Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2020/0260(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0177/2021

Testi mressqa :

A9-0177/2021

Dibattiti :

PV 23/06/2021 - 24
CRE 23/06/2021 - 24

Votazzjonijiet :

PV 24/06/2021 - 11

Testi adottati :

P9_TA(2021)0310

Testi adottati
PDF 371kWORD 99k
Il-Ħamis, 24 ta' Ġunju 2021 - Brussell
Impriża Konġunta tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja Ewropew *
P9_TA(2021)0310A9-0177/2021

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ġunju 2021 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja Ewropew (COM(2020)0569 – C9-0335/2020 – 2020/0260(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2020)0569),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 187 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 188 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0335/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0177/2021),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Frar 2020 intitolata "Strateġija Ewropea għad-Data" tiddeskrivi l-istrateġija tal-Ewropa għall-miżuri ta' politika u għall-investimenti li jabilitaw l-ekonomija tad-data għall-ħames snin li ġejjin. Tenfasizza l-ħolqien ta' spazji pubbliċi komuni Ewropej tad-data li jagħtu spinta lit-tkabbir u joħolqu l-valur. L-appoġġ għall-ħolqien ta' dawn l-ispazji komuni Ewropej tad-data u ta' infrastrutturi federati u siguri bbażati fuq il-cloud ikun jiżgura li aktar data ssir disponibbli għall-użu fl-ekonomija u fis-soċjetà, filwaqt li l-kumpaniji u l-individwi li jiġġeneraw id-data jinżammu f'kontroll. Il-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u l-computing kwantistiku huma komponenti essenzjali tal-provvista bla xkiel ta' riżorsi tal-computing b'karatteristiċi ta' prestazzjoni differenti li huma meħtieġa biex jiġu massimizzati t-tkabbir u l-użu tal-ispazji komuni pubbliċi Ewropej tad-data u tal-infrastrutturi federati u siguri bbażati fuq il-cloud għal applikazzjonijiet pubbliċi, industrijali u xjentifiċi.
(5)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Frar 2020 intitolata "Strateġija Ewropea għad-Data" tiddeskrivi l-istrateġija tal-Ewropa għall-miżuri ta' politika u għall-investimenti li jabilitaw l-ekonomija tad-data għall-ħames snin li ġejjin. Tenfasizza l-ħolqien ta' spazji pubbliċi komuni Ewropej tad-data li jagħtu spinta lit-tkabbir u joħolqu l-valur. L-appoġġ għall-ħolqien ta' dawn l-ispazji komuni Ewropej tad-data u ta' infrastrutturi federati u siguri bbażati fuq il-cloud ikun jiżgura li aktar data ssir disponibbli għall-użu fl-ekonomija u fis-soċjetà, filwaqt li l-kumpaniji u l-individwi li jiġġeneraw id-data jinżammu f'kontroll. Sabiex jiġi żgurat li d-data tal-utenti tiġi trasferita b'mod effettiv, l-infrastrutturi tal-cloud fl-Unjoni jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-prinċipji ta' fiduċja, ftuħ, sigurtà, interoperabbiltà u portabbiltà. Il-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u l-computing kwantistiku huma komponenti essenzjali tal-provvista bla xkiel ta' riżorsi tal-computing b'karatteristiċi ta' prestazzjoni differenti li huma meħtieġa biex jiġu massimizzati t-tkabbir u l-użu tal-ispazji komuni pubbliċi Ewropej tad-data u tal-infrastrutturi federati u siguri bbażati fuq il-cloud għal applikazzjonijiet pubbliċi, industrijali u xjentifiċi.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Frar 2020 intitolata "Insawru l-Futur Diġitali tal-Ewropa" tippreżenta l-istrateġija diġitali tal-Ewropa u tiffoka fuq ftit objettivi ewlenin biex tiżgura li s-soluzzjonijiet diġitali jgħinu lill-Ewropa tkompli fi triqitha lejn trasformazzjoni diġitali li taħdem għall-benefiċċju tan-nies. Fost l-azzjonijiet ewlenin li tipproponi hemm l-investiment fil-bini u t-tnedija ta' kapaċitajiet diġitali konġunti avvanzati, inkluż fit-teknoloġiji tas-supercomputing u kwantistiċi, u li tespandi l-kapaċità tas-supercomputing tal-Ewropa biex tiżviluppa soluzzjonijiet innovattivi għall-mediċina, it-trasport u l-ambjent.
(6)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Frar 2020 intitolata "Insawru l-Futur Diġitali tal-Ewropa" tippreżenta l-istrateġija diġitali tal-Ewropa u tiffoka fuq ftit objettivi ewlenin biex tiżgura li s-soluzzjonijiet diġitali jgħinu lill-Ewropa tkompli fi triqitha lejn trasformazzjoni diġitali ċċentrata fuq il-bniedem li taħdem għall-benefiċċju tan-nies u tikkontribwixxi għall-Patt Ekoloġiku Ewropew. Fost l-azzjonijiet ewlenin li tipproponi hemm l-investiment fil-bini u t-tnedija ta' kapaċitajiet diġitali konġunti avvanzati, inkluż fit-teknoloġiji tas-supercomputing u kwantistiċi, u li tespandi l-kapaċità tas-supercomputing tal-Ewropa biex tiżviluppa soluzzjonijiet innovattivi fis-setturi ekonomiċi kollha, bħall-industrija, il-manifattura, iċ-ċibersigurtà, is-saħħa u l-mediċina, it-trasport u l-mobbiltà sostenibbli, l-ambjent, l-enerġija u t-tibdil fil-klima.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Marzu 2020 intitolata "Strateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa" qed tirrifletti strateġija industrijali ambizzjuża għall-Ewropa biex tmexxi ż-żewġ tranżizzjonijiet lejn in-newtralità klimatika u t-tmexxija diġitali. Il-Komunikazzjoni tenfasizza l-appoġġ, fost l-oħrajn, għall-iżvilupp ta' teknoloġiji abilitanti essenzjali li huma strateġikament importanti għall-futur industrijali tal-Ewropa, inkluż teknoloġiji tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u kwantistiċi.
(7)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Marzu 2020 intitolata "Strateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa" qed tirrifletti strateġija industrijali ambizzjuża għall-Ewropa biex tmexxi ż-żewġ tranżizzjonijiet lejn in-newtralità klimatika u t-tmexxija diġitali. Il-Komunikazzjoni tenfasizza l-appoġġ, fost l-oħrajn, għall-iżvilupp ta' teknoloġiji abilitanti essenzjali li huma strateġikament importanti għall-futur industrijali tal-Ewropa, inkluż teknoloġiji tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u kwantistiċi. L-iżvilupp ta' infrastruttura u ekosistema tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja ta' klassi dinjija jirrappreżenta riżorsa strateġika għall-futur u r-reżiljenza tal-industrija u l-SMEs tal-Unjoni, filwaqt li fl-istess ħin jiġġieled kontra d-disparitajiet reġjonali, joħloq impjiegi ġodda u jħeġġeġ kompetizzjoni globali li tista' tkun ta' benefiċċju għall-kisba ta' ekonomija tad-data vibranti u tgħin fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 9
(9)  Ir-rwol ewlieni tal-Ewropa fl-ekonomija tad-data, l-eċċellenza xjentifika tagħha, u s-saħħa industrijali tagħha jiddependu dejjem aktar fuq il-kapaċità tagħha li tiżviluppa teknoloġiji ewlenin tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja, kif ukoll li tipprovdi aċċess għal infrastrutturi tas-supercomputing u tad-data ta' klassi dinjija, u li żżomm it-tmexxija attwali tagħha f'applikazzjonijiet tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja. Il-Computing ta' Prestazzjoni Għolja hu teknoloġija integrata għat-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija Ewropea, li tippermetti lil ħafna setturi industrijali tradizzjonali jinnovaw bi prodotti u servizzi ta' valur ogħla. Flimkien ma' teknoloġiji diġitali avvanzati oħra bħall-Intelliġenza Artifiċjali, it-teknoloġiji tal-Bid Data u tal-cloud, il-Computing ta' Prestazzjoni Għolja qed iwitti t-triq lejn applikazzjonijiet soċjetali u industrijali innovattivi f'oqsma kritiċi għall-Ewropa bħall-mediċina personalizzata, it-tbassir tat-temp u t-tibdil fil-klima, l-iżvilupp u t-trasport intelliġenti u ekoloġiċi, materjali ġodda għall-enerġija nadifa, id-disinn tal-mediċina u l-ittestjar virtwali, l-agrikoltura sostenibbli, jew l-inġinerija u l-manifattura.
(9)  Ir-rwol ewlieni tal-Ewropa fl-ekonomija tad-data, l-eċċellenza xjentifika tagħha, u s-saħħa industrijali tagħha jiddependu dejjem aktar fuq il-kapaċità tagħha li tiżviluppa teknoloġiji ewlenin tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja, kif ukoll li tipprovdi aċċess għal infrastrutturi tas-supercomputing u tad-data ta' klassi dinjija, u li żżomm it-tmexxija attwali tagħha f'applikazzjonijiet tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja. Il-Computing ta' Prestazzjoni Għolja hu teknoloġija integrata għat-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija Ewropea u għandu l-potenzjal li jippermetti lil ħafna setturi industrijali tradizzjonali jinnovaw bi prodotti u servizzi ta' valur ogħla. Flimkien ma' teknoloġiji diġitali avvanzati oħra bħall-Intelliġenza Artifiċjali, it-teknoloġiji tal-Big Data u tal-cloud, meta jiġi introdott u użat b'mod etiku u ċċentrat fuq il-bniedem, il-Computing ta' Prestazzjoni Għolja qed iwitti t-triq lejn applikazzjonijiet soċjetali u industrijali innovattivi f'oqsma kritiċi għall-Ewropa bħall-mediċina personalizzata, it-tbassir tat-temp u t-tibdil fil-klima, l-iżvilupp u t-trasport intelliġenti u ekoloġiċi, ir-riċerka dwar materjali ġodda għat-teknoloġiji sostenibbli tal-enerġija nadifa, id-disinn tal-mediċina u l-ittestjar virtwali, l-agrikoltura sostenibbli, jew l-inġinerija u l-manifattura.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Il-Computing ta' Prestazzjoni Għolja hu riżorsa strateġika għat-tfassil ta' politika li abbażi tagħha jitħaddmu applikazzjonijiet li jipprovdu l-mezzi biex jinftiehmu u jitfasslu soluzzjonijiet effiċjenti bil-għan li jiġu indirizzati ħafna sfidi dinjin kumplessi u għall-ġestjoni tal-kriżijiet. Il-Computing ta' Prestazzjoni Għolja jikkontribwixxi għal politiki ewlenin bħall-Patt Ekoloġiku Ewropew b'mudelli u għodod biex isarraf għadd dejjem akbar ta' sfidi ambjentali kumplessi f'opportunitajiet għal innovazzjoni soċjali u tkabbir ekonomiku. Eżempju hu l-inizjattiva Destinazzjoni d-Dinja mħabbra fil-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 dwar "Il-Patt Ekoloġiku Ewropew" u tad-19 ta' Frar 2020 dwar "Strateġija Ewropea għad-Data" u "Insawru l-Futur Diġitali tal-Ewropa".
(10)  Il-Computing ta' Prestazzjoni Għolja hu riżorsa strateġika għat-tfassil ta' politika li abbażi tagħha jitħaddmu applikazzjonijiet li jipprovdu l-mezzi biex jinftiehmu u jitfasslu soluzzjonijiet effiċjenti bil-għan li jiġu indirizzati ħafna sfidi dinjin kumplessi u għall-ġestjoni tal-kriżijiet. Il-Computing ta' Prestazzjoni Għolja jikkontribwixxi għal politiki ewlenin bħall-Patt Ekoloġiku Ewropew b'mudelli u għodod biex isarraf għadd dejjem akbar ta' sfidi ambjentali kumplessi f'opportunitajiet għal innovazzjoni soċjali u tkabbir ekonomiku sostenibbli. Eżempju hu l-inizjattiva Destinazzjoni d-Dinja mħabbra fil-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 dwar "Il-Patt Ekoloġiku Ewropew" u tad-19 ta' Frar 2020 dwar "Strateġija Ewropea għad-Data" u "Insawru l-Futur Diġitali tal-Ewropa". Il-computing ta' prestazzjoni għolja huwa assi strateġiku għas-salvagwardja tal-kapaċità tal-innovazzjoni u tal-awtonomija strateġika tal-Unjoni u jrawwem it-tkabbir ekonomiku.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  Avvenimenti dinjin bħall-pandemija tal-COVID-19 ħarġu fid-dieher l-importanza ta' investiment fil-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u fi pjattaformi u għodod tal-immudellar relatati mas-saħħa, għax dawn jaqdu rwol ewlieni fil-ġlieda kontra l-pandemija, ħafna drabi flimkien ma' teknoloġiji diġitali oħra bħall-Big Data u l-intelliġenza artifiċjali. Il-Computing ta' Prestazzjoni Għolja qed jintuża biex iħaffef l-identifikazzjoni u l-produzzjoni ta' trattamenti, ibassar it-tifrix tal-virus, biex jgħin fl-ippjanar tad-distribuzzjoni tal-provvisti u r-riżorsi mediċi, u biex jissimula miżuri ta' ħruġ għal wara l-epidemija ħalli jiġu evalwati xenarji differenti. Il-pjattaformi u l-għodod tal-immudellar tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja huma għodod kritiċi għall-pandemiji attwali u futuri, u se jaqdu rwol ewlieni fis-saħħa u l-mediċina personalizzata.
(11)  Avvenimenti dinjin bħall-pandemija tal-COVID-19 ħarġu fid-dieher l-importanza ta' investiment fil-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u fi pjattaformi u għodod tal-immudellar relatati mas-saħħa, għax dawn jaqdu rwol ewlieni fil-ġlieda kontra l-pandemija, ħafna drabi flimkien ma' teknoloġiji diġitali oħra bħall-Big Data u l-intelliġenza artifiċjali u l-immudellar u s-simulazzjoni bil-kompjuters. Il-Computing ta' Prestazzjoni Għolja qed jintuża biex iħaffef l-identifikazzjoni ta' komponenti kritiċi għas-settur farmaċewtiku u l-produzzjoni ta' trattamenti, ibassar it-tifrix tal-virus, biex jgħin fl-ippjanar tad-distribuzzjoni tal-provvisti u r-riżorsi mediċi, u biex jissimula miżuri ta' ħruġ għal wara l-epidemija ħalli jiġu evalwati xenarji differenti. Il-pjattaformi u l-għodod tal-immudellar tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja huma għodod kritiċi għall-pandemiji attwali u futuri, u se jaqdu rwol importanti fis-settur tas-saħħa peress li dawn jippermettu l-ittestjar tas-sikurezza, l-effikaċja u l-prestazzjoni ta' strateġiji preventivi ġodda, u l-ottimizzazzjoni tal-immudellar dijanjostiku awtomatizzat, tal-mediċini u tat-tagħmir mediku. Huwa importanti wkoll li tiġi żgurata l-interoperabbiltà tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja, tal-intelliġenza artifiċjali (inkluż it-tagħlim awtomatiku u profond), tal-Big Data, tal-analitika tad-data ta' prestazzjoni għolja u tal-Cloud, peress li setturi ekonomiċi ewlenin li jserrħu fuq il-Computing ta' Prestazzjoni Għolja jinkludu l-manifattura, is-saħħa u l-farmaċewtiċi.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)  Biex l-Unjoni jkollha l-prestazzjoni tal-computing meħtieġa biex tibqa' fuq quddiem nett fil-kapaċitajiet tar-riċerka u industrijali tagħha, jenħtieġ jiġi kkoordinat l-investiment tal-Istati Membri fil-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u fil-computing kwantistiku u tissaħħaħ l-adozzjoni mill-industrija u mis-suq ta' teknoloġiji tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u tal-computing kwantistiku kemm fis-settur pubbliku kif ukoll fis-settur privat. Jenħtieġ li l-Unjoni ssir aktar effettiva fit-tisrif tal-iżviluppi tat-teknoloġija f'sistemi tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja Ewropew u tal-computing kwantistiku orjentati lejn id-domanda u xprunati mill-applikazzjoni u li jkunu tal-aqwa kwalità, fl-istabbiliment ta' rabta effettiva bejn il-provvista tat-teknoloġija, il-kodisinn mal-utenti, u akkwist konġunt ta' sistemi tal-ogħla klassi, u fil-ħolqien ta' ekosistema ta' klassi dinjija fit-teknoloġiji u fl-applikazzjonijiet tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u tal-computing kwantistiku. Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-Unjoni tiftaħ opportunità għall-industrija tal-provvista tagħha biex tingranaġġa investimenti bħal dawn, li twassal għall-adozzjoni tagħhom fuq skala kbira u f'oqsma ta' applikazzjonijiet emerġenti bħall-mediċina personalizzata, it-tibdil fil-klima, is-sewqan konness u awtomatizzat jew swieq ewlenin oħra li huma bbażati fuq l-intelliġenza artifiċjali, fuq it-teknoloġiji tal-blockchain, fuq l-edge computing jew b'mod aktar wiesa' fuq id-diġitalizzazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.
(14)  Biex l-Unjoni jkollha l-prestazzjoni tal-computing meħtieġa biex tibqa' fuq quddiem nett fil-kapaċitajiet tar-riċerka u industrijali tagħha, jenħtieġ li jiġi kkoordinat l-investiment tal-Istati Membri fil-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u fil-computing kwantistiku u tissaħħaħ l-adozzjoni mill-industrija u mis-suq ta' teknoloġiji tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u tal-computing kwantistiku kemm fis-settur pubbliku kif ukoll fis-settur privat. Jenħtieġ li l-Unjoni ssir aktar effettiva fit-tisrif tal-iżviluppi tat-teknoloġija f'sistemi tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja Ewropew u tal-computing kwantistiku orjentati lejn id-domanda u xprunati mill-applikazzjoni u li jkunu tal-aqwa kwalità u mifruxin u aċċessibbli b'mod wiesa' madwar l-Ewropa, fl-istabbiliment ta' rabta effettiva bejn il-provvista tat-teknoloġija, il-kodisinn mal-utenti, u l-akkwist konġunt ta' sistemi sikuri tal-ogħla klassi, u fil-ħolqien ta' ekosistema ta' klassi dinjija fit-teknoloġiji u fl-applikazzjonijiet tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u tal-computing kwantistiku għall-benefiċċju tal-Istati Membri u r-reġjuni kollha. Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-Unjoni tiftaħ opportunità għall-industrija tal-provvista tagħha biex tingranaġġa investimenti bħal dawn, u twassal għall-adozzjoni tagħhom fuq skala kbira u f'oqsma ta' applikazzjonijiet emerġenti li huma bbażati fuq l-intelliġenza artifiċjali, l-immudellar u s-simulazzjoni bil-kompjuters, it-teknoloġiji tal-blockchain, l-edge computing jew b'mod aktar wiesa' fuq id-diġitalizzazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 14a (ġdida)
(14a)  Sabiex tiġi ddisinjata, aġġornata u implimentata firxa ġdida ta' ekosistemi, teknoloġiji u sistemi ta' hardware ta' supercomputing Ewropej ta' klassi dinjija u innovattivi b'konsum baxx tal-enerġija u effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija, huwa meħtieġ ammont kbir ta' riżorsi u attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni. F'sinerġija ma' sħubiji u inizjattivi Ewropej oħra, l-Impriża Konġunta tinsab f'pożizzjoni tajba biex tistabbilixxi pjanijiet direzzjonali strateġiċi u pjanijiet ta' riċerka u investiment biex tagħti għajnuna għat-tisħiħ tal-katina tal-valur tal-elettronika u tas-sistemi inkorporati Ewropej, bil-ħsieb li l-preżenza industrijali Ewropea tespandi, li jiġu indirizzati l-isfidi teknoloġiċi, tas-sigurtà u soċjetali ewlenin, u li jiġu stabbiliti kapaċitajiet ta' disinn ta' hardware u faċilitajiet ta' produzzjoni Ewropej avvanzati.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 15
(15)  Biex l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jiksbu awtonomija teknoloġika f'teknoloġiji diġitali ewlenin bħall-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u l-computing kwantistiku, jenħtieġ jinvestu f'teknoloġiji tas-supercomputing b'qawwa baxxa tal-ġenerazzjoni li jmiss, f'software innovattiv u f'sistemi avvanzati tas-supercomputing għal computing fuq skala eksa u fuq skala posteksa u għal computing kwantistiku, u għal applikazzjonijiet innovattivi tas-supercomputing u tad-data għall-mediċina, l-ambjent, il-manifattura u l-inġinerija. Jenħtieġ li dan ikun jippermetti lill-industrija tal-provvista Ewropea tiffjorixxi f'firxa wiesgħa ta' oqsma ewlenin tat-teknoloġija u l-applikazzjonijiet li jilħqu lil hinn mill-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u mill-computing kwantistiku u, fuq medda twila taż-żmien, jikkontribwixxi għal swieq usa' tal-ICT b'teknoloġiji bħal dawn. Dan ikun jappoġġa wkoll l-industrija tax-xjenza u tal-utenti tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u tal-computing kwantistiku biex tgħaddi minn trasformazzjoni diġitali u jissaħħaħ il-potenzjal tal-innovazzjoni tagħha.
(15)  Biex l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jiksbu awtonomija teknoloġika strateġika, filwaqt li jżommu ekonomija miftuħa, f'teknoloġiji diġitali ewlenin bħall-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u l-computing kwantistiku, jenħtieġ li jinvestu f'teknoloġiji tas-supercomputing b'qawwa baxxa u effiċjenti fl-enerġija u fir-riżorsi tal-ġenerazzjoni li jmiss, f'software innovattiv u f'sistemi avvanzati tas-supercomputing għal computing fuq skala eksa u fuq skala posteksa u għal computing kwantistiku, inklużi teknoloġiji għall-komputazzjoni li tippreserva l-privatezza u għal applikazzjonijiet innovattivi tas-supercomputing u tad-data. Jenħtieġ li l-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u l-ġestjoni tad-data jiġu appoġġati b'mod attiv fl-oqsma kollha tar-riċerka, inklużi x-xjenzi soċjali u umanistiċi. Huma meħtieġa investimenti biex jiġu żviluppati l-kompetenzi rilevanti. Jenħtieġ li dan ikun jippermetti lill-industrija tal-provvista Ewropea tiffjorixxi f'firxa wiesgħa ta' oqsma ewlenin ta' teknoloġija u ta' applikazzjonijiet li jmorru lil hinn mill-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u mill-computing kwantistiku u, fuq medda twila taż-żmien, jikkontribwixxi għal swieq usa' tal-ICT b'teknoloġiji bħal dawn. Dan ikun jappoġġa wkoll l-industrija tax-xjenza u tal-utenti tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u tal-computing kwantistiku biex tgħaddi minn trasformazzjoni diġitali u jissaħħaħ il-potenzjal tal-innovazzjoni tagħha.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 15a (ġdida)
(15a)  Sabiex tiġi stabbilita ekosistema soda tal-computing kwantistiku fl-Unjoni, jeħtieġ li ninvestu fl-iżvilupp ta' algoritmi konxji mill-hardware għall-networks newrali u fl-istandardizzazzjoni għall-ikkowdjar tad-data tal-input-output, u niffaċilitaw l-aċċess għall-utenti finali permess mis-servizzi tal-cloud.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 16
(16)  It-twettiq ta' viżjoni strateġika komuni tal-UE fil-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u fil-computing kwantistiku hu essenzjali biex tinkiseb l-ambizzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha li jiżguraw rwol ewlieni u awtonomija strateġika fl-ekonomija diġitali. L-objettiv ikun li fl-Ewropa tiġi stabbilita ekosistema tal-infrastruttura fost l-aqwa fid-dinja, iperkonnessa u sigura tas-servizzi tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u tal-computing kwantistiku u tad-data, u li l-Ewropa tkun f'pożizzjoni li tipproduċi sistemi innovattivi u kompetittivi tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u tal-computing kwantistiku bbażati fuq katina tal-provvista li jiżguraw komponenti, teknoloġiji u għarfien li jillimitaw ir-riskju ta' tfixkil.
(16)  It-twettiq ta' viżjoni strateġika komuni tal-UE fil-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u fil-computing kwantistiku, l-iżgurar ta' tranżizzjoni minn Computing ta' Prestazzjoni Għolja ċċentrat fuq is-simulazzjoni u l-integrazzjoni ta' Computing ta' Prestazzjoni Għolja f'continuum sħiħ tal-infrastruttura tal-IT, inklużi ekosistemi oħra bħall-Big Data, l-IA u l-Internet tal-Oġġetti, huma essenzjali biex tinkiseb l-ambizzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha li jiżguraw rwol ewlieni u awtonomija strateġika fit-tranżizzjoni diġitali, filwaqt li tiġi ppreservata ekonomija miftuħa. L-objettiv ikun li fl-Ewropa tiġi stabbilita ekosistema tal-infrastruttura fost l-aqwa fid-dinja, iperkonnessa u sigura tas-servizzi tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u tal-computing kwantistiku u tad-data, u li l-Ewropa tkun f'pożizzjoni li tipproduċi sistemi innovattivi u kompetittivi tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u tal-computing kwantistiku bbażati fuq katina tal-provvista reżiljenti u responsabbli li jiżguraw id-disponibbiltà ta' komponenti, teknoloġiji u għarfien li jillimitaw ir-riskju ta' tfixkil filwaqt li jħarsu n-nies u l-ambjent.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 17
(17)  Impriża Konġunta tirrappreżenta l-aqwa strument li kapaċi jimplimenta l-viżjoni strateġika tal-UE fil-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u fil-computing kwantistiku, u dan jiżgura li l-Unjoni tgawdi minn kapaċitajiet ta' klassi dinjija fis-supercomputing, fil-computing kwantistiku u fid-data li jaqbel mal-potenzjal ekonomiku tagħha u li l-Unjoni tissodisfa l-ħtiġijiet tal-utenti Ewropej, u jaqbel mal-awtonomija strateġika meħtieġa fit-teknoloġiji kritiċi tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u tal-computing kwantistiku. L-Impriża Konġunta hi l-aqwa strument biex jingħelbu l-limitazzjonijiet attwali, kif deskritti fid-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal mehmuż ma' dan ir-Regolament, u toffri l-akbar impatt ekonomiku, soċjetali u ambjentali u l-aħjar salvagwardja tal-interessi tal-Unjoni fil-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u fil-computing kwantistiku. Tista' tiġbor flimkien ir-riżorsi tal-Unjoni, tal-Istati Membri u tal-pajjiżi assoċjati ma' Orizzont Ewropa u mal-Programm Ewropa Diġitali jew mal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, u tas-settur privat. Tista' timplimenta qafas ta' akkwist u topera sistemi tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u tal-computing kwantistiku ta' klassi dinjija. Tista' tniedi programmi tar-riċerka u l-innovazzjoni għall-iżvilupp ta' teknoloġiji Ewropej u għall-integrazzjoni sussegwenti tagħhom f'sistemi tas-supercomputing ta' klassi dinjija.
(17)  Impriża Konġunta tirrappreżenta l-aqwa strument disponibbli li kapaċi jimplimenta l-viżjoni strateġika tal-UE fil-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u fil-computing kwantistiku, u dan jiżgura li l-Unjoni tgawdi minn kapaċitajiet ta' klassi dinjija fis-supercomputing, fil-computing kwantistiku u fid-data li jaqblu mal-potenzjal ekonomiku tagħha u li l-Unjoni tissodisfa l-ħtiġijiet tal-utenti Ewropej, u bl-awtonomija strateġika meħtieġa, filwaqt li tiġi ppreservata ekonomija miftuħa, fit-teknoloġiji kritiċi tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u tal-computing kwantistiku. L-Impriża Konġunta hi wieħed mill-istrumenti li jikkontribwixxu biex jingħelbu l-limitazzjonijiet attwali, kif deskritt fid-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal mehmuż ma' dan ir-Regolament, filwaqt li toffri impatt ekonomiku, soċjetali u ambjentali għoli u tissalvagwardja l-interessi tal-Unjoni fil-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u fil-computing kwantistiku meta tkun iffinanzjata, żviluppata u implimentata kif suppost. Tista' tiġbor flimkien ir-riżorsi tal-Unjoni, tal-Istati Membri u tal-pajjiżi assoċjati ma' Orizzont Ewropa u mal-Programm Ewropa Diġitali jew mal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, u tas-settur privat. Tista' timplimenta qafas ta' akkwist u topera sistemi tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u tal-computing kwantistiku ta' klassi dinjija. Tista' tniedi programmi tar-riċerka u l-innovazzjoni għall-iżvilupp ta' teknoloġiji Ewropej u għall-integrazzjoni sussegwenti tagħhom f'sistemi tas-supercomputing ta' klassi dinjija.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 18
(18)  L-Impriża Konġunta EuroHPC hi parti mill-portafoll ta' Sħubijiet Istituzzjonalizzati permezz ta' Orizzont Ewropa li jenħtieġ tirsisti biex issaħħaħ il-kapaċitajiet xjentifiċi tal-UE fl-indirizzar tat-theddidiet emerġenti u tal-isfidi futuri f'Żona Ewropea tar-Riċerka msaħħa; tiżgura ktajjen tal-valur tal-UE mmexxija mis-sostenibbiltà u l-awtonomija strateġika tal-UE f'teknoloġiji u f'industriji ewlenin; u ttejjeb l-adozzjoni ta' soluzzjonijiet innovattivi li jindirizzaw l-isfidi klimatiċi, ambjentali, tas-saħħa u sfidi soċjetali dinjin oħrajn bi qbil mal-prijoritajiet strateġiċi tal-Unjoni, inkluż il-kisba tan-newtralità klimatika fl-Unjoni fl-2050.
(18)  L-Impriża Konġunta EuroHPC hi parti mill-portafoll ta' Sħubijiet Istituzzjonalizzati permezz ta' Orizzont Ewropa li jenħtieġ li tirsisti biex issaħħaħ il-kapaċitajiet xjentifiċi tal-UE fl-indirizzar tat-theddidiet emerġenti u tal-isfidi futuri f'Żona Ewropea tar-Riċerka msaħħa; tiżgura miri ambjentali u ktajjen tal-valur tal-UE mmexxija mis-sostenibbiltà u l-awtonomija strateġika tal-UE f'teknoloġiji u f'industriji ewlenin; u ttejjeb l-adozzjoni ta' soluzzjonijiet innovattivi li jindirizzaw l-isfidi klimatiċi, ambjentali, tas-saħħa u sfidi soċjetali dinjin oħrajn bi qbil mal-prijoritajiet strateġiċi tal-Unjoni, inkluża l-kisba tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sa mhux aktar tard mill-2050.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 19
(19)  Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta titwaqqaf u tibda topera sa mhux aktar tard mill-bidu tal-2021 sal-31 ta' Diċembru 2033 biex tforni lill-Unjoni b'infrastruttura tas-supercomputing ta' klassi dinjija, federata, sigura u iperkonnessa, u biex tiżviluppa t-teknoloġiji, l-applikazzjonijiet u l-ħiliet meħtieġa biex jinkisbu l-kapaċitajiet fuq skala eksa bejn l-2022 u l-2024, u fuq skala posteksa bejn l-2025 u l-2027, filwaqt li tippromwovi ekosistema ta' innovazzjoni fil-Computing ta' Prestazzjoni Għolja Ewropew u fil-computing kwantistiku ta' klassi dinjija.
(19)  Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta titwaqqaf u tibda topera sa mhux aktar tard mill-2021 sal-31 ta' Diċembru 2033 biex tforni lill-Unjoni b'infrastruttura tas-supercomputing ta' klassi dinjija, federata, sigura u iperkonnessa, u biex tiżviluppa t-teknoloġiji, l-applikazzjonijiet u l-ħiliet meħtieġa biex jinkisbu l-kapaċitajiet fuq skala eksa bejn l-2022 u l-2024, u fuq skala posteksa bejn l-2025 u l-2027, filwaqt li tippromwovi ekosistema ta' innovazzjoni fil-Computing ta' Prestazzjoni Għolja Ewropew u fil-computing kwantistiku ta' klassi dinjija.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 20
(20)  Is-sħubija pubblika privata fil-forma ta' Impriża Konġunta jenħtieġ tgħaqqad il-mezzi tekniċi u finanzjarji li huma essenzjali biex tingħaraf il-kumplessità tar-ritmu dejjem aktar mgħaġġel tal-innovazzjoni f'dan il-qasam. Għalhekk, jenħtieġ li l-membri tal-Impriża Konġunta jkunu l-Unjoni, l-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati ma’ Orizzont Ewropa, mal-Programm Ewropa Diġitali jew mal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa li jaqblu fuq inizjattiva Ewropea konġunta fil-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u fil-computing kwantistiku; u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-entitajiet kostitwenti tagħhom u lil organizzazzjonijiet oħra b'impenn espliċitu u attiv biex jipproduċu riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni, jiżviluppaw u jniedu kapaċitajiet tal-computing ta' prestazzjoni għolja jew tal-computing kwantistiku, jew jikkontribwixxu għall-indirizzar tad-diskrepanza fil-ħiliet u għaż-żamma tal-għarfien espert fil-qasam tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u tal-computing kwantistiku fl-Ewropa. Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tkun miftuħa għal membri ġodda.
(20)  Is-sħubija pubblika privata fl-għamla ta' Impriża Konġunta jenħtieġ li tgħaqqad il-mezzi tekniċi u finanzjarji li huma essenzjali biex tingħaraf il-kumplessità tar-ritmu dejjem aktar mgħaġġel tal-innovazzjoni f'dan il-qasam, filwaqt li jiġi żgurat li l-funzjonament tal-Impriża Konġunta jibqa' sempliċi u flessibbli. Għalhekk, jenħtieġ li l-membri tal-Impriża Konġunta jkunu l-Unjoni, l-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati ma' Orizzont Ewropa, mal-Programm Ewropa Diġitali jew mal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa li jaqblu fuq inizjattiva Ewropea konġunta fil-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u fil-computing kwantistiku; u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-entitajiet kostitwenti tagħhom u lil organizzazzjonijiet oħra b'impenn espliċitu u attiv li jipproduċu riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni, jiżviluppaw u jniedu kapaċitajiet tal-computing ta' prestazzjoni għolja jew tal-computing kwantistiku, jew jikkontribwixxu għall-indirizzar tad-diskrepanza fil-ħiliet u għaż-żamma tal-għarfien espert fil-qasam tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u tal-computing kwantistiku fl-Ewropa. Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tkun miftuħa għal membri ġodda. Id-disinn u l-iżvilupp ta' skemi ġodda ta' tagħlim u taħriġ se jkunu kruċjali minħabba li t-teknoloġiji u s-software fl-oqsma tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u tal-computing kwantistiku għaddejjin minn bidla kontinwa. Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tipprovdi qafas favorevoli biex jiġu appoġġati l-Istati Parteċipanti. Sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-azzjonijiet indiretti, jenħtieġ li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-Impriża Konġunta , bil-mudell tripartitiku tagħha, fir-rigward tal-ġestjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Parteċipanti.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 25
(25)  Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tindirizza suġġetti ddefiniti b'mod ċar li jippermettu lill-industriji Ewropej u lill-akkademiċi inġenerali jfasslu, jiżviluppaw u jużaw l-aktar teknoloġiji innovattivi fil-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u fil-computing kwantistiku, u jistabbilixxu infrastruttura integrata u federata, sigura u msawra f'network mal-Unjoni kollha b'kapaċità tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u tal-computing kwantistiku ta' klassi dinjija, konnettività b'veloċità għolja, applikazzjonijiet mill-aktar avvanzati u servizzi tad-data u tas-software għax-xjenzati tagħha u għal utenti ewlenin oħra mill-industrija, inkluż l-SMEs u s-settur pubbliku. Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta timmira lejn l-iżvilupp u l-użu ta' teknoloġiji u ta' infrastrutturi ta' klassi dinjija, li jindirizzaw ir-rekwiżiti eżiġenti tal-utenti tas-setturi xjentifiċi, industrijali u pubbliċi Ewropej.
(25)  Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tindirizza suġġetti ddefiniti b'mod ċar li jippermettu lill-industriji Ewropej u lill-akkademiċi inġenerali jiddisinjaw, jiżviluppaw u jużaw l-aktar teknoloġiji innovattivi fil-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u fil-computing kwantistiku, u jistabbilixxu infrastruttura integrata u federata, sigura u msawra f'network mal-Unjoni kollha b'kapaċità tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u tal-computing kwantistiku ta' klassi dinjija, konnettività b'veloċità għolja, applikazzjonijiet mill-aktar avvanzati u servizzi tad-data u tas-software għax-xjenzati tagħha u għal utenti ewlenin oħra mill-industrija, inklużi l-SMEs, in-negozji l-ġodda, in-negozji innovattivi u s-settur pubbliku. Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tkun tista' taħdem b'mod aġli, sempliċi u flessibbli, sabiex tiżgura li l-iżvilupp u l-użu ta' teknoloġiji u ta' infrastrutturi ta' klassi dinjija jindirizzaw ir-rekwiżiti eżiġenti tal-utenti tas-setturi xjentifiċi, industrijali u pubbliċi Ewropej. Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tnaqqas b'mod sinifikanti l-ostakli għall-aċċess, bħall-kost tat-tariffi tas-servizzi, il-piżijiet amministrattivi qawwija u nuqqas ta' sensibilizzazzjoni, għall-SMEs u n-negozji l-ġodda fil-fażi tar-riċerka u żvilupp (R&Ż), sabiex ikun hemm servizz b'aċċess aktar miftuħ u distribwit. Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta jkollha stabbilit sett ta' regoli ċari u sempliċi, skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, b'mod partikolari għall-proprjetà intellettwali, ir-responsabbiltà jew il-kontribuzzjonijiet in natura lil attivitajiet addizzjonali, sabiex tittejjeb l-attraenza għall-partijiet ikkonċernati kollha u b'mod partikolari għall-industrija u l-SMEs.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 25a (ġdida)
(25a)  Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tkun organizzata madwar seba' pilastri, fejn wieħed minnhom ikun amministrattiv u s-sitta l-oħra tekniċi. Il-pilastru tal-infrastruttura, parti mill-pilastru tal-federazzjoni tas-servizzi tas-supercomputing u l-pilastru tat-twessigħ tal-użu u tal-ħiliet jenħtieġ li jiġu ffinanzjati mill-Programm Ewropa Diġitali. L-attivitajiet l-oħra tal-pilastru tal-federazzjoni tas-servizzi tas-supercomputing, inklużi l-interkonnessjoni mal-ispazji komuni Ewropej tad-data tal-Unjoni u l-infrastrutturi siguri tal-cloud, jenħtieġ li jiġu ffinanzjati mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Jenħtieġ li l-pilastri tat-teknoloġija, tal-applikazzjonijiet u tal-kooperazzjoni internazzjonali jiġu ffinanzjati mill-programm Orizzont Ewropa.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 26
(26)  Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tagħmel sforzi biex tnaqqas id-diskrepanza fil-ħiliet speċifika madwar l-Unjoni billi tieħu miżuri ta' sensibilizzazzjoni u tassisti fil-bini ta' għarfien ġdid u tal-kapital uman.
(26)  Meta jitqies li n-nuqqas ta' ħiliet huwa l-ostaklu primarju għall-aċċess għall-infrastruttura tar-riċerka u tal-innovazzjoni u għal investiment akbar fir-riċerka u fl-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni u għall-aċċess għall-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u tal-computing kwantistiku, jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tikkontribwixxi b'mod attiv biex tnaqqas id-diskrepanza fil-ħiliet speċifiċi madwar l-Unjoni permezz tat-titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid, u biex tadotta miżuri ħalli jiżdied il-bilanċ bejn il-ġeneri u tiġi indirizzata d-dimensjoni tal-ġeneru, filwaqt li tattira u żżomm l-aħjar talenti. Jenħtieġ li dan tagħmlu billi tassisti fil-bini ta' għarfien ġdid u tal-kapital uman, billi tinvolvi ruħha f'kampanji ta' sensibilizzazzjoni u billi tippromwovi attivitajiet edukattivi u ta' disseminazzjoni, bl-involviment tan-networks akkademiċi, xjentifiċi u tal-għarfien, is-sħab soċjali u ekonomiċi, il-media, l-industrija u l-organizzazzjonijiet tal-SMEs u atturi oħrajn, filwaqt li tipprevjeni t-tipi kollha ta' preġudizzji, speċjalment il-preġudizzji tal-ġeneru u razzjali, milli jiġu introdotti fl-algoritmi, fil-prodotti u fil-konklużjonijiet li jirriżultaw minn xogħolha. Jenħtieġ li dan kollu jkun parti minn sforz ikkoordinat fuq is-sensibilizzazzjoni biex l-utenti potenzjali jiġu infurmati dwar il-possibbiltajiet li l-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u l-computing kwantistiku jistgħu joffru. Teżisti wkoll il-ħtieġa li jinbnew il-kompetenzi fl-akkwisti magħmula fil-qafas ta' dan ir-Regolament.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 26a (ġdida)
(26a)  Peress li n-nuqqas ta' ħiliet u esperjenza huwa ostaklu għall-aċċess tat-teknoloġiji tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u tal-computing kwantistiku, l-Impriża Konġunta jenħtieġ li tħeġġeġ l-iżvilupp ta' lawrji universitarji speċifiċi u programmi edukattivi għall-computing kwantistiku, fid-dawl tal-ħtieġa li dejjem qed tiżdied ta' esperti f’dak il-qasam, u sabiex tevita li toħloq "konġestjoni kwantistika". F'dak ir-rigward, l-Impriża Konġunta tista' tikkontribwixxi biex tgħolli l-livell tal-ħiliet u tal-esperjenza madwar l-Unjoni fost l-istudenti, l-akkademiċi u l-esperti (filwaqt li tiżgura li jkun hemm bilanċ bejn il-ġeneri) fl-oqsma rilevanti, taġġorna l-kompetenzi li jikkombinaw l-għarfien espert tas-software u l-għarfien espert tal-industrija mal-fehim tar-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien fix-xjenza u l-innovazzjoni, filwaqt li tagħti attenzjoni speċjali lill-perspettiva tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tadotta miżuri biex tippromwovi l-bilanċ bejn il-ġeneri f'dak il-qasam, filwaqt li tiżgura l-aktar kopertura ġeografika wiesgħa fl-Unjoni.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 27
(27)  F'konformità mal-objettivi tal-politika esterna u tal-impenji internazzjonali tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tiffaċilita l-koperazzjoni bejn l-Unjoni u l-atturi internazzjonali billi tiddefinixxi strateġija ta' koperazzjoni, li tinkludi l-identifikazzjoni u l-promozzjoni ta' oqsma għall-kooperazzjoni fir-R&Ż u fl-iżvilupp tal-ħiliet u fl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet meta jkun hemm benefiċċju reċiproku, kif ukoll l-iżgurar ta' politika ta' aċċess tal-kapaċitajiet u tal-applikazzjonijiet rispettivi tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u tal-computing kwantistiku primarjament ibbażati fuq ir-reċiproċità.
(27)  F'konformità mal-objettivi tal-politika esterna u tal-impenji internazzjonali tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-atturi internazzjonali billi tiddefinixxi strateġija ta' kooperazzjoni, li tinkludi l-identifikazzjoni u l-promozzjoni ta' oqsma għall-kooperazzjoni fir-R&Ż u fl-iżvilupp tal-ħiliet u fl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet meta jkun hemm benefiċċju reċiproku, kif ukoll l-iżgurar ta' politika ta' aċċess tal-kapaċitajiet u tal-applikazzjonijiet rispettivi tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u tal-computing kwantistiku bbażati fuq ir-reċiproċità.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 28
(28)  Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta jkollha l-għan li tippromwovi l-isfruttar ta' kwalunkwe teknoloġija tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja fl-UE li tirriżulta. Jenħtieġ timmira wkoll li tissalvagwardja l-investimenti fis-superkompjuters li takkwista. B'dan il-mod, jenħtieġ tieħu l-miżuri xierqa biex tiżgura s-sigurtà tal-katina tal-provvista tat-teknoloġiji akkwistati li jenħtieġ ikopru l-ħajja sħiħa ta' dawn is-superkompjuters.
(28)  Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tikkoopera mas-"Sħubija għall-Computing Avvanzat fl-Ewropa" (PRACE), in-network GÉANT, kif ukoll ma' infrastrutturi tas-supercomputing u tad-data Ewropej u nazzjonali oħra. Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta jkollha l-għan li tippromwovi l-isfruttar ta' kwalunkwe teknoloġija tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja fl-UE li tirriżulta. Jenħtieġ li timmira wkoll li tissalvagwardja l-investimenti fis-supercomputers li takkwista. B'dan il-mod, jenħtieġ li tieħu l-miżuri xierqa biex tiżgura s-sigurtà tal-katina tal-provvista tat-teknoloġiji akkwistati li jenħtieġ li jkopru l-ħajja sħiħa ta' dawn is-supercomputers.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 30
(30)  Biex tilħaq l-objettivi tagħha li jitfasslu, jiġu żviluppati u jintużaw l-aktar teknoloġiji innovattivi fil-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u fil-computing kwantistiku, jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tipprovdi appoġġ finanzjarju, l-aktar fl-għamla ta' għotjiet u ta' akkwist, wara sejħiet miftuħa u kompetittivi għal proposti u sejħiet għal offerti bbażati fuq programmi ta' ħidma annwali. Jenħtieġ li dan l-appoġġ finanzjarju jkun mmirat b'mod partikolari lejn fallimenti pprovati tas-suq li jipprevjenu l-iżvilupp tal-programm ikkonċernat, jenħtieġ li ma jkunx jeskludi investimenti privati, u jenħtieġ li ma jkollux effett ta' inċentiv b'mod li jbiddel l-imġiba tal-benefiċjarju.
(30)  Biex tilħaq l-objettivi tagħha li jiġu ddisinjati, żviluppati u użati l-aktar teknoloġiji innovattivi fil-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u fil-computing kwantistiku, jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tipprovdi appoġġ finanzjarju, l-aktar fl-għamla ta' għotjiet u ta' akkwist, wara sejħiet miftuħa, ġusti, trasparenti u kompetittivi għal proposti u sejħiet għal offerti bbażati fuq programmi ta' ħidma annwali. Jenħtieġ li dan l-appoġġ finanzjarju jkun immirat b'mod partikolari lejn fallimenti pprovati tas-suq li jipprevjenu l-iżvilupp tal-programm ikkonċernat, jenħtieġ li ma jkunx jeskludi investimenti privati, u jenħtieġ li ma jkollux effett ta' inċentiv b'mod li jbiddel l-imġiba tal-benefiċjarju.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 31
(31)  Biex tilħaq l-objettivi tagħha li żżid il-potenzjal ta' innovazzjoni tal-industrija, u b'mod partikolari tal-SMEs, li tikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-diskrepanza fil-ħiliet speċifika tappoġġa ż-żieda tal-għarfien u tal-kapital uman u li ttejjeb il-kapaċitajiet tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u tal-computing kwantistiku, jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tappoġġa l-ħolqien, u b'mod partikolari l-bini ta' networks u l-koordinazzjoni ta' ċentri nazzjonali ta' kompetenza fil-Computing ta' Prestazzjoni Għolja madwar l-Unjoni. Jenħtieġ li dawn iċ-ċentri ta' kompetenza jipprovdu servizzi tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u tal-computing kwantistiku lill-industrija, lill-akkademiċi u lill-amministrazzjonijiet pubbliċi, meta jintalbu. Jenħtieġ li primarjament jippromwovu u jippermettu aċċess għall-ekosistema tal-innovazzjoni tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja, jiffaċilitaw l-aċċess għas-superkompjuters u għall-kompjuters kwantistiċi, jindirizzaw l-iskarsezza sinifikanti ta' esperti tekniċi ta' ħiliet, permezz ta' attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, taħriġ u komunikazzjoni, u jniedu attivitajiet ta' bini ta' networks mal-partijiet ikkonċernati u ma' ċentri ta' kompetenza oħra biex jitrawmu innovazzjonijiet usa', pereżempju bl-iskambju u l-promozzjoni tal-aqwa prattika ta' każijiet ta' użu jew ta' esperjenzi ta' applikazzjonijiet, billi jaqsmu l-faċilitajiet tat-taħriġ u l-esperjenzi tagħhom, billi jiffaċilitaw l-iżvilupp konġunt u l-iskambju ta' kodiċijiet paralleli, jew billi jappoġġaw il-qsim ta' applikazzjonijiet u ta' għodod innovattivi għall-utenti pubbliċi u privati, b'mod partikolari għall-SMEs.
(31)  Biex tilħaq l-objettivi tagħha li żżid il-potenzjal ta' innovazzjoni tal-industrija, u b'mod partikolari tal-SMEs, tan-negozji l-ġodda u tan-negozji innovattivi, li tikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-diskrepanza fil-ħiliet speċifiċi, tappoġġa ż-żieda tal-għarfien u tal-kapital uman u li ttejjeb il-kapaċitajiet tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u tal-computing kwantistiku, jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tappoġġa l-ħolqien, u b'mod partikolari l-bini ta' networks u l-koordinazzjoni ta' ċentri nazzjonali ta' kompetenza fil-Computing ta' Prestazzjoni Għolja madwar l-Unjoni. Jenħtieġ li dawn iċ-ċentri ta' kompetenza jipprovdu servizzi tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u tal-computing kwantistiku lill-industrija, lill-akkademiċi u lill-amministrazzjonijiet pubbliċi, fuq talba tagħhom u jipprovdu possibbiltà lil individwi u lil organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) biex jużaw il-qawwiet komputazzjonali għal għanijiet soċjalment u ambjentalment ta' benefiċċju. Jenħtieġ li primarjament jippromwovu u jippermettu aċċess għall-ekosistema tal-innovazzjoni tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja, jiffaċilitaw l-aċċess għas-supercomputers u għall-kompjuters kwantistiċi, jindirizzaw l-iskarsezza sinifikanti ta' esperti tekniċi ta' ħiliet, permezz ta' attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, taħriġ u komunikazzjoni, u jniedu attivitajiet ta' bini ta' networks mal-partijiet ikkonċernati u ma' ċentri ta' kompetenza oħra biex jitrawmu innovazzjonijiet usa', pereżempju bl-iskambju u l-promozzjoni tal-aqwa prattika ta' każijiet ta' użu jew ta' esperjenzi ta' applikazzjonijiet, billi jaqsmu l-faċilitajiet tat-taħriġ u l-esperjenzi tagħhom, billi jiffaċilitaw l-iżvilupp konġunt u l-iskambju ta' kodiċijiet paralleli, jew billi jappoġġaw il-qsim ta' applikazzjonijiet u ta' għodod innovattivi għall-utenti pubbliċi u privati, b'mod partikolari għall-SMEs, għan-negozji l-ġodda u għan-negozji innovattivi. Biex tiġi evitata d-duplikazzjoni, jenħtieġ li jiġu żgurati sinerġiji u koordinazzjoni ma' strutturi simili oħra, bħaċ-Ċentri ta' Innovazzjoni Diġitali.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 33
(33)  Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta toħloq iperkonnessjoni bejn is-superkompjuters u l-infrastrutturi tad-data kollha li jkunu proprjetà jew koproprjetà tagħha u teknoloġiji ta' networking tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku, b'tali mod li tagħmilhom aċċessibbli b'mod wiesa' madwar l-Unjoni, u jenħtieġ toħloq interkonnessjoni u federazzjoni bejn l-infrastruttura tad-data tas-supercomputing u tal-computing kwantistiku tagħha, kif ukoll bejn infrastrutturi nazzjonali, reġjonali u oħrajn tal-computing ma' pjattaforma komuni. Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tiżgura wkoll l-interkonnessjoni tal-infrastrutturi federati u siguri tas-servizzi u tad-data tas-supercomputing u tal-computing kwantistiku ma' spazji komuni Ewropej tad-data u mal-infrastrutturi federati u siguri tal-cloud imħabbra fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Frar 2020 dwar "Strateġija Ewropea għad-Data", għall-provvista bla xkiel tas-servizzi għal firxa wiesgħa ta' utenti pubbliċi u privati madwar l-Ewropa.
(33)  Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta toħloq iperkonnessjoni bejn is-supercomputers u l-infrastrutturi tad-data kollha li jkunu proprjetà jew koproprjetà tagħha u teknoloġiji ta' networking tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku, b'tali mod li tagħmilhom aċċessibbli b'mod wiesa' madwar l-Unjoni, speċjalment għall-SMEs, in-negozji l-ġodda fil-fażi tar-R&Ż u r-riċerkaturi, u jenħtieġ li toħloq interkonnessjoni u federazzjoni bejn l-infrastruttura tad-data tas-supercomputing u tal-computing kwantistiku tagħha, kif ukoll bejn infrastrutturi nazzjonali, reġjonali u oħrajn tal-computing ma' pjattaforma komuni, sabiex tifforma ekosistema Ewropea b'saħħitha li fiha kull utent tal-cloud ikollu aċċess potenzjali għal riżorsi tal-computing ta' livell għoli kif ukoll għal repożitorji ta' data xjentifika u kummerċjali, filwaqt li jiġu pprovduti riżorsi biex iġibu l-ipproċessar interattiv eqreb għas-sistemi tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u bażijiet tad-data ta' skala kbira. Huma meħtieġa wkoll servizzi interattivi tal-computing biex jagħmlu l-ħidma kollaborattiva aktar faċli. Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tiżgura wkoll l-interkonnessjoni tal-infrastrutturi federati u siguri tas-servizzi u tad-data tas-supercomputing u tal-computing kwantistiku mal-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa (EOSC), GAIA - X u ma' spazji komuni Ewropej tad-data u mal-infrastrutturi federati u siguri tal-cloud imħabbra fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Frar 2020 dwar "Strateġija Ewropea għad-Data", għall-provvista bla xkiel tas-servizzi għal firxa wiesgħa ta' utenti pubbliċi u privati madwar l-Ewropa u tappoġġa l-użu ta' standards miftuħa, software, hardware u pjattaformi b'sors miftuħ u, fejn xieraq, APIs miftuħa fi sforz biex itnkiseb l-operabbiltà.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Recital 34
(34)  Jenħtieġ li Orizzont Ewropa u l-Programm Ewropa Diġitali jikkontribwixxu rispettivament biex tiixxejjen il-qasma tar-riċerka u l-innovazzjoni madwar l-Unjoni u biex jitniedu kapaċitajiet ta' supercomputing mifruxa ferm billi jippromwovu sinerġiji mal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE). Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tfittex li tiżviluppa interazzjonijiet mill-qrib mal-FSIE, li speċifikament jistgħu jgħinu biex isaħħu l-kapaċitajiet lokali, reġjonali u nazzjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni.
(34)  Jenħtieġ li Orizzont Ewropa u l-Programm Ewropa Diġitali jikkontribwixxu rispettivament biex tixxejjen il-qasma tar-riċerka u l-innovazzjoni madwar l-Unjoni u biex jitniedu kapaċitajiet ta' supercomputing mifruxa ferm billi jippromwovu sinerġiji mal-programmi u l-politiki rilevanti kollha, b'enfasi partikolari fuq il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), kif ukoll il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, InvestEU u programmi oħra tal-BEI. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tfittex li tiżviluppa interazzjonijiet mill-qrib ma' dawk il-fondi, bil-għan li tingħata għajnuna speċifikament biex jissaħħu l-kapaċitajiet lokali, reġjonali u nazzjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 35
(35)  Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tipprovdi qafas favorevoli għall-Istati Parteċipanti li huma Stati Membri biex jużaw il-FSIE tagħhom għall-akkwist ta' infrastrutturi tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u tal-computing kwantistiku u tad-data u għall-interkonnessjoni tagħhom. L-użu tal-FSIE fl-attivitajiet tal-Impriża Konġunta hu essenzjali għall-iżvilupp fl-Unjoni ta' infrastruttura integrata, federata, sigura u iperkonnessa tas-servizzi u tad-data tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u tal-computing kwantistiku, għax il-benefiċċji għal din l-infrastruttura jmorru ferm lil hinn mill-utenti tal-Istati Membri. Jekk l-Istati Membri jiddeċiedu li jużaw il-FSIE biex jikkontribwixxu għall-kostijiet involuti fl-akkwiżizzjoni tas-superkompjuters u tal-kompjuters kwantistiċi tal-Impriża Konġunta, jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tqis is-sehem tal-Unjoni mill-FSIE ta' dan l-Istat Membru, filwaqt li jingħadd biss is-sehem nazzjonali tal-FSIE bħala kontribuzzjoni nazzjonali għall-baġit tal-Impriża Konġunta.
(35)  Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tipprovdi qafas favorevoli għall-Istati Parteċipanti li huma Stati Membri biex jużaw il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-FSIE u l-RRF kif ukoll fl-ambitu ta' programmi kofinanzjati permezz tal-FEŻR, il-FSE+, il-FEMS u l-FAEŻR għall-akkwist ta' infrastrutturi tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u tal-computing kwantistiku u tad-data u għall-interkonnessjoni tagħhom. L-użu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji fl-attivitajiet tal-Impriża Konġunta hu essenzjali għall-iżvilupp madwar l-Unjoni ta' infrastruttura integrata, ibbażata fuq l-eċċellenza, federata, sigura u iperkonnessa tas-servizzi u tad-data tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u tal-computing kwantistiku. Jekk l-Istati Membri jiddeċiedu li jużaw dawk il-kontribuzzjonijiet finanzjarji biex jikkontribwixxu għall-kostijiet involuti fl-akkwiżizzjoni tas-supercomputers u tal-kompjuters kwantistiċi tal-Impriża Konġunta, dawk il-kontribuzzjonijiet jenħtieġ li jitqiesu kontribuzzjonijiet nazzjonali għall-baġit tal-Impriża Konġunta, dment li jkun hemm konformità mal-Artikolu 106 u ma' dispożizzjonijiet applikabbli oħra tar-Regolament (UE) .../...1a u r-regolamenti speċifiċi għall-fond.
___________
1a Ir-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’...li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L ..., ..., p. ...).
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 35a (ġdida)
(35a)  Jenħtieġ li jkun possibbli għall-fondi tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza li jikkomplementaw l-azzjonijiet iffinanzjati mill-Impriża Konġunta, dment li l-appoġġ fl-ambitu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jkun addizzjonali għal dak ipprovdut mill-fondi tal-Unjoni tal-Impriża Konġunta u ma jkoprix l-istess spiża, minkejja l-fatt li l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jenħtieġ li ma titqiesx bħala kontribuzzjoni nazzjonali għall-baġit tal-Impriża Konġunta.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 36
(36)  Jenħtieġ li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni mill-fondi tal-Programm Ewropa Diġitali tkopri parzjalment il-kostijiet tal-akkwist ta' superkompjuters ta' livell għoli, ta' kompjuters kwantistiċi, ta' superkompjuters ta' grad industrijali u ta' superkompjuters ta' livell medju għal allinjament mal-objettiv tal-Impriża Konġunta li tikkontribwixxi għall-ġbir flimkien tar-riżorsi biex l-Unjoni tiġi mgħammra b'superkompjuters u kompjuters kwantistiċi ta' klassi dinjija. Il-kostijiet kumplimentari ta' dawn is-superkompjuters u l-kompjuters kwantistiċi jenħtieġ ikunu koperti mill-Istati Parteċipanti, jew mill-Membri Privati jew mill-konsorzji ta' sħab privati. Is-sehem mill-ħin tal-aċċess tal-Unjoni għal dawn is-superkompjuters jew il-kompjuters kwantistiċi jenħtieġ ikun proporzjonat direttament għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-akkwist ta' dawn is-superkompjuters u l-kompjuters kwantistiċi u jenħtieġ li ma jkunx jaqbeż il-50% tal-ħin totali tal-aċċess ta' dawn is-superkompjuters jew il-kompjuters kwantistiċi.
(36)  Jenħtieġ li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni mill-fondi tal-Programm Ewropa Diġitali tkopri parzjalment il-kostijiet tal-akkwiżizzjoni ta' supercomputers ta' livell għoli, ta' kompjuters kwantistiċi, ta' supercomputers ta' grad industrijali mill-inqas ta' livell medju u ta' supercomputers ta' livell medju għal allinjament mal-objettiv tal-Impriża Konġunta li tikkontribwixxi għall-ġbir flimkien tar-riżorsi biex l-Unjoni tiġi mgħammra b'supercomputers u kompjuters kwantistiċi ta' klassi dinjija. Il-kostijiet supplimentari ta' dawn is-supercomputers u l-kompjuters kwantistiċi jenħtieġ li jkunu koperti mill-Istati Parteċipanti, jew mill-Membri Privati jew mill-konsorzji ta' sħab privati. Is-sehem mill-ħin tal-aċċess tal-Unjoni għal dawn is-supercomputers jew il-kompjuters kwantistiċi jenħtieġ li jkun proporzjonat direttament għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-akkwist ta' dawn is-supercomputers u l-kompjuters kwantistiċi u jenħtieġ li ma jkunx jaqbeż il-50 % tal-ħin totali tal-aċċess ta' dawn is-supercomputers jew il-kompjuters kwantistiċi.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 37
(37)  Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tkun il-proprjetarju tas-superkompjuters u tal-kompjuters kwantistiċi ta' livell għoli li tkun akkwistat. Jenħtieġ li t-tħaddim ta' kull superkompjuter jew kompjuter kwantistiku jiġi fdat f'idejn entità tal-hosting. Jenħtieġ li l-entità tal-hosting tkun tista' tirrappreżenta lil Stat Parteċipanti wieħed li jkun Stat Membru jew konsorzju ta' Stati Parteċipanti tal-hosting. L-entità tal-hosting jenħtieġ tkun f'pożizzjoni li tipprovdi stima preċiża u li tivverifika l-kostijiet operatorji tas-superkompjuter, billi tiżgura, pereżempju, is-separazzjoni funzjonali u, sa fejn tkun possibbli, is-separazzjoni fiżika tas-superkompjuters jew tal-kompjuters kwantistiċi ta' livell għoli tal-Impriża Konġunta u ta' kull sistema tal-computing nazzjonali jew reġjonali li tħaddem. Jenħtieġ li l-entità tal-hosting tingħażel mill-Bord tat-Tmexxija tal-Impriża Konġunta ("Bord tat-Tmexxija") wara sejħa għal espressjoni ta' interess evalwata minn esperti indipendenti Ladarba tintgħażel entità tal-hosting, jenħtieġ li l-Istat Parteċipanti fejn tkun stabbilita l-entità tal-hosting jew il-konsorzju tal-hosting, ikunu jistgħu jiddeċiedu li jistiednu lil Stati Parteċipanti oħra biex jissieħbu u jikkontribwixxu għall-finanzjament tas-superkompjuter jew tal-kompjuter kwantistiku ta' livell għoli li jkun se jiġi installat fl-entità tal-hosting magħżula. Jekk mal-Konsorzju tal-hosting magħżul jissieħbu Stati Parteċipanti addizzjonali, jenħtieġ li dan isir mingħajr preġudizzju għall-ħin tal-aċċess tal-Unjoni għas-superkompjuters. Il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Parteċipanti f'konsorzju tal-hosting għas-superkompjuter jew għall-kompjuter kwantistiku jenħtieġ jissarrfu f'ishma tal-ħin tal-aċċess għal dak is-superkompjuter jew il-kompjuter kwantistiku. Jenħtieġ li l-Istati Parteċipanti jaqblu bejniethom dwar it-tqassim tas-sehem tagħhom tal-ħin tal-aċċess għas-superkompjuter jew għall-kompjuter kwantistiku.
(37)  Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tkun il-proprjetarju tas-supercomputers u tal-kompjuters kwantistiċi ta' livell għoli li tkun akkwistat. Jenħtieġ li t-tħaddim ta' kull supercomputer jew kompjuter kwantistiku jiġi fdat f'idejn entità tal-hosting. Jenħtieġ li l-entità tal-hosting tkun tista' tirrappreżenta lil Stat Parteċipanti wieħed li jkun Stat Membru jew konsorzju ta' Stati Parteċipanti tal-hosting. L-entità tal-hosting jenħtieġ li tkun f'pożizzjoni li tipprovdi stima preċiża u li tivverifika l-kostijiet operatorji tas-supercomputer, billi tiżgura, pereżempju, is-separazzjoni funzjonali u, sa fejn tkun possibbli, is-separazzjoni fiżika tas-supercomputers jew tal-kompjuters kwantistiċi ta' livell għoli tal-Impriża Konġunta u ta' kull sistema tal-computing nazzjonali jew reġjonali li tħaddem. Jenħtieġ li l-entità tal-hosting tiżviluppa pjan ta' ġestjoni tal-enerġija sostenibbli għall-infrastruttura akkwistata. Jenħtieġ li l-entità tal-hosting tintgħażel mill-Bord tat-Tmexxija tal-Impriża Konġunta ("Bord tat-Tmexxija") wara sejħa miftuħa, ġusta u trasparenti għal espressjoni ta' interess ivvalutata minn esperti indipendenti. Ladarba tintgħażel entità tal-hosting, jenħtieġ li l-Istat Parteċipanti fejn tkun stabbilita l-entità tal-hosting jew il-konsorzju tal-hosting, ikunu jistgħu jiddeċiedu li jistiednu lil Stati Parteċipanti oħra biex jissieħbu u jikkontribwixxu għall-finanzjament tas-supercomputer jew tal-kompjuter kwantistiku ta' livell għoli li jkun se jiġi installat fl-entità tal-hosting magħżula. Jekk mal-Konsorzju tal-hosting magħżul jissieħbu Stati Parteċipanti addizzjonali, jenħtieġ li dan isir mingħajr preġudizzju għall-ħin tal-aċċess tal-Unjoni għas-supercomputers. Il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Parteċipanti f'konsorzju tal-hosting għas-supercomputer jew għall-kompjuter kwantistiku jenħtieġ li jissarrfu f'ishma tal-ħin tal-aċċess għal dak is-supercomputer jew il-kompjuter kwantistiku. Jenħtieġ li l-Istati Parteċipanti jaqblu bejniethom dwar it-tqassim tas-sehem tagħhom tal-ħin tal-aċċess għas-supercomputer jew għall-kompjuter kwantistiku.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 39
(39)  Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta takkwista b'mod konġunt mal-Istati Parteċipanti s-superkompjuters ta' livell medju. Jenħtieġ li t-tħaddim ta' kull superkompjuter ta' livell medju jiġi fdat f'idejn entità tal-hosting. Jenħtieġ li l-entità tal-hosting tkun tista' tirrappreżenta lil Stat Parteċipanti wieħed li jkun Stat Membru jew konsorzju ta' Stati Parteċipanti tal-hosting. Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tkun proprjetarju tal-parti li tikkorrispondi għas-sehem tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni mill-kostijiet tal-akkwist mill-fondi tal-Programm Ewropa Diġitali. Jenħtieġ li l-entità tal-hosting tingħażel mill-Bord tat-Tmexxija tal-Impriża Konġunta ("Bord tat-Tmexxija") wara sejħa għal espressjoni ta' interess evalwata minn esperti indipendenti Jenħtieġ li s-sehem tal-ħin ta' aċċess tal-Unjoni għal kull superkompjuter ta' livell medju jkun proporzjonat direttament għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni mill-fondi tal-Programm Ewropa Diġitali għall-kostijiet tal-akkwist ta' dak is-superkompjuter ta' livell medju. Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tkun tista' tittrasferixxi s-sjieda tagħha lill-entità tal-hosting jew meta tkun qed tiġi llikwidata. F'dak il-każ, jenħtieġ l-entità tal-hosting trodd lura lill-Impriża Konġunta l-valur residwu tas-superkompjuter.
(39)  Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta takkwista b'mod konġunt mal-Istati Parteċipanti s-supercomputers ta' livell medju. Jenħtieġ li t-tħaddim ta' kull supercomputer ta' livell medju jiġi fdat f'idejn entità tal-hosting. Jenħtieġ li l-entità tal-hosting tkun tista' tirrappreżenta lil Stat Parteċipanti wieħed li jkun Stat Membru jew konsorzju ta' Stati Parteċipanti tal-hosting. Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta jkollha s-sjieda tal-parti li tikkorrispondi għas-sehem tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni mill-kostijiet tal-akkwiżizzjoni mill-fondi tal-Programm Ewropa Diġitali. Jenħtieġ li l-entità tal-hosting tintgħażel mill-Bord tat-Tmexxija wara sejħa miftuħa, ġusta u trasparenti għal espressjoni ta' interess ivvalutata minn esperti indipendenti. Jenħtieġ li s-sehem tal-ħin ta' aċċess tal-Unjoni għal kull supercomputer ta' livell medju jkun proporzjonat direttament għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni mill-fondi tal-Programm Ewropa Diġitali għall-kostijiet tal-akkwist ta' dak is-supercomputer ta' livell medju. Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tkun tista' tittrasferixxi s-sjieda tagħha lill-entità tal-hosting meta tkun qed tiġi llikwidata. F'dak il-każ, jenħtieġ l-entità tal-hosting trodd lura lill-Impriża Konġunta l-valur residwu tas-supercomputer.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 39a (ġdida)
(39a)  Biex tiġi promossa distribuzzjoni bilanċjata madwar l-Unjoni ta' supercomputers tal-EuroHPC u l-emerġenza ta' ekosistema infrastrutturali federata faċilment aċċessibbli, jenħtieġ li japplikaw kundizzjonijiet speċifiċi ta' eliġibbiltà fis-sejħiet għal espressjoni ta' interess ta' supercomputer tal-EuroHPC għal Stat Parteċipanti li diġà jkun qed jospita supercomputer tal-EuroHPC.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 40
(40)  Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tkun tista' takkwista is-superkompjuters ta' grad industrijali, flimkien mal-Membri Privati jew ma' konsorzju ta' sħab privati. Jenħtieġ li t-tħaddim ta' kull superkompjuter bħal dan jiġi fdat f'idejn entità tal-hosting eżistenti. Jenħtieġ li l-entità tal-hosting tkun tista' tassoċja ruħha mal-Membri Privati jew mal-konsorzju ta' sħab privati għall-akkwist u għall-operat ta' tali superkompjuter. Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tkun proprjetarju tal-parti li tikkorrispondi għas-sehem tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni mill-kostijiet tal-akkwist mill-fondi tal-Programm Ewropa Diġitali. Jenħtieġ li l-entità tal-hosting u l-Membri Privati assoċjati tagħha jew il-konsorzju ta' sħab privati jingħażlu mill-Bord tat-Tmexxija wara sejħa għal espressjoni ta' interess evalwata minn esperti indipendenti. Jenħtieġ li s-sehem tal-ħin tal-aċċess tal-Unjoni għal kull superkompjuter bħal dan ikun proporzjonat direttament għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni mill-fondi tal-Programm Ewropa Diġitali għall-kostijiet tal-akkwist ta' dak is-superkompjuter ta' grad industrijali. Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tkun tista' tilħaq ftehim mal-Membri Privati jew mal-konsorzju ta' sħab privati biex tbigħ dan is-superkompjuter lil entità oħra jew tiddekummissjonah. Inkella, jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tkun tista' tittrasferixxi s-sjieda ta' dan is-superkompjuter lill-Membri Privati jew lill-konsorzju ta' sħab privati. F'dan il-każ jew meta l-Impriża Konġunta tkun qed tiġi likwidata, jenħtieġ li l-Membri Privati jew il-konsorzju ta' sħab privati jirrimborżaw lill-Impriża Konġunta l-valur residwu tas-sehem tal-Unjoni tas-superkompjuter. Jekk l-Impriża Konġunta u l-Membri Privati jew il-konsorzju ta' sħab privati jiddeċiedu li jipproċedu bid-dekummissjonar tas-superkompjuter wara d-deprezzament sħiħ tal-operat tiegħu, jenħtieġ li dawn il-kostijiet ikunu koperti mill-Membri Privati jew mill-konsorzju ta' sħab privati.
(40)  Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tkun tista' takkwista s-supercomputers ta' grad industrijali, li tal-inqas ikunu ta' livell medju, flimkien mal-Membri Privati jew ma' konsorzju ta' sħab privati. Jenħtieġ li t-tħaddim ta' kull supercomputer bħal dan jiġi fdat f'idejn entità tal-hosting eżistenti. Jenħtieġ li l-entità tal-hosting tkun tista' tassoċja ruħha mal-Membri Privati jew mal-konsorzju ta' sħab privati għall-akkwiżizzjoni u għall-operat ta' tali supercomputer. Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta jkollha s-sjieda tal-parti li tikkorrispondi għas-sehem tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni mill-kostijiet tal-akkwiżizzjoni mill-fondi tal-Programm Ewropa Diġitali. Jenħtieġ li l-entità tal-hosting u l-Membri Privati assoċjati tagħha jew il-konsorzju ta' sħab privati jintgħażlu mill-Bord tat-Tmexxija wara proċedura trasparenti, miftuħa u kompetittiva, u s-sejħa għal espressjoni ta' interess jenħtieġ li tiġi evalwata minn esperti indipendenti. Jenħtieġ li s-sehem tal-ħin tal-aċċess tal-Unjoni għal kull supercomputer bħal dan ikun proporzjonat direttament għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni mill-fondi tal-Programm Ewropa Diġitali għall-kostijiet tal-akkwiżizzjoni ta' dak is-supercomputer ta' grad industrijali. Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tkun tista' tilħaq ftehim mal-Membri Privati jew mal-konsorzju ta' sħab privati biex tbigħ dan is-supercomputer lil entità oħra jew tiddekummissjonah. Inkella, jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tkun tista' tittrasferixxi s-sjieda ta' dan is-supercomputer lill-Membri Privati jew lill-konsorzju ta' sħab privati. F'dan il-każ jew meta l-Impriża Konġunta tkun qed tiġi likwidata, jenħtieġ li l-Membri Privati jew il-konsorzju ta' sħab privati jirrimborżaw lill-Impriża Konġunta l-valur residwu tas-sehem tal-Unjoni tas-supercomputer. Jekk l-Impriża Konġunta u l-Membri Privati jew il-konsorzju ta' sħab privati jiddeċiedu li jipproċedu bid-dekummissjonar tas-supercomputer wara d-deprezzament sħiħ tal-operat tiegħu, jenħtieġ li dawn il-kostijiet ikunu koperti mill-Membri Privati jew mill-konsorzju ta' sħab privati.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Premessa 41
(41)  Għas-superkompjuters ta' grad industrijali, jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tikkunsidra l-ħtiġijiet speċifiċi tal-utenti industrijali, pereżempju l-proċeduri tal-aċċess, il-kwalità u t-tip ta' servizzi, il-protezzjoni tad-data, il-protezzjoni tal-innovazzjoni industrijali, u l-proprjetà intellettwali, l-utilizzabilità, il-fiduċja, u rekwiżiti oħra relatati mal-kunfidenzjalità u mas-sigurtà.
(41)  Fit-terminu medju, l-Impriża Konġunta jenħtieġ li timmira li tiddefinixxi s-supercomputers tal-EuroHPC u jenħtieġ li tiżgura li huma jkunu konformi mal-ogħla standards u rekwiżiti possibbli ta' sigurtà, b'mod partikolari ċ-ċibersigurtà, aċċessibbiltà u użabbiltà, b'mod partikolari għall-industrija u l-SMEs. Għas-supercomputers ta' grad industrijali, jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tikkunsidra l-ħtiġijiet speċifiċi tal-utenti industrijali, pereżempju l-proċeduri tal-aċċess, il-kwalità u t-tip ta' servizzi, il-protezzjoni tad-data, il-protezzjoni tal-innovazzjoni industrijali, u l-proprjetà intellettwali, l-utilizzabilità, il-fiduċja, u rekwiżiti oħra relatati mal-kunfidenzjalità u mas-sigurtà.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Premessa 42
(42)  Jenħtieġ li d-disinn u l-operat tas-superkompjuters appoġġati mill-Impriża Konġunta jqisu l-effiċjenza enerġetika u s-sostenibbiltà ambjentali, pereżempju bl-użu ta' teknoloġija b'konsum baxx tal-enerġija, iffrankar dinamiku tal-enerġija u tekniki ta' użu mill-ġdid bħal tkessiħ avvanzat u riċiklaġġ tas-sħana.
(42)  Jenħtieġ li d-disinn u l-operat tas-supercomputers appoġġati mill-Impriża Konġunta jindirizzaw dejjem l-effiċjenza enerġetika, is-sostenibbiltà ambjentali u ċ-ċirkolarità, filwaqt li jikkontribwixxu għan-newtralità karbonika, inkluż billi jintużaw il-ftehimiet tax-xiri ta' enerġija rinnovabbli, b'kunsiderazzjoni tal-valur miżjud tal-integrazzjoni tagħhom fis-sistema tal-enerġija komprensiva li teżisti fejn jinsabu, pereżempju bl-użu ta' elettriku prodott minn sorsi rinnovabbli, teknoloġija b'konsum baxx tal-enerġija, iffrankar dinamiku tal-enerġija u tekniki ta' użu mill-ġdid, bħal tkessiħ avvanzat u riċiklaġġ tas-sħana.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Premessa 42a (ġdida)
(42a)  Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tindirizza d-domanda dejjem tikber għall-enerġija kkawżata miż-żieda fl-użu tal-infrastruttura tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja , billi tissimplifika l-objettivi tagħha bi strateġiji, politika u leġiżlazzjoni rilevanti fis-settur tal-enerġija. Barra minn hekk, billi tgħaqqad flimkien servers effiċjenti mil-lat ta' enerġija ma' għodod sofistikati għall-ġestjoni tal-ammont ta' xogħol, l-Impriża Konġunta se ttejjeb l-effiċjenza kemm fuq il-post kif ukoll fil-cloud, filwaqt li tnaqqas il-kost u l-impronta tal-karbonju taċ-ċentri tad-data.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Premessa 44
(44)  Jenħtieġ li l-allokazzjoni tal-ħin tal-aċċess għas-superkompjuters tal-Impriża Konġunta tkun mingħajr ħlas għall-utenti pubbliċi. Jenħtieġ tkun mingħajr ħlas ukoll għall-utenti privati għall-applikazzjonijiet tagħhom relatati mal-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni ffinanzjati minn Orizzont Ewropa jew mill-Programm Ewropa Diġitali, kif ukoll għall-attivitajiet privati tal-innovazzjoni tal-SMEs, meta xieraq. Jenħtieġ li din l-allokazzjoni tal-ħin tal-aċċess tkun ibbażata primarjament fuq sejħiet miftuħa għal espressjoni ta' interess imnedija mill-Impriża Konġunta u evalwati minn esperti indipendenti. Għajr għall-utenti tal-SMEs li jwettqu attivitajiet privati tal-innovazzjoni, jenħtieġ li l-utenti kollha li jibbenefikaw minn ħin tal-aċċess mingħajr ħlas għas-superkompjuters tal-Impriża Konġunta jadottaw approċċ tax-xjenza miftuħa u jqassmu l-għarfien miksub minn dan l-aċċess, f'konformità mar-Regolament dwar Orizzont Ewropa. L-allokazzjoni tal-ħin tal-aċċess tal-utenti għall-attivitajiet ekonomiċi għajr l-attivitajiet privati tal-innovazzjoni tal-SMEs (li jaffaċċjaw fallimenti partikolari tas-suq), jenħtieġ li tingħata fuq bażi ta' ħlas skont l-użu, skont il-prezzijiet tas-suq. L-allokazzjoni tal-ħin tal-aċċess għal dawn l-attivitajiet ekonomiċi jenħtieġ tkun permessa iżda limitata u l-livell tat-tariffa li trid titħallas jenħtieġ jiġi stabbilit mill-Bord tat-Tmexxija. Jenħtieġ li d-drittijiet tal-aċċess jiġu allokati b'mod trasparenti. Jenħtieġ li l-Bord tat-Tmexxija jiddefinixxi regoli speċifiċi biex il-ħin tal-aċċess jingħata mingħajr ħlas, meta xieraq, u mingħajr sejħa għal espressjoni ta' interess għal inizjattivi li jitqiesu strateġiċi jew mill-Unjoni jew mill-Bord tat-Tmexxija. Fost l-eżempji rappreżentattivi tal-inizjattivi strateġiċi tal-Unjoni hemm: Destinazzjoni d-Dinja, il-Proġett Emblematiku Human Brain, l-inizjattiva "1+ Million Genomes", l-ispazji komuni Ewropej tad-data li joperaw f'dominji ta' interess pubbliku, u b'mod partikolari l-ispazju tad-data dwar is-saħħa, iċ-Ċentri ta' Eċċellenza u ċ-Ċentri ta' Kompetenza tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja, iċ-Ċentri ta' Innovazzjoni Diġitali, eċċ. Meta tintalab mill-Unjoni, l-Impriża Konġunta jenħtieġ tagħti ħin tal-aċċess dirett fuq bażi temporanja jew permanenti għal inizjattivi strateġiċi u għal pjattaformi ta' applikazzjonijiet eżistenti jew futuri li tqis essenzjali għall-provvista ta' servizzi ta' appoġġ għal emerġenzi relatati mas-saħħa jew oħrajn kruċjali għall-ġid pubbliku, għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza u ta' ġestjoni tal-kriżijiet jew għal każijiet li l-Unjoni tqis essenzjali għas-sigurtà u għad-difiża tagħha. L-Impriża Konġunta jenħtieġ titħalla twettaq ftit attivitajiet ekonomiċi limitati għal finijiet kummerċjali. Jenħtieġ jingħata aċċess lill-utenti li jirrisjedu, li jkunu stabbiliti jew li jinsabu fi Stat Membru tal-UE jew f'pajjiż assoċjat mal-Programm Ewropa Diġitali u ma' Orizzont Ewropa. Jenħtieġ li d-drittijiet tal-aċċess ikunu ekwitabbli għal kull utent u jiġu allokati b'mod trasparenti. Jenħtieġ li l-Bord tat-Tmexxija jiddefinixxi u jissorvelja d-drittijiet tal-aċċess għas-sehem tal-ħin tal-aċċess tal-Unjoni għal kull superkompjuter.
(44)  Jenħtieġ li l-allokazzjoni tal-ħin tal-aċċess għas-supercomputers tal-Impriża Konġunta tkun mingħajr ħlas għall-utenti pubbliċi. Jenħtieġ li tkun mingħajr ħlas ukoll għall-utenti privati, inklużi NGOs u individwi, għall-applikazzjonijiet tagħhom relatati mal-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni, kif ukoll għall-attivitajiet privati tal-innovazzjoni tal-SMEs u n-negozji ġodda, abbażi ta' kriterji u proċeduri ġusti u trasparenti. Jenħtieġ li din l-allokazzjoni tal-ħin tal-aċċess tkun ibbażata primarjament fuq sejħiet perjodiċi, rieżaminati bejn il-pari u miftuħa kif ukoll trasparenti għal espressjoni ta' interess imnedija mill-Impriża Konġunta u evalwati minn esperti indipendenti bil-għan li tiġi żgurata allokazzjoni bbilanċjata u xierqa tar-riżorsi tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja. Għajr għall-utenti SMEs u negozji ġodda li jwettqu attivitajiet privati tal-innovazzjoni, jenħtieġ li l-utenti kollha li jibbenefikaw minn ħin tal-aċċess mingħajr ħlas għas-supercomputers tal-Impriża Konġunta jadottaw approċċ tax-xjenza miftuħa u jqassmu l-għarfien miksub minn dan l-aċċess, f'konformità mar-Regolament dwar Orizzont Ewropa. L-allokazzjoni tal-ħin tal-aċċess tal-utenti għall-attivitajiet ekonomiċi għajr l-attivitajiet privati tal-innovazzjoni tal-SMEs u tan-negozji ġodda (li jaffaċċjaw fallimenti partikolari tas-suq), jenħtieġ li tingħata fuq bażi ta' ħlas skont l-użu fuq prezzijiet ibbażati fuq il-kost. L-allokazzjoni tal-ħin tal-aċċess għal dawn l-attivitajiet ekonomiċi jenħtieġ li tkun permessa iżda limitata u l-livell tat-tariffa li trid titħallas jenħtieġ li jiġi stabbilit mill-Bord tat-Tmexxija b'mod trasparenti. Jenħtieġ li d-drittijiet tal-aċċess jiġu allokati b'mod miftuħ u trasparenti. Jenħtieġ li l-Bord tat-Tmexxija jiddefinixxi regoli speċifiċi biex il-ħin tal-aċċess jingħata mingħajr ħlas, meta xieraq, u mingħajr sejħa għal espressjoni ta' interess għal inizjattivi li jitqiesu strateġiċi mill-Unjoni jew mill-Bord tat-Tmexxija. Fost l-eżempji rappreżentattivi tal-inizjattivi strateġiċi tal-Unjoni hemm: Destinazzjoni d-Dinja, il-Proġett Emblematiku Human Brain, l-inizjattiva "1+ Million Genomes", l-ispazji komuni Ewropej tad-data li joperaw f'dominji ta' interess pubbliku, u b'mod partikolari l-ispazju tad-data dwar is-saħħa, iċ-Ċentri ta' Eċċellenza u ċ-Ċentri ta' Kompetenza tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja, iċ-Ċentri ta' Innovazzjoni Diġitali, eċċ.. Meta tintalab mill-Unjoni, l-Impriża Konġunta jenħtieġ li tagħti ħin tal-aċċess dirett fuq bażi temporanja jew permanenti għal inizjattivi strateġiċi u għal pjattaformi ta' applikazzjonijiet eżistenti jew futuri li tqis essenzjali għall-provvista ta' servizzi ta' appoġġ għal emerġenzi relatati mas-saħħa jew oħrajn kruċjali għall-ġid pubbliku, għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza u ta' ġestjoni tal-kriżijiet jew għal każijiet li l-Unjoni tqis essenzjali għas-sigurtà u għad-difiża tagħha. L-Impriża Konġunta jenħtieġ li titħalla twettaq ftit attivitajiet ekonomiċi limitati għal finijiet kummerċjali. Jenħtieġ li jingħata aċċess lill-utenti li jirrisjedu, li jkunu stabbiliti jew li jinsabu fi Stat Membru tal-UE jew f'pajjiż assoċjat mal-Programm Ewropa Diġitali u ma' Orizzont Ewropa. Jenħtieġ li d-drittijiet tal-aċċess ikunu ekwitabbli għal kull utent u jiġu allokati b'mod miftuħ u trasparenti. Jenħtieġ li l-Bord tat-Tmexxija jiddefinixxi u jissorvelja d-drittijiet tal-aċċess għas-sehem tal-ħin tal-aċċess tal-Unjoni għal kull supercomputer.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Premessa 47
(47)  Il-governanza tal-Impriża Konġunta jenħtieġ tkun żgurata minn żewġ korpi: Bord tat-Tmexxija u Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku. Jenħtieġ li l-Bord tat-Tmexxija jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Unjoni u tal-Istati Parteċipanti. Jenħtieġ li l-Bord tat-Tmexxija jkun responsabbli għat-tfassil tal-politika strateġika u għad-deċiżjonijiet ta' finanzjament relatati mal-attivitajiet tal-Impriża Konġunta, b'mod partikolari għall-attivitajiet kollha tal-akkwist pubbliku. Il-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku jenħtieġ jinkludi rappreżentanti mid-dinja akkademika u mill-industrija bħal utenti u fornituri tat-teknoloġija. Jenħtieġ jagħti pariri indipendenti lill-Bord tat-Tmexxija fuq l-aġenda strateġika dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni, fuq l-akkwist u l-operat tas-superkompjuters li jkunu proprjetà tal-Impriża Konġunta, fuq il-programm tal-attivitajiet ta' bini tal-kapaċità u ta' twessigħ tal-kapaċitajiet u fuq il-programm tal-attivitajiet ta' federazzjoni, ta' konnettività u ta' koperazzjoni internazzjonali.
(47)  Il-governanza tal-Impriża Konġunta jenħtieġ li tkun żgurata minn żewġ korpi: Bord tat-Tmexxija u Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku. Jenħtieġ li l-Bord tat-Tmexxija jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Unjoni u tal-Istati Parteċipanti. Jenħtieġ li l-Bord tat-Tmexxija jkun responsabbli għat-tfassil tal-politika strateġika u għad-deċiżjonijiet ta' finanzjament relatati mal-attivitajiet tal-Impriża Konġunta, b'mod partikolari għall-attivitajiet kollha tal-akkwist pubbliku. Il-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku jenħtieġ li jinkludi rappreżentanti mid-dinja akkademika u mill-industrija bħal utenti u fornituri tat-teknoloġija. Jenħtieġ li jagħti pariri indipendenti lill-Bord tat-Tmexxija fuq l-aġenda strateġika dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni, fuq l-akkwist u l-operat tas-supercomputers li jkunu proprjetà tal-Impriża Konġunta, fuq il-programm tal-attivitajiet ta' bini tal-kapaċità u ta' twessigħ tal-kapaċitajiet u fuq il-programm tal-attivitajiet ta' federazzjoni, ta' konnettività u ta' kooperazzjoni internazzjonali. Il-qafas ta' governanza tal-Impriża Konġunta jenħtieġ li jinkludi wkoll forum tal-utenti li jipprovdi pariri indipendenti dwar il-ħtiġijiet tal-utenti lill-bord tat-tmexxija u lil gruppi oħra. Il-forum tal-utenti jenħtieġ li jistabbilixxi l-kriterji speċifiċi u l-proċess tal-għażla għall-membri li jaħtar.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Premessa 47a (ġdida)
(47a)  Peress li s-supercomputers huma orjentati lejn id-domanda u mmexxija mill-utenti, l-Impriża Konġuntajenħtieġ li żżomm djalogu permanenti mas-soċjetà ċivili u l-utenti tal-infrastrutturi tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja. L-involviment kontinwu u effettiv tal-utenti, b'mod partikolari biex jiġi implimentat l-approċċ ta' kodisinn meħtieġ biex tissaħħaħ l-adozzjoni, b'mod partikolari għall-applikazzjonijiet kummerċjali, mill-industrija, l-SMEs, u l-kumpaniji innovattivi u n-negozji l-ġodda, jista' jkollu valur miżjud għoli u effett multiplikatur. Il-kontribut min-naħa tal-utenti jenħtieġ li jiġi mfittex b'mod attiv permezz ta' proċess ta' konsultazzjoni regolari mal-utenti finali mis-setturi pubbliċi u privati. Għal dak il-għan, il-Bord tat-Tmexxija jenħtieġ li jistabbilixxi grupp ta' ħidma għall-utenti (il-"forum tal-utenti") biex jassisti fl-identifikazzjoni tat-titjib fil-kwalità tas-servizz, tal-użabbiltà, tal-fiduċja u tar-rekwiżiti tas-sigurtà tal-utenti pubbliċi u privati. Il-forum tal-utenti jenħtieġ li jinkludi rappreżentanti mis-soċjetà ċivili, utenti industrijali u pubbliċi, sħab soċjali tal-Unjoni, SMEs u atturi Ewropej indipendenti fil-katina tal-valur fl-iżvilupp tas-software.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Premessa 49
(49)  Jenħtieġ li l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni tiġi ġestita f'konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba u mar-regoli rilevanti dwar il-ġestjoni indiretta stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Jenħtieġ li r-regoli applikabbli għall-Impriża Konġunta biex tidħol fi proċeduri tal-akkwist pubbliku jkunu stabiliti fir-regoli finanzjarji tagħha.
(49)  Jenħtieġ li l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni tiġi ġestita f'konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba u tas-simplifikazzjoni amministrattiva u mar-regoli rilevanti dwar il-ġestjoni indiretta stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Jenħtieġ li r-regoli applikabbli għall-Impriża Konġunta biex tidħol fi proċeduri tal-akkwist pubbliku jkunu stabbiliti fir-regoli finanzjarji tagħha.
Emenda 40
Proposta għal regolament
Premessa 50
(50)  Biex trawwem ekosistema innovattiva u kompetittiva tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja Ewropew u tal-computing kwantistiku ta' eċċellenza rikonoxxuta, jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tħaddem kif xieraq l-istrumenti tal-akkwist u tal-għoti, inkluż l-akkwist konġunt, l-akkwist prekummerċjali u l-akkwist pubbliku ta' soluzzjonijiet innovattivi.
(50)  Biex trawwem ekosistema innovattiva, kompetittiva u reżiljenti tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja Ewropew u tal-computing kwantistiku ta' eċċellenza rikonoxxuta u li tkun mifruxa b'mod wiesa' madwar l-Unjoni, jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tħaddem kif xieraq l-istrumenti tal-akkwist u tal-għoti, inklużi l-akkwist konġunt, l-akkwist prekummerċjali u l-akkwist pubbliku ta' soluzzjonijiet innovattivi. L-użu ta' tali strumenti ta' akkwist u għoti għandu jiffaċilita l-involviment tal-SMEs, il-mikrointrapriżi u n-negozji l-ġodda, u r-raggruppamenti tagħhom. L-Impriża Konġunta se tqis il-possibbiltà li ttejjeb il-faċilitajiet eżistenti biex tiżgura teknoloġiji tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku u ekosistema ta' klassi dinjija f'teknoloġiji u applikazzjonijiet tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u tal-computing kwantistiku.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Premessa 53
(53)  Jenħtieġ li l-parteċipazzjoni fl-azzjonijiet indiretti ffinanzjati mill-Impriża Konġunta tkun konformi mar-Regolament (UE) Nru XXX li jistabbilixxi Orizzont Ewropa. Minbarra dan, jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tiżgura l-applikazzjoni konsistenti ta' dawk ir-regoli abbażi ta' miżuri rilevanti adottati mill-Kummissjoni. Biex jiġi żgurat kofinanzjament xieraq tal-azzjonijiet indiretti mill-Istati Parteċipanti, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru XXX li jistabbilixxi Orizzont Ewropa, jenħtieġ li l-Istati Parteċipanti jikkontribwixxu ammont tal-anqas ugwali għar-rimborż ipprovdut mill-Impriża Konġunta għall-kostijiet eliġibbli mġarrba mill-benefiċjarji fl-azzjonijiet. Għal dan il-għan, jenħtieġ li r-rati massimi ta' finanzjament stabbiliti fil-pjan ta' ħidma annwali tal-Impriża Konġunta f'konformità mal-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru XXX li jistabbilixxi Orizzont Ewropa jiġu stabbiliti skont dan.
(53)  Jenħtieġ li l-parteċipazzjoni fl-azzjonijiet indiretti ffinanzjati mill-Impriża Konġunta tkun konformi mar-Regolament (UE) Nru XXX li jistabbilixxi Orizzont Ewropa. Minbarra dan, jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tiżgura l-applikazzjoni konsistenti ta' dawk ir-regoli abbażi ta' miżuri rilevanti adottati mill-Kummissjoni. Biex jiġi żgurat kofinanzjament xieraq tal-azzjonijiet indiretti mill-Istati Parteċipanti, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru XXX li jistabbilixxi Orizzont Ewropa, jenħtieġ li l-Istati Parteċipanti jikkontribwixxu ammont tal-anqas ugwali għar-rimborż ipprovdut mill-Impriża Konġunta għall-kostijiet eliġibbli mġarrba mill-benefiċjarji fl-azzjonijiet. Għal dan il-għan, jenħtieġ li r-rati massimi ta' finanzjament stabbiliti fil-pjan ta' ħidma annwali tal-Impriża Konġunta f'konformità mal-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru XXX li jistabbilixxi Orizzont Ewropa jiġu stabbiliti skont dan mill-Bord tat-Tmexxija.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Premessa 53a (ġdida)
(53a)  Sabiex jiġi żgurat il-bilanċ it-tajjeb tal-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati fl-azzjonijiet iffinanzjati mill-Impriża Konġunta, huwa meħtieġ li tiġi permessa differenzazzjoni tar-rati ta' rimborż, b'mod partikolari għall-SMEs, in-negozji l-ġodda u l-entitajiet legali mingħajr skop ta' qligħ. L-applikazzjoni ta' rati differenzjati jenħtieġ li ma żżidx il-kumplessità amministrattiva tal-proġetti u jenħtieġ li ssir bl-aktar mod sempliċi u effettiv. Ir-rati ta' rimborż jenħtieġ li ikunu indikati fil-programm ta' ħidma.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Premessa 56
(56)  Jenħtieġ li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tal-membri l-oħra tal-Impriża Konġunta jkunu protetti b'miżuri proporzjonati matul iċ-ċiklu tan-nefqa kollu, inklużi l-prevenzjoni, l-iskoperta u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa ħażin jew użati b'mod żbaljat u, meta xieraq, l-applikazzjoni ta' penali amministrattivi u finanzjarji f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
(56)  Jenħtieġ li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tal-membri l-oħra tal-Impriża Konġunta jkunu protetti b'miżuri proporzjonati u sempliċi matul iċ-ċiklu tan-nefqa kollu, inklużi l-prevenzjoni, l-iskoperta u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa ħażin jew użati b'mod żbaljat u, meta xieraq, l-applikazzjoni ta' penali amministrattivi u finanzjarji f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Premessa 57
(57)  Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta topera b'mod miftuħ u trasparenti u tipprovdi kull informazzjoni rilevanti fil-ħin u tippromwovi l-attivitajiet tagħha, fosthom attivitajiet tal-informazzjoni u tad-disseminazzjoni, lill-pubbliku ġenerali. Ir-regoli tal-proċedura tal-korpi tal-Impriża Konġunta jenħtieġ ikunu disponibbli għall-pubbliku.
(57)  Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta topera b'mod sempliċi, flessibbli, miftuħ u trasparenti u tipprovdi kull informazzjoni rilevanti fil-ħin u tippromwovi l-attivitajiet tagħha, fosthom attivitajiet tal-informazzjoni u tad-disseminazzjoni, lill-pubbliku ġenerali. Ir-regoli tal-proċedura tal-korpi tal-Impriża Konġunta jenħtieġ li jkunu disponibbli għall-pubbliku.
Emenda 45
Proposta għal regolament
Premessa 58
(58)  Għall-finijiet ta' simplifikazzjoni, jenħtieġ li l-piż amministrattiv jitnaqqas għall-partijiet kollha. Jenħtieġ ikunu evitati awditi doppji u ammonti sproporzjonati ta' dokumentazzjoni u ta' rappurtar.
(58)  Għall-finijiet ta' simplifikazzjoni, jenħtieġ li l-piż amministrattiv jitnaqqas għall-partijiet kollha, b'mod partikolari għall-Impriża Konġunta u għall-benefiċjarji tagħha. Jenħtieġ li jkunu evitati awditi doppji u ammonti sproporzjonati ta' dokumentazzjoni u ta' rappurtar. Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tipprovdi qafas favorevoli biex jiġu appoġġati l-Istati Parteċipanti. Sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-azzjonijiet indiretti, jenħtieġ li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-Impriża Konġunta , bil-mudell tripartitiku tagħha, fir-rigward tal-ġestjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Parteċipanti.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Premessa 61
(61)  L-awditur intern tal-Kummissjoni jenħtieġ jeżerċita l-istess setgħat fuq l-Impriża Konġunta bħal dawk eżerċitati fir-rigward tal-Kummissjoni.
(61)  L-awditur intern tal-Kummissjoni jenħtieġ li jeżerċita l-istess setgħat fuq l-Impriża Konġunta bħal dawk eżerċitati fir-rigward tal-Kummissjoni, filwaqt li jevita li jżid il-piż amministrattiv fuq l-Impriża Konġunta jewfuq il-benefiċjarji tagħha.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Premessa 62
(62)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni, l-Impriża Konġunta, il-Qorti tal-Awdituri, l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) ikollhom aċċess għal kull informazzjoni meħtieġa u għall-binjiet biex iwettqu awditi u investigazzjonijiet fuq l-għotjiet, fuq il-kuntratti u fuq il-ftehimiet iffirmati mill-Impriża Konġunta.
(62)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni, l-Impriża Konġunta, il-Qorti tal-Awdituri, l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) ikollhom aċċess għal kull informazzjoni meħtieġa u għall-binjiet biex iwettqu awditi u investigazzjonijiet fuq l-għotjiet, fuq il-kuntratti u fuq il-ftehimiet iffirmati mill-Impriża Konġunta, filwaqt li jfittxu simplifikazzjoni amministrattiva massima għall-benefiċjarji u nuqqas fil-piż amministrattiv tagħhom.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2
(2)  "ħin tal-aċċess" tfisser il-ħin tal-computing ta' superkompjuter li jkun magħmul disponibbli għal utent jew għal grupp ta' utenti biex jeżegwixxu l-programmi tal-kompjuter tagħhom;
(2)  "ħin tal-aċċess" tfisser il-ħin tal-computing ta' supercomputer li jkun magħmul disponibbli permezz ta' proċess trasparenti u miftuħ għal utent jew għal grupp ta' utenti biex jeżegwixxu l-programmi tal-kompjuter tagħhom;
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4
(4)  "Ċentru ta' Eċċellenza" fl-HPC tfisser inizjattiva li tippromwovi l-użu ta' kapaċitajiet futuri tal-computing ta' prestazzjoni estrema li jippermettu lill-komunitajiet tal-utenti f'kollaborazzjoni ma' partijiet ikkonċernati oħra tal-HPC jiskalaw il-kodiċijiet paralleli eżistenti lejn skala eksa u prestazzjoni ta' skalar estrema;
(4)  "Ċentru ta' Eċċellenza" fl-HPC tfisser inizjattiva kollaborattiva magħżula permezz ta' sejħa għal proposti miftuħa, trasparenti u kompetittiva biex jiġi promoss l-użu ta' kapaċitajiet futuri tal-computing ta' prestazzjoni estrema li jippermettu lill-komunitajiet tal-utenti f'kollaborazzjoni ma' partijiet ikkonċernati oħra tal-HPC jiskalaw il-kodiċijiet paralleli eżistenti lejn skala eksa u prestazzjoni ta' skalar estrema;
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5
(5)  "kodisinn" hu approċċ kollettiv bejn il-fornituri tat-teknoloġija u l-utenti involuti fi proċess ta' disinn kollaborattiv u iterattiv għall-iżvilupp ta' teknoloġija, ta' applikazzjoni u ta' sistemi ġodda;
(5)  "kodisinn" hu approċċ kollettiv bejn il-fornituri tat-teknoloġija u l-utenti involuti fi proċess ta' disinn kollaborattiv u iterattiv għall-iżvilupp ta' teknoloġiji, applikazzjonijiet, sistemi, servizzi, ħiliet u kompetenzi ġodda;
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6
(6)  "Ċentru ta' Kompetenza" fil-Computing ta' Prestazzjoni Għolja (HPC) tfisser entità ġuridika stabbilita fi Stat Parteċipanti li tipprovdi lill-utenti mill-industrija, inkluż l-SMEs, l-akkademiċi, u l-amministrazzjonijiet pubbliċi b'aċċess, fuq talba, għas-superkompjuters u għall-aħħar teknoloġiji, għodod, applikazzjonijiet u servizzi tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja, u li toffri għarfien espert, ħiliet, taħriġ, networking u sensibilizzazzjoni;
(6)  "Ċentru ta' Kompetenza tal-Unjoni" fil-Computing ta' Prestazzjoni Għolja (HPC) tfisser entità ġuridika tal-Unjoni magħżula permezz ta' proċess miftuħ u trasparenti u stabbilita fi Stat Parteċipanti li tipprovdi lill-utenti mill-industrija, b'mod partikolari l-SMEs u n-negozji l-ġodda, l-akkademiċi, u l-amministrazzjonijiet pubbliċi b'aċċess, fuq talba, għas-supercomputers u għall-aħħar teknoloġiji, għodod, applikazzjonijiet u servizzi tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja, u li toffri għarfien espert, ħiliet, taħriġ, networking u sensibilizzazzjoni;
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 16
(16)  "superkompjuter ta' grad industrijali" tfisser superkompjuter iddisinjat speċifikament b'rekwiżiti ta' sigurtà, ta' kunfidenzjalità u ta' integrità tad-data għall-utenti industrijali li jkunu aktar eżiġenti minn dawk għal użu xjentifiku;
(16)  "supercomputer ta' grad industrijali" tfisser mill-inqas supercomputer ta' livell medju ddisinjat speċifikament b'rekwiżiti ta' sigurtà, ta' kunfidenzjalità u ta' integrità tad-data għall-utenti industrijali li jkunu aktar eżiġenti minn dawk għal użu xjentifiku;
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt 19a (ġdid)
(19a)  "programm strateġiku pluriennali" tfisser dokument li jistabbilixxi strateġija u pjanijiet għall-kisba tal-objettivi tal-Impriża Konġunta;
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 20
(20)  "ċentru nazzjonali ta' kompetenza tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja" tfisser entità ġuridika stabbilita fi Stat Parteċipanti li jkun Stat Membru, assoċjata maċ-ċentru nazzjonali tas-supercomputing ta' dak l-Istat Membru, li tipprovdi lill-utenti mill-industrija, inkluż l-SMEs, l-akkademiċi, u l-amministrazzjonijiet pubbliċi b'aċċess, fuq talba, għas-superkompjuters u għall-aħħar teknoloġiji, għodod, applikazzjonijiet u servizzi tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja, u li toffri għarfien espert, ħiliet, taħriġ, networking u sensibilizzazzjoni;
(20)  "ċentru nazzjonali ta' kompetenza tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja" tfisser entità ġuridika jew konsorzju ta' entitajiet ġuridiċi, magħżulin permezz ta' proċess miftuħ u trasparenti u stabbiliti fi Stat Parteċipanti li jkun Stat Membru, assoċjati maċ-ċentru nazzjonali tas-supercomputing ta' dak l-Istat Membru, li jipprovdu lill-utenti mill-industrija, b'mod partikolari l-SMEs u n-negozji l-ġodda, l-akkademiċi, u l-amministrazzjonijiet pubbliċi aċċess, fuq talba, għas-supercomputers u għall-aħħar teknoloġiji, għodod, applikazzjonijiet u servizzi tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja, u li joffru għarfien espert, ħiliet, taħriġ, networking u sensibilizzazzjoni;
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1
(1)  Il-missjoni tal-Impriża Konġunta għandha tkun li tiżviluppa, timplimenta, testendi u żżomm fl-Unjoni ekosistema tal-infrastruttura federata, sigura iperkonnessa u ta' klassi dinjija tas-supercomputing, tal-computing kwantistiku, tas-servizzi u tad-data; tappoġġa l-produzzjoni ta' sistemi innovattivi u kompetittivi tas-supercomputing bbażati fuq katina tal-provvista li tiżgura li l-komponenti, it-teknoloġiji u l-għarfien li jillimitaw ir-riskju ta' interruzzjonijiet u l-iżvilupp ta' firxa wiesgħa ta' applikazzjonijiet ottimizzati għal dawn is-sistemi; u, twessa' l-użu ta' din l-infrastruttura tas-supercomputing għal numru kbir ta' utenti pubbliċi u privati, u tappoġġa l-iżvilupp ta' ħiliet ewlenin għax-xjenza u l-industrija Ewropej.
(1)  Il-missjoni tal-Impriża Konġunta għandha tkun li tiżviluppa, timplimenta, testendi u żżomm fl-Unjoni ekosistema tal-infrastruttura federata, sigura iperkonnessa u ta' klassi dinjija tas-supercomputing, tal-computing kwantistiku, tas-servizzi u tad-data, biex b'hekk tikkontribwixxi għall-kisba ta' tmexxija xjentifika, diġitali u industrijali tal-Unjoni fid-dinja; tappoġġa l-iżvilupp, it-tnedija u t-tħaddim, preferibbilment fl-Unjoni, ta' sistemi innovattivi u kompetittivi tas-supercomputing ibbażati fuq katina tal-provvista li tiżgura l-materja prima kritika u l-komponenti, it-teknoloġiji u l-għarfien tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku li jillimitaw ir-riskju ta' interruzzjonijiet u l-iżvilupp ta' firxa wiesgħa ta' applikazzjonijiet ottimizzati għal dawn is-sistemi abbażi tal-prinċipji tal-fiduċja, tal-aċċess miftuħ, tas-sigurtà, tal-interoperabbiltà u tal-portabbiltà; u, twessa' l-użu ta' din l-infrastruttura tas-supercomputing għal numru kbir ta' utenti pubbliċi u privati tal-Unjoni, b'attenzjoni partikolari fir-rigward tal-SMEs u n-negozji l-ġodda, inklużi dawk fil-fażi tar-R&Ż, u tappoġġa l-iżvilupp ta' ħiliet, kompetenzi u għarfien avvanzati fil-qasam diġitali għas-soċjetà, ix-xjenza u l-industrija Ewropej.
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a
(a)  tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru XXX li jistabbilixxi Orizzont Ewropa u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu, biex tħalli impatt xjentifiku, ekonomiku, ambjentali, teknoloġiku u soċjetali mill-investimenti tal-Unjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni, b'tali mod li ssaħħaħ il-bażijiet xjentifiċi u teknoloġiċi tal-Unjoni, twettaq il-prijoritajiet strateġiċi tal-Unjoni, tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi u jitwettqu l-politiki tal-UE, u tikkontribwixxi biex jiġu indirizzati l-isfidi globali, inkluż l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli billi jiġu segwiti l-prinċipji tal-Aġenda 2030 u tal-Ftehim ta' Pariġi;
(a)  tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru XXX li jistabbilixxi Orizzont Ewropa u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu, biex tħalli impatt xjentifiku, ekonomiku, ambjentali, teknoloġiku u soċjetali mill-investimenti tal-Unjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni, b'tali mod li ssaħħaħ il-bażijiet xjentifiċi u teknoloġiċi tal-Unjoni, twettaq il-prijoritajiet strateġiċi tal-Unjoni, tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi u jitwettqu l-politiki tal-UE, inklużi dawk relatati mal-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Pjan ta' Rkupru Ewropew, l-istrateġiji Ewropej tad-data, diġitali, tal-SMEs u industrijali, tikseb awtonomija strateġika tal-Ewropa filwaqt li żżomm ekonomija miftuħa, taċċellera t-tranżizzjonijiet soċjali, ekoloġiċi u ekonomiċi u tikkontribwixxi biex jiġu indirizzati l-isfidi globali, filwaqt li jiġu indirizzati l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli billi jiġu segwiti l-prinċipji tal-Aġenda 2030 u tal-Ftehim ta' Pariġi;
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 3 - paragrafu 2 - punt b
(b)  tiżviluppa koperazzjoni msaħħa u tiżgura l-koordinazzjoni ma' Sħubiji Ewropej oħra, inkluż bi sejħiet konġunti, kif ukoll tfittex li tikseb sinerġiji ma' attivitajiet u ma' programmi rilevanti fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali, b'mod partikolari ma' dawk li jappoġġaw it-tnedija ta' soluzzjonijiet innovattivi, l-edukazzjoni u l-iżvilupp reġjonali, meta rilevanti;
(b)  tiżviluppa kooperazzjoni msaħħa u tiżgura sinerġiji u koordinazzjoni ma' Sħubiji Ewropej oħra, inkluż permezz ta' sejħiet konġunti, kif ukoll tfittex li tikseb sinerġiji sekwenzjali, paralleli jew integrati ma' attivitajiet u ma' programmi rilevanti fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali u lokali, b'mod partikolari ma' dawk li jappoġġaw it-tnedija ta' soluzzjonijiet innovattivi, pjattaformi tal-immudellar, l-edukazzjoni u l-iżvilupp reġjonali;
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c
(c)  tiżviluppa, tniedi, testendi u żżomm fl-Unjoni infrastruttura tas-supercomputing u tad-data ta' klassi dinjija, integrata, orjentata lejn id-domanda u mmexxija mill-utenti;
(c)  tiżviluppa, tniedi, testendi u żżomm fl-Unjoni infrastruttura tas-supercomputing u tad-data ta' klassi dinjija, integrata, orjentata lejn id-domanda u mmexxija mill-utenti li tgħin biex tissaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-Unjoni;
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt d
(d)  tiffedera l-infrastruttura iperkonnessa tas-supercomputing u tad-data u toħloq interkonnessjoni bejn din u l-ispazji tad-data u l-ekosistema tal-cloud Ewropej għall-provvista ta' servizzi tal-computing u tad-data lil firxa wiesgħa ta' utenti pubbliċi u privati fl-Ewropa;
(d)  tiffedera l-infrastruttura iperkonnessa tas-supercomputing u tad-data, permezz ta' infrastrutturi tan-network ta' kwalità għolja fl-Istati Membri kollha, u toħloq interkonnessjoni bejn din u l-ispazji tad-data, b'mod partikolari mal-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa biex tiżgura d-disponibbiltà ta' settijiet tad-data tas-saħħa kbar u ta' kwalità għolja u l-ekosistema tal-cloud Ewropej għall-provvista ta' servizzi tal-computing u tad-data lil firxa wiesgħa u ġeografikament differenti ta' utenti pubbliċi u privati fl-Ewropa, abbażi tal-prinċipji ta' fiduċja, ftuħ, sigurtà, interoperabbiltà u portabbiltà;
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)
(da)  tippromwovi l-eċċellenza xjentifika u tappoġġa l-adozzjoni u l-użu sistematiku tar-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni ġġenerati fi ħdan l-Unjoni;
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt e
(e)  tkompli tiżviluppa u tappoġġa ekosistema ferm kompetittiva u innovattiva tas-supercomputing u tad-data fl-Ewropa li tikkontribwixxi għall-awtonomija permanenti u teknoloġika tal-Unjoni fl-ekonomija diġitali, li tkun kapaċi tipproduċi b'mod awtonomu teknoloġiji u arkitetturi tal-computing u l-integrazzjoni tagħhom f'sistemi ewlenin tal-computing, u applikazzjonijiet avvanzati ottimizzati għal dawn is-sistemi;
(e)  tkompli tiżviluppa u tappoġġa ekosistema ferm kompetittiva, soċjali, sostenibbli, effiċjenti fl-użu tal-enerġija u innovattiva tas-supercomputing u tad-data fl-Ewropa li tikkontribwixxi għat-tmexxija xjentifika u teknoloġika u għall-awtonomija permanenti u strateġika tal-Unjoni fit-tranżizzjoni diġitali, filwaqt li titnaqqas id-dipendenza fuq it-teknoloġija barranija partikolarment f'komponenti kritiċi tal-infrastruttura filwaqt li tiġi preservata ekonomija miftuħa u tinżamm tmexxija globali fl-applikazzjonijiet tal-HPC, li tkun kapaċi tipproduċi b'mod awtonomu u tippossjedi teknoloġiji u arkitetturi tal-computing ta' klassi dinjija u l-integrazzjoni tagħhom f'sistemi ewlenin tal-computing, u applikazzjonijiet avvanzati ottimizzati għal dawn is-sistemi;
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt f
(f)  twessa' l-użu tas-servizzi tas-supercomputing u l-iżvilupp ta' ħiliet ewlenin li jeħtieġu x-xjenza u l-industrija Ewropej.
(f)  tippromwovi, tiffaċilita u twessa' l-użu tas-servizzi tas-supercomputing fis-setturi kollha u tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' ħiliet, kompetenzi u għarfien diġitali avvanzati li jeħtieġu x-xjenza, is-soċjetà, l-ekonomija, l-ambjent u l-industrija Ewropej biex jiksbu tmexxija awtonoma u globali, b'enfasi fuq it-tisħiħ tal-parteċipazzjoni tan-nisa u tal-bniet fis-suġġetti STEM permezz tal-involviment u tal-impjiegi tagħhom fl-oqsma relatati u fuq it-tnaqqis tad-differenza bejn il-ġeneri fis-settur diġitali.
Emenda 63
Proposta għal regolament
L-Artikolu 3 – paragrafu 3
(3)  L-Impriża Konġunta għandha tikkontribwixxi għas-salvagwardja tal-interessi tal-Unjoni meta takkwista superkompjuters u tappoġġa l-iżvilupp ta' teknoloġiji, ta' sistemi u ta' applikazzjonijiet tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja. Għandha tippermetti approċċ ta' kodisinn għall-akkwist ta' superkompjuters ta' klassi dinjija, filwaqt li tissalvagwardja s-sigurtà tal-katina tal-provvista tat-teknoloġiji u tas-sistemi akkwistati. Għandha tikkontribwixxi għall-awtonomija teknoloġika tal-Unjoni billi tappoġġa l-iżvilupp ta' teknoloġiji u ta' applikazzjonijiet li jsaħħu l-katina tal-provvista Ewropea tat-teknoloġija tal-HPC u tippromwovi l-integrazzjoni tagħhom f'sistemi ta' supercomputing li jindirizzaw numru kbir ta' ħtiġijiet soċjetali u industrijali.
(3)  L-Impriża Konġunta għandha tikkontribwixxi għas-salvagwardja tal-interessi tal-Unjoni meta takkwista supercomputers u tappoġġa l-iżvilupp ta' teknoloġiji, ta' sistemi u ta' applikazzjonijiet tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja ta' klassi dinjija. Għandha tippermetti approċċ ta' kodisinn għall-akkwiżizzjoni ta' supercomputers ta' klassi dinjija, filwaqt li tissalvagwardja s-sigurtà tal-katina tal-provvista tat-teknoloġiji u tas-sistemi akkwistati u tiżgura l-ogħla standards ta' ċibersigurtà applikabbli għas-supercomputers. Għandha tikkontribwixxi għall-awtonomija strateġika tal-Unjoni, filwaqt li tinżamm ekonomija miftuħa, partikolarment f'żoni kritiċi, iżżid il-kompetittività tal-industrija Ewropea, billi tappoġġa l-iżvilupp ta' teknoloġiji u ta' applikazzjonijiet li jsaħħu l-katina tal-provvista Ewropea tat-teknoloġija effiċjenti fl-użu tal-enerġija tal-HPC u tippromwovi l-integrazzjoni tagħhom f'sistemi ta' supercomputing li jindirizzaw numru kbir ta' ħtiġijiet soċjetali u industrijali. Għandha tappoġġa t-tmexxija globali tal-Ewropa f'diversi industriji, speċjalment fi prodotti u servizzi ta' valur miżjud għoli u intensivi fit-teknoloġija biex jiġu pprovduti komponenti kritiċi, teknoloġija, u ħiliet li għandhom l-għan li jagħlqu d-distakk teknoloġiku ma' pajjiżi terzi.
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3a (ġdid)
(3a)  L-Impriża Konġunta għandha timplimenta l-missjoni u l-objettivi tagħha b'mod ċar, sempliċi u flessibbli sabiex iżżid l-attraenza lejn l-industrija, l-SMEs u l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha.
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3b (ġdid)
(3b)  L-impriża Konġunta għandha timminimizza kwalunkwe riskju involut fit-trattament, il-ħżin u l-ipproċessar ta' data personali fl-infrastrutturi tas-supercomputing u għandha tikkonforma mar-Regolament (UE) 2016/679 u leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni. Hija għandha tiżgura wkoll li l-Computers ta' Prestazzjoni Għolja jkunu aċċessibbli esklussivament għal entitajiet li jikkonformaw mal-istess regoli u li r-riżorsi tagħha jkunu miftuħa għal xjentisti mill-Istati Parteċipanti kollha.
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b
(b)  Il-pilastru tal-infrastruttura, li jinkludi l-attivitajiet għall-akkwist, għat-tnedija, u għall-operat ta' infrastruttura sigura, iperkonnessa u ta' klassi dinjija tas-supercomputing, tal-computing kwantistiku u tad-data, inkluża l-promozzjoni tal-adozzjoni u tal-użu sistematiku tar-riżultati tar-riċerka u tal-innovazzjoni ġġenerati fl-Unjoni.
(b)  Il-pilastru tal-infrastruttura, li jinkludi l-attivitajiet għall-akkwist, għat-titjib, għat-tnedija, u għall-operat ta' infrastruttura sigura, iperkonnessa u ta' klassi dinjija tas-supercomputing, tal-computing kwantistiku u tad-data Ewropea, inklużi t-titjib ta' infrastruttura eżistenti u l-promozzjoni tal-adozzjoni u tal-użu sistematiku fl-Unjoni tar-riżultati tar-riċerka u tal-innovazzjoni ġġenerati mill-Impriża Konġunta.
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c – parti introduttorja
(c)  Il-pilastru tal-federazzjoni tas-servizzi tas-supercomputing, li jkopri l-attivitajiet kollha għall-provvista tal-aċċess madwar l-UE għar-riżorsi u għas-servizzi federati u siguri tas-supercomputing u tad-data madwar l-Ewropa kollha għall-komunità tar-riċerka u xjentifika, għall-industrija (inkluż l-SMEs) u għas-settur pubbliku. B'mod partikolari, dan jinkludi:
(c)  Il-pilastru tal-federazzjoni tas-servizzi tas-supercomputing, li jkopri l-attivitajiet kollha għall-provvista tal-aċċess madwar l-UE għar-riżorsi u għas-servizzi federati u siguri tas-supercomputing u tad-data madwar l-Ewropa kollha għall-komunità tar-riċerka u xjentifika, għall-industrija (b'mod partikolari l-SMEs) u għas-settur pubbliku, f'kooperazzjoni ma' PRACE u GÉANT fost oħrajn. B'mod partikolari, dan jinkludi:
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c – punt i
(i)  l-appoġġ għall-interkonnessjoni tar-riżorsi tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja, tal-computing kwantistiku u tad-data li huma proprjetà sħiħa jew parzjali tal-Impriża Konġunta EuroHPC jew magħmula disponibbli fuq bażi volontarja mill-Istati Parteċipanti;
(i)  l-appoġġ għall-interkonnessjoni tar-riżorsi tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja, tal-computing kwantistiku u tad-data li huma proprjetà sħiħa jew parzjali tal-Impriża Konġunta EuroHPC jew magħmula disponibbli fuq bażi volontarja mill-Istati Parteċipanti jew Osservaturi;
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c – punt ii
(ii)  l-appoġġ għall-interkonnessjoni tal-infrastrutturi tad-data tas-supercomputing, u tal-computing kwantistiku mal-ispazji komuni Ewropej tad-data u mal-infrastrutturi federati u siguri tal-cloud tal-Unjoni;
(ii)  l-appoġġ għall-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tal-infrastrutturi tad-data tas-supercomputing, u tal-computing kwantistiku mal-ispazji komuni Ewropej tad-data u mal-infrastrutturi federati u siguri tal-cloud u tad-data tal-Unjoni, filwaqt li jiġu inklużi rekwiżiti speċifiċi għaċ-ċibersigurtà, id-data miftuħa, il-portabbiltà tad-data u fejn possibbli, l-użu ta' software u hardware b'sors miftuħ, mingħajr ma tiġi pperikolata l-protezzjoni u l-privatezza tad-data;
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c – punt iii
(iii)  l-appoġġ għall-iżvilupp, l-akkwist u l-operat ta' pjattaforma għall-federazzjoni mingħajr xkiel u għall-provvista sigura ta' servizzi tal-infrastruttura tas-servizzi u tad-data tas-supercomputing u tal-computing kwantistiku, għall-istabbiliment ta' punt uniku ta' aċċess għal kull servizz tas-supercomputing jew tad-data ġestit mill-Impriża Konġunta, b'tali mod li jiġi pprovdut punt uniku ta' dħul lil kull utent.
(iii)  l-appoġġ għall-iżvilupp, l-akkwist u l-operat ta' pjattaforma għall-federazzjoni mingħajr xkiel u għall-provvista sigura ta' servizzi tal-infrastruttura tas-servizzi u tad-data tas-supercomputing u tal-computing kwantistiku, għall-istabbiliment ta' punt uniku ta' aċċess għal kull servizz tas-supercomputing jew tad-data ġestit mill-Impriża Konġunta, b'tali mod li jiġi pprovdut punt uniku ta' dħul lil kull utent u għall-istabbiliment ta' programm effettiv għall-ġestjoni tal-vulnerabbiltà u riżorsa għall-kondiviżjoni tad-data li tippermetti lill-utenti tar-riżorsi tal-computing ta' prestazzjoni għolja jittrasferixxu, jikkondividu u jiddiskutu d-data tagħhom .
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d – parti introduttorja
(d)  Il-pilastru tat-teknoloġija, li jindirizza l-attivitajiet għall-appoġġ ta' aġenda ambizzjuża tar-riċerka u l-innovazzjoni għall-iżvilupp ta' ekosistema tas-supercomputing ta' klassi dinjija, kompetittiva u innovattiva li tindirizza t-teknoloġiji tal-hardware u tas-software, u l-integrazzjoni tagħhom f'sistemi tal-computing, filwaqt li jkopri l-katina tal-valur xjentifika u industrijali sħiħa, biex tiġi żgurata l-awtonomija teknoloġika tal-Unjoni. L-enfasi għandha tkun fuq it-teknoloġiji tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja li jkunu effiċjenti fl-użu tal-enerġija. L-attivitajiet għandhom jindirizzaw fost l-oħrajn:
(d)  Il-pilastru tat-teknoloġija, li jindirizza attivitajiet ambizzjużi tar-riċerka u l-innovazzjoni għall-iżvilupp ta' ekosistema tas-supercomputing ta' klassi dinjija, kompetittiva, affidabbli, sostenibbli u innovattiva madwar l-Unjoni li tindirizza t-teknoloġiji tal-hardware u tas-software, u l-integrazzjoni tagħhom f'sistemi tal-computing, filwaqt li jkopri l-katina tal-valur xjentifika u industrijali sħiħa, mir-riċerka sal-prototipi, il-pilotaġġ u d-dimostrazzjoni biex tiġi żgurata l-awtonomija strateġika filwaqt li tiġi żgurata l-ekonomija miftuħa tal-Unjoni u jissaħħu l-kapaċitajiet ta' riċerka tal-Unjoni. Is-supercomputing affidabbli jirrikjedi l-ħolqien ta' standards ta' sikurezza, legali, etiċi, ta' sigurtà u interoperabbiltà bil-għan li jiġu evitati l-preġudizzji. L-implimentazzjoni tal-pilastru għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-setturi industrijali Ewropej rilevanti sabiex dawn ikunu jistgħu jkopru l-katina tal-produzzjoni sħiħa (id-disinn, il-manifattura, l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni), iqisu kif xieraq il-konsum tal-enerġija u jiffukaw fuq it-teknoloġiji tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja li jkunu l-aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b'enfażi partikolari fuq soluzzjonijiet ibbażati fuq sorsi rinnovabbli. L-attivitajiet għandhom jindirizzaw fost l-oħrajn:
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d – punt i
i)  komponenti ta' mikropproċessar b'konsum baxx tal-enerġija, u teknoloġiji relatati bħal algoritmi, kodiċijiet tas-software, għodod u ambjenti ġodda;
(i)  komponenti ta' mikropproċessar b'konsum baxx tal-enerġija, nanoelettronika li hija effiċjenti mil-lat ta' enerġija u li ttejjeb l-enerġija, u teknoloġiji relatati bħal algoritmi, kodiċijiet tas-software, għodod, soluzzjonijiet għall-midware, soluzzjonijiet għall-ipprogrammar parallel u għall-ottimizzazzjoni tar-riżorsi tal-computing u ambjenti ġodda;
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d – punt iii
iii)  it-teknoloġiji u s-sistemi għall-interkonnessjoni u għall-operat ta' sistemi klassiċi tas-supercomputing ma' teknoloġiji oħra, spiss komplimentari, tal-computing, bħall-computing newromorfiku jew kwantistiku u l-iżgurar tal-operat effettiv tagħhom.
(iii)  it-teknoloġiji, is-sistemi u l-algoritmi għall-interkonnessjoni u għall-operat ta' sistemi klassiċi tas-supercomputing ma' teknoloġiji oħra, spiss komplimentari, tal-computing, bħall-computing newromorfiku, kwantistiku jew teknoloġiji emerġenti oħra u l-iżgurar tal-operat sigur u affidabbli tagħhom.
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d – punt iii a (ġdid)
(iii a)  attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni għall-iżvilupp kostanti tal-kapaċità tas-sistemi ta' hardware tas-supercomputing, l-iżvilupp teknoloġiku ta' sistemi tal-hardware tas-supercomputing b'qawwa baxxa u l-iżvilupp ta' teknoloġija taċ-ċipep tal-ġenerazzjoni li jmiss.
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt e – parti introduttorja
(e)  Il-pilastru tal-applikazzjoni, li jindirizza l-attivitajiet għall-kisba u ż-żamma tal-eċċellenza Ewropea fl-applikazzjonijiet ewlenin tal-computing u tad-data u l-kodiċijiet għax-xjenza, għall-industrija (inkluż l-SMEs) u għas-settur pubbliku, inkluż;
(e)  Il-pilastru tal-applikazzjoni, li jindirizza l-attivitajiet għall-kisba u ż-żamma tal-eċċellenza u tat-tmexxija Ewropej fl-applikazzjonijiet ewlenin tal-computing u tad-data u l-kodiċijiet għax-xjenza, għall-industrija (b'mod partikolari l-SMEs u n-negozji l-ġodda) u għas-settur pubbliku, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lid-diversità ġeografika u l-bilanċ bejn il-ġeneri, inkluż;
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt e – punt i
i)  l-applikazzjonijiet għall-utenti pubbliċi u privati li jisfruttaw il-kapaċitajiet ta' superkompjuters ta' livell għoli u l-konverġenza tagħhom ma' teknoloġiji diġitali avvanzati bħall-intelliġenza artifiċjali, l-analitika tad-data ta' prestazzjoni għolja, teknoloġiji tal-cloud, eċċ. bl-kodisinn, bl-iżvilupp u bl-ottimizzazzjoni ta' kodiċijiet u ta' applikazzjonijiet emerġenti fuq skala kbira u tas-suq ewlieni mħaddma bis-saħħa tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja;
(i)  l-applikazzjonijiet, l-algoritmi u l-iżvilupp tas-software għall-utenti pubbliċi u privati li jisfruttaw il-kapaċitajiet ta' supercomputers ta' livell għoli u l-konverġenza tagħhom ma' teknoloġiji diġitali avvanzati bħall-intelliġenza artifiċjali, l-immudellar u s-simulazzjoni bil-kompjuters, applikazzjonijiet li jtejbu l-privatezza, l-analitika tad-data ta' prestazzjoni għolja, teknoloġiji tal-cloud, computing kwantistiku, eċċ. permezz tal-kodisinn, l-iżvilupp u l-ottimizzazzjoni ta' kodiċijiet u applikazzjonijiet emerġenti fuq skala kbira u tas-suq ewlieni mħaddma bis-saħħa tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja, li potenzjalment jibbenefikaw minn mudelli ta' kooperazzjoni miftuħa bħas-sors miftuħ;
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt e – punt ii
ii)  l-appoġġ, fost l-oħrajn, liċ-Ċentri ta' Eċċellenza fl-applikazzjonijiet tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u lid-dimostranti pilota u lill-bankijiet tat-test fuq skala kbira mħaddma bil-Computing ta' Prestazzjoni Għolja għall-applikazzjonijiet u għas-servizzi tal-Big Data f'firxa wiesgħa ta' setturi xjentifiċi u industrijali.
(ii)  l-appoġġ, fost l-oħrajn, liċ-Ċentri ta' Eċċellenza fl-applikazzjonijiet tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u lid-dimostranti pilota u lill-bankijiet tat-test fuq skala kbira mħaddma bil-Computing ta' Prestazzjoni Għolja għall-applikazzjonijiet u għas-servizzi tal-Big Data f'firxa wiesgħa ta' setturi xjentifiċi, ambjentali u industrijali, bl-esklużjoni tad-data personali u tal-attivitajiet li jwasslu għad-dianonimizzazzjoni tad-data personali.
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt f
(f)  It-twessigħ tal-pilastru tal-użu u tal-ħiliet, bil-għan li titrawwem l-eċċellenza fis-supercomputing, fil-computing kwantistiku, u fl-użu tad-data u tal-ħiliet filwaqt li jitqiesu s-sinerġiji ma' programmi u ma' strumenti oħra, b'mod partikolari l-Programm Ewropa Diġitali, b'tali mod li jitwessa' l-użu xjentifiku u industrijali tar-riżorsi tas-supercomputing u tal-applikazzjonijiet tad-data u jitrawmu l-aċċess u l-użu industrijali ta' infrastrutturi tas-supercomputing u tad-data għall-innovazzjoni adattati għall-ħtiġijiet industrijali; u l-provvista lill-Ewropa b'komunità xjentifika ewlenija esperta u b'forza tax-xogħol bi kwalifiki għoljin għat-tmexxija xjentifika u għat-trasformazzjoni diġitali tal-industrija, inkluż l-appoġġ u n-networking ta' Ċentri nazzjonali ta' Kompetenza tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u ta' Ċentri ta' Eċċellenza tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja
(f)  Il-pilastru tat-twessigħ tal-użu u tal-ħiliet, li għandu l-għan li jrawwem l-eċċellenza u jiżviluppa l-ħiliet, il-kapaċitajiet u l-kompetenzi fis-supercomputing, fil-computing kwantistiku, u fl-użu tad-data u tal-ħiliet, fosthom ħiliet għall-akkwisti li jsiru fil-qafas ta' dan ir-Regolament, filwaqt li jitqiesu s-sinerġiji ma' programmi u ma' strumenti oħra, b'mod partikolari l-Programm Ewropa Diġitali, b'tali mod li jitwessa' l-użu xjentifiku u industrijali, b'mod partikolari mill-SMEs u n-negozji l-ġodda, tar-riżorsi tas-supercomputing u tal-applikazzjonijiet tad-data u jitrawmu l-aċċess u l-użu industrijali ta' infrastrutturi tas-supercomputing u tad-data għall-innovazzjoni adattati għall-ħtiġijiet industrijali; u l-provvista lill-Ewropa b'komunità xjentifika ewlenija esperta u b'forza tax-xogħol bi kwalifiki għoljin għat-tmexxija xjentifika u għat-trasformazzjoni diġitali tal-industrija, inkluż l-appoġġ u n-networking ta' Ċentri nazzjonali ta' Kompetenza tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u ta' Ċentri ta' Eċċellenza tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja; l-attivitajiet kollha f'dan il-pilastru għandhom iqisu d-diversità tas-sessi u l-ħtieġa li tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa, anke permezz tal-ħolqien ta' programmi speċifiċi biex jitnaqqsu l-ostakli addizzjonali li huma jiffaċċjaw, filwaqt li jiġi żgurat li l-għarfien u l-għarfien espert dwar l-applikazzjoni jkollhom l-aktar kopertura ġeografika wiesgħa. Azzjonijiet speċifiċi rigward l-attivitajiet ta' hawn fuq jistgħu jinkludu:
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt f – punt i (ġdid)
(i)  id-definizzjoni ta' sett ta' perkorsi tal-karriera, ta' kollokamenti f'impjiegi li jinvolvu l-użu tal-HPC f'ambjent reali, u ta' hackathons u settijiet ta' ħiliet tal-HPC meħtieġa biex jiġi ingranat l-EuroHPC għall-promozzjoni tat-tkabbir sostenibbli fl-Ewropa, billi jiġu pprovduti problemi rilevanti ta' riċerka u applikazzjoni mmexxija mill-missjoni, u jiġu ffinanzjati internships u boroż ta' studju, bħal programmi tal-Master fl-HPC u fix-xjenza komputazzjonali u sħubijiet mal-industrija u mal-akkademiċi.
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt f – punt ii (ġdid)
(ii)  il-ħidma mal-akkademiċi u mal-mexxejja fis-settur tan-negozji biex jiġu deskritti u żviluppati kurrikuli li se jipproduċu esperti ġodda fis-supercomputing u fil-computing kwantistiku bis-settijiet ta' ħiliet u bl-għarfien dwar l-inġinerija meħtieġa.
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt f – punt iii (ġdid)
(iii)  il-ħidma ma' dawk li jinsabu fuq quddiem fil-komunitajiet tal-computing u tal-edukazzjoni biex jiġu adattati u ttestjati metodi ġodda u aktar flessibbli ta' żvilupp fl-edukazzjoni u fil-forza tax-xogħol li jippermettu avvanz rapidu fl-għarfien u tranżizzjonijiet fil-karriera għal pożizzjonijiet relatati mal-HPC.
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt f – punt iv (ġdid)
(iv)  taħriġ speċifiku għall-industrija, inkluż it-taħriġ prattiku u s-soluzzjoni ta' każijiet ta' użu reali, kif ukoll korsijiet apposta għall-SMEs u offerti ta' appoġġ bħal programmi ta' skambju tal-persunal mal-oqsma tar-riċerka u tal-akkademja.
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)
(2a)  Meta tkun qed timplimenta l-attivitajiet elenkati fil-paragrafi 1 u 2, l-Impriża Konġunta għandha tagħti attenzjoni kostanti lid-diversità ġeografika u tal-ġeneru, kif ukoll lill-involviment ta' parteċipanti ġodda fis-suq bħal negozji ġodda u SMEs. Barra minn hekk, il-pilastri kollha għandhom iqisu debitament il-komplementarjetajiet ma' inizjattivi oħra tas-supercomputing fil-livell tal-Unjoni, bħal PRACE u GÉANT.
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja
(1)  Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-Impriża Konġunta, inkluż l-approprjazzjonijiet tal-EFTA, għandhom ikunu sa EUR [XXX], inkluż sa EUR [XXX] għall-kostijiet amministrattivi, imqassmin kif ġej:
(1)  Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-Impriża Konġunta, inkluż l-approprjazzjonijiet tal-EFTA, għandhom ikunu sa EUR [XXXXX], inkluż sa 5 % għall-kostijiet amministrattivi u l-assistenza teknika, imqassmin kif ġej:
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3
(3)  Fondi addizzjonali tal-Unjoni li jikkumplimentaw il-kontribuzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu allokati lill-Impriża Konġunta biex jappoġġaw attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni u għat-tnedija ta' soluzzjonijiet innovattivi.
(3)  Fondi addizzjonali tal-Unjoni li jikkumplimentaw il-kontribuzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu allokati lill-Impriża Konġunta biex jappoġġaw attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni u għat-tnedija ta' soluzzjonijiet innovattivi fl-Unjoni.
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 6
(6)  Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandha tintuża għall-Impriża Konġunta sabiex tipprovdi appoġġ finanzjarju għal azzjonijiet indiretti kif definit fl-Artikolu XXX tar-Regolament Orizzont Ewropa, li jikkorrispondu għall-aġenda dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni.
(6)  Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandha tintuża għall-Impriża Konġunta sabiex tipprovdi appoġġ finanzjarju għal azzjonijiet indiretti kif definit fl-Artikolu XXX tar-Regolament Orizzont Ewropa permezz ta' proċeduri miftuħa, kompetittivi u trasparenti, skont il-prijoritajiet identifikati fl-aġenda dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni.
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 7
(7)  Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandha tintuża għall-bini tal-kapaċitajiet fl-Unjoni kollha, inkluż l-akkwist u l-operat ta' Kompjuters ta' Prestazzjoni Għolja, ta' kompjuters kwantistiċi jew ta' simulaturi kwantistiċi, għall-federazzjoni tal-infrastruttura tas-servizzi u tad-data tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u tal-computing kwantistiku u għat-twessigħ tal-użu tagħha, u għall-iżvilupp ta' ħiliet avvanzati u ta' taħriġ.
(7)  Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandha tintuża għall-bini tal-kapaċitajiet fl-Unjoni kollha, inkluż l-akkwist, it-titjib tas-supercomputers biss li huma proprjetà tal-Impriża Konġunta u l-operat ta' Kompjuters ta' Prestazzjoni Għolja, ta' kompjuters kwantistiċi jew ta' simulaturi kwantistiċi, għall-federazzjoni tal-infrastruttura tas-servizzi u tad-data tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u tal-computing kwantistiku u għat-twessigħ tal-użu tagħha, u għall-iżvilupp ta' ħiliet avvanzati u ta' taħriġ aċċessibbli wkoll għal ċittadini li jgħixu f'żoni ġeografikament iżolati u żvantaġġati, filwaqt li titqies il-ħtieġa li tittejjeb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri.
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 8
(8)  Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandha titħallas mill-approprjazzjonijiet fil-baġit ġenerali tal-Unjoni allokati għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u għandha tintuża għall-interkonnessjoni tar-riżorsi tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u tad-data u għall-ħolqien ta' infrastruttura integrata, pan-Ewropa u iperkonnessa tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u tad-data.
(8)  Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandha titħallas mill-approprjazzjonijiet fil-baġit ġenerali tal-Unjoni allokati għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u għandha tintuża għall-interkonnessjoni tar-riżorsi tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u tad-data stabbiliti fit-territorju Ewropew u għall-ħolqien ta' infrastruttura integrata, pan-Ewropa u iperkonnessa tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u tad-data.
Emenda 89
Artikolu 6 – paragrafu 1
Kontribuzzjonijiet minn programmi tal-Unjoni għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 5(1) li huma parti minn kofinanzjament mill-Unjoni għal programm implimentat minn wieħed mill-Istati Parteċipanti ma għandhomx jiġu kkunsidrati fil-kalkolu tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 5.
Kontribuzzjonijiet minn programmi tal-Unjoni għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 5(1) li huma parti minn kofinanzjament mill-Unjoni għal programm implimentat minn wieħed mill-Istati Parteċipanti ma għandhomx jiġu kkunsidrati fil-kalkolu tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 5 u m'għandhomx ikopru l-istess kostijiet.
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)
Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji fl-ambitu tal-programmi kofinanzjati mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-FEŻR, il-FSE+, il-FEMS u l-FAEŻR jistgħu jitqiesu bħala kontribuzzjoni tal-Istat Parteċipanti , dment li jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) .../... [Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni għall-perjodu 2021-2027] u r-regolamenti speċifiċi għall-fond.
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1
(1)  L-Istati Parteċipanti għandhom jagħmlu kontribuzzjoni totali li tal-anqas tkun daqs l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament, inkluż sa kontribuzzjoni ta' EUR [XXX] għall-kostijiet amministrattivi [daqs l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-kostijiet amministrattivi msemmija fl-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament]. L-Istati Parteċipanti għandhom jirranġaw bejniethom dwar kif se jipprovdu l-kontribuzzjoni kollettiva tagħhom.
(1)  L-Istati Parteċipanti għandhom jagħmlu kontribuzzjoni totali li tal-anqas tkun daqs l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament, inkluż sa kontribuzzjoni ta' 5 % għall-kostijiet amministrattivi u l-assistenza teknika [daqs l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-kostijiet amministrattivi u l-assistenza teknika msemmija fl-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament]. L-Istati Parteċipanti għandhom jirranġaw bejniethom dwar kif se jipprovdu l-kontribuzzjoni kollettiva tagħhom.
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)
(1a)  L-Impriża Konġunta għandha tipprovdi qafas favorevoli biex tappoġġa lill-Istati Parteċipanti. Biex jiġi mmassimizzat l-impatt ta’ azzjonijiet indiretti, għandhom jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-Impriża Konġunta, bil-mudell tripartitiku tagħha, fir-rigward tal-ġestjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Parteċipanti.
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2
(2)  Il-Membri Privati tal-Impriża Konġunta għandhom jagħmlu kontribuzzjonijiet jew jagħmlu arranġamenti biex l-entitajiet kostitwenti u l-entitajiet affiljati tagħhom jagħmlu kontribuzzjonijiet ta' mill-inqas EUR [XXX] għall-Impriża Konġunta, inklużi sa EUR [XXX] għall-kostijiet amministrattivi [daqs 22,22 % tal-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-kostijiet amministrattivi msemmija fl-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament].
(2)  Il-Membri Privati tal-Impriża Konġunta għandhom jagħmlu kontribuzzjonijiet jew jagħmlu arranġamenti biex l-entitajiet kostitwenti u l-entitajiet affiljati tagħhom jagħmlu kontribuzzjonijiet ta' mill-inqas EUR [XXXXX] għall-Impriża Konġunta, inklużi sa 5 % għall-kostijiet amministrattivi u l-assistenza teknika [daqs 22,22 % tal-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-kostijiet amministrattivi u l-assistenza teknika msemmija fl-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament].
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1
(1)  Is-superkompjuters tal-EuroHPC għandhom ikunu jinsabu fi Stat Parteċipanti li jkun Stat Membru. Stat Parteċipanti għandu jospita aktar minn superkompjuter tal-EuroHPC wieħed biss jekk ikun hemm aktar minn sentejn bejn l-akkwist tagħhom jew jekk is-superkompjuters ikunu ġejjin minn teknoloġiji differenti (klassiċi/kwantistiċi).
(1)  Is-supercomputers tal-EuroHPC għandhom ikunu jinsabu fi Stat Parteċipanti li jkun Stat Membru. Stat Parteċipanti għandu jospita aktar minn supercomputer tal-EuroHPC wieħed biss jekk ikun hemm aktar minn erba' snin bejn id-dati tal-għażla wara s-sejħiet għal espressjonijiet ta' interess. Fil-każ ta' akkwist ta' kompjuters kwantistiċi u simulaturi kwantistiċi jew fil-każ ta' titjib ta' supercomputer tal-EuroHPC b'aċċelleraturi kwantistiċi li jkun proprjetà tal-Impriża Konġunta , dan il-perjodu għandu jitnaqqas għal sentejn.
Emenda 95
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 5 – parti introduttorja
(5)  Wara sejħa għal espressjoni ta' interess, l-entità tal-hosting imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u l-Istat Parteċipanti korrispondenti fejn tkun stabbilita l-entità tal-hosting jew il-konsorzju tal-hosting korrispondenti għandhom jintgħażlu mill-Bord tat-Tmexxija bi proċess ġust u trasparenti bbażat, fost l-oħrajn, fuq il-kriterji li ġejjin:
(5)  Wara sejħa għal espressjoni ta' interess miftuħa, ġusta u trasparenti, l-entità tal-hosting imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u l-Istat Parteċipanti korrispondenti fejn tkun stabbilita l-entità tal-hosting jew il-konsorzju tal-hosting korrispondenti għandhom jintgħażlu mill-Bord tat-Tmexxija bi proċess ġust u trasparenti bbażat, fost l-oħrajn, fuq il-kriterji li ġejjin:
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 5 – punt d
(d)  il-kwalità tal-infrastruttura fiżika u tal-IT tal-faċilitajiet tal-hosting, is-sigurtà tagħha u l-konnettività tagħha mal-bqija tal-Unjoni;
(d)  il-kwalità tal-infrastruttura fiżika, tal-enerġija u tal-IT tal-faċilitajiet tal-hosting, is-sigurtà tagħha u l-konnettività tagħha mal-bqija tal-Unjoni;
Emenda 97
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 5 – punt da (ġdid)
(da)  il-provvista ta' pjan ta' ġestjoni tal-enerġija li jeżamina d-disponibbiltà ta' aċċess adegwat għal enerġija nadifa affordabbli, inkluż permezz ta' ftehimiet ta' xiri ta' enerġija rinnovabbli, u strateġija biex tiżdied l-effiċjenza fl-użu tal-enerġetija tal-installazzjonijiet;
Emenda 98
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 7a (ġdid)
(7a)  L-impriża Konġunta għandha tqis il-prinċipju "l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel", sabiex taċċellera r-riċerka dwar l-iffrankar u l-effiċjenza fl-enerġija, tistimula avvanzi teknoloġiċi kostanti biex ittejjeb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija kemm fid-disinji ta' sistemi ġodda kif ukoll f'dawk eżistenti, u tirriċerka b'mod attiv, tiżviluppa u tittestja approċċi ġodda effiċjenti fl-enerġija inkluż b'mod partikolari approċċi bbażati kompletament fuq sorsi rinnovabbli li jtejbu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-impronta ambjentali tas-supercomputers.
Emenda 99
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt k
(k)  l-obbligu tal-entità tal-hosting sabiex sal-31 ta' Jannar ta' kull sena tippreżenta lill-Bord tat-Tmexxija rapport tal-awditjar u data dwar l-użu tal-ħin tal-aċċess fis-sena kontabilistika preċedenti;
(k)  l-obbligu tal-entità tal-hosting sabiex sal-31 ta' Jannar ta' kull sena tippreżenta lill-Bord tat-Tmexxija rapport tal-awditjar u data dwar l-użu tal-ħin tal-aċċess fis-sena kontabilistika preċedenti; ir-rapport tal-awditjar għandu jsir disponibbli għall-pubbliku fi żmien tliet xhur mill-approvazzjoni mill-Bord tat-Tmexxija;
Emenda 100
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 3
(3)  L-għażla tal-fornitur tas-superkompjuter ta' livell għoli għandha tindirizza s-sigurtà tal-katina tal-provvista.
(3)  L-għażla tal-fornitur tas-supercomputer ta' livell għoli għandha tivvaluta l-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tas-sistema ġenerali, inklużi l-ħtiġijiet tal-utenti, u tiżgura l-eċċellenza fir-riċerka u l-innovazzjoni Ewropej. Għandha tindirizza wkoll is-sigurtà tal-katina tal-provvista.
Emenda 101
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 3
(3)  L-għażla tal-fornitur tal-kompjuters kwantistiċi u tas-simulaturi kwantistiċi għandha tindirizza s-sigurtà tal-katina tal-provvista.
(3)  L-għażla tal-fornitur tal-kompjuters kwantistiċi u tas-simulaturi kwantistiċi għandha tivvaluta l-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tas-sistema ġenerali, inklużi l-ħtiġijiet tal-utenti, u tiżgura l-eċċellenza fir-riċerka u l-innovazzjoni Ewropej. Għandha tindirizza wkoll is-sigurtà tal-katina tal-provvista.
Emenda 102
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1
(1)  L-Impriża Konġunta għandha takkwista flimkien mal-Membri Privati, jew ma' konsorzju ta' sħab privati, superkompjuters, jew partizzjonijiet ta' superkompjuters tal-EuroHPC, primarjament destinati għall-użu mill-industrija, u għandha tkun sidhom jew koproprjetarju tagħhom mal-Membri Privati jew ma' konsorzju ta' sħab privati.
(1)  L-Impriża Konġunta għandha takkwista flimkien mal-Membri Privati, jew ma' konsorzju ta' sħab privati, supercomputers ta' mill-inqas livell medju, jew partizzjonijiet ta' supercomputers tal-EuroHPC, primarjament destinati għall-użu mill-industrija, u għandha tkun sidhom jew koproprjetarju tagħhom mal-Membri Privati jew ma' konsorzju ta' sħab privati.
Emenda 103
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3
(3)  L-għażla tal-fornitur ta' superkompjuter tal-EuroHPC ta' grad industrijali għandha tindirizza s-sigurtà tal-katina tal-provvista.
(3)  L-għażla tal-fornitur ta' supercomputer tal-EuroHPC ta' grad industrijali għandha tivvaluta l-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tas-sistema ġenerali, inklużi l-ħtiġijiet tal-utenti, u tiżgura l-eċċellenza fir-riċerka u l-innovazzjoni Ewropej. Għandha tindirizza wkoll is-sigurtà tal-katina tal-provvista.
Emenda 104
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2
(2)  Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 5(1) għandha tkopri sa 35 % tal-kostijiet tal-akkwist tas-superkompjuters ta' livell medju. Il-bqija tal-kost totali tas-sjieda tas-superkompjuters ta' livell medju għandha tiġi koperta mill-Istat Parteċipanti fejn tkun stabbilita l-entità tal-hosting jew mill-Istati Parteċipanti fil-konsorzju tal-hosting, possibbilment issupplimentat mill-kontribuzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6.
(2)  Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 5(1) għandha tkopri sa 50 % tal-kostijiet tal-akkwiżizzjoni flimkien ma' massimu ta' 50 % tal-kostijiet operatorji tas-supercomputers ta' livell medju. Il-bqija tal-kost totali tas-sjieda tas-supercomputers ta' livell medju għandha tiġi koperta mill-Istat Parteċipanti fejn tkun stabbilita l-entità tal-hosting jew mill-Istati Parteċipanti fil-konsorzju tal-hosting, possibbilment issupplimentat mill-kontribuzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6.
Emenda 105
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3
(3)  L-għażla tal-fornitur tas-superkompjuter ta' livell medju għandha tindirizza s-sigurtà tal-katina tal-provvista.
(3)  L-għażla tal-fornitur tas-supercomputer ta' livell medju għandha tivvaluta l-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tas-sistema ġenerali, inklużi l-ħtiġijiet tal-utenti, u tiżgura l-eċċellenza fir-riċerka u l-innovazzjoni Ewropej. Għandha tindirizza wkoll is-sigurtà tal-katina tal-provvista.
Emenda 106
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 2
(2)  Is-sehem tal-ħin tal-aċċess tal-Unjoni għal kull superkompjuter ta' livell medju għandu jkun direttament proporzjonali għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 5(1) għall-kost tal-akkwist tas-superkompjuter u ma għandux jaqbeż il-35% tal-ħin tal-aċċess totali tas-superkompjuter.
imħassar
Emenda 107
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 5
(5)  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddefinixxi d-drittijiet tal-aċċess għas-sehem tal-ħin tal-aċċess tal-Unjoni għas-superkompjuters tal-EuroHPC.
(5)  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddefinixxi u jagħmel disponibbli għall-pubbliku d-drittijiet tal-aċċess għas-sehem tal-ħin tal-aċċess tal-Unjoni għas-supercomputers tal-EuroHPC.
Emenda 108
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 6
(6)  L-użu tas-sehem tal-ħin tal-aċċess tal-Unjoni għas-superkompjuters tal-EuroHPC għandu jkun mingħajr ħlas għall-utenti mis-settur pubbliku msemmija fl-Artikolu 14(4) ta' dan ir-Regolament. Se jkun ukoll mingħajr ħlas ukoll għall-utenti industrijali għall-applikazzjonijiet relatati mal-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni ffinanzjati minn Orizzont Ewropa jew mill-Programm Ewropa Diġitali u għall-attivitajiet ta' innovazzjoni privati tal-SMEs, meta xieraq. Bħala prinċipju ta' gwida, l-allokazzjoni tal-ħin tal-aċċess għal attivitajiet bħal dawn għandha tkun ibbażata fuq proċess ta' rieżami bejn il-pari ġust u trasparenti ddefinit mill-Bord tat-Tmexxija wara sejħiet kontinwament miftuħa għal espressjoni ta' interess imnedija mill-Impriża Konġunta.
(6)  L-użu tas-sehem tal-ħin tal-aċċess tal-Unjoni għas-supercomputers tal-EuroHPC għandu jkun trasparenti u mingħajr ħlas għall-utenti mis-settur pubbliku msemmija fl-Artikolu 14(4) ta' dan ir-Regolament. Se jkun ukoll mingħajr ħlas għall-utenti industrijali, l-NGOs, l-istudenti u l-individwi l-oħra għall-applikazzjonijiet relatati mal-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni miftuħa u għall-attivitajiet ta' innovazzjoni privati tal-SMEs, meta xieraq. Bħala prinċipju gwida, l-allokazzjoni tal-ħin tal-aċċess għal attivitajiet bħal dawn għandha tkun ibbażata fuq proċess ta' rieżami bejn il-pari ġust u trasparenti ddefinit mill-Bord tat-Tmexxija wara sejħiet kontinwament miftuħa għal espressjoni ta' interess imnedija mill-Impriża Konġunta.
Emenda 109
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 8
(8)  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddefinixxi regoli speċifiċi għall-kundizzjonijiet ta' aċċess li jitbiegħdu mill-prinċipji ta' gwida msemmija fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu. Dawn jikkonċernaw l-allokazzjoni tal-ħin tal-aċċess għal proġetti u għal attivitajiet meqjusa bħala strateġiċi jew mill-Unjoni jew mill-Bord tat-Tmexxija.
(8)  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddefinixxi regoli speċifiċi u trasparenti għall-kundizzjonijiet ta' aċċess li jitbiegħdu mill-prinċipji gwida msemmija fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu. Dawn jikkonċernaw l-allokazzjoni tal-ħin tal-aċċess għal proġetti u għal attivitajiet meqjusa bħala strateġiċi jew mill-Unjoni jew mill-Bord tat-Tmexxija.
Emenda 110
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 9
(9)  Fuq talba tal-Unjoni, id-Direttur Eżekuttiv għandu jagħti aċċess dirett għas-superkompjuters tal-EuroHPC għal inizjattivi li l-Unjoni tqis essenzjali għall-provvista ta' servizzi relatati mas-saħħa jew ta' servizzi kruċjali oħra ta' appoġġ f'emerġenzi għall-ġid tal-pubbliku, għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza jew ġestjoni tal-kriżijiet jew għal każijiet li l-Unjoni tqis essenzjali għas-sigurtà u għad-difiża tagħha. Il-modalitajiet u l-kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' dan l-aċċess għandhom jiġu definiti fil-kondizzjonijiet ta' aċċess adottati mill-Bord tat-Tmexxija.
(9)  Fuq talba tal-Unjoni, id-Direttur Eżekuttiv għandu jagħti aċċess dirett għas-supercomputers tal-EuroHPC għal inizjattivi li l-Unjoni tqis essenzjali għall-provvista ta' servizzi relatati mas-saħħa jew ta' servizzi kruċjali oħra ta' appoġġ f'emerġenzi għall-ġid tal-pubbliku, għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza jew ġestjoni tal-kriżijiet jew għal każijiet li l-Unjoni tqis essenzjali għas-sigurtà u għad-difiża tagħha. Il-modalitajiet u l-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' dan l-aċċess għandhom jiġu definiti fil-kundizzjonijiet ta' aċċess adottati mill-Bord tat-Tmexxija b'kont meħud li l-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni se jkollhom fokus esklussiv fuq applikazzjonijiet ċivili, filwaqt li jiġi rikonoxxut li hemm oqsma ta' teknoloġija b'użu doppju.
Emenda 111
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1
(1)  Kundizzjonijiet speċifiċi għandhom ikunu japplikaw għall-utenti kollha tal-industrija għal finijiet kummerċjali. Dan is-servizz għal użu kummerċjali għandu jkun servizz bi ħlas skont l-użu, ibbażat fuq il-prezzijiet tas-suq. Il-livell tat-tariffa għandu jiġi stabbilit mill-Bord tat-Tmexxija.
(1)  Kundizzjonijiet speċifiċi għandhom ikunu japplikaw għall-utenti kollha tal-industrija għal finijiet kummerċjali. Dan is-servizz għal użu kummerċjali għandu jkun servizz bi ħlas skont l-użu, abbażi tal-prezzijiet tas-suq. Il-livell tat-tariffa għandu jiġi stabbilit mill-Bord tat-Tmexxija iżda ma għandux jikkostitwixxi ostaklu għad-dħul, b'mod partikolari għall-SMEs.
Emenda 112
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2
(2)  It-tariffi ġġenerati mill-użu kummerċjali tal-ħin tal-aċċess tal-Unjoni għandhom jikkostitwixxu dħul għall-baġit tal-Impriża Konġunta u għandhom jintużaw biex ikopru l-kostijiet operatorji tal-Impriża Konġunta.
(2)  It-tariffi ġġenerati mill-użu kummerċjali tal-ħin tal-aċċess tal-Unjoni għandhom jikkostitwixxu dħul għall-baġit tal-Impriża Konġunta u għandhom jintużaw biex ikopru l-kostijiet operazzjonali tal-Impriża Konġunta u l-kostijiet operatorji tas-supercomputers tal-EuroHPC.
Emenda 113
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 3
(3)  Il-ħin tal-aċċess totali allokat għas-servizzi kummerċjali ma għandux jaqbeż l-20 % tal-ħin tal-aċċess totali tal-Unjoni ta' kull superkompjuter tal-EuroHPC. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddeċiedi dwar l-allokazzjoni tal-ħin ta' aċċess tal-Unjoni għall-utenti ta' servizzi kummerċjali, b'kont meħud tal-eżitu tal-monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 15(10).
(3)  Il-ħin tal-aċċess totali allokat għas-servizzi kummerċjali ma għandux jaqbeż, fil-prinċipju, l-20 % tal-ħin tal-aċċess totali tal-Unjoni ta' kull supercomputer tal-EuroHPC. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddeċiedi dwar l-allokazzjoni massima tal-ħin ta' aċċess tal-Unjoni għall-utenti ta' servizzi kummerċjali, b'kont meħud tal-eżitu tal-monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 15(10).
Emenda 114
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 6
(6)  Ir-riżorsi tal-persunal għandhom jiġu stabbiliti fil-pjan ta' stabbiliment tal-persunal tal-Impriża Konġunta, b'mod li jiġi indikat in-numru ta' postijiet temporanji skont il-grupp ta' funzjoni u skont il-grad, kif ukoll skont in-numru ta' persunal bil-kuntratt espress f'ekwivalenti għal fulltime, f'konformità mal-baġit annwali tagħha.
(6)  Ir-riżorsi tal-persunal għandhom jiġu stabbiliti fil-pjan ta' stabbiliment tal-persunal tal-Impriża Konġunta u għandhom jirriflettu b'mod adegwat in-numri u l-gradi tal-istaff meħtieġa biex jiġu żgurati l-ogħla standards ta' reklutaġġi fil-qasam, b'mod li jiġi indikat in-numru ta' postijiet temporanji skont il-grupp ta' funzjoni u skont il-grad, kif ukoll skont in-numru ta' persunal bil-kuntratt espress f'ekwivalenti full-time, f'konformità mal-baġit annwali tagħha.
Emenda 115
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 2
(2)  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi r-regoli dwar is-sekondar ta' esperti nazzjonali lill-Impriża Konġunta u dwar l-użu tat-trainees.
(2)  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi r-regoli dwar is-sekondar ta' esperti nazzjonali mal-Impriża Konġunta u dwar l-użu tat-trainees, inkluż dwar ir-remunerazzjoni tagħhom.
Emenda 116
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 1
(1)  L-attivitajiet tal-Impriża Konġunta għandhom ikunu soġġetti għal monitoraġġ kontinwu u għal rieżamijiet perjodiċi f'konformità mar-regoli finanzjarji tagħha, biex ikunu żgurati l-akbar impatt u eċċellenza, kif ukoll l-aktar użu effiċjenti tar-riżorsi. L-eżiti tal-monitoraġġ u tar-rieżamijiet perjodiċi għandhom jikkontribwixxu għall-evalwazzjonijiet tal-Impriża Konġunta bħala parti mill-evalwazzjonijiet ta' Orizzont Ewropa.
(1)  L-attivitajiet tal-Impriża Konġunta għandhom ikunu soġġetti għal monitoraġġ kontinwu u għal rieżamijiet perjodiċi f'konformità mar-regoli finanzjarji tagħha, biex ikunu żgurati l-akbar impatt u eċċellenza, kif ukoll l-aktar użu effiċjenti tar-riżorsi. Tali monitoraġġ u rieżamijiet ma għandhomx iżidu l-piż amministrattiv fuq l-Impriża Konġunta jew fuq il-benefiċjarji tagħha. L-eżiti tal-monitoraġġ u tar-rieżamijiet perjodiċi għandhom jikkontribwixxu għall-evalwazzjonijiet tal-Impriża Konġunta bħala parti mill-evalwazzjonijiet ta' Orizzont Ewropa.
Emenda 117
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 3
(3)  L-evalwazzjonijiet tal-operazzjonijiet tal-Impriżi Konġunti għandhom jitwettqu fil-ħin sabiex jikkontribwixxu għall-evalwazzjonijiet interim u finali ġenerali ta' Orizzont Ewropa u l-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet relatat kif speċifikat fl-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru XXX li jistabbilixxi Orizzont Ewropa.
(3)  L-evalwazzjonijiet tal-operazzjonijiet tal-Impriżi Konġunti għandhom jitwettqu fil-ħin u mingħajr ma jżidu l-piż amministrattiv fuq l-Impriża Konġunta jew fuq il-benefiċjarji tagħha, sabiex jikkontribwixxu għall-evalwazzjonijiet interim u finali ġenerali ta' Orizzont Ewropa u l-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet relatat kif speċifikat fl-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru XXX li jistabbilixxi Orizzont Ewropa.
Emenda 118
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 4
(4)  Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni interim ta' kull Impriża Konġunta bħala parti mill-evalwazzjoni interim ta' Orizzont Ewropa, kif speċifikat fl-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru XXX li jistabbilixxi Orizzont Ewropa. Din l-evalwazzjoni għandha titwettaq bl-assistenza ta' esperti indipendenti fuq il-bażi ta' proċess trasparenti ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni ta' Orizzont Ewropa, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni ta' Orizzont Ewropa. L-evalwazzjonijiet għandhom jeżaminaw kif l-Impriża Konġunta tissodisfa l-missjoni tagħha skont l-objettivi ekonomiċi, teknoloġiċi, xjentifiċi, soċjetali u tal-politika tagħha, inklużi l-objettivi relatati mal-klima, u jevalwaw l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza, u l-valur miżjud tal-Unjoni tal-attivitajiet tagħha bħala parti minn Orizzont Ewropa, is-sinerġiji u l-komplementaritajiet tagħha ma' inizjattivi rilevanti Ewropej, nazzjonali u, meta rilevanti, reġjonali, inklużi sinerġiji ma' partijiet oħra ta' Orizzont Ewropa (bħal missjonijiet, raggruppamenti jew programmi tematiċi/speċifiċi). L-impatti miksuba fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali, filwaqt li jitqies il-komponent tas-sinerġiji u l-modifika retroattiva tal-politika, se jingħataw attenzjoni partikolari. Meta rilevanti, l-evalwazzjonijiet għandhom jinkludu wkoll valutazzjoni tal-impatt xjentifiku, soċjetali, ekonomiku u rilevanti għall-politika fit-tul tal-Impriża Konġunta u għandhom jinkludu valutazzjoni tal-aktar mod effettiv ta' intervent ta' politika għal kull azzjoni futura, kif ukoll l-ippożizzjonar ta' kull tiġdid possibbli tal-Impriża Konġunta fil-kuntest ġenerali tas-Sħubiji Ewropej u tal-prijoritajiet politiċi tagħha.
(4)  Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni interim ta' kull Impriża Konġunta bħala parti mill-evalwazzjoni interim ta' Orizzont Ewropa, kif speċifikat fl-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru XXX li jistabbilixxi Orizzont Ewropa, u mingħajr ma żżid il-piż amministrattiv fuq l-Impriża Konġunta. Din l-evalwazzjoni għandha titwettaq bl-assistenza ta' esperti esterni indipendenti fuq il-bażi ta' proċess trasparenti ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni ta' Orizzont Ewropa, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni ta' Orizzont Ewropa. L-evalwazzjonijiet għandhom jeżaminaw kif l-Impriża Konġunta tissodisfa l-missjoni tagħha skont l-objettivi ekonomiċi, teknoloġiċi, xjentifiċi, ambjentali, soċjetali u tal-politika tagħha, inklużi l-objettivi relatati mal-klima u mas-saħħa, u jevalwaw l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza, l-integrità u l-valur miżjud tal-Unjoni tal-attivitajiet tagħha bħala parti minn Orizzont Ewropa, is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet tagħha ma' inizjattivi rilevanti Ewropej, nazzjonali u, meta rilevanti, reġjonali, inklużi sinerġiji ma' partijiet oħra ta' Orizzont Ewropa (bħal sħubijiet, missjonijiet, raggruppamenti jew programmi tematiċi/speċifiċi oħra Ewropej). L-impatti miksuba fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali, filwaqt li jitqies il-komponent tas-sinerġiji u l-modifika retroattiva tal-politika, se jingħataw attenzjoni partikolari. Meta rilevanti, l-evalwazzjonijiet għandhom jinkludu wkoll valutazzjoni tal-impatt xjentifiku, soċjetali, ambjentali, ekonomiku u rilevanti għall-politika fit-tul tal-Impriża Konġunta, valutazzjoni tal-progress fil-komunikazzjoni u fis-sensibilizzazzjoni, bħall-għadd ta' utenti, u għandhom jinkludu valutazzjoni tal-aktar mod effettiv ta' intervent ta' politika għal kull azzjoni futura, kif ukoll il-pożizzjonament ta' kull possibbiltà ta' tiġdid jew eliminazzjoni gradwali tal-Impriża Konġunta fil-kuntest ġenerali tas-Sħubijiet Ewropej u tal-prijoritajiet politiċi tagħha.
Emenda 119
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 6
(6)  Il-Kummissjoni tista' twettaq evalwazzjonijiet oħra dwar temi jew suġġetti ta' rilevanza strateġika, bl-għajnuna ta' esperti indipendenti magħżula bi proċess trasparenti, biex teżamina l-progress li tkun għamlet l-Impriża Konġunta fir-rigward tal-objettivi stabbiliti, tidentifika l-fatturi li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet u tidentifika l-aqwa prattiki. Billi twettaq dawk l-evalwazzjonijiet ulterjuri, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra bis-sħiħ l-impatt amministrattiv fuq l-Impriża Konġunta.
(6)  Mingħajr ma żżid il-piż amministrattiv fuq l-Impriża Konġunta, il-Kummissjoni tista' twettaq evalwazzjonijiet oħra dwar temi jew suġġetti ta' rilevanza strateġika, bl-għajnuna ta' esperti indipendenti magħżula bi proċess trasparenti, biex teżamina l-progress li tkun għamlet l-Impriża Konġunta fir-rigward tal-objettivi stabbiliti, tidentifika l-fatturi li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet u tidentifika l-aqwa prattiki. Billi twettaq dawk l-evalwazzjonijiet ulterjuri, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra bis-sħiħ l-impatt amministrattiv fuq l-Impriża Konġunta u għandha b'mod partikolari tagħmel l-almu tagħha biex tnaqqas il-piż amministrattiv u biex tiżgura li l-proċess ta' evalwazzjoni jinżamm sempliċi u trasparenti għalkollox. Kwalunkwe evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni soda tal-għażliet politiċi mill-perspettiva tat-tmexxija, inkluż b'mod partikolari l-possibbiltà li jiġu stabbiliti salvagwardji xierqa biex jiġi żgurat li l-interessi pubbliċi jiġu debitament irrispettati fl-operazzjonijiet kollha.
Emenda 120
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 7
(7)  L-Impriża Konġunta għandha twettaq rieżamijiet perjodiċi tal-attivitajiet tagħha biex tinforma l-evalwazzjonijiet interim u finali tal-Impriża Konġunta bħala parti mill-evalwazzjonijiet ta' Orizzont Ewropa msemmija fl-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru XXX li jistabbilixxi Orizzont Ewropa.
(7)  L-Impriża Konġunta għandha twettaq rieżamijiet perjodiċi tal-attivitajiet tagħha b'piż minimu għall-benefiċjarji biex tinforma l-evalwazzjonijiet interim u finali tal-Impriża Konġunta bħala parti mill-evalwazzjonijiet ta' Orizzont Ewropa msemmija fl-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru XXX li jistabbilixxi Orizzont Ewropa.
Emenda 121
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 7a (ġdid)
(7a)  Ir-rappurtar għandu jkun konformi mar-rekwiżiti standard tar-rappurtar ta' Orizzont Ewropa. L-iżvilupp tas-sistemi tar-rappurtar fil-kuntest tal-proċess ta' koordinazzjoni strateġika għandu jinvolvi wkoll lill-Istati Membri u lir-rappreżentanti tas-sħubija sabiex jiġu żgurati s-sinkronizzazzjoni u l-koordinazzjoni tal-isforzi ta' rappurtar u ta' monitoraġġ, inkluż dwar id-diviżjoni tal-kompiti ta' ġbir u rappurtar tad-data.
Emenda 122
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 1
(1)  L-awditi ex post tan-nefqa fuq azzjonijiet iffinanzjati mill-baġit ta' Orizzont Ewropa għandhom jitwettqu f'konformità mal-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru XXX li jistabbilixxi Orizzont Ewropa bħala parti mill-azzjonijiet indiretti ta' Orizzont Ewropa, b'mod partikolari f'konformità mal-istrateġija tal-awditjar imsemmija fl-Artikolu 48(2) ta' dak ir-Regolament.
(1)  L-awditi ex post tan-nefqa fuq azzjonijiet iffinanzjati mill-baġit ta' Orizzont Ewropa għandhom jitwettqu mingħajr ma jżidu l-piż amministrattiv fuq l-Impriża Konġunta jew fuq il-benefiċjarji tagħha f'konformità mal-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru XXX li jistabbilixxi Orizzont Ewropa bħala parti mill-azzjonijiet indiretti ta' Orizzont Ewropa, b'mod partikolari f'konformità mal-istrateġija tal-awditjar imsemmija fl-Artikolu 48(2) ta' dak ir-Regolament.
Emenda 123
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 2
(2)  L-awditi ex post tan-nefqa fuq azzjonijiet iffinanzjati mill-baġit ta' Ewropa Diġitali għandhom jitwettqu mill-Impriża Konġunta f'konformità mal-Artikolu XXX tar-Regolament (UE) Nru XXX li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali.
(2)  L-awditi ex post tan-nefqa fuq azzjonijiet iffinanzjati mill-baġit ta' Ewropa Diġitali għandhom jitwettqu mill-Impriża Konġunta f'konformità mal-Artikolu XXX tar-Regolament (UE) Nru XXX li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali, mingħajr ma jżidu l-piż amministrattiv fuq l-Impriża Konġunta jew fuq il-benefiċjarji tagħha.
Emenda 124
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 3
(3)  L-awditi ex post tan-nefqa fuq azzjonijiet iffinanzjati mill-baġit tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għandhom jitwettqu mill-Impriża Konġunta f'konformità mal-Artikolu XXX tar-Regolament (UE) Nru XXX li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa bħala parti mill-azzjonijiet tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.
(3)  L-awditi ex post tan-nefqa fuq azzjonijiet iffinanzjati mill-baġit tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għandhom jitwettqu mill-Impriża Konġunta f'konformità mal-Artikolu XXX tar-Regolament (UE) Nru XXX li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa bħala parti mill-azzjonijiet tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, mingħajr ma jżidu l-piż amministrattiv fuq l-Impriża Konġunta jew fuq il-benefiċjarji tagħha.
Emenda 125
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 1
L-Impriża Konġunta għandha tiżgura l-protezzjoni ta' informazzjoni sensittiva li d-divulgazzjoni tagħha tista' tagħmel ħsara lill-interessi tal-membri tagħha jew tal-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Impriża Konġunta.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 28, l-Impriża Konġunta għandha tiżgura l-protezzjoni ta' informazzjoni sensittiva li d-divulgazzjoni tagħha tista' tagħmel ħsara lill-interessi tal-membri tagħha jew tal-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Impriża Konġunta.
Emenda 126
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 2a (ġdid)
(2a)  F’konformita’ ma’ Sħubijiet Ewropej oħra li huma kofinanzjati minn Orizzont Ewropa, id-data kollha għall-proġetti ppreżentati u ffinanzjati mill-Impriża Konġunta għandha tiġi inkluża fil-bażi tad-data unika ta' Orizzont Ewropa.
Emenda 127
Proposta għal regolament
Artikolu 31a (ġdid)
Artikolu 31a
Rati ta' rimborż
B'deroga mill-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2021/695, l-Impriża Konġunta tista' tapplika rati ta' rimborż differenti għall-finanzjament tal-Unjoni fi ħdan azzjoni skont it-tip ta' parteċipant, jiġifieri SMEs u entitajiet legali mingħajr skop ta' qligħ, u t-tip ta' azzjoni. Ir-rati ta' rimborż għandhom ikunu indikati fil-programm ta' ħidma.
Emenda 128
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)
Sabiex jiġi żgurat it-trattament ugwali tas-supercomputers kollha fl-ambitu tar-Regolament (UE) 2018/1488 u fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2018/1488 għandha tkopri sa 50 % tal-kostijiet tal-akkwiżizzjoni flimkien ma' massimu ta' 50 % tal-kostijiet operatorji. Ir-regoli dwar l-allokazzjoni tal-ħin tal-aċċess tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE) 2018/1488 għandhom jiġu aġġustati kif xieraq.
Emenda 129
Proposta għal regolament
Anness – Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt c
(c)  tibda u timmaniġġa s-sejħiet għal espressjoni ta' interess għall-hosting tas-supercomputers tal-EuroHPC u tevalwa l-offerti riċevuti, bl-appoġġ ta' esperti esterni indipendenti;
(c)  tibda u timmaniġġa s-sejħiet għal espressjoni ta' interess għall-hosting tas-supercomputers tal-EuroHPC b'mod miftuħ u trasparenti u tevalwa l-offerti riċevuti, bl-appoġġ ta' esperti esterni indipendenti;
Emenda 130
Proposta għal regolament
Anness – Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt h
(h)  tniedi sejħiet miftuħa għal proposti u tagħti finanzjament f'konformità mar-Regolament (UE) xxx li jistabbilixxi Orizzont Ewropa, u fil-limiti tal-fondi disponibbli, għal azzjonijiet indiretti, prinċipalment fil-forma ta' għotjiet;
(h)  tniedi sejħiet miftuħa għal proposti u tagħti finanzjament f'konformità mar-Regolament (UE) XXX li jistabbilixxi Orizzont Ewropa, u fil-limiti tal-fondi disponibbli, għal azzjonijiet indiretti, prinċipalment fil-forma ta' għotjiet, li jippromwovu parteċipazzjoni bbilanċjata bejn il-ġeneri;
Emenda 131
Proposta għal regolament
Anness – Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt n
(n)  tiżviluppa koperazzjoni mill-qrib u tiżgura koordinazzjoni ma' Sħubijiet Ewropej oħra, kif ukoll sinerġiji operattivi ma' Impriżi Konġunti oħra, inkluż b'ċentralizzazzjoni tal-funzjonijiet amministrattivi;
(n)  tiżviluppa kooperazzjoni mill-qrib u tiżgura koordinazzjoni ma' Sħubijiet Ewropej oħra, kif ukoll sinerġiji operattivi ma' Impriżi Konġunti oħra, inkluż b'ċentralizzazzjoni tal-funzjonijiet amministrattivi, speċjalment għal kompiti komuni u bil-għan li jiġi ottimizzat l-użu tar-riżorsi;
Emenda 132
Proposta għal regolament
Anness – Artikolu 1 – paragrafu 1 – point na (ġdid)
(na)  l-iżgurar ta' attivitajiet konġunti ma' inizjattivi rilevanti oħra ta' riċerka u innovazzjoni fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali, se jkun kruċjali biex jinkiseb impatt akbar, filwaqt li tiġi żgurata l-adozzjoni tar-riżultati u jinkiseb l-aħjar livell ta' interkonnessjonijiet.
Emenda 133
Proposta għal regolament
Anness – Artikolu 1 – paragrafu 1 – point oa (ġdid)
(oa)  tippromwovi l-involviment tal-SMEs fl-attivitajiet tagħha u tieħu miżuri li jiżguraw informazzjoni lill-SMEs, f'konformità mal-objettivi ta' Orizzont Ewropa;
Emenda 134
Proposta għal regolament
Anness – Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b
(b)  l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Iżlanda, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, [il-Montenegro], in-Netherlands, [il-Maċedonja ta' Fuq], in-Norveġja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja, [l-Iżvizzera], [it-Turkija];
(b)  l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Iżlanda, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, [Malta], [il-Montenegro], in-Netherlands, [il-Maċedonja ta' Fuq], in-Norveġja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja, [l-Iżvizzera], [it-Turkija];
Emenda 135
Proposta għal regolament
Anness – Artikolu 3 – paragrafu 6
(6)  Kull Membru Privat għandu jinforma lill-Impriża Konġunta darba fis-sena b'kull bidla sinifikanti fil-kompożizzjoni tal-Membru Privat. Meta l-Kummissjoni jkun jidhrilha li aktarx il-bidla fil-kompożizzjoni taffettwa l-interess tal-Unjoni jew tal-Impriża Konġunta għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku, din tista' tipproponi lill-Bord tat-Tmexxija biex jittermina s-sħubija tal-Membru Privat ikkonċernat. It-tmiem għandu jsir effettiv u irrevokabbli fi żmien sitt xhur mid-deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija jew fid-data speċifikata f'dik id-deċiżjoni, skont liema minnhom tiġi l-ewwel.
(6)  Kull Membru Privat għandu jinforma lill-Impriża Konġunta mingħajr dewmien b'kull bidla sinifikanti fil-kompożizzjoni tal-Membru Privat. Meta l-Kummissjoni jkun jidhrilha li aktarx il-bidla fil-kompożizzjoni taffettwa l-interess tal-Unjoni jew tal-Impriża Konġunta għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku, din tista' tipproponi lill-Bord tat-Tmexxija biex jittermina s-sħubija tal-Membru Privat ikkonċernat. It-tmiem għandu jsir effettiv u irrevokabbli fi żmien sitt xhur mid-deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija jew fid-data speċifikata f'dik id-deċiżjoni, skont liema minnhom tiġi l-ewwel.
Emenda 136
Proposta għal regolament
Anness – Artikolu 6 – paragrafu 5 – parti introduttorja
(5)  Għal dawk il-kompiti msemmija fl-Artikolu 7(4), il-punti (f), (g) u (h) ta' dawn l-Istatuti, u għal kull supercomputer tal-EuroHPC, id-drittijiet tal-vot tal-Istati Parteċipanti għandhom jiġu ddistribwiti b'mod proporzjonat skont il-kontribuzzjonijiet finanzjarji impenjati tagħhom u skont il-kontribuzzjonijiet in natura tagħhom lil dak is-supercomputer sakemm is-sjieda tiegħu tiġi trasferita lill-entità tal-hosting f'konformità mal-Artikolu 8(3) ta' dan ir-Regolament jew sakemm dan jinbiegħ jew jiġi dekummissjonat; il-kontribuzzjonijiet in natura għandhom jitqiesu biss jekk ikunu ġew iċċertifikati ex ante minn espert jew awditur indipendenti.
(5)  Għal dawk il-kompiti msemmija fl-Artikolu 7(4), il-punti (f), (g) u (h) ta' dawn l-Istatuti, u għal kull supercomputer tal-EuroHPC, id-drittijiet tal-vot tal-Istati Parteċipanti għandhom jiġu ddistribwiti b'mod proporzjonat skont il-kontribuzzjonijiet finanzjarji impenjati tagħhom u skont il-kontribuzzjonijiet in natura tagħhom lil dak is-supercomputer sakemm is-sjieda tiegħu tiġi trasferita lill-entità tal-hosting f'konformità mal-Artikolu 8(3) ta' dan ir-Regolament jew sakemm dan jinbiegħ jew jiġi dekummissjonat; il-kontribuzzjonijiet in natura għandhom jitqiesu biss jekk ikunu ġew iċċertifikati ex ante minn espert jew awditur indipendenti, permezz ta' proċess sempliċi, effettiv u trasparenti.
Emenda 137
Proposta għal regolament
Anness – Artikolu 6 – paragrafu 10 – subparagrafu 2
Kull Stat osservatur jista' jaħtar delegat wieħed fuq il-Bord tat-Tmexxija, li għandu jirċievi d-dokumenti rilevanti kollha u jista' jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Bord tat-Tmexxija skont il-każ. Dawk id-delegati ma għandu jkollhom l-ebda dritt tal-vot u għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni sensittiva f'konformità mal-Artikolu 27 ta' dan ir-Regolament u soġġetti għar-regoli dwar il-kunflitt ta' interess.
Kull Stat osservatur jista' jaħtar delegat wieħed fuq il-Bord tat-Tmexxija, li għandu jirċievi d-dokumenti rilevanti kollha u jista' jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Bord tat-Tmexxija skont il-każ.
Emenda 138
Proposta għal regolament
Anness – Artikolu 6 – paragrafu 14a (ġdid)
(14a)  Żewġ rappreżentanti jew aktar tal-forum tal-utenti, magħżula skont ir-regoli ta' proċedura tiegħu, għandhom jiġu mistiedna jattendu l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservaturi u għandhom jieħdu sehem fid-deliberazzjonijiet tiegħu, iżda ma għandux ikollhom drittijiet tal-vot.
Emenda 139
Proposta għal regolament
Anness – Artikolu 6 – paragrafu 14b (ġdid)
(14b)  Osservaturi li jattendu l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija ma għandux ikollhom drittijiet tal-vot, għandu jiżgura l-kunfidenzjalità ta' informazzjoni sensittiva skont l-Artikolu 27 ta' dan ir-Regolament u għandu jkun soġġett għar-regoli dwar il-kunflitti ta' interess.
Emenda 140
Proposta għal regolament
Anness – Artikolu 7 – paragrafu 3 – punt ja (ġdid)
(ja)  jistabbilixxi grupp ta’ ħidma bħala "forum tal-utenti", bil-għan li jagħti pariri lill-Bord tat-Tmexxija dwar l-aspetti tar-rekwiżiti tal-utenti, skont ir-regoli ta' proċedura tal-Bord tat-Tmexxija;
Emenda 141
Proposta għal regolament
Anness – Artikolu 7 – paragrafu 3 – punt jb (ġdid)
(jb)  jistabbilixxi regoli u kriterji speċifiċi għall-għażla, il-ħatra u t-tkeċċija ta' membri tal-forum tal-utenti u tal-gruppi konsultattivi stabbiliti skont il-punti (j) u (k) inklużi kunsiderazzjonijiet ta' diversità tal-ġeneru u ġeografika, u japprova r-regoli ta' proċedura stabbiliti b'mod awtonomu mill-forum tal-utenti u dawn il-gruppi konsultattivi; gruppi speċifiċi ta' utenti għandhom jiġu indirizzati permezz tal-forum tal-utenti, inkluż l-aċċess għall-istudenti minn Stati Membri parteċipanti sabiex jiġu promossi karrieri futuri fis-supercomputing. Għal dak il-għan, il-kriterji tal-għażla għandhom jipprevedu li mill-inqas żewġ studenti tal-Masters jew tal-PhD ikunu rappreżentati fil-forum tal-utenti. L-akkademji Ewropej jistgħu jkunu involuti fl-għażla tal-istudenti;
Emenda 142
Proposta għal regolament
Anness – Artikolu 8 – paragrafu 1 – parti introduttorja
(1)  Il-Kummissjoni għandha tipproponi lista ta' kandidati għal Direttur Eżekuttiv wara konsultazzjoni mal-membri għajr dawk tal-Unjoni tal-Impriża Konġunta. Għall-finijiet ta' din il-konsultazzjoni, il-membri għajr dawk tal-Unjoni tal-Impriża Konġunta, bi qbil komuni, għandhom jaħtru r-rappreżentanti tagħhom kif ukoll osservatur f'isem il-Bord tat-Tmexxija.
(1)  Il-Kummissjoni għandha tipproponi lista ta' kandidati għal Direttur Eżekuttiv wara konsultazzjoni mal-membri għajr dawk tal-Unjoni tal-Impriża Konġunta. Għall-finijiet ta' din il-konsultazzjoni, il-membri għajr dawk tal-Unjoni tal-Impriża Konġunta, bi qbil komuni, għandhom jaħtru r-rappreżentanti tagħhom kif ukoll osservatur f'isem il-Bord tat-Tmexxija. Il-lista għandha tiżgura rappreżentazzjoni ta’ u opportunitajiet ugwali għall-irġiel u n-nisa.
Emenda 143
Proposta għal regolament
Anness – Artikolu 10 – paragrafu 2
(2)  Il-Grupp Konsultattiv għar-Riċerka u l-Innovazzjoni għandu jkun magħmul minn mhux aktar minn għaxar membri, li għandhom jinħatru mill-Membri Privati filwaqt li jitqiesu l-impenji tagħhom mal-Impriża Konġunta.
(2)  Il-Grupp Konsultattiv għar-Riċerka u l-Innovazzjoni għandu jkun magħmul minn mhux aktar minn tnax-il membru, li minnhom mhux aktar minn sitta għandhom jinħatru mill-Membri Privati filwaqt li jitqiesu l-impenji tagħhom mal-Impriża Konġunta u mhux aktar minn sitta għandhom jinħatru mill-forum tal-utenti, fuq ir-rakkommandazzjoni tal-Bord tat-Tmexxija. Il-forum tal-utenti għandu jistabbilixxi l-kriterji speċifiċi u l-proċess tal-għażla għall-membri li huwa jaħtar.
Emenda 144
Proposta għal regolament
Anness – Artikolu 10 – paragrafu 3
(3)  Il-Grupp Konsultattiv għall-Infrastruttura għandu jkun magħmul minn għaxar membri. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jistabbilixxi l-kriterji speċifiċi li għandhom jitqiesu għall-għażla tal-membri tal-Grupp Konsultattiv għall-infrastruttura. Il-President u l-Viċi President tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jaħtru lill-membri tal-Grupp Konsultattiv għall-Infrastruttura, wara li jkun inkiseb rispons mingħand il-Bord tat-Tmexxija u d-Direttur Eżekuttiv.
(3)  Il-Grupp Konsultattiv għall-Infrastruttura għandu jkun magħmul minn tnax-il membru. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jistabbilixxi l-kriterji speċifiċi li għandhom jitqiesu għall-għażla tal-membri tal-Grupp Konsultattiv għall-Infrastruttura. Il-President u l-Viċi President tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jaħtru lill-membri tal-Grupp Konsultattiv għall-Infrastruttura, wara li jkun inkiseb rispons mingħand il-Bord tat-Tmexxija u d-Direttur Eżekuttiv u filwaqt li jqisu l-opinjoni tal-forum tal-utenti.
Emenda 145
Proposta għal regolament
Anness – Artikolu 10 – paragrafu 3a (ġdid)
(3a)  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jistabbilixxi l-kriterji speċifiċi u l-proċess għall-għażla tal-membri tal-Grupp Konsultattiv għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u tal-Grupp Konsultattiv għall-Infrastruttura.
Emenda 146
Proposta għal regolament
Anness – Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt a
(a)  ifassal u jaġġorna regolarment l-abbozz tal-programm strateġiku pluriennali msemmi fl-Artikolu 19(1) ta' dawn l-Istatuti biex jintlaħqu l-objettivi tal-Impriża Konġunta stabbiliti fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament. Dan l-abbozz tal-programm strateġiku pluriennali għandu jinkludi: i) l-aġenda strateġika tar-riċerka u l-innovazzjoni li tidentifika l-prijoritajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni għall-iżvilupp u l-adozzjoni ta' teknoloġiji u kompetenzi ewlenin għall-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u għall-computing kwantistiku f'oqsma differenti ta' applikazzjoni biex jappoġġaw l-iżvilupp tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja, tal-computing kwantistiku u ta' ekosistema tad-data fl-Unjoni, iżidu r-reżiljenza tagħha u jgħinu biex jinħolqu swieq u applikazzjonijiet soċjetali ġodda, u miżuri li jippromwovu l-iżvilupp u l-adozzjoni tat-teknoloġija Ewropea; ii) l-attivitajiet potenzjali ta' koperazzjoni internazzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni li jżidu l-valur u li jkunu ta' interess reċiproku; iii) il-prijoritajiet ta' taħriġ u ta' edukazzjoni biex jiġi indirizzata d-diskrepanza fil-ħiliet fit-teknoloġiji u fl-applikazzjonijiet tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u tal-computing kwantistiku, b'mod partikolari għall-industrija. Dan għandu jiġi rieżaminat regolarment skont l-evoluzzjoni tad-domanda xjentifika u industrijali;
(a)  ifassal u jaġġorna regolarment l-abbozz tal-programm strateġiku pluriennali msemmi fl-Artikolu 19(1) ta' dawn l-Istatuti biex jintlaħqu l-objettivi tal-Impriża Konġunta stabbiliti fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament. Dan l-abbozz tal-programm strateġiku pluriennali għandu jinkludi: i) l-aġenda strateġika tar-riċerka u l-innovazzjoni, ibbażata fuq id-domanda xjentifika u dik industrijali, li tidentifika l-prijoritajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni għall-iżvilupp u l-adozzjoni ta' teknoloġiji, servizzi, applikazzjonijiet tal-utenti u kompetenzi ewlenin għall-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u għall-computing kwantistiku f'oqsma differenti ta' applikazzjoni biex jappoġġaw l-iżvilupp tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja, tal-computing kwantistiku u ta' ekosistema tad-data fl-Unjoni, iżidu r-reżiljenza tal-Unjoni u jgħinu biex jinħolqu swieq u applikazzjonijiet soċjetali ġodda, u miżuri li jippromwovu l-iżvilupp u l-adozzjoni tat-teknoloġija Ewropea; ii) l-attivitajiet potenzjali ta' kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni li jżidu l-valur u li jkunu ta' interess reċiproku; iii) il-prijoritajiet ta' taħriġ u ta' edukazzjoni biex jiġu indirizzati d-diskrepanza b'rabta mal-ħiliet u l-kompetenzi fit-teknoloġiji u fl-applikazzjonijiet tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u tal-computing kwantistiku, b'mod partikolari għall-industrija. Dak l-abbozz tal-programm strateġiku pluriennali għandu jiġi rieżaminat regolarment skont l-evoluzzjoni tad-domanda xjentifika u industrijali;
Emenda 147
Proposta għal regolament
Anness – Artikolu 13 – paragrafu 1a (ġdid)
Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-Grupp Konsultattiv għar-Riċerka u l-Innovazzjoni għandu jitlob l-opinjoni tal-forum tal-utenti.
Emenda 148
Proposta għal regolament
Anness – Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt a
(a)  ifassal u jaġġorna regolarment l-abbozz tal-programm strateġiku pluriennali msemmi fl-Artikolu 19(1) ta' dawn l-Istatuti biex jintlaħqu l-objettivi tal-Impriża Konġunta stabbiliti fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament. L-abbozz tal-programm strateġiku pluriennali għandu jindirizza: i) l-akkwist tas-superkompjuters EuroHPC filwaqt li jqis, fost l-oħrajn, l-ippjanar tal-akkwist, iż-żidiet fil-kapaċità meħtieġa, it-tipi ta' applikazzjonijiet u komunitajiet tal-utenti li jridu jiġu indirizzati, ir-rekwiżiti tal-utenti rilevanti u l-arkitetturi tas-sistemi xierqa, ir-rekwiżiti tal-utenti, u l-arkitettura tal-infrastruttura; ii) il-federazzjoni u l-interkonnessjoni ta' din l-infrastruttura, filwaqt li jqis, fost l-oħrajn, l-integrazzjoni mal-infrastrutturi nazzjonali tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u tal-computing kwantistiku, u l-arkitettura tal-infrastruttura iperkonnessa u federata; u iii) il-bini tal-kapaċitajiet, inkluż iċ-Ċentri ta' Kompetenza u l-attivitajiet tat-t-taħriġ u t-twessigħ għall-utenti finali, kif ukoll l-opportunitajiet għall-promozzjoni tal-adozzjoni u tal-użu ta' soluzzjonijiet teknoloġiċi Ewropej b'mod partikolari miċ-Ċentri ta' Kompetenza;
(a)  ifassal u jaġġorna regolarment l-abbozz tal-programm strateġiku pluriennali msemmi fl-Artikolu 19(1) ta' dawn l-Istatuti biex jintlaħqu l-objettivi tal-Impriża Konġunta stabbiliti fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament. L-abbozz tal-programm strateġiku pluriennali għandu jindirizza: i) l-akkwist tas-supercomputers EuroHPC filwaqt li jqis, fost l-oħrajn, l-ippjanar tal-akkwiżizzjoni, iż-żidiet fil-kapaċità meħtieġa, it-tipi ta' applikazzjonijiet u komunitajiet tal-utenti li jridu jiġu indirizzati, ir-rekwiżiti tal-utenti rilevanti u l-arkitetturi tas-sistemi xierqa, ir-rekwiżiti tal-utenti, u l-arkitettura tal-infrastruttura; ii) il-federazzjoni u l-interkonnessjoni ta' din l-infrastruttura, filwaqt li jqis, fost l-oħrajn, l-integrazzjoni mal-infrastrutturi nazzjonali tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u tal-computing kwantistiku, u l-arkitettura tal-infrastruttura iperkonnessa u federata; u iii) il-bini tal-kapaċitajiet, inklużi ċ-Ċentri tal-Unjoni u nazzjonali ta' Kompetenza tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u ċ-Ċentri ta' Eċċellenza tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja, l-attivitajiet ta' taħriġ u twessigħ għall-utenti finali, kif ukoll l-opportunitajiet għall-promozzjoni tal-adozzjoni u tal-użu ta' soluzzjonijiet teknoloġiċi Ewropej b'mod partikolari miċ-Ċentri ta' Kompetenza;
Emenda 149
Proposta għal regolament
Anness – Artikolu 14 – paragrafu 1a (ġdid)
Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-Grupp Konsultattiv għall-Infrastruttura għandu jitlob l-opinjoni tal-forum tal-utenti.
Aġġornata l-aħħar: 21 ta' Awwissu 2023Avviż legali - Politika tal-privatezza