Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2021 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2003/77/KE li tistabbilixxi linji gwida finanzjarji multiannwali għall-amministrazzjoni tal-assi tal-KEFA f'likwidazzjoni u, mat-twettiq tal-likwidazzjoni, l-Assi tal-Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (COM(2020)0321 – C9-0216/2020 – 2020/0143(NLE))
(Konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2020)0321),
— wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 37 dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2 tiegħu, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0216/2020),
— wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
— wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0228/2021),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.