Indiċi 
Testi adottati
L-Erbgħa, 10 ta' Marzu 2021 - Brussell
Programm Dwana ***II
 Lejn mekkaniżmu tal-UE ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera kompatibbli mad-WTO
 Kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni *
 Diliġenza dovuta korporattiva u akkontabilità korporattiva
 Implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Prodotti għall-Bini
 Ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol fid-dawl tal-UNCRPD

Programm Dwana ***II
PDF 127kWORD 41k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2021 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm ''Dwana'' għall-kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1294/2013 (05265/1/2021 – C9-0091/2021 – 2018/0232(COD))
P9_TA(2021)0070A9-0038/2021

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (05265/1/2021 – C9-0091/2021),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2018)0442),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A9-0038/2021),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 62, 15.2.2019, p. 45.
(2) Testi adottati, 16.4.2019, P8_TA(2019)0385.


Lejn mekkaniżmu tal-UE ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera kompatibbli mad-WTO
PDF 185kWORD 56k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Marzu 2021 lejn mekkaniżmu tal-UE ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera kompatibbli mad-WTO (2020/2043(INI))
P9_TA(2021)0071A9-0019/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim adottat fil-21 Konferenza tal-Partijiet (COP21) għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) li saret f'Pariġi fit-12 ta' Diċembru 2015 (il-Ftehim ta' Pariġi),

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-2019 tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent dwar id-Diskrepanza fl-Emissjonijiet,

–  wara li kkunsidra r-rapport speċjali tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) bit-titolu "Global Warming of 1.5 °C" (It-Tisħin Globali ta' 1,5 °C), u r-rapport speċjali tal-IPCC dwar l-oċean u l-krijosfera,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019)0640),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Settembru 2020 dwar it-tisħiħ tal-ambizzjoni klimatika tal-Ewropa għall-2030 (COM(2020)0562) u l-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanjaha (SWD(2020)0176),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2019 u tas-17-21 ta' Lulju 2020,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Lulju 2020 dwar il-konklużjonijiet tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew tas-17-21 ta' Lulju 2020(1),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri fir-rapport speċjali tagħha Nru 18/2020, tal-15 ta' Settembru 2020 intitolat "Is-Sistema tal-UE għan-Negozjar ta' Emissjonijiet: l-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti kienet teħtieġ immirar aħjar",

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Novembru 2019 dwar l-emerġenza klimatika u ambjentali(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew(3),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu dwar il-mira tal-klima għall-2030, jiġifieri tnaqqis ta' 60 % fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra meta mqabbla mal-livelli tal-1990(4),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Industrija, l-Enerġija u r-Riċerka,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0019/2021),

A.  billi l-impatti avversi tat-tibdil fil-klima jirrappreżentaw theddida diretta għall-għajxien tal-bniedem u l-ekosistemi terrestri u tal-baħar, kif ikkonfermat mir-rapport speċjali tal-IPCC dwar it-tisħin globali ta' 1,5 °C, u dwar l-oċean u l-krijosfera; billi dawn l-impatti huma ddistribwiti b'mod mhux uniformi, u l-effetti l-aktar negattivi tagħhom jinħassu mill-pajjiżi u l-persuni ifqar;

B.  billi skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), mill-2030, it-tibdil fil-klima huwa mistenni li jikkontribwixxi biex imutu madwar 250 000 ruħ fis-sena, minħabba malnutrizzjoni, malarja, dijarea u stress mis-sħana;

C.  billi l-medja tat-temperatura globali diġà żdiedet b'aktar minn 1,1 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali(5);

D.  billi l-UE u l-Istati Membri tagħha impenjaw ruħhom skont il-Ftehim ta' Pariġi li jwettqu azzjoni klimatika abbażi tal-aħħar evidenza xjentifika disponibbli u issa għandhom l-objettiv li jiksbu n-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050;

E.  billi matul dawn l-aħħar deċennji, l-UE rnexxielha tiddiżakkoppja b'suċċess l-emissjonijiet ta' gassijiet serra mit-tkabbir ekonomiku, bi tnaqqis ta' 24 % fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra, filwaqt li l-PDG kiber b'aktar minn 60 % bejn l-1990 u l-2019; billi dan ma jqisx l-emissjonijiet tal-UE inkorporati fil-kummerċ internazzjonali tagħha u għalhekk jissottovaluta l-impronta tal-karbonju globali tagħha;

F.  billi fl-2015 il-proporzjon tal-emissjonijiet importati fl-UE meta mqabbla mal-emissjonijiet esportati mill-UE kien ta' madwar 3:1, b'1,317 biljun tunnellata ta' CO2 importati u 424 miljun tunnellata esportati(6);

G.  billi l-liġi eżistenti tal-UE wriet li hija effettiva biex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi adottati s'issa; billi d-disinn attwali tas-sistema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet (EU ETS), b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet eżistenti dwar ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, ma pprovdiex inċentivi effettivi għad-dekarbonizzazzjoni meħtieġa ta' ċerti setturi, b'mod partikolari fl-industrija, u f'xi każijiet wassal għal profitti mhux mistennija u mhux ġustifikati għall-kumpaniji benefiċjarji, kif enfasizzat mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri(7);

H.  billi l-Kummissjoni għandha tkompli l-ħidma tagħha fuq l-iżvilupp ta' metodoloġiji biex taċċerta l-impronta tal-karbonju u l-impronta ambjentali ta' prodott, billi tuża approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ u tiżgura li l-kontabbiltà tal-emissjonijiet inkorporati fil-prodotti tirrifletti kemm jista' jkun ir-realtà, inklużi l-emissjonijiet mit-trasport internazzjonali;

I.  billi l-Kummissjoni għandha tistudja wkoll it-traċċabbiltà tal-prodotti u s-servizzi sabiex tidentifika b'mod aktar preċiż l-impatti kollha taċ-ċikli tal-ħajja tagħhom, bħall-estrazzjoni u l-użu ta' materjali, il-proċess ta' manifattura, l-użu tal-enerġija u l-mod ta' trasport użat, bil-għan li jiġu stabbiliti bażijiet tad-data;

J.  billi madwar 27 % tal-emissjonijiet globali tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwil bħalissa huma relatati ma' prodotti nnegozjati internazzjonalment(8); billi 90 % tat-trasport internazzjonali tal-merkanzija jitwettaq bil-baħar, u dan iwassal għal emissjonijiet sinifikanti ta' gassijiet serra; billi kienu biss l-emissjonijiet ta' gassijiet serra min-navigazzjoni domestika fuq l-ilma li ġew inklużi fil-kontribut inizjali stabbilit fil-livell nazzjonali (NDC) tal-UE; billi dan huwa soġġett għal reviżjoni fid-dawl tal-mira msaħħa tal-UE għall-2030;

K.  billi l-kriżi tal-COVID-19 għallmitna lezzjonijiet importanti, u għalhekk, il-proposta tal-Kummissjoni għal strument ġdid għall-irkupru – Next Generation EU – tissottolinja l-ħtieġa li jissaħħu l-awtonomija u r-reżiljenza Ewropej u l-ħtieġa ta' ċirkwiti qosra, b'mod partikolari ktajjen tal-provvista tal-ikel iqsar;

L.  billi huwa essenzjali li l-Kummissjoni jkollha viżjoni integrata tal-politiki dwar il-klima, pereżempju biex tindirizza miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, bħal dawk għat-trasport marittimu, b'koordinazzjoni mal-istrateġiji ta' pprezzar tal-karbonju;

M.  billi l-iżgurar ta' pprezzar tal-karbonju effettiv u sinifikanti, bħala parti minn ambjent regolatorju usa' jista' jservi ta' inċentiv ekonomiku biex jiġu żviluppati metodi ta' produzzjoni b'impronta tal-gassijiet serra aktar baxxa u jista' jagħti spinta lill-investimenti fl-innovazzjoni u t-teknoloġiji ġodda, filwaqt li jipprovdi għad-dekarbonizzazzjoni u ċ-ċirkolarità tal-ekonomija tal-Unjoni; billi Mekkaniżmu effettiv ta' Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntiera (CBAM) jista' jkollu rwol f'dak il-kuntest;

N.  billi l-kummerċ jista' jkun għodda importanti għall-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli u biex jgħin fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima; billi s-suq uniku tal-UE huwa t-tieni l-akbar suq tal-konsumaturi fid-dinja, u jqiegħed lill-Unjoni f'pożizzjoni unika bħala entità li tistabbilixxi l-istandards globali;

O.  billi l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima hija fattur fil-kompetittività u l-ġustizzja soċjali, u toffri potenzjal maġġuri f'termini ta' żvilupp industrijali, ħolqien tal-impjiegi, innovazzjoni u żvilupp reġjonali;

P.  billi l-Artikolu XX tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) jippermetti lill-membri tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) jimplimentaw il-miżuri li huma meħtieġa għall-protezzjoni tal-ħajja jew is-saħħa tal-bnedmin, tal-annimali jew tal-pjanti (b), jew tar-riżorsi naturali (g);

Q.  billi l-UE għandha taċċetta li pajjiż terz jista' jistabbilixxi CBAM jekk dak il-pajjiż jimplimenta prezz tal-karbonju ogħla;

R.  billi l-President tal-Istati Uniti Joe Biden ħa pożizzjoni favorevoli permezz tal-pjattaforma elettorali tiegħu biex "jimponi tariffi jew kwoti ta' aġġustament tal-karbonju fuq prodotti b'intensità qawwija ta' karbonju li qed jonqsu milli jissodisfaw l-obbligi klimatiċi u ambjentali tagħhom"; billi dan joħloq opportunità ġdida għall-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-istabbiliment mill-ġdid ta' din is-sħubija ewlenija;

S.  billi ż-żieda fl-ambizzjoni tal-UE fir-rigward tat-tibdil fil-klima m'għandhiex twassal għar-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-industriji Ewropej;

Rimarki ġenerali

1.  Huwa mħasseb ħafna li attwalment l-ebda wieħed mill-NDCs ippreżentati, inklużi dawk tal-UE u l-Istati Membri tagħha, mhuwa konformi mal-objettiv li ż-żieda fit-temperatura globali tinżamm, kif previst mill-Ftehim ta' Pariġi, għal ferm inqas minn 2 °C, filwaqt li jsiru sforzi biex iż-żieda fit-temperatura globali tiġi limitata għal 1,5 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali;

2.  Huwa mħasseb dwar in-nuqqas ta' kooperazzjoni minn xi wħud mis-sħab kummerċjali tal-UE fin-negozjati internazzjonali dwar il-klima matul dawn l-aħħar ftit snin, li, kif ġie osservat reċentement fil-COP25, jimmina l-kapaċità globali kollettiva tagħna li nilħqu l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi; iħeġġeġ lill-partijiet kollha jappoġġjaw sforz globali kollettiv u bbażat fuq ix-xjenza li jista' jwassal għall-kisba ta' dawn l-għanijiet; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill isostnu proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet trasparenti, ġust u inklużiv fil-UNFCCC;

3.  Jisħaq li l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom ir-responsabbiltà u l-opportunità li jkomplu jassumu rwol ewlieni fl-azzjoni klimatika globali flimkien mal-emittenti globali ewlenin l-oħra; jirrimarka li l-UE tinsab quddiem nett fl-azzjoni klimatika globali, kif evidenzjat mill-adozzjoni tagħha tal-objettiv li tinkiseb in-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050 u l-pjan tagħha li żżid il-mira tagħha ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra sal-2030; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintensifikaw id-diplomazija klimatika tagħhom qabel u wara l-adozzjoni tal-proposta leġiżlattiva għal CBAM, u jiżguraw b'mod partikolari djalogu kontinwu mas-sħab kummerċjali, biex jinċentivaw l-azzjoni klimatika globali; jisħaq fuq il-ħtieġa ta' sforzi diplomatiċi paralleli biex jiġi żgurat li l-pajjiżi tal-viċinat tal-UE jkunu involuti minn kmieni;

4.  Jenfasizza r-rwol ċentrali taċ-ċittadini u l-konsumaturi fit-tranżizzjoni enerġetika, u l-importanza li tiġi stimulata u appoġġjata l-għażla tal-konsumatur sabiex jitnaqqsu l-effetti tat-tibdil fil-klima billi jiġu promossi attivitajiet sostenibbli u benefiċċji kollaterali li jwasslu għal kwalità ta' ħajja ogħla;

5.  Jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-mira klimatika tal-UE għall-2030 għal "tnaqqis nett tal-emissjonijiet ta' mill-inqas 55 %" meta mqabbla mal-livelli tal-1990; jenfasizza l-fatt, madankollu, li l-Parlament adotta mira ogħla ta' 60 %;

6.  Jinnota li, filwaqt li l-UE kienet naqqset l-emissjonijiet domestiċi tagħha ta' gassijiet serra, l-emissjonijiet ta' gassijiet serra inkorporati f'importazzjonijiet lejn l-UE qed jiżdiedu b'mod kostanti, u dan jimmina l-isforzi tal-Unjoni biex tnaqqas l-impronta globali tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tagħha; jissottolinja li l-importazzjonijiet netti ta' prodotti u servizzi fl-UE jirrappreżentaw aktar minn 20 % tal-emissjonijiet domestiċi ta' CO2 tal-Unjoni; iqis li l-kontenut ta' gassijiet serra tal-importazzjonijiet għandu jiġi mmonitorjat aħjar sabiex jiġu identifikati miżuri possibbli biex titnaqqas l-impronta globali tal-gassijiet serra tal-UE;

Id-disinn ta' CBAM kompatibbli mad-WTO

7.  Jappoġġja l-introduzzjoni ta' CBAM, dment li dan ikun kompatibbli mar-regoli tad-WTO u l-ftehimiet ta' kummerċ ħieles (FTAs) tal-UE billi ma jkunx diskriminatorju jew jikkostitwixxi restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ internazzjonali; iqis li, bħala tali, CBAM joħloq inċentiv għall-industriji Ewropej u s-sħab kummerċjali tal-UE biex jiddekarbonizzaw l-industriji tagħhom, u għalhekk jappoġġja politiki dwar il-klima kemm tal-UE kif ukoll globali favur in-newtralità fir-rigward tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra f'konformità mal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi; jiddikjara b'mod inekwivoku li CBAM għandu jkun iddisinjat esklużivament biex javvanza l-objettivi tal-klima u ma jintużax ħażin bħala għodda biex issaħħaħ il-protezzjoniżmu, id-diskriminazzjoni mhux ġustifikabbli jew ir-restrizzjonijiet; jisħaq li dan il-mekkaniżmu għandu jappoġġja l-objettivi ekoloġiċi tal-UE, b'mod partikolari biex jiġu indirizzati aħjar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra inkorporati fl-industrija tal-UE u fil-kummerċ internazzjonali, filwaqt li jkun nondiskriminatorju u jistinka biex jinkisbu kundizzjonijiet ekwi globali;

8.  Jisħaq li l-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati u l-Istati Gżejjer Żgħar li Qed Jiżviluppaw għandhom jingħataw trattament speċjali sabiex iqisu l-ispeċifiċitajiet tagħhom u l-impatti negattivi potenzjali tas-CBAM fuq l-iżvilupp tagħhom;

9.  Ifakkar fil-limitazzjonijiet u l-isfidi speċifiċi li jiffaċċjaw ir-reġjuni ultraperiferiċi, ikkumplikati, b'mod partikolari, minħabba l-pożizzjoni remota, l-insularità u d-daqs limitat tas-suq tagħhom, u jitlob li s-CBAM, f'konformità mal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), iqis b'mod speċjali l-ispeċifiċitajiet tagħhom;

10.  Itenni li l-introduzzjoni ta' CBAM għandha tkun parti minn pakkett ta' miżuri leġiżlattivi biex jiġi żgurat it-tnaqqis rapidu tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra ġejjin mill-produzzjoni u l-konsum tal-UE, b'mod partikolari billi jiżdiedu l-effiċjenza enerġetika u l-enerġiji rinnovabbli; jisħaq li s-CBAM għandu jkun akkoppjat ma' politiki li jkollhom l-għan li jippermettu u jippromwovu investimenti fi proċessi industrijali b'livell baxx ta' karbonju, inkluż permezz ta' għodod ta' finanzjament innovattivi, il-Pjan ta' Azzjoni ġdid għal Ekonomija Ċirkolari u politika industrijali usa' tal-UE li tkun kemm ambjentalment ambizzjuża kif ukoll soċjalment ġusta, bil-ħsieb li tidderieġi r-riindustrijalizzazzjoni dekarbonizzata tal-Ewropa biex jinħolqu impjiegi ta' kwalità fil-livell lokali u tiġi żgurata l-kompetittività tal-ekonomija Ewropea, filwaqt li tiġi ssodisfata l-ambizzjoni klimatika tal-UE u jiġu offruti prevedibbiltà u ċertezza biex jiġu żgurati investimenti favur in-newtralità klimatika;

11.  Jenfasizza li l-istandards tal-prodott jistgħu jiżguraw manifattura b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju u effiċjenti fir-riżorsi kif ukoll jgħinu biex jiġu ggarantiti impatti ambjentali negattivi minimi mill-użu tal-prodott; jitlob, għalhekk lill-Kummissjoni tipproponi, bħala komplement għall-introduzzjoni ta' CBAM, normi u standards vinkolanti u aktar ambizzjużi fuq il-prodotti mqiegħda fis-suq tal-UE f'termini ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u ffrankar tar-riżorsi u l-enerġija, b'appoġġ għall-Qafas ta' Politika tal-Prodott Sostenibbli u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għal Ekonomija Ċirkolari;

12.  Iqis li għall-prevenzjoni ta' distorsjonijiet possibbli fis-suq intern u tul il-katina tal-valur, CBAM għandu jkopri l-importazzjonijiet kollha ta' prodotti u komoditajiet koperti mill-EU ETS, inkluż meta jkunu inkorporati fi prodotti intermedji jew finali; jisħaq, bħala punt tat-tluq (diġà mill-2023) u wara valutazzjoni tal-impatt, li s-CBAM għandu jkopri s-settur tal-enerġija u s-setturi industrijali intensivi fl-enerġija bħas-siment, l-azzar, l-aluminju, ir-raffinar taż-żejt, il-karta, il-ħġieġ, is-sustanzi kimiċi u l-fertilizzanti, li qed ikomplu jirċievu allokazzjonijiet sostanzjali bla ħlas, u li għadhom jirrappreżentaw 94 % tal-emissjonijiet industrijali tal-Unjoni;

13.  Jissottolinja li l-kontenut tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-importazzjonijiet għandu jittieħed kont tiegħu fuq il-bażi ta' punti ta' riferiment trasparenti, affidabbli u aġġornati speċifiċi għall-prodott fil-livell tal-installazzjonijiet f'pajjiżi terzi u li, b'mod prestabbilit, jekk l-importatur ma jagħmilx id-data disponibbli, għandu jittieħed kont tal-medja ta' kontenut globali tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-prodotti individwali, imqassma skont il-metodi differenti ta' produzzjoni b'intensitajiet varji ta' emissjonijiet; iqis li l-ipprezzar tal-karbonju tal-importazzjonijiet għandu jkopri kemm l-emissjonijiet diretti kif ukoll dawk indiretti u għalhekk iqis ukoll l-intensità tal-karbonju speċifika għall-pajjiż tal-grilja elettrika jew, jekk l-importatur jagħmel id-data disponibbli, l-intensità tal-karbonju tal-konsum tal-enerġija fil-livell tal-installazzjoni;

14.  Jinnota li l-Kummissjoni bħalissa qed tivvaluta l-għażliet differenti kollha għall-introduzzjoni ta' CBAM, li jvarjaw minn strumenti tat-taxxa sa mekkaniżmi li jużaw l-EU ETS; jisħaq li l-modalitajiet għad-disinn ta' CBAM għandhom jiġu esplorati flimkien mar-reviżjoni tal-EU ETS sabiex jiġi żgurat li jkunu komplementari u konsistenti, u biex jiġi evitat trikkib li jwassal għal protezzjoni doppja tal-industriji tal-UE; jissottolinja l-importanza ta' proċess trasparenti wara CBAM, inkluż bl-involviment mad-WTO u s-sħab kummerċjali tal-UE b'koordinazzjoni mal-Parlament Ewropew u billi jitwettqu valutazzjoni u qabbil bir-reqqa tal-effikaċja, l-effiċjenza u l-fattibbiltà legali ta' forom differenti ta' CBAM bil-ħsieb li jitnaqqsu l-emissjonijiet globali totali ta' gassijiet serra; jinsisti li l-għan primarju tas-CBAM huwa ambjentali u li għalhekk il-kriterji ambjentali għandu jkollhom rwol essenzjali fl-għażla tal-istrument, filwaqt li jiġi żgurat prezz tal-karbonju prevedibbli u għoli biżżejjed li jinċentiva l-investimenti fid-dekarbonizzazzjoni sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi;

15.  Jisħaq fuq l-importanza li jiġu vvalutati l-impatti ta' kull għażla fuq l-istandards tal-għajxien tal-konsumaturi, speċjalment dawk tal-gruppi l-aktar vulnerabbli, kif ukoll l-impatt tagħhom fuq id-dħul; jistieden lill-Kummissjoni biex fil-valutazzjoni tal-impatt tinkludi wkoll il-konsegwenzi għall-baġit tal-UE tad-dħul iġġenerat mis-CBAM bħala riżorsa proprja, skont id-disinn u l-modalitajiet magħżula;

16.  Iqis li sabiex jiġi indirizzat ir-riskju potenzjali tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju filwaqt li tinżamm konformità mar-regoli tad-WTO, is-CBAM jeħtieġ li jimponi ħlas għall-kontenut tal-karbonju tal-importazzjonijiet b'mod li jirrifletti l-ispejjeż tal-karbonju mħallsa mill-produtturi tal-UE; jisħaq li l-ipprezzar tal-karbonju fl-ambitu tas-CBAM għandu jirrifletti l-evoluzzjoni dinamika tal-prezz tal-kwoti tal-UE fl-ambitu tal-EU ETS filwaqt li jiżgura l-prevedibbiltà u anqas volatilità fil-prezz tal-karbonju; huwa tal-fehma li l-importaturi għandhom jixtru l-kwoti minn pul separat ta' kwoti għall-EU ETS, li l-prezz tal-karbonju tagħhom jikkorrispondi għal dak tal-jum tat-tranżazzjoni fl-EU ETS; jissottolinja li l-introduzzjoni tas-CBAM hija biss waħda mill-miżuri fl-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u trid tkun akkumpanjata wkoll mill-miżuri meħtieġa fis-setturi li ma jaqgħux taħt l-ETS kif ukoll riforma ambizzjuża tal-EU ETS biex jiġi żgurat li din twassal għal ipprezzar tal-karbonju sinifikanti li jirrispetta bis-sħiħ il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas, u biex tikkontribwixxi għat-tnaqqis meħtieġ tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra f'konformità mal-mira klimatika aġġornata tal-UE għall-2030 u l-mira ta' emissjonijiet żero netti ta' gassijiet serra għall-2050, inkluż billi jiġi indirizzat il-fattur ta' tnaqqis lineari, bażi mill-ġdid tal-limitu massimu u valutazzjoni tal-ħtieġa potenzjali ta' prezz minimu tal-karbonju;

17.  Jenfasizza li dazju tas-sisa (jew taxxa) fuq il-kontenut tal-karbonju tal-prodotti kollha kkunsmati, kemm domestiċi kif ukoll importati, ma jindirizzax bis-sħiħ ir-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, ikun teknikament ta' sfida minħabba l-kumplessità tat-traċċar tal-karbonju fil-ktajjen tal-valur globali u jaf ipoġġi piż sinifikanti fuq il-konsumaturi; jirrikonoxxi li dazju fiss jew taxxa fissa fuq l-importazzjonijiet jistgħu jkunu għodda sempliċi biex jingħata sinjal ta' prezz ambjentali b'saħħtu u stabbli għall-karbonju importat; jemmen, madankollu, li minħabba n-natura fissa tagħha, taxxa bħal din tkun għodda inqas flessibbli biex tirrifletti l-prezz li jevolvi tal-EU ETS; jisħaq li, fil-prattika, taxxa li tevolvi li awtomatikament tirrifletti l-prezz tal-EU ETS tkun ekwivalenti għal ETS virtwali; jirrikonoxxi li, jekk is-CBAM ikun ta' natura fiskali, hemm possibbiltà li jiġi introdott mekkaniżmu bbażat fuq l-Artikolu 192(2) TFUE;

18.  Jisħaq li l-importaturi għandu jkollhom l-għażla li juru, f'konformità mal-istandards tal-UE għall-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifikazzjoni tal-EU ETS, li l-kontenut tal-karbonju tal-prodotti tagħhom huwa aktar baxx minn dawk il-valuri, u li jibbenefikaw minn ammont pagabbli adattat b'mod korrispondenti, sabiex jitħeġġu l-innovazzjoni u l-investiment f'teknoloġiji sostenibbli madwar id-dinja; iqis li dan m'għandux jimponi piż sproporzjonat fuq l-SMEs; jenfasizza li l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu se jkun meħtieġ li tkun sostnuta minn sett ta' standards tal-UE li ma jippermettux li dan il-mekkaniżmu jiġi evitat jew użat ħażin, u se tkun teħtieġ infrastruttura indipendenti u b'saħħitha biex tkun tista' tiġi amministrata;

19.  Jisħaq li s-CBAM għandu jiżgura li l-importaturi minn pajjiżi terzi ma jiġux iċċarġjati darbtejn għall-kontenut tal-karbonju tal-prodotti tagħhom, biex jiġi żgurat li dawn jiġu trattati fuq l-istess livell u mingħajr diskriminazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta bir-reqqa l-impatt tal-għażliet differenti tas-CBAM fuq il-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati;

20.  Jenfasizza li, għall-kuntrarju tal-ETS, il-mekkaniżmu ma għandux jittratta l-ħruq tal-injam għall-fjuwil bħala newtrali għall-karbonju u li, fl-ambitu tal-qafas rivedut u aġġornat, il-karbonju inkorporat fl-injam maqtugħ u l-ħamrija fqira għandu jkollu prezz;

21.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni timminimizza r-riskju li l-esportaturi lejn l-Unjoni jippruvaw jevitaw il-mekkaniżmu jew jikkompromettu l-effikaċja tiegħu, pereżempju billi jorjentaw mill-ġdid il-produzzjoni bejn is-swieq jew billi jesportaw prodotti semimanifatturati;

Aspetti relatati mal-kummerċ ta' CBAM

22.  Jitlob li l-Ftehim ta' Pariġi u l-għanijiet tiegħu jsiru wieħed mill-prinċipji gwida ewlenin tal-politika kummerċjali, u li l-inizjattivi kummerċjali kollha u l-għodod ta' politika tagħhom iridu jiġu aġġustati għalih, billi jiġi inkluż, fost l-oħrajn, fl-FTAs bħala element essenzjali; jinsab konvint li tali politika kummerċjali mfassla apposta tista' tkun mutur importanti biex l-ekonomiji jitmexxew lejn id-dekarbonizzazzjoni, sabiex jinkisbu l-objettivi klimatiċi stabbiliti fil-Ftehim ta' Pariġi u fil-Patt Ekoloġiku Ewropew;

23.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-erożjoni tas-sistema kummerċjali multilaterali; jistieden lill-Kummissjoni timpenja ruħha b'mod attiv mal-gvernijiet tas-sħab kummerċjali biex tiżgura djalogu kontinwu dwar din l-inizjattiva, u b'hekk tipprovdi inċentivi għal azzjoni klimatika kemm fl-Unjoni kif ukoll mis-sħab kummerċjali tagħha; jissottolinja li l-politika kummerċjali tista' u għandha tintuża biex tippromwovi aġenda ambjentali pożittiva u biex jiġu evitati differenzi maġġuri fil-livelli ta' ambizzjoni ambjentali bejn l-UE u l-bqija tad-dinja, u li CBAM għandu jiġi ddisinjat bħala azzjoni li tikkomplementa azzjonijiet fl-ambitu tal-kapitoli tal-kummerċ u tal-iżvilupp sostenibbli tal-FTAs tal-UE; jissottolinja li azzjoni globali li tagħmel is-CBAM superfluwu trid tkun l-għan aħħari tal-inizjattiva, waqt li l-bqija tad-dinja tilħaq il-livell ta' ambizzjoni li l-UE stabbiliet għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2; huwa, għalhekk, tal-fehma li s-CBAM għandu jitqies bħala mezz biex jgħin fl-aċċelerazzjoni ta' dan il-proċess u mhux bħala mezz ta' protezzjoniżmu; jistenna li l-Kummissjoni tibda negozjati dwar approċċ globali fil-qafas tad-WTO jew tal-G20;

24.  Iqis li l-kummerċ internazzjonali u l-politika kummerċjali huma faċilitaturi ewlenin tat-tranżizzjoni lejn ekonomija globali newtrali għall-klima, effiċjenti fir-riżorsi u ċirkolari u, bħala tali, jappoġġjaw l-isforzi globali lejn il-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU u l-Ftehim ta' Pariġi; iqis li hemm ħtieġa urġenti li ssir riforma komprensiva tad-WTO, li tippermettilha tiggarantixxi kummerċ ġust, filwaqt li fl-istess ħin tiġġieled it-tisħin globali; jinnota li r-regoli tal-GATT imorru lura għall-1947 u huwa tal-fehma li jeħtieġ li jiġu konċepiti mill-ġdid fil-kuntest attwali tal-kriżi klimatika; jistenna li l-Kummissjoni tieħu inizjattivi urġenti għar-riforma tad-WTO, sabiex tinkiseb kompatibbiltà mal-objettivi klimatiċi; jistieden lill-Kummissjoni tintensifika l-isforzi tagħha biex jinkiseb prezzar globali tas-CO2 u jiġi ffaċilitat il-kummerċ f'teknoloġiji ta' protezzjoni tal-klima u l-ambjent, pereżempju permezz ta' inizjattivi ta' politika kummerċjali bħall-Ftehim dwar il-Beni Ambjentali tad-WTO.

25.  Jistieden lill-Kummissjoni twettaq riformi multilaterali tad-WTO li jġibu d-dritt kummerċjali internazzjonali f'konformità mal-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi u ma' aspetti oħra tad-dritt internazzjonali, b'mod partikolari l-konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO); jirrimarka li CBAM ikun kompatibbli mar-regoli tad-WTO jekk ikun iddisinjat b'objettiv ambjentali ċar biex jitnaqqsu l-emissjonijiet globali ta' gassijiet serra u jekk jirrispetta l-ogħla integrità ambjentali;

26.  Jissottolinja li s-CBAM jista' jgħin fil-kontribut għall-SDGs; ifakkar li l-promozzjoni ta' xogħol deċenti hija wkoll SDG u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-prodotti mqiegħda fis-suq tal-UE jiġu manifatturati taħt kundizzjonijiet li jirrispettaw il-konvenzjonijiet tal-ILO;

27.  Jinnota li, sabiex ikunu kompatibbli mar-regoli tad-WTO, id-dispożizzjonijiet tal-GATT, bħall-Artikolu I (il-prinċipju tat-trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit), l-Artikolu III (il-prinċipju tat-trattament nazzjonali) u, jekk ikun meħtieġ, l-Artikolu XX (eċċezzjonijiet ġenerali) jistgħu jkunu l-bażi għal kwalunkwe disinn tas-CBAM, li l-unika loġika tiegħu għandha tkun strettament ta' bixra ambjentali – it-tnaqqis tal-emissjonijiet globali tas-CO2 u l-prevenzjoni tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju;

28.  Jissottolinja l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni skont l-Artikolu III tal-GATT; jisħaq li t-trattament bl-istess mod tal-importazzjonijiet u tal-produzzjoni domestika huwa kriterju ewlieni biex ikun żgurat li kwalunkwe miżura tkun kompatibbli mad-WTO; jenfasizza li s-CBAM għandu joħloq kundizzjonijiet ekwi bejn il-produtturi barranin u l-produtturi domestiċi tal-UE billi tiġi applikata imposta ekwivalenti għall-ETS fuq l-emissjonijiet tal-karbonju inkorporati tal-prodotti importati f'dawk is-setturi, irrispettivament mill-oriġini tagħhom, biex b'hekk tiġi żgurata protezzjoni sħiħa mir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-industrija Ewropea u jiġu evitati trasferimenti tal-emissjonijiet lejn pajjiżi terzi; jenfasizza li l-implimentazzjoni tas-CBAM għandha tevita l-protezzjoni doppja għall-installazzjonijiet tal-UE, filwaqt li tivvaluta l-impatt fuq l-esportazzjonijiet u s-setturi dipendenti tul il-katina tal-valur; jenfasizza li d-disinn tas-CBAM għandu jsegwi prinċipju sempliċi li bih tunnellata waħda ta' karbonju m'għandhiex tiġi protetta darbtejn;

29.  Jissottolinja l-importanza li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi globali għall-kompetittività tal-industriji Ewropej mingħajr ma jiġu ġġenerati effetti dannużi fuq il-klima u l-ambjent; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għalhekk, tikkunsidra l-introduzzjoni possibbli ta' ribassi fuq l-esportazzjoni, iżda biss jekk tkun tista' turi bis-sħiħ l-impatt pożittiv tagħhom fuq il-klima u l-kompatibbiltà tagħhom mar-regoli tad-WTO; jisħaq li bil-għan li tipprevjeni effetti klimatiċi perversi bl-inċentivazzjoni ta' metodi ta' produzzjoni inqas effiċjenti għall-industriji esportaturi Ewropej u biex tiġi żgurata l-kompatibbiltà mad-WTO, kwalunkwe forma ta' appoġġ potenzjali għall-esportazzjoni għandha tkun trasparenti, proporzjonata u ma twassal għall-ebda tip ta' vantaġġ kompetittiv għall-industriji esportaturi tal-UE f'pajjiżi terzi, u għandha tkun strettament limitata għall-installazzjonijiet l-aktar effiċjenti sabiex jinżammu l-inċentivi għat-tnaqqis tal-gassijiet serra għall-kumpaniji esportaturi tal-UE;

30.  Jisħaq li kwalunkwe mekkaniżmu jrid joħloq inċentiv għall-industriji fl-UE u barra minnha biex jipproduċu prodotti nodfa u kompetittivi, u jevitaw ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, mingħajr ma jipperikolaw l-opportunitajiet kummerċjali;

31.  Jinnota li s-CBAM huwa parti mill-Patt Ekoloġiku Ewropew u għodda biex jintlaħaq l-għan tal-UE ta' emissjonijiet żero netti ta' gassijiet serra sal-2050; jinnota li l-parti l-kbira tas-setturi industrijali intensivi fl-użu tal-karbonju u tal-kummerċ jistgħu potenzjalment jiġu affettwati mis-CBAM, direttament jew indirettament, u li għandhom jiġu kkonsultati matul il-proċess; jinnota wkoll li s-CBAM jista' jinfluwenza l-ktajjen tal-provvista b'tali mod li dawn jinternalizzaw l-ispejjeż tal-karbonju; jisħaq li kwalunkwe CBAM għandu jkun faċli biex jiġi amministrat u ma jpoġġix piż finanzjarju u amministrattiv żejjed fuq l-intrapriżi, speċjalment l-SMEs.

Is-CBAM u r-riżorsi proprji

32.  Jirrikonoxxi li s-CBAM jista' jiġi implimentat jew bħala estensjoni tar-reġim attwali tad-dazji doganali jew bħala skema komplementari fil-qafas eżistenti tal-EU ETS; jenfasizza li ż-żewġ approċċi jistgħu jkunu kompletament konsistenti ma' inizjattiva tar-riżorsi proprji;

33.  Jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tuża d-dħul iġġenerat mis-CBAM bħala riżorsi proprji ġodda għall-baġit tal-UE, u jitlob lill-Kummissjoni tiżgura trasparenza sħiħa dwar l-użu ta' dak id-dħul; jenfasizza, madankollu, li r-rwol baġitarju tas-CBAM għandu jkun biss prodott sekondarju tal-istrument; jemmen li dak id-dħul ġdid għandu jippermetti appoġġ akbar għall-azzjoni klimatika u l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku, bħat-tranżizzjoni ġusta u d-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija tal-Ewropa, u żieda fil-kontribut tal-UE għall-finanzjament internazzjonali għall-klima favur il-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati u l-Istati Gżejjer Żgħar li qed Jiżviluppaw, li huma l-aktar vulnerabbli għat-tibdil fil-klima, b'mod partikolari biex jappoġġjahom sabiex jgħaddu minn proċess ta' industrijalizzazzjoni bbażat fuq teknoloġiji nodfa u dekarbonizzati; jistieden lill-Kummissjoni tqis l-effetti soċjali tal-mekkaniżmu fil-proposta tagħha li jmiss bil-ħsieb li timminimizzahom; jisħaq li d-dħul iġġenerat minn CBAM bl-ebda mod ma għandu jintuża bħala sussidji moħbija għal industriji Ewropej b'livell għoli ta' tniġġis, peress li fl-aħħar mill-aħħar dan jikkomprometti l-kompatibbiltà tiegħu mad-WTO;

34.  Ifakkar li l-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu dwar il-ħolqien ta' riżorsi proprji ġodda, inkluż is-CBAM, matul il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss fil-Ftehim Interistituzzjonali (FII) tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda(9); jisħaq li, jekk il-flussi finanzjarji li jiġu ġġenerati mis-CBAM jiġu assenjati lill-baġit tal-UE, dan jgħin biex jittaffew il-kwistjonijiet ta' ekwivalenza fiskali u jiġu żgurati distribuzzjoni ekwa tal-impatt bejn l-Istati Membri kif ukoll struttura simplifikata bi spejjeż amministrattivi minimi; jikkonkludi, għalhekk, li d-definizzjoni tar-rikavati bħala riżorsa proprja tal-UE tnaqqas is-sehem tal-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq l-introjtu nazzjonali gross (ING) fil-finanzjament tal-baġit tal-UE, u b'hekk tgħin biex l-impatt tas-CBAM jiġi distribwit b'mod ekwu bejn l-Istati Membri kollha; iqis li kwalunkwe ffrankar fil-livell nazzjonali minħabba kontribuzzjonijiet aktar baxxi tal-ING se jżid l-ispazju fiskali tal-Istati Membri;

35.  Jieħu nota tad-diversi stimi prudenti tad-dħul, li jvarjaw minn EUR 5 biljun sa EUR 14-il biljun fis-sena, skont il-kamp ta' applikazzjoni u d-disinn tal-istrument il-ġdid; jenfasizza l-fatt li l-baġit tal-UE, fi kwalunkwe każ, huwa perfettament adatt biex jassorbi l-fluttwazzjonijiet fid-dħul jew saħansitra l-effetti rigressivi fit-tul;

36.  Huwa determinat li jiżgura li r-riżorsa proprja bbażata fuq is-CBAM tkun parti minn sett ta' riżorsi proprji li jkun biżżejjed biex ikopri l-livell tan-nefqa globali mistennija tal-ispejjeż tal-ħlas lura tal-kapital u l-imgħax tas-self imġarrba fl-ambitu tal-istrument Next Generation EU, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju tal-universalità; ifakkar, barra minn hekk, li kwalunkwe surplus mill-pjan ta' ħlas lura xorta jrid jibqa' fil-baġit tal-UE bħala dħul ġenerali;

37.  Jisħaq li l-introduzzjoni ta' sett ta' riżorsi proprji ġodda, kif previst fil-pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda skont il-FII, tista' tiffaċilita enfasi aħjar tan-nefqa fil-livell tal-UE fuq oqsma ta' prijorità u beni pubbliċi komuni b'żidiet kbar fl-effiċjenza meta mqabbla mal-infiq nazzjonali; ifakkar li kwalunkwe nuqqas li jiġu rrispettati t-termini maqbula fil-FII minn waħda mit-tliet istituzzjonijiet jista' jesponiha għal kontestazzjoni legali mill-oħrajn;

38.  Jistieden lill-istituzzjonijiet isegwu b'mod attiv l-ispirtu u l-ittra tal-pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda skont il-FII, li jistipula li din ir-riżorsa proprja ġdida għandha tidħol fis-seħħ sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2023.

L-implimentazzjoni tas-CBAM u aspetti oħra

39.  Jisħaq li l-implimentazzjoni tas-CBAM trid tkun akkumpanjata bit-tneħħija tal-forom kollha ta' sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent mogħtija lil industriji intensivi fl-enerġija fil-livell nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-prattiki differenti tal-Istati Membri f'dik il-kwistjoni fid-dawl tal-prinċipju ta' min iniġġes iħallas;

40.  Jitlob li s-CBAM jiġi mmonitorjat permezz ta' korp indipendenti, taħt l-awspiċji tal-Kummissjoni, li għandu jirrapporta regolarment u jipprovdi informazzjoni trasparenti lill-Parlament, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fuq talba u mill-inqas darbtejn fis-sena;

41.  Jinnota li l-UE hija l-akbar importatur dinji tal-karbonju u li l-kontenut tal-karbonju tal-prodotti esportati mill-UE huwa ferm anqas mill-kontenut tal-karbonju tal-prodotti importati; jiddeduċi li l-isforzi Ewropej fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima huma akbar mill-isforz internazzjonali medju; jenfasizza li sabiex jitkejjel l-impatt klimatiku globali tal-Unjoni, hemm bżonn ta' metodu ta' rappurtar solidu li jqis l-emissjonijiet tal-prodotti u s-servizzi importati fl-UE;

42.  Jenfasizza li jekk ikun hemm sforzi klimatiċi internazzjonali suffiċjenti, bħal prezzar tal-karbonju internazzjonali robust, mifrux u konsistenti u teknoloġiji, prodotti u proċessi ta' produzzjoni b'emissjonijiet baxxi kompetittivi għall-aħħar, maż-żmien dan se jwassal biex il-mekkaniżmu ma jibqax meħtieġ; iqis li t-tibdil fil-klima huwa problema globali li tirrikjedi soluzzjonijiet globali, u għalhekk jemmen li l-UE għandha tkompli tappoġġa l-istabbiliment ta' qafas globali għall-ipprezzar tas-CO2 b'konformità mal-Artikolu 6 tal-Ftehim ta' Pariġi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tfassal il-mekkaniżmu billi ssegwi kalendarju ta' żmien ċar u ambizzjuż għall-implimentazzjoni u l-evoluzzjoni tiegħu; ifakkar li ċerti soluzzjonijiet tekniċi għall-mitigazzjoni tas-CO2 għadhom fl-istadju pilota u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni tissokta bl-isforzi tagħha biex tkompli tiżviluppahom; jistieden lill-Kummissjoni tfassal il-mekkaniżmu bħala parti minn pakkett ta' politika komprensiv u orjentat fit-tul li jkun konsistenti mal-kisba ta' ekonomija b'emissjonijiet ta' gassijiet serra żero netti u effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija u tar-riżorsi sa mhux aktar tard mill-2050;

43.  Ifakkar li l-politika tal-UE dwar il-klima, il-politika industrijali u l-għan li jinżamm u jiżdied it-tkabbir ekonomiku sostenibbli għandhom jimxu id f'id; jisħaq li kwalunkwe mekkaniżmu jrid ikun integrat fl-istrateġija industrijali tagħna, u joħloq inċentiv għall-industriji biex jipproduċu prodotti nodfa u kompetittivi;

44.  Jissottolinja li mekkaniżmu li jiffunzjona tajjeb għandu jiżgura t-tnaqqis tal-emissjonijiet importati fl-UE u jipprovdi l-aktar protezzjoni effettiva tal-klima mir-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju filwaqt li jirrispetta r-regoli tad-WTO; jisħaq li l-mekkaniżmu għandu jitfassal b'tali mod li jiżgura l-applikazzjoni effettiva u sempliċi tiegħu u fl-istess ħin jipprevjeni mġiba ta' ċirkomvenzjoni bħad-distribuzzjoni mill-ġdid tar-riżorsi jew l-importazzjoni ta' prodotti semimanifatturati jew finali mhux koperti mill-mekkaniżmu;

45.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi appoġġ u pariri tekniċi lill-industriji kemm lokalment kif ukoll barra mill-pajjiż, speċjalment għall-SMEs, fl-istabbiliment ta' sistemi affidabbli ta' kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-importazzjonijiet sabiex tinżamm industrija Ewropea b'saħħitha mingħajr ma jinħolqu ostakli tekniċi għas-sħab kummerċjali;

46.  Jitlob evalwazzjoni speċjali tal-impatt tal-mekkaniżmu fuq l-SMEs u fuq il-kompetizzjoni fis-suq intern; jitlob il-ħolqien, jekk ikun meħtieġ, ta' mekkaniżmu ta' appoġġ għall-SMEs biex jaġġustaw b'suċċess għar-realtà l-ġdida tas-suq, u b'hekk jiġi evitat li jisfaw vittmi ta' prattiki inġusti minn atturi fis-suq akbar;

47.  Jinnota, barra minn hekk, li sabiex tiġi evitata l-kompetizzjoni inġusta fis-suq Ewropew, il-mekkaniżmu m'għandu joħloq l-ebda żvantaġġ kompetittiv fost materjali li jkunu f'kompetizzjoni; jissottolinja li l-materjali li jirrispettaw l-aktar il-klima m'għandhomx isofru żvantaġġi kompetittivi;

48.  Jenfasizza l-importanza tiegħu biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini Ewropej u l-interessi tagħhom ikunu rrappreżentati u fil-kontribut għall-kisba ta' prijoritajiet tal-UE bħall-protezzjoni tal-klima, it-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività internazzjonali; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jinvolvu bis-sħiħ lill-Parlament, bħala koleġiżlatur, fil-proċess leġiżlattiv biex jiġi stabbilit il-mekkaniżmu.

o
o   o

49.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi adottati, P9_TA(2020)0206.
(2) Testi adottati, P9_TA(2019)0078.
(3) Testi adottati, P9_TA(2020)0005.
(4) Emendi adottati mill-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1999 ("il-Liġi Ewropea dwar il-Klima"), (Testi adottati, P9_TA(2020)0253).
(5) L-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija (WMO), "Statement on the State of the Global Climate in 2019" (Dikjarazzjoni dwar l-Istat tal-Klima Globali fl-2019).
(6) Fezzigna, P., Borghesi, S., Caro, D., "Revising Emission Responsibilities through Consumption-Based Accounting: A European and Post-Brexit Perspective" (Reviżjoni tar-Responsabbiltajiet għall-Emissjonijiet permezz ta' Kontabbiltà bbażata fuq il-Konsum: Perspettiva Ewropea u ta' wara l-Brexit) f'Sustainability, 17 ta' Jannar 2019.
(7) Ara r-Rapport Speċjali Nru 18/2020 tal-QEA
(8) L-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), "CO2 emissions embodied in international trade and domestic final demand: methodology and results using the OECD inter-country input-output database ("L-emissjonijiet tas-CO2 inkorporati fil-kummerċ internazzjonali u fid-domanda domestika finali: metodoloġija u riżultati bl-użu tal-bażi tad-data tal-input-output tal-OECD bejn il-pajjiżi", 23 ta' Novembru 2020.
(9) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.


Kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni *
PDF 261kWORD 87k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2021 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni (COM(2020)0314 – C9-0213/2020 – 2020/0148(CNS))
P9_TA(2021)0072A9-0015/2021

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2020)0314),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 113 u 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0213/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0015/2021),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 1
(1)  Sabiex jiġu akkomodati inizjattivi ġodda tal-Unjoni fil-qasam tat-trasparenza tat-taxxa, id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE21 kienet soġġetta għal serje ta' emendi f'dawn l-aħħar snin. Dawn il-bidliet prinċipalment introduċew obbligi ta' rappurtar, segwiti minn komunikazzjoni lil Stati Membri oħra, b'rabta ma' kontijiet finanzjarji, deċiżjonijiet transfruntiera antiċipati u arranġamenti preliminari ta' prezzijiet, rapporti għal kull pajjiż u arranġamenti transfruntiera rapportabbli. B'hekk, dawn l-emendi estendew il-kamp ta' applikazzjoni tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni. Issa l-awtoritajiet tat-taxxa għandhom sett usa' ta' għodod ta' kooperazzjoni għad-dispożizzjoni tagħhom, biex jidentifikaw u jindirizzaw il-forom ta' frodi tat-taxxa, ta' evażjoni tat-taxxa u ta' evitar tat-taxxa.
(1)  Sabiex jiġu akkomodati inizjattivi ġodda tal-Unjoni fil-qasam tat-trasparenza tat-taxxa, id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE21 kienet soġġetta għal serje ta' emendi f'dawn l-aħħar snin. Dawn il-bidliet prinċipalment introduċew obbligi ta' rappurtar, segwiti minn komunikazzjoni lil Stati Membri oħra, b'rabta ma' kontijiet finanzjarji, deċiżjonijiet transfruntiera antiċipati u arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment, rapporti għal kull pajjiż u arranġamenti transfruntiera rapportabbli. B'hekk, dawn l-emendi estendew il-kamp ta' applikazzjoni tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni. Issa l-awtoritajiet tat-taxxa għandhom sett usa' ta' għodod ta' kooperazzjoni għad-dispożizzjoni tagħhom, biex jidentifikaw u jindirizzaw il-forom ta' frodi tat-taxxa, ta' evażjoni tat-taxxa u ta' evitar tat-taxxa, sabiex jiġi ssalvagwardjat id-dħul mit-taxxa u tiġi żgurata tassazzjoni ġusta.
_________________
_________________
21 Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).
21 Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 1a (ġdida)
(1a)   Is-sett usa' ta' għodod ta' kooperazzjoni, it-tranżizzjoni diġitali u l-għan li tittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali jirrikjedu riżorsi umani kkwalifikati u riżorsi finanzjarji adegwati. Għal dak il-għan, il-bidliet proposti jridu jkunu akkumpanjati minn livell adegwat ta' investiment, l-aktar fir-rigward tal-adattament tal-informatika u l-infrastruttura diġitali u t-taħriġ professjonali. Fl-aħħar mill-aħħar, jenħtieġ li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Istati Membri li jipproċessaw l-informazzjoni finanzjarja kollha li tkun waslitilhom u jenħtieġ li jiżdiedu r-riżorsi finanzjarji, umani u informatiċi fl-amministrazzjonijiet tat-taxxa.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 2
(2)  F'dawn l-aħħar snin, il-Kummissjoni kienet qed timmonitorja l-applikazzjoni, u fl-2019 lestiet evalwazzjoni tad-Direttiva 2011/16/UE22. Filwaqt li sar titjib sinifikanti fil-qasam tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni, għad hemm il-ħtieġa li jittejbu d-dispożizzjonijiet eżistenti relatati mal-forom kollha ta' skambji ta' informazzjoni u ta' kooperazzjoni amministrattiva.
(2)  F'dawn l-aħħar snin, il-Kummissjoni kienet qed timmonitorja l-applikazzjoni, u fl-2019 lestiet evalwazzjoni tad-Direttiva 2011/16/UE22. Filwaqt li sar titjib sinifikanti fil-qasam tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni, għad hemm il-ħtieġa li jittejbu d-dispożizzjonijiet eżistenti relatati mal-forom kollha ta' skambji ta' informazzjoni u ta' kooperazzjoni amministrattiva. Sabiex titqies l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni fir-rigward tat-trasparenza tat-taxxa, jista' jkun meħtieġ li dik id-Direttiva tiġi aġġornata b'mod regolari.
_________________
_________________
22 Il-Kummissjoni Ewropea, Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, Evalwazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (SWD(2019)0328).
22 Il-Kummissjoni Ewropea, Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, Evalwazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (SWD(2019)0328).
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 3
(3)  Skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2011/16/UE, wara li ssir talba mingħand awtorità rikjedenti, l-awtorità li ssirilha t-talba trid tikkomunika lill-awtorità rikjedenti kwalunkwe informazzjoni li jkollha fil-pussess tagħha, jew li tikseb bħala riżultat ta' inkjesti amministrattivi, li tista' tkun prevedibbilment rilevanti għall-amministrazzjoni u għall-infurzar tal-liġijiet domestiċi tal-Istati Membri rigward it-taxxi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dik id-Direttiva. Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-iskambji ta' informazzjoni u jiġu evitati rifjuti mhux ġustifikati ta' talbiet, kif ukoll biex jiġu pprovduti ċ-ċarezza u ċ-ċertezza tad-dritt kemm għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa kif ukoll għall-kontribwenti, jenħtieġ li l-istandard ta' rilevanza prevedibbli jiġi indikat b'mod ċar. F'dan il-kuntest, għandu jiġi ċċarat ukoll li l-istandard ta' rilevanza prevedibbli jenħtieġ li ma japplikax għat-talbiet ta' informazzjoni addizzjonali wara skambju ta' informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 8a tad-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward ta' deċiżjoni transfruntiera antiċipata jew arranġament preliminari ta' prezzijiet.
(3)  Skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2011/16/UE, wara li ssir talba mingħand awtorità rikjedenti, l-awtorità li ssirilha t-talba trid tikkomunika lill-awtorità rikjedenti kwalunkwe informazzjoni li jkollha fil-pussess tagħha, jew li tikseb bħala riżultat ta' inkjesti amministrattivi, li tista' tkun prevedibbilment rilevanti għall-amministrazzjoni u għall-infurzar tal-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri rigward it-taxxi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dik id-Direttiva. Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-iskambji ta' informazzjoni u jiġu evitati rifjuti mhux ġustifikati ta' talbiet, kif ukoll biex jiġu pprovduti ċ-ċarezza u ċ-ċertezza tad-dritt kemm għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa kif ukoll għall-kontribwenti, jenħtieġ li l-istandard ta' rilevanza prevedibbli jiġi indikat b'mod ċar f'konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li tiddikjara li t-terminu "rilevanza prevedibbli" huwa maħsub li jipprevedi skambju ta' informazzjoni fi kwistjonijiet fiskali bl-aktar mod wiesa' possibbli. F'dan il-kuntest, għandu jiġi ċċarat ukoll li l-istandard ta' rilevanza prevedibbli jenħtieġ li ma japplikax għat-talbiet ta' informazzjoni addizzjonali wara skambju ta' informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 8a tad-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward ta' deċiżjoni transfruntiera antiċipata jew arranġament preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 3a (ġdida)
(3a)   L-Unjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw sistema armonizzata ta' penali u sanzjonijiet fl-Unjoni kollha biex jiġi evitat l-isfruttament, min-naħa tal-operaturi tal-pjattaformi, tal-lakuni u tad-differenzi fost is-sistemi tat-tassazzjoni tal-Istati Membri. F'każ ta' ksur tar-regoli, jenħtieġ li jitqiesu penali pekunjarji u l-esklużjoni mill-kuntratti pubbliċi. F'każijiet estremi u ripetuti, ir-revoka tal-liċenzja kummerċjali tal-operatur tal-pjattaformi jenħtieġ li tkun possibbiltà.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 4a (ġdida)
(4a)  Sabiex il-kontribwenti jinżammu infurmati b'mod korrett u totali, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jiżvelaw il-kategoriji ta' introjtu li fir-rigward tagħhom l-informazzjoni tiġi kondiviża awtomatikament mal-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra u pajjiżi terzi jew ġuriżdizzjonijiet terzi.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 4b (ġdida)
(4b)   Kwalunkwe informazzjoni dwar l-iskemi transfruntiera b'implikazzjonijiet għall-pajjiżi terzi jenħtieġ ukoll li tiġi żvelata lill-awtoritajiet tat-taxxa f'dawn il-pajjiżi. Tali rekwiżit jenħtieġ li jikkonċerna b'mod partikolari lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, li ta' spiss ikollhom aċċess aktar limitat għas-sistemi internazzjonali tal-iskambju ta' informazzjoni dwar it-taxxa.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 6a (ġdida)
(6a)   L-identifikazzjoni korretta tal-kontribwenti hija essenzjali biex ikun hemm skambju effettiv tal-informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa. Jenħtieġ li dejjem isir disponibbli numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa (NIT) meta jkun meħtieġ mid-Direttiva 2011/16/UE u jenħtieġ li jinħoloq NIT Ewropew biex joffri l-aħjar mezzi għal tali identifikazzjoni. In-NIT Ewropew ikun jippermetti lil kwalunkwe parti terza tidentifika u tirreġistra malajr, faċilment u korrettament in-NIT f'relazzjonijiet transfruntiera u jservi ta' bażi għall-iskambju awtomatiku effettiv tal-informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri.
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 7
(7)  L-amministrazzjonijiet tat-taxxa spiss jitolbu informazzjoni mingħand l-operaturi tal-pjattaformi diġitali. Dan jikkawża kostijiet amministrattivi u tal-konformità sinifikanti għall-operaturi tal-pjattaformi. Fl-istess ħin, xi Stati Membri imponew obbligu ta' rappurtar unilaterali, li joħloq piż amministrattiv addizzjonali għall-operaturi tal-pjattaformi, peress li jridu jikkonformaw ma' diversi standards nazzjonali ta' rappurtar. Għalhekk, ikun essenzjali li japplika obbligu tar-rappurtar standardizzat fis-suq intern kollu.
(7)  L-amministrazzjonijiet tat-taxxa spiss jitolbu informazzjoni mingħand l-operaturi tal-pjattaformi diġitali. Dan jikkawża kostijiet amministrattivi u tal-konformità sinifikanti għall-operaturi tal-pjattaformi. Fl-istess ħin, xi Stati Membri imponew obbligu ta' rappurtar unilaterali, li joħloq piż amministrattiv addizzjonali għall-operaturi tal-pjattaformi, peress li jridu jikkonformaw ma' diversi standards nazzjonali ta' rappurtar. Għalhekk, ikun essenzjali li japplika obbligu tar-rappurtar standardizzat fis-suq intern kollu. Tali standardizzazzjoni hija essenzjali għall-promozzjoni ta' tliet objettivi importanti: jiġu minimizzati l-kostijiet ta' konformità għall-operaturi, tiżdied l-effiċjenza tal-awtoritajiet nazzjonali u titnaqqas il-burokrazija kemm għall-kontribwenti kif ukoll għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 7a (ġdida)
(7a)  Id-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija hija wieħed mill-pedamenti tal-istrateġija ekonomika u tat-tkabbir futura tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Unjoni tkun art attraenti għall-kumpaniji diġitali, b'mod partikolari għall-potenzjal kummerċjali, innovattiv u okkupazzjonali tagħhom. Madankollu, l-oġġetti u s-servizzi diġitali għandhom it-tendenza li jkunu intanġibbli u mobbli ħafna u għalhekk huma aktar suxxettibbli li jsofru minn prattiki tal-ippjanar tat-taxxa aggressivi, peress li bosta mudelli kummerċjali ma jirrikjedux infrastrutturi fiżiċi sabiex iwettqu tranżazzjonijiet mal-klijenti u jiġġeneraw profitti. Dan iqajjem dubji dwar l-adegwatezza tal-mudelli ta' taxxa korporattiva tal-Unjoni maħsuba għas-setturi tradizzjonali, inkluż fir-rigward tal-punt sa liema jkunu jistgħu jerġgħu jiġu ddefiniti l-kriterji ta' valutazzjoni u kalkolu biex ikunu adattati għall-attivitajiet kummerċjali tas-seklu XXI. Barra minn hekk, dan iwassal għal sitwazzjoni li fiha l-bejjiegħa online u l-bejjiegħa li joperaw permezz ta' pjattaformi fil-preżent għandhom l-opportunità li jiġġeneraw dħul li jiġi ddikjarat b'mod skars, u b'hekk f'riskju għoli li jibqgħu ma jiġux intaxxati kif suppost jew li ma jiġux intaxxati.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 13
(13)  Minħabba n-natura diġitali u l-flessibbiltà tal-pjattaformi diġitali, jenħtieġ li l-obbligu tar-rappurtar jiġi estiż għal dawk l-operaturi tal-pjattaformi li jwettqu attività kummerċjali fl-Unjoni iżda li la jkunu residenti għal finijiet tat-taxxa, la jkunu inkorporati jew ġestiti, u lanqas ma jkollhom stabbiliment permanenti f'ebda Stat Membru. Dan jiżgura kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni fost il-pjattaformi u jipprevjeni l-kompetizzjoni inġusta. Sabiex dan jiġi ffaċilitat, jenħtieġ li l-pjattaformi barranin ikunu meħtieġa jirreġistraw u jirrappurtaw fi Stat Membru wieħed biex b'hekk ikunu joperaw fis-suq intern.
(13)  Minħabba n-natura diġitali u l-flessibbiltà tal-pjattaformi diġitali, jenħtieġ li l-obbligu tar-rappurtar jiġi estiż għal dawk l-operaturi tal-pjattaformi li jwettqu attività kummerċjali fl-Unjoni iżda li la jkunu residenti għal finijiet tat-taxxa, la jkunu inkorporati jew ġestiti, u lanqas ma jkollhom stabbiliment permanenti f'ebda Stat Membru. Dan jiżgura kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni fost il-pjattaformi u jipprevjeni l-kompetizzjoni inġusta. Sabiex dan jiġi ffaċilitat, jenħtieġ li l-pjattaformi barranin ikunu meħtieġa jirreġistraw u jirrappurtaw fi Stat Membru wieħed biex b'hekk ikunu joperaw fis-suq intern, filwaqt li jitqiesu l-post tas-sede ġenerali jew reġjonali tagħhom, il-post effettiv ta' tmexxija kif ukoll l-eżistenza ta' attività ekonomika sostanzjali f'dak l-Istat Membru magħżul.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 14a (ġdida)
(14a)   Peress li l-ekonomija diġitalizzata u globalizzata b'mod progressiv tiżvela dimensjonijiet kumplessi u problematiċi, bħall-kriptoassi, huwa importanti li tiżdied il-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa nazzjonali f'dak il-qasam. Definizzjoni ċara tal-kriptoassi, b'kont meħud tal-ħidma li qed issir fi ħdan l-OECD u l-FATF, hija importanti fil-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u fil-promozzjoni ta' tassazzjoni ġusta. L-FATF adottat definizzjoni wiesgħa ta' munita virtwali u rrakkomandat l-inkorporazzjoni fil-kamp ta' applikazzjoni tal-obbligi tal-AML/CFT ta' kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li twettaq attivitajiet li jinkludu l-iskambju bejn il-kriptoassi, it-trasferiment ta' kriptoassi u l-parteċipazzjoni fis-servizzi finanzjarji relatati ma' offerti inizjali tal-muniti, u l-provvista tagħhom. Il-proliferazzjoni tal-kriptovaluti hija suġġett ta' attwalità u jenħtieġ li titqies fi kwalunkwe sforz biex tiżdied il-kooperazzjoni amministrattiva, abbażi tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità. Barra minn hekk, fid-dawl tal-progress teknoloġiku globali, hemm bżonn ta' mekkaniżmi superviżorji avvanzati li jkunu f'kuntatt mill-qrib mal-korpi finanzjarji rilevanti ta' kontra l-kriminalità.
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 15
(15)  L-objettiv tal-prevenzjoni tal-evażjoni u tal-evitar tat-taxxa jista' jiġi żgurat billi l-operaturi tal-pjattaformi diġitali jkunu meħtieġa jirrappurtaw l-introjtu ggwadanjat permezz tal-pjattaformi fi stadju bikri, qabel ma l-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa jwettqu l-valutazzjonijiet tat-taxxa tagħhom ta' kull sena. Sabiex jiġi ffaċilitat ix-xogħol tal-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-informazzjoni rrappurtata tiġi skambjata fi żmien xahar wara r-rappurtar. Sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni u jittejjeb l-użu effiċjenti tar-riżorsi, jenħtieġ li l-iskambji jitwettqu b'mod elettroniku permezz tan-network komuni ta' komunikazzjoni ("CCN") eżistenti li ġie żviluppat mill-Unjoni.
(15)  L-objettiv tal-prevenzjoni tal-evażjoni u tal-evitar tat-taxxa jista' jiġi żgurat billi l-operaturi tal-pjattaformi diġitali jkunu meħtieġa jirrappurtaw l-introjtu ggwadanjat permezz tal-pjattaformi fi stadju bikri, qabel ma l-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa jwettqu l-valutazzjonijiet tat-taxxa tagħhom ta' kull sena. Sabiex jiġi ffaċilitat ix-xogħol tal-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-informazzjoni rrappurtata tiġi skambjata mingħajr dewmien bla bżonn u sa mhux aktar tard minn xahar wara r-rappurtar. Sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni u jittejjeb l-użu effiċjenti tar-riżorsi, jenħtieġ li l-iskambji jitwettqu b'mod elettroniku permezz tan-network komuni ta' komunikazzjoni ("CCN") eżistenti li ġie żviluppat mill-Unjoni. Jenħtieġ li l-infrastruttura diġitali tkun reżiljenti u tiggarantixxi l-ogħla standard ta' sigurtà.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 15a (ġdida)
(15a)   Din id-Direttiva jenħtieġ li tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jaċċedu għad-data dwar it-tul tal-kuntratti tal-kiri meta l-kiri ta' proprjetà fuq terminu qasir ikun limitat fiż-żmien sabiex jiġu ffaċilitati l-implimentazzjoni ta' dawk il-limitazzjonijiet u kontroll fuq iż-żidiet fil-prezz tal-kiri fl-Unjoni.
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 15b (ġdida)
(15b)   L-individwi li għandhom aċċess għal informazzjoni relatata ma' informazzjoni sensittiva dwar it-taxxa tal-operaturi tal-pjattaformi u l-korporazzjonijiet multinazzjonali rigward il-prattiki tal-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa, jenħtieġ li jiġu mħeġġa jippreżentaw ruħhom u jikkooperaw mal-awtoritajiet b'diskrezzjoni u b'rispett għall-interess pubbliku, u jenħtieġ li jkunu protetti bis-sħiħ jekk jagħmlu dan.
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 16
(16)  L-evalwazzjoni tad-Direttiva 2011/16/UE mwettqa mill-Kummissjoni wriet il-ħtieġa li jsir monitoraġġ konsistenti tal-effettività fl-applikazzjoni ta' dik id-Direttiva u tad-dispożizzjonijiet nazzjonali ta' traspożizzjoni li jippermettu din l-applikazzjoni. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tkompli timmonitorja u tevalwa b'mod xieraq l-effettività tal-iskambji awtomatiċi tal-informazzjoni skont id-Direttiva 2011/16/UE, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu obbligati jikkomunikaw l-istatistika dwar tali skambji lill-Kummissjoni fuq bażi annwali.
(16)  L-evalwazzjoni tad-Direttiva 2011/16/UE mwettqa mill-Kummissjoni wriet il-ħtieġa li jsir monitoraġġ konsistenti tal-effettività fl-applikazzjoni ta' dik id-Direttiva u tad-dispożizzjonijiet nazzjonali ta' traspożizzjoni li jippermettu din l-applikazzjoni. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tkompli timmonitorja u tevalwa b'mod xieraq l-effettività tal-iskambji awtomatiċi tal-informazzjoni skont id-Direttiva 2011/16/UE, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu obbligati jikkomunikaw l-istatistika dwar tali skambji lill-Kummissjoni fuq bażi annwali. Jenħtieġ ukoll li dawn jikkomunikaw lill-Kummissjoni, fuq bażi annwali, l-informazzjoni kollha rilevanti relatata mal-ostakoli għall-implimentazzjoni korretta ta' dik id-Direttiva.
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 16a (ġdida)
(16a)  Fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni u l-effiċjenza tad-dispożizzjonijiet li din id-Direttiva introduċiet fid-Direttiva 2011/16/UE, kif ukoll proposti speċifiċi, inklużi proposti leġiżlattivi, maħsuba biex itejbuha. Jenħtieġ li tali rapport isir pubbliku.
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 19
(19)  Il-kontrolli multilaterali mwettqa bl-appoġġ tal-programm Fiscalis 2020 stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1286/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill urew il-benefiċċju ta' kontrolli kkoordinati ta' kontribwent wieħed jew iktar li jkunu ta' interess komuni jew komplementari għal żewġ amministrazzjonijiet tat-taxxa jew iktar fl-Unjoni. Peress li ma hemm l-ebda bażi ġuridika espliċita għat-twettiq tal-awditi konġunti, attwalment tali azzjonijiet konġunti qed jitwettqu abbażi tad-dispożizzjonijiet ikkombinati tad-Direttiva 2011/16/UE rigward il-preżenza ta' uffiċjali barranin fit-territorju ta' Stati Membri oħra u rigward il-kontrolli simultanji. Madankollu, f'ħafna każijiet intwera li din il-prattika kienet insuffiċjenti u ma kellhiex ċarezza u ċertezza tad-dritt.
(19)  Il-kontrolli multilaterali mwettqa bl-appoġġ tal-programm Fiscalis 2020 stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1286/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill urew il-benefiċċju ta' kontrolli kkoordinati ta' kontribwent wieħed jew iktar li jkunu ta' interess komuni jew komplementari għal żewġ amministrazzjonijiet tat-taxxa jew iktar fl-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-ispezzjonijiet fuq il-post u l-awditi konġunti jkunu parti mill-qafas tal-Unjoni għall-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa. Peress li ma hemm l-ebda bażi ġuridika espliċita għat-twettiq tal-awditi konġunti, attwalment tali azzjonijiet konġunti qed jitwettqu abbażi tad-dispożizzjonijiet ikkombinati tad-Direttiva 2011/16/UE rigward il-preżenza ta' uffiċjali barranin fit-territorju ta' Stati Membri oħra u rigward il-kontrolli simultanji. Madankollu, f'ħafna każijiet intwera li din il-prattika kienet insuffiċjenti u ma kellhiex ċarezza u ċertezza tad-dritt. Għalhekk huwa importanti li tiġi eliminata tali inċertezza tad-dritt u li tali kontrolli jiġu fornuti b'bażi ġuridika fil-qafas tal-kooperazzjoni amministrattiva.
__________________
__________________
5 Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi programm ta' azzjoni biex jittejjeb it-tħaddim tas-sistemi ta' tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea għall-perijodu 2014-2020 (Fiscalis 2020) u jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 1482/2007/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 25).
5 Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi programm ta' azzjoni biex jittejjeb it-tħaddim tas-sistemi ta' tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea għall-perijodu 2014-2020 (Fiscalis 2020) u jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 1482/2007/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 25).
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Premessa 20
(20)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jadottaw qafas ġuridiku ċar u effiċjenti li jippermetti lill-awtoritajiet tat-taxxa tagħhom iwettqu awditi konġunti ta' persuni b'attività transfruntiera. L-awditi konġunti huma inkjesti amministrattivi mwettqa b'mod konġunt mill-awtoritajiet kompetenti ta' żewġ Stati Membri jew iktar, biex jeżaminaw każ marbut ma' persuna waħda jew iktar ta' interess komuni jew komplementari għal dawn l-Istati Membri. L-awditi konġunti jista; jkollhom rwol importanti biex jikkontribwixxu għall-funzjonament aħjar tas-suq intern. L-awditi konġunti jenħtieġ li jkunu strutturati biex joffru ċertezza tad-dritt lill-kontribwenti permezz ta' regoli proċedurali ċari, inkluż għall-mitigazzjoni tar-riskju ta' tassazzjoni doppja.
(20)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jadottaw qafas ġuridiku ċar u effiċjenti li jippermetti lill-awtoritajiet tat-taxxa tagħhom iwettqu awditi konġunti ta' persuni b'attività transfruntiera. L-awditi konġunti huma inkjesti amministrattivi mwettqa b'mod konġunt mill-awtoritajiet kompetenti ta' żewġ Stati Membri jew iktar, biex jeżaminaw każ marbut ma' persuna waħda jew iktar ta' interess komuni jew komplementari għal dawn l-Istati Membri. L-awditi konġunti jista' jkollhom rwol importanti biex jikkontribwixxu għall-funzjonament aħjar tas-suq intern. L-awditi konġunti jenħtieġ li jkunu strutturati biex joffru ċertezza tad-dritt lill-kontribwenti permezz ta' regoli proċedurali ċari, inkluż għall-mitigazzjoni tar-riskju ta' tassazzjoni doppja. Minbarra l-qafas ġuridiku meħtieġ, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevedu kundizzjonijiet li jiffaċilitaw l-organizzazzjoni ta' awditi konġunti fuq livell operattiv, b'mod partikolari billi jappoġġjaw it-taħriġ, inkluż it-taħriġ lingwistiku, għall-persunal li x'aktarx iwettaq l-awditi konġunti. Huwa mfakkar li l-programm Fiscalis jista' joffri appoġġ finanzjarju f'dan ir-rigward.
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Premessa 21
(21)  Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-proċess, jenħtieġ li t-tweġibiet għat-talbiet għal awditi konġunti jiġu pprovduti f'perjodu ta' żmien speċifikat. Ir-rifjuti tat-talbiet jenħtieġ li jkunu ġġustifikati kif xieraq. L-arranġamenti proċedurali applikabbli għal awditu konġunt jenħtieġ li jkunu dawk tal-Istat Membru li fih titwettaq l-azzjoni tal-awditjar rilevanti. Abbażi ta' dan, l-evidenza miġbura matul awditu konġunt jenħtieġ li tiġi rrikonoxxuta b'mod reċiproku mill-Istat(i) Membru/i parteċipanti. Huwa importanti bl-istess mod li l-awtoritajiet kompetenti jaqblu dwar il-fatti u ċ-ċirkostanzi tal-każ u li jagħmlu ħilithom biex jilħqu ftehim dwar kif jinterpretaw il-pożizzjoni tat-taxxa tal-persuna/i awditjata/i. Sabiex jiġi żgurat li l-eżitu ta' awditu konġunt jista' jiġi implimentat fl-Istati Membri parteċipanti, jenħtieġ li r-rapport finali jkollu valur ġuridiku ekwivalenti għall-istrumenti nazzjonali rilevanti li jinħarġu bħala riżultat ta' awditu fl-Istati Membri parteċipanti. Fejn ikun neċessarju, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu l-qafas ġuridiku għat-twettiq ta' aġġustament korrispondenti.
(21)  Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-proċess, jenħtieġ li t-tweġibiet għat-talbiet għal awditi konġunti jiġu pprovduti f'perjodu ta' żmien speċifikat. Ir-rifjuti tat-talbiet jenħtieġ li jkunu ġġustifikati kif xieraq, jenħtieġ li jkunu permessi biss għar-raġunijiet indikati f'din id-Direttiva u jenħtieġ li jkunu suġġetti għal dritt ta' risposta mill-awtorità rikjedenti. L-arranġamenti proċedurali applikabbli għal awditu konġunt jenħtieġ li jkunu dawk tal-Istat Membru li fih titwettaq l-azzjoni tal-awditjar rilevanti. Abbażi ta' dan, l-evidenza miġbura matul awditu konġunt jenħtieġ li tiġi rrikonoxxuta b'mod reċiproku mill-Istat(i) Membru/i parteċipanti. Huwa importanti bl-istess mod li l-awtoritajiet kompetenti jaqblu dwar il-fatti u ċ-ċirkostanzi tal-każ u li jagħmlu ħilithom biex jilħqu ftehim dwar kif jinterpretaw il-pożizzjoni tat-taxxa tal-persuna/i awditjata/i. Sabiex jiġi żgurat li l-eżitu ta' awditu konġunt jista' jiġi implimentat fl-Istati Membri parteċipanti, jenħtieġ li r-rapport finali jkollu valur ġuridiku ekwivalenti għall-istrumenti nazzjonali rilevanti li jinħarġu bħala riżultat ta' awditu fl-Istati Membri parteċipanti. Fejn ikun neċessarju, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu l-qafas ġuridiku għat-twettiq ta' aġġustament korrispondenti.
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Premessa 24a (ġdida)
(24a)  Huwa bl-istess mod importanti li jiġi enfasizzat li mhux biss l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa iżda wkoll il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki tikkontribwixxi għal ġbir tat-taxxi aktar effiċjenti. F'konformità mal-Programm Fiscalis 2020, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu prijorità lill-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki fost l-awtoritajiet tat-taxxa.
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Premessa 26
(26)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/16/UE u b'mod partikolari għall-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni biex tadotta formola standard b'numru limitat ta' komponenti, inkluż l-arranġamenti lingwistiċi. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25.
(26)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/16/UE u b'mod partikolari għall-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni biex tadotta formola standard b'numru limitat ta' komponenti, inkluż l-arranġamenti lingwistiċi. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25. Il-Kummissjoni għandha d-dritt tfassal rapporti u dokumenti, permezz tal-informazzjoni skambjata b'mod anonimizzat, biex tqis id-dritt tal-kontribwenti għall-kunfidenzjalità u f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni.
_________________
_________________
25 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
25 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Premessa 26a (ġdida)
(26a)  Jenħtieġ li kwalunkwe pproċessar tad-data personali li jitwettaq fil-qafas tad-Direttiva 2011/16/UE jkompli jkun konformi mar-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725. L-ipproċessar tad-data previst fid-Direttiva 2011/16/UE għandu biss l-objettiv li jservi interess pubbliku ġenerali fil-qasam tat-tassazzjoni, jiġifieri, jiġġieled kontra l-frodi tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa, jissalvagwardja d-dħul mit-taxxa u jippromwovi t-tassazzjoni ġusta, u dan isaħħaħ l-opportunitajiet għall-inklużjoni soċjali, politika u ekonomika fl-Istati Membri. Għalhekk, fid-Direttiva 2011/16/UE, jenħtieġ li r-referenzi għal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data jiġu aġġornati u ssupplimentati mir-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva.
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 9 – punt a
(a)  għall-finijiet tal-Artikolu 8(1) u tal-Artikoli 8a, 8aa, 8ab u 8ac, il-komunikazzjoni sistematika ta' informazzjoni ddefinita minn qabel lil Stat Membru ieħor, mingħajr talba minn qabel, b'intervalli regolari stabbiliti minn qabel.
(a)  għall-finijiet tal-Artikolu 8(1) u tal-Artikoli 8a, 8aa, 8ab u 8ac, il-komunikazzjoni sistematika ta' informazzjoni ġdida u ddefinita minn qabel lil Stat Membru ieħor, mingħajr talba minn qabel, b'intervalli regolari stabbiliti minn qabel.
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 14
(1a)   Fl-Artikolu 3, il-punt 14 huwa emendat kif ġej:
14.  'deċiżjoni antiċipata transkonfinali' tfisser kull ftehim, komunikazzjoni, jew kull strument jew azzjoni oħra b'effetti simili, inkluża deċiżjoni maħruġa, emendata jew imġedda fil-kuntest ta' awditu tat-taxxa, u li tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:
"14. 'deċiżjoni antiċipata' tfisser kull ftehim, komunikazzjoni, jew kull strument jew azzjoni oħra b'effetti simili, inkluża deċiżjoni maħruġa, emendata jew imġedda fil-kuntest ta' awditu tat-taxxa, u indipendentement min-natura formali, informali, ġuridikament vinkolanti jew mhux vinkolanti tagħha, li tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)  tkun maħruġa, emendata jew imġedda minn, jew f'isem, il-gvern jew l-awtorità tat-taxxa ta' Stat Membru jew is-subdiviżjonijiet territorjali jew amministrattivi tal-Istat Membru, inklużi l-awtoritajiet lokali, irrispettivament minn jekk din tintużax b'mod effettiv;
(a)  tkun maħruġa, emendata jew imġedda minn, jew f'isem, il-gvern jew l-awtorità tat-taxxa ta' Stat Membru jew is-suddiviżjonijiet territorjali jew amministrattivi tal-Istat Membru, inklużi l-awtoritajiet lokali, irrispettivament minn jekk din tintużax b'mod effettiv;
(b)  tkun maħruġa, emendata jew imġedda, għal persuna partikolari jew grupp ta' persuni, u li dik il-persuna jew grupp ta' persuni huwa intitolat li jinvoka;
(b)  tkun maħruġa, emendata jew imġedda, għal persuna partikolari jew grupp ta' persuni, u li dik il-persuna jew grupp ta' persuni huwa intitolat li jinvoka;
(c)  tikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dispożizzjoni legali jew amministrattiva dwar l-amministrazzjoni jew l-infurzar tal-liġijiet nazzjonali relatati mat-taxxi tal-Istat Membru, jew is-subdiviżjonijiet territorjali jew amministrattivi tal-Istat Membru, inklużi l-awtoritajiet lokali;
(c)  tikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dispożizzjoni legali jew amministrattiva dwar l-amministrazzjoni jew l-infurzar tal-liġijiet nazzjonali relatati mat-taxxi tal-Istat Membru, jew is-suddiviżjonijiet territorjali jew amministrattivi tal-Istat Membru, inklużi l-awtoritajiet lokali;
(d)  tkun relatata ma' transazzjoni transkonfinali jew mal-kwistjoni dwar jekk l-attivitajiet imwettqa minn persuna f'ġurisdizzjoni oħra joħolqux stabbiliment permanenti jew le; u
(e)  issir qabel it-transazzjonijiet jew l-attivitajiet f'ġurisdizzjoni oħra li potenzjalment joħolqu stabbiliment permanenti jew qabel il-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni tat-taxxa li tkopri l-perijodu li fih it-transazzjoni jew is-serje ta' transazzjonijiet jew attivitajiet ikunu seħħew. It-transazzjoni transkonfinali tista' tinvolvi t-twettiq ta' investimenti, il-provvista ta' prodotti, servizzi, finanzi jew l-użu ta' assi tanġibbli jew intanġibbli, iżda mhix ristretta għal dawn biss u tista' ma tinvolvix direttament lill-persuna li tirċievi d-deċiżjoni antiċipata transkonfinali;
(e)  issir qabel it-tranżazzjonijiet jew l-attivitajiet f'ġuriżdizzjoni oħra li potenzjalment joħolqu stabbiliment permanenti jew qabel il-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni tat-taxxa li tkopri l-perijodu li fih it-tranżazzjoni jew is-serje ta' tranżazzjonijiet jew attivitajiet ikunu seħħew. It-tranżazzjoni tista' tinvolvi t-twettiq ta' investimenti, il-provvista ta' prodotti, servizzi, finanzi jew l-użu ta' assi tanġibbli jew intanġibbli, iżda mhix ristretta għal dawn biss u tista' ma tinvolvix direttament lill-persuna li tirċievi d-deċiżjoni antiċipata;"
(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu. L-adozzjoni tagħha teħtieġ bidliet korrispondenti fit-test kollu.)
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 3 –paragrafu 1 – punt 16
(1b)   Fl-Artikolu 3, jitħassar il-punt 16
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 5a – paragrafu 1
1.  Għall-finijiet ta' talba kif imsemmi fl-Artikolu 5, l-informazzjoni mitluba għandha titqies li tkun prevedibbilment rilevanti meta fiż-żmien li ssir it-talba l-awtorità rikjedenti tikkunsidra li, f'konformità mad-dritt nazzjonali tagħha, hemm possibbiltà raġonevoli li l-informazzjoni mitluba tkun rilevanti għall-kwistjonijiet tat-taxxa ta' kontribwent wieħed jew iktar, kemm jekk din tkun identifikata b'isimhom jew b'xi mod ieħor, u tkun iġġustifikata għall-finijiet tal-investigazzjoni.
1.  Għall-finijiet ta' talba kif imsemmi fl-Artikolu 5, l-informazzjoni mitluba għandha titqies li tkun prevedibbilment rilevanti meta fiż-żmien li ssir it-talba l-awtorità rikjedenti tikkunsidra li, f'konformità mad-dritt nazzjonali tagħha, hemm possibbiltà raġonevoli li l-informazzjoni mitluba tkun rilevanti għall-kwistjonijiet tat-taxxa ta' kontribwent wieħed jew iktar, kemm jekk din tkun identifikata b'isimhom jew b'xi mod ieħor, u tkun iġġustifikata għall-finijiet tal-valutazzjoni, tal-ġbir u tal-ġestjoni tat-taxxi.
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 5a – paragrafu 2
2.  Bl-għan li tintwera r-rilevanza prevedibbli tal-informazzjoni mitluba, l-awtorità kompetenti rikjedenti għandha tipprovdi l-informazzjoni ta' sostenn lill-awtorità li saritilha t-talba, b'mod partikolari dwar il-fini tat-taxxa li għaliha qed tintalab l-informazzjoni u r-raġunijiet li jindikaw li l-informazzjoni mitluba tkun qed tinżamm mill-awtorità li ssirilha t-talba jew li tkun qiegħda fil-pussess jew fil-kontroll ta' persuna fil-ġurisdizzjoni tal-awtorità li ssirilha t-talba.
2.  Bl-għan li tintwera r-rilevanza prevedibbli tal-informazzjoni mitluba, l-awtorità kompetenti rikjedenti għandha tipprovdi l-informazzjoni ta' sostenn lill-awtorità li saritilha t-talba.
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
(3a)   Fl-Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:
1.  L-awtorità rikjesta għandha tipprovdi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 kemm jista' jkun malajr, u mhux aktar tard minn sitt xhur mid-data tal-irċevuta tat-talba.
“1. L-awtorità li saritilha t-talba għandha tipprovdi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 kemm jista' jkun malajr, u mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data tal-irċevuta tat-talba.
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3b (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 7 – paragrafu 6a (ġdid)
(3b)   Fl-Artikolu 7, jiżdied il-paragrafu li ġej:
"6a. Qabel l-1 ta' Jannar 2023, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jagħti ħarsa ġenerali u jagħmel valutazzjoni tal-istatistika u tal-informazzjoni li tasal fuq bażi ta' pajjiż b'pajjiż, dwar kwistjonijiet bħal dawk amministrattivi u kostijiet u benefiċċji oħra rilevanti, inkluż dħul mit-taxxa inkrementali tal-iskambji ta' informazzjoni fuq talba, kif ukoll aspetti prattiċi marbuta ma' dan, inkluż l-għadd ta' talbiet aċċettati u rrifjutati li jaslu u jintbagħtu għal kull pajjiż, iż-żmien li hemm bżonn għall-ġestjoni u aspetti oħra rilevanti għal valutazzjoni komprensiva."
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
Permezz ta' skambju awtomatiku, l-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha tikkomunika lill-awtorità kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor l-informazzjoni kollha dwar il-kategoriji speċifiċi ta' introjtu u ta' kapital li ġejjin, kif għandhom jinftehmu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru li jikkomunika l-informazzjoni:
Permezz ta' skambju awtomatiku, l-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha tikkomunika lill-awtorità kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor l-informazzjoni kollha li hija disponibbli jew li tista' ssir raġonevolment disponibbli u li tikkonċerna lir-residenti f'dak l-Istat Membru, dwar il-kategoriji speċifiċi ta' introjtu u ta' kapital li ġejjin, kif għandhom jinftehmu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru li jikkomunika l-informazzjoni:
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 3
Kull sena l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar mill-inqas żewġ kategoriji ta' introjtu u ta' kapital imsemmija fl-ewwel subparagrafu li fir-rigward tagħhom għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni li tikkonċerna lir-residenti ta' Stat Membru ieħor.
Kull sena l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-kategoriji ta' introjtu u ta' kapital kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu li fir-rigward tagħhom għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni li tikkonċerna lir-residenti ta' Stat Membru ieħor.
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8 – paragrafu 2
2.  Qabel l-1 ta' Jannar 2023, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'mill-inqas erba' kategoriji elenkati fil-paragrafu 1 li fir-rigward tagħhom l-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru, permezz ta' skambju awtomatiku, għandha tikkomunika lill-awtorità kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor l-informazzjoni li tikkonċerna lir-residenti f'dak l-Istat Membru l-ieħor. L-informazzjoni għandha tikkonċerna l-perjodi taxxabbli li jibdew fl-1 ta' Jannar 2024 jew wara.
imħassar
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt aa (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
(aa)  Fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu jitħassar.
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt ba (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8 – paragrafu 3a – subparagrafu 2 – punt a
(ba)  Fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3a, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
(a)  l-isem, l-indirizz, it-TINs u d-data u l-post ta' twelid (f'każ ta' individwu) ta' kull Persuna Rapportabbli li tkun Detentur ta' Kont tal-kont u, fil-każ ta' kwalunkwe Entità li tkun Detentur ta' Kont u li, wara l-applikazzjoni tar-regoli ta' diliġenza dovuta konsistenti mal-Annessi, tkun identifikata li jkollha Persuna Kontrollata waħda jew aktar li tkun Persuna Rapportabbli, l-isem, l-indirizz, u t-TINs tal-Entità u l-isem, l-indirizz, it-TINs u d-data u l-post ta' twelid ta' kull Persuna Rapportabbli;
(a)  l-isem, l-indirizz, in-NIT u d-data u l-post ta' twelid (f'każ ta' individwu) ta' kull Persuna Rapportabbli li tkun id-Detentur ta' Kont benefiċjarju aħħari tal-kont u, fil-każ ta' kwalunkwe Entità li tkun Detentur ta' Kont u li, wara l-applikazzjoni tar-regoli ta' diliġenza dovuta konsistenti mal-Annessi, tkun identifikata li jkollha Persuna Kontrollata waħda jew aktar li tkun Persuna Rapportabbli, l-isem, l-indirizz, u n-NIT tal-Entità u l-isem, l-indirizz, in-NIT u d-data u l-post ta' twelid ta' kull Persuna Rapportabbli;
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt -a (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8a – titolu
(-a)   L-Anness huwa emendat kif ġej:
Kamp ta' applikazzjoni u kondizzjonijiet għall-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni dwar deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali u arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment
"Kamp ta' applikazzjoni u kondizzjonijiet għall-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni dwar deċiżjonijiet antiċipati u arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment"
(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu. L-adozzjoni tagħha teħtieġ bidliet korrispondenti fit-test kollu.)
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt -aa (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8a – paragrafu 2 – subparagrafu 4
(-aa)  Fil-paragrafu 2, ir-raba' subparagrafu jitħassar.
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt -ab (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8a – paragrafu 3 – subparagrafu 2a (ġdid)
(-ab)   Fil-paragrafu 3, jiżdied is-subparagrafu li ġej:
"L-awtorità kompetenti ma għandhiex tinnegozja u tiftiehem arranġamenti preliminari bilaterali jew multilaterali ġodda ta' prezzijiet ta' trasferiment ma' pajjiżi terzi li ma jippermettux l-iżvelar tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra mill-1 ta' Jannar 2022."
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt -ac (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8a – paragrafu 4
(-ac)  Il-paragrafu 4 jitħassar.
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt aa (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8a – paragrafu 6 – punt a
(aa)  Fil-paragrafu 6, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
(a)  l-identifikazzjoni tal-persuna, għajr persuna fiżika, u fejn xieraq il-grupp ta' persuni, li għaliha tappartjeni;
"(a) l-identifikazzjoni tal-persuna, inklużi l-persuni fiżiċi, u fejn xieraq il-grupp ta' persuni, li għaliha tappartjeni;
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8a – paragrafu 6 – punt b
(b)  sommarju tad-deċiżjoni transfruntiera antiċipata jew tal-arranġament preliminari tal-prezzijiet, inkluż deskrizzjoni tal-attivitajiet kummerċjali jew tat-tranżazzjonijiet jew ta' serje ta' tranżazzjonijiet rilevanti u kwalunkwe informazzjoni oħra li tista' tgħin lill-awtorità kompetenti tivvaluta riskju tat-taxxa potenzjali, mingħajr ma twassal għall-iżvelar ta' sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali jew ta' proċess kummerċjali, jew ta' informazzjoni li l-iżvelar tagħha jmur kontra l-ordni pubbliku.
(b)  sommarju tad-deċiżjoni transfruntiera antiċipata jew tal-arranġament preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment, inkluż deskrizzjoni tal-attivitajiet kummerċjali jew tat-tranżazzjonijiet jew ta' serje ta' tranżazzjonijiet rilevanti, l-implikazzjonijiet rilevanti kollha ta' taxxa diretta u indiretta bħar-rati tat-taxxa effettiva, u kwalunkwe informazzjoni oħra li tista' tgħin lill-awtorità kompetenti tivvaluta riskju tat-taxxa potenzjali, bl-ommissjoni tal-informazzjoni li tista' twassal għall-iżvelar ta' sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali jew ta' proċess kummerċjali, jew ta' informazzjoni li l-iżvelar tagħha jmur kontra l-ordni pubbliku.
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8aa – paragrafu 2
(5a)   Fl-Artikolu 8aa, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
2.  L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru fejn ikun ġie riċevut ir-Rapport għal kull Pajjiż skont il-paragrafu 1 għandha, permezz ta' skambju awtomatiku u sal-iskadenza stipulata fil-paragrafu 4, tikkomunika r-rapport għal kull pajjiż lil kull Stat Membru ieħor li fih, fuq il-bażi tal-informazzjoni fir-rapport għal kull pajjiż, Entità Kostitwenti waħda jew aktar tal-Grupp MNE tal-Entità Notifikanti tkun residenti għal skopijiet ta' taxxa, jew inkella tkun soġġetta għat-taxxa fir-rigward tan-negozju li jsir permezz ta' stabbiliment permanenti.
"2. L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru fejn ikun ġie riċevut ir-Rapport għal kull Pajjiż skont il-paragrafu 1 għandha, permezz ta' skambju awtomatiku u sal-iskadenza stabbilita fil-paragrafu 4, tikkomunika r-rapport għal kull pajjiż lil kull Stat Membru ieħor li fih, fuq il-bażi tal-informazzjoni fir-rapport għal kull pajjiż, Entità Kostitwenti waħda jew aktar tal-Grupp MNE tal-Entità Notifikanti tkun residenti għal skopijiet ta' taxxa, jew inkella tkun soġġetta għat-taxxa fir-rigward tan-negozju li jsir permezz ta' stabbiliment permanenti. L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru fejn ir-rapport għal kull pajjiż ikun ġie riċevut, skont il-paragrafu 1, għandha tikkomunika wkoll tali rapport lis-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni, li hija responsabbli għar-reġistru ċentralizzat tar-rapporti għal kull pajjiż. Il-Kummissjoni għandha tippubblika statistika anonimizzata u aggregata dwar ir-rapport għal kull pajjiż fuq bażi annwali għall-Istati Membri kollha."
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5b (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8ab – paragrafu 14 – punt ha (ġdid)
(5b)   Fl-Artikolu 8ab, paragrafu 14, jiżdied il-punt li ġej:
"(ha) il-lista tal-benefiċjarji, li hija aġġornata fuq bażi annwali."
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8ac – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt h
(h)  l-Identifikatur tal-Kont Finanzjarju li fih jitħallas jew jiġi kkreditat il-Korrispettiv, meta dan ikun disponibbli għall-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti, u meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa resident il-Bejjiegħ ma tkunx innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kollha li mhix beħsiebha tuża l-Identifikatur tal-Kont Finanzjarju għal dan l-iskop;
(h)  l-Identifikatur tal-Kont Finanzjarju li fih jitħallas jew jiġi kkreditat il-Korrispettiv, meta jinkiseb mill-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti;
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8ac – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)
L-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) għandha ssir aċċessibbli għal awtoritajiet oħra tal-Istati Membri li jkunu qed jirċievu, bil-għan li jiġi skoraġġut u ssir prosekuzzjoni tal-ksur tal-leġiżlazzjonijiet jew tar-regolamentazzjonijiet lokali jew nazzjonali, mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar is-segretezza f'materji tat-taxxa u l-protezzjoni tad-data applikabbli fl-Istat Membru li fih il-Bejjiegħa Rapportabbli huwa residenti.
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8ac – paragrafu 3
3.  Il-komunikazzjoni skont il-paragrafu 2 għandha ssir billi tintuża l-formola standard imsemmija fl-Artikolu 20(7) fi żmien xahrejn wara tmiem il-Perjodu Rapportabbli li miegħu huma marbuta l-obbligi tar-rappurtar tal-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti.
3.  Il-komunikazzjoni skont il-paragrafu 2 għandha ssir billi tintuża l-formola standard imsemmija fl-Artikolu 20(7) mingħajr dewmien żejjed u mhux aktar tard minn xahar wara tmiem il-Perjodu Rapportabbli li miegħu huma marbuta l-obbligi tar-rappurtar tal-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti.
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8ac – paragrafu 4 – subparagrafu 2
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli li skonthom Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti jista' jagħżel li jirreġistra mal-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru wieħed f'konformità mar-regoli stabbiliti fil-paragrafu F tat-Taqsima IV tal-Anness V.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli li skonthom Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti jista' jagħżel li jirreġistra mal-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru wieħed f'konformità mar-regoli stabbiliti fil-paragrafu F tat-Taqsima IV tal-Anness V, filwaqt li jqisu l-post tas-sede ġenerali jew reġjonali tiegħu, il-post effettiv ta' tmexxija kif ukoll l-eżistenza ta' attività ekonomika sostanzjali f'dak l-Istat Membru magħżul, fin-nuqqas ta' identifikazzjoni għal finijiet tal-VAT kif indikat fil-paragrafu F tat-Taqsima IV tal-Anness V.
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt a
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8b – paragrafu 1
1.  Fuq bażi annwali, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-istatistika dwar il-volum ta' skambji awtomatiċi skont l-Artikoli 8(1), 8(3a), 8aa u 8ac, u bl-informazzjoni dwar il-kostijiet u l-benefiċċji amministrattivi u oħrajn rilevanti relatati mal-iskambji li jkunu saru u ma' kwalunkwe bidla potenzjali, kemm għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa kif ukoll għall-partijiet terzi.
1.  Fuq bażi annwali, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni materjali kollha rilevanti, inkluż l-istatistika dwar il-volum ta' skambji awtomatiċi kif ukoll valutazzjoni tal-użabbiltà tad-data skambjata skont l-Artikoli 8(1), 8(3a), 8aa u 8ac, u bl-informazzjoni dwar il-kostijiet u l-benefiċċji amministrattivi u oħrajn rilevanti relatati mal-iskambji li jkunu saru u ma' kwalunkwe bidla potenzjali, kemm għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa kif ukoll għall-partijiet terzi.
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8b – paragrafu 2
(b)  Il-paragrafu 2 jitħassar.
imħassar
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt ba (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8b – paragrafu 2
(ba)  Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
2.  Qabel l-1 ta' Jannar 2019, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jagħti ħarsa ġenerali u valutazzjoni tal-istatistika u l-informazzjoni riċevuta skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, dwar kwistjonijiet bħall-ispejjeż u l-benefiċċji amministrattivi u oħrajn rilevanti tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni, kif ukoll aspetti prattiċi marbuta ma' dawn. Jekk xieraq, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Kunsill dwar il-kategoriji u l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(1), inkluża l-kondizzjoni li l-informazzjoni li tikkonċerna lil residenti fi Stati Membri oħra trid tkun disponibbli, jew il-partiti msemmija fl-Artikolu 8(3a) jew it-tnejn li huma.
“2. Qabel l-1 ta' Jannar 2022, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jagħti ħarsa ġenerali u valutazzjoni tal-istatistika u l-informazzjoni riċevuta skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, dwar kwistjonijiet bħall-użu effettiv tad-data li tkun waslet għand l-Istati Membri għal finijiet ta' taxxa jew oħrajn, il-kostijiet u l-benefiċċji amministrattivi u oħrajn rilevanti tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni, kif ukoll aspetti prattiċi marbuta ma' dawn. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Kunsill dwar il-kategoriji u l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(1), inkluża l-kondizzjoni li l-informazzjoni li tikkonċerna lil residenti fi Stati Membri oħra trid tkun disponibbli jew issir disponibbli, jew l-elementi msemmija fl-Artikolu 8(3a), inkluża s-sjieda benefiċjarja.
Meta jkun qed jeżamina proposta ppreżentata mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jivvaluta t-tisħiħ ulterjuri tal-effiċjenza u l-funzjonament tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni u t-titjib tal-istandard tiegħu, bil-għan li jipprevedi li:
Meta jkun qed jeżamina proposta ppreżentata mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jivvaluta t-tisħiħ ulterjuri tal-effiċjenza u l-funzjonament tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni u t-titjib tal-istandard tiegħu, bil-għan li jipprevedi li:
(a)  l-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha, permezz ta' skambju awtomatiku, tikkomunika lill-awtorità kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor, informazzjoni dwar perijodi taxxabbli mill-1 ta' Jannar 2019 li tikkonċerna residenti f'dak l-Istat Membru l-ieħor, dwar il-kategoriji kollha ta' dħul u ta' kapital elenkati fl-Artikolu 8(1), kif għandhom jinftiehmu skont il-leġislazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru li jikkomunika l-informazzjoni; u
(a)  il-listi ta' kategoriji ta' introjtu u ta' kapital stabbiliti fl-Artikolu 8(1) isiru disponibbli mill-Istati Membri, anke jekk attwalment mhumiex disponibbli, u jiġu skambjati konsegwentement;
(b)  il-listi ta' kategoriji u partiti stabbiliti fl-Artikoli 8(1) u 8(3a) jiġu estiżi biex jinkludu kategoriji u partiti oħra, inklużi d-drittijiet dovuti għall-użu ta' proprjetà.
(b)  il-kategoriji ta' introjtu stabbiliti fl-Artikolu 8(1) jiġu estiżi għal assi mhux finanzjarji bħall-proprjetà immobbli, opri tal-arti jew ġojjelli u forom ġodda biex jiġi akkumulat il-ġid bħal portijiet ħielsa u kaxxi ta' sikurezza għad-depożiti;
(ba)  il-listi tal-elementi stabbiliti fl-Artikolu 8(3a) jiġu estiżi biex jinkludu d-data dwar is-sjieda benefiċjarja aħħarija u biex jindirizzaw iċ-ċirkomvenzjoni permezz ta' residenzi fiskali sekondarji jew multipli;
(bb)  l-Istati Membri ġeneralment jitħallew jużaw l-informazzjoni riċevuta għal finijiet oħra għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 16(1);
(bc)  l-użu effettiv tad-data riċevuta jiġi evalwat b'mod korrett."
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt a
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 11 – paragrafu 1
1.   Bil-ħsieb li tiġi skambjata l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1), l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' titlob lill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor biex l-uffiċjali awtorizzati mill-awtorità tal-ewwel Stat Membru u f'konformità mal-arranġamenti proċedurali stabbiliti mill-awtorità ta' Stat Membru ieħor:
1.   Bil-ħsieb li tiġi skambjata l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1), l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' titlob lill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor biex l-uffiċjali awtorizzati mill-awtorità tal-ewwel Stat Membru u f'konformità mal-arranġamenti proċedurali stabbiliti mill-awtorità ta' Stat Membru ieħor:
(a)   ikunu preżenti fl-uffiċċji li fihom l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istat Membru li ssirlu t-talba jaqdu dmirijiethom;
(a)   ikunu preżenti fl-uffiċċji li fihom l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istat Membru li ssirlu t-talba jaqdu dmirijiethom;
(b)   ikunu preżenti waqt l-inkjesti amministrattivi li jitwettqu fit-territorju tal-Istat Membru li ssirlu t-talba;
(b)   ikunu preżenti waqt l-inkjesti amministrattivi li jitwettqu fit-territorju tal-Istat Membru li ssirlu t-talba;
(c)   jipparteċipaw fl-inkjesti amministrattivi li jitwettqu mill-Istat Membru li ssirlu t-talba permezz tal-użu ta' mezzi elettroniċi tal-komunikazzjoni, meta jkun xieraq.
(c)   jipparteċipaw fl-inkjesti amministrattivi li jitwettqu mill-Istat Membru li ssirlu t-talba permezz tal-użu ta' mezzi elettroniċi tal-komunikazzjoni, meta jkun xieraq.
Awtorità kompetenti għandha twieġeb talba f'konformità mal-ewwel subparagrafu fi żmien 30 jum, biex tikkonferma il-qbil tagħha jew biex tikkomunika r-rifjut motivat tagħha lill-awtorità rikjedenti.
Awtorità kompetenti għandha twieġeb talba f'konformità mal-ewwel subparagrafu fi żmien 30 jum, biex tikkonferma il-qbil tagħha jew biex tikkomunika r-rifjut motivat tagħha lill-awtorità rikjedenti.
F'każijiet li fihom ir-rifjut motivat jiġi pprovdut, l-awtorità rikjedenti tista' terġa' tikkuntattja lill-awtorità kompetenti b'elementi addizzjonali, sabiex tikseb awtorizzazzjoni għall-uffiċjal tagħha biex iwettaq il-kompiti msemmija fil-paragrafu 1, punt (a), (b) jew (c). L-awtorità kompetenti għandha tirrispondi lit-tieni talba fi żmien 30 jum minn meta tirċeviha.
Meta l-informazzjoni mitluba tkun tinsab fid-dokumentazzjoni li għaliha jkollhom aċċess l-uffiċjali tal-awtorità li ssirilha t-talba, l-uffiċjali tal-awtorità rikjedenti għandhom jingħataw kopji tagħha.
Meta l-informazzjoni mitluba tkun tinsab fid-dokumentazzjoni li għaliha jkollhom aċċess l-uffiċjali tal-awtorità li ssirilha t-talba, l-uffiċjali tal-awtorità rikjedenti għandhom jingħataw kopji tagħha.
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 12a – paragrafu 2
2.  Meta awtorità kompetenti ta' Stat Membru wieħed titlob lill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor (jew ta' Stati Membri oħra) biex twettaq awditu konġunt ta' persuna waħda jew iktar ta' interess komuni jew ta' interess komplementari għall-Istati Membri rispettivi kollha tagħhom, l-awtoritajiet li ssirilhom it-talba għandhom iwieġbu t-talba fi żmien 30 jum minn meta jirċevuha.
2.  Meta l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru wieħed jew aktar jitolbu lill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor (jew ta' Stati Membri oħra) biex iwettqu awditu konġunt ta' persuna waħda jew iktar ta' interess komuni jew ta' interess komplementari għall-Istati Membri rispettivi kollha tagħhom, l-awtoritajiet li ssirilhom it-talba għandhom iwieġbu t-talba fi żmien 30 jum minn meta jirċevuha.
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 12a – paragrafu 3 – parti introduttorja
3.  Talba għal awditu konġunt minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' tiġi rrifjutata għal raġunijiet ġustifikati u, b'mod partikolari, għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin:
3.  Talba għal awditu konġunt minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' tiġi rrifjutata għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin:
Emenda 54
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 12a – paragrafu 4 – subparagrafu 2
Meta awtorità li ssirilha t-talba tirrifjuta t-talba, għandha tinforma lill-persuna/i rikjedenti bir-raġunijiet ta' dak ir-rifjut.
Meta awtorità li ssirilha t-talba tirrifjuta t-talba, għandha tinforma lill-persuna/i rikjedenti dwar liema waħda miż-żewġ raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ġiet irrifjutata t-talba.
Emenda 55
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 – punt a
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
L-informazzjoni kkomunikata bejn l-Istati Membri fi kwalunkwe forma skont din id-Direttiva għandha tkun koperta bl-obbligu tas-segretezza uffiċjali u għandha tgawdi mill-protezzjoni mogħtija lil informazzjoni simili skont id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru li rċeviha. Tali informazzjoni tista' tintuża għall-valutazzjoni, għall-amministrazzjoni u għall-infurzar tal-liġijiet domestiċi tal-Istati Membri fir-rigward tat-taxxi msemmija fl-Artikolu 2 kif ukoll fir-rigward tal-VAT u taxxi indiretti oħra.
L-informazzjoni kkomunikata bejn l-Istati Membri fi kwalunkwe forma skont din id-Direttiva għandha tkun koperta bl-obbligu tas-segretezza uffiċjali fl-ambitu tad-dritt nazzjonali tal-Istat Membru li ssirlu t-talba u tal-Istat Membru rikjedenti u għandha tgawdi mill-protezzjoni mogħtija lil informazzjoni simili skont id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru li rċeviha. Tali informazzjoni tista' tintuża għall-valutazzjoni, għall-amministrazzjoni u għall-infurzar tal-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri fir-rigward tat-taxxi msemmija fl-Artikolu 2 kif ukoll fir-rigward tal-VAT, l-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8ac(2), u taxxi indiretti oħra.
Emenda 56
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 – punt b
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 16 – paragrafu 2
2.  Bil-permess tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jikkomunika l-informazzjoni skont din id-Direttiva, u biss sa fejn dan huwa permissibbli skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tal-awtorità kompetenti li tirċievi l-informazzjoni, l-informazzjoni u d-dokumenti li jaslu skont din id-Direttiva jistgħu jintużaw għal finijiet differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1.
2.  L-informazzjoni u d-dokumenti li jkunu waslu skont din id-Direttiva minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jintużaw għal finijiet differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1 biss sa fejn dan ikun permissibbli skont il-liġijiet tal-Istat Membru tal-awtorità kompetenti li tirċievi l-informazzjoni.
L-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru tista' tikkomunika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kollha lista ta' finijiet li għalihom, f'konformità mad-dritt nazzjonali tagħha, jistgħu jintużaw l-informazzjoni u d-dokumenti, għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1. L-awtorità kompetenti li tirċievi l-informazzjoni tista' tuża l-informazzjoni u d-dokumenti li tirċievi mingħajr il-permess imsemmi fl-ewwel subparagrafu għal kwalunkwe waħda mill-finijiet elenkati mill-Istat Membru li jikkomunikaha.
Emenda 57
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 – punt ba (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 16 – paragrafu 4
(ba)  Il-paragrafu 4 jitħassar.
Emenda 58
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13a (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 17 – paragrafu 4 a (ġdid)
(13a)   Fl-Artikolu 17, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
"4a. Il-possibbiltà msemmija fil-paragrafu 4 li jiġi rrifjutat l-għoti ta' informazzjoni ma għandhiex tapplika jekk l-awtorità rikjedenti tkun tista' turi li l-informazzjoni mhijiex se tiġi żvelata lill-pubbliku u se tintuża biss għall-fini tal-valutazzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll tal-kwistjonijiet tat-taxxa rilevanti tal-persuna jew tal-gruppi ta' persuni kkonċernati mit-talba għal informazzjoni."
Emenda 59
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 21 – paragrafu 7 – subparagrafu 1
Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u tipprovdi l-appoġġ tekniku u loġistiku għal interfaċċa ċentrali sigura dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni li permezz tagħha l-Istati Membri jikkomunikaw bl-użu ta' formoli standard skont l-Artikolu 20(1) u (3). L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha għandu jkollhom aċċess għal dik l-interfaċċa. Għall-fini tal-ġbir tal-istatistika, il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni dwar l-iskambji rreġistrati fl-interfaċċa u li tista' tiġi estratta b'mod awtomatiku. L-aċċess mill-Kummissjoni għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Istati Membri li jipprovdu l-istatistika dwar l-iskambji tal-informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 23(4).
Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u tipprovdi l-appoġġ tekniku u loġistiku kollu neċessarju għal interfaċċa ċentrali sigura dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni li permezz tagħha l-Istati Membri jikkomunikaw bl-użu ta' formoli standard skont l-Artikolu 20(1) u (3). L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha għandu jkollhom aċċess għal dik l-interfaċċa. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-interfaċċa ċentrali tkun protetta bl-ogħla livell ta' ċibersigurtà u proċeduri ċċertifikati b'mod tekniku li jiggarantixxu l-protezzjoni tad-data. Għall-fini tal-ġbir tal-istatistika, il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni dwar l-iskambji rreġistrati fl-interfaċċa u li tista' tiġi estratta b'mod awtomatiku. L-aċċess mill-Kummissjoni għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Istati Membri li jipprovdu l-istatistika dwar l-iskambji tal-informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 23(4).
Emenda 60
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 23 – paragrafu 2
2.  L-Istati Membri għandhom jeżaminaw u jevalwaw, fil-ġurisdizzjoni tagħhom, l-effettività tal-kooperazzjoni amministrattiva f'konformità ma' din id-Direttiva fil-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa u kull sena għandhom jikkomunikaw ir-riżultati tal-evalwazzjoni tagħhom lill-Kummissjoni.
2.  L-Istati Membri għandhom jeżaminaw u jevalwaw, fil-ġurisdizzjoni tagħhom, l-effettività tal-kooperazzjoni amministrattiva f'konformità ma' din id-Direttiva fil-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa u għandhom jeżaminaw u jevalwaw il-kostijiet ta' konformità li jistgħu jirriżultaw minn sitwazzjoni eventwali ta' rapportar eċċessiv. L-Istati Membri għandhom kull sena jikkomunikaw ir-riżultati tal-evalwazzjoni tagħhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni. Sinteżi ta' tali riżultati għandha tiġi ppubblikata, filwaqt li jitqiesu d-drittijiet u l-kunfidenzjalità tal-kontribwenti. L-informazzjoni ma għandhiex tiġi diżaggregata għal tali livell li din tista' tiġi attribwita lil kontribwent uniku.
Emenda 61
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17a (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 23 – paragrafu 3
(17a)   Fl-Artikolu 23, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw valutazzjoni annwali lill-Kummissjoni dwar l-effettività tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni msemmi fl-Artikoli 8, 8a, 8aa u 8ab kif ukoll ir-riżultati prattiċi miksuba. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta l-forma u l-kondizzjonijiet tal-komunikazzjoni għal dik il-valutazzjoni annwali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).
3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw valutazzjoni annwali lill-Kummissjoni dwar l-effettività tal-iskambju ta' informazzjoni fuq talba msemmija fl-Artikoli 5, 6 u 7 u tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni msemmi fl-Artikoli 8, 8a, 8aa u 8ab kif ukoll ir-riżultati prattiċi miksuba, inkluż id-dħul mit-taxxa inkrementali assoċjat mal-kooperazzjoni amministrattiva. L-informazzjoni kkomunikata għandha tkun diżaggregata mill-Kummissjoni, mill-inqas f'livell ta' kull pajjiż. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta l-forma u l-kondizzjonijiet tal-komunikazzjoni għal dik il-valutazzjoni annwali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).
Emenda 62
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17b (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 23a – paragrafu 1
(17b)  Fl-Artikolu 23a, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
1.  L-informazzjoni kkomunikata lill-Kummissjoni skont din id-Direttiva għandha tinżamm kunfidenzjali mill-Kummissjoni f'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-awtoritajiet tal-Unjoni u ma jistgħux jintużaw għal kwalunkwe fini ieħor minn dawk meħtieġa biex jiġi ddeterminat jekk u sa liema punt l-Istati Membri jikkonformaw ma' din id-Direttiva.
1.  L-informazzjoni kkomunikata lill-Kummissjoni skont din id-Direttiva għandha tinżamm kunfidenzjali dment li n-nuqqas ta' żvelar tagħha ma jagħmilx ħsara lill-interess pubbliku, li l-informazzjoni tista' tiġi attribwita lil kontribwent uniku u l-iżvelar tagħha jkun jikser id-drittijiet tal-kontribwenti.
Emenda 63
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 23a – paragrafu 2 – subparagrafu 1
L-informazzjoni kkomunikata lill-Kummissjoni minn Stat Membru skont l-Artikolu 23, kif ukoll kwalunkwe rapport jew dokument prodotti mill-Kummissjoni permezz tal-użu ta' tali informazzjoni, jistgħu jiġu trażmessi lil Stati Membri oħra. Tali informazzjoni trażmessa għandha tkun koperta bl-obbligu tas-segretezza uffiċjali u għandha tgawdi l-protezzjoni mogħtija għal informazzjoni simili skont id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru li rċeviha.
L-informazzjoni kkomunikata lill-Kummissjoni minn Stat Membru skont l-Artikolu 23, kif ukoll kwalunkwe rapport jew dokument prodotti mill-Kummissjoni permezz tal-użu ta' tali informazzjoni attribwibbli, jistgħu jiġu trażmessi lil Stati Membri oħra. Tali informazzjoni trażmessa għandha tkun koperta bl-obbligu tas-segretezza uffiċjali u għandha tgawdi l-protezzjoni mogħtija għal informazzjoni simili skont id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru li rċeviha.
Emenda 64
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 23a – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Ir-rapporti u d-dokumenti prodotti mill-Kummissjoni, imsemmija fl-ewwel subparagrafu, jistgħu jintużaw mill-Istati Membri biss għal finijiet analitiċi, u ma għandhomx jiġu ppubblikati jew ikunu disponibbli għal ebda persuna jew korp ieħor mingħajr il-qbil espliċitu tal-Kummissjoni.
Ir-rapporti u d-dokumenti prodotti mill-Kummissjoni, imsemmija fl-ewwel subparagrafu, jistgħu jintużaw mill-Istati Membri biss għal finijiet analitiċi u jkunu aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha u sussegwentement ikunu pubbliċi, dment li l-informazzjoni li jkun fihom ma tkunx attribwibbli għal kontribwent uniku u l-iżvelar tagħha ikun konformi mar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.
Emenda 65
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 23a – paragrafu 2 – subparagrafu 3
Minkejja l-ewwel u t-tieni subparagrafi, kull sena l-Kummissjoni tista' tippubblika sommarji anonimizzati tad-data statistika li l-Istati Membri jikkomunikawlha f'konformità mal-Artikolu 23(4).
Kull sena l-Kummissjoni għandha tippubblika sommarji anonimizzati tad-data statistika li l-Istati Membri jikkomunikawlha f'konformità mal-Artikolu 23(4).
Emenda 66
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19 – punt b
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 25 – paragrafu 5 – subparagrafu 1
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każ ta' ksur tad-data personali skont it-tifsira tal-punt 12 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679, l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni, bħala l-proċessur, biex tissospendi, bħala miżura ta' mitigazzjoni, l-iskambji ta' informazzjoni skont din id-Direttiva mal-Istat Membru li fih ikun seħħ il-ksur.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każ ta' ksur tad-data personali skont it-tifsira tal-punt 12 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679, jew fil-każ ta' ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni, bħala l-proċessur, biex tissospendi, bħala miżura ta' mitigazzjoni, l-iskambji ta' informazzjoni skont din id-Direttiva mal-Istat Membru li fih ikun seħħ il-ksur.
_________________
* Ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta' kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 1).
Emenda 67
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19 – punt b
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 25 – paragrafu 5 – subparagrafu 2
Is-sospensjoni għandha tibqa' tapplika sa meta l-awtoritajiet kompetenti jitolbu lill-Kummissjoni terġa' tippermetti l-iskambji ta' informazzjoni skont din id-Direttiva mal-Istat Membru li fih ikun seħħ il-ksur.
Is-sospensjoni għandha tibqa' tapplika sa meta l-awtoritajiet kompetenti jitolbu lill-Kummissjoni terġa' tippermetti l-iskambji ta' informazzjoni skont din id-Direttiva mal-Istat Membru li fih ikun seħħ il-ksur. Il-Kummissjoni għandha tippermetti l-iskambji ta' informazzjoni biss meta jkun hemm evidenza teknika li l-fluss tad-data jkun żgurat.
Emenda 68
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 25a – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u li jikkonċernaw l-Artikoli 8aa, 8ab u 8ac, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u li jikkonċernaw l-Artikoli 8aa, 8ab u 8ac, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati, f'konformità mal-Anness V. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Emenda 69
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20a (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 25b (ġdid)
(20a)  Jiżdied l-Artikolu li ġej:
"Artikolu 25b
Rieżami
Sa... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva emendatorja] il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni u l-effiċjenza tad-dispożizzjonijiet introdotti mid-Direttiva tal-Kunsill (UE) .../...*+ kif ukoll proposti speċifiċi, inklużi proposti leġiżlattivi, għat-titjib ta' din id-Direttiva. Dak ir-rapport għandu jsir pubbliku.
Huwa u jeżamina proposta ppreżentata mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jivvaluta tisħiħ ulterjuri tal-obbligu ta' rapportar min-naħa tal-Operaturi tal-Pjattaformi Rapportanti.
________
* Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) .../... ta' ... li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU....).
+ ĠU: jiddaħħal in-numru ta' din id-Direttiva emendatorja fit-test u n-nota f'qiegħ il-paġna tkun ikkompletata bin-numru, bid-data u bir-referenza ta' pubblikazzjoni fil-ĠU."
Emenda 70
Proposta għal direttiva
Anness I
Direttiva 2011/16/UE
ANNESS V – paragrafu 2a (ġdid)
Dan l-Anness fih ukoll diversi possibbiltajiet ta' penali, f'konformità mal-Artikolu 25a, li jistgħu jiġu applikati mill-Istati Membri.
Emenda 71
Proposta għal direttiva
Anness I
Direttiva 2011/16/UE
ANNESS V – Taqsima I – punt A – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  "Operatur ta' Pjattaforma Rapportanti Eskluż" tfisser Operatur ta' Pjattaforma Rapportanti li d-dħul tiegħu, iġġenerat fl-Unjoni matul is-sena ta' kalendarju preċedenti, ma qabiżx il-EUR 100 000.
Emenda 72
Proposta għal direttiva
Anness I
Direttiva 2011/16/UE
ANNESS V – Taqsima I – punt A – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  "Attività Rilevanti Eskluża" tfisser kwalunkwe skambju mhux remunerat u mhux monetarju ta' prodotti u servizzi.
Emenda 73
Proposta għal direttiva
Anness I
Direttiva 2011/16/UE
ANNESS V – Taqsima III – punt B – paragrafu 2 – punt b
(b)  l-Identifikatur tal-Kont Finanzjarju, meta dan ikun disponibbli għall-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti, u meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza tal-Bejjiegħ Rapportabbli ma tkunx innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kollha li mhix beħsiebha tuża l-Identifikatur tal-Kont Finanzjarju għal dan l-iskop;
(b)  l-Identifikatur tal-Kont Finanzjarju, kif miksub mill-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti, u dment li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza tal-Bejjiegħ Rapportabbli ma tkunx innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kollha li mhix beħsiebha tuża l-Identifikatur tal-Kont Finanzjarju għal dan l-iskop;
Emenda 74
Proposta għal direttiva
Anness I
Direttiva 2011/16/UE
ANNESS V – Taqsima III – punt B – paragrafu 3 – punt b
(b)  l-Identifikatur tal-Kont Finanzjarju, meta dan ikun disponibbli għall-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti, u meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza tal-Bejjiegħ Rapportabbli ma tkunx innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kollha li mhix beħsiebha tuża l-Identifikatur tal-Kont Finanzjarju għal dan l-iskop;
(b)  l-Identifikatur tal-Kont Finanzjarju, kif miksub mill-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti, u dment li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza tal-Bejjiegħ Rapportabbli ma tkunx innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kollha li mhix beħsiebha tuża l-Identifikatur tal-Kont Finanzjarju għal dan l-iskop;
Emenda 75
Proposta għal direttiva
Anness I
Direttiva 2011/16/UE
ANNESS V – Taqsima IV – punt C – paragrafu 1a (ġdid)
Sa... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-effiċjenza tal-proċeduri amministrattivi u l-kwalità tal-implimentazzjoni tal-proċeduri ta' diliġenza dovuta u tar-rekwiżiti ta' rapportar. Il-valutazzjoni tista' tiġi akkumpanjata minn proposti leġiżlattivi jekk ikun meħtieġ titjib.
Emenda 76
Proposta għal direttiva
Anness I
Direttiva 2011/16/UE
ANNESS V – Taqsima IV – punt Fa (ġdid)
Fa.  Penali għall-ksur
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tal-obbligi ta' rapportar mill-Operaturi tal-Pjattaformi Rapportanti. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri huma mistiedna jiżguraw ġabra komuni ta' sanzjonijiet biex jiżguraw penali simili fl-Unjoni u jevitaw li r-reġistrazzjoni tkun iddettata minn għażla opportunistika bbażata fuq il-gravità tal-penali applikati.
L-Istati Membri huma mħeġġa b'mod speċjali jqisu bħala penali l-għażliet għar-restrizzjonijiet ta' mezzi rregolati ta' ħlas, l-iddebitar ta' drittijiet konsegwenzjali addizzjonali għal kull tranżazzjoni, l-esklużjoni mill-kuntratti pubbliċi u, f'każijiet estremi u ripetuti, ir-revoka tal-liċenzja kummerċjali tal-operatur tal-pjattaforma.

Diliġenza dovuta korporattiva u akkontabilità korporattiva
PDF 315kWORD 100k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2021 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar diliġenza dovuta korporattiva u obbligu ta' rendikont korporattiv (2020/2129(INL))
P9_TA(2021)0073A9-0018/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ("il-Karta"),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam(1) ("Ir-Regolament tal-UE dwar l-Injam"),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE(2) ("id-Direttiva dwar il-Kontabbiltà"),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni ta' informazzjoni mhux finanzjarja u dwar id-diversità minn ċerti impriżi u gruppi kbar(3) ("id-Direttiva dwar ir-Rapportar Mhux Finanzjarju");

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 li jistabbilixxi obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista għall-importaturi tal-Unjoni ta' landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli(4) ("Ir-Regolament dwar il-Minerali ta' Kunflitt"),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2017/828 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 li temenda d-Direttiva 2007/36/KE rigward l-inkoraġġiment ta' involviment fit-tul tal-azzjonisti(5) (Id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Azzjonisti),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni(6) (id-Direttiva dwar l-Informaturi),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2019 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji(7) (ir-Regolament dwar l-Iżvelar),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088(8) ("ir-Regolament dwar it-Tassonomija"),

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE: Il-Finanzjament tat-Tkabbir Sostenibbli(9),

–  wara li kkunsidra l-Patt Ekoloġiku Ewropew(10),

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar rappurtar mhux finanzjarju (metodoloġija għar-rappurtar ta' informazzjoni mhux finanzjarja)(11) u l-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar ir-rappurtar mhux finanzjarju: Suppliment dwar ir-rappurtar ta' informazzjoni relatata mal-klima(12),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 dwar ir-responsabbiltà tal-kumpaniji għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi(13), tas-27 ta' April 2017 dwar inizjattiva ewlenija tal-UE għas-settur tal-ħwejjeġ(14) u tad-29 ta' Mejju 2018 dwar il-finanzi sostenibbli(15),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Pariġi adottat fit-12 ta' Diċembru 2015 ("il-Ftehim ta' Pariġi"),

–  wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli, adottata fl-2015, b'mod partikolari s-17-il Għan ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs),

–  wara li kkunsidra l-Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti tal-2008 "Protezzjoni, Rispett u Rimedju" għan-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Prinċipji Gwida tal-2011 tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem(16) (UNGPs),

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali(17),

–  wara li kkunsidra l-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għall-Imġiba Responsabbli fin-Negozju(18),

–  wara li kkunsidra l-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Ktajjen tal-Provvista Responsabbli fis-Settur tal-Ħwejjeġ u taż-Żraben(19),

–  wara li kkunsidra l-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Ktajjen tal-Provvista Responsabbli tal-Minerali minn Żoni Affettwati mill-Kunflitti u Żoni ta' Riskju Għoli(20),

–  wara li kkunsidra l-Gwida tal-OECD-FAO dwar il-Ktajjen tal-Provvista Agrikola Responsabbli(21),

–  wara li kkunsidra l-Gwida tal-OECD dwar id-diliġenza dovuta għall-imġiba responsabbli fin-negozju għall-investituri istituzzjonali(22),

–  wara li kkunsidra l-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Self Korporattiv u Sottoskrizzjoni ta' Titoli Responsabbli(23),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-ILO tal-1998 dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol u s-segwitu tagħha,(24)

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-ILO tal-2017 dwar il-Prinċipji li Jikkonċernaw l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali(25),

–  wara li kkunsidra l-ktejjeb tan-NU "Gender Dimensions of the Guiding Principles on Business and Human Rights" (Id-Dimensjonijiet tal-Ġeneru tal-Prinċipji Gwida dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem)(26),

–  wara li kkunsidra l-Liġi Franċiża Nru 2017-399 dwar id-dmir ta' viġilanza tal-impriżi omm u l-impriżi appaltatriċi(27),

–  wara li kkunsidra l-liġi Netherlandiża dwar l-introduzzjoni ta' dmir ta' diliġenza għall-prevenzjoni tal-provvista ta' oġġetti u servizzi prodotti bl-użu tat-tħaddim tat-tfal(28),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni CM/Rec (2016) 3 tal-Kumitat tal-Ministri lill-Istati Membri dwar id-drittijiet tal-bniedem u n-negozju adottata mill-Kumitat tal-Ministri fit-2 ta' Marzu 2016,

–  wara li kkunsidra l-istudju tad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Esterni tal-Unjoni ta' Frar 2019 bit-titolu "Access to legal remedies for victims of corporate human rights abuses in third countries" (Aċċess għal rimedji ġuridiċi għall-vittmi ta' abbużi tad-drittijiet tal-bniedem korporattivi f'pajjiżi terzi)(29),

–  wara li kkunsidra l-briefings tad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Esterni tal-Unjoni ta' Ġunju 2020 bit-titlu "EU Human Rights Due Diligence Legislation: Monitoring, Enforcement and Access to Justice for Victims"(30) (Il-Leġiżlazzjoni tal-UE dwar id-Diliġenza Dovuta tad-Drittijiet tal-Bniedem: il-Monitoraġġ, l-Infurzar u l-Aċċess għall-Ġustizzja għall-Vittmi) u "Substantive Elements of Potential Legislation on Human Rights Due Diligence" (Elementi Sostantivi ta' Leġiżlazzjoni Potenzjali dwar id-Diliġenza Dovuta tad-Drittijiet tal-Bniedem),

–  wara li kkunsidra l-istudju mħejji mill-Kummissjoni Ewropea bl-isem "Due Diligence requirements through the supply chain"(31) (Ir-rekwiżiti tad-Diliġenza Dovuta permezz tal-katina tal-provvista),

–  wara li kkunsidra l-istudju mħejji għall-Kummissjoni Ewropea bl-isem "Directors' duties and sustainable corporate governance"(32) (Id-Dmirijiet tad-diretturi u l-governanza korporattiva sostenibbli),

–  wara li kkunsidra l-Prinċipji tad-Drittijiet tat-Tfal u tan-Negozju żviluppati mill-UNICEF, il-Patt Globali tan-NU u Save the Children(33),

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Unjoni tas-Swieq Kapitali (COM(2020)0590),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Diliġenza dovuta obbligatorja,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 47 u 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Iżvilupp,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0018/2021),

A.  billi l-Artikoli 3 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jiddikjaraw li l-Unjoni, fir-relazzjonijiet tagħha mal-bqija tad-dinja, għandha l-obbligu li tirrispetta u tippromwovi l-valuri u l-prinċipji tagħha, jiġifieri l-istat tad-dritt u r-rispett u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, u tikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli tad-dinja, is-solidarjetà, il-kummerċ ħieles u ġust kif ukoll għall-osservanza stretta tad-dritt internazzjonali u l-iżvilupp tiegħu; billi, b'mod aktar speċifiku, l-Unjoni għandha l-obbligu li trawwem l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, bl-għan primarju li jinqered il-faqar; billi l-Unjoni għandha l-obbligu li tirrispetta dawk il-prinċipji u taħdem favur dawk l-objettivi fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-aspetti esterni tal-politiki l-oħra tagħha;

B.  billi l-Artikolu 208(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jiddisponi li l-Unjoni għandha l-obbligu li tqis l-objettivi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp meta timplimenta politiki li aktarx jolqtu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

C.  billi l-globalizzazzjoni tal-attività ekonomika aggravat l-impatti negattivi tal-attivitajiet ta' negozju fuq id-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet soċjali u tax-xogħol, l-ambjent u l-governanza tajba tal-istati; billi l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem spiss iseħħ fil-livell ta' produzzjoni primarja, b'mod partikolari meta jinkisbu l-materja prima u l-prodotti tal-manifattura;

D.  billi l-Karta tapplika għal-leġiżlazzjoni kollha tal-Unjoni u għall-awtoritajiet nazzjonali meta jkun qed jiġi implimentat id-dritt tal-Unjoni kemm fl-Unjoni kif ukoll f'pajjiżi terzi;

E.  billi jekk id-diliġenza dovuta tiġi implimentata b'mod komprensiv, l-impriżi se jibbenefikaw fit-terminu twil minn imġiba fin-negozju aħjar b'enfasi fuq il-prevenzjoni aktar milli fuq ir-rimedju tal-ħsara;

F.  billi minħabba l-fatt li l-leġiżlazzjoni futura dwar id-diliġenza dovuta korporattiva u l-obbligu ta' rendikont korporattiv għall-impriżi Ewropej tkun mistennija li jkollha effetti ekstraterritorjali, tali leġiżlazzjonitkun taffettwa l-iżvilupp soċjali, ekonomiku u ambjentali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-prospetti tagħhom li jilħqu l-SDGs tagħhom; billi dan l-impatt sinifikanti jista' jikkontribwixxi għall-objettivi tal-politika tal-Unjoni fir-rigward tal-iżvilupp;

G.  billi l-impriżi jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet vinkolanti internazzjonali u d-drittijiet fundamentali minquxa fil-Karta, l-ambjent u l-governanza tajba u m'għandhom jikkawżaw l-ebda impatt negattiv f'dan ir-rigward jew jikkontribwixxu għall-istess impatt; billi d-diliġenza dovuta għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta' "la tagħmilx ħsara"; billi l-Artikolu 21 tat-TUE jirrikjedi li l-Unjoni tippromwovi u tikkonsolida l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, kif protetti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB) u mill-Karta, biex tiżgura l-iżvilupp sostenibbli u l-konsistenza bejn l-azzjoni esterna tagħha u politiki oħra; billi l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrikonoxxa li r-rispett korporattiv għad-drittijiet tal-bniedem matul l-operazzjonijiet korporattivi u l-ktajjen tal-provvista huwa importanti biex jintlaħqu l-SDGs tan-NU;

H.  billi d-demokrazija, li tipproteġi d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, hija l-unika forma ta' gvern kompatibbli mal-iżvilupp sostenibbli; billi l-korruzzjoni u n-nuqqas ta' trasparenza jfixklu ħafna d-drittijiet tal-bniedem;

I.  billi d-drittijiet għal rimedju effettiv u għal proċess ġust huma drittijiet tal-bniedem bażiċi minquxa fl-Artikolu 8 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, fl-Artikolu 2(3) tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, kif ukoll fl-Artikoli 6 u 13 tal-KEDB u fl-Artikolu 47 tal-Karta; billi l-Unjoni, bħala parti mill-impenn tagħha li tippromwovi, tipproteġi u tissodisfa d-drittijiet tal-bniedem fid-dinja kollha, għandha tgħin biex tippromwovi d-drittijiet tal-vittmi ta' ksur u abbużi tad-drittijiet tal-bniedem relatati man-negozju li jammontaw għal reati kriminali f'pajjiżi terzi, f'konformità mad-Direttivi 2011/36/UE(34) u 2012/29/UE(35) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

J.  billi l-korruzzjoni, fil-kuntest ta' proċedimenti ġudizzjarji, jista' jkollha effett devastanti fuq l-amministrazzjoni legali tal-ġustizzja u fuq l-integrità ġudizzjarja, u intrinsikament tikser id-dritt għal proċess ġust, id-dritt għal proċess dovut u d-dritt għal rimedju effettiv; billi l-korruzzjoni tista' twassal għal każijiet ta' ksur sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem fil-kuntest tan-negozju, pereżempju, billi tipprevjeni lill-individwi milli jkollhom aċċess għall-oġġetti u s-servizzi li l-Istati huma obbligati li jipprovdu biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem jew billi żżid il-prezz ta' dawn l-oġġetti u s-servizzi, billi tinkoraġġixxi lin-negozji jakkwistaw jew japproprjaw art b'mod inġust, jew tiffaċilita l-ħasil tal-flus, jew billi tippermetti li jingħataw liċenzji jew konċessjonijiet illegali lin-negozji fis-settur estrattiv;

K.  billi l-kriżi tal-COVID-19 kixfet xi żvantaġġi serji tal-katini tal-provvista globali u l-faċilità li biha ċerti impriżi jistgħu jittrasferixxu, kemm direttament kif ukoll indirettament, l-impatti negattivi tal-attivitajiet ta' negozju tagħhom fuq ġuriżdizzjonijiet oħrajn, b'mod partikolari barra mill-Unjoni, mingħajr ma jkollhom l-obbligu ta' rendikont; billi l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) uriet li l-impriżi li ħadu passi proattivi biex jindirizzaw ir-riskji relatati mal-kriżi tal-COVID-19 b'mod li jtaffi l-impatti negattivi fuq il-ħaddiema u l-ktajjen tal-provvista, jiżviluppaw valur u reżiljenza aktar fit-tul, u b'hekk itejbu l-vijabbiltà tagħhom fit-terminu qasir u l-prospetti tagħhom għall-irkupru fit-terminu medju sa twil;

L.  billi għandha tiġi sottolinjata l-importanza tal-libertà tal-espressjoni u tal-libertajiet ta' assoċjazzjoni u ta' għaqda paċifika, inkluż id-dritt li wieħed jifforma u jingħaqad ma' trade unions, id-dritt għal negozjar u azzjoni kollettivi, kif ukoll id-dritt għal remunerazzjoni ġusta u għal kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti, fosthom is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol;

M.  billi, skont l-istatistika tal-ILO, madwar id-dinja, hemm madwar 25 miljun vittma ta' xogħol furzat, 152 miljun vittma ta' tħaddim tat-tfal, 2,78 miljun mewta fis-sena minħabba mard relatat max-xogħol u 374 miljun korriment mhux fatali fis-sena relatat max-xogħol; billi l-ILO żviluppat diversi konvenzjonijiet biex tipproteġi lill-ħaddiema, iżda l-infurzar tagħhom għadu nieqes, speċjalment b'referenza għas-swieq tax-xogħol tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

N.  billi l-isfruttament u d-degradazzjoni tal-bnedmin permezz tax-xogħol furzat u ta' prattiki simili għall-iskjavitù li jaffettwaw miljuni ta' persuni, li minnhom, fl-2019 jipersistu, ibbenefikaw globalment ċerti impriżi, entitajiet pubbliċi jew privati jew persuni; billi l-fatt li jeżistu madwar 152 miljun tifel u tifla f'sitwazzjoni ta' tħaddim tat-tfal, li 72 miljun minnhom jaħdmu f'kundizzjonijiet perikolużi u ħafna minnhom huma mġiegħla jaħdmu permezz ta' vjolenza, rikatt u mezzi illegali oħra, huwa sitwazzjoni inaċċettabbli u partikolarment inkwetanti; billi l-impriżi għandhom ir-responsabbiltà speċjali li jipproteġu lit-tfal, b'mod partikolari, u jipprevjenu kwalunkwe forma ta' tħaddim tat-tfal;

O.  billi d-drittijiet fundamentali tax-xogħol, dawk soċjali u dawk ekonomiċi huma minquxa f'diversi trattati u konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, l-Istandards Fundamentali tax-Xogħol tal-ILO, u l-Karta Soċjali Ewropea, kif ukoll il-Karta; billi d-drittijiet għax-xogħol, l-għażla ħielsa tal-impjieg u għar-remunerazzjoni li tiżgura lill-impjegati u lill-familji tagħhom eżistenza konformi għad-dinjità tal-bniedem huma drittijiet bażiċi tal-bniedem minquxa fl-Artikolu 23 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem; billi l-ispezzjoni tax-xogħol statali inadegwata, id-dritt limitat għal rimedju, is-sigħat tax-xogħol eċċessivi, il-pagi fil-livell tal-faqar, id-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi u forom oħra ta' diskriminazzjoni għadhom ta' tħassib serju f'għadd dejjem akbar ta' pajjiżi, b'mod partikolari fiż-Żoni ta' Pproċessar għall-Esportazzjoni;

P.  billi l-Grupp ta' Ħidma tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem enfasizza l-impatt differenzjat u sproporzjonat tal-attivitajiet ta' negozju fuq in-nisa u l-bniet u ddikjara li d-diliġenza dovuta tad-drittijiet tal-bniedem għandha tkopri kemm l-impatti attwali kif ukoll dawk potenzjali fuq id-drittijiet tan-nisa;

Q.  billi r-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent iddikjara li d-drittijiet għall-ħajja, is-saħħa, l-ikel, l-ilma u l-iżvilupp, kif ukoll id-dritt għal ambjent sikur, nadif, san u sostenibbli, huma meħtieġa għat-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem; billi r-Rapporteur Speċjali saħaq ukoll li t-telf tal-bijodiversità jdgħajjef it-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem u li l-istati għandhom jirregolaw il-ħsara għall-bijodiversità kkawżata minn atturi privati kif ukoll minn aġenziji tal-gvern; billi l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti rrikonoxxiet, fir-Riżoluzzjoni 64/292 tagħha, id-dritt għal ilma tax-xorb sikur u nadif u għas-sanità bħala dritt tal-bniedem; billi dawk id-drittijiet għandhom ikunu koperti minn kwalunkwe leġiżlazzjoni possibbli;

R.  billi l-impriżi għandhom b'mod ġenerali għarfien limitat dwar il-firxa ta' impatti li għandhom fuq id-drittijiet tat-tfal fl-operazzjonijiet u l-katini tal-provvista tagħhom u l-konsegwenzi li potenzjalment ibiddlu l-ħajja li dawn jista' jkollhom fuq it-tfal;

S.  billi l-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti ddikjaraw li t-tibdil fil-klima għandu impatt negattiv fuq it-tgawdija sħiħa u effettiva tad-drittijiet tal-bniedem; billi l-Istati għandhom l-obbligu li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem meta jkunu qed jindirizzaw l-impatti negattivi kkawżati mit-tibdil fil-klima; billi kwalunkwe leġiżlazzjoni dwar id-diliġenza dovuta korporattiva trid tkun konformi mal-Ftehim ta' Pariġi;

T.  billi l-korruzzjoni sistemika tikser il-prinċipji tat-trasparenza, tal-obbligu ta' rendikont u tan-nondiskriminazzjoni, b'implikazzjonijiet serji għat-tgawdija effettiva tad-drittijiet tal-bniedem; billi l-Konvenzjoni tal-OECD dwar il-Ġlieda Kontra t-Tixħim tal-Uffiċjali Pubbliċi Barranin fit-Tranżazzjonijiet Kummerċjali Internazzjonali u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni jobbligaw lill-Istati Membri jimplimentaw prattiki effettivi mmirati għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni; billi d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni għandhom jiffurmaw parti mill-obbligi tad-diliġenza dovuta fil-leġiżlazzjoni;

U.  billi din is-sitwazzjoni allarmanti enfasizzat l-urġenza biex in-negozji jsiru aktar reattivi u responsabbli u jkollhom obbligu ta' rendikont akbar għall-impatti negattivi li jikkawżaw jew jikkontribwixxu għalihom jew li huma direttament marbuta magħhom, u wasslet għal dibattitu dwar kif għandhom jagħmlu dan, filwaqt li ssottolinjat il-ħtieġa għal approċċ proporzjonat u armonizzat fl-Unjoni kollha għal dawn il-kwistjonijiet, li huwa wkoll meħtieġ biex jintlaħqu l-SDGs tan-Nazzjonijiet Uniti (NU);

V.  billi, skont il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem, għadd kbir ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem jinsabu mhedda minħabba li jqajmu tħassib dwar l-impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem tal-operazzjonijiet ta' negozju;

W.  billi dak id-dibattitu wassal, fost affarijiet oħra, għall-adozzjoni ta' oqfsa u standards ta' diliġenza dovuta fin-Nazzjonijiet Uniti, il-Kunsill tal-Ewropa, l-OECD u l-ILO; billi dawk l-istandards huma, madankollu, volontarji u, konsegwentement, l-adozzjoni tagħhom kienet limitata; billi l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għandha tibni b'mod progressiv u kostruttiv fuq dawn l-oqfsa u l-istandards; billi l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jappoġġjaw in-negozjati li għaddejjin bħalissa u jinvolvu ruħhom fihom biex joħolqu strument legalment vinkolanti tan-NU dwar Korporazzjonijiet Transnazzjonali u Intrapriżi Kummerċjali Oħra fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, u l-Kunsill għandu jagħti mandat lill-Kummissjoni biex tkun involuta b'mod attiv f'dawk in-negozjati li għaddejjin bħalissa;

X.  billi, skont studju tal-Kummissjoni, 37 % biss tar-rispondenti mill-qasam tan-negozju attwalment iwettqu diliġenza dovuta tal-ambjent u tad-drittijiet tal-bniedem;

Y.  billi xi Stati Membri, bħal Franza u n-Netherlands, adottaw leġiżlazzjoni biex isaħħu l-obbligu ta' rendikont korporattiv u introduċew oqfsa ta' diliġenza dovuta obbligatorja; billi Stati Membri oħra bħalissa qegħdin jikkunsidraw l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni bħal din, inklużi l-Ġermanja, l-Awstrija, l-Iżvezja, il-Finlandja, id-Danimarka u l-Lussemburgu; billi n-nuqqas ta' approċċ konġunt fl-Unjoni kollha għal din il-kwistjoni jista' jwassal għal inqas ċertezza tad-dritt fir-rigward tal-prerogattivi tan-negozju u għal żbilanċi f'kompetizzjoni ġusta li min-naħa tagħhom ikunu ta' żvantaġġ għall-impriżi li huma proattivi fir-rigward ta' kwistjonijiet soċjali u ambjentali; billi n-nuqqas ta' leġiżlazzjoni armonizzata dwar id-diliġenza dovuta korporattiva jipperikola l-kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni tal-impriżi li joperaw fl-Unjoni;

Z.  billi l-Unjoni diġà adottat leġiżlazzjoni dwar id-diliġenza dovuta għal setturi speċifiċi, bħar-Regolament dwar il-Minerali ta' Kunflitt, ir-Regolament dwar l-Injam, ir-Regolament dwar Infurzar tal-Liġi, Tmexxija u Kummerċ fis-Settur Forestali (FLEGT) u r-Regolament Kontra t-Tortura; billi dawk il-biċċiet ta' leġiżlazzjoni saru punt ta' riferiment għal leġiżlazzjoni vinkolanti mmirata dwar id-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista; billi l-leġiżlazzjoni futura tal-Unjoni għandha tappoġġja lill-impriżi fil-ġestjoni u fit-twettiq tar-responsabbiltajiet korporattivi tagħhom u tkun allinjata bis-sħiħ mal-obbligi settorjali eżistenti kollha ta' diliġenza dovuta u ta' rappurtar, bħad-Direttiva dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju, u koerenti mal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti, sabiex jiġu evitati d-duplikazzjonijiet;

AA.  billi l-Kummissjoni pproponiet li tiżviluppa strateġija komprensiva għas-settur tal-ħwejjeġ bħala parti mill-Pjan ta' Azzjoni ġdid għal Ekonomija Ċirkolari, li, bl-inklużjoni ta' sett uniformi ta' standards rigward id-diliġenza dovuta u r-responsabbiltà soċjali, jista' jkun eżempju ieħor ta' integrazzjoni ta' approċċ aktar dettaljat għal settur speċifiku; billi l-Kummissjoni għandha tipproponi leġiżlazzjoni speċifika għas-settur tal-Unjoni ulterjuri dwar id-diliġenza dovuta obbligatorja, pereżempju għal setturi bħall-komoditajiet tar-riskju tal-foresti u tal-ekosistemi u s-settur tal-ħwejjeġ;

1.  Iqis li l-istandards ta' diliġenza dovuta volontarji għandhom limitazzjonijiet u ma kisbux progress sinifikanti fil-prevenzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-ħsara ambjentali u fl-għoti ta' aċċess għall-ġustizzja; iqis li l-Unjoni għandha tadotta urġentement rekwiżiti vinkolanti għall-impriżi biex jidentifikaw, jivvalutaw, jipprevjenu, iwaqqfu, jimmitigaw, jimmonitorjaw, jikkomunikaw, jagħtu rendikont għal, jindirizzaw u jirrimedjaw l-impatti negattivi potenzjali u/jew attwali fuq id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent u l-governanza tajba fil-katina tal-valur tagħhom; jemmen li dan ikun ta' benefiċċju għall-partijiet interessati, kif ukoll għan-negozji f'termini ta' armonizzazzjoni, ċertezza tad-dritt, kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni u mitigazzjoni tal-vantaġġi kompetittivi inġusti ta' pajjiżi terzi li jirriżultaw minn standards ta' protezzjoni aktar baxxi kif ukoll dumping soċjali u ambjentali fil-kummerċ internazzjonali; jisħaq li dan isaħħaħ ir-reputazzjoni tal-impriżi tal-Unjoni u dik tal-Unjoni bħala entità li tistabbilixxi l-istandards; jisħaq fuq il-benefiċċji ppruvati għall-impriżi li jkollhom fis-seħħ prattiki effettivi ta' mġiba responsabbli fin-negozju, li jinkludu ġestjoni aħjar tar-riskju, spiża aktar baxxa tal-kapital, prestazzjoni finanzjarja aħjar b'mod ġenerali, u kompetittività mtejba; huwa konvint li d-diliġenza dovuta żżid iċ-ċertezza u t-trasparenza fir-rigward tal-prattiki ta' provvista ta' impriżi li jissorsjaw minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea u se tgħin biex jiġu protetti l-interessi tal-konsumatur billi tiġi żgurata l-kwalità u l-affidabbiltà tal-prodotti, u għandha twassal għal prattiki ta' xiri aktar responsabbli u relazzjonijiet fit-tul mal-fornituri tal-impriżi; jenfasizza li l-qafas għandu jkun ibbażat fuq obbligu għall-impriżi li jieħdu l-miżuri proporzjonati u adegwati kollha u jagħmlu sforzi fil-limiti tas-setgħat tagħhom;

2.  Jenfasizza li, filwaqt li huwa d-dmir tal-impriżi li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent, hija r-responsabbiltà tal-Istati u l-gvernijiet li jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent, u din ir-responsabbiltà m'għandhiex tiġi ttrasferita lil atturi privati; ifakkar li d-diliġenza dovuta hija primarjament mekkaniżmu preventiv u li l-impriżi għandhom l-ewwel u qabel kollox ikunu meħtieġa jieħdu l-miżuri proporzjonati u adegwati kollha u jagħmlu sforzi fil-limiti tas-setgħat tagħhom biex jidentifikaw impatti negattivi potenzjali jew reali u jadottaw politiki u miżuri biex jindirizzawhom;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi dejjem, fl-attivitajiet tal-politika esterna, inkluż fi ftehimiet kummerċjali u ta' investiment, dispożizzjonijiet u diskussjonijiet dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni twettaq rieżami bir-reqqa tal-impriżi bbażati f'Xinjiang li jesportaw prodotti lejn l-Unjoni sabiex tidentifika ksur potenzjali tad-drittijiet tal-bniedem, speċjalment dawk relatati mar-repressjoni tal-Uighurs;

5.  Ifakkar li t-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-dritt għall-ħajja, is-saħħa, l-ikel u l-ilma, tiddependi fuq il-preservazzjoni tal-bijodiversità, li hija l-pedament tas-servizzi tal-ekosistema li magħhom huwa marbut intrinsikament il-benesseri tal-bniedem;

6.  Jinnota li, minħabba l-pandemija tal-COVID-19, l-impriżi żgħar u ta' daqs medju jiffaċċjaw sitwazzjoni diffiċli; jemmen li l-fatt li jingħataw appoġġ u l-fatt li jinħoloq ambjent tas-suq favorevoli huma objettivi kruċjali tal-Unjoni;

7.  Jisħaq li l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u l-ksur tal-istandards soċjali u ambjentali jistgħu jkunu r-riżultat tal-attivitajiet tal-impriża stess jew ta' dawk tar-relazzjonijiet ta' negozju tagħha taħt il-kontroll tagħhom u tul il-katina tal-valur tagħhom; jissottolinja, għalhekk, li d-diliġenza dovuta għandha tinkludi l-katina tal-valur sħiħa, iżda għandha tinvolvi wkoll politika ta' prijoritizzazzjoni; ifakkar li d-drittijiet tal-bniedem kollha huma universali, indiviżibbli, interdipendenti u interrelatati u għandhom jiġu promossi u rispettati b'mod ġust, ekwu u nondiskriminatorju;

8.   Jitlob li tissaħħaħ it-traċċabbiltà tal-katina tal-provvista, abbażi tar-regoli tal-oriġini tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni; jinnota li l-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u r-rekwiżiti futuri tad-diliġenza dovuta korporattiva adottati bħala riżultat ta' proposta leġiżlattiva mill-Kummissjoni għandhom jitqiesu fit-twettiq tal-politika kummerċjali tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tar-ratifika tal-ftehimiet kummerċjali u ta' investiment u għandhom ikopru l-kummerċ mas-sħab kummerċjali kollha, mhux biss dawk li magħhom l-Unjoni kkonkludiet ftehim ta' kummerċ ħieles; jisħaq fuq il-fatt li strumenti kummerċjali tal-Unjoni għandhom jinkludu mekkaniżmi ta' infurzar b'saħħithom bħall-irtirar minn aċċess preferenzjali f'każ ta' nuqqas ta' konformità;

9.  Iqis li l-kamp ta' applikazzjoni ta' kwalunkwe qafas obbligatorju futur tad-diliġenza dovuta tal-Unjoni għandu jkun wiesa' u jkopri l-impriżi l-kbar kollha rregolati mil-liġi ta' Stat Membru jew stabbiliti fit-territorju tal-Unjoni, inklużi dawk li jipprovdu prodotti u servizzi finanzjarji, irrispettivament mis-settur tal-attività tagħhom u jekk humiex impriżi bi sjieda pubblika jew ikkontrollati b'mod pubbliku, kif ukoll l-impriżi żgħar u ta' daqs medju kollha li huma elenkati fil-Borża u l-impriżi żgħar u ta' daqs medju b'riskju għoli; iqis li l-qafas għandu jkopri wkoll impriżi li huma stabbiliti barra mill-Unjoni, iżda li huma attivi fis-suq intern;

10.  Huwa konvint li l-konformità mal-obbligi tad-diliġenza dovuta għandha tkun kundizzjoni għall-aċċess għas-suq intern u li l-operaturi għandhom ikunu meħtieġa jistabbilixxu u jipprovdu evidenza, permezz tal-eżerċizzju tad-diliġenza dovuta, li l-prodotti li jqiegħdu fis-suq intern ikunu konformi mal-kriterji ambjentali u tad-drittijiet tal-bniedem stabbiliti fil-leġiżlazzjoni futura dwar id-diliġenza dovuta; jitlob li jittieħdu miżuri komplementari bħall-projbizzjoni tal-importazzjoni ta' prodotti relatati ma' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem bħax-xogħol furzat jew it-tħaddim tat-tfal; jisħaq fuq l-importanza li l-objettiv tal-ġlieda kontra x-xogħol furzat u t-tħaddim tat-tfal jiġi inkluż fil-kapitoli tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli tal-ftehimiet kummerċjali tal-UE;

11.  Iqis li xi impriżi, u b'mod partikolari impriżi żgħar u ta' daqs medju elenkati fil-Borża u impriżi żgħar u ta' daqs medju b'riskju għoli jistgħu jeħtieġu proċessi ta' diliġenza dovuta inqas estensivi u formalizzati, u li approċċ proporzjonat għandu jqis, fost elementi oħra, is-settur tal-attività, id-daqs tal-impriża, il-gravità u l-probabbiltà ta' riskji relatati mar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, il-governanza u l-ambjent intrinsiċi għall-operazzjonijiet tagħha u għall-kuntest tal-operazzjonijiet tagħha, inklużi dawk ġeografiċi, il-mudell ta' negozju tagħha, il-pożizzjoni tagħha fil-ktajjen tal-valur u n-natura tal-prodotti u s-servizzi tagħha; jitlob li tingħata assistenza teknika speċifika lill-impriżi tal-Unjoni, speċjalment lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju, sabiex ikunu jistgħu jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' diliġenza dovuta;

12.  Jissottolinja li l-istrateġiji tad-diliġenza dovuta għandhom ikunu allinjati mal-SDGs u mal-objettivi ta' politika tal-Unjoni fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ambjent, inkluż il-Patt Ekoloġiku Ewropew, u l-impenn li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra b'mill-inqas 55 % sal-2030, u l-politika internazzjonali tal-Unjoni, speċjalment il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika u l-Ftehim ta' Pariġi u l-għanijiet tagħha li ż-żieda fit-temperatura medja globali tinżamm sew taħt iż-2 °C ogħla mil-livelli preindustrijali u li jitkomplew l-isforzi biex iż-żieda fit-temperatura ma taqbiżx il-1,5 °C ogħla mil-livelli preindustrijali; jitlob lill-Kummissjoni tiżviluppa, bil-parteċipazzjoni sinifikanti tal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, sett ta' linji gwida dwar id-diliġenza dovuta, inklużi linji gwida speċifiċi għas-settur, dwar kif wieħed għandu jikkonforma mal-istrumenti legali obbligatorji eżistenti u futuri tal-Unjoni u dawk internazzjonali u jkun konformi mal-oqfsa tad-diliġenza dovuta volontarja, inklużi metodoloġiji koerenti u metriċi ċari biex jitkejlu l-impatti u l-progress, fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent u l-governanza tajba; itenni li tali linji gwida jkunu utli b'mod speċjali għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju;

13.  Jinnota li l-iskemi tal-industrija ċċertifikati joffru lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju opportunitajiet biex jiġbru flimkien u jaqsmu r-responsabbiltajiet b'mod effiċjenti; jissottolinja, madankollu, li d-dipendenza fuq skemi tal-industrija ċċertifikati ma teskludix il-possibbiltà li impriża tikser l-obbligi tad-diliġenza dovuta tagħha, jew li tinżamm responsabbli f'konformità mad-dritt nazzjonali; jinnota li l-iskemi tal-industrija ċċertifikati jridu jiġu vvalutati, rikonoxxuti u ssorveljati mill-Kummissjoni;

14.  Jistieden lill-Kummissjoni tonora l-prinċipju ta' koerenza tal-politiki għall-iżvilupp, minqux fl-Artikolu 208 tat-TFUE, f'leġiżlazzjoni futura; jenfasizza li huwa importanti li jiġu minimizzati l-kontradizzjonijiet possibbli u jinbnew sinerġiji mal-politika ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp għall-benefiċċju tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u li tiżdied l-effikaċja tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp; iqis li, f'termini prattiċi, dan ifisser l-involviment attiv tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Internazzjonali fil-ħidma leġiżlattiva li għaddejja bħalissa u t-twettiq ta' valutazzjoni bir-reqqa tal-impatt tal-leġiżlazzjoni futura rilevanti tal-Unjoni fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw minn perspettiva ekonomika, soċjali, tad-drittijiet tal-bniedem u ambjentali f'konformità mal-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar(36) u l-Istrument 34 tal-Istrumenti għal Regolamentazzjoni Aħjar(37); jinnota li r-riżultati ta' dik il-valutazzjoni għandhom jiġu riflessi fil-proposta leġiżlattiva futura;

15.  Jenfasizza li l-komplementarjetà u l-koordinazzjoni mal-politika, l-istrumenti u l-atturi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp huma deċiżivi, u li l-leġiżlazzjoni futura tal-Unjoni għandha, għaldaqstant, tipprevedi xi dispożizzjonijiet f'dan ir-rigward;

16.  Jisħaq li l-obbligi tad-diliġenza dovuta għandhom jiġu ddisinjati bir-reqqa biex ikunu proċess dinamiku u li jibqa' għaddej minflok ma jkun "eżerċizzju tal-immarkar tal-kaxxi" u li l-istrateġiji tad-diliġenza dovuta għandhom ikunu konformi man-natura dinamika tal-impatti negattivi; iqis li dawk l-istrateġiji għandhom ikopru kull impatt negattiv reali jew potenzjali fuq id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent u l-governanza tajba, għalkemm il-gravità u l-probabbiltà tal-impatt negattiv għandhom jitqiesu fil-kuntest ta' politika ta' prijoritizzazzjoni; jemmen li, f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, huwa importanti li l-għodod u l-oqfsa eżistenti jiġu allinjati kemm jista' jkun; jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt robusta sabiex tidentifika tipi ta' impatti negattivi potenzjali jew reali, tinvestiga l-konsegwenzi fuq il-kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni Ewropej u globali, inkluż il-piż amministrattiv fuq in-negozji u l-konsegwenzi pożittivi fuq id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent u l-governanza tajba, u tfassal regoli li jsaħħu l-kompetittività, il-protezzjoni tal-partijiet interessati u tal-ambjent, u li jkunu funzjonali u applikabbli għall-atturi kollha fis-suq intern, inklużi impriżi żgħar u ta' daqs medju b'riskju għoli li jkunu elenkati fil-Borża; jenfasiżża li l-dik il-valutazzjoni tal-impatt għandha tikkunsidra wkoll il-konsegwenzi tad-direttiva futura fir-rigward taċ-ċaqliq fil-katina tal-valur globali fir-rigward tal-individwi u l-impriżi affettwati, u fir-rigward tal-vantaġġi komparattivi tal-pajjiżi sħab li qed jiżviluppaw;

17.  Jenfasizza li r-rekwiżiti ta' trasparenza komprensivi huma element kruċjali tal-leġiżlazzjoni dwar id-diliġenza dovuta obbligatorja; jinnota li informazzjoni u trasparenza msaħħa jagħtu lill-fornituri u lill-manifatturi kontroll u fehim aħjar tal-ktajjen tal-provvista tagħhom u jtejbu l-kapaċità ta' monitoraġġ tal-partijiet interessati u tal-konsumaturi kif ukoll il-fiduċja tal-pubbliku fil-produzzjoni; jenfasizza f'dan ir-rigward li l-leġiżlazzjoni futura dwar id-diliġenza dovuta għandha tqis soluzzjonijiet diġitali biex tiffaċilita aċċess pubbliku għall-informazzjoni u timminimizza l-piżijiet burokratiċi;

18.  Jinnota li d-diliġenza dovuta teħtieġ ukoll li titkejjel l-effettività tal-proċessi u l-miżuri permezz ta' awditi adegwati u li jiġu kkomunikati r-riżultati, inkluż li perjodikament jinħarġu rapporti ta' evalwazzjoni pubbliċi dwar il-proċessi ta' diliġenza dovuta ta' impriża u r-riżultati tagħhom f'format standardizzat ibbażat fuq qafas ta' rappurtar adegwat u koerenti; jirrakkomanda li r-rapporti jkunu faċilment aċċessibbli u disponibbli, speċjalment għal dawk affettwati u potenzjalment affettwati; jiddikjara li r-rekwiżiti ta' divulgazzjoni għandhom iqisu l-politika tal-kompetizzjoni u l-interess leġittimu li jiġi protett l-għarfien intern tan-negozju u m'għandhomx iwasslu għal ostakli sproporzjonati jew piż finanzjarju għall-impriżi;

19.  Jenfasizza li d-diliġenza dovuta effettiva tirrikjedi li l-impriżi jwettqu b'rieda tajba diskussjonijiet effettivi, sinifikanti u infurmati mal-partijiet interessati rilevanti; jenfasizza li qafas ta' diliġenza dovuta tal-Unjoni għandu jiżgura l-involviment tat-trade unions u tar-rappreżentanti tal-ħaddiema, fil-livelli nazzjonali, tal-Unjoni u globali, fl-istabbiliment u fl-implimentazzjoni tal-istrateġija tad-diliġenza dovuta; jenfasizza li l-proċeduri għall-involviment tal-partijiet interessati jridu jiżguraw is-sikurezza u l-protezzjoni tal-integrità fiżika u ġuridika tal-partijiet interessati;

20.  Jenfasizza li l-involviment mas-sħab kummerċjali, fi spirtu ta' reċiproċità, huwa importanti biex jiġi żgurat li jkun hemm bidla fil-qasam tad-diliġenza dovuta; jissottolinja l-importanza ta' miżuri u proġetti ta' akkumpanjament biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' kummerċ ħieles tal-Unjoni u jappella għal rabta qawwija bejn tali miżuri u l-leġiżlazzjoni orizzontali dwar id-diliġenza dovuta; jitlob għalhekk li l-istrumenti finanzjarji, bħal "Għajnuna għall-Kummerċ", jintużaw biex tiġi promossa u appoġġjata l-adozzjoni ta' mġiba responsabbli fin-negozju fil-pajjiżi sħab, inkluż l-appoġġ tekniku dwar it-taħriġ tad-diliġenza dovuta, il-mekkaniżmi ta' traċċabbiltà u l-inkorporazzjoni ta' riformi mmexxija mill-esportazzjoni fil-pajjiżi sħab; jenfasizza f'dan ir-rigward il-ħtieġa li tiġi promossa governanza tajba;

21.  Jitlob li l-istrumenti kummerċjali jkunu marbuta mal-monitoraġġ, u d-Delegazzjonijiet tal-Unjoni jkunu attivament involuti fl-istess monitoraġġ, tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni futura dwar id-diliġenza dovuta minn impriżi tal-Unjoni li joperaw barra mill-Unjoni, inkluż billi jsiru skambji ta' fehmiet sinifikanti mad-detenturi tad-drittijiet, il-komunitajiet lokali, il-kmamar tal-kummerċ, l-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, l-atturi tas-soċjetà ċivili u t-trade unions u billi jingħataw appoġġ; jistieden lill-Kummissjoni tikkoopera mal-kmamar tal-kummerċ tal-Istati Membri u mal-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem biex jipprovdu għodod u informazzjoni online biex jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni futura dwar id-diliġenza dovuta;

22.  Jinnota li l-koordinazzjoni fil-livell settorjali tista' ttejjeb il-konsistenza u l-effettività tal-isforzi tad-diliġenza dovuta, tippermetti l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u tikkontribwixxi biex ikun hemm kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni;

23.  Iqis li, biex jinfurzaw id-diliġenza dovuta, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jew jaħtru awtoritajiet nazzjonali biex jikkondividu l-aħjar prattiki, iwettqu investigazzjonijiet, jissorveljaw u jimponu sanzjonijiet, filwaqt li jqisu s-severità u n-natura ripetuta tal-ksur; jissottolinja li tali awtoritajiet għandhom jingħataw biżżejjed riżorsi u setgħat biex iwettqu l-missjoni tagħhom; iqis li l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi network Ewropew tad-diliġenza dovuta biex ikun responsabbli, flimkien mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, għall-koordinazzjoni u l-konverġenza ta' prattiki regolatorji, investigattivi, ta' infurzar u superviżorji, u għall-kondiviżjoni ta' informazzjoni u biex jimmonitorja l-prestazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti; iqis li l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-impriżi jippubblikaw l-istrateġiji tad-diliġenza dovuta tagħhom fuq pjattaforma aċċessibbli għall-pubbliku u ċentralizzata, issorveljata mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti;

24.  Jenfasizza li r-rekwiżiti ta' trasparenza komprensivi huma element kruċjali tal-leġiżlazzjoni dwar id-diliġenza dovuta obbligatorja; jinnota li informazzjoni u trasparenza msaħħa jagħtu lill-fornituri u lill-manifatturi kontroll u fehim aħjar tal-ktajjen tal-provvista tagħhom u jtejbu l-fiduċja tal-pubbliku fil-produzzjoni; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-leġiżlazzjoni futura dwar id-diliġenza dovuta għandha tiffoka fuq soluzzjonijiet diġitali biex jiġu minimizzati l-piżijiet burokratiċi, u jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga soluzzjonijiet teknoloġiċi ġodda li jappoġġjaw l-istabbiliment u t-titjib tat-traċċabbiltà fil-ktajjen tal-provvista globali; ifakkar li teknoloġija tal-blockchain sostenibbli tista' tikkontribwixxi għal dan l-għan;

25.  Iqis li mekkaniżmu ta' lmentar fil-livell ta' impriża jista' jipprovdi rikors effettiv fi stadju bikri, dment li jkun leġittimu, aċċessibbli, prevedibbli, ekwu, trasparenti, kompatibbli mad-drittijiet tal-bniedem, ibbażat fuq l-impenn u d-djalogu, u jipproteġi kontra r-ritaljazzjoni; iqis li tali mekkaniżmi privati jridu jiġu artikolati b'mod xieraq ma' mekkaniżmi ġudizzjarji sabiex tiġi ggarantita l-ogħla protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għal proċess ġust; jenfasizza li tali mekkaniżmi m'għandhom qatt idgħajfu d-dritt ta' vittma li tressaq ilment quddiem l-awtoritajiet kompetenti jew li tfittex ġustizzja f'qorti; jissuġġerixxi li l-awtoritajiet ġudizzjarji għandhom ikunu jistgħu jaġixxu fuq ilment minn partijiet terzi permezz ta' kanali sikuri u aċċessibbli mingħajr theddida ta' rappreżalji;

26.  Jilqa' t-tħabbira li l-proposta tal-Kummissjoni se tinkludi reġim ta' responsabbiltà u jqis li sabiex il-vittmi jkunu jistgħu jiksbu rimedju effettiv, l-impriżi għandhom jinżammu responsabbli skont id-dritt nazzjonali għall-ħsara li l-impriżi taħt il-kontroll tagħhom ikunu kkawżaw jew ikkontribwew għaliha b'atti jew ommissjonijiet, fejn dawn tal-aħħar ikunu wettqu ksur tad-drittijiet tal-bniedem jew ikunu kkawżaw ħsara ambjentali, sakemm l-impriża ma tkunx tista' tipprova li aġixxiet bl-attenzjoni dovuta f'konformità mal-obbligi tad-diliġenza dovuta tagħha u ħadet il-miżuri raġonevoli kollha biex tipprevjeni tali ħsara; jissottolinja li l-limitazzjonijiet taż-żmien, id-diffikultajiet għall-aċċess għal evidenza, kif ukoll l-inugwaljanza bejn il-ġeneri, il-vulnerabbiltajiet u l-emarġinazzjoni jistgħu jkunu ostakli prattiċi u proċedurali maġġuri li jħabbtu wiċċhom magħhom il-vittmi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi, li jfixkluhom milli jaċċessaw rimedji legali effettiv; jisħaq fuq l-importanza li jkun hemm aċċess effettiv għal rimedji mingħajr biża' ta' ritaljazzjoni u b'mod reattiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru, u għall-persuni li jinsabu f'sitwazzjonijiet ta' vulnerabbiltà, kif minqux fl-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà; ifakkar li l-Artikolu 47 tal-Karta jirrikjedi li l-Istati Membri jipprovdu għajnuna legali lil dawk li m'għandhomx biżżejjed riżorsi sal-punt li fih tali għajnuna tkun meħtieġa biex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-ġustizzja;

27.  Jinnota li t-traċċabbiltà ta' impriżi fil-katina tal-valur tista' tkun diffiċli; jistieden lill-Kummissjoni tevalwa u tipproponi għodod sabiex tgħin lill-impriżi fit-traċċabbiltà tal-ktajjen tal-valur tagħhom; jenfasizza li t-teknoloġiji diġitali jistgħu jgħinu lill-impriżi bid-diliġenza dovuta tal-katina tal-valur tagħhom u jnaqqsu l-ispejjeż; iqis li l-objettiv tal-innovazzjoni tal-Unjoni għandu jkun marbut mal-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-governanza sostenibbli skont ir-rekwiżiti futuri tad-diliġenza dovuta;

28.  Iqis li t-twettiq tad-diliġenza dovuta m'għandux jeħles awtomatikament lill-impriżi mir-responsabbiltà għall-ħsara li jkunu kkawżaw jew li jkunu kkontribwew għaliha; iqis ukoll, madankollu, li l-istabbiliment ta' proċess robust u effettiv tad-diliġenza dovuta jista' jgħin lill-impriżi jevitaw li jikkawżaw ħsara; iqis ukoll li l-leġiżlazzjoni dwar id-diliġenza dovuta għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal oqfsa applikabbli oħrajn ta' sottokuntrattar, stazzjonar jew responsabbiltà tal-katina tal-provvista stabbiliti fil-livell nazzjonali, Ewropew u internazzjonali, inkluża obbligazzjoni in solidum fil-ktajjen ta' sottokuntrattar;

29.  Jisħaq li l-vittmi ta' impatti negattivi relatati man-negozju ta' spiss ma jkunux protetti biżżejjed mil-liġi tal-pajjiż fejn tkun ġiet ikkawżata l-ħsara; iqis, f'dan ir-rigward, li d-dispożizzjonijiet rilevanti tadin direttiva futura għandhom jitqiesu bħala dispożizzjonijiet mandatarji prevalenti f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II)(38);

30.  Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi mandat ta' negozjar biex l-Unjoni tinvolvi ruħha b'mod kostruttiv fin-negozjati dwar strument internazzjonali legalment vinkolanti tan-NU li jirregola, fid-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, l-attivitajiet ta' korporazzjonijiet transnazzjonali u negozji oħra;

31.  Jirrakkomanda li l-appoġġ tal-Kummissjoni fir-rigward tal-istat tad-dritt, il-governanza tajba u l-aċċess għall-ġustizzja f'pajjiżi terzi jagħti prijorità lill-bini tal-kapaċità tal-awtoritajiet lokali fl-oqsma indirizzati mil-leġiżlazzjoni futura, fejn xieraq;

32.  Jitlob li l-Kummissjoni tippreżenta mingħajr dewmien żejjed proposta leġiżlattiva dwar diliġenza dovuta obbligatorja tal-ktajjen tal-provvista, skont ir-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fl-Anness hawnhekk; iqis li, mingħajr preġudizzju għall-aspetti ddettaljati tal-proposta leġiżlattiva futura, l-Artikoli 50, 83(2) u 114 tat-TFUE għandhom jintgħażlu bħala bażijiet ġuridiċi għall-proposta;

33.  Jikkunsidra li l-proposta mitluba m'għandhiex implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit ġenerali tal-Unjoni;

34.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fl-anness, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

ANNESS GĦALL-MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI:

RAKKOMANDAZZJONIJIET DWAR IL-KONTENUT TAL-PROPOSTA MITLURAKKOMANDAZZJONIJIET FID-DAWL TAT-TĦEJJIJA TA' DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL DWAR DILIĠENZA DOVUTA KORPORATTIVA U OBBLIGU TA' RENDIKONT KORPORATTIV

TEST TAL-PROPOSTA MITLUBA

Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Diliġenza Dovuta Korporattiva u Obbligu ta' Rendikont Korporattiv

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 50, 83(2) u 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(39),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)  L-għarfien dwar ir-responsabbiltajiet tan-negozji fir-rigward tal-impatt negattiv tal-ktajjen tal-valur tagħhom fuq id-drittijiet tal-bniedem sar prominenti fis-snin disgħin, meta prattiki ġodda ta' delokalizzazzjoni fil-produzzjoni tal-ħwejjeġ u taż-żraben ġibdu l-attenzjoni għall-kundizzjonijiet ħżiena tax-xogħol li ħafna ħaddiema fil-ktajjen tal-valur globali, inklużi t-tfal, iffaċċjaw. Fl-istess ħin, ħafna impriżi taż-żejt, tal-gass, tal-estrazzjoni u tal-industrija tal-ikel bdew joperaw f'żoni aktar u aktar remoti, u ħafna drabi spostaw lil komunitajiet indiġeni mingħajr konsultazzjoni jew kumpens adegwati.

(2)  F'kuntest ta' evidenza dejjem akbar ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u degradazzjoni ambjentali, żdied it-tħassib dwar l-iżgurar li n-negozji jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u dwar l-iżgurar li l-vittmi jkollhom aċċess għall-ġustizzja, b'mod partikolari meta l-ktajjen tal-valur ta' xi negozji jestendu f'pajjiżi b'sistemi legali u infurzar tal-liġi dgħajfa, u li jinżammu responsabbli f'konformità mad-dritt nazzjonali talli jikkawżaw il-ħsara jew jikkontribwixxu għaliha. Fid-dawl ta' dan, fl-2008 il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) laqa' b'mod unanimu l-Qafas "Protezzjoni, Rispett u Rimedju". Dan il-qafas huwa bbażat fuq tliet pilastri: id-dmir tal-Istat li joffri protezzjoni fir-rigward ta' abbużi tad-drittijiet tal-bniedem minn partijiet terzi, inklużi n-negozji, permezz ta' politiki, regolamentazzjoni u deċizjonijiet ġudizzjarji xierqa; ir-responsabbiltà korporattiva li jiġu rrispettati d-drittijiet tal-bniedem, jiġifieri li wieħed jaġixxi b'diliġenza dovuta biex jevita li jikser id-drittijiet tal-oħrajn u biex jindirizza l-impatti negattivi li jseħħu; u aċċess akbar mill-vittmi għal rimedji effettivi, kemm ġudizzjarji kif ukoll mhux ġudizzjarji.

(3)  Dak il-qafas ġie segwit bl-approvazzjoni mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fl-2011 tal-"Prinċipji Gwida dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem" (UNGPs). Il-UNGPs introduċew l-ewwel standard dinji fil-qasam tad-"diliġenza dovuta" u pprovdew qafas mhux vinkolanti għall-impriżi biex iqiegħdu fil-prattika r-responsabbiltà tagħhom li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem. Sussegwentement, organizzazzjonijiet internazzjonali oħra żviluppaw standards ta' diliġenza dovuta bbażati fuq il-UNGPs. Il-Linji Gwida tal-2011 tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) għall-Intrapriżi Multinazzjonali jirreferu b'mod estensiv għad-diliġenza dovuta u l-OECD żviluppat gwida biex tgħin lill-impriżi japplikaw id-diliġenza dovuta f'setturi speċifiċi u fil-ktajjen tal-provvista. Fl-2016, il-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa adotta rakkomandazzjoni indirizzata lill-Istati Membri dwar id-drittijiet tal-bniedem u n-negozju li tistieden lill-Istati Membri tiegħu jadottaw miżuri leġiżlattivi u miżuri oħra biex jiżguraw li l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-katina tal-valur ta' impriża jwassal għal responsabbiltà ċivili, amministrattiva u kriminali quddiem il-qrati Ewropej. Fl-2018, l-OECD adottat Gwida ġenerali dwar id-Diliġenza Dovuta għall-Imġiba Responsabbli fin-Negozju. Bl-istess mod, fl-2017 l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) adottat id-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-ILO dwar il-Prinċipji li Jikkonċernaw l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali, li tħeġġeġ lill-impriżi jistabbilixxu mekkaniżmi ta' diliġenza dovuta biex jidentifikaw, jipprevjenu, jimmitigaw u jagħtu rendikont tal-mod li bih jindirizzaw l-impatti negattivi reali u potenzjali tan-negozju tagħhom fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem rikonoxxuti internazzjonalment. Il-Patt Globali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-2012, Save the Children u d-Drittijiet tat-Tfal u l-Prinċipji tan-Negozju tal-UNICEF jidentifikaw il-kunsiderazzjonijiet ewlenin rigward id-drittijiet tat-tfal relatati mal-impatt negattiv tan-negozju u l-UNICEF żviluppat sensiela ta' dokumenti ta' gwida li jappoġġjaw id-diliġenza dovuta tan-negozju u t-tfal. Il-Kumment Ġenerali Nru 16 tal-2013 tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal jidentifika firxa komprensiva ta' obbligi tal-Istat fir-rigward tal-impatt tas-settur tan-negozju fuq id-drittijiet tat-tfal, inklużi l-Istati li jirrikjedu li n-negozji japplikaw id-diliġenza dovuta fil-qasam tad-drittijiet tat-tfal.

(4)  Għalhekk, bħalissa l-impriżi għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom numru importanti ta' strumenti internazzjonali ta' diliġenza dovuta li jistgħu jgħinuhom jerfgħu r-responsabbiltà tagħhom fir-rigward tar-rispett tagħhom għad-drittijiet tal-bniedem. Minkejja l-importanza fundamentali li dawn l-istrumenti għall-impriżi jieħdu d-dmir tagħhom li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem serjament, in-natura volontarja tagħhom tista' xxekkel l-effikaċja tagħhom u l-effett tagħhom wera li huwa limitat, peress li numru limitat ta' impriżi jimplimentaw b'mod volontarju d-diliġenza dovuta fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem fl-attivitajiet tagħhom u f'dawk tar-relazzjonijiet ta' negozju tagħhom. Dan huwa aggravat mill-enfasi eċċessiva ta' bosta impriżi fuq il-massimizzazzjoni tal-profitti fuq perjodu qasir.

(5)  L-istrumenti eżistenti internazzjonali ta' diliġenza dovuta naqsu milli jipprovdu lill-vittmi ta' impatti negattivi tad-drittijiet tal-bniedem u ambjentali b'aċċess għall-ġustizzja u r-rimedji minħabba n-natura mhux ġudizzjarja u volontarja tagħhom. Id-dmir primarju li jiġu protetti d-drittijiet tal-bniedem u li jingħata aċċess għall-ġustizzja huwa tal-Istati, u n-nuqqas ta' mekkaniżmi ġudizzjarji pubbliċi biex l-impriżi jinżammu responsabbli għall-ħsarat li jseħħu fil-ktajjen tal-valur tagħhom jenħtieġ li ma jiġix ikkumpensat u ma jistax jiġi kkumpensat b'mod adegwat bl-iżvilupp ta' mekkaniżmi operattivi privati ta' lmentar. Peress li tali mekkaniżmi huma utli biex jipprovdu għajnuna ta' emerġenza u kumpens rapidu għal ħsarat żgħar, jenħtieġ li jiġu rregolati mill-qrib mill-awtoritajiet pubbliċi u jenħtieġ li ma jdgħajfux id-dritt tal-vittmi li jkollhom aċċess għall-ġustizzja u d-dritt għal proċess ġust quddiem il-qrati pubbliċi.

(6)  L-Unjoni adottat oqfsa obbligatorji ta' diliġenza dovuta f'oqsma speċifiċi ħafna bil-għan li tiġġieled kontra s-setturi li jagħmlu ħsara lill-interessi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha, bħall-finanzjament tat-terroriżmu jew id-deforestazzjoni. Fl-2010, l-Unjoni adottat ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (40), li jimponi rekwiżiti ta' diliġenza dovuta fuq l-operaturi li jqiegħdu fis-suq intern injam u prodotti tal-injam u li jirrikjedi li n-negozjanti fil-katina tal-provvista jipprovdu informazzjoni bażika dwar il-fornituri u x-xerrejja tagħhom biex tittejjeb it-traċċabbiltà tal-injam u tal-prodotti tal-injam. Ir-Regolament (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(41) jistabbilixxi sistema tal-Unjoni għal diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista sabiex jitnaqqsu l-opportunitajiet għall-gruppi armati, il-gruppi terroristiċi u/jew il-forzi tas-sigurtà li jwettqu kummerċ tal-landa, it-tantalu u t-tungstenu, il-minerali tagħhom, u d-deheb.

(7)  Approċċ differenti, aktar ġenerali u komplementari bbażat fuq it-trasparenza u s-sostenibbiltà, ittieħed mid-Direttiva 2014/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(42), li timponi fuq l-impriżi b'aktar minn 500 impjegat l-obbligu li jirrappurtaw dwar il-politiki li jsegwu fir-rigward ta' kwistjonijiet ambjentali, soċjali, relatati mal-impjegati, u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u t-tixħim u fir-rigward tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inkluża d-diliġenza dovuta.

(8)  F'xi Stati Membri, il-ħtieġa li l-impriżi jirrispondu aħjar għad-drittijiet tal-bniedem u għal tħassib ambjentali u ta' governanza wasslet għall-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni nazzjonali dwar id-diliġenza dovuta. Fin-Netherlands, l-Att dwar id-Diliġenza Dovuta fir-rigward tat-Tħaddim tat-Tfal jirrikjedi li l-impriżi li joperaw fis-suq Netherlandiż jinvestigaw jekk hemmx suspett raġonevoli li l-oġġetti jew is-servizzi fornuti ġew prodotti permezz tat-tħaddim tat-tfal u, fil-każ ta' suspett raġonevoli, jadottaw u jimplimentaw pjan ta' azzjoni. Fi Franza, il-liġi dwar dmir ta' viġilanza tal-impriżi omm u appaltatriċi tirrikjedi lil xi impriżi kbar li jadottaw, jippubblikaw u jimplimentaw pjan ta' diliġenza dovuta biex jidentifikaw u jevitaw riskji għad-drittijiet tal-bniedem, is-saħħa u s-sikurezza u riskji ambjentali kkawżati mill-impriża, is-sussidjarji, is-sottokuntratturi jew il-fornituri tagħha. Il-liġi Franċiża tistabbilixxi responsabbiltà amministrattiva għan-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti tad-diliġenza dovuta tagħha, u responsabbiltà ċivili għall-impriża biex tipprovdi rimedji għall-ħsara kkawżata. F'ħafna Stati Membri oħra, għaddej dibattitu dwar l-introduzzjoni ta' rekwiżiti obbligatorji ta' diliġenza dovuta għall-impriżi u xi Stati Membri bħalissa qed jikkunsidraw l-adozzjoni ta' tali leġiżlazzjoni, inklużi l-Ġermanja, l-Iżvezja, l-Awstrija, il-Finlandja, id-Danimarka u l-Lussemburgu.

(9)  Fl-2016, tmien parlamenti nazzjonali esprimew l-appoġġ tagħhom għal "Inizjattiva tal-Karta Ħadra" u stiednu lill-Kummissjoni tressaq leġiżlazzjoni biex tiżgura l-obbligu ta' rendikont korporattiv għal abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-Parlamenti tal-Estonja, il-Litwanja, is-Slovakkja u l-Portugall, il-Kamra tar-Rappreżentanti fin-Netherlands, is-Senat tar-Repubblika fl-Italja, u l-Assemblea Nazzjonali fi Franza, kif ukoll il-House of Lords tar-Renju Unit.

(10)  L-armonizzazzjoni insuffiċjenti tal-liġijiet jista' jkollha impatt negattiv fuq il-libertà tal-istabbiliment. Għalhekk huwa essenzjali li jkun hemm aktar armonizzazzjoni biex jiġi evitat li jinħolqu vantaġġi kompetittivi inġusti. Biex jinħolqu kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni, huwa importanti li r-regoli japplikaw għall-impriżi kollha – kemm jekk tal-Unjoni kif ukoll jekk le – li joperaw fis-suq intern.

(11)  Hemm differenzi sinifikanti bejn id-dispożizzjonijiet legali u amministrattivi tal-Istati Membri dwar id-diliġenza dovuta, inkluż fir-rigward tar-responsabbiltà ċivili, li japplikaw għall-impriżi tal-Unjoni. Huwa essenzjali li jiġu evitati ostakli futuri għall-kummerċ li jirriżultaw mill-iżvilupp diverġenti ta' tali liġijiet nazzjonali.

(12)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni, ir-responsabbiltà tal-impriżi li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem skont standards internazzjonali jenħtieġ li tinbidel fi dmir legali fil-livell tal-Unjoni. Billi tikkoordina s-salvagwardji għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent u l-governanza tajba, din id-Direttiva jenħtieġ li tiżgura li l-impriżi l-kbar kollha tal-Unjoni u mhux tal-Unjoni u l-impriżi żgħar u medji b'riskju għoli jew elenkati fil-Borża li joperaw fis-suq intern ikunu soġġetti għal obbligi armonizzati ta' diliġenza dovuta, li jipprevjenu l-frammentazzjoni regolatorja u jtejbu l-funzjonament tas-suq intern.

(13)  L-istabbiliment ta' rekwiżiti obbligatorji ta' diliġenza dovuta fil-livell tal-Unjoni jkun ta' benefiċċju għan-negozji f'termini ta' armonizzazzjoni, ċertezza legali u l-iżgurar ta' kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni u jagħti vantaġġ kompetittiv lill-impriżi soġġetti għalihom, peress li s-soċjetajiet qed jitolbu dejjem aktar mill-impriżi li jsiru aktar etiċi u sostenibbli. Din id-Direttiva, bl-istabbiliment ta' standard ta' diliġenza dovuta tal-Unjoni, tista' tgħin biex jitrawwem l-iżvilupp ta' standard dinji għal imġiba responsabbli fin-negozju.

(14)  Din id-Direttiva għandha l-għan li tipprevjeni u timmitiga l-impatti negattivi potenzjali jew reali fuq id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent u l-governanza tajba fil-katina tal-valur, kif ukoll li tiżgura li l-impriżi jkunu jistgħu jinżammu responsabbli għal tali impatti, u li kull min ikun sofra ħsara f'dan ir-rigward ikun jista' jeżerċita b'mod effettiv id-dritt għal proċess ġust quddiem qorti u d-dritt li jikseb rimedji f'konformità mad-dritt nazzjonali.

(15)  Din id-Direttiva m'għandhiex l-għan li tissostitwixxi leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar id-diliġenza dovuta speċifika għas-settur li diġà hija fis-seħħ jew li tipprekludi l-introduzzjoni ta' aktar leġiżlazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur. Konsegwentement, jenħtieġ li tapplika mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti oħra ta' diliġenza dovuta stabbiliti f'leġiżlazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur, b'mod partikolari r-Regolamenti (UE) Nru 995/2010 u (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, sakemm ir-rekwiżiti ta' diliġenza dovuta f'din id-Direttiva ma jipprevedux diliġenza dovuta aktar bir-reqqa fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent jew il-governanza tajba.

(16)  L-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva jenħtieġ li bl-ebda mod ma tikkostitwixxi bażi għall-ġustifikazzjoni ta' tnaqqis fil-livell ġenerali tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem jew tal-ambjent. B'mod partikolari, jenħtieġ li ma taffettwax oqfsa ta' responsabbiltà oħra applikabbli ta' sottokuntrattar, stazzjonar jew tal-katina tal-provvista stabbiliti fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni jew internazzjonali. Il-fatt li impriża tkun wettqet l-obbligi tagħha ta' diliġenza dovuta skont din id-Direttiva jenħtieġ li ma jeżonerahiex mill-obbligi tagħha, jew idgħajjifhom, skont oqfsa ta' responsabbiltà oħra, u għalhekk kwalunkwe proċediment legali kontra tagħha bbażat fuq oqfsa ta' responsabbiltà oħra jenħtieġ li ma jiġix irrifjutat minħabba dik iċ-ċirkostanza.

(17)  Din id-Direttiva jenħtieġ li tapplika għall-impriżi l-kbar kollha rregolati mil-liġi ta' Stat Membru, stabbiliti fit-territorju tal-Unjoni jew li joperaw fis-suq intern, irrispettivament minn jekk humiex privati jew proprjetà tal-Istat u mis-settur ekonomiku li huma attivi fih, inkluż is-settur finanzjarju. Din id-Direttiva jenħtieġ li tapplika wkoll għal impriżi żgħar u medji elenkati fil-Borża u b'riskju għoli(43).

(18)  Il-proporzjonalità hija inkorporata fil-proċess ta' diliġenza dovuta, peress li dan il-proċess huwa kontinġenti fuq is-severità u l-probabbiltà ta' impatti negattivi li impriża tista' tikkawża, tikkontribwixxi għalihom jew tkun marbuta direttament magħhom, fuq is-settur tal-attività tagħha, id-daqs tal-impriża, in-natura u l-kuntest tal-operazzjonijiet tagħha inklużi dawk ġeografiċi, il-mudell tan-negozju tagħha, il-pożizzjoni tagħha fil-katina tal-valur u n-natura tal-prodotti u s-servizzi tagħha. Impriża kbira li r-relazzjonijiet ta' negozju diretti tagħha jkunu kollha domiċiljati fl-Unjoni jew impriża żgħira jew medja li, wara li twettaq valutazzjoni tar-riskju, tikkonkludi li ma identifikat ebda impatt negattiv potenzjali jew reali fir-relazzjonijiet ta' negozju tagħha, tista' tippubblika dikjarazzjoni f'dak is-sens, inkluża l-valutazzjoni tar-riskju tagħha li jkun fiha d-data, l-informazzjoni u l-metodoloġija rilevanti, li fi kwalunkwe każ jenħtieġ li tiġi rieżaminata fil-każ ta' bidliet fl-operazzjonijiet, ir-relazzjonijiet ta' negozju jew il-kuntest operattiv tal-impriżi.

(19)  Għall-impriżi li jkunu proprjetà tal-Istat jew ikkontrollati minnu, it-twettiq tal-obbligi tagħhom ta' diliġenza dovuta jenħtieġ li jirrikjedi li dawn jakkwistaw servizzi minn impriżi li jkunu kkonformaw mal-obbligi ta' diliġenza dovuta. L-Istati Membri huma mħeġġa ma jipprovdux appoġġ mill-Istat, inkluż permezz ta' għajnuna mill-Istat, akkwist pubbliku, aġenziji ta' kreditu għall-esportazzjoni jew self appoġġjat mill-gvern, lil impriżi li ma jikkonformawx mal-objettivi ta' din id-Direttiva.

(20)  Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, id-diliġenza dovuta jenħtieġ li tinftiehem bħala l-obbligu ta' impriża li tieħu l-miżuri proporzjonati u korrispondenti kollha u li tagħmel sforzi fil-limiti tas-setgħat tagħha biex tipprevjeni li jseħħu impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent jew il-governanza tajba fil-ktajjen tal-valur tagħha, u li tindirizza tali impatti meta jseħħu. Fil-prattika, id-diliġenza dovuta tikkonsisti minn proċess stabbilit minn impriża sabiex tidentifika, tivvaluta, tipprevjeni, timmitiga, twaqqaf, timmonitorja, tikkomunika, tagħti rendikont għal, tindirizza u tirrimedja l-impatti negattivi potenzjali u/jew reali fuq id-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet soċjali, tat-trade unions u tal-ħaddiema, fuq l-ambjent, inkluż il-kontribut għat-tibdil fil-klima, u fuq il-governanza tajba, fl-operazzjonijiet proprji u fir-relazzjonijiet ta' negozju tagħha fil-katina tal-valur. L-impriżi koperti minn din id-Direttiva ma għandhomx jgħaddu l-obbligi ta' diliġenza dovuta lill-fornituri.

(21)  L-Anness xx jistabbilixxi lista ta' tipi ta' impatti negattivi relatati man-negozju fuq id-drittijiet tal-bniedem. Sakemm ikunu rilevanti għall-impriżi, il-Kummissjoni jenħtieġ li tinkludi f'dak l-Anness l-impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem espressi fil-konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem li jkunu vinkolanti għall-Unjoni jew l-Istati Membri, il-Karta Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem, id-Dritt Umanitarju Internazzjonali, l-istrumenti tad-drittijiet tal-bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-persuni li jappartjenu għal gruppi jew komunitajiet partikolarment vulnerabbli, u l-prinċipji li jikkonċernaw id-drittijiet fundamentali stabbiliti fid-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol, kif ukoll dawk rikonoxxuti fil-Konvenzjoni tal-ILO dwar il-libertà ta' assoċjazzjoni u r-rikonoxximent effettiv tad-dritt għal negozjar kollettiv, il-Konvenzjoni tal-ILO dwar l-eliminazzjoni tal-forom kollha ta' xogħol furzat jew obbligatorju, il-Konvenzjoni tal-ILO dwar l-abolizzjoni effettiva tat-tħaddim tat-tfal, u l-Konvenzjoni tal-ILO dwar l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rigward tal-impjieg u x-xogħol. Dawn jinkludu wkoll, iżda mhumiex limitati għal, impatti negattivi fir-rigward ta' drittijiet oħra rikonoxxuti fid-Dikjarazzjoni Tripartitika dwar il-Prinċipji li Jikkonċernaw l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali (Dikjarazzjoni MNE) u f'għadd ta' Konvenzjonijiet tal-ILO, bħal dawk li jikkonċernaw il-libertà ta' assoċjazzjoni, in-negozjar kollettiv, l-età minima, is-sikurezza u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol, u remunerazzjoni ugwali, u d-drittijiet rikonoxxuti fil-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, il-Karta Afrikana tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, il-Konvenzjoni Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Karta Soċjali Ewropea, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u l-kostituzzjonijiet u l-liġijiet nazzjonali li jirrikonoxxu jew li jimplimentaw id-drittijiet tal-bniedem. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura li dawk it-tipi ta' impatti elenkati jkunu raġonevoli u jistgħu jinkisbu.

(22)  L-impatti negattivi ambjentali ħafna drabi jkunu marbuta mill-qrib mal-impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem. Ir-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent iddikjara li d-drittijiet għall-ħajja, is-saħħa, l-ikel, l-ilma u l-iżvilupp, kif ukoll id-dritt għal ambjent sikur, nadif, san u sostenibbli, huma meħtieġa għat-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem. Barra minn hekk, l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti rrikonoxxiet, fir-Riżoluzzjoni 64/292, id-dritt għal ilma tax-xorb sikur u nadif u għas-sanità bħala dritt tal-bniedem. Il-pandemija tal-COVID-19 issottolinjat mhux biss l-importanza ta' ambjenti tax-xogħol sikuri u tajbin għas-saħħa, iżda anki dik li l-impriżi jiżguraw li ma jikkawżawx riskji għas-saħħa fil-ktajjen tal-valur tagħhom, jew jikkontribwixxu għalihom. Konsegwentement, dawk ir-riskji jenħtieġ li jkunu koperti minn din id-Direttiva.

(23)  L-Anness xxx jistabbilixxi lista tat-tipi ta' impatti negattivi relatati man-negozju fuq l-ambjent, kemm jekk temporanji kif ukoll jekk permanenti, li huma rilevanti għall-impriżi. Impatti bħal dawn jenħtieġ li jinkludu, iżda jenħtieġ li ma jkunux limitati għal, produzzjoni ta' skart, tniġġis diffuż u emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra li jwasslu għal tisħin globali ta' aktar minn 1,5 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali, deforestazzjoni, u kwalunkwe impatt ieħor fuq il-klima, l-arja, il-kwalità tal-ħamrija u tal-ilma, l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali, il-bijodiversità u l-ekosistemi. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura li dawk it-tipi ta' impatti elenkati jkunu raġonevoli u jistgħu jinkisbu. Biex tikkontribwixxi għall-koerenza interna tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u biex tipprovdi ċertezza legali, din il-lista hija mfassla f'konformità mar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(44).

(24)  L-Anness xxxx jistabbilixxi lista ta' tipi ta' impatti negattivi relatati man-negozju fuq il-governanza tajba li huma rilevanti għall-impriżi. Jenħtieġ li jinkludu nuqqas ta' konformità mal-Linji Gwida tal-OECD għal Intrapriżi Multinazzjonali, il-Kapitolu VII dwar il-Ġlieda kontra t-Tixħim, is-Solleċitazzjoni għat-Tixħim u l-Estorsjoni u l-prinċipji tal-Konvenzjoni tal-OECD dwar il-Ġlieda kontra t-Tixħim ta' Uffiċjali Pubbliċi Barranin fi Tranżazzjonijiet Kummerċjali Internazzjonali u sitwazzjonijiet ta' korruzzjoni u tixħim fejn intrapriża teżerċita influwenza żejda fuq, jew tagħti vantaġġi pekunjarji mhux dovuti lil uffiċjali pubbliċi biex jiksbu privileġġi jew trattament favorevoli inġust bi ksur tal-liġi, u inklużi sitwazzjonijiet li fihom intrapriża tkun involuta b'mod mhux xieraq f'attivitajiet politiċi lokali, tagħmel kontribuzzjonijiet illegali ta' kampanja jew tonqos milli tikkonforma mal-leġiżlazzjoni fiskali applikabbli. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura li dawk it-tipi ta' impatti elenkati jkunu raġonevoli u jistgħu jinkisbu.

(25)  L-impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent u l-governanza tajba mhumiex newtrali fir-rigward tal-ġeneru. L-impriżi huma mħeġġa jintegraw il-perspettiva tal-ġeneru fil-proċessi ta' diliġenza dovuta tagħhom. Dawn jistgħu jsibu gwida fil-ktejjeb tan-NU dwar id-Dimensjonijiet tal-Ġeneru tal-Prinċipji Gwida dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem.

(26)  L-impatti negattivi potenzjali jew reali fuq id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent jew il-governanza jistgħu jkunu speċifiċi u aktar gravi f'żoni affettwati minn kunflitti. F'dan ir-rigward, l-impriżi li joperaw f'żoni affettwati minn kunflitti jenħtieġ li jwettqu diliġenza dovuta xierqa dwar id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent u l-governanza, jirrispettaw l-obbligi tad-dritt umanitarju internazzjonali tagħhom, u jirreferu għal standards u gwida internazzjonali eżistenti inklużi l-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra u l-protokolli addizzjonali tagħhom.

(27)  L-Istati Membri huma mħeġġa jimmonitorjaw l-impriżi taħt il-ġurisdizzjonijiet tagħhom b'operazzjonijiet jew relazzjonijiet ta' negozju f'żoni affettwati minn kunflitti, u għaldaqstant jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa biex jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent u l-governanza tajba f'konformità mal-obbligi legali tagħhom, b'kunsiderazzjoni xierqa għar-riskji speċifiċi u prominenti preżenti f'dawk iż-żoni.

(28)  In-negozju għandu impatt fuq l-ispettru sħiħ ta' drittijiet definiti fil-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u standards internazzjonali rilevanti oħra. It-tfulija hija perjodu uniku ta' żvilupp fiżiku, mentali, emozzjonali u spiritwali, u l-ksur tad-drittijiet tat-tfal, bħall-esponiment għall-vjolenza jew l-abbuż, it-tħaddim tat-tfal, il-kummerċjalizzazzjoni mhux xierqa, jew prodotti mhux sikuri jew perikli ambjentali, jista' jkollu konsegwenzi tul il-ħajja, irriversibbli u anki transġenerazzjonali. Il-mekkaniżmi għad-diliġenza dovuta korporattiva u l-obbligu ta' rendikont korporattiv mfassla mingħajr ma tingħata l-attenzjoni dovuta lil kunsiderazzjonijiet tat-tfal jistgħu jkunu ineffettivi fil-protezzjoni tad-drittijiet tagħhom.

(29)  Il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali, ambjentali u klimatiċi, jew l-impatti negattivi fuqhom, mill-impriżi jistgħu jkunu r-riżultat tal-attivitajiet tagħhom stess jew ta' dawk tar-relazzjonijiet ta' negozju tagħhom, b'mod partikolari l-fornituri, is-sottokuntratturi u l-impriżi li fihom isir investiment. Sabiex ikunu effettivi, l-obbligi ta' diliġenza dovuta tal-impriżi jenħtieġ li jinkludu l-katina tal-valur kollha, filwaqt li jieħdu approċċ ibbażat fuq ir-riskju u jistabbilixxu strateġija ta' prijoritizzazzjoni abbażi tal-Prinċipju 17 tal-Prinċipji Gwida tan-NU. Madankollu, it-traċċar tal-impriżi kollha li jintervjenu fil-katina tal-valur jista' jkun diffiċli. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tevalwa u tipproponi għodod sabiex tgħin lill-impriżi fit-traċċabbiltà tal-ktajjen tal-valur tagħhom. Dawn jistgħu jinkludu teknoloġiji tal-informazzjoni innovattivi, bħall-blockchain, li jippermettu li d-data kollha tiġi traċċata, li l-iżvilupp tagħhom jenħtieġ li jitħeġġeġ sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun l-ispejjeż amministrattivi u jiġu evitati s-sensji għal impriżi li jwettqu d-diliġenza dovuta.

(30)  Id-diliġenza dovuta hija primarjament mekkaniżmu preventiv li jirrikjedi li l-impriżi jieħdu l-miżuri proporzjonati u korrispondenti kollha u jagħmlu sforzi fil-limiti tas-setgħat tagħhom biex jidentifikaw u jivvalutaw impatti negattivi potenzjali jew reali u jadottaw politiki u miżuri biex itemmu, jipprevjenu, jimmitigaw, jimmonitorjaw, jikkomunikaw, jindirizzaw, jirrimedjawhom, u jagħtu rendikont ta' kif jindirizzaw dawk l-impatti. L-impriżi jenħtieġ li jkunu meħtieġa jfasslu dokument li fih jikkomunikaw pubblikament, b'kunsiderazzjoni xierqa għall-kunfidenzjalità kummerċjali, l-istrateġija ta' diliġenza dovuta tagħhom b'referenza għal kull wieħed minn dawk l-istadji. Din l-istrateġija ta' diliġenza dovuta jenħtieġ li tiġi integrata b'mod xieraq fl-istrateġija kummerċjali ġenerali tal-impriża. Jenħtieġ li tiġi evalwata kull sena, u jenħtieġ li tiġi riveduta kull meta jitqies li jkun meħtieġ b'riżultat ta' tali evalwazzjoni.

(31)  L-impriżi li jippubblikaw dikjarazzjonijiet ta' ebda riskju jenħtieġ li ma jkunux eżentati minn verifiki jew investigazzjonijiet possibbli mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sabiex jiġi żgurat li jikkonformaw mal-obbligi previsti f'din id-Direttiva, u jistgħu jinżammu responsabbli f'konformità mad-dritt nazzjonali.

(32)  L-impriżi jenħtieġ li jistabbilixxu proċess intern ta' mmappjar tal-ktajjen tal-valur li jinvolvi li jsiru l-isforzi proporzjonati u korrispondenti kollha sabiex jidentifikaw ir-relazzjonijiet ta' negozju tagħhom fil-katina tal-valur tagħhom.

(33)  Il-kunfidenzjalità kummerċjali kif imsemmija f'din id-Direttiva jenħtieġ li tapplika fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti biex titqies bħala "sigriet kummerċjali" f'konformità mad-Direttiva 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(45), jiġifieri informazzjoni li hija sigrieta, fis-sens li mhijiex, bħala korp jew fil-konfigurazzjoni preċiża u l-assemblaġġ tal-komponenti tagħha, ġeneralment magħrufa jew faċilment aċċessibbli għal persuni fi ħdan iċ-ċrieki li normalment jittrattaw it-tip ta' informazzjoni inkwistjoni, li għandha valur kummerċjali minħabba li hija sigrieta, u li kienet soġġetta għal passi raġonevoli fiċ-ċirkostanzi, mill-persuna legalment fil-kontroll tal-informazzjoni, biex tinżamm sigrieta.

(34)  Id-diliġenza dovuta jenħtieġ li ma tkunx eżerċizzju ta' "mmarkar tal-kaxxi" iżda jenħtieġ li tikkonsisti minn proċess u valutazzjoni kontinwi tar-riskji u l-impatti, li huma dinamiċi u jistgħu jinbidlu minħabba relazzjonijiet ta' negozju ġodda jew żviluppi kuntestwali. L-impriżi, għalhekk, jenħtieġ li b'mod kontinwu jimmonitorjaw u jadattaw l-istrateġiji tagħhom ta' diliġenza dovuta kif xieraq. Dawk l-istrateġiji jenħtieġ li jagħmlu minn kollox biex ikopru kull impatt negattiv reali jew potenzjali, għalkemm in-natura u l-kuntest tal-operazzjonijiet tagħhom, inklużi dawk ġeografiċi, il-gravità u l-probabbiltà tal-impatt negattiv jenħtieġ li jitqiesu jekk ikun meħtieġ l-istabbiliment ta' politika ta' prijoritizzazzjoni. L-iskemi ta' ċertifikazzjoni minn partijiet terzi jistgħu jikkomplementaw l-istrateġiji ta' diliġenza dovuta, dment li jkunu adegwati f'termini ta' kamp ta' applikazzjoni u jissodisfaw livelli xierqa ta' trasparenza, imparzjalità, aċċessibbiltà u affidabbiltà. Madankollu, iċ-ċertifikazzjoni minn partijiet terzi jenħtieġ li ma tikkostitwix raġunijiet biex tiġi ġġustifikata deroga mill-obbligi stabbiliti f'din id-Direttiva jew taffettwa b'xi mod ir-responsabbiltà potenzjali ta' impriża.

(35)  Sabiex sussidjarja titqies konformi mal-obbligu li tistabbilixxi strateġija ta' diliġenza dovuta, jekk is-sussidjarja tkun inkluża fl-istrateġija ta' diliġenza dovuta tal-impriża omm tagħha, is-sussidjarja jenħtieġ li tiddikjara b'mod ċar li dan huwa l-każ fir-rappurtar annwali tagħha. Tali rekwiżit huwa meħtieġ biex jiġi żgurat li jkun hemm trasparenza għall-pubbliku sabiex l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jkunu jistgħu jwettqu l-investigazzjonijiet xierqa. Is-sussidjarja jenħtieġ li tiżgura li l-impriża omm tippossjedi informazzjoni suffiċjenti u rilevanti sabiex twettaq id-diliġenza dovuta f'isimha.

(36)  Il-frekwenza xierqa ta' verifika f'perjodu ta' żmien partikolari implikat mit-terminu "regolarment" jenħtieġ li tiġi ddeterminata b'rabta mal-probabbiltà u l-gravità tal-impatti negattivi. Aktar ma l-impatti jkunu probabbli u gravi, aktar il-verifika tal-konformità jenħtieġ li ssir regolarment.

(37)  L-impriżi l-ewwel jenħtieġ li jippruvaw jindirizzaw u jsolvu impatt potenzjali jew reali fuq id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent jew il-governanza tajba permezz ta' diskussjoni mal-partijiet ikkonċernati. Impriża li jkollha l-lieva biex tipprevjeni jew timmitiga l-impatt negattiv jenħtieġ li teżerċitaha. Impriża li tixtieq iżżid il-lieva tagħha tista', pereżempju, toffri inċentivi ta' tisħiħ tal-kapaċità jew inċentivi oħra lill-entità relatata, jew tikkollabora ma' atturi oħra. Meta impatt negattiv ma jkunx jista' jiġi evitat jew mitigat u l-lieva ma tkunx tista' tiżdied, deċiżjoni ta' diżimpenn minn fornitur jew relazzjoni ta' negozju oħra tista' tkun l-aħħar għażla u jenħtieġ li tittieħed b'mod responsabbli.

(38)  Diliġenza dovuta soda tirrikjedi li l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha jiġu kkonsultati b'mod effettiv u sinifikanti, u li t-trade unions b'mod partikolari jkunu involuti b'mod xieraq. Il-konsultazzjoni u l-involviment tal-partijiet ikkonċernati jistgħu jgħinu lill-impriżi jidentifikaw impatti negattivi potenzjali u reali b'mod aktar preċiż u jistabbilixxu strateġija ta' diliġenza dovuta aktar effettiva. Għalhekk, din id-Direttiva tirrikjedi diskussjoni mal-partijiet ikkonċernati, u l-involviment tagħhom, fl-istadji kollha tal-proċess tad-diliġenza dovuta. Barra minn hekk, tali diskussjoni u involviment jistgħu jagħtu vuċi lil dawk b'interess qawwi fis-sostenibbiltà fit-tul ta' impriża. Il-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati tista' tgħin biex jittejbu l-prestazzjoni u l-profittabbiltà fit-tul tal-impriżi, peress li s-sostenibbiltà akbar tagħhom ikollha effetti ekonomiċi aggregati pożittivi.

(39)  Meta jsiru diskussjonijiet mal-partijiet ikkonċernati kif previst minn din id-Direttiva, l-impriżi jenħtieġ li jiżguraw li meta l-partijiet ikkonċernati jkunu popli indiġeni, tali diskussjonijiet isiru f'konformità mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, bħad-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni(46), inkluż il-kunsens liberu, minn qabel u infurmat u d-dritt tal-popli indiġeni għall-awtodeterminazzjoni.

(40)  Il-kunċett ta' parti kkonċernata jfisser persuni li d-drittijiet u l-interessi tagħhom jistgħu jiġu affettwati mid-deċiżjonijiet ta' impriża. It-terminu għalhekk jinkludi l-ħaddiema, il-komunitajiet lokali, it-tfal, il-popli indiġeni, l-assoċjazzjonijiet taċ-ċittadini u l-azzjonisti, u l-organizzazzjonijiet li l-għan statutorju tagħhom huwa li jiżguraw li jiġu rispettati d-drittijiet tal-bniedem u soċjali, il-klima, l-istandards ambjentali u tal-governanza tajba, bħat-trade unions u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

(41)  Sabiex jiġi evitat ir-riskju li l-partijiet ikkonċernati kritiċi jibqgħu ma jinstemgħux jew jiġu emarġinati fil-proċess tad-diliġenza dovuta, din id-Direttiva jenħtieġ li tagħti lill-partijiet ikkonċernati rilevanti d-dritt għal diskussjonijiet sikuri u sinifikanti fir-rigward tal-istrateġija tad-diliġenza dovuta tal-impriża, u jenħtieġ li tiżgura l-involviment xieraq tat-trade unions jew tar-rappreżentanti tal-ħaddiema.

(42)  L-informazzjoni rilevanti dwar l-istrateġija tad-diliġenza dovuta jenħtieġ li tiġi kkomunikata lill-partijiet ikkonċernati potenzjalment affettwati fuq talbiet u b'mod xieraq għall-kuntest ta' dawk il-partijiet ikkonċernati, pereżempju billi jitqiesu bis-sħiħ il-lingwa uffiċjali tal-pajjiż tal-partijiet ikkonċernati, il-livell ta' litteriżmu tagħhom u ta' aċċess għall-internet. Madankollu, jenħtieġ li ma jkun hemm ebda obbligu fuq l-impriżi li jiddivulgaw b'mod proattiv l-istrateġija sħiħa tad-diliġenza dovuta tagħhom b'mod xieraq għall-kuntest tal-parti kkonċernata, u r-rekwiżit li tiġi kkomunikata l-informazzjoni rilevanti jenħtieġ li jkun proporzjonat għan-natura, il-kuntest u d-daqs tal-impriża.

(43)  Il-proċeduri biex jitqajjem tħassib jenħtieġ li jiżguraw li l-anonimat jew il-kunfidenzjalità ta' dak it-tħassib, kif xieraq u skont id-dritt nazzjonali, kif ukoll is-sikurezza u l-integrità fiżika u legali tal-ilmentaturi kollha, inklużi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ambjent, jiġu protetti. F'każ li tali proċeduri jikkonċernaw lil informaturi, dawk il-proċeduri jenħtieġ li jkunu konformi mad-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(47).

(44)  L-impriżi jenħtieġ li jkunu meħtieġa jagħmlu l-isforzi proporzjonati u korrispondenti kollha fil-limiti tas-setgħat tagħhom biex jidentifikaw il-fornituri u s-sottokuntratturi tagħhom u jagħmlu l-informazzjoni rilevanti aċċessibbli għall-pubbliku, b'kunsiderazzjoni xierqa għall-kunfidenzjalità kummerċjali. Sabiex tkun kompletament effettiva, id-diliġenza dovuta jenħtieġ li ma tkunx limitata għall-ewwel livell downstream u upstream fil-katina tal-provvista iżda jenħtieġ li tinkludi lil dawk li, matul il-proċess tad-diliġenza dovuta, setgħu ġew identifikati mill-impriża bħala li jippreżentaw riskji kbar. Din id-Direttiva, madankollu, jenħtieġ li tqis il-fatt li mhux l-impriżi kollha għandhom l-istess riżorsi jew kapaċitajiet biex jidentifikaw il-fornituri jew is-sottokuntratturi kollha tagħhom u għalhekk dan l-obbligu jenħtieġ li jkun soġġett għall-prinċipji ta' raġonevolezza u proporzjonalità, li jenħtieġ li fl-ebda każ ma jiġi interpretat mill-impriżi bħala skuża biex ma jikkonformawx mal-obbligu tagħhom li jagħmlu l-isforzi kollha meħtieġa f'dak ir-rigward.

(45)  Biex id-diliġenza dovuta tkun inkorporata fil-kultura u l-istruttura ta' impriża, il-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji tal-impriża jenħtieġ li jkunu responsabbli għall-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji tagħha ta' sostenibbiltà u diliġenza dovuta.

(46)  Il-koordinazzjoni tal-isforzi ta' diliġenza dovuta tal-impriżi u azzjonijiet kollaborattivi volontarji fil-livell settorjali jew transsettorjali jistgħu jtejbu l-konsistenza u l-effikaċja tal-istrateġiji ta' diliġenza dovuta tagħhom. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jħeġġu l-adozzjoni ta' pjanijiet ta' azzjoni ta' diliġenza dovuta fil-livell settorjali jew transsettorjali. Il-partijiet ikkonċernati jenħtieġ li jipparteċipaw fid-definizzjoni ta' dawk il-pjanijiet. L-iżvilupp ta' tali miżuri kollettivi jenħtieġ li bl-ebda mod ma jeħles lill-impriża mir-responsabbiltà individwali tagħha li twettaq id-diliġenza dovuta jew jippermetti li ma tinżammx responsabbli għall-ħsara li kkawżat jew li kkontribwiet għalihom f'konformità mad-dritt nazzjonali.

(47)  Sabiex ikun effettiv, qafas ta' diliġenza dovuta jenħtieġ li jinkludi mekkaniżmi ta' lmentar fil-livell tal-impriża jew fil-livell settorjali, u, sabiex jiġi żgurat li tali mekkaniżmi jkunu effettivi, l-impriżi jenħtieġ li jieħdu deċiżjonijiet infurmati mill-pożizzjoni tal-partijiet ikkonċernati, meta jiżviluppaw mekkaniżmi ta' lmentar. Dawk il-mekkaniżmi jenħtieġ li jippermettu lill-partijiet ikkonċernati jqajmu tħassib raġonevoli u jenħtieġ li jiffunzjonaw bħala sistema ta' twissija bikrija ta' sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji u ta' medjazzjoni. Jenħtieġ li jkunu leġittimi, aċċessibbli, prevedibbli, ekwi, trasparenti, kompatibbli mad-drittijiet, sors ta' tagħlim kontinwu u jenħtieġ li jkunu bbażati fuq l-impenn u d-djalogu. Il-mekkaniżmi ta' lmentar jenħtieġ li jkollhom id-dritt jagħmlu suġġerimenti dwar kif l-impatti negattivi potenzjali jew reali jistgħu jiġu indirizzati mill-impriża involuta. Jenħtieġ li jkunu jistgħu wkoll jipproponu rimedju xieraq meta jinġieb għall-attenzjoni tagħhom permezz tal-medjazzjoni li impriża tkun ikkawżat impatt negattiv jew ikkontribwiet għalih.

(48)  Il-mekkaniżmi ta' lmentar jenħtieġ li ma jeħilsux lill-Istati Membri mid-dmir primarju tagħhom li jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem u li jipprovdu aċċess għall-ġustizzja u r-rimedji.

(49)  L-Istati Membri jenħtieġ li jaħtru awtorità nazzjonali waħda jew aktar minn waħda biex jissorveljaw l-implimentazzjoni korretta mill-impriżi tal-obbligi tagħhom ta' diliġenza dovuta u jiżguraw l-infurzar xieraq ta' din id-Direttiva. Dawn l-awtoritajiet nazzjonali jenħtieġ li jkunu indipendenti u jenħtieġ li jkollhom is-setgħat u r-riżorsi xierqa biex iwettqu l-kompiti tagħhom. Jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jwettqu verifiki xierqa, fuq l-inizjattiva tagħhom stess jew abbażi ta' tħassib issostanzjat u raġonevoli mqajjem minn partijiet ikkonċernati u partijiet terzi, u li jimponu sanzjonijiet amministrattivi effettivi, proporzjonati u dissważivi, filwaqt li jqisu l-gravità u r-repetizzjoni tal-ksur, sabiex jiżguraw li l-impriżi jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fid-dritt nazzjonali. Fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni Ewropea jenħtieġ li tistabbilixxi Network Ewropew ta' Diliġenza Dovuta tal-awtoritajiet kompetenti biex tiżgura l-kooperazzjoni.

(50)  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri huma mħeġġa jipprevedu multi amministrattivi komparabbli fid-daqs għall-multi attwalment previsti fid-dritt tal-kompetizzjoni u fid-dritt tal-protezzjoni tad-data.

(51)  L-awtoritajiet nazzjonali huma mħeġġa jikkooperaw u jaqsmu l-informazzjoni mal-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali (NCP) tal-OECD u mal-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem disponibbli f'pajjiżhom.

(52)  F'konformità mal-UNGPs, it-twettiq tad-diliġenza dovuta jenħtieġ li, minnu nnifsu, ma jeħlisx lill-impriżi mir-responsabbiltà talli jikkawżaw abbużi tad-drittijiet tal-bniedem jew ħsara ambjentali, jew jikkontribwixxu għalihom. Madankollu, il-fatt li jkun hemm fis-seħħ proċess ta' diliġenza dovuta robust u adegwat jista' jgħin lill-impriżi jipprevjenu l-ħsara.

(53)  Meta jintroduċu reġim ta' responsabbiltà, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw preżunzjoni konfutabbli li tirrikjedi ċertu livell ta' evidenza. L-oneru tal-provi jiġi ttrasferit minn vittma għal impriża biex jiġi ppruvat li impriża ma kellhiex kontroll fuq entità kummerċjali involuta fl-abbuż tad-drittijiet tal-bniedem.

(54)  Il-perjodi ta' limitazzjoni jenħtieġ li jitqiesu raġonevoli u xierqa jekk ma jirrestrinġux id-dritt tal-vittmi li jkollhom aċċess għall-ġustizzja, b'kunsiderazzjoni xierqa għall-isfidi prattiċi li jiffaċċjaw ir-rikorrenti potenzjali. Jenħtieġ li jingħata biżżejjed żmien lill-vittmi ta' impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent u l-governanza biex iressqu azzjoni legali, b'kont meħud tal-pożizzjoni ġeografika tagħhom, il-mezzi tagħhom u d-diffikultà ġenerali li jqajmu pretensjonijiet ammissibbli quddiem il-qrati tal-Unjoni.

(55)  Id-dritt għal rimedju effettiv huwa dritt tal-bniedem rikonoxxut internazzjonalment, minqux fl-Artikolu 8 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u fl-Artikolu 2(3) tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, u huwa wkoll dritt fundamentali tal-Unjoni (l-Artikolu 47 tal-Karta). Kif imfakkar mill-UNGPs, l-istati għandhom id-dmir li jiżguraw, b'mezzi ġudizzjarji, amministrattivi, leġiżlattivi jew mezzi xierqa oħra, li dawk affettwati minn abbużi tad-drittijiet tal-bniedem relatati man-negozju jkollhom aċċess għal rimedju effettiv. Għalhekk, din id-Direttiva tagħmel referenza speċifika għal dan l-obbligu f'konformità mal-Prinċipji Bażiċi u l-Linji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet għal Rimedju u Riparazzjoni għall-Vittmi ta' Ksur Serju tad-Dritt Internazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u ta' Ksur Serju tad-Dritt Umanitarju Internazzjonali.

(56)  L-impriżi kbar huma mħeġġa jwaqqfu kumitati konsultattivi bil-kompitu li jagħtu pariri lill-korpi governattivi tagħhom dwar kwistjonijiet ta' diliġenza dovuta, u jinkludu lill-partijiet ikkonċernati fil-kompożizzjoni tagħhom.

(57)  It-trade unions jenħtieġ li jingħataw ir-riżorsi meħtieġa biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom b'rabta mad-diliġenza dovuta, anki sabiex jistabbilixxu rabtiet mat-trade unions u l-ħaddiema fl-impriżi li magħhom l-impriża prinċipali jkollha relazzjonijiet ta' negozju.

(58)  L-Istati Membri jenħtieġ li jużaw reġimi ta' responsabbiltà eżistenti jew, jekk meħtieġ, jintroduċu aktar leġislazzjoni biex jiżguraw li l-impriżi, f'konformità mad-dritt nazzjonali, jistgħu jinżammu responsabbli għal kwalunkwe ħsara li tirriżulta minn impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent u l-governanza li huma, jew l-entitajiet li jikkontrollaw, ikkawżaw jew ikkontribwew għalihom permezz ta' atti jew ommissjonijiet, dment li l-impriża ma tkunx tista' tipprova li ħadet il-miżuri kollha dovuti f'konformità ma' din id-Direttiva biex tevita l-ħsara inkwistjoni, jew li d-ħsara kienet isseħħ anki li kieku ttieħdu l-miżuri dovuti kollha.

(59)  Sabiex jinħolqu ċarezza u ċertezza u konsistenza fost il-prattiki tal-impriżi, il-Kummissjoni jenħtieġ li tħejji linji gwida f'konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-OECD u bl-għajnuna ta' għadd ta' aġenziji speċjalizzati, b'mod partikolari l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji. Diġà jeżistu għadd ta' linji gwida dwar id-diliġenza dovuta prodotti minn organizzazzjonijiet internazzjonali u jistgħu jintużaw bħala referenza għall-Kummissjoni meta tfassal linji gwida skont din id-Direttiva speċifikament għall-impriżi tal-Unjoni. Din id-Direttiva jenħtieġ li timmira għal armonizzazzjoni sħiħa tal-istandards fost l-Istati Membri. Minbarra l-linji gwida ġenerali li jenħtieġ li jiggwidaw lill-impriżi kollha u b'mod partikolari lill-impriżi żgħar u medji fl-applikazzjoni tad-diliġenza dovuta fl-operazzjonijiet tagħhom, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprevedi t-tfassil ta' linji gwida speċifiċi għas-settur u tipprovdi lista aġġornata regolarment ta' skedi informattivi tal-pajjiż sabiex tgħin lill-impriżi jivvalutaw l-impatti negattivi potenzjali u reali tal-operazzjonijiet kummerċjali tagħhom fuq id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent u l-governanza tajba f'qasam partikolari. Dawk l-iskedi informattivi jenħtieġ li jindikaw b'mod partikolari liema Konvenzjonijiet u Trattati fost dawk elenkati fl-Annessi xx, xxx u xxxx ta' din id-Direttiva ġew ratifikati minn pajjiż partikolari.

(60)  Sabiex jiġu aġġornati t-tipi ta' impatti negattivi, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emenda tal-Annessi xx, xxx u xxxx ta' din id-Direttiva. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, inkluż fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(48). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jaħdmu fuq it-tħejjija ta' atti delegati.

(61)  Billi l-objettivi ta' din id-Diretti ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Union, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex dawk l-objettivi jintlaħqu,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett u objettivi

1.  Din id-Direttiva għandha l-għan li tiżgura li l-impriżi fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha li joperaw fis-suq intern jissodisfaw id-dmir tagħhom li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent u l-governanza tajba u li ma joħolqux jew jikkontribwixxu għal impatti negattivi potenzjali jew reali fuq id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent u l-governanza tajba permezz tal-attivitajiet tagħhom stess jew dawk marbuta direttament mal-operazzjonijiet, il-prodotti jew is-servizzi tagħhom minħabba relazzjoni ta' negozju jew fil-ktajjen tal-valur tagħhom, u li jipprevjenu u jimmitigaw dawk l-impatti negattivi.

2.  Din id-Direttiva tistabbilixxi l-obbligi ta' diliġenza dovuta tal-ktajjen tal-valur tal-impriżi fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha, jiġifieri li jieħdu l-miżuri proporzjonati u korrispondenti kollha u li jagħmlu sforzi fil-limiti tas-setgħat tagħhom biex jipprevjenu li jseħħu impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent u l-governanza tajba fil-ktajjen tal-valur tagħhom, u li jindirizzaw kif xieraq tali impatti negattivi meta jseħħu. L-eżerċizzju tad-diliġenza dovuta jirrikjedi li l-impriżi jidentifikaw, jivvalutaw, jipprevjenu, iwaqqfu, jimmitigaw, jimmonitorjaw, jikkomunikaw, jagħtu rendikont għal, jindirizzaw u jirrimedjaw l-impatti negattivi potenzjali u/jew reali fuq id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent u l-governanza tajba li l-attivitajiet tagħhom stess u dawk tal-ktajjen tal-valur u r-relazzjonijiet ta' negozju tagħhom jistgħu joħolqu. Billi jikkoordinaw is-salvagwardji għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent u l-governanza tajba, dawk ir-rekwiżiti ta' diliġenza dovuta għandhom l-għan li jtejbu l-funzjonament tas-suq intern.

3.  Din id-Direttiva għandha wkoll l-għan li tiżgura li l-impriżi jkollhom l-obbligu ta' rendikont u jinżammu responsabbli f'konformità mad-dritt nazzjonali għall-impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent u l-governanza tajba li jikkawżaw jew li jikkontribwixxu għalihom fil-katina tal-valur tagħhom, u għandha l-għan li tiżgura li l-vittmi jkollhom aċċess għal rimedji legali.

4.  Din id-Direttiva tapplika mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti oħra ta' diliġenza dovuta stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur, b'mod partikolari r-Regolament (UE) Nru 995/2010 u r-Regolament (UE) 2017/821, dment li r-rekwiżiti ta' diliġenza dovuta f'din id-Direttiva ma jipprevedux diliġenza dovuta aktar bir-reqqa fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent jew il-governanza tajba.

5.  L-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva m'għandha bl-ebda mod tikkostitwixxi bażi għall-ġustifikazzjoni ta' tnaqqis fil-livell ġenerali tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem jew tal-ambjent. B'mod partikolari, għandha tiġi applikata mingħajr preġudizzju għal sottokuntrattar, stazzjonar jew oqfsa ta' responsabbiltà applikabbli oħra, stabbiliti fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni jew internazzjonali.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.  Din id-Direttiva għandha tapplika għall-impriżi l-kbar regolati mil-liġi ta' Stat Membru jew stabbiliti fit-territorju tal-Unjoni.

2.  Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għall-impriżi żgħar u medji kollha elenkati fil-Borża, kif ukoll għall-impriżi żgħar u medji b'riskju għoli.

3.  Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għal impriżi kbar, impriżi żgħar u medji elenkati fil-Borża u impriżi żgħar u medji li joperaw f'setturi b'riskju għoli, li huma rregolati mil-liġi ta' pajjiż terz u mhumiex stabbiliti fit-territorju tal-Unjoni meta joperaw fis-suq intern billi jbigħu prodotti jew jipprovdu servizzi. Dawk l-impriżi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' diliġenza dovuta stabbiliti f'din id-Direttiva kif trasposti fil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li joperaw fih u jkunu soġġetti għas-sanzjonijiet u r-reġimi ta' responsabbiltà stabbiliti b'din id-Direttiva kif trasposti fil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li joperaw fih.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  "partijiet ikkonċernati" tfisser individwi, u gruppi ta' individwi li d-drittijiet jew l-interessi tagħhom jistgħu jiġu affettwati mill-impatti negattivi potenzjali jew reali fuq id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent u l-governanza tajba kkawżati minn impriża jew ir-relazzjonijiet ta' negozju tagħha, kif ukoll organizzazzjonijiet li l-għan statutorju tagħhom huwa d-difiża tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet soċjali u tal-ħaddiema, l-ambjent u l-governanza tajba. Dawn jistgħu jinkludu l-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom, il-komunitajiet lokali, it-tfal, il-popli indiġeni, l-assoċjazzjonijiet taċ-ċittadini, it-trade unions, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-azzjonisti tal-impriżi;

(2)  "relazzjonijiet ta' negozju" tfisser sussidjarji u relazzjonijiet kummerċjali ta' impriża tul il-katina tal-valur tagħha, inklużi fornituri u sottokuntratturi, li huma direttament marbuta mal-operazzjonijiet tan-negozju, il-prodotti jew is-servizzi tal-impriża;

(3)  "fornitur" tfisser kwalunkwe impriża li tipprovdi prodott, parti minn prodott, jew servizz lil impriża oħra, direttament jew indirettament, fil-kuntest ta' relazzjoni ta' negozju;

(4)   "sottokuntrattur" tfisser ir-relazzjonijiet ta' negozju kollha li jwettqu servizz jew attività li tikkontribwixxi għat-tlestija tal-operazzjonijiet ta' impriża;

(5)  "katina tal-valur" tfisser l-attivitajiet, l-operazzjonijiet, ir-relazzjonijiet ta' negozju u l-ktajjen ta' investiment kollha ta' impriża u tinkludi entitajiet li magħhom l-impriża għandha relazzjoni ta' negozju diretta jew indiretta, upstream u downstream, u li jew:

(a)  ifornu prodotti, partijiet minn prodotti jew servizzi li jikkontribwixxu għall-prodotti jew is-servizzi tal-impriża stess, jew

(b)  jirċievu prodotti jew servizzi mill-impriża;

(6)  "impatt negattiv potenzjali jew reali fuq id-drittijiet tal-bniedem" tfisser kwalunkwe impatt negattiv potenzjali jew reali li jista' jfixkel it-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem minn individwi jew gruppi ta' individwi fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet soċjali, tal-ħaddiema u tat-trade unions, kif stabbilit fl-Anness xx ta' din id-Direttiva. Dak l-Anness għandu jiġi rieżaminat fuq bażi regolari u jkun konsistenti mal-objettivi tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17, biex temenda l-lista fl-Anness xx;

(7)  "impatt negattiv potenzjali jew reali fuq l-ambjent" tfisser kwalunkwe ksur tal-istandards ambjentali rikonoxxuti internazzjonalment u tal-Unjoni, kif stabbilit fl-Anness xxx ta' din id-Direttiva. Dak l-Anness għandu jiġi rieżaminat fuq bażi regolari u jkun konsistenti mal-objettivi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ambjentali u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17, biex temenda l-lista fl-Anness xxx;

(8)  "impatt negattiv potenzjali jew reali fuq il-governanza tajba" tfisser kwalunkwe impatt negattiv potenzjali jew reali fuq il-governanza tajba ta' pajjiż, reġjun jew territorju, kif stabbilit fl-Anness xxxx ta' din id-Direttiva. Dak l-Anness għandu jiġi rieżaminat fuq bażi regolari u jkun konsistenti mal-objettivi tal-Unjoni dwar il-governanza tajba. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17, biex temenda l-lista fl-Anness xxxx;

(9)  "kontroll" tfisser il-possibbiltà għal impriża li teżerċita influwenza deċiżiva fuq impriża oħra, b'mod partikolari permezz tas-sjieda jew id-dritt li tuża l-assi kollha jew parti minnhom ta' din tal-aħħar, jew permezz ta' drittijiet jew kuntratti jew kwalunkwe mezz ieħor, b'kont meħud tal-kunsiderazzjonijiet fattwali kollha, li jikkonferixxu influwenza deċiżiva fuq il-kompożizzjoni, il-votazzjoni jew id-deċiżjonijiet tal-korpi deċiżjonali ta' impriża;

(10)  "kontribut għal": tfisser li l-attivitajiet ta' impriża, flimkien mal-attivitajiet ta' entitajiet oħra, jikkawżaw impatt, jew li l-attivitajiet tal-impriża jikkawżaw, jiffaċilitaw jew jinċentivaw entità oħra biex tikkawża impatt negattiv. Il-kontribut għandu jkun sostanzjali, li jfisser li l-kontributi minuri jew trivjali huma esklużi. Il-valutazzjoni tan-natura sostanzjali tal-kontribut u l-fehim ta' meta l-azzjonijiet tal-impriża setgħu kkawżaw, iffaċilitaw jew inċentivaw lil entità oħra biex tikkawża impatt negattiv jistgħu jinvolvu l-kunsiderazzjoni ta' diversi fatturi.

Il-fatturi li ġejjin jistgħu jitqiesu:

–  sa liema punt impriża tista' tinkoraġġixxi jew timmotiva impatt negattiv minn entità oħra, i.e. il-livell li fih l-attività żiedet ir-riskju li l-impatt iseħħ,

–  sa liema punt impriża setgħet jew kellha tkun taf dwar l-impatt negattiv jew il-potenzjal għal impatt negattiv, i.e. il-livell ta' prevedibbiltà,

–  il-livell li fih kwalunkwe waħda mill-attivitajiet tal-impriża fil-fatt immitigat l-impatt negattiv jew naqqset ir-riskju li l-impatt iseħħ.

Is-sempliċi eżistenza ta' relazzjoni ta' negozju jew attivitajiet li joħolqu l-kundizzjonijiet ġenerali li fihom huwa possibbli li jseħħu impatti negattivi ma tikkostitwix fiha nnifisha relazzjoni ta' kontribut. L-attività inkwistjoni għandha żżid sostanzjalment ir-riskju ta' impatt negattiv.

Artikolu 4

Strateġija ta' diliġenza dovuta

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli biex jiżguraw li l-impriżi jwettqu diliġenza dovuta effettiva fir-rigward ta' impatti negattivi reali jew potenzjali fuq d-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent u l-governanza fl-operazzjonijiet u r-relazzjonijiet ta' negozju tagħhom.

2.  L-impriżi għandhom b'mod kontinwu jwettqu l-isforzi kollha, fl-ambitu tal-mezzi tagħhom, biex jidentifikaw u jivvalutaw, permezz ta' metodoloġija ta' monitoraġġ ibbażata fuq ir-riskju li tqis il-probabbiltà, il-gravità u l-urġenza tal-impatti potenzjali jew reali fuq id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent jew il-governanza tajba, in-natura u l-kuntest tal-operazzjonijiet tagħhom, inklużi dawk ġeografiċi, u jekk l-operazzjonijiet u r-relazzjonijiet ta' negozju tagħhom jikkawżawx kwalunkwe wieħed minn dawk l-impatti negattivi potenzjali jew reali jew ma jagħtux kontribut għalih jew humiex direttament marbuta miegħu.

3.  Jekk impriża kbira, li r-relazzjonijiet ta' negozju diretti tagħha jkunu kollha domiċiljati fl-Unjoni, jew impriża żgħira jew ta' daqs medju tikkonkludi, f'konformità mal-paragrafu 2, li hija ma tikkawżax xi impatt negattiv potenzjali jew reali fuq id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent jew il-governanza tajba, ma tagħtix kontribut għall-istess impatt, jew li mhijiex direttament marbuta miegħu, hija għandha tippubblika dikjarazzjoni f'dak is-sens u għandha tinkludi l-valutazzjoni tar-riskju tagħha li jkun fiha d-data, l-informazzjoni u l-metodoloġija rilevanti li wasslu għal din il-konklużjoni. B'mod partikolari, dik l-impriża tista' tikkonkludi li ma ltaqgħet mal-ebda impatt negattiv fuq id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent jew il-governanza tajba jekk l-identifikazzjoni tal-impatti u l-analiżi tal-valutazzjoni tar-riskju tagħha jiddeterminaw li l-fornituri diretti kollha tagħha jwettqu d-diliġenza dovuta f'konformità ma' din id-direttiva. Dik id-dikjarazzjoni għandha tiġi rieżaminata f'każ li jitfaċċaw riskji ġodda jew fil-każ li dik l-impriża tidħol f'relazzjonijiet ta' negozju ġodda li jistgħu joħolqu riskji.

4.  Sakemm impriża ma tikkonkludix, f'konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, li hija ma tikkawżax xi impatt negattiv potenzjali jew reali fuq id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent jew il-governanza tajba jew ma tagħtix kontribut għall-istess impatt, jew li mhijiex direttament marbuta miegħu, hija għandha tistabbilixxi u timplimenta b'mod effettiv strateġija ta' diliġenza dovuta. Bħala parti mill-istrateġija tagħhom ta' diliġenza dovuta, l-impriżi għandhom:

(i)  jispeċifikaw l-impatti negattivi potenzjali jew reali fuq id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent u l-governanza tajba identifikati u vvalutati f'konformità mal-paragrafu 2, li x'aktarx ikunu preżenti fl-operazzjonijiet u r-relazzjonijiet ta' negozju tagħhom, u l-livell ta' gravità, probabbiltà u urġenza tagħhom u d-data, l-informazzjoni u l-metodoloġija rilevanti li wasslu għal dawn il-konklużjonijiet;

(ii)  jimmappjaw il-katina tal-valur tagħhom u, b'kunsiderazzjoni dovuta għall-kunfidenzjalità kummerċjali, jiżvelaw pubblikament informazzjoni rilevanti dwar il-katina tal-valur tal-impriża, li tista' tinkludi ismijiet, postijiet, tipi ta' prodotti u servizzi fornuti, u informazzjoni rilevanti oħra dwar sussidjarji, fornituri u sħab kummerċjali fil-katina tal-valur tagħha;

(iii)  jadottaw u jindikaw il-politiki u l-miżuri kollha proporzjonati u adegwati bil-ħsieb li jwaqqfu, jipprevjenu jew itaffu l-impatti negattivi potenzjali jew reali fuq id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent jew il-governanza tajba;

(iv)  jistabbilixxu strateġija ta' prijoritizzazzjoni abbażi tal-Prinċipju 17 tal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem fil-każ li ma jkunux f'pożizzjoni li jindirizzaw l-impatti negattivi potenzjali jew reali kollha fl-istess ħin. L-impriżi għandhom iqisu l-livell ta' gravità, probabbiltà u urġenza tar-riskji differenti potenzjali jew reali fuq id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent u l-governanza tajba, in-natura u l-kuntest tal-operazzjonijiet tagħhom, inklużi dawk ġeografiċi, l-ambitu tar-riskji, l-iskala tagħhom u n-natura possibilment irrimedjabbli tagħhom, u jekk ikun meħtieġ, jużaw il-politika ta' prijoritizzazzjoni meta jindirizzaw dawn ir-riskji;

5.  L-impriżi għandhom jiżguraw li l-istrateġija tan-negozju tagħhom u l-politiki tagħhom ikunu konformi mal-istrateġija tagħhom ta' diliġenza dovuta. L-impriżi għandhom jinkludu spjegazzjonijiet fl-istrateġiji tagħhom ta' diliġenza dovuta f'dak ir-rigward.

6.  Is-sussidjarji ta' impriża għandhom jitqiesu f'konformità mal-obbligu li tiġi stabbilita strateġija ta' diliġenza dovuta jekk il-kumpanija omm tinkludihom fl-istrateġija tagħhom ta' diliġenza dovuta.

7.  L-impriżi għandhom iwettqu, fil-katina tal-valur tagħhom, diliġenza dovuta li tkun proporzjonata u adegwata għall-probabbiltà u l-gravità tal-impatti negattivi potenzjali jew reali tagħhom u ċ-ċirkostanzi speċifiċi tagħhom, b'mod partikolari s-settur tal-attività tagħhom, id-daqs u t-tul tal-katina tal-valur tagħhom, id-daqs tal-impriża, il-kapaċità, ir-riżorsi u l-ingranaġġ tagħha.

8.  L-impriżi għandhom jiżguraw li r-relazzjonijiet ta' negozju tagħhom jistabbilixxu u japplikaw politiki fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, tal-ambjent u tal-governanza tajba li jkunu konformi mal-istrateġija tagħhom ta' diliġenza dovuta, inkluż pereżempju permezz ta' ftehimiet qafas, klawżoli kuntrattwali, l-adozzjoni ta' kodiċijiet ta' kondotta jew permezz ta' awditjar iċċertifikat u indipendenti. L-impriżi għandhom jiżguraw li l-politiki tax-xiri tagħhom ma jikkawżawx jew ma jikkontribwixxux għal impatti negattivi potenzjali jew reali fuq id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent jew il-governanza tajba.

9.  L-impriżi għandhom jivverifikaw b'mod regolari li s-sottokuntratturi u l-fornituri jikkonformaw mal-obbligi tagħhom previsti fil-paragrafu 8.

Artikolu 5

L-involviment tal-partijiet interessati

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi jipproċedu in bona fede għal diskussjonijiet effettivi, sinifikanti u infurmati mal-partijiet interessati rilevanti meta jistabbilixxu u jimplimentaw l-istrateġija tagħhom ta' diliġenza dovuta. L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu, b'mod partikolari, id-dritt għat-trade unions fil-livell rilevanti, inkluż fil-livelli settorjali, nazzjonali, Ewropej u dinji, u d-dritt tar-rappreżentanti tal-ħaddiema li jkunu involuti fl-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' diliġenza dovuta in bona fede mal-impriża tagħhom. L-impriżi jistgħu jipprijoritizzaw id-diskussjonijiet mal-partijiet interessati l-aktar milquta. L-impriżi għandhom iwettqu diskussjonijiet u jinvolvu lit-trade unions u lir-rappreżentanti tal-ħaddiema b'mod li jkun xieraq għad-daqs tagħhom u għan-natura u l-kuntest tal-operazzjonijiet tagħhom.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet interessati jkunu intitolati jitolbu mingħand l-impriża djalogu dwar l-impatti negattivi potenzjali jew reali fuq id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent jew il-governanza tajba li huma rilevanti għalihom, b'mod konformi mal-paragrafu 1.

3.  L-impriżi għandhom jiżguraw li l-partijiet interessati affettwati jew potenzjalment affettwati ma jitqiegħdux f'riskju minħabba li jkunu pparteċipaw fil-diskussjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

4.  Ir-rappreżentanti tal-ħaddiema għandhom jiġu infurmati mill-impriża dwar l-istrateġija tagħha ta' diliġenza dovuta u dwar l-implimentazzjoni tagħha, li għalihom għandhom ikunu jistgħu jikkontribwixxu, f'konformità mad-Direttivi 2002/14/KE(49) u 2009/38/KE(50) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill2001/86/KE(51). Barra minn hekk, id-dritt ta' negozjar kollettiv għandu jiġi rrispettat bis-sħiħ, kif rikonoxxut b'mod partikolari mill-Konvenzjonijiet 87 u 98 tal-ILO, il-Konvenzjoni Ewropea tal-Kunsill tal-Ewropa dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Karta Soċjali Ewropea, kif ukoll id-deċiżjonijiet tal-Kumitat tal-ILO dwar il-Libertà ta' Assoċjazzjoni, il-Kumitat ta' Esperti dwar l-Applikazzjoni tal-Konvenzjonijiet u r-Rakkomandazzjonijiet (CEACR) u l-Kumitat Ewropew tad-Drittijiet Soċjali tal-Kunsill tal-Ewropa (ECSR).

Artikolu 6

Il-pubblikazzjoni u l-komunikazzjoni tal-istrateġija ta' diliġenza dovuta

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw, b'kunsiderazzjoni dovuta għall-kunfidenzjalità kummerċjali, li l-impriżi jrendu l-aħħar verżjoni tal-istrateġija tagħhom ta' diliġenza dovuta, jew id-dikjarazzjoni inkluża l-valutazzjoni tar-riskju, imsemmija fl-Artikolu 4(3), disponibbli għall-pubbliku, u aċċessibbli mingħajr ħlas, speċjalment fuq is-siti web tal-impriżi.

2.  L-impriżi għandhom jikkomunikaw l-istrateġija tagħhom ta' diliġenza dovuta lir-rappreżentanti tal-ħaddiema, it-trade unions, ir-relazzjonijiet ta' negozju tagħhom u lil waħda mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti maħtura b'mod konformi tal-Artikolu 12.

L-impriżi għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni rilevanti dwar l-istrateġija tagħhom ta' diliġenza dovuta lill-partijiet interessati potenzjalment affettwati fuq talba u b'mod xieraq għall-kuntest ta' dawk il-partijiet interessati, pereżempju billi titqies il-lingwa uffiċjali tal-pajjiż tal-partijiet interessati.

3.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-impriżi jtellgħu l-istrateġija tagħhom ta' diliġenza dovuta jew id-dikjarazzjoni inkluża l-valutazzjoni tar-riskju, imsemmija fl-Artikolu 4(3) fuq pjattaforma ċentralizzata Ewropea, taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Pjattaforma bħal din tista' tkun il-Punt ta' Aċċess Uniku Ewropew imsemmi mill-Kummissjoni fil-Pjan ta' Azzjoni reċenti tagħha dwar l-Unjoni tas-Swieq Kapitali (COM/2020/0590). Il-Kummissjoni għandha tipprovdi mudell standardizzat bil-għan li ttella' l-istrateġiji ta' diliġenza dovuta fuq il-pjattaforma ċentralizzata Ewropea.

Artikolu 7

L-iżvelar ta' informazzjoni mhux finanzjarja u informazzjoni dwar id-diversità

Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-obbligi imposti fuq ċerti impriżi mid-Direttiva 2013/34/UE biex fir-rapport ta' ġestjoni tagħhom jinkludu dikjarazzjoni mhux finanzjarja li tinkludi deskrizzjoni tal-politiki segwiti mill-impriża fir-rigward ta', bħala minimu, kwistjonijiet ambjentali, soċjali u li jirrigwardaw l-impjegati, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, kwistjonijiet dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u dwar it-tixħim, u l-proċeduri ta' diliġenza dovuta implimentati.

Artikolu 8

L-evalwazzjoni u r-rieżami tal-istrateġija ta' diliġenza dovuta

1.  L-impriżi għandhom jevalwaw l-effettività u l-adegwatezza tal-istrateġija tagħhom ta' diliġenza dovuta u tal-implimentazzjoni tagħha mill-inqas darba fis-sena, u jirreveduha kif xieraq kull meta titqies neċessarja reviżjoni minħabba r-riżultat tal-evalwazzjoni.

2.  L-evalwazzjoni u r-reviżjoni tal-istrateġija ta' diliġenza dovuta għandhom jitwettqu f'konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-involviment tat-trade unions u r-rappreżentanti tal-ħaddiema bl-istess mod bħal meta tiġi stabbilita l-istrateġija ta' diliġenza dovuta b'mod konformi mal-Artikolu 4.

Artikolu 9

Il-mekkaniżmi ta' lmentar

1.  L-impriżi għandhom jipprovdu mekkaniżmu ta' lmentar, kemm bħala sistema ta' twissija bikrija għas-sensibilizzazzjoni dwar ir-riskju kif ukoll bħala sistema ta' medjazzjoni, li jippermetti lil kwalunkwe parti interessati tesprimi tħassib raġonevoli dwar l-impatt negattiv potenzjali jew reali fuq id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent jew il-governanza t-tajba. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi jkunu jistgħu jipprevedu tali mekkaniżmu permezz ta' arranġamenti kollaborattivi ma' impriżi jew organizzazzjonijiet oħra, billi jipparteċipaw f'mekkaniżmi ta' lmentar multilaterali u billi jaderixxu ma' Ftehim Qafas Dinji.

2.  Il-mekkaniżmi ta' lmentar għandhom ikunu leġittimi, aċċessibbli, prevedibbli, sikuri, ekwi, trasparenti, kompatibbli mad-drittijiet u adattabbli kif stabbilit fil-kriterji tal-effettività għall-mekkaniżmi ta' lmentar mhux ġudizzjarji fil-Prinċipju 31 tal-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u l-Kumment Ġenerali Nru 16 tal-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Tali mekkaniżmi għandhom jipprevedu l-possibbiltà li jitqajjem tħassib jew b'mod anonimu jew b'mod kunfidenzjali, kif xieraq f'konformità mal-liġi nazzjonali.

3.  Il-mekkaniżmu ta' lmentar għandu jipprovdi tweġibiet f'waqthom u effettivi lill-partijiet interessati, kemm f'każijiet ta' twissijiet kif ukoll f'każijiet ta' tħassib.

4.  L-impriżi għandhom jirrapportaw dwar tħassib raġonevoli mqajjem permezz tal-mekkaniżmi ta' lmentar tagħhom u jirrapportaw regolarment dwar il-progress li jkun sar f'dawk il-każijiet. L-informazzjoni kollha għandha tiġi ppubblikata b'mod li ma jipperikolax is-sikurezza tal-partijiet interessati, inkluż billi ma tiġix żvelata l-identità tagħhom.

5.  Il-mekkaniżmi ta' lmentar għandhom ikunu intitolati jagħmlu proposti lill-impriża dwar kif għandhom jiġu indirizzati l-impatti negattivi potenzjali jew reali.

6.  L-impriżi għandhom jieħdu deċiżjonijiet informati mill-pożizzjoni tal-partijiet interessati, meta jiżviluppaw mekkaniżmi ta' lmentar.

7.  Ir-rikors għal mekkaniżmu ta' lmentar ma għandux jipprekludi lil dawk li jressqu lment milli jkollhom aċċess għal mekkaniżmi ġudizzjarji.

Artikolu 10

Ir-rimedji ekstraġudizzjarji

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta impriża tirrealizza li tkun ikkawżat jew ikkontribwiet għal impatt negattiv, din tipprevedi rimedju jew tikkoopera mal-proċedura ta' rimedju. Meta impriża tirrealizza li hija marbuta direttament ma' impatt negattiv fuq id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent jew il-governanza tajba, hija għandha tikkoopera mal-proċedura ta' rimedju bl-aħjar mod possibbli.

2.  Ir-rimedju jista' jiġi propost minħabba r-riżultat ta' medjazzjoni permezz tal-mekkaniżmu ta' lmentar stabbilit fl-Artikolu 9.

3.  Ir-rimedju għandu jiġi ddeterminat f'konsultazzjoni mal-partijiet interessati affettwati u jista' jikkonsisti: kumpens finanzjarju jew mhux finanzjarju, rikostituzzjoni, apoloġiji pubbliċi, restituzzjoni, riabilitazzjoni jew kontribuzzjoni għal investigazzjoni.

4.  L-impriżi għandhom jipprevjenu li tiġi kkawżata ħsara addizzjonali billi jipprovdu garanziji li l-ħsara inkwistjoni ma tiġix ripetuta.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li proposta għal rimedju minn impriża ma twaqqafx lill-partijiet interessati affettwati milli jressqu azzjoni ċivili b'mod konformi mal-liġi nazzjonali. B'mod partikolari, il-vittmi ma għandhomx jintalbu jfittxu rimedji extraġudizzjarji qabel ma jressqu talba quddiem qorti, u lanqas ma għandhom il-proċedimenti li jkunu għaddejjin quddiem mekkaniżmu ta' lmentar jimpedixxu l-aċċess tal-vittmi għal qorti. Id-deċiżjonijiet maħruġa minn mekkaniżmu ta' lmentar għandhom jiġu kkunsidrati kif xieraq mill-qrati iżda ma għandhomx ikunu vinkolanti fuqhom.

Artikolu 11

Il-pjanijiet ta' azzjoni settorjali ta' diliġenza dovuta

1.  L-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu l-adozzjoni ta' pjanijiet ta' azzjoni volontarji settorjali jew transsettorjali ta' diliġenza dovuta fil-livell nazzjonali jew tal-Unjoni li jkollhom fl-għan tagħhom il-koordinazzjoni tal-istrateġiji ta' diliġenza dovuta tal-impriżi.

L-impriżi li jipparteċipaw fi pjanijiet ta' azzjoni settorjali jew transsettorjali ta' diliġenza dovuta ma għandhomx ikunu eżentati mill-obbligi previsti f'din id-Direttiva.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet interessati rilevanti, b'mod partikolari t-trade unions, ir-rappreżentanti tal-ħaddiema u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, ikollhom id-dritt li jipparteċipaw fid-definizzjoni ta' pjanijiet ta' azzjoni settorjali ta' diliġenza dovuta mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta' kull impriża li tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5.

3.  Il-pjanijiet ta' azzjonijiet settorjali ta' diliġenza dovuta jistgħu jipprevedu mekkaniżmu konġunt uniku ta' lmentar għall-impriżi li jidħlu fil-portata tagħhom. Il-mekkaniżmu ta' lmentar għandu jkun konformi mal-Artikolu 9 ta' din id-Direttiva.

4.  L-iżvilupp ta' mekkaniżmi settorjali ta' lmentar għandu jkun appoġġjat mill-pożizzjoni tal-partijiet interessati.

Artikolu 12

Superviżjoni

1.  Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti nazzjonali waħda jew aktar responsabbli għas-superviżjoni tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, kif trasposta fil-liġi nazzjonali, u għat-tixrid tal-aħjar prattiki ta' diliġenza dovuta.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti maħtura skont il-paragrafu 1 ikunu indipendenti u jkollhom ir-riżorsi personali, tekniċi u finanzjarji, il-bini, l-infrastruttura, u l-għarfien espert meħtieġa biex iwettqu dmirijiethom b'mod effettiv.

3.  L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti sa…. [data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva]. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla fl-ismijiet jew l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti.

4.  Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-disponibbiltà tal-pubbliku, inkluż fuq l-Internet, lista tal-awtoritajiet kompetenti. Il-Kummissjoni għandha żżomm dik il-lista aġġornata.

Artikolu 13

Investigazzjonijiet dwar impriżi

1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 14 għandu jkollhom is-setgħa li jwettqu investigazzjonijiet biex jiżguraw li l-impriżi jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti f'din id-Direttiva, inklużi impriżi li ddikjaraw li ma ltaqgħu ma' ebda impatt negattiv potenzjali jew reali fuq id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent jew il-governanza tajba. Dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu awtorizzati jwettqu kontrolli fuq l-impriżi u intervisti ma' partijiet ikkonċernati affettwati jew potenzjalment affettwati jew mar-rappreżentanti tagħhom. Tali verifiki jistgħu jinkludu eżami tal-istrateġija ta' diliġenza dovuta tal-impriża u tal-funzjonament tal-mekkaniżmu ta' lmentar, kif ukoll kontrolli fuq il-post.

L-impriżi għandhom jipprovdu l-assistenza kollha meħtieġa biex jiffaċilitaw it-twettiq mill-awtoritajiet kompetenti tal-investigazzjonijiet tagħhom.

2.  L-investigazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jew jitwettqu billi jittieħed approċċ ibbażat fuq ir-riskju jew meta awtorità kompetenti jkollha fil-pussess tagħha l-informazzjoni rilevanti fir-rigward ta' ksur suspettat minn impriża tal-obbligi previsti f'din id-Direttiva, inkluż fuq il-bażi ta' lmenti sostanzjati u raġonevoli pprovduti minn kwalunkwe parti terza.

3.  Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 12 għandhom jiffaċilitaw is-sottomissjoni minn partijiet terzi ta' tħassib sostanzjat u raġonevoli msemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu permezz ta' miżuri bħal formoli armonizzati għas-sottomissjoni ta' tħassib. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-ilmentatur ikollu d-dritt li jitlob li t-tħassib tiegħu jibqa' kunfidenzjali jew anonimu, f'konformità mad-dritt nazzjonali. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-formola msemmija fl-Artikolu 12 tkun tista' timtela wkoll b'mod elettroniku.

4.  L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-ilmentatur dwar il-progress u l-eżitu tal-investigazzjoni fi żmien raġonevoli, b'mod partikolari jekk tkun meħtieġa investigazzjoni jew koordinazzjoni ulterjuri ma' awtorità superviżorja oħra.

5.  Jekk bħala riżultat tal-azzjonijiet meħuda skont il-paragrafu 1, awtorità kompetenti tidentifika nuqqas ta' konformità ma' din id-Direttiva, din għandha tagħti lill-impriża kkonċernata perjodu ta' żmien xieraq biex tieħu azzjoni ta' rimedju, jekk tali azzjoni hija possibbli.

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jekk in-nuqqas ta' konformità ma' din id-Direttiva jista' jwassal għal ħsara irreparabbli, ikunu jistgħu jiġu ordnati l-adozzjoni ta' miżuri interim mill-impriża kkonċernata jew, f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, is-sospensjoni temporanja tal-attivitajiet. Fil-każ ta' impriżi rregolati mil-liġi ta' Stat mhux Membru li joperaw fis-suq intern, is-sospensjoni temporanja tal-attivitajiet tista' timplika projbizzjoni fuq l-operat fis-suq intern.

7.  L-Istati Membri għandhom jipprevedu penali f'konformità mal-Artikolu 18 fir-rigward tal-impriżi li ma jiħdux azzjoni ta' rimedju fil-perjodu ta' żmien mogħti. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandu jkollhom is-setgħa li jimponu multi amministrattivi.

8.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jżommu rekords tal-investigazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, u jindikaw b'mod partikolari n-natura u r-riżultat tagħhom, kif ukoll ir-rekord ta' kwalunkwe notifika ta' azzjonijiet ta' rimedju ppubblikata skont il-paragrafu 5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw rapport annwali tal-attività bil-każijiet l-aktar serji ta' nuqqas ta' konformità u l-mod ta' kif dawn ġew ittrattati, b'kunsiderazzjoni dovuta għall-kunfidenzjalità kummerċjali.

Artikolu 14

Linji Gwida

1.  Sabiex jinħolqu ċarezza u ċertezza għall-impriżi, kif ukoll sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fost il-prattiki tagħhom, il-Kummissjoni, f'konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-OECD, u bl-għajnuna tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Impriżi Żgħar u ta' Daqs Medju, għandhom jippubblikaw linji gwida ġenerali mhux vinkolanti għall-impriżi dwar kif l-aħjar jissodisfaw l-obbligi ta' diliġenza dovuta stabbiliti f'din id-Direttiva. Dawk il-linji gwida għandhom jipprovdu gwida prattika dwar kif il-proporzjonalità u l-prijoritizzazzjoni, f'termini ta' impatti, setturi u żoni ġeografiċi, jistgħu jiġu applikati għall-obbligi ta' diliġenza dovuta skont id-daqs u s-settur tal-impriża. Il-linji gwida għandhom ikunu disponibbli mhux aktar tard minn... [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

2.  Il-Kummissjoni, f'konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-OECD, u bl-għajnuna tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Impriżi Żgħar u ta' Daqs Medju, tista' tħejji linji gwida speċifiċi mhux vinkolanti għall-impriżi li joperaw f'ċerti setturi.

3.  Fit-tħejjija tal-linji gwida mhux vinkolanti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' hawn fuq, għandhom jitqiesu kif xieraq il-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, id-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-ILO tal-Prinċipji li jikkonċernaw l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali, il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għall-Imġiba Responsabbli fin-Negozju, il-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali, il-Gwida tal-OECD għal Ktajjen ta' Provvista Responsabbli tal-Minerali, il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Ktajjen tal-Provvista Responsabbli fis-Settur tal-Ħwejjeġ u taż-Żraben, il-Gwida tal-OECD għal Imġiba Kummerċjali Responsabbli għall-Investituri Istituzzjonali, il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għas-self lill-impriżi u s-sottoskrizzjoni tat-titoli u l-Gwida tal-OECD-FAO dwar il-Ktajjen tal-Provvista Agrikola Responsabbli, il-Kumment Ġenerali Nru 16 dwar l-obbligi tal-Istat fir-rigward tal-impatt tas-settur tan-negozju fuq id-drittijiet tat-tfal tal-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal u d-Drittijiet tat-Tfal u l-Prinċipji tan-Negozju tal-UNICEF. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi perjodikament ir-rilevanza tal-linji gwida tagħha u tadattahom għall-aħjar prattiki ġodda.

4.  L-iskedi informattivi tal-pajjiżi għandhom jiġu aġġornati b'mod regolari mill-Kummissjoni u jkunu disponibbli għall-pubbliku sabiex jipprovdu informazzjoni aġġornata dwar il-Konvenzjonijiet u t-Trattati internazzjonali ratifikati minn kull wieħed mis-sħab kummerċjali tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tiġbor u tippubblika data kummerċjali u doganali dwar l-oriġini tal-materja prima, u prodotti intermedji u lesti, u tippubblika informazzjoni dwar ir-riskji ta' impatti negattivi potenzjali jew reali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, tal-ambjent u tal-governanza assoċjati ma' ċerti pajjiżi jew reġjuni, setturi u sottosetturi, u prodotti.

Artikolu 15

Miżuri speċifiċi b'appoġġ għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun disponibbli portal speċifiku għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju fejn dawn ikunu jistgħu jfittxu gwida u jiksbu aktar appoġġ u informazzjoni dwar kif għandhom jissodisfaw bl-aħjar mod l-obbligi tagħhom ta' diliġenza dovuta.

2.  L-impriżi żgħar u ta' daqs medju għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ finanzjarju biex iwettqu l-obbligi ta' diliġenza dovuta tagħhom fil-qafas tal-programmi tal-Unjoni biex jiġu appoġġjati l-impriżi żgħar u ta' daqs medju.

Artikolu 16

Kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni

1.  Il-Kummisssjoni għandha tistabbilixxi Network Ewropew tad-Diliġenza Dovuta biex jiżgura, flimkien mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 12, il-koordinazzjoni u l-konverġenza ta' prattiki regolatorji, investigattivi, ta' infurzar u superviżorji, u l-kondiviżjoni ta' informazzjoni u biex jimmonitorja l-prestazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti;

L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jikkooperaw biex jinfurzaw l-obbligi previsti f'din id-Direttiva.

2.  Il-Kummissjoni, megħjuna mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Impriżi Żgħar u ta' Daqs Medju għandhom jippubblikaw, abbażi tal-informazzjoni kondiviża mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u f'kooperazzjoni ma' esperti u partijiet interessati oħra tas-settur pubbliku, tabella ta' valutazzjoni annwali ta' diliġenza dovuta.

Artikolu 17

Eżerċizzju ta' delega

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 3 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perijodu ta' 5 snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 3 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu, it-tnejn li huma, infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 18

Sanzjonijiet

1.  L-Istati Membri għandhom jistipulaw sanzjonijiet proporzjonati applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li dawk is-sanzjonijiet jiġu applikati. Is-sanzjonijiet previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u għandhom iqisu l-gravità tal-ksur imwettaq u jekk il-ksur seħħx ripetutament jew le.

2.  L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu b'mod partikolari jimponu multi proporzjonati kkalkulati abbażi tal-fatturat ta' impriża, jeskludu b'mod temporanju jew indefinit impriżi mill-akkwist pubbliku, mill-għajnuna mill-Istat, minn skemi ta' appoġġ pubbliku inklużi skemi li jiddependu minn Aġenziji ta' Kreditu għall-Esportazzjoni u mis-self, u jirrikorru għas-sekwestru ta' merkanzija u sanzjonijiet amministrattivi xierqa oħra.

Artikolu 19

Responsabbiltà ċivili

1.  Il-fatt li impriża tirrispetta l-obbligi ta' diliġenza dovuta ma għandu jeħles lill-impriża minn ebda responsabbiltà ċivili li tista' ġġarrab skont id-dritt nazzjonali.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkollhom fis-seħħ reġim ta' responsabbiltà li fl-ambitu tiegħu l-impriżi jistgħu, skont id-dritt nazzjonali, jinżammu responsabbli u jipprovdu rimedju għal kwalunkwe ħsara li tirriżulta minn impatti negattivi potenzjali jew reali fuq id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent u l-governanza t-tajba li huma, jew l-impriżi taħt il-kontroll tagħhom, ikunu kkawżaw jew ikkontribwew għalihom permezz ta' atti jew omissjonijiet.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġim ta' responsabbiltà tagħhom kif imsemmi fil-paragrafu 2 ikun tali li l-impriżi li jagħtu prova li ħadu l-attenzjoni kollha dovuta f'konformità ma' din id-Direttiva biex jevitaw id-dannu inkwistjoni, jew li d-dannu kien iseħħ anki li kieku ttieħdet l-attenzjoni dovuta kollha, ma jinżammux responsabbli għal dak id-dannu.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-perjodu ta' preskrizzjoni għat-tressiq ta' azzjonijiet ta' responsabbiltà ċivili li jikkonċernaw dannu li jirriżulta minn impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent ikun raġonevoli.

Artikolu 20

Dritt internazzjonali privat

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva jitqiesu bħala dispożizzjonijiet mandatarji prevalenti f'konformità tal-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(52).

Artikolu 21

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa … [24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Dawn għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni f'dak ir-rigward.

2.  Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 22

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(1) ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23.
(2) ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19.
(3) ĠU L 330, 15.11.2014, p. 1.
(4) ĠU L 130, 19.5.2017, p. 1.
(5) ĠU L 132, 20.5.2017, p. 1.
(6) ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17.
(7) ĠU L 317, 9.12.2019, p. 1.
(8) ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13.
(9) COM(2018)0097 final.
(10) COM(2019)0640 final.
(11) ĠU C 215, 5.7.2017, p. 1.
(12) ĠU C 209, 20.6.2019, p. 1.
(13) ĠU C 215, 19.6.2018, p. 125.
(14) ĠU C 298, 23.8.2018, p. 100.
(15) ĠU C 76, 9.3.2020, p. 23.
(16) https://www.ohchr.org/documents/publications/guidingprinciplesbusinesshr_en.pdf.
(17) http://mneguidelines.oecd.org/guidelines.
(18) https://www.oecd.org/investment/due-diligence-guidance-for-responsible-business-conduct.htm.
(19) http://www.oecd.org/industry/inv/mne/responsible-supply-chains-textile-garment-sector.htm.
(20) https://www.oecd.org/corporate/oecd-due-diligence-guidance-for-responsible-supply-chains-of-minerals-from-conflict-affected-and-high-risk-areas-9789264252479-en.htm.
(21) https://www.oecd.org/daf/inv/investment-policy/rbc-agriculture-supply-chains.htm.
(22) https://www.oecd.org/investment/due-diligence-guidance-for-responsible-business-conduct.htm.
(23) https://www.oecd.org/investment/due-diligence-for-responsible-corporate-lending-and-securities-underwriting.htm#:~:text=Due%20Diligence%20for%20Responsible%20Corporate%20Lending%20and%20Securities%20Underwriting%20provides,risks%20associated%20with%20their%20clients.
(24) https://www.ilo.org/declaration/thedeclaration/textdeclaration/lang--en/index.htm.
(25) https://www.ilo.org/wcmsp5/groups/public/---ed_emp/---emp_ent/---multi/documents/publication/wcms_094386.pdf.
(26) https://www.ohchr.org/Documents/Issues/Business/Gender_Booklet_Final.pdf.
(27) Loi n° 2017-399 du 27 mars 2017 relative au devoir de vigilance des sociétés mères et des entreprises donneuses d'ordre, JORF n°0074 du 28 mars 2017.
(28) Wet van 24 oktober 2019 n. 401 houdende de invoering van een zorgplicht ter voorkoming van de levering van goederen en diensten die met behulp van kinderarbeid tot stand zijn gekomen (Wet zorgplicht kinderarbeid).
(29) Dipartiment Tematiku tal-PE għar-Relazzjonijiet Esterni, PE 603.475 - Frar 2019.
(30) Dipartiment Tematiku tal-PE għar-Relazzjonijiet Esterni, PE 603.505 - Ġunju 2020.
(31) Id-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi, Jannar 2020.
(32) Id-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi, Lulju 2020.
(33) http://childrenandbusiness.org/
(34) Id-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI (ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1).
(35) Id-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57).
(36) SWD(2017)0350.
(37) https://ec.europa.eu/info/files/better-regulation-toolbox-34_en
(38) ĠU L 199, 31.7.2007, p. 40.
(39) ĠU ...
(40) Ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23).
(41) Ir-Regolament (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 li jistabbilixxi obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista għall-importaturi tal-Unjoni ta' landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli, (ĠU L 130, 19.5.2017, p. 1).
(42) Id-Direttiva 2014/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni ta' informazzjoni mhux finanzjarja u dwar id-diversità minn ċerti impriżi u gruppi kbar (ĠU L 330, 15.11.2014, p. 1).
(43)* Il-Kummissjoni jenħtieġ li tidentifika setturi ta' attività ekonomika b'riskju għoli b'impatt sinifikanti fuq id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent u l-governanza tajba sabiex tinkludi lill-impriżi żgħar u medji li joperaw f'dawk is-setturi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. L-impriżi żgħar u medji b'riskju għoli jenħtieġ li jiġu definiti mill-Kummissjoni f'din id-Direttiva. Id-definizzjoni jenħtieġ li tqis is-settur tal-impriża jew it-tip ta' attivitajiet tagħha.
(44) Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).
(45) Id-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta' konoxxenza u ta' informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 1).
(46) https://www.un.org/esa/socdev/unpfii/documents/DRIPS_en.pdf
(47) Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).
(48) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(49) Id-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 29).
(50) Id-Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-istabbiliment ta' Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta' informazzjoni u ta' konsultazzjoni tal-impjegati (ĠU L 122, 16.5.2009, p. 28).
(51) Id-Direttiva 2001/86/KE tat-8 ta' Ottubru 2001 li tissupplimenta l-Istatut għal kumpanija Ewropea fir-rigward tal-involviment tal-impjegati (ĠU L 294, 10.11.2001, p. 22).
(52) Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali ( Ruma II ) (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 40).


Implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Prodotti għall-Bini
PDF 176kWORD 53k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Marzu 2021 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini (ir-Regolament dwar il-Prodotti għall-Bini) (2020/2028(INI))
P9_TA(2021)0074A9-0012/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini(1) (ir-Regolament dwar il-Prodotti għall-Bini – CPR)

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(2) (ir-Regolament dwar l-Istandardizzazzjoni),

–  wara li kkunsidra l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Ottubru 2019 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini (SWD(2019)1770),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-24 ta' Ottubru 2019 dwar l-eżitu tal-evalwazzjoni tar-rilevanza tal-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 31(4) li jirċievu finanzjament mill-Unjoni skont l-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (COM(2019)0800),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93(4),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni 93/465/KEE(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/515 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2019 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' merkanzija kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 764/2008(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar il-futur tal-istandardizzazzjoni Ewropea(7),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Novembru 2016 dwar enerġija nadifa għall-Ewropej kollha (COM(2016)0860),

–  wara li kkunsidra l-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019)0640),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2020 dwar Pjan ta' Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari għal Ewropa aktar nadifa u kompetittiva (COM(2020)0098),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll il-punt (e) tal-Artikolu 1(1) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta' rapporti fuq inizjattiva proprja,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A9-0012/2021),

A.  billi l-industrija tal-bini tipprovdi direttament 18-il miljun impjieg fl-Ewropa u tiġġenera 9 % tal-PDG(8);

B.  billi l-għan tar-Regolament dwar il-Prodotti għall-Bini (CPR) huwa li jitneħħew l-ostakli tekniċi għall-kummerċ fil-prodotti għall-bini sabiex jissaħħaħ il-moviment liberu tagħhom fis-suq intern filwaqt li jiġi żgurat li dawk il-prodotti jkunu tajbin għall-użu maħsub tagħhom u jissodisfaw il-prestazzjoni ddikjarata tagħhom, filwaqt li jitqiesu l-aspetti tas-saħħa, tas-sikurezza u ambjentali relatati mal-użu tagħhom, irrispettivament minn fejn jiġu manifatturati;

C.  billi s-sistema Ewropea ta' regolamentazzjoni teknika u standardizzazzjoni wriet li hija mutur għall-kompetittività u l-innovazzjoni, filwaqt li tikkontribwixxi għas-sikurezza tal-konsumatur u tnaqqas ir-rati ta' inċidenti, u b'hekk tagħmel l-istandards tal-UE punt ta' riferiment globali;

D.  billi l-adozzjoni kajmana u n-nuqqas ta' referenza tal-istandards armonizzati huma problematiċi, peress li l-proċess ta' adozzjoni mhuwiex qed iżomm il-pass mal-iżviluppi fis-settur, u b'hekk joħloq inċertezza għan-negozji; billi n-nuqqas ta' standards armonizzati u n-natura inkompleta tal-istandards eżistenti kkontribwew għal rekwiżiti nazzjonali addizzjonali għall-prodotti għall-bini li joħolqu ostakli għall-moviment liberu tagħhom fis-suq uniku; billi dawn ir-rekwiżiti jistgħu jkunu ta' detriment għall-konsumaturi u għall-Istati Membri biex jissodisfaw ir-responsabbiltajiet tagħhom fir-rigward tas-sikurezza strutturali, is-saħħa, il-protezzjoni tal-ambjent, kwistjonijiet oħra relatati mal-bini u l-protezzjoni tal-konsumatur;

E.  billi r-regoli dwar ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni stabbiliti mill-Istati Membri għandhom jitfasslu u jitwettqu b'mod li jiggarantixxi s-sikurezza tal-ħaddiema u tal-konsumaturi u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, u dan jista' jkollu wkoll impatt fuq ir-rekwiżiti għall-prodotti għall-bini;

F.  billi l-ispejjeż ta' konformità mas-CPR jirrappreżentaw minn 0.6 % sa 1.1 % tal-fatturat tas-settur tal-bini, imġarrba prinċipalment mill-manifatturi, u dan jista' jkun ta' piż kbir għall-SMEs;

1.  Jilqa' l-evalwazzjoni u r-rieżami attwali tas-CPR tal-Kummissjoni, li jfittxu li jindirizzaw ulterjorment l-ostakli fis-suq intern għall-prodotti għall-bini u jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Pjan ta' Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari filwaqt li jqisu l-iżviluppi teknoloġiċi u l-innovazzjoni;

2.  Jindika n-natura speċifika tas-CPR, li hija differenti mill-prinċipji ġenerali tal-qafas leġiżlattiv il-ġdid (NLF), prinċipalment minħabba li ma tarmonizzax rekwiżiti speċifiċi jew livelli minimi ta' sikurezza għall-prodotti għall-bini, iżda minflok tiddefinixxi biss lingwaġġ tekniku komuni, li huwa l-istess għall-prodotti kollha għall-bini li jaqgħu taħt is-CPR għall-kejl tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini fuq il-karatteristiċi essenzjali tagħhom, stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati;

3.  Jenfasizza li s-CPR attwali jiżgura ċ-ċirkolazzjoni libera tal-prodotti għall-bini fl-Unjoni, filwaqt li l-Istati Membri jżommu l-kontroll tar-regoli dwar xogħlijiet ta' kostruzzjoni; jinnota, f'dan ir-rigward, li r-regoli tal-Istati Membri jirrikjedu li x-xogħlijiet ta' kostruzzjoni jitfasslu u jiġu eżegwiti sabiex ma jkunx hemm periklu għas-sikurezza ta' persuni, annimali domestiċi u proprjetà u sabiex ma ssirx ħsara lill-ambjent; jirrimarka li r-regolamenti dwar il-bini stabbiliti fil-livell tal-Istati Membri huma ġeneralment influwenzati mill-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini li huma integrati fix-xogħlijiet;

Lingwaġġ tekniku komuni, inklużi standards

4.  Jinnota li l-lingwaġġ tekniku komuni introdott mis-CPR huwa definit minn standards Ewropej armonizzati, u mid-Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni (EADs) għal prodotti li mhumiex jew mhumiex kompletament koperti minn standards armonizzati; jirrikonoxxi li l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) huma l-organizzazzjonijiet kompetenti għall-abbozzar ta' standards armonizzati, filwaqt li l-Organizzazzjoni Ewropea għall-Valutazzjoni Teknika (EOTA) u l-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika (TAB) huma responsabbli mit-tħejjija tal-EADs;

5.  Jirrimarka li għall-kuntrarju ta' leġiżlazzjoni oħra tal-NLF, l-użu ta' standards armonizzati skont is-CPR huwa obbligatorju, u dan jirrikjedi sistema effettiva għall-adozzjoni tagħhom sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-industrija u jiġu riflessi l-aktar prattiki effettivi tagħha, titwitta t-triq għall-innovazzjoni, jinżamm il-pass mal-iżviluppi teknoloġiċi, jiġu żgurati ċ-ċarezza tad-dritt u kundizzjonijiet ekwi għall-SMEs, u jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet regolatorji tal-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni, għal dak il-għan, biex tiżgura l-involviment attiv tal-industrija u tal-partijiet ikkonċernati rilevanti sabiex jiġi żgurat li l-istandards il-ġodda jkunu rilevanti kemm jista' jkun; jinnota l-importanza tal-parteċipazzjoni attiva min-naħa tal-Istati Membri fil-proċess ta' standardizzazzjoni;

6.  Huwa mħasseb dwar il-fatt li mill-444 standard armonizzat eżistenti għall-prodotti għall-bini, 12-il standard ġdid biss inħarġu wara l-adozzjoni tas-CPR; jemmen li ż-żmien meħtieġ għall-iżvilupp u r-referenza tal-istandards, ix-xogħol b'lura għar-reviżjoni u l-aġġornament tal-istandards eżistenti (l-acquis tas-CPR), in-nuqqas ta' ċarezza tad-dritt fil-qafas leġiżlattiv attwali u n-nuqqas ta' djalogu produttiv bejn is-sħab kollha attwalment involuti fil-proċess huma fost l-aktar problemi sinifikanti assoċjati mal-implimentazzjoni tas-CPR;

7.  Jirrimarka l-fatt li għadd sinifikanti ta' standards ma jkoprux bis-sħiħ ir-rekwiżiti bażiċi kollha meħtieġa għall-użu tal-prodotti għall-bini f'xogħlijiet ta' kostruzzjoni; jinsab imħasseb li din in-natura inkompleta tal-armonizzazzjoni wasslet parzjalment għal rekwiżiti nazzjonali addizzjonali u marki nazzjonali obbligatorji għall-prodotti għall-bini, li jservu biex joħolqu ostakli mhux ġustifikati, jifframmentaw u jdgħajfu s-suq intern u joħolqu inċertezzi legali għan-negozji, il-bennejja, il-kuntratturi, il-pjanifikaturi u l-periti, u dan iwassal għal riskji potenzjali għas-sikurezza tax-xogħlijiet ta' kostruzzjoni;

8.  Jistieden b'urġenza lill-Kummissjoni ssib soluzzjoni rapida u vijabbli biex ittejjeb il-proċessi ta' standardizzazzjoni u tneħħi l-akkumulazzjoni ta' standards mhux ikkwotati; jappoġġja, f'dan ir-rigward, taħlita ta' miżuri fuq perjodu qasir biex jiġu indirizzati x-xogħol b'lura u n-nuqqasijiet regolatorji flimkien ma' miżuri fit-tul biex jittejjeb il-proċess tad-definizzjoni tal-lingwaġġ tekniku komuni permezz ta' standards armonizzati komprensivi;

9.  Jirrimarka l-fatt li l-problemi fl-iżvilupp tal-istandards armonizzati jeħtieġ li jiġu indirizzati fl-istadji kollha tal-proċess ta' tħejjija; jistieden lill-Kummissjoni tikkonsulta mill-qrib lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha f'din il-fażi preparatorja, f'konformità mar-Regolament dwar l-Istandardizzazzjoni, u jenfasizza l-importanza ta' rappreżentanza bbilanċjata u tat-trasparenza u l-ftuħ tal-partijiet kollha involuti sabiex jinstabu soluzzjonijiet fattibbli; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li t-talbiet ta' standardizzazzjoni maħruġa mill-Kummissjoni jkunu ta' kwalità għolja u l-ħtieġa li tingħata gwida ċara u prammatika; iħeġġeġ ukoll lill-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida komprensivi u orizzontali għall-korpi ta' standardizzazzjoni, li jiddeskrivu l-istruttura u r-rekwiżiti ta' standard mitlub; jissuġġerixxi li jiġu stabbiliti perjodi ta' żmien definiti b'mod ċar sabiex il-Kummissjoni tivvaluta l-istandards imħejjija u skadenzi ċari għall-partijiet kollha biex tiġi żgurata reviżjoni ulterjuri jekk jinstab li talba ta' standardizzazzjoni jew ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni ma jkunux ġew irrispettati; iqis li huwa importanti li jiġi definit il-kamp ta' applikazzjoni tal-istandards b'mod aktar preċiż sabiex il-manifatturi jkun jista' jkollhom gwida ċara meta jiddikjaraw li l-prodotti tagħhom jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni;

10.  Jemmen li minħabba n-natura obbligatorja tal-istandards fil-kuntest tas-CPR u l-fatt li huma kkunsidrati parti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, it-testi tal-istandards armonizzati maħruġa għandhom ikunu disponibbli bil-lingwi kollha tal-Unjoni; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat aċċess għal traduzzjoni ta' kwalità għolja mingħajr spejjeż addizzjonali u li jittejjeb l-involviment tal-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni fil-proċess tat-traduzzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tappoġġja u tissimplifika l-arranġamenti finanzjarji għat-traduzzjoni tal-istandards armonizzati;

11.  Huwa mħasseb dwar il-fatt li filwaqt li l-alternattiva għal prodotti mhux koperti jew mhux koperti kompletament minn standards armonizzati ġiet inkluża fis-CPR biex prodotti innovattivi jkunu jistgħu jidħlu fis-suq, il-maġġoranza l-kbira tal-EADs ma jikkonċernawx prodotti innovattivi;

12.  Jemmen, konsegwentement, li l-prestazzjoni insuffiċjenti attwali tas-sistema ta' standardizzazzjoni hija fattur wieħed li qed iwassal għal użu dejjem akbar tar-rotta tal-EOTA bħala mezz alternattiv ta' standardizzazzjoni;

13.  Jindika t-tul u l-ispiża għolja tal-alternattiva tal-EOTA, li mhijiex favorevoli għall-SMEs u fil-biċċa l-kbira hija affordabbli biss għall-atturi l-kbar tas-suq; jenfasizza li minkejja l-ħtieġa ta' titjib ġenerali fil-proċess ta' standardizzazzjoni, il-proċedura attwali għall-iżvilupp tal-EADs tista' tkun utli bħala rotta supplimentari biex jitħeġġeġ l-iżvilupp ta' prodotti innovattivi u l-parteċipazzjoni tal-SMEs, iżda għandha wkoll tindirizza l-għan tal-manifatturi li jqiegħdu prodotti innovattivi fis-suq malajr kemm jista' jkun filwaqt li jiġu rrispettati r-rekwiżiti tal-prodotti tal-Unjoni, u m'għandhiex titqies bħala alternattiva permanenti għas-sistema ta' standardizzazzjoni;

14.  Jissottolinja li lingwaġġ tekniku komuni jista' jgħin biex tiġi promossa ekonomija ċirkolari peress li jippermetti li l-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini tiġi ddikjarata b'mod komuni; iqis li għandha tingħata attenzjoni akbar lill-istandards li jistgħu jgħinu fil-promozzjoni ta' ekonomija ċirkolari fl-Ewropa;

Il-marka CE u d-Dikjarazzjoni tal-Prestazzjoni (DoP)

15.  Jinnota li l-marka CE hija mezz li jippermetti li prodotti għall-bini mqiegħda fis-suq legalment fi Stat Membru wieħed jiġu kkummerċjalizzati fit-territorju ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor; jesprimi tħassib, madankollu, dwar il-fatt li peress li l-marka CE skont is-CPR hija differenti minn leġiżlazzjoni oħra tal-NLF, billi tirreferi biss għall-prestazzjoni tal-prodott u mhux għall-konformità ma' rekwiżiti speċifiċi tal-prodott, differenza bħal din fl-approċċ minn leġiżlazzjoni oħra tal-NLF tista' toħloq konfużjoni fir-rigward tal-marka CE u tnaqqas il-valur tagħha; jindika, f'dan ir-rigward, it-trikkib fl-informazzjoni meħtieġa mill-marka CE u d-Dikjarazzjoni tal-Prestazzjoni (DoP); jemmen li din id-duplikazzjoni toħloq piżijiet amministrattivi u spejjeż addizzjonali żejda għan-negozji u għandha tiġi indirizzata, inkluż permezz ta' użu msaħħaħ ta' soluzzjonijiet diġitali;

16.  Jiddispjaċih li l-marka CE skont is-CPR hija mifhuma ħażin bħala marka ta' kwalità u ma tiddeterminax jekk prodott għall-bini huwiex sikur jew jistax jintuża f'xogħlijiet ta' kostruzzjoni; jemmen li huma meħtieġa aktar soluzzjonijiet biex l-utenti finali jingħataw informazzjoni preċiża u ċara dwar in-natura tal-marka CE, fir-rigward tas-sikurezza tal-prodotti għall-bini u l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti nazzjonali tas-sikurezza tal-bini u x-xogħlijiet ta' kostruzzjoni;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra u tivvaluta bir-reqqa l-possibbiltà li gradwalment ittejjeb is-CPR billi tinkludi fih obbligi ta' informazzjoni addizzjonali u rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-prodott fir-rigward tas-saħħa, is-sikurezza u l-aspetti ambjentali wara valutazzjoni tal-impatt u l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet regolatorji tal-Unjoni u tal-Istati Membri għal kull kategorija ta' prodotti; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tevalwa liema approċċ ikun effikaċi għas-CPR;

18.  Jinnota n-nuqqas ta' diġitalizzazzjoni fis-settur tal-bini u jenfasizza l-importanza li jiġu sfruttati bis-sħiħ it-teknoloġiji diġitali, li jistgħu jippermettu li tiġi pprovduta informazzjoni ċara, trasparenti u affidabbli lill-operaturi ekonomiċi u lill-utenti finali, jindirizzaw it-trikkib fir-rekwiżiti tal-informazzjoni u jippermettu lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq iwettqu l-attivitajiet tagħhom b'mod aktar effettiv; jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-benefiċċji tal-użu ta' tali teknoloġiji u tiżviluppa soluzzjonijiet lejn l-integrazzjoni intelliġenti ta' data eżistenti li tista' tintuża f'sistemi ta' informazzjoni differenti;

19.  Jemmen li soluzzjonijiet diġitali jistgħu jtejbu t-trasparenza tas-suq tal-prodotti għall-bini u jiżguraw il-preċiżjoni u l-affidabbiltà tal-informazzjoni pprovduta fid-DoP, kif ukoll jiffaċilitaw il-komparabbiltà tal-prodotti għall-bini abbażi tal-prestazzjoni ddikjarata tagħhom, inklużi l-prestazzjoni tas-sikurezza u dik ambjentali, biex b'hekk l-operaturi ekonomiċi u l-utenti finali jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-informazzjoni pprovduta mill-manifatturi billi jivvalutaw u jqabblu malajr ir-rekwiżiti għal xogħlijiet ta' kostruzzjoni mal-informazzjoni pprovduta fid-DoP;

20.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiżdied is-sensibilizzazzjoni fost l-operaturi ekonomiċi, b'mod partikolari l-SMEs u l-mikrointrapriżi, fir-rigward tal-marka CE u tad-DoP, inkluż permezz tal-gateway diġitali unika; jemmen li approċċ bħal dan iżid il-fiduċja fl-armonizzazzjoni tal-Unjoni u l-kwalità tal-istandards armonizzati u jgħin biex titnaqqas il-frammentazzjoni tas-suq uniku; jenfasizza li l-Punti ta' Kuntatt għall-Prodotti għall-Bini (PCPC) nazzjonali għandhom ir-rwol importanti li jinfurmaw lill-operaturi ekonomiċi dwar l-applikazzjoni tas-CPR u jipprovdu informazzjoni affidabbli dwar id-dispożizzjonijiet fit-territorju ta' Stat Membru dwar ir-rekwiżiti għax-xogħlijiet ta' kostruzzjoni applikabbli għall-użu maħsub ta' kull prodott għall-bini; jissuġġerixxi li jsiru aktar sforzi biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar l-eżistenza ta' dawn il-punti ta' kuntatt, peress li 57 % biss tal-partijiet ikkonċernati kienu konxji minnhom fl-2018;

Sorveljanza tas-suq

21.  Huwa mħasseb dwar il-fatt li s-sorveljanza tas-suq għall-prodotti għall-bini hija meqjusa bħala insuffiċjenti u ineffettiva mill-industrija; jenfasizza li sitwazzjoni bħal din iddgħajjef il-kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi ekonomiċi li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni, għall-benefiċċju ta' kummerċjanti diżonesti, li ma jagħmlux dan; jirrimarka li sorveljanza tas-suq dgħajfa u inkonsistenti tista' twassal għal żieda ta' prodotti li ma jissodisfawx il-prestazzjoni ddikjarata tagħhom, u b'hekk ipoġġu lill-utenti finali f'riskju;

22.  Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ ir-Regolament (UE) 2019/1020, li għandu l-għan li jsaħħaħ is-sorveljanza tas-suq tal-prodotti koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, inkluż is-CPR, u jistabbilixxi l-qafas għall-kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi; jenfasizza l-ħtieġa ta' infurzar konsistenti, armonizzat u uniformi ta' regoli ġodda mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq u ta' kooperazzjoni transfruntiera msaħħa f'dan ir-rigward sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwi fis-settur tal-bini u kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni;

23.  Ifakkar fl-obbligu tal-Istati Membri, skont ir-Regolament (UE) 2019/1020, li jiddedikaw ir-riżorsi finanzjarji, umani u tekniċi meħtieġa lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, inkluż li jiżguraw li jkollhom biżżejjed għarfien espert u kompetenzi; iħeġġeġ lill-Istati Membri jsaħħu l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, inkluż fil-livell transfruntier, u jtejbu l-kwantità, l-effiċjenza u l-effikaċja tal-kontrolli sabiex ikunu jistgħu jidentifikaw prodotti għall-bini li ma jkunux konformi mal-prestazzjoni ddikjarata tagħhom u jipprevjenu ċ-ċirkolazzjoni tagħhom fis-suq intern;

24.  Jistieden lill-Kummissjoni tadotta malajr l-atti ta' implimentazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2019/1020 sabiex tkompli tallinja l-prestazzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq billi tiddetermina l-kondizzjonijiet uniformi tal-kontrolli, il-kriterji għad-determinazzjoni tal-frekwenza tal-kontrolli u l-ammont ta' kampjuni li għandhom jiġu vverifikati fir-rigward ta' ċerti prodotti jew kategoriji ta' prodotti, u billi tistabbilixxi parametri referenzjarji u tekniki għall-kontrolli fuq prodotti armonizzati, b'kunsiderazzjoni xierqa tal-ispeċifiċitajiet tas-setturi involuti, inklużi l-prodotti għall-bini, u tal-impatt fuq CPR rivedut; jinnota r-rwol importanti tan-Network tal-Unjoni għall-Konformità tal-Prodotti u tal-gruppi ta' kooperazzjoni amministrattiva (AdCos) fl-iżgurar ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni strutturati bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri u l-Kummissjoni u fis-simplifikazzjoni tal-prattiki tas-sorveljanza tas-suq biex isiru aktar effettivi;

25.  Iqis li huwa kruċjali li l-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq responsabbli mill-prodotti għall-bini jikkooperaw mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali tal-kontroll tal-bini biex jiżguraw approċċ differenzjat fil-valutazzjoni tal-konformità tal-prodotti għall-bini użati f'xogħlijiet ta' kostruzzjoni mal-prestazzjoni ddikjarata jew l-użu maħsub, kif ukoll jiżguraw il-konformità tagħhom mar-regolamenti tal-bini, u b'hekk jiggarantixxu l-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza u tal-ħaddiema li jużaw il-prodotti għall-bini u tal-utenti tax-xogħlijiet ta' kostruzzjonial-bini;

26.  Jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jerfgħu r-responsabbiltà meta jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali dwar xogħlijiet ta' kostruzzjoni, inklużi rekwiżiti relatati mas-sikurezza tal-bini matul il-bini, il-manutenzjoni u t-twaqqigħ ta' xogħlijiet ta' kostruzzjoni, billi jqisu aspetti oħra importanti għall-interess pubbliku, bħas-saħħa, is-sikurezza u s-sigurtà tal-ħaddiema u l-protezzjoni tal-ambjent;

27.  Jirrimarka ż-żieda fil-bejgħ online fis-settur tal-bini; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata s-sorveljanza effettiva tas-suq tal-prodotti għall-bini mibjugħa online, speċjalment dawk mixtrija minn operaturi ekonomiċi mhux tal-UE, peress li dawn jistgħu ma jikkonformawx mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u għalhekk jistgħu jinfluwenzaw il-kwalità u s-sikurezza tax-xogħlijiet ta' kostruzzjoni, sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-prodotti għall-bini li jiċċirkolaw fis-suq uniku mal-prestazzjoni ddikjarata jew l-użu maħsub tagħhom, irrispettivament mill-oriġini tagħhom; jenfasizza r-rwol li s-swieq online jista' jkollhom f'dan ir-rigward;

28.  Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat livell uniformi ta' prestazzjoni tal-korpi notifikati li jwettqu valutazzjonijiet tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini, sabiex il-funzjonijiet tagħhom jitwettqu fl-istess livell u taħt l-istess kundizzjonijiet; jinnota, f'dan ir-rigward, ir-rwol tal-faċilitajiet ta' ttestjar tal-Unjoni introdotti mir-Regolament (UE) 2019/1020 biex jikkontribwixxu għat-titjib tal-kapaċità tal-laboratorji, kif ukoll biex jiżguraw l-affidabbiltà u l-konsistenza tal-ittestjar, għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq fl-Istati Membri kollha;

29.  Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu l-għoti u l-iskambju ta' informazzjoni dwar sustanzi potenzjalment perikolużi fil-prodotti għall-bini u li tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-bażijiet tad-data tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skont il-leġiżlazzjoni attwali;

30.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli timmonitorja u tindirizza b'mod effettiv l-ostakli mhux ġustifikati fis-suq intern, li jirriżultaw minn miżuri regolatorji nazzjonali; jenfasizza l-ħtieġa ta' djalogu u kooperazzjoni msaħħa bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex jiġu indirizzati l-prattiki li jimpedixxu l-moviment liberu tal-prodotti għall-bini fis-suq intern, bħall-użu kontinwu ta' marki nazzjonali u ċertifikazzjonijiet addizzjonali għall-prodotti għall-bini;

Is-sostenibbiltà tal-prodotti għall-bini

31.  Jenfasizza l-ħtieġa ġenerali ta' tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli u aktar ċirkolari fil-provenjenza, il-manifattura, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta' prodotti għall-bini u fl-użu tagħhom f'xogħlijiet ta' kostruzzjoni; jenfasizza l-ħtieġa li tittejjeb is-sostenibbiltà tal-prodotti għall-bini u d-disponibbiltà ta' prodotti u materjali sekondarji u rinnovabbli fis-suq;

32.  Jilqa', f'dan ir-rigward, l-objettiv tal-Kummissjoni li tagħmel is-settur tal-bini aktar sostenibbli billi tindirizza l-prestazzjoni tas-sostenibbiltà tal-prodotti għall-bini fir-reviżjoni tas-CPR, kif imħabbar fil-Pjan ta' Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari; jappoġġja l-impenn tal-Kummissjoni li tallinja u tagħmel aktar konsistenti l-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti għall-bini mal-politiki ambjentali orizzontali;

33.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprevedi l-inkorporazzjoni ta' ċerti rekwiżiti dwar il-prestazzjoni ambjentali u l-kriterji ta' sostenibbiltà tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti fl-istandards armonizzati għal kategoriji speċifiċi ta' prodotti skont is-CPR, filwaqt li tqis l-iżviluppi tas-suq u dawk teknoloġiċi u r-rekwiżiti regolatorji nazzjonali għas-settur tal-bini jew il-politiki tal-bini, sabiex il-manifatturi jingħataw qafas uniku għall-valutazzjoni u l-ittestjar ta' prodotti fejn ikun hemm rekwiżiti ta' konformità komuni rilevanti; jenfasizza l-fatt li r-rekwiżiti bażiċi attwali għax-xogħlijiet ta' kostruzzjoni stabbiliti fis-CPR diġà jistgħu jikkostitwixxu l-bażi għat-tħejjija ta' mandati ta' standardizzazzjoni u speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati fir-rigward tal-prestazzjoni ambjentali u s-sostenibbiltà tal-prodotti għall-bini; jenfasizza l-importanza ta' valutazzjoni xierqa tal-kategoriji ta' prodotti li għalihom tali rekwiżiti jkunu rilevanti u l-ħtieġa li l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha jkunu involuti fil-proċess ta' valutazzjoni; jenfasizza li tali inkorporazzjoni m'għandhiex twassal għal żieda fil-prezzijiet tal-prodotti għall-bini;

34.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta kif is-CPR jista' jappoġġja ċ-ċirkolarità tal-prodotti għall-bini, inklużi prodotti riutilizzati jew immanifatturati mill-ġdid jew dawk immanifatturati minn materjali riċiklati; jenfasizza li dan se jirrikjedi data affidabbli dwar l-użu preċedenti tal-prodotti għall-bini, filwaqt li jitqiesu l-ispejjeż potenzjali involuti; jilqa', f'dan ir-rigward, l-għan tal-Kummissjoni li tistabbilixxi Spazju tad-Data Ewropew għall-Applikazzjonijiet Ċirkolari Intelliġenti b'data li tirrigwarda l-informazzjoni dwar il-prodott(9);

Rakkomandazzjonijiet speċifiċi dwar ir-rieżami tas-CPR

35.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat l-involviment xieraq tal-partijiet ikkonċernati kollha fil-proċess ta' konsultazzjoni u evalwazzjoni; jenfasizza l-importanza ta' valutazzjoni tal-impatt estensiva tal-għażliet regolatorji possibbli; jenfasizza l-ħtieġa ta' kondizzjonijiet ekwi u piż amministrattiv eħfef fil-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti għall-bini għan-negozji kollha, speċjalment l-SMEs, filwaqt li jitqiesu mudelli ta' negozju ġodda kif ukoll il-ħtieġa ta' kompetizzjoni ġusta fil-livell globali; jappella, f'dan ir-rigward, għal aktar kjarifika u tisħiħ tal-proċeduri ssimplifikati għall-mikrointrapriżi;

36.  Jenfasizza l-importanza li jiġu evitati duplikazzjonijiet u li tiġi żgurata l-konsistenza tas-CPR rivedut mal-leġiżlazzjoni eżistenti u ma' inizjattivi leġiżlattivi futuri; Jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tiċċara r-relazzjoni tas-CPR mal-leġiżlazzjoni tas-suq intern relatata, bħad-Direttiva dwar l-Ekodisinn(10), ir-Regolament dwar it-Tikkettar tal-Enerġija(11), id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart(12) u d-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb(13) sabiex jiġi evitat kwalunkwe trikkib li jista' jkun hemm u, fejn meħtieġ, tissimplifika d-dispożizzjonijiet rilevanti sabiex tiżgura ċ-ċarezza tad-dritt għan-negozji;

37.  Jenfasizza li kwalunkwe reviżjoni tas-CPR għandha tkun konformi mal-prinċipji u l-objettivi tar-Regolament dwar l-Istandardizzazzjoni fir-rigward tat-tħejjija ta' standards armonizzati sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u l-kwalità tagħhom; jenfasizza li kwalunkwe reviżjoni għandha tiżgura l-involviment xieraq tal-partijiet ikkonċernati kollha u tindirizza l-ħtiġijiet regolatorji tal-Istati Membri;

38.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata ċ-ċarezza tad-dritt għal perjodu tranżitorju fir-rigward ta' kwalunkwe reviżjoni tas-CPR u r-rieżami tal-acquis tas-CPR, sabiex jiġi evitat vojt ġuridiku u tiġi żgurata t-tranżizzjoni bla xkiel minn dispożizzjonijiet eżistenti għal dawk ġodda;

39.  Jinsab imħasseb li kwalunkwe reviżjoni tas-CPR u, b'mod partikolari, ir-rieżami tal-acquis tas-CPR se jieħdu żmien sinifikanti, filwaqt li l-manifatturi, il-bennejja, il-kuntratturi, il-pjanifikaturi, il-periti u utenti finali oħrajn jeħtieġu soluzzjonijiet immedjati biex jegħlbu l-inċertezza legali li tirriżulta, fost kwistjonijiet oħra, min-nuqqas ta' standards armonizzati aġġornati u lakuni regolatorji; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza dawn il-kwistjonijiet bħala parti mir-rieżami mistenni tagħha tas-CPR, inkluż li taħseb f'soluzzjoni biex issib tarf tal-isfidi legali u tekniċi urġenti;

40.  Jitlob reviżjoni ambizzjuża tas-CPR bl-għan li jinħoloq qafas regolatorju solidu b'regoli effettivi, faċilment infurzabbli u armonizzati;

o
o   o

41.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

(1) ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5.
(2) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.
(3) ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1.
(4) ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.
(5) ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82.
(6) ĠU L 91, 29.3.2019, p. 1.
(7) ĠU C 70 E, 8.3.2012, p. 56.
(8) Il-Kummissjoni Ewropea, "The European construction sector – A global partner" (Is-settur tal-bini Ewropew – Sieħeb globali), 2016.
(9) Kif iddikjarat fil-Pjan ta' Azzjoni għall-Ekonomija Ċirkolari.
(10) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.
(11) ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1.
(12) ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3.
(13) ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32.


Ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol fid-dawl tal-UNCRPD
PDF 207kWORD 69k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Marzu 2021 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol fid-dawl tal-UNCRPD (2020/2086(INI))
P9_TA(2021)0075A9-0014/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (UNCRPD), u d-dħul fis-seħħ tagħha fl-UE fil-21 ta' Jannar 2011, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta' Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità(1),

–  wara li kkunsidra l-Kummenti Ġenerali tal-Kumitat tal-UNCRPD dwar l-implimentazzjoni tal-UNCRPD, b'mod partikolari l-Kumment Ġenerali Nru 2 (2014) tat-22 ta' Mejju 2014 dwar l-aċċessibilità, il-Kumment Ġenerali Nru 3 (2016) tas-26 ta' Awwissu 2016 dwar in-nisa u l-bniet b'diżabilità, il-Kumment Ġenerali Nru 5 (2017) tas-27 ta' Ottubru 2017 dwar il-ħajja indipendenti u l-inklużjoni fil-komunità, u l-Kumment Ġenerali Nru 6 (2018) tas-26 ta' April 2018 dwar l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni,

–  wara li kkunsidra l-Osservazzjonijiet Konklużivi tal-Kumitat tal-UNCRPD tat-2 ta' Ottubru 2015 dwar ir-rapport inizjali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli (l-Aġenda 2030 tan-NU) u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul),

–  wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (EPSR),

–  wara li kkunsidra l-mira tal-Ewropa 2020 dwar il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (2)(id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità(3),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (COM(2008)0426) u l-pożizzjoni tal-Parlament dwarha tat-2 ta' April 2009(4),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilll tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-aċċessibilità tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku(5),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta' aċċessibilità għall-prodotti u għas-servizzi(6),

–  wara li kkunsidra r-regolamenti li jistabbilixxu r-regoli dwar il-programmi ta' finanzjament tal-UE taħt il-qafas finanzjarju pluriennali, speċjalment il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), il-programm Erasmus, u l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, li jipprovdu assistenza finanzjarja tal-UE għat-titjib tas-sitwazzjoni tal-persuni b'diżabilità,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol(7), b'mod partikolari l-obbligu tal-impjegatur li jiżgura s-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema f'kull aspett relatat max-xogħol u li ma jistax jimponi spejjeż finanzjarji fuq il-ħaddiema biex jikseb dan l-għan,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Novembru 2010 bit-titolu "Strateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020: Impenn mill-Ġdid għal Ewropea Mingħajr Ostakli" (COM(2010)0636) (l-Istrateġija tad-Diżabilità),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-2 ta' Frar 2017 bit-titolu "Rapport ta' Progress dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020" (SWD(2017)0029),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Ġunju 2018 dwar standards għall-korpi għall-ugwaljanza(8),

–  wara li kkunsidra l-proġett pilota tal-Kummissjoni tal-2013 dwar karta tad-diżabilità tal-UE,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Lulju 2020 dwar id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità intellettwali u tal-familji tagħhom fil-kriżi tal-COVID-19(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità għal wara l-2020(10),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Novembru 2018 dwar is-sitwazzjoni tan-nisa b'diżabilità(11),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' Novembru 2017 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità(12),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2016 dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità b'riferiment partikolari għall-Osservazzjonijiet Konklużivi tal-Kumitat tal-UNCRPD(13),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-Lista ta' Kwistjonijiet adottata mill-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità b'rabta mar-rapport inizjali tal-Unjoni Ewropea(14),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-mobilità u l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità u l-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabilità 2010-2020(15),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-inklużjoni attiva tal-persuni esklużi mis-suq tax-xogħol(16),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-17 ta' Ġunju 1988 dwar il-lingwi tas-sinjali għall-persuni neqsin mis-smigħ(17), tat-18 ta' Novembru 1998 dwar il-lingwi tas-sinjali(18), u tat-23 ta' Novembru 2016 dwar il-lingwa tas-sinjali u l-interpreti professjonali tal-lingwa tas-sinjali(19),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' April 2020 dwar azzjoni koordinata tal-UE biex tikkumbatti l-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi tagħha(20),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2019 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea fl-2017(21),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Settembru 2016 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol(22),

–  wara li kkunsidra l-istudji rilevanti tad-Dipartiment Tematiku A tiegħu, speċjalment l-istudju bit-titolu "Discrimination and Access to Employment for Female Workers with Disabilities" (Diskriminazzjoni u Aċċess għall-Impjiegi għal Ħaddiema Nisa b'Diżabilità) tal-2017, u l-istudju bit-titolu "Reasonable Accommodation and Sheltered Workshops for People with Disabilities: Cost and Returns of Investments" (Akkomodazzjoni Raġonevoli u Workshops Protetti għal Persuni b'Diżabilità: Spejjeż u Redditi) tal-2015,

–  wara li kkunsidra l-istudji rilevanti tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew, b'mod partikolari l-Valutazzjonijiet tal-Implimentazzjoni Ewropea tal-2016 bit-titolu "EU Implementation of the UN Convention on the Rights of Persons with Disabilities (CRPD)" (L-Implimentazzjoni tal-UE tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD)) u "The obligations of the EU public administration under the UN Convention on the Rights of Persons with Disabilities" (L-obbligi tal-amministrazzjoni pubblika tal-UE skont il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità),

–  wara li kkunsidra l-korp dejjem jikber tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2000/78/KE,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali 2018 u 2019 tal-Ombudsman Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-inkjesti strateġiċi tal-Ombudsman Ewropew dwar kif il-Kummissjoni tiżgura li persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jaċċessaw is-siti web tagħha (OI/6/2017/EA), kif il-Kummissjoni tittratta lil persuni b'diżabilità taħt ir-Reġim Komuni tal-Assigurazzjoni tal-Mard għall-persunal tal-UE (OI/4/2016/EA), u d-deċiżjoni tagħha f'inkjesta konġunta fil-każijiet 1337/2017/EA u 1338/2017/EA dwar aċċessibilità għal kandidati b'vista batuta għall-proċeduri tal-għażla organizzati mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal biex jiġu rreklutati impjegati taċ-ċivil tal-UE,

–  wara li kkunsidra l-inkjesta fuq inizjattiva proprja tal-Ombudsman Ewropew dwar ir-rispett tad-drittijiet fundamentali fl-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni tal-UE (OI/8/2014/AN),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew bit-titolu "It-tiswir tal-aġenda tal-UE għad-drittijiet tal-persuni b'diżabilità għall-perjodu 2020-2030",

–  wara li kkunsidra r-rapporti tematiċi tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, inkluż il-bullettini tagħhom dwar il-pandemija tal-Coronavirus,

–  wara li kkunsidra l-Kompendju ta' Prattiki dwar id-Data dwar l-Ugwaljanza u l-Linji Gwida dwar it-titjib tal-ġbir u l-użu tad-data dwar l-ugwaljanza (Linji gwida dwar id-data dwar l-ugwaljanza) imħejji mis-Sottogrupp dwar id-Data dwar l-Ugwaljanza tal-Grupp ta' Livell Għoli tal-UE dwar in-Nondiskriminazzjoni, l-Ugwaljanza u d-Diversità,

–  wara li kkunsidra l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

–  wara li kkunsidra l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra r-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-persuni b'diżabilità, b'mod speċjali Autism Europe, Bundesarbeitsgemeinschaft Inklusionsfirmen, l-Unjoni Ewropea tal-Għomja, il-Forum Ewropew dwar id-Diżabbiltà, in-Network Ewropew għal Għajxien Indipendenti, il-Unjoni Ewropea tal-Persuni Torox, l-Inclusion Europe, il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Ispina Bifida u tal-Idroċefalu u Mental Health Europe, kif ukoll ir-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet tal-Equinet u l-akkademiċi li jaħdmu fuq id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll il-punt (e) tal-Artikolu 1(1) u l-Anness 3 tad-Deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta' rapporti fuq inizjattiva proprja,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A9-0014/2021),

A.  billi l-persuni b'diżabilità(23) għandhom id-dritt li jipparteċipaw b'mod sħiħ fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà iżda d-drittijiet fundamentali tagħhom ħafna drabi jinżammu mill-UE; billi huma esklużi bil-qawwa mis-suq tax-xogħol miftuħ u mċaħħda mid-dritt tagħhom li jaħdmu fuq bażi ugwali ma' ħaddieħor jew jiffaċċjaw diffikultajiet kbar f'li jiksbu aċċess ugwali għas-suq tax-xogħol kif ukoll kundizzjonijiet ugwali ta' parteċipazzjoni fih;

B.  billi l-persuni b'diżabilità għadhom iħabbtu wiċċhom ma' diskriminazzjoni multipla u intersezzjonali bbażata fuq id-diżabilità tagħhom u l-ġeneru, ir-razza, l-etniċità, l-età, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-orjentazzjoni sesswali, l-istatus ta' migrazzjoni jew l-isfond soċjoekonomiku tagħhom, inkluż il-livell tal-edukazzjoni tagħhom; billi d-diskriminazzjoni hija preżenti fil-fażijiet differenti taċ-ċiklu tax-xogħol, li jibda mir-reklutaġġ, li jista' jwassal għall-esklużjoni soċjali tal-persuni b'diżabilità; billi d-diskriminazzjoni u n-nuqqas ta' diversità fuq il-postijiet tax-xogħol jikkawżaw spejjeż sinifikanti kemm umani kif ukoll ekonomiċi;

C.  billi l-Karta tipprojbixxi d-diskriminazzjoni għal kwalunkwe raġuni, inkluża dik dwar id-diżabilità, u tirrikonoxxi d-drittijiet tal-persuni b'diżabilità(24);

D.  billi l-UE saret parti mill-UNCRPD f'Diċembru 2010, bil-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ għall-UE f'Jannar 2011; billi l-UNCRPD hija vinkolanti fuq l-UE, l-istituzzjonijiet tagħha u l-Istati Membri tagħha, li għandhom obbligu dirett li jimplimentawha bis-sħiħ, inkluż l-Artikolu 27 tagħha dwar ix-xogħol u l-impjieg; billi mill-adozzjoni tagħha, sar xi progress, iżda mhux biżżejjed, biex jintlaħqu l-għanijiet tal-UNCRPD;

E.  billi l-UE, għalhekk, hija obbligata li taġixxi b'mod kompatibbli mal-UNCRPD u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) hija obbligata li tinterpreta l-leġiżlazzjoni tal-UE, inkluża d-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi, b'mod kompatibbli mal-UNCRPD;

F.  billi l-UNCRPD tirrifjuta l-mudell mediku tad-diżabilità u minflok tapprova l-mudell tad-drittijiet tal-bniedem u l-mudell soċjali u kuntestwali tad-diżabilità; billi l-UNCRPD titlob ugwaljanza inklużiva għall-persuni b'diżabilità; billi l-UNCRPD tirrikonoxxi d-dritt tal-persuni b'diżabilità li jaħdmu fuq bażi ugwali mal-oħrajn, li jagħżlu x-xogħol tagħhom liberament, li jiġu aċċettati u li jaħdmu f'ambjent tax-xogħol miftuħ, inklużiv u aċċessibbli;

G.  billi, f'konformità mad-definizzjoni u r-rekwiżiti skont il-UNCRPD, akkomodazzjoni raġonevoli tiffoka fuq il-ħtiġijiet speċifiċi ta' individwu, filwaqt li azzjonijiet pożittivi japplikaw għal grupp sħiħ ta' persuni soġġetti għal diskriminazzjoni potenzjali; billi t-tnejn huma meħtieġa biex tiġi ssalvagwardjata l-kisba tad-diversità fil-post tax-xogħol u biex jiġi żgurat li l-persuni b'diżabilità ikunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom għax-xogħol b'mod ugwali; billi hemm nuqqas ta' linji gwida ċari tal-UE dwar l-akkomodazzjoni raġonevoli, li għadha mhijiex mifhuma biżżejjed mill-impjegaturi u spiss ma tkunx disponibbli jew tkun insuffiċjenti; billi l-akkomodazzjoni raġonevoli tal-ħtiġijiet tal-ħaddiema b'diżabilità għandha impatt essenzjali fuq il-kwalità tal-impjiegi u l-prospetti tal-karriera kif ukoll is-sostenibilità tax-xogħol tagħhom;

H.  billi wieħed mill-aspetti ewlenin tal-impjieg tal-persuni b'diżabilità huwa l-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja tal-komunità u t-tranżizzjoni minn appoġġ istituzzjonali għal appoġġ ibbażat fil-komunità; billi l-proċess tad-deistituzzjonalizzazzjoni fl-Istati Membri jeħtieġ li jiġi finalizzat, peress li l-persuni b'diżabilità għandhom id-dritt li jgħixu fil-komunità u li jkunu inklużi kompletament fiha; billi l-progress li sar fid-deistituzzjonalizzazzjoni mhuwiex ugwali fl-Istati Membri kollha u minkejja l-introduzzjoni ta' politiki u l-allokazzjoni ta' finanzjament sostanzjali fl-UE, xorta għad hemm miljun persuna jgħixu f'istituzzjonijiet;

I.  billi d-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi ("id-Direttiva"), li daħlet fis-seħħ fl-2000, bħalissa hija l-istrument legali ewlieni tal-UE li jipprovdi protezzjoni mid-diskriminazzjoni għall-persuni b'diżabilità; billi s-salvagwardja tal-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni hija kompetenza kondiviża bejn l-UE u l-Istati Membri;

J.  billi d-Direttiva hija biss f'allinjament parzjali mal-UNCRPD, peress li ma tħaddanx il-mudell tad-drittijiet tal-bniedem tad-diżabilità, ma tindirizzax id-diskriminazzjoni abbażi ta' diżabilità preżunta jew futura, ma għandhiex fil-mira tagħha d-diskriminazzjoni intersezzjonali, ma tirrikjedix li l-Istati Membri jadottaw miżuri ta' azzjoni pożittiva, hija limitata għall-qasam tal-impjieg, l-okkupazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, u ma testendix għall-oqsma kollha tal-ħajja kif meħtieġ mill-UNCRPD, ma tindirizzax il-libertà tal-moviment għal finijiet ta' impjieg, ma tirrikjedix il-ħolqien ta' mekkaniżmi ta' monitoraġġ indipendenti, ma tipprevedix l-involviment sistemiku tal-persuni b'diżabilità u tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom fil-proċess ta' monitoraġġ, u ma tinkludix l-obbligu li tinġabar data diżaggregata;

K.  billi d-Direttiva ma tirrikjedix b'mod legali lill-Istati Membri jaħtru korp għall-ugwaljanza biex jindirizza d-diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' diżabilità, u dan huwa problematiku ħafna peress li l-korpi għall-ugwaljanza għandhom rwol ċentrali fl-implimentazzjoni tad-direttivi dwar it-trattament ugwali abbażi tar-raġunijiet mogħtija fil-mandat tagħhom, bħall-ġeneru, u r-razza u l-oriġini etnika;

L.  billi l-ġbir ta' data komparabbli dwar l-ugwaljanza huwa vitali għat-teħid ta' deċiżjonijiet u t-tfassil ta' politika bbażati fuq l-evidenza; billi hemm nuqqas ta' statistika uffiċjali, b'mod partikolari dwar il-persuni b'diżabilità li jgħixu f'ambjenti ta' kura istituzzjonali u dwar karatteristiċi bħar-razza/l-oriġini etnika jew l-orjentazzjoni sesswali tagħhom, li ġie indikat ukoll fil-linji gwida dwar id-data dwar l-Ugwaljanza; billi r-Regolament (UE) Nru 2019/1700(25) se jirrimedja b'mod sinifikanti s-sitwazzjoni relatata mad-data tal-istħarriġ tal-unitajiet domestiċi dwar l-impjiegi, data diżaggregata skont it-tipi ta' diżabilità u data dwar il-pajjiż tal-oriġini (l-ewwel u t-tieni ġenerazzjoni), u jipprevedi studji pilota dwar persuni fl-istituzzjonijiet; billi l-lakuni se jkomplu jippersistu u għandhom jiġu rimedjati;

M.  billi 50,6 % biss tal-persuni b'diżabilità għandhom impjieg (48,3 % tan-nisa u 53,3 % tal-irġiel) meta mqabbla ma' 74,8 % tal-persuni b'diżabilità(26); billi l-persuni b'diżabilità li jgħixu f'istituzzjonijiet jew li jitqiesu li ma jistgħux jaħdmu huma esklużi minn din l-istatistika(27); billi dawn iċ-ċifri ma jiżvelawx it-tip, il-kwalità u l-kundizzjonijiet tal-impjieg, jiġifieri jekk l-impjieg huwiex ipprovdut fis-suq tax-xogħol miftuħ, u jekk huwiex garantit status ta' impjegat bit-tgawdija tad-drittijiet tax-xogħol u l-provvista ta' paga minima; billi l-persuni b'diżabilità huma grupp varjat u ħafna drabi huma soġġetti għal diskriminazzjoni intersezzjonali, li l-effetti kumulattivi tagħha għandhom impatt tanġibbli fuq l-impjiegi;

N.  billi f'ċerti Stati Membri persuni b'diżabilità huma fil-biċċa l-kbira impjegati f'workshops protetti; billi tali workshops protetti għandu jkollhom l-għan li jservu l-inklużjoni, ir-riabilitazzjoni u t-tranżizzjoni għas-suq tax-xogħol miftuħ mill-aktar fis possibbli; billi workshops protetti ħafna drabi huma ambjent segregat li fih il-ħaddiema b'diżabilità ma jkollhomx status ta' impjegat, drittijiet tax-xogħol, jew paga minima garantita; billi dan jikkostitwixxi b'mod ċar ksur tal-UNCRPD; jinnota li f'xi Stati Membri, sessjonijiet ta' ħidma protetti bħalissa qed jintużaw bħala tranżizzjoni għas-suq tax-xogħol miftuħ; billi r-riċerka fil-livell Ewropew dwar il-karatteristiċi u d-diversità ta' workshops protetti, xi drabi msejħa wkoll impjiegi protetti, tista' tgħin biex tiġi identifikata l-aħjar prattika, jittejjeb id-dibattitu u tiġi żgurata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE u l-UNCRPD; billi mudelli inklużivi ta' impjiegi appoġġjati jistgħu, jekk ikunu bbażati fuq id-drittijiet u rikonoxxuti bħala impjieg, jirrispettaw id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità u jservu l-inklużjoni u t-tranżizzjoni fis-suq tax-xogħol miftuħ;

O.  billi r-rata tal-qgħad tal-persuni b'diżabilità (17,1 %) hija kważi d-doppju tal-popolazzjoni ġenerali (10,2 %)(28), u l-qgħad tal-persuni b'diżabilità idum aktar minn dak tal-persuni mingħajr diżabilità irrispettivament mill-kwalifiki;

P.  billi r-rata tal-qgħad hija l-ogħla fost iż-żgħażagħ persuni b'diżabilità (dawk li għandhom bejn 16 u 24 sena), b'24,9 % meta mqabbla ma' 16,6 % fil-popolazzjoni ġenerali; billi din id-differenza hija intrinsikament marbuta mal-opportunitajiet edukattivi;

Q.  billi n-nisa b'diżabilità, li jikkostitwixxu 16 % tal-popolazzjoni totali tan-nisa, u 60 % tal-popolazzjoni ġenerali tal-persuni b'diżabilità fl-UE, għadhom jiffaċċjaw diskriminazzjoni multipla u intersezzjonali fl-oqsma kollha tal-ħajja; billi r-rata ta' inattività ekonomika fost in-nisa b'diżabilità hija aktar minn żewġ terzi ogħla minn dik tal-popolazzjoni totali tan-nisa fl-età tax-xogħol (16-64 sena); billi 20,7 % biss tan-nisa b'diżabilità għandhom impjieg full-time, meta mqabbla ma' 28,6 % tal-irġiel b'diżabilità;

R.  billi n-nisa prinċipalment huma responsabbli għall-indukrar tal-unità domestika, u jirrappreżentaw il-maġġoranza l-kbira ta' dawk li jieħdu ħsieb il-persuni b'diżabilità; billi l-ommijiet waħedhom li jindukraw it-tfal b'diżabilità huma f'riskju serju li jisfaw vittmi tal-faqar u l-esklużjoni soċjali; billi d-diskriminazzjoni abbażi tal-età taffettwa l-gruppi kollha tal-età, flimkien ma' stereotipi u ostakli possibbli; billi n-nisa anzjani b'diżabilità ta' spiss ikunu l-uniċi persuni li jindukraw il-membri tal-familja b'diżabilità; billi dan għandu effett dirett fuq il-vulnerabilità tagħhom għall-faqar u l-esklużjoni soċjali, kif ukoll fuq l-aċċess tagħhom għall-impjiegi u l-iżvilupp professjonali tagħhom, u jista' jaffettwa b'mod negattiv il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom;

S.  billi hemm aktar minn 30 miljun persuna għomja u b'vista parzjali fl-Ewropa kollha; billi r-rata medja tal-qgħad fosthom hija ta' 75 % – u saħansitra ogħla fost in-nisa – u dan iwassal għall-esklużjoni soċjali u l-faqar tagħhom(29); billi hemm madwar miljun utent tal-lingwa tas-sinjali tal-persuni neqsin mis-smigħ fl-UE u 51 miljun persuna li jbatu biex jisimgħu, li ħafna minnhom huma wkoll utenti tal-lingwa tas-sinjali li l-qgħad tagħhom huwa sottorapportat u riċerkat b'mod inadegwat; billi hemm madwar seba' miljun persuna b'diżabilitajiet intellettwali fl-UE li l-livell ta' impjieg tagħhom huwa konsiderevolment baxx mir-rata medja(30); billi l-istimi jindikaw li madwar l-Ewropa bejn wieħed u ieħor 10 % biss tal-persuni fuq l-ispettru tal-awtiżmu huma impjegati, l-aktar f'impjiegi part-time u b'paga baxxa, f'pożizzjonijiet sottokwalifikati jew f'ambjenti protetti(31);

T.  billi fost il-persuni b'diżabilità, 29,5 % tan-nisa u 27,5 % tal-irġiel jinsabu f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali fl-UE meta mqabbla ma' 22,4 % tal-popolazzjoni kollha kemm hi; billi l-persuni b'diżabilità għandhom aktar tendenza jiffaċċjaw il-faqar fost dawk li jaħdmu minn dawk mingħajr diżabilità (11 % meta mqabbla ma' 9,1 %) minħabba l-ispejjeż żejda tad-diżabilità tagħhom, bħall-kura tas-saħħa, l-appoġġ fil-loġistika u uman, in-nuqqas tagħhom ta' intitolamenti ladarba jibdew jaħdmu u l-fatt li jaqilgħu inqas mill-kollegi tagħhom fi rwol ekwivalenti u huma inqas probabbli li jiksbu promozzjoni(32); billi r-riskju tal-faqar huwa enfasizzat għal dawk li jiddikjaraw livelli aktar severi ta' diżabilità;

U.  billi għadd sproporzjonat ta' persuni b'diżabilità huma mingħajr dar u hemm riskju akbar li l-persuni b'diżabilità jispiċċaw mingħajr dar; billi l-persuni mingħajr dar jistgħu jiżviluppaw diżabilità, bħal dirgħajn amputati, minħabba r-riskji li jirriżultaw mill-kundizzjonijiet tal-għajxien tagħhom;

V.  billi, minħabba l-effetti kumulattivi tad-diskriminazzjoni intersezzjonali, il-persuni b'diżabilità Rom huma preżunti li jiffaċċjaw aktar ostakli, jesperjenzaw livelli ogħla ta' qgħad, faqar aktar sever u inqas aċċess għall-edukazzjoni u s-servizzi mill-pari tagħhom mingħajr diżabilità(33);

W.  billi l-persuni LGBTI b'diżabilità jiffaċċjaw ostakli addizzjonali għall-impjieg, b'16 % jirrapportaw li ġew miċħuda impjiegi jew promozzjonijiet minħabba l-identità tagħhom, meta mqabbla ma' 10 % tal-persunal LGBTI b'mod ġenerali; billi persuna minn kull erba' persuni b'diżabilità LGBTI kienet soġġetta għal rimarki derogatorji, bullying u abbuż, u "nkixfet" mingħajr kunsens(34);

X.  billi stħarriġ reċenti madwar l-UE kollha dwar il-persuni b'diżabilità juri li 96 % isibu li l-aċċess għas-suq tax-xogħol miftuħ huwa inadegwat jew jirrikjedi titjib, filwaqt li 10 % biss minnhom isibu li l-leġiżlazzjoni eżistenti hija adegwata biex tipproteġi lill-persuni b'diżabilità minn diskriminazzjoni fis-suq tax-xogħol miftuħ, u 18 % ma kinux konxji mill-eżistenza ta' leġiżlazzjoni f'pajjiżhom li tipproteġihom mid-diskriminazzjoni(35);

Y.  billi din id-data turi li Strateġija tad-Diżabilità tal-UE 2010-2020 ma poġġietx biżżejjed enfasi fuq l-impjieg tal-persuni b'diżabilità u d-diskriminazzjoni intersezzjonali li jiffaċċjaw;

Z.  billi l-fastidju fuq il-post tax-xogħol, inkluż il-fastidju sesswali u r-ritaljazzjoni meta jsemmgħu leħinhom, ixekkel l-aċċess għax-xogħol u l-impjieg, iż-żamma tal-impjieg u perkorsi ugwali fil-karriera, b'mod partikolari għan-nisa b'diżabilità;

AA.  billi l-iżvantaġġ, l-esklużjoni u d-diskriminazzjoni kontra l-persuni b'diżabilità fis-suq tax-xogħol mhumiex sfida awtonoma iżda huma interrelatati man-nuqqas ta' edukazzjoni inklużiva, inkluż fit-tfulija bikrija; it-tagħlim tul il-ħajja, inkluż it-taħriġ vokazzjonali; l-ostakli, is-segregazzjoni u d-diskriminazzjoni preżenti fl-oqsma tad-djar u s-saħħa; u n-nuqqas ta' aċċessibilità tat-trasport u servizzi u prodotti oħra; billi approċċ kumpless u miżuri komprensivi huma għalhekk meħtieġa biex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni;

AB.  billi l-miżuri għall-promozzjoni tal-benesseri mentali u l-prevenzjoni tal-mard mentali u d-diżabilitajiet psikosoċjali fuq il-post tax-xogħol huma kruċjali;

AC.  billi l-aċċessibilità tal-postijiet tax-xogħol, it-trasport u s-servizzi ta' appoġġ, b'mod partikolari l-assistenza personali, u s-soċjetà inġenerali hija essenzjali għall-persuni b'diżabilità biex igawdu b'mod effettiv id-dritt tagħhom għal għajxien indipendenti u d-dritt tagħhom għax-xogħol; billi l-Istati Membri għandhom jappoġġjaw ukoll il-ħolqien ta' ambjent mibni mingħajr ostakli; billi ladarba tiġi trasposta, id-Direttiva (UE) 2019/882 dwar ir-rekwiżiti ta' aċċessibilità għall-prodotti u s-servizzi se tipprovdi titjib sinifikanti għal soċjetà mingħajr ostakli, u billi t-traspożizzjoni tagħha għalhekk jeħtieġ li tiġi mmonitorjata f'waqtha u mill-qrib;

AD.  billi t-tneħħija tal-benefiċċji malli l-persuni b'diżabilità jibdew xogħol bi ħlas hija politika ta' riskju u stress kbir, ostaklu kbir għall-aċċess għax-xogħol, u soċjalment inġusta minħabba li ma tinkludix l-ispejjeż ogħla ta' għajxien b'diżabilità;

AE.  billi d-definizzjonijiet differenti ta' diżabilità, id-diversità tal-valutazzjoni tad-diżabilità u l-metodi ta' klassifikazzjoni varjati u spiss mhux ċari applikati fl-Istati Membri, kif ukoll in-nuqqas ta' rikonoxximent reċiproku tal-istatus ta' diżabilità, ifixklu l-libertà tal-moviment fi ħdan l-UE għall-persuni b'diżabilità;

AF.  billi s-sensibilizzazzjoni hija essenzjali biex l-impjegaturi u l-ħaddiema jkunu jistgħu jaġixxu u jirreaġixxu b'mod adegwat, abbażi tal-għarfien tal-obbligi u d-drittijiet tagħhom fil-qasam tan-nondiskriminazzjoni;

AG.  billi t-teknoloġiji ġodda, b'mod partikolari s-sistemi tal-IA, għandhom il-potenzjal li jiżviluppaw proċessi ta' reklutaġġ effiċjenti, aċċessibbli u mhux diskriminatorji, iżda żviluppi teknoloġiċi li mhumiex inklużivi jistgħu jirrappreżentaw riskju li jiżdiedu ostakli u forom ta' diskriminazzjoni ġodda; billi l-Artikolu 9 tal-UNCRPD jirrikjedi informazzjoni aċċessibbli kif ukoll aċċess għat-teknoloġiji u s-sistemi ta' komunikazzjoni fuq bażi ugwali ma' oħrajn;

1.  Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom li jwettqu ugwaljanza inklużiva għall-persuni b'diżabilità u jimplimentaw bis-sħiħ l-UNCRPD, inkluż l-Artikolu 27 tagħha dwar ix-xogħol u l-impjieg; jistedinhom, għal dan l-għan iżidu l-isforzi tagħhom u jistinkaw biex joħolqu suq tax-xogħol tal-UE inklużiv, aċċessibbli u nondiskriminatorju b'approċċ olistiku ta' politika taċ-ċiklu tal-ħajja għall-persuni b'diżabilità u għal kulħadd, f'konformità mat-Trattati tal-UE u d-drittijiet stabbiliti fl-EPSR kif ukoll mal-valuri internazzjonali stabbiliti fl-Aġenda tan-NU għall-2030 u fl-SDGs; jistieden lill-UE u l-Istati Membri jirratifikaw il-Protokoll Fakultattiv tal-UNCRPD;

2.  Jemmen li trid issir reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi malajr kemm jista' jkun sabiex tiġi armonizzata b'mod sħiħ mad-dispożizzjonijiet tal-UNCRPD u jiġi implimentat proċess parteċipatorju mmirat lejn l-iżgurar tal-involviment dirett u sħiħ tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-persuni b'diżabilità;

Għal post tax-xogħol inklużiv u aċċessibbli

3.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jadottaw standards u linji gwida ta' disinn universali dwar l-aċċessibilità ta' ambjenti, programmi, servizzi u prodotti, inklużi l-postijiet tax-xogħol, it-tagħmir u l-faċilitajiet tagħhom, sabiex ikunu jistgħu jintużaw minn kulħadd;

4.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw il-provvista ta' akkomodazzjoni raġonevoli għall-persuni b'diżabilità fuq il-post tax-xogħol, mingħajr mal-ħaddiema jkollhom għalfejn iġarrbu spejjeż; jistieden lill-Kummissjoni tħejji linji gwida ċari tal-UE dwar l-akkomodazzjoni raġonevoli li jagħtu dettalji dwar liema forom tista' tieħu f'konformità mal-ħtiġijiet ta' individwu sabiex l-Artikolu 5 tad-Direttiva jkun jista' jiġi traspost b'mod effettiv fil-liġi nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tniedi proċeduri ta' ksur u tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ sistema ta' sanzjonijiet f'każ ta' nuqqas ta' provvediment ta' akkomodazzjoni raġonevoli, peress li tikkostitwixxi forma ta' diskriminazzjoni; iqis li l-Parlament jista' juża l-għażla li jistieden lill-Kummissjoni tniedi tali proċeduri ta' ksur; jistieden lill-Istati Membri jippreparaw materjali ta' appoġġ u ta' gwida u jipprovdu taħriġ rilevanti f'formati aċċessibbli għall-impjegaturi, min għandu d-dmirijiet, il-ħaddiema u l-persuni b'diżabilità sabiex jiżviluppaw l-għarfien, il-ħiliet u l-konoxxenza neċessarji dwar l-implimentazzjoni prattika tal-akkomodazzjoni raġonevoli, u b'hekk iġibu fix-xejn il-ħrejjef dwar l-ispejjeż projbittivi tagħha;

5.  Jiddeplora bil-qawwa l-infurzar dgħajjef u mhux omoġenju tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE f'xi Stati Membri, li qed jonqsu milli jimmonitorjaw u jissanzjonaw b'mod effettiv u uniformi l-ksur persistenti tad-dritt tal-UE;

6.  Jiddikjara li d-dritt tal-persuni kollha għall-ugwaljanza quddiem il-liġi u għall-protezzjoni mid-diskriminazzjoni jikkostitwixxi dritt universali rikonoxxut mid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, mill-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, mill-Patti Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, u mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, li tagħhom l-Istati Membri kollha huma firmatarji; ifakkar li l-Konvenzjoni Nru 111 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) tipprojbixxi d-diskriminazzjoni fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol;

7.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jużaw jew jeżaminaw l-introduzzjoni ta' kwoti obbligatorji għad-diversità fuq il-post tax-xogħol sabiex jitrawwem post tax-xogħol inklużiv b'sanzjonijiet effettivi u proporzjonati għan-nuqqas ta' konformità; jissuġġerixxi li l-multi għandhom jiġu investiti mill-ġdid għall-inklużjoni; jenfasizza li dawn il-miżuri għandhom ikunu proporzjonati filwaqt li jitqiesu strutturi żgħar; iħeġġeġ lill-Istati Membri jappoġġjaw l-impriżi pubbliċi u privati fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' diversità annwali b'miri miżurabbli u evalwazzjoni perjodika, u jappoġġjaw lill-impjegaturi f'li jirreklutaw persuni b'diżabilità permezz ta' miżuri bħall-istabbiliment ta' lista volontarja jew punt uniku ta' applikanti b'diżabilità li minnu jirreklutaw il-kandidati; jistieden lill-Istati Membri jakkumpanjaw l-introduzzjoni ta' kwoti b'taħriġ għall-impjegaturi dwar il-kontenut u l-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli applikabbli; jistieden lill-Istati Membri jqabbdu lis-servizzi pubbliċi tal-impjieg jippreparaw lista volontarja ta' persuni b'diżabilità li qed ifittxu impjieg biex tgħin lill-impjegaturi jissodisfaw ir-rekwiżit tal-kwoti tad-diversità;

8.  Jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE biex imexxu bl-eżempju billi jistabbilixxu kwota tad-diversità u kwota tad-diversità speċifika dwar ir-reklutaġġ tal-persuni b'diżabilità, jiżviluppaw linji gwida interni dwar l-akkomodazzjoni raġonevoli, jiżguraw il-ġustizzja u l-aċċessibilità sħiħa fil-proċess tar-reklutaġġ u fil-post tax-xogħol, u jimpjegaw persuni b'kull xorta ta' diżabilità fil-livelli kollha u jfittxu b'mod attiv il-persuni b'diżabilità li jimlew il-pożizzjonijiet; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu l-istess fl-amministrazzjoni pubblika tagħhom;

9.  Jistieden lill-Istati Membri jadottaw politiki ta' impjieg inklużivi sostenibbli, bħal proċeduri ta' reklutaġġ adattati, l-indukrar tal-impjiegi, l-impjieg personalizzat, flessibbli u appoġġjat, il-kondiviżjoni tal-impjiegi, kollokament u appoġġ individwali, u intrapriżi inklużivi, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi ta' persuni b'tipi differenti ta' diżabilitajiet u b'hekk jiġi ffaċilitat l-aċċess tagħhom għas-suq tax-xogħol; jistieden lill-Istati Membri

   jużaw inċentivi fiskali u miżuri oħra ta' appoġġ finanzjarju għall-kumpaniji, inklużi l-SMEs, jirreklutaw il-persuni b'diżabilità jew jipprovdulhom taħriġ vokazzjonali u apprendistati;
   jappoġġjaw kumpaniji inklużivi li jipprovdu impjiegi għal persuni b'diżabilità fis-suq tax-xogħol miftuħ permezz tal-akkwist pubbliku;
   jippromwovu mudelli ta' intermedjazzjoni tax-xogħol imfassla apposta;
   jippromwovu r-responsabilità soċjali korporattiva dwar l-impjieg tal-persuni b'diżabilità u jappoġġjaw l-organizzazzjonijiet tal-Ekonomija Soċjali li jerġgħu jinvestu l-profitti tagħhom f'għanijiet soċjali;
   u jinfurmaw lill-impjegaturi dwar dawn il-politiki u l-inċentivi;

jistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw lill-kumpaniji li joffru miżuri ta' azzjoni pożittiva mmirati biex jindirizzaw żvantaġġ multiplu; jistieden lill-Istati Membri jiskambjaw l-aħjar prattiki sabiex jidentifikaw u japplikaw taħlita mmirata ta' miżuri biex jappoġġjaw l-impjieg ugwali tal-persuni b'diżabilità;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu b'mod urġenti miżuri biex jivvalutaw ix-xejriet ewlenin għall-futur tax-xogħol minn perspettiva ta' diżabilità bl-involviment attiv tal-persuni b'diżabilità, sabiex jidentifikaw u jniedu azzjonijiet speċifiċi biex jagħmlu s-suq tax-xogħol aktar inklużiv, b'kunsiderazzjoni tad-diversità tal-persuni b'diżabilità; jisħaq f'dan il-kuntest dwar l-importanza ta' inizjattivi inklużivi u aċċessibbli mmirati lejn it-tagħlim tul il-ħajja, inklużi l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) u żvilupp tal-ħiliet għall-persuni b'diżabilità minn età bikrija, b'fokus partikolari fuq il-ħiliet diġitali u ekoloġiċi f'konformità mal-evoluzzjoni rapida tar-realtajiet u d-domandi tas-suq tax-xogħol attwali u futur; jissottolinja, barra minn hekk, l-importanza li jingħata appoġġ xieraq lill-persuni b'diżabilità tul ħajjithom kollha, billi jsir użu aħjar tat-teknoloġiji innovattivi biex ikun hemm kundizzjonijiet ekwi u jitneħħew l-ostakli għall-edukazzjoni u l-impjiegi, u biex il-persuni b'diżabilità jingħataw għajnuna biex jiksbu aċċess għal għodod u softwer diġitali li huma indispensabbli għall-għajxien indipendenti tagħhom;

11.  Jistieden lill-Istati Membri jżidu l-kapaċità tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi biex joħolqu network ta' kumpaniji inklużivi, jirreklutaw, f'kull livell, awżiljarji tal-impjieg speċjalizzati bħal kowċis tal-impjiegi, li jipprovdu valutazzjoni tal-ħtiġijiet individwalizzata, taħriġ u appoġġ għal persuni b'diżabilità li qed ifittxu impjieg, u assistenti għat-twassil tal-impjiegi għal kemm ikun hemm bżonn żmien biex jgħinu lil persuni b'diżabilità jagħmlu xogħolhom fis-suq tax-xogħol miftuħ;

12.  Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu approċċi bbażati fuq id-drittijiet tal-bniedem fl-edukazzjoni bl-għan li jiġu stabbiliti sistemi edukattivi li jaċċettaw lil kulħadd u li huma inklużivi u nondiskriminatorji, kif ukoll jappoġġjaw l-iżvilupp u l-provvista ta' taħriġ dwar id-disinn universali, akkomodazzjoni raġonevoli u diversità fuq il-post tax-xogħol għall-istudenti universitarji fil-fakultajiet rilevanti bl-involviment tal-persuni b'diżabilità, u jiffaċilitaw it-taħriġ ta' kowċis tal-impjiegi, assistenti għat-twassil tal-impjiegi u konsulenti dwar id-diżabilità u d-diversità b'enfasi fuq l-ispeċifiċitajiet ta' diżabilitajiet differenti;

13.  Jistieden lill-Istati Membri jivvalutaw b'mod kontinwu, flimkien mar-rappreżentanti tal-persuni b'diżabilità, il-karatteristiċi, id-diversità u l-effikaċja ta' workshops protetti eżistenti fl-għoti ta' ħiliet lill-persuni b'diżabilità biex jiksbu impjieg fis-suq tax-xogħol miftuħ, biex jiżguraw li jkunu koperti u protetti b'oqfsa legali li jkopru s-sigurtà soċjali, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-pagi minimi u n-nondiskriminazzjoni, filwaqt li gradwalment jeliminaw dispożizzjonijiet li ma jkunu fi ksur tal-UNCRPD, speċjalment l-Artikolu 27; jistieden lill-Kummissjoni tikkontrolla dan il-proċess; ifakkar li l-workshops protetti għandhom ikunu limitati b'għazla għal perjodu temporanju għall-persuni b'diżabilità fiċ-ċiklu tagħhom tal-ħajja tax-xogħol; jistieden lill-Istati Membri, f'dan ir-rigward, jiżviluppaw u jippromwovu mudelli ta' impjieg inklużivi fis-suq tax-xogħol miftuħ u barra workshops protetti f'konformità sħiħa mal-UNCRPD; jinsisti wkoll li l-ħaddiema b'diżabilità f'workshops protetti għandhom jiġu ggarantiti mill-inqas id-drittijiet u l-istatus ekwivalenti għad-drittijiet tax-xogħol tal-persuni li jaħdmu fis-suq tax-xogħol miftuħ; jistieden lill-Istati Membri, f'dan ir-rigward, iħaffu d-deistituzzjonalizzazzjoni, jipprovdu sistemi ta' kura effettivi, reġjonali u deċentralizzati, inklużi servizzi ta' attivazzjoni soċjali, fil-livelli kollha tas-soċjetà, u jiżguraw l-involviment bla xkiel ta' persuni b'diżabilità fis-suq tax-xogħol miftuħ u fis-soċjetà kollha kemm hi;

14.  Jiddeplora l-fatt li d-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali tista' timmina l-ilħuq tal-objettivi tat-TUE;

15.  Jilqa' l-inizjattivi tal-Kummissjoni, bħall-Access City Award (Premju għall-Bliet Aċċessibbli), u jsostni inizjattivi fil-livell nazzjonali, f'dak reġjonali u f'dak lokali;

16.  Jesprimi dispjaċir li l-persuni b'diżabilità intellettwali jew psikosoċjali jesperjenzaw diversi ostakli legali, istituzzjonali, soċjali u tal-komunikazzjoni biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom, u dan iżommhom milli jivvutaw, jikkontestaw elezzjoni għal kariga pubblika, jeżerċitaw parteċipazzjoni ċivika jew sempliċement ikollhom kontroll fuq ħajjithom stess; iħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu miżuri immedjati biex jirriformaw l-oqfsa legali tagħhom sabiex jiżguraw li l-persuni b'diżabilità jgawdu kapaċità ġuridika fuq bażi ugwali ma' ħaddieħor fl-aspetti kollha tal-ħajja, f'konformità mal-Artikolu 12 tal-UNCRPD, u jfakkar li d-drittijiet politiċi tal-persuni b'diżabilità u l-opportunità li jgawduhom fuq bażi ugwali ma' ħaddieħor għandhom jiġu ggarantiti, f'konformità mal-Artikolu 29 tal-UNCRPD;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiggarantixxu li l-fondi tal-UE ma jintefqux fuq skemi ta' impjieg segregat tal-persuni b'diżabilità mingħajr ebda prospett li jsibu impjieg mhux protett;

Għal post tax-xogħol mhux diskriminatorju

18.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintensifikaw ix-xogħol tagħhom mal-persuni b'diżabilità, l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom u l-korpi bl-għan li jippreparaw u jniedu kampanji ta' sensibilizzazzjoni komprensivi u taħriġ f'formati aċċessibbli u lingwi tas-sinjali, immirati lejn l-impjegaturi, min għandu d-dmirijiet fl-oqsma kollha u s-soċjetà usa' dwar il-kapaċitajiet u l-kontributi tal-persuni b'diżabilità, u dwar il-benefiċċji tad-diversità, l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni, sabiex tinqered l-istigma eżistenti u l-preġudizzju kontra l-persuni b'diżabilità, biex jiġu miġġielda l-bullying, il-fastidju u l-isfruttament, u tinkiseb ugwaljanza inklużiva għal kulħadd;

19.  Jenfasizza l-importanza tal-aċċess għall-informazzjoni għall-vittmi tad-diskriminazzjoni; iqis li huwa neċessarju li l-Istati Membri jieħdu l-passi xierqa biex jiżguraw li jkunu jistgħu jinkisbu konsulenza u assistenza legali raġonevoli u aċċessibbli u jiġu pprovduti lill-vittmi fl-istadji kollha tal-proċess legali, inklużi konsulenza kunfidenzjali u wiċċ imb wiċċ u appoġġ emozzjonali, personali u morali, mill-korpi tal-ugwaljanza jew intermedjarji xierqa; jistieden lill-Istati Membri, barra minn hekk, jiġġieldu kontra l-fastidju u l-vjolenza fuq il-post tax-xogħol, li jmorru kontra d-dinjità tal-persuna u/jew joħolqu ambjent offensiv fuq il-post tax-xogħol;

20.  Jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri attivi biex jissalvagwardjaw in-nondiskriminazzjoni għal kulħadd, inklużi l-persuni b'diżabilità, biex jiżguraw, f'konformità mal-UNCRPD, l-aċċessibilità tal-postijiet tax-xogħol, it-trasport u l-ambjent mibni, u jipprovdu akkomodazzjoni raġonevoli għall-persuni b'diżabilità fl-istadji kollha tax-xogħol, mir-reklutaġġ sal-progress fil-karriera, għal kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri u tajbin għas-saħħa u r-rijabilitazzjoni tal-impjieg; jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE jieħdu l-istess miżuri; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-persuni b'diżabilità ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tax-xogħol u tat-trade unions tagħhom fuq termini ugwali u li jkunu protetti mill-vjolenza, il-mobbing, il-bullying ċibernetiku u l-fastidju, inkluż il-fastidju sesswali, b'mod partikolari dak fuq nisa b'diżabilità; għal dan il-għan, iħeġġeġ lill-Istati Membri jirratifikaw il-Konvenzjoni ta' Istanbul, li suppost se jkollha impatt trasversali fuq il-leġiżlazzjoni kollha tal-UE b'fokus speċifiku fuq in-nisa b'diżabilità li jiffaċċjaw diskriminazzjoni multipla u huma aktar vulnerabbli għall-fastidju fil-post tax-xogħol; jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE jieħdu l-istess miżuri;

21.  jisħaq, barra minn hekk, il-ħtieġa ta' Garanzija tad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità b'miżuri speċifiċi li jindirizzaw il-ħtiġijiet tan-nisa b'diżabilità;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiggarantixxu li l-politiki tal-inklużjoni segwiti fil-livell settorjali u tal-kumpaniji jiġu stabbiliti f'konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-ħaddiema;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw lil ħaddiema b'diżabilitajiet li jirriżultaw minn aċċident, biex ikomplu bl-impjieg tagħhom jew joffru lill-persuna kkonċernata impjieg ekwivalenti li jirrifletti l-ħiliet ġodda tagħha, mingħajr telf tad-drittijiet u l-kundizzjonijiet tax-xogħol li kienet tgawdi qabel il-korriment;

24.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu approċċ preventiv u inklużiv fir-rigward tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol meta jappoġġjaw ir-reklutaġġ u r-ritorn għax-xogħol ta' persuni b'diżabilità; jinnota li dan jista' jinkiseb permezz ta' mogħdijiet integrati li jikkombinaw il-prevenzjoni tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali (OSH) ma' diversi forom ta' miżuri ta' impjegabilità bħal appoġġ individwalizzat, konsulenza, gwida, u aċċess għal edukazzjoni u taħriġ ġenerali u vokazzjonali;

25.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw id-differenza eżistenti fil-pagi bejn il-ġeneri, id-diżabilità u fuq bażi etnika, u b'hekk jiġġieldu d-diskriminazzjoni diretta u indiretta fil-pagi u r-riskju ta' faqar fost dawk li jaħdmu għall-ħaddiema li jiffaċċjaw ostakli fix-xogħol u li huma soġġetti għal diskriminazzjoni multipla, speċjalment għall-persuni LGBTI, in-nisa, ir-Rom u r-rifuġjati; jistenna l-preżentazzjoni mill-Kummissjoni tal-leġiżlazzjoni mħabbra dwar it-trasparenza fil-pagi fuq il-post tax-xogħol fl-ewwel kwart tal-2021 biex tiġi miġġielda d-differenza fil-pagi li jiffaċċjaw il-gruppi soċjali żvantaġġati, b'mod partikolari l-persuni b'diżabilità;

26.  Jisħaq li l-protezzjoni tal-persuni trans mid-diskriminazzjoni fl-impjieg trid tkun effettiva u jistieden lill-Istati Membri jiġġieldu din id-diskriminazzjoni, speċjalment fil-qasam tal-impjieg;

27.  Jistieden lill-Istati Membri biex ma jċaħħdux lill-persuni b'diżabilità mill-intitolamenti ta' diżabilità tagħhom li jkopru l-ispejjeż żejda relatati mad-diżabilità meta jidħlu fis-suq tax-xogħol jew meta jaqbżu ċertu limitu ta' dħul, peress li din il-prattika tikkontribwixxi għall-faqar fost dawk li jaħdmu u fost l-anzjani peress li dawn l-intitolamenti jservu biex jappoġġjaw lill-persuni b'diżabilità f'li jegħlbu lill-ostakli u huma jistgħu jgħinu jiggarantixxu d-dinjità u l-ugwaljanza tagħhom;

28.  Jistieden lill-Istati Membri jippermettu biżżejjed flessibilità fil-provvista tal-appoġġ u l-benefiċċji soċjali biex jiżguraw li jkunu aġġustabbli għall-ħtiġijiet u l-karrieri individwali tal-persuni b'diżabilità;

29.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta jekk l-Istati Membri għandhomx stabbiliti dispożizzjonijiet dettaljati biex jiżguraw li n-nies ikunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal-liv tal-maternità, il-liv tal-paternità, il-liv tal-ġenituri u l-liv tal-kura, kif ukoll arranġamenti għal xogħol flessibbli, u jekk dawn humiex adattati għall-ħtiġijiet varjati tal-ommijiet b'diżabilità, tal-ommijiet ta' tfal b'diżabilità jew li jsofru b'mard fit-tul, jew tal-ommijiet f'ċirkostanzi speċifiċi, bħal dawk li jiffaċċjaw twelid prematur; jitlob miżuri aktar ambizzjużi biex jiġi promoss ir-rwol ugwali tal-irġiel bħala persuni li jindukraw; jistieden lill-Istati Membri jippreżentaw strateġiji nazzjonali biex jappoġġjaw lil dawk li jindukraw b'mod informali; jinsisti fuq il-ħtieġa ta' servizzi ta' indukrar tat-tfal ta' kwalità għolja u aċċessibbli biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ugwali tan-nisa fl-ambjent tax-xogħol;

30.  Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi leġiżlazzjoni dwar l-istandards għall-korpi tal-ugwaljanza wara konsultazzjonijiet mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabilità, u b'hekk tipprovdilhom mandat aktar b'saħħtu u riżorsi adegwati biex jissalvagwardja t-trattament ugwali tal-persuni b'diżabilità u jiżguraw it-tixrid ta' informazzzjoni aċċessibbli għal kulħadd;

31.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu finanzjament sostenibbli għall-bini tal-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabilità filwaqt li jirrikonoxxu r-rwol importanti tagħhom biex tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni kontra l-persuni b'diżabilità;

32.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jarmonizzaw id-definizzjoni ta' diżabilità u jiżguraw ir-rikonoxximent reċiproku tal-istatus ta' diżabilità fl-Istati Membri kollha sabiex jiġi żgurat il-moviment liberu tal-persuni b'diżabilità u t-tgawdija tad-drittijiet taċ-ċittadinanza tal-UE tagħhom; għal dan il-għan, jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jwettqu studju tal-leġiżlazzjoni eżistenti u jiġbru l-aħjar prattiki mill-Istati Membri; jirrikonoxxi li l-moviment liberu huwa dritt fundamentali fl-UE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, għalhekk, jestendu l-użu tal-karta tad-diżabilità tal-UE għall-Istati Membri kollha u jwessgħu l-kamp ta' applikazzjoni tagħha, sabiex tkun tista' tintuża għar-rikonoxximent tal-istatus ta' diżabilità u biex wieħed ikollu aċċess għas-servizzi fl-UE kollha, u b'hekk issir eħfef għall-persuni b'diżabilità biex jgħixu u jaħdmu barra mill-pajjiż; jistieden lill-Kummissjoni twaqqaf punt ta' informazzjoni ċentrali bil-lingwi tas-sinjali nazzjonali u f'formati aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità dwar is-servizzi disponibbli għall-persuni b'diżabilità fl-Istat Membri differenti;

33.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrikonoxxu u jippromwovu l-assistenza personali mmexxija mill-utenti f’konformità mal-Kumment Ġenerali Nru 5 tal-Kumitat tal-UNCRPD, biex jitrawmu għajxien indipendenti u l-inklużjoni fis-suq tax-xogħol; ifakkar li minħabba n-natura speċjali tal-assistenza personali, id-dispożizzjonijiet dwar il-moviment liberu jeħtieġ li jiġu adattati għall-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità; jitlob azzjoni tal-UE biex tindirizza l-assistenza personali, speċjalment fir-rigward tal-moviment liberu tal-persuni b'diżabilità u l-assistenti personali tagħhom;

34.  Ifakkar li t-teknoloġiji l-ġodda jirrappreżentaw kemm opportunitajiet kif ukoll sfidi għall-ħaddiema kollha, b'mod partikolari l-persuni b'diżabilità; jenfasizza f'dan ir-rigward li t-teknoloġiji l-ġodda jistgħu joħolqu sfidi kbar ta' aċċessibilità għall-persuni b'diżabilità; għalhekk, jissottolinja li l-aċċessibilità trid tiġi inkluża bħala prekundizzjoni fi kwalunkwe inizjattiva tal-UE, u li l-UE għandha tieħu azzjoni biex tappoġġja l-applikazzjoni tad-disinn universali u tiżgura d-disponibilità u l-affordabilità ta' teknoloġiji assistivi; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura, f'konformità mal-UNCRPD, aċċessibilità sħiħa u effettiva tat-teknoloġiji u s-sistemi tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni fuq bażi ugwali u tapplika, f'dan il-kuntest, linji gwida li jappoġġjaw lill-iżviluppaturi tal-IA jqisu l-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità permezz tal-proċessi tal-iżvilupp, u jevitaw il-ħolqien ta' preġudizzji diskriminatorji ġodda; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw il-programmi ta' riċerka ffukati fuq l-iżvilupp ta' teknoloġiji ta' assistenza inklużi r-robotika, it-teknoloġiji diġitali u l-intelliġenza artifiċjali bl-għan li jippermettu l-integrazzjoni sħiħa tal-persuni b'diżabilità fl-aspetti kollha tal-ħajja; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-persuni b'diżabilità ikollhom aċċess għal għodod diġitali u software affordabbli mfassla apposta għall-ħtiġijiet tagħhom u jibnu fuq l-għarfien espert tal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-persuni b'diżabilità fid-definizzjoni tal-għodod diġitali jew software l-aktar xierqa għall-ħtiġijiet individwali tal-persuni b'diżabilità;

Aktar azzjonijiet immirati u l-integrazzjoni tad-drittijiet tal-persuni b'diżabilità

35.  Jilqa' l-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija tal-UE dwar id-Diżabilità wara l-2020; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel enfasi speċjali fl-Istrateġija dwar l-impjiegi, kif ukoll biex tkopri d-dispożizzjonijiet kollha tal-UNCRPD, biex tistabbilixxi miri ċari, li jistgħu jitkejlu u ambizzjużi relatati mad-diversità fuq il-post tax-xogħol bħala riflessjoni tal-eteroġeneità tal-persuni b'diżabilità, biex tindirizza d-diskriminazzjoni multipla u intersezzjonali, u biex timmonitorja l-effiċjenza tal-istrateġija bl-involviment tal-persuni b'diżabilità u tal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom; jisħaq li kollaborazzjoni mal-awtoritajiet, is-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet u s-soċjetà ċivili fil-livell Ewropew, nazzjonali u lokali hija indispensabbli biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-Istrateġija u l-UNCRPD; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri biex jiġu indirizzati l-isfidi relatati mal-COVID-19 u l-ksur tad-drittijiet tal-persuni b'diżabilità; jenfasizza li d-diskriminazzjoni kontra l-persuni b'diżabilità marret għall-agħar matul il-pandemija tal-COVID-19, u b'hekk ipperikolat ħajjet il-persuni b'diżabilità u heddet is-saħħa fiżika u mentali tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni torbot l-Istrateġija dwar id-Diżabilità futura mal-proċess tas-Semestru Ewropew;

36.  Jappella għall-ġbir ta' data relatata mad-diżabilità fl-UE kollha b'approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem, inkluż fuq l-impjieg u l-VET, diżaggregata skont il-ġeneru, l-età, it-tip ta' diżabilità, ir-razza/l-oriġini etnika, l-orjentazzjoni sesswali, il-livell ta' edukazzjoni, eċċ., inkluż il-persuni b'diżabilità li s'issa tħallew barra mill-istatistika; jitlob il-ġbir ta' data relatata mal-impatt tal-kriżi tal-COVID-19 fuq il-persuni b'diżabilità sabiex jitressqu politiki biex jippreparaw għal kriżijiet futuri;

37.  Jappella lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE u lill-Istati Membri jaġixxu f'konformità mas-slogan "xejn dwarna mingħajrna" u jistabbilixxu kooperazzjoni mill-qrib mal-persuni b'diżabilità u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, jibnu fuq l-għarfien espert tagħhom u b'mod attiv jinvolvuhom f'kull stadju tat-teħid ta' deċiżjonijiet, il-legiżlazzjoni, l-istrateġiji, il-politiki u l-programmi rilevanti, inklużi dawk ewlenin;

38.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintegraw id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità, filwaqt li jqisu s-sitwazzjoni speċifika ta' dawk soġġetti għal diskriminazzjoni multipla, fil-proposti kollha relatati mal-impjiegi, inklużi dawk li jikkonċernaw it-trasformazzjonijiet mistennija fil-futur tax-xogħol, kif ukoll meta jfasslu u jimplimentaw azzjonijiet immirati lejn l-iżvilupp ta' ħiliet diġitali u ekoloġiċi;

39.  Jistieden lill-Kummissjoni, b'mod partikolari t-Task Force għall-Ugwaljanza, u lill-Istati Membri biex sistematikament jintegraw id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità, b'attenzjoni speċjali għal dawk soġġetti għal diskriminazzjoni intersezzjonali, fil-liġijiet, il-politiki u l-programmi rilevanti kollha, peress li l-ugwaljanza fl-impjieg ma tistax tiġi sseparata mill-aċċess ugwali għall-edukazzjoni, is-saħħa, l-akkomodazzjoni, il-ġustizzja u l-protezzjoni soċjali, u biex jespandu l-fokus fuq l-aċċessibilità biex jagħmlu progress lejn ambjent mibni, spazji pubbliċi, trasport u teknoloġioji ta' informazzjoniu komunikazzjoni, eċċ.; jisħaq f'dan ir-rigward fuq il-ħtieġa li jinħatar punt fokali tad-diżabilità fl-istituzzjonijiet tal-UE kollha, inkluż fid-DĠ tal-Kummissjoni u l-Aġenziji tal-UE, flimkien mal-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' koordinazzjoni interistituzzjonali sabiex tiġi żgurata l-integrazzjoni tad-diżabilità fil-leġiżlazzjoni kollha tal-UE;

40.  Huwa mħasseb dwar l-eżistenza ta' ostakli sinifikanti fl-aċċess għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni għall-persuni b'diżabilità, b'mod partikolari għall-persuni li huma għomja jew torox, il-persuni b'diżabilità intellettwali u l-persuni fuq l-ispettru tal-awtiżmu; ifakkar li d-differenzi fil-kapaċitajiet tal-individwi li jirċievu u jagħtu informazzjoni u li jużaw teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni jirrappreżentaw distakk fl-għarfien li joħloq inugwaljanza;

41.  Jappella għal rieżami trasversali u komprensiv tad-dritt u tal-politika tal-Unjoni biex tiġi żgurata l-konformità sħiħa tagħhom mal-UNCRPD;

42.  Jistieden lill-Istati Membri jindirizzaw id-diskriminazzjoni u l-vjolenza kontra t-tfal b'diżabilità permezz ta' approċċ integrat, filwaqt li jirrikonoxxi li dawn iħabbtu wiċċhom ma' riskju akbar li jkunu vittmi ta' tali mġiba; jenfasizza li leħen it-tfal b'diżabilità għandu jkun rappreżentat fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-liġijiet, il-politiki, is-servizzi u l-miżuri li jindirizzawhom;

43.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li fil-Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Asil jiġu inklużi dispożizzjonijiet speċifiċi u adegwati sabiex jiġu indirizzati kif jixraq il-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità fl-istadji kollha u fil-proċessi kollha;

44.  Jiddispjaċih li d-dritt tal-Unjoni ma jipproteġix lill-individwi mid-diskriminazzjoni minħabba d-diżabilità barra mill-post tax-xogħol u mill-impjieg;

45.  Jistieden lill-Kunsill jiżblokka n-negozjati dwar id-direttiva orizzontali proposta kontra d-diskriminazzjoni mingħajr aktar dewmien u jersaq lejn ftehim, b'tali mod li jestendi l-protezzjoni tal-persuni b'diżabilità barra mill-isfera tal-impjieg;

46.  Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu li l-biċċa l-kbira tal-programmi ewlenin, inklużi dawk koperti mill-Fondi Strutturali, jonqsu milli jilħqu lill-gruppi l-aktar żvantaġġati, inklużi l-persuni b'diżabilità; jistieden, għalhekk, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri tivverifika l-prestazzjoni tal-programmi tal-UE, b'enfasi speċjali fuq il-programmi tal-edukazzjoni u l-impjiegi, pereżempju l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), u Erasmus+, b'mod dettaljat;

47.  Jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi li l-fondi tal-UE se jirrispettaw l-istandards tad-drittijiet tal-bniedem tal-UE u konvenzjonijiet bħall-UNCRPD u mhux se tappoġġja kwalunkwe miżura u programm li jikkontribwixxu għas-segregazzjoni jew għall-esklużjoni soċjali; barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni tiffinanzja azzjonijiet li joħolqu ambjenti, prodotti, servizzi, prattiki u apparati aċċessibbli, li jrawmu d-deistituzzjonalizzazzjoni u jappoġġjaw l-assistenza personali, u tiggarantixxi li l-azzjonijiet iffinanzjati mill-UE jilħqu l-persuni b'diżabilità u jiżguraw l-involviment attiv tagħhom fis-soċjetà;

o
o   o

48.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi kandidati, lill-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, biex iqassamha lill-parlamenti u lill-kunsilli sottonazzjonali, lill-Kunsill tal-Ewropa u lin-Nazzjonijiet Uniti.

(1) ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35.
(2) ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.
(3) ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22.
(4) ĠU C 137 E, 27.5.2010, p. 68.
(5) ĠU L 327, 2.12.2016, p. 1.
(6) ĠU L 151, 7.6.2019, p. 70
(7) ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1.
(8) ĠU L 167, 4.7.2018, p. 28.
(9) Testi adottati, P9_TA(2020)0183.
(10) Testi adottati, P9_TA(2020)0156.
(11) ĠU C 363, 28.10.2020, p. 164.
(12) ĠU C 356, 4.10.2018, p. 110.
(13) ĠU C 101, 16.3.2018, p. 138.
(14) ĠU C 353, 27.9.2016, p. 41.
(15) ĠU C 131 E, 8.5.2013, p. 9.
(16) ĠU C 212 E, 5.8.2010, p. 23.
(17) ĠU C 187, 18.7.1988, p. 236.
(18) ĠU C 379, 7.12.1998, p. 66.
(19) ĠU C 224, 27.6.2018, p. 68.
(20) Testi adottati, P9_TA(2020)0054.
(21) ĠU C 411, 27.11.2020, p. 94.
(22) ĠU C 204, 13.6.2018, p. 179.
(23) Napplikaw il-kunċett ta' "persuni b'diżabilità" previst fl-Artikolu 1 tal-UNCRPD: "Il-persuni b'diżabilità jinkludu dawk li għandhom indeboliment tas-saħħa fiżika, mentali, intellettwali jew sensorjali fuq perjodu fit-tul flimkien ma' diversi ostakli jistgħu jxekklu l-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tagħhom fis-soċjetà fuq bażi ugwali ma' oħrajn."
(24) L-Artikoli 21 u 26 tal-Karta.
(25) Ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma' persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta' data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (ĠU L 261 I, 14.10.2019, p. 1).
(26) Statistika tal-UE dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien (UE-SILC) 2017.
(27) Ibid.
(28) UE SILC 2017.
(29) ONCE u l-Unjoni Ewropea tal-Għomja, "Rapport dwar is-sitwazzjoni ta' persuni għomja u b'vista mnaqqsa fir-rigward tal-impjiegi fl-Ewropa wara 10 snin tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità: Sfidi u Opportunitajiet", Ottubru 2019.
(30) Inclusion Europe.
(31) Autism Europe, "Autism and Work – Together we can" (L-Awtiżmu u x-Xogħol – Flimkien naslu), 2014.
(32) Il-Kummissjoni għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet tal-Bniedem, rapport ta' riċerka 107 – Riċerka dwar Diskrepanzi bejn il-Pagi, "The Disability Pay Gap" (Id-Diskrepanza bejn il-Pagi tal-Persuni b'Diżabilità), Awwissu 2017.
(33) Ċentru Ewropew għal Kwistjonijiet ta' Minoranzi, studju #8, "Not Even in the Margins: Where are Roma with Disabilities?" (Lanqas Biss Jinsabu fil-Marġini: Fejn Jinsabu r-Rom b'Diżabilità?), Frar 2016.
(34) Stonewall, "LGBT in British – Work Report" (LGBT fir-Renju Unit – Rapport dwar ix-Xogħol), 2018.
(35) L-istħarriġ twettaq min-Network Ewropew dwar l-Għajxien Indipendenti (ENIL).

Avviż legali - Politika tal-privatezza