Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-8 ta’ Lulju 2021 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030 (COM(2020)0652 – C9-0329/2020 – 2020/0300(COD))(1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal deċiżjoni Premessa 3
(3) L-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tas-seba' EAP24 ikkonkludiet li l-viżjoni tiegħu sal-2050 u l-objettivi prijoritarji għadhom validi; li għen biex jipprovdi azzjoni aktar prevedibbli, rapida u kkoordinata fil-politika ambjentali; u li l-istruttura u l-qafas ta' abilitazzjoni tiegħu għenu biex jinħolqu sinerġiji, u b'hekk il-politika ambjentali saret aktar effettiva u effiċjenti. Barra minn hekk, l-evalwazzjoni kkonkludiet li s-seba' EAP antiċipa l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti billi insista li t-tkabbir ekonomiku u l-benesseri soċjali jiddependu fuq bażi ta' riżorsi naturali b'saħħitha, u ffaċilita t-twettiq tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli. Dan ippermetta wkoll li l-Unjoni titkellem b'vuċi waħda fix-xena globali dwar kwistjonijiet klimatiċi u ambjentali. Fl-evalwazzjoni tagħha tas-seba' EAP, il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li l-progress relatat mal-ħarsien tan-natura, is-saħħa u l-integrazzjoni tal-politika ma kienx biżżejjed.
(3) L-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tas-seba' EAP24 ikkonkludiet li l-viżjoni tiegħu sal-2050 u l-objettivi prijoritarji għadhom validi; li għen biex jipprovdi azzjoni aktar prevedibbli, rapida u kkoordinata fil-politika ambjentali; u li l-istruttura u l-qafas ta' abilitazzjoni tiegħu għenu biex jinħolqu sinerġiji, u b'hekk il-politika ambjentali saret aktar effettiva u effiċjenti. Barra minn hekk, l-evalwazzjoni kkonkludiet li s-seba' EAP antiċipa l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti billi insista li t-tkabbir ekonomiku u l-benesseri soċjali jiddependu fuq bażi ta' riżorsi naturali b'saħħitha, u ffaċilita t-twettiq tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli. Dan ippermetta wkoll li l-Unjoni titkellem b'vuċi waħda fix-xena globali dwar kwistjonijiet klimatiċi u ambjentali. Fl-evalwazzjoni tagħha tas-seba' EAP, il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li l-progress relatat mal-ħarsien tan-natura, is-saħħa u l-integrazzjoni tat-tħassib ambjentali f'oqsma oħra tal-politika ma kienx biżżejjed. Hija sabet ukoll li seta' kien hemm aktar kunsiderazzjoni tal-kwistjonijiet soċjali fis-seba' EAP, abbażi tar-rabtiet eżistenti bejn l-ambjent u l-politika soċjali, fir-rigward, pereżempju, tal-impatt fuq il-gruppi vulnerabbli, l-impjiegi, l-inklużjoni soċjali u l-inugwaljanza. Barra minn hekk, fl-evalwazzjoni tagħha l-Kummissjoni nnutat li, minkejja miri ambjentali dejjem aktar ambizzjużi f'ħafna oqsma tal-politika, l-infiq fuq il-protezzjoni tal-ambjent baqa' baxx fl-Ewropa matul bosta snin (madwar 2 % tal-PDG) u li n-nuqqas ta' implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali jiswa lill-ekonomija tal-Unjoni madwar EUR 55 biljun fis-sena fi spejjeż marbuta mas-saħħa u spejjeż diretti għall-ambjent. L-evalwazzjoni nnutat li l-implimentazzjoni tas-seba' EAP setgħet ġiet imsaħħa minn mekkaniżmu ta' monitoraġġ aktar b'saħħtu.
(4) Skont ir-rapport tal-EEA "The European environment – state and outlook 2020, Knowledge for transition to a sustainable Europe" ("SOER 2020"), l-2020 tirrappreżenta tieqa unika ta' opportunità għall-Unjoni biex turi tmexxija fuq is-sostenibbiltà u biex tiffaċċja l-isfidi urġenti ta' sostenibbiltà li jeħtieġu soluzzjonijiet sistemiċi. Kif intqal fis-SOER 2020, il-bidliet fil-klima u l-ekosistemi globali osservati mis-snin 50 'l hawn huma bla preċedent għal għexieren ta' snin sa millenja. Il-popolazzjoni globali ttriplat mill-1950, filwaqt li l-popolazzjoni li tgħix fil-bliet żdiedet b'erba' darbiet. Bil-mudell ta' tkabbir attwali, il-pressjonijiet ambjentali huma mistennija li jkomplu jiżdiedu, u dan jikkawża effetti diretti u indiretti ta' ħsara fuq is-saħħa u l-benesseri tal-bniedem. Dan jgħodd b'mod speċjali għas-setturi bl-ogħla impatt ambjentali – l-ikel, il-mobbiltà, l-enerġija kif ukoll l-infrastruttura u l-bini.
(4) Skont ir-rapport tal-EEA "The European environment – state and outlook 2020, Knowledge for transition to a sustainable Europe" ("SOER 2020"), hemm tieqa unika ta' opportunità għall-Unjoni fid-deċennju li jmiss biex turi tmexxija globali fuq is-sostenibbiltà billi tindirizza l-isfidi urġenti ta' sostenibbiltà li huma bla preċedent u li jistgħu jiġu indirizzati biss billi tiġi żgurata bidla sistemika. Il-bidla sistemika tinvolvi forma ta' bidla fundamentali, trasformattiva, u trażversali li timplika ċaqliq maġġuri u riorjentazzjoni tal-għanijiet sistemiċi, tal-inċentivi, tat-teknoloġiji, tal-prattiki soċjali u tan-normi, kif ukoll tas-sistemi tat-tagħrif, u tal-approċċi tal-governanza. Kif intqal fis-SOER 2020, wieħed mill-aktar fatturi importanti sottostanti għall-isfidi ambjentali u ta' sostenibbiltà persistenti tal-Ewropa huwa li dawn huma marbuta b'mod inseparabbli mal-attivitajiet ekonomiċi u mal-istili ta' ħajja, b'mod partikolari s-sistemi soċjetali li jipprovdu lill-Ewropej ħtiġijiet bħal prodotti, enerġija u mobbiltà. L-iżgurar tal-koerenza tal-politika mal-politiki ambjentali eżistenti, u l-implimentazzjoni sħiħa tagħhom, jieħdu lill-Ewropa fuq triq twila biex tilħaq l-għanijiet ambjentali tagħha sal-2030. Madankollu, meħtieġa wkoll oqfsa fit-tul, sistemiċi b'miri vinkolanti b'rabta mal-għanijiet klimatiċi u ambjentali. Is-SOER 2020 jikkonkludi li l-Ewropa mhux se tikseb il-viżjoni tagħha dwar is-sostenibbiltà li "ngħixu tajjeb, fi ħdan il-limiti planetarji" sempliċement billi tippromwovi t-tkabbir ekonomiku u billi tfittex li timmaniġġja effetti sekondarji ta' ħsara b'għodod ta' politika ambjentali u soċjali. Minflok, is-sostenibbiltà teħtieġ issir il-prinċipju gwida għal politiki ambizzjużi u koerenti u azzjonijiet fis-soċjetà kollha.
Emenda 3 Proposta għal deċiżjoni Premessa 5
(5) Il-Kummissjoni Ewropea wieġbet għall-isfidi identifikati fl-SOER 2020 billi adottat il-Patt Ekoloġiku Ewropew25: strateġija ġdida għat-tkabbir għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali doppja li għandha l-għan li tittrasforma lill-Unjoni f'soċjetà ġusta u prospera, b'ekonomija kompetittiva, newtrali għall-klima u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi. Ir-Regolament (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26 inaqqax fil-liġi l-mira tal-Unjoni li sal-2050 tintlaħaq in-newtralità klimatika.
(5) Ir-risposta tal-Kummissjoni Ewropea għall-isfidi identifikati fis-SOER 2020 hija deskritta fil-Patt Ekoloġiku Ewropew25bħala strateġija ġdida għat-tkabbir għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali doppja li għandha l-għan li tittrasforma lill-Unjoni f'soċjetà ġusta u prospera, b'ekonomija kompetittiva, newtrali għall-klima u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u tipproteġi, tikkonserva u ssaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni filwaqt li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja għall-ġenerazzjonijiet attwali u futuri. Li jinkisbu l-miri klimatiċi u ambjentali filwaqt li jiġu protetti s-saħħa u l-benesseri tal-persuni mir-riskji u l-impatti ambjentali u li tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta u inklużiva jenħtieġ li jkunu l-prijorità. Ir-Regolament (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26 inaqqax fil-liġi l-mira tal-Unjoni li sa mhux aktar tard mill-2050 tintlaħaq in-newtralità klimatika.
Emenda 4 Proposta għal deċiżjoni Premessa 5a (ġdida)
(5a) Fit-28 ta' Novembru 2019, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni li tiddikjara emerġenza klimatika u ambjentali fl-Ewropa u fuq livell globali, u ħeġġeġ lill-Kummissjoni l-ġdida tieħu azzjoni rapida u determinata, inkluż billi tindirizza l-inkonsistenzi fil-politiki attwali tal-Unjoni mal-emerġenza klimatika u ambjentali, b'mod partikolari permezz ta' riforma estensiva tal-politiki tagħha dwar l-investiment agrikolu, kummerċjali, tat-trasport, tal-enerġija u tal-infrastruttura u billi tiżgura li l-proposti leġiżlattivi u baġitarji rilevanti futuri kollha jkunu kompletament allinjati mal-objettiv li t-tisħin globali jiġi limitat għal inqas minn 1,5 °C u li ma jkunux qed jikkontribwixxu għat-telf tal-bijodiversità.
Emenda 5 Proposta għal deċiżjoni Premessa 5b (ġdida)
(5b) Kemm fl-Unjoni kif ukoll globalment, l-art u l-ħamrija għadhom qed jiġu degradati minn firxa wiesgħa ta' attivitajiet tal-bniedem, bħall-ġestjoni ħażina tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art, prattiki agrikoli mhux sostenibbli, l-abbandun tal-art, it-tniġġis, prattiki tal-forestrija mhux sostenibbli u l-issiġillar tal-ħamrija, it-telfien tal-bijodiversità u t-tibdil fil-klima, spiss flimkien ma' fatturi oħra, u b'hekk inaqqsu l-kapaċitajiet tagħhom li jipprovdu servizzi tal-ekosistema għas-soċjetà kollha. Minkejja dan, l-Unjoni u l-Istati Membri bħalissa mhumiex fit-triq it-tajba biex jissodisfaw l-impenji internazzjonali u Ewropej tagħhom relatati mal-ħamrija u l-art, inklużi l-obbligi skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni biex tiġi miġġielda d-deżertifikazzjoni, jiġu restawrati l-art u l-ħamrija degradati u tinkiseb dinja newtrali fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art sal-2030. F'konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-protezzjoni tal-ħamrija, hemm bżonn ta' qafas legali komuni għall-Unjoni kollha għall-protezzjoni u l-użu sostenibbli tal-ħamrija, li jirrispetta bis-sħiħ il-prinċipju ta’ sussidjarjetà u li jindirizza t-theddid ewlieni kollu għall-ħamrija. Jenħtieġ li dak il-qafas jinkludi, fost l-oħrajn, definizzjoni komuni tal-ħamrija u l-funzjonijiet tagħha u kriterji għall-kisba ta' status tajjeb u użu sostenibbli, kif ukoll objettivi intermedji u finali li jkunu akkumpanjati minn indikaturi armonizzati u metodoloġija ta' monitoraġġ u rappurtar.
Emenda 6 Proposta għal deċiżjoni Premessa 5c (ġdida)
(5c) Il-pandemija tal-COVID-19, li wasslet għal kriżi ekonomika u tas-saħħa mingħajr preċedent, uriet mill-ġdid l-importanza li jiġi applikat l-approċċ multisettorjali ta' "Saħħa Waħda" fit-tfassil tal-politika, li jirrikonoxxi li s-saħħa tal-bniedem hija marbuta mas-saħħa tal-annimali u mal-ambjent, u li l-azzjonijiet biex jiġi indirizzat it-theddid għas-saħħa għandhom iqisu t-tliet dimensjonijiet kollha. Sabiex, fost l-oħrajn, it-tifqigħat taż-żoonożijiet u t-theddid għas-sikurezza tal-ikel jiġu identifikati, indirizzati u evitati b'mod effettiv, jenħtieġ li l-informazzjoni u d-data jiġu kondiviżi bejn is-setturi, u jenħtieġ li l-kooperazzjoni fil-livelli nazzjonali u sottonazzjonali tiżdied biex jiġu implimentati reazzjonijiet effettivi u komuni. Jenħtieġ li t-tmien EAP jikkontribwixxi għall-integrazzjoni sħiħa tal-approċċ "Saħħa Waħda" fil-livelli kollha tat-tfassil tal-politika.
Emenda 7 Proposta għal deċiżjoni Premessa 5d (ġdida)
(5d) Skont ir-rapport tal-2020 dwar il-Bijodiversità u l-Pandemiji mill-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi (IPBES)1a, il-kawżi sottostanti tal-pandemiji huma l-istess bidliet ambjentali globali li jwasslu għat-telf tal-bijodiversità u t-tibdil fil-klima, l-espansjoni u l-intensifikazzjoni agrikola, u l-kummerċ u l-konsum tal-organiżmi selvaġġi, u fatturi oħra. It-tibdil fil-klima ġie implikat fit-tfaċċar tal-mard u x'aktarx se jikkawża riskju pandemiku sostanzjali fil-futur, filwaqt li t-telf tal-bijodiversità huwa assoċjat ukoll mat-trasformazzjoni tal-pajsaġġi u jista' jwassal għal żieda fir-riskju ta' mard emerġenti f'xi każijiet. Skont ir-rapport, il-prezz tan-nuqqas ta' azzjoni huwa ferm akbar mill-prezz tal-implimentazzjoni ta' strateġiji globali għall-prevenzjoni ta' pandemiji bbażati fuq it-tnaqqis tal-kummerċ tal-organiżmi selvaġġi u t-tibdil fl-użu tal-art u ż-żieda tas-sorveljanza ta' "Saħħa Waħda".
__________________
1a Workshop tal-IPBES dwar id-Diversità u l-Pandemija - Sommarju Eżekuttiv, 2020.
Emenda 8 Proposta għal deċiżjoni Premessa 5e (ġdida)
(5e) Id-degradazzjoni ambjentali u l-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima huma mistennija li jiżdiedu aktar fis-snin li ġejjin, u l-aktar impatt sever ser ikun fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-popolazzjonijiet vulnerabbli. Sabiex tgħin fil-bini tar-reżiljenza u tappoġġa lill-pajjiżi terzi fl-isforzi tagħhom biex jimmitigaw u jadattaw għat-tibdil fil-klima kif ukoll jipproteġu l-bijodiversità, l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni u l-Istati Membri lil pajjiżi terzi jenħtieġ li tippromwovi l-Aġenda 2030 tan-NU, il-Ftehim ta' Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima1a ("il-Ftehim ta' Pariġi") u l-qafas globali wara l-2020 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika u tkun konformi mal-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Unjoni u l-Istati Membri jiżguraw ukoll li l-Ftehim ta' Pariġi u ftehimiet internazzjonali oħra dwar il-klima u l-ambjent jiġu implimentati b'modi li jirriflettu l-prinċipji ta' ekwità u ta' responsabbiltajiet komuni iżda differenzjati u l-kapaċitajiet rispettivi, kif stabbilit ukoll fl-Artikolu 2(2) tal-Ftehim ta' Pariġi.
_______________
1a ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.
Emenda 9 Proposta għal deċiżjoni Premessa 6
(6) Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jirfed il-Pjan ta' Rkupru tal-UE tal-Ġenerazzjoni li Jmiss li jippromwovi l-investimenti f'setturi ekoloġiċi ewlenin meħtieġa biex tinbena r-reżiljenza, u joħloq it-tkabbir u l-impjiegi f'soċjetà ġusta u inklużiva. Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza li se tixpruna l-irkupru ekonomiku tal-Unjoni mill-kriżi tal-coronavirus flimkien mal-baġit tal-Unjoni għall-2021-2027, hija bbażata wkoll fuq l-objettivi prijoritarji stabbiliti fil-Patt Ekoloġiku Ewropew. Barra minn hekk, l-inizjattivi kollha taħt il-Pjan ta' Rkupru tal-UE tal-Ġenerazzjoni li Jmiss jenħtieġ li jirrispettaw il-prinċipju tal-Patt Ekoloġiku Ewropew ta' "la tagħmilx ħsara".
(6) Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jirfed il-Pjan ta' Rkupru tal-UE tal-Ġenerazzjoni li Jmiss li jippromwovi l-investimenti f'setturi ekoloġiċi u diġitali ewlenin meħtieġa biex tinbena r-reżiljenza, u joħloq it-tkabbir u l-impjiegi f'soċjetà ġusta u inklużiva. Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza li se tixpruna l-irkupru ekonomiku tal-Unjoni mill-kriżi tal-coronavirus flimkien mal-baġit tal-Unjoni għall-2021-2027, hija bbażata wkoll fuq l-objettivi prijoritarji stabbiliti fil-Patt Ekoloġiku Ewropew. Barra minn hekk, l-inizjattivi kollha taħt il-Pjan ta' Rkupru tal-UE tal-Ġenerazzjoni li Jmiss jenħtieġ li jirrispettaw il-prinċipju ta' "la tagħmilx ħsara sinifikanti" kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ("ir-Regolament dwar it-Tassonomija")1a. Il-Pjan ta' Rkupru joffri opportunità importanti biex jaċċellera l-pass tat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika u l-protezzjoni tal-ambjent.
______________
1a Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).
Emenda 10 Proposta għal deċiżjoni Premessa 7
(7) Programmi ta' azzjoni ambjentali ilhom jiggwidaw l-iżvilupp tal-politika ambjentali tal-UE sa mill-bidu tas-snin 70. Is-seba' EAP se jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2020 u l-Artikolu 4(3) tiegħu jirrikjedi li l-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta għat-Tmien Programm ta' Azzjoni Ambjentali (it-tmien EAP) fil-ħin bil-ħsieb li tiġi evitata differenza bejn is-seba u t-tmien EAP. Il-Patt Ekoloġiku Ewropew ħabbar l-adozzjoni ta' programm ġdid ta' azzjoni ambjentali.
(7) Programmi ta' azzjoni ambjentali ilhom jiggwidaw l-iżvilupp u l-koordinazzjoni tal-politika ambjentali tal-UE sa mill-bidu tas-snin 70. Is-seba' EAP skada fil-31 ta' Diċembru 2020 u l-Artikolu 4(3) tiegħu kien jeħtieġ li l-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta għat-Tmien Programm ta' Azzjoni Ambjentali (it-tmien EAP) fil-ħin bil-ħsieb li tiġi evitata differenza bejn is-seba u t-tmien EAP. Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew ħabbret li t-tmien EAP se jinkludi mekkaniżmu ġdid ta' monitoraġġ biex jiżgura li l-Unjoni tibqa' fit-triq it-tajba li tissodisfa l-objettivi ambjentali tagħha. Fil-komunikazzjoni tagħha, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tniedi dashboard biex tissorvelja l-progress mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew.
Emenda 11 Proposta għal deċiżjoni Premessa 8
(8) It-tmien EAP jenħtieġ li jappoġġa l-objettivi tal-ambjent u tal-azzjoni klimatika tal-Patt Ekoloġiku Ewropew f'konformità mal-objettiv fit-tul li "ngħixu tajjeb, fi ħdan il-limiti planetarji" sal-2050, li diġà huwa stabbilit fis-seba' EAP. Jenħtieġ li jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tagħha.
(8) It-tmien EAP, bħala l-Programm ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni b'mod ġenerali, jenħtieġ li jibni fuq il-kisba tal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u jippromwovihom, f'konformità mal-objettiv fit-tul li "ngħixu tajjeb, fi ħdan il-limiti planetarji", sa mhux aktar tard mill-2050, f'konformità ma' dak li diġà huwa stabbilit fis-seba' EAP. Jenħtieġ li jkun kompletament allinjat mal-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tagħha, li huma integrati u indiviżibbli, u jmexxi 'l quddiem l-implimentazzjoni u l-kisba tagħhom, kif ukoll ikun allinjat mal-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi, il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika u ftehimiet internazzjonali oħra rilevanti. Jenħtieġ li t-tmien EAP jippermetti wkoll bidla sistemika lejn ekonomija tal-Unjoni li tiggarantixxi l-benesseri fi ħdan il-limiti planetarji fejn it-tkabbir ikun riġenerattiv u jenħtieġ li jiżgura wkoll li t-tranżizzjoni ambjentali u klimatika jinkisbu b'mod ġust u inklużiv, filwaqt li tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-inugwaljanzi.
Emenda 12 Proposta għal deċiżjoni Premessa 8a (ġdida)
(8a) L-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP jistabbilixxu direzzjoni għat-tfassil tal-politika tal-Unjoni, li tibni fuq, iżda mhux limitata għall-impenji tal-istrateġiji u l-inizjattivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew.
Emenda 13 Proposta għal deċiżjoni Premessa 8b (ġdida)
(8b) It-tmien EAP jifforma l-bażi għall-kisba tal-objettivi ambjentali u klimatiċi ddefiniti skont l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti u l-SDGs. Skont mudell żviluppat miċ-Ċentru ta' Reżiljenza ta' Stokkolma, il-kisba tal-SDGs ambjentali u klimatiċi tirfed l-SDGs soċjali u ekonomiċi għaliex is-soċjetajiet u l-ekonomiji tagħna jiddependu fuq bijosfera b'saħħitha u minħabba li l-iżvilupp sostenibbli jista' jseħħ biss fi spazju operattiv sikur ta' pjaneta stabbli u reżiljenti. Il-kisba tal-SDGs mill-Unjoni u l-appoġġ tagħha għall-pajjiżi terzi li jagħmlu l-istess se tkun essenzjali jekk l-Unjoni trid turi li hija mexxejja dinjija fil-kisba tat-tranżizzjonijiet tas-sostenibbiltà.
Emenda 14 Proposta għal deċiżjoni Premessa 9
(9) It-tmien EAP jenħtieġ li jħaffef it-tranżizzjoni lejn ekonomija riġenerattiva li tagħti lura lill-pjaneta aktar milli tieħu. Mudell ta' tkabbir riġenerattiv jirrikonoxxi li l-benesseri u l-prosperità tas-soċjetajiet tagħna jiddependu fuq klima stabbli, ambjent b'saħħtu u ekosistemi b'saħħithom, li jipprovdu spazju operattiv sikur għall-ekonomiji tagħna. Filwaqt li l-popolazzjoni globali u d-domanda għar-riżorsi naturali qed ikomplu jikbru, l-attività ekonomika għandha tiżviluppa b'mod li ma jagħmilx ħsara iżda, għall-kuntrarju, treġġa' lura t-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali, timminimizza t-tniġġis u tirriżulta fiż-żamma u t-tisħiħ tal-kapital naturali, biex b'hekk tiġi żgurata l-abbundanza ta' riżorsi rinnovabbli u mhux rinnovabbli. Permezz tal-innovazzjoni kontinwa, l-adattament għal sfidi ġodda u l-ħolqien konġunt, l-ekonomija riġenerattiva ssaħħaħ ir-reżiljenza u tipproteġi l-benesseri tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri.
(9) It-tmien EAP jenħtieġ li jħaffef it-tranżizzjoni lejn mudell ta' tkabbir riġenerattiv li jagħti lura lill-pjaneta aktar milli jieħufil-kuntest tal-ekonomija tal-benesseri sostenibbli li tippermetti bidla sistemika, jirrikonoxxi li l-benesseri u l-prosperità tas-soċjetajiet tagħna jiddependu fuq klima stabbli, ambjent b'saħħtu u ekosistemi b'saħħithom u jipprovdi spazju operattiv sikur fi ħdan il-limiti planetarji. Filwaqt li l-popolazzjoni globali u d-domanda għar-riżorsi naturali qed ikomplu jikbru, l-attività ekonomika jenħtieġ li tiżviluppa b'mod sostenibbli li ma jagħmilx ħsara iżda, għall-kuntrarju, treġġa' lura t-tibdil fil-klima, tipproteġi u tirrestawra l-ekosistemi u l-bijodiversità filwaqt li twaqqaf u treġġa' lura t-telf tagħhom, tipprevjeni d-degradazzjoni ambjentali, tipproteġi s-saħħa u l-benesseri minn impatti ambjentali negattivi, tipprevjeni u timminimizza t-tniġġis u tirriżulta fiż-żamma u t-tisħiħ tar-riżorsi naturali u l-bijodiversità, biex b'hekk tiġi żgurata l-abbundanza ta' riżorsi rinnovabbli u mhux rinnovabbli. Permezz tal-innovazzjoni u r-riċerka kontinwa, it-trasformazzjoni tal-mudelli tal-produzzjoni u tal-konsum, u l-adattament għal sfidi ġodda u l-ħolqien konġunt, l-ekonomija tal-benesseri riġenerattiva u sostenibbli ssaħħaħ ir-reżiljenza, ittejjeb l-istat tan-natura u tipproteġi l-benesseri tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri u d-dritt tagħhom għal ambjent b'saħħtu.
Emenda 15 Proposta għal deċiżjoni Premessa 9a (ġdida)
(9a) Skont l-OECD, il-każ għall-kejl tal-prestazzjoni ekonomika u l-progress soċjetali "lil hinn mill-PDG" huwa stabbilit sew, u t-teħid tal-PDG bħala kumpass uniku ma jipprovdix lil dawk li jfasslu l-politika stampa preċiża biżżejjed tal-mod kif l-ekonomija taħdem għaċ-ċittadini jew tal-impatti fit-tul tat-tkabbir fuq is-sostenibbiltà1a. Sabiex l-Unjoni tiżviluppa approċċ aktar olistiku lejn it-tfassil tal-politika ekonomika, f'konformità mal-SDGs, il-Ftehim ta' Pariġi u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika, it-tmien EAP jistabbilixxi r-rekwiżit għall-iżvilupp ta' sett komprensiv ta' indikaturi "lil hinn mill-PDG", kif mitlub mis-seba' EAP, sabiex jitkejjel il-progress lejn ekonomija tal-benesseri sostenibbli u biex jiġi ggwidat u infurmat it-tfassil tal-politika futura.
__________________
1a Id-Dokument ta' Ħidma Nru 102 tal-SDD tat-18 ta' Settembru 2019 "The Economy of Well-being - Creating opportunities for people’s well-being and economic growth" (L-Ekonomija tal-Benesseri - Il-ħolqien ta' opportunitajiet għall-benesseri tan-nies u t-tkabbir ekonomiku).
Emenda 16 Proposta għal deċiżjoni Premessa 9b (ġdida)
(9b) L-implimentazzjoni ta' qafas globali effettiv tal-bijodiversità għal wara l-2020 se tiddependi fuq it-tnaqqis tal-flussi finanzjarji li jagħmlu ħsara lill-bijodiversità, u madankollu, skont rapport tal-OECD, l-ammont ta' nfiq mill-gvernijiet kull sena li huwa potenzjalment ta' ħsara għall-bijodiversità huwa minn ħames sa sitt darbiet akbar mill-infiq globali annwali għall-bijodiversità1a. Il-Miri tal-Bijodiversità ta' Aichi stipulaw l-obbligu li, sa mhux aktar tard mill-2020, is-sussidji li jagħmlu ħsara lill-bijodiversità jenħtieġ li jitneħħew, jiġu eliminati gradwalment jew riformati, filwaqt li t-tneħħija gradwali ta' sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri mingħajr dewmien kienet ukoll obbligu skont is-seba' EAP. Sabiex l-Unjoni tilħaq l-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP, inkluża n-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050, se jkun meħtieġ li jitneħħew gradwalment is-sussidji kollha li jagħmlu ħsara lill-ambjent, inklużi s-sussidji għall-fjuwils fossili. Is-sussidji diretti u indiretti kollha, inklużi dawk fil-forma ta' eżenzjonijiet mit-taxxa, jenħtieġ li jiġu inklużi. Jenħtieġ li jiġi żviluppat ukoll mekkaniżmu għall-Istati Membri biex jirrappurtaw dwar it-tneħħija gradwali ta' sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent minbarra s-sussidji għall-fjuwils fossili. It-tneħħija gradwali tas-sussidji kollha li jagħmlu ħsara lill-ambjent jenħtieġ li ssegwi l-prinċipju ta’ tranżizzjoni ġusta u tkun akkumpanjata minn azzjonijiet li jipprevjenu jew itaffu kwalunkwe impatt soċjoekonomiku negattiv fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali, filwaqt li jiġi żgurat li ħadd ma jitħalla lura.
__________________
1a Ir-rapport finali tal-OECD, April 2020, "A Comprehensive Overview of Global Biodiversity Finance" (Ħarsa Komprensiva tal-Finanzjament Globali tal-Bijodiversità).
Emenda 17 Proposta għal deċiżjoni Premessa 9c (ġdida)
(9c) Waħda mill-prijoritajiet tal-Istrateġija Ewropea għall-Kontijiet Ambjentali 2019-2023 hija li titkabbar il-lista ta' oqsma koperti mill-kontijiet ambjentali Ewropej, fejn wieħed mill-oqsma taħt żvilupp ikun "sussidji jew miżuri ta' appoġġ potenzjalment ta' ħsara għall-ambjent". Permezz tal-ħidma tagħha fuq azzjoni preparatorja, il-Kummissjoni se tipprovdi sett ta' għodod lill-partijiet ikkonċernati biex tgħinhom jimmappjaw sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent u mbagħad jagħmlu każ ibbażat fuq l-evidenza għar-riforma jew it-tneħħija tagħhom billi jidentifikaw l-impatti soċjali, ekonomiċi u ambjentali tat-tneħħija gradwali tagħhom.
Emenda 18 Proposta għal deċiżjoni Premessa 9d (ġdida)
(9d) L-ekosistemi marittimi u tal-kosta, bħalma huma l-mangrovji, is-sikek tal-qroll, il-bwar salmastri u l-mergħat tal-algi, qed jiġu degradati u qed jintlaqtu negattivament minħabba proċessi bħall-ewtrofikazzjoni u l-aċidifikazzjoni, li qed iħallu impatt fuq il-bijodiversità li jsostnu u s-servizzi u l-funzjonijiet tal-ekosistema li jipprovdu kif ukoll il-kapaċità tagħhom li jaġixxu bħala bjar tal-karbonju. Hija meħtieġa azzjoni urġenti biex tipproteġi u tirrestawra dawn l-ekosistemi tal-baħar u kostali, inkluż qiegħ l-oċean, u r-rikonoxximent tal-oċean bħala komuni globali jista' jiffaċilita s-sensibilizzazzjoni, itejjeb il-litteriżmu dwar l-oċeani u jinkoraġġixxi l-azzjoni u l-adozzjoni ta' miżuri effettivi mil-livelli kollha tas-soċjetà u l-atturi tagħha.
Emenda 19 Proposta għal deċiżjoni Premessa 10
(10) It-tmien EAP għandu jistabbilixxi objettivi tematiċi prijoritarji fl-oqsma tan-newtralità klimatika, l-adattament għat-tibdil fil-klima, il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità, l-ekonomija ċirkolari, l-ambizzjoni ta' tniġġis żero u t-tnaqqis tal-pressjonijiet ambjentali mill-produzzjoni u l-konsum. Barra minn hekk, għandha tidentifika l-kundizzjonijiet abilitanti biex jinkisbu l-objettivi fit-tul u l-prijoritajiet tematiċi għall-atturi kollha involuti.
(10) Jenħtieġ li t-tmien EAP jistabbilixxi objettivi tematiċi prijoritarji fl-oqsma tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, l-adattament għat-tibdil fil-klima, il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità terrestri u tal-baħar, ekonomija ċirkolari mhux tossika, l-ambjent ta' tniġġis żero u l-minimizzazzjoni tal-pressjonijiet ambjentali mill-produzzjoni u l-konsum fis-setturi kollha tal-ekonomija. Dawn l-objettivi tematiċi prijoritarji, li jindirizzaw kemm l-ixprunaturi kif ukoll l-impatti tal-ħsara ambjentali, huma interkonnessi b'mod inerenti u għalhekk jenħtieġ approċċ sistemiku għal kisba tagħhom. It-tmien EAP, barra minn hekk, jenħtieġ li jidentifika l-kundizzjonijiet abilitanti biex jinkisbu l-objettivi fit-tul u l-prijoritajiet tematiċi għall-atturi kollha involuti b'mod koerenti, kif ukoll jikkoordina l-azzjonijiet meħtieġa biex jinkisbu dawn il-kundizzjonijiet.
Emenda 20 Proposta għal deċiżjoni Premessa 10a (ġdida)
(10a) It-terminu "approċċ ekosistemiku" huwa stabbilit skont il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika bħala strateġija għall-ġestjoni integrata tal-art, l-ilma u r-riżorsi ħajjin li jippromwovi l-konservazzjoni u l-użu sostenibbli b'mod ekwu sabiex jgħin biex jintlaħaq bilanċ bejn il-konservazzjoni, l-użu sostenibbli u l-kondiviżjoni tal-benefiċċji tal-bijodiversità bijoloġika, it-tliet objettivi tal-Konvenzjoni.
Emenda 21 Proposta għal deċiżjoni Premessa 10b (ġdida)
(10b) Skont l-EEA, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura għall-adattament għat-tibdil fil-klima u t-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri huma azzjonijiet li jaħdmu man-natura u jtejbuha biex jirrestawraw u jipproteġu l-ekosistemi u jgħinu lis-soċjetà tadatta għall-impatti tat-tibdil fil-klima u tnaqqas il-pass tat-tisħin ulterjuri, filwaqt li tipprovdi diversi benefiċċji addizzjonali1a. Filwaqt li s-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura jistgħu jipprovdu benefiċċji ekonomiċi, jenħtieġ li jiġi rikonoxxut li dawn jistgħu jimmaterjalizzaw biss fuq medda itwal ta' żmien. Jenħtieġ li s-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura jirrispettaw ċerti kriterji sabiex jiżguraw li l-implimentazzjoni tagħhom tkun koerenti mal-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP u ma ddgħajjifhomx. Barra minn hekk, fejn is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ffinanzjati minn mekkaniżmi ta' kumpens għall-bijodiversità, jenħtieġ li dawn il-mekkaniżmi jaderixxu strettament ma' ġerarkija ta' mitigazzjoni li tiżgura li, fost l-oħrajn, il-kumpensi jistgħu jintużaw biss bħala l-aħħar miżura.
__________________
1a Ir-rapport tal-EEA Nru 1/2021 "Nature-based solutions in Europe: Policy, knowledge and practice for climate change adaptation and disaster risk reduction" (Soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura fl-Ewropa: Politika, għarfien u prattika għall-adattament għat-tibdil fil-klima u t-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri).
Emenda 22 Proposta għal deċiżjoni Premessa 11
(11) Billi l-politika ambjentali hija deċentralizzata ħafna, jenħtieġ li tittieħed azzjoni biex jinkisbu l-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP f'livelli differenti ta' governanza, jiġifieri fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali, b'approċċ kollaborattiv għall-governanza f'diversi livelli. L-approċċ integrat għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika għandu jissaħħaħ bil-ħsieb li jiġu massimizzati s-sinerġiji bejn l-objettivi ekonomiċi, ambjentali u soċjali, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-kompromessi potenzjali ulill-ħtiġijiet tal-gruppi vulnerabbli. Barra minn hekk, l-involviment trasparenti ta' atturi mhux governattivi huwa importanti biex jiżgura s-suċċess tat-tmien EAP u l-ksib tal-objettivi prijoritarji tiegħu.
(11) Billi l-politika ambjentali hija deċentralizzata ħafna, jenħtieġ li tittieħed azzjoni biex jinkisbu l-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP f'livelli differenti ta' governanza, jiġifieri fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali, b'approċċ kollaborattiv għall-governanza f'diversi livelli. Il-monitoraġġ, l-implimentazzjoni, l-infurzar u l-kontabbiltà effiċjenti huma essenzjali, u l-governanza effettiva hija meħtieġa sabiex tiġi żgurata koerenza bejn il-politiki. L-approċċ integrat għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika għandu jissaħħaħ bil-ħsieb li jiġu massimizzati s-sinerġiji bejn l-objettivi ambjentali, soċjali u ekonomiċibilli jiġu evalwati sistematikamentil-kompromessi potenzjali bejniethom, kif ukoll jiġu evalwati sistematikament il-ħtiġijiet tal-gruppi vulnerabbli u marġinalizzati. Jenħtieġ li dan l-approċċ deċentralizzat u integrat jissodisfa l-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni kollha, inklużi ż-żoni urbani u rurali u r-reġjuni ultraperiferiċi. Barra minn hekk, l-aċċess għall-informazzjoni ambjentali, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta' deċiżjonijiet ambjentali, u l-aċċess għall-ġustizzja, f'konformità mal-Konvenzjoni ta' Aarhus, kif ukoll l-involviment trasparenti mal-awtoritajiet pubbliċi u bejniethom fil-livelli kollha tat-teħid ta' deċiżjonijiet, atturi mhux governattivi u l-pubbliku usa' huwa importanti biex jiżgura s-suċċess tat-tmien EAP u l-ksib tal-objettivi prijoritarji tiegħu.
Emenda 23 Proposta għal deċiżjoni Premessa 11a (ġdida)
(11a) Jenħtieġ li l-valutazzjonijiet tal-impatt imwettqa fil-kuntest tat-tmien EAP iqisu l-firxa sħiħa tal-impatti immedjati u fit-tul fuq l-ambjent u l-klima, inklużi l-effetti kumulattivi tagħhom, kif ukoll il-prezz tal-azzjoni u n-nuqqas ta' azzjoni, u jenħtieġ li jiġu żviluppati għodod għal dan il-għan. Jenħtieġ li dawk il-valutazzjonijiet tal-impatt ikunu bbażati fuq konsultazzjoni wiesgħa u trasparenti, u fi żmien tmien ġimgħat mill-għeluq ta' konsultazzjoni pubblika, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta b'mod sistematiku feedback dettaljat dwar it-tweġibiet għall-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, b'distinzjoni bejn il-kontributi minn tipi differenti ta' partijiet ikkonċernati. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-valutazzjoni tal-impatt tiġi ppubblikata immedjatament mat-tlestija tagħha sabiex tippermetti skrutinju mill-partijiet ikkonċernati, fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta' Settembru 2018 fil-Kawża C-57/16 P1a, tkun dettaljata biżżejjed u tinkludi l-informazzjoni kollha użata biex tinforma l-konklużjonijiet tagħhom, inklużi l-impatti soċjoekonomiċi.
__________________
1a Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta' Settembru 2018, ClientEarth vs Il-Kummissjoni, C-57/16 P, ECLI:UE:C:2018:660.
Emenda 24 Proposta għal deċiżjoni Premessa 11b (ġdida)
(11b) Jeħtieġ li l-azzjoni biex jinkisbu l-objettivi ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni titwettaq flimkien mal-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u tkun kompatibbli magħha.
Emenda 25 Proposta għal deċiżjoni Premessa 11c (ġdida)
(11c) Il-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent u l-Forum Globali tal-OECD dwar l-Ambjent enfasizzaw li l-bidliet ambjentali għandhom impatt speċifiku għall-ġeneri. Ir-rwoli differenzjati skont il-ġeneru jikkawżaw ukoll vulnerabbiltajiet differenzjati tan-nisa u tal-irġiel għall-effetti tat-tibdil fil-klima, u l-impatti tat-tibdil fil-klima jaggravaw l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri. Għalhekk, hija meħtieġa perspettiva tal-ġeneru fir-rigward tal-azzjonijiet u l-għanijiet relatati mal-kisba tal-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP, inklużi l-valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tal-ġeneru tal-azzjonijiet ippjanati u fokus fuq l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u l-azzjonijiet reattivi għall-kwistjonijiet ta' ġeneru, sabiex jiġi żgurat li d-differenzi bejn il-ġeneri ma jiġux perpetwati. It-tmien EAP jirrikonoxxi li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija wkoll prerekwiżit għall-iżvilupp sostenibbli u f'termini tal-kisba tal-aħjar riżultati meta jkun hemm reazzjoni għall-isfidi klimatiċi u ambjentali.
Emenda 26 Proposta għal deċiżjoni Premessa 12
(12) Il-kooperazzjoni msaħħa mal-pajjiżi sħab, il-governanza ambjentali globali tajba kif ukoll is-sinerġiji bejn il-politiki interni u esterni tal-Unjoni huma kruċjali biex jintlaħqu l-objettivi ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni.
(12) Il-kooperazzjoni msaħħa u d-diplomazija ekoloġika mal-pajjiżi terzi inklużi l-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u appoġġ lill-governanza ambjentali globali tajba, inklużi l-promozzjoni tal-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta' deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, huma kruċjali biex jintlaħqu l-SDGs kif ukoll l-objettivi ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni. Huwa wkoll essenzjali li jiġu żgurati sinerġiji u koerenza bejn il-politiki kollha interni u esterni tal-Unjoni, inklużi l-politiki u l-ftehimiet kummerċjali, u aderenza mal-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp Sostenibbli (PCSD).
Emenda 27 Proposta għal deċiżjoni Premessa 13
(13) Il-Kummissjoni Ewropea jenħtieġ li tivvaluta l-progress fil-kisba tal-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP mill-Unjoni u l-Istati Membri fil-kuntest tat-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà, il-benesseri u r-reżiljenza akbar. Dan huwa konformi mat-talbiet tal-Kunsill27 u tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew28 għall-kejl tal-prestazzjoni ekonomika u l-progress tas-soċjetà "lil hinn mill-PDG", u l-mixja lejn l-użu tal-benesseri bħala kumpass għall-politika, li hija appoġġata wkoll mill-OECD29.
(13) Il-Kummissjoni Ewropea jenħtieġ li tivvaluta l-progress fil-kisba tal-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP mill-Unjoni u l-Istati Membri fil-kuntest tat-tranżizzjoni ġusta u inklużiva lejn is-sostenibbiltà, il-benesseri u r-reżiljenza fi ħdan il-limiti planetarji. Dan huwa konformi mat-talbiet tal-Kunsill27 u tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew28 għall-kejl tal-prestazzjoni ekonomika u l-progress tas-soċjetà "lil hinn mill-PDG", u l-mixja lejn l-użu tal-benesseri bħala kumpass għall-politika, li hija appoġġata wkoll mill-OECD29.
__________________
__________________
27 Ara pereżempju https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-10414-2019-INIT/mt/pdf
27 Ara pereżempju https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-10414-2019-INIT/mt/pdf
29 Ara pereżempju: OECD Well-being Framework (il-Qafas tal-OECD għall-Benesseri), OECD Framework for Policy Action on Inclusive Growth (il-Qafas tal-OECD għall-Azzjoni Politika dwar it-Tkabbir Inklużiv), Better Life Initiative (l-Inizjattiva "Ħajja Aħjar") u New Approaches to Economic Challenges Initiative (l-Inizjattiva "Approċċi Ġodda għall-Isfidi Ekonomiċi").
29 Ara pereżempju: OECD Well-being Framework (il-Qafas tal-OECD għall-Benesseri), OECD Framework for Policy Action on Inclusive Growth (il-Qafas tal-OECD għall-Azzjoni Politika dwar it-Tkabbir Inklużiv), Better Life Initiative (l-Inizjattiva "Ħajja Aħjar") u New Approaches to Economic Challenges Initiative (l-Inizjattiva "Approċċi Ġodda għall-Isfidi Ekonomiċi").
Emenda 28 Proposta għal deċiżjoni Premessa 14
(14) Il-valutazzjoni tal-progress lejn l-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP għandha tirrifletti l-aħħar żviluppi fir-rigward tad-disponibbiltà u r-rilevanza tad-data u l-indikaturi. Jenħtieġ li tkun koerenti mal-għodod ta' monitoraġġ jew governanza u mingħajr preġudizzju għalihom, li jkopru aspetti aktar speċifiċi tal-politika ambjentali u klimatika, bħal b'mod partikolari r-Regolament 1999/2018 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill30, ir-Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali jew għodod ta' monitoraġġ relatati mal-ekonomija ċirkolari, mat-tniġġis żero, mal-bijodiversità, mal-arja, mal-ilma, mal-ħamrija, mal-iskart, jew ma' kwalunkwe politika ambjentali oħra. Flimkien ma' għodod oħra użati fis-Semestru Ewropew, il-Monitoraġġ tal-SDGs tal-Eurostat u fir-Rapport ta' Prospettiva Strateġika tal-Kummissjoni31, dan ikun parti minn sett koerenti interkonness ta' għodod ta' monitoraġġ u governanza.
(14) Il-valutazzjoni tal-progress lejn l-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP jenħtieġ li tirrifletti l-aħħar żviluppi fir-rigward tad-disponibbiltà u r-rilevanza tad-data u l-indikaturi u jenħtieġ li tkun ibbażata fuq metodoloġija tad-distakk mill-miri li tkun robusta, komprensiva u trasparenti. Jenħtieġ li tkun koerenti mal-għodod ta' monitoraġġ jew governanza u mingħajr preġudizzju għalihom, li jkopru aspetti aktar speċifiċi tal-politika ambjentali u klimatika, bħal b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill30, ir-Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali jew għodod ta' monitoraġġ relatati ma' ekonomija ċirkolari mhux tossika, mat-tniġġis żero, mal-bijodiversità, mal-arja, mal-ilma, mal-ħamrija, mal-iskart, jew ma' kwalunkwe politika ambjentali u industrijali oħra. Flimkien ma' għodod użati fis-Semestru Ewropew, il-Monitoraġġ tal-SDGs tal-Eurostat u fir-Rapport ta' Prospettiva Strateġika tal-Kummissjoni31, il-valutazzjoni tal-progress lejn l-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP jenħtieġ li tifforma parti minn sett akbar, koerenti u interkonness ta' għodod ta' monitoraġġ u governanza, li jkopri mhux biss il-fatturi ambjentali iżda wkoll dawk soċjali u ekonomiċi.
__________________
__________________
30 Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1-77.
30 Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).
Emenda 29 Proposta għal deċiżjoni Premessa 14a (ġdida)
(14a) L-iżvilupp ulterjuri tal-bażi ta' għarfien xjentifiku dwar il-limiti planetarji u l-impronti ambjentali, inkluż fir-rigward ta' settijiet ta' indikaturi rilevanti, huwa importanti fid-dawl tal-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP, b'mod partikolari l-objettiv prijoritarju tiegħu fit-tul.
Emenda 30 Proposta għal deċiżjoni Premessa 15
(15) Il-Kummissjoni u l-EEA u aġenziji rilevanti oħra jenħtieġ li jaċċessaw u jużaw mill-ġdid id-data u l-indikaturi pprovduti mill-Istati Membri skont l-atti legali applikabbli tal-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ lijintużaw sorsi oħra ta' data, bħal data satellitari u informazzjoni pproċessata mill-Programm Ewropew ta' Monitoraġġ tad-Dinja (Copernicus), is-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni dwar in-Nirien fil-Foresti u s-Sistema Ewropea ta' Sensibilizzazzjoni dwar l-Għargħar, jew pjattaformi ta' data bħan-Network Ewropew ta' Osservazzjoni u Data Marittima jew il-Pjattaforma ta' Informazzjoni għall-Monitoraġġ tas-Sustanzi Kimiċi. L-applikazzjoni ta' għodod diġitali moderni u intelliġenza artifiċjali tippermetti l-ġestjoni u l-analiżi tad-data b'mod effettiv u b'hekk tnaqqas il-piż amministrattiv filwaqt li żżid il-puntwalità u l-kwalità.
(15) Huma meħtieġa data u indikaturi robusti u sinifikanti sabiex jissorveljaw il-progress tal-kisba tal-objettivi tat-tmien EAP. Il-Kummissjoni u l-EEA u aġenziji rilevanti oħra jenħtieġ li jaċċessaw u jużaw mill-ġdid id-data u l-indikaturi pprovduti mill-Istati Membri skont l-atti legali applikabbli tal-Unjoni u jibnu fuqhom. Barra minn hekk, jenħtieġ li jintużaw sorsi oħra ta' data, bħal data satellitari u informazzjoni pproċessata mill-Programm ta' Osservazzjoni tad-Dinja (Copernicus) tal-Unjoni Ewropea, is-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni dwar in-Nirien fil-Foresti,is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Bijodiversità,is-Sistema ta' Identifikazzjoni għall-Irqajja' tal-Art u s-Sistema Ewropea ta' Sensibilizzazzjoni dwar l-Għargħar, jew pjattaformi ta' data bħan-Network Ewropew ta' Osservazzjoni u Data Marittima jew il-Pjattaforma ta' Informazzjoni għall-Monitoraġġ tas-Sustanzi Kimiċi. L-applikazzjoni ta' għodod diġitali moderni u intelliġenza artifiċjali tippermetti l-ġestjoni u l-analiżi tad-data b'mod effettiv u b'hekk tnaqqas il-piż amministrattiv filwaqt li żżid il-puntwalità u l-kwalità.
Emenda 31 Proposta għal deċiżjoni Premessa 17
(17) Sabiex jintlaħqu l-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP, l-EEA u l-ECHA jenħtieġ li jkunu mgħammra b'kapaċità adegwata u riżorsi suffiċjenti biex jiżguraw bażi ta' għarfien u evidenza soda, aċċessibbli u trasparenti biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet strateġiċi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-valutazzjoni tal-progress taħt il-programm.
(17) Sabiex jintlaħqu l-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP, l-EEA u l-ECHA jenħtieġ li jkunu mgħammra b'kapaċità adegwata u riżorsi suffiċjenti biex jiżguraw bażi ta' għarfien u evidenza soda, aċċessibbli u trasparenti biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet strateġiċi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-valutazzjoni tal-progress taħt il-programm. Fejn rilevanti, korpi u aġenziji oħra wkoll jenħtieġ li jkunu involuti u jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta' dawn il-prijoritajiet strateġiċi u għall-valutazzjoni tal-progress fl-ambitu tat-tmien EAP.
Emenda 32 Proposta għal deċiżjoni Premessa 17a (ġdida)
(17a) Sal-31 ta' Marzu 2024, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tat-tmien EAP biex tivvaluta l-progress tat-tmien EAP u tinforma dwar il-prijoritajiet tal-Kummissjoni li jmiss. Fid-dwal tal-progress deskritt fl-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu, jenħtieġ li l-Kummissjoni li jmiss wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2024, fl-ewwel 100 jum tal-mandat tagħha, tippreżenta rapport li jiddeskrivi l-prijoritajiet ambjentali u klimatiċi li fuqhom tippjana li tieħu azzjoni matul il-mandat tagħha u kif din l-azzjoni se tiżgura l-kisba sħiħa tal-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP.
Emenda 33 Proposta għal deċiżjoni Premessa 18
(18) Sabiex jitqiesu l-objettivi politiċi li qed jevolvu u l-progress li sar, it-tmien EAP jenħtieġ li jiġi evalwat mill-Kummissjoni fl-2029.
(18) Sabiex jitqiesu l-objettivi politiċi li qed jevolvu u l-progress li sar, it-tmien EAP jenħtieġ li jiġi evalwat mill-Kummissjoni fl-2029. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jkun fih is-sejbiet ewlenin ta' dik l-evalwazzjoni, akkumpanjat, jekk xieraq, bi proposta leġiżlattiva għall-programm ta' azzjoni ambjentali li jmiss. Tali proposta leġiżlattiva jenħtieġ li tiġi ppreżentata b'tempestività, bil-ħsieb li tiġi evitata lakuna bejn it-tmien u d-disa' EAP.
Emenda 34 Proposta għal deċiżjoni Premessa 18a (ġdida)
(18a) Skont l-Artikolu 191 tat-TFUE, il-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent hija li timmira għal livell għoli ta' protezzjoni filwaqt li titqies id-diversità tas-sitwazzjonijiet fid-diversi reġjuni tal-Unjoni u jenħtieġ li tkun imsejsa fuq il-prinċipju ta' prekawzjoni u fuq il-prinċipji li jenħtieġ li tittieħed azzjoni preventiva, li l-ħsara lill-ambjent jenħtieġ li, bħala prijorità, tissewwa f'ras il-għajn u li min iniġġes jenħtieġ li jħallas.
Emenda 35 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 1 – paragrafu 1
1. Din id-deċiżjoni tistabbilixxi programm ta' azzjoni ġenerali fil-qasam tal-ambjent għall-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2030 ("it-tmien EAP"). Dan jistabbilixxi l-objettivi prijoritarji tiegħu, jidentifika l-kundizzjonijiet abilitanti għall-kisba tagħhom u jistabbilixxi qafas biex jitkejjel jekk l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jinsabux fit-triq it-tajba biex jilħqu dawk l-objettivi prijoritarji.
1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programm ta' azzjoni ġenerali fil-qasam tal-ambjent għall-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2030 ("it-tmien Programm ta' Azzjoni Ambjentali" jew "it-tmien EAP"). Dan jistabbilixxi l-objettivi prijoritarji tiegħu, jidentifika l-kundizzjonijiet abilitanti kif ukoll l-azzjonijiet meħtieġa għall-kisba tal-kundizzjonijiet abilitanti. Huwa jistabbilixxi qafas ta' monitoraġġ biex jitkejjel u jiġi evalwat il-progress tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha lejn il-kisbatal-objettivi prijoritarji. Jistabbilixxi wkoll mekkaniżmu ta' governanza biex jiżgura l-kisba sħiħa tal-objettivi prijoritarji.
Emenda 36 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 1 – paragrafu 2
2. It-tmien EAP għandu l-għan li jħaffef it-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali mil-lat ta' klima, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, nadifa u ċirkolari b'mod ġust u inklużiv, u japprova l-objettivi ambjentali u klimatiċi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-inizjattivi tiegħu.
2. It-tmien EAP għandu l-għan li jħaffef it-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali mil-lat ta' klima, sostenibbli, mhux tossika, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, ibbażata fuq l-enerġija rinnovabbli, reżiljenti, kompetittiva u ċirkolari b'mod ġust, ekwu u inklużiv, u li tipproteġi, tirrestawra u ttejjeb il-kwalità tal-ambjent, inkluż l-arja, l-ilma u l-ħamrija, kif ukoll tipproteġi u tirrestawra l-bijodiversità u l-ekosistemi. Huwa jibni u jippromwovi l-kisba tal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-inizjattivi tiegħu.
Emenda 37 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 1 – paragrafu 3
3. It-tmien EAP huwa l-bażi għall-kisba tal-objettivi ambjentali u klimatiċi ddefiniti skont l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tagħha u l-qafas ta' monitoraġġ tagħha jikkostitwixxi l-parti ambjentali u klimatika tal-isforzi tal-UE biex tkejjel il-progress lejn sostenibbiltàakbar, inklużi n-newtralità klimatika u l-effiċjenza tar-riżorsi, il-benesseri u r-reżiljenza.
3. It-tmien EAP huwa l-bażi għall-kisba tal-objettivi ambjentali u klimatiċi ddefiniti skont l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tagħha, kif ukoll l-objettivi segwiti mill-ftehimiet ambjentali u dwar il-klima li huma rilevanti u multilaterali, u l-qafas ta' monitoraġġ tagħha jikkontribwixxi l-parti ambjentali u klimatika tal-isforzi tal-Unjoni biex tkejjel il-progress lejn is-sostenibbiltà, il-benesseri u r-reżiljenza.
Emenda 38 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – paragrafu 1
1. It-tmien EAP għandu l-objettiv prijoritarju fit-tul għall-2050 li ċ-ċittadini jgħixu tajjeb, fi ħdan il-limiti planetarji f'ekonomija riġenerattiva fejn ma jinħela xejn, li ma jiġu prodotti l-ebda emissjonijiet netti ta' gassijiet serra u li t-tkabbir ekonomiku jiġi diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi u mid-degradazzjoni ambjentali. Ambjent b'saħħtu jirfed il-benesseri taċ-ċittadini, isaħħaħ il-bijodiversità u jipproteġi, jirrestawra u jagħti valur lill-kapital naturali b'modi li jtejbu r-reżiljenza għat-tibdil fil-klima u riskji ambjentali oħra. L-Unjoni tistabbilixxi l-pass biex tiżgura l-prosperità tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri globalment.
1. It-tmien EAP għandu jkollu l-objettiv prijoritarju fit-tul li kemm jista' jkun malajr u sa mhux aktar tard mill-2050, il-persuni jgħixu tajjeb, fi ħdan il-limiti planetarji f'ekonomija tal-benesseri sostenibbli fejn ma jinħela xejn, it-tkabbir ikun riġenerattiv, tkun inkisbet in-newtralità klimatika u jkunu ġew minimizzati l-inugwaljanzi. Ambjent b'saħħtu jirfed il-benesseri u s-saħħa tal-persuni kollha, jiffjorixxu l-bijodiversità u l-ekosistemi u n-natura tiġi protetta u rrestawrata, li jwassal għal reżiljenza akbar għat-tibdil fil-klima, għad-diżastri naturali u riskji ambjentali oħra. L-Unjoni tistabbilixxi l-pass biex tiżgura l-prosperità tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri globalment f'konformità mar-responsabbiltà interġenerazzjonali.
Emenda 39 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. It-tmien EAP għandu s-sitt objettivi tematiċi prijoritarji li ġejjin:
2. It-tmien EAP għandu jkollu s-sitt objettivi tematiċi prijoritarji interkonnessi li ġejjin, li għandhom jinkisbu sa mhux aktar tard mill-2030:
Emenda 40 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a
(a) it-tnaqqis irriversibbli u gradwali tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u t-titjib tal-assorbimenti minn bjar naturali u oħrajn fl-Unjoni biex tinkiseb il-mira tal-2030 għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050 kif stabbilit fir-Regolament (UE) …/32;
(a) it-tnaqqis mgħaġġel u prevedibbli tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u, fl-istess ħin, it-titjib tal-assorbimenti minn bjar naturali u oħrajn fl-Unjoni, biex tinkiseb il-mira tal-2030 għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/...32, f'konformità mal-objettivi klimatiċi u ambjentali tagħha filwaqt li tiġi żgurata tranżizzjoni li ma tħalli lil ħadd lura;
__________________
__________________
32 COM/2020/80 final.
32 COM/2020/80 final.
Emenda 41 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b
(b) progress kontinwu fit-titjib tal-kapaċità ta' adattament, it-tisħiħ tar-reżiljenza u t-tnaqqis tal-vulnerabbiltà għat-tibdil fil-klima;
(b) progress kontinwu fit-titjib u l-integrazzjoni tal-kapaċità ta' adattament, inkluż abbażi tal-approċċi tal-ekosistema, it-tisħiħ tar-reżiljenza u l-adattament u t-tnaqqis tal-vulnerabbiltà tal-ambjent u tas-soċjetà kif ukoll is-setturi kollha tal-ekonomija għat-tibdil fil-klima, filwaqt li tittejjeb il-prevenzjoni tad-diżastri naturali u t-tħejjija għalihom;
Emenda 42 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c
(c) il-progress lejn mudell ta' tkabbir riġenerattiv li jagħti lura lill-pjaneta aktar milli jieħu, id-diżakkoppjar tat-tkabbir ekonomiku mill-użu tar-riżorsi u d-degradazzjoni ambjentali, u l-aċċellerazzjoni tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari;
(c) il-progress lejn ekonomija tal-benesseri sostenibbli li tagħti lura lill-pjaneta aktar milli tieħu, u tiżgura t-tranżizzoni lejn ekonomija ċirkolari mhux tossika fejn it-tkabbir ikun riġenerattiv u r-riżorsi jintużaw b'mod effiċjenti f'konformità mal-ġerarkija tal-iskart;
Emenda 43 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt d
(d) li tiġi segwita ambizzjoni ta' tniġġis żero għal ambjent mhux tossiku, inkluż għall-arja, l-ilma u l-ħamrija, u li jiġu protetti s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u impatti relatati mal-ambjent;
(d) li tiġi segwita politika ta' tniġġis żero sabiex jinkiseb ambjent mhux tossiku, inkluż għall-arja, l-ilma,il-ħamrijakif ukoll b'rabta mat-tniġġis tad-dawl u akustiku, u li jiġu protetti s-saħħa u l-benesseri tal-persuni, tal-annimali u tal-ekosistemi minn riskji u impatti relatati mal-ambjent, inkluż billi jiġi applikat u promoss l-approċċ "Saħħa Waħda";
Emenda 44 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt e
(e) il-protezzjoni, il-preżervazzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u t-titjib tal-kapital naturali, b'mod partikolari l-arja, l-ilma, il-ħamrija, u l-foresti, l-ilma ħelu, l-art mistagħdra u l-ekosistemi marittimi;
(e) il-protezzjoni, il-preżervazzjoni u r-restawr tal-bijodiversità, inkluż billi jitwaqqaf u jitreġġa' lura t-telf tagħha kemm fi ħdan iż-żoni protetti kif ukoll barra minnhom, u t-titjib tas-saħħa tal-ambjent, b'mod partikolari l-arja, l-ilma u l-ħamrija, kif ukoll l-indirizzar tad-degradazzjoni tal-ekosistemi tal-baħaru terrestri, b'mod notevoli billi jiġu implimentati l-miri deskritti fl-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 kif ukoll dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni;
Emenda 45 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt f
(f) il-promozzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali u t-tnaqqis tal-pressjonijiet ambjentali u klimatiċi ewlenin relatati mal-produzzjoni u l-konsum, b'mod partikolari fl-oqsma tal-enerġija, l-iżvilupp industrijali, il-bini u l-infrastruttura, il-mobbiltà u s-sistema tal-ikel.
(f) l-iżgurar tas-sostenibbiltà ambjentali, u t-tnaqqis b'mod sinifikanti tal-pressjonijiet ambjentali u klimatiċi ewlenin relatati mal-impronta tal-produzzjoni u l-konsum tal-Unjoni, inkluża d-deforestazzjoni globali xprunata mill-Unjoni, b'mod partikolari fl-oqsma tal-enerġija, l-iżvilupp industrijali, il-bini u l-infrastruttura, il-mobbiltà, it-turiżmu, il-kummerċ internazzjonali u l-ktajjen alimentari, inkluż l-agrikoltura, is-sajd u l-akkwakultura, filwaqt li jiġu internalizzati l-esternalitajiet klimatiċi u ambjentali;
2a. L-objettivi prijoritarji tematiċi stabbiliti fil-paragrafu 2 għandhom jinftiehmu bħala li jkopru l-objettivi, il-miri u l-azzjonijiet stabbiliti fl-istrateġiji u l-inizjattivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew kif ukoll il-miri fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li jikkontribwixxu għall-kisba ta' dawn l-objettivi. Dawk l-objettivi, il-miri u l-azzjonijiet għandhom jitqiesu meta jiġi żviluppat il-qafas ta' monitoraġġ għall-valutazzjoni tal-progress lejn l-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP.
Emenda 47 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – Titolu
Kundizzjonijiet li jippermettu li jintlaħqu l-objettivi prijoritarji ta' dan il-programm
Kundizzjonijiet li jippermettu li jintlaħqu l-objettivi prijoritarji ta' dan il-programm u l-azzjonijiet meħtieġa biex jiġu implimentati dawn il-kundizzjonijiet abilitanti
Emenda 48 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a
(a) l-iżgurar ta' implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ambjent u l-klima u li jkun hemm sforz għall-eċċellenza fil-prestazzjoni ambjentali fil-livelli tal-Unjoni, kif ukoll fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali inkluż permezz tal-provvista ta' kapaċità xierqa ta' assigurazzjoni amministrattiva u ta' konformità, kif stipulat fir-Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali, kif ukoll it-tisħiħ tal-azzjoni kontra r-reati ambjentali,
(a) l-iżgurar ta' implimentazzjoni effettiva, rapida u sħiħa tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ambjent u l-klima u li jkun hemm sforz għall-eċċellenza fil-prestazzjoni ambjentali fil-livelli tal-Unjoni, kif ukoll fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali inkluż permezz tal-provvista ta' kapaċità addizzjonali u suffiċjenti ta' assigurazzjoni amministrattiva u ta' konformità, kif stipulat fir-Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali;
Emenda 49 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa) it-titjib tal-gwida u r-rakkomandazzjonijiet, jiġu żgurati penali effettivi, dissważivi u proporzjonati, inklużi multi, biex jitnaqqsu r-riskji tan-nuqqas ta' konformità mal-liġi ambjentali, inkluż f'relazzjoni mat-traffikar ta' organiżmi selvaġġi, il-kriminalità marbuta mal-iskart, il-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam, kif ukoll tiġi intensifikata l-azzjoni fil-qasam tar-responsabbiltà ambjentali u tar-risponsi għan-nuqqas ta' konformità u t-tisħiħ tal-infurzar tal-liġi, tal-kooperazzjoni fil-prosekuzzjoni u dik ġudizzjarja kontra reati ambjentali kif stipulat fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, bħad-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, kif ukoll dispożizzjonijiet li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni;
__________________
1a Id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 28).
Emenda 50 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)
(ab) li jiġu pprijoritizzati l-infurzar tal-liġi ambjentali tal-Unjoni fejn l-implimentazzjoni tkun nieqsa, b'segwitu rapidu u sistematiku tal-proċedimenti ta' ksur, inkluż billi tiġi żgurata l-allokazzjoni ta' biżżejjed riżorsi finanzjarji u umani suffiċjenti fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell tal-Istati Membri għal dan il-għan;
Emenda 51 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b – inċiż 1
— jiġu integrati l-objettivi prijoritarji stabbiliti fl-Artikolu 2 fl-istrateġiji, l-inizjattivi leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi, il-programmi, l-investimenti u l-proġetti kollha rilevanti fil-livelli tal-Unjoni, kif ukoll fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali sabiex dawn u l-implimentazzjoni tagħhom ma jagħmlu l-ebda ħsara lil xi wieħed mill-objettivi prijoritarji stabbiliti fl-Artikolu 2;
— jiġu integrati l-objettivi prijoritarji stabbiliti fl-Artikolu 2 kif ukoll l-SDGs fl-istrateġiji, l-inizjattivi leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi, il-programmi, l-investimenti u l-proġetti kollha rilevanti fil-livelli tal-Unjoni, kif ukoll fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, kif ukoll il-ftehimiet internazzjonali rilevanti konklużi mill-Unjoni, sabiex jiġi żgurat li dawn l-istrateġiji, l-inizjattivi leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi, il-programmi, l-investimenti, il-proġetti u l-ftehimiet u l-implimentazzjoni tagħhom jikkontribwixxu, fejn rilevanti, għall-objettivi prijoritarji stabbiliti fl-Artikolu 2(1) u (2), u ma jagħmlu l-ebda ħsara, inkluż f'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament dwar it-Tassonomija;
Emenda 52 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b – inċiż 3
— tingħata attenzjoni partikolari lis-sinerġiji u l-kompromessi potenzjali bejn l-objettivi ekonomiċi, ambjentali u soċjali sabiex jiġi żgurat li l-ħtiġijiet taċ-ċittadini għan-nutrizzjoni, l-akkomodazzjoni u l-mobbiltà jintlaħqu b'mod sostenibbli li ma jħalli lil ħadd lura;
— jiġu evalwati b'mod sistematiku u komprensiv is-sinerġiji u l-kompromessi potenzjali bejn l-objettivi ambjentali, soċjali u ekonomiċi għall-inizjattivi kollha sabiex jiġi żgurat li l-benesseri, u b'mod partikolari d-dritt u l-ħtieġa tan-nies għal ambjent tajjeb għas-saħħa, u għal ilma, ikel, akkomodazzjoni, enerġija, kura tas-saħħa u mobbiltà ta' kwalità għolja u bi prezzijiet li jintlaħqu jiġu żgurati b'mod sostenibbli li ma jħalli lil ħadd lura;
Emenda 53 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b – inċiż 3a (ġdid)
— jiġi adottat approċċ "aħseb l-ewwel fis-sostenibbiltà" fil-linji gwida u s-sett ta' għodod għal Regolamentazzjoni Aħjar, inkluż billi jiġi integrat u operazzjonalizzat il-prinċipju li "ma ssir l-ebda ħsara sinifikanti" kif imsemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament dwar it-Tassonomija;
Emenda 54 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b – inċiż 3b (ġdid)
— jiġi żgurat li l-miżuri u l-politiki tal-Unjoni, inklużi l-leġiżlazzjoni settorjali, l-azzjoni esterna tal-Unjoni u l-baġit tal-Unjoni kif ukoll il-pjanijiet nazzjonali jew reġjonali li għandhom x'jaqsmu mal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni, ikunu konsistenti mal-objettivi prijoritarji stabbiliti fl-Artikolu 2(1) u (2);
Emenda 55 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b – inċiż 4
— l-evalwazzjoni regolari tal-politiki eżistenti u t-tħejjija tal-valutazzjonijiet tal-impatt għal inizjattivi ġodda, li huma bbażati fuq konsultazzjonijiet wiesgħa li jsegwu proċeduri li huma responsabbli, inklużivi, infurmati u sempliċi biex jiġu implimentati, u li jagħtu l-attenzjoni dovuta lill-impatti mbassra fuq l-ambjent u l-klima;
— issir evalwazzjoni regolari tal-politiki eżistenti u jitħejjew valutazzjonijiet tal-impatt komprensivi għal inizjattivi ġodda, li jkunu bbażati fuq konsultazzjonijiet wiesgħa u trasparenti li jsegwu proċeduri li jkunu responsabbli, inklużivi, infurmati u sempliċi biex jiġu implimentati, u li jqisu l-medda sħiħa tal-impatti immedjati u fit-tul fuq l-ambjent u l-klima, inklużi l-effetti kumulattivi tagħhom, kif ukoll il-prezz tal-azzjoni u tan-nuqqas ta' azzjoni;
Emenda 56 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c
(c) l-integrazzjoni effettiva tas-sostenibbiltà ambjentali u klimatika fis-Semestru Ewropew tal-governanza ekonomika, inkluż fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma u l-Pjanijiet Nazzjonali ta' Rkupru u Reżiljenza;
(c) l-integrazzjoni effettiva tal-SDGs kif ukoll tal-objettivi klimatiċi, ambjentali, inklużi dawk dwar il-bijodiversità, u soċjali fis-Semestru Ewropew tal-governanza ekonomika, mingħajr preġudizzju għall-fini oriġinal tiegħu, inkluż fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi, fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma u l-Pjanijiet Nazzjonali ta' Rkupru u Reżiljenza sabiex l-Istati Membri jingħataw analiżi u indikaturi addizzjonali;
Emenda 57 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca) l-istabbiliment ta' qafas ġenerali tal-Unjoni biex jitkejjel u jiġi stabbilit progress lejn ekonomija tal-benesseri sostenibbli li tkun konformi mal-SDGs, mal-Ftehim ta' Pariġi u mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika, mingħajr preġudizzju għas-Semestru Ewropew, u li jgħin biex jiggwida l-iżvilupp u l-koordinazzjoni ta' politiki u inizjattivi ġodda u eżistenti, filwaqt li tiġi integrata t-tranżizzjoni lejn ekonomija tal-benesseri sostenibbli fejn it-tkabbir ikun riġenerattiv fil-prijoritajiet politiċi u l-ipprogrammar annwali tal-Unjoni kif ukoll fil-linji gwida u s-sett ta' għodod għal Regolamentazzjoni Aħjar;
Emenda 58 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d
(d) il-mobilizzazzjoni ta' investimenti sostenibbli minn sorsi pubbliċi u privati, inklużi fondi u strumenti disponibbli taħt il-baġit tal-Unjoni, permezz tal-Bank Ewropew tal-Investiment u fil-livell nazzjonali;
(d) il-mobilizzazzjoni u l-iżgurar ta' biżżejjed investimenti sostenibbli minn sorsi pubbliċi u privati, inklużi fondi u strumenti disponibbli taħt il-baġit tal-Unjoni, permezz tal-Bank Ewropew tal-Investiment u fil-livell nazzjonali, b'mod konsistenti mal-istrateġija finanzjarja sostenibbli tal-Unjoni, inklużi l-miżuri stabbiliti fir-Regolament dwar it-Tassonomija u l-prinċipju tiegħu "la tagħmilx ħsara sinifikanti", u minħabba l-potenzjal ta' dawn il-miżuri biex joħolqu l-impjiegi, jiżguraw il-kompetittività fit-tul tal-Unjoni, u jżidu r-reżiljenza tal-ekonomija u s-soċjetà tal-Unjoni;
Emenda 59 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt e
(e) it-tneħħija gradwali ta' sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali, l-aħjar użu ta' strumenti bbażati fuq is-suq u għodod ta' bbaġitjar ekoloġiku, inklużi dawk meħtieġa biex tiġi żgurata tranżizzjoni soċjalment ġusta, u l-appoġġ lin-negozji u lil partijiet ikkonċernati oħrajn fl-iżvilupp ta' prattiki standardizzati ta' kontabbiltà tal-kapital naturali;
(e) it-tneħħija gradwali tas-sussidji diretti u indiretti kollha għall-fjuwils fossili fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali mingħajr dewmien u mhux aktar tard mill-2025;
Emenda 60 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)
(ea) it-tneħħija gradwali tas-sussidji diretti u indiretti kollha li jagħmlu ħsara lill-ambjent apparti s-sussidji għall-fjuwils fossili fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali mingħajr dewmien u mhux aktar tard mill-2027;
Emenda 61 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt eb (ġdid)
(eb) li jsir l-aħjar użu tat-tassazzjoni ambjentali u tal-istrumenti bbażati fuq is-suq, kif ukoll ta' għodod ta' bbaġitjar u ffinanzjar ekoloġiku u inċentivi pożittivi mil-lat ambjentali, inklużi dawk meħtieġa biex tkun żgurata tranżizzjoni soċjalment ġusta, u l-appoġġ għan-negozji u għal partijiet ikkonċernati oħrajn fl-applikazzjoni ta' prattiki kontabilistiċi standardizzati tal-kapital naturali, sakemm dan ma jissostitwixxix il-miri u l-miżuri biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta'serra jew biex titħares il-bijodiversità;
Emenda 62 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ec (ġdid)
(ec) li jsir investiment fil-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità f'konformità mal-miri ta' nfiq annwali minimi maqbula permezz tal-QFP 2021-2027 (7,5 % fl-2024, u 10 % fl-2026 u l-2027), bl-intenzjoni li dawn il-miri jiżdiedu progressivament taħt il-QFP sussegwenti, u f'konformità mal-objettivi ta' finanzjament fl-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030, traċċati permezz ta' metodoloġija robusta, trasparenti u komprensiva li tqis il-kriterji tat-tassonomija tal-Unjoni;
Emenda 63 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ed (ġdid)
(ed) li jiġi żgurat li d-dimensjonijiet tal-klima u l-bijodiversità jiġu integrati u vverifikati b'mod effettivi fil-baġits tal-Unjoni u dawk nazzjonali kif ukoll li tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-finanzjament għall-klima u dak għall-bijodiversità;
Emenda 64 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ee (ġdid)
(ee) li jiġi żgurat li l-azzjonijiet meħuda biex jinkisbu l-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP jitwettqu b'mod soċjalment ġust u inklużiv, filwaqt li jikkontribwixxu għall-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u jindirizzaw u jnaqqsu b'mod effettiv l-inugwaljanzi soċjali, inkluża l-inugwaljanza bejn il-ġeneri, li potenzjalment jirriżultaw minn impatti u politiki relatati mal-klima u l-ambjent;
Emenda 65 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ef (ġdid)
(ef) titqies il-perspettiva tal-ġeneri fit-tmien EAP kollu, inkluż billi jitwettqu valutazzjonijiet tal-impatt fir-rigward tal-ġeneru u azzjonijiet reattivi għal kwistjonijiet ta' ġeneru;
Emenda 66 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt f
(f) l-iżgurar li l-politiki u l-azzjoni ambjentali jkunu bbażati fuq l-aħjar għarfien xjentifiku disponibbli u t-tisħiħ tal-bażi tal-għarfien ambjentali u l-adozzjoni tagħha, inkluż permezz tar-riċerka, l-innovazzjoni, it-trawwim ta' ħiliet ekoloġiċi, u l-bini ulterjuri tal-kontabbiltà ambjentali u tal-ekosistemi;
(f) l-iżgurar li l-politiki u l-azzjoni ambjentali fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali, jkunu bbażati fuq l-aħjar għarfien xjentifiku u teknoloġiji disponibbli u t-tisħiħ tal-bażi tal-għarfien ambjentali, inkluż l-għarfien indiġenu u lokali, u l-adozzjoni tagħha, inkluż permezz tar-riċerka, l-innovazzjoni li trawwem il-ħiliet ekoloġiċi, it-taħriġ u t-taħriġ mill-ġdid, u l-bini ulterjuri tal-kontabbiltà ambjentali u tal-ekosistemi;
Emenda 67 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)
(fa) il-bini tal-bażi tal-għarfien xjentifiku dwar il-kapaċità ta' ekosistemi differenti li jaġixxu bħala bjar u stokkijiet għall-gassijiet b'effett ta' serra;
Emenda 68 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt fb (ġdid)
(fb) il-bini tal-bażi tal-għarfien dwar ir-rekwiżiti għal bidla sistemika, inkluż dwar kif jiġu identifikati, imkejla u evalwati l-effetti ta', fost l-oħrajn, il-punti kritiċi, iċ-ċirkwiti ta' feedback, il-lock-ins, l-interdipendenzi u l-ostakli għal bidla fundamentali fis-sistemi ambjentali u soċjoekonomiċi u kif wieħed jista' jaqleb minn fokus politiku kkompartimentalizzat u bbażat fuq is-settur għal approċċ sistemiku għall-koerenza tal-politika, kif ukoll dwar kif jiġi evitat jew jittaffa kwalunkwe impatt soċjali, ekonomiku u ambjentali negattiv;
Emenda 69 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt fc (ġdid)
(fc) l-eliminazzjoni tal-lakuni fis-settijiet ta' indikaturi rilevanti, u l-ottimizzazzjoni tagħhom, relatati, fost l-oħrajn, mal-bidla sistemika, il-limiti planetarji, l-impronta ambjentali tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tas-sistemi ta' produzzjoni u konsum, il-governanza, il-finanzi sostenibbli u l-inugwaljanzi, u l-iżgurar li dawk is-settijiet ta' indikaturi jkunu komparabbli fil-livelli kollha tat-tfassil tal-politika;
Emenda 70 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt fd (ġdid)
(fd) l-iżgurar tal-parteċipazzjoni sħiħa tal-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-kooperazzjoni magħhom fid-dimensjonijiet kollha tat-tfassil tal-politika ambjentali permezz ta' approċċ kollaborattiv u f'diversi livelli u l-iżgurar li l-komunitajiet lokali u reġjonali jkollhom riżorsi adegwati għall-implimentazzjoni fil-post;
Emenda 71 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt fe (ġdid)
(fe) it-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni fir-rigward tal-politika dwar il-klima u l-ambjent, inkluż bejn il-Kummissjoni u l-Kumitat tar-Reġjuni fil-qafas tal-Pjattaforma Teknika għall-Kooperazzjoni dwar l-Ambjent, u l-esplorazzjoni ta' kif jistgħu jittejbu d-djalogu u l-ippuljar tal-informazzjoni;
Emenda 72 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ff (ġdid)
(ff) ir-rispett sħiħ, u l-iżgurar tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta' prekawzjoni, kif ukoll tal-prinċipji li għandha tittieħed azzjoni preventiva, li l-ħsara ambjentali għandha, bħala prijorità, tiġi rettifikata fis-sors u li min iniġġes għandu jħallas, skont l-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
Emenda 73 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt fg (ġdid)
(fg) l-indirizzar tad-degradazzjoni tal-art u l-istabbiliment ta' qafas legali għall-Unjoni kollha għall-protezzjoni u l-użu sostenibbli tal-ħamrija, li jinkludi indikaturi armonizzati u metodoloġija ta' monitoraġġ u rappurtar;
Emenda 74 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt fh (ġdid)
(fh) it-trasformazzjoni tas-sistema tal-ikel, inkluż permezz tal-politika agrikola komuni, biex tinġieb f'konformità mal-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP, b'tali mod li tikkontribwixxi, fost l-oħrajn, għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità, fl-Unjoni u barra minnha, timminimizza l-inputs kimiċi, antibijotiċi u bbażati fuq il-fjuwils fossili, u tiżgura livell għoli ta' benesseri tal-annimali filwaqt li tiżgura tranżizzjoni ġusta għall-partijiet ikkonċernati affettwati;
Emenda 75 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt fi (ġdid)
(fi) il-promozzjoni tat-tneħħija gradwali globali tal-pestiċidi li mhumiex approvati fl-Unjoni u impenn favur l-iżgurar li l-pestiċidi li mhumiex approvati għall-użu fl-Unjoni ma jiġux esportati barra mill-Unjoni sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi u konsistenza bejn il-politiki interni u esterni tal-Unjoni;
Emenda 76 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt fj (ġdid)
(fj) is-sostituzzjoni rapida tas-sustanzi ta' tħassib serju ħafna u ta' sustanzi kimiċi perikolużi oħrajn, inklużi s-sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali, is-sustanzi kimiċi persistenti ħafna, in-newrotossikanti u l-immunotossikanti, kif ukoll l-indirizzar tal-effetti kkombinati tas-sustanzi kimiċi, in-nanoforom tas-sustanzi u l-esponiment għal sustanzi kimiċi perikolużi mill-prodotti, il-valutazzjoni tal-impatti tagħhom fuq is-saħħa u l-ambjent, inkluż il-klima, u l-bijodiversità, filwaqt li ssir promozzjoni tal-użu u l-affordabbiltà akbar ta' alternattivi sikuri, u l-intensifikazzjoni u l-koordinazzjoni tal-isforzi biex jippromwovu l-iżvilupp u l-validazzjoni ta' alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali;
Emenda 77 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt g
(g) l-użu tal-potenzjal tat-teknoloġiji diġitali u tad-data biex jappoġġaw il-politika ambjentali filwaqt li jimminimizzaw l-impronta ambjentali tagħhom;
(g) l-użu tal-potenzjal tat-teknoloġiji diġitali u tad-data biex jappoġġaw il-politika ambjentali, inkluż billi titwassal data u informazzjoni f'ħin reali dwar l-istat tal-ekosistemi, filwaqt li jiżdiedu l-isforzi biex jimminimizzaw l-impronta ambjentali ta' dawn it-teknoloġiji, u tiġi żgurata t-trasparenza u l-aċċessibbiltà tad-data u tal-informazzjoni għall-pubbliku;
Emenda 78 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)
(ga) ir-rikonoxximent b'mod olistiku tal-interkonnessjonijiet bejn is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali u l-ambjent permezz tal-integrazzjoni sħiħa tal-approċċ "Saħħa Waħda" fit-tfassil tal-politika;
Emenda 79 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt gb (ġdid)
(gb) ir-rikonoxximent tad-dritt għal ambjent tajjeb għas-saħħa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-promozzjoni ta' dritt simili fuq livell internazzjonali;
Emenda 80 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt h
(h) l-użu sħiħ tas-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura u l-innovazzjoni soċjali;
(h) l-użu sħiħ tal-approċċi bbażati fuq l-ekosistemi u tal-infrastruttura ekoloġika, inklużi s-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, filwaqt li:
Emenda 81 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt h – inċiż 1 (ġdid)
— il-massimizzazzjoni tal-konnettività bejn l-ekosistemi u l-benefiċċji tar-restawr u l-bini fuq is-sinerġiji bejn il-konservazzjoni tal-bijodiversità u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih;
Emenda 82 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt h – inċiż 2 (ġdid)
— l-iżgurar li l-implimentazzjoni tagħhom ittejjeb is-servizzi u l-funzjonijiet tal-ekosistemi, ma tikkompromettix il-bijodiversità u l-integrità tal-ekosistemi, ma tissostitwixxix jew ma timminax il-miżuri meħuda biex tiġi protetta l-bijodiversità jew biex jitnaqqsu malajr l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra fl-Unjoni, tirrispetta l-prinċipju ta' prekawzjoni, iġġib magħha kobenefiċċji soċjetali ċari, u tiżgura l-involviment sħiħ mal-popli indiġeni u l-komunitajiet lokali affettwati u l-kunsens tagħhom;
Emenda 83 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt h – inċiż 3 (ġdid)
— l-iżvilupp ulterjuri tal-metodi ta' monitoraġġ, l-għodod ta' evalwazzjoni u l-indikaturi li jistgħu jitkejlu għas-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura kif ukoll l-iżvilupp ta' lista ta' attivitajiet esklużi;
Emenda 84 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt h – inċiż 4 (ġdid)
— l-iżgurar li fejn is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura jiġu ffinanzjati minn mekkaniżmi ta' kumpens għall-bijodiversità, dawn il-mekkaniżmi jiġu implimentati, immonitorjati, evalwati u infurzati b'mod xieraq u jqisu bis-sħiħ l-impatti diretti, indiretti u kumulattivi, ġeografikament u matul iż-żmien filwaqt li jaderixxu strettament ma' ġerarkija ta' mitigazzjoni li tiżgura li, fost l-oħrajn, il-kumpens għall-bijodiversità jista' jintuża biss bħala miżura tal-aħħar istanza;
Emenda 85 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt h – inċiż 5 (ġdid)
— l-iżgurar li fejn jintużaw mekkaniżmi ta' kumpens għall-bijodiversità biex jiffinanzjaw is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, l-informazzjoni dwar dawn il-mekkaniżmi ssir disponibbli pubblikament online;
Emenda 86 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt h – inċiż 6 (ġdid)
— l-użu sħiħ tal-innovazzjoni soċjali u l-azzjoni mmexxija mill-komunità biex l-individwi, il-komunitajiet u l-SMEs ikunu jistgħu jieħdu azzjoni lejn il-kisba tal-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP;
Emenda 87 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt i
(i) l-applikazzjoni effettiva ta' standards għoljin għat-trasparenza, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku u l-aċċess għall-ġustizzja skont il-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (il-Konvenzjoni ta' Aarhus)35;
(i) l-applikazzjoni effettiva ta' standards għoljin għat-trasparenza, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku u l-aċċess għall-ġustizzja skont il-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (il-Konvenzjoni ta' Aarhus)35 kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell tal-Istati Membri;
Emenda 88 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ja (ġdid)
(ja) il-promozzjoni ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali, immirati biex iqajmu kuxjenza dwar l-importanza tal-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP, u biex jippermettu dibattitu fil-livelli kollha ta' governanza u tas-soċjetà;
Emenda 89 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt jb (ġdid)
(jb) li jitnaqqsu b'mod sinifikanti l-impronti materjali u tal-konsum tal-Unjoni biex jinġiebu fil-limiti planetarji mill-aktar fis possibbli, inkluż permezz tal-introduzzjoni ta' miri vinkolanti tal-Unjoni biex jitnaqqsu b'mod sinifikanti l-impronti materjali u tal-konsum tal-Unjoni kif ukoll miri vinkolanti fuq terminu medju u fit-tul għat-tnaqqis fl-użu tal-materja prima primarja;
Emenda 90 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt k – inċiż 1
— tal-involviment ma' pajjiżi sħab dwar azzjoni klimatika u ambjentali, l-inkoraġġiment u l-appoġġ tagħhom biex jadottaw u jimplimentaw regoli f'dawn l-oqsma li huma ambizzjużi daqs dawk tal-Unjoni, u l-iżgurar li l-prodotti kollha mqiegħda fis-suq tal-Unjoni jikkonformaw bis-sħiħ mar-rekwiżiti rilevanti tal-Unjoni f'konformità mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni;
— tal-involviment ma' pajjiżi terzi dwar azzjoni klimatika u ambjentali, l-inkoraġġiment u l-appoġġ tagħhom biex jadottaw u jimplimentaw regoli f'dawn l-oqsma li jkunu tal-anqas ambizzjużi daqs dawk tal-Unjoni, u l-iżgurar li l-prodotti kollha mqiegħda fis-suq tal-Unjoni jew esportati mill-Unjoni jkunu jikkonformaw bis-sħiħ mar-rekwiżiti rilevanti tal-Unjoni f'konformità mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni;
Emenda 91 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt k – inċiż 1a (ġdid)
— tal-promozzjoni ta' governanza korporattiva sostenibbli u l-istabbiliment ta' rekwiżiti ta' diliġenza dovuta obbligatorji fil-livell tal-Unjoni, u b'kunsiderazzjoni ta' dawn ir-rekwiżiti fit-twettiq tal-politika kummerċjali tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tar-ratifika tal-ftehimiet kummerċjali u ta' investiment;
Emenda 92 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt k – inċiż 2
— tat-tisħiħ tal-kooperazzjoni mal-gvernijiet, in-negozji u s-soċjetà ċivili f'pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali biex jiffurmaw sħubiji u alleanzi għall-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni ambjentali fil-G7 u l-G20;
— tat-tisħiħ tal-kooperazzjoni mal-gvernijiet, in-negozji, is-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili f'pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali biex jiffurmaw sħubiji u alleanzi għall-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni ambjentali;
Emenda 93 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt k – inċiż 3
— tat-tisħiħ tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi, il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika u ftehimiet ambjentali multilaterali oħrajn mill-Unjoni u s-sħab tagħha, inkluż billi jiżdiedu t-trasparenza u r-responsabbiltà fir-rigward tal-progress dwar l-impenji li saru skont dawk il-ftehimiet;
— tat-turija ta' rwol mexxej fil-fora internazzjonali billi, fost l-oħrajn, l-Unjoni tikseb l-SDGs kif ukoll l-objettivi stabbilti fil-Ftehim ta' Pariġi, il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika u ftehimiet ambjentali multilaterali oħrajn u tappoġġa lil pajjiżi terzi biex jagħmlu l-istess, inkluż billi jiżdiedu t-trasparenza u r-responsabbiltà fir-rigward tal-progress dwar l-impenji li saru skont dawk il-ftehimiet;
Emenda 94 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt k – inċiż 5
— tal-iżgurar li l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni u tal-Istati Membri lil pajjiżi terzi tippromwovi l-Aġenda 2030 tan-NU.
— tal-iżgurar li l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni u tal-Istati Membri lil pajjiżi terzi tippromwovi l-Aġenda 2030 tan-NU, il-Ftehim ta' Pariġi u l-qafas globali għal wara l-2020 tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika tan-NU u li tkun konformi mal-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP.
1a. Sabiex tikseb il-kundizzjonijiet abilitanti stabbiliti fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tieħu l-azzjonijiet li ġejjin:
(a) ittejjeb u tespandi, sat-30 ta' Ġunju 2022, u sussegwentement iżżomm aġġornata, il-bażi tad-data pubblika eżistenti tagħha dwar id-deċiżjonijiet ta' ksur sabiex il-passi meħuda mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fir-rigward tal-proċedimenti kollha ta' ksur fil-qasam tal-ambjent u tal-klima jkunu jistgħu jiġu ttraċċati b'mod ċar, li jinftiehem u aċċessibbli;
(b) tivvaluta regolarment il-konsistenza tal-miżuri u l-politiki tal-Unjoni mal-objettivi prijoritarji stabbiliti fl-Artikolu 2(1) u (2) u twettaq tali valutazzjonijiet għall-miżuri u l-politiki abbozzati u eżistenti tal-Unjoni; fejn jiġu identifikati inkonsistenzi, l-abbozz ta' miżura jew politika għandu jiġi allinjat ma' dawn l-objettivi prijoritarji qabel il-pubblikazzjoni jew, fil-każ ta' miżuri u politiki eżistenti tal-Unjoni, jiġu proposti l-miżuri ta' rimedju meħtieġa;
(c) tiżviluppa għodod biex tivvaluta l-impatti fit-tul fuq l-ambjent u l-klima, inklużi l-effetti kumulattivi, tal-miżuri u l-politiki abbozzati u eżistenti, kif ukoll l-impatti possibbli tagħhom fuq l-inugwaljanzi soċjali, inkluża l-inugwaljanza bejn is-sessi, u l-prezz tan-nuqqas ta' azzjoni;
(d) fi żmien tmien ġimgħat mill-għeluq ta' konsultazzjoni pubblika, tippreżenta b'mod sistematiku feedback dettaljat dwar it-tweġibiet għall-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, b'distinzjoni bejn il-kontributi minn tipi differenti ta' partijiet ikkonċernati.
(e) tippubblika valutazzjonijiet tal-impatt immedjatament malli jitlestew, inkluża l-informazzjoni kollha użata biex il-konklużjoni tagħhom tkun infurmata;
(f) tiżviluppa indikatur biex tivvaluta d-diskrepanza bejn l-istruttura tal-baġits tal-Istati Membri u x-xenarju allinjat mal-Ftehim ta' Pariġi għal kull wieħed mill-baġits nazzjonali tagħhom, u b'hekk tippermetti li jitfasslu rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri dwar l-investimenti klimatiċi meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw, u jibqgħu fuq, it-trajettorja meħtieġa biex jiġi żgurat li jintlaħaq il-Ftehim ta' Pariġi u l-objettivi prijoritarji relatati tat-tmien EAP;
(g) tippreżenta, sat-30 ta' Ġunju 2022, rapport li fih tidentifika l-interkonnessjonijiet bejn id-diversi settijiet ta' indikaturi, oqfsa ta' monitoraġġ u proċessi li qed jintużaw fil-livell tal-Unjoni li jkejlu l-progress soċjali, ekonomiku u ambjentali u li jenfasizza kif dawn jistgħu jiġu ssimplifikati; fuq din il-bażi, il-Kummissjoni għandha, sat-30 ta' Ġunju 2023, f'konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill, tiżviluppa sett komprensiv ta' indikaturi "lil hinn mill-PDG" biex tiggwida u tinforma t-tfassil tal-politika fil-ġejjieni, mingħajr ħsara għas-Semestru Ewropew;
1b. Sabiex jinkisbu l-kundizzjonijiet abilitanti stabbilti fil-punt (ea) tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, sa Diċembru 2022, u abbażi tal-ħidma li għaddejja, tivvaluta liema sussidji huma ta' ħsara għall-ambjent u tipproduċi materjali ta' gwida biex tidentifika tali sussidji fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali, kif ukoll trajettorji possibbli għat-tneħħija gradwali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiġbru informazzjoni kull sena dwar l-eżistenza ta' sussidji fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, kif ukoll miżuri li qed jieħdu biex ineħħuhom gradwalment. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu dik l-informazzjoni kull sena lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tiġbor l-informazzjoni f'rapport, maqsum skont l-Istat Membru, li għandu jiġi ppubblikat mhux aktar tard minn 6 xhur wara t-tmiem tas-sena ta' referenza, bl-ewwel sena ta' referenza tkun l-2023. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport fuq bażi annwali lill-Parlament Ewropew.
Emenda 97 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 2
2. Biex jintlaħqu l-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP se jkun hemm bżonn li jiġi mobilizzat appoġġ wiesa' billi jiġu involuti ċ-ċittadini, is-sħab soċjali u partijiet ikkonċernati oħra, u titħeġġeġ il-kooperazzjoni fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġiji, politiki jew leġiżlazzjoni relatati mat-tmien EAP fost l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, f'żoni urbani u rurali.
2. L-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli kollha għandhom jaħdmu man-negozji, partikolarment mal-SMEs, u mas-sħab soċjali, mas-soċjetà ċivili, maċ-ċittadini, mal-komunitajiet u ma' partijiet ikkonċernati oħrajn fl-implimentazzjoni tat-tmien EAP. Biex jintlaħqu l-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP se jkun hemm bżonn li jiġi mobilizzat appoġġ wiesa' billi jiġu involuti ċ-ċittadini, is-sħab soċjali u partijiet ikkonċernati oħra, u titħeġġeġ il-kooperazzjoni fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġiji, politiki jew leġiżlazzjoni relatati mat-tmien EAP fost l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, f'żoni urbani u rurali u fir-reġjuni ultraperiferiċi.
2a. L-istituzzjonijiet rilevanti tal-Unjoni u l-Istati Membri għandu jkollhom ir-responsabbiltà li jieħdu l-azzjoni xierqa bil-għan li jitwettqu l-objettivi prijoritarji stabbiliti fl-Artikolu 2(1) u (2). L-azzjoni għandha tittieħed b'kunsiderazzjoni xierqa tal-prinċipji ta’ konferiment, ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità, skont l-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
Emenda 99 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 4 – Titolu
Qafas ta' monitoraġġ
Indikaturi, qafas ta' monitoraġġ u governanza
Emenda 100 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 4 – paragrafu 1
1. Il-Kummissjoni, appoġġata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, għandha tivvaluta u tirrapporta dwar il-progress tal-Unjoni u tal-Istati Membri fir-rigward tal-kisba tal-objettivi prijoritarji stabbiliti fl-Artikolu 2 fuq bażi regolari, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 3.
1. Il-Kummissjoni, appoġġjata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, mingħajr preġudizzju għall-indipendenza tagħhom, għandha timmonitorja, tivvaluta u tirrapporta dwar il-progress tal-Unjoni u tal-Istati Membri fir-rigward tal-kisba tal-objettivi prijoritarji stabbiliti fl-Artikolu 2 fuq bażi annwali, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet u l-azzjonijiet ta' awtorizzazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 3, u l-għan ġenerali li tinkiseb bidla sistemika. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni li tirriżulta minn dak il-monitoraġġ, valutazzjoni u rappurtar tkun disponibbli pubblikament u aċċessibbli faċilment, biex b'hekk jiġi żgurat li jkun hemm monitoraġġ effettiv tal-progress magħmul.
1a. Wara proċess ta' konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2021, tippreżenta qafas simplifikat fil-forma ta' tabella ta' valutazzjoni unika, inklużi l-indikaturi ewlenin, biex timmonitorja u tittraċċa l-progress lejn il-kisba tal-objettivi prijoritarji fl-Artikolu 2(1) u (2), billi tibni fuq l-oqfsa u l-proċessi ta' monitoraġġ eżistenti.
1b. Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi informazzjoni dwar:
– il-progress imwettaq lejn il-bidla sistematika li hija meħtieġa sabiex jinkisbu l-objettivi prijoritarji stabbiliti fl-Artikolu 2(1) u (2), malli l-qafas ta' monitoraġġ jippermetti dan;
– id-distanza mill-miri stabbiliti biex jinkisbu l-objettivi prijoritarji stabbiliti fl-Artikolu 2(1) u (2);
– il-finanzjament li jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi prijoritarji stabbiliti fl-Artikolu 2(1) u (2), traċċat permezz ta' metodoloġija robusta, trasparenti u komprensiva;
– il-mezzi ta' implimentazzjoni li ġew applikati fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri biex tiġi żgurata l-kisba tal-objettivi prijoritarji, u jekk dawn humiex suffiċjenti; u
– ir-rakkomandazzjonijiet u l-linji gwida biex jiġu indirizzati inkonsistenzi potenzjali.
Emenda 103 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 4 – paragrafu 2
2. Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tirrifletti l-aħħar żviluppi fir-rigward tad-disponibbiltà u r-rilevanza tad-data u l-indikaturi, abbażi tad-data disponibbli fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk imħaddma mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u s-Sistema Statistika Ewropea. Din il-valutazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-oqfsa u l-eżerċizzji eżistenti ta' monitoraġġ, rapportar u governanza li jkopru l-politika ambjentali u klimatika.
2. Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tirrifletti l-aħħar żviluppi fir-rigward tad-disponibbiltà u r-rilevanza tad-data u l-indikaturi, abbażi tad-data disponibbli fl-Istati Membri, inkluz fil-livell reġjonali u lokali, u fil-livell tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk imħaddma mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u s-Sistema Statistika Ewropea bil-ħsieb li jitnaqqas il-piż amministrattiv. Din il-valutazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-oqfsa u l-eżerċizzji eżistenti ta' monitoraġġ, rapportar u governanza li jkopru l-politika ambjentali u klimatika,tibni fuqhom u tkun koerenti magħhom, u għandha tkun ibbażata fuq metodoloġija robusta li tippermetti l-kejl tal-progress.
2a. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jiskambjaw opinjonijiet fuq bażi annwali dwar il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jidentifikaw, bħala parti mill-programmazzjoni annwali tal-Unjoni, miżuri u azzjonijiet leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi addizzjonali meta l-progress lejn il-kisba tal-objettivi prijoritarji jitqies bħala insuffiċjenti jew sabiex jingħelbu l-ostakli identifikati.
Emenda 105 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 4 – paragrafu 3 – parti introduttorja
3. L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għandhom jappoġġaw lill-Kummissjoni fit-titjib tad-disponibbiltà u r-rilevanza tad-data u l-għarfien, b'mod partikolari billi jwettqu dan li ġej:
3. L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għandhom jappoġġaw lill-Kummissjoni fit-titjib tad-disponibbiltà u r-rilevanza tad-data, l-indikaturi u l-għarfien, b'mod partikolari billi jwettqu dan li ġej:
Emenda 106 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt a
(a) il-ġbir, l-ipproċessar u r-rapportar ta' evidenza u data b'għodod diġitali moderni;
(a) il-ġbir, l-ipproċessar u r-rapportar ta' evidenza u data b'għodod diġitali moderni, filwaqt li jtejbu l-metodoloġiji għall-ġbir u t-trattament tad-data u biex jiżviluppaw indikaturi armonizzati;
Emenda 107 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt aa (ġdid)
(aa) it-tisħiħ u l-għoti ta' appoġġ għar-riċerka bażika, għall-immappjar u għall-monitoraġġ;
Emenda 108 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt b
(b) il-ħidma lejn l-għeluq tal-lakuni rilevanti fid-data tal-monitoraġġ;
(b) il-valutazzjoni tar-riżorsi meħtieġa u l-ħidma biex jingħalqu l-lakuni rilevanti fid-data tal-monitoraġġ, inkluż fir-rigward tal-kejl tal-bidla sistemika;
Emenda 109 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt c
(c) it-twassil ta' analiżi rilevanti għall-politika u sistemika, u l-kontribuzzjoni għall-implimentazzjoni tal-objettivi tal-politika fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali;
(c) it-twettiq ta' analiżijiet sistemiċi u rilevanti għall-politika, u l-kontribut għall-implimentazzjoni tal-objettivi ta' politika fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali, inkluż billi jiġu proposti rakkomandazzjonijiet biex jissaħħaħ il-progress fl-ilħuq tal-objettivi;
Emenda 110 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)
(ca) il-ġbir ta' għodod bħal għodod ta' tbassir, li jistgħu jipprovdu wkoll informazzjoni dwar "id-distanza mill-mira";
Emenda 111 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt d
(d) l-integrazzjoni tad-data dwar l-impatti ambjentali, soċjali u ekonomiċi, u l-isfruttar sħiħ ta' data disponibbli oħra, bħal dik mogħtija minn Copernicus;
(d) l-integrazzjoni tad-data dwar l-impatti ambjentali, fuq is-saħħa, soċjali u ekonomiċi, u l-isfruttar sħiħ ta' data disponibbli oħra, bħal dik mogħtija minn Copernicus;
Emenda 112 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt da (ġdid)
(da) l-għeluq tal-lakuni kritiċi fl-għarfien dwar il-punti kritiċi ekoloġiċi;
Emenda 113 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt db (ġdid)
(db) l-iżvilupp ta' mudelli biex jivvalutaw u jbassru l-impatti mistennija tal-politiki relatati mal-ambjent u l-klima fuq il-ġenerazzjonijiet futuri;
Emenda 114 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt e
(e) it-titjib ulterjuri tal-aċċess għad-data permezz tal-programmi tal-Unjoni;
(e) it-titjib ulterjuri tad-disponibbiltà, tal-interoperabbiltà u tal-aċċess għad-data permezz tal-programmi tal-Unjoni;
Emenda 115 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt g
(g) l-għajnuna lis-soċjetà ċivili, lill-awtoritajiet pubbliċi, liċ-ċittadini, lis-sħab soċjali u lis-settur privat biex jidentifikaw ir-riskji klimatiċi u ambjentali u jieħdu azzjoni biex jipprevjenu, jimmitigaw u jadattaw ruħhom għalihom, u jrawmu l-involviment tagħhom biex jagħlqu d-diskrepanzi fl-għarfien.
(g) l-għajnuna lis-soċjetà ċivili, lill-awtoritajiet pubbliċi fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, lill-individwi u lill-komunitajiet, lis-sħab soċjali u lis-settur privat biex jidentifikaw ir-riskji klimatiċi u ambjentali, jivvalutaw l-impatt tagħhom u jieħdu azzjoni biex jipprevjenu, jimmitigaw u jadattaw ruħhom għal tali riskji, u jrawmu l-involviment tagħhom biex jagħlqu d-diskrepanzi fl-għarfien;
Emenda 116 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt ga (ġdid)
(ga) l-inkoraġġiment tal-osservazzjoni u r-rappurtar taċ-ċittadini dwar kwistjonijiet ambjentali u lakuni fil-konformità, inkluż permezz tal-użu ta' mekkaniżmi online u apps tal-mowbajls biex jiġi ffaċilitat ir-rappurtar.
Emenda 117 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 4 – paragrafu 4
4. Il-Kummissjoni għandha teżamina regolarment il-ħtiġijiet tad-data u l-għarfien fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali, inkluża l-kapaċità tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi li jwettqu l-kompiti msemmija fil-paragrafu 3.
4. Il-Kummissjoni għandha teżamina regolarment il-ħtiġijiet tad-data u l-għarfien fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali, inkluża l-kapaċità tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, kif ukoll ta' korpi u aġenziji Ewropej oħra, fejn rilevanti, li jwettqu l-kompiti msemmija fil-paragrafu 3 u tirrapporta dwar ir-riżultati ta' dan ir-rieżami, inklużi l-proposti biex tiġi indirizzata kwalunkwe ħtieġa ta' riżorsi umani u finanzjarji, jew biex jiġi indirizzat kwalunkwe nuqqas ieħor.
-1. Sal-31 ta' Marzu 2024, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tat-tmien EAP u tippreżentaha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu għandha tiddeskrivi l-progress miksub lejn l-ilħuq tal-objettivi tematiċi prijoritarji stabbiliti fl-Artikolu 2(2), inklużi l-miri fil-qafas tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-istatus tal-kundizzjonijiet u l-azzjonijiet abilitanti stabbiliti fl-Artikolu 3, u l-progress imwettaq fil-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-bidla sistemika, u għandha tkun ibbażata fuq l-aktar valutazzjoni reċenti msemmija fl-Artikolu 4(1), kif ukoll fuq l-eżitu ta' konsultazzjoni pubblika. L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu għandha tiddeskrivi r-rakkomandazzjonijiet u l-korrezzjonijiet meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP sat-tlestija tagħhom.
-1a. Fid-dawl tal-progress deskritt fl-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu msemmija fil-paragrafu -1, ta' żviluppi ta' politika rilevanti oħra u tar-rapport tal-EEA "The European environment - state and outlook" (L-ambjent Ewropew – l-istat u l-prospetti), il-Kummissjoni li se tibda l-mandat tagħha wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2024 għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fi żmien l-ewwel 100 jum tal-mandat tagħha, lista u skeda ta' żmien tal-azzjonijiet leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi li tippjana li tieħu matul il-mandat tagħha sabiex tiżgura l-kisba sħiħa, sal-2030 u l-2050, rispettivament, tal-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP.
Emenda 120 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 5 – paragrafu 1
Sal-31 ta' Marzu 2029, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tat-tmien EAP. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jkun fih is-sejbiet ewlenin ta' dik l-evalwazzjoni, akkumpanjat, jekk il-Kummissjoni tqis xieraq, minn proposta leġiżlattiva għall-programm ta' azzjoni ambjentali li jmiss.
Sal-31 ta' Marzu 2029, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tat-tmien EAP. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jkun fih is-sejbiet ta' dik l-evalwazzjoni, akkumpanjat, jekk xieraq, bi proposta leġiżlattiva għall-programm ta' azzjoni ambjentali li jmiss u tħalli biżżejjed żmien sabiex id-disa' EAP jilħaq jidħol fis-seħħ sal-1 ta' Jannar 2031, biex b'hekk jiġi evitat li jkun hemm lakuna bejn it-tmien u d-disa' EAP.
Il-kwistjoni ġiet riferuta lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’ subparagrafu (A9-0203/2021).