Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0244(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0244/2021

Testi mressqa :

A9-0244/2021

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/09/2021 - 2

Testi adottati :

P9_TA(2021)0365

Testi adottati
PDF 119kWORD 42k
It-Tlieta, 14 ta' Settembru 2021 - Strasburgu
Assoċjazzjoni tal-pajjiżi u territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea *
P9_TA(2021)0365A9-0244/2021

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2021 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea, inklużi r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea fuq naħa, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra (Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra-Ewropeja, inkluża Greenland) (08656/2021 – C9-0189/2021 – 2018/0244(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (08656/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 203 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0189/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A9-0244/2021),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Aġġornata l-aħħar: 14 ta' Diċembru 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza