Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-11 ta' Marzu 2021 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1005/2008, u r-Regolament (UE) Nru 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontroll tas-sajd (COM(2018)0368 – C8-0238/2018 – 2018/0193(COD))(1)
Emenda 1 Proposta għal regolament Kunsiderazzjoni 6
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni27,
Wara konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni,
__________________
__________________
27 ĠU C , , p. .
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 1
(1) Il-Politika Komuni tas-Sajd saritilha riforma permezz tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28. L-objettivi tal-politika komuni tas-sajd u r-rekwiżiti għall-kontroll tas-sajd u għall-infurzar huma stabbiliti fl-Artikoli 2 u 36 ta' dak ir-Regolament. L-implimentazzjoni b'suċċess ta' din tiddependi mis-sistema effettiva u aġġornata ta' kontroll u ta' infurzar.
(1) Il-Politika Komuni tas-Sajd saritilha riforma permezz tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28. L-objettivi tal-politika komuni tas-sajd u r-rekwiżiti għall-kontroll tas-sajd u għall-infurzar huma stabbiliti fl-Artikoli 2 u 36 ta' dak ir-Regolament. L-implimentazzjoni b'suċċess ta' din tiddependi fuq sistema ċara. sempliċi, trasparenti u effettiva ta' kontroll li tiżgura l-konformità effettiva, uniformi u aġġornata fl-Istati Membri.
__________________
__________________
28 Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
28 Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 3
(3) Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009 tfassal qabel l-adozzjoni tal-politika komuni tas-sajd il-ġdida. Għaldaqstant, għandu jiġi emendat biex jindirizza aħjar ir-rekwiżiti għall-kontroll u għall-infurzar tal-politika komuni tas-sajd f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u jisfrutta teknoloġiji moderni u aktar kosteffiċjenti ta' kontroll.
(3) Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009 tfassal qabel l-adozzjoni tal-politika komuni tas-sajd il-ġdida. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi emendat biex jindirizza aħjar ir-rekwiżiti għall-kontroll u għall-infurzar tal-politika komuni tas-sajd f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jisfrutta teknoloġiji moderni u aktar kosteffiċjenti ta' kontroll u jqis l-aktar sejbiet xjentifiċi reċenti fir-rigward tas-sostenibilità ambjentali tal-attivitajiet tas-sajd u tal-akkwakultura.
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 4a (ġdida)
(4a) Infurzar koerenti, ċar, trasparenti, ekwu u robust tal-politika komuni tas-sajd mhux biss se jgħin it-trawwim ta' industrija tas-sajd dinamika u jiżgura standard ta' għajxien ekwu għall-komunitajiet tas-sajd, iżda se jikkontribwixxi wkoll biex tinkiseb is-sostenibilità fis-settur tas-sajd u biex jintlaħqu l-objettivi tal-bijodiversità.
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 9a (ġdida)
(9a) Sabiex tiġi żgurata armonizzazzjoni akbar tal-qafas regolatorju tal-Unjoni, jenħtieġ li tiżdied definizzjoni ġdida ta' “speċi sensittiva”.
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 10
(10) Definizzjoni ta' “bastimenti tas-sajd” hi pprovduta fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u tinkludi bastimenti mgħammra għal użu kummerċjali ta' riżorsi bijoloġiċi marini bħal bastimenti tal-qbid, bastimenti ta' appoġġ, bastimenti ta' proċessar tal-ħut, bastimenti involuti fit-trasbord u bastimenti trasportaturi mgħammra għat-trasportar ta' prodotti tas-sajd, bl-eċċezzjoni ta' bastimenti tal-kontejners. Għaldaqstant, id-definizzjoni “bastiment tas-sajd” fir-Regolament (KE) Nru 1224/2009 għandha titħassar.
(10) Definizzjoni ta' “bastiment tas-sajd” hi pprovduta fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u tinkludi bastimenti mgħammra għal użu kummerċjali ta' riżorsi bijoloġiċi marini. Għaldaqstant, id-definizzjoni “bastiment tas-sajd” fir-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jenħtieġ titħassar.
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 10a (ġdida)
(10a) Sabiex tiġi promossa aktar ċarezza u armonizzazzjoni tal-qafas regolatorju tal-Unjoni u b'hekk titjieb l-applikazzjoni tiegħu, jenħtieġ li tiżdied definizzjoni ġdida ta' “bejgħ dirett”.
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 12
(12) Entitajiet tas-sajd fuq skala żgħira jaqdu rwol importanti fl-Unjoni, minn perspettiva bijoloġika, ekonomika u soċjali. Fid-dawl tal-impatti possibbli tal-entitajiet tas-sajd fuq skala żgħira fuq l-istokkijiet, importanti li jiġi kkontrollat li l-attivitajiet tas-sajd u l-isforzi tas-sajd ta' bastimenti iżgħar huma konformi mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd. Għal dan l-għan, hemm bżonn li tinkiseb data dwar il-pożizzjoni ta' dawk il-bastimenti. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jitraċċaw il-bastimenti tas-sajd kollha, inklużi l-bastimenti tas-sajd li huma iqsar minn 12-il metru. Għal bastimenti twal 12-il metru issa hu possibbli li jintużaw apparati mobbli li huma anqas għaljin u li faċli biex tużahom.
(12) Entitajiet tas-sajd fuq skala żgħira jaqdu rwol importanti fl-Unjoni, minn perspettiva bijoloġika, ekonomika u soċjali. Fid-dawl tal-impatti possibbli tal-entitajiet tas-sajd fuq skala żgħira fuq l-istokkijiet, huwa importanti li jiġi kkontrollat li l-attivitajiet tas-sajd u l-isforzi tas-sajd ta' bastimenti iżgħar huma konformi mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd. Għal dan l-għan, hemm bżonn li tinkiseb data dwar il-pożizzjoni ta' dawk il-bastimenti u jenħtieġ li jkun possibbli li dik id-data tiġi riċevuta f'intervalli regolari, idealment qrib il-ħin reali mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti oħra inklużi fi ftehimiet internazzjonali. Għaldaqstant, l-Istati Membri jenħtieġ ikunu kapaċi jitraċċaw il-bastimenti tas-sajd kollha, inklużi l-bastimenti tas-sajd li huma iqsar minn 12-il metru. Għal dawk il-bastimenti metru issa hu possibbli li jintużaw apparati mobbli li huma anqas għaljin u li faċli biex tużahom. Fi kwalunkwe każ, l-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri jenħtieġ li tkun ibbilanċjata u proporzjonata mal-objettivi segwiti, jenħtieġ li ma tinvolvix piż eċċessiv għall-flotta, speċjalment il-flotta fuq skala żgħira, u jenħtieġ li tibbenefika minn għajnuna mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura.
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 14a (ġdida)
(14a) Jenħtieġ li jkun possibbli li l-bastimenti tas-sajd jiġu mgħammra b'sistemi CCTV fuq bażi volontarja. F'dak il-każ, tali bastimenti jenħtieġ li jgawdu minn vantaġġi xierqa, bħat-tħassir tal-punti.
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 15a (ġdida)
(15a) Fil-ksib tal-objettivi tal-politika komuni tas-sajd, jenħtieġ li jitqies għalkollox il-benesseri tal-annimali, f'konformità mal-Artikolu 13 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u, fejn rilevanti, is-sikurezza tal-ikel u tal-għalf u s-saħħa tal-annimali.
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 18
(18) Għal bastimenti ta' 12-il metru jew aktar, hu importanti li l-informazzjoni fil-ġurnal ta' abbord issir aktar preċiża u tinkludi data dwar il-qabdiet bil-ġbir jew bl-operat, peress li din issaħħaħ l-effettività tal-kontrolli. Fil-każ ta' bastimenti iqsar minn 12-il metru, l-obbligilijappartjenu għat-tlestija u għas-sottomissjoni tal-ġurnal ta' abbord għandhom jiġu ssimplifikati u l-kaptani għandhom ikunu meħtieġa jissottomettu l-informazzjoni li tinsab fil-ġurnal ta' abbord darba biss, qabel jaslu fil-port.
(18) Bil-ħsieb li tissaħħaħ l-effettività tal-kontrolli, hu importanti li l-informazzjoni fil-ġurnal ta' abbord issir aktar preċiża u tinkludi data dwar il-qabdiet skont il-ġurnata ta' sajd jew b-operat. Fil-każ ta' flotta kostali fuq skala żgħira u sajd mingħajr bastimenti, il-ġurnal ta' abbord elettroniku u t-trażmissjoni ta' dik l-informazzjoni jenħtieġ li ma jinvolvux piż sproporzjonat fuq dawk il-bastimenti u l-kapaċità tagħhom li jistadu. Sabiex jiġi żgurat livell adegwat ta' kontroll fuq tali bastimenti, jenħtieġ li l-Istati Membri jimmonitorjaw l-attivitajiet tagħhom permezz ta' format simplifikat għaż-żamma ta' ġurnal ta' abbord elettroniku u għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni tal-ġurnal ta' abbord. Għalhekk, fil-każ ta' bastimenti b'tul totali ta' inqas minn 12-il metru, jenħtieġ li l-kaptani jkunu rikjesti jissottomettu l-informazzjoni li tinsab fil-ġurnal ta' abbord mill-inqas darba, qabel ma jibdew l-operazzjonijiet tal-ħatt l-art.
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 20
(20) Meta bastiment tas-sajd jitlaq, dan minnufih għandu jibda ġurnal ta' abbord elettroniku u għal dak il-vjaġġ jiġi assenjat numru identifikatur uniku tal-vjaġġ tas-sajd. Il-ġurnal ta' abbord, id-dikjarazzjonijiet ta' trasbord u d-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art għandhom jinkludu referenza għal dan in-numru identifikatur uniku tal-vjaġġ tas-sajd biex ikunu jistgħu jsiru kontrolli msaħħa u titjieb il-validazzjoni tad-data mill-Istati Membri u t-traċċabilità tal-prodotti tas-sajd fil-katina ta' provvista. Biex tittejjeb u tiġi ssimplifikata t-trażmissjoni ta' informazzjoni dwar it-telf tal-irkaptu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, il-format tal-ġurnal ta' abbord għandu jinkludi l-informazzjoni dwar l-irkaptu mitluf.
(20) Meta bastiment tas-sajd jitlaq, dan minnufih jenħtieġ li jibda ġurnal ta' abbord elettroniku u għal dak il-vjaġġ jiġi assenjat numru identifikatur uniku tal-vjaġġ tas-sajd. Il-ġurnal ta' abbord, id-dikjarazzjonijiet ta' trasbord u d-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art għandhom jinkludu referenza għal dan in-numru identifikatur uniku tal-vjaġġ tas-sajd biex ikunu jistgħu jsiru kontrolli msaħħa u titjieb il-validazzjoni tad-data mill-Istati Membri u t-traċċabilità tal-prodotti tas-sajd fil-katina ta' provvista. Biex tittejjeb u tiġi ssimplifikata t-trażmissjoni ta' informazzjoni dwar l-irkaptu tas-sajd u t-telf tal-irkaptu tas-sajd lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, il-format tal-ġurnal ta' abbord jenħtieġ li jinkludi l-informazzjoni dwar l-irkaptu u l-irkaptu mitluf. Meta tkun meħtieġa informazzjoni approssimattiva, din jenħtieġ li titqies bħala indikattiva.
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 24
(24) Ir-regoli dwar is-sottomissjoni ta' data aggregata dwar il-qabdiet u tal-isforzi tas-sajd lill-Kummissjoni għandhom jiġu ssimplifikati billi jiġi pprovdut għal data waħda għas-sottomissjonijiet kollha.
(24) Ir-regoli dwar is-sottomissjoni ta' data aggregata dwar il-qabdiet u tal-isforzi tas-sajd lill-Kummissjoni jenħtieġ li jiġu ssimplifikati billi tiġi prevista data unika għas-sottomissjonijiet kollha. Jenħtieġ li dik id-data ma tintużax għal skopijiet kummerċjali.
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 26
(26) Id-dispożizzjonijiet dwar il-kapaċità tas-sajd għandhom jiġu aġġornati biex jirreferu għar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
(26) Id-dispożizzjonijiet dwar il-kapaċità tas-sajd jenħtieġ li jiġu aġġornati biex jirreferu għar-Regolament (UE) Nru1380/2013. Il-parametri tat-Tunnellaġġ Gross (GT) u l-qawwa tal-magna (KW) użati biex titkejjel il-kapaċità tas-sajd jenħtieġ li jiġu riveduti u jekk meħtieġ sostitwiti skont il-preċiżjoni, l-adegwatezza, u r-rilevanza għall-flotta tas-sajd tal-Unjoni sabiex il-politika komuni tas-sajd tkun tista' tikkontribwixxi għat-titjib tas-sikurezza u l-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-operaturi tas-sajd.
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 30
(30) Entitajiet tas-sajd rikreattiv jaqdu rwol importanti fl-Unjoni minn perspettiva bijoloġika, ekonomika u soċjali. Fid-dawl tal-impatti sinifikanti tas-sajd rikreattiv fuq ċerti stokkijiet, hemm bżonn li jiġi pprovdut għal għodod speċifiċi li jippermettu li jsir kontroll effettiv tas-sajd rikreattiv mill-Istati Membri. Sistema ta' reġistrazzjoni jew ta' liċenzjar għandhom jippermettu għal ċens preċiż tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi li jieħdu sehem fis-sajd rikreattiv u l-ġbir ta' data affidabbli dwar il-qabdiet u l-prattiki. Il-ġbir ta' data suffiċjenti u affidabbli dwar is-sajd rikreattiv hu neċessarju biex jiġi evalwat l-impatt tat-tali prattiki tas-sajd fuq l-istokkijiet u biex l-Istati Membri u l-Kummissjoni jiġu pprovduti bl-informazzjoni neċessarja għal ġestjoni u għal kontroll effettivi tar-riżorsi bijoloġiċi marini.
(30) Entitajiet tas-sajd rikreattiv jaqdu rwol importanti fl-Unjoni minn perspettiva bijoloġika, ekonomika u soċjali. Fid-dawl tal-impatti sinifikanti tas-sajd rikreattiv fuq ċerti stokkijiet, hemm bżonn li jiġu previsti għodod speċifiċi li jippermettu li jsir kontroll uniformi, effettiv u eżawrjenti tas-sajd rikreattiv mill-Istati Membri kollha, permezz ta' sistema adegwata ta' sanzjonijiet fil-każ ta' nuqqas ta' konformità. Jenħtieġ li sistema ta' reġistrazzjoni jew ta' liċenzjar tippermetti ċens preċiż tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi li jieħdu sehem fis-sajd rikreattiv u l-ġbir ta' data affidabbli dwar il-qabdiet u l-prattiki. Il-ġbir ta' data suffiċjenti u affidabbli dwar is-sajd rikreattiv hu neċessarju biex jiġi evalwat l-impatt ambjentali, ekonomiku u soċjali ta' dawk il-prattiki tas-sajd, b'mod partikolari fid-dawl tal-evalwazzjonijiet tal-istokk, u biex l-Istati Membri u l-Kummissjoni jiġu pprovduti bl-informazzjoni neċessarja għal ġestjoni u għal kontroll effettivi tar-riżorsi bijoloġiċi marini.
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 32
(32) Id-dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli fil-katina ta' provvista għandhom jiġu ċċarati biex l-Istati Membri jwettqu kontrolli u spezzjonijiet fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, mill-ewwel bejgħ sal-bejgħ fil-livell tal-konsumatur, inkluż it-trasport.
(32) Id-dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli fil-katina ta' provvista jenħtieġ li jiġu ċċarati biex l-Istati Membri jwettqu kontrolli u spezzjonijiet fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, mill-ewwel bejgħ sal-bejgħ bl-imnut, inkluż it-trasport. F'dak ir-rigward, it-terminu “bejgħ bl-imnut” jenħtieġ li jinftiehem fis-sens kif definit fir-Regolament (UE) Nru 1379/2013, u jinkludi t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura f'lukandi, ristoranti, operazzjonijiet ta' forniment tal-ikel u kwalunkwe operazzjoni simili ta' servizz tal-ikel (“is-settur HORECA”).
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 32a (ġdida)
(32a) Fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jħejju u jvaraw kampanja ta' komunikazzjoni, li jkollha l-għan li tikkomunika kif xieraq id-dispożizzjonijiet il-ġodda stipulati f'dan ir-Regolament lis-sajjieda u lil operaturi oħra fis-settur tas-sajd rikreattiv.
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 33
(33) Ir-regoli applikabbli għat-tqegħid ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura f'lottijiet għandhom jiġu ċċarati. Għandu jiġi ċċarat li l-lottijiet għandhom ikunu komposti minn prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura ta' speċi waħda, ħlief fejn dawn ikunu jikkonsistu fi kwantitajiet żgħar ħafna.
(33) Ir-regoli applikabbli għat-tqegħid ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura f'lottijiet jenħtieġ li jiġu ċċarati. Jenħtieġ li jkun possibbli li jiġu amalgamati lottijiet sabiex tinħoloq unità ġdida, sakemm jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' traċċabilità u jkun possibbli li jiġu identifikati l-oriġini u l-ispeċijiet ta' dawk il-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura tul il-katina alimentari kollha.
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 34
(34) F'konformità mar-rekwiżiti ta' traċċabilità stabbiliti fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 931/201133 jistabbilixxi ċerti regoli dwar it-traċċabilità għas-settur speċifiku tal-ikel li joriġina mill-annimali, jiġifieri sett speċifiku ta' informazzjoni jrid jinżamm irrekordjat mill-operaturi, jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti fuq talba, u jiġi ttrasferit lill-operatur li lilu jiġi fornit il-prodott tas-sajd. Fis-settur tas-sajd, it-traċċabilità hi importanti mhux biss għall-finijiet ta' sikurezza alimentari iżda anki biex ikunu jistgħu jsiru konrolli u tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi.
(34) F'konformità mar-rekwiżiti ta' traċċabilità stabbiliti fl-Artikolu18 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 931/201133 jistabbilixxi ċerti regoli dwar it-traċċabilità għas-settur speċifiku tal-ikel li joriġina mill-annimali, jiġifieri sett speċifiku ta' informazzjoni jrid jinżamm irrekordjat mill-operaturi, jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti fuq talba, u jiġi ttrasferit lill-operatur li lilu jiġi fornit il-prodott tas-sajd. Fis-settur tas-sajd, it-traċċabilità hi importanti mhux biss għall-finijiet ta' sikurezza alimentari iżda anki biex ikunu jistgħu jsiru kontrolli, tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi, jiġi miġġieled is-sajd IUU u jiġu protetta s-sajjieda li jħarsu l-liġijiet mill-kompetizzjoni inġusta.
__________________
__________________
32 Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
32 Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
33 Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 931/2011 tad-19 ta' Settembru 2011 dwar ir-rekwiżiti tat-traċċabbiltà stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 242, 20.9.2011, p. 2).
33 Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 931/2011 tad-19 ta' Settembru 2011 dwar ir-rekwiżiti tat-traċċabbiltà stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 242, 20.9.2011, p. 2).
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 37
(37) Għandhom ikunu japplikaw l-istess regoli għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura importati minn pajjiżi terzi. Fil-każ ta' prodotti importati, l-informazzjoni obbligatorja dwar it-traċċabilità għandha tinkludi referenza għaċ-ċertifikat tal-qabda stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1005/200834.
(37) Jenħtieġ li japplikaw l-istess regoli għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura importati minn pajjiżi terzi, bil-għan li jinżammu standards għoljin ta' sikurezza tal-ikel u jkunu promossi prattiki tas-sajd sostenibbli f'dawk il-pajjiżi terzi. Fil-każ ta' prodotti importati, l-informazzjoni obbligatorja dwar it-traċċabilità jenħtieġ li tinkludi referenza għaċ-ċertifikat tal-qabda stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1005/200834.
__________________
__________________
34 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1).
34 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1).
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 40
(40) Biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika komuni tas-sajd, l-affidabbiltà u l-ġbir komprensiv tad-data dwar il-qabdiet huma ta' importanza assoluta. B'mod partikolari, ir-reġistrazzjoni tal-qabdiet fil-mument tal-ħatt l-art għandha ssir bl-aktar mod affidabbli possibbli. Għal dak l-għan, hemm bżonn li jissaħħu l-proċeduri rigward l-użin tal-prodotti tas-sajd fil-mument tal-ħatt l-art.
(40) Biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika komuni tas-sajd, l-affidabbiltà u l-ġbir komprensiv tad-data dwar il-qabdiet huma ta' importanza assoluta. B'mod partikolari, ir-reġistrazzjoni tal-qabdiet fil-mument tal-ħatt l-art jenħtieġ li ssir bl-aktar mod affidabbli possibbli, iżda mingħajr ma jiġu ostakolati l-attivitajiet kummerċjali tal-operaturi. Għal dak l-għan, hemm bżonn li jiġu simplifikati l-proċeduri rigward l-użin tal-prodotti tas-sajd fil-mument tal-ħatt l-art.
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 41
(41) L-użin għandu jsir fuq sistemi approvati mill-awtoritajiet kompetenti u mill-operaturi reġistrati mill-Istati Membri biex iwettqu dak il-kompitu. Il-prodotti kollha għandhom jintiżnu għal kull speċi malli jinħattu peress li dan se jiggarantixxi rapportar aktar preċiż tal-qabdiet. Barra minn hekk, ir-rekords tal-użin għandhom jiġu rreġistrati b'mod elettroniku u jinżammu għal tliet snin.
(41) L-użin jenħtieġ li jsir fuq sistemi approvati mill-awtoritajiet kompetenti u mill-operaturi reġistrati mill-Istati Membri biex iwettqu dak il-kompitu. Il-prodotti kollha jenħtieġ li jintiżnu għal kull speċi, sakemm l-Istat Membru ma jkunx adotta pjan ta' kampjunar approvat mill-Kummissjoni, peress li dan se jiggarantixxi rapportar aktar preċiż tal-qabdiet. L-operaturi jenħtieġ li jagħmlu kull sforz biex jiżguraw li l-użin ma jwassalx għal xi dewmien fil-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti friski. Barra minn hekk, ir-rekords tal-użin jenħtieġ li jiġu rreġistrati b'mod elettroniku u jinżammu għal tliet snin. Dawk is-sistemi jenħtieġ li jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi maqbula bejn l-Istati Membri bl-għan li jiġu standardizzati fl-Unjoni kollha.
Emenda 24 Proposta għal regolament Premessa 43
(43) Biex jittejbu l-kontrolli u ssir il-validazzjoni rapida tad-data dwar ir-reġistrazzjoni tal-qabdiet u l-iskambju rapidu ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri, ghemm bżonn li l-operaturi kollha jirreġistraw id-data b'mod diġitali u jissottomettu dik id-data b'mod elettroniku fi żmien 24 siegħa lill-Istati Membri. Dan jikkonċerna, b'mod partikolari, id-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art, in-noti tal-bejgħ u n-noti ta' akkwiżizzjoni.
(43) Biex jittejbu l-kontrolli u ssir il-validazzjoni rapida tad-data dwar ir-reġistrazzjoni tal-qabdiet u l-iskambju rapidu ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri, hemm bżonn li l-operaturi kollha jirreġistraw id-data b'mod diġitali u jissottomettu dik id-data b'mod elettroniku fi żmien 24 siegħa lill-Istati Membri, ħlief f'kaz ta' force majeure. Dan jikkonċerna, b'mod partikolari, id-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art u n-noti ta' akkwiżizzjoni.
Emenda 25 Proposta għal regolament Premessa 47a (ġdida)
(47a) Sabiex tiġi żgurata l-effettività tad-dispożizzjonijiet fir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 relatati mal-pajjiżi terzi li ma jikkooperawx, jenħtieġ li jkun hemm il-possibbiltà li jiġu introdotti miżuri ta' salvagwardja. Meta pajjiż terz ikun ġie nnotifikat bil-possibbiltà li jiġi identifikat bħala pajjiż terz li ma jikkooperax, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tissospendi temporanjament it-tariffi preferenzjali għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura fir-rigward ta' dak il-pajjiż terz. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel ħilitha biex tiżgura li d-dispożizzjonijiet għal dak il-għan jiġu introdotti fi kwalunkwe ftehim internazzjonali konkluż bejn l-Unjoni u partijiet terzi.
Emenda 26 Proposta għal regolament Premessa 48a (ġdida)
(48a) Jenħtieġ li jiġi stabbilit reġistru Ewropew dwar il-każijiet ta' ksur sabiex tiġi rreġistrata d-data tal-Istati Membri individwali dwar il-ksur identifikat, bil-għan li jittejbu t-trasparenza u l-monitoraġġ tas-sistema tal-punti b'mod aktar effettiv.
Emenda 27 Proposta għal regolament Premessa 49
(49) Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fl-Istati Membri rigward it-trattament ġudizzjarju tat-trasgressuri kollha tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd, id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw id-determinazzjoni tal-imġibiet li jikkostitwixxu ksur serju tat-tali regoli għandhom jiġu ċċarati u msaħħa.
(49) Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fl-Istati Membri rigward it-trattament ġudizzjarju tat-trasgressuri kollha tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd, id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw id-determinazzjoni tal-imġibiet li jikkostitwixxu ksur serju tat-tali regoli jenħtieġ li jiġu ċċarati u msaħħa sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni sħiħa u konsistenti tagħhom fl-Istati Membri kollha.
Emenda 28 Proposta għal regolament Premessa 52
(52) L-entitajiet nazzjonali inkarigati mill-attivitajiet ta' kontroll tas-sajd kif ukoll kwalunkwe korp ġudizzjarju rilevanti għandu jkollhom aċċess għar-reġistru nazzjonali dwar il-każijiet ta' ksur. Skambju ta' informazzjoni trasparenti għalkollox li jinsab fir-reġistri nazzjonali bejn l-Istati Membri ser itejjeb l-effettività wkoll u jiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-attivitajiet ta' kontroll.
(52) L-entitajiet nazzjonali inkarigati mill-attivitajiet ta' kontroll tas-sajd kif ukoll kwalunkwe korp ġudizzjarju rilevanti jenħtieġ li jkollhom aċċess għar-reġistru nazzjonali u Ewropew dwar il-każijiet ta' ksur. Skambju ta' informazzjoni trasparenti għalkollox li jinsab fir-reġistri nazzjonali bejn l-Istati Membri ser itejjeb l-effettività wkoll u jiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-attivitajiet ta' kontroll.
Emenda 29 Proposta għal regolament Premessa 55
(55) Id-data miġbura mill-Istati Membri hi ta' tassew siewja għal skopijiet xjentifiċi wkoll. Għandu jiġi ċċarat li l-korpi xjentifiċi tal-Istati Membri u l-korpi xjentifiċi tal-Unjoni jistgħu jiġu pprovduti aċċess għad-data miġbura f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, b'mod partikolari għal data dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti u għal data dwar l-attivitajiet tas-sajd. Finalment, id-data dwar l-attivitajiet tas-sajd miġbura mill-Istati Membri hi wkoll ta' valur għall-uffiċċju statistiku tal-Unjoni Ewropea (Eurostat) li jista' jużaha biex jipprovdi statistiki dwar is-sajd.
(55) Id-data miġbura mill-Istati Membri hi ta' tassew siewja għal skopijiet xjentifiċi wkoll. Jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-korpi xjentifiċi tal-Istati Membri u l-korpi xjentifiċi tal-Unjoni jistgħu jiġu pprovduti aċċess għad-data miġbura, anonimizzata b'mod xieraq, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, b'mod partikolari għal data dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti u għal data dwar l-attivitajiet tas-sajd, jekk din id-data ma tkunx tinkludi r-referenza għan-numru tal-identifikazzjoni ta' bastiment u ma tippermettix l-identifikazzjoni ta' persuni fiżiċi. Finalment, id-data dwar l-attivitajiet tas-sajd miġbura mill-Istati Membri hi wkoll ta' valur għall-uffiċċju statistiku tal-Unjoni Ewropea (Eurostat) li jista' jużaha biex jipprovdi statistiki dwar is-sajd. Fi kwalunkwe każ, dik id-data jenħtieġ li tkun f'format anonimizzat biex ma tippermettix l-identifikazzjoni ta' bastimenti individwali jew persuni fiżiċi.
Emenda 30 Proposta għal regolament Premessa 55a (ġdida)
(55a) Id-data miġbura mill-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd jenħtieġ li tkun aċċessibbli għall-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, sabiex jiżdied l-użu komuni tal-għarfien dwar l-ambjent tal-baħar. Il-kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-aġenziji ttejjeb il-fehim tal-kwistjonijiet relatati mal-politika marittima b'mod ġenerali u, fl-istess ħin, ittejjeb il-mod kif jiġi ġestit l-ispazju marittimu Ewropew. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata l-kompitu li tfassal protokoll ta' sħubija bejn l-aġenziji bħala l-qafas għall-kooperazzjoni tagħhom.
Emenda 31 Proposta għal regolament Premessa 58
(58) Il-proċessar ta' data personali hu neċessarju għall-kontroll tas-sajd u għall-infurzar. B'mod partikolari, għall-fini ta' monitoraġġ tal-opportunitajiet tas-sajd, inkluż il-konsum tal-kwoti, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tipproċessa data mill-ġurnali ta' abbord, mid-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art, min-noti ta' bejgħ u minn data oħra dwar l-attivitajiet tas-sajd biex twettaq il-validazzjoni tad-data aggregata sottomessa mill-Istati Membri. Biex tagħmel il-verifiki, l-awditi u tissorvelja l-attivitajiet ta' kontroll tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess u għandha tipproċessa informazzjoni bħal rapporti tal-osservaturi ta' spezzjonijiet u ta' kontrolli u l-bażi ta' data ta' ksur. Fil-kuntest tat-tħejjija ta' ftehimiet internazzjonali u ta' miżuri ta' konservazzjoni u fil-kuntest tal-konformità ma' dawn, il-Kummissjoni għandha tipproċessa, fejn ikun hemm bżonn, data dwar l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni barra mill-ibħra tal-Unjoni, inklużi n-numri ta' identifikazzjoni tal-bastimenti, l-isem tas-sid tal-bastiment u l-kaptan tal-bastiment.
(58) Il-proċessar ta' data personali hu neċessarju għall-kontroll tas-sajd u għall-infurzar. B'mod partikolari, għall-fini ta' monitoraġġ tal-opportunitajiet tas-sajd, inkluż il-konsum tal-kwoti, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' tipproċessa data mill-ġurnali ta' abbord, mid-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art, min-noti ta' bejgħ u minn data oħra dwar l-attivitajiet tas-sajd biex twettaq il-validazzjoni tad-data aggregata sottomessa mill-Istati Membri. Biex tagħmel il-verifiki, l-awditi u tissorvelja l-attivitajiet ta' kontroll tal-Istati Membri, il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha aċċess u jenħtieġ li tipproċessa informazzjoni bħal rapporti tal-osservaturi ta' spezzjonijiet u ta' kontrolli u l-bażi ta' data ta' ksur. Fil-kuntest tat-tħejjija ta' ftehimiet internazzjonali u ta' miżuri ta' konservazzjoni u fil-kuntest tal-konformità ma' dawn, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipproċessa, fejn ikun hemm bżonn, data dwar l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni barra mill-ibħra tal-Unjoni, inklużi n-numri ta' identifikazzjoni tal-bastimenti, l-isem tas-sid tal-bastiment u l-kaptan tal-bastiment. Id-data maħżuna jenħtieġ li ssir disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti jekk ikun hemm riskju għas-saħħa pubblika u/jew is-sikurezza tal-ikel.
Emenda 32 Proposta għal regolament Premessa 58a (ġdida)
(58a) Id-data personali kollha miġbura, trasferita u maħżuna trid tkun konformi mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.
__________________
1a Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
Emenda 33 Proposta għal regolament Premessa 64 – inċiż 7
– ir-rekwiżiti tekniċi u l-karatteristiċi tas-sistemi elettroniċi ta' apparati ta' monitoraġġ li jinkludu s-CCTV;
imħassar
Emenda 34 Proposta għal regolament Premessa 75a (ġdida)
(75a) Bil-ħsieb li tiġi garantita l-konsistenza bejn il-politiki kummerċjali u tas-sajd tal-Unjoni, il-ftehimiet kummerċjali konklużi mill-Unjoni ma' pajjiżi terzi jenħtieġ li jinkorporaw klawżola ta' salvagwardja li tipprevedi s-sospensjoni temporanja tal-preferenzi tariffarji għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura għal dak iż-żmien meta l-pajjiż terz jiġi identifikat minn qabel jew identifikat bħala pajjiż li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd IUU.
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt ba (ġdid) Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 3
(ba) il-punt 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
3. “Kontroll” tfisser monitoraġġ u sorveljanza;
"3. “Kontroll” tfisser il-monitoraġġ u s-sorveljanza tal-attivitajiet kollha koperti minn dan ir-Regolament, inklużi l-attivitajiet ta' distribuzzjoni u kummerċjalizzazzjoni tul il-katina kollha tas-suq; "
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt bb (ġdid) Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4
(bb) il-punt 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:
4. “Spezzjoni” tfisser kwalunkwe kontroll li jsir minn uffiċjali fir-rigward tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd u li jitniżżel f'rapport ta' spezzjoni;
"4. “Spezzjoni” tfisser kwalunkwe kontroll fuq il-post li jsir minn uffiċjali fir-rigward tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd u li jitniżżel f'rapport ta' spezzjoni; "
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt bc (ġdid) Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 5
(bc) il-punt 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:
5. “Sorveljanza” tfisser l-osservazzjoni ta' attivitajiet tas-sajd ibbażata fuq avvistamenti minn bastimenti ta' spezzjoni jew inġenji tal-ajru uffiċjali u fuq metodi tekniċi ta' rilevament u ta' identifikazzjoni;;
"5. “Sorveljanza” tfisser l-osservazzjoni minn uffiċjali ta' attivitajiet tas-sajd ibbażata fuq avvistamenti minn bastimenti ta' spezzjoni, inġenji tal-ajru u vetturi uffiċjali jew b'mezzi oħra, inklużi metodi tekniċi ta' rilevament u ta' identifikazzjoni; "
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt bd (ġdid) Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 6
(bd) il-punt 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:
6. “Uffiċjal” tfisser persuna awtorizza minn awtorità nazzjonali, il-Kummissjoni jew l-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd biex tagħmel spezzjoni;
"6. “Uffiċjal” tfisser persuna awtorizza minn awtorità nazzjonali għall-kontroll tas-sajd, il-Kummissjoni jew l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd biex tagħmel spezzjoni; "
(Din l-emenda minn “Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd” għal “Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd” tapplika għat-test kollu. L-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt be (ġdid) Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 7
(be) il-punt 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:
7. “Spetturi tal-Unjoni” tfisser uffiċjali ta' Stat Membru jew tal-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha, li l-ismijiet tagħhom jinsabu fil-lista stabbilita skont l-Artikolu 79;
"7. “Spetturi tal-Unjoni” tfisser uffiċjali ta' Stat Membru, tal-Kummissjoni jew tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, li l-ismijiet tagħhom jinsabu fil-lista stabbilita skont l-Artikolu 79; "
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 14
“14. “Żona ristretta għas-sajd” tfisser kwalunwke żona marina fejn l-attivitajiet tas-sajd huma ristretti jew ipprojbiti b'mod temporanju jew permanenti;”
“14. “Żona ristretta għas-sajd” tfisser kwalunkwe żona marina fejn l-attivitajiet tas-sajd huma ristretti jew ipprojbiti b'mod temporanju jew permanenti jew mil-leġiżlazzjoni reġjonali, nazzjonali, mid-dritt tal-Unjoni jew mid-dritt internazzjonali;”.
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt ea (ġdid) Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 15
(ea) il-punt 15 huwa sostitwit b'dan li ġej:
15. “Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sajd” tfisser ċentru operattiv stabbilit minn Stat Membru tal-bandiera u mgħammar b'hardware u software tal-kompjuter li jippermetti reċezzjoni awtomatika ta' data, ipproċessar u trasmissjoni elettronika ta' data;
"15. “Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sajd” tfisser ċentru operattiv stabbilit minn Stat Membru tal-bandiera u mgħammar b'hardware u software tal-kompjuter li jippermettu r-reċezzjoni awtomatika ta' data, l-ipproċessar, l-analiżi, il-kontroll, il-monitoraġġ tagħha u t-trasmissjoni elettronika ta' data; "
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt eb (ġdid) Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 16
(eb) il-punt 16 huwa sostitwit b'dan li ġej:
16. “trasbord” tfisser il-ħatt ta' parti jew tat-totalità tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura abbord bastiment għal fuq bastiment ieħor;
16. “trasbord” tfisser il-ħatt ta' parti jew tat-totalità tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura abbord bastiment għal fuq bastiment ieħor fil-port jew fuq il-baħar;
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt f Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 20
20. “lott” tfisser lott ta' unitajiet ta' prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura;
20. “lott” tfisser kwantità speċifika ta' prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura ta' speċi partikolari li għandhom oriġini komuni; ”
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt fa (ġdid) Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 20a (ġdid)
(fa) jiddaħħal il-punt li ġej:
“20a. “unità” tfisser kwantità speċifika ta' prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura;”
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt fb (ġdid) Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 21
(fb) il-punt 21 huwa sostitwit b'dan li ġej:
21. “proċessar” tfisser il-proċess li bih ġiet ippreparata l-preżentazzjoni. Dan jinkludi l-iflettjar, l-ippakkjar, it-tqegħid f'laned, l-iffriżar, l-affumikar, it-tmelliħ, it-tisjir, l-ippriservar, it-tnixxif jew il-preparazzjoni tal-ħut għas-suq bi kwalunkwe mod ieħor;
"21. “proċessar” tfisser il-proċess li bih jiġu ppreparati il-prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura. Dan jinkludi kwalunkwe tip ta' qtugħ, l-iflettjar, l-ippakkjar, it-tqegħid f'laned, l-iffriżar, l-affumikar, it-tmelliħ, it-tisjir, l-ippriservar, it-tnixxif jew il-preparazzjoni ta' prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura għas-suq bi kwalunkwe mod ieħor; "
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt fc (ġdid) Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 22
(fc) il-punt 22 huwa sostitwit b'dan li ġej:
22. “żbark” tfisser il-ħatt inizjali ta' kwalunkwe kwantità ta' prodotti tas-sajd minn abbord bastiment tas-sajd għal fuq l-art;
“22. “żbark” tfisser il-perjodu ta' żmien meħtieġ għall-proċess kollu tal-ħatt ta' kwalunkwe kwantità ta' prodotti tas-sajd minn abbord bastiment tas-sajd għal fuq l-art;”
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt h Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 23
(h) jitħassar il-punt 23.
imħassar
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt ia (ġdid) Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 28a (ġdid)
(ia) jiddaħħal il-punt li ġej:
“28a. “bastiment mikri għas-sajd rikreattiv” tfisser dgħajsa jew bastiment b'kaptan li jieħu lill-passiġġieri fuq il-baħar sabiex iwettqu attivitajiet ta' sajd rikreattiv;”
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt ib (ġdid) Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 28b (ġdid)
(ib) jiddaħħal il-punt li ġej:
“28b. “pesca-turiżmu” tfisser attivitajiet ta' sajd rikreattiv organizzati mis-sajjieda, li qed jieħu l-passiġġieri fuq il-baħar biex iwettqu attivitajiet ta' sajd rikreattiv, bħala attività li tissupplimenta l-attività ewlenija tagħhom;”
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt ka (ġdid) Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 34a (ġdid)
(ka) jiżdied il-punt li ġej:
"(34a) “bejgħ dirett” tfisser il-bejgħ ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, kemm jekk friski kif ukoll jekk ipproċessati, mill-produttur jew mill-persuna fiżika delegata tiegħu, lill-konsumatur finali fi kwalunkwe post, inkluż b'mod itineranti, mingħajr intermedjarji.”
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt kb (ġdid) Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 34b (ġdid)
(kb) jiżdied il-punt li ġej:
“34b. “speċi sensittiva” tfisser speċi sensittiva kif iddefinita fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*;”
________________
* Ir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta' ekosistemi tal-baħar permezz ta' miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 105).
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt kc (ġdid) Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 34c (ġdid)
(kc) jiżdied il-punt li ġej:
“34c. “traċċabilità” tfisser il-kapaċità li sistematikament tiġi traċċata u segwita l-informazzjoni kollha jew parti minnha li tikkonċerna prodott tal-ikel fl-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tiegħu, f'termini ta' identifikazzjonijiet reġistrati;”
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt kd (ġdid) Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 34d (ġdid)
(kd) jiżdied il-punt li ġej:
“34d. “sajd mingħajr bastimenti' tfisser involviment f'attività tas-sajd mingħajr l-użu ta' bastiment tas-sajd, bħas-sajd tal-frott tal-baħar, is-sajd tal-miexi jew is-sajd fuq is-silġ.”
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt ke (ġdid) Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 34e (ġdid)
(ke) jiżdied il-punt li ġej:
“34e. “ħabitat sensittiv” tfisser ħabitat sensittiv kif iddefinit fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019/1241;”
3. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jissospendi temporanjament il-liċenzja tas-sajd ta' bastiment li jkun soġġett għall-immobilizzazzjoni temporanja deċiża minn dak l-Istat Membru jew li kellu l-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu sospiża f'konformità mal-Artikolu91b.
3. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jissospendi temporanjament il-liċenzja tas-sajd ta' sid, operatur jew bastiment li jkun soġġett għall-immobilizzazzjoni temporanja imposta minn dak l-Istat Membru jew li kellu l-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu sospiża f'konformità mal-Artikolu 91b u minnufih jinnotifika b'dan lill-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd.Matul il-perjodu ta' sospensjoni, la l-bastiment u lanqas il-liċenzja ma jistgħu jinbiegħu, jinkrew jew jiġu trasferiti.
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)
(fa) proċeduri għan-notifika tat-tmiem tal-użu tal-irkaptu tas-sajd f'konformità mad-Direttivi (UE) 2019/883* u(UE) 2019/904** tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
_________________
* Id-Direttiva (UE) 2019/883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja ta' skart minn bastimenti, li temenda d-Direttiva 2010/65/UE u li tħassar id-Direttiva 2000/59/KE (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 116).
** Id-Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 dwar it-tnaqqis tal-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent (ĠU L 155, 12.6.2019, p. 1).
1. L-Istati Membri għandhom joperaw sistemi ta' monitoraġġ tal-bastimenti għall-monitoraġġ effettiv tal-pożizzjoni u tal-moviment tal-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom ikunu fejn ikunu dawk il-bastimenti, u tal-bastimenti tas-sajd fl-ibħra tal-Istati Membri permezz tal-ġbir u tal-analiżi tad-data dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti. Kull Stat Membru tal-bandiera għandu jiżgura l-monitoraġġ kontinwu u sistematiku u l-kontroll tal-preċiżjoni tad-data dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti.
1. L-Istati Membri għandhom joperaw sistemi ta' monitoraġġ tal-bastimenti għall-monitoraġġ effettiv tal-pożizzjoni u tal-moviment tal-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom ikunu fejn ikunu dawk il-bastimenti, kif ukoll tal-bastimenti tas-sajd fl-ibħra tagħhom permezz tal-ġbir u tal-analiżi tad-data dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti. Kull Stat Membru tal-bandiera għandu jiġbor id-data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment u jimmonitorja u jikkontrolla l-preċiżjoni tagħha fuq bażi kontinwa u sistematika.
Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandu jkollhom installat abbord apparat li jaħdem għalkollox li jippermetti li l-bastiment jiġi lokalizzat u identifikat awtomatikament minn sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti permezz tat-trażmissjoni ta' data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment f'intervalli regolari.
Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandu jkollhom installat abbord apparat li jaħdem għalkollox li jippermetti li l-bastiment jiġi lokalizzat u identifikat awtomatikament minn sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti permezz tat-trażmissjoni awtomatika ta' data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment f'intervalli regolari.
Is-sistemi ta' monitoraġġ tal-bastimenti għandhom jippermettu wkoll liċ-ċentru ta' monitoraġġ tas-sajd imsemmi fl-Artikolu 9a tal-Istat Membru tal-bandiera biex jieħu d-dettalji tal-bastiment tas-sajd fi kwalunkwe ħin. It-trażmissjoni tad-data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment u t-teħid tad-dettalji għandhom jgħaddu permezz ta' konnessjoni satellitari, jew inkella jistgħu jużaw netwerk mobbli bbażat fuq l-art meta jkunu f'post kopert mit-tali netwerk.
Is-sistemi ta' monitoraġġ tal-bastimenti għandhom jippermettu wkoll liċ-ċentru ta' monitoraġġ tas-sajd imsemmi fl-Artikolu 9a tal-Istat Membru tal-bandiera biex jieħu d-dettalji tal-bastiment tas-sajd fi kwalunkwe ħin. It-trażmissjoni tad-data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment u t-teħid tad-dettalji għandhom jgħaddu permezz ta' konnessjoni satellitari, jew inkella jistgħu jużaw netwerk mobbli bbażat fuq l-art meta jkunu f'post kopert mit-tali netwerk, jew teknoloġija oħra li tiżgura s-sigurtà tad-data u li hija disponibbli għat-trażmissjoni u l-komunikazzjoni tad-data.
3. Permezz ta' deroga mill-paragrafu2, il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b'tul totali ta' anqas minn 12-il metru jistgħu jġorru abbord apparat mobbli li jippermetti li l-bastiment jiġi lokalizzat u identifikat b'mod awtomatiku minn sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti permezz tar-reġistrazzjoni u tat-trażmissjoni ta' data dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti f'intervalli regolari. F'każ li l-apparat ma jkunx f'inħawi koperti minn netwerk mobbli, id-data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment għandha tiġi rreġistrata matul dak il-perjodu ta' żmien u għandha tintbagħat malli l-bastiment jidħol f'żona koperta mit-tali netwerk u sa mhux aktar tard minn qabel ma jidħol fil-port.
3. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2, il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b'tul totali ta' anqas minn 12-il metru jistgħu jġorru abbord apparat mobbli kompletament operazzjonali li jippermetti li l-bastiment jiġi lokalizzat u identifikat b'mod awtomatiku minn sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti permezz tar-reġistrazzjoni u tat-trażmissjoni ta' data dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti f'intervalli regolari. F'każ li l-apparat ma jkunx f'inħawi koperti minn network ta' komunikazzjoni, id-data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment għandha tiġi rreġistrata matul dak il-perjodu ta' żmien u għandha tintbagħat malli l-bastiment jidħol f'żona koperta mit-tali network u sa mhux aktar tard minn qabel ma jitwettqu l-operazzjonijiet tal-ħatt l-art.
4. Meta bastiment tas-sajd tal-Unjoni jkun fl-ibħra ta' Stat Membru ieħor, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jagħmel disponibbli d-data dwar il-pożizzjoni ta' dak il-bastiment permezz tat-trażmissjoni awtomatika liċ-ċentru ta' monitoraġġ tas-sajd tal-Istati Membri kostali. Id-data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment għandha tkun disponibbli wkoll għall-Istat Membru li l-portijiet tiegħu probabbli se jintużaw mill-bastiment tas-sajd għall-ħatt l-art tal-qabdiet tiegħu jew li l-ilmijiet tiegħu probabbli se jintużaw mill-bastiment tas-sajd biex ikompli l-attivitajiet tas-sajd tiegħu.
4. Meta bastiment tas-sajd tal-Unjoni jkun fl-ibħra ta' Stat Membru ieħor, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jagħmel disponibbli d-data dwar il-pożizzjoni ta' dak il-bastiment permezz tat-trażmissjoni awtomatika liċ-ċentru ta' monitoraġġ tas-sajd tal-Istati Membri kostali. Id-data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment tal-vjaġġi tas-sajd ikkonċernati għandha tkun disponibbli awtomatikament ukoll għall-Istat Membru li l-portijiet tiegħu probabbli se jintużaw mill-bastiment tas-sajd għall-ħatt l-art tal-qabdiet tiegħu jew li l-ilmijiet tiegħu probabbli se jintużaw mill-bastiment tas-sajd biex ikompli l-attivitajiet tas-sajd tiegħu.
5. Jekk bastiment tas-sajd tal-Unjoni jopera fl-ibħra ta' pajjiż terz jew f'ibħra fejn ir-riżorsi tas-sajd huma ġestiti minn organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd kif imsemmija fl-Artikolu 3(1), u jekk il-ftehim ma' dak il-pajjiż terz jew ir-regoli applikabbli ta' dik l-organizzazzjoni jipprovdu hekk, id-data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni ta' dak il-pajjiż jew dik l-organizzazzjoni.
5. Jekk bastiment tas-sajd tal-Unjoni jwettaq attivitajiet jew operazzjonijiet tas-sajd fl-ibħra ta' pajjiż terz jew f'ibħra fejn ir-riżorsi tas-sajd huma ġestiti minn organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd kif imsemmija fl-Artikolu 3(1), u jekk il-ftehim ma' dak il-pajjiż terz jew ir-regoli applikabbli ta' dik l-organizzazzjoni jipprovdu hekk, id-data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment tal-vjaġġi tas-sajd ikkonċernati għandha awtomatikament titqiegħed għad-dispożizzjoni ta' dak il-pajjiż jew dik l-organizzazzjoni.
6a. Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għall-bastimenti ta' appoġġ, il-bastimenti ta' pproċessar tal-ħut, il-bastimenti involuti fit-trasbord u l-bastimenti trasportaturi mgħammra għat-trasportar ta' prodotti tas-sajd, li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru.
7. Il-Kummissjoni hi mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 119a li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-monitoraġġ ta' attivitajiet tas-sajd u tal-isforz tas-sajd miċ-ċentri ta' monitoraġġ tas-sajd, b'mod partikolari rigward ir-responsabbiltajiet tal-kaptani li jikkonċernaw l-apparati ta' monitoraġġ tal-bastimenti.
7. Il-Kummissjoni hi mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 119a li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-monitoraġġ ta' attivitajiet tas-sajd u tal-isforz tas-sajd miċ-ċentri ta' monitoraġġ tas-sajd, b'mod partikolari rigward ir-responsabbiltajiet tal-kaptani li jikkonċernaw l-apparati ta' monitoraġġ tal-bastimenti u dwar il-frekwenza ta' trażmissjoni tad-data li tikkonċerna l-pożizzjoni u l-moviment tal-bastimenti tas-sajd anki f'żoni fejn is-sajd huwa ristrett.
Emenda 65 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 9 – paragrafu 8 – punt c
(c) il-frekwenza tat-trażmissjoni tad-data rigward il-pożizzjoni u l-moviment tal-bastimenti tas-sajd inkluż f'żoni ristretti għas-sajd;
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u joperaw ċentri ta' monitoraġġ tas-sajd, li għandhom jissorveljaw l-attivitajiet tas-sajd u l-isforz tas-sajd. Iċ-ċentru ta' monitoraġġ tas-sajd ta' Stat Membru partikolari għandu jissorvelja l-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu, ikunu xi jkunu l-ibżra li qed joperaw fihom jew il-port li qegħdin fih, kif ukoll bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jtajru bandiera ta' Stati Membri oħra u bastiment tas-sajd ta' pajjiżi terzi li japplikaw għalihom id-dispożizzjonijiet dwar is-sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti u li joperaw f'ibħra taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru partikolari.
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u joperaw ċentri ta' monitoraġġ tas-sajd, li għandhom jissorveljaw l-attivitajiet tas-sajd u l-isforz tas-sajd. Iċ-ċentru ta' monitoraġġ tas-sajd ta' Stat Membru partikolari għandu jissorvelja l-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu, ikunu xi jkunu l-ibħra li qed joperaw fihom jew il-port li qegħdin fih, kif ukoll bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jtajru bandiera ta' Stati Membri oħra u bastiment tas-sajd ta' pajjiżi terzi li japplikaw għalihom id-dispożizzjonijiet dwar is-sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti u li joperaw f'ibħra taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru partikolari kif ukoll bastimenti tas-sajd li jtajru il-bandiera ta' pajjiż terz li fir-rigward tagħhom jissusistu regoli u/jew rakkomandazzjonijiet maħruġa minn korp internazzjonali reġjonali.Iċ-ċentri ta' monitoraġġ tas-sajd għandhom jirrapportaw ukoll dwar l-għadd ta' rkaptu tas-sajd abbandunat, mitluf jew skartat mod ieħor, u l-azzjonijiet għall-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tal-preżenza ta' tali rkaptu.
2. Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għaċ-ċentru ta' monitoraġġ tas-sajd u għandu jieħu l-miżuri xierqa biex jiżgura li ċ-ċentru ta' monitoraġġ tas-sajd tiegħu jkollu r-riżorsi xierqa f'dak li għandu x'jaqsam mal-persunal u li jkun mgħammar bil-ħardwer u bis-softwer tal-kompjuter li jippermettu l-proċessar awtomatiku tad-data u t-trażmissjoni tad-data elettronika. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal proċeduri ta' riżerva u ta' rkupru fil-każ ta' ħsara fis-sistema. L-Istati Membri jistgħu joperaw ċentru konġunt ta' monitoraġġ tas-sajd.
2. Kull Stat Membru għandu jaħtar, minn fost l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew reġjonali, awtorità kompetenti prinċipali responsabbli għaċ-ċentru ta' monitoraġġ tas-sajd u għandu jieħu l-miżuri xierqa biex jiżgura li ċ-ċentru ta' monitoraġġ tas-sajd tiegħu jkollu r-riżorsi xierqa f'dak li għandu x'jaqsam mal-persunal u li jkun mgħammar bil-hardware u bis-software tal-kompjuter li jippermettu l-proċessar, l-analiżi, il-kontroll u l-monitoraġġ awtomatiku tad-data u t-trażmissjoni tad-data elettronika. L-Istati Membri għandhom jipprevedu proċeduri ta' riżerva u ta' rkupru fil-każ ta' ħsara fis-sistema. L-Istati Membri jistgħu joperaw ċentru konġunt ta' monitoraġġ tas-sajd.
3. L-Istati Membri tal-bandiera għandhom jiżguraw li ċ-ċentri ta' monitoraġġ tas-sajd ikollhom l-aċċess għad-data rilevanti kollha u b'mod partikolari kif elenkat fl-Artikoli 109 u 110 u joperaw 7 ijiem fil-ġimgħa u 24 siegħa kuljum.
3. L-Istati Membri tal-bandiera għandhom jiżguraw li ċ-ċentri ta' monitoraġġ tas-sajd ikollhom l-aċċess għad-data rilevanti kollha u b'mod partikolari kif elenkat fl-Artikoli 109 u 110, b'mod li jiżguraw il-monitoraġġ 7 ijiem fil-ġimgħa u 24 siegħa kuljum.
3a. Iċ-ċentri tal-monitoraġġ tas-sajd għandhom jappoġġaw il-monitoraġġ tal-bastimenti f'ħin reali sabiex tkun tista' titwettaq azzjoni immedjata ta' infurzar.
F'konformità mad-Direttiva 2002/59/KE, bastiment tas-sajd li jaqbeż tul totali ta' 15-il metru għandu jżomm operattiva u jkun mgħammar b'sistema awtomatika ta' identifikazzjoni li tissodisfa l-istandards ta' rendiment imfassla mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.
F'konformità mad-Direttiva 2002/59/KE, bastiment tas-sajd li jaqbeż tul totali ta'15-il metru għandu jkun mgħammar b'sistema awtomatika ta' identifikazzjoni kompletament u kontinwament operattiva li tissodisfa l-istandards ta' rendiment imfassla mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.
1a. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, jekk il-kaptan ta' bastiment tas-sajd tal-Unjoni jemmen li l-operat kontinwu tas-sistema ta' identifikazzjoni awtomatika jista' jikkomprometti s-sikurezza jew meta l-inċidenti ta' sigurtà jkunu imminenti, is-sistema ta' identifikazzjoni awtomatika tista' tiġi mitfija.
Meta s-sistema ta' identifikazzjoni awtomatika tiġi mitfija f'konformità mal-ewwel subparagrafu, il-kaptan ta' bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandu jirrapporta dik l-azzjoni u r-raġuni għal dan lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tiegħu u, fejn rilevanti, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat kostali. Il-kaptan għandu jerġa' jixgħel is-sistema ta' identifikazzjoni awtomatika malli s-sors tal-periklu jkun telaq.
1b. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data mis-sistema ta' identifikazzjoni awtomatika tkun disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali tal-kontroll tas-sajd tagħhom, għal finijiet ta' kontroll, inklużi kontroverifiki ta' data tas-sistema ta' identifikazzjoni awtomatika ma' data oħra disponibbli, f'konformità mal-Artikoli 109 u 110.
Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b'tul totali ta' inqas minn 12-il metru, kif ukoll il-persuni fiżiċi involuti fis-sajd mingħajr bastimenti, għandhom iżommu ġurnal ta' abbord elettroniku f'format simplifikat.
Emenda 74 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 14 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. Il-ġurnal ta' abbord dwar is-sajd imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun fih b'mod partikolari l-informazzjoni li ġejja:
2. Il-ġurnal ta' abbord dwar is-sajd imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun f'format uniformi fl-Unjoni kollha u għandu jkun fih b'mod partikolari l-informazzjoni li ġejja:
Emenda 75 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt d
(d) id-data u, fejn xieraq, il-ħin tal-qabdiet;
(d) id-data tal-qabdiet;
Emenda 76 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt f
(f) it-tip ta' rkaptu, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u d-dimensjonijiet;
(f) it-tip ta' rkaptu u d-dimensjonijiet approssimattivi;
Emenda 77 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt g
(g) il-kwantitajiet stmati ta' kull speċi f'kilogrammi ta' piż ħaj, jew, fejn xieraq, in-numru ta' individwi, inklużi l-kwantitajiet jew l-individwi taħt id-daqs ta' referenza minimu għall-konservazzjoni applikabbli, bħala entrata separata; għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b'tul totali ta' 12-il metru jew aktar, din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta għal kull vjaġġ jew għal kull operazzjoni tas-sajd;
(g) il-kwantitajiet stmati ta' kull speċi f'kilogrammi ta' piż ħaj, jew, fejn xieraq, in-numru ta' individwi, inklużi l-kwantitajiet jew l-individwi taħt id-daqs ta' referenza minimu għall-konservazzjoni applikabbli, bħala entrata separata; għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b'tul totali ta' 12-ilmetru jew aktar, din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta fl-aħħar tal-ġurnata tas-sajd;
Emenda 78 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt h
(h) ir-rimi stmat tal-ekwivalenti ta' piż ħaj f'volum għal kwalunkwe speċi mhux soġġetta għall-obbligu ta' ħatt l-art;
(h) ir-rimi stmat għal kwalunkwe speċi mhux soġġetta għall-obbligu ta' ħatt l-art;
Emenda 79 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt a
(a) it-tip ta' rkaptu mitluf;
(a) it-tip u d-dimensjonijiet approssimattivi tal-irkaptu mitluf;
Emenda 80 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt b
(b) id-data u l-ħin ta' meta ntilef l-irkaptu;
(b) id-data u l-ħin approssimattiv ta' meta ntilef l-irkaptu;
Meta mqabbel mal-kwantitajiet li nħattu l-art jew mar-riżultat ta' spezzjoni, il-marġni ta' tolleranza permess fi stimi reġistrati fil-ġurnal ta' abbord dwar is-sajd tal-kwantitajiet f'kilogrammi ta' ħut miżmum abbord għandu jkun ta' 10 % għal kull speċi. Għal speċijiet miżmuma abbord li ma jaqbżux il-50kg f'ekwivalenti ta' piż ħaj, il-marġni ta' tolleranza permess għandu jkun ta' 20% għal kull speċi.
Meta mqabbel mal-kwantitajiet li nħattu l-art jew mar-riżultat ta' spezzjoni, il-marġni ta' tolleranza permess fi stimi reġistrati fil-ġurnal ta' abbord dwar is-sajd tal-kwantitajiet f'kilogrammi ta' ħut miżmum abbord għandu jkun ta' 10 % għal kull speċi. Għal sajd imħallat, bastimenti bit-tartarun tal-borża mmirat lejn il-ħut pelaġiku żgħir jew l-ispeċijiet miżmuma abbord li ma jaqbżux il-100 kg f'ekwivalenti ta' piż ħaj, il-marġni ta' tolleranza permess għandu jkun ta' 20 % għal kull speċi. Għall-ispeċijiet tat-tonn, għandu jkun ta' 25 %.
B'deroga għall-ewwel subparagrafu għall-ispeċijietimsemmija fl-ewwel u fit-tielet inċiżi tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 li jinħattu l-art mhux imqassma, il-limitazzjonijiet ta' tolleranza stabbiliti f'dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw għal qabdiet ta' speċijiet li jissodisfaw dawn iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin: (a) dawn jirrappreżentaw anqas minn 1% f'piż tal-ispeċijiet kollha li nħattu l-art; u (b) il-piż totali tagħhom hu anqas minn 100 kg.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu,għal sajdta' speċijiet pelaġiċi żgħar(kavalli, aringi, sawrell, stokkafixx, minfaħ, inċova, silverside Arġentin, sardin u laċċa kaħla)u sajd industrijali (kapelin, ċiċċirell u merluzz tan-Norveġja, fost l-oħrajn) li jinħattu l-art mhux imqassma, għandhom isiru l-eċċezzjonijiet li ġejjin: (a) il-limitazzjonijiet ta' tolleranza stabbiliti f'dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw għal qabdiet ta' speċijiet li jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin: (i) jirrappreżentaw anqas minn 1 % f'piż tal-ispeċijiet kollha li jkunu nħattu l-art; jew (ii) il-piż totali tagħhom ikun anqas minn 100 kg; (b) għall-Istati Membri li adottaw pjan ta' teħid ta' kampjuni bbażat fuq ir-riskju, approvat mill-Kummissjoni, għall-użin ta' ħatt l-art mhux imqassam, għandhom japplikaw il-limitazzjonijiet ta' tolleranza li ġejjin: (i) għal sajd ta' speċijiet pelaġiċi żgħar u sajd industrijali, il-marġni ta' tolleranza tal-kwantitajiet f'kilogrammi ta' ħut miżmum abbord awtorizzat fl-istimi rreġistrati fil-ġurnal ta' abbord tas-sajd għandu jkun ta' 10 % tal-volum totali tal-ispeċijiet kollha rreġistrati fil-ġurnal ta' abbord għal kull speċi; (ii) għall-ispeċijiet l-oħra li mhumiex fil-mira, il-marġni ta' tolleranza tal-kwantitajiet f'kilogrammi ta' ħut miżmum abbord awtorizzat fl-istimi, kemm jekk irreġistrati fil-ġurnal ta' abbord u kemm jekk le, għandu jkun ta' 200 kg jew 1 % tal-volum totali ta' kull speċi rreġistrata fil-ġurnal ta' abbord għal kull speċi; u (iii) għall-kwantitajiet tal-ispeċi kollha, il-marġni ta' tolleranza tal-kwantitajiet f'kilogrammi ta' ħut miżmum abbord awtorizzat fl-istimi rreġistrati fil-ġurnal ta' abbord għandu jkun ta' 10 % tal-volum totali tal-ispeċijiet kollha rreġistrati fil-ġurnal ta' abbord. B'deroga mill-ewwel paragrafu, fil-każ tas-sajd għat-tonn tropikali bit-tartarun tal-borża, għall-ispeċijiet koperti minn pjan ta' teħid ta' kampjuni bbażat fuq ir-riskju approvat mill-Kummissjoni, it-tolleranza tal-kwantitajiet totali f'kilogrammi ta' ħut miżmum abbord awtorizzata fl-istima rreġistrata fil-ġurnal ta' abbord tas-sajd – għall-ispeċijiet kollha flimkien – għandha tkun ta' 10 % tal-kwantitajiet totali tal-ispeċijiet kollha li jinħattu.
7. Il-kaptani tal-bastimenti tal-qbid ta' pajjiż terz li joperaw fl-ibħra tal-Unjoni għandhom jirreġistraw l-informazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu bl-istess mod bħall-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni.
7. Il-kaptani tal-bastimenti tal-qbid ta' pajjiż terz li joperaw fl-ibħra tal-Unjoni jew f'ibħra internazzjonali bi stokkijiet ta' ħut kondiviżi għandhom jirreġistraw l-informazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu bl-istess mod bħall-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni.
Emenda 84 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt a
(a) tal-anqas darba kuljum u, fejn applikabbli, wara kull vjaġġ; u
(a) tal-anqas darba kuljum fi tmiem il-ġurnata tas-sajd; u
Emenda 85 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt b
(b) wara li titlesta l-aħħar operazzjoni tas-sajd u qabel id-dħul fil-port.
(b) wara li titlesta l-aħħar operazzjoni tas-sajd u qabel majħottu l-art il-qabdiet.
2. Il-kaptani tal-bastimenti tal-qbid tal-Unjoni b'tul totali ta' anqas minn 12-il metru għandhom jissottomettu b'mezzi elettroniċi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera wara li jlestu l-aħħar operazzjoni tas-sajd u qabel ma jidħlu fil-port.
2. Il-kaptani tal-bastimenti tal-qbid tal-Unjoni b'tul totali ta' anqas minn 12-il metru għandhom jissottomettu b'mezzi elettroniċi, billi jużaw format simplifikat u armonizzat, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu14, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera wara li jlestu l-aħħar operazzjoni tas-sajd u qabel ma jħottu l-art il-qabdiet.
4. L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru kostali għandhom jaċċettaw rapporti elettroniċi li jkunu rċivew mingħand l-Istat Membru tal-bandiera li jkun fihom id-data minn bastimenti tas-sajd imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3.
4. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera għandhom jibagħtu rapporti elettroniċi li jkun fihom id-data minn bastimenti tas-sajd miksuba skont il-paragrafi 1, 2 u 3 lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru kostali. L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru kostali għandhom jaċċettaw rapporti elettroniċi li jkunu rċivew mingħand l-Istat Membru tal-bandiera li jkun fihom id-data minn bastimenti tas-sajd imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3.
5. Kaptani ta' bastimenti tal-qbid ta' pajjiżi terz li joperaw fl-ibħra tal-Unjoni għandhom jissottomettu permezz ta' mezzi elettroniċi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tagħhom.”
5. Kaptani ta' bastimenti tal-qbid ta' pajjiżi terz li joperaw fl-ibħra tal-Unjoni għandhom jissottomettu permezz ta' mezzi elettroniċi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk li japplikaw għall-kaptani ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tagħhom."
Emenda 89 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 15a – paragrafu 2 – punt g
(g) il-frekwenza tat-trażmissjonijiet tad-data tal-ġurnal ta' abbord;
imħassar
Emenda 90 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15 – punt a Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 17 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li jinsabu fil-pjanijiet pluriennali, il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b'tul totali ta' 12-il metru jew aktar għandhom jinnotifikaw b'mezzi elettroniċi l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tagħhom tal-anqas erba' sigħat qabel il-ħin stmat tal-wasla fil-port:
1. Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li jinsabu fil-pjanijiet pluriennali, il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b'tul totali ta' 12-il metru jew aktar u li jwettqu vjaġġi tas-sajd li jdumu aktar minn 24 siegħa għandhom jinnotifikaw b'mezzi elettroniċi l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tagħhom tal-anqas erba' sigħat qabel il-ħin stmat tal-wasla fil-port:
Emenda 91 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15 – punt b Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 17 – paragrafu 1a
1a. L-Istat Membru kostali jista' jistabbilixxi perjodu iqsar ta' notifika minn qabel għall-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu u li joperaw b'mod esklużiv fi ħdan l-ibħra territorjali tiegħu, dment li dan ma jxekkilx il-ħila ta' Stat Membru li jagħmel l-ispezzjonijiet.
1a. L-Istat Membru kostali jista' jadatta l-perjodu ta' notifika minn qabel għall-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu u li joperaw fi ħdan l-ibħra territorjali tiegħu, dment li dan ma jxekkilx il-ħila ta' Stat Membru li jagħmel l-ispezzjonijiet.
Emenda 92 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15 – punt ba (ġdid) Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 17 – paragrafu 1b (ġdid)
(ba) Jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
‘1b. Jekk iseħħu qabdiet bejn il-mument li fih qed tinħareġ in-notifija u l-wasla fil-port, dawn il-qabdiet għandhom jiġu nnotifikati addizzjonalment wara li jinżammu abbord u qabel id-dħul fil-port.'
Emenda 93 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15 – punt c Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 17 – paragrafu 6 – punt a
(a) l-eżenzjoni ta' ċerti kategoriji ta' bastimenti tas-sajd mill-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1, b'kunsiderazzjoni tal-kwantitajiet u tat-tip ta' prodotti tas-sajd li għandhom jinħattu l-art;
(a) l-eżenzjoni ta' ċerti kategoriji ta' bastimenti tas-sajd mill-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1, b'kunsiderazzjoni tal-kwantitajiet u tat-tip ta' prodotti tas-sajd li għandhom jinħattu l-art u r-riskju tan-nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd;
Emenda 94 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 19
(17) fl-Artikolu 19, il-kliem “fl-Artikoli 17 u 18” huwa sostitwit bil-kliem “fl-Artikolu 17”.
(17) l-Artikolu 19 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 19
Awtorizzazzjoni għad-dħul fil-port
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kostali jistgħu jiċħdu l-aċċess għall-port lil bastimenti tas-sajd jekk l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 17 ma tkunx kompleta, ħlief f'każijiet ta' force majeure, inklużi kundizzjonijiet ta' temp estremament ħżiena u sitwazzjonijiet fejn hemm riskju għas-sigurtà tal-ekwipaġġ.”;
1. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom ikunu awtorizzati biss biex iħottu l-art f'portijiet barra mill-ibħra tal-Unjoni jekk ikunu nnotifikaw b'mezzi elettroniċi l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 3 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tagħhom tal-anqas 3ijiem qabel iż-żmien stmat tal-wasla fil-port, u l-Istat Membru tal-bandiera ma jkunx ċaħad l-awtorizzazzjoni ta' ħatt l-art f'dan il-perjodu.
1. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom ikunu awtorizzati biss biex iħottu l-art f'portijiet barra mill-ibħra tal-Unjoni jekk ikunu nnotifikaw b'mezzi elettroniċi l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 3 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tagħhom tal-anqas 24siegħa qabel iż-żmien stmat tal-wasla fil-port, u l-Istat Membru tal-bandiera ma jkunx ċaħad l-awtorizzazzjoni ta' ħatt l-art f'dan il-perjodu.
2. L-Istat Membru tal-bandiera jista' jistabbilixxi perjodu iqsar, ta' mhux anqas minn erba' sigħat, għan-notifika minn qabel imsemmija fil-paragrafu 1 għall-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom li twettaq l-attivitajiet tas-sajd f'ibħra ta' pajjiżi terzi, u dan wara li jqis it-tip ta' prodotti tas-sajd u d-distanza bejn iż-żoni tas-sajd u l-port.
2. L-Istat Membru tal-bandiera jista' jistabbilixxi perjodu iqsar, ta' mhux anqas minn sagħtejn, għan-notifika minn qabel imsemmija fil-paragrafu 1 għall-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom li twettaq l-attivitajiet tas-sajd f'ibħra ta' pajjiżi terzi, u dan wara li jqis it-tip ta' prodotti tas-sajd, id-distanza bejn iż-żoni tas-sajd u l-port, kif ukoll ir-riskju tan-nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd, jew mar-regoli applikabbli fl-ilmijiet tal-pajjiż terz li fih qed joperaw il-bastimenti.Fid-determinazzjoni tal-livell ta' dak ir-riskju, l-Istati Membri għandhom iqisu l-ksur serju mwettaq mill-bastimenti kkonċernati.
Emenda 97 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 19a – paragrafu 3 – punt h
(h) il-kwantitajiet ta' kull speċi li għandha titniżżel.
(h) il-kwantitajiet ta' kull speċi li tinħatt, inklużi, bħala entrata separata, il-kwantitajiet jew individwi taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni applikabbli.
4. Fejn, fuq il-bażi tal-analiżi tal-informazzjoni sottomessa u ta' informazzjoni oħra disponibbli, ikun hemm motivazzjonijiet raġonevoli għaliex jitwemmen li l-bastiment tas-sajd mhuwiex qed jikkonforma mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera għandhom jitolbu l-kooperazzjoni tal-pajjiż terz fejn il-bastiment ikun biħsiebu jiżbarka bl-għan ta' spezzjoni possibbli. Għal dan l-għan, l-Istat Membru tal-bandiera jista' jitlob lill-bastiment tas-sajd jiżbarka f'port differenti, jew jittardja ż-żmien tal-wasla f'port jew tal-iżbark.”
4. Fejn, fuq il-bażi tal-analiżi tal-informazzjoni sottomessa u ta' informazzjoni oħra disponibbli, ikun hemm motivazzjonijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li l-bastiment tas-sajd mhuwiex qed jikkonforma mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd, jew mar-regoli applikabbli fl-ilmijiet tal-pajjiż terz jew fl-ibħra internazzjonali fejn qed jopera l-bastiment, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera għandhom jitolbu l-kooperazzjoni tal-pajjiż terz fejn il-bastiment ikun biħsiebu jiżbarka bl-għan ta' spezzjoni possibbli. Għal dan l-għan, l-Istat Membru tal-bandiera jista' jitlob lill-bastiment tas-sajd jiżbarka f'port differenti, jew jittardja ż-żmien tal-wasla f'port jew tal-iżbark.”
2a. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 4(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 u għall-Artikolu 43(3) ta' dan ir-Regolament, il-bastimenti donaturi tal-Unjoni u l-bastimenti riċevituri tal-Unjoni għandhom ikunu awtorizzati jittrasbordaw fuq il-baħar barra mill-ibħra tal-Unjoni jew f'portijiet ta' pajjiżi terzi soġġetti għal awtorizzazzjoni mibgħuta mingħand l-Istat(i) Membru/i tal-bandiera tagħhom.
2a. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 4(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 u għall-Artikolu 43(3) ta' dan ir-Regolament, il-bastimenti donaturi tal-Unjoni u l-bastimenti riċevituri tal-Unjoni għandhom ikunu awtorizzati jittrasbordaw fuq il-baħar barra mill-ibħra tal-Unjoni jew f'portijiet ta' pajjiżi terzi soġġetti għal awtorizzazzjoni mibgħuta mingħand l-Istat(i) Membru/i tal-bandiera tagħhom. Madankollu, trasbord fuq il-baħar f'ilmijiet tal-Unjoni se jkun permess f'ċertu sajd pelaġiku meta d-dgħajjes ikunu jinsabu ħafna mili 'l bogħod mill-art u l-qabdiet tagħhom ikunu tant żgħar li jrendu ineffiċjenti r-ritorn tal-bastimenti għall-port biex ibiegħu l-qabdiet tagħhom.
2b. Biex japplikaw għal awtorizzazzjoni ħalli jittrasbordaw skont il-paragrafu 2a, il-kaptani ta' bastimenti tal-Unjoni għandhom jissottomettu b'mod elettroniku lill-Istat Membru tal-bandiera tagħhom, tal-anqas 3 ijiem qabel l-operazzjoni ppjanata ta' trasbord, l-informazzjoni li ġejja:
2b. Biex japplikaw għal awtorizzazzjoni ħalli jittrasbordaw skont il-paragrafu 2a, il-kaptani ta' bastimenti tal-Unjoni għandhom jissottomettu b'mod elettroniku lill-Istat Membru tal-bandiera tagħhom, tal-anqas 24 siegħa qabel l-operazzjoni ppjanata ta' trasbord, l-informazzjoni li ġejja:
Emenda 101 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 20 – paragrafu 2b – punt c
(c) il-kodiċi alfa-3 tal-FAO ta' kull speċi u ż-żona ġeografika rilevanti tagħha li fiha ttieħdu l-qabdiet;
(c) il-kodiċi alfa-3 tal-FAO ta' kull speċi trasbordata u ż-żona ġeografika rilevanti tagħha li fiha ttieħdu l-qabdiet;
Emenda 102 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 20 – paragrafu 2b – punt d
(d) il-kwantitajiet stmati ta' kull speċi f'kilogrammi f'piż tal-prodott u f'piż ħaj, imqassma skont it-tip ta' preżentazzjoni tal-prodott;
(d) il-kwantitajiet stmati ta' kull speċi trasbordata f'kilogrammi f'piż tal-prodott u f'piż ħaj, imqassma skont it-tip ta' preżentazzjoni tal-prodott;
1. Il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b'tul totali ta' 10 metri jew aktar involuti f'operazzjoni ta' trasbord għandhom jimlew dikjarazzjoni elettronika ta' trasbord.
1. Il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b'tul totali ta' 12-il metru jew aktar involuti f'operazzjoni ta' trasbord għandhom jimlew dikjarazzjoni elettronika ta' trasbord.
Emenda 104 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 21 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. Id-dikjarazzjoni ta' trasbord imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:
2. Id-dikjarazzjoni ta' trasbord imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun f'format uniformi fl-Unjoni kollha u għandu jkun fiha tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:
Emenda 105 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt c
(c) il-kodiċi alfa-3 tal-FAO ta' kull speċi u ż-żona ġeografika rilevanti tagħha li fiha ttieħdu l-qabdiet;
(c) il-kodiċi alfa-3 tal-FAO ta' kull speċi trasbordata u ż-żona ġeografika rilevanti tagħha li fiha ttieħdu l-qabdiet;
Emenda 106 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt d
(d) il-kwantitajiet stmati ta' kull speċi f'kilogrammi f'piż tal-prodott u f'piż ħaj, imqassma skont it-tip ta' preżentazzjoni tal-prodott jew, fejn xieraq, l-għadd ta' individwi inklużi, bħala entrata separata, il-kwantitajiet jew l-individwi taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni applikabbli;
(d) il-kwantitajiet stmati ta' kull speċi trasbordata f'kilogrammi f'piż tal-prodott u f'piż ħaj, imqassma skont it-tip ta' preżentazzjoni tal-prodott jew, fejn xieraq, l-għadd ta' individwi inklużi, bħala entrata separata, il-kwantitajiet jew l-individwi taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni applikabbli;
3. Meta mqabbel mal-kwantitajiet li nħattu l-art jew mar-riżultat ta' spezzjoni, il-marġni ta' tolleranza permess fi stimi reġistrati fid-dikjarazzjoni ta' trasbord tal-kwantitajiet f'kilogrammi ta' ħut miżmum abbord għandu jkun ta' 10 % għal kull speċi.
3. Meta mqabbel mal-kwantitajiet li nħattu l-art jew mar-riżultat ta' spezzjoni, il-marġni ta' tolleranza permess fi stimi reġistrati fid-dikjarazzjoni ta' trasbord tal-kwantitajiet f'kilogrammi ta' ħut miżmum abbord għandu jkun ta' 15 % għal kull speċi.
6. Il-Kummissjoni hi mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 119a biex teżenta lil ċerti kategoriji ta' bastimenti tas-sajd mill-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1, b'kunsiderazzjoni tal-kwantitajiet u/jew tat-tip ta' prodotti tas-sajd.”
6. Il-Kummissjoni hi mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 119a biex teżenta lil ċerti kategoriji ta' bastimenti tas-sajd mill-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1, b'kunsiderazzjoni tal-kwantitajiet u/jew tat-tip ta' prodotti tas-sajd u r-riskju tan-nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd, flimkien mal-leġiżlazzjoni relevanti. Fid-determinazzjoni tal-livell ta' dak ir-riskju, għandu jiġi kkunsidrat il-ksur serju mwettaq mill-bastimenti kkonċernati.
1. Kaptani ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b'tul totali ta' 10 metri jew aktar għandhom jibagħtu permezz ta' mezzi elettroniċi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 21 lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tagħhom fi żmien 24 siegħa wara t-tlestija tal-operazzjoni ta' trasbord.
1. Kaptani ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b'tul totali ta' 12-il metru jew aktar għandhom jibagħtu permezz ta' mezzi elettroniċi u billi jużaw l-istess format armonizat fil-livell tal-Unjoni għall-Istati Membri kollha, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu21 lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tagħhom fi żmien 24siegħa wara t-tlestija tal-operazzjoni ta' trasbord.
Emenda 110 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 22 – paragrafu 5 – punt a
(a) il-format u l-kontenut tad-dikjarazzjoni ta' trasbord;
(a) il-format armonizzat u l-kontenut tad-dikjarazzjoni ta' trasbord;
4. Biex il-piż tal-ħut maħżun jew proċessat jiġi kkonvertit f'piż ta' ħut ħaj għall-finijiet tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art, il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd għandhom japplikaw fattur ta' konverżjoni stabbilit skont l-Artikolu 14(9).
4. Biex il-piż tal-ħut maħżun jew proċessat jiġi kkonvertit f'piż ta' ħut ħaj għall-finijiet tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art, il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd, jew rappreżentant tal-kaptan, għandhom japplikaw fattur ta' konverżjoni stabbilit skont l-Artikolu 14(9).
1. Il-kaptan ta' bastiment tas-sajd tal-Unjoni jew ir-rappreżentant ta' dan għandu jissottometti permezz ta' mezzi elettroniċi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 23 lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tagħhom fi żmien 24 siegħa wara t-tlestija tal-ħatt l-art.
1. Il-Kaptan ta' bastiment tas-sajd tal-Unjoni, jew rappreżentant tal-kaptan, għandu jissottometti permezz ta' mezzi elettroniċi u billi juża l-istess format armonizat fil-livell tal-Unjoni għall-Istati Membri kollha, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu23 lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tagħhom kemm jista' jkun malajr u f'kull każ fi żmien 24siegħa wara t-tlestija tal-ħatt l-art.
Għall-fini tal-kalkolu tal-iskadenza ta' 24 siegħa msemmija fl-ewwel subparagrafu, is-Sibtijiet, il-Ħdud u l-festi pubbliċi ma għandhomx jitqiesu.
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, fil-każ li l-prodotti tas-sajd jiġu ttrasportati mill-post tal-ħatt l-art qabel l-użin, l-operazzjoni tal-ħatt l-art għandha titqies li tkun tlestiet meta dawk il-prodotti tas-sajd ikunu ntiżnu.
Emenda 115 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 24 – paragrafu 5 – punt da (ġdid)
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kontroll effettiv tal-obbligu ta' ħatt l-art. Għal dan l-għan, perċentwal minimu ta' bastimenti tas-sajd li jistadu għal speċijiet soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art u li jtajru l-bandiera tagħhom stabbilita f'konformità mal-paragrafu 2, għandu jkun mgħammar b'sistemi li jirrekordjaw kontinwament ta' Televiżjoni b'Ċirkwit Magħluq (CCTV) li jinkorporaw fihom il-ħżin tad-data.
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kontroll effettiv tal-obbligu ta' ħatt l-art. Għal dan l-għan, perċentwal minimu ta' bastimenti tas-sajd b'tul totali ta' 12-il metru jew aktar, li jtajru l-bandiera tagħhomu jistadu għal speċijiet soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art, identifikati bħala li jippreżentaw riskju għoli ta' nonkonformità mal-obbligu ta' ħatt l-art fil-programmi ta' kontroll u spezzjoni speċifiċi adottati skont l-Artikolu 95, għandhom ikunu mgħammra b'sistemi li jirrekordjaw kontinwament ta' Televiżjoni b'Ċirkwit Magħluq (CCTV) li jinkorporaw fihom il-ħżin tad-data,f'konformità mar-regoli applikabbli kollha dwar il-protezzjoni tal-privatezza u l-ipproċessar tad-data personali. Bi qbil mal-programmi ta' kontroll u spezzjoni speċifiċi adottati skont l-Artikolu 95, l-Istat Membru jista' jippermetti lill-bastiment tas-sajd iġorr osservaturi ta' kontroll abbord skont l-Artikolu 73a.
2. Il-perċentwal ta' bastimenti tas-sajd imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi stabbilit għal kategoriji ta' riskju differenti fi programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni adottati skont l-Artikolu 95. Dawk il-programmi għandhom jiddeterminaw ukoll il-kategoriji ta' riskju u t-tipi ta' bastimenti tas-sajd inklużi fit-tali kategoriji.
3a. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-effettività tas-sistemi elettroniċi ta' monitoraġġ fil-verifika tal-konformità mal-obbligu ta' ħatt l-art u l-kontribut tagħhom għall-kisba tar-rendiment massimu sostenibbli għall-istokkijiet rilevanti u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa... [ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].
3b. Minbarra s-sistemi elettroniċi ta' monitoraġġ użati biex tiġi vverifikata l-konformità mal-obbligu tal-ħatt l-art, l-Istati Membri jistgħu jappoġġaw ukoll l-użu ta' sistemi li jippermettu monitoraġġ aktar mill-qrib tas-selettività tal-operazzjonijiet tas-sajd direttament fuq l-irkaptu.
3c. L-operaturi jistgħu jgħammru l-bastimenti tas-sajd b'sistemi ta' CCTV fuq bażi volontarja. Għal dak l-għan, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi inċentivi bħall-allokazzjoni ta' kwota addizzjonali jew it-tneħħija ta' punti, skont il-paragrafu 4.
Emenda 125 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 23 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 25a – paragrafu 3d (ġdid)
3d. Il-bastimenti tas-sajd għandhom ikunu mgħammra bit-teknoloġija CCTV fuq bażi obbligatorja jekk ikunu kisru b'mod serju darbtejn jew aktar ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 meta hekk deċiż mill-awtorità kompetenti bħala sanzjoni ta' akkumpanjament.
Emenda 126 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 23 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 25a – paragrafu 3e (ġdid)
3e. Il-filmat tas-CCTV għandu jibqa' l-proprjetà tas-sid tal-bastiment tas-sajd il-ħin kollu. Il-kunfidenzjalità tan-negozju u d-drittijiet tal-privatezza għandhom ikunu protetti u ggarantiti mill-awtoritajiet kompetenti matul il-proċess kollu.
Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi regoli dettaljati dwar ir-rekwiżiti, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, l-installazzjoni u l-funzjonament tas-sistemi elettroniċi ta' monitoraġġ għall-kontroll tal-obbligu ta' ħatt l-art, inklużi s-sistemi ta' CCTV li jirrekordjaw il-ħin kollu.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 119a, u tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dettaljati dwar ir-rekwiżiti, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, l-installazzjoni u l-funzjonament tas-sistemi elettroniċi ta' monitoraġġ, kif ukoll inċentivi għal tali sistemi, għall-kontroll tal-obbligu ta' ħatt l-art, inklużi s-sistemi ta' CCTV li jirrekordjaw il-ħin kollu.
Il-Kummissjoni għandha, sa ... [6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex tiġi vvalutata l-effikaċja tal-monitoraġġ elettroniku mill-bogħod u l-kontribut tiegħu għall-kontroll tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd, inklużi l-kontroll ta' qabdiet inċidentali u l-affidabbiltà tad-data dwar il-qabdiet."
3. F'każijiet li fihom id-data sottomessa minn Stat Membru f'konformità mal-paragrafu 2 tkun ibbażata fuq stimi għal stokk jew għal grupp ta' stokkijiet, l-Istat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni l-kwantitajiet korretti stabbiliti fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-data tal-ħatt l-art.
3. F'każijiet li fihom id-data sottomessa minn Stat Membru f'konformità mal-paragrafu 2 tkun ibbażata fuq stimi għal stokk jew għal grupp ta' stokkijiet, l-Istat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni l-kwantitajiet korretti stabbiliti fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data tal-ħatt l-art.
4. Fil-każ li fih Stat Membru jindividwa inkonsistenzi bejn l-informazzjoni sottomessa f'konformità mal-paragrafi 2 u 3 u r-riżultati tal-validazzjoni mwettqa f'konformità mal-Artikolu 109, l-Istat Membru għandu jipprovdi, f'konformità mal-istess paragrafi, il-kwantitajiet korretti stabbiliti fuq il-bażi ta' dik il-validazzjoni malli jkunu disponibbli u mhux aktar tard minn 3 xhur wara d-data tal-ħatt l-art.
4. Fil-każ li fih Stat Membru jindividwa inkonsistenzi bejn l-informazzjoni sottomessa lill-Kummissjoni f'konformità mal-paragrafi 2 u 3 u r-riżultati tal-validazzjoni mwettqa f'konformità mal-Artikolu 109, huwa għandu jivverifika u jwettaq kontrolli inkroċjati sabiex jikkoreġi tali inkonsistenzi. Barra minn hekk, l-Istat Membru għandu jipprovdi, f'konformità mal-istess paragrafi, il-kwantitajiet korretti stabbiliti fuq il-bażi ta' dik il-validazzjoni malli jkunu disponibbli u mhux aktar tard minn 3 xhur wara d-data tal-ħatt l-art..
6a. Il-qabdiet li jsiru fil-qafas tar-riċerka xjentifika jistgħu jingħataw lill-proġetti soċjali, inklużi dawk maħsuba għat-tmigħ tal-persuni mingħajr dar.
Il-Kummissjoni tista' titlob lil Stat Membru biex jissottometti informazzjoni aktar dettaljata u aktar frekwenti minn dik ipprovduta fl-Artikolu 33 fil-każ li jiġi stabbilit li 80% ta' kwota għal stokk jew għal grupp ta' stokks titqies li hi eżawrita.”
1. Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien, meta jistabbilixxi li:
(a) Ikun ġie milħuq it-80 % tal-qbid ta' stokk jew grupp ta' stokkijiet suġġetti għal kwota korrispondenti għall-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu; jew
(b) Ikun ġie eżawrit it-80 % tal-isforz tas-sajd massimu għal irkaptu tas-sajd jew sajd speċifiku u għal żona ġeografika korrispondenti u applikabbli għall-bastimenti tas-sajd kollha jew għal parti minnhom li jtajru l-bandiera tiegħu.
F'każ bħal dak, il-Kummissjoni tista' titlob informazzjoni aktar dettaljata u frekwenti minn dik prevista fl-Artikolu 33.
1a. Il-Kummissjoni tista' titlob lil Stat Membru biex jissottometti informazzjoni aktar dettaljata u aktar frekwenti minn dik prevista fl-Artikolu 33 fil-każ li jiġi stabbilit li 80 % ta' kwota għal stokk jew għal grupp ta' stokkijiet titqies li hi eżawrita, jew ikun ġie eżawrit it-80 % tal-isforz tas-sajd massimu għal irkaptu tas-sajd jew sajd speċifiku u għal żona ġeografika korrispondenti.F'dak il-każ, l-Istat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni mitluba.
Emenda 134 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 35 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 39a – paragrafu 1 – punt a
(a) il-bastimenti jkunu mgħammra b'magni propulsivi b'saħħa ċertifikata tal-magna li taqbeż il-221 kilowatt; jew
(a) il-bastimenti jkunu mgħammra b'magni propulsivi b'saħħa ċertifikata tal-magna li taqbeż il-221 kilowatt; u
Emenda 135 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 35 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 39a – paragrafu 1 – punt b
(b) il-bastimenti jkunu mgħammra b'magni propulsivi b'saħħa ċertifikata tal-magna ta' bejn 120 u 221 kilowatt u joperaw f'żoni soġġetti għal reġimi ta' sforz jew għal restrizzjonijiet fuq is-saħħa tal-magna.
(b) il-bastimenti joperaw f'żoni soġġetti għal reġimi ta' sforz tas-sajd jew għal restrizzjonijiet fuq is-saħħa tal-magna.
1a. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti li jkunu wettqu ksur relatat mal-manipulazzjoni ta' magna sabiex tiżdied is-saħħa tal-bastiment 'il fuq mill-qawwa massima kontinwa tal-magna kif indikat fiċ-ċertifikat tal-magna, ikunu mgħammra b'apparati installati b'mod permanenti li jkejlu u jirreġistraw is-saħħa tal-magna.
2. L-apparati msemmija fil-paragrafu 1, b'mod partikolari tensjometri tax-xaft u kuntjaturi tad-dawriet imqabbda b'mod permanenti, għandhom jiżguraw il-kejl kontinwu tas-saħħa tal-magna propulsiva f'kilowatts.
2. L-apparati msemmija fil-paragrafu 1, b'mod partikolari tensjometri tax-xaft u kuntjaturi tad-dawriet imqabbda b'mod permanenti, għandhom jiżguraw il-kejl u r-reġistrazzjoni kontinwi tas-saħħa tal-magna propulsiva f'kilowatts.
(35a) Fl-Artikolu 40, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jassenjaw iċ-ċertifikazzjoni tal-qawwa tal-magna lis-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni jew lil operaturi oħra li għandhom il-kompetenza meħtieġa għall-eżaminazzjoni teknika tal-qawwa tal-magna. Dawk is-soċjetajiet tal-klassifikazzjoni jew operaturi oħra għandhom jiċċertifikaw biss magna ta' propulsjoni li mhijiex kapaċi teċċedi l-qawwa ddikjarata uffiċjalment jekk ma jkun hemm l-ebda possibbiltà li tiżdied il-prestazzjoni tal-magna ta' propulsjoni ‘l fuq mill-qawwa ċċertifikata.
“3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jassenjaw iċ-ċertifikazzjoni tal-qawwa tal-magna lis-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni jew lil operaturi oħra li għandhom il-kompetenza meħtieġa għall-eżaminazzjoni teknika tal-qawwa tal-magna. Dawk is-soċjetajiet tal-klassifikazzjoni jew operaturi oħra għandhom jiċċertifikaw biss magna ta' propulsjoni li mhijiex kapaċi teċċedi l-qawwa ddikjarata uffiċjalment jekk ma jkun hemm l-ebda possibbiltà li tiżdied il-prestazzjoni tal-magna ta' propulsjoni ‘l fuq mill-qawwa ċċertifikata. Dawk is-soċjetajiet taċ-ċertifikazzjoni u operaturi oħra għandhom ikunu responsabbli għall-preċiżjoni taċ-ċertifikazzjonijiet.”
6. Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi regoli dettaljati dwar iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-magna ta' propulsjoni.Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 119(2).;
6. Il-Kummissjoni hi mogħija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 119a biex tistabbilixxi regoli dettaljati dwar iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-magna ta' propulsjoni.;
L-Istati Membri għandhom jivverifikaw il-preċiżjoni u l-konsistenza tad-data dwar is-saħħa tal-magna u t-tunnellaġġ, billi jużaw l-informazzjoni kollha disponibbli relatata mal-karatteristiċi tekniċi tal-bastiment ikkonċernat.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, bħala parti mir-rapport imsemmi fl-Artikolu 118, bir-riżultati tal-kontrolli msemmija f'dan l-Artikolu u bil-miżuri meħuda meta l-qawwa tal-magna jew it-tunnellaġġ tal-bastiment tas-sajd ikunu akbar minn dak iddikjarat fil-liċenzja tas-sajd jew fir-reġistru tal-flotta tal-Unjoni jew dak nazzjonali.
Emenda 142 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 39a (ġdid) Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 44
(39a) l-Artikolu 44 huwa sostitwit b'dan li ġej:
Artikolu 44
“Artikolu 44
Stivar separat ta' qabdiet soġġetti għal pjani pluriennali
Stivar separat ta' qabdiet soġġetti għal pjani pluriennali
1. Il-qabdiet kollha tal-istokkijiet demersali soġġetti għal pjan pluriennali miżmumin abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni b'tul totali ta' 12-il metru jew aktar għandhom jitpoġġew f'kaxxi, kompartamenti jew kontenituri b'tali mod li jkunu identifikabbli minn kaxxi, kompartamenti jew kontenituri oħra separatament għal kull wieħed minn dawn l-istokkijiet.
1. Il-qabdiet kollha tal-istokkijiet demersali soġġetti għal pjan ta' rkupru, programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni adottati skont l-Artikolu 95 inklużi dispożizzjonijiet dwar stivar separat, jew miżuri speċifiċi ta' kontroll kif definiti fil-pjanijiet pluriennali, miżmumin abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni b'tul totali ta' 12-il metru jew aktar għandhom jitpoġġew f'kaxxi, kompartamenti jew kontenituri b'tali mod li jkunu identifikabbli minn kaxxi, kompartamenti jew kontenituri oħra separatament għal kull wieħed minn dawn l-istokkijiet.
2. Kaptani ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom iżommu l-qabdiet demersali tal-istokkijiet għal-pjan pluriennali skont pjan ta' stivar li jiddeskrivi fejn jinsabu l-ispeċijiet differenti fl-istivi.
2. Kaptani ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom iżommu l-qabdiet demersali tal-istokkijiet imsemmija fil-paragrafu 1 skont pjan ta' stivar li jiddeskrivi fejn jinsabu l-ispeċijiet differenti fl-istivi.
3. Għandha tkun projbita ż-żamma abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni fi kwalunkwe kaxxa, kompartament jew kontenitur ta' kwalunkwe kwantità ta' qabdiet tal-istokkijiet demersali soġġetti għal pjan pluriennali mħallta ma' kwalunkwe prodott tas-sajd ieħor.
3. Għandha tkun projbita ż-żamma abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni, fi kwalunkwe kaxxa, kompartiment jew kontenitur, ta' kwalunkwe kwantità ta' qabdiet tal-istokkijiet demersali msemmija fil-paragrafu 1 mħallta ma' kwalunkwe prodott tas-sajd ieħor. "
Emenda 143 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 42 – punt a Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 48 – paragrafu 3
3. Jekk l-irkaptu mitluf ma jistax jinstab, il-Kaptan tal-bastiment għandu jinkludi l-informazzjoni dwar l-irkaptu mitluf fil-ġurnal ta' abbord skont l-Artikolu 14(3). L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kostali.
3. Jekk l-irkaptu mitluf ma jistax jinstab, il-Kaptan tal-bastiment għandu jinkludi l-informazzjoni dwar l-irkaptu mitluf fil-ġurnal ta' abbord skont l-Artikolu 14(3). L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera għandha mingħajr dewmien tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kostali.
Emenda 144 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 42 – punt b Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 48 – paragrafu 5
5. L-Istati Membri għandom jiġbru u jirreġistraw l-informazzjoni li tikkonċerna l-irkaptu mitluf u jipprovdu din l-informazzjoni lill-Kummissjoni fuq talba.
5. L-Istati Membri għandhom jiġbru u jirreġistraw l-informazzjoni kollha li tikkonċerna l-irkaptu mitluf imsemmi fil-paragrafu 3 u jipprovdu din l-informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd.
L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għandha tibgħat dik l-informazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, fil-kuntest tal-kooperazzjoni msaħħa tagħhom.
Ir-reġistru tal-Unjoni dwar il-każijiet ta' ksur stabbilit fl-Artikolu 93(1) għandu jelenka oġġetti ta' rkaptu mitluf fuq il-baħar u għandu jiżgura r-reġistrazzjoni tal-informazzjoni u d-disponibbiltà ta' dik l-informazzjoni għall-Istati Membri u l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd.
L-informazzjoni għandha tiġi trażmessa elettronikament u mingħajr dewmien. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 119a li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistipulaw ir-regoli relatati mat-trażmissjoni tal-informazzjoni.
1. L-attivitajiet tas-sajd f'żoni ristretti għas-sajd li jinsabu fl-ibħra tal-Unjoni għandhom ikunu kkontrollati mill-Istat Membru kostali. L-Istat Membru kostali għandu jkollu sistema biex jindividwa u jirreġistra d-dħul tal-bastimenti tas-sajd f'żoni ristretti għas-sajd u l-ħruġ ta' dawn mit-tali żoni li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni jew is-sovranità tiegħu.
1. L-attivitajiet tas-sajd f'żoni ristretti għas-sajd u żoni tal-baħar protetti li jinsabu fl-ibħra tal-Unjoni għandhom ikunu kkontrollati mill-Istat Membru kostali. L-Istat Membru kostali għandu jkollu sistema biex jindividwa u jirreġistra d-dħul tal-bastimenti tas-sajd f'żoni ristretti għas-sajd u żoni tal-baħar protetti li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni jew is-sovranità tiegħu, kif ukoll it-tranżitu u l-ħruġ minnhom.
2. L-attivitajiet tas-sajd ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni f'żoni ristretti għas-sajd li jinsabu f'ibħra internazzjonali jew f'ibħra ta' pajjiżi terzi għandhom ikunu kkontrollati mill-Istati Membri tal-bandiera.
2. L-attivitajiet tas-sajd ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni f'żoni ristretti għas-sajd u f'żoni tal-baħar protetti li jinsabu f'ibħra internazzjonali jew f'ibħra ta' pajjiżi terzi għandhom ikunu kkontrollati mill-Istati Membri tal-bandiera.
Emenda 148 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 43 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 50 – paragrafu 3 – parti introduttorja
3. It-tranżitu minn żona ristretta għas-sajd hu permess għall-bastimenti tas-sajd li ma jkunux awtorizzati jistadu f'tali żoni soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
3. It-tranżitu minn żona ristretta għas-sajd jew żoni tal-baħar protetti hu permess għall-bastimenti tas-sajd li ma jkunux awtorizzati jistadu f'tali żoni soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sajd rikreattiv fit-territorju tagħhom u fl-ibħra tal-Unjoni jsir b'mod kompatibbli mal-objettivi u r-regoli tal-politika komuni tas-sajd.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sajd rikreattiv fit-territorju tagħhom u fl-ibħra tal-Unjoni jsir b'mod kompatibbli mal-objettivi u r-regoli tal-politika komuni tas-sajd u mal-miżuri ta' konservazzjoni tal-Unjoni, inklużi dawk adottati bħala parti mill-pjanijiet pluriennali.
Emenda 150 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 44 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 55 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a
(a) idaħħlu fis-seħħ sistema ta' reġistrazzjoni jew ta' liċenzjar li tissorvelja n-numru ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi involuti fis-sajd rikreattiv; u
(a) jibnu fuq prattiki diġà eżistenti fl-Istati Membri, idaħħlu fis-seħħ sistema ta' reġistrazzjoni jew ta' liċenzjar li tissorvelja n-numru ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi involuti fis-sajd rikreattiv, flimkien ma' sistema xierqa ta' sanzjonijiet għan-nuqqas ta' konformità, li tinforma lill-applikanti għal dawn il-liċenzji dwar il-miżuri ta' konservazzjoni tal-Unjoni li għandhom jiġu applikati fiż-żona, inklużi r-restrizzjonijiet tal-qbid u l-arranġamenti li jirregolaw is-sanzjonijiet ; u
Emenda 151 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 44 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 55 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b
(b) jiġbru data dwar il-qabdiet mit-tali sajd permezz ta' rapportar tal-qabdiet jew mekkaniżmi oħra ta' ġbir tad-data bbażati fuq metodoloġija li għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni.
(b) jiġbru data dwar il-qabdiet mit-tali sajd permezz ta' formola jew applikazzjoni elettronika sempliċi, bla ħlas u armonizzata.
Emenda 152 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 44 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 55 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. Rigward stokkijiet, gruppi ta' stokkijiet u speċijiet li huma soġġetti għal miżuri ta' konservazzjoni tal-Unjoni applikabbli għas-sajd rikreattiv, l-Istati Membri għandhom
2. Rigward stokkijiet, gruppi ta' stokkijiet u speċijiet li huma soġġetti għal miżuri ta' konservazzjoni tal-Unjoni applikabbli għas-sajd rikreattiv, inklużi miżuri ta' konservazzjoni addizzjonali adottati bħala parti mill-pjanijiet pluriennali, l-Istati Membri għandhom:
Emenda 153 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 44 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 55 – paragrafu 2 – punt a
(a) jiżguraw li l-persuni fiżiċi u ġuridiċi involuti fis-sajd rikreattiv għat-tali stokkijiet jew speċijiet jirreġistraw u jibagħtu d-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet b'mod elettroniku lill-awtoritajiet kompetenti fuq bażi ta' kuljum jew wara kull vjaġġ tas-sajd; u
(a) jiżguraw li l-persuni fiżiċi u ġuridiċi involuti fis-sajd rikreattiv għat-tali stokkijiet jew speċijiet jirċievu informazzjoni ċara dwar il-miżuri ta' konservazzjoni applikabbli tal-Unjoni, jirreġistraw u jibagħtu d-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet b'mod elettroniku lill-awtoritajiet kompetenti fuq bażi ta' kuljum jew wara kull vjaġġ tas-sajd; u
3a. Il-kaptan ta' bastiment tas-sajd użat fit-turiżmu tas-sajd għandu, qabel kull okkażjoni fejn il-bastiment jintuża għal dak l-iskop speċifiku, jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti b'dan. L-Artikolu 15 ma japplikax.
4. Il-programmi nazzjonali ta' kontroll imsemmija fl-Artikolu 93a għandhom jinkludu attivitajiet speċifiċi ta' kontroll li jikkonċernaw is-sajd rikreattiv.
imħassar
Emenda 155 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 44 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 55 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta regoli dettaljati dwar:
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 119a, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistipulaw regoli dettaljati li jikkonċernaw:
Emenda 343 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 44 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 55 – paragrafu 5 – punt aa (ġdid)
(aa) in-notifika mill-kaptan ta' bastiment tas-sajd kif imsemmi fil-paragrafu 3a;
Emenda 156 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 44 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 55 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt b
(b) il-ġbir ta' data u r-reġistrazzjoni u s-sottomissjoni tad-data dwar il-qabdiet,
(b) il-ġbir ta' data u r-reġistrazzjoni u s-sottomissjoni tad-data dwar il-qabdiet permezz ta' formola jew applikazzjoni elettronika sempliċi, mingħajr ħlas u armonizzata;
Emenda 157 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 44 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 55 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt c
(c) it-traċċar ta' bastimenti użati għas-sajd rikreattiv, u
(c) it-traċċar ta' bastiment użat għall-pesca-turiżmu u bastimenti mikrija għas-sajd rikreattiv; u
Emenda 158 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 44 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 55 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt d
(d) il-kontroll u l-markar ta' rkapti użati għas-sajd rikreattiv.
(d) il-kontroll u l-markar ta' rkapti użati għas-sajd rikreattiv b'mod sempliċi u proporzjonat.
6. Dan l-Artikolu għandu japplika għal kwalunkwe attività tas-sajd rikreattiv, inklużi attivitajiet tas-sajd organizzati minn entitajiet kummerċjali fis-settur tat-turiżmu u fis-settur tal-kompetizzjonijiet sportivi.
6. Dan l-Artikolu għandu japplika għal kwalunkwe attività tas-sajd rikreattiv, bħal dawk imwettqa bl-appoġġ ta' bastiment, bl-għadis jew bil-mixi, u bl-użu ta' kwalunkwe metodu ta' qbid jew ħsad, inklużi attivitajiet tas-sajd organizzati minn entitajiet kummerċjali fis-settur tat-turiżmu u fis-settur tal-kompetizzjonijiet sportivi, kif ukoll fil-kuntest tal-pesca-turiżmu u b'bastimenti mikrija għas-sajd rikreattiv.
Emenda 161 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 44a (ġdid) Regolament (KE) Nru 1224/2009 Kapitolu Va (ġdid)
(44a) Fit-Titolu IV, jiżdied il-Kapitolu li ġej:
"KAPITOLU Va
Kontroll ta' sajd mingħajr bastimenti
Artikolu 55a
Sajd mingħajr bastimenti
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sajd mingħajr bastimenti fit-territorju tagħhom isir b'mod kompatibbli mal-objettivi u r-regoli tal-politika komuni tas-sajd.
2. Għal dan l-għan, l-Istati Membriu għandhom idaħħlu fis-seħħ sistema ta' reġistrazzjoni jew ta' liċenzjar għall-monitoraġġ tal-għadd ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi li jieħdu sehem fis-sajd mingħajr bastimenti."
1. Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għall-kontroll fit-territorju tiegħu tal-applikazzjoni tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, mit-tqegħid tagħhom fis-suq sal-bejgħ bl-imnut, inkluż it-trasport. L-Istati Membri għandhom jieħdu b'mod partikolari miżuri li jiżguraw li l-użu ta' prodotti tas-sajd taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni li huma soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jiġi ristrett għal skopijiet oħra għajr dak tal-konsum dirett mill-bniedem.
1. Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għall-kontroll fit-territorju tiegħu tal-applikazzjoni tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, mit-tqegħid tagħhom fis-suq sal-bejgħ bl-imnut, inkluż is-settur HORECA u dak tat-trasport. L-Istati Membri għandhom jieħdu b'mod partikolari miżuri li jiżguraw li l-użu ta' prodotti tas-sajd taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni li huma soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jiġi ristrett għal skopijiet oħra għajr dak tal-konsum dirett mill-bniedem. B'deroga mill-Artikolu 15(11) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għall-finijiet ta' solidarjetà soċjali u biex tiġi limitata l-ħela, il-prodotti tas-sajd ta' daqs iżgħar mid-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni li huma soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art jistgħu jingħata għal skopijiet ta' karità u/jew soċjali. Tali deroga ma għandhiex tirriżulta fil-ħolqien ta' suq għall-qabdiet taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni.
2. Lott għandu jkun fih prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura ta' speċi waħda biss, bl-istess preżentazzjoni u li ġejjin mill-istess żona ġeografika rilevanti u mill-istess bastiment tas-sajd, jew grupp ta' bastimenti tas-sajd, jew mill-istess unità ta' produzzjoni tal-akkwakultura.
2. Għall-fini tat-tqegħid tal-prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura fis-suq, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-Kapitolu 3 tan-Nomenklatura Magħquda stabbilita permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, kull lott għandu jikkonsisti minn speċi waħda biss tal-istess preżentazzjoni, ġejjin mill-istess żona ġeografika rilevanti u mill-istess bastiment tas-sajd, jew grupp ta' bastimenti tas-sajd, jew mill-istess unità ta' produzzjoni tal-akkwakultura.
3. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2, il-kwantitajiet ta' prodotti tas-sajd li b'kollox jiżnu anqas minn 30kg fi prodotti tas-sajd ta' diversi speċijiet u li jiġu mill-istess żona ġeografika rilevanti u bl-istess preżentazzjoni, għal kull bastiment u għal kull jum, jistgħu jitqiegħdu fl-istess lott mill-operatur tal-bastiment tas-sajd, li fl-organizzazzjoni ta' produtturi tiegħu l-operatur tal-bastiment tas-sajd hu membru jew xerrej reġistrat, qabel it-tqegħid fis-suq.
3. Minkejja l-paragrafu 2, il-kwantitajiet ta' prodotti tas-sajd li b'kollox jiżnu anqas minn 30kg fi prodotti tas-sajd ta' diversi speċijiet u li jiġu mill-istess żona ġeografika rilevanti u bl-istess preżentazzjoni, għal kull bastiment u għal kull jum, jistgħu jitqiegħdu fl-istess lott mill-operatur tal-bastiment tas-sajd, li fl-organizzazzjoni ta' produtturi tiegħu l-operatur tal-bastiment tas-sajd hu membru, irkant jew xerrej reġistrat, qabel it-tqegħid fis-suq.
4a. B'deroga mill-Artikolu 15(11) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għall-finijiet ta' solidarjetà soċjali u biex tiġi limitata l-ħela, qed jiġi permess l-użu ta' ħut maqbud ta' daqs iżgħar mid-daqsijiet minimi ta' referenza relatati għall-konservazzjoni, għal skopijiet ta' karità u/jew soċjali.
Emenda 167 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 46 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 56a – paragrafu 5 – parti introduttorja
5. Wara li jitqiegħed fis-suq, lott ta' prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura jista' jingħaqad ma' lott ieħor jew jinqasam, jekk il-lott maħluq mit-tgħaqqid jew il-lottijiet maħluqa mill-qsim jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
5. Wara li jitqiegħed fis-suq, lott ta' prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura jista' jingħaqad ma' lott ieħor jew jinqasam, jekk l-unità maħluqa mit-tgħaqqid jew il-lottijiet maħluqa mill-qsim jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
Emenda 168 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 46 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 56a – paragrafu 5 – punt a
(a) dawn fihom prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura ta' speċi waħda u bl-istess preżentazzjoni;
imħassar
Emenda 169 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 46 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 56a – paragrafu 5 – punt b
(b) l-informazzjoni dwar it-traċċabilità elenkata fil-paragrafi 5 u 6 tal-Artikolu 58 hi pprovduta għal-lott(ijiet) maħluq(a) ġdid/ġodda;
(b) l-informazzjoni dwar it-traċċabilità elenkata fil-paragrafi 5 u 6 tal-Artikolu 58 hi pprovduta għall-unità jew il-lott maħluq(a) ġdid(a);
Emenda 170 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 46 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 56a – paragrafu 5 – punt c
(c) l-operatur responsabbli għat-tqegħid tal-lott maħluq ġdid fis-suq kapaċi jipprovdi l-informazzjoni relatata mal-kompożizzjoni tal-lott maħluq ġdid, b'mod partikolari l-informazzjoni relatata ma' kull wieħed mil-lottijiet ta' prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura li fih u mal-kwantitajiet ta' prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura li ġejjin minn kull wieħed mil-lottijiet li jifformaw il-lott il-ġdid.
(c) l-operatur responsabbli għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura tal-unità jew tal-lott maħluq ġdid fis-suq kapaċi jipprovdi l-informazzjoni relatata mal-kompożizzjoni tal-lott maħluq ġdid, b'mod partikolari l-informazzjoni relatata ma' kull wieħed mill-unitajiet jew lottijiet ta' prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura li fih, inklużi l-ispeċijiet u l-oriġini tagħhom.
6. Dan l-Artikolu għandu japplika biss għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li jaqgħu taħt il-Kapitolu 3 u taħt l-intestaturi 1604 u 1605 tal-Kapitolu 16 tan-Nomenklatura Magħquda stabbilita permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87*.
6. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, dan l-Artikolu għandu japplika għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li jaqgħu taħt il-Kapitolu 3 u taħt l-intestaturi 1604 u 1605 tal-Kapitolu 16 tan-Nomenklatura Magħquda stabbilita permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87*.
2. Il-kontrolli jistgħu jsiru fl-istadji kollha fil-katina ta' provvista, inkluż fit-trasport. Fil-każ ta' prodotti li għalihom l-istandards komuni ta' kummerċjalizzazzjoni japplikaw matul it-tqegħid fis-suq biss, il-kontrolli mwettqa fi stadji ulterjuri fil-katina ta' provvista jistgħu jkunu ta' natura dokumentarja.
2. Il-kontrolli jistgħu jsiru fl-istadji kollha fil-katina ta' provvista, inkluż fit-trasport u fil-kejtering. Fil-każ ta' prodotti li għalihom l-istandards komuni ta' kummerċjalizzazzjoni japplikaw matul it-tqegħid fis-suq biss, il-kontrolli mwettqa fi stadji ulterjuri fil-katina ta' provvista jistgħu jkunu ta' natura dokumentarja.
1. Mingħajr ħsara għar-rekwiżiti dwar it-traċċabilità stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002, il-lottijiet tal-prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura għandhom ikunu traċċabbli fl-istadji kollha tal-produzzjoni, tal-proċessar u tad-distribuzzjoni, mill-qbid jew mill-ġbir sal-istadju tal-bejgħ bl-imnut, inklużi l-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li huma destinati għall-esportazzjoni.
1. Mingħajr ħsara għar-rekwiżiti dwar it-traċċabilità stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002, il-lottijiet u l-unitajiet tal-prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura għandhom ikunu traċċabbli fl-istadji kollha tal-produzzjoni, tal-proċessar u tad-distribuzzjoni, mill-qbid jew mill-ġbir sal-istadju tal-bejgħ bl-imnut, inklużi l-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li huma destinati għall-esportazzjoni.
2. L-operaturi fl-istadji kollha tal-produzzjoni, tal-proċessar u tad-distribuzzjoni, mill-qbid jew mill-ħsad sal-istadju tal-bejgħ bl-imnut, għandhom jiżguraw li għal kull lott ta' prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura, l-informazzjoni elenkata fil-paragrafi 5 u 6:
2. L-operaturi fl-istadji kollha tal-produzzjoni, tal-proċessar u tad-distribuzzjoni, mill-qbid jew mill-ħsad sal-istadju tal-bejgħ bl-imnut, għandhom jiżguraw li għal kull lott jew unità ta' prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura, l-informazzjoni elenkata fil-paragrafi 5 u 6:
3. Il-lottijiet tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura mqiegħda fis-suq jew li x'aktarx ikunu se jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni, jew esportati jew li x'aktarx ikunu se jiġu esportati, għandhom jiġu markati jew tikkettati b'mod adegwat biex tkun żgurata t-traċċabbiltà ta' kull lott.
3. Il-lottijiet u l-unitajiet tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura mqiegħda fis-suq jew li jsiru disponibbli fis-suq jew li x'aktarx ikunu se jitqiegħdu fis-suq jew ikunu disponibbli fis-suq fl-Unjoni, jew esportati jew li x'aktarx ikunu se jiġu esportati, għandhom jiġu markati jew tikkettati b'mod adegwat biex tkun żgurata t-traċċabbiltà ta' kull lott.
4. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw li l-operaturi jkollhom fis-seħħ sistemi u proċeduri diġitalizzati għall-identifikazzjoni ta' kwalunkwe operatur li jkun fornihom b'lottijiet tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura u li lilu jkunu ġew forniti dawn il-prodotti. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fuq talba tal-awtoritjiet kompetenti.
4. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw li l-operaturi jkollhom fis-seħħ sistemi u proċeduri diġitalizzati għall-identifikazzjoni ta' kwalunkwe operatur li jkun fornihom b'lottijiet jew unitajiet tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura u li lilu jkunu ġew forniti dawn il-prodotti. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fuq talba tal-awtoritjiet kompetenti.
Emenda 177 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 46 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 58 – paragrafu 5 – parti introduttorja
5. L-informazzjoni dwar il-lottijiet ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, ħlief il-prodotti importati fl-Unjoni, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinkludi:
5. L-informazzjoni dwar il-lottijiet jew unitajiet ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, ħlief il-prodotti importati fl-Unjoni, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinkludi:
Emenda 178 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 46 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 58 – paragrafu 5 – punt c
(c) il-kodiċi alfa-3 tal-FAO tal-ispeċijiet u l-isem xjentifiku;
(c) il-kodiċi alfa-3 tal-FAO tal-ispeċijiet, l-isem xjentifiku u l-isem kummerċjali komuni;
Emenda 179 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 46 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 58 – paragrafu 5 – punt f
(f) id-data tal-qabdiet għall-prodotti tas-sajd jew id-data tal-ġbir għall-prodotti tal-akkwakultra, u d-data tal-produzzjoni fejn applikabbli;
(f) id-data tal-qabdiet jew il-ħatt tal-qabdiet għall-prodotti tas-sajd jew id-data tal-ġbir għall-prodotti tal-akkwakultra, jew id-data tal-produzzjoni fejn applikabbli;
Emenda 180 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 46 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 58 – paragrafu 6 – parti introduttorja
6. L-informazzjoni dwar il-lottijiet ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura importati fl-Unjoni, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinkludi:
6. L-informazzjoni dwar il-lottijiet jew l-unitajiet ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura importati fl-Unjoni, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinkludi:
Emenda 181 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 46 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 58 – paragrafu 6 – punt d
(d) iż-żona/i ġeografika/ġeografiċi rilevanti għall-prodotti tas-sajd maqbuda mill-baħar, jew iż-żona tal-qabda jew tal-produzzjoni kif definita fl-Artikolu 38(1) tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 għal prodotti tas-sajd maqbuda fl-ilma ħelu u għall-prodotti tal-akkwakultura;
(d) iż-żona/i ġeografika/ġeografiċi rilevanti għall-prodotti tas-sajd maqbuda mill-baħar, irrappurtati skont iż-żona/is-sub-żona/id-diviżjoni statistika tal-FAO fejn saret il-qabda u indikazzjoni ta' jekk il-qabda saritx f'ibħra miftuħa, fiż-żona regolatorja taż-żona regolatorja ta' organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd (OROP) jew f'ŻEE, jew iż-żona tal-qabda jew tal-produzzjoni kif definita fl-Artikolu 38(1) tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 għal prodotti tas-sajd maqbuda fl-ilma ħelu u għall-prodotti tal-akkwakultura;
Emenda 182 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 46 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 58 – paragrafu 6 – punt ha (ġdid)
(ha) għall-prodotti tas-sajd maqbuda fil-baħar, in-numru tal-IMO jew l-identifikazzjoni unika oħra (jekk in-numru tal-IMO ma jkunx applikabbli) tal-bastiment tal-qbid.
7. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mir-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu kwantitajiet żgħar ta' prodotti li jinbiegħu direttament mill-bastimenti tas-sajd lill-konsumaturi, dment li dawn ma jaqbżux il-5kg ta' prodott tas-sajd għal kull konsumatur kull jum.
7. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mir-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu kwantitajiet żgħar ta' prodotti li jinbiegħu mill-bastimenti tas-sajd mill-kaptan jew mir-rappreżentant tiegħu direttament lill-konsumaturi, u li ma jkunux imbagħad ikkummerċjalizzati iżda jintużaw biss għall-konsum privat, dment li dawk il-kwantitajiet ma jaqbżux il-5kg ta' prodott tas-sajd għal kull konsumatur kull jum.
9. Dan l-Artikolu għandu japplika biss għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li jaqgħu taħt il-Kapitolu 3 u taħt l-intestaturi 1604 u 1605 tal-Kapitolu 16 tan-Nomenklatura Magħquda stabbilita permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87*.
9. Dan l-Artikolu għandu japplika għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li jaqgħu taħt il-Kapitolu 3 u taħt l-intestaturi 1604 u 1605 tal-Kapitolu 16 tan-Nomenklatura Magħquda stabbilita permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87*.
1a. Meta l-prodott li jkun intiżen immedjatament wara l-ħatt l-art ma jinbigħx fl-istess ġurnata, ikun permess marġni ta' tolleranza ta' 10 % bejn il-piż tal-ħatt l-art u dak tal-bejgħ. Dak il-marġni ta' tolleranza japplika biss għall-każijiet fejn hemm ħażna ta' prodott frisk fil-kmamar ta' aġenti awtorizzati, legalizzat permezz ta' dokument ta' ġbir, li jinbiegħ fi ġranet aktar tard.
2. Qabel ir-reġistrazzjoni ta' operatur biex jagħmel l-użin tal-prodotti tas-sajd, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur ikun kompetenti u attrezzat b'mod adegwat biex iwettaq l-attivitajiet tal-użin. L-Istati Membri għandu jkollhom ukoll sistema fis-seħħ li biha l-operaturi li ma jibqgħux konformi mal-kundizzjonijiet għat-twettiq tal-attivitajiet tal-użin ma jibqgħux reġistrati.
2. B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-prodotti tas-sajd jintiżnu abbord bastiment tas-sajd soġġett għal pjan ta' teħid ta' kampjuni kif imsemmi fl-Artikolu 60(1).
3a. Xerrejja reġistrati, stabbilimenti tal-irkant reġistrati jew korpi jew persuni oħra li huma responsabbli għall-ewwel kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd fi Stat Membru għandhom ikunu responsabbli għall-akkuratezza tal-operazzjoni tal-użin, dment li, f'konformità mal-paragrafu 2, l-użin ma jsirx abbord bastiment tas-sajd, li f'dan il-każ tkun ir-responsabbiltà tal-kaptan.
4a. L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jitolbu li kwalunkwe kwantità ta' prodotti tas-sajd li l-ewwel tiġi żbarkata f'dak l-Istat Membru tintiżen fil-preżenza ta' uffiċjal qabel tiġi trasportata x'imkien ieħor mill-post tal-iżbark.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jadottaw pjanijiet ta' teħid ta' kampjuni approvati mill-Kummissjoni skont il-metodoloġija msemmija fil-paragrafu 6, li jistabbilixxu l-kwantitajiet u l-postijiet għall-prodotti tas-sajd li għandhom jintiżnu. Skont dak il-pjan, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-prodotti tas-sajd jintiżnu:
(a) matul il-ħatt l-art;
(b) abbord il-bastiment tas-sajd; u/jew
(c) wara t-trasport lejn destinazzjoni fit-territorju tal-Istat Membru fejn sar il-ħatt l-art.
3. Iċ-ċifra mir-rekord tal-użin għandha tintbagħat lill-kaptan u tintuża għall-mili tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art u tad-dokument tat-trasport.
3. Iċ-ċifra mir-rekord tal-użin għandha tintbagħat immedjatamentlill-kaptan u tintuża għall-mili tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art u tad-dokument tat-trasport.
4. L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jitolbu li kwalunkwe kwantità ta' prodotti tas-sajd li l-ewwel tinħatt l-art f'dak l-Istat Membru tintiżen minn uffiċjal jew fil-preżenza ta' dan qabel ma tiġi trasportata xi mkien ieħor mill-post tal-ħatt l-art.
4. L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jitolbu li kwalunkwe kwantità ta' prodotti tas-sajd li l-ewwel tinħatt l-art f'dak l-Istat Membru tintiżen minn uffiċjal jew fil-preżenza ta' dan, qabel ma tiġi trasportata xi mkien ieħor mill-post tal-ħatt l-art. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5, dawk il-kwantitajiet ta' prodotti tas-sajd m'għandhomx ikunu meħtieġa jerġgħu jintiżnu.
Emenda 194 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 49 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 60 – paragrafu 5 – punt c
(c) Fil-każ ta' prodotti tas-sajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem: it-tieni użin għal kull speċi ta' prodotti tas-sajd isir minn piżatur reġistrat. It-tieni użin jista' jsir, wara t-trasport, f'ċentru tal-irkant, fil-bini ta' xerrej reġistrat jew ta' organizzazzjoni ta' produtturi. Ir-riżultat ta' dak it-tieni użin għandu jintbagħat lill-kaptan.
(c) Fil-każ ta' prodotti tas-sajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem: it-tieni użin għal kull speċi ta' prodotti tas-sajd isir minn piżatur reġistrat. It-tieni użin jista' jsir, wara t-trasport, f'ċentru tal-irkant, fil-bini ta' xerrej reġistrat jew ta' organizzazzjoni ta' produtturi. Ir-riżultat ta' dak it-tieni użin għandu jintbagħat immedjatament lill-kaptan.
5a. B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih jiġu żbarkati l-prodotti tas-sajd jista' jippermetti t-trasport qabel l-użin ta' dawk il-prodotti lil xerrejja reġistrati, stabbilimenti tal-irkant reġistrati jew korpi jew persuni oħra li huma responsabbli għall-ewwel kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd fi Stat Membru ieħor. Dak il-permess għandu jkun soġġett għal programm ta' kontroll komuni bejn l-Istati Membri kkonċernati kif imsemmi fl-Artikolu 94, li ġie approvat mill-Kummissjoni u bbażat fuq il-metodoloġija bbażata fuq ir-riskju adottata mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 6.
5b. B'deroga mill-paragrafu 1, il-bastimenti tas-sajd li jħottu l-art barra t-territorju tal-Unjoni jistgħu jiżnu l-prodotti tas-sajd wara t-trasport mill-post tal-ħatt l-art dment li l-Istat Membru tal-bandiera jkun adotta pjan ta' kontroll approvat mill-Kummissjoni bbażat fuq il-metodoloġija bbażata fuq ir-riskju adottata mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 6.
6. Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista' tiddetermina metodoloġija bbażata fuq ir-riskji għall-istabbiliment tal-pjanijiet ta' kampjunar imsemmija fil-paragrafu 5(b) u tapprova dawk il-pjanijiet. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 119(2).
6. Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista' tiddetermina metodoloġija bbażata fuq ir-riskji għall-istabbiliment tal-pjanijiet ta' kampjunar imsemmija fil-paragrafi 1 u 5(b) u tapprova dawk il-pjanijiet. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 119(2).
Emenda 198 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 50 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 60a – paragrafu 2 – punt c
(c) l-informazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti qabel id-dħul fil-port;
(c) l-informazzjoni li għandha tintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti qabel id-dħul fil-port;
1. Xerrejja reġistrati, stabbilimenti tal-irkant reġistrati jew korpi jew persuni oħra awtorizzati mill-Istati Membri li huma responsabbli għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti tas-sajd li jinħattu l-art fi Stat Membru għandhom jirreġistraw b'mezzi elettroniċi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 64(1) u għandhom jissottomettu b'mezzi elettroniċi, fi żmien 24 siegħa wara t-tqegħid fis-suq, nota tal-bejgħ li jkun fiha t-tali informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jseħħ l-ewwel bejgħ. L-akkuratezza tan-nota tal-bejgħ għandha tkun ir-responsabbiltà ta' dawn ix-xerrejja, l-istabbilimenti tal-irkant, il-korpi jew il-persuni.
1. Xerrejja reġistrati, stabbilimenti tal-irkant reġistrati jew korpi jew persuni oħra awtorizzati mill-Istati Membri li huma responsabbli għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti tas-sajd li jinħattu l-art fi Stat Membru għandhom jirreġistraw b'mezzi elettroniċi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 64(1) u għandhom jissottomettu b'mezzi elettroniċi, fi żmien 48 siegħa wara t-tqegħid fis-suq, nota tal-bejgħ li jkun fiha t-tali informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jseħħ l-ewwel bejgħ. L-akkuratezza tan-nota tal-bejgħ għandha tkun ir-responsabbiltà ta' dawn ix-xerrejja, l-istabbilimenti tal-irkant, il-korpi jew il-persuni.
Emenda 200 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 54 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 64 – paragrafu 1 – parti introduttorja
In-noti tal-bejgħ imsemmija fl-Artikolu 62 għandu jkollhom numru uniku ta' identifikazzjoni u jkun fihom id-data li ġejja:
In-noti tal-bejgħ imsemmija fl-Artikolu 62 għandhom ikunu f'format uniformi madwar l-Unjoni, għandu jkollhom numru uniku ta' identifikazzjoni u jkun fihom id-data li ġejja:
Emenda 201 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 54 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 64 – paragrafu 1 – punt d
(d) il-kodiċi alfa-3 tal-FAO ta' kull speċi u ż-żona ġeografika rilevanti li fiha ttieħdu l-qabdiet;
(d) il-kodiċi alfa-3 tal-FAO, l-isem xjentifiku u l-isem kummerċjali komuni ta' kull speċi u ż-żona ġeografika rilevanti li fiha ttieħdu l-qabdiet;
Emenda 202 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 54 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 66 – paragrafu 3 – punt d
(d) il-kodiċi alfa-3 tal-FAO ta' kull speċi u ż-żona ġeografika rilevanti tagħha li fiha ttieħdu l-qabdiet;
(d) il-kodiċi alfa-3 tal-FAO, l-isem xjentifiku u l-isem kummerċjali komuni ta' kull speċi u ż-żona ġeografika rilevanti tagħha li fiha ttieħdu l-qabdiet;
2. Qabel ma jibda t-trasport, it-trasportatur għandu jibgħat id-dokument tat-trasport b'mod elettroniku lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera, tal-Istat Membru tal-ħatt l-art, tal-Istat(i) Membru ta' tranżitu, tal-Istat Membru ta' destinazzjoni tal-prodott tas-sajd, kif xieraq.
2. Fi żmien 48 siegħa mit-tagħbija, it-trasportatur għandu jibgħat id-dokument tat-trasport b'mod elettroniku lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera, tal-Istat Membru tal-ħatt l-art, tal-Istat(i) Membru ta' tranżitu u tal-Istat Membru ta' destinazzjoni tal-prodott tas-sajd, kif xieraq.
Emenda 204 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 56 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 68 – paragrafu 4 – punt c
(c) il-kodiċi alfa-3 tal-FAO ta' kull speċi u ż-żona ġeografika rilevanti li fiha ttieħdu l-qabdiet;
(c) il-kodiċi alfa-3 tal-FAO, l-isem xjentifiku u l-isem kummerċjali komuni ta' kull speċi u ż-żona ġeografika rilevanti li fiha ttieħdu l-qabdiet;
Emenda 205 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 56 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 68 – paragrafu 4 – punt d
(d) il-kwantitajiet ta' kull speċi trasportata f'kilogrammi ta' piż tal-prodott, maqsuma skont it-tip ta' preżentazzjoni tal-prodott jew, fejn xieraq, in-numru ta' individwi u, fejn xieraq, skont il-postijiet ta' destinazzjoni;
(d) il-kwantitajiet ta' kull speċi trasportata f'kilogrammi ta' piż tal-prodott, maqsuma skont it-tip ta' preżentazzjoni tal-prodott jew, fejn xieraq, in-numru ta' individwi u, fejn xieraq, skont il-postijiet ta' destinazzjoni;
Marġni ta' tolleranza ta' 5 % għandu jkun permess meta d-distanza li għandha tiġi vvjaġġata tkun inqas minn 500 km jew il-ħin tal-ivvjaġġar ikun ta' ħames sigħat jew inqas; il-marġni ta' tolleranza għandu jkun ta' 15 % meta d-distanza u l-ħin tal-ivvjaġġar ikun akbar minn dak;
5. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 jekk il-prodotti tas-sajd jiġu ttrasportati f'żona ta' port jew mhux aktar minn 20 km 'l bogħod mill-post tal-ħatt l-art.
5. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 jekk il-prodotti tas-sajd jiġu ttrasportati f'żona ta' port jew mhux aktar minn 50 km 'l bogħod mill-post tal-ħatt l-art.
6a. Id-dokument tat-trasport jista' jiġi sostitwit b'kopja tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art jew kwalunkwe dokument ekwivalenti li jappartjeni għall-kwantitajiet trasportati biss meta dak id-dokument ikun fih l-istess informazzjoni kif indikat fil-paragrafu 4.
Emenda 208 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 57a (ġdid) Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 71 – paragrafu 1 – punt a
(57a) fl-Artikolu 71(1), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
(a) avvistamenti ta' bastimenti tas-sajd minn bastimenti ta' spezzjoni jew minn inġenji tal-ajru tas-sorveljanza,
"(a) avvistamenti ta' bastimenti tas-sajd minn bastimenti ta' spezzjoni, minn inġenji tal-ajru tas-sorveljanza jew minn mezzi oħra ta' sorveljanza; "
(57b) fl-Artikolu 71, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
3. Jekk l-avvistament jew ir-rilevament jirreferi għal bastiment tas-sajd ta' Stat Membru ieħor jew ta' pajjiż terz u l-informazzjoni ma tikkorrispondi mal-ebda informazzjoni oħra disponibbli għall-Istat Membru kostali u jekk dak l-Istat Membru kostali mhuwiex f'pożizzjoni li jieħu aktar azzjoni, dan għandu jirreġistra s-sejbiet tiegħu f'rapport ta' sorveljanza u għandu jittrasmetti dak ir-rapport mingħajr dewmien, jekk possibbli b'mezzi elettroniċi, lill-Istat Membru tal-bandiera, jew lill-pajjiż terz ikkonċernat. Fil-każ ta' bastiment ta' pajjiż terz, ir-rapport tas-sorveljanza għandu jintbagħat ukoll lill-Kummissjoni jew il-korp innominat minnha.
"3. Jekk l-avvistament jew ir-rilevament jirreferi għal bastiment tas-sajd ta' Stat Membru ieħor jew ta' pajjiż terz u l-informazzjoni ma tikkorrispondi mal-ebda informazzjoni oħra disponibbli għall-Istat Membru kostali u jekk dak l-Istat Membru kostali mhuwiex f'pożizzjoni li jieħu aktar azzjoni, dan għandu jirreġistra s-sejbiet tiegħu f'rapport ta' sorveljanza, li l-format tiegħu għandu jkun uniformi madwar l-Unjoni, u għandu jittrasmetti dak ir-rapport mingħajr dewmien, b'mezzi elettroniċi, lill-Istat Membru tal-bandiera, jew lill-pajjiż terz ikkonċernat. Fil-każ ta' bastiment ta' pajjiż terz, ir-rapport tas-sorveljanza għandu jintbagħat ukoll lill-Kummissjoni jew il-korp innominat minnha.
Emenda 210 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 59 – punt a Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 73 – paragrafu 1
1. Fejn skema tal-osservaturi tal-kontroll tal-Unjoni tkun ġiet stabbilita f'konformità mat-Trattat, l-osservaturi tal-kontroll abbord il-bastimenti tas-sajd maħtura mill-Istati Membri għandhom jissorveljaw il-konformità tal-bastiment tas-sajd mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd. Huma għandhom iwettqu l-kompiti kollha tal-iskema tal-osservaturi u b'mod jirreġistraw l-attivitajiet tas-sajd u jeżaminaw id-dokumenti rilevanti tal-bastiment.
1. Fejn skema tal-osservaturi tal-kontroll tal-Unjoni tkun ġiet stabbilita f'konformità mat-Trattat, l-osservaturi tal-kontroll abbord il-bastimenti tas-sajd maħtura mill-Istati Membri għandhom jissorveljaw il-konformità tal-bastiment tas-sajd mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd, mar-regoli applikabbli fl-ilmijiet tal-pajjiż terz jew fl-ibħra internazzjonali fejn ikun qed jopera l-bastiment, inklużi l-obbligi relatati mal-miżuri tekniċi u mal-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar. Huma għandhom iwettqu l-kompiti kollha tal-iskema tal-osservaturi u b'mod jirreġistraw l-attivitajiet tas-sajd u jeżaminaw id-dokumenti rilevanti tal-bastiment.
Emenda 211 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 59 – punt a Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 73 – paragrafu 2 – punt a
(a) għandhom ikunu ċċertifikati u mħarrġa fil-kompiti tagħhom mill-Istat Membru;
(a) għandhom ikunu ċċertifikati u mħarrġa, f'konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd u l-miżuri tekniċi għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni tal-ekosistemi tal-baħar, biex iwettqu l-kompiti tagħhom mill-Istati Membri;
Emenda 212 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 59 – punt a Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 73 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
(aa) għandhom jirċievu taħriġ regolari li jippermettilhom jadattaw għall-bidliet fir-regoli tal-Unjoni;
Emenda 213 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 59 – punt ba (ġdid) Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 73 – paragrafu 5
(ba) il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:
5. L-osservaturi ta' kontroll għandhom iħejju rapport tal-osservatur, jekk jista' jkun elettronikament, u jibagħtuh mingħajr dewmien, bl-użu jekk jitqies li jkun meħtieġ, ta' mezzi elettroniċi ta' trasmissjoni abbord il-bastiment tas-sajd, lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera. L-Istati Membri għandhom idaħħlu r-rapport fil-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 78.
“5. L-osservaturi ta' kontroll għandhom iħejju rapport tal-osservatur elettronikament u jibagħtuh mingħajr dewmien, bl-użu jekk jitqies li jkun meħtieġ, ta' mezzi elettroniċi ta' trasmissjoni abbord il-bastiment tas-sajd, lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera. L-Istati Membri għandhom idaħħlu r-rapport fil-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 78."
Emenda 214 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 59 – punt bb (ġdid) Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 73 – paragrafu 6
(bb) il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:
6. Fl-eventwalità li r-rapport tal-osservatur jindika li l-bastiment osservat kien impenjat f'attivitajiet ta' sajd li jmorru kontra r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 4 għandhom jieħdu l-azzjoni adatta kollha sabiex jinvestigaw il-kwistjoni.
"6. Fl-eventwalità li r-rapport tal-osservatur jindika li l-bastiment osservat kien impenjat f'attivitajiet ta' sajd li jmorru kontra r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, ir-regoli applikabbli fl-ilmijiet tal-pajjiż terz jew fl-ibħra miftuħa fejn jopera l-bastiment, l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu4 għandhom jieħdu l-azzjoni adatta kollha sabiex jinvestigaw il-kwistjoni. "
Emenda 215 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 59 – punt bc (ġdid) Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 73 – paragrafu 7
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
7. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jipprovdu l-akkommodazzjoni adatta għall-osservaturi ta' kontroll assenjati, jiffaċilitaw ix-xogħol tagħhom u jevitaw li jinterferixxu mat-twettiq ta' dmirijiethom. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jipprovdu wkoll aċċess lill-osservaturi ta' kontroll għall-partijiet rilevanti tal-bastiment, inkluż aċċess għall-qabda, u għad-dokumenti tal-bastiment inklużi l-fajls elettroniċi.";
Emenda 216 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 59 – punt bd (ġdid) Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 73 – paragrafu 8
(bd) il-paragrafu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:
8. L-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-operazzjoni tal-osservaturi ta' kontroll taħt dan l-Artikolu għandhom jitħallsu mill-Istati Membri tal-bandiera. L-Istati Membri jistgħu jiddebitaw dawn l-ispejjeż, parzjalment jew kompletament, lill-operaturi tal-bastimenti tas-sajd li qed itajru l-bnadar tagħhom u li huma involuti fis-sajd rilevanti.
"8. L-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-operazzjoni tal-osservaturi ta' kontroll taħt dan l-Artikolu għandhom jitħallsu mill-Istati Membri tal-bandiera."
Emenda 217 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 59 – punt c Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 73 – paragrafu 9 – punt b
(b) il-format u l-kontenut tar-rapporti tal-osservaturi;
(b) il-format, li għandu jkun l-istess fl-Unjoni kollha, u l-kontenut tar-rapporti tal-osservaturi;
Emenda 218 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 59 – punt c Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 73 – paragrafu 9 – punt fa (ġdid)
(fa) rekwiżiti minimi ta' taħriġ tal-Unjoni għall-osservaturi ta' kontroll tal-Unjoni.
2. L-uffiċjali għandhom iwettqu dmirijiethom f'konformità mad-dritt tal-Unjoni. Dawn għandhom iħejju u jmexxu l-ispezzjonijiet b'mod nondiskriminatorju fuq il-baħar, fil-portijiet, matul it-trasport, fuq il-postijiet tal-proċessar u tul il-katina ta' provvista tal-prodotti tas-sajd.
2. L-uffiċjali għandhom iwettqu dmirijiethom f'konformità mad-dritt tal-Unjoni. Dawn għandhom iħejju u jmexxu l-ispezzjonijiet b'mod nondiskriminatorju fuq il-baħar, mal-kosta, fil-portijiet, matul it-trasport, fuq il-postijiet tal-proċessar u tul il-katina ta' provvista tal-prodotti tas-sajd.
Emenda 220 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 60 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 74 – paragrafu 3 – punt b
(b) il-legalità tal-irkaptu tas-sajd użat għall-ispeċijiet fil-mira u għall-qabdiet miżmuma abbord u t-tagħmir użat għas-sejbien tal-irkapti tas-sajd kif imsemmi fl-Artikolu48;
(b) il-legalità tal-irkaptu tas-sajd użat għall-ispeċijiet fil-mira u ta' qabdiet inċidentali, għall-qabdiet miżmuma abbord u t-tagħmir użat għas-sejbien tal-irkapti tas-sajd kif imsemmi fl-Artikolu 48;
Emenda 221 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 60 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 74 – paragrafu 3 – punt d
(d) il-markar tal-bastimenti u tal-irkapti;
(d) il-markar u l-identifikazzjoni tal-bastimenti u tal-irkapti;
Emenda 222 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 60 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 74 – paragrafu 3 – punt f
(f) l-użu ta' CCTVs u ta' apparati elettroniċi oħra ta' monitoraġġ;
(f) l-użu ta' CCTVs , fejn applikabbli, u tagħmir elettroniku ieħor ta' monitoraġġ bħad-Dokumentazzjoni Sħiħa tas-Sajd meta dan ikun ammess;
Emenda 223 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 60 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 74 – paragrafu 3 – punt g
4. L-uffiċjali għandhom ikunu kapaċi jeżaminaw iż-żoni, il-gverti u l-kmamar rilevanti kollha. Huma għandhom ikunu jistgħu jeżaminaw ukoll il-qabdiet, proċessati jew le, ix-xbieki jew irkaptu ieħor, it-tagħmir, il-kontenituri u l-pakketti li fihom jinżammu l-ħut jew il-prodotti tas-sajd u kwalunkwe dokument jew trażmissjoni elettronika rilevanti li huma jqisu meħtieġa biex jivverifikaw il-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd. Għandhom ikunu jistgħu wkoll jinterrogaw persuni li huma jaħsbu li għandhom informazzjoni dwar il-kwistjoni li hija s-suġġett tal-ispezzjoni.
4. L-uffiċjali għandhom ikunu kapaċi jeżaminaw iż-żoni, il-gverti u l-kmamar rilevanti kollha. Huma għandhom ikunu jistgħu jeżaminaw ukoll il-qabdiet, proċessati jew le, l-irkaptu tas-sajd użat abbord, it-tagħmir, il-kontenituri u l-pakketti li fihom jinżammu l-ħut jew il-prodotti tas-sajd u kwalunkwe dokument jew trażmissjoni elettronika rilevanti li huma jqisu meħtieġa biex jivverifikaw il-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd. Għandhom ikunu jistgħu wkoll jinterrogaw persuni li huma jaħsbu li għandhom informazzjoni dwar il-kwistjoni li hija s-suġġett tal-ispezzjoni.
4a. L-ispetturi għandhom jirċievu t-taħriġ meħtieġ biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom u għandhom ikunu mgħammra bl-għodod meħtieġa biex iwettqu l-ispezzjonijiet.
5. L-uffiċjali għandhom iwettqu l-ispezzjonijiet b'tali mod li jikkawża l-anqas tfixkil jew inkonvenjenza għall-bastiment jew għall-vettura tat-trasport u għall-attivitajiet tagħhom, u għall-ħażna, għall-proċessar u għall-kummerċjalizzazzjoni tal-qabda. Huma għandhom jevitaw kemm jista' jkun kwalunkwe degradazzjoni tal-qabda matul l-ispezzjoni.
5. L-uffiċjali għandhom iwettqu l-ispezzjonijiet b'tali mod li jikkawża l-anqas tfixkil jew inkonvenjenza għall-bastiment jew għall-vettura tat-trasport u għall-attivitajiet tagħhom, u għall-ħażna, għall-proċessar u għall-kummerċjalizzazzjoni tal-qabda, sabiex tiġi evitata kwalunkwe degradazzjoni tal-qabda matul l-ispezzjoni.
Emenda 227 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 60 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 74 – paragrafu 6 – punt b
(b) l-adozzjoni mill-Istati Membri ta' approċċ ibbażat fuq ir-riskji għall-għażla ta' miri tal-ispezzjoni;
(b) l-adozzjoni mill-Istati Membri ta' approċċ ibbażat fuq ir-riskji għall-għażla ta' miri tal-ispezzjonijiet u l-frekwenza minima tal-ispezzjonijiet;
Emenda 228 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 60 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 74 – paragrafu 6 – punt g
(g) l-ispezzjonijiet fil-baħar u fil-portijiet, l-ispezzjonijiet tat-trasport, u l-ispezzjoni tas-suq.
(g) l-ispezzjonijiet fil-baħar, tul il-kosta u fil-portijiet, l-ispezzjonijiet tat-trasport, u l-ispezzjoni tas-suq.
1. L-operatur u l-kaptan għandhom jikkooperaw mal-uffiċjali fit-twettiq ta' dmirijiethom. Dawn għandhom jiffaċilitaw l-aċċess sikur għall-bastiment, għall-vettura tat-trasport jew għall-kamra fejn il-prodotti tas-sajd huma maħżuna, proċessati jew kummerċjalizzati. Dawn għandhom jiżguraw is-sikurezza tal-uffiċjali u ma għandhomx ifixklu, jintimidaw jew jinterferixxu mal-uffiċjali fit-twettiq ta' dmirijiethom.
1. L-operatur u l-kaptan għandhom jikkooperaw mal-uffiċjali fit-twettiq ta' dmirijiethom. Dawn għandhom jiffaċilitaw l-aċċess sikur għall-bastiment, għall-istivi tal-bastiment, għall-vettura tat-trasport, għall-kontejners jew il-kmamar fejn il-prodotti tas-sajd huma maħżuna, proċessati jew kummerċjalizzati, jew għall-faċilitajiet fejn jiġi maħżun jew imsewwi l-irkaptu tas-sajd. Dawn għandhom jiżguraw is-sikurezza tal-uffiċjali u ma għandhomx ifixklu, jintimidaw jew jinterferixxu mal-uffiċjali fit-twettiq ta' dmirijiethom.
L-uffiċjali għandhom iħejju rapport tal-ispezzjoni wara kull spezzjoni u għandhom jibagħtuh lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom. Id-data li tinsab f'dan ir-rapport għandha tiġi reġistrata u trażmessa b'mezzi elettroniċi. F'każ li l-ispezzjoni ta' bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru ieħor, kopja tar-rapport tal-ispezzjoni għandha tintbagħat b'mezzi elettroniċi u mingħajr dewmien lill-Istat Membru tal-bandiera.
L-uffiċjali għandhom iħejju rapport tal-ispezzjoni wara kull spezzjoni, abbażi ta' formola elettronika li jkun fiha l-istess informazzjoni għall-Istati Membri kollha, u għandhom jibagħtuh lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom, lill-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, u lill-operatur jew lill-kaptan. L-Istati Membri jistgħu jinkludu informazzjoni addizzjonali għal dik li tinsab fil-formola elettronika komuni. Id-data li tinsab f'dan ir-rapport għandha tiġi reġistrata u trażmessa b'mezzi elettroniċi. F'każ li l-ispezzjoni ta' bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru ieħor, kopja tar-rapport tal-ispezzjoni għandha tintbagħat b'mezzi elettroniċi u mingħajr dewmien lill-Istat Membru tal-bandiera.
Fil-każ tal-ispezzjoni ta' bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru ieħor, għandha tintbagħat b'mezzi elettroniċi u mingħajr dewmien kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat u lill-Kummissjoni fil-każ ta' ksur serju identifikat.
Fil-każ tal-ispezzjoni ta' bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru ieħor, għandha tintbagħat b'mezzi elettroniċi u mingħajr dewmien kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat, lill-lill-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, lill-operatur jew lill-kaptan u lill-Kummissjoni fil-każ ta' ksur serju identifikat.
F'każ li spezzjoni mwettqa fl-ibħra jew fil-portijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru ieħor li mhuwiex l-Istat Membru tal-ispezzjoni jew ta' pajjiż terz f'konformità mal-ftehimiet internazzjonali, għandha tintbagħat kopja tar-rapport tal-ispezzjoni b'mezzi elettroniċi u mingħajr dewmien lil dak l-Istat Membru jew dak il-pajjiż terz.
F'każ li spezzjoni mwettqa fl-ibħra jew fil-portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru ieħor li mhuwiex l-Istat Membru tal-ispezzjoni jew ta' pajjiż terz f'konformità mal-ftehimiet internazzjonali, għandha tintbagħat kopja tar-rapport tal-ispezzjoni b'mezzi elettroniċi u mingħajr dewmien lil dak l-Istat Membru jew dak il-pajjiż terz u lill-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, u lill-operatur jew lill-kaptan.
3. Għandha tintbagħat kopja tar-rapport tal-ispezzjoni malajr kemm jista' jkun lill-operatur jew lill-kaptan, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 15-il jum tax-xogħol wara li titlesta l-ispezzjoni.
3. Għandha tintbagħat kopja tar-rapport tal-ispezzjoni, preferibbilment b'mezzi elettroniċi, malajr kemm jista' jkun lill-operatur jew lill-kaptan, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 15-il jum tax-xogħol wara li titlesta l-ispezzjoni.
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu aġġornata bażi ta' data elettronika fejn itellgħu r-rapporti tal-ispezzjoni u r-rapporti ta' sorveljanza kollha li jikkonċernaw il-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom imfassla mill-uffiċjali tagħhom jew minn uffiċjali ta' Stati Membri oħra jew minn uffiċjali ta' pajjiżi terzi, kif ukoll rapporti ta' spezzjonijiet oħra u rapport ta' sorveljanza mfassla mill-uffiċjali tagħhom.
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu aġġornata bażi ta' data elettronika li għandha tkun pubblikament aċċessibbli rigward informazzjoni mhux kunfidenzjali u mhux sensittiva fejn itellgħu r-rapporti tal-ispezzjoni u r-rapporti ta' sorveljanza kollha li jikkonċernaw il-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom imfassla mill-uffiċjali tagħhom jew minn uffiċjali ta' Stati Membri oħra jew minn uffiċjali ta' pajjiżi terzi, kif ukoll rapporti ta' spezzjonijiet oħra u rapport ta' sorveljanza mfassla mill-uffiċjali tagħhom. L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għandha tiċċentralizza l-bażijiet tad-data tal-Istati Membri.
2a. l-ispetturi tal-Unjoni għandhom jirrappurtaw lill-awtoritajiet tal-Istat Membru jew lill-Kummissjoni kwalunkwe attività tas-sajd mhux konformi minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' pajjiż terz f'ilmijiet internazzjonali soġġetti għar-rekwiżiti u/jew ir-rakkomandazzjonijiet maħruġa minn korp internazzjonali reġjonali.
Emenda 236 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 60 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 79 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)
(ba) it-taħriġ ta' spetturi tas-sajd ta' pajjiżi terzi li jipprovdu appoġġ fil-monitoraġġ ta' bastimenti tal-Unjoni li joperaw barra mill-Unjoni.
Emenda 237 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 60 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 79 – paragrafu 4 – punt b
(b) għall-informazzjoni u għad-dokumenti kollha li huma meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħhom, b'mod partikolari l-ġurnali ta' abbord dwar is-sajd, il-liċenzja tas-sajd, iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-magna, id-data tas-CCTVs, id-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art, iċ-ċertifikati tal-qabda, id-dikjarazzjonijiet ta' trasbord, in-noti tal-bejgħ, u informazzjoni u dokumenti rilevanti oħra;
(b) għall-informazzjoni u għad-dokumenti kollha li huma meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħhom, b'mod partikolari l-ġurnali ta' abbord dwar is-sajd, il-liċenzja tas-sajd, iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-magna, id-data minn apparati elettroniċi, id-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art, iċ-ċertifikati tal-qabda, id-dikjarazzjonijiet ta' trasbord, in-noti tal-bejgħ, u informazzjoni u dokumenti rilevanti oħra;
6a. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 119a li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu s-setgħat u d-dmirijiet tal-ispetturi tal-Unjoni.
Emenda 239 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 60 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 79 – paragrafu 7 – punt fa (ġdid)
(fa) rekwiżiti minimi ta' taħriġ għall-ispetturi tal-Unjoni, li jkopri għarfien fil-fond tal-politika komuni tas-sajd kif ukoll id-dritt ambjentali rilevanti tal-Unjoni.
3. Għandu japplika l-Artikolu 37 jekk l-Istat Membru tal-ħatt l-art jew tat-trasbord ma jkunx għad għandu kwota korrispondenti għad-dispożizzjoni tiegħu. Għal dak l-għan il-kwantitajiet ta' ħut maqbud, li jinħatt l-art jew trasbordat bi ksur tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd għandhom jitqiesu ekwivalenti għall-ammont tal-preġudizzju mġarrab, kif imsemmi f'dak l-Artikolu, mill-Istat Membru tal-bandiera."
3. Għandu japplika l-Artikolu 37 jekk l-Istat Membru tal-ħatt l-art jew tat-trasbord ma jkunx għad għandu kwota korrispondenti għad-dispożizzjoni tiegħu. Għal dak l-għan il-kwantitajiet ta' ħut maqbud, mormi, li jinħatt l-art jew trasbordat bi ksur tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd għandhom jitqiesu ekwivalenti għall-ammont tal-preġudizzju mġarrab, kif imsemmi f'dak l-Artikolu, mill-Istat Membru tal-bandiera.
1. Mingħajr ħsara għas-setgħat tal-Istati Membri li jiftħu proċedimenti kriminali u jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi u jiżguraw li dawn jiġu applikati b'mod sistematiku, f'konformità mad-dritt nazzjonali tagħhom, kontra l-persuna fiżika li tkun kisret ir-regoli tal-politika komuni tas-sajd jew persuna ġuridika li tinżamm responsabbli għat-tali ksur.
1. Mingħajr ħsara għas-setgħat tal-Istati Membri li jiftħu proċedimenti kriminali u jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi u jiżguraw li dawn jiġu applikati b'mod sistematiku, f'konformità mad-dritt nazzjonali tagħhom, kontra l-persuna fiżika li tkun wettqet ksur li jkun wassal għall-ksur tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd jew persuna ġuridika li tinżamm responsabbli għat-tali ksur.
Fir-rigward ta' kull att speċifiku ta' ksur kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, mhux aktar minn Stat Membru wieħed jista' jibda proċedimenti jew jimponi sanzjonijiet kontra l-persuna fiżika jew ġuridika kkonċernata.
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna fiżika li tkun wettqet ksur tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd jew persuna ġuridika li tinżamm responsabbli għat-tali ksur tkun punibbli b'sanzjonijiet amministrattivi effettivi, proporzjonati u dissważivi.
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna fiżika li tkun wettqet ksur tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd jew persuna ġuridika li tinżamm responsabbli għat-tali ksur tkun punibbli b'sanzjonijiet kriminali u/jew amministrattivi effettivi, proporzjonati u dissważivi.
3. Meta jiddeterminaw dawn is-sanzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jieħdu f'kunsiderazzjoni partikolari l-gravità tal-ksur, inklużi l-livell ta' ħsara ambjentali mwettqa, il-valur tal-ħsara għar-riżorsi tas-sajd, in-natura u l-firxa tal-ksur, id-durata jew ir-ripetizzjoni tiegħu, jew l-akkumulazzjoni ta' każijiet simultanji ta' ksur.
3. Meta jiddeterminaw dawn is-sanzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jieħdu f'kunsiderazzjoni partikolari l-gravità tal-ksur, inklużi l-livell ta' ħsara ambjentali mwettqa, il-valur tal-ħsara għar-riżorsi tas-sajd, in-natura u l-firxa tal-ksur, id-durata jew ir-ripetizzjoni tiegħu, jew l-akkumulazzjoni ta' każijiet simultanji ta' ksur. Meta jistabbilixxu l-ammont ta' dawk il-penali, l-Istati Membri għandhom iqisu wkoll is-sitwazzjoni ekonomika tal-persuna fiżika kkonċernata.
4. L-Istati Membri jistgħu japplikaw sistema li biha multa tkun proporzjonata għall-fatturat tal-persuna ġuridika, jew inkella għall-benefiċċju ekonomiku miksub jew previst mit-twettiq tal-ksur.
4. L-Istati Membri għandhom japplikaw sistema li biha multa tkun proporzjonata għall-fatturat tal-persuna ġuridika, jew inkella għall-benefiċċju ekonomiku miksub jew previst mit-twettiq tal-ksur billi jqisu l-gravità tar-reat.
4a. jekk jitwettaq ksur, ma jistgħux jitressqu proċedimenti differenti jew ma jistgħux jiġu imposti sanzjonijiet differenti kontra l-istess persuna għall-istess atti.
Emenda 246 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 69 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 90 – paragrafu 2 – punt d
(d) ostruzzjoni tal-ħidma tal-uffiċjali jew tal-osservaturi matul l-eżerċitar ta' dmirijiethom; jew
(d) ostruzzjoni tal-ħidma tal-uffiċjali jew tal-osservaturi matul l-eżerċitar ta' dmirijiethom, ħlief fil-każ ta' forza maġġuri, bħal sitwazzjonijiet fejn ikun hemm periklu għas-sikurezza tal-ekwipaġġ; jew
Emenda 247 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 69 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 90 – paragrafu 2 – punt h
(h) involviment fl-operazzjoni, fil-ġestjoni, fis-sjieda ta', jew fuq il-ħatra fuq bastiment involut f'sajd IUU kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008, b'mod partikolari dawk elenkati fil-lista ta' bastimenti IUU tal-Unjoni jew ta' organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd, kif imsemmija fl-Artikoli 29 u 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 jew provvista ta' servizzi lil operaturi marbuta ma' bastiment involut f'sajd IUU; jew
(h) involviment fl-operazzjoni, fil-ġestjoni, fis-sjieda ta', jew fuq il-ħatra fuq bastiment involut f'sajd IUU kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru1005/2008, b'mod partikolari dawk elenkati fil-lista ta' bastimenti IUU tal-Unjoni jew ta' organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd, kif imsemmija fl-Artikoli 29 u 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 jew provvista ta' servizzi lil operaturi marbuta ma' bastiment involut f'sajd IUU jew il-benefiċċju minn, appoġġ jew involviment f'sajd IUU inkluż bħala operaturi, benefiċjarji effettivi, sidien, fornituri tal-loġistika u tas-servizzi, inklużi l-fornituri tal-assigurazzjoni u fornituri ta' servizzi finanzjarji oħra; jew
Emenda 248 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 69 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 90 – paragrafu 2 – punt i
(i) sajd f'żona ristretta jew magħluqa, jew żona ta' rkupru tal-istokkijiet ta' ħut, matul staġun magħluq, jew mingħajr jew wara l-ksib ta' kwota jew lil hinn minn fond magħluq; jew
(i) sajd f'żona ristretta jew magħluqa, jew żona ta' rkupru tal-istokkijiet ta' ħut, jew matul staġun magħluq, jew mingħajr jew wara l-ksib ta' kwota jew lil hinn minn fond magħluq jew il-bogħod minnu, inklużi żoni ristretti jew magħluqa għall-protezzjoni ta' speċijiet sensittivi u ħabitats sensittivi skont id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* jew id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE**; jew
_______________
* Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7). ** Id-Direttiva 92/43/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
Emenda 249 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 69 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 90 – paragrafu 2 – punt j
(j) attività ta' sajd dirett, żamma abbord, trasbord, trasferiment jew ħatt l-art ta' speċijiet li huma soġġetti għal moratorju, għal staġun magħluq jew li għalihom is-sajd hu pprojbit; jew
(j) twettiq ta' attivitajiet tas-sajd diretti lejn speċijiet li huma soġġetti għal moratorju, għal staġun magħluq jew li għalihom is-sajd hu pprojbit, jew żamma abbord, trażbord jew ħatt l-art ta' speċijiet bħal dawn; jew
Emenda 250 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 69 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 90 – paragrafu 2 – punt ja (ġdid)
(ja) nuqqas ta' konformità ma' miżuri tekniċi u miżuri oħra biex jitnaqqsu l-qabdiet inċidentali ta' ħut li għadu qed jikber u speċijiet protetti;
Emenda 251 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 69 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 90 – paragrafu 2 – punt qa (new)
(qa) rimi intenzjonat ta' rkaptu tas-sajd u ta' skart marittimu fil-baħar minn bastimenti tas-sajd.
Emenda 252 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 69 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 90 – paragrafu 3 – punt d
(d) nuqqas ta' ssodisfar tal-obbligi relatati mal-użu tal-irkapti kif stipulat fir-regoli tal-politika komuni tas-sajd; jew
(d) nuqqas ta' ssodisfar tal-obbligi relatati mal-użu tal-irkapti tas-sajd jew l-obbligi relatati ma' miżuri tekniċi u l-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar kif stabbilit fir-regoli tal-politika komuni tas-sajd u, b'mod partikolari, l-obbligi relatati mal-implimentazzjoni ta' miżuri biex jitnaqqsu l-qabdiet inċidentali ta' speċijiet sensittivi; jew
3a. Il-Kummissjoni għandha tippubblika, qabel l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar is-sanzjonijiet, linji gwida biex tiżgura determinazzjoni standard tas-serjetà tal-ksur fl-Unjoni u interpretazzjoni uniformi tad-diversi sanzjonijiet applikabbli. Dawk il-linji gwida għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Kummissjoni u jkunu disponibbli għall-pubbliku ġenerali.
3b. Sa ... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], l-Aġenzija għandha tfassal rapport dwar l-implimentazzjoni tal-linji gwida fil-livell tal-Unjoni.
Emenda 255 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 69 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 91 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Meta persuna fiżika tkun suspettata li wettqet li tinqabad fl-att filwaqt li tkun qed twettaq ksur serju jew persuna ġuridika tkun suspettata li hi responsabbli għal tali ksur serju, l-Istati Membri, minbarra l-investigazzjoni tal-ksur f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 85, minnufih u f'konformità mad-dritt nazzjonali tagħhom, għandhom jieħdu miżuri rilevanti u immedjati bħal:
1. Meta persuna fiżika tinqabad fl-att filwaqt li tkun qed twettaq ksur serju jew ikun ġie identifikat ksur serju matul spezzjoni b'rabta ma' dik il-persuna fiżika, jew ikun hemm provi li persuna ġuridika tkun responsabbli għal tali ksur serju, l-Istati Membri, minbarra l-investigazzjoni tal-ksur f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu85, minnufih u f'konformità mad-dritt nazzjonali tagħhom, għandhom jieħdu miżuri rilevanti u immedjati bħal:
Emenda 256 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 69 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 91a – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Mingħajr ħsara għal sanzjonijiet oħra applikati f'konformità ma' dan ir-Regolament u mad-dritt nazzjonali, fil-każ ta' ksur serju stabbilit fejn il-ksur serju jkun wassal għall-kisba ta' prodotti tas-sajd, l-Istati Membri għandhom jimponu multi li għalihom:
4a. Fi kwalunkwe każ, it-twettiq ta' ksur ma jistax iwassal għal proċessi differenti jew sanzjonijiet differenti fi Stati Membri differenti għall-istess atti.
Emenda 259 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 69 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 91b – paragrafu 1 – punt 10
(10) is-sospensjoni temporanja tal-attività ekonomika jew il-waqfien permanenti tagħha;
(10) is-sospensjoni temporanja tal-attività ekonomika relatata mas-sajd jew il-waqfien permanenti tagħha;
Emenda 260 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 69 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 91b– paragrafu 1 – punt 11a (ġdid)
(11a) l-użu ta' sistemi tat-televiżjoni b'ċirkwit magħluq (CCTV) li jinkorporaw il-ħżin tad-data f'każ ta' ksur serju tar-regoli dwar l-obbligu ta' ħatt l-art tal-politika komuni tas-sajd.
3. Filwaqt li jibqgħu marbuta mad-detentur tal-liċenzja li jkun biegħ il-bastiment tas-sajd, il-punti assenjati għandhom jiġu assenjati lil kwalunkwe detentur ġdid tal-liċenzja tas-sajd għall-bastiment tas-sajd ikkonċernat f'każ li l-bastiment jinbiegħ, jiġi ttrasferit jew b'mod ieħor jinbidel is-sid tiegħu wara d-data tal-ksur.
3. Il-punti għandhom jibqgħu marbuta mad-detentur ta' liċenzja li jkun wettaq il-ksur u li wara jkun biegħ il-bastiment tas-sajd f'każ ta' bejgħ, trasferiment jew kwalunkwe bidla oħra fis-sjieda wara d-data tat-twettiq tal-ksur. Fl-ebda ċirkostanza l-punti m'għandhom jiġu assenjati lid-detentur il-ġdid tal-liċenzja tas-sajd għall-bastiment tas-sajd għall-bastiment tas-sajd ikkonċernat.
4. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu wkoll sistema ta' punti li skont din il-kaptan ta' bastiment jiġi assenjat in-numru ta' punti bħad-detentur tal-liċenzja tas-sajd wara ksur serju mwettaq abbord il-bastiment taħt il-kmand tiegħu.
4. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu wkoll sistema ta' punti li skont din il-kaptan ta' bastiment jiġi assenjat in-numru ta' punti bħad-detentur tal-liċenzja tas-sajd wara ksur serju mwettaq abbord il-bastiment taħt il-kmand tiegħu. Il-punti assenjati lill-kaptan tal-bastiment għandhom jiġu rreġistrati fid-dokument taċ-ċertifikazzjoni uffiċjali bl-indikazzjoni tad-data tal-assenjazzjoni kif ukoll id-data tat-tħassir tal-punti assenjati.
7a. detenturi ta' liċenzja tas-sajd jew kaptani ta' bastimenti li ma wettqux ksur serju għal perjodu ta' mill-inqas ħames snin kalendarji konsekuttivi, ikkalkulati mill-1 ta' Jannar ta'... [is-sena tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], għandhom jiġu allokati żewġ punti ta' prijorità fil-klassifikazzjonijiet nazzjonali użati mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014.
Emenda 264 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 69 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 92 – paragrafu 13 – punt a
(a) l-emendar tal-limitu ta' punti li jiskatta s-sospensjoni u l-irtirar permanenti ta' liċenzja tas-sajd jew tad-dritt ta' kkmandar ta' bastiment tas-sajd bħala kaptan.
14a. Il-Kummissjoni għandha tippubblika linji gwida li jiċċaraw l-interpretazzjoni tar-regoli dwar il-ksur u s-sanzjonijiet biex jiġu limitati d-disparitajiet fit-trattament bejn Stat Membru u ieħor.
1. L-Istati Membri għandhom jinnotaw f'reġistru nazzjonali kull ksur suspettat u konfermat tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd imwettaq minn bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom jew il-bandiera ta' pajjiż terz jew minn ċittadini tagħhom, inklużi d-deċiżjonijiet u s-sanzjonijiet kollha li ġarrbu u n-numru ta' punti assenjati. Ksur minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom jew minn ċittadini tagħhom li jiġu mħarrka fi Stati Membri oħra għandhom jiġu rreġistrati wkoll mill-Istati Membri fir-reġistru nazzjonali tagħhom dwar il-ksur, malli ssir in-notifikata dwar id-deċiżjoni definittiva mill-Istat Membru li jkollu ġurisdizzjoni, skont l-Artikolu 92b.
1. L-Istati Membri għandhom jinnotaw f'reġistru nazzjonali kull ksur konfermat tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd imwettaq minn bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom jew il-bandiera ta' pajjiż terz jew minn ċittadini tagħhom, inklużi d-deċiżjonijiet u s-sanzjonijiet kollha li ġarrbu u n-numru ta' punti assenjati. Ksur minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom jew minn ċittadini tagħhom li jiġu mħarrka fi Stati Membri oħra għandhom jiġu rreġistrati wkoll mill-Istati Membri fir-reġistru nazzjonali tagħhom dwar il-ksur, malli ssir in-notifikata dwar id-deċiżjoni definittiva mill-Istat Membru li jkollu ġurisdizzjoni, skont l-Artikolu 92b.
2. Meta jkun qed isegwi każ ta' ksur tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd, Stat Membru jista' jitlob lil Stati Membri oħra biex jipprovdu informazzjoni li tinsab fir-reġistri nazzjonali tagħhom, dwar il-bastimenti tas-sajd u l-persuni suspettati li jkunu wettqu l-ksur ikkonċernat jew li jkunu nqabdu fl-att ta' twettiq tal-ksur inkwistjoni.
2. Meta jkun qed isegwi każ ta' ksur tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, Stat Membru jista' jikkonsulta l-informazzjoni li tinsab fir-reġistru tal-Unjoni tal-ksur imsemmi fl-Artikolu 93a dwar il-bastimenti tas-sajd u l-persuni suspettati li jkunu wettqu l-ksur ikkonċernat jew li jkunu nqabdu fl-att ta' twettiq tal-ksur inkwistjoni.
3. Meta Stat Membru jitlob informazzjoni mingħand Stat Membru ieħor b'rabta ma' ksur, dak l-Istat Membru l-ieħor għandu jipprovdi mingħajr dewmien l-informazzjoni rilevanti dwar il-bastimenti tas-sajd u l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi involuti fil-ksur.
4. Id-data li tkun tinsab fir-reġistru nazzjonali dwar il-każijiet ta' ksur għandha tinżamm biss għal kemm żmien ikun meħtieġ għall-iskop ta' dan ir-Regolament, iżda dejjem għal minimu ta' ħames snin kalendarji, li jibdew mis-sena ta' wara dik li fiha tiġi rreġistrata l-informazzjoni.
4. Id-data li tkun tinsab fir-reġistru nazzjonali dwar il-każijiet ta' ksur għandha tinżamm biss għal kemm żmien ikun meħtieġ għall-iskop ta' dan ir-Regolament, iżda dejjem għal minimu ta' ħames snin kalendarji, li jibdew mis-sena ta' wara dik li fiha tiġi rreġistrata l-informazzjoni, bi qbil mar-regoli kollha applikabbli dwar il-protezzjoni tal-privatezza u l-ipproċessar tad-data personali.
Emenda 270 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 69 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu -93a (ġdid)
Artikolu -93a
Reġistru tal-Unjoni tal-ksur
1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi reġistru tal-Unjoni ta' ksur (ir-reġistru tal-Unjoni) li jiċċentralizza l-informazzjoni mill-Istati Membri dwar il-ksur imsemmi fl-Artikolu 93(1), kif ukoll informazzjoni dwar l-irkaptu mitluf kif imsemmi fl-Artikolu 48(5). Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni maħżuna fir-reġistri nazzjonali tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 93, kif ukoll l-informazzjoni miġbura u rreġistrata skont l-Artikolu 48(5), tiddaħħal ukoll fir-reġistru tal-Unjoni.
2. Informazzjoni relatata ma' ksur minn persuna fiżika tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd li wasslet għal kundanna kif definita fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI tas-26 ta' Frar 2009 dwar l-organizzazzjoni u l-kontenut tal-iskambju ta' informazzjoni estratta mir-rekords kriminali bejn l-Istati Membri u li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dik id-Deċiżjoni ma għandhiex tiġi inkluża fir-reġistru tal-Unjoni.
3. Informazzjoni relatata ma' ksur minn persuna fiżika tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd li wasslet għal kundanna kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2019/816 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta' Stati Membri fil-pussess ta' informazzjoni dwar kundanni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1726 u li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament ma għandhiex tiġi inkluża fir-reġistru tal-Unjoni.
4. Ir-reġistru tal-Unjoni għandu jkun magħmul minn sistema ċentrali, punt ta' aċċess ċentrali nazzjonali f'kull Stat Membru, software tal-interfaċċa li jippermetti l-konnessjoni tal-awtoritajiet kompetenti mas-sistema ċentrali permezz tal-punti ta' aċċess ċentrali nazzjonali u l-infrastruttura tal-komunikazzjoni bejn is-sistema ċentrali u l-punti ta' aċċess ċentrali nazzjonali.
5. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jikkonsultaw ir-reġistru tal-Unjoni biss biex jivverifikaw jekk, fir-rigward ta' bastiment tas-sajd tal-Unjoni jew ta' persuna fiżika, xi Stat Membru għandux informazzjoni dwar ksur li jikkonċerna dak il-bastiment jew dik il-persuna fiżika, kif ukoll informazzjoni dwar l-irkaptu mitluf.
6. L-Istati Membri jistgħu fi kwalunkwe ħin jirrettifikaw jew iħassru d-data li jkunu daħħlu fis-sistema ċentrali tar-reġistru tal-Unjoni. Jekk Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru li daħħal id-data jkollu raġuni biex jemmen li d-data rreġistrata fis-sistema ċentrali mhijiex preċiża, huwa għandu jikkuntattja l-punt ta' aċċess ċentrali tal-Istat Membru mingħajr dewmien żejjed, bil-ħsieb ta' rettifika ta' data mhux preċiża.
7. Id-data li tinsab fir-reġistru tal-Unjoni għandha tinħażen biss sakemm id-data korrispondenti tinħażen fir-reġistru nazzjonali f'konformità mal-Artikolu 93(4). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta titħassar id-data fir-reġistru nazzjonali, dik id-data titħassar minnufih mis-sistema ċentrali tar-reġistru tal-Unjoni.
8. Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli biex jiżgura konnessjoni sigura bejn ir-reġistru nazzjonali tiegħu u l-punt ta' aċċess ċentrali nazzjonali, filwaqt li jiżgura konnessjoni bejn is-sistemi nazzjonali tiegħu u r-reġistru tal-Unjoni, u l-arranġamenti għall-aċċess ta' persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet ċentrali għar-reġistru tal-Unjoni f'konformità ma' dan ir-Regolament, u l-ġestjoni ta' tali aċċess. Kull Stat Membru għandu jipprovdi taħriġ xieraq lill-persunal tal-awtorità kompetenti tiegħu li għandu dritt ta' aċċess għar-reġistru tal-Unjoni li jkopri, b'mod partikolari taħriġ dwar ir-regoli relatati mas-sigurtà tad-data u l-protezzjoni tad-data u r-regoli applikabbli dwar id-drittijiet fundamentali, qabel ma jawtorizzahom biex jipproċessaw data maħżuna fir-reġistru tal-Unjoni.
9. F'konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, kull Stat Membru, flimkien mal-Kummissjoni, għandu jiżgura li d-data rreġistrata fir-reġistru tal-Unjoni tkun irreġistrata legalment, u b'mod partikolari li l-persunal debitament awtorizzat biss ikollu aċċess għad-data għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, li d-data tinġabar legalment b'mod li jirrispetta bis-sħiħ id-dinjità tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali tal-individwu kkonċernat, li d-data tiddaħħal fir-reġistru tal-Unjoni legalment, u li d-data tkun preċiża u aġġornata meta tiddaħħal.
10. L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għandu jkollha aċċess dirett għar-reġistru tal-Unjoni għall-fini li twettaq il-kompiti tagħha skont ir-Regolament (UE) 2019/473. Skont ir-regoli applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għandha tiżgura li l-persunal debitament awtorizzat biss ikollu aċċess għad-data.
11. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar l-iżvilupp tekniku u l-implimentazzjoni tar-reġistru tal-Unjoni b'mod partikolari fir-rigward tat-trasferiment ta' data mir-reġistri nazzjonali għas-sistema ċentrali tar-reġistru tal-Unjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-software tal-interfaċċa, iż-żamma u l-aċċess tar-reġistru tal-Unjoni f'konformità mal-paragrafu 3, ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni u d-disponibilità tar-reġistru tal-Unjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 119(2).
12. L-ispejjeż li jirriżultaw b'konnessjoni mat-twaqqif u t-tħaddim tas-sistema ċentrali, l-infrastruttura ta' komunikazzjoni u s-software tal-interfaċċa għandhom jinġarrbu mill-FEMS. L-ispejjeż tal-konnessjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd mar-reġistru tal-Unjoni għandhom jitħallsu mill-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd. Spejjeż oħra għandhom jitħallsu mill-Istati Membri, speċifikament l-ispejjeż imġarrba dovuti għall-konnessjoni tar-reġistri nazzjonali eżistenti, u l-awtoritajiet kompetenti mar-reġistru tal-Unjoni.
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programmi nazzjonali annwali jew pluriennali ta' kontroll għall-ispezzjonijiet u għall-kontroll tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd.
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programmi nazzjonali annwali jew pluriennali ta' kontroll għall-ispezzjonijiet, għas-sorveljanza u għall-kontroll tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd.
Il-programmi nazzjonali ta' kontroll għandhom ikunu msejsa fuq ir-riskji u għandhom jiġu aġġornati tal-anqas darba fis-sena b'mod partikolari b'kunsiderazzjoni ta' miżuri ta' konservazzjoni u ta' kontroll adottati ġodda.
Il-programmi nazzjonali ta' kontroll għandhom ikunu msejsa fuq ir-riskji u għandhom jiġu aġġornati tal-anqas darba fis-sena b'mod partikolari b'kunsiderazzjoni ta' miżuri ta' konservazzjoni u ta' kontroll adottati ġodda u l-konklużjoni tar-rapport annwali ta' evalwazzjoni msemmi fil-paragrafu 2b.
2. Sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport dwar l-ispezzjonijiet u l-kontrolli mwettqa fis-sena ta' qabel, f'konformità mal-programmi nazzjonali ta' kontroll u f'konformità ma' dan ir-Regolament.
2. Sal-31 ta' Marzu ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport dwar l-ispezzjonijiet, is-sorveljanza u l-kontrolli mwettqa fis-sena ta' qabel, f'konformità mal-programmi nazzjonali ta' kontroll u f'konformità ma' dan ir-Regolament. Dawk ir-rapporti għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web uffiċjali tal-Istati Membri sal-31 ta' Marzu ta' kull sena.
2a. Ir-rapporti dwar l-ispezzjonijiet, is-sorveljanza u l-kontrolli msemmija fil-paragrafu 2 għandu jkun fihom mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(a) il-baġit totali allokat għall-kontroll tas-sajd;
(b) l-għadd u t-tip ta' spezzjonijiet, sorveljanza u kontrolli mwettqa;
(c) l-għadd u t-tip ta' ksur suspettat u kkonfermat, inkluż ksur serju;
(d) it-tip ta' azzjonijiet ta' segwitu għal ksur ikkonfermat (bħal twissija sempliċi, sanzjoni amministrattiva, sanzjoni kriminali, miżura ta' infurzar immedjat jew l-għadd ta' punti ta' penalità li jingħataw).
2b. Sal-1 ta' Settembru kull sena, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport li jinkludi evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali ta' kontroll. Dak ir-rapport għandu jinkludi s-sejbiet ewlenin tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 2, u għandu janalizza wkoll l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament minn bastimenti tas-sajd irreġistrati f'pajjiżi terzi li jistadu fl-ilmijiet tal-Unjoni, b'mod partikolari bastimenti tas-sajd irreġistrati f'pajjiżi ġirien tal-Unjoni. Dak ir-rapport għandu jiġi ppubblikat fuq is-sit web tal-Kummissjoni.
(71a) fl-Artikolu 101, jiżdied il-paragrafu li ġej:
4a. Jekk, wara li tkun ġiet adottata l-azzjoni, l-Istat Membru kkonċernat xorta waħda ma jirnexxilux isolvi s-sitwazzjoni u jaġixxi fuq in-nuqqasijiet fis-sistema ta' kontroll tiegħu, il-Kummissjoni għandha tibda investigazzjoni bil-għan li jinbeda proċediment ta' ksur kontra dak l-Istat Membru.
Emenda 277 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 77 – punt a Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 109 – paragrafu 1
“1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu bażi tad-data kompjuterizzata għall-fini ta' validazzjoni tad-data rreġistrata f'konformità ma' dan ir-regolament. Il-validazzjoni tad-data reġistrata tinkludi l-kontroverifika, l-analiżi u l-verifika tad-data.
“1. L-Istati Membri għandhom, sa'... [il-31 ta' Diċembru tat-tielet sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], jistabbilixxu bażi tad-data kompjuterizzata għall-fini ta' validazzjoni tad-data rreġistrata f'konformità ma' dan ir-Regolament. Il-validazzjoni tad-data reġistrata tinkludi l-kontroverifika, l-analiżi u l-verifika tad-data. Id-data kollha mill-bażijiet tad-data tal-Istati Membri għandha tiġi trażmessa f'bażi tad-data waħda ġestita mill-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd.
Emenda 278 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 77 – punt a Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 109 – paragrafu 2 – punt b – punt x
(x) data minn sistemi ta' televiżjoni b'ċirkwit magħluq abbord bastimenti tas-sajd u monitoraġġ elettroniku ieħor tal-obbligu ta' ħatt l-art f'konformità mal-Artikolu 25a."
(x) data minn apparati elettroniċi għall-monitoraġġ tal-obbligu ta' ħatt l-art."
Id-data elenkata fil-paragrafu 1(a)(ii) u (iii) tista' tiġi pprovduta lil korpi xjentifiċi tal-Istati Membri, lil korpi xjentifiċi tal-Unjoni u lill-Eurostat.
Id-data elenkata fil-paragrafu 1(a)(ii) u (iii) tista' tiġi pprovduta lil korpi xjentifiċi tal-Istati Membri, lil korpi xjentifiċi tal-Unjoni u lill-Eurostat. Dik id-data għandha tkun f'format anonimu, sabiex ma tippermettix l-identifikazzjoni ta' bastimenti individwali jew persuni fiżiċi.
5a. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ir-rapporti annwali tagħhom dwar il-programmi nazzjonali ta' kontroll kull sena fuq is-sit web tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom.
3. Data personali li tinsab fl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 110(1) u (2) ma għandhiex tinħażen għal perjodu itwal minn 5 snin, ħlief għal data personali li hi neċessarja biex ikun jista' jingħata segwitu għal ilment, għal ksur, għal spezzjoni, għal verifika jew għal awditu jew għal proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi kurrenti, li tista' tinżamm għal 10 snin. Jekk l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 110(1) u (2) tinżamm għal perjodu ta' żmien itwal, id-data għandha tiġi anonimizzata.
3. Data personali li tinsab fl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu110(1) u(2) ma għandhiex tinħażen għal perjodu itwal minn sena, ħlief għal data personali li hi neċessarja biex ikun jista' jingħata segwitu għal ilment, għal ksur, għal spezzjoni, għal verifika jew għal awditu jew għal proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi kurrenti, li tista' tinżamm għal 10 snin. Jekk l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 110(1) u (2) tinżamm għal perjodu ta' żmien itwal, id-data għandha tiġi anonimizzata.
Emenda 333 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 80a (ġdid) – punt a Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 113 – paragrafu 2
(80a) L-Artikolu 113 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
2. Id-data skambjata bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni m'għandhiex tiġi trasmessa lil persuni minbarra dawk fl-Istati Membri jew fl-istituzzjonijiet tal-Komunità li l-funzjonijiet tagħhom jeħtieġu li jkollhom tali aċċess, sakemm l-Istati Membri li qed jitrasmettu d-data ma jagħtux il-kunsens espress tagħhom.
"2. Id-data skambjata bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni tista' tiġi trażmessa lil persuni minbarra dawk fl-Istati Membri jew fl-istituzzjonijiet tal-Komunità li l-funzjonijiet tagħhom jeħtieġu li jkollhom tali aċċess, dment li l-Istati Membri li qed jitrażmettu d-data jfornu rifjtu motivat għad-divulgazzjoni tad-data."
Emenda 334 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 80a (ġdid) – punt b Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 113 – paragrafu 3
(b) il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
3. Id-data msemmija fil-paragrafu 1 m'għandhiex tintuża ħlief għall-iskopijiet li hemm provvediment għalihom f'dan ir-Regolament sakemm l-awtoritajiet li qed jipprovdu d-data ma jagħtux il-kunsens espress tagħhom għall-użu tad-data għal skopijiet oħra u bil-kundizzjoni li d-dispożizzjonijet fis-seħħ fl-Istat Membru tal-awtorità li qed tirċievi d-data ma jipprojbixxux it-tali użu.
"3. Id-data msemmija fil-paragrafu 1 tista' tintuża għal skopijiet differenti minn dawk previsti f'dan ir-Regolament, dment li l-awtoritajiet li qed jipprovdu d-data jfornu rifjut motivat għal tali użu."
Emenda 335 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 80a (ġdid) – punt c Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 113 – paragrafu 7a (ġdid)
(c) il-paragrafu li ġej huwa miżjud:
"7a. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u għar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali."
"Għall-fini ta' dan ir-Regolament, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi u jżomm aġġornat sit web uffiċjali għall-operaturi u għall-pubbliku ġenerali, li bħala minimu jkun fih l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 115.
Għall-fini ta' dan ir-Regolament, kull Stat Membru jew reġjun għandu jistabbilixxi u jżomm aġġornat sit web jew siti web uffiċjali għall-operaturi u għall-pubbliku ġenerali, li bħala minimu jkun fih l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 115.
Emenda 283 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 82 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 115 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Fuq is-siti web tagħhom, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw mingħajr dewmien jew jipprovdu link diretta għall-informazzjoni li ġejja:
Fuq is-siti web tagħhom, l-Istati Membri jew reġjuni għandhom jippubblikaw mingħajr dewmien jew jipprovdu link diretta għall-informazzjoni li ġejja:
Emenda 284 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 82 Regolament (KE) Nru 1224/2009 Artikolu 115 – paragrafu 1 – punt ia (ġdid)
(ia) il-programm nazzjonali ta' kontroll stabbilit, ir-riżultati u r-rapport ta' evalwazzjoni magħmul mill-Kummissjoni mill-inqas 30 jum wara d-dati stabbiliti fl-Artikolu 93a.
Emenda 285 Proposta għal regolament Artikolu 2 – punt 1a (ġdid) Regolament (KE) Nru 768/2005 Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a
(1a) Fl-Artikolu 2(1), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
(a) "kontroll u spezzjoni" tfisser kwalunkwe miżura meħuda mill-Istati Membri, b'mod partikolari skond l-Artikoli 23, 24 u 28 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 biex tikkontrolla u tispezzjona l-attivitajiet tas-sajd fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd inklużi l-attivitajiet ta' sorveljanza u monitoraġġ bħal sistemi satellitari ta' monitoraġġ tal-bastimenti u skemi ta' osservaturi;
"(a) "kontroll u spezzjoni" tfisser kwalunkwe miżura meħuda mill-Istati Membri biex tikkontrolla u tispezzjona l-attivitajiet tas-sajd fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd inklużi l-attivitajiet ta' sorveljanza u monitoraġġ bħal sistemi ta' monitoraġġ tal-bastimenti u skemi ta' osservaturi; "
(Ir-Regolament (KE) Nru 768/2005 ġie kkodifikat u mħassar bir-Regolament (UE) 2019/473.
Emenda 286 Proposta għal regolament Artikolu 2 – punt 2 – punt a Regolament (KE) Nru 768/2005 Artikolu 3 – punt e
(e) li tkun ta' assistenza għall-Istati Membri u l-Kummissjoni fl-armonizzazzjoni tal-applikazzjoni tal-politika komuni tas-sajd;"
(e) li tkun ta' assistenza lill-Istati Membri u l-Kummissjoni fl-armonizzazzjoni tal-applikazzjoni u fl-iżgurar tas-sostenibilità tal-politika komuni tas-sajd, inkluża d-dimensjoni esterna tagħha;
Emenda 287 Proposta għal regolament Artikolu 2 – punt 2 – punt ba (ġdid) Regolament (KE) Nru 768/2005 Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ja (ġdid)
(ba) fl-Artikolu 3, jiżdied il-punt li ġej:
"(ja) li taħdem flimkien mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima fil-kondiviżjoni tad-data u l-informazzjoni rilevanti biex tappoġġa l-ħolqien u l-użu komuni tal-għarfien dwar l-ambjent tal-baħar."
(Ir-Regolament (KE) Nru 768/2005 ġie kkodifikat u mħassar bir-Regolament (UE) 2019/473.
Emenda 288 Proposta għal regolament Artikolu 2 – punt 2 – punt ca (ġdid) Regolament (KE) Nru 768/2005 Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)
(ca) fl-Artikolu 3, jiżdied il-paragrafu li ġej:
"1a. Il-Kummissjoni għandha tfassal protokoll ta' sħubija bejn l-aġenziji msemmija fil-punt (ja) tal-ewwel paragrafu bħala l-qafas għall-kooperazzjoni msaħħa tagħhom."
(Ir-Regolament (KE) Nru 768/2005 ġie kkodifikat u mħassar bir-Regolament (UE) 2019/473.
Emenda 289 Proposta għal regolament Artikolu 2 – punt 4 a (ġdid) Regolament (KE) Nru 768/2005 Artikolu 17g
(4a) L-Artikolu 17g huwa sostitwit b'dan li ġej:
Artikolu 17g
Artikolu 17g
Kooperazzjoni fl-affarijiet marittimi
Kooperazzjoni fl-affarijiet marittimi
L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata tal-UE, u b'mod partikolari tikkonkludi ftehimiet amministrattivi ma' entitajiet oħra fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament wara l-approvazzjoni mill-Bord Amministrattiv. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinforma lill-Kummissjoni u l-Istati Membri b'dan fi stadju bikri ta' dawn in-negozjati.
"L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi u tgħin fl-implimentazzjoni tal-politika marittima integrata tal-UE, u b'mod partikolari tikkonkludi ftehimiet amministrattivi ma' entitajiet oħra fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament wara l-approvazzjoni mill-Bord Amministrattiv. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b'dan fi stadju bikri ta' dawn in-negozjati."
Emenda 290 Proposta għal regolament Artikolu 2 – punt 5 – punt aa (ġdid) Regolament (KE) Nru 768/2005 Artikolu 23 – paragrafu 2 – punt c – subparagrafu 1
(aa) Fil-punt (c) tal-Artikolu 23(2), l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:
jadotta sal-31 ta' Ottubru ta' kull sena, u jikkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni u l-Istati Membri, il-programm ta' ħidma ta' l-Aġenzija għas-sena ta' wara u jgħaddih lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Istati Membri;
jadotta sal-31 ta' Ottubru ta' kull sena, u jikkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri, il-programm ta' ħidma tal-Aġenzija għas-sena ta' wara u jgħaddih lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Istati Membri."
Emenda 291 Proposta għal regolament Artikolu 2 – punt 5 – punt ab (ġdid) Regolament (KE) Nru 768/2005 Artikolu 23 – paragrafu 2 – punt c – subparagrafu 2
(ab) Fil-punt (c) tal-Artikolu 23(2), it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:
Il-programm ta' ħidma għandu jkun fihil-prijoritajiet ta' l-Aġenzija. Għandu jagħti prijorità lid-dmirijietta' l-Aġenzija relatati ma' programmi ta' kontroll u sorveljanza. Għandu jiġi adottat mingħajr preġudizzju għall-proċedura annwali Komunitarja tal-budget. F'każ li l-Kummissjoni tesprimi, fi żmien 30 ġurnata mid-data ta' adozzjoni tal-programm ta' ħidma, in-nuqqas ta' qbil tagħha ma' dak il-programm, il-Bord Amministrattiv għandu jerġa jeżamina l-programm u jadottah, possibilment emendat, fi żmien xahrejn, fit-tieni qari;
Il-programm ta' ħidma għandu jkun fih il-prijoritajiet ta' l-Aġenzija. Għandu jagħti prijorità lid-dmirijietta' l-Aġenzija relatati ma' programmi ta' kontroll u sorveljanza. Għandu jiġi adottat mingħajr preġudizzju għall-proċedura annwali Komunitarja tal-budget. F'każ li l-Parlament Ewropew jew il-Kummissjoni jesprimu, fi żmien 30 ġurnata mid-data ta' adozzjoni tal-programm ta' ħidma, in-nuqqas ta' qbil tagħhom ma' dak il-programm, il-Bord Amministrattiv għandu jerġa' jeżamina l-programm u jadottah, possibilment emendat, fi żmien xahrejn, fit-tieni qari;"
Emenda 292 Proposta għal regolament Artikolu 2 – punt 5a (ġdid) Regolament (KE) Nru 768/2005 Artikolu 24 – paragrafu 1
(5a) fl-Artikolu 24, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
1. Il-Bord Amministrattiv għandu jkun magħmul minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri u sitt rappreżentanti tal-Kummissjoni. Kull Stat Membru għandu d-dritt jaħtar membru wieħed. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jaħtru sostituti għal kull membru li jirrappreżenta lill-membru fl-assenza tiegħu/tagħha.
“1. Il-Bord Amministrattiv għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, sitt rappreżentanti tal-Kummissjoni u rappreżentanti tal-Parlament Ewropew. Kull Stat Membru għandu d-dritt jaħtar membru wieħed. Il-Parlament Ewropew għandu jkun intitolat li jaħtar żewġ rappreżentanti. L-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew għandhom jaħtru supplent wieħed għal kull membru, li se jirrappreżenta lill-membru fl-assenza tagħha/tiegħu."
Emenda 293 Proposta għal regolament Artikolu 2 – punt 7 Regolament (KE) Nru 768/2005 Artikolu 29 – paragrafu 3 – punt a
(a) għandu/ha j/tħejji l-abbozz tal-programm annwali ta' ħidma u l-abbozz tal-programm pluriennali ta' ħidma u tissottomettihom/jissottomettihom/jissottomettuhom lill-Bord Amministrattiv wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u l-Istati Membri. Għandu/ha j/tieħu l-passi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma fi ħdan il-limiti stabbiliti minn dan ir-Regolament, ir-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu u kwalunkwe liġi applikabbli oħra;
(a) għandu/ha j/tħejji l-abbozz tal-programm annwali ta' ħidma u l-abbozz tal-programm pluriennali ta' ħidma u tissottomettihom/jissottomettihom/jissottomettuhom lill-Bord Amministrattiv wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, mal-Kummissjoni u l-Istati Membri. Għandu/ha j/tieħu l-passi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma fi ħdan il-limiti stabbiliti minn dan ir-Regolament, ir-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu u kwalunkwe liġi applikabbli oħra;
(9a) fl-Artikolu 18, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
3. Fl-eventwalità li l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd tiġi rrifjutata skond il-paragrafi 1 jew 2, l-Istati Membri jistgħu jikkonfiskaw u jeqirdu, jiddisponu minn jew ibiegħu dawn il-prodotti tas-sajd skond il-liġi nazzjonali. Il-qliegħ mill-bejgħ jista' jintuża għal finijiet ta' karità.
“3. Fl-eventwalità li l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd tiġi rrifjutata skond il-paragrafi 1 jew 2, l-Istati Membri jistgħu jikkonfiskaw u jeqirdu, jiddisponu minn jew ibiegħu dawn il-prodotti tas-sajd skond il-liġi nazzjonali. Il-qliegħ mill-bejgħ għandu jintuża għal finijiet ta' karità."
Fejn pajjiż terz ikun ġie nnotifikat, skont l-Artikolu 32, bil-possibilità li jiġi identifikat bħala pajjiż terz li ma jikkooperax, il-Kummissjoni tista' tintroduċi miżuri ta' salvagwardja li skonthom it-tariffi preferenzjali għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura jiġu temporanjament sospiżi. Dawk il-miżuri ta' salvagwardja jistgħu japplikaw sakemm il-Kummissjoni jkollha evidenza ta' dgħufijiet speċifiċi notifikati u li jirriżultaw f'attivitajiet IUU possibbli jew ikkonfermati u għalhekk il-proċedimenti mibdija fil-konfront ta' dak il-pajjiż terz ma jkunux intemmu."
"Għall-fini ta' dan ir-Regolament, "ksur serju" tfisser kwalunkwe ksur elenkat fil-punti (a) sa (n), (o) u (p) tal-Artikolu 90(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jew meqjus bħala ksur serju skont il-punti (a), (c), (e), (f) u (i) tal-Artikolu 90(3) ta' dak ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009."
Għall-fini ta' dan ir-Regolament, "ksur serju" tfisser kwalunkwe ksur elenkat fil-punti (a) sa (n), (o) u (p) tal-Artikolu 90(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jew meqjus bħala ksur serju skont il-punti (a), (c), (e), (f) u (i) tal-Artikolu 90(3) ta' dak ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
1. Mingħajr ħsara għas-setgħat tal-Istati Membri li jiftħu proċedimenti kriminali u jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri, f'konformità mad-dritt nazzjonali tagħhom, għandhom japplikaw b'mod sistematiku l-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi kontra l-persuna fiżika li tkun wettqet jew persuna ġuridika miżmuma responsabbli għal ksur serju kif definit f'dan ir-Regolament.
1. Mingħajr ħsara għas-setgħat tal-Istati Membri li jiftħu proċedimenti kriminali u jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri, f'konformità mad-dritt nazzjonali tagħhom, għandhom japplikaw b'mod sistematiku l-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi kontra l-persuna fiżika li tkun wettqet jew persuna ġuridika miżmuma responsabbli għal ksur serju kif definit f'dan ir-Regolament.
Fir-rigward ta' kull att speċifiku ta' ksur kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, mhux aktar minn Stat Membru wieħed jista' jibda proċedimenti jew jimponi sanzjonijiet kontra l-persuna fiżika jew ġuridika kkonċernata.
2. Meta persuna fiżika tkun suspettata li wettqet jew tinqabad fl-att filwaqt li tkun qed twettaq ksur serju jew persuna ġuridika tkun suspsettata li hi responsabbli għal tali ksur serju f'konformità ma' dan ir-Regolament, l-Istati Membri, f'konformità mad-dritt nazzjonali tagħhom, minnufih għandhom jieħdu l-miżuri rilevanti u immedjati f'konformità mal-Artikolu 91 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
2. Meta persuna fiżika tinqabad fl-att filwaqt li tkun qed twettaq ksur serju jew ikun ġie identifikat ksur serju matul spezzjoni b'rabta ma' dik il-persuna fiżika, jew ikun hemm provi li persuna ġuridika tkun suspsettata li hi responsabbli għal tali ksur serju f'konformità ma' dan ir-Regolament, l-Istati Membri, f'konformità mad-dritt nazzjonali tagħhom, minnufih għandhom jieħdu l-miżuri rilevanti u immedjati f'konformità mal-Artikolu 91 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
Emenda 299 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2
L-Artikoli 1, 3, 4, 5 għandhom japplikaw minn [24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ].
L-Artikoli 1,3,4,5 għandhom japplikaw minn ... [24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 1(6), (11), (12), (21), (22), (23), (44) u (46) li għandu japplika minn ...[erba' snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].
Emenda 300 Proposta għal regolament ANNESS I Regolament (KE) Nru 1224/2009 Anness III – tabella – ringiela 5
Test propost mill-Kummissjoni
Nru
Ksur serju
punti
5
Nuqqas ta' ssodisfar tal-obbligi relatati mal-użu tal-irkapti kif stipulat fir-regoli tal-politika komuni tas-sajd.
4
Emenda
imħassar
Emenda 301 Proposta għal regolament ANNESS I Regolament (KE) Nru 1224/2009 Anness III – tabella – linja 6a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Nru
Ksur serju
punti
6a
Għal bastimenti li ma joperawx f'sajd taħt pjan ta' ġestjoni tal-isforz tas-sajd, manipulazzjoni ta' magna bil-għan li tiżdied il-qawwa tal-bastiment lil hinn mill-qawwa massima kontinwa tal-magna skont iċ-ċertifikat tal-magna.
5
Emenda 302 Proposta għal regolament ANNESS I Regolament (KE) Nru 1224/2009 Anness III — tabella — ringiela 16 — kolonna 2 ("ksur serju")
Ksur serju
Ksur serju
sajd f'żona ristretta jew magħluqa, jew żona ta' rkupru tal-istokkijiet ta' ħut, matul staġun magħluq, jew mingħajr jew wara l-ksib ta' kwota jew lil hinn minn fond magħluq;
Sajd f'żona ristretta jew magħluqa, jew żona ta' rkupru tal-istokkijiet ta' ħut, matul staġun magħluq, jew mingħajr jew wara l-ksib ta' kwota jew lil hinn minn fond magħluq jew distanza għall-kosta;
Emenda 303 Proposta għal regolament ANNESS II Regolament (KE) Nru 1005/2008 ANNESS II – tabella – ringiela 4
Test propost mill-Kummissjoni
2. Isem il-Bastiment tas-Sajd
Bandiera - Port ta' l-Istazzjonar u Numru ta' Reġistrazzjoni
Sinjal tas-Sejħa
Numru tal-IMO/Lloyd's
(jekk maħruġ)
Emenda
2. Isem il-Bastiment tas-Sajd
Bandiera - Port ta' l-Istazzjonar u Numru ta' Reġistrazzjoni
Sinjal tas-Sejħa
numru tal-OMI/(Identifikatur Uniku tal-Bastiment)
(jekk maħruġ)
Emenda 304 Proposta għal regolament ANNESS II Regolament (KE) Nru 1005/2008 ANNESS II – tabella – ringiela 7
Test propost mill-Kummissjoni
Speċi
Kodiċi tal-prodott
Dati u żon(a/i) tal-qabda
Piż ħaj stmat (piż nett tal-ħut f'kg)
Piż ħaj stmat li se jinħatt (piż nett tal-ħut f'kg)
Piż Verifikat li Nħatt l-Art (piż nett f'kg)
Emenda
Speċi
Kodiċi tal-prodott
Irkapti tas-sajd
(1)
Żona/i tal-qbid
(2)
Dati tal-qabda: minn → sa
Piż nett stmat tal-ħut għall-iżbark (kg)
Piż nett tal-ħut f'kg
Piż nett tal-ħut ivverifikat (kg)
(3)
(1)Il-Kodiċi għandu jintuża skont il-Klassifika Internazzjonali Standard tal-Irkaptu tas-sajd tal-FAO.
(2)Żona tal-qbid:
—Żona/i tal-FAO; kif ukoll
—Żona/i Ekonomika Esklussiva u/jew Ibħra Miftuħa; kif ukoll
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2021 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/971/KE fir-rigward tal-ekwivalenza ta’ materjal riproduttiv tal-foresti prodott fir-Renju Unit għal materjal bħal dan prodott fl-Unjoni (COM(2020)0852 – C9-0430/2020 – 2020/0378(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0852),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0430/2020),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
— wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta’ Jannar 2021(1),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 163 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta’ Marzu 2021 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2021/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/971/KE fir-rigward tal-ekwivalenza ta’ materjal riproduttiv tal-foresti prodott fir-Renju Unit
Ekwivalenza tal-ispezzjonijiet fuq il-post u ekwivalenza tal-kontrolli fuq il-prattiki għaż-żamma tal-varjetajiet ta’ speċijiet ta’ pjanti agrikoli mwettqa fir-Renju Unit ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2021 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2003/17/KE u 2005/834/KE fir-rigward tal-ekwivalenza tal-ispezzjonijiet fuq il-post u tal-ekwivalenza tal-kontrolli fuq il-prattiki għaż-żamma tal-varjetajiet ta’ speċijiet ta’ pjanti agrikoli mwettqa fir-Renju Unit (COM(2020)0853 – C9-0431/2020 – 2020/0379(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0853),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0431/2020),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
— wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta’ Jannar 2021(1),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 163 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta’ Marzu 2021 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2021/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2003/17/KE u 2005/834/KE fir-rigward tal-ekwivalenza tal-ispezzjonijiet fuq il-post u tal-ekwivalenza tal-kontrolli fuq il-prattiki għaż-żamma tal-varjetajiet ta’ speċijiet ta’ pjanti agrikoli mwettqa fir-Renju Unit
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Marzu 2021 dwar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/52 tat-22 ta' Jannar 2021 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi benfluralin, dimoxystrobin, fluazinam, flutolanil, mecoprop-P, mepiquat, metiram, oxamyl u pyraclostrobin (2021/2552(RSP))
– wara li kkunsidra r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/52 tat-22 ta' Jannar 2021 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi benfluralin, dimoxystrobin, fluazinam, flutolanil, mecoprop-P, mepiquat, metiram, oxamyl u pyraclostrobin(1),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE(2), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 u l-Artikolu 21 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjoni mogħtija fl-10 ta' Diċembru 2020 mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,
– wara li kkunsidra r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408 tal-11 ta' Marzu 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 80(7) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jistabbilixxi lista ta' kandidati għas-sostituzzjoni(3),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2018 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Prodotti għall-Protezzjoni tal-Pjanti (KE) Nru 1107/2009(5),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 112(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,
A. billi s-sustanza attiva dimoxystrobin ġiet inkluża fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE(6) fl-1 ta' Ottubru 2006 mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/75/KE(7) u tqieset li ġiet approvata skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009;
B. billi proċedura biex tiġġedded l-approvazzjoni tad-dimoxystrobin skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012(8) ilha għaddejja mill-2013;
C. billi l-perjodu ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva dimoxystrobin, li oriġinarjament kellu jintemm fit-30 ta' Settembru 2016, diġà ġie estiż b'16-il xahar mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1136/2013(9), u sussegwentement b'perjodi oħra ta' sena mir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/84(10), (UE) 2018/1796(11) u (UE) 2019/2094(12), u issa reġa' ġie estiż b'sena mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/52, li jestendi l-perjodu ta' approvazzjoni sal-31 ta' Jannar 2022;
D. billi l-Kummissjoni, fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/52, naqset milli tispjega r-raġunijiet għall-estensjonijiet ħlief billi ddikjarat: "Billi l-valutazzjoni ta' dawk is-sustanzi ddewmet għal raġunijiet li ma kinux fil-kontroll tal-applikanti, x'aktarx li l-approvazzjonijiet ta' dawk is-sustanzi attivi se jiskadu qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom";
E. billi r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu l-għan li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni kemm tas-saħħa tal-bniedem kif ukoll tal-annimali u tal-ambjent, u fl-istess ħin li jissalvagwardja l-kompetittività tal-agrikoltura tal-Unjoni; billi għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-protezzjoni ta' gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni, inklużi n-nisa tqal, it-trabi u t-tfal;
F. billi għandu japplika l-prinċipju ta' prekawzjoni, u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jiddisponi li s-sustanzi għandhom jiġu inklużi biss fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fejn ikun intwera li dawn jagħtu benefiċċju ċar għall-produzzjoni tal-pjanti u li mhumiex mistennija jkollhom xi effetti ta' ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew xi effetti inaċċettabbli fuq l-ambjent;
G. billi r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jiddisponi li, fl-interess tas-sikurezza, il-perjodu ta' approvazzjoni għal sustanzi attivi għandu jkun limitat fiż-żmien; billi l-perjodu ta' approvazzjoni għandu jkun proporzjonat għar-riskji possibbli inerenti fl-użu ta' sustanzi bħal dawn, iżda, fil-każ tas-sustanzi attivi li huma soġġetti għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/52, huwa ċar li ma teżisti ebda proporzjonalità bħal din;
H. billi l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà u r-responsabbiltà li jaġixxu f'konformità mal-prinċipju ta' prekawzjoni meta r-riskju ta' effetti ta' ħsara fuq is-saħħa jkun ġie identifikat iżda jkun għad hemm inċertezza mil-lat xjentifiku, billi jadottaw miżuri proviżorji ta' ġestjoni tar-riskju li jkunu meħtieġa biex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem;
I. billi, b'mod aktar speċifiku, l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jiddisponi li l-Kummissjoni tista' teżamina mill-ġdid l-approvazzjoni ta' sustanza attiva fi kwalunkwe ħin, speċjalment fejn, fid-dawl ta' għarfien xjentifiku u tekniku ġdid, hija tqis li jkun hemm indikazzjonijiet li s-sustanza m'għadhiex tissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament, u billi dan ir-rieżami jista' jwassal biex l-approvazzjoni tas-sustanza tiġi rtirata jew emendata;
Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali
J. billi, fl-2015, is-sustanza attiva dimoxystrobin tqiegħdet fil-"lista ta' kandidati għal sostituzzjoni" permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/408 minħabba li d-Doża Akuta ta' Referenza (ARfD) għal dik is-sustanza attiva hija ferm aktar baxxa minn dik tal-maġġoranza tas-sustanzi attivi approvati fi ħdan il-grupp ta' sustanzi tagħha, u minħabba li għadha titqies bħala sustanza bi proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali li jistgħu jikkawżaw effetti avversi fil-bnedmin;
K. billi, skont il-punt 3.6.5 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, sustanza attiva ma tistax tiġi approvata meta titqies li għandha proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali li jistgħu jikkawżaw effetti avversi fil-bnedmin, sakemm l-esponiment tal-bnedmin għal dik is-sustanza attiva fi prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, f'kundizzjonijiet proposti realistiċi ta' użu, ma jkunx negliġibbli, jiġifieri, il-prodott jintuża f'sistemi magħluqa jew f'kundizzjonijiet oħra li jeskludu l-kuntatt mal-bnedmin u fejn residwi tas-sustanza attiva kkonċernata fuq ikel u għalf ma jeċċedux il-valur prestabbilit f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13);
L. billi huwa inaċċettabbli li sustanza li huwa magħruf li tissodisfa l-kriterji ta' limitu għal sustanzi attivi li huma mutaġeniċi, karċinoġeniċi u/jew tossiċi għar-riproduzzjoni, jew li għandhom proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali, li huma stabbiliti biex jipproteġu s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, tibqa' titħalla tintuża fl-Unjoni, u b'hekk tqiegħed is-saħħa pubblika u l-ambjent f'riskju;
M. billi l-applikanti jistgħu japprofittaw mis-sistema awtomatika inkorporata fil-metodi ta' ħidma tal-Kummissjoni, li testendi b'mod immedjat il-perjodi ta' approvazzjoni ta' sustanzi attivi jekk ir-rivalutazzjoni tar-riskji ma tkunx ġiet iffinalizzata, billi jtawlu l-proċess ta' rivalutazzjoni b'mod deliberat billi jipprovdu data mhux kompluta u billi jitolbu aktar derogi u kundizzjonijiet speċjali, li jwassal għal riskji inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent minħabba li, matul dan il-perjodu, l-esponiment għas-sustanza perikoluża ikompli;
N. billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2018 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Prodotti għall-Protezzjoni tal-Pjanti (KE) Nru 1107/2009, il-Parlament talab lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex "jiżguraw li l-estensjoni proċedurali tal-perjodu ta' approvazzjoni għat-tul tal-proċedura, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament, mhijiex ser tintuża għal sustanzi attivi li huma mutaġeniċi, karċinoġeniċi u tossiċi għar-riproduzzjoni, u li għaldaqstant jaqgħu taħt il-kategorija 1A jew 1B, jew sustanzi attivi li għandhom karatteristiċi li jfixklu s-sistema endokrinali u jagħmlu ħsara lill-bniedem u lill-annimali, kif attwalment hu l-każ tas-sustanzi bħall-flumjoksażina, it-tijakloprid, il-klorotoluron u d-dimossistrobin";
O. billi l-Parlament diġà oġġezzjona għall-estensjoni preċedenti tal-perjodu ta' approvazzjoni tad-dimoxystrobin fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2019(14), u l-Kummissjoni naqset milli tagħti risposta konvinċenti għal dik ir-riżoluzzjoni u naqset ukoll milli turi kif xieraq li estensjoni oħra ma teċċedix is-setgħat ta' implimentazzjoni tagħha;
P. billi wara l-estensjoni preċedenti fl-2019 tal-perjodi ta' approvazzjoni ta' 10 sustanzi attivi, inkluż id-dimoxystrobin, skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/2094, l-approvazzjoni ta' waħda biss minn dawk is-sustanzi ma ġietx imġedda, filwaqt li skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/52, il-perjodi ta' approvazzjoni tad-disa' sustanzi l-oħra reġgħu ġew estiżi, ħafna minnhom għat-tielet jew ir-raba' darba u tnejn minnhom għal saħansitra s-sitt darba;
1. Iqis li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/52 jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009;
2. Iqis li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/52 ma jirrispettax il-prinċipju ta' prekawzjoni;
3. Iqis li d-deċiżjoni biex il-perjodu ta' approvazzjoni tad-dimoxystrobin jiġi estiż mhijiex konformi mal-kriterji tas-sikurezza stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u la hija bbażata fuq evidenza li dik is-sustanza tista' tintuża b'mod sikur u lanqas hija bbażata fuq ħtieġa urġenti u ppruvata għal dik is-sustanza fil-produzzjoni tal-ikel fl-Unjoni;
4. Jistieden lill-Kummissjoni tirrevoka r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/52 u tippreżenta abbozz ġdid lill-kumitat, li jqis l-evidenza xjentifika dwar il-proprjetajiet ta' ħsara tas-sustanzi kollha kkonċernati, speċjalment dawk tad-dimoxystrobin;
5. Jistieden lill-Kummissjoni biex, fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, tippreżenta proposta biex l-approvazzjoni tad-dimoxystrobin ma tiġġeddidx;
6. Jistieden lill-Kummissjoni tikkomunika lill-Parlament ir-raġunijiet speċifiċi għaliex il-valutazzjoni tas-sustanzi ddewmet għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tal-applikanti, liema punti ta' tmiem speċifiċi għadhom qed jiġu vvalutati, u għaliex dik il-valutazzjoni tirrikjedi daqstant żmien biex titwettaq;
7. Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta abbozzi ta' regolamenti ta' implimentazzjoni biex testendi l-perjodi ta' approvazzjoni biss ta' sustanzi li għalihom l-istat attwali tax-xjenza mhuwiex mistenni li jwassal għal proposta tal-Kummissjoni għal nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva kkonċernata;
8. Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tirtira l-approvazzjonijiet għas-sustanzi, jekk jeżistu provi jew dubji raġonevoli li ma jkunux jissodisfaw il-kriterji tas-sikurezza stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009;
9. Itenni t-talba tiegħu lill-Istati Membri biex jiżguraw ir-rivalutazzjoni xierqa u f'waqtha tal-approvazzjonijiet tas-sustanzi attivi li għalihom ikunu l-Istati Membri li jirrapportaw, u biex jiżguraw li d-dewmien attwali jintemm b'mod effettiv mill-aktar fis possibbli;
10. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/75/KE tal-11 ta' Settembru 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi d-dimoxystrobinu bħala sustanza attiva (ĠU L 248, 12.9.2006, p. 3).
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1136/2013 tat-12 ta' Novembru 2013 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward l-estensjoni ta' perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi klotijanidin, dimossistrobina, oxamyl u pethoxamid (ĠU L 302, 13.11.2013, p. 34).
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2094 tad-29 ta' Novembru 2019 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi benfluralin, dimoxystrobin, fluazinam, flutolanil, mancozeb, mecoprop-P, mepiquat, metiram, oxamyl u pyraclostrobin (ĠU L 317, 9.12.2019, p. 102).
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).
Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2019 dwar l-abbozz ta' regolament ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi benfluralin, dimossistrobin, fluważinam, flutolanil, mankożeb, mekoprop-P, mepikwat, metiram, oksamil u piraklostrobin (Testi adottati, P9_TA(2019)0099).
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Marzu 2021 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB614 × T304-40 × GHB119 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D070621/02 – 2021/2553(RSP))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB614 × T304-40 × GHB119 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D070621/02),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(3) u 19(3) tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 503/2013 dwar applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' ikel u għalf ġenetikament modifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemendaw ir-Regolamenti (KE) Nru 641/2004 u (KE) Nru 1981/2006(2),
– wara li kkunsidra l-votazzjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tal-11 ta' Jannar 2021, li matulha ma ngħatat l-ebda opinjoni,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(3),
– wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fil-21 ta' Ġunju 2018, u ppubblikata fil-25 ta' Lulju 2018(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati ("OĠM")(5),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 112(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,
A. billi, fit-30 ta' Settembru 2014, Bayer CropScience AG ("l-applikant") ressaq applikazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom, li jikkonsistu minn jew li huma prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB614 × T304-40 × GHB119 ("il-qoton ĠM") f'konformità mal-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003; billi l-applikazzjoni kopriet ukoll it-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qoton ĠM, jew li jikkonsistu minn tali qoton, għal użi oħra għajr l-ikel u l-għalf, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni;
B. billi, fil-21 ta' Ġunju 2018, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli, li ġiet ippubblikata fil-25 ta' Lulju 2018;
C. billi l-qoton ĠM huwa derivat minn inkroċjar ta' tliet eventi tal-qoton ġenetikament modifikat ("ĠM"), u jagħti tolleranza għall-erbiċidi li fihom il-glufosinat u l-glifosat ("l-erbiċidi komplementari") minbarra li jipproduċi żewġ proteini insettiċidi (tossini "Bt" jew "Cry"): Cry1Ab u Cry2Ae, li huma tossiċi għal ċerti larvi lepidopterani li jieklu l-qoton(6);
D. billi, filwaqt li l-konsum taż-żejt taż-żerriegħa tal-qoton min-naħa tal-bniedem jista' jkun relattivament limitat fl-Ewropa, jista' jinstab f'varjetà wiesgħa ta' prodotti tal-ikel, inklużi t-taħwir tal-ikel, il-majoneż, prodotti fini tal-forn, kremi u biċċiet taċ-ċikkulata; billi l-qoton jingħata lill-annimali prinċipalment fil-forma ta' kejk/għalf taż-żerriegħa tal-qoton jew bħala żerriegħa tal-qoton b'kontenut sħiħ ta' xaħam(7); billi l-qoton jiġi kkunsmat ukoll fil-forma ta' dqiq tal-qoton mill-bnedmin;
E. billi r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jiddikjara li ikel jew għalf ĠM ma jridx ikollu effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u jirrikjedi li l-Kummissjoni tqis kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħra li jkunu rilevanti għall-kwistjoni li tkun qiegħda titqies fl-abbozzar tad-deċiżjoni tagħha; billi dawn il-fatturi leġittimi għandhom jinkludu l-obbligi tal-Unjoni skont l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli ("SDGs") tan-Nazzjonijiet Uniti (NU), il-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika ("KDB tan-NU");
F. billi r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 503/2013 jirrikjedi valutazzjoni dwar jekk il-prattiki agrikoli mistennija jinfluwenzawx l-eżitu tal-punti tat-tmiem studjati; billi, skont dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni, dan huwa speċjalment rilevanti għall-pjanti reżistenti għall-erbiċidi; billi, barra minn hekk, is-siti differenti magħżula għall-provi fuq il-post għandhom jirriflettu l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi u agronomiċi differenti li fihom tkun se titkabbar l-għalla;
Nuqqas ta' data dwar l-espressjoni ġenika u l-kompożizzjoni tal-pjanti
G. billi, il-provi fuq il-post għall-valutazzjoni agronomika u tal-kompożizzjoni tal-qoton ĠM twettqu fl-Istati Uniti fi tmien siti biss, iżda mhux f'żoni oħra rilevanti għall-produzzjoni tal-qoton; billi intużat biss data minn sena waħda, l-2012, biex tiġi prodotta data dwar il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi rilevanti li fihom jistgħu jitkabbru l-pjanti;
H. billi, il-glufosinat u l-glifosat ma ntużawx fid-dożi għoljin li jistgħu jkunu mistennija fil-kuntest taż-żieda fir-reżistenza għall-ħaxix ħażin;
I. billi l-EFSA naqset milli titlob li jsiru aktar studji, eż. provi fuq il-post li jdumu aktar minn staġun wieħed u minn siti f'reġjuni oħra li jipproduċu l-qoton; billi, barra minn hekk, ma ġiet iġġenerata l-ebda data li tirrappreżenta kundizzjonijiet ambjentali aktar estremi, bħal dawk ikkawżati mit-tibdil fil-klima, minkejja li ntwera li l-fatturi ambjentali jistgħu jħallu impatt fuq l-espressjoni tat-tossini Bt(8);
Nuqqas ta' valutazzjoni tal-erbiċidi komplementari
J. billi għadd ta' studji wrew li l-għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi jirriżultaw f'użu akbar ta' erbiċidi komplementari, fil-biċċa l-kbira minħabba l-emerġenza ta' ħaxix ħażin tolleranti għall-erbiċidi(9); billi, b'konsegwenza ta' dan, għandu jkun mistenni li l-qoton ĠM ikun espost għal dożi kemm ogħla kif ukoll ripetuti ta' glufosinat u glifosat, u li għalhekk il-ħsad jista' jkun fih kwantità ogħla ta' residwi;
K. billi għad hemm dubji dwar il-karċinoġeniċità tal-glifosat; billi, f'Novembru 2015, l-EFSA kkonkludiet li l-glifosat x'aktarx mhuwiex karċinoġenu, filwaqt li, f'Marzu 2017, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi kkonkludiet li l-ebda klassifikazzjoni ma kienet ġustifikata; billi, għall-kuntrarju ta' dan, fl-2015, l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer, l-aġenzija speċjalizzata dwar il-kanċer tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, ikklassifikat il-glifosat bħala karċinoġenu possibbli għall-bnedmin;
L. billi, skont l-EFSA, id-data tossikoloġika li tippermetti li ssir valutazzjoni tar-riskju għall-konsumaturi għal diversi prodotti ta' dekompożizzjoni tal-glifosat rilevanti għall-għelejjel ĠM tolleranti għall-glifosat hija nieqsa(10);
M. billi l-glufosinat huwa kklassifikat bħala sustanza tossika għar-riproduzzjoni 1B u għalhekk jissodisfa l-"kriterji ta' limitu" stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11); billi l-approvazzjoni għall-użu tal-glufosinat fl-Unjoni skadiet fil-31 ta' Lulju 2018(12); billi l-qoton ġenetikament modifikat ġie doppjament tolleranti għall-glufosinat, u ppermetta l-użu ta' dożi saħansitra ogħla fuq il-pjanti;
N. billi l-istudji juru li l-glifosat u l-glufosinat jista' jkollhom impatt serju fuq il-mikrobijoma(13), u konsegwentement it-tossiċità fit-tul (tossiċità mħallta) tal-ikel u l-għalf sħaħ tat-tossini Bt fuq l-imsaren mill-bexx bil-glifosat u l-glufosinat għandha l-ewwel tiġi vvalutata qabel ma tintlaħaq kwalunkwe konklużjoni dwar l-impatti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-ikel;
O. billi l-valutazzjoni tar-residwi ta' erbiċidi u tal-prodotti ta' diżintegrazzjoni tagħhom misjuba fi pjanti ĠM titqies li ma taqax taħt il-kompetenza tal-Bord tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati (il-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM) u għalhekk ma ssirx bħala parti mill-proċess ta' awtorizzazzjoni għall-OĠM; billi dan huwa problematiku peress li l-mod kif l-erbiċidi komplementari jiġu dekomposti mill-pjanta ĠM kkonċernata, u l-kompożizzjoni u għalhekk it-tossiċità tal-prodotti ta' dekompożizzjoni ("metaboliti"), jistgħu jiġu affettwati mill-modifika ġenetika nnifisha(14);
Mistoqsijiet pendenti dwar it-tossini Bt
P. billi l-proteini Cry1Ab u Cry2Ae prodotti f'Escherichia coli (E. coli) u B. thuringiensis intużaw rispettivament għat-twettiq tal-istudji tas-sikurezza, minflok ma ntużaw proteini prodotti mill-pjanta ĠM nnifisha(15), jiġifieri li l-valutazzjoni tal-effetti tossiċi hija bbażata fuq l-ekwivalenza preżunta tat-tossini Bt prodotti artifiċjalment f'batterji bit-tossini Bt prodotti mill-pjanti; billi, madankollu, sabiex jitqiesu b'mod adegwat l-effetti sinerġistiċi, il-valutazzjonijiet ma għandhomx ikunu bbażati biss fuq testijiet b'tossini Bt transġeniċi prodotti f'sistemi mikrobiċi;
Q. billi, barra minn hekk, ftit li xejn jista' jiġi attribwit għal testijiet tossikoloġiċi mwettqa bil-proteini waħedhom, minħabba l-fatt li t-tossini Bt fl-għelejjel ĠM, bħall-qamħirrun, il-qoton u l-fażola tas-sojja, huma intrinsikament aktar tossiċi minn tossini Bt iżolati; billi dan huwa minħabba li l-inibituri tal-proteażi (PI), preżenti fit-tessut tal-pjanti, jistgħu jżidu t-tossiċità tat-tossini Bt billi jdewmu d-degradazzjoni tagħhom; billi dan il-fenomenu ntwera f'għadd ta' studji xjentifiċi, inkluż wieħed imwettaq għal Monsanto 30 sena ilu li wera li anke l-preżenza ta' livelli estremament baxxi ta' PI saħħet it-tossiċità tat-tossini Bt sa 20 darba(16);
R. billi dawk l-effetti qatt ma tqiesu fil-valutazzjonijiet tar-riskju tal-EFSA, minkejja li huma rilevanti għall-pjanti Bt kollha approvati għall-importazzjoni jew għall-kultivazzjoni fl-Unjoni; billi r-riskji li jirriżultaw minn din it-tossiċità msaħħa minħabba l-interazzjoni bejn it-tossini PI u Bt, għall-bnedmin u l-annimali li jikkunsmaw ikel u għalf li fihom it-tossini Bt ma jistgħux jiġu esklużi;
S. billi għadd ta' studji juru li ġew osservati effetti kollaterali li jistgħu jaffettwaw is-sistema immunitarja wara esponiment għal tossini Bt u li xi tossini Bt jista' jkollhom karatteristiċi aġġuvanti(17), li jfisser li dawn jistgħu jżidu l-allerġeniċità ta' proteini oħra li jidħlu f'kuntatt magħhom;
T. billi l-valutazzjoni tal-interazzjoni potenzjali ta' residwi tal-erbiċidi u l-metaboliti tagħhom mat-tossini Bt titqies li ma taqax taħt il-kompetenza tal-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM u għalhekk ma ssirx bħala parti mill-valutazzjoni tar-riskju; billi dan huwa problematiku peress li r-residwi mill-bexx bil-glifosat u l-glufosinat huma magħrufa li jiddisturbaw il-mikrobijoma li, pereżempju, tista' żżid ir-reazzjonijiet immuni flimkien mat-tossini Bt(18);
Għelejjel Bt: effetti fuq organiżmi mhux fil-mira u żieda fir-reżistenza
U. billi, għall-kuntrarju tal-użu ta' insettiċidi, fejn l-esponiment ikun fil-ħin tal-bexx u għal żmien limitat wara, l-użu ta' għelejjel Bt ĠM jwassal għal esponiment kontinwu tal-organiżmi fil-mira u dawk li mhux fil-mira għat-tossini Bt;
V. billi s-suppożizzjoni li t-tossini Bt juru modalità ta' azzjoni waħda speċifika għall-mira ma tistax tibqa' titqies bħala korretta u l-effetti fuq organiżmi mhux fil-mira ma jistgħux jiġu esklużi(19); billi ġie rrappurtat li għadd dejjem akbar ta' organiżmi mhux fil-mira jiġu affettwati b'ħafna modi; billi 39 pubblikazzjoni rieżaminati bejn il-pari li jirrappurtaw effetti negattivi sinifikanti tat-tossini Bt fuq ħafna speċijiet "barra mill-firxa" jissemmew f'ħarsa ġenerali riċenti(20);
W. billi firxa tal-organiżmi li mhumiex fil-mira fl-Unjoni jistgħu jiġu esposti għat-tossini Bt permezz tat-tixrid, l-iskart u d-demel li jirriżultaw mill-importazzjoni tal-għejjel Bt; billi fil-valutazzjoni tar-riskju ma ġie evalwat l-ebda effett fuq organiżmi mhux fil-mira;
X. billi l-valutazzjoni tar-riskju ma qisitx l-iżvilupp ta' reżistenza fil-pesti fil-mira għat-tossini Bt, li possibbilment jirriżulta fl-użu ta' pestiċidi anqas sikuri għall-ambjent jew għal żieda fid-dożi u l-għadd ta' applikazzjonijiet għall-għelejjel ĠM fil-pajjiż tal-kultivazzjoni; billi, l-Aġenzija għall-Ħarsien tal-Ambjent tal-Istati Uniti qed tippjana li jitneħħew b'mod gradwali bosta ibridi tal-qamħirrum Bt, kif ukoll xi varjetajiet tal-qoton Bt, fit-tliet snin sa ħames snin li ġejjin, minħabba ż-żieda fir-reżistenza tal-insetti għal tali għelejjel(21);
Y. billi, filwaqt li ġie ddikjarat li l-użu tal-għelejjel Bt iwassal għal tnaqqis fl-użu tal-insettiċidi, studju riċenti ppubblikat tal-Istati Uniti(22), sab li "diversi analiżijiet dwar l-influwenza tal-għelejjel Bt fuq ix-xejriet tal-użu tal-pestiċidi ma jidhrux li qiesu t-trattamenti taż-żerriegħa u għalhekk setgħu enfasizzaw wisq it-tnaqqis fl-użu tal-insettiċidi (speċjalment rigward "iż-żona ttrattata") assoċjat mal-għelejjel Bt";
Z. billi l-Unjoni hija parti għall-KDB tan-NU, li tagħmilha ċara li kemm il-pajjiżi li jesportaw kif ukoll dawk li jimportaw għandhom responsabbiltajiet internazzjonali fir-rigward tad-diversità bijoloġika;
Kummenti mill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri
AA. billi l-Istati Membri ressqu bosta kummenti kritiċi lill-EFSA matul il-perjodu ta' konsultazzjoni ta' tliet xhur(23); billi dawk il-kummenti kritiċi jinkludu li d-data u l-analiżijiet tad-data pprovduti dwar l-evalwazzjoni fenotipika, il-kompożizzjoni u t-tossiċità mhumiex biżżejjed, li l-analiżi tal-kompożizzjoni ma qisitx ir-residwi u lanqas il-metaboliti tal-erbiċidi komplementari, u li l-proposta tal-applikant għal pjan ta' monitoraġġ ambjentali ma tilħaqx l-objettivi ddefiniti fl-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(24) u li ma tirrelatax l-attivitajiet ta' monitoraġġ mal-għanijiet rilevanti ta' protezzjoni; billi awtorità kompetenti ta' Stat Membru rrifjutat il-proposta li l-qoton ĠM jitqiegħed fis-suq fuq il-bażi li l-evalwazzjonijiet preċedenti għat-tliet eventi uniċi ma kinux biżżejjed biex jiżguraw protezzjoni għolja tas-saħħa tal-bniedem;
Il-ħarsien tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni
AB. billi fir-rapport tal-2017 tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-dritt għall-ikel instab li, b'mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-pestiċidi perikolużi għandhom impatti katastrofiċi fuq is-saħħa(25); billi l-Mira tal-SDG 3.9 tan-NU għandha l-għan, li sal-2030, tnaqqas b'mod sostanzjali l-għadd ta' mwiet u mard minn sustanzi kimiċi perikolużi u tniġġis u kontaminazzjoni tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija(26); billi l-awtorizzazzjoni tal-importazzjoni tal-qoton ĠM iżżid id-domanda għal din l-għalla ttrattata b'erbiċida li hija tossika għar-riproduzzjoni u li ma għadhiex awtorizzata għall-użu fl-Unjoni, u b'hekk iżżid l-esponiment tal-ħaddiema f'pajjiżi terzi; billi r-riskju ta' żieda fl-esponiment tal-ħaddiema huwa ta' tħassib partikolari fir-rigward ta' għelejjel ĠM li huma tolleranti għall-erbiċidi, meta jitqies il-volumi ogħla ta' erbiċidi użati;
Proċess deċiżjonali mhux demokratiku
AC. billi l-votazzjoni fil-11 ta' Jannar 2021 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma tat l-ebda opinjoni, li jfisser li l-awtorizzazzjoni ma kinitx appoġġjata minn maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri; billi 13-il Stat Membru (li jirrappreżentaw 35,52 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni) ivvutaw kontra l-awtorizzazzjoni, filwaqt li 10 Stati Membri biss (li jirrappreżentaw 27,49 %) ivvutaw favur; billi 4 Stati Membri (li jirrappreżentaw 37 %) astjenew;
AD. billi l-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-fatt li d-deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni tal-OĠM għadhom jiġu adottati mill-Kummissjoni mingħajr maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri favur, li huwa verament l-eċċezzjoni għall-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti b'mod ġenerali iżda sar in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet ta' ikel u għalf ĠM, huwa problematiku;
AE. billi, fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament Ewropew adotta total ta' 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għat-tqegħid fis-suq tal-OĠM għall-ikel u għall-għalf (33 riżoluzzjoni) u għall-kultivazzjoni tal-OĠM fl-Unjoni (tliet riżoluzzjonijiet); billi, fid-disa' leġiżlatura tiegħu, il-Parlament Ewropew diġà adotta 16-il oġġezzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-OĠM; billi ma kienx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur l-awtorizzazzjoni ta' kwalunkwe wieħed minn dawk l-OĠM; billi r-raġunijiet li għalihom l-Istati Membri ma jappoġġawx l-awtorizzazzjonijiet jinkludu nuqqas ta' rispett għall-prinċipju ta' prekawzjoni fil-proċess tal-awtorizzazzjoni u tħassib xjentifiku relatat mal-valutazzjoni tar-riskju;
AF. billi minkejja r-rikonoxximent tagħha stess tan-nuqqasijiet demokratiċi, tan-nuqqas ta' appoġġ mill-Istati Membri u tal-oġġezzjonijiet tal-Parlament, il-Kummissjoni qiegħda tkompli tawtorizza l-OĠM;
AG. billi ma hija meħtieġa l-ebda bidla fil-liġi biex il-Kummissjoni tkun tista' ma tawtorizzax OĠM meta ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur fil-Kumitat ta' Appell(27);
1. Iqis li dan l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;
2. Iqis li dan l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, billi mhuwiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, f'konformità mal-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(28), huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward tal-ikel u l-għalf ĠM, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effikaċi tas-suq intern;
3. Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;
4. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni, f'ittra tal-11 ta' Settembru 2020 lill-Membri, finalment irrikonoxxiet il-ħtieġa li titqies is-sostenibbiltà f'dak li għandu x'jaqsam mad-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni dwar l-OĠM(29); jesprimi, madankollu, id-diżappunt kbir tiegħu li, minn dakinhar il-Kummissjoni kompliet tawtorizza l-OĠM għall-importazzjoni fl-Unjoni, minkejja l-oġġezzjonijiet kontinwi mill-Parlament u l-vot kontra mill-maġġoranza tal-Istati Membri;
5. Jistieden lill-Kummissjoni timxi 'l quddiem bl-akbar urġenza rigward l-iżvilupp ta' kriterji ta' sostenibbiltà, bl-involviment sħiħ tal-Parlament; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dwar kif se jitwettaq dan il-proċess u f'liema perjodu ta' żmien;
6. Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex ma tawtorizzax għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi sakemm ir-riskji għas-saħħa assoċjati mar-residwi jkunu ġew investigati b'mod komprensiv fuq bażi ta' każ b'każ, li jirrikjedi valutazzjoni sħiħa tar-residwi mill-bexx ta' dawn l-għelejjel ĠM b'erbiċidi komplementari, valutazzjoni tal-prodotti ta' dekompożizzjoni tal-erbiċidi u kwalunkwe effett kombinatorju, inkluż bil-pjanta ĠM stess;
7. Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex ma tawtorizzax l-importazzjoni, għall-użu bħala ikel jew għalf, ta' kwalunkwe pjanta ĠM li saret tolleranti għal sustanza erbiċida attiva mhux awtorizzata għall-użu fl-Unjoni;
8. Jistieden lill-EFSA fl-aħħar taċċetta d-differenzi sostanzjali bejn it-tossini Bt nattivi u dawk espressi permezz ta' transġeni sintetiċi fil-pjanti tal-għelejjel ĠM, u li twessa' l-valutazzjoni tar-riskju tagħha sabiex tqis b'mod sħiħ l-interazzjonijiet u l-effetti kombinati kollha bejn it-tossini Bt, il-pjanti ĠM u l-kostitwenti tagħhom, ir-residwi mill-bexx bl-erbiċidi komplementari, l-ambjent kif ukoll l-impatti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-ikel;
9. Jistieden lill-EFSA ma taċċettax aktar studji tat-tossiċità bbażati fuq proteini iżolati li x'aktarx ikunu differenti fl-istruttura u fl-effetti bijoloġiċi meta mqabbla ma' dawk prodotti mill-pjanta nnifisha, u tirrikjedi li t-testijiet kollha jitwettqu b'tessuti mill-pjanta ĠM;
10. Jistieden lill-EFSA tiżgura li d-data mill-provi fuq il-post jew mis-serer tkopri firxa wiesgħa biżżejjed ta' kundizzjonijiet agronomiċi u ambjentali biex tevalwa l-impatt tal-fatturi kollha ta' stress li għandhom ikunu mistennija waqt il-kultivazzjoni fuq l-espressjoni tal-ġeni u l-kompożizzjoni tal-pjanti;
11. Jistieden lill-EFSA tiżgura li d-data mill-provi fuq il-post jew mis-serer tkopri firxa wiesgħa biżżejjed ta' varjetajiet differenti biex tevalwa l-impatt ta' sfondi ġenetiċi varji fuq l-espressjoni ġenetika u l-kompożizzjoni tal-pjanti;
12. Jistieden lill-EFSA titlob data dwar l-impatt tal-konsum tal-ikel u l-għalf derivati minn pjanti ĠM fuq il-mikrobijoma intestinali;
13. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, għal darb'oħra, tqis l-obbligi tal-Unjoni skont ftehimiet internazzjonali, bħall-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, il-KDB tan-NU u l-SDGs tan-NU;
14. Jenfasizza li l-emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-17 ta' Diċembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011(30), li ġew adottati fil-Parlament bħala bażi għal negozjati mal-Kunsill, jiddikjaraw li l-Kummissjoni ma għandhiex tawtorizza OĠM meta ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri favur; jinsisti li l-Kummissjoni tirrispetta din il-pożizzjoni u jistieden lill-Kunsill jipproċedi bil-ħidma tagħha u jadotta approċċ ġenerali dwar dan il-fajl bħala kwistjoni ta' urġenza;
15. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jibgħat din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.
Fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni tal-OĠM. Barra minn hekk, fid-disa' leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta r-riżoluzzjonijiet li ġejjin: –Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MZHG0JG (SYN-ØØØJG-2), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0028). –Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata A2704-12 (ACS-GMØØ5-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0029). –Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 × DAS-40278-9, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina żewġ, tlieta jew erba' mill-eventi uniċi MON 89034, 1507, MON 88017, 59122 u DAS-40278-9 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0030). –Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qoton ġenetikament modifikat LLCotton25 (ACS-GHØØ1-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0054). –Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 89788 (MON-89788-1), li jikkonsistu minn tali fażola tas-sojja jew li huma prodotti minnha skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0055). –Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u s-subkombinazzjonijiet MON 89034 × NK603 × DAS-40278-9, 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u NK603 × DAS-40278-9, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0056). –Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × 1507 × 5307 × GA21, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta, erbgħa jew ħamsa mill-eventi uniċi Bt11, MIR162, MIR604, 1507, 5307 u GA21 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0057). –Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Mejju 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87708 × MON 89788 × A5547-127, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0069). –Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × NK603, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, MIR162 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1111 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0291). –Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata SYHT0H2 (SYN-ØØØH2-5), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0292). –Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 87460 × MON 89034 × MIR162 × NK603, ikunu jikkonsistu minnu jew li jkunu magħmulin minnu, u l-qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-avvenimenti MON 87427, MON 87460, MON 89034, MIR162 u NK603, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0293). –Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87751 × MON 87701 × MON 87708 × MON 89788, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0365). –Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × MON 87411 u l-qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, MIR162 u MON 87411, li jikkonsistu minnhom jew li huma prodotti minnhom, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0366) –Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MIR604 (SYN-IR6Ø4-5) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0367). –Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 88017 (MON-88Ø17-3), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0368). –Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 (MON-89Ø34-3), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0369).
Ara, pereżempju, Adamczyk, J.J. Jr., Meredith, W. R. Jr., "Genetic basis for variability of Cry1Ac expression among commercial transgenic Bacillus thuringiensis (Bt) cotton cultivars in the United States" (Il-bażi ġenetika għall-varjabbiltà tal-espressjoni Cry1Ac fost il-kultivaturi tal-qoton Bacillus thuringiensis (Bt) transġeniku kummerċjali), Journal of Cotton Science, 2004, 8(1), pp. 433-440, https://pubag.nal.usda.gov/catalog/10670 u Trtikova, M., Wikmark, O.G., Zemp, N., Widmer, A., Hilbeck, A., "Transgene expression and Bt protein content in transgenic Bt maize (MON810) under optimal and stressful environmental conditions" (L-espressjoni tat-transġene u l-kontenut tal-proteina Bt fil-qamħirrum Bt transġeniku (MON810) f'kundizzjonijiet ambjentali ottimali u stressanti), Plos ONE, 2015:10(4), e0123011, https://journals.plos.org/plosone/article?id=10.1371/journal.pone.0123011
Ara, pereżempju, Bonny, S., "Genetically Modified Herbicide-Tolerant Crops, Weeds, and Herbicides: Overview and Impact" (Għelejjel, Ħaxix Ħażin, u Erbiċidi Ġenetikament Modifikati Tolleranti għall-Erbiċidi), Environmental Management, Jannar 2016;57(1), pp. 31-48, https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pubmed/26296738 u Benbrook, C.M., "Impacts of genetically engineered crops on pesticide use in the U.S. - the first sixteen years" (L-impatti ta' għelejjel modifikati ġenetikament fuq l-użu tal-pestiċidi fl-Istati Uniti - l-ewwel sittax-il sena), Environmental Sciences Europe; 28 ta' Settembru 2012, Vol. 24(1), https://enveurope.springeropen.com/articles/10.1186/2190-4715-24-24
Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
Dan huwa fil-fatt il-każ għall-glifosat, kif iddikjarat fl-opinjoni motivata tal-EFSA "Rieżami tal-livelli massimi ta' residwi eżistenti għall-glifosat skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005", EFSA Journal 2018;16(5):5263, p. 12, https://www.efsa.europa.eu/fr/efsajournal/pub/5263
Għal rieżami, ara Rubio-Infante, N., Moreno-Fierros, L., "An overview of the safety and biological effects of Bacillus thuringiensis Cry toxins in mammals" (Ħarsa ġenerali lejn is-sikurezza u l-effetti bijoloġiċi tat-tossini Cry Bacillus thuringiensis fil-mammiferi), Journal of Applied Toxicology, Mejju 2016, 36(5), pp. 630-648, http://onlinelibrary.wiley.com/doi/10.1002/jat.3252/full
Parenti, M.D., Santoro, A., Del Rio, A., Franceschi, C., "Literature review in support of adjuvanticity/immuno-genicity assessment of proteins" (Rieżami tal-letterattura b'appoġġ għall-valutazzjoni tal-aġġuvantiċità/l-immunoġeniċità tal-proteini), Pubblikazzjonijiet ta' sostenn tal-EFSA, Jannar 2019, 16(1): 1551, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/abs/10.2903/sp.efsa.2019.EN-1551
Ara, pereżempju, Hilbeck, A., Otto, M., "Specificity and combinatorial effects of Bacillus thuringiensis Cry toxins in the context of GMO risk assessment" (L-effetti kkombinati u tal-ispeċifiċità tat-tossini Cry Bacillus thuringiensis fil-kuntest tal-valutazzjoni tar-riskju tal-OĠM), Frontiers in Environmental Science 2015, 3:71, https://www.frontiersin.org/articles/10.3389/fenvs.2015.00071/full
Douglas, M.R., Tooker, J.F., "Large-Scale Deployment of Seed Treatments Has Driven Rapid Increase in Use of Neonicotinoid Insecticides and Preemptive Pest Management in U.S. Field Crops" (Użu fuq Skala Kbira tat-Trattamenti taż-Żrieragħ Wassal għal Żieda Rapida fl-Użu ta' Insettiċidi Neonikotinojdi u Ġestjoni tal-Pesti Preventiva fl-Għelejjel fl-Istati Uniti), Environmental Science and Technology 2015, 49, 8, pp. 5088-5097, https://pubs.acs.org/doi/10.1021/es506141g
Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1).
Il-Kummissjoni "tista'", u mhux "għandha", tmexxi bl-awtorizzazzjoni jekk ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur fil-Kumitat ta' Appell skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 (l-Artikolu 6(3)).
Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2021 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MZIR098 (SYN-ØØØ98-3), li jikkonsistu minnu jew li jkunu prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D070620/02 – 2021/2554(RSP))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MZIR098 (SYN-ØØØ98-3), li jikkonsistu minnu jew li jkunu prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D070620/02),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(3) u 19(3) tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 503/2013 tat-3 ta' April 2013 dwar applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' ikel u għalf ġenetikament modifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemendaw ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 641/2004 u (KE) Nru 1981/2006(2),
– wara li kkunsidra l-votazzjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-11 ta' Jannar 2021, li matulha ma ngħatat l-ebda opinjoni,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(3),
– wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fit-28 ta' Mejju 2020, u ppubblikata fis-26 ta' Ġunju 2020(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati ("OĠM")(5),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 112(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,
A. billi, fil-25 ta' April 2017, Syngenta Crop Protection NV/SA ("l-applikant") issottomettiet applikazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MZIR098 ("il-qamħirrum ĠM"), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu f'konformità mal-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003; billi l-applikazzjoni kopriet ukoll it-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom qamħirrum ĠM, jew li jikkonsistu minn tali qamħirrum, għal użi oħra għajr l-ikel u l-għalf, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni;
B. billi, fit-28 ta' Mejju 2020, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli, li ġiet ippubblikata fis-26 ta' Ġunju 2020;
C. billi l-qamħirrum ĠM ġie mmodifikat biex jagħti tolleranza għall-erbiċidi li fihom il-glufosinat (l-"erbiċida komplementari") kif ukoll biex jipproduċi żewġ proteini insettiċidi (tossini "Bt" jew "Cry"): eCry3.1Ab u mCry3A, li huma tossiċi għal ċerti coleopteran larvae li jieklu l-qamħirrum(6);
D. billi r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jiddikjara li ikel jew għalf ġenetikament modifikat (ĠM) ma jridx ikollu effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u jirrikjedi li l-Kummissjoni tqis kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħrajn li jkunu rilevanti għall-kwistjoni li tkun qed tiġi kkunsidrata fl-abbozzar tad-deċiżjoni tagħha;
E. billi r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 503/2013 jirrikjedi li ssir valutazzjoni dwar jekk il-prattiki agrikoli mistennija jinfluwenzawx l-eżitu tal-punti ta' tmiem studjati; billi, skont dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni, dan huwa rilevanti b'mod speċjali għall-pjanti reżistenti għall-erbiċida; billi, barra minn hekk, is-siti differenti magħżula għall-provi fuq il-post għandhom jirriflettu l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi u agronomiċi differenti li bihom l-għelejjel ikunu se jitkabbru;
Nuqqas ta' data dwar l-espressjoni ġenika u l-kompożizzjoni tal-pjanti
F. billi, il-provi fuq il-post għall-valutazzjoni tal-kompożizzjoni u tal-agronomija tal-qamħirrum ĠM saru fl-Istati Uniti fi tmien siti biss, iżda mhux f'żoni oħra rilevanti li jipproduċu l-qamħirrum bħall-Brażil, l-Arġentina, il-Paragwaj jew l-Urugwaj; billi intużat biss data minn sena waħda, l-2013, biex tiġi prodotta data dwar il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi rilevanti li fihom jistgħu jitkabbru l-pjanti; billi l-glufosinat ma ntużax bħala erbiċida komplementari fid-dożi għoljin li għandhom ikunu mistennija fil-kuntest taż-żieda fir-reżistenza għall-ħaxix ħażin;
G. billi l-EFSA naqset milli titlob aktar studji, eż. provi fuq il-post li jdumu aktar minn staġun wieħed u f'reġjuni oħra li jipproduċu l-qamħirrum; billi, barra minn hekk, ma ġiet iġġenerata l-ebda data li tirrappreżenta kundizzjonijiet ambjentali aktar estremi, bħal dawk ikkawżati mit-tibdil fil-klima anki jekk intwera li l-fatturi ambjentali jistgħu jħallu impatt fuq l-espressjoni tat-tossina Bt(7);
Nuqqas ta' analiżi tar-residwi tal-glufosinat
H. billi l-glufosinat huwa kklassifikat bħala sustanza tossika għar-riproduzzjoni 1B u għalhekk jissodisfa l-"kriterji ta' limitu" stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8); billi l-approvazzjoni għall-użu tal-glufosinat fl-Unjoni skadiet fil-31 ta' Lulju 2018(9);
I. billi l-istudji juru li l-glufosinat jista' jkollu impatt serju fuq il-mikrobijoma(10), u b'konsegwenza ta' dan it-tossiċità fit-tul (tossiċità mħallta) ta' ikel u għalf sħaħ tat-tossini Bt fuq l-imsaren mill-bexx bil-glufosinat għandha l-ewwel tiġi vvalutata qabel ma tkun tista' tittieħed kwalunkwe konklużjoni dwar l-impatti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-ikel;
J. billi l-valutazzjoni tar-residwi tal-erbiċidi, u tal-prodotti ta' dekompożizzjoni tal-erbiċidi, misjuba fi pjanti ĠM, flimkien mal-interazzjoni tagħhom mat-tossini Bt, titqies li ma taqax taħt il-kompetenza tal-Bord tal-EFSA dwar l-Organiżmi Ġenetikament Modifikati (il-"Bord tal-EFSA dwar l-OĠM") u għalhekk ma ssirx bħala parti mill-proċess ta' awtorizzazzjoni għall-OĠM;
Mistoqsijiet pendenti dwar it-tossini Bt
K. billi l-proteini eCry3.1Ab u mCry3A prodotti f'Escherichia coli (E-coli) intużaw biex jitwettqu l-istudji dwar is-sikurezza, aktar milli proteini prodotti mill-pjanta ĠM innifisha(11), li jfisser li l-valutazzjoni tal-effetti tossiċi hija bbażata fuq l-ekwivalenza preżunta tat-tossini Bt prodotti mill-E-coli mal-pjanta prodotta mit-tossini Bt; billi skont l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, sabiex jitqiesu b'mod adegwat l-effetti sinerġistiċi, il-valutazzjonijiet ma għandhomx ikunu bbażati biss fuq testijiet b'tossini Bt transġeniċi prodotti f'sistemi mikrobiċi(12);
L. billi, barra minn hekk, ftit li xejn jista' jiġi attribwit għal testijiet tossikoloġiċi mwettqa bi proteini waħedhom, minħabba l-fatt li t-tossini Bt fl-għelejjel ĠM, bħall-qamħirrum, il-qoton u l-fażola tas-sojja, huma intrinsikament aktar tossiċi minn tossini iżolati Bt; billi dan huwa minħabba li l-inibituri tal-protease (PI), li jinsabu fit-tessut tal-pjanti, jistgħu jżidu t-tossiċità tat-tossini Bt billi jdewmu d-degradazzjoni tagħhom; billi dan il-fenomenu ntwera f'għadd ta' studji xjentifiċi, inkluż wieħed imwettaq għal Monsanto 30 sena ilu li wera li anke l-preżenza ta' livelli estremament baxxi ta' PI tejbet it-tossiċità tat-tossini Bt sa 20 darba(13);
M. billi dawk l-effetti qatt ma tqiesu fil-valutazzjonijiet tar-riskju tal-EFSA, minkejja li huma rilevanti għall-pjanti Bt kollha approvati għall-importazzjoni jew għall-kultivazzjoni fl-Unjoni; billi r-riskji li jirriżultaw minn din it-tossiċità msaħħa minħabba l-interazzjoni bejn it-tossini PI u Bt, għall-bnedmin u għall-annimali li jikkunsmaw ikel u għalf li fihom it-tossini Bt ma jistgħux jiġu esklużi;
N. billi għadd ta' studji juru li ġew osservati effetti kollaterali li jistgħu jaffettwaw is-sistema immunitarja wara esponiment għal proteini Bt u li xi tossini Bt jista' jkollhom karatteristiċi aġġuvanti(14), li jfisser li dawn jistgħu jżidu l-allerġeniċità ta' proteini oħra li jidħlu f'kuntatt magħhom;
O. billi l-valutazzjoni tal-interazzjoni potenzjali ta' residwi tal-erbiċidi u l-metaboliti tagħhom mat-tossini Bt titqies li ma taqax taħt il-kompetenza tal-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM u għalhekk ma ssirx bħala parti mill-valutazzjoni tar-riskju; billi dan huwa problematiku peress li r-residwi mill-isprejjar bil-glufosinat huma magħrufa li jiddisturbaw il-mikrobijoma li, pereżempju, jistgħu jżidu r-reazzjonijiet immuni flimkien mat-tossini Bt(15);
Għelejjel Bt: effetti fuq organiżmi mhux fil-mira u żieda fir-reżistenza
P. billi, għall-kuntrarju tal-użu ta' insettiċidi, fejn l-esponiment ikun fil-ħin tal-bexx u għal żmien limitat wara, l-użu ta' għelejjel Bt ĠM iwassal għal esponiment kontinwu tal-organiżmi fil-mira u dawk li mhux fil-mira għat-tossini Bt;
Q. billi s-suppożizzjoni li t-tossini Bt juru modalità ta' azzjoni waħda speċifika għall-mira ma tistax tibqa' titqies bħala korretta u l-effetti fuq organiżmi mhux fil-mira ma jistgħux jiġu esklużi(16); billi ġie rrappurtat li għadd dejjem akbar ta' organiżmi mhux fil-mira jiġu affettwati b'ħafna modi; billi 39 pubblikazzjoni rieżaminati bejn il-pari li jirrappurtaw effetti negattivi sinifikanti tat-tossini Bt fuq ħafna speċijiet "barra mill-firxa" jissemmew f'ħarsa ġenerali reċenti(17);
R. billi firxa ta' organiżmi mhux fil-mira fl-Unjoni tista' tkun esposta għal tossini Bt permezz ta' tixrid, skart u demel li jirriżultaw mill-importazzjoni tal-għelejjel Bt; billi fil-valutazzjoni tar-riskju ma ġie evalwat l-ebda effett fuq organiżmi mhux fil-mira;
S. billi l-valutazzjoni tar-riskju ma qisitx l-iżvilupp ta' reżistenza fil-pesti fil-mira għat-tossini Bt, li possibbilment jirriżulta fl-użu ta' pestiċidi anqas sikuri għall-ambjent jew għal żieda fid-dożi u l-għadd ta' applikazzjonijiet għall-għelejjel ĠM fil-pajjiż tal-kultivazzjoni; billi, l-Aġenzija għall-Ħarsien tal-Ambjent fl-Istati Uniti qed tippjana li jitneħħew b'mod gradwali bosta ibridi tal-qamħirrum Bt, kif ukoll xi varjetajiet tal-qoton Bt, fit-tliet snin sa ħames snin li ġejjin, minħabba ż-żieda fir-reżistenza tal-insetti għal tali għelejjel(18);
T. billi, filwaqt li ġie ddikjarat li l-użu tal-għelejjel Bt iwassal għal tnaqqis fl-użu tal-insettiċidi, studju ppubblikat reċentement fl-Istati Uniti(19), sab li "diversi analiżijiet dwar l-influwenza tal-għelejjel Bt fuq ix-xejriet tal-użu tal-pestiċidi ma jidhrux li qiesu t-trattamenti taż-żerriegħa u għalhekk setgħu enfasizzaw wisq it-tnaqqis fl-użu tal-insettiċida (speċjalment rigward "iż-żona ttrattata") assoċjat mal-għelejjel Bt";
U. billi l-Unjoni hija parti għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) dwar id-Diversità Bijoloġika ("KDB tan-NU"), li tagħmilha ċara li kemm il-pajjiżi li jesportaw kif ukoll dawk li jimportaw għandhom responsabbiltajiet internazzjonali fir-rigward tad-diversità bijoloġika;
Kummenti tal-Istati Membri
V. billi l-Istati Membri ressqu bosta kummenti kritiċi lill-EFSA matul il-perjodu ta' konsultazzjoni ta' tliet xhur(20); billi dawk il-kummenti kritiċi jinkludu li d-data ppreżentata mill-provi fuq il-post mhijiex biżżejjed biex jiġi stabbilit li s-siti tal-provi huma rappreżentattivi fir-rigward ta' prattiki agronomiċi jew abijotiċi (eż. l-umdità u l-fertilità tal-ħamrija) u fatturi bijotiċi (eż. il-pressjoni prevalenti tal-pesti u tal-mard u l-profili tal-ħaxix ħażin), li l-kamp ta' applikazzjoni tal-analiżi komparattiva huwa ristrett wisq peress li qiesx l-użu tal-glufosinat fuq il-qamħirrum ĠM, li l-pjan ta' monitoraġġ mhuwiex biżżejjed biex jiġu indirizzati l-effetti ambjentali potenzjali tal-qamħirrum ĠM, li l-istudji mressqa mill-applikant mhumiex biżżejjed biex jiġi konkluż li l-esponiment għall-ambjent u għalhekk l-effetti fuq organiżmi mhux fil-mira se jkunu negliġibbli u li l-ebda konklużjoni finali ma hija possibbli b'referenza għall-effetti fit-tul fuq ir-riproduzzjoni jew l-iżvilupp tal-ikel jew l-għalf kollu;
Il-ħarsien tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni
W. billi r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jipprevedi li ikel jew għalf ĠM ma jridx ikollu effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u jirrikjedi li l-Kummissjoni tqis kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħra li jkunu rilevanti għall-kwistjoni li tkun qiegħda titqies fl-abbozzar tad-deċiżjoni tagħha; billi dawn il-fatturi leġittimi għandhom jinkludu l-obbligi tal-Unjoni skont l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli ("SDGs") tan-NU, il-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima u l-KDB tan-NU;
X. billi fir-rapport tal-2017 tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-dritt għall-ikel instab li, b'mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-pestiċidi perikolużi għandhom impatti katastrofiċi fuq is-saħħa(21); billi l-Mira tal-SDG 3.9 tan-NU għandha l-għan, li sal-2030, tnaqqas b'mod sostanzjali l-għadd ta' mwiet u mard minn sustanzi kimiċi perikolużi u tniġġis u kontaminazzjoni tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija(22); billi l-awtorizzazzjoni tal-importazzjoni tal-qamħirrum ĠM iżżid id-domanda għal din l-għalla ttrattata b'erbiċida li hija tossika għar-riproduzzjoni u li ma għadhiex awtorizzata għall-użu fl-Unjoni, u b'hekk iżżid l-esponiment tal-ħaddiema f'pajjiżi terzi; billi r-riskju ta' żieda fl-esponiment tal-ħaddiema huwa ta' tħassib partikolari fir-rigward ta' għelejjel ĠM li huma tolleranti għall-erbiċidi, meta jitqies il-volumi ogħla ta' erbiċidi użati;
Proċess deċiżjonali mhux demokratiku
Y. billi l-votazzjoni fil-11 ta' Jannar 2021 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma tat l-ebda opinjoni, li jfisser li l-awtorizzazzjoni ma kinitx appoġġjata minn maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri; billi 13-il Stat Membru (li jirrappreżentaw 35,52 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni) ivvutaw kontra l-awtorizzazzjoni, filwaqt li 10 Stati Membri biss (li jirrappreżentaw 27,49 %) ivvutaw favur; billi erba' Stati Membri (li jirrappreżentaw 37 %) astjenew;
Z. billi l-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-fatt li d-deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni tal-OĠM għadhom jiġu adottati mill-Kummissjoni mingħajr maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri favur, li huwa verament l-eċċezzjoni għall-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti b'mod ġenerali iżda sar in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet ta' ikel u għalf ĠM, huwa problematiku;
AA. billi, fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament Ewropew adotta total ta' 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għat-tqegħid fis-suq tal-OĠM għall-ikel u għall-għalf (33 riżoluzzjoni) u għall-kultivazzjoni tal-OĠM fl-Unjoni (tliet riżoluzzjonijiet); billi, fid-disa' leġiżlatura tiegħu, il-Parlament Ewropew diġà adotta 16-il oġġezzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-OĠM; billi ma kienx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur l-awtorizzazzjoni ta' kwalunkwe wieħed minn dawk l-OĠM; billi r-raġunijiet li għalihom l-Istati Membri ma jappoġġjawx l-awtorizzazzjonijiet jinkludu nuqqas ta' rispett għall-prinċipju ta' prekawzjoni fil-proċess ta' awtorizzazzjoni u tħassib xjentifiku relatat mal-valutazzjoni tar-riskju;
AB. billi minkejja r-rikonoxximent tagħha stess tan-nuqqasijiet demokratiċi, tan-nuqqas ta' appoġġ mill-Istati Membri u tal-oġġezzjonijiet tal-Parlament, il-Kummissjoni qiegħda tkompli tawtorizza l-OĠM;
AC. billi ma hija meħtieġa l-ebda bidla fil-liġi biex il-Kummissjoni tkun tista' ma tawtorizzax OĠM meta ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur fil-Kumitat tal-Appell(23);
1. Iqis li dan l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;
2. Iqis li dan l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, billi mhux kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, f'konformità mal-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(24), huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward tal-ikel u l-għalf ĠM, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effikaċi tas-suq intern;
3. Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;
4. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni, f'ittra tal-11 ta' Settembru 2020 lill-Membri, finalment irrikonoxxiet il-ħtieġa li titqies is-sostenibbiltà f'dak li għandu x'jaqsam mad-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni dwar l-OĠM(25); jesprimi d-diżappunt kbir tiegħu madankollu, li, minn dakinhar il-Kummissjoni kompliet tawtorizza l-OĠM għall-importazzjoni fl-Unjoni, minkejja l-oġġezzjonijiet kontinwi mill-Parlament u l-vot kontra mill-maġġoranza tal-Istati Membri;
5. Jistieden lill-Kummissjoni timxi 'l quddiem bl-akbar urġenza rigward l-iżvilupp ta' kriterji ta' sostenibbiltà, bl-involviment sħiħ tal-Parlament; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dwar kif se jitwettaq dan il-proċess u f'liema perjodu ta' żmien;
6. Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex ma tawtorizzax għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi sakemm ir-riskji għas-saħħa assoċjati mar-residwi jkunu ġew investigati b'mod komprensiv fuq bażi ta' każ b'każ, li jirrikjedi valutazzjoni sħiħa tar-residwi mill-bexx ta' dawn l-għelejjel ĠM b'erbiċidi komplementari, valutazzjoni tal-prodotti ta' dekompożizzjoni tal-erbiċidi u kwalunkwe effett kombinatorju, inkluż bil-pjanta ĠM stess;
7. Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex ma tawtorizzax l-importazzjoni, għall-użu bħala ikel jew għalf, ta' kwalunkwe pjanta ĠM li saret tolleranti għal sustanza erbiċida attiva mhux awtorizzata għall-użu fl-Unjoni;
8. Jistieden lill-EFSA biex fl-aħħar taċċetta d-differenzi sostanzjali bejn it-tossini Bt nattivi u dawk espressi permezz ta' transġene sintetiċi fil-pjanti tal-għelejjel ĠM, u biex twessa' l-valutazzjoni tar-riskju tagħha sabiex tqis b'mod sħiħ l-interazzjonijiet u l-effetti kkombinati kollha bejn it-tossini Bt, il-pjanti ĠM u l-kostitwenti tagħhom, ir-residwi mill-bexx bl-erbiċidi komplementari, l-ambjent kif ukoll l-impatti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-ikel;
9. Jistieden lill-EFSA ma taċċettax aktar studji tat-tossiċità bbażati fuq proteini iżolati li x'aktarx ikunu differenti fl-istruttura u fl-effetti bijoloġiċi meta mqabbla ma' dawk prodotti mill-pjanta nnifisha, u tirrikjedi li t-testijiet kollha jitwettqu b'tessuti mill-pjanta ĠM;
10. Jistieden lill-EFSA tiżgura li d-data mill-provi fuq il-post jew mis-serer tkopri firxa wiesgħa biżżejjed ta' kundizzjonijiet agronomiċi u ambjentali biex tevalwa l-impatt tal-fatturi kollha ta' stress li għandhom ikunu mistennija waqt il-kultivazzjoni fuq l-espressjoni ġenika u l-kompożizzjoni tal-pjanti;
11. Jistieden lill-EFSA tiżgura li d-data mill-provi fuq il-post jew mis-serer tkopri firxa wiesgħa biżżejjed ta' varjetajiet differenti biex tevalwa l-impatt ta' sfondi ġenetiċi varji fuq l-espressjoni ġenika u l-kompożizzjoni tal-pjanti;
12. Jistieden lill-EFSA titlob data dwar l-impatt tal-konsum tal-ikel u l-għalf derivati minn pjanti ĠM fuq il-mikrobijoma intestinali;
13. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, għal darb'oħra, tqis l-obbligi tal-Unjoni skont ftehimiet internazzjonali, bħall-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, il-KDB tan-NU u l-SDGs tan-NU;
14. Jenfasizza li l-emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-17 ta' Diċembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011(26), li ġew adottati fil-Parlament bħala bażi għal negozjati mal-Kunsill, jiddikjaraw li l-Kummissjoni ma għandhiex tawtorizza OĠM meta ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri favur; jinsisti li l-Kummissjoni tirrispetta din il-pożizzjoni u jistieden lill-Kunsill jipproċedi bil-ħidma tiegħu u jadotta approċċ ġenerali dwar dan il-fajl bħala kwistjoni ta' urġenza;
15. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
–––––––––––––––– Fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni tal-OĠM. Barra minn hekk, fid-disa' leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta r-riżoluzzjonijiet li ġejjin:Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MZHG0JG (SYN-ØØØJG-2), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0028).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata A2704-12 (ACS-GMØØ5-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0029).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 × DAS-40278-9, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina żewġ, tlieta jew erba' mill-eventi uniċi MON 89034, 1507, MON 88017, 59122 u DAS-40278-9 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0030).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qoton ġenetikament modifikat LLCotton25 (ACS-GHØØ1-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0054).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 89788 (MON-89788-1), li jikkonsistu minn tali fażola tas-sojja jew li huma prodotti minnha skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0055).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u s-subkombinazzjonijiet MON 89034 × NK603 × DAS-40278-9, 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u NK603 × DAS-40278-9, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0056).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × 1507 × 5307 × GA21, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta, erbgħa jew ħamsa mill-eventi uniċi Bt11, MIR162, MIR604, 1507, 5307 u GA21 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0057).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Mejju 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87708 × MON 89788 × A5547-127, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0069).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × NK603, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, MIR162 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1111 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0291).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata SYHT0H2 (SYN-ØØØH2-5), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0292).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 87460 × MON 89034 x MIR162 x NK603, ikunu jikkonsistu minnu jew li jkunu magħmulin minnu, u l-qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-avvenimenti MON 87427, MON 87460, MON 89034, MIR162 u NK603, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0293).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87751 × MON 87701 × MON 87708 × MON 89788, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0365).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × MON 87411 u l-qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, MIR162 u MON 87411, li jikkonsistu minnhom jew li huma prodotti minnhom, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0366).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikata MIR604 (SYN-IR6Ø4-5) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0367).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 88017 (MON-88Ø17-3), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0368).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 (MON-89Ø34-3), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0369).
Ara, pereżempju, Trtikova, M., Wikmark, O.G., Zemp, N., Widmer, A., Hilbeck, A., "Transgene expression and Bt protein content in transgenic Bt maize (MON810) under optimal and stressful environmental conditions" (Espressjoni tat-transġene u kontenut tal-proteina Bt f'qamħirrum transġeniku Bt (MON810) f'kundizzjonijiet ambjentali ottimali u ta' tensjoni), Plos ONE, 2015:10(4): e0123011, https://journals.plos.org/plosone/article?id=10.1371/journal.pone.0123011
Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
Għal rieżami, ara Rubio-Infante, N., Moreno-Fierros, L., "An overview of the safety and biological effects of Bacillus thuringiensis Cry toxins in mammals" (Ħarsa ġenerali lejn is-sikurezza u l-effetti bijoloġiċi tat-tossini Cry tal-Bacillus thuringiensis fil-mammiferi), Journal of Applied Toxicology, Mejju 2016, 36(5), pp. 630-648,https://onlinelibrary.wiley.com/doi/full/10.1002/jat.3252
Parenti, M.D., Santoro, A., Del Rio, A., Franceschi, C., "Literature review in support of adjuvanticity/immunogenicity assessment of proteins" (Analiżi tal-letteratura b'appoġġ għall-valutazzjoni tal-aġġuvantiċità/immunoġeniċità tal-proteini), EFSA Supporting Publications, Jannar 2019, 16(1): 1551, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/abs/10.2903/sp.efsa.2019.EN-1551
Ara, pereżempju, Hilbeck, A., Otto, M. "Specificity and combinatorial effects of Bacillus thuringiensis Cry toxins in the context of GMO risk assessment" (L-ispeċifiċità u l-effetti kombinati tat-tossini Cry Bacillus thuringiensis fil-kuntest tal-valutazzjoni tar-riskju tal-OĠM), Frontiers in Environmental Science 2015, 3:71, https://doi.org/10.3389/fenvs.2015.00071
Douglas, M.R., Tooker, J.F., "Large-Scale Deployment of Seed Treatments Has Driven Rapid Increase in Use of Neonicotinoid Insecticides and Preemptive Pest Management in U.S. Field Crops" (L-Użu fuq Skala Kbira ta' Trattamenti taż-Żrieragħ Wassal għal Żieda Rapida fl-Użu ta' Insettiċidi Neonikotinojdi u Ġestjoni tal-Pesti Preventiva fl-Għelejjel fl-Istati Uniti), Environmental Science and Technology 2015, 49, 8, pp. 5088-5097, https://pubs.acs.org/doi/10.1021/es506141g
Il-Kummissjoni "tista'", u mhux "għandha", tmexxi bl-awtorizzazzjoni jekk ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur fil-Kumitat tal-Appell skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 (l-Artikolu 6(3)).
Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
– wara li kkunsidra r-rapport annwali rigward l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fis-sena 2019,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 15, 24(3), 228 u 298(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 10(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 1994 rigward ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman(1),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 11, 41, 42 u 43 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”),
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 54, 142(2) u 232(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Jannar 2019 dwar l-inkjesta strateġika OI/2/2017 tal-Ombudsman dwar it-trasparenza tad-diskussjonijiet leġiżlattivi fil-korpi preparatorji tal-Kunsill tal-UE(2),
– wara li kkunsidra l-Kodiċi Ewropew ta' Mġiba Amministrattiva Tajba adottat mill-Parlament fis-6 ta' Settembru 2001,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A9‑0013/2021),
A. billi r-rapport annwali rigward l-attivitajiet tal-Ombudsman fis-sena 2019 ġie ppreżentat uffiċjalment lill-President tal-Parlament Ewropew fil-5 ta' Mejju 2020 u billi l-Ombudsman, Emily O'Reilly, ippreżentat ir-rapport tagħha lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fit-3 ta' Settembru 2020 fi Brussell;
B. billi Emily O'Reilly ġiet eletta mill-ġdid Ombudsman mill-Parlament Ewropew fis-sessjoni plenarja tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2019 fi Strasburgu;
C. billi l-Artikolu 41(1) tal-Karta jistabbilixxi li "[k]ull persuna għandha d-dritt li dak kollu li jirrigwardaha jiġi ttrattat b'mod imparzjali u ġust u fi żmien raġonevoli mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni";
D. billi l-Artikolu 43 tal-Karta jistabbilixxi li "[k]ull ċittadin tal-Unjoni, u kull persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi jew li jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru għandhom id-dritt li jirrikorru għand l-Ombudsman f'każijiet ta' amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet tal-istituzzjonijiet, tal-korpi jew tal-aġenziji tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea meta tkun qed taġixxi fir-rwol ġudizzjarju tagħha";
E. billi huwa essenzjali li ċ-ċittadini tal-UE jkollhom biżżejjed informazzjoni biex ikunu jistgħu jsegwu t-tfassil tal-politiki u tal-liġijiet tal-UE, u jipparteċipaw b'mod sinifikanti fil-proċessi demokratiċi Ewropej; billi l-fiduċja tan-nies fl-amministrazzjonijiet pubbliċi tissaħħaħ meta jkunu jistgħu jaraw li l-istituzzjonijiet qed jaħdmu għall-ġid pubbliku u qed iżommu standards etiċi għoljin;
F. billi l-prijorità ewlenija tal-Ombudsman hija li tiżgura li d-drittijiet taċ-ċittadini huma rrispettati bis-sħiħ, skont it-Trattati u l-Karta, u li d-dritt għal amministrazzjoni tajba jirrifletti l-ogħla standards mistenni mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-attivitajiet imwettqa mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea meta tkun qed taġixxi fir-rwol ġudizzjarju tagħha; billi rwol fundamentali tal-Ombudsman huwa li tgħin lill-istituzzjonijiet Ewropej isiru aktar miftuħa, effikaċi u qrib iċ-ċittadini bil-għan li tissaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini fl-Unjoni;
G. billi l-Ombudsman nediet inizjattiva strateġika dwar id-drittijiet tal-liv ta' ċerti membri tal-persunal tal-UE u l-aħjar interessi tat-tfal (SI/1/2019/AMF)(3), li wasslet għall-armonizzazzjoni tar-regoli bejn il-Kummissjoni u l-Kunsill fir-rigward tad-drittijiet tal-liv tal-membri tal-persunal li jsiru ġenituri permezz ta' maternità surrogata; billi ma ġie prodott l-ebda riżultat kumparabbli fil-Parlament Ewropew minħabba nuqqas ta' rieda li jadatta r-regoli tiegħu dwar il-liv;
H. billi s-sena 2020 tikkommemora l-25 anniversarju mill-istabbiliment tal-Ombudsman; billi minn mindu nfetaħ, l-uffiċċju tal-Ombudsman ittratta 57 000 ilment li wasslu għal 7 300 inkjesta; billi l-isforzi kontinwi tal-uffiċċju u l-persunal tiegħu favur ir-rispett u l-ħarsien tat-trasparenza, l-etika u l-akkontabbiltà fl-amministrazzjoni tal-UE għandhom jiġu rikonoxxuti u mfaħħra debitament;
I. billi skont l-istħarriġ tal-Ewrobarometru li sar f'Ġunju 2019, 44 % taċ-ċittadini għandhom fiduċja fl-Unjoni Ewropea u 46 % m'għandhomx; billi huwa essenzjali li l-istituzzjonijiet jinżammu responsabbli sabiex jiżdied il-livell ta' sodisfazzjon taċ-ċittadini tal-UE;
J. billi l-Artikolu 10(3) TUE jiddikjara li "[k]ull ċittadin għandu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni" u li "[i]d-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'mod kemm jista' jkun miftuħ u qrib iċ-ċittadin";
K. billi l-Artikolu 24 TFUE jistipula li "[k]ull ċittadin tal-Unjoni jista' jressaq rikors quddiem l-Ombudsman stabbilit skont l-Artikolu 228";
L. billi l-Artikolu 228 tat-TFUE jagħti s-setgħa lill-Ombudsman biex tmexxi inkjesti dwar amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea meta tkun qed taġixxi fir-rwol ġudizzjarju tagħha;
M. billi fl-2019 kien hemm 19 619-il ċittadin li talbu assistenza mill-Ombudsman, u 16 045 li ngħataw konsulenza permezz tal-gwida interattiva li tinsab fis-sit web tal-Ombudsman; billi fl-2019 l-Ombudsman irreġistrat 2 201 ilment u rċeviet 1 373 talba għal informazzjoni;
N. billi mill-2 201 ilment ipproċessati mill-Ombudsman, 879 kienu jaqgħu taħt il-mandat tagħha u 1 330 ma kinux;
O. billi mill-2 201 ilment, fi 862 każ l-Ombudsman tat parir lill-ilmentatur jew għaddiet il-kwistjoni, fi 883 każ l-ilmentatur ġie infurmat li ma setax jingħata pariri ulterjuri, u 456 ilment wasslu għal inkjesta;
P. billi, fost l-inkjesti magħluqa mill-Ombudsman, 26,9 % kienu jikkonċernaw talbiet għal informazzjoni u aċċess għal dokumenti, 22 % il-kultura tas-servizz, pereżempju l-benevolenza lejn iċ-ċittadini, il-kwistjonijiet relatati mal-lingwa u l-iskadenzi, 19,8 % l-użu xieraq tas-setgħat diskrezzjonali, inkluż fil-proċedimenti ta' ksur, 13,2 % ir-rispett tad-drittijiet proċedurali, inkluż id-dritt li wieħed jinstema', 13 % il-ġestjoni tajba ta' kwistjonijiet ta' amministrazzjoni u persunal, 12,3 % ir-reklutaġġ u 8,4 % ir-rispett tad-drittijiet fundamentali;
Q. billi t-tul ta' żmien tal-biċċa l-kbira tal-inkjesti magħluqa mill-Ombudsman fl-2019 kien ta' bejn tliet xhur (43,4 %) u tmintax-il xahar (10,2 %); billi ż-żmien medju meħtieġ biex tingħalaq inkjesta kien ta' anqas minn seba' xhur;
R. billi, bħala parti mill-inkjesti tagħha, l-Ombudsman għandha d-dritt li tressaq proposti lill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE dwar kif jindirizzaw problema jew itejbu l-prattiki amministrattivi tagħhom; billi dawn il-proposti jieħdu l-forma ta' soluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u suġġerimenti;
S. billi, skont ir-rapport annwali "Putting it Right?" (Nirranġaw is-sitwazzjoni?), ippubblikat f'Diċembru 2019, li janalizza r-reazzjonijiet tal-istituzzjonijiet għall-proposti tal-Ombudsman fil-kuntest tal-inkjesti magħluqa fl-2018, ir-rata ta' implimentazzjoni miksuba mill-istituzzjonijiet tal-UE b'reazzjoni għall-proposti tal-Ombudsman hija ta' 77 %; billi 11-il istituzzjoni kisbu rata ta' implimentazzjoni ta' 100 %, filwaqt li l-Kummissjoni, l-istituzzjoni li kontriha tressqu l-maġġoranza tal-ilmenti, kisbet rata ta' 70,9 %;
T. billi, fil-kuntest tax-xogħol strateġiku tagħha fl-2019, l-Ombudsman fetħet erba' inkjesti strateġiċi ġodda: dwar it-trasparenza fil-korpi preparatorji tal-Grupp tal-Euro, dwar ir-"revolving doors" fil-Kummissjoni, dwar it-trattament ta' persuni b'diżabilità fil-qafas tar-reġim komuni tal-assigurazzjoni tal-mard tal-UE, dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) u l-attivitajiet ta' qabel is-sottomissjoni ta' mediċini għall-awtorizzazzjoni;
U. billi fl-2019, l-Ombudsman fetħet disa' inizjattivi strateġiċi, inkluż dwar l-effikaċja tal-mekkaniżmi stabbiliti mill-Istati Membri biex jiġu indirizzati l-ilmenti relatati mal-Fondi Strutturali, dwar it-trasparenza tan-negozjati tal-Brexit, dwar it-trasparenza tal-lobbjar tal-UE u r-Reġistru ta' Trasparenza tal-UE, dwar il-proċedura tal-UE għall-valutazzjoni tar-riskju alimentari, dwar it-trasparenza tal-laqgħat bejn il-President tal-Kunsill Ewropew u r-rappreżentanti ta' gruppi ta' interess, dwar it-titjib tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej, dwar l-integrazzjoni tat-tfal b'diżabilità fl-Iskejjel Ewropej, u dwar id-dritt għal-liv għall-membri tal-persunal tal-UE li jsiru ġenituri permezz tal-maternità surrogata;
V. billi r-rwol tal-Ombudsman bħala membru tal-Qafas tal-UE għall-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (is-CRPD tan-NU) huwa li tipproteġi, tippromwovi u tissorvelja l-implimentazzjoni tagħha fil-livell tal-istituzzjonijiet tal-UE; billi l-Ombudsman ippresidiet il-Qafas tal-UE fl-2019;
W. billi l-Artikolu 19 tas-CRPD tan-NU jipprevedi li l-partijiet għandhom "jagħrfu d-dritt ugwali li kull persuna b'diżabilità tgħix fil-komunità, b'għażliet ugwali daqs l-oħrajn, u għandhom jieħdu miżuri effettivi u xierqa biex jiffaċilitaw it-tgawdija sħiħa minn persuni b'diżabilità ta' dan id-dritt u l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni sħiħa tagħhom fil-komunità";
X. billi fit-12 ta' Frar 2019 il-Parlament approva l-abbozz ta' regolament tiegħu li jistabbilixxi r-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tad-dmirijiet tal-Ombudsman (l-Istatut tal-Ombudsman)(4); billi dan ir-regolament il-ġdid qed jistenna l-approvazzjoni mill-Kunsill;
Y. billi fl-2019 l-Ombudsman fetħet 458 inkjesta, li minnhom tnejn infetħu fuq inizjattiva proprja, filwaqt li għalqet 560 inkjesta (552 ibbażati fuq ilmenti u tmienja fuq inizjattiva proprja); billi l-biċċa l-kbira tal-inkjesti għal darb'oħra kienu jikkonċernaw lill-Kummissjoni (274 inkjesta jew 59,7 %), it-tieni l-akbar numru lill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) (44 inkjesta jew 9,6 %) u l-aġenziji tal-UE (33 inkjesta jew 7,2 %), u l-bqija kienu mqassmin kif ġej: il-Parlament (21 inkjesta jew 4,6 %), is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) (17-il inkjesta jew 3,7 %), il-Bank Ewropew tal-Investiment (7 inkjesti jew 1,5 %), u istituzzjonijiet oħra (54 inkjesta jew 11,8 %);
Z. billi l-applikazzjoni xierqa tad-dritt tal-UE u t-twettiq tal-obbligi li jirriżultaw minnu huma r-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE, f'konformità mal-obbligi li jirriżultaw mit-Trattati u l-Karta;
AA. billi l-Ombudsman nediet inkjesta dwar id-deċiżjoni tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), imħabbra pubblikament fis-17 ta' Settembru 2019, li tippermetti lid-Direttur Eżekuttiv tagħha jsir l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv (CEO) tal-Assoċjazzjoni tas-Swieq Finanzjarji fl-Ewropa (AFME), organizzazzjoni ta' lobbjar għall-industrija finanzjarja; billi l-Ombudsman sabet każijiet ta' amministrazzjoni ħażina mill-EBA peress li naqset milli timmitiga r-riskji ta' kunflitti ta' interess minħabba li approvat tali ċaqliq fl-impjieg u baqgħet tagħti aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali lid-Direttur Eżekuttiv tagħha li kien se jitlaq;
AB. billi l-Ombudsman nediet inkjesta b'segwitu għal ilment dwar l-isponsorizzar korporattiv tal-Presidenza tal-Kunsill tal-UE; billi l-Ombudsman innutat li l-użu tal-isponsorizzar mill-Presidenza jinvolvi riskji reputazzjonali għall-UE kollha kemm hi u rrakkomandat lill-Kunsill joħroġ gwida lill-Istati Membri dwar il-kwistjoni tal-isponsorizzar tal-Presidenza sabiex jiġu mmitigati dawn ir-riskji reputazzjonali;
AC. billi fit-30 ta' Lulju 2019 il-Kummissjoni ħarġet sejħa għall-offerti għal studju sabiex jiġu żviluppati għodod u mekkaniżmi dwar l-integrazzjoni tal-objettivi ambjentali, soċjali u ta' governanza (ESG) fir-regoli bankarji tal-UE; billi l-Kummissjoni ddeċidiet li tagħti l-kuntratt lil BlackRock Investment Management, kumpanija li tiġġestixxi l-investimenti f'kumpaniji kbar tal-fjuwils fossili u banek sistemikament importanti, li huma setturi milquta minn regoli ġodda dwar kwistjonijiet ESG fil-livell tal-UE; billi l-Ombudsman, fl-inkjesta tagħha relatata ma' dan il-każ, sabet li l-Kummissjoni kellha tkun aktar viġilanti u li d-deċiżjoni tagħha li tagħti l-kuntratt lil BlackRock ma pprovdietx garanziji suffiċjenti biex teskludi r-riskju ta' kunflitti ta' interess b'konsegwenzi negattivi serji fuq l-eżekuzzjoni tal-kuntratt, peress li l-kumpanija manifestament kellha interess fl-iżvilupp ta' regolamentazzjoni futura tal-UE li se jkollha impatt fuqha u fuq il-klijenti tagħha;
2. Jifraħ lil Emily O'Reilly għall-ħatra mill-ġdid tagħha bħala Ombudsman u għall-ħidma eċċellenti tagħha; jappoġġja l-impenn tagħha li tkompli bl-isforzi biex tiżgura "li l-UE żżomm l-ogħla standards fl-amministrazzjoni, fit-trasparenza u fl-etika", u tiggarantixxi l-aċċessibbiltà u l-kwalità tas-servizzi li l-UE tipprovdi liċ-ċittadini tal-UE; itenni li t-trasparenza hija prinċipju li jikkomplementa l-istat tad-dritt u d-demokrazija u l-implimentazzjoni tiegħu għandha tkun immirata sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet;
Trasparenza u Etika
3. Jilqa' b'sodisfazzjon ir-relazzjoni produttiva tiegħu mal-Ombudsman, sieħeb ewlieni u indispensabbli tal-Parlament Ewropew, li reġa' eleġġa lill-Ombudsman uxxenti, Emily O'Reilly, għat-tieni mandat u appoġġja l-proposta tagħha għal rapport speċjali dwar it-trasparenza fil-Kunsill billi adotta riżoluzzjoni approvata b'maġġoranza f'sessjoni plenarja f'Jannar 2019,
4. Jilqa' l-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Ombudsman u t-tim tagħha u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet, peress li dan jippermetti titjib kemm tal-kwalità tal-amministrazzjoni Ewropea kif ukoll tal-aċċessibbiltà u l-kwalità tas-servizzi li toffri liċ-ċittadini tal-UE;
5. Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-istituzzjonijiet tal-UE jżommu l-livell massimu ta' trasparenza u oġġettività, sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jsegwu u jieħdu sehem attiv fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet sabiex isaħħu s-sens ta' prossimità u l-fiduċja tagħhom fl-istituzzjonijiet, filwaqt li jiġi garantit aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw bis-sħiħ id-drittijiet demokratiċi tagħhom u tiġi żgurata kapaċità ġenwina li l-istituzzjonijiet jinżammu responsabbli; jissottolinja li l-Ombudsman fetħet inkjesta dwar ir-rifjut tal-Kummissjoni li tagħti aċċess pubbliku għad-dokumenti li jikkonċernaw ix-xiri ta' vaċċini kontra l-COVID-19; jitlob il-pubblikazzjoni sħiħa tal-kuntratti u ftehimiet oħra ffirmati ma' kumpaniji farmaċewtiċi, inklużi dokumenti relatati man-negozjati li saru ma' dawn tal-aħħar, għall-iżvilupp, il-manifattura, ix-xiri u l-użu ta' vaċċini kontra l-COVID-19, kif ukoll it-trasparenza sħiħa tar-riżultati kollha li jikkonċernaw il-provi kliniċi relatati ma' dawn il-vaċċini;
6. Jenfasizza li n-nuqqas ta' trasparenza tal-proċess leġiżlattiv tal-UE jżid in-nuqqas ta' fiduċja taċ-ċittadini u jdgħajjef il-leġittimità tal-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet b'mod ġenerali;
7. Jilqa' l-ambizzjoni tal-Ombudsman li f'kull ċirkostanza tibqa' viġilanti fiż-żamma tal-ogħla standards possibbli ta' trasparenza u etika, inkluż waqt kriżi tas-saħħa;
8. Iħeġġeġ lill-Ombudsman tkompli tippromwovi aktar trasparenza fid-diskussjonijiet leġiżlattivi fil-korpi preparatorji tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, kemm fir-rigward tal-aċċess pubbliku għad-dokumenti leġiżlattivi tiegħu kif ukoll fir-rigward tal-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tiegħu, sabiex id-deliberazzjonijiet tiegħu jkunu jistgħu jinftiehmu aktar faċilment;
9. Iħeġġeġ lill-Kunsill jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman, u jirrevedi l-politika ta' kunfidenzjalità tiegħu biex jiżgura l-ogħla livell ta' trasparenza fil-ħidma tiegħu sabiex l-aċċess pubbliku f'waqtu għad-dokumenti leġiżlattivi jkun disponibbli faċilment; jitlob l-identifikazzjoni trasparenti u sistematika tal-gvernijiet tal-Istati Membri meta jistabbilixxu l-pożizzjonijiet tagħhom, peress li bħala koleġiżlatur il-Kunsill irid jinżamm responsabbli għall-azzjonijiet tiegħu quddiem il-pubbliku; ifakkar fis-suġġerimenti magħmula fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-inkjesta strateġika OI/2/2017 tal-Ombudsman dwar it-trasparenza tad-diskussjonijiet leġiżlattivi fil-korpi preparatorji tal-Kunsill tal-UE;
10. Jesprimi dispjaċir dwar il-prattika tal-Istati Membri li jkollhom il-Presidenza tal-Kunsill li jaċċettaw sponsorizzar korporattiv; jemmen li tali prattika trid tiġi evitata sabiex jiġu ppreservati r-reputazzjoni u l-integrità tal-Kunsill u tal-UE kollha kemm hi;
11. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jkunu aktar diliġenti fl-issodisfar tal-obbligu tagħhom li jikkooperaw mal-Ombudsman;
12. Jinnota li, bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman, il-Kummissjoni u l-Kunsill żammew livell għoli ta' trasparenza fil-proċess leġiżlattiv matul in-negozjati kollha dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit, billi ppubblikaw aktar minn 100 dokument ta' negozjar u għamlu l-iskeda tal-kap negozjatur disponibbli għaċ-ċittadini, u jħeġġiġhom jagħmlu l-istess fit-tfassil tal-ftehim ta' kummerċ ħieles futur; jistieden b'mod aktar wiesa' lill-Kummissjoni tissodisfa l-obbligi tagħha rigward il-valutazzjonijiet tal-impatt tas-sostenibbiltà tal-ftehimiet kummerċjali kollha tal-UE;
13. Ifakkar li t-trasparenza, u b'mod partikolari l-aċċess għad-dokumenti, ilha għal bosta snin is-suġġett ewlieni tal-ilmenti, u jilqa' l-fatt li fir-rigward ta' għadd ta' inkjesti l-Ombudsman talbet li jingħata aċċess pubbliku; jiddeplora, madankollu, il-fatt li r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman mhux dejjem jiġu implimentati u li r-rapport tal-OLAF dwar l-użu ta' self mogħti lill-manifattur Ġermaniż tal-karozzi Volkswagen għadu ma ġiex ippubblikat; jitlob l-aġġornament tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-aċċess għad-dokumenti (ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001(5)) sabiex tiġi ffaċilitata l-ħidma tal-Ombudsman; iħeġġeġ lill-Kunsill jerġa' jiftaħ id-diskussjonijiet tiegħu dwar il-bażi tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-impass fir-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001(6);
14. Jilqa' l-approċċ aktar ambizzjuż għal-livell ta' trasparenza tal-korpi li jħejju l-laqgħat tal-Grupp tal-Euro, li aċċettaw, wara talba mill-Ombudsman, li jippubblikaw id-dati u l-abbozzi ta' aġenda tal-laqgħat tal-Grupp tal-Euro aktar kmieni minn qabel, li jipprovdu aktar dettalji fl-ittri li jiġbru fil-qosor il-laqgħat, u li s-sit web tal-Grupp tal-Euro jinkludi aktar informazzjoni dwar l-attivitajiet tiegħu;
15. Jilqa' l-isforzi ripetuti tal-Ombudsman fil-ġlieda kontra l-kunflitti ta' interess; jisħaq fuq il-ħtieġa ta' aktar trasparenza fil-Kunsill; jappoġġja bil-qawwa r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Ombudsman fir-rigward tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill b'rabta mal-każ 1946/2018/KR; jilqa' l-pubblikazzjoni, b'segwitu għal din l-inkjesta, tal-minuti tal-laqgħat li saru bejn il-lobbisti, il-President tal-Kunsill Ewropew u l-membri tal-kabinett tiegħu, u jenfasizza l-ħtieġa li jiġi adottat att legali ġust u ambizzjuż dwar ir-Reġistru ta' Trasparenza sabiex dan isir kompletament obbligatorju u legalment vinkolanti għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-UE u li jinħolqu obbligi għal partijiet terzi u rappreżentanti ta' gruppi ta' interess, biex b'hekk tiġi żgurata t-trasparenza sħiħa tal-lobbjar; jinnota d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma ssegwix ir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman fil-każ 1302/2017/MH u li ma tagħtix aċċess għad-dokumenti relatati mal-opinjonijiet tas-Servizz Legali tagħha li jikkonċernaw ir-Reġistru ta' Trasparenza;
16. Jappoġġja l-attività tal-Ombudsman imwettqa fl-inkjesta tagħha 853/2020/KR dwar il-każ BlackRock u jemmen bis-sħiħ li l-Kummissjoni jeħtiġilha ssegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman f'dan ir-rigward; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni taġġorna u ssaħħaħ ir-regoli applikabbli kollha dwar il-proċeduri ta' akkwist pubbliku, inklużi l-linji gwida tagħha, sabiex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta' interess; jistieden lill-Kummissjoni tadotta l-miżuri kollha meħtieġa biex tippreserva l-integrità u l-kredibbiltà tat-tfassil tal-politika relatata mal-adozzjoni ta' regoli ġodda dwar kwistjonijiet ESG fil-livell tal-UE;
17. Jilqa' l-fatt li, b'segwitu għal ilment imressaq fl-2019 rigward l-użu tal-isponsorizzar waqt il-Presidenza Rumena, l-Ombudsman ħadet pożizzjoni ċara dwar din il-kwistjoni tal-isponsorizzar tal-Presidenza(7), peress li l-perċezzjoni ta' influwenza barranija tista' timmina l-integrità tal-UE kollha kemm hi; jieħu nota tal-passi meħuda mill-Kunsill b'reazzjoni għar-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman li għandha tiġi pprovduta gwida lill-Istati Membri dwar il-kwistjoni tal-isponsorizzar tal-Presidenza; jinkoraġġixxi lill-Kunsill jagħti segwitu għall-kwistjoni mingħajr dewmien; jilqa' d-deċiżjoni tal-Presidenza Ġermaniża li toqgħod lura minn kwalunkwe sponsorizzar u jinkoraġġixxi lill-Istati Membri l-oħrajn jagħmlu l-istess;
18. Jinnota li l-Kummissjoni impenjat ruħha, b'segwitu għal inkjesta mill-Ombudsman, li tippubblika l-aġenda u l-minuti tal-laqgħat tal-"korpi konsultattivi" li jinfluwenzaw it-tfassil tal-politika tal-UE kif ukoll l-osservazzjonijiet magħmula mill-parteċipanti fi gruppi preċedenti, u, għal kwalunkwe grupp futur ta' dan it-tip, li tapplika l-istess standards ta' trasparenza bħal dawk adottati mill-gruppi ta' esperti;
19. Jenfasizza l-importanza tal-aċċess pubbliku għad-dokumenti li jinkludu l-pożizzjonijiet meħuda mill-Istati Membri fil-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet; jappoġġja s-sejbiet tal-Ombudsman fir-rigward tal-każ 2142/2018/EWM u jiddeplora r-rifjut kontinwu tal-Kummissjoni li tagħti aċċess għad-dokumenti mitluba li jindirizzaw il-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi fuq in-naħal;
20. Jinnota li l-Kummissjoni impenjat ruħha li timplimenta ħafna mill-proposti tal-Ombudsman, bħal pereżempju li titlob lill-persuni li jaqilbu għas-settur privat jipprovdu informazzjoni addizzjonali dwar l-organizzazzjoni li jkunu se jingħaqdu magħha u aktar dettalji dwar it-tip ta' attività professjonali li jkunu se jibdew; jenfasizza li tali trasferimenti ma jistgħux ma jittiħdux bis-serjetà, peress li jistgħu jwasslu għal kunflitti ta' interess meta ex uffiċjali pubbliċi jiġu impjegati minn ditta biex iwettqu lobbjar dwar politiki li fil-passat illeġiżlaw dwarhom jew ħadmu fuqhom; jinnota li skont rapport reċenti(8) 99 % tat-talbiet għal trasferiment fis-settur privat ġew approvati mill-Kummissjoni, b'rata ta' rifjut ta' 0,62 % biss, u dan jindika l-ħtieġa li tissaħħaħ is-sorveljanza; ifakkar li r-regoli dwar l-etika mhumiex sempliċiment formalità u għandhom jiġu osservati mill-istituzzjonijiet kollha; iħeġġeġ lill-Kummissjoni timplimenta r-rakkomandazzjonijiet kollha magħmula mill-Ombudsman, tieħu approċċ aktar robust għall-kwistjoni tar-"revolving doors" u tmexxi bil-miżuri proposti, inkluż il-projbizzjoni ta' attività ġdida meta jkun hemm evidenza li din l-attività twassal għal kunflitt mal-interess pubbliku u tippubblika, direttament u b'tempestività fuq is-sit web tagħha dwar l-etika, l-informazzjoni kollha relatata dwar kull każ ta' ex membri anzjani tal-persunal ivvalutata bil-ħsieb li tiġi implimentata l-projbizzjoni ta' sena fuq il-lobbjar u l-promozzjoni;
21. Jirrimarka li l-amministrazzjoni pubblika tal-UE jeħtiġilha ttejjeb dawk ir-regoli u l-istandards tagħha mfassla biex jiġu evitati l-kunflitti ta' interess u tiggarantixxi r-rispett tad-dmir ta' diskrezzjoni u integrità; jistieden lill-Ombudsman tippromwovi l-ogħla regoli u standards etiċi fl-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-UE kollha u tiżgura li dawn jiġu implimentati b'mod sħiħ u konsistenti; jitlob li l-evalwazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-Kummissarji nnominati titwettaq b'mod indipendenti bil-mezzi xierqa; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu riveduti r-regoli u l-prattiki attwali sabiex jissaħħu r-rekwiżiti tal-integrità għall-Kummissarji kemm waqt il-mandati tagħhom kif ukoll wara, u jisħaq li l-perjodi ta' notifika wara li jintemm il-mandat ta' Kummissarju jridu jittawlu;
22. Jissottolinja l-ħtieġa urġenti biex il-Kodiċi ta' Mġiba Amministrattiva Tajba eżistenti jiġi mtejjeb u aġġornat billi jiġi adottat regolament vinkolanti dwar il-kwistjoni;
23. Ifaħħar l-attivitajiet tal-Ombudsman dwar ir-revolving doors li wasslu, fost oħrajn, biex l-EBA tirrevedi l-politika tagħha dwar il-valutazzjoni tar-restrizzjonijiet u l-projbizzjonijiet wara l-impjieg għall-persunal, u ttejjeb ukoll il-proċeduri tagħha għas-sospensjoni immedjata tal-aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali għal membri tal-persunal magħrufa li se jiċċaqilqu għal impjieg ieħor; jistieden lill-Ombudsman tkompli bl-isforzi tagħha biex tiżgura li l-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-UE jintroduċu regoli effettivi mmirati lejn il-prevenzjoni ta' każijiet ta' revolving doors u ta' kwalunkwe kunflitt ta' interess possibbli;
24. Jappoġġja bis-sħiħ il-fatt li l-Ombudsman ikkonfermat il-konklużjoni tagħha li erba' każijiet ta' amministrazzjoni ħażina tebbgħu l-proċess tal-ħatra tal-ogħla uffiċjal tal-Kummissjoni, u jilqa' l-introduzzjoni mill-Kummissjoni l-ġdida fl-2019 ta' proċedura ta' ħatra speċifika għas-Segretarju Ġenerali tagħha li tinkludi l-pubblikazzjoni ta' avviż ta' post vakanti u l-inklużjoni tal-ħatra fuq l-aġenda tal-laqgħa ta' kull ġimgħa tal-Kummissarji, u dan fi żmien suffiċjenti biex titqies kif suppost;
25. Jinnota li, wara l-inkjesta fuq inizjattiva proprja mill-Ombudsman, l-EMA introduċiet miżuri bil-għan li ttejjeb l-indipendenza u l-oġġettività tal-proċess ta' applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti mediċinali u biex iżżid it-trasparenza f'oqsma bħall-provi kliniċi; jistieden lill-EMA timplimenta r-rakkomandazzjonijiet il-ġodda tal-Ombudsman sabiex tiggarantixxi l-indipendenza u l-imparzjalità tagħha u b'hekk jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta' interess;
26. Jilqa' l-importanza dejjem akbar u meħtieġa li l-Ombudsman tagħti lill-problemi li jinvolvu proċeduri ta' akkwist;
27. Jilqa' l-konsolidazzjoni tal-Premju għal Amministrazzjoni Tajba, li għandu l-għan li jippremja l-inizjattivi u l-proġetti tal-amministrazzjoni tal-UE li għandhom impatt pożittiv fuq ħajjet iċ-ċittadini tal-UE; jifraħ lill-Kummissjoni li ngħatat dan il-premju b'rikonoxximent għall-istrateġija tagħha biex tnaqqas it-tniġġis tal-plastik; iqis li kopertura akbar ta' dan il-premju mill-midja turi liċ-ċittadini tal-UE li l-istituzzjonijiet tal-UE qed jaħdmu biex jipprovdu soluzzjonijiet tanġibbli;
28. Jilqa' ż-żieda fl-attenzjoni mogħtija mill-Ombudsman għall-każijiet rigward il-ġestjoni mill-Kummissjoni ta' proġetti ffinanzjati mill-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiggarantixxi d-distribuzzjoni u l-ġestjoni trasparenti tal-fondi; jinsisti li l-Kummissjoni ttejjeb it-trasparenza tal-proċess tagħha ta' tħejjija għall-Programmi ta' Ħidma annwali għall-fondi li tiġġestixxi; jistieden, b'mod partikolari, lill-Kummissjoni tiżgura li r-riżorsi magħmula disponibbli permezz tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej jintefqu mill-Istati Membri skont ir-rekwiżiti stabbiliti fis-CRPD tan-NU dwar l-għajxien indipendenti għall-persuni b'diżabilità;
29. Jistieden lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet jeżamina l-każijiet fejn ma tteħditx azzjoni dwar il-proposti tal-Ombudsman għall-istituzzjonijiet tal-UE;
Diżabilità
30. Jilqa' r-rwol tal-Ombudsman fil-protezzjoni, il-promozzjoni u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tas-CRPD tan-NU mill-amministrazzjoni tal-UE, u fit-tisħiħ tal-aġenda tal-UE għad-drittijiet tal-persuni b'diżabilità; jistieden lill-Ombudsman timmonitorja mill-qrib il-proposti magħmula mill-Kummissjoni dwar l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità għall-perjodu ta' wara l-2020; iqis li huwa urġenti li jiġi indirizzat in-nuqqas ta' bażi ġuridika xierqa biex jiġi żgurat li l-infiq tal-fondi tal-UE jikkonforma bis-sħiħ mas-CRPD tan-NU;
31. Jifraħ lill-Ombudsman għall-inkjesta strateġika tagħha dwar l-aċċessibbiltà tas-siti web tal-Kummissjoni għal persuni b'diżabilità, u jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni biex twettaq l-ideat tagħha billi tipprovdi aktar informazzjoni f'formati faċli li jinqraw; jinnota, madankollu, li huwa meħtieġ approċċ kumpless sabiex il-paġni ewlenin tal-istituzzjonijiet tal-UE jsiru aċċessibbli għal persuni b'kull xorta ta' diżabilità, inklużi l-lingwi tas-sinjali nazzjonali; jissuġġerixxi li l-organizzazzjonijiet tal-persuni b'diżabilità għandhom jiġu involuti f'dan il-proċess;
32. Jifraħ lill-Ombudsman talli fetħet inkjesta meħtieġa dwar l-aċċessibbiltà tal-għodod online użati mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF), wara lment imressaq minn persuna b'vista batuta;
33. Jistieden lill-Kummissjoni toħroġ bi Strateġija Ewropea dwar id-Diżabilità komprensiva, ambizzjuża u fit-tul għal wara l-2020 sabiex issir possibbli, fost oħrajn, l-implimentazzjoni sħiħa u konsistenti tas-CRPD tan-NU;
34. Jirrikonoxxi ż-żieda fl-għadd ta' persuni megħjuna mill-uffiċċju tal-Ombudsman fl-2019 meta mqabbel mal-2018 (żieda għal 19 619 minn 17 996), kif ukoll l-isforzi tiegħu biex jinstabu soluzzjonijiet prattiċi għall-problemi taċ-ċittadini, kemm jekk b'pariri mogħtija permezz tal-gwida interattiva fuq is-sit web u bit-tewġibiet għat-talbiet għal informazzjoni u kemm bl-indirizzar tal-ilmenti ġodda (2 201 tali lment fl-2019); jirrimarka l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-Uffiċċju jkollu r-riżorsi baġitarji u tal-persunal meħtieġa biex ikompli jgħin liċ-ċittadini tal-UE b'mod adegwat u effiċjenti;
Ilmenti
35. Jinnota li fl-2019, l-Ombudsman irċeviet numru konsiderevoli ta' lmenti minn ċittadini tal-UE li jirrisjedu fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru tagħhom u li sabu diffikultajiet meta ppruvaw jirreġistraw u/jew jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2019, u jirrimarka li d-dritt tal-vot fl-elezzjonijiet huwa dritt fundamentali rikonoxxut fit-Trattati tal-UE;
36. Jifraħ lill-Ombudsman għall-inkjesti li nfetħu fl-2019, li koprew it-temi ewlenin li ġejjin: it-trasparenza fl-istituzzjonijiet tal-UE, it-trasparenza tal-attivitajiet ta' lobbjar, il-kultura tas-servizz, id-drittijiet fundamentali, il-kwistjonijiet etiċi, il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE, il-ġestjoni tajba ta' kwistjonijiet relatati mal-persunal u r-reklutaġġ u l-ġestjoni finanzjarja tajba;
37. Josserva li fl-2019, l-Ombudsman ittrattat 1 300 ilment li ma kinux jaqgħu taħt il-mandat tagħha, prinċipalment minħabba li ma kinux jikkonċernaw l-attivitajiet ta' istituzzjoni jew korp tal-UE; japprova l-approċċ tal-Ombudsman li twieġeb lil kull min jitlob l-assistenza tagħha, billi tispjegalhom il-mandat tagħha u tagħtihom pariri, u tirridirezzjonahom, kemm jista' jkun, lejn korpi oħra li jistgħu jkunu kapaċi jgħinuhom, u jħeġġiġha tkompli b'dan il-mod;
38. Iħeġġeġ lill-Ombudsman tibqa' viġilanti u determinata fit-trattament tal-ilmenti dwar id-drittijiet fundamentali, fosthom l-ugwaljanza, in-nondiskriminazzjoni u d-dritt li wieħed jinstema'; jilqa' l-inkjesta tagħha dwar l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil u l-intervisti tagħha mal-applikanti għall-ażil, kif ukoll l-inkjesta tagħha dwar it-trattament ta' lment mill-Kummissjoni dwar id-diskriminazzjoni kontra r-Rom fl-Italja;
39. Jinnota li n-numru ta' inkjesti dwar l-EPSO żdied minn 23 fl-2018 għal 44 fl-2019; iħeġġeġ lill-Ombudsman tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni xierqa tal-miżuri kontra d-diskriminazzjoni li japplikaw għall-proċeduri kollha ta' reklutaġġ; jissuġġerixxi inkjesta strateġika dwar il-metodi użati mill-EPSO u minn aġenziji oħra sabiex jiġi aċċertat li l-prinċipji tal-ġustizzja u l-aċċess miftuħ ikunu stabbiliti b'mod sħiħ fil-proċeduri kollha ta' reklutaġġ;
40. Jinnota li l-għadd ta' lmenti li ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà tal-mandat tal-Ombudsman baqa' relattivament stabbli (1 330 każ fl-2019 imqabbla ma' 1 300 każ fl-2018); huwa tal-fehma li komunikazzjoni aħjar u koordinata fil-livell tal-istituzzjonijiet kollha tal-UE dwar il-kompetenzi tal-Ombudsman tista' tgħin biex jitnaqqas l-għadd ta' lmenti li ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà tal-mandat tal-Ombudsman u jiġi ssimplifikat ir-rispons għall-problemi taċ-ċittadini;
41. Jilqa' l-impenn tal-Ombudsman għad-dritt taċ-ċittadini li jkunu involuti fil-proċess demokratiku tal-UE, kif jidher bil-parteċipazzjoni tagħha fil-konferenza annwali tan-Network Ewropew tal-Ombudsmen f'April 2019 dwar il-ħtieġa li tissaħħaħ il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-proċess demokratiku; japprova d-deċiżjoni tagħha li twieġeb lil dawk kollha li jitolbu assistenza bil-lingwa tal-ilment tagħhom, u jitlob lill-amministrazzjoni pubblika tal-UE tagħmel ħilitha kollha sabiex tiżgura li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jikkomunikaw b'mod effettiv magħha, bl-24 lingwa uffiċjali tal-UE u bil-lingwi tas-sinjali nazzjonali; jilqa' l-abbozz ta' linji gwida tal-Ombudsman dwar l-użu tal-lingwi fuq is-siti web tal-istituzzjonijiet tal-UE; jissottolinja li tali linji gwida huma tal-akbar importanza fil-protezzjoni tad-diversità lingwistika rikka tal-Ewropa; jinnota li s-siti web tal-istituzzjonijiet tal-UE għandhom ikunu eżempju aħjar tal-ugwaljanza tal-24 lingwa uffiċjali tal-UE; jiddeplora l-fatt li ħafna taqsimiet tas-siti web tal-istituzzjonijiet tal-UE u l-pubblikazzjonijiet imtella' fuqhom għadhom disponibbli biss f'ċerti lingwi popolari u qatt ma jiġu koperti fl-24 lingwa uffiċjali kollha tal-UE, kif meħtieġ mill-prinċipji tal-Unjoni;
42. Japprova l-isforzi tal-istituzzjonijiet tal-UE biex isegwu r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman (77 %) u jħeġġiġhom ikomplu f'din id-direzzjoni; għadu mħasseb dwar ir-rata persistenti ta' nonkonformità (23 %); huwa konxju li s-suġġerimenti tal-Ombudsman mhumiex legalment vinkolanti; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji jirreaġixxu fil-pront, b'mod effettiv u responsabbli għar-rakkomandazzjonijiet u l-kummenti kritiċi tal-Ombudsman;
43. Jilqa' l-fatt li, bħala medja, it-tul tal-inkjesti ta' każijiet magħluqa mill-Ombudsman fl-2019 kien ta' inqas minn seba' xhur; jinnota, madankollu, li l-għeluq ta' xi każijiet jista' jieħu sa 18-il xahar; jistieden lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE jtejbu l-kooperazzjoni tagħhom mal-uffiċċju tal-Ombudsman fl-interess taċ-ċittadini tal-UE, li jistennew tweġibiet malajr għall-problemi tagħhom;
44. Jilqa' t-tfassil mill-ġdid tas-sit web tal-Ombudsman, peress li dan jagħmlu strument aktar aċċessibbli u funzjonali għaċ-ċittadini tal-UE; iħeġġeġ lill-Ombudsman tiżviluppa aktar it-traduzzjoni tal-pubblikazzjonijiet tagħha fil-lingwi differenti tal-UE;
45. Jirrikonoxxi l-kontribut importanti tan-Network Ewropew tal-Ombudsmen fl-iskambju tal-aħjar prattiki u fl-għoti ta' informazzjoni dwar il-mandat u l-kompetenzi tal-membri tiegħu kif ukoll l-implimentazzjoni xierqa tad-dritt Ewropew; jissuġġerixxi li dan in-network jista' jkun involut aktar mill-qrib fl-iżgurar tal-użu xieraq tal-fondi tal-UE; jissuġġerixxi li jista' wkoll joffri appoġġ lill-ombudsmen nazzjonali jew reġjonali li jiffaċċjaw pressjonijiet qawwija mill-gvernijiet tagħhom, partikolarment b'rabta mal-ksur tad-drittijiet garantiti mill-Karta; jistieden lil dan in-network jikkunsidra r-rwol li l-ombudsmen nazzjonali u reġjonali jista' jkollhom biex jinvolvu aktar liċ-ċittadini tal-UE fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE; jisħaq li n-network jista' jikkontribwixxi wkoll għall-promozzjoni ta' kultura ta' amministrazzjoni tajba fil-livell tal-Istati Membri billi jsaħħaħ il-kooperazzjoni u jżid is-sensibilizzazzjoni fost l-ombudsmen nazzjonali dwar l-importanza li jiddefendu d-drittijiet taċ-ċittadini; jirrimarka li għandhom jissaħħu r-riżorsi allokati lin-network; jistieden lill-Ombudsman torganizza, fis-sede tagħha, laqgħa regolari tan-Network Ewropew tal-Ombudsmen, li l-missjoni ċentrali tagħha tkun li tiżgura r-rispett għad-drittijiet fundamentali;
46. Jilqa' bil-qawwa l-inizjattiva strateġika tal-Ombudsman dwar id-drittijiet tal-liv ta' ċerti membri tal-persunal tal-UE u l-aħjar interessi tat-tfal; huwa tal-fehma li l-inkonsistenza tar-regoli tal-Parlament Ewropew ma' dawk tal-istituzzjonijiet l-oħra(9) fir-rigward tad-drittijiet tal-liv tal-membri tal-persunal li jsiru ġenituri permezz ta' maternità surrogata, bħal ġenituri infertili, tal-istess sess u waħedhom, tinjora s-supremazija tal-aħjar interessi prevalenti tat-tfal u tqiegħed lil dawn il-membri tal-persunal f'riskju sinifikanti ta' diskriminazzjoni; ifakkar fil-konklużjonijiet tal-Ombudsman rigward l-importanza li jiġu mħarsa l-aħjar interessi tat-tfal; jitlob lill-Parlament jipparteċipa fi djalogu interistituzzjonali u jadotta deċiżjoni li tarmonizza dawn ir-regoli ma' dawk tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;
Statut u setgħat
47. Jistieden lill-Kunsill jissieħeb fi djalogu mal-Parlament Ewropew rigward ir-reviżjoni tal-Istatut tal-Ombudsman sabiex l-uffiċċju tal-Ombudsman ikun kapaċi jippromwovi aħjar l-ogħla standards ta' mġiba etika fi ħdan l-istituzzjonijiet u jingħata mandat xieraq biex iwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effettiv;
48. Jitlob lill-Parlament jibdel b'mod radikali l-proċess tal-ħatra għall-elezzjoni tal-Ombudsman sabiex l-elezzjoni fil-bidu tal-leġiżlatura tkun tista' ssir b'mod aktar infurmat, uniformi, trasparenti u ordnat; jitlob speċifikament deskrizzjoni aktar dettaljata tal-limiti taż-żmien għall-ġbir tal-firem u tal-kampanji tal-persuni nominati;
49. Jifraħ lill-Ombudsman għall-istrateġija preċedenti tagħha ta' ħames snin "Lejn l-2019", li introduċiet approċċ aktar strateġiku għall-promozzjoni tal-amministrazzjoni tajba; jilqa’ l-pubblikazzjoni fis-7 ta' Diċembru 2020 tal-istrateġija l-ġdida "Lejn l-2024", li se jkollha tqis is-sitwazzjoni bla preċedent li qed tiffaċċja l-Ewropa fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19;
50. Ifakkar li s-sede tal-Ombudsman hija dik tal-Parlament Ewropew; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Ombudsman tipprijoritizza l-użu tal-bini disponibbli fi Strasburgu;
51. Jistieden lill-Ombudsman, fl-interess tat-trasparenza, tkompli tippubblika l-avvenimenti li qed tippjana li tospita, filwaqt li tindika fejn se jsir kull avveniment;
o o o
52. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Ombudsman, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri kif ukoll lill-ombudsmen tagħhom jew lill-entitajiet kompetenti simili.
Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
Corporate Europe Observatory, "From Facebook friends to lobby consultants – EU revolving door rules not fit purpose" (Minn ħbieb fuq Facebook għal konsulenti tal-lobbjar – ir-regoli tal-UE dwar ir-revolving doors mhumiex adattati għall-iskop tagħhom), 22 ta' Ottubru 2020 (https://corporateeurope.org/en/2020/10/facebook-friends-lobby-consultants)
Il-Kummissjoni tagħti 20 ġimgħa liv speċjali, minbarra l-10 ijiem għat-twelid ta' kull tarbija, lill-membri tal-persunal li jsiru ġenituri permezz ta' maternità surrogata, kif ikkodifikat fid-deċiżjoni tagħha ta' Marzu 2020 (https://egalite-online.eu/wp-content/uploads/2020/03/C_2020_1559_F1_COMMISSION_DECISION_EN_V3_P1_1043892.pdf). Il-Kunsill japplika l-istess regola fuq bażi ad hoc. Il-Parlament speċifika li jagħti biss l-10 ijiem liv għat-twelid ta' kull tarbija lill-membri tal-persunal f'sitwazzjoni simili minħabba li l-liv tal-maternità jirrikjedi l-produzzjoni ta' ċertifikat mediku tat-tqala; il-Parlament ma jipprevedix l-użu tal-liv speċjali għal dan l-iskop.
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2021 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: L-Istrateġija Annwali għat-Tkabbir Sostenibbli 2021 (2021/2004(INI))
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 121, 126 u 136 tiegħu u l-Protokoll Nru 12,
– wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità,
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet tal-budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika(1),
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE tat-8 ta' Novembru 2011 dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri(2),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1174/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro(3),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1177/2011 tat-8 ta' Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv(4),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi(5),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1173/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro(6),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjani baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro(7),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom(8),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Marzu 2020 dwar l-attivazzjoni tal-klawżola liberatorja ġenerali tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (COM(2020)0123),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Mejju 2020 bit-titolu "Il-mument tal-Ewropa: Tiswija u Tħejjija għall-Ġenerazzjoni li Jmiss" (COM(2020)0456),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Mejju 2020 bit-titolu "Il-baġit tal-UE jmexxi l-pjan ta' rkupru għall-Ewropa" (COM(2020)0442),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-28 ta' Mejju 2020 għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument ta' Rkupru tal-Unjoni Ewropea insostenn tal-irkupru wara l-pandemija tal-COVID-19 (COM(2020)0441),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Settembru 2020 bit-titolu "L-Istrateġija Annwali għat-Tkabbir Sostenibbli 2021" (COM(2020)0575), u tat-18 ta' Novembru 2020 bit-titolu "Ir-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija 2021" (COM(2020)0745),
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Bord Fiskali Ewropew tad-29 ta' Ottubru 2019, id-dikjarazzjoni tal-Bord Fiskali Ewropew tal-24 ta' Marzu 2020 dwar il-COVID-19 u l-valutazzjoni tal-Bord Fiskali Ewropew tal-1 ta' Lulju 2020 tal-pożizzjoni fiskali xierqa għaż-żona tal-euro fl-2021,
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprja l-ġodda, inkluż pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta' riżorsi proprja ġodda(9),
– wara li kkunsidra t-Tbassir Ekonomiku Ewropew tal-Kummissjoni: Xitwa 2021 (Dokument Istituzzjonali 144)(10),
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-10 u l-11 ta' Diċembru 2020 dwar il-QFP u n-Next Generation EU, il-COVID-19, it-tibdil fil-klima, is-sigurtà u r-relazzjonijiet esterni (EUCO 22/20),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tagħha,
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,
– wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0036/2021),
A. billi s-Semestru Ewropew għandu rwol essenzjali fil-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi, baġitarji u tal-impjiegi fl-Istati Membri, li jservi biex jiżgura finanzi pubbliċi sodi, jipprevjeni żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi, jappoġġa riformi strutturali u jagħti spinta lill-investiment, u attwalment jirrappreżenta l-qafas użat biex l-Unjoni u l-Istati Membri jiġu ggwidati biex jegħlbu l-isfidi tal-irkupru abbażi tal-prijoritajiet tal-politika tal-UE; billi mill-kriżi tad-dejn sovran tal-2008, l-Unjoni hija ħafna aktar robusta biex tiffaċċja kriżi, iżda qed joħorġu sfidi ġodda għall-istabbiltà makroekonomika;
B. billi l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha impenjaw ruħhom li jirrispettaw il-valuri fundamentali bbażati fuq it-Trattati, l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 tan-NU, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (EPSR) u l-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima;
C. billi l-aspetti relatati mal-futur possibbli tal-qafas fiskali tal-UE ser jiġu ttrattati mir-rieżami tal-qafas leġiżlattiv makroekonomiku fir-rapport fuq inizjattiva proprja tal-Parlament Ewropew iddedikat għal dik il-kwistjoni; jinnota li l-qafas ser jiġi rivedut, u għandu jiġi adattat skont l-eżitu tar-rieżami;
D. billi l-aspetti soċjali u dawk relatati mal-impjieg tal-Istrateġija Annwali għat-Tkabbir Sostenibbli (ASGS) huma ttrattati mir-rapport doppju bit-titlu "Is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti Soċjali u Dawk Marbuta mal-Impjiegi fl-Istrateġija Annwali għat-Tkabbir Sostenibbli 2021";
E. billi livelli għoljin ta' dejn pubbliku jistgħu jirrappreżentaw piż tqil fuq il-ġenerazzjonijiet futuri u jxekklu l-irkupru;
F. billi l-pandemija laqtet lill-Istati Membri kollha, u ħolqot xokk simmetriku, iżda l-iskala tal-impatt, l-esponimenti ekonomiċi speċifiċi u l-kundizzjonijiet inizjali, kif ukoll il-pass u s-saħħa tal-irkupru ser ivarjaw b'mod sinifikanti;
G. billi l-perjodi fejn is-sitwazzjoni kienet favorevoli jeħtieġ li jintużaw biex jiġu implimentati riformi strutturali, b'mod partikolari miżuri mmirati lejn it-tnaqqis tad-defiċits tal-baġit, id-dejn tal-gvern u s-self improduttiv u biex nippreparaw ruħna għall-possibbiltà ta' kriżi ekonomika jew reċessjoni oħra;
H. billi n-nisa ġew milquta b'mod sproporzjonat b'riżultat tal-kriżi u r-rispons ta' rkupru propost jindirizza l-isfidi marbuta mal-kriżi tal-COVID-19 fis-settur tal-kura u l-isfidi speċifiċi li jiffaċċjaw in-nisa;
I. billi l-Istati Membri ħadu miżuri fiskali mdaqqsa b'rispons għall-pandemija (4,2 % tal-PDG fl-2020 u 2,4 % tal-PDG fl-2021); billi l-output fl-ekonomija Ewropea bilkemm se jerġa' lura għal-livelli ta' qabel il-pandemija fl-2022;
J. billi l-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza adottati mill-Istati Membri se jinkludu l-aġenda nazzjonali tagħhom ta' riformi u investimenti mfassla f'konformità mal-objettivi tal-politika tal-UE, iffokata, fost oħrajn, fuq it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali;
I.Il-kriżi tal-Covid, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, l-aġġustament temporanju tas-Semestru
1. Jieħu nota tal-fatt li s-Semestru Ewropew u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza huma marbutin mill-qrib; jinnota li l-valutazzjoni tal-pjanijiet ta' rkupru u ta' reżiljenza (RRPs) ser issir fil-kuntesttal-11-il kriterju raggruppati skont ir-rilevanza, l-effikaċja, l-effiċjenza u l-koerenza; jistieden lill-Kummissjoni tiskrutinizza l-pjanijiet bir-reqqa sabiex tiżgura li l-irkupru jiġġenera valur miżjud Ewropew, itejjeb il-kompetittività fit-tul u l-prospetti ta' tkabbir sostenibbli tal-Istati Membri, u jiggwida lill-ekonomiji Ewropej biex jindirizzaw l-isfidi u jisfruttaw il-benefiċċji tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, l-EPSR u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU;
2. Jilqa', barra minn hekk, ir-rispons rapidu u intens għall-kriżi fil-qasam tal-politika monetarja u fiskali, fil-livell tal-UE u f'dak tal-Istati Membri, kif ukoll l-adozzjoni tal-QFP li jmiss u n-Next Generation EU (NGEU); jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jaċċelleraw l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għall-iżborż rapidu tal-finanzjament; jisħaq li, sabiex ikunu ta' suċċess, it-tranżizzjoni klimatika u dik diġitali jrid ikollhom id-dimensjonijiet soċjali u tas-suq uniku fil-qalba tagħhom; jinsisti li l-fondi u r-riżorsi jkunu diretti lejn proġetti u benefiċjarji li jonfqu r-riżorsi b'mod responsabbli, effettiv u fuq proġetti vijabbli u sostenibbli li jiġġeneraw l-aktar impatt qawwi possibbli; ifakkar fir-rwol li l-Parlament Ewropew ser ikollu fid-djalogu dwar l-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilit mir-Regolament li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza; li ser jara wkoll lill-kumitati kompetenti tiegħu jiskrutinizzaw ir-rabta bejn is-Semestru Ewropew u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza;
3. Jissottolinja li l-għan tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza huwa li l-ekonomiji u s-soċjetajiet tal-Istati Membri jsiru aktar reżiljenti filwaqt li jfittex is-sostenibbiltà kompetittiva, il-konverġenza u l-koeżjoni fl-UE; jenfasizza li s-sjieda nazzjonali u t-trasparenza ser ikunu elementi essenzjali għall-implimentazzjoni rapida u b'suċċess tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-pjanijiet ta' rkupru; iqis li huwa essenzjali, għalhekk, li jsiru dibattiti fil-parlamenti nazzjonali u li l-Kummissjoni tikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali u mal-partijiet interessati rilevanti b'mod proattiv sabiex jiġu diskussi l-abbozzi ta' pjanijiet nazzjonali fi stadju bikri, b'mod li jrendi possibbli soluzzjonijiet imfassla apposta u riformi speċifiċi;
4. Jilqa' l-fatt li sabiex jiffaċċjaw il-kriżi bla preċedent ikkawżata mill-COVID-19, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE stabbilixxew l-NGEU sabiex jgħin fl-irkupru; jinnota, għalhekk, li l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza toħloq opportunità unika biex jitwettqu r-riformi u l-investimenti meħtieġa biex l-UE tkun lesta tindirizza l-isfidi attwali;
5. Jemmen li l-effetti "simetriċi" tal-COVID 19 fil-fatt wessgħu d-diverġenza soċjoekonomika bejn l-Istati Membri tal-UE u r-reġjuni tagħhom;
6. Jinnota wkoll li l-iskadenzi tas-Semestru Ewropew u tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza ser jikkonċidu, fatt li jirrikjedi li l-proċess tas-Semestru jiġi temporanjament adattat sabiex titnieda sew il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. jenfasizza li l-irkupru tal-UE joffri opportunità unika biex tingħata gwida lill-Istati Membri dwar fejn ir-riformi u l-investimenti huma l-aktar meħtieġa sabiex tiġi aċċellerata t-tranżizzjoni lejn UE aktar sostenibbli, reżiljenti u inklużiva;
7. Jappoġġa l-gwida tal-Kummissjoni lill-Istati Membri biex jinkludu fl-RRPs tagħhom investimenti u riformi f'oqsma ewlenin li huma konformi mal-objettiv tal-UE ta' tranżizzjoni klimatika u dik diġitali ekwi;
8. Iqis li l-erba' dimensjonijiet identifikati fl-ASGS tal-2020 - is-sostenibbiltà soċjali u ambjentali, il-produttività, il-ġustizzja u l-istabbiltà - għandhom jitqiesu fit-tħejjija tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri, li għandhom ikunu ffokati fuq is-sitt pilastri definiti fir-Regolament li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza; itenni li sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, il-Kummissjoni ser tittrażmetti l-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza mfassla mill-Istati Membri kemm lill-Kunsill kif ukoll lill-Parlament Ewropew simultanjament;
9. Jissottolinja li r-Regolament li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jirrikonoxxi li n-nisa kienu partikolarment milquta mill-kriżi tal-COVID-19, peress li jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa fl-Unjoni, u jibbilanċjaw ix-xogħol ta' indukrar mhux imħallas mar-responsabbiltajiet tal-impjieg tagħhom.
10. Iqis li l-adattament temporanju taċ-ċiklu ta' din is-sena ma jistax jegħleb l-iskop u l-funzjoni oriġinali tas-Semestru Ewropew, u ma jridx jimpedixxi l-iżvilupp ulterjuri tiegħu; ifakkar li ċ-ċiklu tas-Semestru Ewropew huwa qafas stabbilit sew għall-Istati Membri tal-UE biex jikkoordinaw il-politiki baġitarji, ekonomiċi, soċjali u tal-impjiegi tagħhom, u wara l-kriżi tal-COVID-19, ser ikun meħtieġ aktar minn qatt qabel Semestru Ewropew li jiffunzjona biex jikkoordina dawn il-politiki madwar l-Unjoni Ewropea, iżda jinnota wkoll li s-Semestru, sa mill-bidu nett, ġie estiż biex jinkludi, fost l-oħrajn, kwistjonijiet relatati mas-settur finanzjarju u t-tassazzjoni, kif ukoll l-objettivi tal-SDGs tan-NU fis-Semestru Ewropew, u hekk qed tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-poplu tal-pjaneta tagħna fil-politika ekonomika tagħna; jinnota li sabiex tkompli tissaħħaħ ir-reżiljenza ekonomika u soċjali, l-UE jeħtiġilha twettaq il-prinċipji tal-EPSR; ifakkar li l-promozzjoni b'mod sostenibbli tat-tkabbir b'saħħtu u sostenibbli tinvolvi l-promozzjoni ta' politiki fiskali responsabbli, riformi strutturali, investiment effettiv, trasformazzjoni diġitali u tranżizzjonijiet ekoloġiċi u ekwi; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jsibu bilanċ xieraq bejn it-tisħiħ tal-investiment pubbliku u privat li jkun sostenibbli u favur it-tkabbir u r-riformi strutturali fil-pjanijiet għall-irkupru;
11. Jemmen li l-eżerċizzju tas-Semestru Ewropew 2021 joffri opportunità kbira biex tittejjeb is-sjieda nazzjonali, peress li l-Istati Membri qed jiżviluppaw RRPs speċifiċi għalihom biex jirrispondu għall-ħtiġijiet differenti tagħhom; f'dan ir-rigward, huwa konvint li l-leġittimità demokratika trid tiġi garantita u eventwalment imsaħħa, inkluż ir-rwol xieraq tal-Parlament Ewropew fl-implimentazzjoni tal-Faċilità, kif minqux fir-Regolament li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza; jistieden lill-Istati Membri jibnu, jekk meħtieġ bl-użu tal-Istrument ta' Appoġġ Tekniku, il-kapaċità amministrattiva u ta' monitoraġġ meħtieġa biex jipprovdu garanziji sodi tal-użu xieraq u effiċjenti tal-fondi, kif ukoll livell għoli ta' kapaċità ta' assorbiment; ifakkar li l-RRPs huma soġġetti għar-rekwiżiti orizzontali ta' governanza ekonomika soda u r-reġim ġenerali ta' regoli għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni;
II.Prospetti ekonomiċi għall-UE
12. Josserva bi tħassib kbir is-sitwazzjoni diffiċli immens li l-ekonomiji tal-UE sabu rwieħhom fiha u li, skont it-tbassir ekonomiku tax-Xitwa 2021 tal-Kummissjoni, il-PDG naqas b'rata bla preċedent kemm fiż-żona tal-euro kif ukoll fl-UE kollha kemm hi; jinnota li l-PDG tal-UE naqas b'6,3 % (6,8 % fiż-żona tal-euro) fl-2020 filwaqt li huwa mbassar irkupru ekonomiku ta' 3,7 % (3,8 % fiż-żona tal-euro) fl-2021;
13. Jenfasizza li r-riċessjoni ekonomika bla preċedent fl-2020 u l-miżuri meħuda b'rispons għall-pandemija huma mistennija li jgħollu l-proporzjon tad-dejn għall-PDG tal-UE għal quċċata ġdida ta' madwar 93,9 % (101,7 % fiż-żona tal-euro) fl-2020, b'żieda ulterjuri mbassra għal madwar 94,6 % (102,3 % fiż-żona tal-euro) fl-2021; jenfasizza li għad hemm livell għoli ta' inċertezza u li l-perspettiva ekonomika tiddependi ħafna fuq kemm tista' tingħeleb malajr il-pandemija; jifhem, barra minn hekk, li dawn il-livelli ta' dejn jistgħu jiġu sostnuti minn tkabbir ekonomiku suffiċjenti; itenni l-importanza tas-sostenibbiltà fit-tul tad-dejn sovran; jinnota l-fatt li bosta Stati Membri daħlu fil-kriżi attwali f'pożizzjoni fiskali dgħajfa, li qed taggrava aktar bil-pandemija;
14. Jinsab imħasseb dwar l-impatt partikolarment negattiv tal-pandemija tal-COVID-19 fuq l-ekonomija tal-UE, b'mod partikolari fuq l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), is-suq uniku u l-kompetittività tiegħu u jissottolinja l-importanza tal-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-EPSR u l-SDGs tan-NU; jemmen, għalhekk, li l-koordinazzjoni tal-azzjonijiet tal-Istati Membri hija, fost l-oħrajn, għodda essenzjali għat-tnaqqis tal-impatt negattiv imsemmi; huwa tal-opinjoni li jekk l-UE ma tkunx tista' tipprovdi rispons adegwat għal din il-kriżi attwali, kemm iż-żona tal-euro u kif ukoll l-UE fit-totalità tagħha jkunu f'riskju li jaqgħu iżjed lura f'termini tal-kisba tal-objettivi tas-sostenibbiltà ambjentali, il-kompetittività, il-produttività, l-ekwità u l-istabbiltà makroekonomika;
15. Itenni l-importanza li jiġu salvagwardjati l-kundizzjonijiet ekwi fis-suq uniku, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi fiżiċi li jiffaċċjaw ir-reġjuni insulari, periferiċi u skarsament popolati tal-UE kif ukoll l-importanza tas-sitwazzjoni tar-reġjuni l-anqas żviluppati tal-UE, li hija prekundizzjoni meħtieġa għat-trawwim, fost affarijiet oħra, tat-trasformazzjoni diġitali u t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u ekwi, l-innovazzjoni u l-aċċellerazzjoni tal-irkupru u l-kompetittività;
16. Jappella għal implimentazzjoni aħjar ta' finanzi pubbliċi responsabbli, riformi strutturali soċjalment ekwilibrati li jtejbu il-prospettivi fit-tul u investiment pubbliku u privat ta' kwalità għolja u effiċjenti, fost oħrajn, sabiex jinkisbu t-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali;
17. Huwa mħasseb dwar l-impatt tal-miżuri ta' konteniment adottati b'reazzjoni għall-pandemija fuq ir-rata baxxa ta' tkabbir fil-produttività fl-UE u t-tnaqqis evidenti fit-tkabbir tal-produttività fiż-żona tal-euro qabel il-pandemija; huwa tal-fehma li għandha tiġi segwita strateġija ekwilibrata għall-promozzjoni tat-tkabbir sostenibbli u ambjent favorevoli għall-investiment, filwaqt li tittejjeb is-sostenibbiltà fiskali; jisħaq li għandha ssir enfasi speċjali fuq investimenti u politiki li jħarsu lejn il-futur, speċjalment minn dawk l-Istati Membri li għandhom spazju fiskali biex jinvestu sabiex jippromwovu t-tkabbir sostenibbli u inklużiv;
18. Jilqa' l-Patt Ekoloġiku Ewropew bħala l-istrateġija l-ġdida ta' tkabbir sostenibbli tal-UE li tlaqqa' flimkien erba' dimensjonijiet: l-ambjent, il-produttività, l-istabbiltà u l-ekwità, bis-saħħa tat-teknoloġiji diġitali u ekoloġiċi, bażi industrijali innovattiva u awtonomija strateġika;
III.Politiki fiskali u sostenibbli responsabbli
19. Jinnota li għalkemm hemm sfidi ġodda rigward l-istabilità makroekonomika, l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tinsab f'pożizzjoni ħafna aħjar biex tiffaċċja l-kriżijiet milli kienet matul il-kriżi finanzjarja u ekonomika tal-2008; jinsab konvint li l-promozzjoni ta' rkupru ekonomiku reżiljenti u sostenibbli f'konformità mal-objettivi tal-politika tal-UE, iffokat fuq it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi, ġusti u diġitali hija waħda mill-aktar prijoritajiet immedjati importanti; jinnota li l-mezzi biex tingħeleb il-kriżi attwali huma ta' natura tali, li jirrikjedu politika fiskali espansjonarja sakemm dan ikun meħtieġ;
20. Jirrimarka li dawk l-Istati Membri li kellhom buffers fiskali kienu kapaċi jimmobilizzaw pakketti ta' stimolu fiskali b'pass ħafna aktar mgħaġġel u mingħajr spejjeż assoċjati mas-self, li għenu biex jittaffew l-effetti soċjoekonomiċi negattivi tal-pandemija; itenni li r-riforniment tal-buffers fiskali matul iż-żmien, b'mod soċjalment responsabbli, ser ikun importanti fit-tħejjija għal kriżijiet futuri; iħeġġeġ, madankollu, lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u l-Kunsill biex ma jirrepetux l-iżbalji tal-passat fir-rispons għall-kriżi ekonomika; jikkondividi l-fehma tal-Bord Fiskali Ewropew li t-treġġiħ lura rapidu tal-pożizzjoni fiskali mhuwiex rakkomandabbli għall-irkupru;
21. Jinnota l-fatt li l-Kummissjoni biħsiebha tagħmel rakkomandazzjonijiet dwar is-sitwazzjoni baġitarja tal-Istati Membri fl-2021 kif previst skont il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. jirrimarka li l-qafas ta' governanza ekonomika għandu jqis ukoll ir-realtajiet ekonomiċi attwali u jkun koerenti mal-prijoritajiet politiċi tal-UE, filwaqt li fl-istess ħin itejjeb ir-rispett tar-regoli fiskali, li għandhom jiġu simplifikati u jkunu ċari u prattiċi, u jiġu rieżaminati u adattati skont l-eżitu; jappella għal approċċ aktar prammatiku u jissottolinja l-ħtieġa li jiġi żgurat li dan il-qafas il-ġdid ikun aktar strett fi żminijiet ekonomiċi tajbin u aktar flessibbli fi żminijiet ekonomiċi ħżiena;
22. Mingħajr preġudizzju għall-eżitu tad-diskussjonijiet dwar ir-riforma tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, jenfasizza li r-regoli fiskali u baġitarji attwali tal-UE jipprovdu l-flessibilità meħtieġa fi żminijiet ta' kriżi, permezz tal-attivazzjoni tal-klawżola liberatorja ġenerali skont il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u jippermettu lill-Istati Membri kollha jadottaw il-pożizzjoni fiskali meħtieġa biex jipproteġu l-ekonomiji tal-UE, u b'hekk juru kontroċikliċità straordinarja;
23. Jistenna li l-klawżola liberatorja ġenerali ser tibqa' attivata sakemm il-ġustifikazzjoni sottostanti tal-attivazzjoni tkun teżisti sabiex tappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri biex jirkupraw mill-kriżi pandemika u jsaħħu l-kompetittività, kif ukoll ir-reżiljenza ekonomika u soċjali tagħhom; jieħu nota tal-fehma tal-Kummissjoni li, skont l-indikazzjonijiet preliminari attwali, il-klawżola liberatorja ġenerali jenħtieġ li tkompli tiġi applikata fl-2022 u tiġi diżattivata fl-2023; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta d-diżattivazzjoni jew l-applikazzjoni kontinwa tal-klawżola liberatorja ġenerali bħala parti mill-pakkett tas-Semestru Ewropew tagħha abbażi tat-tbassir ekonomiku tagħha tar-rebbiegħa 2021; jinnota li l-Kummissjoni se tkompli tikkunsidra sitwazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż wara d-diżattivazzjoni tal-klawżola liberatorja ġenerali;
24. Jieħu nota tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rispons ta' politika fiskali għall-COVID-19(11), li tistabbilixxi l-kunsiderazzjonijiet tagħha dwar kif it-tmexxija tal-politika fiskali għandha tiġi koordinata fil-livell tal-UE, billi jittieħed għall-fażi li jmiss l-approċċ miftiehem biex tiġi indirizzata l-pandemija, tiġi sostnuta l-ekonomija, jiġi appoġġat l-irkupru sostenibbli u tinżamm is-sostenibbiltà fiskali fit-terminu medju; jirrikonoxxi li l-klawżola liberatorja ġenerali tippermetti lill-Istati Membri jiddevjaw temporanjament mill-perkors ta' aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq il-perjodu ta' żmien medju, sakemm din id-devjazzjoni ma tipperikolax is-sostenibbiltà fiskali fuq il-perjodu ta' żmien medju u ma twassalx biex jiġu sospiżi l-proċeduri tal-Patt; jieħu nota tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li r-riskji għas-sostenibbiltà żdiedu minħabba l-impatt sever tal-kriżi u li dan aktarx iwassal għal anqas tkabbir favorevoli u trajettorji fiskali fil-perjodu medju; jenfasizza s-sejħa tal-Kummissjoni biex isir l-aħjar użu mill-klawżola liberatorja ġenerali u n-Next Generation EU;
25. Jistieden lill-Kummissjoni taġixxi b'mod deċiżiv sabiex tindirizza l-frodi tat-taxxa, l-evitar u l-evażjoni tat-taxxa, kif ukoll kwistjonijiet ta' ħasil tal-flus, li jnixxu riżorsi potenzjali mill-baġits nazzjonali u jfixklu l-kapaċità ta' azzjoni tal-gvernijiet biex jirkupraw mill-pandemija tal-COVID-19;
26. Jinnota l-fatt li, sal-aħħar ta' April 2021, il-Kummissjoni beħsiebha twettaq reviżjonijiet dettaljati li jivvalutaw is-sitwazzjoni attwali tal-iżbilanċi għal Stati Membri partikolari; jinnota, barra minn hekk, li għadd ta' żbilanċi makroekonomiċi eżistenti qed jiġu aggravati mill-kriżi tal-COVID-19;
27. Ifakkar fil-ħtieġa urġenti li titlesta u tissaħħaħ l-arkitettura tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja billi jitlestew l-Unjoni Bankarja u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, bil-ħsieb li jiġu protetti ċ-ċittadini u titnaqqas il-pressjoni fuq il-finanzi pubbliċi matul xokkijiet esterni sabiex jingħelbu l-iżbilanċi soċjali u ekonomiċi;
IV.Riformi strutturali li jsaħħu t-tkabbir, ekwilibrati u sostenibbli
28. Huwa konxju li l-kriżi tal-COVID-19 ma tistax tissolva biss permezz tal-pożizzjoni fiskali attwali; jissottolinja, għalhekk, l-importanza li jiġu implimentati riformi strutturali profondi, ekwilibrati u sostenibbli u soċjalment ġusti li huma favur it-tkabbir u mfassla apposta biex iwettqu, fost affarijiet oħra, tkabbir u impjiegi sostenibbli u soċjalment inklużivi, li jistgħu jappoġġaw l-irkupru b'mod effiċjenti, kif ukoll jappoġġaw it-trasformazzjoni diġitali u t-tranżizzjoni ekoloġika, l-impjiegi ta' kwalità, it-tnaqqis tal-faqar, u l-SDGs tan-NU, u jistgħu jagħtu spinta lill-kompetittività u lis-suq uniku, iżidu l-konverġenza u t-tkabbir aktar b'saħħtu u sostenibbli fi ħdan l-Unjoni u l-Istati Membri; jirrimarka li l-potenzjal ta' tkabbir fit-tul tal-ekonomiji tal-Istati Membri b'mod partikolari, jista' jissaħħaħ biss permezz ta' titjib strutturali; jinnota, madankollu, li l-effettività u s-suċċess tal-allinjament tal-miżuri ta' politika tal-Istati Membri ser jiddependu fuq ir-rieżami tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u, skont l-eżitu tiegħu, l-adattament tiegħu kif ukoll is-sjieda miżjuda mill-Istati Membri tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż;
29. Jistieden lill-Kummissjoni tibda taħdem fuq il-ħolqien ta' indikatur tal-klima li jivvaluta d-diskrepanza bejn l-istruttura tal-baġits tal-Istati Membri u xenarju allinjat mal-Ftehim ta' Pariġi għal kull wieħed mill-baġits nazzjonali tagħhom; jisħaq fuq il-ħtieġa li dan l-indikatur jipprovdi lill-Istati Membri b'informazzjoni dwar it-trajettorja tagħhom fil-qafas tal-Ftehim ta' Pariġi bil-għan li jiżguraw li l-Ewropa tkun tista' ssir l-ewwel kontinent newtrali għall-klima sal-2050; jistenna li l-indikatur tal-klima jkun ta' referenza għad-diversi politiki tal-UE u b'hekk jintuża wkoll bħala gwida għas-Semestru Ewropew, mingħajr ma jiddgħajjef l-iskop oriġinali tiegħu;
30. Huwa tal-fehma li l-iżvilupp tal-ħiliet diġitali huwa prekundizzjoni biex jiġi żgurat li l-Ewropej kollha jkunu jistgħu jipparteċipaw fis-soċjetà u jibbenefikaw mill-vantaġġi tat-tranżizzjoni diġitali; jirrimarka li dan jirrikjedi riformi fil-qasam tal-edukazzjoni, tal-ħiliet u anki fl-edukazzjoni tul il-ħajja biex is-suq tax-xogħol jiġi dirett waqt it-tranżizzjoni u biex jiġu żviluppati u permessi teknoloġiji diġitali ewlenin u biex jinbena l-futur diġitali tal-Ewropa; jirrimarka barra minn hekk li għandha tiġi appoġġata l-ugwaljanza fl-aċċess trasversali għall-infrastruttura, it-tagħmir u l-ħiliet diġitali bil-għan li jiġi evitat id-distakk diġitali;
31. Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, biex filwaqt li jirrispettaw is-sostenibbiltà fiskali u r-regoli baġitarji sodi, joħolqu qafas regolatorju u ta' governanza li jinkludi regoli ta' investiment jew mekkaniżmi adegwati oħra, li jkunu prevedibbli u li jsostnu l-investimenti pubbliċi u privati f'konformità mal-objettivi fit-tul tal-UE, filwaqt li jiżguraw il-kapaċità tal-Istati Membri li jirrispondu għal kriżijiet futuri;
32. Jieħu nota tal-fatt li l-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex fil-kuntest tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, jippreżentaw il-Programmi Nazzjonali ta' Riforma tagħhom u l-RRPs tagħhom f'dokument uniku integrat;
33. Jenfasizza li l-fatt li l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza tipprovdi appoġġ finanzjarju, tista' tkun opportunità unika biex tgħin lill-Istati Membri jindirizzaw l-isfidi tagħhom kif identifikati fil-qafas tas-Semestru Ewropew;
34. Ifakkar li riformi strutturali soċjalment ekwilibrati u li jiffavorixxu t-tkabbir mhux dejjem jeħtieġu spazju fiskali, iżda pjuttost sforzi politiċi, leġiżlattivi u amministrattivi;
35. Jenfasizza li ser ikunu meħtieġa monitoraġġ u viġilanza kontinwi u l-Istati Membri għandhom jindirizzaw l-iżbilanċi emerġenti permezz ta' riformi li jżidu r-reżiljenza ekonomika u soċjali u jippromwovu t-trasformazzjoni diġitali u t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u ġusti; jinsab kuntent li l-Kummissjoni ser tkompli tissorvelja l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tar-riformi proposti fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi tas-snin preċedenti; iqis li dan il-proċess għandu jqis il-prospettiva ekonomika u soċjali tal-Istati Membri;
V.Investiment
36. Jisħaq fuq il-fatt li l-UE qed tiffaċċja l-isfida bla preċedent li ttaffi l-konsegwenzi ekonomiċi tal-pandemija, b'kunsiderazzjoni tal-istrateġiji tal-UE bil-għan li jkun hemm impatt dejjiemi fuq ir-reżiljenza tal-Istati Membri, u jemmen li l-irkupru ekonomiku għandu jitwettaq permezz tat-tisħiħ tas-suq uniku, tar-riċerka u l-innovazzjoni, u bi qbil mal-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-SDGs tan-NU, l-implimentazzjoni tal-EPSR u l-kompetittività, filwaqt li tittaffa s-sitwazzjoni tal-SMEs u jitjieb l-aċċess tagħhom għall-kapital privat; jinsab konvint li dan jirrikjedi kemm livell ogħla ta' investiment ekonomikament, soċjalment, ambjentalment u diġitalment vijabbli fit-tul kif ukoll konverġenza u koeżjoni msaħħa fl-UE u fl-Istati Membri;
37. Jagħmel enfasi fuq in-nuqqas ta' investiment, peress li l-projezzjonijiet jiżvelaw il-ħtieġa għal espansjoni tal-investiment; jenfasizza li l-investimenti pubbliċi huma limitati peress li jirrappreżentaw riżorsi skarsi li fil-parti l-kbira tagħhom huma ffinanzjati mill-kontribwenti; jirrimarka li d-daqs tad-diskrepanza fl-investiment jirrikjedi wkoll investimenti privatiu pubbliċi mdaqqsa, li jiġġeneraw livell ta' infrastruttura adegwat, kif ukoll ambjent tan-negozju prevedibbli u favorevoli li jiffavorixxi tali investimenti;
38. Jisħaq fuq il-fatt li l-Istati Membri għandhom jiffukaw fuq investiment pubbliku u privat immirat u sostenibbli f'infrastruttura valida għall-futur u f'oqsma oħra li jsaħħu aktar is-suq uniku, it-tranżizzjoni lejn soċjetà aktar nadifa, soċjalment inklużiva, sostenibbli u diġitali u li jżidu l-kompetittività u l-awtonomija strateġika tal-UE; huwa tal-fehma, għalhekk, li l-proġetti transfruntiera u multinazzjonali għandhom jingħataw prijorità;
39. Jissottolinja l-ħtieġa li jiġu adottati politiki favur l-investiment, jitnaqqas il-piż amministrattiv u jiġu garantiti kundizzjonijiet ekwivalenti, b'mod partikolari għall-SMEs, li jikkostitwixxu s-sinsla tal-ekonomija tal-UE u tal-ħolqien tal-impjiegi; iqis li dan kollu jiffaċilita kemm l-irkupru ekonomiku kif ukoll joħloq kundizzjonijiet vantaġġużi għat-tkabbir fit-tul;
VI.Semestru Ewropew aktar demokratiku
40. Jenfasizza l-importanza ta' dibattitu sħiħ u l-involviment xieraq tal-parlamenti nazzjonali u tal-Parlament Ewropew fil-proċess tas-Semestru Ewropew; itenni s-sejħa tiegħu biex jissaħħaħ ir-rwol demokratiku tal-Parlament Ewropew fil-qafas tal-governanza ekonomika, u jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jqisu kif xieraq ir-riżoluzzjonijiet adottati mill-parlamenti; jistieden lill-Kummissjoni żżomm kemm lill-Parlament Ewropew kif ukoll lill-Kunsill, bħala koleġiżlaturi, infurmati tajjeb f'miżura ugwali dwar l-aspetti kollha relatati mal-applikazzjoni tal-qafas ta' governanza ekonomika tal-UE, inkluż dwar l-istadji preparatorji;
41. Jappella għal koordinazzjoni impenjata mas-sħab soċjali u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak Ewropew, bil-ħsieb li jissaħħu l-obbligu ta' rendikont demokratiku u t-trasparenza;
42. Jissottolinja r-rwol importanti tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji li jieħu azzjoni bl-għan li jittejjeb l-obbligu ta' rendikont fil-konfront tal-Parlament, peress li l-esperjenza miksuba s'issa fl-applikazzjoni tas-Semestru Ewropew uriet li l-qafas attwali tal-obbligu ta' rendikont jista' jissaħħaħ sabiex jittejbu l-leġittimità u l-effikaċja tiegħu;
43. Ifakkar li s-Semestru Ewropew huwa eżerċizzju mħallat li jikkonsisti fl-hekk imsejħa semestri nazzjonali u Ewropej matul is-sena; ifakkar fl-importanza tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità;
o o o
44. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2021 bit-titolu "Sena mit-tifqigħa tal-COVID-19: rispons tal-politika fiskali "(COM(2021)0105).
Semestru Ewropew: aspetti soċjali u tal-impjieg fl-Istrateġija Annwali għat-Tkabbir Sostenibbli 2021
240k
72k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Marzu 2021 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: aspetti soċjali u tal-impjieg fl-Istrateġija Annwali għat-Tkabbir Sostenibbli 2021 (2020/2244(INI))
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Settembru 2020 bit-titolu "L-Istrateġija Annwali għall-Iżvilupp Sostenibbli 2021" (COM(2020)0575),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-18 ta' Novembru 2020 għal rapport konġunt dwar l-impjiegi mill-Kummissjoni u l-Kunsill (COM(2020)0744),
– wara li kkunsidra l-Perspettiva Ekonomika tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), Volum 2020 Ħarġa 2, tal-1 ta' Diċembru 2020,
– wara li kkunsidra r-Rapport Globali dwar il-Pagi 2020-21 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) tat-2 ta' Diċembru 2020 dwar il-pagi u l-pagi minimi fi żmien il-COVID-19, u l-edizzjonijiet differenti tal-ILO Monitor (Osservatorju tal-ILO) dwar il-COVID-19 u d-dinja tax-xogħol,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2017 dwar Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali(1),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Jannar 2020 bit-titolu "Ewropa soċjali b'saħħitha għal tranżizzjonijiet ġusti" (COM(2020)0014),
– wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli,
– wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU, b'mod partikolari l-għanijiet 1, 3, 4, 5, 8, 10 u 13,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 bit-titolu "Il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019)0640),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Mejju 2020 bit-titolu "Il-mument tal-Ewropa: Tiswija u Tħejjija għall-Ġenerazzjoni li Jmiss" (COM(2020)0456),
– wara li kkunsidra l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Mejju 2020 bit-titolu "Il-baġit tal-UE jmexxi l-pjan ta' rkupru għall-Ewropa" (COM(2020)0442),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Novembru 2017 dwar il-ġlieda kontra l-inugwaljanzi bħala xprun biex tingħata spinta lit-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi(2),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Mejju 2020 bit-titolu "Programm ta' Ħidma Aġġustat tal-Kummissjoni 2020" (COM(2020)0440),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-28 ta' Mejju 2020 għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument ta' Rkupru tal-Unjoni Ewropea insostenn tal-irkupru wara l-pandemija tal-COVID-19 (COM(2020)0441),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Lulju 2020 bit-titolu "Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza" (COM(2020)0274),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Frar 2020 bit-titolu "Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa" (COM(2020)0067),
– wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-1 ta' Lulju 2020 li jakkumpanja l-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar "A Bridge to Jobs – reinforcing the Youth Guarantee" (Pont għall-Impjiegi – Tisħiħ tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ) (SWD(2020)0124),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-10 ta' Lulju 2020 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill fir-rigward ta' linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri(3),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-8 ta' Lulju 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tar-riżorsi għall-allokazzjoni speċifika għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ(4),
– wara li kkunsidra t-Tbassir Ekonomiku Ewropew għar-Rebbiegħa 2020 ippubblikat mill-Kummissjoni fis-6 ta' Mejju 2020,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Settembru 2020 dwar pagi minimi deċenti fl-Ewropa kollha(5),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Lulju 2020 dwar il-Pjan ta' rkupru għall-Ewropa u l-Qafas Finanzjarju Pluriennali mill-2021 sal-2027(6),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2019 bit-titolu "Standards minimi komuni tal-UE fl-assigurazzjoni tal-qgħad – pass konkret lejn l-implimentazzjoni effettiva tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali"(7),
– wara li kkunsidra l-istudju mill-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) tal-24 ta' Ġunju 2020 bit-titolu "COVID-19: Policy responses across Europe" (Il-COVID-19: Ir-reazzjonijiet politiċi madwar l-Ewropa),
– wara li kkunsidra l-Linji Gwida Politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss (2019-2024) bit-titolu "Unjoni li tirsisti għal aktar", ippreżentati mill-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen fid-9 ta' Ottubru 2019,
– wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, ipproklamat mill-Kunsill, mill-Kummissjoni u mill-Parlament fis-17 ta' Novembru 2017,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Marzu 2020 bit-titolu "Strateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa" (COM(2020)0102),
– wara li kkunsidra l-istudju tal-OECD tal-15 ta' Ġunju 2018 bit-titolu "A Broken Social Elevator? How to Promote Social Mobility" (Lift Soċjali miksur? Kif nippromwovu l-Mobbiltà Soċjali),
– wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/1158 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE(8),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Mejju 2016 bit-titolu "Il-faqar: perspettiva tas-sessi"(9),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2018 dwar id-disparità diġitali bejn is-sessi(10),
– wara li kkunsidra s-sitt Stħarriġ Ewropew dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol tal-Eurofound – Rapport ġenerali (aġġornament tal-2017),
– wara li kkunsidra r-rapport konġunt tal-Kummissjoni u tal-Eurofound bit-titolu "How computerisation is transforming jobs: evidence from Eurofound Europe's Working Conditions Survey" (Kif il-kompjuterizzazzjoni qed tittrasforma l-impjiegi: evidenza mill-Istħarriġ Ewropew dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol tal-Eurofound), ippubblikat fl-2019,
– wara li kkunsidra l-istudju tal-Unità tal-Prospettiva Xjentifika (STOA) tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew (EPRS) tal-31 ta' Marzu 2020 bit-titolu "Rethinking education in the digital age" (Rivalutazzjoni tal-Edukazzjoni fl-era diġitali),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2018 dwar is-servizzi tal-kura fl-UE għal ugwaljanza aħjar bejn is-sessi(11),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ġunju 2016 bit-titolu "Aġenda Ewropea għall-ekonomija kollaborattiva" (COM(2016)0356),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Settembru 2018 bit-titolu "Il-mezzi possibbli ta' reintegrazzjoni tal-ħaddiema li qed jirkupraw minn korriment u mard f'impjieg ta' kwalità"(12),
– wara li kkunsidra d-dibattitu mar-rappreżentanti tal-parlamenti nazzjonali dwar il-prijoritajiet tas-Semestru Ewropew 2021,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2020 bit-titolu Ewropa soċjali b'saħħitha għal Tranżizzjonijiet Ġusti(13),
– wara li kkunsidra r-rapport konġunt tal-Kummissjoni u tal-OECD tad-19 ta' Novembru 2020 bit-titolu "Health at a Glance: Europe 2020 – State of Health in the EU cycle" (Ħarsa lejn is-Saħħa: Ewropa 2020 – L-Istat tas-Saħħa fiċ-ċiklu tal-UE),
– wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2013 bit-titolu "L-investiment fis-Saħħa" (SWD(2013)0043),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' April 2014 dwar sistemi tas-saħħa effettivi, aċċessibbli u reżiljenti (COM(2014)0215),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bord ta' Esperti tal-Kummissjoni dwar Modi Effettivi ta' Kif Ninvestu fis-Saħħa tal-25 ta' Novembru 2020 dwar l-organizzazzjoni ta' kura tas-saħħa u soċjali reżiljenti wara l-pandemija tal-COVID-19,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta' Ottubru 2019 dwar L-Ekonomija tal-Benesseri,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A9-0026/2021),
A. billi skont l-ewwel stima tal-Eurostat tat-tkabbir annwali għall-2020(14), il-PDG naqas b'6,8 % fiż-żona tal-euro u b'6,4 % fl-UE; billi skont it-tbassir ekonomiku Ewropew tal-Kummissjoni għax-xitwa 2020, il-PDG tal-UE se jiżdied b'mod marġinali b'1,4 % fl-2021 u l-PDG taż-żona tal-euro se jiżdied b'1,2 % filwaqt li l-output ekonomiku tal-UE bilkemm se jerġa' lura għal-livelli ta' qabel il-pandemija fl-2022; billi t-tkabbir fil-konsum privat huwa previst li jkun moderat fl-2022, l-aktar minħabba inċertezza fit-tul dwar il-prospetti tax-xogħol u tal-introjtu li x'aktarx iżommu t-tfaddil ta' prekawzjoni f'livell elevat; billi, min-naħa l-oħra, l-infiq kapitali għandu jibbenefika minn politiki monetarji akkomodanti ħafna, żieda fl-investiment pubbliku u skemi mmirati ta' appoġġ pubbliku għad-ditti; billi l-Istrateġija Annwali għat-Tkabbir Sostenibbli (ASGS) ma kkunsidratx ix-xenarju tat-tielet mewġa tal-pandemija tal-COVID-19 jew ta' mewġiet ulterjuri li jistgħu saħansitra jkomplu jaggravaw il-kundizzjonijiet attwali ta' kriżi ekonomika u soċjali;
B. billi, f'xi Stati Membri, il-fondi u l-programmi tal-UE previsti fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2014-2020 għadhom ma ġewx implimentati bis-sħiħ; billi l-finanzjament għall-istrument ta' rkupru Next Generation EU (NGEU), b'mod partikolari l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, se jkun disponibbli biss wara r-ratifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053(15) mill-Istati Membri;
C. billi l-istituzzjonijiet tal-UE għarfu f'diversi okkażjonijiet il-ħtieġa ta' azzjonijiet li jindirizzaw u jittrattaw l-inugwaljanzi fis-saħħa u li jipproteġu s-saħħa tan-nies matul din ir-reċessjoni ekonomika(16);
D. billi t-tifqigħa tal-COVID-19 reġġgħet lura x-xejra pożittiva tar-rata ta' impjieg tal-aħħar sitt snin fl-UE-27, u dan irriżulta fi tnaqqis tal-għadd ta' persuni li jaħdmu ta' madwar 6.1 miljun fit-tieni kwart tal-2020 u tnaqqis previst ta' 4,5 % matul is-sena 2020(17); billi skont l-Eurostat, fl-2019, qabel il-pandemija, 8.5 % tal-popolazzjoni tal-UE taħt l-età ta' 60 sena kienet tgħix f'unitajiet domestiċi fejn l-adulti ħadmu inqas minn 20 % tas-sigħat tax-xogħol massimi fil-ġimgħa matul is-sena li għaddiet u kienu qed jiffaċċjaw sitwazzjonijiet inkwetanti ta' faqar fost dawk li jaħdmu(18); billi l-impjieg prekarju għadu tħassib sinifikanti li jaffettwa b'mod negattiv is-swieq tax-xogħol; billi l-ħaddiema li baqgħu impjegati ffaċċjaw tnaqqis konsiderevoli fis-sigħat maħduma u, konsegwentement, telf ta' introjtu, u billi dan l-iżvilupp għandu l-akbar impatt fuq il-ħaddiema li jappartjenu għal gruppi vulnerabbli; billi huwa ta' tħassib partikolari li skont rapport sussegwenti tal-Eurofound, it-tnaqqis fir-rata tal-impjieg fl-UE-27 matul l-ewwel mewġa tal-pandemija jidher li kien assoċjat iktar ma' persuni li sfaw inattivi milli persuni li sfaw qiegħda u dgħufija konsegwenti ta' involviment fis-suq tax-xogħol;(19);
E. billi l-għadd medju ta' sigħat maħduma mistenni li jiżdied b'rata aktar mgħaġġla mill-għadd ta' persunal impjegat u l-impjiegi jistgħu wkoll jonqsu aktar meta l-iskemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar jitwaqqfu; billi r-riallokazzjoni tal-ħaddiema hija normalment proċess twil u l-impjieg huwa għalhekk mistenni li jonqos ftit fl-2021; billi, minkejja l-irkupru ekonomiku mistenni s-sena d-dieħla, ir-rata tal-qgħad tal-UE għandha tiżdied aktar, minn 7,7 % fl-2020 għal 8,6 % fl-2021 u mistennija tonqos fl-2022 għal 8,0 %, b'diverġenzi persistenti bejn l-Istati Membri(20);
F. billi l-investimenti li jistgħu jwasslu għal produttività totali tal-fatturi msaħħa għandhom jintlaqgħu fid-dawl tar-riżultati mħallta sal-lum, inkluż il-pass kajman tal-irkupru ekonomiku ta' qabel il-pandemija u ż-żieda fl-impjieg prekarju; billi t-tranżizzjonijiet doppji ekoloġiċi u diġitali li għaddejjin bħalissa, se jkollhom impatt importanti iżda differenti fuq l-impjiegi skont is-settur, ir-reġjun u t-tip ta' ħaddiem; billi dawn se joħolqu opportunitajiet ġodda kif ukoll sfidi soċjoekonomiċi sinifikanti f'ħafna reġjuni u setturi industrijali; billi l-UE teħtieġ strateġija komuni biex takkumpanja lill-ħaddiema u n-negozji kkonċernati sabiex jiġi żgurat li ħadd ma jitħalla jibqa' lura; billi l-kriżi tal-COVID-19 aċċellerat dawk l-impatti, speċjalment fix-xejriet tas-swieq tax-xogħol, u probabbli se taffettwa wkoll id-domanda għall-edukazzjoni, il-ħiliet u t-titjib tal-ħiliet; billi t-tifqigħa tal-COVID-19 ikkawżat tibdil sinifikanti fil-prattiki tas-suq tax-xogħol, fejn aktar minn terz tal-ħaddiema tal-UE qed jintalbu jaħdmu mid-dar(21); billi l-iskonnessjoni mix-xogħol għandha tikkostitwixxi prinċipju essenzjali li jippermetti lill-ħaddiema jastjenu minn kompiti relatati max-xogħol u komunikazzjoni elettronika barra l-ħinijiet tax-xogħol mingħajr ma jiffaċċjaw xi riperkussjonijiet u b'hekk igawdu bilanċ adegwat bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;
G. billi qabel il-COVID-19, għalkemm kien hemm differenzi bejn l-Istati Membri, ix-xejriet ekonomiċi kienu ġeneralment deskritti bħala pożittivi fir-rieżamijiet annwali tas-Semestru Ewropew; billi l-evidenza turi li għad hemm inugwaljanzi persistenti u li qed jiżdiedu fost il-persuni u bejn l-istati u r-reġjuni u fi ħdanhom; billi dan iwassal għal diverġenzi multipli li jeħtieġ jiġu ttrattati b'approċċ intersezzjonali sabiex jiġu żgurati opportunitajiet ugwali u ħajja dinjituża għall-gruppi kollha; filwaqt li xi reġjuni li qed jiffaċċjaw aktar sfidi fid-dekarbonizzazzjoni tal-industriji tagħhom għandhom jiġu mmirati b'appoġġ finanzjarju, bħall-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, oħrajn, li huma dipendenti wisq mit-turiżmu u s-servizzi relatati, mhumiex eliġibbli għal fondi ta' tranżizzjoni speċifiċi minkejja li wħud minnhom huma territorji bl-ogħla rati ta' qgħad; billi l-għajnuna relatata mal-COVID-19 mogħtija lill-ħaddiema u lin-negozji tvarja ħafna fost l-Istati Membri; billi sfidi globali bħad-diġitalizzazzjoni u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima se jippersistu, irrispettivament mill-kriżi tal-COVID-19, u jirrikjedu tranżizzjoni ġusta sabiex ħadd ma jitħalla jibqa' lura;
H. billi l-kriżi tal-COVID-19 wasslet għal deterjorament tal-inugwaljanza fil-pagi madwar id-dinja, ikkumpensat parzjalment biss minn sussidji tal-istat u politiki dwar il-paga minima, u dan wassal għal sitwazzjonijiet severi ta' prekarjetà u nuqqas ta' protezzjoni; billi l-ħaddiema b'pagi aktar baxxi, li huma nisa u żgħażagħ b'mod sproporzjonat, huma l-aktar affettwati mill-konsegwenzi soċjoekonomiċi tal-kriżi u ż-żieda konsegwenti fl-inugwaljanzi, filwaqt li l-istabilità tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tagħhom diġà qed tiġi kkontestata;
I. billi s-sistemi ta' protezzjoni soċjali jvarjaw bejn l-Istati Membri u jinsabu taħt pressjoni kbira biex jittaffa l-impatt soċjali tal-kriżi u jiġu żgurati kundizzjonijiet ta' għajxien deċenti għal kulħadd kif ukoll aċċess għal servizzi essenzjali bħas-saħħa, l-edukazzjoni u l-akkomodazzjoni; billi l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u l-kura tat-tfal jistgħu jikkawżaw faqar lill-unitajiet domestiċi, u billi huwa importanti li dawn jitqiesu meta jitkejjel il-faqar fost dawk li jaħdmu u meta jkunu qed jiġu integrati l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni f'indikaturi standard ta' rappurtar soċjali; billi fl-2018, 9,6 % tal-popolazzjoni tal-EU-27 għexet f'unitajiet domestiċi li nefqu 40 % jew aktar tal-introjtu disponibbli ekwivalizzat tagħhom fuq akkomodazzjoni, għalkemm ġew irreġistrati differenzi sostanzjali bejn l-Istati Membri; billi l-faqar fost dawk li jaħdmu fl-UE ilu jiżdied mill-kriżi ekonomika u finanzjarja tal-2008 u huwa stmat li 10 % tal-Ewropej li jaħdmu jinsabu f'riskju ta' faqar(22);
J. billi r-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ żdiedet minħabba l-kriżi tal-COVID-19, u laħqet 17,1 % f'Settembru 2020 u mistennija tkompli tiżdied; billi 11,6 % taż-żgħażagħ ta' bejn il-15 u l-24 sena huma barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs)15; billi l-kriżi tal-COVID-19 kellha impatt fuq l-aċċess għall-edukazzjoni għal gruppi soċjali żvantaġġati bħal familji b'ġenitur wieħed, familji kbar u familji bi dħul baxx, li tħabtu biex jaċċessaw jew biex jaffordjaw tagħmir diġitali għall-edukazzjoni ta' uliedhom; billi ż-żieda fl-inugwaljanzi bejn il-ġenerazzjonijiet taffettwa s-sostenibbiltà tas-sistema tal-protezzjoni soċjali tagħna kif ukoll is-saħħa demokratika tagħna; billi l-konsegwenzi ekonomiċi se jkollhom effetti negattivi fit-tul fuq l-impjiegi taż-żgħażagħ, u billi ż-żgħażagħ jistgħu jsibu ruħhom b'inqas opportunitajiet u/jew opportunitajiet ta' kwalità inferjuri u kundizzjonijiet tax-xogħol ħżiena;
K. billi n-nisa huma partikolarment vulnerabbli għall-bidliet fis-suq tax-xogħol minħabba d-dmirijiet tal-kura soċjali u d-distribuzzjoni mhux ugwali tax-xogħol domestiku u x-xogħol ta' kura bla ħlas, id-diskriminazzjoni għal raġunijiet ta' tqala u maternità, is-segregazzjoni okkupazzjonali u l-impjieg aktar prekarju tagħhom; billi evalwazzjoni intersezzjonali turi li n-nisa fi gruppi vulnerabbli, bħal nisa ta' età żgħira bit-tfal u b'mod partikolari ommijiet waħedhom, nisa Rom, nisa b'diżabilità jew nisa b'oriġini migranti, huma aktar probabbli li jkunu f'pożizzjoni agħar(23);
L. billi d-differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi (11,4 %), id-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi (14 %) u d-differenza bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet (30 %) għadhom għoljin b'mod inaċċettabbli; billi l-eliminazzjoni tad-differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi hija imperattiv soċjali u ekonomiku, minħabba l-implikazzjonijiet għall-ħajja tan-nisa, inklużi s-sigurtà finanzjarja u l-kwalità tal-ħajja tagħhom, u l-ispejjeż ekonomiċi persistenti ta' din id-differenza li ammontaw għal madwar EUR 320 biljun fl-2018 (2,4 % tal-PDG tal-UE)(24); billi t-titjib tal-opportunitajiet ta' impjieg għan-nisa, l-iżgurar ta' paga ugwali, l-iffaċilitar ta' bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u r-rikonoxximent adegwat tal-perjodi tat-trobbija tat-tfal fl-iskemi ta' pensjoni tal-irtirar, inkluż għall-irġiel, huma vitali għat-tkabbir u l-iżvilupp soċjali u ekonomiċi sostenibbli u għas-sostenibbiltà fiskali fit-tul fl-UE;
M. billi l-persuni li huma emarġinati jew li jbatu mill-esklużjoni soċjali u l-faqar qed jiffaċċjaw sfidi partikolari minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u billi l-bidliet fis-suq tax-xogħol ikkawżati minnha affettwawhom b'mod sproporzjonat; billi l-popolazzjoni tar-Rom tal-UE għadha qed tiffaċċja wħud mill-agħar indikaturi soċjoekonomiċi, peress li 80 % jesperjenzaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali, 43 % biss għandhom impjieg bi ħlas, u r-rati ta' NEET huma għoljin b'mod sproporzjonat; billi r-Rom intlaqtu partikolarment ħażin mill-kriżi tal-COVID-19, speċjalment f'termini ta' aċċess għall-edukazzjoni u t-taħriġ;
N. billi l-persuni b'diżabilità ffaċċjaw aċċess saħansitra aktar limitat għas-servizzi minħabba l-pandemija; billi d-distakk diġitali – inklużi l-faqar diġitali, il-litteriżmu diġitali baxx u d-diffikultajiet bid-disinn għal kulħadd – iżid l-ostakli għad-drittijiet soċjali għal persuni b'diżabilità; billi l-evidenza miġbura mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali żvelat ostakli sinifikanti fl-aċċess għall-edukazzjoni għal tfal b'diżabilità(25);
O. billi l-qgħad fost il-ħaddiema temporanji żdied matul il-pandemija tal-COVID-19; billi ħaddiem minn kull ħamsa fl-UE għandu impjieg ta' kwalità baxxa; billi huwa mistenni li fl-għaxar snin li ġejjin, il-polarizzazzjoni tal-impjiegi u l-forom ta' impjieg mhux standard se jkomplu jiżdiedu u se jkun hemm aktar impjiegi fiż-żewġ estremitajiet tal-ispettru tal-ħiliet(26); billi l-bidla teknoloġika u l-użu tal-intelliġenza artifiċjali jafu jbiddlu s-suq tax-xogħol b'mod sinifikanti; billi dan jaf iwassal għal disparitajiet ulterjuri fir-remunerazzjoni; billi d-domanda għall-ħaddiema kienet konsistentement l-aktar dgħajfa f'nofs id-distribuzzjoni tal-pagi tax-xogħol, l-aktar notevoli matul il-perjodu ta' reċessjoni u n-nuqqas ta' impjiegi bejn l-2008 u l-2013(27); billi din ix-xejra x'aktarx tissaħħaħ aktar minħabba l-pandemija; billi l-impjiegi b'livell baxx ta' ħiliet dejjem se jkunu essenzjali għas-soċjetajiet u jridu joffru paga u kundizzjonijiet deċenti; billi s-suq tax-xogħol qed jiffaċċja bidla rapida lejn ambjent aktar ekoloġiku u aktar diġitali, u b'hekk qed jinħolqu impjiegi li jirrikjedu kompetenzi aġġornati, u billi hemm ħtieġa konsiderevolment kbira li ssir enfasi fuq l-istrateġija ta' taħriġ, taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet għall-impjegati ta' kull età; billi dan għandu jiġi kkombinat simultanjament mat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-ħolqien ta' impjiegi ġodda ta' kwalità għal kulħadd;
P. billi l-iżvilupp sostenibbli huwa objettiv fundamentali tal-Unjoni Ewropea u s-sostenibbiltà soċjali hija prerekwiżit fundamentali għal tranżizzjonijiet ekoloġiċi, diġitali u demografiċi ġusti u inklużivi; billi l-ekonomija soċjali tas-suq hija bbażata fuq żewġ pilastri komplementari, jiġifieri l-infurzar tal-kompetizzjoni u miżuri robusti ta' politika soċjali li għandhom iwasslu għall-kisba ta' livell massimu ta' impjiegi u progress soċjali; billi t-tliet pilastri tal-iżvilupp sostenibbli huma l-pilastru ekonomiku, il-pilastru soċjali u l-pilastru ambjentali; billi l-iżvilupp sostenibbli huwa bbażat, fost affarijiet oħra, fuq livell massimu ta' impjiegi u progress soċjali; billi dan huwa objettiv fundamentali tal-Unjoni Ewropea stabbilit fl-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE);
Q. billi l-inugwaljanzi fis-saħħa determinati mill-istatus soċjoekonomiku kienu diġà sostanzjali qabel il-kriżi tal-COVID-19; billi ż-żieda fl-istennija tal-għomor fl-UE naqset u ddgħajfet; billi l-kriżi tal-COVID-19 aggravat l-eżiti ta' saħħa fiżika u mentali, speċjalment tal-gruppi l-aktar vulnerabbli;
R. billi l-impatt tal-COVID-19 kien aggravat minn inugwaljanzi preeżistenti li kienu qed jiżdiedu matul dawn l-aħħar għaxar snin; billi d-diżinvestiment fis-servizzi pubbliċi wara l-kriżi finanzjarja globali kkontribwixxa għaż-żieda fl-inugwaljanzi marbuta mal-ħtiġijiet tas-saħħa;
S. billi tfaċċaw jew intensifikaw forom ġodda ta' impjieg li mistennija jittrasformaw b'mod sinifikanti l-mod ta' ħidma fil-futur, bħat-telexogħol u modi mhux standard ta' xogħol; billi tfaċċaw ukoll realtajiet ġodda u xejriet eżistenti intensifikaw matul il-lockdowns, fosthom in-nuqqas ta' ċarezza fil-linja li tifred ix-xogħol u l-ħajja privata, żieda fil-vjolenza domestika, problemi tas-saħħa fost il-ħaddiema mhux biss direttament marbuta mal-pandemija tal-COVID-19, bħal disturbi muskoloskeletali u problemi psikoloġiċi, kif ukoll diffikultajiet biex jinżamm bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata fir-realtà l-ġdida tax-xejriet tax-xogħol u l-ħtieġa li x-xogħol jiġi kkombinat mad-dmirijiet tal-kura, u spiss l-edukazzjoni mid-dar;
T. billi l-pandemija aggravat l-inugwaljanzi soċjali u tas-saħħa(28) għal gruppi estensivi inklużi t-tfal f'familji bi dħul baxx u persuni anzjani, u billi żieda fir-rata tal-faqar (aktar minn 90 miljun ċittadin bħalissa jinsabu f'riskju ta' faqar fl-UE(29)), hija prevista li tkun wieħed mill-effetti sekondarji tal-pandemija tal-COVID-19 u qed taffettwa gruppi ġodda ta' ċittadini; billi l-Eurofound tissuġġerixxi li t-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali li takkumpanja l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali tiġi kkomplementata b'indikaturi addizzjonali bħall-kwalità tal-impjiegi, il-ġustizzja soċjali u l-opportunitajiet indaqs, sistemi robusti ta' protezzjoni soċjali u mobilità ġusta;
U. billi d-djalogu soċjali huwa parti kruċjali fil-mudell soċjali Ewropew peress li jgħin biex jinstabu soluzzjonijiet imfassla apposta għas-suq tax-xogħol; billi d-djalogu soċjali ddgħajjef u l-kopertura tan-negozjar kollettiv naqset madwar l-UE bħala riżultat tal-proċess ta' deċentralizzazzjoni li segwa l-kriżi tal-2008 u r-riformi tas-suq tax-xogħol introdotti f'xi Stati Membri, kif indikat fir-rapporti tal-pajjiżi tas-Semestru Ewropew; billi l-Eurofound uriet li l-involviment tas-sħab soċjali fit-tfassil tar-reazzjonijet politiċi tas-suq tax-xogħol għall-COVID-19 kien aktar limitat milli kieku kien ikun f'sitwazzjonijiet mhux ta' kriżi f'ħafna Stati Membri(30);
V. billi l-inugwaljanzi fl-introjtu għadhom f'livell għoli fl-UE; billi l-kompetizzjoni fl-oqsma tat-taxxa u tal-kost lavorattiv hija ta' ħsara għas-suq uniku u għall-koeżjoni fost l-Istati Membri; billi s-sistemi tat-taxxa u tal-benefiċċji progressivi mfassla tajjeb, l-investiment soċjali u l-għoti ta' servizzi pubbliċi u soċjali ta' kwalità huma lievi essenzjali biex jiġi evitat it-trasferiment tal-iżvantaġġi minn ġenerazzjoni għal oħra;
W. billi l-pandemija affettwat ħafna s-sistema edukattiva fl-UE, u wasslet għall-għeluq tal-iskejjel, l-universitajiet u l-kulleġġi; billi l-impatti negattivi għas-saħħa fiżika u mentali u l-impatti edukattivi tal-għeluq proattiv tal-iskejjel fuq it-tfal x'aktarx jissuperaw il-benefiċċji tad-deċiżjoni li jingħalqu l-iskejjel, b'mod partikolari f'żoni b'popolazzjoni f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali;
X. billi l-isfida demografika tirrikjedi approċċ komprensiv ibbażat fuq taħlita ta' soluzzjonijiet ta' politika inklużivi u mhux diskriminatorji fl-oqsma tal-pensjonijiet, is-sigurtà u l-protezzjoni soċjali, servizzi u infrastruttura ta' kwalità u aċċessibbli għall-kura tat-tfal, l-anzjani u l-persuni b'diżabilità, l-appoġġ lill-familji, l-akkomodazzjoni, l-edukazzjoni bikrija tat-tfal, il-kura fit-tul, is-sistemi tas-saħħa, inklużi l-kura preventiva u l-appoġġ psikosoċjali, il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, l-integrazzjoni tal-migranti u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, it-tixjiħ b'saħħtu u attiv, livelli għoljin ta' impjiegi u pagi dinjitużi; billi kundizzjonijiet tajbin tax-xogħol u tal-għajxien tul il-kors tal-ħajja huma kruċjali fil-prevenzjoni tal-ħtiġijiet tal-kura, u billi akkomodazzjoni adegwata u affordabbli u żoni lokali ta' kwalità għolja, inklużi dimensjonijiet fiżiċi, soċjali u tas-servizzi huma importanti peress li jiffaċilitaw l-għajxien indipendenti;
Y. billi l-Eurofound uriet li l-forza tax-xogħol tal-kura fit-tul kibret b'terz matul l-aħħar għaxar snin u huwa settur ewlieni li għandu jiġi kkunsidrat, mhux biss biex tiġi żgurata kwalità tal-ħajja għal popolazzjoni li qed tixjieħ, iżda wkoll f'termini ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri fi tliet aspetti: bħalissa l-biċċa l-kbira tal-kura fit-tul hija pprovduta minn persuni li jindukraw b'mod informali, li l-maġġoranza tagħhom huma nisa; il-biċċa l-kbira tal-ħaddiema fis-settur huma nisa u dan bilkemm inbidel; u l-biċċa l-kbira tar-riċevituri tal-kura huma nisa, li bħala medja għandhom stennija tal-għomor ogħla mill-irġiel fl-Istati Membri kollha(31);
Z. billi qed niffaċċjaw żmien kritiku fl-istorja tagħna u l-idea li t-tkabbir ekonomiku jinfirex awtomatikament fis-setturi kollha tas-soċjetà qed tiġi skreditata b'mod wiesa'; billi qed naraw tnaqqis fil-klassi medja, kundizzjonijiet tax-xogħol dejjem aktar prekarji u żieda fil-faqar fost il-ħaddiema manwali, il-ħaddiema b'livell baxx ta' ħiliet u l-ħaddiema tal-pjattaforma u żieda fil-polarizzazzjoni f'termini ta' introjtu u ġid; billi s-setturi kulturali u kreattivi u s-settur tat-turiżmu, inklużi l-avvenimenti u l-ispettakli, it-turiżmu kulturali, il-prattiki ta' wirt kulturali intanġibbli, flimkien mal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), dawk li jaħdmu għal rashom, in-negozji lokali u tal-familja, intlaqtu ekonomikament ħażin ħafna mill-miżuri maħsuba biex inaqqsu t-tixrid tal-COVID-19;
AA. billi r-riskju tal-faqar fost in-nies f'forom ta' impjieg mhux standard jidher li żdied mir-reċessjoni u din ix-xejra ġiet aggravata aktar mill-pandemija tal-COVID-19 li għaddejja bħalissa;
AB. billi, għall-kuntrarju tal-ipoteżi ta' esklużjoni li pprevaliet fil-ħsieb ekonomiku għal dawn l-aħħar tliet deċennji, l-investiment pubbliku u l-effetti ta' inklużjoni tiegħu għandu jkollhom rwol ċentrali f'din il-bidla ekonomika radikali ġdida; billi l-politika ta' koeżjoni, bħala l-politika ta' investiment ewlenija tal-UE għall-iżvilupp soċjali, ekonomiku u territorjali, tat prova tal-effettività tagħha fit-tnaqqis tal-inugwaljanzi u tad-differenzi reġjonali, b'mod partikolari fl-ifqar reġjuni; billi l-koeżjoni soċjali hija prekundizzjoni għat-tkabbir ekonomiku sostenibbli, il-ħolqien tal-impjiegi u x-xogħol;
AC. billi l-pandemija u l-kriżi tal-COVID-19 urew li l-ġlieda kontra l-problema ta' persuni mingħajr dar hija kwistjoni ta' saħħa pubblika; billi huwa tmat li fi kwalunkwe lejl partikolari fl-Unjoni Ewropea madwar 700 000 persuna mingħajr dar ikollhom jorqdu fit-triq jew fi djar ta' kenn, numru li żdied b'70 % f'dawn l-aħħar 10 snin;
1. Ifakkar li l-Kummissjoni ddeskriviet, fl-ASGS 2020 u l-Pakkett tar-Rebbiegħa u tas-Sajf tas-Semestru Ewropew 2020, li s-Semestru Ewropew għandu jgħin biex tinkiseb l-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-SDGs tan-NU; jilqa' l-inklużjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-SDGs tan-NU fl-ASGS 2021; jitlob b'mod urġenti li l-ġustizzja u d-drittijiet soċjali jingħataw l-istess importanza bħall-objettivi makroekonomiċi f'mudell soċjali u ekonomiku li jtejjeb il-benessri tal-persuni fl-UE; jenfasizza r-rwol ċentrali tat-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali fis-Semestru Ewropew(32);
2. Jinnota l-konklużjoni tal-Bord Fiskali Ewropew li l-qafas fiskali jrid jiġi rivedut sabiex jillimita l-kumplessitajiet u l-ambigwitajiet, joffri protezzjoni aħjar u aktar permanenti għal nefqa tal-gvern sostenibbli li ssaħħaħ it-tkabbir, u jistabbilixxi miri realistiċi għat-tnaqqis tad-dejn fl-Istati Membri li mhux se jdgħajfu l-konverġenza soċjali 'l fuq; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-politiki soċjoekonomiċi, makroekonomiċi u fiskali tal-Istati Membri kollha jikkontribwixxu għall-objettivi u l-miri tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-SDGs tan-NU, u li jiġu introdotti miri u objettivi soċjali u ambjentali fil-qafas tal-proċedura ta' sorveljanza multilaterali msemmija fl-Artikolu 121 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) kif ukoll fil-kuntest ta' proċedura ta' żbilanċ makroekonomiku msaħħa; iqis li l-inklużjoni tal-SDGs tan-NU u l-pilastru soċjali fil-kamp ta' applikazzjoni tas-Semestru Ewropew se tirrikjedi l-aġġustament ta' indikaturi eżistenti u l-ħolqien ta' oħrajn ġodda sabiex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-politiki ekonomiċi, ambjentali u soċjali tal-UE, kif ukoll il-koerenza bejn l-għanijiet ta' politika u l-mezzi baġitarji; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa mingħajr dewmien metodoloġija ta' traċċar tan-nefqa marbuta mal-SDGs tan-NU għall-baġit tal-UE li tista' tintuża wkoll biex jiġu vvalutati l-investimenti tal-Pjan Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza;
3. Jiddikjara li 10 snin wara l-introduzzjoni taċ-ċiklu tas-Semestru Ewropew ta' koordinazzjoni tal-politika ekonomika, l-iżbilanċi tal-impjieg u dawk soċjali fl-UE, bħas-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol, id-dispersjoni tal-pagi, u ż-żieda fl-inugwaljanzi u l-faqar, speċjalment il-faqar fost it-tfal, ma ġewx solvuti imma marru għall-agħar, fatt li juri li l-politiki pubbliċi f'ċerti Stati Membri ma kellhomx biżżejjed influwenza biex jibnu sistemi robusti ta' protezzjoni soċjali u suq tax-xogħol tal-UE aktar ġust, u li huma meħtieġa koordinazzjoni u politiki aktar b'saħħithom fil-livell tal-UE; jemmen bis-sħiħ li l-appoġġ tal-UE jrid imur lil hinn milli jagħmel fondi disponibbli; jenfasizza l-importanza li nitgħallmu mill-kriżi attwali ekonomika u tas-saħħa, billi minn issa 'l quddiem naġixxu b'mod preventiv;
4. Jenfasizza li r-responsabbiltà demokratika għall-proċess ta' evalwazzjoni tas-Semestru attwali jeħtieġ li tissaħħaħ; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirriformaw il-qafas legali finanzjarju u l-proċess tas-Semestru Ewropew sabiex isaħħu r-responsabbiltà demokratika u l-involviment tal-Parlament Ewropew, isaħħu r-rwol u l-parteċipazzjoni tal-UE u tas-sħab soċjali nazzjonali, u jipproteġu l-objettivi tal-progress soċjali relatati mas-sistemi ta' protezzjoni soċjali u l-impjiegi ta' kwalità fil-programmi ta' aġġustament futuri u fil-qafas tal-Patt Ekoloġiku Ewropew;
5. Jenfasizza li għandu jiġi involut aħjar fil-proċess tas-Semestru Ewropew, inkluż fir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż; jisħaq fuq l-importanza tar-rwol ta' djalogu soċjali aktar inklużiv mas-sħab soċjali, mas-soċjetà ċivili, mal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u mal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tiswir tas-Semestru Ewropew; jisħaq fuq il-fatt li metodoloġija ta' traċċar soċjali li tkun effikaċi, trasparenti, komprensiva, orjentata lejn ir-riżultati u bbażata fuq il-prestazzjoni – li se tiġi żviluppata għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza – se ttejjeb is-Semestru Ewropew billi tirrifletti aħjar l-isfidi soċjali, tal-ġeneru u ambjentali u tqegħedhom fuq l-istess livell tal-koordinazzjoni fiskali, u billi pereżempju tagħti aktar attenzjoni lill-pjanifikazzjoni fiskali aggressiva, lit-tnaqqis tal-faqar, lill-ugwaljanza bejn il-ġeneri, lill-ġustizzja soċjali, lill-koeżjoni soċjali u lill-konverġenza 'l fuq;
6. Jemmen li l-Proċess ta' Semestru Sostenibbli għandu jiffoka b'mod ugwali fuq tliet dimensjonijiet: is-sostenibbiltà ambjentali, is-sostenibbiltà ekonomika u s-sostenibbiltà soċjali; itenni li s-sostenibbiltà soċjali tista' tinkiseb biss permezz tat-tnaqqis tal-inugwaljanzi u l-faqar u billi jiġu offruti opportunitajiet soċjali u ta' impjieg u prosperità kondiviża; jisħaq li l-ġustizzja soċjali, ix-xogħol deċenti b'pagi li jiggarantixxu l-għajxien, l-opportunitajiet indaqs, il-mobbiltà ġusta u s-sistemi robusti tas-sigurtà soċjali huma elementi essenzjali fit-tranżizzjoni ġusta lejn UE sostenibbli u soċjali; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta bir-reqqa d-dimensjonijiet tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir Sostenibbli sabiex tiżgura li jkunu konformi bis-sħiħ mal-Artikolu 3 TUE, li jistabbilixxi l-iżvilupp sostenibbli bħala l-objettiv li l-UE trid taħdem għalih, abbażi ta' tkabbir ekonomiku bbilanċjat u stabbiltà fil-prezzijiet, ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna, filwaqt li timmira għal livell massimu ta' impjiegi u progress soċjali, u livell għoli ta' protezzjoni u titjib tal-kwalità tal-ambjent; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffukaw, flimkien mal-Parlament Ewropew, fuq l-indirizzar ta' dawn l-isfidi permezz ta' politiki ekosoċjali tal-UE, li jgħaqqdu l-prosperità ekonomika kondiviża, il-progress soċjali u l-iżvilupp sostenibbli;
Id-dimensjoni soċjali fi ħdan il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza
7. Jilqa' l-adozzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza; jirrikonoxxi li l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza se tkun marbuta mal-proċess tas-Semestru Ewropew; jissottolinja li l-koordinazzjoni bejn iż-żewġ proċessi trid tkun trasparenti u tappoġġja l-objettivi globali tal-UE bħall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, l-SDGs tan-NU, l-Istrateġija tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, il-Patt Ekoloġiku Ewropew u t-tranżizzjoni diġitali; jenfasizza li s-Semestru Ewropew, inklużi l-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, huwa l-qafas li jidentifika l-prijoritajiet ta' riformi nazzjonali u li jimmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom; jinsisti li r-riformi għandhom ikunu bbażati fuq is-solidarjetà, l-integrazzjoni, il-ġustizzja soċjali u distribuzzjoni ekwa tal-ġid, bl-għan li jinħolqu impjiegi ta' kwalità u tkabbir sostenibbli, jiġu żgurati opportunitajiet ugwali u protezzjoni soċjali, u l-aċċess għalihom, jiġu protetti l-gruppi vulnerabbli u jittejbu l-istandards tal-għajxien ta' kulħadd fl-UE;
8. Jifhem li l-Istati Membri jridu jinkludu miżuri dwar il-koeżjoni soċjali u territorjali, it-tfal u ż-żgħażagħ fil-pjanijiet ta' rkupru nazzjonali tagħhom sabiex ikollhom aċċess għall-fond; jinnota li t-tapep u l-miri soċjali la ġew definiti b'mod espliċitu u lanqas ma ġew allokati fir-Regolament li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, iżda li, skont ir-regolament adottat, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-indikaturi komuni li għandhom jintużaw għar-rappurtar dwar il-progress u għall-fini ta' monitoraġġ u evalwazzjoni tal-faċilità, u għandha tiddefinixxi metodoloġija għar-rappurtar tan-nefqa soċjali, inkluż fuq it-tfal u ż-żgħażagħ, fl-ambitu tal-faċilità; jirrimarka l-importanza partikolari tal-indikaturi relatati mal-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-EPRS, impjiegi ta' kwalità, konverġenza soċjali 'l fuq, opportunitajiet u protezzjoni soċjali ugwali u aċċess għalihom, edukazzjoni u ħiliet, u investiment fl-aċċess u l-opportunitajiet għat-tfal u ż-żgħażagħ relatati mal-edukazzjoni, is-saħħa, in-nutrizzjoni, l-impjiegi u l-akkomodazzjoni, f'konformità mal-objettivi tal-Garanzija għat-Tfal u tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ; jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-Parlament Ewropew, is-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili, fil-kuntest tad-djalogu dwar l-irkupru u r-reżiljenza, biex tiddefinixxi dawn l-indikaturi, f'konformità ma' dawk stabbiliti mir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar Ewropa soċjali b'saħħitha għal tranżizzjonijiet ġusti, sabiex jiġu vvalutati l-investimenti fil-Pjanijiet Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza u r-riformi tagħhom, kif ukoll il-miżuri proposti biex jiġi żgurat progress lejn dawn l-għanijiet;
9. Jirrimarka li l-Istati Membri se jiddisinjaw il-Pjanijiet Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza mfassla apposta tagħhom stess, fuq il-bażi tal-kriterji u tal-approċċ b'sitt pilastri tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u tal-prijoritajiet ta' investiment u riforma identifikati bħala parti mis-Semestru Ewropew, f'konformità mal-programmi ta' riforma nazzjonali, il-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima, il-pjanijiet ta' Tranżizzjoni Ġusta, il-pjanijiet ta' implimentazzjoni ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-ftehimiet ta' sħubija u l-programmi operattivi stabbiliti b'rabta mal-fondi tal-UE; ifakkar li kull Stat Membru jrid jinkludi fil-Pjan Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza tiegħu spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-pjan jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, kif ukoll kif isaħħaħ il-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità, il-konverġenza soċjali 'l fuq, l-investimenti fiż-żgħażagħ u t-tfal, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd; iħeġġeġ lill-Istati Membri jinkludu wkoll miri u tapep soċjali u jispeċifikaw l-ammont stmat ta' investiment fil-progress soċjali biex dawn jinkisbu; jinsisti li l-Pjanijiet Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza jridu jikkontribwixxi biex jinkisbu l-SDGs tan-NU, tiġi implimentata l-istrateġija ta' tkabbir tal-UE kif stipulata fil-Patt Ekoloġiku Ewropew, u jitwettqu l-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-potenzjal offrut mill-klawżola liberatorja ġenerali biex jappoġġjaw lil kumpaniji li jinsabu f'diffikultà u li huma neqsin mil-likwidità, b'mod partikolari billi jtejbu l-aċċess tal-SMEs għal finanzjament pubbliku u privat, jissalvagwardjaw l-impjiegi, il-pagi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persuni li jaħdmu fl-UE u jinvestu fin-nies u fis-sistemi tas-sigurtà soċjali;
10. Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi l-indikaturi soċjali mit-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali tas-Semestru Ewropew, b'mod partikolari dawk relatati max-xogħol deċenti, il-ġustizzja soċjali u l-opportunitajiet indaqs, is-sistemi ta' protezzjoni soċjali robusti u l-mobbiltà ġusta, fl-indikaturi komuni li għandhom jintużaw fil-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għar-rappurtar dwar il-progress u l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-pjanijiet, kif ukoll fil-metodoloġija għar-rappurtar dwar l-investiment soċjali, inkluż għall-Garanzija għat-Tfal u l-Garanzija għaż-Żgħażagħ; jisħaq li l-Parlament Ewropew se janalizza mill-qrib l-att delegat li l-Kummissjoni se tippreżenta dwar din il-kwistjoni, sabiex jistabbilixxi jekk l-indikaturi soċjali, it-tabella ta' valutazzjoni u l-metodoloġija soċjali jikkonformawx mal-objettivi, u jivverifika li m'hemmx oġġezzjonijiet xi jsiru;
11. Jemmen li sistemi robusti tas-sigurtà soċjali mibnija fuq strutturi ekonomiċi u soċjali b'saħħithom jgħinu lill-Istati Membri jirreaġixxu b'mod aktar effiċjenti u b'mod ġust u inklużiv għax-xokkijiet u jirkupraw minnhom aktar malajr; jenfasizza li s-sistemi tas-sigurtà soċjali jikkontribwixxu biex jiġi garantit li s-soċjetajiet tal-UE u kull min jgħix fl-UE jkollhom aċċess għas-servizzi integrali u l-appoċċ ekonomiku li jeħtieġu biex jgħixu ħajja deċenti, li jkopru l-oqsma ta' intervent li ġejjin: is-sigurtà soċjali, il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-kultura, l-akkomodazzjoni, l-impjiegi, il-ġustizzja u s-servizzi soċjali għall-gruppi vulnerabbli; jenfasizza, barra minn hekk, li s-sistemi tas-sigurtà soċjali jaqdu rwol ewlieni fir-rigward tal-kisba ta' żvilupp soċjali sostenibbli, il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, u l-promozzjoni tal-ugwaljanza u l-ġustizzja soċjali; iwissi li matul il-kriżi tal-COVID-19, is-sistemi tas-sigurtà soċjali kienu taħt pressjoni bla preċedent, peress li ma kinux previsti biex ikopru d-domandi soċjali kkawżati minn emerġenza tal-kura tas-saħħa u ekonomika; jistieden lill-Istati Membri jsaħħu, bl-appoġġ tal-UE, is-sistemi tas-sigurtà soċjali tagħhom sabiex ikunu jistgħu jaħdmu tajjeb u jassistu lill-popolazzjoni kollha, b'mod partikolari f'sitwazzjonijiet ta' kriżi jew xokkijiet sistemiċi, inkluż billi jistabbilixxu miri għal investiment soċjali ambizzjuż daqs l-investimenti diġitali u ekoloġiċi;
12. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw, fil-miżuri ta' rkupru tagħhom, il-ħtiġijiet tat-tfal u jieħdu miżuri biex jiżguraw aċċess ekwu għat-tfal kollha għall-appoġġ fis-snin bikrin, għat-tagħlim ta' teknoloġiji ġodda, ħiliet u użu etiku u sikur ta' għodod diġitali, u għal opportunitajiet għall-benesseri soċjali, mentali, kulturali u fiżiku; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi strateġija ambizzjuża kontra l-faqar u talloka baġit akbar għall-Garanzija għat-Tfal; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Garanzija għat-Tfal li jmiss tiggarantixxi aċċess ugwali tat-tfal għal kura tas-saħħa b'xejn, edukazzjoni b'xejn, kura tat-tfal b'xejn, akkomodazzjoni deċenti u nutrizzjoni adegwata;
13. Jemmen li l-investimenti u r-riformi li jtejbu l-ġustizzja u t-tkabbir sostenibbli msemmija fil-Pjanijiet Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza jridu jindirizzaw id-dgħufijiet strutturali tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali u tas-servizzi soċjali u jsaħħu r-reżiljenza tagħhom; itenni l-importanza tal-politika ta' koeżjoni, li jqis li hija strateġija li tippromwovi u tappoġġja l-iżvilupp ġenerali armonjuż tal-Istati Membri tal-UE u r-reġjuni tagħha, bl-għan li ssaħħaħ l-iżvilupp territorjali u ekonomiku u l-koeżjoni soċjali billi tnaqqas id-disparitajiet fi ħdan l-UE, b'attenzjoni speċjali fuq l-ifqar reġjuni; f'dan is-sens, jirrimarka li r-riformi u l-investimenti fil-koeżjoni soċjali u territorjali għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-ġlieda kontra l-faqar u għall-indirizzar tal-qgħad, iwasslu għall-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità għolja u stabbli u l-inklużjoni u l-integrazzjoni ta' gruppi żvantaġġati, u jippermettu t-tisħiħ tad-djalogu soċjali, l-intraprenditorija, l-infrastruttura soċjali u s-sistemi tal-protezzjoni u tas-sigurtà soċjali;
14. Jemmen li biex jiġi żgurat li l-UE tibqa' reżiljenti, jeħtiġilna niffukaw il-politiki kollha fuq l-iżgurar ta' rkupru dejjiemi, filwaqt li nevitaw it-tmiem prematur tal-miżuri u l-għodod finanzjarji li jappoġġjaw lill-kumpaniji u lill-ħaddiema, u nsaħħuhom fejn u meta jkun hemm bżonn; jilqa' l-attivazzjoni tal-klawżola liberatorja ġenerali fl-ambitu tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir mill-inqas sa tmiem l-2021; jistenna li tibqa' attivata sakemm tibqa' teżisti l-ġustifikazzjoni sottostanti għall-attivazzjoni; jinsisti li kwalunkwe programm ta' aġġustament futur għandu jiffoka fuq it-tkabbir sostenibbli u l-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità u jkun koerenti u ma jfixkilx ir-riformi jew l-investimenti fil-progress soċjali lejn it-tapep u l-miri soċjali identifikati fil-proċess tas-Semestru Ewropew u l-Pjanijiet Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza, b'mod partikolari l-progress lejn it-tnaqqis tal-faqar u l-inugwaljanzi; jirrimarka li se jkollu jiġi żgurat appoġġ finanzjarju permezz tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza sabiex l-Istati Membri jiksbu dawn it-tapep u l-miri soċjali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw investiment sostenibbli u jappoġġjaw lill-SMEs u lill-impjegati tagħhom fit-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar diġitali u aktar ekoloġika u fl-issoktar tal-attività ekonomika, u jagħtu kunsiderazzjoni adegwata lill-SMEs billi janalizzaw l-effetti possibbli tal-politiki ta' konsolidazzjoni fiskali fuqhom, peress li l-SMEs huma wieħed mill-muturi ewlenin tal-ekonomija tal-UE u huma vitali għat-tkabbir sostenibbli;
15. Jemmen li l-qafas ta' governanza ekonomika jrid jevita l-proċikliċità, peress li din tista' tirriżulta f'żidiet fil-faqar u l-inugwaljanzi u f'devjazzjoni mill-objettivi soċjali maqbula fl-ambitu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza; jitlob li l-konsegwenzi soċjali negattivi potenzjali tad-diżattivazzjoni tal-klawżola liberatorja ġenerali jiġu evalwati skont l-Artikolu 9 TFUE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fil-kuntest tad-Djalogu dwar l-Irkupru u r-Reżiljenza u l-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, jaħdmu flimkien mal-Parlament Ewropew sabiex jipproponu l-bidliet neċessarji fil-governanza ekonomika li se jiżguraw il-progress soċjali u jipproteġu lil dawk l-aktar vulnerabbli milli jġorru l-konsegwenzi ta' kwalunkwe programm ta' aġġustament futur potenzjali;
16. Jirrikonoxxi li Next Generation EU huwa sostanzjali, iżda jiddispjaċih li d-daqs limitat tal-baġit tal-UE, flimkien mal-prinċipju tal-ekwilibriju tiegħu u l-fatt li, min-natura tiegħu, huwa bbażat fuq in-nefqa, ifisser li anki l-funzjonijiet ta' ridistribuzzjoni u stabbilizzazzjoni tiegħu huma limitati ħafna; jirrikonoxxi l-importanza tal-politiki soċjali u ta' koeżjoni, u mhuwiex se joqgħod lura milli jsaħħaħhom jekk jinbtu ħtiġijiet ulterjuri; jisħaq għaldaqstant fuq il-fatt li huwa aktar u aktar importanti li jiġu sfruttati bi sħiħ il-possibbiltajiet kollha offruti fl-ambitu tal-QFP, Next Generation EU u s-sistema tar-riżorsi proprji biex jiġu appoġġjati rkupru nazzjonali inklużiv, ġustizzja soċjali u reżiljenza ambjentali, ekonomika, soċjali u inklużiva, u biex tingħata spinta lill-politiki u l-investimenti soċjali, filwaqt li jissaħħaħ ukoll il-baġit tal-UE permezz ta' portafoll usa' ta' riżorsi proprji;
17. Jemmen li Next Generation EU, il-QFP u l-Baġit tal-UE jridu jiddedikaw investimenti għall-objettivi soċjali, u b'mod partikolari l-progress soċjali, kif stipulat fl-Artikolu 3 TUE u l-Artikolu 9 TFUE, li jkollhom ambizzjoni simetrika għall-investimenti fl-oqsma ekoloġiċi u diġitali, u jemmen li t-tnaqqis tal-faqar u l-inugwaljanzi għandu jkun ukoll kunsiderazzjoni trasversali fid-deċiżjonijiet kollha relatati man-nefqa; jemmen li jista' jkun meħtieġ li l-funzjonijiet ta' ridistribuzzjoni u stabbilizzazzjoni tal-baġit tal-UE jiġu msaħħa favur irkupru b'saħħtu u inklużiv; jistieden lill-Istati Membri jisfruttaw bi sħiħ il-possibbiltajiet kollha fl-ambitu tal-QFP, Next Generation EU u s-sistema tar-riżorsi proprji biex jappoġġjaw l-objettivi soċjali u l-ġustizzja soċjali fl-irkupru nazzjonali tagħhom, sabiex tissaħħaħ l-ambizzjoni soċjali kemm fil-QFP kif ukoll fil-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza; jistieden lill-Istati Membri jaċċelleraw l-implimentazzjoni tal-programmi u l-fondi tal-UE skont il-QFP 2021–2027, u jirratifikaw b'mod urġenti d-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053, u jisħaq li l-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda se tkun kruċjali biex jitħallsu lura l-flus minfuqa fl-ambitu tal-istrument tal-UE għall-irkupru mingħajr tnaqqis żejjed fin-nefqa jew fl-investiment tal-UE fl-impjiegi u l-politiki soċjali fl-ambitu tal-QFP 2021–2027;
18. Jilqa' l-inklużjoni fi ħdan is-Semestru Ewropew tal-komponenti li jirreferu għall-attivitajiet speċifiċi fis-setturi tal-edukazzjoni, il-kultura, l-isport u l-midja mwettqa fl-ambitu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib ir-rapporti ta' progress tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza fi ħdan l-eżerċizzju tas-Semestru Ewropew sabiex tivverifika sa liema punt ikunu ntlaħqu l-objettivi tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza;
19. Jisħaq fuq il-fatt li l-ASGS 2021 issemmi l-kisba tal-objettiv tal-UE tas-sostenibbiltà kompetittiva, iżda li dan il-kunċett m'huwiex definit bħala objettiv fit-Trattati tal-UE u ma jissemmiex fl-SDGs tan-NU; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tikseb l-objettivi definiti fl-Artikolu 3 TUE u l-Artikoli 8 sal-11 TFUE, u tkun aktar preċiża fid-definizzjoni ta' reżiljenza, mifhuma bħala l-abbiltà li wieħed mhux biss jirreżisti u jlaħħaq mal-isfidi iżda wkoll li jwettaq tranżizzjonijiet b'mod sostenibbli, ġust u demokratiku(33);
20. Jissottolinja li l-progress soċjali huwa wieħed mill-għanijiet tal-UE stipulati fl-Artikolu 3(3) TUE; jinnota li l-ftehim tal-QFP jrid jindirizza kif xieraq il-konsegwenzi soċjali serji tal-pandemija tal-COVID-19 u l-ħtieġa ta' rispons robust biex isir investiment fl-evitar ta' żieda ulterjuri fil-qgħad, il-faqar u l-esklużjoni soċjali, filwaqt li jiġi żgurat li ħadd ma jitħalla jibqa' lura; jenfasizza l-ħtieġa li l-progress soċjali jsir prijorità ta' investiment, flimkien mat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali, sabiex il-membri kollha tas-soċjetajiet tagħna, b'mod partikolari l-persuni l-aktar vulnerabbli, jiġu protetti mill-impatt negattiv tal-kriżi attwali u tiġi mmitigata ż-żieda fl-inugwaljanzi; ifakkar li l-Kummissjoni tistma l-investiment meħtieġ fl-infrastruttura soċjali għal EUR 192 biljun, fejn is-saħħa u l-kura fit-tul jirrappreżentaw 62 % (EUR 57 biljun għall-akkomodazzjoni affordabbli, EUR 70 biljun għas-saħħa, EUR 50 biljun għall-kura fit-tul, u EUR 15-il biljun għall-edukazzjoni u l-apprendiment tul il-ħajja)(34); itenni l-importanza ta' proġetti li jiġġeneraw impatti soċjali pożittivi u jsaħħu l-inklużjoni soċjali; ifakkar li l-pjanijiet ta' progress soċjali jridu jiġu inklużi fil-Pjanijiet Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza u jiddeskrivu l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-investiment soċjali sabiex titnaqqas id-diskrepanza fl-investiment fl-infrastruttura soċjali; jisħaq fuq ir-rwol tal-Parlament Ewropew bħala koleġiżlatur u jitlob li jiġi meqjus il-kontribut tiegħu sabiex jiġi żgurat monitoraġġ demokratiku fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu mekkaniżmi li jiggarantixxu d-djalogu mas-sħab soċjali reġjonali;
21. Jistieden lill-Istati Membri jżidu l-allokazzjonijiet tagħhom għall-edukazzjoni fl-ambitu tal-prodott domestiku gross, u jistabbilixxu, fil-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza tagħhom, l-investiment ambizzjuż fil-livelli kollha tal-edukazzjoni – inklużi l-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid – bħala kundizzjoni għal irkupru ekonomiku li jrawwem il-koeżjoni soċjali u jindirizza l-inugwaljanzi;
Id-dimensjoni soċjali
22. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw b'mod attiv id-distakk diġitali fl-aċċess għas-servizzi pubbliċi, li bosta minnhom ġew diġitalizzati matul il-pandemija tal-COVID-19, billi jiżguraw appoġġ tal-UE, inkluż appoġġ finanzjarju, għall-innovazzjoni soċjali fil-livell lokali bl-għan li s-servizzi pubbliċi jsiru aċċessibbli aktar faċilment, inklużi l-bini tal-kapaċitajiet u l-iskalar tal-inizjattivi innovattivi minn isfel għal fuq għall-inklużjoni elettronika u l-litteriżmu fid-data, sabiex jiġi żgurat li fl-UE kulħadd ikollu aċċess għal servizzi ta' interess ġenerali ta' kwalità għolja, aċċessibbli u faċli għall-utent; jisħaq fuq l-importanza tat-tisħiħ ulterjuri tal-ħiliet diġitali u l-promozzjoni tat-trasformazzjoni diġitali tan-negozji u l-amministrazzjonijiet pubbliċi; jissottolinja li d-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi tista' tgħin biex tiġi ffaċilitata l-mobbiltà ġusta tal-ħaddiema, partikolarment fir-rigward tal-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, u jistieden lill-Istati Membri jimpenjaw ruħhom favur din id-diġitalizzazzjoni; jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jiffukaw ukoll fuq l-innovazzjoni u l-investimenti f'konnettività u infrastruttura mtejba għall-unitajiet domestiċi urbani u rurali u tul il-kurituri ewlenin tat-trasport;
23. Jistieden lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex isaħħu l-infrastrutturi diġitali tagħhom, il-konnettività tagħhom u l-metodi edukattivi użati fl-iskejjel, l-universitajiet u ċ-ċentri ta' apprendiment tagħhom, jaċċeleraw ir-riformi li jimplimentaw it-trasformazzjoni diġitali, biex b'hekk ikun żgurat li fl-UE kulħadd ikun jista' jibbenefika, u jagħmlu sforz partikolari biex jiżguraw li l-edukazzjoni online tkun aċċessibbli għal kulħadd; ifakkar, f'dan il-kuntest, il-bżonn li jitħarrġu b'mod adegwat, l-għalliema, min iħarreġ u l-ġenituri, li lkoll jiżvolġu rwol kruċjali fit-trasformazzjoni diġitali, speċjalment fir-rigward tal-formati l-ġodda bħall-apprendiment mill-bogħod u mħallat; jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn ta' valutazzjoni bir-reqqa tal-impatt li tħalli l-espożizzjoni esaġerata għad-dinja diġitali u jitlob l-adozzjoni ta' miżuri li jippromwovu fehim aħjar tar-riskji maħluqa mit-teknoloġiji diġitali, li jistgħu jaffettwaw it-tfal u ż-żgħażagħ b'mod partikolari; jisħaq fuq il-fatt li, fit-terminu twil, l-aċċess għall-edukazzjoni diġitali u online mhux maħsub biex jissostitwixxi, iżda pjuttost biex jikkomplementa l-interazzjoni diretta bejn l-għalliema u l-istudenti, billi l-apprendiment in persona biss jista' jiżgura b'mod effettiv il-kisba tal-ħiliet soċjali u interpersonali;
24. Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiġbru data aħjar u aktar armonizzata dwar l-għadd ta' persuni mingħajr dar fl-UE, peress li dan jikkostitwixxi l-bażi ta' kwalunkwe politika pubblika effettiva;
25. Jenfasizza li l-investiment fid-drittijiet soċjali huwa importanti, bħalma hija importanti wkoll l-integrazzjoni tal-prinċipji minquxa fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, filwaqt li jitqiesu debitament l-ambjenti soċjoekonomiċi differenti, id-diversità tas-sistemi nazzjonali u r-rwol tas-sħab soċjali;
26. Jinsab imħasseb dwar l-ammonti kbar ta' dħul mit-taxxa li ma jinġabrux minħabba l-evitar tat-taxxa fuq skala kbira; jistieden lill-Kunsill iħaffef in-negozjati dwar il-leġiżlazzjoni rigward ir-rapportar pubbliku għal kull pajjiż u bażi komuni konsolidata għat-taxxa korporattiva, u jirrevedi l-kriterji kemm għall-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta għat-Tassazzjoni tal-Intrapriżi kif ukoll għal-lista tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx;
27. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jagħmlu l-almu tagħhom biex jiġġieldu l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa u jiġġieldu wkoll b'mod effettiv il-prattiki tat-taxxa dannużi adottati minn ċerti Stati Membri;
28. Jiddispjaċih li l-mod kif id-data hija ppreżentata fir-rapport konġunt dwar l-impjiegi mhuwiex ċar u li d-data ħafna drabi tkun inkonklużiva jew diffiċli biex titqabbel, fir-rigward tal-evoluzzjoni tal-pagi, il-produttività, il-profitti u l-qligħ kapitali, is-sussidji u l-ħelsien mit-taxxa għall-korporazzjonijiet, u l-porzjon ta' taxxa għax-xogħol u l-kapital; iwissi li l-produttività multifattorjali mhijiex qed titkejjel; jistieden lill-Istati Membri jinkludu l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri bħala waħda mill-għodod tas-Semestru Ewropew u janalizzaw ir-riformi strutturali minn perspettiva tal-ġeneru; ifakkar li biex wieħed jifhem id-domandi, l-imġiba u r-risponsi ġodda, jenħtieġu ġbir, monitoraġġ u użu aħjar ta' forom eżistenti u ġodda ta' data u evidenza; jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta' referenzi għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u r-razziżmu u għall-iżgurar ta' opportunitajiet indaqs u ħajja dinjituża għall-gruppi kollha, inkluż tat-tfal u f'termini tal-aċċess tagħhom għall-edukazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni, politika u prattika kontra d-diskriminazzjoni, sabiex tingħeleb b'mod effettiv id-diskriminazzjoni fuq kull bażi, inkluż l-anti-Żingariżmu, u jiġi ppreservat il-benesseri soċjali, mentali, kulturali u fiżiku fil-miżuri ta' rkupru;
29. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw pakkett dwar impjiegi ta' kwalità sostenibbli, b'kont meħud tal-forom diversi ta' prattiki nazzjonali u r-rwol tas-sħab soċjali u n-negozjar kollettiv, inklużi inizjattivi leġiżlattivi mmirati mhux biss lejn it-titjib tal-pagi iżda wkoll lejn l-iżgurar ta' kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti għal kulħadd, b'enfasi partikolari fuq it-telexogħol, id-dritt ta' skonnessjoni, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-benesseri mentali fuq il-post tax-xogħol, il-liv tal-ġenituri u relatat mal-indukrar, is-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali, id-drittijiet tal-ħaddiema tal-pjattaformi, filwaqt li jiġu żgurati impjiegi ta' kwalità għall-ħaddiema essenzjali, u filwaqt li jissaħħu d-demokrazija fuq il-post tax-xogħol u r-rwol tas-sħab soċjali u n-negozjar kollettiv; jenfasizza li l-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità huwa wieħed mill-objettivi inklużi fir-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u li dan għandu jsir permezz ta' pakkett kumprensiv ta' riformi u investimenti kif ukoll miżuri li jiżguraw kuntratti stabbli, pagi deċenti, kopertura tan-negozjar kollettiv u limiti minimi ta' protezzjoni soċjali, inklużi pensjonijiet deċenti 'l fuq mis-soll tal-faqar; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi dawn l-indikaturi fil-linji gwida għall-valutazzjoni tal-progress soċjali fl-ambitu tal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza; jirrimarka li r-riformi tas-suq tax-xogħol imwettqa bħala parti mill-Pjanijiet Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza jridu jkunu konformi mal-kisba ta' dawn l-objettivi;
30. Jinnota li l-politiki makroekonomiċi li jiggarantixxu livelli għoljin ta' impjieg, kif ukoll tassazzjoni ġusta, huma essenzjali għas-sostenibbiltà tas-sistemi nazzjonali tal-pensjonijiet tagħna f'kuntest demografiku ta' popolazzjonijiet tal-Istati Membri li qed jixjieħu; jisħaq fuq il-ħtieġa ta' appoġġ ulterjuri għall-ħaddiema u n-negozji hekk kif l-Istati Membri jkomplu jistinkaw favur l-istabbiltà makroekonomika wara l-kriżi tal-COVID-19; jitlob approċċ koordinat fil-livell tal-UE sabiex tiġi evitata l-kompetizzjoni inġusta u dannuża fil-kost lavorattiv u tiżdied il-konverġenza soċjali 'l fuq għal kulħadd;
31. Jisħaq fuq il-fatt li d-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv huma strumenti ewlenin li jgħinu lil min iħaddem u t-trade unions jistabbilixxu pagi u kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti, u li s-sistemi ta' negozjar kollettiv b'saħħithom iżidu r-reżiljenza tal-Istati Membri fi żminijiet ta' kriżi ekonomika; jemmen bis-sħiħ li rkupru demokratiku, reżiljenti u soċjalment ġust għandu jkun ibbażat fuq djalogu soċjali, inkluż in-negozjar kollettiv; itenni l-fehma tiegħu li l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jippromwovu densità għolja tat-trade unions u jreġġgħu lura t-tnaqqis fil-kopertura tan-negozjar kollettiv; jirrimarka l-importanza li jiġi żgurat li l-ħaddiema fl-UE jkunu protetti permezz ta' pagi minimi adegwati, permezz tal-liġi jew ftehimiet kollettivi, li jippermettu standard tal-għajxien deċenti indipendentement minn fejn jaħdmu; jilqa', f'dan ir-rigward, il-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva dwar pagi minimi adegwati fl-Unjoni Ewropea, li għandha l-għan li żżid il-kopertura tan-negozjar kollettiv u tiżgura li l-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea jkunu protetti permezz ta' pagi minimi stabbiliti f'livelli adegwati;
32. Jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri biex jippromwovu aċċess effettiv għas-sistemi ta' protezzjoni soċjali sabiex tiġi żgurata protezzjoni soċjali bażika adegwata għall-ħaddiema kollha (b'mod partikolari ħaddiema vulnerabbli bħal dawk f'forom ta' impjieg mhux standard, dawk li jaħdmu għal rashom, il-migranti u dawk b'diżabbiltà), b'mod partikolari billi jsegwu r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Novembru 2019 dwar l-aċċess għall-protezzjoni soċjali għall-ħaddiema u għall-persuni li jaħdmu għal rashom(35); jilqa', għal darb'oħra, l-adozzjoni ta' din ir-rakkomandazzjoni bħala l-ewwel miżura u l-impenn tal-Kummissjoni li ssaħħaħ is-sistemi ta' protezzjoni soċjali fl-UE, iżda jenfasizza l-ħtieġa li l-aċċess universali għall-protezzjoni soċjali jsir realtà, b'mod speċjali fil-kuntest diffiċli attwali; jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw u jsaħħu l-inċentivi biex iżidu l-opportunitajiet ta' impjieg għall-ħaddiema akbar fl-età, filwaqt li fl-istess ħin jiżguraw l-adegwatezza u s-sostenibbiltà tas-sistemi tal-pensjonijiet;
33. Jistieden lill-Kummissjoni tagħti prijorità lill-pubblikazzjoni tal-istrateġija tagħha dwar id-drittijiet tal-persuni b'diżabbiltà u jħeġġeġ lill-Istati Membri jżommu f'moħħhom u jaħdmu biex jikkumpensaw għall-effetti negattivi sproporzjonati li l-miżuri adottati fil-kuntest tal-pandemija għandhom fuq il-gruppi vulnerabbli;
34. Ifakkar li l-kriżi tal-COVID-19 qiegħdet is-sistemi tas-saħħa pubblika tal-Istati Membri taħt pressjoni liema bħalha, u dan jissottolinja kemm l-importanza ta' finanzjament adegwat, b'mod partikolari billi jsir l-aħjar użu mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza biex titjieb il-kapaċità ta' tħejjija għal kriżi u tissaħħaħ ir-reżiljenza soċjali u istituzzjonali, kif ukoll l-importanza tal-kapaċità, l-aċċessibbiltà, l-effettività u l-kwalità tas-saħħa pubblika u ta' kura tas-saħħa mgħammra b'biżżejjed persunal, inkluż biex tiġi aċċelerata d-distribuzzjoni koordinata tal-vaċċini u jiġi żgurat l-aċċess f'waqtu għalihom għall-Istati Membri kollha u għan-nies kollha; jilqa', f'dan ir-rigward, il-ħolqien ta' Unjoni tas-Saħħa tal-UE b'saħħitha; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw aċċess ugwali u universali għal kura tas-saħħa ta' kwalità għolja, li tinkludi l-kura preventiva u fit-tul u l-promozzjoni tas-saħħa, b'enfasi speċjali fuq il-kura ta' kwalità għall-anzjani, b'mod partikolari billi jagħmlu investimenti ddedikati fil-qasam u jtemmu l-prekarjetà u l-abbuż tax-xogħol temporanju fis-settur tas-saħħa;
35. Jenfasizza li l-indirizzar tal-pandemija huwa prerekwiżit għall-irkupru soċjali u ekonomiku u għall-effettività tal-isforzi ta' rkupru; jilqa' l-iżvilupp tal-vaċċini kontra l-COVID-19, iżda jinsab imħasseb ħafna dwar il-każijiet serji ta' nuqqas ta' konformità mal-iskedi tal-produzzjoni u tal-konsenja; jitlob li l-vaċċini kontra l-COVID-19 jiġu ttrattati fil-prattika bħala oġġetti pubbliċi garantiti għal kulħadd; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jegħlbu l-ostakli u r-restrizzjonijiet li jirriżultaw mill-privattivi u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali sabiex tiġi żgurata l-produzzjoni mifruxa tal-vaċċini u d-distribuzzjoni f'waqtha tagħhom lill-pajjiżi kollha u liċ-ċittadini kollha;
36. Ifakkar li d-differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi, fil-pagi u fil-pensjonijiet għadha għolja ħafna; jissottolinja li l-proċess tas-Semestru Ewropew u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandhom jikkontribwixxu biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi; jappella għat-tisħiħ tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri permezz tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneru, u jitlob lill-Kummissjoni taċċellera l-introduzzjoni ta' metodoloġija effettiva, trasparenti, komprensiva, orjentata lejn ir-riżultati u bbażata fuq il-prestazzjoni għall-programmi kollha tal-UE; jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tintroduċi miżuri vinkolanti ta' trasparenza fil-pagi, inkluż indiċi tal-ugwaljanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel; iħeġġeġ l-adozzjoni rapida ta' dawn il-miżuri sabiex jiġu evitati aktar inugwaljanzi bbażati fuq il-ġeneru; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jappoġġjaw l-intraprenditorija fost in-nisa u jiffaċilitaw l-aċċess tagħhom għall-finanzjament; jistieden lill-Istati Membri jiżblokkaw in-negozjati fil-Kunsill dwar id-Direttiva dwar in-Nisa fuq il-Bordijiet;
37. Jistieden lill-Kummissjoni biex fil-futur testendi r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż biex jiġi inkluż eżitu rigward l-involviment tas-sħab soċjali fil-mekkaniżmi għall-iffissar tal-pagi u l-effettività tal-involviment tagħhom;
38. Jisħaq li l-implimentazzjoni f'waqtha, effettiva u ekwa tal-aġenda tal-UE dwar il-ħiliet hija kritika għall-promozzjoni tal-impjiegi fis-settur tas-saħħa u l-indirizzar tan-nuqqas ta' ħiliet f'oqsma ġodda tax-xogħol; iwissi, madankollu, li aġenda dwar il-ħiliet mhijiex biżżejjed biex jiġu indirizzati l-prekarjetà li qed tiżdied u l-faqar fost dawk li jaħdmu fis-suq tax-xogħol tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li jiġu żviluppati ħiliet u taħriġ vokazzjonali ta' kwalità għolja, affordabbli u inklużivi permezz tal-kisba u r-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki u r-rikonoxximent u l-validazzjoni tal-kompetenzi, l-eżiti tal-apprendiment u d-diplomi fil-livelli kollha tal-edukazzjoni, kif ukoll tal-apprendiment mhux formali b'appoġġ imfassal apposta u sensibilizzazzjoni attiva, b'mod partikolari għall-gruppi l-aktar marġinalizzati fis-soċjetà, biex b'hekk tiġi evitata l-istereotipizzazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa li jitħeġġu l-prattiki ta' apprendiment tul il-ħajja madwar l-UE, peress li dawn se jkunu element essenzjali għat-tranżizzjoni lejn ekonomija diġitali, ekoloġika, kompetittiva u reżiljenti tal-UE;
39. Ifakkar fl-importanza ta' programmi tal-UE bħall-programm Garanzija għaż-Żgħażagħ, li l-pakkett tiegħu ġie msaħħaħ reċentement; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw malajr dan il-programm, f'allinjament mill-qrib ma' fondi tal-UE bħall-Fond Soċjali Ewropew Plus, biex jindirizzaw is-sitwazzjoni tan-NEET tagħhom, bi tħassib partikolari fir-rigward ta' dawk li jgħixu f'żoni rurali u reġjuni b'restrizzjonijiet naturali jew demografiċi fis-swieq tax-xogħol tagħhom, sabiex jiġi żgurat li ż-żgħażagħ kollha taħt l-età ta' 30 sena jirċievu offerta ta' impjieg ta' kwalità tajba, edukazzjoni kontinwa, taħriġ jew edukazzjoni vokazzjonali, ikunu kapaċi jiżviluppaw il-ħiliet meħtieġa għal opportunitajiet ta' impjieg f'firxa wiesgħa ta' setturi, jew jiġu offruti traineeship jew apprendistat b'remunerazzjoni fi żmien erba' xhur minn meta jsiru qiegħda jew jitilqu minn edukazzjoni formali;
40. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jadattaw b'mod temporanju l-Iskema tal-UE ta' Frott, Ħxejjex u Ħalib fl-Iskejjel għall-għeluq tal-iskejjel, meta dan ikun meħtieġ sabiex tiġi miġġielda l-pandemija, jiġi żgurat li t-tfal iżommu drawwiet alimentari tajbin għas-saħħa matul perjodi bħal dawn, tiġi evitata l-malnutrizzjoni fost dawk f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali, u jiġu appoġġjati l-produtturi lokali;
41. Jissottolinja l-importanza tal-koordinazzjoni orizzontali bejn il-programmi tal-UE u l-miżuri nazzjonali għall-ġustizzja soċjali u l-ugwaljanza, għall-iżvilupp soċjali u għall-ġlieda kontra r-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali, inklużi l-faqar fost it-tfal u l-faqar fost dawk li jaħdmu, u għall-prevenzjoni tal-ħolqien ta' nuqqas ta' ħiliet u inugwaljanzi fl-introjtu; jirrimarka li l-Fond Soċjali Ewropew huwa eżempju ċarissimu tal-koordinazzjoni orizzontali msemmija hawn fuq; jissottolinja bil-qawwa, fl-istess ħin, li l-impatt soċjali u fuq l-impjiegi għandu jkun kunsiderazzjoni trasversali fil-programmi ta' nfiq kollha;
42. Jenfasizza li l-garanzija ta' kontinġenza tal-baġit tal-UE, il-funzjonijiet tiegħu ta' teħid u għoti ta' self, u b'mod partikolari l-istrument tal-UE għal Appoġġ temporanju biex jittaffew ir-Riskji ta' Qgħad f'Emerġenza (l-istrument SURE), huma eżempji perfetti ta' kif il-kapaċità ta' kreditu u r-reputazzjoni tal-baġit tal-UE jistgħu jintużaw biex jiġu appoġġjati l-azzjonijiet tal-Istati Membri bi qbil mal-prijoritajiet tal-UE, b'mod partikolari fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali miġjuba minn kriżi sanitarja u ekonomika li kienet mingħajr preċedent fl-istorja tal-UE;
43. Jappella għal koordinazzjoni aħjar bejn il-politiki ambjentali, ekonomiċi u soċjali u bejn il-fondi strutturali u l-fondi ta' rkupru differenti, sabiex jittejbu s-sinerġiji u tingħata spinta lir-riżorsi ta' investiment soċjali, inklużi dawk immirati lejn il-persuni tal-ewwel rispons għall-kriżi bħalma huma l-ħaddiema essenzjali, filwaqt li jiġi inkorporat il-prinċipju li ħadd ma jitħalla jibqa' lura; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvolvu lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali rilevanti kollha, fil-livelli xierqa tagħhom, fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet relatati mas-Semestru Ewropew, b'mod partikolari fl-oqsma soċjali u tas-saħħa, li spiss jaqgħu barra mill-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi u fiskali;
44. Jilqa' l-inklużjoni tal-affordabbiltà tal-akkomodazzjoni fis-Semestru Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi qafas tal-UE għal strateġiji nazzjonali għall-problema ta' persuni mingħajr dar, u jistieden ukoll lill-Istati Membri jadottaw il-prinċipju tal-akkomodazzjoni l-ewwel, li jgħin biex titnaqqas b'mod sostanzjali r-rata ta' persuni mingħajr dar, filwaqt li jagħtu prijorità l-provvediment ta' akkomodazzjoni permanenti lil persuni mingħajr dar, jipproponu modi biex tiġi indirizzata l-prekarjetà enerġetika, jitwaqqfu l-evizzjonijiet furzati u titwaqqaf il-kriminalizzazzjoni tal-persuni mingħajr dar; jisħaq, barra minn hekk, fuq il-ħtieġa li tinġabar data aħjar u aktar armonizzata dwar il-persuni mingħajr dar fl-UE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri joħorġu bi proposti speċifiċi sabiex tiġi indirizzata b'mod adegwat il-problema tal-prekarjetà enerġetika fil-kuntest tal-Patt Ekoloġiku Ewropew;
45. Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta strument biex jiġu mmitigati l-effetti tax-xokkijiet asimmetriċi u li jkun effettiv fuq medda twila ta' żmien, bħal skema ta' (ri)assigurazzjoni tal-qgħad adegwata u fattibbli li tkun kapaċi tappoġġja l-iskemi nazzjonali meta parti mill-UE tesperjenza xokk ekonomiku temporanju; jisħaq fuq l-importanza kbira tal-appoġġ għall-investiment u l-aċċess għall-finanzi fl-UE sabiex tingħata għajnuna lill-SMEs f'diffikultajiet ta' solvenza, jinħolqu impjiegi ta' kwalità f'setturi strateġiċi u tiġi promossa koeżjoni territorjali, ekonomika u soċjali fl-UE; jissottolinja l-fatt li l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni l-ġdid għall-ħaddiema spostati jista' jiġi mmobilizzat biex jiġu mmitigati l-konsegwenzi tal-kriżi tal-COVID-19 fuq l-impjiegi; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri jippreżentaw malajr lill-Kummissjoni applikazzjonijiet għal finanzjament biex jappoġġjaw lill-ħaddiema Ewropej li tilfu l-impjieg tagħhom minħabba l-COVID-19 biex jitħarrġu mill-ġdid, jikkwalifikaw mill-ġdid u jintegraw mill-ġdid fis-suq tax-xogħol;
46. Jilqa' l-fatt li l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni qed jintuża wkoll biex iwieġeb għal din il-pandemija, billi jappoġġja l-ħtiġijiet ta' ristrutturar tal-kumpaniji Ewropej; jinnota li l-limitu fuq is-sensji tal-ħaddiema biex jiġi aċċessat il-fond tnaqqas għall-minimu ta' 200, u li din l-għodda tal-UE tista' tgħin biex jiġu ffinanzjati miżuri ta' appoġġ personalizzati, bħal korsijiet ta' taħriġ imfassla apposta u programmi ta' taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE involuti jkunu flessibbli u janalizzaw malajr it-talbiet ta' attivazzjoni, filwaqt li jiżguraw li l-ħin meħtieġ għall-mobilizzazzjoni tal-fond jitnaqqas għal livell minimu;
47. Jisħaq fuq il-fatt li l-fenomenu tal-eżodu ta' mħuħ ikabbar id-distakk fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali fi ħdan l-UE; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-eżodu ta' mħuħ f'ċerti reġjuni u setturi u tipproponi miżuri ta' appoġġ fejn meħtieġ, u tappoġġja wkoll lill-ħaddiema mobbli billi tiżgura l-libertà ta' moviment tal-ħaddiema, mingħajr restrizzjonijiet, u ssaħħaħ il-portabbiltà tad-drittijiet u l-intitolamenti; jitlob lill-Kummissjoni tressaq proposta għal numru tas-sigurtà soċjali diġitali tal-UE;
48. Jinnota l-ħtieġa li jingħata appoġġ speċifiku lis-settur tal-media, li jiżvolġi rwol fundamentali fid-demokrazija tagħna, b'mod li jirrispetta u jippromwovi l-libertà u l-pluraliżmu tal-media f'mument meta l-ambjent online qed ikun dejjem iktar iddominat minn ftit atturi kbar, b'saħħa dejjem ikbar fis-suq u bażijiet tat-taxxa mobbli, li xi kultant jostakolaw lill-bosta kumpaniji iżgħar tal-UE meta jiġu biex jiftħu negozju u jikbru fis-suq uniku, kif issottolinjat fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija Annwali tal-UE għat-Tkabbir Sostenibbli tal-2021(36); jiġbed l-attenzjoni tal-Istati Membri għall-miżuri speċifiċi stabbiliti fil-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Media ppreżentat fit-3 ta' Diċembru 2020 biex is-setturi tax-xandir, tal-pubblikazzjoni tal-aħbarijiet u taċ-ċinema jiġu mgħejuna jirkupraw mit-telf kbir fl-introjtu mir-reklami li ġarrbu minħabba l-lockdown impost mill-pandemija u jagħtu spinta lill-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-kontenut diġitali tagħhom;
49. Jirrimarka li jridu jiġu kkunsidrati kundizzjonijiet ta' ekwità għall-kumpaniji li jixtiequ jaċċessaw appoġġ u fondi pubbliċi sabiex jiġi evitat li tali appoġġ imur għal kumpaniji bbażati f'ġurisdizzjoni msemmija fl-Anness I tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-lista riveduta tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta' taxxa(37), u jirrimarka li dawn m'għandhomx idgħajfu n-negozjar kollettiv, il-parteċipazzjoni jew il-kodeterminazzjoni tal-ħaddiema fil-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-kumpanija skont il-liġi u l-prattika nazzjonali, u għandhom ikunu kundizzjonali għaż-żamma tal-istess livell ta' kundizzjonijiet u drittijiet ta' xogħol u impjieg, inkluża l-protezzjoni kontra s-sensji u t-tnaqqis fil-pagi, filwaqt li ma jitħallas l-ebda bonus jew dividend lill-maniġers jew lill-azzjonisti rispettivament;
50. Jenfasizza, għaldaqstant, li l-valutazzjoni tal-istat tad-dritt u tal-effettività tas-sistema ġudizzjarja għandha tkompli tiġi inkluża fis-Semestru Ewropew;
o o o
51. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Stima rapida preliminari tal-Eurostat tat-2 ta' Frar 2021: https://ec.europa.eu/eurostat/documents/portlet_file_entry/2995521/2-02022021-AP-EN.pdf/0e84de9c-0462-6868-df3e-dbacaad9f49f
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta' Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom (ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1).
Nota tal-Kunsill tas-16 ta' Ottubru 2020 dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Programm ta' azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa għall-perjodu 2021-2027 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 ("il-Programm l-UE għas-Saħħa"), u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Lulju 2020 dwar l-istrateġija tal-UE dwar is-saħħa pubblika wara l-COVID‑19 (Testi adottati, P9_TA(2020)0205).
Eurostat, Over 20% of EU population at risk of poverty or social exclusion in 2019 (Iktar minn 20 % tal-popolazzjoni tal-UE kienu f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali fl-2019), il-Kummissjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2020.
Eurofound, COVID-19: Some implications for employment and working life (COVID-19: Xi implikazzjonijiet għall-impjiegi u l-ħajja tax-xogħol), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2021 (għad irid jiġi ppubblikat).
J. Hurley, COVID-19: A tale of two service sectors (COVID-19: Storja ta' żewġ setturi tas-servizzi), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2021.
Eurofound, Living, working and COVID-19 (L-għajxien, ix-xogħol u l-COVID-19), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2020, p. 9.
Eurostat, 1 in 10 employed persons at risk of poverty in 2018 (Persuna impjegata waħda minn kull għaxra kienet f'riskju ta' faqar fl-2018), il-Kummissjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2020, https://ec.europa.eu/eurostat/web/products-eurostat-news/-/DDN-20200131-2
Kumitat Konsultattiv dwar l-Opportunitajiet Ugwali għan-Nisa u għall-Irġiel, Opinion on Intersectionality in Gender Equality Laws, Policies and Practices (Opinjoni dwar l-Intersezzjonalità fil-Liġijiet, il-Politiki u l-Prattiki dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri), Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, Vilnius, 2020.
Eurofound, Women and labour market equality: Has COVID-19 rolled back recent gains? (In-nisa u l-ugwaljanza fis-suq tax-xogħol: Il-COVID-19 tefa' lura l-kisbiet reċenti?), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2020.
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, Coronavirus pandemic in the EU fundamental rights implications: focus on social rights, (Il-pandemija tal-COVID-19 fl-UE – Implikazzjonijiet fuq id-drittijiet fundamentali: Enfasi fuq id-drittijiet soċjali), Bullettin 6, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2020.
Eurofound, Upward convergence in the EU: Concepts, measurements and indicators (Konverġenza 'l fuq fl-UE: Kunċetti, kejl u indikaturi), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2018.
Il-Kummissjoni Ewropea, Labour market and wage developments in Europe defy economic slowdown (L-iżviluppi tas-suq tax-xogħol u tal-pagi fl-Ewropa jdgħajfu t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku ), il-Kummissjoni Ewropea, Brussell, 2019.
EuroHealthNet, Recovering from the COVID-19 pandemic and ensuring health equity – The role of the European Semester (Irkupru mill-pandemija tal-COVID-19 u l-iżgurar tal-ekwità tas-saħħa – Ir-rwol tas-Semestru Ewropew), EuroHealthNet, Brussell, 2020.
Eurostat, People at risk of poverty or social exclusion (Persuni f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali), il-Kummissjoni Ewropea, il-Lussemburgu, https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/t2020_50/default/table?lang=en
Rapporti sussegwenti: Eurofound, COVID-19: Some implications for employment and working life, (COVID-19: Xi implikazzjonijiet għall-impjiegi u l-ħajja tax-xogħol), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2021; Eurofound, Involvement of social partner in policy making during COVID-19, (Involviment tas-sħab soċjali fit-tfassil tal-politika matul il-COVID-19), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2021.
Eurofound, Long-term care workforce: employment and working conditions, (Il-forza tax-xogħol tal-kura fit-tul: l-impjieg u l-kundizzjonijiet tax-xogħol), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2021.
Social Score of Indicators (Punteġġ Soċjali tal-Indikaturi). Eurostat 2020 https://ec.europa.eu/eurostat/web/european-pillar-of-social-rights/indicators/social-scoreboard-indicators
Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Settembru 2020 bit-titolu "Rapport tal-Prospettiva Strateġika tal-2020 – Inwittu t-triq lejn Ewropa iktar reżiljenti" (COM(2020)0493).
Id-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tas-27 ta' Mejju 2020 bit-titolu "Identifying Europe's recovery needs" (Nidentifikaw il-ħtiġijiet ta' rkupru tal-Ewropa) (SWD(2020)0098).
Is-sitwazzjoni fil-Lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo u l-assassinju tal-ambaxxatur Taljan Luca Attanasio u tal-entourage tiegħu
143k
50k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Marzu 2021 dwar is-sitwazzjoni fil-Lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo u l-assassinju tal-ambaxxatur Taljan Luca Attanasio u tal-entourage tiegħu (2021/2577(RSP))
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), b'mod partikolari dik tat-18 ta' Jannar 2018(1) bl-istess titolu u dik tas-17 ta' Settembru 2020 dwar il-każ ta' Dr Denis Mukwege fir-RDK(2),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-kelliem għas-Segretarju Ġenerali tan-NU tat-22 ta' Frar 2021 dwar ir-RDK,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-20 ta' Mejju 2020 mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) dwar is-sitwazzjoni tas-sigurtà f'Ituri,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, b'mod partikolari r-Riżoluzzjoni 2463 tad-29 ta' Marzu 2019 dwar l-estensjoni tal-mandat tal-Missjoni tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (MONUSCO) sal-20 ta' Diċembru 2019,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2033 tal-10 ta' Diċembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo(3),
– wara li kkunsidra l-miżuri stabbiliti fir-Riżoluzzjoni 2528 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-25 ta' Ġunju 2020 dwar it-tiġdid ta' miżuri dwar l-embargo fuq l-armi kontra r-RDK impost bir-riżoluzzjoni 2293 (2016) tal-Kunsill tas-Sigurtà sal-1 ta' Lulju 2021 u l-estensjoni tal-mandat tal-Grupp ta' Esperti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1533 (2004) sal-1 ta' Awwissu 2021, li ġeddet sal-1 ta' Lulju 2021 serje ta' sanzjonijiet bħal embargo fuq l-armi fuq gruppi armati fir-RDK, projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar ta' individwi u ffriżar tal-assi ta' individwi u entitajiet indikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet,
– wara li kkunsidra r-Rapport tan-NU ta' Awwissu 2010 dwar l-Eżerċizzju tal-Immappjar li jiddokumenta l-każijiet ta' ksur l-aktar serji tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali mwettqa fit-territorju tar-RDK bejn Marzu 1993 u Ġunju 2003,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem u MONUSCO tas-6 ta' Lulju 2020 intitolat "Ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali mill-grupp armat tal-Forzi Demokratiċi Alleati u minn membri tal-forzi tad-difiża u tas-sigurtà fit-territorju Beni, fil-provinċja tat-Tramuntana ta' Kivu u fit-territorji ta' Irumu u Mambasa, fil-provinċja ta' Ituri, bejn l-1 ta' Jannar 2019 u l-31 ta' Jannar 2020",
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 li jistabbilixxi obbligi ta' diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista għall-importaturi tal-Unjoni tal-landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitt u ta' riskju għoli (ir-Regolament dwar il-Minerali ta' Kunflitt)(4),
– wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija tat-23 ta' Ġunju 2000 bejn il-membri tal-grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-oħra (il-Ftehim ta' Cotonou)(5),
– wara li kkunsidra l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, li ġiet adottata fis-27 ta' Ġunju 1981 u li daħlet fis-seħħ fil-21 ta' Ottubru 1986,
– wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, adottata fit-18 ta' Frar 2006,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,
– wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi fit-22 ta' Frar 2021 Luca Attanasio, ambaxxatur Taljan għar-RDK, is-sewwieq tiegħu Mustapha Milambo, u Vittorio Iacovacci, uffiċjal tal-pulizija militari Taljan, inqatlu minn persuni armati waqt attakk fuq il-konvoj tagħhom; billi l-ambaxxatur u l-persunal tiegħu kienu qed jivvjaġġaw f'vettura tan-NU minn Goma biex iżuru proġett tal-iskola tal-Programm Dinji tal-Ikel tan-NU (WFP) f'Rutshuru; billi r-rotta kienet tgħaddi minn triq li qabel kienet identifikata bħala sikura għall-ivvjaġġar mingħajr tim ta' sigurtà;
B. billi l-gwardjani mill-Park Nazzjonali Virunga ppruvaw isalvaw il-ħajjiet tal-ambaxxatur u tal-entourage tiegħu; billi l-gwardjani nfushom jaħdmu taħt it-theddida kostanti ta' ħtif u qtil minn gruppi ribelli; billi sitt gwardjani nqatlu u s-seba' wieħed indarab f'attakk f'Jannar 2021 f'Nyamitwitwi; billi 12-il gwardjan u ħames ċivili nqatlu f'imbuskata f'April 2020;
C. billi s-sitwazzjoni gravi tas-sigurtà fil-Lvant tar-RDK qed tkompli tiddeterjora, b'mod partikolari fil-fruntiera bejn Ituri, in-Nofsinhar ta' Kivu u t-Tramuntana ta' Kivu; billi madwar 120 grupp armat, inklużi l-Forzi Demokratiċi għal-Liberazzjoni tar-Rwanda, il-Forzi Demokratiċi Alleati, u Nduma défence de la Congo-Rénové, joperaw fir-reġjun u jikkompetu għall-aċċess għar-riżorsi naturali u għall-kontroll tagħhom, inklużi l-minerali, u kienu responsabbli għall-każijiet ta' ħtif, qtil, tortura u vjolenza sesswali;
D. billi l-vjolenza fil-Lvant tar-RDK kkawżat aktar minn 2 000 vittma fl-2020; billi l-vjolenza żdiedet anke aktar mill-bidu tal-2021; billi ċ-ċivili, li l-maġġoranza tagħhom huma nisa u tfal, huma fil-mira tal-vjolenza ripetuta, li rriżultat fil-mewt ta' aktar minn 150 persuna bejn il-11 ta' Diċembru 2020 u l-10 ta' Jannar 2021; billi sal-ewwel xahrejn tal-2021, aktar minn 100 persuna nħatfu u ħafna oħrajn indarbu; billi l-infrastruttura medika u r-riżorsi naturali nqerdu, u ġie rrapportat li d-djar ingħataw in-nar; billi l-konsegwenzi umanitarji ta' din il-vjolenza huma kawża ta' tħassib; billi sal-lum in-NU rreġistraw aktar minn 67 000 persuna spostata;
E. billi, skont il-Kivu Security Tracker, ġew irrapportati 152 każ ta' qtil ċivili, 61 każ ta' ħtif għal riskatt u 34 każ ta' sekwestru ta' persuna kemm fit-Tramuntana kif ukoll fin-Nofsinhar ta' Kivu mill-1 ta' Jannar 2021;
F. billi fit-12 ta' Marzu 2017, irġiel armati qatlu żewġ investigaturi tan-NU – Zaida Catalán, Żvediża, u Michael Sharp, Amerikan – u l-interpretu tagħhom Betu Tshintela waqt li kienu qed jiddokumentaw abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fir-reġjun ċentrali ta' Kasai fir-RDK;
G. billi r-RDK għandha waħda mill-ogħla rati ta' spostament intern fid-dinja; billi aktar minn ħames miljun persuna ġew spostati minħabba nuqqas ta' sigurtà fi ħdan il-fruntieri tal-pajjiż; billi ħafna nisa u tfal jgħixu f'kundizzjonijiet prekarji, jorqdu barra jew fi spazji pubbliċi ffullati żżejjed u huma esposti għar-riskju ta' fastidju, attakk jew sfruttament sesswali; billi l-popolazzjonijiet spostati spiss ma jirċievu l-ebda servizz bażiku ta' salvataġġ u huma f'riskju ta' malnutrizzjoni u mard; billi mill-4 ta' Frar 2021, ġiet iddikjarata tifqigħa tal-Ebola fil-provinċja tat-Tramuntana ta' Kivu;
H. billi l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinament tal-Affarijiet Umanitarji rrapporta żieda fil-każijiet ta' ħtif u attakki fuq ħaddiema u konvojs umanitarji, li ġiegħlu lill-organizzazzjonijiet umanitarji jipposponu t-twassil tal-għajnuna u jissospendu l-attivitajiet tagħhom; billi membri tas-soċjetà ċivili, inklużi attivisti, ġurnalisti u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, għadhom qed jiffaċċjaw fastidju, intimidazzjoni u attakki; billi ħafna minnhom jirriskjaw ħajjithom biex jiddefendu l-libertajiet ta' assoċjazzjoni u ta' espressjoni;
I. billi l-mandat tal-MONUSCO jiskadi fl-20 ta' Diċembru 2021 u billi r-reġim ta' sanzjonijiet tar-RDK stabbilit bir-Riżoluzzjoni 1533 tan-NU jiskadi fil-1 ta' Lulju 2021; billi l-għadd ta' truppi u l-baġit allokat lill-MONUSCO qed ikomplu jonqsu;
J. billi f'Diċembru 2020, l-UE ġeddet is-sanzjonijiet immirati stabbiliti kontra ħdax-il uffiċjal tar-RDK responsabbli għal abbużi tad-drittijiet tal-bniedem;
K. billi r-Rapport tan-NU dwar l-Eżerċizzju tal-Immappjar ippubblikat fl-2010 ddokumenta 617-il każ ta' ksur serju kkorroborati tad-drittijiet tal-bniedem fil-Lvant tar-RDK bejn l-1993 u l-2003; billi r-rapport ta dettalji dwar sensiela ta' rakkomandazzjonijiet, li fil-biċċa l-kbira tagħhom ma ġewx implimentati; billi l-impunità għadha problema serja.
1. Jikkundanna bl-aktar mod qawwi l-qtil ta' Luca Attanasio, Moustapha Milambo u Vittorio Iacovacci, u jesprimi s-simpatija profonda tiegħu mal-familji tal-vittmi, il-Gvern tal-Italja u l-persunal nazzjonali tal-WFP; jiddeplora it-telf tal-ħajjiet u l-qtil ta' ċivili innoċenti;
2. Jappella biex issir investigazzjoni bir-reqqa, indipendenti u trasparenti taċ-ċirkostanzi tal-qtil; jilqa' l-impenn tal-President Tshisekedi li jniedi inkjesta u jħeġġeġ kemm lill-Gvern tar-RDK kif ukoll lill-mexxejja provinċjali biex jikkooperaw bis-sħiħ mal-awtoritajiet Taljani u man-Nazzjonijiet Uniti;
3. Jisħaq fuq il-fatt li hija r-responsabbiltà primarja tal-Gvern tar-RDK biex jiżgura s-sigurtà fit-territorju tiegħu u jipproteġi l-popolazzjonijiet tiegħu filwaqt li jħares ir-rispett għall-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali, inkluż il-protezzjoni minn delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra;
4. Jinsisti bil-qawwa li l-awtoritajiet tar-RDK għandhom iżidu l-isforzi tagħhom biex itemmu l-attakki armati fuq ċivili u għandhom jinvestigaw bir-reqqa, b'mod indipendenti, effettiv u imparzjali kull qtil u jressqu lil dawk responsabbli quddiem il-ġustizzja permezz ta' proċessi ġusti;
5. Jikkundanna bil-qawwa l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju mwettaq mill-milizzja lokali fil-Lvant tar-RDK; iħeġġeġ lill-Gvern tar-RDK jistabbilixxi mekkaniżmu għall-ġustizzja u l-obbligu ta' rendikont għal dawk responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem iddokumentat fir-Rapport tan-NU dwar l-Eżerċizzju tal-Immappjar, kif ukoll għal delitti oħra mwettqa fir-RDK meqjusa bħala serji skont id-dritt internazzjonali u d-dritt umanitarju internazzjonali;
6. Iħeġġeġ lill-President Félix Tshisekedi jissodisfa l-impenn tiegħu li jiżgura li jinżammu responsabbli dawk responsabbli għall-qtil tal-investigaturi tan-NU Zaida Catalán u Michael Sharp u l-interpretu tagħhom Betu Tshintela, u jappella għal trasparenza sħiħa f'din l-investigazzjoni;
7. Jinsab imħasseb dwar il-persistenza ta' abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem u ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali kontra ċivili fil-Lvant tar-RDK, inklużi eżekuzzjonijiet sommarji, vjolenza sesswali u sessista flimkien mar-reklutaġġ u l-użu fuq skala kbira ta' tfal minn gruppi armati, kif ukoll il-qtil ta' ċivili minn membri tal-forzi tas-sigurtà tar-RDK; jisħaq li dawn l-atti jistgħu jikkostitwixxu delitti tal-gwerra skont id-dritt internazzjonali; jiddeplora t-theddida kontinwa ta' vjolenza esperjenzata mill-popolazzjoni lokali, il-ħaddiema umanitarji u tal-iżvilupp, l-organizzazzjonijiet internazzjonali, il-komunità diplomatika u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li joperaw fil-Lvant tar-RDK;
8. Jinsab estremament imħasseb dwar il-livelli kontinwi ta' impunità fil-pajjiż; jinnota li meta ma tiġix indirizzata l-impunità għal dawk li jwettqu ksur tad-drittijiet tal-bniedem, dan jipperpetwa biss aktar abbużi; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tar-RDK iressqu malajr quddiem il-ġustizzja lill-awturi tal-attakk tat-22 ta' Frar 2021 u jieħdu passi serji biex issir ġustizzja tranżizzjonali;
9. Itenni l-appell tiegħu biex jiġu avvanzati r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport tan-NU dwar l-Eżerċizzju tal-Immappjar, b'mod partikolari r-rakkomandazzjoni dwar il-ħolqien ta' kmamar imħallta speċjalizzati fil-qrati tar-RDK li jippermettu kooperazzjoni bejn il-ġudikatura tar-RDK u l-komunità internazzjonali dwar il-prosekuzzjoni ta' abbużi tad-drittijiet tal-bniedem; jappella għat-tisħiħ tas-settur tal-ġustizzja nazzjonali kollu biex jittieħdu passi kontra reati li kkawżaw ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem;
10. Jikkundanna l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u l-ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali mwettaq mill-forzi tas-sigurtà u tad-difiża; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tar-RDK biex ineħħu minn fost l-uffiċjali tal-forzi tas-sigurtà u uffiċjali oħra tal-fergħa eżekuttiva lil dawk li ġew irrapportati min-NU u r-RDK u minn organizzazzjonijiet internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem minħabba li huma implikati fi ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem; jappella għall-ħolqien ta' mekkaniżmu ta' skrutinju formali bħala parti minn sforzi aktar mifruxa fir-riforma tas-settur tas-sigurtà, biex jiġi żgurat li jiġu impjegati l-aktar kandidati adegwati u li l-forzi tas-sigurtà jaġixxu b'mod konsistenti mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali; jappella lill-awtoritajiet biex itemmu l-appoġġ kollu li l-uffiċjali tal-forzi tas-sigurtà u l-mexxejja politiċi jagħtu lill-gruppi armati u jiżguraw li dawk responsabbli għal dan l-appoġġ jinżammu responsabbli fi proċessi ġusti;
11. Jappella lill-Gvern tar-RDK jadotta approċċ ta' tolleranza żero għall-kollaborazzjoni bejn il-mexxejja politiċi, il-forzi armati u l-pulizija, u l-gruppi armati;
12. Jappella lill-awtoritajiet tar-RDK jistabbilixxu b'mod urġenti programm effettiv ta' demobilizzazzjoni, diżarm u riintegrazzjoni (DDR) u strateġija għat-trattament ta' gruppi armati, b'appoġġ fit-tul biex jiġi evitat li jirritornaw l-eks ġellieda; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tar-RDK jipprovdu assistenza umanitarja kritika lil mijiet ta' ġellieda demobilizzati li attwalment huma stazzjonati f'kampijiet tad-DDR bi provvisti tal-ikel skarsi u ebda aċċess għal kura medika adegwata;
13. Jisħaq fuq id-determinazzjoni tal-MONUSCO li tkompli tagħmel il-massimu tagħha biex tiżgura l-protezzjoni ta' ċivili f'konformità mal-mandat tagħha u biex tappoġġja l-isforzi nazzjonali biex jiġu kkonsolidati l-paċi u l-istabbiltà fil-pajjiż; jinnota li r-rwol tagħha għandu jiġi rriaffermat permezz ta' mandat ċar fejn għandhom jintlaħqu l-punti ta' riferiment relatati mas-sitwazzjoni tas-sigurtà qabel l-irtirar possibbli tagħha mir-reġjun;
14. Ifakkar li l-vjolenza fil-Lvant tar-RDK hija marbuta ħafna mal-kummerċ tal-materja prima; jenfasizza li kwalunkwe negozju, individwu, stat jew attur relatat ma' stat li jikkontribwixxi għat-twettiq ta' reati bħal dawn irid jitressaq quddiem il-ġustizzja; jilqa' d-dħul fis-seħħ tar-Regolament dwar il-Minerali ta' Kunflitt f'Jannar 2021; jisħaq li dan ir-regolament iżomm lir-RDK fil-lista ta' pajjiżi meqjusa li huma milquta minn kunflitti u ta' riskju għoli; jinnota li l-akbar sfida għadha d-deheb artiġjanali, li l-ġestjoni tiegħu hija sors ta' instabbiltà fir-reġjun; jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti ta' aktar azzjoni dwar id-diliġenza dovuta obbligatorja u l-imġiba kummerċjali responsabbli min-negozji li joperaw f'żoni ta' kunflitt;
15. Jisħaq fuq il-ħtieġa li jsiru aktar sforzi biex jinqata' l-finanzjament għall-gruppi armati involuti f'attivitajiet destabbilizzanti permezz tal-kummerċ illeċitu ta' riżorsi naturali, inkluż deheb jew prodotti ta' organiżmi selvaġġi;
16. Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar is-sitwazzjoni tas-sigurtà u dik umanitarja, speċjalment iż-żieda reċenti fl-għadd ta' persuni spostati internament fir-RDK, li għadha taffettwa serjament il-popolazzjoni ċivili; ifakkar fit-tħassib serju tiegħu dwar l-attivitajiet militari li għaddejjin ta' gruppi armati barranin u domestiċi u l-kuntrabandu tar-riżorsi naturali tar-RDK; jappella lill-investituri internazzjonali kollha, inkluża ċ-Ċina, biex jikkonformaw bis-sħiħ mad-dritt internazzjonali, l-istandards u l-aħjar prattiki tal-estrazzjoni responsabbli;
17. Jikkundanna l-qtil tal-ekogwardji tal-Park Nazzjonali ta' Virunga matul l-attakki li seħħew fl-2020; iħeġġeġ lill-Gvern tar-RDK iżarma lir-ribelli mill-armi u jistabbilixxi mill-ġdid is-sigurtà fir-reġjun tal-Park;
18. Jilqa' l-pubblikazzjoni tal-Kunsill tan-NU dwar is-Sigurtà tal-14 ta' Jannar 2021 bit-titolu "United Nations Strategy for Peace Consolidation, Conflict Prevention and Conflict Resolution in the Great Lakes region" (Strateġija tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Konsolidazzjoni tal-Paċi, il-Prevenzjoni tal-Konflitti u r-Riżoluzzjoni tal-Konflitti fir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar); iħeġġeġ lill-partijiet involuti biex ikomplu l-kooperazzjoni transfruntiera, inkluż permezz tal-Uffiċċju tal-Mibgħut Speċjali tan-NU għal-Lagi l-Kbar, biex jindirizzaw il-vjolenza, l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u l-impunità fil-Lvant tar-RDK;
19. Jappella lill-Gvern tar-RDK biex jiżgura governanza aħjar fil-livelli kollha tal-istat u tas-soċjetà, inkluż il-finanzi pubbliċi u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jappella biex il-mekkaniżmu ta' sanzjonijiet tal-UE jintuża fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jisħaq fuq l-importanza li fl-2023 jiġi organizzat proċess elettorali kredibbli u li tiġi garantita sigurtà sostenibbli fil-Lvant tar-RDK;
20. Jappella lill-VP/RGħ, lid-delegazzjoni tal-UE u lill-missjonijiet tal-UE fir-RDK biex iżidu l-viżibbiltà tal-appoġġ tagħhom lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinsabu f'riskju fir-RDK permezz tal-għodod kollha disponibbli (jiġifieri politiċi, diplomatiċi u finanzjarji), bħala miżura protettiva li tipprovdi rikonoxximent għall-ħidma tagħhom rigward id-drittijiet tal-bniedem u jirrikonoxxu r-rwol importanti tagħhom bħala difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li qegħdin jiġġieldu għall-istabbiltà u l-paċi fir-reġjun u, fejn xieraq, jiffaċilitaw il-ħruġ ta' viżi ta' emerġenza u jipprovdu kenn temporanju fl-Istati Membri;
21. Jappella lill-Unjoni Ewropea biex iżżid il-finanzjament għar-RDK biex tindirizza s-sottofinanzjament serju tal-aġenziji tan-NU li jaħdmu mal-awtoritajiet u l-komunitajiet lokali biex jipproteġu liċ-ċivili;
22. Jissottolinja bil-qawwa l-ħtieġa ta' kooperazzjoni transfruntiera fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar Afrikani u l-istabbiliment ta' strateġija reġjonali mill-pajjiżi ġirien biex jiġu indirizzati l-vjolenza u l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK; jappella biex il-missjoni tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar Afrikani tikkontribwixxi għall-istabbilizzazzjoni tal-kundizzjonijiet tas-sigurtà u t-titjib tas-sitwazzjoni umanitarja;
23. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Kunsill tal-Ministri u l-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE, lill-President, lill-Prim Ministru u lill-Parlament tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, u lill-Unjoni Afrikana u l-istituzzjonijiet tagħha.
Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Renju tal-Bahrain, b'mod partikolari l-każijiet tal-priġunieri li qed jistennew il-piena tal-mewt u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem
148k
52k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2021 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Renju tal-Bahrain, b'mod partikolari l-każijiet tal-priġunieri li qed jistennew il-piena tal-mewt u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem (2021/2578(RSP))
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Bahrain, b'mod partikolari dawk tal-14 ta' Ġunju 2018 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Bahrain, b'mod partikolari l-każ ta' Nabeel Rajab(1), u tas-16 ta' Frar 2017 dwar l-eżekuzzjonijiet fil-Kuwajt u fil-Bahrain(2),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-kelliem tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) tat-13 ta' Lulju 2020 dwar iż-żamma ta' pieni tal-mewt fil-Bahrain, tal-10 ta' Ġunju 2020 dwar il-ħelsien tad-difensur tad-drittijiet tal-bniedem Nabeel Rajab, tad-9 ta' Jannar 2020 dwar il-konferma tal-piena tal-mewt għal żewġ ċittadini tal-Bahrain, u tas-27 ta' Lulju 2019 dwar l-eżekuzzjonijiet ta' Ali al-Arab u Ahmed al-Malali,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-12 ta' Frar 2020 ta' Agnes Callamard, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, Fionnuala Ni Aolain, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u Nils Melzer, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-Tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, li tħeġġeġ lill-Bahrain biex iħassar il-pieni tal-mewt fil-konfront ta' Mohammed Ramadan u Husain Moosa,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-10 ta' Ottubru 2019 tal-VP/RGħ Federica Mogherini, f'isem l-UE, u tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa, Marija Pejčinović Burić, dwar il-Jum Ewropew u Dinji kontra l-Piena tal-Mewt,
– wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, dwar il-Piena tal-Mewt, dwar it-Tortura, dwar id-Djalogi dwar id-Drittijiet tal-Bniedem ma' pajjiżi terzi u dwar il-Libertà tal-Espressjoni,
– wara li kkunsidra l-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, li għandhom l-għan li jqiegħdu l-promozzjoni, ir-rispett u t-twettiq tad-drittijiet tal-bniedem fil-qalba tal-politiki kollha tal-UE,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-25 sessjoni tal-Kunsill Konġunt u tal-Laqgħa Ministerjali tal-UE-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf (GCC) tat-18 ta' Lulju 2016,
– wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Kooperazzjoni UE-Bahrain,
– wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Konvenzjoni Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra, li l-Bahrain huwa parti għalihom,
– wara li kkunsidra r-rapport ta' Novembru 2011 tal-Kummissjoni Indipendenti ta' Inkjesta tal-Bahrain (Bahrain Independent Commission of Inquiry - BICI),
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,
– wara li kkunsidra l-Karta Għarbija tad-Drittijiet tal-Bniedem,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi wara r-rewwixta popolari tal-2011, l-awtoritajiet tal-Bahrain għadhom qed jiksru u jillimitaw id-drittijiet u l-libertajiet tal-popolazzjoni, b'mod partikolari d-dritt tal-individwi għal protesta paċifika, il-libertà tal-espressjoni u l-libertà diġitali kemm online kif ukoll offline; billi l-avukati tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġurnalisti u l-attivisti politiċi qed jiffaċċjaw attakki sistematiċi kontinwi, fastidju, detenzjoni, tortura, intimidazzjoni, projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u revoka taċ-ċittadinanza; billi, mill-2011 'l hawn, l-awtoritajiet irrifjutaw it-talbiet kollha tal-oppożizzjoni demokratika u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem biex jiġu rispettati l-libertajiet tal-kelma u ta' għaqda; billi fil-Bahrain ma hija ttollerata l-ebda oppożizzjoni politika; billi l-awtoritajiet arrestaw bosta tfal talli ssieħbu fi protesti fi Frar 2021, u ġie rrappurtat li dawn ġew soġġetti għal theddid ta' stupru u ta' xokkijiet tal-elettriku; billi, mill-4 ta' Marzu 2021 'l hawn, mill-inqas tlieta minnhom għadhom f'detenzjoni, inkluża persuna ta' 16-il sena b'kundizzjoni medika serja;
B. billi d-difensur tad-drittijiet tal-bniedem Abdulhadi Al-Khawaja, ċittadin Bahraini u Daniż, kofundatur taċ-Ċentru tal-Bahrain għad-Drittijiet tal-Bniedem u taċ-Ċentru tal-Golf għad-Drittijiet tal-Bniedem, bħalissa qed itemm l-għaxar sena tiegħu fil-ħabs filwaqt li qed jiskonta sentenza ta' għomru l-ħabs fuq akkużi li "ffinanzja t-terroriżmu u pparteċipa fih biex iwaqqa' l-gvern u jispjuna għal pajjiż barrani"; billi wara l-arrest ta' Abdulhadi Al-Khawaja, huwa ġie msawwat, ittorturat u kkundannat fi proċess inġust li ma kienx konformi mad-dritt kriminali tal-Bahrain jew mal-istandards internazzjonali għal proċess ġust; billi, f'Lulju 2012, il-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar id-Detenzjoni Arbitrarja kkonkluda li l-arrest ta' Al-Khawaja kien arbitrarju, peress li rriżulta mill-eżerċizzju tiegħu tad-drittijiet fundamentali tal-libertà tal-espressjoni, ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni, u appella għall-ħelsien tiegħu;
C. billi Nabeel Rajab, wieħed mill-aktar difensuri Bahraini prominenti tad-drittijiet tal-bniedem, inħeles mill-ħabs fid-9 ta' Ġunju 2020 biex jiskonta l-bqija tas-sentenza ta' ħames snin tiegħu skont il-liġi dwar is-sanzjonijiet alternattivi;
D. billi bejn l-2011 u l-2020, il-Bahrain ikkundanna għall-mewt madwar 50 persuna, meta mqabbel mas-seba' pieni tal-mewt mogħtija bejn l-2001 u l-2010; billi 27 persuna huma bħalissa kkundannati għall-mewt fil-Bahrain, li minnhom 26 jinsabu f'riskju imminenti ta' eżekuzzjoni; billi fil-15 ta' Jannar 2017 il-Bahrain temm moratorju de facto ta' seba' snin fuq il-piena tal-mewt billi ġġustizzja tliet persuni ċivili; billi, minn dak iż-żmien 'l hawn, ġew iġġustizzjati sitt persuni; billi dawn l-eżekuzzjonijiet ġew iddikjarati qtil ekstraġudizzjarju mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji; billi l-piena tal-mewt hija l-aktar piena krudili, inumana u degradanti, u tikser id-dritt għall-ħajja li huwa minqux fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem; billi l-kundizzjonijiet tad-detenzjoni ta' dawk li jkunu qed jistennew il-piena tal-mewt jikkawżaw tbatija psikoloġika estrema;
E. billi osservaturi indipendenti jirrapportaw li fil-maġġoranza tal-eżekuzzjonijiet reċenti, l-awtoritajiet tal-Bahrain akkwistaw konfessjonijiet permezz tat-tortura, u l-imputati ma ġewx garantiti proċessi ġusti; billi mill-protesti tal-2011 'l hawn, u wara l-konklużjonijiet tar-rapport tal-BICI dwar l-abbużi tal-gvern, twaqqfu għadd ta' korpi interni, bħall-Uffiċċju tal-Ombudsman fi ħdan il-Ministeru tal-Intern, Unità Speċjali tal-Investigazzjonijiet (SIU) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali, u l-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Priġunieri u d-Detenuti (PDRC), iżda mhumiex effettivi u indipendenti biżżejjed; billi n-nuqqas ta' indipendenza ta' dawn il-korpi allegatament ikkawża nuqqas ta' obbligu ta' rendikont fil-Gvern u l-forzi tas-sigurtà tal-Bahrain; billi dan rawwem kultura ta' impunità li ddgħajjef it-tentattivi ta' riforma demokratika u sservi biex tkompli tiddestabbilizza l-pajjiż;
F. billi Ali Al-Arab u Ahmed Al-Malili, it-tnejn li huma ċittadini tal-Bahrain, ikkundannati għal reati terroristiċi fi proċess tal-massa miżgħud b'allegazzjonijiet ta' tortura u ksur serju ta' proċess ġust, ġew iffuċilati fis-27 ta' Lulju 2019; billi fit-18 ta' Frar 2014 Mohamed Ramadan ġie arrestat mill-awtoritajiet tal-Bahrain talli allegatament ħa sehem – flimkien ma' Hussein Ali Moosa – f'attakk bil-bombi f'Al Dair fl-14 ta' Frar 2014; billi fl-appell, fit-13 ta' Lulju 2020, il-Qorti tal-Kassazzjoni affermat mill-ġdid is-sentenza finali tagħha u kkonfermat il-pieni tal-mewt imposti fuq Mohamed Ramadan u Hussein Ali Moosa, minkejja proċess inġust b'verdett ibbażat fuq konfessjonijiet allegatament furzati minn imputati taħt tortura, u l-eżiti tal-investigazzjoni tal-Unità ta' Investigazzjoni Speċjali dwar l-allegazzjonijiet ta' tortura ta' Moosa u Ramadan; billi Agnes Callamard, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar l-eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, wissiet li l-kundanna u l-piena tal-mewt ta' Moosa u Ramadan ikunu arbitrarji u ksur ċar tad-dritt tagħhom għall-ħajja u jikkostitwixxu qtil arbitrarju; billi l-esperti tad-drittijiet tal-bniedem tan-NU appellaw lill-Bahrain biex jipprevjeni l-eżekuzzjoni taż-żewġt irġiel; billi Mohamed Ramadan u Hussein Ali Moosa jinsabu f'riskju imminenti ta' eżekuzzjoni u eżawrew ir-rimedji legali kollha;
G. billi l-awtoritajiet tal-Bahrain xoljew al-Wefaq, l-akbar partit politiku paċifiku tal-oppożizzjoni tal-pajjiż, ikkonfiskaw l-assi tiegħu u arrestaw il-mexxejja tiegħu; billi l-mexxej tal-partit, Shaikh Ali Salman, bħalissa qed jiskonta piena ta' għomru l-ħabs fuq allegati akkużi ta' spjunaġġ;
H. billi diversi persuni pubbliċi ttellgħu l-qorti sempliċiment minħabba l-attività tal-midja soċjali tagħhom, inklużi l-avukati prominenti Abdullah Al Shamlawi u Abdullah Hashim; billi l-ebda midja indipendenti ma operat fil-Bahrain minn mindu l-Ministeru tal-Affarijiet tal-Informazzjoni ssospenda fl-2017 lil Al Wasat, l-unika gazzetta indipendenti tal-pajjiż;
I. billi l-kundizzjonijiet tas-saħħa u tal-iġjene fil-ħabsijiet iffullati tal-Bahrain għadhom estremament serji; billi l-Bahrain irrilaxxa 1 486 priġunier f'Marzu 2020 minħabba r-riskju għas-saħħa kkawżat mill-pandemija tal-COVID-19; billi r-rilaxxi, fil-biċċa l-kbira tagħhom, eskludew il-mexxejja tal-oppożizzjoni, l-attivisti, il-ġurnalisti u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; billi l-awtoritajiet tal-Bahrain qed jiċħdu l-attenzjoni medika urġenti lill-priġunieri, u b'hekk qed jirriskjaw saħħithom u l-benessri tagħhom, bi ksur tar-Regoli Standard Minimi dwar it-Trattament tal-Priġunieri; billi bosta priġunieri politiċi strajkjaw biex jipprotestaw kontra t-trattament ħażin fil-ħabsijiet;
J. billi l-qrati tal-Bahrain għadhom joħorġu u jikkonfermaw deċiżjonijiet li jċaħħdu liċ-ċittadini miċ-ċittadinanza tagħhom; billi aktar minn 300 persuna fl-2018 u aktar minn 100 persuna fl-2019, inklużi difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, politiċi, ġurnalisti u awtoritajiet reliġjużi anzjani, fost oħrajn, kellhom iċ-ċittadinanza tagħhom revokata mill-Qrati tal-Bahrain u fil-biċċa l-kbira tal-każijiet għadhom mingħajr Stat; billi r-revoka taċ-ċittadinanza qed tintuża bi ksur tal-Artikolu 15 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem;
K. billi f'Diċembru 2018, il-Bahrain emenda l-liġi tax-xogħol tiegħu biex jipprojbixxi lil min iħaddem milli jiddiskrimina kontra ħaddiema abbażi ta' sess, oriġini, lingwa jew twemmin; billi adotta sanzjonijiet kontra l-fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol; billi l-Bahrain għadu post fejn il-ħaddiema migranti, speċjalment in-nisa impjegati bħala ħaddiema domestiċi, jiġu sfruttati minħabba s-sistema Kafala li tippermetti l-isfruttament;
L. billi l-liġi Bahraini tkompli tiddiskrimina kontra n-nisa fil-liġi tal-familja, bħal fid-dritt għad-divorzju u t-trażmissjoni taċ-ċittadinanza Bahraini lil uliedhom fuq bażi ugwali għall-irġiel; billi l-Bahrain aderixxa għall-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) fl-2002, iżda għandu riżervi għal diversi artikoli li fihom dispożizzjonijiet li huma ċentrali għall-iskop tal-konvenzjoni; billi l-Artikolu 353 tal-kodiċi kriminali jeżenta lill-awturi ta' stupru mill-prosekuzzjoni u l-kastig jekk jiżżewġu lill-vittmi tagħhom; billi l-Parlament tal-Bahrain ippropona revoka sħiħa ta' dak l-artikolu fl-2016, iżda l-kabinett irrifjuta l-proposta; billi l-Artikolu 334 tal-kodiċi kriminali jnaqqas il-pieni għall-awturi tal-hekk imsejħa delitti tal-unur u tal-adulterju, u billi r-relazzjonijiet sesswali barra ż-żwieġ għadhom kriminalizzati;
M. billi l-Bahrain huwa sieħeb importanti tal-UE fil-Golf Persjan, inkluż fir-relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi, l-enerġija u s-sigurtà; billi r-Renju tal-Bahrain għandu storja rikka u twila ta' ftuħ għal kulturi oħra minn madwar id-dinja, u huwa attur attiv fil-ħolqien tal-momentum għall-bini tal-fiduċja u t-trawwim tad-djalogu u l-istabbiltà fil-Golf u fir-reġjun usa' tal-Lvant Nofsani;
N. billi l-bidla fit-tmexxija f'Novembru 2020 u l-ħatra tal-Prim Ministru l-ġdid, il-Prinċep Salman bin Hamad Al Khalifa, jagħtu lill-Bahrain opportunità li jimxi lejn riforma politika u rikonċiljazzjoni nazzjonali inklużiva, inkluża r-rikonċiljazzjoni bejn is-Sunni u x-Shia; billi d-Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem UE-Bahrain sar fi Frar 2021; billi l-Bahrain huwa t-tieni pajjiż fir-reġjun tal-Golf li miegħu l-UE stabbiliet Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;
1. Huwa mħasseb ħafna li għaxar snin wara r-rewwixta tar-"Rebbiegħa Għarbija" fil-Bahrain, is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż qed tkompli tmur għall-agħar, bl-applikazzjoni tal-piena tal-mewt, l-arresti arbitrarji, il-prosekuzzjoni u l-fastidju tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u ċ-ċaħda tad-drittijiet ċivili u politiċi u tal-libertajiet ta' assoċjazzjoni, ta' għaqda u ta' espressjoni kemm online kif ukoll offline;
2. Jikkundanna bil-qawwa l-piena tal-mewt mogħtija lil Mohammed Ramadan u Husain Ali Moosa; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Bahrain, u b'mod partikolari lill-Maestà Tiegħu x-Sheikh Hamad bin Isa Al Khalifa, biex iwaqqfu immedjatament l-eżekuzzjoni tagħhom, ibiddlu s-sentenzi tagħhom, jordnaw proċess mill-ġdid li jikkonforma bis-sħiħ mal-istandards internazzjonali dwar proċess ġust u li jeskludi evidenza miksuba taħt tortura, u jippermettu investigazzjoni indipendenti dwar l-allegazzjonijiet ta' tortura; jistieden lill-Bahrain jeżamina mill-ġdid l-indipendenza u l-effikaċja tal-korpi interni li jimmonitorjaw l-abbużi governattivi bħall-Ombudsman, l-Unità tal-Investigazzjonijiet Speċjali (SIU) u l-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Priġunieri u d-Detenuti (PDRC) li qed iwettqu investigazzjonijiet inadegwati u qed jgħattu d-dipendenza tal-qorti tal-Bahrain fuq konfessjonijiet furzati biex jiggarantixxu l-kundanni, inkluż fl-investigazzjoni dwar l-allegazzjonijiet tas-Sur Ramadhan u s-Sur Moosa;
3. Jiddeplora bil-qawwa t-tneħħija tal-moratorju de facto fuq l-użu tal-piena tal-mewt; jistieden lill-awtoritajiet tal-Bahrain jintroduċu moratorju immedjat fuq l-użu tal-piena tal-mewt bħala pass lejn l-abolizzjoni tagħha; jitlob li jsir rieżami komprensiv tal-pieni tal-mewt kollha biex jiġi żgurat li dawn il-proċessi kienu konformi mal-istandards internazzjonali u li l-vittmi ta' abbużi tad-drittijiet tal-bniedem li jkunu ġew ikkundannati għall-mewt illegalment jingħataw rimedju; ifakkar li l-UE topponi l-piena kapitali u tqisha bħala kastig krudili u inuman li ma jservix ta' deterrent għall-imġiba kriminali u huwa irriversibbli f'każ ta' żball;
4. Jenfasizza li l-bidla fit-tmexxija minn Novembru 2020 hija opportunità għall-UE biex tiffoka mill-ġdid il-politika barranija tagħha fil-konfront tal-Bahrain, anki fid-dawl tal-Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali l-ġdid għad-Drittijiet tal-Bniedem; jistieden lill-Prim Ministru l-ġdid, il-Prinċep Salman bin Hamad Al Khalifa, biex juża l-awtorità tiegħu biex imexxi l-Bahrain lejn ir-riforma politika u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali;
5. Jappella għar-rilaxx immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-priġunieri minħabba twemmin kollha, inklużi Abdulhadi al-Khawaja, Dr Abduljalil al-Singace, Naji Fateel, Abdulwahab Hussain, Ali Hajee, Sheikh Ali Salman u Hassan Mshaima, li ġew detenuti u kkundannati sempliċement talli eżerċitaw id-dritt tagħhom tal-libertà tal-espressjoni, u jitlob li jiġu rtirati l-akkużi kollha kontrihom; jistieden lill-VP/RGħ u lill-Istati Membri jsostnu u jippromwovu kampanja vigoruża biex jiżguraw ir-rilaxx immedjat tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinsabu l-ħabs, bħala element ewlieni għal kooperazzjoni msaħħa bejn l-UE u l-Bahrain; jistieden lill-awtoritajiet tal-Bahrain jiggarantixxu spazju sikur għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-midja indipendenti; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Bahrain jippermetti lill-ġurnalisti barranin u lill-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem l-aċċess għall-Bahrain; ifaħħar bil-qawwa l-ħidma tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, tal-ġurnalisti u tal-avukati kollha li xogħolhom huwa essenzjali għad-difiża tad-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Bahrain jerġa' jistabbilixxi l-uniku mezz ta' komunikazzjoni indipendenti tal-pajjiż, Al Wasat, u jippermetti lis-soċjetajiet politiċi indipendenti joperaw fil-Bahrain, inklużi dawk li ġew xolti;
6. Jilqa' r-rilaxx ta' Nabeel Rajab skont il-liġi dwar is-sanzjonijiet alternattivi, iżda jħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Bahrain jirrevokaw il-projbizzjoni tiegħu li jivvjaġġa;
7. Jistieden lill-Gvern tal-Bahrain iwaqqaf il-fastidju tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u jirrevoka minnufih il-projbizzjoni tagħhom li jivvjaġġaw, u jinsisti li l-awtoritajiet jiggarantixxu fiċ-ċirkostanzi kollha li d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-Bahrain ikunu jistgħu jwettqu l-attivitajiet leġittimi tagħhom rigward id-drittijiet tal-bniedem, kemm fil-pajjiż kif ukoll barra l-pajjiż;
8. Jesprimi tħassib partikolari dwar l-użu ħażin tal-liġijiet kontra t-terroriżmu fil-Bahrain, u jisħaq fuq l-importanza tal-appoġġ mogħti lill-Bahrain, b'mod partikolari fir-rigward tas-sistema ġudizzjarja tiegħu, bl-għan li tiġi żgurata l-konformità mal-istandards internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; jitlob lill-awtoritajiet tal-Bahrain jemendaw minnufih l-Att Nru 58 (2006) tiegħu dwar il-protezzjoni tas-soċjetà minn atti ta' terroriżmu u l-liġijiet l-oħra kollha li jillimitaw il-libertà tal-espressjoni u l-libertajiet politiċi, u li mhumiex kompletament konformi mal-obbligi u l-istandards internazzjonali;
9. Jikkundanna l-użu kontinwu tat-tortura, inkluż iċ-ċaħda tal-kura medika, u trattament jew pieni krudili u degradanti oħra tad-detenuti, inklużi d-dimostranti paċifiċi u ċ-ċivili; jitlob li jsiru investigazzjonijiet bir-reqqa u kredibbli dwar l-allegazzjonijiet kollha ta' tortura bl-għan li dawk responsabbli jwieġbu għal għemilhom; jiddeplora l-kundizzjonijiet terribbli tal-ħabs fil-pajjiż; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Bahrain jipproteġu lid-detenuti kollha mill-periklu tal-COVID-19;
10. Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Bahrain jirrispetta l-obbligi u l-impenji tiegħu skont il-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura, inkluż l-Artikolu 15 tagħha, li jipprojbixxi l-użu ta' kwalunkwe dikjarazzjoni li ssir taħt tortura bħala evidenza fi kwalunkwe proċediment; jappella għar-ratifika tal-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni Kontra t-Tortura (OPCAT) u tat-Tieni Protokoll Fakultattiv għall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, li għandu l-għan li jabolixxi l-piena tal-mewt;
11. Jistieden lill-Gvern tal-Bahrain jikkoopera bis-sħiħ mal-korpi tan-NU, jestendi stedina permanenti biex iżuru l-Bahrain lill-Proċeduri Speċjali kollha tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, u jikkoopera b'mod proattiv; jistieden lill-Gvern tal-Bahrain jippermetti lil uffiċjali tal-UE, osservaturi indipendenti u gruppi tad-drittijiet tal-bniedem iżuru l-ħabsijiet tal-Bahrain, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Bahrain jiżguraw b'mod partikolari li r-Rapporteurs Speċjali tan-NU dwar it-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra, dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, dwar il-Libertà tal-Espressjoni u dwar il-Libertà tal-Assemblea jitħallew jidħlu fil-pajjiż;
12. Jikkundanna l-prattika fis-seħħ li ċ-ċittadini titneħħielhom b'mod arbitrarju ċ-ċittadinanza tagħhom, li f'ħafna każijiet wasslet biex persuni sfaw apolidi bi ksur tal-Konvenzjoni tan-NU dwar it-Tnaqqis tal-Apolidija; jistieden lill-awtoritajiet tal-Bahrain jemendaw il-liġi dwar iċ-ċittadinanza tal-pajjiż u jerġgħu jagħtu ċ-ċittadinanza tal-Bahrain lil dawk l-individwi li tneħħitilhom inġustament;
13. Jinnota l-isforzi li qed isiru mill-Gvern tal-Bahrain biex jirriforma l-kodiċi kriminali u l-proċeduri legali tal-pajjiż, u jħeġġeġ it-tkomplija ta' dan il-proċess; jappella għall-implimentazzjoni sħiħa tar-rakkomandazzjonijiet tal-BICI u tal-Eżami Perjodiku Universali (EPU); ikompli jappoġġja l-aġenda ta' riforma tal-Gvern tal-Bahrain, u jħeġġeġ lir-Renju tal-Bahrain jipprova jikseb l-istabbiltà permezz ta' riformi ulterjuri u rikonċiljazzjoni inklużiva f'ambjent fejn l-ilmenti politiċi paċifiċi jistgħu jiġu espressi liberament, f'konformità mal-obbligi internazzjonali tiegħu;
14. Jistieden lid-Delegazzjoni tal-UE timplimenta bis-sħiħ il-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, tipprovdi l-appoġġ xieraq kollu lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinsabu detenuti, inkluż permezz ta' żjarat fil-ħabs, monitoraġġ tal-proċessi u dikjarazzjonijiet pubbliċi, u toffri appoġġ lis-soċjetà ċivili u aċċess għall-protezzjoni għal persuni f'riskju ta' persekuzzjoni;
15. Jistieden lill-VP/RGħ, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), lill-Kunsill u lill-Istati Membri biex sistematikament iqajmu tħassib dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-Bahrain, kif ukoll dwar in-nuqqas ta' spazju politiku għall-espressjoni ta' dissens leġittimu u paċifiku, u biex jikkunsidraw miżuri speċifiċi kontra dawk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem;
16. Jinnota d-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u l-Bahrain; jappella għat-tisħiħ tad-djalogu skont il-Linji Gwida tal-UE dwar id-Djalogi dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; jinnota li djalogu bejn l-UE u l-Bahrain dwar id-drittijiet tal-bniedem mhuwiex sostitut għal djalogu xieraq bejn il-gvern, l-oppożizzjoni u s-soċjetà ċivili fil-Bahrain stess; iħeġġeġ lis-SEAE jiżgura li d-djalogu informali dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-Bahrain ikollu l-għan li jikseb riżultati u impenji konkreti, inkluża l-konsultazzjoni tas-soċjetà ċivili qabel u wara d-djalogu; jenfasizza li l-awtoritajiet tal-Bahrain għandhom jieħdu sehem f'dan il-proċess b'mod sinifikanti u ġenwin; jappoġġja aktar djalogu, impenn u kondiviżjoni tal-aħjar prattiki dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-proċeduri ġudizzjarji bejn l-UE, l-Istati Membri tagħha u r-Renju tal-Bahrain;
17. Iħeġġeġ lill-UE tiżgura li d-drittijiet tal-bniedem jiġu integrati fl-oqsma kollha ta' kooperazzjoni mal-Bahrain, inkluż fil-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Bahrain, li ġie konkluż reċentement u ma kienx jinkludi referenzi għad-drittijiet tal-bniedem;
18. Huwa preokkupat dwar ir-rapporti tal-użu ta' teknoloġija ta' sorveljanza kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem tal-Bahrain; itenni li t-teknoloġiji ta' sorveljanza esportati minn kumpaniji Ewropej lejn il-Bahrain jistgħu jiffaċilitaw ir-repressjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza l-ħtieġa li l-awtoritajiet tal-kontroll tal-esportazzjonijiet tal-UE jqisu l-kriterji tad-drittijiet tal-bniedem qabel ma jagħtu liċenzji tal-esportazzjoni lil pajjiż terz; jistieden lill-Istati Membri kollha jirrispettaw b'mod strett il-Kodiċi ta' Kondotta tal-UE dwar l-Esportazzjoni tal-Armi, u b'mod partikolari biex iwaqqfu t-trasferimenti kollha tal-armi, tat-tagħmir tas-sorveljanza u tal-intelligence u materjal li jista' jintuża mill-Bahrain fir-repressjoni li għaddejja tad-drittijiet tal-bniedem;
19. Jisħaq li l-Premju Chaillot tad-Delegazzjoni tal-UE għall-Promozzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem fir-Reġjun tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf m'għandux jingħata lil dawk li jiġġustifikaw il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem;
20. Jesprimi l-preokkupazzjoni tiegħu dwar il-fatt li s-sistema Kafala tippermetti ksur tad-drittijiet tal-ħaddiema u restrizzjonijiet kontra movimenti soċjali u tat-trade unions fil-pajjiż; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Bahrain jemenda l-leġiżlazzjoni tax-xogħol biex jiżgura li l-ħaddiema domestiċi jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-istess drittijiet bħall-ħaddiema l-oħra, inklużi limiti fuq is-sigħat tax-xogħol tagħhom, jiem ta' mistrieħ fil-ġimgħa u paga minima;
21. Jistieden lill-Gvern tal-Bahrain jemenda l-leġiżlazzjoni kif meħtieġ biex jelimina d-diskriminazzjoni kontra n-nisa marbuta maż-żwieġ, fiż-żwieġ, matul ix-xoljiment taż-żwiġijiet, u fir-rigward tat-tfal u l-wirt, u jippermetti lin-nisa jgħaddu ċ-ċittadinanza lil uliedhom fuq l-istess bażi bħall-irġiel; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Bahrain ineħħi r-riżervi kollha għas-CEDAW, jirrevoka l-Artikoli 353 u 334 tal-Kodiċi Kriminali li jiskużaw il-vjolenza kontra n-nisa, u jirrevoka d-dispożizzjonijiet li jikkriminalizzaw ir-relazzjonijiet sesswali konsenswali bejn l-adulti;
22. Iħeġġeġ lis-SEAE, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jibqgħu viġilanti fir-rigward tal-iżviluppi fil-pajjiż u fir-reġjun tal-Golf b'mod ġenerali, u jużaw il-mezzi kollha ta' influwenza għad-dispożizzjoni tagħhom; jiddeplora l-indħil barrani fil-politika nazzjonali tal-Bahrain bl-għan li jiddestabbilizza l-pajjiż;
23. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Renju tal-Bahrain u lill-membri tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf.
Il-proċessi tal-massa kontra l-oppożizzjoni u s-soċjetà ċivili fil-Kambodja
142k
49k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2021 dwar il-proċessi tal-massa kontra l-oppożizzjoni u s-soċjetà ċivili fil-Kambodja (2021/2579(RSP))
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Kambodja, b'mod partikolari dawk tal-14 ta' Settembru 2017 dwar il-Kambodja, b'mod partikolari l-każ ta' Kem Sokha(1), tal-14 ta' Diċembru 2017 dwar il-Kambodja: b'mod partikolari x-xoljiment tal-Partit tas-Salvataġġ Nazzjonali tal-Kambodja(2) u tat-13 ta' Settembru 2018 dwar il-Kambodja, b'mod partikolari l-każ ta' Kem Sokha(3),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2018 dwar il-Kambodja,
– wara li kkunsidra l-Ftehimiet ta' Paċi ta' Pariġi tal-1991, li fl-Artikolu 15 tagħhom jistabbilixxu impenn dwar ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fil-Kambodja, anke min-naħa tal-firmatarji internazzjonali,
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Frar 2020(4) li tirtira parti mill-preferenzi tariffarji mogħtija lill-Kambodja skont l-iskema kummerċjali tal-Unjoni Ewropea, Kollox Ħlief Armi (EBA), mit-12 ta' Awwissu 2020,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-kelliem għall-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-11 ta' Settembru 2020 dwar l-arrest tat-trejdjunjonista prominenti Rong Chhun u 24 difensur ieħor tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ambjent(5),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-kelliem tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tat-2 ta' Marzu 2021 dwar il-proċessi tal-massa mwettqa kontra esponenti tal-oppożizzjoni,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rapporteur Speċjali dritt għal-libertà ta' għaqda paċifika u għal-libertà ta' assoċjazzjoni, il-Membri tal-Grupp ta' Ħidma dwar id-diskriminazzjoni kontra n-nisa u l-bniet u r-Rapporteur Speċjali dwar il-libertà ta' opinjoni u espressjoni tas-16 ta' Novembru 2020 dwar ir-ripressjoni fuq is-soċjetà ċivili u l-attakki fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kambodja,
– wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Kambodja tad-29 ta' April 1997(6),
– wara li kkunsidra l-Kodiċi Kriminali tal-Kambodja,
– wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-2008,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-10 ta' Diċembru 1948,
– wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rapporteur Speċjali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kambodja, Rhona Smith, tal-25 ta' Novembru 2020,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi f'Novembru 2020 tal-anqas 137 individwu ġew akkużati li kellhom rabta mal-Partit ta' Salvataġġ Nazzjonali (CNRP - Cambodia National Rescue Party) tal-oppożizzjoni li ġie xolt, biex jiġu proċessati fuq akkużi b'motivazzjoni politika ta' inċitament, ippjanar u attakki kontra l-istat skont l-Artikoli 451, 453, 494 u 495 tal-Kodiċi Kriminali;
B. billi fl-1 ta' Marzu 2021, il-Qorti Muniċipali ta' Phnom Penh ikkundannat lid-disa' mexxejja l-aktar anzjani tas-CNRP fuq akkużi li "ppruvaw jorganizzaw kolp ta' stat biex iwaqqgħu l-gvern" b'rabta mat-tentattiv tagħhom li jirritornaw fil-Kambodja fid-9 ta' Novembru 2019;
C. billi l-eks President tas-CNRP, Sam Rainsy, ipprova jirritorna fil-Kambodja fl-2019; billi s-Sur Rainsy ingħata l-aktar sentenza ħarxa ta' 25 sena ħabs; billi Mu Sochua, Eng Chhay Eang, Ou Chanrith, Ho Vann, Long Ry, Men Sothavrin, Tiolung Saumura u Nuth Romduol ġew ikkundannati flimkien ma' Sam Rainsy; billi l-konvenuti kollha qed jiffaċċjaw sentenzi ta' ħabs ta' bejn 20 u 25 sena; billi d-dritt tagħhom li jivvutaw u d-dritt li joħorġu għall-elezzjoni ġew revokati;
D. billi l-politiċi tal-oppożizzjoni ġew ipproċessati in absentia, peress li ma tħallewx jirritornaw fil-Kambodja biex jiddefendu lilhom infushom fil-qorti;
E. billi, filwaqt li dawn il-każijiet qed jitħaffu mill-qrati, il-proċess kontra l-eks president tas-CNRP, Kem Sokha, li nħeles fuq pleġġ restrittiv, għadu sospiż u l-petizzjonijiet tiegħu għat-tkomplija tal-proċedimenti ġew miċħuda;
F. billi f'Lulju 2019 il-qorti kkundannat in absentia lil Kong Atith, il-president il-ġdid elett tal-Koalizzjoni tal-Union Demokratika tal-Ħaddiema tat-Tessuti Kambodjani (CCAWDU - Coalition of Cambodian Apparel Workers Union Democratic Union), fuq atti ta' vjolenza intenzjonali b'rabta ma' protesta fl-2016 bejn is-sewwieqa u l-Kumpanija Capitol Bus; billi bħala riżultat tas-sentenza sospiża għal tliet snin tiegħu, is-Sur Kong Atith ma jistax jibqa' jaħdem bħala mexxej ta' union ta' ħaddiema;
G. billi fil-31 ta' Lulju 2020, l-awtoritajiet arrestaw lil Rong Chhun, president tal-Konfederazzjoni Indipendenti tal-Unions Kambodjani (Cambodian Confederation of Unions), mingħajr mandat ta' arrest f'daru fi Phnom Penh, u billi fl-1 ta' Awwissu 2020, huwa ġie akkużat b' "istigazzjoni biex jiġi kommess delitt" skont l-Artikoli 494 u 495 tal-Kodiċi Kriminali tal-Kambodja; billi sussegwentement huwa tqiegħed taħt arrest preventiv fiċ-Ċentru Korrezzjonali 1 ta' Phnom Penh;
H. billi matul il-proċessi tal-massa mwettqa minn Novembru 2020 sa Frar 2021, ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza affidabbli; billi l-konvenuti ma tħallewx ikunu preżenti matul il-proċessi; billi l-pubbliku ġie fil-biċċa l-kbira eskluż mill-proċedimenti legali; billi kien hemm rapporti ta' konvenuti li oġġezzjonaw għall-konfessjonijiet allegati li ntużaw matul il-proċess, billi sostnew li dawn ġew iffirmati jew bil-marka tas-swaba miżjuda taħt pressjoni u mingħajr il-preżenza ta' rappreżentanza legali;
I. billi l-proċessi li saru mill-Qorti Muniċipali ta' Phnom Penh jiksru r-rekwiżiti proċedurali u sostantivi ta' proċess ġust kif rifless fil-Kodiċi Kriminali tal-Kambodja u l-Artikolu 14(3)(d) tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi;
J. billi mill-2017 il-Gvern tal-Kambodja wettaq sensiela ta' azzjonijiet repressivi intiżi biex jillimitaw il-parteċipazzjoni politika u d-drittijiet elettorali fil-pajjiż, u biex jmorru lil hinn mit-triq lejn id-demokrazija u joħolqu stat awtoritarju;
K. billi fis-16 ta' Novembru 2017, il-Qorti Suprema ħabbret ix-xoljiment tas-CNRP;
L. billi l-elezzjonijiet tal-2018 fil-Kambodja naqsu milli jissodisfaw l-istandards internazzjonali minimi għal elezzjonijiet demokratiċi u ppermettew lill-partit fil-gvern, il-Partit Popolari tal-Kambodja (CPP - Cambodian People's Party), jieħu kontroll totali tas-siġġijiet kollha, kemm fis-Senat kif ukoll fl-Assemblea Nazzjonali, u b'hekk de facto jinħoloq stat b'partit wieħed mingħajr l-ebda oppożizzjoni parlamentari;
M. billi l-awtoritajiet tal-Kambodja ħabbru li l-elezzjonijiet lokali li jmiss se jsiru fil-5 ta' Ġunju 2022, filwaqt li l-partit ewlieni tal-oppożizzjoni, is-CNRP, għadu legalment xolt u l-mexxejja tiegħu ġew ikkundannati u pprojbiti milli jipparteċipaw fil-politika, bis-sostenituri tiegħu jiġu ffastidjati, arrestati u soġġetti għal vjolenza;
N. billi l-esperti tad-drittijiet tal-bniedem tan-NU esprimew tħassib dwar l-issikkar tar-restrizzjonijiet fuq is-soċjetà ċivili fil-Kambodja;
O. billi fit-12 ta' Frar 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li tirtira parti mill-preferenzi tariffarji mogħtija lill-Kambodja skont l-iskema kummerċjali Kollox Ħlief Armi (EBA) tal-Unjoni Ewropea minħabba l-ksur serju u sistematiku tal-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem minquxa fil-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi;
1. Jappella lill-Gvern tal-Kambodja jtemm kull forma ta' fastidju, intimidazzjoni u akkużi kriminali motivati politikament kontra membri tal-oppożizzjoni, trejdjunjonisti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-media u l-atturi tas-soċjetà ċivili; jitlob lill-forzi tas-sigurtà jevitaw forza eċċessiva u bla bżonn kontra dawk involuti fi protesti paċifiċi;
2. Jappella lill-awtoritajiet Kambodjani jipproċedu bl-annullament immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tas-sentenzi kontra Sam Rainsy, Mu Sochua, Eng Chhay Eang, Ou Chanrith, Ho Vann, Long Ry, Men Sothavrin, Tiolung Saumura u Nuth Romduol;
3. Jappella lill-awtoritajiet Kambodjani biex jibdew proċess ta' rikonċiljazzjoni nazzjonali permezz ta' djalogu ġenwin u inklużiv mal-partiti politiċi tal-oppożizzjoni u mas-soċjetà ċivili;
4. Jappella lill-Gvern tal-Kambodja biex jeħles, mingħajr dewmien, lill-persuni kollha li ġew detenuti talli eżerċitaw id-drittijiet tal-bniedem tagħhom, u biex jitwaqqgħu l-akkużi kollha kontrihom; jenfasizza li l-akkużi miġjuba kontra aktar minn 130 persuna fil-mira huma motivati politikament u mmirati biex jeqirdu kwalunkwe dissens;
5. Jinsab ixxukkjat bil-ksur tad-drittijiet tal-bniedem li qed dejjem jiżdied fil-Kambodja, inkluż il-vjolenza kontra dimostranti paċifiċi, l-adozzjoni ta' liġijiet ripressivi ġodda u l-arrest ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ġurnalisti, attivisti tal-partiti tal-oppożizzjoni, ambjentalisti, studenti u ċittadini ordinarji talli esprimew l-opinjonijiet tagħhom b'mod paċifiku, u jikkundannhom;
6. Iħeġġeġ lill-Gvern Kambodjan jirrevoka l-liġijiet repressivi kollha, inklużi d-digrieti u l-abbozzi ta' liġijiet reċenti li jirregolaw l-ambjent diġitali u li jippermettu lill-gvern iżid is-sorveljanza, iċ-ċensura u l-kontroll online tal-internet, kif ukoll jirrevoka l-emendi reċenti kollha għall-Kostituzzjoni, il-Kodiċi Kriminali, il-Liġi dwar il-Partiti Politiċi, il-Liġi dwar it-Trade Unions, il-Liġi dwar l-NGOs u kull leġiżlazzjoni oħra li tillimita l-libertà tal-kelma u l-libertajiet politiċi, u li mhumiex kompletament konformi mal-obbligi u l-istandards internazzjonali tal-Kambodja;
7. Jappella lill-awtoritajiet Kambodjani jirrispettaw id-drittijiet taċ-ċittadini kollha għal proċess ġust, il-libertà ta' espressjoni, u l-libertà ta' assoċjazzjoni u ta' għaqda paċifika;
8. Jappella lill-awtoritajiet Kambodjani jwaqqfu minnufih forom oħra ta' fastidju, inkluż il-fastidju ġudizzjarju u l-intimidazzjoni ta' membri tal-oppożizzjoni fil-pajjiż;
9. Jikkundanna l-azzjoni repressiva bl-iskuża tal-protezzjoni tas-saħħa u jfakkar li l-miżuri ta' emerġenza fil-qafas tat-trażżin tal-pandemija tal-COVID-19 ma għandhomx jintużaw sempliċement biex joħonqu d-dissens;
10. Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar iż-żieda fir-repressjoni fuq l-attivisti ambjentali; jinsab allarmat bl-inklużjoni tagħhom fil-proċessi tal-massa reċenti;
11. Itenni li l-elezzjonijiet la kienu ħielsa u lanqas ġusti u s-CPP ma għandux jitqies bħala l-partit leġittimu fil-gvern tal-Kambodja; jenfasizza li l-elezzjonijiet jistgħu jkunu verament ħielsa u ġusti biss jekk il-partiti tal-oppożizzjoni jitħallew jipparteċipaw;
12. Jappella lill-Gvern Kambodjan jirritorna d-demokrazija u jiżgura li l-applikazzjoni tal-liġi tirrispetta d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, inkluż il-konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet kostituzzjonali dwar il-pluraliżmu u l-libertà ta' assoċjazzjoni u ta' espressjoni;
13. Jesprimi tħassib serju dwar miżuri governattivi kontinwi u atti ta' fastidju kontra stabbilimenti tal-media indipendenti u ġurnalisti li joħonqu d-drittijiet tagħhom għal-libertà ta' espressjoni, inkluż id-dritt tagħhom li jħaddnu opinjonijiet u li jirċievu u jagħtu informazzjoni u ideat mingħajr indħil mill-awtorità pubblika, u jesprimi allarm dwar il-priġunerija ta' diversi ġurnalisti fuq akkużi foloz minħabba rappurtar indipendenti;
14. Jiddispjaċih għall-fatt li l-Gvern Kambodjan naqas milli jissodisfa r-responsabbiltà tiegħu li jegħleb il-ksur serju u sistematiku tal-parteċipazzjoni politika, il-libertà ta' espressjoni u l-libertà ta' assoċjazzjoni, li wassal għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirtira parti mill-preferenzi tariffarji mogħtija lill-Kambodja skont l-iskema kummerċjali EBA tal-Unjoni Ewropea mit-12 ta' Awwissu 2020; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinsisti fuq punti ta' riferiment definiti b'mod ċar dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-interazzjonijiet kollha tagħha mal-Gvern Kambodjan, u tinkludi l-kwistjonijiet ta' tħassib enfasizzati f'din ir-riżoluzzjoni bħala parti mill-impenn imsaħħaħ kontinwu tagħha mal-awtoritajiet, inkluż dwar l-EBA; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja is-sitwazzjoni mill-qrib, u tivvaluta l-effett tal-irtirar parzjali tal-EBA fuq l-aktar partijiet vulnerabbli tas-soċjetà ċivili;
15. Jinnota li s-Summit tal-Laqgħa Asja-Ewropa ta' din is-sena huwa skedat li jsir fi Phnom Penh; jemmen li l-UE m'għandhiex taċċetta dan il-post sakemm ma tirritornax id-demokrazija ;
16. Jistieden lill-Istati Membri jissospendu l-appoġġ finanzjarju bilaterali kollu lill-Gvern Kambodjan u minflok jiffukaw fuq l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-partiti tal-oppożizzjoni;
17. Jistieden lis-SEAE u lill-Istati Membri jimmonitorjaw is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kambodja u jaġixxu f'konformità sħiħa mal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija u mal-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem; jistieden lid-Delegazzjoni tal-UE fi Phnom Penh u l-ambaxxati tal-Istati Membri jimmonitorjaw il-proċessi u jwettqu żjarat fil-ħabsijiet;
18. Jinsisti li l-Gvern Kambodjan jikkoopera mal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Proċeduri Speċjali tan-NU sabiex iħallihom iwettqu l-mandati tagħhom mingħajr indħil;
19. Jappella lill-Gvern Kambodjan jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li x-xoljiment tas-CNRP jitreġġa' lura malajr u jerġgħu l-5 007 kunsillier lokali tiegħu jiġu riintegrati;
20. Itenni l-appell lill-awtoritajiet Kambodjani minn Rhona Smith, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kambodja, biex jiftħu l-ispazju ċiviku, jipproteġu u jippromwovu l-libertajiet fundamentali, inklużi d-drittijiet ta' għaqda u ta' espressjoni, u jiżguraw id-dritt għal proċess ġust għal kulħadd, kif iggarantit min-normi u l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u mil-liġijiet tal-Kambodja;
21. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill ifasslu inizjattiva komprensiva u strateġika dwar id-demokrazija fir-rigward tal-pajjiżi tar-reġjun tal-ASEAN u jippreżentawha lill-Parlament Ewropew fi żmien sitt xhur;
22. Jemmen li s-sanzjonijiet immirati, inklużi projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u l-iffriżar tal-assi, kontra l-mexxejja Kambodjani u l-interessi ekonomiċi tagħhom imisshom ilhom li ttieħdu; iħeġġeġ lill-Kunsill jadotta miżuri restrittivi kontra l-mexxejja politiċi u l-mexxejja tal-forzi tas-sigurtà responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, ix-xoljiment u r-repressjoni sussegwenti tal-oppożizzjoni fil-Kambodja, u kontra l-interessi ekonomiċi tagħhom fl-ambitu tar-reġim ta' sanzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem globali tal-UE;
23. Jistieden lis-SEAE u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni urġenti biex imexxu l-isforzi fit-48 sessjoni li jmiss tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU għall-adozzjoni ta' riżoluzzjoni b'saħħitha li tindirizza s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kambodja, li testendi l-mandat tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kambodja, u biex il-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem tintalab timmonitorja u tirrapporta dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kambodja u tiddeskrivi l-azzjonijiet li l-gvern għandu jieħu biex jikkonforma mal-obbligi internazzjonali tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem;
24. Jistieden lill-Kunsill Ewropew jadotta pożizzjoni formali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-deterjorament tad-demokrazija fil-Kambodja;
25. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lis-Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern u lill-Assemblea Nazzjonali tal-Kambodja.
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/550 tat-12 ta' Frar 2020 li jemenda l-Annessi II u IV tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-irtirar temporanju tal-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 fir-rigward ta' ċerti prodotti li joriġinaw mir-Renju tal-Kambodja, (ĠU L 127, 22.4.2020, p. 1).
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Sirja, b'mod partikolari dik tal-15 ta' Marzu 2018 dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja(1), tat-18 ta' Mejju 2017 dwar l-istrateġija tal-UE rigward is-Sirja(2), tal-4 ta' Lulju 2017 dwar l-indirizzar tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-kuntest tad-delitti tal-gwerra u d-delitti kontra l-umanità, inkluż il-ġenoċidju(3), tal-24 ta' Ottubru 2019 dwar l-operazzjoni militari Torka fil-Grigal tas-Sirja u l-konsegwenzi tagħha(4), tas-26 ta' Novembru 2019 dwar id-drittijiet tat-tfal fl-okkażjoni tat-30 anniversarju tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal(5) u tas-17 ta' Novembru 2011 dwar appoġġ tal-UE għall-QKI(6),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-UE tas-6 ta' Marzu 2020, u l-aktar konklużjonijiet reċenti tal-Kunsill tal-UE dwar is-Sirja tal-14 ta' Ottubru 2019, tas-16 ta' April 2018 u tat-3 ta' April 2017,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet preċedenti tal-Viċi President / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar is-Sirja, fosthom dawk ta' Frar 2020 dwar l-aċċess umanitarju f'Idlib, tat-13 ta' Jannar 2020 u tas-26 ta' Settembru 2019 dwar is-Sirja, u tad-9 ta' Ottubru 2019 dwar l-iżviluppi fil-Grigal tas-Sirja,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/30 tal-15 ta' Jannar 2021 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja(7), li żdiedet il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Sirjan il-ġdid mal-lista ta' sanzjonijiet tal-UE kontra dawk responsabbli għat-trażżin vjolenti fis-Sirja,
– wara li kkunsidra l-istrateġija tal-UE dwar is-Sirja, adottata fit-3 ta' April 2017, u l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-istrateġija reġjonali tal-UE relatata mas-Sirja u mal-Iraq u mat-theddida rrappreżentata mill-ISIL/Daesh, adottata fis-16 ta' Marzu 2015,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tan-NU u l-Unjoni Ewropea bħala l-Presidenti Konġunti tar-raba' Konferenza ta' Brussell dwar l-Appoġġ għall-futur tas-Sirja u r-reġjun, li saret fit-30 ta' Ġunju 2020,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet preċedenti tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar is-Sirja, inklużi dawk tal-kelliem tiegħu tal-1 u tat-18 ta' Frar 2020,
– wara li kkunsidra l-aktar dikjarazzjoni reċenti tal-Mibgħut Speċjali tan-NU għas-Sirja, Geir O. Pedersen, indirizzata lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fit-22 ta' Jannar 2021,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU rilevanti għas-Sirja sa mill-2011, b'mod partikolari r-Riżoluzzjoni 2254 (2015) li tapprova pjan direzzjonali għal proċess ta' paċi fis-Sirja, ir-Riżoluzzjoni 2249(2015) dwar l-Istat Iżlamiku fl-Iraq u fis-Sirja u r-Riżoluzzjoni 2533(2020) li ġġedded il-punt ta' qsim tal-fruntiera ta' Bab al-Hawa sal-10 ta' Lulju 2021 għall-għajnuna umanitarja,
– wara li kkunsidra l-aħħar rapporti tal-Kummissjoni Internazzjonali Indipendenti ta' Inkjesta dwar ir-Repubblika Għarbija Sirjana, ippreżentata lill-UNHRC fl-1 ta' Marzu 2021,
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 71/248 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tal-21 ta' Diċembru 2016 li tistabbilixxi l-Mekkaniżmu Internazzjonali, Imparzjali u Indipendenti biex Jassisti fl-Investigazzjoni u l-Prosekuzzjoni tal-Persuni Responsabbli għad-Delitti l-Aktar Serji skont id-Dritt Internazzjonali li Twettqu fir-Repubblika Għarbija Sirjana sa minn Marzu 2011,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Unicef tat-28 ta' Frar 2021 dwar ir-riintegrazzjoni u r-ripatrijazzjoni sikuri tat-tfal kollha fil-kamp ta' Al-Hol u madwar il-Grigal tas-Sirja, kif ukoll ir-Rapport 2020 tal-Unicef dwar is-Sitwazzjoni Umanitarja fis-Sirja Kollha tat-2 ta' Frar 2021,
– wara li kkunsidra t-twaqqif, fl-2011, tas-Segretarjat tan-Network tal-UE għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-ġenoċidju, tad-delitti kontra l-umanità u tad-delitti tal-gwerra, li hu ospitat minn Eurojust,
– wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/444/PESK tas-16 ta' Ġunju 2003 dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali(8), il-Pjan ta' Azzjoni tiegħu tal-2004, maħsub biex jikseb ir-ratifika u l-implimentazzjoni universali tal-QKI, kif ukoll il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE rivedut tal-2011,
– wara li kkunsidra l-Istatut ta' Ruma tal-QKI,
– wara li kkunsidra l-Karta tan-NU u l-konvenzjonijiet tan-NU li s-Sirja hija Stat parti tagħhom, inkluża l-Konvenzjoni Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra,
– wara li kkunsidra l-Komunikati ta' Ġinevra appoġġati min-NU tal-2012 u l-2014,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra tal-1949 u l-protokolli addizzjonali tagħhom,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Projbizzjoni tal-Iżvilupp, il-Produzzjoni, il-Ħażna u l-Użu ta' Armi Kimiċi u dwar il-Qerda tagħhom,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta' Ġenoċidju tad-9 ta' Diċembru 1948,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi fl-aħħar ta' Frar 2011 f'Deraa, ir-reġim Sirjan arresta, żamm f'detenzjoni u ttortura tfal Sirjani talli kitbu slogans ta' kritika kontra l-President Bashar Al-Assad mal-ħitan tal-belt; billi fil-15 ta' Marzu 2011 eluf ta' Sirjani niżlu fit-toroq ta' Deraa u ta' Damasku, fi kwantitajiet rekord, biex jitolbu riformi demokratiċi, il-ħelsien tad-detenuti politiċi, il-waqfien tat-torturi, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt, elezzjonijiet liberi u ġusti, u li tintemm il-korruzzjoni; billi matul diversi snin dawn il-protesti popolari nxterdu mal-pajjiż kollu, fil-bliet il-kbar bħal Homs, Hama, Idlib u l-kwartieri popolari ta' Aleppo u Damasku, kif ukoll fi bliet iżgħar bħal Al-Hasakah fil-Grigal u Kafr Nabl fil-Majjistal;
B. billi r-rewwixta Sirjana tal-2011 kienet turija tad-diversità etnika u reliġjuża tas-Sirja, u involviet mexxejja tal-gruppi etniċi u reliġjużi kollha u tal-provinċji kollha tal-pajjiż;
C. billi r-reġim Sirjan irrisponda għall-aspirazzjonijiet demokratiċi leġittimi tal-poplu tiegħu bi brutalità assoluta eżerċitata mill-forzi tas-sigurtà Sirjani u mill-milizji alleati taħt il-kmand tagħhom; billi aktar minn nofs miljun ruħ tilfu ħajjithom waqt li aktar minn miljun ruħ indarbu; billi skont in-Network Sirjan għad-Drittijiet tal-Bniedem (SNHR), minn Marzu 2011 'l hawn inqatlu aktar minn 230 000 ċivili, li minnhom 88 % inqatlu mir-reġim Sirjan, 3 % mill-forzi Russi, 2 % minn Daesh u 2 % mill-gruppi armati tal-oppożizzjoni; billi aktar minn 15 000 ċivili ġew ittorturati sal-mewt, 99 % minnhom fil-ħabsijiet tar-reġim; billi, minn dak iż-żmien, aktar minn 150 000 ċivili sfaw vittma ta' għajbien imġiegħel u għadhom detenuti, 88 % minnhom mir-reġim Sirjan, 6 % minn Daesh u 3 % mill-gruppi armati tal-oppożizzjoni; billi minn dak iż-żmien 'l hawn, aktar minn 3 400 membru tal-persunal tas-saħħa sfaw vittma ta' għajbien imġiegħel jew detenzjoni, 98 % minnhom mir-reġim Sirjan;
D. billi l-partijiet fil-kunflitt, inklużi l-forzi tal-gvern u l-alleati tagħhom, il-gruppi armati kontra l-gvern u l-organizzazzjonijiet terroristiċi elenkati min-NU bħall-ISIL/Daesh, wettqu ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem sa diversi gradi, inklużi delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità; billi t-tattiċi użati kemm mir-reġim brutali kif ukoll mill-ġiħadisti kienu ffukati fuq il-qerda tal-forzi moderati u prodemokratiċi; billi dawk kollha responsabbli għal dawn id-delitti jeħtieġ li jwieġbu għal għemilhom;
E. billi r-reġim Sirjan uża armi kimiċi, missili Scud, artillerija konvenzjonali u bombi li jintefgħu mill-ajru, kif ukoll bombi bettija, bombi dispersivi u bombi inċendjarji fil-kwartieri ċivili densament popolati bħal Homs, Hama u n-naħa tal-Lvant ta' Aleppo; billi d-dimostranti paċifiċi midruba minn tiri ta' armi tan-nar mill-forzi tas-sigurtà Sirjani ġew imċaħħda mill-kura u ttorturati sal-mewt fl-isptarijiet militari u fiċ-ċentri ta' detenzjoni fil-pajjiż kollu, kif evidenzjat mir-rapport Caesar ippreżentat minn Franza lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU f'Mejju 2014; billi l-familji sistematikament ma tħallewx jidfnu lill-mejtin tagħhom fiċ-ċimiterji; billi bliet sħaħ ġew assedjati u mġiegħla jsofru l-ġuħ deliberatament; billi seħħew każijiet ta' kkastigar kollettiv, qtil extraġudizzjarju u massakri multipli ta' mijiet ta' rġiel, nisa u tfal fil-bliet rurali, bħal pereżempju f'Mejju 2012 f'Houla; billi l-Kummissjoni ta' Inkjesta tan-NU dwar is-Sirja rrappurtat dwar l-użu sistematiku tal-istupru u forom oħra ta' vjolenza sesswali bħala arma tal-gwerra min-naħa tal-forzi tar-reġim Sirjan u l-milizji tagħhom;
F. billi n-Nazzjonijiet Uniti, permezz tal-mandat tal-Mibgħuta Speċjali tan-NU, bdew sensiela ta' inizjattivi biex jilħqu waqfien mill-ġlied bejn il-partijiet kollha, jinħelsu d-detenuti, jiġi garantit l-aċċess umanitarju għaż-żoni kollha tal-pajjiż, jiġu protetti l-ġurnalisti u l-NGOs u jinbeda djalogu inklużiv favur soluzzjoni politika tal-kunflitt li faqqa' wara l-2011; billi dan il-proċess u l-Kumitat Kostituzzjonali Sirjan (SCC) li għandu l-mandat min-NU għadhom wieqfa;
G. billi l-Kumitat Kostituzzjonali Sirjan ġie stabbilit f'Ottubru 2019 bil-mandat li jsib soluzzjoni politika għall-kunflitt Sirjan, taħt l-awspiċi tal-Mibgħut Speċjali tan-NU għas-Sirja u f'konformità mar-Riżoluzzjoni 2254(2015) tal-KSNU; billi, minkejja n-nuqqasijiet strutturali tiegħu u r-reżistenza kontinwa ta' Assad rigward il-kooperazzjoni kostruttiva fi ħdan il-Kumitat Kostituzzjonali Sirjan, dan jibqa' strument kruċjali biex tinkiseb riżoluzzjoni politika paċifika għall-kunflitt;
H. billi r-Russja, appoġġata miċ-Ċina, użat il-veto f'16-il riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU mill-2011, fosthom riżoluzzjoni dwar id-differiment tas-Sirja lill-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) u riżoluzzjoni dwar iż-żieda fl-aċċess umanitarju; billi l-Iran u l-Hezbollah kienu involuti direttament biex isostnu t-trażżin taċ-ċivili min-naħa tar-reġim Sirjan; billi r-Russja ilha mill-2015 tinvesti riżorsi loġistiċi, diplomatiċi u finanzjarji biex torganizza intervent militari fuq skala kbira tal-forzi tal-ajru Russi b'appoġġ għar-reġim Sirjan;
I. billi t-Turkija ilha mill-2016 tintervjeni direttament fis-Sirja, bit-tir li tokkupa r-reġjuni tat-Tramuntana tal-pajjiż, li fil-parti l-kbira tikkonsisti f'enklavi Kurdi Sirjani, bi ksur tad-dritt internazzjonali, fosthom billi invadiet, f'Ottubru 2019, territorji kkontrollati mill-Forzi Demokratiċi Sirjani; billi, b'reazzjoni għal dawn l-azzjonijiet min-naħa tat-Turkija, għadd ta' Stati Membri tal-UE ssospendew formalment il-bejgħ tal-armi lit-Turkija;
J. billi skont il-pajjiżi Kopresidenti tal-Grupp ta' Minsk tal-OSKE, it-Turkija ttrasferiet merċenarji Sirjani lejn Nagorno-Karabakh;
K. billi l-Koalizzjoni Globali qed tkompli bl-isforzi tagħha fl-Iraq, fis-Sirja u globalment biex tfixkel l-ambizzjonijiet tal-ISIL/Daesh u l-attivitajiet tal-fergħat u n-networks tagħha;
L. billi l-UE u l-Istati Membri tagħha ssospendew ir-relazzjonijiet diplomatiċi mar-reġim Sirjan fl-2012; billi l-UE għalqet id-delegazzjoni tagħha f'Damasku f'Diċembru 2012, b'segwitu għall-għeluq tal-ambaxxati tal-Istati Membri li sar fil-bidu tal-2012;
M. billi l-Kunsill adotta sanzjonijiet fil-konfront ta' persuni u entitajiet involuti fit-trażżin taċ-ċivili, li ġew adottati fl-2011 u minn dak iż-żmien ġew estiżi, biex tintlaħaq soluzzjoni politika negozjata; billi dawn is-sanzjonijiet jipprevedu derogi umanitarji;
N. billi r-reazzjoni tar-reġim Sirjan għar-rewwixta wasslet għall-qerda tan-nisġa ekonomika u soċjali tas-Sirja; billi il-kollass tal-lira Sirjana ġie amplifikat mill-kollass tal-ekonomija Libaniża mill-2019, u mir-riperkussjonijiet ekonomiċi globali marbuta mal-pandemija tal-COVID-19 minn Marzu 2020; billi l-prezz tal-prodotti bażiċi ogħla b'aktar minn 100 % mill-2019;
O. billi s-Sirja, li tinsab taħt pressjoni internazzjonali intensa, iffirmat u rratifikat il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi f'Ottubru 2013, wara li wettqet l-aktar attakk kimiku gravi tagħha sal-lum fuq kwartier ċivili fin-naħa tal-Lvant ta' Ghouta, sobborg fil-Lvant ta' Damasku; billi, minn dak iż-żmien, it-Tim ta' Investigazzjoni u Identifikazzjoni tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (OPCW) qies ir-reġim Sirjan responsabbli li uża armi kimiċi fuq iċ-ċivili diversi drabi; billi f'Lulju 2020 il-Kunsill Eżekuttiv tal-OPCW talab formalment, għal darb'oħra, lir-reġim Sirjan jiddikjara l-impjanti ta' armi kimiċi tiegħu;
P. billi b'riżultat tal-kunflitt, kważi 7 miljun persuna saru rifuġjati, aktar minn 13-il miljun persuna saru dipendenti mill-għajnuna umanitarja fis-Sirja, li minnhom 6 miljuni huma nisa u tfal, 6,8 miljun persuna ġew spostati internament u aktar minn 3 miljun persuna qed jgħixu f'żoni assedjati li diffiċli jintlaħqu; billi s-sena l-oħra biss, il-bżonnijiet umanitarji fis-Sirja żdiedu b'għoxrin fil-mija, u 4,5 miljun Sirjan ieħor qed jesperjenza insigurtà fir-rigward tal-ikel, filwaqt li 90 % tas-Sirjani qed jgħixu taħt is-soll tal-faqar; billi l-aċċess umanitarju għall-popolazzjonijiet kollha fil-bżonn għadu fundamentali, u 40 % tal-popolazzjoni Sirjana tirrisjedi f'żoni mhux ikkontrollati mill-gvern; billi, barra mill-assistenza ġenerali tas-saħħa għall-popolazzjoni, il-pandemija tal-COVID-19 uriet kemm l-aċċess transfruntier għall-Majjistral u għall-Grigal tas-Sirja għadu kruċjali; billi x-xitwa u l-għargħar sussegwenti, li laqtu lil madwar 121 000 ruħ fi 304 siti IDP fil-Majjistral tas-Sirja, ġabu magħhom livell addizzjonali ta' tbatija għal popolazzjoni li diġà kienet estremament vulnerabbli; billi l-Gvern Sirjan kompla jimponi restrizzjonijiet qawwija fuq it-twassil tal-għajnuna umanitarja f'żoni tas-Sirja okkupati mill-gvern u fi bnadi oħra fil-pajjiż;
Q. billi madwar 12 000 ċittadin barrani, li fil-parti l-kbira huma ssuspettati li għandhom rabtiet diretti jew indiretti mal-ISIL/Daesh, qed jinżammu f'seba' ħabsijiet immexxija mill-Forzi Demokratiċi Sirjani fil-Grigal tas-Sirja; billi 9 000 minnhom qed jinżammu fil-kamp ta' Al-Hol, l-akbar wieħed fis-Sirja, li jospita total ta' 64 000 persuna, fil-parti l-kbira familji b'rabtiet mal-ISIL/Daesh, li 94 % minnhom huma nisa u tfal, inklużi ċittadini tal-UE; billi l-kundizzjonijiet attwali huma allarmanti ħafna, speċjalment wara l-aktar każijiet ta' qtil reċenti rreġistrati mill-bidu ta' din is-sena;
R. billi l-kunflitt kellu impatt partikolarment serju fuq il-ħajja u d-drittijiet tal-bniedem tat-tfal fis-Sirja; billi, skont in-Network Sirjan għad-Drittijiet tal-Bniedem, aktar minn 29 500 tifel u tifla nqatlu, li minnhom 78 % mir-reġim Sirjan u mill-milizzji Iranjani, 7 % mill-forzi Russi u 3 % minn ISIL/Daesh; billi aktar minn 2,6 miljun tifla u tifel sfaw spostati internament minn djarhom u billi s-saħħa mentali ta' ħafna tfal Sirjani ġiet affettwata u se tkompli tiġi affettwata profondament mill-brutalità assoluta tal-kunflitt; billi l-fatt li t-tfal fis-Sirja ma jistgħux jiksbu dokumenti tar-reġistrazzjoni tat-twelid u tal-identità jpoġġihom f'riskju ta' apolidija; billi miljuni ta' tfal tilfu snin ta' edukazzjoni, u billi attwalment hemm 2,8 miljun tifel u tifla li mhumiex jattendu l-iskola fis-Sirja;
S. billi l-attakki ma jaqtgħu xejn fuq il-faċilitajiet tas-saħħa qerdu s-sistema tas-saħħa Sirjana, u ħallew lis-Sirjani f'diffikultà biex jegħlbu l-isfidi kkawżati bil-kriżi tal-COVID-19; billi anqas minn 64 % tal-isptarijiet u 52 % taċ-ċentri ta' assistenza tas-saħħa primarja fis-Sirja huma operattivi; billi, skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), 70 % tal-persunal tas-saħħa ħarab mill-pajjiż;
T. billi l-attakki regolari fuq il-faċilitajiet tas-saħħa kkaratterizzaw sa mill-bidu nett il-kunflitt Sirjan, bi ksur sfaċċat tad-dritt umanitarju internazzjonali, u ppersistew fl-2020 matul il-pandemija; billi f'dawn l-aħħar għaxar snin żdied ir-rikonoxximent internazzjonali tan-natura sistematika tal-attakki fuq il-faċilitajiet tas-saħħa fis-Sirja, iżda ma kienx faċli li tiġi stabbilita b'mod ċar ir-responsabbiltà għal dawn l-attakki minkejja r-Riżoluzzjonijiet tal-KSNU 2139 (2014) u 2286 (2016); billi s-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti waqqaf Bord ta' Inkjesta intern tan-Nazzjonijiet Uniti, li eżamina numru limitat ta' inċidenti li seħħew fil-Majjistral tas-Sirja bejn Settembru 2019 u April 2020;
U. billi l-prattikanti umanitarji u dawk li jappoġġjaw il-kawża umanitarja qed ikomplu jqajmu tħassib dwar is-sigurtà u l-protezzjoni tal-persuni rimpatrijati u tal-individwi spostati fid-dawl tal-kundizzjonijiet f'ħafna żoni tal-pajjiż u l-mistoqsijiet li jqajjem l-approċċ tal-Gvern Sirjan fir-rigward tar-rikonċiljazzjoni politika;
V. billi mill-2011 l-UE u l-Istati Membri tagħha mmobilizzaw aktar minn EUR 20 biljun f'għajnuna umanitarja, għall-istabbilizzazzjoni u għar-reżiljenza għas-Sirjani f'pajjiżhom u fil-pajjiżi ġirien; billi l-UE kienet il-forza motriċi tal-konferenzi b'appell għal wegħdiet ta' donazzjonijiet għas-Sirja li saru fi Brussell f'erba' snin konsekuttivi (2017-2020), u l-ħames konferenza ta' Brussell li għandha ssir fid-29 u t-30 ta' Marzu 2021;
W. billi r-Riżoluzzjoni tal-KSNU 2533 (2020) tal-11 ta' Lulju 2020 dwar l-għajnuna trasnfruntiera ġeddet biss il-punt ta' qsim tal-fruntiera ta' Bab al-Hawa, għal perjodu ta' sena sal-10 ta' Lulju 2021, u b'hekk ingħalqu l-punti ta' qsim tal-fruntiera ta' Bab al-Salam, Al Yarubiyah u Al-Ramtha;
X. billi mill-2011 miljuni ta' Sirjani tneħħewlhom id-drittijiet tal-proprjetà tagħhom permezz ta' liġijiet ġodda dwar il-proprjetà Sirjana kontra dawk li jkunu qed jevitaw is-servizz militari jew jaħarbu mill-pajjiż mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel;
Y. billi l-Għoljiet tal-Golan huma territorju Sirjan u ilhom okkupati mill-Istat ta' Iżrael mill-1967;
Z. billi twettqu numru ta' attakki fuq il-wirt kulturali minn partijiet differenti matul il-kunflitt, inklużi l-qerda u s-sakkeġġ ta' siti arkeoloġiċi minn ISIL/Daesh u t-twaqqigħ, is-sakkeġġ u l-qerda ta' siti arkeoloġiċi u ta' santwarji u oqbra tal-Yazidi mill-Armata Nazzjonali Sirjana f'Afrin;
AA. billi l-Istatut ta' Ruma tal-QKI, iffirmat u ratifikat mill-Istati Membri kollha, jafferma li jeħtieġ li l-aktar delitti serji ta' tħassib għall-komunità internazzjonali kollha kemm hi – b'mod partikolari l-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità u d-delitti tal-gwerra – ma jistgħux jibqgħu impuniti;
AB. billi l-Istati Membri rratifikaw l-Istatut ta' Ruma tal-QKI mill-2009; billi fl-2011 il-Kunsill waqqaf is-Segretarjat tan-Network tal-UE għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-ġenoċidju, tad-delitti kontra l-umanità u tad-delitti tal-gwerra, li hu ospitat minn Eurojust, billi l-istrateġija tal-UE dwar is-Sirja tistieden lill-UE tippromwovi l-obbligu ta' rendikont għad-delitti tal-gwerra kommessi fis-Sirja, bil-għan li jkunu aġevolati proċess ta' rikonċiljazzjoni nazzjonali u ġustizzja tranżizzjonali;
AC. billi fl-2018 għall-ewwel darba tnediet Skwadra ta' Investigazzjoni Konġunta (SIK) immexxija mill-awtoritajiet ġudizzjarji u tal-infurzar tal-fi Franza u l-Ġermanja biex tiffaċilita l-arrest u l-prosekuzzjoni tal-kriminali tal-gwerra Sirjani b'segwitu għall-pubblikazzjoni tar-rapport Caesar, li kixef il-prattiki sistematiċi li bihom mijiet ta' eluf ta' nisa u rġiel fiċ-ċentri ta' detenzjoni Sirjani mill-2011 tħallew bil-ġuħ u ġew ittorturati;
1. Jesprimi s-sostenn tiegħu għall-aspirazzjonijiet demokratiċi tal-poplu Sirjan li, 10 snin ilu fil-15 ta' Marzu 2011, għamel dimostrazzjoni paċifika biex jitlob riformi demokratiċi f'Deraa, f'Damasku u fil-bqija tal-pajjiż; jagħti ġieħ lill-500 000 vittma tar-repressjoni u tal-kunflitt fis-Sirja mill-bidu tar-rewwixta popolari; jemmen li l-futur tas-Sirja għandu jibqa' f'idejn il-poplu Sirjan; jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-unità, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-istat Sirjan u l-poplu tiegħu;
2. Jesprimi tħassib kbir dwar l-istaġnar politiku persistenti, u jfaħħar l-isforzi tal-Mibgħut Speċjali tan-NU, Geir O. Pedersen, biex tinstab soluzzjoni politika għall-kunflitt; jikkondividi t-tħassib tal-Mibgħut Speċjali dwar in-nuqqas ta' progress; jafferma mill-ġdid li ma tistax tinkiseb soluzzjoni sostenibbli għall-kunflitt Sirjan b'mod militari; huwa wkoll imħasseb minħabba l-kollass ekonomiku u l-kriżi umanitarja diżastruża li qed jolqtu lis-Sirja;
3. Jesprimi l-appoġġ tiegħu għar-Riżoluzzjoni tal-KSNU 2254 (2015), li tistabbilixxi proċess ta' riforma kostituzzjonali mmexxi mis-Sirja; jesprimi dispjaċir kbir għan-nuqqas ta' impenn min-naħa tar-reġim Sirjan, minkejja l-impenn ripetut u d-disponibbiltà murija mill-movimenti tal-oppożizzjoni Sirjana li jinnegozjaw mar-reġim Sirjan fl-abbozzar ta' kostituzzjoni Sirjana ġdida; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-bżonn li jinħoloq mekkaniżmu ta' monitoraġġ, verifika u rapportar tal-waqfien mill-ġlied taħt it-tmexxija tan-NU;
4. Jopponi kwalunkwe normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet diplomatiċi mar-reġim Sirjan sakemm fis-Sirja ma jsirx progress fundamentali fil-post, b'impenn ċar, kostanti u kredibbli fi proċess politiku inklużiv; iqis li l-elezzjonijiet presidenzjali Sirjani li jmiss tal-2021 huma nieqsa minn kwalunkwe kredibbiltà f'għajnejn il-komunità internazzjonali fil-kuntest attwali; jikkundanna bil-qawwa l-laqgħat ta' Membri tal-Parlament Ewropew mar-reġim Sirjan, u jenfasizza li dawk il-Membri ma jirrappreżentawx lill-Parlament Ewropew;
5. Jiddispjaċih li xi atturi komplew jaqsmu oppożizzjoni Sirjana frammentata, billi ostakolaw il-Proċess ta' Ġinevra;
6. Jikkundanna bil-qawwa kull atroċità u ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali, b'mod partikolari mir-Reġim ta' Assad, iżda wkoll minn atturi Russi, Iranjani u Torok, u jistieden lir-Russja, lill-Iran u lill-Hezbollah jirtiraw il-forzi kollha taħt il-kmand tagħhom, inklużi dawk irregolari, bl-eċċezzjoni ta' dawk li jkunu qed jipparteċipaw f'forzi internazzjonali għaż-żamma tal-paċi jew tal-istabbilizzazzjoni taħt il-mandat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; jiddeplora r-rwol tar-Russja u tal-Iran talli sostnew ir-repressjoni totali tar-reġim Sirjan fil-konfront tal-popolazzjoni ċivili u talli ħadu l-kontroll tal-proċess politiku u tar-riżorsi ekonomiċi fis-Sirja;
7. Jistieden lit-Turkija tirtira t-truppi tagħha mit-Tramuntana tas-Sirja, territorju li tokkupa illegalment u mingħajr mandat tan-Nazzjonijiet Uniti; jikkundanna t-trasferimenti illegali ta' Sirjani Kurdi mit-territorju okkupat fit-Tramuntana tas-Sirja lejn it-Turkija għal skopijiet ta' detenzjoni u prosekuzzjoni, bi ksur tal-obbligi internazzjonali tat-Turkija fil-qafas tal-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra; iħeġġeġ biex id-detenuti Sirjani kollha li ġew trasferiti lejn it-Turkija jiġu rimpatrijati minnufih lejn it-territorji okkupati fis-Sirja; huwa inkwetat bil-fatt li l-ispostamenti li qegħdin isiru fit-Turkija jaf ikunu ekwivalenti għal tindif etniku kontra l-popolazzjoni Kurda Sirjana; jenfasizza li l-invażjoni u l-okkupazzjoni illegali tat-Turkija pperikolaw il-paċi fis-Sirja, fil-Lvant Nofsani u fil-Lvant tal-Mediterran; jikkundanna bil-qawwa l-użu min-naħa tat-Turkija ta' merċenarji Sirjani fil-kunflitti fil-Libja u fin-Nagorno-Karabakh, bi ksur tad-dritt internazzjonali;
8. Jemmen bis-sħiħ fid-diversità reliġjuża u etnika tas-Sirja; jiddeplora d-diskriminazzjoni min-naħa tar-reġim Sirjan kontra s-Sirjani Kurdi; jikkundanna l-attakki mmirati tar-reġim Sirjan kontra l-ilħna kritiċi, bħar-rebbieħ tal-Premju Sakharov tal-Parlament Ewropew Ali Ferzat għall-kritika tiegħu kontra l-President Assad, kif ukoll l-attakki tar-reġim Sirjan kontra 124 knisja Kristjana, li ġew dokumentati min-Network Sirjan għad-Drittijiet tal-Bniedem; jikkundanna bil-qawwa l-assassinju ta' minoranzi reliġjużi min-naħa ta' ISIL/Daesh, partikolarment id-delitti ta' ġenoċidju kontra l-Yazidi u persuni ta' twemmin Musulman Xiita u Kristjan bejn l-2014 u l-2018; jiddeplora bil-qawwa l-persekuzzjoni tal-minoranzi taħt il-gruppi armati tal-oppożizzjoni;
9. Ifakkar lill-komunità internazzjonali fil-gravità u l-kobor tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sirja mwettaq mill-partijiet differenti involuti fil-kunflitt; jissottolinja r-responsabbiltà kbira tar-reġim Sirjan fid-deċiżjoni tiegħu li jirrispondi għal protesti paċifiċi b'repressjoni totali u b'mezzi tal-waħx; ifakkar fl-importanza tar-rapport Caesar u l-konferma, ippreżentata lill-KSNU minn Franza fl-2014, tal-kredibbiltà tar-ritratti tal-11 000 priġunier identifikati li tħallew bil-ġuħ u ġew ittorturati għall-mewt f'ċentri ta' detenzjoni u sptarijiet militari fl-inħawi ta' Damasku bejn l-2011 u l-2013; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jappoġġjaw ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni ta' Inkjesta tan-NU ta' Marzu 2021 biex jiġi ffaċilitat il-ħolqien ta' mekkaniżmu indipendenti b'mandat internazzjonali u approċċ immexxi mill-vittmi biex jinstabu l-persuni neqsin jew il-fdalijiet tagħhom, inklużi dawk misjuba f'oqbra tal-massa;
10. Jikkundanna bil-qawwa l-qtil ta' 550 ġurnalist internazzjonali u Sirjan min-naħa tar-reġim Sirjan u għexieren oħra min-naħa ta' ISIL/Daesh u gruppi armati oħra; jistieden lir-reġim Sirjan jeħles minnufih lill-400 ġurnalist li, skont in-Network Sirjan għad-Drittijiet tal-Bniedem, qiegħed iżomm f'detenzjoni;
11. Jikkundanna bl-aktar mod qawwi l-użu tal-istupru bħala arma tal-gwerra kontra n-nisa, sew jekk mir-reġim Sirjan u l-milizzji tiegħu kif dokumentat mill-Kumitat Indipendenti Internazzjonali tan-NU, u sew jekk minn ISIL/Daesh fuq nisa Yazidi u Xiiti; ifakkar fir-rwol tan-nisa fir-rewwixta tal-2011 u l-importanza fundamentali tal-inklużjoni tan-nisa fil-livelli kollha tal-istrutturi tal-poter politiku, ekonomiku u ġudizzjarju tas-Sirja, inkluż fil-ġustizzja tranżizzjonali; itenni l-importanza li n-nisa u ż-żgħażagħ jiġu inklużi fil-proċess ta' riżoluzzjoni tal-kunflitti;
12. Itenni l-kundanna l-aktar qawwija tiegħu fil-konfront tal-attakki mill-ajru Russi li qatlu total ta' aktar minn 6 900 persuna ċivili, – fosthom 2 000 tifel u tifla – permezz ta' munizzjonijiet dispersivi, bombi termobariċi u missili fuq distanza twila, immirati lejn ċentri tal-midja indipendenti, sptarijiet, infrastruttura umanitarja, inklużi 'l fuq minn 207 faċilità medika, skont in-Network Sirjan għad-Drittijiet tal-Bniedem, u unitajiet tad-difiża ċivili Sirjani bħal membri tal-organizzazzjoni umanitarja tal-Elmi Bojod; jikkundanna t-tentattivi tar-Russja li tħammeġ ir-reputazzjoni tal-Elmi Bojod fil-midja tal-Punent permezz ta' kampanja ta' diżinformazzjoni aggressiva u sostnuta fuq il-midja soċjali; jikkundanna bl-aktar mod qawwi l-involviment ta' ajruplani tal-gwerra Russi fl-attakki kimiċi tar-reġim Sirjan, bħal fil-massakru kimiku ta' Khan Sheikhoun f'April 2017, segwit minnufih mill-bumbardament – min-naħa ta' ajruplani tal-gwerra Russi – tal-uniku sptar fejn kienu qed jingħataw kura l-vittmi;
13. Iħeġġeġ lir-reġim Sirjan jeħles minnufih lill-130 000 priġunier politiku li qed jinżammu arrestati inġustament, inklużi nisa, irġiel u tfal li sfaw vittmi ta' għajbien sfurzat min-naħa tal-forzi tas-sigurtà Sirjani; jikkundanna bil-qawwa l-użu sistematiku ta' tortura, trattamenti inumani u vjolenza sesswali fil-kundizzjonijiet orribbli li qed jinżammu fihom, mingħajr ebda aċċess għal qorti ċivili, għal avukat, għal kura medika jew għall-familji tagħhom; jenfasizza li qed jiġu mċaħħda mid-drittijiet bażiċi tagħhom għal proċess ġust, inkluż biż-żamma ta' informazzjoni dwar l-arrest tagħhom u bl-użu tat-tortura biex jiġu mġiegħla jammettu ħtija li m'għandhomx; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Sirjani biex, mingħajr ebda eċċezzjoni, jagħtu aċċess immedjat u bla xkiel għall-faċilitajiet ta' detenzjoni lill-NGOs umanitarji u l-organizzazzjonijiet ta' monitoraġġ internazzjonali rikonoxxuti mingħajr preavviż;
14. Jenfasizza li ISIL/Daesh għadu attiv fir-reġjun u ma ġiex megħlub; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar id-diffikultajiet affaċċjati biex tiġi ppreservata u jinkiseb aċċess fir-rigward ta' evidenza ta' delitti mwettqa minn ISIL/Daesh u biex jiġi żvelat id-destin ta' dawk maħtufa; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jappoġġjaw l-isforzi fuq il-post biex tiġi dokumentata u ppreservata l-evidenza ta' dawk id-delitti; jilqa' l-l-prsekuzzjoni ta' ċittadini tal-UE u ta' pajjiżi terzi li ssieħbu ma' ISIL/Daesh;
15. Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar ir-ritorn ta' ISIL/Daesh fil-Grigal tas-Sirja; ifaħħar l-isforzi tal-koalizzjoni internazzjonali kontra ISIL/Daesh; jenfasizza l-importanza ta' impenn kontinwu u fit-tul min-naħa tal-Istati Uniti fil-koalizzjoni; jafferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għall-isforzi tal-Koalizzjoni Globali kontra ISIL/Daesh, u jissottolinja l-kontribut sinifikanti tal-Forzi Demokratiċi Sirjani (FDS) bħala alleat fil-ġlieda kontra ISIL/Daesh;
16. Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar it-tensjonijiet dejjem akbar fil-Kurdistan Iraqi, li f'dawn l-aħħar snin gawda aktar stabbiltà mis-Sirja u pprovda kenn sikur lil rifuġjati Sirjani;
17. Jafferma mill-ġdid li l-persuni responsabbli għal dawn id-delitti kriminali internazzjonali l-aktar serji għandhom jitressqu quddiem il-ġustizzja kif dovut, inkluż mill-Istati Membri tal-UE, fin-nuqqas ta' proċessi ta' ġustizzja tranżizzjonali internazzjonali jew nazzjonali oħra; jenfasizza l-importanza essenzjali li tissolva l-kwistjoni ta' dawk miżmuma u li sfaw vittmi ta' għajbien sfurzat min-naħa tal-partijiet kollha involuti fil-kunflitt bħala parti fundamentali minn kwalunkwe proċess tranżitorju bil-għan li tinkiseb il-paċi;
18. Ifakkar li l-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) għandha tibqa' l-ġuriżdizzjoni primarja għall-ġustizzja internazzjonali f'każijiet ta' ġenoċidju, delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra u delitti ta' aggressjoni; iqis li n-nuqqas ta' obbligu ta' rendikont jipprovdi bażi għal aktar atroċitajiet u jżid it-tbatija tal-vittmi; jinsisti, għalhekk, fuq il-ħtieġa li l-awturi kollha jinżammu responsabbli, partikolarment bl-applikazzjoni tal-prinċipju ta' ġuriżdizzjoni universali, u li jingħata kumpens lill-vittmi; jenfasizza li l-introduzzjoni ta' miżuri ta' ġustizzja riparatriċi ma tistax tistenna sa tmiem il-kunflitt u jħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jżidu l-appoġġ tagħhom għall-proċessi mmexxija minn gruppi rappreżentattivi ta' Sirjani; jikkundanna bil-qawwa s-16-il veto fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti min-naħa tar-Russja, bl-appoġġ taċ-Ċina, biex is-Sirja titressaq quddiem il-QKI;
19. Jilqa' l-ewwel sentenza li qatt ingħatat fil-konfront ta' uffiċjal tas-sigurtà tar-reġim Sirjan għal kompliċità f'delitti kontra l-umanità fl-24 ta' Frar 2021 mill-qorti ta' Koblenz fil-Ġermanja;
20. Ifaħħar l-isforzi magħmula mill-Istati Membri tal-UE mill-2019 'l hawn biex jiżguraw appoġġ internazzjonali wiesa' għal garanzija ta' finanzjament fit-tul għall-Mekkaniżmu Internazzjonali, Imparzjali u Indipendenti biex Jassisti fl-Investigazzjoni u l-Prosekuzzjoni tal-Persuni Responsabbli għad-Delitti l-Aktar Serji skont id-Dritt Internazzjonali li Twettqu fir-Repubblika Għarbija Sirjana sa minn Marzu 2011 (MIII) fil-baġit ġenerali tan-NU;
21. Jilqa' l-Iskwadra ta' Investigazzjoni Konġunta Franko-Ġermaniża b'appoġġ għall-prosekuzzjoni fil-konfront tad-delitti kontra l-umanità ddokumentati mir-rapport Caesar; jilqa' l-mandati ta' arrest internazzjonali maħruġa miż-żewġ pajjiżi fl-2018 biex jiġu arrestati tliet uffiċjali tas-sigurtà ta' livell għoli; ifaħħar ir-rwol tal-NGOs Sirjani lokali fil-verifika, id-dokumentazzjoni, il-ġbir u l-protezzjoni tal-evidenza ta' delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra, kif ukoll ir-rwol komplementari ta' NGOs bħall-Kummissjoni għall-Ġustizzja u r-Responsabbiltà Internazzjonali fl-assistenza lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u ġudizzjarji Ewropej biex jittieħdu passi effettivi fil-konfront ta' kriminali tal-gwerra preżenti fit-territorju tal-Istati Membri tal-UE; jistieden lill-UE tipprovdi aktar taħriġ legali lis-Sirjani biex ikunu jistgħu jiżvolġu rwol fil-ġlieda kontra l-impunità;
22. Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta pjan ta' azzjoni tal-UE dwar l-impunità, b'kapitlu speċifiku dwar is-Sirja; jenfasizza li dan il-pjan ta' azzjoni għandu jara li jkun hemm aktar koordinament u armonizzazzjoni fir-riżorsi u l-isforzi u tal-Istati Membri biex il-kriminali tal-gwerra jitressqu quddiem il-ġustizzja fl-UE; hu tal-fehma li l-ġustizzja tranżizzjonali għandha rwol fundamentali biex tiġi żgurata l-paċi fit-tul; jistieden lill-UE tniedi fond Ewropew apposta għall-vittmi ta' delitti kontra l-umanità fis-Sirja;
23. Jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-isforzi tal-Istati Membri biex itejbu l-koordinament fil-qasam tar-riżorsi ġudizzjarji, tal-pulizija u tal-immigrazzjoni bl-iżvilupp ta' ġuriżdizzjonijiet komuni sabiex jiġu mutwalizzati l-kompetenzi ġudizzjarji tagħhom u tiġi ffaċilitata l-prosekuzzjoni; jenfasizza li l-Istati Membri li huma mgħammra aħjar għandhom jikkondividu l-esperti u l-interpreti tagħhom sabiex jiġu ffaċilitati investigazzjonijiet effiċjenti u effettivi, filwaqt li kull Stat Membru għandu jagħmel ħiltu biex jaħtar prosekutur apposta għal dawn id-delitti sabiex jitħaffu l-isforzi ta' koordinament fil-qasam ġudizzjarju;
24. Jistieden lill-Istati Membri jikkondividu awtomatikament, fil-livell tal-UE, informazzjoni dwar persuni li jkun suspettat li huma kriminali tal-gwerra skont l-Artikolu 1f tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra; hu tal-fehma li hemm bżonn ukoll kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni u l-prosekuturi pubbliċi dwar persuni li jkun suspettat li huma kriminali tal-gwerra fil-livell nazzjonali;
25. Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha tal-UE, mingħajr ebda eċċezzjoni, biex jikkooperaw bis-sħiħ fil-ġlieda kontra l-impunità; jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar in-nuqqas ta' kooperazzjoni ta' ċerti Stati Membri fil-prosekuzzjoni ta' kriminali tal-gwerra Sirjani;
26. Jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-isforzi Ewropej immexxija min-Netherlands minn Settembru 2020 biex jinfetħu proċedimenti legali kontra s-Sirja fil-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (QIĠ) għal ksur tal-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura;
27. Jistieden lill-Istati Membri biex, fil-konferenza li jmiss tal-OPCW fir-rebbiegħa tal-2021, jitolbu s-sospensjoni tas-sħubija tas-Sirja fl-OPCW talli ffalsifikat l-evidenza tal-użu ta' armi kimiċi; jerġa' jesprimi x-xokk u l-kundanna tiegħu għat-336 attakk kimiku dokumentat min-naħa tar-reġim Sirjan bl-użu ta' gass tal-kloru, sarin u mustarda tal-kubrit fuq il-popolazzjoni ċivili;
28. Jikkundanna bil-qawwa l-attakki fuq il-ħaddiema umanitarji minn kull naħa, speċjalment mir-reġim Sirjan u l-ISIL/Daesh; jirrimarka li r-reġim Sirjan għandu responsabbiltà partikolari għall-qtil immirat ta' ħaddiema umanitarji sa mill-2011; jenfasizza r-responsabbiltà kbira tar-Russja għall-attakki fuq il-ħaddiema umanitarji, partikolarment għall-bumbardament ta' 21 sptar temporanju ta' Médecins Sans Frontières (MSF) f'Ottubru 2015;
29. Jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar it-tbatija kontinwa tal-poplu Sirjan, 10 snin mindu beda l-kunflitt; jesprimi tħassib partikolari dwar il-fatt li, fl-aħħar sena biss, il-bżonnijiet umanitarji fis-Sirja żdiedu b'għoxrin fil-mija, u li 4,5 miljun Sirjan ieħor issa qegħdin f'kundizzjoni ta' insigurtà fir-rigward tal-ikel, filwaqt li 90 % qed jgħixu taħt is-soll tal-faqar; iqis li l-aċċess umanitarju għandu jibqa' prijorità ċentrali għall-UE fis-Sirja, u li ż-żieda fil-bżonnijiet tirrikjedi rispons finanzjarju u politiku akbar min-naħa tal-UE; jinnota li r-riżoluzzjoni 2533 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-qsim tal-fruntiera f'Bab al Hawa waslet biex tiġġedded f'Lulju 2021; jiddispjaċih li r-Russja u ċ-Ċina astjenew mill-aħħar votazzjoni minflok ma vvutaw favur ir-riżoluzzjoni; hu tal-fehma li t-twassil transfruntier tal-assistenza umanitarja għall-persuni li bħalissa jiddependu fuq il-konsenja transfruntiera mhuwiex affidabbli; ifakkar li 2,4 miljun Sirjan jiddependu fuq il-qsim tal-fruntiera għas-sopravivenza tagħhom u li jekk dan ma jiġix estiż għal minimu ta' 12-il xahar ikollu konsegwenzi serji u ta' theddida għall-ħajja; jikkundanna l-azzjonijiet ta' dawk il-membri tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li ppruvaw jillimitaw l-aċċess umanitarju għal skopijiet politiċi; iħeġġeġ lill-membri kollha tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jagħtu l-appoġġ tagħhom għat-tiġdid tar-riżoluzzjoni dwar il-konsenja transfruntiera sabiex tiġi evitata kriżi umanitarja akbar u jiżguraw l-espansjoni u l-appoġġ għal interventi trasversali mwettqa f'konformità ma' prinċipji umanitarji; jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata r-riawtorizzazzjoni immedjata tal-punti ta' qsim tal-fruntiera bejn Bab al-Salam u Yarubiyah f'konformità mar-riżoluzzjoni 74/169 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti biex jiġi żgurat li l-għajnuna tilħaq lill-popolazzjonijiet fil-bżonn kemm fil-Majjistral kif ukoll fil-Grigal permezz tal-aktar rotot diretti; jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-għajnuna umanitarja tasal esklużivament għand dawk li huma l-aktar fil-bżonn;
30. Jistieden lill-komunità internazzjonali tindirizza b'urġenza l-livelli rekord ta' bżonnijiet umanitarji tal-poplu Sirjan ġewwa u barra s-Sirja; iħeġġeġ lill-UE biex, bħala dik li laqqgħet il-Ħames Konferenza tad-Donaturi ta' Brussell dwar is-Sirja, timmobilizza donaturi internazzjonali oħra biex jiżdied l-appoġġ għas-settur tas-saħħa fil-Pjan ta' Risposta Umanitarja fis-Sirja permezz ta' finanzjament akbar, flessibbli u pluriennali li jkopri l-bżonnijiet tal-popolazzjoni fit-tul; jistieden lid-donaturi internazzjonali jinvestu speċifikament fi programmi li jsewwu, jirrestawraw u jsaħħu l-faċilitajiet tas-saħħa li saritilhom ħsara jew inqerdu, flimkien ma' infrastrutturi ċivili oħra li ġarrbu ħsara;
31. Iħeġġeġ lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jinkludi appelli espliċiti għall-protezzjoni tal-ħaddiema tas-saħħa fir-riżoluzzjonijiet tan-NU u d-diskussjonijiet uffiċjali li ġejjin; jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex, f'dan ir-rigward, joffru appoġġ politiku u operazzjonali għal inizjattivi ta' responsabbiltà u investigazzjonijiet immexxija min-NU favur ir-rispett tad-dritt umanitarju internazzjonali;
32. Jenfasizza, ftit jiem qabel il-Ħames Konferenza tad-Donaturi ta' Brussell tad-29 u t-30 ta' Marzu 2021, l-importanza mhux biss li jinżammu l-wegħdiet ta' assistenza umanitarja iżda li din l-assistenza favur is-Sirjani, il-persuni spostati internament u r-rifuġjati, kif ukoll il-komunitajiet milquta mill-kriżi fir-reġjun, tiżdied; jirrimarka l-fatt li l-UE u l-Istati Membri tagħha kienu l-akbar donaturi umanitarji b'risposta għall-kriżi umanitarja fis-Sirja, tant li mill-2011 l-għajnuniet laħqu l-EUR 20 biljun; jesprimi tħassib serju dwar l-allegati pjanijiet tal-Gvern tar-Renju Unit li jnaqqas b'mod sinifikanti l-kontribuzzjonijiet tiegħu f'termini ta' għajnuna, inkluż tnaqqis ta' 67 % għas-Sirja u 88 % għal-Libanu;
33. Ifaħħar ir-rwol tal-istati ġirien li qed joffru solidarjetà u assistenza lir-rifuġjati Sirjani fil-Libanu, il-Ġordan, it-Turkija u l-Iraq; iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE jkomplu jiffinanzjaw programmi ta' assistenza umanitarja fil-pajjiżi ospitanti tar-rifuġjati, kif ukoll għall-persuni spostati internament fis-Sirja; iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE jipprovdu l-finanzjament u l-appoġġ kollu li hemm bżonn biex jiġi żgurat li t-tfal rifuġjati Sirjani kollha fil-pajjiżi ospitanti jkollhom aċċess mhux biss għall-edukazzjoni primarja, iżda anke għall-edukazzjoni sekondarja; iħeġġeġ lill-pajjiżi ospitanti kollha jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa biex dan jinkiseb u jneħħu kwalunkwe ostaklu amministrattiv jew leġiżlattiv; iħeġġeġ lill-pajjiżi ospitanti jiffukaw fuq l-aċċess għall-impjiegi, is-servizzi tas-saħħa u l-edukazzjoni, kif ukoll id-dokumentazzjoni ċivika, u b'hekk irawmu l-kapaċità tar-rifuġjati li jaħdmu biex isiru indipendenti;
34. Jinnota li l-Fond Fiduċjarju Madad tal-UE b'reazzjoni għall-kriżi Sirjana se jkun skada sa tmiem l-2021; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura mezzi finanzjarji għar-rispons umanitarju tal-UE għall-kriżi Sirjana taħt l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali, u tiżgura l-funzjonament bla xkiel tal-proġetti tagħha;
35. Jistieden lill-Istati Membri kollha tal-UE jagħtu l-appoġġ tagħhom għal assistenza umanitarja bbażata fuq il-prinċipji mingħajr ma jinnormalizzaw ir-relazzjonijiet mar-reġim Sirjan; iwissi kontra l-investiment ta' assi finanzjarji tal-UE fir-rikostruzzjoni ġenerali tas-Sirja – sew direttament u sew indirettament – jekk ir-reġim Sirjan ma jimplimentax proċess politiku kredibbli; jitlob lill-VP/RGħ biex, bħala parti mill-ippjanar fit-tul għar-rispons fis-Sirja, jiżviluppa politika robusta dwar id-diliġenza dovuta tad-drittijiet tal-bniedem għal interventi ta' bini mill-ġdid fil-futur f'kooperazzjoni mill-qrib mas-soċjetà ċivili Sirjana, inkluż qafas ta' monitoraġġ b'indikaturi ddedikati għall-istandards tad-drittijiet tal-bniedem; jiddeplora l-pjanijiet kummerċjali Russi, Iranjani, Ċiniżi u Torok intiżi biex japprofittaw mill-qerda tas-Sirja;
36. Jistieden lill-Istati Membri jżommu fis-seħħ is-sanzjonijiet fuq individwi u entitajiet involuti fir-repressjoni fis-Sirja; jenfasizza l-importanza li tiġi evitata kwalunkwe konsegwenza negattiva mhux intenzjonata tas-sanzjonijiet permezz ta' eżenzjonijiet umanitarji għal azzjoni umanitarja bbażata fuq il-prinċipji, u l-importanza li jiġu indirizzati l-problemi ta' konformità bankarja eċċessiva bi sħab mal-Istati Uniti;
37. Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jġeddu u jespandu l-lista ta' persuni soġġetti għal sanzjonijiet immirati skont ir-Reġim Globali ta' Sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem, inklużi l-kmandanti ċivili u militari Sirjani, Russi u Iranjani li huma implikati b'ċerta kredibbiltà f'delitti tal-gwerra;
38. Jimpenja ruħu favur l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni effettiva dwar id-diliġenza dovuta korporattiva fil-livell tal-UE li timponi obbligi ta' diliġenza dovuta b'rabta mad-drittijiet tal-bniedem għall-kumpaniji tal-UE u dawk li joperaw fis-suq uniku;
39. Ifakkar lill-Istati Membri kollha li s-Sirja mhijiex pajjiż sikur għal finijiet ta' rimpatriju; jemmen li kwalunkwe rimpatriju għandu jkun sikur, volontarju, dinjituż u infurmat, f'konformità mal-pożizzjoni ddikjarata tal-UE; jistieden lill-Istati Membri kollha tal-UE jastjenu milli jorjentaw il-politiki nazzjonali tagħhom lejn iċ-ċaħda ta' ċerti kategoriji ta' Sirjani mill-istatus ta' protezzjoni, u jmorru lura minn din it-tendenza jekk diġà applikaw politiki bħal dawn; iħeġġeġ lil-Libanu, lit-Turkija u lill-pajjiżi kollha fir-reġjun jissospendu d-deportazzjoni ta' ċittadini Sirjani lura lejn is-Sirja kontra r-rieda tagħhom;
40. Jikkundanna l-ħsara irreparabbli kkawżata mit-tattika ta' ħruq tal-art adottata mir-reġim ta' Assad fuq siti kulturali, kif ukoll is-serq u t-traffikar ta' artifatti min-naħa tal-ġiħadisti, li jużawhom biex jiffinanzjaw ir-rwol tagħhom fil-kunflitt;
41. Jesprimi tħassib kbir dwar id-deterjorjament tas-sitwazzjoni umanitarja, sanitarja u tas-sigurtà fil-kampijiet tal-Grigal tas-Sirja, partikolarment fil-kampijiet ta' Al-Hol u Roj, li għadhom jikkostitwixxu art fertili għar-radikalizzazzjoni; jemmen li ċ-ċittadini tal-UE suspettati li jappartjenu lil organizzazzjonijiet terrositiċi u miżmuma f'dawk il-kampijiet għandhom jiġu pproċessati quddiem qorti; jesprimi x-xokk tiegħu għall-qtil ta' impjegat tal-MSF li kien qed jaħdem fil-kamp ta' Al-Hol fl-24 ta' Frar 2021, li jkompli juri kemm il-vjolenza qed tiswa ħajjiet u kemm huma perikolużi l-kundizzjonijiet tal-għajxien fil-kamp;
42. Jistieden lill-Istati Membri tal-UE jipproteġu liċ-ċittadini tfal li jistgħu jinsabu miżmuma arrestati għal reati relatati mas-sigurtà jew assoċjazzjoni ma' gruppi armati;
43. Jistieden lill-Istati Membri jirripatrijaw lit-tfal Ewropej kollha, filwaqt li jqisu s-sitwazzjonijiet familjari speċifiċi tagħhom u l-aħjar interessi tat-tfal bħala kunsiderazzjoni primarja, u jipprovdu l-appoġġ meħtieġ għar-riabilitazzjoni u r-riintegrazzjoni tagħhom, f'konformità sħiħa mad-dritt internazzjonali;
44. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u l-Kunsill tar-Rappreżentanti tal-Iraq, lill-Gvern Reġjonali tal-Kurdistan u lill-Gvern u l-Parlament tal-Federazzjoni Russa.
– wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-ġurisprudenza relatata tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol(1),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE(2),
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta' Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi(3),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol(4),
– wara li kkunsidra l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Novembru 2020 bit-titolu "Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025"(COM(2020)0698),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Frar 2019 dwar il-futur tal-Lista ta' Azzjonijiet LGBTI (2019-2024)(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2019 dwar id-diskriminazzjoni pubblika u d-diskors ta' mibegħda kontra persuni LGBTI, inklużi żoni mingħajr LGBTI(6),
– wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE għall-promozzjoni u l-protezzjoni tat-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem kollha mill-persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali (LGBTI), adottati mill-Kunsill fl-2013,
– wara li kkunsidra r-riżultati tal-Istħarriġ dwar l-LGBT fl-UE li tnieda mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) fl-2019,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Settembru 2020 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar id-determinazzjoni ta' riskju ċar ta' ksur gravi tal-istat tad-dritt mir-Repubblika tal-Polonja(7),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2018 dwar proposta li titlob lill-Kunsill jiddetermina, skont l-Artikolu 7(1)TUE, l-eżistenza ta' riskju ċar ta' ksur serju mill-Ungerija tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni(8),
– wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tal-31 ta' Marzu 2010 tal-Kumitat tal-Ministri lill-istati membri dwar miżuri biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentament sesswali jew l-identità tal-ġeneru (CM/Rec(2010)5) u l-istandards adottati mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa,
– wara li kkunsidra l-Memorandum tat-3 ta' Diċembru 2020 tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-istigmatizzazzjoni tal-persuni LGBTI fil-Polonja,
– wara li kkunsidra d-dibattitu fil-Kumitat għall-Affarijiet Attwali tal-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali tal-Kunsill tal-Ewropa, u r-rapporti sussegwenti tiegħu bit-titolu "Fact-finding report on the role of local authorities with regard to the situation and rights of LGBTIQ people in Poland" (Rapport ta' ġbir ta' informazzjoni dwar ir-rwol tal-awtoritajiet lokali fir-rigward tas-sitwazzjoni u d-drittijiet tal-persuni LGBTIQ fil-Polonja) tas-27 ta' Jannar 2021 u "Protecting LGBTIQ people in the context of rising anti-LGBTIQ hate speech and discrimination: The role of local and regional authorities" (Nipproteġu lill-persuni LGBTIQ fil-kuntest ta' diskors ta' mibegħda u diskriminazzjoni akbar kontra l-persuni LGBTIQ: Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali) tal-10 ta' Frar 2021,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi d-drittijiet tal-LGBTIQ huma drittijiet tal-bniedem;
B. billi d-dritt għal trattament ugwali u għan-nondiskriminazzjoni huwa dritt fundamentali minqux fit-Trattati tal-UE u fil-Karta u għandu jiġi rrispettat bis-sħiħ; billi l-Istati Membri kollha impenjaw ruħhom li jonoraw l-obbligi u d-dmirijiet skont id-dritt internazzjonali u t-Trattati tal-UE li jirrispettaw, jiggarantixxu, jipproteġu u jissodisfaw id-drittijiet fundamentali; billi l-ġlieda kontra l-inugwaljanza fl-UE hija responsabbiltà kondiviża, li tirrikjedi azzjoni u sforzi konġunti f'kull livell tal-gvern;
C. billi minn Marzu 2019, aktar minn 100 reġjun, kontea u muniċipalità madwar il-Polonja adottaw riżoluzzjonijiet li jiddikjaraw lilhom infushom ħielsa mill-hekk imsejħa ideoloġija LGBTI jew adottaw "Karti Reġjonali dwar id-Drittijiet tal-Familja"; billi f'Novembru 2020, il-belt Ungeriża ta' Nagykáta adottat riżoluzzjoni li tipprojbixxi "d-disseminazzjoni u l-promozzjoni tal-propaganda LGBTQ"; billi dawn ir-riżoluzzjonijiet jiddiskriminaw direttament u indirettament kontra l-persuni LGBTIQ; billi r-riżoluzzjonijiet ta' żoni ħielsa mil-LGBT jiddikjaraw oppożizzjoni għall-"ideoloġija tal-moviment LGBT" u jitolbu lill-gvernijiet lokali biex ma jieħdu l-ebda azzjoni li tinkoraġġixxi t-tolleranza fil-konfront tal-persuni LGBTIQ, inkluż l-irtirar tal-għajnuna finanzjarja minn organizzazzjonijiet li għandhom l-għan li jippromwovu n-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza; billi l-"Karti Reġjonali dwar id-Drittijiet tal-Familja" jużaw definizzjoni stretta ħafna tal-familja, filwaqt li jitolbu lill-muniċipalitajiet jipproteġu d-drittijiet tal-familja fil-politiki, l-inizjattivi u l-finanzjament kollha tagħhom; billi, peress li jagħmlu enfasi biss fuq dawn it-tipi ta' familja, il-Karti Reġjonali qegħdin jitolbu b'mod indirett li ssir diskriminazzjoni kontra l-forom l-oħra kollha ta' familji, b'mod partikolari l-familji b'ġenitur wieħed, il-koppji tal-istess sess u l-familji b'ġenituri tal-istess sess, u li ma jiġix ipprovdut appoġġ finanzjarju għal proġetti u inizjattivi li jipproteġu u jippromwovu d-drittijiet fundamentali, li jorganizzaw edukazzjoni kontra d-diskriminazzjoni jew li bi kwalunkwe mod ieħor jappoġġjaw l-ugwaljanza u l-persuni LGBTIQ;
D. billi l-Ombudsman Pollakk għad-Drittijiet tal-Bniedem beda disa' lmenti kontra xi wħud mir-reġjuni, il-kontej u l-muniċipalitajiet li adottaw riżoluzzjonijiet dwar li huma ħielsa mill-"ideoloġija LGBT", u dan s'issa wassal biex erba' riżoluzzjonijiet ġew iddikjarati mhux kostituzzjonali mill-qrati amministrattivi; billi f'Jannar 2021, il-belt Pollakka ta' Nowa Dęba rtirat ir-riżoluzzjoni tagħha fejn iddikjarat lilha nnifisha ħielsa mill-hekk imsejħa ideoloġija LGBT wara t-telf ta' ftehim ta' ġemellaġġ mal-belt Irlandiża ta' Fermoy; billi l-kontea Pollakka ta' Sztum u l-belt Pollakka ta' Tomaszów Mazowiecki rtiraw ir-riżoluzzjonijiet tagħhom li adottaw il-Karti Reġjonali dwar id-Drittijiet tal-Familja f'Settembru u f'Ottubru 2020 rispettivament;
E. billi n-Norveġja rtirat mill-għoti ta' fondi lir-reġjuni, lill-kontej u lill-muniċipalitajiet Pollakki li kienu adottaw riżoluzzjonijiet fejn iddikjaraw lilhom infushom ħielsa mill-hekk imsejħa ideoloġija LGBTI jew li kienu adottaw "Karti Reġjonali dwar id-Drittijiet tal-Familja"; billi l-Kummissjoni rrifjutat applikazzjonijiet għall-finanzjament tal-UE skont il-programm tagħha ta' ġemellaġġ bejn il-bliet minn bliet Pollakki li kienu adottaw żoni ħielsa mil-LGBTI jew riżoluzzjonijiet dwar id-drittijiet tal-familja; billi l-fondi kollha tal-UE ġestiti skont ir-Regolamenti dwar Dispożizzjonijiet Komuni 2021-2027 iridu jirrispettaw il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni u jirrispettaw id-drittijiet fundamentali kif stabbilit fit-Trattat, inkluż abbażi tal-orjentazzjoni sesswali, u billi l-muniċipalitajiet li jaġixxu bħala impjegaturi jridu jirrispettaw id-Direttiva 2000/78/KE, li tipprojbixxi d-diskriminazzjoni u l-fastidju abbażi tal-orjentazzjoni sesswali fl-impjieg, f'konformità mas-sentenza fil-Kawża C-507/18 Associazione Avvocatura per i ditti LGBTI(9);
F. billi tliet NGOs ressqu lment legali quddiem il-Kummissjoni fejn enfasizzaw li l-"Karti Reġjonali dwar id-Drittijiet tal-Familja" u r-riżoluzzjonijiet li jiddikjaraw ir-reġjuni, il-kontej u l-muniċipalitajiet ħielsa mill-hekk imsejħa ideoloġija LGBTI jintroduċu diskriminazzjoni kontra l-persuni LGBTIQ u b'hekk jiksru d-Direttiva 2000/78/KE li tistabbilixxi qafas ġenerali għat-trattament ugwali fl-impjieg u fix-xogħol, kif ukoll l-Artikoli 15 u 21 tal-Karta dwar il-libertà tal-għażla ta' xogħol u d-dritt li wieħed jaħdem u dwar in-nondiskriminazzjoni rispettivament; billi sal-lum il-Kummissjoni la pprovdiet tweġiba għal dan l-ilment legali u lanqas irrikonoxxiet formalment ksur tad-dritt tal-UE;
G. billi l-adozzjoni ta' riżoluzzjonijiet dwar li huma ħielsa mill-hekk imsejħa ideoloġija LGBT jew il-"Karti Reġjonali dwar id-Drittijiet tal-Familja" huma parti minn kuntest usa' ta' diskriminazzjoni u attakki akbar kontra l-komunità LGBTIQ fil-Polonja, li jinkludu l-karatterizzazzjoni tad-diversità tas-sesswalità, l-identità u l-espressjoni bħala ideoloġija perikoluża, ta' diskors ta' mibegħda dejjem akbar minn awtoritajiet pubbliċi, uffiċjali eletti – inkluż mill-President attwali – u l-midja favur il-Gvern, kif ukoll ta' arresti ta' attivisti favur id-drittijiet tal-LGBTIQ, ta' attakki kontra l-mixjiet Pride u programmi u azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni u l-projbizzjonijiet tagħhom, inkluż fl-iskejjel, u ta' dimostrazzjonijiet diskriminatorji kontra l-LGBT; billi d-diskors ta' mibegħda mill-awtoritajiet pubbliċi jilleġittimizza u jkompli jinstiga l-klima ta' intolleranza u diskriminazzjoni kontra l-persuni LGBTIQ; billi l-eżerċitar tal-libertà tal-espressjoni għandu dmirijiet u responsabbiltajiet, b'mod partikolari għall-awtoritajiet pubbliċi, il-politiċi u l-opinjonisti, u billi dawn ma għandhomx jieħdu sehem f'diskors ta' mibegħda jew kwalunkwe diskors li jistigmatizza lill-persuni LGBTIQ, u għandhom jiddenunzjaw u jiġġieldu bis-sħiħ dawn in-narrattivi u l-istigmatizzazzjoni, inkluż meta dawn ikunu espressi minn partijiet privati;
H. billi l-attivisti Pollakki li qed jaġixxu kontra u jinfurmaw lill-pubbliku dwar ir-riżoluzzjonijiet dwar li huma ħielsa mill-hekk imsejħa ideoloġija LGBTI u l-"Karti Reġjonali dwar id-Drittijiet tal-Familja" qed jiffaċċjaw kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika (SLAPP) minħabba x-xogħol tagħhom; billi l-attivisti Pollakki li qed jaħdmu biex jiddenunzjaw id-dikjarazzjonijiet kontra l-LGBTIQ u l-karti tal-familja, inklużi l-awturi tas-sit web "Atlas of Hate" u l-ħallieq tal-proġett tar-ritratti "żoni ħielsa mil-LGBT", ġew soġġetti għal kawżi mingħajr bażi mressqa minn gvernijiet lokali jew organizzazzjonijiet fundamentalisti li qed jitolbu kumpens finanzjarju sostanzjali, u għal kampanja ta' tħammiġ li tiddiskrevihom bħala giddibin talli jużaw għodod kreattivi ta' promozzjoni; billi dawn l-azzjonijiet huma maħsuba b'mod ċar biex jintimidaw u jsikktu lis-soċjetà ċivili; billi l-awtoritajiet Pollakki għandhom id-dmir li jipproteġu bis-sħiħ lill-persuni kollha li jappartjenu għall-minoranzi, inklużi l-persuni LGBTIQ, mill-ostilità u l-aggressjoni, u li jippermettulhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom b'mod liberu; billi l-Kummissjoni ma introduċietx leġiżlazzjoni anti-SLAPP, minkejja talbiet ripetuti mill-Parlament;
I. billi ġew ippreżentati żewġ petizzjonijiet (Nru 0448/2020 u Nru 0354/2020) dwar il-kwistjoni taż-"żoni ħielsa mil-LGBTI fil-Polonja" quddiem il-Kumitat għall-Petizzjonijiet; billi dawn il-petizzjonijiet ġew diskussi fil-Kumitat għall-Petizzjonijiet fis-26 ta' Jannar 2021 u, minħabba t-tweġiba mhux sodisfaċenti tal-Kummissjoni, għadhom miftuħa biex il-Kummissjoni tkompli tiċċara s-sitwazzjoni;
J. billi l-Istħarriġ II dwar l-LGBTI ippubblikat mill-FRA f'Mejju 2020 jenfasizza żieda fl-intolleranza u l-vjolenza fil-konfront tal-persuni LGBTIQ jew il-persuni meqjusa li huma LGBTIQ fil-Polonja, u juri n-nuqqas sħiħ ta' fiduċja min-naħa tal-persuni LGBTIQ Pollakki fl-isforzi tal-gvern biex jiġġieled id-diskriminazzjoni u l-vjolenza, filwaqt li jirreġistra l-inqas perċentwal mill-postijiet kollha fl-Unjoni (4 % biss), u l-ogħla perċentwal ta' persuni li wieġbu li jevitaw li jmorru f'ċerti postijiet minħabba l-biża' li jiġu attakkati, iffastidjati jew mhedda (79 %); billi dan juri korrelazzjoni ċara bejn il-governanza fobika għal-LGBTIQ u ż-żieda fid-diskriminazzjoni u l-vjolenza kontra l-persuni LGBTIQ;
K. billi l-Parlament diġà ħeġġeġ lill-Istati Membri jikkriminalizzaw "l-hekk imsejħa prattiki ta' terapija ta' konverżjoni"; billi r-rapport ta' Mejju 2020 tal-Espert Indipendenti tan-NU dwar il-protezzjoni kontra l-vjolenza u d-diskriminazzjoni bbażati fuq l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru talab lill-Istati Membri jadottaw projbizzjonijiet fuq prattiki ta' "terapija ta' konverżjoni"; billi l-prattika għadha titwettaq f'mill-anqas 69 pajjiż madwar id-dinja, inkluż fl-Unjoni Ewropea, fejn ġie rrapportat li l-użu ta' medikazzjoni, psikoterapija u tindif ritwali fit-terapija ta' konverżjoni seħħew fl-Istati Membri tal-UE(10); billi l-prattika ġiet ipprojbita biss f'żewġ Stati Membri tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri Malta u l-Ġermanja;
L. billi l-oppożizzjoni kontra l-persuni LGBTIQ ta' spiss tkun marbuta ma' deterjorament aktar mifrux fis-sitwazzjoni tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet fundamentali; billi l-Parlament Ewropew esprima t-tħassib serju tiegħu f'diversi riżoluzzjonijiet dwar id-deterjorament fl-istat tad-dritt fil-Polonja, b'mod partikolari fir-rigward tal-indipendenza tal-ġudikatura u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali; billi għadha ma ngħatat l-ebda tweġiba xierqa għall-inizjattiva tal-Parlament dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali li għandu jkun irregolat minn ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament, il-Kummissjoni u l-Kunsill;
M. billi l-Parlament esprima l-pożizzjoni tiegħu f'diversi riżoluzzjonijiet tiegħu dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt, id-drittijiet fundamentali u d-demokrazija fil-Polonja, filwaqt li kkonkluda li teżisti theddida sistemika għall-valuri tal-Artikolu 2 TUE u li din tikkostitwixxi riskju ċar ta' ksur serju ta' dawn il-valuri; billi s-seduti ta' smigħ mal-awtoritajiet Pollakki organizzati mill-Kunsill skont l-Artikolu 7(1) TUE b'reazzjoni għat-theddid għal valuri komuni Ewropej fil-Polonja ma taw l-ebda riżultat; billi s-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fil-Polonja mhux biss ma ġietx indirizzata iżda marret għall-agħar ukoll b'mod serju minn mindu tnediet il-proċedura, flimkien mas-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali, speċifikament dawk tal-persuni LGBTIQ u n-nisa; billi l-Kunsill għandu jiżgura li s-seduti ta' smigħ skont l-Artikolu 7(1) TUE jindirizzaw ukoll żviluppi ġodda u jivvalutaw ir-riskji ta' ksur tad-drittijiet fundamentali;
N. billi l-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen iddikjarat fid-diskors tagħha tal-2020 dwar l-Istat tal-Unjoni waqt il-Plenarja tal-Parlament Ewropew li "żoni fejn ma hemmx rispett lejn l-LGBTQI huma żoni fejn ma hemmx umanità. U ma hemmx posthom fl-Unjoni tagħna"; billi l-President tal-Kummissjoni ddikjarat ukoll li LGBTQI hija l-identità ta' persuna mhux ideoloġija(11); billi l-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom joqogħdu lura milli jinterpretaw b'mod strett il-prinċipju tal-istat tad-dritt; billi l-Kummissjoni ma għandhiex toqgħod lura milli tuża l-għodod kollha, inklużi l-proċeduri ta' ksur, il-Qafas tal-Istat tad-Dritt, l-Artikolu 7 TUE, kif ukoll ir-Regolament adottat reċentement dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, sabiex jiġi indirizzat il-ksur tad-drittijiet fundamentali tal-persuni LGBTIQ kullimkien fl-Unjoni; billi l-programm il-ġdid taċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri jista' jikkontribwixxi għall-bini ta' soċjetà mhux diskriminatorja u aktar ugwali billi jagħmel il-fondi disponibbli għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jippromwovu l-ugwaljanza LGBTIQ;
O. billi bosta Stati Membri fil-passat iddiskriminaw u ppersegwitaw persuni LGBTIQ permezz ta' liġijiet u politiki diskriminatorji; billi eluf ta' persuni LGBTIQ ġew arrestati, inżammu l-ħabs u mietu f'kampijiet ta' konċentrament matul it-Tieni Gwerra Dinjija; billi filwaqt li l-persuni LGBTIQ fil-Polonja qed jiffaċċjaw diskriminazzjoni sistematika, din hija wkoll kwistjoni madwar l-UE, filwaqt li ftit li xejn sar progress jew ma sar l-ebda progress biex tittaffa d-diskriminazzjoni persistenti kontra l-persuni LGBTIQ u l-fastidju li dawn isofru; billi d-diskriminazzjoni pubblika, id-diskors ta' mibegħda u r-reati ta' mibegħda kontra l-persuni LGBTIQ għadhom prevalenti madwar l-UE; billi dawn l-attakki jiksru d-drittijiet fundamentali tal-persuni LGBTIQ u r-rispons mill-awtoritajiet pubbliċi ta' spiss għadu inadegwat; billi l-persuni LGBTIQ f'kull Stat Membru għadhom jiffaċċjaw rata ogħla ta' diskriminazzjoni fl-oqsma kollha tal-ħajja, inkluż fuq il-post tax-xogħol u fl-iskola, u prevalenza għolja ta' attakki fiżiċi, emozzjonali u sesswali, kemm online kif ukoll offline, u dan iwassal għal rata ta' suwiċidju inkwetanti fost iż-żgħażagħ LGBTIQ(12), u b'mod speċjali fost il-persuni transġeneru; billi diversi Stati Membri aġġornaw il-leġiżlazzjoni biex ikunu aktar inklużivi tal-persuni LGBTIQ; billi madankollu hemm diversi lakuni leġiżlattivi li jeħtieġu rieda politika u impenn mil-leġiżlaturi nazzjonali biex tiġi żgurata ugwaljanza reali għall-persuni LGBTIQ;
P. billi l-persuni transġeneru għadhom jiffaċċjaw uħud mill-agħar forom ta' diskriminazzjoni, vjolenza u persekuzzjoni; billi fl-2018 il-Kummissjoni ppubblikat studju bit-titolu "Trans and intersex equality rights in Europe – a comparative analysis" (Id-drittijiet tal-ugwaljanza bejn il-persuni trans u intersesswali – analiżi komparattiva); billi 13-il pajjiż biss mill-31 pajjiż li ġew mistħarrġa fl-istudju għandhom leġiżlazzjoni nazzjonali, mill-anqas sa ċertu punt, li tipprovdi protezzjoni fuq il-bażi ta' identità tal-ġeneru u/jew karatteristiċi sesswali;
Q. billi fl-2021 tfaċċaw inizjattivi fuq il-midja soċjali bħall-moviment #MeTooGay biex jiġi kkundannat l-abbuż sesswali fi ħdan il-komunità LGBTIQ; billi Guillaume Tran Thanh, l-istudent li beda din il-manifestazzjoni ta' libertà tal-espressjoni, temm ħajtu ftit wara minħabba wisq pressjoni wara l-kundanna tiegħu fuq il-midja soċjali; billi traġedja bħal din tqajjem mistoqsijiet dwar in-nuqqasijiet fl-appoġġ għall-vittmi ta' vjolenza sesswali;
R. billi ħafna Stati Membri ma għandhomx liġijiet speċifiċi kontra d-diskriminazzjoni li mill-anqas jaderixxu mal-istandards minimi tal-UE li jipproteġu lill-persuni mid-diskriminazzjoni, id-diskors ta' mibegħda u l-vjolenza bbażati fuq l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru u l-karatteristiċi sesswali, u billi naqsu milli jieħdu azzjoni biex jirrimedjaw din il-lakuna legali; billi d-direttiva orizzontali dwar in-nondiskriminazzjoni, li tista' telimina parzjalment din id-diskrepanza fil-protezzjoni lil hinn mill-impjieg, ilha imblukkata fil-Kunsill għal aktar minn 10 snin; billi l-implimentazzjoni ta' miżuri legali kontra d-diskriminazzjoni, meta jkunu jeżistu, għadha insuffiċjenti f'ħafna Stati Membri; billi l-Kummissjoni biħsiebha testendi l-lista ta' "reati tal-UE" skont l-Artikolu 83(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex tkopri r-reati ta' mibegħda u d-diskors ta' mibegħda, inkluż meta jkunu mmirati lejn il-persuni LGBTIQ;
S. billi d-diskriminazzjoni u l-vjolenza mill-pulizija kontra persuni LGBTIQ għadha problema fl-Unjoni; billi, mingħajr taħriġ adegwat, il-pulizija jaf tiskoraġġixxi lill-persuni LGBTIQ milli jirrapportaw vjolenza u diskriminazzjoni kontrihom; billi dan għadu ostaklu kbir għal ugwaljanza effettiva; billi l-programmi ta' taħriġ għal awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jgħinu fil-prevenzjoni u l-indirizzar ta' prattiki diskriminatorji u reati ta' mibegħda; billi d-diskors ta' mibegħda u r-reati kontra persuni LGBTIQ għandhom jiġu kompletament investigati, filwaqt li titqies il-motivazzjoni ta' preġudizzju u, fejn xieraq, issir prosekuzzjoni kif xieraq;
T. billi Malta, il-Portugall u xi reġjuni ta' Spanja biss ipprojbixxew intervent mediku fuq persuni intersesswali mingħajr il-kunsens tagħhom; billi ħafna Stati Membri qed ikomplu jsegwu approċċ li huwa medikalizzat u patoloġiku ħafna;
U. billi l-iżviluppi legali fl-Ungerija fixklu b'mod serju d-drittijiet fundamentali tal-persuni LGBTIQ; billi l-adozzjoni tal-Artikolu 33 tal-Abbozz Omnibus T/9934 tipprojbixxi de facto r-rikonoxximent legali tal-ġeneru għal persuni trans u intersesswali fl-Ungerija, u tesponihom għal diskriminazzjoni u tikser id-dritt għall-privatezza tagħhom; billi f'Diċembru 2020, il-Parlament Ungeriż adotta emendi kostituzzjonali li jkomplu jirrestrinġu d-drittijiet tal-persuni LGBTIQ, jinjoraw l-eżistenza ta' persuni transġeneru u mhux binarji u jirrestrinġu d-dritt tagħhom għall-ħajja tal-familja, u liġi li se ċċaħħad lil koppji mhux miżżewġa mid-dritt għall-adozzjoni;
V. billi f'Jannar 2021, il-Parlament Latvjan beda jeżamina l-emenda kostituzzjonali li għandha l-għan li tillimita l-estensjoni tal-kunċett tal-familja, kif indikat fis-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali, fejn din irrikonoxxiet l-applikazzjoni tal-Liġi tax-Xogħol għal mudelli tal-familja differenti u obbligat lil-leġiżlatur jiżgura l-appoġġ u l-protezzjoni ta' koppji tal-istess sess;
W. billi abbozz ta' liġi li jipprojbixxi attivitajiet li għandhom l-għan li jindirizzaw it-teorija tal-identità tal-ġeneru fil-kuntesti edukattivi ġie adottat mis-Senat Rumen f'Ġunju 2020; billi l-President Rumen irrifjuta li jimplimenta l-liġi, u minflok talab rieżami tal-kostituzzjonalità; billi f'Diċembru 2020 il-Qorti Kostituzzjonali Rumena ddikjarat li l-liġi kienet inkompatibbli mal-Kostituzzjoni; billi dan juri li kontrolli u bilanċi effettivi fl-Istati Membri fir-rigward tal-istat tad-dritt u d-demokrazija huma kruċjali għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-LGBTIQ;
X. billi li tkun ġenitur fi Stat Membru wieħed ifisser li inti ġenitur fl-Istati Membri kollha; billi hemm każijiet ta'tfal b'żewġ ġenituri tal-istess sess li qed jiffaċċjaw diffikultajiet minħabba n-nuqqas ta' dispożizzjonijiet legali għar-rikonoxximent reċiproku ta' ċertifikat tat-twelid b'żewġ ġenituri tal-istess sess; billi deċiżjoni preliminari tal-QĠUE msemmija mill-Administrativen sad Sofia-grad (Bulgarija) fil-Kawża C-490/20 se tiddeċiedi dwar il-każ ta' wild b'żewġ ommijiet leżbjani li qed jiffaċċja apolidija minħabba din il-lakuna legali; billi l-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ tipprevedi inizjattiva leġiżlattiva biex tiġi eliminata din id-diskrepanza legali u reviżjoni tal-linji gwida tal-2009 dwar il-moviment liberu, it-tnejn skedati għall-2022; billi l-koppji tal-istess sess għadhom qed jiffaċċjaw diffikultajiet meta jeżerċitaw il-libertà tal-moviment fl-UE, iżda l-Kummissjoni madankollu ma pproponietx li tagħti bidu għal leġiżlazzjoni dwar ir-rikonoxximent reċiproku tar-relazzjonijiet;
Y. billi l-ġlieda kontra l-inugwaljanza fl-UE hija responsabbiltà kondiviża, li tirrikjedi azzjoni u sforzi konġunti f'kull livell tal-gvern, u billi l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol ewlieni x'jaqdu f'dan ir-rigward; billi dawn l-awtoritajiet huma ta' spiss responsabbli għall-implimentazzjoni tal-liġijiet tal-UE u għat-tħaddin tal-ugwaljanza u d-diversità; billi l-Kungress tal-Awtoritajiet lokali u Reġjonali tal-Kunsill tal-Ewropa adotta riżoluzzjoni li tfakkar fir-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet lokali fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni LGBTIQ u stednithom jaħtru "Espert Lokali dwar l-Ugwaljanza u d-Diversità"(13);
Z. billi l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, bħala rappreżentant tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-UE, ġie mistieden jikkunsidra jieħu azzjoni, fl-ambitu tal-kompetenzi tiegħu, b'rispons għall-iżvilupp ta' żoni ħielsa mill-hekk imsejħa ideoloġija LGBT;
AA. billi l-persuni LGBTIQ għandhom igawdu f'kull post fl-Unjoni Ewropea l-libertà li jgħixu u juru pubblikament l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru u l-karatteristiċi sesswali tagħhom mingħajr biża' ta' intolleranza, diskriminazzjoni jew persekuzzjoni għal dawk ir-raġunijiet; billi d-dritt għall-ażil huwa ggarantit mill-Karta; billi jeħtieġ li tiġi żgurata l-protezzjoni xierqa tal-applikanti vulnerabbli, inklużi l-applikanti LGBTIQ, fil-kuntest tas-sistema Ewropea komuni tal-ażil u r-riforma tagħha;
AB. billi, pjuttost milli jiddiskriminaw kontra l-persuni LGBTIQ, l-awtoritajiet fil-livelli kollha ta' governanza madwar l-Unjoni Ewropea kollha għandhom jipproteġu u jippromwovu l-ugwaljanza u d-drittijiet fundamentali ta' kulħadd, inklużi l-persuni LGBTIQ, u jiżguraw id-drittijiet tagħhom b'mod sħiħ;
1. B'dan jiddikjara lill-Unjoni Ewropea "Żona ta' Libertà LGBTIQ";
2. Jiddenunzja kull forma ta' vjolenza jew diskriminazzjoni kontra persuni abbażi tas-sess jew l-orjentazzjoni sesswali tagħhom; jikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli l-qtil ċar omofobiku ta' David Polfliet imwettaq fil-Belġju;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.
A long way to go for LGBTI equality (Fadal ħafna xi jsir fir-rigward tal-ugwaljanza tal-LGBTI), FRA, 2020, https://fra.europa.eu/sites/default/files/fra_uploads/fra-2020-lgbti-equality-1_en.pdf; Rapport tal-2020 Rainbow Europe, ILGA-Europe, https://www.ilga-europe.org/rainboweurope/2020
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Marzu 2021 dwar id-drittijiet tat-tfal fid-dawl tal-Istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal (2021/2523(RSP))
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-20 ta' Novembru 1989,
– wara li kkunsidra l-Kummenti Ġenerali tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal(1),
– wara li kkunsidra l-Linji Gwida tan-NU għall-Kura Alternattiva tat-Tfal(2),
– wara li kkunsidra l-Istudju Globali tan-NU dwar it-Tfal Imċaħħda mil-Libertà ta' Lulju 2019,
– wara li kkunsidra s-sommarju tal-politika tan-NU tal-15 ta' April 2020 bit-titolu "The impact of COVID-19 on children" (L-impatt tal-COVID-19 fuq it-tfal), u r-rispons pożittiv immexxi b'mod konġunt mill-UE u l-Grupp ta' Stati tal-Amerika Latina u tal-Karibew (GRULAC) u ffirmat minn 173 pajjiż,
– wara li kkunsidra r-rispons ta' politika tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) tad-19 ta' Ottubru 2020 bit-titolu "What is the impact of the COVID-19 pandemic on immigrants and their children?" (X'inhu l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq l-immigranti u t-tfal tagħhom?),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa tal-1 ta' Frar 2012 dwar iż-żieda fl-anti-Żingariżmu u l-vjolenza razzista kontra r-Rom fl-Ewropa,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 3(3) u 3(5) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija(3) (“Direttiva dwar l-Abbuż Sesswali fuq it-Tfal”),
– wara li kkunsidra d-direttivi tal-UE dwar id-drittijiet proċedurali(4),
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2013 bit-titolu "L-investiment fit-tfal: niksru ċ-ċiklu tal-iżvantaġġ"(5),
– wara li kkunsidra s-Sena Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tat-Tħaddim tat-Tfal 2021 u l-approċċ ta' tolleranza żero tal-Kummissjoni lejn it-tħaddim tat-tfal,
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' April 2017 dwar il-protezzjoni tat-tfal migranti(6),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2017 dwar il-protezzjoni tat-tfal migranti,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni adottati bil-għan li tinħoloq Unjoni għall-Ugwaljanza, f'konformità mal-Linji Gwida Politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss għal bejn l-2019 u l-2024(7),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Ġunju 2020 bit-titolu "Strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tal-vittmi (2020-2025)"(8),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Novembru 2019 dwar id-drittijiet tat-tfal fl-okkażjoni tat-30 anniversarju tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal(9),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Mejju 2018 dwar il-protezzjoni tat-tfal migranti(10),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-ħtieġa li jissaħħaħ il-Qafas Strateġiku tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Inklużjoni tar-Rom wara l-2020 u li tiġi intensifikata l-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu(11),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Settembru 2020 bit-titolu "Implimentazzjoni tal-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom: nikkumbattu l-attitudnijiet negattivi fil-konfront ta' persuni ta' oriġini Romani fl-Ewropa(12),
– wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar id-drittijiet tat-tfal fid-dawl tal-Istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal (O-000007/2021– B9‑0007/2021),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 136(5) u 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
A. billi t-tfal huma l-ewwel u qabel kollox tfal, irrispettivament mill-oriġini etnika, mill-ġeneru, min-nazzjonalità, mill-isfond soċjali u ekonomiku, mill-kapaċità, mill-istatus ta' immigrant jew ta' residenza, jeħtieġu protezzjoni speċjali u huma intitolati għad-drittijiet kollha mnaqqxa fil-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal;
B. billi l-aħjar interessi tat-tfal iridu jkunu kunsiderazzjoni primarja fl-azzjonijiet u d-deċiżjonijiet kollha li jikkonċernawhom u l-benessri fiżiku u mentali tagħhom;
C. billi t-tfal għandhom id-dritt għal edukazzjoni bikrija tat-tfal inklużiva u għall-but ta' kulħadd, kura ta' kwalità tajba, u divertiment; billi t-tfal, b'mod partikolari t-tfal minn ambjenti żvantaġġati, għandhom id-dritt għall-protezzjoni mill-faqar u għal miżuri speċifiċi biex jissaħħu l-opportunitajiet indaqs u jiġu miġġielda d-diskriminazzjoni u s-segregazzjoni fl-edukazzjoni; billi l-investiment fl-iżvilupp tat-tfulija bikrija jġib miegħu dħul għoli mil-lat ekonomiku u soċjali;
D. billi qabel it-tifqigħa tal-COVID-19, it-tfal kellhom probabbiltà darbtejn akbar mill-adulti li jkunu qed jgħixu f'faqar estrem(13); billi bħala konsegwenza tal-pandemija, huwa stmat li l-għadd ta' tfal li jgħixu taħt il-limiti tal-faqar nazzjonali rispettivi tagħhom jista' jogħla b'madwar 117-il miljun, u madwar 150 miljun tifel u tifla oħra qed jgħixu f'faqar multidimensjonali(14); billi l-pandemija attwali kompliet taggrava l-inugwaljanzi u żiedet ir-riskju li t-tfal jispiċċaw f'faqar estrem, b'paragun mal-perjodu ta' qabel il-COVID-19, fejn 1 minn kull 4 itfal fl-Ewropa kien jew kienet diġà f'riskju ta' faqar;
E. billi sa 1,6 biljun tifel u tifla madwar id-dinja ġew affettwati mill-għeluq tal-iskejjel bħala riżultat tal-pandemija attwali tal-COVID-19 u huwa stmat li mill-anqas 24 miljun student jistgħu jitilqu mill-iskola b'riżultat ta' dan(15); billi 370 miljun tifel u tifla madwar id-dinja – li ħafna minnhom jiddependu minn ikliet fl-iskejjel bħala sors ewlieni tan-nutrizzjoni tagħhom ta' kuljum – tilfu 40 % tal-ikliet fl-iskola, bħala medja, peress li r-restrizzjonijiet tal-COVID-19 wasslu għall-għeluq tal-klassijiet(16); billi t-tfal, b'mod partikolari l-bniet u t-tfal b'diżabilità, minn ambjenti soċjoekonomikament żvantaġġati huma affettwati b'mod partikolari mill-impatt tal-għeluq tal-iskejjel u l-miżuri li llimitaw l-aċċess għall-edukazzjoni, kemm fl-iskejjel kif ukoll bl-apprendiment mill-bogħod;
F. billi d-dritt għall-edukazzjoni ġie milqut b'mod gravi mill-COVID-19; billi, filwaqt li l-politika tal-edukazzjoni tibqa' kompetenza tal-Istati Membri, il-pandemija tal-COVID-19 u l-inugwaljanzi li kkawżat fl-edukazzjoni jippreżentaw sfida komuni li titlob approċċ, politiki u għodod komuni tal-Unjoni;
G. billi r-riċerka tal-Eurostat(17) turi li fl-2018 88,3 % tat-tfal fl-UE ta' bejn it-tliet snin u l-età minima obbligatorja tal-iskola rċevew kura formali għat-tfal, li juri l-ħtieġa dejjem tikber li jiġu stabbiliti aktar faċilitajiet tal-kura matul il-jum għat-tfal bħala għodda importanti għall-iżvilupp konjittiv u soċjali tat-tfal minn età bikrija;
H. billi l-edukazzjoni fid-djar għadha mhijiex opzjoni għal aktar minn żewġ terzi tat-tfal madwar id-dinja minħabba nuqqas ta' aċċess għall-internet; billi l-edukazzjoni fid-djar enfasizzat il-qasmiet edukattivi u diġitali f'ħafna Stati Membri tal-UE u madwar id-dinja, li għandhom impatt fuq l-opportunitajiet tal-ħajja tat-tfal kif ukoll fuq is-saħħa fiżika u mentali tagħhom, u billi l-bniet u ż-żgħażagħ f'sitwazzjonijiet vulnerabbli u minn gruppi ddiskriminati minħabba r-razza huma partikolarment affettwati mill-qasma diġitali;
I. billi madwar id-dinja, waħda minn kull erbat ibniet ta' bejn il-15 u d-19-il sena mhijiex qed tistudja, taħdem jew titħarreġ, meta mqabbla ma' wieħed minn kull 10 subien; billi l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-bniet huma ċentrali biex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli(18);
J. billi jidher li t-tfal ħelsuha mill-aktar konsegwenzi serji fuq is-saħħa tal-pandemija globali attwali; billi l-kriżi tal-COVID-19, madankollu, qed tkun ta' piż kbir fuq it-tfal, u qed toħloq theddida dejjem akbar u diretta għall-benesseri u l-iżvilupp tagħhom, inkluż fir-rigward tas-saħħa mentali tagħhom; billi t-tfal minn ambjenti żvantaġġati, minorenni mhux akkumpanjati, u tfal li jappartjenu għal minoranzi bħal tfal Rom huma partikolarment affettwati; billi sal-lum, huwa stmat li 1,2 miljun tifel u tifla oħra u 56 700 omm jistgħu jmutu fi żmien 6 xhur minħabba tfixkil f'interventi bażiċi bħall-kopertura tas-servizzi tas-saħħa ta' rutina; billi aċċess insuffiċjenti għas-servizzi tal-kura tas-saħħa jista' jaffettwa l-oqsma kollha tal-ħajja(19);
K. billi kien hemm żieda fir-rata ta' suwiċidji f'ħafna Stati Membri tal-UE; billi fi stħarriġ riċenti fost iż-żgħażagħ fl-UE, kważi 1 minn kull 5 wieġbu li sofrew minn problemi ta' saħħa mentali jew sintomi bħal dipressjoni jew ansjetà(20); billi n-NU wissew dwar kriżi globali tas-saħħa mentali, u li n-nuqqas ta' azzjoni jista' jwassal għal spiża soċjali u ekonomika devastanti fit-tul għas-soċjetà, bit-tfal u l-adolexxenti fost dawk l-aktar f'riskju(21);
L. billi n-nuqqasijiet fis-sistemi nazzjonali tal-protezzjoni tat-tfal u n-nuqqas ta' mekkaniżmi ta' kooperazzjoni tranżnazzjonali fost l-Istati Membri jistgħu jikkontribwixxu aktar għall-esklużjoni soċjali, kif ukoll għall-isfruttament tat-tfal, b'mod partikolari t-tfal li jkunu qed jiċċaqilqu; billi ġiet irrappurtata xi diskriminazzjoni bħala riżultat tal-proċeduri u l-prattiki adottati mill-awtoritajiet f'tilwim transfruntier fil-familji li jinvolvi t-tfal(22); billi l-hotlines jirrappurtaw ukoll żieda fin-numru ta' sejħiet relatati ma' każijiet ta' ħtif tat-tfal, speċjalment matul dawn l-aħħar xhur, minħabba l-aggravament ta' kunflitti internazzjonali eżistenti li jinvolvu l-familji;
M. billi skont l-aktar rapport riċenti tal-Kummissjoni dwar il-progress li sar fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin(23), it-tfal kienu jammontaw għal kważi kwart tal-vittmi rreġistrati kollha fl-Istati Membri kollha;
N. billi 152 miljun tifel u tifla huma involuti fit-tħaddim tat-tfal madwar id-dinja u madwar 73 miljun minn dawn it-tfal huma soġġetti għal waħda mill-agħar forom ta' tħaddim tat-tfal: skjavitù, xogħol furzat, xogħol perikoluż jew sfruttament sesswali(24); billi l-Kummissjoni ddikjarat it-"tolleranza żero fuq it-tħaddim tat-tfal" bħala prijorità politika li trid tiġi rispettata;
O. billi waħda minn kull tlett ibniet tesperjenza l-mutilazzjoni ġenitali femminili (MĠF) u waħda minn kull ħamsa tiġi miżżewġa waqt li tkun għadha tifla; billi l-MĠF hija rikonoxxuta internazzjonalment bħala ksur tad-drittijiet tal-bniedem; billi ż-żwieġ tat-tfal għadu kwistjoni f'xi Stati Membri u għandu impatt devastanti fuq id-drittijiet u s-saħħa tal-bniet u tan-nisa, filwaqt li huwa riskju serju għall-kumplikazzjonijiet fit-tqala u jesponi lill-bniet għall-abbuż sesswali, il-vjolenza domestika u saħansitra għall-qtil tal-unur;
P. billi bħala riżultat tal-pandemija u bħala konsegwenza tal-lockdown, il-vjolenza domestika u dik abbażi tal-ġeneru u, skont l-aktar rapport riċenti tal-Europol(25), l-abbuż sesswali tat-tfal u l-isfruttament online kemm fuq is-surface web kif ukoll fuq id-dark web żdiedu fl-UE; billi bejn 70 % u 85 % tat-tfal li sofrew abbuż jafu lill-persuna li abbużathom, u l-maġġoranza l-kbira huma vittmi ta' persuni li jafdaw(26); billi riskji oħra marbuta ma' perjodi itwal ta' żmien imqatta' fuq l-internet, bħall-bullying ċibernetiku, kibru wkoll minħabba dawn il-miżuri;
Q. billi t-tfal b'diżabilitajiet huma vulnerabbli u jistgħu jiffaċċjaw esklużjoni soċjali, marġinalizzazzjoni, diskriminazzjoni u aċċess imnaqqas għas-servizzi; billi huwa aktar probabbli li dawn jiġu ttraskurati, sfruttati jew abbużati sesswalment; billi t-tfal b'diżabilitajiet għandhom bżonnijiet akbar fil-kura tas-saħħa u dipendenza akbar minn servizzi bbażati fil-komunità(27);
R. billi fl-2019, 30,3% tal-applikanti għall-ażil kienu tfal, li jirrappreżentaw 207 215 tifel u tifla fl-UE; billi 7,1 % minn dawn kienu minorenni mhux akkumpanjati(28); billi ħafna tfal huma esposti għal sitwazzjonijiet umanitarji inaċċettabbli fil-fruntieri esterni tal-UE, jew barra mill-UE; billi t-tfal mhux akkumpanjati jirrappreżentaw grupp vulnerabbli ħafna u jiffaċċjaw diversi riskji, inkluż li jkunu vittmi ta' networks kriminali, vjolenza, abbuż u sfruttament tul ir-rotot migratorji lejn l-UE u fiha(29); billi t-tfal migranti spiss jiġu mċaħħda mill-aċċess għal miżuri ta' integrazzjoni u inklużjoni, protezzjoni u sigurtà soċjali; billi t-tfal mhux akkumpanjati li jfittxu ażil li jagħlqu t-18-il sena jiffaċċjaw sfidi partikolari peress li ħafna drabi jkollhom jitilqu mill-akkomodazzjoni tagħhom speċifika għat-tfal; billi t-tfal li japplikaw għall-protezzjoni internazzjonali jistgħu jsofru minħabba dewmien fil-ħruġ tad-deċiżjoni finali;
S. billi hemm lakuni u nuqqasijiet sinifikanti fl-implimentazzjoni tas-salvagwardji speċjali u l-garanziji proċedurali għat-tfal stabbiliti fis-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil, b'varjazzjonijiet bejn l-Istati Membri, pereżempju fil-possibbiltà li t-tfal jibqgħu mal-membri tal-familja u/jew il-kustodji tagħhom f'kuntest mhux ta' kustodja, u b'mod partikolari fir-riunifikazzjoni tal-familja skont id-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE(30), il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza, il-ħatra ta' rappreżentanti legali u kustodji, u l-aċċess għal informazzjoni adattata għat-tfal, is-servizzi tas-saħħa u s-servizzi soċjali u l-edukazzjoni;
T. billi t-tfal għadhom jitwieldu apolidi, inkluż fl-UE, u jkomplu jiġu esklużi mill-aċċess għad-drittijiet bażiċi; billi huwa stmat li madwar 200 miljun tifel u tifla madwar id-dinja ma għandhomx ċertifikat tat-twelid, li jżid ir-riskju ta' apolidija u jpoġġihom fi żvantaġġ serju fl-aċċess għad-drittijiet u s-servizzi; billi d-dritt tat-tfal li jiksbu nazzjonalità u li jiġu rreġistrati immedjatament wara t-twelid huwa minqux fl-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-tfal;
U. billi t-tfal huma fost l-aktar vulnerabbli għall-impatt tat-tibdil fil-klima, li qed jaffettwa l-istennija tal-għomor tagħhom, saħħithom, id-dritt tagħhom għall-edukazzjoni u d-dritt tagħhom li jiġu protetti, u qed jikkawża spostament f'reġjuni suxxettibbli għal diżastri naturali; billi r-riskji ambjentali huma responsabbli għal mewta waħda ta' tifel jew tifla minn kull erba'(31);
V. billi l-parteċipazzjoni tat-tfal għadha skarsa fit-tfassil tal-politika interna u esterna tal-UE; billi għandhom jiġu implimentati modi sistematiċi biex il-parteċipazzjoni tat-tfal ibbażata fuq id-drittijiet tiġi inkorporata fit-tfassil tal-politika fil-livell tal-UE, nazzjonali u lokali; billi t-tfal għandhom id-dritt li jipparteċipaw fil-ħajja demokratika u fid-deċiżjonijiet li jaffettwawhom direttament jew indirettament; billi l-gruppi l-aktar emarġinati u esklużi għandhom saħansitra inqas opportunitajiet biex jipparteċipaw fil-proċessi ta' politika u ta' teħid ta' deċiżjonijiet;
W. billi għadd sinifikanti ta' tfal għadhom qed jiġu detenuti fl-UE; billi l-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal ikkjarifika li t-tfal qatt ma għandhom jiġu detenuti għall-finijiet ta' immigrazzjoni, u li d-detenzjoni qatt ma tista' tiġi ġustifikata bħala li ssir fl-aħjar interessi tal-minuri, f'konformità mad-Dikjarazzjoni ta' New York għar-Rifuġjati u l-Migranti tad-19 ta' Settembru 2016; billi l-Istati Membri jridu jipprovdu alternattivi adegwati, umani u mhux ta' kustodja għad-detenzjoni, inkluż l-iżgurar li l-miżuri tal-COVID-19 qatt ma jwasslu għad-detenzjoni tat-tfal; billi l-Istati Membri għandhom jiġbru b'mod sistematiku data diżaggregata dwar id-detenzjoni tat-tfal fil-kuntest tal-migrazzjoni, filwaqt li l-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi l-komparabbiltà ta' tali data permezz tal-Eurostat;
X. billi t-tfal imqiegħda f'istituzzjonijiet magħluqa ġew affettwati b'mod partikolari mill-pandemija; billi l-miżuri ta' konfinament jaggravaw il-vulnerabbiltà tat-tfal li jgħixu f'istituzzjonijiet tal-kura psikjatrika u soċjali, f'orfanatrofji, f'kampijiet tar-rifuġjati, f'ċentri ta' detenzjoni u f'faċilitajiet magħluqa oħra; billi l-każijiet ta' vjolenza kontra t-tfal ikkonfinati f'dawn il-postijiet x'aktarx li ma jiġux identifikati u s-servizzi soċjali tat-tfal u tal-familja jkunu mgħobbija żżejjed u mfixkla;
Y. billi r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data(32) jirrikonoxxi li t-tfal jistħoqqilhom protezzjoni speċifika fir-rigward tad-data personali tagħhom u li jirrikjedu informazzjoni dwar id-data tagħhom li għandha tiġi ppreżentata lilhom f'lingwa li tkun adattata għat-tfal; billi l-aċċess tat-tfal għall-pjattaformi tal-midja soċjali jrid jimxi id f'id mal-fehim imtejjeb tagħhom tat-teknoloġiji diġitali; billi l-promozzjoni tal-edukazzjoni, il-litteriżmu u l-ħiliet diġitali hija essenzjali biex jiġi mrażżan l-użu ħażin tal-midja soċjali, b'mod partikolari fil-każ ta' utenti taħt l-età li jaċċessaw pjattaformi li ma jirrikjedux verifika tal-età, fl-interess tal-protezzjoni ta' gruppi vulnerabbli, b'mod partikolari t-tfal;
1. Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tħejji strateġija komprensiva ġdida dwar id-drittijiet tat-tfal, għaxar snin wara l-Aġenda tal-UE tal-2011 dwar id-Drittijiet tat-Tfal; jitlob li jkun hemm proposti leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi adegwati u strumenti tal-UE vinkolanti u mhux vinkolanti biex jiġu indirizzati l-isfidi li jiffaċċjaw it-tfal;
2. Jisħaq li minuri huwa l-ewwel u qabel kollox minuri, irrispettivament mill-oriġini etnika, mill-ġeneru, min-nazzjonalità jew mill-ambjent soċjali u ekonomiku, mill-kapaċità, mill-istatus ta' immigrant jew ta' residenza, u li l-aħjar interessi tal-minuri jridu jkunu mnaqqxa fil-politiki, fil-proċeduri u fl-azzjonijiet kollha tal-UE li jikkonċernaw it-tfal;
3. Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tinkludi fl-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal id-dispożizzjonijiet kollha stabbiliti fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2019 dwar id-drittijiet tat-tfal fl-okkażjoni tat-30 anniversarju tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal;
4. Jisħaq li l-Istrateġija tal-UE trid tieħu approċċ ta' bilanċ bejn il-ġeneri, filwaqt li tintegra perspettiva tal-ġeneru fis-setturi kollha ta' programmazzjoni, timmira l-benesseri u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-bniet, tindirizza l-bżonnijiet speċifiċi tagħhom u tirrikonoxxi d-drittijiet tagħhom;
5. Jisħaq li l-Istrateġija għandha tistieden lill-Istati Membri jallokaw ir-riżorsi kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal; jistieden lill-Istati Membri, barra minn hekk, jindirizzaw l-inugwaljanzi strutturali u jagħtu prijorità lill-investiment pubbliku fl-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa, l-akkomodazzjoni, l-appoġġ għall-familja u l-kura tat-tfal, u jinvestu f'servizzi universali ta' kwalità għolja li jilħqu lit-tfal kollha; jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-kapaċitajiet tal-forza tax-xogħol tas-servizz soċjali sabiex jappoġġjaw lit-tfal u lill-familji li qed jiffaċċjaw sfidi speċjali u biex jappoġġjaw lill-operaturi tal-ewwel linja fis-servizzi tal-protezzjoni tat-tfal;
6. Jistieden lill-Istati Membri jiggarantixxu d-dritt għall-edukazzjoni għat-tfal kollha u jistabbilixxu miżuri biex jiġi miġġieled u evitat it-tluq bikri mill-iskola u biex jiġi żgurat aċċess ekwu bejn il-ġeneri għal edukazzjoni inklużiva u ta' kwalità mit-tfulija bikrija sal-adolexxenza, inkluż għal tfal Rom, tfal b'diżabilità, tfal apolidi u migranti u dawk li jgħixu f'ambjenti ta' emerġenza umanitarja;
7. Jenfasizza li l-edukazzjoni diġitali qatt ma għandha tissostitwixxi b'mod permanenti l-apprendiment fuq il-post, b'mod partikolari fejn l-aċċess għat-teknoloġiji huwa limitat, u għandha tintuża biss fi żminijiet ta' diffikultà kbira bħall-pandemiji, jew b'mod li jkun komplementari għall-apprendiment fuq il-post, wiċċ imb wiċċ; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni bir-reqqa ta' kif id-dritt għall-edukazzjoni ġie affettwat mill-kriżi u tipproponi rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri bbażati fuq ir-riżultati ta' din l-analiżi;
8. Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu operazzjonijiet speċifiċi ta' "skola sikura", inkluż il-forniment ta' provvisti tal-iġjene u l-kondiviżjoni ta' informazzjoni b'mod adattat għat-tfal dwar il-ħasil tal-idejn u miżuri oħra ta' iġjene matul il-pandemija tal-COVID-19;
9. Jistieden lill-Istati Membri jiggarantixxu d-dritt għall-edukazzjoni inklużiva u jiżguraw aċċess għal informazzjoni komprensiva u adattata għall-età dwar is-sess u s-sesswalità, u aċċess għall-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva u l-edukazzjoni dwar ir-relazzjonijiet; ifakkar li l-edukazzjoni f'dan il-qasam hija meħtieġa biex tiġi żgurata l-edukazzjoni u l-protezzjoni sħiħa tat-tfal, f'konformità mal-aktar rapport riċenti tal-Kummissjoni;
10. Itenni t-talba tiegħu lill-UE biex iżżid l-azzjoni tagħha biex ittemm kull forma ta' vjolenza u diskriminazzjoni kontra t-tfal, inkluża vjolenza fiżika, sesswali, ekonomika u psikoloġika, korriment, abbuż, negliġenza, trattament ħażin u sfruttament kemm online kif ukoll offline, żwieġ sfurzat, traffikar, abbuż u sfruttament tat-tfal migranti, tortura, qtil tal-unur, MĠF, inċest, it-tluq furzat mill-iskola u l-użu tat-tfal bħala suldati; jisħaq li, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fir-rigward tal-protezzjoni tat-tfal mill-vjolenza, mit-traffikar u mill-isfruttament, il-proposti leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi kollha li jikkonċernaw id-drittijiet tat-tfal għandhom iqisu l-Istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal; jistieden lill-Kummissjoni tippubblika skeda dwar proposti bħal dawn, filwaqt li tiżgura l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tagħha permezz ta' mekkaniżmu ta' monitoraġġ xieraq u effiċjenti;
11. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtemmu, fil-liġi u fil-prattika, it-tħaddim kollu tat-tfal u kull forma oħra ta' xogħol li tista' tkun ta' ħsara għas-saħħa u s-sikurezza tat-tfal; jisħaq li l-ħtieġa urġenti li tiġi indirizzata din il-kwistjoni, meta jitqies l-impatt tal-kriżi tal-COVID-19 fuq dawk l-aktar vulnerabbli li ġew affettwati minn xokkijiet fl-introjtu u nuqqas ta' aċċess għall-protezzjoni soċjali, li minħabba fih aktar tfal qed jiġu mġiegħla jaħdmu; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tinkorpora d-drittijiet tat-tfal fil-qafas ta' governanza sostenibbli tal-UE li ġej, inklużi r-rekwiżiti obbligatorji tal-UE dwar id-diliġenza dovuta, u tappoġġja lill-pajjiżi terzi fl-eliminazzjoni tat-tħaddim tat-tfal permezz ta' programmi ta' kooperazzjoni; jirrakkomanda l-adozzjoni ta' diliġenza dovuta obbligatorja u transsettorjali u l-iżgurar li l-politiki kollha tal-UE jkunu adattati għat-tfal billi jimpenjaw ruħhom li jwettqu kontrolli ex ante u ex post tad-drittijiet tal-bniedem;
12. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) jintensifikaw l-isforzi biex jiġi evitat u mitmum il-ksur serju kontra t-tfal affettwati minn konflitt armat; jinsab ferm imħasseb mill-fatt li l-assoċjazzjoni tat-tfal ma' gruppi armati u r-reklutaġġ tagħhom fihom spiss isseħħ meta t-tfal ma jkollhomx alternattivi oħra; jisħaq fuq l-importanza li l-aġenda tat-tfal u l-konflitti armati (CAAC) titmexxa 'l quddiem fil-politiki tal-UE dwar l-azzjoni esterna u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u s-sigurtà, f'konformità mal-pjan ta' azzjoni tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, li jintegraha fi djalogi politiċi, missjonijiet u operazzjonijiet tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK), riformi u medjazzjoni fis-settur tas-sigurtà; jistieden lill-Kummissjoni u lill-VP/RGħ jaħtru uffiċjali u jistabbilixxu unitajiet speċjali għall-protezzjoni tat-tfal fid-Delegazzjonijiet tal-UE; jistieden lill-Istati Membri jipproteġu lit-tfal li huma ċittadini li jistgħu jiġu detenuti għal reati relatati mas-sigurtà jew assoċjazzjoni ma' gruppi armati, u jiffaċilitaw ir-ritorn tagħhom lejn il-pajjiż tal-oriġini tagħhom għar-riabilitazzjoni, ir-riintegrazzjoni u/jew il-prosekuzzjoni, kif xieraq, f'konformità sħiħa mad-dritt internazzjonali;
13. Jisħaq li l-protezzjoni tat-tfal mill-isfruttament u l-abbuż sesswali hija essenzjali; jiddeplora l-fatt li d-Direttiva dwar l-Abbuż Sesswali fuq it-Tfal għadha ma ġietx implimentata minn 23 Stat Membru; jinnota l-enfasi tal-Kunsill tal-Ewropa fuq il-kooperazzjoni bejn diversi partijiet ikkonċernati bħala l-bażi għar-rispons kontra l-abbuż sesswali tat-tfal online, li tinkludi l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, l-awtoritajiet nazzjonali, il-mekkaniżmi tar-rappurtar u l-fornituri tas-servizzi/l-industrija; jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipproponi qafas leġiżlattiv li jdum aktar biex jiġi miġġieled l-abbuż sesswali tat-tfal fl-ewwel semestru tal-2021; itenni l-appoġġ tiegħu għall-ħolqien ta' ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal, possibbiltà li bħalissa qed tiġi vvalutata mill-Kummissjoni; jilqa' b'sodisfazzjon il-ħidma tal-Europol fil-prevenzjoni, jiġifieri l-kampanji ta' sensibilizzazzjoni tagħha biex jiġi evitat l-isfruttament sesswali tat-tfal online(33),(34);
14. Jisħaq li l-vjolenza u l-abbuż kontra t-tfal żdiedu b'mod inkwetanti, filwaqt li s-servizzi soċjali u l-istituzzjonijiet protettivi saru ferm inaċċessibbli matul il-pandemija tal-COVID-19; jissottolinja l-importanza li jiġu żviluppati politiki preventivi biex tiġi miġġielda l-vjolenza kontra t-tfal fil-livell tal-UE; jenfasizza r-rwol tal-aġenziji u l-korpi tal-UE fl-implimentazzjoni tal-qafas leġiżlattiv tal-UE rigward id-drittijiet tat-tfal; jistieden lill-Kummissjoni biex fl-Istrateġija tinkorpora pjan ta' azzjoni tal-UE bi standards u punti ta' riferiment għall-fornituri tas-servizzi online u l-kumpaniji tat-teknoloġija biex it-tfal jinżammu sikuri fuq l-internet, lil hinn mill-protezzjoni tagħhom milli jkunu s-suġġetti għal kontenut illegali u biex jinżammu sikuri minn kontenut ta' ħsara; jistieden lill-Istati Membri kollha li għadhom ma għamlux dan biex jikkriminalizzaw il-grooming online u s-cyberstalking;
15. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istrateġija tal-UE tkun konsistenti mal-prijoritajiet u l-proposti leġiżlattivi stabbiliti fl-Istrateġija riċenti tal-UE għal ġlieda aktar effettiva kontra l-abbuż sesswali tat-tfal, il-Qafas Strateġiku tal-UE għar-Rom għall-ugwaljanza, għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni, l-Istrateġija Ewropea dwar il-Ġeneri kif ukoll l-Istrateġija tal-UE dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ għall-2020-2025;
16. Jemmen li huwa kruċjali li fl-Istrateġija tal-UE jiġu inklużi miżuri konkreti biex isir investiment fit-tfal sabiex jinqered il-faqar fost it-tfal, inkluż l-istabbiliment ta' Garanzija Ewropea għat-Tfal b'riżorsi xierqa; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta l-proposta tagħha għall-istabbiliment tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal fl-ewwel kwart tal-2021, f'konformità mal-impenn tagħha, u jistieden lill-Istati Membri jħaffu l-implimentazzjoni tagħha u jinvestu r-riżorsi kollha possibbli, inklużi l-fondi tal-UE bħall-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), l-Assistenza fl-Irkupru għall-Koeżjoni u għat-Territorji tal-Ewropa (ReactEU), il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), l-InvestUE, l-Erasmus+ u l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil (AMF), fil-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal u l-esklużjoni soċjali; jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kemm strateġiji nazzjonali pluriennali biex jiġu indirizzati l-faqar fost it-tfal u l-esklużjoni soċjali kif ukoll pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali ta' Garanzija għat-Tfal;
17. Huwa jinsab imħasseb li fil-kuntest tal-irkupru mill-kriżi tal-COVID-19, il-ħtieġa li jiġi indirizzat il-faqar fost it-tfal se tiżdied u li l-faqar se jkollu impatt dejjem akbar fuq it-tfal bħala l-aktar grupp vulnerabbli fost l-aktar żvantaġġati; iħeġġeġ li l-Istrateġija tal-UE tkun ikkomplementata minn strateġija komprensiva kontra l-faqar li tinkludi miżuri li jiżguraw akkomodazzjoni diċenti u għall-but ta' kulħadd u li jindirizzaw il-problema tal-persuni mingħajr dar; ifakkar li kwalunkwe strateġija biex jinqered il-faqar fost it-tfal trid tqis ir-realtà tal-ġenituri waħedhom u l-familji b'għadd kbir ta' tfal, minħabba li l-familji b'ġenitur wieħed u l-unitajiet domestiċi b'ħafna tfal huma fost il-gruppi vulnerabbli fis-soċjetà;
18. Jisħaq fuq l-importanza li l-Istrateġija tal-UE tintroduċi miżuri li jiżguraw aċċess tajjeb għall-kura tas-saħħa għat-tfal u l-familji, f'konformità mal-programm l-UE għas-Saħħa, filwaqt li jitqiesu d-diffikultajiet li t-tfal għandhom biex jaċċessaw dan id-dritt;
19. Jisħaq li huwa importanti li l-Istrateġija tal-UE tintroduċi miżuri biex jiġi aġġornat il-qafas eżistenti tal-UE għal azzjoni dwar is-saħħa u l-benesseri mentali, li għandu jkun kompletament inklużiv, sabiex jiġu ssodisfati wkoll il-bżonnijiet tat-tfal f'sitwazzjonijiet vulnerabbli u minn gruppi emarġinati u ddiskriminati minħabba r-razza; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-investimenti fis-servizzi tas-saħħa mentali u psikosoċjali għat-tfal u l-familji, b'mod partikolari f'pajjiżi b'introjtu baxx u medju u f'kuntesti fraġli u umanitarji; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu mekkaniżmi għall-identifikazzjoni bikrija ta' kwistjonijiet ta' saħħa mentali; jitlob l-integrazzjoni sħiħa tal-appoġġ psikosoċjali u mentali fis-sistemi nazzjonali u tranżnazzjonali għall-protezzjoni tat-tfal, kif ukoll għat-taħriġ tal-professjonisti dwar il-bżonnijiet speċifiċi tat-tfal;
20. Itenni l-appell tiegħu biex tiġi żgurata sistema ġudizzjarja li tkun adattata għat-tfal bi proċedimenti xierqa u inklużivi li jqisu l-bżonnijiet tat-tfal kollha; jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat id-dritt tat-tfal li jinstemgħu, li jkunu assistiti minn rappreżentant legali u li jkunu infurmati b'mod adattat għat-tfal fl-istadji kollha tal-proċedimenti fis-sistema ġudizzjarja, f'konformità mal-Artikoli 4 u 16 tad-Direttiva (UE) 2016/800 u mal-Artikoli 22 u 24 tad-Direttiva 2012/29/UE(35), inkluż għat-tfal fil-migrazzjoni, b'enfasi partikolari fuq il-minuri mhux akkumpanjati; jistieden lill-Istati Membri jittrasponu malajr u jinfurzaw id-direttivi; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-qrati tat-tfal u tal-familja jiffunzjonaw bħala servizz essenzjali, filwaqt li jkomplu jorganizzaw seduti ta' smigħ ta' emerġenza u jeżegwixxu l-ordnijiet tal-qorti għall-kura u l-protezzjoni tat-tfal li jkunu f'riskju immedjat ta' negliġenza jew abbuż; ifakkar li għandhom jiġu stabbiliti salvagwardji speċifiċi għat-tfal li jiġu f'kuntatt ma' kwalunkwe proċediment ġudizzjarju jew relatat u jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi mħarreġ persunal speċjalizzat;
21. Jinnota b'dispjaċir li 11 mis-27 Stat Membru ma pprovdewx aċċess għal informazzjoni mmirata online għat-tfal dwar is-sistema ġudizzjarja, bħall-edukazzjoni interattiva dwar id-drittijiet ġuridiċi, u jistieden lill-Istati Membri kollha jiżguraw li t-tfal ikunu jistgħu jaċċessaw din l-informazzjoni b'mod adattat għalihom, filwaqt li jqisu kwalunkwe diżabilità li tista' xxekkel l-aċċess(36);
22. Jenfasizza l-importanza tal-aħjar interessi tat-tfal fit-tilwim transfruntier fil-familji; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li jissodisfaw l-obbligi tagħhom kif stipulat fir-Regolament Brussell II Bis(37), u biex l-awtoritajiet nazzjonali jirrikonoxxu u jinfurzaw sentenzi mogħtija fi Stat Membru ieħor f'każijiet relatati mat-tfal, bħal sentenzi ta' kustodja, drittijiet ta' aċċess u obbligi ta' manteniment; jenfasizza l-importanza ta' kooperazzjoni mill-qrib u komunikazzjoni effiċjenti bejn l-awtoritajiet nazzjonali u lokali differenti involuti fil-proċedimenti għall-kura tat-tfal; jistieden lill-Istati Membri jirrispettaw id-dritt tat-tfal li jaraw lill-ġenituri tagħhom minkejja l-miżuri restrittivi marbuta mal-pandemija, sakemm dan ma jipperikolax is-sikurezza u s-saħħa tagħhom;
23. Jitlob lill-UE, lill-aġenziji tagħha u lill-Istati Membri jtemmu l-apolidija fit-tfulija kemm fl-UE kif ukoll barra minnha, inkluż billi jtejbu l-kapaċità tal-uffiċjali tal-ewwel linja li jidentifikaw, jirreġistraw u jirrispondu b'mod xieraq għall-apolidija fil-kuntest tal-migrazzjoni u l-ażil, billi jiġi promoss u żgurat l-aċċess universali għar-reġistrazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tat-twelid irrispettivament mill-istatus tal-ġenituri, inkluż għall-familji LGBTQI+, l-introduzzjoni, it-titjib u l-implimentazzjoni ta' salvagwardji legali għall-prevenzjoni tal-apolidija fit-tfulija, u l-introduzzjoni u t-titjib ta' proċeduri ta' determinazzjoni ta' apolidija bbażata fuq id-drittijiet tat-tfal sabiex jintlaħqu l-obbligi internazzjonali lejn persuni apolidi f'kuntest migratorju, f'konformità mal-aħjar interessi tat-tfal u d-dritt tagħhom li jiksbu nazzjonalità;
24. Jisħaq li fl-Istrateġija tal-UE jridu jiġu inklużi miżuri biex tittejjeb is-sitwazzjoni tat-tfal fil-migrazzjoni u jiġu protetti l-interessi tagħhom kemm fl-UE kif ukoll barra minnha, u f'kull stadju tal-proċeduri tal-ażil; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw l-implimentazzjoni ta' salvagwardji u drittijiet proċedurali għat-tfal fis-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil, b'enfasi partikolari fuq proċessi rapidi ta' riunifikazzjoni tal-familja f'konformità mad-Direttiva 2003/86/KE, aċċess għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza adegwati, kura soċjali u medika, il-ħatra f'waqtha ta' rappreżentanti legali kkwalifikati u kustodji għal minorenni mhux akkumpanjati, u l-aċċess għal informazzjoni adattata għat-tfal;
25. Jisħaq fuq l-importanza tal-integrazzjoni u l-inklużjoni tat-tfal migranti u rifuġjati; itenni l-importanza li jitneħħew l-ostakli kollha għall-aċċess għas-servizzi bażiċi u l-miżuri ta' integrazzjoni u inklużjoni, inkluż l-appoġġ psikosoċjali u għas-saħħa mentali, u li jiġu pprovduti opportunitajiet għat-tfal biex tiżdied l-inklużjoni soċjali; jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni urġenti biex tqajjem kuxjenza dwar l-importanza li jinbidlu n-narrattivi dwar il-migrazzjoni u li jiġu miġġielda l-istereotipi negattivi;
26. Huwa tal-fehma li l-Istrateġija għandha tistabbilixxi bħala prijorità d-drittijiet tat-tfal fir-rigward taċ-ċaħda tal-libertà f'konformità ma' dawk deskritti fl-istudju Globali tan-NU dwar it-Tfal Imċaħħda mil-Libertà; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri jżidu l-azzjoni biex tintemm id-detenzjoni tat-tfal, b'mod partikolari fil-kuntest tal-migrazzjoni, u jfasslu alternattivi bbażati fuq il-komunità għal detenzjoni li jissodisfaw l-aħjar interessi tat-tfal u jippermettu lit-tfal jibqgħu mal-membri tal-familja u/jew mal-kustodji tagħhom f'kuntest mhux ta' kustodja waqt li jkun qed jiġi solvut l-istatus ta' immigrant tagħhom;
27. Huwa tal-fehma li l-Istrateġija tal-UE għandha tintegra u tippromwovi d-drittijiet tat-tfal vulnerabbli fl-oqsma kollha tal-politika u tadotta approċċ intersezzjonali li jqis il-forom multipli ta' diskriminazzjoni li, fost l-oħrajn, isofru tfal minn gruppi ddiskriminati minħabba r-razza, tfal b'diżabilitajiet, tfal mingħajr jew f'riskju li jitilfu l-kura tal-ġenituri, tfal fil-kura istituzzjonali, tfal LGBTIQ, tfal minn gruppi ta' minoranza etnika, tfal migranti u rifuġjati, tfal apolidi u mhux iddokumentati, tfal vittmi ta' vjolenza u abbuż sesswali, tfal milquta direttament jew indirettament minn sistemi ġudizzjarji, tfal li jesperjenzaw problemi ta' saħħa mentali, tfal bla dar, bniet u tfal ta' ġenituri l-ħabs; ifakkar li s-servizzi soċjali u l-appoġġ tal-familja huma essenzjali sabiex jiġu evitati s-separazzjoni tal-familja u l-esklużjoni soċjali;
28. Jisħaq li t-tfal Rom, b'mod partikolari l-bniet Rom, madwar l-Ewropa jiffaċċjaw il-piż addizzjonali tar-razziżmu kif ukoll id-diskriminazzjoni sesswali, li jpoġġuhom fil-marġnijiet tas-soċjetajiet tagħhom; jissottolinja li l-kisba edukattiva baxxa, ir-rati għoljin ta' attendenza irregolari u ta' tluq bikri mill-iskola, is-sistemi tal-iskola mhux inklużivi, ir-rati għolja ta' qgħad u l-opportunitajiet ta' impjieg ħżiena jċaħħdu lis-subien u lill-bniet Rom minn possibbiltajiet realistiċi għall-integrazzjoni u l-parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà; ifakkar fil-fatt li nuqqas ta' dokumenti personali jfixkel l-kapaċità ta' ħafna bniet Rom li jkollhom aċċess għall-edukazzjoni, għall-kura tas-saħħa u għal servizzi oħra relatati, u jfakkar ukoll li żieda fir-razziżmu u fl-anti-Żingariżmu taffettwa s-sikurezza tal-bniet Rom, u b'hekk tagħmilhom dejjem aktar vulnerabbli għall-esklużjoni soċjali, l-isfruttament, it-traffikar u l-vjolenza(38);
29. Huwa tal-fehma li l-Istrateġija tal-UE għandha tipproponi approċċ inklużiv għall-protezzjoni tat-tfal l-aktar vulnerabbli f'konformità mal-Karta, il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Kummenti Ġenerali tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, u l-SDGs u l-miri tagħhom relatati mat-tfal, u b'hekk ħadd ma jitħalla jibqa' lura; itenni l-importanza li jinħoloq ambjent sikur għat-tfal vulnerabbli u l-familji tagħhom permezz ta' investiment soċjali u jirrikonoxxi li l-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni għat-tfal u l-familji għandhom jiġu rikonoxxuti u integrati fid-definizzjoni tal-vulnerabbiltà; jisħaq fuq l-importanza tal-iżvilupp u t-tisħiħ ta' sistemi nazzjonali integrati u tranżnazzjonali għall-protezzjoni tat-tfal bi skemi ta' riżorsi, implimentazzjoni u monitoraġġ;
30. Jisħaq li l-importanza li l-UE tindirizza l-ostakli fiżiċi (infrastruttura u ġeografija diffiċli), teknoloġiċi (apparat b'funzjonalità baxxa), kulturali (normi tal-ġeneri u soċjali, prattiki kulturali, u l-istatus ta' diżabilità jew ta' minoranza) u ekonomiċi u soċjali għat-teknoloġiji diġitali fil-politiki interni u esterni tagħha;
31. Jenfasizza l-importanza għall-UE li tinvesti fil-litteriżmu diġitali sabiex tiggarantixxi aċċess liberu għal-litteriżmu diġitali u l-edukazzjoni diġitali għat-tfal kollha, b'mod partikolari t-tfal minn komunitajiet li mhumiex moqdija tajjeb jew emarġinati, filwaqt li tiffoka fuq il-bini tar-reżiljenza tagħhom u toffri appoġġ psikosoċjali; jinnota li dawn l-investimenti jistgħu jsiru bħala parti mill-aġenda ġdida għall-ħiliet għall-Ewropa taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, u jistgħu jibbenefikaw mill-fondi tal-UE għall-iżvilupp u dawk umanitarji; jirrimarka li l-investimenti fl-iżgurar li s-sistemi edukattivi jistgħu jipprovdu edukazzjoni, litteriżmu u ħiliet diġitali lit-tfal kollha huma kruċjali għall-promozzjoni tal-fehim tat-tfal tat-teknoloġiji diġitali, għall-għelib tal-inugwaljanzi, għat-titjib tal-inklużjoni diġitali u l-emanċipazzjoni u l-protezzjoni tat-tfal u tad-drittijiet tagħhom online u offline; ifakkar li l-iżvilupp tal-edukazzjoni diġitali, il-litteriżmu u l-ħiliet għandhom jgħammru lit-tfal biex jiġġieldu kontra l-perikli tal-ispazju diġitali kif ukoll biex jimmaniġġjaw ir-responsabilitajiet tagħhom meta jinteraġixxu fih;
32. Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi l-ilħna tat-tfal billi tistabbilixxi mekkaniżmi formali għad-djalogu u l-konsultazzjoni u tiżgura l-parteċipazzjoni sħiħa u sinifikattiva tagħhom fit-teħid tad-deċiżjonijiet, b'enfasi partikolari fuq kunsiderazzjoni akbar tal-ilħna ta' dawk l-aktar vulnerabbli, bħall-bniet, it-tfal li jgħixu fil-faqar, tfal spostati u migranti u dawk b'diżabilità;
33. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri tal-UE jistabbilixxu mekkaniżmi speċifiċi biex jivvalutaw l-impatt tal-COVID-19 fuq it-tfal kollha sabiex tinġabar data għat-tfassil aħjar tal-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet li jaffettwaw lit-tfal abbażi tal-fehmiet tat-tfal; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu approċċ dwar id-drittijiet tat-tfal fid-definizzjoni tal-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru tagħhom;
34. Jistieden lill-Kunsill jadotta konklużjonijiet dwar l-Istrateġija tal-UE li tistabbilixxi qafas obbligatorju ġdid għall-Istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri, billi jsegwi l-eżempju tal-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp, u jiżgura l-implimentazzjoni ta' sistemi nazzjonali u tranżazzjonali integrati għall-protezzjoni tat-tfal imfassla tajjeb, komprensivi u ffinanzjati tajjeb;
35. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li d-drittijiet tat-tfal jingħataw prijorità fil-politiki, l-azzjonijiet u l-programmi interni u esterni kollha tal-UE, li jaffettwaw lit-tfal b'mod dirett jew indirett, kif ukoll li dawn li jiġu integrati fihom, u jiżguraw il-konsistenza fost l-istrumenti differenti kollha;
36. Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa indikatur għat-tfal fl-allokazzjoni tal-baġits tagħha biex tippermetti lill-istituzzjonijiet u lis-sħab tal-UE jkejlu u jimmonitorjaw l-investiment tal-UE fit-tfal, permezz tal-ġbir ta' data diżaggregata u speċifika, biex ikunu jistgħu jiġu identifikati lakuni bejn l-impenji politiċi u finanzjarji, u b'hekk tiġi pprovduta stima tal-iskala tal-appoġġ tal-UE għad-drittijiet tat-tfal;
37. Jistieden lill-Istati Membri jfasslu pjan ta' azzjoni annwali biex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal u jintegraw il-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali tagħhom fil-Pjan tal-UE għall-Irkupru u r-Reżiljenza;
38. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal tkun iffinanzjata b'mod adegwat filwaqt li jiġi żgurat li l-istrumenti ta' finanzjament intern u estern tal-UE, kif ukoll il-baġits nazzjonali, jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet stabbiliti fl-Istrateġija;
39. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-monitoraġġ xieraq tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE mill-Istati Membri; ifakkar fil-ħtieġa li tiġi żgurata parteċipazzjoni sinifikanti u inklużiva tat-tfal ibbażata fuq id-drittijiet matul il-proċess kollu tal-ħolqien u l-implimentazzjoni tal-Istrateġija, u li jintużaw punti ta' riferiment u indikaturi biex il-progress jiġi mmonitorjat aħjar;
40. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
B'mod partikolari, l-Kumment Ġenerali Nru 5 dwar il-miżuri ġenerali ta' implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal; Nru 6 dwar it-trattament ta' tfal mhux akkumpanjati u separati barra mill-pajjiż tal-oriġini tagħhom; Nru 10 dwar id-drittijiet tat-tfal fil-ġustizzja għall-minorenni; Nru 12 dwar id-dritt tat-tfal li jinstemgħu; Nru 13 dwar id-dritt tat-tfal li jkunu liberi minn kull forma ta' vjolenza; Nru 14 dwar id-dritt tat-tfal li jkollhom l-aħjar interessi tagħhom meqjusa bħala kunsiderazzjoni primarja; Nru 15 dwar id-dritt tat-tfal għat-tgawdija tal-ogħla standard ta' saħħa li jista' jinkiseb; u Nru 16 dwar l-obbligi tal-Istat rigward l-impatt tas-settur tan-negozju fuq id-drittijiet tat-tfal.
B'mod partikolari d-Direttiva (UE) 2016/800 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar il-garanziji proċedurali għal tfal li huma suspettati jew li huma persuni akkużati fi proċedimenti kriminali (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 1), id-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 1), u d-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali (ĠU L 142, 1.6.2012, p. 1).
B'mod partikolari l-komunikazzjonijiet tal-24 ta' Novembru 2020 bit-titolu "Pjan ta' Azzjoni dwar l-Integrazzjoni u l-Inklużjoni 2021-2027" (COM(2020)0758), tat-18 ta' Settembru 2020 bit-titolu "Unjoni ta' ugwaljanza: Pjan ta' azzjoni tal-UE għall-ġlieda kontra r-razziżmu 2020-2025" (COM(2020)0565), tal-5 ta' Marzu 2020 bit-titolu "Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija ta' Ugwaljanza Bejn is-Sessi għall-2020-2025" (COM(2020)0152), u tat-12 ta' Novembru 2020 bit-titolu "Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025" (COM(2020)0698).
L-aħbarijiet tal-Eurostat, "EU children at risk of poverty or social exclusion" (It-tfal tal-UE f'riskju ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali), il-5 ta' Marzu 2020.
Fuljett tal-UNICEF, "Impact of COVID-19 on multidimensional child poverty (L-impatt tal-COVID-19 fuq il-faqar multidimensjonali fost it-tfal), Settembru 2020; https://data.unicef.org/resources/impact-of-covid-19-on-multidimensional-child-poverty/
L-Uffiċċju tar-Riċerka tal-UNICEF – Innocenti u l-Programm Dinji tal-Ikel, dokument ta' ħidma "COVID-19: Missing More than a Classroom. The impact of school closures n children's nutrition (Il-COVID-19: Tlifna Ħafna aktar minn Klassi. L-impatt tal-għeluq tal-iskejjel fuq in-nutrizzjoni tat-tfal), Jannar 2021.
Il-FAO, l-IFAD, il-UNICEF, id-WFP u d-WHO, "The State of Food Security and Nutrition in the World 2020" (L-Istat tas-Sigurtà tal-Ikel u n-Nutrizzjoni fid-Dinja 2020), 2020.
ChildFund Alliance, Eurochildren, Save the Children, UNICEF u World Vision, "Our Europe. Our Rights. Our Future", (L-Ewropa Tagħna. Id-Drittijiet Tagħna. Il-Futur Tagħna), Jannar 2021.
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar ir-rwol tal-Uffiċċju Ġermaniż għall-Benesseri taż-Żgħażagħ (Jugendamt) f'tilwim transfruntier li jinvolvi l-familji, (ĠU C 363, 28.10.2020, p. 107).
UNICEF, ‘Reimagining our Future: Building Back Better from COVID-19" (Nimmaġinaw mill-ġdid il-Futur tagħna: Nirkupraw Aħjar mill-COVID-19), Ġunju 2020.
Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
Id-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57).
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, (ĠU L 338, 23.12.2003, p. 1).