Indiċi 
Testi adottati
Il-Ħamis, 29 ta' April 2021 - Brussell
Ċertifikat Diġitali Aħdar - Ċittadini tal-Unjoni
 Ċertifikat Aħdar Diġitali - ċittadini ta' pajjiżi terzi
 It-tassazzjoni diġitali: in-negozjati tal-OECD, ir-residenza tat-taxxa tal-kumpaniji diġitali u l-eventwalità ta' Taxxa Diġitali Ewropea
 L-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u l-istat tad-dritt f'Malta
 Programm tal-UE kontra l-Frodi 2021-2027 ***II
 Id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji***II
 L-istabbiliment tal-Fond Ewropew għad-Difiża ***II
 Programm Ewropa Diġitali ***II
 Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) 2021-2027 ***II
 Kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa: il-kontenut tar-reġistri elettroniċi *
 Is-sitwazzjoni tal-pandemija tal-COVID-19 fl-Amerka Latina
 Il-Bolivja u l-arrest tal-ex President Jeanine Añez u ta' uffiċjali oħra
 Il-liġijiet dwar il-blasfemija fil-Pakistan, b'mod partikolari l-każ ta' Shagufta Kausar u Shafqat Emmanuel
 L-estimi tad-dħul u tan-nefqa għas-sena finanzjarja 2022 tal-Parlament
 Ir-Russja, il-każ ta' Alexei Navalny, l-iskjerament militari fil-fruntiera mal-Ukrajna u l-attakki Russi fir-Repubblika Ċeka
 Il-ħames anniversarju tal-Ftehim ta' Paċi fil-Kolombja
 Garanzija għat-Tfal
 L-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tal-ittestjar għall-COVID-19
 Relazzjonijiet UE-Indja
 Kwittanza 2019: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi
 Kwittanza 2019: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Parlament Ewropew
 Kwittanza 2019: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kunsill u l-Kunsill Ewropew
 Kwittanza 2019: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
 Kwittanza 2019: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Qorti tal-Awdituri
 Kwittanza 2019: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
 Kwittanza 2019: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kumitat tar-Reġjuni
 Kwittanza 2019: baġit ġenerali tal-UE - L-Ombudsman Ewropew
 Kwittanza 2019: baġit ġenerali tal-UE - Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
 Kwittanza 2019: Baġit ġenerali tal-UE - Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
 Kwittanza 2019: Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali
 Kwittanza 2019: Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol
 Kwittanza 2019: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali
 Kwittanza 2019: Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga
 Kwittanza 2019: Aġenzija Ewropea għall-Ambjent
 Kwittanza 2019: Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol
 Kwittanza 2019: Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea
 Kwittanza 2019: l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini
 Kwittanza 2019: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust)
 Kwittanza 2021: Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ
 Kwittanza 2019: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima
 Kwittanza 2019: L-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea
 Kwittanza 2019: L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel
 Kwittanza 2019: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard
 Kwittanza 2019: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà
 Kwittanza 2019: l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji
 Kwittanza 2019: l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL)
 Kwittanza 2019: Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta
 Kwittanza 2019: l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea
 Kwittanza 2019: Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd
 Kwittanza 2019: l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi
 Kwittanza 2019: Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom
 Kwittanza 2019: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol)
 Kwittanza 2019: L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi
 Kwittanza 2019: Awtorità Bankarja Ewropea
 Kwittanza 2019: l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol
 Kwittanza 2019: Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq
 Kwittanza 2019: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija
 Kwittanza 2019: L-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC)
 Kwittanza 2019: L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija
 Kwittanza 2019: Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil
 Kwittanza 2019: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA)
 Kwittanza 2019: Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni
 Kwittanza 2019: L-Impriża Konġunta SESAR
 Kwittanza 2019: L-Impriża Konġunta Clean Sky 2
 Kwittanza 2019: L-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b’bażi Bijoloġika
 Kwittanza 2019: L-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2
 Kwittanza 2019: Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2
 Kwittanza 2019: L-Impriża Konġunta Shift2Rail
 Kwittanza 2019: Impriża Konġunta ECSEL
 Kwittanza 2019: Baġit ġenerali tal-UE - It-8, id-9, l-10 u l-11-il FEŻ
 Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-aġenziji tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019: prestazzjoni, ġestjoni finanzjarja u kontroll

Ċertifikat Diġitali Aħdar - Ċittadini tal-Unjoni
PDF 291kWORD 76k
Test
Test konsolidat
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fid-29 ta’ April 2021 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati interoperabbli dwar il-vaċċinazzjoni, l-ittestjar u l-irkupru għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (Ċertifikat Diġitali Aħdar) (COM(2021)0130 – C9‑0104/2021 – 2021/0068(COD))(1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: L-ewwel qari)

[Emenda 25, sakemm mhux indikat mod ieħor]

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(2)
għall-proposta tal-Kummissjoni
---------------------------------------------------------

REGOLAMENT (UE) 2021/... TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati interoperabbli dwar il-vaċċinazzjoni, l-ittestjar u l-fejqan għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (Ċertifikat COVID-19 tal-UE)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)  Kull ċittadin tal-Unjoni għandu d-dritt li jiċċaqlaq u jgħix liberament fit-territorju tal-Istati Membri, soġġett għal-limitazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Trattati u l-miżuri adottati biex ikollhom effett. Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(3) tistabbilixxi regoli dettaljati fir-rigward tal-eżerċizzju ta' dak id-dritt.

(1a)  Il-faċilitazzjoni tal-libertà ta' moviment hija waħda mill-kundizzjonijiet preliminari ewlenin biex jinbeda rkupru ekonomiku.

(2)  Fit-30 ta' Jannar 2020, id-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (World Health Organization, WHO) iddikjara emerġenza tas-saħħa pubblika ta' rilevanza internazzjonali minħabba t-tifqigħa globali tal-coronavirus tas-sindromu respiratorju akut gravi 2 (SARS-CoV2), li jikkawża l-marda tal-coronavirus 2019 (COVID‑19). Fil-11 ta' Marzu 2020, id-WHO għamlet il-valutazzjoni li l-COVID-19 tista' tiġi kkaratterizzata bħala pandemija.

(3)  Biex jillimitaw it-tixrid tal-virus, l-Istati Membri adottaw diversi miżuri, li wħud minnhom kellhom impatt fuq id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni li jiċċaqalqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, bħal restrizzjonijiet fuq id-dħul jew rekwiżiti għal vjaġġaturi transfruntiera biex jagħmlu l-kwarantina/l-awtoiżolament jew test għal infezzjoni bis-SARS-CoV-2. Tali restrizzjonijiet għandhom effetti negattivi fuq iċ-ċittadini u l-impriżi, speċjalment il-ħaddiema fruntaliera u transfruntiera jew staġjonali.

(4)  Fit-13 ta' Ottubru 2020, il-Kunsill adotta r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1475 dwar approċċ ikkoordinat għar-restrizzjoni tal-moviment liberu b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19(4). Dik ir-Rakkomandazzjoni tistabbilixxi approċċ ikkoordinat fuq il-punti ewlenin li ġejjin: l-applikazzjoni ta' kriterji u livelli limitu komuni meta jiġi deċiż jekk għandhomx jiġu introdotti restrizzjonijiet għall-moviment liberu, immappjar tar-riskju ta' trażmissjoni tal-COVID-19 abbażi ta' kodiċi tal-kuluri maqbul, u approċċ ikkoordinat fir-rigward tal-miżuri, jekk ikun hemm, li jistgħu jiġu applikati b'mod xieraq għall-persuni li jiċċaqalqu bejn iż-żoni, skont il-livell tar-riskju ta' trażmissjoni f'dawk iż-żoni. Fid-dawl tas-sitwazzjoni speċifika tagħhom, ir-Rakkomandazzjoni tenfasizza wkoll li l-vjaġġaturi essenzjali, kif elenkati fil-punt 19 tagħha, u l-ħaddiema transfruntieri, li ħajjithom hija partikolarment affettwata minn dawn ir-restrizzjonijiet, b'mod partikolari dawk li jeżerċitaw funzjonijiet kritiċi jew li huma essenzjali għall-infrastruttura kritika, jenħtieġ li ▌jiġu eżentati mir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar b'rabta mal-COVID-19.

(5)  Bl-użu tal-kriterji u l-limiti stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475, iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ("ECDC") ilu jippubblika, darba fil-ġimgħa, mappa tal-Istati Membri, imqassma skont ir-reġjuni, sabiex jappoġġa t-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Istati Membri(5).

(6)  Kif enfasizzat mir-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475, jenħtieġ li kwalunkwe restrizzjoni għall-moviment liberu tal-persuni fl-Unjoni stabbilita biex tillimita t-tixrid tal-COVID-19 tkun ibbażata fuq raġunijiet speċifiċi u limitati ta' interess pubbliku, jiġifieri l-protezzjoni tas-saħħa pubblika. Huwa meħtieġ li dawn il-limitazzjonijiet jiġu applikati f'konformità mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari l‐proporzjonalità u n-nondiskriminazzjoni. Għalhekk, kwalunkwe miżura li tittieħed jenħtieġ li tkun limitata rigorożament f'termini ta' kamp ta' applikazzjoni u ta' żmien (S&D) bi qbil mal-isforz biex jerġa' jkollna Żona Schengen li tiffunzjona b'mod sħiħ mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni u jenħtieġ li testendi lil hinn minn dak li huwa strettament meħtieġ biex tiġi ssalvagwardjata s-saħħa pubblika. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-miżuri meħuda mill-Unjoni biex tiżgura l-moviment liberu mingħajr xkiel ta' oġġetti u servizzi essenzjali fis-Suq Uniku kollu, inklużi dawk tal-provvisti mediċi u tal-persunal fil-qasam mediku u tal-kura tas-saħħa permezz tal-hekk imsejħa punti ta' qsim tal-fruntieri b'"Korsiji Ħodor" imsemmija fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Korsiji Ħodor skont il-Linji Gwida għal miżuri ta' ġestjoni tal-fruntieri biex tiġi protetta s-saħħa u tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' oġġetti u servizzi essenzjali(6).

(7)  Skont l-għarfien mediku attwali, il-persuni li tlaqqmu, huma fil-pussess ta' test NAAT negattiv li jkun sar inqas minn [72 siegħa] qabel jew għamlu test rapidu tal-antiġeni li rriżulta negattiv inqas minn [24 siegħa] qabel, u l-persuni li, fi żmien l-aħħar [6 xhur], ġew ittestjati pożittivi għal antikorpi speċifiċi kontra l-proteina spike, għandhom riskju konsiderevolment imnaqqas li jinfettaw lil persuni oħra bis-SARS-CoV-2. Jenħtieġ li l-moviment liberu tal-persuni li, abbażi ta' evidenza xjentifika soda, ma jirrappreżentawx riskju sinifikanti għas-saħħa pubblika, pereżempju għax ikunu immuni u ma jistgħux jittrażmettu s-SARS-CoV-2, ma jkunx ristrett, billi tali restrizzjonijiet ma jkunux meħtieġa biex jinkiseb l-objettiv mixtieq.

(7a)  Biex jiġi żgurat użu armonizzat taċ-ċertifikati, it-tul ta' żmien tal-validità tagħhom jenħtieġ li tkun stabbilit f'dan ir-Regolament. Madankollu, f'dan l-istadju, għadu mhuwiex ċar jekk il-vaċċini jipprevenux it-trażmissjoni tal-COVID-19. Bl-istess mod, m'hemmx biżżejjed provi dwar it-tul ta' żmien tal-protezzjoni effettiva kontra l-COVID-19 wara li dak li jkun ikun fieq minn infezzjoni preċedenti. Jenħtieġ għaldaqstant li t-tul ta' żmien tal-validità jkun jista' jiġi adattat skont il-progress tekniku u xjentifiku.

(8)  Ħafna Stati Membri nedew jew qed jippjanaw li jniedu inizjattivi għall-ħruġ ta' ċertifikati tal-vaċċinazzjoni. Madankollu, biex dawn jintużaw b'mod effettiv f'kuntest transfruntier meta ċ-ċittadini jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom tal-moviment liberu, dawn iċ-ċertifikati tal-vaċċinazzjoni jeħtieġ li jkunu kompletament interoperabbli, kompatibbli, siguri u verifikabbli. Fost l-Istati Membri hemm bżonn approċċ bi qbil komuni fuqu dwar il-kontenut, il-format, il-prinċipji, l-istandards tekniċi u l-livell ta' protezzjoni ta' tali ċertifikati.

(9)  Miżuri unilaterali f'dan il-qasam għandhom il-potenzjal li jikkawżaw tfixkil sinifikanti fl-eżerċizzju ▌tal-moviment liberu, u li jfixklu l-funzjonament xieraq tas-suq intern, inkluż is-settur tat-turiżmu, billi l-awtoritajiet nazzjonali u s-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri, bħal-linji tal-ajru, il-ferroviji, il-kowċis jew il-laneċ, ikunu kkonfrontati b'firxa wiesgħa ta' formati ta' dokumenti diverġenti, mhux biss fir-rigward tal-istatus tal-vaċċinazzjoni ta' persuna, imma anke dwar testijiet u l-fejqan possibbli mill-COVID-19. [Em. 8]

(9a)  Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Marzu 2021 dwar l-istabbiliment ta' strateġija tal-UE għal turiżmu sostenibbli, il-Parlament Ewropew talab li jkun hemm approċċ armonizzat fl-UE kollha fir-rigward tat-turiżmu, li jimplimenta kemm il-kriterji komuni għal vjaġġar sikur, bi protokoll dwar is-sikurezza tas-saħħa tal-UE għar-rekwiżiti ta' ttestjar u kwarantina kif ukoll jitlob ċertifikat tal-vaċċinazzjoni komuni, ladarba jkun hemm biżżejjed provi li l-persuni mlaqqma ma jittrażmettux il-virus, jew rikonoxximent reċiproku tal-proċeduri ta' vaċċinazzjoni.

(10)  Mingħajr preġudizzju għall-miżuri komuni dwar il-qsim tal-fruntieri interni min-naħa ta' persuni kif stabbilit fl-acquis ta' Schengen, partikolarment fir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u għall-fini li jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tad-dritt li wieħed jiċċaqlaq u jgħix▌ fit-territorju tal-Istati Membri, jenħtieġ li jiġi stabbilit qafas komuni għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati interoperabbli dwar il-vaċċinazzjoni kontra l-COVID-19, dwar l-ittestjar għall-marda u dwar il-fejqan minnha msejjaħ "Ċertifikat COVID-19 tal-UE", li jkun vinkolanti u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Iċ-ċentri tat-trasport kollha tal-Unjoni, bħall-ajruporti, il-portijiet u l-istazzjonijiet tal-ferroviji u tal-kowċis, fejn iċ-ċertifikat jiġi vverifikati, jenħtieġ li japplikaw kriterji u proċeduri standardizzati u komuni għall-verifika taċ-Ċertifikat COVID-19 tal-UE abbażi ta' gwida żviluppata mill-Kummissjoni.

(10a)  L-Istati Membri, huma u japplikaw dan ir-Regolament, jenħtieġ li jaċċettaw kull tip ta' ċertifikat maħruġ f'konformità ma' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li ċ-ċertifikati interoperabbli jkollhom valur indaqs matul il-perjodu tal-validità tagħhom.

(11)  Dan ir-Regolament huwa maħsub biex jiffaċilita l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' proporzjonalità u nondiskriminazzjoni fir-rigward tar-restrizzjonijiet possibbli għall-moviment liberu u għal drittijiet fundamentali oħra bħala riżultat tal-pandemija tal-COVID-19, filwaqt li jimmira lejn l-ogħla livell ta' protezzjoni tas-saħħa pubblika u jenħtieġ li ma jinftehimx bħala li jiffaċilita jew jinkoraġġixxi l-adozzjoni ta' restrizzjonijiet għall-moviment liberu, jew għal drittijiet fundamentali oħra, b'reazzjoni għall-pandemija. ▌Jenħtieġ li l-eżenzjonijiet għar-restrizzjoni tal-moviment liberu b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 imsemmija fir-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475 ikomplu japplikaw. Kwalunkwe ħtieġa għal verifika taċ-ċertifikati stabbilita minn dan ir-Regolament jenħtieġ li ma tkunx tista', għaldaqstant, tiġġustifika r-reintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fil-fruntieri interni. Jenħtieġ li l-kontrolli fil-fruntieri interni jibqgħu miżura tal-aħħar istanza, soġġetti għal regoli speċifiċi stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/399.

(12)  It-twaqqif ta' approċċ komuni għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati interoperabbli bħal dawn jiddependi mill-fiduċja. Ċertifikati foloz b'rabta mal-COVID-19 jistgħu jkunu ta' riskju sinifikanti għas-saħħa pubblika. L-awtoritajiet fi Stat Membru jeħtieġu assigurazzjoni li l-informazzjoni inkluża f'ċertifikat maħruġ fi Stat Membru ieħor tkun affidabbli, ma tkunx ġiet iffalsifikata, tkun tappartjeni għall-persuna li tippreżentaha, u li kull min jivverifika din l-informazzjoni jkollu aċċess għall-inqas ammont ta' informazzjoni meħtieġa biss.

(13)  Ir-riskju ta' ċertifikati foloz b'rabta mal-COVID-19 huwa reali. Fl-1 ta' Frar 2021, l-Europol ħarġet Notifika ta' Twissija Bikrija dwar il-bejgħ illeċitu ta' ċertifikati ta' testijiet tal-COVID-19 negattivi foloz(8). Minħabba l-mezzi teknoloġiċi disponibbli u faċilment aċċessibbli, bħall-printers b'riżoluzzjoni għolja u diversi tipi ta' software għall-editjar tal-grafika, il-frodaturi huma kapaċi jipproduċu ċertifikati foloz, iffalsifikati jew kontrafatti ta' kwalità għolja. Ġew irrappurtati każijiet ta' bejgħ illeċitu ta' ċertifikati tat-test frawdolenti, bl-involviment ta' ċrieki ta' falsifikazzjoni organizzati kif ukoll scammers opportunistiċi individwali li jbigħu ċ-ċertifikati foloz offline u online.

(14)  Sabiex jiżguraw l-interoperabbiltà u l-aċċess ugwali, anki għall-persuni vulnerabbli bħall-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'aċċess limitat għat-teknoloġiji diġitali, jenħtieġ li l-Istati Membri joħorġu ċ-ċertifikati li jiffurmaw iċ-Ċertifikat COVID-19 tal-UE f'format diġitali jew stampat, skont l-għażla tad-detentur. B'dan il-mod, id-detentur prospettiv jenħtieġ li jkun jista' jitlob u jirċievi kopja stampata taċ-ċertifikat u/jew jerfa' u juri ċ-ċertifikat fuq apparat mobbli. Jenħtieġ li ċ-ċertifikati jkun fihom barcode interoperabbli li jista' jinqara diġitalment, li jkun fih biss id-data rilevanti relatata maċ-ċertifikati. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiggarantixxu l-awtentiċità, il-validità u l-integrità taċ-ċertifikati permezz ta' siġilli elettroniċi▌. L-informazzjoni fuq iċ-ċertifikat jenħtieġ li tiġi inkluża wkoll f'format li jinqara mill-bniedem, jew b'mod stampat jew ippreżentata bħala test sempliċi. Il-layout taċ-ċertifikati jenħtieġ li jkun faċli biex jinftiehem u jiżgura s-sempliċità u l-faċilità tal-użu. L-informazzjoni u l-layout jenħtieġ li jiġu ppreżentati b'mod aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà skont ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-informazzjoni, inkluża l-informazzjoni diġitali, stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9). Sabiex ikunu evitati ostakli għall-moviment liberu, jenħtieġ li ċ-ċertifikati jinħarġu mingħajr ħlas, u li l-persuni jkollhom id-dritt li jinħarġilhom wieħed. Jenħtieġ li l-Istati Membri joħorġu awtomatikament iċ-ċertifikati li jiffurmaw iċ-Ċertifikat COVID-19 tal-UE, jew fil-każ biss taċ-ċertifikat tal-fejqan fuq talba, u jiżguraw li jistgħu jinkisbu faċilment u rapidament u, meta jkun hemm bżonn, jipprovdu l-għajnuna meħtieġa biex jiżguraw aċċess ugwali mill-persuni kollha. Jenħtieġ li l-eventwali spejjeż addizzjonali għall-infrastrutturi tekniċi, diġitali u tat-trasport meħtieġa biex jiġu stabbiliti ċ-ċertifikati tal-vaċċinazzjoni jkunu eliġibbli fl-ambitu tal-fondi u tal-programmi tal-Unjoni. [Em. 17]

(14a)  Il-vaċċini jenħtieġ li jitqiesu beni pubbliċi globali għad-dispożizzjoni tal-popolazzjoni ġenerali, għalhekk l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw aċċess ġust u mingħajr ħlas għaċ-ċittadini kollha. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw ukoll aċċess universali, aċċessibbli, fil-pront u mingħajr ħlas għall-possibbiltajiet ta' testijiet għall-COVID-19, anki billi jagħmluhom disponibbli fiċ-ċentri tat-trasport kollha. Jenħtieġ li l-ħruġ ta' ċertifikati skont l-Artikolu 3(1) ma jwassalx għal trattament differenzjat u diskriminazzjoni bbażata fuq l-istat ta' vaċċinazzjoni jew il-pussess ta' ċertifikat speċifiku msemmi fl-Artikoli 5, 6 u 7.

(15)  Is-sigurtà, l-awtentiċità, l-integrità u l-validità taċ-ċertifikati li jiffurmaw iċ-Ċertifikat COVID-19 tal-UE u l-konformità tagħhom mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data huma kruċjali għall-aċċettazzjoni tagħhom fl-Istati Membri kollha. Għalhekk hu meħtieġ li jiġi stabbilit qafas ta' fiduċja li jistabbilixxi r-regoli u l-infrastruttura għall-ħruġ u għall-verifika affidabbli u siguri taċ-ċertifikati. L-infrastruttura jenħtieġ li tiġi żviluppata, bi preferenza qawwija għall-użu tat-teknoloġija tal-Unjoni, biex taħdem fuq l-apparat elettroniku kollu, u fl-istess ħin jiġi żgurat li tali infrastruttura tkun protetta mit-theddid ċibernetiku. Il-qafas ta' fiduċja jenħtieġ li jiżgura li l-verifika ta' ċertifikat tkun tista' ssir offline u mingħajr ma jiġi infurmat l-emittent, u għalhekk jenħtieġ li l-ebda emittent ta' ċertifikati, u lanqas parti terza oħra, ikunu infurmati meta d-detentur jippreżenta ċertifikat. Il-punti prinċipali dwar l-interoperabbiltà taċ-ċertifikati tas-saħħa(10) adottati, fit-12 ta' Marzu 2021, min-Network tas-Saħħa elettronika stabbilit skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2011/24/UE(11) jenħtieġ li jiffurmaw il-bażi għall-qafas ta' fiduċja. Il-qafas ta' fiduċja jenħtieġ għalhekk li jkun ibbażat fuq infrastruttura ta' kjavi pubblika b'katina ta' fiduċja mill-awtoritajiet tas-saħħa tal-Istati Membri sal-entitajiet individwali li joħorġu ċ-ċertifikati. Il-qafas ta' fiduċja jenħtieġ li tippermetti li jinqabdu l-frodi, b'mod partikolari l-falsifikazzjonijiet. Jenħtieġ li għal kull vaċċinazzjoni, test jew fejqan jinħareġ ċertifikat indipendenti u separat u fuq iċ-ċertifikat ma tinżammx irreġistrata l-istorja taċ-ċertifikati preċedenti tad-detentur.

(16)  Skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li kwalunkwe minn fost iċ-ċertifikati li jiffurmaw iċ-Ċertifikat COVID-19 tal-UE jinħarġu lill-persuni skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2004/38/KE, jiġifieri liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom, inklużi ċ-ċittadini ta' pajjiżi u territorji extra-Ewropej imsemmijin fl-Artikolu 355(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), tkun xi tkun iċ-ċittadinanza tagħhom, mill-Istat Membru tal-vaċċinazzjoni jew tat-test, jew fejn tkun tinsab il-persuna li fieqet. Meta jkun rilevanti jew xieraq, jenħtieġ li ċ-ċertifikati jinħarġu lil persuna oħra f'isem il-persuna mlaqqma, ittestjata jew li fieqet, pereżempju lill-kustodju legali f'isem persuni legalment inkapaċitati jew lill-ġenituri f'isem uliedhom. Jenħtieġ li ċ-ċertifikati ma jkunux jeħtieġu leġiżlazzjoni jew xi formalitajiet simili oħra.

(16a)  Ir-restrizzjonijiet marbuta mal-ivvjaġġar transfruntier iħarbtu b'mod partikolari lill-persuni li jaqsmu l-fruntieri kuljum jew ta' spiss biex imorru għax-xogħol jew għall-iskola, iżuru l-qraba, għall-kura medika, jew biex jieħdu ħsieb l-għeżież tagħhom. Iċ-Ċertifikat COVID-19 tal-UE jenħtieġ li jiffaċilita l-moviment liberu tar-residenti tal-fruntieri, tal-ħaddiema staġjonali transfruntiera, tal-ħaddiema temporanji transfruntiera u tal-ħaddiema tat-trasport.

(16b)  Filwaqt li jissottolinjaw il-Premessa (14a) ta’ dan ir-Regolament u l-paragrafi 6 u 19 tar-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħtu attenzjoni partikolari lill-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni transfruntiera, ir-reġjuni ultraperiferiċi, l-esklavi u ż-żoni ġeografikament iżolati u l-ħtieġa li jikkooperaw fil-livell lokali u reġjonali kif ukoll lill-persuni li jitqiesu bħala ħaddiema fruntaliera, ħaddiema transfruntiera u residenti tal-fruntiera u li jirrisjedu fi Stat Membru ieħor li jirritornaw fih bħala regola kuljum jew mill-inqas darba fil-ġimgħa. [Em. 18]

(17)  Iċ-ċertifikati li jiffurmaw iċ-Ċertifikat COVID-19 tal-UE jistgħu jinħarġu wkoll liċ-ċittadini jew lir-residenti ta' Andorra, Monaco, San Marino u l-Vatikan/is-Santa Sede▌.

(18)  Il-ftehimiet dwar il-moviment liberu tal-persuni konklużi mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u ċerti pajjiżi terzi, min-naħa l-oħra, jipprevedu l-possibbiltà li jiġi ristrett il-moviment liberu minħabba raġunijiet ta' saħħa pubblika. Jekk tali ftehim ma jkunx fih mekkaniżmu ta; inkorporazzjoni tal-atti tal-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li ċ-ċertifikati maħruġa għall-benefiċjarji ta; tali ftehimiet jiġu aċċettati skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dan ikun subordinat għal att ta' implimentazzjoni li jiġi adottat mill-Kummissjoni li jistabbilixxi li tali pajjiż terz joħroġ ċertifikati f'konformità ma' dan ir-Regolament u jkun ipprovda garanziji formali li jaċċetta ċertifikati maħruġa mill-Istati Membri.

(19)  Ir-Regolament (UE) 2021/XXXX japplika għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u li jirrisjedu jew joqogħdu legalment fit-territorju ta' Stat li dak ir-Regolament japplika għalih u li għandu d-dritt li jivvjaġġaw lejn Stati oħra f'konformità mad-dritt tal-Unjoni.

(20)  Jenħtieġ li l-qafas li jiġi stabbilit għall-fini ta' dan ir-Regolament ifittex li jiżgura l-koerenza mal-inizjattivi globali jew inizjattivi simili ma' pajjiżi terzi li magħhom l-Unjoni Ewropea għandha sħubijiet stretti,▌ dawk li jinvolvu d-WHO u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali. Jenħtieġ li dan ikun jinkludi, meta jkun possibbli, l-interoperabbiltà bejn is-sistemi teknoloġiċi stabbiliti fil-livell globali u s-sistemi stabbiliti għall-fini ta' dan ir-Regolament biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu fl-Unjoni, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni f'infrastruttura taċ-ċavetta pubblika jew l-iskambju bilaterali ta' kjavi pubbliċi. Għall-faċilitazzjoni tad-drittijiet tal-moviment liberu tal-persuni mlaqqma jew ittestjati minn pajjiżi terzi jew minn pajjiżi u territorji extra-Ewropej imsemmijin fl-Artikolu 355(2) tat-TFUE jew elenkati fl-Anness II tiegħu jew il-Gżejjer Faeroe, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi l-aċċettazzjoni ta' ċertifikati maħruġa minn pajjiżi terzi jew minn pajjiżi u territorji extra-Ewropej jew mill-Gżejjer Faeroe liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom jekk il-Kummissjoni tikkonstata li dawn iċ-ċertifikati jinħarġu skont standards ekwivalenti għal dawk stabbiliti skont dan ir-Regolament.

(21)  Għall-finijiet ta' faċilitazzjoni tal-moviment liberu, u biex jiġi żgurat li r-restrizzjonijiet tal-moviment liberu attwalment fis-seħħ matul il-pandemija tal-COVID-19 ikunu jistgħu jitneħħew b'mod ikkoordinat fuq il-bażi tal-aħħar evidenza xjentifika u gwida mqiegħda għad-dispożizzjoni mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, mill-ECDC u mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), jenħtieġ li jiġi stabbilit ċertifikat interoperabbli tal-vaċċinazzjoni. Jenħtieġ li dan iċ-ċertifikat tal-vaċċinazzjoni jservi biex jikkonferma li d-detentur irċieva vaċċin kontra l-COVID-19 fi Stat Membru u jenħtieġ li jippermetti l-eżenzjoni mir-restrizzjonijiet għall-ivvjaġġar. Jenħtieġ li ċ-ċertifikat ikun fih biss l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi identifikat id-detentur kif ukoll il-vaċċin kontra l-COVID-19, in-numru, id-data u l-post tal-vaċċinazzjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri joħorġu ċertifikati tal-vaċċinazzjoni għal persuni li jirċievu vaċċini li ngħataw awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12)▌.

(22)  Jenħtieġ li l-persuni li jkunu tlaqqmu qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż bħala parti minn prova klinika, ukoll ikollhom id-dritt li jiksbu ċertifikat tal-vaċċinazzjoni kontra l-COVID-19 li jikkonforma ma' dan ir-Regolament. Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-Istati Membri jibqgħu liberi li joħorġu provi tal-vaċċinazzjoni f'formati oħra għal skopijiet oħra, b'mod partikolari għal skopijiet mediċi.

(23)  Bi qbil mal-prinċipju ta' nondiskriminazzojni, jenħtieġ li l-Istati Membri joħorġu wkoll tali ċertifikati tal-vaċċinazzjoni liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom li jkunu tlaqqmu b'vaċċin kontra l-COVID-19 li ngħata l-awtorizzazzjoni awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 f'pajjiż terz u li jipprovdu prova affidabbli f'dan ir-rigward. Jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri jkunu jistgħu joħorġu ċertifikati tal-vaċċinazzjoni liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom li tlaqqmu b'vaċċin li jkun ingħata Awtorizzazzjoni għall-Użu ta' Emerġenza tad-WHO u jipprovdu prova affidabbli f'dan ir-rigward.

(24)  Fis-27 ta' Jannar 2021, in-Network tas-Saħħa Elettronika adotta linji gwida dwar il-prova tal-vaċċinazzjoni għal finijiet mediċi, li ġew aġġornati fit-12 ta' Marzu 2021(13). Dawn il-linji gwida, b'mod partikolari l-istandards ta' kodiċi preferuti, jenħtieġ li jiffurmaw il-bażi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi adottati għall-fini ta' dan ir-Regolament.

(25)  Diġà hemm bosta Stati Membri li qed jeżentaw persuni mlaqqma minn ċerti restrizzjonijiet għall-moviment liberu fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jaċċettaw prova tal-vaċċinazzjoni għad-deroga mir-restrizzjonijiet għall-moviment liberu fis-seħħ, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni, għal-limitazzjoni tat-tixrid tal-COVID-19, pereżempju rekwiżiti ta' kwarantina/awtoiżolament jew ta' ttestjar għal infezzjoni bis-SARS-CoV-2 u jenħtieġ li dawn ikollhom jaċċettaw, bl-istess kundizzjonijiet, ċertifikati validi tal-vaċċinazzjoni maħruġa minn Stati Membri oħra f'konformità ma' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li din l-aċċettazzjoni ssir bl-istess kundizzjonijiet, jiġifieri, pereżempju, jekk Stat Membru jqis li l-vaċċinazzjoni b'doża singola ta' vaċċin tkun biżżejjed, jenħtieġ li jittratta bl-istess mod lid-detenturi ta' ċertifikat tal-vaċċinazzjoni li jindika doża singola tal-istess vaċċin. Minħabba raġunijiet ta' saħħa pubblika, jenħtieġ li dan l-obbligu jkun limitat għal persuni li jkunu rċevew vaċċini kontra l-COVID-19 li jkunu ngħataw awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 jew vaċċini li jkunu ngħataw Awtorizzazzjoni għall-Użu ta' Emerġenza tad-WHO.

(26)  Huwa neċessarju li jiġi evitat kwalunkwe tip ta' diskriminazzjoni (diretta jew indiretta) ta' persuni li ma jkunux imlaqqma, pereżempju minħabba raġunijiet mediċi, għax ma jkunux parti mill-grupp ta' destinatarji li għalih il-vaċċin huwa attwalment amministrat lilu, jew għax għad ma kellhomx l-opportunità li jitlaqqmu jew għażlu li ma jitlaqqmux, jew meta għad m'hemm l-ebda vaċċin disponibbli għal ċerti faxex tal-età, pereżempju t-tfal. Għaldaqstant, il-pussess ta' ċertifikat tal-vaċċinazzjoni, jew il-pussess ta' ċertifikat tal-vaċċinazzjoni li jindika prodott mediċinali b'vaċċin speċifiku, jenħtieġ li ma jkunx prekundizzjoni għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-moviment liberu▌ u ma jistax ikun prekundizzjoni għall-moviment liberu fi ħdan l-Unjoni u biex wieħed juża servizzi tat-trasport tal-passiġġieri transfruntieri bħal-linji tal-ajru, il-ferroviji, il-kowċis, il-laneċ jew kwalunkwe mezz ta' trasport ieħor.

(26a)  Il-vaċċini kontra l-COVID-19 jeħtieġ li jiġu prodotti fuq skala, bi prezz affordabbli, allokati globalment sabiex ikunu disponibbli fejn meħtieġ, u jintużaw b'mod wiesa' fil-komunitajiet lokali. [Em. 21/rev]

(26b)  L-indirizzar tal-pandemija COVID-19 huwa prerekwiżit għall-irkupru soċjali u ekonomiku u għall-effettività tal-isforzi ta' rkupru. L-iżvilupp tal-vaċċini kontra l-COVID-19 huwa essenzjali. Il-problemi b'każijiet serji ta' nuqqas ta' konformità mal-iskedi tal-produzzjoni u tal-konsenja huma inkwetanti ħafna. [Em. 22/rev]

(27)  Ħafna Stati Membri qed jitolbu lill-persuni li jivvjaġġaw lejn it-territorju tagħhom biex jagħmlu test għal infezzjoni bis-SARS-CoV-2 qabel jew wara l-wasla. Fil-bidu tal-pandemija tal-COVID-19, l-Istati Membri ġeneralment iddependew mit-test ta' traskrizzjoni inversa u reazzjoni katina bil-polimerażi (RT-PCR), li hija test tal-amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejku (NAAT) għad-dijanjożi tal-COVID-19 meqjus mid-WHO u mill-ECDC bħala l-"istandard ta' riferiment", jiġifieri l-aktar metodoloġija affidabbli għall-ittestjar ta' każijiet u kuntatti(14). Hekk kif il-pandemija kompliet tavvanza, saret disponibbli ġenerazzjoni ġdida ta' testijiet aktar rapidi kif ukoll orħos fis-suq Ewropew: l-hekk imsejħa testijiet rapidi tal-antiġeni, li jidentifikaw il-preżenza ta' proteini virali (antiġeni) biex tiġi identifikata infezzjoni li tkun għadha għaddejja. Fit-18 ta' Novembru 2020, il-Kummissjoni adottat ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1743 dwar l-użu tat-testijiet rapidi tal-antiġeni għad-dijanjożi tal-infezzjoni tas-SARS-CoV-2.(15).

(28)  Fit-22 ta' Jannar 2021, il-Kunsill adotta r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2021/C 24/01 dwar qafas komuni għall-użu u l-validazzjoni ta' testijiet rapidi tal-antiġeni u r-rikonoxximent reċiproku tar-riżultati tat-testijiet tal-COVID-19 fl-UE(16), li tipprevedi l-iżvilupp ta' lista komuni ta' testijiet rapidi tal-antiġeni tal-COVID-19. Abbażi ta' dan, fit-18 ta' Frar 2021, il-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa qabel dwar lista komuni ta' testijiet rapidi tal-antiġeni tal-COVID-19, għażla ta' testijiet rapidi tal-antiġeni li għalihom l-Istati Membri se jirrikonoxxu b'mod reċiproku r-riżultati tagħhom, u sett standardizzat komuni ta' data li għandha tiġi inkluża fiċ-ċertifikati tar-riżultati tat-testijiet tal-COVID-19.(17).

(29)  Minkejja dawn l-isforzi komuni, il-persuni li jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' moviment liberu xorta għadhom jiffaċċjaw problemi meta fi Stat Membru jipprovaw jużaw ir-riżultat tat-test ta' Stat Membru ieħor. Dawn il-problemi huma spiss marbuta mal-lingwa li biha jinħareġ ir-riżultat, ▌man-nuqqas ta' fiduċja fl-awtentiċità tad-dokument ippreżentat u mal-kostijiet tat-testijiet.

(30)  Sabiex tittejjeb l-aċċettazzjoni tar-riżultati tat-testijiet imwettqa fi Stat Membru ieħor meta jiġu ppreżentati dawn ir-riżultati għall-finijiet tal-eżerċizzju tal-moviment liberu, jenħtieġ li jiġi stabbilit ċertifikat tat-test interoperabbli, li jkun fih l-informazzjoni strettament meħtieġa għall-identifikazzjoni ċara tad-detentur kif ukoll tat-tip, tad-data u tar-riżultat tat-test għal infezzjoni bis-SARS-CoV-2. Sabiex tiġi żgurata l-affidabbiltà tar-riżultat tat-test, jenħtieġ li għal ċertifikat tat-test maħruġ abbażi ta' dan ir-Regolament ikunu eliġibbli biss ir-riżultati tat-testijiet NAAT u t-testijiet rapidi tal-antiġeni li jidhru fil-lista stabbilita abbażi tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2021/C 24/01. Il-ġabra ta' data komuni standardizzata li għandha tiġi inkluża fiċ-ċertifikati tar-riżultati tat-testijiet tal-COVID-19 maqbula mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa abbażi tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2021/C 24/01, b'mod partikolari l-istandards ta' kodiċi preferuti, jenħtieġ li tifforma l-bażi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi adottati għall-fini ta' dan ir-Regolament.

(31)  Iċ-ċertifikati tat-test maħruġa mill-Istati Membri f'konformità ma' dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu aċċettati mill-Istati Membri li jitolbu prova ta' test għal infezzjoni bis-SARS-CoV-2 bħala bażi biex ma jkunux applikati r-restrizzjonijiet għall-moviment liberu fis-seħħ biex jiġi limitat it-tixrid tal-COVID-19.

(31a)  L-antikorpi kontra s-SARS-CoV-2 jiġu prodotti wara infezzjoni naturali – fil-preżenza jew mhux ta' marda klinika – u wara l-vaċċinazzjoni. Anki jekk għad m'hemmx data definittiva li tinfurmana dwar kemm idumu dawn l-antikorpi wara l-vaċċinazzjoni, hemm kwantità kbira ta' evidenza li tindika li l-antikorpi indotti naturalment huma identifikabbli għal diversi xhur wara l-infezzjoni. It-testjiet li jfittxu l-antikorpi jippermettu li jiġu identifikati l-persuni li preċedentement kienu ġew infettati u li jafu jkunu żviluppaw risposta immunitarja u li, għalhekk, għandhom probabbiltà baxxa ħafna li jerġgħu jiġu infettati jew li jinfettaw lill-persuni oħra.

(32)  Skont l-evidenza eżistenti, il-persuni li fiequ mill-COVID-19 jistgħu jkomplu jirriżultaw pożittivi fit-testijiet għas-SARS-CoV-2 għal ċertu perjodu wara l-bidu tas-sintomi.(18). Jekk dawn il-persuni jkunu meħtieġa jagħmlu test meta jippruvaw jeżerċitaw id-dritt għall-moviment liberu, lil dawn il-persuni għalhekk jista' jkunilhom ipprojbit milli jivvjaġġaw minkejja li ma jkunux għadhom infettivi. Għall-finijiet tal-faċilitazzjoni tal-moviment liberu, u biex jiġi żgurat li r-restrizzjonijiet tal-moviment liberu attwalment fis-seħħ matul il-pandemija tal-COVID-19 ikunu jistgħu jitneħħew b'mod ikkoordinat fuq il-bażi tal-aħħar evidenza xjentifika disponibbli, jenħtieġ li jiġi stabbilit ċertifikat interoperabbli tal-fejqan, li jkun fih l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-persuna kkonċernata u d-data ta' test preċedenti li rriżulta pożittiv għal infezzjoni bis-SARS-CoV-2. ▌Skont l-ECDC, l-evidenza reċenti turi li minkejja tnaqqis tas-SARS-CoV-2 vijabbli bejn għaxart ijiem u għoxrin jum mill-bidu tas-sintomi, studji epidemjoloġiċi konvinċenti ma wrewx trażmissjoni suċċessiva tal-marda wara l-għaxar jum. Madankollu, il-prinċipju ta' prekawzjoni jenħtieġ li jkompli japplika. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tbiddel ▌il-perjodu ta' validità, kemm għall-bidu kif ukoll għat-tmiem, abbażi ta' gwida mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa jew mill-ECDC, li qed jistudja mill-qrib il-bażi tal-evidenza għat-tul ta' żmien tal-immunità miksuba wara l-fejqan. Barra minn hekk, fil-każ li jkunu asintomatiċi, jenħtieġ li l-persuni jkollhom l-għażla li jagħmlu test ferm speċifiku għat-tiftix tal-antiġene spike.

(33)  Diġà hemm bosta Stati Membri li qed jeżentaw lil persuni li fiequ minn ċerti restrizzjonijiet għall-moviment liberu fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jaċċettaw prova tal-fejqan bħala bażi biex ma jiġux applikati r-restrizzjonijiet għall-moviment liberu fis-seħħ, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni, għal-limitazzjoni tat-tixrid tas-SARS-CoV-2, pereżempju rekwiżiti ta' kwarantina/awtoiżolament jew ta' ttestjar għal infezzjoni bis-SARS-CoV-2 u jenħtieġ li dawn ikollhom jaċċettaw, bl-istess kundizzjonijiet, ċertifikati validi tal-fejqan maħruġa minn Stati Membri oħra f'konformità ma' dan ir-Regolament. In-network tas-servizzi tas-saħħa elettroniċi, f'kollaborazzjoni mal-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, qed jaħdem ukoll fuq linji gwida dwar iċ-ċertifikati tal-fejqan u s-settijiet ta' data rispettivi.

(34)  Sabiex tkun tista' tinkiseb pożizzjoni komuni malajr, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' titlob lill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa stabbilit bl-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(19) biex joħroġ gwida dwar l-evidenza xjentifika disponibbli dwar l-effetti ta' eventi mediċi dokumentati fiċ-ċertifikati stabbiliti skont dan ir-Regolament, inklużi l-effikaċja u t-tul ta' żmien tal-immunità mogħtija mill-vaċċini kontra l-COVID-19, jekk il-vaċċini jipprevenux l-infezzjoni asintomatika u t-trażmissjoni tal-virus, is-sitwazzjoni tal-persuni li jkunu fiequ mill-virus, u l-impatti tal-varjanti l-ġodda tas-SARS-CoV-2 fuq persuni li jkunu diġà tlaqqmu jew ġew infettati. Tali informazzjoni tkun tista' wkoll tkun il-bażi għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill biex jippermettu approċċ ikkoordinat għat-tneħħija tar-restrizzjonijiet għall-moviment liberu tad-detenturi ta' ċertifikati.

(35)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni taċ-ċertifikati tal-qafas ta' fiduċja stabbiliti b'dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.(20).

(36)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament jekk, f'każijiet debitament ġustifikati relatati mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi meħtieġa għall-istabbiliment taċ-ċertifikati interoperabbli, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta' urġenza li jirrikjedu hekk jew jekk issir disponibbli evidenza xjentifika ġdida.

(37)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(21) japplika għall-ipproċessar ta' data personali mwettaq meta jiġi implimentat dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-bażi ġuridika għall-ipproċessar tad-data personali, fis-sens tal-Artikolu 6(1)(c) u tal-Artikolu 9(2)(g) tar-Regolament (UE) 2016/679, meħtieġa għall-ħruġ u għall-verifika taċ-ċertifikati interoperabbli previsti f'dan ir-Regolament. ▌Ma jirregolax l-ipproċessar ta' data personali relatata mad-dokumentazzjoni ta' vaċċinazzjoni, ittestjar jew fejqan għal finijiet oħra, bħall-farmakoviġilanza jew għall-manutenzjoni tar-rekords mediċi personali. Il-bażi ġuridika għall-ipproċessar għal skopijiet oħra għandha tiġi prevista fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, li trid tikkonforma mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data.

(38)  B'mod konformi mal-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data personali, jenħtieġ li ċ-ċertifikati jkun fihom biss id-data personali strettament meħtieġa għall-fini li jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tad-dritt għall-moviment liberu fl-Unjoni waqt il-pandemija tal-COVID-19. Il-kategoriji speċifiċi tad-data personali u tal-kampijiet tad-data inklużi fiċ-ċertifikati jenħtieġ li jiġu stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(39)  Għall-fini ta' dan ir-Regolament, mhuwiex neċessarju tiġi trażmessa jew skambjata d-data personali b'mod transfruntier▌. Bi qbil mal-approċċ infrastrutturali ta' kjavi pubblika, huma biss il-kjavi pubbliċi tal-emittent li jeħtieġu jiġu trasferiti jew ikunu aċċessibbli b'mod transfruntier, li dan jiġi żgurat minn gateway ta' interoperabbiltà mwaqqaf u ġestit mill-Kummissjoni. B'mod partikolari, il-preżenza taċ-ċertifikat kombinat mal-kjavi pubblika tal-emittent jenħtieġ li tippermetti l-verifika tal-awtentiċità u tal-integrità taċ-ċertifikat kif ukoll l-identifikazzjoni tal-frodi. Bi qbil mal-prinċipju tal-protezzjoni ta' data b'mod awtomatiku, jenħtieġ li jintużaw tekniki ta' verifika li jirrikjedu t-trażmissjoni ta' data personali.

(40)  Dan ir-Regolament jipprojbixxi ż-żamma tad-data personali miksuba miċ-ċertifikat mill-Istat Membru tad-destinazzjoni jew mill-operaturi tas-servizzi transfruntieri tat-trasport tal-passiġġieri▌. Dan ir-Regolament ma joħloqx bażi ġuridika għall-istabbiliment ta' xi arkivju tad-data fil-livell tal-Istati Membri jew tal-Unjoni jew permezz tal-infrastruttura diġitali tal-qafas ta' fiduċja.

(41a)  Komunikazzjoni ċara, komprensiva u f'waqtha lill-pubbliku dwar il-ħruġ, l-użu u l-aċċettazzjoni ta' kull tip ta' ċertifikat li jifforma ċ-Ċertifikat COVID-19 tal-UE hija kruċjali biex jiġu żgurati l-prevedibbiltà għall-ivvjaġġar u ċ-ċertezza tad-dritt. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri f'dan ir-rigward, pereżempju billi tagħmel disponibbli l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri fuq il-pjattaforma web "Re-open EU".

(42)  F'konformità mar-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475, kwalunkwe restrizzjoni għall-moviment liberu tal-persuni fl-Unjoni stabbilita biex tillimita t-tixrid tas-SARS-CoV-2 jenħtieġ li titneħħa hekk kif tippermetti s-sitwazzjoni epidemjoloġika. Dan japplika wkoll għall-obbligi li jiġu ppreżentati dokumenti oħra għajr dawk meħtieġa skont id-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari d-Direttiva 2004/38/KE, bħaċ-ċertifikati koperti minn dan ir-Regolament. . ▌

(43)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika għal 12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu. Erba' xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u sa mhux aktar tard minn 3 xhur qabel it-tmiem tal-applikazzjoni tiegħu, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż dwar l-impatt tiegħu fuq il-moviment liberu, id-drittijiet fundamentali, il-protezzjoni tad-data personali, kif ukoll valutazzjoni tat-teknoloġiji l-aktar aġġornati fil-qasam tal-vaċċini u tal-ittestjar, u tal-użi, min-naħa tal-Istati Membri, taċ-Ċertifikat COVID-19 tal-UE għal finijiet ibbażati fuq id-dritt nazzjonali u mhux previsti f'dan ir-Regolament.

(44)  Sabiex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika u l-progress fit-trażżin tal-pandemija tal-COVID-19 u biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà mal-istandards internazzjonali, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-applikazzjoni ta' ċerti Artikoli ta' dan ir-Regolament ▌. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, inkluż fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016(22). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(45)  Minħabba li l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-faċilitazzjoni tal-moviment liberu fl-Unjoni waqt il-pandemija tal-COVID-19 bl-istabbiliment ta' ċertifikati interoperabbli dwar l-istat fir-rigward ta' vaċċinazzjoni, test u fejqan tad-detentur, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex dawk l-objettivi jintlaħqu.

(46)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ("il-Karta"), inkluż id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u għall-ħajja tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, id-dritt għall-ugwaljanza quddiem il-liġi u n-nondiskriminazzjoni, id-dritt għall-moviment liberu u d-dritt għal rimedju effettiv. Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkonformaw mal-Karta meta jimplimentaw dan ir-Regolament.

(46a)  Jekk l-Istati Membri jiddeċiedu li jirrikjedu ċertifikati diġitali nazzjonali għal finijiet oħra għajr il-moviment liberu f'livell nazzjonali, jenħtieġ li dawk ikunu interoperabbli maċ-Ċertifikat COVID-19 tal-UE u jirrispettaw is-salvagwardji tiegħu kif definiti f'dan ir-Regolament, b'mod partikolari biex jiżguraw in-nondiskriminazzjoni bejn nazzjonalitajiet differenti, in-nondiskriminazzjoni bejn ċertifikati differenti, standards għoljin ta' protezzjoni tad-data u biex tiġi evitata l-frammentazzjoni.

(46b)  L-Istati Membri jenħtieġ li ma jintroduċux restrizzjonijiet għall-aċċess għas-servizzi pubbliċi fir-rigward ta' dawk li ma jkollhomx iċ-ċertifikati koperti minn dan ir-Regolament.

(46c)  Lista tal-entitajiet kollha previsti li jaġixxu bħala kontrolluri, proċessuri u riċevituri tad-data f'dak l-Istat Membru jenħtieġ li ssir pubblika fi żmien xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sabiex iċ-ċittadini tal-Unjoni li jużaw iċ-Ċertifikat COVID-19 tal-UE jkunu jistgħu jsiru jafu l-identità tal-entità li jistgħu jirrikorru għandha għall-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom tal-protezzjoni tad-data skont ir-Regolament (UE) 2016/679, inkluż b'mod partikolari d-dritt li jirċievu informazzjoni trasparenti dwar il-modi li bihom id-drittijiet tas-suġġett tad-data jistgħu jiġu eżerċitati fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali.

(47)  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS) u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPB) ġew ikkonsultati skont l-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725(23),

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas għall-ħruġ, il-verifika u l-aċċettazzjoni ta' ċertifikati interoperabbli dwar il-vaċċinazzjoni kontra l-COVID-19, dwar l-ittestjar għall-marda u dwar il-fejqan minnha għall-fini li jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tad-detenturi tad-dritt tagħhom għall-moviment liberu matul il-pandemija tal-COVID-19 ("Ċertifikat COVID-19 tal-UE").

Huwa jipprevedi l-bażi ġuridika għall-ipproċessar tad-data personali meħtieġa għall-ħruġ ta' tali ċertifikati u għall-ipproċessar tal-informazzjoni meħtieġa biex jiġu kkonfermati u vverifikati l-awtentiċità u l-validità ta' tali ċertifikati f'konformità sħiħa mar-Regolament (UE) 2016/679.

Ma jistax jiġi interpretat bħala li jistabbilixxi dritt jew obbligu dirett jew indirett għall-persuni li għandhom jitlaqqmu. [Em. 9]

Dan ir-Regolament ma jintroduċi jew ma jistabbilixxi ebda formalità jew rekwiżit addizzjonali għall-eżerċizzju tad-dritt ta' moviment liberu jew id-dritt ta' dħul fit-territorju tal-Istati Membri skont id-Direttiva 2004/38/KE u r-Regolament (UE) 2016/399.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  "detentur" tfisser il-persuna jkun inħarġilha ċertifikat interoperabbli li jkun fih informazzjoni dwar l-istat tagħha fir-rigward ta' vaċċinazzjoni, test u/jew fejqan skont dan ir-Regolament.

(2)  "Ċertifikat COVID-19 tal-UE" tfisser ċertifikati interoperabbli li fihom informazzjoni dwar l-istat fir-rigward ta' vaċċinazzjoni, test u/jew fejqan tad-detentur maħruġ fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19;

(3)  "vaċċin kontra l-COVID-19" tfisser prodott mediċinali immunoloġiku indikat għall-immunizzazzjoni attiva kontra l-coronavirus tas-sindromu respiratorju akut gravi 2 (SARS-CoV-2), il-virus li jikkawża l-COVID-19;

(4)  "test NAAT" tfisser test ta' amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejku molekulari (NAAT), bħal tekniki ta' traskrizzjoni inversa katina bil-polimerażi (RT-PCR), amplifikazzjoni isotermika medjata loop-medjata (LAMP) u tekniki ta' amplifikazzjoni medjata bit-traskrizzjoni (TMA), użati biex tiġi identifikata l-preżenza tal-aċidu ribonuklejku SARS-CoV-2 (RNA);

(5)  "test rapidu tal-antiġeni" tfisser metodu ta' ttestjar li jiddependi fuq id-detezzjoni ta' proteini virali (antiġeni) bl-użu ta' immunoassaġġ tal-fluss laterali li jagħti riżultati f'inqas minn 30 minuta li jsir minn professjonist fil-kura tas-saħħa jew operatur imħarreġ ieħor;

(5a)  "test seroloġiku jew tal-antikorpi" tfisser test ibbażat fil-laboratorju mwettaq fuq kampjuni tad-demm (seru, plażma, jew demm sħiħ) bl-għan li jinstab jekk persuna tkunx żviluppat antikorpi kontra s-SARS-CoV-2, li jindika li d-detentur ġie espost għas-SARS-CoV-2 u żviluppa antikorpi, irrispettivament minn jekk kienx sintomatiku jew le;

(6)  "interoperabbiltà" tfisser il-kapaċità li s-sistemi ta' verifika fi Stat Membru jużaw data kodifikata minn Stat Membru ieħor;

(7)  "barcode" tfisser metodu ta' ħażna u rappreżentazzjoni tad-data f'format viżiv li jinqara mill-magni;

(8)  "siġill elettroniku" tfisser "siġill elettroniku avvanzat" kif definit fir-Regolament (UE) 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(24), li jiġi mehmuż u assoċjat loġikament ma' data oħra f'forma elettronika biex jiġu żgurati l-oriġini u l-integrità ta' din tal-aħħar;

(10)  "qafas ta' fiduċja" tfisser ir-regoli, il-politiki, l-ispeċifikazzjonijiet, il-protokolli, il-formati tad-data u l-infrastruttura diġitali li jirregolaw u jippermettu l-ħruġ u l-verifika affidabbli u siguri taċ-ċertifikati biex jiggarantixxu l-affidabbiltà taċ-ċertifikati billi jikkonfermaw l-awtentiċità, il-validità u l-integrità tagħhom, ▌bl-użu ▌ta' siġilli elettroniċi.

Artikolu 3

Ċertifikat COVID-19 tal-UE

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2016/399 iċ-Ċertifikat COVID-19 tal-UE interoperabbli għandu jippermetti l-ħruġ u l-verifika u l-aċċettazzjoni transfruntiera ta' kwalunkwe wieħed miċ-ċertifikati li ġejjin:

(a)  ċertifikat li jikkonferma li d-detentur irċieva vaċċin kontra l-COVID-19 fl-Istat Membru li joħroġ iċ-ċertifikat ("ċertifikat tal-vaċċinazzjoni");

(b)  ċertifikat li jindika r-riżultat tad-detentur, it-tip u d-data ta' test NAAT jew test rapidu tal-antiġeni elenkati fil-lista komuni u aġġornata ta' testijiet rapidi tal-antiġeni tal-COVID-19 stabbilita abbażi tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2021/C 24/01(25) ("ċertifikat tat-test");

(c)  ċertifikat li jikkonferma li d-detentur irkupra minn infezzjoni tas-SARS-CoV-2 wara test NAAT pożittiv jew li jikkonferma reazzjoni immunoloġika kontra s-SARS-CoV-2 permezz ta' test seroloġiku jew tal-antikorpi, inkluża d-data tal-ewwel test NAAT pożittiv jew id-data tal-ittestjar seroloġiku għall-antikorpi kontra s-SARS-CoV-2 ("ċertifikat tal-fejqan").

Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista ta' testijiet rapidi tal-antiġeni tal-COVID-19 stabbilita abbażi tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2021/C 24/01, inkluż kwalunkwe aġġornament.

2.  L-Istati Membri għandhom joħorġu ċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafu 1 f'format diġitali u stampat ▌. Id-detenturi prospettivi għandhom ikunu intitolati li jirċievu ċ-ċertifikati fil-format tal-għażla tagħhom. Iċ-ċertifikati maħruġa mill-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jintużaw faċilment mill-utent u għandu jkun fihom barcode interoperabbli li jippermetti l-verifika tal-awtentiċità, il-validità u l-integrità taċ-ċertifikat. Il-barcode għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti skont l-Artikolu 8. L-informazzjoni li tinsab fiċ-ċertifikati għandha tintwera wkoll f'forma li tinqara mill-bniedem, għandha tkun aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà, u għandha tkun, tal-anqas, bil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru emittenti u bl-Ingliż. [Em. 15]

3.  Iċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinħarġu bla ħlas. Id-detentur għandu jkun intitolat li jitlob il-ħruġ ta' ċertifikat ġdid jekk id-data personali li tinsab fiċ-ċertifikat ma tkunx jew ma tibqax preċiża jew aġġornata, inkluż rigward l-istat fir-rigward ta' vaċċinazzjoni, test jew fejqan tad-detentur, jew jekk iċ-ċertifikat ma jkunx għadu disponibbli għad-detentur.

3a.  Iċ-ċertifikat għandu jinkludi t-test li ġej: "Dan iċ-ċertifikat mhuwiex dokument tal-ivvjaġġar. L-evidenza xjentifika dwar il-vaċċinazzjoni, l-ittestjar u l-fejqan tal-COVID-19 qed tkompli tevolvi, anki fid-dawl ta' varjanti ġodda ta' tħassib tal-virus. Qabel tivvjaġġa, jekk jogħġbok iċċekkja l-miżuri applikabbli tas-saħħa pubblika u r-restrizzjonijiet relatati applikati fil-punt ta' destinazzjoni."

L-Istat Membru għandu jipprovdi lid-detentur b'informazzjoni ċara, komprensiva u f'waqtha dwar l-użu taċ-ċertifikat tal-vaċċinazzjoni, iċ-ċertifikat tat-test, u/jew iċ-ċertifikat tal-fejqan għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

3b.  Il-pussess ta' Ċertifikat COVID-19 tal-UE ma għandux ikun prekundizzjoni għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-moviment liberu.

3c.  Il-ħruġ ta' ċertifikati skont il-paragrafu 1 ma għandux iwassal għal trattament differenzjat u diskriminazzjoni bbażata fuq l-istat ta' vaċċinazzjoni jew il-pussess ta' ċertifikat speċifiku msemmi fl-Artikoli 5, 6 u 7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw possibbiltajiet ta' ttestjar universali, aċċessibbli, f'waqthom u mingħajr ħlas sabiex jiggarantixxu d-dritt ta' moviment liberu fl-Unjoni mingħajr diskriminazzjoni abbażi tal-possibbiltajiet ekonomiċi jew finanzjarji.

4.  Il-ħruġ taċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafu 1 ma għandux jaffettwa l-validità ta' provi oħra ta' vaċċinazzjoni, test jew fejqan maħruġa qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jew għal finijiet oħra, b'mod partikolari għal finijiet mediċi.

4a.  Iċ-ċentri tat-trasport tal-Unjoni, bħall-ajruporti, il-portijiet u l-istazzjonijiet tal-ferroviji u tal-kowċis, fejn iċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafu 1 jiġu vverifikati, għandhom japplikaw kriterji u proċeduri standardizzati u komuni għall-verifika tagħhom, abbażi ta' gwida żviluppata mill-Kummissjoni.

5.  Meta l-Kummissjoni tkun adottat att ta' implimentazzjoni skont it-tieni subparagrafu, iċ-ċertifikati maħruġa skont dan ir-Regolament minn pajjiż terz li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha jkunu kkonkludew ftehim miegħu dwar il-moviment liberu tal-persuni li jippermetti lill-partijiet kontraenti jirrestrinġu tali moviment liberu għal raġunijiet ta' saħħa pubblika b'mod nondiskriminatorju u li ma jkunx fih mekkaniżmu ta' inkorporazzjoni ta' atti tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu aċċettati skont il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(5).

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk tali pajjiż terz joħroġx ċertifikati skont dan ir-Regolament u pprovdiex assigurazzjonijiet formali li jkun se jaċċetta ċertifikati maħruġa mill-Istati Membri. F'dak il-każ, hija għandha tadotta att ta' implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13(2).

6.  Il-Kummissjoni għandha titlob lill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa stabbilit bl-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE, lill-ECDC u lill-EMA biex joħorġu gwida dwar l-evidenza xjentifika disponibbli dwar l-effetti ta' avvenimenti mediċi dokumentati fiċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafu 1.

6a.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli biżżejjed riżorsi biex jimplimentaw dan ir-Regolament, inkluż għall-prevenzjoni, id-detezzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' frodi u prattiki illeċiti rigward il-ħruġ u l-użu taċ-Ċertifikat COVID-19 tal-UE.

Artikolu 4

Qafas ta' fiduċja taċ-Ċertifikat COVID-19 tal-UE

1.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu infrastruttura diġitali tal-qafas ta' fiduċja li tippermetti l-ħruġ u l-verifika siguri taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 3.

2.  Il-qafas ta' fiduċja għandu jiżgura, meta jkun possibbli, l-interoperabbiltà mas-sistemi teknoloġiċi stabbiliti fil-livell internazzjonali.

3.  Meta l-Kummissjoni tkun adottat att ta' implimentazzjoni skont it-tieni subparagrafu, iċ-ċertifikati maħruġa minn pajjiżi terzi liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom, kif ukoll lil ċittadini jew residenti ta' Andorra, Monaco, San Marino u l-Vatikan/is-Santa Sede, skont standard internazzjonali u sistema teknoloġika li jkunu interoperabbli mal-qafas ta' fiduċja stabbilit abbażi ta' dan ir-Regolament u li jippermetti l-verifika tal-awtentiċità, il-validità u l-integrità taċ-ċertifikat, u li jkun fihom id-data stabbilita fl-Anness, għandhom jiġu ttrattati bħaċ-ċertifikati maħruġa mill-Istati Membri skont dan ir-Regolament, għall-fini li jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tad-detenturi tad-dritt tagħhom tal-moviment liberu fl-Unjoni Ewropea. Għall-finijiet ta' dan is-subparagrafu, l-aċċettazzjoni, mill-Istati Membri, ta' ċertifikati tal-vaċċinazzjoni maħruġa minn pajjiżi terzi għandha sseħħ skont il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(5).

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk iċ-ċertifikati maħruġa minn pajjiż terz jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu. F'dak il-każ, hija għandha tadotta att ta' implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13(2). Il-Kummissjoni għandha żżomm ukoll reġistru aċċessibbli għall-pubbliku ta' dawk il-pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-ħruġ taċ-ċertifikati fis-sens ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Ċertifikat tal-vaċċinazzjoni

1.  Kull Stat Membru għandu awtomatikament joħroġ ċertifikati tal-vaċċinazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(a) lil persuna li tkun ingħatat vaċċin kontra l-COVID-19 ▌.

2.  Iċ-ċertifikat tal-vaċċinazzjoni għandu jkun fih il-kategoriji ta' data personali li ġejjin:

(a)  identifikazzjoni tad-detentur;

(b)  informazzjoni dwar il-prodott mediċinali tal-vaċċin amministrat u informazzjoni dwar in-numru ta' dożi u d-dati;

(c)  metadata taċ-ċertifikat, bħall-emittent taċ-ċertifikat ▌.

Id-data personali għandha tiġi inkluża fiċ-ċertifikat tal-vaċċinazzjoni skont il-kampijiet tad-data speċifiċi stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 11 biex temenda l-punt 1 tal-Anness billi timmodifika jew tneħħi kampijiet tad-data, jew billi żżid kampijiet tad-data li jaqgħu taħt il-kategoriji ta' data personali msemmija fil-punti (b) u (c) ta' dan il-paragrafu.

3.  Iċ-ċertifikat tal-vaċċinazzjoni għandu jinħareġ f'format sigur u interoperabbli kif previst fl-Artikolu 3(2) u għandu jindika b'mod ċar jekk il-kors tal-vaċċinazzjoni għal dak il-vaċċin speċifiku tlestiex jew le.

4.  Meta, fil-każ ta' evidenza xjentifika emerġenti ġdida jew biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà mal-istandards internazzjonali u s-sistemi teknoloġiċi, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta' urġenza li jkunu jirrikjedu hekk, il-proċedura prevista fl-Artikolu 12 għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.

5.  ▌L-Istati Membri għandhom jaċċettaw prova tal-vaċċinazzjoni biex ma jkunux applikati r-restrizzjonijiet għall-moviment liberu stabbiliti, skont id-dritt tal-Unjoni, biex jillimitaw it-tixrid tal-COVID-19, u għandhom jaċċettaw ukoll, taħt l-istess kundizzjonijiet, ċertifikati validi tal-vaċċinazzjoni maħruġa minn Stati Membri oħra skont dan ir-Regolament għal vaċċin kontra l-COVID-19 li jkun ingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004.

L-Istati Membri jistgħu jaċċettaw ukoll, għall-istess għan, ċertifikati validi tal-vaċċinazzjoni maħruġa minn Stati Membri oħra skont dan ir-Regolament għal vaċċin kontra l-COVID-19 ▌li jkun ingħata Awtorizzazzjoni għall-Użu ta' Emerġenza tad-WHO.

6.  Meta ċittadin tal-Unjoni jew membru tal-familja ta' ċittadin tal-Unjoni jew ċittadin jew resident ta' Andorra, Monaco, San Marino u l-Vatikan/is-Santa Sede, ikun tlaqqam f'pajjiż terz b'wieħed mit-tipi ta' vaċċini kontra l-COVID-19 imsemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, u meta l-awtoritajiet ta' Stat Membru jkunu ngħataw l-informazzjoni kollha meħtieġa, inkluża prova affidabbli tal-vaċċinazzjoni, huma għandhom joħorġu ċertifikat tal-vaċċinazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(a) lill-persuna kkonċernata.

Artikolu 6

Ċertifikat tat-test

1.  Kull Stat Membru għandu awtomatikament joħroġ ċertifikati tat-test kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(b) lill-persuni ttestjati għall-COVID-19 ▌.

2.  Iċ-ċertifikat tat-test għandu jkun fih il-kategoriji ta' data personali li ġejjin:

(a)  identifikazzjoni tad-detentur;

(b)  informazzjoni dwar it-test imwettaq;

(c)  metadata taċ-ċertifikat, bħall-emittent taċ-ċertifikat ▌.

Id-data personali għandha tiġi inkluża fiċ-ċertifikat tat-test skont il-kampijiet tad-data speċifiċi stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 11 biex temenda l-punt 2 tal-Anness billi timmodifika jew tneħħi kampijiet tad-data, jew billi żżid ▌kampijiet tad-data li jaqgħu taħt il-kategoriji ta' data personali msemmija fil-punti (b) u (c) ta' dan il-paragrafu.

3.  Iċ-ċertifikat tat-test għandu jinħareġ f'format sigur u interoperabbli kif previst fl-Artikolu 3(2).

4.  Meta, fil-każ ta' evidenza xjentifika emerġenti ġdida jew biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà mal-istandards internazzjonali u s-sistemi teknoloġiċi, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta' urġenza li jkunu jirrikjedu hekk, il-proċedura prevista fl-Artikolu 12 għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.

5.  ▌L-Istati Membri għandhom jaċċettaw prova ta' test negattiv għall-infezzjoni tas-SARS-CoV-2 biex ma jkunux applikati r-restrizzjonijiet għall-moviment liberu stabbiliti, skont id-dritt tal-Unjoni, biex jiġi limitat it-tixrid tal-COVID-19, u għandhom jaċċettaw ukoll ċertifikati tat-test validi maħruġa minn Stati Membri oħra skont dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Ċertifikat tal-fejqan

1.  Kull Stat Membru għandu joħroġ, fuq talba, ċertifikati tal-fejqan kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(c) mhux aktar kmieni mill-ħdax-il jum wara li persuna tkun irċeviet l-ewwel test pożittiv tagħha għall-infezzjoni tas-SARS-CoV-2, jew wara preżentazzjoni ta' test NAAT negattiv sussegwenti. Għandu jkun possibbli wkoll li jinħareġ ċertifikat tal-fejqan permezz tad-detezzjoni ta' antikorpi b'test seroloġiku.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 11 biex temenda l-għadd ta' jiem li minnhom jista' jinħareġ ċertifikat tal-fejqan abbażi ta' gwida riċevuta mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa skont l-Artikolu 3(6) jew fuq evidenza xjentifika rieżaminata mill-ECDC.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 11 biex tistabbilixxi u temenda t-tipi ta' testijiet seroloġiċi għall-antikorpi kontra s-SARS-CoV-2 li fir-rigward tagħhom jista' jinħareġ ċertifikat tal-fejqan, abbażi tal-evidenza xjentifika rieżaminata mill-ECDC.

2.  Iċ-ċertifikat tal-fejqan għandu jkun fih il-kategoriji ta' data personali li ġejjin:

(a)  identifikazzjoni tad-detentur;

(b)  informazzjoni dwar infezzjoni preċedenti tas-SARS-CoV-2 iddokumentata b'test NAAT pożittiv, jew ir-riżultat ta' test seroloġiku;

(c)  metadata taċ-ċertifikat, bħall-emittent taċ-ċertifikat ▌.

Id-data personali għandha tiġi inkluża fiċ-ċertifikat tal-fejqan skont il-kampijiet speċifiċi tad-data stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 11 biex temenda l-punt 3 tal-Anness billi ▌timmodifika jew tneħħi kampijiet tad-data, inkluż sa meta għandu jkun validu ċertifikat tal-fejqan, jew billi żżid kampijiet tad-data li jaqgħu taħt il-kategoriji ta' data personali msemmija fil-punti (b) u (c) ta' dan il-paragrafu.

3.  Iċ-ċertifikat tal-fejqan għandu jinħareġ f'format sigur u interoperabbli kif previst fl-Artikolu 3(2).

4.  Meta, fil-każ ta' evidenza xjentifika emerġenti ġdida jew biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà mal-istandards internazzjonali u s-sistemi teknoloġiċi, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta' urġenza li jkunu jirrikjedu hekk, il-proċedura prevista fl-Artikolu 12 għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.

5.  ▌L-Istati Membri għandhom jaċċettaw prova tal-fejqan mill-infezzjoni tas-SARS-CoV-2 bħala bażi għar-rinunzja tar-restrizzjonijiet għall-moviment liberu stabbiliti, skont id-dritt tal-Unjoni, biex jiġi limitat it-tixrid tal-COVID-19, u għandhom jaċċettaw, taħt l-istess kundizzjonijiet, ċertifikati validi tal-fejqan maħruġa minn Stati Membri oħra skont dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Speċifikazzjonijiet tekniċi

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-qafas ta' fiduċja stabbilit b'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jkun fihom l-ispeċifikazzjonijiet u r-regoli tekniċi biex:

(a)  joħorġu u jivverifikaw b'mod sigur iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 3;

(b)  jiżguraw is-sigurtà tad-data personali, b'kont meħud tan-natura tad-data;

(c)  jimlew iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 3, inkluża s-sistema ta' kodifikazzjoni u kwalunkwe element rilevanti ieħor;

(e)  joħorġu barcode valida, sigura u interoperabbli;

(f)  jiżguraw l-interoperabbiltà mal-istandards internazzjonali u/jew is-sistemi teknoloġiċi;

(g)  jallokaw ir-responsabbiltajiet fost il-kontrolluri u fir-rigward tal-proċessuri skont il-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2016/679;

(ga)  jistabbilixxu proċessi għal ittestjar, valutazzjoni u evalwazzjoni regolari tal-effikaċja tal-protezzjoni tad-data u l-miżuri ta' sigurtà adottati;

(gb)  jiżguraw l-aċċessibbiltà tal-persuni b'diżabbiltà għall-informazzjoni li tinqara mill-bniedem misjuba fiċ-ċertifikat diġitali u fiċ-ċertifikat stampat, f'konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà armonizzati tal-Unjoni. [Em. 16]

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13(2). Meta l-att ta' implimentazzjoni previst jikkonċerna l-ipproċessar ta' data personali, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-EDPS, u, meta jkun applikabbli, tista’ tikkonsulta lill-EDPB.

Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati, b'mod partikolari biex tiġi żgurata implimentazzjoni f'waqtha tal-qafas ta' fiduċja, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta' implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(3).

Il-qafas ta' fiduċja għandu jkun ibbażat fuq infrastruttura tal-kjavi pubblika biex jiġu vverifikati l-integrità taċ-Ċertifikati COVID-19 tal-UE u l-awtentiċità tas-siġilli elettroniċi. Il-qafas ta' fiduċja għandu jippermetti l-identifikazzjoni tal-frodi, b'mod partikolari l-falsifikazzjoni, u għandu jiżgura li l-verifika taċ-Ċertifikat COVID-19 tal-UE u tas-siġilli elettroniċi ma tinformax lill-emittent dwar il-verifika.

Artikolu 8a

Ċertifikati diġitali nazzjonali u interoperabbiltà mal-qafas ta' fiduċja taċ-Ċertifikat COVID-19 tal-UE

Meta Stat Membru jkun adotta jew jadotta ċertifikat diġitali nazzjonali għal finijiet purament nazzjonali, għandu jiżgura li jkun kompletament interoperabbli mal-qafas ta' fiduċja taċ-Ċertifikat COVID-19 tal-UE. Għandhom japplikaw l-istess salvagwardji bħal dawk f'dan ir-Regolament.

Artikolu 8b

Użu ulterjuri tal-qafas taċ-Ċertifikat tal-UE b'rabta mal-COVID-19

Meta Stat Membru jfittex li jimplimenta ċ-Ċertifikat tal-UE b'rabta mal-COVID-19 għal kwalunkwe użu possibbli għajr l-iskop maħsub għall-iffaċilitar tal-moviment liberu bejn l-Istati Membri, dak l-Istat Membru għandu joħloq bażi ġuridika skont id-dritt nazzjonali, li tikkonforma mal-prinċipji ta' effettività, neċessità u proporzjonalità, inklużi dispożizzjonijiet speċifiċi li jidentifikaw b'mod ċar il-kamp ta' applikazzjoni tal-ipproċessar u l-punt safejn isir dan l-ipproċessar, l-għan speċifiku involut, il-kategoriji ta' entitajiet li jistgħu jivverifikaw iċ-ċertifikat kif ukoll is-salvagwardji rilevanti għall-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni u l-abbuż, b'kont meħud tar-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data. L-ebda data ma għandha tinżamm fil-kuntest tal-proċess ta' verifika. [Em. 12]

Artikolu 9

Protezzjoni tad-data personali

1.   Ir-Regolament (UE) 2016/679 għandu japplika għall-ipproċessar tad-data personali mwettqa fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Id-data personali li tinsab fiċ-ċertifikati maħruġa skont dan ir-Regolament għandha tiġi pproċessata biss għall-fini ta' ▌verifika tal-informazzjoni inkluża fiċ-ċertifikat sabiex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tad-dritt ta' moviment liberu fl-Unjoni kif previst f'dan ir-Regolament u sakemm ma jibqax japplika.

2.  Id-data personali inkluża fiċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 3 għandha tiġi pproċessata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni, jew mill-operaturi tas-servizzi tat-trasport transfruntier tal-passiġġieri meħtieġa mil-liġi nazzjonali biex jimplimentaw ċerti miżuri tas-saħħa pubblika matul il-pandemija tal-COVID-19, biss biex jikkonfermaw u jivverifikaw l-istat fir-rigward ta' vaċċinazzjoni, test jew fejqan tad-detentur. Għal dan il-għan, id-data personali għandha tkun limitata għal dak li huwa strettament meħtieġ. Id-data personali aċċessata skont dan il-paragrafu ma għandhiex tinżamm jew tiġi pproċessata mill-verifikatur għal finijiet oħra. Għal kull vaċċinazzjoni, test jew fejqan għandu jinħareġ ċertifikat indipendenti u separat, u fuq iċ-ċertifikat ma tinżammx irreġistrata l-istorja taċ-ċertifikati preċedenti tad-detentur.

3.  Id-data personali pproċessata għall-fini tal-ħruġ taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 3, inkluż il-ħruġ ta' ċertifikat ġdid, ma għandhiex tinżamm mill-emittent għal aktar żmien milli jkun strettament meħtieġ għall-iskop tiegħu u fl-ebda każ aktar mill-perjodu li għalih iċ-ċertifikati jistgħu jintużaw biex jiġi eżerċitat id-dritt ta' moviment liberu, u wara dan il-perjodu d-data personali għandha titħassar immedjatament u irrevokabbilment. Ma għandu jkun hemm ebda pproċessar jew żamma ċentralizzati tad-data personali inkluża fiċ-ċertifikat fil-livell tal-Istat Membru jew tal-Unjoni.

4.  L-awtoritajiet jew korpi maħtura oħra responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 3 għandhom jitqiesu bħala kontrolluri msemmija fl-Artikolu 4(7) tar-Regolament (UE) 2016/679. Sa ... [xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jippubblikaw l-entitajiet previsti li jkunu qed jaġixxu bħala kontrolluri, proċessuri u riċevituri tad-data u jikkomunikaw din l-informazzjoni lill-Kummissjoni u kwalunkwe modifika għaliha b'mod regolari wara dik id-data. Sa ... [xahrejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni miġbura f'lista aċċessibbli għall-pubbliku u żżomm dik il-lista pubblika aġġornata.

5.  Il-kontrolluri u l-proċessuri tad-data għandhom jieħdu miżuri tekniċi u organizzattivi adegwati biex jiżguraw livell ta' sigurtà xieraq għar-riskju tal-ipproċessar.

6.  Meta kontrollur imsemmi fil-paragrafu 4 jirrikorri għand proċessur, f'applikazzjoni tal-Artikolu 28(3) tar-Regolament (UE) 2016/679, ma jista' jsir ebda trasferiment ta' data personali mill-proċessur għal-pajjiż terz.

Artikolu 10

Ċertifikat COVID-19 tal-UE u restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar

L-Istati Membri ma għandhomx jintroduċu u jimplimentaw restrizzjonijiet addizzjonali fuq l-ivvjaġġar bħall-kwarantina, l-awtoiżolament jew test għall-infezzjoni tas-SARS-CoV-2, jew kwalunkwe miżura diskriminatorja għad-detenturi taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 3, mal-introduzzjoni taċ-Ċertifikat COVID-19 tal-UE.

Artikolu 11

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 5(2), 6(2), 7(1) u 7(2) ▌għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' 12-il xahar minn [id-data tad-dħul fis-seħħ].

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 5(2), 6(2), 7(1) u 7(2) ▌tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Meta tali att delegat jikkonċerna l-ipproċessar ta' data personali, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-EDPS, u, meta jkun applikabbli, tista' tikkonsulta lill-EDPB.

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 5(2), 6(2), 7(1) u 7(2) ▌għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 12

Proċedura ta' urġenza

1.  L-atti delegati adottati taħt dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta' att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta' urġenza.

2.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(6). F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Artikolu 13

Proċedura ta' kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

Artikolu 14

Rapportar

1.  Sa ... [4 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.  Ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-impatt ta' dan ir-Regolament fuq il-moviment liberu, inkluż fuq l-ivvjaġġar u t-turiżmu, fuq id-drittijiet fundamentali u b'mod partikolari n-nondiskriminazzjoni, fuq il-protezzjoni tad-data personali, kif ukoll informazzjoni dwar it-teknoloġiji tal-vaċċini u tal-ittestjar l-aktar moderni, abbażi, fost l-oħrajn, tal-informazzjoni pprovduta mill-ECDC. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll valutazzjoni tal-użi mill-Istati Membri taċ-Ċertifikat COVID-19 tal-UE għal finijiet, abbażi tal-liġi nazzjonali, li mhumiex previsti f'dan ir-Regolament.

3.  Sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmien l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dan ir-rapport għandu jwettaq valutazzjoni skont il-paragrafu 2. Jista' jkun akkumpanjat minn proposti leġiżlattivi, b'mod partikolari biex tiġi estiża d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, filwaqt li titqies l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika u abbażi tal-prinċipji tan-neċessità, tal-proporzjonalità u tal-effikaċja.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ u japplika mill-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.  Ir-Regolament għandu jieqaf japplika 12-il xahar minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

Settijiet tad-data taċ-ċertifikat

1.  Kampijiet tad-data li jridu jiġu inklużi fiċ-ċertifikat tal-vaċċinazzjoni:

(a)  isem: kunjom(ijiet) u isem/ismijiet, f'dik l-ordni;

(b)  data tat-twelid;

(c)  marda jew aġent fil-mira, kemm jekk COVID-19 jew SARS-CoV-2 jew wieħed mill-varjanti tagħha;

(d)  vaċċin/profilassi;

(e)  prodott mediċinali tal-vaċċin;

(f)  detentur jew manifattur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-vaċċin;

(g)  numru f'sensiela ta' vaċċinazzjonijiet/dożi;

(h)  data tal-vaċċinazzjoni, li tindika d-data ta' kull doża rċevuta u tal-aħħar doża rċevuta;

(i)  Stat Membru tal-vaċċinazzjoni;

(j)  emittent taċ-ċertifikat;

(k)  ċertifikat validu sa (mhux aktar minn [sena] wara d-data tal-vaċċinazzjoni).

2.  Kampijiet tad-data li jridu jiġu inklużi fiċ-ċertifikat tat-test:

(a)  isem: kunjom(ijiet) u isem/ismijiet, f'dik l-ordni;

(b)  data tat-twelid;

(c)  marda jew aġent fil-mira, kemm jekk COVID-19 jew SARS-CoV-2 jew wieħed mill-varjanti tagħha;

(d)  it-tip ta' test;

(e)  it-tip ta' kampjun (eż. nażofarinġali; orofarinġali);

(f)  isem it-test (fakultattiv għat-test NAAT);

(g)  il-manifattur tat-test (fakultattiv għat-test NAAT);

(h)  data u ħin tal-ġbir tal-kampjun għat-test;

(i)  data u ħin tal-produzzjoni tar-riżultat tat-test (fakultattiv għat-test rapidu tal-antiġeni);

(j)  riżultat tat-test;

(k)  ċentru jew faċilità tal-ittestjar;

(l)  Stat Membru tat-test;

(m)  emittent taċ-ċertifikat;

(n)  ċertifikat validu sa (mhux aktar minn [72 siegħa] mill-ġbir tal-kampjun għat-test NAAT u [24 siegħa] mill-ġbir tal-kampjuni għat-test rapidu tal-antiġeni).

3.  Kampijiet tad-data li jridu jiġu inklużi fiċ-ċertifikat tal-fejqan:

(a)  isem: kunjom(ijiet) u isem/ismijiet, f'dik l-ordni;

(b)  data tat-twelid;

(c)  marda jew aġent, kemm jekk COVID-19 jew SARS-CoV-2 jew wieħed mill-varjanti tagħha, li ċ-ċittadin ikun fieq minnhom;

(d)   marda jew aġent li ċ-ċittadin ikun fieq minnhom;

(e)   data tal-ewwel riżultat pożittiv tat-test NAAT;

(f)   data tat-test seroloġiku jew tal-antikorpi;

(g)   Stat Membru tat-test;

(h)   emittent taċ-ċertifikat;

(i)   ċertifikat validu minn;

(j)   ċertifikat validu sa (mhux aktar minn [90 jum] wara d-data tal-ewwel riżultat pożittiv tat-test).

(1) Il-kwistjoni ġiet riferuta lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu.
(2)* Emendi: il-partijiet il-ġodda tat-test huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa; il-partijiet imħassra tat-test huma indikati permezz tas-simbolu ▌.
(3)Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).
(4)ĠU L 337, 14.10.2020, p. 3.
(5)Disponibbli hawn: https://www.ecdc.europa.eu/en/covid-19/situation-updates/weekly-maps-coordinated-restriction-free-movement
(6)ĠU C 96I, 24.3.2020, p. 1.
(7) Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).
(8)https://www.europol.europa.eu/early-warning-notification-illicit-sales-of-false-negative-covid-19-test-certificates
(9) Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 70).
(10)Disponibbli hawn: https://ec.europa.eu/health/sites/health/files/ehealth/docs/trust-framework_interoperability_certificates_en.pdf
(11)Id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45).
(12)Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.).
(13)Disponibbli hawn: https://ec.europa.eu/health/sites/health/files/ehealth/docs/vaccination-proof_interoperability-guidelines_en.pdf
(14)https://www.ecdc.europa.eu/sites/default/files/documents/TestingStrategy_Objective-Sept-2020.pdf
(15)ĠU L 392, 23.11.2020, p. 63.
(16)ĠU C 24, 22.1.2021, p. 1.
(17)https://ec.europa.eu/health/sites/health/files/preparedness_response/docs/covid-19_rat_common-list_en.pdf
(18)https://www.ecdc.europa.eu/sites/default/files/documents/Guidance-for-discharge-and-ending-of-isolation-of-people-with-COVID-19.pdf
(19)Id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1).
(20)ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(21)Ir-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(22)ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(23)Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill‐istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(24) Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE, ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73.
(25)Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar qafas komuni għall-użu u l-validazzjoni ta' testijiet rapidi tal-antiġeni u r-rikonoxximent reċiproku tar-riżultati tat-testijiet tal-COVID-19 fl-UE (2021/C 24/01) (ĠU C 24, 22.1.2021, p. 1).


Ċertifikat Aħdar Diġitali - ċittadini ta' pajjiżi terzi
PDF 182kWORD 54k
Test
Test konsolidat
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fid-29 ta’ April 2021 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati interoperabbli dwar il-vaċċinazzjoni, l-ittestjar u l-irkupru għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu legalment jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19 (Ċertifikat Aħdar Diġitali) (COM(2021)0140 – C9-0100/2021 – 2021/0071(COD))(1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: L-ewwel qari)

[Emenda 1, sakemm mhux indikat mod ieħor]

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(2)
għall-proposta tal-Kummissjoni
---------------------------------------------------------

REGOLAMENT (UE) 2021/... TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati interoperabbli dwar il-vaċċinazzjoni, l-ittestjar u l-irkupru għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li joqogħdu legalment jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19 (Ċertifikat COVID-19 tal-UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 77(2)(c) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)  Skont l-acquis ta' Schengen, iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fl-UE u ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li daħlu legalment fit-territorju ta' Stat Membru jistgħu jiċċaqalqu liberament fit-territorji tal-Istati Membri l-oħrajn kollha matul perjodu ta' 90 jum tul kwalunkwe perjodu ta' 180 jum.

(2)  Fit-30 ta' Jannar 2020, id-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ("WHO") iddikjara emerġenza tas-saħħa pubblika ta' rilevanza internazzjonali minħabba t-tifqigħa globali tal-coronavirus tas-sindromu respiratorju akut gravi 2 (SARS-CoV-2), li jikkawża l-marda tal-coronavirus 2019 (COVID‑19). Fil-11 ta' Marzu 2020, id-WHO għamlet il-valutazzjoni li l-COVID-19 tista' tiġi kkaratterizzata bħala pandemija.

(3)  Biex jillimitaw it-tixrid tal-virus, l-Istati Membri adottaw diversi miżuri, li wħud minnhom kellhom impatt fuq l-ivvjaġġar lejn it-territorju tal-Istati Membri u l-ivvjaġġar fih, bħal restrizzjonijiet fuq id-dħul jew rekwiżiti li vjaġġaturi transfruntiera jagħmlu l-kwarantina. Tali restrizzjonijiet għandhom effetti negattivi fuq iċ-ċittadini u l-impriżi, speċjalment il-ħaddiema fruntaliera u transfruntiera jew staġjonali.

(4)  Fit-13 ta' Ottubru 2020, il-Kunsill adotta r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1475 dwar approċċ ikkoordinat għar-restrizzjoni tal-moviment liberu b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19(3).

(5)  Fit-30 ta' Ottubru 2020, il-Kunsill adotta r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1632(4) dwar approċċ ikkoordinat għar-restrizzjoni tal-moviment liberu b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 fiż-żona Schengen, li fiha rrakkomanda lill-Istati Membri li huma marbutin bl-acquis ta' Schengen biex japplikaw il-prinċipji, il-kriterji komuni, is-solli komuni u l-qafas komuni ta' miżuri, stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1475.

(6)  Ħafna Stati Membri nedew jew qed jippjanaw li jniedu inizjattivi għall-ħruġ ta' ċertifikati tal-vaċċinazzjoni. Madankollu, biex dawn jintużaw b'mod effettiv b'konnessjoni mal-ivvjaġġar transfruntier fl-Unjoni, dawn iċ-ċertifikati tal-vaċċinazzjoni jeħtieġ li jkunu kompletament interoperabbli, kompatibbli, siguri u verifikabbli. Fost l-Istati Membri hemm bżonn approċċ bi qbil komuni fuqu dwar il-kontenut, il-format, il-prinċipji, l-istandards tekniċi u l-livell ta' protezzjoni ta' tali ċertifikati.

(7)  Bħalissa diġà, diversi Stati Membri qed jeżentaw persuni mlaqqma minn ċerti restrizzjonijiet għal moviment liberu fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jaċċettaw prova tal-vaċċinazzjoni għad-deroga mir-restrizzjonijiet għall-moviment liberu fis-seħħ, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni, għal-limitazzjoni tat-tixrid tal-COVID-19, pereżempju rekwiżiti ta' kwarantina/awtoiżolament jew ta' ttestjar għal infezzjoni bis-SARS-CoV-2 u jenħtieġ li dawn ikollhom jaċċettaw, bl-istess kundizzjonijiet, ċertifikati validi tal-vaċċinazzjoni maħruġa minn Stati Membri oħra f'konformità ma' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li din l-aċċettazzjoni ssir bl-istess kundizzjonijiet, jiġifieri, pereżempju, jekk Stat Membru jqis li doża singola ta' vaċċin amministrat tkun biżżejjed, jenħtieġ li jittratta bl-istess mod lid-detenturi ta' ċertifikat tal-vaċċinazzjoni li jindika doża singola tal-istess vaċċin. Minħabba raġunijiet ta' saħħa pubblika, jenħtieġ li dan l-obbligu jkun limitat għal persuni li jkunu rċevew vaċċini kontra l-COVID-19 li jkunu ngħataw awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 jew vaċċini elenkati mid-WHO għall-użu f'emerġenza. ▌Ir-Regolament (UE) Nru 2021/xxxx ta' xx xx 2021 jistabbilixxi qafas għall-ħruġ, il-verifika u l-aċċettazzjoni ta' ċertifikati interoperabbli dwar il-vaċċinazzjoni kontra l-COVID-19, dwar l-ittestjar għall-marda u dwar l-irkupru minnha biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu matul il-pandemija tal-COVID-19. Dan japplika għal ċittadini tal-Unjoni u ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta' ċittadini tal-Unjoni.

(8)  F'konformità mal-Artikoli 19, 20 u 21 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi koperti minn dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jivvjaġġaw liberament fit-territorji tal-Istati Membri l-oħrajn.

(9)  Mingħajr preġudizzju għall-miżuri komuni dwar il-qsim tal-fruntieri interni minn persuni kif stabbilit fl-acquis ta' Schengen, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/399, u għall-fini li jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar fit-territorji tal-Istati Membri minn ċittadini ta' pajjiżi terzi li għandhom id-dritt għal ivvjaġġar ta' dan it-tip, jenħtieġ li l-qafas għall-ħruġ, il-verifika u l-aċċettazzjoni ta' ċertifikati interoperabbli il-vaċċinazzjoni kontra l-COVID-19, dwar l-ittestjar għall-marda u dwar l-irkupru minnha stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 2021/xxxx japplika wkoll għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti minn dak ir-Regolament, sakemm ikunu qed joqogħdu legalment jew jirrisjedu legalment fit-territorju ta' Stat Membru u jkunu intitolati jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħrajn f’konformità mad-dritt tal-Unjoni.

(10)  Biex iċ-ċertifikati jintużaw b'mod effettiv b'konnessjoni mal-ivvjaġġar transfruntier, dawn iċ-ċertifikati jridu jkunu kompletament interoperabbli. Iċ-ċentri tat-trasport kollha tal-Unjoni, bħall-ajruporti, il-portijiet u l-istazzjonijiet tal-ferroviji u tal-kowċis, fejn iċ-ċertifikat jiġi vverifikat, jenħtieġ li japplikaw kriterji u proċeduri standardizzati u komuni għall-verifika taċ-Ċertifikat COVID-19 tal-UE abbażi ta' gwida żviluppata mill-Kummissjoni.

(11)  Dan ir-Regolament huwa maħsub biex jiffaċilita l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' proporzjonalità u nondiskriminazzjoni fir-rigward tar-restrizzjonijiet possibbli għall-moviment liberu u għal drittijiet fundamentali oħra bħala riżultat tal-pandemija, filwaqt li jimmira lejn l-ogħla livell ta' protezzjoni tas-saħħa pubblika u jenħtieġ li ma jinftehimx bħala li jiffaċilita jew jinkoraġġixxi l-adozzjoni ta' restrizzjonijiet għall-moviment liberu, jew għal drittijiet fundamentali oħra, b'reazzjoni għall-pandemija. Barra minn hekk, kwalunkwe ħtieġa ta' verifika taċ-ċertifikati stabbilita mir-Regolament (UE) 2021/xxx ma tistax għaldaqstant tiġġustifika r-riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fil-fruntieri interni. Jenħtieġ li l-kontrolli fil-fruntieri interni jibqgħu miżura tal-aħħar istanza, soġġetti għal regoli speċifiċi stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/399 (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)(5).

(12)  F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Ladarba dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta' Schengen, f'konformità mal-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, id-Danimarka għandha tiddeċiedi hux se timplimenta r-Regolament fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwaru.

(13)  Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li l-Irlanda ma tiħux sehem fihom, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE(6); Għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhijiex marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Għalkemm l-Irlanda mhijiex soġġetta għal dan ir-Regolament, għall-finijiet tal-iffaċilitar tal-ivvjaġġar fl-Unjoni, l-Irlanda tista' toħroġ ukoll ċertifikati, li jikkonformaw mal-istess rekwiżiti bħal dawk applikabbli għaċ-Ċertifikat COVID-19 tal-UE, liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li joqogħdu legalment jew li jirrisjedu legalment fit-territorju tagħha u l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw dawn iċ-ċertifikati. L-Irlanda tista' taċċetta wkoll ċertifikati maħruġa mill-Istati Membri lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li joqogħdu legalment jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tagħhom.

(14)  Fir-rigward tal-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tal-acquis ta' Schengen fis-sens, rispettivament, tal-Artikolu 3(1) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003, tal-Artikolu 4(1) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005 u tal-Artikolu 4(1) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2011.

(15)  Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, koperti mill-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt C, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE(7).

(16)  Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen koperti mill-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt C, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE(8).

(17)  Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen koperti mill-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt C, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE(9).

(18)  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġew ikkonsultati f'konformità mal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10) u taw opinjoni fi […],

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/XXXX [ir-Regolament dwar Ċertifikat COVID-19 tal-UE] għal dawk iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li mhumiex koperti mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament iżda li jirrisjedu jew joqogħdu legalment fit-territorju tagħhom u li huma intitolati jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħrajn f'konformità mad-dritt tal-Unjoni.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ u jibda japplika mill-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew F'isem il-Kunsill

Il-President Il-President

(1) Il-kwistjoni ġiet riferuta lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu.
(2)* Emendi: il-partijiet il-ġodda tat-test huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa; il-partijiet imħassra tat-test huma indikati permezz tas-simbolu ▌.
(3)ĠU L 337, 14.10.2020, p. 3.
(4)Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1632 tat-30 ta' Ottubru 2020 dwar approċċ ikkoordinat għar-restrizzjoni tal-moviment liberu b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 fiż-żona Schengen (ĠU L 366, 4.11.2020, p. 25).
(5)Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).
(6)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
(7)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).
(8)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta' Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).
(9)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta' Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).
(10)Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


It-tassazzjoni diġitali: in-negozjati tal-OECD, ir-residenza tat-taxxa tal-kumpaniji diġitali u l-eventwalità ta' Taxxa Diġitali Ewropea
PDF 189kWORD 63k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 dwar it-tassazzjoni diġitali: in-negozjati tal-OECD, ir-residenza tat-taxxa tal-kumpaniji diġitali u l-eventwalità ta' Taxxa Diġitali Ewropea (2021/2010(INI))
P9_TA(2021)0147A9-0103/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 113 u 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-1 u tat-2 ta' Ottubru 2020(1) u tal-21 ta' Lulju 2020(2),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ecofin tas-27 ta' Novembru 2020(3),

–  wara li kkunsidra l-proposti tal-Kummissjoni li għadhom pendenti għall-adozzjoni, b'mod partikolari dwar il-Bażi Komuni għat-Taxxa Korporattiva (BKTK), il-Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva (BKKTK)(4), u l-pakkett tat-tassazzjoni diġitali(5), kif ukoll il-pożizzjonijiet tal-Parlament dwar dawn il-proposti,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Jannar 2019 bit-titolu "Lejn teħid ta' deċiżjonijiet aktar effiċjenti u demokratiku fil-qasam tal-politika tat-tassazzjoni tal-UE" (COM(2019)0008),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Frar 2020 bit-titolu "Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa" (COM(2020)0067),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Lulju 2020 dwar Pjan ta' Azzjoni għal tassazzjoni ġusta u sempliċi li tappoġġa l-istrateġija ta' rkupru (COM(2020)0312),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2015 dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili(6), proposta mill-Kumitat Speċjali tiegħu dwar id-Deċiżjonijiet fil-Qasam tat-Taxxa u Miżuri Oħra ta' Natura jew Effett Simili (Kumitat TAXE),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2016 dwar deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili(7), proposta mit-tieni Kumitat Speċjali dwar id-Deċiżjonijiet fil-Qasam tat-Taxxa u Miżuri Oħra ta' Natura jew Effett Simili (il-Kumitat TAXE2),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2017 lill-Kunsill u lill-Kummissjoni wara l-inkjesta dwar il-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa mwettqa mill-Kumitat ta' Inkjesta tiegħu biex jinvestiga l-allegati kontravenzjonijiet u amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni b'rabta mal-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa (il-Kumitat PANA)(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-kriminalità finanzjarja, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa(9), proposta mill-Kumitat Speċjali dwar il-Kriminalità Finanzjarja, l-Evażjoni tat-Taxxa u l-Evitar tat-Taxxa (TAX3),

–  wara li kkunsidra s-segwitu mogħti mill-Kummissjoni għal kull waħda mir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament imsemmijin hawn fuq(10),

–  wara li kkunsidra l-istudju tiegħu bit-titolu "Impact of Digitalisation on International Tax Matters: Challenges and Remedies" (L-Impatt tad-Diġitalizzazzjoni fuq Kwistjonijiet Fiskali Internazzjonali: Sfidi u Rimedji)(11),

–  wara li kkunsidra l-Qafas Inklużiv tal-G20/OECD dwar il-Pjan ta' Azzjoni għall-Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa u Trasferiment tal-Profitti (BEPS) ta' Ottubru 2015, u b'mod partikolari l-Azzjoni 1 tiegħu dwar l-Isfidi tat-Taxxa li Jirriżultaw mid-Diġitalizzazzjoni,

–  wara li kkunsidra r-rapport interim tal-Qafas Inklużiv tal-G20/OECD bit-titolu "Tax Challenges Arising from Digitalisation" (Sfidi tat-Taxxa li Jirriżultaw mid-Diġitalizzazzjoni) adottat fl-2018, u l-Programm ta' Ħidma tiegħu biex Jiżviluppa Soluzzjoni għall-Isfidi tat-Taxxa li Jirriżultaw mid-Diġitalizzazzjoni tal-Ekonomija adottat f'Mejju 2019,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Cover u r-Rapporti dwar il-Pjanijiet ta' Tħejjija tal-Ewwel Pilastru u t-Tieni Pilastru adottati mill-Qafas Inklużiv tal-G20/OECD f'Ottubru 2020, kif ukoll ir-riżultati ta' analiżi ekonomika u valutazzjoni tal-impatt imwettqa mis-Segretarjat tal-OECD mehmuża magħha,

–  wara li kkunsidra l-eżiti ta' diversi summits tal-G7, tal-G8 u tal-G20 li saru dwar il-kwistjonijiet tat-taxxa internazzjonali,

–  wara li kkunsidra l-ħidma li għaddejja tal-Kumitat ta' Esperti tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kooperazzjoni Internazzjonali fi Kwistjonijiet tat-Taxxa dwar l-isfidi tat-taxxa relatati mad-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija,

–  wara li kkunsidra l-valutazzjoni tal-impatt tal-Bidu tal-Kummissjoni dwar Taxxa Diġitali fl-14 ta' Jannar 2021 (Ares(2021)312667),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2019 bit-titolu "Tassazzjoni ġusta f'ekonomija diġitalizzata u globalizzata: BEPS 2.0"(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tagħha,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0103/2021),

A.  billi r-regoli internazzjonali attwali dwar it-taxxa korporattiva huma bbażati fuq prinċipji li ġew żviluppati fil-bidu tas-seklu 20 u m'għadhomx adattati għal ekonomija dejjem aktar globalizzata u diġitalizzata, u b'hekk jippermettu bosta prattiki tat-taxxa dannużi li jimminaw il-finanzi pubbliċi u l-kompetizzjoni ġusta;

B.  billi l-proporzjonalità u l-prattikkabbiltà ta' dawn ir-regoli internazzjonali dwar it-taxxa issa huma soġġetti għal rieżami fil-kuntest tan-negozjati dwar l-OECD bil-għan li tiġi żgurata l-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej f'ekonomija dejjem aktar globalizzata u diġitalizzata;

C.  billi d-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija aggravat il-problemi li diġà jeżistu permezz ta' dipendenza żejda minn kumpaniji multinazzjonali fuq assi intanġibbli bħall-proprjetà intellettwali;

D.  billi wara l-kriżi finanzjarja tal-2008-2009 u serje ta' rivelazzjonijiet dwar prattiki differenti ta' evażjoni tat-taxxa, ippjanar aggressiv tat-taxxa, evitar tat-taxxa u ħasil tal-flus, il-pajjiżi tal-G20 qablu li jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet fil-livell tal-OECD permezz tal-proġett Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa u Trasferiment tal-Profitti (BEPS), li wassal għall-ħolqien tal-Pjan ta' Azzjoni dwar il-BEPS;

E.  billi l-Pjan ta' Azzjoni dwar il-BEPS irnexxielu jistabbilixxi kunsens globali dwar ħafna kwistjonijiet sabiex jiġu miġġielda l-evażjoni tat-taxxa, l-ippjanar aggressiv tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa; billi, madankollu, ma ntlaħaqx qbil dwar kif għandhom jiġu indirizzati l-isfidi tat-taxxa li ġġib magħha d-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija, li wassal għall-adozzjoni ta' Rapport Finali separat dwar l-Azzjoni 1 – 2015 tal-BEPS;

F.  billi l-Parlament talab ripetutament għal riforma tas-sistema tat-taxxa korporattiva internazzjonali bil-għan li jiġu indirizzati l-evażjoni tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa u l-isfidi tal-intaxxar tal-ekonomija diġitali;

G.  billi l-Kummissjoni ressqet żewġ proposti dwar it-tassazzjoni tal-ekonomija diġitali fl-2018, inkluża soluzzjoni temporanja fuq perjodu qasir li tintroduċi taxxa fuq is-servizzi diġitali (TSD), u soluzzjoni fit-tul li tiddefinixxi preżenza diġitali sinifikanti (SDP) bħala rabta għat-tassazzjoni korporattiva li għandha tissostitwixxi t-TSD; billi fil-25 ta' Ottubru 2016, il-Kummissjoni ressqet proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar bażi komuni konsolidata għat-taxxa korporattiva (BKKTK) (COM(2016)0683); billi l-Parlament appoġġa dawn il-proposti kollha, iżda dawn ma ġewx adottati fil-Kunsill, li ġiegħel li xi Stati Membri jintroduċu TSD b'mod unilaterali;

H.  billi l-introduzzjoni mill-Istati Membri ta' TSD mhux koordinati u separati, li għandhom regoli u kriterji tat-tassazzjoni differenti, iżżid l-frammentazzjoni fi ħdan is-suq uniku, toħloq aktar inċertezza dwar it-taxxa u hija inqas effiċjenti meta mqabbla ma' soluzzjoni komuni fil-livell Ewropew;

I.  billi l-miżuri meħuda unilateralment mill-Istati Membri jirriskjaw li jżidu t-tilwim kummerċjali internazzjonali, u dan jista' jaffettwa kemm in-negozji diġitali kif ukoll dawk mhux diġitali fi ħdan is-suq uniku;

J.  billi, skont mandat mogħti mill-Ministri tal-Finanzi tal-G20 f'Marzu 2017 u wara l-adozzjoni ta' Programm ta' Ħidma (PoW) f'Mejju 2019, il-Qafas Inklużiv tal-OECD/G20 dwar il-BEPS, permezz tat-Task Force tiegħu dwar l-Ekonomija Diġitali, kien qed jaħdem fuq soluzzjoni globali bbażata fuq kunsens ibbażata fuq żewġ pilastri: l-Ewwel Pilastru dwar l-allokazzjoni ta' drittijiet ta' intaxxar permezz ta' regoli ġodda dwar ir-rabtiet u l-allokazzjoni tal-profitti u t-Tieni Pilastru dwar l-indirizzar tal-kwistjonijiet li jibqa' tal-BEPS u l-introduzzjoni ta' miżuri biex jiġi żgurat livell minimu ta' taxxa;

K.  billi fit-12 ta' Ottubru 2020, il-Qafas Inklużiv tal-G20/OECD ippubblika pakkett li jikkonsisti f'dikjarazzjoni u rapporti dwar il-Pjanijiet ta' Tħejjija tal-Ewwel Pilastru u t-Tieni Pilastru, li jirrifletti fehmiet konverġenti dwar għadd ta' karatteristiċi, prinċipji u parametri ta' politika fiż-żewġ Pilastri, filwaqt li identifika l-kwistjonijiet politiċi u tekniċi li fadal li għandhom jiġu indirizzati;

L.  billi, f'dawn l-aħħar snin, il-profitti ta' kumpaniji multinazzjonali ewlenin fl-isfera diġitali żdiedu b'mod sinifikanti; billi l-lockdowns b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 komplew jaċċeleraw din it-tendenza tat-tranżizzjoni lejn ekonomija bbażata fuq is-servizzi diġitali, u dan poġġa lin-negozji fiżiċi, u speċjalement lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) fi żvantaġġ ulterjuri; billi hemm ħtieġa urġenti li tittieħed azzjoni malajr, filwaqt li jitqies l-għan tal-Qafas Inklużiv tal-G20/OECD li jikkonkludi n-negozjati tiegħu f'Lulju 2021 bħala l-ewwel pass fid-direzzjoni t-tajba lejn distribuzzjoni aktar ekwa tal-piżijiet tat-taxxa;

M.  billi liġijiet internazzjonali dwar it-taxxa adegwati huma essenzjali biex jipprevjenu l-evażjoni tat-taxxa u l-prattiki ta' evitar tat-taxxa, u jfasslu sistema ta' tassazzjoni ġusta u effiċjenti li tindirizza l-inugwaljanza u tiżgura ċ-ċertezza u l-istabbiltà, li huma prerekwiżiti għall-kompetittività, kif ukoll għal kundizzjonijiet ekwi bejn il-kumpaniji, speċjalment għall-SMEs;

N.  billi d-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija ppermettiet lill-kumpaniji żgħar b'mod ġenerali u minn setturi differenti jsiru aktar kompetittivi u jilħqu klijenti ġodda; billi negozji ġodda iżgħar u negozji li qed jespandu m'għandhomx jiġu mxekkla minħabba l-miżuri tal-UE għat-tassazzjoni diġitali;

O.  billi n-negozji diġitali jiddependu ħafna minn assi intanġibbli biex joħolqu kontenut, b'mod partikolari permezz tal-użu u l-monetizzazzjoni tad-data tal-utenti, u dan il-ħolqien ta' valur mhuwiex kopert mis-sistemi tat-taxxa attwali; billi dan il-fenomenu jallinja ħażin il-post tal-ħolqien tal-valur mal-post tat-tassazzjoni;

P.  billi n-nuqqas ta' ftehim internazzjonali jew ta' regolamentazzjoni tal-UE dwar it-tassazzjoni diġitali huwa ostaklu għal ambjent tan-negozju aktar kompetittiv u li jiffavorixxi t-tkabbir fi ħdan is-suq uniku diġitali;

Q.  billi l-kriżi ekonomika serja li qed tiffaċċja l-Unjoni tirrikjedi politiki tat-tassazzjoni moderni li jippermettu lill-Istati Membri jiġbru t-taxxi dovuti għall-attivitajiet imwettqa fis-suq uniku, b'mod aktar effiċjenti u effettiv;

R.  billi l-Istati Membri għandhom jikkollaboraw mill-qrib u jieħdu pożizzjoni magħquda, b'saħħitha u ambizzjuża fin-negozjati internazzjonali dwar it-taxxa,

S.  billi l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2020 jiddikjaraw li l-Kunsill Ewropew se "jivvaluta [wkoll] is-sitwazzjoni rigward il-ħidma fuq il-kwistjoni importanti tat-tassazzjoni diġitali" f'Marzu 2021;

T.  billi l-ministri tal-finanzi tal-G20 iltaqgħu fis-7-8 ta' April 2021 u se jiltaqgħu fid-9-10 ta' Lulju 2021 u jqisu ż-żewġ pilastri tan-negozjati dwar il-Qafas Inklużiv;

L-indirizzar ta' sfidi li jirriżultaw mid-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija

1.  Jinnota li r-regoli internazzjonali attwali dwar it-taxxa jmorru lura għall-bidu tas-seklu 20, u li d-drittijiet ta' intaxxar huma prinċipalment ibbażati fuq il-preżenza fiżika tal-kumpaniji; jirrimarka li d-diġitalizzazzjoni u dipendenza kbira fuq assi intanġibbli żiedu bil-kbir il-kapaċità ta' kumpaniji li jinvolvu ruħhom f'attivitajiet kummerċjali sinifikanti f'ġuriżdizzjoni mingħajr preżenza fiżika hemmhekk, u għalhekk it-taxxi mħallsa f'ġuriżdizzjoni waħda ma jibqgħux jirriflettu l-valur u l-profitti maħluqa hemmhekk, u dan jista' jwassal għall-erożjoni tal-bażi tat-taxxa u trasferiment tal-profitti;

2.  Jappella għal allokazzjoni ġdida u aktar ġusta tad-drittijiet ta' intaxxar għal kumpaniji multinazzjonali b'livell għoli ta' diġitalizzazzjoni u reviżjoni tal-kunċett tradizzjonali ta' stabbiliment permanenti peress li ma jkoprix l-ekonomija diġitalizzata; ifakkar fil-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-BK(K)TK biex jinħoloq stabbiliment permanenti virtwali, li jqis fejn jinħoloq il-valur u abbażi tal-valur u l-profitti ġġenerati mill-utenti; jisħaq li l-utenti tal-pjattaformi online u l-konsumaturi tas-servizzi diġitali issa huma elementi ċentrali fil-ħolqien ta' valur minn negozji b'livell għoli ta' diġitalizzazzjoni, u li ma jistgħux jiċċaqalqu barra minn ġuriżdizzjoni bl-istess mod bħall-kapital u x-xogħol, u għalhekk għandhom jitqiesu meta tiġi definita rabta fiskali ġdida sabiex jiġi pprovdut rimedju effettiv kontra l-ippjanar aggressiv tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa;

3.  Jikkondividi t-tħassib li definizzjoni stretta tal-problemi involuti tirriżulta fit-tfassil ta' regoli mmirati għal ċerti negozji biss; jirrimarka li l-prezzijiet ta' trasferiment, id-definizzjoni ta' stabbiliment permanenti u d-diskrepanzi fit-tassazzjoni li jirriżultaw minn diversi sistemi fiskali kumplessi żżejjed iridu jiġu riveduti, b'mod partikolari fir-rigward tal-ftehimiet dwar it-taxxa doppja;

4.  Jisħaq li soluzzjonijiet ġodda għall-intaxxar tal-ekonomija diġitali għandhom preferibbilment jintaxxaw il-profitti u mhux id-dħul;

5.  Jieħu nota tal-evoluzzjoni sinifikanti fl-ekonomiji tagħna li ġiet ikkawżata mid-diġitalizzazzjoni u l-globalizzazzjoni; jieħu nota tal-effetti pożittivi tad-diġitalizzazzjoni fuq is-soċjetà tagħna u l-ekonomiji tagħna kif ukoll il-potenzjal kbir tad-diġitalizzazzjoni għall-amministrazzjoni tat-taxxa, li sservi bħala għodda biex tipprovdi servizz aħjar liċ-ċittadini, iżżid il-fiduċja pubblika fl-awtoritajiet tat-taxxa u ttejjeb il-kompetittività; jiddispjaċih għan-nuqqasijiet tas-sistema tat-taxxa internazzjonali, li mhux dejjem hija adatta biex tindirizza b'mod xieraq l-isfidi tal-globalizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni; jitlob li jkun hemm ftehim li jimmira għal sistema tat-taxxa ġusta u effettiva, filwaqt li tiġi rispettata s-sovranità nazzjonali fil-qasam tat-tassazzjoni;

6.  Jappella għal riforma tas-sistema tat-taxxa biex jiġu miġġielda l-frodi tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa; jisħaq li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom ikunu minn ta' quddiem biex jirreaġixxu għal dawn in-nuqqasijiet;

7.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-korporazzjonijiet multinazzjonali jiġu intaxxati abbażi ta' formula ġusta u effettiva għall-allokazzjoni tad-drittijiet ta' intaxxar bejn il-pajjiżi; ifakkar fil-proposta tal-Kummissjoni dwar bażi komuni konsolidata għat-taxxa korporattiva (BKKTK);

8.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi indirizzata t-tassazzjoni baxxa tal-ekonomija diġitalizzata; jisħaq fuq il-ħtieġa li titqies il-mobilità inerenti ta' kumpaniji multinazzjonali b'livell għoli ta' diġitalizzazzjoni, b'mod partikolari bil-għan li jinħoloq il-valur, u li tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta tad-drittijiet ta' intaxxar fost il-pajjiżi kollha fejn iwettqu attività ekonomika u ħolqien tal-valur, inkluż ir-R&Ż; jinnota li xi ftehimiet eżistenti dwar it-tassazzjoni doppja jistgħu jipprevjenu l-allokazzjoni ġusta tad-dritt ta' intaxxar u jitlob li dawn il-ftehimiet jiġu aġġornati; jenfasizza s-sitwazzjoni speċjali tal-Istati Membri periferali żgħar;

9.  Huwa tal-fehma li huma meħtieġa aktar studji dwar il-piż tat-taxxa globali ta' mudelli ta' negozju differenti; jiddispjaċih li l-evitar tat-taxxa mhux biss huwa ta' detriment għall-ġbir tad-dħul pubbliku, li jxekkel is-servizzi pubbliċi u jċaqlaq il-piż tat-taxxa lejn iċ-ċittadin medju, u b'hekk joħloq aktar inugwaljanzi, iżda għandu wkoll effett distorsiv fuq is-swieq billi jpoġġi lin-negozji, speċjalment l-SMEs, fi żvantaġġ, u joħloq ostakli għal parteċipanti ġodda lokali; jenfasizza l-ħtieġa li jitqiesu l-ostakli potenzjali għad-dħul tal-SMEs sabiex jiġi evitat li jinħoloq settur diġitali bi ftit atturi kbar biss;

10.  Ifakkar li, bħala medja, in-negozji diġitali jiffaċċjaw rata tat-taxxa effettiva ta' 9,5 % biss meta mqabbla ma' 23,2 % għall-mudelli ta' negozju tradizzjonali;

11.  Jenfasizza li, sadanittant, id-domanda għal servizzi diġitalizzati splodiet minħabba l-obbligu li jitwettqu ħafna kompiti b'mod remot fil-kuntest tal-COVID-19; josserva, għaldaqstant, li l-fornituri ta' tali servizzi diġitalizzati tqiegħdu f'pożizzjoni aktar favorevoli min-negozji tradizzjonali, speċjalment l-SMEs;

12.  Jenfasizza li r-Rapport Finali tal-OECD/G20 dwar l-Azzjoni 1 tal-BEPS, tal-2015, jikkonkludi li l-ekonomija diġitali qed issir dejjem aktar l-ekonomija nnifisha; jirrikonoxxi d-diġitalizzazzjoni rapida tal-biċċa l-kbira tas-setturi ekonomiċi u l-ħtieġa ta' sistema tat-taxxa valida għall-futur li ma tiddelimitax l-ekonomija diġitali, iżda tiżgura distribuzzjoni ġusta tad-dħul fil-pajjiżi differenti fejn jinħoloq il-valur;

13.  Jinnota l-importanza li ssir distinzjoni bejn ir-rwol kemm tat-tassazzjoni kif ukoll tar-regolamentazzjoni, u li l-politiki futuri dwar it-taxxa diġitali m'għandhomx jiġu fformulati biex jikkoreġu n-nuqqasijiet fl-ekonomija diġitali, bħal kirjiet mis-setgħa ta' monopolju fuq l-informazzjoni, fejn f'dan il-każ miżuri regolatorji jkunu aktar xierqa;

Ftehim multilaterali globali: it-triq 'il quddiem preferuta iżda mhux l-unika waħda

14.  Jitlob li jkun hemm ftehim internazzjonali li jimmira għal sistema tat-taxxa ġusta u effettiva; jilqa' l-isforzi fil-Qafas Inklużiv tal-G20/OECD biex jintlaħaq kunsens globali dwar riforma multilaterali tas-sistema tat-taxxa internazzjonali biex jiġu indirizzati l-isfidi ta' kondiviżjoni ta' profitti kontinwa u tal-ekonomija diġitalizzata; jiddispjaċih, madankollu, għall-fatt li l-iskadenza għal ftehim, stabbilita għal tmiem l-2020, ma ntlaħqitx; jirrikonoxxi l-progress tad-diskussjonijiet dwar il-proposti fil-livell tekniku, minkejja d-dewmien ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19, u jitlob li jintlaħaq qbil rapidu sa nofs l-2021 fi proċess inklużiv ta' negozjar; jistieden lill-Istati Membri jinvolvu ruħhom b'mod attiv ukoll fi kwistjonijiet tat-taxxa f'fora internazzjonali oħra bħan-NU;

15.  Jieħu nota tal-fatt li l-approċċ b'żewġ pilastri ssuġġerit fil-Qafas Inklużiv tal-G20/OECD ma jiddelimitax l-ekonomija diġitalizzata iżda jfittex soluzzjoni komprensiva għall-isfidi l-ġodda li toħloq; jieħu nota tal-fehmiet diverġenti fost il-membri tal-Qafas Inklużiv; jemmen, madankollu, li ż-żewġ pilastri għandhom jitqiesu bħala komplementari u għandhom jiġu adottati sa nofs l-2021;

16.  Jenfasizza li t-Tieni Pilastru għandu l-għan li jindirizza l-isfidi tal-BEPS li fadal, b'mod partikolari billi jiżgura li kumpaniji multinazzjonali kbar, inklużi dawk diġitalizzati, iħallsu rata minima effettiva tat-taxxa korporattiva irrispettivament minn fejn jinsabu; jilqa' l-momentum il-ġdid fin-negozjati tal-Qafas Inklużiv tal-G20/OECD maħluq mill-proposti ta' dan l-aħħar tal-amministrazzjoni tal-Istati Uniti dwar "inċentiv qawwi għan-nazzjonijiet biex jingħaqdu fi ftehim globali li jimplimenta regoli tat-taxxa minima madwar id-dinja"; jinnota li dawn il-proposti jinkludu żieda fit-taxxa minima fuq GILTI (global intangible low-taxed income) għal 21 % u rata SHIELD (Stopping Harmful Inversions and Ending Low-tax Developments) li tkun ekwivalenti għar-rata GILTI fil-każ li ma jintlaħaq ebda qbil dwar il-Pilastru II(13); iqis li kwalunkwe rata minima effettiva għandha tkun stabbilita f'livell ġust u suffiċjenti sabiex tiskoraġġixxi t-trasferimenti tal-profitt u tipprevjeni l-kompetizzjoni fiskali li tagħmel ħsara;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżguraw li l-kompromessi futuri tan-negozjati tal-Qafas Inklużiv G20/OECD iqisu l-interessi tal-UE u jevitaw li jżidu aktar kumplessità u kwalunkwe burokrazija supplimentari għall-SMEs u ċ-ċittadini;

18.  Jilqa' l-isforzi tas-segretarjat tal-OECD biex tinstab soluzzjoni għall-kwistjoni ta' kif għandhom jiġu adattati r-regoli tat-taxxa internazzjonali attwali tagħna għal ekonomija globalizzata u diġitalizzata; jilqa' l-proposta fl-ambitu tal-Ewwel Pilastru ta' rabta fiskali ġdida u drittijiet ġodda ta' intaxxar li joħolqu l-possibbiltà li jiġu intaxxati intrapriżi multinazzjonali (MNEs) f'ġuriżdizzjonijiet tas-suq, anke meta ma jkollhom l-ebda preżenza fiżika, abbażi tal-attività ekonomika tagħhom; jissottolinja li l-interazzjoni mal-utenti u l-konsumaturi tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-ħolqien tal-valur fil-mudelli ta' negozju b'livell għoli ta' diġitalizzazzjoni, u għalhekk għandha titqies meta jiġu allokati d-drittijiet ta' intaxxar; jinnota li xi għażliet ta' politika għad iridu jiġu stabbiliti fil-livell globali;

19.  Jirrikonoxxi li l-hekk imsejjaħ "Ammont A" joħloq dritt ġdid ta' intaxxar għall-ġuriżdizzjonijiet tas-suq; jisħaq li l-kamp ta' applikazzjoni ta' dawn id-drittijiet ġodda ta' intaxxar għandu jkopri l-MNEs il-kbar kollha li jistgħu jinvolvu ruħhom fi prattiki tal-BEPS, u għall-inqas servizzi diġitali awtomatizzati u negozji li jiffaċċjaw il-konsumaturi, filwaqt li ma joħolqux piżijiet ulterjuri u bla bżonn fuq l-SMEs u jevitaw li jżidu l-kostijiet tas-servizzi għall-utenti;

20.  Jistieden lill-Istati Membri jappoġġaw ftehim li jiżgura li ammonti suffiċjenti ta' profitti jiġu riallokati għall-ġuriżdizzjonijiet tas-suq, li għandu jmur lil hinn mid-distinzjoni bejn profitti ta' rutina u dawk mhux ta' rutina, u dan jista' jwassal għal distinzjonijiet purament artifiċjali;

21.  Jinsab imħasseb li sistema kumplessa żżejjed tista' fil-fatt iżżid l-opportunitajiet biex jiġu evitati r-regoli li jkunu għadhom kif ġew miftiehma u jistieden lill-OECD u lill-Istati Membri li qed jinnegozjaw biex jaħdmu lejn soluzzjoni sempliċi u fattibbli; jitlob li jiġu kkunsidrati s-sejbiet relatati mal-impatt amministrattiv tal-Pjan ta' Azzjoni tal-OECD/G20 dwar il-BEPS;

22.  Jirrakkomanda li l-għażliet ta' politika difiżi mill-Istati Membri fin-negozjati għandhom inaqqsu l-kumplessità; jappoġġa, għaldaqstant, proċessi amministrattivi simplifikati għall-MNEs soġġetti għad-drittijiet ġodda ta' intaxxar, anke fid-dawl tat-tħaffif tal-piż tal-implimentazzjoni għall-Istati Membri, filwaqt li jitqiesu l-Istati Membri li mhumiex involuti f'arranġamenti tat-taxxa li jfixklu l-kompetizzjoni, bħall-hekk imsejħa "ftehimiet sweetheart"; jemmen li jkun xieraq li ssir riforma tal-Prinċipju ta' Distakkament (ALP);

23.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jintensifikaw id-djalogu mal-amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti dwar il-politika tat-tassazzjoni diġitali bil-għan li jinstab approċċ komuni fil-qafas tan-negozjati tal-Qafas Inklużiv tal-G20/OECD qabel Ġunju 2021; jilqa' d-dikjarazzjoni reċenti tal-amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti li se terġa' timpenja ruħha b'mod attiv fin-negozjati tal-OECD bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim u jiġi abbandunat il-kunċett ta' "livell xieraq ta' protezzjoni"; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta bir-reqqa l-implikazzjonijiet tal-aġġustamenti proposti ġodda magħmula mill-Istati Uniti għall-Pilastru I; jistieden lill-Istati Membri jopponu l-klawżola ta' "livell xieraq ta' protezzjoni", li tirriskja li timmina serjament l-isforzi ta' riforma; jistieden lill-Kummissjoni ssegwi proposta tagħha stess biex tindirizza l-isfidi ta' ekonomija diġitalizzata jekk tiġi inkluża klawżola ta' "livell xieraq ta' protezzjoni" fl-Ewwel Pilastru tar-riforma; ifakkar, f'dan ir-rigward, fil-proposta fit-tul tal-Kummissjoni ffukata fuq preżenza diġitali sinifikanti;

24.  Jieħu nota tal-proposta għal mekkaniżmu għall-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tat-tilwim sabiex tiġi evitata t-tassazzjoni doppja u tiżdied l-aċċettazzjoni tar-regoli l-ġodda; jenfasizza r-rwol importanti ta' dan il-mekkaniżmu, speċjalment għall-perjodu tranżitorju sakemm ir-reġim fiskali internazzjonali l-ġdid ikun fis-seħħ; jissottolinja, madankollu, li ċ-ċertezza tat-taxxa tinkiseb l-aħjar billi jiġu stabbiliti regoli sempliċi, ċari u armonizzati li jipprevjenu t-tilwim mill-ewwel; jenfasizza li kwalunkwe mekkaniżmu għall-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tat-tilwim m'għandux iqiegħed lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fi żvantaġġ;

25.  Jifhem li bi ftehim internazzjonali, it-tilwim kummerċjali dannuż u r-ritaljazzjonijiet li għandhom effetti potenzjalment negattivi fuq setturi ekonomiċi oħra għandhom jiġu evitati;

26.  Jistieden lill-Kummissjoni tlesti l-valutazzjoni tal-impatt tagħha stess dwar l-effetti tal-Ewwel u t-Tieni Pilastri fuq il-ġbir tad-dħul għall-Istati Membri u tinforma lill-Kunsill u lill-Parlament dwar is-sejbiet tagħha; jistieden lill-Kummissjoni, abbażi ta' din il-valutazzjoni tal-impatt, tagħti pariri u tiggwida lill-Istati Membri biex jieħdu pożizzjonijiet fin-negozjati li jiddefendu l-interessi globali tal-UE;

27.  Jistieden lil kull Stat Membru u lill-Kummissjoni jikkoordinaw il-pożizzjonijiet tagħhom sabiex jitkellmu b'vuċi waħda;

Sejħa għal azzjoni immedjata mill-UE

28.  Jiddispjaċih li n-nuqqas ta' soluzzjoni tal-Qafas Inklużiv tal-G20/OECD f'Ottubru 2020 tawwal it-tassazzjoni baxxa tal-ekonomija diġitalizzata; jisħaq li l-pandemija tal-COVID-19 kienet ta' benefiċċju kbir għan-negozji diġitalizzati, l-aktar dawk li setgħu jespandu l-operazzjonijiet tagħhom, filwaqt li ħafna negozji oħra, b'mod partikolari l-SMEs, sofrew, u li aċċelerat it-tranżizzjoni lejn ekonomija diġitalizzata, u b'hekk kompliet tenfasizza l-ħtieġa li jinstabu soluzzjonijiet multilaterali għar-riforma tas-sistema tat-taxxa attwali sabiex jiġi żgurat li l-ekonomija diġitalizzata tagħti kontribut ġust;

29.  Jenfasizza li l-gvernijiet jeħtieġ li jiġbru riżorsi mingħajr preċedent biex jirkupraw mill-kriżi tal-COVID-19 u li l-mobilizzazzjoni tad-dħul minn setturi intaxxati b'mod insuffiċjenti tista' tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-irkupru;

30.  Iqis li l-isfidi tat-taxxa li jirriżultaw mill-ekonomija diġitalizzata huma kwistjoni globali u li ftehim fil-livell tal-istati G20/OECD huwa meħtieġ b'mod urġenti biex tkun possibbli l-koordinazzjoni internazzjonali; jinsisti li soluzzjoni internazzjonali ambizzjuża u armonizzata hija ppreferuta minn taħlita ta' tassazzjoni diġitali nazzjonali jew reġjonali b'riskji potenzjali, u żżid ferm aktar il-possibbiltà li jinstab appoġġ unanimu fil-Kunsill;

31.  Jinsisti, għalhekk, li irrispettivament mill-progress tan-negozjati tal-Qafas Inklużiv tal-G20/OECD, l-UE għandu jkollha pożizzjoni alternattiva u għandha tkun lesta li tintroduċi l-proposta tagħha għall-intaxxar tal-ekonomija diġitali sa tmiem l-2021, speċjalment peress li l-proposti tal-OECD jikkonċernaw biss grupp żgħir ta' kumpaniji u jistgħu ma jkunux biżżejjed; jistieden lill-Kummissjoni tirrispetta l-ftehim interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji billi tippreżenta l-proposti tagħha għal imposta diġitali sa Ġunju 2021, filwaqt li tantiċipa l-kompatibbiltà tagħhom mar-riforma mill-Qafas Inklużiv tal-G20/OECD jekk ikun hemm ftehim dwarha; jirrakkomanda lill-Kummissjoni toħroġ bi pjan direzzjonali li jqis xenarji differenti, b'mod partikolari bi qbil u mingħajr qbil fil-livell tal-OECD sa nofs l-2021;

32.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra b'mod partikolari l-introduzzjoni ta' taxxa tal-UE fuq is-servizzi diġitali temporanja bħala l-ewwel pass neċessarju; jisħaq li jekk jintlaħaq ftehim internazzjonali fl-ambitu tal-Qafas Inklużiv tal-OECD/G20, dawn is-soluzzjonijiet Ewropej għandhom jiġu adattati kif xieraq; ifakkar li TSD tal-UE tista' tiġi prevista biss bħala l-ewwel pass temporanju;

33.  Jistieden lill-UE timplimenta l-ftehim tal-eżitu futur tan-negozjati internazzjonali b'mod armonizzat u jistieden lill-Kummissjoni toħroġ proposta għal dan il-għan;

34.  Jirrimarka li falliment tan-negozjati tal-OECD iwassal għal aktar frammentazzjoni fir-rigward tat-tassazzjoni diġitali, li tista' tkun ta' ħsara wkoll għall-kumpaniji Ewropej li għandhom l-għan li jespandu l-mudelli tan-negozju tagħhom fi swieq oħra; ifakkar fl-importanza li jintlaħaq ftehim fil-livell tal-OECD sabiex jiġu evitati gwerer kummerċjali potenzjali; jenfasizza li minkejja li t-tassazzjoni hija kompetenza tal-Istati Membri, hija meħtieġa koordinazzjoni b'saħħitha;

35.  Jenfasizza li l-kumpaniji diġitali tal-UE li għandhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fi Stat Membru tal-UE u li huma soġġetti għal taxxi korporattivi tal-UE huma fi żvantaġġ meta mqabbla ma' kumpaniji barranin li m'għandhom l-ebda "preżenza fiżika" fi kwalunkwe Stat Membru, u għalhekk jistgħu jevitaw li jħallsu taxxi korporattivi fl-UE anke jekk joperaw ma' utenti Ewropej; jisħaq fuq il-ħtieġa li jinħolqu kundizzjonijiet ekwi għall-fornituri ta' servizzi tradizzjonali u servizzi diġitalizzati awtomatizzati, kif ukoll għan-negozji li jiffaċċjaw il-konsumaturi fl-UE billi jiġi żgurat li dawn tal-aħħar jiġu ntaxxati fejn jagħmlu profitti u b'rata ġusta;

36.  Jisħaq li kwalunkwe TSD tal-UE trid tevita li jiġu ġġenerati żidiet bla bżonn fil-kostijiet ta' konformità, u trid tipprovdi definizzjonijiet ċari u dispożizzjonijiet trasparenti li jkunu sempliċi biex jiġu rispettati u infurzati, u tippromwovi ċ-ċertezza legali u regolatorja;

37.  Jitlob li jiġu adottati regoli proporzjonati biex jiġi evitat li ma jiġux imxekkla l-SMEs, in-negozji ġodda u l-kumpaniji li huma involuti fil-proċess tad-diġitalizzazzjoni tan-negozji tagħhom; jisħaq li l-politika tat-tassazzjoni tista' tkun waħda mill-għodod biex tiġi appoġġata l-kompetittività tas-suq uniku f'dan ir-rigward; jisħaq li hija meħtieġa politika tat-tassazzjoni li tiffavorixxi t-tkabbir bil-għan li ssaħħaħ il-kompetittività internazzjonali tas-suq uniku;

38.  Jenfasizza l-ħtieġa li jsir rieżami tar-regoli eżistenti dwar it-tassazzjoni doppja biex jiġi żgurat li l-profitt kollu li joħroġ mill-UE jiġi ntaxxat;

39.  Jinnota li xi Stati Membri jqisu t-tassazzjoni tan-negozji b'livell għoli ta' diġitalizzazzjoni bħala kwistjoni urġenti u għalhekk introduċew taxxi fuq is-servizzi diġitali fil-livell nazzjonali; jinnota li dawn it-taxxi diġitali nazzjonali għandhom impatt fuq il-kummerċ u n-negozjati internazzjonali; jirrimarka, madankollu, li l-introduzzjoni ta' soluzzjonijiet nazzjonali b'mod unilaterali jistgħu joħolqu riskju ta' frammentazzjoni u inċertezza fiskali fi ħdan is-suq uniku; jissottolinja li l-immultiplikar ta' miżuri nazzjonali tagħmel l-introduzzjoni ta' soluzzjoni Ewropea kkoordinata ħafna aktar urġenti; ifakkar li dawn il-miżuri nazzjonali għandhom jitneħħew gradwalment jekk tinstab soluzzjoni multilaterali effettiva;

40.  Ifakkar li minkejja li t-tassazzjoni hija primarjament kompetenza tal-Istati Membri, il-gvernijiet jeħtiġilhom, sa fejn ikun possibbli, jeżerċitawha b'mod li jżomm mal-prinċipji komuni tad-dritt tal-UE sabiex jiżguraw koerenza bejn l-oqfsa nazzjonali, u b'hekk jippermettu kompetizzjoni ġusta u jevitaw impatti negattivi fuq il-koerenza ġenerali tal-prinċipji tat-tassazzjoni tal-UE;

41.  Jinnota li l-Kunsill ma qabel dwar l-ebda proposta relatata tal-Kummissjoni, jiġifieri t-taxxa fuq is-servizzi diġitali, il-preżenza diġitali sinifikanti jew il-BKTK u l-BKKTK; jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw mill-ġdid il-pożizzjonijiet tagħhom dwar dawn il-proposti f'każ li ma jirnexxux in-negozjati tal-OECD, speċjalment fid-dawl taċ-ċirkostanzi mingħajr preċedent minħabba l-kriżi tal-COVID-19, jew jikkunsidraw li jintegrawhom f'implimentazzjoni futura potenzjali tal-ftehimiet tal-OECD, u jikkunsidraw l-għażliet kollha previsti mit-Trattati jekk ma jkun jista' jintlaħaq l-ebda ftehim unanimu;

42.  Jistieden lill-Istati Membri jvaraw mill-ġdid djalogu politiku ta' livell għoli fi ħdan il-Kunsill u jħejju l-bażi għal deċiżjoni rigward it-tassazzjoni diġitali fis-suq uniku, irrispettivament mill-eżitu tan-negozjati internazzjonali; jistieden lill-Kunsill jagħmel progress fuq fajls leġiżlattivi diġà adottati mill-Parlament sabiex jaderixxi mal-prinċipju ta' kooperazzjoni sinċiera fost l-istituzzjonijiet tal-UE;

43.  Jilqa' l-valutazzjoni tal-impatt tal-bidu tal-Kummissjoni dwar taxxa diġitali fl-14 ta' Jannar 2021; jinnota li d-diġitalizzazzjoni tista' żżid il-produttività u l-benesseri tal-konsumatur, iżda li hija wkoll ta' importanza kbira li jiġi żgurat li n-negozji kbar u b'livell għoli ta' diġitalizzazzjoni jikkontribwixxu s-sehem ġust tagħhom għas-soċjetà; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta bir-reqqa kif il-kamp ta' applikazzjoni, id-definizzjoni u s-segmentazzjoni tal-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet, is-servizzi jew il-kumpaniji diġitali se jkunu konformi mal-isforzi internazzjonali biex tinstab soluzzjoni globali;

44.  Jirrikonoxxi t-tliet għażliet ta' politika tat-tassazzjoni msemmija fil-valutazzjoni tal-impatt tal-bidu, inklużi:

   a) żieda fit-taxxa korporattiva li tkun kompatibbli ma' negozjati internazzjonali u ftehimiet bilaterali dwar it-taxxa,
   b) taxxa bbażata fuq id-dħul fin-nuqqas ta' soluzzjoni effettiva maqbula internazzjonalment, filwaqt li madankollu jindika li taxxa diġitali għandha preferibbilment tintaxxa l-profitti,
   c) taxxa fuq it-tranżazzjonijiet diġitali mwettqa minn negozju għal negozju fl-UE u jqis ir-riskju li jiġi ttrasferit il-piż tal-ħlas tat-taxxa minn negozji diġitalizzati kbar għal kumpaniji iżgħar li jiddependu minn dawk is-servizzi;

45.  Jitlob valutazzjoni dettaljata tal-impatti li kull għażla jkollha kemm fuq l-aġenda diġitali tal-UE kif ukoll fuq is-suq uniku, kif ukoll kwalunkwe tilwim u ritaljazzjoni kummerċjali possibbli minn atturi ekonomiċi oħra u effetti kollaterali possibbli f'setturi ekonomiċi oħra;

46.  Jappella għal rwol aktar b'saħħtu għall-Parlament fil-proċeduri leġiżlattivi fil-qasam tat-tassazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-possibbiltajiet kollha li joffru t-Trattati; jieħu nota, f'dan ir-rigward, tal-pjan direzzjonali propost mill-Kummissjoni għall-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata fil-komunikazzjoni tagħha tal-15 ta' Jannar 2019 bit-titolu "Lejn teħid ta' deċiżjonijiet aktar effiċjenti u demokratiku fil-qasam tal-politika tat-tassazzjoni tal-UE";

Taxxa diġitali bħala riżorsa proprja ġdida tal-UE

47.  Jilqa' l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020 (FII) bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda(14), f'konformità mal-prinċipju tal-universalità, u jfakkar fl-impenn legalment vinkolanti tal-Kummissjoni biex tressaq proposta leġiżlattiva rigward imposta diġitali tal-UE bħala riżorsa proprja sa Ġunju 2021; jisħaq fuq l-impenn legalment vinkolanti tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni li jsegwu, mingħajr dewmien, il-passi stabbiliti fil-pjan direzzjonali, bil-ħsieb li jiġi introdott sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2023;

48.  Ifakkar li l-Parlament ikkonferma mill-ġdid l-impenn tiegħu għall-introduzzjoni ta' imposta diġitali tal-UE bħala riżorsa proprja b'maġġoranzi kbar f'sensiela ta' rapporti u riżoluzzjonijiet(15);

49.  Jenfasizza li l-FII, inkluż il-pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda, jorbot lill-Kunsill, lill-Parlament u lill-Kummissjoni biex jimxu 'l quddiem b'mod irriversibbli b'imposta diġitali tal-UE li se tidħol fil-baġit fit-tul tal-UE bis-sħiħ bħala riżorsa proprja u sors stabbli ta' dħul fit-tul; jissottolinja li, irrispettivament minn jekk ir-regoli bażiċi humiex determinati fil-livell tal-OECD jew tal-UE, id-dħul iġġenerat mit-tassazzjoni diġitali fl-Istati Membri jista' u jrid isir riżorsa proprja; iqis li l-istess approċċ għandu jiġi segwit ukoll għal kwalunkwe dħul ieħor iġġenerat minn kwalunkwe ftehim fil-livell tal-OECD;

50.  Iqis li d-dħul tal-imposta diġitali tal-UE jkun marbut intrinsikament mal-fruntieri miftuħa tas-suq uniku u l-"unjoni diġitali" u għalhekk jikkostitwixxi bażi xierqa ħafna u ġenwina għal riżorsa proprja tal-UE; jisħaq li d-dedikazzjoni ta' dan il-fluss ġdid ta' introjtu pubbliku għall-baġit tal-UE tgħin biex jiġu solvuti diversi kwistjonijiet problematiċi marbuta mal-ekwivalenza fiskali u l-koerenza fiskali;

51.  Jitlob li jkun hemm tfassil tat-taxxa u regoli ta' implimentazzjoni li jkollhom l-għan li jimminimizzaw ir-riskji li kwalunkwe inċidenza ekonomika tiġi riportata fuq iċ-ċittadini u l-konsumaturi tal-UE; jinsab konvint li t-trasformazzjoni tar-rikavat mit-taxxa diġitali f'riżorsa proprja għall-baġit tal-UE tgħin fit-tixrid u r-ridistribuzzjoni ta' tali spejjeż b'mod ekwu fl-Istati Membri;

52.  Ifakkar li r-riżorsi proprji bbażati fuq imposta diġitali tal-UE u/jew ir-regoli tal-OECD m'għandhomx jiġu assenjati formalment għal infiq taħt programm jew fond partikolari, f'konformità mal-prinċipju ta' universalità; ifakkar li dawn ir-riżorsi proprji se jikkostitwixxu dħul ġenerali flimkien ma' riżorsi proprji ġodda oħra li l-ammont globali tagħhom għandu jkun biżżejjed biex ikopri mill-inqas l-ispejjeż tal-ħlasijiet lura tal-Istrument tal-UE għall-Irkupru Next Generation; ifakkar li kwalunkwe dħul minn riżorsi proprji ġodda li jaqbeż il-ħtiġijiet reali għar-ripagamenti se jkompli jservi l-baġit tal-UE bħala dħul ġenerali;

53.  Ifakkar li kif iddikjarat fil-punt G tal-Anness II tal-FII, l-istituzzjonijiet jirrikonoxxu li l-introduzzjoni ta' ġabra ta' riżorsi proprji ġodda għandha tappoġġa l-finanzjament adegwat tan-nefqa tal-Unjoni fil-QFP;

54.  Isostni li d-dħul mill-imposta diġitali tal-UE se jkun parti minn ġabra ta' riżorsi proprji ġodda li r-rikavat tiegħu se jkun mill-inqas suffiċjenti biex ikopri, permezz tal-baġit tal-UE, l-ispejjeż futuri tar-rimborż (prinċipal u imgħax) li jirriżultaw mill-komponent tal-għotjiet tal-Istrument għall-Irkupru tal-UE, li mistennija jkunu madwar EUR 15-il biljun fis-sena bħala medja u massimu ta' EUR 29,25 biljun fis-sena mill-2028 sal-2058, filwaqt li jiġi evitat tnaqqis fin-nefqa għall-programmi tal-UE; jinnota li l-estimi tad-dħul ivarjaw minn diversi biljuni ta' euro sa diversi għexieren ta' biljuni ta' euro skont firxa ta' fatturi, inkluża d-definizzjoni preċiża tal-bażi taxxabbli, l-entità taxxabbli, il-post tat-tassazzjoni, il-kalkolu u r-rata tat-taxxa kif ukoll ir-rati ta' tkabbir ekonomiku fis-setturi kkonċernati;

55.  Jissottolinja li l-introduzzjoni ta' ġabra ta' riżorsi proprji ġodda, kif previst fil-pjan direzzjonali tal-FII, inkluża l-imposta diġitali tal-UE, se żżid l-awtonomija finanzjarja tal-UE u l-kapaċità tagħha li twettaq l-aspettattivi taċ-ċittadini tal-UE fir-rigward tal-objettivi ta' politika strateġiċi tal-UE bħal suq uniku Ewropew ġust u b'saħħtu, il-Patt Ekoloġiku Ewropew ibbażat fuq tranżizzjoni ġusta, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u t-trasformazzjoni diġitali, kif ukoll il-ħolqien ta' valur miżjud tal-UE bi gwadann kbir fl-effiċjenza meta mqabbel mal-infiq nazzjonali;

56.  Ifakkar li d-dħul mill-imposta diġitali tal-UE jrid jikkontribwixxi għall-ħlas lura tal-Istrument għall-Irkupru u għall-finanzjament tan-nefqa għall-programmi u l-fondi tal-Unjoni; jafferma mill-ġdid, f'dan ir-rigward, li kwalunkwe sehem tad-dħul mill-imposta diġitali miżmum mill-Istati Membri għandu jkun strettament proporzjonali għall-ispejjeż tal-ġbir li jġarrbu u m'għandux ipoġġi lill-baġit tal-UE fi żvantaġġ bla bżonn;

57.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkorpora l-pożizzjoni tal-Parlament meta tkun qed tħejji l-proposti leġiżlattivi għal imposta diġitali tal-UE bħala riżorsa proprja u d-deċiżjoni riveduta dwar ir-riżorsi proprji u jistieden lill-Kunsill jadotta malajr il-proposta f'konformità mal-pjan direzzjonali; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet jimpenjaw ruħhom malajr u b'mod kostruttiv fid-"djalogu regolari" previst fil-pjan direzzjonali maqbul tar-riżorsi proprji; iħeġġeġ lill-Kunsill Ewropew japprova rwol deċiżiv ta' tmexxija għall-UE fl-isforz dinji lejn tassazzjoni aktar ġusta billi jieħu passi rapidi u determinati lejn l-introduzzjoni ta' imposta diġitali bħala riżorsa proprja matul l-2021; jilqa', f'dan ir-rigward, id-dikjarazzjoni tal-membri tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta' Marzu 2021 li tissottolinja l-impenn tagħhom għal dan l-isforz;.

o
o   o

58.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) https://www.consilium.europa.eu/media/45926/021020-euco-final-conclusions-mt.pdf
(2) https://www.consilium.europa.eu/media/45116/210720-euco-final-conclusions-mt.pdf
(3) https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-13350-2020-INIT/mt/pdf
(4) Proposta tal-25 ta' Ottubru 2016 għal Direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni għat-Taxxa Korporattiva (BKTK), COM(2016)0685 u tal-25 ta' Ottubru 2016 dwar Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva (BKKTK) (COM(2016)0683).
(5) Il-pakkett jikkonsisti mill-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Marzu 2018 bit-titolu "Wasal iż-żmien li jiġi stabbilit standard modern, ġust u effiċjenti tat-tassazzjoni għall-ekonomija diġitali" (COM(2018)0146), mill-proposta tal-21 ta' Marzu 2018 għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi r-regoli dwar it-tassazzjoni korporattiva ta' preżenza diġitali sinifikanti (COM(2018)0147), mill-proposta tal-21 ta' Marzu 2018 għal direttiva tal-Kunsill dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq is-servizzi diġitali fir-rigward tad-dħul li jirriżulta mill-provvista ta' ċerti servizzi diġitali (COM(2018)0148), u mir-rakkommandazzjoni tal-21 ta' Marzu 2018 dwar it-tassazzjoni korporattiva ta' preżenza diġitali sinifikanti (C(2018)1650).
(6) ĠU C 366, 27.10.2017, p. 51.
(7) ĠU C 101, 16.3.2018, p. 79.
(8) ĠU C 369, 11.10.2018, p. 123.
(9) ĠU C 108, 26.3.2021, p. 8.
(10) Is-segwitu konġunt tas-16 ta' Marzu 2016 dwar li ndaħħlu t-trasparenza, il-koordinazzjoni u l-konverġenza fil-politiki tat-tassazzjoni korporattiva fl-Unjoni u r-riżoluzzjonijiet TAXE, is-segwitu tas-16 ta' Novembru 2016 għar-riżoluzzjoni TAXE2, is-segwitu ta' April 2018 għar-rakkomandazzjoni tal-Kumitat PANA, u s-segwitu tas-27 ta' Awwissu 2019 għar-riżoluzzjoni TAX3.
(11) Hadzhieva, E., "Impact of Digitalisation on International Tax Matters: Legal Aspects of Protecting European Consumers" (L-Impatt tad-Diġitalizzazzjoni fuq Kwistjonijiet Fiskali Internazzjonali: Sfidi u Rimedji), Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, Dipartiment Tematiku A - Politika Ekonomika, Xjentifika u tal-Kwalità tal-Ħajja, Frar 2019.
(12) Testi adottati, P9_TA(2019)0102.
(13) The Made In America Tax Plan, 2021, id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti, p. 12.
(14) ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 28.
(15) B'mod partikolari r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018 dwar ir-riforma tas-sistema ta' riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 162, 10.5.2019, p. 71), tal-14 ta' Novembru 2018 bit-titolu "Rapport Interim dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 – il-pożizzjoni tal-Parlament bil-ħsieb ta' ftehim" (ĠU C 363, 28.10.2020, p. 179), tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 u r-riżorsi proprji: wasal iż-żmien li nissodisfaw l-aspettattivi taċ-ċittadini (testi adottati, P9_TA(2019)0032), tal-15 ta' Mejju 2020 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid, ir-riżorsi proprji u l-pjan ta' rkupru (testi adottati, P9_TA(2020)0124), u tat-23 ta' Lulju 2020 dwar il-konklużjonijiet tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew mis-17 sal-21 ta' Lulju 2020 (testi adottati P9_TA(2020)0206), u r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tas-16 ta' Settembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (testi adottati, P9_TA(2020)0220);


L-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u l-istat tad-dritt f'Malta
PDF 149kWORD 52k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u l-istat tad-dritt f'Malta (2021/2611(RSP))
P9_TA(2021)0148B9-0219/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 4, 5, 6, 7, 9 u 10 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 20 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 6, 7, 8, 10, 11, 12 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-‘Karta’),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-15 ta' Novembru 2017(1), tat-28 ta' Marzu 2019(2) u tas-16 ta' Diċembru 2019(3) dwar l-istat tad-dritt f'Malta,

–  wara li kkunsidra s-seduti ta' smigħ, l-iskambji ta' fehmiet u ż-żjarat ta' delegazzjoni li saru mill-Grupp ta' Monitoraġġ tad-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern mill-15 ta' Novembru 2017,

–  wara li kkunsidra l-iskambji ta' ittri bejn il-President tal-Grupp ta' Monitoraġġ tad-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali u l-Prim Ministru ta' Malta, li l-aktar wieħed reċenti minnhom sar f'April 2021,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 2293(2019) tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa tas-26 ta' Ġunju 2019 bit-titolu "Daphne Caruana Galizia's assassination and the rule of law in Malta and beyond: ensuring that the whole truth emerges" (L-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u l-istat tad-dritt f'Malta u lil hinn minnha: niżguraw li toħroġ il-verità kollha),

–  wara li kkunsidra r-rapport dwar is-segwitu għar-riżoluzzjoni 2293(2019) tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, approvat mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-Assemblea Parlamentari fit-8 ta' Diċembru 2020,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni ta' Venezja tat-8 ta' Ottubru 2020 dwar għaxar atti u abbozzi ta' liġi li jimplimentaw proposti leġiżlattivi soġġetti għall-opinjoni CDL-AD(2020)006,

–  wara li kkunsidra r-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt tal-2020 tal-Kummissjoni,

—  wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta' April 2021, Repubblika v Il-Prim Ministru(4),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Unjoni Ewropea hija msejsa fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi; billi dawn il-valuri huma universali u komuni għall-Istati Membri kollha;

B.  billi l-istat tad-dritt u r-rispett għad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u l-valuri u l-prinċipji minquxa fit-Trattati tal-UE u fi strumenti internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem huma obbligi għall-Unjoni u għall-Istati Membri tagħha u jridu jiġu osservati; billi, f'konformità mal-Artikolu 2, l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 7 TUE, l-Unjoni għandha l-possibbiltà li taġixxi sabiex tipproteġi l-valuri komuni li fuqhom hija msejsa;

C.  billi l-Karta hija parti mil-liġi primarja tal-UE; billi l-libertà ta' espressjoni u l-libertà u l-pluraliżmu tal-midja huma minquxa fl-Artikolu 11 tal-Karta u fl-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB);

D.  billi l-indipendenza tal-ġudikatura hija minquxa fl-Artikolu 19(1) TUE, fl-Artikolu 47 tal-Karta u fl-Artikolu 6 tal-KEDB, u hija rekwiżit essenzjali tal-prinċipju demokratiku tas-separazzjoni tas-setgħat;

E.  billi r-rifjut sistematiku ta' Stat Membru wieħed li jikkonforma mal-valuri fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattati li aderixxa magħhom b'mod ħieles jaffettwa lill-UE kollha kemm hi;

F.  billi l-ġurnalista investigattiva kontra l-korruzzjoni u blogger Maltija Daphne Caruana Galizia, sfat assassinata f'attakk b'karozza bomba fis-16 ta' Ottubru 2017; billi hija kienet il-mira ta' fastidju u ta' ħafna theddid fil-forma ta' telefonati, ittri u messaġġi testwali ta' theddid, kif ukoll attakk bi ħruq doluż ta' darha u l-qtil tal-kelb tagħha; billi l-qattiel li ammetta li joqtol għall-flus, xehed fil-qorti fis-16 ta' Marzu 2021 li sentejn qabel il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, kien hemm konfoffa preċedenti u separata biex tiġi assassinata bl-użu ta' azzarin AK-47;

G.  billi l-investigazzjonijiet dwar il-qtil immexxija mill-awtoritajiet Maltin u bl-għajnuna tal-Europol wasslu għall-identifikazzjoni, l-inkriminazzjoni u l-ġuri li għaddej bħalissa ta' diversi suspettati u ta' moħħ potenzjali wieħed wara dan il-qtil, li hu s-sid tal-kumpanija 17 Black Ltd ibbażata f'Dubai u eks Membru tal-Bord tad-Diretturi ta' ElectroGas Malta Ltd; billi l-Federal Bureau of Investigation (FBI) kien involut ukoll fl-investigazzjonijiet;

H.  billi wieħed mill-allegati kompliċi u ċerti reġistrazzjonijiet li ntwerew fil-proċedimenti tal-qorti implikaw lill-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru ta' Malta fl-ippjanar tal-qtil, il-finanzjament u/jew it-tentattiv ta' cover-up tiegħu;

I.  billi fis-26 ta' Novembru 2019 l-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru rriżenja wara interrogazzjoni mill-pulizija dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia; billi fl-20 ta' Marzu 2021 huwa ġie arrestat u akkużat b'ħasil ta' flus, frodi, korruzzjoni u falsifikazzjoni f'każ separat, li kien is-suġġett tal-ħidma ta' Daphne Caruana Galizia, flimkien ma' diversi mill-assoċjati tan-negozju tiegħu; billi fil-5 ta' April 2021 inħeles taħt garanzija u ġie rilaxxat mill-arrest preventiv;

J.  billi l-Ministru għat-Turiżmu ta' Malta ta' dak iż-żmien, li qabel kien il-Ministru għall-Enerġija, irriżenja fis-26 ta' Novembru 2019; billi konsorzju ta' ġurnalisti investigattivi ppubblika rapport dettaljat dwar ir-rabtiet ta' negozju bejn familja Ċiniża u l-eks Ministru għall-Enerġija kif ukoll iċ-Chief of Staff tal-eks Prim Ministru(5); billi l-familja Ċiniża allegatament kellha rwol ċentrali fin-negozjati għal investiment b'valur ta' EUR 380 miljun mill-kumpanija Shanghai Electric Power, li tappartjeni lill-istat taċ-Ċina, fil-kumpanija Enemalta, il-kumpanija tal-enerġija tal-istat ta' Malta, u hija s-sid tal-kumpaniji Dow's Media Company u Macbridge. Il-kumpanija Macbridge ppjanat li tħallas sa USD 2 miljun lil ditti fil-Panama kkontrollati mill-eks Ministru għall-Enerġija u miċ-Chief of Staff tal-eks Prim Ministru; billi l-investigazzjonijiet dwar dawn it-tranżazzjonijiet kummerċjali kienu fiċ-ċentru tal-ħidma ta' Daphne Caruana Galizia meta ġiet assassinata;

K.  billi lejn l-aħħar tal-2019 infetħet inkjesta pubblika indipendenti dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, u din l-inkjesta għadha għaddejja;

L.  billi wieħed mis-suspettati fil-kawża tal-qorti li għaddejja dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia ngħata maħfra presidenzjali għall-involviment tiegħu f'każ separat u xehed taħt ġurament; billi huwa implika li l-eks Ministru għall-Ekonomija seta' kien involut f'konfoffa biex tinqatel ġurnalista u li ministru tal-gvern fil-kariga kien involut f'reat kbir, u dan qajjem spekulazzjoni dwar attentat ta' serqa mill-kwartieri ġenerali tal-bank HSBC f'Ħal Qormi fl-2010 li wassal għal sparatura mal-pulizija;

M.  billi ġie allegat li l-eks Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet Ċivili u r-Riformi fil-Ministeru Malti għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza aċċettat flus mingħand il-persuna mixlija li kkummissjonat il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, wara li ddikjarat li aġixxiet bħala sensara fi pjan ta' bejgħ ta' proprjetà fl-2019; billi dan il-bejgħ ta' proprjetà qatt ma sar;

N.  billi għad hemm tħassib serju dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata f'Malta, kif deskritt fir-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt tal-2020 tal-Kummissjoni; billi jidher ċar li l-istandards eżistenti ta' prevenzjoni, investigazzjoni u prosekuzzjoni huma inadegwati; billi dan jhedded li jimmina l-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet pubbliċi, u jirriżulta f'rabtiet perikolużi bejn gruppi kriminali u awtoritajiet pubbliċi; billi l-kriminalità organizzata hija abilitata b'mod ewlieni mill-korruzzjoni; billi tnieda proġett ta' riforma strutturali biex jiġu indirizzati l-lakuni u jissaħħaħ il-qafas istituzzjonali kontra l-korruzzjoni, inklużi l-infurzar tal-liġi u l-prosekuzzjoni;

O.  billi l-ġurnalisti, b'mod partikolari iżda mhux b'mod esklużiv il-ġurnalisti investigattivi, kulma jmur huma dejjem aktar soġġetti għall-hekk imsejħa "kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika" (SLAPP), li huma maħsuba purament biex ixekklu l-ħidma tagħhom, jevitaw l-iskrutinju pubbliku u jipprevjenu lill-awtoritajiet milli jinżammu responsabbli, u b'hekk jinħoloq effett dissważiv fuq il-libertà tal-midja; billi fiż-żmien tal-assassinju tagħha, l-assi ta' Daphne Caruana Galizia ġew iffriżati b'mandati ta' sekwestru kawtelatorji maħruġa flimkien ma' erba' kawżi ta' libell imressqa mill-eks Ministru għall-Ekonomija ta' Malta u mill-assistent tiegħu; billi l-kawżi kienu fost 42 kawża ċivili ta' libell miftuħa kontriha fiż-żmien meta mietet, inkluża waħda mressqa mill-Prim Ministru ta' dak iż-żmien, tnejn mill-Ministru għat-Turiżmu ta' dak iż-żmien, u tnejn miċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru ta' dak iż-żmien;

1.  Huwa mħasseb ħafna dwar l-aħħar rivelazzjonijiet fl-investigazzjonijiet dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, b'mod partikolari l-involviment possibbli ta' ministri tal-gvern u ta' persuni maħtura politikament; jirrikonoxxi l-progress li sar fl-investigazzjonijiet dwar il-qtil; itenni, madankollu, li r-rivelazzjonijiet reċenti jqajmu mistoqsijiet ġodda dwar il-każ u dwar l-investigazzjonijiet relatati;

2.  Iħeġġeġ lill-Gvern ta' Malta juża r-riżorsi kollha meħtieġa biex jitressqu quddiem il-ġustizzja mhux biss l-individwi kollha implikat fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, iżda wkoll dawk implikati fil-każijiet l-oħra kollha li bħalissa qed jiġu investigati jew irrapportati li hija kienet xeħtet dawl fuqhom qabel ma ġiet assassinata; jemmen li l-ħidma ta' Daphne Caruana Galizia kienet essenzjali biex tiġi esposta l-korruzzjoni f'Malta u li l-iżviluppi reċenti dwar investigazzjonijiet relatati jaffermaw l-importanza fundamentali ta' midja indipendenti u ta' soċjetà ċivili attiva bħala pilastri fundamentali tal-ġustizzja, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt;

3.  Itenni t-talba tiegħu għall-involviment sħiħ u kontinwu tal-Europol fl-aspetti kollha tal-investigazzjoni dwar il-qtil u l-investigazzjonijiet relatati kollha; jitlob li l-involviment tal-Europol jissaħħaħ, għax qed jagħti l-frott;

4.  Jilqa' l-kontinwazzjoni tal-inkjesta pubblika indipendenti dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia; jistieden lill-Gvern u lill-awtoritajiet kompetenti ta' Malta jimplimentaw bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet kollha li jirriżultaw mill-inkjesta;

5.  Jesprimi tħassib dwar l-offerta ripetuta u l-użu tal-maħfriet presidenzjali fil-kuntest tal-ġuri tal-qtil; jisħaq li x-xhieda offruta għal reati oħra għandha tiġi vvalutata bir-reqqa u ma għandhiex tintuża għall-evażjoni ta' ġustizzja sħiħa għall-qtil; jinnota, madankollu, li maħfra presidenzjali u sentenza fuq talba tal-partijiet kienu tnejn mill-elementi li f'Novembru 2019 wasslu għall-arrest ta' individwu suspettat li kkummissjona l-assassinju;

6.  Jirrikonoxxi l-progress li sar, għalkemm b'dewmien kbir, f'xi wħud mill-investigazzjonijiet f'każijiet relatati ta' ħasil ta' flus u korruzzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru; jisħaq, madankollu, li l-aħħar xhieda u rivelazzjonijiet xeħtu dawl fuq fatti suspettużi u atti kriminali potenzjali ġodda, u jistieden għalhekk lill-awtoritajiet Maltin iniedu u jmexxu 'l quddiem ukoll investigazzjonijiet mingħajr dewmien fir-rigward ta' dawn il-każijiet, inklużi tentattivi possibbli minn uffiċjali pubbliċi li jgħattu l-evidenza u jostakolaw l-investigazzjonijiet u l-proċedimenti ġudizzjarji;

7.  Iqis li l-allegazzjonijiet kollha ta' korruzzjoni u frodi, speċjalment f'livell politiku għoli, għandhom jiġu investigati u pproċessati bir-rigorożità xierqa u fil-livell xieraq, inkluż fir-rigward tal-involviment possibbli ta' atturi barranin; jesprimi dubju jekk huwiex xieraq li l-allegazzjonijiet kontra l-eks Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet Ċivili u r-Riformi qed jiġu investigati biss mill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika;

8.  Itenni li l-Gvern Malti jeħtieġlu jikkunsidra l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-intimidazzjoni tal-ġurnalisti bħala tal-akbar prijorità;

9.  Jirrikonoxxi li fis-sentenza tagħha tal-20 ta' April 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE sabet li d-dispożizzjonijiet introdotti mir-riforma kostituzzjonali Maltija tal-2016 dwar il-ħatra ta' membri tal-ġudikatura saħħew l-indipendenza ġudizzjarja u għaldaqstant kienu konformi mad-dritt tal-UE;

10.  Juri dispjaċir kbir dwar kif l-iżviluppi f'Malta matul is-snin wasslu għal theddid serju u persistenti għall-istat tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet fundamentali, inklużi mistoqsijiet dwar il-libertà tal-midja, l-indipendenza tal-infurzar tal-liġi u l-ġudikatura minn interferenza politika, u l-libertà ta' għaqda paċifika; iqis li l-garanziji kostituzzjonali fir-rigward tas-separazzjoni tas-setgħat għandhom jissaħħu aktar; jinnota li wara l-implimentazzjoni ta' xi wħud mir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni, tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-Kummissjoni ta' Venezja, il-Gvern ta' Malta għamel progress fir-rigward tal-istat tad-dritt; iħeġġeġ lill-Gvern ta' Malta jkompli jfittex li jsaħħaħ l-istituzzjonijiet tiegħu;

11.  Jinsab imħasseb ħafna dwar xi wħud mis-sejbiet tal-Kummissjoni fir-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt tagħha tal-2020 fir-rigward ta' Malta, b'mod partikolari "xejriet ta' korruzzjoni profondi"; jilqa', madankollu, it-tnedija tal-proġett ta' riforma strutturali; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tuża l-għodod u l-proċeduri kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex tiġi żgurata konformità sħiħa mal-liġi tal-UE vis‑à‑vis il-funzjonament effiċjenti tas-sistemi ġudizzjarji, il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, is-superviżjoni bankarja, l-akkwist pubbliku, u l-ippjanar u l-iżvilupp urbani;

12.  Itenni l-appell tiegħu lill-awtoritajiet Maltin biex jimplimentaw għalkollox ir-rakkomandazzjonijiet pendenti kollha magħmula mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, il-Kummissjoni ta' Venezja, il-Grupp ta' Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO) u l-Kumitat ta' Esperti dwar l-Evalwazzjoni ta' Miżuri Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu (Moneyval); iqis li r-rakkomandazzjonijiet li jikkonċernaw il-Parlament nazzjonali u l-Membri Parlamentari, l-effett tas-sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali u t-tribunali speċjalizzati għandhom jiġu implimentati kif xieraq; jistieden lill-awtoritajiet Maltin jitolbu l-opinjoni tal-Kummissjoni ta' Venezja dwar il-konformità mar-rakkomandazzjonijiet tagħha; jirriżerva d-dritt li jagħmel talba bħal din huwa stess, skont l-Artikolu 3(2) tal-Istatut tal-Kummissjoni ta' Venezja u l-paragrafu 28 tal-Memorandum ta' Qbil bejn il-Kunsill tal-Ewropa u l-Unjoni Ewropea;

13.  Jirrikonoxxi li l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia skatta riformi biex tittejjeb il-protezzjoni tal-ġurnalisti u titħares l-libertà tal-midja; jisħaq, madankollu, li l-awtoritajiet Maltin għandhom jieħdu passi demostrabbli ulterjuri, jistabbilixxu miżuri leġiżlattivi u ta' politika fit-tul li jservu biex jiġi żgurat ambjent għal ġurnaliżmu kritiku u indipendenti f'Malta u l-obbligu ta' rendikont tal-politiċi u tal-uffiċjali; b'mod partikolari rigward il-prevenzjoni u s-sanzjonar tat-theddid, il-fastidju, il-bullying u d-diżumanizzazzjoni tal-ġurnalisti, pubblikament jew online; jistieden lill-Gvern Malti jindirizza t-tħassib eżistenti relatat mal-libertà tal-midja u mal-indipendenza tar-regolaturi tal-midja u tal-midja pubblika u privata mill-indħil politiku u l-użu dejjem jiżdied ta' diskors ta' mibegħda fuq il-midja soċjali;

14.  Jinsab imħasseb ħafna dwar l-impatt dannuż tal-iskemi ta' ċittadinanza u residenza fuq l-integrità taċ-ċittadinanza tal-UE; ifakkar fir-rivelazzjonijiet reċenti rigward l-interpretazzjoni laxka tar-rekwiżiti ta' residenza għan-naturalizzazzjoni, kif ukoll ir-rwol ta' intermedjarji u l-involviment ta' uffiċjali pubbliċi; itenni t-talba tiegħu lill-awtoritajiet Maltin biex jiżguraw it-trasparenza u jtemmu l-iskemi tagħhom ta' ċittadinanza u residenza b'investiment aktar milli jimmodifikawhom; jistieden lill-Kummissjoni toħroġ l-opinjoni motivata tagħha fil-każ ta' ksur rilevanti malajr kemm jista' jkun;

15.  Jinnota li l-protezzjoni tal-ġurnalisti investigattivi u tal-informaturi hija fl-interess vitali tas-soċjetà; jinnota r-rwol ewlieni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tal-ġurnalisti internazzjonali u Maltin fit-tkomplija tal-investigazzjonijiet ta' Daphne Caruana Galizia; jistieden lill-awtoritajiet Maltin jiżguraw il-protezzjoni tas-sikurezza personali, l-għajxien u, għalhekk, l-indipendenza tal-ġurnalisti u tal-informaturi, akkost ta' kollox u f'kull mument; jistieden lill-awtoritajiet Maltin jimplimentaw b'ħeffa d-Direttiva (UE) 2019/1937(6);

16.  Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi leġiżlazzjoni tal-UE kontra l-SLAPP sabiex tipproteġi lill-ġurnalisti minn kawżi vessatorji; jistieden lill-awtoritajiet Maltin biex sadanittant jippromulgaw leġiżlazzjoni domestika kontra l-SLAPP; jenfasizza li meta jiġġieled l-korruzzjoni u l-amministrazzjoni ħażina, il-ġurnaliżmu investigattiv għandu jirċievi attenzjoni partikolari u appoġġ finanzjarju jew fiskali bħala għodda li taqdi l-ġid pubbliku; jissottolinja l-ħtieġa ta' mekkaniżmi ta' rispons rapidu għall-ksur tal-libertà tal-istampa u tal-midja, kif ukoll għall-fond għall-ġurnaliżmu investigattiv transfruntier;

17.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-President tar-Repubblika ta' Malta.

(1) ĠU C 356, 4.10.2018, p. 29.
(2) ĠU C 108, 26.3.2021, p. 107.
(3) Testi adottati, P9_TA(2019)0103.
(4) Is-sentenza tal-20 ta' April 2021, Repubblika v Il-Prim Ministru, C-896/19, ECLI:EU:C:2021:311.
(5) “Rapport Speċjali: Traċċa tal-flus mis-sonda tal-qtil ta’ Daphne twassal saċ-Ċina ", Reuters, 29 ta’ Marzu 2021.
(6) Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).


Programm tal-UE kontra l-Frodi 2021-2027 ***II
PDF 127kWORD 43k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm tal-Unjoni Kontra l-Frodi u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 (05330/1/2021 – C9-0108/2021 – 2018/0211(COD))
P9_TA(2021)0149A9-0126/2021

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (05330/1/2021 – C9-0108/2021),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni (COM(2021)0149),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0386),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0126/2021),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att mal-President tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Testi adottati tat-12.2.2019, P8_TA(2019)0068.


Id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji***II
PDF 124kWORD 43k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2021 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (riformulazzjoni) (12262/1/2020 – C9-0011/2021 – 2017/0237(COD))
P9_TA(2021)0150A9-0045/2021

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (12262/1/2020 – C9-0011/2021),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Jannar 2018(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0548),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomondazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0045/2021),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 197, 8.6.2018, p. 66.
(2) ĠU C 363, 28.10.2020, p. 296.


L-istabbiliment tal-Fond Ewropew għad-Difiża ***II
PDF 126kWORD 43k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1092 (06748/1/2020 – C9-0112/2021 – 2018/0254(COD))
P9_TA(2021)0151A9-0120/2021

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (06748/1/2020 – C9-0112/2021),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0476),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0120/2021),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 110, 22.3.2019, p. 75.
(2) Testi adottati ta' 18.4.2019, P8_TA(2019)0430.


Programm Ewropa Diġitali ***II
PDF 126kWORD 43k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 (06789/1/2020 – C9-0109/2021 – 2018/0227(COD))
P9_TA(2021)0152A9-0119/2021

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (06789/1/2020 – C9-0109/2021),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-5 ta' Diċembru 2018(2),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0434),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0119/2021),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 62, 15.2.2019, p. 292.
(2) ĠU C 86, 7.3.2019, p. 272.
(3) Testi adottati ta' 17.4.2019, P8_TA(2019)0403.


Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) 2021-2027 ***II
PDF 127kWORD 43k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE), u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 (06077/1/2020 – C9-0110/2021 – 2018/0209(COD))
P9_TA(2021)0153A9-0130/2021

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (06077/1/2020 – C9-0110/2021),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-9 ta' Ottubru 2018(2),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0385),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0130/2021),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 62, 15.2.2019, p. 226.
(2) ĠU C 461, 21.12.2018, p. 156.
(3) Testi adottati tas-17.4.2019, P8_TA(2019)0405.


Kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa: il-kontenut tar-reġistri elettroniċi *
PDF 118kWORD 42k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012 dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa rigward il-kontenut tar-reġistri elettroniċi (COM(2021)0028 – C9-0016/2021 – 2021/0015(CNS))
P9_TA(2021)0154A9-0121/2021

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2021)0028),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0016/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0121/2021),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


Is-sitwazzjoni tal-pandemija tal-COVID-19 fl-Amerka Latina
PDF 164kWORD 51k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 dwar is-sitwazzjoni tal-pandemija tal-COVID-19 fl-Amerka Latina (2021/2645(RSP))
P9_TA(2021)0155RC-B9-0239/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-11 ta' Marzu 2020 tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) li tiddikjara l-COVID-19 pandemija,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), tat-30 ta' Jannar 2020, li tiddikjara li t-tifqigħa tal-COVID-19 tikkostitwixxi Emerġenza tas-Saħħa Pubblika ta' Rilevanza Internazzjonali,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Novembru 2020 dwar l-impatt tal-miżuri tal-COVID-19 fuq id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali(1),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Bank Ewropew tal-Investiment intitolat "EIB Activity in 2020 – Latin America and the Caribbean" (L-Attività tal-BEI fl-2020 – l-Amerka Latina u l-Karibew),

–  wara li kkunsidra r-rapporti ppubblikati mill-Organizzazzjoni Pan-Amerikana tas-Saħħa,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) ta' Novembru 2020 intitolat "COVID-19 in Latin America and the Caribbean: An overview of government responses to the crisis" (Il-COVID-19 fl-Amerka Latina u l-Karibew: Ħarsa ġenerali lejn ir-risponsi governattivi għall-kriżi),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta mill-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tat-8 ta' April 2020 dwar ir-rispons globali tal-UE għall-COVID-19 (JOIN(2020)0011),

–  wara li kkunsidra d-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni mogħti mill-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen fis-16 ta' Settembru 2020,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-5 ta' Mejju 2020 mir-Rappreżentant Għoli Josep Borell f'isem l-Unjoni Ewropea dwar id-drittijiet tal-bniedem fiż-żminijiet tal-pandemija tal-coronavirus,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2020 dwar ir-rispons globali ta' "Tim Ewropa" għall-COVID-19,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' 17 -21 ta' Lulju 2020 dwar il-pjan ta' rkupru u l-qafas finanzjarju pluriennali għall-2021-2027.

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2020 dwar il-prijoritajiet tal-UE fin-NU u l-75 Assemblea Ġenerali tan-NU, bit-tema tal-"Promozzjoni tal-multilateraliżmu u ta' NU b'saħħithom u effettivi li jipprovdu għal kulħadd",

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2020 dwar il-konsegwenzi tal-politika barranija tat-tifqigħa tal-COVID-19(2),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Kopresidenti tal-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana (EuroLat) tal-5 ta' Novembru 2020 dwar strateġija komprensiva u bireġjonali UE-LAC biex jittaffa l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kopresidenti tal-EuroLat tat-30 ta' Marzu 2020 dwar il-pandemija tal-COVID-19,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' April 2020 dwar azzjoni koordinata tal-UE biex tikkumbatti l-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi tagħha(3),

–  wara li kkunsidra l-komunikat konġunt tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna tal-14 ta' Diċembru 2020 li rriżulta mil-laqgħa ministerjali informali UE 27-l-Amerka Latina u l-Karibew,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Amerka Latina u l-Karibew (ECLAC) intitolat "Social Panorama of Latin America 2020" (Panorama Soċjali tal-Amerka Latina 2020), ippubblikat fl-2021,

–  wara li kkunsidra s-27 Summit Ibero-Amerikan tal-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern li sar fil-21 ta' April 2021 f'Andorra, u d-dikjarazzjoni li rriżultat,

–  wara li kkunsidra r-rapporti annwali tal-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar il-politika estera u ta' sigurtà komuni,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat tiegħu għall-Affarijiet Barranin (A9-0204/2020),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem (UDHR) u trattati u strumenti oħra tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, id-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni tal-2007, u d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1998,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Nru 169 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-Popli Indiġeni u Tribali, adottata fis-27 ta' Ġunju 1989,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tas-Segretarju Ġenerali tan-NU António Guterres u tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem Michelle Bachelet ta' Marzu 2020 dwar it-tneħħija tas-sanzjonijiet kontra l-pajjiżi biex tiġi miġġielda l-pandemija,

–  wara li kkunsidra l-preżentazzjoni mill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Michelle Bachelet, fi Fiocruz fil-15 ta' April 2021,

–  wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, kif adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fil-25 ta' Settembru 2015, kif ukoll l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Amerka Latina u l-Karibew huma ta' interess strateġiku u kruċjali; billi l-Amerka Latina kienet wieħed mir-reġjuni li ntlaqtu l-aktar mill-COVID-19; billi l-Amerka Latina hija magħmula minn 8,4 % tal-popolazzjoni tad-dinja iżda fil-preżent irreġistra aktar minn għoxrin fil-mija tal-imwiet globali mill-coronavirus;

B.  billi r-rispons għall-pandemija tal-COVID-19 kien varjat globalment, inkluż fl-Amerka Latina; billi l-pajjiżi kollha ddikjaraw stat ġenerali ta' emerġenza;

C.  billi l-prijorità issa trid tkun il-bini mill-ġdid tal-fiduċja f'istituzzjonijiet multilaterali li jkunu kapaċi jagħtu tweġibiet globali, billi jsir progress fid-diskussjonijiet dwar l-Inizjattiva tal-Kummerċ u tas-Saħħa tad-WTO għall-COVID-19 u l-prodotti mediċi tas-saħħa relatati;

D.  billi l-effetti devastanti tal-pandemija tal-COVID-19 fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku jeħtieġu kooperazzjoni mill-qrib bejn id-WTO, id-WHO, l-istituzzjonijiet tan-NU u l-Bank Dinji, tant essenzjali biex tiġi indirizzata l-kriżi u tiġi pprovduta s-solidarjetà; billi huwa meħtieġ rispons globali u koordinat biex jiġu ffaċċjati l-isfidi l-kbar ta' rkupri sostenibbli, ekoloġiċi u diġitali li jkunu wkoll inklużivi, ġusti u reżiljenti;

E.  billi l-effetti tal-pandemija u l-politiki implimentati b'rispons għaliha żiedu l-bżonn ta' likwidità tal-pajjiżi tar-reġjun biex jikkonfrontaw il-fażi ta' emerġenza; billi dawn il-fatturi wasslu għal żieda fil-livelli tad-dejn u l-gvernijiet qed jiffaċċjaw żieda fin-nefqa pubblika, b'riskju ta' inadempjenza; billi l-aċċess akbar għal-likwidità u t-tnaqqis tad-dejn għandu jkun marbut ma' objettivi ta' żvilupp fuq perjodu medju u twil ta' żmien u b'hekk ma' inizjattivi li jibnu ġejjieni aħjar;

F.  billi l-inizjattiva COVAX, ikkoordinata mill-Alleanza Dinjija dwar il-Vaċċini u l-Immunizzazzjoni (GAVI), il-Koalizzjoni għall-Promozzjoni ta' Innovazzjonijiet għat-Tħejjija Epidemika (CEPI) u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), s'issa amministrat madwar 38 miljun doża; billi hemm ħtieġa ċara li tingħata spinta lill-kapaċità tal-produzzjoni u tad-distribuzzjoni fil-qafas tal-inizjattiva COVAX;

G.  billi l-ewwel sensiela ta' allokazzjonijiet COVAX tal-provvisti tal-vaċċini tinkludi 31 pajjiż fl-Amerka Latina u l-Karibew li fix-xhur li ġejjin għandhom jirċievu aktar minn 27 miljun doża tal-vaċċini;

H.  billi l-għan tal-inizjattiva COVAX huwa li tippromwovi u tiżgura aċċess globali għal vaċċini sikuri, ta' kwalità għolja, effettivi u affordabbli; jirrimarka li għall-2021, COVAX kisbet vaċċini għal 20 % biss tal-popolazzjoni dinjija u l-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-vaċċini kemm fl-Ewropa kif ukoll fl-Amerka Latina għandhom għalhekk jiżdiedu;

I.  billi l-Amerka Latina bdiet is-sena 2020 bl-għola livell ta' inugwaljanza fid-dinja u dan spiċċa mar għall-agħar matul il-pandemija; billi r-rata tal-faqar żdiedet għal 209 miljun sal-aħħar tal-2020, u dan ifisser li 22 miljun persuna oħra jinsabu fil-faqar, filwaqt li l-għadd ta' persuni li jgħixu f'faqar estrem żdied bi 8 miljuni, minn total ta' 78 miljun ruħ; billi l-indiċijiet tal-inugwaljanza fir-reġjun marru għall-agħar flimkien mar-rati ta' impjieg u ta' parteċipazzjoni fix-xogħol, speċjalment fost in-nisa, minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u minkejja l-miżuri ta' emerġenza ta' protezzjoni soċjali li adottaw il-pajjiżi biex iwaqqfu dan il-fenomenu;

J.  billi l-COVID-19 taffettwa b'mod sproporzjonat lill-pajjiżi bi dħul baxx u medju u lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u lill-gruppi f'sitwazzjonijiet vulnerabbili, inklużi n-nisa u l-bniet, l-anzjani, il-minoranzi u l-komunitajiet indiġeni, filwaqt li tnaqqas il-gwadanji fis-saħħa u fl-iżvilupp, u b'hekk ixxekkel il-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs);

K.  billi l-kriżi kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19 aggravat id-differenzi bejn il-ġeneri; billi l-Amerka Latina għandha waħda mill-ogħla rati ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru fid-dinja u dawk ir-rati żdiedu matul il-pandemija, fejn il-miżuri ta' lockdown wasslu għal żieda notevoli fil-vjolenza domestika, l-istupru u l-femminiċidju; billi s-saħħa sesswali u riproduttiva ma ngħatatx prijorità matul il-pandemija, u dan huwa ta' ostaklu serju għad-dritt għas-saħħa u jipperikola l-ħajja tan-nisa u l-bniet fir-reġjun;

L.  billi l-popli indiġeni ntlaqtu b'mod sever mill-COVID-19 minħabba l-aċċess inadegwat għal ilma nadif, sanitazzjoni, servizzi tas-saħħa, benefiċċji soċjali, u n-nuqqas ta' mekkaniżmi kulturalment xierqa biex jiġu protetti d-drittijiet għas-saħħa u l-għajxien tagħhom;

M.  billi f'xi pajjiżi tal-Amerka Latina, bħal f'ħafna partijiet tad-dinja, il-pandemija tal-COVID-19 intużat ukoll bħala skuża għal repressjoni u restrizzjoni b'mod sproporzjonat tal-miġemgħat u l-attivitajiet tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni politika; billi l-miżuri tal-gvern spiss dgħajfu d-drittijiet bażiċi kollha tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ċivili, politiċi, soċjali, ekonomiċi u kulturali ta' dawk li jinsabu fl-aktar sitwazzjonijiet prekarji; billi r-restrizzjonijiet tal-COVID-19 kellhom impatt ukoll fuq il-libertà tal-espressjoni;

N.  billi l-ħidma tal-ġurnalisti fir-reġjun saret aktar diffiċli b'riżultat ta' miżuri relatati mal-pandemija tal-COVID-19 f'termini ta' aċċess fiżiku limitat u anqas kuntatt mal-awtoritajiet, b'mod partikolari fir-rigward tar-rwol tagħhom fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni dejjem aktar prevalenti; billi d-diżinformazzjoni online, l-aħbarijiet foloz u l-psewdoxjenza kienu xprun kbir tal-pandemija fl-Amerka Latina, bħala parti mill-"infodemija" kif definita mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa; billi eżempji konkreti ta' dan ivarjaw minn "kuri" frawdolenti u mirakolużi tal-COVID-19 għal attakki politiċi u kampanji ta' mibegħda kontra ċerti komunitajiet u minoranzi; billi l-media soċjali kellha rwol ewlieni fit-tixrid tad-diżinformazzjoni u l-psewdoxjenza;

O.  billi xi gvernijiet ġew ikkritikati b'mod partikolari talli segwew perkorsi politiċi perikolużi rigward il-pandemija tal-COVID-19, filwaqt li wrew oppożizzjoni għal inizjattivi sanitarji reġjonali u lokali, inkluż theddid li tintbagħat l-armata biex trażżan il-lockdowns u r-restrizzjonijiet lokali, u ġew akkużati li injoraw id-direttivi ewlenin tad-WHO, l-aħjar prattiki dwar il-ġestjoni tal-pandemiji u l-linji gwida dwar is-saħħa pubblika bbażati fuq ix-xjenza;

1.  Itenni t-tħassib serju tiegħu dwar l-impatt devastanti li qed ikollha l-pandemija tal-COVID-19 kemm fuq il-kontinent Ewropej kif ukoll fuq dak tal-Amerka Latina u jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-vittmi kollha u l-familji tagħhom, kif ukoll ma' dawk kollha milquta minn kriżijiet tas-saħħa, ekonomiċi u soċjali;

2.  Jesprimi l-gratitudni profonda tiegħu għas-servizz tal-ħaddiema mediċi fir-reġjun taħt il-pressjonijiet u r-riskji għoljin tat-theddida tal-coronavirus;

3.  Jitlob lill-gvernijiet taż-żewġ reġjuni, lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-korpi ta' integrazzjoni tal-Amerka Latina jżidu l-kooperazzjoni bireġjonali u jtejbu l-istat ta' tħejjija u l-kapaċitajiet ta' reazzjoni, il-protezzjoni tad-dħul, u l-aċċess għall-kura tas-saħħa bażika u l-ġestjoni effiċjenti ta' pjanijiet ta' vaċċinazzjoni mifruxa;

4.  Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jikkooperaw mal-awtoritajiet tal-pajjiżi tal-Amerka Latina fil-bżonn u jużaw il-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili u finanzjament ieħor ta' solidarjetà skont il-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 sabiex tiġi indirizzata l-pandemija; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tagħmel użu minn Orizzont Ewropa u programmi u fondi oħra tal-UE sabiex trawwem il-kooperazzjoni xjentifika bejn il-pajjiżi tal-Amerka Latina u l-UE, b'mod partikolari fl-oqsma tas-saħħa u l-innovazzjoni; jilqa' l-inizjattivi l-ġodda għall-kooperazzjoni reġjonali fil-qasam tas-saħħa bħat-twaqqif ta' istitut transnazzjonali għall-mard infettiv;

5.  Jitlob lill-pajjiżi u lill-gvernijiet kollha jiżguraw aċċess liberu għall-vaċċini għall-popolazzjoni kollha mingħajr dewmien żejjed, filwaqt li jiżguraw provvisti suffiċjenti ta' vaċċini, jippromwovu aċċess ekwu għalihom u jipproċedu malajr kemm jista' jkun bil-kampanji ta' vaċċinazzjoni, li għaddejjin bħalissa; jipproponi, għal dak il-għan, it-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni reġjonali u/jew subreġjonali bil-għan li jiġu ssimplifikati l-akkwist pubbliku u d-distribuzzjoni effettiva tal-vaċċini u tiżdied ir-riċerka biex jiġu appoġġjati l-iżvilupp u l-produzzjoni tagħhom;

6.  Jistieden lill-komunità internazzjonali żżid l-isforzi biex issaħħaħ il-kapaċità ta' distribuzzjoni tal-inizjattiva COVAX u tappoġġja l-finanzjament sħiħ tal-Impenn Antiċipat tas-Suq ta' COVAX;

7.  Jirrikonoxxi r-rwol ewlieni li għandhom l-UE u l-Istati Membri tagħha fl-isforzi biex jiġi żgurat aċċess ġust u ekwu għal vaċċini sikuri u effettivi f'pajjiżi bi dħul baxx u medju permezz tal-mekkaniżmu COVAX, inkluża t-tħabbira reċenti ta' kontribuzzjoni addizzjonali ta' EUR 500 miljun, li ġġib il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE għal COVAX għal total ta' EUR 1 biljun f'garanziji u għotjiet diretti; jinnota li, peress li l-Kummissjoni, il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Istati Membri tal-UE wiegħdu aktar minn EUR 2,2 biljun għall-Faċilità COVAX, l-UE hija wieħed mill-kontributuri ewlenin tagħha;

8.  Iħeġġeġ lill-pajjiżi tal-Amerka Latina jagħmlu l-vaċċini disponibbli għal kulħadd irrispettivament mill-istatus migratorju, jieħdu azzjoni urġenti biex isaħħu d-distribuzzjoni tal-vaċċini għar-rifuġjati u l-migranti irregolari kif ukoll għall-persuni li jaħdmu fis-settur informali u li jgħixu f'insedjamenti informali, u jippermettu lil dawk li m'għandhomx dokument tal-identità nazzjonali jirreġistraw għall-inokulazzjoni mingħajr dewmien amministrattiv; ifaħħar, f'dan ir-rigward, azzjonijiet bħall-Istatus ta' Protezzjoni Temporanja għall-Migranti Venezwelani fil-Kolombja jew l-operazzjoni ta' rilokazzjoni li għaddejja bħalissa "Operação Acolhida" fil-Brażil;

9.  Jieħu nota li skont id-WHO diversi pajjiżi fir-reġjun għandhom kapaċitajiet potenzjali ta' produzzjoni tal-vaċċin kontra l-COVID-19 li jistgħu jiġu estiżi soġġett għat-trasferimenti tat-teknoloġija;

10.  Iħeġġeġ lill-gvernijiet isostnu l-ogħla livelli ta' rispett għad-drittijiet tal-bniedem fl-applikazzjoni tal-miżuri ta' konteniment b'rispons għall-espansjoni tal-COVID-19; jitlob li jiġi żgurat li l-miżuri meħuda b'rispons għall-emerġenza tas-saħħa jkunu proporzjonati, meħtieġa u mhux diskriminatorji; jikkundanna l-miżuri repressivi meħuda matul il-pandemija, il-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u l-abbużi kontra l-popolazzjonijiet, inkluż l-użu eċċessiv tal-forza mill-forzi statali u tas-sigurtà;

11.  Jistieden lill-partijiet ikkonċernati kollha jintensifikaw il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni online, l-aħbarijiet foloz u l-psewdoxjenza; jistieden lill-gvernijiet taż-żewġ reġjuni u lill-organizzazzjonijiet internazzjonali jinvolvu ruħhom ma' pjattaformi online biex isibu soluzzjonijiet effettivi li jindirizzaw l-"infodemija"; jilqa' l-ħolqien ta' PortalCheck.org, li huwa ċentru ta' riżorsi online ġdid għall-verifikaturi tal-fatti fl-Amerka Latina u l-Karibew biex tiġi indirizzata d-diżinformazzjoni tal-COVID-19, appoġġjat mill-Unjoni Ewropea; jinnota, madankollu, li l-gvernijiet għandhom joqogħdu lura milli jużaw il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni biex irażżnu d-diskors politiku u jillimitaw il-libertajiet fundamentali taċ-ċittadini;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jipprevedu impenn speċifiku dwar it-trasferiment tal-għarfien u l-azzjoni u l-ippjanar ta' rispons għall-kriżijiet, filwaqt li jibnu fuq il-proposti leġiżlattivi attwali tal-UE bħar-Regolament dwar it-Theddid Transkonfinali għas-Saħħa, sabiex jgħinu lill-pajjiżi tal-Amerka Latina jkunu mħejjija aħjar f'każ ta' pandemiji futuri;

13.  Jiddispjaċih li l-pandemija tal-COVID-19 ġiet politiċizzata ħafna, inkluża r-retorika negazzjonista jew it-tnaqqis tas-severità tas-sitwazzjoni mill-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern, u jistieden lill-mexxejja politiċi jaġixxu b'mod responsabbli sabiex jipprevjenu eskalazzjonijiet ulterjuri; iqis inkwetanti l-kampanji ta' diżinformazzjoni relatati mal-pandemija u jistieden lill-awtoritajiet jidentifikaw u jippersegwitaw legalment lill-entitajiet li jwettqu tali azzjonijiet;

14.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha u lill-istati kollha tal-Amerka Latina jappoġġjaw il-ħruġ massiv tad-Drittijiet Speċjali ta' Prelevament (SDRs) tal-Fond Monetarju Internazzjonali biex tiżdied il-likwidità tal-pajjiżi tar-reġjun bl-irħas mod possibbli, u jappoġġjaw it-twessigħ tal-kamp ta' applikazzjoni tal-Inizjattiva dwar is-Sospensjoni tas-Servizz tad-Dejn (DSSI) tal-G20 għall-pajjiżi bi dħul medju;

15.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana u lill-awtoritajiet u l-parlamenti tal-pajjiżi tal-Amerka Latina.

(1) Testi adottati, P9_TA(2020)0307.
(2) Testi adottati, P9_TA(2020)0322.
(3) Testi adottati, P9_TA(2020)0054.


Il-Bolivja u l-arrest tal-ex President Jeanine Añez u ta' uffiċjali oħra
PDF 133kWORD 48k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 dwar il-Bolivja u l-arrest tal-ex President Jeanine Añez u ta' uffiċjali oħra (2021/2646(RSP))
P9_TA(2021)0156RC-B9-0244/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Novembru 2019 dwar is-sitwazzjoni fil-Bolivja(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà f'isem l-Unjoni Ewropea tat-23 ta' Ottubru 2020 dwar l-elezzjonijiet ġenerali fil-Bolivja, u d-dikjarazzjoni tal-Kelliem tiegħu tal-14 ta' Marzu 2021 dwar l-aħħar żviluppi fil-Bolivja,

–  wara li kkunsidra l-istqarrija għall-istampa mill-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (IACHR) tas-16 ta' Marzu 2021 dwar ir-rispett tal-istandards Inter-Amerikani għal proċess ġust u aċċess għall-ġustizzja fil-Bolivja,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni attribwibbli lill-Kelliem għas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bolivja, tat-13 ta' Marzu 2021,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tas-Segretarjat Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani (OAS), tal-15 u s-17 ta' Marzu 2021, dwar is-sitwazzjoni fil-Bolivja,

–  wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni Politika tal-Bolivja,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (il-Patt ta' San José),

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi s-sitwazzjoni politika u soċjali fil-Bolivja għadha ta' tħassib serju mill-elezzjonijiet presidenzjali tal-20 ta' Ottubru 2019; billi mill-inqas 35 ruħ mietu u 833 ndarbu fil-kuntest tal-protesti mifruxa u vjolenti, u ħafna oħrajn ġew detenuti bi ksur tar-regoli ta' proċess ġust, fost rapporti ta' vjolazzjonijiet u abbużi mifruxa tad-drittijiet tal-bniedem; billi l-President Evo Morales irriżenja minn President u telaq mill-pajjiż; billi diversi riżenji wasslu għal vojt fil-poter, u t-Tieni Viċi President tas-Senat Jeanine Áñez assumiet il-presidenza ad interim f'konformità mal-kostituzzjoni; billi t-Tribunal Plurinazzjonali Kostituzzjonali tal-Bolivja (TCP) approva l-presidenza ad interim ta' Jeanine Áñez;

B.  billi wara l-mandat kostituzzjonali tagħhom, Jeanine Áñez u l-awtoritajiet ad interim ħadu l-passi meħtieġa biex jorganizzaw elezzjonijiet ġodda demokratiċi, inklużivi, trasparenti u ġusti, li saru f'Ottubru 2020 minkejja l-isfidi li rriżultaw mill-COVID-19; billi Luis Arce mill-partit MAS rebaħ il-Presidenza, u ġie rikonoxxut bħala tali minn Jeanine Áñez, kif ukoll mill-komunità internazzjonali, inkluża l-Unjoni Ewropea, u b'hekk ġie żgurat trasferiment tal-poter trasparenti u paċifiku;

C.  billi f'dawn l-aħħar xhur il-kanċellazzjoni jew l-irtirar ta' diversi proċessi kontra s-sostenituri tal-MAS ġew ikkonfermati, filwaqt li żdied it-theddid ta' persekuzzjoni ġudizzjarja tal-politiċi li jopponu lill-Gvern tal-MAS; billi fit-18 ta' Frar 2021, id-Digriet Suprem 4461, li huwa vag, ġie approvat mill-Assemblea Plurinazzjonali, u dan ta amnestija ġenerali u maħfra lis-sostenituri tal-gvern tal-President Arce li ġew ipproċessati matul l-amministrazzjoni ta' Áñez għal reati relatati mal-"kriżi politika" li bdiet f'Ottubru 2019;

D.  billi fit-13 ta' Marzu 2021 Jeanine Áñez, tnejn mill-ministri tagħha, l-ex Ministru għall-Enerġija Rodrigo Guzmán u l-ex Ministru tal-Ġustizzja Álvaro Coimbra, u individwi oħra li ffurmaw il-gvern ad interim mill-2019 sal-2020 ġew detenuti fuq akkużi ta' "terroriżmu, sedizzjoni u konfoffa", u l-prosekuturi qed jakkużawhom li ħadu sehem f'kolp ta' stat fl-2019; billi l-arrest preventiv tagħhom ġie estiż għal sitt xhur, u l-ex President Áñez qed tiffaċċja 24 sena ħabs jekk tinstab ħatja; billi mandat ta' arrest għadu pendenti għal tliet ex ministri oħra; billi l-ex President Jeanine Áñez inizjalment ġiet miċħuda assistenza medika waqt id-detenzjoni;

E.  billi l-prosekuturi ressqu akkużi abbażi ta' lment minn ex Membru tal-Kungress tal-MAS, u jallegaw li l-individwi msemmija hawn fuq "ippromwovew, mexxew, appoġġjaw u kienu membri" ta' organizzazzjonijiet li l-objettiv tagħhom kien li jkissru l-"ordni kostituzzjonali" tal-Bolivja; billi l-prosekuturi akkużaw lil Jeanine Áñez bħala President ad interim iżda mhux bħala ċivili jew fil-kapaċità ta' kwalunkwe rwol pubbliku ieħor; billi l-Artikoli 159(11), 160(6), 161(7) u 184 (4) tal-Kostituzzjoni tal-2009 u l-Liġi tat-8 ta' Ottubru 2010 jipprevedu proċedura speċjali għall-proċess tal-President, tal-Viċi President u tal-awtoritajiet għolja ta' tribunali differenti; billi l-proċedura ġudizzjarja kontra l-President Áñez, segwita bil-prosekuzzjoni, ma tikkonformax mad-dritt kostituzzjonali Bolivjana; billi l-evidenza fid-dokumentazzjoni ta' akkumpanjament ma tidhirx li hi ċara;

F.  billi dawk akkużati b'dawn ir-reati kriminali jallegaw li qed jiġu ppersegwitati; billi dawk li ġew arrestati s'issa jsostnu li ma ġewx debitament notifikati dwar l-akkużi, għalkemm l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali saħaq li l-mandati ta' arrest inħarġu f'konformità mal-liġi u mingħajr ma nkisru d-drittijiet tad-detenuti; billi l-Uffiċċju tal-Ombudsperson iddeċieda li jimmonitorja l-azzjonijiet tal-Pulizija tal-Bolivja u tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku biex jiżgura li l-proċess ġust u d-dritt għal difiża tal-individwi arrestati kienu qed jiġu rispettati;

G.  billi l-Artikolu 3 tal-Karta Demokratika Inter-Amerikana jiddefinixxi s-separazzjoni u l-indipendenza tal-poteri pubbliċi bħala element essenzjali tad-demokrazija rappreżentattiva; billi l-Artikolu 8 tal-Patt ta' San José jenfasizza l-garanziji ġudizzjarji u l-proċess ġust; billi diversi organizzazzjonijiet internazzjonali esprimew it-tħassib tagħhom dwar l-abbuż tal-mekkaniżmi ġudizzjarji fil-Bolivja, u dwar il-fatt li qed jintużaw dejjem aktar bħala strumenti ripressivi mill-partit fil-gvern; billi l-President il-ġdid Arce wiegħed li matul il-gvern tiegħu mhu se jkun hemm l-ebda pressjoni politika fuq il-prosekuturi u l-imħallfin;

H.  billi l-kredibilità tas-sistema ġudizzjarja Bolivjana qed tiġi affettwata minn rapporti kontinwi ta' nuqqas ta' indipendenza, interferenza politika mifruxa u korruzzjoni;

I.  billi l-IACHR saħqet li ċerti liġijiet Bolivjani kontra t-terroriżmu jiksru l-prinċipju tal-legalità minħabba li jinkludu, fost affarijiet oħra, definizzjoni komprensiva tat-terroriżmu li inevitabbilment hija wisq wiesgħa jew vaga; billi l-istati għandhom jirrispettaw il-prinċipju tal-legalità meta jkunu qed jiddefinixxu r-reati; billi l-ilmenti mressqa quddiem it-TCP li jitolbu bi dritt li l-Artikolu 123 tal-Kodiċi Kriminali dwar ir-reat tas-sedizzjoni, u l-Artikolu 133 tiegħu dwar it-terroriżmu, jiġu ddikjarati bħala mhux kostituzzjonali talli allegatament jiksru l-Konvenzjoni Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Kostituzzjoni Bolivjana, qed jistennew riżoluzzjoni mit-TCP;

J.  billi l-UE ilha żmien twil sieħba tal-Bolivja, u għandha tkompli tappoġġja l-istituzzjonijiet demokratiċi tagħha, it-tisħiħ tal-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tagħha; billi l-UE qdiet rwol importanti bħala faċilitatur fil-paċifikazzjoni tal-pajjiż fl-2019 u l-2020, u b'appoġġ għall-elezzjonijiet;

1.  Jiddenunzja u jikkundanna d-detenzjoni arbitrarja u illegali tal-ex President ad interim Áñez , tnejn mill-Ministri tagħha, u priġunieri politiċi oħra; jistieden lill-awtoritajiet Bolivjani jeħilsuhom minnufih u jwaqqgħu l-akkużi motivati politikament li saru kontrihom; jitlob li jkun hemm qafas ta' ġustizzja trasparenti u imparzjali ħielsa mill-pressjoni politika, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet jipprovdu l-assistenza medika kollha meħtieġa biex jiżguraw il-benesseri tagħhom;

2.  Jissottolinja li l-ex President Áñez ikkonformat bis-sħiħ mad-dmir tagħha skont il-Kostituzzjoni Bolivjana bħala t-Tieni Viċi President tas-Senat meta kienet qed timla l-vojt presidenzjali kkawżat mir-riżenja tal-ex President Evo Morales wara l-irvellijiet vjolenti li ġew skattati minħabba l-attentat ta' frodi elettorali; jenfasizza li t-Tribunal Plurinazzjonali tal-Bolivja approva t-trasferiment tal-poter lil Jeanine Áñez; jinnota li l-elezzjonijiet tat-18 ta' Ottubru 2020 saru mingħajr inċidenti u b'garanziji demokratiċi sħaħ;

3.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' indipendenza u imparzjalità tas-sistema ġudizzjarja Bolivjana u l-prevalenza ta' problemi strutturali; jinnota li dan in-nuqqas ta' indipendenza jaffettwa l-aċċess għall-ġustizzja, u, b'mod aktar ġenerali, inaqqas il-fiduċja taċ-ċittadini fis-sistema tal-ġustizzja nazzjonali; jikkundanna l-pressjoni politika mpoġġija fuq il-ġudikatura biex tippersegwita l-avversarji politiċi, u jissottolinja l-importanza li jiġu rispettati l-garanziji ta' proċess ġust u li jiġi żgurat li l-ġudikatura tkun ħielsa minn kull pressjoni politika; jisħaq li l-vittmi jistħoqqilhom ġustizzja reali u imparzjali, u li dawk kollha responsabbli għandhom jinżammu responsabbli, mingħajr ma tingħata l-ebda amnestija jew maħfra minħabba l-opinjoni politika tagħhom; jitlob ir-rispett sħiħ tal-indipendenza tal-fergħat tal-poter u t-trasparenza sħiħa fil-proċedimenti legali kollha;

4.  Jenfasizza li l-proċedimenti ġudizzjarji kollha jridu jitmexxew b'rispett sħiħ tal-prinċipju ta' proċess ġust minqux fid-dritt internazzjonali; jenfasizza li għandhom jipprovdu garanziji ġudizzjarji, filwaqt li jiżguraw il-protezzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja, bħala parti minn sistema tal-ġustizzja indipendenti u imparzjali li tkun ħielsa mill-indħil minn istituzzjonijiet statali oħra;

5.  Iħeġġeġ lill-Bolivja twettaq bidliet u riformi strutturali fis-sistema ġudizzjarja mingħajr dewmien, b'mod partikolari fil-kompożizzjoni tagħha, sabiex tiżgura l-garanziji ta' proċessi ġusti u kredibbli, imparzjalità u proċess ġust; jistieden lill-Gvern Bolivjan jindirizza l-problema mifruxa tal-korruzzjoni fil-pajjiż; jistieden lill-Gvern Bolivjan jemenda l-artikoli fil-Kodiċi Kriminali dwar id-delitti ta' sedizzjoni u terroriżmu, li jinkludu definizzjonijiet wiesgħa żżejjed tat-terroriżmu, u b'hekk iwasslu għal ksur possibbli tal-prinċipji tal-legalità u l-proporzjonalità;

6.  Jistieden lill-Prosekutur Pubbliku tal-Bolivja jerġa' jiftaħ l-investigazzjoni dwar l-allegat kanalizzar mill-gvern ta' Morales ta' USD 1,6 miljun f'fondi pubbliċi permezz ta' pagamenti irregolari lill-kumpanija ta' konsulenza Neurona;

7.  Ifakkar fl-indispensabilità ta' kanali ta' djalogu mtejba u effettivi fil-qafas tal-istituzzjonijiet Bolivjani sabiex jiġu promossi l-valuri demokratiċi, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-awtoritajiet Bolivjani jmexxu proċess ta' rikonċiljazzjoni bil-għan li jdgħajfu t-tensjoni u l-ostilità li hemm moħbija fis-soċjetà Bolivjana;

8.  Jesprimi tħassib dwar is-sitwazzjoni soċjali u politika mwiegħra li ilha tevolvi u tiddeterjora fil-Bolivja mill-2019, u jiddeplora profondament it-traġedja li waqgħet fuq il-vittmi kollha tad-diżordni fil-Bolivja, min-naħat kollha; jissottolinja l-ħtieġa kritika li l-karattru plurietniku u plurilingwi għalkollox legali tal-istat jiġi rispettat; jistieden lill-Bolivja twettaq bidliet u riformi strutturali, inkluża l-ħatra ta' Ombudsperson indipendenti u imparzjali, biex tindirizza l-kawżi ewlenin tal-kriżijiet li faqqgħu fil-pajjiż;

9.  Jemmen li l-UE u l-Bolivja għandhom ikomplu u jsaħħu l-impenn u d-djalogu tagħhom fil-kuntest tan-negozjati SĠP +, peress li l-Bolivja hija l-uniku pajjiż fil-Komunità Andina li m'għandux ftehim mal-UE; jemmen li l-UE għandha tkompli tappoġġja lill-Bolivja, u tkun lesta timpenja ruħha aktar, dment li jittieħdu passi ċari biex tittejjeb is-sitwazzjoni u dment li d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem jiġu rispettati;

10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Gvern tal-Bolivja, lill-Qorti Kostituzzjonali Plurinazzjonali tal-Bolivja, lill-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani, lill-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Parlament Andin u lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU u lill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem.

(1) Testi adottati, P9_TA(2019)0077.


Il-liġijiet dwar il-blasfemija fil-Pakistan, b'mod partikolari l-każ ta' Shagufta Kausar u Shafqat Emmanuel
PDF 146kWORD 52k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 dwar il-liġijiet dwar il-blasfemija fil-Pakistan, b'mod partikolari l-każ ta' Shagufta Kausar u Shafqat Emmanuel (2021/2647(RSP))
P9_TA(2021)0157RC-B9-0254/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Pakistan, b'mod partikolari dawk tal-20 ta' Mejju 2010 dwar il-libertà reliġjuża fil-Pakistan(1), tal-10 ta' Ottubru 2013 dwar każijiet reċenti ta' vjolenza u persekuzzjoni kontra Nsara, partikolarment f'Maaloula (Sirja) u Peshawar (Pakistan) u l-każ tal-Pastor Saeed Abedini (Iran)(2), tas-17 ta' April 2014 dwar il-Pakistan: il-każi reċenti ta' persekuzzjoni(3), tas-27 ta' Novembru 2014 dwar il-Pakistan: liġijiet dwar atti blasfemi(4), u tal-15 ta' Ġunju 2017 dwar il-Pakistan, b'mod partikolari s-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-piena tal-mewt(5),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966, b'mod partikolari l-Artikoli 6, 18 u 19 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Diskriminazzjoni Razzjali,

–  wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet tal-kelliem għall-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Rupert Colville, b'mod partikolari n-noti ta' informazzjoni għall-istampa tiegħu dwar il-Pakistan tat-8 ta' Settembru 2020,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-Pakistan,

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Impenn Strateġiku UE-Pakistan tal-2019, li jistabbilixxi bażi maqbula għal kooperazzjoni reċiproka dwar prijoritajiet bħad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u d-drittijiet tal-bniedem,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Intolleranza u Diskriminazzjoni Abbażi tar-Reliġjon u t-Twemmin,

–  wara li kkunsidra r-rapport konġunt tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tal-10 ta' Frar 2020 dwar l-Iskema Ġeneralizzata ta' Preferenzi li jkopri l-perjodu 2018-2019 (JOIN(2020)0003) u, b'mod partikolari, il-valutazzjoni korrispondenti tal-Pakistan fir-rigward tal-Arranġament Speċjali ta' Inċentivi għal Żvilupp Sostenibbli u Governanza Tajba (SĠP+) (SWD(2020)0022),

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tal-Libertà tar-Reliġjon jew tat-Twemmin tal-2013,

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-Piena tal-Mewt tal-2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-liġijiet kontroversjali dwar il-blasfemija tal-Pakistan ilhom fis-seħħ fil-forma attwali tagħhom mill-1986, li jikkastigaw il-blasfemija kontra l-Profeta Muhammad bil-mewt jew b'għomor il-ħabs;

B.  billi l-liġijiet dwar il-blasfemija tal-Pakistan, minkejja li qatt ma wasslu għal eżekuzzjonijiet uffiċjali, inċitaw fastidju, vjolenza u qtil kontra dawk akkużati; billi l-persuni akkużati bil-blasfemija jkollhom jibżgħu għal ħajjithom irrispettivament mill-eżitu tal-proċeduri ġudizzjarji; billi huwa magħruf sew li l-liġijiet dwar il-blasfemija tal-Pakistan spiss jiġu abbużati billi jsiru akkużi foloz li jservu l-interessi personali tal-persuna li tagħmel l-akkużi;

C.  billi l-liġijiet dwar il-blasfemija tal-Pakistan jagħmluha perikoluża għall-minoranzi reliġjużi li jesprimu lilhom infushom liberament jew li jinvolvu ruħhom b'mod miftuħ f'attivitajiet reliġjużi; billi, minflok ma jipproteġu l-komunitajiet reliġjużi, huma xeħtu star ta' biża' fuq is-soċjetà tal-Pakistan; billi kull tentattiv ta' riforma ta' dawn il-liġijiet jew tal-applikazzjoni tagħhom safa fgat minn theddidiet u assassinji; billi tentattivi ta' diskussjoni dwar dawn il-kwistjonijiet fil-media, online jew offline, spiss jintlaqgħu b'theddid u fastidju, inkluż min-naħa tal-gvern;

D.  billi bħalissa bosta tużżani ta' nies, fosthom Musulmani, Ħindu, Insara u oħrajn, jinsabu l-ħabs fuq akkużi ta' blasfemija; billi diversi persuni li ġew akkużati nqatlu bil-vjolenza tal-massa; billi hemm pressjoni tremenda fuq is-sistema tal-qrati tal-Pakistan; billi l-proċedimenti ġudizzjarji spiss idumu għaddejjin għal ħafna snin, u għandhom effett devastanti fuq ċittadini innoċenti tal-Pakistan u fuq il-familji u l-komunitajiet tagħhom;

E.  billi kien hemm żieda allarmanti fl-akkużi ta' "blasfemija" online u offline fil-Pakistan matul is-sena li għaddiet; billi ħafna minn dawn l-akkużi jkollhom fil-mira difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ġurnalisti, artisti u l-aktar persuni marġinalizzati fis-soċjetà; billi l-liġijiet dwar il-blasfemija tal-Pakistan qed jintużaw dejjem aktar bħala forma ta' tpattija personali jew politika bi ksur tad-drittijiet għal-libertà tar-reliġjon u t-twemmin u tal-opinjoni u l-espressjoni;

F.  billi l-proċeduri ġudizzjarji f'każijiet ta' blasfemija fil-Pakistan huma difettużi ħafna; billi, biex tingħata kundanna, huma meħtieġa standards baxxi ta' evidenza, u l-awtoritajiet ġudizzjarji spiss jaċċettaw l-allegazzjonijiet mingħajr ebda kritika; billi l-akkużati spiss jitqiesu ħatja u jridu jagħtu prova tal-innoċenza tagħhom aktar milli viċi versa;

G.  billi l-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon tapplika għal dawk li jħaddnu reliġjon, iżda anke għall-atei, għall-anjostiċi u għall-persuni mingħajr twemmin;

H.  billi l-Pakistan huwa parti mill-ftehimiet internazzjonali rilevanti dwar id-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Konvenzjoni tan-NU Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra, li fihom dispożizzjonijiet dwar id-dritt għall-ħajja, id-dritt għal proċess ġust, l-ugwaljanza quddiem il-liġi u n-nondiskriminazzjoni;

I.  billi l-posponiment tal-proċessi kien fattur komuni f'diversi każijiet ta' persuni akkużati bi "blasfemija", b'imħallfin li spiss ikunu ssuspettati li jużaw dawn it-tattiċi minħabba nuqqas ta' rieda li jagħtu sentenzi li jeżoneraw lill-akkużat; billi dawk li jaħdmu fis-sistema tal-ġustizzja kriminali tal-Pakistan, inklużi l-avukati, il-pulizija, il-prosekuturi u l-imħallfin, ħafna drabi ma jitħallewx iwettqu xogħolhom b'mod effikaċi, imparzjali u mingħajr biża'; billi x-xhieda u l-familji tal-vittmi kellhom jistaħbew minħabba biża' li tittieħed azzjoni ta' ritaljazzjoni;

J.  billi s-sitwazzjoni fil-Pakistan kompliet tiddeterjora fl-2020 peress li l-gvern sistematikament inforza l-liġijiet dwar il-blasfemija u naqas milli jipproteġi l-minoranzi reliġjużi minn abbużi minn atturi mhux statali, b'żieda qawwija fil-qtil immirat, il-każijiet ta' blasfemija, il-konverżjonijiet furzati, u d-diskors ta' mibegħda kontra minoranzi reliġjużi inklużi persuni Ahmadi, Musulmani Xiiti, u persuni Ħindu, Insara u Sikh; billi l-ħtif, il-konverżjoni furzata għall-Iżlam, l-istupru u ż-żwieġ furzat baqgħu theddida imminenti għan-nisa u t-tfal li ġejjin minn minoranzi reliġjużi fl-2020, b'mod partikolari dawk ta' fidi Ħindu u dik Nisranija;

K.  billi t-2 ta' Marzu 2021 kienet l-10 sena minn meta l-ex Ministru għall-Affarijiet tal-Minoranzi Pakistani Shahbaz Bhatti ġie assassinat wara theddid li sar kontrih minħabba li tkellem pubblikament kontra l-liġijiet dwar il-blasfemija;

L.  billi l-koppja Pakistana Shagufta Kausar u Shafqat Emmanuel ġiet ikkundannata għall-mewt fuq akkużi ta' blasfemija fl-2014; billi dawn l-akkużi kienu bbażati fuq il-fatt li allegatament intbagħtu messaġġi testwali insolenti fir-rigward tal-Profeta Muhammad minn numru tal-mowbajl irreġistrat taħt l-isem ta' Shagufta Kausar lill-persuna li akkużat lill-koppja bi blasfemija;

M.  billi l-evidenza li fuqha ġiet ikkundannata l-koppja tista' titqies żbaljata ħafna; billi l-illitteriżmu tagħhom jikxef il-falsità tas-suppożizzjoni li setgħu bagħtu l-messaġġi testwali; billi l-mowbajl li allegatament intuża biex jintbagħtu l-messaġġi ma ġiex irkuprat għall-investigazzjoni; billi l-koppja allegatament kienet daħlet f'argument mal-persuna li akkużathom ftit qabel ma saru l-akkużi; billi hemm raġuni biex wieħed jemmen li l-koppja ġiet ittorturata;

N.  billi l-koppja qed tinżamm il-ħabs sakemm tingħata deċiżjoni tal-qorti dwar l-appell tagħhom kontra s-sentenza tal-mewt tagħhom; billi l-appell tagħhom kellu jinstema' f'April 2020, sitt snin wara li ġew ikkundannati, iżda ġie pospost diversi drabi, l-aktar reċenti fil-15 ta' Frar 2021;

O.  billi l-koppja ilha separata mill-erbat itfal tagħha mill-kundanna tagħhom;

P.  billi Shafqat Emmanuel qed isofri minħabba ħsara lis-sinsla ta' dahru wara inċident fl-2004 u mhuwiex offrut attenzjoni medika xierqa fil-ħabs; billi Shagufta Kausar hija iżolata f'ħabs tan-nisa u qed issofri minn dipressjoni minħabba s-sitwazzjoni tagħha;

Q.  billi l-Qorti Superjuri ta' Lahore pposponiet il-każ diversi drabi u billi l-avukat tal-koppja, Saiful Malook, ilu jaħdem ħafna biex jiżgura li Shagufta Kausar u Shafqat Emmanuel fl-aħħar ikunu jistgħu isemmgħu l-każ tagħhom fil-qorti, u d-dritt ġudizzjarju tagħhom għal proċess ġust u xieraq jiġi finalment irrispettat;

R.  billi skont iċ-Ċentru għall-Ġustizzja Soċjali fil-Pakistan, bejn l-1987 u Frar 2021, ġew akkużati mill-inqas 1 855 persuna skont il-liġijiet dwar il-blasfemija, bl-ogħla numru ta' akkużi li seħħu fl-2020;

S.  billi Mashal Khan, student Musulman, inqatel minn kotra rrabjata f'April 2017 wara allegazzjonijiet li tefa' kontenut blasfem online, u li ma nstabet l-ebda evidenza ta' dan; billi Junaid Hafeez, lekċerer universitarju fl-Università Bahauddin Zakariya f'Multan, ġie arrestat f'Marzu 2013 talli allegatament għamel rimarki blasfemi, inżamm f'iżolament għall-ħames snin tal-proċess tiegħu, instab ħati ta' blasfemija u ngħata piena tal-mewt mill-qrati Pakistani f'Diċembru 2019; billi l-esperti tad-drittijiet tal-bniedem tan-NU kkundannaw is-sentenza bħala "parodija tal-ġustizzja" li tikser id-dritt internazzjonali;

T.  billi hemm għadd dejjem jikber ta' attakki online u offline fuq ġurnalisti u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, b'mod partikolari kontra n-nisa u l-aktar persuni emarġinati fis-soċjetà, inklużi membri ta' minoranzi reliġjużi, persuni ifqar u persuni b'diżabilità; billi attakki bħal dawn spiss jinkludu akkużi foloz ta' blasfemija, li jistgħu jwasslu għal attakki fiżiċi, qtil, arresti arbitrarji u detenzjonijiet;

U.  billi l-Pakistan ilu jibbenefika minn preferenzi kummerċjali taħt il-programm SĠP+ mill-2014; billi l-benefiċċji ekonomiċi minn dan il-ftehim kummerċjali unilaterali għall-pajjiż huma konsiderevoli; billi l-istatus SĠP+ iġib miegħu l-obbligu li jiġu ratifikati u implimentati 27 konvenzjoni internazzjonali inklużi impenji li jiggarantixxu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertà tar-reliġjon;

V.  billi fl-aħħar valutazzjoni tagħha tas-SĠP+ tal-Pakistan tal-10 ta' Frar 2020, il-Kummissjoni esprimiet varjetà ta' preokkupazzjonijiet serji dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż, b'mod partikolari n-nuqqas ta' progress fil-limitazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni u tal-implimentazzjoni tal-piena tal-mewt;

W.  billi l-użu kontinwu tal-liġi dwar il-blasfemija fil-Pakistan qed iseħħ fil-kuntest ta' żieda globali fir-restrizzjonijiet fuq il-libertà tar-reliġjon u l-libertà tal-espressjoni relatati mar-reliġjon u t-twemmin; billi f'Marzu 2019 ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin semma l-każ ta' Asia Bibi bħala wieħed mill-eżempji ta' rkupru tal-liġijiet kontra l-blasfemija u kontra l-apostażija u l-użu ta' liġijiet dwar l-ordni pubbliku biex tiġi limitata l-espressjoni meqjusa offensiva għall-komunitajiet reliġjużi;

X.  billi l-attakki ripetuti u qarrieqa kontra l-awtoritajiet Franċiżi minn gruppi Pakistani radikali u d-dikjarazzjonijiet reċenti mill-Gvern tal-Pakistan fuq il-bażi tal-blasfemija żdiedu mir-reazzjoni tal-awtoritajiet Franċiżi għall-attakk terroristiku kontra għalliem ta' skola Franċiża talli ddefenda l-libertà tal-espressjoni, li wassal lill-awtoritajiet Franċiżi biex fil-15 ta' April 2021 jirrakkomandaw liċ-ċittadini tagħhom biex jitilqu temporanjament mill-Pakistan; billi fl-20 ta' April 2021, membru tal-partit fil-gvern ressaq riżoluzzjoni fl-Assemblea Nazzjonali tal-Pakistan fejn talab dibattitu dwar it-tkeċċija tal-ambaxxatur Franċiż;

1.  Jesprimi t-tħassib tiegħu għas-saħħa u l-benessri ta' Shagufta Kausar u Shafqat Emmanuel u jħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Pakistan jiżguraw li tingħatalhom kura medika adegwata minnufih; jistieden lill-awtoritajiet tal-Pakistan jeħilsu minnufih u mingħajr kundizzjonijiet lil Shafqat Emmanuel u Shagufta Kausar u jannullaw il-piena tal-mewt tagħhom;

2.  Jiddispjaċih għall-fatt li l-appell ta' Shagufta Kausar u Shafqat Emmanuel qed jibqa' jiġi pospost; jistieden lill-Qorti Superjuri ta' Lahore tagħti d-deċiżjoni tagħha malajr kemm jista' jkun u tagħti spjegazzjoni raġonevoli għal kwalunkwe posponiment ulterjuri;

3.  Jinnota li Shafqat Emmanuel qed jinżamm fi sptar fil-ħabs minħabba l-gravità tal-kundizzjoni tiegħu u ġie kkurat darbtejn barra mill-ħabs ta' Faisalabad; jiddispjaċih għall-fatt li l-koppja ilha seba' snin maqfula fil-ħabs, u t-tnejn jinsabu iżolati minn xulxin u mill-familji tagħhom; jistieden, għalhekk, lill-Gvern tal-Pakistan jiżgura li l-ħabsijiet tiegħu joffru kundizzjonijiet deċenti u umani;

4.  Jinsab imħasseb dwar l-abbuż kontinwu tal-liġijiet dwar il-blasfemija fil-Pakistan, li qed jaggrava l-firdiet reliġjużi eżistenti u b'hekk qed irawwem klima ta' intolleranza, vjolenza u diskriminazzjoni reliġjużi; jenfasizza li l-liġijiet dwar il-blasfemija tal-Pakistan huma inkompatibbli mal-liġijiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u qed jintużaw dejjem aktar biex jimmiraw gruppi ta' minoranza vulnerabbli fil-pajjiż, inklużi l-persuni Xiiti, Ahmadi, Ħindu u Nsara; jistieden, għalhekk, lill-Gvern tal-Pakistan jirrieżamina u fl-aħħar jabolixxi dawn il-liġijiet u l-applikazzjoni tagħhom; jitlob li l-imħallfin, l-avukati difensuri u x-xhieda tad-difiża jiġu protetti fl-hekk imsejħa kawżi ta' blasfemija kollha;

5.  Iħeġġeġ lill-Pakistan iħassar it-taqsimiet 295-B u C tal-Kodiċi Penali nazzjonali u jirrispetta u jiddefendi d-drittijiet għal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza, tar-reliġjon u tal-espressjoni fil-pajjiż kollu, filwaqt li effettivament itemm l-użu tal-liġijiet dwar il-blasfemija; jistieden ukoll lill-Gvern tal-Pakistan jemenda l-Att Kontra t-Terroriżmu tal-1997 biex jiżgura li l-kawżi ta' blasfemija ma jiġux ipproċessati fi qrati kontra t-terroriżmu, u biex jipprovdi opportunitajiet ta' pleġġ f'allegati kawżi ta' blasfemija;

6.  Jenfasizza li l-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin, il-libertà tal-kelma u tal-espressjoni, u d-drittijiet tal-minoranzi huma drittijiet tal-bniedem minquxa fil-kostituzzjoni tal-Pakistan;

7.  Jistieden lill-Gvern tal-Pakistan jikkundanna b'mod inekwivoku l-inċitament għall-vjolenza u d-diskriminazzjoni kontra l-minoranzi reliġjużi fil-pajjiż; jistieden lill-Gvern tal-Pakistan jistabbilixxi salvagwardji effettivi, proċedurali u istituzzjonali fil-livelli investigattivi, tal-prosekuzzjoni u ġudizzjarji biex jipprevjeni l-abbuż tal-liġijiet dwar il-blasfemija sakemm jiġu aboliti; jiddeplora d-diskriminazzjoni kontinwa kontra l-minoranzi reliġjużi fil-Pakistan u l-vjolenza kontrihom, fosthom l-persuni Nsara, Musulmani Ahmadiyya, Xiiti u Ħindu; ifakkar fl-attakk tal-massa tal-2014 fuq il-komunità Ahmadi f'Gujranwala wara allegazzjonijiet ta' blasfemija kontra l-membru tagħha Aqib Saleem, li ġie lliberat fil-qorti, li rriżulta fil-mewt ta' tliet membri tal-komunità, fosthom żewġt itfal; jinnota li sar rekwiżit li l-ebda uffiċjal tal-pulizija taħt il-livell tas-supretendent tal-pulizija ma jista' jinvestiga akkużi qabel ma tiġi rreġistrata kawża;

8.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-liġijiet dwar il-blasfemija fil-Pakistan spiss jiġu abbużati biex isiru akkużi foloz li jservu diversi inċentivi, inklużi s-soluzzjoni ta' tilwim personali jew it-tfittxija ta' gwadann ekonomiku; jistieden lill-Gvern tal-Pakistan, għalhekk, biex jieħu kont dovut ta' dan u jħassar il-liġijiet dwar il-blasfemija kif xieraq; jirrifjuta bil-qawwa d-dikjarazzjoni rrappurtata mill-Ministru tal-Istat għall-Affarijiet Parlamentari tal-Pakistan, Ali Khan, fejn talab li l-persuni li jikkommettu blasfemija jiġu dekapitati;

9.  Iħeġġeġ lill-persunal diplomatiku kollu tal-UE u dak Ewropew biex jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jipprovdu protezzjoni u appoġġ lil Shagufta Kausar u Shafqat Emmanuel, inkluż billi jattendu proċessi, jitolbu żjarat fil-ħabs u kontinwament u b'mod riżolut jikkuntattjaw lill-awtoritajiet involuti f'din il-kawża;

10.  Jistieden lill-Istati Membri jiffaċilitaw il-ħruġ ta' viżi ta' emerġenza u joffru protezzjoni internazzjonali lil Shagufta Kausar, Shafqat Emmanuel, l-avukat tagħhom Saiful Malook u oħrajn li huma akkużati li eżerċitaw id-drittijiet tagħhom b'mod paċifiku, inklużi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, f'każ li jkollhom bżonn jitilqu mill-Pakistan;

11.  Jinsab estremament imħasseb dwar l-attakki online u offline li qed jiżdiedu fuq ġurnalisti, akkademiċi u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, b'mod partikolari dawk kontra n-nisa u l-minoranzi; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Pakistan jieħu passi minnufih biex jiżgura s-sikurezza tal-ġurnalisti, tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-organizzazzjonijiet ta' ispirazzjoni reliġjuża u jwettaq investigazzjonijiet fil-pront u effikaċi sabiex jirrispetta l-istat tad-dritt u jressaq lill-awturi ta' reat quddiem il-ġustizzja;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jirrevedu minnufih l-eliġibbiltà tal-Pakistan għall-istatus SĠP+ fid-dawl tal-avvenimenti attwali u jekk hemmx raġuni biżżejjed biex tinbeda proċedura għall-irtirar temporanju ta' dan l-istatus u l-benefiċċji li jiġu miegħu, u biex jirrapportaw lill-Parlament Ewropew dwar din il-kwistjoni malajr kemm jista' jkun;

13.  Jistieden lis-SEAE u l-Kummissjoni jużaw l-għodod kollha għad-dispożizzjoni tagħhom, inklużi dawk previsti mil-Linji Gwida tal-UE dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tal-Libertà ta' Reliġjon jew ta' Twemmin, biex jgħinu lil komunitajiet reliġjużi u biex jitfgħu lill-Gvern tal-Pakistan taħt pressjoni sabiex jagħmel aktar għall-protezzjoni tal-minoranzi reliġjużi;

14.  Iħeġġeġ lis-SEAE u lill-Istati Membri jkomplu jappoġġjaw lill-Pakistan bir-riforma ġudizzjarja u l-bini tal-kapaċità biex jiġi żgurat li l-qrati inferjuri jkunu mgħammra biex imexxu proċessi fil-pront għal dawk detenuti u jneħħu kawżi ta' blasfemija li ma jkunux appoġġjati minn evidenza suffiċjenti u affidabbli;

15.  Jilqa' d-djalogi bejn reliġjonijiet differenti li qed isiru fil-Pakistan u jħeġġeġ lis-SEAE u lid-Delegazzjoni tal-UE jkomplu jappoġġjaw lill-Kunsill Nazzjonali tal-Paċi għall-Armonija Bejn Twemmin Differenti tal-Pakistan fl-organizzazzjoni ta' inizjattivi regolari bħal dawn ma' mexxejja reliġjużi, inklużi minn minoranzi reliġjużi, appoġġjati minn organizzazzjonijiet ta' ispirazzjoni reliġjuża, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, professjonisti tad-drittijiet tal-bniedem u legali u akkademiċi; jistieden ukoll lid-Delegazzjoni tal-UE u lir-rappreżentanzi tal-Istati Membri biex ikomplu jappoġġjaw l-NGOs fil-Pakistan involuti fil-monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem u fl-għoti ta' appoġġ lill-vittmi ta' vjolenza abbażi tal-fidi u vjolenza abbażi tal-ġeneru;

16.  Iħeġġeġ lill-Pakistan jintensifika l-kooperazzjoni tiegħu mal-korpi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-Kumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, sabiex jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet rilevanti kollha u jtejjeb il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-progress li jkun sar għall-kisba tal-parametri referenzjarji internazzjonali;

17.  Iqis li d-dimostrazzjonijiet vjolenti u l-attakki kontra Franza mhumiex aċċettabbli; jinsab imħasseb ħafna dwar is-sentiment anti-Franċiż fil-Pakistan, li wassal biex iċ-ċittadini u l-kumpaniji Franċiżi kellhom jitilqu temporanjament mill-pajjiż;

18.  Jilqa' s-sentenza reċenti tal-Qorti Suprema tal-Pakistan li tipprojbixxi l-eżekuzzjoni ta' priġunieri b'kundizzjonijiet ta' saħħa mentali; itenni l-oppożizzjoni qawwija tal-Unjoni Ewropea għall-piena tal-mewt, f'kull każ u mingħajr eċċezzjoni; jappella għall-abolizzjoni universali tal-piena kapitali; jistieden lill-awtoritajiet tal-Pakistan jibdlu s-sentenzi tal-individwi kollha li qed jiffaċċjaw il-piena tal-mewt biex jiżguraw li d-dritt tagħhom għal proċess ġust, li huwa rikonoxxut internazzjonalment u salvagwardjat fil-kostituzzjoni, jiġi rispettat;

19.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, u lill-Gvern u lill-Parlament tal-Pakistan.

(1) ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 147.
(2) ĠU C 181, 19.5.2016, p. 82.
(3) ĠU C 443, 22.12.2017, p. 75.
(4) ĠU C 289, 9.8.2016, p. 40.
(5) ĠU C 331, 18.9.2018, p. 109.


L-estimi tad-dħul u tan-nefqa għas-sena finanzjarja 2022 tal-Parlament
PDF 191kWORD 67k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 dwar l-estimi tad-dħul u tan-nefqa għas-sena finanzjarja 2022 tal-Parlament (2020/2264(BUI))
P9_TA(2021)0158A9-0145/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 39 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta' Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027(2), u d-dikjarazzjonijiet konġunti maqbula bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni f'dan il-kuntest(3), kif ukoll id-dikjarazzjonijiet unilaterali relatati(4),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprja ġodda(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Mejju 2020 dwar l-estimi tad-dħul u n-nefqa tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2021(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Novembru 2020 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar it-tieni abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2017 dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE(10),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Settembru 2018 dwar miżuri biex jiġu evitati u miġġielda l-mobbing u l-fastidju sesswali fil-post tax-xogħol, fl-ispazji pubbliċi, u fil-ħajja politika fl-UE(11),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2019 dwar l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' Ugwaljanza bejn is-Sessi fil-Parlament Ewropew(12),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni intitolata "Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija ta' Ugwaljanza Bejn il-Ġeneri għall-2020 – 2025"(COM(2020)0152),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019)0640), b'mod partikolari l-paragrafu 2.1.4 tagħha dwar "Il-bini u r-rinnovament b'użu effiċjenti tal-enerġija u tar-riżorsi",

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija ta' Nofs it-Terminu 2024 tal-EMAS adottata mill-Kumitat ta' Tmexxija għall-Ġestjoni Ambjentali fi Brussell fil-15 ta' Diċembru 2020,

–  wara li kkunsidra l-istudju: Il-marka tal-karbonju tal-Parlament Ewropew – Lejn in-newtralità karbonika(13),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 14/2014: L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE kif jikkalkolaw, inaqqsu u jpaċu l-emissjonijiet tagħhom ta' gassijiet serra?(14),

–  wara li kkunsidra r-rekwiżiti tal-addizzjonalità fid-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli), b'mod partikolari l-Premessa 90 u l-Artikolu 27 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Settembru 2020 dwar il-massimizzazzjoni tal-potenzjal tal-effiċjenza enerġetika tal-istokk tal-bini tal-UE(15),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija(16) u d-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika(17),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar ir-rwol eżemplari tal-bini tagħhom fil-kuntest tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija(18);

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti – inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur (COM(2020)0789), b'mod partikolari l-paragrafu 9 dwar l-ivvjaġġar kollettiv,

–  wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali lill-Bureau bl-għan li jitħejja l-abbozz preliminari tal-estimi tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2022,

–  wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-estimi mħejji mill-Bureau fit-8 ta' Marzu 2021 skont l-Artikoli 25(7) u 102(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament,

–  wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-estimi mħejji mill-Kumitat għall-Baġits skont l-Artikolu 102(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Parlament,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 102 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0145/2021),

A.  billi ż-żieda kontinwa tal-importanza fir-rwol tal-Parlament bħala koleġiżlatur, fergħa waħda tal-awtorità baġitarja, b'setgħat ta' skrutinju u bħala promotur tad-demokrazija Ewropea, inkluż fil-kuntest tar-rispons Ewropew għall-pandemija tal-COVID-19, u skont id-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-iskrutinju baġitarju ta' proposti ġodda bbażati fuq l-Artikolu 122 tat-TFUE b'implikazzjonijiet potenzjali apprezzabbli għall-baġit tal-Unjoni(19), enfasizzat il-ħtieġa kontinwa li l-Parlament jingħata għarfien leġiżlattiv xieraq u riżorsi finanzjarji adegwati biex jiżgura l-kwalità tal-ħidma leġiżlattiva u ta' skrutinju u jikkomunika dwar ir-riżultati tiegħu; billi l-kredibbiltà tal-Parlament u tal-Membri tiegħu f'għajnejn iċ-ċittadini Ewropej tiddependi fuq il-kapaċità tal-Parlament stess li jippjana u jeżegwixxi l-infiq tiegħu bi prudenza u b'effiċjenza u b'mod iġġustifikat sabiex jirrifletti r-realtajiet ekonomiċi prevalenti;

B.  billi l-Kummissjoni fit-tbassir tax-Xitwa tagħha, tistma li l-PDG naqas b’6,9 % fl-2020 u tipprevedi li dan mhux se jirkupra għal-livell tal-2019 qabel l-2023; billi l-estimi adottati mill-Parlament irrappreżentaw żieda ta' 2,68 % għall-2020 u żieda ta' 2,54 % għall-2021;

C.  billi l-baġit propost mis-Segretarju Ġenerali għall-abbozz preliminari tal-estimi tal-Parlament għall-2022 jirrappreżenta żieda ta' 3,31 %, ferm ogħla mir-rata ta' inflazzjoni;

D.  billi l-Parlament ra tnaqqis ġenerali ta' 6 % fil-persunal tiegħu matul il-perjodu tal-QFP preċedenti, li twettaq prinċipalment mill-amministrazzjoni tiegħu, filwaqt li fl-istess ħin, minn mindu ġie adottat it-Trattat ta' Lisbona, il-Parlament, fir-rwol tiegħu ta' koleġiżlatur, qiegħed jittratta numru akbar ta' fajls leġiżlattivi u żied l-attivitajiet relatati man-Next Generation EU; billi jinsab mħasseb ħafna dwar l-ammont ta' xogħol mhux sostenibbli għal ħafna segretarjati speċjalizzati tal-kumitati u l-gruppi politiċi;

E.  billi l-Patt Ekoloġiku Ewropew għandu l-għan li jilħaq il-miri klimatiċi ambizzjużi tiegħu mingħajr kumpens (tpaċija) tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tiegħu permezz ta' krediti internazzjonali;

F.  billi aktarx fl-2021 hu mistenni li tittieħed deċiżjoni dwar il-futur tal-bini Paul-Henri Spaak, abbażi tal-eżitu ta' kompetizzjoni mill-Bureau, li jfisser żieda sinifikanti fl-infiq fil-kuntest ta' kriżi; u billi l-bini Spaak għandu jissodisfa l-ogħla standards ambjentali u ta' sikurezza;

G.  billi l-fond ta' pensjoni volontarja ġie stabbilit fl-1990 mir-Regoli tal-Bureau li jirregolaw l-iskema ta' pensjoni addizzjonali (volontarja)(20); billi, fil-laqgħa tiegħu tal-10 ta' Diċembru 2018, il-Bureau ddeċieda li jimmodifika r-regoli applikabbli għall-fond tal-pensjoni billi jgħolli l-età tal-irtirar minn 63 għal 65 sena u billi jintroduċi imposta ta' 5 % fuq il-pagamenti tal-pensjoni għal pensjonanti futuri biex titjieb il-vijabbiltà ta' dawn il-pagamenti; billi huwa stmat li dawk il-bidliet fir-regoli naqqsu d-defiċit attwarjali b'EUR 13,3-il miljun;

Qafas ġenerali

1.  Ifakkar li l-akbar sehem tal-baġit tal-Parlament huwa stabbilit permezz ta' obbligi statutorji jew kuntrattwali; jinnota li 55 % tal-baġit huwa soġġett għal indiċjar tas-salarji f'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal u l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew; ifakkar li l-previżjonijiet attwali dwar l-indiċjar tas-salarji mill-Kummissjoni għal Lulju 2021 u 2022 jammonta għal 2,9 % u 2,5 % rispettivament li jfisser żieda ta' EUR 31,9 miljun fl-2022;

2.  Jappoġġja l-ftehim li ntlaħaq fil-Konċiljazzjoni bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits, fl-14 ta' April 2021, biex tkun iffissata ż-żieda ta' 2,4 % tal-baġit 2021, perċentwal li jikkorrispondi għal-livell kumplessiv tal-estimi għall-2022 ta' EUR 2 112 904 198, biex jitnaqqas il-livell tan-nefqa fl-abbozz preliminari tal-estimi approvat mill-Bureau fit-8 ta' Marzu 2021 ta' EUR 18,85 miljun u biex, konsegwentement, jitnaqqsu l-approprjazzjonijiet proposti għal-linji baġitarji li ġejjin:

1004 01 – Spejjeż għall-vjaġġi regolari; sessjonijiet, kumitati jew id-delegazzjonijiet tagħhom, gruppi politiċi u mixxellanji; 1405 01 — Nefqa fuq l-Interpretazzjoni interpretazzjoni esterna; 2007 01 – Kostruzzjoni ta' bini u sistemazzjoni fil-bini; 2022 – Manutenzjoni, żamma, operat u tindif tal-bini; 2024 – Konsum tal-enerġija; 2120 01: Għamara: xiri, kiri, tiġdid, manutenzjoni u tiswija ta' għamara; 2140: Tagħmir u installazzjonijiet tekniċi; 3000 – Nefqiet għall-missjonijiet tal-persunal u vjaġġar fuq xogħol bejn it-tliet postijiet ta' xogħol; 3040 – Nefqa mixxellanja għal laqgħat interni; 3042 – Laqgħat, kungressi, konferenzi u delegazzjonijiet; 3210 09: Nefqa għas-Servizzi ta' Riċerka Parlamentari, inklużi l-bibljoteka, l-arkivji storiċi, il-valutazzjoni tal-għażliet xjentifiċi u teknoloġiċi (STOA) u ċ-Ċentru Ewropew tal-Midja Xjentifika: nefqa għaċ-Ċentru Ewropew tal-Midja Xjentifika; 3243 01: Ċentri għall-Viżitaturi tal-Parlament Ewropew: Il-Parlamentarium u l-"Europa Experience"; 3244 01: L-Organizzazzjoni u l-akkoljenza ta' gruppi ta' viżitaturi, il-programm Euroscola u stediniet għall-multiplikaturi tal-opinjoni minn pajjiżi terzi: spejjeż ta' akkoljenza u sussidji għall-gruppi ta' viżitaturi; 4220 02: Nefqa relatata mal-assistenza parlamentari: salarji u indennizzi tal-assistenti akkreditati – Statut għall-Membri; 4220 04: Nefqa relatata mal-assistenza parlamentari: spejjeż għall-missjonijiet u l-ivvjaġġar fuq xogħol bejn it-tliet postijiet tax-xogħol u t-taħriġ estern tal-assistenti akkreditati — Statut għall-Membri;

3.  Jappoġġja bil-qawwa żieda ta' 76 kariga għall-gruppi politiċi u 66 kariga fis-segretarjati tal-kumitati biex jiġi akkomodat proporzjonalment l-ammont ta' xogħol akbar u jiġu implimentati l-politiki tal-Unjoni; b'mod parallel, jistieden lill-Bureau juża sinerġiji possibbli sabiex tiżdied l-effiċjenza fl-amministrazzjoni, u janalizza kif id-diġitalizzazzjoni u modi ġodda ta' ħidma jgħinu biex jiġu ssimplifikati d-direttorati u jippermettu t-trasferiment tal-karigi lejn is-segretarjati tal-Kumitati; jitlob lill-Bureau jeżamina wkoll jekk l-assistenza parlamentari tal-Membri hijiex adegwata, fid-dawl tad-domanda dejjem tikber fuq il-Membri u l-persunal tagħhom;

4.  Jisħaq fuq il-fatt li l-Baġit 2022 tal-Parlament irid ikun realistiku u preċiż sabiex jiġi evitat l-ibbaġitjar żejjed; jieħu nota tal-prattika kontinwa tat-"trasferiment ta' tlaqqit" ta' tmiem is-sena li tikkontribwixxi għall-proġetti immobiljari; jinnota li dan it-"trasferiment ta' tlaqqit" sistematikament isir fl-istess kapitoli, l-istess titoli u, spiss, eżattament fuq l-istess linji baġitarji; iqis li tali prattika tirriskja li titqies bħala bbaġitjar żejjed programmat; jitlob li, qabel it-trasferiment ta' tlaqqit li jmiss, titnieda riflessjoni dwar il-finanzjament ta' investimenti ewlenin ibbażati fuq it-trasparenza;

L-ekoloġizzazzjoni tal-Parlament

5.  Jisħaq fuq il-fatt li l-Parlament jeħtieġ li jkun minn ta' quddiem nett fl-adozzjoni ta' metodi ta' ħidma u prattiki ta' laqgħat aktar diġitali, flessibbli u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, billi jittieħdu t-tagħlimiet mill-esperjenzi tal-pandemija tal-COVID-19 u jiġu kapitalizzati l-investimenti teknoloġiċi li diġà ġew implimentati; jappella, f'dan il-kuntest, għal rieżami komprensiv u ambizzjuż dwar kif il-Membri, il-persunal u l-uffiċjali jwettqu l-ħidma parlamentari tagħhom; iqis li tali rieżami għandu jkollu bħala l-enfasi ewlenija tiegħu l-funzjonament effettiv u tajjeb tal-istituzzjoni, u għandu jivvaluta wkoll l-effett ta' settings remoti u ibridi fuq il-kwalità tal-laqgħat, filwaqt li jiġu evitati miżuri li jiġġeneralizzaw b'mod eċċessiv intiżi biex jiġu ffaċċjati ċirkostanzi eċċezzjonali;

6.  Jilqa' l-miri tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali (EMAS) tal-Parlament għall-2024; ifakkar li l-istrateġija ta' nofs it-terminu 2024 tal-EMAS tinkludi klawżola ta' rieżami biex tiżdied l-ambizzjoni ambjentali abbażi tal-prestazzjoni osservata; jistieden lill-Parlament sabiex, fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19, jerġa' jivvaluta l-miri tal-EMAS tiegħu fl-2022, u biex jerġa' jivvaluta 'l fuq il-miri adottati fl-2019 għall-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni; itenni t-talba tiegħu biex il-pjan attwali tiegħu għat-tnaqqis tas-CO2 jiġi emendat bil-għan li tintlaħaq in-newtralità karbonika sal-2030 bl-użu ta' prezz intern tal-karbonju;

7.  Jirrikonoxxi li kważi żewġ terzi tal-impronta tal-karbonju tal-Parlament joriġinaw mit-trasport tal-persuni; jitlob tnaqqis sostanzjali ta' vvjaġġar għal-laqgħat li jistgħu jitwettqu b'mod effettiv b'mod remot jew b'mod ibridu u l-promozzjoni ta' bidla lejn alternattivi b'livell baxx ta' karbonju għall-bqija tal-ivvjaġġar, dment li dan ma jaffettwax il-kwalità tal-ħidma leġiżlattiva u politika;

8.  Jitlob li t-telexogħol volontarju jiġi estiż għal aktar jiem u għal aktar funzjonijiet; Jitlob li tingħata preferenza lil laqgħat ibridi jew laqgħat kompletament remoti meta dawn ma jinvolvux teħid ta' deċiżjonijiet politiċi, bħal seduti ta' smigħ u skambji ta' fehmiet jew laqgħat interni u preparatorji, filwaqt li jirrikonoxxi li l-preżenza fiżika hija aktar effiċjenti għan-negozjati politiċi, inkluż għall-forniment ta' interpretazzjoni u għal interpretazzjoni remota kull meta jkunu meħtieġa; jistieden lis-Segretarju Ġenerali sabiex, wara l-miżuri ta' kontinwità tan-negozju tal-COVID-19, jistabbilixxi qafas flessibbli ġdid għall-forniment ta' interpretazzjoni remota fl-era ta' wara l-COVID; jinnota li ż-żmien eċċessiv imqatta' fl-użu ta' għodod diġitali jista' jkollu effetti negattivi fuq il-benesseri ta' xi persuni; jitlob reviżjoni tar-regoli tal-missjonijiet sa tmiem l-2022 biex tiġi żgurata approvazzjoni xierqa bbażata fuq il-ħtiġijiet, ġustifikazzjoni speċifika għall-awtorizzazzjoni tal-missjonijiet kollha, rekwiżiti għal mezzi tat-trasport b'livell baxx ta' karbonju mingħajr ma l-Membri jiġu mxekkla milli jwettqu l-mandat tagħhom u l-esklużjoni tal-aktar modi ta' trasport dannużi bl-eċċezzjoni ta' każijiet estremi fejn jista' jkun diffiċli li jinstabu mezzi alternattivi ta' trasport għal vjaġġi twal jew lejn żoni b'aċċess diffiċli li jfixklu l-bilanċ bejn il-mira ambjentali u l-effiċjenza tal-ħidma parlamentari; jistenna li jkun hemm laqgħat ta' tħejjija totalment remoti, kif ukoll briefings remoti ta' wara l-missjoni għaż-żjarat kollha tad-delegazzjonijiet uffiċjali bħala kundizzjoni għal awtorizzazzjoni, u biex, mill-2022, l-awtorizzazzjoni għal delegazzjonijiet tiġi limitata biss għal dawk il-persuni li huma intitolati li jipparteċipaw f’tali delegazzjonijiet; jistieden lill-Bureau jiżgura li l-laqgħat straordinarji tal-kumitati fi Strasburgu jkunu strettament limitati għal ċirkostanzi eċċezzjonali u li jeħtieġ li jkunu debitament ġustifikati qabel ma jiġu approvati f'kull każ individwali;

9.  Iħeġġeġ lill-Membri jużaw trasport alternattiv b'livell baxx ta' karbonju; itenni t-talba tiegħu biex jiġu riveduti l-miżuri ta' implimentazzjoni tal-Istatut għall-Membri biex ikun jista’ jsir rimborż ta' biljetti tal-ajru flessibbli fil-klassi ekonomika għal vjaġġar fl-Unjoni, bl-eżenzjoni ta' titjiriet lejn u minn reġjuni ultraperiferiċi u titjiriet b'waqfa waħda jew aktar jew li jkunu itwal minn erba' sigħat; jinnota li l-ivvjaġġar ta' uħud mill-Membri mill-kostitwenzi tagħhom lejn il-postijiet tax-xogħol tal-Parlament jirrikjedi vjaġġi twal u jista' jsir biss bl-ajruplan;

10.  Jitlob għal titjib tal-infrastruttura tar-roti, tar-roti tat-tagħbija, tar-roti elettriċi u tal-iscooters elettriċi fil-bini tal-Parlament, b'mod partikolari permezz tal-installazzjoni ta' stazzjonijiet tal-parkeġġ u tat-tiswija tar-roti li jkunu faċli biex jintużaw u sikuri; jitlob lill-Parlament jikkollabora mill-qrib mal-awtoritajiet lokali rilevanti u b'mod partikolari, mar-Reġjun ta' Brussell fl-isforzi tiegħu biex ikun minn ta' quddiem fil-mobilità urbana sostenibbli billi jieħu rwol proattiv fl-implimentazzjoni tal-Pjan GoodMove; jitlob l-espansjoni tal-iskema ta' roti ta' servizz fi ħdan il-Parlament; jitlob miżuri speċifiċi biex titħeġġeġ il-mobilità attiva fost il-persunal tal-Parlament, inklużi attivitajiet ta' taħriġ speċifiku rigward l-ivvjaġġar sikur, il-manutenzjoni u t-tiswija; jitlob li jkun hemm skema pilota għar-roti tat-tagħbija għal ċerti proċessi loġistiċi fi ħdan il-Parlament u bejn il-binjiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

11.  Iħeġġeġ lill-persunal tal-Parlament biex juża t-trasport pubbliku u jappella għal sistema li tikkombina passes tat-trasport pubbliku sussidjati għall-persunal, u li jiġi eskluż l-intitolament għat-tieni vinjetta għall-parkeġġ, sal-2022; jistenna li l-karozzi uffiċjali jintużaw għat-trasport tal-Membri, il-persunal u l-assistenti parlamentari akkreditati (APAs) li jkunu fuq ordnijiet ta' missjoni bejn Brussell u Strasburgu; jitlob żieda adegwata fl-għadd ta' spazji għall-parkeġġ riżervati esklussivament għall-vetturi elettriċi u ħarsa ġenerali lejn l-għadd globali ta' spazji għall-parkeġġ f'konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli fit-tliet postijiet tax-xogħol;

12.  Jistenna li l-gruppi kollha ta' viżitaturi jkunu infurmati mis-servizzi tal-Parlament dwar l-impatt ambjentali tat-trasport tagħhom u li fl-2022 tiġi stabbilita sistema ta' rimborż inċentivat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar abbażi tal-impatt ambjentali; jirrikjedi lill-Bureau jibda l-proċess ta' reviżjoni tar-regoli relatati mal-gruppi ta' viżitaturi f'konformità mal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti – inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur (COM(2020)0789), b'mod partikolari l-paragrafu 9 ta' dik il-Komunikazzjoni, dwar l-ivvjaġġar kollettiv, u biex jadatta l-ispejjeż tal-ivvjaġġar għall-gruppi ta' viżitaturi għall-bidliet fil-prezzijiet tas-suq u biex jippermetti modifiki sabiex jiġi evitat ċaqliq fis-suq tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar li joħolqu diskriminazzjoni ġeografika indiretta għall-viżitaturi;

13.  Jappella lill-Amministrazzjoni timmonitorja t-tkomplija fiż-żidiet fl-ispejjeż tal-enerġija previsti għall-2022 u biex tesplora l-iffrankar tal-ispejjeż u l-effiċjenzi fil-konsum; jitlob li jitwaqqaf l-aġġornament tal-installazzjonijiet tat-tisħin tal-fjuwils fossili u li jkun hemm pjan direzzjonali biex jiġu eliminati gradwalment il-fjuwils fossili skont stadji importanti speċifiċi li għandhom jiġu adottati fl-2022 biex jiġu evitati assi mitlufa u biex issir analiżi tal-effikaċja u l-effiċjenza tal-użu ta' sistemi ta' pompi tas-sħana u teknoloġiji rilevanti oħra f'konformità mal-objettivi tal-EMAS; jistieden lill-Parlament ikompli jżid is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-taħlita enerġetika tiegħu u b'mod partikolari l-produzzjoni tal-enerġija u jistenna l-installazzjoni ta' pannelli fotovoltajċi tal-ogħla livell fuq il-bjut biex jinkiseb l-ogħla potenzjal possibbli għal tali pannelli fi Brussell sal-2023; jitlob, fl-istess ħin, it-tibdil gradwali tal-Garanziji ta' Akkwist tal-Oriġini b'sorsi tal-enerġija rinnovabbli lokali;

14.  Jistenna li s-servizzi tal-Parlament ikomplu jnaqqsu l-konsum tal-karti billi jimxu lejn ambjent mingħajr karti, kollettiv u online għal-laqgħat kollha, filwaqt li jkomplu jimplimentaw modalitajiet tal-firem elettroniċi; itenni t-talba tiegħu biex titwettaq analiżi ta' soluzzjonijiet alternattivi għall-bagolli f'konformità mal-objettiv tal-EMAS għal Parlament "mingħajr karti" kemm jista' jkun malajr;

15.  Jistenna li l-prinċipji tal-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel u tal-Ekonomija Ċirkolari jiġu applikati għall-investimenti kollha, inklużi dawk diġitali, u għad-deċiżjonijiet ta' ġestjoni; jappella għall-implimentazzjoni sħiħa tal-istrateġija tal-Parlament għall-ġestjoni tal-iskart f'konformità mal-prinċipji tal-ġerarkija tal-iskart, b'mod partikolari fir-rigward ta' approċċ sostenibbli u ċirkolari għall-ġestjoni tal-iskart tal-kostruzzjoni; jappella għall-implimentazzjoni sħiħa ta' miżuri biex il-Parlament ikun ħieles minn plastik li jintuża darba biss;

16.  Ifakkar fl-appoġġ tal-maġġoranza vasta tal-Membri tal-Parlament għal sede unika li tiżgura l-infiq effiċjenti ta' flus il-kontribwenti tal-Unjoni u biex il-Parlament jassumi r-responsabbiltà istituzzjonali tiegħu li jnaqqas l-impronta tal-karbonju tiegħu; ifakkar fil-ħtieġa li jinstabu soluzzjonijiet sabiex jiġu ottimizzati l-ħidma istituzzjonali, l-ispejjeż finanzjarji u l-impronta tal-karbonju tal-Parlament; jemmen li l-esperjenza miksuba u l-investimenti li saru fix-xogħol u l-laqgħat remoti tista' sservi bħala bażi biex jiġu adattati l-ħtiġijiet għall-missjonijiet tal-persunal; ifakkar li skont it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew għandu jkollu s-sede tiegħu fi Strasburgu; jinnota li bidliet permanenti jkunu jirrikjedu bidla fit-Trattat li għaliha hija meħtieġa l-unanimità;

17.  Ifakkar li l-kundizzjonijiet tas-sejħiet għall-offerti għandhom imorru lil hinn mill-prinċipju tal-aħjar prezz u għandhom jinkludu wkoll il-kriterji ambjentali, soċjali u tal-ġeneru b'indikaturi dettaljati; jilqa' l-estensjoni tal-mandat tal-Helpdesk għall-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku biex jinkludi l-element soċjali u tal-ġeneru u jitlob li jiddaħħal l-obbligu li l-Helpdesk għall-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku jiġi kkonsultat f'każ ta' proċeduri ta' akkwist ta' aktar minn EUR 15 000; jistenna li l-Bureau jadotta sistema ta' rapportar dwar is-sostenibbiltà bħall-Inizjattiva Globali ta' Rapportar u l-estensjoni tagħha għall-Integrazzjoni tal-Ġeneru fir-Rapportar dwar is-Sostenibbiltà sal-2022;

Trasparenza u responsabbiltà

18.  Jiddispjaċih li l-Bureau qiegħed jirrifjuta li jimplimenta r-rieda tal-Plenarja, espressa f'diversi okkażjonijiet, biex tiġi riformata l-Allowance għall-Ispejjeż Ġenerali (GEA), biex b'hekk jiġi evitat b'mod attiv li flus il-kontribwenti tal-Unjoni jintużaw b'mod aktar trasparenti u responsabbli; jitlob lill-Bureau jintroduċi bidliet fir-regoli li jirregolaw il-GEA sa tmiem l-2021;

19.  Jiddispjaċih li l-Bureau qiegħed jirrifjuta li jimplimenta r-rieda tal-Plenarja, espressa f'diversi okkażjonijiet, rigward il-passi ta' riforma ewlenin għall-Parlament li ssemmew inizjalment fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2017 dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE1, fosthom l-introduzzjoni ta' korsijiet ta' taħriġ obbligatorji kontra l-fastidju għall-persunal u għall-Membri kollha; jitlob lill-Bureau jimplimenta minnufih u bis-sħiħ id-deċiżjonijiet tal-Plenarja;

20.  Jiddispjaċih li l-Bureau qiegħed jirrifjuta li jimplimenta r-rieda tal-Plenarja, espressa f'diversi okkażjonijiet, biex l-APAs li jirrapportaw ksur tad-dritt tal-Unjoni skont id-Direttiva (UE) 2019/1937 dwar il-protezzjoni tal-informaturi(21) jingħataw l-istess livell għoli ta' protezzjoni bħal dak mogħti lill-APAs vittmi ta' fastidju; jistieden lill-Bureau jiddefinixxi standards ċari u legalment ċerti dwar f'liema każijiet tista' tingħata protezzjoni lill-informaturi, inkluż lill-APAs, u jippubblika dawk l-istandards;

21.  Jiddispjaċih li l-Bureau jirrifjuta li jimplimenta r-rieda tal-Plenarja, espressa f'diversi okkażjonijiet, biex tittieħed azzjoni għall-allinjament sħiħ tar-rati tal-allowances tal-uffiċjali, apparti l-impjegati taċ-ċivil u l-APAs fir-rigward tal-ivvjaġġar fuq xogħol bejn it-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament; jistieden lill-Bureau jindirizza din il-kwistjoni mingħajr aktar dewmien u jieħu l-miżuri meħtieġa ħalli jirrimedja dik l-inugwaljanza mit-tkomplija tas-sessjonijiet plenarji fi Strasburgu;

22.  Jerġa' jitlob lill-Konferenza tal-President tirrevedi d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni li jirregolaw il-ħidma tad-delegazzjonijiet u tal-missjonijiet barra mill-Unjoni Ewropea; jissottolinja li tali reviżjoni għandha tqis il-possibbiltà li l-APAs, soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet, jakkumpanjaw lill-Membri f'Delegazzjonijiet u f'Missjonijiet uffiċjali tal-Parlament;

23.  Jiddispjaċih li l-Bureau dewwem l-implimentazzjoni tar-rieda tal-Plenarja, espressa f'diversi okkażjonijiet, biex jaħdem fuq soluzzjoni teknika li tippermetti lill-Membri jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jivvutaw filwaqt li jibbenefikaw mil-liv tal-maternità jew tal-paternità, waqt mard fit-tul jew f'każijiet ta' force majeure u jiċċaraw il-limiti legali, finanzjarji u tekniċi li tali soluzzjoni tkun tinvolvi; jemmen li kwalunkwe pass meħud f'dan ir-rigward kien jippermetti li jiġi avvanzat l-istabbiliment tal-iskema ta' xogħol u votazzjoni remoti tal-Parlament stabbilita meta feġġet il-pandemija; jistenna li, peress li issa ġiet ikkonfermata l-possibbiltà teknika, il-Bureau se jieħu f'idejh il-ħidma biex jitneħħew il-limiti legali u finanzjarji li jistgħu jibqgħu;

24.  Ifakkar li skont ir-Rapporti Annwali tar-Reġistru ta' Trasparenza f'dawn l-aħħar snin, madwar nofs l-entrati kollha fir-Reġistru huma żbaljati; jibża' li r-Reġistru ma jistax jissodisfa l-għan tiegħu li jipprovdi aktar trasparenza dwar l-attivitajiet tar-rappreżentanti ta' interess jekk nofs l-entrati tiegħu jipprovdu informazzjoni mhux kompluta jew żbaljata; jitlob lill-Parlament jieħu miżuri biex iżid il-preċiżjoni tar-Reġistru;

25.  Itenni t-talba tiegħu li l-Parlament jabbozza rapport annwali dettaljat dwar ir-rappreżentanti ta' interess u organizzazzjonijiet oħra li jkunu ngħataw aċċess għall-bini tal-Parlament, u jippubblikah f'konformità mar-regolament dwar il-protezzjoni tad-data;

26.  Jistenna li fil-futur il-Bureau jinforma lill-Membri b'mod proattiv dwar l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Plenarja;

Ġeneru

27.  Jitlob li ssir analiżi tal-ibbaġitjar skont il-ġeneru li tirfed l-abbozz preliminari tal-estimi futuri f'konformità mal-impenn tal-Unjoni għal Ibbaġitjar Skont il-Ġeneru; jappella għal sistema speċifika ta' kontabbiltà skont il-ġeneru b'infiq għall-Membri, il-persunal u l-esperti f'forma diżaggregata skont il-ġeneru;

28.  Jitlob l-adozzjoni ta' kriterji ta' evalwazzjoni u monitoraġġ tal-akkwist skont il-ġeneru, ibbażati fuq il-promozzjoni tal-opportunitajiet indaqs preżenti fl-ispeċifikazzjonijiet kollha tal-offerti tal-Parlament;

Infrastruttura diġitali

29.  Jappoġġja l-investiment fl-infrastruttura diġitali, inkluż fiċ-ċibersigurtà; jissottolinja l-ħtieġa li l-ICT tintegra soluzzjonijiet ta' software sikuri, jiġifieri, soluzzjonijiet ta' software b'sors miftuħ biex jiġi żgurat kontroll sħiħ fuq is-software u fuq il-ġestjoni tad-data mill-Parlament kif ukoll il-libertà fl-iżvilupp tal-applikazzjonijiet u li l-akkwist ta' teknoloġija għandu speċifikament jevita d-dipendenza fuq pjattaformi teknoloġiċi kbar jew il-lock-in teknoloġiku fil-konfront ta' dawn il-pjattaformi, b'mod partikolari fir-rigward tal-fornituri ta' servizz ta' cloud;

30.  Jisħaq li l-Parlament jeħtieġlu jintegra l-kwistjoni ambjentali fl-aġenda diġitali; jisħaq li l-innovazzjoni diġitali trid tikkontribwixxi b'mod pożittiv għat-tranżizzjoni ekoloġika; jitlob li jinkiseb tnaqqis fl-impronta ambjentali tat-teknoloġija diġitali (IT ekoloġika), b'mod partikolari permezz tal-adattament tal-politiki interni; jistieden lill-Parlament jintegra l-ekodisinn tas-servizzi diġitali fil-ġestjoni tiegħu tal-ICT u jagħżel għażliet li jirrispettaw l-ekonomija ċirkolari u jippromwovu l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi;

31.  Ifakkar fir-riskji inerenti għas-sigurtà tal-informazzjoni u l-privatezza tal-użu ta' soluzzjonijiet dipendenti fuq partijiet terzi għall-kondiviżjoni ta' data sensittiva u l-impatt pożittiv ta' software b'sors miftuħ għall-awtonomija diġitali u l-benefiċċji tiegħu f'termini ta' sigurtà; jinsisti li l-utenti għandhom ikunu jistgħu jużaw software b'sors miftuħ fuq l-apparat tal-Parlament, u jenfasizza l-ħtieġa għal soluzzjonijiet deċentralizzati u b'sors miftuħ għal laqgħat virtwali u għall-messaġġi istantanji; jenfasizza l-ħtieġa li l-utenti jitħarrġu b'mod xieraq b'enfasi speċjali fuq iċ-ċibersigurtà; jisħaq fuq il-ħtieġa għal software awtomatiku ta' traskrizzjoni u traduzzjoni tal-lingwa biex tiġi appoġġjata d-diffużjoni ugwali tal-informazzjoni fil-lingwi uffiċjali kollha;

32.  Iħeġġeġ bil-qawwa li jittieħdu miżuri biex jiżguraw li l-Parlament jakkwista software u infrastruttura diġitali, inklużi soluzzjonijiet tal-cloud, jevita effetti ta' intrappolament tal-bejjiegħa permezz ta' rekwiżiti ta' portabbiltà u interoperabbiltà sħiħa, juża software b'sors miftuħ u jalloka l-akkwisti biex ikunu mmirati lejn l-SMEs u lin-negozji ġodda;

33.  Jisħaq li d-data u l-għodod tas-software ġġenerati mis-settur pubbliku u/jew data u għodod tas-software ffinanzjati pubblikament għandhom ikunu jistgħu jerġgħu jintużaw, ikunu aċċessibbli b'mod miftuħ u konformi mad-drittijiet fundamentali u, jekk ikunu maħsuba għal użu kritiku, irid ikollhom ċertifikazzjoni tas-sigurtà jew verifika tas-sigurtà; iqis li, barra minn hekk, l-IA użata mill-Parlament għandha tiġi rilaxxata bħala sors miftuħ, fl-ambitu tal-proċedura ta' akkwist pubbliku, u b'dokumentazzjoni tas-software u l-algoritmi aċċessibbli biex b'hekk ikun jista' jsir rieżami dwar kif is-sistema tal-IA tkun waslet għal konklużjoni partikolari; jenfasizza li awditu tad-drittijiet fundamentali għandu jkun parti minn valutazzjoni tal-konformità minn qabel;

34.  Jinnota li ddaħħlu fis-seħħ sistemi ta' votazzjoni remota biex jissalvagwardjaw il-kontinwità tal-ħidma tal-Parlament matul il-pandemija; jitlob li dawn is-sistemi ta' votazzjoni jiġu unifikati;

35.  Jappella għal networks bla fili aktar veloċi u aktar sikuri fit-tliet postijiet tax-xogħol;

Ħidma maċ-ċittadini

36.  Jissottolinja li l-Parlament huwa l-unika istituzzjoni tal-Unjoni soġġetta għal vot universali dirett; iqis li huwa importanti li ċ-ċittadini jiġu pprovduti b'fehim aħjar tal-attivitajiet tal-Parlament kif ukoll li titqajjem kuxjenza politika u jiġu promossi l-valuri tal-Unjoni; jappella għal żieda fil-mezzi diġitali għal parteċipazzjoni diretta maċ-ċittadini;

37.  Jappoġġja l-istabbiliment ta' Europa Experiences fl-Istati Membri kollha sal-2024; jieħu nota tal-konferma li d-dewmien ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 mhux se jikkomprometti l-istadji kritiċi; jappoġġja l-amministrazzjoni fil-politika tagħha li għandha l-għan li timmassimizza s-sinerġiji; jistenna li l-impatt baġitarju fit-tul tal-Europa Experiences f'termini ta' spejjeż operattivi jiġi ppreżentat lill-Kumitat għall-Baġits qabel l-adozzjoni tal-baġit 2022; ifakkar li Europa Experiences għandha tippermetti liċ-ċittadini kollha jifhmu aħjar il-funzjonament tal-istituzzjonijiet Ewropej;

38.  Iqis li l-Uffiċċji ta' Kollegament tal-Parlament Ewropew (EPLOs) għandhom ikabbru n-network tagħhom u jinvolvu ruħhom aktar maċ-ċittadini; jistieden lill-Parlament jiżviluppa laqgħat u avvenimenti bħall-Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ (EYE) bejn il-Membri u ż-żgħażagħ fil-livell lokali permezz tal-EPLOs tiegħu;

39.  Jirrikonoxxi l-importanza tal-gruppi ta' viżitaturi; jinnota li l-ebda grupp ta' viżitaturi ma seta' jżur il-bini tal-Parlament matul il-pandemija tal-COVID-19; ifakkar li, f'konformità mad-deċiżjoni tal-Bureau tal-5 ta' Ottubru 2020, 40 % tal-kwota mhux użata tal-2020 ġiet riallokata għall-2022; jilqa' l-fatt li l-Parlament jinvesti sforzi konsiderevoli fis-servizzi li joffri lill-viżitaturi, speċjalment għaż-żgħażagħ li jibqgħu grupp ta' destinatarji ewlieni; jitlob li ma jkun hemm ebda żieda addizzjonali fl-allowances għall-viżitaturi għall-bqija tal-leġiżlatura lil hinn minn dak li huwa operazzjonalment fattibbli;

40.  Jirrikonoxxi li madwar 50 miljun persuna jappartjenu għal diversi minoranzi lingwistiċi, reġjuni u komunitajiet fl-Unjoni; ifakkar li l-Parlament iħeġġeġ l-involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, inklużi l-minoranzi nazzjonali, reġjonali u lingwistiċi, fl-Unjoni; ifakkar li l-Parlament jappoġġja bil-qawwa l-multilingwiżmu u jippromwovi d-drittijiet tal-minoranzi nazzjonali, reġjonali u lingwistiċi; iqis li l-Parlament jista' jikkontribwixxi b'mod attiv għall-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni billi jipprovdi informazzjoni wkoll fil-lingwi tal-minoranzi, tar-reġjuni u tal-komunitajiet lingwistiċi, fejn xieraq; jitlob lill-Bureau janalizza l-fattibbiltà u jistma l-ispiża finanzjarja tal-forniment ta' materjali ta' komunikazzjoni, pereżempju għaċ-Ċentri Europa Experience u l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa fil-lingwi tal-minoranzi, tar-reġjuni u tal-komunitajiet lingwistiċi fi ħdan l-Istati Membri differenti;

41.  Jistieden lill-Bureau jfassal it-traduzzjoni ta' riżoluzzjonijiet ewlenin dwar il-politika barranija adottati skont l-Artikolu 54 (Rapporti fuq inizjattiva proprja) fil-lingwi uffiċjali mhux tal-Unjoni tan-Nazzjonijiet Uniti (jiġifieri l-Għarbi, iċ-Ċiniż u r-Russu), kif ukoll ir-riżoluzzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż adottati skont l-Artikolu 132 (riżoluzzjoni li takkumpanja d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni/VP/RGħ) u l-Artikolu 144 (riżoluzzjoni ta' urġenza) fil-lingwa uffiċjali tal-pajjiż ikkonċernat, bil-ħsieb li jissaħħu l-impatt u s-sensibilizzazzjoni tal-attivitajiet tal-Parlament fil-qasam tal-affarijiet barranin, u jistieden lill-awtorità baġitarja tiżgura li jkun hemm biżżejjed approprjazzjonijiet disponibbli għal dan l-għan.

42.  Jistieden lis-Segretarju Ġenerali janalizza l-fattibbiltà tal-introduzzjoni tal-interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali internazzjonali għad-dibattiti plenarji kollha, f'konformità mat-talbiet adottati mill-Plenarja, u jimplimenta din id-deċiżjoni fir-rigward tal-prinċipju ta' aċċess ugwali għaċ-ċittadini kollha;

43.  Iqis li huwa ta' importanza kbira li kull istituzzjoni tal-Unjoni involuta fit-twaqqif u l-ġestjoni tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa li jmiss, inkluż il-Parlament, għandha tkun mgħammra b'mod adegwat bil-baġits amministrattivi biex din tkun suċċess diġà mill-komunikazzjoni tal-estimi tad-dħul u n-nefqa;

44.  Jitlob li tiġi introdotta l-opportunità għaċ-ċittadini u r-residenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi sħab biex jagħmlu żjarat virtwali ggwidati fil-Parlament sabiex jinkiseb fehim aħjar tax-xogħol u l-valuri tal-istituzzjoni fost il-pubbliku ġenerali;

45.  Jitlob li jkun hemm servizz ta' viżitaturi ddedikat għall-anzjani li jenfasizza l-programmi u l-politiki tal-Unjoni li jippromwovu t-tixjiħ attiv;

Proġetti immobiljari oħra

46.  Jistenna ppjanar u teħid ta' deċiżjonijiet aktar trasparenti u dettaljati, inkluż l-għoti ta' informazzjoni bikrija, b'kunsiderazzjoni dovuta għall-Artikolu 266 tar-Regolament Finanzjarju rigward il-politika immobiljari tal-Parlament; jappella għal dibattitu dwar il-funzjonament tal-Parlament u rieżami tal-ħtiġijiet tal-ispazju tal-Parlament fid-dawl tal-effetti tal-pandemija u taż-żieda mistennija fit-telexogħol u, jekk ikun xieraq, għall-adattament tal-istrateġija immobiljari tiegħu fit-tul; jisħaq li ppjanar bir-reqqa għandu jippermetti ffrankar sostanzjali;

47.  Jitlob lill-Bureau jħabbar id-deċiżjoni tiegħu dwar il-bini Paul-Henri Spaak, inkluża analiżi dettaljata tal-ispejjeż u tad-dokumenti ġustifikattivi; jieħu nota tan-nuqqas ta' disponibbiltà tal-bini Spaak matul ix-xogħlijiet ta' rinnovazzjoni u jitlob li jiġi ottimizzat l-ispazju diġà disponibbli f'konformità mal-ħtiġijiet tal-Parlament; ifakkar, f'dan il-kuntest, fl-impenn tal-Parlament li jwettaq l-adattament u r-rinnovament neċessarji tal-bini tiegħu sabiex jinħoloq ambjent aċċessibbli għall-utenti kollha f'konformità mal-istandards tal-Unjoni; jirrakkomanda li d-diversità u l-kriterji ta' inklużjoni jiġu kkunsidrati kif xieraq fl-ippjanar u fir-ristrutturar tal-bini tal-Parlament;

48.  Jilqa' d-deċiżjoni tal-Bureau li jadotta passaporti tal-bini għall-ġestjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-portafoll tal-bini tal-Parlament; jistenna li l-użu tal-għodda l-ġdida jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni effettiva tal-perkors biex jinkiseb bini newtrali għall-klima jew passiv kemm jista' jkun malajr u sa mhux aktar tard mill-2050; jistenna wkoll li l-passaport ikun jinkludi t-titjib tal-kwalità tal-arja ta' ġewwa u l-bini b'saħħtu;

49.  Jinnota li l-baġit propost mis-Segretarju Ġenerali għall-2022 jipprevedi EUR 4,358 miljun għall-kostruzzjoni fid-daħla tal-bini WEISS u jinnota wkoll li EUR 8 miljun kienu diġà previsti fil-baġit tal-2021 għal tali kostruzzjoni; jitlob informazzjoni aġġornata dwar l-ispejjeż ġenerali ta' dan il-proġett;

Kwistjonijiet oħrajn

50.  Itenni t-talba tiegħu lill-Bureau biex jistabbilixxi flessibbiltà sħiħa tal-preżenza tal-Membri matul il-Ġimgħat Ekoloġiċi biex jiġu ffaċilitati l-arranġamenti ta' ħidma tagħhom;

51.  Ifakkar fl-Artikolu 27(1) u (2) tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew(22) li jiddikjara li "[I]l-fond għall-pensjoni volontarja mwaqqaf mill-Parlament Ewropew għandu jinżamm wara d-dħul fis-seħħ ta' dan l-Istatut għall-Membri jew ex Membri li diġà kisbu drittijiet jew jeddijiet futuri f'dak il-fond" u li "[D]rittijiet miksuba u drittijiet futuri għandhom jinżammu fl-intier tagħhom"; jistieden lis-Segretarju Ġenerali u lill-Bureau jirrispettaw bis-sħiħ l-Istatut għall-Membri u jistabbilixxu pjan ċar għall-Parlament li jassumi u jieħu f'idejh l-obbligi u r-responsabbiltajiet għall-iskema tal-pensjoni volontarja tal-Membri tiegħu flimkien mal-Fond tal-Pensjoni;

52.  Jinnota li l-fornituri tas-servizzi ntlaqtu ħażin mill-pandemija; jilqa' l-isforzi tal-Parlament, bħall-forniment ta' ikliet ta' solidarjetà, biex jgħinu jitnaqqas l-impatt fuq is-sottokuntratturi u l-impjegati tagħhom; jenfasizza l-fatt li s-sottokuntrattar tas-servizzi tat-tindif u tal-forniment tal-ikel ipoġġi lin-nies, prinċipalment lin-nisa, f'pożizzjoni estremament vulnerabbli; jinsab imħasseb ħafna dwar l-għadd enormi ta' sensji lil impjegati fil-kumpanija tal-forniment tal-ikel, il-Grupp COMPASS; jistieden lill-awtoritajiet rilevanti tal-Parlament biex, f'kollaborazzjoni mas-sottokuntratturi, jinvestigaw is-soluzzjonijiet alternattivi possibbli kollha biex jissalvagwardjaw l-impjiegi fi ħdan il-qafas tad-djalogu soċjali u jakkwistaw servizzi addizzjonali ġustifikabbli fir-rigward tal-użu tal-baġit tal-Parlament; jistieden lill-Parlament jieħu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex jiżgura li l-ogħla standards tal-liġi tax-xogħol għall-persunal tat-tindif, li huwa magħmul prinċipalment min-nisa, u għall-persunal tal-forniment tal-ikel qed jiġu rispettati minn kuntratturi esterni, b'mod partikolari fir-rigward tal-pressjoni psikoloġika u l-kundizzjonijiet tax-xogħol; jistieden lill-Bureau jikkunsidra mill-ġdid il-politika ta' esternalizzazzjoni tal-Parlament;

53.  Jappella lis-Segretarju Ġenerali u lill-Bureau biex inisslu kultura ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni fl-amministrazzjoni kollha tal-Parlament u approċċ ta' ġestjoni razzjonalizzata sabiex jiżdiedu l-effiċjenza u s-sostenibbiltà ambjentali, u jitnaqqsu d-dokumentazzjoni u l-burokrazija fil-qafas tal-ħidma interna tal-istituzzjoni; jisħaq fuq il-fatt li l-esperjenza ta' ġestjoni razzjonalizzata hija t-titjib kontinwu tal-proċedura tal-ħidma bis-saħħa tas-semplifikazzjoni u l-esperjenza tal-persunal amministrattiv;

54.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi riveduta l-politika tar-riżorsi umani tal-Parlament sabiex l-istituzzjoni tkun tista' tagħmel użu mill-għarfien espert miksub mill-persunal kollu tal-Parlament; jemmen li huwa għalhekk meħtieġ li jinbidlu r-regoli biex il-kategoriji kollha tal-persunal, inklużi l-Assistenti Parlamentari Akkreditati, ikunu jistgħu jipparteċipaw f'kompetizzjonijiet interni u jistabbilixxu skemi ta' żvilupp tar-riżorsi umani li jippermettu lill-Parlament iżomm l-għarfien espert ta' dawn il-kategoriji għas-servizz tal-Istituzzjoni;

55.  Jistieden lis-Segretarju Ġenerali jivvaluta r-riskji relatati mal-impjieg ta' għadd dejjem jikber ta' aġenti kuntrattwali, inkluż il-periklu li tinħoloq struttura tal-persunal b'żewġ livelli fi ħdan il-Parlament; jinsisti li l-kompiti u l-karigi permanenti ewlenin għandhom jitwettqu minn persunal permanenti;

56.  Jappella għal aktar flessibbiltà u inqas burokrazija fil-ġestjoni u l-kuntratti tal-uffiċċji tal-Membri tal-PE filwaqt li jitqiesu l-iżbalji ripetuti tal-pjattaformi online u d-diffikultà biex joperaw mill-bogħod matul il-pandemija tal-COVID-19; jitlob lis-Segretarjat u lis-servizzi finanzjarji tal-Parlament biex jistabbilixxu sett speċjali ta' regoli flessibbli;

57.  Jinnota li kull semestru l-Parlament jilqa' madwar 250 trainee fi Brussell; iqis li t-trainees kollha tal-Parlament għandhom jiġu offruti l-istess tnaqqis għat-trasport bħall-membri l-oħra tal-persunal; iqis li dawn il-miżuri ma jżidux piż sinifikanti fuq il-baġit tal-Parlament u jirriżultaw fi tnaqqis sinifikanti tal-ispejjeż għat-trainees fi Brussell;

58.  Ifakkar li jeħtieġ li jiġu ddedikati riżorsi adegwati għall-finanzjament ta' attivitajiet kulturali u artistiċi fil-bini tal-Parlament u barra minnu, sabiex jiġi enfasizzat l-appoġġ tiegħu għas-settur kulturali u kreattiv;

59.  Ifakkar fl-impenn politiku tal-Parlament fir-rigward tal-uffiċċji ta' kollegament esterni tiegħu u jħeġġeġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jiżgura l-kundizzjonijiet meħtieġa, bħall-ġestjoni konġunta tal-bini fejn ikun meħtieġ, u jiżgura l-akkreditazzjoni tal-istatus diplomatiku tal-persunal tal-Parlament lill-awtoritajiet tal-Istati ospitanti;

60.  Jappella għal rapporti annwali f'waqthom u trasparenti tal-Awtorità għall-Partiti Politiċi u l-Fondazzjonijiet;

61.  Iqis li l-pandemija tal-COVID-19 għandha impatti negattivi fuq il-vivaċità tal-Parlament; jissottolinja l-importanza li jiġi żgurat Parlament dinamiku u animat ladarba tintemm il-kriżi tal-COVID-19; jitlob għalhekk lill-Bureau jwettaq analiżi maħsuba biex jinstabu prattiki ġodda li jistgħu jagħmlu lill-Parlament aktar vivaċi, segwiti minn rakkomandazzjonijiet li jistgħu jiġu implimentati permezz ta' reviżjoni tar-Regoli ta' Proċedura, jekk ikun meħtieġ;

o
o   o

62.  Jadotta l-estimi għas-sena finanzjarja 2022;

63.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u l-estimi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(2) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11.
(3) ĠU C 444 I, 22.12.2020.
(4) Testi adottati, P9_TA(2020)0357, Anness II.
(5) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.
(6) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15.
(7) Testi adottati, P9_TA(2020)0123.
(8) Testi adottati, P9_TA(2020)0302.
(9) Testi adottati, P9_TA(2020)0385.
(10) ĠU C 346, 27.9.2018, p. 19..
(11) Testi adottati, P8_TA(2018)0331.
(12) Testi adottati, P8_TA(2019)0010.
(13) https://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2020/652735/IPOL_STU(2020)652735_EN.pdf
(14) ĠU C 364, 15.10.2014, p. 3.
(15) Testi adottati, P9_TA(2020)0227.
(16) Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).
(17) Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).
(18) Testi adottati, P7_TA(2012)0306.
(19) ĠU C 444 I, 22.12.2020, p. 5.
(20) Testi adottati mill-Bureau, PE 113.116/BUR./rev. XXVI/ 01-04-2009.
(21) Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).
(22) Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2005 li tadotta l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (2005/684/KE, Euratom) (ĠU L 262, 7.10.2005, p. 1).


Ir-Russja, il-każ ta' Alexei Navalny, l-iskjerament militari fil-fruntiera mal-Ukrajna u l-attakki Russi fir-Repubblika Ċeka
PDF 155kWORD 55k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 dwar ir-Russja, il-każ ta' Alexei Navalny, l-iskjerament militari fil-fruntiera mal-Ukrajna u l-attakki Russi fir-Repubblika Ċeka (2021/2642(RSP))
P9_TA(2021)0159RC-B9-0236/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Russja u l-Ukrajna,

–  wara li kkunsidra l-Karta tan-NU, il-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar, id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, u l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (ECHR),

–  wara li kkunsidra l-pakkett ta' miżuri għall-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Minsk, adottati u ffirmati f'Minsk fit-12 ta' Frar 2015 u approvati uffiċjalment f'daqqa bir-riżoluzzjoni 2202 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tas-17 ta' Frar 2015,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-G7 tat-18 ta' Marzu 2021 dwar l-Ukrajna u d-dikjarazzjoni konġunta tagħhom mar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tat-12 ta' April 2021 dwar l-istess suġġett,

–  wara li kkunsidra l-laqgħa tas-16 ta' April 2021 bejn il-President Franċiż, il-President Ukren u l-Kanċilliera Ġermaniża dwar il-kwistjoni tal-iskjerament militari Russu,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni li għamel ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà f'isem l-UE fit-18 ta' April 2021 dwar saħħet Alexei Navalny li sejra għall-agħar,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 68/262 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tas-27 ta' Marzu 2014 bit-titolu "L-integrità territorjali tal-Ukrajna", ir-riżoluzzjonijiet 71/205 tad-19 ta' Diċembru 2016, 72/190 tad-19 ta' Diċembru 2017, 73/263 tat-22 ta' Diċembru 2018, 74/168 tat-18 ta' Diċembru 2019 u 75/192 tas-16 ta' Diċembru 2020 bit-titolu "Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea u fil-belt ta' Sevastopol (l-Ukrajna)", u r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-NU 74/17 tad-9 ta' Diċembru 2019 u 75/29 tas-7 ta' Diċembru 2020 bit-titolu "Il-problema tal-militarizzazzjoni tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea u l-belt ta' Sevastopol, l-Ukrajna, kif ukoll ta' partijiet mill-Baħar l-Iswed u mill-Baħar ta' Azov",

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina(1),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, u b'mod partikolari t-Titolu II tiegħu dwar id-djalogu politiku u l-konverġenza fil-qasam tal-affarijiet barranin u s-sigurtà(2),

–  wara li kkunsidra l-Memorandum ta' Budapest dwar Garanziji ta' Sigurtà tal-5 ta' Diċembru 1994 b'rabta mal-adeżjoni tal-Belarus, il-Każakistan u l-Ukrajna mat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Ukrajna tad-29 ta' Marzu 2021 għal ritorn għal waqfien sħiħ mill-ġlied fil-Lvant tal-Ukrajna u l-abbozz tal-Pjan ta' Azzjoni Konġunt dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Minsk,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-kelliem tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna tad-19 ta' April 2021 dwar it-tkeċċija ta' diplomatiċi Ċeki u d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà f'isem l-UE tal-21 ta' April 2021 b'solidarjetà mar-Repubblika Ċeka dwar attivitajiet kriminali fit-territorju tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi f'dawn l-aħħar ġimgħat il-Federazzjoni Russa żiedet sostanzjalment il-preżenza militari tagħha fil-fruntieri tal-Lvant u tat-Tramuntana mal-Ukrajna u fil-Krimea, u ġabret total ta' aktar minn 100 000 truppa, kif ukoll tankijiet, artillerija, vetturi blindati u makkinarju tqil ieħor; billi dan l-iskjerament reċenti jikkostitwixxi l-akbar konċentrazzjoni ta' truppi Russi mill-2014 'l hawn u l-iskala u l-kapaċitajiet offensivi tiegħu jindikaw intenzjonijiet ostili;

B.  billi l-Federazzjoni Russa ħabbret is-sospensjoni tad-dritt ta' passaġġ innoċenti għall-bastimenti tal-gwerra u l-bastimenti kummerċjali ta' pajjiżi oħra min-naħa tal-Baħar l-Iswed fid-direzzjoni tal-Istrett ta' Kerch sal-31 ta' Ottubru 2021, u b'hekk qed tikser il-libertà ta' navigazzjoni, li hija garantita mill-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar, li r-Russja hija firmatarja tagħha; billi ż-żoni kkonċernati jinsabu fil-baħar territorjali tal-Ukrajna li jdawwar it-territorju temporanjament okkupat tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea u l-belt ta' Sevastopol;

C.  billi għaddew sitt snin mill-adozzjoni tal-Ftehimiet ta' Minsk u seba' snin mill-annessjoni illegali tal-peniżola tal-Krimea mill-Federazzjoni Russa u l-bidu tal-gwerra fl-Ukrajna;

D.  billi skont sorsi Ukreni, il-Federazzjoni Russa għandha madwar 3 000 uffiċjal u għalliem militari fil-forzi armati taż-żewġ hekk imsejħa Repubbliki tal-Poplu;

E.  billi d-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna mill-Federazzjoni Russa permezz tal-forzi proxy tagħha fl-hekk imsejħa Repubbliki tal-Poplu ta' Donetsk u Luhansk ilha għaddejja mill-2014; billi l-kunflitt sewa l-ħajja ta' aktar minn 14 000 persuna u wassal biex kważi żewġ miljun persuna saru persuni spostati internament (IDPs);

F.  billi l-Ukrajna talbet li jiġi invokat il-paragrafu 16.3 tal-Kapitolu III tad-Dokument ta' Vjenna tal-2011 dwar il-Miżuri għat-Tisħiħ tal-Fiduċja u tas-Sigurtà, filwaqt li talbet "spjegazzjoni tal-attivitajiet militari mhux tas-soltu" tal-Federazzjoni Russa qrib il-fruntiera tal-Ukrajna u fil-Krimea okkupata; billi d-Dokument ta' Vjenna ġie adottat minn kull wieħed mis-57 membru tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) fl-2011 biex iservi bħala sors permanenti ta' kooperazzjoni u trasparenza militari; billi l-Federazzjoni Russa ddeċidiet li ma tiħux sehem f'din il-laqgħa;

G.  billi l-istati parteċipanti tal-OSKE għandhom jagħtu lil xulxin informazzjoni dwar, fost l-oħrajn, il-pjanijiet ta' skjerament, jinnotifikaw lil xulxin qabel iż-żmien dwar attivitajiet militari sinifikanti, pereżempju eżerċizzji, u jikkonsultaw u jikkooperaw ma' xulxin f'każ ta' attività militari mhux tas-soltu jew żieda fit-tensjonijiet;

H.  billi l-Ġimgħa 23 ta' April 2021 il-Ministeru għad-Difiża Russu ddikjara li l-forzi miġbura kienu se jirritornaw lejn il-bażijiet permanenti tagħhom sal-1 ta' Mejju 2021;

I.  billi d-drittijiet għal-libertà tal-ħsieb u tal-kelma, ta' assoċjazzjoni u ta' għaqda paċifika huma minquxa fil-Kostituzzjoni tal-Federazzjoni Russa; billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fir-Russja qed tkompli sejra għall-agħar, u l-awtoritajiet qed jikkalpestaw kontinwament dawn id-drittijiet u l-libertajiet; billi l-Federazzjoni Russa hija firmatarja tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-KEDB, u hija membru tal-Kunsill tal-Ewropa;

J.  billi fid-9 ta' April 2021, l-awtoritajiet Russi żammew f'detenzjoni għal perjodu qasir, interrogaw u ħatfu l-mowbajls u d-dokumenti ta' Roman Anin, wieħed mill-ġurnalisti investigattivi ewlenin tar-Russja affiljat mal-Proġett ta' Rappurtar dwar il-Kriminalità Organizzata u l-Korruzzjoni (OCCRP); billi dawn l-azzjonijiet ipperikolaw ukoll lil sħabu l-ġurnalisti tal-OCCRP li kienu qed jaħdmu fuq kwistjonijiet ta' trasparenza u korruzzjoni, minħabba l-informazzjoni li s-Servizz tas-Sigurtà Federali (FSB) issa għandu aċċess sħiħ għaliha;

K.  billi Alexei Navalny, l-aktar attivist kontra l-korruzzjoni u politiku tal-oppożizzjoni Russu magħruf, fis-17 ta' Jannar 2021 ġie arrestat u fit-2 ta' Frar 2021 ġie kkundannat għal tliet snin u nofs ħabs talli allegatament kiser il-probation waqt li kien qed jirkupra fil-Ġermanja minn attentat ta' assassinju b'avvelenament permezz ta' aġent kimiku militari pprojbit imwettaq minn aġenti tas-servizzi tas-sigurtà Russi fil-Federazzjoni Russa; billi fit-12 ta' Marzu 2021 Alexei Navalny ġie ttrasferit lejn kolonja penali f'Pokrov, fejn ġie ripetutament soġġett għal tortura u trattament inuman u sussegwentement beda strajk tal-ġuħ aktar minn tliet ġimgħat ilu;

L.  billi dawn l-iżviluppi tal-aħħar ġimgħat ikkonfermaw l-agħar beżgħat ta' familtu, ħbiebu, is-sostenituri tiegħu u l-komunità internazzjonali rigward is-sikurezza personali tiegħu u ħajtu, u wasslu għat-trasferiment tiegħu lejn sptar tal-ħabs qrib Moska fejn ħajtu għadha fil-periklu;

M.  billi fis-16 ta' Frar 2021 il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem iddeċidiet li tindika lill-Gvern tar-Russja, skont l-Artikolu 39 tar-Regoli tal-Qorti, biex jeħles lil Alexei Navalny; billi din il-miżura għandha tapplika b'effett immedjat; billi l-Qorti qieset in-natura u l-kobor tar-riskju għal ħajjet Alexei Navalny, murija prima facie għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-miżura interim u kkunsidrati fid-dawl taċ-ċirkustanzi ġenerali tad-detenzjoni attwali ta' Alexei Navalny;

N.  billi nhar il-Ġimgħa 23 ta' April 2021, Alexei Navalny ħabbar li, wara parir mogħti minn tobba mhux tal-ħabs, huwa kien se jissospendi gradwalment l-istrajk tal-ġuħ li kien beda fil-31 ta' Marzu 2021; billi l-parir mediku li ngħata Alexei Navalny kien li t-tkomplija tal-istrajk tal-ġuħ kienet se tkun ta' theddida għal ħajtu; billi anki jekk Navalny jingħata l-kura meħtieġa issa, m'hemm l-ebda garanzija li ma jkunx soġġett għal aktar trattament inuman jew ta' theddida għall-ħajtu, jew għal attentati ta' qtil;

O.  billi fl-2020 ir-Russja kklassifikat fil-129 post minn 180 pajjiż fl-Indiċi dwar il-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni ta' Transparency International, filwaqt li kklassifikat fl-aħħar post fl-Ewropa; billi r-rabtiet kleptokratiċi bejn l-oligarki, l-uffiċjali tas-sigurtà u l-uffiċjali marbuta mal-Kremlin ġew parzjalment esposti minn attivisti kontra l-korruzzjoni bħall-mejjet Sergei Magnitsky u l-Fondazzjoni Kontra l-Korruzzjoni (FBK) immexxija minn Alexei Navalny, li implikaw l-ogħla gradi tal-poter, inkluż lil Vladimir Putin, f'investigazzjonijiet dwar il-ġid inspjegabbli li akkumulaw tul is-snin; billi l-Uffiċċju tal-Prosekutur ta' Moska qed ifittex li jittimbra lill-FBK u lil żewġ organizzazzjonijiet oħra marbuta ma' Navalny – il-Fondazzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-kwartieri ġenerali reġjonali ta' Navalny – bħala "estremisti", li jfisser li l-impjegati tagħhom jistgħu jiffaċċjaw arresti u sentenzi ta' ħabs li jvarjaw minn sitta sa għaxar snin;

P.  billi l-avvelenament ta' Navalny jikkorrispondi għal xejra ta' azzjonijiet li ttieħdu kontra l-avversarji ta' Putin, fosthom Victor Yuschenko, Sergei Skripal u Vladimir Kara-Murza, u li wasslu għall-mewt ta' diversi personalitajiet ewlenin tal-oppożizzjoni, ġurnalisti, attivisti u mexxejja barranin, fosthom, iżda mhux biss, Boris Nemtsov, Anna Politkovskaya, Sergei Protazanov, Natalya Estemirova u Alexander Litvinenko;

Q.  billi l-Federazzjoni Russa mhux biss tirrappreżenta theddida esterna għas-sigurtà Ewropea, iżda qiegħda wkoll tiġġieled gwerra interna kontra l-poplu tagħha stess fl-għamla ta' oppressjoni sistematika tal-oppożizzjoni u arresti fit-toroq; billi fil-21 ta' April 2021 biss, l-għadd ta' dimostraturi paċifiċi arrestati laħaq aktar minn 1 788, u b'kollox ġew arrestati aktar minn 15 000 ċittadin Russu innoċenti minn Jannar 2021 'l hawn;

R.  billi fiż-żewġ riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Russja, il-Parlament talab rieżami tal-politika tal-UE fil-konfront tar-Russja u l-ħames prinċipji gwida tagħha u talab lill-Kunsill jibda minnufih it-tħejjijiet u jadotta strateġija tal-UE għar-relazzjonijiet futuri ma' Russja demokratika, li tkun tinkludi firxa wiesgħa ta' inċentivi u kundizzjonijiet għat-tisħiħ tad-dinamika interna fl-interess tal-libertà u d-demokrazija fir-Russja;

S.  billi fis-17 ta' April 2021 ir-Repubblika Ċeka keċċiet 18-il membru tal-persunal tal-ambaxxata Russa, inklużi membri tal-aġenziji tal-intelligence Russi, wara li s-Servizz tal-Informazzjoni dwar is-Sigurtà tar-Repubblika Ċeka kkonkluda b'bażi soda li, fl-2014, waqt xogħolhom, uffiċjali tal-intelligence Russi kienu involuti fl-isplużjoni ta' maħżen tal-munizzjon li fiha nqatlu żewġ ċittadini Ċeki u saret ħsara materjali estensiva; billi ħajjet u l-proprjetà ta' eluf ta' persuni li jgħixu fil-muniċipalitajiet tal-madwar tqiegħdu f'periklu bla ħniena; billi dawn l-azzjonijiet illegali fit-territorju tar-Repubblika Ċeka jikkostitwixxu ksur kritiku tas-sovranità ta' Stat Membru tal-UE minn potenza barranija; billi, b'reazzjoni għat-tkeċċija ta' 18 mill-membri tal-persunal tal-ambaxxata tagħha min-naħa tar-Repubblika Ċeka, il-Federazzjoni Russa keċċiet 20 diplomatiku Ċek, li ġew ordnati jitilqu fid-19 ta' April 2021; billi fit-22 ta' April 2021 ir-Repubblika Ċeka ddeċidiet li l-għadd ta' persunal fl-ambaxxata Russa fir-Repubblika Ċeka kellu jkun l-istess bħall-għadd ta' persunal fl-ambaxxata Ċeka fir-Russja, wara li r-Russja rrifjutat li taċċetta lid-diplomatiċi Ċeki mkeċċija lura fil-pajjiż u skont l-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi, u tat lill-ambaxxata Russa sal-aħħar ta' Mejju biex tagħmel dan;

T.  billi l-istess aġenti tal-GRU involuti fl-isplużjoni tal-maħżen tal-munizzjon fir-Repubblika Ċeka kienu wkoll responsabbli għall-attentat ta' qtil ta' Sergei u Yulia Skripal fir-Renju Unit fl-2018 bl-użu ta' aġent nervin Novichok ta' grad militari, li wassal ukoll għall-mewt ta' ċittadin Brittaniku; billi l-aġenti tal-GRU ġew akkużati wkoll bl-attentat ta' qtil ta' Emilian Gebrev, is-sid ta' fabbrika tal-armi, u żewġ persuni oħra fil-Bulgarija fl-2015; billi r-Russja mhix qed tikkoopera fl-investigazzjoni ta' dawn ir-reati mwettqa fit-territorju tal-Unjoni Ewropea, ċaħdet l-involviment tal-GRU fl-avvelenament ta' Sergei u Yulia Skripal u qed tagħti kenn lis-suspettati ewlenin;

1.  Jappoġġja l-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna fil-fruntieri internazzjonalment rikonoxxuti tagħha; itenni l-appoġġ qawwi tiegħu għall-politika tal-UE ta' nonrikonoxximent tal-annessjoni illegali tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea u l-Belt ta' Sevastopol; jilqa' l-miżuri restrittivi kollha meħuda mill-UE bħala konsegwenza tal-annessjoni illegali; jitlob il-ħelsien immedjat taċ-ċittadini Ukreni kollha detenuti illegalment u miżmuma l-ħabs fil-peniżola tal-Krimea u fir-Russja, u jiddeplora l-ksur kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq fil-Krimea u fit-territorji okkupati fil-Lvant tal-Ukrajna, kif ukoll il-konferiment fuq skala kbira ta' ċittadinanza Russa (l-għoti furzat ta' passaporti) fost iċ-ċittadini f'dawk iż-żoni; jissottolinja li l-uffiċjali Russi li l-azzjonijiet jew in-nuqqas ta' azzjoni tagħhom ippermettew jew irriżultaw f'delitti tal-gwerra fl-Ukrajna se jkollhom jiffaċċjaw il-ġustizzja kriminali internazzjonali;

2.  Jesprimi dispjaċir għall-istat attwali tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja kkawżati mill-aggressjoni tar-Russja u mid-destabbilizzazzjoni kontinwa tal-Ukrajna, l-imġiba ostili u l-attakki diretti fil-konfront tal-Istati Membri u s-soċjetajiet tal-UE, fost l-oħrajn permezz ta' ndħil fil-proċessi elettorali, l-użu ta' diżinformazzjoni, deep fakes, attakki ċibernetiċi malizzjużi, sabotaġġ u armi kimiċi, u d-deterjorament sinifikanti tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u r-rispett għad-dritt għal-libertà tal-espressjoni, l-assoċjazzjoni u l-għaqda paċifika fir-Russja; jikkundanna bil-qawwa l-imġiba ostili tar-Russja fl-Ewropa u jistieden lill-gvern tagħha jtemm dawn l-attivitajiet, li jiksru l-prinċipji u n-normi internazzjonali u jheddu l-istabbiltà fl-Ewropa, li jimpedixxi kwalunkwe kisba ta' aġenda bilaterali pożittiva ma' dan il-ġar importanti;

3.  jibqa' mħasseb ħafna dwar l-iskjerament militari kbir Russu fil-fruntiera mal-Ukrajna u fir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea okkupata illegalment, li l-Ministeru tad-Difiża Russu ddikjara li ntemm; jikkundanna dawn l-azzjonijiet ta' theddid u destabilizzazzjoni mmexxija mill-Federazzjoni Russa u jirrikonoxxi b'apprezzament ir-rispons proporzjonat tal-Ukrajna;

4.  Iqis li l-UE trid tislet konklużjonijiet mill-iskjerament militari Russu inketwanti ħafna fil-fruntiera mal-Ukrajna, li ġie sospiż minn nhar il-Ġimgħa 23 ta' April 2021; jinsisti li r-ritorn tat-truppi Russi mill-fruntiera mal-Ukrajna lura lejn il-bażijiet permanenti tagħhom irid isir bis-sħiħ u mingħajr dewmien; jitlob li r-Russja ttemm minnufih il-prattika ta' skjeramenti militari mhux ġustifikati mmirati biex jheddu l-ġirien tagħha, twaqqaf il-provokazzjonijiet kollha li għaddejjin bħalissa u żżomm lura minn dawk futuri u tnaqqas is-sitwazzjoni billi tirtira l-forzi tagħha lura lejn il-bażijiet permanenti tagħhom, f'konformità mal-obbligi internazzjonali tagħha, bħall-prinċipji u l-impenji tal-OSKE dwar it-trasparenza tal-movimenti militari u d-Dokument ta' Vjenna; itenni li l-iskjerament militari Russu jippreżenta wkoll theddida għall-istabbiltà, is-sigurtà u l-paċi Ewropea, li hi r-raġuni għalfejn id-djalogu tal-UE dwar is-sigurtà mal-Ukrajna għandu jkun ambizzjuż u jikkontribwixxi għal valutazzjoni konverġenti tal-isfidi tas-sigurtà fil-prattika; jisħaq li l-pajjiżi ħbieb għandhom iżidu l-appoġġ militari tagħhom u l-provvista ta' armi difensivi lill-Ukrajna, li huwa konformi mal-Artikolu 51 tal-Karta tan-NU li jippermetti l-awtodifiża individwali u kollettiva; jistieden lir-Russja tirtira t-truppi tagħha mill-hekk imsejħa Repubbliki tal-Poplu ta' Luhansk u Donetsk u tirritorna l-kontroll tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea u l-Belt ta' Sevastopol lill-Ukrajna;

5.  Iħeġġeġ lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/HR) jiżgura li l-Kunsill jibqa' jikkunsidra l-iżviluppi militari minkejja r-rilokazzjoni mħabbra tat-truppi Russi u jibqa' lest li jaqbel dwar aktar azzjoni konġunta;

6.  Iħeġġeġ lir-Russja tirrispetta l-obbligu tagħha skont il-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar u tiggarantixxi l-libertà ta' navigazzjoni u tal-passaġġ ta' tranżitu mill-istrett internazzjonali għall-portijiet tal-Baħar ta' Azov; jitlob lill-UE biex, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u ma' sħab internazzjonali oħra, tiżviluppa l-monitoraġġ permanenti tal-passaġġ tal-bastimenti kollha li jgħaddu mill-Istrett ta' Kerch;

7.  Iħeġġeġ lir-Russja u lis-separatisti appoġġjati mir-Russja jaderixxu mal-ftehim ta' waqfien mill-ġlied; jitlob lir-Russja timplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Ftehimiet ta' Minsk, u tipparteċipa b'mod kostruttiv fil-Proċess tan-Normandija u fil-Grupp ta' Kuntatt Trilaterali; jenfasizza l-ħtieġa ta' soluzzjoni politika għall-kunflitt fil-Lvant tal-Ukrajna u rwol aktar b'saħħtu għall-UE fir-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti;

8.  Jissottolinja li jekk tali skjerament militari fil-futur jiġi ttrasformat f'invażjoni tal-Ukrajna min-naħa tal-Federazzjoni Russa, l-UE trid tagħmilha ċara li l-prezz għal tali ksur tad-dritt u n-normi internazzjonali jkun sever; jinsisti, għalhekk, li, f'ċirkustanzi bħal dawn, l-importazzjonijiet taż-żejt u l-gass mir-Russja lejn l-UE għandhom jitwaqqfu immedjatament, filwaqt li r-Russja għandha tiġi eskluża mis-sistema ta' pagamenti SWIFT, u l-assi kollha fl-UE tal-oligarki qrib l-awtoritajiet Russi u l-familji tagħhom jeħtieġ li jiġu ffriżati u l-viżi tagħhom ikkanċellati;

9.  jesiġi li l-UE tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq l-enerġija Russa, u jħeġġeġ, għalhekk, lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri kollha jwaqqfu t-tlestija tal-pipeline Nord Stream 2 u jitolbu li titwaqqaf il-kostruzzjoni tal-impjanti tal-enerġija nukleari kontroversjali mibnija minn Rosatom;

10.  Itenni l-appoġġ tiegħu għall-investigazzjoni internazzjonali dwar iċ-ċirkustanzi tat-twaqqigħ traġiku tat-titjira MH17 tal-Malaysian Airlines, li possibbilment jista' jikkostitwixxi delitt tal-gwerra, u jtenni l-appell tiegħu biex issir ġustizzja mal-persuni responsabbli;

11.  Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jkomplu jibnu fuq il-proposta leġiżlattiva tar-Renju Unit għal Regolament Globali ta' Sanzjonijiet Kontra l-Korruzzjoni, u reġimi simili oħra, u jadottaw reġim ta' sanzjonijiet tal-UE kontra l-korruzzjoni li jikkomplementa r-Reġim ta' Sanzjonijiet Globali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem attwali; jissottolinja li l-Istati Membri tal-UE m'għandhomx jibqgħu postijiet li jilqgħu l-ġid u l-investimenti Russi ta' oriġini mhux ċara; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill iżidu l-isforzi tagħhom biex irażżnu l-investimenti strateġiċi tal-Kremlin fi ħdan l-UE għal finijiet ta' sovverżjoni, imminar tal-proċessi u l-istituzzjonijiet demokratiċi u tixrid tal-korruzzjoni; ikompli jinsisti li Stati Membri bħall-Bulgarija u Malta jeħtieġ jabbandunaw ir-reġimi tal-"passaporti tad-deheb" tagħhom;

12.  Jitlob il-ħelsien immedjat u inkondizzjonat ta' Alexei Navalny, li s-sentenza tiegħu hija politikament motivata u tmur kontra l-obbligi internazzjonali tar-Russja dwar id-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll tal-persuni kollha arrestati waqt il-protesti favur il-ħelsien tiegħu jew favur il-kampanja tiegħu kontra l-korruzzjoni; jistenna li r-Russja tikkonforma mal-miżura interim tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fir-rigward tan-natura u l-kobor tar-riskju għal ħajjet Alexei Navalny; iżomm lir-Russja responsabbli għas-sitwazzjoni ta' saħħet Alexei Navalny u jħeġġeġ lir-Russja tinvestiga t-tentattiv ta' qtil fuq Alexei Navalny, filwaqt li tikkoopera bis-sħiħ mal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (OPCW); jistieden lill-awtoritajiet Russi jtejbu l-kundizzjonijiet fil-ħabsijiet u fil-faċilitajiet ta' detenzjoni sabiex jissodisfaw l-istandards internazzjonali; jitlob li jitwaqqfu l-arresti ta' dimostranti paċifiċi u l-attakki sistematiċi fuq l-oppożizzjoni fir-rigward tat-talbiet biex jinħeles Alexei Navalny; jissottolinja li l-individwi kollha involuti fil-prosekuzzjoni, il-kundanna u t-trattament ħażin ta' Alexei Navalny għandhom ikunu soġġetti għal sanzjonijiet fl-ambitu tar-Reġim Globali ta' Sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem;

13.  Ifakkar lill-awtoritajiet Russi u lill-President Putin personalment, bħala l-kap tal-Istat Russu, li huma għandhom responsabbiltà sħiħa biex jieħdu ħsieb il-ħajja u l-integrità fiżika ta' Alexei Navalny u jeħtiġilhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipproteġu s-saħħa fiżika u mentali u l-benesseri tiegħu; ikompli jħeġġeġ lill-President Putin u lill-awtoritajiet Russi jinvestigaw, iressqu quddiem il-ġustizzja jżommu responsabbli lil dawk ħatja tal-attentat ta' qtil tiegħu;

14.  Jikkundanna l-intenzjoni tal-awtoritajiet Russi li jiddikjaraw il-Fondazzjoni kontra l-Korruzzjoni mmexxija minn Alexei Navalny bħala organizzazzjoni estremista bla bażi u diskriminatorja; jenfasizza l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u li x-xewqa li wieħed jipparteċipa f'diskors pubbliku u proċess elettorali ħielsa u pluralistiċi hija dritt inaljenabbli ta' kwalunkwe organizzazzjoni politika individwali u demokratika u m'għandha xejn x'taqsam ma' fehmiet estremisti;

15.  Jesprimi s-solidarjetà qawwija tiegħu mal-forzi demokratiċi fir-Russja impenjati favur soċjetà miftuħa u ħielsa, kif ukoll l-appoġġ tiegħu għall-individwi u l-organizzazzjonijiet kollha li sfaw mira ta' attakki u repressjoni; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Russi jwaqqfu l-fastidju, l-intimidazzjoni u l-attakki kollha kontra l-oppożizzjoni, is-soċjetà ċivili, il-midja, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet tan-nisa, u attivisti oħra fil-pajjiż, b'mod partikolari qabel l-elezzjonijiet parlamentari fil-ħarifa tal-2021; iħeġġeġ lill-UE tistieden b'mod kontinwu lir-Russja tħassar jew temenda l-liġijiet kollha li mhumiex kompatibbli mal-istandards internazzjonali; ifakkar fl-appoġġ qawwi tiegħu għad-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja u l-ħidma tagħhom; jistieden lid-Delegazzjoni tal-UE u lir-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-pajjiż isaħħu l-appoġġ tagħhom għas-soċjetà ċivili u jużaw l-istrumenti kollha disponibbli biex iżidu l-appoġġ tagħhom għall-ħidma tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u, fejn xieraq, jiffaċilitaw il-ħruġ ta' viżi ta' emerġenza u jipprovdu kenn temporanju fl-Istati Membri tal-UE;

16.  Jitlob lill-awtoritajiet Russi jirrispettaw il-libertà tal-midja u jtemmu kull fastidju u pressjoni fuq il-midja indipendenti, bħal fil-konfront tal-ġurnalist investigattiv Roman Anin;

17.  Itenni t-talba tiegħu lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri biex ikomplu jimmonitorjaw mill-qrib is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Federazzjoni Russa u biex ikomplu jimmonitorjaw il-kawżi tal-qorti li jinvolvu organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, ġurnalisti, politiċi tal-oppożizzjoni u attivisti, inkluż il-każ ta' Alexei Navalny;

18.  Jiddeplora l-fatt li awturi mis-servizzi tal-intelligence Russi kkawżaw l-isplużjoni tal-maħżen tal-armi f'Vrbětice fir-Repubblika Ċeka, li kien jikkostitwixxi ksur tas-sovranità Ċeka u jirrappreżenta att ta' ostilità inaċċettabbli; jikkundanna bil-qawwa l-attivitajiet immirati biex jiddestabbilizzaw u jheddu lil Stati Membri tal-UE u jistieden lir-Russja twaqqaf kwalunkwe attività simili u żżomm dawk ħatja responsabbli għal għemilhom, u tikkumpensa lill-familji taċ-ċittadini li mietu fl-attakk tal-2014; jissottolinja li l-Unjoni Ewropea tappoġġja lir-Repubblika Ċeka u jitlob lill-VP/HR u lill-Kunsill jieħdu kontromiżuri xierqa, inkluż l-estensjoni ta' sanzjonijiet immirati; jesprimi s-solidarjetà qawwija tiegħu mal-poplu u l-awtoritajiet tar-Repubblika Ċeka wara l-attakk Russu mwettaq fit-territorju tal-UE u t-tkeċċija bla bażi u sproporzjonata ta' 20 diplomatiku Ċek mir-Russja; jesprimi l-appoġġ tiegħu għad-deċiżjoni tal-awtoritajiet Ċeki li l-għadd ta' persunal fl-ambaxxata tar-Russja fir-Repubblika Ċeka jkun daqs l-għadd ta' persunal fl-ambaxxata tar-Repubblika Ċeka fir-Russja, jikkundanna t-theddid sussegwenti mill-Federazzjoni Russa fil-konfront tar-Repubblika Ċeka u jesprimi l-apprezzament tiegħu għall-atti kollha ta' appoġġ u solidarjetà murija minn gvernijiet differenti tal-Istati Membri tal-UE u s-servizzi diplomatiċi kollha li diġà ġew offruti; jistieden lill-Istati Membri tal-UE jipproċedu bi tkeċċija koordinata tad-diplomatiċi Russi, fuq l-eżempju tal-każ ta' Skripal;

19.  Jikkundanna l-appoġġ tal-Kremlin għal diversi reġimi oppressivi antidemokratiċi mad-dinja kollha, bħal dawk tal-Iran, il-Korea ta' Fuq, il-Venezwela, is-Sirja u l-Belarussja; jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar l-għadd dejjem akbar ta' arresti, ħtif u deportazzjonijiet ta' Belarussi li jgħixu fir-Russja, inkluż il-każ tal-president tal-Front Popolari Belarussu, il-partit fl-oppożizzjoni, u ta' persuni ordinarji li semmgħu leħinhom b'appoġġ għall-protesti paċifiċi fil-Belarussja; jesprimi tħassib partikolari dwar il-kampanja appoġġjata mir-Russja u mmirata lejn l-organizzazzjonijiet ta' minoranzi nazzjonali tal-UE fil-Belarussja, fosthom l-akbar waħda, l-Unjoni tal-Pollakki fil-Belarussja;

20.  Jikkundanna l-propaganda u d-diżinformazzjoni fl-istampa Russa u t-tixrid malizzjuż tagħha lejn l-UE, kif ukoll il-ħidma tal-fabbrika tat-trolls Russi, speċjalment dawk li bħalissa qed jimmalafamaw ir-Repubblika Ċeka billi jsostnu li hija satellita ta' interessi tal-Istati Uniti u mhux pajjiż sovran b'servizzi ta' informazzjoni indipendenti; jikkundanna l-attakki ċibernetiċi fuq l-istituzzjoni tal-amministrazzjoni tal-Istat strateġika Ċeka b'rabta mal-ispjunaġġ militari Russu;

21.  Itenni li l-unità fost l-Istati Membri tal-UE hija l-aħjar politika biex ir-Russja tiġi skoraġġuta milli twettaq azzjonijiet destabbilizzanti u sovversivi fl-Ewropa; jistieden lill-Istati Membri jikkoordinaw il-pożizzjonijiet u l-azzjonijiet tagħhom fir-rigward tar-Russja u jitkellmu b'vuċi waħda; jesiġi li fil-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa l-Istati Membri jitkellmu b'vuċi waħda dwar in-nuqqas kontinwu ta' rispett tar-Russja għad-deċiżjonijiet mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; iqis li l-UE għandha tfittex kooperazzjoni akbar ma' sħab tal-istess fehma, b'mod partikolari n-NATO u l-Istati Uniti, tuża l-mezzi kollha disponibbli fil-livell internazzjonali biex tiġġieled b'mod effettiv l-indħil kontinwu, il-kampanji ta' diżinformazzjoni dejjem aktar aggressivi u l-ksur gravi tad-dritt internazzjonali mir-Russja li jhedded is-sigurtà u l-istabbiltà fl-Ewropa;

22.  Jitlob lill-Istati Membri tal-UE jaġixxu fil-ħin u b'determinazzjoni kontra azzjonijiet ta' tfixkil mis-servizzi tal-intelligence Russi fit-territorju tal-UE u tikkoordina mill-qrib ir-rispons proporzjonat tagħha mas-sħab Trans-Atlantiċi; jirrakkomanda li l-Istati Membri jsaħħu l-kooperazzjoni ta' counter-intelligence u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni;

23.  Jistieden lill-VP/HR u lill-Kunsill ifasslu approċċ strateġiku ġdid għar-relazzjonijiet tal-UE mar-Russja, li jrid jappoġġja aħjar lis-soċjetà ċivili, isaħħaħ il-kuntatti bejn in-nies maċ-ċittadini tar-Russja, ifassal linji ħomor ċari għall-kooperazzjoni mal-atturi tal-Istat Russu, juża standards teknoloġiċi u l-internet miftuħ biex jappoġġja spazji ħielsa u jirrestrinġi t-teknoloġiji oppressivi, u juri solidarjetà mas-Sħab tal-Lvant tal-UE, inkluż dwar kwistjonijiet ta' sigurtà u riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti; jissottolinja li kwalunkwe djalogu mar-Russja jrid ikun ibbażat fuq ir-rispett tad-dritt internazzjonali u d-drittijiet tal-bniedem;

24.  Jesprimi tħassib kbir dwar il-fatt li l-awtoritajiet Russi qed ikomplu jxekklu x-xogħol tal-pjattaformi tal-midja indipendenti, kif ukoll ta' ġurnalisti individwali u operaturi medjatiċi oħra; jikkundanna bil-qawwa, f'dan ir-rigward, id-deċiżjoni li l-organizzazzjoni medjatika indipendenti Meduza tiġi ttimbrata bħala "aġent barrani";

25.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, lill-President, il-Gvern u l-Verkhovna Rada tal-Ukrajna u lill-Parlament, il-Gvern u d-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa.

(1) ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.
(2) ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.


Il-ħames anniversarju tal-Ftehim ta' Paċi fil-Kolombja
PDF 156kWORD 51k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 dwar il-ħames anniversarju tal-Ftehim ta' Paċi fil-Kolombja (2021/2643(RSP))
P9_TA(2021)0160RC-B9-0227/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu, b'mod partikolari r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Jannar 2016 b'appoġġ għall-proċess ta' paċi fil-Kolombja(1),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra(2), li ġie ffirmat fi Brussell fis-26 ta' Lulju 2012, kif ukoll il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kolombja dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir(3), li ġie ffirmat fit-2 ta' Diċembru 2015,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Federica Mogherini, tal-1 ta' Ottubru 2015 li taħtar lil Eamon Gilmore bħala l-Mibgħut Speċjali tal-UE għall-Proċess ta' Paċi fil-Kolombja,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Finali biex Jintemm il-Kunflitt Armat u Tinbena Paċi Stabbli u Dejjiema bejn il-Gvern Nazzjonali tal-Kolombja u l-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja – l-Armata tal-Poplu (FARC-EP), iffirmat fl-24 ta' Novembru 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapporti tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar il-Missjoni ta' Verifika tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kolombja u, b'mod partikolari, ir-rapport tas-26 ta' Marzu 2021,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-10 ta' Frar 2021 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kolombja,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tad-9 ta' Frar 2021 tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), Josep Borrell, u tal-Kummissarju Janez Lenarčič dwar id-deċiżjoni tal-Kolombja li tagħti Status ta' Protezzjoni Temporanja lill-migranti Venezwelani, u d-dikjarazzjoni mill-kelliem għall-VP/RGħ tas-26 ta' Frar 2021 dwar il-vjolenza kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kolombja,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi f'Novembru 2021 il-Kolombja ser tfakkar il-ħames anniversarju tal-iffirmar tal-Ftehim Finali biex Jintemm il-Kunflitt Armat u Tinbena Paċi Stabbli u Dejjiema bejn il-Gvern tal-Kolombja mmexxi mill-President Juan Manuel Santos u l-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja – l-Armata tal-Poplu (FARC-EP), li temm kunflitt ta' aktar minn 50 sena u jirrappreżenta pass sinifikanti fil-bini ta' paċi stabbli u dejjiema fil-pajjiż; billi l-Kolombja żammet l-integrità demokratika tagħha minkejja perjodi twal ta' vjolenza straordinarja;

B.  billi l-Qorti Kostituzzjonali tal-Kolombja stmat li ser ikun hemm bżonn ta' mill-inqas 15-il sena għall-konformità mal-Ftehim Finali, mal-ippjanar fuq 10 snin tal-Pjan Direzzjonali Uniku, u mal-Pjan ta' Investiment għall-Paċi ta' erba' snin attwali b'riżorsi ta' kważi USD 11,5 biljun;

C.  billi l-President tal-Kolombja, Iván Duque, u l-President tal-Partit Comunes (li qabel kien il-Partit FARC), Rodrigo Londoño, iltaqgħu fl-10 ta' Marzu 2021 biex jiddiskutu l-istatus ta' implimentazzjoni tal-Ftehim Finali; billi waqt id-djalogu ffaċilitat mir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għall-Kolombja u Kap tal-Missjoni ta' Verifika tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kolombja, iż-żewġ partijiet tennew l-impenn tagħhom favur il-Ftehim Finali, u qablu li jaħdmu b'mod konġunt biex ifasslu pjan direzzjonali għall-bqija tal-perjodu ta' żmien previst għall-implimentazzjoni komprensiva tiegħu, kif ukoll li jirduppjaw l-isforzi tagħhom biex isaħħu l-integrazzjoni mill-ġdid tal-ex kumbattenti u l-garanziji ta' sigurtà għalihom;

D.  billi ex ġellieda gwerillieri qegħdin javvanzaw fil-proċess tagħhom biex jirrintegraw fil-ħajja ċivili, u billi s-sistema legali u kostituzzjonali fil-Kolombja qiegħda tadotta riformi preċiżi biex tiżgura li l-impenji tal-ftehim jiġu implimentati u l-ġejjieni tal-pajjiż ikun jista' jinbena fuqhom;

E.  billi fil-Ftehim Finali, il-partijiet qablu li jistabbilixxu Ġurisdizzjoni Speċjali għall-Paċi (JEP), inkluża l-implimentazzjoni ta' Sistema Komprensiva għall-Verità, il-Ġustizzja, ir-Reparazzjoni u n-Nonripetizzjoni, kif ukoll ftehimiet dwar ir-reparazzjonijiet għall-vittmi, fost oħrajn, kif rikonoxxut mir-rapport tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Michelle Bachelet, tal-10 ta' Frar 2021; billi l-Kolombja qiegħda tiffaċċja sfidi kumplessi fl-implimentazzjoni komprensiva tal-Ftehim Finali, aggravati bis-sitwazzjoni tal-COVID-19 u l-wasla u l-akkoljenza tal-migranti Venezwelani;

F.  billi fis-26 ta' Jannar 2021, il-JEP tal-Kolombja ħabbar l-ewwel deċiżjoni ewlenija tiegħu, li akkużat lil tmien mexxejja ewlenin tal-ex FARC-EP b'delitti tal-gwerra u b'delitti kontra l-umanità, f'dak li kien l-aktar riżultat ċar s'issa għall-ġustizzja tranżizzjonali fil-pajjiż; billi kkonfermat ukoll progress fl-investigazzjoni tal-hekk imsejħa "pożittivi foloz"; billi l-JEP beda azzjonijiet biex isir progress għall-istabbiliment ta' djalogu permanenti u fluwidu mal-awtoritajiet indiġeni;

G.  billi għadhom qegħdin isiru avvanzi importanti li jipprovdu eżempju rigward il-potenzjal trasformattiv tal-Ftehim ta' Paċi, li jinkludi, għall-ewwel darba, approċċ speċifiku mill-perspettiva tal-ġeneri; billi għandhom isiru aktar avvanzi fil-Programm Komprensiv għal salvagwardji għall-mexxejja nisa, għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u għall-programmi ta' sostenn għan-nisa u l-bniet li huma vittmi ta' vjolenza inkluż stupru u ħtif; billi, minħabba n-natura interkonnessa tal-kapitoli differenti tal-ftehim, huwa tal-akbar importanza li l-approċċ mill-perspettiva tal-ġeneri jiġi integrat b'mod attiv fl-oqsma kollha;

H.  billi minkejja l-fatt li t-taħditiet ta' paċi wasslu għal tnaqqis sinifikanti fl-għadd ta' mwiet u fil-vjolenza fil-Kolombja, il-kollass tas-sigurtà f'reġjuni differenti tal-Kolombja huwa meqjus minn ħafna bħala ostaklu għall-proċess ta' paċi, filwaqt li hemm żieda inkwetanti fil-vjolenza, fl-għajbien sfurzat, fil-ħtif u fil-qtil ta' mexxejja soċjali u indiġeni, ta' ex kumbattenti tal-FARC u ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, kif irrappurtat min-NU; billi l-forzi tas-sigurtà huma wkoll soġġetti għal attakki u vjolenza;

I.  billi l-Missjoni ta' Verifika tan-NU vverifikat il-qtil ta' 73 ex kumbattent fl-2020, u dan ifisser li l-għadd ta' ex kumbattenti li nqatlu mindu ġie ffirmat il-ftehim ta' paċi fl-2016 issa tela' għal 248; billi l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) irċieva informazzjoni dwar il-qtil ta' 120 difensur tad-drittijiet tal-bniedem f'din l-aħħar sena, li minnhom ġew ivverifikati 53 każ; billi, barra minn hekk, huwa rreġistra 69 inċident b'għadd kbir ta' vittmi ċivili fl-2020, li kienu responsabbli għall-mewt ta' 269 persuna ċivili, inklużi 24 tifel u tifla u 19-il mara; billi n-NU rrappurtat li huma meħtieġa sforzi akbar biex jiġi implimentat il-Ftehim ta' Paċi;

J.  billi l-indirizzar tal-vjolenza persistenti kontra l-ex kumbattenti, il-komunitajiet milquta mill-kunflitt, il-mexxejja soċjali, u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-ħtieġa li tissaħħaħ is-sostenibbiltà tal-proċess ta' riintegrazzjoni, il-konsolidazzjoni tal-preżenza integrata tal-istat fiż-żoni milquta mill-kunflitt, it-tisħiħ tad-djalogu kostruttiv bejn il-partijiet bħala mezz ta' promozzjoni tal-implimentazzjoni tal-ftehim ta' paċi u l-ħtieġa li jissaħħu l-kundizzjonijiet għar-rikonċiljazzjoni bejn il-partijiet ġew stabbiliti bħala prijoritajiet mis-Segretarju Ġenerali tan-NU;

K.  billi fl-2017, il-Gvern Kolombjan beda taħditiet formali ta' paċi mal-Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali (ELN); billi, madankollu, f'Jannar 2019 ftit wara li l-ELN splodiet karozza bomba f'akkademja tal-pulizija f'Bogotá li qatlet 22 persuna, il-Gvern tal-President Iván Duque temm it-taħditiet ta' paċi; billi d-dinamika tal-kunflitt li tinvolvi l-ELN, inklużi l-ġlied ma' atturi armati illegali oħra u mal-forzi tas-sigurtà pubblika, għadha għaddejja f'ċerti dipartimenti; billi l-gvern jinsisti li l-possibbiltà li t-taħditiet jissoktaw hija kontinġenti fuq li l-ELN twaqqaf l-azzjonijiet vjolenti tagħha, inkluż il-ħtif, ir-reklutaġġ tat-tfal u t-tqegħid ta' mini, filwaqt li l-ELN iżżomm il-pożizzjoni tagħha li kwalunkwe talba bħal din mill-gvern trid tiġi indirizzata madwar il-mejda tan-negozjati;

L.  billi d-deċiżjoni sinifikanti meħuda mill-President tal-Kolombja, Iván Duque Márquez, bħala wiri ta' solidarjetà permezz tal-offerta ta' Status ta' Protezzjoni Temporanja u tar-regolarizzazzjoni ta' madwar 1 800 000 migrant Venezwelan residenti fil-pajjiż, permezz ta' permess temporanju ta' migrazzjoni, jippermettilhom jirreġistraw u jsaħħu l-aċċess tagħhom għas-servizzi statali, bħas-saħħa u l-edukazzjoni, u l-integrazzjoni soċjoekonomika tagħhom, u b'hekk titnaqqas il-vulnerabbiltà tagħhom; billi l-Kolombja u l-Venezwela jikkondividu aktar minn 2 000 kilometru ta' fruntiera permeabbli; billi l-fruntiera bejn il-Kolombja u l-Venezwela tikkonsisti prinċipalment f'foresti densi u art b'aċċess diffiċli u dan jagħmilha suxxettibbli għall-attivitajiet illeċiti u l-kriminalità organizzata;

M.  billi l-Fond Fiduċjarju tal-UE għall-Kolombja mmobilizza EUR 128 miljun mill-baġit tal-UE, minn 21 Stat Membru, miċ-Ċilì u mir-Renju Unit; billi l-ħames kumitat strateġiku tiegħu ddefinixxa l-linji strateġiċi futuri tiegħu fit-22 ta' Jannar 2021;

N.  billi s-soċjetà ċivili għandha rwol kruċjali fil-proċess ta' paċi, li jħaddan organizzazzjonijiet għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, organizzazzjonijiet tan-nisa, komunitajiet rurali, komunitajiet Afro-Kolombjani u popli indiġeni, li żviluppaw diversi inizjattivi u proposti fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali;

O.  billi l-UE u l-Kolombja għandhom qafas ta' kooperazzjoni politika, ekonomika u kummerċjali mill-qrib stabbilit fil-Memorandum ta' Ftehim ta' Novembru 2009 u l-Ftehim Kummerċjali bejn il-Kolombja u l-Perù, u l-UE u l-Istati Membri tagħha, li l-għan aħħari tiegħu huwa mhux biss il-promozzjoni tar-relazzjonijiet ekonomiċi bejn il-partijiet, iżda wkoll il-konsolidament tal-paċi, id-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-iżvilupp sostenibbli u l-benesseri taċ-ċittadini tagħhom; billi l-Kolombja hija sieħba strateġika u hija kruċjali għall-istabbiltà reġjonali; billi l-UE u r-Repubblika tal-Kolombja stabbilew qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kolombja fl-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ta' maniġġar ta' kriżijiet, li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2020;

P.  billi din ir-relazzjoni mill-qrib testendi għal oqsma ta' kollaborazzjoni internazzjonali multilaterali dwar kwistjonijiet ta' interess reċiproku, bħall-ġlieda favur il-paċi u kontra t-terroriżmu u t-traffikar tad-drogi;

1.  Itenni l-appoġġ tiegħu għall-Ftehim ta' Paċi fil-Kolombja u jilqa' d-djalogu reċenti li sar bejn il-partijiet, filwaqt li jirrikonoxxi l-isforz politiku, ir-realiżmu u l-perseveranza tagħhom; itenni r-rieda tiegħu li jkompli jipprovdi l-assistenza politika u finanzjarja kollha possibbli biex jappoġġja l-implimentazzjoni komprensiva tal-Ftehim ta' Paċi, li jakkumpanja l-fażi ta' wara l-kunflitt, li fiha l-parteċipazzjoni tal-komunitajiet lokali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tibqa' essenzjali, u li jqis kif xieraq il-prijoritajiet espressi mill-vittmi f'termini ta' verità, ġustizzja, reparazzjonijiet u garanziji ta' nonrepetizzjoni; itenni s-solidarjetà tiegħu mal-vittmi;

2.  Jenfasizza li l-Ftehim ta' Paċi Kolombjan spiss jiġi kkwotat bħala mudell madwar id-dinja minħabba d-determinazzjoni tiegħu li jindirizza l-kwistjonijiet li kkawżaw il-kunflitt u l-enfasi ċentrali tiegħu fuq id-drittijiet u d-dinjità tal-vittmi; ifakkar li l-partijiet kollha ta' tali ftehim kumpless u innovattiv jeħtieġ li jiġu implimentati, peress li huma marbuta flimkien fit-trattament tal-kawżi fundamentali tal-kunflitt; jistieden lill-Gvern Kolombjan ikompli jagħmel progress fl-implimentazzjoni tal-aspetti kollha tal-Ftehim ta' Paċi;

3.  Jilqa' l-progress li sar mill-Kolombja f'oqsma bħar-Riforma Rurali Integrali, il-programmi għall-iżvilupp rurali (PDET), ir-rispett tad-drittijiet tal-vittmi, is-soluzzjoni tal-problema tad-drogi illeċiti, is-sostituzzjoni ta' għelejjel illeċiti, ir-restituzzjoni tal-art u l-inkorporazzjoni mill-ġdid tal-ex kumbattenti, u jinkoraġġixxi l-użu ta' sforzi addizzjonali biex jiġu implimentati l-aspetti kollha tal-Ftehim ta' Paċi, b'mod partikolari dawk l-oqsma soċjoekonomiċi fejn inkiseb inqas progress; jisħaq fuq kemm huwa importanti li l-proċess ta' paċi jkun akkumpanjat minn sforz determinat biex jiġu miġġielda l-inugwaljanza u l-faqar, inkluż billi jinstabu soluzzjonijiet ġusti għan-nies u l-komunitajiet spustati mill-artijiet tagħhom; iqis li l-gruppi li sofrew b'mod sproporzjonat mill-kunflitt, bħall-komunitajiet Afro-Kolombjani u indiġeni, għandhom jingħataw appoġġ speċjali; jirrikonoxxi l-ħidma tal-Kunsilli Territorjali għall-Paċi, ir-Rikonċiljazzjoni u l-Koeżistenza;

4.  Jissottolinja r-rwol fundamentali u storiku tal-Pjanijiet ta' Żvilupp b'Approċċ Territorjali (PDET), ifformulati mill-komunitajiet f'170 muniċipalità l-aktar milquta mill-abbandun, il-faqar u l-vjolenza;

5.  Jilqa' l-azzjonijiet kollha diġà meħuda mill-JEP sabiex jinħoloq futur li fil-qalba tiegħu jkollu l-konsolidazzjoni tal-paċi u n-nuqqas ta' impunità, u jistieden lill-JEP ikompli bl-isforzi sinifikanti tiegħu, minkejja l-isfidi numerużi, inkluż id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni; jistieden lill-awtoritajiet Kolombjani jippreservaw l-awtonomija u l-indipendenza tas-Sistema Komprensiva tal-Ġustizzja, il-Verità, ir-Reparazzjoni u n-Nonrepetizzjoni u jipproteġuha bħala kontribut essenzjali favur paċi sostenibbli u dejjiema;

6.  Jikkundanna l-qtil tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, tal-ex kumbattenti tal-FARC u tal-mexxejja soċjali u indiġeni, u l-vjolenza kontrihom; jenfasizza li l-indirizzar tal-vjolenza persistenti kontrihom hija waħda mill-isfidi ewlenin fil-Kolombja; jinnota li l-kunflitt eskala fiż-żoni rurali tal-pajjiż u jiddeplora l-vjolenza kkawżata prinċipalment f'dawk iż-żoni minn gruppi armati illegali u l-kriminalità organizzata marbuta mat-traffikar tad-drogi u l-estrazzjoni illegali; jinnota li ġew irrappurtati diversi każijiet ta' spostament furzat, reklutaġġ furzat, vjolenza sesswali kontra t-tfal u n-nisa, massakri, tortura u atroċitajiet oħra, u attakki kontra komunitajiet u awtoritajiet etniċi, kif ukoll influwenza tal-awtoritajiet pubbliċi; jitlob li jsiru investigazzjonijiet rapidi u bir-reqqa u li dawk responsabbli jagħtu kont ta' għemilhom; iħeġġeġ lill-Istat Kolombjan iżid u jiggarantixxi l-protezzjoni u s-sikurezza tal-mexxejja soċjali u politiċi, tal-attivisti soċjali u tad-difensuri ambjentali u tal-komunità rurali; jara bi tħassib speċjali s-sitwazzjoni problematika fid-dipartiment ta' Cauca, kif imqajma fid-dikjarazzjoni tan-NU;

7.  Jirrikonoxxi l-isforzi biex tiġi miġġielda l-kriminalità ta' gruppi armati organizzati u organizzazzjonijiet oħra; jisħaq fuq il-ħtieġa li jittieħdu miżuri urġenti biex tiżdied il-protezzjoni tagħhom, u għalhekk jitlob li jkun hemm preżenza statali integrata aktar b'saħħitha fit-territorji, u li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Garanziji tas-Sigurtà tadotta politika pubblika biex iżżarma l-organizzazzjonijiet kriminali; jilqa', b'kunsiderazzjoni ta' dan, il-Pjan Strateġiku ta' Sigurtà u Protezzjoni għar-Riintegrazzjoni tal-Persuni;

8.  Jilqa' l-estensjoni tal-Liġi dwar il-Vittmi sal-2031 u ż-żieda fil-baġit tagħha, għall-benefiċċju ta' aktar minn disa' miljun persuna li huma rreġistrati fir-Reġistru Uniku tal-Vittmi u l-parteċipazzjoni politika effettiva tal-FARC, issa l-Partit Comunes, u l-progress li sar fir-rikostituzzjoni ta' kważi 14 000 ex kumbattent; jilqa' x-xiri tal-art mill-gvern ta' sebgħa mill-24 ex Żona Territorjali ta' Taħriġ u Riintegrazzjoni (TATRs) u jenfasizza l-iskjerament tas-sigurtà fihom, flimkien mal-miżuri ta' protezzjoni soċjali li jkopru aktar minn 13 000 ex kumbattent;

9.  Jirrikonoxxi l-isforzi mwettqa mill-istituzzjonijiet Kolombjani u jinkoraġġihom jagħmlu aktar progress fl-iżgurar li d-drittijiet tal-bniedem jiġu rispettati bis-sħiħ u b'mod permanenti, f'konformità mad-dmir tal-Kolombja li tiggarantixxi s-sikurezza taċ-ċittadini tagħha; jenfasizza t-tnaqqis fir-rata ta' omiċidji li naqset minn 25 għal 23,7 għal kull 100 000 abitant bejn l-2019 u l-2020, kif rikonoxxut mir-rapport tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem; jirrikonoxxi l-impenn tal-gvern favur il-protezzjoni tal-mexxejja soċjali, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-ex kumbattenti, u l-komunitajiet remoti;

10.  Jesprimi t-tħassib tiegħu għall-fatt li, minkejja l-obbligu tagħhom li jipprovdu informazzjoni dwar ir-rotot tat-traffikar tad-droga u s-sorsi ta' finanzjament li jsostnu lill-gruppi kriminali li jattakkaw lid-difensuri, lill-mexxejja u lill-ex kumbattenti, sal-ġurnata tal-lum, l-ex gwerillieri ma pprovdewhiex; jinnota t-tħassib tiegħu, bl-istess mod, li d-data ta' skadenza stabbilita għall-konsenja tal-assi tal-ex FARC-EP għar-reparazzjoni lill-vittmi skadiet fil-31 ta' Diċembru 2020, u li 4 % biss tal-ammont miftiehem ingħata;

11.  Jinkoraġġixxi lill-gvern jadotta l-miżuri kollha meħtieġa fil-kuntest ekonomiku attwali biex jippromwovi bidliet strutturali, kif rakkomandat min-NU, li jgħinu biex titjieb is-sitwazzjoni ġenerali u jiġi mmassimizzat il-potenzjal tal-Ftehim ta' Paċi għal trasformazzjoni pożittiva tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kolombja; jappella lill-organizzazzjonijiet ċiviċi jikkooperaw biex jistabbilixxu mill-ġdid il-koeżistenza rikonċiljata fil-Kolombja;

12.  Itenni għal darba oħra li l-vjolenza mhijiex metodu leġittimu ta' taqbida politika, u jitlob lil dawk li kellhom din il-konvinzjoni jħaddnu d-demokrazija bl-implikazzjonijiet u r-rekwiżiti kollha tagħha, inkluż, bħala l-ewwel pass, billi jċedu l-armi b'mod definittiv u billi jiddefendu l-ideat u l-ambizzjonijiet tagħhom fir-rispett tar-regoli demokratiċi u tal-istat tad-dritt; f'dan is-sens jistieden lill-ELN, elenkata bħala organizzazzjoni terroristika mill-UE u lill-gruppi dissidenti tal-FARC-EP biex itemmu l-vjolenza u l-attakki terroristiċi kontra l-popolazzjoni fil-Kolombja u jimpenjaw ruħhom b'mod sod u deċiżiv, mingħajr aktar dewmien, għall-paċi fil-Kolombja;

13.  Jenfasizza l-progress li sar f'129 muniċipalità li minnhom tneħħew il-mini kontra l-persunal u l-estensjoni sal-2025 tal-iskadenza għall-eliminazzjoni tagħhom;

14.  Ifaħħar il-pass notevoli u bla preċedent li ħadet il-Kolombja biex tagħti Status ta' Protezzjoni Temporanja lil madwar 1 800 000 migrant Venezwelan residenti fil-pajjiż, peress li dan se jikkontribwixxi biex jiġu garantiti t-tgawdija u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom u biex titnaqqas it-tbatija umana għall-migranti Venezwelani fil-Kolombja, filwaqt li jipprovdi opportunitajiet għal assistenza aħjar, inkluż dwar il-vaċċinazzjoni kontra l-COVID-19, il-protezzjoni u l-integrazzjoni soċjali; jittama li l-inizjattiva tal-UE li tassisti l-isforzi reġjonali biex ilaħħqu mal-kriżi tal-migrazzjoni se twitti t-triq għal appoġġ aktar b'saħħtu f'konformità mas-solidarjetà eċċellenti tal-Kolombja u jistieden lil membri oħra tal-komunità internazzjonali jingħaqdu flimkien biex jappoġġjaw lill-Kolombja f'dan il-proċess; jappella għat-tisħiħ tar-rispons biex tinstab soluzzjoni politika u demokratika għall-kriżi fil-Venezwela;

15.  Jitlob lill-Kummissjoni u l-Kunsill Ewropew jirdoppjaw l-appoġġ politiku u finanzjarju għall-Kolombja fi ħdan il-qafas tal-istrumenti l-ġodda ta' kooperazzjoni matul il-perjodu baġitarju l-ġdid;

16.  Jenfasizza l-kontribut tal-UE, speċjalment permezz tal-Fond Ewropew għall-Paċi fil-Kolombja, li jiffoka r-riżorsi tiegħu fuq ir-riintegrazzjoni u r-Riforma Rurali Integrali, b'enfasi fuq il-programmi PDET u l-formalizzazzjoni tas-sjieda tal-art;

17.  Jenfasizza l-parteċipazzjoni tas-settur privat fl-appoġġ tal-vittmi, l-inkorporazzjoni mill-ġdid, is-sostituzzjoni tal-għelejjel illeċiti u l-170 muniċipalità PDET; jitlob li l-Kummissjoni tapprofondixxi s-sinerġiji bejn il-ftehim kummerċjali u l-istrumenti l-ġodda ta' kooperazzjoni mmirati biex jiggarantixxu aċċess għas-suq Ewropew, skambji u investimenti sabiex jiġu żgurati s-sostenibbiltà tal-proġetti produttivi, id-dħul tal-popolazzjoni benefiċjarja u titnaqqas il-vulnerabbiltà tagħhom għall-kriminalità u l-ekonomiji illeċiti;

18.  Jemmen li l-implimentazzjoni b'suċċess tal-Ftehim ta' Paċi 2016, bħala kontribut għall-paċi u l-istabbiltà globali, se tkompli tkun prijorità ewlenija tar-relazzjonijiet bilaterali msaħħa permezz tal-Memorandum ta' Qbil approvat mill-Kunsill f'Jannar li għadda; fuq l-istess linji, jinkoraġġixxi aktar kooperazzjoni bejn l-UE u l-Kolombja sabiex jitjieb l-għajxien kemm taċ-ċittadini Kolombjani kif ukoll taċ-ċittadini tal-UE permezz tat-tisħiħ tas-sinerġiji bejn is-Sħubija ta' Kummerċ bejn l-UE u l-Kolombja u l-Ftehim ta' Paċi; jappoġġja l-estensjoni tal-mandat tal-Mibgħut Speċjali għall-Paċi fil-Kolombja;

19.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Presidenza b'rotazzjoni tal-UE, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana u lill-Gvern u lill-Kungress tal-Kolombja.

(1) ĠU C 11, 12.1.2018, p. 79.
(2) ĠU L 354, 21.12.2012, p. 3.
(3) ĠU L 333, 19.12.2015, p. 3.


Garanzija għat-Tfal
PDF 173kWORD 62k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 dwar il-Garanzija Ewropea għat-Tfal (2021/2605(RSP))
P9_TA(2021)0161B9-0220/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

–  wara li kkunsidra l-objettivi stabbiliti skont l-Artikolu 3 tat-TUE, b'mod partikolari l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni, u l-promozzjoni tal-ġustizzja soċjali, il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal,

–  wara li kkunsidra l-klawżola soċjali orizzontali fl-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-objettivi ta' politika soċjali fl-Artikoli 151 u 153 tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Karta Soċjali Ewropea riveduta,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali kif imsemmi fl-Artikolu 6 tat-TUE,

–  wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u, b'mod partikolari, il-prinċipji 1, 3, 4, 11, 14, 16, 17, 19, 20, u l-miri ewlenin tiegħu għall-2030,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal (COM(2021)0142),

–  wara li kkunsidra l-Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Garanzija Ewropea għat-Tfal (COM(2021)0137),

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU, b'mod partikolari l-Għanijiet 1, 2, 3, 4 u 10,

–  wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità (UN CRPD),

–  wara li kkunsidra l-linji gwida politiċi tal-President tal-Kummissjoni, Ursula von der Leyen,

–  wara li kkunsidra l-programm ta' ħidma aġġustat tal-Kummissjoni għall-2020 (COM(2020)0440),

–  wara li kkunsidra l-Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom (COM(2011)0173),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Jannar 2021 dwar l-aċċess għal akkomodazzjoni diċenti u affordabbli għal kulħadd(1),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) (COM(2018)0382),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2020/2221 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Diċembru 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' riżorsi addizzjonali u arranġamenti ta' implimentazzjoni biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi soċjali tagħha u għat-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU)(3),

–  wara li kkunsidra l-Istudju tal-Fattibbiltà dwar il-Garanzija għat-Tfal, li sar mill-Kummissjoni,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni bil-miktub 0042/2015, skont l-Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, dwar l-investiment fit-tfal, adottata f'Marzu 2016,

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Sistemi ta’ Edukazzjoni u Kura Bikrija tat-Tfal ta’ Kwalità Għolja,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2021 dwar id-drittijiet tat-tfal fid-dawl tal-Istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar il-politiki dwar l-introjtu minimu bħala għodda biex jiġi ttrattat il-faqar(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Novembru 2015 dwar it-tnaqqis tal-inugwaljanzi b'enfasi speċjali fuq il-faqar fost it-tfal(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' April 2020 dwar azzjoni koordinata tal-UE biex tikkumbatti l-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi tagħha(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar Ewropa soċjali b'saħħitha għal Tranżizzjonijiet Ġusti(8),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-20 ta' Novembru 1989,

–  wara li kkunsidra l-Kummenti Ġenerali tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal(9),

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tan-NU għall-Kura Alternattiva tat-Tfal, kif imnaqqxa fir-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU A/RES/64/142 tal-24 ta' Frar 2010,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa tal-1 ta' Frar 2012 dwar iż-żieda fl-anti-Żingariżmu u l-vjolenza razzista kontra r-Rom fl-Ewropa,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni adottati bil-għan li tinħoloq Unjoni ta' Ugwaljanza, f'konformità mal-"Linji Gwida Politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss 2019-2024", b'mod partikolari l-komunikazzjonijiet tagħha tal-24 ta' Novembru 2020 bit-titolu "Pjan ta' Azzjoni dwar l-Integrazzjoni u l-Inklużjoni 2021-2027" (COM(2020)0758), tat-18 ta' Settembru 2020 bit-titolu "Unjoni ta' ugwaljanza: Pjan ta' azzjoni tal-UE għall-ġlieda kontra r-razziżmu 2020-2025" (COM(2020)0565), tal-5 ta' Marzu 2020 bit-titolu "Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija ta' Ugwaljanza Bejn il-Ġeneri għall-2020-2025" (COM(2020)0152), u tat-12 ta' Novembru 2020 bit-titolu "Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025" (COM(2020)0698).

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Novembru 2019 dwar id-drittijiet tat-tfal fl-okkażjoni tat-30 anniversarju tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal(10),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-ħtieġa li jissaħħaħ il-Qafas Strateġiku tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Inklużjoni tar-Rom wara l-2020 u li tiġi intensifikata l-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu(11),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Settembru 2020 bit-titolu "L-implimentazzjoni tal-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom: nikkumbattu l-attitudnijiet negattivi fil-konfront ta' persuni ta' oriġini Romani fl-Ewropa"(12),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu "Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità 2021-2030" (COM(2021)0101),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-ministri tal-EPSCO bit-titolu "Overcoming poverty and social exclusion – mitigating the impact of COVID-19 on families – working together to develop prospects for strong children" (Negħlbu l-faqar u l-esklużjoni soċjali – il-mitigazzjoni tal-impatt tal-COVID-19 fuq il-familji – ħidma flimkien biex jiġu żviluppati prospetti għal tfal b'saħħithom),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità għal wara l-2020(13),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "L-investiment fit-tfal: niksru ċ-ċiklu tal-iżvantaġġ (2013/112/UE)"(14),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/1158 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE,

–  wara li kkunsidra r-rapport ta' politika tan-NU tal-15 ta' April 2020 bit-titolu "The impact of COVID-19 on children" (L-impatt tal-COVID-19 fuq it-tfal),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Ottubru 2008 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol 2008/867/KE,

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-integrazzjoni tal-persuni li ilhom qiegħda fis-suq tax-xogħol,

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-aċċess għall-protezzjoni soċjali,

–  wara li kkunsidra l-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet,

–  wara li kkunsidra l-mistoqsijiet għal tweġiba orali lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-Garanzija Ewropea għat-Tfal (O-000025/2021 – B9-0012/2021 u O-000026/2021 – B9-0013/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 136(5) u 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

A.  billi l-proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Garanzija Ewropea għat-Tfal trid tikkomplementa l-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li t-tnejn ġew adottati fl-24 ta' Marzu 2021; billi l-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal tiġbor flimkien l-inizjattivi kollha attwali u futuri dwar id-drittijiet tat-tfal fl-ambitu ta' qafas ta' politika koerenti wieħed, u tressaq rakkomandazzjonijiet għall-azzjoni tal-UE kemm interna kif ukoll esterna;

B.  billi l-faqar fost it-tfal ġie identifikat minn organizzazzjonijiet internazzjonali, bħall-Kunsill tal-Ewropa, u NGOs, bħall-UNICEF, kemm bħala kawża potenzjali ta' ksur tad-drittijiet tat-tfal kif ukoll bħala eżitu potenzjali ta' dak il-ksur, permezz tal-impatt li għandu fuq il-kapaċità li t-tfal ikollhom biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom, kif ukoll b'riżultat tal-fatt li d-drittijiet imsemmija hawn fuq ma jiġux irrispettati;

C.  billi t-tfal li jikbru fi skarsezza ta' riżorsi u f'sitwazzjonijiet prekarji tal-familja huma aktar probabbli li jesperjenzaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali, b'impatti estensivi fuq l-iżvilupp tagħhom u l-istat tagħhom ta' adult aktar tard, u ma jkollhomx aċċess għal ħiliet adegwati u jkollhom għażliet ta' impjieg limitati, u dan ikattar ċirku vizzjuż ta' faqar interġenerazzjonali;

D.  billi s-sitt kategoriji identifikati fil-proposta ta' Garanzija għat-Tfal huma dawk li l-aktar jinsabu f'riskju, li jeħtieġu attenzjoni u kura immedjati; billi l-objettivi tal-Garanzija għandhom jinftiehmu li japplikaw, kemm jista' jkun, għat-tfal kollha fl-Unjoni;

E.  billi l-kwistjoni tal-faqar u l-esklużjoni soċjali fost it-tfal huma problemi mifruxa li jinsabu fis-soċjetajiet kollha, li jiġu indirizzati l-aħjar permezz ta' politiki komprensivi u wesgħin, b'kamp ta' applikazzjoni limitat u b'ambitu wiesa', immirati kemm lejn it-tfal kif ukoll lejn il-familji u l-komunitajiet tagħhom u billi tingħata prijorità lill-investimenti fil-ħolqien ta' opportunitajiet u soluzzjonijiet ġodda; billi s-setturi kollha tas-soċjetà jeħtiġilhom ikunu involuti fis-soluzzjoni ta' dawn il-problemi, mill-awtoritajiet lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej sas-soċjetà ċivili u s-settur privat;

F.  billi r-riċerka turi li l-investiment fit-tfal, pereżempju fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal ta' kwalità għolja jista' jrendi redditu fuq l-investiment fil-livell tas-soċjetà tal-anqas erba' darbiet ogħla mill-ispejjeż oriġinali tal-investimenti, mingħajr ma jitqiesu l-benefiċċji usa' għan-negozji f'dawk li huma ħaddiema tas-sengħa, jew għas-sistemi ta' protezzjoni soċjali li ma jkomplux jitgħabbew bi spejjeż ulterjuri għat-tfal li jkollhom aċċess għal miżuri ta' inklużjoni soċjali(15); billi l-proċeduri baġitarji għandhom jirrikonoxxu l-investiment fit-tfal bħala kategorija ta' investiment separata, li hija apparti min-nefqa soċjali regolari;

G.  billi fl-2019, 22,2 % tat-tfal fl-UE – kważi 18-il miljun tifel u tifla – kienu f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali; billi t-tfal li ġejjin minn familji b'introjtu baxx, it-tfal mingħajr dar, it-tfal b'diżabilità, it-tfal bi sfond ta' migrazzjoni, it-tfal bi sfond etniku minoritarju, b'mod partikolari t-tfal Rom, it-tfal li jinsabu f'kura istituzzjonali, it-tfal f'sitwazzjonijiet prekarji ta' familja, il-familji b'ġenitur wieħed, il-familji LGBTIQ+, u l-familji fejn il-ġenituri jgħixu 'l bogħod għax jaħdmu barra minn pajjiżhom iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet serji, bħall-privazzjoni severa ta' akkomodazzjoni jew iffullar eċċessiv, ostakli fl-aċċess għal servizzi fundamentali u bażiċi, bħal nutrizzjoni adegwata u akkomodazzjoni deċenti, li huma kruċjali għall-benesseri tagħhom u għall-iżvilupp ta' ħiliet soċjali, konjittivi u emozzjonali; billi akkomodazzjoni msaħħna kif xieraq b'ilma sikur u sanità, u l-akkomodazzjoni inġenerali, huma kruċjali għas-saħħa, il-benessri, it-tkabbir u l-iżvilupp tat-tfal; billi akkomodazzjoni adegwata tiffavorixxi wkoll li t-tfal jitgħallmu u jistudjaw;

H.  billi l-għadd ta' tfal b'diżabilità mhuwiex magħruf minħabba nuqqas ta' statistika, iżda jista' jkun fl-ilma ta' 15 % tal-għadd totali ta' tfal fl-Unjoni; billi t-tfal b'diżabilità għandu jkollhom it-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali kollha fuq bażi ugwali ma' tfal oħra, inkluż id-dritt li jikbru fil-familji tagħhom jew f'ambjent tal-familja li jkun konformi mal-aħjar interessi tagħhom kif definit fil-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal; billi l-membri tal-familja ta' spiss ikollhom inaqqsu jew iwaqqfu l-attivitajiet professjonali tagħhom sabiex jieħdu ħsieb membri tal-familja b'diżabilità; billi l-Istudju tal-Fattibbiltà għal Garanzija għat-Tfal tal-Kummissjoni (rapport intermedju) jindika li l-ostakli ewlenin identifikati għat-tfal b'diżabilità huma problemi ta' aċċess fiżiku, in-nuqqas ta' adattament ta' servizzi u faċilitajiet għall-ħtiġijiet tat-tfal u, f'ħafna każijiet, sempliċement in-nuqqas ta' disponibbiltà tagħhom; billi fl-istess studju kien hemm ħafna minn dawk li wieġbu li ppuntaw subgħajhom lejn problemi ta' diskriminazzjoni, b'mod speċifiku fir-rigward ta' problemi relatati mal-edukazzjoni, u problemi ta' affordabilità fl-akkomodazzjoni;

I.  billi d-drittijiet tat-tfal ma jistgħux jiġu rrispettati mingħajr l-implimentazzjoni b'suċċess tal-SDGs tan-NU u viċi versa;

J.  billi t-tfal kollha għandhom id-dritt għall-protezzjoni mill-faqar, li jfisser b'mod ċar li hemm bżonn ta' politiki preventivi; billi l-Parlament u s-soċjetà ċivili Ewropea ripetutament appellaw għall-ħolqien ta' Garanzija għat-Tfal biex jiġi żgurat li kull tifel u tifla li jgħixu fil-faqar ikollhom aċċess effettiv u mingħajr ħlas għall-kura tas-saħħa, edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal ta' kwalità u mingħajr ħlas, u aċċess effettiv għal akkomodazzjoni deċenti u nutrizzjoni adegwata; billi l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) enfasizzat li l-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal hija wkoll kwistjoni ta' drittijiet fundamentali u ta' obbligi legali(16);

K.  billi l-qerda tal-faqar fost it-tfal neċessarjament timplika li l-ġenituri tat-tfal jew dawk li jieħdu ħsieb it-tfal ikollhom aċċess għal xogħol bi drittijiet, b'pagi deċenti u b'arranġamenti tax-xogħol sikuri u stabbli;

L.  billi din il-proposta toffri gwida konkreta lill-Istati Membri biex jiggarantixxu aċċess effettiv u mingħajr ħlas għal edukazzjoni u attivitajiet ibbażati fl-iskola, edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal, kura tas-saħħa, sport, attivitajiet ta' divertiment u kulturali għal kull tifel u tifla, u għal dawk li jinsabu fil-bżonn b'mod partikolari; billi l-Istati Membri għandhom jippromwovu politiki biex jiżguraw akkomodazzjoni aċċessibbli u affordabbli għat-tfal li jinsabu fil-bżonn, u nutrizzjoni tajba għas-saħħa, biex jiġi indirizzat il-faqar u jitrawmu opportunitajiet indaqs għat-tfal kollha fil-livell nazzjonali, dak reġjonali u dak lokali; billi kull tifel u tifla għandhom id-dritt li jilagħbu;

M.  billi l-pandemija tal-COVID-19 aggravat is-sitwazzjoni tat-tfal li jinsabu f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali u poġġiet lil miljuni ta' tfal u familji f'sitwazzjoni soċjoekonomika saħansitra aktar prekarja; billi bħala konsegwenza tal-pandemija, huwa stmat li l-għadd ta' tfal li jgħixu taħt il-limiti tal-faqar nazzjonali rispettivi tagħhom jista' jogħla b'madwar 117-il miljun, u madwar 150 miljun tifel u tifla oħra fid-dinja qed jgħixu f'faqar multidimensjonali; billi l-individwi u l-familji b'introjtu baxx u medju jinsabu f'riskju ogħla ta' faqar meta jiżdied il-qgħad; billi jinsabu wkoll f'riskju ogħla ta' privazzjoni severa tal-akkomodazzjoni, ta' insigurtà tal-akkomodazzjoni, ta' dejn eċċessiv, ta' żgumbrament u li jispiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom; billi dawn iċ-ċifri huma mistennija li jikbru b'mod esponenzjali minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi soċjoekonomiċi tagħha, li se jaffettwaw lil miljuni ta' tfal fl-Ewropa matul il-ħajja kollha tagħhom; billi l-kriżi tal-COVID-19 aggravat is-sitwazzjoni tat-tfal emarġinati li jgħixu f'kundizzjonijiet iffullati ż-żejjed u inumani b'aċċess limitat għall-kura tas-saħħa, l-ilma tax-xorb, is-sanità u l-ikel, filwaqt li poġġiethom f'riskju akbar li jieħdu l-virus;

N.  billi l-bidla għat-tagħlim mill-bogħod saret b'aktar ħeffa fl-2020 minħabba l-pandemija tal-COVID-19, u b'hekk in-nuqqas ta' aċċess għal konnessjoni tal-internet, għodod diġitali u infrastruttura eskluda b'mod partikolari lit-tfal żgħar ħafna bi bżonnijiet speċjali u lil dawk li jgħixu fil-faqar, f'komunitajiet emarġinati u f'żoni remoti u rurali, inkluż fir-reġjuni u t-territorji tal-periferija; billi kien hemm żieda allarmanti fl-għadd ta' tfal li l-ġenituri tagħhom tilfu l-akkomodazzjoni jew l-impjieg tagħhom, u fl-għadd ta' tfal li kienu mċaħħda mill-ikla ta' kuljum l-aktar nutrittiva tagħhom, kif ukoll mill-aċċess għal servizzi ta' wara l-iskola bħall-attivitajiet sportivi, ta' divertiment, artistiċi u kulturali, li jrawmu l-iżvilupp u l-benesseri tagħhom; billi n-nuqqas ta' aċċess għal soluzzjonijiet diġitali u ta' opportunitajiet ta' edukazzjoni diġitali jista' jillimita serjament l-aċċess aktar tard għall-edukazzjoni u l-impjiegi għaż-żgħażagħ, u dan iċaħħadhom minn opportunitajiet aħjar fis-suq tax-xogħol, u jċaħħad ukoll lin-negozji Ewropej minn ħaddiema potenzjali; billi għalhekk hemm bżonn li jsir investiment f'soluzzjonijiet ta' edukazzjoni diġitali; billi soluzzjonijiet diġitali u teknoloġiji oħra ta' assistenza għat-tfal b'diżabilità jistgħu jippermettu u jaċċelleraw il-proċess tal-inklużjoni soċjali u l-aċċess aktar tard fil-ħajja għal aktar opportunitajiet; billi, għalhekk, l-aċċess ugwali huwa kruċjali f'dan ir-rigward;

O.  billi huwa bil-wisq aktar probabbli li t-tfal b'diżabilità fl-UE jitqiegħdu f'kura istituzzjonali minn tfal mingħajr diżabilità, u jidher li huwa ferm inqas probabbli li jibbenefikaw minn sforzi li jippermettu tranżizzjoni minn kura istituzzjonali għal waħda bbażata fil-familja; billi t-tfal b'diżabilità għadhom qed jiġu segregati fl-edukazzjoni billi jitpoġġew fi skejjel speċjali u jħabbtu wiċċhom ma' ostakli fiżiċi u oħrajn li jżommuhom milli jibbenefikaw minn edukazzjoni inklużiva; billi minħabba l-pandemiji tal-COVID-19 ħafna tfal li għandhom diżabilità intellettwali sfaw mingħajr il-possibbiltà li jkomplu bl-edukazzjoni tagħhom peress li l-edukazzjoni online spiss ma tkunx adattata għall-ħtiġijiet speċjali tagħhom;

P.  billi l-Unjoni jista' jkollha rwol ewlieni fil-ġlieda ġenerali kontra l-faqar fost it-tfal u l-esklużjoni soċjali tat-tfal kollha, inklużi s-sitt kategoriji ewlenin identifikati mill-Kummissjoni;

Q.  billi t-tfal ta' ċittadini mobbli tal-UE spiss jaqgħu bejn il-lakuni fil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali; billi filwaqt li l-migrazzjoni tal-ħaddiema tnaqqas il-faqar fuq terminu ta' żmien qasir, twassal biex iħallu lit-tfal warajhom, u dan jista' jaggrava s-sottożvilupp soċjali tagħhom u jwassal għal prekarjetà, u it-tfal ta' ġenituri migranti li għadhom jgħixu fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom jispiċċaw iħabbtu wiċċhom ma' aktar ċans li jiġu emarġinati, maltrattati u abbużati, fatt li huwa partikolarment rilevanti għall-mobilità tal-ħaddiema fi ħdan l-UE(17);

R.  billi l-Garanzija għat-Tfal hija waħda mill-inizjattivi ewlenin tal-politika soċjali elenkati fil-linji gwida politiċi tal-Kummissjoni u l-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2021, u trid tkompli tingħata spinta fil-ġejjieni b'politiki u miri ambizzjużi; billi din il-kwistjoni trid tkun fuq l-aġenda tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa; billi l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-2013 "L-Investiment fit-Tfal: niksru ċ-ċiklu tal-iżvantaġġ" jibqgħu prinċipji gwida importanti biex jitnaqqas il-faqar fost it-tfal, jittejjeb il-benesseri tat-tfal u jiġi previst futur stabbli, filwaqt li jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskola; billi fil-Pjan ta' Azzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-Kummissjoni stabbiliet il-mira li tnaqqas l-għadd ta' persuni f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali fl-UE b'mill-inqas 15-il miljun sal-2030 – inklużi mill-inqas 5 miljun tifel u tifla; billi l-istereotipi negattivi tal-ġeneru u l-kundizzjonament soċjali li jwasslu għall-hekk imsejħa "distakk fil-ħolma" jew "distakk fil-jeddijiet" u nuqqas ta' rappreżentanza tan-nisa f'pożizzjonijiet ta' tmexxija jikkundizzjonaw l-għażliet ta' karriera u tal-edukazzjoni tal-bniet minn età bikrija, u għalhekk jikkontribwixxu għaż-żieda fl-inugwaljanza u s-segmentazzjoni tal-ġeneru bejn l-irġiel u n-nisa f'ċerti setturi tas-suq tax-xogħol, b'mod partikolari l-karrieri fix-xjenza, teknoloġija, inġinerija u matematika (STEM);

S.  billi l-awtoritajiet lokali u reġjonali jinsabu fuq quddiem nett tal-ħidma kontra l-faqar fost it-tfal u l-isfruttament tagħhom, u għalhekk għandhom responsabbiltà kruċjali fil-prevenzjoni tal-emarġinazzjoni u l-esklużjoni soċjali; billi l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jipprovdulhom mezzi suffiċjenti biex jilħqu dawn l-objettivi, kull meta jkun xieraq;

1.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Garanzija għat-Tfal, li l-objettiv tagħha huwa li tipprevjeni u tiġġieled il-faqar u l-esklużjoni soċjali billi tiggarantixxi l-aċċess mingħajr ħlas u effettiv għat-tfal fil-bżonn għal servizzi ewlenin bħall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, attivitajiet edukattivi u bbażati fl-iskola, il-kura tas-saħħa u mill-inqas ikla waħda tajba għas-saħħa għal kull ġurnata tal-iskola, u aċċess effettiv għal nutrizzjoni tajba għas-saħħa u akkomodazzjoni adegwata għat-tfal kollha li jinsabu fil-bżonn; jistieden lill-Kunsill u lill-Istati Membri jkunu ambizzjużi fl-adozzjoni sħiħa u rapida tar-rakkomandazzjoni u fl-implimentazzjoni tagħha; jistenna li l-kontribut li jinsab f'din ir-riżoluzzjoni jitqies fid-dawl tal-adozzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill; jisħaq li l-Garanzija għat-Tfal għandha l-għan li tipprovdi appoġġ pubbliku għall-prevenzjoni tal-esklużjoni soċjali u għall-ġlieda kontra tali esklużjoni billi tiggarantixxi l-aċċess għat-tfal fil-bżonn għal sett ta' servizzi ewlenin, li jfisser li l-Istati Membri għandhom jew jorganizzaw u jipprovdu tali servizzi jew jipprovdu benefiċċji adegwati sabiex il-ġenituri jew it-tuturi tat-tfal fil-bżonn ikunu f'pożizzjoni li jkopru l-ispiża ta' dawn is-servizzi;

2.  Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal u japprova l-objettivi tagħha li tissodisfa r-responsabbiltà kondiviża tar-rispett u l-protezzjoni tad-drittijiet ta' kull tifel u tifla, flimkien ma' proġett komuni għal soċjetajiet aktar b'saħħithom, reżiljenti u aktar ġusti għal kulħadd; jirrikonoxxi li l-proposta tal-Kummissjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Garanzija Ewropea għat-Tfal tikkomplementa l-istrateġija u tiffoka fuq it-tfal fil-bżonn fl-istabbiliment ta' qafas ta' abilitazzjoni Ewropew li jiddefendi d-drittijiet tat-tfal u jpoġġihom fuq quddiem nett tal-aġenda tal-UE; japprova l-għan ewlieni tagħha li tiġġieled il-faqar u l-esklużjoni soċjali fost it-tfal u tippromwovi opportunitajiet indaqs u s-saħħa; jappoġġja bil-qawwa l-gwida konkreta mogħtija lill-awtoritajiet nazzjonali u lokali kompetenti dwar l-għoti ta' aċċess effettiv u mingħajr ħlas għal sett ta' servizzi ewlenin lit-tfal li jinsabu fil-bżonn, bħall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal ta' kwalità u mingħajr ħlas, l-attivitajiet edukattivi u bbażati fl-iskola, u l-kura tas-saħħa, u l-aċċess effettiv għal akkomodazzjoni adegwata u nutrizzjoni tajba għas-saħħa, fuq l-istess livell bħall-pari tagħhom;

3.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jindirizzaw il-problemi strutturali li jikkawżaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali fost it-tfal billi jippromwovu livell għoli ta' impjieg u ta' inklużjoni soċjali, b'mod partikolari fost il-gruppi żvantaġġati; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw l-istabbiliment effettiv tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal madwar l-Unjoni kollha billi jintegraw il-garanzija fis-setturi kollha tal-politika, u jħeġġiġhom jagħmlu użu mill-politiki u l-fondi eżistenti tal-UE għal miżuri konkreti li jikkontribwixxu għall-qerda tal-faqar u l-esklużjoni soċjali fost it-tfal; jisħaq fuq l-importanza tal-awtoritajiet kompetenti fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali biex jiġi ggarantit aċċess effettiv u ugwali għal edukazzjoni u kura bikrija mingħajr ħlas u ta' kwalità, b'enfasi speċjali fuq il-familji bi tfal b'diżabilità, l-attivitajiet edukattivi, ibbażati fl-iskejjel u fil-komunità, flimkien ma' attivitajiet sportivi, ta' divertiment u kulturali, kura tas-saħħa, kif ukoll aċċess effettiv għal nutrizzjoni tajba għas-saħħa, u akkomodazzjoni adegwata għat-tfal kollha fil-bżonn; jisħaq wkoll li l-awtoritajiet kompetenti fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali għandhom jiġu infurmati, imħarrġa u appoġġjati biex jiżguraw il-finanzjament mill-UE; jistieden lill-Istati Membri jissalvagwardjaw id-dritt tat-tfal għal akkomodazzjoni adegwata, billi jipprovdu appoġġ relatat għal ġenituri b'diffikultà biex iżommu jew ikollhom aċċess għal akkomodazzjoni sabiex jibqgħu mat-tfal tagħhom, b'enfasi partikolari fuq iż-żgħażagħ li joħorġu minn istituzzjonijiet ta' assistenza tat-tfal;

4.  Jemmen li huwa kruċjali li jsiru investimenti konsiderevoli fit-tfal sabiex jinqered il-faqar fost it-tfal u jkunu jistgħu jikbru u jgawdu d-drittijiet sħaħ tagħhom fl-UE; jisħaq li dan jirrikjedi approċċ olistiku għall-iżvilupp fit-tfulija bikrija, li jibda bl-ewwel 1 000 jum, li għandu jiggarantixxi s-saħħa materna, inklużi s-saħħa mentali, is-sikurezza, is-sigurtà u l-għoti ta' kura reattiva; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw approċċ strateġiku u komprensiv għall-implimentazzjoni tal-Garanzija għat-Tfal permezz ta' politiki u riżorsi adegwati, inkluż permezz ta' integrazzjoni fis-suq tax-xogħol, miżuri ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u t-tuturi, u appoġġ għall-introjtu għall-familji u l-unitajiet domestiċi, sabiex l-ostakoli finanzjarji ma jwaqqfux lit-tfal milli jaċċessaw servizzi ta' kwalità u inklużivi; jitlob strateġija Ewropea ġenerali kontra l-faqar, b'miri ambizzjużi għat-tnaqqis tal-faqar u l-kundizzjoni ta' persuna mingħajr dar u t-tmiem tal-faqar estrem fl-Ewropa sal-2030, speċjalment fost it-tfal, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-SDGs tan-NU u li tibni fuq il-miri ewlenin stabbiliti fil-Pjan ta 'Azzjoni dwar l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;

5.  Jilqa' l-fatt li fit-tħejjija tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal ġew ikkunsidrati l-fehmiet u s-suġġerimenti ta' aktar minn 10 000 tifel u tifla; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li, waqt l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-Garanzija għat-Tfal fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, il-vuċijiet tat-tfal, kif ukoll dawk tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, jinstemgħu billi tippermettilhom ikunu parteċipanti sħaħ fi djalogu u konsultazzjoni pubbliċi sinifikattivi u inklużivi u jgħidu tagħhom dwar kwistjonijiet li jikkonċernawhom fil-livell tal-UE, kif kien il-każ fil-Forum dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-2020; jitlob, f'dan ir-rigward, lill-Istati Membri kollha biex speċifikament jinkarigaw lil awtorità pubblika, pereżempju kummissarju jew ombudsman tat-tfal, bil-kejl tal-effetti fuq it-tfal tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u reġjonali u tal-miżuri nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-Garanzija għat-Tfal, kif ukoll li tippromwovi b'mod ġenerali d-drittijiet tat-tfal fil-politika pubblika, u jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-possibbiltà li tistabbilixxi Awtorità Ewropea għat-Tfal biex tappoġġja u timmonitorja l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni mill-Istati Membri, tikkoordina l-ħidma nazzjonali, tiżgura l-iskambju ta' prattiki tajbin u soluzzjonijiet innovattivi, u tissimplifika r-rapportar u r-rakkomandazzjonijiet;

6.  Jistieden lill-Istati Membri jagħtu prijorità lill-finanzjament għad-drittijiet tat-tfal skont il-ħtiġijiet identifikati fil-livell nazzjonali u reġjonali u jħeġġiġhom bil-qawwa jmorru lil hinn mill-allokazzjonijiet predefiniti fl-iskemi ta' finanzjament tal-UE; jistieden lill-Istati Membri jinformaw, iħarrġu u jappoġġjaw lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-iżgurar tal-finanzjament tal-UE; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw approċċ ikkoordinat fl-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE, u jħaffu l-implimentazzjoni tagħhom u jiddedikaw ir-riżorsi nazzjonali kollha possibbli, ikkomplementati mill-fondi tal-UE bħall-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), l-Assistenza fl-Irkupru għall-Koeżjoni u għat-Territorji tal-Ewropa (React-EU), il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), l-InvestEU, l-Erasmus+, il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil (AMF) u l-UE għas-Saħħa, biex jiġu miġġielda l-faqar u l-esklużjoni soċjali fost it-tfal; ifakkar li l-Istati Membri jeħtiġilhom jinkludu miżuri ddedikati li jinvestu fit-tfal u ż-żgħażagħ fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza sabiex jaċċessaw il-fond, skont il-pilastru tal-"Ġenerazzjoni li Jmiss" tal-RRF; ifakkar fil-possibbiltajiet mogħtija minn Next Generation EU biex jingħata appoġġ finanzjarju anki lill-organizzazzjonijiet, pereżempju l-NGOs u l-organizzazzjonijiet tal-karità, u għajnuna soċjali lill-familji fil-bżonn; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Istati Membri kollha, mhux biss dawk l-aktar affettwati mill-faqar fost it-tfal, jallokaw mill-inqas 5 % tar-riżorsi tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża biex jiġu appoġġjati l-attivitajiet fl-ambitu tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal;

7.  Jistieden lill-Istati Membri jqisu s-sitwazzjoni partikolari tat-tfal fil-bżonn, b'mod partikolari dawk li jesperjenzaw żvantaġġi speċifiċi f'dan il-grupp, meta jimplimentaw il-Garanzija għat-Tfal; jisħaq li l-Garanzija għat-Tfal għandha tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-għan tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità ta' tranżizzjoni minn kura istituzzjonali għal kura fil-familja jew għal kura bbażata fil-komunità; jistieden lill-Istati Membri jintegraw approċċ sensittiv għall-ġeneru u intersezzjonali fl-implimentazzjoni tagħhom tal-Garanzija għat-Tfal;

8.  Jemmen li l-Garanzija għat-tfal għandha ssir strument permanenti għall-prevenzjoni u l-indirizzar tal-faqar fost it-tfal fl-UE b'mod strutturat; jenfasizza l-interkonnessjoni evidenti bejn in-Next Generation EU u l-Garanzija għat-Tfal bħala strumenti tal-UE għall-investiment fil-ġenerazzjonijiet futuri u jitlob għalhekk li jissaħħu s-sinerġiji bejn iż-żewġ programmi tal-Unjoni, anki bil-ħsieb li l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-Istrateġija Ewropea dwar id-Drittijiet tat-Tfal jiġu implimentati bis-sħiħ u b'mod sinifikattiv;

9.  Jenfasizza li l-Istati Membri għandhom kemm jistabbilixxu strateġiji nazzjonali pluriennali dwar it-tnaqqis tal-faqar, kif definit ukoll fil-kundizzjoni abilitanti 4.3 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni biex jiġi indirizzat il-faqar fost it-tfal u l-esklużjoni soċjali, kif ukoll jiżguraw li l-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali tal-Garanzija għat-Tfal ikunu r-riżultati konkreti tagħhom;

10.  Jistieden lill-Istati Membri jeliminaw kull diskriminazzjoni fl-aċċess għall-indukrar tat-tfal, l-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa mingħajr ħlas u ta' kwalità, kif ukoll l-akkomodazzjoni adegwata u n-nutrizzjoni tajba għas-saħħa, u l-attivitajiet rikreattivi, sabiex jiggarantixxu r-rispett sħiħ għal-liġi applikabbli tal-UE u dik nazzjonali kontra d-diskriminazzjoni; jitlob it-tkomplija b'urġenza tan-negozjati dwar id-direttiva orizzontali kontra d-diskriminazzjoni bħala għodda ewlenija f'dan ir-rigward; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jinvestu riżorsi adegwati biex itemmu s-segregazzjoni tal-klassijiet fl-iskola u jippromwovu l-inklużjoni sabiex it-tfal jingħataw bidu ugwali fil-ħajja ħalli jkissru ċ-ċiklu tal-faqar kmieni kemm jista' jkun;

11.  Ifakkar li l-aċċess għall-ilma ġieri u s-sanità jvarja b'mod konsiderevoli madwar l-Unjoni, b'konnessjoni medja mas-sistemi tad-drenaġġ ta' 80 % sa 90 % fit-Tramuntana, fin-Nofsinhar u fiċ-Ċentru tal-Ewropa, u konnessjoni medja ħafna aktar baxxa mas-sistemi tad-drenaġġ u tat-trattament tal-ilma ta' 64 % fl-Ewropa tal-Lvant(18); jenfasizza li nuqqas ta' aċċess għal akkomodazzjoni soċjali huwa ostaklu għal tfal li ġejjin minn familji b'introjtu baxx; jesprimi t-tħassib tiegħu li għad hemm wisq tfal mingħajr aċċess bażiku għall-ilma, il-faċilitajiet sanitarji u iġjeniċi u li n-nuqqas ta' aċċess għal servizzi bażiċi ta' sanità huwa partikolarment qawwi fost it-tfal l-aktar vulnerabbli u emarġinati; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li t-tfal kollha jkollhom aċċess għall-ilma ġieri, għal faċilitajiet sanitarji u ta' iġjene personali, kemm fid-dar kif ukoll fl-iskola;

12.  Jistieden lill-Istati Membri jagħtu prijorità lill-provvista ta' akkomodazzjoni permanenti lit-tfal mingħajr dar u lill-familji tagħhom, u jinkludu soluzzjonijiet ta' akkomodazzjoni għal tfal li jkunu għaddejjin minn perjodu mingħajr dar u minn esklużjonijiet severi ta' akkomodazzjoni fil-pjanijiet ta' azzjoni tagħhom ta' Garanzija għat-Tfal;

13.  Jirrimarka l-isfidi speċifiċi għall-bliet tal-faqar fost it-tfal, b'mod partikolari bil-ħsieb li tiġi indirizzata s-sitwazzjoni serja fiż-żoni urbani l-aktar fil-bżonn, li qed tirriskja li tiġi injorata fin-nuqqas ta' indikaturi multidimensjonali u ta' kwalità li jkunu kapaċi jifhmu r-realtà fil-post; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu ddedikati miżuri u riżorsi speċifiċi għal dan il-qasam, bil-ħsieb li jiġu stabbiliti servizzi ta' kwalità, aċċessibbli u inklużivi għat-tfal fil-bżonn u għall-familji tagħhom li jgħixu f'żoni urbani; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu involuti l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-muniċipalitajiet, kif ukoll l-atturi tas-soċjetà ċivili, fil-fażijiet kollha tal-implimentazzjoni tal-Garanzija għat-Tfal;

14.  Jistieden lill-Istati Membri jaħdmu biex jilħqu l-miri stabbiliti għaż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni (COM(2020)0625) u jkomplu jimplimentaw bis-sħiħ l-azzjonijiet rilevanti kollha rakkomandati fil-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Integrazzjoni u l-Inklużjoni 2021-2027 (COM(2020)0758) fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ; jistieden lill-Istati Membri jinnominaw mingħajr dewmien koordinaturi nazzjonali kompetenti mgħammra b'riżorsi adegwati u b'mandat b'saħħtu, u b'kompetenza bejn id-dipartimenti; jitlob li dawn il-koordinaturi jirrapportaw kif xieraq kull sentejn dwar il-progress li jkun sar fuq l-aspetti kollha tal-Garanzija għat-Tfal u jiskambjaw regolarment l-aħjar prattiki mal-kontropartijiet nazzjonali tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura koordinazzjoni istituzzjonali msaħħa;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw il-ħolqien u t-tisħiħ ta' networks pubbliċi universali għall-indukrar tat-tfal, l-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa, bi standards ta' kwalità għolja;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni, f'konformità mal-Pjan ta' Azzjoni tagħha dwar l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, tressaq proposta għar-reviżjoni tal-miri ta' Barċellona u l-qafas ta' kwalità tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal sabiex tappoġġja aktar konverġenza 'l fuq fost l-Istati Membri fil-qasam tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-inizjattivi tal-UE jappoġġjaw it-tagħlim online u mill-bogħod għal edukazzjoni primarja u sekondarja aktar flessibbli u inklużiva, filwaqt li jippreservaw it-tagħlim wiċċ imb'wiċċ bħala l-metodu tal-edukazzjoni primarja b'aċċessibbiltà garantita għat-tfal kollha, b'mod speċifiku t-tfal b'diżabilità; jistieden lill-Istati Membri jnaqqsu d-distakk diġitali billi jżidu u jipprijoritizzaw il-konnettività tal-internet f'żoni remoti u rurali peress li 10 % tal-unitajiet domestiċi fl-UE għadhom neqsin minn aċċess għall-internet; jitlob li jkun hemm sħubija pubblika-privata fil-livell pan-Ewropew biex isir investiment fit-tnaqqis tad-distakk diġitali u biex it-tfal jingħataw is-setgħa permezz ta' ħiliet diġitali u intraprenditorjali; jisħaq fuq l-importanza ta' aċċess ugwali għall-infrastruttura u l-ħiliet diġitali bl-istess mod għat-tfal, l-għalliema u l-ġenituri kemm f'kuntesti urbani kif ukoll rurali, sabiex jiġi evitat id-distakk diġitali, kif ukoll għat-tfal f'reġjuni mbiegħda u periferiċi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu appoġġ finanzjarju għal żoni li jeħtieġu titjib teknoloġiku u taħriġ diġitali komprensiv kemm għall-għalliema kif ukoll għall-istudenti, sabiex ikunu jistgħu jadattaw għal teknoloġiji ġodda;

17.  Jistieden lill-Istati Membri jindirizzaw b'mod urġenti t-tfixkil fit-tagħlim u l-inugwaljanzi edukattivi kkawżati mill-kriżi tal-COVID-19, kemm biex it-tfal ikunu jistgħu jitgħallmu mill-bogħod kemm jista' jkun malajr u jipproponu soluzzjonijiet fit-tul għall-inugwaljanzi strutturali; jistieden lill-Istati Membri jivvalutaw, jimplimentaw u jimmonitorjaw l-aċċess għall-edukazzjoni, b'mod partikolari għat-tfal minn gruppi u minn sfondi vulnerabbli, u biex jiżguraw l-istess edukazzjoni ta' kwalità matul il-pandemija, kif ukoll biex jippromwovu l-litteriżmu diġitali u għodod edukattivi adattati għat-tagħlim mill-bogħod; huwa jinsab imħasseb li, fil-kuntest tal-irkupru ta' wara l-kriżi u l-possibbiltà li l-kriżi titwal, il-ħtieġa li jiġi indirizzat il-faqar fost it-tfal se tiżdied u li l-faqar se jkollu impatt dejjem akbar fuq it-tfal peress li huma l-aktar grupp vulnerabbli fost l-aktar żvantaġġati; jistieden lill-Istati Membri jħejju u jagħtu prijorità lis-soluzzjonijiet ta' immunizzazzjoni kontra l-COVID-19 għall-kategoriji ta' tfal identifikati mill-garanzija, meta jsiru disponibbli b'mod wiesa' għat-tfal;

18.  Ifakkar fir-rwol ewlieni li l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali u l-attività intraprenditorjali b'impatt soċjali jista' jkollhom biex jgħinu fit-twettiq tal-Garanzija għat-Tfal u l-ħtieġa ta' investiment fil-bini tal-kapaċitajiet, l-aċċess għall-finanzi, u l-edukazzjoni u t-taħriġ intraprenditorjali f'dan il-qasam; jisħaq fuq il-ħtieġa ta' sinerġiji bejn il-Garanzija għat-Tfal u l-Pjan ta' Azzjoni li jmiss tal-UE għall-Ekonomija Soċjali;

19.  Jemmen li l-investiment strateġiku b'impatt soċjali huwa kruċjali biex jiġi żgurat li l-effett tal-kriżi fuq it-tfal, b'mod partikolari dawk li diġà qed jesperjenzaw jew li jinsabu f'riskju ta' faqar u inklużjoni soċjali u li jaqgħu fi ħdan l-oqsma ta' żvantaġġ speċifiku stabbiliti fl-ambitu tar-rakkomandazzjoni, ma jiggravax; jisħaq fuq l-importanza li jiġi stimolat kemm l-investiment pubbliku kif ukoll dak privat biex jinkisbu l-għanijiet tal-garanzija u jenfasizza r-rwol tal-programm u tal-fond InvestEU f'dan ir-rigward, b'mod partikolari permezz tal-investimenti soċjali u l-ħiliet u t-twieqi ta' politika tal-infrastruttura sostenibbli;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jeżaminaw il-proċeduri baġitarji attwali tagħhom relatati man-nefqa soċjali sabiex jenfasizzaw il-karatteristiċi distinti li l-investimenti fit-tfal jista' jkollhom fuq in-nefqa soċjali regolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-ispejjeż għar-ritorn, il-multiplikaturi u mal-ispejjeż ta' opportunità;

21.  Jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-isforzi biex jipprevjenu li t-tfal isofru ħsara u jiġu protetti minn kull forma ta' vjolenza billi jiżviluppaw strateġiji li jidentifikaw u jipprijoritizzaw tfal f'riskju għal interventi ta' prevenzjoni u rispons f'kollaborazzjoni mal-ġenituri, l-għalliema, u l-ħaddiema tas-saħħa u fil-komunità; jistieden lill-Istati Membri jipprevjenu l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u jissalvagwardjaw it-tfal kollha, filwaqt li jagħtu attenzjoni speċjali lill-bniet u lin-nisa żgħażagħ, billi joħolqu jew isaħħu mekkaniżmi ta' monitoraġġ u rapportar u servizzi speċifiċi biex jirrispondu għal każijiet ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru;

22.  Ifakkar li l-protezzjoni soċjali u l-appoġġ għall-familji huma essenzjali u jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jiżguraw sistemi ta' protezzjoni soċjali adegwati u aċċessibbli u sistemi integrati ta' protezzjoni tat-tfal, inklużi l-prevenzjoni effettiva, l-intervent bikri u l-appoġġ tal-familja, sabiex jiġu żgurati s-sikurezza u s-sigurtà għat-tfal mingħajr il-kura tal-ġenituri jew li jinsabu f'riskju li jitilfu din il-kura, kif ukoll miżuri ta' appoġġ għat-tranżizzjoni minn kura istituzzjonali lejn kura fil-familja u bbażata fil-komunità; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-investiment fis-sistemi ta' protezzjoni tat-tfal u fis-servizzi ta' protezzjoni soċjali bħala parti importanti mill-implimentazzjoni tal-Garanzija għat-Tfal; jisħaq li l-problemi ta' saħħa mentali u fiżika huma mifruxa minħabba l-kuntest attwali ta' lockdowns, iżolament u l-ambjent edukattiv u jistieden lill-Istati Membri jinvestu fil-protezzjoni tas-saħħa mentali u fiżika tat-tfal bħala prijorità;

23.  Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu servizzi soċjali, inklużi dawk għall-protezzjoni tal-minuri, b'riżorsi finanzjarji, tekniċi u umani suffiċjenti;

24.  Jistieden lill-Istati Membri jfasslu strateġiji speċifiċi biex jipproteġu lit-tfal mill-abbuż u l-isfruttament sesswali online, peress li kaġun tal-iżolament it-tfal iqattgħu aktar ħin online u dan iżid ir-riskju tal-esponiment tagħhom għall-abbuż online, inklużi l-pornografija tat-tfal u l-bullying online; iħeġġeġ lill-Istati Membri jwettqu kampanji ta' informazzjoni kemm għall-ġenituri kif ukoll għat-tfal rigward il-perikli li t-tfal huma esposti għalihom fl-ambjent online; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu mill-qrib mal-operaturi tas-settur privat biex jiffinanzjaw l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda ħalli jiġu identifikati u eliminati materjali li fihom il-pornografija tat-tfal u l-abbuż sesswali tat-tfal;

25.  Ifakkar li huwa essenzjali li jkun hemm approċċ komprensiv biex it-tfal jinħarġu mill-faqar, li jrid jinkludi appoġġ individwalizzat għall-ġenituri tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jagħtu spinta lill-investiment f'impjiegi sostenibbli u fl-appoġġ soċjali lill-ġenituri, inkluż matul il-liv tal-maternità u tal-ġenituri, u jimplimentaw politiki ta' impjieg immirati li jiżguraw standard ta' għajxien deċenti, kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti, bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, suq tax-xogħol inklużiv u impjegabbiltà ogħla, b'enfasi fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, u titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid; jistieden lill-Istati Membri jinkludu tali miżuri fil-pjanijiet ta' azzjoni tal-Garanzija għat-Tfal nazzjonali tagħhom; jenfasizza li jrid jiġi stabbilit appoġġ għall-indukrar bikri tat-tfal mingħajr ħlas biex ix-xogħol għall-ġenituri jerġa' jibda bla xkiel; jistieden lill-Istati Membri kollha jirrikonoxxu perjodi ta' indukrar għal tfal dipendenti fi skemi ta' pensjoni u jiżguraw appoġġ kemm finanzjarju kif ukoll professjonali għall-persuni li jieħdu ħsieb membri tal-familja b'diżabilità li jgħixu fl-istess dar; jisħaq li l-għoti ta' kura lill-qraba tagħhom ta' spiss ikollu impatt negattiv fuq il-familja u l-ħajja professjonali tagħhom u jista' jwassal għall-esklużjoni u d-diskriminazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu miżuri speċifiċi biex jissalvagwardjaw il-benesseri tat-"tfal li jibqgħu d-dar waħedhom" – tfal li jitħallew warajhom minn ġenituri migranti;

26.  Ifakkar li l-proposta dwar pagi minimi adegwati għandha l-għan li tiffoka fuq it-titjib tas-sitwazzjoni tal-introjtu tal-persuni li jaħdmu, inkluża dik tal-ġenituri, u b'mod partikolari n-nisa; ifakkar li kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti u pagi ġusti jridu jkunu komplementari għall-miżuri kontra l-faqar, inkluża l-garanzija, filwaqt li jiġu żgurati l-partikolaritajiet nazzjonali u tiġi rrispettata s-sussidjarjetà; jemmen li approċċ bħal dan b'hekk itejjeb il-benesseri tat-tfal u jnaqqas l-inugwaljanzi minn età bikrija, u b'hekk jitkisser iċ-ċiklu tal-faqar; ifakkar lill-Istati Membri li r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar appoġġ attiv effettiv għall-impjiegi (EASE) (C(2021)1372) toffri gwida dwar tranżizzjoni gradwali minn miżuri ta' emerġenza meħuda biex jiġu ppreservati l-impjiegi matul il-pandemija għal miżuri ġodda meħtieġa għal irkupru li jiġġenera t-tkabbir u l-impjiegi; jilqa' l-proposta għal Direttiva dwar it-Trasparenza fil-Pagi, li għandha l-għan li tnaqqas id-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi u b'hekk ittejjeb l-istabbiltà finanzjarja tan-nisa u l-indipendenza ekonomika b'mod ġenerali, kif ukoll li tippermetti lin-nisa affettwati jaħarbu mill-faqar u minn sitwazzjonijiet ta' vjolenza domestika;

27.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jindirizzaw it-tluq bikri mill-iskola; jenfasizza li l-Garanzija għaż-Żgħażagħ(19) imsaħħa tistipula li ż-żgħażagħ kollha mill-età ta' 15-il sena għandhom jirċievu offerta ta' impjieg, edukazzjoni, traineeship jew apprendistat fi żmien erba' xhur minn meta jsiru qiegħda jew minn meta jieqfu mill-edukazzjoni formali; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri jimplimentaw il-Garanzija għaż-Żgħażagħ imsaħħa, jiżguraw offerti ta' kwalità għolja, inkluża r-remunerazzjoni ġusta, u jippromwovu l-involviment taż-żgħażagħ fis-servizzi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ; jissottolinja l-importanza li tiġi żgurata l-komplementarjetà tagħha mal-Garanzija għat-Tfal u mal-Istrateġija Ewropea għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità sabiex twieġeb għall-ħtiġijiet tat-tfal b'diżabilità u tipprovdi aċċess aħjar għas-servizzi ġenerali u għall-għajxien indipendenti;

28.  Jilqa' l-istabbiliment ta' mekkaniżmi ta' governanza, monitoraġġ, rapportar u evalwazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tkompli timmonitorja l-progress fis-Semestru Ewropew, inkluż permezz ta' indikaturi ddedikati fit-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali, u toħroġ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż fejn ikun meħtieġ; jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi lill-Parlament fil-qafas komuni ta' monitoraġġ u fil-ħidma tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali; jenfasizza r-rwol importanti tal-Kumitat tar-Reġjuni u tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew fil-promozzjoni tad-djalogu mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u mas-soċjetà ċivili; ifakkar fl-importanza li d-drittijiet u l-benesseri tat-tfal jiġu introdotti bħala parametri u indikaturi tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż fil-qafas tas-Semestru Ewropew u f'konformità mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; jistieden lill-Kummissjoni taġġusta l-Indikaturi tat-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali, inkluża data diżaggregata, biex tqis il-kategoriji kollha ta' tfal fil-bżonn identifikati mill-Kummissjoni, tkompli tiżviluppa valutazzjoni komparattiva għall-evalwazzjoni u l-monitoraġġ tal-impatt tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal, u tfassal l-istruttura istituzzjonali għall-integrazzjoni tal-implimentazzjoni tagħha;

29.  Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw kemm strateġiji nazzjonali pluriennali biex jindirizzaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali fost it-tfal kif ukoll pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal abbażi tal-gruppi speċifiċi ta' tfal fil-bżonn identifikati, l-objettivi u l-finanzjament meħtieġ li għandu jiġi allokat biex il-qafas ta' politika abilitanti jsir realtà; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu definiti miri b'saħħithom li jistgħu jitkejlu; ifakkar fl-importanza li jiġu involuti l-awtoritajiet reġjonali u lokali responsabbli u l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inkluż fl-ekonomija soċjali, l-istituzzjonijiet edukattivi, is-settur privat, l-NGOs u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, kif ukoll it-tfal u l-ġenituri nfushom; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta regolarment lill-Parlament dwar kull progress fl-implimentazzjoni tal-garanzija; itenni l-ħtieġa li jittejjeb il-ġbir ta' data diżaggregata ta' kwalità kemm fil-livell tal-Istati Membri kif ukoll fil-livell tal-UE sabiex jgħin fil-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-progress bil-għan li jintemmu l-faqar u l-esklużjoni soċjali fost it-tfal u tingħata informazzjoni dwar il-monitoraġġ u t-tfassil ta' politika; jilqa', f'dan ir-rigward, l-inklużjoni ta' oqfsa nazzjonali għall-ġbir tad-data skont il-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-Garanzija għat-Tfal; jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri kollha jiżviluppaw indikaturi ta' kwalità aħjar fl-oqsma kollha ta' intervent tal-Garanzija għat-Tfal bil-għan li jifhmu b'mod adegwat l-isfidi multidimensjonali relatati mal-faqar fost it-tfal u l-esklużjoni soċjali fl-edukazzjoni u l-indukrar tat-tfal, il-kura tas-saħħa, l-akkomodazzjoni u l-aċċess għal nutrizzjoni adegwata u bil-ħsieb li tissaħħaħ is-sensibilizzazzjoni tagħha għat-tfal l-aktar żvantaġġati; itenni l-importanza li l-Istati Membri jitħallew jiskambjaw l-aħjar prattiki;

30.  Jistieden lill-Kunsill tadotta l-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Garanzija Ewropea għat-Tfal;

31.  Jistieden lill-Kunsill jiżblokka d-Direttiva dwar in-Nisa fuq il-Bordijiet; jisħaq li r-rappreżentanza tan-nisa fit-tmexxija fit-tmexxija tikkundizzjona lin-nisa u l-għażla tal-iskola u tal-karriera tan-nisa żgħażagħ u tikkontribwixxi biex jintemmu l-inugwaljanzi f'ċerti setturi tas-suq tax-xogħol fejn in-nisa huma anqas rappreżentati, kif ukoll biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tas-setturi femminizzati;

32.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) Testi adottati, P9_TA(2021)0020.
(2) ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17.
(3) ĠU L 437, 28.12.2020, p. 30.
(4) Testi adottati, P9_TA(2021)0090.
(5) ĠU C 346, 27.9.2018, p. 156.
(6) ĠU C 366, 27.10.2017, p. 19
(7) Testi adottati, P9_TA(2020)0054.
(8) Testi adottati, P9_TA(2020)0371.
(9) wara li kkunsidra l-Kummenti Ġenerali tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, b'mod partikolari, il-Kummenti Ġenerali Nru 5 dwar miżuri ġenerali ta' implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, Nru 6 dwar it-trattament tat-tfal mhux akkumpanjati u separati barra mill-pajjiż ta' oriġini tagħhom; Nru 10 dwar id-drittijiet tat-tfal fil-ġustizzja għall-minorenni, Nru 12 dwar id-dritt li t-tfal jiġu mismugħa, Nru 13 dwar id-dritt tat-tfal li jkunu ħielsa minn kull forma ta' vjolenza, Nru 14 dritt tat-tfal li l-aħjar interessi tagħhom jkunu kunsiderazzjoni primarja, Nru 15 dwar id-dritt tat-tfal għat-tgawdija tal-ogħla standard ta' saħħa li jista' jinkiseb, u Nru 16 dwar l-obbligi tal-Istat rigward l-impatt tas-settur tan-negozju fuq id-drittijiet tat-tfal.
(10) Testi adottati, P9_TA(2019)0066.
(11) ĠU C 449, 23.12.2020, p. 2.
(12) Testi adottati, P9_TA(2020)0229.
(13) Testi adottati, P9_TA(2020)0156.
(14) ĠU L 59, 2.3.2013.
(15) Studju tal-Università ta' Pennsylvania dwar "High Return on Investment (ROI)" (Redditu Għoli fuq l-Investiment): https://www.impact.upenn.edu/early-childhood-toolkit/why-invest/what-is-the-return-on-investment/
(16) L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, "Combatting child poverty: An issue of fundamental rights" (Il-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal: Kwistjoni ta' drittijiet fundamentali), Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2018.
(17) UNICEF Study on the impact of parental deprivation on the children left behind by Moldovan migrants https://www.unicef.org/socialpolicy/files/The_Impact_of_Parental_Deprivation_on_the_Development_of_Children(4).pdf
(18) https://www.eea.europa.eu/data-and-maps/indicators/urban-waste-water-treatment/urban-waste-water-treatment-assessment-5
(19) ĠU C 372, 4.11.2020, p. 1.


L-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tal-ittestjar għall-COVID-19
PDF 144kWORD 48k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 dwar l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tal-ittestjar għall-COVID-19 (2021/2654(RSP))
P9_TA(2021)0162B9-0234/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 4, 6, 9, 114, 153, 168, 169 u 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Marzu 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati interoperabbli dwar il-vaċċinazzjoni, l-ittestjar u l-irkupru għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (Ċertifikat Diġitali Aħdar) (COM(2021)0130),

–  wara li kkunsidra r-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa attwali,

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1595 tat-28 ta' Ottubru 2020 dwar l-istrateġiji tal-ittestjar għall-COVID-19, inkluż l-użu tat-testijiet tal-antiġeni rapidi(1),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri(2),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Jannar 2021 dwar qafas komuni għall-użu u l-validazzjoni ta' testijiet rapidi tal-antiġeni u r-rikonoxximent reċiproku tar-riżultati tat-testijiet tal-COVID-19 fl-UE(3);

–  wara li kkunsidra l-Artikolu  132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi kull ċittadin tal-Unjoni għandu d-dritt li jiċċaqlaq u jgħix liberament fit-territorju tal-Istati Membri, soġġett għal-limitazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Trattati u l-miżuri adottati biex ikollhom effett(4);

B.  billi l-ittestjar effettiv huwa meqjus bħala għodda deċiżiva biex titrażżan il-firxa tas-SARS-CoV-2 u l-varjanti ta' tħassib tiegħu, jiġu identifikati l-infezzjonijiet u jiġu limitati l-miżuri ta' iżolament u ta' kwarantina, u se jkompli jkollu rwol ewlieni fl-iffaċilitar tal-moviment liberu tal-persuni u biex jiġu żgurati t-trasport transfruntier u l-forniment transfruntier ta' servizzi matul il-pandemija;

C.  billi kapaċitajiet suffiċjenti ta' ttestjar u sekwenzjar huma indispensabbli għall-monitoraġġ tas-sitwazzjoni epidemjoloġika u l-identifikazzjoni rapida tal-emerġenza ta' aktar varjanti tas-SARS-CoV-2;

D.  billi l-Kummissjoni pproponiet pakkett leġiżlattiv għall-Unjoni Ewropea tas-Saħħa;

E.  billi l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà ta' dawn it-testijiet ivarjaw ħafna bejn l-Istati Membri, speċjalment fir-rigward tad-disponibbiltà ta' testijiet mingħajr ħlas għall-forza tax-xogħol tal-ewwel linja, inklużi l-ħaddiema fis-settur tas-saħħa, l-iskejjel, l-universitajiet u l-faċilitajiet tal-kura tat-tfal;

F.  billi l-Kummissjoni pproponiet qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikat interoperabbli dwar il-vaċċinazzjoni, l-ittestjar u l-irkupru għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19, imsejjaħ iċ-ċertifikat COVID-19 tal-UE;

G.  billi ċ-ċertifikat COVID-19 tal-UE jiffaċilita l-moviment liberu taċ-ċittadini u r-residenti tal-UE; billi ħafna Stati Membri għadhom qed jitolbu lill-persuni li jivvjaġġaw lejn it-territorju tagħhom biex jagħmlu test biex jaraw humiex infettati bil-COVID-19 qabel jew wara l-wasla;

H.  billi ċ-ċittadini u r-residenti tal-UE mhux se jkunu tlaqqmu kollha sa meta jidħol fis-seħħ ir-regolament dwar iċ-ċertifikat COVID-19 tal-UE, jew minħabba li t-tilqima tkun għadha ma ġietx offruta lilhom jew inkella minħabba li ma jistgħux jew ma jixtiqux jitlaqqmu, u għaldaqstant se jkollhom jiddependu fuq ċertifikati bbażati fuq l-ittestjar jew l-irkupru biex jiffaċilitawlhom il-moviment liberu;

I.  billi t-testijiet tal-amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejku (NAAT) inklużi fil-lista mfassla abbażi tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Jannar 2021 jiffurmaw parti integrali miċ-ċertifikati COVID-19 tal-UE previsti;

J.  billi l-ispejjeż tat-testijiet, il-kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji u l-aċċess limitat għall-protezzjoni legali jfissru li l-ħaddiema staġonali jħabbtu wiċċhom ma' sfidi partikolari fir-rigward tal-ittestjar u l-awtoiżolament għall-benefiċċju tas-saħħa pubblika;

K.  billi l-COVID-19 laqat b'mod sproporzjonat lill-persuni vulnerabbli, lill-minoranzi etniċi, lir-residenti fid-djar tal-kura, lis-servizzi residenzjali għall-persuni anzjani, lill-persuni b'diżabbiltà u lill-persuni bla dar; billi l-popolazzjonijiet vulnerabbli jinsabu f'riskju akbar li jħabbtu wiċċhom ma' diskriminazzjoni finanzjarja meta ma jkollhomx possibbiltà li jirċievu testijiet mingħajr ħlas;

L.  billi l-ittestjar effettiv huwa wkoll komponent ewlieni tal-istrateġija li għandha l-għan li tagħti spinta lill-irkupru ekonomiku u tippermetti li l-attivitajiet edukattivi u soċjali jitwettqu bħas-soltu fl-Istati Membri sabiex il-libertajiet fundamentali jkunu jistgħu jiġu eżerċitati għalkollox;

M.  billi l-Istati Membri kollha jipprovdu t-tilqim kontra l-COVID-19 liċ-ċittadini u lir-residenti tagħhom mingħajr ħlas, iżda mhux l-Istati Membri kollha jipprovdu l-ittestjar b'xejn; billi ċ-ċittadini u r-residenti tal-Istati Membri l-oħra sikwit ikollhom iħallsu prezzijiet għoljin għat-testijiet tal-COVID-19, u dan jagħmel din l-għażla inaċċessibbli għal uħud minnhom, u jġib miegħu r-riskju li tinħoloq diskriminazzjoni bbażata fuq l-istatus soċjoekonomiku;

N.  billi biex jiġu evitati l-inugwaljanza u d-diskriminazzjoni fl-UE bejn ċittadini u residenti mlaqqma u dawk li ma jkunux imlaqqma, kemm l-ittestjar kif ukoll it-tilqim għandhom ikunu b'xejn;

O.  billi ċ-ċertifikati tat-test maħruġa mill-Istati Membri f'konformità maċ-ċertifikat COVID-19 tal-UE għandhom jiġu aċċettati mill-Istati Membri li jitolbu prova ta' test għal infezzjoni bil-COVID-19 fil-kuntest tar-restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu fis-seħħ biex jiġi limitat it-tixrid tal-COVID-19;

P.  billi għandha tkun disponibbli f'post wieħed informazzjoni ċara u faċli għall-utent dwar id-disponibbiltà tal-ittestjar tal-COVID-19 fl-Istati Membri kollha, u fejn l-ittestjar b'xejn mhuwiex offrut, dwar il-prezzijiet;

Q.  billi nuqqas ta' kapaċità tal-ittestjar u l-kwistjoni tal-affordabbiltà tal-ittestjar għall-COVID-19 jippreżentaw sfidi għall-indirizzar effettiv tal-pandemija u jikkostitwixxu ostaklu sinifikanti għall-moviment liberu fi ħdan l-UE, għall-fini ta' xogħol, ta' divertiment, ta' riunifikazzjoni tal-familja jew fini ieħor;

R.  billi 17-il miljun ċittadin tal-UE jaħdmu jew jgħixu barra mill-Istat Membru tagħhom u billi ħafna miljuni jgħixu f'żoni periferiċi jew tal-fruntiera u jkollhom jaqsmu fruntiera b'mod regolari, anke fuq bażi ta' kuljum; billi dawn iċ-ċittadini ġew milquta wkoll b'mod sproporzjonat mid-diffikultà u l-ispiża biex jiġu ttestjati; billi r-rekwiżiti tal-ittestjar jew tal-kwarantina għadhom qed joħolqu dewmien għat-trasport transfruntiera tal-merkanzija u għall-forniment ta' servizzi fiżiċi transfruntiera, u jżidu l-ispejjeż tagħhom;

S.  billi vjaġġaturi oħra wkoll jistgħu jħabbtu wiċċhom ma' diversi ostakli, inklużi ostakli finanzjarji u rekwiżiti kkumplikati kkawżati mir-rekwiżiti tal-ittestjar tal-COVID-19;

T.  billi fil-pandemija attwali ttieħdu firxa wiesgħa ta' miżuri, anke miżuri eċċezzjonali, biex jappoġġaw lill-pubbliku ġenerali u lill-ekonomija tal-UE;

U.  billi l-moviment liberu fil-prinċipju huwa dritt taċ-ċittadini kollha tal-UE, u fi żminijiet ta' kriżi għandha tittieħed kull miżura biex jiġi żgurat li l-Ewropej kollha jkunu jistgħu jgawdu dak id-dritt b'mod ugwali;

V.  billi l-Kummissjoni akkwistat b'mod konġunt il-vaċċini kontra l-COVID-19 f'isem l-Istati Membri kollha, filwaqt li żgurat l-aċċessibbiltà u baxxiet il-prezzijiet għal kulħadd;

W.  billi fit-18 ta' Diċembru 2020 il-Kummissjoni ffirmat kuntratt qafas ma' Abbott and Roche għax-xiri ta' aktar minn 20 miljun test rapidu tal-antiġeni, u dan jagħmel it-testijiet disponibbli għall-Istati Membri kollha;

X.  billi f'każijiet eċċezzjonali, l-intervent fis-suq (temporanju) huwa meħtieġ u ġġustifikat biex jelimina l-ostakoli għall-moviment ħieles fis-suq uniku, biex jiżgura l-kompetizzjoni ġusta u l-provvista ta' prodotti u servizzi essenzjali;

1.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw ittestjar universali, aċċessibbli, f'waqtu u mingħajr ħlas sabiex jiggarantixxu d-dritt għall-moviment liberu fl-UE mingħajr diskriminazzjoni abbażi ta' mezzi ekonomiċi jew finanzjarji fil-kuntest taċ-ċertifikat COVID-19 tal-UE, f'konformità mal-Artikolu 3 tal-mandat tal-Parlament għan-negozjati dwar il-proposta għal Ċertifikat Diġitali Aħdar(5); jissottolinja t-theddida ta' diskriminazzjoni finanzjarja li altrimenti jiġu soġġetti għaliha ċ-ċittadini u r-residenti tal-UE li ma jkunux imlaqqma ladarba jiġi implimentat iċ-ċertifikat COVID-19 tal-UE;

2.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw ittestjar mingħajr ħlas, b'mod partikolari għall-forza tax-xogħol tal-ewwel linja, inklużi l-ħaddiema tas-saħħa u l-pazjenti tagħhom, u għall-iskejjel, l-universitajiet u l-faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintroduċu limitu temporanju fuq il-prezzijiet tat-testijiet tal-COVID-19 li ma jittiħdux biex jinkiseb ċertifikat COVID-19 tal-UE jew fil-kuntest taċ-ċirkostanzi deskritti fil-paragrafu 2;

4.  Jenfasizza li ċ-ċertifikati COVID-19 tal-UE bbażati fuq test tal-amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejku m'għandhomx jikkawżaw aktar inugwaljanzi u distakki soċjali; jissottolinja li aċċess ġust u ekwu għall-ittestjar huwa imperattiv;

5.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri, sadanittant, biex ikomplu jimplimentaw ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1595 biex jiżguraw approċċ komuni u strateġiji tal-ittestjar aktar effiċjenti fl-UE kollha, kif ukoll biex jimplimentaw għalkollox ir-regolament dwar iċ-ċertifikat COVID-19 tal-UE, ladarba jiġi adottat;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw finanzjament suffiċjenti u jkomplu bl-isforzi tagħhom skont l-inkubatur tal-Awtorità għar-Rispons f'Każ ta' Emerġenza tas-Saħħa (HERA) biex jiżviluppaw ittestjar innovattiv u mhux invażiv għat-tfal u għall-gruppi vulnerabbli, inkluż għall-varjanti;

7.  Jissottolinja li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom juru impenn aktar sod lejn il-protezzjoni taċ-ċittadini u r-residenti tagħhom, li d-dritt tagħhom għal-libertà ta' moviment m'għandux jiddependi mill-istatus soċjoekonomiku tagħhom;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni timmobilizza r-riżorsi tagħha biex tiffaċilita implimentazzjoni finanzjarjament ġusta u antidiskriminatorja taċ-ċertifikat COVID-19 tal-UE interoperabbli;

9.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex b'mod konġunt jakkwistaw kits tat-testijiet dijanjostiċi u jiffirmaw kuntratti konġunti mal-fornituri ta' servizzi ta' laboratorji ta' analiżi medika biex iżidu l-kapaċità tal-ittestjar tal-COVID-19 fil-livell tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat livell għoli ta' trasparenza u skrutinju fl-akkwist fil-qasam tas-saħħa; jenfasizza li huwa ta' importanza vitali li jiġi żgurat li l-Kummissjoni tirriżerva baġit suffiċjenti biex takkwista t-tagħmir imsemmi f'dan il-paragrafu biex tkun tista' tieħu azzjoni rapida u konvinċenti;

10.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni pprevediet flessibbiltà biex tħaffef il-formalitajiet doganali u tirrinunzja l-VAT fuq il-kits għall-ittestjar tal-COVID-19;

11.  Jistieden lill-Istati Membri jagħmluha possibbli għall-professjonisti tas-saħħa u għalll-operaturi mħarrġa biex jiġbru d-data tal-ittestjar u jirrappurtawha lill-awtoritajiet rilevanti; jenfasizza l-importanza li jsir adattament tal-kapaċità tal-ittestjar skont l-aħħar data epidemjoloġika u jenfasizza li r-riżultati tat-testijiet kollha għandhom jiġu rrappurtati, anke jekk it-testijiet ikunu saru jitwettqu f'ċentri jew strutturi tat-testijiet li ma jkunux akkreditati;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa lill-Istati Membri billi tattiva l-Istrument għall-Appoġġ ta' Emerġenza biex jiġu koperti l-ispejjeż tal-ittestjar tal-COVID-19, filwaqt li titlob kontribuzzjonijiet volontarji mill-Istati Membri, tassigura finanzjament addizzjonali għal ftehimiet ta' xiri bil-quddiem u tiżgura li l-vaċċini jiġu pprovduti b'xejn; jistenna li dan l-isforz konġunt jintuża biex inebbaħ biex tiżdied id-disponibbiltà tal-ittestjar mingħajr ħlas għaċ-ċittadini u r-residenti tal-UE;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi informazzjoni ċara dwar id-disponibbiltà u l-faċilitajiet tal-ittestjar għall-COVID-19 fl-Istati Membri kollha fuq is-sit web Re-open EU u b'rapidità tħejji għall-użu applikazzjoni (app) li tgħin lill-utenti jsibu l-post tal-faċilità tal-ittestjar għall-COVID-19 li tkun l-eqreb għalihom; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel dan it-tip ta' informazzjoni faċilment aċċessibbli permezz ta' interfaċċa għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet, sabiex l-operaturi tal-ivvjaġġar ikunu jistgħu jikkondividu din l-informazzjoni faċilment mal-klijenti tagħhom;

14.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu l-kapaċitajiet tal-ittestjar fl-UE kollha, kemm għal testijiet tal-amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejku kif ukoll għal testijiet rapidi tal-antiġeni, speċjalment fil-hubs ewlenin tat-trasport u fid-destinazzjonijiet turistiċi, inkluż f'reġjuni remoti u gżejjer u f'reġjuni tal-fruntiera, billi jużaw unitajiet tal-ittestjar mobbli u jikkondividu l-faċilitajiet tal-laboratorji;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa lill-awtoritajiet nazzjonali fit-twaqqif ta' ċentri tal-ittestjar, bil-għan li tiġi żgurata l-prossimità fiżika;

16.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 360, 30.10.2020, p. 43.
(2) ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.
(3) ĠU C 24, 22.1.2021, p. 1.
(4) Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilll tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta' l-Istati Membri, ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.
(5) Testi adottati, P9_TA(2021)0145.


Relazzjonijiet UE-Indja
PDF 176kWORD 62k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 dwar rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà rigward ir-relazzjonijiet UE-Indja (2021/2023(INI))
P9_TA(2021)0163A9-0124/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Laqgħa tal-Mexxejja UE-Indja li jmiss imħabbra għat-8 ta' Mejju 2021 f'Porto, il-Portugall,

–  wara li kkunsidra s-Sħubija Strateġika UE-Indja stabbilita fl-2004,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Kooperazzjoni UE-Indja tal-1994,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta u s-Sħubija Strateġika UE-Indja: Pjan Direzzjonali għall-2025(1) adottati fis-summit virtwali UE-Indja fil-15 ta' Lulju 2020, kif ukoll għad-dikjarazzjonijiet konġunti l-oħra ffirmati reċentement, inkluż fl-oqsma tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-klima u l-enerġija, l-urbanizzazzjoni, il-migrazzjoni u l-mobilità u s-sħubija dwar l-ilma,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) u l-Kummissjoni tal-20 ta' Novembru 2018 intitolata "Elementi għal strateġija tal-UE dwar l-Indja" (JOIN(2018)0028), u l-konklużjonijiet relatati tal-Kunsill dwar l-Istrateġija tal-UE dwar l-Indja tal-10 ta' Diċembru 2018 (14634/18),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tal-VP/RGħ u tal-Kummissjoni tad-19 ta' Settembru 2018 intitolata "Konnessjoni bejn l-Ewropa u l-Asja - Elementi fundamentali għal Strateġija tal-UE" (JOIN(2018)0031) u l-konklużjonijiet relatati tal-Kunsill tal-15 ta' Ottubru 2018 (13097/18),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Kooperazzjoni Msaħħa tal-UE fis-Sigurtà fl-Asja u mal-Asja tat-28 ta' Mejju 2018 (9265/1/18 REV 1),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Settembru 2001 intitolata "L-Ewropa u l-Asja: Qafas Strateġiku għal Sħubijiet Imsaħħa" (COM(2001)0469),

–  wara li kkunsidra r-Regolament futur li jistabbilixxi l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali 2021-2027 (2018/0243(COD)),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-20 ta' Jannar 2021 dwar l-implimentazzjoni tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni - rapport annwali 2020(2), tal-21 ta' Jannar 2021 dwar il-konnettività u r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Asja(3) u tat-13 ta' Settembru 2017 dwar ir-relazzjonijiet politiċi tal-UE mal-Indja(4), kif ukoll ir-riżoluzzjonijiet preċedenti l-oħra tiegħu dwar l-Indja, inklużi dawk dwar każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tat-28 ta' Ottubru 2004 lill-Kunsill dwar ir-relazzjonijiet UE-Indja(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Settembru 2005 dwar ir-relazzjonijiet UE-Indja: Sħubija Strateġika(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' April 2016 dwar l-UE f'ambjent globali jinbidel - dinja iktar konnessa, kontestata u kumplessa(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2012 dwar il-piraterija marittima(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Ottubru 2016 dwar is-sigurtà nukleari u n-nonproliferazzjoni(9),

–  wara li kkunsidra l-10 Laqgħa ta' Sħubija Parlamentari Asja-Ewropa (ASEP10) li saret fi Brussell fis-27 u t-28 ta' Settembru 2018, u d-dikjarazzjoni rispettiva adottata, u l-11-il Laqgħa ta' Sħubija Parlamentari Asja-Ewropa (ASEP11) li saret fi Phnom Penh, il-Kambodja fis-26 u s-27 ta' Mejju 2021,

–  wara li kkunsidra d-Djalogu UE-Indja ta' Livell Għoli dwar il-kummerċ u l-investiment, li l-ewwel laqgħa tiegħu saret fil-5 ta' Frar 2021,

–  wara li kkunsidra l-missjoni li l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tiegħu għamel fl-Indja fil-21 u t-22 ta' Frar 2017,

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020-2024,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Frar 2021 dwar il-prijoritajiet tal-UE fil-fora tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-2021,

–  wara li kkunsidra l-linji gwida tematiċi tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem, inklużi dawk dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u dwar il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 118 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, u wara li kkunsidra l-kompetenzi tiegħu skont l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-0124/2021),

A.  billi l-UE u l-Indja se jsejħu laqgħa tal-mexxejja fit-8 ta' Mejju 2021 f'Porto, il-Portugall, wara l-impenn tagħhom li jiltaqgħu regolarment fl-ogħla livell u li jsaħħu s-sħubija strateġika stabbilita fl-2004, bil-ħsieb li tittejjeb il-kooperazzjoni ekonomika u politika;

B.  billi s-sħubija strateġika UE-Indja kisbet momentum f'dawn l-aħħar snin, u dan jirrifletti rieda politika mġedda biex tissaħħaħ id-dimensjoni strateġika tagħha u, wara li evolviet minn sħubija ekonomika għal relazzjoni li tespandi f'għadd ta' setturi, li tirrifletti l-poter ġeopolitiku tal-Indja li qed jiżdied u l-valuri demokratiċi kondiviżi;

C.  billi l-UE u l-Indja, bħala l-akbar żewġ demokraziji fid-dinja, jikkondividu rabtiet politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali b'saħħithom; billi, madankollu, ir-relazzjonijiet bilaterali għadhom ma laħqux il-potenzjal sħiħ tagħhom u jeħtieġu impenn politiku akbar; billi l-mexxejja tal-UE u tal-Indja affermaw id-determinazzjoni tagħhom li jippreservaw u jippromwovu multilateraliżmu effettiv u ordni multilaterali bbażat fuq ir-regoli bin-NU u l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) fil-qalba tagħhom;

D.  billi l-importanza reġjonali u globali tal-Indja qed tikber, u saħħet dejjem aktar il-pożizzjoni tagħha bħala donatur kif ukoll potenza ekonomika u militari; billi l-Presidenza tal-Indja tal-G20 fl-2023 u s-sħubija tagħha fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fl-2021-2022 u fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fl-2019-2021 saħħew mill-ġdid il-ħtieġa li tissaħħaħ il-koordinazzjoni dwar il-governanza globali u li tiġi promossa aktar viżjoni kondiviża ta' multilateraliżmu bbażat fuq ir-regoli;

E.  billi l-qafas strateġiku tal-UE mogħti fl-Istrateġija Globali tagħha, l-Istrateġija tagħha dwar l-Indja, l-Istrateġija tagħha għall-Konnettività UE-Asja u l-Istrateġija Indo-Paċifika emerġenti enfasizzaw l-importanza vitali tal-kooperazzjoni mal-Indja fuq l-aġenda globali tal-UE; billi l-kooperazzjoni bilaterali u multilaterali fil-kuntest attwali ta' riskji globali akbar u ż-żieda fil-kompetizzjoni tal-poter kbir għandu jinkludu t-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali, it-tisħiħ tal-istat ta' tħejjija u r-reazzjonijiet għal emerġenzi tas-saħħa globali, bħall-pandemija attwali tal-COVID-19, it-tisħiħ tal-istabilità ekonomika globali u t-tkabbir inklużiv, u l-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU;

F.  billi l-Indja tgawdi minn ekonomija b'saħħitha u li qed tikber; billi l-UE hija s-sieħeb kummerċjali ewlieni tal-Indja, filwaqt li l-Indja hija d-9 l-akbar sieħeb kummerċjali tal-UE; billi l-Oċean Indjan huwa żona ta' importanza strateġika għall-kummerċ globali u ta' interess ekonomiku u strateġiku vitali kemm għall-UE kif ukoll għall-Indja; billi l-UE u l-Indja għandhom interessi reċiproċi qawwija fl-Indo-Paċifiku, li jiffukaw fuq is-sostenn tiegħu bħala żona ta' kompetizzjoni ġusta, linji marittimi ta' komunikazzjoni (SLOC) bla xkiel, stabilità u sigurtà;

G.  billi l-konnettività għandha tikkostitwixxi element importanti ta' aġenda strateġika reċiproka bejn l-UE u l-Indja f'konformità mal-Istrateġija dwar il-Konnessjoni UE-Asja; billi fl-aħħar summit UE-Indja kien hemm qbil dwar prinċipji ta' konnettività sostenibbli, u li jiġu esplorati modi biex tittejjeb il-konnettività UE-Indja u l-konnettività konsegwenti ma' pajjiżi terzi, inkluż fir-reġjun Indo-Paċifiku; billi l-komprensività tal-konnettività hija limitata mhux biss għall-infrastruttura fiżika bħat-toroq u l-ferroviji, iżda wkoll għar-rotot marittimi, l-infrastruttura diġitali u l-aspetti ambjentali, b'enfasi partikolari fuq il-Patt Ekoloġiku tal-UE; billi l-konnettività għandha rwol ġeopolitiku u trasformattiv, kif ukoll taġixxi bħala mezz sostenibbli ta' tkabbir u impjiegi;

H.  billi hija meħtieġa tmexxija UE-Indja biex tippromwovi diplomazija klimatika effettiva, impenn globali għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi u l-protezzjoni globali tal-klima u tal-ambjent;

I.  billi osservaturi tad-drittijiet tal-bniedem lokali u internazzjonali jirrapportaw li d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġurnalisti fl-Indja ma għandhomx ambjent tax-xogħol sikur; billi, f'Ottubru 2020, il-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Michelle Bachelet, appellat lill-Gvern tal-Indja biex jissalvagwardja d-drittijiet tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-NGOs, filwaqt li qajjmet tħassib dwar l-ispazju li qed jiċkien għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, id-detenzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-akkużi miġjuba kontra persuni talli sempliċement eżerċitaw id-dritt tagħhom għal-libertà ta' espressjoni u ta' għaqda paċifika, kif ukoll dwar l-użu ta' liġijiet biex joħonqu d-dissens, bħall-Att dwar ir-Regolamentazzjoni tal-Kontributi Barranin (FCRA) u l-Att dwar il-Prevenzjoni ta' Attivitajiet Illegali;

J.  billi Amnesty International kienet imġiegħla tagħlaq l-uffiċċji tagħha fl-Indja wara li l-kontijiet bankarji tagħha ġew iffriżati fuq allegat ksur tal-FCRA, u tliet rapporteurs speċjali tan-NU talbu li l-liġi tiġi emendata f'konformità mal-obbligi tad-drittijiet tal-Indja skont id-dritt internazzjonali;

K.  billi l-gruppi tas-soċjetà ċivili jirrapportaw li n-nisa fl-Indja jiffaċċjaw għadd ta' sfidi u ksur serji tad-drittijiet tagħhom, inklużi dawk relatati ma' prattiki kulturali, tribali u tradizzjonali, il-vjolenza u l-fastidju sesswali, u t-traffikar tal-bnedmin; billi n-nisa li ġejjin minn minoranzi reliġjużi jiffaċċjaw vulnerabilità doppja, li hija aggravata aktar fil-każ ta' nisa minn kasta b'livell iktar baxx;

L.  billi, minkejja li hija pprojbita, id-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasti għadha problema sistemika fl-Indja, inkluż fis-sistema tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja kriminali, li tipprevjeni lid-Daliti milli jkollhom aċċess għall-impjiegi, l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-allokazzjonijiet baġitarji għall-iżvilupp tad-Dalit;

M.  billi l-Indja hija wieħed mill-pajjiżi l-aktar milquta mill-pandemija l-ġdida tal-COVID-19, b'aktar minn 11-il miljun każ ikkonfermat u aktar minn 150 000 mewta, u billi l-Gvern Indjan ħa inizjattiva biex jagħti miljuni ta' vaċċini lil pajjiżi fil-viċinat immedjat tiegħu u nazzjonijiet sħab ewlenin fl-Oċean Indjan;

1.  Jirrakkomanda li l-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà:

  

Ir-relazzjonijiet ġenerali UE-Indja

   (a) ikomplu t-titjib u l-approfondiment tar-relazzjonijiet UE-Indja bħala sħab strateġiċi, u jsostnu l-impenn għal djalogi regolari f'diversi livelli, inklużi summits;
   (b) jikkonsolidaw il-progress li sar fis-Sħubija Strateġika wara s-summit tas-sena li għaddiet u jagħmlu progress tanġibbli fuq kwistjonijiet ta' prijorità, b'mod partikolari s-saħħa globali reżiljenti, it-tibdil fil-klima u t-tkabbir ekoloġiku, id-diġitalizzazzjoni u t-teknoloġiji l-ġodda, il-konnettività, il-kummerċ u l-investiment, il-politika barranija, ta' sigurtà u ta' difiża, u d-drittijiet tal-bniedem;
   (c) jibqgħu impenjati lejn l-Istrateġija tal-UE dwar l-Indja tal-2018 u l-Pjan Direzzjonali UE-Indja sal-2025 u jimplimentawhom bis-sħiħ f'koordinazzjoni mal-impenn tal-Istati Membri stess mal-Indja; jistabbilixxu kriterji ċari u pubbliċi għall-kejl tal-progress fil-pjan direzzjonali; jiżguraw is-sorveljanza parlamentari tal-politika tal-UE dwar l-Indja permezz ta' skambji regolari mal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tiegħu;
   (d) jisfruttaw il-potenzjal sħiħ tar-relazzjoni bilaterali bejn l-akbar żewġ demokraziji fid-dinja; itennu l-ħtieġa għal sħubija aktar profonda bbażata fuq il-valuri kondiviżi tal-libertà, id-demokrazija, il-pluraliżmu, l-istat tad-dritt, l-ugwaljanza, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-impenn għall-promozzjoni ta' ordni globali inklużiv, koerenti u bbażat fuq ir-regoli, il-multilateraliżmu effettiv u l-iżvilupp sostenibbli, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, u l-promozzjoni tal-paċi u l-istabilità dinjija;
   (e) jenfasizzaw l-importanza tal-Indja bħala sieħeb fil-ġlieda globali kontra t-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni tal-bijodiversità u fit-tranżizzjoni ekoloġika lejn l-enerġija rinnovabbli u n-newtralità klimatika; jikkonsolidaw pjanijiet kondiviżi għall-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehim ta' Pariġi u l-kontributi determinati fil-livell nazzjonali tiegħu, u għad-diplomazija konġunta dwar il-klima;
   (f) jirrilanċjaw it-talba tal-Kunsill tal-2018 għall-modernizzazzjoni tal-arkitettura istituzzjonali tal-ftehim ta' kooperazzjoni UE-Indja tal-1994 f'konformità mal-aspirazzjonijiet u l-isfidi globali komuni l-ġodda. isaħħu mill-ġdid l-idea tan-negozjar ta' Ftehim ta' Sħubija Strateġika b'dimensjoni parlamentari b'saħħitha li tippromwovi l-kuntatti u l-kooperazzjoni fil-livell tal-istat fejn xieraq;
   (g) jippromwovu djalogu interparlamentari strutturat, inkluż billi tiġi mħeġġa n-naħa Indjana biex tistabbilixxi kontroparti permanenti fil-Lok Sabha u fir-Rajya Sabha għad-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għar-Relazzjonijiet mar-Repubblika tal-Indja u billi jiġu promossi l-kuntatti bejn il-kumitati;
   (h) jiżguraw il-konsultazzjoni attiva u regolari u l-involviment tas-soċjetà ċivili tal-UE u dik Indjana, inklużi trade unions, organizzazzjonijiet ibbażati fuq it-twemmin, organizzazzjonijiet femministi u LGBTQI, organizzazzjonijiet ambjentalisti, kmamar tal-kummerċ u partijiet ikkonċernati oħra fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tar-relazzjonijiet UE-Indja; ifittxu l-istabbiliment ta' Pjattaforma tas-Soċjetà Ċivili UE-Indja għal dak il-għan u ta' Summit taż-Żgħażagħ UE-Indja bħala avveniment parallel f'summits futuri bejn l-UE u l-Indja, sabiex jissaħħu r-relazzjonijiet bejn il-ġenerazzjonijiet iż-żgħar;
   (i) jikkonsolidaw l-isforzi diplomatiċi pubbliċi tal-UE biex jittejjeb il-fehim reċiproku fost l-UE, l-Istati Membri tagħha u l-Indja u biex tingħata għajnuna għat-tisħiħ tal-għarfien fuq iż-żewġ naħat, bl-involviment tal-akkademiċi, il-gruppi ta' riflessjoni u r-rappreżentanti minn madwar l-UE u l-Indja;
  

Il-kooperazzjoni fil-politika estera u ta' sigurtà

   (j) jippromwovu sinerġija akbar fil-politika estera u ta' sigurtà permezz tal-mekkaniżmi ta' djalogu rilevanti eżistenti u fil-fora stabbiliti fil-Pjan Direzzjonali UE-Indja sal-2025, u fid-dawl tal-enfasi strateġika reċenti tal-UE fuq kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tas-sigurtà fl-Asja u magħha, fejn l-Indja għandha rwol dejjem iktar importanti u strateġiku;
   (k) jenfasizzaw li impenn akbar UE-Indja fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża m'għandux jitqies bħala li jikkontribwixxi għall-polarizzazzjoni fiż-żona Indo-Paċifika, iżda pjuttost bħala li jippromwovi s-sigurtà, l-istabilità u l-iżvilupp paċifiku kondiviżi;
   (l) jenfasizzaw il-ħtieġa għal koordinazzjoni tematika aktar mill-qrib tal-politiki ta' sigurtà internazzjonali u għal azzjoni f'oqsma bħas-sigurtà nukleari u n-nonproliferazzjoni u l-kontroll tal-armi ta' qerda massiva, il-mitigazzjoni ta' armi kimiċi, bijoloġiċi u radjoloġiċi, il-promozzjoni tal-prevenzjoni tal-kunflitti reġjonali u l-bini tal-paċi, il-ġlieda kontra l-piraterija, is-sigurtà marittima, il-ġlieda kontra t-terroriżmu (inkluża l-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni, il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu), l-estremiżmu vjolenti, il-kampanji ta' diżinformazzjoni, iċ-ċibersigurtà, it-theddid ibridu u l-ispazju extratmosferiku; jenfasizzaw l-importanza tad-Djalogu UE-Indja dwar il-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu; isaħħu r-relazzjonijiet u l-iskambji bejn il-militar sabiex tissaħħaħ is-sħubija strateġika UE-Indja;
   (m) jirrimarkaw li l-UE u l-Indja huma tnejn mill-akbar kontributuri għaż-żamma tal-paċi tan-NU u huma impenjati favur paċi sostenibbli; jinkoraġġixxu diskussjoni u inizjattivi lejn it-twessigħ tal-kooperazzjoni fiż-żamma tal-paċi;
   (n) jieħdu nota pożittiva tas-sitt konsultazzjonijiet UE-Indja regolari dwar id-diżarm u n-nonproliferazzjoni li saru, u jinkoraġġixxu lill-Indja ssaħħaħ il-kooperazzjoni reġjonali u tieħu passi konkreti f'dan ir-rigward; jirrikonoxxu li l-Indja ngħaqdet ma' tliet reġimi multilaterali ta' kontroll tal-esportazzjoni relatati mal-proliferazzjoni ewlenin u jinkoraġġixxu sħubija UE-Indja aktar mill-qrib f'dawn il-fora;
   (o) jikkoordinaw pożizzjonijiet u inizjattivi f'fora multilaterali, b'mod partikolari n-NU, id-WTO u l-G20, billi jinsistu għal objettivi konġunti f'konformità mal-valuri u l-istandards internazzjonali kondiviżi, iżidu d-djalogu u jallinjaw b'mod effettiv il-pożizzjonijiet fid-difiża tal-multilateraliżmu u ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli; jimpenjaw ruħhom f'diskussjonijiet dwar riforma tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u l-metodi ta' ħidma u jappoġġaw it-talba tal-Indja għal sħubija permanenti f'Kunsill tas-Sigurtà tan-NU riformat;
   (p) jippromwovu l-prevenzjoni tal-kunflitti u l-kooperazzjoni ekonomika billi jappoġġaw inizjattivi ta' integrazzjoni reġjonali fl-Asja tan-Nofsinhar, inkluż fi ħdan l-Assoċjazzjoni tal-Asja tan-Nofsinhar għall-Kooperazzjoni Reġjonali (SAARC);
   (q) jużaw l-esperjenza reġjonali estensiva tal-Indja u l-approċċi eżistenti tal-Istati Membri tal-UE għar-reġjun Indo-Paċifiku sabiex jiżviluppaw strateġija Ewropea Indo-Paċifika proattiva, komprensiva u realistika bbażata fuq il-prinċipji, il-valuri u l-interessi kondiviżi, inkluż id-dritt ekonomiku u internazzjonali; ifittxu l-koordinazzjoni, fejn xieraq, tal-politiki tal-UE u dawk Indjani dwar ir-reġjun Indo-Paċifiku u jestendu l-kooperazzjoni biex tkopri l-oqsma kollha ta' interess komuni; iqisu kif xieraq l-għażliet ta' politika sovrana ta' pajjiżi oħra fir-reġjun u r-relazzjonijiet bilaterali tal-UE magħhom;
   (r) jippromwovu azzjoni konġunta ambizzjuża, b'miżuri speċifiċi, fil-koordinazzjoni tal-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja, inkluż fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika, kif ukoll fit-tisħiħ tal-proċessi demokratiċi u l-ġlieda kontra x-xejriet awtoritarji u kull tip ta' estremiżmu, inkluż l-estremiżmu nazzjonalist u l-estremiżmu reliġjuż;
   (s) jippromwovu azzjoni konġunta fil-koordinazzjoni tas-sigurtà alimentari u l-operazzjonijiet ta' għajnuna f'każ ta' diżastru, f'konformità mal-prinċipji umanitarji kif minquxa fid-dritt umanitarju internazzjonali, inklużi l-imparzjalità, in-newtralità u n-nondiskriminazzjoni fl-għoti tal-għajnuna;
   (t) jinnotaw li l-UE qed issegwi mill-qrib is-sitwazzjoni fil-Kashmir; itennu l-appoġġ tal-UE għall-istabilità u t-tnaqqis tat-tensjoni bejn l-Indja u l-Pakistan, li t-tnejn li huma huma stati ta' armi nukleari, u jibqgħu impenjati li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; jippromwovu l-implimentazzjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u r-rapporti tal-UNHCR dwar il-Kashmir; jistiednu lill-Indja u lill-Pakistan jikkunsidraw il-benefiċċji umani, ekonomiċi u politiċi enormi li ġġib magħha s-soluzzjoni ta' dan il-kunflitt;
   (u) iġeddu l-isforzi tal-UE għat-tqarrib u r-restawr ta' relazzjonijiet tajba ta' viċinat bejn l-Indja u l-Pakistan, abbażi tal-prinċipji tad-dritt internazzjonali, permezz ta' djalogu komprensiv u approċċ pass pass, li jibda b'miżuri għall-bini tal-fiduċja; jilqgħu, fid-dawl ta' dan, id-Dikjarazzjoni Konġunta bejn l-Indja u l-Pakistan dwar il-Waqfien mill-Ġlied tal-25 ta' Frar 2021 bħala pass importanti fl-istabbiliment tal-paċi u l-istabilità reġjonali; jissottolinjaw l-importanza tad-dimensjoni bilaterali fil-ħidma biex jiġu stabbiliti paċi u kooperazzjoni dejjiema bejn l-Indja u l-Pakistan, li jikkontribwixxu b'mod pożittiv għas-sigurtà u l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjun; jissottolinjaw ir-responsabilità għall-bini tal-paċi li hija d-dmir taż-żewġ stati bħala potenzi nukleari;
   (v) jirrikonoxxu l-appoġġ fit-tul tal-Indja lill-Afganistan u l-impenn tagħha għall-isforzi ta' bini tal-paċi ċċentrati fuq in-nies u mmexxija lokalment; jaħdmu flimkien mal-Indja u ma' stati reġjonali oħra biex jippromwovu l-istabbilizzazzjoni, is-sigurtà, ir-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti u l-valuri demokratiċi, inklużi d-drittijiet tan-nisa, fil-pajjiż; itennu li Afganistan paċifiku u prosperu jkun ta' benefiċċju għar-reġjun usa';
   (w) jissottolinjaw li l-preservazzjoni tal-paċi, l-istabilità u l-libertà tan-navigazzjoni fir-reġjun Asja-Paċifiku tibqa' ta' importanza kritika għall-interessi tal-UE u tal-Istati Membri tagħha; iżidu l-impenn reċiproku biex jiġi żgurat li l-kummerċ fir-reġjun Indo-Paċifiku ma jiġix ostakolat; jinkoraġġixxu aktar qari komuni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Dritt Marittimu, inkluż fir-rigward tal-libertà tan-navigazzjoni, u jintensifikaw il-kooperazzjoni fis-sigurtà marittima u missjonijiet konġunti ta' taħriġ fir-reġjun Indo-Paċifiku, sabiex jiġu ppreservati s-sigurtà u l-libertà tan-navigazzjoni tul il-linji marittimi ta' komunikazzjoni (SLOC); ifakkru li, b'mod partikolari f'kuntest ta' rivalità tal-poter reġjonali dejjem tikber, il-kooperazzjoni mal-pajjiżi tar-reġjun Indo-Paċifiku għandha ssegwi l-prinċipji ta' ftuħ, prosperità, inklużività, sostenibilità, trasparenza, reċiproċità u vijabilità; iniedu djalogu UE-Indja ta' livell għoli dwar il-kooperazzjoni marittima bil-għan li jitwessa' l-ambitu tal-konsultazzjonijiet attwali dwar il-ġlieda kontra l-piraterija u tiżdied l-interoperabilità u l-koordinazzjoni bejn l-Operazzjoni Atalanta tal-EUNAVFOR, iċ-Ċentru ta' Informazzjoni dwar il-Fużjoni tal-Indja għar-Reġjun tal-Oċean Indjan (IFC-IOR) u l-flotta navali Indjana fil-qasam tas-sorveljanza marittima, l-għajnuna f'każ ta' diżastru u t-taħriġ u l-eżerċizzji konġunti;
   (x) jinkoraġġixxu b'mod konġunt aktar djalogu bil-ħsieb tal-konklużjoni bikrija ta' kodiċi ta' kondotta fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar li ma jippreġudikax id-drittijiet leġittimi ta' kwalunkwe nazzjon f'konformità mad-dritt internazzjonali;
   (y) jieħdu nota bi tħassib tad-deterjorament tar-relazzjonijiet bejn l-Indja u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, inkluż minħabba l-politika espansiva tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-akkumulazzjoni militari sostanzjali; jappoġġaw ir-riżoluzzjoni paċifika tat-tilwim, djalogu kostruttiv u komprensiv u r-rispett għad-dritt internazzjonali fil-fruntiera bejn l-Indja u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina;
   (z) jirrikonoxxu l-impenn tal-Indja għall-aġenda dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà (WPS) permezz tal-kontribut tagħha għall-missjonijiet għaż-żamma tal-paċi; isaħħu l-impenn reċiproku tagħhom għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1325 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, inkluż l-iżvilupp ta' Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali b'allokazzjonijiet baġitarji adatti għal implimentazzjoni effettiva;
   (aa) jinkoraġġixxu impenn komuni għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjonijiet 2250, 2419 u 2535 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar iż-Żgħażagħ, il-Paċi u s-Sigurtà (YPS), inkluż permezz tal-iżvilupp ta' strateġiji u pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali tal-YPS b'allokazzjonijiet baġitarji xierqa u enfasi fuq il-prevenzjoni tal-konflitti; jinkoraġġixxu lill-Indja biex, flimkien mal-Istati Membri tal-UE, tinvesti fil-kapaċitajiet taż-żgħażagħ u biex tissieħeb ma' organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fil-promozzjoni tad-djalogu u r-responsabilità; jesploraw modi ġodda biex iż-żgħażagħ jiġu inklużi fil-bini ta' paċi u sigurtà pożittivi;
  

Il-promozzjoni tal-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-governanza tajba

   (ab) iqiegħdu d-drittijiet tal-bniedem u l-valuri demokratiċi fil-qalba tal-impenn tal-UE mal-Indja, u b'hekk jippermettu djalogu kostruttiv u orjentat lejn ir-riżultati u fehim reċiproku iktar profond; jiżviluppaw, f'kollaborazzjoni mal-Indja, strateġija biex jiġu indirizzati kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw in-nisa, it-tfal, il-minoranzi etniċi u reliġjużi u l-libertà ta' reliġjon u twemmin, u biex jiġu indirizzati kwistjonijiet tal-istat tad-dritt bħall-ġlieda kontra l-korruzzjoni, kif ukoll ambjent ħieles u sikur għall-ġurnalisti indipendenti u s-soċjetà ċivili, inklużi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u biex il-kunsiderazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem jiġu integrati fis-sħubija UE-Indja usa';
   (ac) jesprimu tħassib serju dwar l-Att ta' Emenda dwar iċ-Ċittadinanza (CAA) tal-Indja, li, skont l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem, huwa fundamentalment diskriminatorju fin-natura tiegħu kontra l-Musulmani u joħloq firda b'mod perikoluż; jinkoraġġixxu lill-Indja tiggarantixxi d-dritt li wieħed jipprattika liberament u jxerred ir-reliġjon tal-għażla tiegħu, kif minqux fl-Artikolu 25 tal-Kostituzzjoni tagħha; jaħdmu biex jeliminaw u jiskoraġġixxu d-diskors ta' mibegħda li jinċita d-diskriminazzjoni jew il-vjolenza, li jwassal għal ambjent tossiku fejn l-intolleranza u l-vjolenza kontra minoranzi reliġjużi jistgħu jseħħu b'impunità; jikkondividu l-aħjar prattiki dwar it-taħriġ tal-forzi tal-pulizija fit-tolleranza u l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; jirrikonoxxu r-rabta bejn il-liġijiet kontra l-konverżjoni u l-vjolenza kontra l-minoranzi reliġjużi, b'mod partikolari l-komunitajiet Insara u Musulmani;
   (ad) jinkoraġġixxu lill-Indja, bħala membru tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, taġixxi fuq ir-rakkomandazzjonijiet kollha tal-proċess tal-Eżami Perjodiku Universali tagħha, biex taċċetta u tiffaċilita ż-żjarat ta' u tikkoopera mill-qrib mar-rapporteurs speċjali tan-NU, inkluż ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-dritt għal-libertà ta' opinjoni u espressjoni, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet għal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni u r-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar l-eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, fil-monitoraġġ tal-iżviluppi fi spazju ċiviku u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, bħala parti mill-wiegħda tagħha li tkattar parteċipazzjoni ġenwina u involviment effettiv tas-soċjetà ċivili fil-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;
   (ae) jindirizzaw is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-isfidi li tiffaċċja s-soċjetà ċivili, b'mod partikolari tħassib imqajjem mill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem u r-rapporteurs speċjali tan-NU, fid-djalogu tagħha mal-awtoritajiet Indjani, inkluż fil-livell ta' summit; jinkoraġġixxu lill-Indja, bħala l-akbar demokrazija fid-dinja, biex turi l-impenn tagħha li tirrispetta, tipproteġi u tinforza bis-sħiħ id-drittijiet garantiti kostituzzjonalment għal-libertà ta' espressjoni għal kulħadd, inkluż online, id-dritt għal għaqda paċifika u assoċjazzjoni, inkluż fir-rigward tal-aħħar protesti tal-bdiewa fuq skala kbira, u l-libertà ta' reliġjon u twemmin; jistiednu lill-Indja tiżgura ambjent sikur għall-ħidma u l-protezzjoni u l-garanzija tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-ambjentalisti, il-ġurnalisti u atturi oħra tas-soċjetà ċivili, ħielsa minn pressjoni politika jew ekonomika, u biex tieqaf tinvoka liġijiet kontra s-sedizzjoni u t-terroriżmu bħala mezz biex jiġu ristretti l-attivitajiet leġittimi tagħhom, inkluż f'Jammu u l-Kashmir, twaqqaf ir-restrizzjonijiet ġenerali tal-aċċess għall-internet, tirrevedi l-liġijiet sabiex jiġi evitat l-użu ħażin possibbli tagħhom biex isikktu d-dissens u temenda l-liġijiet li jrawmu d-diskriminazzjoni, u tiffaċilita l-aċċess għall-ġustizzja u tiżgura l-obbligu ta' rendikont għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem; jindirizzaw l-effetti dannużi tal-Att dwar ir-Regolamentazzjoni tal-Kontribuzzjonijiet Barranin (FCRA) fuq l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;
   (af) jinkoraġġixxu lill-Indja tieħu passi ulterjuri biex tinvestiga u tipprevjeni l-vjolenza u d-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru, u tippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa; jindirizzaw il-kwistjoni taż-żieda fil-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet fl-Indja billi jinkoraġġixxu investigazzjonijiet bir-reqqa ta' reati vjolenti kontra n-nisa u l-bniet, kif ukoll it-taħriġ ta' uffiċjali dwar it-trattament ta' trawmi fix-xogħol tal-pulizija u l-investigazzjonijiet, jinfurzaw mekkaniżmu ta' monitoraġġ effettiv biex jissorvelja l-implimentazzjoni ta' liġijiet li jittrattaw il-vjolenza sesswali kontra n-nisa u l-bniet, u jħaffu l-ipproċessar legali u jtejbu l-protezzjoni għall-vittmi;
   (ag) jindirizzaw il-kwistjoni tad-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasti prevalenti u l-kwistjoni importanti tal-għoti tad-drittijiet skont l-Att dwar id-Drittijiet tal-Foresti lill-komunitajiet Adivasi;
   (ah) ifakkru fir-rifjut ta' prinċipju u fit-tul tal-UE tal-piena tal-mewt u jtennu t-talba tagħhom lill-Indja għal moratorju fuq il-piena tal-mewt bil-ħsieb tal-abolizzjoni permanenti tal-piena kapitali;
   (ai) jirrikonoxxu l-proċess fl-Indja tal-iżvilupp ta' pjan ta' azzjoni nazzjonali dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem sabiex jimplimentaw bis-sħiħ il-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, filwaqt li jfakkru fir-responsabilitajiet tal-kumpaniji kollha li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem fil-ktajjen tal-valur tagħhom, u jinkoraġġixxu kemm lill-UE kif ukoll lill-Indja biex jipparteċipaw b'mod attiv fin-negozjati li għaddejjin dwar trattat vinkolanti tan-NU għar-responsabilità korporattiva dwar id-drittijiet tal-bniedem;
   (aj) iħeġġu lill-Indja tirratifika l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura flimkien mal-Protokoll Fakultattiv tagħha, u l-Konvenzjoni tan-NU għall-Ħarsien tal-Persuni Kollha mill-Għajbien Sfurzat;
   (ak) jinkoraġġixxu lill-Indja tkompli tappoġġa l-isforzi tal-ġustizzja internazzjonali billi tiffirma l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI);
   (al) jinkoraġġixxu lill-Indja tkompli t-tradizzjoni tagħha li tagħti protezzjoni lill-persuni li qed jaħarbu mill-vjolenza u l-persekuzzjoni sakemm ikunu possibbli l-kundizzjonijiet għal ritorn sikur, dinjituż u volontarju, u biex tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex telimina r-riskji ta' apolidija għall-komunitajiet fl-Indja;
   (am) jerġgħu jiddikjaraw l-importanza tad-dħul mill-iktar fis possibbli fi Djalogu regolari dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn l-UE u l-Indja, f'konformità mal-impenn skont il-Pjan Direzzjonali UE-Indja, u f'konformità mal-intenzjoni kondiviża li jerġgħu jibdew il-laqgħat wara tmien snin mingħajr ma jkunu saru tali laqgħat, bħala opportunità importanti għaż-żewġ partijiet biex jiddiskutu u jsolvu l-kwistjonijiet li fadal dwar id-drittijiet tal-bniedem; jaġġornaw id-djalogu għal djalogu ta' livell ta' kwartieri ġenerali u jistinkaw biex jagħmlu dan permezz ta' parteċipazzjoni ta' livell għoli, l-istabbiliment ta' impenji konkreti, kriterji u parametri referenzjarji għall-progress, jiġu indirizzati każijiet individwali u jiġi ffaċilitat djalogu UE-Indja tas-soċjetà ċivili qabel id-djalogu intergovernattiv; jitolbu lis-SEAE jirrapporta regolarment lill-Parlament dwar ir-riżultati miksuba;
  

Il-kummerċ għas-sostenibilità u l-prosperità

   (an) ifakkru li l-kummerċ UE-Indja żdied b'aktar minn 70 % bejn l-2009 u l-2019 u li huwa fl-interess komuni li jitrawmu rabtiet ekonomiċi aktar mill-qrib; jirrikonoxxu li l-Indja hija alternattiva solida għal UE li tixtieq tiddiversifika l-ktajjen tal-provvista tagħha, u li l-UE hija l-akbar sieħeb kummerċjali tal-Indja fis-settur agroalimentari;
   (ao) jaħtfu l-opportunità offruta mil-Laqgħa tal-Mexxejja UE-Indja biex jindirizzaw b'mod miftuħ il-kooperazzjoni bbażata fuq il-valuri fl-ogħla livell fi kwistjonijiet ta' kummerċ u investiment; itennu r-rieda tal-UE li tikkunsidra t-tnedija ta' negozjati dwar ftehim awtonomu dwar il-protezzjoni tal-investiment, li jżid iċ-ċertezza tad-dritt għall-investituri fuq iż-żewġ naħat u jsaħħaħ aktar ir-relazzjonijiet kummerċjali bilaterali; jaħdmu lejn il-kisba ta' objettivi komuni u ta' benefiċċju reċiproku f'dawn l-oqsma li jistgħu jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku u l-innovazzjoni u li jikkonformaw mad-drittijiet tal-bniedem universali u jikkontribwixxu għalihom, inkluż id-drittijiet tax-xogħol, biex jippromwovu l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, u l-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tal-Aġenda 2030;
   (ap) jagħmlu l-aħjar użu mill-impenn tal-Indja favur il-multilateraliżmu u ordni kummerċjali internazzjonali bbażat fuq ir-regoli; jippromwovu r-rwol deċiżiv tal-Indja fl-isforzi li għaddejjin għar-riforma tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ;
   (aq) jevalwaw sa liema punt il-mandat ta' negozjar tal-Kummissjoni jeħtieġ li jiġi aġġornat jekk l-għan huwa li jiġi konkluż ftehim dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni li jkun jinkludi dispożizzjonijiet ambizzjużi dwar kapitolu infurzabbli dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli allinjati mal-Ftehim ta' Pariġi, kif ukoll dispożizzjonijiet xierqa rigward id-drittijiet u d-dmirijiet tal-investituri u d-drittijiet tal-bniedem; jiżguraw negozjati kostruttivi filwaqt li jibqgħu konxji dwar il-livelli differenti ta' ambizzjoni bejn iż-żewġ naħat; f'dan ir-rigward jużaw l-evoluzzjoni inkoraġġanti tal-pożizzjoni tal-awtoritajiet Indjani rigward ir-rieda tagħhom li jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli fi ftehim futur;
  

Ir-reżiljenza permezz ta' sħubijiet settorjali

   (ar) jiffinalizzaw in-negozjati dwar sħubija ta' konnettività mal-Indja; jappoġġaw din is-sħubija b'mod partikolari permezz tal-għoti ta' self u garanziji għal investiment sostenibbli fi proġetti ta' infrastruttura diġitali u ekoloġika bilaterali u multilaterali fl-Indja, mill-entitajiet pubbliċi u privati tal-UE bħall-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-istrument ta' finanzjament estern il-ġdid, f'konformità mal-potenzjal deskritt fl-Istrateġija ta' Konnettività bejn l-UE u l-Asja; jesploraw sinerġiji bejn il-kooperazzjoni UE-Indja u dik mal-pajjiżi tal-Asja tan-Nofsinhar u l-koordinazzjoni ta' diversi strateġiji ta' konnettività;
   (as) jiżguraw li l-inizjattivi ta' konnettività jkunu bbażati fuq standards soċjali, ambjentali u fiskali u l-valuri tas-sostenibilità, it-trasparenza, l-inklużività, l-istat tad-dritt, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u r-reċiproċità, u jkunu konsistenti bis-sħiħ mal-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u l-istrumenti legali tagħha inkluż il-Ftehim ta' Pariġi;
   (at) jirrikonoxxu l-għarfien espert tal-Indja fil-ġestjoni tad-diżastri naturali; jintensifikaw il-kooperazzjoni mal-Indja fit-tisħiħ tal-istat ta' tħejjija tar-reġjun għad-diżastri naturali, inkluż permezz tas-sħubija fil-qafas tal-Koalizzjoni għal Infrastruttura Reżiljenti għad-Diżastri, sforz multilaterali biex jespandu r-riċerka u l-kondiviżjoni tal-għarfien fil-qasam tal-ġestjoni tar-riskju tal-infrastruttura;
   (au) isaħħu l-kooperazzjoni dwar il-mobilità sostenibbli permezz ta' miżuri konkreti bħall-iżvilupp ulterjuri tal-infrastrutturi tat-trasport bl-elettriku u l-investiment fi proġetti ferrovjarji; jenfasizzaw l-importanza vitali tal-ferroviji biex jittaffew il-konġestjoni u t-tniġġis f'żoni urbani kbar, jintlaħqu l-objettivi klimatiċi u tiġi żgurata r-reżiljenza tal-ktajjen tal-provvista vitali inkluż matul il-kriżijiet;
   (av) jappoġġaw aktar kooperazzjoni dwar l-isfidi maħluqa mill-urbanizzazzjoni rapida inkluż permezz tal-iskambju tal-għarfien u l-aħjar prattiki permezz ta' pjattaformi kondiviżi u kooperazzjoni bejn il-bliet, kooperazzjoni dwar it-teknoloġija tal-bliet intelliġenti, u appoġġ finanzjarju kontinwu għal proġetti fit-trasport urban fl-Indja permezz tal-BEI;
   (aw) ifakkru fir-rwol tal-Indja bħala manifattur ewlieni ta' farmaċewtiċi, mediċini ġeneriċi u vaċċini, b'mod partikolari fil-kuntest tal-kriżi globali tas-saħħa li għaddejja bħalissa; iħeġġu lill-impriżi konġunti jiżguraw aċċess universali għall-vaċċini kontra l-COVID-19; jitolbu tmexxija UE-Indja fil-promozzjoni tas-saħħa bħala ġid pubbliku globali, b'mod partikolari permezz tal-appoġġ għal inizjattivi multilaterali, inkluż il-COVAX, u jgħinu biex jiġi żgurat aċċess universali għall-vaċċini, b'mod partikolari fost il-pajjiżi bi dħul baxx, b'mod partikolari billi jaħdmu flimkien fil-fora internazzjonali rilevanti;
   (ax) jgħollu l-livell ta' ambizzjoni tal-kooperazzjoni bilaterali u multilaterali UE-Indja dwar it-tibdil fil-klima, b'mod partikolari billi jaċċelleraw it-tkabbir ekoloġiku u tranżizzjoni ġusta u sikura lejn enerġija nadifa, jilħqu n-newtralità klimatika, u jsaħħu l-ambizzjoni ta' kontributi determinati fil-livell nazzjonali; ikomplu t-tmexxija globali komuni b'appoġġ għall-Ftehim ta' Pariġi u jiffokaw fuq l-implimentazzjoni tal-aġendi dwar l-enerġija nadifa u rinnovabbli u dwar l-ekonomija ċirkolari;
   (ay) jaffermaw mill-ġdid impenn konġunt, bħala żewġ emittenti globali kbar ta' gassijiet serra, għal sforzi aktar koordinati lejn il-mitigazzjoni tal-effetti tat-tibdil fil-klima; jinnotaw it-tmexxija tal-Indja fl-enerġija rinnovabbli u l-progress li sar permezz tas-Sħubija UE-Indja dwar l-Enerġija Nadifa u l-Klima; jinkoraġġixxu l-investiment u l-kooperazzjoni biex ikomplu javvanzaw il-mobilità elettrika, it-tkessiħ sostenibbli, it-teknoloġija tal-batteriji tal-ġenerazzjoni li jmiss, il-ġenerazzjoni distribwita tal-elettriku, u t-tranżizzjoni ġusta fl-Indja; jibdew diskussjoni dwar u jevalwaw il-kooperazzjoni strateġika fil-qasam tal-elementi tal-materjali tal-art rari; jintensifikaw l-implimentazzjoni tas-sħubija għall-ġestjoni sostenibbli tal-ilma;
   (az) jippromwovu aġenda komuni ambizzjuża u azzjoni globali dwar il-bijodiversità, inkluż fit-tħejjija għall-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (COP 15) f'Mejju 2021;
   (ba) jistinkaw għal tmexxija konġunta fl-istabbiliment u l-avvanz ta' standards internazzjonali fl-ekonomija diġitali bbażati fuq diġitalizzazzjoni sostenibbli u responsabbli u ambjent tal-ICT ibbażat fuq l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, filwaqt li jiġi indirizzat it-theddid għaċ-ċibersigurtà u jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, inkluż il-protezzjoni tad-data personali;
   (bb) iżidu l-ambizzjonijiet tal-UE għall-konnettività diġitali mal-Indja fil-kuntest tal-istrateġija ta' trasformazzjoni diġitali tal-UE; jaħdmu flimkien mal-Indja fl-iżvilupp u l-użu ta' teknoloġiji kritiċi, filwaqt li jżommu f'moħħhom l-implikazzjonijiet strateġiċi u ta' sigurtà kbar li dawn it-teknoloġiji ġodda jġibu magħhom; jinvestu fi sħubija fis-servizzi diġitali u l-iżvilupp ta' intelliġenza artifiċjali responsabbli u bbażata fuq id-drittijiet tal-bniedem; jilqgħu l-isforzi tal-Indja lejn livell għoli ta' protezzjoni tad-data personali simili għall-GDPR u jkomplu jappoġġaw ir-riforma tal-protezzjoni tad-data fl-Indja; jenfasizzaw il-benefiċċji reċiproċi ta' kooperazzjoni intensifikata f'dan il-qasam; jinkoraġġixxu aktar konverġenza bejn l-oqfsa regolatorji biex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tad-data personali u l-privatezza, inkluż permezz ta' deċiżjonijiet possibbli dwar l-adegwatezza tad-data, bil-ħsieb li jiġu ffaċilitati flussi transfruntiera sikuri u siguri tad-data, li jippermettu kooperazzjoni aktar mill-qrib, speċjalment fis-settur tal-ICT u tas-servizzi diġitali; jinnotaw li l-allinjament tar-regolamentazzjoni tad-data Indjana u Ewropea jiffaċilita b'mod sinifikanti l-kooperazzjoni reċiproka, il-kummerċ u t-trażmissjoni sikura ta' informazzjoni u għarfien espert; jaħdmu biex jirreplikaw il-ftehimiet internazzjonali tal-UE dwar ir-roaming mobbli mal-Indja;
   (bc) jemmnu li l-iżvilupp tas-settur diġitali huwa ta' importanza kbira għas-sigurtà u għandu jinkludi d-diversifikazzjoni tal-katina tal-provvista tal-manifatturi tat-tagħmir, permezz tal-promozzjoni ta' arkitetturi tan-networks miftuħa u interoperabbli u sħubijiet għad-diġitalizzazzjoni, ma' sħab li jikkondividu l-valuri tal-UE u jużaw it-teknoloġija b'konformità mad-drittijiet fundamentali;
   (bd) jieħdu passi effettivi biex jiffaċilitaw il-mobilità UE-Indja, inkluż għall-migranti, l-istudenti, il-ħaddiema b'ħiliet għolja u l-artisti, filwaqt li titqies id-disponibilità tal-ħiliet u l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol fl-UE u fl-Indja; jirrikonoxxu l-ġabra konsiderevoli ta' talenti fl-oqsma tad-diġitalizzazzjoni u l-intelliġenza artifiċjali kemm fl-Indja kif ukoll fl-UE u l-interess komuni fl-iżvilupp ta' għarfien espert u kooperazzjoni ta' livell għoli f'dan il-qasam;
   (be) jikkunsidraw l-iskambji bejn il-persuni bħala waħda mid-dimensjonijiet ewlenin tas-sħubija strateġika; jappellaw għal sħubija aktar profonda fl-edukazzjoni pubblika, ir-riċerka u l-innovazzjoni, u l-iskambju kulturali; jistiednu lill-Istati Membri tal-UE u lill-Indja jinvestu speċjalment fil-kapaċitajiet u t-tmexxija taż-żgħażagħ u jiżguraw l-inklużjoni sinifikanti tagħhom fil-ħajja politika u ekonomika; jippromwovu l-parteċipazzjoni Indjana, b'mod partikolari dik ta' studenti u prattikanti żgħażagħ Indjani, fi programmi tal-UE bħal Orizzont Ewropa, il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, il-fellowship Marie Skłodowska-Curie u l-iskambji bejn il-persuni fl-edukazzjoni u l-kultura; jippromwovu, f'dan ir-rigward, il-programm Erasmus+ u jiżguraw l-inklużjoni ugwali ta' studenti, xjenzati, riċerkaturi u professjonisti nisa f'dawn il-programmi; ikomplu l-kooperazzjoni mill-qrib fir-riċerka u l-innovazzjoni, inklużi t-teknoloġiji diġitali ċċentrati fuq il-bniedem u bbażati fuq l-etika, filwaqt li jinkoraġġixxu t-tisħiħ tal-litteriżmu u l-ħiliet diġitali;
   (bf) jesploraw aktar il-possibilitajiet għal kollaborazzjoni komprensiva taħt il-qafas tal-G20 dwar l-impjiegi u l-politiki soċjali, bħall-protezzjoni soċjali, il-paga minima, il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, il-ħolqien ta' impjiegi deċenti, is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol; jikkooperaw dwar il-qerda tat-tħaddim tat-tfal billi jappoġġaw l-applikazzjoni u l-monitoraġġ tar-rispett tal-Konvenzjonijiet 138 tal-ILO (il-Konvenzjoni dwar l-Età Minima) u 182 (il-Konvenzjoni dwar l-Agħar Forom tax-Xogħol tat-Tfal), ratifikati mill-Indja f'Ġunju 2017;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

(1) https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2020/07/15/joint-statement-15th-eu-india-summit-15-july-2020/
(2) Testi adottati, P9_TA(2021)0012.
(3) Testi adottati, P9_TA(2021)0016.
(4) ĠU C 337, 20.9.2018, p. 48.
(5) ĠU C 174 E, 14.7.2005, p. 179.
(6) ĠU C 227 E, 21.9.2006, p. 589.
(7) ĠU C 58, 15.2.2018, p. 109.
(8) ĠU C 261 E, 10.9.2013, p. 34.
(9) ĠU C 215, 19.6.2018, p. 202.


Kwittanza 2019: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi
PDF 563kWORD 181k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi (2020/2140(DEC))
P9_TA(2021)0164A9-0117/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2020)0288 – C9-0220/2020)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2018 (COM(2020)0311), u għar-risposti dettaljati li jikkomplementawh,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-2019 tal-Kummissjoni dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni tal-Baġit tal-UE (COM(2020)0265),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2019 (COM(2020)0268), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2020)0117),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3), ir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-prestazzjoni tal-baġit tal-UE - Status fi tmiem l-2019, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(4), u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(5) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05792/2021 – C9-0037/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0117/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-Deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, flimkien mar-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (issa l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura) għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2140(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019(7),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2020)0288 – C9-0220/2020)(8),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2019(9),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2018 (COM(2020)0311), u għar-risposti dettaljati li jikkomplementawh,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2019 (COM(2020)0268), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2020)0117),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(10),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(11) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05792/2021 – C9-0037/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(12), u b'mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/776/UE tat-18 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura u li tħassar id-Deċiżjoni 2009/336/KE(15),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/173 tat-12 ta' Frar 2021 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, l-Infrastruttura u l-Ambjent, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u d-Diġitali, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-SMEs, l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka, u l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u l-Kultura u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2013/801/UE, 2013/771/UE, 2013/778/UE, 2013/779/UE, 2013/776/UE u 2013/770/UE(16),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0117/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-Deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, flimkien mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima III – Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (issa l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs) għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2140(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019(17),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2020)0288 – C9-0220/2020)(18),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji għas-sena finanzjarja 2019(19),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2018 (COM(2020)0311), u għar-risposti dettaljati li jikkomplementawh,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2019 (COM(2020)0268), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2020)0117),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(20),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(21) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05792/2021 – C9-0037/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(22), u b'mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(23), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(24), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/771/UE tas-17 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2004/20/KE u 2007/372/KE(25),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/173 tat-12 ta' Frar 2021 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, l-Infrastruttura u l-Ambjent, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u d-Diġitali, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-SMEs, l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka, u l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u l-Kultura u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2013/801/UE, 2013/771/UE, 2013/778/UE, 2013/779/UE, 2013/776/UE u 2013/770/UE(26),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0117/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Viċi Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-Deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, flimkien mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima III – Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lill-Viċi Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

4. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2140(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019(27),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2020)0288 – C9-0220/2020)(28),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għas-sena finanzjarja 2019(29),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2018 (COM(2020)0311), u għar-risposti dettaljati li jikkomplementawh,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2019 (COM(2020)0268), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2020)0117),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(30),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(31) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05792/2021 – C9-0037/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(32), u b'mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(33), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(34), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/770/UE tas-17 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel u li tħassar Deċiżjoni 2004/858/KE(35),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/927/UE tas-17 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2013/770/UE biex L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel tiġi ttrasformata f'L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel(36),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/173 tat-12 ta' Frar 2021 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, l-Infrastruttura u l-Ambjent, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u d-Diġitali, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-SMEs, l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka, u l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u l-Kultura u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2013/801/UE, 2013/771/UE, 2013/778/UE, 2013/779/UE, 2013/776/UE u 2013/770/UE(37),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0117/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-Deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, flimkien mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima III – Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

5. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2140(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019(38),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2020)0288 – C9-0220/2020)(39),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2019(40),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2018 (COM(2020)0311), u għar-risposti dettaljati li jikkomplementawh,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2019 (COM(2020)0268), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2020)0117),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(41),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(42) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05792/2021 – C9-0037/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(43), u b'mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(44), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(45), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/779/UE tas-17 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka u li tħassar id-Deċiżjoni 2008/37/KE(46),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/173 tat-12 ta' Frar 2021 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, l-Infrastruttura u l-Ambjent, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u d-Diġitali, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-SMEs, l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka, u l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u l-Kultura u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2013/801/UE, 2013/771/UE, 2013/778/UE, 2013/779/UE, 2013/776/UE u 2013/770/UE(47),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0117/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-Deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, flimkien mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima III – Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

6. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (issa l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka) għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2140(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019(48),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2020)0288 – C9-0220/2020)(49),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2019(50),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2018 (COM(2020)0311), u għar-risposti dettaljati li jikkomplementawh,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2019 (COM(2020)0268), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2020)0117),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(51),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(52) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05792/2021 – C9-0037/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(53), u b'mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(54), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(55), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/778/UE tat-13 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka u li tħassar id-Deċiżjoni 2008/46/KE(56),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/173 tat-12 ta' Frar 2021 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, l-Infrastruttura u l-Ambjent, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u d-Diġitali, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-SMEs, l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka, u l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u l-Kultura u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2013/801/UE, 2013/771/UE, 2013/778/UE, 2013/779/UE, 2013/776/UE u 2013/770/UE(57),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0117/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-Deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, flimkien mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima III – Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

7. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Networks (issa l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent) għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2140(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019(58),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2020)0288 – C9-0220/2020)(59),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Networks għas-sena finanzjarja 2019(60),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2018 (COM(2020)0311), u għar-risposti dettaljati li jikkomplementawh,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2019 (COM(2020)0268), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2020)0117),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(61),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(62) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05792/2021 – C9-0037/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(63), u b'mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(64), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(65), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/801/UE tat-23 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Networks u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/60/KE kif emendata bid-Deċiżjoni 2008/593/KE(66),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/173 tat-12 ta' Frar 2021 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, l-Infrastruttura u l-Ambjent, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u d-Diġitali, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-SMEs, l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka, u l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u l-Kultura u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2013/801/UE, 2013/771/UE, 2013/778/UE, 2013/779/UE, 2013/776/UE u 2013/770/UE(67),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0117/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-Deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, flimkien mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima III – Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

8. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima III – Il-Kummissjoni (2020/2140(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019(68),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2020)0288 – C9-0220/2020)(69),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2018 (COM(2020)0311), u għar-risposti dettaljati li jikkomplementawh,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-2019 tal-Kummissjoni dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni tal-Baġit tal-UE (COM(2020)0265),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2019 (COM(2020)0268), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2020)0117),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(70), ir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-prestazzjoni tal-baġit tal-UE - Status fi tmiem l-2019, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(71), u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(72) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05792/2021 – C9-0037/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(73), u b'mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(74), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(2) u (3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0117/2021),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-Deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

9. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi (2020/2140(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima III – Il-Kummissjoni,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġits tal-aġenziji eżekuttivi għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0117/2021),

A.  billi l-baġit tal-Unjoni huwa strument sinifikanti għall-kisba tal-objettivi ta' politika komuni, u bħala medja jirrappreżenta 1,0 % tad-dħul nazzjonali gross tal-UE jew 2,1 % tan-nefqa tal-gvern estiż tal-Istati Membri u l-infiq pubbliku totali fl-Unjoni;

B.  billi, meta l-Parlament jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni, huwa jivverifika u jevalwa jekk il-fondi ntużawx b'mod korrett u jekk l-għanijiet ta' politika ntlaħqux wara awditi interni u esterni, u b'hekk jikkonferma r-regolarità u l-prestazzjoni tal-infiq tal-Kummissjoni f'termini ta' valur għall-flus;

C.  billi l-proċedura ta' kwittanza tal-2019 tkopri sena kkaratterizzata minn tranżizzjoni politika u istituzzjonali b'elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u leġiżlatura ġdida li bdiet fit-2 ta' Lulju 2019 u l-ħatra ta' Kummissjoni ġdida, li bdiet il-mandat tagħha fl-1 ta' Diċembru 2019 u li stabbiliet prijoritajiet politiċi ġodda, bħall-Patt Ekoloġiku Ewropew, enfasi dejjem akbar fuq id-diġitalizzazzjoni tal-Unjoni u l-ħarsien tal-valuri tagħha u ta' flus il-kontribwenti tal-Unjoni;

D.  billi t-tifqigħa tal-coronavirus il-ġdid (COVID-19) ma kienet tirrikjedi ebda aġġustament għaċ-ċifri rrappurtati fil-kontijiet annwali tal-Unjoni tal-2019; billi, madankollu, fl-2020 u fis-snin li ġejjin, it-tifqigħa tal-COVID-19 ser ikollha impatt globali sinifikanti, kif ukoll implikazzjonijiet importanti għall-baġit tal-Unjoni, u billi, f'dan ir-rigward, jeħtieġ jiġi ddeterminat b'attenzjoni partikolari jekk il-Kummissjoni użatx il-baġit tal-Unjoni b'effiċjenza u trasparenza, hekk kif mill-2020 l-implimentazzjoni tal-inizjattivi ta' rispons immedjat tal-Unjoni ser taffettwa r-rikonoxximent, il-kejl jew ir-riklassifikazzjoni ta' assi u obbligazzjonijiet multipli fir-rapporti finanzjarji tal-Unjoni;

E.  billi bħala konsegwenza diretta tat-tifqigħa tal-coronavirus il-ġdid (COVID-19), il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit ma setax jorganizza jew iwettaq kompletament l-attivitajiet ippjanati kollha tiegħu relatati mal-kontrolli normali tal-infiq tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, jiġifieri l-missjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni, is-seduti ta' smigħ pubbliku jew il-workshops tiegħu u għaldaqstant kellu jiddependi ħafna aktar fuq il-ħidma tal-Qorti;

Prijoritajiet politiċi

1.  Jenfasizza, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, l-importanza li jkun hemm konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba kif minqux fl-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif ukoll l-importanza li jinkisbu l-prijoritajiet u l-objettivi tal-programmi li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-integrazzjoni Ewropea u li joħolqu Unjoni aktar ravviċinata;

2.  Jinsab imħasseb dwar l-istat tal-istat tad-dritt f'ċerti Stati Membri u t-telf finanzjarju kkawżat minn nuqqasijiet bħal dawn; jistenna li l-Kummissjoni tuża l-istrumenti kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex tissospendi, tnaqqas u tirrestrinġi l-aċċess għall-finanzjament tal-Unjoni f'każijiet bħal dawn, inkluż l-użu tar-Regolament dwar l-Istat tad-Dritt; jenfasizza li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni għal ġestjoni finanzjarja tajba, inkluż l-allokazzjoni u l-ġestjoni effiċjenti u effikaċi tal-fondi Ewropej; iħeġġeġ bis-sħiħ f'dan ir-rigward l-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta' kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni; jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni bdiet il-ħidma tagħha fuq il-linji gwida; jisħaq fuq li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) diġà stabbiliet b'mod inekwivoku fis-sentenza tagħha li d-dikjarazzjonijiet li jinsabu fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ma jistgħux jipprevalu fuq it-test tar-regolament jew jimmodifikawh;

3.  Ifakkar li l-annullament tar-regolament jew parti minnu huwa possibbli biss mill-QĠUE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, bħala "Gwardjan tat-Trattati", biex tapplika r-regolament mid-data li fiha daħal fis-seħħ u biex tibda l-mekkaniżmi tal-istat tad-dritt meta jkun meħtieġ li jiġi żgurat il-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni fid-dimensjonijiet kollha; jissottolinja li r-regolament daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2021; ifakkar li l-Parlament jista' jżomm lill-Kummissjoni responsabbli fir-rigward ta' kif tapplika r-regolament, inkluż kwalunkwe dewmien mhux ġustifikat, permezz ta' azzjoni għal nuqqas ta' aġir fi ħdan l-Artikolu 265 tat-TFUE; ifakkar li dan ir-regolament, imfassal biex jipproteġi l-fondi tal-Unjoni, ser ikollu jiġi applikat għall-impenji u l-pagamenti kollha, filwaqt li jipprovdi salvagwardji għall-benefiċjarji u r-riċevituri finali;

4.  Jiddeplora l-fatt li l-implimentazzjoni tal-PAK u l-Politika ta' Koeżjoni fl-Istati Membri tal-Unjoni fiha total ta' 292 sistema ta' rapportar, li minħabba f'hekk id-data hija fframmentata u mhux komparabbli u tipprevjeni l-użu effettiv tal-IA u l-big data għall-kontroll tal-fondi; jiddeplora l-fatt li nuqqasijiet fil-validità u l-komparabbiltà tat-teknoloġiji tad-data u tar-rapportar bi gradi differenti ta' diġitalizzazzjoni għadhom ta' tfixkil serju għal ħarsa ġenerali komprensiva tad-distribuzzjoni tal-fondi tal-Unjoni u l-kontroll effiċjenti tagħhom; jiddispjaċih li l-detezzjoni ta' użu ħażin, frodi u approprjazzjoni indebita ta' fondi tal-Unjoni hija fil-parti l-kbira limitata għal skoperti inċidentali mill-Kummissjoni u mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (il-"Qorti") matul l-awditi tagħhom ibbażati fuq kampjuni jew matul l-investigazzjonijiet tal-OLAF;

5.  Jiddeplora l-fatt li ebda sistema ta' rapportar tal-PAK u tal-politika ta' Koeżjoni ma fiha informazzjoni dwar il-benefiċjarji aħħarin, li d-divulgazzjoni ta' din l-informazzjoni mhijiex legalment meħtieġa u li mhux l-informazzjoni kollha dwar is-sidien benefiċjarji tal-kumpaniji hija disponibbli fir-reġistri ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri kollha; jenfasizza li sistema interoperabbli tal-IT mhux biss tippermetti detezzjoni aktar bikrija u aktar effiċjenti tal-użu ħażin, frodi, miżapproprijazzjonijiet, kunflitti ta' interess, finanzjament doppju u problemi sistemiċi oħra iżda tippermetti wkoll ħarsa ġenerali komprensiva tad-distribuzzjoni reali tal-fondi tal-Unjoni u konċentrazzjonijiet potenzjalment mhux intenzjonati f'idejn ftit benefiċjarji oligarkiċi jew saħansitra kriminali; jissottolinja li n-nuqqas ta' informazzjoni dwar l-istrutturi ta' sjieda u s-sidien benefiċjarji ta' kumpaniji u gruppi ta' kumpaniji jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għal nuqqas ta' ċarezza fid-distribuzzjoni attwali tal-fondi; jenfasizza għal darb' oħra l-importanza kruċjali ta' data komprensiva, affidabbli u komparabbli għall-kontroll effiċjenti, effikaċi u f'waqtu tal-infiq Ewropew u l-protezzjoni ta' flus il-kontribwenti Ewropej;

6.  Ifakkar fl-appell tal-Parlament lill-Kummissjoni biex tipproponi regolament għall-istabbiliment ta' sistema tal-IT interoperabbli bħal din li tippermetti rapportar uniformi u standardizzat f'waqtu mill-awtoritajiet tal-Istati Membri fil-qasam tal-ġestjoni kondiviża, b'mod partikolari fir-rigward tal-PAK u l-fondi ta' koeżjoni, għal detezzjoni aktar bikrija ta' żbalji sistemiċi u użu ħażin kif espress fir-rapport ta' kwittanza għall-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2018; jissottolinja li sistema bħal din għandha tiġi aġġornata awtomatikament b'data komparabbli u f'waqtha biex is-sistema tkun kapaċi timmonitorja u tikkontrolla bl-użu tal-intelliġenza artifiċjali u l-big data; jappella lill-Kummissjoni biex, bħala kwistjoni urġenti, tagħmel il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni kollha dwar is-sidien benefiċjarji rekwiżit legali prerekwiżit għall-użu tal-fondi tal-Unjoni;

7.  Jissottolinja l-benefiċċji ta' sistema interoperabbli u diġitali bħal din għall-awtoritajiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-kontroll u l-ħarsa ġenerali tal-parlamenti u l-gvernijiet nazzjonali fuq l-allokazzjoni, il-ġestjoni u d-distribuzzjoni ta' flus il-kontribwenti nazzjonali fl-għamla ta' fondi Ewropej; jenfasizza li d-diġitalizzazzjoni tar-rapportar, il-monitoraġġ u l-awditjar tal-Unjoni missha ilha li saret u hija indispensabbli minħabba n-natura transfruntiera ta' użu ħażin tal-fondi, frodi, approprjazzjonijiet ħżiena, kunflitti ta' interess, finanzjament doppju u problemi sistemiċi oħra; jirrikonoxxi l-proposti li saru mill-Parlament u mill-Kummissjoni matul in-negozjati dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali , il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF), ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (CPR) u l-PAK;

8.  Jiddispjaċih għall-fatt li l-Kunsill involva ruħu biss b'riluttanza fin-negozjati għal kompromessi vijabbli; jiddispjaċih li kien hemm qbil dwar regoli u rekwiżiti ta' rapportar differenti fil-partijiet differenti tal-leġiżlazzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi dispożizzjoni xierqa għal inklużjoni fir-Regolament Finanzjarju mingħajr dewmien żejjed;

9.  Ifakkar li r-rapport ta' kwittanza għall-2018 appella lill-Kummissjoni tagħti lill-awtorità ta' kwittanza ammont totali ta' pagamenti lill-kumpaniji kollha li jappartjenu għall-grupp Agrofert fl-Istati Membri kollha u lista tal-akbar 50 destinatarju individwali (persuni fiżiċi bħala sidien benefiċjarji ta' kumpanija jew ta' bosta kumpaniji) għal kull Stat Membru kif ukoll lista tal-akbar 50 destinatarju (persuni fiżiċi u persuni ġuridiċi kif ukoll persuni fiżiċi bħala sidien ta' kumpaniji) tas-sussidji tal-Unjoni aggregati fl-Istati Membri kollha kemm huma; jirrikonoxxi t-tentattivi ripetuti tal-Kummissjoni li tiġbor lista bħal din billi titlob informazzjoni mill-Istati Membri; jiddeplora bil-qawwa l-fatt li l-Kummissjoni sad-data ta' din ir-riżoluzzjoni ma setgħetx tipprovdi l-lista kif mitlub minħabba nuqqas ta' data kompluta, affidabbli u komparabbli pprovduta mill-Istati Membri; jissottolinja kif dan juri u jenfasizza l-ħtieġa urġenti għal sistema diġitali u interoperabbli ta' rappurtar u monitoraġġ għal fondi taħt ġestjoni kondiviża; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi, kif mitlub u mingħajr aktar dewmien bla bżonn, il-lista tal-akbar 50 benefiċjarju individwali finali, kif ukoll lista komprensiva tas-sussidji kollha li rċevew il-kumpaniji kollha tal-grupp Agrofert f'reġim ta' ġestjoni kondiviża fl-Istati Membri kollha mill-2014 sal-2020, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jikkooperaw bis-sħiħ mal-Kummissjoni billi jipprovdu d-data neċessarja għall-analiżi u għall-ġbir ta’ dawk il-listi;

10.  Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex:

   tneħħi kwalunkwe ostaklu tekniku u legali għall-ġbir ta' data dwar strutturi tal-kumpaniji u sjieda benefiċjarja u tistabbilixxi miżuri li jiżguraw ġbir diġitali, interoperabbli u standardizzat ta' informazzjoni dwar ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni, inkluż dwar dawk li fl-aħħar mill-aħħar jibbenefikaw, direttament jew indirettament, mill-finanzjament tal-Unjoni u s-sidien benefiċjarji tagħhom;
   tistabbilixxi s-sistemi u l-istrumenti diġitali meħtieġa għall-użu obbligatorju tal-Istati Membri kollha, inkluż iżda mhux limitat għal għodda unika ta' estrazzjoni tad-data u ta' valutazzjoni tar-riskju li tippermetti lill-Kummissjoni, lill-OLAF u, fejn applikabbli, lill-UPPE jaċċessaw u janalizzaw tali data dwar ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni (inkluż is-sidien benefiċjarji tagħhom) għal finijiet ta' kontroll u awditjar, biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni u n-Next Generation EU kontra irregolaritajiet, frodi u kunflitti ta' interess;
   tkompli tagħti l-ogħla importanza lill-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni, b'mod partikolari permezz tal-istabbiliment ta' strateġiji ta' kontroll pluriennali mfassla biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-iżbalji, kif ukoll biex ikomplu jimmonitorjaw bir-reqqa l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni u jieħdu passi immedjati biex jikkoreġu l-iżbalji u jirkupraw il-fondi li ntefqu b'mod skorrett mill-Istati Membri, l-intermedjarji jew il-benefiċjarji finali;

11.  Ifakkar li l-Kummissjoni stabbiliet is-sistema ta' identifikazzjoni bikrija u ta' esklużjoni (EDES) ibbażata fuq l-Artikolu 135 tar-Regolament Finanzjarju biex issaħħaħ il-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tiggarantixxi ġestjoni finanzjarja tajba u tiżgura li dawn il-kumpaniji u sidien benefiċjarji ma jkunux jistgħu jibbenefikaw minn fondi tal-Unjoni li ġew ikkundannati b'rabta ma' frodi, korruzzjoni jew attivitajiet kriminali oħra relatati mal-użu ta' fondi tal-Unjoni, jew li kontrihom tal-inqas l-OLAF ħareġ rakkomandazzjonijiet ġudizzjarji lill-awtoritajiet kriminali tal-Istati Membri mill-1 ta' Jannar 2016; huwa tal-fehma li din l-għodda tista' tgħin lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u lill-korpi nazzjonali biex jiġġieldu u jipprevjenu aħjar il-korruzzjoni u l-frodi fl-Istati Membri; jiddispjaċih li l-bażi tad-data telenka biss ftit operaturi ekonomiċi (ħamsa sa Frar 2021); iqis dan bħala sinjal li l-EDES mhijiex implimentata kif suppost;

12.  Jitlob lill-Kummissjoni tqis l-estensjoni tal-applikazzjoni tas-sistema EDES lill-fondi f'reġim ta' ġestjoni kondiviża li jinkludu lill-benefiċjarji tal-ġestjoni kondiviża, l-organi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji u d-destinatarji finali, meta tkun proposta r-reviżjoni tar-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (Regolament Finanzjarju) fir-rispett tal-prinċipji ta' proporzjonalità u ta' adegwatezza; josserva li l-bidliet leġiżlattivi relatati mal-esklużjoni mill-fondi kollha tal-Unjoni fl-ambitu tad-diversi modi ta' nfiq tal-benefiċjarji li huma wkoll irreġistrati fil-qafas tal-ġestjoni kondiviża jkunu jinvolvu wkoll il-bżonn li jkun previst li l-Istati Membri jkunu jistgħu jaċċedu direttament għas-sistema ta' proprjetà tal-Kummissjoni u jdaħħlu informazzjoni dwar il-benefiċjarji taħt ir-responsabbiltà tagħhom; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiggarantixxu interoperabbiltà akbar bejn il-bażijiet tad-data u l-istrumenti ta' estrazzjoni ta' data (data mining) Ewropej u nazzjonali eżistenti; jirrikonoxxi li l-EDPS ma jarax problemi ġenerali marbuta mal-protezzjoni tad-data f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħolqien ta' tali interoperabbiltà, iżda l-bżonn ta' bażi ġuridika ċara;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni:

   tirrapporta għand l-awtorità ta' kwittanza dwar ir-raġunijiet għaliex l-EDES fiha biss entrati limitati ħafna;
   tieħu l-azzjoni meħtieġa biex ittejjeb il-ħidma, l-implimentazzjoni u l-operabbiltà tal-EDES biex tiżgura li l-operaturi ekonomiċi kollha li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 136 (1)(c) sa (h) tar-Regolament Finanzjarju jiġu elenkati; jappella wkoll lill-Kummissjoni tirrieżamina l-kriterji bil-għan li tnaqqas il-kumplessità tagħhom u żżid l-applikabilità tagħhom fil-prattika;
   ittejjeb l-użu tagħha ta' din l-għodda biex tgħaqqad il-blacklist mal-bażijiet tad-data tal-OLAF, tal-UPPE u dawk nazzjonali u toħloq sistema awtomatizzata li taġġorna din il-bażi tad-data b'informazzjoni affidabbli u f'waqtha;

14.  Iqis, f'konformità mal-isforz tal-Kummissjoni, li huwa tal-akbar importanza li jinstab bilanċ tajjeb bejn livell baxx ta' żbalji, pagamenti rapidi, spejjeż raġonevoli tal-kontrolli u valur miżjud tal-Baġit tal-Unjoni;

15.  Jisħaq fuq ir-rwol kruċjali tal-politiki u l-istrumenti tal-Unjoni għat-twettiq tagħhom biex jonqsu d-disparitajiet bejn l-Istati Membri u r-reġjuni fl-oqsma tal-koeżjoni, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, ir-riċerka u l-innovazzjonijiet, l-affarijiet interni u r-relazzjonijiet esterni, għall-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, u għaż-żamma u l-promozzjoni tal-valuri, is-sigurtà u l-ġustizzja tal-Unjoni għaċ-ċittadini tagħha fl-Unjoni u fid-dinja kollha;

16.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni, bħala amministratur tal-baġit tal-Unjoni, tfassal b'mod xieraq il-metodoloġija komuni tagħha għall-ispeċifiċitajiet tal-ambjenti ta' riskju, kontroll u ġestjoni fl-oqsma ta' nfiq differenti biex tissodisfa b'mod effettiv l-obbligi ta' rapportar tagħha u tipproteġi l-Baġit tal-Unjoni;

17.  Jirrimarka li l-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju minn Awwissu 2018 ipprovda definizzjoni aktar wiesgħa ta' kunflitti ta' interess; jenfasizza r-responsabbiltà tal-Kummissjoni li tiżgura li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu implimentati bid-diliġenza dovuta madwar l-Unjoni, u li l-forom kollha ta' kunflitti ta' interess jiġu ttrattati b'mod effiċjenti u effettiv matul l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni; jisħaq fuq l-importanza ta' informazzjoni pubblika disponibbli dwar il-benefiċjarji finali għat-trasferimenti finanzjarji kollha tal-Unjoni biex jiġu evitati kunflitti ta' interess fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni;

18.  Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżgura evalwazzjoni xierqa tal-miżuri preventivi meħuda mill-Istati Membri biex jiġu evitati kunflitti ta' interess; jilqa', f'dan ir-rigward, il-linji gwida tal-Kummissjoni "Guidance on avoidance of conflicts of interest under the Financial Regulation" (Gwida dwar l-evitar ta' kunflitti ta' interess skont ir-Regolament Finanzjarju), imqassma lill-Istati Membri f'Awwissu 2020, li għandhom l-għan li jippromwovu interpretazzjoni u applikazzjoni uniformi tar-regoli dwar il-kunflitti ta' interess u li jqajmu kuxjenza dwar l-applikabbiltà ta' dawn ir-regoli, inkluż fir-rigward tal-ġestjoni kondiviża; jappella lill-Kummissjoni tippubblika dawn il-Linji Gwida u tikkondividi wkoll kemm mal-awtoritajiet tal-Istati Membri kif ukoll mal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit l-informazzjoni dwar l-awditi mwettqa fuq dawn il-kwistjonijiet u l-eżempji ta' prattika tajba;

19.  Jinsab imħasseb dwar l-interpretazzjoni limitata possibbli tal-Artikolu 61 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 mill-Aġenzija tal-Pagamenti Ċeka (il-Fond Statali għall-Intervent Agrikolu) li tqisu mhux applikabbli għall-membri tal-Gvern; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi l-opinjoni tagħha dwar l-interpretazzjoni ta' dan l-artikolu rigward l-Aġenziji tal-Pagamenti nazzjonali; jappella lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-Artikolu 61 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 jiġi rrispettat u implimentat fir-Repubblika Ċeka filwaqt li jiġi applikat għall-pagamenti kollha mill-baġit tal-Unjoni, inkluż il-pagamenti diretti taħt l-ewwel pilastru tal-PAK, u biex tissorvelja l-funzjonament indipendenti tal-Aġenziji tal-Pagamenti f'dan ir-rigward;

20.  Ifakkar li għadd ta' skandli dwar id-distribuzzjoni u l-użu ħażin tal-fondi tal-Unjoni f'pajjiżi bħall-Bulgarija, iċ-Ċekja jew is-Slovakkja u r-Rumanija kkawżaw protesti pubbliċi kbar f'dawn l-aħħar xhur u snin, fejn iċ-ċittadini tal-Unjoni fittxew lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Kummissjoni, biex jiżguraw it-tmiem ta' tali amministrazzjoni ħażina ta' flus pubbliċi;

21.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-istrateġija l-ġdida tal-kumpaniji kontra l-frodi, adottata mill-Kummissjoni f'April 2019, dwar l-inizjattiva tal-OLAF, bl-objettiv li jittejjeb l-għarfien tal-Kummissjoni dwar il-frodi u l-kapaċità analitika tagħha li tmexxi l-azzjoni kontra l-frodi, li tiżgura l-kooperazzjoni fost id-dipartimenti u l-aġenziji eżekuttivi fil-ġlieda kontra l-frodi u li ssaħħaħ is-sorveljanza korporattiva tal-ġlieda kontra l-frodi; jappella lill-Kummissjoni tħejji rapport ta' segwitu dwar l-effiċjenza tal-implimentazzjoni tagħha u l-ewwel riżultati miksuba u tirrapporta dwar dan għand l-awtorità ta' kwittanza;

22.  Jisħaq fuq li, fid-dawl tal-QFP u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, ir-riżorsi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jappoġġjaw il-prijoritajiet u r-responsabbiltajiet li qegħdin jiżdiedu tal-Unjoni. Il-ħarsien tal-interess finanzjarju tal-Unjoni huwa tal-akbar importanza u li huma meħtieġa l-aktar sforzi b'saħħithom fil-livelli kollha biex jipprevjenu u jiġġieldu kontra l-frodi, il-korruzzjoni u l-użu ħażin tal-fondi tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi l-għoti ta' riżorsi finanzjarji u umani suffiċjenti lill-Qorti, OLAF u l-UPPE u tkompli tipprovdilhom appoġġ politiku b'saħħtu, biex iwettqu l-attivitajiet tagħhom ta' awditjar, investigazzjoni u prosekuzzjoni fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

23.  Jinnota fil-istess waqt li l-użu dejjem akbar ta' mekkaniżmi finanzjarji biex jiġu stabbiliti l-politiki tal-Unjoni fil-pajjiżi terzi, id f'id mal-baġit tal-Unjoni, għandu r-riskju li jimmina r-responsabbiltà u t-trasparenza tal-azzjoni u l-infiq tal-Unjoni; jinsisti li l-Kummissjoni tiżgura li l-għoti ta' għajnuna esterna jkun soġġett għall-istat tad-dritt u għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi riċevituri; jisħaq, b'mod partikolari, fuq il-ħtieġa li jiġi ggarantit li pajjiżi u partijiet terzi u/jew persuni fiżiċi, li huma allokati jew marbuta ma' fondi tal-Unjoni jaderixxu mal-valuri demokratiċi ewlenin, jirrispettaw l-istandards internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u jissottoskrivu għal prinċipji ta' nonvjolenza;

24.  Ifakkar li l-politika ta' żvilupp u kooperazzjoni hija maħsuba biex teqred il-faqar u tnaqqas l-inugwaljanza u li l-fondi għandhom jilħqu biss il-benefiċjarji intenzjonati tagħhom;

25.  Jissottolinja li l-ħolqien tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) huwa żvilupp fundamentali fil-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni; ifakkar lill-Kummissjoni dwar ir-rwol ewlieni tal-UPPE fil-protezzjoni tal-pjan ta' rkupru tal-UE fis-snin li ġejjin; jappella lill-Istati Membri kollha tal-Unjoni jingħaqdu mal-UPPE u jaħtru l-Prosekuturi tagħhom abbażi ta' kriterji ċari u trasparenti;

26.  Jissottolinja n-nuqqas ta' finanzjament u n-nuqqas ta' persunal tal-UPPE matul il-fażi ta' żvilupp tiegħu, iżda jilqa' ż-żieda sostanzjali fil-baġit u l-persunal tal-UPPE meta mqabbla mal-proposta inizjali; itenni l-oppożizzjoni tal-Parlament għat-tnaqqis tal-persunal tal-OLAF, bħala riżultat ta' karigi ttrasferiti lill-UPPE, li wassal għal tnaqqis kumulattiv ta' 45 kariga sal-2023 għall-OLAF; jappella lill-Kummissjoni żżid il-kapaċità billi tirrieżamina s-sitwazzjoni tal-persunal kemm fir-rigward kemm tal-UPPE, tal-OLAF kif ukoll ta’ Eurojust; jappella lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet baġitarji jiżguraw li l-baġits tal-OLAF, tal-UPPE u ta' Eurojust jiżdiedu biex ikunu jistgħu jwettqu l-missjoni tagħhom;

27.  Jinnota bi tħassib li fil-perjodu bejn Jannar 2015 u Diċembru 2019 ma ttieħdet ebda deċiżjoni mill-awtoritajiet ġudizzjarji, b'segwitu għal rakkomandazzjoni tal-OLAF, f'199 każ u kien biss f' 178 każ li ttieħdet xi deċiżjoni(75); jappella lill-Istati Membri jsegwu kif xieraq ir-rakkomandazzjonijiet kollha tal-OLAF; 1

28.  Japprova r-rakkomandazzjonijiet fir-rapport annwali tal-Qorti għas-sena finanzjarja 2019 u r-rapport tal-Qorti dwar il-prestazzjoni tal-baġit tal-Unjoni u jinkoraġġixxi ħafna lill-Kummissjoni u lil partijiet rilevanti oħra jimplimentawhom mill-aktar fis possibbli filwaqt li jenfasizza wħud mir-rakkomandazzjonijiet l-aktar importanti u urġenti hawn taħt;

29.  Huwa partikolarment imħasseb dwar is-sejbiet ripetuti tal-Qorti li x-xogħol ta' xi awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar jew korpi ta' ċertifikazzjoni huwa meqjus bħala suxxettibbli wisq għall-iżbalji u għaldaqstant mhux affidabbli, li b'hekk jikkomprometti l-affidabbiltà tad-data għa-r-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni (AMPR) tal-Kummissjoni; jiddispjaċih li l-Qorti ma tistax tinkludi analiżi għar-raġunijiet sottostanti għal dawn id-dgħufijiet persistenti fil-ħidma tagħha;

30.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni la setgħet tiċċara b'mod utli r-raġunijiet u lanqas id-differenzi speċifiċi għall-pajjiżi bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri; jiddispjaċih li dan in-nuqqas ta' informazzjoni dwar ir-raġunijiet li huma l-bażi ta' dawn id-dgħufijiet sistemiċi u persistenti f'ċerti awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar jimpedixxi l-indirizzar u r-riżoluzzjoni ta' tali problemi b'mod effiċjenti u effikaċi; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel analiżi bir-reqqa tar-raġunijiet u tal-problemi strutturali li jikkawżaw id-dgħufijiet sistemiċi persistenti identifikati mill-Qorti; jitlob lill-Kummissjoni tinkludi wkoll osservazzjonijiet dwar il-prattiki tajba u, abbażi ta' din l-analiżi, tindirizza lill-awtoritajiet nazzjonali rakkomandazzjonijiet orizzontali ċari, prattiċi u faċilment implimentabbli kif ukoll rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, kif deskritt f'aktar dettall fil-kapitoli speċifiċi ta' din ir-riżoluzzjoni;

31.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti aktar attenzjoni, u talloka aktar riżorsi umani u baġitarji tal-Kummissjoni lill-Istati Membri, li s-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll tagħhom huma biss parzjalment jew mhux affidabbli, fejn hemm riskju akbar ta' frodi u korruzzjoni relatati mal-fondi u speċjalment ma' dawk l-Istati Membri li ma aderewx mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew;

32.  Jitlob li l-użu ta' Arachne jsir kundizzjoni preliminari għall-użu tal-fondi tal-Unjoni min-naħa tal-Istati Membri;

33.  Jissottolinja li r-rata ta' żball ikkalkolat mill-Qorti tirrappreżenta sinteżi statistika li tforni indikatur prattiku uniku tal-legalità u tar-regolarità tal-infiq tal-Unjoni, iżda ma toffrix madankollu viżjoni differenzjata tan-natura u tal-gravità differenti tal-iżbalji li jikkontribwixxu għal din ir-rata; jieħu nota li l-metodoloġija tal-Qorti hija bbażata fuq standards internazzjonali ta' awditjar li jinvolvu l-ittestjar ta' kampjun każwali ta' tranżazzjonijiet u li kampjun rappreżentattiv ma jistax ikun ibbażat kollu kollu hu fuq ir-riskju; jilqa' pożittivament il-fatt li l-Qorti taqsam il-kampjuni tagħha fi tranżazzjonijiet b'riskju għoli u tranżazzjonijiet b'riskju baxx; japprezza l-fatt li l-Qorti diġà tinkludi eżempji speċifiċi tal-iżbalji misjuba; jistieden lill-Qorti tinkludi informazzjoni saħansitra aktar dettaljata, b'mod partikolari biex tippermetti għarfien ġeografiku tal-problemi speċifiċi għal kull pajjiż;

34.  Jiddispjaċih li l-maġġor parti tal-pagamenti diretti tal-PAK hija kkonċentrata f'idejn il-ftit benefiċjarji f'xi Stati Membri, anki fil-każijiet li fihom jinħolqu strutturi oligarkiċi, b'hekk jiddgħajfu b'mod partikolari l-bdiewa ż-żgħar u l-komunitajiet rurali;

35.  Ifakkar fil-bżonn ta' tqassim aktar ġust tal-fondi tal-PAK, bil-għan li jiġi żgurat li l-pagamenti għal kull ettaru jkunu inversament proporzjonali għad-daqs tal-azjenda agrikola;

36.  Jinsab inkwetat bil-każijiet irrappurtati ta' ħtif tal-art f'ċerti Stati Membri u jtenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi sistema effikaċi ta' kontroll li tkun tiżgura li l-benefiċjarji bid-dritt għall-fondi tal-PAK ikunu huma biss dawk li jaħdmu r-raba' u li l-fondi ma jaslux għand xi benefiċjarji li kisbu l-artijiet b'mezzi illegali jew frawdolenti; itenni, f'dan ir-rigward, it-talba tiegħu għal mekkaniżmu ta' tressiq ta' lmenti speċifiku fil-livell tal-Unjoni biex jappoġġa lill-bdiewa jew lill-benefiċjarji li jħabbtu wiċċhom, pereżempju, ma' prattiki ħżiena ta' ħtif tal-art, imġiba ħażina tal-awtoritajiet nazzjonali, pressjoni minn strutturi kriminali jew mill-kriminalità organizzata, jew persuni li huma suġġetti għal xogħol furzat jew skjavitù, li jagħtihom l-opportunità li jressqu malajr ilment mal-Kummissjoni, u li l-Kummissjoni għandha tivverifika b'urġenza(76);

37.  Itenni t-tħassib tiegħu għall-fatt li l-impenji pendenti komplew jikbru, u fl-aħħar tal-2019 laħqu livell rekord ta' EUR 298,0 biljun (meta mqabbla ma' EUR 281,2 biljun fl-2018); jinnota li l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġits annwali kien evidentement aktar baxx mil-limitu massimu tal-QFP fi snin reċenti, li jista' jwassal għal bżonnijiet ta' pagament ogħla fil-futur; jilqa' favorevolment il-fatt li fil-proposta tagħha għal regolament dwar il-QFP il-Kummissjoni inkludiet il-pagamenti futuri stmati fir-rigward taż-żidiet proposti fl-2020 fl-ambitu tar-risposta tal-Unjoni għall-coronavirus; jitlob lill-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni mill-Istati Membri fil-każ ta' sottoimplimentazzjoni u rati baxxi ta' assorbiment; jilqa' pożittivament l-isforzi tal-Kummissjoni biex tintroduċi r-regola n+2 għall-oqsma ta' nefqa kollha, b'hekk tkun sottolinjata n-neċessità ta' strumenti possibbli oħrajn biex tissostitwixxi r-regola n+3; jistieden għal darb'oħra lill-Kummissjoni żżid l-appoġġ tekniku lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u ċ-ċittadini, bil-għan li tikseb rati ta' assorbiment aħjar(77);

38.  Ifakkar fid-distakk dejjem akbar bejn l-impenji u l-pagamenti u ż-żieda fid-daqs tal-baġit tal-Unjoni (Analiżi Rapida dwar Każ Speċifiku tal-Qorti: "Impenji pendenti fil-baġit tal-UE – Ħarsa aktar mill-qrib"), aspetti li jirrappreżentaw sfida serja anki għall-awtorità ta' kwittanza; josserva li l-baġit fit-tul tal-UE, inkluż il-pjan tal-UE għall-irkurpu Next Generation EU, għadda minn EUR 1 083 biljun għal EUR 1 800 biljun għall-perjodu 2021-2027; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja f'intervalli regolari l-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali għall-irkurpu u r-reżiljenza biex tiżgura r-rispett tar-regoli fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat u tirrapporta f'dan ir-rigward lill-awtorità ta' kwittanza; jenfasizza li jekk din it-talba ma tiġix attwata, dan jista' jagħti lok għal rifjut tal-għoti tal-kwittanza għas-sena 2020;

39.  Jirrimarka li fis-snin reċenti l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġits annwali kien jinsab notevolment taħt il-limitu massimu tal-QFP, li jista' jwassal għal bżonnijiet ogħla ta' pagament fil-futur u jirriskja li jpoġġi l-baġit taħt pressjoni;

40.  Jiddispjaċih li ntilfet l-opportunità li jintużaw l-ammonti tal-approprjazzjoni ta' impenn mhux użati u tal-approprjazzjonijiet diżimpenjati fl-ambitu tal-QFP bil-għan li jitħallas id-dejn inkors biex ikun iffinanzjat il-pjan ta' rkupru;

41.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li r-riskji finanzjarji ewlenin li l-baġit tal-Unjoni kien espost għalihom fl-2019 kienu assoċjati ma' operazzjonijiet finanzjarji fil-forma ta' self kopert direttament mill-baġit tal-Unjoni (53,7 %), u operazzjonijiet finanzjarji koperti minn fond ta' garanzija tal-Unjoni (46,3 %); josserva li, meta ġew inklużi wkoll il-pagamenti futuri possibbli relatati mal-garanzija tal-FEIS (Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi), l-ammont tar-riskju totali mġarrab mill-baġit tal-Unjoni laħaq d-EUR 90,5 biljun sal-aħħar tal-2019; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta stampa kompluta tal-espożizzjoni tal-baġit tal-UE fir-"Rapport annwali dwar il-garanziji koperti mill-baġit ġenerali", inkluż ir-riskju ġġenerat mill-garanzija tal-FEIS kif ukoll mill-operazzjonijiet finanzjarji futuri kollha relatati;

42.  Jirrimarka li l-Unjoni għamlet użu dejjem akbar mill-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji pprovduti lill-Grupp tal-BEI; ifakkar li, attwalment, l-operazzjonijiet tal-Grupp tal-BEI li mhumiex iffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni, iżda li jaqdu l-istess objettivi tal-Unjoni, ma jaqgħux taħt il-mandat tal-awditjar tal-Qorti;

43.  Josserva li l-Qorti biħsiebha tgħaddi għall-approċċ ta' attestazzjoni; jistieden lill-Qorti tkompli bil-kontrolli tagħha abbażi ta' kampjuni bil-għan li timmonitorja t-tranżazzjonijiet individwali;

44.  Jinsab imħasseb bil-fatt li l-persunal attwali mhuwiex biżżejjed biex ilaħħaq mal-allokazzjoni dejjem akbar ta' baġit tal-UE; jenfasizza li huwa indispensabbli li jiżdiedu l-kapaċitajiet amministrattivi fi ħdan il-Qorti u s-segretarjati rilevanti tal-Parlament Ewropew; jenfasizza l-fatt li dawn ir-rekwiżiti ma jiġux sodisfatti, dan jista' jagħti lok għal rifjut tal-kwittanza għas-sena 2020;

45.  Jinkoraġġixxi lill-Qorti tkompli tanalizza l-prestazzjoni tal-baġit tal-Unjoni; josserva li valutazzjoni xierqa tal-legalità u tar-regolarità tal-azzjoni tal-Unjoni biex ittejjeb l-obbligu ta' rendikont tikkostitwixxi l-bażi għal ġestjoni finanzjarja tajba; jenfasizza li l-indikaturi għandhom jevalwaw is-suċċess ta' ċerti attivitajiet b'mod deskrittiv u oġġettiv, mingħajr ma jesprimu preferenzi f'termini ta' politiki; jisħaq fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti, skont liema hemm bżonn jiġu elaborati aktar l-indikaturi u jinstab bilanċ aħjar bejn indikaturi tal-input u tal-output u l-indikaturi tar-riżultat u tal-impatt; jistieden lill-Kummissjoni tnaqqas in-numru tal-objettivi u tal-indikaturi f'ġabra speċifika ta' indikaturi tar-riżultat u tal-impatt rilevanti u xierqa li jkejlu bl-aqwa mod ir-riżultati miksuba f'termini ta' effikaċja u ta' valur miżjud Ewropew tal-infiq tal-Unjoni;

46.  Japprova r-riżervi mressqa mid-diretturi ġenerali tad-DĠ BUDG, RTD, AGRI, REGIO, EMPL, MARE, CLIMA, HOME, JUST, NEAR u REFORM fir-rapporti annwali ta' kontroll (RAA) tagħhom; huwa tal-fehma li dawn ir-riżervi juru li l-proċeduri ta' kontroll stabbiliti mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri jistgħu jagħtu l-garanziji neċessarji rigward il-legalità u r-regolarità tat-tranżizzjonijiet ta' bażi fl-oqsma ta' politika korrispondenti biss jekk jiġu implimentati b'suċċess il-proċeduri ta' korrezzjoni neċessarji;

Id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tal-Qorti

47.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Qorti kkonkludiet li l-kontijiet għall-2019 huma affidabbli, u li l-Qorti kkonkludiet li d-dħul kien ħieles minn kwalunkwe żball materjali fl-2019;

48.  Jinsab imħasseb bil-fatt li, għall-ewwel darba f'erba' snin il-Qorti ħarġet opinjoni negattiva dwar il-legalità u r-regolarità tan-nefqa li huma bbażati fuqha l-kontijiet;

49.  Josserva, madankollu, li l-Qorti tammetti li l-livell kumplessiv ta' żball baqa' relattivament stabbli, jiġifieri 2,7 % fl-2019 meta mqabbel ma' 2,6 % tal-2018, u jissottolinja dawk li l-Qorti evidenzjat bħala elementi pożittivi tal-infiq tal-Unjoni, bħall-evoluzzjoni tal-intestatura "Riżorsi naturali" u r-riżultati kostanti tal-intestatura "Amministrazzjoni";

50.  Jinnota li r-raġunijiet mogħtija għall-opinjoni negattiva huma s-segwenti: għal dak li għandu x'jaqsam man-nefqa tal-Unjoni, fil-konklużjonijiet tal-Qorti hemm affermat li l-livell ta' żball, prinċipalment fil-pagamenti li fil-fatt huma rimborżi, huwa pervażiv, u li, fid-dawl tal-mod kif inhu magħmul il-baġit tal-Unjoni u l-evoluzzjoni tiegħu maż-żmien, in-nefqa b'riskju għoli fl-2019 tirrappreżenta aktar minn nofs l-infiq awditjat (53,1 %) u għad hemm preżenti fiha żball materjali ta' rata stmata ta' 4,9 % (meta mqabbla ma' 4,5 % tal-2018 u 3,7 % tal-2017);

51.  Jinnota li l-Qorti awditjat tranżazzjonijiet li jilħqu total ta' EUR 126,1 biljun (minn EUR 159,1 biljun tal-infiq totali tal-Unjoni), u li l-intestatura "Riżorsi naturali" kienet l-akbar sehem (47,2 %) tal-popolazzjoni tal-awditi globali tal-Qorti, segwita mill-intestaturi "Koeżjoni" (22,5 %) u "Kompetittività" (13,2 %); itenni s-suġġeriment tiegħu lill-Qorti biex tqis kemm is-sehem tan-nefqa totali tal-Unjoni kif ukoll l-iżball relatat mar-riskju meta tiddeċiedi dwar id-diviżjoni tas-sehem tal-awditjar li jmiss tal-popolazzjoni;

52.  Josserva li fl-2019 il-Qorti forniet rati ta' żball speċifiċi għal tliet intestaturi tal-QFP: "Kompetittività" (4,0 %), "Koeżjoni" (4,4 %), "Riżorsi naturali" (1,9 %), filwaqt li għall-Intestatura "Amministrazzjoni" l-Qorti stmat li l-livell ta' żball kien inqas mis-soll ta' materjalità; jirrimarka li l-Qorti sabet l-ogħla livell stmat ta' żball fl-infiq fl-ambitu tal-Intestatura "Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali" (4,4 %) u li l-infiq fis-Subintestatura "Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi" laħaq r-rata ta' żball preokkupanti ta' 4 % (meta mqabbla ma' 2 % tal-2018);

53.  Jieħu nota li l-ġestjoni finanzjarja tal-baġit tal-Unjoni maż-żmien tjiebet u li f'dawn l-aħħar snin il-livelli ta' żball naqsu sa ma ressqu qrib is-soll ta' materjalità tat-2 %, għajr f'ċerti oqsma ta' politika, ngħidu aħna dak tal-kompetittività, li fil-biċċa l-kbira huwa sottopost għall-ġestjoni diretta tal-Kummissjoni, fejn ir-rata ta' żball stmata rduppjat billi għaddiet minn 2 % fl-2014 għal 4 % fl-2019;

54.  Jinnota li l-Qorti ma stmatx il-livelli ta' żball għall-oqsma ta' nefqa fl-Intestaturi 3 u 4 tal-QFP "Sigurtà u ċittadinanza" u "Ewropa Globali"; jirrimarka li l-komunikazzjoni ta' rati ta' żball tippermetti li jkun hemm komparabbiltà bejn is-snin finanzjarji; jiddispjaċih, f'dan ir-rigward, li l-kampjun għall-kapitoli 7 u 8 jirriżulta ulterjorment imnaqqas meta mqabbel ma' dawn l-aħħar snin (minn 11 % tan-nefqiet koperti mill-awditu fl-2017, għal 9,1 % fl-2018 u għal 8,9 % fl-2019);

55.  Jitlob lill-Qorti tforni, fir-rapport annwali li jmiss tagħha, data dwar ir-rata ta' żball għall-pagamenti ta' kull qasam ta' nefqa; jitlob lill-Qorti twessa' l-kapitolu tagħha dwar l-Intestatura "Amministrazzjoni" bil-għan li jkun hemm analiżi aktar bir-reqqa tal-istituzzjonijiet kollha; jistieden lill-Qorti twettaq mill-aktar fis possibbli t-talba tal-Parlament biex tforni rapport annwali speċifiku u indipendenti dwar l-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jilqa' favorevolment ir-riflessjoni tal-Qorti f'dan ir-rigward u jittama li tkun riflessa fl-istrateġija tal-Qorti għall-perjodu 2021-2025;

56.  Jiddispjaċih li l-Qorti ma tispeċifikax liema hu l-impatt tal-miżuri korrettivi fuq il-livell ta' żball kumplessiv, imma tindika biss l-impatt fuq intestaturi speċifiċi; jirrimarka li l-informazzjoni speċifika dwar l-intestaturi kollha tal-QFP tkun tikkostitwixxi informazzjoni estremament utli għall-finijiet ta' skrutinju min-naħa tal-awtorità ta' kwittanza; jitlob lill-Qorti tispeċifika liema hu l-impatt tal-miżuri korrettivi fuq il-livell ta' żball kumplessiv;

57.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-istima ġenerali tal-livell ta' żball fil-baġit tal-Unjoni, kif ippreżentata fid-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tal-Qorti, la tkejjel il-frodi u lanqas l-ineffiċjenza jew il-ħela, iżda hija stima tal-ammonti li ma kellhomx jitħallsu peress li ma ntużawx skont ir-regoli u r-regolamenti applikabbli; josserva li fl-2019 il-Qorti rrappurtat lill-OLAF disa' każijiet ta' frodi suspettata li nstabu matul l-awditi tagħha (l-istess numru ta' każijiet bħal fl-2018) u li l-OLAF fetaħ investigazzjonijiet fuq ħamsa mill-każijiet irrappurtati filwaqt li ddeċieda li ma jagħmilx hekk għall-erbgħa l-oħra;

58.  Jirrimarka li, bħal fis-snin ta' qabel, l-iżbalji ta' eliġibbiltà (jiġifieri l-ispejjeż ineliġibbli f'dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż u proġetti, attivitajiet jew benefiċjarji ineliġibbli) f'pagamenti li fil-fatt huma rimborżi, fejn in-nefqa hija spiss suġġetta għal regoli kumplessi, kienu għal darb'oħra l-kontributuri ewlenin għal-livell stmat ta' żball tal-2019 għal nefqa b'riskju għoli ta' 74 % (meta mqabbla ma' 68 % fl-2018);

59.  Jilqa' pożittivament id-deċiżjoni tal-Qorti biex fil-kampjun tagħha ddaħħal perċentwal ogħla ta' nefqa b'riskju għoli, kategorija li fiha hemm, b'mod materjali, rata ta' żball dejjem ogħla (4,9 % fl-2019 meta mqabbla ma' 4,5 % tal-2018 u 3,7 % tal-2017); jiddispjaċih li, fil-każ tal-pagamenti għad-drittijiet, ir-rata ta' żball ma kinitx kwantifikata b'mod ċar;

60.  Jiddispjaċih li l-informazzjoni u r-rapporti li l-Kummissjoni tirċievi mill-awtoritajiet tal-Istati Membri huma spiss nieqsa minn data dwar ir-riżultati konkreti jew jinkludu valutazzjonijiet ottimistiċi żżejjed; jieħu nota tal-osservazzjoni tal-Qorti skont liema r-rwol partikolari tal-Kummissjoni, hekk kif rifless fil-metodoloġija tagħha, u d-dgħufijiet fil-kontrolli ex post, li huma element kruċjali tas-sistema ta' kontroll, jolqtu negattivament l-istimi tal-iżbalji tal-Kummissjoni;

61.  Jinsab ferm imħasseb bil-fatt li l-iżbalji maqbuda juru nuqqasijiet fir-regolarità tan-nefqa ddikjarata mill-awtoritajiet ta' ġestjoni;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

62.  Jinnota li fl-2019 l-approprjazzjonijiet ta' impenn disponibbli fil-baġit finali ntużaw kważi kollha (b'rata ta' 99,4 %), filwaqt li r-rata ta' użu għall-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet kemxejn aktar baxxa (98,5 %);

63.  Jinnota l-adozzjoni ta' tliet baġits emendatorji fl-2019, li żiedu EUR 0,4 biljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 0,3 biljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament, li jirreferu għas-segwenti;

   (i) il-Baġit Emendatorju (BA) Nru 1/2019 daħħal fil-baġit 2019 is-surplus ta' EUR 1 802 988 329 li ġej mill-implimentazzjoni tas-sena baġitarja 2018; dan l-ammont naqqas il-kontribuzzjonijiet annwali bbażati fuq l-ING li jħallsu l-Istati Membri;
   (ii) il-Baġit Emendatorju (BA) Nru 2/2019 ipprovda approprjazzjonijiet ta' impenn addizzjonali li ammontaw għal EUR 100 miljun lill-programmi Orizzont 2020 u Erasmus+, kif deċiż mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-ftehim tagħhom dwar il-baġit 2019;
   (iii) il-Baġit Emendatorju (BA) Nru 3/2019 daħħal l-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament neċessarji għall-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) fil-valur ta' EUR 293 551 794, biex tingħata assistenza lir-Rumanija, lill-Italja u lill-Awstrija minħabba diżastri naturali li ġraw f'dawn l-Istati Membri matul is-sena 2018;

64.  Jirrikonoxxi li, minħabba n-natura pluriennali tan-nefqa tagħha u l-istrateġiji ta' kontroll tagħha, il-Kummissjoni tista' tapplika korrezzjonijiet sal-għeluq tal-programm ta' finanzjament; jinnota barra minn hekk li filwaqt li l-iżbalji jistgħu jinstabu f'sena partikolari, dawn jiġu kkoreġuti fis-sena kurrenti jew fis-snin sussegwenti wara li jkun sar il-pagament – sal-mument tal-għeluq; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jeżerċitaw il-kapaċità korrettiva tagħhom u jitlob lill-Kummissjoni tuża l-għodod superviżorji għad-dispożizzjoni tagħha, f'konformità mal-obbligi tagħha skont id-diversi bażijiet ġuridiċi settorjali, biex fl-aħħar mill-aħħar iġġib ir-riskju reali fil-waqt tal-għeluq ferm inqas minn 2 % u eqreb iż-0 %;

65.  Josserva li fl-2019 il-miżuri korrettivi kkonfermati mill-Kummissjoni kienu jammontaw għal EUR 1,5 biljun (25 % aktar mill-2018) u kienu jirreferu prinċipalment għal żbalji fil-pagamenti li kienu saru fis-snin ta' qabel;

66.  Jinsab ferm imħasseb bil-fatt li l-impenji pendenti komplew jikbru, u fl-aħħar tal-2019 laħqu EUR 298,0 biljun (meta mqabbla ma' EUR 281,2 biljun fl-2018); josserva li l-Qorti identifikat ir-raġunijiet għan din iż-żieda kostanti, pereżempju ż-żieda kumplessiva fid-daqs tal-baġit tal-Unjoni matul iż-żmien; jinnota li l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġits annwali kien evidentement aktar baxx mil-limitu massimu tal-QFP fi snin reċenti, li jista' jwassal għal domandi għal pagamenti ogħla fl-2022 u fl-2023 u joħloq riskju gravi għal-likwidità tal-baġit tal-Unjoni; josserva li l-impenn tal-Kummissjoni biex tagħmel analiżi bir-reqqa tal-approprjazzjonijiet ta' pagament meħtieġa sa tmiem is-sena matul l-eżerċizzju ta' trasferiment globali bil-għan li tagħmel il-proposta lill-awtorità baġitarja jekk ikun hemm bżonn ta' rinforzi. jistieden lill-Kummissjoni tnaqqas l-impenji pendenti attwali u jiġu evitati dawk futuri, tkompli ttejjeb il-previżjonijiet finanzjarji tagħha u, meta neċessarju, tgħin lill-pajjiżi jsibu proġetti eliġibbli, speċjalment dawk b'valur miżjud Ewropew ċar, bil-għan li titħaffef ir-rata ta' assorbiment;

67.  Josserva bi tħassib li skont il-Qorti, ir-rata ta' assorbiment globali tal-FSIE (Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej) kienet aktar baxxa milli kienet fis-sena korrispondenti tal-QFP preċedenti, billi, sa tmiem l-2019, mill-allokazzjonijiet totali tal-FSIE għall-QFP attwali (EUR 465 biljun), 40 % biss kienu tħallsu lill-Istati Membri (meta mqabbla ma' 46 % sal-aħħar tal-2012); jieħu nota tal-ispjegazzjoni tal-Kummissjoni, skont liema r-rata ta' assorbiment aktar bil-mod hija parzjalment relatata mal-adozzjoni tardiva tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (RDK), maż-żmien meħtieġ għall-awtoritajiet biex jistabbilixxu programm ta' attwazzjoni effikaċi u sistemi ta' kontroll u mal-bidliet introdotti fir-regolamenti fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, bħal-livell għoli ta' prefinanzjament annwali u r-regola l-ġdida għad-diżimpenji awtomatiċi (n+3); josserva li, fl-2019, ir-ritmu kumplessiv tal-assorbiment baqa' kważi eżattament l-istess bħalma kien fl-2018; jinsab imħasseb bir-rati baxxi ta' assorbiment;

68.  Ifakkar li r-rata ta' assorbiment tesprimi sa liema punt il-fondi tal-Unjoni allokati lill-Istati Membri ntefqu fi proġetti eliġibbli, u dan jikkostitwixxi waħda mill-kundizzjonijiet preliminari u mill-indikaturi ta' assorbiment futur effikaċi; jevidenzja, f'dan ir-rigward, li minn tmien l-2018 ir-rata ta' selezzjoni tal-proġetti baqgħet ogħla minn dik tal-istess perjodu ta' referenza għall-perjodu 2007-2013; jenfasizza wkoll li fi tmien Ġunju 2020 il-kważi totalità tat-EUR 350 biljun (99,2 %) tal-kost totali ġiet allokata lil kważi 515 000 proġett;

69.  Jiddispjaċih li f'ħafna Stati mhijiex qed tingħata assistenza teknika akbar biex tiżdied ir-rata ta' assorbiment u jkun possibbli t-tnaqqis tal-impenji pendenti (RAL) akkumulati;

70.  Jinnota li, sal-bidu tal-2019, wara li l-QFP attwali kien ilu ħames snin stabbilit, madwar 17 % biss tal-finanzjament SIE totali impenjat permezz tal-istrumenti finanzjarji f'reġim ta' ġestjoni kondiviża (FISMs) kien wasal għand id-destinatarju finali tiegħu; josserva, madankollu, li f'nofs Settembru 2020 42 % tal-ammonti allokati lill-istrumenti finanzjarji sar disponibbli għall-investimenti u li 59 % tal-kapital disponibbli għall-FISMs kien wasal għand id-destinatarji finali; ifakkar, f'din l-okkażjoni, ix-xettiċiżmu li esprima aktar minn darba l-Parlament rigward l-appoġġ qawwi lill-istrumenti finanzjarji min-naħa tal-Kummissjoni;

71.  Jiddispjaċih bil-fatt li r-rapport annwali dwar il-FISMs għall-2019 ġie ppubblikat wara d-data tal-iskadenza ddefinita fil-Regolament rilevanti(78); jaqbel mal-Qorti li r-rilevanza tar-rappurtar tal-Kummissjoni dwar il-FISMs tonqos minħabba li r-rapport annwali tagħha dwar il-FISMs jiġi ppubblikat tard wisq;

72.  Jinsab imħasseb bil-fatt li, bħal fis-snin preċedenti, ammonti sostanzjali ta' prefinanzjament annwali tal-FSIE mhux użati, l-aktar minħabba dewmien fl-implimentazzjoni, ġew ritornati lill-baġit tal-Unjoni (EUR 7,7 biljun fl-2019), jirrimarka li EUR 5,0 biljun ta' dan l-ammont intużaw biex isiru pagamenti fuq talbiet ippreżentati mill-Istati Membri lil hinn mill-baġit approvat għas-sena fl-ambitu tal-linji baġitarji rilevanti tal-FSIE, u dan ipprevjena t-tħassir ta' dawn tal-aħħar;

73.  Jirrikonoxxi li l-ġestjoni kondiviża hija fundamentali għall-implimentazzjoni tal-FSIE, li min-naħa tiegħu jiddependi minn kollaborazzjoni amministrattiva effiċjenti bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri; jissottolinja l-osservazzjoni tal-Qorti, skont liema r-riskju ta' żball huwa għoli għan-nefqa suġġetta għal regoli kumplessi; jilqa' favorevolment it-titjib sostanzjali li sar f'dan ir-rigward f'dawn l-aħħar għaxar snin, anki bis-saħħa tal-isforzi tal-Kummissjoni u tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti u tal-Parlament; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni timmira lejn is-semplifikazzjoni u l-orjentament lejn il-prestazzjoni;

74.  Jisħaq fuq il-fatt li r-riskji finanzjarji ewlenin li l-baġit tal-Unjoni kien espost għalihom fl-2019 kienu assoċjati ma' operazzjonijiet finanzjarji fil-forma ta' self kopert direttament mill-baġit tal-Unjoni (53,7 %), u operazzjonijiet finanzjarji koperti minn fond ta' garanzija tal-Unjoni (46,3 %); josserva b'dispjaċir li r-riskju totali rrappurtat mill-Kummissjoni ma jinkludix l-operazzjonijiet marbuta mal-FEIS u għalhekk ma jirriflettix l-espożizzjoni finanzjarja reali tal-baġit tal-Unjoni; jenfasizza li, meta ġew miżjuda l-pagamenti futuri possibbli relatati mal-garanzija tal-FEIS (Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi), l-ammont tar-riskju totali mġarrab mill-baġit tal-Unjoni laħaq id-EUR 90,5 biljun sal-aħħar tal-2019;

75.  Jirrimarka li l-Unjoni għamlet użu dejjem akbar mill-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji pprovduti lill-Grupp tal-BEI; ifakkar li, attwalment, l-operazzjonijiet tal-Grupp tal-BEI li mhumiex iffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni, iżda li jaqdu l-istess objettivi tal-Unjoni, ma jaqgħux taħt il-mandat tal-awditjar tal-Qorti; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li dan ifisser li l-Qorti ma tistax tagħti stampa sħiħa tar-rabtiet bejn l-operazzjonijiet tal-Grupp tal-BEI u l-baġit tal-Unjoni; jitlob li l-BEI u l-Parlament jaqblu dwar Memorandum ta' Qbil biex jitjieb l-aċċess tal-Parlament għad-dokumenti u għad-data relatata mal-orjentament strateġiku u mal-politiki ta' finanzjamenti tal-BEI bil-għan li jissaħħaħ l-obbligu ta' rendikont tal-Bank;

76.  Ifakkar li l-Artikolu 287(3) tat-TFUE jiddefinixxi l-poteri ta' verifika tal-Qorti fir-rigward tal-BEI; ifakkar li l-Qorti għandha l-kompetenza li tivverifika l-attività tal-BEI f'dik li hija l-ġestjoni tan-nefqa u tad-dħul tal-Unjoni; ifakkar li, skont l-Artikolu 12 tal-Protokoll Nru 5 (Statut tal-BEI), il-Kumitat tal-Verifika huwa kompetenti biex jivverifika l-kapital tal-ishma tal-BEI; ifakkar li l-Artikolu 308(3) tat-TFUE jippermetti lill-Kunsill jemenda l-Protokoll dwar l-Istatut tal-BEI permezz ta' deċiżjoni sempliċi, mingħajr reviżjoni sħiħa tat-Trattat; jenfasizza l-importanza akbar mogħtija fl-ambitu tal-QFP il-ġdid lill-garanziji tal-Unjoni u lill-istrumenti finanzjarji l-oħra ġestiti mill-BEI; jitlob għalhekk lill-Kunsill jemenda l-Artikolu 12 tal-Protokoll Nru 5 biex jinvolvi lill-Qorti fil-verifika tal-kapital tal-ishma tal-BEI; jinnota li l-ftehim tripartitiku attwali bejn il-Kummissjoni, il-BEI u l-Qorti dwar l-awditi tal-operazzjonijiet li huma ffinanzjati jew sostnuti mill-baġit tal-Unjoni skada fl-2020; jistieden bil-qawwa lill-Kummissjoni, lill-Qorti u lill-BEI jtejbu r-rwol tal-Qorti u jsaħħulha aktar il-poteri ta' verifika fir-rigward tal-attivitajiet tal-BEI fl-okkażjoni tat-tiġdid tal-ftehim tripartitiku li jirregola r-regoli tal-involviment; isostni r-rikjesta tal-Qorti biex twettaq awditu tal-operazzjonijiet tal-BEI li mhumiex relatati mal-baġit tal-Unjoni; jappella lill-Qorti biex tfassal rakkomandazzjonijiet dwar ir-riżultati tal-attivitajiet ta' self estern tal-BEI;

77.  Jinnota li l-politika monetarja wasslet għal tnaqqis fir-rata tal-imgħax fit-tul użata biex jiġu stmati l-obbligi ta' benefiċċju tal-impjegati (rata ta' skont), li għall-ewwel darba saret negattiva, u dan wassal għal żieda sinifikanti ta' EUR 17,2-il biljun fl-obbligazzjoni ta' tmiem is-sena tal-baġit tal-Unjoni; jistenna li din ix-xejra tkompli hekk kif il-BĊE jibqa' jsegwi l-kors tiegħu ta' politiki monetarji akkomodanti u jitlob li tittieħed prekawzjoni xierqa;

78.  Jisħaq fuq l-importanza ta' monitoraġġ b'mod rigoruż, fil-każ tal-proġetti infrastrutturali fuq skala kbira, ir-riskju possibbli ta' korruzzjoni u frodi; jitlob li jsiru valutazzjonijiet ex ante u ex post bir-reqqa u indipendenti marbuta mal-proġetti li jiġu ffinanzjati;

79.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jtejbu kemm il-kwalità kif ukoll in-numru tal-kontrolli u jikkondividu l-aħjar prattiki fil-ġlieda kontra l-frodi;

Rakkomandazzjonijiet

80.  Jistieden lill-Kummissjoni:

   issegwi mill-qrib il-bżonnijiet ta' pagament, tħejji ruħha għal xenarji possibbli b'soluzzjonijiet konkreti filwaqt li żżomm quddiem għajnejha l-fatt li l-Unjoni ma jistax ikollha defiċit baġitarju, u tieħu azzjoni, fl-ambitu tal-mandat istituzzjonali tagħha, bil-għan li tiżgura d-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet ta' pagament filwaqt li tqis kemm ir-riskju li l-approprjazzjonijiet ta' pagament ma jkunux suffiċjenti kif ukoll tal-bżonnijiet straordinarji li jirriżultaw mill-pandemija tal-COVID-19;
   tkompli tipproduċi rapport annwali dwar il-FISMs, inkluż fil-livell tal-istrumenti finanzjarji individwali, fil-QFP li jmiss;
   tippreżenta stampa kompleta tal-espożizzjoni tal-baġit tal-Unjoni fir-"Rapport annwali dwar il-garanziji koperti mill-baġit ġenerali", inkluż tar-riskju ġġenerat mill-garanzija tal-FEIS kif ukoll mill-operazzjonijiet finanzjarji futuri kollha relatati;
   tivvaluta mill-ġdid, fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19, jekk il-mekkaniżmi eżistenti biex tiġi mmitigata l-espożizzjoni tal-baġit tal-Unjoni għar-riskju humiex suffiċjenti u xierqa, u tirrieżamina r-rati ta' proviżjonament fil-mira tal-fondi ta' garanzija li jkopru l-garanziji mogħtija mill-baġit tal-Unjoni;
   tippreżenta rapporti annwali dwar kemm rati tal-imgħax baxxi, baxxi ħafna u negattivi persistenti jistgħu jaffettwaw il-baġit tal-Unjoni;

81.  Jitlob lill-Kunsill biex flimkien mal-Parlament Ewropew:

   jappellaw lill-BEI biex il-Qorti tkun tista' tawditja kull sena r-regolarità kif ukoll l-aspetti tal-prestazzjoni tal-attività ta' finanzjament tagħha, li ma jaqgħux fil-mandat speċifiku tal-Unjoni; iqis li dan jista' jiġi garantit parallelament mat-tiġdid tal-ftehim tripartitiku;

Prestazzjoni tal-baġit tal-Unjoni

82.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-ewwel rapport separat u sħiħ tal-Qorti dwar il-prestazzjoni tal-baġit tal-Unjoni – Status fl-aħħar tal-2019 u jħeġġeġ lill-Qorti tkompli tipproduċi u tiżviluppa dan ir-rapport aktar fis-snin li ġejjin; itenni li, fil-fehma tiegħu, għandha tingħata attenzjoni akbar lill-prestazzjoni mingħajr ma jonqsu l-livelli attwali ta' skrutinju tal-konformità; jenfasizza li l-konklużjonijiet dwar il-prestazzjoni ma għandhomx iwasslu għal ġeneralizzazzjonijiet, iżda pjuttost għal rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż; josserva li analiżijiet adegwati tar-riskji u rakkomandazzjonijiet għal azzjoni lid-deċiżuri politiċi tal-Unjoni huma bażi importanti għall-proċess deċiżjonali politiku; iqis li l-indikaturi għandhom jevalwaw is-suċċess ta' ċerti attivitajiet b'mod deskrittiv u oġġettiv, mingħajr ma jesprimu preferenzi f'termini ta' politiki; jistieden lill-Qorti tikkonċentra l-valutazzjonijiet tal-prestazzjoni fuq il-ksib tal-valur miżjud Ewropew u l-użu effiċjenti ta' flus il-kontribwenti tal-Unjoni;

83.  Jenfasizza li l-għan tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni huwa li tagħti indikazzjoni dwar jekk il-politiki u l-programmi tal-Unjoni humiex qed jilħqu l-objettivi tagħhom b'mod effiċjenti u effikaċi; jissuġġerixxi li, jekk ikun jeħtieġ li jsir titjib, l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tintuża bħala bażi għall-proċessi ta' tfassil tal-miżuri korrettivi meħtieġa, u biex tiġi mmonitorjata kontinwament l-implimentazzjoni tagħhom; jissottolinja li l-kejl tal-prestazzjoni tal-fondi u tal-politiki tal-Unjoni huwa ferm diffiċli u jirrikjedi definizzjonijiet differenti u indikaturi mmirati għad-diversi fondi u oqsma ta' nefqa; hu tal-fehma li l-indikaturi kruċjali tal-prestazzjoni għandhom ikejlu b'mod komprensiv ir-riżultati tal-programmi bl-użu ta' metodu analitiku mingħajr ma jesprimu preferenzi f'termini ta' politiki; jaqbel ma' dak li sabet il-Qorti, skont liema hemm bżonn jitjiebu aktar l-indikaturi kumplessivi u jinstab bilanċ aħjar bejn indikaturi tal-input u tal-output u l-indikaturi tar-riżultat u tal-impatt; jitlob lill-Kummissjoni tirrazzjonalizza r-rappurtar tal-prestazzjoni billi tnaqqas in-numru tal-objettivi u tal-indikaturi f'ġabra iżgħar ta' indikaturi tar-riżultat u tal-impatt rilevanti u xierqa, li jkejlu bl-aqwa mod ir-riżultati miksuba f'termini ta' effiċjenza, ekonomija u effettività kif ukoll valur miżjud tal-Unjoni tal-infiq tal-Unjoni;

84.  Jissottolinja li l-Qorti ssib li l-Kummissjoni għandha proċeduri sodisfaċenti għall-produzzjoni tar-rapport annwali tagħha dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni u tal-ħarsa ġenerali lejn il-prestazzjoni tal-programmi; jaqbel mal-Qorti dwar il-fatt li l-Kummissjoni għandha tkompli tirrapporta dwar il-prestazzjoni tal-programmi wara l-perjodu tal-QFP, tal-inqas sakemm ikun qed isiru pagamenti sostanzjali relatati ma' perjodu partikolari tal-QFP;

85.  Jilqa' favorevolment il-fatt li l-Qorti osservat li l-Kummissjoni bdiet tagħmel analiżi u valutazzjonijiet tal-prestazzjoni sistemiċi, li jwasslu għal konklużjonijiet rigward il-ksib tal-objettivi tal-programmi; josserva b'sodisfazzjon li l-Qorti dan tqisu li huwa pass pożittiv sinifikanti lejn rappurtar annwali aktar ċar, trasparenti u komprensiv dwar il-prestazzjoni tal-programmi.

86.  Jinkoraġġixxi bil-qawwa lill-Kummissjoni tkompli ttejjeb l-affidabbiltà u l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni bħala għodda vitali għall-valutazzjoni tas-suċċess tal-programmi; dan għandu jinkludi t-tixrid tat-tagħlimiet meħuda mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju, speċjalment dawk li jikkonċernaw id-disinn u l-metodoloġija;

87.  Jinsab imħasseb bil-valutazzjoni tal-Qorti li tqis li d-data tal-monitoraġġ fornuti mill-Istati Membri, li fuqhom huma bbażati l-AMPR tal-Kummissjoni u d-dikjarazzjonijiet tal-programmi, mhumiex totalment affidabbli;

88.  Jappoġġja bil-qawwa r-rakkomandazzjoni li l-Kummissjoni għandha ttejjeb l-ispjegazzjonijiet li jikkonċernaw id-determinazzjoni tal-objettivi u d-data ta' appoġġ; jidhirlu li l-objettivi għandhom ikunu speċifiċi u ambizzjużi, iżda realistiċi u fl-istess ħin għandhom ikunu jistgħu jitkejlu abbażi ta' data affidabbli; jenfasizza, fl-istess ħin, li l-indikaturi tar-riżultat u tal-impatt huma aktar adatti għall-kejl tal-prestazzjoni u jippermettu valutazzjoni tal-impatt usa' meta mqabbla mal-indikaturi tal-input u tal-output;

89.  Jilqa' pożittivament il-fatt li fid-dikjarazzjonijiet tal-programmi annwali l-Kummissjoni tiddokumenta d-data dwar l-indikaturi, kif ukoll il-valuri tal-bidu, l-objettivi intermedji u l-objettivi finali tal-indikaturi stess li jkejlu l-progress tal-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-programmi; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li dawn il-valuri tal-bidu, l-objettivi intermedji u l-objettivi finali tal-indikaturi li kieku ma jkunux jintlaħqu mingħajr il-finanzjamenti tal-UE u li jirrappreżentaw il-valur miżjud tal-UE, tikkonċentra fuq il-ksib ta' dan il-valur miżjud;

90.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi fir-rapporti dwar il-prestazzjoni tagħha analiżi akbar tal-effettività u tal-ekonomija (kosteffettività) tal-programmi meta l-informazzjoni ssir disponibbli, analiżi aktar sistematika tal-fatturi esterni sinifikanti li jaffettwaw il-prestazzjoni tal-programmi; valutazzjonijiet ċari tal-indikaturi tal-prestazzjoni kollha rrappurtati fir-rigward ta' jekk humiex fit-triq it-tajba biex jilħqu l-objettivi finali tagħhom; valutazzjonijiet ċari u bbilanċjati tal-prestazzjoni, li jkopru l-objettivi kollha tal-programmi f'dettall xieraq; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu dawn il-miżuri għall-kwittanza 2020 li jmiss, fid-dawl tal-programmi kollha adottati fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19;

91.  Jissottolinja li skont ir-Regolament Finanzjarju, ġestjoni finanzjarja tajba timplika effettività, effiċjenza u ekonomija, u li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw enfasi fuq it-tliet elementi kollha; josserva wkoll li l-Linji Gwida Internazzjonali fil-qasam tal-Awditjar dwar il-prestazzjoni llum jinkludu wkoll elementi bħall-ugwaljanza, l-ambjent u l-etika, u jistieden lill-Kummissjoni twessa' l-valutazzjonijiet tagħha billi tħares anki f'dawn l-oqsma;

92.  Josserva li l-Qorti vvalutat jekk il-programmi fl-oqsma ewlenin kollha tal-baġit tal-UE kinux fit-triq it-tajba biex jilħqu l-objettivi tagħhom:

93.  Kompetittività: jilqa' pożittivament il-fatt li ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-prestazzjoni tal-programm ta' riċerka tal-UE Orizzont 2020 jinsab f'riskju, u l-fatt li hemm bosta eżempji ta' proġetti li kellhom suċċess; jilqa' favorevolment il-fatt li, skont il-Qorti, il-programm jagħti valur miżjud tal-Unjoni bis-saħħa tal-uniċità tiegħu u tan-natura pan-Ewropea tiegħu;

94.  Koeżjoni: jiddispjaċih bil-fatt li, minkejja li l-Kummissjoni u l-Istati Membri kienu diġà rrevedew l-objettivi inizjali għall-perjodu 2014-2020, ftit aktar minn terz biss tal-indikaturi relatati mal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u mal-Fond ta' Koeżjoni (FK) juri progress f'waqtu; jinnota li qabel ma faqqgħet il-kriżi tal-COVID-19 il-biċċa l-kbira tal-objettivi fil-qasam tal-impjiegi u tal-edukazzjoni x'aktarx kienet se tinlaħaq sal-2020, imma l-progress fil-qasam tar-riċerka u żvilupp, il-faqar u l-inklużjoni soċjali kien skars; jiddispjaċih bil-fatt li dan il-qasam ta' politika d-data dwar il-prestazzjoni tal-Kummissjoni tindika li l-programmi mhumiex fil-livell tal-aspettattivi inizjali;

95.  Riżorsi naturali: jiddispjaċih li dgħufija importanti tikkonsisti mill-fatt li l-indikaturi tal-prestazzjoni għall-perjodu 2014-2020 mhumiex ibbażati fuq loġika ta' intervent dettaljata għall-forniment tal-appoġġ finanzjarju tal-PAK; jinnota, pereżempju, li l-pagamenti diretti lill-bdiewa naqsu l-volatilità tal-introjtu ta' dawn tal-aħħar, iżda ma jimmirawx li jgħinuhom jilqħu livell ta' għajxien ġust; jiddisjaċih bil-fatt li l-miżuri tal-PAK jirriżultaw li għandhom impatt insuffiċjenti biex jindirizzaw it-tibdil fil-klima;

96.  Sigurtà u ċittadinanza: josserva li l-informazzjoni tal-Kummissjoni ma tindikax jekk il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni huwiex jipproċedi sewwa lejn l-objettiv tiegħu, iżda li l-informazzjoni disponibbli turi r-rilevanza u l-valur miżjud tal-UE ta' dan il-Fond; josserva li l-indikaturi jagħtu bixra pożittiva lir-riżultati miksuba fir-rigward tal-integrazzjoni u tal-migrazzjoni legali, anki għaliex għadha mhijiex possibbli l-valutazzjoni tal-effetti fit-tul (bħal pereżempju d-differenzi bejn il-prospettivi ta' impjieg tal-migranti u dawk taċ-ċittadini tal-Unjoni);

97.  Ewropa Globali: josserva li l-Kummissjoni ma tfornix biżżejjed informazzjoni għal valutazzjoni soda tal-prestazzjoni ta' żewġ strumenti ta' finanzjament, jiġifieri l-istrument għall-kooperazzjoni mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u dak għar-relazzjonijiet mal-viċinat tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Unjoni; jilqa' pożittivament il-fatt li l-indikaturi madankollu juru tendenza pożittiva f'termini ta' tnaqqis tal-faqar, edukazzjoni, ugwaljanza bejn il-ġeneri u żvilupp uman, u jinsab imħasseb dwar tendenza lejn id-deterjorament f'dak li hu l-konsolidament tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tal-istabbiltà politika;

Rapport annwali dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni

98.  Jinnota li, skont il-Kummissjoni, l-ammont totali tal-approprjazzjonijiet ta' impenn implimentati fl-2019 kien jammonta għal EUR 161 biljun: b'EUR 81 biljun allokati għall-Intestatura 1, maqsuma bejn l-Intestatura 1a "Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi" (14 % tal-baġit totali) u s-Subintestatura 1b "Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali" (35 % tal-baġit totali), EUR 59 biljun għall-Intestatura 2 "Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali" (37 % tal-baġit totali), EUR 4 biljun għall-Intestatura 3 "Sigurtà u ċittadinanza", EUR 12-il biljun għall-Intestatura 4 "Ewropa Globali" u EUR 6 biljun għan-"nefqa amministrattiva" tal-Kummissjoni fl-ambitu tal-Intestatura 5;

99.  Josserva li, fl-AMPR tagħha għall-2019, il-Kummissjoni indikat riskju fil-pagament ta' 2,1 %, perċentwal li jidħol fil-firxa tal-livell ta' żball stmat tal-Qorti; josserva li fit-tliet oqsma ta' nfiq l-aktar sinifikanti (Subintestatura 1a tal-QFP: kompetitrività; 1b: koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u Intestatura 2: riżorsi naturali), l-istimi tal-livell ta' żball tal-Kummissjoni jidħlu fil-firxa indikata mill-Qorti;

100.  Jinnota li fl-2019, in-nefqa mill-baġit tal-Unjoni kienet tammonta għal EUR 147 biljun, imqassma fuq aktar minn 240 000 pagament; jirrimarka li 71 % tal-baġit ġie implimentat f'reġim ta' ġestjoni kondiviża, u l-bqija ntefaq direttament mill-Kummissjoni (22 %) jew indirettament f'kooperazzjoni ma' entitajiet fdati (7 %);

101.  Jinnota l-istima tal-Kummissjoni li, fl-2019, in-nefqa relatata mal-klima ammontat għal EUR 35 biljun, ugwali għal 21 % tal-baġit tal-Unjoni, u li b'mod kumulattiv matul il-perjodu 2014-2020 il-baġit tal-Unjoni se jkun ikkontribwixxa EUR 211-il biljun, ekwivalenti għal 19,8 % tal-infiq totali, għall-objettivi tal-klima, li huwa naqra inqas mill-objettiv inizjali ta' 20 % minħabba kontribuzzjonijiet aktar baxxi matul l-ewwel snin tal-perjodu; jitlob lill-Kummissjoni tagħmel l-almu tagħha biex tistimola n-nefqa marbuta mal-klima relatat mal-perjodu 2014-2020 billi timmira lejn objettivi ħafna aktar ambizzjużi għall-perjodu 2021-2028;

102.  Jinnota li 11 mill-50 direttur ġenerali tal-Kummissjoni ħarġu dikjarazzjoni kwalifikata fir-Rapporti Annwali tal-Attività tagħhom għall-2019, b'total ta' 18-il riżerva (meta mqabbla ma' 40 riżerva minn 20 dipartiment fl-2018); jirrimarka li għal 17-il riżerva, il-Kummissjoni applikat regola "de minimis" ġdida, u li dawn ir-riżervi ma baqgħux meqjusa sinifikattivi mill-Kummissjoni;

103.  Jinnota li, skont il-Kummissjoni, il-miżuri korrettivi kkonfermati kienu jammontaw għal EUR 1,5 biljun fl-2019 (25 % ogħla milli fl-2018); jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li għal xi Stati Membri l-ammonti korrettivi kienu ferm aktar sostanzjali milli għal oħrajn; jitlob lill-Kummissjoni tadotta l-kampjun ta' awditjar tagħha b'mod li tinkludi aktar ta' spiss dawn il-pajjiżi fil-kontrolli regolari tagħhom;

104.  Josserva li, għall-2019, l-istima tal-Kummissjoni għar-riskju globali fil-waqt tal-għeluq kienet 0,7 % (meta mqabbla ma' 0,8 % fl-2018) tan-nefqa rilevanti; jinnota li minħabba r-riskju akbar fil-waqt tal-pagament fir-rigward tal-infiq fuq il-koeżjoni, ir-riskju globali stmat mill-Kummissjoni fil-waqt tal-pagament kien akbar milli fis-snin preċedenti, jiġifieri 2,1 % għall-2019 (meta mqabbel ma' 1,7 % fl-2018), iżda billi l-korrezzjonijiet futuri stmati kienu wkoll akbar (1,4 %, meta mqabbla ma' 0,9 % fl-2018), il-Kummissjoni waslet għal riskju stabbli fil-waqt tal-għeluq, u bi stima tar-riskju fl-għeluq ta' inqas minn 2 %, il-Kummissjoni kkunsidrat li s-sistemi ta' kontroll pluriennali tagħha żguraw protezzjoni effikaċi tal-baġit tal-Unjoni; jirrimarka, barra minn hekk, li fl-istima tal-Kummissjoni stess, in-nefqa b'riskju fil-waqt tal-pagament 'il fuq mis-soll ta' materjalità kienet għolja ħafna b'valur ta' EUR 67 biljun;

105.  Josserva li l-Kummissjoni kkunsidrat li s-sistemi ta' kontroll pluriennali tagħha żguraw protezzjoni effikaċi tal-baġit tal-Unjoni; josserva li l-Kummissjoni tissuddividi l-portafoll tagħha għall-2019 f'saffi b'riskju inferjuri u f'saffi b'riskju superjuri, bl-użu ta' kriterji rikonoxxuti anki mill-Qorti u relatati man-natura tal-finanzjament, b'mod partikolari mad-differenza bejn skemi ta' rimborż pjuttost kumplessi (nefqa b'riskju ogħla ma' riskju fil-waqt tal-pagament ogħla minn 2 %) u pagamenti inqas suġġetti għal żbalji bbażati fuq id-drittijiet (nefqa b'riskju aktar baxx ma' riskju fil-waqt tal-pagament inqas minn 2 %); jirrimarka wkoll li, skont l-istimi tal-Kummissjoni, in-nefqa b'riskju ogħla tammonta għal EUR 67 biljun (46 %) u tolqot għalhekk parti iċken tal-baġit meta mqabbla ma' dik b'riskju aktar baxx, li tammonta għal EUR 80 biljun (54 %); iħeġġeġ lill-Kummissjoni tadotta pjan ta' azzjoni ambizzjuż, b'miżuri li jippermettu li jonqsu b'mod sinifikanti dawn ir-riskji;

106.  Jitlob lill-Kummissjoni taċċerta ruħha li l-AMPR ikun totalment affidabbli u mhux ibbażat fuq projezzjonijiet;

107.  Jiddispjaċih partikolarment bil-fatt li l-Qorti kellha mill-ġdid tesprimi tħassib fir-rigward tal-affidabbiltà tal-AMPR fl-ambiti tal-koeżjoni, minħabba nuqqasijiet fix-xogħol tal-awtoritajiet tal-awditjar u tal-problemi identifikati fir-rigward tar-rati tal-iżball residwu rrappurtati fir-RAA tad-DĠ EMPL u tad-DĠ REGIO;

108.  Jafferma li ma jaqbilx mal-mod kif il-Kummissjoni tevalwa l-metodoloġija ta' kalkolu tagħha tar-rata ta' żball; josserva li, minkejja li jirrikonoxxi li r-riskji fil-waqt tal-pagament użati mill-Kummissjoni fl-AMPR huma l-eqreb mal-istima tal-livell ta' żball tal-Qorti, għandu jiġi nnutat li hemm elementi importanti li jagħtu lok għal differenzi notevoli bejn ir-rata ta' żball tal-Qorti u dik tal-Kummissjoni; itenni għaldaqstant li t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tallinja malajr il-metodoloġija tagħha ma' dik użata mill-Qorti u tforni lill-awtorità ta' kontroll tal-baġit rata ta' żball waħda biss li tikkorrispondi għar-riskju fil-waqt tal-pagament (rata ta' żball fil-waqt tal-pagament); jistieden lill-Kummissjoni tiddivulga separatament stima tal-korrezzjonijiet futuri (rata tal-iżball residwu); iħeġġeġ lill-Kummissjoni tuża terminoloġija koerenti għad-direttorati ġenerali kollha meta tirrapporta dwar dawn iż-żewġ stimi;

109.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri neċessarji biex tikseb data affidabbli mill-Istati Membri fir-rigward tar-rata ta' żball fil-waqt tal-pagament; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel aġġustamenti xierqa b'mod f'waqtu jekk jinqabdu nuqqasijiet fil-kontrolli tal-Istati Membri;

110.  Josserva bi tħassib li, f'dawk li għandu x'jaqsam mal-istima tar-riskju fil-waqt tal-pagament maħduma mill-Kummissjoni, il-Qorti enfasizzat xi problemi, ippreżentati hawn taħt, għal intestaturi speċifiċi tal-QFP u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrispondi għal dawn is-sejbiet b'azzjonijiet konkreti:

   "Kompetittività": l-awditi ex post ma koprewx prinċipalment pagamenti jew approvazzjonijiet li saru fis-sena taħt rieżami tad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni, u mhux dejjem instabu li kienu affidabbli;
   "Riżorsi naturali": il-kontroll tal-Istati Membri rifless fl-istatistika tal-kontroll ma qabadx l-iżbalji kollha, u kienu meħtieġa aġġustamenti mill-Kummissjoni, filwaqt li l-aġġustamenti tal-Kummissjoni kienu ġeneralment ibbażati fuq rati fissi, u kien hemm limitazzjonijiet fl-affidabbiltà tar-riżultati tax-xogħol tal-korpi ta' ċertifikazzjoni;
   "Koeżjoni": il-verifiki tal-awtoritajiet tal-awditjar mhux dejjem kienu affidabbli;
   "Ewropa Globali": ma kienx hemm numru biżżejjed ta' verifiki fuq il-post fil-pajjiżi fejn il-proġetti huma implimentati, kopertura insuffiċjenti tal-aspetti rilevanti tal-proċeduri tal-akkwist, kamp ta' applikazzjoni wiesa' għall-istima tal-impatt tal-iżbalji individwali, u nuqqas ta' awtotestjar sostanzjali għal tranżazzjonijiet diġà vverifikati minn oħrajn; jistieden li l-Qorti ttejjeb il-kontrolli aleatorji tagħha b'approċċ ibbażat fuq ir-riskju sabiex ir-rapporti tagħha dwar ir-rati ta' żball jagħtu aktar attenzjoni lil oqsma li fihom x'aktarx ikun hemm problemi;

111.  Jieħu nota tal-konklużjoni tal-Qorti, li tosserva li r-rappurtar dwar il-prestazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni qiegħed isir aktar ibbilanċjat u li kemm l-AMPR kif ukoll id-dikjarazzjonijiet tal-programmi jikkomplementaw l-informazzjoni li jirrappurtaw rigward ir-riżultati miksuba mill-programmi, inkluża informazzjoni dwar l-oqsma li baqgħu lura u dwar l-isfidi persistenti għall-programmi;

112.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u lill-Qorti jaċċeleraw il-proċedura ta' kwittanza għal N+1;

113.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tippromwovi bilanċ aħjar bejn il-ġeneri u approċċ ta' bbaġitjar reattiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru fil-fondi allokati;

Dħul

114.  Jinnota li d-dħul totali għall-2019 ammonta għal EUR 163,9 biljun;

115.  Ifakkar li l-biċċa l-kbira mid-dħul (88 %) tirriżulta mit-tliet kategoriji ta' riżorsi proprji:

   ir-riżorsa proprja bbażata fuq l-introjtu nazzjonali gross (ING) tirrappreżenta 64 % tad-dħul tal-Unjoni, li tibbilanċja l-baġit tal-Unjoni wara li jkun ġie kkalkulat id-dħul mis-sorsi l-oħra kollha (kull Stat Membru jikkontribwixxi b'mod proporzjonat, skont l-ING tiegħu);
   ir-riżorsi proprji tradizzjonali (RPT) jirrappreżentaw 13 % tad-dħul tal-Unjoni, li jinkludu d-dazji doganali fuq l-importazzjonijiet miġbura mill-Istati Membri (il-baġit tal-Unjoni jirċievi 80 % tal-ammont totali, l-Istati Membri jirċievu l-20 % li jifdal biex ikopru l-kostijiet tal-ġbir);
   ir-riżorsa proprja bbażati fuq it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tirrappreżenta 11 % tad-dħul tal-Unjoni (il-kontribuzzjonijiet fl-ambitu ta' din ir-riżorsa proprja huma kkalkulati permezz ta' rata uniformi applikata għall-bażijiet armonizzati tal-Istati Membri għall-valutazzjoni tal-VAT);

116.  Jilqa' pożittivament il-fatt li x-xogħol tal-Kummissjoni fuq il-programmazzjoni finanzjarja li jmiss u fuq il-baġit tal-Unjoni, mibdi qabel l-2019 u li kompla matul is-sena, wassal għall-introduzzjoni ta' kalendarju ġuridikament vinkolanti, ta' flussi ta' dħul ġodda fil-livell tal-Unjoni, jew "riżorsi proprji" maħsuba biex iħallsu lura t-teħid ta' self komuni Ewropew; ifakkar fil-prevalenza tal-kontribuzzjonijiet tal-introjtu nazzjonali gross (ING) fil-baġit tal-Unjoni; jisħaq fuq il-fatt li r-riżorsi proprji l-ġodda jġibu magħhom tnaqqis tas-sehem tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali bbażati fuq l-ING fil-finanzjament tal-baġit annwali tal-Unjoni u għaldaqstant ma jikkontribwux għal żieda kumplessiva tal-baġit tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi diversifikazzjoni tas-sorsi tagħha ta' dħul biex tiżgura li l-Unjoni ssir tassew indipendenti mill-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri filwaqt li fl-istess ħin jiżdied b'mod sinifikanti l-baġit għall-programmi tal-Unjoni;

117.  Jinnota li d-dħul jinkludi wkoll ammonti riċevuti minn sorsi oħra (l-aktar sinifikanti huma kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet marbuta ma' ftehimiet u programmi tal-Unjoni (8 % tad-dħul tal-Unjoni), bħal dħul relatat mal-approvazzjoni tal-FAEG u l-FAEŻR, u l-parteċipazzjoni ta' pajjiżi mhux tal-Unjoni fil-programmi ta' riċerka);

118.  Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Qorti biex tkun ivvalutata l-azzjoni li tieħu l-Unjoni biex jonqos in-nuqqas doganali, li jista' jaffettwa l-ammonti ta' dazji stabbiliti mill-Istati Membri, u jiġi mitigat ir-riskju ta' inkompletezza tar-RPT fl-ambitu tal-eżami tas-sistemi ta' kontroll interni;

119.  Jinsab imħasseb dwar id-dgħufijiet identifikati mill-Qorti fil-ġbir tar-RTP min-naħa tal-Istati Membri, b'mod partikolari fil-ġestjoni tad-dazji stabbiliti li għadhom ma nġabrux mill-awtoritajiet nazzjonali; jinnota li fl-Istati Membri li żaret il-Qorti hemm dewmien partikolari fin-notifika ta' djun doganali, infurzar tardiv tal-irkupru ta' dawn id-djun u dokumentazzjoni insuffiċjenti biex tiġi kkonfermata l-eżattezza tad-dazji mniżżla fil-kontijiet;

120.  Jieħu nota tan-nuqqasijiet fil-ġestjoni, min-naħa tal-Istati Membri, tad-dazji li għadhom ma nġabrux, kif irrappurtat fi 15 mis-27 rapport ta' spezzjoni ta' RTP maħruġa fl-2019 mill-Kummissjoni; hu tal-fehma li, f'10 minn fost dawn il-15-il rapport, is-sejbiet li ġew ikklassifikati bħala ta' natura sistematika għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-membri tal-kumitati kompetenti tal-Parlament;

121.  Jinnota bi tħassib li l-ispezzjonijiet RPT li għamlet il-Kummissjoni u x-xogħol tal-Qorti evidenzjaw żewġ punti dgħajfa ewlenin fil-kontrolli li jagħmlu l-Istati Membri biex inaqqsu n-nuqqas doganali; jiġbed l-attenzjoni għat-telf notevoli ta' dħul fl-Unjoni u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jindirizzaw bl-akbar urġenza l-kwistjonijiet li ġejjin:

   in-nuqqas ta' armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni f'dak li jirrigwarda l-iżvolġiment ta' kontrolli doganali maħsuba għall-mitigazzjoni tar-riskju ta' importazzjonijiet sottovalutati fl-Unjoni Doganali kollha kemm hi, u
   l-inkapaċità tal-Istati Membri li jidentifikaw l-operaturi ekonomiċi bl-ogħla riskju fil-livell tal-Unjoni għall-awditi ta' wara r-rilaxx.

122.  Jinnota bi tħassib li, fl-eżami tagħha tas-sistemi ta' kontroll intern kemm fi ħdan il-Kummissjoni kif ukoll fl-Istati Membri, il-Qorti sabet nuqqasijiet fil-kategoriji individwali ta' riżorsi proprji; jinsab imħasseb dwar il-fatt li, skont il-valutazzjoni tal-Kummissjoni, 24 mit-28 Stat Membru kellhom strateġiji ta' kontroll parzjalment sodisfaċenti jew insodisfaċenti biex jegħlbu r-riskji ta' sottovalutazzjoni, fatt li wassal lill-Qorti tidentifika dgħufijiet importanti fil-kontrolli li għamlu l-Istati Membri biex inaqqsu n-nuqqas doganali;

123.  Jissottolinja bi tħassib kbir li l-azzjoni biex tidentifika u tagħżel l-importaturi bl-ogħla riskju għall-awditi ta' wara r-rilaxx hija limitata fl-Unjoni Doganali kollha, minħabba li għad ma hemmx bażi tad-data aċċessibbli fil-livell tal-Unjoni li jkun fiha l-importazzjonijiet kollha mwettqa mill-operaturi ekonomiċi;

124.  Jirrikonoxxi, madankollu, li l-Kummissjoni għamlet passi importanti biex tgħin fl-identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi bl-ogħla riskju fil-livell tal-Unjoni għall-awditi ta' wara r-rilaxx, billi ssenjalat t-tranżazzjonijiet meqjusa li joħolqu riskju finanzjarju skont il-Kriterji relatati mar-Riskji Finanzjarji u aġġornat il-Gwida tal-Awditjar Doganali;

125.  Jilqa' pożittivament il-fatt li l-Kummissjoni taħdem mill-qrib mal-Istati Membri biex issib soluzzjonijiet biex jiġu identifikati l-importaturi li joperaw fi Stati Membri differenti minn dak li fih għandhom is-sede tagħhom; jitlob li tagħmel aktar progress ladarba tkun disponibbli bażi tad-data fil-livell tal-Unjoni li jkun fiha l-importazzjonijiet kollha;

126.  Jinnota li mit-total tar-riżervi tal-VAT li kienu żammew il-kalkolu tal-bażi tal-VAT miftuħ għal perjodu ta' 10 snin jew aktar u l-punti totali tar-RPT li kienu baqgħu miftuħa għal aktar minn ħames snin minn meta saret l-ispezzjoni mill-Kummissjoni, 15 % biss tar-riżervi tal-VAT u 34 % tal-punti miftuħa tar-RPT kienu ilhom pendenti;

127.  Jirrimarka li minn tmien riżervi tal-VAT li ilhom pendenti stabbiliti mill-Kummissjoni u eżaminati mill-Qorti, ħamsa minnhom kienu relatati ma' proċeduri ta' ksur kontra l-Istati Membri għal raġunijiet ta' nuqqas ta' konformità possibbli mad-Direttiva tal-VAT;

128.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Kummissjoni qed ittejjeb il-valutazzjoni tar-riskju tagħha għall-ippjanar tal-ispezzjonijiet u qed tkompli tistinka biex tagħlaq malajr punti miftuħa li ilhom pendenti, anki bis-saħħa tal-kooperazzjoni tal-Istati Membri;

129.  Jinnota bi tħassib li, mill-verifika tal-Qorti, mill-54 punt miftuħ tar-RPT li ilhom pendenti fost il-122, ħareġ li s-segwitu li tat il-Kummissjoni u l-għeluq ta' dawn il-punti ħadu wisq żmien, fatt li wera d-dgħufijiet fis-segwitu mogħti lin-nuqqasijiet relatati mar-RPT maqbuda fl-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi sistema ta' segwitu li tagħti prijorità lill-punti miftuħa tar-RPT skont ir-rilevanza tagħhom (jew f'termini tal-impatt finanzjarju, jew tar-rilevanza sistemika fil-każ ta' nuqqasijiet mhux finanzjarji) u tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza;

130.  Ifakkar li fi ħdan iċ-ċiklu ta' verifikazzjoni pluriennali tal-ING, il-Kummissjoni teżamina jekk il-proċeduri li jintużaw mill-Istati Membri biex jikkompilaw il-kontijiet nazzjonali tagħhom jikkonformawx mal-ESA 2010, u jekk id-data dwar l-ING hijiex komparabbli, affidabbli u eżawrjenti; jieħu nota li l-għeluq taċ-ċiklu ta' verifikazzjoni wassal għal riżervi ġodda, aktar speċifiċi, bħal riżerva li tippermetti li d-data tal-ING tal-Istati Membri kollha tiġi riveduta biex tinkorpora stima aktar preċiża tal-assi tar-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) ta' kumpaniji multinazzjonali, stima li hija kkumplikata mill-globalizzazzjoni u mill-fatt li assi bħal dawn jistgħu jiġu ttrasferiti faċilment minn pajjiż għall-ieħor (il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, se tkompli sa Settembru 2022 tivvaluta jekk l-assi tar-riċerka u l-iżvilupp tal-kumpaniji multinazzjonali humiex mogħtija valur xieraq fil-kontijiet nazzjonali tal-Istati Membri);

131.  Jinsab imħasseb ħafna dwar ir-riżerva mhux kwantifikabbli miżmuma mid-DĠ BUDG għall-2019, li tindika li l-frodi relatati mas-sottovalutazzjoni għaddiet parzjalment għal għand Stati Membri oħra, u dan jaffettwa sa ċertu punt il-ġbir tar-RPT li qegħdin jistennew kwantifikazzjoni definittiva; jinnota li l-Kummissjoni għamlet spezzjonijiet dwar is-sottovalutazzjoni fl-Istati Membri kollha u vverifikat kif huma organizzati l-Istati Membri biex jindirizzaw il-problemi ta' sottovalutazzjoni, b'mod partikolari rigward it-tessuti u ż-żraben li ġejjin miċ-Ċina; jinnota li r-responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri għat-telf tar-RPT ġiet indirizzata espliċitament waqt dawn l-ispezzjonijiet u fir-rapporti korrispondenti; jinnota li l-Kummissjoni se tiżgura s-segwitu u se żżomm lill-Istati Membri finanzjarjament responsabbli mit-telf potenzjali ta' RPT imġarrab; jinsab imħasseb bil-fatt li l-kalkoli proviżorji jindikaw li t-telf ta' RPT fl-2019 kien ilaħħaq il-1 % tar-RPT tal-2019, fatt li jiġġustifika riżerva fir-RAA 2019; jitlob lill-Kummissjoni tinforma fil-pront lill-awtorità ta' kwittanza bis-sejbiet u bl-eżiti tal-ispezzjonijiet tagħha u bil-kalkoli ta' kwantifikazzjoni, ladarba finalizzati;

132.  Josserva li, għar-raba' sena konsekuttiva, id-Direttorat Ġenerali għall-Baġits (DĠ BUDG) ħareġ riżerva dwar il-valur tar-RPT miġbura mir-Renju Unit, minħabba n-nuqqas ta' dak il-pajjiż li jagħmel disponibbli għall-baġit tal-Unjoni dazji doganali evaduti fuq l-importazzjonijiet tat-tessuti u taż-żraben, filwaqt li l-portata tal-frodi relatat mas-sottovalutazzjoni kienet kibret aktar għall-Istati Membri tal-Unjoni, li jirriżulta f'aktar telf potenzjali ta' RPT;

133.  Jinnota li, skont ir-RAA 2019 tad-DĠ BUDG, ir-Renju Unit beda jimplimenta, fit-12 ta' Ottubru 2017, il-miżuri rakkomandati mill-Kummissjoni, u dan wassal għal tnaqqis sostanzjali tat-telf ta' RPT fl-2018 (rata ta' żball inqas minn 1 %);

134.  Jiddeplora l-fatt li r-Renju Unit għadu jirrifjuta li jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-baġit tal-UE l-ammonti ta' RPT mitlufa waqt il-perjodu 2011-2017 u li jammontaw għal EUR 2,679 biljun (gross); jinnota li l-awtoritajiet tar-Renju Unit bagħtu lill-Kummissjoni risposta formali, li waslet fil-11 ta' Frar 2019; jinnota li, wara li analizzat ir-risposta tar-Renju Unit, il-Kummissjoni rrinvijat il-każ quddiem il-QĠUE fis-7 ta' Marzu 2019; jinnota li r-Renju Unit ippreżenta r-risposta tiegħu fl-24 ta' Ġunju 2019, segwita mir-replika tal-Kummissjoni fid-29 ta' Awwissu 2019 u minn kontroreplika tar-Renju Unit fl-20 ta' Diċembru 2019; jinnota, mit-tweġibiet bil-miktub tal-Kummissjoni għas-seduta ta' smigħ fil-Kumitat CONT fil-11 ta' Jannar 2021, li s-seduta ta' smigħ orali saret fit-8 ta' Diċembru 2020 u filwaqt li d-data tas-sentenza finali hija kompletament fid-diskrezzjoni tal-Qorti, il-Kummissjoni ma tistenniex deċiżjoni qabel is-sajf tal-2021; jinnota b'sodisfazzjon li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ma għandu l-ebda effett negattiv fuq l-irkupru tal-ammonti ddikjarati peress li dawn huma relatati mal-importazzjonijiet qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni;

135.  Jinnota li, skont il-Kummissjoni, fl-2019 kien hemm dħul ibbażat fuq l-Introjtu Nazzjonali Gross (ING) ta' EUR 3 biljun ogħla wara l-aġġustamenti li saru għall-ammonti tal-passat (l-aktar għall-2012-2017) peress li l-bażijiet tal-ING ġew aġġornati b'data reali;

Rakkomandazzjonijiet

136.  Jistieden lill-Kummissjoni:

   tipprovdi lill-Istati Membri appoġġ regolari fis-selezzjoni tal-importaturi bl-ogħla riskju għall-awditi ta' wara r-rilaxx billi:
   a. tiġbor u tanalizza d-data rilevanti dwar l-importazzjonijiet fil-livell tal-Unjoni, u tikkondividi r-riżultati tal-analiżi tagħha mal-Istati Membri;
   b. ladarba s-sistema Sorveljanza III tkun operattiva, tipprovdi gwida dwar kif għandha ssir l-analiżi tad-data fi ħdan din is-sistema l-ġdida;
   tirrevedi l-proċeduri tagħha billi:
   a. tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ ta' punti miftuħa tar-RPT abbażi ta' kriterji kwantitattivi u kwalitattivi li jikklassifikaw in-nuqqasijiet li nqabdu fl-Istati Membri f'ordni ta' prijorità;
   b. tistabbilixxi termini ta' skadenza għall-Istati Membri biex jindirizzaw dawn in-nuqqasijiet, u għal azzjonijiet ta' segwitu, inkluż il-kalkolu tal-imgħax ta' inadempjenza u l-irkupru ta' ammonti li għandhom isiru disponibbli għall-baġit tal-Unjoni;
   c. tissemplifika l-proċedura, inkluża d-dokumentazzjoni rikjesta għall-aċċess għall-finanzjamenti, mingħajr ma jitwarrbu l-prinċipji ta' awditjar u monitoraġġ;

Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

137.  Jinnota li l-pagamenti għas-Subintestatura 1a "Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi" ammontaw għal EUR 21,7 biljun u ġew żburżati permezz tal-programmi u l-politiki li ġejjin:

   "Riċerka", sa 55,2 % tal-baġit tas-subintestatura jew EUR 11,9-il biljun;
   "Edukazzjoni, Taħriġ, Żgħażagħ u Sport", sa 13,2 % tal-baġit tas-subintestatura jew EUR 2,8 biljun;
   "Trasport u enerġija", sa 11,3 % tal-baġit tas-subintestatura jew EUR 2,5 biljun;
   "Spazju", sa 7,6 % tal-baġit tas-subintestatura jew EUR 1,7 biljun;
   "Azzjonijiet u programmi oħra", sa 12,7 % tal-baġit tas-subintestatura jew EUR 2,8 biljun;

138.  Jinnota li l-programmi prinċipali tal-Kummissjoni huma Orizzont 2020 (H2020) u s-Seba' Programm Kwadru għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku (FP7)(79) għar-riċerka u l-innovazzjoni, Erasmus+ għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport, Galileo, EGNOS, ITER u FNE bħala proġetti infrastrutturali kbar, FEIS bħala fond ta' garanzija;

139.  Iqis li l-biċċa l-kbira tal-infiq fuq dawn il-programmi jiġi ġestit b'mod dirett mill-Kummissjoni, inkluż permezz ta' Aġenziji Eżekuttivi, u jieħu l-forma ta' għotjiet lil benefiċjarji pubbliċi jew privati li jipparteċipaw fi proġetti; jinnota li, fil-każ ta' Erasmus+, in-nefqa tiġi ġestita l-aktar minn aġenziji nazzjonali f'isem il-Kummissjoni (li jammontaw għal madwar 80 % tal-għotjiet);

140.  Jirrimarka li hu diffiċli li tiġi vvalutata l-prestazzjoni tal-politika ta' riċerka u innovazzjoni, peress li jgħaddi ħafna żmien bejn il-finanzjament tal-proġetti u l-ksib ta' riżultati u impatti; jinnota, barra minn hekk, li r-rappurtar f'dan il-qasam huwa ċċentrat prinċipalment fuq l-eżiti pożittivi minflok fuq il-valutazzjoni kritika tar-riżultati u tal-impatti, u dan jaf ma jagħtix stampa realistika tal-prestazzjoni fl-intier tagħha; josserva li r-riċerka inkwantu dixxiplina tinvolvi riskji rigward ir-riżultati u li mhux dejjem huwa possibbli tiggarantixxi eżitu pożittiv;

141.  Jinsab imħasseb bil-fatt li perċentwal għoli (f'ċerti Stati Membri sa 25 %) ta' fondi tal-programmi operattivi ddestinati għall-appoġġ tal-SMEs fl-ambitu tal-imprenditorija u tal-innovazzjonijiet qiegħed jitħallas minflok minn kumpaniji kbar; jitlob lill-Kummissjoni tiżviluppa mekkaniżmi ta' kontroll aktar effikaċi rigward id-dikjarazzjonijiet ta' min japplika għall-finanzjamenti tal-UE, peress li l-istitut suprem għall-awditjar sab li, fil-perjodu 2014-2020, l-awtoritajiet rabtu esklużivament fuq l-awtodikjarazzjonjiet previsti mil-liġi fir-rigward tas-sjieda, tad-daqs u tad-dejn tal-kumpaniji;

142.  Jinnota li fl-2019 EUR 4 973 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 2 725 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament kienu disponibbli għall-politiki ta' mobbiltà u trasport li minnhom EUR 4 422 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 2 058 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament awtorizzati għall-Politika Ewropea tat-Trasport (06 02) u Orizzont 2020 - Riċerka u innovazzjoni relatati mat-trasport (06 03) kienu ġestiti mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Networks (INEA);

143.  Itenni l-appoġġ tiegħu għaż-żieda ta' pilastru tal-mobbiltà militari mal-politika tat-TEN-T bl-adozzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni f'Marzu 2018, bl-għan li jiżdiedu l-kapaċitajiet tagħna li nirreaġixxu għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza; jiddispjaċih li l-proposta tal-Kummissjoni u tal-Parlament biex jiġi inkluż pakkett ġdid iddedikat għall-ħtiġijiet tal-mobbiltà militari ta' EUR 6,5 biljun fil-qafas tal-baġit tal-FNE għall-2021-2027 tnaqqset drastikament;

144.  Jilqa' pożittivament it-tnedija tas-sejħa għall-preżentazzjoni ta' proposti fl-ambitu tal-Programm ta' Ħidma Pluriennali tat-Trasport tal-FNE tal-2019 b'baġit ta' EUR 1,4 biljun u b'enfasi fuq it-tlestija tad-disa' kurituri tan-network ewlieni sal-2030;

145.  Jilqa' pożittivament it-tnedija fl-2019 tal-proġett "Greening the blue" li għandu l-għan li jnaqqas l-emissjonijiet u jipproduċi sistemi ta' propulsjoni aktar effiċjenti b'soluzzjoni ta' qlugħ li jintwew; jinnota li dan ġie ffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd;

146.  Ifakkar li, fl-2019, il-baġit totali disponibbli f'approprjazzjonijiet ta' impenn għall-programmi u għall-azzjonijiet tal-Unjoni fl-ambitu tal-portafoll tal-politika tad-direttorat ġenerali għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Kultura (DĠ EAC) kien jammonta għal madwar EUR 5,66 biljun (żieda ta' 20 % meta mqabbel mal-2018) u jqis li r-riżultati tal-valutazzjoni tal-ġestjoni finanzjarja tad-DĠ EAC għall-2019 b'mod ġenerali huma sodisfaċenti; jinnota li r-riskju globali tad-DĠ EAC fil-waqt tal-pagament għall-2019 jirrappreżenta EUR 24,88 miljun minn nefqa totali ta' EUR 2 147,18 miljun;

147.  Jirrikonoxxi li l-implimentazzjoni tal-programm Erasmus+ fl-2019 fil-biċċa l-kbira rnexxiet u li l-maġġor parti tal-indikaturi tar-riżultati, bħall-għadd ta' kollokamenti ta' mobbiltà, qabżet l-objettivi rispettivi tal-Kummissjoni għal dik is-sena; jinnota li, minħabba d-dewmien fit-tnedija tagħha, livell ta' adozzjoni baxx fost l-istituzzjonijiet finanzjarji u nuqqas ta' għarfien dwarha fost l-istudenti, tranżazzjoni waħda biss ta' Faċilità ta' Garanzija ta' Self lill-Istudenti setgħet titlesta fl-2019, u jilqa' d-deċiżjoni li l-faċilità ma tiġix inkluża fil-programm Erasmus+ suċċessur għall-perjodu wara l-31 ta' Diċembru 2020; jilqa' b'sodisfazzjon iż-żieda ta' 20 % fil-mobbiltà tal-istudenti u jħeġġeġ li l-mobbiltà fiżika tibqa' l-element ewlieni tal-programm Erasmus+ minflok il-mobbiltà virtwali; jenfasizza l-importanza li jitkompla l-appoġġ għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u t-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol bħala mezz biex tissaħħaħ l-inklużjoni soċjali;

148.  Jinsab imħasseb dwar każijiet irrappurtati ta' benefiċjarji potenzjali ta' finanzjament tal-Unjoni fl-ambitu tal-programm Erasmus+ li ġew obbligati jsegwu regoli nazzjonali li mhumiex konformi mal-prinċipji tal-Unjoni; jenfasizza li l-Kummissjoni għandha timmonitorja s-sitwazzjoni mill-qrib u tieħu azzjoni xierqa jekk ikun meħtieġ;

149.  Jirrimarka li fl-2019, għadd kbir ta' żgħażagħ ingħaqdu mal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u ġew mobilizzati, u dan juri l-interess kbir tagħhom li jinvolvu ruħhom f'ħidma ta' solidarjetà fl-Ewropa kollha; jinsab imħasseb dwar id-diskrepanza bejn l-għadd ta' applikazzjonijiet (191 000) u l-għadd ta' kollokamenti effettivi (34 500); jiddispjaċih li l-għadd ta' traineeships u impjiegi fl-ambitu tal-programm tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà kien baxx ħafna: 72 mobilizzazzjoni biss bejn l-2018 u l-2020, jiġifieri inqas minn 1 % tal-għadd totali ta' mobilizzazzjonijiet; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi introdotta rata aktar ibbilanċjata ta' mobilizzazzjonijiet, sabiex jiġi żgurat li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jkun jista' verament joffri firxa wiesgħa ta' opportunitajiet għaż-żgħażagħ;

150.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura biex inaqqsu l-piż burokratiku billi jissemplifikaw u jadattaw il-proċessi tal-applikazzjoni għall-pubbliku fil-mira bil-għan li jtejbu l-aċċessibbiltà tal-programmi li jiġġestixxu; jenfasizza li huma meħtieġa sinerġiji u kooperazzjoni aħjar mad-DĠ EAC biex jinkisbu proċessi ta' applikazzjoni, evalwazzjoni u ġestjoni semplifikati, li jtejbu l-kwalità u l-varjetà tal-applikazzjonijiet;

Is-sejbiet tal-Qorti

151.  Iqis li huwa inkwetanti li mill-130 tranżazzjoni eżaminata, 51 (39 %) kien fihom żbalji;

152.  Jinsab imħasseb bil-fatt li, abbażi tat-28 żball ikkwantifikat mill-Qorti, il-livell ta' żball għall-2019 huwa stmat għal 4,0 %, żieda konsiderevoli meta mqabbla mal-2018, meta l-livell ta' żball stmat kien 2 %; ifakkar li din iċ-ċifra tqarreb ir-rati li l-Qorti sabet fl-2015, fl-2016 u fl-2017;

153.  Jissottolinja li l-infiq tal-FP7 u l-H2020 jibqa' riskju ogħla u l-għajn ewlenija ta' żbalji, filwaqt li l-Qorti sabet żbalji kwantifikabbli fir-rigward tal-ispejjeż ineliġibbli f'24 mit-80 tranżazzjoni ta' riċerka u innovazzjoni fil-kampjun (3 minn 10 fl-ambitu tal-FP7 u 21 minn 70 fl-ambitu ta' H2020, li jirrappreżentaw 78 % tal-livell ta' żball stmat tal-Qorti għal din is-subintestatura fl-2019);

154.  Jirrimarka bi tħassib kbir li 60 % tal-iżbalji kienu magħmula minn "spejjeż diretti ineliġibbli tal-persunal"; jissottolinja li minkejja l-isforzi għas-semplifikazzjoni tar-regoli għad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż għall-persunal fl-ambitu tal-H2020, il-kalkolu tagħhom jibqa' sors ewlieni ta' żball fid-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż; jappoġġja l-opinjoni tal-Qorti li l-metodoloġija għall-kalkolu tal-ispejjeż għall-persunal saret aktar kumplessa f'ċerti aspetti fl-ambitu ta' H2020 u dan żied ir-riskju ta' żball (mill-24 tranżazzjoni milquta minn żbalji kwantifikabbli 23 jinvolvu applikazzjoni mhux korretta tal-metodoloġija għall-kalkolu tal-ispejjeż għall-persunal);

155.  Jiddispjaċih li l-kumplessità tar-regoli għall-applikazzjonijiet u l-proċeduri twal huma ostakli importanti partikolarment għall-SMEs, għan-negozji l-ġodda (start-ups) u għall-applikanti għall-ewwel darba, li ma għandhomx riżorsi sinifikanti u esperjenza għal dan it-tip ta' proċeduri ta' applikazzjoni;

156.  Jinnota li "kriterji għall-għoti/għas-selezzjoni illegali/diskriminatorji" irrappreżentaw 16 % tal-iżbalji u li "spejjeż diretti oħra ineliġibbli (VAT, ivvjaġġar, tagħmir)" irrappreżentaw 15 % tal-iżbalji;

157.  Iqis li fil-każ ta' programmi u attivitajiet oħra l-Qorti sabet żbalji kwantifikabbli f'4 mill-50 tranżazzjoni fil-kampjun (l-iżbalji kienu jikkonċernaw proġetti fl-ambitu tal-programmi Erasmus+ u FNE);

158.  Josserva bi tħassib li l-Qorti sabet dgħufijiet fid-dokumentazzjoni tal-Kummissjoni relatata max-xogħol tal-awditjar li sar, fil-konsistenza tal-kampjunament u fir-rappurtar, kif ukoll fil-kwalità tal-proċeduri tal-awditjar f'xi wħud mill-fajls irrieżaminati; jirrimarka bi tħassib li l-qorti sabet, fost ħwejjeġ oħra, ammonti ineliġibbli li ma nqabdux mill-awdituri minħabba ttestjar insuffiċjenti fl-awditu tagħhom, prinċipalment fir-rigward ta' spejjeż għall-persunal, interpretazzjoni żbaljata tar-regola tal-limitu massimu doppju kif ukoll żbalji fil-kalkolu tal-ispejjeż għall-persunal li ma nqabdux; isostni, f'dan ir-rigward, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti biex is-sitwazzjoni titjieb;

159.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li 22 mill-proġetti ta' riċerka li l-Qorti awditjat kienu twettqu f'valuti oħra li mhumiex l-euro, filwaqt li r-rata tal-kambju applikata f'għaxra minn dawn il-proġetti ma kinitx dik stabbilita fir-regoli (l-impatt finanzjarju ta' żbalji bħal dawn mhuwiex minnu nnifsu materjali, iżda l-frekwenza tagħhom turi nuqqas ta' għarfien tar-regoli); jistieden lill-Kummissjoni tikkollabora mal-Istati Membri biex tagħti aktar attenzjoni lil din il-kwistjoni;

160.  Jisħaq li, kieku l-Kummissjoni użat b'mod adegwat l-informazzjoni kollha li kellha għad-dispożizzjoni tagħha, il-livell ta' żball stmat għal din is-subintestatura kien ikun 1,1 punt perċentwali anqas;

161.  Josserva bi tħassib li l-SMEs huma aktar suxxettibbli għall-iżbalji minn benefiċjarji oħra peress li aktar minn nofs l-iżbalji kwantifikabbli li nstabu (17 minn 28) kienu jinvolvu finanzjament għal benefiċjarji privati, għalkemm it-tranżazzjonijiet inkwistjoni kienu jammontaw biss għal 42 (32 %) mill-130 tranżazzjoni fil-kampjun (l-SMEs kienu jiffurmaw 12 % tal-kampjun iżda kienu jammontaw għal 21 % tal-iżbalji kwantifikabbli); jissottolinja li dan jirrifletti n-nuqqas ta' riżorsi min-naħa tagħhom u l-assenza ta' familjarità mar-regoli kumplessi ta' eliġibbiltà;

162.  Jinnota li r-rimborż tan-nefqa għar-riċerka tibbaża fuq id-dikjarazzjonijiet ippreżentati għall-ispejjeż inkorsi mill-benefiċjarji; jinnota li dawn id-dikjarazzjonijiet spiss ikunu suġġetti għal regoli kumplessi u jistgħu jwasslu għal żbalji kif jista' jiġi osservat fil-każijiet imsemmija mill-Qorti;

163.  Iqis, għalhekk, li t-tnaqqis tar-rata ta' żball jiddependi minn sforz kontinwu ta' semplifikazzjoni; jilqa' b'sodisfazzjon ir-rikonoxximent min-naħa tal-Qorti l-isforzi tagħha biex tissemplifika r-rekwiżiti amministrattivi u finanzjarji ta' Orizzont 2020;

164.  Jieħu nota, għal dan il-għan, li l-Kummissjoni, fl-aħħar stadji tal-implimentazzjoni minnha ta' Orizzont 2020, qed tagħmel użu aktar mifrux tal-opzjonijiet ta' spejjeż semplifikati bħalma huwa l-finanzjament b'somma f'daqqa filwaqt li ssaħħaħ il-komunikazzjoni mal-benefiċjarji u ttejjeb b'mod kostanti l-mekkaniżmi ta' kontroll tagħha; jilqa' pożittivament il-fatt li l-programm Orizzont Ewropa se jmur lil hinn billi jibni fuq l-esperjenza miksuba f'Orizzont 2020;

165.  Jieħu nota tal-introduzzjoni min-naħa tal-Kummissjoni ta' sistema soda ta' kontrolli ex ante li tinkludi listi dettaljati ta' kontroll automatizzati, gwida bil-miktub u taħriġ kontinwu, bl-iskop li jonqos il-piż amministrattiv biex il-benefiċjarji jkunu jistgħu jiddedikaw ruħhom biex jilħqu l-għanijiet tagħhom;

166.  Jiddispjaċih bin-nuqqas ta' data konkreta dwar ir-realizzazzjoni tal-proġetti li rċevew is-siġilli ta' eċċellenza fil-qafas tal-programmi tal-FEŻR; jinnota li l-Kummissjoni għandha biss data parzjali bbażata fuq ir-rappurtar volontarju min-naħa tal-awtoritajiet ta' ġestjoni u li tali proġetti jibqgħu għad-diskrezzjoni ta' kull pajjiż; jitlob lill-Kummissjoni tikkollabora mal-Istati Membri fl-ambitu tal-QFP il-ġdid, biex jitjiebu s-sistemi ta' monitoraġġ tal-programmi u biex taqbad aħjar dan it-tip ta' informazzjoni;

167.  Jieħu nota tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) tippreżenta riskju baxx ta' żball; jitlob madankollu li l-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib, f'kollaborazzjoni mal-Qorti u mal-OLAF, il-proġetti tat-trasport tal-Unjoni sabiex tipprevjeni l-frodi, peress li l-investimenti pubbliċi fl-infrastruttura huma partikolarment vulnerabbli f'dan ir-rigward; iqis li dan huwa essenzjali wkoll biex jiġu żgurati l-ogħla standards ta' sikurezza għall-utenti;

168.  Ifakkar li fir-Rapport Speċjali Nru 5/2017 tagħha ("Il-qgħad fost iż-żgħażagħ – il-politiki tal-UE għamlu differenza?"), il-Qorti sabet li, filwaqt li sar xi progress fl-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, u filwaqt li nkisbu xi riżultati, is-sitwazzjoni ma tikkorrispondix mal-aspettattivi inizjali li tqajmu waqt it-tnedija tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ;

169.  Ifakkar li fir-Rapport Speċjali Nru 22/2018 tagħha ("Mobbiltà taħt Erasmus+"), il-Qorti sabet li l-fergħa tal-VET fil-programm Erasmus+ tista' tittejjeb aktar peress li l-inklużjoni tal-VET tqarreb il-programm lejn tip aktar varju ta' ċittadini;

170.  Jieħu nota tar-Rapport Speċjali Nru 14/2016 ("Inizjattivi ta' politika u appoġġ finanzjarju tal-UE għall-integrazzjoni tar-Rom") skont liema sar progress sinifikanti fl-aħħar deċennju fir-rigward tal-integrazzjoni tar-Rom, madankollu, għad hemm ostakli fil-prattika; jiddispjaċih f'dan il-kuntest li l-kriterji tal-"aħjar prattiki" li jikkontribwixxu għall-inklużjoni b'suċċess tar-Rom mhux dejjem ġew applikati u l-monitoraġġ tal-prestazzjoni kien diffiċli; ifakkar li n-nuqqas ta' data robusta u komprensiva dwar ir-Rom hija problema għat-tfassil tal-politika bbażat fuq tagħrif konkret fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali; jiddeplora l-fatt li din is-sitwazzjoni tista' ma tinbidilx, sakemm ma titteħidx azzjoni rapida;

Rakkomandazzjonijiet

171.  Jistieden lill-Kummissjoni:

   tissemplifika ulterjorment ir-regoli u l-proċeduri, tforni gwida prattika u pragmatika, inklużi sessjonijiet ta' informazzjoni u ta' taħriġ, b'mod partikolari għall-applikanti l-ġodda, u ttejjeb l-assistenza għall-SMEs, għan-negozji l-ġodda (start-ups) u għall-applikanti l-oħra għall-ewwel darba, biex jinħolqu kundizzjonijiet ta' parità bejn l-applikanti b'livelli differenti ta' esperjenza u riżorsi;
   issaħħaħ il-kampanja ta' informazzjoni dwar ir-regoli ta' finanzjament għal Orizzont 2020 dwar il-kalkolu u d-dikjarazzjoni tal-ispejjeż għall-persunal, billi tagħti attenzjoni partikolari lit-tipi ewlenin ta' żball u tagħmel sussegwentement kontrolli mmirati fuq il-konformità tagħhom mar-regoli;
   tfakkar lill-benefiċjarji kollha ta' H2020 dwar ir-regoli dwar il-kalkolu u d-dikjarazzjoni tal-ispejjeż għall-persunal, filwaqt li tagħti attenzjoni partikolari lit-tipi ewlenin ta' żball;
   tissemplifika ulterjorment ir-regoli dwar l-ispejjeż għall-persunal fl-ambitu tal-Programm Qafas għar-Riċerka li jmiss (Orizzont Ewropa);
   tindirizza għal H2020 l-osservazzjonijiet li saru b'segwitu tar-rieżami tal-Qorti tal-awditi ex post fir-rigward tad-dokumentazzjoni, tal-konsistenza tal-kampjunament u tal-kwalità tal-proċeduri tal-awditjar; kif ukoll għat-tielet fażi tal-awditi kkuntrattati, tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li l-awdituri jkunu jafu kompletament ir-regoli ta' H2020, u tivverifika l-kwalità ta' xogħolhom;
   tindirizza l-problema gravi tal-iżbilanċi ġeografiċi (konċentrazzjoni) tal-maġġor parti tal-fondi ta' Orizzont 2020 assenjati lill-benefiċjarji tal-ftit Stati Membri li l-aktar huma żviluppati, billi tindirizza l-problema minn ras il-għajn fil-pajjiżi inqas żviluppati, jiġifieri billi ssostni r-riċerka, il-kooperazzjoni bejn l-industrija u l-universitajiet, il-kooperazzjoni tal-universitajiet mal-gvernijiet fit-tfassil tal-politiki pubbliċi, il-ħolqien ta' programmi universitarji ġodda, l-eċċellenza akkademika, eċċ.;

Prestazzjoni: Orizzont 2020

172.  Jirrimarka li fil-kuntest tal-objettiv speċifiku 5 "it-tmexxija industrijali tal-Ewropa permezz tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku, id-dimostrazzjoni u l-innovazzjoni f'għadd ta' teknoloġiji abilitanti u industrijali" id-dikjarazzjoni tal-programm turi li l-programm mhuwiex fit-triq it-tajba biex jilħaq l-objettiv tiegħu fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-privattivi, filwaqt li d-dikjarazzjoni tal-programm tagħti wkoll informazzjoni dwar il-privattivi konċessi, li hija miżura aħjar għall-prestazzjoni, iżda ma jingħata l-ebda objettiv finali jew intermedju;

173.  Jissottolinja li fil-kuntest tal-indikatur għall-objettiv speċifiku 5 "sehem ta' kumpaniji parteċipanti li jintroduċu innovazzjonijiet ġodda għall-kumpanija jew is-suq" id-dikjarazzjoni tal-programm la ssemmi objettivi intermedji u lanqas objettivi finali għal dan l-indikatur; għalhekk, ma jistax jintuża biex jiġi vvalutat jekk il-programm huwiex fit-triq it-tajba; jistieden lill-Kummissjoni taġġorna d-dikjarazzjoni tal-programm ħalli tinkludi objettivi speċifiċi u li jistgħu jitkejlu, biex tkun tista' ssir valutazzjoni tal-effiċjenza u tal-effettività;

174.  Jirrimarka li fil-kuntest tal-objettiv speċifiku 8 "it-titjib tas-saħħa u l-benesseri tul il-ħajja ta' kulħadd", il-valur għall-objettiv jissemma fl-intestatura għas-sena 2020, iżda fil-fatt għandu jinftiehem li jinkiseb "[...] meta jitlestew l-aħħar azzjonijiet iffinanzjati fl-ambitu ta' Orizzont 2020", filwaqt li d-dikjarazzjoni tal-programm issemmi li l-"[m]iri huma għal Pilastru sħiħ tal-isfidi tas-soċjetà (Objettivi speċifiċi: 8-14) u mhux għal kull objettiv speċifiku individwali", u b'hekk it-tqabbil bejn il-valur reali u l-valur fil-mira jsir insinifikanti.

175.  Jieħu nota tal-konklużjonijiet tal-Qorti dwar il-prestazzjoni ta' Orizzont 2020, b'mod partikolari:

   l-informazzjoni disponibbli hija limitata wisq biex tkun tista' tiġi vvalutata bis-sħiħ il-prestazzjoni ta' Orizzont 2020 fi tmiem l-2019; madankollu, ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-prestazzjoni tinsab f'riskju u huma bosta l-eżempji ta' proġetti li kellhom suċċess;
   b'kuntrast mal-informazzjoni dwar l-effettività, dik dwar ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE tal-programm hija disponibbli b'mod konsiderevoli. Hemm każ b'saħħtu li Orizzont 2020 huwa rilevanti, billi qed jindirizza l-ħtiġijiet li suppost jindirizza;
   l-AMPR jindirizza l-prestazzjoni tas-subintestatura 1a b'mod ġenerali ħafna biss;

176.  Jiddispjaċih bid-differenza relatata mal-investimenti fir-riċerka u l-innovazzjoni bejn l-Istati Membri u bil-fatt li dan ifisser li r-riċerkaturi jibbenefikaw b'mod eteroġenju minn Orizzont 2020 fid-diversi Stati Membri; ifakkar li dan jirrifletti d-differenzi fin-nefqa nazzjonali għar-riċerka u l-iżvilupp; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jtejbu l-governanza tas-sistemi nazzjonali tagħhom ta' riċerka u innovazzjoni, bil-għan li jinċentivaw u jsostnu l-parteċipazzjoni fil-kollaborazzjoni internazzjonali tal-organizzazzjonijiet ta' riċerka nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tikkontribwixxi għat-tixrid tal-eċċellenza billi tinkoraġġixxi l-kollaborazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet ta' riċerka nazzjonali u l-organizzazzjonijiet ta' riċerka Ewropej l-aktar importanti, billi toffri appoġġ tekniku u toħloq programmi oħrajn intiżi li jrawmu l-eċċellenza;

177.  Jistieden lill-Kummissjoni:

   tikkomunika aħjar mal-applikanti u mal-benefiċjarji (jiġu stabbiliti proċeduri u kontrolli aħjar fir-rigward tat-twettiq tal-funzjonijiet tal-helpdesk, u b'mod partikolari tar-RES, u jsiru magħrufin l-għodod li permezz tagħhom il-benefiċjarji jistgħu jirrappurtaw trattament inkonsistenti matul il-proċess tal-applikazzjoni jew matul l-implimentazzjoni tal-proġetti tagħhom; issolvi l-kwistjonijiet tekniċi li fadal li jaffettwaw il-Portal tal-Parteċipanti, ittejjeb id-disinn, in-navigazzjoni u l-funzjoni tat-tiftix tiegħu);
   tintensifika l-ittestjar ta' somom f'daqqa (biex tanalizza u tirrapporta dwar l-eżitu tas-sejħiet diġà mnedija fl-ambitu ta' Orizzont 2020 malli jkunu disponibbli l-ewwel riżultati; tniedi inizjattivi pilota ġodda fuq skala akbar biex tidentifika l-aktar tipi xierqa ta' proġetti, tivvaluta l-iżvantaġġi possibbli u tfassal rimedji xierqa);
   tesplora l-użu akbar ta' evalwazzjonijiet ta' proposti f'żewġ stadji (biex tidentifika numru akbar ta' suġġetti li fihom l-użu ta' evalwazzjonijiet ta' proposti f'żewġ stadji jista' jnaqqas il-piż amministrattiv għall-applikanti li ma jkollhomx suċċess, filwaqt li tiżgura l-iqsar żmien possibbli biex tingħata għotja jekk il-veloċità biex jintlaħaq is-suq tkun kritika);
   tevalwa jekk il-proġetti mfassla mill-Kummissjoni u (ko-)finanzjati mill-baġit tal-UE fir-rigward tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020 issodisfawx ir-rekwiżiti indikati fil-Konvenzjoni korrispondenti tan-Nazzjonijiet Uniti (UNCRPD) dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, b'attenzjoni partikolari fil-konfront tal-proġetti tal-programm Orizzont 2020;
   tiżgura li, waqt l-istadji ta' proġettazzjoni u implimentazzjoni tal-proġetti, il-kostijiet addizzjonali mġarrba mill-persuni b'diżabilità jkunu kompletament koperti mill-għotjiet u tiggarantixxi li jkun hemm arranġamenti ta' monitoraġġ adegwati u u li l-implimentazzjoni tagħhom tkun salvagwardjata;
   teżamina mill-ġdid il-kundizzjonijiet ta' rimunerazzjoni għall-evalwaturi esperti (biex taġġorna r-rata ta' rimunerazzjoni ta' kuljum u terġa' tivvaluta ż-żmien meħtieġ għall-esperti biex iwettqu evalwazzjonijiet affidabbli tal-proposti tal-proġetti);
   tistabbilizza r-regoli u l-gwida għall-parteċipanti (biex iżżomm il-kontinwità fir-regoli għall-parteċipazzjoni bejn il-Programmi Qafas kull fejn ikun possibbli; tnaqqas kemm jista' jkun l-aġġustamenti għall-gwida matul l-implimentazzjoni tal-Programm Qafas; tissemplifika l-kalendarji biex jiġi evitat rappurtar mhux meħtieġ tal-isforz permezz tal-pakkett tax-xogħol; tesplora l-possibbiltà li taċċetta b'mod usa' l-prattiki kontabilistiċi normali tal-ispejjeż, b'mod partikolari għall-ispejjeż għall-persunal);
   ittejjeb il-kwalità tal-awditjar ex post esternalizzat (ittejjeb il-mekkaniżmi tagħha għall-eżami tal-kwalità tal-awditjar ex post esternalizzat, u tħaffef tali awditi);
   tissemplifika aktar l-għodod u l-gwida għall-SMEs (b'tali mod li jimponu piż minimu fuq l-SMEs, u speċjalment fuq in-negozji ġodda (start-ups) mingħajr ir-riżorsi u l-persunal biex jindirizzaw il-kumplessità tagħhom);

Prestazzjoni: il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS)

178.  Ifakkar li l-objettiv ġenerali tal-FEIS huwa "L-appoġġ għall-investimenti li jtejbu t-tkabbir f'konformità mal-prijoritajiet tal-Unjoni"; filwaqt li l-objettiv speċifiku huwa "Iż-żieda tal-volum tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment tal-Grupp tal-BEI fl-oqsma ta' prijorità";

179.  Josserva li, skont il-Qorti, il-FEIS huwa fit-triq it-tajba biex jilħaq l-objettivi tiegħu, b'mod partikolari biex jimmobilizza investiment ta' EUR 500 biljun;

180.  Jinsab imħasseb li l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni disponibbli tipprovdi dettalji dwar l-investimenti mobilizzati ta' operazzjonijiet approvati, l-għadd ta' proġetti approvati, l-effetti multiplikaturi u l-kopertura tal-Istati Membri, iżda l-ebda wieħed mill-ħames indikaturi ma jsegwi l-livell tar-riskju jew il-penetrazzjoni tal-oqsma ewlenin deskritti fl-objettiv ġenerali;

181.  Jirrimarka li l-indikaturi ma jkejlux il-progress tal-objettiv speċifiku bħala tali, jiġifieri li jiżdiedu l-volumi tal-BEI, b'mod partikolari fir-rigward ta' operazzjonijiet aktar riskjużi;

182.  Ifakkar li l-FEIS kien effikaċi fiż-żieda tal-finanzjament biex jiġu appoġġjati investimenti addizzjonali sostanzjali iżda f'xi każijiet kien sopravvaluta l-punt sa fejn il-FEIS kien fil-fatt wassal għal investiment addizzjonali fl-ekonomija reali (l-evalwazzjoni tal-FEIS u r-Rapport Speċjali tal-Qorti(80) enfasizzaw ukoll li l-volum kollu ta' finanzjament ma jistax jiġi attribwit biss lill-FEIS);

183.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma vvalutatx adegwatament ir-riskju ta' "deadweight" tal-finanzjament fil-każijiet li fihom l-investimenti neċessarji setgħu ġew fornuti minn għejun oħra mingħajr l-involviment tal-fondi tal-FEIS;

184.  Jinnota li l-istima rrappurtata fir-rigward tal-investiment mobilizzat ma tqisx il-fatt li xi wħud mill-operazzjonijiet tal-FEIS issostitwew operazzjonijiet oħra tal-BEI u strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni jew il-fatt li parti mill-appoġġ tal-FEIS mar għal proġetti li setgħu ġew iffinanzjati minn għejun oħra, għalkemm fuq termini differenti;

185.  Jisħaq fuq il-fatt li skont ir-rapport tal-FEIS tal-BEI għall-2019, il-biċċa l-kbira tat-tranżazzjonijiet tal-FEIS huma hekk imsejħa "attivitajiet speċjali", li minnhom infushom iġorru riskju ogħla mill-operazzjonijiet normali tal-BEI (il-volum ta' attivitajiet ġodda bħal dawn iffirmati fl-2019 kien ta' EUR 15-il biljun, madwar 25 % tas-self totali tal-BEI dik is-sena, filwaqt li l-livell ta' qabel il-FEIS kien taħt l-10 %);

186.  Jissottolinja li l-evalwazzjoni indipendenti mwettqa mill-Kummissjoni osservat li minn meta tnieda l-FEIS ġiet introdotta firxa ta' prodotti ġodda u aktar riskjużi, pereżempju strumenti ta' ekwità u għall-kondiviżjoni tar-riskju ma' intermedjarji finanzjarji fl-ambitu tal-IIW;

187.  Josserva li l-Kummissjoni u l-BEI tilfu l-opportunità li jużaw il-fondi tal-FEIS biex jippromwovu ulterjorment tranżizzjoni mill-investimenti fi proġetti infrastrutturali fuq skala kbira lejn proġetti iżgħar, moderni u aktar sostenibbli, filwaqt li fl-istess ħin jippruvaw l-aktar jagħtu spinta ġdida lit-tkabbir ekonomiku tal-UE b'kunsiderazzjoni skarsa tal-potenzjal futur ta' dawn l-investimenti; jiġbed l-attenzjoni lejn ċerti eżempji tajbin ta' tali investimenti fi proġetti fuq skala iżgħar li l-BEI sostna barra mill-Unjoni;

188.  Jieħu nota tal-evalwazzjoni tal-Qorti skont liema l-FEIS saħħaħ xi programmi tal-Unjoni, iżda rikeb temporanjament fuq oħrajn;

189.  Jinsab imħasseb dwar id-distribuzzjoni ġeografika (fl-aħħar tal-2019, l-Unjoni-15 kienet tirrappreżenta 80 % tal-operazzjonijiet iffirmati li jaqbżu l-piż ekonomiku tagħhom fl-Unjoni kif imkejjel mill-PDG u l-formazzjoni tal-kapital fiss gross filwaqt li l-Unjoni-13 irċeviet 10 % biss, il-bqija marret għall-kategorija "l-oħra", b'mod partikolari għal proġetti li jinvolvu diversi pajjiżi);

190.  Ifakkar fil-ħtieġa li l-BEI jforni informazzjoni ċara u aċċessibbli dwar l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali u l-valur miżjud miksub mill-proġetti ffinanzjati mill-FEIS; jenfasizza li l-valutazzjoni tal-addizzjonalità tal-proġetti kollha appoġġjati mill-FEIS għandha tiġi dokumentata debitament;

191.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-BEI:

   jeżaminaw mill-ġdid l-użu ta' prodotti tal-BEI b'riskju ogħla fl-ambitu tal-FEIS (għal operazzjonijiet tal-FEIS mal-NPBIs, il-BEI għandu jfittex opportunitajiet biex iżid l-użu ta' varjetà usa' ta' finanzjament tad-dejn subordinat, fejn debitament ġustifikat; dan ikun jgħin biex jiġi żgurat li l-finanzjament tal-FEIS ikun komplementari għall-finanzjament ipprovdut mill-NPBIs; il-BEI għandu jippromwovi wkoll l-użu ta' prodotti xierqa għall-kondiviżjoni tar-riskju għall-NPBIs kollha, speċjalment dawk li bħalissa mhumiex rappreżentati biżżejjed fl-operazzjonijiet tal-FEIS); jikkummissjonaw studju tar-riskji tal-profil tar-riskju fuq terminu medju u twil ta' prodotti tal-BEI b'riskju ogħla fl-ambitu tal-FEIS;
   jinkoraġġixxu l-komplementarjetà bejn l-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni u l-garanziji baġitarji tal-Unjoni (fil-kuntest tal-programmi l-ġodda tal-QFP, il-Kummissjoni għandha tipproponi li l-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni jkunu koerenti u komplementari f'termini tal-objettivi ta' politika rispettivi li għandhom jintlaħqu, sabiex tiġi evitata kompetizzjoni bejn l-istrumenti);
   ittejbu l-valutazzjoni ta' jekk proġetti potenzjali tal-FEIS setgħux jiġu ffinanzjati minn sorsi oħra, bħal fil-każ tat-telf minħabba l-hekk imsejjaħ "deadweight", (il-BEI għandu jivvaluta fl-istadju ta' valutazzjoni tal-proġett is-sostituzzjoni probabbli ta' sorsi oħra ta' finanzjament. Il-BEI għandu juża din l-informazzjoni fil-valutazzjoni tal-eliġibbiltà tal-operazzjonijiet tal-FEIS.);
   jistmaw aħjar l-investiment mobilizzat (il-metodoloġija tal-kalkolu tal-multiplikatur tal-FEIS żviluppata b'mod konġunt mill-Kummissjoni u l-BEI għandha tieħu miżuri proporzjonati biex dawk il-każijiet li fihom il-BEI ikun qed jappoġġja investiment, kemm direttament kif ukoll indirettament, permezz ta' operazzjonijiet differenti tal-FEIS, jiġu identifikati u kkoreġuti b'mod f'waqtu, sabiex jiġi evitat għadd doppju);
   ittejbu l-firxa ġeografika tal-investiment appoġġjat mill-FEIS (il-Kummissjoni u l-BEI għandhom, permezz tal-Bord ta' Tmexxija tal-FEIS jivvalutaw il-kawżi ewlenin tal-firxa ġeografika osservata u jifformulaw rakkomandazzjonijiet għal azzjonijiet li għandhom jittieħdu fil-perjodu ta' implimentazzjoni tal-FEIS li jifdal. Il-Bord ta' Tmexxija tal-FEIS għandu jivvaluta l-effett tal-miżuri meħuda);

Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

192.  Jinnota li l-pagamenti għas-Subintestatura 1b "Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali" ammontaw għal EUR 53,8 biljun u ġew żburżati permezz tal-programmi u l-politiki li ġejjin:

   "FEŻR u operazzjonijiet reġjonali oħra", sa 54,9 % tas-subintestatura tal-baġit jew EUR 29,6 biljun;
   "Fond ta' Koeżjoni", sa 16,4 % tal-baġit tas-subintestatura jew EUR 8,8 biljun;
   "Fond Soċjali Ewropew", sa 25,9 % tas-subintestatura tal-baġit jew EUR 13,9-il biljun;
   "Programmi oħra", sa 2,8 % tal-baġit tas-subintestatura jew EUR 1,5 biljun;

193.  Ifakkar fir-rwol importanti tal-infiq relatata mas-Subintestatura 1b tal-QFP "Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali", li jimmira li jnaqqas id-distakk bejn il-livelli ta' żvilupp tad-diversi Stati Membri u reġjuni tal-Unjoni, kif ukoll li jsaħħaħ il-kompetittività tar-reġjuni kollha;

194.  Ifakkar li, fis-Subintestatura "Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali", l-Istati Membri ġeneralment jippreżentaw programmi operattivi (PO) pluriennali fil-bidu ta' kull perjodu ta' programmazzjoni għall-perjodu kollu kemm idum il-QFP; wara li l-Kummissjoni tkun tat l-approvazzjoni tagħha, ir-responsabbiltà għall-implimentazzjoni ta' PO tiġi kondiviża bejn il-Kummissjoni (id-DĠ Politika Reġjonali u Urbana (DĠ REGIO) u d-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni (DĠ EMPL)) u l-Istati Membri;

195.  Jinnota li l-miżuri preventivi li ħa d-DĠ REGIO fl-2019 wasslu għal riżultati pożittivi u li ma kinitx neċessarja s-sospensjoni tal-pagamenti tal-FEŻR u tal-FK fl-2019 peress li l-awtoritajiet tal-programmi applikaw b'mod puntwali l-pjanijiet għall-azzjonijiet ta' rimedju rikjesti, bir-rinunzja għall-interruzzjonijiet għas-16-il pagament li jammontaw għal EUR 1,1 biljun (minn 20 li jammonta taw għal EUR 1,2 biljun); jinnota wkoll li d-DĠ REGIO kien kapaċi jagħlaq 12-il ittra ta' twissija għal miżuri korrettivi minn 19 għal każijiet ta' nuqqasijiet fis-sistemi minħabba l-implimentazzjoni tal-punti ta' ħruġ neċessarji;

196.  Jilqa' favorevolment is-segwitu pożittiv li tat il-Kummissjoni biex timplimenta r-rakkomandazzjoni tal-Qorti li tinsab fir-Rapport Annwali 2018 u l-bidu tal-abbozzar tal-Linji Gwida dwar l-Għeluq, li jimmiraw li jiżguraw id-disponibbiltà ta' arranġamenti idonei ta' għeluq għall-perjodu 2014-2020, f'ħin utli u fi kwalunkwe każ sew qabel l-għeluq tal-2025;

197.  Jinnota b'sodisfazzjon li, wara l-adozzjoni tal-Istrateġija l-ġdida tal-Kummissjoni Kontra l-Frodi fid-29 ta' April 2019, id-DĠ EMPL għamel analiżi tar-riskju tal-frodi u rrieżamina u aġġorna flimkien mad-DĠ REGIO u d-DĠ MARE l-"Istrateġija Konġunta Kontra l-Frodi" kif ukoll l-istrateġija tagħha kontra l-frodi b'ġestjoni diretta; jieħu nota li d-DĠ EMPL kompla jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-għodda tal-punteġġ tar-riskju Arachne li tgħin lill-awtoritajiet nazzjonali, fost l-oħrajn, jidentifikaw ir-riskju ta' frodi;

198.  Jinnota li l-għadd totali ta' investigazzjonijiet tal-OLAF li għaddejjin dwar l-oqsma ta' attività tal-EMPL u l-perjodi kollha ta' programmazzjoni miġbura flimkien jammonta għal 20 każ relatati mal-FSE, każ wieħed fir-rigward tal-FEAD u 2 każijiet relatati mal-infiq dirett fi tmiem l-2019, u li l-oqsma ewlenin ta' frodi (potenzjali) f'dawn il-każijiet huma n-nuqqas ta' konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba, l-ipprezzar eċċessiv u n-nuqqas ta' rispett tar-regoli u l-proċeduri tal-akkwist;

199.  Jilqa' favorevolment il-fatt li fl-2019, is-segwitu mogħti lill-10 rapporti tal-OLAF tlesta u, permezz ta' diversi mezzi u forom, il-baġit tal-Unjoni ġie protett bl-irkupru ta' kważi EUR 55,3 miljun;

Sistemi ta' monitoraġġ u kontroll: ħżin u reġistrazzjoni tad-data u diġitalizzazzjoni tar-rappurtar

200.  Ifakkar fil-ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill biex titjieb il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni u ta' Next Generation EU mill-irregolaritajiet, inklużi l-frodi; jitlob l-introduzzjoni ta' miżuri standardizzati biex jinġabru, jitqabblu u jiġu aggregati l-informazzjoni u d-data dwar il-benefiċjarji finali tal-finanzjamenti tal-Unjoni għall-finijiet ta' kontroll u awditjar;

201.  Jinnota li l-ġbir tad-data dwar dawk li fl-aħħar mill-aħħar jibbenefikaw, direttament jew indirettament, minn finanzjamenti tal-Unjoni f'reġim ta' ġestjoni kondiviża u għall-proġetti u għar-riformi sostnuti mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, inkluża d-data relatata mas-sidien benefiċarji tad-destinatarji tal-finanzjamenti, hija neċessarja biex jiġu żgurati kontrolli u awditjar effikaċi; Ir-regoli relatati mal-ġbir u mal-ipproċessar ta' tali data għandhom jikkonformaw mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data;

202.  Jieħu nota li l-Qorti tinsab fil-proċess li tanalizza f'awditu li jkun għaddej, ir-rilevanza, l-affidabbiltà u l-konsistenza tal-livell annwali tal-infiq fl-ambitu ta' "Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali" li l-Kummissjoni tikkalkula bħala riżultat tal-awditi tagħha, u jistenna l-konklużjonijiet ta' dak l-awditu;

Is-sejbiet tal-Qorti

203.  Iqis li huwa ferm inkwetanti li abbażi tal-236 tranżazzjoni eżaminata, 29 żball ma kinux inqabdu mill-awtoritajiet tal-awditjar u 64 żball kienu nstabu preċedentement mill-awtoritajiet tal-awditjar u l-korrezzjonijiet applikati mill-awtoritajiet tal-programm (li jammontaw għal total ta' EUR 334 miljun għaż-żewġ perjodi ta' programmazzjoni meħuda flimkien), il-Qorti tistma l-livell ta' żball f'4,4 %;

204.  Huwa diżappuntat li ma kienx possibbli li r-rata ta' żball titnaqqas għal-livell ta' 3 % rreġistrat fl-2017, minkejja l-miżuri ta' semplifikazzjoni previsti fir-Regolament Omnibus; huwa konvint li għandhom isiru sforzi f'dan ir-rigward matul il-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss;

205.  Josserva li r-riskju fil-waqt tal-għeluq ġie stmat għal 1,1 % (1,3 % fl-2018) u li r-riskju fil-waqt tal-pagament żdied minn 1,7 % fl-2018 għal firxa bejn 2,2 % u 3,1 % fl-2019 għal dan il-qasam ta' nefqa skont ir-Rapport annwali dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni tal-Kummissjoni u r-rapporti annwali tal-attività tad-Direttorat Ġenerali kkonċernat, u dan jidħol fi ħdan il-firxa ta' żball ikkalkolat mill-Qorti;

206.  Jinnota li għall-FEŻR ir-riskju fil-waqt tal-pagament żdied minn 2 % fl-2018 għal firxa bejn 2,7 % u 3,8% fl-2019, u li għall-FSE r-riskju fil-waqt tal-pagament ġie stmat li jinsab f'firxa bejn 1,7 % u 2,4 %; jirrimarka li l-Kummissjoni sabet li n-nefqa ineliġibbli, l-irregolaritajiet fl-akkwist pubbliku u l-problemi marbuta mat-rekord tal-awditjar huma s-sorsi ewlenin ta' sejbiet u irregolaritajiet ta' awditjar identifikati f'dan il-qasam ta' politika;

207.  Jieħu nota li fir-Rapport Annwali tal-Attività tiegħu għall-2019, id-DĠ EMPL irrapporta KPI (rata ta' żball residwu totali ta' 1,7 %) taħt is-soll ta' materjalità ta' 2 % u li huwa rrapporta wkoll "rata massima" (sa 2,4 %) li tippermetti li jitqiesu żbalji ulterjuri possibbli fl-infiq fuq operazzjonijiet li ma kinux inklużi fl-awditi tal-Kummissjoni; jieħu nota, barra minn hekk, li l-Qorti tqis ir-"rata massima" bħala aktar adatta, minħabba li tikkunsidra l-impatt potenzjali tax-xogħol tal-awditjar li għadu għaddej;

208.  Jinnota li l-awtoritajiet tal-awditjar kienu rrappurtaw 64 żball kwantifikabbli fil-pakketti ta' aċċertament/għeluq għall-236 tranżazzjoni li l-Qorti kkampjunat, dawn l-iżbalji kienu jikkonċernaw spejjeż ineliġibbli (39), akkwist pubbliku (24) u dokumenti ġustifikattivi nieqsa (żball wieħed);

209.  Jinnota bi tħassib li l-maġġor parti tal-iżbalji hija relatata ma' tliet kategoriji prinċipali:

   55 % tal-iżbalji kien magħmul minn "proġetti ineliġibbli"; kien hemm ħames proġetti fl-ambitu tal-FEŻR, mill-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, li għalihom ingħatat għajnuna lill-benefiċjarji jew għall-operazzjonijiet li ma ssodisfawx il-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà stabbiliti fir-regolament applikabbli u fil-PO;
   24 % tal-iżbalji kien magħmul minn "ksur tar-regoli tas-suq intern" (fosthom ksur tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat 9 %, u nuqqas serju ta' konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku 15 %);
   12 % tal-iżbalji kien magħmul minn "nefqa ineliġibbli";

210.  Jinnota li l-Qorti kompliet issib għadd għoli ta' żbalji fir-rigward tal-akkwist pubbliku, ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u l-proċeduri għall-għoti ta' għotjiet, prinċipalment f'"Koeżjoni" u f'"Riżorsi naturali"; jinnota li dawn l-iżbalji kkontribwew b'20 % għal-livell ta' żball stmat mill-Qorti għal infiq b'riskju għoli (2018: 16 %), u għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni għandha tidentifika modi kif tnaqqas l-iżbalji;

211.  Jisħaq fuq il-fatt li r-regoli kumplessi jikkontribwixxu għal riskju ogħla ta' żball; jieħu nota tal-isforzi tal-Kummissjoni biex tkompli tissemplifika r-regoli u żżid l-użu ta' mekkaniżmi ta' attwazzjoni aktar sempliċi, għall-opzjonijiet semplifikati fil-qasam tal-kostijiet;

212.  huwa tal-opinjoni li l-livell ta' żball stmat mill-Qorti għan-nefqa tal-2019 f'dan il-qasam għandu jiġi vvalutat fil-kuntest tan-natura pluriennali tal-programmi, f'liema każ għandhom jiġu eżerċitati aktar korrezzjonijiet fi stadju aktar tard li jistgħu jwasslu għal tnaqqis sinifikanti tar-riskju fil-waqt tal-għeluq tal-programm; jistieden lill-Qorti tfassal rapport b'rata ta' żball stmata wara l-għeluq tal-programmi tal-Politika ta' Koeżjoni 2007-2013;

213.  Jilqa' pożittivament il-fatt li l-Kummissjoni elaborat Pjan ta' Azzjoni dwar l-Akkwist Pubbliku, aġġornat diversi drabi mill-2014;

214.  Jinnota bi tħassib li l-aktar żball komuni li jolqot l-infiq fl-ambitu tal-FSE huwa n-nuqqas ta' dokumenti ġustifikattivi essenzjali; jinnota, barra minn hekk, li fl-2019 il-Qorti identifikat proġett tal-FSE wieħed li kiser ir-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat;

215.  Jinnota bi tħassib ir-rapport annwali tal-Qorti għas-sena finanzjarja 2019, peress li jissottolinja li l-maġġoranza tal-iżbalji fl-ispejjeż tal-programmi taħt ġestjoni kondiviża jirriżultaw minn żbalji f'awditi mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar; jilqa' għalhekk il-ħolqien ta' programmi ta' assistenza teknika mill-Kummissjoni Ewropea biex ikun hemm kollaborazzjoni mal-korpi maniġerjali, il-programmi ta' taħriġ u ż-żieda taċ-ċifri tal-programmi tal-Esperti Nazzjonali bħala għodda biex jiżdied l-għarfien tal-istrumenti u jiġu evitati l-iżbalji msemmija qabel; jinnota f'dan il-kuntest il-monitoraġġ meħtieġ tal-Istrateġija kontra l-Frodi tal-Kummissjoni Ewropea kif ukoll l-għoti ta' appoġġ u assistenza lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta' miżuri kontra l-frodi, inkluża l-analiżi tal-irregolaritajiet irrappurtati mill-Istati Membri fil-Fondi SIE, peress li kwalunkwe tip ta' frodi b'rabta mal-fondi tal-UE għandha tiġi eliminata biex il-fiduċja taċ-ċittadini fl-infiq tal-UE u fl-istituzzjonijiet tal-UE tiġi kkonsolidata;

216.  Jinnota bi tħassib li minkejja l-ħafna irregolaritajiet li l-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar diġà rrappurtaw għall-proġetti li l-Qorti teżamina, ħafna żbalji xorta jibqgħu ma jinqabdux jew ma jiġu kkoreġuti minn ebda kontroll intern fi stadju aktar bikri; jirrakkomanda, abbażi tas-sejbiet u l-konklużjonijiet tal-Qorti għall-2019, li l-Kummissjoni tanalizza s-sorsi ewlenin ta' żbalji mhux maqbuda u tiżviluppa l-miżuri meħtieġa flimkien mal-awtoritajiet tal-awditjar biex ittejjeb l-affidabbiltà tar-rati ta' żball residwi rrappurtati;

217.  Jinsab imħasseb dwar id-dgħufijiet li nstabu waqt il-valutazzjoni tal-ħidma ta' 18 minn 116-il awtorità tal-awditjar fl-Istati Membri, koperti mill-kampjun tal-Qorti, li bħalissa jillimitaw l-affidabbiltà ta' dik il-ħidma (ir-rata kkalkulata mill-ġdid kienet ogħla mis-soll ta' materjalità ta' 2 % f'disgħa minn 20 pakkett ta' aċċertament għall-perjodu 2014-2020; jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti li l-Kummissjoni waslet għal riżultati simili għal tmienja minn dawn il-pakketti u aġġustat ir-rati tal-iżball residwu għal ċifra ta' 'l fuq minn 2 %); jiddispjaċih li l-Qorti ma tistax tinkludi analiżi għar-raġunijiet għal dawn id-dgħufijiet persistenti fil-ħidma tagħha; jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma setgħetx tikkontribwixxi b' ideat sinifikanti dwar ir-raġunijiet u dwar ebda differenza speċifika għall-pajjiżi bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri; jiddispjaċih li dan in-nuqqas ta' informazzjoni dwar ir-raġunijiet li huma l-bażi ta' dawn id-dgħufijiet sistemiċi u persistenti f'ċerti awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar jimpedixxi l-indirizzar u r-riżoluzzjoni ta' dawn il-problemi b'mod effiċjenti u effettiv;

218.  Jinnota li għal 120 tranżazzjoni mill-kampjuni tat-tranżazzjonijiet (55 %), il-Qorti setgħet tiġbed konklużjonijiet abbażi tar-rieżami tagħha tal-ħidma tal-awtoritajiet tal-awditjar; jinsab imħasseb serjament li l-Qorti identifikat nuqqasijiet fl-ambitu, fil-kwalità u/jew fid-dokumentazzjoni ta' dik il-ħidma f'100 tranżazzjoni (45 %), li kienu jeħtieġu li l-Qorti twettaq mill-ġdid il-proċeduri korrispondenti ta' awditjar;

219.  Jisħaq li fl-2019, il-Kummissjoni wettqet 26 awditu ta' konformità (14 mid-DĠ REGIO u 12 mid-DĠ EMPL) fi 11-il Stat Membru u fl-abbozzi tar-rapporti tagħha dwar dawn l-awditi kollha ta' konformità kkonkludiet li r-rati tal-iżball reżidwu rrappurtati fir-rapporti annwali ta' kontroll tal-awtoritajiet tal-awditjar għas-sena kontabilistika 2017/2018 kienu sottovalutati (il-Kummissjoni għalhekk żiedet dawk ir-rati);

220.  Jinnota li 13 mill-awditi ta' konformità (5 mid-DĠ REGIO u 8 mid-DĠ EMPL) kienu finali sa Mejju 2020, iżda għal nofs dawn l-awditi, għalhekk, ir-rati residwi kienu għadhom mhumiex finali;

221.  Jilqa' l-fatt li mill-2020, il-Kummissjoni biħsiebha tinkludi, fid-diskussjoni strutturata mal-awtoritajiet tal-awditjar ikkonċernati, analiżi dettaljata tal-iżbalji addizzjonali misjuba mill-awditi tal-Unjoni, b'azzjonijiet irreġistrati mill-awtoritajiet tal-awditjar biex jindirizzaw in-nuqqas ta' qbid ta' dawn l-iżbalji;

222.  Jikkondividi l-fatt li l-Qorti laqgħet l-inizjattiva konġunta tal-Kummissjoni u tal-awtoritajiet tal-awditjar u l-isforzi kkoordinati biex titjieb id-dokumentazzjoni tal-ħidma tal-awtoritajiet tal-awditjar u l-elaborazzjoni ta' "Dokument ta' riflessjoni dwar id-dokumentazzjoni tal-awditjar" f'Diċembru 2019, li, għalkemm mhux obbligatorju, jirrappreżenta l-ewwel pass fit-titjib tal-mod kif l-awtoritajiet tal-awditjar iwettqu u jiddokumentaw il-ħidma tagħhom;

223.  Jilqa' l-isforzi biex jiġu ssemplifikati r-rekwiżiti għall-maniġers tal-proġetti u l-awtoritajiet maniġerjali fl-Istati Membri taħt il-perjodu ta' programmazzjoni 2021-2027 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni u l-fondi relatati mal-QFP; jissottolinja li biex din il-kwistjoni tiġi solvuta huma fundamentali regoli nazzjonali aktar sempliċi dwar l-eliġibbiltà li jistgħu jgħinu biex jitnaqqsu l-piż amministrattiv u l-probabbiltà ta' żball, u b'hekk jiġi żgurat livell għoli ta' trasparenza; iħeġġeġ l-użu usa' tal-għażliet ta' kostijiet issemplifikati li l-Qorti tqis ukoll bħala għajnuna kbira għall-applikanti u jiffaċilitaw il-kontroll; jikkondividi l-konklużjonijiet tal-Qorti li jiddikjaraw li l-bidla fir-regoli għall-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (SIE) għandhom jaċċeleraw aktar il-proċess ta' implimentazzjoni; jirrimarka li hemm bżonn li jittejbu l-metodi tal-ħidma tal-awditjar fil-livell nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni biex, fi djalogu strutturat mal-Istati Membri, tanalizza l-prattiki u l-proċeduri amministrattivi biex jiġu eliminati l-ineffiċjenzi u jiġu disseminati eżempji ta' prattiki u proċeduri amministrattivi effettivi lill-awtoritajiet kompetenti kollha;

224.  Jinnota mir-rapport annwali tal-attività tad-DĠ EMPL għall-2019 li d-DĠ EMPL kellu aċċertament raġonevoli u kkonkluda li s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tal-programmi operazzjonali ħadmu kif maħsub fl-2019 bl-eċċezzjoni ta' 29 programm tal-FSE / YEI u programm FEAD wieħed li ppreżentaw defiċjenzi materjali ta' wħud mill-elementi ewlenin tas-sistemi;

225.  Jinnota b'sodisfazzjon, mir-rapport annwali tal-attività 2019 tad-DĠ EMPL, li d-DĠ EMPL wettaq l-azzjonijiet ta' segwitu meħtieġa fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet kollha tad-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni 2015-2018 irrappurtati mill-Qorti, u li sal-aħħar ta' Marzu 2020, ma kienx hemm rakkomandazzjonijiet miftuħa tal-Qorti;

226.  Jirrimarka li fil-prattika, il-biċċa l-kbira tar-riżervi ddikjarati fir-RAA tal-2019 kienu bbażati l-aktar fuq ir-rati ta' żbalji għall-kontijiet tal-2018/2019, li kienu għadhom ma ġewx aċċettati; għalhekk iż-żewġ Direttorati Ġenerali rrappurtaw li r-rati ta' żball tal-2018/2019 ma kinux se jiġu kkonfermati qabel tal-inqas ir-rapporti annwali tal-attività tal-2020;

227.  Jemmen li l-interessi finanzjarji u l-flus tal-UE mill-kontribwenti kollha tagħha qed ikunu fil-mira tal-kriminalità organizzata u jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri meħtieġa kontra n-networks kriminali li qed jattakkaw il-finanzjament tal-Unjoni;

228.  Itenni n-nuqqas ta' sodisfazzjon tiegħu dwar l-użu differenti ta' metodoloġiji mill-Qorti u mill-Kummissjoni meta jistabbilixxu l-opinjoni rispettiva tagħhom dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet finanzjarji

229.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni mhijiex tirrispetta l-iskadenzi stabbiliti fir-Regolament rilevanti(81) f'dak li għandu x'jaqsam mal-pubblikazzjoni tar-rapport annwali dwar "Strumenti finanzjarji taħt il-Fondi SIE"; itenni t-talba tal-Parlament li jippubblika r-rapport sa Ottubru sabiex jinkludi s-sejbiet tiegħu fil-proċedura ta' kwittanza; jistenna li l-Kummissjoni twieġeb b'mod pożittiv għal din it-talba speċifika sabiex tiżdied it-trasparenza;

Rapport Analitiku 04/2020 tal-QEA – Azzjoni tal-UE biex tiġi indirizzata l-problema tal-iskart tal-plastik

230.  Jinnota li għalkemm mhux rapport tal-awditjar, dan ir-rapport analitiku eżamina l-approċċ tal-Unjoni għall-kwistjoni tal-iskart tal-plastik ibbażat fuq l-art kif stabbilit fl-Istrateġija dwar il-Plastik tal-2018;

231.  Jinsab imħasseb dwar l-osservazzjonijiet tal-Qorti li l-qafas legali tal-Unjoni biex tiġi indirizzata l-kriminalità marbuta mal-iskart huwa kkaratterizzat minn nuqqasijiet li jikkonsistu f'nuqqas ta' data dwar siti kkontaminati kif ukoll dwar sanzjonijiet u rati ta' prosekuzzjoni, diffikultajiet fid-determinazzjoni ta' liema mġiba tikkostitwixxi reat ambjentali minħabba inċertezzi legali bħad-definizzjoni ta' skart fil-konfront tat-tmiem tal-istadju tal-iskart, nuqqas ta' atti legali tal-Unjoni li jindirizzaw l-involviment dejjem jikber ta' gruppi kriminali organizzati fil-kriminalità ambjentali, li mbagħad hija assoċjata ma' reati oħra bħall-ħasil tal-flus, in-nuqqas ta' regoli armonizzati tal-Unjoni dwar it-taħlita ta' sanzjonijiet (amministrattivi/kriminali/ċivili), nuqqas ta' forzi tal-pulizija speċjalizzati, uffiċċji tal-prosekuturi u mħallfin biex jindirizzaw il-kriminalità ambjentali;

232.  Jinnota li r-riċiklaġġ kimiku jista' jinkludi ħafna teknoloġiji differenti, li għadhom mhumiex għażla ta' trattament tal-iskart teknoloġikament jew ekonomikament fattibbli filwaqt li r-rimi fil-landfills huwa mistenni li jitnaqqas b'mod drammatiku; huwa tal-fehma li l-kapaċitajiet ta' riċiklaġġ jeħtieġ li jiżdiedu b'mod drastiku biex titjieb il-fattibbiltà teknoloġika u ekonomika tar-riċiklaġġ; jinsab konvint li ż-żieda fil-kapaċità tar-rimi legali tal-iskart tal-plastik għall-produtturi tal-imballaġġ tal-plastik biex jissodisfaw l-obbligu tagħhom fl-ambitu tal-iskemi EPR se jkollha impatt pożittiv fuq il-problema tat-traffikar illegali tal-iskart u reati oħra relatati mal-iskart;

233.  Jilqa' r-riżorsa proprja bbażata fuq l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik mhux riċiklat bħala strument tajjeb biex l-Istati Membri jiġu inċentivati jtejbu r-riċiklaġġ; jenfasizza f'dan ir-rigward il-ħtieġa ta' rappurtar xieraq;

Irregolaritajiet serji u użu ħażin ta' fondi fl-Istati Membri

234.  Jiddispjaċih li l-korrelazzjoni bejn l-ispiża tal-FEG għal kull ħaddiem assistit u r-rata ta' riintegrazzjoni hija dgħajfa ħafna jew ineżistenti. Pereżempju, fi Spanja l-ispiża/ħaddiem hija ta' EUR 2 422,74 u r-rata ta' riintegrazzjoni hija ta' 48 %, filwaqt li fil-Finlandja l-ispiża hija ta' 2 289,81 kull persuna u r-rata ta' riintegrazzjoni hija ta' 83 %. Ir-rati ta' integrazzjoni u l-ispejjeż ivarjaw ħafna skont l-Istati Membri; madankollu, huwa impossibbli li wieħed jikkonkludi li l-ammonti ogħla minfuqa per capita jissarrfu f'rati ogħla ta' riintegrazzjoni. Jitlob lill-Kummissjoni tanalizza bir-reqqa u tindirizza din id-diskrepanza;

235.  Iqis li l-garanzija għaż-Żgħażagħ tal-UE ma tilħaqx l-aspettattivi; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-programmi mfassla biex jgħinu liż-żgħażagħ ma joħolqux aspettattivi li ma jistgħux jintlaħqu; jinsisti li l-Kummissjoni għandha tiġġestixxi l-aspettattivi billi tistabbilixxi għanijiet u miri realistiċi u li jistgħu jintlaħqu;

236.  Jinnota li fl-2019, id-DĠ EMPL ħareġ 16-il ittra ta' twissija, li fihom ġew identifikati nuqqasijiet sinifikanti fis-sistema ta' ġestjoni u kontroll. Ittieħdu 12-il deċiżjoni biex jiġu interrotti l-iskadenzi tal-pagamenti (4 għall-Italja, 3 għall-Ungerija, 2 għar-Renju Unit u Franza u 1 għal Spanja) u ttieħdet deċiżjoni waħda biex jiġu sospiżi l-pagamenti (RU-Skozja);

237.  Jinnota li nħarġu riżervi sinifikanti għall-Italja (15-il riżerva, li jammontaw għal EUR 50,26 miljun) u Franza (9 riżervi, li jammontaw għal EUR 47,95 miljun). Fil-każ tal-Italja dan kien prinċipalment minħabba nuqqas sistemiku fl-akkwisti pubbliċi li rriżulta mit-traspożizzjoni żbaljata tad-direttiva dwar l-akkwist pubbliku mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, filwaqt li fi Franza l-korpi ta' kontroll reġjonali ma kellhomx biżżejjed żmien biex jiffinalizzaw l-awditi tagħhom tal-operazzjonijiet sal-iskadenza fil-każ ta' 5 programmi;

238.  Jinnota li l-ammont totali ta' korrezzjonijiet finanzjarji mwettqa għas-sena kontabilistika 2018-2019 mill-Istati Membri kien ta' EUR 3,41 biljun, li minnhom 912-il miljun waqgħu fuq l-Ungerija, 578 miljun fuq Spanja, 368 miljun fuq is-Slovakkja u 236 miljun fuq il-Polonja. Fir-rigward tal-korrezzjonijiet finanzjarji rrappurtati b'mod kumulattiv mill-bidu tal-perjodu 2014-2020 mill-Istati Membri, l-ammont totali kien ta' 6,10 biljuni, li minnhom 2,15 biljuni waqgħu fuq l-Ungerija, 668 miljun fuq Spanja, 647 miljun fuq il-Polonja u 459 miljun fuq is-Slovakkja;

239.  Jinnota bi tħassib li d-direttorat ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana (DĠ REGIO), fir-Rapport Annwali tal-Attività tiegħu tal-2019, kellu joħroġ żewġ riżervi dwar 67 programm tal-FEŻR/FK fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, u 9 tal-FEŻR/FK u programm wieħed tal-IPA-CBC fil-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013; jirrimarka li nuqqasijiet serji fis-sistemi ta' ġestjoni u kontroll wasslu għal riskju ta' nefqa stmata għal aktar minn 10 % għall-Qafas Pluriennali 2014-2020; jilqa' l-fatt li r-regolament Finanzjarju aġġornat kompla jiċċara l-kunċett ta' kunflitt ta' interess taħt ġestjoni kondiviża;

240.  Jinsab imħasseb li d-direttorat ġenerali tal-Impjiegi (DĠ EMPL), fir-Rapport Annwali tal-Attività tiegħu għall-2019, kellu joħroġ riżerva dwar l-FSE/Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI) u l-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD) (30 programm f'FSE/YEI u FEAD) għall-perjodu 2014-2020; jinnota li, peress li ż-żewġ Direttorati Ġenerali ddikjaraw fir-Rapporti Annwali tal-Attività tagħhom li ma saret l-ebda riżerva fejn ir-rata tal-iżball residwu kkonfermata għas-sena kontabilistika preċedenti kienet 'il fuq minn 2 % minħabba li fil-futur se jiġu applikati korrezzjonijiet finanzjarji addizzjonali, ir-riżervi tal-Kummissjoni huma bbażati l-aktar fuq rati proviżorji u mhux neċessarjament ikopru r-riskji materjali kollha;

241.  Jinsab partikolarment imħasseb dwar rapporti li l-Kummissjoni ffinalizzat proċedura ta' awditjar li kkonfermat ksur serju tal-leġiżlazzjoni dwar il-kunflitt ta' interess fir-Repubblika Ċeka;

242.  Jinnota bi tħassib rapporti li r-rapport tal-awditjar tad-DĠ REGIO identifika tliet għotjiet taħt il-FEŻR li kisru l-liġi Ċeka u r-regolament dwar id-dispożizzjonijiet komuni tal-UE għall-FEŻR; jinsab imħasseb li ġie identifikat kunflitt ta' interess fil-ġestjoni tal-iżborż tal-Fondi Strutturali Ewropej;

243.  Jistenna li l-Kummissjoni tinforma lill-Parlament u lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit dwar ir-rispons tal-Gvern Ċek għar-rakkomandazzjonijiet inklużi fir-rapport; jinsab ixxukkjat bil-fatt li aktar minn sentejn wara l-bidu tal-awditi tal-Kummissjoni, is-sitwazzjoni dwar l-allegat kunflitt ta' interess tal-Prim Ministru Ċek Andrej Babiš għadha mhix solvuta; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-isforzi tagħha biex issolvi l-proċedura b'mod komprensiv u rapidu, tippubblika r-rapport tal-awditjar malajr kemm jista' jkun, tirrapporta lura lill-Parlament dwar il-konklużjonijiet tagħha u fejn meħtieġ tissospendi u/jew tirkupra finanzjament użat ħażin; ifakkar fir-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar il-kunflitt ta' interess tal-Prim Ministru Ċek tad-19 ta' Ġunju 2020, li tiddikjara li jekk il-kunflitt ta' interess tas-Sur Babiš jiġi kkonfermat, dan għandu jiġi solvut jew inkella għandu jirriżenja mid-dmir pubbliku(82);

Rakkomandazzjonijiet

244.  Jistieden lill-Kummissjoni:

   twettaq analiżi bir-reqqa tar-raġunijiet sottostanti u tal-problemi strutturali potenzjali li jikkawżaw id-dgħufijiet sistemiċi persistenti identifikati mill-Qorti fl-awditi tagħha kull sena u tagħti attenzjoni speċjali lil kwalunkwe differenza potenzjali speċifika għall-pajjiż; jitlob lill-Kummissjoni tinkludi wkoll osservazzjonijiet dwar l-aħjar prattika fost l-awtoritajiet nazzjonali b'livelli baxxi ta' żbalji u li l-ħidma tagħhom titqies affidabbli mill-Qorti; jitlob lill-Kummissjoni twettaq din l-analiżi b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Qorti u tinvolvi b'mod attiv lill-awtoritajiet nazzjonali kemm fir-rigward tad-deskrizzjoni tal-problema kif ukoll tas-soluzzjonijiet potenzjali;
   tikkondividi r-riżultati ta' din l-analiżi mal-Qorti, l-awtorità ta' kwittanza u l-Istati Membri;
   abbażi ta' din l-analiżi, tindirizza rakkomandazzjonijiet orizzontali kif ukoll speċifiċi għall-pajjiż li jkunu ċari, prattiċi u faċilment implimentabbli lill-awtoritajiet nazzjonali; jitlob lill-Kummissjoni tistabbilixxi djalogu strutturat mal-awtoritajiet nazzjonali u l-Qorti biex taħdem kontinwament fuq il-bini tal-kapaċitajiet u l-iskambju tal-aħjar prattika biex titjieb l-affidabbiltà tal-ħidma tal-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar; iżomm lill-awtorità ta' kwittanza infurmata dwar il-progress ta' dan id-djalogu;
   tiċċara l-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà fil-pront (inkluż billi tiddefinixxi x'inhu mfisser b'operazzjonijiet "fiżikament ikkompletati" u/jew "implimentati bis-sħiħ", sabiex tgħin lill-Istati Membri jivverifikaw li l-operazzjonijiet jikkonformaw mal-Artikolu 65(6) tar-RDK u jevitaw in-nuqqas ta' identifikazzjoni ta' operazzjonijiet ineliġibbli);
   tieħu azzjoni biex iżżid l-affidabbiltà tar-rati residwi rrappurtati mill-awtoritajiet tal-awditjar (tanalizza s-sorsi ewlenin ta' żbalji mhux maqbuda u tiżviluppa l-miżuri meħtieġa flimkien mal-awtoritajiet tal-awditjar biex ittejjeb l-affidabbiltà tar-rati residwi rrappurtati);
   tipprovdi lill-Parlament b'rapport annwali li jagħti b'mod dettaljat il-kontribuzzjoni ta' kull partita tal-baġit għall-mira tal-integrazzjoni klimatika u għall-infiq fuq il-bijodiversità, sabiex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tagħhom;
   tibda taħdem b'urġenza fuq metodoloġija effettiva, fejn rilevanti, u f'konformità mal-leġiżlazzjoni settorjali, għall-monitoraġġ tal-infiq fuq il-klima u l-prestazzjoni tagħha bil-ħsieb li tintlaħaq mira ġenerali ta' mill-inqas 30 % tal-ammont totali tal-infiq tal-baġit tal-Unjoni għall-2021-2027 u l-infiq tan-Next Generation EU (NGEU) li jappoġġja l-għanijiet tal-klima;
   flimkien mal-Istati Membri, tapplika sistema unika integrata u interoperabbli ta' informazzjoni u monitoraġġ, inkluż għodda unika ta' estrazzjoni tad-data u ta' valutazzjoni tar-riskju biex tikseb aċċess għad-data rilevanti u tanalizzaha u żżid l-affidabbiltà tal-kontroll, bil-ħsieb ta' applikazzjoni ġeneralizzata, inkluż bl-għajnuna tal-Istrument ta' Appoġġ Tekniku;
   tintroduċi mekkaniżmu tal-ilmenti fl-Unjoni kollha għad-destinatarji ta' finanzjament ikkonfrontati minn imġiba ħażina min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali jew pressjoni minn networks jew organizzazzjonijiet kriminali, pereżempju, li jippermettilhom jirreġistraw ilmenti mal-Kummissjoni;
   tkompli tikkoopera b'mod konsistenti u estensiv mal-awtoritajiet tal-awditjar biex tiżgura qafas ta' kontroll robust, ittejjeb il-kwalità tal-ħidma ta' aċċertament meta jkun meħtieġ u tiżgura l-identifikazzjoni u l-kapaċitajiet korrettivi meħtieġa.
   tobbliga lill-awtoritajiet maniġerjali jieħdu azzjoni biex jindirizzaw l-iżbalji l-aktar frekwenti u biex jimmitigaw kwalunkwe riskju għal infiq futur, u, fejn meħtieġ, itejbu l-kapaċitajiet ta' identifikazzjoni kemm ta' verifiki ta' ġestjoni kif ukoll ta' awditjar.
   tipprovdi rata ta' żball fil-pagamenti u mhux rata tal-iżball residwu sabiex ittejjeb l-evalwazzjoni tal-iskrutinju mwettaq;
   tkompli l-kooperazzjoni tagħha mal-Qorti sabiex tallinja ulterjorment il-metodoloġiji ta' awditjar u l-interpretazzjoni ta' testi legali;
   tagħti aktar attenzjoni, u talloka aktar appoġġ tekniku, lill-Istati Membri, li s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tagħhom huma biss parzjalment affidabbli, jew mhux affidabbli, fejn hemm riskju akbar ta' frodi u korruzzjoni relatati mal-fondi;
   tagħti attenzjoni partikolari lill-ftehimiet qafas mogħtija permezz ta' proċeduri ta' akkwist pubbliku, peress li l-frodi u l-korruzzjoni relatati magħhom jirrappreżentaw riskju akbar għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni;
   tnaqqas kemm jista' jkun malajr l-akkumulu ta' impenji;
   tispeċifika fir-rapporti annwali tal-attività kif l-ammonti affettwati mill-korrezzjonijiet finanzjarji ex post imposti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni ntużaw mill-ġdid, b'mod partikolari f'dawk il-każijiet fejn kienu involuti frodi, korruzzjoni jew attività kriminali oħra;
   tippubblika r-rapport annwali tal-2020 dwar l-"Istrumenti finanzjarji taħt il-Fondi SIE" mingħajr dewmien, u sa Ottubru 2021 sabiex tippermetti li s-sejbiet relatati jiġu inklużi fil-proċedura ta' kwittanza;
   tiżviluppa strateġija b'saħħitha kontra l-kunflitti ta' interess ta' politiċi ta' livell għoli; tiżviluppa flimkien mal-Istati Membri strumenti legali effettivi biex jiġi evitat li jitrawmu strutturi oligarkiċi li jużaw il-fondi ta' koeżjoni tal-Unjoni;
   tinforma lill-Parlament dwar kwalunkwe żvilupp ulterjuri fil-każ ta' kunflitt ta' interess irrappurtat fir-Rapport tal-Awditjar tad-DĠ REGIO dwar ir-Repubblika Ċeka;
   tibbaża fuq l-osservazzjonijiet tal-Qorti dwar l-iskart tal-plastik għar-reviżjoni tad-Direttiva 2008/99/KE, b'mod partikolari fir-rigward ta' standards minimi u definizzjonijiet ċari ta' reati differenti relatati mal-iskart;
   tindirizza l-problema tan-nuqqas ta' kapaċità għar-riċiklaġġ u l-inċinerazzjoni bħala mezz biex jitnaqqsu r-reati kriminali marbuta mal-iskart, bħat-traffikar tal-iskart billi żżid il-kapaċità għar-rimi legali tal-iskart tal-plastik u l-attraenza ekonomika tiegħu għall-produtturi tal-iskart tal-plastik;
   ittejjeb id-definizzjoni tar-riċiklaġġ u r-rekwiżiti għar-rappurtar dwar ir-riċiklaġġ, b'mod partikolari għar-riżorsa proprja bbażata fuq l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik mhux riċiklat; jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta l-possibbiltà għad-diġitalizzazzjoni tar-rappurtar u l-monitoraġġ tal-flussi tal-iskart bejn l-operaturi biex tiżdied il-kapaċità li jiġu identifikati irregolaritajiet u indikazzjonijiet għat-traffikar tal-iskart;
   tanalizza b'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli r-raġunijiet għall-assorbiment baxx tal-fondi disponibbli għall-infrastruttura tal-immaniġġjar tal-iskart u tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar is-sejbiet; tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar kif il-Kummissjoni qed tassisti lill-Istati Membri biex iżidu r-rata ta' assorbiment u jesploraw aktar mezzi ta' assistenza;
   tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bi kwalunkwe riallokazzjoni ta' finanzjament ta' koeżjoni minn fondi maħsuba biex jappoġġjaw ir-riċiklaġġ u l-ġestjoni tal-iskart għal oqsma oħra b'riżultat tal-pandemija tal-COVID-19;
   tagħti prijorità, bħala kwistjoni ta' urġenza, lir-rieżami tar-Rekwiżiti Essenzjali għall-imballaġġ sabiex jiġi aċċelerat l-adattament tad-disinn u l-manifattura tal-imballaġġ tal-plastik favur ir-riċiklabbiltà u s-sostenibbiltà fil-ħin biex tiġi appoġġjata l-kisba tal-mira tar-riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik għall-2025;

245.  Jitlob lill-Kummissjoni, b'mod aktar ġenerali, timplimenta mill-aktar fis ir-rakkomandazzjonijiet pendenti kollha tal-Qorti, tipprovdi rapporti ta' implimentazzjoni speċifiċi u, fuq perspettiva aktar fit-tul, tqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti meta timplimenta azzjonijiet fl-ambitu tal-FSE+ il-ġdid mill-2021.

246.  Huwa sorpriż li ma kien hemm l-ebda bidu ta' proċeduri biex jitnaqqsu l-allokazzjonijiet tal-programmi permezz ta' korrezzjonijiet netti fl-2019, kif irrappurtat fir-RAA 2019 tad-DĠ REGIO; jistieden lill-Kummissjoni timponi b'mod sistematiku korrezzjonijiet finanzjarji netti meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti bl-Artikolu 145(7) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni;

247.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tipprovdi gwida u appoġġ, kif ukoll tidentifika u tikkondividi l-aħjar prattika mal-Istati Membri;

Prestazzjoni: il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond ta' Koeżjoni (FK)

248.  Ifakkar li l-FEŻR u l-FK jappoġġjaw il-politika ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-UE (il-politika ta' koeżjoni tal-UE), li għandha l-għan li ssaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali fi ħdan l-UE billi tnaqqas il-lakuni fil-livell ta' żvilupp bejn reġjuni differenti.

249.  Ifakkar li l-FEŻR ikopri l-Istati Membri kollha u jiffoka fuq bosta oqsma prijoritarji ewlenin, bħall-innovazzjoni u r-riċerka, l-appoġġ għall-intrapriżi żgħar u medji (SMEs), u l-ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju; jinnota li fl-2019 il-Kummissjoni allokat EUR 31,1 biljun mill-baġit tal-FEŻR; ifakkar li l-FK jipprovdi appoġġ lill-Istati Membri b'introjtu nazzjonali gross (ING) għal kull abitant taħt id-90 % tal-medja tal-Unjoni; il-fond jiffinanzja prinċipalment proġetti relatati man-network trans-Ewropej tat-trasport u l-ambjent; l-allokazzjoni baġitarja tiegħu għall-2019 kienet ta' EUR 11,5-il biljun;

250.  Jinnota bi tħassib li snin wara t-tnedija tal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, kemxejn aktar minn terz tat-72 indikatur tal-programm għall-FEŻR u għall-FK kienu fit-triq it-tajba – minkejja li għadd ta' miri ġew riveduti 'l isfel. ifakkar fir-rakkomandazzjoni biex jittejbu ulterjorment l-Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni; jinnota, madankollu, li l-limitazzjonijiet fid-data jipprevjenu lill-awdituri milli jagħmlu valutazzjoni komprensiva tal-prestazzjoni f'dan il-qasam ta' politika, peress li huwa diffiċli li jiġi vvalutat jekk il-fondi laħqux, jew x'aktarx li jilħqu, l-għanijiet ġenerali u speċifiċi stabbiliti, minkejja li l-progress tal-indikaturi individwali jista' jiġi vvalutat skont l-objettivi intermedji u l-miri stabbiliti; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa qafas ta' valutazzjoni konsistenti li jkun kapaċi jivvaluta jekk intlaħqux l-objettivi intermedji u l-miri tal-FEŻR u l-FK;

251.  Jinsab imħasseb dwar il-problemi mqajma mill-Qorti dwar in-nuqqas ta' kontrolli interni fl-Istati Membri jew in-nuqqas ta' affidabbiltà tad-data;

252.  Abbażi tal-fatt li l-maġġoranza tal-iżbalji kollha misjuba kienu magħmula minn "Proġetti ineliġibbli", jisħaq dwar t-tħassib serju tiegħu rigward il-veraċità u l-affidabbiltà tar-rappurtar tal-Kummissjoni dwar ir-riżultati miksuba peress li dawn il-proġetti kollha u tali proġetti oħra (li għadhom ma ġewx skoperti) ma għandhom bl-ebda mod "jikkontribwixxu" għall-valutazzjoni ġenerali tar-riżultati usa' miksuba bl-għajnuna tal-politika ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid il-proċess tagħha ta' rappurtar dwar ir-riżultati reali miksuba;

253.  Jirrikonoxxi l-importanza tal-għodod diġitali bħal Arachne fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-użu ħażin tal-fondi tal-Unjoni; jistieden lill-Istati Membri kollha jimplimentaw għodod bħal dawn mingħajr aktar dewmien żejjed; jiddispjaċih li mhux l-Istati Membri kollha qed jużaw l-għodda tal-estrazzjoni tad-data Arachne biex itejbu l-identifikazzjoni tal-frodi; jirrimarka li fir-rigward tal-frodi, kemm il-Kummissjoni kif ukoll l-Istati Membri huma responsabbli biex jindirizzaw il-frodi fl-infiq għall-Koeżjoni; dawn jeħtieġ li jżidu l-isforzi tagħhom biex jipprevjenu u jidentifikaw il-frodi, b'kooperazzjoni mal-UPPE u l-OLAF; jisħaq li minbarra l-għodda Arachne big data u għodod oħra tal-IT għandhom jitqiesu serjament mill-Kummissjoni mhux biss għall-investigazzjoni iżda wkoll għall-monitoraġġ tal-bidliet fit-tendenzi u l-prevenzjoni ta' modi oħra ta' użu ħażin tal-fondi tal-Unjoni;

254.  Jinnota li ż-żewġ fondi huma soġġetti għal ġestjoni kondiviża mill-Kummissjoni u l-Istati Membri, u huma implimentati permezz ta' programmi operazzjonali li jitfasslu mill-Istati Membri u jiġu approvati mill-Kummissjoni;

255.  Jinsab kuntent jara li fl-ewwel Rapport Annwali tagħha dwar il-prestazzjoni sa tmiem l-2019 il-Qorti tqis il-ħarsa ġenerali lejn il-prestazzjoni tal-programm tal-FEŻR bħala eżempju pożittiv ta' konklużjonijiet ifformulati b'mod ċar dwar l-għan ġenerali; iħeġġeġ lid-DĠ REGIO jkompli jippreżenta konklużjonijiet ċari fis-sezzjonijiet tal-prestazzjoni kemm għall-għanijiet ġenerali kif ukoll għal dawk speċifiċi, u jistieden lid-Direttorati Ġenerali l-oħra jsegwu dan l-eżempju tajjeb u jtejbu l-konklużjonijiet tagħhom billi jagħmluhom aktar informattivi u aktar ċari;

256.  Jirrimarka li l-informazzjoni mill-indikaturi tal-output u r-riżultati hija kkomplementata mir-riżultati ta' għadd ta' evalwazzjonijiet u studji li janalizzaw ir-riżultati kemm tal-perjodu 2007-2013 kif ukoll l-istadji bikrija tal-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tal-programmi tal-politika ta' koeżjoni 2014-2020; jikkondividi l-osservazzjoni tal-Qorti li d-dewmien fl-għażla taż-żmien għal dawn l-evalwazzjonijiet kif imfassal fil-leġiżlazzjoni jfisser li t-tagħlimiet ittieħdu tard wisq biex ikollhom impatt fuq il-perjodi ta' programmazzjoni kurrenti jew sussegwenti (pereżempju r-riżultati tal-evalwazzjonijiet ex post tal-2014-2020, huma mistennija li jkunu disponibbli sa tmiem l-2025 kif meħtieġ mir-RDK, iżda sa dak iż-żmien il-perjodu ta' programmazzjoni 2021-2027 ikun fil-ħames sena tiegħu u l-Kummissjoni x'aktarx li tkun imxiet sew fit-tħejjija tal-proposti leġiżlattivi tagħha għall-perjodu ta' wara l-2027);

257.  Jinnota bi tħassib li, fi tmiem is-sitt sena ta' implimentazzjoni, ir-rati ta' assorbiment għall-FEŻR u l-FK huma 6,6 % inqas milli kienu fl-istess stadju fil-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti; jisħaq li dan huwa parzjalment dovut għad-dewmien fil-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni; jinnota, madankollu, li r-rata ta' assorbiment tal-Fondi SIE fl-2019 kienet ogħla minn dik fi kwalunkwe sena oħra tal-perjodu 2014-2020 tal-QFP. Barra minn hekk, jiġbed l-attenzjoni għar-riskju li, hekk kif il-perjodu ta' eliġibbiltà jasal biex jintemm u minħabba ċ-ċirkostanzi tal-kriżi tal-COVID-19, l-Istati Membri jistgħu jagħtu prijorità lir-rati ta' assorbiment pjuttost milli lill-għanijiet ta' koeżjoni, il-prestazzjoni u r-regolarità; jissottolinja li bidla mill-prestazzjoni għall-konformità tfixkel l-għanijiet ta' koeżjoni u tiġġenera nfiq mhux meħtieġ; għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa miżuri biex tissemplifika l-proċeduri, li fiċ-ċirkostanzi msemmija hawn fuq jikkontribwixxu għall-użu responsabbli u adegwat tal-fondi, u b'hekk għall-irkupru fl-Istati Membri, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu li l-għanijiet tal-Istati Membri għall-perjodu ta' programmazzjoni 2021-2027 jeħtieġ li jkunu ferm aktar ambizzjużi, b'rispons għall-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi tal-COVID-19, bl-għan li ċ-ċittadini jiġu protetti, jiġu salvati l-impjiegi u tissaħħaħ il-klima għall-investimenti, filwaqt li jiġu involuti l-livelli kollha tal-gvern fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' rkupru;

258.   Jistieden lill-Kummissjoni tidentifika r-reġjuni li għandhom rati baxxi ta' assorbiment tal-fondi u tgħinhom itejbuhom billi jidentifikaw ir-regoli li jistgħu jtejbu l-effiċjenza u l-effikaċja tal-Fondi ta' Koeżjoni;

259.  Jissottolinja li fil-politika ta' koeżjoni, ikkaratterizzata minn proġetti ta' infrastruttura fuq skala kbira, jista' jkun hemm perjodu latenti bejn il-bidu tal-programm, l-implimentazzjoni tiegħu u t-twettiq tal-outputs u tar-riżultati; iqis li huwa inkwetanti li l-progress x'aktarx li jiġi affettwat ukoll mil-livelli relattivament baxxi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-politika ta' koeżjoni, meta mqabbla mal-bqija tal-baġit tal-Unjoni; jinnota li dawn il-fatturi, flimkien mal-fatt li d-data l-aktar riċenti disponibbli (f'perjodu ta' implimentazzjoni li jdum sa tmiem l-2023) hija relatata ma' tmiem l-2018, huma ddefiniti mill-Qorti bħala li jagħmluha aktar diffiċli f'dan l-istadju li tinsilet konklużjoni dwar l-ilħuq tal-għanijiet; jistieden lill-Kummissjoni tnaqqas il-perjodu latenti bejn il-bidu tal-programm, l-implimentazzjoni tiegħu u t-twettiq tal-outputs u tar-riżultati; jinnota li jeħtieġ li tissaħħaħ is-superviżjoni tat-tlestija tan-network; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi grupp ta' esperti biex jipprovdu appoġġ lill-Istati Membri fit-tmexxija ta' proġetti kbar bħal dawn;

260.  Jinsab imħasseb ħafna dwar ir-rapporti tal-midja dwar Stat Membru wieħed dwar l-investimenti kofinanzjati mill-FEŻR fl-infrastruttura għall-fini ta' taħriġ vokazzjonali, fejn dawn il-binjiet ingħataw skop ġdid wara l-perjodu minimu meħtieġ ta' tliet snin; jiddispjaċih dwar allegazzjonijiet ta' frodi u arrikkiment personali minn dan l-għoti ta' skop ġdid; jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma rnexxilhiex tipprovdi informazzjoni addizzjonali biex tneħħi d-dubji kollha li kien għad fadal; jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li ssegwi kif xieraq dawn l-allegazzjonijiet; iqis il-kunċett ta' durabbiltà bħala salvagwardja importanti għall-użu effettiv u effiċjenti tar-riżorsi tal-Unjoni fil-qafas tal-politika ta' koeżjoni;

261.  Iqis li r-rekwiżit ta' durabbiltà minima legali ta' bejn tlieta u ħames snin huwa qasir wisq meta jitqies l-ammont sinifikanti investit u l-lonġevità ta' tali proġetti; jiddispjaċih li l-koleġiżlaturi ma ddeċidewx li jintroduċu rekwiżiti itwal ta' durabbiltà matul ir-reviżjoni tar- [Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni]; jinnota li jeżistu differenzi sinifikanti fost l-Istati Membri fir-regoli nazzjonali dwar id-durabbiltà tal-investimenti fl-infrastruttura u l-għoti ta' skop ġdid prematur;

262.  Jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta' kontroll u segwitu tal-finanzjament tal-imprendituri; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija dettaljata għall-kontroll tal-finanzjament; u jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta r-riżultati tal-proġetti ffinanzjati minn dan il-mekkaniżmu finanzjarju; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippubblika r-riżultati tal-evalwazzjoni tagħha;

263.  Jieħu nota ta' fatturi oħra rilevanti għall-analiżi tal-prestazzjoni tal-Qorti, li jispjegaw il-fatt li l-għanijiet tal-politika ta' koeżjoni, bħal dawk relatati mar-rati tal-impjiegi, l-iżvilupp ekonomiku, u l-klima u l-enerġija, huma influwenzati ħafna minn firxa wiesgħa ta' fatturi nazzjonali u esterni, fl-Ewropa u fid-dinja, kif ukoll li f'ħafna Stati Membri, il-finanzjament tal-politika ta' koeżjoni tipikament jirrappreżenta proporzjon żgħir tal-fondi ddedikati għal dawn il-kwistjonijiet, u għalhekk mingħajr politiki u programmi nazzjonali mfassla apposta biex jaħdmu id f'id mal-għanijiet tal-politika ta' koeżjoni, jista' jkollhom biss impatt limitat ħafna fuq il-progress ta' dawn l-Istati Membri lejn l-ilħuq ta' dawn l-għanijiet;

264.  Jinnota, barra minn hekk, l-osservazzjoni tal-Qorti rigward fatturi addizzjonali bħall-fatt li l-Unjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha firxa ta' għodod ta' politika biex tilħaq l-għanijiet tagħha ta' politika ta' koeżjoni ta' livell għoli, li l-FEŻR u l-FK jikkostitwixxu parti waħda, li fondi u inizjattivi leġiżlattivi oħra huma mfassla wkoll biex jindirizzaw l-għanijiet, li spiss jagħmluha mhux possibbli li ssir distinzjoni bejn l-effetti ta' għodod ta' politika differenti fuq il-progress lejn il-kisba tal-miri;

265.  Jisħaq, bi tħassib, fuq il-fatt li l-analiżi tal-Qorti bbażata fuq data disponibbli skarsa sa tmiem l-2018 turi li minn total ta' 72 indikatur, terz biss tal-indikaturi jinsabu fit-triq it-tajba biex jilħqu l-miri tagħhom u li madwar nofs l-indikaturi mhumiex fit-triq it-tajba u li għall-indikaturi li jifdal ma kienx possibbli għall-Qorti li tasal għal konklużjonijiet; jiddispjaċih li mid-disa' indikaturi marbuta mal-għanijiet ġenerali, tnejn biss jinsabu fit-triq it-tajba; jinnota, madankollu, li minn madwar terz tal-indikaturi li għandhom objettiv intermedju ta' nofs it-terminu stabbilit għall-2018, 70 % jew inkisbu jew x'aktarx li jinkisbu dalwaqt;

266.  Għalkemm il-FEŻR u l-FK għadhom jistgħu jitħallsu sal-2023, jisħaq, bi tħassib, fuq il-fatt li b'kollox, 40 % tal-indikaturi tal-output jinsabu fit-triq it-tajba, u li għall-indikaturi tar-riżultati u tal-impatt, dan il-perċentwal huwa ta' 10 % biss;

267.  Ifakkar li Ewropa 2020 hija l-istrateġija ta' livell għoli tal-Unjoni għall-perjodu mill-2010 sal-2020; jinnota li għall-perjodu 2014-2020, il-Kummissjoni ddefiniet disa' indikaturi biex jitkejjel il-progress lejn l-ilħuq tal-għanijiet ta' din l-istrateġija, fl-oqsma tal-impjiegi, ir-R&Ż, it-tibdil fil-klima u l-enerġija, l-edukazzjoni, kif ukoll il-faqar u l-esklużjoni soċjali; jinnota li skont il-Kummissjoni, abbażi tad-data għall-2018, il-miri relatati mal-impjiegi u l-edukazzjoni x'aktarx li jintlaħqu, filwaqt li l-progress bi tqabbil mal-miri għar-R&Ż, u l-faqar u l-inklużjoni soċjali għadhom lura u x'aktarx li ma jintlaħqux;

268.  Jisħaq, bi tħassib kbir, li mill-10 indikaturi kollha mid-dikjarazzjonijiet tal-programm marbuta mal-għan li tiġi appoġġjata l-bidla lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fis-setturi kollha, wieħed biss – "L-għadd ta' unitajiet domestiċi b'indikatur imtejjeb tal-klassifikazzjoni tal-konsum tal-enerġija" – miexi fit-triq it-tajba; jitlob li l-Kummissjoni, anke fid-dawl tal-miri tal-Patt Ekoloġiku, tagħmel it-titjib marbut ma' dan il-għan prijorità assoluta;

269.  Jenfasizza l-fatt li b'rispons għat-tifqigħa tal-COVID-19, l-Unjoni introduċiet miżuri li jżidu l-flessibbiltà tal-Istati Membri fl-użu tal-finanzjament tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (pereżempju, ġie rrinunzjat ir-rekwiżit li jiġi ddedikat proporzjon fiss tal-finanzjament SIE għat-temi ewlenin; madankollu, il-flessibbiltà offruta fil-proposta tista' taffettwa l-kapaċità tal-Unjoni li tikseb l-għanijiet stabbiliti oriġinarjament fil-programmi operazzjonali);

270.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-kriżi tal-COVID-19 ipprovdiet sfida ġdida u mhux mistennija li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jeħtieġ li jirrispondu għaliha b'mod determinat u jipprovdu soluzzjonijiet fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali;

271.  Jilqa' l-flessibbiltà finanzjarja dejjem akbar fl-infiq għall-koeżjoni li tippermetti lill-Istati Membri jużaw il-fondi biex jiffinanzjaw proġetti relatati mal-kriżi; jissottolinja l-ħtieġa li jitrawmu l-kontinwità u l-kooperazzjoni aktar profonda tal-partijiet ikkonċernati kollha rilevanti għall-politika ta' koeżjoni, b'mod partikolari l-SMEs, il-muniċipalitajiet u r-reġjuni, li se jħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet f'dawk li huma qgħad u kura tas-saħħa fix-xhur li ġejjin;

272.  Jenfasizza l-isfidi li jiffaċċjaw il-pazjenti fl-Unjoni biex jibbenefikaw mid-Direttiva dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali, kif identifikat fir-Rapport Speċjali tal-Qorti Nru 7/2019, b'mod partikolari fir-rigward tas-sensibilizzazzjoni potenzjali tal-pazjenti dwar id-drittijiet tagħhom, il-problemi u d-dewmien fl-iskambju elettroniku tad-data dwar is-saħħa tal-pazjenti bejn l-Istati Membri u l-aċċess għall-kura tas-saħħa għal pazjenti b'mard rari;

273.  Jinsab imħasseb dwar l-opinjoni tal-Qorti li hemm indikazzjonijiet qawwija li l-Unjoni mhux se tilħaq il-miri tal-klima u tal-enerġija għall-2030; jinnota li skont il-Kummissjoni, kien hemm biss progress limitat fit-tnaqqis tal-impatti ambjentali negattivi li jirriżultaw mill-użu ta' riżorsi naturali; jenfasizza l-osservazzjoni tal-Qorti li nofs l-Istati Membri tal-Unjoni kienu f'riskju li ma jiġġenerawx biżżejjed elettriku mill-enerġija rinnovabbli biex jilħqu l-miri tagħhom għall-2020; jinnota li fl-analiżi panoramika tal-Qorti dwar l-azzjoni tal-UE f'dak li jirrigwarda l-enerġija u t-tibdil fil-klima, il-Qorti rrappurtat li t-tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra previst mill-Istati Membri huwa inqas mill-mira ta' 40 % għall-2030; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid ir-riżultati minħabba l-impatt tal-pandemija tal-Covid-19 u l-pakkett tal-Patt Ekoloġiku;

274.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li nofs is-16-il indikatur marbuta mal-għan tal-"Promozzjoni ta' trasport sostenibbli u t-tneħħija ta' ostakoli fl-infrastrutturi tan-networks ewlenin" mexjin fit-triq it-tajba biex jilħqu l-miri tagħhom; jiddispjaċih li l-Istati Membri naqqsu l-biċċa l-kbira tal-miri għall-2023 fl-aħħar rapport, approvat mill-Kummissjoni, f'xi każijiet b'ammonti konsiderevoli (pereżempju, il-valur tal-mira kkombinat tal-FEŻR u l-FK għall-indikatur "Tul totali tal-linja ferrovjarja l-ġdida" tnaqqas minn 947 km għal 579 km (39 %) u l-valur tal-mira kkombinat tal-FEŻR u l-FK għall-indikatur "It-tul totali ta' linji ġodda jew imtejba tat-tramm u tal-metrò" tnaqqas minn 680 km għal 44 km (35 %));

275.  Itenni t-talba tal-Parlament għall-ħolqien ta' linja baġitarja ġdida għat-Turiżmu, biex jingħata appoġġ lil dan is-settur li ntlaqat severament mill-kriżi tal-COVID-19; jilqa' l-fatt li l-Qorti nediet awditu biex tivvaluta l-proġetti fis-settur tat-turiżmu kofinanzjati b'EUR 6,4 biljun fl-2007-2013 u EUR 4 biljun s'issa fl-2014-2020 bil-flus tal-FEŻR u tal-FK, li se jgħinu fit-titjib tal-politiki tal-UE fil-qasam tat-turiżmu;

276.  Jinnota li sas-sitt sena tal-perjodu ta' programmazzjoni attwali 2014-2020 madwar 31 % biss tal-fondi inizjalment mogħtija kienu rriżultaw f'pagamenti sa Jannar 2020, u dan iqajjem dubju dwar l-implimentazzjoni sħiħa tal-FNE; jistieden lill-Istati Membri jħaffu b'mod sinifikanti l-investimenti u jistieden lill-Kummissjoni żżid il-monitoraġġ tagħha fid-dawl tal-ħtieġa urġenti ta' investiment fl-infrastruttura għall-irkupru rapidu mit-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku relatat mal-COVID-19;

277.  Jisħaq għal darb' oħra li f'dan il-qasam ta' politika l-indikaturi kollha qed ikejlu l-output (prinċipalment jipprovdu data dwar l-implimentazzjoni tal-programm f'termini ta' infrastruttura mibnija) minflok l-eżiti tal-proġetti miksuba; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippjana l-politika sabiex tippermetti valutazzjonijiet regolari u ta' nofs it-terminu tar-riżultati u l-impatti usa' miksuba;

278.  Ifakkar li l-Qorti, fl-awditu tagħha tal-2019, irrimarkat b'mod partikolari dwar in-nuqqas ta' użu tal-FK għall-finanzjament ta' linji ferrovjarji ġodda; jissottolinja l-importanza kbira li jsir investiment f'networks tat-trasport sostenibbli u jistieden lill-Istati Membri li mhumiex qed jagħmlu hekk biżżejjed biex iżidu l-isforzi tagħhom f'dan ir-rigward;

279.  Jissottolinja li fl-awditu riċenti tal-Qorti dwar l-infrastrutturi tat-trasport(83) ġie ddikjarat li x'aktarx in-network ewlieni tat-trasport tal-Unjoni mhux se jilħaq il-kapaċità sħiħa tiegħu sal-2030; barra minn hekk, fl-analiżi panoramika, il-Qorti indikat li peress li l-iskala tal-finanzjament tal-Unjoni hija limitata meta mqabbla mal-ħtiġijiet ġenerali, huwa meħtieġ li ssir enfasi fuq il-prijoritajiet bl-ogħla valur miżjud tal-Unjoni;

280.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa ulterjorment il-mekkaniżmu u l-għodod tagħha li jippermettu s-sensibilizzazzjoni u l-informazzjoni taċ-ċittadini u tal-partijiet ikkonċernati dwar il-proġetti tat-turiżmu u tat-trasport li hija tiffinanzja fil-qafas tal-FEŻR u l-FK;

281.  Huwa tal-fehma li, kif iddikjarat fl-awditu tal-Qorti dwar it-TFIs, il-previżjonijiet tat-traffiku jeħtieġu titjib u koordinazzjoni aħjar; jirrimarka li l-previżjonijiet tat-traffiku għandhom iqisu valutazzjonijiet ekonomiċi sodi, kif ukoll analiżijiet tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji u jiġu riveduti perjodikament biex jitqies id-dewmien possibbli; jisħaq li għandu jiġi evitat ippjanar ħażin, speċjalment fil-qasam tat-tibdil fil-klima u li huwa meħtieġ titjib fil-proċess tal-ippjanar tal-Kummissjoni, b'mod partikolari fl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti fil-qasam tal-protezzjoni ambjentali u l-użu tar-riżorsi;

282.  Jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni, fil-proposta leġiżlattiva tagħha għall-FSIE għall-perjodu 2021-2027, telimina r-rekwiżiti ta' valutazzjoni kollha li huma speċifiċi għal proġetti maġġuri, inkluż ir-rekwiżit tal-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji. Filwaqt dan huwa rikonoxxut li jġib tnaqqis fil-piż amministrattiv ġenerali, dan il-fatt jiġi ssuperat mir-riskju akbar li l-investimenti kofinanzjati ma joffrux l-aħjar valur għall-flus. jistieden bil-qawwa lill-Kummissjoni tevalwa mill-ġdid il-proposta tagħha;

283.  Jilqa' l-fatt li l-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà (EAA) ġie finalment adottat fl-2019, jenfasizza l-importanza tiegħu bħala l-ewwel leġiżlazzjoni dwar din il-kwistjoni fl-Unjoni, jitlob lill-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib il-progress tal-Istati Membri fl-adozzjoni u l-pubblikazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċessi amministrattivi kollha meħtieġa biex jikkonformaw mal-EAA sat-28 ta' Ġunju 2022,

284.  Iqis il-fatt li 3 biss minn 9 indikaturi (33 %) mid-dikjarazzjonijiet tal-programm marbuta mal-għan speċifiku tal-FEŻR – "It-titjib tal-kompetittività tal-SMEs" miexja fit-triq it-tajba biex jilħqu l-miri tagħhom jirrappreżenta prestazzjoni batuta; jenfasizza li dawn it-tliet indikaturi huma relatati mal-output, u jkejlu l-għadd ta' negozji appoġġjati mill-FEŻR, filwaqt li indikaturi oħra, bħal dawk li jkejlu jekk l-investiment privat jaqbilx mal-appoġġ pubbliku għan-negozji u ż-żieda fl-impjiegi fin-negozji appoġġjati, mhumiex miexja fit-triq it-tajba; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippjana l-politika sabiex tippermetti valutazzjonijiet kontinwi u ta' nofs it-terminu xierqa tar-riżultati u l-impatti usa' miksuba, inkluża l-valutazzjoni tal-impatt tal-politiki biex jikkumbattu l-qgħad fit-tul;

285.  Jinnota li l-finanzjament tal-FEŻR intuża flimkien ma' sorsi nazzjonali ta' appoġġ għall-SMEs, jew billi ġew kkomplementati miżuri nazzjonali eżistenti jew billi mtlew lakuni fis-sistema ta' appoġġ; madankollu, sab(84) li s-sinerġiji bejn l-appoġġ tal-FEŻR u l-FSE kienu ġeneralment baxxi, minkejja l-importanza li jiġu salvagwardjati l-impjiegi;

286.  Iqis li fil-kuntest tal-awditu tad-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni tal-Qorti għas-sena 2019, kienu tlestew biss 11 minn 121 proġett kofinanzjati tal-FEŻR u tal-FK li kienu mmexxija minn 12-il Stat Membru; jinnota li 7 proġetti kienu laħqu bis-sħiħ l-għanijiet tagħhom u 2 oħra parzjalment, filwaqt li ż-żewġ proġetti l-oħra ma laħqux dawn l-għanijiet;

287.  Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' informazzjoni ċara dwar il-benefiċjarji finali tal-fondi ta' koeżjoni u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li tinġabar l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-finanzjament tagħha, u li dan m'għandux ikun limitat għall-intermedjarji finanzjarji iżda għandu jiffoka b'mod speċjali fuq il-benefiċjarji finali;

288.  Jisħaq fuq il-potenzjal kbir tar-reġistri pubbliċi tas-sidien benefiċjarji finali introdotti bil-ħames Direttiva kontra l-Ħasil tal-Flus fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, l-użu ħażin tal-fondi tal-Unjoni u l-kunflitt ta' interess; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li d-data dwar is-sjieda benefiċjarja tal-kumpaniji tiġi stabbilita u magħmula disponibbli għall-pubbliku;

289.  Jilqa' l-fatt li fil-qafas tal-miżuri preventivi applikati mill-Kummissjoni, id-DĠ EMPL ikompli japplika politika stretta ta' interruzzjoni u sospensjoni tal-pagamenti biex jippreserva l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; f'dan il-kuntest, jinnota li għall-FSE / YEI u l-FEAD, fl-2019 ġew adottati 12-il deċiżjoni ta' interruzzjoni u deċiżjoni ta' sospensjoni waħda, u li, barra minn hekk, intbagħtu 16-il ittra ta' twissija u ħames ittri ta' qabel is-sospensjoni lill-Istati Membri kkonċernati;

290.  Jinsab imħasseb serjament dwar il-miżuri diskriminatorji meħuda mill-2019 minn diversi gvernijiet lokali Pollakki li adottaw l-hekk imsejħa riżoluzzjonijiet ta' "żona ħielsa mil-LGBTI" jew "Karta Reġjonali tad-Drittijiet tal-Familja" li jiddiskriminaw b'mod partikolari kontra familji b'ġenitur wieħed u familji LGBTI; jinnota li dawn l-awtoritajiet jirċievu u għandhom influwenza fuq il-ġestjoni tal-fondi SIE; Jinsisti fuq il-fatt li, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-użu tal-fondi tal-Unjoni jrid ikun konformi mal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni; jemmen li hemm riskju serju ta' ksur ta' dawn id-dispożizzjonijiet fil-muniċipalitajiet u r-reġjuni msemmija hawn fuq; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-fondi ta' koeżjoni jiġu żborżati f'konformità mad-drittijiet fundamentali minquxa fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni rigward il-fondi SIE; jistieden lill-Kummissjoni twettaq investigazzjoni dwar il-konformità tal-FSIE f'dawn ir-reġjuni mad-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet kontra d-diskriminazzjoni, tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar is-sejbiet ta' din l-investigazzjoni u tagħmel użu minn kull għodda għad-dispożizzjoni tagħha, inklużi korrezzjonijiet finanzjarji, f'każ li ssib evidenza ċara ta' użu ħażin tal-fondi għal dawk ir-raġunijiet;

Prestazzjoni: Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI))

291.  Jieħu nota tal-konklużjoni tal-Kummissjoni li fir-rigward tal-prestazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, il-biċċa l-kbira tal-programmi mexjin lejn il-miri stabbiliti fil-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni, u minkejja d-dewmien fit-tnedija tal-programmi ta' koeżjoni 2014-2020, il-progress issa qed jaċċelera; jinnota, madankollu, li l-Kummissjoni tista' tiddefinixxi konklużjonijiet definittivi dwar il-prestazzjoni biss abbażi ta' evalwazzjonijiet dettaljati wara l-għeluq tal-programmi attwali;

292.  Ifakkar fl-importanza vitali tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u r-rwol essenzjali tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI) biex iħeġġu livell għoli ta' impjieg, il-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità, l-edukazzjoni u t-taħriġ, u l-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali; jenfasizza l-ħtieġa li l-FSE u l-YEI jingħataw l-appoġġ finanzjarju u politiku kontinwu tal-Unjoni, u tal-istituzzjonijiet nazzjonali u reġjonali fl-ilħuq tal-miri tagħhom fis-snin li ġejjin; jieħu nota li għall-FSE, li jirrappreżenta 94,7 % tal-baġit 2019 tad-DĠ EMPL, l-akbar riskju inerenti huwa relatat mal-kumplessità tal-operazzjonijiet u l-attivitajiet iffinanzjati, it-tipoloġija u l-varjetà ta' destinatarji, u l-għadd kbir ta' interventi annwali;

293.  Jinnota li l-Qorti ma għażlitx l-FSE u l-FEAD biex jiġu koperti mill-ewwel rapport annwali tagħha dwar il-prestazzjoni tal-baġit tal-Unjoni fi tmiem l-2019;

294.  Jilqa' s-sejbiet fi ħdan l-Evalwazzjoni tal-Kummissjoni (Frar 2021) tal-appoġġ tal-FSE 2014-2018 għall-impjiegi u l-mobilità tal-forza tax-xogħol, l-inklużjoni soċjali u l-edukazzjoni u t-taħriġ; jinnota b'sodisfazzjon li għall-perjodu 2014-2018, madwar 23 miljun persuna pparteċipaw f'azzjonijiet tal-FSE u li 52 % tal-parteċipanti kienu nisa; jinnota, barra minn hekk, li minn dawk li qed jipparteċipaw, kważi 3,2 miljun persuna diġà sabu impjieg u 3,9 miljun kisbu kwalifika b'suċċess;

295.  Jinnota li sal-2018 kienu ntefqu EUR 10,4 biljun – kemm mill-FSE kif ukoll mill-YEI – li 3,8 miljun persuna taħt l-età ta' 30 sena pparteċipaw fi proġetti ta' appoġġ għall-impjieg taż-żgħażagħ u li 1,4 miljun persuna daħlu f'impjieg immedjatament wara l-parteċipazzjoni;

296.  Jinnota, barra minn hekk, li sal-aħħar tal-2018, ġew investiti EUR 33,8 biljun mill-FSE għall-inklużjoni soċjali u kważi 6,2 miljun persuna kienu pparteċipaw f'azzjonijiet ta' inklużjoni soċjali, u li minnhom kważi 700 000 individwu sabu impjieg, bi kważi 400 000 persuna jiksbu kwalifika;

297.  Jesprimi sodisfazzjon dwar il-fatt li l-introduzzjoni ta' għażliet ta' kostijiet issemplifikati fl-ambitu tal-FSE naqqset il-piż amministrattiv u ffaċilitat l-implimentazzjoni kemm għall-awtoritajiet tal-programm kif ukoll għall-benefiċjarji;

298.  Jinnota li l-EaSI ffinanzja 44 proġett permezz ta' ħames sejħiet għal proposti għal EUR 29,3 miljun fl-ambitu tal-programm ta' ħidma tiegħu għall-2019; jieħu nota tal-fatt li f'Ottubru 2019, id-DĠ EMPL iffirma l-ewwel sottoskrizzjoni tal-ishma fl-Istrument Iffinanzjat mill-EaSI, li jirrappreżenta fond ta' self ta' EUR 200 miljun biex jappoġġja s-self lill-mikrointrapriżi u lill-intrapriżi soċjali;

299.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jkomplu jiżdiedu r-riżorsi fil-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) biex ikunu possibbli l-inklużjoni fis-suq tax-xogħol u t-taħriġ adattat, peress li l-kriżi tal-COVID-19 laqtet l-impjieg tan-nisa b'mod sproporzjonat, b'mod partikolari n-nisa li jaħdmu fl-ekonomija informali u b'kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji, u f'setturi milquta sew bi proporzjoni għoli ħafna ta' ħaddiema nisa.

300.  Jinnota li, bħala medja, aktar minn persuna waħda minn kull ħamsa u wieħed minn kull erbat itfal għadhom f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali fl-Unjoni; ifakkar fl-impenn tal-Unjoni li tipprovdi appoġġ għall-persuni l-aktar fil-bżonn permezz tal-FEAD, filwaqt li ttaffi l-agħar forom ta' faqar fl-Unjoni, bħall-privazzjoni tal-ikel, il-problema ta' persuni mingħajr dar, u l-faqar fost it-tfal; jinnota li madwar 13-il miljun persuna, inklużi madwar 4 miljun tifel u tifla taħt l-età ta' 15-il sena, jiġu appoġġjati mill-FEAD kull sena;

Rakkomandazzjonijiet

301.  Jistieden lill-Kummissjoni:

   tagħti segwitu għall-allegazzjoni ta' frodi rigward l-għoti ta' skop ġdid liċ-ċentri ta' taħriġ vokazzjonali; tanalizza jekk jeżistux problemi simili fi Stati Membri oħra rigward l-għoti ta' skop ġdid lil proġetti ta' infrastruttura kofinanzjati mill-Unjoni;
   tinforma fil-pront lill-awtorità ta' kwittanza dwar is-sejbiet tagħha u dwar azzjoni ulterjuri potenzjali wara din l-analiżi;
   twettaq analiżi bir-reqqa dwar ir-regoli nazzjonali differenti dwar id-durabbiltà tal-investimenti fl-infrastruttura u l-għoti ta' skop ġdid prematur u tikkondividi din l-analiżi mal-awtorità ta' kwittanza;
   tinkoraġġixxi lill-Istati Membri joħolqu leġiżlazzjoni nazzjonali dwar perjodi adegwati ta' durabbiltà lil hinn mir-rekwiżiti minimi kif diġà jeżistu f'ħafna Stati Membri;
   tiżgura li s-sostenibbiltà tal-investimenti tkun garantita għal perjodu itwal;

Riżorsi naturali

302.  Jinnota li l-pagamenti għal "Riżorsi naturali" ammontaw għal EUR 59,5 biljun u ġew żburżati permezz tal-programmi u l-politiki li ġejjin:

   Pagamenti diretti fil-qafas tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG), sa 69,5 % jew EUR 41,4 biljun;
   Nefqa relatata mas-suq fil-qafas tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG), sa 4,0 % jew EUR 2,4 biljun;
   Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), sa 23,9 % jew EUR 14,2-il biljun;
   Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS), sa 1,4 % jew EUR 0,8 biljun;
   Programmi oħra, sa 1,2 % jew EUR 0,7 biljun;

303.  Iqis l-eżistenza ta' żewġ settijiet prinċipali ta' indikaturi intenzjonati biex jimmonitorjaw il-prestazzjoni tal-PAK, it-tnejn li huma bbażati primarjament fuq ir-rappurtar tal-Istati Membri u fuq id-data miġbura mill-Eurostat:

   il-"Qafas komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni" (CMEF) fih 210 indikaturi: 45 indikatur tal-kuntest, 84 indikatur tal-output, 41 indikatur tar-riżultati, 24 indikatur tal-miri, u 16-il indikatur tal-impatt;
   id-dikjarazzjonijiet tal-programmi tal-PAK fihom 63 indikatur, li fil-biċċa l-kbira huma meħudin mis-CMEF: 6 huma maħsuba biex ikejlu l-impatti relatati mat-tliet għanijiet ġenerali, il-bqija huma indikaturi tal-output/tal-input, tar-riżultat u tal-impatt relatati mal-għanijiet speċifiċi;

304.  Jilqa' s-sejba tal-Qorti li l-pagamenti diretti tal-FAEG, li jirrappreżentaw 70 % tal-infiq fil-qafas tar-riżorsi naturali, jibqgħu ħielsa minn żbalji materjali u l-livell ta' żball stmat għall-kapitolu kollu huwa taħt is-soll ta' materjalità, li juri l-effikaċja tal-pjanijiet ta' azzjoni korrettiva li l-Istati Membri implimentaw fis-snin preċedenti;

305.  Jinnota li għaż-żewġ fondi tal-PAK, it-tnaqqis kontinwu fir-rati ta' żbalji huwa dovut għas-sistemi effiċjenti ta' ġestjoni u kontroll applikati, b'mod partikolari s-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll (IACS);

306.  Huwa sodisfatt li l-livell tan-nefqa fuq il-pagamenti diretti, meta mqabbel mal-limiti massimi netti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013, ilu li laħaq 99 % mill-2017; jinnota li, għall-FAEŻR, l-eżekuzzjoni kienet laħqet rata sodisfaċenti b'medja ta' 50 % tal-pakkett totali sa tmiem l-2019; jitlob lill-Kummissjoni tippubblika n-nefqa fuq il-pagamenti diretti u l-livell ta' użu ta' fondi mill-FAEŻR għal kull Stat Membru;

307.  Jisħaq fuq il-fatt li l-allokazzjonijiet żbaljati tal-fondi tal-PAK, b'mod partikolari l-pagamenti diretti, iwasslu għal effetti distributtivi mhux mixtieqa, bħall-konċentrazzjoni ta' sussidji għall-ftit, kapitalizzazzjoni fil-prezz tal-art agrikola u l-mġiba rent-seeking minn "investituri ekoloġiċi" finanzjarji li jqisu l-pagamenti diretti bħala dividendi attraenti fuq art agrikola u b'hekk jgħollu l-prezz tal-art għad-detriment tal-bdiewa attivi żgħar u ta' daqs medju; jiddispjaċih li r-regoli attwali tal-PAK jippermettu tali distribuzzjoni legali iżda mhux mixtieqa u jissottolinja l-ħtieġa urġenti ta' limiti massimi effettivi u infurzabbli definiti għall-persuni fiżiċi li jillimitaw dawn l-effetti mhux mixtieqa għall-PAK 2021-2027; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw il-proposti rispettivi mressqa mill-Parlament;

308.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu eliminati piżijiet amministrattivi żejda, b'mod partikolari fil-kuntest tal-QFP li jmiss, li jfixklu l-implimentazzjoni tal-investimenti permezz tal-PAK, u l-ħtieġa li jiġu ssemplifikati kemm jista' jkun l-obbligi li jirriżultaw mill-arkitettura ekoloġika l-ġdida;

309.  Jisħaq li s-sistema attwali ta' kontrolli u awditi tal-PAK tat prova tal-effiċjenza kbira biex tiżgura l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, l-istabbiltà regolatorja u t-trattament indaqs fost il-bdiewa u benefiċjarji oħra; jenfasizza li l-implimentazzjoni xierqa tal-interventi tal-PAK hija strettament relatata mal-konformità tal-benefiċjarji mal-impenji stabbiliti fil-livell tal-Unjoni;

310.  Jinsab imħasseb li ż-żieda fil-flessibbiltà proposta skont il-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni, u li għandha tingħata lill-Istati Membri għat-tfassil tas-sistema u r-regoli ta' kontroll nazzjonali tagħhom stess, tista' twassal għal diverġenza fil-prattiki nazzjonali u taggrava l-użu ħażin u l-abbuż tal-fondi tal-Unjoni, u għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni tevita r-"rinazzjonalizzazzjoni" tal-PAK; jinsab imħasseb ħafna wkoll dwar il-fatt li dan il-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni jista' ma jikkontribwixxix la f'termini ta' semplifikazzjoni u lanqas f'termini ta' prestazzjoni tal-PAK, u jista' jqiegħed f'riskju t-trattament indaqs tal-bdiewa u tal-Istati Membri; iqis, barra minn hekk, li dan jista' jwassal għal kumplessità addizzjonali u tnaqqis akbar tal-pagamenti relatati ma' ppjanar baġitarju inadegwat u piż amministrattiv ulterjuri, u b'hekk ipoġġi f'riskju l-kredibbiltà finanzjarja tal-PAK; jemmen, għalhekk, li għandhom jiġu introdotti salvagwardji suffiċjenti biex tiġi żgurata r-robustezza tal-mudell tal-implimentazzjoni tal-PAK f'termini ta' ġestjoni finanzjarja;

311.  Jinsab imħasseb, fl-istess ħin, dwar il-fatt li r-rekwiżiti l-ġodda għall-biedja sostenibbli, b'mod partikolari fir-rigward tal-għanijiet klimatiċi u ambjentali għall-2030, flimkien mat-tnaqqis fil-baġit globali tal-PAK għall-2021-2027, jistgħu jfixklu l-implimentazzjoni tal-baġit fil-qafas tal-FAEŻR, speċjalment fil-perjodu bikri tal-implimentazzjoni tiegħu, u jirriskjaw li jagħmlu ħsara lill-profittabbiltà, b'mod partikolari, għall-farms żgħar; jenfasizza li l-introduzzjoni ta' rekwiżiti ġodda tal-PAK trid tkun akkumpanjata minn finanzjament adegwat fil-livell tal-Unjoni;

312.  Jirrimarka li, is-sena l-oħra, is-settur agrikolu kien affettwat b'mod partikolari mit-tifqigħa tal-COVID-19, u dan żied ir-riskju ta' instabbiltà fl-introjtu bażiku tal-bdiewa; għalhekk, fis-snin li ġejjin, iqis li għandha ssir enfasi partikolari fuq il-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni tal-PAK biex tiġi żgurata r-regolarità tal-pagamenti lill-benefiċjarji finali tal-PAK;

313.  Iwissi li l-infiq tal-PAK pubbliku jirriskja li jiġi perċepit ħażin mill-kontribwenti Ewropej jekk l-istess liġijiet ambjentali u tas-sikurezza tal-ikel fis-seħħ fl-Unjoni ma jkunux japplikaw għal prodotti importati minn pajjiżi terzi; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel rieżami tat-tħaddim tal-klawżoli ta' salvagwardja fil-ftehimiet kummerċjali biex tiffaċilita u testendi l-applikazzjoni tagħhom lil hinn mis-sitwazzjonijiet tas-suq temporanji;

314.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tissorvelja mill-qrib il-ftehimiet kummerċjali attwali u futuri ma' pajjiżi terzi fir-rigward tas-sikurezza tal-ikel u l-istandards ambjentali u dawk tat-trattament xieraq tal-annimali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li jkun hemm kapitolu ta' sostenibbiltà b'saħħtu fil-ftehimiet kummerċjali kollha u li s-sħab kummerċjali jikkonformaw bis-sħiħ mar-rekwiżiti previsti fihom; jinnota l-ħtieġa ta' kundizzjonijiet ekwivalenti f'termini ta' standards ambjentali u trattament xieraq tal-annimali, u jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa ulterjorment il-leġiżlazzjoni dwar id-diliġenza dovuta fil-katina tal-provvista biex tiżgura li l-istandards fl-agrikoltura tal-Unjoni ma jiġux imminati jew kompromessi;

315.  Itenni t-tħassib qawwi tiegħu dwar il-fatt li r-riżerva għal raġunijiet reputazzjonali, legali, finanzjarji u istituzzjonali relatati ma' riskji sinifikanti ta' sigurtà identifikati fil-manutenzjoni u t-tħaddim tas-sistema tar-Reġistru tal-Unjoni tal-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta' Emissjonijiet, kif irrappurtat fir-RAA mill-2010 u kif ikkonfermat mill-aħħar eżerċizzju ta' valutazzjoni tar-riskju, hija ripetuta fir-RAA tad-DĠ Azzjoni Klimatika għall-2019; jiddeplora d-durata anomali ta' din ir-riżerva; jistieden lill-Kummissjoni ssolvi l-problema malajr;

316.  Jisħaq li d-DĠ Azzjoni Klimatika u d-DĠ Baġit jimmonitorjaw il-mira tal-20 % marbuta mal-integrazzjoni tal-aspetti klimatiċi fil-QFP, u li d-DĠ Azzjoni Klimatika jappoġġja direttorati ġenerali oħra fl-integrazzjoni tad-dimensjoni klimatika fl-attivitajiet tagħhom; jilqa' l-fatt li 20,9 % tal-baġit tal-Unjoni għall-2019 intefaq fuq attivitajiet relatati mal-klima, iżda jiddispjaċih li ġie stmat li x-xejra se twassal biss għal 19,7 % għall-perjodu attwali tal-QFP;

317.  Jinnota li, fl-2019, il-baġit tad-DĠ Saħħa u Sikurezza Alimentari fl-oqsma ta' politika tiegħu ammonta għal EUR 502,85 miljun u kellu 772 membru tal-persunal; jirrimarka li r-rati ta' implimentazzjoni tal-impenji u tal-pagamenti laħqu 95,85 % u 94,63 %, rispettivament;

Sejbiet tal-Qorti

318.  Ifakkar li l-Politika Agrikola Komuni (PAK) tirrappreżenta 98 % tal-infiq fuq "riżorsi naturali"; jinnota li billi jqis il-livell ta' żball stmat mill-Qorti (1,9 %), il-livell ta' żball huwa taħt il-materjalità għal "riżorsi naturali"; jinnota li l-pagamenti diretti, li jirrappreżentaw 70 % tan-nefqa fuq "ir-riżorsi naturali", kienu ferm taħt is-soll ta' materjalità;

319.  Jinnota l-evoluzzjoni pożittiva għall-qasam ta' politika "riżorsi naturali", li tkompli x-xejra 'l isfel tagħha bi tnaqqis ulterjuri tal-livell kumplessiv ta' żball stabbilit mill-Qorti għal livell ta' żball stmat ta' 1,9 %, taħt is-soll ta' materjalità; jilqa' l-fatt li r-rata ta' żball stabbilita mill-Qorti taqbel kważi għalkollox mar-rata ġenerali ta' żball għall-PAK mogħtija fir-rapport annwali tal-attività tad-DĠ AGRI għall-2019;

320.  Jinnota li mill-251 tranżazzjoni eżaminati mill-Qorti, 44 (18 %) kien fihom żbalji filwaqt li 207 (82 %) ma kienx fihom żbalji; jinnota l-fatt li, bħal fis-snin ta' qabel, 70 % tal-iżbalji kienu magħmula minn "Benefiċjarju/attività/proġett/nefqa ineliġibbli";

321.  Jinnota li mill-136 tranżazzjoni ta' żvilupp rurali, 114 ma kinux affettwati minn żball, 5 każijiet ta' żball kellhom impatt li jaqbeż l-20 % u 15-il tranżazzjoni kien fihom żbalji taħt l-20 % tal-ammont eżaminat, żewġ pagamenti kellhom kwistjonijiet ta' konformità mingħajr impatt finanzjarju;

322.  Jinnota li mit-68 pagament għal proġetti ta' investiment, bħall-modernizzazzjoni tal-farms, l-appoġġ għal servizzi bażiċi u t-tiġdid tal-irħula f'żoni rurali, l-investimenti fil-ġestjoni tal-foresti, u l-appoġġ għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità, 9 kienu affettwati minn żbalji, inklużi żewġ każijiet fejn il-benefiċjarju u/jew il-proġett ma kinux issodisfaw il-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà;

323.  Jinnota li mit-68 pagament għall-iżvilupp rurali bbażati fuq iż-żona jew l-għadd ta' annimali ddikjarati mill-bdiewa, u fuq ir-rekwiżiti għall-konformità ma' kriterji ambjentali u relatati mal-klima, 8 tranżazzjonijiet kienu affettwati minn żbalji żgħar taħt il-5 % tal-ammont eżaminat, każ wieħed ta' żball li jaffettwa bejn 5 % u 20 % tal-ammont eżaminat, f'żewġ każijiet oħra l-benefiċjarji kisru l-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà relatati mal-ambjent u mal-klima, li wasslu għal żbalji li jaqbżu l-20 % tal-ammont eżaminat fiż-żewġ każijiet;

324.  Josserva li n-nefqa b'riskju għoli kienet tikkonċerna prinċipalment pagamenti bbażati fuq rimborżi, pereżempju fl-oqsma tal-koeżjoni u l-iżvilupp rurali, fejn l-infiq tal-Unjoni huwa ġestit mill-Istati Membri; jifhem li n-nefqa b'riskju għoli hija ħafna drabi soġġetta għal regoli u kriterji ta' eliġibbiltà kumplessi;

325.  Jinnota bi tħassib kbir li minn 14-il tranżazzjoni li jikkonċernaw miżuri tas-suq, f'5 każijiet (36 %) l-aġenziji tal-pagamenti kienu rrimborżaw l-ispejjeż ineliġibbli, inklużi 3 każijiet ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli ta' eliġibbiltà li wasslu għal żbalji li jaqbżu l-20 % tal-ammont eżaminat;

326.  Jinnota bi tħassib kbir li minn 6 tranżazzjonijiet li jikkonċernaw is-sajd, l-ambjent u l-azzjoni klimatika, 2 proġetti (33 %) kellhom elementi ineliġibbli fl-ispejjeż rimborżati;

327.  Iqis it-trasparenza bħala element essenzjali biex tinżamm jew tinkiseb il-fiduċja taċ-ċittadini/tal-kontribwenti kif ukoll ir-reputazzjoni tal-PAK; jinnota l-konklużjonijiet preokkupanti tal-Qorti, tal-Ombudsman u bosta appelli għal titjib mill-awtorità ta' kwittanza dwar il-korruzzjoni u n-nuqqas ta' trasparenza; jinnota l-progress limitat li sar mill-Kummissjoni; jisħaq li l-għodda tal-estrazzjoni tad-data Arachne sservi mhux ħażin għas-soluzzjoni ta' dawn il-problemi, iżda mhux għalkollox, u li għandha tiġi żviluppata aktar billi jiżdiedu għodod diġitali oħra biex tgħin lill-Kummissjoni twettaq kontrolli effiċjenti; jappoġġja r-rakkomandazzjoni tal-Qorti biex tiġi kondiviża l-aħjar prattika fl-użu ta' Arachne biex ikompli jiġi mħeġġeġ l-użu tagħha mill-aġenziji tal-pagamenti; jiddispjaċih serjament li s-sistema Arachne ma tintużax mill-Istati kollha u jittama li jittieħdu inizjattivi f'din id-direzzjoni. jisħaq li l-Kummissjoni tuża l-Arachne bħala bażi ta' data komuni u tippromwovi bil-qawwa l-użu tagħha mill-Istati Membri kollha;

328.  Jilqa' s-sejba tal-Qorti fir-Rapport Speċjali Nru 18/2019(85) li r-rapportar tad-data tal-Unjoni dwar l-emissjonijiet ta' gassijiet serra huwa konformi mar-rekwiżiti internazzjonali u li l-inventarji tal-emissjonijiet tjiebu maż-żmien; jenfasizza li huwa meħtieġ għarfien aħjar f'setturi bħall-agrikoltura u l-forestrija; jistieden lill-Kummissjoni tqis it-titjib ulterjuri ssuġġerit fir-rappurtar ta' kif il-politiki ta' mitigazzjoni tal-Unjoni u dawk nazzjonali jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-miri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet;

329.  Jinnota li, fir-RAA tiegħu tal-2019, id-DĠ Saħħa u Sikurezza Alimentari ppreżenta rata medja tal-iżball residwu ta' 0,4 %, li hija ferm taħt is-soll ta' materjalità ta' 2 %;

330.  Jinnota li s-sehem tal-pagamenti relatati mal-ġestjoni tal-għotjiet li saru fil-ħin mid-DĠ Saħħa u Sikurezza Alimentari rkupra għal 92 % fl-2019 (83 % fl-2018) għalkemm għadu taħt il-mira ta' 95 %;

331.  Jindika l-isfidi li r-RAA tad-DĠ Saħħa u Sikurezza Alimentari identifika għal darb'oħra fl-implimentazzjoni tal-Qafas Finanzjarju Komuni fil-Qasam tal-Katina Alimentari; jinnota li n-nuqqas ta' faċilità ta' riżerva għall-kriżijiet ifisser li sitwazzjonijiet ta' emerġenza jirrikjedu riallokazzjonijiet ta' fondi minn attivitajiet importanti oħra filwaqt li ma hemm l-ebda metodu ta' valutazzjoni stabbilit għall-annimali, il-pjanti u l-prodotti li jeħtieġ li jinqatlu jew jinqerdu matul il-miżuri ta' trażżin tal-mard;

Regolarità tal-infiq tal-PAK

332.  Jinnota l-opinjoni tal-Qorti li l-espansjoni tal-2015 tar-rwol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni biex jipprovdu opinjoni dwar ir-regolarità tan-nefqa kienet żvilupp pożittiv, kif ukoll ir-rikonoxximent tal-Qorti li identifikat xi oqsma li fihom hemm lok għal titjib ulterjuri, simili fit-tip għal dawk identifikati mill-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri neċessarji biex tegħleb il-limitazzjonijiet fl-affidabbiltà tar-riżultati tal-ħidma mwettqa mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni, minħabba dgħufijiet identifikati mill-Kummissjoni u mill-Qorti f'uħud mill-kontrolli u metodoloġiji ta' kampjunar tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni;

333.  Jiddispjaċih li l-Qorti ma tistax tinkludi fil-ħidma tagħha analiżi għar-raġunijiet għal dawn id-dgħufijiet persistenti li identifikat fl-Istati Membri; jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni żaret il-korpi taċ-ċertifikazzjoni kollha biex tirrieżamina l-ħidma tagħhom dwar il-legalità u l-irregolarità u biex tgħinhom itejbu l-ħidma tagħhom sa tmiem l-2019, iżda jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma setgħetx tikkontribwixxi għarfien sinifikanti dwar ir-raġunijiet jew kwalunkwe differenza speċifika għall-pajjiż bejn il-korpi taċ-ċertifikazzjoni tal-Istati Membri; jiddispjaċih li dan in-nuqqas ta' informazzjoni dwar ir-raġunijiet li huma l-bażi ta' dawn id-dgħufijiet sistemiċi u persistenti f'ċerti korpi taċ-ċertifikazzjoni jimpedixxi l-indirizzar u r-riżoluzzjoni ta' tali problemi b'mod effiċjenti u effettiv; jistieden lill-Kummissjoni tanalizza s-sorsi ewlenin ta' żbalji mhux identifikati u tiżviluppa l-miżuri meħtieġa flimkien mal-awtoritajiet tal-awditjar biex ittejjeb l-affidabbiltà tar-rati residwi rrappurtati, b'mod partikolari fid-dawl tal-mudell tal-implimentazzjoni l-ġdid tal-PAK, li fih il-korpi taċ-ċertifikazzjoni se jkollhom rwol aktar prominenti; jistieden lill-Kummissjoni tiffoka aktar fuq l-affidabbiltà tar-riżultati li jipprovdu;

334.  Jirrimarka li d-DĠ AGRI stima li r-riskju fil-pagament huwa ta' madwar 1,9 % għall-infiq tal-PAK kollu kemm hu fl-2019, bir-riskju fil-pagament ikun ta' madwar 1,6 % għall-pagamenti diretti, 2,7 % għall-iżvilupp rurali u 2,8 % għall-miżuri tas-suq;

335.  Jinnota li fl-2019, id-DĠ Ambjent kellu baġit ta' EUR 505,58 miljun u 476 membru tal-persunal; jirrimarka li r-rati ta' implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament kienu t-tnejn ogħla minn 99 % fi tmiem is-sena;

336.  Jilqa' s-sehem imnaqqas ta' pagamenti eżegwiti mid-DĠ Ambjent li qabżu l-iskadenzi legali fl-2019 (3,23 % meta mqabbla ma' 8,20 % fl-2018);

337.  Jinnota li r-RAA tad-DĠ Ambjent għall-2019 juri rata medja tal-iżball residwu ta' 0,80 %, li hija taħt is-soll ta' materjalità ta' 2 %;

338.  Jinnota li fl-2019, id-DĠ Azzjoni Klimatika kien iġġestixxa EUR 140,3 miljun taħt it-titolu "Azzjoni klimatika" tal-baġit tal-Unjoni, u kellu madwar 225 membru tal-persunal; jirrimarka li r-rati ta' implimentazzjoni tal-impenji u tal-pagamenti laħqu 99,98 % u 96,41 %, rispettivament;

339.  Jinnota li 1,59 % tal-pagamenti kollha tad-DĠ Azzjoni Klimatika fl-2019 saru f'dati aktar tard mill-iskadenzi legali;

Politiki u proċeduri kontra l-frodi fil-PAK

340.  Jissottolinja li l-frodi hija att jew ommissjoni mwettqa b'intenzjoni ta' qerq li jirriżulta f'pagamenti mhux dovuti.

341.  Jieħu nota tal-metodoloġija tal-Qorti biex tivverifika jekk it-tranżazzjonijiet awditjati humiex ħielsa minn irregolarità materjali, kemm jekk minħabba frodi kif ukoll jekk minħabba żball mhux intenzjonat, filwaqt li jfakkar li kull sena hija tidentifika każijiet ta' frodi suspettati fl-infiq tal-PAK, bir-riskju li l-frodi jkollha impatt materjali akbar għal pagamenti ta' appoġġ għas-suq, investimenti għall-iżvilupp rurali u pagamenti oħra, li ġeneralment ikunu soġġetti għal kofinanzjament ibbażat fuq rimborżi;

342.  Ifakkar li peress li l-PAK jaqa' taħt ġestjoni kondiviża, kemm il-Kummissjoni kif ukoll l-Istati Membri huma responsabbli għall-indirizzar tal-kwistjonijiet relatati mal-frodi. min-naħa tal-Kummissjoni, jieħu nota tal-fatt li d-DĠ AGRI jipprovdi taħriġ u gwida dwar ir-riskji ta' frodi għall-korpi ta' ġestjoni u kontroll tal-Istati Membri, filwaqt li OLAF jinvestiga każijiet ta' frodi suspettati b'kooperazzjoni ma' korpi investigattivi nazzjonali;

343.  Jieħu nota tal-fatt li d-DĠ AGRI adotta l-Istrateġija għall-Ġlieda kontra l-Frodi aġġornata tiegħu fl-20 ta' Ottubru 2020;

Allokazzjoni ekwa tal-PAK

344.  Jinsisti li l-introjti ta' farms pjuttost kbar mhux neċessarjament jeħtieġu l-istess livell ta' appoġġ għall-istabbilizzazzjoni tal-introjti tal-farms bħall-dawk iżgħar fi żminijiet ta' kriżi tal-volatilità tal-introjtu, peress li dawn jistgħu jibbenefikaw mill-ekonomiji ta' skala potenzjali li x'aktarx huma reżiljenti; jemmen li l-Kummissjoni għandha tieħu miżuri biex tiżgura li l-fondi tal-PAK jitqassmu b'mod ponderat, b'tali mod li l-pagamenti għal kull ettaru jkunu inversament proporzjonali għad-daqs tal-azjenda agrikola/farm(86);

345.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-PAK tkun allokata b'mod ġust lill-bdiewa attivi u li ma tirriżultax fi ftehimiet dwar l-art li jkunu ta' benefiċċju għal grupp magħżul ta' persuni b'informazzjoni privileġġata politika li spiss jissejħu "l-oligarki"; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel rendikont tal-ksur, iċ-ċirkomvenzjonijiet u l-konsegwenzi mhux intenzjonati tar-regoli attwali dwar l-allokazzjoni tal-PAK; jinnota l-importanza ta' sistema ta' governanza trasparenti u b'saħħitha u jistieden ukoll lill-Kummissjoni żżid l-isforzi biex tipprevjeni u tidentifika l-frodi(87);

Kunflitt ta' interessi, ħtif tal-art u konċentrazzjoni tal-art

346.  Jinnota bi tħassib id-data tal-Kummissjoni għad-distribuzzjoni tal-pagamenti diretti skont il-klassi tal-pagamenti fl-2019 li turi li l-akbar sehem tal-pakkett tal-pagamenti diretti (58 %) imur għal 15 % tal-benefiċjarji kollha, filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-benefiċjarji (75 %) jirrappreżentaw sehem saħansitra iżgħar tal-pagamenti diretti (15 %) miż-0,5 % tal-benefiċjarji kollha li jirċievu aktar minn EUR 100 000, li jikkorrispondi għal 16,3 % tal-pakkett totali tal-pagamenti diretti;

347.  Jinsab imħasseb serjament li s-sussidji tal-PAK jinċentivaw azjendi agrikoli, investituri, fondi spekulattivi, fondazzjonijiet u individwi sinjuri ħafna biex jakkumulaw l-artijiet, u dan iwassal għal żieda ulterjuri fil-konċentrazzjoni tas-sjieda tal-art; jinnota bi tħassib kbir li dan jgħolli l-prezz tal-art agrikola u jagħmilha dejjem aktar diffiċli għall-bdiewa żgħar u ta' daqs medju biex jakkwistaw l-art; itenni b'enfasi kbira li s-sussidji agrikoli mhumiex maħsuba biex ikunu redditi sikuri għall-investimenti ekoloġiċi;

348.  Itenni t-talba tiegħu għall-introduzzjoni ta' ammonti massimi ta' pagamenti li persuna fiżika waħda tista' tirċievi mill-ewwel u t-tieni pilastru tal-PAK; huwa tal-fehma li l-ammonti massimi li huma definiti għal persuni fiżiċi huma ħafna aktar diffiċli biex jiġu evitati minn limiti massimi għal persuni ġuridiċi; ifakkar li l-benefiċjarji jistgħu jaqsmu b'mod artifiċjali l-kumpaniji tagħhom jew joħolqu kumpaniji addizzjonali li kollha jistgħu jirċievu l-ammont massimu ta' finanzjament, u b'hekk jevitaw limitu definit għal kull persuna ġuridika; jilqa' l-intenzjonijiet tal-proposta li l-kumpaniji kollha li jappartjenu għall-istess grupp jingħaddu bħala benefiċjarju wieħed, iżda huwa tal-fehma li dan mhuwiex biżżejjed: strutturi ta' kumpaniji opaki u kumplessi ħafna li spiss jinvolvu entitajiet f'diversi Stati Membri u/jew pajjiżi terzi jagħmluha diffiċli ħafna li jiġi żgurat li l-kumpaniji kollha li jappartjenu għall-istess grupp jiġu identifikati bħala tali u fil-fatt jiġu ttrattati bħala benefiċjarju wieħed;

349.  Itenni t-tħassib tiegħu li s-sussidji tal-PAK ikomplu jinċentivaw il-ħtif tal-art minn strutturi kriminali u oligarkiċi; itenni l-appell urġenti tiegħu lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi mekkaniżmu ta' lmenti għall-bdiewa u l-SMEs li jiffaċċjaw ħtif tal-art, imġiba ħażina serja mill-awtoritajiet nazzjonali, trattament irregolari jew preġudikat fl-offerti jew id-distribuzzjoni ta' sussidji, pressjoni jew intimidazzjoni minn strutturi kriminali, kriminalità organizzata jew strutturi oligarkiċi, persuni li jkunu soġġetti għal xogħol sfurzat jew skjavitù jew ksur serju ieħor tad-drittijiet fundamentali tagħhom sabiex jressqu lment direttament lill-Kummissjoni; jilqa' l-fatt li mekkaniżmu ta' lmenti bħal dan ġie propost għar-regolament il-ġdid tal-PAK;

350.  Jinnota li l-awditi tad-DĠ AGRI fl-2017 u l-2019 identifikaw dgħufijiet fil-funzjonament tas-Sistema ta' Identifikazzjoni tal-Irqajja' tal-Art, l-Applikazzjoni ta' Għajnuna Ġeospazjali, il-kwalità tal-kontrolli fuq il-post, kif ukoll dewmien eċċessiv fl-ipproċessar tal-pagamenti, b'mod partikolari għal talbiet li jikkoinċidu; jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni interrompiet il-pagamenti u poġġiet l-aġenzija tal-pagamenti taħt prova; jinnota li d-dgħufijiet fis-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tal-aġenzija tal-pagamenti qed jiġu indirizzati fi pjan ta' azzjoni mitlub mid-DĠ AGRI u msaħħaħ fl-2019; jinnota li l-ammont f'riskju huwa ta' EUR 3,271 miljun għall-pagamenti diretti u EUR 21,596 miljun għall-iżvilupp rurali u li l-proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità għadha għaddejja;

351.  Jinsab imħasseb serjament dwar ir-rapport reċenti ppubblikat mill-Uffiċċju Suprem tal-Kontroll Slovakk rigward il-ħidma tal-Aġenzija tal-Pagamenti għall-Agrikoltura Slovakka, li kkonkluda n-nuqqas ta' trasparenza fil-ġestjoni tas-sussidji diretti kif ukoll tal-kontroll sistematiku tal-applikanti u tad-destinatarji tas-sussidji(88); jinsab imħasseb dwar il-limitazzjonijiet fl-affidabbiltà tar-riżultati tal-ħidma mwettqa mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni, minħabba nuqqasijiet li l-Qorti identifikat f'xi kontrolli u metodoloġiji ta' kampjunar tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni;

352.  Jinnota li l-OLAF għalaq tliet investigazzjonijiet amministrattivi fl-2020 dwar l-użu ħażin possibbli tal-fondi tal-Unjoni għall-agrikoltura fis-Slovakkja fir-rigward ta' applikazzjonijiet għal pagamenti diretti li saru bejn l-2013 u l-2019; jiddispjaċih li kumpanija nstabet li intenzjonalment talbet pagamenti mill-Unjoni fuq art ineliġibbli, li prinċipalment intużat għal attività mhux agrikola; iqis li huwa allarmanti li l-OLAF identifika wkoll li ċerti żoni li għalihom kienu ilhom isiru talbiet għal snin twal minn xi kumpaniji fil-fatt ma kinux koperti minn kuntratti ta' kiri legalment validi;

353.  Jinnota wkoll li l-investigazzjonijiet tal-OLAF kixfu diversi dgħufijiet fis-sistema ta' kontroll u ġestjoni għall-pagamenti diretti fis-Slovakkja; jiddispjaċih li hemm biss kontrolli limitati ħafna dwar jekk ir-rimi tal-art mill-applikanti huwiex legali u li l-verifiki huma limitati għal talbiet li jikkoinċidu; jinnota s-sejba tal-OLAF li l-proċeduri ta' verifika interni adottati mill-awtorità nazzjonali Slovakka inkarigata mill-ġestjoni tal-art agrikola taħt sjieda tal-Istat jew art mingħajr sid privat magħruf għandhom jittejbu fir-rigward tat-trasparenza u ċ-ċertezza legali tagħha; jinnota li b'riżultat tan-nuqqasijiet fil-proċessi ta' verifika, l-OLAF iqis li l-pagamenti żejda jistgħu jammontaw għal aktar minn miljun euro;

354.  Jibqa' mħasseb serjament dwar rapporti dwar fondi agrikoli li jispiċċaw fil-bwiet tal-mexxejja awtokrati u l-ħbieb tagħhom; itenni li dan jirrappreżenta inġustizzja gravi lejn il-kontribwenti tal-UE u partikolarment lejn il-bdiewa żgħar u l-komunitajiet rurali; jisħaq li l-qerda tal-korruzzjoni u l-frodi għandha tkun parti integrali tal-PAK;

355.  Jissottolinja li, minħabba l-problemi mifruxa ta' kunflitt ta' interessi fid-distribuzzjoni tal-fondi agrikoli tal-Unjoni, mhuwiex mixtieq li l-membri tal-Kunsill Ewropew, il-ministri tal-agrikoltura, il-funzjonarji, jew il-membri tal-familja tagħhom ikunu qed jieħdu deċiżjonijiet dwar l-appoġġ għall-introjtu;

356.  Jinsab sorpriż mill-evalwazzjoni tal-Kummissjoni li skontha l-ministru agrikolu Ċek mhuwiex f'sitwazzjoni ta' kunflitt ta' interess minkejja li rċieva ammonti sostanzjali ta' sussidji mill-PAK meta kien responsabbli għall-programmazzjoni tal-programmi agrikoli fil-qafas tal-PAK; jikkritika l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni apparentement differenti tal-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi rapport komprensiv li jixħet dawl fuq jekk attwalment qed isirux awditi fuq kwalunkwe membru tal-gvern fi kwalunkwe Stat Membru, u tipprovdi ħarsa ġenerali dwar liema membri tal-gvernijiet fl-Istati Membri kollha jirċievu sussidji mill-PAK u/jew mill-fondi ta' koeżjoni;

357.  Jindika studju reċenti offrut lill-Awtorità ta' Kwittanza dwar l-identifikazzjoni tal-benefiċjarji diretti u finali tal-infiq tal-PAK(89); itenni s-sejba tal-istudju li għadu impossibbli li tingħata ħarsa ġenerali komprensiva u aċċessibbli ta' dawn il-benefiċjarji; għalhekk, jitlob lill-Kummissjoni biex, b'kooperazzjoni mal-aġenziji nazzjonali, tipproponi format standardizzat u aċċessibbli għall-pubbliku biex tiżvela l-benefiċjarji aħħarin tal-PAK;

358.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkoopera mal-Istati Membri sabiex taġġusta l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet nazzjonali biex jirċievu sussidji għal proġetti kbar, peress li attwalment il-biċċa l-kbira tal-finanzjament tal-PAK huwa ta' benefiċċju għal kumpaniji kbar; jistieden lill-Kummissjoni toħroġ rakkomandazzjonijiet u tallinja dawn il-kundizzjonijiet sabiex ikunu armonizzati aħjar madwar l-UE, filwaqt li tirrispetta l-ispeċifiċitajiet nazzjonali;

359.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament dwar ir-riżultati tal-proċedura tal-awditjar tad-DĠ AGRI dwar il-każ ta' kunflitt ta' interess fir-Repubblika Ċeka; jitlob li tingħata attenzjoni partikolari lill-pagamenti li jsiru lill-kumpaniji li huma proprjetà diretta u indiretta tal-Prim Ministru Ċek jew ta' Membri oħra tal-Gvern Ċek;

360.  Jinnota li fir-rigward tal-miżuri tas-suq, 6 Aġenziji tal-Pagamenti ġew ikklassifikati bħala li jipprovdu "aċċertament limitat b'riskju għoli": il-Bulgarija, Spanja, ir-Renju Unit, il-Greċja, l-Italja (għal 2 skema ta' għajnuna) u l-Portugall. L-ogħla rata ta' żball aġġustata nstabet fil-Bulgarija (11,52 %), segwita mill-Polonja (7,15 %) u l-Italja (6,12 %). DĠ AGRI ħareġ 7 riżervi fil-livell tal-miżura: Frott u ħxejjex: Programmi operazzjonali għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi (ir-Renju Unit, l-Italja u l-Portugall), iż-żejt taż-żebbuġa (il-Greċja), is-settur tal-inbid (il-Bulgarija, l-Italja), l-Iskema tal-Iskejjel tal-UE (Spanja). Jinsab partikolarment imħasseb dwar is-settur tal-inbid, fejn ir-rati ta' żball aġġustati fil-Bulgarija (15,7 %) u fl-Italja (9,6 %) huma għoljin ħafna, b'ammonti f'riskju ta' aktar minn EUR 30 miljun fl-Italja u EUR 2,3 miljun fil-Bulgarija.

361.  Jinnota li fir-rigward tal-pagamenti diretti, 18-il Aġenzija tal-Pagamenti kellhom rata ta' żball ta' bejn 2 % u 5 %, u waħda ogħla minn 5 % (5,2 fl-Awstrija). DĠ AGRI ħareġ 17-il riżerva fil-livell tal-Aġenzija tal-Pagamenti għall-Awstrija, Ċipru, id-Danimarka, Spanja (3 Aġenziji tal-Pagamenti), il-Greċja, l-Italja (7 Aġenziji tal-Pagamenti), il-Portugall, ir-Rumanija u l-Iżvezja;

362.  Ir-riżervi jistgħu jinġabru fil-kategoriji li ġejjin: minħabba dgħufijiet fir-rigward tal-intitolamenti għal pagament (AT, DK, IT, PT, SE), minħabba dgħufija f'miżuri volontarji ta' appoġġ ibbażati fuq l-annimali (AT, GR, RO), minħabba rata għolja ta' żball irrappurtata (CY), abbażi tal-valutazzjoni tal-Korp taċ-Ċertifikazzjoni (ES06), minħabba dgħufijiet fil-kwalità tal-kontrolli fuq il-post (ES09, ES15, GR, PT, SE), dgħufijiet fis-Sistema ta' Identifikazzjoni tal-Irqajja' tal-Art (LPIS) (IT) u minħabba dgħufijiet fid-definizzjoni tal-art (RO, SE);

363.  It-tnaqqis li sar fl-2019 kien jikkonċerna 17-il Stat Membru u ammont totali ta' EUR 67 764 269,48 li minnhom 36 miljun waqgħu fuq l-Italja, 15-il miljun fuq ir-Renju Unit u 8 miljuni fuq Spanja;

364.  Jinnota li fir-rigward tal-iżvilupp rurali, 30 minn 71 Aġenzija tal-Pagamenti għandhom rata ta' żball aġġustat 'il fuq minn 2 % (li minnhom 8 kienu 'il fuq minn 5 %: Ċipru, il-Ġermanja (Aġenzija tal-Pagamenti waħda), l-Estonia, Spanja (Aġenzija tal-Pagamenti waħda), Franza (Aġenzija tal-Pagamenti waħda), ir-Renju Unit (Aġenzija tal-Pagamenti waħda), il-Portugall, is-Slovakkja. DĠ AGRI ħareġ 21 riżerva fil-livell tal-Aġenzija tal-Pagamenti: l-Awstrija, Ċipru, il-Ġermanja (Aġenzija tal-Pagamenti waħda), id-Danimarka, l-Estonja, Spanja (żewġ Aġenziji tal-Pagamenti), il-Finlandja, Franza (żewġ Aġenziji tal-Pagamenti), ir-Renju Unit (Aġenzija tal-Pagamenti waħda), il-Kroazja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja (żewġ Aġenziji tal-Pagamenti), il-Litwanja, il-Portugall, ir-Rumanija, l-Iżvezja u s-Slovakkja. L-ogħla rati ta' żball aġġustati nstabu fis-Slovakkja (10,31 %), segwiti minn 7,63 % f'Ċipru u 5,94 % fil-Polonja;

365.  Ir-riżervi jistgħu jinġabru fil-kategoriji li ġejjin: minħabba dgħufijiet fil-miżura tal-biedja organika (AT, HU); afforestazzjoni (ES02, PT); u għall-miżura relattiva għall-investimenti tal-programm Leader u l-investimenti privati tas-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll (non-IACS) (DE19), minħabba nuqqasijiet fil-verifiki għall-kontrolli fuq il-post (CY, DK, FR18, FR19, IT10, SK); ir-raġonevolezza tal-ispejjeż (ES09, FR19); fil-kontroverifiki (ES09, SK); ineliġibbiltà (ES09, CY, RO, SK) u bidwi attiv (GB07), minħabba dgħufijiet fil-proċeduri ta' superviżjoni għal xi miżuri (IT10); u fir-reġistrazzjoni tal-erja massima eliġibbli (MEA) fis-Sistema ta' Identifikazzjoni tal-Irqajja' tal-Art (LPIS) għall-miżuri tas-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll (IACS) (IT10, IT26), minħabba nuqqasijiet fil-miżura ta' investiment (HR); investimenti privati (LT); forestrija, impenji agroambjentali, twaqqif ta' gruppi ta' produtturi u miżuri ta' ġestjoni tar-riskju (HU); minħabba nuqqasijiet fil-proċeduri ta' akkwist pubbliku (HU, RO, SK), minħabba rati ta' żball irrappurtati għoljin (CY, DK, EE, ES02, ES09, FR18, FR19 HR, IE, LT, PT), abbażi tal-valutazzjoni tal-Korp taċ-Ċertifikazzjoni (FI, GB07, HR, IT26, SE);

Rakkomandazzjonijiet

366.  Jistieden lill-Kummissjoni:

   twettaq analiżi bir-reqqa tar-raġunijiet sottostanti u tal-problemi strutturali potenzjali li jikkawżaw id-dgħufijiet sistemiċi persistenti fl-affidabbiltà u l-kwalità tal-ħidma mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni identifikati mill-Qorti fl-awditi tagħha kull sena u tagħti attenzjoni speċjali lil kwalunkwe differenza potenzjali speċifika għall-pajjiż; jitlob lill-Kummissjoni tinkludi wkoll osservazzjonijiet dwar l-aħjar prattika fost l-awtoritajiet nazzjonali b'livelli baxxi ta' żbalji u li x-xogħol tagħhom jitqies affidabbli mill-Qorti; jitlob lill-Kummissjoni twettaq din l-analiżi b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Qorti u tinvolvi b'mod attiv lill-awtoritajiet nazzjonali kemm fir-rigward tad-deskrizzjoni tal-problema kif ukoll tas-soluzzjonijiet potenzjali;
   tikkondividi r-riżultati ta' din l-analiżi mal-Qorti, l-awtorità ta' kwittanza u l-Istati Membri;
   abbażi ta' din l-analiżi, tindirizza rakkomandazzjonijiet orizzontali kif ukoll speċifiċi għall-pajjiż li jkunu ċari, prattiċi u faċilment implimentabbli lill-awtoritajiet nazzjonali; jitlob lill-Kummissjoni tistabbilixxi djalogu strutturat mal-awtoritajiet nazzjonali u l-Qorti biex taħdem kontinwament fuq il-bini tal-kapaċitajiet u l-iskambju tal-aħjar prattika biex titjieb l-affidabbiltà tal-ħidma tal-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar; iżomm lill-awtorità ta' kwittanza infurmata dwar il-progress ta' dan id-djalogu;
   ittejjeb ulterjorment il-kwalità u tkabbar l-ambitu tal-awditjar u l-kontrolli tar-regolarità u tikseb ir-riżultati tal-politika agrikola tal-UE kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak Ewropew bħala kundizzjoni ewlenija għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE;

Prestazzjoni tal-PAK

367.  Iqis li, fid-dawl tan-nuqqas ta' strumenti speċifiċi tal-PAK biex jiġi bbilanċjat il-funzjonament tal-katina tal-provvista tal-ikel, il-prijorità urġenti hija li titkompla l-leġiżlazzjoni sabiex il-bdiewa ma jibqgħux l-aktar ħolqa dgħajfa fil-katina;

368.  Jisħaq li l-investimenti li jikkontribwixxu għal irkupru ekonomiku reżiljenti, sostenibbli u diġitali, f'konformità mal-għanijiet agroambjentali klimatiċi segwiti fil-Patt Ekoloġiku Ewropew, huma fundamentali għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku taż-żoni rurali;

369.  Jenfasizza r-rwol tal-appoġġ bażiku għall-introjtu fil-PAK u l-kontribut tiegħu għaż-żamma tal-attività agrikola u dik tat-trobbija tal-bhejjem, it-trażżin tal-esodu rurali u l-promozzjoni ta' ambjent rurali vibranti u dinamiku;

370.  Jenfasizza li l-appoġġ tal-PAK għall-bdiewa żgħażagħ ta prova tal-fatt li huwa għodda essenzjali, u għandu jissaħħaħ ulterjorment; jemmen li d-diġitalizzazzjoni u l-innovazzjoni, u l-investimenti għall-iżvilupp ta' ktajjen tal-provvista qosra u l-bejgħ dirett lill-konsumaturi, jistgħu jkunu strumenti deċiżivi għar-rivitalizzazzjoni taż-żoni rurali li permezz ta' dan isiru aktar attraenti għall-bdiewa żgħażagħ; iqis li, meta l-Istati Membri jwettqu l-ippjanar strateġiku tagħhom, huma għandhom jagħtu prijorità lil appoġġ suffiċjenti u aċċessibbli, flimkien mas-semplifikazzjoni għall-benefiċjarji finali, b'mod partikolari għall-bdiewa żgħażagħ, ġodda u żgħar; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu introdotti proċeduri, fl-istadju ta' implimentazzjoni tal-pjanijiet strateġiċi nazzjonali, li jkunu mfassla għal ħtiġijiet speċifiċi;

371.  Jenfasizza kemm ġeneralment jaħdmu tajjeb il-pagamenti akkoppjati volontarji biex jappoġġjaw setturi f'riskju serju ta' abbandun;

372.  Jirrimarka li l-fondi promozzjonali huma essenzjali għall-ftuħ u l-konsolidazzjoni ta' swieq ġodda; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-mudell ekoloġiku jiġi promoss bl-istess mod bħal mudelli oħra ugwalment sostenibbli, bħall-produzzjoni integrata jew il-biedja ta' preċiżjoni;

373.  Jinnota li PAK aktar ekoloġika, f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi u l-Patt Ekoloġiku Ewropew, mhux biss tappoġġja lill-Unjoni biex tilħaq il-miri tagħha, iżda żżid ukoll l-effiċjenza fl-użu tal-flejjes pubbliċi, billi tillimita l-esternalitajiet negattivi marbuta mal-prattiki agrikoli u tmexxi l-enfasi fuq il-prevenzjoni aktar milli l-kura;

374.  Ifakkar li n-nefqa li tikkontribwixxi għat-twaqqif u t-treġġigħ lura tat-tnaqqis tal-bijodiversità għandha tiġi kkalkulata abbażi ta' metodoloġija effettiva, trasparenti u komprensiva stabbilita mill-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Parlament u mal-Kunsill; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament b'rapport annwali li jistabbilixxi fid-dettall il-kontribut ta' kull partita baġitarja għall-mira tal-integrazzjoni tal-bijodiversità li jiġi pprovdut 7,5 % tal-infiq annwali taħt il-QFP 2021-2027 għall-għan tal-bijodiversità mill-2024 u 10 % tal-infiq annwali taħt il-QFP 2021-2027 għall-għan tal-bijodiversità mill-2026, sabiex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tiegħu;

375.  Iqis li huwa inkwetanti li l-Qorti identifikat dgħufijiet fis-sett ta' indikaturi tal-prestazzjoni tal-PAK:

   Aktar indikaturi huma relatati mal-inputs jew l-outputs u għalhekk juru l-livell ta' assorbiment aktar milli r-riżultati jew l-impatti tal-politika:
   L-indikaturi fid-dikjarazzjonijiet tal-programmi jipprovdu prinċipalment informazzjoni dwar l-outputs, li jistgħu jitkejlu aktar faċilment u huma inqas milquta minn fatturi esterni meta mqabbla mar-riżultati u l-impatti:
   14-il indikatur ma għandhomx mira speċifika u kwantifikata u għalhekk jindikaw biss xejriet:
   Il-valutazzjoni ta' kemm qed jingħata appoġġ lill-benefiċjarji barra mill-grupp fil-mira tista' ttejjeb it-tfassil tal-politika u żżid l-effiċjenza tal-PAK. Dan jinvolvi l-identifikazzjoni tal-fondi tal-PAK imħallsa lill-benefiċjarji li l-attività ekonomika ewlenija tagħhom mhijiex il-biedja. Tali data tista' wkoll tgħin biex jiġu identifikati talbiet li jinvolvu konċentrazzjoni sinifikanti ta' art (li potenzjalment jirrappreżentaw "ħtif tal-art"). Barra minn hekk, il-pagamenti diretti kkontribwew għal żieda fil-kirjiet tal-art f'xi Stati Membri, b'mod partikolari għall-artijiet bi produttività baxxa. L-evalwaturi rrakkomandaw li l-Kummissjoni tinvestiga l-impatt tal-pagamenti diretti fuq iż-żieda tal-kirjiet tal-art u tieħu kontromiżuri xierqa.
   Seba' indikaturi mhumiex relatati mal-prestazzjoni tal-PAK, iżda huma relatati mal-aċċertament dwar ir-regolarità tal-infiq, is-sensibilizzazzjoni pubblika rigward il-PAK u l-appoġġ għall-politika tal-informazzjoni fi ħdan id-DĠ AGRI.

376.  Jiddeplora l-livell baxx ta' biedja organika fl-Ewropa, li huwa biss 7,5 % meta jitqiesu r-riżorsi investiti; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi mudell ibbażat fuq il-prestazzjoni fil-PAK li għandu jaħdem abbażi tal-istess indikaturi, li jagħti valuri kwantifikati biex jiġu identifikati l-objettivi intermedji; jinsisti fuq il-ħtieġa li tiġi pprovduta informazzjoni addizzjonali sinifikanti dwar il-prestazzjoni lejn il-kisba tal-għan ta' politika dwar il-bijodiversità u l-azzjonijiet klimatiċi; jenfasizza li huwa meħtieġ għarfien aħjar f'setturi bħall-agrikoltura u l-forestrija; jistieden lill-Kummissjoni tqis it-titjib ulterjuri ssuġġerit fir-rappurtar ta' kif il-politiki ta' mitigazzjoni tal-UE u dawk nazzjonali jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-miri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet; tipproponi li s-Sistema ta' Monitoraġġ tal-Erja (AMS) għandha tkun obbligatorja fil-qafas tal-IACS (Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll) fl-Istati Membri;

377.  Jinsab imħasseb dwar id-disponibbiltà limitata u l-aċċess pubbliku limitat għad-data dwar is-sussidji agrikoli u l-benefiċjarji finali tagħhom; huwa tal-fehma li tali informazzjoni għandha ssir pubblika iżda strettament f'konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data u l-ġuriżdizzjoni permanenti tal-QĠUE dwar din il-kwistjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri tal-Unjoni jiġbru tali data u jagħmluha aċċessibbli skont il-kundizzjonijiet ta' hawn fuq b'mod trasparenti u faċli għall-utent (inkluż il-format li jinqara minn magna), sabiex dan jippermetti trasparenza u kontroll pubbliku tal-użu tal-fondi tal-Unjoni, b'mod ġenerali, iżda b'mod espliċitu għall-korpi u l-awtoritajiet rilevanti;

378.  Jinnota bi tħassib li skont ir-regoli ta' trasparenza attwali, id-data hija disponibbli biss għal perjodu ta' sentejn fil-każ ta' finanzjament tal-PAK; jitlob li jiġi applikat perjodu ta' żmien itwal fil-każ tal-finanzjament tal-PAK kif inhu l-każ għall-fondi strutturali;

379.  Jinnota li fl-2019 il-Kummissjoni ċċarat il-qafas legali applikabbli għall-monitoraġġ dirett permezz tat-teknoloġiji tal-immaġni(90); jilqa' l-osservazzjonijiet tal-Qorti(91) li t-teknoloġiji tal-immaġni jirrappreżentaw vantaġġi straordinarji bħat-tnaqqis taż-żjarat fuq il-post u konsegwentement l-ispejjeż amministrattivi tagħhom, approċċ ta' monitoraġġ interattiv li jipprevjeni n-nuqqas ta' konformità u l-ġenerazzjoni ta' data utli għall-biedja intelliġenti; jenfasizza b'mod partikolari li t-teknoloġiji tal-immaġni jippermettu l-monitoraġġ tal-popolazzjoni kollha tad-destinatarji tal-għajnuna, li tista' tkun bidla radikali f'termini ta' kontroll baġitarju; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u klimatika sabiex tagħmilhom kompatibbli mal-verifiki permezz tal-monitoraġġ; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tneħħi l-ostakli għal użu usa' tat-teknoloġiji tal-immaġni u tipprovdi inċentivi u appoġġ lill-aġenziji tal-pagamenti nazzjonali biex jużaw il-verifiki permezz tal-monitoraġġ;

380.  Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti li l-informazzjoni fl-AMPR hija allinjata mad-data sottostanti fid-dikjarazzjonijiet tal-programmi, iżda l-APMR jagħti perspettiva ottimista wisq tal-kisbiet u ma jiddiskutix l-effiċjenza tal-infiq; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda biex jingħelbu l-isfidi sinifikanti li hija nnotat fil-kisba tal-għanijiet ta' politika għall-perjodu 2014-2020;

381.  Jieħu nota tal-osservazzjoni tal-Qorti li l-pagamenti diretti jnaqqsu l-volatilità tal-introjtu (b'madwar 30 % kif issuġġerit minn studju ta' evalwazzjoni bl-użu ta' data għall-2010-2015), iżda fil-biċċa l-kbira mhumiex immirati; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li jkun hemm konsistenza aħjar bejn il-miri indirizzati mill-indikaturi u l-għan ta' politika li jiżdied il-qligħ individwali tal-persuni involuti fl-agrikoltura filwaqt li tiġi limitata l-ħtieġa għal appoġġ dirett;

382.  Jilqa' r-reviżjoni tal-indikaturi u l-għanijiet fil-proposti tal-Kummissjoni dwar il-PAK wara l-2020 li hija bbażata fuq id-dgħufijiet identifikati mis-Servizz tal-Awditjar Intern tagħha u mill-Qorti fir-rigward tal-indikaturi tas-CMEF, kif ukoll fuq ir-rikonoxximent tal-ħtieġa li jiġu żviluppati aktar l-indikaturi;

383.  Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti li l-PAK għandha l-potenzjal li tikkontribwixxi għall-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali, iżda ma hemmx biżżejjed data biex tiġi vvalutata l-effikaċja; jinnota ulterjorment is-sejbiet tagħha li l-ekoloġizzazzjoni kien kellha ftit effett li jista' jitkejjel fuq il-prattiki tal-biedja u l-ambjent u li essenzjalment baqgħet skema ta' appoġġ għall-introjtu;

384.  Jieħu nota tar-restrizzjoni, identifikata mill-Qorti għal kontribut b'suċċess tal-miżuri agroambjentali u klimatiċi għall-bijodiversità u jistieden lill-Kummissjoni tissuġġerixxi miżuri biex tiżdied il-kopertura tal-iskemi ta' porzjon sostanzjali tal-pajsaġġ agrikolu u ta' riskji speċifiċi;

385.  Jieħu nota tal-kisba modesta mill-miżuri ta' forestrija taħt il-FAEŻR, il-kisba ta' 60 % fl-2018 tal-mira għal sistemi ta' irrigazzjoni aktar effiċjenti stabbilita għall-2023 u l-ħtieġa għal aktar tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-agrikoltura u jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar il-miżuri meħuda biex jittejbu r-riżultati tal-implimentazzjoni tal-PAK f'dawn l-oqsma;

386.  Jieħu nota tal-osservazzjoni tal-Qorti li l-AMPR fih informazzjoni dwar l-impjiegi u l-aċċess għall-broadband, iżda ma jipprovdi l-ebda informazzjoni rilevanti dwar il-prestazzjoni għall-objettiv ta' żvilupp territorjali bbilanċjat; jiddispjaċih ħafna li 40 % tal-unitajiet domestiċi rurali għad m'għandhomx aċċess għall-internet b'veloċità għolja. Id-diġitalizzazzjoni mhijiex qed titħaffef fiż-żoni rurali biex jiġi xprunat l-impjieg hemmhekk u biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp tal-azjendi agrikoli fuq bażi ta' kuljum;

387.  Jilqa' ż-żieda fir-rata ta' impjieg rurali minn 63,4 % fl-2012 għal 68,1 % fl-2018;

388.  Jieħu nota taċ-ċifri li dwarhom il-Qorti tikkummenta għal LEADER fi tmiem l-2018 (13 337 impjiegi reġistrati li jirrappreżentaw 30 % tal-mira tal-2023) kif ukoll tal-fatt li l-Kummissjoni ma għandhiex data affidabbli dwar l-impjiegi maħluqa fl-ambitu ta' LEADER; jitlob lill-Kummissjoni taħdem flimkien mal-Istati Membri sabiex tittejjeb id-disponibbiltà ta' data affidabbli għall-implimentazzjoni ta' LEADER;

389.  Huwa mħasseb dwar l-għadd kbir ta' rapporti fil-midja dwar abbużi tad-drittijiet tax-xogħol ta' ħaddiema agrikoli transfruntiera u staġjonali madwar l-UE, f'ħafna Stati Membri; jappoġġja lill-Kummissjoni fl-isforzi tagħha li tirrifjuta l-għajnuna lill-azjendi agrikoli li ma jirrispettawx id-drittijiet tax-xogħol tal-ħaddiema staġonali;

Rakkomandazzjonijiet

390.  Jistieden lill-Kummissjoni:

   tiżgura distribuzzjoni aktar ġusta tal-pagamenti diretti;
   tagħmel l-almu tagħha fin-negozjati dwar il-PAK biex tiżgura li mekkaniżmu ta' lmenti għall-bdiewa u l-SMEs isir parti mir-regolament il-ġdid tal-PAK;
   tagħmel l-almu tagħha fin-negozjati dwar il-PAK biex tiżgura li l-ammonti massimi ta' pagamenti riċevibbli mill-ewwel u t-tieni pilastru tal-PAK jiġu definiti għal kull persuna fiżika;
   iżżid l-isforzi fil-prevenzjoni u d-detezzjoni tal-frodi u taġġorna b'mod frekwenti l-analiżi tagħha tar-riskji ta' frodi tal-PAK u twettaq analiżi tal-miżuri ta' prevenzjoni tal-Istati Membri bħala kwistjoni ta' prijorità;
   tiżgura li l-Ħames Direttiva kontra l-ħasil tal-flus tiġi implimentata b'mod sħiħ u korrett fl-Istati Membri kollha, b'mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' reġistri pubbliċi tas-sidien benefiċjarji u reġistri tas-sidien benefiċjarji tat-trusts; jinnota li l-limiti massimi għandhom japplikaw ukoll għall-kumpanija omm fejn ikun hemm waħda, pjutost milli għall-benefiċjarju individwali jew is-sussidjarji, sabiex jiġi evitat il-qsim tal-azjendi agrikoli bil-għan li jiġi evitat limitu massimu;
   timplimenta t-talbiet tal-Parlament, inkluż l-istabbiliment ta' strumenti konkreti biex tiġi evalwata l-konċentrazzjoni tal-art fl-Istati Membri kollha, jiġu identifikati s-sidien benefiċjarji finali tal-fondi tal-Unjoni, anke permezz ta' identifikatur uniku tan-negozju fil-livell tal-Unjoni kif propost fis-sejbiet preliminari tal-istudju dwar "The largest 50 beneficiaries in each EU Member State of CAP and cohesion funds" (L-akbar 50 benefiċjarju f'kull Stat Membru tal-Unjoni tal-PAK u l-fondi ta' koeżjoni);
   tanalizza aħjar il-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-Istati Membri biex jiġi evitat il-ħtif tal-art u tiġi fformulata gwida dwar l-aħjar prattiki; l-Istati Membri għandhom japplikaw l-aħjar prattiki leġiżlattivi intiżi sabiex jirrestrinġu l-ħtif tal-art; il-Kummissjoni għandha żżid l-isforzi għall-prevenzjoni u d-detezzjoni ta' frodi; l-Istati Membri, flimkien mal-Kummissjoni għandhom jiżviluppaw strument ġuridiku xieraq fil-livell tal-Unjoni ħalli jiġi evitat il-ħtif tal-art;
   iżżomm lill-awtorità ta' kwittanza informata dwar kwalunkwe żvilupp ġdid fir-rigward tal-Aġenzija tal-Pagamenti Slovakka għas-Settur Agrikolu, inkluża informazzjoni speċifika dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji;
   tirrevedi, abbażi tal-irregolaritajiet misjuba fis-Slovakkja, is-sitwazzjoni tal-Aġenziji tal-Pagamenti għas-Settur Agrikolu fl-Istati Membri u tiżgura kemm l-indipendenza tagħhom kif ukoll il-konformità tal-operazzjonijiet tagħhom mar-regoli tal-Unjoni;
   tinforza bis-sħiħ ir-Regolament Finanzjarju tal-Unjoni, u b'mod partikolari l-Artikolu 61 tiegħu u tiżgura li r-Regolament Finanzjarju jiġi applikat għall-pagamenti kollha tal-fondi tal-Unjoni, inklużi l-pagamenti diretti fl-agrikoltura;
   tipprovdi lill-Parlament b'rapport annwali li jagħti b'mod dettaljat il-kontribuzzjoni ta' kull partita tal-baġit għall-mira tal-integrazzjoni klimatika u għall-infiq fuq il-bijodiversità, sabiex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tagħhom;
   tibda taħdem b'urġenza fuq metodoloġija effettiva, fejn rilevanti, u f'konformità mal-leġiżlazzjoni settorjali, għall-monitoraġġ tal-infiq fuq il-klima u l-prestazzjoni tagħha bil-ħsieb li tintlaħaq mira ġenerali ta' mill-inqas 30 % tal-ammont totali tal-infiq tal-baġit tal-Unjoni għall-2021-2027 u tan-Next Generation EU (NGEU) li jappoġġja l-objettivi tal-klima;
   tipprovdi r-riżorsi finanzjarji meħtieġa għall-ġestjoni tal-ilma, inkluż l-appoġġ għall-kwalità u l-kwantità tar-riżorsi tal-ilma fl-art agrikola, fil-forestrija u fl-artijiet mistagħdra wkoll;

Sigurtà u ċittadinanza

391.  Jinnota li l-pagamenti għas-"Sigurtà u Ċittadinanza" ammontaw għal EUR 3,3 biljun u ġew żburżati permezz tal-programmi, il-politiki u l-aġenziji li ġejjin:

   "Migrazzjoni u sigurtà", sa 45,3 % tal-intestatura tal-baġit jew EUR 1,6 biljun;
   14-il Aġenzija deċentralizzata (saħħa: ECDC, EFSA, EMA, ECHA; affarijiet interni: Frontex, EASO, Europol, CEPOL, EU-LISA, EMCDDA; ġustizzja: Eurojust, FRA, EIGE, UPPE), sa 29,1 % tal-intestatura tal-baġit jew EUR 1 biljun;
   "Ikel u Għalf", sa 7,6 % tal-intestatura tal-baġit jew EUR 0,2 biljun;
   "Ewropa Kreattiva", sa 7,3 % tal-intestatura tal-baġit jew EUR 0,2 biljun;
   "Oħrajn" (konsumaturi, ġustizzja, drittijiet, ugwaljanza u ċittadinanza), sa 10,7 % jew EUR 0,3 biljun;

392.  Jinnota b'sodisfazzjon li fl-ambitu tal-programm Ewropa Kreattiva ġew iffirmati 1 370 ftehim ta' għotja fl-2019, ċifra li teċċedi b'hekk il-mira tal-Kummissjoni u tuża għalkollox l-approprjazzjonijiet tal-baġit disponibbli; ifakkar, f'dan ir-rigward, li distribuzzjoni ġeografika ġusta tal-għotjiet hija essenzjali biex tiġi sfruttata r-rikkezza kollha tal-kultura Ewropea; jilqa' l-iżviluppi rigward l-implimentazzjoni tal-proġett pilota dwar l-iskema ta' mobbiltà għall-artisti u għall-professjonisti fl-oqsma tal-kultura u kreattività, kif ukoll l-azzjonijiet preparatorja għal "L-Ewropa għall-Festivals, Festivals għall-Ewropa" u għal "Il-Mużika Ċċaqlaq l-Ewropa"; jieħu l-opportunità biex ifakkar fl-importanza li jiżdied il-baġit għal dan il-programm biex tkompli tittejjeb ir-rata ta' suċċess tiegħu;

393.  Għadu mħasseb dwar in-nuqqas apparenti ta' trasparenza u ta' obbligu ta' rendikont fl-arranġamenti għall-għoti mill-Kummissjoni ta' appoġġ finanzjarju lil Euronews; jenfasizza li l-Qorti ma tindikax nuqqasijiet min-naħa ta' Euronews, iżda tiffoka ħafna aktar fuq il-mekkaniżmi ta' monitoraġġ u evalwazzjoni tal-Kummissjoni; iħeġġeġ għaldaqstant lill-Kummissjoni żżid it-trasparenza fir-rigward tal-baġit għall-attivitajiet multimedjali u ttejjeb l-obbligu ta' rendikont għall-infiq; jinnota li Euronews kien soġġett għal żewġ awditi tal-prestazzjoni f'dawn l-aħħar erba' snin; jirrikonoxxi li awditu indipendenti tal-prestazzjoni ta' azzjonijiet iffinanzjati fil-linja baġitarja tal-Azzjonijiet Multimedjali, li ġie ppubblikat fit-23 ta' Ġunju 2020, jiddikjara li "Euronews għandu proċeduri stabbiliti sew biex jappoġġa l-kwalità editorjali, il-bilanċ, l-indipendenza u l-imparzjalità, u dawn jidhru li qed joperaw b'mod effettiv"; ifakkar fil-ħtieġa li titkompla evalwazzjoni imparzjali sabiex jiġu garantiti l-ogħla standards ta' trasparenza u obbligu ta' rendikont; jitlob lill-Kummissjoni tirrifletti t-tħassib tal-Parlament Ewropew fit-tfassil tal-Ftehim Qafas ta' Sħubija li jmiss fl-2021; jitlob lill-Kummissjoni tiddiversifika l-mezzi ta' komunikazzjoni ffinanzjati taħt il-linja baġitarja tal-Azzjonijiet Multimedjali;

394.  Jenfasizza li l-benefiċjarji tal-programmi li jippromwovu d-drittijiet, l-ugwaljanza u ċ-ċittadinanza taħt il-baġit tal-Unjoni jeħtiġilhom jaderixxu mal-ogħla standards tal-istat tad-dritt, il-midja indipendenti u l-libertà tal-espressjoni; jiddeplora l-fatt li x-xjenzjat politiku Awstrijak Farid Hafez ripetutament irċieva finanzjament mill-baġit tal-UE, minkejja l-assoċjazzjoni mill-qrib tiegħu mal-Fratellanza Musulmana u l-gvern Tork, li jippruvaw isikktu ġurnalisti indipendenti u jeliminaw il-libertà tal-midja bl-iskuża tal-Iżlamofobija; jistieden lill-Kummissjoni temenda l-kriterji ta' eliġibbiltà għall-programmi favur id-drittijiet, l-ugwaljanza u ċ-ċittadinanza fil-qafas tal-baġit tal-Unjoni biex tipprevjeni lil individwi u organizzazzjonijiet b'tali fehmiet inkwetanti milli jirċievu finanzjament mill-Unjoni;

395.   Jilqa' r-riżultati f'oqsma ta' azzjoni ewlenin tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, bħall-vjolenza abbażi tal-ġeneru permezz ta' programmi speċifiċi, kif ukoll l-eżitu u l-konklużjoni tan-negozjati tal-QFP dwar il-programm dwar iċ-ċittadinanza, l-ugwaljanza, id-drittijiet u l-valuri;

396.  Jitlob li jiġu studjati s-sinerġiji bejn il-programmi interni u esterni tal-Unjoni biex jiġi żgurat approċċ koerenti u kontinwu għall-politiki kemm ġewwa kif ukoll barra l-Unjoni, speċjalment pereżempju għal kwistjonijiet relatati mal-vjolenza fuq in-nisa jew mal-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin;

397.  Itenni bil-qawwa t-talba tiegħu li jiżdiedu r-riżorsi ddedikati għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru fl-ambitu tal-programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri, speċjalment wara l-eskalazzjoni tal-vjolenza fuq in-nisa matul il-kriżi tal-COVID-19; itenni l-appell tiegħu għal linja baġitarja indipendenti għall-miżuri kollha mmirati speċifikament lejn l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, inkluż dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru, li se jkun l-ewwel pass biex tiżdied it-trasparenza, jiġi ffaċilitat is-segwitu tal-infiq marbut mal-ġeneri u jkun hemm proċess deċiżjonali miftuħ dwar il-fondi allokati għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri, fejn il-Parlament għandu jkollu rwol fundamentali fil-kapaċità tiegħu bħala awtorità baġitarja;

398.  Jinsab imħasseb li fl-analiżi tal-infiq intern tagħha tal-programmi attwali tal-Unjoni, il-Qorti sabet li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri ma kinitx ġiet integrata fil-baġit kollu tal-Unjoni bl-istess mod bħat-tibdil fil-klima jew il-bijodiversità u li minflok, programmi speċifiċi, prinċipalment dawk li jindirizzaw kwistjonijiet soċjali u tal-impjiegi, kienu ntużaw biex tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru; jiddispjaċih li ma hemm l-ebda metodoloġija fis-seħħ biex jiġi segwit l-infiq iddedikat għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jilqa' d-deċiżjoni tal-Qorti li teżamina l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-baġit tal-UE u li tippubblika r-rapport tal-awditu fl-ewwel kwart tal-2021(92);

399.  Jenfasizza li d-drittijiet tan-nisa u perspettiva tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri għandhom jiġu integrati u żgurati fl-oqsma ta' politika kollha, b'mod partikolari fid-dawl tal-impatti multipli skont il-ġeneru tal-pandemija tal-COVID-19 fuq id-drittijiet tan-nisa; itenni, għalhekk, l-appell tiegħu għall-implimentazzjoni tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fl-istadji kollha tal-proċess baġitarju, inklużi l-implimentazzjoni ta' bbaġitjar skont il-ġeneru u l-valutazzjoni tal-eżekuzzjoni tiegħu; itenni t-talba tiegħu li jiġu inklużi indikaturi speċifiċi għall-ġeneru fis-sett komuni ta' indikaturi tar-riżultati għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE;

400.  Jilqa' l-fatt li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri ġew introdotti bħala wieħed mill-prinċipji orizzontali għall-fondi tal-Unjoni fil-QFP il-ġdid għall-2021-2027, u li dan jistipula li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri issa se jingħataw prijorità fil-QFP; jiddispjaċih li għalkemm l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri kienet diġà inkluża f'dikjarazzjoni konġunta mehmuża mal-QFP għall-2014-2020, din ma ġietx implimentata għalkollox fil-QFP għal dan il-perjodu; jistenna li fil-futur, il-Kummissjoni tieħu l-impenji tagħha bis-serjetà billi timmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni ta' dawn il-prinċipji orizzontali fl-oqsma kollha tal-politika tal-UE u billi tipprovdi monitoraġġ mill-qrib tal-politiki u l-programmi kollha tagħha u valutazzjonijiet bir-reqqa tal-impatt tagħhom skont il-ġeneru;

401.  Jilqa' l-impenn li tiġi żviluppata metodoloġija biex jiġi segwit l-infiq fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-metodoloġija titfassal sa tmiem l-2021 biex issir operattiva malajr kemm jista' jkun;

402.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-interrelazzjoni bejn l-attakki fuq l-istat tad-dritt u r-rigress fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tan-nisa; jitlob li din il-kwistjoni tiġi indirizzata permezz tal-proċedura tal-Artikolu 7 fil-konfront tal-Istati Membri kkonċernati;

Is-sejbiet tal-Qorti: Il-kontijiet annwali tal-AMIF/ISF tal-Istati Membri

403.  Jinnota l-fatt li l-aktar qasam sinifikanti tan-nefqa f'din l-intestatura huwa l-migrazzjoni u s-sigurtà kif ukoll il-fatt li l-biċċa l-kbira tal-infiq ġej minn żewġ fondi – il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) u l-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF);

404.  Jiddispjaċih li l-Qorti ma stmatx ir-rata ta' żball għal din l-intestatura tal-QFP iżda eżaminat kampjun ta' 19-il tranżazzjoni intiż sabiex jikkontribwixxi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni ġenerali tagħha aktar milli biex ikun rappreżentattiv tal-infiq taħt din l-intestatura tal-QFP; jinnota li l-kampjun kopra 8 tranżazzjonijiet f'reġim ta' ġestjoni kondiviża, 8 tranżazzjonijiet f'reġim ta' ġestjoni diretta u tranżazzjoni waħda f'reġim ta' ġestjoni indiretta, u huwa mħasseb dwar il-fatt li l-Qorti identifikat seba' tranżazzjonijiet (37 %) li kienu milquta minn żbalji; ifakkar li l-interess pubbliku u politiku f'dan il-qasam huwa ferm ogħla mis-sehem finanzjarju tiegħu; itenni t-talba tiegħu lill-Qorti biex tistma b'mod ċar ir-rata ta' żball għall-kapitolu Sigurtà u Ċittadinanza;

405.  Jinnota li l-Qorti ma pprovdietx informazzjoni dwar l-impatt finanzjarju li t-tliet żbalji kwantifikabbli identifikati minnha kellhom fuq l-ammonti ddebitati lill-baġit tal-Unjoni;

406.  Jieħu nota ta' erba' każijiet ta' nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet legali li jirregolaw l-għażla ta' proġetti u r-regoli dwar l-akkwist, iżda mingħajr impatt finanzjarju fuq il-baġit tal-Unjoni;

407.  Jinnota li l-Qorti awditjat ix-xogħol li sar minn tmien awtoritajiet li huma responsabbli kemm mill-awditjar tal-kontijiet annwali tal-AMIF/FSI tal-Istati Membri rispettivi tagħhom kif ukoll mill-għoti ta' rapport annwali ta' kontroll lill-Kummissjoni.

408.  Jinnota b'sodisfazzjoni li l-awtoritajiet tal-awditjar fl-Istati Membri17 magħżula mill-Qorti għal kontroll kienu żviluppaw u implimentaw proċeduri dettaljati ta' kwalità suffiċjenti biex jirrapportaw kif meħtieġ mir-regoli, u kellhom programmi ta' awditu u listi ta' kontroll dettaljati biex isostnu l-konklużjonijiet tagħhom;

409.  Iqis ċerti nuqqasijiet fir-rapporti annwali ta' kontroll maħruġa mill-awtoritajiet tal-awditjar, li l-impatt tagħhom fuq il-kontijiet ma kienx materjali biżżejjed biex inaqqas mill-konklużjonijiet tal-awtoritajiet tal-awditjar iżda joħloq riskju potenzjali ta' nuqqas ta' affidabbiltà tad-data rrappurtata u ta' aċċertament limitat, bħal:

   Kwistjonijiet ta' kampjunar (l-użu ta' metodoloġija bbażata fuq ir-riskju aktar milli metodoloġija aleatorja; valuri mhux eżatti użati biex jiġi ddeterminat id-daqs tal-kampjun) fis-Slovenja;
   Sett ħażin ta' kontijiet (sottomissjoni tal-abbozz tal-kontijiet lill-awtorità tal-awditjar qabel ma tlesti l-kontrolli fuq il-post tagħha stess mill-awtorità responsabbli) fl-Italja u s-Slovenja;
   Kalkolu mhux eżatt u preżentazzjoni tar-rati ta' żbalji totali u/jew residwi fil-Ġermanja u l-Italja;
   L-esklużjoni tal-assistenza teknika mill-popolazzjoni tal-awditjar u n-nuqqas ta' rappurtar dwar dan il-fatt fir-rapport ta' kontroll annwali fis-Slovenja;
   L-esklużjoni parzjali ta' avvanzi mill-popolazzjoni tal-awditjar u n-nuqqas ta' rappurtar dwar dan il-fatt fir-rapport annwali ta' kontroll fil-Ġermanja;
   L-allokazzjoni ta' proġetti f'żewġ sottogruppi (avvanzi u nefqa mġarrba) għal raġunijiet ta' kampjunar f'Ċipru;

410.  Jinnota li l-awtoritajiet tal-awditjar fl-Istati Membri(93) magħżula mill-Qorti għal awditu kellhom programmi ta' awditu u listi ta' kontroll dettaljati biex jappoġġjaw il-konklużjonijiet tagħhom;

411.  Jissottolinja ċerti nuqqasijiet fix-xogħol tal-awtoritajiet tal-awditjar li joħolqu riskji potenzjali ta' nuqqas ta' detezzjoni ta' infiq ineliġibbli, ta' nuqqas ta' affidabbiltà tal-konklużjonijiet tal-awditjar u ta' aċċertament limitat bħall-eżempji t'hawn taħt u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Qorti jaħdmu flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar biex jikkoreġu dawn in-nuqqasijiet:

   Kontrolli irregolari tal-għażla tal-proġetti u/jew tal-kriterji għall-għoti mill-awdituri fl-Italja u Ċipru;
   Rekord tal-awditjar insuffiċjenti jew dokumentazzjoni ħażina tax-xogħol tal-awditjar fil-Greċja, Ċipru, il-Litwanja u r-Renju Unit;
   Kontroll irregolari tal-evidenza rilevanti kollha disponibbli biex tiġi kkonfermata l-eliġibbiltà tal-gruppi fil-mira u n-nefqa ddikjarata jew ir-raġonevolezza tal-ispejjeż fl-Italja u Ċipru;

412.  Jindika n-nuqqasijiet li jirriżultaw mill-valutazzjonijiet li twettqu mill-Kummissjoni fir-rigward tar-rapporti annwali ta' kontroll(94) bħal:

   Definizzjoni differenti ta' "pagament interim", li toħloq riskji ta' kompromess għall-valur u l-kompletezza tad-data rrappurtata;
   Nuqqas ta' gwida tal-Kummissjoni dwar kif tiġi kkalkulata l-kopertura minima tal-awditjar ta' 10 % fil-każ ta' sottokampjunar, li joħloq riskji ta' affidabbiltà u inċertezza għall-konklużjonijiet tal-awditjar;

413.  Jilqa' l-kooperazzjoni qawwija bejn l-OLAF u l-Qorti fil-ġlieda kontra l-frodi marbuta mal-baġit; jieħu nota tal-fatt li fl-2019, bħal fl-2018, disa' każijiet ta' frodi ġew irrappurtati lill-OLAF mill-Qorti, li fir-rigward tagħhom l-OLAF fetaħ ħames investigazzjonijiet; jinnota li t-tipi ewlenin ta' frodi identifikati mill-Qorti huma dikjarazzjonijiet foloz ta' spejjeż, irregolaritajiet fl-akkwist u l-ħolqien artifiċjali ta' kundizzjonijiet biex wieħed jirċievi finanzjament mill-Unjoni;

414.  Jilqa' r-rapporti speċjali tal-Qorti, u b'mod partikolari dawk dwar l-ażil, ir-rilokazzjoni u r-ritorn tal-migranti(95), dwar is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE li jappoġġjaw il-kontroll fil-fruntieri(96) u dwar il-ġlieda kontra l-frodi fl-infiq tal-UE(97), li jirreferi għar-rwol pożittiv tal-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew f'dan ir-rigward;

415.  Ifakkar fl-ittra tiegħu mibgħuta lill-Kummissjoni fit-13 ta' Frar 2020 dwar l-implimentazzjoni taż-żewġ atti delegati li jżidu l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża mar-Regolament Delegat (UE) 2020/446(98) (ir-Regolament ISF) u jżidu azzjoni speċifika ġdida mar-Regolament Delegat (UE) 2020/445(99) (ir-Regolament AMIF); jinnota li l-att delegat għall-AMIF ma ntużax; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi b'mod urġenti informazzjoni dettaljata dwar il-proġetti differenti ffinanzjati fil-qafas tar-Regolament Delegat (UE) 2020/446;

416.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-awditjar tal-Istati Membri jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati mill-Qorti rigward il-kopertura tal-awditjar, il-kampjunar u r-rendikont tal-entrati fir-rigward tal-awtoritajiet tal-awditjar tal-Istati Membri, u jirrapportaw lill-awtorità ta' kwittanza;

Prestazzjoni: AMIF

417.  Jindika erba' indikaturi tal-impatt ġenerali (dwar ir-ritorni reali meta mqabbla mad-deċiżjonijiet ta' ritorn, il-perċentwal ta' ritorni volontarji, id-differenza fir-rati ta' impjieg bejn iċ-ċittadini tal-Unjoni u dawk mhux tal-Unjoni, u l-konverġenza tar-rati ta' rikonoxximent għall-applikanti għall-ażil) li mhumiex direttament relatati mal-prestazzjoni tal-AMIF, għalkemm l-infiq mill-fond jista' jikkontribwixxi għall-mira korrispondenti;

418.  Jilqa' l-osservazzjoni tal-Qorti li l-evalwazzjoni interim tal-Kummissjoni tindika li l-AMIF huwa rilevanti u li ffinanzja interventi li kkorrispondew għall-ħtiġijiet tal-Istati Membri.

419.  Jinnota madankollu xi limitazzjonijiet fl-indikaturi tal-prestazzjoni tal-AMIF identifikati mill-Qorti, bħal pereżempju li żewġ terzi tal-indikaturi huma indikaturi tal-output u li 5 mill-24 stadju importanti tal-indikaturi għall-2020 diġà nkisbu fis-snin preċedenti, u li l-miri ma ġewx aġġustati 'l fuq f'konformità ma' prattika tajba ta' ġestjoni finanzjarja b'mod li jirriflettu r-rieda politika u l-potenzjal għal saħansitra aktar kisbiet;

420.  Jinnota li xi indikaturi tal-AMIF mhumiex fit-triq it-tajba biex jilħqu l-miri tagħhom, li l-Kummissjoni ma żviluppatx qafas ta' monitoraġġ tal-prestazzjoni għall-proġetti ffinanzjati mill-EMAS u li l-AMPR u d-dikjarazzjonijiet tal-programmi ftit li xejn jipprovdu informazzjoni dwar il-progress miksub taħt indikaturi importanti; jinnota bi tħassib li l-Qorti kkonstatat dewmien sinifikanti fir-rigward tal-ilħuq tal-objettiv li l-AMIF kien stabbilixxa għall-integrazzjoni u l-migrazzjoni legali;

421.  Jinnota li l-evalwazzjoni tal-indikaturi tal-output hija diffiċli f'dan il-qasam ta' politika; jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-finanzjament tal-UE la tejjeb is-sitwazzjoni umanitarja fil-kampijiet tar-rifuġjati u lanqas ma pproteġa b'mod effettiv il-fruntieri esterni; jistieden lill-Kummissjoni tagħti kjarifika dettaljata, b'mod partikolari fir-rigward tal-proċeduri ta' ammissjoni fil-fruntieri esterni; jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga eżattament fejn ġew investiti l-fondi tal-UE fil-programmi AMIF u liema titjib speċifiku ġabu magħhom; jitlob rapport korrispondenti mill-Kummissjoni għal kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati;

422.  Id-defiċits huma prinċipalment ikkawżati mit-tul tal-proċeduri tal-ażil, integrazzjoni kajmana u rati ta' ritorn insuffiċjenti; jistieden lill-Kummissjoni tal-Unjoni u lill-Istati Membri javvanzaw b'mod immedjat fil-qafas leġiżlattiv;

423.  Jitlob lill-Kummissjoni tieħu miżuri biex tindirizza n-nuqqasijiet identifikati mill-Qorti u ttejjeb l-informazzjoni inkluża fl-AMPR u fid-dikjarazzjonijiet tal-programmi, li jippermettu monitoraġġ aħjar tal-progress miksub mill-Fond;

424.  Jinsab imħasseb ħafna li informazzjoni dwar il-prestazzjoni aggregata limitata biss hija disponibbli dwar l-infiq ġenerali relatat mal-EMAS(100) (allokazzjoni inizjali ta' EUR 100 miljun żdiedet għal EUR 2,2 biljun għall-perjodu sal-2020, li tirrappreżenta 30 % tal-fond, madankollu, il-Kummissjoni ma żviluppatx qafas ta' monitoraġġ tal-prestazzjoni għall-proġetti ffinanzjati mill-EMAS);

425.  Jinsab imħasseb ħafna dwar il-fatt li l-AMPR u d-dikjarazzjonijiet tal-programmi ftit li xejn jipprovdu informazzjoni dwar ekonomija u effiċjenza fl-implimentazzjoni tal-fond, jew dwar il-kosteffettività tal-azzjonijiet tal-AMIF;

426.  Jinsab imħasseb ħafna dwar il-fatt li l-AMPR u d-dikjarazzjonijiet tal-programmi ma jirrappurtawx dwar miżuri mmirati biex jattiraw ħaddiema b'livell għoli ta' ħiliet lejn l-Unjoni permezz ta' skemi ta' migrazzjoni legali, u li l-indikaturi mhumiex adatti għar-rappurtar dwar tali miżuri;

427.  Jieħu nota tal-eżistenza ta' żewġ skemi paralleli ffinanzjati mill-Unjoni li jappoġġjaw l-istess tip ta' attivitajiet ta' ritorn (NPs tal-AMIF u l-appoġġ għar-ritorn tal-Frontex) kif ukoll tal-fatt li l-koordinazzjoni hija prinċipalment ir-responsabbiltà tal-Istati Membri; għalhekk jistedinhom jiżguraw koordinazzjoni aħjar bejn iż-żewġ skemi;

428.  Jinnota bi tħassib li, kemm għall-AMIF kif ukoll għall-ISF, mhux il-baġit kollu disponibbli ntuża mill-Istati Membri; iqis li dan huwa partikolarment problematiku fid-dawl tal-użu dejjem akbar tal-assistenza f'każ ta' emerġenza biex jiġu ffinanzjati l-politiki tal-Istati Membri f'dawn l-oqsma; ifakkar li l-isfidi relatati mas-sigurtà u l-ġestjoni tal-migrazzjoni huma prijorità għall-Unjoni; jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward u jitlob kooperazzjoni akbar mill-Istati Membri kollha;

Rakkomandazzjonijiet

429.  Jistieden lill-Kummissjoni:

   toħroġ gwida lill-awtoritajiet tal-awditjar tal-Istati Membri għall-AMIF u l-ISF dwar kif tiġi kkalkulata l-kopertura tal-awditjar fil-każ ta' sottokampjunar biex jiġi żgurat li l-kampjunar ikun suffiċjenti u xieraq biex jipprovdi bażi raġonevoli biex l-awditur jislet konklużjonijiet dwar il-popolazzjoni kollha tal-awditjar;
   ittenni mill-ġdid lill-awtoritajiet tal-awditjar tal-Istati Membri għall-AMIF u l-ISF li huma għandhom isegwu l-istruzzjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-kampjunar u l-kalkolu tar-rata ta' żball bil-kundizzjoni li l-kampjunar ikun aleatorju, kull unità ta' kampjunar fil-popolazzjoni għandu jkollha possibbiltà ta' għażla u, fejn applikabbli, l-iżbalji kollha għandhom jiġu estrapolati għall-popolazzjoni rilevanti;
   toħroġ gwida għall-awtoritajiet tal-awditjar tal-Istati Membri li huma responsabbli mill-AMIF u l-ISF biex jiddokumentaw in-natura, il-kalendarju u l-firxa tal-proċeduri tal-awditjar tagħhom, ir-riżultati tagħhom, u l-evidenza għall-awditjar li nġabret, b'mod suffiċjenti u xieraq;

430.  Jitlob lill-Kummissjoni:

   tiddefinixxi kriterji għall-allokazzjoni tal-fondi għall-EMAS f'reġim ta' ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri fil-qafas finanzjarju li jmiss;
   issaħħaħ il-qafas ta' monitoraġġ tal-prestazzjoni billi a) tiżgura li l-proġetti tal-EMAS tal-AMIF ikun fihom indikaturi tal-output u tal-eżiti b'miri u linji bażi ċari fejn xieraq, u tiġġustifika meta dan ma jkunx il-każ; b) timmonitorja u tirrapporta l-eżiti li nkisbu mill-proġetti ffinanzjati mill-EMAS; c) għall-QFP 2021-2027 il-ġdid, tfassal l-indikaturi tas-CMEF tal-AMIF, inklużi l-linji bażi u l-miri tagħhom qabel ma jinbdew il-proġetti tal-2021-2027;
   timplimenta miżuri li jiżguraw il-komplementarjetà u koordinazzjoni aħjar bejn l-AMIF u l-EASO/il-Frontex (eż. fil-qasam tar-ritorni furzati jew tal-appoġġ lill-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tal-ażil);
   tuża l-għajnuna għall-iżvilupp bħala għodda biex tiġi ffaċilitata kooperazzjoni aħjar mal-pajjiżi ta' oriġini tal-migranti(101);

431.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkonforma b'mod sħiħ mal-Ftehim Interistituzzjonali dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(102) bħala kwistjoni ta' konformità mad-dispożizzjonijiet ġuridiċi tal-Unjoni u l-prinċipju ta' governanza tajba;

RAA tad-DĠ HOME għall-2019

432.  Jinnota li d-DĠ Migrazzjoni u Affarijiet Interni żamm żewġ riżervi fil-ġestjoni kondiviża (waħda għall-AMIF u l-ISF, u waħda għall-Fondi SOLID għall-perjodu 2007-2013, li kull waħda minnhom hijaa s-suġġett ta' riserva f'diversi Stati Membri) u riżerva oħra f'għotjiet f'reġim ta' ġestjoni diretta minħabba livell ta' żball materjali li jammonta għal rata ta' żball residwu ta' 4,11 % u impatt stmat ta' EUR 7,21 miljun; jinnota li, skont r-Rapport Annwali tal-Attività tal-2019 tal-Kummissjoni, ir-rata medja ta' żball residwu fl-AMIF u l-ISF hija ta' 1,57 %, li tikkostitwixxi persentaġġ ferm inqas mil-livell limitu materjali ta' 2 %; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-implimentazzjoni tal-proġett ta' assistenza ta' emerġenza intitolat "It-tisħiħ tal-attivitajiet ta' kontroll tal-fruntieri fil-fruntieri esterni tal-Kroazja minħabba żieda fil-pressjoni migratorja" minn Settembru 2018 sa tmiem l-2019 u jieħu nota tal-ftuħ tal-KAŻ 1598/2020/MMO mill-Ombudsman Ewropew dwar "kif il-Kummissjoni Ewropea timmonitorja u tiżgura r-rispett għad-drittijiet fundamentali mill-awtoritajiet Kroati fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta' ġestjoni tal-fruntieri". jinnota l-enfasi li l-Kummissjoni għamlet fuq l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' monitoraġġ indipendenti, kif stipulat fl-għotja; jinnota wkoll li l-Kummissjoni qed taħdem mill-qrib mal-Kroazja, li indikat l-intenzjoni tagħha li timplimenta dan il-mekkaniżmu ta' monitoraġġ indipendenti; ifakkar li l-istrumenti ta' finanzjament tal-Unjoni għall-ġestjoni tal-fruntieri jeħtieġu li l-azzjonijiet kollha ffinanzjati jirrispettaw u jikkonformaw mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; jinsisti għalhekk li kwalunkwe assistenza ta' emerġenza futura relatata mal-ġestjoni tal-fruntieri mogħtija lill-Kroazja għandha tingħata biss wara li jiġi implimentat il-mekkaniżmu ta' monitoraġġ; jitlob lill-Ombudsman tipprovdi lill-Parlament b'aġġornamenti regolari dwar KAŻ 1598/2020/MMO;

433.  Jilqa' b'sodisfazzjon ir-rakkomandazzjonijiet maħruġa mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni għad-DĠ HOME għall-2019 bħal:

   it-twaqqif u l-ippjanar tal-attività tal-awditjar tad-DĠ HOME (id-definizzjoni u l-komunikazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-missjoni u l-mandat tal-funzjoni tal-awditjar u l-aġġustament tar-rwoli u r-responsabbiltajiet, il-linji ta' rappurtar u l-istadji importanti għall-eżerċizzju tal-approvazzjoni tal-kontijiet; l-aġġornament tal-istrateġiji tal-awditjar; u l-analiżi tal-ħtiġijiet ta' riżorsi tal-attività tal-awditjar);
   it-twettiq tal-pjan ta' awditjar (il-pjanifikazzjoni u it-tnedija ta' awditi malajr kemm jista' jkun fis-sena wara l-adozzjoni tal-programm ta' Ħidma Annwali u r-rieżami tar-rapporti ta' kontroll annwali u l-opinjonijiet ta' awditjar; l-armonizzazzjoni tal-istadji importanti għall-istadji tal-proċess tal-awditjar; l-iżgurar li r-rapporti finali tal-awditjar jintbagħtu lill-benefiċjarji mingħajr dewmien u li dan jiġi mmonitorjat mill-maniġment superjuri);
   l-approvazzjoni tal-kontijiet (l-iżgurar li d-deċiżjonijiet ta' approvazzjoni jittieħdu fil-ħin; il-klarifika tal-proċedura għall-kontijiet ippreżentati qabel tmiem is-sena); l-adattament tal-proċedura ta' approvazzjoni għal struttura organizzattiva ġdida u t-titjib tal-komunikazzjoni bejn l-unitajiet finanzjarji u s-settur tal-awditjar (it-twaqqif u l-ippjanar tal-attività tal-awditjar; l-eżekuzzjoni tal-pjan tal-awditjar; l-approvazzjoni tal-kontijiet);

RAA tad-DĠ JUST għall-2019

434.  Jissottolinja li d-DĠ Ġustizzja u Konsumaturi (DG JUST) żamm ir-riżerva tiegħu fir-rigward ta' rata ta' żball materjali fl-għotjiet f'reġim ta' ġestjoni diretta, li tammonta għal rata ta' żball residwu ta' 2,65 %; jieħu nota tal-impenn tal-Kummissjoni li tadatta l-metodoloġija tagħha għall-kalkolu tar-rata ta' żball fl-għotijiet tal-programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza u l-programm dwar il-Ġustizzja, f'konformità mal-osservazzjonijiet tal-Qorti, u li tibda tagħmel dan mill-implimentazzjoni tal-kampanja ta' awditu ex post tal-2020;

435.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-implimentazzjoni li għaddejja bħalissa mid-DĠ JUST tar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni għad-DĠ JUST li huma relatati mal-proċess tal-valutazzjoni tal-impatt u l-implimentazzjoni ta' linji gwida u sett ta' għodod għal regolamentazzjoni aħjar;

Ewropa Globali

436.  Jinnota li l-pagamenti għall-"Ewropa Globali" ammontaw għal EUR 10,1 biljun fl-2019 u ġew żburżati permezz tal-istrumenti speċjali li ġejjin:

   "Strument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI)", sa 26 % tal-baġit tal-"Ewropa Globali" jew EUR 2,6 biljun;
   "Strument Ewropew ta' Viċinat (ENI)", sa 20,6 % tal-baġit tal-"Ewropa Globali" jew EUR 2,1 biljun;
   "Strument għal Qabel l-Adeżjoni (IPA)", sa 15,7 % tal-baġit tal-"Ewropa Globali" jew EUR 1,6 biljun;
   "Għajnuna umanitarja", sa 20,4 % tal-baġit tal-"Ewropa Globali" jew EUR 2,1 biljun;
   "Azzjonijiet u programmi oħra", sa 17,3 % tal-baġit tal-"Ewropa Globali" jew EUR 1,7 biljun;

437.  Ifakkar li l-għanijiet ewlenin tal-politika taħt l-intestatura 4 tal-baġit 2019 huma fost l-oħrajn il-promozzjoni tal-valuri tal-Unjoni barra minnha, bħad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u jfakkar li kull azzjoni ffinanzjata mill-Unjoni jeħtieġ li tirrispetta dawk il-prinċipji fundamentali; jilqa' s-sejba tal-Qorti dwar xejra ġeneralment pożittiva f'termini ta' tnaqqis tal-faqar, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-edukazzjoni u għadd ta' ftehimiet ma' pajjiżi ġirien, iżda jesprimi tħassib dwar ix-xejra li sejra għall-agħar f'termini tal-konsolidazzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-istabbiltà politika; ifaħħar bis-saħħa l-isforzi tas-soċjetà ċivili madwar id-dinja fil-promozzjoni u d-difiża tad-drittijiet tal-bniedem, speċjalment fi żmien meta l-ispazju tas-soċjetà ċivili qed jiċkien u meta qegħdin jitqajmu dubji dwar l-universalità tad-drittijiet tal-bniedem u filwaqt li jissottolinja l-prinċipji tat-trasparenza u r-responsabbiltà fir-rigward tal-infiq tal-fondi pubbliċi għas-soċjetà ċivili, jisħaq fuq l-importanza li jiġi evitat li jkun hemm eċċess burokratiku u li jitqajmu suspetti bla bażi;

438.  Iqis li l-baġit għall-azzjoni esterna jiġi implimentat mid-direttorat ġenerali għall-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp (DĠ DEVCO), id-direttorat ġenerali għall-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir (DĠ NEAR), id-direttorat ġenerali għall-Protezzjoni Ċivili u l-Operazzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja Ewropej (DĠ ECHO), id-direttorat ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana (DĠ REGIO) u s-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI);

439.  Jinnota li n-nefqa f'dan il-qasam ġiet żburżata permezz ta' diversi strumenti u metodi ta' kunsinna, bħal kuntratti ta' xogħol, provvista u servizzi, għotjiet, self speċjali, garanziji ta' self u assistenza finanzjarja, appoġġ baġitarju u forom oħra mmirati ta' għajnuna baġitarja f'aktar minn 150 pajjiż madwar id-dinja;

440.  Jinnota li l-Qorti eżaminat kampjun ta' 68 tranżazzjoni: 22 tranżazzjoni għad-DĠ NEAR, 25 għad-DĠ DEVCO, 10 għad-DĠ ECHO u 11-il tranżazzjoni oħra; u seba' tranżazzjonijiet mill-istudji dwar ir-rata ta' żball residwu tal-2019 tad-DĠ NEAR u d-DĠ DEVCO, aġġustati biex jikkumpensaw għal-limitazzjonijiet metodoloġiċi tagħhom;

441.  Jinnota li l-Qorti sabet li l-għajnuna tal-UE għenet biex jerġa' jkun hemm u jinżamm l-aċċess għal edukazzjoni sikura u ta' kwalità tajba matul kriżijiet umanitarji. Jilqa' r-rilevanza tal-proġetti relatati mal-problemi identifikati. Jinnota li l-proġetti rnexxielhom jilħqu l-biċċa l-kbira tal-objettivi tagħhom. Jappoġġa r-rakkomandazzjoni tal-Qorti u jitlob lill-Kummissjoni biex tiffinalizza l-appoġġ tagħha għall-edukazzjoni f'emerġenzi sabiex jintlaħaq livell tajjeb ta' effiċjenza u rilevanza

442.  Ifakkar li l-politika ta' żvilupp u kooperazzjoni hija maħsuba biex teqred il-faqar u tnaqqas l-inugwaljanza u li l-fondi għandhom jilħqu biss il-benefiċjarji intenzjonati tagħhom;

443.  Jinsisti fuq l-importanza tal-parteċipazzjoni attiva tal-Parlament Ewropew fl-iżvilupp ta' ftehimiet ta' sħubija u kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi; jisħaq li l-ftehimiet ta' sħubija futuri għandhom ikunu soġġetti għal skrutinju parlamentari u bbażati fuq il-prinċipji tas-solidarjetà, ir-responsabbiltà kondiviża, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u d-dritt umanitarju internazzjonali(103);

444.  Jinsab imħasseb dwar id-diskors ta' mibegħda u l-vjolenza mgħallma fil-kotba tal-iskola Palestinjani u użati fl-iskejjel mill-UNRWAt; jinsab imħasseb dwar l-effikaċja tal-mekkaniżmi ta' aderenza tal-UNRWA mal-valuri tan-NU fil-materjali edukattivi użati u mgħallma mill-persunal tal-UNRWA fl-iskejjel tagħha, li fihom diskors ta' mibegħda u inċitament għall-vjolenza; jinsisti li l-UNRWA taġixxi bi trasparenza sħiħa u tippubblika fi pjattaforma b'sors miftuħ il-materjal edukattiv kollu tagħha għall-għalliema u l-istudenti, kif ukoll l-evalwazzjonijiet tagħha tal-kotba akkademiċi tal-pajjiż ospitanti użati ħalli tiżgura li l-kontenut jaderixxi mal-valuri tan-NU u ma jinkoraġġix il-mibegħda; jitlob li l-materjal skolastiku kollu, li mhuwiex konformi ma' dawn l-istandards, jitneħħa immedjatament; jinsisti li l-allokazzjoni tal-finanzjament tal-UE bħall-PEGASE għas-salarji mħallsa lill-għalliema u lill-uffiċjali pubbliċi fis-settur tal-edukazzjoni trid tkun kondizzjonali fuq materjal edukattiv u kontenut ta' korsijiet li jikkonformaw mal-istandards tal-UNESCO fil-qasam tal-paċi, it-tolleranza, il-koeżistenza u l-nonvjolenza, kif ġie deċiż mill-Ministri tal-Edukazzjoni tal-Unjoni f'Pariġi fis-17 ta' Marzu 2015;

445.  Itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-assistenza esterna għandha tiġi ffinanzjata bis-sħiħ mill-baġit tal-Unjoni u jenfasizza li l-azzjonijiet fl-ambitu tal-fondi fiduċjarji (EUTFs) huma biss soluzzjonijiet ta' tranżizzjoni sakemm jiġu sostitwiti bis-sħiħ mill-EFIs futuri, b'mod partikolari l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI) u l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III); jiddispjaċih li, f'diversi każijiet, l-objettivi umanitarji, bħall-preservazzjoni tad-dinjità u tad-drittijiet tal-bniedem tal-migranti u ta' gruppi vulnerabbli oħra, bħat-tfal u n-nisa, ma ntlaħqux fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet fl-ambitu tal-Fondi Fiduċjari, bħall-Fond Fiduċjarju Madad tal-UE u l-Fond Fiduċjarju għall-Afrika tal-UE; jenfasizza li l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem teħtieġ azzjoni deċiżiva; ifakkar, barra minn hekk, li r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali, il-promozzjoni tal-istat tad-dritt, il-prinċipji demokratiċi, il-libertà ta' reliġjon u ta' twemmin, it-trasparenza, il-governanza tajba u l-paċi u l-istabbiltà huma elementi essenzjali tal-Fond Fiduċjarju għall-Kolombja tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni żżid l-iskrutinju tal-azzjonijiet tas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni f'dan ir-rigward.

446.  Ifakkar li t-tnaqqis tal-faqar huwa l-għan primarju tal-politika tal-iżvilupp tal-Unjoni u li l-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) għandu jkollha bħala l-objettiv ewlieni tagħha l-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku u l-benesseri tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, skont id-definizzjoni ta' ODA mill-OECD; jenfasizza li l-ODA għandha tappoġġja l-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs), tirrispetta l-prinċipji tal-Aġenda 2030 tan-NU, inkluż il-prinċipju tagħha li "ħadd ma jitħalla jibqa' lura", tirrispetta l-prinċipji tal-effikaċja tal-iżvilupp u tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-inugwaljanzi, mingħajr eċċezzjoni għall-ODA relatata mal-migrazzjoni jew meta tintuża kwalunkwe modalità ta' għajnuna partikolari; jappella għal allokazzjoni aktar effiċjenti u trasparenti tas-self tal-ODA, filwaqt li jiġi żgurat li l-ODA tmur fejn hija l-aktar meħtieġa u jkollha l-akbar impatt fuq l-iżvilupp;

447.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-miżuri ta' serħan mid-dejn jintrabtu mal-mobilizzazzjoni ulterjuri tal-ODA; jemmen, bl-istess mod, li l-isforzi ta' serħan mid-dejn għandhom jiġu kkomplementati minn aktar riżorsi mill-aġenziji multilaterali tas-self, inkluż permezz ta' żieda tad-Drittijiet Speċjali ta' Prelevament tal-FMI;

448.  Jinnota li l-ħtiġijiet tal-ODA jiġu influwenzati mill-mobilizzazzjoni tar-riżorsi nazzjonali tal-pajjiżi, li hija mdgħajfa mill-erożjoni tal-bażi u t-trasferiment tal-profitt (BEPS) minn kumpaniji multinazzjonali; ifakkar li d-dipendenza ogħla li l-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp għandhom fuq it-taxxa korporattiva tfisser li jsofru minn BEPS sproporzjonat; jappella għal aktar azzjoni attiva mill-Unjoni kontra dan, f'konformità mal-Aġenda ta' Azzjoni ta' Addis Ababa dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp inkluż fl-Aġenda 2030; jisħaq fuq il-ħtieġa li jittieħdu azzjonijiet konkreti biex tiġi appoġġjata ż-żieda fil-mobilizzazzjoni tar-riżorsi nazzjonali, bħall-appoġġ għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-iżvilupp ta' sistemi tat-taxxa progressivi u l-indirizzar tal-evitar u l-evażjoni tat-taxxa;

449.  Ifakkar li l-politiki tal-agrikoltura, tas-sajd, tal-kummerċ, tal-ekonomija, tal-edukazzjoni, tal-migrazzjoni, tal-ambjent, tal-klima, tal-affarijiet barranin u tas-sigurtà u l-politiki oħra tal-Unjoni jinfluwenzaw l-effiċjenza tal-politika tal-iżvilupp tal-Unjoni; jinnota li koerenza tal-politiki għall-iżvilupp (PCD), b'mandat mill-Artikolu 208 tat-TFUE, hija għaldaqstant ukoll kwistjoni ta' ġestjoni finanzjarja tajba; ifakkar li l-effikaċja tal-għajnuna tiddependi fuq l-implimentazzjoni korretta tal-PCD; jisħaq li għad hemm bżonn ta' aktar sforzi għall-konformità mal-prinċipji tal-PCD, speċjalment fl-oqsma msemmija hawn fuq, biex jintlaħqu l-objettivi tal-effikaċja tal-għajnuna; jistieden lill-Kummissjoni taġixxi fuq ir-rakkomandazzjonijiet fir-rapport ta' evalwazzjoni esterna(104) tal-2018 dwar il-PCD, turi impenn u tassenja biżżejjed persunal għal kompiti tal-PCD, biex b'hekk tiżgura strateġija orjentata lejn ir-riżultati u progress fil-PCD;

450.  Jisħaq fuq il-fatt li biex l-għajnuna għall-iżvilupp issir aktar effettiva, tipprovdi riżultati dejjiema u tindirizza l-ħtiġijiet lokali, b'mod partikolari f'sitwazzjonijiet ta' kriżi twila u ta' wara kriżi, huwa imperattiv li tittejjeb il-koordinazzjoni tal-għajnuna umanitarja u l-assistenza għall-iżvilupp u li tissaħħaħ ir-rabta bejn l-aspett umanitarju u l-iżvilupp; jappella biex l-Unjoni tkompli tiżviluppa dan l-approċċ;

451.  Jilqa' r-Reviżjoni mill-Qorti tar-"rispons tal-UE għall-istrateġija ta' investiment immexxija mill-Istat taċ-Ċina" ta' Settembru 2020; jenfasizza li l-Qorti identifikat nuqqasijiet fil-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-evalwazzjoni tal-azzjonijiet fl-istrateġija attwali bejn l-Unjoni u ċ-Ċina inkluż il-finanzjament mill-Unjoni ta' proġetti fl-ambitu tal-istrateġija ta' investiment Ċiniża li mhumiex konformi mal-prinċipji tal-istrateġija tal-Unjoni dwar il-konnettività; jappella għall-provvediment ta' aktar riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Unjoni dwar il-konnettività;

452.  Jinnota bi tħassib is-sitwazzjoni kkumplikata fil-Belarussja; jissottolinja l-importanza li jiġi rivedut il-finanzjament tal-Unjoni u li jiġi żgurat li dan ma jkunx dirett lejn ir-reġim ta' Lukashenko, iżda jkun ta' appoġġ għas-soċjetà ċivili fil-Belarussja;

453.  Jistenna b'interess is-Summit 2021 bejn l-Unjoni u l-Unjoni Afrikana; iqis li hemm bżonn li mmorru lil hinn minn relazzjoni tradizzjonali ċċentrata fuq l-għajnuna u ngħaddu għal sħubija bejn partijiet ugwali, li tkun aktar strateġika u integrata;

Is-sejbiet tal-Qorti: DĠ NEAR

454.  Jilqa' l-fatt li t-tranżazzjonijiet relatati mal-appoġġ baġitarju u l-proġetti implimentati minn organizzazzjonijiet internazzjonali skont l-"approċċ nozzjonali" kienu inqas suxxettibbli għal żbalji u li fl-2019 il-Qorti ma sabet l-ebda żball f'dawn l-oqsma; jieħu nota tal-fatt li, fir-rigward tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet, il-qasam ta' nfiq tal-appoġġ baġitarju lil pajjiżi terzi huwa inqas suxxettibbli għal żball; jieħu nota, madankollu tal-fatt li, minħabba d-dispożizzjonijiet legali li jħallu ambitu wiesa' għal interpretazzjoni mill-Kummissjoni fir-rigward tal-issodisfar tal-kundizzjonijiet ġenerali, il-Qorti "ma tistax tkopri dak li jiġri wara l-mument li fih il-Kummissjoni tħallas l-għajnuna lill-pajjiż riċevitur, peress li dawn il-fondi mbagħad jingħaqdu mar-riżorsi baġitarji proprji ta' dak il-pajjiż"; jinnota li dan jirriskja li jimmina l-livell ta' responsabbiltà u trasparenza tal-azzjoni u l-infiq tal-Unjoni; jinsisti li l-Kummissjoni tiżgura li l-għoti ta' għajnuna esterna jkun soġġett għall-istat tad-dritt u għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi riċevituri; jenfasizza, b'mod partikolari, il-ħtieġa li jiġi ggarantit li pajjiżi u partijiet terzi u/jew persuni fiżiċi, li huma allokati jew marbuta ma' fondi tal-Unjoni jaderixxu mal-valuri demokratiċi ewlenin, jirrispettaw l-istandards internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u jissottoskrivu għal prinċipji ta' nonvjolenza;

455.  Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi bis-sħiħ il-prinċipju ta' kundizzjonalità u kontrolli ex ante u ex post regolari fuq ir-regolarità u l-prestazzjoni tal-fondi tal-Unjoni għall-appoġġ lil pajjiżi terzi u tiżgura qafas legali li jipprevedi li dawn l-istrumenti ta' appoġġ jippermettu l-irkupru sħiħ tal-fondi f'każ ta' irregolaritajiet skoperti(105);

456.  Jinnota bi tħassib, fir-rigward tal-istudju dwar ir-rata ta' żball residwu tad-DĠ NEAR, li, skont il-Qorti:

   Il-metodoloġija u l-manwal tar-rata ta' żball residwu pprovduti mid-DĠ NEAR jinkludu limitazzjonijiet li jistgħu jikkontribwixxu għas-sottovalutazzjoni tal-iżball residwu, bħal kopertura insuffiċjenti ta' ċerti aspetti tal-proċeduri ta' akkwist (raġunijiet għar-rifjut ta' kandidati li ma ntgħażlux, il-konformità tal-offerta magħżula mal-kriterji kollha tal-għażla u għall-għoti, kontroll sħiħ tas-sejħa għall-proċeduri tal-proposti, ġustifikazzjoni tal-għoti dirett)(106);
   Ir-"rata [ta' żball] ta' għotja" għall-ġestjoni diretta ta' għotjiet hija kkalkulata abbażi ta' livell ta' fiduċja ta' 80 %, filwaqt li normalment ir-rati ta' żball jiġu kkalkulati abbażi ta' livell ta' fiduċja ta' 95 %;
   Il-metodu ta' stima tar-rata ta' żball residwu tad-DĠ NEAR jagħti lill-kuntrattur kamp ta' applikazzjoni wiesa' għall-interpretazzjoni fl-istima ta' żbalji individwali (speċjalment fil-każ ta' nuqqas ta' dokumenti għal tranżazzjoni);
   Fl-2018 u l-2019 id-dipendenza ta' nofs it-tranżazzjonijiet fil-kampjun ġiet attribwita fuq bażi ta' kontrolli preċedenti, filwaqt li l-Qorti tfakkar li approċċ bħal dan ma jkejjilx kompletament ir-rata ta' żball residwu(107);

457.  Jinsab imħasseb mill-fatt li l-qorti għad għandha riżervi dwar l-affidabbiltà tar-riżultati tal-istudju;

458.  Jinnota bi tħassib li d-DĠ NEAR, fir-Rapport Annwali ta' Attività tiegħu tal-2019, kellu joħroġ riżerva dwar id-diffikultajiet fil-monitoraġġ adegwat tal-proġetti kollha fil-Libja u fis-Sirja (riżerva mhux kwantifikata) u riżerva dwar l-iżbalji fin-nefqa fl-Għotjiet f'Reġim ta' Ġestjoni Diretta (riżerva kwantifikata);

459.  Jinnota li, fl-2019, il-Qorti ma kkalkulat l-ebda stima tal-livell tar-rata ta' żball għall-infiq fl-ambitu tal-intestatura 4, kif kien ukoll il-każ fl-2018; jenfasizza li l-Qorti identifikat limitazzjonijiet li jistgħu jwasslu għal sottovalutazzjoni tar-rata tal-iżball residwu (RER); jappoġġa bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet ifformulati mill-Qorti, b'mod partikolari l-ħtieġa li jiġu żvelati l-limitazzjonijiet tal-istudju dwar ir-RER fir-rapporti annwali tal-attività futuri tad-DĠ NEAR, kif ukoll li DĠ NEAR isaħħaħ il-kontrolli tal-istrumenti ta' finanzjament estern (EFIs) billi jiġu identifikati u evitati żbalji rikorrenti;

460.  Jieħu nota tas-segwitu li l-Qorti tat għar-rakkomandazzjonijiet li għamlet fir-rapport annwali tagħha tal-2016, li kienu jeħtieġu azzjoni immedjata jew li kellhom jiġu implimentati sal-2019, u jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni kienet implimentat tlieta minnhom b'mod sħiħ u waħda parzjalment;

461.  Jiddispjaċih li minkejja l-appell tal-Parlament lill-Kummissjoni fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2019 biex tuża l-fondi attwalment allokati skont l-IPA II għall-appoġġ għas-soċjetà ċivili, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġurnalisti tat-Turkija u biex iżżid l-opportunitajiet għal kuntatti bejn il-persuni, għad-djalogu akkademiku u l-pjattaformi tal-media għall-ġurnalisti permezz ta' pakkett iddedikat ġestit direttament mill-Unjoni, l-Unjoni ddeċidiet li timplimenta l-azzjoni IPA 2019/42258 li tikkofinanzja x-xiri ta' 4 bastimenti tal-Gwardja tal-Kosta Torka; barra minn hekk jinsisti fuq il-bżonn li jsir monitoraġġ mill-qrib tal-użu tal-fondi tal-Faċilità għar-Rifuġjati fit-Turkija, filwaqt li jiġi żgurat li dawn il-fondi jindirizzaw b'mod preċiż il-proġetti tar-rifuġjati u li ma jintużawx għal xi skopijiet oħra;

Rapport Speċjali Nru 09/2019 tal-Qorti: Appoġġ mogħti mill-UE lill-Marokk - Sa issa riżultati limitati

462.  Jinnota li l-appoġġ baġitarju tal-Unjoni fil-Marokk ammonta għal madwar 0,37 % matul il-perjodu 2014-2018 min-nefqa baġitarja totali tal-pajjiż, fejn il-kuntratti ammontaw għal EUR 562 miljun u l-pagamenti ammontaw għal EUR 206 miljun; ifakkar li l-Marokk jirċievi aktar appoġġ għall-iżvilupp mill-Unjoni minn kwalunkwe pajjiż ieħor fl-Afrika ta' Fuq, minbarra t-Tuneżija, u huwa wieħed mill-benefiċjarji prinċipali tal-għajnuna internazzjonali għall-iżvilupp;

463.  Ifakkar li l-ENI huwa l-istrument finanzjarju ewlieni użat mill-Kummissjoni fil-kooperazzjoni tagħha mal-Marokk u jammonta għal EUR 1 399 miljun bħala impenji għall-perjodu 2014-2020;

464.  Jirrimarka li wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni f'Diċembru 2015 dwar is-Saħara tal-Punent, il-Marokk issospenda d-djalogu politiku li jkopri l-politiki esterni kollha tal-Unjoni, bħall-politika tal-iżvilupp, dik kummerċjali u barranija u dik tas-sigurtà minn Diċembru 2015 sa Jannar 2019; jinnota l-kummenti tal-Kummissjoni dwar ir-Rapport Speċjali Nru 09/2019 li "d-djalogu politiku qatt ma ġie sospiż matul il-perjodu ta' relazzjonijiet politiċi diffiċli bejn l-Unjoni u l-Marokk, il-Kummissjoni tqis li ma kien hemm l-ebda raġuni biex tiġi żviluppata strateġija alternattiva";

465.  Jissottolinja l-fatt li l-Marokk ilu sieħeb u ġar fit-tul u strateġiku tal-UE b'kooperazzjoni produttiva li twassal għal riżultati pożittivi;

466.  Jinnota li l-Qorti identifikat diversi sfidi li jxekklu l-effikaċja tal-Appoġġ Baġitarju:

   enfasi u tfassil subottimali tal-appoġġ (jiġifieri l-finanzjament kopra wisq oqsma, il-Kummissjoni ma kinitx żviluppat strateġija ċara għar-relazzjonijiet futuri mal-Marokk matul is-sospensjoni tad-djalogu politiku, kien hemm koordinazzjoni inugwali tad-donaturi u programmi ta' appoġġ baġitarju mhux imfassla biex jimmassimizzaw l-impatt);
   diffikultajiet fl-implimentazzjoni tal-appoġġ (jiġifieri dewmien, valutazzjoni ħażina tar-riżultati mill-Kummissjoni);
   nuqqas ta' impatt sinifikanti għall-programmi ta' appoġġ baġitarju (jiġifieri inqas minn nofs il-miri ta' appoġġ baġitarju milħuqa fis-saħħa, il-protezzjoni soċjali, il-ġustizzja, eċċ.);

467.  Jistieden lill-Kummissjoni:

   issaħħaħ l-enfasi tal-appoġġ baġitarju tal-Unjoni fil-Marokk, jiġifieri bl-applikazzjoni ta' metodu aktar trasparenti u ddokumentat aħjar biex jiġu allokati l-ammonti għal programmi ta' appoġġ baġitarju settorjali u billi tkompli timmonitorja l-prestazzjoni;
   ittejjeb it-tfassil tar-riżultati f'termini tal-mira u tal-prestazzjoni;
   ittejjeb l-istrateġija tad-djalogu dwar il-politika, speċifikament biex tivvaluta l-kisbiet tal-istrateġija tad-djalogu dwar il-politika u biex tapplika definizzjoni ċara u xierqa tal-objettivi u r-riżultati mistennija tad-djalogu;
   ittejjeb il-proċeduri ta' verifikazzjoni tal-iżborż, speċifikament biex jiġu applikati metodi ta' kalkolu xierqa, biex il-fondi jiġu żborżati biss meta jkun hemm evidenza affidabbli li l-mira fil-fatt tkun inkisbet;
   ittejjeb il-proċeduri ta' monitoraġġ, bħal pereżempju biex issaħħaħ il-valutazzjoni tal-istrateġiji settorjali u timmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom permezz tal-indikaturi tal-istrateġiji settorjali;
   tivverifika bir-reqqa l-użu tal-fondi tal-Unjoni minn entitajiet terzi, l-affiljati tagħhom, u/jew persuni fiżiċi biex tiżgura li l-ebda fond ma jkun allokat jew marbut ma' xi kawża jew forma ta' terroriżmu u/jew radikalizzazzjoni reliġjuża u politika; u tiżgura li dawn il-fondi tal-Unjoni jiġu rkuprati b'mod proattiv, u li l-benefiċjarji involuti jiġu esklużi mill-finanzjament futur tal-Unjoni;

468.  Ifakkar fl-importanza tal-promozzjoni tal-valuri tal-Unjoni lil hinn minnha bħad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tuża l-Fond ta' Qabel l-Adeżjoni biex tappoġġa t-trasformazzjoni demokratika u tiżgura l-implimentazzjoni xierqa tal-politiki pubbliċi u r-riformi ġudizzjarji fil-Balkani tal-Punent;

469.  Jieħu nota tar-risposti tal-Kummissjoni għar-Rapport Speċjali Nru 09/2019, b'mod partikolari li l-Kummissjoni tikkonkludi li l-kooperazzjoni tal-Unjoni kkontribwiet għall-implimentazzjoni tar-riformi fil-Marokk, li kellhom impatt pożittiv fuq l-iżvilupp soċjoekonomiku tal-pajjiż;

Is-sejbiet tal-Qorti: DĠ DEVCO

470.  Jinnota li d-DĠ DEVCO jimplimenta l-biċċa l-kbira mill-istrumenti ta' għajnuna esterna ffinanzjati kemm mill-baġit ġenerali tal-UE kif ukoll mill-FEŻ. jieħu nota tal-fatt li, fir-rapport annwali tagħha dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-8, mid-9, mill-10 u mill-11-il FEŻ għas-sena finanzjarja 2019, il-Qorti ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha dwar is-sistemi, ir-responsabbiltà tar-RAA u d-dikjarazzjoni tad-direttur ġenerali għall-2019 li jirreferu għall-ambitu kollu tal-kompetenza tad-DĠ DEVCO:

   In-nefqa fl-ambitu tat-8, id-l9, l-10 u l-11-il FEŻ irreġistrata fl-2019 hija materjalment affettwata minn żbalji; skont il-Qorti, il-livell stmat ta' żball huwa ta' 3,5 %;
   43,6 % tal-livell stmat ta' żball ġie minn nefqa mhux imġarrba (jiġifieri impenji ppreżentati bħala nefqa jew nefqa ddikjarata kkalkulata b'mod ħażin);
   22,1 % tal-livell stmat ta' żball ġie minn nuqqas serju ta' rispett għar-regoli dwar l-akkwist pubbliku (jiġifieri deċiżjoni mhux ġustifikata mill-kumitat ta' evalwazzjoni);
   12,7 % tal-livell stmat ta' żball ġie minn nefqa ineliġibbli (jiġifieri żieda sinifikanti fis-salarji tal-persunal lokali wara l-konklużjoni tal-kuntratt);

471.  Jinnota li l-osservazzjoni tal-Qorti li l-Kummissjoni u s-sħab tagħha inkarigati mill-implimentazzjoni wettqu aktar żbalji fi tranżazzjonijiet relatati ma' stimi ta' programmi, għotjiet, ftehimiet ta' kontribuzzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u ftehimiet ta' delega ma' aġenziji ta' kooperazzjoni tal-Istati Membri milli għamlu f'forom oħra ta' appoġġ (bħalma huma dawk li jkopru l-kuntratti ta' xogħlijiet, provvisti u servizzi); Mill-61 tranżazzjoni ta' dan it-tip, 25 (38 %) kien fihom żbalji kwantifikabbli, li kienu jirrappreżentaw 71,7 % tal-livell ta' żball stmat; jieħu nota tal-opinjoni tal-Qorti li l-istudju dwar RER tad-DĠ DEVCO ma jikkostitwix impenn ta' aċċertament jew awditu; jinnota li huwa bbażat fuq il-metodoloġija u l-manwal tar-RER pprovduti mid-DĠ DEVCO; josserva li l-Qorti ssemmi erba' fatturi maġġuri li jaffettwaw ir-rata ta' żball residwu użata mid-DĠ DEVCO bħal limitazzjonijiet fil-kontrolli fuq il-proċeduri tal-akkwist pubbliku, għadd baxx ħafna ta' kontrolli fuq il-post fil-pajjiż tal-implimentazzjoni tal-proġetti, il-metodu nnifsu ta' stima tar-rata ta' żball residwu tad-DĠ DEVCO u d-dipendenza parzjali jew sħiħa minn xogħol ta' kontroll preċedenti; jieħu nota tal-osservazzjoni ta-Qorti li d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni mid-Direttur-Ġenerali fir-RAA 2019 ma kienet tinkludi l-ebda riżerva, billi ż-żewġ riżervi li kien għad baqa' fl-2018 kienu tneħħew u ma nħarġux oħrajn ġodda; qabel ma neħħa dawn ir-riżervi fl-2019, id-DĠ DEVCO kien naqqas b'mod sinifikanti l-kamp ta' applikazzjoni tagħhom (jiġifieri s-sehem tan-nefqa kopert minnhom) fl-2017 u l-2018, li konsegwentement ma jagħtix stampa reali u ġusta tar-riskji fil-qasam ta' responsabbiltà globali tad-DĠ DEVCO;

472.  Jilqa' s-sejba tal-Qorti dwar xejra ġeneralment pożittiva f'termini tat-tnaqqis tal-faqar, l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-edukazzjoni u n-numru ta' ftehimiet ma' pajjiżi ġirien; jesprimi madankollu tħassib dwar ix-xejra li sejra għall-agħar f'termini ta' konsolidazzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-istabbiltà politika

473.  Itenni t-tħassib tiegħu li ż-żieda fl-użu ta' strumenti finanzjarji biex jiġu konkretizzati l-politiki tal-Unjoni fil-pajjiżi terzi timmina l-livell tal-obbligu ta' rendikont u t-trasparenza tal-azzjoni tal-Unjoni; jinsisti li l-Kummissjoni tiżgura li l-għoti tal-għajnuna esterna jkun suġġett għall-istat tad-dritt u għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi destinatarji(108);

474.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-użu ħażin tal-fondi għall-iżvilupp għal azzjonijiet li jirriżultaw fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-ġestjoni tal-fruntieri; jiddeplora l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem irrapportat marbut mal-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza tal-UE għall-Afrika (EUTF) fil-Libja, l-Etjopja, l-Eritrea u n-Niġer; jappella għall-ħolqien ta' mekkaniżmi b'saħħithom li jimmonitorjaw l-impatti fuq id-drittijiet tal-bniedem tal-EUTF, kif ukoll sistema ta' obbligu ta' rendikont li tevita u tindirizza l-ksur tad-dritt internazzjonali; itenni l-ħtieġa ta' investigazzjoni bir-reqqa dwar l-allegati abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi dawk fil-fruntieri tal-UE; jiddeplora l-fatt li r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-estensjoni tal-EUTF ma ppreveda l-ebda titjib f'dan il-qasam, u jitlob li jiġu pprovduti garanziji dwar ir-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem meta tiġi indirizzata l-estensjoni tal-EUTF(109);

Prestazzjoni tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat (ENI) u tal-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI)

475.  Ifakkar li l-baġit tal-ENI għall-QFP 2014-2020 huwa ta' madwar EUR 17-il biljun; B'mod ġenerali, sa tmiem l-2019, il-Kummissjoni kienet impenjat 85 % ta' din l-allokazzjoni u nefqet 42 %;

476.  Ifakkar li l-baġit tal-DCI għall-QFP 2014-2020 huwa ta' madwar EUR 20-il biljun; B'mod ġenerali, sa tmiem l-2019, il-Kummissjoni kienet impenjat 84 % ta' din l-allokazzjoni u nefqet 40 %;

477.  Jinnota li skont ir-rieżami tal-prestazzjoni ta' ħames proġetti tad-DCI u tliet proġetti tal-ENI, il-Qorti identifikat li tlieta mill-proġetti tad-DCI kellhom problemi fil-prestazzjoni: tnejn kienu esperjenzaw dewmien fl-implimentazzjoni u għalhekk mhux se jwasslu l-outputs u r-riżultati kollha ppjanati sal-iskadenza rilevanti, filwaqt li ma kienx ġie stabbilita mira biex tkejjel il-prestazzjoni tiegħu, madankollu, l-ebda wieħed mill-proġetti tal-ENI ma kellhom problemi fil-prestazzjoni;

478.  Jinnota li l-indikaturi fir-rapporti dwar il-prestazzjoni ta' livell għoli tal-Kummissjoni wrew xejra ġeneralment pożittiva f'termini ́ta' tnaqqis tal-faqar, ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-edukazzjoni, numru ta' ftehimiet ma' pajjiżi ġirien u żvilupp tal-bniedem; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-indikaturi wrew xejra li qed tmur għall-agħar f'termini ta' konsolidazzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-istabbiltà politika;

479.  Jirrimarka li dawn l-indikaturi ma pprovdewx informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-programmi nfushom, iżda pjuttost dwar il-kuntest li kienu joperaw fih; jisħaq li t-taħlita ta' indikaturi użati ma kinitx turi b'mod ċar sa liema punt il-programmi kienu qed iwasslu l-outputs u r-riżultati mistennija tagħhom, u kif dawn, min-naħa tagħhom, kienu qed jikkontribwixxu għall-kisba tal-impatti mistennija tal-programmi;

Rakkomandazzjonijiet

480.  Jistieden lill-Kummissjoni:

   tiżvela l-limitazzjonijiet tal-istudju dwar ir-rata ta' żball residwu fir-RAA tal-2020 tad-DĠ NEAR u fir-RAA futuri;
   tiżviluppa malajr gwida u kriterji b'saħħithom biex l-NGOs ikunu identifikati fis-sistema ta' kontabbiltà tagħha u biex tivverifika l-awtodikjarazzjoni tad-data imressqa mill-applikanti;
   tipproponi definizzjoni armonizzata ta' NGOs u kontroll speċifiku fuq il-fondi. Jistieden lill-Kummissjoni tirċievi kull sena l-lista tal-akbar 50 benefiċjarju;
   iżżid il-livell ta' fiduċja li juża d-DĠ NEAR fil-metodoloġija tiegħu biex jikkalkula r-rata tal-għotja biex ikun tal-istess livell li jiġi applikat għall-bqija tal-popolazzjoni tar-rata ta' żball residwu, biex jirrifletti b'aktar preċiżjoni r-riskju ogħla fil-qasam tal-għotjiet f'reġim ta' ġestjoni diretta sa tmiem l-2021;
   issaħħaħ il-kontrolli tad-DĠ NEAR, id-DĠ DEVCO, id-DĠ ECHO, id-DĠ CLIMA u l-FPI billi tidentifika u tipprevjeni żbalji ripetuti (eż. nuqqas ta' sistemi ta' reġistrazzjoni tal-ħin u l-iddebitar ta' VAT ineliġibbli għal proġetti ffinanzjati mill-Unjoni) sa tmiem l-2021;
   ittejjeb aktar sa tmiem l-2021 il-metodoloġija u l-manwal li jintużaw għall-istudju dwar ir-rata ta' żball residwu biex jiġu indirizzati l-problemi li l-Qorti identifikat fir-rapport tagħha, sabiex ir-rata ta' żball irrappurtata fl-istudju tkun aktar affidabbli;
   tintroduċi mill-ġdid riżervi għall-oqsma kollha li jinsab li għandhom livell għoli ta' riskju, irrispettivament mis-sehem tan-nefqa kumplessiva u l-impatt finanzjarju tagħhom;
   tivverifika bir-reqqa l-użu tal-fondi tal-Unjoni minn entitajiet terzi, l-affiljati tagħhom, u/jew persuni fiżiċi biex tiżgura li l-ebda fond ma jkun allokat jew marbut ma' xi kawża jew forma ta' terroriżmu u/jew radikalizzazzjoni reliġjuża u politika; u tiżgura li dawn il-fondi tal-Unjoni jiġu rkuprati b'mod proattiv, u li l-benefiċjarji involuti jiġu esklużi mill-finanzjament futur tal-Unjoni;
   tiżgura li l-ebda fond tal-Unjoni ma jappoġġa t-tħaddim furzat tat-tfal;
   tiżgura li l-fondi tal-Unjoni ma jintużawx għal skopijiet differenti mill-oqsma assenjati;
   tissospendi jew tirrevedi l-kooperazzjoni tagħha ma' pajjiżi terzi, inkluż billi tissospendi finanzjament u proġetti speċifiċi li jipperikolaw id-drittijiet tal-bniedem ta' dawk affettwati, inkluż fejn pajjiżi terzi ma jirrispettawx bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali li jirriżultaw kemm mill-Konvenzjoni tan-NU tal-1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati kif ukoll mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, ma rratifikawx dawn il-konvenzjonijiet, jew jonqsu milli jikkonformaw mal-Konvenzjonijiet SOLAS u SAR;
   tipprevedi skrutinju msaħħaħ mill-Parlament meta tkun qed tiżviluppa ftehimiet ta' sħubija ġodda ma' pajjiżi terzi, li għandhom dejjem ikunu bbażati fuq il-prinċipji tas-solidarjetà, ir-responsabbiltà kondiviża, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u d-dritt umanitarju internazzjonali;
   tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar id-deċiżjonijiet meħuda fil-Kumitati Operattivi u tiżgura li l-Parlament ikun irrappreżentat fil-laqgħat tagħhom;

481.  Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex teżegwixxi bis-sħiħ u mingħajr aktar dewmien is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (31/1/2019) fil-kawża International Management Group (IMG); iħeġġeġ lill-Kummissjoni terġa' tikkunsidra l-IMG bħala kuntrattur xieraq għal proġetti f'pajjiżi li jinsabu f'sitwazzjoni ta' kriżi, fejn din l-organizzazzjoni wriet l-effiċjenza tagħha fil-ġestjoni tal-programmi ta' rikostruzzjoni u ta' assistenza ffinanzjati minn entitajiet Ewropej u Stati Membri fuq perjodu ta' aktar minn 20 sena;

482.  Jenfasizza l-importanza li jiżdiedu l-viżibbiltà, it-trasparenza, l-effettività, il-komplementarjetà u r-responsabbiltà tal-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni fid-dawl tar-ristrutturar attwali tagħhom; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-prestazzjoni tal-ENI kienet aktar ta' suċċess fil-viċinat tal-Lvant tal-UE u, f'dan id-dawl, jitlob li jsiru aktar sforzi diretti lejn il-viċinat tan-Nofsinhar tal-UE sabiex jiġu indirizzati l-isfidi li qed jiffaċċja;

483.  Jappella biex il-Kummissjoni tanalizza aktar l-effikaċja tal-iżvilupp tas-sussidjar u t-tneħħija tar-riskji tal-investiment privat fid-dawl tan-nuqqasijiet irrapportati tal-mekkaniżmi ta' taħlit u ta' garanzija, b'mod partikolari fl-opinjoni reċenti Nru 7/2020 tal-Qorti, relatati mar-rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD), li jikkonkludi li huwa impossibbli li jiġi vvalutat il-kontribut tal-EFSD għall-SDGs jew għall-ftehim ta' Pariġi dwar il-klima u li huwa impossibbli jintwera li l-investimenti rilevanti ma kinux iseħħu mingħajr il-kontribut tal-Unjoni, jiġifieri: tintwera l-addizzjonalità finanzjarja tal-EFSD; ifakkar li jekk ma tintweriex l-addizzjonalità finanzjarja, l-Unjoni tkun qiegħda tikser ir-regolamenti tad-WTO rigward is-sussidjar tas-settur privat u potenzjalment tkun qiegħda taħli r-riżorsi tal-kontribwenti; jenfasizza li l-għażliet tal-modalitajiet tal-għajnuna għandhom jiġu ggwidati mill-prospetti għall-effikaċja fir-rigward tal-objettivi ta' politika rilevanti, f'konformità mal-prinċipju ta' "il-politiki l-ewwel"; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jiżguraw dan; iqis li l-Kummissjoni u s-SEAE għandhom jagħtu prijorità lis-setturi li għandhom il-potenzjal jattiraw investiment dirett barrani, joħolqu impjiegi u jkabbru l-esportazzjonijiet, u lil azzjonijiet li jappoġġjaw il-governanza tajba, ir-riformi strutturali, id-diversifikazzjoni ekonomika u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jisħaq fuq il-ħtieġa li d-donaturi jipprijoritizzaw il-finanzjament ibbażat fuq l-għotjiet bħala l-għażla standard, speċjalment fir-rigward tal-pajjiżi l-anqas żviluppati, u li ma jiġix favorit is-self, li jista' jżid il-piż tad-dejn, minflok l-għotjiet; jissottolinja li s-serħan mid-dejn jaf ikollu impatt kruċjali fuq it-tnaqqis tal-faqar; jisħaq li l-programmi ta' għajnuna għandhom jiġu kkombinati ma' analiżi tas-sostenibbiltà tad-dejn; jappella għal ħidma tal-Unjoni fuq inizjattiva speċifika dwar is-serħan mid-dejn għal pajjiżi foqra b'ammont għoli ta' dejn; itenni li l-għajnuna għall-iżvilupp fl-għamla ta' kooperazzjoni mas-settur privat għandha tirrispetta l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, l-istandards rilevanti tal-ILO u l-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali; jisħaq li għandhom jiġu żgurati l-governanza tajba, it-tnaqqis tal-faqar u l-ħolqien tal-ġid permezz ta' investiment sostenibbli, kif ukoll it-tnaqqis tal-inugwaljanzi, il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-istandards ambjentali flimkien mal-għoti tas-setgħa lill-ekonomiji lokali;

484.  Jappella lill-Kummissjoni timmonitorja b'mod sistematiku r-riformi mwettqa u r-riżultati miksuba, filwaqt li turi li l-appoġġ baġitarju tal-Unjoni kkontribwixxa b'mod effikaċi għall-aġenda għall-iżvilupp proprja tal-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u saħħaħ is-sjieda demokratika;

485.  Jitlob li jkun hemm aktar obbligu ta' rendikont u effiċjenza fl-infiq għall-iżvilupp tal-Unjoni, peress li l-eżiti tal-iżvilupp għandhom mhux biss jiġu definiti iżda wkoll jiġu skrutinizzati u mmonitorjati f'termini ta' riżultati tanġibbli u impatti tal-iżvilupp.

486.  Jappella għal valutazzjonijiet aktar indipendenti u pubblikament disponibbli tal-miżuri militari u ta' sigurtà ċivili u militari tal-UE, b'mod partikolari l-missjonijiet ta' taħriġ militari tal-UE, il-bini tal-kapaċitajiet ta' atturi militari f'pajjiżi terzi (is-CBSD permezz tal-IcSP), u l-miżuri ta' ġestjoni tal-fruntieri u tal-migrazzjoni, u jiddeplora n-nuqqas ta' flessibbiltà fil-proċeduri amministrattivi u baġitarji/finanzjarji fir-rigward tal-missjonijiet ċivili tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK); itenni l-opinjoni tiegħu li l-Kummissjoni għandha tintroduċi regoli dwar l-akkwist speċifiċi għall-miżuri ta' ġestjoni tal-kriżi skont il-PSDK bil-għan li jiġi ffaċilitat it-twettiq rapidu u flessibbli tal-missjonijiet;

487.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-leġittimità tal-irtirar tal-funzjoni baġitarja mill-Parlament permezz tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-EDA u l-PESCO; ifakkar li l-artikoli 45(2) u 46(2) rilevanti tat-TUE jipprevedu li d-deċiżjonijiet jiġu adottati b'maġġoranza kwalifikata mingħajr il-possibbiltà ta' veto; ifakkar li l-irtirar tal-funzjoni baġitarja tal-PE skont l-Artikolu 42 tat-TUE huwa possibbli għall-infiq operattiv biss u jirrikjedi deċiżjoni unanima mill-Kunsill;

488.  Meta jitqies li l-BEI huwa attur ewlieni fl-implimentazzjoni tal-politiki esterni tal-Unjoni, għandu 10 % tas-self tiegħu barra mill-Unjoni, itenni t-talbiet li ilhom jeżistu tal-Parlament li l-Qorti tingħata s-setgħa tawditja l-operazzjonijiet kollha tal-BEI u li dawn l-awditi jitwettqu;

Amministrazzjoni

489.  Jinnota li l-pagamenti għal "Amministrazzjoni" ammontaw għal EUR 10,4 biljun fl-2019 (6.5 % tal-QFP), li minnhom il-baġit tal-Kummissjoni jirrappreżenta 57.9 % jew EUR 6,1 biljun;

490.  Jinnota li l-infiq amministrattiv jinkludi l-infiq fuq ir-riżorsi umani, li jammonta għal madwar 60 % tat-total, u fuq il-bini, it-tagħmir, l-enerġija, il-komunikazzjonijiet u t-teknoloġija tal-informazzjoni, li huwa meqjus mill-Qorti bħala nfiq ta' riskju baxx;

491.  Jinnota li fir-rigward tal-Kummissjoni, instabu diversi żbalji relatati mal-ispejjeż tal-persunal u mal-ġestjoni tal-benefiċċji tal-familja mill-PMO;

492.  Jinnota li l-Qorti teżamina wkoll ir-regolarità tal-informazzjoni fir-rapporti annwali tal-attività tal-Kummissjoni, inklużi dawk tad-Direttorati Ġenerali u l-Uffiċċji tagħha primarjament responsabbli għan-nefqa amministrattiva; jilqa' l-fatt li r-rapporti annwali tal-attività riżaminati ma identifikawx livelli materjali ta' żball.

493.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri xierqa biex timplimenta r-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Qorti u tirrapporta lill-Parlament dwar l-iżviluppi;

L-Iskejjel Ewropej

494.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Qorti ssemmi li l-kwalità tal-kontijiet ittejbet meta mqabbla mas-snin preċedenti; jinnota bi tħassib li l-Qorti ma tistax tikkonferma li l-ġestjoni finanzjarja tal-Iskejjel fl-2019 kienet konformi mar-Regolament Finanzjarju tal-Iskejjel Ewropej u r-Regolamenti tal-Persunal minħabba dgħjufijijiet żvelati fis-sistemi ta' kontroll intern tal-Uffiċċju Ċentrali u taż-żewġ Skejjel magħżula; iħeġġeġ lill-Iskejjel Ewropej jagħtu segwitu malajr għar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti rigward id-dgħjufija speċifika kkonstata fil-kontabbiltà, l-akkwist u r-reklutaġġ;

495.  Jenfasizza, fir-rigward tal-iskejjel Ewropej, l-importanza li jiġu rispettati l-prinċipju tal-annwalità u r-regoli biex isiru inventarji fiżiċi meta jsir l-għeluq fl-aħħar tas-sena u li jiġu rispettati l-iskadenzi tal-pagamenti, ir-regoli tal-akkwist u t-trasparenza fil-proċeduri ta' reklutaġġ.

Rakkomandazzjonijiet

496.  Jistieden lill-Kummissjoni:

   tarmonizza l-appoġġ tagħha għall-istudenti tal-Kategorija I, jiġifieri tfal ta' uffiċjali, li jagħżlu li jinkitbu ma' Skola Ewropea akkreditata (fil-preżent, xi familji ta' impjegati taċ-ċivil, skont il-belt jew il-pajjiż li jgħixu fih, ma jirċevux finanzjament biex jiktbu lit-tfal tagħhom ma' skejjel akkreditati li, madankollu, jagħtu aċċess għall-istess bakkalawrjat);
   issib soluzzjoni għall-inugwaljanza tal-finanzjament bejn l-istudenti tal-Kategorija I miktuba mal-Iskejjel akkreditati li tirriżulta mis-sitwazzjoni fejn xi drabi jiġu sostitwiti għall-Iskejjel Ewropej tat-Tip I u xi kultant dawn tal-aħħar jitpoġġew f'kompetizzjoni mhux ugwali u mhux iġġustifikata skont is-suq tal-iskejjel li joperaw fih;
   tintervjeni biex issolvi l-problemi importanti li qed jirriżultaw bħalissa mill-hekk imsejħa politika tan-"Newtralità tal-Ispejjeż" (ara d-dokument 2018-10-D-63-en-5), li tistipula li l-iskejjel akkreditati ma għandhomx ikunu ta' piż finanzjarju fuq is-sistema tal-Iskejjel Ewropej tradizzjonali, iżda għandhom għall-kuntrarju jikkontribwixxu għall-ispejjeż iġġenerati mis-sistema stabbilita(110);

Riżorsi umani

497.  Jirrikonoxxi l-osservazzjon tal-Qorti li l-adozzjoni fl-2014 tar-Regolamenti tal-Persunal riveduti kienet akkumpanjata minn impenn tal-istituzzjonijiet u l-korpi biex inaqqsu b'mod gradwali l-għadd ta' postijiet (uffiċjali u persunal temporanju) fit-tabelli tal-persunal tagħhom b'5 % qabel l-2018 meta mqabbla mas-sitwazzjoni fl-2012;

498.  Jieħu nota tal-fatt li r-riforma tal-2014 tar-Regolamenti tal-Persunal irriżultat fl-iffrankar ta' EUR 4,2 biljun fuq il-QFP 2014–2020, ammont li jirrappreżenta 0,4 % tal-QFP kumplessiv; ifakkar li r-riforma tal-2014 iġġenerat effetti bla dubbju negattivi fuq il-persunal, fatt li ġie kkonfermat mill-Qorti(111) fl-2019, u jiddispjaċih li huwa kważi impossibbli li wieħed ikun jaf l-ispiża finanzjarja tagħhom sabiex ikun hemm stampa realistika tal-iffrankar; jinnota d-diversi politiki u azzjonijiet imfassla mill-Kummissjoni biex jgħinu jittaffew l-effetti negattivi u jistenna li t-tagħlimiet meħuda jiġu riflessi fl-Istrateġija l-ġdida tal-Kummissjoni dwar ir-Riżorsi Umani li għandha tiġi adottata fl-2021; itenni l-konsegwenzi serji li kwalunkwe tnaqqis baġitarju fl-amministrazzjoni jew tnaqqis tal-persunal jista' jkollu fil-futur fuq is-servizz pubbliku Ewropew u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni;

499.  Jieħu nota tal-fatt li l-Kummissjoni qed tinvesti fl-estrazzjoni tad-data tas-sistema medika tal-IT tagħha biex tegħleb in-nuqqas ta' data dwar każijiet ta' eżawriment; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni biex tipprevjeni, tidentifika u tiġġestixxi każijiet ta' eżawriment fil-kuntest akbar tal-persunal, l-ammont ta' xogħol u l-benesseri tal-persunal fl-istrateġija tagħha dwar ir-Riżorsi Umani;

500.  Huwa mħasseb dwar il-fatt li il-Kummissjoni ma fasslet ebda miżura temporanja biex ittaffi l-problema dejjem akbar tad-disparità fis-setgħa tax-xiri li jsofru l-uffiċjali Ewropej stazzjonati fil-Lussemburgu; jirrimarka, bħala eżempju rilevanti, li 16 minn 200 kandidat xieraq magħżula mill-UPPE irrifjutaw l-offerta ta' impjieg minħabba li s-salarju ma kienx għoli biżżejjed biex wieħed jgħix il-Lussemburgu; jenfasizza li jistenna proposti konkreti fir-rapport dwar il-metodu tas-salarji mistenni sal-31 ta' Marzu 2022;

501.  Jappoġġa l-intenzjoni tal-Kummissjoni li taġġorna l-approċċ stabbilit fil-Komunikazzjoni tagħha tal-2019 "The Workplace of the Future in the European Commission" (Il-post tax-xogħol tal-ġejjieni fil-Kummissjoni Ewropea) fid-dawl tal-kriżi tal-COVID-19; jistenna li l-Kummissjoni tqis b'mod ugwali l-użu effiċjenti tal-ispazji għall-uffiċċji u s-saħħa u l-benesseri tal-persunal; itenni li r-rappreżentanti tal-persunal għandhom dejjem ikunu involuti f'bidliet sostanzjali fl-arranġamenti tax-xogħol u l-ispazji;

502.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni adottat pjan ta' azzjoni għall-ugwaljanza u d-diversità fl-2018 u l-implimentazzjoni tiegħu fl-2019; jilqa' l-fatt li ġew miżjuda azzjonijiet speċifiċi b'reazzjoni għall-istħarriġ tal-persunal; jistieden lill-Kummissjoni ssegwi l-istess triq b'miżuri aktar speċifiċi fir-rigward tal-persuni mogħtija internships fil-Kummissjoni;

503.  Jaqbel mad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li "l-aspettattivi kulturali, soċjali u professjonali differenti tal-irġiel u n-nisa jibqgħu jeżistu fir-rigward tal-bilanċ bejn ix-xogħol imħallas u x-xogħol (ta' kura) bla ħlas"; jinnota b'apprezzament l-isforzi tal-Kummissjoni biex tqajjem kuxjenza dwar il-miżuri li jeżistu intiżi sabiex jippermettu bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata bħal korsijiet għall-ġenituri u l-pubblikazzjoni ta' eżempji pożittivi fl-intracomm tal-Kummissjoni;

504.  Jinnota b'apprezzament li l-Kummissjoni (2014-2019) laħqet il-mira ta' 40 % tan-nisa f'funzjonijiet maniġerjali sat-tmiem il-mandat tagħha fl-2019; ifakkar lill-Kummissjoni (2019-2024) li fl-2019 il-President tagħha impenjat ruħha li tilħaq l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-livelli kollha ta' ġestjoni sat-tmiem il-mandat attwali u tenniet dan l-impenn fl-ittra ta' missjoni tagħha lill-Kummissarju għall-Baġit u l-Amministrazzjoni;

505.  Jieħu nota tal-linji gwida l-ġodda għall-implimentazzjoni tal-għajnuna għal persuni b'diżabilità abbozzati fl-2019 biex jgħinu finanzjarjament lill-persunal u d-dipendenti tagħhom għal dak li jirrigwarda spejjeż mhux mediċi marbuta mal-indipendenza, l-integrazzjoni soċjali u l-kapaċità fiżika, mentali, soċjali u vokazzjonali tagħhom; jinnota li l-linji gwida daħlu fis-seħħ f'Mejju 2020;

506.  Jinnota li fl-2019 l-għadd ta' każijiet għal appoġġ finanzjarju soċjali żdied b'28 % meta mqabbel mal-2018; jinnota b'apprezzament li l-fondi tad-diżabilità użati żdiedu b' 50 % meta mqabbla mal-2018 (minn madwar EUR 2 miljun għal EUR 3 miljun);

507.  Jieħu nota tal-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti rigward l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal(112); jilqa' l-fatt li l-proċess tal-għażla huwa ġeneralment effettiv għal kompetizzjonijiet fuq skala kbira iżda jesprimi t-tħassib tiegħu li l-proċess tal-għażla mhuwiex adattat għal kompetizzjonijiet fuq skala żgħira u mmirati, li huma dawk l-aktar adatti għall-ħtiġijiet attwali ta' reklutaġġ tal-istituzzjonijiet tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta fil-ħin dwar l-implimentazzjoni ta' dawk ir-rakkomandazzjonijiet mill-EPSO;

508.  Jinnota li matul il-perjodu mill-2012 sal-2018, l-istituzzjonijiet u l-korpi, bl-eċċezzjoni tal-Ombudsman Ewropew u l-EDPS kienu naqqsu t-tabelli tal-persunal tagħhom b'1 409 post (3 %) u fl-istess ħin kienu żiedu b'mod gradwali r-reklutaġġ tal-persunal bil-kuntratt; jinnota, f'dak ir-rigward, li l-proporzjon ta' persunal bil-kuntratt fil-previżjonijiet dwar il-forza tax-xogħol totali kiber minn 17 % għal 22 %; jesprimi t-tħassib tiegħu fir-rigward tal-effetti negattivi possibbli tas-sostituzzjoni tal-uffiċjali b'aġenti kuntrattwali bħat-trasferiment meħtieġ tal-għarfien kif ukoll it-telf tiegħu meta jiskadu l-kuntratti tagħhom kif ukoll il-perspettiva u s-sigurtà tal-impjiegi tal-aġenti kuntrattwali;

509.  Jirrimarka li ż-żieda fil-persunal kuntrattwali tirrifletti l-impatt fuq il-livelli tal-persunal ta' kompiti ġodda li jirriżultaw minn prijoritajiet li qed jevolvu rapidament, bħall-implimentazzjoni ta' programmi ġodda delegati mill-Kummissjoni lill-aġenziji eżekuttivi li kienet newtrali f'termini baġitarji u f'termini ta' persunal tal-Kummissjoni trasferit; jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti li ż-żieda fil-persunal kuntrattwali kienet ukoll reazzjoni għal sitwazzjonijiet speċjali jew urġenti;

510.  Jesprimi dispjaċir li, għal xi istituzzjonijiet, kien hemm żieda fil-persunal bil-kuntratt fl-FG I b'riżultat tal-konverżjoni tal-postijiet permanenti u temporanji għal segretarji/skrivani f'postijiet għal persunal bil-kuntratt;

511.  Jieħu nota tal-fatt li fi tmiem l-2018, l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji eżekuttivi impjegaw 11 962 persunal bil-kuntratt, (ammont li jirrappreżenta żieda ta' 37 % mill-2012); jinnota li l-biċċa l-kbira kienu impjegati mill-Kummissjoni Ewropea;

512.  Jinsisti li l-Kummissjoni timplimenta proċedura ta' ħatra aktar trasparenti għall-pożizzjonijiet kollha, speċjalment dawk maniġerjali; jistieden lill-Kummissjoni tiċċara l-proċeduri ta' ħatra preċedenti li ma fihomx trasparenza u obbligu ta' rendikont;

513.  Jiddispjaċih għall-iżbilanċi ġeografiċi persistenti fil-kompożizzjoni tal-persunal tal-Kummissjoni, speċjalment fil-livelli ta' maniġment intermedju u superjuri; Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi rappreżentanza xierqa ta' nazzjonalitajiet mill-Istati Membri kollha, filwaqt li fl-istess ħin tirrispetta l-kompetenzi u l-merti tal-kandidati kif indikat fl-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali;

514.  Jissottolinja l-effett importanti tat-turnover fi ħdan il-persunal tal-aġenziji tal-Unjoni, u jappella lill-Kummissjoni tgħinhom fl-implimentazzjoni ta' politiki umani u soċjali biex dan jiġi rimedjat;

515.  Jirrimarka li huwa meħtieġ approċċ kumpless sabiex il-paġni inizjali tas-siti tal-istituzzjonijiet Ewropej isiru aċċessibbli għal persuni b'kull xorta ta' diżabbiltà, kif previst fid-Direttiva (UE) 2016/2102, inkluża d-disponibbiltà tal-lingwi tas-sinjali nazzjonali; jissuġġerixxi li l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabbiltà jkunu involuti f'dan il-proċess;

516.  Jilqa' pożittivament l-isforzi tal-Kummissjoni li tibni ambjent u kultura tax-xogħol aktar diversifikati u inklużivi billi tieħu azzjonijiet favur il-persuni b'diżabilità; jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta l-possibbiltajiet ta' tisħiħ u ta' integrazzjoni ulterjuri tal-prinċipji ta' opportunitajiet indaqs fir-reklutaġġ, fit-taħriġ, fl-iżvilupp tal-karriera u fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, kif ukoll biex tqajjem sensibilizzazzoni fost il-persunal dwar dawn l-aspetti; u jitlobha tqis titjib u modifiki possibbli u raġonevoli tal-binjiet tal-istituzzjonijiet (l-aċċess, it-tagħmir tal-uffiċċju adegwat) għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jew diżabilitajiet oħra;

517.  Jilqa' l-kisbiet tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal u t-titjib kontinwu fil-prattiki tiegħu f'termini ta' arranġamenti raġonevoli għal kandidati b'diżabilità u/jew rekwiżiti speċifiċi. Fl-2019 l-EPSO żviluppa fuljett, fuljett bil-braille u vidjow animat biex jispjega dawn l-aġġustamenti għall-proċeduri tas-selezzjoni li huma offruti lill-kandidati bi bżonnijiet speċifiċi matul il-proċeduri tas-selezzjoni, li ppermettew li 438 kandidat bi bżonnijiet speċjali japplikaw għall-kompetizzjonijiet u s-selezzjonijiet;

518.  Itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tagħmel l-istatus ta' konsulenti speċjali tal-Kummissjoni aktar trasparenti b'definizzjoni ċara tal-kompiti u l-missjonijiet tagħhom;

519.  Għal dak li għandu x'jaqsam mad-deċiżjoni tal-kulleġġ tal-Kummissarji tat-30 ta' Ottubru 2019 skont liema l-ex Presidenti tal-Kummissjoni jkunu jistgħu jaqdu funzjonijiet rappreżentattivi wara t-tmiem tal-mandat tagħhom, jieħu nota tal-ħatra tal-ex President Jean-Claude Juncker bħala konsulent speċjali, u jiddispjaċih li tali funzjoni, għalkemm mhux bi ħlas, se tinkorri fi spejjeż, marbuta partikolarment mal-missjonijiet, u dan huwa fatt li diffiċli jifhmu l-pubbliku; jitlob li l-Kummissjoni tforni lill-Parlament dettalji tal-implikazzjonijiet finanzjarji tad-deċiżjoni tagħha, biex dan tal-aħħar ikun jista' jieħu f'kunsiderazzjoni dan fil-kwittanzi futuri;

520.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni kbira lir-relazzjonijiet tagħha mal-ex Kummissarji u tivvaluta bir-reqqa r-riskji potenzjali ta' tali relazzjonijiet;

521.  Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tinforza r-regoli ġuridikament vinkolanti eżistenti tal-kodiċi ta' kondotta rigward il-kwistjoni tar-"revolving doors" kemm għall-Kummissjoni kif ukoll għall-aġenziji tagħha;

522.  Isostni b'mod qawwi r-rakkomandazzjoni tal-Qorti biex l-istituzzjonijiet kollha jikkollaboraw biex jarmonizzaw l-oqfsa etiċi tagħhom u jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jaqsmu bejniethom il-prattiki tajba;

523.  Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb is-sensibilizzazzjoni u l-perċezzjoni tal-persunal dwar l-oqfsa etiċi u l-kultura etika; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura, b'mod partikolari, li t-taħriġ dwar l-etika jkun jinkludi gwida prattika bbażata fuq eżempji mill-ħajja reali, u ttejjeb il-komunikazzjoni dwar l-etika mal-persunal; jisħaq fuq il-bżonn li jkun aċċertat il-fatt li l-membri tal-persunal ikunu infurmati dwar kif għandhom jirrappurtaw kwalunkwe kwistjoni relatata ma' mġiba etikament skorretta, u kif iżidu s-sens ta' sigurtà tagħhom;

Rimarki ġenerali

524.  Jirrikonoxxi li l-2019 kienet sena ta' tranżizzjoni għall-Kummissjoni, peress li kellha tiżgura t-tranżizzjoni mill-Kummissjoni Juncker u t-tħejjija għall-wasla tal-Kummissjoni von der Leyen, kif ukoll it-tnedija tal-prijoritajiet il-ġodda tagħha;

525.  Jesprimi t-tħassib tiegħu fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti kuntratt lil BlackRock Investment Management biex twettaq studju dwar l-objettivi ambjentali, soċjali u ta' governanza; jiġbed l-attenzjoni għal inkjesta mill-Ombudsman Ewropew dwar il-possibbiltà ta' kunflitt ta' interess(113); jistieden għalhekk lill-Kummissjoni taġġorna l-linji gwida tagħha dwar il-proċeduri ta' akkwist pubbliku;

526.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tintroduċi rappurtar dwar is-sostenibbiltà, inklużi l-aspetti soċjali u ambjentali tal-akkwist; jemmen li bl-inkorporazzjoni ta' standards kummerċjali responsabbli fil-politiki tal-akkwist u tax-xiri tagħha, il-Kummissjoni tista' tmexxi bl-eżempju, tissalvagwardja l-interess pubbliku u tiżgura r-responsabbiltà tal-infiq pubbliku;

527.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tkompli tibni fuq il-prinċipji ta' strateġija b'sors miftuħ(114) u l-Programm ISA2(115) bil-għan li jiġi evitat l-intrappolament tal-klijentela, jinżamm il-kontroll fuq is-sistemi tekniċi tiegħu, jingħata kontribut għal salvagwardji aktar b'saħħithom fir-rigward tal-privatezza u l-protezzjoni tad-data ta' utenti u tiżdied is-sigurtà u t-trasparenza għall-pubbliku; jitlob lill-Kummissjoni tagħti preferenza lil soluzzjonijiet b'sors miftuħ fl-akkwist u l-iżvilupp, bil-għan li tippromwovi l-kondiviżjoni u l-użu mill-ġdid ta' soluzzjonijiet ta' software, tagħmel l-akkwist aktar sostenibbli u li jdum ħafna, u tirrispetta l-prinċipju tal-"fondi pubbliċi, kodiċi pubbliku";

528.  Jilqa' l-kooperazzjoni ċibernetika interistituzzjonali li għaliha l-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jirċievu l-assistenza tal-Iskwadra ta' Rispons f'Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE; jinnota li ħafna mill-proġetti tad-diġitalizzazzjoni jikkonċernaw id-diġitalizzazzjoni tar-riżorsi umani u l-proċessi finanzjarji, fejn il-Kumitati jużaw is-sistemi SYSPER u ABAC ipprovduti mill-Kummissjoni; jitlob lill-Kummissjoni teżamina l-possibbiltà li tinnegozja kundizzjonijiet aħjar biex ittejjeb u tagħmel il-proċess tal-kondiviżjoni tal-applikazzjoni finanzjarjament attraenti;

529.  Jenfasizza l-importanza tal-isforzi tad-DĠ Interpretazzjoni biex jiffaċilita l-interpretazzjoni fl-24 lingwa uffiċjali tal-UE u anke fil-lingwa tas-sinjali internazzjonali fil-Kummissjoni u f'istituzzjonijiet u korpi oħra tal-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tgħin lid-DĠ SCIC biex ikompli jżid id-disponibbiltà u l-preżenza tal-lingwa tas-sinjali internazzjonali, biex jiżgura l-aċċess għall-informazzjoni għall-persuni b'diżabilità,

530.  Jinsab imħasseb ħafna dwar id-deċiżjoni li tittermina l-kuntratt mal-fornitur tas-servizzi tal-forniment tal-ikel, li wassal għas-sensja ta' 400 ħaddiem; jitlob b'urġenza lill-Kummissjoni tirrevedi d-deċiżjoni tagħha u tesplora kwalunkwe soluzzjoni vijabbli biex tipproteġi lill-ħaddiema u tevita s-sensji, inkluża l-internalizzazzjoni tal-persunal tal-catering intern;

531.  Jinnota li ħafna komunikazzjonijiet u dokumenti huma disponibbli biss bl-Ingliż; jinnota wkoll li l-laqgħat ta' ħidma jsiru mingħajr il-possibbiltà ta' interpretazzjoni; jitlob li l-Kummissjoni Ewropea tirrispetta l-prinċipji, id-drittijiet u l-obbligi stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u r-Regolament Nru 1/1958, kif ukoll fil-linji gwida u d-deċiżjonijiet interni, bħall-Kodiċi Ewropew ta' Mġiba Amministrattiva Tajba; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tipprovdi r-riżorsi umani meħtieġa biex jiżgura li l-multilingwiżmu jiġi rispettat, billi żżid l-għadd ta' persunal responsabbli għat-traduzzjoni u għall-interpretazzjoni;

Oqfsa etiċi

532.  Jieħu nota tal-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tar-Rapport Speċjali tagħha dwar "L-oqfsa etiċi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li ġew awditjati: hemm lok għal titjib"; itenni l-konklużjoni tal-Qorti li "Kull imġiba mhux etika min-naħa tal-persunal u l-Membri tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea (UE) hija inaċċettabbli. Din l-imġiba – anki jekk tkun biss allegata – tattira livelli għoljin ta' interess pubbliku u tnaqqas il-fiduċja fl-UE. L-imġiba mhux etika hija wkoll marbuta mar-riskju ta' korruzzjoni u frodi." jiddispjaċih li għad hemm lok għal titjib għall-infurzar tal-oqfsa etiċi; b'mod partikolari jiddispjaċih li nstabu nuqqasijiet fi kwistjonijiet differenti, jiġifieri:

   il-proċeduri għall-verifikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet u l-gwida għall-persunal biex jiġi evitat il-kunflitt ta' interessi mhumiex formalizzati biżżejjed; jeħtieġ li tkun disponibbli gwida ċara u estensiva dwar ir-rekwiżiti etiċi; l-istess japplika għall-gwida dwar il-kunflitti ta' interessi li jirriżultaw mill-interessi finanzjarji tal-membri tal-persunal, l-attivitajiet tagħhom ta' wara l-impjieg, jew l-attività professjonali tal-konjuġi jew tas-sieħeb/sieħba tagħhom;
   skrutinju limitat tad-dikjarazzjonijiet tal-Membri fir-rigward tal-Membri tal-Kummissjoni, il-Qorti jiddispjaċiha dwar in-nuqqas ta' proċeduri standard bil-miktub għall-verifika tal-preċiżjoni, l-affidabbiltà jew il-kompletezza tal-informazzjoni ppreżentata fid-dikjarazzjonijiet tagħhom, u dan joħloq riskju li l-obbligi jiġu interpretati b'mod inkonsistenti, b'tali mod li jkun inqas probabbli li l-istituzzjoni tidentifika ineżattezzi u kwistjonijiet oħra qabel ma jiġu għall-attenzjoni tal-pubbliku, u dan potenzjalment jipperikola l-fiduċja tal-pubbliku;
   politiki mhux kompluti u mhux ċari dwar ir-rigali u d-divertiment, bin-nuqqas ta' definizzjoni ta' rigali u ospitalità applikabbli għall-Membri tal-Kummissjoni.

533.  Jilqa' l-fatt li, fil-biċċa l-kbira, l-istituzzjonijiet li ġew awditjati stabbilew oqfsa etiċi adegwati għall-personal u l-Membri, iżda hemm lok għal titjib. jappoġġa bil-qawwa r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti bħall-armonizzazzjoni tal-oqfsa etiċi u t-titjib tas-sensibilizzazzjoni tal-persunal;

534.  Jieħu nota tat-tieni rieżami tal-linji gwida interni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar l-Iżvelar ta' Informazzjoni Protetta fir-Regolamenti tal-Persunal; jieħu nota b'sodisfazzjon tal-6 rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-rieżami tal-2019 u jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar l-implimentazzjoni lill-awtorità baġitarja; jilqa' l-aġġornament tal-paġna tal-iżvelar ta' informazzjoni protetta fuq MyIntracomm f'Mejju 2019 u ż-żieda ta' link diretta għall-proċedura ta' żvelar ta' informazzjoni protetta tal-OLAF;

535.  Jitlob approċċ aktar proattiv f'termini ta' protezzjoni tal-informaturi; iqis partikolarment rilevanti l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-OLAF u l-Awtorità tal-Ħatra responsabbli għall-adozzjoni ta' miżuri protettivi f'dawk il-każijiet fejn applikabbli; iqis ukoll partikolarment importanti r-rakkomandazzjonijiet li skonthom għandu jkun hemm kuntatt mal-UPPE biex tiġi żgurata kollaborazzjoni effiċjenti u jiġu skambjati l-aħjar prattiki fil-qasam tar-rappurtar ta' attivitajiet illegali perċepiti;

536.  F'termini ta' protezzjoni tal-informaturi, huwa tal-fehma li regolamentazzjoni aktar uniformi fost l-Istituzzjonijiet kollha, ibbażata fuq l-aħjar prattiki u fuq standards ogħla, tirrappreżenta titjib tant meħtieġ;

537.  Jenfasizza l-importanza tat-tisħiħ tar-Reġistru ta' Trasparenza u t-titjib tal-kwalità tad-data tiegħu, b'mod partikolari fl-okkażjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali li ntlaħaq f'Diċembru 2020; jieħu nota tal-kontrolli tal-kwalità mwettqa mill-Kummissjoni u l-azzjoni tas-Segretarjat tar-Reġistru fuq it-twissijiet riċevuti; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb is-soluzzjoni tal-IT sabiex twettaq kontrolli tal-kwalità aktar stretti;

538.  Jenfasizza l-importanza ta' Reġistru ta' Trasparenza effettiv u validu; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex din tagħti aktar attenzjoni lill-validazzjoni u l-kontrolli b'kampjuni tal-entitajiet tar-Reġistru ta' Trasparenza; jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' rekwiżit għall-maġġoranza vasta ta' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni biex jippubblikaw il-laqgħat tagħhom mar-rappreżentanti ta' gruppi ta' interess; jesprimi wkoll tħassib dwar il-possibbiltà li dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni jiltaqgħu ma' lobbisti mhux irreġistrati fir-Reġistru ta' Trasparenza; jitlob li jkun hemm trasparenza sħiħa rigward il-laqgħat kollha organizzati mill-Kummissjoni ma' atturi privati jew ir-rappreżentanti tagħhom, bħal organizzazzjonijiet ta' konsulenza;

539.  Jieħu nota tal-konklużjonijiet u s-suġġerimenti tekniċi tal-Ombudsman Ewropew għal titjib fid-Deċiżjoni tagħha tat-28 ta' Frar 2019 dwar kif il-Kummissjoni tiġġestixxi sitwazzjonijiet ta' "bibien iduru" tal-membri tal-persunal tagħha; jistieden lill-Kummissjoni tagħti segwitu kemm għad-deċiżjoni tal-Ombudsman kif ukoll għar-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Qorti fir-Rapport Speċjali tagħha dwar l-oqfsa etiċi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

(1) ĠU L 67, 7.3.2019, p. 1.
(2) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 1.
(3) ĠU C 377, 9.11.2020, p. 13.
(4) ĠU C 381, 12.11.2020, p. 4.
(5) ĠU C 384,13.11.2020, p. 180.
(6) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(7) ĠU L 67, 7.3.2019, p. 1.
(8) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 1.
(9) ĠU C 370, 3.11.2020, p. 10.
(10) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7.
(11) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 180.
(12) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(13) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(14) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(15) ĠU L 343, 19.12.2013, p. 46.
(16) ĠU L 50, 15.2.2021, p. 9.
(17) ĠU L 67, 7.3.2019, p. 1.
(18) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 1.
(19) ĠU C 370, 3.11.2020, p. 12.
(20) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7.
(21) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 180.
(22) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(23) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(24) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(25) ĠU L 341, 18.12.2013, p. 73.
(26) ĠU L 50, 15.2.2021, p. 9.
(27) ĠU L 67, 7.3.2019, p. 1.
(28) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 1.
(29) ĠU C 370, 3.11.2020, p. 7.
(30) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7.
(31) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 180.
(32) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(33) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(34) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(35) ĠU L 341, 18.12.2013, p. 69.
(36) ĠU L 363, 18.12.2014, p. 183.
(37) ĠU L 50, 15.2.2021, p. 9.
(38) ĠU L 67, 7.3.2019, p. 1.
(39) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 1.
(40) ĠU C 370, 3.11.2020, p. 30.
(41) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7.
(42) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 180.
(43) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(44) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(45) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(46) ĠU L 346, 20.12.2013, p. 58.
(47) ĠU L 50, 15.2.2021, p. 9.
(48) ĠU L 67, 7.3.2019, p. 1.
(49) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 1.
(50) ĠU C 370, 3.11.2020, p. 47.
(51) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7.
(52) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 180.
(53) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(54) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(55) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(56) ĠU L 346, 20.12.2013, p. 54.
(57) ĠU L 50, 15.2.2021, p. 9.
(58) ĠU L 67, 7.3.2019, p. 1.
(59) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 1.
(60) ĠU C 370, 3.11.2020, p. 46.
(61) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7.
(62) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 180.
(63) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(64) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(65) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(66) ĠU L 352, 24.12.2013, p. 65.
(67) ĠU L 50, 15.2.2021, p. 9.
(68) ĠU L 67, 7.3.2019, p. 1.
(69) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 180.
(70) ĠU C 377, 9.11.2020, p. 13.
(71) ĠU C 381, 12.11.2020, p. 4.
(72) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 180.
(73) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(74) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(75) https://ec.europa.eu/anti-fraud/sites/antifraud/files/olaf_report_2019_en.pdf
(76) Para. 23 tar-riżoluzzjoni tal-kwittanza tal-2018.
(77) Para. 17 tar-riżoluzzjoni tal-kwittanza tal-2018.
(78) Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
(79) Għas-snin 2007-2013
(80) Ir-Rapport Speċjali Nru 03/2019 tal-QEA "Il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi: Jeħtieġ li tittieħed azzjoni biex il-FEIS ikun suċċess totali", paragrafu 81.
(81) L-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
(82) https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/TA-9-2020-0164_MT.html
(83) QEA, rapport speċjali Nru 10/2020 Infrastrutturi tat-trasport fl-UE: tinħtieġ aktar rapidità fl-implimentazzjoni ta' megaproġetti biex l-effetti tan-network jitwasslu fil-ħin.
(84) Il-Kummissjoni Ewropea, Ex-post evaluation of 2007- 2014, Support to SMEs – Increasing Research and Innovation in SMEs and SME Development, Frar 2016.
(85) Rapport speċjali Nru 18/2019 "L-emissjonijiet ta' gassijiet serra fl-UE: rappurtar tajjeb, iżda jinħtieġ għarfien aħjar dwar it-tnaqqis fil-ġejjieni", ĠU C 400, 26.11.2019, p. 16.
(86) Il-paragrafu 258 tar-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi
(87) Il-paragrafu 260 tar-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi
(88) https://www.nku.gov.sk/web/sao/news/-/asset_publisher/FaxZbYV7Oqlp/content/direct-aid-in-agriculture-without-targeted-control-with-holes-in-legislation.
(89) https://www.europarl.europa.eu/meetdocs/2014_2019/plmrep/COMMITTEES/CONT/DV/2021/01-25/Study_Largest50Beneficiaries_EN.pdf
(90) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1804 tat-28 ta' Ottubru 2019 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 f'dak li għandu x'jaqsam mal-emendi tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew tat-talbiet għall-ħlas, mal-verifiki fil-kuntest tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll u mas-sistema ta' kontroll b'rabta mal-kundizzjonalità.
(91) Rapport Speċjali Nru 04/2020 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-użu ta' teknoloġiji ġodda ta' immaġni għall-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni: b'mod ġenerali sar progress kostanti, iżda aktar għall-monitoraġġ tal-klima u tal-ambjent dan seħħ aktar bil-mod.
(92) https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/INAP20_03/INAP_Gender_equality_MT.pdf
(93) Il-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, Ċipru, il-Litwanja, il-Polonja, ir-Renju Unit, is-Slovenja.
(94) Mill-Bulgarija, iċ-Ċekja, Franza, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Portugall, is-Slovakkja, l-Estonja, Spanja, l-Iżlanda, Malta u l-Finlandja.
(95) Ir-Rapport Speċjali tal-Qorti Nru 24/2019 "L-asil, ir-rilokazzjoni u r-ritorn ta' migranti: Wasal iż-żmien li tingħata spinta biex jiġu indirizzati disparitajiet bejn l-objettivi u r-riżultati".
(96) Ir-Rapport Speċjali tal-Qorti Nru 20/2019 tal-QEA "Sistemi ta' Informazzjoni tal-UE li Jappoġġjaw il-Kontroll fil-Fruntieri - għodda b'saħħitha, iżda tenħtieġ aktar enfasi fuq data li tkun f'waqtha u kompleta".
(97) Ir-Rapport Speċjali tal-Qorti Nru 01/2019 tal-QEA: "Il-ġlieda kontra l-frodi fl-infiq tal-UE: jeħtieġ li tittieħed azzjoni".
(98) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/446 tal-15 ta' Ottubru 2019 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża (ĠU L 94, 27.3.2020, p. 3).
(99) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/445 tal-15 ta' Ottubru 2019 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (ĠU L 94, 27.3.2020, p. 1).
(100) Assistenza ta' emerġenza tal-AMIF
(101) Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2020 dwar it-titjib tal-effikaċja tal-iżvilupp u l-effiċjenza tal-għajnuna (2019/2184(INI))
(102) Il-Ftehim interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1) sostitwit mis-16 ta' Diċembru 2020 bi Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28).
(103) Opinjoni tal-Kumitat DEVE dwar "Il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-politika tal-UE dwar il-migrazzjoni esterna", il-paragrafu 17
(104) https://ec.europa.eu/international-partnerships/external-evaluation-eus-policy-coherence-development-2009-2016_en
(105) ĠU C 377, 9.11.2020, p. 13, p. 211 tar-rapport.
(106) ĠU C 377, 9.11.2020, p. 13, p. 213 tar-rapport.
(107) ĠU C 377, 9.11.2020, p. 13, p. 214 tar-rapport.
(108) Il-paragrafu 32 r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Mejju 2020 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi (2019/2055(DEC)).
(109) Opinjoni tal-Kumitat DEVE dwar "Il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-politika tal-UE dwar il-migrazzjoni esterna", il-paragrafu 13
(110) Din id-dispożizzjoni toħloq problemi f'diversi livelli. L-ewwel nett, l-Uffiċċju Ċentrali kif ukoll il-baġit kollu allokat mill-Kummissjoni lill-Iskejjel Ewropej huwa servizz pubbliku li diġà tħallas mill-Istati Membri u l-kontribwenti permezz tagħhom. It-tieni nett, peress li l-funzjonament ġenerali tal-Iskejjel akkreditati huwa b'awtofinanzjament u ma jesperjenza l-ebda intervent mill-Kummissjoni, id-dikjarazzjoni li dawn jirrappreżentaw spiża addizzjonali li għandhom ikunu responsabbli għaliha tidher li hija kontrointuwittiva. Hekk kif ġie permess il-ftuħ tas-sistema Ewropea tal-Bakkalawrjat u t-tagħlim tat-tfal tal-uffiċjali Ewropej bi spiża ħafna inqas mill-Iskejjel Ewropej tat-tip I, l-iżvilupp tagħhom għandu minflok jiġi integrat fil-baġit tal-Kummissjoni u taħt l-ebda ċirkostanza ma jkun soġġett għal tassazzjoni li tfixkel l-iżvilupp tagħhom u l-iffrankar sostanzjali li jiġġeneraw għall-benefiċċju tal-Unjoni.
(111) Il-Qorti Ewropea tal-Awsituri, Rapport Speċjali Nru 15/2019: Implimentazzjoni tal-pakkett ta' riformi tal-persunal tal-2014 fil-Kummissjoni - Iffrankar sinifikanti, iżda mhux mingħajr konsegwenzi għall-persunal.
(112) Rapport Speċjali Nru 23/2020 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri "L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal: Wasal iż-żmien li l-proċess tal-għażla jiġi adattat għall-ħtiġijiet tar-reklutaġġ li qed jinbidlu".
(113) https://www.ombudsman.europa.eu/en/case/en/57060
(114) https://ec.europa.eu/info/departments/informatics/open-source-software-strategy_en
(115) https://ec.europa.eu/isa2/isa2_en


Kwittanza 2019: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Parlament Ewropew
PDF 401kWORD 114k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew (2020/2141(DEC))
P9_TA(2021)0165A9-0044/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2020)0288 – C9-0221/2020)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew(3),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Awditur Intern għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(4),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikolu 318 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Bureau tal-10 ta' Diċembru 2018 dwar ir-Regoli Interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 34 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Artikolu 104(3) u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0044/2021),

A.  billi l-President adotta l-kontijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2019 fl-24 ta' Ġunju 2020;

B.  billi s-Segretarju Ġenerali, bħala l-uffiċjal awtorizzanti prinċipali b'delega, fis-17 ta' Ġunju 2020, iċċertifika b'aċċertament raġonevoli li r-riżorsi assenjati għall-baġit tal-Parlament intużaw għall-iskopijiet previsti, f'konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba, u li l-proċeduri ta' kontroll stabbiliti joffru l-garanziji neċessarji ta' legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi;

C.  billi skont l-awditjar tal-Qorti tal-Awdituri ġie affermat li, fil-valutazzjoni speċifika tal-infiq amministrattiv u ta' nfiq ieħor fl-2019, ma ġiet identifikata l-ebda dgħufija serja fir-rapporti eżaminati tal-attività annwali tal-istituzzjonijiet u tal-korpi li jitlob ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046;

D.  billi l-Artikolu 262(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 jirrikjedi li kull istituzzjoni tal-Unjoni tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex tieħu azzjoni fuq il-kummenti li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tal-kwittanza tal-Parlament;

1.  Jagħti l-kwittanza lill-President tiegħu għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima I - Il-Parlament Ewropew (2020/2141(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Artikolu 104(3) u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0044/2021),

A.  billi, fiċ-ċertifikazzjoni tiegħu tal-kontijiet finali, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Parlament Ewropew (il-"Parlament") iddikjara l-aċċertament raġonevoli tiegħu li l-kontijiet, fl-aspetti materjali kollha, jippreżentaw b'mod ġust il-pożizzjoni finanzjarja, ir-riżultati tal-operazzjonijiet u l-flussi tal-flus tal-Parlament;

B.  billi, skont il-proċedura tas-soltu, intbagħtu 192 mistoqsija lill-amministrazzjoni tal-Parlament u t-tweġibiet bil-miktub waslu u ġew diskussi pubblikament mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament, fil-preżenza tal-Viċi President responsabbli għall-Baġit, is-Segretarju Ġenerali, id-Direttur tal-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej (l-"Awtorità") u l-awditur intern;

C.  billi, dejjem hemm lok għal titjib f'termini ta' kwalità, effiċjenza u effettività fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, u hemm bżonn ta' skrutinju biex jiġi żgurat li l-amministrazzjoni u t-tmexxija politika tal-Parlament jagħtu rendikont ta' għemilhom liċ-ċittadini tal-Unjoni,

Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tal-Parlament

1.  Jinnota li l-approprjazzjonijiet finali tal-Parlament għall-2019 ammontaw għal EUR 1 996 978 262, jew 18,5 % tal-Intestatura V tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali(7) allokati għall-infiq amministrattiv għall-2019 tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni fit-totalità tagħhom, u li jirrappreżentaw żieda ta' 2,4 % fuq il-baġit tal-2018 (EUR 1 950 687 373);

2.  Jinnota li d-dħul totali li tniżżel fil-kontijiet sal-31 ta' Diċembru 2019 kien jammonta għal EUR 207 521 070 (meta mqabbel ma' EUR 193 998 910 fl-2018), li jinkludi EUR 36 566 236 minn dħul assenjat (meta mqabbel ma' EUR 30 783 590 fl-2018);

3.  Jenfasizza li erba' kapitoli kienu jirrappreżentaw 67,8 % tal-impenji totali: Kapitolu 10 (Membri tal-istituzzjoni), Kapitolu 12 (Uffiċjali u persunal temporanju), Kapitolu 20 (Bini u spejjeż assoċjati) u Kapitolu 42 (Nefqa relatata mal-assistenza parlamentari), li jindika livell għoli ta' riġidità fil-biċċa l-kbira tan-nefqa tal-Parlament;

4.  Jinnota ċ-ċifri li abbażi tagħhom ingħalqu l-kontijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2019, speċifikament:

(a)  Approprjazzjonijiet disponibbli (EUR)

approprjazzjonijiet għall-2019:

1 996 978 262

riporti mhux awtomatiċi mis-sena finanzjarja 2018:

---

riporti awtomatiċi mis-sena finanzjarja 2018:

299 095 028

approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għal dħul assenjat għall-2019:

36 566 236

riporti li jikkorrispondu għal dħul assenjat mill-2018:

49 010 988

Total:

2 381 650 514

(b)  Użu ta' approprjazzjonijiet fis-sena finanzjarja 2019 (EUR)

impenji:

2 332 411 812

pagamenti li saru:

2 035 068 314

approprjazzjonijiet riportati awtomatikament inklużi dawk li ġejjin minn dħul assenjat:

306 712 540

approprjazzjonijiet riportati mhux awtomatikament:

---

approprjazzjonijiet ikkanċellati:

38 744 124

(c)  Dħul tal-baġit (EUR)

riċevuti fl-2019:

207 521 070

(d)  Il-karta tal-bilanċ totali fil-31 ta' Diċembru 2019 (EUR)

1 685 376 397

5.  Jindika li 98,8 % tal-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit tal-Parlament, li ammontaw għal EUR 1 973 232 524, ġew impenjati, b'rata ta' kanċellazzjoni ta' 1,2 %; jinnota b'sodisfazzjon li, bħal ma ġara fis-snin preċedenti, inkiseb livell għoli ħafna ta' implimentazzjoni tal-baġit; jinnota li l-pagamenti ammontaw għal EUR 1 698 971 864, u dan irriżulta f'rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament ta' 86,1 %;

6.  Jissottolinja l-fatt li l-approprjazzjonijiet kanċellati għas-sena 2019, li ammontaw għal EUR 23 745 738, kienu prinċipalment relatati man-nefqa relatata ma' bini, kif ukoll ma' remunerazzjoni u intitolamenti;

7.  Jinnota li fis-sena finanzjarja 2019 ġew approvati tmintax-il trasferiment skont l-Artikoli 31 u 49 tar-Regolament Finanzjarju, li ammontaw għal EUR 76 028 316 jew 3,8 % tal-approprjazzjonijiet finali; josserva li 45,3 % tal-fondi ttrasferiti kienu relatati mal-politika immobiljari tal-Parlament u, fil-maġġoranza, b'mod partikolari, biex jgħinu l-finanzjament tal-pagamenti annwali għall-proġett tal-bini Adenauer; jinnota li t-trasferimenti marbuta mal-posponimenti fir-rigward tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni Ewropea ammontaw għal 25 %;

L-opinjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet għall-2019 u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet

8.  Ifakkar li l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") tagħmel valutazzjoni speċifika tal-infiq amministrattiv u nfiq ieħor bħala grupp ta' politika uniku għall-istituzzjonijiet Ewropej kollha; jindika li l-infiq amministrattiv u relatat jinkludi n-nefqa għar-riżorsi umani (salarji, allowances u pensjonijiet), li jirrappreżenta 60 % tat-total, u n-nefqa għall-bini, it-tagħmir, l-enerġija u t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni;

9.  Jikkonstata li l-evidenza kumplessiva tal-awditjar tindika li l-infiq fuq "amministrazzjoni" mhuwiex milqut minn livell materjali ta' żball; jinnota wkoll li, abbażi tat-tliet żbalji kwantifikati, il-livell ta' żball stmat preżenti fl-Intestatura 5 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali dwar l-amministrazzjoni huwa taħt il-livell limitu ta' materjalità;

10.  Jinnota s-sejbiet speċifiċi, rigward il-Parlament, li jinsabu fir-rapport annwali tal-Qorti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit li jikkonċerna s-sena finanzjarja 2019 (ir-"rapport tal-Qorti"); jinnota bi tħassib li l-Qorti sabet żbalji f'pagament lil wieħed mill-partiti politiċi Ewropej, li kienu jikkonċernaw nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-eliġibbiltà tan-nefqa, b'mod speċjali, u ma ġie pprovdut l-ebda dokument kuntrattwali bil-miktub u l-ebda evidenza ta' sostenn għall-ispejjeż li fil-fatt ġew imġarrba; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Qorti rrappurtat nuqqasijiet simili fi tranżazzjonijiet relatati ma' gruppi politiċi u ma' partit Ewropew fir-rapporti annwali tagħha fl-2014, l-2015 u l-2016; jitlob li jkun hemm aktar trasparenza fl-iskambju ta' informazzjoni sabiex tiġi prevenuta kwalunkwe repetizzjoni ta' dawn in-nuqqasijiet fil-ġejjieni; jinnota, madankollu, li għalkemm għad hemm lok għal titjib, matul dawn l-aħħar snin kien hemm żvilupp pożittiv kbir;

11.  Jinnota t-tweġiba mogħtija mill-Parlament fil-proċedura kontenzjuża mal-Qorti, li eżaminat mill-ġdid u indirizzat il-każijiet individwali enfasizzati bħala riżultat tas-sejbiet tal-Qorti; ifakkar li, filwaqt li l-amministrazzjoni tal-Parlament hija s-servizz awtorizzanti għall-ħlas tal-għotja lill-partiti politiċi Ewropej, mhijiex responsabbli għan-nefqa reali tagħhom, u li l-partiti politiċi Ewropej innifishom huma responsabbli għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet tagħhom; jinnota li l-Parlament ipprovda lill-partiti politiċi Ewropej informazzjoni komprensiva u gwida dwar suġġetti li fir-rigward tagħhom ġew identifikati problemi; jistieden lill-Qorti tivverifika l-infiq tal-partiti politiċi Ewropej fuq bażi regolari;

Ir-rapport annwali tal-awditur intern

12.  Jinnota li, fil-laqgħa tal-kumitat responsabbli mal-Awditur Intern li saret fis-16 ta' Novembru 2020, l-awditur intern ippreżenta r-rapport annwali tiegħu u ddeskriva l-awditjar ta' aċċertament li wettaq u rrapporta dwarhom, li fl-2019 koprew is-suġġetti li ġejjin:

   awditjar tal-akkwist u tal-implimentazzjoni tal-kuntratti fis-settur tal-forniment tal-ikel (id-Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-Loġistika (DĠ INLO);
   awditjar tal-gruppi ta' viżitaturi (Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni (DĠ COMM));
   awditjar tal-benefiċċju tal-assistenza parlamentari fir-rigward tal-assistenti lokali (Direttorat Ġenerali għall-Finanzi (DĠ FINS));
   l-ewwel rapport dwar l-awditjar tas-sistemi tal-informazzjoni: il-ġestjoni tal-identitajiet u l-aċċessi;
   awditjar tal-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (DĠ FINS);
   rieżami preliminari tal-qafas ta' protezzjoni tad-data tal-Parlament;
   is-segwitu tal-azzjonijiet miftuħa mir-rapporti ta' awditjar intern - fażijiet 1 u 2 tal-2019.

13.  Jilqa' u jappoġġja l-azzjonijiet li ġejjin li l-awditur intern qabel dwarhom jew li jinsab fil-proċess li jaqbel mad-direttorati ġenerali responsabbli, bħala riżultat tal-assenjazzjonijiet ta' aċċertament:

   fir-rigward tal-awditjar tal-akkwist u l-implimentazzjoni tal-kuntratti fis-settur tal-forniment tal-ikel (DĠ INLO), il-kisba tal-objettivi ta' kontroll intern, b'mod partikolari, billi jkunu permessi limiti ta' żmien itwal għall-akkwist li huma proporzjonati għall-kumplessità tal-ispeċifikazzjonijiet; l-iżgurar ta' speċifikazzjonijiet tal-offerta aktar ċari, aktar rilevanti u preċiżi; l-iżgurar ta' evalwazzjoni trasparenti għall-offerti li tkun ibbażata fuq il-kriterji ppubblikati u li tkun dokumentata kif xieraq; il-validazzjoni ta' kuntratti ad hoc dwar konċessjonijiet mas-servizz legali; l-importanza kritika tal-ġestjoni tal-emendi għall-kuntratti ta' konċessjoni f'konformità mar-regoli; monitoraġġ u rappurtar aħjar tal-ġestjoni (il-Parlament ifakkar li l-azzjonijiet imsemmijin hawn fuq huma essenzjali biex jiġi żgurat li l-proċeduri ta' akkwist pubbliku jattiraw aktar offerti u b'hekk jirriżultaw f'kompetizzjoni aħjar u servizzi mtejba matul perjodu speċifiku ta' żmien; jissottolinja l-importanza li jitqiesu l-kriterji għas-sostenibbiltà ambjentali u l-fatturi soċjali);
   fir-rigward tal-awditjar tal-gruppi ta' viżitaturi, iż-żieda fl-aċċertament tar-regolarità tal-pagamenti u l-effiċjenza tal-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji, inklużi definizzjonijiet aħjar tal-ispejjeż eliġibbli u tal-perjodu ta' eliġibbiltà; it-titjib tal-adegwatezza u l-effettività tal-kontrolli ex ante u ex post fuq ir-rimborżi; l-iżgurar ta' konformità sħiħa mar-regoli applikabbli fir-rigward tal-ħlas tal-gruppi ta' viżitaturi; miżuri li jiżguraw it-twettiq sħiħ tal-programm tal-gruppi ta' viżitaturi;
   rigward l-ewwel rapport dwar l-awditjar tas-sistemi tal-informazzjoni: il-ġestjoni tal-identità u l-aċċess, li tnaqqas għal minimu assolut il-provvista ta' drittijiet ta' aċċess privileġġat għall-infrastrutturi ta' UNIX/LINUX tal-hekk imsejħa "superutenti"; it-tisħiħ tal-kontrolli ta' aċċess fil-livell ċentrali fuq l-applikazzjonijiet kritiċi inklużi fil-kampjun; l-istabbiliment ta' proċeduri ta' sigurtà f'kontijiet privileġġati sabiex jiġu definiti regoli tal-kontroll tal-aċċess;
   fir-rigward tal-awditjar tal-allowance għall-assistenza parlamentari (DĠ FINS), l-enfasi fuq il-konformità regolatorja u l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-proċessi għall-ħlas tal-ispejjeż tal-assistenza parlamentari lokali, b'mod partikolari l-lok għal azzjoni fil-qasam tal-obbligi professjonali u kuntrattwali tal-aġenti tal-ħlas, u r-regolarizzazzjoni annwali tal-kontijiet tagħhom;
   fir-rigward tal-ewwel fażi tal-awditjar ta' finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (DĠ FINS), l-enfasi fuq il-proċess ta' reġistrazzjoni tal-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej u l-monitoraġġ tal-eliġibbiltà tagħhom, il-kooperazzjoni funzjonali bejn l-Awtorità u l-uffiċjal awtorizzanti tal-Parlament, u l-aspetti prattiċi tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ewlenija;
   fir-rigward tar-rieżami preliminari tal-qafas tal-protezzjoni tad-data tal-Parlament, li se jiġi adottat skont il-programm ta' ħidma tal-awditjar intern tal-2020, l-enfasi fuq il-konformità tal-qafas tal-protezzjoni tad-data tal-Parlament mar-Regolament (UE) 2018/1725(8), filwaqt li tiġi żgurata struttura ta' governanza sostenibbli li tipprovdi aċċertament dwar il-konformità mal-obbligi dwar il-ġestjoni tad-data personali, flimkien ma' miżuri biex din id-data tiġi protetta; rapportar affidabbli u konsistenti dwar il-ġestjoni tad-data personali tal-istituzzjoni;

14.  Jinnota li l-proċess ta' segwitu tal-2019 irriżulta fl-għeluq ta' 36 mit-93 azzjoni miftuħa; jinnota bi tħassib li minbarra dawn l-azzjonijiet validati, kien hemm total ta' 124 azzjoni miftuħa mir-rapporti tal-awditjar, inklużi dawk li għadhom mhux dovuti għall-implimentazzjoni, u li 62 minn dan in-numru totali ta' azzjonijiet jindirizzaw riskju sinifikanti; jistenna sforz mid-direttorati ġenerali differenti sabiex jiġi żgurat li l-azzjonijiet li suppost kellhom isiru jingħalqu u li l-azzjonijiet miftiehma jiġu implimentati skont id-dati dovuti stabbiliti; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jirrapporta lura lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-għeluq tal-azzjonijiet pendenti matul is-seduti ta' smigħ tiegħu fil-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament f'Ottubru u f'Novembru 2021;

Segwitu għar-riżoluzzjoni ta' kwittanza għall-2018

15.  Jieħu nota tar-risposti bil-miktub għar-riżoluzzjoni ta' kwittanza għall-2018 mogħtija lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament fil-21 ta' Settembru 2020, u tal-preżentazzjoni mis-Segretarju Ġenerali li fiha indirizza d-diversi mistoqsijiet u talbiet imqajma fir-riżoluzzjoni ta' kwittanza tal-Parlament għall-2018 u l-iskambju ta' fehmiet mal-Membri li segwew;

16.  Jinnota b'dispjaċir li ma tteħdux l-azzjonijiet meħtieġa kollha b'risposta għal uħud mir-rakkomandazzjonijiet tagħhom fir-riżoluzzjoni ta' kwittanza tal-Parlament għall-2018, u li d-dokument ta' segwitu dwar il-kwittanza ma jipprovdi l-ebda ġustifikazzjoni għal dan; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jibgħat lill-Bureau t-talbiet kollha għal azzjoni inkluż fir-riżoluzzjonijiet annwali ta' kwittanza, jistabbilixxi pjan ta' azzjoni biex jindirizza u jsegwi r-rakkomandazzjonijiet, u jinkludi r-riżultati ta' dan l-eżerċizzju fir-rapporti annwali tal-attività; jenfasizza li s-Segretarju Ġenerali u l-Viċi President responsabbli għall-Baġit; jenfasizza li s-Segretarju Ġenerali għandu jkollu diskussjonijiet regolari mal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-baġit tal-Parlament u l-implimentazzjoni tiegħu; iqis li dawn għandhom isiru matul is-sena u mhux biss waqt il-proċedura ta' kwittanza; itenni t-talba tiegħu lill-Bureau biex itejjeb it-trasparenza tal-proċedura tat-teħid ta' deċiżjonijiet tiegħu, b'mod partikolari fir-rigward tal-pubblikazzjoni f'waqtha tad-dokumenti u l-informazzjoni rilevanti fis-sit web tiegħu;

17.   Jirrikonoxxi l-passi meħuda biex tiġi faċilitata t-tranżizzjoni għall-fornitur il-ġdid tas-servizzi għall-Crèche tal-Parlament; jistieden lis-servizzi rilevanti jimmonitorjaw kontinwament il-prestazzjoni tat-tim il-ġdid, filwaqt li jiggarantixxu li l-livell tas-servizzi jibqa' sodisfaċenti, u fost l-oħrajn, jiżguraw li jkun hemm proporzjon suffiċjenti bejn l-għadd ta' tfal u l-għadd ta' persunal li jindokrawhom;

18.  Jesprimi dispjaċir għall-fatt li ma ttieħed l-ebda pass ulterjuri rigward il-fond ta' pensjoni volontarja minħabba l-kontestazzjoni minn għadd ta' membri tal-fond ta' pensjoni tad-deċiżjoni tal-Bureau tal-10 ta' Diċembru 2018 quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (il-"Qorti tal-Ġustizzja"); jistieden lis-Segretarju Ġenerali jinforma immedjatament lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament dwar is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja;

19.  Jilqa' l-fatt li l-użu ta' pagamenti fi flus naqas b'mod sinifikanti, u li l-Membri użaw il-possibbiltà offruta mir-regoli riveduti biex jassenjaw ir-responsabbiltà finanzjarja ta' żjarat sponsorjati lil professjonisti, jiġifieri aġenti tal-ħlas jew aġenziji tal-ivvjaġġar minflok assistenti parlamentari akkreditati ("APAs"); jinnota bi tħassib, madankollu, li s-Segretarju Ġenerali għadu ma ħariġx valutazzjoni tar-regoli l-ġodda, u jitlob it-tħejjija ta'din il-valutazzjoni; jenfasizza li l-awditur intern għandu jiġi kkonsultat dwar il-proċeduri eżistenti meta titħejja din il-valutazzjoni;

20.  Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' bilanċ bejn il-ġeneri fost il-maniġment tal-amministrazzjoni tal-Parlament; jirrikonoxxi l-iżviluppi pożittivi f'dan ir-rigward u jirrikonoxxi l-miri l-ġodda; jagħraf il-ħtieġa ta' monitoraġġ kontinwu tas-suġġett;

21.   Ifakkar fir-riżoluzzjoni ta' kwittanza tal-2018 li titlob lill-Bureau jżid l-għadd ta' persuni b'diżabilità li jaħdmu fl-amministrazzjoni tal-Parlament;

22.  Itenni t-talba tiegħu lis-Segretarju Ġenerali biex jinsisti fuq il-ħtieġa ta' bilanċ ġeografiku reali f'termini ta' rappreżentanza proporzjonali tal-Istati Membri kollha fil-livelli kollha tal-persunal, inkluż il-maniġment superjuri; jinnota d-diffikultajiet li ltaqa' magħhom il-Parlament fir-reklutaġġ ta' xi nazzjonalitajiet; jisħaq fuq l-importanza li l-Parlament isir aktar attraenti bħala impjegatur fost l-Istati Membri kollha;

23.   Jilqa' n-nota tas-Segretarju Ġenerali dwar il-Ġestjoni tad-Diżabilità fl-amministrazzjoni tal-Parlament Ewropew, jenfasizza li l-għaxar impenji li saru fin-nota għad iridu jiġu segwiti matul il-perjodu leġiżlattiv attwali fl-oqsma tal-aċċessibilità diġitali u fiżika, jitlob li l-awtorità tal-kwittanza tinżamm infurmata dwar il-progress li jkun sar;

24.  Ifakkar li l-Artikolu 11 tar-Regoli ta' Proċedura introduċa obbligu għar-rapporteurs, ix-shadow rapporteurs u l-presidenti tal-kumitati li jippubblikaw l-informazzjoni dwar il-laqgħat li jsiru ma' rappreżentanti ta' interess, fil-kuntest tar-rapporti tagħhom; jinnota b'sodisfazzjon li, mill-bidu tal-leġislatura l-ġdida, l-infrastruttura meħtieġa hija disponibbli fuq is-sit web tal-Parlament biex il-Membri jkunu jistgħu jippubblikaw il-laqgħat skedati mar-rappreżentanti interessati sabiex tittejjeb it-trasparenza; jinnota li 324 mis-705 Membru attwali kienu ppubblikaw mill-inqas laqgħa waħda ma' rappreżentant ta' interess sal-1 ta' Diċembru 2020 fuq is-sit web tal-Parlament; iħeġġeġ, madankollu, aktar titjib fl-aċċessibilità u l-utilizzabbiltà tal-għodda inkluż billi r-rapporteurs, ix-shadow rapporteurs u l-presidenti tal-kumitati jiġu mwissija dwar l-obbligu tal-pubblikazzjoni ta' tali informazzjoni sabiex tissodisfa l-funzjoni tagħha li tagħmel lill-Parlament aktar miftuħ, trasparenti u responsabbli lejn iċ-ċittadini;

25.  Itenni li l-President tal-Parlament ta istruzzjonijiet lis-servizzi tal-Parlament biex jimplimentaw għadd ta' bidliet fl-għodda biex tittejjeb il-faċilità tal-użu tagħha, l-ewwel u qabel kollox billi jikkonnettjawha mar-Reġistru ta' Trasparenza u l-Osservatorju Leġiżlattiv; jistieden lill-Parlament jimplimenta dawn il-bidliet mingħajr aktar dewmien;

Kuntest ġenerali

26.  Jinnota l-iskambju ta' opinjonijiet bejn il-Viċi President responsabbli mill-baġit, is-Segretarju Ġenerali u l-Membri tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament fil-preżenza tal-awditur intern u d-Direttur tal-Awtorità, fis-16 ta' Novembru 2020, fil-kuntest tal-kwittanza tal-Parlament għall-2019;

27.  Jindika li l-elezzjonijiet Ewropej ta' Mejju 2019 wasslu għal 2019 maqsum fi tnejn għall-Parlament Ewropew, bl-ewwel nofs iffukat fuq l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni u t-tieni nofs ffukat fuq il-bidu ta' leġislatura parlamentari ġdida;

28.  Josserva li 61 % tal-Membri tad-disa' leġislatura tal-Parlament kienu ġodda, żieda sostanzjali fuq il-mandati ta' qabel u fuq l-ammont proġettat ta' 50 % li kien ġie stabbilit bħala bażi tal-baġit tal-Parlament għall-2019;

29.  Ifakkar li l-posponiment tad-data għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni fi tliet okkażjonijiet matul l-2019 kellu impatt importanti fuq il-baġit tal-Parlament għall-2019; jindika li s-salarji u l-allowances tal-Membri Brittaniċi u l-assistenti tagħhom tħallsu għal perjodu itwal minn dak previst fil-bidu, li wassal għal numru u għal spiża globali tat-trasferimenti baġitarji meħtieġa fil-baġit tal-Parlament sostanzjalment ogħla; jilqa' l-flessibbiltà tal-ġestjoni tal-kuntratti ta' impjieg tal-APAs tal-Membri Brittaniċi mid-Direttorat Ġenerali għall-Persunal (DĠ PERS);

30.  Jinnota b'sodisfazzjon il-konsolidazzjoni tal-front office għall-APA bħala punt uniku ta' kuntatt biex jiġi ġestit ir-reklutaġġ minn tarf sa tarf tal-APA, kif ukoll ir-rwol tad-DĠ PERS fl-iffaċilitar tal-induzzjoni u l-integrazzjoni ta' Membri u APAs ġodda wara l-elezzjoni u l-ġestjoni b'suċċess tal-bidla fil-leġislatura permezz tat-task force dedikata tad-DĠ PERS għall-elezzjonijiet fl-2019, li żgurat li għall-ewwel sessjoni parzjali tad-disa' Leġislatura, ġew konklużi 1 292 kuntratt ta' reklutaġġ tal-APAs (jiġifieri għal 93 % tal-Membri), b'2 017-il kuntratt konklużi sa tmiem is-sena;

31.  Jiddispjaċih dwar id-diffikultajiet esperjenzati mill-Membri biex jirreklutaw malajr l-assistenti tagħhom fil-bidu tal-leġiżlatura minħabba ż-żieda fl-attività fid-DĠ PERS; jitlob li t-timijiet amministrattivi tal-Parlament responsabbli għar-reklutaġġ tal-APAs jissaħħu fil-bidu ta' kull mandat ġdid, għat-tul ta' żmien meħtieġ biex il-Membri jkunu jistgħu jirreklutaw l-assistenti tagħhom u biex jiġi pprovdut taħriġ komprensiv minn qabel u sakemm ikun għadda l-perjodu b'volum qawwi ta' xogħol;

32.  Jirriafferma l-ħtieġa li jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Persunal dwar l-iskadenza tal-applikazzjoni għall-allowance ta' risistemazzjoni fuq l-istess livell għall-kategoriji kollha tal-persunal; jappella lil DĠ PERS jeżamina b'mod partikolari l-każijiet ta' ex APA fejn l-iskadenza statutorja ma ġietx applikata b'mod korrett fi tmiem il-leġiżlatura f'Lulju 2019;

33.  Ifaħħar it-teħid tal-kontroll tal-kompiti l-ġodda għall-ġestjoni tar-riżorsi umani tal-apprendisti tal-Membri wara d-deċiżjoni tal-Bureau li jsaħħaħ il-qafas għar-reklutaġġ tagħhom fit-2 ta' Lulju 2019;

34.  Jilqa' t-tlestija b'suċċess, fl-2019, ta' ambjenti tax-xogħol ġodda għall-Membri fi Brussell u Strasburgu; ifaħħar il-fatt li l-irranġar tal-uffiċċji kollha tal-Membri fi Brussell (uffiċċju personali wieħed għal kull membru + żewġ uffiċċji tal-persunal) u fi Strasburgu (uffiċċju personali wieħed + uffiċċju tal-persunal wieħed) sar fi żmien rekord u tlesta qabel iż-żmien, kif ukoll ġie jiswa inqas mill-ammont tal-baġit għax-xogħlijiet allokat għalih, u li tagħmir ta' għamara ġdida, inklużi soluzzjonijiet integrati tal-IT ġew installati bi spiża aktar baxxa minn kif previst oriġinarjament; jinnota li l-pjan rivedut ta' allokazzjoni tal-uffiċċji għall-Membri u l-gruppi politiċi kien ibbażat fuq l-aktar użu effiċjenti tal-ispazju disponibbli għall-uffiċċji; jiddispjaċih li dan il-prinċipju wassal biex xi gruppi politiċi għandhom il-Membri tagħhom imxerrda f'binjiet u f'sulari differenti mingħajr ebda konnessjoni loġika, b'mod li jkisser l-għaqda tal-gruppi politiċi; jiddispjaċih ukoll li d-distribuzzjoni tal-uffiċċji lill-gruppi politiċi ġiegħlet lil xi wħud jirrilokaw f'binjiet esterni li m'għadhomx konnessi mal-attivitajiet ewlenin tal-Parlament u b’hekk inħolqot separazzjoni strutturali tal-persunal mill-Membri; jieħu nota li l-bini Trèves 1 huwa fqir f'termini ta' servizzi, u għandha tingħata prijorità lis-sejba ta' soluzzjonijiet biex dan il-bini jiġi konness mal-binjiet ewlenin;

35.  Jinnota li l-arranġamenti ta' telexogħol u ta' vidjowkonferenzi kif ukoll il-votazzjoni remota issa huma parti mill-arranġamenti ta' ħidma tal-Parlament għall-Membri; jistieden lill-Bureau jesplora modi u kostijiet biex ikompli jiffaċilita dawn l-arranġamenti għall-Membri li jixtiequ jagħmlu dan u jesplora l-użu tal-arranġamenti anke fil-futur, sabiex il-Membri jkunu jistgħu jorganizzaw laqgħat fil-kostitwenzi tagħhom kif ukoll mal-kollegi tagħhom fi Brussell f'dawk li jistgħu jsiru ġimgħat l-hekk imsejħa "ibridi"; madankollu, jinnota li l-preżenza fiżika fil-bini tal-Parlament ma tistax tiġi sostitwita kompletament mix-xogħol remot;

36.  Jiddispjaċih għall-fatt li ma teżisti l-ebda sistema fis-seħħ biex tiżgura li l-Membri li jkunu temporanjament assenti għal raġuni ġustifikata, bħal-liv tal-maternità, liv tal-ġenituri jew liv minħabba mard fit-tul jew liv tal-indukraturi, ikunu jistgħu jkomplu jwettqu d-dmirijiet ewlenin tagħhom, l-ewwel u qabel kollox li jitkellmu f'dibattiti u jivvutaw; huwa tal-fehma li dan huwa kuntrarju għall-valuri fundamentali tal-Unjoni peress li jimplika li vot mogħti lil kandidat mara jista' jwassal għal perjodu temporanju ta' nonrappreżentanza; jistieden lill-Bureau jeżamina l-possibilitajiet għall-iffaċilitar tal-kontinwazzjoni tal-parteċipazzjoni remota u biex jipprevedi s-sostituzzjoni ta' Membru – kemm jekk mara kif ukoll jekk raġel – waqt il-liv tal-ġenituri u fil-każijiet imsemmija hawn fuq; jappella għall-emenda tal-Artikolu 6 tal-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett (l-Att Elettorali Ewropew) sabiex din is-sitwazzjoni dwar il-liv tal-ġenituri tiġi rimedjata; jistieden lill-Bureau jemenda r-regoli;

37.  Jinnota li l-laissez-passer tal-Unjoni Ewropea għandu jingħata lill-membri, lill-uffiċjali u lill-aġenti oħra tal-Unjoni, abbażi tal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1417/20131(9); ifakkar li l-Artikolu 5(3) tar-Regoli ta' Proċedura jistabbilixxi d-dritt għall-Membri kollha li jitolbu laissez-passer tal-Unjoni " li jippermetti lill-Membru jiċċirkola bla xkiel fl-Istati Membri u f'pajjiżi oħra li jirrikonoxxu dan il-laissez-passer bħala dokument tal-ivjaġġar validu", peress li l-"laissez-passer għandu jkun rikonoxxut bħala dokument validu tal-ivvjaġġar mill-awtoritajiet tal-Istati Membri"; jiddispjaċih dwar rapporti minn xi Membri li l-laissez-passer mhuwiex rikonoxxut bis-sħiħ bħala dokument tal-ivvjaġġar f'xi Stati Membri; jitlob lill-Parlament biex jistaqsi dwar dawn is-sitwazzjonijiet u jikkoordina mal-awtoritajiet rilevanti biex jiżgura li l-Membri ma jkunux ristretti u limitati fil-moviment liberu tagħhom waqt li jmorru għall-laqgħat tal-Parlament jew jirritornaw lura minnhom;

38.  Jirrikonoxxi li l-ftehim bejn il-Parlament, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni ġab miegħu benefiċċji finanzjarji u amministrattivi li jikkontribwixxu għall-ġestjoni finanzjarja tajba tal-istituzzjonijiet ikkonċernati; itenni, madankollu, li fl-opinjoni tal-Kumitati dan il-ftehim huwa żbilanċjat u ma ġiex irrispettat fl-intier tiegħu mill-Parlament; jemmen li estensjoni jew reviżjoni tal-ftehim attwali jeħtiġilha ssolvi l-kwistjonijiet pendenti kollha; jitlob lill-istituzzjonijiet ikkonċernati jirrapportaw flimkien għand il-Kumitat tal-Parlament għall-Kontroll tal-Baġit dwar dan il-ftehim u r-reviżjoni tiegħu li għaddejja;

Komunikazzjoni u elezzjonijiet

39.  Jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-mod kif il-Parlament żied il-viżibbiltà tal-elezzjonijiet Ewropej billi bena, anima u involva network wiesa' ta' midja, sħab u voluntiera li aġixxew bħala multiplikaturi ta' opinjoni fin-networks tagħhom stess; jinnota bi tħassib, madankollu, li l-għadd ta' votanti fl-elezzjonijiet Ewropej tal-2019 baqa' baxx wisq f'ċerti pajjiżi; iqis li kampanja biex tiżgura l-viżibbiltà dwar l-elezzjonijiet Ewropej u dwar ir-rwol tal-Parlament fil-proċess leġiżlattiv għandha tkun permanenti, b'enfasi partikolari fuq dawk il-pajjiżi;

40.  Jilqa' l-fatt li aktar minn 50 % taċ-ċittadini tal-Unjoni eliġibbli għall-vot ħadu sehem fl-elezzjonijiet, u jinnota b'sodisfazzjon li għall-ewwel darba mill-ewwel elezzjonijiet diretti fl-1979 kien hemm żieda fil-parteċipazzjoni; jiddispjaċih, madankollu, li għall-kuntrarju ta' dak li ġara fl-elezzjonijiet tal-2014, is-sistema tax-Spitzenkandidaten għall-ħatra tal-President tal-Kummissjoni Ewropea ma ġietx segwita; josserva li s-sistema żżid it-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont tal-Kummissjoni lejn il-Parlament; jinnota li l-President tal-Kummissjoni Ewropea tirrikonoxxi l-ħtieġa għal titjib f'dan il-qasam fil-Linji Gwida Politiċi; jenfasizza li, kif iddikjarat fil-Linji Gwida Politiċi, huwa meħtieġ rieżami tal-mod kif il-mexxejja tal-istituzzjonijiet jinħatru u jiġu eletti;

41.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-proċess elettorali Ewropew isir aktar aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità;

42.  Jinnota li l-elezzjonijiet Ewropej kellhom isiru wkoll fir-Renju Unit, u li l-Parlament estenda l-kampanja ta' komunikazzjoni tiegħu għar-Renju Unit;

43.  Ifakkar li fl-2019, id-DĠ COMM kellu 813-il membru tal-persunal u amministra 5,3% tal-baġit globali tal-Parlament;

44.  Iqis li l-komunikazzjoni tan-natura politika tal-Parlament u l-ħidma mwettqa mill-Membri tiegħu għaċ-ċittadini tal-Unjoni issa hija aktar importanti minn qatt qabel; jinkoraġġixxi l-isforzi kollha tal-Parlament u d-DĠ COMM tiegħu biex iqajmu kuxjenza dwar il-Parlament, is-setgħat tiegħu, id-deċiżjonijiet tiegħu, u l-attivitajiet fost il-midja, il-partijiet ikkonċernati u l-pubbliku ġenerali; jitlob lid-DĠ COMM ikompli bl-isforzi tiegħu biex jagħmel is-sit web tal-Parlament aktar aċċessibbli, intuwittiv, koerenti u faċli għall-utent, peress li huwa strumentali biex iressaq lill-istituzzjoni eqreb lejn iċ-ċittadini;

45.  Jinnota li l-Bureau assenja lid-DĠ COMM il-kompitu li jżid l-għarfien fost iċ-ċittadini madwar l-Unjoni dwar l-elezzjonijiet li ġejjin, bl-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni demokratika; jilqa' l-kontribut tal-kampanja elettorali u ta' informazzjoni tal-Parlament għall-2019 f'dik li hija l-akbar parteċipazzjoni ta' votanti li ġiet irreġistrata fl-aħħar 20 sena; jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-istrateġija ta' komunikazzjoni istituzzjonali innovattiva tal-Parlament għall-elezzjonijiet Ewropej tal-2019, li kellha l-għan li żżid l-għarfien dwar l-elezzjonijiet u tħeġġeġ lin-nies biex jivvutaw; josserva li l-istrateġija kienet ibbażata fuq ir-rinforz u t-tisħiħ tar-relazzjonijiet mal-midja u l-iżvilupp ta' network robust ta' sħab; iqis li huwa ta' importanza kbira għall-Parlament li jikkomunika fuq bażi kontinwa maċ-ċittadini tal-Unjoni permezz ta' mezzi ta' komunikazzjoni differenti mhux biss matul is-sena elettorali iżda matul il-leġislatura kollha; jenfasizza l-importanza li jiġu stabbiliti sinerġiji mal-mezzi eżistenti u li tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-uffiċċji ta' kollegament tal-Parlament Ewropew biex tiġi evitata d-duplikazzjoni u biex flus il-kontribwenti jintużaw b'mod effettiv;

46.  Jinsab imħasseb ħafna dwar is-sit web PE Today u l-użu qarrieqi tiegħu tal-isem tal-Parlament u s-simboloġija tal-Unjoni; jinnota b'allarm li EUvsDisinfo sabet li 99% tal-artikli li dehru fis-sit EP Today fil-fatt kienu sindikati minn siti web oħra bħal Voice of America jew Russia Today; jinsab allarmat li l-investigazzjoni ta' segwitu mid-DisinfoLab tal-UE skopriet operazzjoni ta' influwenza massiva ta' 15-il sena ħidma b'suċċess kontra l-Unjoni, b'aktar minn 750 midja lokali falza u aktar minn 10 NGOs kompletament foloz; huwa mħasseb li din l-operazzjoni kien irnexxielha tilħaq u tinvolvi lill-Membri qabel ma ġiet identifikata u investigata; jistieden lid-DĠ COMM tal-Parlament jikkoordina mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u mal-Kummissjoni biex jieħu azzjoni dwar din il-kwistjoni;

47.  Jinnota li qabel u matul l-elezzjonijiet, il-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha tal-Parlament inżammu aġġornati dwar id-diżinformazzjoni u t-theddid kontra l-Parlament minn entitajiet u atturi li qed jippruvaw ifixklu l-unità u d-demokrazija Ewropea; iħeġġeġ lill-Parlament jieħu azzjoni soda biex jiġġieled id-diżinformazzjoni permezz ta' informazzjoni u twissijiet regolari u li jiġu organizzati attivitajiet xierqa ta' taħriġ u ta' sensibilizzazzjoni għall-Membri, il-persunal u l-viżitaturi; jistieden lill-Parlament ikompli jsaħħaħ il-komunikazzjoni esterna tal-attivitajiet tiegħu;

48.  Ifakkar, fil-kuntest tal-kampanja elettorali deċentralizzata, fir-rwol tal-Uffiċċji ta' Kollegament tal-Parlament Ewropew li taw spinta lill-involviment taċ-ċittadini u l-midja permezz ta' timijiet tal-istampa msaħħa u fi sħubija mal-partijiet ikkonċernati u l-multiplikaturi sabiex jintlaħqu udjenzi ġodda, speċjalment il-ġenerazzjoni żagħżugħa; jitlob li jitkompla r-rwol attiv tal-uffiċċji ta' kollegament fl-Istati Membri fil-leġiżlatura kollha;

49.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-investigazzjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) dwar l-użu mill-Parlament ta' kumpanija ta' kampanji politiċi bbażata fl-Istati Uniti tal-Amerika biex tipproċessa data personali bħala parti mill-attivitajiet tagħha relatati mal-elezzjoni Ewropea tal-2019; jinnota li l-investigazzjoni dwar l-użu mill-Parlament tal-kumpanija NationBuilder irriżultat fl-ewwel twiddiba tal-KEPD mogħtija lil istituzzjoni tal-Unjoni minħabba ksur tal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2018/1725 u li tinvolvi l-għażla u l-approvazzjoni tas-sottoproċessuri użati minn NationBuilder; jinnota, barra minn hekk, li l-KEPD sussegwentement ta t-tieni twiddiba, wara li l-Parlament naqas milli jippubblika Politika ta' Privatezza konformi għas-sit web "diddarbasenivvota" fi żmien l-iskadenza stabbilita mill-KEPD; jinnota b'sodisfazzjon li fiż-żewġ każijiet, il-Parlament aġixxa f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-KEPD; itenni d-dikjarazzjonijiet tal-KEPD dwar it-theddida li tippreżenta l-manipulazzjoni online, u kif regoli sodi dwar il-protezzjoni tad-data huma essenzjali għad-demokrazija, speċjalment fl-era diġitali;

50.  Jikkonstata l-partiti tan-nefqa differenti għall-2019, li huma mqassma kif ġej:

Partita tan-nefqa

Nefqa tal-2019

Spejjeż tal-persunal

EUR 24 293 036

Spejjeż ta' bini

EUR 11 051 311

Spejjeż ta' sigurtà

EUR 1 586 598

Spejjeż ta' komunikazzjoni

EUR 11 906 438

Total

EUR 49 137 382

51.  Jinnota li, fil-laqgħa tiegħu tal-11 ta' Frar 2019, il-Bureau kkonferma t-tkomplija tal-uffiċċju tal-Parlament f'Londra; jinnota li fil-5 ta' Ottubru 2020, il-Bureau rrikonoxxa l-għeluq tal-uffiċċju antenna ta' Edinburgu fi tmiem l-2020; jirrikonoxxi li l-Uffiċċju ta' Kollegament tal-Parlament Ewropew fir-Renju Unit kif ukoll id-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għar-Renju Unit se jkomplu jkollhom rwol kruċjali għall-Parlament fl-għoti ta' servizzi lill-Membri ta' delegazzjonijiet fir-Renju Unit u sabiex ikomplu jikkomunikaw maċ-ċittadini, is-soċjetà ċivili, il-gvern, l-ambjent parlamentari u l-midja f'dak il-pajjiż; jinnota, f'dan ir-rigward, li l-uffiċċju ta’ kollegament fir-Renju Unit jikkoopera mad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-kompetenzi rispettivi tal-Parlament u tas-Servizz għall-Azzjoni Esterna tal-Unjoni Ewropea; ifakkar li l-istatus u l-awtonomija tal-persunal tal-Parlament fir-Renju Unit għandhom jiġu ggarantiti skont il-mudell stabbilit tal-uffiċċju f'Washington, li qiegħed jopera b'suċċess;; jiddispjaċih għalhekk dwar ir-rifjut tal-gvern tar-Renju Unit li jirrikonoxxi l-istatus diplomatiku sħiħ tal-ambaxxatur tal-Unjoni Ewropea għar-Renju Unit; jistieden lill-Bureau u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jsibu soluzzjoni prattika mal-awtoritajiet Brittaniċi biex jagħtu status diplomatiku lill-persunal tal-Parlament li jaħdem fl-uffiċċju ta' kollegament f'Londra;

52.  Ifakkar fit-tħassib diġà espress is-sena l-oħra dwar id-deċiżjoni tal-bureau fil-11 ta' Frar 2019 dwar l-appoġġ parlamentari lill-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-ASEAN f'Jakarta, id-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Unjoni Afrikana f'Addis Ababa u d-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għan-Nazzjonijiet Uniti fi New York; jisħaq fuq il-fatt li kwalunkwe deċiżjoni ġdida trid tkun ibbażata fuq analiżi bir-reqqa tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji u jtenni li minħabba n-natura speċifika ta' dan l-appoġġ parlamentari, il-Kumitat tal-Parlament għall-Kontroll tal-Baġit għandu jingħata informazzjoni dettaljata rilevanti; jiddispjaċih li għadhom ma nħolqux indikaturi li jistgħu jitkejlu għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni annwali, fl-ambitu tal-qafas taċ-ċiklu tal-ippjanar strateġiku, il-monitoraġġ u r-rapportar tal-Parlament; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jwettaq din il-valutazzjoni b'mod urġenti u jippreżentaha kemm lill-Kumitat tal-Parlament għall-Baġits kif ukoll lill-Kumitat tal-Parlament għall-Kontroll tal-Baġit hekk kif din tkun disponibbli;

53.  Jenfasizza l-ħtieġa li terġa' tinħoloq il-kultura tad-dibattitu fil-Parlament; jilqa' d-deċiżjoni li l-membri jintalbu jagħtu d-diskorsi mil-lettur li jiffaċċa l-plenarja; jemmen li l-kultura tad-dibattitu tista' tittejjeb ukoll billi jitħalla biżżejjed ħin għall-iskambju ta' argumenti u kontroargumenti, pereżempju billi tiġi estiża l-proċedura tal-karta blu;

Gruppi ta' viżitaturi sponsorjati

54.  Jilqa' l-fatt li l-Parlament jinvesti sforzi konsiderevoli fl-espansjoni u t-titjib tas-servizzi li joffri lill-viżitaturi; ifaħħar iċ-ċifra impressjonanti ta' aktar minn 1,5 miljun viżitatur li waslu fl-2019 fil-bini kollu tal-Parlament, b'żieda ta' 26 % taż-żgħażagħ meta mqabbel mal-2018;

55.  Jinnota b'sodisfazzjon li, wara d-dħul fis-seħħ, f'Jannar 2017, tar-regoli l-ġodda mill-Bureau li jirregolaw l-akkoljenza ta' gruppi ta' viżitaturi, matul l-2019 sar awditjar dwar gruppi ta' viżitaturi, u li f'Diċembru 2019, ġew proposti pjanijiet ta' azzjoni lid-DĠ COMM biex jissaħħaħ il-qafas ta' ġestjoni u kontroll u l-qafas regolatorju applikabbli għar-rimborżi lill-gruppi ta' viżitaturi; jenfasizza, madankollu, li l-objettiv tal-gruppi ta' viżitaturi ma għandux jiġi injorat, jiġifieri li ċ-ċittadini jitressqu eqreb tal-Parlament, tad-dmirijiet u l-interazzjoni tiegħu mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni, u tal-funzjonament tal-Unjoni u tal-ambjent tiegħu, li jinkludi l-bliet ospitanti;

56.  Jinnota li r-regoli riveduti li jirregolaw il-ħlas ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji għal gruppi ta' viżitaturi sponsorjati daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2017; ifakkar li, f'konformità mal-prinċipju ta' nuqqas ta' profitt stabbilit f'dawn ir-regoli, il-kapijiet tal-gruppi għandhom l-obbligu li jirritornaw kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja mhux użata wara verifika ta' dikjarazzjoni finanzjarja mis-servizzi tal-Parlament; ifittex aċċertament akbar li l-ġestjoni tal-gruppi ta' viżitaturi sponsorjati tkun strettament f'konformità mar-regoli applikabbli, inkluż il-proċess ta' rimborż tal-ispejjeż relatati mal-viżitaturi b'diżabilità; itenni t-talba tiegħu biex titneħħa l-possibilità li jinħatru APA bħala kap ta' grupp biex jieħdu r-responsabbiltà finanzjarja ta' gruppi ta' viżitaturi sponsorjati esklużivament lil membru tal-grupp jew lil professjonisti, jiġifieri aġenti tal-ħlas jew aġenziji tal-ivvjaġġar;

57.  Ifakkar li fl-2019 l-awditur intern tal-Parlament beda awditjar tal-implimentazzjoni tar-regoli l-ġodda, u li fis-sejbiet tiegħu, finalizzati fl-2020, l-awditur intern enfasizza li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-gruppi ta' viżitaturi għandhom jiġu allinjati aktar mal-ispejjeż reali mġarrba mill-gruppi, li l-kontrolli ex ante għandhom jissaħħu meta titħallas l-ewwel kontribuzzjoni, u li s-sistema eżistenti ta' kontrolli ex post għandha tissaħħaħ; itenni li s-sejbiet tal-awditur intern għandhom jitqiesu fl-evalwazzjoni tal-proċeduri eżistenti u fl-iżvilupp ta' kontrolli ex ante aktar stretti sabiex jiġu evitati possibbiltajiet ta' akkumulazzjoni ta' flus lil hinn mill-kontrolli; jitlob li jiġi vvalutat aktar il-livell attwali tal-kontrolli ex post;

58.  Jirrimarka li r-riċeviment ta' gruppi ta' viżitaturi sponsorjati ta' persuni b'diżabilità jista' jsir bi spejjeż addizzjonali u jirrikjedi kontribuzzjonijiet finanzjarji akbar, għalhekk jirrakkomanda lill-Bureau li jistudja l-possibbiltà ta' allokazzjonijiet akbar biex ikopru n-nefqa eliġibbli kollha ta' tali gruppi;

59.  Jappoġġja l-attivitajiet tal-Parlamentarium fi Brussell li fl-2019 laqa' 307 105 viżitatur, żieda sostanzjali fin-numru mill-2018, u tad-Dar l-Istorja Ewropea, li laqgħet 199 256 viżitatur fl-2019 b'żieda ta' 21 % mill-2018; ifaħħar is-suċċess taċ-ċentri Europa Experience f'Berlin, f'Ljubljana, fi Strasburgu, f'Helsinki, f'Copenhagen u f'Tallinn; jinnota li s-servizzi tal-Parlament iddefinew programm ta' ħidma konġunt, li għandu l-għan li jlesti l-implimentazzjoni tal-Europa Experience fl-Istati Membri kollha sal-2024;

Bini

60.  Ifakkar li fl-2019, id-DĠ INLO kellu 609 membri tal-persunal u amministra 12,6 % tal-baġit globali tal-Parlament;

61.  Huwa konxju li fil-11 ta' Marzu 2019, il-Bureau approva approċċ ġdid għall-proposti futuri tas-suq immobiljari għall-uffiċċji ta' kollegament tal-Parlament Ewropew u għall-ispazji ta' Europa Experience f'diversi Stati Membri;

62.  Huwa konxju mill-importanza tal-politika immobiljari, b'mod partikolari t-tlestija tax-xogħlijiet finali ta' installazzjoni fil-bini Montoyer 63 fi Brussell, li beda jintuża fl-2019, u l-proġett Adenauer fil-Lussemburgu, li huwa ppjanat li jitlesta sal-aħħar ta' Ġunju 2023; jifhem li, fl-2019, il-Kumitat għall-Baġits tal-Parlament awtorizza t-trasferiment ta' tlaqqit, b'ammont ta' EUR 29 miljun, għall-prefinanzjament tal-proġett, li jeskludi l-ispejjeż tal-ġestjoni tal-proġett, l-ispejjeż finanzjarji, il-korpi ċertifikati, eċċ; jiddispjaċih dwar iż-żieda fl-ispejjeż minħabba d-dewmien fil-kostruzzjoni u jinnota li kienu meħtieġa tranżazzjonijiet mal-kumpaniji tal-kostruzzjoni (b'rabta mad-dewmien fil-proġett) biex jiġu evitati dewmien u spejjeż ulterjuri (bejn 5 % u 15 % tal-ammont tal-kuntratt);

63.  Jinnota li strateġija ġdida għall-bini ‘Wara l-2019’, adottata mill-Bureau f'April 2018, iffukat fuq il-ħtiġijiet li għad ma ġewx indirizzati biżżejjed, inkluż l-adattament tal-faċilitajiet għall-evoluzzjoni tat-tendenzi fil-laqgħat (il-ħolqien ta' kmamar tal-laqgħat adattati speċifikament għat-trilogi leġiżlattivi), involviment lokali u eqreb taċ-ċittadini permezz tal-integrazzjoni tal-‘Europa Experience’ fl-uffiċċji ta' kollegament tal-Parlament Ewropew, it-tkomplija tat-titjib tas-sigurtà għall-bini tal-Parlament u r-rinnovazzjoni tiegħu, it-tnaqqis tad-distakk fl-interkonnessjoni tal-bini ċentrali tal-Parlament billi jiġi promoss ix-xiri ta' bini aktar mill-kiri;

64.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-azzjonijiet li suppost saru u miftiehma mal-awditur intern fl-2018 li jindirizzaw riskji residwi sinifikanti fir-rigward tal-manutenzjoni, l-irranġar u l-operat tal-bini; jistieden lill-Bureau jadotta politika komprensiva dwar il-manutenzjoni u jirrapporta lura lill-awtorità ta' kwittanza; jilqa' t-tneħħija gradwali tal-kuntratti dwar il-funzjonijiet ta' ġestjoni esternalizzati u l-flus li dan jiffranka;

65.  Jinnota li l-akbar proġett ta' bini tal-Parlament - it-tkabbir tal-bini Konrad Adenauer fil-Lussemburgu - jinsab fil-punt tat-tlestija tal-ewwel fażi tiegħu, il-Binja tal-Lvant; jissottolinja li t-Torri ilu okkupat mill-persunal tal-Parlament mill-ħarifa 2019, u li l-bqija tal-Binja tal-Lvant mistennija tiġi okkupata gradwalment minn Novembru 2020; jinnota li l-kostruzzjoni tal-Binja tal-Punent tal-istabbiliment għandha tibda fl-aħħar tal-2020 u hija ppjanata li titlesta sal-2023;

66.  Jieħu nota tal-infrastruttura sinifikanti tal-Parlament, li tista' tinqasam kif ġej:

Il-bini fi Brussell

Il-bini fil-Lussemburgu

Il-bini fi Strasburgu

11-il binja bi sjieda

2 binjiet bi sjieda

5 binjiet bi sjieda

4 binjiet mikrija

3 binjiet mikrija

 

659 092 m2

343 879 m2

344 283 m2

Antenna u Uffiċċji ta' Kollegament tal-PE

 

Total

37

Binja ta' sjieda

12

Binja mikrija

25

Superfiċje

28 383 m2

67.  Ifakkar li fl-2020, il-Parlament nieda kompetizzjoni internazzjonali fl-arkitettura b'żewġ għażliet, rinnovazzjoni ambjentali komprensiva jew rikostruzzjoni tal-bini Spaak; jenfasizza li r-rinnovazzjoni/ir-rikostruzzjoni għandhom iqisu l-kosteffettività u l-effiċjenza enerġetika bħala kriterji ewlenin; jistenna malajr kemm jista' jkun evalwazzjoni dettaljata u pubblika tal-ispiża u l-effiċjenza enerġetika tal-proposta li għandha titwettaq fid-dawl tal-fatt li s-sommarju ta' qabel il-proġett, li għandu jiġi żviluppat mill-perit rebbieħ matul l-2021, għandha tiġi ppreżentata lill-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament; jitlob li r-rinnovazzjoni/ir-rikostruzzjoni tqis il-ħtiġijiet attwali tal-Parlament kif deskritti fl-istrateġija aġġornata għall-bini ‘Wara l-2019’; jenfasizza li r-rinnovazzjoni/ir-rikostruzzjoni għandha tqis ukoll il-ħtiġijiet attwali tal-Membri u tal-persunal relatati mar-restrizzjonijiet reċenti kif ukoll l-aġġustament ġdid meħtieġ għas-saħħa u s-sigurtà;

68.  Jinnota d-deċiżjoni tal-Bureau tal-25 ta' Novembru 2019 li jinbnew faċilitajiet tal-Europa Experience għall-viżitaturi fl-Istati Membri kollha sa tmiem il-leġiżlatura attwali (2024) u l-implimentazzjoni attwali ta' din id-deċiżjoni; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jinforma regolarment lill-Kumitat għall-Baġits u lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament dwar l-istat ta' implimentazzjoni;

69.  Jilqa' l-idea li l-Parlament ikun impenjat li jwettaq l-adattament u r-rinnovazzjoni meħtieġa tal-bini tiegħu sabiex jinħoloq ambjent aċċessibbli għall-utenti kollha f'konformità mal-istandards tal-Unjoni u l-oqfsa legali nazzjonali; jisħaq li x-xogħlijiet biex titjieb l-aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabilità u dawk b'mobilità mnaqqsa diġà bdew fi Strasburgu u li l-proġetti se jkomplu kemm fi Brussell kif ukoll fi Strasburgu, iżda wkoll f'sitt uffiċċji ta' kollegament tal-Parlament Ewropew; jinsisti li dawn ir-rinnovazzjonijiet jitkomplew fil-bini l-ieħor kollu tal-Parlament billi jimpenja ruħu għar-rekwiżiti funzjonali dwar l-aċċessibbiltà għall-ambjent mibni stipulati fl-Anness III tad-Direttiva (UE) 2019/882(10), u billi jirreferi għal standards internazzjonali u Ewropej rilevanti biex jissodisfa dawk ir-rekwiżiti fil-proċeduri tal-akkwist, biex b'hekk il-Membri, il-persunal u l-viżitaturi b'diżabilità u dawk b'mobilità mnaqqsa jkun jista' jkollhom aċċess għall-bini u jagħmlu użu mill-faċilitajiet tagħhom fuq bażi ugwali bħal oħrajn f'konformità mal-obbligi stabbiliti mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità; jissottolinja li l-fondi għandhom ikunu disponibbli biex ikopru dawn il-miżuri/spejjeż b'mod effiċjenti;

70.  Jesprimi tħassib li mill-2017, ġie introdott u għadu fis-seħħ għeluq taċ-ċirkwit ta' ilma sħun fl-uffiċċji tal-Membri kemm fi Brussell kif ukoll fi Strasburgu; jinnota li d-deċiżjoni li titwaqqaf id-distribuzzjoni ta' ilma sħun fl-uffiċċji tal-Membri fi Brussell u Strasburgu ttieħdet mill-Kwesturi fl-24 ta' Ottubru 2017 b'rabta mar-riskju għas-saħħa li toħloq il-preżenza ta' batterji tal-legionella li jagħmlu l-ħsara lis-sistemi idrawliċi tal-bini li qed jeqdiemu u jiddeterjoraw; josserva li l-isfida ewlenija biex terġa' tiġi introdotta l-produzzjoni ta' ilma sħun fil-bini tal-Parlament hija l-fatt li tindif bir-reqqa tal-pajpijiet il-qodma kollha li jinkludu diversi pajpijiet li ma jwasslu mkien, tkun tirrikjedi d-dekummissjonar sħiħ tagħhom u li proġett ta' skala konsiderevoli bħal dan jirrikjedi studju tal-fattibbiltà fil-fond li jqis l-impatt taċ-ċaqliq, ir-rilokazzjonijiet, it-trab u l-istorbju fuq il-ħidma leġiżlattiva tal-Membri; iħeġġeġ lid-DĠ INLO jkompli jimplimenta miżuri ta' kumpens;

71.  Jinnota li l-ewwel sejħa għall-offerti tnediet fl-2019 sabiex jiġu konklużi kuntratti għal faċilitajiet bankarji ġodda u ntemmet b'bank wieħed biss li għażel li jissottometti offerta għall-istess spazju li l-bank kien jokkupa qabel; jinnota li t-tieni sejħa għall-offerti ġiet organizzata fl-2020 bl-għan li jiġu okkupati ż-żewġ żoni l-oħra tal-ħami, u ma waslet l-ebda offerta; jiddispjaċih li l-aġenzija ING baqgħet miftuħa biss għall-ewwel xahrejn tal-leġiżlatura attwali, iż-żmien biex jinfetħu l-kontijiet għal ħafna mill-Membri eletti l-ġodda u l-APAs ikkuntrattati, u mbagħad għalqet; jinnota li s-supermarket iddeċieda wkoll li ma jestendix il-konċessjoni tiegħu, iżda jilqa' l-fatt li fil-futur se jkun hemm konċessjoni ta' suq tal-ikel fis-sular ta' isfel tal-bini Spinelli; jitlob lill-amministrazzjoni tagħmel rieżami u ttejjeb il-kundizzjonijiet tal-isfruttar tal-konċessjonijiet kummerċjali b'mod li tagħmilhom aktar attraenti, sabiex tattira fornituri ta' servizzi ta' kwalità;

72.  Jesprimi tħassib dwar il-bini Trèves 1 minħabba n-nuqqas ta' servizzi tiegħu; jistieden lill-Parlament jesplora bħala soluzzjoni prijoritarja l-iżgurar li dan il-bini jkollu konnessjoni effettiva mal-binjiet ewlenin tal-Parlament, fejn issir il-biċċa l-kbira tal-attività parlamentari;

73.  Jenfasizza rapporti reċenti fil-midja li l-kameras termali użati fil-bini tal-Parlament għall-kejl tat-temperatura tal-persuni kollha li jidħlu fil-Parlament huma magħmula mill-kumpanija Hikvision, li timporta miċ-Ċina u tipproduċi kameras għall-provinċja Ċiniża ta' Xinjiang(11); ifakkar li Hikvision ġiet akkużata li pprovdiet tagħmir ta' sorveljanza għall-kampijiet ta' internament f'din il-provinċja(12); jinnota li hemm riskju inaċċettabbli li Hikvision, permezz tal-operazzjonijiet tagħha f'Xinjiang, qed tikkontribwixxi għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem; ifakkar li l-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2019 tal-Parlament Ewropew intrebaħ minn Ilham Tohti għall-isforzi tiegħu biex jipproteġi d-drittijiet tal-popolazzjoni Ujgura fiċ-Ċina; iqis għalhekk li l-użu ta' kameras termali ta' dan il-fornitur fil-bini tal-Parlament mhuwiex aċċettabbli; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jtemm il-kuntratt ma' Hikvision u jneħħi l-kameras termali kollha ta' Hikvision mill-bini tal-Parlament; jenfasizza l-ħtieġa li fil-futur l-amministrazzjoni tkun aktar prudenti fl-għażla tal-fornituri tat-tagħmir;

Sigurtà u Difiża

74.  Ifakkar li fl-2019, id-Direttorat Ġenerali għas-Sigurtà u l-Protezzjoni (DĠ SAFE) kellu 770 membru tal-persunal u amministra 1,5 % tal-baġit globali tal-Parlament;

75.  Jilqa' l-fatt li mill-2015 ma seħħ l-ebda inċident kbir marbut mas-sigurtà fil-bini tal-Parlament; jinsab imħasseb, madankollu, dwar in-numru totali ta' Membri, segretarjati ta' gruppi politiċi u APAs rappurtati bħala vittmi ta' serq fil-bini tal-Parlament; jinnota li l-valur globali stmat tal-elementi, li jammonta għal madwar EUR 60 000 fis-sena, kien stabbli għall-aħħar tliet snin; jistenna tisħiħ kontinwu fil-livell ta' sigurtà;

76.  Jieħu nota tal-azzjonijiet immedjati, approvati mill-Bureau fil-laqgħa tiegħu tat-22 ta' Lulju 2020, li inkludew kampanja ta' sensibilizzazzjoni, protezzjoni ta' tagħmir tal-IT ta' valur, notifika minn qabel ta' xogħlijiet ta' manutenzjoni, u għoti ta' master keys separati għal kull sular u limitazzjoni stretta tad-distribuzzjoni tagħhom; jesprimi, madankollu, li ma jaqbilx mal-messaġġi speċifiċi u t-ton ġenerali tal-kampanja ta' sensibilizzazzjoni kontra s-serq fil-binjiet tal-Parlament billi jinħassu li qegħdin jagħtu tort lill-Membri u lill-persunal minflok ma jagħtu rakkomandazzjonijiet prattiċi ta' sigurtà; jistenna li l-Parlament jikkunsidra miżuri fit-tul biex jipprevjeni serq, inklużi, fost dawk proposti, l-introduzzjoni ta' livelli differenti ta' drittijiet ta' aċċess fil-bini tal-Parlament, żieda fil-kopertura tas-CCTV, u azzjonijiet ulterjuri relatati mal-politika tal-ġestjoni taċ-ċwievet, inkluża l-possibbiltà li jiġu installati serraturi elettroniċi tal-bibien filwaqt li titqies il-proporzjonalità meħtieġa bejn l-investimenti meħtieġa u l-valur attwali tal-oġġetti misruqa, kif ukoll il-ħarsien tal-privatezza;

77.  Iħeġġeġ l-implimentazzjoni ta' strateġija interna ta' ħruġ għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jew b'diżabilità f'każ ta' emerġenza;

78.  Jilqa' l-miżuri meħuda biex titjieb is-sigurtà tal-bini tal-Parlament, b'mod partikolari l-iskrinjar tas-sigurtà ta' persunal ta' fornituri esterni tas-servizzi, u l-internalizzazzjoni tas-servizzi ġenerali tas-sigurtà fil-Lussemburgu, approvati mill-Bureau fl-2012, iżda li kienu affettwati mix-xogħol ta' kostruzzjoni tal-bini l-ġdid Adenauer II; jissottolinja li l-inċidenti ta' dimostranti vjolenti li jidħlu f'istituzzjonijiet pubbliċi fl-Istati Membri u jheddu l-persunal u l-Membri huma kwistjoni ta' tħassib, u għalhekk iħeġġeġ lid-DĠ SAFE jivvaluta l-miżuri ta' sikurezza attwali u jagħmel rakkomandazzjonijiet għal aktar titjib;

79.  Jappoġġja l-kooperazzjoni interistituzzjonali fis-sigurtà inkluż l-iffirmar ta' Memorandum ta' Qbil relatat mal-iskrinjar ta' persunal ta' fornituri esterni tas-servizzi li jaħdmu fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni fil-Belġju, it-twaqqif ta' grupp ta' ħidma interistituzzjonali inkarigat mill-armonizzazzjoni tal-miżuri ta' sigurtà applikati fl-uffiċċji ta' kollegament tal-Parlament u r-rappreżentanzi tal-Kummissjoni fl-Istati Membri, l-analiżi konġunta li għaddejja mis-servizzi tas-sigurtà tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni biex jiġu identifikati u ddefiniti l-aktar oqsma xierqa għal kooperazzjoni msaħħa kif ukoll il-firxa ta' din il-kooperazzjoni possibbli, inkluża l-possibbiltà li jiġu kondiviżi xi servizzi, u l-progress lejn l-istabbiliment ta' badge ta' aċċess interistituzzjonali;

80.  Jinnota b'sodisfazzjon il-varar ta' proċeduri tas-suq għall-introduzzjoni ta' sistema awtomatika ta' rikonoxximent tal-vetturi fil-punti ta' dħul u ħruġ kollha tal-parkeġġi u t-trasferiment lejn il-bini Adenauer II;

81.  Ifakkar, madankollu li t-trasparenza fil-konfront tal-pubbliku hija karatteristika importanti tal-Parlament u għandu jinżamm bilanċ adegwat mal-livell ta' sigurtà meħtieġ;

Iċ-ċibersigurtà u s-sigurtà tal-ICT

82.  Ifakkar li, fl-2019, id-Direttorat Ġenerali għal-Loġistika u l-Interpretazzjoni għall-Konferenzi (DĠ ITEC) kellu 480 membru tal-persunal u amministra 6 % tal-baġit globali tal-Parlament;

83.  Ifakkar fl-assenjament ta' konsultazzjoni mwettaq mis-servizz tal-awditjar intern dwar l-inċident serju tal-IT li seħħ fl-2017 u l-impatt li rriżulta fuq il-kontinwità tal-operat li kien fih tliet rakkomandazzjonijiet dwar il-protezzjoni ulterjuri tal-infrastruttura tal-ICT tal-Parlament li jikkomplementaw il-lista ta' sistemi ta' informazzjoni kritiċi u ewlenin b'immappjar aktar ċar tal-missjoni-assi u bid-dokumentazzjoni tal-assi tad-dipendenzi, u l-indirizzar tal-bżonn ta' ċertifikazzjoni ta' livell ogħla tal-bini mikri li jospita l-kamra tal-kompjuters tal-Parlament fi Brussell;

84.  Jifhem l-importanza ta' drittijiet ta' aċċess privileġġati f'xogħol ta' manutenzjoni u żvilupp; jistieden lid-DĠ ITEC jistabbilixxi regoli ċari dwar il-kontroll ta' aċċess fir-rigward ta' dawn il-kontijiet privileġġati u jagħmel rieżami tal-forniment ta' drittijiet ‘superutent’;

85.  Japprova t-tnedija ta' proġett ta' ċentru tad-data ġdid biex iċ-ċentru tad-data ta' Huizingen ta' livell II, li għamel żmienu, jiġi sostitwit b'livell IV biex tittejjeb is-sigurtà, ir-reżiljenza u l-kontinwità tal-ICT;

86.  Jappoġġja l-isforzi tal-Parlament biex jimmitiga r-riskji taċ-ċibersigurtà fl-2019, inklużi d-definizzjoni u l-pubblikazzjoni ta' qafas taċ-ċibersigurtà tal-Parlament, valutazzjoni sistematika tar-riskju ċibernetiku għal applikazzjonijiet sensittivi ġodda u eżerċizzju annwali ta' test ta' penetrazzjoni mill-Internet; jitlob li r-riskji jiġu identifikati u minimizzati aktar u li tiġi implimentata ġestjoni bbażata fuq ir-riskju; jistieden lid-DĠ ITEC itejjeb il-kapaċitajiet ta' rkupru u jimplimenta pjan ta' rispons għal inċidenti marbuta maċ-ċibersigurtà;

87.  Jissottolinja l-obbligu al-Parlament li jiġġestixxi direttament jew tal-anqas ikollu kontroll dirett fuq il-ġestjoni tal-infrastrutturi kritiċi tiegħu u d-data sensittiva u kunfidenzjali; jagħti istruzzjonijiet lill-amministrazzjoni tiegħu biex timplimenta dan l-obbligu;

88.  Ifakkar fil-valur miżjud ta' software b'xejn u b'sors miftuħ fit-titjib tas-sigurtà peress li dan jippermetti lill-Parlament jidentifika u jikkoreġi d-dgħufijiet, iżomm kontroll fuq id-data billi jospita fis-servers tiegħu u jfassal soluzzjonijiet skont l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu stess, filwaqt li jkun jista' jevita effetti ta' intrappolament tal-klijentela;

89.  Ifakkar fil-preferenza tiegħu għal soluzzjonijiet ta' software b'xejn u b'sors miftuħ minflok dawk proprjetarji meta jiġu kkunsidrati applikazzjonijiet interni ġodda; jitlob li l-korpi governattivi tal-ICT jiġu informati dwar is-sitwazzjonijiet fejn ma jintgħażlux soluzzjonijiet b'sors miftuħ;

90.  Jirrikonoxxi r-riskji inerenti għas-sigurtà tal-informazzjoni u għall-privatezza meta l-Membri u l-persunal jużaw soluzzjonijiet dipendenti fuq partijiet terzi għall-kondiviżjoni ta' data sensittiva, mingħajr ma l-Parlament ikun jista' jikkontrolla kif tiġi ttrattata d-data; f'konformità mal-orjentazzjonijiet strateġiċi taċ-ċibersigurtà approvati mill-Bureau u biex tiġi rimedjata dik is-sitwazzjoni, jitlob lil-Parlament iqis li fis-servers tiegħu jiġu ospitati soluzzjonijiet siguri u bbażati fuq sors miftuħ għal-laqgħat virtwali u l-messaġġi istantanji, kif inhu l-każ f'istituzzjonijiet ewlenin f'uħud mill-Istati Membri, bħall-amministrazzjoni ċentrali Franċiża u l-Bundeswehr Ġermaniż;

91.  Ifaħħar l-isforzi tad-DĠ ITEC biex jiġbor parti mill-għarfien espert u r-riżorsi tiegħu dwar iċ-ċibersigurtà permezz ta' Skwadra ta' Rispons f'Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-Istituzzjonijiet tal-Unjoni (CERT-EU);

It-teknoloġija, id-diġitalizzazzjoni u l-innovazzjoni

92.  Jilqa' t-tlestija b'suċċess fl-2019 tas-sistema ta' ġestjoni finanzjarja tal-Parlament, li bdiet topera għas-sena finanzjarja 2020; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar hardware antikwat u jitlob li l-modernizzazzjoni tal-IT titkompla bit-tiġdid ta' hardware antikwat u żviluppi ulterjuri ta' proġetti strateġiċi fl-oqsma tal-Parlament elettroniku, l-ambjent mobbli għall-Membri u l-persunal;

93.  Jindika li l-aġġornamenti fil-pagi tal-persunal tal-Parlament mhumiex awtomatizzati u għandhom jiddaħħlu manwalment fis-sistemi tar-riżorsi umani tal-IT; jesprimi tħassib dwar ir-riskji ta' pagamenti mhux dovuti bbażati fuq informazzjoni inkorretta li tirriżulta min-nonawtomatizzazzjoni tal-ħlas; iħeġġeġ lis-servizzi tal-Parlament jiżviluppaw sistema tal-IT sostenibbli għall-gradi ta' ħlas tal-persunal f'kooperazzjoni ma' istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni;

94.  Japprova l-isforzi sinifikanti għall-investiment kontinwu fid-diġitalizzazzjoni tal-proċessi finanzjarji, inkluż it-tnedija u l-użu bla xkiel u b'suċċess tas-sistema l-ġdida ta' ġestjoni finanzjarja u ta' kontabilità (SAP) minn Novembru 2019 għat-tranżazzjonijiet kollha relatati mal-eżekuzzjoni tal-baġit, l-adozzjoni tal-istrateġija "Hubs Blue-Chip għal servizzi amministrattivi", bil-ħsieb li jittejjeb is-servizz tal-klijenti, l-effiċjenza amministrattiva, u d-deċiżjoni tal-Bureau tas-17 ta' Ġunju 2019 li titnieda l-awtomazzjoni tar-reġistru ċentrali tal-attendenza, kif ukoll l-estensjoni tal-funzjonijiet tal-Portal elettroniku, bħala l-punt uniku diġitali ta' dħul għall-Membri biex jimmaniġġjaw id-drittijiet finanzjarji u soċjali tagħhom;

95.  Jitlob li jsir titjib fis-sistema attwali ta' traċċar u rintraċċar ta' kwistjonijiet marbuta mal-IT bejn l-unitajiet operattivi tas-servizzi tal-Parlament sabiex tiżdied l-effiċjenza u t-trasparenza; jenfasizza li l-appoġġ fuq il-post għall-Membri u l-uffiċċji tagħhom spiss isolvi kwistjonijiet relatati mal-IT aktar malajr u b'mod aktar effiċjenti mill-appoġġ telefoniku;

96.  Jitlob li jiġi żgurat li jittieħdu miżuri ta' sigurtà xierqa fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet cloud għall-Parlament, inklużi dawk li jippermettu s-sovranità istituzzjonali tiegħu; jinsisti li dan għandu jinkiseb billi jiġu żgurati s-sjieda tad-data, il-lokalizzazzjoni tad-data fit-territorju tal-Unjoni, l-assenza ta' effett ta' intrappolament tal-klijentela u approċċ b'diversi fornituri li jippermetti l-migrazzjoni bla xkiel tat-tagħbijiet tax-xogħol u d-data bejn is-saffi differenti tal-cloud ibridu (fil-bini, fil-cloud privat u pubbliku) kif ukoll bejn il-fornituri tas-servizzi tal-cloud peress li l-ħtiġijiet jinbidlu u mhux biss matul il-fażi tal-ħruġ tas-servizzi tal-cloud, sabiex jinkisbu aktar flessibbiltà u aktar opzjonijiet għall-użu tad-data, kif maqbul mill-Grupp ta' Ħidma dwar l-Istrateġija ta' Innovazzjoni tal-ICT u kkonfermat mill-Bureau s-sena li għaddiet;

97.  Ifakkar li dawn ir-rekwiżiti politikament sinifikanti tal-politika cloud, jiġifieri dwar id-deċiżjoni fl-ogħla livell dwar liema kategoriji ta' data jistgħu jmorru fil-cloud jew le, dwar id-definizzjoni ta' cloud sovran jew dwar l-għażla ta' fornituri, ġew espressi mill-Viċi Presidenti tal-Parlament, u jeħtieġ li jitqiesu fil-proċess tal-adozzjoni tal-politika tal-cloud mill-Bureau, qabel ma jiġi ffirmat kwalunkwe kuntratt ma' fornitur ta' servizz ta' cloud;

98.  Jitlob li jiġi żgurat id-dritt għall-Membri u l-assistenti li jużaw software tal-uffiċċju b'xejn u b'sors miftuħ;

99.  Ifakkar fil-ħtieġa li jkun hemm approċċ aktar faċli għall-utent, sistematiku u koordinat għall-ħolqien u l-konverżjoni ta' data ta' interess pubbliku f'format miftuħ, li jinqara mill-magni, faċilment aċċessibbli u li jista' jerġa' jintuża mill-utenti; itenni l-importanza li l-Parlament ikollu l-politika tiegħu stess dwar id-data miftuħa; jitlob lis-servizzi rilevanti jressqu abbozz għal approvazzjoni lill-Bureau;

100.  Ifakkar li l-prinċipju ġenerali tal-istrateġija tal-cloud huwa s-sigurtà tal-informazzjoni u l-protezzjoni tad-data, u dan jeħtieġ kategorizzazzjoni speċifika tad-data bbażata fuq il-protezzjoni tad-data u valutazzjonijiet tas-sigurtà; jitlob lill-Bureau japprova, wara li jikkunsidra l-analiżi tar-riskju mħejjija mis-servizzi rilevanti, liema kategoriji ta' data u applikazzjonijiet jistgħu jmorru fil-cloud u liema għandhom jinżammu fil-Parlament biss;

101.  Ifakkar fil-ħtieġa li jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda effett ta' intrappolament tal-klijentela tal-cloud u li jinkiseb livell ogħla ta' sigurtà bl-użu ta' software b'sors miftuħ u standards miftuħa kull fejn ikun possibbli;

102.  Jitlob lill-amministrazzjoni toħloq spazju fuq is-sit web tal-Parlament fejn ir-rekord tal-votazzjoni fil-plenarja ta' kull Membru jkun disponibbli u t-tqassim tal-voti skont il-gruppi politiċi u n-nazzjonalità tal-Membri jkun viżibbli u kumparabbli; jistieden lis-servizzi rilevanti jistudjaw il-fattibbiltà u jittestjaw il-viżwalizzazzjoni tal-emendi ffirmati l-aktar reċenti fil-kumitati u fil-plenarja tal-Membri li jivvolontarjaw fuq il-paġna personali tagħhom fis-sit web tal-Parlament;

103.  Jilqa' l-istrateġija Digital Workplace4MEP li toffri soluzzjonijiet għall-mobilità u l-effiċjenza; iqis li l-użu ta' tagħmir ibridu ta' kwalità għolja għandu jikkontribwixxi biex tintlaħaq il-mira ta' ġestjoni ambjentali li l-konsum tal-karta jitnaqqas b'50 % sal-2024; jistenna li t-tnedija twassal għal iffrankar sinifikanti fl-ispejjeż minħabba t-tneħħija gradwali ta' tip ieħor ta' tagħmir;

104.  Jiġbed l-attenzjoni fuq l-erba' investigazzjonijiet importanti mwettqa mill-KEPD li jinvolvu lill-Parlament, jiġifieri l-użu tal-kumpanija NationBuilder għall-ipproċessar ta' data personali bħala parti mill-attivitajiet tagħha relatati mal-elezzjoni Ewropea tal-2019, in-nuqqas ta' pubblikazzjoni ta' politika ta' privatezza konformi għas-sit web "diddarbasenivvota" sal-iskadenza stabbilita mill-KEPD, u l-kontrolli tat-temperatura tal-ġisem kif ukoll is-sit web tal-ibbukkjar tat-testijiet fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19; jinnota li fl-ewwel żewġ każijiet, il-Parlament aġixxa f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-KEPD; ifakkar fir-rieżami preliminari msemmi hawn fuq tal-qafas tal-protezzjoni tad-data tal-Parlament; jistieden lis-servizzi rilevanti tal-Amministrazzjoni tal-Parlament jisiltu tagħlimiet mill-investigazzjonijiet imsemmija għall-futur;

105.  Jinnota li l-Wi-fi pprovdut fil-bini tal-Parlament fi Brussell sikwit ikun instabbli u ma jipprevedix laqgħat mingħajr disturbazzjonijiet matul telefonati virtwali bil-video; jitlob lill-Parlament jaġġorna s-sistema attwali għal-livell ta' prestazzjoni meħtieġ għal metodu ta' ħidma kompletament remot tal-Parlament;

106.  Jilqa' ż-żewġ proġetti Ewropej, Red Flags u Digiwhist, li jużaw il-big data biex inaqqsu l-korruzzjoni u jinkoraġġixxi l-użu ta' teknoloġiji emerġenti bħala parti mid-diġitalizzazzjoni;

Aċċess għall-offerti

107.  Jilqa' l-aċċess imtejjeb tal-utenti għall-offerti fil-Parlament; jagħmel ħiltu biex ikompli jsaħħaħ il-proċess ta' diġitalizzazzjoni tiegħu billi jipprovdi Mistoqsijiet Frekwenti ġenerali rigward il-proċeduri tas-sejħiet għall-offerti u jiggarantixxi aċċess faċli għall-utent;

108.  Jinnota l-istrument attwali ta' sejħiet għall-offerti elettroniċi, TED, bħala parti mill-proċess ta' trasformazzjoni diġitali tal-akkwist pubbliku, filwaqt li jenfasizza l-ħtieġa għal taqsima ta' mistoqsijiet u tweġibiet multilingwi filwaqt li jiżgura l-aġġornament f'waqtu tagħhom;

Teknoloġiji emerġenti fl-akkwist pubbliku

109.  Itenni l-impenn tal-Parlament li jżomm it-trasformazzjoni diġitali tal-akkwist pubbliku, bil-għan li jiffaċilita l-aċċess għall-akkwist pubbliku u jippromwovi l-innovazzjoni teknika diġitali; iqis li l-adozzjoni mid-DĠ ITEC ta' mudell tal-cloud turi l-importanza li jibda jiġi esplorat il-potenzjal tat-teknoloġiji emerġenti fl-akkwist pubbliku;

110.  Jinnota li l-akkwist pubbliku ta' oġġetti u servizzi kien stmat li jammonta għal EUR 2 triljuni jew 13,3 % tal-PDG(13); jinnota li studju aġġornat fl-2020 wera kif l-użu ta' teknoloġiji ġodda bħall-blockchain, il-big data, l-intelliġenza artifiċjali, l-internet tal-oġġetti u l-istampar 3D jintuża biex jinkisbu affarijiet differenti: L-intelliġenza artifiċjali u t-tagħlim awtomatiku jistgħu jbassru d-domanda futura u jikkategorizzaw in-nefqa tal-akkwist, waqt li ċ-Chatbots jistgħu jgħinu lill-utenti bil-mistoqsijiet li jkollhom; jinnota wkoll li l-blockchain jintuża biex jipprovdi trasparenza fi stadji differenti tal-akkwist pubbliku u biex tiżgura rekord diġitali ta' kull ftehim, kull proċess, kull pagament u sors uniku kondiviż ta' data; jinnota li, fl-aħħar nett, l-istampar 3D jiżgura l-produzzjoni diretta ta' diversi partijiet(14); jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-applikazzjoni ta' teknoloġiji emerġenti għas-sejħiet għall-offerti pubbliċi eventwalment issaħħaħ it-trasformazzjoni diġitali tant meħtieġa tal-proċess tal-akkwist pubbliku;

Trasparenza

111.  Jinnota bi tħassib serju li skont ir-Rapporti Annwali tar-Reġistru ta' Trasparenza f'dawn l-aħħar snin, madwar nofs l-entrati kollha fir-Reġistru mhumiex korretti; jibża' li r-Reġistru ma jistax jissodisfa l-għan tiegħu li jipprovdi aktar trasparenza dwar l-attivitajiet tar-rappreżentanti ta' interess jekk nofs l-entrati tiegħu jipprovdu informazzjoni mhux kompluta jew mhux korretta; iħeġġeġ lill-Parlament u lill-Kummissjoni jindirizzaw ir-rata għolja ta' entrati mhux korretti billi jżidu, tal-anqas b'mod temporanju, il-Persunal tas-Segretarjat Komuni tar-Reġistru ta' Trasparenza, jiskennjaw sistematikament l-entrati kollha għall-korrettezza u l-kompletezza, u jiżguraw li l-entrati korretti biss jiddaħħlu fir-reġistru;

112.  Ifakkar fl-Artikolu 4 tal-Kodiċi ta' Kondotta fir-rigward tal-interessi finanzjarji u l-kunflitti ta' interess, li d-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji tal-Membri għandhom jiġu pprovduti b'mod preċiż; jiddispjaċih dwar xi każijiet b'dettall insuffiċjenti fid-dikjarazzjonijiet dwar attivitajiet esterni mħallsa jew mhux imħallsa, li jqajmu dubji dwar jekk attività bħal din tistax tiġi vverifikata għal kunflitt ta' interess potenzjali mal-attività parlamentari tagħhom; jinnota li f'każijiet fejn ikun hemm raġuni biex wieħed jemmen li l-informazzjoni pprovduta tkun skaduta, il-President jista', fejn ikun xieraq, jitlob lill-Membru jikkoreġi d-dikjarazzjoni fi żmien għaxart ijiem; jistieden lill-Bureau jirrieżamina l-format tad-dikjarazzjonijiet; jinkoraġġixxi konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri f'dan ir-rigward, bil-għan li jiġu skambjati l-aħjar prattiki;

Reklutaġġ

113.  Ifakkar li fl-2019, id-DĠ PERS kellu 459 membru tal-persunal u amministra 48 % tal-baġit globali tal-Parlament;

114.  Jinnota li bħala eżitu tal-elezzjonijiet tal-2019, il-proporzjon ta' Membri ġodda fid-Disa' Leġiżlatura laħaq il-livell għoli ta' 61 %; jenfasizza li fil-kuntest tal-għadd dejjem jikber ta' ex Membri, is-Segretarju Ġenerali u l-Bureau għandhom jistabbilixxu regoli sodi biex jirregolaw ir-revolving doors, li jirrikjedu li l-ex Membri jinfurmaw lill-Parlament dwar l-attivitajiet u l-impjieg tagħhom ta' wara l-mandat għal perjodu li jestendi tal-inqas tul iż-żmien li l-ex Membri jirċievu l-allowance tranżitorja fi tmiem il-mandat; jitlob li ssir valutazzjoni indipendenti dwar jekk attivitajiet bħal dawn joħolqux kunflitti ta' interess;

115.  Huwa konvint li l-attraenza tal-Parlament bħala impjegatur hija komponent ewlieni tas-suċċess tiegħu; huwa mħasseb serjament bid-diffikultajiet li nqalgħu fir-reklutaġġ ta' xi nazzjonalitajiet u biex jitressqu ċerti profili ta' xogħol internament; jesprimi dispjaċir għad-dipendenza żejda tal-Parlament fuq l-għarfien espert estern; jinnota li d-DĠ PERS bħalissa qed imexxi l-proġett "Nattiraw u nieħdu ħsieb l-aqwa talent" li għandu l-għan li jtejjeb il-politiki tal-Parlament biex jattira u jżomm it-talent u jikkontribwixxi fl-iżvilupp tal-viżjoni strateġika fit-tul tal-Parlament dwar l-impjiegi tal-ġejjieni; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jagħmel ħiltu kollha biex itejjeb id-diversità u l-bilanċ ġeografiku tal-persunal tal-Parlament, f'termini tar-rappreżentanza proporzjonali għal kull Stat Membru, inkluż fir-rigward tan-numri ta' pożizzjonijiet ta' maniġment u biex jesplora l-għażliet kollha disponibbli sabiex tiżdied il-kompetittività tal-Parlament bħala impjegatur;

116.  Jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta' diversità fost il-persunal tal-Parlament; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jagħti prijorità liż-żieda fid-diversità; jieħu nota tad-diffikultà biex jiġu reklutati speċjalisti u persunal fil-qasam tal-IT u finanzjarju fi gradi aktar baxxi fil-Lussemburgu, speċjalment fil-kategorija AST-SC; jenfasizza li l-introduzzjoni ta' koeffiċjent tal-korrezzjoni li jqis l-għoli tal-ħajja ogħla f'dan il-post tax-xogħol flimkien mar-reklutaġġ fi gradi ogħla huma meħtieġa biex tissolva din il-problema strutturali u jtenni, f'dan ir-rigward, it-talba tiegħu lill-Kummissjoni fil-qafas tal-proċedura ta' kwittanza tal-2018; jisħaq li analiżi fattwali preliminari li l-Qorti indirizzat lis-Segretarju Ġenerali f'dan il-kuntest turi li l-proċess ta' selezzjoni organizzat mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal mhuwiex adattat għal kompetizzjonijiet fuq skala żgħira u mmirati, li huma dawk l-aktar adatti għall-ħtiġijiet attwali ta' reklutaġġ tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jinnota b'sodisfazzjon l-involviment attiv tal-Parlament fi sforz interistituzzjonali fir-rieżami tal-mod kif il-kompetizzjonijiet huma attwalment immexxija mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal; jitlob li jiġi żviluppat qafas ġdid ta' selezzjoni għall-kompetizzjonijiet għall-ispeċjalisti u l-introduzzjoni ta' mekkaniżmu għar-rieżami regolari tal-proċess ta' selezzjoni tiegħu; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jorganizza kompetizzjonijiet speċjalizzati internament meta jkun xieraq;

117.  Jesprimi tħassib kbir ukoll dwar il-fatt li huwa diffiċli ħafna għad-DĠ ITEC li jirrekluta biżżejjed esperti kwalifikati biżżejjed bi profili, għarfien u esperjenza speċifiċi ħafna; jistieden lill-Parlament jiżgura li din it-talba tintbagħat kif xieraq lill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal biex jirrispondi aħjar għal dawn il-ħtiġijiet speċifiċi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk relatati mal-għarfien espert tal-ICT tal-Parlament fil-qasam taċ-ċibersigurtà, il-cloud computing u l-intelliġenza artifiċjali; jiddeplora d-dipendenza żejda tal-Parlament minn konsulenti esterni u jisħaq fuq l-importanza li d-DĠ ITEC ikompli jiżviluppa l-istrateġija tiegħu ‘Minn konsulenti esterni għal persunal bil-kuntratt’ sabiex jitnaqqsu r-riskji għas-sigurtà għall-Parlament;

118.  Ifakkar fl-importanza li jinkiseb bilanċ ġeografiku ġust fost il-persunal tal-Parlament; josserva li, abbażi tal-proporzjon bejn in-numru tal-persunal u n-numru ta' Membri minn dak l-istess Stat Membru, m'hemm l-ebda diviżjoni bejn Stati Membri li ilhom aktar u dawk aktar reċenti f'termini ta' rappreżentanza żejda jew sottorappreżentanza; jinnota li l-ogħla ħames proporzjonijiet jikkonċernaw membri tal-persunal mill-Belġju, il-Litwanja, l-Estonja, is-Slovenja u Malta, filwaqt li l-aktar ħamsa baxxi huma dawk mill-Polonja, il-Ġermanja, l-Awstrija, in-Netherlands u Ċipru; jenfasizza li attwalment is-Slovenja u l-Litwanja huma fost is-seba' Stati Membri bl-ogħla proporzjon bejn maniġers u Membri; jistieden lill-Parlament jiżgura li l-persunal fil-livelli kollha jiġi impjegat u promoss abbażi tal-kapaċità, l-effiċjenza u l-integrità, mingħajr l-ebda diskriminazzjoni fuq bażi ta' nazzjonalità; jitlob aktar sforzi biex jiġi żgurat li l-impjieg fil-Parlament ikun daqstant attraenti għan-nazzjonalitajiet kollha tal-Unjoni;

119.  Jilqa' l-fatt li l-promozzjoni ta' opportunitajiet ugwali hija element fundamentali tal-politika tar-riżorsi umani tal-Parlament; l-iffaċilitar tal-impjieg u t-tisħiħ tal-integrazzjoni ta' persuni b'diżabilità; jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu fir-rigward tal-fatt li l-pjan direzzjonali dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri qed ikompli jiġi implimentat permezz ta' azzjonijiet konkreti u li fit-13 ta' Jannar 2020, il-Bureau approva sett ta' miri għall-bilanċ bejn il-ġeneri f'postijiet superjuri u medji ta' maniġment fis-Segretarjat tal-Parlament li għandhom jintlaħqu sal-2024: 50 % tal-kapijiet ta' unitajiet u diretturi nisa, 40% tad-diretturi ġenerali nisa; jisħaq li jeħtieġ li l-Bureau jkompli jsaħħaħ l-impenn tiegħu favur l-ugwaljanza bejn il-ġeneri billi jimpenja ruħu għal miri aktar ambizzjużi li għandhom jintlaħqu sal-2022: 50 % tal-kapijiet ta' unitajiet u diretturi nisa, 50% tad-diretturi ġenerali nisa; jistieden lill-Bureau jifformula wkoll miri ambizzjużi għal postijiet tax-xogħol maniġerjali fi grad baxx;

120.  Itenni li hu essenzjali li r-rappreżentanti tal-persunal jinstemgħu meta l-Bureau jiddiskuti kwistjonijiet ġenerali li jaffettwaw il-politika tal-persunal tiegħu, u jerġa' jappella lis-Segretarju Ġenerali jieħu l-miżuri xierqa biex jimplimenta dan l-approċċ ewlieni; itenni t-talba tiegħu lis-Segretarju Ġenerali biex jieħu passi ulterjuri ħalli jiżgura t-trasparenza u l-ġustizzja matul il-proċeduri ta' ħatra tal-maniġment superjuri; jitlob l-implimentazzjoni sħiħa tal-miżuri rakkomandati mill-Parlament fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' April 2018, b'mod partikolari li l-uffiċjali mill-korpi rappreżentattivi tal-persunal ikunu fuq il-bordijiet tal-għażla tal-maniġment superjuri tal-Parlament; jitlob, barra minn hekk, biex tiġi żgurata l-konsistenza fir-rigward tal-pubblikazzjonijiet esterni għal postijiet tax-xogħol ta' maniġment superjuri u d-diliġenza fil-pubblikazzjoni ta' dawn il-postijiet tax-xogħol kif u meta jitbattlu;

121.  Ifakkar fis-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman Ewropew fil-każijiet konġunti 488/2018/KR u 514/2018/K, u jistieden lis-Segretarju Ġenerali jkompli jtejjeb il-proċeduri ta' ħatra tal-uffiċjali ta' grad għoli permezz ta' aktar trasparenza u ugwaljanza; jistieden lill-amministrazzjoni tal-Parlament tirrapporta kull sena dwar il-ħatra tal-uffiċjali ta' grad għoli;

Persunal, Assistenti Parlamentari Akkreditati u Assistenti Lokali

122.  Jiġbed l-attenzjoni għall-mira ta' tnaqqis annwali ta' 6 % fil-persunal, li fl-2019 kienet tirrikjedi li l-Parlament jelimina 59 post mit-tabella tal-persunal amministrattiv tiegħu; jirrikonoxxi ż-żieda simultanja fin-numru ta' aġenti kuntrattwali; iwissi dwar il-konsegwenzi serji li kwalunkwe tnaqqis baġitarju fl-amministrazzjoni jew tnaqqis tal-persunal jista' jkollu fil-futur fuq is-servizz pubbliku Ewropew u għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni; jinsab imħasseb, b'mod partikolari, dwar l-effetti negattivi ta' dan it-tnaqqis sinifikanti fuq il-prestazzjoni tal-Parlament minħabba r-riforma tal-persunal tal-2014, kemm fuq perjodu ta' żmien qasir kif ukoll fuq perjodu ta' żmien twil, filwaqt li huwa konxju wkoll tal-ħtieġa li jiġu żgurati l-ġestjoni baġitarja responsabbli u t-tfaddil fejn xieraq; jinnota li l-ħidma u r-responsabbiltà ta' ċerti kumitati parlamentari żdiedu peress li issa huma responsabbli għall-iskrutinju tal-Pjan ta' Rkupru tal-UE tan-Next Generation EU ta' EUR 750 biljun, li flimkien mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021–2027 (QFP) jammontaw għal EUR 1,8 triljun; jinsab imħasseb dwar in-nuqqasijiet tal-kapaċitajiet tal-persunal amministrattiv fis-segretarjati rilevanti; jitlob li ssir valutazzjoni mill-ġdid tas-sitwazzjoni tal-persunal;

123.  Jinnota li l-Qorti sabet li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni naqqsu l-għadd ta' postijiet tax-xogħol għal uffiċjali (jiġifieri persunal permanenti u persunal temporanju), filwaqt li gradwalment żiedu l-għadd ta' persunal kuntrattwali (li żdiedu b'121 % bejn l-2012 u l-2018, b'xejra simili fl-2019, li wassal għal żieda sostanzjali fil-proporzjon ta' persunal kuntrattwali fil-forza tax-xogħol totali; jiddispjaċih bil-kbir għan-nuqqas ta' prospetti ta' karriera għall-persunal kuntrattwali fil-każ tal-amministrazzjoni tal-Parlament; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jivvaluta r-riskji relatati mal-impjieg ta' għadd dejjem jikber ta' persunal kuntrattwali, inkluż il-periklu li tinħoloq struttura tal-persunal b'żewġ livelli fi ħdan il-Parlament; jinsisti li l-kompiti u l-karigi permanenti ewlenin għandhom jitwettqu minn persunal permanenti; jinnota li r-rapport annwali tal-Qorti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni għall-2019 ma eżaminawx jekk dawn is-sostituzzjonijiet irriżultawx minn trasferimenti ta' impjegati bbażati fi Strasburgu jew fil-Lussemburgu lejn Brussell; jistieden lill-unità tar-riżorsi umani tal-Parlament taqsam informazzjoni dwar ir-rilokazzjoni tal-persunal fit-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament sa mill-2012, jew bħala parti mill-proċedura ta' kwittanza annwali jew billi taqsam informazzjoni rilevanti mal-Qorti biex tiġi inkluża fir-rapporti annwali li jmiss dwar l-implimentazzjoni tal-baġit;

124.  Jenfasizza l-fatt li r-regoli attwali dwar it-terminazzjoni ta' kuntratt għall-APA ma jipprevedux il-possibbiltà ta' terminazzjoni permezz ta' "kunsens reċiproku", li jkun mod kif tiġi rikonoxxuta r-relazzjoni politika speċjali bejn il-Membri u l-assistenti, fejn iż-żewġ partijiet jistgħu jirrikonoxxu li l-fiduċja reċiproka m'għadhiex teżisti, u jibbenefikaw minn soluzzjoni komuni mingħajr ma jiddgħajfu d-drittijiet soċjali tal-APA; jinnota li din il-kwistjoni ġiet enfasizzata f'diversi rapporti ta' kwittanza tal-Parlament u jistenna li tittieħed azzjoni malajr kemm jista' jkun;

125.  Jinnota li l-membri tal-persunal li jkunu ħadmu fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni għal anqas minn 10 snin mhumiex intitolati għal pensjoni tal-Unjoni u jridu jittrasferixxu l-kontribuzzjonijiet tagħhom f'fond ieħor li jkun jissodisfa r-regoli tal-Parlament rigward it-tip ta' fond u l-età li fiha l-fondi jkunu jistgħu jinġibdu; jinnota li ħafna APA Britanniċi ma rnexxilhomx jittrasferixxu l-kontribuzzjonijiet tagħhom f'ċerti fondi tal-pensjonijiet fir-Renju Unit li l-Parlament iqis li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tiegħu; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jeżamina din il-kwistjoni b'urġenza biex jiżgura li l-membri kollha tal-persunal ikunu jistgħu jaċċessaw il-kontribuzzjonijiet tagħhom;

126.  Ifakkar li l-Parlament talab għal leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tagħti lill-ħaddiema d-dritt ta' skonnessjoni diġitali mix-xogħol mingħajr ma jsofru konsegwenzi negattivi; jitlob lill-Parlament jippromwovi u japplika dan il-prinċipju għalih ukoll;

127.  Jinsab imħasseb serjament dwar l-għadd ta' membri tal-persunal fuq liv minħabba mard fit-tul peress li xi wħud minn dawn il-każijiet jistgħu jkunu minħabba eżawriment u disturb tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; jistieden lill-amministrazzjoni u lill-mexxejja tal-gruppi politiċi biex ikunu proattivi fir-rigward tal-persunal ikkonċernat, jevalwaw bir-reqqa l-ammont ta' xogħol tal-persunal u jiżguraw distribuzzjoni bilanċjata tal-kompiti; jisħaq, f'dan ir-rigward, l-importanza ta' skeda tax-xogħol raġonevoli u li jiġu evitati laqgħat barra l-ħinijiet tal-uffiċċju li jipprevjenu lill-Membri u lill-persunal milli jżommu l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata filwaqt li jitqies il-qafas tal-kalendarju parlamentari; jilqa' l-kampanja ‘Mind Matters’ (Nieħdu Ħsieb is-Saħħa Mentali) li tnediet fl-2018 mid-DĠ PERS biex jissensibilizza u jiġġieled l-istigma marbuta mas-saħħa mentali; iħeġġeġ lill-amministrazzjoni tal-Parlament u lill-mexxejja tal-gruppi politiċi biex jagħmlu valutazzjoni psikoloġika tar-riskju u jsibu r-riskji psikoloġiċi fl-ambjent tax-xogħol u jiżviluppaw pjanijiet ta' azzjoni mmirati biex jew jeliminawhom, jew jimmitigaw l-impatt negattiv tagħhom; jitlob li ssir valutazzjoni mill-ġdid tar-regoli applikabbli biex ikunu jistgħu jiġu impjegati aktar malajr sostituti f'każijiet ta' liv minħabba mard fit-tul;

128.  Jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti biex tiġi riveduta d-deċiżjoni tal-Bureau li tistabbilixxi l-kategoriji tal-kumitati abbażi tal-ammont ta' xogħol leġiżlattiv tagħhom bil-għan li titqies ukoll il-ħidma tagħhom relatata mal-baġit; jinnota li s-sitwazzjoni attwali qed ikollha impatt partikolarment negattiv fuq il-Kumitat tal-Parlament għall-Kontroll tal-Baġit, li diġà jsofri minn nuqqas kroniku ta' persunal, u li jiffaċċja ammont kbir ta' xogħol minħabba l-proċedura ta' kwittanza iżda għandu ammont ta' xogħol leġiżlattiv baxx; jitlob lill-amministrazzjoni tal-Parlament biex għal darb'oħra ssib soluzzjonijiet urġenti biex ittejjeb is-sitwazzjoni;

129.  Jitlob lis-Segretarju Ġenerali jsib soluzzjoni għall-fatt li s-salarji tal-APA jridu jmorru biss f'kontijiet bankarji Belġjani, fatt li jmur kontra l-idea ta' unjoni monetarja u ta' pagamenti unika;

130.  Jilqa' l-iżvilupp ta' miżuri li jikkontribwixxu għal bilanċ aħjar bejn il-ħajja professjonali u dik privata inkluża l-implimentazzjoni ta' possibilitajiet estiżi ta' telexogħol għall-persunal tal-Parlament u ta' miżuri li jippromwovu l-benessri fuq il-post tax-xogħol; jenfasizza, madankollu, il-valur tal-preżenza fiżika fil-Parlament; jenfasizza l-kontribut tal-arranġamenti tat-telexogħol u l-votazzjoni remota titnaqqas aktar il-marka tal-karbonju tal-Parlament; jisħaq li jeħtieġ li l-persunal tal-Parlament u l-Membri jingħataw l-opportunità li jkomplu jwettqu l-hekk imsejħa laqgħat ibridi kif ukoll il-votazzjoni remota; jistieden lill-Bureau jkompli jipprovdi mekkaniżmi biex jiffaċilita dawn l-arranġamenti fil-futur;

131.  Jappoġġa t-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Ugwaljanza u d-Diversità għall-2014–2019; jinsisti fuq l-importanza ta' bilanċ aħjar bejn il-ġeneri fil-livelli kollha, inkluż fil-livell tad-Diretturi Ġenerali; jappoġġja l-miżuri fir-rapport dwar "Diversitajiet minbarra l-ġeneru fis-Segretarjat tal-Parlament – is-sitwazzjoni attwali u l-pjan direzzjonali" adottat mill-Bureau fit-3 ta' April 2019; jiċċelebra b'mod partikolari l-ħolqien fl-2020 ta' żewġ punti ta' kuntatt fil-Parlament, wieħed dwar kwistjonijiet LGBTI+ u wieħed dwar kwistjonijiet ta' diskriminazzjoni razzjali, it-tnejn ġestiti mill-Unità tal-Ugwaljanza, l-Inklużjoni u d-Diversità tad-DĠ PERS;

132.  Ifakkar fis-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman Ewropew;(15); jiddeplora l-politika attwali tal-Parlament dwar il-liv, li rriżultat fl-għoti ta' 10 ijiem biss ta' liv speċjali lil missier ta' żewġ tewmin minħabba nuqqas ta' rabta materna bejnu u t-tfal tiegħu; iqis li huwa sorprendenti l-kuntrast għal-liv mogħti lil żewġu fil-Kummissjoni, li rċieva 20 ġimgħa ta' liv speċjali ad hoc; jieħu nota tat-tweġiba bil-miktub tal-amministrazzjoni tal-Parlament fejn ġie ddikjarat li s-servizzi tal-Parlament qegħdin jaħdmu fuq regoli ġodda; jappella lill-amministrazzjoni tal-Parlament tallinja l-politika tagħha dwar il-liv speċjali ma' dik tal-Kummissjoni, li hija konformi mal-aħjar interessi tat-tfal;

133.  Jilqa' ż-żewġ skemi ta' azzjoni pożittiva tal-Parlament biex jirrekluta 12-il aġent kuntrattwali u żewġ trainees b'diżabilità matul l-aħħar sentejn;

134.  Jappoġġja t-tnedija ta' kampanja ta' sensibilizzazzjoni fl-2019 biex tiġi promossa politika ta' tolleranza żero għal fastidju fuq il-post tax-xogħol; jirrikonoxxi l-politika ta' tolleranza żero tal-Parlament fir-rigward ta' fastidju fil-livelli kollha, inklużi l-Membri, il-persunal u l-APAs; jinnota li wara l-elezzjonijiet tal-2019, il-Membri kollha kellhom jiffirmaw dikjarazzjoni li tikkonferma l-impenn tagħhom li jikkonformaw mal-kodiċi ta' mġiba xierqa inkorporat fir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament f'Jannar 2019; jesprimi dispjaċir, madankollu, li fl-2019 infetħu 10 każijiet ġodda ta' fastidju u minn dawn 4 każijiet kienu jikkonċernaw fastidju sesswali; jilqa' l-fatt li l-Parlament jipprovdi taħriġ volontarju dwar id-dinjità u r-rispett fuq il-post tax-xogħol għall-Membri sabiex imexxu bl-eżempju jiddispjaċih ħafna f'dan il-kuntest li l-Bureau rrifjuta li jimplimenta r-rieda tal-plenarja espressa f'diversi okkażjonijiet(16) biex jistitwixxi taħriġ obbligatorju kontra l-fastidju għall-persunal kollu u għall-Membri kollha; iħeġġeġ lill-Bureau jimplimenta din it-talba mingħajr aktar dewmien;

135.  Huwa tal-fehma li l-Parlament għandu jipprovdi akkomodazzjoni bażika għall-ommijiet li jreddgħu fuq il-post tax-xogħol, partikolarment billi jingħata l-ħin u spazju privat li mhuwiex kamra tal-banju;

136.  Jiddispjaċih għat-38 każ pendenti li jinvolvu lill-Parlament mal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi fl-2019 li jvarjaw mill-użu xieraq ta' allowances parlamentari u ta' mġiba tal-persunal għall-finanzjament tal-istrutturi politiċi Ewropej; jindika l-fatt li fl-2019 ingħalqu 14-il każ; jesprimi t-tħassib qawwi tiegħu dwar in-numru għoli ta' każijiet; jitlob lis-servizzi parlamentari jwettqu analiżi fil-fond tar-riskji finanzjarji, legali, etiċi u ta' integrità eżistenti li taw lok għal dawn il-każijiet u jipproponu miżuri preventivi sabiex jiġi żgurat li dawn ma jiġux ripetuti;

137.  Jieħu nota tal-fatt li ma kien hemm l-ebda każ ta' żvelar ta' informazzjoni protetta rreġistrat fil-Parlament fl-2019; Jistieden lill-Parlament biex jadatta bis-sħiħ ir-regoli interni tiegħu stess fir-Regolamenti tal-Persunal għad-Direttiva (UE) 2019/1937(17) adottata reċentement, inklużi regoli komprensivi u proċeduri siguri billi jistabbilixxi kanali siguri għar-rappurtar; huwa tal-fehma li l-protezzjoni tal-informaturi hija element integrali tad-demokrazija u hija kruċjali għall-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta' attivitajiet illegali u għemil ħażin; ifakkar li, fost l-oħrajn, l-APA huma f'pożizzjoni vulnerabbli minħabba l-kuntratt ta' impjieg tagħhom; jinnota wkoll li l-informaturi jistħoqqilhom protezzjoni xierqa, simili għal dik tal-vittmi ta' fastidju u li dan għandu jinkludi wkoll l-istabbiliment ta' kumitat konsultattiv li jittratta l-protezzjoni tal-informaturi; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jiżgura li l-protezzjoni pprovduta mill-Parlament għall-APAs li jaġixxu bħala informaturi tkun ekwivalenti għal dik prevista għall-APAs li huma vittmi ta' fastidju; jitlob lill-Parlament iqajjem kuxjenza, fejn possibbli, fost il-persunal parlamentari dwar il-protezzjonijiet tal-informaturi tagħhom u d-dmir tagħhom skont ir-Regolamenti tal-Persunal li jirrappurtaw attivitajiet illegali jew amministrazzjoni ħażina u jistieden lill-Parlament jikkunsidra taħriġ obbligatorju f'dan ir-rigward; itenni t-talba tiegħu għal kampanji ta' informazzjoni f'dan ir-rigward;

138.  Itenni t-talba tiegħu lill-amministrazzjoni tal-Parlament biex tipprovdi, kemm jista' jkun malajr fil-leġiżlatura li jmiss, pubblikazzjonijiet jew korsijiet ta' taħriġ obbligatorji għall-APA l-ġodda, inkluż, b'mod partikolari dwar kwistjonijiet finanzjarji u amministrattivi (ordnijiet ta' missjoni, visti mediċi, akkreditament, stikers tal-parkeġġ, gruppi ta' viżitaturi, wirjiet, eċċ.) sabiex jiġu evitati żbalji sistemiċi li jħarbtu t-tmexxija bla xkiel tal-proċeduri amministrattivi li jaffettwawhom; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa ta' taħriġ tekniku dwar il-ħidma tal-kumitati parlamentari kif ukoll il-possibbiltà li jattendu korsijiet tal-lingwa barra mill-ħinijiet tal-uffiċċju;

139.  Jesprimi tħassib serju dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' tnejn mill-konċessjonijiet esterni kkuntrattati mill-Parlament, jiġifieri s-servizzi tat-tindif u tal-catering; jinsab imħasseb dwar iż-żieda fl-użu ta' persunal temporanju u interim u l-impatt ta' dan kemm fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom kif ukoll fuq il-kwalità tas-servizzi pprovduti; itenni t-talba tiegħu li għamel lil DĠ INLO fis-snin preċedenti biex iwettaq stħarriġ indipendenti dwar is-sodisfazzjon dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal ikkonċernat; jappella lill-amministrazzjoni tivvaluta l-politika tal-akkwist pubbliku tal-Parlament biex jiġu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol siguri, trasparenti u prevedibbli għall-persunal sottokuntrattat; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jniedi malajr studju dwar il-vantaġġi li l-internalizzazzjoni ta' dawn is-servizzi jista' jkollha kemm għall-istituzzjoni kif ukoll għad-drittijiet tax-xogħol tal-ħaddiema u jippreżentah kemm lill-Kumitat tal-Parlament għall-Baġits kif ukoll lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit ladarba dan ikun disponibbli;

140.  Jilqa' l-introduzzjoni ta' għażla usa' u aktar sostenibbli ta' ikel, inkluż l-introduzzjoni ta' varjetà akbar ta' prodotti veġetarjani u vegani, mill-kantin self-service tal-Parlament; jinnota t-tnedija ta' stħarriġ indipendenti dwar is-sodisfazzjon tal-klijenti permezz tat-twaqqif tat-terminals Happy or Not fil-ħwienet ewlenin fi Brussell, Strasburgu u l-Lussemburgu bl-għan li jiġu identifikati l-ħwienet fejn huma meħtieġa bidliet u titjib; josserva li t-terminal Happy or Not wera rata kostanti u solida ta' titjib tas-servizzi tal-forniment tal-ikel fil-binjiet Kohl u Martens, filwaqt li r-rata ta' sodisfazzjon hija aktar baxxa fil-binjiet Spinelli u Paul-Henri Spaak; jitlob li jsiru l-bidliet meħtieġa biex isir adattament għall-ħtiġijiet tal-klijenti; jinsab imħasseb li l-ikliet mhux veġetarjani spiss jiswew aktar mill-ikliet veġetarjani; jitlob li l-kantins kollha juru biżżejjed menus li jindikaw l-allerġiji ħdejn il-bank u biex ta' kuljum joffru ikla waħda mingħajr glutina;

141.   Jenfasizza li l-kriżi tal-COVID-19 irrikjediet l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet b'impatt dirett fuq il-persunal tal-Parlament, inkluż il-persunal b'subkuntrattar u l-persunal freelance; jirrimarka, f'dan ir-rigward, fost l-oħrajn, id-deċiżjoni li jingħalqu Dar l-Istorja Ewropea, is-siti Europa Experience u l-uffiċċji ta' kollegament tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-modifika tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-interpreti freelance u tal-persunal tat-tindif u tar-ristoranti; jirrikonoxxi li fiċ-ċirkostanzi attwali relatati mat-tixrid tal-COVID-19, l-istituzzjonijiet, fosthom il-Parlament, iridu jieħdu deċiżjonijiet b'mod rapidu u mhux burokratiku biex jipprevjenu t-tixrid ulterjuri tal-virus u biex iżommu lill-persunal tagħhom 'l bogħod mill-periklu; jistieden, madankollu, lill-Parlament jerfa' r-responsabbiltajiet soċjali tiegħu f'kull deċiżjoni, biex jevita jew jikkumpensa għal kull bidla fl-introjtu u jevita b'kull mezz li jagħti s-sensja lill-persuni li jaħdmu fil-bini tal-Parlament minħabba l-coronavirus;

142.  Jiddeplora d-deċiżjoni tal-Grupp COMPASS li jkeċċi 80 membru tal-persunal tas-servizz tal-forniment tal-ikel sa Jannar 2021; jilqa' n-negozjati li saru mal-grupp COMPASS li naqqsu l-għadd totali ta' sensji għal 49, iżda jesprimi nuqqas ta' sodisfazzjon kbir li għad fadal persunal li jrid jitkeċċa; jinnota li l-persunal imkeċċi ġie infurmat ftit qabel il-Milied tal-2020 u f'nofs pandemija; jisħaq fuq il-fatt li xi wħud mill-persunal li tkeċċew kienu ilhom jaħdmu fil-bini tal-Parlament għal għexieren ta' snin; ifakkar fl-appelli ripetuti tal-Parlament lill-kumpaniji madwar l-Unjoni biex iżommu l-persunal tagħhom matul il-pandemija; jistieden lill-awtoritajiet rilevanti tal-Parlament jinvestigaw is-soluzzjonijiet alternattivi possibbli kollha li jissalvagwardjaw l-impjieg tal-ħaddiema kollha tal-kantin u jitlob lill-amministrazzjoni tal-Parlament issib soluzzjonijiet fil-qafas tad-djalogu soċjali; jistieden lill-Bureau jikkunsidra mill-ġdid il-politika ta' esternalizzazzjoni tal-Parlament; iħeġġeġ lis-Segretarju Ġenerali jwieġeb mingħajr dewmien għal ittra mibgħuta dwar it-tkeċċija ffirmata minn 355 Membru; jitlob li l-politika tal-akkwist pubbliku tal-Parlament tiġi evalwata fid-dawl tat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli għas-servizzi sottokkuntrattati kollha; jistieden lill-Parlament jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati ta' din l-evalwazzjoni;

143.  Jenfasizza li ikliet ta' kuljum ta' solidarjetà u miżuri oħra ta' solidarjetà mill-Parlament, kif deċiż mill-Bureau, naqqsu l-impatt finanzjarju, ekonomiku u soċjali fuq il-fornituri tal-ikel u l-impjegati tagħhom; jieħu nota li l-Parlament qiegħed ifittex li jsalva kemm jista' jkun impjiegi li huma raġonevoli mill-perspettiva tal-impjieg, iżda wkoll ġustifikabbli għall-użu tal-baġit tal-Parlament;

144.  Jieħu nota tas-soluzzjonijiet li nstabu għall-APA li jkunu ħadmu għal żewġ leġiżlaturi konsekuttivi mingħajr interruzzjoni iżda li kien jonqoshom massimu ta' xahrejn biex jikkompletaw l-għaxar snin ta' servizz meħtieġa biex ikollhom dritt għal pensjoni skont l-iskema tad-drittijiet tal-pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jikkritika l-fatt li s-soluzzjoni tressqet tard wisq, minkejja t-twissijiet numerużi u bla waqfien matul il-leġiżlatura preċedenti; jikkritika, barra minn hekk, il-fatt li l-unika soluzzjoni li nstabet kienet tiddependi biss mir-rieda tajba ta' ċerti Membri li kienu jafu bis-sitwazzjoni u wrew solidarjetà ma' dawn l-APA; jikkritika wkoll il-fatt li l-amministrazzjoni ma infurmatx lill-Membri eletti għal-leġiżlatura l-ġdida dwar din il-kwistjoni u dwar il-fatt li setgħu joħorġu kuntratti ta' anqas minn sitt xhur f'dawn il-każijiet, u li minħabba f'hekk ħafna minn dawn l-APA kellhom diffikultajiet kbar biex isibu Membru li kien lest li jimpjegahom fuq kuntratt mingħajr interruzzjoni għal perjodu qasir ta' żmien, u xi wħud lanqas biss irnexxielhom jagħmlu dan;

145.  Itenni t-tħassib tiegħu dwar l-allegata prassi skont liema l-Membri jobbligaw lill-APA jmorru fuq missjoni, partikolarment fi Strasburgu, mingħajr ordnijiet ta' missjoni u mingħajr rimborż tal-ispejjeż tal-missjoni tagħhom u mingħajr infiq għall-ivvjaġġar; huwa tal-fehma li din il-prattika tagħti lok għal abbuż bħal meta APA jivvjaġġaw mingħajr ordni ta' missjoni u mhux biss ikollhom iħallsu minn buthom l-ispejjeż, iżda lanqas ma jkunu koperti mill-assigurazzjoni fuq il-post tax-xogħol; itenni t-talba tiegħu lis-Segretarju Ġenerali biex jinvestiga dan;

146.  Itenni t-talba tiegħu biex l-APA jirċievu l-istess allowance ta' sussistenza bħall-persunal statutorju għall-missjonijiet tagħhom biex jattendu s-sessjonijiet parzjali fi Strasburgu; jieħu nota tat-tweġiba ta' segwitu pprovduta mis-Segretarju Ġenerali dwar ir-regoli differenti li jikkonċernaw ir-rimborż tal-ivvjaġġar fuq xogħol bejn it-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament li japplikaw għas-segretarjat tal-Parlament u l-APA; jinsisti fuq it-talba tiegħu għal bidla sussegwenti tar-regoli rilevanti msemmija mis-Segretarju Ġenerali;

147.  Itenni t-talba tiegħu lill-Konferenza tal-Presidenti u lill-Bureau biex jikkunsidraw mill-ġdid il-possibbiltà li l-APA, skont ċerti kundizzjonijiet li għad iridu jiġu stabbiliti, jakkumpanjaw lill-Membri fuq delegazzjonijiet u f'missjonijiet uffiċjali tal-Parlament, kif diġà mitlub minn diversi Membri; jieħu nota tal-impatt finanzjarju stmat spjegat mis-Segretarju Ġenerali dwar is-segwitu tiegħu għall-kwittanza tal-2018 iżda jinsisti fuq l-estensjoni limitata ta' din il-possibbiltà; jissuġġerixxi diskussjoni ġdida fil-livell tal-Bureau u tal-Konferenza tal-Presidenti;

148.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi riveduta l-politika tar-riżorsi umani tal-Parlament sabiex l-istituzzjoni tkun tista' tagħmel użu mill-għarfien espert miksub mill-persunal kollu tal-Parlament; jemmen li huwa għalhekk meħtieġ li jinbidlu r-regoli biex il-kategoriji kollha tal-persunal, inklużi l-APA, ikunu jistgħu jipparteċipaw f'kompetizzjonijiet interni u jistabbilixxu skemi ta' żvilupp tar-riżorsi umani li jippermettu lill-Parlament iżomm l-għarfien espert ta' dawn il-kategoriji ta' persunal għas-servizz tal-istituzzjoni;

Dispersjoni ġeografika tal-Parlament – Sede Unika

149.  Jinnota li l-Qorti stmat li l-idea tat-trasferiment minn Strasburgu lejn Brussell jista' jiġġenera ffrankar annwali ta' EUR 114-il miljun flimkien ma' ffrankar ta' darba ta' EUR 616-il miljun f'każ ta' ċessjoni effikaċi tal-bini fi Strasburgu, jew spiża ta' darba ta' EUR 40 miljun jekk dan ma jseħħx; jinnota li sede unika tista' tinkiseb biss permezz ta' bidla unanima fit-Trattat; ifakkar li maġġoranza kbira tal-Membri tal-Parlament esprimew l-appoġġ, f'diversi riżoluzzjonijiet, favur sede unika biex jiġi żgurat l-infiq effiċjenti ta' flus il-kontribwenti tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Kunsill jieħu nota tal-pożizzjoni tal-Parlament;

150.  Ifakkar li n-nefqa addizzjonali kkawżata mill-ivvjaġġar lejn Strasburgu tmur kontra l-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

151.  Jiġbed l-attenzjoni għal studju reċenti ppreżentat lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel tal-Parlament(18); jenfasizza l-konklużjoni tal-istudju li "lejn direzzjoni ta' newtralità karbonika, huwa evidenti li l-Parlament jeħtieġ li jikkunsidra l-operat f'sit wieħed"; ifakkar li fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Novembru 2019 dwar l-emerġenza klimatika u ambjentali(19), il-Parlament huwa impenjat li jnaqqas il-marka tal-karbonju tiegħu; Ifakkar li fl-istess riżoluzzjoni l-Parlament iddikjara stat ta' emerġenza klimatika u ambjentali; jinnota li Brussell huwa l-akbar ċentru ta' attività tal-Parlament, li jospita l-Kunsill u l-Kummissjoni iżda wkoll partijiet interessati oħra, NGOs, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u rappreżentanzi tal-Istati Membri; iqis, għalhekk, li ż-żamma ta' Strasburgu bħala sede hija insostenibbli u indifensibbli;

152.  Itenni l-fatt li l-kriżi tal-COVID-19 tikkostitwixxi sitwazzjoni ta' forza maġġuri li ġiegħlet lill-Parlament iħassar parti sostanzjali tat-12-il sessjoni tiegħu ta' Strasburgu mill-kalendarju parlamentari għall-2020; jafferma li l-kost u l-konsegwenzi tas-saħħa tal-kriżi tal-COVID-19 ma għandhomx jiżdiedu mal-kost tal-vjaġġi lejn Strasburgu; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Istati Membri jastjenu, b'deroga mit-Trattat, milli jinsistu fuq l-organizzazzjoni ta' sessjonijiet kumpensatorji fi Strasburgu;

Fond ta' Pensjoni Volontarja

153.  Ifakkar fl-Artikolu 27(1) u (2) tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament li jiddikjara li "[I]l-fond għall-pensjoni volontarja mwaqqaf mill-Parlament Ewropew għandu jinżamm wara d-dħul fis-seħħ ta' dan l-Istatut għall-Membri jew ex Membri li diġà kisbu drittijiet jew jeddijiet futuri f'dak il-fond" u li "[D]rittijiet miksuba u drittijiet futuri għandhom jinżammu fl-intier tagħhom";

154.  Jinnota barra minn hekk li, fi tmiem l-2019, l-ammont nett ta' assi li għandhom jitqiesu u l-impenn attwarjali ammontaw għal EUR 111-il miljun u EUR 439,6 miljun rispettivament, u dan irrappreżenta defiċit attwarjali stmat ta' EUR 328,6 miljun; jinsab imħasseb ħafna dwar il-possibbiltà li l-fond ta' pensjoni volontarja jiġi eżawrit; jenfasizza l-fatt li s-sitwazzjoni attwali tal-fond hija tali li ma tistax tissodisfa l-impenji futuri tagħha; huwa konvint dwar il-ħtieġa li jiġu spjegati aktar il-konsegwenzi legali tar-regoli u/jew li jiġu mmodifikati r-regoli; jistieden lill-Qorti tippreżenta opinjoni ġdida dwar il-fondi ta' pensjoni volontarja, filwaqt li tinvestiga fl-għażliet kollha possibbli biex tillimita d-defiċit tagħha; jinnota li l-Parlament ser jistenna d-deċiżjoni tal-Qorti u jimplimentaha malajr;

155.  Ifakkar fil-paragrafu 118 tar-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza tal-Parlament tal-2017 li talbet li jiġu investigati l-bażijiet legali tal-fond ta' pensjoni volontarja u b'mod partikolari, jekk il-Parlament għandux obbligu legali li jiggarantixxi li d-drittijiet futuri jinżammu bis-sħiħ u li jimla d-defiċits potenzjali tal-fond jew li jdaħħal flus ġodda fil-fond, peress li l-fond ta' pensjoni volontarja huwa fond ta' investiment SICAV skont il-liġi tal-Lussemburgu aktar milli fond ta' pensjoni regolari, li jimplika li fil-prinċipju ma hemm l-ebda obbligu bħal dan; jiddispjaċih li s-Segretarju Ġenerali għadu ma ppreżenta l-ebda informazzjoni b'reazzjoni għall-investigazzjoni mitluba;

156.  Ifakkar li dawn l-obbligazzjonijiet futuri proġettati huma mifruxa fuq għexieren ta' snin iżda jinsab imħasseb ħafna li filwaqt li l-ammont totali mħallas mill-fond ta' pensjoni volontarja fl-2019 jammonta għal madwar EUR 18-il miljun u din iċ-ċifra mistennija li tiżdied għal madwar EUR 20 miljun fl-2025;

157.  Ifakkar li, fil-laqgħa tiegħu tal-10 ta' Diċembru 2018, il-Bureau ddeċieda li jimmodifika r-regoli applikabbli għall-iskema tal-pensjoni billi jżid l-età tal-irtirar minn 63 għal 65 sena u jintroduċi imposta ta' 5 % għall-pagamenti tal-pensjoni għall-pensjonanti futuri bl-għan li jtejjeb is-sostenibbiltà tiegħu; jilqa' l-fatt li l-effetti immedjati tal-bidla fir-regoli kienu ffrankar fil-pagamenti tal-pensjonijiet tal-2019 li jammonta għal madwar EUR 325 000, li minn dawn, EUR 306 000 ġejjin miż-żieda fl-età tal-pensjoni u EUR 19 000 ġejjin mill-introduzzjoni ta' imposta ta' 5 % għall-pensjonijiet kollha stabbiliti wara l-1 ta' Jannar 2019; jitlob li l-Bureau jevalwa l-għażliet kollha possibbli malli l-Qorti tal-Ġustizzja tkun ħadet id-deċiżjonijiet tagħha dwar il-miżuri attwali sabiex tinstab soluzzjoni ġusta għall-iskema u l-fond tal-pensjoni volontarja filwaqt li r-responsabbiltà tal-Parlament tinżamm minima, peress li hemm involuti l-flus tal-kontribwenti tal-Unjoni;

158.  Jistieden lis-Segretarju Ġenerali u lill-Bureau jirrispettaw bis-sħiħ l-Istatut għall-Membri u jistabbilixxu pjan ċar għall-Parlament li jassumi u jieħu f'idejh l-obbligi u r-responsabbiltajiet għall-iskema tal-pensjoni volontarja tal-Membri tiegħu flimkien mal-fond tal-pensjoni; jappoġġja t-talba tal-Bureau lis-Segretarju Ġenerali biex jinvestiga modi biex jiġi żgurat finanzjament sostenibbli tal-fond ta' pensjoni volontarja skont id-dispożizzjonijiet tal-Istatut għall-Membri filwaqt li tiġi żgurata trasparenza sħiħa; jappella lill-Bureau u lill-membri tal-fond ta' pensjoni volontarja biex jappoġġjaw miżuri li għandhom l-għan li jillimitaw id-defiċit tal-fond tal-pensjoni volontarja;

L-aspett ekoloġiku u ta' sostenibbiltà tal-operazzjonijiet tal-Parlament

159.  Jappoġġa l-użu ta' skema Komunitarja ta' mmaniġġjar u awditjar ekoloġiċi (EMAS), li hija strument ta' ġestjoni tal-Unjoni għall-organizzazzjonijiet privati u pubbliċi biex jevalwaw u jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009(20); jirrikonoxxi li l-Parlament huwa l-ewwel istituzzjoni tal-Unjoni li saret newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju fl-2016 minħabba t-tpaċija ta' 100 % tal-emissjonijiet irriduċibbli tiegħu; jappoġġa l-miżuri meħuda biex jitnaqqsu aktar l-emissjonijiet tal-Parlament inkluż biex jiżdiedu l-miri tat-telexogħol fid-direttorati ġenerali differenti, jiġi limitat u ottimizzat il-ħin tal-ivvjaġġar għall-missjonijiet u jitħeġġeġ l-użu ta' mezzi tat-trasport sostenibbli eż. billi jiżdied l-għadd ta' postijiet ta' parkeġġ għar-roti;

160.  jilqa' l-fatt li 100 % tal-karta A4 kollha użata fl-uffiċċji tal-Parlament hija riċiklata u jilqa' t-tnaqqis sinifikanti fix-xiri tal-karti fl-2019 meta mqabbel mal-2018; jilqa' l-isforzi tal-Parlament biex iżid l-għadd ta' laqgħat mingħajr karti u jitlob li jkun hemm aktar taħriġ lill-Membri, il-persunal u l-APAs kollha fir-rigward tal-għodod mingħajr karti li nħolqu biex jippermettu li jiġu stampati anqas dokumenti u għal aktar kampanji ta' komunikazzjoni;

161.  Jitlob li jittieħdu aktar azzjonijiet ambizzjużi malajr u jemmen li l-għan aħħari għandu jkun Parlament ħieles mill-plastik li jintuża darba biss;

162.  Jinnota li l-perċentwal ta' enerġija rinnovabbli pprovdut lill-Parlament fl-2019 kien għadu ta' 67 %, il-maġġoranza ta' din iċ-ċifra ġejja mix-xiri ta' elettriku ekoloġiku; jistieden lill-Parlament ikompli jżid il-perċentwal tal-enerġija rinnovabbli pprovdut lill-Parlament bil-ħsieb li tinkiseb provvista ta' enerġija rinnovabbli ta' 100 % mill-aktar fis possibbli, inkluż billi jintuża s-saqaf tal-Parlament ħalli jipproduċi l-enerġija solari tiegħu stess;

163.  Ifakkar li d-Direttiva 2012/27/UE(21) dwar l-effiċjenza fl-enerġija tiddikjara li kull sena, 3 % tat-total tal-ispazju tal-art tal-binjiet tagħna jrid jiġi rinnovat sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija; jirrakkomanda li l-ippjanar baġitarju annwali jqis ir-rinnovazzjoni regolari tal-bini kollu u li jiġi allokat għal dan il-għan ammont li jikkorrispondi għal 3 % tal-erja tas-superfiċje kollha tal-binjiet kollha, kif diġà ġie rifless fl-‘Istrateġija tal-Bini lil hinn mill-2019’ adottata mill-Bureau fis-16 ta' April 2018; iqis li tali allokazzjoni hija parti minn politika immobiljari regolari u antiċipatorja li għandha tiffoka wkoll fuq modifika retroattiva kbira u għandha tiżgura li l-Parlament jistinka biex ikun hemm titjib sostanzjali fl-effiċjenza enerġetika u b'hekk ikun hemm iffrankar fil-konsum tal-enerġija u fl-ispiża tal-faċilitajiet tal-Parlament;

164.  Jilqa' l-internalizzazzjoni b'suċċess tas-servizz tal-karozzi u l-bidla gradwali għal vetturi b'emissjonijiet żero bil-ħsieb li jkun hemm flotta ta' servizz newtrali fil-karbonju sa mhux aktar tard mill-2024; jirrikonoxxi l-għadd kbir ta' operazzjonijiet ta' kuljum u jfaħħar il-ħidma tas-servizz, li kisbet rata għolja ta' sodisfazzjon fost il-Membri; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jintroduċi sistema ta' prenotazzjoni online faċli għall-utent u jeżamina l-possibbiltajiet biex jiżdied l-użu, li kien biss ta' 3 % fl-2019, u jwessa' l-grupp tal-utenti għall-prenotazzjoni tal-karozzi għar-rotta bejn Brussell u Strasburgu biex jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-Parlament; jitlob li tiġi ċċirkolata komunikazzjoni aħjar dwar din il-possibbiltà sabiex jiġi żgurat li l-ebda karozza ma tivvjaġġa vojta lejn Strasburgu u lura;

165.  Jilqa' l-adozzjoni mill-Bureau, fis-16 ta' Diċembru 2019, ta' miri ġodda u ambizzjużi għall-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għas-sistema ta' ġestjoni ambjentali tal-Parlament, li jinkludu mira ta' tnaqqis ta' 40 % tal-emissjonijiet tal-karbonju, bid-data tal-2024 għall-perjodu leġiżlattiv il-ġdid; jitlob l-implimentazzjoni effiċjenti tal-azzjonijiet meħtieġa sabiex tintlaħaq il-mira fil-ħin u jsir rappurtar regolari lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress imwettaq; jistieden ukoll lill-Parlament jevalwa mill-ġdid il-mira tal-EMAS tiegħu fid-dawl tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19;

166.  Ifaħħar l-impenn tal-Parlament favur l-akkwist pubbliku ekoloġiku; jinnota li l-objettiv tal-Parlament huwa li jżid il-perċentwal ponderat għall-valur tal-kuntratti fost ċerti prodotti prijoritarji kklassifikati bħala "Ekoloġiċi", "Ekoloġiċi Ħafna" jew "Ekoloġiċi min-Natura Tagħhom"; jinnota li fl-2019, 89,1 % tal-kuntratti skont il-valur fil-kategoriji ta' prodotti prijoritarji ġew ikklassifikati bħala "Ekoloġiċi", "Ekoloġiċi Ħafna" jew "Ekoloġiċi min-Natura Tagħhom"; jilqa' l-adozzjoni tal-Bureau, fis-16 ta' Diċembru 2019, ta' miri ġodda u ambizzjużi għall-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għall-akkwist pubbliku ekoloġiku, li jfisser li medja ta' 90 % tal-kuntratti f'kategoriji ta' prodotti prijoritarji għandhom jiġu kklassifikati bħala "Ekoloġiċi", jew "Ta' Natura Ekoloġika" matul il-perjodu 2020-2024; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi żviluppat akkwist pubbliku ekoloġiku ulterjuri billi jiġu stabbiliti objettivi ambizzjużi għal kuntratti ta' ekoloġizzazzjoni fuq perjodu ta' żmien medju;

167.  Jilqa' l-intenzjoni tal-Parlament li jintroduċi rappurtar dwar is-sostenibbiltà, li se jinkludi aspetti soċjali tal-akkwist, jistieden lill-Parlament jimmonitorja l-iżviluppi fil-qasam tal-akkwist pubbliku soċjali u sostenibbli, bħall-ħidma tal-OECD dwar l-Akkwist Pubbliku u l-Imġiba Responsabbli fin-Negozju u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li jmiss dwar id-diliġenza dovuta korporattiva; jemmen li bl-inkorporazzjoni ta' standards kummerċjali responsabbli fil-politiki tal-akkwist u tax-xiri tiegħu, il-Parlament jista' jmexxi bl-eżempju, jissalvagwardja l-interess pubbliku u jiżgura r-responsabbiltà tal-infiq pubbliku;

168.  Jilqa' l-politika l-ġdida tal-parkeġġ żviluppata fil-parkeġġi tal-Parlament bl-għan li jiġi promoss l-użu ta' vetturi elettriċi, jiġifieri roti, roti-kargo, skuters u karozzi, permezz tal-installazzjoni ta' stazzjonijiet ta' ċċarġjar tal-elettriku; jappella li dik il-politika tiġi estiża għall-parkeġġi kollha tal-Parlament;

169.  Jisħaq fuq il-fatt li l-Parlament għandu jonora l-impenji tiegħu fir-rigward tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u, konsegwentement, irid jieħu passi xierqa fil-bini kollu tiegħu biex joħloq biżżejjed parkeġġi għar-roti, interni u esterni, fejn ir-roti jkunu protetti mis-serq, minn atti vandaliċi u mill-elementi, li jkunu disponibbli għall-membri kollha tal-persunal u, tal-anqas, joffri l-istess arranġamenti attwalment disponibbli fil-parkeġġi għall-karozzi tal-membri tal-persunal; f'dan ir-rigward, jista' jkun ukoll utli ħafna li jkun hemm sistema li fiha l-vinjetti jintużaw bħala mezz ta' identifikazzjoni;

170.  Jilqa' ż-żieda sinifikanti fl-użu tar-roti fi Brussell fl-2019 meta mqabbel mal-2018;

171.  Jinnota l-impatt ambjentali tar-rilokazzjoni rikorrenti tal-Parlament lejn Strasburgu;

Interpretazzjoni u traduzzjoni

172.  Ifakkar li, fl-2019, id-Direttorat Ġenerali għal-Loġistika u l-Interpretazzjoni għall-Konferenzi kellu 530 membru tal-persunal u amministra 2,6 % tal-baġit globali tal-Parlament;

173.  Ifaħħar il-proġett tal-‘Organizzazzjoni tal-Konferenza One-Stop (OSCO)’, konkluża fl-2019, li rrazzjonalizza b'mod konsiderevoli l-proċessi ta' ħidma relatati mal-organizzazzjoni tal-konferenzi u ppermetta lid-Direttorat Ġenerali għal-Loġistika u l-Interpretazzjoni għall-Konferenzi biex isir l-unika interfaċċa għal firxa ta' servizzi ta' konferenzi ta' kwalità għolja għal organizzaturi ta' laqgħat, konferenzi u avvenimenti fil-Parlament;

174.  Josserva li l-Kodiċi ta' Kondotta rivedut għall-Multilingwiżmu, adottat mill-Bureau f'Lulju 2019, ta qafas aġġornat li fih kellu jopera u żgura li interpretazzjoni ta' kwalità għolja tista' tiġi pprovduta bir-riżorsi użati b'mod effiċjenti, adattata għall-ħtiġijiet tal-utenti tiegħu; jiddeplora l-fatt li l-Kodiċi ta' Kondotta rivedut għall-Multilingwiżmu għadu jassimila l-eżerċizzju baġitarju u ta' kwittanza bbażat fuq id-dritt primarju tal-Unjoni għal ħidma mhux leġiżlattiva, li jobbliga lill-Kumitat għall-Baġits u lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament, kull sena, jitolbu awtorizzazzjoni mill-Bureau biex jaqbżu r-riżerva annwali tiegħu ta' 45 paġna għat-testi ppreżentati għat-traduzzjoni; jistieden lill-Parlament jiżgura li l-Kodiċi ta' Kondotta għall-Multilingwiżmu jiġi applikat b'mod li jippermetti lill-Kumitat għall-Baġits tal-Parlament u lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jeżerċitaw il-funzjonijiet baġitarji u ta' kwittanza ewlenin tal-Parlament mingħajr ma jkollhom għalfejn jitolbu deroga annwali bħal din;

175.  Jinnota b'apprezzament id-djalogu soċjali li sar bejn il-maniġment u r-rappreżentanti tal-interpreti impjegati li rriżulta fil-kundizzjonijiet tax-xogħol ġodda tat-8 ta' Settembru 2018; jappoġġja l-isforzi kontinwi kemm mir-rappreżentanti tal-amministrazzjoni kif ukoll mill-interpreti biex jiġi garantit multilingwiżmu sħiħ b'użu effiċjenti tar-riżorsi;

176.  Jinnota li bosta komunikazzjonijiet u dokumenti huma disponibbli biss bl-Ingliż; jinnota wkoll li l-laqgħat ta' ħidma jsiru mingħajr il-possibbiltà ta' interpretazzjoni; jitlob li l-Parlament jirrispetta l-prinċipji, id-drittijiet u l-obbligi stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u r-Regolament Nru 1/1958, kif ukoll fil-linji gwida u d-deċiżjonijiet interni, bħall-Kodiċi Ewropew ta' Mġiba Amministrattiva Tajba; konsegwentement, jappella lill-Parlament jipprovdi r-riżorsi umani meħtieġa biex jiżgura li l-multilingwiżmu jiġi rispettat, billi jżid l-għadd ta' persunal responsabbli għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni;

177.  Ifakkar li fl-2019, id-Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni kellu 1 117-il membru tal-persunal u amministra 0,5 % tal-baġit globali tal-Parlament;

178.  Ifaħħar l-implimentazzjoni ta' sistema għall-akkreditazzjoni tat-tradutturi esterni sabiex ikun hemm żieda fil-kwalità tat-traduzzjonijiet esternalizzati, b'enfasi fuq l-użu ta' tradutturi ‘akkreditati’ li kellhom il-kapaċità ta' traduzzjoni tagħhom ittestjata, it-tisħiħ tal-kontroll ta' kwalità tat-traduzzjonijiet esternalizzati permezz tal-unitajiet tal-lingwa u t-tisħiħ tal-konsegwenzi kuntrattwali fil-każ ta' kwalità inferjuri;

179.  Jistieden lis-Segretarju Ġenerali janalizza l-fattibbiltà tal-introduzzjoni tal-interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali internazzjonali għad-dibattiti plenarji kollha, f'konformità mat-talbiet adottati mill-Plenarja, u jimplimenta din id-deċiżjoni fir-rigward tal-prinċipju ta' aċċess ugwali għaċ-ċittadini kollha;

Finanzi u Amministrazzjoni

180.  Ifakkar li, fl-2019, id-DĠ FINS kellu 222 membru tal-persunal u amministra 22,7 % tal-baġit globali tal-Parlament;

181.  Jikkundanna l-arretrati twal fir-rigward tar-rimborżi tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar fl-2019; jitlob li jiġu żgurati u jinżammu riżorsi suffiċjenti għad-DĠ FINS u li dawk ir-riżorsi jiġu allokati b'mod li tiġi evitata l-akkumulazzjoni ta' arretrati;

182.  Jinnota li l-aġenzija ġdida tal-ivvjaġġar tal-Parlament bdiet topera fl-1 ta' Jannar 2019; jinnota li l-Membri esperjenzaw diffikultajiet biex jikkomunikaw maċ-ċentru telefoniku tal-aġenzija tal-ivvjaġġar matul u barra s-sigħat tax-xogħol; jitlob titjib fid-disponibbiltà; josserva li, għall-Membri, l-aġenzija tal-ivvjaġġar issegwi d-direttivi tal-Unità tal-Ivvjaġġar u s-Sussistenza tal-Membri, skont liema t-titjiriet offruti għandhom dejjem ikunu bbażati fuq l-aktar rotta diretta bejn il-punt ta' tluq u ta' destinazzjoni u fuq l-irħas nollijiet kull meta jkun hemm diversi linji tal-ajru li jipproponu l-istess konnessjoni; jinnota li kwalunkwe dħul li tirċievi l-aġenzija tal-ivvjaġġar bħala riżultat tal-fatturat li sar fuq is-servizzi mogħtija lill-Parlament irid jiġi rimborżat lill-Parlament; jinnota li meta mqabbel mas-sena ta' qabel, l-għadd annwali ta' lmenti baqa' stabbli bi 63 ilment irreġistrati fl-2019, li jirrappreżentaw 0,043 % tat-total ta' 144 913-il tranżazzjoni dik is-sena, u li l-maġġoranza tal-ilmenti rreġistrati kienu jikkonċernaw il-kwalità tas-servizzi mogħtija mill-aġenzija l-ġdida tal-ivvjaġġar, li rriżultaw mit-tranżazzjoni u l-bidu tal-operazzjonijiet tagħha, inklużi kanċellazzjonijiet tard u dewmien fl-ivvjaġġar;

183.  Iqajjem dubji kbar dwar il-paragrafu 40 tar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-14 ta' Mejju 2020(22) dwar l-estimi tad-dħul u tan-nefqa tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2021 (2019/2214(BUD)) li jitlob lill-Bureau jirrevedi l-Miżuri ta' Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament sabiex il-Membri jiġu rimborżati għal biljetti tal-linji tal-ajru "flexible economy" meta jivvjaġġaw fl-Unjoni, b'eċċezzjonijiet aċċettati għal titjiriet itwal minn erba' sigħat ta' dewmien jew titjiriet b'waqfa skedata; jitlob li jitkompla t-trattament ugwali tal-Membri f'termini ta' biljetti offruti; ifakkar ukoll fl-għanijiet tal-Parlament li jkompli jnaqqas l-emissjonijiet tiegħu u jissottolinja li t-titjiriet diretti u biljetti flessibbli tal-ajru huma l-metodi tal-ivvjaġġar bl-ajru meħtieġ li jniġġsu l-inqas;

Allowance għall-Ispejjeż Ġenerali

184.  Ifakkar fid-deċiżjoni li l-Membri kollha għandu jkollhom kont bankarju separat bl-għan li jirċievu l-allowance għall-ispejjeż ġenerali; jilqa' l-implimentazzjoni stretta mill-Parlament ta' dan l-obbligu li rriżultat f'rata ta' konformità ta' 100 %;

185.  Ifakkar fl-Artikolu 11(4) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, kif adottat mill-Bureau fil-11 ta' Marzu 2019, li jistipula li "[I]l-Bureau għandu jipprovdi l-infrastruttura meħtieġa fuq il-paġna web tal-Membri fuq il-websajt tal-Parlament għal dawk il-Membri li jixtiequ jippubblikaw awditjar volontarju jew konferma, kif previst fir-regoli applikabbli tal-Istatut tal-Membri u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu, li l-użu minnhom tal-Allowance għall-Ispejjeż Ġenerali jikkonforma mar-regoli applikabbli tal-Istatut tal-Membri u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu"; jinnota li dawn il-pubblikazzjonijiet isiru fuq bażi individwali u b'mod fakultattiv taħt ir-responsabbiltà tal-Membri stess u li l-amministrazzjoni tal-Parlament mhijiex responsabbli għall-ġbir tal-informazzjoni pprovduta; jistieden lis-servizzi tal-Parlament jibagħtu tfakkira annwali lill-Membri dwar din il-possibbiltà; jistieden lill-Parlament jinforma regolarment lill-awtorità ta' kwittanza dwar kemm Membri jsegwu dawn ir-rakkomandazzjonijiet sabiex l-infiq tal-flus tal-kontribwenti tal-Unjoni jsir aktar trasparenti u responsabbli;

186.  Ifakkar li l-Membri jeżerċitaw il-mandat tagħhom b'mod liberu u indipendenti kif iddikjarat fl-Artikolu (2) tar-Regoli ta' Proċedura; jisħaq fuq il-fatt li kwalunkwe korp li jkollu l-kompitu li jelabora regoli u standards etiċi għandu jkun limitat għall-kompiti assenjati lilu u jrid jiżgura li r-rakkomandazzjonijiet tiegħu ma jillimitawx jew ma jfixklux il-mandat liberu tal-Membri;

187.  Jisħaq fuq il-fatt li l-allowance għall-ispejjeż allowance ta' somma f'daqqa u jissottolinja l-ħtieġa ta' indipendenza tal-mandat liberu kif iddikjarat fir-regoli ta' proċedura; jilqa' d-deċiżjoni tal-Bureau li jinkariga grupp ta' ħidma bl-evalwazzjoni tal-operazzjoni tal-allowance għall-ispejjeż ġenerali matul l-aħħar snin u biex isib prattiki fattibbli għall-ġestjoni tal-allowance għall-ispejjeż ġenerali; jistieden lill-Bureau jieħu deċiżjoni sa tmiem l-2021; jisħaq fuq il-fatt li l-ġestjoni tal-allowance għall-ispejjeż ġenerali m'għandhiex twassal għal livell ogħla ta' burokrazija għall-uffiċċji tal-membri u għall-amministrazzjoni tal-Parlament;

188.  Jenfasizza li d-deċiżjoni tal-Bureau tal-2018 dwar l-allowance għall-ispejjeż ġenerali tistipula li l-Bureau se jżomm din id-deċiżjoni sal-aħħar tal-2022 u se jevalwaha abbażi tal-esperjenza miksuba matul id-disa' leġislatura; jiddispjaċih li l-Bureau għadu jinjora r-rieda tal-plenarja espressa f'diversi okkażjonijie(23)a biex ikompli jirriforma l-allowance għall-ispejjeż ġenerali, biex b'hekk jiġi evitat b'mod attiv li l-ispejjeż tal-Membri ta' flus il-kontribwenti tal-Unjoni jsiru aktar trasparenti u responsabbli; iħeġġeġ lill-Bureau jimplimenta minnufih id-deċiżjonijiet tal-Plenarja mir-rapporti dwar il-kwittanza tal-Parlament tal-2017 u l-2018 li jintroduċu bidliet fir-regoli li jirregolaw l-allowance għall-ispejjeż ġenerali; jisħaq li kwalunkwe miżura ġdida volontarja u/jew mhux obbligatorja għal aktar trasparenza u obbligu ta' rendikont finanzjarju ma għandhiex toħloq burokrazija żejda għall-Membri u l-uffiċċji tagħhom;

189.  Jissottolinja li l-governanza tajba hija bbażata fuq ġestjoni finanzjarja soda u l-proporzjonalità; jistieden lill-Bureau jqis il-kosteffettività u l-proporzjonalità ta' kwalunkwe investiment ulterjuri u l-benefiċċji miksuba permezz ta' nfiq ulterjuri tal-flus tal-kontribwenti u ż-żieda fil-burokrazija;

Rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija

190.  Ifakkar li r-Regolament Finanzjarju jistipula l-informazzjoni li trid tiġi fornuta lill-awtorità baġitarja, kif ukoll lill-pubbliku, dwar l-għoti ta' kuntratti mill-istituzzjoni; jinnota li r-Regolament Finanzjarji jirrikjedi l-pubblikazzjoni tal-kuntratti mogħtija ta' valur ogħla minn EUR 15 000, valur li jikkorrispondi għal-limitu minimu li jekk jinqabeż jiskatta l-obbligu tal-proċedura kompetittiva ta' offerti;

191.  Jinnota li minn total ta' 225 kuntratt mogħtija fl-2019, 83 kienu bbażati fuq proċeduri miftuħa jew ristretti, b'valur ta' EUR 597,3 miljun, u 141 kienu bbażati fuq proċeduri negozjati, b'valur totali ta' EUR 208,5 miljun; jinnota li l-għadd totali ta' kuntratti mogħtija bi proċeduri negozjati żdied f'termini ta' valur bħala perċentwal tal-valur totali ta' kuntratti mogħtija, minn 6 % fl-2018 għal 26 % fl-2019, kif ukoll f'termini ta' volum, minn EUR 35,86 miljun fl-2018 għal EUR 208,53 miljun fl-2019;

192.  Jinnota li l-kuntratti mogħtija fl-2019 u fl-2018 jistgħu jinqasmu kif ġej skont it-tip, inklużi l-kuntratti ta' bini:

Tip ta' kuntratt

2019

2018

Għadd

Perċentwal

Għadd

Perċentwal

Servizzi

Provvista

Xogħlijiet

Bini

177

33

13

2

78 %

15 %

6 %

1 %

199

37

12

3

79 %

15 %

5 %

1 %

Total

225

100 %

251

100 %

Tip ta' kuntratt

2019

2018

Valur (EUR)

Perċentwal

Valur (EUR)

Perċentwal

Servizzi

581 610 182

72 %

256 374 627

42 %

Provvista

85 741 237

10 %

210 526 209

35 %

Xogħlijiet

135 211 526

17 %

133 431 628

22 %

Bini

4 260 000

1 %

5 039 824

1 %

Total

806 822 945

100 %

605 372 288

100 %

(Rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija mill-Parlament Ewropew, 2019, p. 5)

193.  Jinnota t-tqassim tal-kuntratti mogħtija fl-2019 u fl-2018 skont it-tip ta' proċedura użata kif ġej, f'termini ta' għadd u ta' valur:

Tip ta' proċedura

2019

2018

Għadd

Perċentwal

Għadd

Perċentwal

Miftuħa

Ristretta

Negozjata

Lista CEI

Eċċezzjonali

82

1

141

-

1

36.44 %

0.44 %

62.68 %

-

0.44 %

89

5

155

1

1

35.46 %

1.99 %

61.75 %

0.40 %

0.40 %

Total

225

100 %

251

100 %

Tip ta' proċedura

2019

2018

Valur (EUR)

Perċentwal

Valur (EUR)

Perċentwal

Miftuħa

Ristretta

Negozjata

Lista CEI

Eċċezzjoni

595 584 380

1 735 269

208 533 296

-

970 000

74

0

26

-

0

486 039 380

83 433 046

35 859 040

24 221

16 600

80

14

6

0

0

Total

806 822 945

100 %

605 372 288

100 %

(Rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija mill-Parlament Ewropew, 2019, p. 7)

194.  Jiddispjaċih li kien hemm 1 369 offerta b'offerent uniku fost l-offerti pubbliċi kollha għal kuntratti għax-xiri ta' oġġetti u servizzi mill-Parlament; jinnota li l-offerti b'offerent uniku jġorru magħhom theddida sinifikanti għall-infiq xieraq tal-flus pubbliċi; jistieden lill-Parlament jinvestiga r-raġunijiet għan-nuqqas apparenti ta' kompetizzjoni u jieħu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjeni offerti b'offerent uniku fi proċeduri futuri;

Gruppi politiċi (partita baġitarja 4 0 0)

195.  Jinnota li, fl-2019, l-approprjazzjonijiet imdaħħla taħt il-partita baġitarja 4 0 0, attribwita lill-gruppi politiċi u l-Membri mhux affiljati, intużaw kif ġej(24):

Grupp

2019 (1)

2018

Approprjazzjonijiet annwali

Riżorsi proprji u approprjazzjonijiet riportati

Nefqa

Rata ta' użu tal-approprjazzjonijiet annwali

Ammonti riportati għall-perjodu li jmiss

Approprjazzjonijiet annwali

Riżorsi proprji u approprjazzjonijiet riportati

Nefqa

Rata ta' użu tal-approprjazzjonijiet annwali

Ammonti riportati għall-perjodu li jmiss

Grupp tal-Partit Popolari Ewropew (PPE)

17.139

4.253

16.993

99,15

4.399

18.282

6.690

20.820

113,88

4.152

Grupp tal-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi (S&D)

14.611

4.807

13.705

93,80

5.710

15.792

5.863

16.888

106,94

4.767

Renew Europe (dik li kienet l-Alleanza tal-Liberali u d-Demokratiċi għall-Ewropa (ALDE))

7.721

1.627

5.510

71,37

3.838

5.823

1.824

6.033

103,61

1.614

Grupp tal-Ħodor/Alleanza Ħielsa Ewropea (Verts/ALE)

5.573

1.388

4.585

82,27

2.376

4.478

1.579

4.669

104,27

1.388

Grupp Identità u Demokrazija (ID) (3)

3.244

0

1.629

50,22

1.615

Grupp tal-Konservattivi u r-Riformisti Ewropej (ECR)

6.053

1.946

5.730

94,66

2.270

6.182

2.962

7.200

116,47

1.944

Grupp tax-Xellug Magħqud Ewropew/Xellug Aħdar Nordiku (GUE/NGL)

4.156

1.110

3.731

89,77

1.535

4.443

1.257

4.590

103,31

1.110

Grupp għal Ewropa tal-Libertà u d-Demokrazija Diretta (EFDD) (2)

1.851

1.915

1.508

81,45

0

3.829

1.828

2.725

71,17

1.915

Grupp għal Ewropa tan-Nazzjonijiet u tal-Libertà (ENF) (2)

1.620

653

1.609

99,34

0

3.238

1.094

3.612

111,55

720

Membri mhux affiljati

2.019

367

481

23,84

738

1.153

314

537

46,57

442

Total

63.987

18.067

55.481

86,71

22.482

63.220

23.412

67.073

106,09

18.052

Noti għat-tabella ta' hawn fuq:

(1) L-2019 kienet sena elettorali u l-gruppi politiċi ppreżentaw il-kontijiet tagħhom f'żewġ partijiet għal kull wieħed miż-żewġ semestri. Għall-gruppi politiċi li komplew l-attività tagħhom wara l-elezzjonijiet Ewropej tal-2019, iċ-ċifri għall-approprjazzjonijiet u l-infiq annwali jirreferu għas-somma taż-żewġ semestri.

(2)Għall-gruppi politiċi li ġew xolti wara l-elezzjonijiet Ewropej tal-2019, iċ-ċifri huma għall-ewwel semestru biss.

(3) Għall-gruppi politiċi li ma kinux jeżistu qabel l-elezzjonijiet Ewropej tal-2019, iċ-ċifri huma biss għat-tieni semestru.

196.  Jilqa' l-fatt li awdituri esterni indipendenti għall-gruppi politiċi ħarġu biss opinjonijiet mhux kwalifikati għas-sena finanzjarja 2019;

Il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

197.  Jinnota li l-Awtorità nħolqot fl-2016 bil-kompitu li tivvaluta t-talbiet ta' reġistrazzjoni, tirreġistra partijiet u fondazzjonijiet ġodda tal-Unjoni, tissorvelja l-finanzjament tagħhom u timponi sanzjonijiet f'każijiet ta' nuqqas ta' rispett tal-obbligi tagħhom; jirrikonoxxi li din saret kompletament operattiva fl-2017;

198.  Jinnota li l-2018 kienet l-ewwel sena ta' implimentazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 114l/2014(25) fil-partijiet kollha tiegħu, speċjalment fir-rigward tar-rwol tal-Awtorità; josserva li, skont dak ir-Regolament, fl-2019, l-Awtorità rrevediet għall-ewwel darba, il-kontijiet tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet relatati mas-sena finanzjarja 2018;

199.  Jinnota li fil-qafas tal-elezzjonijiet Ewropej tal-2019, l-Awtorità, flimkien mad-DĠ FINS, żviluppat sett ta' prinċipji li jagħmlu operattiv id-dritt tal-partiti politiċi Ewropej għal kampanja elettorali Ewropea, filwaqt li fl-istess ħin jistipulaw il-limiti tagħha; jirrikonoxxi d-diffikultajiet prattiċi maħluqa min-natura tar-regolament u jenfasizza l-ħtieġa tar-reviżjoni tiegħu; josserva n-natura awtomatika tas-sanzjonijiet u jindika l-ħtieġa ta' titjib fil-proporzjonalità u l-flessibbiltà;

200.  Jilqa' l-mossa mill-Awtorità għal aktar trasparenza, li inkludiet l-pubblikazzjoni, għall-ewwel darba fl-2020, tar-Rapport Annwali tal-Attività tagħha għall-2019 mingħajr restrizzjoni fuq il-ħelsien tagħha u l-parteċipazzjoni tad-direttur tagħha fis-seduta annwali ta' smigħ għall-kwittanza tal-Parlament li saret fis-16 ta' Novembru 2020;

201.  Jistieden lill-Awtorità tiżgura li l-informazzjoni li tkopri r-reġistrazzjoni u s-sitwazzjoni finanzjarja tal-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej issir, kemm jista' jkun, disponibbli pubblikament b'mod faċli għall-utent, komplet u aġġornat;

202.  Jinnota li, fl-2019, l-approprjazzjonijiet imdaħħla taħt il-partita baġitarja 4 0 2 intużaw kif ġej(26):

Partit (2019)

Abbrevjazzjoni

Riżorsi proprji

Kontribuzzjoni finali tal-PE (1)

Dħul totali

Kontribuzzjoni tal-PE bħala % tan-nefqa rimborżabbli (massimu 90 %)

Bilanċ pożittiv mid-dħul (trasferiment għar-riżervi jew telf)

Partit Popolari Ewropew

EPP

1.751.449

13.433.000

15.184.449

90 %

116.515

Partit tas-Soċjalisti Ewropej

PES

1.091.101

8.405.284

9.496.385

90 %

115.131

Partit tal-Alleanza tal-Liberali u d-Demokratiċi għall-Ewropa

ALDE

851.728

4.848.119

5.699.847

90 %

801.704

Partit tal-Ħodor Ewropej

EGP

539.667

3.471.165

4.010.832

90 %

603.669

Partit tax-Xellug Ewropew

EL

312.832

1.772.817

2.085.649

90 %

-

Partit Demokratiku Ewropew

PDE

100.944

671.170

772.114

90 %

49.246

Alleanza Ewropea Ħielsa

EFA

200.053

1.219.623

1.419.676

90 %

55.400

Partit tal-Konservattivi u Riformisti Ewropej

Partit ECR

607.157

3.493.333

4.100.490

90 %

158.166

Moviment Politiku Kristjan Ewropew

MPKE

140.512

1.000.214

1.140.726

83 %

-

Partit Identità u Demokrazija

Partit ID

114.250

615.067

729.317

90 %

-

TOTAL

 

5.709.693

38.929.792

44.639.485

 

1.899.831

Noti:

 

 

 

 

 

 

Noti(1): Magħmul mit-tieni parti tal-finanzjament finali tal-2018 u l-ewwel parti tal-finanzjament finali tal-2019 skont id-Deċiżjoni tal-Bureau tat-18 ta' Jannar 2021.

 

203.  Jinnota li, fl-2019, l-approprjazzjonijiet imdaħħla taħt il-partita baġitarja 4 0 3 intużaw kif ġej(27):

Fondazzjoni (2019)

Abbrevjazzjoni

Affiljat mal-partit

Riżorsi proprji

Għotja finali tal-PE

Dħul totali

Għotja tal-PE bħala % tal-ispejjeż eleġibbli (massimu 95 %)

Bilanċ pożittiv mid-dħul (trasferiment għar-riżervi jew telf)

Ċentru għall-Istudji Ewropej Wilfried Martens

ĊSEWM

EPP

622.669

5.971.543

7.433.520

95 %

255.171

Fondazzjoni għall-Istudji Progressivi Ewropej

FEPS

PES

662.446

5.142.293

5.906.538

92 %

-

Forum Liberali Ewropew

ELF

ALDE

202.565

1.798.601

2.114.273

95 %

90.914

Fondazzjoni Ħadra Ewropea

GEF

EGP

79.513

1.368.333

1.484.738

95 %

-

Inbiddlu l-Ewropa

TE

EL

110.698

1.096.144

1.217.889

92 %

7.401

Istitut tad-Demokratiċi Ewropej

IED

PDE

23.261

421.786

472.185

95 %

-

Fondazzjoni Coppieters

Coppieters

EFA

84.666

534.179

618.845

95 %

38.624

Direzzjoni Ġdida - Fondazzjoni għar-Riforma Ewropea

ND

Partit ECR

253.558

1.636.452

1.995.962

95 %

-

Sallux

SALLUX

MPKE

23.537

365.590

448.654

95 %

3.282

Fondazzjoni tal-Assoċjazzjoni għall-Identità u d-Demokrazija

Fondazzjoni ID

Partit ID

23.000

436.999

978.653

95 %

-

TOTAL

2.085.913

18.771.920

22.671.257

395.392

204.  Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li fi tmiem l-2021 tirrieżamina r-Regolament (UE, Euratom) 2018/673(28), bil-għan li dan imur lil hinn mill-objettiv attwali li jiġu indirizzati r-regoli dwar il-finanzjament u t-trasparenza u b'hekk jiġu ffaċilitati l-kundizzjonijiet ta' reġistrazzjoni fi ħdan l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 u li s-sħubija tinfetaħ għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni biex tiġi pprovduta rappreżentanza aktar inklużiva tal-partiti politiċi attivi fil-livell Ewropew;

205.  Jinnota bi tħassib li diversi partiti politiċi transnazzjonali eżistenti li huma attivi fil-politika Ewropea u rrappreżentati fil-Parlament mhumiex permessi jirreġistraw uffiċjalment bħala partiti politiċi Ewropej minħabba r-rekwiżiti elenkati fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/673, u dan ifixkel ir-rappreżentanza demokratika ta' partiti politiċi iżgħar fil-livell Ewropew; jissuġġerixxi li b'dan il-għan il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta ta' riforma ambizzjuża sa tmiem l-2021.

(1) ĠU L 67, 7.3.2019, p. 1.
(2) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 1.
(3) ĠU C 239, 20.7.2020, p. 1.
(4) ĠU C 377, 9.11.2020, p. 13.
(5) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 180.
(6) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
(8) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1417/2013 tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-forma tal-laissez-passer maħruġin mill-Unjoni Ewropea (ĠU L 353, 28.12.2013, p. 26).
(10) Id-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta' aċċessibilità għall-prodotti u għas-servizzi (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 70).
(11) https://www.dw.com/en/exclusive-eu-taps-chinese-technology-linked-to-muslim-internment-camps-in-xinjiang/a-55362125
(12) https://www.npr.org/2019/10/08/768150426/u-s-blacklists-chinese-tech-firms-over-treatment-of-uighurs?t=1611915285989
(13) https://ec.europa.eu/trade/policy/accessing-markets/public-procurement/
(14) https://joinup.ec.europa.eu/sites/default/files/news/2020-06/D.01.06_Final_report_v3.00.pdf
(15) L-Inizjattiva Strateġika dwar "Id-drittijiet tal-liv ta' ċerti membri tal-persunal u l-aħjar interessi tat-tfal" (SI/1/2019/AMF).
(16) Riżoluzzjoni (UE) 2020/1880 tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew (paragrafu 115) (ĠU L 417, 11.12.2020, p. 122). Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2017 dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-Unjoni Ewropea (paragrafu 17) (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 192).
(17) Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).
(18) https://www.europarl.europa.eu/meetdocs/2014_2019/plmrep/COMMITTEES/ENVI/DV/2020/11-16/IPOL_STU2020652735_EN.pdf
(19) Testi adottati, P9_TA(2019)0078.
(20) Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1).
(21) Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).
(22) Testi adottati, P9_TA(2020)0123.
(23) Kwittanza 2017: Baġit Ġenerali tal-UE - Il-Parlament Ewropew, 26 ta' Marzu 2019; Kwittanza 2018: Baġit Ġenerali tal-UE - Il-Parlament Ewropew, 14 ta' Mejju 2020;
(24) L-ammonti kollha qed jiġu espressi f'eluf ta' EUR.
(25) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1).
(26) L-ammonti kollha qed jiġu espressi f'eluf ta' EUR.
(27) L-ammonti kollha qed jiġu espressi f'eluf ta' EUR.
(28) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/673 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Mejju 2018 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (ĠU L 114I , 4.5.2018, p. 1).


Kwittanza 2019: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kunsill u l-Kunsill Ewropew
PDF 185kWORD 63k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (2020/2142(DEC))
P9_TA(2021)0166A9-0056/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2020)0288 – C9-0222/2020)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kunsill lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0056/2021),

1.  Jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti ta' kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (2020/2142(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0056/2021),

A.  billi fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni billi jittejbu t-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u billi jiġi implimentat il-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u l-governanza tajba tar-riżorsi umani;

1.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport annwali tagħha għall-2019 (ir-"rapport tal-Qorti"), osservat li ma ġiet identifikata ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tat-temi awditjati relatati mar-riżorsi umani u mal-proċeduri ta' akkwist għall-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (il-"Kunsill");

2.  Jinnota b'sodisfazzjon li abbażi tal-ħidma ta' awditjar tagħha, il-Qorti kkonkludiet li l-pagamenti fit-totalità tagħhom għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2019, inklużi n-nefqa amministrattiva u nefqa oħra tal-Kunsill, kienu ħielsa minn żbalji materjali u li s-sistemi ta' sorveljanza u kontroll eżaminati kienu effettivi;

3.  Jiddispjaċih, bħala osservazzjoni ġenerali, li l-Kapitolu 9, "Amministrazzjoni", tar-rapport tal-Qorti għandu kamp ta' applikazzjoni u konklużjonijiet pjuttost limitati, minkejja l-fatt li l-Intestatura 5, "Amministrazzjoni", tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) titqies li għandha riskju baxx; jitlob li x-xogħol ta' awditjar għal tali kapitolu jkun aktar ikkonċentrat fuq il-kwistjonijiet li huma ta' rilevanza għolja jew saħansitra ta' importanza kritika għall-Kunsill;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.  Josserva li l-baġit tal-Kunsill fil-biċċa l-kbira tiegħu huwa amministrattiv, u parti kbira minnu tintuża għan-nefqa relatata ma' persuni, bini, għamara, tagħmir u spejjeż operattivi mixxellanji; jiddispjaċih li t-talba li ilha ssir biex il-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill jinqasam f'baġit distint għal kull waħda miż-żewġ istituzzjonijiet għal raġunijiet ta' trasparenza u biex jittejjeb l-obbligu ta' rendikont għaż-żewġ istituzzjonijiet ma ġietx ikkunsidrata u jħeġġeġ lill-Kunsill, kif għamel ripetutament f'riżoluzzjonijiet ta' kwittanza preċedenti, iħejji baġits separati għall-Kunsill Ewropew u l-Kunsill għar-raġunijiet ta' trasparenza u biex itejjeb l-obbligu ta' rendikont u l-effiċejnza tan-nefqa għaż-żewġ istituzzjonijiet;

5.  Jinnota li fl-2019, il-Kunsill kellu baġit globali ta' EUR 581 895 459 (meta mqabbel ma' EUR 572 854 377 fl-2018 u EUR 561 576 000 fl-2017), b'rata ta' implimentazzjoni globali ta' 92,3 % (meta mqabbla ma' 91,9 % fl-2018 u 93,8 % fl-2017); jinnota żieda dejjem tonqos fil-baġit li tammonta għal EUR 9 miljun (meta mqabbla ma' EUR 11,3-il miljun fl-2018 u EUR 16,5-il miljun fl-2017), ekwivalenti għal żieda ta' 1,6 % (meta mqabbla ma' 2 % fl-2018 u ta' 3 % fl-2017);

6.  Ifakkar li l-approprjazzjonijiet riportati mill-2018 għall-2019 ammontaw għal total ta' EUR 56 599 584, ekwivalenti għal rata ta' riport ta' 10,7 %, li ġejjin prinċipalment minn kategoriji bħas-sistemi tal-kompjuter (EUR 19,5-il miljun), il-bini (EUR 16,0-il miljun) u l-interpretazzjoni (EUR 11,9-il miljun); jilqa' l-fatt li l-implimentazzjoni ta' riporti fl-2019 li ammontat għal pagamenti totali ta' EUR 49 240 654 jew 87,7 %, inkluż għal sistemi tal-kompjuter (EUR 18,7-il miljun), għal bini (EUR 12,5-il miljun) u għal interpretazzjoni (EUR 10,4 miljun);

7.  Jirrikonoxxi tnaqqis minimu fir-rata ta' riport, li ammontat għal 9,8 %, mill-2019 sal-2020 (meta mqabbla ma' riport ta' 10,7 % mill-2018 sal-2019 u 11,5 % mill-2017 sal-2018); ifakkar lill-Kunsill, madankollu, li r-riporti huma eċċezzjonijiet għall-prinċipju tal-annwalità u li għandhom jirriflettu ħtiġijiet reali; jistieden lill-Kunsill isaħħaħ l-isforzi tiegħu biex jevita stimi tal-baġit eċċessivi;

8.  Jifraħ lill-Kunsill għar-rata ta' suċċess tal-impenji u l-pagamenti ta' 100 % għal-linja baġitarja ''Spejjeż tal-ivvjaġġar tad-delegazzjonijiet''; jinnota wkoll ir-rata ta' impenn ta' 100 % għal-linji baġitarji "Sistemi tal-kompjuter" u "Informazzjoni" iżda jindika li r-rata ta' riport ta' dawn il-linji baġitarji għall-2020 kienet ta' 35,4 % u 32,9 %, rispettivament;

9.  Huwa infurmat li n-numru ta' laqgħat "istituzzjonali" u "oħrajn" kien jammonta għal 7 668 fl-2019 (meta mqabbel ma' 6 338 fl-2010); jinnota li l-għadd totali ta' laqgħat organizzati fl-2019 naqas b'0,8 % (jew 65 laqgħa) meta mqabbel mal-2018 minħabba t-tnaqqis fl-attività leġiżlattiva fit-tieni semestru minħabba l-elezzjonijiet Ewropej u l-elezzjoni jew il-ħatra ta' membri ġodda fl-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni;

10.  Jinnota li b'konformità mat-tnaqqis fl-attività tal-laqgħat u minkejja żieda ta' 2 % fil-prezz tal-i-slots (EUR 10 ogħla milli fl-2018), l-ispejjeż tal-interpretazzjoni naqsu bi 11 % (EUR 62,2 miljun meta mqabbla ma' EUR 70 miljun fl-2018) u li dawn l-ispejjeż koprew 62 480 jum ta' interpretazzjoni, tnaqqis ta' 13 % meta mqabbel mal-2018;

11.  Jinnota li n-numru ta' atti legali ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-2019 kien jammonta għal 1 326 (meta mqabbel ma' 1 210 fl-2018, 1 130 fl-2017 u 825 fl-2010); jaqbel li ż-żieda fin-numru ta' atti legali hija primarjament spjegata mill-ħtieġa li jiġu adottati kemm jista' jkun atti legali qabel l-elezzjonijiet Ewropej tal-2019;

12.  Ifakkar lill-Kunsill li t-twettiq ta' valutazzjonijiet tal-impatt huwa wieħed mill-fatturi prinċipali stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet u l-wegħda tal-Kunsill li jwettaq valutazzjonijiet tal-impatt b'rabta mal-emendi sostanzjali li jagħmel għall-proposti mill-Kummissjoni; jiddispjaċih li s'issa l-Kunsill ma għamilx valutazzjonijiet tal-impatt dwar ebda waħda mill-emendi tiegħu;

Ġestjoni interna, kontroll intern u prestazzjoni

13.  Jinnota, fil-kuntest tal-modernizzazzjoni, il-passi meħuda mill-Kunsill biex joħloq struttura ta' ġestjoni aktar fissa, billi jitneħħew is-saffi tal-ġerarkija, bil-għan li tittejjeb il-komunikazzjoni, billi jeħfief it-teħid ta' deċiżjonijiet u billi tingħata s-setgħa lill-persunal billi jkun hemm sjieda akbar tal-fajls; jinnota l-introduzzjoni ta' għodda tal-IT għar-riżorsi umani ttestjata sew (SYSPER) u għodod oħra tal-IT użati għall-ġestjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-missjoni; japprezza dawn il-passi u jistieden lill-Kunsill ikompli b'dawn l-azzjonijiet;

14.  Jirrikonoxxi li hemm stabbilit qafas ta' kontroll intern li jipprovdi aċċertament raġonevoli tal-kisba tal-objettivi; jilqa' l-fatt li fir-rigward tal-2019 la ssemmew l-użu ħażin tal-fondi u lanqas l-irregolaritajiet fir-rapporti ta' kontroll mill-awditur intern jew mill-Qorti, jew fl-opinjonijiet tal-kumitat tal-awditjar; jinnota wkoll li d-dipartimenti kollha applikaw il-ġestjoni tar-riskju billi żammew reġistri tar-riskju b'informazzjoni dwar ir-riskji identifikati, il-valutazzjonijiet tagħhom u t-trattament tar-riskju magħżul; jinnota li ma ġie rrappurtat l-ebda livell ta' riskju kritiku fl-2019 u li ma mmaterjalizza l-ebda riskju sinifikanti; jilqa' l-fatt li 93 % tar-rakkomandazzjonijiet maħruġa matul is-snin 2016 sa 2018 kienu fil-proċess li jiġu implimentati jew qed jiġu implimentati;

15.  Jilqa' t-titjib fis-sistemi ta' ġestjoni finanzjarja u ta' prestazzjoni tal-Kunsill bħat-tnedija tal-proġett ta' ppjanar integrat fil-qasam tal-finanzi u l-attivitajiet f'Ottubru 2019 li se jirriżulta fl-integrazzjoni tal-ippjanar baġitarju annwali u pluriennali u l-istabbiliment ta' rabta bejn l-ippjanar finanzjarju u l-implimentazzjoni tal-baġit fil-livell tal-attivitajiet;

16.  Jinnota li fil-kuntest tat-titjib tal-pożizzjoni tal-fluss tal-flus, id-dewmien medju fil-ħlas tal-fatturi kien ta' 19-il jum fl-2019, bid-dewmien massimu jkun ta' 30 jum kalendarju;

17.  Ifakkar li l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni huma għodda rikonoxxuta b'mod ġenerali biex jitkejlu l-kisbiet li ntlaħqu fir-rigward tal-objettivi stabbiliti; jistieden lill-Kunsill jipprovdi sinteżi fir-rapporti ta' ġestjoni tiegħu tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u r-riżultati relatati;

Riżorsi umani

18.  Jinnota li l-għadd ta' postijiet tax-xogħol fit-tabella tal-persunal għall-2019 ġie stabbilit għal 3 033 (meta mqabbel ma' 3 031 post fl-2018 u 3 027 post fl-2017); jilqa' l-isforzi biex l-organizzazzjoni tiġi razzjonalizzata billi 30 post AST5 jiġu trasformati fi 30 post AD5 bħala parti mill-kontinwazzjoni tal-modernizzazzjoni amministrattiva; jilqa' b'mod ġenerali l-proċess ta' modernizzazzjoni amministrattiva bil-għan li tittejjeb il-kwalità tal-organizzazzjoni tal-Kunsill u l-użu xieraq tar-riżorsi;

19.  Jitlob lill-Kunsill jirrapporta dwar il-proċess ta' simplifikazzjoni u t-titjib tal-proċeduri tar-riżorsi umani u l-azzjonijiet relatati kollha bħas-segwitu għall-istħarriġ tal-persunal li sar fil-ħarifa tal-2018, it-titjib tal-opportunitajiet ta' karriera għall-persunal, it-tisħiħ tal-kondiviżjoni tal-esperjenza u l-għarfien, il-promozzjoni ta' għodod ta' komunikazzjoni moderni u l-appoġġ tal-prevenzjoni ta' riskji psikosoċjali; iħeġġeġ lill-Kunsill jikkompleta l-arranġamenti tax-xogħol flessibbli eżistenti bi protezzjoni tad-dritt tal-membri tal-persunal għall-iskonnessjoni;

20.  Jilqa' l-programm ta' azzjoni pożittiva tas-segretarjat ġenerali tal-Kunsill għal trainees b'diżabilità, li jiffaċilita 4 sa 6 traineeships imħallsa fis-sena lil ċittadini tal-Unjoni b'diżabilità rikonoxxuta, kif ukoll il-politika ta' akkomodazzjoni raġonevoli tal-Kunsill li tippermetti lil persuni b'diżabilità jagħmlu xogħol fuq l-istess livell bħal persuni oħra;

21.  Jistieden lill-Kunsill jirrapporta dwar il-pjan ta' azzjoni tiegħu dwar il-ġeneri u l-miżuri meħuda biex jiġu żgurati opportunitajiet indaqs għal persuni b'diżabilità fil-Kunsill, il-proċeduri relatati stabbiliti u l-azzjonijiet meħuda biex jinkiseb bilanċ bejn in-nisa u l-irġiel fil-livelli ġerarkiċi kollha; jistieden ukoll lill-Kunsill jipprovdi informazzjoni dwar il-proporzjon ta' persuni b'diżabilità li qed jaħdmu fost il-persunali tiegħu, kif ukoll dwar il-bilanċ ġeografiku, u l-miżuri li ttieħdu sabiex jiġi żgurat il-bilanċ;

22.  Ifakkar fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar il-ħtieġa ta' konfigurazzjoni speċifika tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, billi talab lill-ministri u lis-segretarji tal-Istat inkarigati mill-ugwaljanza bejn il-ġeneri biex joħolqu forum istituzzjonali speċifiku sabiex jiġu żgurati integrazzjoni aktar b'saħħitha tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-istrateġiji u l-proċessi ta' politika tal-Unjoni, koordinazzjoni tal-politiki relatati kollha, kif ukoll armonizzazzjoni tal-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-Unjoni permezz ta' approċċ intersezzjonali; jissottolinja li konfigurazzjoni speċifika bħal din tirrappreżenta element fundamentali fl-iżblokkar tan-negozjati dwar il-fajls ewlenin relatati mal-ugwaljanza bejn il-ġeneri;

23.  Jistieden lill-Kunsill jindirizza l-iżbilanċi ġeografiċi u bejn il-ġeneri sabiex jistabbilixxi rappreżentanza adegwata taċ-ċittadini tal-Istati Membri kollha, anki fil-livell maniġerjali;

Kunflitt ta' interess, fastidju, żvelar ta' informazzjoni protetta

24.  Jesprimi dispjaċir għall-fatt li ma rċeviex aktar informazzjoni dwar xi titjib fil-kultura u l-istandards etiċi tal-Kunsill bħal link apposta tas-sit web li jippreżenta taħriġ speċifiku dwar l-etika pubblika, kodiċi ta' kondotta applikabbli għall-persunal kollu li jistabbilixxi l-aspettattivi rigward l-integrità u l-valuri etiċi, u gwida interna dwar mistoqsijiet frekwenti dwar kwistjonijiet jew proċeduri etiċi relatati mal-protezzjoni tal-informaturi;

25.  Huwa konxju tar-rwol ewlieni tal-Kunsill fil-proċeduri ta' nomina u ħatriet għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Kunsill Ewropew, il-Kummissjoni, il-Qorti u l-Kumitati konsultattivi (il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew); jirrakkomanda bis-saħħa rieżami ta' dak ir-rwol fid-dawl tal-prinċipji etiċi adottati mill-Unjoni, inkluż ir-rispett għall-integrità u d-dinjità; ifakkar fid-dikjarazzjoni tal-Qorti li l-imġiba etika "tikkontribwixxi għat-titjib ulterjuri tal-ġestjoni finanzjarja u għaż-żieda fil-fiduċja tal-pubbliku, li hija indispensabbli għas-suċċess tal-politiki pubbliċi" u, b'mod partikolari, li "[K]ull imġiba mhux etika min-naħa tal-persunal u tal-Membri tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea (UE) tattira livelli għoljin ta' interess pubbliku u tnaqqas il-fiduċja fl-UE"; iqis għaldaqstant neċessarju li hemm bżonn li jiġi evitat li jinħatru bħala membri tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni kandidati li jirrappreżentaw riskju għar-reputazzjoni tal-Unjoni kollha kemm hi, bħal kandidati b'imġiba mhux etika kkonfermata mill-OLAF jew bi proċedimenti legali li jkunu għaddejjin kontrihom;

26.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-ħatriet ripetuti tal-Kunsill ta' kandidati biex isiru Membri tal-QEA kontra l-opinjoni negattiva dwar il-kandidat espressa f'vot ta' ċaħda mill-maġġoranza l-kbira fil-Plenarja tal-Parlament minħabba n-nuqqas ta' kompetenzi suffiċjenti tal-kandidati u l-imparzjalità personali jew politika;

27.  Jinsab imħasseb dwar l-assenza ta' kapitolu dwar qafas etiku fuq is-sit web uffiċjali tal-Kunsill li jikkonsisti f'regoli għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-evitar ta' kunflitti potenzjali ta' interess; jistieden lill-Kunsill jallinja ruħu mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni f'dan ir-rigward, bħall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li għandha sit web b'taqsima ddedikata dwar it-trasparenza; jistieden lill-Kunsill jippreżenta pjan biex jintroduċi tali miżuri bi skadenzi stabbiliti b'mod ċar;

28.  Jikkondividi t-tħassib tal-Qorti dwar in-nuqqas ta' qafas tal-etika komuni tal-UE li jirregola l-ħidma tar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-Kunsill; fid-dawl tat-talbiet ripetuti tal-Qorti u tal-Ombudsman Ewropew biex tissaħħaħ l-etika u t-trasparenza tal-istituzzjoni, jenfasizza l-importanza għall-Kunsill, inklużi r-rappreżentanti tal-Istati Membri li jaħdmu fil-Kunsill, li jarmonizzaw ir-regoli tal-etika u jinfurzaw ir-regoli tal-etika diġà eżistenti; ifakkar fl-obbligu tal-Kunsill li jittratta l-kunflitti ta' interess ta' livell għoli, ir-revolving doors u r-regoli dwar it-trasparenza tal-lobbying;

29.  Itenni bil-qawwa t-talba tiegħu lill-Kunsill biex jallinja l-kodiċi ta' kondotta tal-President tal-Kunsill Ewropew ma' dawk tal-Parlament u tal-Kummissjoni sabiex ikun hemm regoli stabbiliti biex jiġu approvati attivitajiet relatati mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni wara li l-President tal-Kunsill Ewropew jitlaq/titlaq postu/postha;

30.  Jissottolinja l-fatt li fil-21 ta' Jannar 2020, is-segretarjat ġenerali tal-Kunsill bagħat ittra lid-delegazzjonijiet li tagħti informazzjoni dwar l-attivitajiet okkupazzjonali ta' ex uffiċjali għolja tas-segretarjat ġenerali tal-Kunsill wara li jkunu telqu mis-servizz f'konformita mat-tielet u r-raba' paragrafi tal-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għall-2019, u mar-regoli ta' implimentazzjoni;

31.  Itenni t-tħassib kbir tiegħu f'dak li jikkonċerna l-kunflitt ta' interessi ta' għadd ta' rappreżentanti ta' Stati Membri involuti fi proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet politiċi u baġitarji; jirrepeti l-appell qawwi tal-Parlament lill-Kunsill biex jiżgura li r-rappreżentanti tal-Istati Membri li huma soġġetti li jibbenefikaw direttament minn sussidji tal-Unjoni permezz tan-negozji li huma proprjetarji tagħhom ma jipparteċipawx fid-diskussjonijiet u l-votazzjonijiet politiċi jew baġitarji relatati; jitlob lill-Kunsill jipprovdi lill-Parlament informazzjoni dwar il-miżuri meħtieġa stabbiliti biex jiġi evitat kunflitt ta' interess;

Bini

32.  Jilqa' l-fatt li l-ħlas finali tal-ammont dovut lill-awtoritajiet Belġjani għall-proġett tal-bini Europa sar fl-2019 peress li ma kienx possibbli li jiġi ffirmat l-att finali relatat ta' bejgħ fl-2017; jinnota li l-approprjazzjonijiet li jammontaw għal EUR 4,1 miljun riportati b'deċiżjoni mill-2017 sal-2018 ġew impenjati kif dovut fl-2018, iżda ma tħallsux, u ġew riportati għall-2019 għall-pagament;

33.  Itenni t-tħassib tiegħu dwar l-informazzjoni allarmanti rrappurtata mill-midja dwar il-bini tal-binja l-ġdida Europa; jistieden lill-Kunsill jagħmel riċerka bir-reqqa dwar il-kuntrattur ewlieni u l-katina kollha ta' sottokuntratturi (sa 12 skont il-midja), kif ukoll il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema impjegati, u jippreżenta s-sejbiet tiegħu kollha lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament;

34.  Jilqa' l-isforzi mill-Kunsill biex inaqqas l-impronta ambjentali tiegħu fil-binjiet tiegħu, li ġew irreġistrati taħt l-iskema Ewropea ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) mill-2016; jilqa' l-pubblikazzjoni ta' dikjarazzjoni ambjentali dettaljata f'Ottubru 2020 ibbażata fuq data tal-2019;

Diġitalizzazzjoni

35.  Jinnota li fl-2019 id-dipartiment tas-servizzi diġitali (SMART) tal-Kunsill ta firxa estensiva ta' servizzi lill-Kunsill u li saru investimenti sinifikanti fl-iżvilupp ta' għodod ġodda, bħas-sistema ta' ġestjoni tat-traduzzjoni, l-għodda ta' briefing, l-editur tat-tabelli tat-trilogi għall-ħolqien u l-ġestjoni tat-tabelli tat-trilogi, EDiT għall-abbozzar u l-editjar kollaborattiv tat-testi leġiżlattivi, l-eAġenda, u pjattaformi tekniċi oħra;

36.  Jinkoraġġixxi lill-Kunsill juża t-teknoloġija b'sors miftuħ sabiex jiġi evitat l-intrappolament tal-klijentela, jinżamm il-kontroll fuq is-sistemi tekniċi tiegħu, jiġu ggarantiti salvagwardji aktar b'saħħithom fir-rigward tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-data tal-utenti kif ukoll tiżdied is-sigurtà u t-trasparenza għall-pubbliku;

37.  Jinkoraġġixxi lill-Kunsill isegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS) biex jerġa' jinnegozja l-ftehim interistituzzjonali dwar il-liċenzji u l-kuntratt ta' implimentazzjoni, iffirmati bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u Microsoft fl-2018, bl-objettiv li tinkiseb is-sovranità diġitali, jiġu evitati l-intrappolament tal-klijentela u n-nuqqas ta' kontroll kif ukoll tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data personali;

Trasparenza

38.  Jinnota li l-abbozz ta' gwida għall-aħjar prattika għall-presidenzi tal-Kunsill dwar il-kwistjoni ta' sponsorizzazzjoni ntbagħat fid-29 ta' Ġunju 2020 mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill lid-delegazzjonijiet, wara l-approvazzjoni mill-Kunsill tar-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman Ewropew (l-Ombudsman) dwar il-gwida għall-Istati Membri relatata mal-isponsorizzazzjoni u t-tfakkiriet regolari mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament; itenni li kunflitti ta' interess jipperikolaw ir-reputazzjoni tal-Kunsill u tal-Unjoni kollha kemm hi;

39.  Jinnota li l-Istati Membri huma mistennija jiffinanzjaw il-presidenzi tal-Kunsill tagħhom stess u jiddispjaċih li jagħżlu sponsorizzazzjoni korporattiva biex ikopru wħud mill-ispejjeż tagħhom; jinsab imħasseb ħafna dwar il-ħsara possibbli għar-reputazzjoni li din il-prattika jaf tikkawża lill-Kunsill u lill-Unjoni; iħeġġeġ lill-presidenzi jevitaw li jirrikorru għal sponsorizzar korporattiv biex ikopru spejjeż u jistaqsi lill-Kunsill, f'dak ir-rigward, jipprevedi l-ibbaġitjar tal-presidenzi;

40.  Iħeġġeġ lill-Kunsill jagħti pariri xierqa lill-presidenzi fl-istabbiliment ta' regoli ċari u trasparenti dwar l-isponsorizzazzjoni, billi jagħti attenzjoni partikolari lill-kunflitti possibbli ta' interessi f'każijiet fejn is-settur korporattiv ikollu interessi espliċiti fid-deċiżjonijiet li jieħu l-Kunsill; jappella lill-Kunsill jagħmel progress fir-rigward tal-linji gwida mingħajr dewmien, u b'mod partikolari jirrifletti dwar il-karattru attwalment mhux vinkolanti tal-gwida;

41.  Ifakkar li l-Ombudsman fetaħ investigazzjoni (OI/2/2017) dwar it-trasparenza tal-ħidma leġiżlattiva tal-Kunsill fl-2017 sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jsegwu aktar faċilment il-proċess leġiżlattiv tal-Unjoni; jilqa' l-fatt li l-Ombudsman reċentement laqgħet b'mod pożittiv il-passi l-ġodda ta' trasparenza meħuda mill-Kunsill, bħall-pubblikazzjoni proattiva tar-rapporti ta' progress dwar in-negozjati fir-rigward tal-abbozzi ta' liġijiet, li huma konformi b'mod sħiħ mal-proposti magħmula mill-Ombudsman bħala riżultat tal-inkjesti tagħha u t-talbiet tal-aħħar riżoluzzjonijiet ta' kwittanza;

42.  Ifakkar li l-Parlament, fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Jannar 2019 dwar l-inkjesta strateġika tal-Ombudsman OI/2/2017 dwar it-trasparenza tad-diskussjonijiet leġiżlattivi fil-korpi preparatorji tal-Kunsill tal-UE, appoġġja b'mod qawwi l-proposti tal-Ombudsman dwar it-trasparenza leġiżlattiva u jitlob lill-Kunsill ikompli jtejjeb it-trasparenza leġiżlattiva, b'mod partikolari billi jirreġistra u jippubblika l-pożizzjonijiet tal-Istati Membri u billi jagħmel disponibbli aktar dokumenti tat-trilogu; iħeġġeġ lill-Kunsill iżid l-isforzi tiegħu fir-rigward tat-trasparenza billi, fost l-oħrajn, jippubblika d-dokumenti ta' ħidma tal-Kunsill f'format li jkun jista' jinqara minn magna; jistieden lill-Kunsill jirrapporta dwar miżuri oħra meħuda sabiex titjieb it-trasparenza leġiżlattiva;

43.  Jiġbed l-attenzjoni għad-deċiżjoni tal-Ombudsman fil-każ 1946/2018/KR fejn l-Ombudsman titlob lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill iżomm rekord sħiħ ta' kwalunkwe laqgħa li saret bejn il-lobbisti u l-President tal-Kunsill Ewropew jew membri tal-kabinett tiegħu; jappoġġja bil-qawwa d-dikjarazzjoni tal-Ombudsman li l-membri tal-kabinett tal-President għandhom jiltaqgħu biss ma' rappreżentanti ta' interessi li huma rreġistrati fir-reġistru ta' trasparenza, jew jattendu avvenimenti organizzati minnhom; jinsab imħasseb li din id-dikjarazzjoni ma tingħatax attenzjoni u jappella li tingħata risposta lill-Ombudsman;

44.  Jinsab kuntent li t-tliet istituzzjonijiet, il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, tennew l-ambizzjoni komuni tagħhom li jilħqu ftehim dwar reġistru ta' trasparenza bejn it-tliet istituzzjonijiet biex tingħata spinta lit-trasparenza tal-interazzjonijiet mar-rappreżentanti ta' interessi; jifraħ lill-Kunsill għall-passi pożittivi u l-kisbiet ulterjuri taħt il-Presidenza Ġermaniża li wassal għal qbil politiku dwar reġistru ta’ trasparenza obbligatorju fil-15 ta’ Diċembru 2020, u jħeġġeġ lill-atturi kollha involuti biex jiġi ffirmat il-ftehim interistituzzjonali li ġie approvat mill-Parlament fit-27 ta’ April 2021, sabiex ir-reġistru jsir obbligatorju permezz tal-inklużjoni tal-Kunsill; iħeġġeġ lill-Kunsill jespandi l-ambitu tal-ftehim biex jagħmilha obbligatorja li l-lobbisti jirreġistraw biex ikunu jistgħu jiltaqgħu mal-ambaxxaturi tal-presidenzi attwali u futuri u mad-deputati tagħhhom fil-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti kif ukoll mas-segretarju ġenerali u mad-diretturi ġenerali tal-Kunsill;

45.  Jinnota li tressqu seba' ilmenti quddiem l-Ombudsman u li saret inkjesta strateġika waħda, kollha dwar it-trasparenza; jinnota li mis-seba' ilmenti, l-Ombudsman ikkunsidrat li kien hemm amministrazzjoni ħażina f'żewġ każijiet; jinnota li każ wieħed ingħalaq, u tnejn ġew ikkunsidrati bħala li ma għandhomx amministrazzjoni ħażina filwaqt li ż-żewġ ilmenti l-oħra għadhom pendenti; jinnota li fl-inkjesta, li kienet tikkonċerna t-trasparenza tal-korpi involuti fit-tħejjija tal-laqgħat tal-Grupp tal-Euro, l-Ombudsman sabet li l-Kunsill kien ħa passi biex ikompli jtejjeb il-politika ta' trasparenza tiegħu u ddeċiediet li tagħlaq din l-inkjesta strateġika;

Komunikazzjoni

46.  Jaqbel li t-titjib fl-aċċessibbiltà tas-sit web tal-Kunsill, li kien parti mir-rakkomandazzjonijiet tal-awditu estern fl-2018, kellu prijorità fl-2019; jilqa' bħala wieħed mir-riżultati inkoraġġanti l-fatt li l-hekk imsejħa "paġni ta' politika", li joffru informazzjoni ta' sfond dwar l-inizjattivi u l-leġiżlazzjoni ewlenin li qed jiġu diskussi fil-Kunsill, ikkostitwew l-aktar taqsima li qed tikber malajr tas-sit web;

47.  Jilqa' l-fatt li t-titjib irriżulta f'esperjenza aħjar tal-utenti tal-web, inkluż għall-persuni b'diżabilità kif imkejjel mill-punteġġ tal-aċċessibbiltà li żdied minn 47 % fl-aħħar tal-2018 għal 67 % f'Diċembru 2019; jinnota li r-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar li fadal, li huma primarjament relatati mal-esperjenza tal-utent u l-istandards għall-ħolqien tal-kontenut, se jiġu implimentati fl-2020; jitlob lill-Kunsill ikompli jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati u l-kisbiet tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar, partikolarment dwar l-aċċess ta' persuni b'diżabilità;

48.  Jinnota li l-infrastruttura u l-faċilitajiet ta' produzzjoni tax-xandir awdjoviżiv tal-Kunsill komplew jitjiebu fl-2019 sabiex tiżdied l-effiċjenza fl-operazzjonijiet u biex l-infrastruttura tibqa' valida għall-futur u tkun aktar reżiljenti sabiex tkun tista' tittratta l-volum dejjem jikber ta' kopertura bil-vidjo;

Ir-rwol tal-Kunsill fil-ħatra tal-prosekuturi Ewropej għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-"UPPE")

49.  Ifakkar li fl-2019 u fl-2020 il-kumitati nazzjonali ta' qabel l-għażla ħatru kandidati għal evalwazzjoni u l-bord tal-għażla Ewropew iddelibera dwar il-kwalifiki tat-22 prosekutur Ewropew li kellhom jinħatru fl-UPPE fl-2020; ifakkar li skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/1696(6), il-bord tal-għażla Ewropew jevalwa l-kandidati u jipprovdi lill-Kunsill klassifika li l-Kunsill għandu jqis;

50.  Ifakkar li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2020/1117(7) tiddikjara li "[F]ir-rigward tal-kandidati nnominati mill-Belġju, il-Bulgarija u l-Portugall, il-Kunsill ma segwiex l-ordni ta' preferenza mhux vinkolanti tal-bord tal-għażla, abbażi ta' valutazzjoni differenti tal-merti ta' dawk il-kandidati li twettqet fil-korpi preparatorji rilevanti tal-Kunsill";

51.  Ifakkar li fis-27 ta' Lulju 2020, l-Awstrija, l-Estonja, il-Lussemburgu u n-Netherlands ippubblikaw dikjarazzjoni li enfasizzat li "trid tiġi evitata kompetizzjoni bejn il-klassifikazzjonijiet tal-bordijiet tal-għażla nazzjonali u l-klassifikazzjoni tal-bord tal-għażla Ewropew, bir-riskju li jitnaqqas il-komponent Ewropew tal-proċedura ta' ħatra";

52.  Jiddispjaċih li l-Kunsill ma weġibx b'mod xieraq għad-diversi mistoqsijiet parlamentari bil-miktub bejn Lulju u Settembru 2020 li fihom intalbet spejgazzjoni għalfejn iddeċieda li ma jsegwix ir-rakkomandazzjonijiet mill-bord tal-għażla Ewropew u intalab li l-proċess ta' valutazzjoni li wasslet għad-deċiżjoni li ma jiġux segwiti r-rakkomandazzjonijiet tal-bord tal-għażla Ewropew tiġi elaborata;

53.  Jinsab ferm imħasseb dwar ir-rivelazzjonijiet tal-midja li l-gvern Portugiż ta informazzjoni żbaljata lill-Kunsill dwar it-titlu u l-esperjenza tal-kandidat ikklassifikat fit-tieni post mill-bord tal-għażla Ewropew, li b'hekk wasslet għall-ħatra tiegħu bħala l-prosekutur Portugiż Ewropew;

54.  Ifakkar li l-prosekuturi Ewropej jeħtiġilhom ikunu indipendenti u kull suspett ta' intervent minn gvern nazzjonali favur kandidat kontra r-rakkomandazzjoni tal-bord tal-għażla Ewropew ikollu impatt negattiv gravi fuq ir-reputazzjoni, l-integrità u l-indipendenza tal-UPPE bħala istituzzjoni;

Qagħda attwali fir-rifjut tal-kwittanza

55.  Jenfasizza l-prerogattivi tal-Parlament li jagħti l-kwittanza skont l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea kif ukoll id-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament Finanzjarju u tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament f'konformità mal-interpretazzjoni u l-prattika attwali, jiġifieri, is-setgħa li jagħti l-kwittanza sabiex tinżamm it-trasparenza u li jiżgura l-obbligu ta' rendikont fil-konfront tal-kontribwenti tal-Unjoni;

56.  Jinnota li, matul kważi għoxrin sena, il-Parlament żviluppa l-prattika li jagħti l-kwittanza lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji kollha tal-Unjoni;

57.  Billi l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tappoġġja d-dritt tal-kontribwenti u biex il-pubbliku jinżamm infurmat dwar l-użu tad-dħul pubbliku;

58.  Itenni li kemm il-ftuħ kif ukoll it-trasparenza fl-amministrazzjoni tal-Unjoni u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni jirrikjedu proċedura ta' kwittanza miftuħa u trasparenti li biha kull istituzzjoni tal-Unjoni tkun responsabbli għall-baġit li teżegwixxi, skont l-Artikolu 59 tar-Regolament Finanzjarju;

59.  Itenni l-ħtieġa li tittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet fil-qafas tal-proċedura ta' kwittanza permezz ta' memorandum ta' qbil bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni bejn il-Parlament u l-Kunsill matul il-proċedura annwali ta' kwittanza;

60.  Jenfasizza li, skont l-Artikolu 13 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kull istituzzjoni għandha taġixxi fil-limiti tas-setgħat mogħtija lilha fit-Trattati, u f'konformità mal-proċeduri, il-kundizzjonijiet u l-objettivi stabbiliti fihom, u l-istituzzjonijiet għandhom jipprattikaw kooperazzjoni reċiproka sinċiera;

61.  Ifakkar fid-diffikultajiet li nqalgħu ripetutament fil-proċeduri ta' kwittanza sal-lum minħabba nuqqas ta' kooperazzjoni mill-Kunsill u jfakkar li l-Parlament irrifjuta li jagħti l-kwittanza lis-segretarju ġenerali tal-Kunsill fir-rigward tas-snin finanzjarji 2009 sal-2019;

62.  Jisħaq li s-sitwazzjoni attwali, fejn il-Parlament jista' jiċċekkja biss ir-rapporti tal-Qorti u tal-Ombudsman Ewropew kif ukoll l-informazzjoni dwar is-sit web tal-Kunsill iżda fejn ma jirċevix tweġibiet bil-miktub jew orali mill-Kunsill matul il-proċedura annwali ta' kwittanza, tagħmilha impossibbli għall-Parlament li jagħmel deċiżjoni infurmata dwar l-għoti tal-kwittanza, u li din għandha effett negattiv dejjiemi fuq iż-żewġ istituzzjonijiet u tiskredita l-proċedura għall-iskrutinju politiku tal-ġestjoni tal-baġit;

63.  Jissottolinja l-ħtieġa li jerġgħu jinbdew negozjati mal-Kunsill bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim reċiprokament sodisfaċenti biex finalment tingħeleb din is-sitwazzjoni ta' staġnar;

64.  Itenni li hemm tim tan-negozjati f'isem il-Parlament u li fil-25 ta' Mejju 2020 intbagħtet ittra mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament lis-segretarju ġenerali tal-Kunsill li tissuġġerixxi li jinbdew in-negozjati;

65.  Għadu konvint li ftehim dwar din il-kwistjoni huwa possibbli u għalhekk, jistieden lill-Kunsill jissokta n-negozjati mingħajr dewmien żejjed sabiex tinstab soluzzjoni li tirrispetta l-obbligu ta' responsabbiltà lejn iċ-ċittadini;

66.  Jinnota li r-rwoli tal-istituzzjonijiet rispettivi fil-proċeduri ta' kwittanza għandha ssirilhom distinzjoni minn xulxin; jenfasizza li l-Parlament ma jaċċettax li ż-żewġ istituzzjonijiet għandhom rwol ekwivalenti u reċiproku fil-proċedura ta' kwittanza;

67.  Fir-rigward tar-rwol speċifiku tal-Kunsill bħala istituzzjoni li tagħti rakkomandazzjonijiet dwar il-proċedura ta' kwittanza, itenni t-talbiet tiegħu lill-Kunsill biex jagħti rakkomandazzjonijiet ta' kwittanza fir-rigward ta' istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni;

68.  Jirrikonoxxi li x-xejra pożittiva ta' dan il-proċess ġiet interrotta bil-pandemija tal-COVID-19; jinnota bi tħassib, madankollu, li fil-ħarifa tal-2020 it-tentattivi kollha min-naħa tal-Parlament biex jiltaqa' għal skambju preliminari inizjali mal-Kunsill ma rnexxewx;

69.  Jindika li sakemm ma jkunux għaddejjin negozjati bejn il-partijiet, il-fehmiet tal-Parlament għadhom validi u li n-negozjati bejn il-partijiet huma prekundizzjoni biex tissolva l-kwistjoni;

70.  Ifakkar fid-dikjarazzjonijiet tal-Viċi President Věra Jourová u l-Kummissarju Johannes Hahn, fis-seduti ta' smigħ tagħhom quddiem il-Parlament fl-2019 li kienu lesti jimpenjaw ruħhom f'din il-kwistjoni sabiex jgħinu biex tinkiseb aktar trasparenza dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill; iqis li n-negozjati jistgħu jiġu estiżi biex jinkludu lill-Kummissjoni sabiex jiġi żgurat li l-Parlament jingħata l-informazzjoni meħtieġa dwar kif il-Kunsill qed jimplimenta l-baġit tiegħu.

71.  Jinnota li ħafna komunikazzjonijiet u dokumenti huma disponibbli biss bl-Ingliż; jinnota wkoll li l-laqgħat ta' ħidma jsiru mingħajr il-possibbiltà ta' interpretazzjoni; jitlob li l-Kunsill jirrispetta l-prinċipji, id-drittijiet u l-obbligi stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u r-Regolament Nru 1/1958, kif ukoll fil-linji gwida u d-deċiżjonijiet interni, bħall-Kodiċi Ewropew ta' Mġiba Amministrattiva Tajba; jistieden għalhekk lill-Kunsill jipprovdi r-riżorsi umani meħtieġa biex jiżgura li l-multilingwiżmu jiġi rispettat, billi jżid l-għadd ta' persunal responsabbli għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni.

(1) ĠU L 67, 7.3.2019.
(2) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 1.
(3) ĠU C 377, 9.11.2020, p. 13.
(4) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 180.
(5) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1
(6) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1696 tat-13 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli ta' ħidma tal-bord tal-għażla previsti fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) 2017/1939 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 282, 12.11.2018, p. 8).
(7) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1117 tas-27 ta' Lulju 2020 li taħtar il-Prosekuturi Ewropej tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (ĠU L 244, 29.7.2020, p. 18).


Kwittanza 2019: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
PDF 189kWORD 65k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (2020/2143(DEC))
P9_TA(2021)0167A9-0064/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2020)0288 – C9-0223/2020)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0064/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (2020/2143(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima IV - Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0064/2021),

A.  billi fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni billi jittejbu t-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u billi jiġi implimentat il-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u l-governanza tajba tar-riżorsi umani;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li, fir-rapport annwali tagħha għall-2019, il-Qorti tal-Awdituri ma identifikat l-ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tas-suġġetti awditjati relatati mar-riżorsi umani u l-akkwist għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-‘QĠUE’);

2.  Jilqa' l-fatt li, abbażi tal-ħidma ta' awditjar tagħha, il-Qorti tal-Awdituri kkonkludiet li l-pagamenti kollha kemm huma għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2019 għal infiq amministrattiv u nfiq ieħor tal-QĠUE ma kellhomx żbalji materjali u li s-sistemi superviżorji u ta' kontroll eżaminati kienu effettivi;

3.  Jiddispjaċih, bħala osservazzjoni ġenerali, li l-Kapitolu 9, "Amministrazzjoni", tar-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri għandu portata u konklużjonijiet pjuttost limitati, minkejja l-fatt li l-Intestatura 5, "Amministrazzjoni", tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali hija meqjusa ta' riskju baxx; jitlob li x-xogħol ta' awditjar għal tali kapitolu jkun aktar ikkonċentrat fuq il-kwistjonijiet ta' rilevanza għolja jew saħansitra ta' importanza kritika għall-QĠUE;

4.  Jinnota li l-baġit tal-QĠUE ammonta għal EUR 429 468 936 (EUR 410 025 089 fl-2018 u EUR 399 344 000 fl-2017) u li r-rata ta' implimentazzjoni kienet ta' 98,7 % (meta mqabbla ma' 99,18 % fl-2018 u 98,69 % fl-2017); jinnota r-rati għolja ta' implimentazzjoni kemm għat-Titolu 1 (persuni li jaħdmu mal-istituzzjoni) u Titolu 2 (bini, għamara, tagħmir u nfiq operattiv mixxellanju) li jammontaw għal rata ta' implimentazzjoni ta' 98,4 % (meta mqabbla ma' 99 % fl-2018 u 98,6 % fl-2017) għat-Titolu 1 u ta' 99,6 % (meta mqabbel ma' 99,8 % fl-2018 u 98,1 % fl-2017) għat-Titolu 2;

5.  Jinnota li kważi 75 % tal-baġit tal-QĠUE ġie allokat għal-infiq fuq il-membri u l-persunal (Titolu 1), u kważi 25 % għal-infiq fuq l-infrastruttura (Titolu 2) -b'mod partikolari l-binjiet u t-teknoloġiji tal-informazzjoni; jinnota li l-approprjazzjonijiet riportati mill-2018 għall-2019 jammontaw għal EUR 21 092 468 (l-aktar minn binjiet li jammontaw għal EUR 15 038 328), li minnhom 87,21 % intużaw fl-2019 meta mqabbel ma' 85,45 % fl-2018;

6.  Jinnota bi tħassib li l-QĠUE tkompli tistma żżejjed xi impenji kif ġie ddikjarat fir-riżoluzzjoni ta' kwittanza tal-2017: għal "missjonijiet għall-membri", il-linja baġitarja 104, EUR 299 750 impenjati meta mqabbla mal-EUR 34 340 imħallsa; għal "missjonijiet ta' persuni li jaħdmu mal-istituzzjoni", il-linja baġitarja 162, EUR 498 500 impenjati meta mqabbla mal-EUR 272 898 imħallsa; għal "taħriġ għall-membri", il-linja baġitarja 106, EUR 270 065 impenjati meta mqabbla mal-EUR 164 263 imħallsa; u għal "taħriġ ta' persuni persuni li jaħdmu mal-istituzzjoni", il-linja baġitarja 1612, EUR 1 528 061 impenjati meta mqabbla mas-EUR 706 717 imħallsa; jinnota, madankollu, li fl-2020 ġew imħallsa ammonti sostanzjali mill-impenji riportati; jistieden lill-QĠUE tkompli bl-isforzi tagħha biex tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba għal-linji baġitarji kollha sabiex jiġu evitati diskrepanzi sinifikanti bejn l-impenji u l-pagamenti;

Riżorsi umani

7.  Jinnota li 2 256 persuna kienu impjegati mill-QĠUE fl-2019 (meta mqabbla ma' 2 217 fl-2018 u 2 180 fl-2017); jinnota li d-distribuzzjoni tal-postijiet tax-xogħol skont is-settur tal-attività tibqa' simili għal dik tas-snin preċedenti, bi kważi 85 % tal-postijiet iddedikati għal attivitajiet ġurisdizzjonali u lingwistiċi; jinnota, fir-rigward tar-rata ta' okkupazzjoni tal-postijiet tax-xogħol, li din għadha f'livell għoli ħafna ta' madwar 97 % fl-2019, simili għal dik fl-2018; jinnota, madankollu, ċerti diffikultajiet fir-reklutaġġ, minħabba opportunitajiet ta' żvilupp tal-karriera aktar limitati u l-livell baxx tas-salarji bażiċi għall-gradi tal-bidu meta mqabbla mal-ispejjeż għolja tal-għajxien fil-Lussemburgu; itenni t-tħassib tiegħu dwar il-problema li qed tikber tad-disparità fil-kapaċità tal-akkwist imġarrba mill-impjegati taċ-ċivil tal-Unjoni li jaħdmu l-Lussemburgu;

8.  Jisħaq fuq l-importanza li jiġi indirizzat in-nuqqas ta' bilanċ bejn il-ġeneri fil-kulleġġ tal-imħallfin; jissottolinja l-impenn tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament favur il-bilanċ bejn il-ġeneri; jagħraf, madankollu, il-fatt li l-isforzi fil-qasam tal-opportunitajiet ugwali qed isiru dejjem aktar viżibbli fil-livell amministrattiv bis-sehem ta' nisa fil-maniġment intermedju li jammonta għal 41 % u fil-maniġment superjuri li jammonta għal 40 %; jinnota li l-persunal b'mod ġenerali għandu distribuzzjoni ta' 39 % irġiel u 61 % nisa u distribuzzjoni ta' 46 % irġiel u 54 % nisa għall-persunal AD;

9.  Jissottolinja l-ħtieġa għal titjib fil-bilanċ ġeografiku tal-persunal, b'mod partikolari għall-pożizzjonijiet maniġerjali, fid-dawl tal-fatt li, sa nofs l-2020, 15 minn 58 kap tal-unità (25,8 %) u 2 minn 15-il direttur (13,3 %) kienu minn Stati Membri li ilhom li ssieħbu fl-Unjoni minn Mejju 2004 (meta mqabbel ma' 15 minn 57 kap ta' unità u 2 minn 13-il direttur fl-2018); jitlob lill-QĠUE ssaħħaħ l-isforzi tagħha f'dan ir-rigward billi tħeġġeġ applikazzjonijiet minn kandidati li n-nazzjonalità tagħhom hija sottorappreżentata u billi tagħmel użu mill-iskambji interistituzzjonali;

10.  Jitlob liċ-ċellola tal-QĠUE dwar l-opportunitajiet indaqs u d-diversità biex tivvaluta l-possibbiltajiet ta' tisħiħ u integrazzjoni ulterjuri tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs fir-reklutaġġ, fit-taħriġ, fl-iżvilupp tal-karriera u fil-kundizzjonijiet tax-xogħol kif ukoll biex tqajjem sensibilizzazzoni fost il-persunal dwar dawn l-aspetti;

11.  Jinnota bi tħassib l-għadd kbir ta' każijiet ta' eżawriment professjonali rrappurtati f'dawn l-aħħar snin fil-QĠUE; jilqa' l-fatt li fl-2019 il-QĠUE ħadet diversi azzjonijiet biex tipprevjeni u tindirizza każijiet ta' eżawriment professjonali bħal pereżempju l-ingaġġ ta' psikologu, taħriġ għall-persunal u programm ta' taħriġ obbligatorju għall-maniġers inkluż komponent sinifikanti ta' benesseri; iqis li kwalunkwe deċiżjoni rigward it-tnaqqis baġitarju u l-miżuri għat-tnaqqis tal-persunal għandha tkun konsistenti mal-prinċipju li jinżammu riżultati tanġibbli ta' kwalità għolja, għandha tirrispetta l-benesseri u s-sodisfazzjon tal-persunal u għandha tqis iż-żieda kostanti fl-ammont ta' xogħol tal-QĠUE f'dawn l-aħħar snin; iħeġġeġ lill-QĠUE timmonitorja mill-qrib l-effettività tal-miżuri li għadhom kemm ġew introdotti biex jindirizzaw ix-xogħol li dejjem qed jiżdied u biex tagħmel aktar sforzi sostanzjali għall-prevenzjoni tal-eżawriment professjonali; iħeġġeġ lill-Qorti tlesti l-arranġamenti tax-xogħol flessibbli eżistenti bi protezzjoni tad-dritt tal-membri tal-persunal għall-iskonnessjoni;

12.  Jilqa' l-passi meħuda mill-QĠUE biex tivvaluta jekk l-ammont ta' xogħol huwiex imqassam b'mod proporzjonali bejn it-timijiet differenti u l-membri tal-persunal sabiex jitnaqqsu l-każijiet ta' eżawriment professjonali u tiżdied l-effiċjenza; jinnota li l-presidenti tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali, rispettivament, għandhom ir-responsabbiltà li jallokaw il-kawżi billi jqisu l-ammont ta' xogħol attwali u antiċipat; jenfasizza l-fatt li saru disponibbli għodod biex tiġi vvalutata b'mod preċiż is-sitwazzjoni inkluża analiżi tal-ammont ta' xogħol kull sitt ġimgħat; jinnota li għal dak li jikkonċerna s-servizzi amministrattivi, billi jqisu ż-żieda kontinwa fl-ammont ta' xogħol u r-riżorsi limitati disponibbli, il-maniġers jissorveljaw l-ammont ta' xogħol u d-distribuzzjoni tiegħu fost il-membri differenti tal-persunal fuq bażi kontinwa sabiex ikunu jistgħu jagħmlu l-aġġustamenti meħtieġa;

13.  Jinsab imħasseb li fl-2019 48,5 % tat-traineeships biss fil-QĠUE kienu mħallsa; jinnota, madankollu, li dan il-persentaġġ żdied minn 31,7 % fl-2018; jirrikonoxxi li l-2019 kienet sena ta' tranżizzjoni lejn l-introduzzjoni gradwali tar-reġim il-ġdid (id-deċiżjoni tal-QĠUE tat-3 ta' Diċembru 2018, li tipprevedi l-possibbiltà li jiġu ingaġġati trainees mħallsa mill-istituzzjonijiet); jieħu nota tal-istima li għall-2020 il-QĠUE se tħallas 75 % tat-trainees tagħha; jinnota li t-traineeships kollha kkanċellati fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19 kienu traineeships mhux imħallsa; jistieden b'mod urġenti lill-QĠUE biex tingaġġa t-trainees tagħha b'kuntratti mħallsa u tipprovdi allowances li jkopru tal-inqas l-ispejjeż tal-għajxien, bl-eċċezzjoni ta' każijiet fejn apprendisti jirċievu pagamenti minn sorsi oħra, bi qbil mal-ftehimiet interistituzzjonali ffirmati mill-QĠUE;

14.  Jinnota b'sodisfazzjon li fl-2019 żdiedu seba' mħallfin oħra fil-Qorti Ġenerali fil-kuntest tat-tielet u l-aħħar stadju tar-riforma strutturali li ġiet adottata fl-2015, li wasslet għall-irduppjar tan-numru ta' mħallfin mal-Qorti Ġenerali;

15.  Jinnota li fl-2019 il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali rreġistraw rispettivament it-tluq ta' 5 u 8 Membri u l-wasla ta' 4 Membri u 14-il Membru; jinnota li n-numru ta' mħallfin fil-Qorti Ġenerali issa jammonta għal 52, f'konformità mad-deċiżjoni li gradwalment jiġi rduppjat in-numru ta' mħallfin; jinnota li l-kwalità tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji u r-riforma li għaddejja tal-Qorti Ġenerali ma kinux parti mir-rieżami mill-Qorti tal-Awdituri fl-2017, iżda li l-Qorti tal-Awdituri tirreferi għall-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422, li jiddikjara li "[s]as-26 ta' Diċembru 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tfassal rapport [...] għall-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-funzjonament tal-Qorti Ġenerali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni [...], [b]'mod partikolari [...] fuq [...] il-ħtieġa u l-effikaċja taż-żieda għal 56 Imħallef, l-użu u l-effikaċja tar-riżorsi u l-istabbiliment ulterjuri ta' awli speċjalizzati u/jew tibdiliet strutturali oħrajn(6)";

16.  Jitlob lill-QĠUE tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar kwalunkwe titjib li jsir fl-effiċjenza tal-proċessi amministrattivi, li jidher li huwa essenzjali fid-dawl taż-żieda kostanti fl-ammont ta' xogħol; itenni l-ħtieġa ta' riformi kontinwi biex jiġi żgurat li l-QĠUE tkun preparata sew biex tirrispondi għall-isfidi futuri u biex ittejjeb aktar il-prestazzjoni ġenerali tagħha sabiex jiġi evitat dewmien mhux raġonevoli fit-trattament tal-kawżi;

Politika ta' etika u integrità

17.  Jilqa' l-bidliet għall-qafas legali intern li jikkonċerna l-vjaġġi tal-Membri, b'mod partikolari fir-rigward tal-użu ta' karozzi u sewwieqa uffiċjali; jinnota li l-użu ta' xufier issa huwa possibbli biss f'żewġ każijiet speċifiċi: vjaġġi fuq xogħol awtorizzati minn qabel imwettqa minn membri għall-fini ta' attivitajiet esterni (ir-regoli li jirregolaw vjaġġi fuq xogħol bħal dawn ma jipprevedu l-ebda sitwazzjoni, sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn sewwieq jista' jintalab jivvjaġġa lejn il-pajjiż ta' oriġini tal-membru jew lejn kwalunkwe pajjiż ieħor mingħajr ma jittrasporta l-membru fil-vettura), u vjaġġi ddettati minn ċirkostanzi speċjali (raġunijiet ta' saħħa jew mediċi, raġunijiet ta' sigurtà jew sikurezza u każijiet ta' force majeure);

18.  Jinnota li fl-2019 ġie rrappurtat allegat każ ta' fastidju u li ġie konkluż li l-allegati fatti ma kinux jikkostitwixxu fastidju kif definit mill-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal; jinnota li fl-2019 ġiet konkluża investigazzjoni waħda wara lmenti ta' fastidju minn membri tal-persunal u li dan il-każ ġie ttrattat permezz ta' inkjesta amministrattiva mmexxija minn ex imħallef tat-Tribunal tas-Servizz Pubbliku; jinnota li ma tressaq l-ebda lment ieħor u li ma kien hemm l-ebda nefqa relatata ma' sentenzi jew il-ġestjoni ta' proċessi ġudizzjarji; jinnota b'sodisfazzjon li r-regoli u l-proċeduri kontra l-fastidju huma ppubblikati fuq is-sit tal-intranet tal-QĠUE sabiex jippromwovu ambjent ta' ħidma rispettuż u tiġi evitata kwalunkwe forma ta' fastidju;

19.  Jinnota li kien hemm każ wieħed ta' żvelar ta' informazzjoni protetta fl-2019 li kien ukoll l-ewwel wieħed li ta bidu għall-applikazzjoni tar-regoli tal-QĠUE dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta adottati fl-2017; jilqa' l-fatt li dan il-każ wera li r-regoli huma "adatti għall-iskop"; jinnota li ma tqisx neċessarju li l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) jiġi infurmat peress li l-QĠUE setgħet tieħu d-deċiżjonijiet xierqa permezz tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha; minkejja dan, jitlob lill-QĠUE tirrapporta dwar dan il-każ lill-awtorità ta' kwittanza;

20.  Jilqa' t-taħriġ bl-isem "Regoli ta' kondotta tajba" li sar fl-2019 bil-parteċipazzjoni ta' 63 membru tal-persunal; jinnota li dan it-taħriġ ġie organizzat sabiex jinforma lill-ħaddiema ġodda u lill-membri l-oħra tal-persunal dwar l-obbligi tagħhom skont ir-Regolamenti tal-Persunal u dwar il-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra; jinnota b'sodisfazzjon li l-korsijiet ikopru suġġetti bħall-fastidju, l-iżvelar ta' informazzjoni protetta, il-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interessi u kwistjonijiet etiċi oħra; jilqa' l-fatt li l-iżvelar ta' informazzjoni protetta u l-kunflitti ta' interessi ġew inklużi wkoll fil-kontenut tat-taħriġ finanzjarju; iħeġġeġ lill-QĠUE tkompli dak it-taħriġ b'mod sistematiku għall-ħaddiema ġodda u b'mod perjodiku għall-bqija tal-persunal; jistieden lill-QĠUE tippromwovi taħriġ ieħor ta' natura simili;

21.  Jinnota li, fir-rigward ta' każijiet relatati ma' lmenti mressqa quddiem l-Ombudsman Ewropew, żewġ każijiet kienu pendenti fl-1 ta' Jannar 2019 u nfetaħ każ wieħed fl-2019; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li dawn it-tliet każijiet ingħalqu kollha fl-2019 u l-Ombudsman Ewropew ma kkonstatat l-ebda każ ta' amministrazzjoni ħażina;

22.  Jilqa' l-ħolqien taċ-ċellola dwar l-opportunitajiet indaqs u d-diversità fi ħdan id-direttorat għar-riżorsi umani u l-amministrazzjoni tal-persunal, li għandha l-għan li tiżviluppa u timplimenta politika li tagħti attenzjoni partikolari lill-integrazzjoni tal-prinċipji tal-opportunitajiet indaqs u d-diversità fid-diversi proċeduri ta' ġestjoni tar-riżorsi umani; u jitlob lill-QĠUE tirrapporta dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-ħidma lill-awtorità ta' kwittanza;

23.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-QĠUE ma kinitx f'pożizzjoni li tipprovdi informazzjoni dwar il-proċeduri interni tagħha relatati mar-"revolving doors" għall-membri anzjani tal-persunal; ifakkar fit-talba tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament biex jiġu stabbiliti u ppubblikati regoli stretti f'dan ir-rigward mingħajr dewmien; ifakkar ukoll fl-inizjattiva tal-Ombudsman Ewropew fl-2018 dwar kif l-aħjar li jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti tal-Persunal dwar ir-"revolving doors";

24.  Jinnota r-regoli stabbliti li jirregolaw l-impjieg wara t-tmiem tal-mandat tal-membri tal-QĠUE; jinnota li l-kodiċi ta' kondotta jistabbilixxi diversi tipi ta' restrizzjonijiet bħal perjodu ta' stennija ta' tliet snin li matulu l-ex membri jeħtiġilhom ma jirrappreżentawx partijiet f'kawżi quddiem il-QĠUE; jinnota wkoll li l-ex membri jeħtiġilhom li ma jkunu involuti bl-ebda mod, f'kawżi li kienu pendenti quddiem il-qorti li tagħha kienu membri jew f'kawżi konnessi ma' kawżi oħra, kemm jekk pendenti kif ukoll jekk konklużi, li huma kienu ttrattaw bħala membri ta’ dik il-qorti;

25.  Jilqa' l-fatt li, wara t-talba tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament, il-QĠUE ppubblikat fuq is-sit web tagħha lista tal-attivitajiet esterni tal-membri tagħha; jitlob bil-qawwa li aktar informazzjoni dettaljata għandha tiġi ppubblikata, fl-interess tat-trasparenza, dwar kwistjonijiet bħal pereżempju l-għan, id-data, il-post, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza għall-avvenimenti elenkati u jekk dawn l-ispejjeż tħallsux mill-QĠUE jew minn parti terza; jinnota li l-involviment f'attivitajiet esterni huwa soġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel, irid jaqa' fl-ambitu tad-dmirijiet tal-membri fir-rigward tat-tixrid tal-ġurisprudenza u jrid ikun kompatibbli mar-rekwiżiti tal-kodiċi ta' kondotta;

26.  Iħeġġeġ lill-QĠUE ssaħħaħ l-isforzi tagħha biex tiffinalizza pakkett ġenerali ta' miżuri fir-rigward tal-kodiċi ta' kondotta għall-persunal; ifakkar li l-kodiċi ta' kondotta rivedut l-iktar reċentement għall-membri daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2017; itenni l-ħtieġa ta' dispożizzjonijiet dettaljati relatati ma' kwistjonijiet bħall-kunflitti ta' interessi, attivitajiet esterni, attivitajiet relatati max-xogħol wara t-tluq mis-servizz u l-impjieg bi qligħ tal-konjuġi; jinnota li l-ammont ta' xogħol addizzjonali minħabba s-sitwazzjoni attwali tas-saħħa dewwem il-proċess;

27.  Jinsab imħasseb li d-dikjarazzjonijiet ta' interessi finanzjarji għadhom ta' natura awtodikjaratorja; jistieden lill-QĠUE tħaffef il-proċess tal-eżami dwar jekk dan il-mekkaniżmu jistax jittejjeb fir-rigward tal-prinċipju tal-indipendenza ġudizzjarja u tirrapporta lura lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament; jinnota li kull membru jippreżenta dikjarazzjoni ta' interessi finanzjarji meta jidħol fil-kariga u jaġġorna din id-dikjarazzjoni meta jkun meħtieġ; jinnota li l-president ta' kull qorti jeżamina d-dikjarazzjonijiet bil-għan li jiġu evitati kunflitti ta' interessi meta jiġu assenjati kawżi lill-imħallfin relaturi differenti; itenni, madankollu, li għandha tkun parti terza indipendenti li tirrevedi d-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji u li tivvaluta l-eżistenza ta' kunflitti ta' interessi;

28.  Jilqa' r-rieda tal-QĠUE li tiżgura trasparenza akbar; iħeġġeġ lill-QĠUE tippubblika fuq is-sit web tagħha s-CVs tal-membri u jistieden lill-QĠUE tqis l-approċċi segwiti mill-istituzzjonijiet l-oħra u l-Istati Membri f'dan il-qasam;

Bini u sigurtà

29.  Jilqa' d-dħul fis-servizz tal-ħames estensjoni għall-Palais tal-Qorti tal-Ġustizzja, inkluż it-Torri C il-ġdid f'Lulju 2019; jinnota l-erja totali tas-superfiċje ta' 42 631 m², li minnhom madwar 14 850 m² huma spazju għall-uffiċċji, li ppermettiet lill-QĠUE ttemm il-kiri tal-bini preċedenti mikri matul dawn l-aħħar snin f'Kirchberg; jinnota li saru bidliet fit-tqassim tal-uffiċċji, wara stħarriġ dwar l-ispazju miftuħ, bidliet li wrew li kienu sodisfaċenti u li ppermettew lill-QĠUE tipprovdi soluzzjonijiet xierqa għas-servizzi u l-membri tal-persunal;

30.  Jitlob lill-QĠUE tirrapporta dwar ir-riżultati tas-sejbiet tal-kumitati rispettivi għall-opportunitajiet indaqs u d-diversità (Intercopec) dwar is-suġġett tad-diżabilità u dwar is-suġġett tat-titjib possibbli għall-persuni b'mobilità mnaqqsa jew diżabilitajiet oħra, inkluża l-evakwazzjoni ta' emerġenza ta' dawn il-persuni li tinvolvi modifiki raġonevoli għall-binjiet tal-QĠUE fir-rigward tal-aċċess u t-tagħmir adegwat tal-uffiċċji;

31.  Jirrikonoxxi li l-QĠUE attrezzat ruħha b'korpi ta' kriżi, li jippermettulha tirreaġixxi b'mod effettiv għal kwalunkwe eventwalità sabiex tiġi ggarantita s-sigurtà tal-persunal, il-binjiet u l-informazzjoni u biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-ħidma u li l-utilità u l-funzjonament xieraq ta' dawn il-korpi ġew ippruvati matul il-kriżi tal-COVID-19 fl-2020; jinnota li n-nefqa addizzjonali fil-linja baġitarja tal-2026 "Is-sigurtà u s-sorveljanza tal-bini" fl-2019 kienet tammonta għal madwar EUR 500 000;

Dimensjoni ambjentali

32.  Japprezza l-fatt li l-QĠUE qiegħda kontinwament ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tagħha billi tapplika r-Regolament (KE) Nru 1221/2009(7) (EMAS III) li jirrikjedi monitoraġġ ta' diversi aspetti ambjentali abbażi tal-indikaturi; jilqa' l-fatt li l-biċċa l-kbira mill-11-il indikatur, fil-forma ta' proporzjon għal kull FTE (Ekwivalenti Full-Time), urew xejra favorevoli fl-2019 meta mqabbla mal-2015, is-sena bażi tas-sistema EMAS tal-QĠUE; iħeġġeġ lill-QĠUE tkompli tnaqqas l-impronta ambjentali tagħha billi timplimenta soluzzjonijiet ta' xogħol newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju u sorsi nodfa ta' enerġija;

Komunikazzjoni

33.  Jinnota b'interess li wieħed mill-punti ewlenin tal-attivitajiet ta' komunikazzjoni tal-QĠUE fl-2019 kien l-użu akbar tal-midja soċjali proprjetarja sabiex jiġi żgurat tixrid akbar tal-informazzjoni tagħha; jinnota li f'Novembru 2019, il-QĠUE bdiet tuża b'mod attiv LinkedIn biex toffri informazzjoni lil partijiet interessati dwar il-ħidma tagħha; jinkoraġġixxi lill-QĠUE tistabbilixxi preżenza fin-networks tal-midja soċjali liberi u b'sors miftuħ, bħal Mastodon, sabiex tikseb aktar trasparenza u parteċipazzjoni usa'; jilqa' l-fatt li fl-2019, is-sit web tal-QĠUE rċieva total ta' 8 150 232 żjara (meta mqabbla ma' 8 270 495 fl-2018) u 36 065 064 żjara lill-paġna (meta mqabbla ma' 32 808 573 fl-2018); jinnota li kemm fl-2018 kif ukoll fl-2019, total ta' EUR 60 000 kien ibbaġitjat għall-esternalizzazzjoni ta' xi xogħol ta' monitoraġġ tal-midja, li ma setax jibqa' jitwettaq internament minħabba l-ħtieġa li ċerti riżorsi umani jiġu riallokati għal kompiti oħra;

34.  Iħeġġeġ lill-QĠUE ttejjeb it-trasparenza u jilqa' d-deċiżjoni tal-QĠUE li tipprovdi streaming dirett tas-sentenzi tal-awla manja tagħha permezz ta' Ewropa bis-Satellita (EbS); jinnota li l-istreaming dirett tas-seduti ta' smigħ stess ikun kumpless u għoli peress li dan isir f'24 lingwa u, mingħajr aċċess għal interpretazzjoni simultanja, ikun estremament diffiċli għall-maġġoranza l-kbira taċ-ċittadini tal-Unjoni biex isegwu; jilqa' wkoll il-fatt li minn Novembru 2019 il-QĠUE qed tippubblika talbiet għal deċiżjoni preliminari mill-qrati nazzjonali, noti interni ta' riċerka u deċiżjonijiet ġudizzjarji nazzjonali fuq is-sit web tan-Network Ġudizzjarju tal-Unjoni Ewropea (RJUE);

35.  Jissottolinja l-iżvilupp tal-kooperazzjoni mal-imħallfin nazzjonali, li minnhom 2 824 intlaqgħu fil-Qorti għal seminars, taħriġ, żjarat jew traineeships fl-2019, meta mqabbla ma' 2 292 fl-2018;

36.  Japprezza l-bidla pożittiva li saret mill-RJUE u jifraħ lill-QĠUE għat-trawwim tat-trasparenza billi għamlet id-dokumenti proċedurali u dottrinali mill-pjattaforma RJUE aċċessibbli liberament fuq is-sit web tal-QĠUE fl-2019, kif irrakkomandat mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali tal-Parlament fl-opinjoni tiegħu għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament li kien parti mill-proċedura ta' kwittanza tal-2018; jilqa' l-progress li sar fil-qasam diġitali, b'mod partikolari fil-forma tal-għodda l-ġdida tad-"dokumentazzjoni ġudizzjarja", li tiffaċilita l-aċċess għad-dokumentazzjoni u l-informazzjoni rilevanti għat-trattament ta' ċerti kawżi mressqa quddiem il-Qorti;

Kooperazzjoni interistituzzjonali

37.  Jilqa' l-fatt li l-QĠUE dejjem ikkooperat bis-sħiħ mal-OLAF u li l-QĠUE hija impenjata li tkompli b'din il-kooperazzjoni pożittiva; jissottolinja li fl-2019 ittieħdet miżura dixxiplinarja wara investigazzjoni tal-OLAF li saret fl-2018 u jinnota li l-OLAF ġie infurmat kif xieraq; jinnota, barra minn hekk, li fl-2019 infetħet investigazzjoni tal-OLAF li għadha għaddejja u wasslet għal perjodu intensiv ta' kooperazzjoni mal-OLAF;

38.  Japprezza l-kapitolu l-ġdid fir-rapport annwali tal-attività tal-QĠUE li jittratta t-tariffi, is-servizzi u kwistjonijiet relatati b'rabta mal-ftehimiet dwar il-livell ta' servizz ma' istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni kif mitlub fir-riżoluzzjoni ta' kwittanza tal-2018; jinnota li l-QĠUE kompliet tiżviluppa strateġija fuq diversi binarji ta' kooperazzjoni interistituzzjonali bil-valur totali tal-ftehimiet dwar il-livell ta' servizz interistituzzjonali li jammonta għal EUR 7 852 221 fl-2019; jinnota l-organizzazzjoni ta' sejħiet għall-offerti interistituzzjonali, li fihom il-QĠUE hija sieħba jew mexxejja, sabiex tibbenefika minn prezzijiet tas-suq aħjar u biex tottimizza l-kostijiet ta' ġestjoni assoċjati; jinnota l-kooperazzjoni fil-qasam tat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni fil-kuntest tal-Kumitat Interistituzzjonali għat-Traduzzjoni u l-interpretazzjoni;

39.  Jilqa' l-parteċipazzjoni tal-QĠUE fi gruppi jew networks interistituzzjonali f'diversi oqsma, bħall-binjiet u s-sigurtà, il-protezzjoni ambjentali, l-informatika legali, it-taħriġ vokazzjonali, il-librerija, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni; jinnota li l-applikazzjonijiet kondiviżi komuni għall-QĠUE u istituzzjonijiet oħra jkopru l-oqsma ewlenin tal-ġestjoni amministrattiva bħar-riżorsi umani, il-pagi, il-baġit u l-ġestjoni finanzjarja u tal-kontabbiltà; jinnota li l-QĠUE qed taħdem b'mod attiv mal-Kummissjoni biex ittejjeb l-għodda e-translation; jinnota l-parteċipazzjoni tal-QĠUE fil-grupp ta' monitoraġġ interistituzzjonali mal-awtoritajiet Irlandiżi u istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni biex isiru l-preparamenti għat-tneħħija tad-deroga applikabbli għal-lingwa Irlandiża fl-1 ta' Jannar 2022;

40.  Jirrikonoxxi l-kunsiderazzjoni bir-reqqa tal-QĠUE tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament, espressi fir-riżoluzzjonijiet ta' kwittanza tiegħu; jenfasizza l-importanza ta' din il-feedback kif ippreżentata fid-dokument ta' segwitu tal-QĠUE lill-awtorità ta' kwittanza;

Diġitalizzazzjoni u ċibersigurtà

41.  Jenfasizza u jilqa' l-fatt li, matul l-2019 u f'konformità mal-istrateġija diġitali tal-QĠUE, din kompliet taħdem fuq il-programm ta' sistema integrata ta' ġestjoni tal-każijiet (il-programm SIGA) li għandu l-għan li jibni sistema integrata li tissostitwixxi l-maġġoranza tal-applikazzjonijiet ġudizzjarji użati mill-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali; jinnota li l-programm SIGA beda f'nofs l-2018 wara rakkomandazzjoni mill-Qorti tal-Awdituri; jilqa' l-fatt li l-QĠUE qed tkompli ttejjeb is-sitwazzjoni tal-IT tagħha; jinnota li l-investiment fil-proġetti u t-tagħmir żdied b'EUR 1,3 miljun fl-2019 meta mqabbel mal-2018;

42.  Jirrikonoxxi li l-QĠUE kompliet tiżgura s-sigurtà tal-operazzjonijiet tal-IT tagħha f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Iskwadra ta' Rispons f'Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji Ewropej; jinnota li matul l-2019, il-QĠUE kienet f'pożizzjoni li tittratta l-attakki ċibernetiċi kollha li kienet qed taffaċċja u li tiżgura l-protezzjoni tax-xenarju tal-IT kollu mingħajr inċidenti kbar; jilqa' l-fatt li, minbarra l-miżuri tekniċi u operattivi meħuda biex tiġi żgurata ċ-ċibersigurtà, il-QĠUE fl-2019 nediet inizjattivi ewlenin ta' sensibilizzazzjoni;

43.  Jilqa' l-fatt li l-QĠUE saħħet il-qafas legali intern tagħha fil-qasam tal-protezzjoni tad-data sabiex tistabbilixxi awtoritajiet ta' superviżjoni indipendenti responsabbli għall-monitoraġġ tal-proċess tad-data personali mill-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali meta taġixxi fil-kapaċità ġudizzjarja tagħhom;

44.  Jinnota li l-QĠUE stabbiliet laboratorju tal-innovazzjoni sabiex tesplora l-użu tal-intelliġenza artifiċjali (IA) għas-sistemi ġudizzjarji; jinsab imħasseb dwar l-impatt tal-użu tal-IA fuq id-drittijiet tal-bniedem fis-sistemi ġudizzjarji; jitlob lill-QĠUE tipprovdi aktar informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-laboratorju tal-innovazzjoni lill-Parlament;

45.  Jinnota li l-QĠUE kienet is-suġġett ta' żewġ investigazzjonijiet mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS) fl-2019; jenfasizza li l-ewwel investigazzjoni, li tnediet fl-2018, kienet tikkonċerna l-użu tas-servizzi web fuq is-sit web tal-QĠUE; jilqa' l-fatt li wara r-rakkomandazzjonijiet tal-EDPS u fid-dawl ta' sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja(8), is-sit web ġie adattat; jinnota li għadha għaddejja t-tieni investigazzjoni dwar l-użu mill-QĠUE tal-prodotti ta' Microsoft; jinnota li l-politika tal-QĠUE hija dik li jkun hemm approċċ flessibbli, billi jitqiesu kemm it-teknoloġiji b'sors miftuħ kif ukoll is-software u l-hardware kummerċjalment disponibbli, skont il-ħtiġijiet tagħha;

46.  Jinkoraġġixxi lill-QĠUE ssegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-EDPS biex terġa' tinnegozja l-ftehim interistituzzjonali dwar il-liċenzji u l-kuntratt ta' implimentazzjoni, iffirmat bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u Microsoft fl-2018, bl-objettiv li tintlaħaq is-sovranità diġitali, jiġu evitati l-intrappolament tal-klijentela u n-nuqqas ta' kontroll kif ukoll biex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data personali;

47.  Jilqa' ż-żieda sinifikanti fir-rata tal-użu tal-applikazzjoni e-Curia fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-2019 (80 % tal-atti proċedurali kollha ppreżentati quddiem dik il-qorti fl-2019 ġew ippreżentati permezz ta' dan il-kanal) u li l-persentaġġ kompla jiżdied matul il-kriżi tal-COVID-19 fl-2020; iħeġġeġ lill-QĠUE tkompli żżid l-użu tal-għodod diġitali fil-proċedimenti tagħha safejn ikun possibbli; jifhem bis-sħiħ it-tħassib tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-fatt li jiġi impost l-użu ta' e-Curia fiċ-ċirkostanzi kollha jista' jkun sproporzjonat u jista' jwassal għal restrizzjoni fl-aċċess għall-ġustizzja;

48.  Jenfasizza l-fatt li l-introduzzjoni ta' e-Curia f'Novembru 2011 kellha impatt kbir fuq it-tnaqqis tal-kostijiet postali (filwaqt li dawk l-ispejjeż ammontaw għal EUR 720 598 fl-2011, dawn ammontaw biss għal EUR 89 954 fl-2019, u d-differenza fl-ammonti tirrappreżenta tnaqqis ta' aktar minn 87 % fuq tmien snin); iħeġġeġ ukoll lill-QĠUE fl-impenn tagħha li twaqqaf sistema integrata ta' ġestjoni tal-każijiet, li timplimenta d-diġitalizzazzjoni tal-istadji kollha tal-proċess ġudizzjarju sa fejn ikun possibbli;

49.  Jilqa' ż-żieda kostanti fin-numru ta' konnessjonijiet għall-applikazzjoni e-Curia (6 588 fl-2019 meta mqabbla ma' 4 865 fl-2018) u l-użu tagħha mill-Istati Membri kollha, li juri kemm li l-pjattaforma hija effettiva u li l-pubbliku huwa aktar konxju mill-eżistenza, l-effiċjenza, il-veloċità u l-benefiċċji ta' din l-applikazzjoni; jilqa', barra minn hekk, il-fatt li l-persentaġġ ta' dokumenti proċedurali ppreżentati fuq e-Curia qed jiżdied, 93 % fil-każ tal-Qorti Ġenerali (meta mqabbel ma' 85 % fl-2018) u 80 % fil-każ tal-Qorti tal-Ġustizzja (meta mqabbel ma' 75 % fl-2018);

Ġestjoni interna u kontroll intern

50.  Jilqa' t-tlestija tat-tielet fażi tar-riforma strutturali fl-2019, li ġġib magħha bidliet strutturali sinifikanti fil-Qorti Ġenerali, b'mod partikolari l-ħolqien ta' kmamar speċjalizzati għall-kawżi dwar il-proprjetà intellettwali u l-persunal, l-involviment akbar tal-presidenti u l-viċi president fix-xogħol ġudizzjarju, u l-modernizzazzjoni tas-sistemi għall-monitoraġġ statistiku tal-prestazzjoni tal-kmamar u għall-ippjanar ta' nofs it-terminu tal-Qorti Ġenerali;

51.  Jilqa' l-fatt li ż-żewġ qrati li jiffurmaw il-QĠUE għalqu total ta' 1 739 kawża fl-2019, u dan jirrappreżenta livell għoli ta' produttività minkejja li ġie rreġistrat tnaqqis żgħir meta mqabbel mal-2018 (1 769 kawża); jinnota, barra minn hekk, li l-għadd totali ta' kawżi mressqa quddiem iż-żewġ qrati fl-2019 laħaq livell rekord, b'1 905 kawża meta mqabbla ma' 1 683 kawża fl-2018, u f'dan il-kuntest jilqa' l-introduzzjoni, mill-1 ta' Mejju 2020, tal-mekkaniżmu għall-ammissjoni minn qabel tal-appelli, li għandu jtaffi l-piż tax-xogħol fil-Qorti tal-Ġustizzja;

52.  Jenfasizza li l-Qorti tal-Ġustizzja rreġistrat għadd kbir ta' kawżi ġodda introdotti fl-2019 (966), li jirrappreżenta żieda ta' 13,78 % meta mqabbla mal-2018; jirrimarka li numru kbir ta' kawżi ġodda tressqu wkoll quddiem il-Qorti Ġenerali fl-2019, li ammonta għal 939 meta mqabbel mal-ammont ta' 834 fl-2018; jilqa' l-għadd rekord ta' kawżi magħluqa fil-Qorti tal-Ġustizzja (865), jiġifieri żieda ta' 13,8% meta mqabbla mal-2018; jinnota bi tħassib li l-għadd ta' kawżi magħluqa fil-Qorti Ġenerali fl-2019 (874) huwa ferm inqas minn dak fl-2018 (1 009);

53.  Jinsab imħasseb madankollu dwar iż-żieda ta' madwar 7 % fl-għadd ta' kawżi pendenti meta mqabbel mal-2018 (2 500 kawża pendenti fil-31 ta' Diċembru 2019 meta mqabbla ma' 2 334 fil-31 ta' Diċembru 2018);

54.  Jindika li fl-2019 il-kawżi eżaminati mill-Qorti tal-Ġustizzja kienu jikkonċernaw prinċipalment il-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-Istat u l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, filwaqt li l-kwistjonijiet ittrattati mill-Qorti Ġenerali kienu jikkonċernaw prinċipalment l-għajnuna mill-Istat u l-proprjetà intellettwali u industrijali; jinnota li l-kwistjonijiet ewlenin indirizzati mill-Qorti Ġenerali baqgħu ma nbidlux mill-2018 sal-2019, filwaqt li l-kawżi prinċipali eżaminati mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-2018 kienu jinkludu l-libertà ta' moviment u ta' stabbiliment, is-suq intern u l-proprjetà intellettwali u industrijali, flimkien ma' dawk relatati mal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja;

55.  Ifakkar fl-importanza tar-rappurtar dwar l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni stabbiliti f'konformità mal-proċess ta' riforma strutturali sabiex jitkejlu l-kisbiet meta mqabbla mal-objettivi strateġiċi; jitlob lill-QĠUE tipprovdi sinteżi fir-rapport annwali tal-attività li jmiss;

56.  Jilqa' l-bidla fl-istruttura tar-rapport dwar il-ġestjoni tal-QĠUE ta' din is-sena, li jippreżenta l-informazzjoni b'mod aktar ċar u li jinftiehem;

57.  Jilqa' t-tnaqqis tat-tul medju tal-proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali, u jinnota li l-2019 rat żieda sinifikanti fl-għadd ta' każijiet ġodda quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (żieda ta' 14 % meta mqabbel mal-2018), li fil-biċċa l-kbira tagħha kienet attribwibbli għaż-żieda konsiderevoli fl-għadd ta' appelli;

58.  Ifakkar li l-funzjonament effettiv u effiċjenti ta' sistema ta' kontroll intern irid ikun prijorità tal-QĠUE; jinnota li l-qafas ta' kontroll intern, kif adottat bid-deċiżjoni tal-kumitat amministrattiv fid-29 ta' Jannar 2019, huwa bbażat l-aktar fuq il-prinċipji tal-awtonomija u l-obbigu ta' rendikont f'kull livell ta' tmexxija; jilqa' l-fatt li fl-2019, tħejjiet gwida għall-kontroll intern bil-għan li s-servizzi jiġu megħjuna fl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-qafas il-ġdid; jinnota li l-qafas jeżisti fost strumenti oħra ta' servizz ċentralizzat ta' verifika ex ante, sistema integrata ta' kontijiet u ġestjoni tal-baġit u servizz tal-awditjar intern indipendenti (IAS);

59.  Jinnota li, kif iddikjarat fir-rapport annwali tal-IAS, fl-2019 tlestew l-awditi fl-oqsma ta' "rieżami tal-parteċipazzjoni f'korpi interistituzzjonali" u "analiżi ta' prattiki tajbin fis-superviżjoni ta' fornituri esterni ta' servizzi interni"; jinnota li fl-2019 l-IAS kompla jipprovdi pariri f'diversi oqsma ta' attività fil-kuntest tar-riforma tal-arkitettura ġudizzjarja u ż-żieda fl-ammont ta' xogħol f'xi servizzi tal-QĠUE;

60.  Jilqa' l-fatt li l-IAS jissorvelja regolarment l-azzjoni meħuda b'reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet magħmula fl-awditi mwettqa fis-snin preċedenti; jinnota li fil-kuntest ta' "rieżami tal-istrateġija tal-QĠUE fil-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali li hija ta' ħsara għall-interessi tal-Unjoni Ewropea", waħda mir-rakkomandazzjonijiet ewlenin hija rivalutazzjoni perjodika tar-reġistri tar-riskji; jinnota, barra minn hekk, il-valur tat-titjib tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni; japprezza l-fatt li s-sit tal-intranet ġie ssupplimentat b'taqsima ddedikata għall-etika u l-kondotta professjonali; jilqa' wkoll il-programm obbligatorju ta' taħriġ speċifiku b'sessjonijiet iddedikati għas-sigurtà fiżika, il-protezzjoni tad-data u s-sigurtà tal-informazzjoni;

Multilingwiżmu

61.  Jinnota li l-QĠUE kompliet bl-isforzi tagħha fir-rigward tal-proġett "Ottimizzazzjoni tal-kontribut tat-traduzzjoni esterna" li beda fl-2015; jinnota li r-rata globali ta' esternalizzazzjoni tat-traduzzjonijiet legali żdiedet minn 31,2 % fl-2015 għal 40,6 % fl-2019; jissottolinja, madankollu, li hemm limitazzjonijiet għall-esternalizzazzjoni għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità u provvista insuffiċjenti; huwa konxju li t-traduzzjonijiet kollha tal-QĠUE huma tekniċi, legali u ta' livell għoli ta' kumplessità li jfisser li t-tradutturi freelance jeħtiġilhom, sa fejn ikun possibbli, ikunu avukati jew inkella jkollhom esperjenza fit-traduzzjoni legali.

(1) ĠU L 67, 7.3.2019.
(2) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 1.
(3) ĠU C 377, 9.11.2020, p. 13.
(4) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 180.
(5) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(6) Rapport Speċjali Nru 14/2017: "Analiżi tal-prestazzjoni tal-ġestjoni ta' kawżi fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea".
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1).
(8) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta' Ottubru 2019, Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände - Verbraucherzentrale Bundesverband e.V. vs Planet49 GmbH, C-673/17, ECLI:EU:C:2019:801.


Kwittanza 2019: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Qorti tal-Awdituri
PDF 187kWORD 64k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri (2020/2144(DEC))
P9_TA(2021)0168A9-0059/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2020)0288 – C9-0224/2020)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0059/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Qorti tal-Awdituri għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri (2020/2144(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0059/2021),

A.  billi fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni billi jittejbu t-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u billi jiġi implimentat il-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u l-governanza tajba tar-riżorsi umani;

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali tal-Qorti tal-Awdituri (‘il-Qorti’) huma awditjati minn awditur estern indipendenti bil-ħsieb li jiġu applikati l-istess prinċipji ta' trasparenza u obbligu ta' rendikont li l-Qorti tapplika fil-konfront ta' dawk suġġetti għall-awditjar tagħha; jinnota b'sodisfazzjon l-opinjoni tal-awditur li r-rapporti finanzjarji jagħtu stampa veritiera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Qorti;

2.  Jinnota li fl-2019 il-baġit tal-Qorti ammonta għal total ta' EUR 146 890 000 (meta mqabbel ma' EUR 146 469 000 fl-2018 u EUR 141 240 000 fl-2017) u li 98 % tal-approprjazzjonijiet kollha kienu impenjati sal-aħħar tal-2019 (meta mqabbla ma' 96,21 % fl-2018 u 97,73 % fl-2017);

3.  Ifakkar li l-baġit tal-Qorti, fil-biċċa l-kbira tiegħu, huwa amministrattiv, b'ammont kbir minnu użat għall-ispejjeż li jikkonċernaw persuni li jaħdmu fl-istituzzjoni (Titolu 1) u l-bini, il-proprjetà mobbli, it-tagħmir u l-ispejjeż operatorji mixxellanji (Titolu 2);

4.  Ifakkar li r-rati ta' eżekuzzjoni għat-Titolu 2 mhumiex qed jittejbu biżżejjed b'rati ta' impenji li jammontaw għal 64,17 % (meta mqabbla ma' 59,13 % fl-2018 u 57,13 % fl-2017) u rati ta' pagamenti li jammontaw għal 62,21 % (meta mqabbla ma' 55,11 % fl-2018 u 55,75 % fl-2017); jisħaq dwar il-konferma tal-Qorti fid-dokument ta' segwitu tagħha għar-riżoluzzjoni ta' kwittanza tal-2018 li se tkompli bl-isforzi tagħha biex ittejjeb ir-rati ta' eżekuzzjoni u biex tikkunsidra bir-reqqa l-estimi baġitarji tagħhom;

5.  Jinnota l-kumment tal-Qorti li huwa aktar xieraq li l-eżekuzzjoni baġitarja tat-Titolu 2 tiġi ssorveljata minn perspettiva ta' sentejn; jirrikonoxxi li matul il-perjodu ta' sentejn bejn l-2018 u l-2019), saru 91,38 % tal-pagamenti fuq l-approprjazzjonijiet u 98,04 % tal-pagamenti fuq l-impenji;

6.  Jinnota l-kontinwazzjoni tar-riporti, pereżempju ta' EUR 3 057 772 fl-2019 skont il-Kapitolu 21 (Ipproċessar ta' data, tagħmir u beni mobbli: akkwist, kiri u manutenzjoni) meta mqabbla ma' EUR 4 310 280 fl-2018 minħabba proġetti tal-IT li għadhom għaddejjin; jiddikjara li r-riport totali għat-Titolu 2 mill-2018 sal-2019 ammonta għal EUR 6 068 597 u jqis li huwa pożittiv li dan irriżulta f'pagamenti ta' EUR 5 777 454 fuq riporti;

7.  Jinnota li r-riport ta' approprjazzjonijiet għat-Titolu 1 u 2 mis-sena finanzjarja 2018 għas-sena finanzjarja 2019 ammonta għal EUR 7 406 944 u wassal għal pagamenti li jammontaw għal EUR 6 553 576, rata ta' użu ta' 88,48 % li hija ugwali għar-rata ta' użu fl-2018;

8.  Japprezza l-fatt li l-Qorti qed tikkunsidra s-suġġeriment tar-riżoluzzjoni ta' kwittanza tal-2018 li għandu jiġi ppreżentat rapport annwali indipendenti dwar l-istituzzjonijiet tal-Unjoni bħala parti mir-riflessjonijiet dwar l-istrateġija tal-Qorti għall-perjodu 2021-2025, li għandu jiġi adottat sal-aħħar tal-2020; itenni, f'dan ir-rigward, li jeħtieġ eżami aktar approfindit mill-Qorti ta' kull istituzzjoni bil-għan li l-Parlament ikun jista' jwettaq dmirijietu bħala awtorità ta' kwittanza;

9.  Jilqa' d-dedikazzjoni murija mill-Qorti biex tħejji l-ewwel rapport dwar il-prestazzjoni skont il-baġit tal-Unjoni, b'segwitu għat-talba tal-Parlament, li għandu l-għan li jivvaluta r-riżultati miksuba mill-infiq mill-baġit tal-Unjoni u, b'mod partikolari, li jipprovdi valutazzjoni tal-prestazzjoni skont kull politika tal-Unjoni; jemmen li l-awditu tal-prestazzjoni huwa essenzjali biex jiġi evalwat l-impatt reali tal-investimenti tal-Unjoni;

10.  Jiddispjaċih li s-segwitu tal-Qorti għar-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza tal-2018 ipprovda biss risponsi limitati għall-kummenti tal-Parlament; jisħaq fuq il-fatt li s-segwitu huwa essenzjali biex il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament ikun jista' jistabbilixxi jekk il-Qorti implimentatx ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament; jistieden lill-Qorti, sabiex fir-rapport ta' segwitu li jmiss, tinkludi r-risponsi kollha meħtieġa u tagħti spjegazzjonijiet aktar dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament, billi tagħmel referenza espliċita għal kull paragrafu tar-riżoluzzjoni ta' kwittanza, u tipprovdi d-dokumentazzjoni kollha neċessarja;

11.  Itenni r-rakkomandazzjoni tal-Qorti biex il-Kummissjoni tippubblika r-rapport annwali dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni f'mument aktar kmieni kull sena sabiex teżamina u tirrapporta dwar ir-regolarità tal-informazzjoni ppreżentata; jirrikonoxxi r-restrizzjonijiet ta' wara l-pandemija tal-COVID-19 li ġiegħlet lill-Qorti tippubblika r-rapport annwali tagħha għall-2019 f'Novembru 2020;

Riżorsi umani

12.  Jinnota li fl-aħħar tal-2019, kien hemm 853 post tax-xogħol permanenti u temporanju meta mqabbla mat-891 post fl-2013, li jikkostitwixxi tnaqqis ta' 4,26 %; jinnota b'mod partikolari li l-postijiet tax-xogħol permanenti naqsu b'6,91 punti perċentwali filwaqt li l-postijiet tax-xogħol temporanji żdiedu b'10,07 punti perċentwali; jistieden lill-Qorti tivvaluta jekk it-tendenza dejjem tiżdied dwar l-użu ta' postijiet tax-xogħol temporanji hijiex risposta għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-Qorti jew pjuttost jekk hijiex reazzjoni għal-limitazzjonijiet baġitarji; jinnota li l-livell ta' persunal jiġi rieżaminat kontinwament u li t-tabella tal-persunal tal-Qorti baqgħet l-istess bħal fl-2017 u fl-2018 bi 853 post; jinnota li wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, u f'konformità mar-riżultat tan-negozjati, it-tabella tal-persunal ġiet adattata matul l-2019;

13.  Japprezza l-fatt li l-Qorti, f'konformità mal-istrateġija tagħha għall-2018 sa 2020, estendiet il-kuntatti tagħha mar-riċerkaturi, id-dinja akkademika u l-gruppi ta' riflessjoni u li mill-1 ta' Ġunju 2020, il-Qorti issekondat 15-il membru tal-persunal lil korpi internazzjonali oħra; jinnota li l-Qorti regolarment tospita persunal issekondat minn korpi internazzjonali oħra u li l-Qorti pprovdiet ukoll 55 internship (meta mqabbla ma' 60 fl-2018) għal gradwati universitarji għal perjodi ta' tlieta sa ħames xhur; jinnota li, fl-2019, sitt internships ma tħallsux; jistieden lill-Qorti toffri allowance lill-interns li tal-anqas tkopri l-ispejjeż tal-għajxien tagħhom, anke fil-każ ta' internships fuq perjodu qasir; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Qorti daħlet f'diversi sħubiji ma' universitajiet u organizzazzjonijiet professjonali bil-ħsieb ta' kooperazzjoni futura;

14.  Jinnota l-fatt li l-politika ta' reklutaġġ tal-Qorti, ibbażata fuq ir-riforma tal-2016 u l-prinċipji ġenerali u l-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, tagħmel mill-Qorti organizzazzjoni bbażata fuq il-kompiti; jinnota li l-membri tal-persunal huma allokati għal grupp mifrux mal-Qorti kollha li minnu huma allokati r-riżorsi lill-kmamar u lill-kompiti tal-awditjar; jinnota li fil-proċess ta' kollokament tal-membri tal-persunal mill-grupp għall-kompiti, il-Qorti tagħti attenzjoni partikolari biex tiżgura li l-għarfien espert u r-riżorsi tal-persunal meħtieġa jsiru disponibbli f'waqthom u li ssir rotazzjoni adegwata tal-persunal fost it-timijiet permezz ta' eżerċizzju regolari ta' mobilità;

15.  Japprezza l-fatt li l-Qorti tat segwitu għall-istħarriġ ta' sodisfazzjon tal-persunal tal-2018, u implimentat attivitajiet relatati mal-benesseri tal-persunal bħan-network tal-Qorti ta' persuni ta' kuntatt kunfidenzjali fl-organizzazzjoni kollha li jipprovdi appoġġ professjonali u, jekk mitlub, appoġġ anonimu lill-membri tal-persunal; jinnota li l-Qorti tipprovdi wkoll ħames sessjonijiet bla ħlas ma' psikologi u torganizza preżentazzjonijiet dwar kif wieħed jittratta l-eżawriment u, għall-maniġers, dwar kif wieħed jidentifika u jittratta l-fastidju;

16.  Jinsab imħasseb dwar it-tnaqqis fl-għadd ta' diretturi nisa minn 30 % fl-2018 għal 20 % fl-2019 u t-tnaqqis fl-għadd ta' kapijiet nisa ta' unità minn 39 % fl-2018 għal 35 % fl-2019; jinnota, madankollu, iż-żieda żgħira fil-membri nisa tal-Qorti minn 21 % fl-2018 (6 minn 28 membru) għal 25 % fl-2019 (7 minn 28 membru); jissottolinja l-impenn tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament biex jappoġġa r-reviżjoni tal-proċess ta' nomina għall-membri tal-Qorti sabiex jintlaħaq bilanċ bejn il-ġeneri (7 nisa u 21 raġel kienu membri fl-2019);; ifakkar fl-istedina lill-Istati Membri biex ikunu aktar attivi fl-inkoraġġiment tan-nisa biex japplikaw għal dawn it-tip ta' pożizzjonijiet; itenni li l-Kunsill dejjem għandu jippreżenta mill-anqas żewġ kandidati, waħda mara u wieħed raġel, matul il-proċedura tal-ħatra;

17.  Jilqa' l-isforzi kontinwi tal-Qorti fil-livell amministrattiv biex tippromwovi opportunitajiet ta' karriera ugwali għall-persunal u b'mod partikolari biex tikseb il-bilanċ bejn il-ġeneri f'karigi maniġerjali; jinnota li l-Qorti nediet programm ta' żvilupp ta' tmexxija fl-2019, immirat lejn l-iżvilupp tal-ħiliet ta' maniġers potenzjali b'parteċipazzjoni ugwali mill-irġiel u n-nisa;

18.  Japprezza l-parteċipazzjoni tal-Qorti fil-Kumitat Konġunt għall-Opportunitajiet Indaqs u fil-pjan ta' azzjoni għall-opportunitajiet indaqs għall-perjodu 2018-2020, li tindirizza wkoll il-kwistjonijiet tal-età u d-diżabilità; jistieden lill-Qorti tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni;

19.  Iħeġġeġ lill-Qorti tistinka għal aktar titjib fil-kuntest tal-bilanċ ġeografiku tal-persunal (speċifikament għall-gruppi fil-funzjonijiet AST 1-4 u 5-9 fejn ċerti nazzjonalitajiet huma rappreżentati ż-żejjed); jistieden lill-Qorti tħejji pjan ta' azzjoni għar-reklutaġġ ta' membri ġodda tal-persunal b'kunsiderazzjoni tal-bilanċ ġeografiku, kif stipulat fl-Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal;

20.  Jinnota li hemm disponibbli arranġamenti tax-xogħol flessibbli għall-membri kollha tal-persunal ħlief għal ċerti kategoriji fejn dan mhuwiex possibbli għal raġunijiet prattiċi; jinnota, madankollu, li l-maġġoranza l-kbira tal-membri tal-persunal li bbenefikaw minn dawn l-arranġamenti tax-xogħol fl-2019 kienu nisa (87 % tal-persunal li jaħdmu part-time u 68 % tal-persunal li ħadu liv tal-ġenituri); jistieden lill-Qorti tirrifletti dwar din is-sitwazzjoni fil-kuntest tal-politiki tagħha dwar l-opportunitajiet ta' karriera u d-diversità; iħeġġeġ lill-Qorti tlesti l-arranġamenti tax-xogħol flessibbli bi protezzjoni tad-dritt tal-membri tal-persunal għall-iskonnessjoni;

21.  Itenni li l-kummenti tal-Qorti dwar l-għoli tal-ħajja għoli fil-Lussemburgu jikkostitwixxu wieħed mill-fatturi ewlenin li jwasslu għal diffikultajiet fir-reklutaġġ u ż-żamma tal-persunal; itenni t-tħassib tiegħu dwar il-problema li qed tikber tad-disparità fil-kapaċità tal-akkwist imġarrba mill-impjegati taċ-ċivil tal-Unjoni li jaħdmu l-Lussemburgu;

Bini, sigurtà

22.  Jilqa' l-immodernizzar tal-binja K2 bil-għan li jittejbu l-installazzjonijiet tekniċi tal-binja, filwaqt li jitqies tħassib ambjentali ġdid, u t-trasformazzjoni tal-ispazji ta' arkivjar attwali, li m'għadhomx meħtieġa minħabba d-diġitalizzazzjoni, f'sett ta' spazji kollaborattivi u tal-benesseri komuni, bħal kmamar tal-laqgħat u tal-vidjokonferenzi u l-ispazji għal kafè;

23.  Japprezza l-fatt li fl-2017 il-Qorti wettqet studju preliminari u li l-eżiti tal-istudju tqiesu fil-proġett ta' modernizzazzjoni attwali; jinnota li l-Qorti qed tkompli bl-użu ta' uffiċċji individwali u bi ftit spazji kollaborattivi biss; jilqa' l-fatt li ġew organizzati sessjonijiet apposta biex il-proġett jiġi kondiviż mal-persunal u li l-feedback li wasal ġeneralment kien pożittiv;

24.  Jilqa' t-titjib fil-perimetru tas-sigurtà, b'mod partikolari l-bini ta' ċnut addizzjonali, barrieri ġodda għall-parkeġġ u sokra għad-dħul għall-parkeġġ tal-karozzi fil-binja K3, proġett li kellu jitlesta fl-2020; jinnota li fl-2019, minbarra l-ispejjeż regolari bħall-kontrolli perjodiċi tal-installazzjonijiet, il-Qorti investiet EUR 123 000 f'sigurtà fiżika;

25.  Jieħu nota tal-miżuri meħuda fir-rigward tas-sikurezza tal-persunal, b'mod partikolari l-pjan ta' kontinġenza biex jiġu trattati inċidenti fuq skala kbira, proċedura interna f'każ ta' inċident nukleari possibbli u ftehim dwar il-livell ta' servizz mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna biex jinkiseb benefiċċju mill-pariri tiegħu rigward missjonijiet lejn pajjiżi b'livell ta' theddid għoli u kritiku;

Ambjent

26.  Jinnota li awditu estern tal-iskema ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) twettaq fi tmiem l-2019 u li b'riżultat ta' dan il-Qorti ġeddet b'suċċess iċ-ċertifikazzjoni tagħha tal-EMAS għall-perjodu 2020 sa 2022 u adottat pjan ta' azzjoni ġdid biex tiffaċċja l-emerġenza tal-klima; jinnota li l-bilanċ tas-CO2 tal-Qorti jiġi ppubblikat kull sena fuq is-sit tagħha sabiex jiġu segwiti l-isforzi tal-Qorti biex tnaqqas il-marka tal-karbonju tagħha bħala parti mill-proġett usa' tal-EMAS u biex jintlaħaq l-għan tal-istrateġija tat-tkabbir Ewropa 2020 ta' żvilupp sostenibbli, li ġie approvat mill-Kunsill Ewropew fl-2010;

Diġitalizzazzjoni u ċibersigurtà

27.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti adottat pjan ta' azzjoni għaċ-ċibersigurtà f'nofs l-2018 b'perjodu ta' tliet snin; jinnota li matul l-2019 intlaħqu l-objettivi li ġejjin: rimedju aktar effettiv u regolari tal-vulnerabbiltajiet tas-software, il-prevenzjoni ta' aċċess mhux awtorizzat għas-servizzi tal-cloud, ir-rieżami tal-governanza tas-sigurtà tal-informazzjoni u t-titjib tal-kapaċitajiet ta' monitoraġġ tas-sigurtà; jilqa' s-sessjoni ta' sensibilizzazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà għall-persunal tal-Qorti; jinnota li l-Qorti qed tibbenefika wkoll mis-servizzi u l-infrastruttura taċ-ċibersigurtà pprovduti mill-Iskwadra ta' Rispons f'Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji Ewropej;

28.  Jilqa' l-istabbiliment tal-kumitat ta' tmexxija diġitali bil-għan li jsir progress fit-trasformazzjoni diġitali tal-awditu skont inizjattiva msejħa "l-awditu tal-QEA jsir diġitali"; jinnota li fl-2019, il-Laboratorju tal-QEA, il-laboratorju tal-innovazzjoni interdixxiplinari tal-Qorti li jiffoka fuq it-trasformazzjoni diġitali tal-awditjar bl-użu tad-data u t-teknoloġija, appoġġa għaxar kompiti ta' awditjar, inkluż proġett pilota dwar l-użu tal-big data għall-awditjar tal-prestazzjoni; jitlob lill-Qorti tirrapporta lill-Parlament dwar kwalunkwe ostaklu li tiffaċċja waqt li tintalab data f'format li jinqara minn magna mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

29.  Jilqa' l-fatt li d-Deċiżjoni tal-Qorti Nru 6-2019 dwar il-politika tad-data miftuħa u l-użu mill-ġdid ta' dokumenti ġiet ippubblikata f'April 2019, u li s-sistemi tal-IT tal-Qorti huma bbażati fuq prinċipji arkitettoniċi sodi li jqisu approċċ tal-ispejjeż u l-benefiċċji fir-rigward tat-teknoloġiji tradizzjonali akkwistati interistituzzjonalment; jilqa' l-fatt li fil-Qorti jintużaw teknoloġiji b'sors miftuħ skont dawk il-prinċipji; jinkoraġġixxi lill-Qorti tagħti prijorità lit-teknoloġiji b'sors miftuħ bil-għan li jiġi evitat l-intrappolament tal-klijentela, jinżamm il-kontroll fuq is-sistemi tekniċi tiegħu, jiġu pprovduti salvagwardji aktar b'saħħithom fir-rigward tal-privatezza u l-protezzjoni tad-data ta' utenti u tiżdied is-sigurtà u t-trasparenza għall-pubbliku;

30.  Jinnota b'sodisfazzjon li fl-2016, il-Qorti fasslet pjan ta' azzjoni biex tħejji ruħha għar-Regolament (UE) 2016/679(6) u biex tikkonforma ma' dak ir-Regolament malli jsir applikabbli għall-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni; jinnota li r-responsabbiltajiet tal-protezzjoni tad-data u tas-sigurtà tal-informazzjoni ġew ristrutturati fl-2019 sabiex jinqasmu u jissaħħu r-riżorsi allokati;

31.  Jinkoraġġixxi lill-Qorti issegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data biex terġa' tinnegozja l-ftehim interistituzzjonali dwar il-liċenzji u l-kuntratt ta' implimentazzjoni, iffirmati bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u Microsoft fl-2018, bl-objettiv li tintlaħaq is-sovranità diġitali, jiġu evitati l-intrappolament tal-klijentela u n-nuqqas ta' kontroll kif ukoll tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data personali;

Kooperazzjoni interistituzzjonali

32.  Jinkoraġġixxi lill-Qorti tiżviluppa aktar sinerġiji u razzjonalizzazzjoni ma' korpi oħra tal-Unjoni permezz ta' kooperazzjoni interistituzzjonali; jinnota li l-Qorti tuża għodod u servizzi pprovduti minn istituzzjonijiet oħra jew b'mod konġunt magħhom bħal ftehim dwar il-livell ta' servizz mal-uffiċċju tal-amministrazzjoni u l-ħlas tal-intitolamenti individwali tal-Kummissjoni li jkopri l-ġestjoni tal-pensjonijiet, id-drittijiet finanzjarji u l-pagi; jinnota li l-Qorti tuża l-għodod tal-IT tal-Kummissjoni f'oqsma bħall-missjonijiet, ir-riżorsi umani, it-taħriġ u t-traduzzjoni; jilqa' l-parteċipazzjoni fi proċeduri ta' akkwist konġunt ma' diversi istituzzjonijiet oħra għall-IT, it-traduzzjoni, eċċ.;

33.  Jirrikonoxxi l-fatt li skont il-metodoloġija miftiehma interistituzzjonalment, l-ispiża tal-esternalizzazzjoni tat-traduzzjonijiet fl-2019 kienet ta' EUR 2 740 366 u li kieku t-traduzzjonijiet korrispondenti kienu saru mis-servizzi interni, l-ispiża totali tal-istess paġni kienet tkun ta' EUR 4 647 880;

34.  Jitlob lill-Qorti tipprovdi informazzjoni dwar kwalunkwe titjib li jsir fir-rigward tal-effiċjenza tal-proċessi amministrattivi li huma essenzjali fid-dawl ta' ammont ta' xogħol dejjem jiżdied; ifakkar ukoll fil-ħtieġa ta' riformi kontinwi biex jiġi żgurat li l-Qorti tkun mgħammra tajjeb biex tirrispondi għall-isfidi tal-ġejjieni;

35.  Jitlob lill-Qorti tesplora l-possibbiltà li tingħaqad mar-Reġistru ta' Trasparenza abbażi ta' ftehim dwar il-livell ta' servizz; jirrikonoxxi l-kooperazzjoni interistituzzjonali bejn il-Qorti u istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni permezz ta' ftehimiet fil-livell ta' servizz; jitlob informazzjoni dwar jekk saritx analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji qabel ma sar kwalunkwe ftehim;

36.  Jilqa' l-arranġament amministrattiv iffirmat fl-2019 li jipprovdi qafas strutturat għal kooperazzjoni bejn il-Qorti u l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF), u li jiffaċilita l-iskambju f'waqtu ta' informazzjoni skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013(7), u d-deċiżjonijiet tal-Qorti relatati ma' investigazzjonijiet interni; jilqa' l-fatt li l-arranġament diġà wassal għal kooperazzjoni aktar effiċjenti bejn il-Qorti u l-OLAF, għall-istabbiliment ta' punti ta' kuntatt permanenti li jippermettu skambji frekwenti, u feedback aktar rapidu u regolari dwar każijiet trażmessi mill-Qorti lill-OLAF; jinnota li dan l-arranġament fih ukoll dispożizzjonijiet dwar kwistjonijiet mhux operattivi bħall-organizzazzjoni ta' sessjonijiet ta' taħriġ, workshops u skambju ta' persunal; jinnota li fl-2019, il-Qorti rrappurtat għaxar każijiet ta' suspett ta' frodi lill-OLAF, meta mqabbla ma' disa' każijiet fl-2018 (tmienja identifikati matul il-ħidma ta' awditjar u żewġ denunzji magħmula minn partijiet terzi);

37.  Jinnota li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) u l-Qorti qablu li jiddiskutu l-ftehim amministrattiv futur biex jipprovdu qafas għall-kooperazzjoni tagħhom; jitlob lill-Qorti tinforma b'dan lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament; jilqa' l-fatt li l-Qorti kkontribwiet għall-ħolqien tas-servizz tal-awditjar intern tal-UPPE;

38.  Jilqa' l-fatt li f'Ottubru 2019 ġie ffirmat memorandum ta' qbil mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), li jistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi għall-kondiviżjoni ta' informazzjoni dwar l-attivitajiet superviżorji tal-BĊE;

39.  Japprezza l-kooperazzjoni tal-Qorti mal-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar tal-Istati Membri li tippermetti lill-Qorti tippromwovi l-ħidma ta' awditjar estern indipendenti fl-Unjoni u fl-Istati Membri tagħha; jieħu nota tal-involviment tal-Qorti fil-ħidma tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar (INTOSAI), l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar (EUROSAI) u l-Grupp Reġjonali Ewropew tal-INTOSAI, b'mod partikolari fil-gruppi ta' ħidma tagħha dwar l-awditjar ambjentali, it-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-awditjar tal-fondi allokati għad-diżastri u l-katastrofi, u t-task force tagħha dwar l-awditjar u l-etika;

40.  Jinnota li l-Ombudsman Ewropew stieden lill-Qorti (fil-kuntest ta' konsultazzjoni li saret mal-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni) biex tikkummenta dwar l-abbozz ta' Rakkomandazzjonijiet prattiċi tal-Ombudsman għall-amministrazzjoni tal-UE dwar l-użu tal-lingwi uffiċjali tal-UE fil-komunikazzjoni mal-pubbliku" (każ SI/98/2018/DDJ) li għalih il-Qorti wieġbet billi indikat li l-politika attwali tagħha diġà hija konformi; jitlob li l-lingwi tas-sinjali nazzjonali jiġu inklużi f'dan il-proċess;

Komunikazzjoni

41.  Jissottolinja l-isforzi tal-Qorti biex tkompli ttejjeb il-mod kif tikkomunika mal-partijiet ikkonċernati, il-midja u l-pubbliku ġenerali; huwa konxju li wara l-elezzjonijiet Ewropej tal-2019, il-Qorti ħolqot portal tal-pubblikazzjonijiet li jipprovdi lill-Membri kollha tal-Parlament bil-fatti u ċ-ċifri rilevanti; jilqa' l-fatt li dan il-portal tal-pubblikazzjonijiet issa huwa disponibbli wkoll għall-pubbliku fuq is-sit web tal-Qorti u jippermetti tfittxija rapida u faċli ta' rapporti u pubblikazzjonijiet; jilqa' t-tfassil mill-ġdid attwali tas-sit web tal-Qorti biex ix-xogħol u l-prodotti jsiru aktar aċċessibbli u aktar faċli biex jiġu segwiti;

42.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti qed tesperjenza żieda qawwija fl-interess tal-midja, b'kopertura partikolarment qawwija tar-rapporti speċjali tagħha;

Ġestjoni interna, kontroll intern u prestazzjoni

43.  Jirrikonoxxi li l-Qorti tapplika sett ta' indikaturi ewlenin ta' prestazzjoni biex timmonitorja l-progress li sar; jinnota b'apprezzament li l-analiżi tal-Qorti wriet li 96 % tar-rakkomandazzjonijiet li saru fir-rapporti annwali tal-2015 u 94 % tar-rakkomandazzjonijiet li saru fir-rapporti speċjali tal-2015 ġew implimentati bis-sħiħ, fil-biċċa l-kbira tagħhom jew f'xi aspetti; jinnota li l-Qorti ħarġet 6 rapporti annwali, 36 rapport speċjali, 3 opinjonijiet, 18-il previżjoni tal-awditu u 4 pubblikazzjonijiet oħra, li huma parti mis-67 pubblikazzjoni totali li ħarġet fl-2019; jinnota li fl-2019 madwar 52 % tar-riżorsi tal-awditjar tal-Qorti ntużaw għall-ħidma tagħha dwar id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni u għall-awditjar finanzjarju tal-aġenziji u l-korpi l-oħra tal-Unjoni; jistieden lill-Qorti tirrapporta dwar l-impatt u s-sodisfazzjon tar-rapporti speċjali tagħha u prodotti oħra, kif ukoll dwar suġġetti tal-awditjar partikolari;

44.  Jistieden lill-Qorti tesplora modi kif tipprovdi aktar informazzjoni dwar in-nefqa amministrattiva ta' istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni fil-kuntest tal-kwittanza; itenni li l-approċċ ġenerali tal-awditjar tal-Qorti jeħtieġ aktar ħidma ta' awditjar u valutazzjoni mmirata aktar; itenni t-talba tiegħu għal rieżami aktar dedikat tan-nefqa amministrattiva u l-attivitajiet ta' appoġġ ta' istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni, speċifikament dwar suġġetti li qed isiru ta' rilevanza ogħla jew saħansitra kritika;

45.  Jilqa' l-isforzi tal-Qorti, f'konformità mar-Regolament Finanzjarju, biex tipproduċi r-rapporti speċjali tagħha b'mod ġenerali fi żmien 13-il xahar, filwaqt li jinnota li l-medja ta' żmien għall-produzzjoni tar-rapporti speċjali għadha taqbeż dak il-limitu ta' żmien;

46.  Jilqa' l-awditu intern imwettaq rigward l-ispejjeż tal-missjonijiet tal-membri u l-uffiċjali ta' grad għoli, l-ispejjeż tar-rappreżentanza tal-membri u l-użu tal-flotta tal-karozzi tal-Qorti bil-għan li tiġi vverifikata l-affidabbiltà tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tal-Qorti applikabbli għall-membri u għall-uffiċjali ta' grad għoli; jinnota li l-biċċa l-kbira tal-operazzjonijiet magħżula b'mod każwali eżaminati mis-servizz tal-awditjar intern (IAS) kienu konformi mar-regoli u l-proċeduri applikabbli fil-Qorti;

47.  Jinnota li fl-Opinjoni tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2020(8), l-Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja indika li membru partikolari kien kiser il-kodiċi ta' kondotta tal-Qorti għall-membri tal-Qorti billi abbuża mid-drittijiet u l-privileġġi marbuta mal-pożizzjoni tiegħu fil-kuntest ta' attivitajiet mhux relatatima' dmirijietu, tluq għal assenzi mhux ġustifikati u billi naqas milli jiddikjara attivitajiet esterni ddikjarati, ittrażmetta informazzjoni kunfidenzjali b'mod mhux awtorizzat, kif ukoll għall-fatt li kellu kunflitt ta' interess; jilqa' l-fatt li l-Qorti talbet lill-OLAF biex iwettaq investigazzjoni, li ressqet il-każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u li hija impenjata li tikkonforma mas-sanzjonijiet rakkomandati biex tirkupra t-telf kollu għall-baġit tal-Unjoni;

48.  Jinnota li l-awditu wera li l-każ ta' membru partikolari investigat mill-OLAF kien każ iżolat; jinnota li r-rapport ikkonkluda li s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tal-Qorti ġew affettwati minn ċerti nuqqasijiet li, madankollu, ġew rimedjati b'mod effettiv minn dak iż-żmien 'l hawn u li, b'mod ġenerali, il-proċeduri ta' ġestjoni u kontroll li hemm stabbiliti bħalissa huma affidabbli; jikkunsidra l-fatt li l-IAS għamel rakkomandazzjonijiet immirati lejn it-titjib ulterjuri tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll, li r-rapport ta' awditjar kien strettament kunfidenzjali u li l-membri kollha u anke s-segretarju ġenerali tal-Qorti rċevew ir-rapport;

49.  Jinnota l-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali Hogan tas-17 ta' Diċembru 2020, li fiha jiddikjara b'mod ċar li seħħ ksur tal-obbligi li jirriżultaw mill-kariga ta' membru tal-Qorti, u li fiha jirrakkomanda sanzjoni korrispondenti maċ-ċaħda ta' żewġ terzi tad-drittijiet għall-pensjoni tal-membru partikolari u l-benefiċċju konness, mid-data tas-sentenza f'din il-kawża;

50.  Jinnota li l-kompiti kollha tal-awditjar mill-programm ta' ħidma annwali tal-IAS għall-2019 ingħalqu, bl-eċċezzjoni ta' tlieta li se jibqgħu għaddejjin fl-2020: "Ftehim ta' servizz tal-PMO", "Awditu tal-mudell ta' ġestjoni tal-kuntratti tal-bini/tal-faċilitajiet" u "Taħriġ ieħor minbarra dak lingwistiku"; jinnota li fl-2019 l-IAS għalaq żewġ kompiti magħżula li kien fadal mill-programm ta' ħidma annwali tal-2018; jinnota li l-IAS ikkonferma l-importanza strateġika tal-kumitat orizzontali responsabbli għar-rieżamijiet tal-aċċertament tal-kwalità tal-Qorti relatati mal-politiki, l-istandards u l-metodoloġiji tal-awditjar; jilqa' l-fatt li qed tiġi implimentata r-rakkomandazzjoni tal-IAS għall-iżvilupp tal-arranġamenti għall-kontroll tal-kwalità;

51.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-IAS irrieżamina l-abbozz ta' deċiżjoni dwar il-qafas ta' kontroll intern tal-Qorti fl-2019; jinnota li l-IAS issuġġerixxa li fl-abbozz ta' deċiżjoni tiġi inkluża dispożizzjoni addizzjonali biex l-uffiċjali awtorizzanti b'delega jingħataw struzzjonijiet ċari biex jimplimentaw il-prinċipji u l-karatteristiċi tal-kontroll intern fl-2019 u biex jagħmlu valutazzjoni ġenerali tal-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-qafas tal-kontroll intern kollu mill-inqas darba fis-sena, u li din għandha ssir għall-ewwel darba, fil-kuntest tar-rapport annwali tal-attività tal-2020 u sa mhux aktar tard minnu;

52.  Jilqa' l-fatt li l-IAS iqis li b'mod ġenerali, saru kontrolli ex post affidabbli għall-biċċa l-kbira tal-oqsma ta' riskju għoli tal-ħidma tad-direttorati tas-segretarjat ġenerali, ibbażati fuq ir-reġistru tar-riskju u l-objettivi operattivi; japprezza l-fatt li qed jinżamm infurmat, partikolarment fil-kuntest tal-problemi tal-passat identifikati minn investigazzjoni tal-OLAF dwar membru partikolari tal-Qorti, li l-IAS ma osserva l-ebda nuqqas li huwa ta' importanza tali li jipperikola serjament l-affidabbiltà ġenerali tas-sistemi ta' kontroll intern stabbiliti mill-uffiċjal awtorizzanti b'delega fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet finanzjarji fl-2019; japprezza li jirċievi tali aġġornamenti anke fil-futur;

53.  Jaqbel mal-istrateġija attwali tal-Qorti li ttejjeb il-valur miżjud tad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni, tiffoka aktar fuq l-aspetti tal-prestazzjoni tal-azzjoni tal-Unjoni u tiżgura li twassal messaġġi ċari lill-udjenzi; jinnota li fl-2019 grupp ta' erba' istituzzjonijiet supremi tal-awditjar, li huma l-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar tal-Estonja, tan-Netherlands, tad-Danimarka u tal-Istati Uniti tal-Amerka, wettqu rieżami bejn il-pari tal-istrateġija tal-Qorti; jinnota li r-rapport ġie ppubblikat f'Marzu 2020 u jipprovdi kontribut siewi għall-istrateġija li jmiss;

Trasparenza

54.  Jinnota li l-membri huma awtorizzati jużaw vetturi uffiċjali fil-qadi ta' dmirijiet uffiċjali; jinnota li l-użu ta' vetturi uffiċjali għal vjaġġi oħra mhuwiex inkluż fil-prestazzjoni ta' tali dmirijiet, u li mill-1 ta' Jannar 2017, l-ispejjeż u l-kilometri relatati mal-użu ta' karozzi uffiċjali naqsu b'mod sinifikanti; jenfasizza r-regoli l-ġodda dwar l-użu ta' karozzi uffiċjali u xufiera biex jiġi żgurat li l-vjaġġi tal-membri jkunu relatati biss mal-qadi ta' dmirijiethom; itenni l-opinjoni tiegħu li l-użu ta' vetturi uffiċjali għall-użu privat qatt m'għandu jsir taħt l-ebda ċirkostanza, meta jitqies li din il-prattika tista' tagħmel ħsara lir-reputazzjoni tal-Qorti u, b'mod ġenerali, tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jinnota li fl-1 ta' Jannar 2020 daħlu fis-seħħ ir-regoli l-ġodda li introduċew kontribuzzjoni ta' EUR 100 fix-xahar għall-użu mhux uffiċjali tal-vetturi kif ukoll responsabbiltà min-naħa tal-membri u s-segretarju ġenerali għal ċerti spejjeż u tariffi;

55.  Jiddispjaċih li l-Qorti tat biss segwitu limitat ħafna fir-rigward tal-paragrafu 18 tar-riżoluzzjoni ta' kwittanza tal-2018 dwar il-ħtieġa ta' reġistru ta' liv għall-membri tal-Qorti; jinnota li l-Qorti se tikkunsidra t-twettiq ta' analiżi komparattiva tar-regoli u l-aħjar prattiki eżistenti f'istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni fir-rigward tal-preżenza u l-assenza ta' persuni f'karigi pubbliċi ta' livell għoli tal-Unjoni kif definit fir-Regolament (UE) 2016/300(9); ifakkar li l-Parlament talab lill-Qorti b'mod ċar biex tistabbilixxi proċeduri għaż-żamma ta' reġistru tal-Membri dwar il-liv annwali, il-liv minħabba mard u l-assenza mix-xogħol għal raġunijiet oħra, bil-għan li tiżgura li l-liv kollu meħud mill-membri jiġi irreġistrat b'mod effettiv; jisħaq fuq il-fatt li l-prattika attwali tista' ddgħajjef il-fiduċja taċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni fil-Qorti;

56.  Jinnota li fid-dawl tal-obbligi tal-membri li jattendu l-laqgħat kollha tal-Qorti, tal-kmamar u tal-kumitat amministrattiv li jappartjenu għalihom, is-segretarjat tal-Qorti jżomm reġistru ta' attendenza; jinnota li dan jirrifletti l-preżenza u l-assenza ta' membri u juri wkoll liema assenzi huma kkunsidrati bħala skużati mill-president tal-Qorti; jinnota li r-reġistru ta' attendenza huwa parti mir-regoli tal-Qorti li jimplimentaw ir-regoli ta' proċedura tagħha;

Kunflitt ta' interess, fastidju u żvelar ta' informazzjoni protetta

57.  Jitlob lill-Qorti tipprovdi informazzjoni dwar ir-riżultati ta' tliet ilmenti ta' fastidju rrappurtati u investigati fl-2019; jinnota li dawn ġew ittrattati skont il-proċeduri stabbiliti fil-politika għaż-żamma ta' ambjent tax-xogħol sodisfaċenti u l-ġlieda kontra l-fastidju psikoloġiku u sesswali; jirrikonoxxi li f'termini ta' nefqa, l-investigazzjonijiet ta' kull każ twettqu internament u għalhekk ma kienu jinvolvu l-ebda spiża addizzjonali; jilqa' l-intenzjoni li l-politika tal-Qorti dwar il-protezzjoni tal-persunal minn fastidju tiġi evalwata kull tliet snin u li dan l-eżerċizzju jmissu jsir fl-2020;

58.  Jenfasizza l-fatt li l-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar tal-Polonja u tal-Kroazja wettqu rieżami bejn il-pari sinifikanti tal-qafas etiku tal-Qorti; jinnota li fl-opinjonijiet tal-pari s-sistema ta' kontroll tal-etika tal-Qorti għandha tittejjeb aktar permezz ta' valutazzjoni aktar komprensiva tar-riskji tal-etika, b'konsistenza u b'ċarezza akbar fir-regoli tagħha dwar l-etika, u attivitajiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni mtejba;

59.  Jappoġġa l-konklużjonijiet tar-rieżami bejn il-pari fir-rigward tal-ħtieġa li jiġu introdotti aġġornamenti regolari tad-dikjarazzjonijiet ta' interess, li jżidu l-affidabbiltà tagħhom; jerġa' jtenni t-tħassib tiegħu li d-dikjarazzjonijiet ta' interess huma ta' natura awtodikjaratorja u li, minħabba l-qafas legali attwali, la l-Qorti u lanqas il-kumitat tal-etika tagħha m'għandhom setgħat ta' investigazzjoni biex jiżguraw il-veraċità u l-kompletezza tad-data ddikjarata; jistieden lill-Qorti tiżgura li l-membri jippreżentaw dikjarazzjonijiet ta' interess minflok dikjarazzjonijiet ta' nuqqas ta' kunflitti ta' interess; jissottolinja li l-proċeduri attwali, inkluż dawk tal-kumitat tal-etika, jeħtieġ li jissaħħu biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm kunflitti ta' interess; jaqbel li l-kumitat tal-etika għandu rwol kruċjali sal-punt li l-president u l-membri tal-Qorti jistgħu jitolbu l-parir tiegħu dwar kwalunkwe kwistjoni li għandha x'taqsam mal-etika u dwar l-interpretazzjoni tal-kodiċi ta' kondotta; jinnota, barra minn hekk, li l-kumitat huwa fdat bl-approvazzjoni ta' kwalunkwe attività esterna mwettqa mill-membri, inklużi l-eks membri li għandhom l-intenzjoni li jwettqu attività fis-sentejn wara li jitilqu mill-Qorti, iżda din fiha nnifisha ma tistax titqies bħala strument effettiv biex tiżgura n-nuqqas ta' kunflitt ta' interess kif diġà sottolinjat fir-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza tas-sena li għaddiet;; jilqa' l-adozzjoni tal-Kodiċi ta' Kondotta rivedut għall-membri u l-eks-membri tal-Qorti tal-Awdituri(10) u b'mod partikolari l-informazzjoni aktar estensiva meħtieġa fid-Dikjarazzjonijiet ta' Interess u r-rwol imsaħħaħ tal-Kumitat tal-Etika; jinnota li l-Qorti se tippubblika rapport annwali dwar l-applikazzjoni tal-Kodiċi ta' Kondotta tagħha; jinnota wkoll li l-Qorti bħalissa qed tirrevedi l-qafas etiku li jikkonċerna l-persunal tagħha;

(1) ĠU L 67, 7.3.2019.
(2) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 1.
(3) ĠU C 377, 9.11.2020, p. 13.
(4) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 180.
(5) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(6) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(7) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(8) Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Hogan, ippreżentati fis-17 ta' Diċembru 2020, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri vs Karel Pinxten, C-130/19, ECLI:EU:C:2020:1052.
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/300 tad-29 ta' Frar 2016 li jiddetermina l-emolumenti ta' persuni f'karigi pubbliċi għolja tal-UE (ĠU L 58, 4.3.2016, p. 1).
(10) ĠU L 30, 28.1.2021, p. 10.


Kwittanza 2019: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
PDF 210kWORD 72k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2020/2145(DEC))
P9_TA(2021)0169A9-0057/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2020)0288 – C9-0225/2020)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fis-sena 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0057/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2020/2145(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0057/2021),

A.  billi fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u li jiġi implimentat il-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

1.  Jilqa' l-fatt li, abbażi tax-xogħol ta' awditjar tagħha, il-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") ikkonkludiet li l-pagamenti kollha għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2019, magħmula mill-infiq amministrattiv u nfiq ieħor tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (il-"Kumitat"), kienu ħielsa minn żbalji materjali u li s-sistemi ta' sorveljanza u kontroll eżaminati kienu effettivi;

2.  Ifakkar li l-baġit tal-Kumitat huwa fil-biċċa l-kbira tiegħu amministrattiv, b'ammont kbir użat għall-infiq li jikkonċerna persuni, bini, għamara, tagħmir u spejjeż operattivi mixxellanji;

3.  Jiddispjaċih, bħala osservazzjoni ġenerali, li l-Kapitolu 9, "Amministrazzjoni", tar-rapport annwali tal-Qorti għall-2019 ("ir-rapport tal-Qorti") għandu kamp ta' applikazzjoni u konklużjonijiet pjuttost limitati, minkejja l-fatt li l-Intestatura 5 "Amministrazzjoni" tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali titqies li hija ta' riskju baxx; jitlob li x-xogħol ta' awditjar għal dak il-kapitolu jkun aktar ikkonċentrat fuq il-kwistjonijiet ta' rilevanza għolja jew saħansitra ta' importanza kritika għall-Kumitat;

4.  Jinnota b'sodisfazzjon li, fir-rapport tal-Qorti, il-Qorti osservat li ma ġiet identifikata ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tas-suġġetti awditjati b'rabta mar-riżorsi umani u l-proċeduri ta' akkwist għall-Kumitat;

5.  Jinnota li fl-2019, il-baġit tal-Kumitat kien jammonta għal EUR 138 502 768 (meta mqabbel ma' EUR 135 630 905 fl-2018 u EUR 133 807 338 fl-2017) b'rata ta' implimentazzjoni ta' 98,1 % (meta mqabbel ma' 98,7 % fl-2018 u 96,5 % fl-2017);

6.  Jinnota li l-Kumitat kien moderat fl-estimi baġitarji tiegħu u segwa fil-biċċa l-kbira l-linji gwida tal-Kummissjoni li jindikaw iffriżar nominali għall-ispejjeż kollha mhux relatati mas-salarji; jinnota li mill-2016 sal-2020 iż-żieda nominali fil-baġit tal-Kumitat kienet ta' 9,2 %, żieda f'termini reali ta' 1,9 %;

7.  Itenni li l-approprjazzjonijiet finali għall-"allowances tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza għall-membri" ammontaw għal EUR 20 383 977 (meta mqabbla ma' EUR 20 247 625 fl-2018 u EUR 19 819 612 fl-2017) li huma stabbli meta mqabbla mas-snin preċedenti u ma jqajmu l-ebda tħassib partikolari; jitlob, madankollu, li l-Kumitat iżid l-użu ta' teknoloġiji u metodi ta' ħidma ġodda u japplika kemm jista' jkun l-użu tal-vidjokonferenzi;

8.  Jinsab imħasseb ħafna dwar il-każ ittrattat mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) rigward dikjarazzjonijiet tal-ivvjaġġar inkonsistenti minn membru tal-Kumitat li jammontaw għal madwar EUR 91 000; jinnota li l-ammonti mħallsa indebitament ġew irkuprati; jiddispjaċih li l-kodiċi ta' kondotta preċedenti ma pprevediex kundanna b'saħħitha jew is-sospensjoni ta' membri frodulenti; iħeġġeġ lill-Kumitat japplika l-mezzi kollha disponibbli skont il-kodiċi ta' kondotta rivedut biex jieħu miżuri estensivi kontra dan it-tip ta' frodi; jinnota li ġie propost titjib fil-qafas attwali għar-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza tal-membri bħal skadenza ġenerali ta' sitt ġimgħat għas-sottomissjoni tat-talbiet għal rimborż sabiex jitnaqqas iż-żmien ta' rimborż, u b'hekk titnaqqas ukoll il-ħtieġa ta' riporti fuq dawn il-linji baġitarji; jitlob, madankollu, approċċ diliġenti u kawt aktar milli trattament rapidu ta' każijiet ta' dikjarazzjonijiet tal-ivvjaġġar; jinnota li mhuwiex magħruf kemm każijiet ta' frodi għadhom taħt ir-radar; jissottolinja li l-pressjoni tal-ħin m'għandhiex iddgħajjef valutazzjoni diċenti u bir-reqqa tat-talbiet għar-rimborż; jitlob li jiżdied l-ammont ta' kampjuni tad-dikjarazzjonijiet tal-ivvjaġġar eżaminati bħala parti mill-proċedura tal-awditjar intern tal-Kumitat biex tinkiseb rata ogħla ta' kxif ta' frodi fid-dikjarazzjoni tal-ivvjaġġar;

9.  Ifakkar fil-kumment fir-riżoluzzjoni ta' kwittanza tal-2018 dwar l-evitar ta' stimi żejda tal-baġit; jinnota, madankollu, li r-riporti prinċipalment jirrigwardaw il-linji baġitarji "bini" u "ipproċessar tad-data" u li dan huwa dovut għax-xogħol b'lura li seħħ fil-passat għal dawn il-linji baġitarji; jinnota li l-ammont riportat għal-linji baġitarji "membri tal-istituzzjoni u delegati / allowances għall-ivvjaġġar u għas-sussistenza għall-membri" kien meħtieġ sabiex jiġu ttrattati t-talbiet għal rimborż imdewma tal-membri;

10.  Jilqa' l-fatt li r-rata ta' implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet riportati mill-2018 għall-2019 kienet ta' 82,1 % meta mqabbla ma' 77,5 % għall-approprjazzjonijiet riportati mill-2017 għall-2018;

11.  Jissottolinja l-fatt li l-Kumitat qed jinkoraġġixxi soluzzjonijiet ta' trasport komuni u qed jiffaċilita l-użu ta' titjiriet bi prezz baxx; jilqa' l-fatt li l-Kumitat jirrikjedi lill-aġenzija tal-ivvjaġġar tiegħu, l-istess bħal dik li tipprovdi servizzi lill-Parlament, mhux biss li tinnegozja rati speċjali mal-linji tal-ajru, iżda wkoll li b'mod sistematiku tipproponi lill-benefiċjarji tal-Kumitat alternattivi kosteffettivi xierqa għall-ivvjaġġar tagħhom;

12.  Jinnota li l-Kumitat nieda sejħa għall-offerti f'Ottubru 2018 sabiex janalizza u jipproponi titjib fis-sistema attwali rigward ir-rimborż tal-ispejjeż għall-membri, id-delegati u l-esperti tal-Kumitat; jitlob lill-Kumitat jipprovdi informazzjoni dwar ir-riżultati ta' dik l-analiżi, b'mod partikolari dwar titjib possibbli fis-sistema attwali tal-ivvjaġġar u r-rimborżi, inklużi diversi xenarji possibbli; jinnota d-dewmien fl-implimentazzjoni minħabba l-kriżi tal-COVID-19;

13.  Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Bureau tal-Kumitat adotta, fl-2020, deċiżjoni li tippermetti r-rimborż ta' spejjeż għall-parteċipazzjoni remota f'każijiet fejn membru ma jkunx tħalla jivvjaġġa lejn Brussell minħabba kwistjonijiet relatati mal-COVID-19; jistieden lill-Kumitat jirtira din id-deċiżjoni, li mhijiex proporzjonata mal-ispiża reali tal-parteċipazzjoni, tirrappreżenta telf konsiderevoli għall-baġit tal-Unjoni u ħsara lir-reputazzjoni tal-Kumitat; jitlob lill-Kumitat jippreżenta rapport dwar l-impatt finanzjarju ta' din id-deċiżjoni, inkluża informazzjoni speċifika u dettaljata dwar id-deċiżjoni u r-raġunijiet għal tali rimborż; jitlob lill-Kumitat jeżamina prattiki ġodda ta' remunerazzjoni biex tiġi żgurata remunerazzjoni ġusta u proporzjonata għall-membri li ma tkunx ibbażata l-aktar fuq l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u ma tkunx tiddependi biss mill-preżenza fiżika tal-membri fi Brussell;

14.  Jissottolinja l-importanza tar-rwol tal-Kumitat iżda jesprimi tħassib fir-rigward tal-impatt tal-ħidma tiegħu;

15.  Jinnota l-importanza tad-djalogu politiku bejn il-Kumitat u l-Parlament biex jiġi żgurat li jkun jista' jsir kontribut validu mill-Kumitat fil-ħidma tal-Parlament u, fid-dawl ta' dan, itenni t-talba tiegħu li jitkomplew l-isforzi biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni politika bejn il-Kumitat u l-Parlament;

Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà u sigurtà

16.  Jilqa' l-fatt li l-Kumitat segwa r-rakkomandazzjoni tal-Parlament li saret f'riżoluzzjonijiet reċenti li titlob żieda fis-sehem tal-baġit għall-ispejjeż tal-IT (sa 4,5 % tal-baġit totali meta mqabbel ma' 3 % fl-2018); jinnota li fuq medda twila ta' żmien, iċ-ċifra ta' 4,5 % għandha idealment titla' għal 6 %, li b'hekk tippermetti implimentazzjoni bla xkiel tal-istrateġija diġitali fil-perjodu ta' żmien previst u tippermetti wkoll lill-Kumitat ilaħħaq mad-distakk fil-konfront tal-korpi l-oħra tal-Unjoni u jagħlqu; jilqa' l-fatt li l-approprjazzjonijiet totali impenjati għal proġetti, servizzi u tagħmir tal-IT jirrappreżentaw żieda ta' 13,2 % meta mqabbla mal-2018 u li din it-tendenza pożittiva kompliet fl-2020;

17.  Huwa konxju li f'Ġunju 2019, il-Bureau tal-Kumitat adotta l-istrateġija diġitali li tippreżenta viżjoni għall-ambjent tal-IT tal-Kumitat u li tidentifika l-isfidi ewlenin tal-IT; jilqa' r-riżultati bħall-modulu tal-portal tal-membri li jappoġġja laqgħat mingħajr karti, l-iżvilupp tal-applikazzjoni l-ġdida tal-back-office għall-ipproċessar ta' emendi u flussi ta' xogħol u proċeduri mingħajr karti, speċjalment għall-ġestjoni finanzjarja; jilqa' x-xogħol relatat mal-proġett diġitali dwar il-post tax-xogħol, li jkopri t-tfassil mill-ġdid tal-ambjent tal-utent aħħari u l-infrastruttura diġitali ta' bażi tiegħu; jinnota li l-għodod għall-awtomazzjoni tal-uffiċċji, il-posta u l-komunikazzjoni unifikata ġew aġġornati fl-2019;

18.  Jilqa' l-fatt li l-Kumitat juża software b'xejn u b'sors miftuħ kull meta jkun possibbli; jinnota li, għal 2019, 39 applikazzjoni ta' software b'sors miftuħ ġew inklużi fl-inventarju tal-pakketti tas-software;

19.  Jilqa' l-fatt li matul l-2019, l-uffiċjal tas-sigurtà tal-IT baqa' attiv biex iżid is-sensibilizzazzjoni tal-utent taċ-ċibersigurtà għall-persunal, inkluż briefing għall-kumitat ta' tmexxija tal-IT u briefings settorjali fil-livell ta' dipartimenti individwali; jinnota li fl-2019, ġew varati żewġ proġetti addizzjonali dwar iċ-ċibersigurtà; iħeġġeġ lill-Kumitat ikompli l-kooperazzjoni mill-qrib tiegħu ma' kumitati oħra, speċjalment mal-Kumitat tar-Reġjuni (KtR), biex jiġu żviluppati aktar is-sinerġiji;

20.  Jilqa' l-kooperazzjoni ċibernetika interistituzzjonali li fiha l-Kumitat irċieva assistenza mit-Tim ta' Rispons għal Emerġenza tal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE bħat-taħriġ dwar ix-xogħol għas-sigurtà tal-cloud u informazzjoni ta' intelligence dwar it-theddid ċibernetiku għal attakki mmirati kontra korpi tal-Unjoni; jinnota li ħafna mill-proġetti tad-diġitalizzazzjoni jikkonċernaw id-diġitalizzazzjoni tar-riżorsi umani u l-proċessi finanzjarji, fejn il-Kumitat juża s-sistemi SYSPER u ABAC ipprovduti mill-Kummissjoni; jitlob lill-Kumitat jikkunsidra l-possibbiltà li jinnegozja kundizzjonijiet aħjar mal-Kummissjoni biex itejjeb il-proċess tal-kondiviżjoni tal-applikazzjoni u jagħmlu finanzjarjament attraenti;

21.   Jinkoraġġixxi lill-Kumitat isegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS) biex jerġa' jinnegozja l-ftehim interistituzzjonali dwar il-liċenzji u l-kuntratt ta' implimentazzjoni, iffirmati bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u Microsoft fl-2018, bl-objettiv li tintlaħaq is-sovranità diġitali, jiġu evitati l-intrappolament tal-klijentela u n-nuqqas ta' kontroll kif ukoll tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data personali;

22.  Jenfasizza l-inizjattivi kollha relatati mas-sigurtà bħal programm ta' taħriġ speċjali biex jiġi ffaċċjat theddid kriminali u terroristiku, il-kooperazzjoni mal-Parlament rigward korsijiet speċifiċi ta' taħriġ fis-sigurtà, l-investigazzjonijiet dwar inċidenti ta' sigurtà u t-tnedija mill-ġdid tal-iskrining tas-sigurtà tal-persunal tal-kuntratturi esterni flimkien mal-korpi l-oħra tal-Unjoni; jinnota x-xogħol kollu relatat mas-sigurtà (tal-bini) bil-għan ewlieni li jiżdied il-livell ta' sigurtà u s-servizz ipprovdut għall-membri, il-persunal u l-viżitaturi;

23.   Jilqa' l-fatt li ġiet implimentata sensiela ta' miżuri mill-Kumitat biex jiġu żgurati standards adegwati ta' sigurtà tal-bini bħall-installazzjoni ta' tagħmir ġdid għall-kontroll tal-aċċess; jinnota li l-istandards ta' sigurtà relatati laħqu l-istess livell bħall-istandards tal-Parlament u tal-Kummissjoni;

Bini

24.  Jinnota li għandhom jinstabu uffiċċji addizzjonali għal 200 membru tal-persunal ladarba l-binjiet B68 u TRE74 jinbidlu għall-bini VMA; jinnota li l-Bureaux tal-Kumitat u tal-KtR taw mandat lis-segretarji ġenerali tagħhom fi Frar 2020 biex jinnegozjaw mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna bil-għan li jikkonkludu ftehim li jippermetti lill-Kumitat u lill-KtR jieħdu f'idejhom il-kuntratt ta' kiri tal-bini Belliard100 sa mill-bidu tal-2021; jilqa' l-fatt li l-kumitat tal-persunal u l-persunal b'mod ġenerali ġew infurmati dwar dawn l-iżviluppi;

25.  Jinnota l-fatt li l-bini VMA huwa konformi bis-sħiħ mar-rekwiżiti regolatorji kollha dwar l-applikazzjonijiet tal-asbestos u li ċertifikat tas-sikurezza fir-rigward tal-asbestos ġie ppreżentat f'Settembru 2019; jesprimi tħassib dwar is-saħħa tal-ħaddiema u l-preżenza tal-asbestos fil-bini VMA, għalkemm iċ-ċertifikat tas-sikurezza fir-rigward tal-asbestos jgħid li dan ma jirrappreżenta l-ebda riskju għall-utenti tal-bini; jilqa' l-fatt li l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-asbestos fil-bini tal-Kumitati, bħall-politika dwar l-asbestos, iċ-ċertifikati tas-sikurezza fir-rigward tal-asbestos u l-inventarji tal-asbestos, ġiet ippubblikata fuq l-intranet; jinnota li x-xogħol biex il-bini VMA jiġi rinnovat huwa ppjanat li jibda fl-2021;

26.  Jilqa' l-fatt li l-grupp ta' ħidma konġunt tal-VMA ddefinixxa l-prinċipji gwida għall-allokazzjoni futura tal-ispazju kif ukoll parametri oġġettivi li jippermettu trattament ugwali tas-servizzi u l-entitajiet kollha; jinnota li r-rappreżentanti tal-persunal kienu involuti u li l-persunal inżamm infurmat regolarment permezz ta' kanali differenti u se jiġi kkonsultat u involut fil-fażi li jmiss tad-disinn dettaljat għall-arranġamenti tal-art u l-assenjazzjoni ta' spazji tax-xogħol individwali għas-servizzi kkonċernati;

Dimensjoni ambjentali

27.  Jitlob lill-Kumitat jiżviluppa pjan globali ta' sostenibbiltà; jifraħ lill-Kumitat għall-isforzi li għaddejjin fil-qafas tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali fir-rigward tat-tnaqqis tal-impronta tal-karbonju u tal-iskart tal-plastik, tal-ikel u tal-karti; jaqbel li t-tnaqqis tal-impronta tal-karbonju huwa fost l-aktar objettivi importanti għas-snin li ġejjin; jistieden lill-Kumitat jagħti l-attenzjoni dovuta lit-taħlita enerġetika tas-sorsi tal-elettriku tiegħu u jinkoraġġixxi l-akkwist ta' elettriku ġġenerat mill-impjanti eoliċi, solari, tal-bijomassa u idroelettriċi; iħeġġeġ lill-Kumitat jipparteċipa fi proġetti f'oqsma li huma relatati mal-korpi l-oħra tal-Unjoni u jfassal pjan komprensiv għall-Kumitat biex jimplimenta l-prinċipji u r-rakkomandazzjonijiet ippreżentati fil-Patt Ekoloġiku Ewropew, bl-objettiv ġenerali li sal-2030 isir newtrali għall-klima;

Kooperazzjoni interistituzzjonali

28.  Huwa konxju tal-ftehim il-ġdid dwar il-livell ta' servizz li tnieda fl-2019 bejn il-Parlament u l-Kumitat li jippermetti lill-Kumitat jibbenefika mis-servizzi tal-interpreti tal-Parlament (li għalihom se jsir il-ħlas) kull darba li l-Kumitat juża l-bini tal-Parlament għal-laqgħat tiegħu u kultant ukoll għal laqgħat fil-bini tal-Kumitat; jirrikonoxxi li l-ftehim jikkontribwixxi għall-ottimizzazzjoni tal-użu tal-interpreti tal-Parlament; jirrikonoxxi l-ftehimiet ta' kooperazzjoni eżistenti bejn il-Parlament, il-Kumitat u l-KtR u ; jistieden lill-Kumitat jidentifika potenzjal ulterjuri f'termini ta' sinerġiji u ffrankar u oqsma oħra li fihom jistgħu jiġu kondiviżi l-funzjonijiet ta' back office; huwa konxju tat-talbiet espressi kemm mill-Kumitat kif ukoll mill-KtR fil-qafas tal-proċedura ta' kwittanza biex il-ftehim ta' kooperazzjoni li għaddej jiġi rispettat sabiex il-Kumitat u l-KtR jiġu kkumpensati għall-postijiet ittrasferiti lejn il-Parlament;

29.  Ifakkar li l-ftehim ta' kooperazzjoni bejn il-Parlament u l-Kumitat tal-5 ta' Frar 2014 jipprevedi kumpens għat-telf tal-kapaċità tat-traduzzjoni billi jipprovdi ammonti addizzjonali kemm għall-Kumitat kif ukoll għall-KtR; jinnota li ġie pprovdut ammont ta' EUR 2 miljun għall-esternalizzazzjoni tat-traduzzjoni bil-possibbiltà li surplus potenzjali jkun jista' jintuża għal aktar ħidma politika u ammont addizzjonali ta' EUR 1,1 miljun għal żieda fix-xogħol politiku; jinnota li t-trasferimenti saru fl-2015 u fl-2016 bi tnaqqis li diġà sar matul il-proċess ta' konċiljazzjoni fl-2017; jinnota li l-iffrankar annwali li jirriżulta mit-trasferiment ta' 36 post tax-xogħol jista' jiġi stmat għal EUR 3,42 miljun; jitlob lill-Parlament, lill-Kumitat u lill-KtR jirrapportaw flimkien lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament dwar ir-reviżjoni li għaddejja tal-ftehim; jirrikonoxxi li l-ftehim jippermetti aktar flessibbiltà li tmur għall-vantaġġ tal-Parlament, il-Kumitat u l-Ktr; jinnota li r-riallokazzjoni ta' fondi li ma ntefqux għal oqsma oħra ta' politika hija parti minn din il-flessibbiltà;

30.  Jaqbel mal-ħtieġa li tissaħħaħ aktar il-kooperazzjoni politika fir-rigward tal-programmazzjoni annwali u pluriennali, id-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi u l-monitoraġġ tal-programm ta' ħidma annwali; iħeġġeġ lill-Kumitat jaħdem fuq proposti konkreti għal komunikazzjoni aħjar fil-livell tar-rapporteurs tal-Kumitat u tal-Parlament, biex jiġi żviluppat approċċ aktar sistematiku għall-kooperazzjoni politika;

31.  Josserva li l-ispiża totali tat-traduzzjoni esternalizzata għall-Kumitat u l-KtR kienet ta' EUR 6 043 592 fl-2019 bil-porzjon tal-Kumitat li jammonta għal EUR 3 550 762 u li l-ispiża totali tat-traduzzjoni interna kienet tkun ta' EUR 8 781 075 bil-porzjon tal-Kumitat li jammonta għal EUR 5 159 101;

32.  Jinkoraġġixxi lill-Kumitat jingħaqad mar-Reġistru ta' Trasparenza tal-Unjoni fuq il-bażi ta' ftehim dwar il-livell ta' servizz sabiex tiżdied it-trasparenza tal-laqgħat tal-lobbjar; jirrikonoxxi l-kooperazzjoni interistituzzjonali permezz ta' ftehimiet fil-livell tas-servizzi bejn il-Kumitat u istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni bħall-Kummissjoni biex jittejbu aktar il-proċessi fir-riżorsi umani, il-finanzi, l-IT u oqsma amministrattivi oħra; ikun interessat li jiġi infurmat jekk isseħħ analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji qabel ma jidħol f'xi ftehim;

33.  Jilqa' l-kooperazzjoni tajba bejn il-Kumitat u l-KtR fil-qasam amministrattiv, li twassal għal sinerġiji u ekonomiji ta' skala konsiderevoli; jinnota li l-ftehim amministrattiv attwali ġie estiż sal-aħħar ta' Ġunju 2021; jinnota li s'issa żewġ punti għadhom ma ġewx implimentati, jiġifieri distribuzzjoni aktar ibbilanċjata tal-postijiet fis-servizzi konġunti li bħalissa jiffavorixxu lill-KtR, u distribuzzjoni ugwali tal-ispazji (is-sehem tal-ispazju għall-uffiċċji kien 53 % għall-Kumitat u 47 % għall-KtR); jilqa' l-fatt li n-negozjati għat-tiġdid tal-ftehim amministrattiv għandhom l-objettiv li jżidu aktar l-effiċjenza u jiġġeneraw aktar iffrankar potenzjali;

34.  Jitlob li l-Kumitat iżommu infurmat dwar kwalunkwe titjib li jkun sar fl-effiċjenza tal-proċessi amministrattivi, li jidher li huwa meħtieġ minħabba ammont ta' xogħol dejjem akbar u dinja li qed tinbidel b'rata mgħaġġla; itenni l-ħtieġa ta' riformi kontinwi biex jiġi żgurat li l-Kumitat ikun mgħammar sew biex jirrispondi għall-isfidi futuri;

Komunikazzjoni

35.  Jirrikonoxxi li fl-2019 il-Kumitat għamel sforz partikolari biex jappoġġja lill-Parlament fil-promozzjoni tal-elezzjonijiet Ewropej billi pparteċipa fil-kampanja interistituzzjonali, inkluża kampanja tal-midja soċjali fuq perjodu ta' diversi xhur (bi kważi 17 000 involviment bħal likes, kummenti u retweets u b'kopertura ġenerali ta' 18,4 miljun persuna); jaqbel li d-diffużjoni tal-ħidma politika tal-Kumitat tmur lil hinn mill-indikaturi kwantitattivi u li l-Kumitat jikseb dan mhux biss permezz tal-funzjoni konsultattiva tiegħu bbażata fuq it-trattat iżda wkoll permezz ta' attivitajiet ta' diffużjoni lokali li għandhom l-għan li jżidu s-sensibilizzazzjoni tas-soċjetà ċivili dwar il-ħidma tal-Kumitat u r-rwol tiegħu fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Unjoni;

36.  Jirrimarka li, fi tmiem l-2019, il-kont ewlieni ta' Twitter tal-Kumitat kellu 43 300 segwaċ, filwaqt li l-kont ewlieni ta' Facebook kellu 32 600 segwaċ; jinnota li l-preżenza tal-Kumitat fil-midja soċjali li qed tikber l-aktar malajr hija fuq LinkedIn, li matul l-2019 rat żieda ta' 54 % fin-numru ta' segwaċi għal 14 500 segwaċ fl-aħħar tal-2019; jinnota li b'din it-taħlita ta' kanali, il-Kumitat jilħaq grupp ibbilanċjat sew ta' segwaċi;

37.  Jilqa' l-isforzi tal-Kumitat biex jibni ambjent tax-xogħol u kultura aktar diversifikati u inklużivi billi jieħu azzjonijiet favur il-persuni b'diżabbiltà, bħal pereżempju li l-intranet u s-sit web isiru aċċessibbli b'mod diġitali għall-persuni b'vista batuta; jappella għal azzjoni ta' segwitu b’rispett tal-kisba taċ-ċertifikazzjoni rilevanti ta' aċċess ugwali għas-sit web tiegħu min-naħa tal-persuni b'diżabbiltà;

38.  Jinnota li huwa meħtieġ approċċ kumpless sabiex is-siti web tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jsiru aċċessibbli għal persuni b'kull xorta ta' diżabbiltà, inkluż id-disponibbiltà tal-lingwi tas-sinjali nazzjonali; jissuġġerixxi li l-organizzazzjonijiet relatati mad-diżabbiltajiet jiġu involuti f'dan il-proċess;

Ġestjoni interna, kontroll intern, finanzi

39.  Jilqa' l-isforzi tal-Kumitat fir-rigward tal-immaniġġjar tal-kriżijiet u l-kontinwità tan-negozju billi jistabbilixxi sit web bl-informazzjoni kollha meħtieġa għal operazzjonijiet ta' kontinwità tan-negozju inklużi dokumenti aġġornati għall-immaniġġjar tal-kriżijiet u għall-ġestjoni tal-kontinwità tan-negozju u deskrizzjoni aġġornata tad-diversi timijiet ta' intervent, il-kompożizzjoni tagħhom u r-rwol tagħhom; jissottolinja li l-ewwel eżerċizzju fuq skala sħiħa mit-tim tar-ripatrijazzjoni tal-membri sar f'Settembru 2019, ibbażat fuq erba' xenarji u li l-konklużjonijiet tal-eżerċizzju huma soġġetti għal segwitu sistematiku;

40.  Jinnota bi tħassib li l-baġit annwali totali tal-Kumitat żdied minn EUR 108 000 000 fl-2006 għal aktar minn EUR 138 000 000 fl-2019 filwaqt li l-għadd totali ta' opinjonijiet u rapporti prodotti mill-Kumitat naqas b'mod sinifikanti (minn 215 fl-2018 għal 127 fl-2019); jifhem li t-tnaqqis fl-opinjonijiet mogħtija jista' jkun marbut maċ-ċiklu elettorali, iżda jinsab imħasseb dwar iż-żieda fl-ispiża għal kull opinjoni (EUR 1,1 miljun fl-2019 meta mqabbel ma' EUR 630 000 fl-2018), u jesprimi tħassib dwar l-esternalizzazzjoni tax-xogħol ta' rappurtar lill-kumpaniji esterni; jinnota bi tħassib li mill-127 opinjoni u rapport, 55 biss kienu opinjonijiet fuq inizjattiva proprja;

41.  Jinnota li għall-2019, l-opinjoni l-aktar ikkonsultata tal-Kumitat (dwar il-Blockchain u t-teknoloġija ta' reġistru distribwit) ma laħqitx aktar minn 2 500 żjara fil-paġna, filwaqt li l-ħames opinjonijiet ewlenin l-oħra laħqu biss bejn 1 000 u 2 000 żjara; jinkoraġġixxi lill-Kumitat iżid l-isforzi tiegħu biex jikseb tixrid usa' tal-opinjonijiet tiegħu;

42.  Jinnota li r-rapport annwali tal-attività għall-2019 jagħti biss ħarsa ġenerali tal-attivitajiet tal-Kumitat u ma joffrix evalwazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva aktar dettaljata tal-ħidma tiegħu; jistieden lill-Kumitat jintroduċi indikaturi ewlenin oħra tal-prestazzjoni fir-rapport annwali tal-attività tiegħu, bħar-rata ta' implimentazzjoni fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tar-rakkomandazzjonijiet fl-opinjonijiet tiegħu, sabiex tkun tista' ssir valutazzjoni tal-impatt tal-ħidma tal-Kumitat;

43.   Jitlob lill-Kumitat jirrazzjonalizza l-korpi interni tiegħu u jiffoka mill-ġdid fuq il-mandati tal-istrutturi tiegħu, kif iddikjarat fis-segwitu għall-kwittanza tal-2018, inkluż billi jipprovdi kjarifiki dwar l-iffrankar b'rabta ma' dan il-proċess; jinnota l-passi meħuda mill-bureau biex jitwaqqaf grupp ad hoc ta' sitt membri biex jipprovdi rieżami komprensiv dwar kif jiġu integrati l-istrutturi u l-korpi ta' ħidma tal-Kumitat, inkluża l-kwistjoni tal-mandati tas-sezzjonijiet u tal-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali (CCMI); jitlob lill-Bureau jestendi r-razzjonalizzazzjoni għall-korpi eżistenti l-oħra kollha u jirrapporta lura lill-Parlament dwar is-sejbiet;

44.  Jirrikonoxxi li l-Kumitat żviluppa sett kbir ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għall-oqsma amministrattivi kollha tiegħu, li wħud minnhom ikejlu l-livell ta' prestazzjoni (eż. iż-żmien meħtieġ għall-ħlas), filwaqt li oħrajn ikejlu l-livell ta' attività (eż. il-volum ta' produzzjoni); jitlob lill-Kumitat jipprovdi, fir-rapport annwali tal-attività li jmiss, flimkien ma' dik l-informazzjoni dettaljata ħafna, verżjoni konsolidata tal-objettivi ewlenin u r-riżultati miksuba;

45.  Jinnota li fl-2019 sar eżerċizzju biex tiġi vvalutata l-konformità mal-istandards ta' kontroll intern u li dan wera titjib meta mqabbel mal-2018; jinnota, madankollu, li mhux l-istandards kollha ġew implimentati bis-sħiħ u li ġew identifikati azzjonijiet ta' segwitu; jinnota li żewġ azzjonijiet ta' segwitu ġew posposti għall-2020, jiġifieri valutazzjoni formali ta' funzjonijiet sensittivi u l-implimentazzjoni ta' strateġija ta' komunikazzjoni interna pluriennali; ifakkar lill-Kumitat dwar ir-rakkomandazzjoni magħmula fir-rapport tal-Qorti biex tiġi implimentata politika għat-trattament ta' funzjonijiet sensittivi; jirrikonoxxi t-tweġibiet tal-Kumitat li jispjegaw il-passi proposti u l-fatt li l-attivitajiet preparatorji bdew fl-ewwel semestru tal-2020; jinnota li l-Kumitat ikkomunika li l-politika l-ġdida għandha tkun operattiva sal-2021; jitlob lill-Kumitat jipprovdi lill-Parlament b'deskrizzjoni dettaljata ta' din il-politika l-ġdida, inkluża definizzjoni ta' funzjonijiet sensittivi, u tas-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tagħha;

46.  Jinnota li l-Kumitat implimenta t-tielet azzjoni ta' segwitu għall-eżerċizzju msemmi hawn fuq li tikkonsisti mill-armonizzazzjoni tal-proċessi u l-proċeduri bejn id-direttorati u l-unitajiet; jistieden lill-Kumitat jistabbilixxi reġistru ċentralizzat tal-proċessi u l-proċeduri biex tiġi żgurata dokumentazzjoni bil-miktub armonizzata; itenni li dan l-approċċ jgħin biex isaħħaħ ir-rispett għall-proċessi u l-proċeduri eżistenti, u jappoġġja l-fatt li l-attivitajiet ewlenin kollha tal-Kumitat ikunu soġġetti għal proċess jew proċedura;

47.  Jinnota li fl-2019 żewġ awditi ġew iffinalizzati mis-servizz tal-awditjar intern (IAS), wieħed dwar il-konformità mal-iskadenzi istituzzjonali u l-ieħor dwar l-interpretazzjoni; jinnota li, fir-rigward tal-ewwel awditu, il-Kumitat jinsab fil-proċess li jimplimenta l-miżuri amministrattivi stabbiliti fil-pjan ta' azzjoni, bħal pereżempju l-enfasi fuq l-iskadenzi istituzzjonali fid-dokumenti użati mill-Kumitat sabiex ix-xogħol tiegħu jiġi organizzat aħjar u l-ġbir ta' statistika dwar il-konformità tal-Kumitat mal-iskadenzi b'mod konsistenti; jilqa' l-isforzi kontinwi tal-Kumitat biex jikkontribwixxi aħjar għall-proċess leġiżlattiv tal-Unjoni; jinnota l-importanza tal-awditu dwar l-interpretazzjoni peress li din hi komponent strumentali għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Unjoni, u tintlaqat kemm mit-tnaqqis sinifikanti fil-baġit kif ukoll mill-ispejjeż ogħla tal-interpretazzjoni, kif deher mill-fatt li, illum, il-Kumitat jista' jaffordja biss madwar 75 % tal-interpretazzjoni li seta' jaffordja fl-2014; jinnota li l-iskop ta' dak l-awditjar operattiv kien li jiġu eżaminati l-proċeduri, b'mod partikolari jekk jistax isir iffrankar tal-ispejjeż mingħajr ma jiġu kompromessi l-kwantità u l-kwalità tal-interpretazzjoni pprovduta; josserva li analiżi tal-każijiet magħżula wriet li l-proċeduri għall-provvista ta' servizzi ta' interpretazzjoni kienu stabbiliti sew, u li l-interpretazzjoni ngħatat kif mitlub; jinnota li s-sodisfazzjon ġenerali fost l-utenti finali huwa għoli; jinnota li bħalissa qed jiġi implimentat pjan ta' azzjoni miftiehem u jinkludi l-identifikazzjoni kontinwa ta' oqsma b'potenzjal ta' ffrankar tal-ispejjeż;

48.  Josserva li awditu dwar l-etika u l-benesseri fuq il-post tax-xogħol kien propost fil-programm ta' ħidma tal-2019 iżda ġie differit għall-programm ta' ħidma tal-2020; jinnota li l-awditu beda fl-2019, iżda l-approċċ inbidel wara r-rapport speċjali tal-Qorti dwar l-etika ppubblikat fid-19 ta' Lulju 2019; jinnota li hija l-intenzjoni tal-IAS li jsegwi l-approċċ magħżul mill-Qorti meta jivvaluta l-qafas etiku stabbilit fil-Kumitat; jagħti parir lill-IAS biex jinkludi fl-awditu l-implimentazzjoni tal-qafas etiku attwalment riformat;

49.  Jilqa' l-fatt li 11 500 (79 %) mill-fatturi rċevuti mill-Kumitat fl-2019 kienu f'format elettroniku, li huwa konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/55/UE(6); jifraħ lill-Kumitat dwar il-fatt li fl-2019 kellu l-ogħla użu ta' fatturi elettroniċi, kemm f'termini assoluti kif ukoll relattivi, tal-korpi kollha tal-Unjoni;

50.  Jissottolinja li, matul l-2019, id-dipartiment tal-akkwist pubbliku aġġorna l-istruzzjonijiet u l-mudelli bil-miktub u kompla jipprovdi gwida u pariri lill-atturi finanzjarji kollha kkonċernati; jilqa' l-fatt li l-użu ta' mudelli, flimkien ma' gwida esperta, ipproduċa titjib kwalitattiv sinifikanti fil-proċeduri tal-akkwist u naqqas l-iżbalji misjuba fil-kontrolli ex ante; jirrikonoxxi li biex titjieb l-effiċjenza u l-effikaċja tal-kontrolli, id-dipartiment ta' verifika tal-Kumitat jaħdem mill-qrib mad-dipartiment tal-akkwist pubbliku;

Riżorsi umani

51.  Jinnota li t-tabella tal-persunal tindika 668 post fl-2019, l-istess bħal fl-2018; jinnota li ma hemm l-ebda bidla fil-forza tax-xogħol u li fil-31 ta' Diċembru 2019 in-numru totali ta' persunal impjegat (uffiċjali, aġenti temporanji, aġenti kuntrattwali, esperti nazzjonali sekondati u konsulenti mediċi) kien ta' 702 (meta mqabbel ma' 705 fl-2018);

52.  Huwa konxju li l-Kumitat se jkompli jimplimenta l-pjan ta' azzjoni tiegħu għall-2017-2020 għal opportunitajiet indaqs u d-diversità; jinnota li l-persunal maniġerjali tal-Kumitat laħaq il-bilanċ bejn il-ġeneri fl-2018 u dan jibqa' relattivament stabbli; jiddispjaċih li t-tmexxija politika l-ġdida tal-Kumitat ma tirriflettix din it-tendenza b'president mara waħda biss minn seba' presidenti tas-sezzjonijiet u l-ebda president mara mit-tliet presidenti tal-gruppi, speċjalment meta jitqies il-fatt li, għall-mandat tal-Kumitat 2020–2025, il-Kumitat għandu l-ogħla numru ta' membri ġodda u nisa mill-2010; jilqa' l-avvenimenti ta' sensibilizzazzjoni organizzati fir-rigward tad-diversità, bħall-konferenza "magħqudin fid-diversità" dwar il-komunikazzjoni f'ambjent multikulturali bil-għan li jitrawmu relazzjonijiet ta' rispett fuq il-post tax-xogħol filwaqt li titqies id-diversità; jilqa' b'mod partikolari l-attivitajiet u l-miżuri speċifiċi marbuta mad-diżabbiltà; iħeġġeġ lill-Kumitat, madankollu, jistabbilixxi wkoll miżuri konkreti bħal taħriġ dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri sabiex jiġi evitat preġudizzju inkonxju għall-membri fil-bordijiet tal-għażla;

53.  Josserva t-titjib żgħir fil-bilanċ ġeografiku meta mqabbel mal-2018, bi 19 % tal-maniġers tal-Kumitat li bħalissa huma minn Stati Membri li ngħaqdu mal-Unjoni wara l-2004 (meta mqabbel ma' 16 % fl-2017 u 18,5 % fl-2018); jinnota bi tħassib ir-rappreżentanza żejda ta' ċerti nazzjonalitajiet fost il-persunal tal-Kumitat; iħeġġeġ lill-Kumitat jiżviluppa miżuri speċifiċi biex jindirizza dan l-iżbilanċ; jistieden lill-Kumitat ikompli jieħu l-passi biex jikseb il-bilanċ ġeografiku tal-membri tal-persunal tiegħu sabiex jassigura rappreżentanza xierqa taċ-ċittadini mill-Istati Membri kollha, kif indirizzat fl-Artikolu 4 tar-Regoli ta' Proċeduri għall-membri tal-Bureau, inkluż fil-livell maniġerjali;

54.   Jitlob lill-Kumitat jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-kisbiet konkreti tal-pjan ta' azzjoni għal opportunitajiet indaqs u d-diversità, b'mod partikolari dwar ir-riżultati tal-miżuri meħuda fir-rigward tat-tisħiħ tad-diversità u li l-Kumitat isir post tax-xogħol aktar inklużiv għall-persuni b'diżabbiltà;

55.  Japprezza l-fatt li l-istabbiliment ta' reġistru dwar postijiet speċjalizzati, jiġifieri postijiet mhux koperti mill-iskema ta' mobbiltà, tlesta, wara analiżi fil-fond fl-2019, u li din il-lista ma kinitx teżisti qabel; jinnota li l-lista finali tal-postijiet speċjalizzati eżentati kollha ġiet notifikata lill-persunal kollu u tinkludi kemm il-kap tas-servizz legali kif ukoll l-avukati kollha tal-Kumitat;

56.  Jirrikonoxxi l-miżuri stabbiliti relatati mal-benesseri bħat-tnedija mill-ġdid ta' skema ta' mentoraġġ għal parteċipanti ġodda, li hija parti minn approċċ preventiv għall-ġestjoni tar-riskji psikosoċjali; jinnota l-iskambji tal-aħjar prattiki bil-għan li tittejjeb kontinwament l-iskema; jinnota l-aġġornament estensiv tar-regoli dwar it-telexogħol li joffru aktar flessibbiltà għall-ħaddiema; iħeġġeġ lill-Kumitat ilesti l-implimentazzjoni tal-arranġamenti tax-xogħol flessibbli bi protezzjoni tad-dritt ta' skonnessjoni tal-membri tal-persunal;

57.   Jinnota b'sodisfazzjon l-azzjonijiet relatati mal-liv tal-mard fit-tul, b'mod partikolari dawk immirati biex jiffaċilitaw ir-ritorn għax-xogħol;

58.   Jesprimi tħassib serju dwar l-allegazzjonijiet pubbliċi kkawżati minn ċerti proċeduri ta' reklutaġġ użati mill-Kumitat; jistieden lill-Kumitat jistabbilixxi linji gwida interni ċari rigward il-pubblikazzjoni ta' postijiet vakanti u jagħti spjegazzjoni ċara tal-interess tas-servizz f'każ ta' ċaqliq temporanju ta' membri tal-persunal; jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat b'mod riġidu li kull fażi titwettaq b'mod għal kollox trasparenti, mingħajr eċċezzjoni, kif stabbilit fir-regoli ta' proċedura tal-Kumitat u fir-Regolamenti tal-Persunal matul il-proċedura sħiħa ta' reklutaġġ (pubblikazzjoni, għażla, ħatra u stabbiliment) bil-għan li jiġi evitat kwalunkwe riskju għar-reputazzjoni, mhux biss għall-Kumitat iżda wkoll għall-entitajiet kollha tal-Unjoni;

59.  Jinnota li fl-2019 il-Kumitat laqa' 54 trainee fuq tul ta' żmien twil li ngħataw għotja ta' manteniment kull xahar mill-Kumitat, 15-il trainee għal tul ta' żmien qasir li ma rċevew l-ebda għotja mill-Kumitat, u trainee wieħed li rċieva għotja mogħtija minn korp pubbliku estern; jirrakkomanda li l-Kumitat iħallas għotja adegwata lit-trainees fuq tul ta' żmien qasir ukoll, dment li ma jirċevux pagamenti minn sorsi oħra.

Trasparenza

60.  Jilqa' l-fatt li l-Kumitat beda jippromwovi r-rispett fuq il-post tax-xogħol bil-għan li jiżgura li l-persunal kollu jkun familjari mal-qafas etiku attwali; jinnota li fl-2019 bdiet kampanja wiesgħa ta' sensibilizzazzjoni, imsejħa respect@work, li tinkludi numru ta' proposti mir-Rapport tal-Ombudsman Ewropew dwar id-dinjità fuq ix-xogħol fl-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE (SI/2/2018/AMF); jilqa' l-fatt li n-network ta' konsulenti kunfidenzjali ssaħħaħ; jinnota li, wara deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew, il-Kumitat adotta l-linji gwida tiegħu dwar il-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess tal-persunal fil-qadi ta' dmirijietu u pprovda informazzjoni rilevanti lill-persunal kollu; jinnota li l-linji gwida huma maħsuba biex iservu bħala manwal prattiku għall-persunal f'każijiet fejn dawn jeħtieġu li jwettqu dmirijiet li jikkoinċidu, bħal kompiti ta' ġestjoni b'mod parallel mal-attivitajiet ta' rappreżentanza tal-persunal; jistieden lill-Kumitat ikompli jagħmel progress bil-miżuri biex jirreaġixxi għar-rapport tal-Ombudsman;

61.  Jitlob lill-Kumitat jirrapporta dwar kwalunkwe kisba relatata mar-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman Ewropew bħal-linji gwida dwar l-attivitajiet esterni; jinnota li fl-2019 l-Ombudsman ippubblikat ir-rapport tagħha dwar il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni fir-rigward tal-persunal preċedenti ta' livell għoli sabiex tinforza l-projbizzjoni ta' sena ta' lobbjar u rappreżentanza tal-interessi (SI/2/2017/NF) u li l-Kumitat kien qed jeżamina l-possibbiltà li jirrevedi d-deċiżjoni tagħha dwar l-attivitajiet esterni; jistieden lill-Kumitat jieħu din l-opportunità biex isaħħaħ is-sistema tiegħu ħalli jiġi evitat kwalunkwe każ potenzjali ta' kunflitti ta' interess;

62.  Jesprimi t-tħassib tiegħu fir-rigward tal-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) fl-2019; jinnota li nagħlqu żewġ każijiet fir-rigward ta' membri u miżapproprjazzjoni tal-fondi tal-Unjoni; jinnota b'sodisfazzjon li l-ammonti ġew irkuprati mill-Kumitat; jinnota li nfetħu żewġ każijiet (wieħed fir-rigward ta' membru u ieħor fir-rigward ta' membru tal-persunal), li minnhom l-ewwel każ għadu għaddej u t-tieni każ ingħalaq fl-2020 mingħajr ma nstab ebda ksur; jinnota li fl-2020 infetħu żewġ każijiet, li minnhom, wieħed, każ mill-2018 – ingħalaq fl-istess sena b'azzjoni frawdolenti minn membru li ġiet ikkonfermata, u l-ieħor għadu għaddej; jinnota li nfetaħ każ ieħor kontra membru u dan għadu għaddej; jinnota li, sa fejn jaf il-Kumitat, bħalissa hemm żewġ investigazzjonijiet miftuħa tal-OLAF, it-tnejn jirrigwardaw membri u mhux relatati mal-fastidju;

63.  Jinnota li l-approċċ attwali tal-Kumitat biex jikkonferma l-preżenza tal-membri fil-laqgħat huwa konformi mal-aħjar prattiki ta' entitajiet oħra tal-Unjoni bħall-Parlament u l-KtR; jinnota li s-sistema tirrikjedi firma waħda u dikjarazzjoni ta' attendenza f'laqgħa; jinnota li l-Artikolu 4(a) tal-istatut finanzjarju tal-membri jistipula li "sabiex wieħed jibbenefika mir-rimborż tal-ispejjeż jew mill-ħlas tal-allowances, il-benefiċjarju jrid a) jiffirma l-lista tal-attendenza fil-laqgħat, kull meta tinżamm din il-lista, b) jimla l-formola standard tad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż għal kull jum tal-laqgħa, u c) jissottometti d-dokumenti ta' sostenn xierqa";

64.  Iħeġġeġ lill-Kumitat iżomm lill-awtorità ta' kwittanza infurmata dwar il-proċeduri u l-proċessi li l-Kumitat vara jew beħsiebu jvara, sabiex jiġu evitati każijiet ta' fastidju jew kwistjonijiet simili li jikkonċernaw il-persunal fil-futur sabiex jiġi żgurat li ma jiġux ripetuti żviluppi sfortunati li kkawżaw tbatija għall-vittmi fil-passat u li għamlu ħsara lir-reputazzjoni tal-Kumitat u tal-Unjoni kollha kemm hi;

65.  Itenni t-talba tiegħu għal miżuri ċari u b'saħħithom li jipproteġu u jappoġġjaw lill-vittmi ta' fastidju; iħeġġeġ lill-Kumitat jintroduċi regoli u proċeduri speċifiċi dwar il-fastidju; huwa tal-fehma li l-fatt li r-Regolament tal-Persunal ma jistax jiġi impost fuq membru tal-Kumitat ma jistax jitqies bħala skuża għal nuqqas ta' azzjoni.

Rifjut tal-kwittanza fl-2018, kunflitt ta' interess, fastidju, żvelar ta' informazzjoni protetta

66.  Ifakkar li diversi membri tal-persunal sofrew atti ta' fastidju psikoloġiku mill-president ta' dak iż-żmien tal-Grupp 1 fuq perjodu ta' żmien twil; jiddispjaċih li l-miżuri stabbiliti kontra l-fastidju fil-Kumitat naqsu milli jindirizzaw u joffru rimedju aktar malajr għal dan il-każ minħabba l-pożizzjoni għolja tal-membru kkonċernat; jiddispjaċih tal-fatt li l-miżuri li ttieħdu biex il-vittmi jiġu protetti sa tmiem l-investigazzjoni mill-OLAF jidhru li ġew improvizzati u kienu insuffiċjenti, speċjalment fid-dawl tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Ċivili tat-12 ta' Mejju 2016(7), li missha serviet ta' lezzjoni għall-Kumitat; jinnota bi tħassib li n-nuqqasijiet fil-proċedimenti interni, inkluża d-diviżjoni mhux ċara tar-responsabbiltajiet ta' rappurtar fil-livell ta' maniġment superjuri, irriżultaw f'nuqqas ta' azzjoni mill-amministrazzjoni tal-Kumitat li ssarraf fi ksur tad-dmir ta' kura u tal-obbligu ta' rapportar lill-OLAF; jikkundanna t-tul ta' żmien li l-Kumitat ħa biex jieħu l-miżuri meħtieġa biex jadatta r-regoli ta' proċedura u l-kodiċi ta' kondotta tal-Kumitat sabiex tiġi evitata sitwazzjoni bħal din fil-futur;

67.  Ifakkar li l-OLAF identifika l-vittmi ta' fastidju fl-investigazzjoni tiegħu tal-2018; jiddispjaċih li l-vittmi ġew imġiegħla jibdew il-proċess bil-mezzi proprji tagħhom minħabba n-nuqqas ta' azzjoni mill-amministrazzjoni tal-Kumitat; jinnota li s-segwitu tat-talbiet formali mibdija mill-vittmi skont l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal beda f'Jannar 2020; jinnota bi tħassib li r-rikonoxximent formali tal-istatus ta' vittma seħħ biss fit-2 ta' Ottubru 2020, għalkemm il-Kumitat jallega li rrikonoxxa b'mod impliċitu l-istatus tagħhom xhur qabel;

68.  Jindika li n-nuqqasijiet tal-Kumitat f'dan il-każ wasslu għal telf materjali ta' fondi pubbliċi fir-rigward tal-ispejjeż legali, il-liv minħabba mard, il-protezzjoni tal-vittmi, it-tnaqqis fil-produttività, il-laqgħat tal-Bureau u korpi oħra, eċċ.; iqis, għaldaqstant, li dan huwa każ ta' tħassib rigward l-obbligu ta' rendikont, il-kontroll baġitarju u l-governanza tajba tar-riżorsi umani fl-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni; itenni, f'dan is-sens, dak li ddikjarat il-Qorti fir-Rapport Speċjali 13/2019 tagħha, "L-oqfsa etiċi tal-istituzzjonijiet tal-UE li ġew awditjati: hemm lok għal titjib", jiġifieri li l-imġiba etika fl-affarijiet pubbliċi tikkontribwixxi għal ġestjoni finanzjarja aktar soda u żieda fil-fiduċja pubblika, u li kwalunkwe mġiba mhux etika mill-persunal u mill-membri tal-istituzzjonijiet u tal-korpi tal-Unjoni tattira livelli għoljin ta' interess pubbliku u tnaqqas il-fiduċja fl-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni;

69.   Ifakkar li l-Parlament irrifjuta li jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat fir-rigward tas-sena finanzjarja 2018, fost raġunijiet oħra minħabba ksur flagranti tad-dmir ta' diliġenza u n-nuqqas ta' azzjoni mill-amministrazzjoni, flimkien mal-konsegwenzi finanzjarji; ifakkar lill-Kumitat li ċ-ċaħda tal-kwittanza hija kwistjoni serja li teħtieġ azzjoni immedjata; jiddispjaċih ħafna dwar in-nuqqas ta' azzjoni deċiżiva, b'mod partikolari miżuri ta' prevenzjoni u dawk riparattivi, li ttieħdet mid-direttur ta' dak iż-żmien tal-HR u l-finanzi, li issa huwa s-segretarju ġenerali, sar-rifjut tal-kwittanza tal-2018;

70.  Jinnota li matul il-proċeduri ta' kwittanza tal-2018 u ta' parti mill-2019, is-Segretarju Ġenerali ma setax jipprovdi informazzjoni suffiċjenti, trasparenti u affidabbli lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament kif jixhed l-għadd ta' drabi li l-informazzjoni pprovduta ġiet miċħuda mill-informaturi, mit-trade unions tal-Kumitat, mit-tim tad-difiża tal-vittmi jew mill-awtur ta' reat innifsu; jistieden lill-Kumitat jieħu nota tad-danni kkawżati lill-vittmi u lill-informaturi, kemm f'termini materjali kif ukoll morali, li jirriżultaw minn appoġġ insuffiċjenti u nuqqas ta' riabilitazzjoni u kumpens leġittimi; jinsab imħasseb immens li l-vittmi kellhom iressqu lment minħabba n-nuqqas ta' azzjoni tal-amministrazzjoni tal-Kumitat fil-proċedura ta' riabilitazzjoni; ifakkar lill-Kumitat dwar l-obbligu tiegħu li jipproteġi lill-vittmi u lill-informaturi;

71.  Jirrikonoxxi li l-Kumitat qed jistinka biex isaħħaħ aktar il-kapaċità tiegħu li jindirizza mġiba mhux etika; jinnota li pjan ta' azzjoni dettaljat kien se jiġi approvat sa mhux aktar tard minn tmiem l-2020; jaqbel li l-Kumitat jeħtieġlu jkompli jqajjem kuxjenza dwar il-persunal u l-maniġment permezz ta' komunikazzjoni interna mmirata aħjar dwar l-istrutturi diġà disponibbli biex jgħinu jindirizzaw kwalunkwe tip ta' sitwazzjoni diffiċli fuq il-post tax-xogħol; jitlob lill-Kumitat jagħmel is-sessjonijiet ta' taħriġ dwar l-etika u l-integrità obbligatorji għall-membri tiegħu; jitlob lill-Kumitat jipprovdi lill-Parlament b'ħarsa ġenerali kompluta tal-azzjonijiet kollha meħuda;

72.  Jistieden lill-Kumitat jilħaq b'ħeffa ftehim ta' riżoluzzjoni mal-vittmi ta' fastidju u ta' mġiba ħażina; iqis li t-tmexxija l-ġdida għandha tieħu rwol attiv fin-negozjati dwar ftehimiet ta' riżoluzzjoni mal-vittmi bil-għan li jintlaħaq ftehim ġust u sodisfaċenti bl-appoġġ tal-partijiet kollha kif ukoll biex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta' interessi; jistenna li l-ftehimiet ta' riżoluzzjoni mal-vittmi jkunu bbażati fuq il-prinċipju tat-trasparenza u d-deċenza u li jkunu jinkludu apoloġija pubblika, kundizzjonijiet ġusti ta' kumpens, riabilitazzjoni sħiħa tal-vittmi fl-ambjent tax-xogħol tagħhom u garanzija ta' protezzjoni kontra konsegwenzi negattivi mill-każ; jopponi bil-qawwa l-applikazzjoni ta' kwalunkwe pressjoni fuq il-vittmi biex jiffirmaw klawżoli kontra l-iżvelar u biex ma jitħallewx jipprovdu b'mod kunfidenzjali kwalunkwe informazzjoni rigward ir-riżoluzzjoni lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament; jistieden lill-Kumitat jirrapporta fid-dettall dwar il-miżuri protettivi u kompensatorji offruti; jitlob lill-Kumitat jirrapporta dwar is-sitwazzjoni attwali tal-vittmi identifikati;

73.  Jinnota d-deċiżjonijiet meħuda mill-assemblea ġenerali tal-Kumitat b'maġġoranza kbira fit-28 ta' Jannar 2021 u jilqa' l-adozzjoni ta' kodiċi ta' kondotta ġdid, li jirrevoka u jieħu post il-kodiċi adottat f'Marzu 2019, u l-istabbiliment ta' qafas iddedikat għall-etika u l-integrità; josserva li l-kodiċi ta' kondotta issa fih reġim ta' sanzjonijiet li huwa proporzjonali għas-severità tal-imġiba mhux etika; jilqa' b'mod partikolari l-introduzzjoni ta' sanzjonijiet finanzjarji u l-possibbiltà li membru jitkeċċa mill-Kumitat; iħeġġeġ lill-Kumitat jinforza sanzjonijiet meta jkun meħtieġ, kif ukoll id-dispożizzjonijiet imtejba dwar id-dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji u dwar il-kunflitt ta' interess; iħeġġeġ lill-Parlament, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex ikunu infurmati dwar l-ismijiet tal-membri tal-Kumitat li jkunu nstabu li huma responsabbli għall-ksur tal-kodiċi ta' kondotta; jifraħ lill-Kumitat għall-kodiċi ta' kondotta ambizzjuż, komprensiv u msaħħaħ li jindirizza l-kummenti tal-Parlament kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Ombudsman Ewropew; jinnota b'sodisfazzjon l-enfasi fuq l-imġiba xierqa tal-membri tal-Kumitat u r-rispett tad-dinjità u l-integrità tal-membri tal-persunal; jistenna osservanza stretta mill-membri kif ukoll attitudni koerenti mit-tmexxija politika tal-Kumitat, inklużi t-tliet gruppi interni li jirrappreżentaw lil min iħaddem, lill-ħaddiema u lis-soċjetà ċivili;

74.  Jissottolinja li abbażi tal-osservazzjonijiet magħmula mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament, ir-rapport mill-OLAF u r-riflessjonijiet tal-kumitat konsultattiv tal-kumitat dwar l-imġiba tal-membri, il-Kumitat waqqaf grupp ta' ħidma intern konġunt dwar il-qafas etiku b'mandat biex jirrevedi d-diskrepanzi potenzjali kollha fil-qafas attwali bil-għan li jirrakkomanda titjib; jinnota li l-kumitat konsultattiv għandu wkoll l-opportunità li jikkollabora mal-grupp ta' ħidma intern konġunt sabiex jiżgura l-koerenza tal-qafas etiku ġenerali fil-Kumitat u biex jesplora sinerġiji possibbli; jinnota li l-kumitat konsultattiv dwar l-imġiba tal-membri sar il-kumitat tal-etika u li żdiedet dispożizzjoni dwar il-ħatra tal-membri ta' riżerva, kif ukoll il-possibbiltà li wieħed mill-membri tal-kumitat jastjeni, jew jitneħħa jekk jinstab ħati ta' ksur tal-kodiċi ta' kondotta; jilqa' l-fatt li l-Kumitat issa għandu setgħat investigattivi espliċiti sabiex iwettaq il-missjoni tiegħu, u jista' wkoll jitlob parir minn esperti esterni; jissuġġerixxi bil-qawwa li l-Kumitat tal-etika jistabbilixxi konsultazzjoni permanenti mas-servizz legali tal-Kumitat, aktar milli konsultazzjoni fakultattiva, speċjalment meta tinfetaħ investigazzjoni; jinnota li l-Kumitat aġġorna wkoll il-qafas tal-etika u tal-integrità tiegħu permezz tal-adozzjoni ta' pjan ta' azzjoni għal qafas etiku aktar b'saħħtu, li daħal fis-seħħ fis-7 ta' Jannar 2021; jistenna ġabra robusta u affidabbli ta' miżuri rigward il-protezzjoni, il-projbizzjoni tar-ritaljazzjoni, u l-appoġġ tal-vittmi;

75.  Jinnota li l-mandat mogħti mill-Bureau f'Ġunju 2020 biex jiġu abbozzati proposti għar-reviżjoni tal-kodiċi ta' kondotta u d-dispożizzjonijiet tar-regoli ta' proċedura dwar il-kodiċi ta' kondotta ġie pospost mill-Bureau fil-15 ta' Settembru 2020 minħabba li membru partikolari, li kellu r-rwol ta' president tal-Grupp 1, irrakkomanda li d-deċiżjoni tal-kumitat konsultattiv dwar ir-regoli ta' proċedura tiġi posposta għal wara Ottubru 2020; jinsab imħasseb li membru partikolari li nstab responsabbli għal fastidju kien għadu attiv fil-Bureau wara r-rakkomandazzjoni tal-OLAF u rnexxielu jdewwem l-adozzjoni tal-kodiċi ta' kondotta l-ġdid għall-membri;

76.  Jitlob lill-Kumitat jipprovdi lis-servizz legali tiegħu bi strateġija ta' ħidma formali biex jiżgura li jkun involut b'mod uffiċjali u sistematiku fl-aktar kwistjonijiet importanti tal-Kumitat mingħajr ma jħalli d-deċiżjoni dwar jekk għandux jiġi kkonsultat f'idejn is-servizzi differenti; iqis it-tweġibiet irċevuti għall-mistoqsijiet f'dan ir-rigward bħala insuffiċjenti u jitlob lill-Kumitat jirrapporta lill-Parlament dwar x'sar biex is-servizz legali tiegħu jiġi inkluż b'mod aktar sistematiku u indipendenti;

77.  Japprezza l-fatt li awditu intern dwar l-etika u l-integrità se jieħu l-forma ta' eżerċizzju ta' mmappjar segwit minn analiżi bil-għan li tiġi stabbilita ħarsa ġenerali komprensiva tar-regoli, l-istandards u l-miżuri fir-rigward tal-etika u l-integrità; jinnota li l-awditu se jindirizza wkoll kwistjonijiet bħal rigali u divertiment, attivitajiet u assenjazzjonijiet esterni, kunflitti ta' interessi u impjiegi ta' wara t-tluq mix-xogħol minn mal-Unjoni;

78.  Jinsab imħasseb li minkejja d-deċiżjoni tal-Bureau ta' Lulju 2020, fl-1 ta' Diċembru 2020 il-Bureau approva l-ħatra ta' membru investigat bħala rappreżentant tal-Grupp 1 għall-kategorija dwar it-trasport, u awtomatikament tpoġġa f'kuntatt mal-persunal tal-Grupp 1, inklużi l-vittmi tiegħu;

79.  Jilqa' l-laqgħa magħmula mill-OLAF f'Lulju 2019 sabiex tiġi ċċarata l-interpretazzjoni tal-ftehim amministrattiv bejn l-OLAF u l-Kumitat sabiex każijiet ta' fastidju possibbli relatati mal-membri jitqiesu bħala prijorità għolja; jinnota li f'dan l-istadju, il-Kumitat ma jistax jiddependi minn kapaċità ta' investigazzjoni indipendenti esterna għall-każijiet ta' fastidju (minbarra l-OLAF); jinnota li l-kuntatti man-network tal-aġenziji u mal-uffiċċju dixxiplinarju tal-Kummissjoni s'issa ma kinux konklużivi; japprezza l-fatt li din il-kwistjoni qed tiġi eżaminata wkoll bħala parti mir-reviżjoni li għaddejja tad-deċiżjoni dwar l-inkjesti amministrattivi;

80.  Jenfasizza, fir-rigward tas-sejbiet tal-OLAF dwar fastidju fil-konfront ta' membru tal-Kumitat u skont id-deċiżjoni tal-Bureau tal-Kumitat tad-9 ta' Ġunju 2020, li l-membru inkwistjoni tneħħewlu kompletament il-kompiti kollha relatati mal-ġestjoni u l-amministrazzjoni tal-persunal tas-segretarjat tal-Grupp 1 sa tmiem il-mandat tiegħu; jinnota li fis-7 ta' Settembru 2020 il-membru rtira l-kandidatura tiegħu għall-pożizzjoni ta' president tal-Kumitat; jiddispjaċih li, minħabba l-prinċipju legali tan-nonretroattività tas-sanzjonijiet, ir-reġim ta' sanzjonijiet infurzati skont il-kodiċi ta' kondotta rivedut ma jistax jiġi applikat f'dan il-każ speċifiku; madankollu jinsab imħasseb ħafna dwar il-fatt li l-awtur ta' reat inħatar mill-Kunsill bħala membru għal mandat ġdid, u li l-vittmi u l-informaturi qegħdin jirriskjaw li jiffaċċjaw ritaljazzjoni minnu jew minn dawk li jappoġġjawh fil-Kumitat; jenfasizza l-fatt li huwa ma jirrikonoxxix jew jiddispjaċih għall-irregolaritajiet tiegħu, li juri nuqqas totali ta' awtoriflessjoni u rispett għall-vittmi kkonċernati;

81.  Itenni t-tħassib tiegħu għall-fatt li s-sit web tal-Kumitat għadu juri dikjarazzjoni mill-membru kkonċernat fil-kapaċità tiegħu bħala president tal-Grupp 1, li fir-realtà hija xhieda personali ta' awtodifiża, bil-fattur aggravanti li l-każijiet imsemmija huma diġà pendenti jew huma mistennija li jitressqu quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Unjoni u l-awtoritajiet Belġjani;

82.  Jinnota li fil-kuntest tal-applikazzjoni għal miżuri provviżorji mressqa mill-membru msemmi hawn fuq quddiem il-Qorti Ġenerali (KN vs KESE, T-377/20), bil-għan li tiġi sospiża l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tad-9 ta' Ġunju 2020 tal-Bureau tal-Kumitat, il-Qorti Ġenerali rrifjutat l-applikazzjoni minħabba li ma ssodisfatx il-kundizzjoni ta' urġenza; jinnota li l-proċedimenti prinċipali fil-każ, li qed jitolbu l-annullament tad-deċiżjoni msemmija hawn fuq, għadhom għaddejjin;

83.  Jinnota li s-sessjoni plenarja tal-Kumitat tal-15 u tas-16 ta' Lulju 2020 ikkonfermat id-deċiżjoni tal-Bureau tad-9 ta' Ġunju 2020 rigward is-sħubija tal-Kumitat bħala parti ċivili fil-proċedura li se tinfetaħ mill-Awditur tax-Xogħol ta' Brussell quddiem il-Qorti Kriminali ta' Brussell; jinnota li l-Awditur tax-Xogħol ta' Brussell ġie infurmat bit-tneħħija tal-immunità tal-membru, iżda sal-lum ma waslet l-ebda informazzjoni oħra dwar il-proċedimenti.

84.  Jinsab imħasseb ħafna li, f'April 2021, il-KESE għadu qed jonqos mid-dmir ta' diliġenza tiegħu fir-rigward tal-vittmi ta' fastidju u mġiba ħażina gravi minħabba l-fatt li kkonkluda biss ftehimiet ta' riżoluzzjoni ma' 2 mill-4 vittmi u għadu ma ppubblikax l-apoloġija pubblika li wiegħed;

(1) ĠU L 67, 7.3.2019.
(2) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 1.
(3) ĠU C 377, 9.11.2020, p. 13.
(4) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 180.
(5) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(6) Id-Direttiva 2014/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar il-fatturazzjoni elettronika fl-akkwist pubbliku (ĠU L 133, 6.5.2014, p. 1).
(7) Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-12 ta' Mejju 2016, FS vs il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE), F-50/15, ECLI:EU:F:2016:119.


Kwittanza 2019: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kumitat tar-Reġjuni
PDF 193kWORD 67k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni (2020/2146(DEC))
P9_TA(2021)0170A9-0055/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2020)0288 – C9-0226/2020)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kumitat tar-Reġjuni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0055/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kumitat tar-Reġjuni għas-sena finanzjarja 2019 ;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni (2020/2146(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0055/2021),

A.  billi fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni billi jittejbu t-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u billi jiġi implimentat il-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u tal-governanza tajba tar-riżorsi umani;

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport annwali tagħha għall-2019 (ir-"rapport tal-Qorti"), osservat li ma ġiet identifikata l-ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tat-temi awditjati relatati mar-riżorsi umani u mal-akkwist għall-Kumitat tar-Reġjuni (il-"Kumitat");

2.  Jilqa' pożittivament il-fatt li, abbażi tal-ħidma ta' awditjar tiegħu, il-Qorti kkonkludiet li l-pagamenti kollha għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2019, inklużi l-infiq amministrattiv u ta' tip ieħor tal-Kumitat, ma kellux żbalji materjali u li s-sistemi ta' sorveljanza u kontroll eżaminati kienu effettivi;

3.  Jiddispjaċih, bħala osservazzjoni ġenerali, li l-Kapitolu 9, "Amministrazzjoni", tar-rapport tal-Qorti għandu kamp ta' applikazzjoni u konklużjonijiet pjuttost limitati, minkejja l-fatt li l-Intestatura 5, "Amministrazzjoni", tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali titqies li għandha riskju baxx; jitlob li x-xogħol ta' awditjar għal tali kapitolu jkun aktar ikkonċentrat fuq il-kwistjonijiet ta' rilevanza għolja jew saħansitra ta' importanza kritika għall-Kumitat;

4.  Ifakkar li l-baġit tal-Kumitat, fil-biċċa l-kbira tiegħu, huwa amministrattiv, b'ammont kbir minnu użat għall-ispejjeż li jikkonċernaw persuni li jaħdmu fl-istituzzjoni (Titolu 1) u l-bini, il-proprjetà mobbli, it-tagħmir u l-ispejjeż operatorji mixxellanji;

5.  Jinnota li fl-2019 il-Kumitat kellu baġit approvat ta' EUR 98 751 000 (meta mqabbel ma' EUR 96 101 000 fl-2018 u EUR 93 295 000 fl-2017); jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni għall-impenji kienet 99,6 %fl-2019 (meta mqabbla ma' 99,3 % fl-2018 u 98,1 % fl-2017) u li r-rata ta' eżekuzzjoni għall-pagamenti ta' 88,8 % fl-2019 kienet anqas mir-rati ta' eżekuzzjoni għall-pagamenti ta' 91,0 % fl-2018 u ta' 89,9 % fl-2017; jinnota, madankollu, li r-rata finali ta' eżekuzzjoni għall-pagamenti għall-2019 se tkun ogħla fl-aħħar taċ-ċiklu tal-baġit (wara l-ħlas tar-riporti);

6.  Jissottolinja li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-impenji għat-Titolu 1 kienet 99,6 % u għat-Titolu 2 kienet 99,7 %; jinnota b'sodisfazzjon li madwar EUR 400 000 (0,4 %) baqgħu mhux impenjati fl-aħħar tas-sena u għalhekk ġew irritornati fil-baġit tal-Unjoni, li rrappreżenta tnaqqis meta mqabbel mal-2018 meta madwar EUR 700 000 (0,7 %) tħallew mhux impenjati;

Riżorsi umani

7.  Jinnota li l-għadd totali ta' membri tal-persunal kien 576 fl-2019 (meta mqabbel ma' 538 fl-2018 u 533 fl-2017); jinnota li l-għadd ta' postijiet tax-xogħol fit-tabella tal-persunal jammonta għal 491, li l-Kumitat iqisu bħala insuffiċjenti; jirrikonoxxi r-riżultati ta' valutazzjoni tal-ammont ta' xogħol iffinalizzata fl-2019 għal riorganizzazzjoni potenzjali bl-għan li jsir aktar titjib fl-effiċjenza u jinħolqu sinerġiji; huwa infurmat li l-Kumitat jixtieq li l-awtoritajiet baġitarji tal-Unjoni jindirizzaw il-kwistjoni u biex jibbilanċjaw is-sitwazzjoni attwali tal-persunal b'mod progressiv; jinkoraġġixxi lill-Kumitat japprofondixxi l-kooperazzjoni amministrattiva tiegħu mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) permezz ta' ftehim għas-servizzi konġunti biex jakkomuna r-riżorsi bil-għan li jiġu żviluppati aktar sinerġiji;

8.  Jirrikonoxxi l-isforzi kontinwi tal-Kumitat biex isaħħaħ ir-rwol politiku tiegħu u biex jiffaċċja ż-żieda fil-ħtieġa ta' għarfien espert permanenti fl-oqsma politiċi u amministrattivi; jinnota r-riżerva ta' talent maħluqa biex timmotiva u żżomm persunal ta' esperjenza fil-Kumitat; jinnota li l-ewwel konkors intern ġenerali fl-istorja tal-Kumitat ġie ffinalizzat fl-ewwel semestru tal-2019 b'total ta' 40 kandidat li għaddew mill-konkors minn fost 113-il membru tal-persunal kandidat; jitlob lill-Kumitat jispjega l-prospettivi professjonali konkreti offruti lill-kandidati li għaddew mill-konkors;

9.  Jinnota li, skont stimi, it-trasferiment ta' 24 post fit-traduzzjoni mill-Kumitat għall-Parlament kellu jwassal għall-iffrankar annwali ta' bejn wieħed u ieħor EUR 2,9 miljun; jistieden lill-Kumitat jippreżenta rapport dwar l-impatt ta' tali trasferiment;

10.  Jiddispjaċih li s-sitwazzjoni f'termini ta' bilanċ bejn il-ġeneri f'pożizzjonijiet ta' maniġment medju u għoli ma marritx għall-aħjar anzi baqgħet relattivament stabbli mill-2018 u 35 % ta' dawn il-pożizzjonijiet jimtlew min-nisa; jirrikonoxxi li ġiet adottata strateġija ġdida ta' opportunitajiet indaqs li tinkludi objettivi konkreti li għandhom jintlaħqu sal-2025; jistieden lill-Kumitat jippreżenta pjan direzzjonali għall-adozzjoni tal-istrateġija l-ġdida ta' opportunitajiet indaqs u relatat mal-impatt previst tagħha, u jirrapporta, fuq bażi annwali, lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni tagħha u dwar ir-riżultati preliminari tagħha;

11.  Jilqa' pożittivament il-ħatra ta' uffiċjal responsabbli mill-opportunitajiet indaqs li jkun jaħdem ċentralment fid-Direttorat tar-Riżorsi Umani, u l-"wirjiet dwar l-opportunitajiet indaqs"; jitlob lill-Kumitat jirrapporta dwar ir-riżultati konkreti li kisbet l-istrateġija l-ġdida, inklużi r-riżultati tal-azzjonijiet meħuda fir-rigward tat-titjib tad-diversità u dawk meħuda biex il-Kumitat isir post tax-xogħol aktar inklużiv għall-persuni b'diżabbiltà;

12.  Josserva li ċ-ċittadinanzi kollha tal-Unjoni kienu rrappreżentati fl-2019, bl-eċċezzjoni ta' dik Lussemburgiża; jistieden lill-Kumitat biex ikompli jagħmel ħiltu biex jinkiseb il-bilanċ ġeografiku fost il-membri tal-persunal tiegħu bil-għan li jistabbilixxi rappreżentanza adegwata taċ-ċittadini tal-Istati Membri kollha, anki fil-livell maniġerjali; jinkoraġġixxi lill-Kumitat iżid l-isforzi ta' komunikazzjoni tiegħu f'dawk il-pajjiżi li mhumiex irrappreżentati biżżejjed;

13.  Iħeġġeġ lill-Kumitat ikompli bl-isforzi tiegħu biex jikseb bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli ġerarkiċi kollha u jilqa' azzjonijiet bħall-preżenza obbligatorja taż-żewġ ġeneri f'bordijiet ta' selezzjoni, l-inkoraġġiment attiv ta' applikanti nisa għall-pożizzjonijiet maniġerjali kollha, sessjonijiet speċifiċi ta' taħriġ għall-persunal femminili li jixtieq jipprepara għal karriera maniġerjali u arranġamenti tax-xogħol aktar flessibbli, inkluża l-possibbiltà ta' xogħol part-time u telexogħol; jinnota l-firxa ta' inizjattivi li ħa l-Kumitat, pereżempju r-rikonoxximent formali tar-responsabbiltajiet maniġerjali taħt il-livell tal-kap tal-unità u l-ħolqien ta' network informali għall-bilanċ bejn il-ġeneri fil-maniġment varat bis-sostenn tal-amministrazzjoni;

14.  Jieħu nota tal-fatt li l-istrateġija l-ġdida ta' opportunitajiet indaqs tagħmel ukoll enfasi fuq id-diżabbiltà u d-diversità; josserva t-taħriġ dwar il-preġudizzju inkonsapevoli offrut lill-maniġers u lill-persunal fir-riżorsi umani involuti fil-proċeduri ta' selezzjoni; jitlob lill-Kumitat jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-objettivi, l-azzjonijiet u l-indikaturi speċifiċi fl-ambitu tal-istrateġija;

15.  Japprezza l-enfasi tal-Kumitat fuq l-iżvilupp u ż-żamma ta' servizzi ta' kwalità għolja ta' saħħa u benesseri bbażati fuq il-prevenzjoni u l-intervent bikri permezz ta' kooperazzjoni mill-qrib bejn is-servizzi tar-riżorsi umani kkonċernati, u fuq programmi ta' sensibilizzazzjoni kemm għall-persunal maniġerjali kif ukoll għal dak ta' tip ieħor; jilqa' pożittivament is-sessjonijiet ta' taħriġ li saru mal-maniġers fil-livell ta' grad baxx, medju u għoli dwar is-suġġett tal-ġestjoni tal-assenza u l-integrazzjoni b'suċċess tal-kollegi wara assenza fit-tul; jinnota li fl-2019 ġew irreġistrati għaxar każijiet ta' eżawriment minħabba x-xogħol (burnout); jinnota li s-servizz soċjali tal-Kumitat joffri assistenza waqt iż-żmien ta' mard u meta l-membru tal-persunal jerġa' jidħol fis-servizz; jitlob lill-Kumitat jinkludi l-identifikazzjoni tal-eżawriment minħabba x-xogħol fis-servizzi tas-saħħa u tal-benesseri tiegħu; jilqa' b'sodisfazzjon iż-żieda fl-arranġamenti tal-flexitime u tat-telexogħol biex jitjieb il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tal-membri tal-persunal, kif ukoll it-tkomplija tal-programm ta' prevenzjoni tal-istress u tal-eżawriment minħabba x-xogħol; jinkoraġġixxi lill-Kumitat ilesti l-arranġamenti tax-xogħol flessibbli bi protezzjoni tad-"dritt għall-iskonnessjoni" min-naħa tal-membri tal-persunal;

16.  Jissottolinja li l-Kumitat juża prinċipalment persunal kuntrattwali biex joffri appoġġ xieraq fil-forma ta' sostituzzjonijiet għal assenzi ta' terminu medju sa twil u għal proġetti speċifiċi f'direttorati differenti bil-għan li jagħti appoġġ addizzjonali lill-membri tal-Kumitat; ifakkar, madankollu, li l-użu tal-aġenti kuntrattwali jikkawża wkoll telfien konsiderevoli ta' għarfien u ta' kompetenzi tekniċi għall-Kumitat meta jagħalqilhom il-kuntratt u għaldaqstant jinkoraġġixxi lill-Kumitat ikompli bin-negozjati biex ikabbar it-tabella tal-persunal tiegħu; jinnota li, fl-2019, bħala konsegwenza tal-kooperazzjoni bejn il-Kumitat u l-Parlament, in-numru ta' aġenti b'kuntratt fit-tul naqas fid-direttorat għat-traduzzjoni tal-Kumitat u tal-KESE meta mqabbel mas-snin 2013 sa 2017;

17.  Jinnota li l-Kumitat jeħtieġ li jtejjeb is-sistemi ta' kontroll tas-sigurtà tiegħu u jiżgura post tax-xogħol sikur għall-membri u għall-persunal tiegħu, fatt li jirrikjedi riżorsi speċjalizzati addizzjonali u li l-proporzjon tar-riżorsi ddedikati kemm għas-sigurtà fiżika kif ukoll għall-appoġġ tal-IT għal kull membru tal-persunal huwa baxx ħafna meta mqabbel ma' dak ta' entitajiet oħra tal-Unjoni; jinkoraġġixxi lill-Kumitat ikompli jħejji proġetti ġodda biex iqawwi ċ-ċibersigurtà;

18.  Jinnota li l-Kumitat identifika proġetti addizzjonali fil-qasam tal-modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni u tal-komunikazzjoni, bħall-appoġġ għat-tfassil aħjar tal-liġijiet permezz ta' monitoraġġ ex ante u ex post tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fuq il-post kif ukoll attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni biex jinvolvu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali kollha fil-proċess, u li dawn il-proġetti addizzjonali jeħtieġu riżorsi adegwati.

Komunikazzjoni

19.  Jissottolinja li twettqet evalwazzjoni esterna tal-istrateġija ta' komunikazzjoni tal-Kumitat skont l-istandards applikati mill-entitajiet l-oħra kollha tal-Unjoni bl-użu ta' kuntratt qafas kondiviż; jinnota li l-kwalità tal-komunikazzjoni tal-Kumitat mhux dejjem issodisfat il-ħtiġijiet tal-udjenza iżda hija effettiva f'sens ġenerali peress li l-partijiet ikkonċernati ewlenin għandhom perċezzjoni pożittiva tal-Kumitat; jistieden lill-Kumitat itejjeb il-komunikazzjoni diġitali mal-pubbliku u jżid il-viżibbiltà tal-istudji tiegħu għall-partijiet ikkonċernati u għaċ-ċittadini tal-Unjoni; jinkoraġġixxi lill-Kumitat jagħmel kuntatt mal-Parlament biex iżid il-kooperazzjoni, pereżempju permezz tal-organizzazzjoni ta' laqgħat u avvenimenti konġunti;

20.  Jitlob lill-Kumitat jirrapporta dwar kif se jimplimenta b'mod effiċjenti r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport ta' evalwazzjoni; jinnota li l-akbar suċċessi ta' komunikazzjoni tal-Kumitat huma d-djalogi maċ-ċittadini li jsiru mal-Kummissjoni u d-djalogi lokali tal-Kumitat stess, l-avvenimenti ewlenin "EuroPCom" (konferenza Ewropea dwar il-komunikazzjoni pubblika) u l-"Ġimgħa Ewropea tar-reġjuni u l-bliet";

Diġitalizzazzjoni u ċibersigurtà

21.  Jilqa' pożittivament il-fatt li l-bureau tal-Kumitat adotta strateġija diġitali fil-bidu tal-2019, abbażi tad-Dikjarazzjoni ta' Tallinn dwar il-gvern elettroniku u l-prinċipju fundamentali "diġitali b'mod awtomatiku" tagħha, u li l-implimentazzjoni bdiet wara l-adozzjoni; jinnota li r-riżultati tanġibbli ewlenin tal-istrateġija huma sistemi ta' informazzjoni orjentati lejn il-membri biex jappoġġaw il-ħidma politika tal-Kumitat, sistemi ta' informazzjoni biex jappoġġaw proċessi amministrattivi "mingħajr karti" u programm diġitali fuq il-post tax-xogħol; jistieden lill-Kumitat iżid id-diġitalizzazzjoni anki permezz tal-kooperazzjoni interistituzzjonali;

22.  Jilqa' favorevolment il-kooperazzjoni ċibernetika interistituzzjonali li għaliha l-Kumitat irċieva l-assistenza tal-Iskwadra ta' Rispons f'Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji Ewropej, bħal taħriġ fuq il-post tax-xogħol dwar is-sigurtà tal-cloud u informazzjoni ta' intelligence dwar it-theddid ċibernetiku għal attakki mmirati kontra l-korpi tal-Unjoni; jinnota li ħafna mill-proġetti tad-diġitalizzazzjoni jikkonċernaw id-diġitalizzazzjoni tar-riżorsi umani u l-proċessi finanzjarji, fejn il-Kumitat juża s-sistemi SYSPER u ABAC ipprovduti mill-Kummissjoni; jitlob lill-Kumitat jeżamina l-possibbiltà li jinnegozja kundizzjonijiet aħjar mal-Kummissjoni biex itejjeb u jagħmel il-proċess tal-kondiviżjoni tal-applikazzjoni finanzjarjament attraenti;

23.   Josserva li l-baġit tal-IT huwa kondiviż mal-KESE; jenfasizza l-fatt li dan il-baġit tal-IT żdied fl-2019, abbażi ta' trasferimenti baġitarji, minn EUR 7 963 825 fl-2018 għal EUR 9 082 838,76 fl-2019; jilqa' pożittivament il-fatt li l-unità tal-IT ħadmet biex tipprovdi sistemi tal-informazzjoni li jappoġġaw erba' oqsma operattivi, jiġifieri x-xogħol politiku, il-ġestjoni tad-dokumenti, il-komunikazzjoni u r-riżorsi umani/finanzi, u li, fir-rigward tal-post tax-xogħol diġitali, sar progress fl-aspetti kollha tal-programm;

24.  Jilqa' pożittivament il-politika attiva tal-Kumitat dwar it-teknoloġija b'sors miftuħ; jinkoraġġixxi lill-Kumitat jagħti prijorità lit-teknoloġija b'sors miftuħ bil-għan li jkun evitat l-"intrappolament tal-klijentela", jinżamm il-kontroll fuq is-sistemi tekniċi tiegħu, jiggarantixxi salvagwardji aktar b'saħħithom fir-rigward tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-data tal-utenti, u tiżdied is-sigurtà u t-trasparenza għall-pubbliku; jinnota li, 39 applikazzjoni b'software b'sors miftuħ ġew inklużi fl-inventarju tal-pakketti tas-software fl-2019, u li attwalment qed isiru proġetti attivi għall-implimentazzjoni ta' portal ġdid tal-firma diġitali u konsol tal-ġestjoni bbażat fuq teknoloġija b'sors miftuħ;

25.  Jinkoraġġixxi lill-Kumitat isegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS) biex jerġa' jinnegozja l-ftehim interistituzzjonali dwar il-liċenzji u l-kuntratt ta' implimentazzjoni, iffirmati bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u Microsoft fl-2018, bl-objettiv li tintlaħaq is-sovranità diġitali, jiġu evitati l-intrappolament tal-klijentela u n-nuqqas ta' kontroll kif ukoll tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data personali;

Bini u sigurtà

26.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li ġiet implimentata sensiela ta' miżuri biex jiġu żgurati standards adegwati ta' sigurtà tal-bini, bħall-installazzjoni ta' tagħmir ġdid għall-kontroll tal-aċċess u l-installazzjoni ta' sistema ġdida ta' televiżjoni b'ċirkwit magħluq (CCTV); jinnota li l-istandards tas-sigurtà relatati laħqu livell pariġġ dawk tal-Parlament u tal-Kummissjoni u li, barra minn hekk, beda l-proċess ta' akkwist għas-sistema l-ġdida ta' ġestjoni għall-viżitaturi, li l-installazzjoni tagħha kienet ippjanata għall-2020;

27.  Jinnota l-prinċipji gwida tal-istrateġija tal-bini tal-Kumitat li jinkludu l-konċentrazzjoni ġeografika tal-bini, il-preferenza għas-sjieda minflok il-kiri, il-ġestjoni sostenibbli tal-bini u l-ippjanar pluriennali; jinnota li l-grupp ta' ħidma stabbilit b'mod konġunt mal-KESE stabbilixxa linji gwida għall-użu u għat-tqassim tal-ispazju fl-uffiċċji, filwaqt li qies is-sitwazzjoni f'korpi oħra tal-Unjoni; japprezza l-fatt li dawn il-parametri ġew ippreżentati u diskussi mar-rappreżentanti tal-persunal; jirrikonoxxi l-approċċ trasparenti u kooperattiv tal-Kumitat fil-konfront tar-rappreżentanti tal-persunal; jinnota li total ta' 241 stazzjon tax-xogħol mhumiex qegħdin jintużaw u jitlob lill-Kumitat jispjega l-pjanijiet tiegħu għal tali stazzjonijiet tax-xogħol fi ħdan l-istrateġija immobiljari attwali;

28.  Jirrikonoxxi li l-Kumitat, flimkien mal-KESE, ta istruzzjonijiet biex jitneħħa l-asbestos fil-ħarifa tal-2020 fir-rispett sħiħ tal-miżuri ta' protezzjoni meħtieġa matul ix-xogħlijiet kif mitlub fir-riżoluzzjoni ta' kwittanza tal-2018; jilqa' pożittivament il-fatt li l-biċċa l-kbira tal-binjiet kemm tal-Kumitat kif ukoll tal-KESE huma ħielsa mill-asbestos; jesprimi tħassib fil-konfront tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-preżenza ta' asbestos fil-binja VMA; jirrikonoxxi, iżda, li l-Kumitat irċieva ċertifikat ta' sikurezza rigward l-asbestos;

Ġestjoni interna, kontroll intern u finanzi

29.  Jissottolinja l-fatt li l-Kumitat jifformula indikaturi ewlenin ta' prestazzjoni ċari għall-oqsma amministrattivi differenti tiegħu billi jifformula objettivi u riżultati kif ukoll jiddefinixxi n-numru relatat ta' riżorsi umani; jitlob lill-Kumitat iforni fir-rapport annwali tal-attività li jmiss, flimkien ma' dik l-informazzjoni dettaljata ħafna, verżjoni konsolidata tal-objettivi ewlenin u tar-riżultati miksuba, u janalizza opzjonijiet ta' viżwalizzazzjoni tad-data għal tabelli tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni aktar faċli li jinqraw;

30.  Jinnota li fl-2019 tnieda eżerċizzju ta' konformità u effikaċja biex jiġi vvalutat sa liema punt il-Kumitat jikkonforma mas-16-il standard ta' kontroll intern; jinnota li l-eżerċizzju ta' konformità tal-2019 wera li l-istat ġenerali tal-implimentazzjoni u tal-effikaċja tar-rekwiżiti baqa' sodisfaċenti u stabbli meta mqabbel mal-2018; jinnota, madankollu, li ġew identifikati oqsma li fihom jista' jkun lok għal aktar titjib, inkluż l-allinjament tal-missjoni u tal-istruttura organizzattiva tal-Kumitat ma' prijoritajiet ġodda, kooperazzjoni amministrattiva bejn il-Parlament u l-Kumitat, aktar diġitalizzazzjoni tal-ħżin tad-data u s-semplifikazzjoni tal-proċessi amministrattivi, kif ukoll tiġdid fil-fond tal-pjan eżistenti għall-kontinwità tal-attivitajiet li jirriżulta mill-esperjenzi miksuba matul is-sitwazzjoni attwali tal-COVID-19; jistieden lill-Kumitat jirrapporta dwar l-implimentazzjoni ta' dan it-titjib tant meħtieġ f'azzjoni li tagħti segwitu lill-kwittanza 2019;

31.  Jinnota li l-monitoraġġ tal-kapaċità tal-awditjar intern isir minn kumitat tal-awditjar magħmul minn membru wieħed għal kull grupp politiku tal-Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Amministrattivi tal-Kumitat u konsulent estern ta' livell għoli; josserva li fl-2019 il-kumitat tal-awditjar kellu żewġ laqgħat li fihom ġew ippreżentati r-rapport annwali intern tal-2018 u l-programm ta' ħidma tal-2020 u l-membri ġew infurmati dwar il-progress miksub fir-rigward tal-awditi li kienu għaddejjin u r-rakkomandazzjonijiet miftuħa kif ukoll ir-riskji relatati; josserva li 57 % tar-rakkomandazzjonijiet importanti ħafna ngħalaq wara sitt xhur (l-objettiv għall-2019 sa 2020 kien 75 %) u 100 % tar-rakkomandazzjonijiet importanti ħafna ngħalaq wara 12-il xahar (l-objettiv għall-2019 sa 2020 kien 100 %); jagħti parir li l-Kumitat jinkludi sinteżi tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar fir-rapport annwali tal-attività tiegħu;

32.  Josserva li r-regoli finanzjarji interni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kumitat ġew aġġornati fl-1 ta' Jannar 2019 bid-deċiżjoni tiegħu Nru 0014/2018 u ġew implimentati matul l-2019; jinnota b'sodisfazzjon l-inklużjoni ta' aġenti operattivi bħala atturi formali fil-fluss tax-xogħol tal-approvazzjoni finanzjarja u l-ħatra ta' maniġers responsabbli għall-ġestjoni operattiva bħala uffiċjali awtorizzanti b'sottodelega;

33.  Jilqa' pożittivament il-fatt li għall-eżerċizzju tal-2019 l-uffiċjali awtorizzanti kollha b'sottodelega ffirmaw id-dikjarazzjonijiet ta' assigurazzjoni individwali tagħhom, li r-rapporti kollha dwar l-eċċezzjonijiet issemmew fid-dikjarazzjonijiet ta' assigurazzjoni rilevanti, u li qed jiġu implimentati u mmonitorjati miżuri korrettivi biex jiġi evitat li dawn l-eċċezzjonijiet jerġgħu jseħħu;

34.  Jistieden lill-Kumitat isaħħaħ l-isforzi tiegħu biex janalizza s-sitwazzjoni bil-ħsieb li jikseb ambjent ta' sejħiet għall-offerti kompletament mingħajr dokumenti għall-proċeduri kollha ta' akkwist; jinnota li dan ikun jeħtieġ li tinkiseb l-għodda ta' ġestjoni tal-akkwist pubbliku żviluppata miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni, flimkien mal-iżvilupp jew l-akkwist ta' sistema mtejba ta' ġestjoni tad-dokumenti tal-back office; jinnota li l-proċedura attwali ta' "fluss tax-xogħol mingħajr karti, mill-fatturazzjoni sal-pagament" ġiet estiża għal numru ta' unitajiet u direttorati oħra matul l-2019 u li l-objettiv tal-Kumitat għas-snin li ġejjin huwa li jestendi aktar il-kamp tal-flussi tax-xogħol mingħajr karti għal tipi ta' tranżazzjonijiet oħra, b'kont meħud tar-riżorsi informatiċi disponibbli;

Multilingwiżmu

35.  Japprezza l-fatt li abbażi tar-rakkomandazzjonijiet prattiċi tal-Ombudsman Ewropew għall-amministrazzjoni tal-UE dwar l-użu tal-lingwi uffiċjali tal-UE fil-komunikazzjoni mal-pubbliku (każ SI/98/2018/DJJ), il-Kumitat qassam dawn ir-rakkomandazzjonijiet prattiċi lill-membri kollha tal-persunal; jinnota li fl-2019 il-Kumitat ħa wkoll l-inizjattiva li joħroġ gwida dwar l-ilmenti tal-persunal lill-Ombudsman Ewropew sabiex jiżgura li jingħata segwitu preċiż;

36.  Josserva li l-ispiża totali tat-traduzzjoni esternalizzata għall-Kumitat u għall-KESE kienet EUR 6 043 592 fl-2019 u l-parti tal-Kumitat tammonta għal EUR 2 492 830 u li l-ispiża totali tat-traduzzjoni interna kienet tkun EUR 8 781 075 u l-parti tal-Kumitat tammonta għal EUR 3 621 974;

37.  Jitlob lill-Kumitat jagħti informazzjoni dwar il-proċess kontinwu ta' razzjonalizzazzjoni fil-qasam tat-traduzzjoni li jikkonsisti prinċipalment fil-fużjoni bejn unitajiet differenti tat-traduzzjoni; jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta dwar kwalunkwe titjib fl-effiċjenza miksub minħabba r-razzjonalizzazzjoni u kwalunkwe riskju relatat;

Kooperazzjoni interistituzzjonali

38.  Jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni interistituzzjonali u jinnota li l-Kummissjoni ħallset madwar EUR 6 miljun skont ftehimiet fil-livell tas-servizzi li saru ma' korpi oħra tal-Unjoni fl-2019; jinnota li din il-kooperazzjoni tiżgura sinerġiji u hija addizzjonali għall-ftehim dwar is-servizzi konġunti bejn il-Kumitat u l-KESE; jinnota li l-Kumitat jorganizza s-sessjonijiet plenarji tiegħu fil-bini tal-Parlament u tal-Kummissjoni, li jixtri servizzi ta' interpretazzjoni mill-Parlament u mill-Kummissjoni, u li jikkoopera ma' diversi entitajiet tal-Unjoni fir-rigward tar-riżorsi umani, tal-IT u ta' oqsma amministrattivi oħra;

39.  Japprezza l-ftehim ta' kooperazzjoni tat-5 ta' Frar 2012 li għadu stabbilit bejn il-Kumitat u l-Parlament u li jkopri l-kooperazzjoni politika bejn il-Parlament u l-Kumitat u l-kooperazzjoni amministrattiva bejn il-Parlament, il-Kumitat u l-KESE; jitlob lill-Kumitat jiġi infurmat dwar ir-riżultat tar-reviżjoni ta' dan il-ftehim;

40.  Jistieden lill-Kumitat jirrapporta dwar kwalunkwe riżultat li jinkiseb b'rabta man-negozjar ta' ftehim ta' kooperazzjoni ġdid mal-Kummissjoni peress li l-ftehim ta' kooperazzjoni attwali mal-Kummissjoni (mill-2005 b'addendum mill-2007) intemm fil-31 ta' Diċembru 2019, iżda ġie prorogat għal sena;

41.  Jitlob lill-Kumitat jirrapporta dwar kwalunkwe mekkaniżmu ta' kontroll biex jiżgura ġestjoni effiċjenti tas-servizzi konġunti mal-KESE; japprezza l-importanza tal-kooperazzjoni amministrattiva bejn il-Kumitat u l-KESE permezz tas-servizzi konġunti, li fiha l-Kumitat u l-KESE jakkomunaw madwar 470 membru tal-persunal (li minnhom madwar 170 membru tal-persunal jagħmlu parti mill-Kumitat) u aktar minn EUR 50 miljun fis-sena (li minnhom madwar EUR 22 miljun jiġu mill-Kumitat), eskluża n-nefqa relatata mas-salarji; jinnota li flimkien man-nefqa relatata mas-salarji kkonċernati, il-valur monetarju annwali tal-arranġament dwar is-servizzi konġunti jaqbeż il-EUR 100 miljun; jinnota li n-negozjati għal ftehim ġdid għall-kooperazzjoni amministrattiva mal-KESE (il-ftehim eżistenti daħal fis-seħħ għall-perjodu ta' bejn l-2016 sa l-2020) ġew posposti minħabba l-kriżi tal-COVID-19, u dan żdied mal-kumplessità tal-bidliet fil-mandat tal-Kumitat kmieni fl-2020 u l-KESE fil-ħarifa tal-2020; jinnota li l-Kumitat u l-KESE għalhekk qablu li jipprorogaw it-terminu tal-ftehim attwali sat-30 ta' Ġunju 2021;

42.  Jistieden lill-Kumitat, fid-dawl tal-ftehimiet ta' kooperazzjoni eżistenti bejn il-Parlament, il-Kumitat u l-KESE, biex jidentifika potenzjal ulterjuri f'termini ta' sinerġiji u ffrankar, inklużi oqsma oħra li fihom jistgħu jiġu kondiviżi l-funzjonijiet ta' back office;

43.  Jappoġġja lill-Kumitat u lill-KESE fil-fehma li, fil-każ ta' proroga tal-ftehim attwali jew ta' ftehim ġdid mal-Parlament, iridu jiġu solvuti l-kwistjonijiet pendenti kollha bħas-sitwazzjoni żbilanċjata tal-Kumitat u tal-KESE, li ttrasferixxa total ta' 60 traduttur lill-Parlament (fosthom 24 mill-Kumitat) u bi skambju kiseb biss l-użu tas-servizzi tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew; jinnota bi tħassib li, bħala konsegwenza, il-Kumitat u l-KESE kellhom jimpjegaw persunal kuntrattwali u esternalizzaw is-servizzi tat-traduzzjoni tagħhom li rriżulta fi tnaqqis effettiv tal-baġit; jaf bit-talbiet espressi kemm mill-Kumitat kif ukoll mill-KESE fil-qafas tal-proċedura ta' kwittanza għall-ftehim ta' kooperazzjoni li għaddej li għandu jiġi rispettat sabiex il-Kumitat u l-KESE jiġu kkumpensati għall-postijiet ittrasferiti lejn il-Parlament; jitlob lit-tliet partijiet involuti jirrapportaw flimkien lill-Kumitat tal-Parlament għall-Kontroll tal-Baġit fir-rigward tar-rieżami li għaddej minnu l-ftehim;

44.  Jissottolinja li, fir-risposti bil-miktub tiegħu lill-Parlament, il-Kumitat irrikonoxxa li l-kooperazzjoni mal-Parlament fl-2019 kompliet tibni fuq ir-riżultati miksuba fis-snin preċedenti u wriet progress sodisfaċenti fuq diversi livelli, bħar-relazzjonijiet bejn il-kummissjonijiet tal-Kumitat u l-kumitati tal-Parlament, il-modi ta' kooperazzjoni l-ġodda, fosthom il-kontributi fir-rapporti ta' implimentazzjoni u fil-missjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni, kif ukoll il-kooperazzjoni produttiva u effikaċi permezz tal-Intergrupp tal-Parlament dwar it-Tibdil fil-Klima, il-Bijodiversità u l-Iżvilupp Sostenibbli; jissottolinja li l-Kumitat talab li l-kooperazzjoni politika tkompli tiġi żviluppata aktar filwaqt li tirrispetta l-awtonomija u l-approċċi speċifiċi ta' kull kumitat parlamentari u kull kummissjoni tal-Kumitat; josserva li l-kooperazzjoni mal-Parlament stabbilixxiet l-pedament għal relazzjoni ta’ ħidma sostenibbli bejn il-Kumitat u l-Parlament u li l-Kumitat kiseb, intensifika l-kooperazzjoni mal-kumitati parlamentari u ggarantixxa l-involviment fix-xogħlijiet tas-Semestru Ewropew, post irriżervat waqt il-laqgħat tal-kumitati parlamentari, l-użu tas-servizzi tas-Servizz ta' Riċerka Parlamentari Ewropew, proġetti konġunti u sinerġiji fil-qasam tat-traduzzjoni, il-ftuħ ta' mogħdijiet bejn il-binjiet tal-Parlament u tal-Kumitat u tal-KESE, ftehim dwar il-livell ta' servizz li jinkludi dispożizzjonijiet ta' servizzi ta' interpretazzjoni u appoġġ tekniku mill-Parlament, użu regolari tal-binjiet tal-Parlament fi Brussell kif ukoll tal-Uffiċċji ta' Kollegament tal-Parlament fl-Istati Membri għal avvenimenti u attivitajiet, kooperazzjoni intensifikata fil-qasam informatiku, aċċess reċiproku għall-kantins, bosta mekkaniżmi ta' kooperazzjoni biex jiġi żgurat approċċ koerenti u jinħolqu sinerġiji fil-qasam tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u, jekk ikun meħtieġ, konsulenza legali f'materja teknika jew amministrattiva mis-Servizz Legali tal-Parlament;

45.  Jinnota li rnexxiet il-kooperazzjoni mal-Parlament fil-livell amministrattiv; jaqbel mal-ħtieġa li tissaħħaħ aktar il-kooperazzjoni politika fir-rigward tal-programmazzjoni annwali u pluriennali, tad-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi u tal-monitoraġġ tal-programm ta' ħidma annwali; isostni r-rakkomandazzjonijiet konkreti fformulati mill-Kumitat biex jiġi żviluppat approċċ aktar sistematiku għall-kooperazzjoni politika fid-dawl tal-importanza tal-Kumitat bħala rappreżentant tar-reġjun u tal-bliet fl-Unjoni; japprezza l-parteċipazzjoni tal-Kumitat fil-Kumitat Konġunt għall-Opportunitajiet Indaqs;

46.  Jisħaq fuq l-importanza li jiġi promoss l-involviment tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fid-definizzjoni tal-politiki tal-Unjoni permezz ta' kooperazzjoni msaħħa mal-Kummissjoni u mal-koleġiżlaturi;

47.  Jitlob lill-Kumitat jinżamm infurmat dwar kwalunkwe titjib li sar fir-rigward tal-effiċjenza tal-proċessi amministrattivi, li jidher li huwa ħtieġa inevitabbli minħabba ammont ta' xogħol dejjem jiżdied u ta' dinja li qed tinbidel b'rata mgħaġġla; itenni l-ħtieġa ta' riformi kontinwi biex jiġi żgurat li l-Kumitat ikun mgħammar sew biex jirrispondi għall-isfidi futuri;

48.  Jirrikonoxxi u jilqa' pożittivament l-involviment tal-Kumitat fil-kampanja elettorali tal-Parlament fl-2019 billi ggarantixxa l-mobilizzazzjoni tan-networks interni u esterni kollha tiegħu għall-promozzjoni kemm tal-isforz ta' mobilizzazzjoni fuq il-post bil-kampanja "Did-darba se nivvota", tal-filmat online "Agħżel int il-futur tiegħek", kif ukoll fuq il-midja soċjali tal-Kumitat; jinkoraġġixxi aktar attivitajiet ta' kooperazzjoni biex jinħolqu sinerġiji fil-qasam tal-komunikazzjoni;

Dimensjoni ambjentali

49.  Josserva l-isforzi tal-Kumitat fil-kuntest tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali fir-rigward tat-tnaqqis tal-impronta tal-karbonju kif ukoll tal-iskart tal-plastik, tal-ikel u tal-karta; jaqbel li t-tnaqqis tal-impronta tal-karbonju huwa fost l-aktar objettivi importanti għas-snin li ġejjin; jistieden lill-Kumitat jagħti l-attenzjoni dovuta lit-taħlita enerġetika tas-sorsi tal-elettriku tiegħu u jinkoraġġixxi l-akkwist ta' elettriku ġġenerat mill-impjanti eoliċi, solari, tal-bijomassa u idroelettriċi; iħeġġeġ lill-Kumitat jipparteċipa fi proġetti f'oqsma li huma relatati mal-entitajiet l-oħra tal-Unjoni u jfassal pjan komprensiv għall-Kumitat biex jimplimenta l-prinċipji u r-rakkomandazzjonijiet ippreżentati fil-Patt Ekoloġiku Ewropew, bl-objettiv ġenerali li sal-2030 isir klimatikament newtrali;

Etika u politika dwar l-integrità

50.  Jissottolinja l-fatt li fil-5 ta' Diċembru 2019, il-Kumitat adotta kodiċi ta' kondotta għall-membri tiegħu li jistabbilixxi proċedura dettaljata f'każ ta' allegat fastidju minn membru tal-persunal tal-Kumitat, li hija bbażata l-aktar fuq id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament tat-2 ta' Lulju 2018 dwar ilmenti dwar fastidju; jilqa' favorevolment il-fatt li l-kodiċi ta' kondotta jinkludi numru ta' sanzjonijiet sabiex jiżgura l-osservanza tiegħu u li l-Kumitat waqqaf bord konsultattiv dwar il-fastidju; jitlob lill-Kumitat jippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni tal-kodiċi ta' kondotta;

51.  Josserva li l-kodiċi ta' kondotta jissemma fil-paġna tal-membri tas-sit web tal-Kumitat b'link għal paġna ddedikata; jinnota li l-kodiċi ta' kondotta jinkludi dispożizzjonijiet li għandhom l-għan speċifiku li jevitaw każijiet ta' kunflitti ta' interess, inkluż l-obbligu li tiġi ppreżentata dikjarazzjoni ta' interessi finanzjarji;

52.  Jilqa' l-ftuħ ta' djalogu ma' partijiet ikkonċernati differenti sabiex tiġi riveduta d-deċiżjoni interna attwali Nru 362/2010 tad-29 ta' Novembru 2010 dwar fastidju psikoloġiku u sesswali fuq il-post tax-xogħol abbażi ta' proposta għal qafas mibdul biex jiġi miġġieled il-fastidju bil-għan li jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tal-kwistjoni bl-inklużjoni ta' miżuri ta' prevenzjoni u mezzi ta' riżoluzzjoni tal-kunflitti, kif ukoll it-tisħiħ tal-prinċipju ta' tolleranza żero għall-fastidju, inklużi korsijiet dwar il-prevenzjoni tal-fastidju; jistieden lill-Kumitat jistabbilixxi mill-aktar fis possibbli qafas ġdid dwar il-fastidju u jirrapporta dwar l-azzjonijiet ta' segwitu meħuda lill-Parlament;

53.  Jinnota li fl-2019 ma ġie ppreżentat l-ebda każ ġdid ta' żvelar ta' informazzjoni protetta; jilqa' l-fatt li, fi tmiem l-2019, il-Kumitat nieda stħarriġ dwar l-għarfien tal-etika tal-persunal, li fih b'mod partikolari numru ta' mistoqsijiet dwar l-għarfien tal-persunal dwar il-proċeduri ta' żvelar ta' informazzjoni protetta, u li l-eżitu ngħata segwitu fl-2020; jinnota li d-Deċiżjoni Nru 508/2015 tiddefinixxi l-mezzi sikuri għad-dispożizzjoni tal-membri tal-persunal biex jindirizzaw ir-rapporti ta' żvelar ta' informazzjoni protetta internament lil kwalunkwe maniġer tal-Kumitat li jagħżlu huma jew direttament lill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF); jinnota li qabel ma tinbeda proċedura bħal din, tista' tintalab gwida mill-persuni responsabbli għal kwistjonijiet etiċi u statutarji;

54.  Jitlob lill-Kumitat isegwi l-eżempju tajjeb ta' korpi oħra fil-pubblikazzjoni fuq is-sit web tiegħu ta' kapitolu dwar l-etika, li jikkonsisti f'regoli għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-evitar ta' kunflitti potenzjali ta' interess u li huma applikabbli għall-membri u għall-persunal kollu tal-Kumitat; jesprimi l-interess tiegħu li jirċievi aġġornamenti dwar il-qafas etiku u korsijiet ta' taħriġ relatati dwar l-etika pubblika, inkluż għall-persunal li jidħol;

55.  Jitlob lill-Kumitat jagħti bidu għall-proċedura biex jingħaqad fil-ftehim interistituzzjonali dwar ir-reġistru ta' trasparenza obbligatorju, konkluż dan l-aħħar bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni; ifakkar fl-importanza li jkun żgurat livell għoli ta' trasparenza fir-rigward tal-organizzazzjoni ta' laqgħat mal-lobbisti li jaf jinfluwenzaw lill-membri u lill-persunal fir-rwol konsultattiv tagħhom lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

56.  Itenni dak li ddikjarat il-Qorti tal-Awdituri fir-‘Rapport Speċjali 13/2019 tagħha, l-oqfsa etiċi tal-istituzzjonijiet tal-UE li ġew awditjati: hemm lok għal titjib’, li l-imġiba etika fl-affarijiet pubbliċi tikkontribwixxi għal ġestjoni finanzjarja aktar soda u żieda fil-fiduċja pubblika, u li l-imġiba mhux etika min-naħa tal-persunal u tal-membri tal-istituzzjonijiet u tal-korpi tal-Unjoni Ewropea tattira livelli għoljin ta' interess pubbliku u tnaqqas il-fiduċja fl-istituzzjonijiet tal-UE;

57.  Japprezza l-progress li sar fil-każ tas-Sur McCoy, f'risposta għall-kwittanza 2018; jieħu nota tax-xogħol li għamlu diversi rapporteurs u shadow rapporteurs għall-istituzzjonijiet l-oħra li reġa' fetaħ djalogu li ilu mblukkat; ifakkar li t-tielet kumitat tal-invalidità kkonferma bl-unanimità li għall-ex awditur intern ġiet iddikjarata invalidità għal raġunijiet professjonali u li, sussegwentement, fis-26 ta' Ġunju 2019, il-Kumitat formalment approva din il-konklużjoni; jinnota li skont l-Artikolu 78(5) tar-regolamenti tal-persunal f'Lulju 2019 is-Sur McCoy ġie rrimborżat fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet kollha tiegħu għall-iskema tal-pensjoni mid-data li fiha beda jirċievi l-allowance tal-invalidità (l-1 ta' Lulju 2007) sal-jum ta' qabel ma beda jirċievi l-pensjoni tal-irtirar (il-31 ta' Lulju 2010);

58.  Ifakkar li, abbażi tar-riżoluzzjoni ta' kwittanza tal-2017, saret il-ħatra ta' membru tal-Parlament bħala medjatur u li l-partijiet kollha de facto daħlu fi proċess ta' medjazzjoni biex jintemm it-tilwim bejn il-Kumitat u l-ex awditur intern, is-Sur McCoy, bl-għan li tintlaħaq soluzzjoni amikevoli; l-ewwel fażi tal-medjazzjoni wasslet għall-iffirmar ta' dikjarazzjoni konġunta fl-4 ta' Diċembru 2020 dwar il-prinċipji li jirregolaw ir-riżoluzzjoni tal-każ tas-Sur McCoy, informatur in bona fide. jinnota li din tikkonkludi l-parti mhux finanzjarja tal-likwidazzjoni; ifakkar li tnediet ukoll u li bħalissa qiegħda għaddejja t-tieni fażi tal-medjazzjoni, dik dwar il-likwidazzjoni finanzjarja;

59.  Japprezza l-iskambju li sar fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza tal-2019 fl-10 ta' Novembru 2020 mal-medjatur, is-Sur McCoy u rappreżentant tal-Kumitat; ifakkar li s-Sur McCoy u l-Kumitat kienu ġew mistiedna għal laqgħa mal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament fuq il-bażi ta' suġġeriment tar-rapporteur tal-2018 għall-istituzzjonijiet l-oħra u approvat mill-koordinaturi tal-gruppi politiċi; jissottolinja l-importanza li titnaqqas it-tensjoni tas-sitwazzjoni u l-pożizzjoni tas-Sur McCoy u dik tal-Kumitat ikunu rikonċiljati; jilqa' pożittivament is-suġġeriment tal-medjatur għal laqgħa bejn il-president tal-Kumitat u s-Sur McCoy bħala punt tat-tluq għar-rikonċiljazzjoni qabel ma jibdew in-negozjati;

60.  Jilqa' l-ittra ddatata l-10 ta' Novembru 2020 mibgħuta lill-president tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament mill-president tal-Kumitat għall-affarijiet finanzjarji u amministrattivi li tikkonferma li l-president tal-Kumitat jinsab lest biex jiltaqa' mas-Sur McCoy; jilqa' l-laqgħat ta' segwitu bejn il-medjatur, ir-rapporteur għall-kwittanza tal-2019, l-ex awditur intern u r-rappreżentanti tal-Kumitat; jilqa' bi pjaċir l-ittra tal-4 ta' Diċembru 2020 li tħabbar li l-ewwel fażi tal-proċedura għal ftehim ġiet konkluża b'dikjarazzjoni konġunta ffirmata mir-rappreżentanti tal-Kumitat u mis-Sur McCoy; jinkoraġġixxi lill-partijiet isibu ftehim biex isolvu l-parti finanzjarja u jfakkar fid-disponibbiltà tiegħu li jsostni n-negozjati; japprezza l-isforzi li saru mill-partijiet kollha, jirrikonoxxi li sar l-ewwel pass importanti u jemmen li għandu jintlaħaq ftehim dalwaqt;

61.  Jifraħ bil-fatt li l-president u s-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat kienu lesti jimpenjaw ruħhom b'mod sod biex jilħqu soluzzjoni amikevoli u b'hekk jikkonkludu l-każ; jinnota li fl-4 ta' Diċembru 2020, bis-saħħa tal-kontribut tal-medjatur tal-Parlament, il-Kumitat tal-Parlament għall-Kontroll tal-Baġit, is-Sur McCoy, il-president u s-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat ikkonkludew dikjarazzjoni konġunta dwar il-prinċipji li jirregolaw ir-riżoluzzjoni tal-każ, konformement mar-rikjesti tal-Parlament li ilu jirrepeti mill-2004, u li l-Kumitat, bil-kunsens tas-Sur McCoy, ippubblika d-dikjarazzjoni konġunta fis-sit web tal-Kumitat;

62.  Jikkonstata li fid-dikjarazzjoni konġunta, il-Kumitat b'mod partikolari jaċċetta mingħajr riżervi r-rapport tal-OLAF u l-konklużjonijiet tiegħu u jirrikonoxxi l-iżbalji u n-nuqqasijiet tiegħu tal-imgħoddi; jammetti, bħall-Parlament, li s-Sur McCoy kellu raġun li jgħarraf direttament il-Parlament bit-tħassib tiegħu, li aktar sforzi kellhom isiru biex ikun konformi mar-rikjesti tal-Parlament tal-2004 u li s-Sur McCoy ma għandu jsofri l-ebda konsegwenza negattiva minħabba l-fatt li rrapporta għemil ħażin; jirrikonoxxi li s-Sur McCoy aġixxa in bona fide bħala informatur ta' irregolaritajiet, fil-qafas previst mill-Parlament fl-2004, u jiddispjaċih li s-Sur McCoy ma ġiex protett minkejja li fl-2003 ġie offrut protezzjoni bħala informatur; jiddispjaċih sinċerament għall-ħsara konsiderevoli li kkawża l-Kumitat lis-Sur McCoy, għall-mod li bih ġie ttrattat u għall-osservanza insuffiċjenti tad-dmir ta' diliġenza min-naħa tal-Kumitat; jirrikonoxxi li l-każ qatt ma kellu jitħalla irriżolt għal aktar minn sbatax-il sena;

63.  Josserva b'sodisfazzjon li l-president u s-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat talbu skuża b'mod formali lis-Sur McCoy abbażi ta' dawn ir-raġunijiet u tat-trattament ħażin tal-każ tiegħu min-naħa tal-Kumitat, li l-Kumitat u s-Sur McCoy impenjaw ruħhom li jsolvu l-aspetti finanzjarji tal-likwidazzjoni bl-appoġġ tas-Servizz Legali tal-Parlament u taħt it-tmexxija politika tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament u li l-Kumitat tenna l-impenn totali tiegħu favur ir-regoli u l-prinċipji ta' protezzjoni tal-informaturi ta' irregolaritajiet u, b'mod aktar partikolari, il-prinċipji inaljenabbli ta' ekwità u ta' ġustizzja, silet konklużjonijiet mill-każ tas-Sur McCoy u ħa l-miżuri neċessarji kollha f'dak li għandu x'jaqsam mal-governanza interna tiegħu sabiex sitwazzjoni bħal din ma terġa' sseħħ qatt iktar; iħeġġeġ lill-partijiet kollha jaslu għal ftehim finanzjarju malajr kemm jista' jkun;

64.  Jirrikonoxxi l-isforzi li għamlu t-timijiet tan-negozjati għar-rikonċiljazzjoni taż-żewġ partijiet u jfaħħarhom talli nnegozjaw bażi potenzjali għal riżoluzzjoni ekwa, ġusta u onorevoli ta' din it-tilwima;

65.  Iħeġġeġ lill-partijiet kollha jikkonkludu mingħajr dewmien ftehim dwar likwidazzjoni finanzjarja ekwa bħala segwitu mogħti lid-dikjarazzjoni konġunta; jieħu nota tas-sinċerità tat-talba min-naħa tal-Kumitat għall-assistenza tas-Servizz Legali tal-Parlament in vista tal-konklużjoni ta' likwidazzjoni finanzjarja;

66.  Josserva li l-Kumitat inħoloq oriġinarjament biex jittratta kwistjonijiet importanti, inkwantu madwar tliet kwarti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni hija implimentata fil-livell lokali jew reġjonali, u għal din ir-raġuni kien neċessarju li r-rappreżentanti lokali u reġjonali jgħidu tagħhom fl-iżvilupp ta' liġijiet ġodda tal-Unjoni; josserva wkoll li l-missjoni inizjali tiegħu kienet li jagħlaq id-distakk dejjem usa' bejn iċ-ċittadini u l-proċess ta' integrazzjoni Ewropea bl-involviment tar-rappreżentanza reġjonali;

67.  Jinkoraġġixxi lill-Kumitat jikkunsidra jħejji pjan ta' riorganizzazzjoni u razzjonalizzazzjoni tal-proċessi interni bil-għan li tinkiseb kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-Parlament u l-applikazzjoni tal-għarfien tiegħu b'mod aktar effikaċi;

o
o   o

68.  Jilqa' pożittivament il-fatt li, mill-2010, il-Kumitat jippubblika fis-sit web tiegħu r-rapporti annwali dwar il-valutazzjonijiet tal-impatt tal-opinjonijiet tiegħu, barra minn hekk, jistieden lill-Kumitat jiddefinixxi indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni ċari u li jistgħu jitkejlu għas-snin li ġejjin bil-għan li l-funzjonament tiegħu jkun ottimizzat.

(1) ĠU L 67, 7.3.2019.
(2) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 1.
(3) ĠU C 377, 9.11.2020, p. 13.
(4) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 180.
(5) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.


Kwittanza 2019: baġit ġenerali tal-UE - L-Ombudsman Ewropew
PDF 172kWORD 57k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew (2020/2147(DEC))
P9_TA(2021)0171A9-0065/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2020)0288 – C9-0227/2020)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Ombudsman Ewropew lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0065/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Ombudsman Ewropew għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Ombudsman Ewropew għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data kif ukoll lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew (2020/2147(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0065/2021),

A.  billi fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tkompli tissaħħaħ il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, kif ukoll bl-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni (PBB) u l-governanza tajba tar-riżorsi umani;

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") ma identifikat l-ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tal-elementi awditjati relatati mar-riżorsi umani u l-proċeduri ta' akkwist għall-Ombudsman Ewropew (l-"Ombudsman");

2.  Jenfasizza l-fatt li l-Qorti kkonkludiet li, fuq il-bażi tax-xogħol ta' awditu tagħha, il-pagamenti b'mod globali għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2019 għan-nefqa amministrattiva tal-Ombudsman kienu ħielsa minn żbalji materjali;

3.  Jiddispjaċih, bħala kumment ġenerali, li l-Kapitolu 9 "Amministrazzjoni" tar-Rapport Annwali tal-Qorti għandu kamp ta' applikazzjoni u konklużjonijiet pjuttost limitati, anke jekk l-Intestatura 5 "Amministrazzjoni" tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali titqies bħala waħda b'riskju baxx; jitlob li x-xogħol ta' awditjar għall-kapitolu dwar l-Amministrazzjoni jkun aktar iffokat fuq kwistjonijiet ta' rilevanza għolja jew saħansitra fuq kwistjonijiet ta' importanza kritika għall-Ombudsman;

4.  Jinnota l-fatt li l-2019 kienet sena ta' tranżizzjoni għall-Ombudsman minħabba li din ħabtet ma' tmiem l-ewwel mandat tagħha u mal-elezzjoni mill-ġdid tagħha għal-leġiżlatura 2019-2024; jappoġġa bis-sħiħ l-objettivi identifikati mill-Ombudsman għall-istrateġija tagħha "Lejn l-2024" li tkopri t-tieni mandat tagħha;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

5.  Jinnota li l-baġit tal-Ombudsman fil-biċċa l-kbira tiegħu huwa amministrattiv, b'parti kbira minnu użata għan-nefqa relatata ma' persuni, bini, għamara, tagħmir u spejjeż operattivi mixxellanji; jinnota li fl-2019 dan ammonta għal EUR 11 496 261 (meta mqabbel ma' EUR 10 837 545 fl-2018 u EUR 10 905 441 fl-2017);

6.  Jinnota li r-rata ta' implimentazzjoni f'termini ta' impenji (inklużi approprjazzjonijiet riportati mill-2019 għall-2020) hija 92,3 % (meta mqabbla ma' 95,3 % fl-2018 u 93,91 % fl-2017) u mill-approprjazzjonijiet totali, 89,5 % tħallsu fl-2019 (meta mqabbla ma' 91,3 % fl-2018 u 86,2 % fl-2017);

7.  Jilqa' t-titjib fir-riporti, bħall-fatt li l-ammont ta' approprjazzjonijiet riportati mill-2019 għall-2020 huwa EUR 323 410 u jirrappreżenta 2,8 % tal-baġit tal-2019 (meta mqabbel ma' EUR 433 866 riportati mill-2018 għall-2019, li rrappreżentaw 4 % tal-baġit tal-2018); jinnota, barra minn hekk, li l-perċentwal tal-approprjazzjonijiet riportati għall-2019 mill-2018 li ntużaw kien 90,36 % (meta mqabbla ma' 82,64 % fl-2017);

8.  Jirrikonoxxi l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-Ombudsman; pereżempju, kull meta n-nuqqas ta' nfiq għal ċerti linji baġitarji jidher li huwa sistemiku, l-Ombudsman tnaqqas l-approprjazzjonijiet relatati fis-snin sussegwenti, bħal-linja baġitarja għall-pubblikazzjonijiet, li tnaqqset b'mod proattiv u progressiv minn EUR 219 000 fl-2017 għal EUR 123 000 fl-abbozz tal-baġit tal-2021;

9.  Ifakkar li skont l-Artikolu 228(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Ombudsman "għandu jkollu s-setgħa li jirċievi lmenti (...) dwar każijiet ta' amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni", ħlief mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea meta tkun qed taġixxi fir-rwol ġudizzjarju tagħha. jirrikonoxxi li l-Ombudsman jista' jwettaq inkjesti "fuq inizjattiva tiegħu stess jew wara lment" (l-Artikolu 3(1) tal-Istatut tal-Ombudsman Ewropew) jew "permezz ta' Membru tal-Parlament Ewropew" (l-Artikolu 228(1) tat-TFUE); jilqa' l-fatt li l-Ombudsman għandha twettaq dmirijietha f'konformità mat-Trattati u mal-mandat tagħha;

Kooperazzjoni interistituzzjonali

10.  Huwa konxju mill-volum ta' xogħol dejjem jiżdied u jappoġġa l-istrateġija biex jiġu adottati soluzzjonijiet korporattivi meta jkun possibbli, pereżempju fil-kollaborazzjoni dwar kwistjonijiet amministrattivi mal-Kummissjoni u l-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali (il-"PMO"), bil-ħsieb li l-persunal jiġi allokat mill-ġdid għat-trattament tal-ilmenti; jinnota li fil-31 ta' Diċembru 2019 l-għadd ta' membri tal-persunal kien anqas milli kien fil-31 ta' Diċembru 2018, b'74 post tax-xogħol meta mqabbel ma' 78 post; jinnota li dan huwa minħabba postijiet battala li ma mtlewx f'dik id-data u tnaqqis fin-numru ta' aġenti kuntrattwali;

11.  Itenni l-appoġġ tiegħu għat-talba tal-Ombudsman biex iżżid l-għadd tal-persunal biex tindirizza l-ammont ta' xogħol dejjem jikber;

12.  Jilqa' l-ftehimiet dwar is-servizzi bħall-implimentazzjoni ta' għodda korporattiva (il-modulu tal-fajls personali SYSPER) għall-ġestjoni tal-fajls personali tal-membri tal-persunal u d-delega lill-PMO tal-ġestjoni tal-intitolamenti ta' membri individwali tal-persunal, li b'mod partikolari jfisser titjib fl-effiċjenza amministrattiva għal istituzzjonijiet iżgħar; jinnota li s-settur tat-teknoloġija tal-informazzjoni (IT) jikkollabora mill-qrib mal-Parlament u mal-Kummissjoni għall-integrazzjoni u l-manutenzjoni tal-għodod korporattivi kollha tal-Unjoni u għall-użu ta' kuntratti qafas interistituzzjonali tal-IT;

13.  Jinkoraġġixxi lill-Ombudsman iżżomm u tespandi l-kuntatti mal-korpi fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali, li jservu l-iskop ta' skambju ta' informazzjoni u tal-aħjar prattika u l-adozzjoni ta' approċċi komuni (pereżempju b'rabta mal-linji gwida żviluppati permezz tal-Kumitat ta' Komunikazzjoni Online Interistituzzjonali), meta jkun possibbli, dwar kwistjonijiet amministrattivi, finanzjarji, tal-persunal u tal-IT ġenerali kif ukoll dwar l-etika, it-trasparenza u l-integrità pubblika; jilqa' l-iskambju intensiv mal-uffiċċji tal-ombudsmen nazzjonali, u l-organizzazzjoni ta' laqgħat bejn l-uffiċċji tal-ombudsmen nazzjonali sabiex jiġu identifikati suġġetti għal inkjesti paralleli possibbli;

14.  Itenni l-appell tiegħu lill-Ombudsman għal kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament billi tgħarraf lil dak il-Kumitat bin-nuqqasijiet rilevanti, fil-forma ta' amministrazzjoni ħażina u/jew risposti negattivi tal-istituzzjonijiet għar-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Ombudsman f'format konċiż u rilevanti għall-ħin meta saru; japprezza madankollu l-fatt li l-Ombudsman, fir-rapport annwali tagħha "Putting it Right", tinkludi deskrizzjoni dettaljata dwar il-mod kif l-istituzzjonijiet jikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet tagħha, u l-konferma tal-Ombudsman li se taqsam ir-rakkomandazzjonijiet tagħha f'każijiet individwali direttament mal-kumitat responsabbli;

Riżorsi Umani

15.  Itenni l-ħtieġa ta' bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli ġerarkiċi kollha; jirrikonoxxi, f'dan ir-rigward, li l-Ombudsman tieħu approċċ proattiv biex jinżamm bilanċ bejn ir-reklutaġġ tal-irġiel u tan-nisa u li l-Ombudsman għandha persunal bi kwalifiki għolja b'bilanċ bejn il-ġeneri f'karigi maniġerjali;

16.  Huwa konxju mid-diffikultà li tinħoloq għal istituzzjoni żgħira biex tistinka favur bilanċ ġeografiku iżda madankollu jinnota li fl-2019 il-persunal tal-Ombudsman irrappreżenta 20 minn 27 nazzjonalità tal-Istati Membri; jinnota li l-għadd ta' maniġers kien sebgħa, u li dawn kienu maqsuma f'ħames nazzjonalitajiet differenti (Ġermaniża, Irlandiża, Taljana, Pollakka u Żvediża) meta mqabbla mas-sitt nazzjonalitajiet differenti fost il-maniġers fl-2018; jirrikonoxxi l-pjanijiet għal riorganizzazzjoni fl-2020 biex tiżdied l-effiċjenza tal-Ombudsman li tirriżulta fi tnaqqis fin-numru ta' maniġers, filwaqt li, sa fejn ikun possibbli, jitqies il-bilanċ ġeografiku;

17.  Jinnota li l-Ombudsman aġġornat il-politika tagħha dwar id-diversità, li tindirizza d-diżabilità u l-bilanċ bejn il-ġeneri; jirrikonoxxi li l-linji gwida għall-implimentazzjoni tal-politika kontra l-fastidju ġew iffinalizzati fl-2019; jinnota li diversi politiki u deċiżjonijiet oħra dwar ir-riżorsi umani ġew iffinalizzati wkoll fl-2019, bħal dawk relatati mal-"back to school" (lura l-iskola), ir-rimborż tal-ispejjeż tal-ġarr, ix-xogħol part-time, ir-ritorn għax-xogħol wara liv minħabba mard għal żmien twil, filwaqt li l-abbozzar ta' politiki oħra, inkluż dwar attivitajiet esterni, għadu għaddej;

18.  Jistieden lill-Ombudsman tindirizza kwistjonijiet relatati mal-persunal u tinvestiga modi kif ittejjeb il-proċessi ta' reklutaġġ, biex il-postijiet vakanti ma jibqgħux vakanti għal perjodu ta' żmien eċċessiv, li għandu impatt negattiv dirett fuq id-distribuzzjoni tal-volum tax-xogħol u jista' - flimkien mat-tnaqqis fin-numru ta' aġenti kuntrattwali - jagħmel ħsara lill-effiċjenza tal-istituzzjoni;

19.  Jinnota l-arranġament ta' xogħol flessibbli offrut lill-persunal (ħin flessibbli, telexogħol u xogħol part-time) kif ukoll it-taħriġ dwar il-koeżjoni tat-timijiet; jinkoraġġixxi lill-Ombudsman tmur lil hinn mill-benesseri tal-persunal u twettaq stħarriġ dwar is-sodisfazzjon biex tidentifika posibbilitajiet għal proposti għal titjib u biex tikkompleta l-arranġamenti tax-xogħol flessibbli bi protezzjoni tad-dritt ta' skonnessjoni tal-membri tal-persunal;

20.  Jitlob lill-Ombudsman tirrapporta dwar il-kisbiet konkreti tal-politika aġġornata dwar id-diversità, ir-riżultati tal-azzjonijiet meħuda rigward it-tisħiħ tad-diversità u li l-post tax-xogħol tal-Ombudsman isir aktar inklużiv għall-persuni b'diżabilità;

Kunflitt ta' interess, fastidju, żvelar ta' informazzjoni protetta

21.  Ifakkar fl-inizjattiva strateġika tal-Ombudsman SI/2/2018/AMF dwar id-dinjità fuq il-post tax-xogħol fl-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni mill-2018, bħala eżempju tal-aqwa prattika fil-prevenzjoni tal-fastidju; jinnota li s-sensibilizzazzjoni tal-persunal dwar il-kwistjonijiet relatati mal-fastidju saret prijorità għall-Ombudsman billi lill-persunal kollu ġie offrut taħriġ obbligatorju dwar id-"dinjità u r-rispett fuq il-post tax-xogħol"; jinnota t-taħriġ organizzat għall-korrispondenti tal-etika u l-membri tal-kumitat ta' konċiljazzjoni sabiex jitħejjew għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom fil-kuntest tal-politika kontra l-fastidju tal-Ombudsman; japprezza li s-sessjonijiet ta' informazzjoni dwar l-etika li jkopru kwistjonijiet bħall-kondotta u l-imġiba etika, il-fastidju, l-iżvelar ta' informazzjoni protetta, il-kunflitti ta' interess, u l-attivitajiet esterni saru parti integrali mit-taħriġ tal-Ombudsman ta' dħul fis-servizz għall-membri l-ġodda tal-persunal kif ukoll għat-trainees;

22.  Jifraħ lill-Ombudsman għas-sit web tagħha li huwa faċli biex jintuża u li fih kapitlu dwar l-etika flimkien mal-informazzjoni kollha dwar il-ħidma ewlenija tagħha; japprezza l-lista dettaljata tal-missjonijiet imwettqa mill-Ombudsman fl-2019 kif ippubblikata fis-sit web għal raġunijiet ta' trasparenza inkluża l-informazzjoni dwar id-destinazzjonijiet, l-iskopijiet u l-ispejjeż relatati, liema informazzjoni hija disponibbli wkoll fir-rapport annwali tal-attività tagħha;

23.  Jinnota li huwa meħtieġ approċċ kumpless sabiex il-paġni ewlenin tal-istituzzjonijiet Ewropej isiru aċċessibbli għal persuni b'kull xorta ta' diżabilità, inkluż id-disponibbiltà tal-lingwi tas-sinjali nazzjonali; jissuġġerixxi li l-organizzazzjonijiet relatati mad-diżabilità jiġu involuti f'dan il-proċess;

24.  Japprezza l-ħidma tal-Ombudsman dwar kwistjonijiet ta' kunflitt ta' interess, speċjalment il-kooperazzjoni tagħha mal-"Awtorità Għolja għat-Trasparenza fil-Ħajja Pubblika" (HATVP) ġewwa Franza u l-parteċipazzjoni tagħha f'avvenimenti fil-Parlament u l-Bank Ċentrali Ewropew dwar dan is-suġġett importanti;

Ġestjoni interna, prestazzjoni, kontroll intern

25.  Jirrikonoxxi s-sett ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) ifformulati b'mod ċar mill-Ombudsman; jilqa' l-kisbiet fl-effiċjenza rrappurtati bħal fil-proċessi tat-trattament tal-każijiet, li kollha qabżu r-riżultati tas-sena preċedenti, bħal "Deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà" meħuda fi żmien xahar f'91 % tal-każijiet (meta mqabbla ma' 90 % fl-2018), "Inkjesta magħluqa fi żmien 6 xhur" fi 63 % tal-każijiet (meta mqabbla ma' 57 % fl-2018) u "Inkjesta magħluqa fi żmien 18-il xahar" f'90 % tal-każijiet (meta mqabbla ma' 88 % fl-2018);

26.  Jistieden lill-Ombudsman teżamina l-mod kif tkejjel l-impatt usa' tal-inkjesti tal-Ombudsman u r-rakkomandazzjonijiet relatati dwar l-istituzzjonijiet tal-Unjoni; huwa konxju sew li l-konformità mal-proposti hija rreġistrata f'mument partikolari u ma tirriflettix bidla li sseħħ aktar bil-mod u li spiss hija r-riżultat ta' investigazzjonijiet usa'; jinnota rata ta' konformità ġenerali ta' 77 % (meta mqabbla ma' 81 % fl-2018); jitlob finalment li d-data rilevanti tiġi ppreżentata bħala KPI speċifiku;

27.  Jilqa' l-fatt li l-istituzzjonijiet irreaġixxew b'mod pożittiv għal 90 mill-117-il proposta għal titjib li sar mill-Ombudsman; jinnota li saru proposti f'69 każ, bi 52 minn dawn il-każijiet iwasslu biex l-istituzzjonijiet jieħdu passi biex itejbu l-operat tagħhom; jilqa' l-fatt li 11-il istituzzjoni kellhom rata ta' konformità ta' 100 % bi proposti għal titjib, filwaqt li l-Kummissjoni, li tirrappreżenta l-biċċa l-kbira tal-każijiet, kellha rata ta' konformità ta' 70,9 %;

28.  Josserva li, fl-2019, l-għadd ta' lmenti rreġistrati kien ta' 2 171 (meta mqabbla ma' 2 160 fl-2018), li l-għadd ta' każijiet ġodda pproċessati kien 2 201 (meta mqabbla ma' 2 180 fl-2018) u li l-għadd ta' każijiet fi ħdan il-mandat tal-Ombudsman kien 871 (meta mqabbla ma' 880 fl-2018); jinnota li l-Ombudsman fetħet 456 inkjesta ġdida abbażi tal-ilmenti (meta mqabbla ma' 482 fl-2018) u għalqet għadd rekord ta' 552 inkjesta abbażi tal-ilmenti (meta mqabbla ma' 534 fl-2018) u bħala riżultat tal-għadd għoli ta' każijiet, 117-il inkjesta biss ġew riportati għall-2020 (meta mqabbla ma' 222 riportati għall-2019);

29.  Jinnota li l-kategoriji ta' lmenti li esperjenzaw l-akbar żieda huma: ir-rispett għad-drittijiet fundamentali, l-użu xieraq tad-diskrezzjoni (inklużi l-proċeduri ta' ksur), il-kultura tas-servizz, it-trasparenza u r-rispett għad-drittijiet proċedurali; iħeġġeġ lill-Ombudsman tkompli tirrapporta lill-Parlament dwar ir-rakkomandazzjonijiet li saru lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni f'dan ir-rigward;

30.  Jiddikjara li dawn li ġejjin huma r-riżultati ta' inkjesti magħluqa mill-Ombudsman fl-2019: ma nstabet l-ebda amministrazzjoni ħażina f'56 % tal-każijiet, konklużi mill-istituzzjoni, 33 % tal-każijiet kellhom soluzzjonijiet miksuba jew soluzzjonijiet parzjalment miksuba, f'5 % tal-każijiet ma kien hemm l-ebda inkjesta ulterjuri ġġustifikata, f'5 % tal-każijiet instabet amministrazzjoni ħażina, b'rakkomandazzjoni maqbula jew maqbula parzjalment u 0,9 % tal-każijiet kienu klassifikati bħala "oħrajn";

31.  Jinnota li r-rapport annwali tal-awditur intern għall-2018 ikkonkluda li, soġġett għall-għeluq tal-azzjoni li jifdal dwar il-ġestjoni tal-kontinwità tan-negozju, is-sistemi ta' ġestjoni tar-riskju, kontroll u governanza tal-Ombudsman kienu effettivi u effiċjenti u pprovdew aċċertament raġonevoli li bih se tikseb l-objettivi ta' kontroll tagħha fuq bażi konsistenti; jinnota li l-Ombudsman żviluppat sinerġiji mal-Kummissjoni, bil-ħsieb li tuża għodod u/jew servizzi korporattivi għall-ġestjoni tal-persunal, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontabbiltà, l-akkwist pubbliku, il-ġestjoni tal-missjonijiet u r-reklutaġġ; jitlob lill-Ombudsman tinfurmah dwar kwalunkwe segwitu fir-rigward tal-azzjonijiet riportati fir-rigward tal-ġestjoni tal-kontinwità tan-negozju;

32.  Jinnota li r-risposta tal-Ombudsman fir-rapport tagħha dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2018 kienet relatata mal-proċess għar-reviżjoni tal-Istatut tal-Ombudsman Ewropew; jinnota li ladarba jiġi adottat regolament ġdid li jirregola l-qadi tad-dmirijiet tal-Ombudsman, l-Ombudsman se tirrieżamina d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tagħha kif xieraq u se tinkludi kwalunkwe żvilupp f'dan ir-rigward fir-rapporti annwali tal-attività futuri;

Trasparenza

33.  Jenfasizza l-inkjesta bbażata fuq l-ilmenti li fiha l-Ombudsman talbet lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill biex iżomm reġistru komplut ta' kwalunkwe laqgħa li ssir bejn il-lobbisti u l-President tal-Kunsill Ewropew u/jew il-membri tal-kabinett tiegħu; jaqbel mad-dikjarazzjoni tal-Ombudsman skont liema l-membri tal-kabinett tal-President għandhom jiltaqgħu biss ma' rappreżentanti ta' interessi li huma rreġistrati fir-reġistru ta' trasparenza, jew jattendu avvenimenti organizzati minnhom biss;

34.  Jieħu l-opportunità biex jifraħ lill-Ombudsman għall-ftuħ ta' investigazzjoni (OI/2/2017) dwar it-trasparenza tal-ħidma leġiżlattiva tal-Kunsill fl-2017 sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jsegwu l-proċess leġiżlattiv tal-Unjoni b'mod aktar faċli; jilqa' t-tennija pożittiva reċenti mill-Ombudsman tal-passi ġodda ta' trasparenza meħuda mill-Kunsill, pereżempju billi tippubblika b'mod proattiv rapporti ta' progress dwar in-negozjati dwar abbozzi ta' liġijiet, żvilupp li huwa konformi mal-proposti magħmula mill-Ombudsman bħala riżultat tal-inkjesti tagħha; madankollu, ifakkar fl-opinjoni tal-Ombudsman li l-Kunsill għandu jkompli jżid l-isforzi ta' trasparenza tiegħu billi, fost oħrajn, jippubblika pożizzjonijiet tal-Istati Membri, dokumenti leġiżlattivi tal-Kunsill inklużi l-minuti tal-laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma, it-trilogu u dokumenti ta' ħidma oħra importanti; japprezza l-proposti tal-Ombudsman biex jiġi żgurat approċċ aktar sistematiku u effettiv meta jiġu indirizzati eks membri tal-persunal li jimxu lejn is-settur privat jew persuni li jimxu mis-settur privat lejn il-Kummissjoni;

35.  Jirrikonoxxi eżempju tajjeb ieħor bħar-rapport dwar il-proċedura rapida għal każijiet ta' aċċess pubbliku u l-implimentazzjoni tiegħu; jilqa' l-evalwazzjoni li twettqet u li tindika li l-proċedura rapida kienet wasslet għal tnaqqis b'terz taż-żmien meħud biex jiġi indirizzat l-aċċess għal każijiet ta' dokumenti;

36.  Japprezza l-finalizzazzjoni tal-manwal tagħha li huwa faċli biex jintuża minn min imexxi l-każijiet, u li jgħaqqad il-proċeduri kollha ta' trattament tal-każijiet b'mod dinamiku u konċiż iżda komprensiv;

37.  Jilqa' l-fatt li l-Ombudsman awtomatikament tippubblika inkjesti fis-sit web tagħha sakemm ilmentatur ma jkunx għamel talba speċifika għal kunfidenzjalità jew meta każ ikun fih data personali;

Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà, protezzjoni tad-data

38.  Jitlob lill-Ombudsman, fil-kuntest tal-politika ta' diġitalizzazzjoni tagħha, tkompli tiżviluppa l-interazzjoni bejn is-sit web u s-sistema ta' ġestjoni tal-każijiet billi tiżgura importazzjoni awtomatika ta' informazzjoni mis-sit web għas-sistema ta' ġestjoni tal-ilmenti, li tippermetti lill-ilmentatur iżid aktar korrispondenza ma' lment imressaq online, u jitlob li l-account online jintuża meta tinteraġixxi mal-ilmentatur matul il-proċess kollu;

39.  Jilqa' l-fatt li l-Ombudsman tappoġġa l-importanza tal-protezzjoni tad-data, u timpenja ruħha li tkompli ssaħħaħ l-għarfien tal-utenti dwar l-importanza tal-protezzjoni tad-data online; jifraħ lill-Ombudsman għall-Pjan ta' Azzjoni tagħha għar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-Unjoni Ewropea prodott fl-2018 li għandu l-għan li jippermetti lill-istituzzjonijiet jadattaw għal-leġiżlazzjoni l-ġdida, kif ukoll biex isegwi l-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-24 azzjoni li ġew identifikati fil-pjan matul l-2019; japprezza l-ħolqien tar-Reġistru ta' rekords tal-operazzjonijiet ta' pproċessar tal-Ombudsman Ewropew u l-kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew;

40.  Jilqa' l-fatt li l-Ombudsman tuża software b'xejn u b'sors miftuħ għall-komunikazzjoni esterna u interna; japprezza li l-Ombudsman tirrikonoxxi l-valur miżjud ta' software b'sors miftuħ sabiex tiżdied it-trasparenza;

41.  Jinkoraġġixxi lill-Ombudsman ssegwi r-rakkomandazzjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data biex terġa' tinnegozja l-Ftehim Interistituzzjonali dwar il-Liċenzji u l-kuntratt ta' implimentazzjoni, iffirmat bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u Microsoft fl-2018, bl-objettiv li tinkiseb is-sovranità diġitali, jiġu evitati l-intrappolament tal-klijentela u n-nuqqas ta' kontroll kif ukoll biex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data personali;

Komunikazzjoni

42.  Jilqa' l-fatt li l-Ombudsman qabżet l-objettivi stabbiliti għall-midja soċjali fl-2019; jinnota li fuq Twitter l-Ombudsman issemmiet 36 717-il darba (l-objettiv kien ta' 20 000) u li l-għadd ta' segwaċi fuq Twitter żdied minn 22 600 fi tmiem l-2018 għal 26 300 f'Diċembru 2019, li jirrappreżenta żieda ta' 16 %; jinnota li l-kanal li l-aktar li qed jikber kien Instagram, li fih l-pubbliku kiber b'47 % matul is-sena u l-għadd ta' segwaċi fuq LinkedIn żdied b'21 %;

43.  Jifraħ lill-Ombudsman għall-fatt li l-intranet il-ġdid, SISTEO, ġie varat online f'Diċembru 2019, li għalih kien inbeda proġett ta' rieżami fl-2018 bil-għan li jiġi ffaċilitat it-tixrid tal-informazzjoni, kif ukoll l-aċċess għal proċessi u għodod interni u għal applikazzjonijiet u pjattaformi interistituzzjonali; jilqa' wkoll il-fatt li l-proġett extranet, in-Network Ewropew tal-Ombudsman (ENO) tlesta f'Diċembru 2019;

44.  Jissottolinja l-importanza ta' kollaborazzjoni li tiffunzjona tajjeb fost l-ENO peress li l-liġijiet u l-politiki tal-Unjoni qed isiru dejjem aktar importanti għall-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini tal-Istati Membri;

45.  Jenfasizza t-tieni edizzjoni tal-premju għal amministrazzjoni tajba, imniedi mill-Ombudsman, li ttrattat 54 proġett ta' ispirazzjoni li oriġinaw mill-istituzzjonijiet ewlenin tal-Unjoni, kif ukoll minn ħafna aġenziji u korpi oħra, li juri l-livell għoli ta' interess fil-premju; jinnota li l-premju ġenerali għal amministrazzjoni tajba ngħata lit-timijiet mill-Kummissjoni li ħadmu fuq l-inizjattiva tal-Unjoni biex jitnaqqas it-tniġġis tal-plastik u titqajjem kuxjenza dwar il-problema;

Dimensjoni ambjentali

46.  Jilqa' l-impenn tal-Ombudsman li tnaqqas l-impronta ambjentali tagħha permezz ta' azzjonijiet konkreti bħall-użu estensiv ta' faċilitajiet ta' vidjokonferenzi għal laqgħat interni u interistituzzjonali, u li għamluha possibbli li jitnaqqsu l-missjonijiet; jinnota l-politika tat-telexogħol, li tintuża minn ħafna membri tal-persunal (u mill-persunal kollu matul il-kriżi tal-COVID-19), li tillimita t-trasport individwali; iħeġġeġ lill-Ombudsman tkompli twettaq azzjonijiet immirati biex titnaqqas l-impronta tal-karbonju kif ukoll biex tingħata attenzjoni mill-qrib lit-taħlita tal-enerġija użata mill-istituzzjoni, b'enfasi fuq il-promozzjoni ta' sorsi nodfa u rinnovabbli.

47.  Jilqa' l-inizjattivi meħuda mill-uffiċċju tal-Ombudsman biex jinkoraġġixxi l-użu tat-trasport pubbliku billi jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-abbonamenti annwali u billi jillimita l-ispazji disponibbli għall-parkeġġ tal-karozzi.

(1) ĠU L 67, 7.3.2019.
(2) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 1.
(3) ĠU C 377, 9.11.2020, p. 13.
(4) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 180.
(5) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.


Kwittanza 2019: baġit ġenerali tal-UE - Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
PDF 178kWORD 60k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (2020/2148(DEC))
P9_TA(2021)0172A9-0067/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2020)0288 – C9-0228/2020)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern;

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0067/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (2020/2148(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern;

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0067/2021),

A.  billi fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni billi jittejbu t-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u billi jiġi implimentat il-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u l-governanza tajba tar-riżorsi umani;

1.  Jilqa' l-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") li skontha l-pagamenti kollha kemm huma għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2019 għall-infiq amministrattiv u għal infiq ieħor tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ("l-EDPS") kienu ħielsa minn żbalji materjali u li s-sistemi ta' superviżjoni u kontroll eżaminati għall-infiq amministrattiv u għal infiq ieħor kienu effikaċi;

2.  Jinnota b'sodisfazzjon li fir-rapport annwali tagħha għall-2019, il-Qorti ma osservat ebda dgħufija serja fir-rigward tat-temi awditjati b'rabta mar-riżorsi umani u l-attivitajiet ta' akkwist għall-EDPS;

3.  Jiddispjaċih, bħala osservazzjoni ġenerali, li l-Kapitolu 9 – "Amministrazzjoni" – tar-Rapport Annwali tal-Qorti għandu kamp ta' applikazzjoni u konklużjonijiet pjuttost limitati, minkejja l-fatt li l-Intestatura 5, "Amministrazzjoni", tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali titqies li tkun ta' riskju baxx; jitlob li x-xogħol ta' awditjar għall-kapitolu dwar l-Amministrazzjoni jkun aktar iffokat fuq kwistjonijiet ta' rilevanza għolja jew saħansitra ta' importanza kritika għall-EDPS;

4.  Jiddikjara li fl-2019 l-EDPS kellu baġit totali allokat ta' EUR 16 638 572 (meta mqabbel ma' EUR 14 449 068 fl-2018 u ma' EUR 11 324 735 fl-2017), li rrappreżenta żieda ta' 15,5 % meta mqabbel mal-baġit tal-2018; jinnota li r-rata ta' implimentazzjoni tal-baġit f'termini ta' impenji kienet ta' 91,97 % (meta mqabbla ma' 93,7 % fl-2018 u ma' 89 % fl-2017); jirrikonoxxi x-xejra pożittiva f'termini ta' rata ta' implimentazzjoni tal-pagamenti li kienet ta' 80,69 % (meta mqabbla ma' 75,2 % fl-2018 u ma' 77 % fl-2017) b'rata ta' riport ta' approprjazzjonijiet ta' pagament ta' 12,18 %; jistieden madankollu lill-EDPS ikompli bl-isforzi tiegħu f'termini ta' estimi baġitarji prudenti;

5.  Jinnota li ż-żieda ġenerali fil-baġit kienet dovuta primarjament għall-impatt tal-kompiti l-ġodda li rriżultaw mir-Regolament (UE) 2018/1725(6), li jistabbilixxi l-obbligi tal-protezzjoni tad-data għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni b'rabta mal-ipproċessar tad-data personali u l-iżvilupp ta' politiki ġodda, u t-tkabbir meħtieġ tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (minn hawn 'il quddiem "EDPB") li nħoloq fil-25 ta' Mejju 2018 u li għalih l-EDPS ġie fdat biex jipprovdi segretarjat indipendenti; jirrikonoxxi li l-fatt li l-2019 kienet l-ewwel sena sħiħa tal-operat tas-Segretarjat tal-EDPB u tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1725 li jiġġustifika din iż-żieda; iż-żieda baġitarja allokata relatata kienet ta' 51 % (minn EUR 3 594 746 fl-2018 għal EUR 5 413 838 fl-2019);

6.  Jilqa' s-segwitu tal-EDPS għar-riżoluzzjoni ta' kwittanza tal-2018, pereżempju l-informazzjoni addizzjonali pprovduta b'rabta mar-rata ta' approprjazzjonijiet ta' pagament ta' 75 % għall-2018, li finalment irriżultat f'rata ta' eżekuzzjoni ta' 90,79 % tal-baġit kollu tal-2018 (inklużi pagamenti mir-riporti);

7.  Japprezza l-azzjoni diliġenti u proattiva tal-EDPS fil-monitoraġġ tar-rispett tal-protezzjoni tad-data min-naħa tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jinnota, b'mod partikolari, l-investigazzjoni tal-EDPS dwar l-użu ta' NationBuilder, kumpanija ta' kampanjar politiku bbażata fl-Istati Uniti, għall-ipproċessar tad-data personali bħala parti mill-attivitajiet tal-Parlament relatati mal-elezzjoni Ewropea tal-2019, kif ukoll għal-linji gwida maħruġa mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni dwar l-użu ta' kontrolli tat-temperatura tal-ġisem fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19;

Riżorsi umani

8.  Jinnota li fi tmiem l-2014 l-EDPS kien jikkonsisti f'55 membru tal-persunal kien ta' 55, meta mqabbel ma' dak fi tmiem l-2019 li kien ta' 96, li jfisser li l-għadd ta' persunal kważi rdoppja; huwa konxju li l-baġit tal-EDPS fil-biċċa l-kbira tiegħu huwa amministrattiv, bi proporzjon kbir minnu użat għan-nefqa relatata ma' persuni, bini, għamara, tagħmir u spejjeż operattivi mixxellanji; jinnota li għadd sostanzjali tal-persunal huwa persunal kuntrattwali impjegat għal perjodu temporanju, bħas-sostituzzjoni ta' persunal fuq liv tal-ġenituri jew għall-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi;

9.  Jinnota żieda sostanzjali fl-għadd ta' aġenti kuntrattwali mill-2013 għall-2019 (minn 12 għal 31) meta mqabbla mal-għadd ta' uffiċjali fl-istess perjodu (minn 45 għal 58); jirrikonoxxi l-vantaġġi li jintużaw aġenti kuntrattwali f'termini ta' kosteffiċjenza u flessibbiltà iżda jitlob lill-EDPS jirrifletti dwar il-ħtieġa li jiġu offruti prospetti ta' progress professjonali lill-persunal tiegħu u jżomm l-għarfien speċjalizzat fl-istituzzjoni;

10.  Jinnota li l-EDPS jirrikonoxxi l-piż akbar fuq il-maniġment superjuri u intermedju u, sussegwentement, fuq l-uffiċjali tal-każijiet minħabba l-assenza ta' assistent kontrollur meta r-Regolament (UE) 2018/1725 il-ġdid kien qiegħed jidħol fis-seħħ; jappella lill-istituzzjoni teżamina mill-ġdid l-organigramma tagħha u tirrapporta lura għand l-awtorità baġitarja;

11.  Jissottolinja l-isforzi li saru b'rabta mal-benesseri; jinnota li l-EDPS aderixxa mal-programm Fit@work tal-Kummissjoni; josserva li l-EDPS qed jippjana biex ikabbar il-bini fl-2021, wara r-rilokazzjoni tal-Ombudsman Ewropew, u se juża din l-opportunità biex jinstalla kamra għall-benesseri u librerija; jinnota li l-EDPS jipprovdi lill-persunal kuntatti u informazzjoni dwar l-appoġġ psikosoċjali kif ukoll dak mediku, u li dan kien implimentat b'mod qawwi fil-perjodu tal-kriżi tal-COVID-19; jinnota l-evalwazzjonijiet ta' nofs it-terminu informali tal-persunal (minbarra l-evalwazzjoni annwali uffiċjali), li jagħtuhom l-opportunità li jsemmgħu t-tħassib tagħhom u jagħtu feedback b'mod informali; iħeġġeġ lill-Kontrollur jikkompleta l-arranġamenti tax-xogħol flessibbli eżistenti bi protezzjoni tad-dritt tal-membri tal-persunal għall-iskonnessjoni;

12.  Josserva li l-persunal tal-EDPS jikkonsisti minn 19-il nazzjonalità tal-Unjoni u fl-2019 kellu rappreżentanza tal-ġeneru ta' 39 % ta' membri tal-persunal maskili u ta' 61 % ta' membri tal-persunal femminili; jinnota li l-aktar azzjonijiet importanti li jappoġġjaw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri kienu n-nomini fil-livell ta' maniġment intermedju (kap tal-unità raġel u tliet kapijiet tal-unità nisa); jinnota wkoll l-introduzzjoni ta' aktar flessibbiltà f'dak li għandu x'jaqsam max-xogħol mill-bogħod; jenfasizza l-fatt li n-nisa jużaw l-arranġament tax-xogħol flessibbli ħafna aktar mill-irġiel; japprezza l-inklużjoni ta' klawżola ta' opportunitajiet ugwali, kemm f'materjal ta' reklutaġġ kif ukoll f'avviżi ta' pożizzjonijiet vakanti, li tiddikjara li l-EDPS iħaddan politika ta' opportunitajiet ugwali u jilqa' l-applikazzjonijiet minn persuni b'diżabilità; jemmen li tali klawżola għandha tinżamm u tiġi inkluża b'mod awtomatiku fl-avviżi futuri kollha ta' postijiet vakanti;

13.  Jissottolinja l-inizjattivi tal-EDPS maħsuba biex jużaw l-ispazju għall-uffiċċji b'mod aktar sostenibbli u jottimizzawh, kif ukoll li jnaqqsu l-livell tal-enerġija fil-bini, bħall-promozzjoni ta' telexogħol strutturali u okkażjonali, u r-rimborż ta' 50 % tal-ispiża tal-biljetti tat-trasport pubbliku lill-persunal li ma jibqax juża l-ispazji ta' parkeġġ għall-uffiċċji u li jirritorna l-vinjetta tal-parkeġġ tiegħu;

14.  Jinnota li l-EDPS huwa organizzazzjoni żgħira bi ħtieġa għal persunal speċjalizzat ħafna iżda, madankollu, hemm żbilanċ ġeografiku żgħir fil-persunal, fis-sens li 19-il nazzjonalità biss tal-Unjoni huma rrappreżentati fl-EDPS, li minnhom, ċittadini Belġjani jokkupaw 28 % tal-pożizzjonijiet; jistieden lill-EDPS jikkunsidra miżuri ulterjuri biex jiżgura rappreżentanza aktar ibbilanċjata tan-nazzjonalitajiet tal-Unjoni;

Etika u politika dwar l-integrità

15.  Japprezza li l-qafas tal-etika tal-EDPS ġie rivedut fit-12 ta' Novembru 2019 insegwitu għall-qafas ġuridiku l-ġdid, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2018/1725; jenfasizza l-istabbiliment formali tal-pożizzjoni tal-uffiċjal għall-etika b'mandat ċar, inkluż ir-rappurtar lill-bord tat-tmexxija mill-inqas darba fis-sena dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-etika;

16.  Jappella lill-EDPS jipprevedi t-tħejjija ta' kodiċi ta' kondotta għall-maniġment superjuri tal-EDPB (president, viċi presidenti, eċċ); jenfasizza li ż-żewġ kodiċijiet ta' kondotta riveduti (għall-persunal u għall-EDPS) ġew adottati fis-6 ta' Diċembru 2019; jinnota li l-kodiċi ta' kondotta rivedut għall-persunal ta attenzjoni partikolari lill-protezzjoni tal-informaturi; jilqa' l-fatt li l-parteċipanti ġodda kollha jingħataw sessjoni ta' sensibilizzazzjoni dwar il-qafas etiku tal-EDPS u l-kodiċi ta' kondotta l-ġdid għall-persunal;

17.  Jilqa' l-fatt li l-EDPS adotta wkoll deċiżjoni riveduta dwar it-termini u l-kundizzjonijiet għall-investigazzjonijiet interni fir-rigward tal-prevenzjoni ta' frodi, korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali ta' detriment għall-interessi tal-Unjoni f'Settembru 2019; jinnota li l-importanza ta' dan is-suġġett ġiet enfasizzata fil-laqgħat tal-persunal u se tiġi identifikata fis-sessjoni ta' sensibilizzazzjoni li jmiss għall-persunal kollu;

18.  Iqis li l-klawżola tal-EDPS dwar l-opportunitajiet indaqs hija eżempju eċċellenti għall-inklużjoni ta' dawk b'diżabilità u għall-iżgurar ta' opportunitajiet indaqs kif ukoll għat-tisħiħ tad-diversità fuq il-post tax-xogħol;

19.  Ifaħħar lill-EDPS talli poġġa l-linji gwida u l-proċeduri kollha relatati mal-qafas etiku fuq l-intranet immedjatament wara l-adozzjoni tagħhom; jappella lill-EDPS jorganizza attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni għall-membri tal-persunal, mhux biss dawk li għadhom kif waslu, rigward il-qafas etiku applikabbli u jadotta sistema proattiva biex jiġu evitati kunflitti fuq il-post tax-xogħol; jinnota d-deċiżjoni riveduta dwar l-attivitajiet esterni adottata fit-13 ta' Settembru 2019, u l-fatt li l-preżentazzjonijiet relatati b'eżempji tal-ħajja reali kellhom jiġu posposti minħabba l-pandemija;

Bini

20.  Jinnota li skont il-pjanijiet oriġinali, l-EDPS kellu jibda jokkupa l-bini MTS kollu minn Settembru 2019; jinnota, madankollu, li minħabba fatturi esterni t-trasferiment tal-Ombudsman ġie ttardjat u konsegwentement l-espansjoni ma seħħitx, u dan affettwa l-eżekuzzjoni tal-baġit tal-EDPS fi ħdan it-Titolu 2;

21.  Jinnota li d-deċiżjoni l-ġdida dwar it-telexogħol tippermetti lill-persunal jaħdem mid-dar, li jippermetti lill-EDPS juża aktar uffiċċji kondiviżi u jiffranka fuq in-nefqa relatata;

Kooperazzjoni interistituzzjonali

22.  Jirrikonoxxi li minħabba d-daqs żgħir ħafna tal-uffiċċju tal-EDPS, il-konklużjoni ta' ftehimiet dwar il-livell ta' servizz (FLS), bħal pereżempju mal-Kummissjoni għat-taħriġ, is- servizz mediku, l-użu ta' Sysper, is-sistema ta' evalwazzjoni, il-ħlas tas-salarji, l-assigurazzjonijiet tal-persunal u l-organizzazzjoni ta' missjonijiet, is-servizzi tal-kontabbiltà u s-servizzi tat-trasport, hija importanti għal titjib fl-effiċjenza; jinkoraġġixxi l-attivitajiet interistituzzjonali tal-EDPS, inklużi s-60 kuntratt qafas mibdija minn istituzzjonijiet differenti tal-Unjoni; jinnota li l-EDPS għandu FLS mal-Parlament għan-nefqa tal-IT u dik relatata mal-bini;

23.  Jistieden lill-EDPS jesplora l-possibbiltà li jingħaqad mar-reġistru ta' trasparenza abbażi ta' FLS; jinnota l-kooperazzjoni interistituzzjonali permezz ta' FLS bejn l-EDPS u istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni; jappella lill-EDPS iwettaq analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji komprensiva u realistika qabel ma jiġi konkluż kwalunkwe ftehim;

24.  Jilqa' l-kooperazzjoni msaħħa bejn l-EDPS u l-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data taħt l-umbrella tal-EDPB, kif iddefinit fil-GDPR fir-rigward ta' spezzjoni konġunta, pereżempju mill-Europol; jaqbel li skont il-GDPR il-kooperazzjoni m'għadhiex alternattiva jew kompitu anċillari, iżda parti essenzjali u integrali tal-kompiti ta' kull awtorità superviżorja u li dan huwa pass importanti lejn il-formalizzazzjoni u t-tisħiħ tal-iskambji u l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet superviżorji fl-Unjoni;

25.  Japprezza l-fatt li l-EDPS baqa' jaħdem mas-sħab reġjonali u internazzjonali tiegħu biex jintegra l-protezzjoni tad-data permezz ta' ftehimiet internazzjonali u jiżgura l-protezzjoni konsistenti tad-data personali mad-dinja kollha tul dawn l-aħħar ħames snin; jilqa' l-fatt li l-EDPS iddedika ħafna ħin u sforzi għall-iżvilupp ta' konverġenza akbar tal-protezzjoni tad-data fuq livell globali, fid-dawl tal-fatt li d-data tiċċirkola internazzjonalment, lil hinn mill-fruntieri, filwaqt li r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data għadhom deċiżi fuq bażi prinċipalment nazzjonali u saħansitra reġjonali;

Diġitalizzazzjoni u ċibersigurtà

26.  Jinnota li s-Segretarjat tal-EDPB żviluppa soluzzjonijiet tal-IT biex tkun tista' ssir komunikazzjoni effettiva u sikura bejn il-membri tal-EDPB, inkluża s-sistema ta' informazzjoni tas-suq intern (IMI), li fiha ġew irreġistrati 807 każijiet mid-dħul fis-seħħ tal-GDPR sa tmiem l-2019;

27.  Ifakkar li, f'dawn l-aħħar snin, l-ammont ta' xogħol tal-EDPS bħala korp responsabbli għall-monitoraġġ tal-konformità mal-protezzjoni tad-data fl-aġenziji kollha tal-ĠAI żdied, u huwa mistenni li jkompli jiżdied minħabba diġitalizzazzjoni dejjem akbar fl-istituzzjonijiet, fil-korpi u fl-aġenziji tal-Unjoni;

28.  Jilqa' l-fatt li fl-2019 l-EDPS żviluppa u qiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku għodda ta' software ta' spezzjoni b'sors miftuħ imsejħa "kollettur tal-evidenza tas-siti web", li kisbet fama internazzjonali u rebħet il-premju għall-innovazzjoni tal-2019; jilqa' l-fatt li l-EDPS jevalwa kontinwament software ieħor b'sors miftuħ li jista' jintuża biex tiżdied it-trasparenza u jiġu evitati l-effetti ta' intrappolament tal-bejjiegħa; josserva l-webinars ta' suċċess li saru reċentement fis-sħubija ma' Delft Technical University, li għenet fl-implimentazzjoni tal-pjattaforma għat-tagħlim online b'sors miftuħ "big blue button" li tirrispetta l-privatezza;

29.  Jilqa' l-isforzi tal-EDPS biex itejjeb id-diġitalizzazzjoni u ċ-ċibersigurtà fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz tal-ispezzjoni tas-siti web tagħhom bl-użu ta' għodda ta' software b'sors miftuħ, li żvelat li bosta siti web ma kinux konformi mal-EUDPR jew mad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika u ma kinux isegwu l-Linji Gwida tal-EDPS dwar is-servizzi web; jistieden lill-EDPS jirrapporta lura għand il-Parlament dwar kwalunkwe kwistjoni persistenti rigward in-nonkonformità tal-istituzzjonijiet mal-EUDPR u mad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika;

30.  Jinnota wkoll b'sodisfazzjon l-enfasi tal-EDPS fuq l-iżvilupp u l-kondiviżjoni ta' għarfien espert teknoloġiku sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data effettiva, pereżempju permezz tal-pubblikazzjoni TechDispatch, imnedija f'Lulju 2019, li tiddeskrivi teknoloġija differenti emerġenti f'kull ħarġa, bil-għan li tipprovdi informazzjoni dwar it-teknoloġija nnifisha, valutazzjoni tal-impatt possibbli tagħha fuq il-privatezza u l-protezzjoni tad-data u links għal aktar qari dwar is-suġġett;

31.  Jilqa' t-twaqqif ta' Task Force interna dwar il-COVID-19, li pproduċiet għadd ta' dokumenti ta' orjentazzjoni u primers tat-teknoloġija għat-titjib tal-konformità tal-apps għat-traċċar tal-kuntatti mal-protezzjoni tad-data, ipprovdiet feedback lill-Kummissjoni dwar soluzzjoni għall-interoperabbiltà tagħhom u ħadmet mal-EDPB fil-ġlieda kontra l-użu potenzjalment ħażin tad-data diġitali fil-kuntest tal-pandemija; iħeġġeġ lill-EDPS ikompli jipprovdi opinjonijiet dettaljati lill-istituzzjonijiet dwar il-kwistjonijiet tal-protezzjoni tad-data li jistgħu jirriżultaw mill-inizjattivi diġitali użati fil-ġlieda kontra l-pandemija, inklużi l-apps għat-traċċar tal-kuntatti u ċ-ċertifikati tat-tilqim jew tat-testijiet;

32.  Jilqa' l-attivitajiet immirati lejn il-verifika tal-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u l-valutazzjoni tal-korpi tal-Unjoni f'dan ir-rigward; jinnota li l-attivitajiet superviżorji tal-EDPS huma ggwidati mill-prinċipju ta' responsabbiltà u jsegwu approċċ ibbażat fuq ir-riskju;

Komunikazzjoni

33.  Jilqa' l-fatt li s-Segretarjat tal-EDPB stabbilixxa network ta' uffiċjali tal-komunikazzjoni fl-Awtoritajiet Superviżorji, biex jiżgura komunikazzjoni konġunta dwar l-aħbarijiet tal-EDPB, kampanji ta' informazzjoni konġunti u żvilupp konġunt tal-għodod ta' komunikazzjoni; jinnota li dan in-network iltaqa' darbtejn fl-2019 u adotta pjan konġunt ta' informazzjoni u komunikazzjoni għall-EDPB għall-2020;

34.  Iħeġġeġ lill-EDPS ikompli jrawwem id-dibattitu globali dwar l-etika diġitali; jenfasizza t-tnedija ta' serje ta' webinars li jiffokaw fuq qasam ta' tħassib speċifiku u li ġew ippubblikati fl-għamla ta' podcast fuq is-sit web tal-EDPS; jilqa' d-diskussjoni kontinwa dwar l-etika diġitali żviluppata ulterjorment fil-konferenza internazzjonali tal-2019, li kompliet fis-sessjoni ta' ħidma dwar l-intelliġenza artifiċjali, l-etika u l-protezzjoni tad-data, u permezz tal-organizzazzjoni ta' avveniment li jiffoka fuq l-impatt ambjentali tat-teknoloġiji diġitali;

35.  Jinnota li hemm bżonn approċċ kumpless sabiex il-paġni prinċipali tas-siti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jsiru aċċessibbli għal persuni b'kull xorta ta' diżabilità, inkluża d-disponibbiltà tal-lingwi tas-sinjali nazzjonali; jissuġġerixxi li l-persuni b'diżabilità jiġu involuti f'dan il-proċess;

Ġestjoni interna, kontroll intern, finanzi u prestazzjoni

36.  Jistieden lill-EDPS jirrapporta dwar ir-rwol eżatt u l-kompiti speċifiċi tal-Kumitat għas-Superviżjoni Kkoordinata, stabbilit fl-2019 fil-kuntest tal-ipproċessar tad-data b'sistemi ta' informazzjoni kbar li jintużaw fl-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni; jinnota li dan il-Kumitat jiffunzjona b'mod awtonomu fir-rigward tal-attivitajiet tal-EDPB u jaderixxi mar-regoli ta' proċedura u l-metodi ta' ħidma proprji tiegħu, u li s-Segretarjat tal-Kumitat huwa pprovdut mis-Segretarjat tal-EDPB;

37.  Huwa konxju li l-EDPS juża għadd ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) biex jgħinu fil-monitoraġġ tal-prestazzjoni tiegħu; jilqa' l-fatt li l-EDPS laħaq jew qabeż, f'xi każijiet b'mod sinifikanti, il-miri stabbiliti f'sitta minn tmien KPIs, pereżempju l-għadd ta' każijiet li ġew indirizzati fil-livell internazzjonali (62 fl-2019; dan qabeż il-mira ta' 10) u l-għadd ta' opinjonijiet/kummenti maħruġa b'risposta għat-talbiet ta' konsultazzjoni (26 konsultazzjoni fl-2019; dan qabeż il-mira ta' 10 konsultazzjonijiet); jistieden lill-EDPS jimmonitorja mill-qrib u jadatta, fejn meħtieġ, objettivi li l-prestazzjoni tagħhom mhix kif mistennija;

38.  Jinnota li f'Novembru 2019, l-EDPS irreveda d-deċiżjoni dwar l-Istandards ta' Kontroll Intern (ICS) sabiex jiġi aġġornat il-qafas ġuridiku applikabbli għall-EDPS; jinnota li wara suġġeriment mill-Qorti, ir-rapport ta' segwitu tal-ICS se jibda jinħareġ darba fis-sena (minflok darbtejn fis-sena) u issa qed jiġi ppreżentat lill-bord tat-tmexxija; jinnota li l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-ICS huwa r-responsabbiltà tal-koordinatur tal-kontroll intern, li jirrapporta direttament lid-direttur;

39.  Huwa konxju li l-awditur intern (IA) tal-Kummissjoni huwa wkoll l-awditur intern għall-Kontrollur; jiddispjaċih li matul l-2019 l-IA ma wettaq ebda awditu, iżda minflok ħareġ ir-rapport annwali tiegħu tal-awditjar intern għall-2019 b'żewġ dikjarazzjonijiet biss u li m'hemm ebda rakkomandazzjoni miftuħa; jitlob lill-EDPS jiffaċilita kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-IA u jiżgura awditjar annwali xieraq;

40.  Jilqa' l-pubblikazzjoni tal-ispiża tal-attivitajiet tal-kontroll intern, li tirrappreżenta 3,77 % tan-nefqa tal-EDPS; jinnota li l-mudell ta' kalkolu jikkonsisti f'indikatur globali uniku, li jiġi kkalkulat billi l-ispiża tal-kontroll totali approssimattiva tiġi diviża bin-nefqa kollha li tkun saret matul is-sena (implimentazzjoni tal-baġit f'termini ta' pagamenti);

41.  Jinnota li, minħabba ż-żieda fil-baġit, it-talbiet għall-pagament żdiedu b'mod sostanzjali, minn 1 777 tranżazzjoni fl-2018 għal 2 653 tranżazzjoni fl-2019; jaqbel li din iż-żieda fl-ammont ta' xogħol tirrikjedi soluzzjonijiet sabiex l-istituzzjoni ssir aktar effiċjenti f'termini ta' pproċessar tal-operazzjonijiet finanzjarji u jilqa' l-introduzzjoni ta' sistema ta' fluss tax-xogħol mingħajr karti mill-1 ta' Jannar 2020;

42.  Jitlob lill-EDPS jirrapporta dwar kwalunkwe titjib li jkun sar fl-effiċjenza tal-proċessi amministrattivi, li jidhru li huma essenzjali minħabba l-ammont ta' xogħol dejjem akbar u minħabba li l-istituzzjoni qiegħda dejjem tikber; ifakkar, barra minn hekk, fil-ħtieġa ta' riformi kontinwi biex jiġi żgurat li l-EDPS ikun mgħammar sew biex iwieġeb għall-isfidi futuri fil-protezzjoni tad-data;

43.  Jilqa' l-isforzi tal-EDPS biex itejjeb il-metodi ta' ħidma tiegħu u b'hekk jiffranka l-flus; jappella lill-EDPS jirrapporta lill-awtorità baġitarja dwar is-sistemi u l-applikazzjonijiet il-ġodda żviluppati f'dan il-qasam, jiġifieri s-sistema tal-fluss tax-xogħol Speedwell għall-ħlas ta' fatturi u Bluebell biex tittejjeb il-kontribuzzjoni tal-unitajiet għall-istabbiliment tal-baġit;

44.  Josserva li s-Segretarjat tal-EDPB organizza 11-il sessjoni plenarja u 90 laqgħa tas-sottogrupp tal-esperti; jinnota li kważi 70 % tad-dokumenti uffiċjali adottati mill-EDPB minn Mejju 2018 ġew abbozzati mit-tim legali tas-Segretarjat tal-EDPB; jinnota li l-EDPB adotta ħames linji gwida ġodda li għandhom l-għan li jiċċaraw il-firxa ta' dispożizzjonijiet skont il-GDPR; jissottolinja li s-Segretarjat tal-EDPB huwa l-abbozzatur ewlieni ta' opinjonijiet u deċiżjonijiet dwar il-konsistenza u li jorganizza avvenimenti għall-partijiet ikkonċernati biex jiġbor input u opinjonijiet dwar kwistjonijiet bil-għan li jiżviluppa gwida; jinnota li kompitu ieħor tal-EDPB huwa li jagħti pariri lil-leġiżlatur;

45.  Jilqa' l-fatt li l-qafas superviżorju l-ġdid għall-ipproċessar tad-data personali daħal fis-seħħ fl-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), kif ukoll il-fatt li l-EDPS ħa r-responsabbiltà għall-monitoraġġ tal-konformità tal-Eurojust mar-regoli applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data;

46.  Jikkonkludi li fl-2019 l-EDPS irċieva 59 ilment ammissibbli li kienu qed ifittxu inkjesta fil-fond, u li l-EDPS ħareġ 48 deċiżjoni mogħtija fir-rigward ta' lmenti; jinnota li l-EDPS irċieva wkoll 151 ilment inammissibbli, li l-maġġoranza tagħhom kienu relatati mal-ipproċessar tad-data fil-livell nazzjonali b'kuntrast mal-ipproċessar min-naħa ta' istituzzjoni jew korp tal-Unjoni; jinnota li l-EDPS wieġeb għall-ilmenti inammissibbli kollha, filwaqt li dderieġa lill-ilmentaturi lejn l-awtorità rilevanti;

47.  Jilqa' t-tlestija tal-Istrateġija tal-EDPS 2015-2019, iffokata fuq id-diġitizzazzjoni, is-sħubijiet globali u l-modernizzazzjoni tal-protezzjoni tad-data, li tqiegħed il-kunċetti tal-etika u r-responsabbiltà fuq quddiem nett fid-diskors u l-applikazzjoni tal-protezzjoni tad-data;

Dimensjoni ambjentali

48.  Japprezza li l-EDPS qed isegwi mill-qrib l-inizjattivi tal-EMAS u beda jbiddel il-proċessi ta' riżorsi umani (selezzjonijiet, evalwazzjoni) u l-proċessi finanzjarji u amministrattivi (pagamenti, MiPS) fi proċeduri mingħajr karti; jinnota l-inizjattivi meħuda mill-EDPS biex inaqqas l-użu tal-fliexken tal-plastik min-naħa tal-persunal tiegħu; jaqbel mal-istrateġija tal-EDPS li jipprovdi modi ta' xogħol aktar flessibbli għall-persunal tiegħu (telexogħol okkażjonali u strutturali); jinnota li dawn l-arranġament ta' xogħol flessibbli jgħinu fit-tnaqqis tal-enerġija għall-EDPS kif ukoll biex l-ispazju tal-uffiċċji jintuża b'mod aħjar; jistieden lill-EDPS jikkunsidra azzjonijiet li jnaqqsu aktar l-impronta tal-karbonju, bħall-għażla ta' sorsi ta' enerġija nodfa u rinnovabbli;

GDPR

49.  Jaqbel mal-fatt li issa l-kontrolluri u l-proċessuri tad-data fl-Unjoni jibbenefikaw minn sett uniku ta' regoli li jintroduċi l-interlokuturi dejjem aktar permezz tal-mekkaniżmu ta' punt uniku ta' servizz; jaqbel li l-GDPR jikkontribwixxi wkoll għal aktar viżibbiltà globali tal-qafas ġuridiku tal-Unjoni;

50.  Japprezza li l-Kontrollur ikkontribwixxa ħafna għall-ħolqien ta' kultura ta' protezzjoni tad-data fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni u għen biex mar għall-aħjar l-istatus tal-protezzjoni tad-data bħala dritt fundamentali skont l-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

51.  Jenfasizza r-rwol importanti tal-EDPS, jiġifieri li jiżgura l-protezzjoni tad-data personali u tal-privatezza tal-individwi billi jissorvelja l-ipproċessar tad-data personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni, billi jagħtihom pariri dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-ipproċessar tad-data personali u billi jikkoopera mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali bil-ħsieb li tiġi żgurata l-protezzjoni konsistenti tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi, inklużi d-dritt għall-protezzjoni tad-data u l-privatezza irrispettivament minn fejn jgħixu fl-Unjoni;

52.  Huwa tal-fehma, madankollu, li l-implimentazzjoni tal-GDPR, minkejja l-armonizzazzjoni tar-regoli tiegħu, tista' tkun partikolarment ta' sfida għall-kumpaniji żgħar u ta' daqs medju (SMEs); jitlob lill-EDPS ikompli jtaffi l-piż amministrattiv fuq l-SMEs; jappella lill-EDPS biex iqis il-possibbiltà li titwettaq evalwazzjoni tal-ispiża tal-implimentazzjoni tal-GDPR fil-futur qrib;

53.  Jistieden lill-EDPS ikompli jsaħħaħ l-isforzi tiegħu biex jiżgura li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jkunu kapaċi jimplimentaw ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data b'mod effettiv; jinnota li fl-2019 l-EDPS nieda erba' investigazzjonijiet bil-għan li jitjiebu l-prattiki tal-protezzjoni tad-data; jilqa', b'mod partikolari, l-investigazzjoni fl-użu tal-prodotti u s-servizzi ta' Microsoft mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, biex b'riżultat ta' dan tiġi pprovduta pjattaforma għal diskussjoni kemm dwar kif għandu jerġa' jittieħed lura l-kontroll fuq is-servizzi u l-prodotti tal-IT offruti mill-fornituri l-kbar tas-servizzi tal-IT kif ukoll dwar il-ħtieġa li jinħolqu kuntratti standard b'mod kollettiv minflok ma jiġu aċċettati t-termini u l-kundizzjonijiet kif inhuma miktubin minn dawn il-fornituri.

(1) ĠU L 67, 7.3.2019.
(2) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 1.
(3) ĠU C 377, 9.11.2020, p. 13.
(4) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 180.
(5) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(6) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


Kwittanza 2019: Baġit ġenerali tal-UE - Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
PDF 189kWORD 66k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima X – Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (2020/2149(DEC))
P9_TA(2021)0173A9-0063/2021

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2020)0288 – C9-0229/2020)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2019 (COM(2020)0268),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 59, 118 u 260 sa 263 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0063/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għall-implimentazzjoni tal-baġit tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima X – Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (2020/2149(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima X – Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0063/2021),

A.  billi l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni huma responsabbli lejn iċ-ċittadini Ewropej għall-użu tal-fondi pubbliċi filwaqt li jiżguraw l-akbar trasparenza sabiex jiġi żgurat kontroll demokratiku effettiv;

B.  billi l-komunikazzjoni strateġika tal-Unjoni qed issir prijorità għolja fuq l-aġenda Ewropea, li teħtieġ li l-Unjoni tipprovdi narrattivi oġġettivi u robusti fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u biex tiġi żgurata reżiljenza akbar tal-Unjoni;

C.  billi jeħtieġ li l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri jkunu riflessi fis-sistemi organizzattivi u ta' ġestjoni interni tal-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni, kif ukoll fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki fil-mandat tagħhom;

L-osservazzjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

1.  Jinnota, b'sodisfazzjoni, li skont l-osservazzjonijiet tar-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri (tal-"Qorti") relatat mal-Kapitolu 9 ''Amministrazzjoni – intestatura 5 tal-QFP'', ma ġiet identifikata l-ebda kwistjoni speċifika fil-kampjun ta' tranżazzjonijiet li jikkonċernaw is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għat-tielet sena konsekuttiva u ma ġie identifikat l-ebda livell materjali ta' żball fir-rapport tal-attività annwali tas-SEAE;

2.  Jinnota l-osservazzjonijiet ġenerali tal-Qorti dwar iż-żieda fl-għadd ta' persunal kuntrattwali u l-approprjazzjonijiet baġitarji relatati mill-2012 sal-2018; josserva li, għas-SEAE, din iż-żieda kienet dovuta għal kompiti ġodda li jirriflettu t-tqegħid ta' responsabbiltajiet operattivi u politiċi fuq is-SEAE, b'mod partikolari fl-oqsma tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni, l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni kontra d-diżinformazzjoni kif ukoll il-prijorità urġenti tat-tisħiġ tas-sigurtà fiżika u tal-IT fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni; josserva, fir-rigward tas-SEAE, żieda ġenerali fil-persunal kuntrattwali minn 322 sa 444 (jiġifieri tkabbir ta' 38 %); jappoġġa l-isforzi tas-SEAE biex isaħħaħ l-amministrazzjoni tiegħu u jitlob lis-SEAE jirrapporta lura lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament dwar ir-riżultati u l-impatt taż-żieda fl-għadd ta' persunal kuntrattwali; iħeġġeġ lis-SEAE joħloq u jikkondividi linji gwida dwar l-aħjar prattiki dwar it-twettiq tal-proċeduri ta' reklutaġġ sabiex jiġu żgurati l-ftuħ, il-ġustizzja u t-trasparenza;

3.  Jistieden lill-Qorti tesplora l-modi kif tipprovdi aktar informazzjoni dwar in-nefqa amministrattiva ta' istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni fil-kuntest tal-kwittanza;

4.  Itenni li l-approċċ ġenerali tal-awditjar jistħoqqlu aktar ħidma ta' awditjar u valutazzjoni mmirata ulterjuri; jirrepeti s-sejħa tiegħu għal rieżami aktar dedikat tal-infiq amministrattiv u l-attivitajiet ta' appoġġ tas-SEAE u speċifikament dwar suġġetti li qed isiru ta' rilevanza akbar jew saħansitra kritiċi għas-SEAE, bħal kapaċità ta' komunikazzjoni strateġika u t-teknoloġija tal-informazzjoni (eż. iċ-ċibersigurtà), il-prestazzjoni tal-pakkett globali ta' sigurtà għad-Delegazzjonijiet, l-infrastrutturi jew il-ġestjoni finanzjarja u l-appoġġ amministrattiv tal-pjattaforma ta' sostenn għall-missjonijiet għall-politika ċivili ta' sigurtà u ta' difiża komuni;

Riżorsi umani

5.  Jinnota l-instabbiltà dejjem tikber u ż-żieda ta' sfidi bla preċedent fix-xena internazzjonali, fatti li enfasizzaw il-ħtieġa biex l-Unjoni taġixxi bħala attur globali; jenfasizza r-rwol ċentrali tas-SEAE fit-twettiq tal-politika esterna tal-Unjoni; jinnota li r-rwol imsaħħaħ tas-SEAE ma ġiex mirfud minn żieda korrispondenti ta' persunal; jappella biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni biżżejjed riżorsi umani sabiex l-effikaċja tal-Unjoni fix-xena internazzjonali ma titpoġġiex f'riskju;

6.  Jinnota li s-SEAE għandu rwol kruċjali biex jiżgura l-koerenza tal-politika barranija tal-Unjoni; jenfasizza wkoll il-bżonn biex jiġu fornuti r-riżorsi meħtieġa għal implimentazzjoni b'suċċess ta' politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni effiċjenti għall-Unjoni;

7.  Jistieden lis-SEAE jsaħħaħ id-Delegazzjonijiet tal-Unjoni fis-Sħubija tal-Lvant u l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u joħloq postijiet tax-xogħol għal aġenti lokali, responsabbli għar-rappurtar dwar il-ħidma leġiżlattiva sabiex jiżdied il-fehim tal-Unjoni dwar il-viċinat u l-approssimazzjoni tiegħu mal-acquis tal-Unjoni; jissottolinja l-ħtieġa ta' assistenza għal dawn il-pajjiżi biex ilestu r-riformi u jikkomunikaw il-politiki tal-Unjoni b'mod aktar effettiv liċ-ċittadini tagħhom; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu żviluppati rabtiet aktar orizzontali u titrawwem il-kooperazzjoni fost id-Delegazzjonijiet tal-Unjoni fir-reġjuni tas-Sħubija tal-Lvant u tal-Balkani tal-Punent, b'mod partikolari billi jiġu stabbiliti skambji regolari ta' informazzjoni u għarfien espert u metodi ta' ħidma oħra ta' suċċess, sabiex tingħata l-aħjar assistenza possibbli lill-pajjiżi ġirien involuti f'riformi favur id-demokrazija u l-Ewropa; jistieden lis-SEAE jieħu azzjoni biex isolvi l-problemi li jwasslu għal żbalji identifikati fil-qasam tal-akkwist u biex jipprevjeni l-ksur ta' regoli rilevanti fil-futur;

8.  Jinsab imħasseb dwar l-iżbilanċi ġeografiċi fil-kompożizzjoni tal-persunal tas-SEAE minħabba li hija kwistjoni rikorrenti u b'mod partikolari tikkonċerna l-pożizzjonijiet tal-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet, u fil-maniġment medju u għoli; jinnota disparitajiet konsiderevoli fir-rappreżentanza ta' pajjiżi b'daqsijiet ta' popolazzjoni komparabbli u bejn il-pajjiżi tal-Ewropa tal-Punent u tal-Lvant; jisħaq li s-SEAE, bħall-istituzzjonijiet Ewropej kollha, irid jiżgura li l-Istati Membri kollha jkunu rrappreżentati b'mod proporzjonali filwaqt li fl-istess ħin jiġu rrispettati l-kompetenzi u l-merti tal-kandidati; iħeġġeġ lis-SEAE jtejjeb il-bilanċ ġeografiku sabiex ikun hemm rappreżentanza xierqa taċ-ċittadini mill-Istati Membri kollha, li tirrifletti d-diversità tagħhom, kif indikat fl-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali; jilqa' l-isforzi tas-SEAE biex jinforma lin-Network tar-Riżorsi Umani tal-Istati Membri tal-UE dwar il-kompożizzjoni tal-persunal, il-pubblikazzjoni tal-postijiet vakanti u l-promozzjoni tal-isforzi nazzjonali biex jiżdied l-għadd ta' kandidati; jistieden lis-SEAE jirrapporta dwar id-distribuzzjoni tan-nazzjonalitajiet fil-kumitat tal-għażla responsabbli għar-reklutaġġ; jitlob lis-SEAE jipprovdi l-istatistika tal-membri tal-persunal skont in-nazzjonalità tagħhom għas-sena 2019;

9.  Josserva li l-għadd ta' esperti nazzjonali ssekondati ("SNEs") mill-Istati Membri beda jiżdied ftit wara sentejn ta' stabbilizzazzjoni, minn 449 fl-2017-2018 għal 461 fl-2019, filwaqt li jinnota evoluzzjoni lejn profili aktar speċjalizzati għall-SNEs ċivili; jinnota b'sodisfazzjon il-politika interna l-ġdida dwar l-SNEs adottata fl-2019 u d-diversi miżuri meħuda biex jiġi bbilanċjat mill-ġdid is-sehem tal-SNE, minbarra li jiġi limitat il-ħolqien ta' karigi ġodda tal-SNE għal speċjalisti f'oqsma speċifiċi;

10.  Jilqa' l-isforzi li għamel is-SEAE fil-ħidma tiegħu fuq Pjan Direzzjonali dwar id-Diżabilità u l-iżvilupp tal-Politika tas-SEAE dwar id-Diżabilità, jitlob lis-SEAE jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżvilupp u l-eżekuzzjoni ta' dawn il-politiki u jisħaq fuq l-importanza tal-promozzjoni ta' ambjent tax-xogħol aktar inklużiv permezz ta' dawn il-politiki;

11.  Iħeġġeġ lis-SEAE jikkompleta l-arranġamenti tax-xogħol flessibbli eżistenti bi protezzjoni tad-dritt tal-membri tal-persunal għall-iskonnessjoni;

Politika dwar il-ġeneru

12.  Jinnota b'sodisfazzjon ix-xejra 'l fuq fir-rigward tal-proporzjon ta' nisa li jilħqu pożizzjonijiet maniġerjali bi 30,3 % (jew 81 pożizzjoni) meta mqabbla ma' 27,1 % fl-2018 u 24,5 % fl-2017; jinnota wkoll il-proporzjon li qed jiżdied ta' nisa stazzjonati bħala Kapijiet tad-Delegazzjoni minn 19.5 % fl-2015 għal 27.7 % fl-2019 (jew 38 stazzjonament minn 137); itenni l-appoġġ tiegħu lis-SEAE fit-tkomplija tal-isforzi tiegħu mal-Istati Membri biex jintroduċi aktar kandidati nisa; jinnota li b'mod ġenerali n-nisa rrappreżentaw 47.7 % tal-persunal tas-SEAE; ifakkar li l-bilanċ bejn il-ġeneri għandu jitqies ukoll fir-rigward tar-rappreżentanti speċjali tal-UE, fid-dawl tal-fatt li tnejn biss minn tmien rappreżentanti speċjali tal-UE huma nisa;

13.  Jistieden lis-SEAE jaħdem b'mod rapidu biex jilħaq l-għan ta' 50 % tan-nisa f'pożizzjonijiet ta' maniġment superjuri u intermedju, kif stabbilit fil-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi III, inkluż permezz ta' kalendarju ċar u miżuri li jistabbilixxu meta u kif għandu jinkiseb dak l-objettiv; jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà jimplimenta l-impenji ddikjarati tiegħu għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u r-rappreżentanza tan-nisa fis-servizz tiegħu stess;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

14.  Jirrikonoxxi d-diffikultajiet operattivi li jiltaqa' magħhom is-SEAE fil-ġestjoni finanzjarja tan-Network tad-Delegazzjonijiet tal-UE minħabba diversi sitwazzjonijiet ta' kriżi; jirrikonoxxi li dawk is-sitwazzjonijiet jista' jkollhom impatt baġitarju sinifikanti, b'mod partikolari fil-ġestjoni ta' ċerti nfiq u spejjeż amministrattivi bħal spejjeż ta' sigurtà u evakwazzjoni, u l-ispejjeż loġistiċi addizzjonali marbuta mal-pandemija tal-COVID-19; jitlob lis-SEAE biex minnufih jinforma lill-Kumitat tal-Parlament għall-Kontroll tal-Baġit dwar l-impatti baġitarji u l-ispejjeż imġarrba minħabba l-pandemija;

15.  Jinnota li l-baġit totali tas-SEAE għall-2019 ammonta għal EUR 694,8 miljun (jiġifieri żieda ta' 2,4 % meta mqabbel mal-2018) bid-diviżjoni li ġejja: EUR 249,7 miljun għall-kwartieri ġenerali tas-SEAE u EUR 445,1 miljun għad-Delegazzjonijiet;

16.  Josserva li, għall-eżerċizzju baġitarju tas-SEAE tal-2019, ix-xejriet baġitarji ewlenin jikkonċernaw it-tisħiħ biex jiġi indirizzat l-impatt tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, it-tisħiħ tan-networks tal-Uffiċjal għas-Sigurtà Reġjonali u tad-Delegazzjonijiet, persunal addizzjonali għall-Istat Maġġur tal-Unjoni Ewropea (EUMS) u d-Direttorat għall-Maniġġar ta' Kriżijiet u l-Ippjanar (CMPD), informazzjoni dwar il-kapaċità tal-IT u komunikazzjonijiet siguri;

17.  Josserva li l-baġit tal-kwartieri ġenerali ammonta għal madwar EUR 250 miljun li minnhom EUR 161,8 miljun (jiġifieri 64.8 %) ikkonċernaw il-ħlas tas-salarji u intitolamenti oħra tal-persunal statutorju u dak estern, EUR 32 miljun (3 %) kienu għall-bini u spejjeż assoċjati u EUR 35,3 miljun (14 %) relatati ma' sistemi tal-IT inklużi sistemi ta' informazzjoni klassifikata, tagħmir u għamara;

18.  Jinnota li l-baġit ta' EUR 445,1 miljun tad-Delegazzjonijiet ġie diviż bejn EUR 129,2 miljun (29 %) għar-remunerazzjoni tal-persunal statutorju, EUR 161,7 miljun (36,3 %) għall-bini u spejjeż assoċjati, EUR 71,6 miljun (16.1 %) għall-persunal estern u servizzi barranin, EUR 37,8 miljun (8.5 %) għal infiq ieħor relatat mal-persunal u EUR 44,7 miljun (10 %) għal infiq amministrattiv ieħor;

19.  Jistieden lis-SEAE biex jiżgura li d-Delegazzjoni tal-Unjoni għar-Renju Unit ikollha status permanenti u stabbli li huwa konsistenti mat-Trattati u li tingħata r-riżorsi umani u materjali biex twettaq il-kompiti tagħha, b'mod partikolari fir-rigward tal-monitoraġġ tal-konformità;

20.  Jinnota wkoll li kontribuzzjoni ta' EUR 215,8 miljun (meta mqabbla ma' EUR 196,4 miljun fl-2018) ġiet ittrasferita mill-Kummissjoni biex jiġu koperti l-ispejjeż amministrattivi tal-persunal tal-Kummissjoni li jaħdem fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni u nqasmet bejn l-Intestatura V tal-Kummissjoni b'EUR 49,6 miljun (b'mod simili għall-2018), il-linji amministrattivi tal-programmi operattivi b'EUR 103,1 miljun (meta mqabbla ma' EUR 91,8 miljun fl-2018), u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) u fondi fiduċjarji b'EUR 63,1 miljun (meta mqabbla ma’ 55 miljun fl-2018);

21.  Josserva li, fl-2019, l-ispejjeż ġenerali komuni tal-uffiċċji tad-delegazzjonijiet kollha (kera, sigurtà, tindif u spejjeż ġenerali oħra), inklużi d-delegazzjonijiet tal-FEŻ, ġew iffinanzjati kompletament mil-linji baġitarji tas-SEAE għar-raba' sena konsekuttiva;

22.  Jinnota b'apprezzament it-titjib ġenerali fl-implimentazzjoni tal-baġit tas-SEAE tal-2019 b'rata ta' implimentazzjoni ta' 99.94 % (meta mqabbel ma' 99.9 % fl-2018) u 87.9 % f'pagamenti (meta mqabbel ma' 84.8 % fl-2018);

23.  Jinnota li l-valur tat-trasferimenti kollha magħmula fi ħdan il-baġit amministrattiv tas-SEAE ammonta għal EUR 20,8 miljun (30,8 fl-2018), filwaqt li naqqas il-baġit tad-Delegazzjonijiet tas-SEAE b'EUR 1,6 miljun u żied il-baġit tal-Kwartieri Ġenerali b'ammont korrispondenti;

24.  Jirrikonoxxi li l-għadd ta' linji baġitarji użati biex jiffinanzjaw l-operazzjonijiet relatati mal-persunal tal-Kummissjoni fid-Delegazzjonijiet (34 linja differenti li joriġinaw f'diversi Intestaturi tal-baġit tal-Kummissjoni, flimkien mal-Fondi FEŻ) iżid il-kumplessità tal-ġestjoni tal-baġit; jistieden lis-SEAE jikkunsidra li jtejjeb l-istruttura tar-rappurtar baġitarju tiegħu sabiex inaqqas il-kumplessità;

25.  Iħeġġeġ għalhekk lis-SEAE jkompli jiddiskuti mal-Kummissjoni l-modi kif jiġu ssimplifikati n-nomenklatura u l-linji baġitarji meta jkun possibbli sabiex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni tal-baġit globali tas-SEAE; huwa tal-fehma li l-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss (il-"QFP") u l-evoluzzjoni relatata fit-tfassil u l-istruttura tan-nomenklatura u l-linji tal-baġit għandhom iħaffu dan il-proċess ta' simplifikazzjoni u razzjonalizzazzjoni baġitarji; iqis li evoluzzjoni bħal din x'aktarx ittejjeb il-kontroll tal-ispejjeż baġitarji u timminimizza r-riskju ta' żball; jirrikonoxxi l-proposta li saret mis-SEAE fil-bidu tal-2020 għal simplifikazzjoni estensiva; jirrikonoxxi li din il-proposta ġiet posposta għall-2022 minħabba l-pandemija tal-COVID-19 li għaddejja bħalissa, iżda li f'Settembru 2020 is-SEAE ppreżenta proposta oħra ta' simplifikazzjoni lill-Kummissjoni;

26.  Jinnota b'apprezzament l-inizjattivi kollha meħuda biex titjieb b'mod progressiv il-ġestjoni ta' diversi proċessi amministrattivi tas-SEAE, li hija riflessa wkoll fl-adattament tal-organigramma tas-SEAE; itenni l-appoġġ tiegħu għall-inizjattiva "Innovative 2019" u jħeġġeġ ukoll lis-SEAE jkompli jirfina l-eżerċizzji varji tiegħu ta' mmappjar tar-riskju u l-azzjonijiet relatati ta' mitigazzjoni, kif ukoll l-immappjar tal-bażijiet legali eżistenti kollha bil-għan li jiġi żgurat teħid ta' deċiżjonijiet korporattivi aktar effiċjenti;

27.  Jistieden lis-SEAE juri aħjar il-qafas ta' ġestjoni tiegħu bbażat fuq ir-riżultati fir-rapport tal-attività annwali li jmiss, abbażi ta' sett ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni adegwati għall-oqsma amministrattivi differenti tiegħu, inkluż l-għadd relatat ta' riżorsi umani, sabiex jiġu vvalutati aħjar il-kisbiet tal-objettivi tal-politika tas-SEAE;

28.  Josserva li s-SEAE ddeċieda li jerġa' jiċċentralizza l-immaniġġjar ta' ċerti proċessi għal skopijiet ta' uniformità tal-applikazzjoni fost id-Delegazzjonijiet u biex itaffi d-dgħufijiet operattivi rikorrenti u jottimizza l-ġestjoni tat-tranżazzjonijiet finanzjarji; jilqa' dawn l-isforzi u l-inizjattivi pragmatiċi u r-reazzjonijiet tas-SEAE, b'reazzjoni għat-tħassib preċedenti espress mill-awtorità baġitarja;

29.  Iqis li, fuq kollox, it-twaqqif ta' entità ċentrali li tittratta proċeduri ta' akkwist ta' valur għoli u l-użu ta' akkwist globali għad-Delegazzjonijiet huma mudelli u reazzjonijiet ta' ġestjoni xierqa, meta wieħed iqis l-ammont kbir ta' xogħol f'ċerti Delegazzjonijiet b'persunal limitat disponibbli u b'kunsiderazzjoni għall-ħtieġa li tingħata attenzjoni lix-xogħol politiku;

30.  Jemmen li d-diġitalizzazzjoni tal-akkwist u l-ġestjoni tal-baġit huma ta' importanza kruċjali; ifakkar li ‘l-ġestjoni tad-dokumenti’, waħda mill-aktar komponenti dgħajfa identifikati fl-istħarriġ ta' kontroll intern preċedenti, jistħoqqilha attenzjoni regolari mill-partijiet ikkonċernati kollha tas-SEAE għall-benefiċċju tal-memorja istituzzjonali u t-traċċabbiltà tal-operazzjonijiet ta' ġestjoni; għaldaqstant, jappella lis-SEAE jtejjeb is-sistemi diġitali u l-ġestjoni tad-dokumenti tiegħu, jintroduċi għodod avvanzati ta' ġestjoni u arkivjar, kif ukoll, fejn possibbli, proċessi ta' ġestjoni tad-dokumenti bla karti;

31.  Jilqa' l-fatt li s-SEAE juża software b'xejn u b'sors miftuħ kull meta jkun possibbli;

32.  Jinkoraġġixxi lill-SEAE ssegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-EDPS biex terġa' tinnegozja l-Ftehim Interistituzzjonali Dwar il-Liċenzji u l-kuntratt ta' implimentazzjoni, iffirmat bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u Microsoft fl-2018, bl-objettiv li tintlaħaq is-sovranità diġitali, jiġu evitati l-intrappolament tal-klijentela u n-nuqqas ta' kontroll kif ukoll biex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data personali;

33.  Jappoġġa l-isforzi tas-SEAE biex jottimizza l-ġestjoni finanzjarja tiegħu fil-qafas tar-Regolament Finanzjarju; jifhem il-ħtieġa ta' ċerti flessibbiltajiet operattivi, fir-rigward tal-ġestjoni tad-Delegazzjonijiet sabiex tiġi evitata kwalunkwe diskontinwità fit-tmexxija tad-Delegazzjonijiet; ifakkar, madankollu, li kwalunkwe arranġament temporanju operattiv, jiġifieri l-possibbiltà li deputati kapijiet ta' Delegazzjoni jaġixxu bħala uffiċjali awtorizzanti b'sottodelega sabiex jiżguraw kontinwità tan-negozju effettiva fid-Delegazzjonijiet u l-implimentazzjoni tal-baġit operattiv tal-Kummissjoni, għandu madankollu jibqa' taħt superviżjoni stretta mill-Kwartieri Ġenerali;

34.  Jisħaq fuq l-importanza li jkompli t-titjib tar-razzjonalizzazzjoni u tal-modernizzazzjoni tal-ġestjoni finanzjarja u amministrattiva; jilqa' d-diskussjonijiet li għaddejjin dwar is-simplifikazzjonijiet tal-baġit tas-SEAE; jirrimarka f'dan ir-rigward il-ħtieġa li s-SEAE jkompli bl-isforzi tiegħu sabiex jikseb is-simplifikazzjoni tal-linji baġitarji; jappella għall-modernizzazzjoni u s-semplifikazzjoni tal-amministrazzjoni tas-SEAE, inkluż permezz ta' implimentazzjoni sħiħa tal-proġett "Innovative 2019";

Effikaċja tal-kontroll fir-rigward tal-legalità u r-regolarità

35.  Jinnota r-rata ta' anomaliji identifikati f'verifiki ex ante ta' impenji u pagamenti (rispettivament, 308 żball minn 1193 u 394 minn 2119); jinsab imħasseb li fiż-żewġ każijiet l-iżbalji huma ta' natura amministrattiva, jiġifieri ammonti skorretti għal impenji jew in-nuqqas ta' dokumenti ta' sostenn għal pagamenti ppreżentati għal verifika finanzjarja ex ante; jirrikonoxxi l-implimentazzjoni, minn Jannar 2020, ta' lista riveduta ta' kodiċijiet ta' anomaliji maħsuba biex jiddefinixxu aħjar it-tipoloġija tal-iżbalji; jistieden lis-SEAE jinvestiga u jsolvi każijiet ta' żbalji amministrattivi u jirrapporta lura għand il-Parlament dwar il-kisbiet tiegħu; jappella għall-implimentazzjoni ta' miżuri li jikkontribwixxu għal tnaqqis fil-livell ta' żbalji f'termini ġenerali;

36.  Jirrikonoxxi l-progress u l-irfinar kontinwu tal-metodoloġija ex post tas-SEAE żviluppata mill-2018 abbażi ta' teħid ta' kampjuni aleatorji interni, kif ukoll il-provvediment ta' rati ta' żbalji skont id-dominju ewlieni tal-kostijiet operazzjonali relatati mal-infiq għall-persunal, jiġifieri l-infrastruttura u nfiq operattiv ieħor, is-sigurtà, l-IT u t-telekomunikazzjonijiet;

37.  Jinnota li għad hemm varjazzjoni fl-interpretazzjoni bejn is-SEAE u l-Qorti dwar il-kwantifikazzjoni tal-iżbalji proċedurali fl-akkwist; iqis li din għandha tiġi segwita aktar fis-sena finanzjarja li jmiss sabiex tiġi rfinata l-valutazzjoni tal-materjalità finanzjarja tal-iżbalji li seħħew fil-ġestjoni tal-baġit amministrattiv tas-SEAE;

38.  Jitlob lis-SEAE jkompli jipprovdi rapport ta' segwitu għas-sena finanzjarja 2019 f'konformità mal-Artikolu 262 tar-Regolament Finanzjarju;

Attivitajiet ta' komunikazzjoni strateġika

39.  Jinnota b'apprezzament it-tisħiħ tal-kapaċità ta' komunikazzjoni strateġika u s-sett ta' għodod tas-SEAE sabiex jiġu indirizzati t-theddid ta' diżinformazzjoni u t-theddid ibridu, bit-twaqqif ta' tliet task forces għal-Lvant, il-Balkani tal-Punent u n-Nofsinhar u l-parteċipazzjoni tas-SEAE fis-sistema ta' twissija bikrija stabbilita fost l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri; jistieden lis-SEAE jkompli jiżviluppa politika bħal din mal-kumitat speċjali l-ġdid tal-Parlament dwar l-indħil barrani sabiex jirfina r-rispons tiegħu għall-kapaċità; jagħraf u jilqa' l-kooperazzjoni bejn is-SEAE u diversi Uffiċċji ta' Kollegament tal-Parlament Ewropew biex tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni matul il-kampanja elettorali Ewropea;

40.  Jissottolinja l-fatt li t-tixrid ta' diżinformazzjoni sistematika, intenzjonata u fuq skala kbira huwa sfida strateġika akuta għad-diplomazija pubblika tal-Unjoni li għaliha għandhom jiġu ddedikati riżorsi finanzjarji, umani u tal-IT adegwati fuq terminu ta' żmien qasir; jappoġġa t-tisħiħ tar-rabta bejn it-tfassil tal-politika, id-diplomazija pubblika u l-komunikazzjoni strateġika;

41.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jkun hemm komunikazzjoni strateġika, sabiex tiġi miġġielda l-interferenza malizzjuża inklużi l-propaganda barranija u d-diżinformazzjoni; jissottolinja l-importanza tat-Task Force tas-SEAE għall-Komunikazzjoni Strateġika, u jappella għall-ħolqien ta' Task Forces għall-Komunikazzjoni Strateġika ddedikati għall-indħil miċ-Ċina u mil-Lvant Nofsani, b'mod partikolari mill-Iran, u li dawn jingħataw aktar riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa; jisħaq li l-komunikazzjoni strateġika trid tinkludi l-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni dwar il-pandemija tal-COVID-19;

42.  Jisħaq fuq l-importanza tal-kultura ta' sigurtà u sikurezza fl-entitajiet kollha billi jiġi żgurat li s-SEAE jkollu persunal, proċeduri, infrastruttura, għodod (inkluż l-IT) u baġit adegwati biex iwettaq il-funzjonijiet kritiċi u essenzjali tiegħu f'każ ta' sitwazzjonijiet mhux mistennija jew ta' kriżi; jappella għat-tnaqqis tar-riskji għas-sigurtà, speċjalment dawk relatati maċ-ċibersigurtà permezz taż-żieda tal-miżuri ta' sikurezza li jipproteġu l-infrastruttura diġitali tas-SEAE minn theddid u attakki esterni;

Aċċertament tal-ġestjoni

43.  Jinnota li żewġ Delegazzjonijiet biss ipprovdew riżervi motivati, jiġifieri d-Delegazzjoni għas-Sirja (mill-2017) u d-Delegazzjoni fil-Djibouti fir-rigward tal-ġestjoni tal-infiq amministrattiv tagħhom, b'mod partikolari marbut ma' kwistjonijiet ta' akkwist; jistieden lis-SEAE jieħu l-passi meħtieġa biex jeżamina dawn il-kwistjonijiet;

44.  Jistieden lis-SEAE jipprovdi aktar informazzjoni fir-rapport tal-attività annwali tas-SEAE dwar il-Programm ta' Spezzjonijiet sabiex tinkiseb stampa ġenerali tal-prestazzjoni u l-funzjonament tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni; iqis ukoll li jkun utli li tiġi indikata aħjar l-artikolazzjoni tal-ispezzjonijiet tad-Delegazzjonijiet mal-qafas ta' aċċertament tas-SEAE u li jintwera kif l-użu tal-eżiti u r-rakkomandazzjonijiet tal-ispezzjonijiet ikkontribwixxa għal koerenza, omoġeneità u effiċjenza akbar fil-metodi ta' ħidma tad-Delegazzjonijiet; jenfasizza l-importanza li jiġu analizzati l-effettività u l-korrettezza tal-ġestjoni finanzjarja fid-Delegazzjonijiet rispettivi;

Prevenzjoni u sejbien ta' frodi

45.  Jilqa' l-fatt li s-SEAE qed jadatta kontinwament l-istrateġija tiegħu kontra l-frodi flimkien mad-direttorati ġenerali kollha tar-RELEX u permezz ta' format dedikat mal-OLAF; jisħaq fuq il-fatt li għandhom isiru l-isforzi kollha meħtieġa biex l-informazzjoni dwar l-isfidi operattivi tagħhom tiġi kondiviża u skambjata biex jiġu identifikati aħjar oqsma riskjużi fl-attivitajiet u l-programmi tagħhom; jistieden lis-SEAE jidentifika kwalunkwe qasam ta' politika speċifiku possibbli fejn jaf tkun meħtieġa kollaborazzjoni aktar mill-qrib mal-OLAF biex tiġi żgurata prevenzjoni effettiva tal-frodi;

46.  Jinnota b'apprezzament id-definizzjoni ta' linji gwida komuni li ġew formalizzati fi strateġija speċifika kontra l-frodi għar-relazzjonijiet esterni, li tikkostitwixxi titjib importanti; ifakkar li dawn il-linji gwida għandhom jitqassmu lill-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet kollha u jiġu vvalutati regolarment fi ħdan l-istħarriġ dwar is-sitwazzjoni attwali tal-qafas ta' kontroll intern u l-immappjar tar-riskji fil-fond; jinnota li fl-2019 ma kien hemm l-ebda każ irrapportat ta' allegat żvelar ta' informazzjoni protetta;

47.  Josserva li s-SEAE nnotifika żewġ każijiet lill-OLAF u ġie infurmat dwar ir-riżultati ta' ħames investigazzjonijiet tal-OLAF fl-2019; jistieden lis-SEAE jidentifika b'mod ċar l-oqsma ta' politika f'riskju u l-possibilità ta' kunflitt ta' interess u jissensibilizza l-Kap tad-Delegazzjonijiet fir-rigward tagħhom; jinnota li 12 % tad-Delegazzjonijiet irrapportaw li sabu bidliet fir-rigward tar-riskju ta' frodi u li kien hemm domanda dejjem tikber għal taħriġ dwar is-sejbien tal-frodi (46 % tad-delegazzjonijiet u 35 % tad-diviżjonijiet tal-Kwartieri Ġenerali);

48.  Jistieden lis-SEAE jibda jibni l-kooperazzjoni bilaterali futura tiegħu mal-UPPE u jintegrah bħala komponent tal-istrateġija ġenerali tiegħu kontra l-frodi; ifakkar li l-Artikolu 123 tar-Regolament Finanzjarju jipprevedi l-istabbiliment ta' kumitat tal-progress tal-awditjar intern biex tiġi żgurata l-indipendenza tal-awditur intern tas-SEAE, il-monitoraġġ tal-funzjoni tal-awditjar intern kif ukoll is-segwitu effettiv tar-rakkomandazzjonijiet maħruġa;

Qafas etiku

49.  Jistieden lis-SEAE jtejjeb is-sensibilizzazzjoni u l-perċezzjoni tal-persunal dwar il-qafas u l-kultura etiċi tiegħu permezz ta' komunikazzjoni adegwata dwar kwistjonijiet ta' etika; iqis li għandha tingħata attenzjoni partikolari dwar jekk il-membri tal-persunal humiex infurmati dwar kif għandhom jirrappurtaw kwistjonijiet relatati ma' mġiba mhux etika, kif ukoll biex iżidu s-sens ta' sigurtà tagħhom; jenfasizza l-importanza li jiġu identifikati, ivvalutati u ġestiti r-riskji relatati mal-etika fl-eżerċizzju annwali tiegħu tal-ġestjoni tar-riskji;

50.  Jinkoraġġixxi lis-SEAE biex b'mod urġenti jiddedika sforzi biex jorganizza għall-persunal tiegħu, taħriġ sistematiku u sessjonijiet ta' sensibilizzazzjoni fil-qasam tal-kondotta xierqa (rigward l-etika, il-ġlieda kontra l-frodi, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-ġlieda kontra l-fastidju, il-livelli ta' kunfidenzjalità); jemmen li dawn is-sessjonijiet għandhom ikunu parti minn taħriġ ta' orjentazzjoni obbligatorju għall-persunal ġdid li ġie rreklutat;

51.  Iqis ukoll li l-istandards etiċi għandhom jitqiesu biex jiġu evitati kunflitti ta' interess potenzjali u l-kxif ta' informazzjoni sensittiva interna dwar ix-xogħol; jappoġġa d-definizzjoni tas-SEAE tal-linji gwida dwar l-etika, filwaqt li jqis l-ispeċifiċitajiet tal-ħidma fid-Delegazzjoni biex jitnaqqas ir-riskju għar-reputazzjoni tal-Unjoni u s-SEAE, b'mod partikolari għall-Kapijiet tad-Delegazzjoni;

52.  Jirrakkomanda bis-sħiħ li s-SEAE jissieħeb fir-Reġistru ta' Trasparenza tal-UE, abbażi ta' ftehim dwar il-livell ta' servizz;

53.  Jenfasizza l-ħtieġa li s-SEAE jikkonforma bis-sħiħ mal-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar l-Iżvelar ta' Informazzjoni Protetta, b'mod partikolari biex jipproteġi lill-informaturi in bona fide kontra kwalunkwe forma ta' preġudizzju;

Kunflitt ta' interessi

54.  Jissottolinja li sitwazzjonijiet ta' kunflitti ta' interess wara l-impjieg fis-servizz pubbliku u ''revolving doors'' huma kwistjoni rikorrenti fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jappella li s-SEAE japplika r-Regolamenti tal-Persunal, b'mod partikolari l-Artikolu 16 u regoli applikabbli oħra tagħhom b'mod effikaċi u konsistenti, sabiex jiġu evitati l-kunflitti ta' interess, b'mod partikolari – iżda mhux biss – fir-rigward ta' uffiċjali għolja u tal-SNEs; jinsab imħasseb dwar il-każijiet "revolving door" riċenti u jistieden lis-SEAE jirrieżamina sistematikament it-tranżizzjonijiet potenzjalment problematiċi lejn is-settur privat jew lejn organizzazzjonijiet ta' pajjiżi terzi u biex ikompli jimmonitorja l-okkupazzjoni ta' ex uffiċjali għolja sa tmiem il-perjodu obbligatorju ta' preklużjoni;

55.  Jiddispjaċih ħafna li għal sitt snin is-SEAE ma ppubblika ebda waħda mid-deċiżjonijiet tiegħu dwar l-attivitajiet okkupazzjonali ta' ex uffiċjali għolja, inkluż fl-2019, bi ksur tal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal; jilqa' l-fatt li fl-2020 beda jippubblikahom, inkluż il-pubblikazzjoni retrospettiva ta' deċiżjonijiet tas-snin preċedenti; jinsisti, f'dan ir-rigward, li minn issa 'l quddiem is-SEAE jippubblika fuq bażi annwali d-deċiżjonijiet tiegħu dwar l-attivitajiet okkupazzjonali ta' ex uffiċjali għolja u li jimmonitorja fuq bażi kontinwa jekk jikkonformawx mal-kundizzjonijiet imposti fuqhom u, jekk ikun xieraq, jieħu azzjoni deċiżiva biex jinforza l-konformità ma' dawn il-kundizzjonijiet;

56.  Jinnota li s-SEAE japplika projbizzjoni għall-ewwel tnax-il xahar tal-perjodu ta' preklużjoni ta' sentejn għall-maniġment superjuri wara li tintemm il-kariga tagħhom; ifakkar li l-obbligu tal-kunfidenzjalità huwa prinċipju ewlieni li għandu jiġi rrispettat mill-ex persunal;

57.  Jissottolinja li l-Artikolu 16 jippermetti li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jiċħdu talba ta' ex uffiċjal li jibda impjieg speċifiku jekk ir-restrizzjonijiet ma jkunux biżżejjed biex jipproteġu l-interessi leġittimi tal-istituzzjonijiet; jibża' li ħafna drabi ma jkunx possibbli li jiġu infurzati l-kundizzjonijiet imposti fuq l-attivitajiet ta' wara l-impjieg fis-servizz pubbliku; iħeġġeġ, għalhekk, lill-istituzzjonijiet u lill-aġenziji tal-Unjoni jikkunsidraw il-firxa sħiħa tal-għodod disponibbli bis-saħħa tal-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal;

Politika tal-bini

58.  Jilqa' x-xejra pożittiva fir-rigward tal-kolokazzjoni, li tilħaq 7 % tas-superfiċje totali tal-uffiċċji tad-Delegazzjonijiet; jinnota b'apprezzament il-fatt li s-SEAE stabbilixxa 22 proġett ġdid ta' kolokazzjoni fl-2019 li jikkonċernaw 68 Delegazzjoni, (li jirriżultaw f'total ta' 115-il ftehim ta' kolokazzjoni); jinnota li attwalment il-kolokazzjonijiet jikkonċernaw prinċipalment lill-Istati Membri u lill-pajjiżi sħab (43), lid-DĠ ECHO (20), aġenziji oħra tal-Unjoni, eż. il-EUIPO, l-EASA u l-Frontex (17) (), lill-BEI (15), lir-RSUE (10) u lill-missjonijiet tal-PSDK - EUBAM u EUCAP- (10);

59.  Iħeġġeġ lis-SEAE jkompli fid-direzzjoni li jiġbor flimkien il-mezzi mal-Istati Membri fil-ġestjoni tal-bini u biex jiżviluppa aktar il-kooperazzjoni lokali, b'attenzjoni speċifika li għandha tingħata għall-aħjar valur għall-flus, il-kwistjonijiet ta' sigurtà u r-reputazzjoni u l-viżibbiltà tal-Unjoni, kif ukoll l-ottimizzazzjoni tal-baġit;

60.  Jinnota b'apprezzament li din iż-żieda fil-kolokazzjonijiet kienet akkumpanjata minn konsolidazzjoni u standardizzazzjoni tas-sistema tal-irkupru tal-ispejjeż permezz ta' ċentralizzazzjoni ulterjuri tad-dħul tal-kolokazzjonijiet u l-applikazzjoni tal-miżati amministrattivi fil-ftehimiet maqbula dwar il-livell ta' servizz; josserva li fl-2019 ġie ġġenerat dħul ta' madwar EUR 10 miljun; jistieden lis-SEAE jippreżenta deskrizzjoni ġenerali tal-allokazzjoni ta' dan id-dħul biex jiżgura t-trasparenza;

61.  Jiddispjaċih dwar is-sejbiet tal-Qorti li huwa biss għadd żgħir ta' Delegazzjonijiet tal-Unjoni li huma kompletament aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità u jitlob lis-SEAE jikkunsidra, fejn teknikament u finanzjarjament possibbli u fejn meħtieġ mil-leġiżlazzjoni lokali, l-adattament tal-uffiċini tiegħu biex itejjeb l-aċċessibbiltà għal persuni b'mobbiltà mnaqqsa;

62.  Jinnota li s-sehem tal-uffiċċji tas-SEAE baqa' stabbli fil-livell ta' 19 % tal-uffiċċji tad-Delegazzjonijiet tiegħu bi prospetti ulterjuri ta' xiri fl-Arġentina u fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo; jinnota li EUR 72,8 miljun jintefqu fil-kiri ta' bini għall-uffiċċji u residenzi fin-network tad-Delegazzjonijiet u EUR 19,1 miljun għall-kiri ta' uffiċċji fil-Kwartieri Ġenerali;

63.  Jilqa' r-rieżami tal-politika tad-djar u jitlob li l-Parlament jiġi infurmat fi żmien debitu dwar l-eżitu ewlieni tiegħu f'termini ta' valutazzjoni komparattiva mġedda meta mqabbla ma' dawk eżistenti tal-Istati Membri u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra;

64.  Jinnota b'apprezzament li l-pjan ta' azzjoni stabbilit mis-SEAE biex isegwi r-rakkomandazzjonijiet maħruġa fir-rapport speċjali tal-Qorti tal-2016 dwar il-politika tal-proprjetà immobbli tas-SEAE ppermetta li jsir progress, u dan il-progress ġie rikonoxxut mill-Qorti;

65.  Jistieden lis-SEAE jagħmel aktar progress fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet pendenti li fadal rigward il-ħtieġa li tinkiseb ħarsa ġenerali tal-portafoll permezz tal-monitoraġġ tar-rati tas-suq għall-uffiċċji u r-residenzi u biex jibda jfassal pjan fuq terminu ta' żmien medju u twil flimkien mad-Dokument ta' Ħidma Annwali attwali tiegħu; itenni li l-ispazju għall-uffiċċji ta' 35m2 għal kull membru tal-persunal għandu jibqa' u jservi bħala punt ta' riferiment rikorrenti u li l-aċċess għal dawk b'diżabilità għandu jiġi vvalutat b'mod sistematiku fl-ippjanar tal-bini jew fir-rilokazzjonijiet li ġejjin; jistieden lis-SEAE jżomm lill-Parlament infurmat dwar kwalunkwe titjib ulterjuri;

66.  Jiddispjaċih li rakkomandazzjoni waħda biss minn tmienja fformulati fir-rapport tal-2016 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar kif is-SEAE jiġġestixxi l-bini tiegħu madwar id-dinja ġiet implimentata bis-sħiħ filwaqt li tliet rakkomandazzjonijiet ġew implimentati fil-biċċa l-kbira tal-aspetti tagħhom; jappella għall-implimentazzjoni sħiħa u rapida tar-rakkomandazzjonijiet kollha li fadal;

Ambjent tax-xogħol

67.  Jinnota l-fatt li hemm żieda fil-każijiet irrappurtati lis-servizz ta' medjazzjoni li jikkonċernaw jew nuqqas ta' qbil mhux solvut dwar drittijiet u obbligi jew tipi differenti ta' kunflitti fuq il-post tax-xogħol u li dawn laħqu 183 każ fl-2019 (meta mqabbla ma' 135 każ fl-2018); jifhem li ż-żieda tal-każijiet imressqa quddiem is-servizz ta' medjazzjoni tindika l-funzjonament xieraq; jirrikonoxxi l-adozzjoni ta' Deċiżjoni ġdida dwar is-Servizz ta' Medjazzjoni tas-SEAE fl-2020 sabiex jissaħħu l-mekkaniżmi fis-seħħ;

68.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li għad hemm trainees mhux imħallsa fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni; iħeġġeġ lis-SEAE jieħu passi biex jiżgura li t-trainees ikollhom mezzi biex isostnu lilhom infushom; iħeġġeġ lis-SEAE jsegwi r-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman Ewropew biex it-trainees kollha jitħallsu allowance xierqa, li mill-inqas tkopri l-ispejjeż tal-ħajja; jirrakkomanda li jiġu allokati aktar flus biex jitħallsu t-trainees;

Dimensjoni ambjentali

69.  Jinnota b'apprezzament li fl-2019 is-SEAE adotta mandat biex jistabbilixxi sistema ta' ġestjoni ambjentali għall-kwartieri ġenerali tas-SEAE bil-ħsieb li tiġi estiża għan-network tad-Delegazzjonijiet; iħeġġeġ lis-SEAE jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex inaqqas l-impronta tal-karbonju tal-Kwartieri Ġenerali u tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni billi jimplimenta proċessi bla karti u b'enfasi fuq it-taħlita tal-enerġija fuq il-promozzjoni ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli;

(1) ĠU L 67, 7.3.2019.
(2) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 1.
(3) ĠU C 377, 9.11.2020, p. 13.
(4) Ir-Rapport Annwali dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, p. 11.
(5) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.


Kwittanza 2019: Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali
PDF 171kWORD 55k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) (qabel l-20 ta' Frar 2019: (iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali) għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2150(DEC))
P9_TA(2021)0174A9-0069/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0047/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KEE) Nru 337/75 tal-Kunsill tal-10 ta' Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/128 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Jannar 2019 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0069/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) (qabel l-20 ta' Frar 2019: (iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali) għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2150(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0047/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KEE) Nru 337/75 tal-Kunsill tal-10 ta' Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/128 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Jannar 2019 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0069/2021),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) (qabel l-20 ta' Frar 2019: (iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali) għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2150(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0069/2021),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u tan-nefqa tiegħu(15), il-baġit finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) (iċ-"Ċentru") għas-sena finanzjarja 2019 kien ta' EUR 17 866 920, li meta mqabbel mal-2018 jirrappreżenta żieda ta' 0,09 %; billi l-baġit taċ-Ċentru huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2019 (ir-"rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2019 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,99 %, li meta mqabbla mal-2018 tirrappreżenta tnaqqis żgħir ħafna ta' 0,01 %; jinnota l-fatt li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 95,12 %, li meta mqabbla mal-2018 tirrappreżenta tnaqqis ta' 1,38 %;

2.  Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li ċ-Ċentru ma applikax il-metodu xieraq għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet għall-Iżlanda u n-Norveġja, li rriżulta f'kontribuzzjoni li kienet baxxa wisq;

Prestazzjoni

3.  Jinnota li ċ-Ċentru juża sistema eżemplari ta' kejl tal-prestazzjoni li tinkludi indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex jivvaluta l-valur miżjud tal-attivitajiet tiegħu fil-livelli tal-proġetti, tal-attivitajiet u tal-organizzazzjoni kif ukoll miżuri oħra biex tittejjeb il-ġestjoni baġitarja tiegħu;

4.  Jilqa' l-introduzzjoni ta' aktar indikaturi kwalitattivi fl-2018-2019, intiżi sabiex jipprovdu stampa aktar ekwilibrata tal-prestazzjoni taċ-Ċentru; ifakkar liċ-Ċentru biex jirrieżamina u jaġġorna regolarment is-sistema ta' kejl tal-prestazzjoni u l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tiegħu biex jiżgura l-kontribut effiċjenti u l-għarfien espert tiegħu fil-livell tal-Unjoni; iħeġġeġ liċ-Ċentru janalizza l-eżiti bir-reqqa u jużahom biex itejjeb l-istrateġija u l-ippjanar tal-attività taċ-Ċentru;

5.  Jinnota li l-evalwazzjoni esterna, li ċ-Ċentru kien soġġett għaliha fl-2017 kif mitlub mir-regoli finanzjarji, ivvalutat il-ħidma taċ-Ċentru b'mod pożittiv; jilqa' l-azzjonijiet ippjanati biex jiġu indirizzati r-rakkomandazzjonijiet maħruġa u jistieden liċ-Ċentru jkompli jfittex kooperazzjoni ulterjuri ma' aġenziji oħra; iħeġġeġ liċ-Ċentru jkompli jimplimenta l-indikaturi tal-kejl tal-prestazzjoni tiegħu u jallinja l-metodoloġiji tal-indikaturi tal-prestazzjoni ma' aġenziji oħra sabiex jippreżenta l-politiki implimentati b'mod aktar dettaljat; jilqa' l-introduzzjoni ta' indikatur ambjentali;

6.  Jinnota li l-evalwazzjoni trażversali tal-aġenziji tal-Unjoni fil-qafas tal-mandat tad-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi tal-Kummissjoni ssuġġeriet għadd ta' rakkomandazzjonijiet għal kull waħda mill-aġenziji, iżda li dawn ir-rakkomandazzjonijiet ma ssuġġerewx bidliet leġiżlattivi ulterjuri jew il-fużjoni jew ir-rilokazzjoni tal-aġenziji;

7.  Japprezza l-għarfien espert u l-ħidma kontinwa ta' kwalità għolja taċ-Ċentru, li jipprovdi riċerka, analiżi u konsulenza teknika fil-politiki tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET), il-kwalifiki u l-ħiliet bil-għan li jippromwovi taħriġ ta' kwalità għolja mfassal għall-ħtiġijiet tal-individwi u tas-suq tax-xogħol; jinnota bi tħassib, madankollu, li filwaqt li l-VET għandu immaġni pożittiva fl-Unjoni, għadu jitqies bħala għażla sekondarja meta mqabbel mal-edukazzjoni ġenerali;

8.  Ifakkar fl-importanza tar-rwol taċ-Ċentru fl-iżgurar li l-ħiliet diġitali jiġu integrati fil-VET fl-Unjoni kollha u fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-impatt tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2020 dwar il-VET għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza(16), l-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa u l-Pjan ta' Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali;

9.  Jenfasizza r-rilevanza partikolari tal-ħidma reċenti taċ-Ċentru biex jgħin fl-analiżi tal-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq id-domanda għall-ħiliet u l-impjiegi fis-suq tax-xogħol tal-Unjoni permezz tal-għodda Skills-OVATE (l-Online Vacancy Analysis Tool for Europe); jisħaq fuq il-ħtieġa, f'dak il-kuntest, li jiġu żgurati riżorsi umani u finanzjarji adegwati li jippermettu liċ-Ċentru jkompli jimplimenta l-programm ta' ħidma tiegħu b'rata ta' tlestija tal-attività għolja ħafna;

10.  Jinnota li ċ-Ċentru jikkoordina u jikkoopera b'mod regolari mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol u mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol; iħeġġeġ liċ-Ċentru jkompli dik il-kollaborazzjoni, li tippermetti l-ħolqien ta' sinerġiji, il-kondiviżjoni tal-għarfien, l-għarfien espert u l-aħjar prattiki fost l-aġenziji, kif ukoll l-evitar ta' duplikazzjonijiet billi jipprovdi spazju komuni fejn l-aġenziji jistgħu jikkonsultaw lil xulxin dwar it-twettiq tal-mandat tagħhom; jilqa' l-ftehim fuq il-livell ta' servizz il-ġdid mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà, b'mod partikolari fil-oqsma tad-diġitalizzazzjoni, l-akkwist, il-protezzjoni tad-data u r-riżorsi umani;

11.  Jilqa' l-azzjonijiet taċ-Ċentru biex tiżdied id-diġitalizzazzjoni f'termini ta' operazzjoni u ġestjoni interni iżda anki fir-rigward tat-tħaffif tad-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; jisħaq fuq il-ħtieġa li ċ-Ċentru jibqa' jkun proattiv f'dak ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji akkost ta' kollox; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jkomplu jittieħdu l-miżuri ta' sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

12.  Jilqa' l-inizjattiva taċ-Ċentru dwar aspett ġdid tad-diġitalizzazzjoni, u b'mod partikolari l-għodod online tiegħu, li jipprovdu informazzjoni speċifika għall-pajjiżi u aktar opportunitajiet ta' viżwalizzazzjoni tad-data online, bħal riżorsi ta' gwida dwar informazzjoni relatata mas-suq tax-xogħol jew il-previżjonijiet tal-ħiliet; jirrikonoxxi, għal dan il-għan, il-kampanji ta' marketing immirati min-naħa taċ-Ċentru biex jissensibilizza l-opinjoni pubblika dwar il-kontenut tas-sit web tiegħu;

13.  Jinnota b'sodisfazzjon il-ftehim il-ġdid fuq il-livell ta' servizz mad-Direttorat Ġenerali għall-Baġit għall-migrazzjoni lejn is-sistema finanzjarja u ta' kontabbiltà tal-Kummissjoni;

Politika dwar il-persunal

14.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2019, it-tabella tal-persunal kienet implimentata bil-perċentwal ta' 94,51 %, bi 12-il uffiċjal u 74 aġent temporanju maħtura minn 78 aġent temporanju u 13-il uffiċjal awtorizzat skont il-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel mat-92 post tax-xogħol awtorizzat fl-2018); jinnota li, barra minn hekk, 25 aġent kuntrattwali u tliet esperti nazzjonali sekondati kienu qed jaħdmu għaċ-Ċentru fl-2019;

15.  Jieħu nota tal-iżbilanċ bejn is-sessi fost il-maniġment superjuri taċ-Ċentru (4 rġiel u 2 nisa); jinnota b'sodisfazzjon li l-Bord tat-Tmexxija huwa kważi bbilanċjat bejn is-sessi (53 % irġiel u 47 % nisa); jilqa' r-rappreżentanza ġeografika tal-persunal fi ħdan iċ-Ċentru;

16.  Jinnota bi tħassib li l-kwistjonijiet taċ-Ċentru fir-rigward tal-esternalizzazzjoni tas-servizz legali tiegħu indikati mill-awtorità tal-kwittanza u mill-Qorti fil-qafas tal-kwittanza 2018 għadhom ma ġewx solvuti u l-esternalizzazzjoni żiedet ix-xogħol u l-ispejjeż għaċ-Ċentru; jistieden liċ-Ċentru jikkunsidra li jerġa' jdaħħal is-servizz legali intern biex itaffi l-ispiża għolja u jiżgura rendikont xieraq tal-awditjar għall-infiq ġuridiku, kif ukoll ikompli jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp f'dak ir-rigward;

17.  Jilqa' l-isforzi taċ-Ċentru biex jibni ambjent tax-xogħol u kultura aktar diversifikati u inklużivi billi jieħu azzjonijiet favur il-persuni b'diżabilità; jitlob liċ-Ċentru jivvaluta l-possibbiltajiet ta' tisħiħ u integrazzjoni ulterjuri tal-prinċipji ta' opportunitajiet indaqs fir-reklutaġġ, fit-taħriġ, fl-iżvilupp tal-karriera u fil-kundizzjonijiet tax-xogħol kif ukoll biex iqajjem sensibilizzazzjoni fost il-persunal dwar dawk l-aspetti; jitlob liċ-Ċentru jqis titjib u modifiki possibbli u raġonevoli tal-binjiet tiegħu (l-aċċess, it-tagħmir tal-uffiċċju adegwat) għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jew diżabilitajiet oħra;

18.  Iħeġġeġ liċ-Ċentru jimmira li jfittex l-iżvilupp ta' qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabilità;

19.  Jinnota b'dispjaċir li, b'riżultat tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-187/18, iċ-Ċentru jeħtieġlu jagħti kumpens ta' EUR 40 000, u jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tal-konformità mal-liġi tax-xogħol fis-seħħ sabiex jiġu evitati każijiet bħal dawn fil-futur;

20.  Jilqa' l-isforzi li għamel iċ-Ċentru biex joħloq qafas ta' ħidma li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent kif ukoll il-miżuri kollha li ħa ċ-Ċentru bil-għan li jnaqqas l-impronta tal-karbonju tiegħu, il-konsum tal-enerġija tiegħu u jiżviluppa fluss tax-xogħol mingħajr karti;

Akkwist

21.  Jilqa' l-introduzzjoni tas-sejħiet għall-offerti elettroniċi u s-sottomissjoni elettronika għall-proċeduri miftuħa tiegħu u l-inizjattiva li jingħaqad mal-kuntratti qafas interistituzzjonali tal-Kummissjoni jew ta' aġenziji oħra u li jorganizza proċeduri ta' akkwist konġunti ma' aġenziji oħra;

22.  Jinnota bi tħassib li, skont ir-rapport tal-Qorti, saru żbalji fl-akkwist u fil-ġestjoni tal-kuntratti, li ċ-Ċentru aċċetta l-bidla fl-eżekuzzjoni ta' kuntratt mingħajr ma ddokumenta kif xieraq jekk l-alternattiva proposta mill-kuntrattur kinitx mill-inqas ekwivalenti għas-soluzzjoni proposta fl-offerta u li ċ-Ċentru ma mmodifikax il-kuntratt qafas konkluż ma' dak il-kuntrattur sabiex jinkludi tali bidla; jinnota li ċ-Ċentru fformalizza l-linji gwida tiegħu dwar il-ġestjoni tal-kuntratti biex jikkomplementa t-taħriġ mogħti lill-maniġers tal-kuntratti, il-fluss tax-xogħol u l-kontrolli fis-seħħ;

23.  Jinnota, fir-rigward tas-segwitu għar-rakkomandazzjoni ta' kwittanza tas-sena ta' qabel dwar id-dokumentazzjoni u l-metodoloġija tal-akkwist, li l-implimentazzjoni għadha għaddejja filwaqt li jirrikonoxxi l-passi li saru biex tiġi implimentata r-rakkomandazzjoni;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

24.  Jinnota l-miżuri eżistenti taċ-Ċentru u l-isforzi kontinwi biex jiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u l-protezzjoni tal-informaturi; jinnota, madankollu, li l-pubblikazzjoni ta' 22 dikjarazzjoni ta' kunflitti ta' interess u s-CVs ta' 163 membru u sostitut għadha pendenti; jtenni li l-membri u s-sostituti kollha li jattendu l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija, jew jeżerċitaw id-dritt għall-vot, jeħtiġilhom jippreżentaw dikjarazzjoni ta' interess; jistieden liċ-Ċentru jippubblika s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri kollha tal-Bord tat-Tmexxija u jirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza bil-miżuri meħuda f'dan ir-rigward;

Kontrolli interni

25.  Jinnota li, insegwitu tal-awditu mwettaq mis-servizz tal-awditjar intern (IAS) dwar il-ġestjoni tar-riżorsi umani u l-etika taċ-Ċentru mill-14 sat-18 ta' Jannar 2018, il-proċeduri ta' reklutaġġ ġew aġġornati biex jirriflettu r-rakkomandazzjoni tal-IAS u li din ir-rakkomandazzjoni, inizjalment immarkata bħala kritika, ingħalqet mill-IAS wara impenn ta' segwitu;

26.  Jinnota li ħamsa minn sitt rakkomandazzjonijiet mill-awditu tal-ġestjoni tar-riżorsi umani u etika issa ġew implimentati; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-implimentazzjoni tal-aħħar rakkomandazzjoni;

27.  Jinnota li d-Direttur Eżekuttiv taċ-Ċentru, bħala uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, iddelega s-setgħat tal-implimentazzjoni tal-baġit lill-viċi direttur u lill-kapijiet tad-dipartimenti; jinnota li d-delega tal-viċi direttur ma għandha l-ebda limitu massimu għat-tranżazzjonijiet, filwaqt li d-delega għall-kap tad-dipartiment għar-riżorsi u l-appoġġ għandha limitu massimu ta' EUR 1 500 000 għal kull tranżazzjoni li tikkonċerna t-Titolu 1 (L-infiq għall-persunal), filwaqt li delegi oħra huma limitati għall-approprjazzjonijiet disponibbli taħt il-linji baġitarji speċifiċi u sal-limitu massimu ta' EUR 1 000 000 għal kull tranżazzjoni; jilqa' l-fatt li ċ-Ċentru jistabbilixxi limiti finanzjarji għad-delegi b'tali mod li l-ħtieġa ta' flessibbiltà tkun ibbilanċjata mal-ħtieġa ta' sorveljanza u l-kontroll ġerarkiku fuq it-tranżazzjonijiet;

Kummenti oħra

28.  Jinnota l-isforzi li saru biex jiżdiedu ċ-ċibersigurtà u l-protezzjoni tad-data taċ-Ċentru, speċjalment fir-rigward tat-taħriġ tal-persunal u s-sensibilizzazzjoni fostu;

29.  Jilqa' l-kampanji ta' komunikazzjoni taċ-Ċentru, l-enfasi fuq il-preżenza fil-midja soċjali, l-għodod interattivi online u l-viżwalizzazzjonijiet; iħeġġeġ liċ-Ċentru jkompli jippromwovi l-ħidma, ir-riċerka u l-attivitajiet tiegħu biex iżid il-viżibbiltà pubblika tiegħu;

30.  Jesprimi dubbji dwar il-ħtieġa li jinżamm bord tad-diretturi magħmul minn 84 persuna;

o
o   o

31.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ April 2021(17) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf
(2) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(4) ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.
(5) ĠU L 30, 31.1.2019, p. 90.
(6) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf
(9) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf
(10) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(11) ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.
(12) ĠU L 30, 31.1.2019, p. 90.
(13) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(14) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(15) ĠU C 107, 31.3.2020, p. 1.
(16) ĠU C 417, 2.12.2020, p. 1.
(17) Testi adottati, P9_TA(2021)0215.


Kwittanza 2019: Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol
PDF 171kWORD 57k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) (qabel l-20 ta' Frar 2019: Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol) għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2151(DEC))
P9_TA(2021)0175A9-0094/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0048/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta' Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/127 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Jannar 2019 li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0094/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Aġent Direttur Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Aġent Direttur Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) (qabel l-20 ta' Frar 2019: Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol) għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2151(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0048/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta' Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/127 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Jannar 2019 li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0094/2021),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Aġent Direttur Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) (qabel l-20 ta' Frar 2019: Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol) għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2151(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0094/2021),

A.  billi, skont ir-rapport tad-dħul u l-infiq tagħha(15), il-baġit finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) (il-“Fondazzjoni”) għas-sena finanzjarja 2019 kien jammonta għal EUR 21 489 160, li jirrappreżenta żieda ta' 3,51 % meta mqabbel mal-2018; billi l-baġit tal-Fondazzjoni huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2019 (ir-"rapport tal-Qorti"), tiddikjara li din kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2019 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,99 %, li tirrappreżenta żieda żgħira ta' 0,41 %; jieħu nota tal-fatt li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 80,92 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 1,78 % meta mqabbla mal-2018;

Prestazzjoni

2.  Jinnota li l-Fondazzjoni tuża erba' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs), inklużi fis-sistema ta' monitoraġġ tal-prestazzjoni tagħha, li flimkien mal-KPIs jikkonsistu minn metriċi (indikaturi oħra għal proċessi operattivi) kif ukoll valutazzjoni u evalwazzjoni kwalitattiva, biex tivvaluta l-valur miżjud, inklużi l-eżitu u l-impatt, ipprovdut mill-attivitajiet tagħha, u biex ittejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha;

3.  Ifakkar lill-Fondazzjoni biex tirrieżamina u taġġorna regolarment is-sistema ta' kejl tal-prestazzjoni u l-KPIs tagħha biex tiżgura l-kontribut effiċjenti u l-għarfien espert tagħha fil-livell tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Fondazzjoni tanalizza l-eżiti bir-reqqa u tużahom biex ittejjeb l-istrateġija u l-ippjanar tal-attività tagħha;

4.  Jirrikonoxxi l-fatt li nkisbu 91 % tar-riżultati (51 minn 56 riżultat) tal-programm ta' ħidma previsti għall-2019, u li l-Fondazzjoni kkontribwiet f'212-il avveniment ta' żvilupp tal-politika (46 % minnhom fil-livell tal-Unjoni);

5.  Japprezza l-ħidma ta' kwalità għolja tal-Fondazzjoni fit-titjib u t-tixrid tal-għarfien, u fl-għoti ta' appoġġ ibbażat fuq l-evidenza u għarfien espert għall-iżvilupp tal-politika fil-qasam tal-kondizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol, is-suq tax-xogħol u r-relazzjonijiet industrijali fl-Unjoni kollha; iqis li huwa essenzjali, f'dak ir-rigward, li l-Fondazzjoni tkompli tikkollabora ma' diversi esperti esterni bi kwalifiki għolja; jisħaq fuq l-importanza u l-awtonomija tal-Fondazzjoni u l-valur miżjud li ġġib magħha fil-qasam ta' kompetenza tagħha; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati riżorsi umani u finanzjarji adegwati li jippermettu lill-Fondazzjoni tkompli timplimenta l-programm ta' ħidma tagħha b'rata ta' tlestija tal-attività għolja ħafna;

6.  Jinnota li r-regolament fundatur il-ġdid tal-Fondazzjoni daħal fis-seħħ fl-20 ta' Frar 2019;

7.  Jifraħ lill-Fondazzjoni għall-approċċ komuni tagħha maċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) u l-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF), li jiżgura koordinazzjoni u kollaborazzjoni regolari fil-ħidma tagħhom; jinnota li l-Fondazzjoni implimentat azzjonijiet miftiehma fil-pjanijiet annwali mal-EU-OSHA, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi; iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli tiżviluppa s-sinerġiji tagħha, tiskambja l-informazzjoni, tikkondividi l-għarfien u tiskambja l-aħjar prattiki ma' aġenziji Ewropej oħra bl-għan li ttejjeb l-effiċjenza fir-rigward tar-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà;

8.  Jilqa' b'mod partikolari l-istħarriġ elettroniku reċenti tal-Fondazzjoni bit-titlu "Living, working and COVID-19" (Il-ħajja, ix-xogħol u l-COVID-19), li għandu l-għan li jkopri l-implikazzjonijiet estensivi tal-pandemija tal-COVID-19 għas-suq tax-xogħol, il-kondizzjonijiet tax-xogħol u l-kwalità tal-ħajja fl-Unjoni kollha; jemmen li l-Fondazzjoni jista' jkollha rwol kruċjali fl-analiżi ulterjuri taż-żieda fit-telexogħol u l-impatti relatati fuq il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u l-kwalità tal-kondizzjonijiet tax-xogħol, it-tixrid tal-aħjar prattiki u l-valutazzjoni tar-risposti li jista' jkun hemm mil-lat ta' politika; jemmen li l-Fondazzjoni, fil-programmi ta' ħidma futuri tagħha, għandha, b'kooperazzjoni mal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, tanalizza l-għażliet politiċi biex ittejjeb il-kondizzjonijiet tax-xogħol u l-ħajja tal-ħaddiema staġonali u ta' ħaddiema mobbli oħra;

9.  Jisħaq li huwa previst li l-Kummissjoni tvara l-pjan ta' azzjoni tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (il-Pilastru) meta l-Kunsill Ewropew japprova l-Pilastru fis-Summit ta' Porto f'Mejju 2021; jinnota li r-riċerka tal-Fondazzjoni tiżvela l-kumplessità tad-dimensjoni soċjali tal-Unjoni u tissuġġerixxi li t-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali li takkumpanja l-Pilastru tiġi kkomplementata b'indikaturi addizzjonali li jkopru l-kwalità tal-impjiegi, il-ġustizzja soċjali u l-opportunitajiet indaqs, sistemi robusti ta' protezzjoni soċjali u mobilità ekwa; jisħaq li l-Fondazzjoni għandu jkollha r-riżorsi finanzjarji u umani xierqa biex tkompli tiżviluppa dawk l-indikaturi;

10.  Ifakkar fl-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Fondazzjoni f'termini ta' operazzjoni u ġestjoni interni iżda anki għall-fini li titħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Fondazzjoni tkompli tkun proattiva f'dak ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta' sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

11.  Jinnota li evalwazzjoni esterna tal-aġenziji tal-Unjoni li jaqgħu taħt il-mandat tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni (DĠ EMPL), jiġifieri l-Eurofound, is-Cedefop, l-ETF u l-EU-OSHA, twettqet fl-2018 f'isem il-Kummissjoni, fir-rigward tar-rilevanza, l-effikaċja, l-effiċjenza, il-koerenza u l-valur miżjud tagħhom fil-livell tal-Unjoni; jinnota li l-Kummissjoni ppubblikat is-sejbiet ewlenin tal-evalwazzjoni li hija kkummissjonat, flimkien mar-rapport ta' evalwazzjoni sħiħ dwar l-erba' aġenziji tal-Unjoni msemmija, u li l-Fondazzjoni qed timplimenta azzjonijiet b'reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni u se tirrapporta dwarhom fir-rapport annwali tal-attività tagħha għall-2020; ifakkar lill-Kummissjoni biex timmonitorja u tevalwa li l-għarfien espert tekniku u potenzjal ieħor tal-aġenziji li jaqgħu taħt il-mandat ta' DĠ EMPL jintużaw b'mod konsistenti biex jappoġġaw it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-politika;

12.  Jieħu nota tal-fatt li l-evalwazzjoni trażversali tal-aġenziji tal-Unjoni li jaqgħu taħt il-mandat ta' DĠ EMPL issuġġeriet għadd ta' rakkomandazzjonijiet għal kull waħda mill-aġenziji, iżda l-ebda waħda minnhom ma kienet teħtieġ bidliet leġiżlattivi jew il-fużjoni jew il-kolokazzjoni ta' aġenziji;

13.  Jifraħ lill-Fondazzjoni talli aġġornat l-istrateġija ta' komunikazzjoni tagħha; ifakkar li l-viżibbiltà fil-midja u fuq l-internet hija importanti biex il-ħidma tal-Fondazzjoni ssir magħrufa;

14.  Jilqa' l-isforzi li saru mill-Fondazzjoni biex toħloq qafas ta' ħidma li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent;

15.  Jisħaq fuq l-importanza li l-Fondazzjoni tibqa' indipendenti mill-aġenziji l-oħra tal-Unjoni iżda taħdem b'kooperazzjoni mill-qrib magħhom sabiex tkompli tipprovdi valur miżjud;

16.  Iħeġġeġ lill-Fondazzjoni tilħaq l-objettiv tagħha li sal-2022 tikseb ċertifikazzjoni mill-Iskema ta' Ġestjoni u Verifika Ambjentali tal-UE;

Politika dwar il-persunal

17.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2019, it-tabella tal-persunal kienet 97,80 % eżegwita, bil-ħatra ta' 11-il uffiċjal u ta' 78 aġent temporanju maħtura mill-91 awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 91 post tax-xogħol awtorizzat fl-2018); jinnota li, barra minn hekk, 11-il aġent kuntrattwali u espert nazzjonali ssekondat kienu qed jaħdmu għall-Fondazzjoni fl-2019;

18.  Jinnota b'sodisfazzjon li kien hemm bilanċ bejn il-ġeneri fost il-maniġers superjuri (raġel wieħed u mara waħda); huwa mħasseb, madankollu, li m'hemm ebda bilanċ bejn il-ġeneri fil-livell tal-bord tat-tmexxija (51 raġel u 33 mara); jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-importanza li jiżguraw il-bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw membri fil-bord tat-tmexxija tal-Fondazzjoni;

19.  Jinnota li l-Fondazzjoni adottat politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju; jinnota li l-proċeduri legali dwar il-każ ta' fastidju rrappurtat u investigat fl-2018 tressqu fl-2019 u għadhom pendenti;

20.  Iħeġġeġ lill-Fondazzjoni timmira li tiżviluppa qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabbiltà;

Akkwist

21.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li f'Ġunju 2019 il-Fondazzjoni kkonkludiet kuntratt qafas għal ammont massimu ta' EUR 170 000 għall-provvista tal-elettriku abbażi ta' proċedura nnegozjata ta' akkwist ma' kandidat wieħed, mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta' avviż ta' kuntratt, u peress li l-kuntrattur huwa fornitur bl-imnut, il-provvista mhijiex ikkwotata u mixtrija f'suq tal-komoditajiet u l-eċċezzjoni tal-proċedura ta' akkwist innegozjat mhijiex applikabbli, u dan wassal għall-irregolarità tal-kuntratti relatati u l-pagamenti assoċjati ta' EUR 20 255; jinnota, mir-risposta tal-Fondazzjoni, li hija taċċetta l-osservazzjoni u li diġà ġiet ippjanata offerta ġdida – ta' natura kompetittiva – għall-bidu tal-2021; jinnota li l-linji gwida interni ġew aġġornati u l-interpretazzjoni riveduta tipprevedi li sitwazzjonijiet bħal dawn għandhom jiġu evitati;

22.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li f'Ottubru 2019 il-Fondazzjoni varat proċedura nnegozjata ta' akkwist, b'baġit stmat ta' EUR 140 000, għal kuntratt qafas għar-rinnovazzjoni tal-faċilitajiet sanitarji tagħha u l-uniku offerent intgħażel b'valur tal-kuntratt ta' EUR 176 800 (23 % aktar mil-limitu stabbilit għal proċedura miftuħa)(16) u filwaqt li l-eċċezzjoni tal-proċedura nnegozjata ta' akkwist kienet awtorizzata b'mod xieraq mill-Fondazzjoni, jibqa' l-fatt li kellha tintuża proċedura miftuħa; jinnota mir-risposta tal-Fondazzjoni li l-għoti tal-kuntratt kien ibbażat fuq l-opinjoni li repetizzjoni tal-offerta, bl-użu tal-proċedura miftuħa, ma twassalx għal offerta aktar ekonomikament vantaġġuża, u li l-informazzjoni dwar il-kuntratt mogħti ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali kif ukoll fis-sit web tal-Fondazzjoni;

23.  Jinnota li fit-Titolu 3 tal-baġit kien hemm riporti f'ammont totali ta' EUR 574 000 aktar milli kien ippjanat fil-bidu, li prinċipalment irriżultaw minn proċeduri ta' akkwist li ma rnexxewx jew li ġew posposti, kif ukoll pagamenti ttardjati minħabba nuqqasijiet fil-prestazzjoni ta' uħud mill-kuntratturi, flimkien ma' frontloading tal-Istħarriġ Ewropew dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol għall-2020;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

24.  Jinnota l-miżuri eżistenti tal-Fondazzjoni u l-isforzi kontinwi biex tiżgura t-trasparenza, tipprevjeni u timmaniġġja l-kunflitti ta' interess u tipproteġi l-informaturi; jinnota li mhux is-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess kollha tal-membri tal-bord tat-tmexxija huma ppubblikati fuq is-sit web tal-Fondazzjoni; jistieden lill-Fondazzjoni tippubblika s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri kollha tal-bord tat-tmexxija u tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bil-miżuri meħuda f'dan ir-rigward;

Kontrolli interni

25.  Jirrikonoxxi li, abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju mwettqa fi Frar 2019, is-servizz tal-awditjar intern (IAS) tal-Kummissjoni ħareġ pjan strateġiku ġdid ta' awditjar intern għall-perjodu mill-2019 sal-2021 u li l-Fondazzjoni aċċettat il-proposta għal suġġetti ta' awditjar futur fil-qasam tar-riżorsi umani, l-akkwist pubbliku u l-ġestjoni tal-kuntratti;

26.  Jirrikonoxxi li l-evalwazzjoni ex ante tad-Dokument ta' programmazzjoni għall-perjodu mill-2021 sal-2024 twettqet mill-Fondazzjoni u li r-rakkomandazzjonijiet aċċettati huma indirizzati fi pjan ta' azzjoni;

27.  Jinnota li fl-2018 l-IAS iffinalizza awditu tal-prestazzjoni dwar "Prijoritizzazzjoni tal-attivitajiet tal-Fondazzjoni u l-allokazzjoni tar-riżorsi" u li l-Fondazzjoni ħadet azzjoni fuq ir-rakkomandazzjonijiet kollha u fl-2020 tistenna verifika pożittiva mill-IAS; jistieden lill-Fondazzjoni żżomm lill-awtorità ta' kwittanza infurmata dwar l-għeluq finali tar-rakkomandazzjonijiet;

o
o   o

28.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura trażversali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ April 2021(17) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(2) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(4) ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.
(5) ĠU L 30, 31.1.2019, p. 74.
(6) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(9) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(10) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(11) ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.
(12) ĠU L 30, 31.1.2019, p. 74.
(13) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(14) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(15) ĠU C 107, 31.3.2020, p. 193.
(16) L-Artikolu 175(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65) li tistabbilixxi l-limitu ta' EUR 144 000 għal kuntratti ta' provvista pubblika u servizzi.
(17) Testi adottati, P9_TA(2021)0215.


Kwittanza 2019: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali
PDF 172kWORD 57k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2152(DEC))
P9_TA(2021)0176A9-0086/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0049/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0086/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2152(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0049/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0086/2021),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2152(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0086/2021),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u tan-nefqa tagħha(13), il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2019 kien jammonta għal EUR 22 871 576,30, u dan jirrappreżenta tnaqqis minimu ta' 0,39 % meta mqabbel mal-2018; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa kważi esklużivament derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019 (ir-"rapport tal-Qorti"), issostni li għandha fil-pussess tagħha aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'apprezzament li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2019 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 100 % tal-baġit annwali assenjat iżda li ma jinkludix riporti, l-istess rata bħal fl-2018; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 78,70 %, li tfisser żieda ta' 2,51 % meta mqabbla mal-2018;

2.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, ir-riporti ta' approprjazzjonijiet impenjati kienu għoljin għall-infiq operattiv, filwaqt li jirriflettu n-natura tal-attivitajiet tal-Aġenzija, li jinkludu studji ta' finanzjament fuq diversi xhur u ta' spiss lil hinn minn tmiem is-sena; jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Aġenzija kellha l-għan li ttejjeb il-proċeduri ta' ppjanar biex timmonitorja aħjar id-dewmien bejn l-iffirmar tal-kuntratti, il-kunsinni u l-pagamenti; jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, 28 % tar-riporti tat-Titolu III għall-2020 kienu impenjati f'Diċembru 2019, kif kienu r-riporti ta' pagamenti mill-2018; jinnota li, skont ir-risposta tal-Aġenzija, it-tieni laqgħa tal-Bord ta' Tmexxija ssir f'Diċembru u li l-attivitajiet ewlenin tagħha jirrikjedu ż-żmien biex jitlestew, u l-proġetti jistgħu jintalbu mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni fi kwalunkwe żmien tas-sena; jinnota li, skont ir-risposta tal-Aġenzija, l-Aġenzija bdiet tiżviluppa applikazzjoni ta' software ta' monitoraġġ ġdida, li se ttejjeb il-monitoraġġ tal-ippjanar tal-baġit; jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, din is-sejba hija indikattiva ta' kwistjoni strutturali u jistieden lill-Aġenzija ttejjeb l-ippjanar tal-baġit tagħha u ċ-ċiklu ta' implimentazzjoni tiegħu u tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-azzjonijiet meħuda;

Prestazzjoni

3.  Jinnota li l-Aġenzija tuża 31 indikatur ewlieni tal-prestazzjoni (KPIs) bħala parti mill-qafas tal-kejl tal-prestazzjoni tagħha biex tivvaluta r-riżultati u l-impatt tal-attivitajiet tagħha, u 5 KPIs addizzjonali biex ittejjeb il-ġestjoni baġitarja tagħha; jinnota li riforma tal-qafas tal-kejl tal-prestazzjoni tagħha kellha tiġi ffinalizzata fl-2020;

4.  Ifakkar lill-Aġenzija biex tirrieżamina u taġġorna regolarment is-sistema ta' kejl tal-prestazzjoni u l-KPIs tagħha biex tiżgura li tikkontribwixxi b'mod effiċjenti, u biex tiżgura l-għarfien espert tagħha, fil-livell tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Aġenzija tanalizza l-eżiti bir-reqqa u tużahom biex ittejjeb l-istrateġija u l-ippjanar tal-attività tagħha;

5.  Jilqa' l-kooperazzjoni tal-Aġenzija ma' aġenziji oħra, b'mod partikolari l-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi u l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil, sabiex jintlaħqu objettivi ta' politika komuni; jilqa' l-fatt li, barra minn hekk, l-Aġenzija tappoġġja regolarment lil aġenziji oħra tal-Unjoni biex jirriflettu l-obbligi li jirriżultaw mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fil-ħidma tagħhom; jinnota li fl-2019 l-Aġenzija ppresediet in-Network tal-Aġenziji tal-UE dwar il-Konsulenza Xjentifika; iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli tesplora modi kif tikkondividi r-riżorsi u l-persunal fuq kompiti li jikkoinċidu fost aġenziji oħra b'attivitajiet simili;

6.  Jistieden lill-Aġenzija tkompli żżid il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki ma' aġenziji oħra tal-Unjoni bil-għan li ttejjeb l-effiċjenza (ir-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà);

7.  Itenni r-rwol importanti tal-Aġenzija filli tgħin biex jiġi żgurat li d-drittijiet fundamentali tal-persuni li jgħixu fl-Unjoni jkunu promossi u protetti; ifakkar f'kemm hi importanti l-Aġenzija fil-promozzjoni ta' riflessjoni fuq is-sigurtà u d-drittijiet fundamentali; jenfasizza, b'mod partikolari, il-valur tal-istudji u l-opinjonijiet tal-Aġenzija għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;

8.  Jirrikonoxxi n-natura kumplessa tal-istudji li saru mill-Aġenzija, li jkopru l-liġi u l-prattika tal-Istati Membri kollha u l-għadd kbir ta' pubblikazzjonijiet prodotti u s-sessjonijiet ta' taħriġ mogħtija biex tiġi żgurata l-konformità mad-drittijiet fundamentali li jikkontribwixxu u jalimentaw ukoll il-ħidma ta' korpi u aġenziji differenti tal-Unjoni; jenfasizza, b'mod partikolari, l-impenn tal-Aġenzija favur il-protezzjoni tal-gruppi vulnerabbli u dwar il-ġlieda kontra t-tipi kollha ta' diskriminazzjoni fi ħdan l-Unjoni; jilqa' l-approċċ proattiv tal-Aġenzija lejn il-Parlament u jqis li l-Aġenzija għandha tkun tista' toffri opinjonijiet dwar proposti leġiżlattivi fuq l-inizjattiva proprja tagħha u dwar l-oqsma kollha tad-drittijiet protetti skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż dwar kwistjonijiet ta' kooperazzjoni tal-pulizija u ta' kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali; jilqa', għalhekk, il-fatt li l-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 168/2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali(14) tiċċara li l-ambitu tal-attivitajiet tal-Aġenzija jkopri l-kompetenzi kollha tal-Unjoni;

Politika dwar il-persunal

9.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2019, 98,61 % tat-tabella tal-persunal ġiet implimentata, b'71 aġent temporanju maħtura minn total ta' 72 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbla ma' 72 post tax-xogħol awtorizzati fl-2018); jinnota li, barra minn hekk, fl-2019 ħadmu għall-Aġenzija 30 aġent kuntrattwali u 8 esperti nazzjonali sekondati;

10.  Jinnota b'apprezzament li nkiseb bilanċ bejn il-ġeneri fost il-maniġers superjuri (3 irġiel u 3 nisa) u l-persunal b'mod ġenerali (50 % rġiel u 50 % nisa); jilqa' l-isforzi li saru mill-Aġenzija biex ikun hemm distribuzzjoni ġeografika bbilanċjata permezz tal-anzjanità u r-rwoli differenti;

11.  Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti u l-isforzi kontinwi tal-Aġenzija biex tipprevjeni l-fastidju; jinnota li l-politika tal-Aġenzija dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju ġiet aġġornata fl-2019;

12.  Jinnota li fl-2020 żewġ każijiet(15) rigward allegat ksur tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ir-"Regolamenti tal-Persunal"), stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68(16) u d-dritt għal amministrazzjoni tajba ġew miċħuda bħala infondati u li f'żewġ każijiet oħra(17) l-Qorti Ġenerali ddeċidiet favur l-Aġenzija kemm fil-Qorti Ġenerali(18) kif ukoll fl-istadju tal-appell;

13.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija taħdem għall-iżvilupp ta' qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabilità;

Akkwist

14.  Jinnota li l-għodod tal-akkwist elettroniku ġew introdotti, inkluża s-sottomissjoni elettronika ta' offerti, u attwalment qed jintużaw mill-Aġenzija għas-sejħa miftuħa għall-offerti tagħha;

15.  Jilqa' l-fatt li ttieħdet azzjoni dwar l-osservazzjoni tal-Qorti rigward id-diffikultajiet li l-Aġenzija ltaqgħet magħhom biex takkwista l-istudji, minħabba stima tas-suq mhux realistika, u li din l-azzjoni ġiet ikkompletata;

16.  Jinnota li l-Aġenzija investiet EUR 14 374 biex tivverifika disa' proċeduri ta' akkwist għall-offerti b'valur totali ta' EUR 5 437 000, u li dan wassal għal kost għall-verifika ta' kull proċedura ta' EUR 1 594 (0,26 % tal-valur totali stmat tal-kuntratt);

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, etika u trasparenza

17.  Jilqa' l-miżuri eżistenti tal-Aġenzija u l-isforzi kontinwi tagħha biex tiġi żgurata t-trasparenza, fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u fir-rigward tal-protezzjoni tal-informaturi; jinnota li kien hemm għadd ta' każijiet ta' kunflitt ta' interess potenzjali u perċepiti li ġew ivvalutati u mtaffija u li l-ebda każ ma ġie rrappurtat fl-2019; jinnota li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess ta' kważi l-membri kollha tal-Bord ta' Tmexxija u tal-maniġment superjuri ġew ippubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tippubblika s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess li jifdal u jilqa' l-miżuri li diġà ttieħdu biex ir-riskju jittaffa;

18.  Jissottolinja l-fatt li l-qafas etiku attwali li japplika għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni jbati minn żvantaġġi konsiderevoli minħabba l-frammentazzjoni tiegħu u n-nuqqas ta' koordinazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet eżistenti; jappella biex dawk il-kwistjonijiet jiġu indirizzati billi jiġi stabbilit qafas etiku komuni, li jiżgura l-applikazzjoni ta' standards etiċi għoljin għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-Unjoni;

19.  Jissottolinja li ċerti uffiċjali jimlew dikjarazzjonijiet ta' nuqqas ta' kunflitti ta' interess u jipprovdu awtovalutazzjonijiet fir-rigward tar-rispett tal-istandards etiċi; jenfasizza, madankollu, li tali awtodikjarazzjonijiet u awtovalutazzjonijiet mhumiex biżżejjed u li għalhekk huwa meħtieġ skrutinju addizzjonali;

20.  Jilqa' l-fatt li, minbarra r-Regolamenti tal-Persunal, l-Aġenzija għandha stabbilit kodiċi ta' mġiba amministrattiva tajba għall-persunal tagħha kif ukoll gwida prattika dwar il-ġestjoni u l-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess, li joffru informazzjoni komprensiva u pariri dwar varjetà ta' kwistjonijiet, li jvarjaw minn suġġerimenti ta' mġiba għall-konformità mal-obbligi legali; jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija tipprovdi taħriġ obbligatorju għall-persunal dwar il-ġlieda kontra l-fastidju, dwar l-etika u l-integrità;

21.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija għandha timpjega uffiċjal tal-etika li jservi bħala punt uniku ta' kuntatt u li jiżgura li l-politiki, il-proċeduri u l-pjanijiet ta' azzjoni relatati mal-etika jiġu implimentati, immonitorjati u aġġornati fil-ħin;

22.  Jinnota l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Kontra l-Frodi tal-Aġenzija matul l-2019 b'enfasi speċjali fuq id-dispożizzjonijiet tal-linji gwida tal-Aġenzija dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta; iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli bil-ħidma tagħha f'dan ir-rigward;

Kontrolli interni

23.  Jinnota li fl-2019 is-servizz tal-awditjar intern wettaq awditu dwar id-Disinn u l-Implimentazzjoni ta' Proġetti ta' Riċerka, inkluż l-akkwist; jinnota li, skont l-Aġenzija, ma ġie identifikat l-ebda riskju kritiku; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta r-riżultati tal-awditu u s-segwitu tiegħu lill-awtorità ta' kwittanza;

24.  Jinnota li fl-2018 is-Servizz tal-Awditjar Intern ħareġ rapport tal-awditjar dwar l-etika u l-governanza li vvaluta t-tfassil u l-implimentazzjoni effettiva tal-qafas ta' governanza u kontroll tal-Aġenzija fil-qasam tal-etika u kkonkluda li b'mod ġenerali dawn kienu mfassla b'mod adegwat u li r-rakkomandazzjonijiet kollha ngħalqu ħlief waħda, li għaliha ngħatat l-evidenza meħtieġa għall-għeluq tagħha lis-Servizz tal-Awditjar Intern;

25.  Jinnota li l-Aġenzija adottat qafas ta' kontroll intern ibbażat fuq prattika tajba internazzjonali sabiex tiżgura l-kisba tal-objettivi ta' politika u ta' ġestjoni tagħha; jinnota li fl-2019 l-Aġenzija bdiet valutazzjoni interna dwar il-livell ta' implimentazzjoni tal-qafas ta' kontroll intern ġdid u kkonkludiet li l-komponenti kollha tal-qafas ta' kontroll intern huma preżenti u qegħdin jiffunzjonaw flimkien b'mod integrat;

Kummenti oħra

26.  Jinnota li l-Aġenzija użat il-faċilità ta' soluzzjoni sikura tal-emails offruta mill-Kummissjoni (SECEM) biex tiżgura trażmissjoni sikura ta' informazzjoni sensittiva mhux ikklassifikata; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija segwiet ir-rakkomandazzjonijiet kollha ta' sigurtà maħruġa minn DIGIT u CERT-EU relatati mal-użu ta' DRUPAL, it-teknoloġija użata għas-sit web tal-Aġenzija;

27.  Jisħaq fuq l-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Aġenzija f'termini ta' proċeduri ta' operazzjonijiet u ġestjoni interni; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Aġenzija tibqa' tkun proattiva f'dak ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji akkost ta' kollox; jisħaq, madankollu, fuq il-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta' sigurtà meħtieġa kollha biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

28.  Jinnota li l-Aġenzija qassmet 99 941 pubblikazzjoni stampata u ġiet ikklassifikata fost l-aġenziji ewlenin f'termini ta' ordnijiet ta' pubblikazzjoni fl-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea; jilqa' l-fatt li l-Aġenzija għandha preżenza tajba fuq il-midja soċjali; iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli tippromwovi l-ħidma, ir-riċerka u l-attivitajiet tagħha biex iżżid il-viżibbiltà pubblika tagħha;

29.  Jinnota b'apprezzament il-fatt li l-Aġenzija rnexxielha tiżgura post tax-xogħol u strateġija kosteffettivi u li jirrispettaw l-ambjent u jħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli tuża l-aħjar prattiki u tkompli ttejjibhom;

30.  Jilqa' l-fatt li, wara l-inkoraġġiment tal-Parlament, l-Aġenzija introduċiet is-Sistema ta' Informazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet Fundamentali (EFRIS) bħala għodda għall-valutazzjoni u l-analiżi tal-obbligi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem;

31.  Jilqa' l-isforzi tal-Aġenzija biex tibni ambjent tax-xogħol u kultura aktar diversifikati u inklużivi billi tieħu azzjonijiet favur il-persuni b'diżabilità; jitlob lill-Aġenzija tivvaluta l-possibbiltà li tkompli ssaħħaħ u tintegra l-prinċipji ta' opportunitajiet indaqs fir-reklutaġġ, it-taħriġ, l-iżvilupp tal-karriera u l-kundizzjonijiet tax-xogħol u li tissensibilizza lill-persunal dwar dawk il-kwistjonijiet u tivvaluta titjib raġonevoli possibbli u modifiki għall-bini tagħha (aċċess, tagħmir tal-uffiċċju adegwat) għall-persuni b'mobilità mnaqqsa jew diżabilitajiet oħra;

o
o   o

32.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ April 2021(19) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(2) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(4) ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.
(5) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(8) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(9) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(10) ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.
(11) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) ĠU C 107, 31.3.2020, p. 210.
(14) COM(2020)0225.
(15) C-682/19 P - BP vs FRA u T-31/19 AF vs FRA.
(16) ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.
(17) C-669/19 - BPvs FRAu C-601/19 P - BP vs FRA.
(18) T-888/16 - BP vs FRAu T-838/16 BP vs FRA.
(19) Testi adottati, P9_TA(2021)0215.


Kwittanza 2019: Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga
PDF 171kWORD 58k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2153(DEC))
P9_TA(2021)0177A9-0087/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0050/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0087/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2153(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0050/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0087/2021),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2153(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0087/2021),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tiegħu(13), il-baġit finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (iċ-"Ċentru") għas-sena finanzjarja 2019 kien ta' EUR 18 178 352,57, li jirrappreżenta żieda ta' 12,39 % meta mqabbel mal-2018; billi ż-żieda fil-baġit tista' tiġi spjegata primarjament bil-bidu tal-Istrument il-ġdid għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni 7 (IPA 7); billi l-baġit taċ-Ċentru huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2019 (ir-"rapport tal-Qorti"), iddikjarat li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Japprezza li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2019 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 100 %, jiġifieri l-istess rata bħal fl-2018; jinnota b'sodisfazzjon li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 98,29 %, li tirrappreżenta żieda ta' 0,28 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

Prestazzjoni

2.  Jilqa' l-fatt li fl-2019 iċ-Ċentru stabbilixxa mudell ġdid għall-kejl tal-prestazzjoni, bl-użu ta' għaxar indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) komposti biex titkejjel l-effikaċja fil-kisba tar-riżultati u l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi; jinnota li l-għaxar KPIs komposti jinqasmu fi 43 indikatur tal-prestazzjoni aktar speċifiku li għalihom huma ddefiniti l-miri annwali; jilqa' l-fatt li ċ-Ċentru laħaq 39 minn 43 mira u li t-tlieta li jifdal intlaħqu parzjalment u waħda ma kinitx applikabbli;

3.  Japprezza l-livell għoli ta' implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma tal-2019, li fir-rigward tiegħu nkiseb il-monitoraġġ tal-KPI għall-outputs/riżultati tal-livell 1 u li aktar milli nkiseb għall-outputs/riżultati tal-livell 2 u tal-livell 3;

4.  Ifakkar liċ-Ċentru biex jirrieżamina u jaġġorna regolarment is-sistema ta' kejl tal-prestazzjoni u l-KPIs tiegħu biex tiżgura l-kontribut effiċjenti u l-għarfien espert taċ-Ċentru fil-livell tal-Unjoni; iħeġġeġ liċ-Ċentru janalizza l-eżiti bir-reqqa u jużahom biex itejjeb l-istrateġija u l-ippjanar tal-attività tiegħu;

5.  Jenfasizza r-rwol importanti taċ-Ċentru li jipprovdi lil dawk li jfasslu l-politika u lill-professjonisti analiżijiet u informazzjoni dwar id-drogi u d-dipendenza fuq id-drogi kif ukoll dwar ix-xejriet emerġenti bil-ħsieb li jiġi miġġieled b'mod effettiv l-użu illeċitu u t-traffikar tad-drogi, u li jikkontribwixxi għal Ewropa aktar f'saħħitha billi jindirizza tħassib importanti dwar is-saħħa pubblika relatat mad-drogi; ifakkar li t-traffikar tad-droga ġie identifikat bħala sors ewlieni ta' profitt u mezz ta' reklutaġġ għall-kriminalità organizzata u t-terroriżmu, u għalhekk jenfasizza l-kontribut taċ-Ċentru anki favur Ewropa aktar sikura;

6.  Jilqa' l-kooperazzjoni bejn iċ-Ċentru u l-Europol; jirrikonoxxi l-pubblikazzjoni tat-tielet rapport konġunt tagħhom dwar is-Swieq tad-Droga tal-UE u l-pakkett ta' sostenn tiegħu ta' informazzjoni diġitali; jinnota l-konklużjoni ta' żewġ arranġamenti ta' ħidma ġodda fl-2019 fil-livell istituzzjonali mal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) u mal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), bl-għan li tiġi implimentata l-leġiżlazzjoni ġdida dwar sustanzi psikoattivi ġodda; iħeġġeġ liċ-Ċentru jżid il-kooperazzjoni tiegħu ma' aġenziji, korpi, uffiċċji u istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni, filwaqt li joħloq sinerġiji ġodda f'oqsma bħall-iskemi konġunti ta' akkwist pubbliku, iċ-ċibersigurtà u t-tranżizzjoni ekoloġika kif ukoll f'oqsma speċifiċi għall-qasam ta' azzjoni tiegħu;

7.  Jinnota li ċ-Ċentru laħaq parzjalment il-mira tiegħu għall-għadd ta' jiem ta' taħriġ għal kull membru tal-persunal (mira ta' 3 ijiem, 2,4 jumejn milħuqa) bħala riżultat ta' allokazzjonijiet tal-baġit imnaqqsa għat-taħriġ;

8.  Jinnota li ċ-Ċentru laħaq parzjalment il-mira tiegħu għall-ispejjeż tal-utilità, minkejja tnaqqis fil-konsum tal-ilma (- 20 %); jinnota li l-ispejjeż tal-utilità għall-elettriku (+ 19,6 %) u għall-gass (+ 44 %) żdiedu minħabba l-użu addizzjonali tal-arja kkondizzjonata bħala riżultat tal-kundizzjonijiet atmosferiċi f'Lisbona, fejn tinsab is-sede taċ-Ċentru; jirrakkomanda li ċ-Ċentru jiffoka fuq l-iffrankar tal-enerġija u jżomm lill-awtorità ta' kwittanza infurmata dwar il-kisbiet f'dan ir-rigward;

9.  Jinnota li ċ-Ċentru laħaq parzjalment il-mira tiegħu ta' kontribut għal 14-il avveniment xjentifiku u prattiku ewlieni dwar id-droga minħabba l-ħtieġa li l-persunal jiġi riallokat għal kompiti oħra ta' prijorità; iħeġġeġ liċ-Ċentru jkompli jattendi avvenimenti bħal dawn li huma mezz importanti għat-tixrid tal-għarfien taċ-Ċentru lill-pubbliku ġenerali;

10.  Jinnota b'sodisfazzjon li r-rapport tal-Kummissjoni tal-14 ta' Mejju 2019 dwar evalwazzjoni taċ-Ċentru(14) kkonkluda li ċ-Ċentru qed jaħdem tajjeb; jilqa' l-konklużjonijiet l-oħra tar-rapport li ċ-Ċentru huwa rikonoxxut bħala ċentru ta' eċċellenza fl-Ewropa u internazzjonalment, li l-informazzjoni prodotta miċ-Ċentru hija fattwali, oġġettiva, affidabbli u robusta, li l-attivitajiet taċ-Ċentru huma rilevanti fil-livell tal-Unjoni u rilevanti b'mod li jvarja fil-livell nazzjonali, li l-ħidma taċ-Ċentru hija koerenti mal-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, aġenziji oħra tal-Unjoni u organizzazzjonijiet internazzjonali, u li l-valur miżjud tal-Unjoni tal-ħidma taċ-Ċentru huwa għoli; jinnota r-rakkomandazzjonijiet magħmula fir-rapport u l-pjan ta' azzjoni stabbilit miċ-Ċentru; jistieden liċ-Ċentru jżomm l-awtorità ta' kwittanza infurmata dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet;

11.  Jirrimarka li huwa meħtieġ approċċ kumpless sabiex il-paġni inizjali tas-siti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jsiru aċċessibbli għal persuni b'kull xorta ta' diżabbiltà, kif previst fid-Direttiva (UE) 2016/2102(15), inkluża d-disponibbiltà tal-lingwi tas-sinjali nazzjonali; jissuġġerixxi li jiġu involuti organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabbiltà f'dan il-proċess;

12.  Jilqa' l-istabbiliment tal-proġett ta' kooperazzjoni teknika "EU4Monitoring Drugs", flimkien mal-pajjiżi sħab tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV), li huwa ffinanzjat mill-Istrument Ewropew ta' Viċinat li jinkludi baġit totali ta' EUR 3 miljuni u li huwa ppjanat li jibqa' għaddej sa tmiem l-2021, bl-objettiv li jappoġġa l-istat ta' tħejjija nazzjonali u reġjonali fil-qasam tal-PEV biex jiġi identifikat theddid għas-saħħa u s-sigurtà relatat mad-drogi u biex ikun hemm reazzjoni għalih;

13.  Jenfasizza l-kontribut taċ-Ċentru, permezz tar-rapporti annwali tiegħu, għall-iżvilupp tal-Aġenda u l-Pjan tal-Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi 2021-2025(16), u r-rwol li ċ-Ċentru se jkollu fl-implimentazzjoni tiegħu;

Politika dwar il-persunal

14.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2019, mit-tabella tal-persunal kien imtela perċentwal ta' 94,74 %, u li kienu nħatru 9 uffiċjali u 63 aġent temporanju minn 10 uffiċjali u 66 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 76 post tax-xogħol awtorizzati fl-2018); jinnota wkoll li, fl-2019, iċ-Ċentru ħaddem 34 aġent kuntrattwali u espert nazzjonali sekondat wieħed;

15.  Ifakkar li l-Qorti identifikat nuqqasijiet rikorrenti li japplikaw għal għadd ta' aġenziji fir-rigward tal-użu ta' persunal estern u ħaddiema interim; jinnota li, skont ir-risposta taċ-Ċentru, huwa vvaluta mill-ġdid il-politika tiegħu għall-użu ta' ħaddiema temporanji bil-ħsieb li jkompli jirrazzjonalizza dik il-politika f'konformità mal-ħtiġijiet operattivi tiegħu u mal-qafas ġuridiku rilevanti;

16.  Jinnota li ċ-Ċentru rrapporta li fl-2019 kien hemm bilanċ kważi perfett bejn il-ġeneri fil-Bord ta' Ġestjoni (16-il raġel u 14-il mara); jinnota bi tħassib li m'hemm ebda bilanċ bejn il-ġeneri fil-livell tal-maniġment superjuri (7 irġiel u 2 nisa); jitlob liċ-Ċentru jiżgura li fil-futur ikun hemm bilanċ bejn il-ġeneri fil-livell tal-maniġment superjuri;

17.  Jilqa' l-pubblikazzjoni ta' postijiet vakanti kemm fis-sit web taċ-Ċentru, kif ukoll fis-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal;

18.  Jinnota bi tħassib livell għoli ta' disparità fil-bilanċ ġeografiku tal-persunal, bi proporzjon sinifikanti ta' madwar 50 % tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali jkunu ċittadini tal-Istat Membru ospitanti; jistieden liċ-Ċentru jindirizza din il-kwistjoni b'urġenza u jtejjeb il-bilanċ ġeografiku tal-persunal;

19.  Iħeġġeġ liċ-Ċentru jimmira li jiżviluppa qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni tal-persuni b'diżabilità;

20.  Itenni t-tħassib tiegħu li l-Qorti identifikat nuqqas rikorrenti li japplika għal għadd ta' aġenziji fir-rigward tal-użu ta' persunal estern u ħaddiema interim; jitlob li tiġi indirizzata d-dipendenza mir-reklutaġġ estern f'dan il-qasam importanti u li tiġi rrispettata l-liġi tax-xogħol applikabbli; jilqa' r-risposta taċ-Ċentru li vvaluta mill-ġdid il-politika tiegħu dwar l-użu ta' ħaddiema temporanji bil-ħsieb li jkompli jirrazzjonalizza din il-politika f'konformità mal-ħtiġijiet operattivi tiegħu u mal-qafas ġuridiku rilevanti; jinnota l-kawża pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (17) li tindirizza diversi kwistjonijiet li jikkonċernaw l-applikazzjoni tad-Direttiva 2008/104/KE(18) dwar xogħol temporanju permezz ta' aġenzija fl-aġenziji tal-Unjoni; jistieden liċ-Ċentru biex kemm jista' jkun iserraħ fuq persunal permanenti;

Akkwist

21.  Jilqa' l-fatt li ċ-Ċentru stabbilixxa pjan ta' akkwist konformi mal-pjan ta' ġestjoni taċ-Ċentru, li twettaq b'suċċess; jinnota li ċ-Ċentru juża l-proċedura negozjata b'mod partikolari għal kuntratti ta' valur żgħir; jenfasizza r-riskji inerenti assoċjati mal-użu tal-proċedura negozjata; jinnota bi tħassib li f'85 minn 92 proċedura, li jirrappreżentaw 60 % tal-valur totali tal-kuntratti, iċ-Ċentru attribwixxa kuntratti diretti fi proċeduri b'offerti uniċi; jirrikonoxxi li l-biċċa l-kbira ta' dawn is-sitwazzjonijiet seħħew b'rabta ma' każijiet ta' kuntratti ta' valur żgħir; jirrakkomanda li ċ-Ċentru juża proċeduri li jinvolvu diversi kandidati, anki f'kuntratti ta' valur żgħir, sabiex iżid il-varjetà tal-possibilitajiet; jistieden liċ-Ċentru jkompli jissorvelja mill-qrib il-kuntratti konklużi; jilqa' l-fatt li l-Qorti ma kellhiex kummenti dwar l-applikazzjoni min-naħa taċ-Ċentru tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku; jilqa' l-progress li sar miċ-Ċentru fl-implimentazzjoni tal-akkwist elettroniku;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, etika u trasparenza

22.  Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti taċ-Ċentru u l-isforzi kontinwi biex jiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, u l-protezzjoni tal-informaturi; jinnota b'sodisfazzjon li d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri u s-sostituti tal-bord ta' ġestjoni, id-direttur u l-membri tal-kumitat xjentifiku huma ppubblikati fis-sit web taċ-Ċentru; jinnota li sommarju qasir tas-CV tad-direttur u tal-membri tal-kumitat xjentifiku huma ppubblikati wkoll fis-sit web taċ-Ċentru;

23.  Jissottolinja l-fatt li l-qafas etiku attwali li japplika għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni jbati minn żvantaġġi konsiderevoli minħabba l-frammentazzjoni tiegħu u n-nuqqas ta' konsistenza bejn id-dispożizzjonijiet eżistenti; jenfasizza li dawn il-kwistjonijiet għandhom jiġu indirizzati billi jiġi stabbilit qafas etiku komuni, li jiżgura l-applikazzjoni ta' standards etiċi għoljin għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-Unjoni;

24.  Jissottolinja li ċerti uffiċjali jimlew dikjarazzjonijiet ta' nuqqas ta' kunflitti ta' interess u jipprovdu awtovalutazzjonijiet fir-rigward tar-rispett tal-istandards etiċi; jenfasizza, madankollu, li tali awtodikjarazzjonijiet u awtovalutazzjonijiet mhumiex biżżejjed u li għalhekk huwa meħtieġ skrutinju addizzjonali;

25.  Jilqa' l-fatt li, skont il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Ombudsman Ewropew, f'Lulju 2019 iċ-Ċentru adotta kodiċi ta' kondotta u rakkomandazzjonijiet prattiċi għall-interazzjoni possibbli tal-persunal tiegħu ma' rappreżentanti ta' gruppi ta' interess;

Diġitalizzazzjoni

26.  Jisħaq fuq l-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni taċ-Ċentru f'termini ta' proċeduri ta' operazzjonijiet u ġestjoni interni; jisħaq fuq il-ħtieġa li ċ-Ċentru jibqa' jkun proattiv f'dan ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji akkost ta' kollox; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta' sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

Kontrolli interni

27.  Jiddeplora l-fatt li żewġ rakkomandazzjonijiet li ilhom pendenti li rriżultaw minn awditu tal-2015 tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) dwar il-ġestjoni tal-proġetti tal-IT kienu għadhom ma ngħalqux fl-2019, erba' snin wara l-konklużjoni tal-awditu; jinnota li r-rakkomandazzjonijiet kollha ġew implimentati miċ-Ċentru u ngħalqu formalment f'Jannar 2020;

28.  Jinnota l-missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni tal-IAS dwar nuqqasijiet potenzjali fil-kontroll intern fiċ-Ċentru relatati mal-ġestjoni tar-riżorsi umani; jilqa' l-fatt li dawn in-nuqqasijiet potenzjali ma kinux relatati mal-frodi; jistieden liċ-Ċentru jindirizza malajr il-kwistjonijiet identifikati mill-IAS u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu u jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-istatus tal-progress fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet sa Ġunju 2021;

29.  Jilqa' l-fatt li l-osservazzjoni tal-Qorti rigward il-kontribuzzjoni finanzjarja min-Norveġja liċ-Ċentru, li ma kinitx konformi mal-mekkaniżmu ta' kontribuzzjoni previst, ittieħdet azzjoni fuqha u ġiet ikkompletata;

30.  Jinnota li, wara l-introduzzjoni tal-qafas ta' kontroll intern (QKI) il-ġdid fl-2017 u t-twaqqif ta' repożitorju bl-istat attwali tal-implimentazzjoni fl-2018, il-verżjoni finali tar-repożitorju dwar il-QKI il-ġdid ġiet approvata mid-direttur taċ-Ċentru f'Marzu 2019; jirrakkomanda li ċ-Ċentru jwettaq il-valutazzjoni annwali tal-implimentazzjoni tal-QKI, u jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-eżitu tagħha, fil-qafas tal-proċedura ta' kwittanza tal-2020;

31.  Jinnota li l-istrateġija kontra l-frodi taċ-Ċentru tmur lura għal Awwissu 2016 u ġiet irrappurtata bħala implimentata bis-sħiħ fir-rapport konsolidat tal-attività annwali taċ-Ċentru; jirrakkomanda li ċ-Ċentru jaġġorna l-istrateġija tiegħu kontra l-frodi, filwaqt li jqis l-esponiment tiegħu għal riskji ta' frodi, u jaġġorna l-pjan ta' azzjoni tiegħu kif meħtieġ; jistieden liċ-Ċentru biex, sa Ġunju 2021, jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-istat attwali tal-aġġornament;

32.  Iħeġġeġ liċ-Ċentru jkompli jippromwovi l-ħidma, ir-riċerka u l-attivitajiet tiegħu biex iżid il-viżibbiltà pubblika tagħha;

33.  Jinnota l-isforzi li saru biex jiżdiedu ċ-ċibersigurtà u l-protezzjoni tad-data taċ-Ċentru;

34.  Jilqa' l-isforzi taċ-Ċentru biex jipprovdi post tax-xogħol kosteffikaċi u ekokompatibbli;

o
o   o

35.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ April 2021(19) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(2) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(4) ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1.
(5) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(8) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(9) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(10) ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1.
(11) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) ĠU C 143, 30.4.2020, p. 17.
(14) COM(2019)0228.
(15) Id-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (ĠU L 327, 2.12.2016, p. 1).
(16) COM(2020)0606.
(17) C-948/19, Manpower Lit.
(18) Id-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta' aġenzija (ĠU L 327, 5.12.2008, p. 9).
(19) Testi adottati, P9_TA(2021)0215.


Kwittanza 2019: Aġenzija Ewropea għall-Ambjent
PDF 171kWORD 58k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2154(DEC))
P9_TA(2021)0178A9-0080/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0051/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Network Ewropew ta' Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0080/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2154(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0051/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Network Ewropew ta' Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11), u b'mod partikolari Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0080/2021),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2154(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0080/2021),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha(13), il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2019 kien jammonta għal EUR 75 663 812, u dan jirrappreżenta żieda ta' 14,99 % meta mqabbel ma' dak għall-2018; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni (86,85 %) u l-kontribuzzjonijiet fl-ambitu ta' ftehimiet speċifiċi, jiġifieri l-programm Copernicus (13,15 %);

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019 (ir-"rapport tal-Qorti"), iddikjarat li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'apprezzament li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2019 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,99 %, jiġifieri żieda ta' 0,04 % meta mqabbla mal-2018; jinnota bi tħassib, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 89,83 %, jiġifieri tnaqqis ta' 1,23 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

Prestazzjoni

2.  Jinnota li l-Aġenzija tuża ċertu kejl bħala indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) biex tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha u kejl ieħor biex ittejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha, bħal pereżempju r-riżorsi tal-persunal imwettqa fit-tabella tal-persunal annwali, ir-rata tal-impenji baġitarji annwali u n-numru ta' sessjonijiet irreġistrati fuq is-sit web tal-Aġenzija;

3.  Jinnota li għat-tielet sena konsekuttiva, it-taqsima "data u mapep" kienet l-aktar waħda popolari tas-sit web tal-Aġenzija, b'aktar minn 2,75 miljun viżwalizzazzjoni tal-paġna u s-servers għall-mapep tal-web tal-Aġenzija rċevew 375 miljun talba biex jiġu viżwalizzati mapep prodotti mill-Aġenzija (u dan jirrappreżenta żieda ta' 25 % meta mqabbel mal-2018); jemmen li t-tixrid ta' informazzjoni ambjentali huwa ta' importanza ewlenija, speċjalment fid-dawl tal-Patt Ekoloġiku Ewropew;

4.  Jisħaq fuq il-fatt li l-Aġenzija tipprovdi informazzjoni tajba u indipendenti dwar l-ambjent; ifaħħar il-kwalità tal-pubblikazzjonijiet tagħha fl-2019, bħar-rapporti dwar it-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà fl-Ewropa, l-adattament għat-tibdil fil-klima fis-settur agrikolu, il-prevenzjoni tal-iskart tal-plastik, l-intensità tal-gassijiet b'effett ta' serra tal-fjuwils tat-trasport u r-Rapport dwar l-Istat tal-Ambjent;

5.  Jinnota li rieżami intern tal-funzjonament tal-Bord ta' Mmaniġġjar u tal-bureau wassal għal rwol akbar għall-bureau, użu akbar ta' vidjokonferenzi u vjaġġar imnaqqas lejn Copenhagen għall-membri tal-bureau;

6.  Jinnota li, skont l-Aġenzija, hija tikkoopera fuq bażi kontinwa mal-Kummissjoni biex tidentifika u tilħaq ftehim dwar it-tqassim tal-kompiti mas-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni, biex b'hekk jiġu evitati kompiti li jikkoinċidu; jinnota li l-Aġenzija ma identifikat l-ebda kompitu li jikkoinċidi ma' aġenziji oħra fin-Network tal-Aġenziji tal-UE;

7.  Jinnota li l-Aġenzija laħqet l-objettivi tagħha għall-2019, kif stabbiliti fil-programm ta' ħidma annwali tal-Aġenzija, li tipprovdi lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u ċ-ċittadini Ewropej aċċess għal informazzjoni u għarfien tempestivi u rilevanti biex tiġi pprovduta bażi soda għall-politiki ambjentali;

8.  Jinnota li l-Aġenzija bdiet tiżviluppa l-istrateġija tal-Aġenzija u tan-Network Ewropew ta' Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (Eionet) għall-2021-2030 fl-2019 u li din l-istrateġija ġiet adottata f'Diċembru 2020;

9.  Ifakkar li, fl-2019, l-Aġenzija implimentat flussi ġodda ta' data għall-monitoraġġ tas-CO2 minn vetturi tqal ġodda, appoġġjat l-implimentazzjoni tal-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u kompliet tissimplifika r-rappurtar ambjentali;

10.  Jinnota li l-Aġenzija ċċelebrat il-25 anniversarju tagħha b'diversi attivitajiet u pubblikazzjonijiet li jirrikonoxxu l-ħidma mwettqa mill-Aġenzija u jagħtu ħarsa lejn l-għanijiet tal-Aġenzija fil-futur;

11.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija taħdem mal-aġenziji rilevanti l-oħra tal-Unjoni sabiex jiġu vvalutati aħjar l-impatti ambjentali tal-attività tal-bniedem; jinnota l-eżempji tal-Aġenzija ta' attivitajiet konġunti ma' aġenziji oħra, bħall-pubblikazzjoni tar-Rapport Ambjentali tal-Avjazzjoni Ewropea 2019 mal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea u l-ippjanar maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard u l-Kummissjoni ta' osservatorju virtwali u innovattiv tal-UE dwar it-tibdil fil-klima u s-saħħa; jistieden lill-Aġenzija tkompli tespandi l-kooperazzjoni ma' aġenziji oħra;

12.  Jisħaq fuq il-fatt li l-għanijiet tal-Aġenzija huma pan-Ewropej u, għal din ir-raġuni, jeħtieġ li hija tikkoopera mill-qrib ma' pajjiżi terzi fl-Ewropa; jinnota li skont il-kumment tal-Aġenzija, l-Istrateġija l-ġdida tal-EEA-Eionet 2021-2030 tistabbilixxi l-prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni fir-rigward tal-aġenda tal-Patt Ekoloġiku Ewropew għaż-żona pan-Ewropea aktar wiesgħa, kif ukoll l-istrumenti finanzjarji l-ġodda tal-Unjoni li kienu qed jiġu ffurmati fl-2019, sabiex dawn jiddaħħlu fis-seħħ fil-bidu tal-2021;

13.  Jesprimi dispjaċir dwar il-fatt li xi attivitajiet ma setgħux jitwettqu bis-sħiħ fl-2019 minħabba diversi ċirkostanzi; jinnota bi tħassib li l-Bord ta' Mmaniġġjar saħaq li l-kapaċità tal-Aġenzija li tkompli tirrispondi b'mod xieraq għall-iżviluppi tal-politika se tiddependi minn żieda fir-riżorsi ewlenin allokati jew il-prijoritizzazzjoni ulterjuri u/jew il-waqfien ta' kompiti ċentrali attwali; jinnota li l-Aġenzija tivvaluta fejn ir-riżorsi allokati jagħtu l-aħjar valur u bħala parti mis-sottomissjoni tal-abbozz tal-baġit 2021 żiedet ir-riżorsi b'konkordanza mal-kompiti l-ġodda skont l-iżviluppi tal-politika;

14.  Jistieden lill-Aġenzija tkompli tiżviluppa s-sinerġiji tagħha u żżid l-iskambju tal-prattiki tajba u l-kooperazzjoni tagħha ma' aġenziji oħra tal-Unjoni bil-għan li ttejjeb l-effiċjenza (ir-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà);

15.  Jisħaq fuq l-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Aġenzija f'termini ta' proċeduri ta' ġestjoni u operazzjonijiet interni; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Aġenzija tibqa' proattiva f'dan ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji akkost ta' kollox; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta' sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

16.  Ifaħħar l-involviment proattiv tal-Aġenzija mal-media biex tiżviluppa viżibbiltà akbar fil-media, fuq l-internet u fuq il-media soċjali sabiex jinfirex l-għarfien dwar il-ħidma li twettaq;

Politika dwar il-persunal

17.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2019, it-tabella tal-persunal kellha rata ta' implimentazzjoni ta' 96,77 %, bi 3 uffiċjali u 117-il aġent temporanju maħtura mit-total ta' 124 post tax-xogħol awtorizzati fl-ambitu tal-baġit tal-Unjoni (meta mqabbla ma' 124 post awtorizzati fl-2018); jinnota li, barra minn hekk, fl-2019 kienu qed jaħdmu għall-Aġenzija 61 aġent kuntrattwali u 19-il espert nazzjonali sekondat;

18.  Jinnota n-nuqqas ta' bilanċ bejn il-ġeneri rrappurtat għall-2019 fir-rigward tal-karigi maniġerjali superjuri (seba' rġiel u żewġ nisa) u tal-Bord ta' Mmaniġġjar (18-il raġel u 14-il mara); jitlob lill-Aġenzija tiżgura li fil-futur ikun hemm bilanċ bejn il-ġeneri fil-livell maniġerjali; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-importanza li jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom fil-Bord ta' Mmaniġġjar tal-Aġenzija;

19.  Jinnota li l-Aġenzija adottat politika dwar il-ħarsien tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju; jieħu nota tal-fatt li ġie rrappurtat każ wieħed ta' allegat fastidju fl-2019 li wassal għal inkjesta amministrattiva u proċedimenti dixxiplinari;

20.  Jinnota li l-EEA mistennija taqdi rwol ewlieni (monitoraġġ, rappurtar, validazzjoni) fl-appoġġ tal-azzjonijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u t-8 Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni(14); jinsisti għalhekk li l-baġit tal-persunal għall-Aġenzija għandu jiżdied biex jiġu ssodisfati dawn l-obbligi; jinnota li kwalunkwe tnaqqis futur se jkollu impatt negattiv fuq il-funzjonament tal-Aġenzija u fuq it-twettiq tal-Patt Ekoloġiku Ewropew;

21.  Jinnota bi tħassib, fir-rigward tas-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti minn snin preċedenti, li l-Aġenzija m'għandhiex politika aġġornata li tkopri postijiet sensittivi; jinnota mir-risposta tal-Aġenzija li l-Aġenzija għamlet inventarju tal-postijiet sensittivi tagħha mill-2009 u li l-linji gwida tagħha dwar l-identifikazzjoni u l-ġestjoni ta' funzjonijiet sensittivi ġew rieżaminati fid-dawl tar-riorganizzazzjoni implimentata u ġew iffinalizzati; jistieden lill-Aġenzija tadotta u timplimenta bla dewmien il-politika dwar il-postijiet sensittivi;

22.  Jinnota li, skont ir-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-Futur tal-Aġenziji, l-Aġenzija jaf ikollha tħabbat wiċċha ma' riżorsi limitati; jistieden lill-Kummissjoni biex flimkien mal-Aġenzija tfassal pjan sostenibbli biex l-Aġenzija tiġi pprovduta bir-riżorsi skont il-ħtiġijiet u l-kompiti tagħha; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija jirrapportaw lura lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi f'dan ir-rigward;

23.  Jinsab imħasseb dwar id-daqs kbir tal-Bord ta' Mmaniġġjar tal-Aġenzija peress li dan jagħmel it-teħid ta' deċiżjonijiet wieħed diffiċli u jiġġenera spejjeż amministrattivi konsiderevoli;

24.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija taħdem fuq l-iżvilupp ta' qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni tal-persuni b'diżabbiltà;

25.  Jissottolinja li sitwazzjonijiet ta' kunflitt ta' interess wara impjieg pubbliku u f'sitwazzjoni ta' "revolving doors" huma problema komuni għal ħafna korpi u aġenziji madwar l-Unjoni;

Akkwist pubbliku

26.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti, fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet magħmula għas-sena 2019 u s-segwitu mis-sejbiet tas-snin preċedenti, li l-Aġenzija daħlet f'kuntratt għal servizzi għal ammont ogħla mil-limitu tal-kuntratt qafas regolatorju iżda ma fformalizzatx dan permezz ta' emenda fil-kuntratt u ma mmonitorjatx b'mod korrett il-konsum akkumulattiv tal-kuntratt qabel ma għamlet ordni ġdida; jinnota mir-risposta tal-Aġenzija li għall-ġejjieni l-Aġenzija żgurat li kwalunkwe modifika f'kuntratt, inkluż il-limitu massimu tal-baġit tagħha, tiġi formalizzata permezz ta' emenda fil-kuntratt, u li l-uffiċjali tal-finanzi, tar-riżorsi u tal-awtorizzazzjoni jiġu mfakkra biex dejjem jivverifikaw il-baġit disponibbli tal-kuntratt fil-limiti massimi qabel ma jibdew kuntratti speċifiċi u biex jiżguraw aġġornament f'waqtu tal-għodda ta' kontroll tas-sistemi; madankollu, jitlob lill-Aġenzija tifformalizza l-modifiki ta' kuntratt skont id-dispożizzjonijiet tal-akkwist pubbliku;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

27.  Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti tal-Aġenzija u l-isforzi kontinwi tagħha biex tiżgura t-trasparenza, tipprevjeni u tiġġestixxi l-kunflitti ta' interess, u tipprovdi l-protezzjoni lill-informaturi;

28.  Ifakkar li l-pubblikazzjoni tas-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri tal-Bord ta' Mmaniġġjar għandha tkun obbligatorja peress li attwalment mhux is-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess kollha tal-membri tal-Bord ta' Mmaniġġjar huma ppubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tippubblika s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri kollha tal-Bord ta' Mmaniġġjar u tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bil-miżuri meħuda f'dan ir-rigward;

29.  Jerġa' jqajjem tħassib dwar il-fatt li l-Aġenzija ma tipprevedix dikjarazzjonijiet ta' kunflitt ta' interess għall-esperti interni;

30.  Jissottolinja l-fatt li l-qafas ta' etika attwali li japplika għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni jbati minn nuqqasijiet konsiderevoli minħabba l-frammentazzjoni tiegħu u n-nuqqas ta' konsistenza bejn id-dispożizzjonijiet eżistenti; jisħaq fuq il-fatt li dawn il-kwistjonijiet għandhom jiġu indirizzati billi jiġi stabbilit qafas ta' etika komuni, li jiżgura l-applikazzjoni ta' standards ta' etika għoljin għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-UE;

31.  Jissottolinja li ċerti uffiċjali jimlew dikjarazzjonijiet ta' nuqqas ta' kunflitti ta' interess u jipprovdu awtovalutazzjonijiet fir-rigward tar-rispett tal-istandards etiċi; jenfasizza, madankollu, li tali awtodikjarazzjonijiet u awtovalutazzjonijiet mhumiex biżżejjed u li għalhekk huwa meħtieġ skrutinju addizzjonali;

Kontrolli interni

32.  Jinnota li fl-2019 is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni ħareġ rapport ta' awditjar dwar l-akkwist pubbliku, li jidentifika dgħufija importanti ħafna relatata mal-monitoraġġ tal-proċeduri ta' akkwist pubbliku u l-ġestjoni tal-kuntratti; jinnota li tfassal pjan ta' azzjoni biex jiġu indirizzati dawn is-sejbiet u li dan il-pjan ġie aċċettat mill-IAS;

Sostenibbiltà

33.  Jilqa' l-isforzi tal-Aġenzija biex tipprovdi post tax-xogħol kosteffettiv u ekoloġiku kif ukoll il-miżuri kollha meħuda mill-Aġenzija biex tnaqqas l-impronta tal-karbonju tagħha u l-konsum tal-enerġija tagħha u tiżviluppa fluss tax-xogħol mingħajr karti; u biex preferibbilment tnaqqas u tikkumpensa l-emissjonijiet ta' CO2 tagħha fl-oqsma tal-bini u l-ivvjaġġar; jiddispjaċih madankollu dwar l-effiċjenza baxxa fl-użu tal-enerġija tal-kwartieri ġenerali tal-Aġenzija;

Kummenti oħra

34.  Jinnota li l-Aġenzija kienet involuta fil-proċess ta' tħejjija għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, b'mod partikolari, it-tħejjija relatata tas-sistemi tal-IT korrispondenti matul l-2019;

35.  Jilqa' l-isforzi tal-Aġenzija biex tibni ambjent u kultura tax-xogħol aktar diversifikati u inklużivi billi tieħu azzjonijiet favur il-persuni b'diżabbiltà; jitlob lill-Aġenzija tivvaluta l-possibbiltà li tkompli ssaħħaħ u tintegra l-prinċipji ta' opportunitajiet indaqs fir-reklutaġġ, it-taħriġ, l-iżvilupp tal-karriera u l-kundizzjonijiet tax-xogħol u tqajjem sensibilizzazzjoni fost il-persunal dwar dawn l-aspetti, u tivvaluta t-titjib u l-modifiki raġonevoli possibbli tal-bini tal-Aġenzija (aċċess, tagħmir tal-uffiċċju adegwat) għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jew diżabbiltajiet oħra;

36.  Jirrimarka li huwa meħtieġ approċċ kumpless sabiex il-paġni ewlenin tas-siti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jsiru aċċessibbli għal persuni b'kull xorta ta' diżabbiltà, kif stipulat fid-Direttiva (UE) 2016/2102(15), inkluża d-disponibbiltà ta' lingwi tas-sinjali nazzjonali; jissuġġerixxi li l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabbiltà jkunu involuti f'dan il-proċess;

37.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija tieħu aktar inizjattivi fir-rigward tat-tixrid tar-riżultati tar-riċerka tagħha mal-pubbliku, u tikkomunika mal-pubbliku permezz tal-media soċjali u permezz ta' strumenti oħra tal-media;

o
o   o

38.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ April 2021(16) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(2) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(4) ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13.
(5) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(8) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(9) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(10) ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13.
(11) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) ĠU C 165, 13.5.2020, p. 1.
(14) Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030 (COM(2020)0652).
(15) Id-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (ĠU L 327, 2.12.2016, p. 1).
(16) Testi adottati, P9_TA(2021)0215.


Kwittanza 2019: Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol
PDF 173kWORD 57k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) (qabel l-20 ta' Frar 2019: l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol) għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2155(DEC))
P9_TA(2021)0179A9-0090/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0052/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/126 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Jannar 2019 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0090/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) (qabel l-20 ta' Frar 2019: l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol) għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2155(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0052/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/126 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Jannar 2019 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0090/2021),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) (qabel l-20 ta' Frar 2019: l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol) għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2155(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0090/2021),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u tan-nefqa tagħha(15), il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2019 kien ta' EUR 15 739 000, li jfisser żieda ta' 2,03 % meta mqabbel mal-2018; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019 (ir-"rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2019 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 97,84 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 1,74 % meta mqabbla mal-2018; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 76,33 %, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 8,52 % meta mqabbla ma' dik tal-2018;

2.  Jinnota, fir-rigward tas-sejbiet attwali u tas-sena preċedenti tal-Qorti, li l-approprjazzjonijiet impenjati riportati mill-2019 għall-2020 kienu inqas minn dawk riportati mill-2018 għall-2019, iżda xorta f'livell għoli ta' EUR 3 386 293 jew 22 % tal-baġit tal-Aġenzija, u dan jindika sovrastima tal-ħtiġijiet baġitarji, li tmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità; ifakkar li riporti għoljin ġew irrappurtati wkoll għas-snin finanzjarji 2016, 2017 u 2018 u jistieden lill-Aġenzija tanalizza r-raġunijiet sottostanti u ttejjeb l-ippjanar tal-baġit f'dan is-sens; jinnota r-risposta tal-Aġenzija li l-approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2020 huma relatati fil-biċċa l-kbira tagħhom ma' attivitajiet fuq skala kbira ppjanati li jdumu bejn tlieta u erba' snin u, fi grad inqas, attivitajiet oħrajn li huma ta' terminu twil;

Prestazzjoni

3.  Jinnota li l-Aġenzija tuża ċerti miżuri bħala indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) biex tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha u miżuri oħra biex ittejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha, bħat-twassil tal-programm ta' ħidma, il-kanċellazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament u l-kapaċità ta' komunikazzjoni tal-intermedjarji permezz tan-networking;

4.  Ifakkar lill-Aġenzija biex tirrieżamina u taġġorna regolarment is-sistema ta' kejl tal-prestazzjoni u l-KPIs tagħha biex tiżgura l-kontribut effiċjenti u l-għarfien espert tagħha fil-livell tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Aġenzija tanalizza l-eżiti tagħha bir-reqqa u tużahom biex ittejjeb l-ippjanar tal-istrateġija u tal-attivitajiet tagħha;

5.  Jilqa' l-fatt li fl-2019 l-Aġenzija bdiet evalwazzjoni ex post ta' tliet rieżamijiet finalizzati dwar is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol (OSH), fir-rigward ta' mard relatat max-xogħol, il-kostijiet u l-benefiċċji tal-OSH u l-intrapriżi mikro u żgħar; jinnota li l-evalwazzjoni hija mistennija li tiġi ffinalizzata sat-tielet kwart tal-2020;

6.  Jinnota li fi tmiem l-2016, il-Kummissjoni nediet evalwazzjoni konġunta tal-Aġenzija u tat-tliet aġenziji l-oħra fil-qasam tal-politika tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali, jiġifieri ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) u l-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF); f'April 2019, il-Kummissjoni ppubblikat dokument ta' ħidma tal-persunal dwar l-evalwazzjoni, b'konklużjoni ewlenija li l-metodi użati mill-Aġenzija kellhom suċċess fl-iżgurar li s-suġġetti li tiffoka fuqhom kienu rilevanti u li involviet lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, iżda li jista' jkun hemm xi titjib; jinnota li l-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija adotta pjan ta' azzjoni biex jiżgura li l-aspetti pożittivi jitkomplew u li jiġi implimentat titjib fejn meħtieġ;

7.  Jilqa' l-kollaborazzjoni tajba mas-Cedefop, il-Eurofound u l-ETF; iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli tiżviluppa s-sinerġiji tagħha, tiskambja l-informazzjoni b'mod effettiv, tikkondividi l-għarfien u tiskambja l-aħjar prattiki ma' aġenziji tal-Unjoni bl-għan li ttejjeb l-effiċjenza fir-rigward tar-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà;

8.  Jinnota li l-Aġenzija tikkollabora mill-qrib ma' aġenziji oħra dwar suġġetti ta' interess komuni fil-qasam operattiv u s-servizzi ta' akkwist konġunt, u għamlet sejħiet interistituzzjonali għal offerti ta' akkwist ma' aġenziji oħra; jinnota li fl-2019, l-Aġenzija bdiet kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea sabiex timplimenta pjan ta' rkupru minn diżastri;

9.  Jilqa' l-attivitajiet tal-Aġenzija biex tiżviluppa, tiġbor u tipprovdi informazzjoni, analiżi u għodod affidabbli u rilevanti dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, inklużi miżuri preventivi, li jikkontribwixxu għall-politika tal-Unjoni li għandha l-għan li tippromwovi postijiet tax-xogħol ħielsa mill-periklu u sikuri fl-Unjoni kollha; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati riżorsi umani u finanzjarji adegwati li jippermettu lill-Aġenzija tkompli timplimenta l-programm ta' ħidma tagħha b'rata ta' tlestija għolja ħafna tal-attivitajiet tagħha;

10.  Jinnota b'mod partikolari r-rwol li jista' jkollha l-Aġenzija fl-appoġġ tal-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni dwar il-qafas il-ġdid tal-istrateġija tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, ir-reviżjoni li jmiss tad-Direttiva 2004/37/KE(16) u r-rapport leġiżlattiv fuq inizjattiva proprja tal-Parlament dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mill-asbestos; jemmen li l-Aġenzija tista' tipprovdi informazzjoni u analiżi utli dwar l-impatt tat-telexogħol u soluzzjonijiet diġitali oħra kemm għall-impjegaturi kif ukoll għall-ħaddiema fir-rigward tal-OSH fil-kuntest tal-kondizzjonijiet tax-xogħol waqt il-pandemija;

11.  Jinnota r-rwol prominenti li l-Aġenzija ngħatat fl-implimentazzjoni tal-prinċipji minquxa fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; jilqa' l-impenn qawwi tal-Aġenzija biex tiżgura li l-ħaddiema kollha jgawdu l-istess drittijiet tal-OSH irrispettivament mid-daqs tal-kumpanija, mit-tip ta' kuntratt jew mir-relazzjoni ta' impjieg;

12.  Jinnota li l-evalwazzjoni trażversali tal-aġenziji tal-Unjoni fil-qafas tal-mandat tad-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni ssuġġeriet għadd ta' rakkomandazzjonijiet għal kull waħda mill-aġenziji, iżda li l-ebda waħda minnhom ma kienet teħtieġ bidliet leġiżlattivi jew il-fużjoni jew il-kolokazzjoni tal-aġenziji;

13.  Jinnota li fi Frar 2019 daħal fis-seħħ ir-regolament fundatur il-ġdid tal-Aġenzija u l-Bord tat-Tmexxija adotta għadd ta' deċiżjonijiet biex jiżgura l-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tar-regolament fundatur il-ġdid;

14.  Jinnota li l-Aġenzija ċċelebrat il-25 anniversarju tagħha fl-2019 u li l-azzjonijiet iddedikati għat-tfakkir u l-promozzjoni ta' dak l-istadju importanti twettqu matul is-sena;

15.  Jisħaq fuq l-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Aġenzija f'termini ta' operazzjonijiet u proċeduri ta' ġestjoni interni; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Aġenzija tibqa' tkun proattiva f'dan ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji akkost ta' kollox; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta' sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

Politika dwar il-persunal

16.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2019, it-tabella tal-persunal ġiet implimentata 100 %, u kienu nħatru 40 aġent temporanju mit-total ta' 40 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 40 post tax-xogħol awtorizzat fl-2018); jinnota li, barra minn hekk, 23 aġent kuntrattwali ħadmu għall-Aġenzija fl-2019;

17.  Jinnota li huma meħtieġa aktar sforzi biex jinkiseb bilanċ bejn il-ġeneri fil-livell tal-maniġment superjuri (tlett irġiel u mara waħda) u fuq il-Bord tat-Tmexxija (48 raġel u 40 mara); jitlob lill-Aġenzija tiżgura li fil-futur ikun hemm bilanċ bejn il-ġeneri fil-livell tal-maniġment superjuri; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-importanza li jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw membri għall-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija;

18.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija timmira li tfittex l-iżvilupp ta' qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabbiltà;

Akkwist

19.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Aġenzija kienet xtrat servizzi relatati mat-tħejjija u l-implimentazzjoni tat-tielet Stħarriġ Ewropew ta' Intrapriżi dwar Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER-3) għall-valur ta' EUR 3 134 800, u b'hekk inqabeż il-limitu massimu kuntrattwali b'EUR 74 100 (2,4 %) mingħajr l-ebda emenda għall-kuntratt; jinnota mir-risposta tal-Aġenzija li l-konferma ta' parti żgħira mill-fondi biex ikopru pajjiżi addizzjonali fil-qafas tal-istrument għal qabel l-adeżjoni għall-istħarriġ waslet biss mingħand il-Kummissjoni wara li kien tlesta l-akkwist u d-deċiżjoni ta' aġġudikazzjoni kienet iffirmata, u ħafna iktar tard milli kien antiċipat;

20.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li fl-ambitu ta' kuntratt għall-forniment ta' servizzi ta' taħriġ u ta' kkowċjar, l-Aġenzija ħallset lura l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni fuq bażi ta' ammont per diem b'rata fissa, filwaqt li l-kuntratt jiddikjara li r-rimborżi jridu jkunu bbażati fuq ċifri reali murija fuq dokumenti ta' sostenn; jinnota mir-risposta tal-Aġenzija li hija tirrikonoxxi l-punt rigward dokumenti ta' sostenn neqsin għal kostijiet tal-akkomodazzjoni minħabba xi inkonsistenzi fl-interpretazzjoni tal-kundizzjonijiet kuntrattwali u l-istruzzjonijiet mill-awtorità kontraenti ewlenija;

21.  Jinnota li lejn l-aħħar tal-2018 u bi tkomplija fl-2019, l-Aġenzija introduċiet bla xkiel l-akkwist elettroniku fl-operazzjonijiet tagħha u li matul l-2019 ma wasal l-ebda lment minn offerenti li ma ntgħażlux u lanqas ma ġie ppreżentat l-ebda wieħed minnhom quddiem l-Ombudsman; jinnota li matul is-sena l-Aġenzija rrieżaminat u aġġornat il-linji gwida tagħha dwar l-akkwist, b'segwitu għall-implimentazzjoni tas-sistema elettronika tal-akkwist elettroniku għall-ġestjoni tal-offerti u tal-kuntratti;

22.  Jinnota li matul l-2019, l-Aġenzija żviluppat strateġija ta' konsolidament għall-funzjoni tagħha ta' finanzjament u akkwist u identifikat l-aqwa mudell operattiv għall-finanzi u l-akkwist għall-Aġenzija li se jiġi implimentat matul l-2020;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

23.  Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti u l-isforzi kontinwi tal-Aġenzija biex tiżgura t-trasparenza u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess; jinnota bi tħassib li s-CVs tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija ma ġewx ippubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija; jinnota wkoll li mhux id-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija, li jindikaw id-data ta' aċċettazzjoni, ġew ippubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tippubblika s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri kollha tal-Bord tat-Tmexxija u tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza bil-miżuri meħuda f'dan ir-rigward;

Kontrolli interni

24.  Jinnota li l-Aġenzija qed tħejji pjan ta' azzjoni biex tindirizza oqsma potenzjali għal titjib indirizzat fir-rapport tal-awditjar tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni tal-2019 dwar "Ippjanar, Ibbaġitjar, Monitoraġġ tal-Attivitajiet u Rappurtar"; jinnota li f'dan ir-rigward l-IAS ħareġ erba' rakkomandazzjonijiet, li l-ebda waħda minnhom mhija kritika jew importanti ħafna;

25.  Jinnota li l-qafas ta' kontroll intern ġie adottat mill-Bord tat-Tmexxija b'effett mill-1 ta' Jannar 2019 u li huwa bbażat fuq il-qafas ta' kontroll intern tal-Kummissjoni; jinnota li fl-ewwel kwart tal-2020 saret valutazzjoni dwar il-qafas ta' kontroll intern għas-sena ta' rappurtar 2019 li turi l-preżenza u l-funzjonament adegwat tal-komponenti kollha ta' kontroll intern għal dik is-sena;

Oħrajn

26.  Jilqa' l-attivitajiet ta' komunikazzjoni u ta' midja soċjali tal-Aġenzija, li jgħinu biex titqajjem kuxjenza dwar l-Aġenzija; jinnota li l-Aġenzija żviluppat għodod ġodda ta' viżwalizzazzjoni tad-data u aġġornat it-taqsima tal-pubblikazzjoni fuq l-internet biex tagħmel l-informazzjoni aktar attraenti u aċċessibbli; iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli tippromwovi l-ħidma, ir-riċerka u l-attivitajiet tagħha biex iżżid il-viżibbiltà pubblika tagħha;

o
o   o

27.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ April 2021(17) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(2) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1
(4) ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1
(5) ĠU L 30, 31.1.2019, p. 58.
(6) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(9) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(10) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1
(11) ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1
(12) ĠU L 30, 31.1.2019, p. 58.
(13) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(14) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(15) ĠU C 107, 31.3.2020, p. 205.
(16) Id-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (Sitt Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE) (verżjoni kodifikata) (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 50).
(17) Testi adottati, P9_TA(2021)0215.


Kwittanza 2019: Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea
PDF 174kWORD 55k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2156(DEC))
P9_TA(2021)0180A9-0084/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0053/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 li jistabbilixxi ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0084/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Aġent Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Aġent Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2156(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0053/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 li jistabbilixxi Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0084/2021),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Aġent Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2156(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0084/2021),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tiegħu(13), il-baġit finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (iċ-"Ċentru") għas-sena finanzjarja 2019 kien jammonta għal EUR 45 750 404, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 2,95 % meta mqabbel mal-2018; billi 86,72 % tal-baġit taċ-Ċentru jiġi minn kontribuzzjonijiet diretti minn istituzzjonijiet, aġenziji u korpi oħra;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (ir-"rapport tal-Qorti"), tistqarr li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li l-isforzi tal-monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2019 wasslu għal rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 93,03 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 1,91 % meta mqabbla mas-sena preċedenti; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 85,11 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 2,82 % meta mqabbla mal-2018;

2.  Iħeġġeġ liċ-Ċentru jadotta mudell kummerċjali sostenibbli bi qbil mal-pjan ta' trasformazzjoni ta' sentejn tiegħu mfassal wara li sar studju estern bit-titolu "Study on the Translation Centre as the Linguistic Shared Service Provider for the EU Agencies and Bodies" (Studju dwar iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni bħala l-fornitur ta' servizzi lingwistiċi kondiviżi għall-Aġenziji u l-Korpi tal-UE); jinnota li, skont ir-rapport ta' segwitu taċ-Ċentru għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2018, fl-2019 l-implimentazzjoni tal-pjan ta' trasformazzjoni u l-proġetti sottostanti kienet immonitorjata u rrappurtata; iħeġġeġ liċ-Ċentru jimplimenta bis-sħiħ dawk l-azzjonijiet li jgħinu biex il-mudell kummerċjali l-ġdid jiġi adatt għall-iżviluppi teknoloġiċi;

3.  Jinnota bi tħassib li ċ-Ċentru ma kienx lesta l-pjan ta' kontra l-frodi li kien immirat li jiġi implimentat sal-aħħar tal-2018; jinnota li l-azzjonijiet li ma ġewx iffinalizzati fil-pjan ta' kontra l-frodi tal-2018 żdiedu mas-sett ta' miżuri ġodda fil-pjan ta' kontra l-frodi tal-2019-2020 u kienu ppjanati li jitlestew sal-aħħar tal-2020; jirrakkomanda li ċ-Ċentru jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-azzjonijiet posposti u l-effett tagħhom fuq ir-riskju ta' frodi li ċ-Ċentru jkun espost għalih;

4.  Jiddispjaċih li xi wħud mir-regolamenti fundaturi tal-aġenziji l-oħra ma jirrikjedulhomx li jużaw is-servizzi taċ-Ċentru u jfakkar il-fatt li ċ-Ċentru, ibbażat fuq ir-regolament fundatur tiegħu, iwieġeb għall-ħtiġijiet tas-servizzi lingwistiċi tal-korpi u l-organi tal-Unjoni;

5.  Jiddubita l-benefiċċju li jkun hemm bord amministrattiv kompost minn 72 persuna, li jikkomplika t-teħid tad-deċiżjonijiet;

6.  Jenfasizza l-importanza tal-preservazzjoni u l-promozzjoni tal-multilingwiżmu fl-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni u l-ħtieġa li l-lingwi uffiċjali kollha jiġu ttrattati b'mod ugwali; jirrikonoxxi l-kontribut imprezzabbli tas-servizzi tat-traduzzjoni taċ-Ċentru għall-funzjonament bla xkiel tal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni u biex jagħmlu xogħolhom trasparenti u aċċessibbli għaċ-ċittadini tal-Unjoni bil-lingwi materni rispettivi tagħhom;

Prestazzjoni

7.  Jinnota li ċ-Ċentru għadu primarjament juża indikaturi tal-input u tal-output bħala indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex jivvaluta r-riżultati tal-attivitajiet tiegħu, u diversi indikaturi biex itejjeb il-ġestjoni tal-baġit tiegħu; jinnota l-evalwazzjoni ex ante riveduta u r-reviżjoni ex post li għaddejja bħalissa tal-programmi u tal-attivitajiet taċ-Ċentru; jistieden liċ-Ċentru jkompli jiżviluppa l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex jivvaluta l-eżitu u l-impatt tal-attivitajiet tiegħu sabiex jikseb pariri kwalitattivi dwar kif jipprovdi aktar valur miżjud għall-output taċ-Ċentru u jtejjeb il-mudell kummerċjali taċ-Ċentru;

8.  Jinnota li bi 309 047 paġna, l-għadd ta' paġni ta' dokumenti tradotti, modifikati, editjati u riveduti naqas b'16,2 % meta mqabbel mal-2018, li kienet sena rekord, iżda jfakkar li dan il-volum kien 2,4 % ogħla mit-tbassir fil-baġit inizjali u 8,3 % ogħla mit-tbassir fil-baġit emendat għall-2019;

9.  Jilqa' l-implimentazzjoni ta' Pjan ta' Azzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità tat-Traduzzjoni għall-2019-2020 min-naħa taċ-Ċentru, li l-prijorità tiegħu hija li jtejjeb il-kwalità tas-servizzi lingwistiċi pprovduti lill-klijenti u l-effiċjenza operattiva taċ-Ċentru;

10.  Jinnota li ċ-Ċentru jpoġġi lilu nnifsu bħala l-fornitur ta' servizzi lingwistiċi kondiviżi għall-aġenziji tal-Unjoni u li l-kompitu ewlieni tiegħu ma jikkoinċidix ma' dawk ta' aġenziji oħra; jinnota wkoll li ċ-Ċentru għaqqad l-isforzi mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għall-implimentazzjoni ta' għodda komuni ta' reklutaġġ elettroniku bl-isem ta' "Systal" u kkondivida b'mod regolari għarfien u esperjenza ma' aġenziji oħra tal-Unjoni permezz tal-Uffiċċju ta' Appoġġ għall-Koordinazzjoni tal-Aġenziji u pparteċipa fil-laqgħat u l-attivitajiet tan-Network tal-Aġenziji tal-UE; jirrakkomanda li ċ-Ċentru jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar "Systal" u jfittex b'mod attiv il-kondiviżjoni tal-użu ta' din l-għodda ma' aġenziji oħra tal-Unjoni; iħeġġeġ liċ-Ċentru jkompli fuq dan il-perkors ta' kooperazzjoni u ta' kondiviżjoni tal-għarfien u l-esperjenza;

11.  Jilqa' l-fatt li ċ-Ċentru qabel, bħala parti mill-pjan ta' trasformazzjoni ta' sentejn tiegħu, dwar programm ta' kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea li jikkonsisti f'ħames proġetti tal-IT li mhumiex biss ta' importanza strateġika għaż-żewġ organizzazzjonijiet iżda li se jkunu wkoll ta' benefiċċju għal aġenziji oħra tal-Unjoni;

12.  Jilqa' r-rieda taċ-Ċentru li jiżviluppa sinerġiji ma' aġenziji oħra, pereżempju permezz tal-implimentazzjoni ta' Systal; jistieden liċ-Ċentru jkompli jiżviluppa s-sinerġiji tiegħu u jżid il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki ma' aġenziji oħra tal-Unjoni bil-għan li jtejjeb l-effiċjenza (ir-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà);

13.  Jenfasizza l-fatt li ċ-Ċentru estenda l-portafoll tal-klijenti tiegħu billi ffirma ftehimiet ta' kooperazzjoni mal-Impriża Konġunta għall-Computing ta' Prestazzjoni Għolja Ewropew, l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol u d-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs;

14.  Ifakkar fl-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni taċ-Ċentru f'termini ta' operazzjoni u ġestjoni interni u sabiex titħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; jisħaq fuq il-ħtieġa li ċ-Ċentru jibqa' jkun proattiv f'dan ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji tal-Unjoni akkost ta' kollox; jisħaq, madankollu, fuq il-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta' sigurtà meħtieġa kollha biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

Politika dwar il-persunal

15.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2019, it-tabella tal-persunal kienet implimentata fil-livell ta' 93,26 %, bi 48 uffiċjal u 132 aġent temporanju maħtura minn 141 aġent temporanju u 52 uffiċjal awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni (meta mqabbla mal-189 post tax-xogħol awtorizzati fl-2018); jinnota li, barra minn hekk, 23 aġent kuntrattwali ħadmu għaċ-Ċentru fl-2019;

16.  Jinnota b'sodisfazzjon li fl-2019 inkiseb bilanċ tajjeb bejn il-ġeneri fir-rigward tal-pożizzjonijiet maniġerjali (60 % rġiel u 40 % nisa) u fi ħdan il-bord amministrattiv (53 % rġiel u 47 % nisa); jinnota bi tħassib li hemm sottorappreżentanza tal-irġiel fil-persunal ġenerali taċ-Ċentru (37 % irġiel u 63 % nisa); jitlob liċ-Ċentru jiżgura li fil-futur ikun hemm bilanċ bejn il-ġeneri fil-livell tal-persunal;

17.  Jinnota li ċ-Ċentru adotta politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju; jinnota b'sodisfazzjon li fl-2019 iċ-Ċentru adotta linji gwida ġodda għall-iżvilupp maniġerjali, li kienu jinkludu taħriġ dwar il-prevenzjoni tal-fastidju fil-perkors tal-karriera tal-maniġers superjuri u intermedji, il-kapijiet tas-sezzjoni u maniġers potenzjali kollha;

18.  Jinkoraġġixxi liċ-Ċentru jimmira li jiżviluppa qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabbiltà;

Akkwist

19.  Jinnota bi tħassib li, skont ir-rapport tal-Qorti, iċ-Ċentru ffirma kuntratti ma' kumpaniji tal-IT għall-għoti ta' servizzi tal-IT li kien fihom formulazzjoni ambigwa li tista' timplika l-inkarigu ("mise à disposition") ta' ħaddiema minn aġenziji tax-xogħol temporanju minflok l-għoti ta' servizzi tal-IT definiti b'mod ċar, li ma jkunux jikkonformaw mar-regoli soċjali u tal-impjiegi tal-Unjoni; jinnota wkoll li fl-2019 l-ammont totali tal-pagamenti magħmula miċ-Ċentru f'dak ir-rigward kien jammonta għal valur totali ta' EUR 1 207 560; jinnota t-tweġiba taċ-Ċentru li din il-prattika hija mwettqa taħt kuntratt qafas interistituzzjonali; jinnota li bħalissa hemm kawża ta' din il-prattika pendenti fil-Qorti tal-Ġustizzja; jirrakkomanda li ċ-Ċentru jsegwi l-kawża pendenti tal-Qorti u jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-eżitu u l-miżuri meħuda biex ikun hemm konformità ma' dak l-eżitu;

20.  Jinnota, fir-rigward tas-segwitu tas-sejbiet tal-Qorti tas-sena ta' qabel, li sa tmiem l-2018 iċ-Ċentru kien introduċa l-fatturazzjoni elettronika iżda ma kienx għadu introduċa l-għodod għas-sejħa elettronika għall-offerti u għas-sottomissjoni elettronika tal-offerti mnedija mill-Kummissjoni biex tiġi introdotta soluzzjoni waħda għall-iskambju elettroniku ta' informazzjoni ma' partijiet terzi li jipparteċipaw fi proċeduri ta' akkwist pubbliku (akkwist elettroniku); jinnota li fl-2019 iċ-Ċentru daħħal is-sejħa elettronika għall-offerti iżda li t-tnedija tas-sottomissjoni elettronika tal-offerti ġiet posposta minħabba l-kriżi tal-COVID-19 fl-2020; jistieden liċ-Ċentru jintroduċi l-għodod kollha biex itejjeb il-ġestjoni tal-proċeduri ta' akkwist u jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni tagħhom;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

21.  Jinnota bi tħassib li ċ-Ċentru għażel li jippubblika biss dikjarazzjonijiet ta' interess u mhux is-CVs tal-bord amministrattiv tiegħu minħabba d-daqs tiegħu (madwar 130 membru u membru supplenti); jenfasizza l-fatt li aġenziji oħra jippubblikaw is-CVs tal-membri tal-bordijiet amministrattivi rispettivi tagħhom anke meta dawk il-bordijiet amministrattivi jkollhom aktar membri minn dak taċ-Ċentru; jitlob, għalhekk liċ-Ċentru biex jippubblika s-CVs tal-membri kollha tal-bord amministrattiv u jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda f'dak ir-rigward; jinnota li s-CV u d-dikjarazzjoni ta' interess tad-direttur ġew ippubblikati fuq is-sit web taċ-Ċentru;

22.  Jinnota bi tħassib li, għalkemm iċ-Ċentru mhuwiex iffinanzjat b'tariffi, dan jiddependi mid-dħul li jirċievi mill-klijenti tiegħu (iċ-Ċentru ddikjara li 99,2 % tal-introjtu tiegħu ġej minn tariffi mħallsa mill-klijenti tiegħu), li huma rrappreżentati fil-bord amministrattiv taċ-Ċentru, u li għalhekk hemm riskju inerenti ta' kunflitti ta' interess fir-rigward tal-ipprezzar tal-prodotti taċ-Ċentru; jinnota li ċ-Ċentru, bħala miżura ta' mitigazzjoni għall-konsegwenzi baġitarji ta' tali kunflitti ta' interess, iżomm riżerva baġitarja ("riżerva għall-istabbiltà tal-prezzijiet") sabiex jibbilanċja l-baġit fil-każ ta' avvenimenti mhux previsti jew tnaqqis fid-domanda; jinnota li din hija primarjament miżura reattiva u jħeġġeġ liċ-Ċentru jiżviluppa wkoll miżuri preventivi, filwaqt li jiżgura li jinżamm ipprezzar ġust għall-klijenti kollha taċ-Ċentru;

Kontrolli interni

23.  Jinnota li fl-2019 is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu dwar l-eCdT, l-għodda għall-ġestjoni tal-fluss tax-xogħol biex jiġu ġestiti t-talbiet tal-klijenti għal traduzzjonijiet, u kkonkluda li s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll interni stabbiliti miċ-Ċentru għall-proċess tat-traduzzjoni u għall-eCdT huma ġeneralment imfassla b'mod adegwat, effiċjenti u effettivi, iżda li ġew identifikati erba' oqsma importanti li fihom ġie rrakkomandat titjib; jinnota li ċ-Ċentru ppreżenta pjan ta' azzjoni għall-implimentazzjoni ta' dawk ir-rakkomandazzjonijiet, li ġie pperċepit mill-IAS bħala adegwat biex jimmitiga r-riskji identifikati;

24.  Jinnota li, wara l-awtovalutazzjoni tal-istandards tal-kontroll intern fl-2019, ġie konkluż li l-istandards tal-kontroll intern huma preżenti u effettivi iżda li d-direttur ikkonkluda li l-proċess ta' mmaniġġjar tar-riskju għandu jingħata prijorità sabiex tittejjeb l-effettività tiegħu u jagħti mandat lill-uffiċjal inkarigat mill-immaniġġjar tar-riskju u l-koordinazzjoni tal-kontroll intern sabiex jipprovdi reviżjoni jew aġġornament ta' diversi dokumenti, bħall-istrateġija ta' kontroll intern, il-proċedura dwar funzjonijiet sensittivi u l-politika dwar l-immaniġġjar tar-riskju; jinnota li ċ-Ċentru, fir-rapport konsolidat tal-attività annwali tiegħu, juża kemm standards ta' kontroll intern kif ukoll prinċipji ta' kontroll intern biex jiddeskrivi l-attivitajiet tiegħu f'dak il-qasam; jirrakkomanda li ċ-Ċentru jieħu nota tal-Qafas ta' Kontroll Intern rivedut tal-Kummissjoni, li ġie introdott fl-2017, u li jallinja l-kliem fir-rapport konsolidat annwali tal-attività tiegħu mal-Qafas ta' Kontroll Intern;

Kummenti oħra

25.  Jinnota bi tħassib l-opinjoni tal-Qorti, ippreżentata bħala "kwistjoni oħra", li ċ-Ċentru ma għamilx żvelar xieraq fil-kontijiet finali dwar l-impatt tal-miżuri tal-COVID-19 fuq l-operazzjonijiet attwali u antiċipati taċ-Ċentru, kif magħruf b'mod raġonevoli fid-data tat-trażmissjoni tal-kontijiet finali; jitlob li ċ-Ċentru jivvaluta l-impatt u jiżvela r-riżultati lill-awtorità baġitarja;

26.  Jinnota li ċ-Ċentru ma esperjenza l-ebda ksur tad-data, kif definit fir-Regolament (UE) 2016/679(14), u li l-ebda lment ma ġie indirizzat lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data taċ-Ċentru; jinnota, madankollu, li ċ-Ċentru ma setax jippreżenta d-deċiżjoni skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2016/679, bl-għan li tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data mid-disinn u prestabbilita, lill-bord amministrattiv fl-2019 minħabba li rċieva tard l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data; iħeġġeġ liċ-Ċentru jadotta din id-deċiżjoni mill-aktar fis possibbli sabiex jaġixxi b'konformità sħiħa mar-Regolament (UE) 2016/679;

27.  Jilqa' l-isforzi taċ-Ċentru biex jipprovdi post tax-xogħol kosteffettiv u li jirrispetta l-ambjent kif ukoll il-miżuri kollha meħuda miċ-Ċentru biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2, il-konsum tal-enerġija tiegħu u jiżviluppa fluss tax-xogħol mingħajr karti;

28.  Jilqa' l-isforzi magħmula miċ-Ċentru biex jinkoraġġixxi l-użu tas-sistema tat-trasport pubbliku mingħajr ħlas fil-Lussemburgu u l-inizjattivi meħuda biex tiġi ppreservata l-bijodiversità;

o
o   o

29.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ April 2021(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf
(2) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(4) ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.
(5) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf
(8) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf
(9) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(10) ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1
(11) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) ĠU C 391, 18.11.2019, p. 57.
(14) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(15) Testi adottati, P9_TA(2021)0215.


Kwittanza 2019: l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini
PDF 179kWORD 61k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2157(DEC))
P9_TA(2021)0181A9-0073/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0054/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 68 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0073/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2157(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0054/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 68 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0073/2021),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2157(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0073/2021),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u tan-nefqa tagħha(13) il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2019 kien jammonta għal EUR 346 762 000, li jirrappreżenta żieda ta' 2,66 % meta mqabbel ma' dak għall-2018; billi l-Aġenzija hija aġenzija ffinanzjata permezz ta' tariffi, u 85,70 % tad-dħul tagħha tal-2019 irriżulta minn tariffi mħallsa mill-industrija farmaċewtika għal servizzi pprovduti;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019 (ir-"rapport tal-Qorti"), issostni li għandha fil-pussess tagħha aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2019 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 98,56 %, li tirrappreżenta żieda ta' 9,42 % meta mqabbla mal-2018; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 83,05 %, li tirrappreżenta żieda ta' 9,41 % meta mqabbla mal-2018;

2.  Ifakkar li l-Aġenzija hija aġenzija ffinanzjata permezz ta' tariffi, u 85,70 % tad-dħul tagħha tal-2019 irriżulta minn tariffi mħallsa mill-industrija farmaċewtika, 14,29 % mill-baġit tal-Unjoni u 0,01 % minn dħul assenjat estern;

Prestazzjoni

3.  Jinnota li l-Aġenzija tuża diversi indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, inkluża kombinazzjoni ta' indikaturi operattivi, ta' ġestjoni u ta' governanza u indikaturi tal-komunikazzjoni u tal-partijiet ikkonċernati biex tkejjel il-volumi tax-xogħol tagħha, l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma tagħha u s-sodisfazzjon tal-partijiet ikkonċernati tagħha, u biex tivvvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija tuża metodoloġija għall-ippjanar u l-monitoraġġ tal-baġit biex ittejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha; jistieden lill-Aġenzija tevalwa l-kumplessità u t-trasparenza ta' dawk l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u, jekk ikun meħtieġ, tintroduċi l-unifikazzjonijiet u s-simplifikazzjoni;

4.  Jinnota li l-Aġenzija tikkoopera ma' aġenziji oħra dwar l-outputs xjentifiċi konġunti u tiskambja data xjentifika; jirrikonoxxi wkoll li l-Aġenzija għad għandha arranġamenti ta' ħidma formali maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi u ċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga sabiex ikun hemm konsultazzjoni reċiproka f'oqsma ta' interess komuni; jinnota li l-Aġenzija tipparteċipa fl-akkwist konġunt ma' aġenziji oħra u b'mod partikolari ma' aġenziji oħra bbażati fin-Netherlands; jinnota wkoll li l-Aġenzija ħadet sehem ukoll fis-servizzi ta' akkwist ġestiti mill-Kummissjoni;

5.  Jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern wettaq valutazzjoni tar-riskju biex iħejji l-pjan ta' awditjar tiegħu għall-2020-2022;

6.  Jinsab imħasseb li r-Regolament (KE) Nru 726/2004 għadu ma ġiex allinjat mal-approċċ komuni; jinsab imħasseb bit-tul tal-frekwenza tal-evalwazzjoni tal-Aġenzija li hi ta' 10 snin;

7.  Jistieden lill-Aġenzija tkompli tiżviluppa s-sinerġiji tagħha u żżid il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-prattiki tajba ma' aġenziji oħra tal-Unjoni bil-għan li ttejjeb l-effiċjenza (ir-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà);

8.  Jisħaq fuq l-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Aġenzija f'termini ta' proċeduri ta' operazzjonijiet u ġestjoni interni; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Aġenzija tibqa' tkun proattiva f'dan ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji akkost ta' kollox; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta' sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

9.  Jinnota li, skont ir-Rapport Speċjali 22/2020 tal-Qorti bit-titolu "Il-futur tal-aġenziji tal-UE – Potenzjal għal aktar flessibbiltà u kooperazzjoni", jeħtieġ li l-Aġenzija ttejjeb il-kooperazzjoni tagħha mal-Kummissjoni; jistieden lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni jirrapportaw lura għand l-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi f'dak ir-rigward;

10.  Jenfasizza r-rwol importanti tal-Aġenzija fil-ħarsien u l-promozzjoni tas-saħħa pubblika u tal-annimali billi tivvaluta u tissorvelja l-mediċini għall-użu mill-bniedem u għall-użu veterinarju;

11.  Jenfasizza l-fatt li, fl-2019, l-Aġenzija rrakkomandat li 81 mediċina ġdida jingħataw awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni (66 għall-użu mill-bniedem u 15 għall-użu veterinarju), u li dawk il-mediċini l-ġodda kienu jinkludu 35 sustanza attiva ġdida (30 għall-użu mill-bniedem u 5 għall-użu veterinarju);

12.  Jinnota li l-fażi 4 tal-pjan tal-kontinwità tal-operat bdiet fl-1 ta' Jannar 2019, sabiex jiġu salvagwardjati l-attivitajiet ewlenin tal-Aġenzija;

Politika dwar il-persunal

13.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2019, 98,65 % tat-tabella tal-persunal ġiet implimentata, u nħatru 583 aġent temporanju minn total ta' 591 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 591 post tax-xogħol awtorizzati fl-2018); jinnota li, barra minn hekk, 199 aġent kuntrattwali u 31 espert nazzjonali sekondat ħadmu għall-Aġenzija fl-2019;

14.  Itenni t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' bilanċ bejn il-ġeneri fost il-maniġment superjuri tal-Aġenzija (19-il raġel u 11-il mara) u fil-Bord Amministrattiv (25 raġel u 13-il mara); jitlob lill-Aġenzija tiżgura li jkun hemm bilanċ aħjar bejn il-ġeneri fil-futur; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-importanza li jiżguraw il-bilanċ bejn il-ġeneri meta jkunu qed jinnominaw membri għall-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija;

15.  Jinnota li skont ir-rapport ta' segwitu tal-2018 u r-rapport tal-Qorti tal-2019, l-Aġenzija għadha ma implimentatx bis-sħiħ ir-rakkomandazzjoni tas-sena l-oħra dwar l-użu ta' konsulenti esterni; jinnota, madankollu, li l-Aġenzija hija impenjata li tuża tali konsulenti biss biex ittejjeb il-kapaċità tagħha ta' twettiq jekk u meta jkun meħtieġ; jistieden lill-Aġenzija tlesti għalkollox l-implimentazzjoni ta' dik ir-rakkomandazzjoni;

16.  Jinsab imħasseb li, skont ir-Rapport Speċjali Nru 22/220 tal-Qorti, l-Aġenzija tbati biex tirrekluta persunal li jkollu l-għarfien espert tekniku meħtieġ, u sabiex tikkumpensa għan-nuqqas ta' postijiet jew esperti nazzjonali, l-Aġenzija qegħda kulma jmur testernalizza dejjem aktar il-kompiti ewlenin lil kuntratturi privati, li mbagħad jista' jkun li ma tkunx tista' tgħaddi mingħajrhom; jistieden lill-Kummissjoni teżamina s-sitwazzjoni bir-reqqa u tipprovdi lill-Aġenzija l-mezzi meħtieġa biex tirrekluta l-persunal meħtieġ; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta lura għand l-awtorità ta' kwittanza dwar din il-kwistjoni;

17.  Jinsab imħasseb li, skont ir-rapport tal-Qorti, kien hemm 119-il konsulent fuq il-post li kienu qed jipprovdu servizzi fil-bini tal-Aġenzija, impjegati minn għadd ta' fornituri, uħud minnhom minn Stati Membri oħra u xi wħud minnhom ibbażati fin-Netherlands, u li l-Aġenzija ma setgħetx tikkonferma, fir-rigward tal-persunal tal-aġenzija fuq xogħol temporanju li jipprovdu servizzi fil-bini tagħha, jekk kinux jikkwalifikaw għall-istatus ta' ħaddiem stazzjonat skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi Netherlandiża dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva 96/71/KE(14) u d-Direttiva 2014/67/UE(15); jistieden lill-Aġenzija tinvestiga u ssolvi dik il-kwistjoni;

18.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni minn Londra għal Amsterdam, l-Aġenzija tat allowance addizzjonali tal-ivvjaġġar lil kull membru tal-persunal li rriloka lejn Amsterdam, u lill-membri tal-familja tagħhom, li kien jammonta għal EUR 1 227 għal kull persuna, li kien ikkalkolat bħala ammont b'rata fissa bbażat fuq il-prezz ta' biljett ta' business class minflok tariffa ta' economy class kif iddikjarat fir-Regolamenti tal-Persunal; jinnota li l-Aġenzija ħallset kemm l-allowance statutorju kif ukoll dan l-allowance eċċezzjonali tal-ivvjaġġar lil 481 membru tal-persunal tal-Aġenzija u lil 524 membru tal-familja tagħhom, li b'kollox ammontaw għal żborż ta' EUR 1 263 305, meta mqabbel ma' EUR 30 562 li kieku ġie applikat biss l-allowance statutorju, filwaqt li l-ammont totali li mistenni jintefaq fuq l-allowance eċċezzjonali tal-ivvjaġġar huwa ta' EUR 1 477 743;

19.  Jinnota l-isforzi li saru biex jittejjjeb il-benesseri tal-persunal, speċjalment fir-rigward tas-servizzi ta' konsulenza, l-attivitajiet sportivi u programm ta' tagħlim dwar il-benesseri;

20.  Jinsab imħasseb dwar id-daqs kbir tal-Bord Amministrattiv tal-aġenzija peress li dan jagħmel it-teħid ta' deċiżjonijiet wieħed diffiċli u jiġġenera spejjeż amministrattivi konsiderevoli;

21.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija timmira li tfittex l-iżvilupp ta' qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn is-sessi, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni tal-persuni b'diżabilità;

22.  Jinnota li l-Aġenzija adottat politika dwar il-ħarsien tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju; jieħu nota tal-fatt li fl-2019 ġie rrappurtat u investigat każ wieħed ta' allegat fastidju skont il-proċedura formali;

23.  Jirrikonoxxi l-impatt tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fuq l-attivitajiet tal-Aġenzija u n-nefqa addizzjonali riżultanti, li tammonta għal EUR 51,44 miljun, inklużi l-ispejjeż tal-persunal, l-uffiċċji u l-ispazji tax-xogħol relatati mar-rilokazzjoni tal-Aġenzija minn Londra għal Amsterdam; jilqa' l-portata li fiha nżammu l-kwalità u l-kontinwità tal-operazzjonijiet tal-Aġenzija filwaqt li saret ir-rilokazzjoni;

Sostenibbiltà

24.  Jilqa' l-isforzi li għamlet l-Aġenzija bil-għan li toħloq post tax-xogħol li jirrispetta lill-ambjent kif ukoll il-miżuri kollha li ħadet l-Aġenzija bil-għan li tnaqqas l-impronta tal-karbonju u l-konsum tal-enerġija tagħha u tiżviluppa fluss tax-xogħol mingħajr karti;

25.  Jilqa' l-fatt li l-bini l-ġdid li l-Aġenzija ilha tokkupa minn Jannar 2020 huwa effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija u pprovdut b'elettriku li joriġina minn enerġija 100 % rinnovabbli (imtieħen tar-riħ u pannelli solari);

26.  Jistieden lill-Aġenzija biex, fir-rigward tal-kwartieri ġenerali tagħha li għadhom kif ġew stabbiliti, tagħti attenzjoni xierqa lit-taħlita tal-enerġija tas-sorsi tagħha tal-elettriku u tinkoraġġixxi l-akkwist tal-elettriku ġġenerat b'enerġija rinnovabbli, kif ukoll biex tadotta l-miżuri u s-soluzzjonijiet kollha possibbli favur l-ambjent;

Akkwist

27.  Jinnota li l-għodda tas-sottomissjoni elettronika issa ġiet ukoll implimentata b'suċċess u ilha tintuża mill-bidu tal-2019, u li l-għodda tal-fatturazzjoni elettronika qed tiġi implimentata; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta dwar l-istatus tal-implimentazzjoni tagħha;

28.  Jinnota li fl-2019 l-Aġenzija wettqet proċeduri ta' akkwist għall-kuntratti meħtieġa għall-bini permanenti f'Amsterdam, bħall-akkwist ta' fornitur ġdid ta' servizzi mediċi fil-bini l-ġdid tagħha;

29.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, fl-2019 l-Aġenzija varat proċedura ta' akkwist li kienet tkopri l-forniment ta' printers, u l-ġestjoni tal-post tat-tagħbija tal-merkanzija fil-bini l-ġdid tal-Aġenzija f'Amsterdam, u li dawk l-elementi ma kinux relatati iżda minkejja dan ġew ikkombinati f'lott wieħed għall-offerti, għall-ammont totali stmat ta' EUR 6 200 000 fuq perjodu massimu ta' sitt snin; jinnota li skont ir-rapport tal-Qorti, għal din is-sejħa għall-offerta waslu biss żewġ offerti; jinnota u jappoġġja l-pożizzjoni tal-Qorti li l-awtoritajiet kontraenti għandhom jaqsmu l-kuntratti f'lottijiet sabiex jiffaċilitaw kompetizzjoni wiesgħa u jippermettu lill-offerenti aċċess ugwali għall-proċeduri ta' akkwist;

30.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, fl-2019 l-Aġenzija kkonkludiet kuntratt qafas ma' tliet kumpaniji għall-forniment ta' ħaddiema temporanji, u li l-valur massimu kkombinat tal-kuntratt kien ta' EUR 15 450 000; jinnota wkoll li, skont l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti, l-element tal-prezz kellu fattur ta' ponderazzjoni ta' 40 % u li fl-ispeċifikazzjonijiet kien stipulat li dak l-element għandu jinkludi fattur ta' konverżjoni tar-rata fis-siegħa li jinkludi kollox għall-applikazzjoni għar-remunerazzjoni fis-siegħa grossa tal-ħaddiema temporanji f'kategoriji speċifiċi tal-persunal; jinnota bi tħassib li l-Aġenzija ma talbitx stima tal-ispiża grossa tal-persunal għall-ħaddiema interim f'kull kategorija mitluba tal-persunal, li kienet tpoġġi lill-Aġenzija f'pożizzjoni aħjar biex tevalwa jekk il-valwazzjoni jew il-profitt gross tal-fornitur tas-servizz kinux raġonevoli fir-rigward ta' kuntratti simili; jitlob li l-Aġenzija ttejjeb il-proċessi ta' akkwist u ta' ppjanar tagħha, b'mod partikolari fir-rigward tas-soluzzjonijiet ta' mili ta' postijiet b'persunal temporanju u estern;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

31.  Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti tal-Aġenzija u l-isforzi kontinwi tagħha biex tiżgura t-trasparenza, tipprevjeni u tiġġestixxi l-kunflitti ta' interess, u tipprovdi l-protezzjoni lill-informaturi; jinnota li fl-2019 ma ġie rrappurtat l-ebda każ intern ta' żvelar ta' informazzjoni protetta, madankollu, waslu 20 rapport ta' każijiet esterni ta' żvelar ta' informazzjoni protetta; jinnota li ngħalqu 24 każ, li minnhom infetħu 13-il każ fl-2019 u 11 matul is-snin preċedenti, filwaqt li seba' każijiet għadhom għaddejjin; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li sar f'dawk il-każijiet;

32.  Jitlob lill-Aġenzija tiżgura li d-dipartimenti responsabbli għar-riżorsi umani u l-linji gwida dwar l-etika jiżguraw l-implimentazzjoni ta' politiki ta' prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess u ta' protezzjoni tal-informaturi;

33.  Jissottolinja li sitwazzjonijiet ta' kunflitt ta' interess wara impjieg pubbliku u f'sitwazzjoni ta' "revolving doors" huma problema komuni għal ħafna korpi u aġenziji madwar l-Unjoni;

34.  Jistieden lill-Aġenzija timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman Ewropew fid-deċiżjoni tagħha fil-każ 2168/2019/KR dwar id-deċiżjoni tal-Awtorità Bankarja Ewropea li tapprova t-talba tad-Direttur Eżekuttiv tagħha biex isir CEO ta' grupp ta' lobby finanzjarju, b'mod partikolari billi tiżgura, fejn meħtieġ, li tiġi invokata l-għażla li l-persunal anzjan tagħha jiġi pprojbit milli jassumi ċerti karigi wara li jintemm il-mandat tagħhom; tispjega kriterji għal meta tkun se tipprojbixxi lill-persunal milli jittrasferixxi ruħu għas-settur privat; tinforma lill-applikanti għal karigi għolja fl-Aġenzija dwar il-kriterji meta jkun qed japplikaw; u tistabbilixxi proċeduri interni sabiex ladarba membru tal-persunal tagħha jiċċaqlaq għal impjieg ieħor, l-aċċess tiegħu għal informazzjoni kunfidenzjali jinqata' b'effett immedjat;

35.  Jinnota li, fl-2019, ma ġie rrappurtat l-ebda każ ta' kunflitt ta' interess mill-Aġenzija u li l-Aġenzija kienet ippubblikat id-dikjarazzjonijiet tal-kunflitti ta' interess tal-membri tal-Bord Amministrattiv tagħha u tal-maniġment superjuri tagħha; jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija ppubblikat il-CV tal-membri tal-Bord Amministrattiv tagħha, tal-maniġment superjuri u tal-esperti esterni u interni tagħha;

36.  Jenfasizza l-fatt li l-qafas etiku attwali li japplika għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni jbati minn żvantaġġi konsiderevoli minħabba l-frammentazzjoni tiegħu u n-nuqqas ta' koordinazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet eżistenti; jenfasizza li dawk il-kwistjonijiet għandhom jiġu indirizzati billi jiġi stabbilit qafas etiku komuni li jiżgura l-applikazzjoni ta' standards etiċi għoljin għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-Unjoni;

37.  Jissottolinja li ċerti uffiċjali jimlew dikjarazzjonijiet ta' nuqqas ta' kunflitti ta' interess u jipprovdu awtovalutazzjonijiet fir-rigward tar-rispett tal-istandards etiċi; jenfasizza, madankollu, li tali awtodikjarazzjonijiet u awtovalutazzjonijiet mhumiex biżżejjed u li għalhekk huwa meħtieġ skrutinju addizzjonali;

Kontrolli interni

38.  Jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern iltaqa' mal-Aġenzija biex iwettaq eżerċizzju ta' valutazzjoni tar-riskju li jwassal għall-pjan strateġiku ta' awditjar intern ta' tliet snin għall-perjodu mill-2020 sal-2022, u li s-Servizz tal-Awditjar Intern għażel "Riżorsi Umani u Etika", "Governanza tal-IT u ġestjoni tal-portafoll" u "Il-Ġestjoni tal-laqgħat għall-kumitati tal-Aġenzija", bħala t-tliet suġġetti ewlenin tal-awditjar għas-snin li ġejjin;

39.  Jiddispjaċih li s-Servizz tal-Awditjar Intern ma wettaq l-ebda awditu fl-2019;

40.  Jinnota li, fl-2019, il-funzjoni tal-awditjar tal-Aġenzija wettqet attivitajiet ta' awditjar u kompiti assoċjati f'konformità mal-pjan ta' awditjar annwali tal-Aġenzija adottat mill-Bord Amministrattiv f'Diċembru 2018; jinnota li l-funzjoni tal-awditjar tal-Aġenzija wettqet tliet awditi, awditu wieħed tal-farmakoviġilanza legalment meħtieġ u żewġ inkarigi ta' konsulenza; jinnota wkoll li xi awditi ppjanati għall-2019 ġew posposti minħabba r-rilokazzjoni tal-Aġenzija lejn in-Netherlands;

Kummenti oħra

41.  Jinnota li l-Qorti għamlet enfasi fuq il-paragrafu tal-kwistjoni fir-rigward tan-nota 3.1.3 tal-kontijiet provviżorji tal-Aġenzija, li tiddeskrivi l-inċertezza tal-ftehim tal-kera għall-bini preċedenti tal-Aġenzija f'Londra li jdum sal-2039, mingħajr l-ebda dispożizzjoni għal terminazzjoni bikrija; jinnota li l-Aġenzija rrilokat f'Amsterdam fit-30 ta' Marzu 2019; jinnota wkoll li fl-2019 l-Aġenzija laħqet ftehim ma' sid il-kera tagħha biex tikri l-bini tal-uffiċċji li kellha qabel lil subkerrej, b'kundizzjonijiet li huma konsistenti mal-kundizzjonijiet tal-kera prinċipali, u li l-perjodu tas-sullokazzjoni jdum sal-iskadenza tal-kirja tal-Aġenzija fl-2039; jinnota mir-rapport tal-Qorti li peress li l-Aġenzija għadha parti kontraenti tal-kuntratt tal-kiri, l-Aġenzija tista' tinżamm responsabbli għall-ammont kollu li jifdal pagabbli skont il-kuntratt tal-kiri jekk is-subkerrej jonqos milli jissodisfa l-obbligi tiegħu, u jinnota wkoll li mill-31 ta' Diċembru 2019, it-total stmat tal-kera pendenti, l-imposti tas-servizzi assoċjati u l-assigurazzjoni ta' sid il-kera li għandhom jitħallsu mill-Aġenzija sa tmiem it-terminu tal-kera kien jammonta għal EUR 417 000 000;

42.  Jinnota l-paragrafu ta' osservazzjonijiet fir-rapport tal-Qorti dwar il-ftehim ta' kiri li jdum sal-2039, mingħajr l-ebda dispożizzjoni għal terminazzjoni bikrija; jilqa' l-fatt li, f'Lulju 2019, l-Aġenzija laħqet ftehim ma' sid il-kera tagħha u, b'effett minn Lulju 2019, irnexxielha tissulloka l-bini tal-uffiċini li kellha qabel sal-iskadenza tal-kirja tal-Aġenzija; jinnota bi tħassib li, peress li l-Aġenzija għadha parti kontraenti fil-kuntratt tal-kiri, hija tista' tinżamm responsabbli għall-ammont kollu li jibqa' pagabbli skont dak il-kuntratt jekk is-subkerrej jonqos milli jissodisfa l-obbligi tiegħu, iżda jilqa' l-fatt li nstabet soluzzjoni;

43.  Jinnota li, skont ir-rapport ta' segwitu tal-Aġenzija, il-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija jappoġġja l-osservazzjonijiet tal-awtorità ta' kwittanza dwar l-obbligi tal-Aġenzija li jirriżultaw b'rabta mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, u fir-rigward tat-twettiq ta' attivitajiet kummerċjali f'pajjiż terz; jinnota wkoll li, skont it-tweġibiet tal-Aġenzija għar-rapport tal-Qorti, l-Aġenzija u l-Bord Amministrattiv tagħha jinsabu mħassba li, minflok ma tiffoka l-isforzi kollha tagħha fuq il-missjoni tagħha ta' protezzjoni u promozzjoni tas-saħħa pubblika, l-Aġenzija issa trid tiġġestixxi l-proprjetà kummerċjali f'pajjiż terz, u b'hekk tiddevja r-riżorsi umani u finanzjarji tagħha mir-responsabbiltajiet tagħha tas-saħħa pubblika;

44.  Jilqa' l-isforzi tal-Aġenzija biex issaħħaħ il-politiki tagħha dwar it-trasparenza fir-rigward tal-mediċini u l-vaċċini kontra l-COVID-19; jinnota li l-proċess ta' awtorizzazzjoni għal vaċċin kontra l-COVID-19 se jirrikjedi proċess rapidu u trasparenti fi ħdan l-Aġenzija; jinnota li għandha tingħata attenzjoni speċifika lit-trasparenza tad-data mill-provi kliniċi fir-rigward ta' vaċċini bħal dawn; jilqa' d-deċiżjoni tal-Aġenzija li tippubblika r-rapporti dwar l-istudji kliniċi tal-mediċini u l-vaċċini kontra l-COVID-19 fi żmien tlett ijiem wara l-awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni; jinkoraġġixxi lill-Aġenzija tippubblika data minn provi kliniċi qabel l-awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni u, fin-nuqqas ta' dan, b'mod tempestiv; jistieden lill-Aġenzija titlob li l-isponsors tal-provi kliniċi jagħmlu l-protokolli tal-provi kliniċi tagħhom pubbliċi qabel l-awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni;

45.  Jirrimarka li jinħtieġ approċċ kumpless sabiex is-sit web tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jsiru aċċessibbli għall-persuni b'kull xorta ta' diżabilità kif previst fid-Direttiva (UE) 2016/2102(16), inkluż fir-rigwar tad-disponibbiltà tal-lingwi tas-sinjali nazzjonali; jissuġġerixxi li l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabilità jiġu involuti f'dak il-proċess;

46.  Jinnota l-isforzi li saru biex jiżdiedu ċ-ċibersigurtà u l-protezzjoni tad-data tal-Aġenzija; jinsab, madankollu, imħasseb dwar rapporti riċenti tal-midja li dokumenti sensittivi interni tal-Aġenzija nsterqu mill-hackers u ġew ippubblikati fuq id-dark web, kif ukoll dwar rapporti li l-Aġenzija kienet is-suġġett ta' attakki ċibernetiċi; iħeġġeġ lill-Aġenzija tieħu miżuri komprensivi għaċ-ċibersigurtà tagħha biex tevita inċidenti bħal dawn fil-futur;

47.  Jistieden lill-Aġenzija tkompli żżid il-livell ta' trasparenza rigward l-attivitajiet tagħha; b'mod partikolari jistieden lill-Aġenzija tissokta mill-aktar fis possibbli l-politika tagħha dwar il-pubblikazzjoni tad-data klinika dwar prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem ("Politika 0070") li ġiet sospiża f'Diċembru 2018 u li għadha ma ddaħħlitx lura mill-ġdid;

48.  Jinnota bi tħassib li l-Aġenzija għadha ma tawtorizzax talbiet għall-aċċess għad-dokumenti permezz tal-email u jiddispjaċih li dewmien twil ta' aktar minn sena huwa n-norma f'dawk li huma tweġibiet għal dawk it-talbiet; jistieden lill-Aġenzija tistabbilixxi pubblikament perjodi ta' żmien ċari biex mil-lum 'il quddiem twieġeb għal talbiet bħal dawn, u tikkonforma ma' tali perjodi;

49.  Ifakkar lill-Aġenzija li huwa urġenti li r-Regolament (UE) Nru 536/20141(17) jiġi applikat; ifakkar li dan ikun possibbli biss bil-varar tas-sistema ta' informazzjoni dwar il-provi kliniċi li tiffunzjona bis-sħiħ, li ma jridx jiddewwem aktar; jistieden lill-Aġenzija tinkludi qafas ta' monitoraġġ pubbliku bis-sħiħ fis-sistema ta' informazzjoni dwar il-provi kliniċi li jippermetti lill-pubbliku jimmonitorja u jqabbel il-prestazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u l-isponsors tal-provi kliniċi, inkluż it-twettiq f'waqtu tad-diversi obbligi tagħhom;

o
o   o

50.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ April 2021(18) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(2) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1
(4) ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1
(5) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(8) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(9) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1
(10) ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1
(11) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) ĠU C 391, 18.11.2019, p. 51
(14) Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-istazzjonar ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1).
(15) Id-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta' ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta' servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ("ir-Regolament tal-IMI") (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 11).
(16) Id-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (ĠU L 327, 2.12.2016, p. 1).
(17) Ir-Regolament (UE) Nru 536/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar il-provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, u li jħassar id-Direttiva 2001/20/KE (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 1).
(18) Testi adottati, P9_TA(2021)0215.


Kwittanza 2019: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust)
PDF 173kWORD 59k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) (qabel it-12 ta' Diċembru 2019: Eurojust) għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2158(DEC))
P9_TA(2021)0182A9-0101/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0055/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 63 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0101/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Amministrattiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Amministrattiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) (qabel it-12 ta' Diċembru 2019: Eurojust) għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2158(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0055/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 63 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0101/2021),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) għas-sena finanzjarja 2019

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Amministrattiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) (qabel it-12 ta' Diċembru 2019: Eurojust) għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2158(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0101/2021),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u tan-nefqa tagħha(15), il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2019 kien ta' EUR 38 954 265, li jirrappreżenta żieda ta' 0,90 % meta mqabbel mal-2018; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa kważi esklużivament derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019 (ir-"rapport tal-Qorti"), issostni li għandha fil-pussess tagħha aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2019 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,88 %, li tirrappreżenta tnaqqis żgħir ta' 0,05 % meta mqabbla mal-2018; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 90,61 %, li tirrappreżenta żieda ta' 3,70 % meta mqabbla mal-2018;

2.  Jinnota li fl-2019 il-baġit tal-Aġenzija kien ta' EUR 38 100 000, EUR 3 000 000 inqas mit-talba tal-Aġenzija għall-2019; josserva li konsegwentement, l-Aġenzija ressqet talba għal baġit emendatorju lill-Kummissjoni biex tagħmel tajjeb għan-nuqqas fir-rigward tas-salarji tal-persunal temporanju u kuntrattwali; jinnota li l-Kummissjoni approvat trasferiment ta' EUR 777 000 lill-Aġenzija f'Ottubru 2019; jissottolinja li fl-istennija tal-eżitu tat-talba, iddaħħlu fis-seħħ miżuri ta' mitigazzjoni, li dewmu għadd ta' attivitajiet; jistieden lill-Kummissjoni tintensifika d-diskussjonijiet tagħha mal-Aġenzija qabel l-allokazzjonijiet baġitarji annwali futuri;

Prestazzjoni

3.  Jinnota li l-Aġenzija tuża ċerti għodod bħall-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) biex tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha u għodod oħra biex ittejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha, bħaż-żieda fin-numru ta' referenzi għall-Aġenzija fid-dokumenti tal-Unjoni, il-perċentwal ta' kontribuzzjonijiet formali u informali bil-miktub għall-abbozz ta' leġiżlazzjoni tal-Unjoni aċċettat mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u l-implimentazzjoni tal-baġit; jinnota li l-Aġenzija ddefiniet 90 indikatur ewlieni tal-prestazzjoni fil-Programm ta' Ħidma Annwali għall-2019 li jirrappreżentaw tnaqqis ta' 24 % tal-KPIs meta mqabbla mal-KPIs definiti fil-Programm ta' Ħidma Annwali għall-2018; jinnota li r-rata ta' kisba tal-65 KPI li kienu rilevanti, li setgħu jitkejlu u ivvalutati kienet ta' 71 % u li l-29 % l-oħra ma nkisbux minħabba raġunijiet lil hinn mill-kontroll tal-Aġenzija u b'hekk se ssir evalwazzjoni mill-ġdid tal-użu ta' dawn l-KPIs fil-programmi ta' ħidma annwali futuri;

4.  Ifakkar lill-Aġenzija biex tirrieżamina u taġġorna regolarment is-sistema ta' kejl tal-prestazzjoni u l-KPIs tagħha biex tiżgura l-kontribut effiċjenti u l-għarfien espert tal-Aġenzija fil-livell tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Aġenzija tanalizza l-eżiti bir-reqqa ta' tali rieżamijiet u tużahom biex ittejjeb l-istrateġija u l-ippjanar tal-attività tagħha;

5.  Jinnota li fit-12 ta' Diċembru 2019, bl-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1727 bħala l-bażi ġuridika l-ġdida tagħha, l-Aġenzija saret uffiċjalment l-Aġenzija Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust); jinnota b'apprezzament li matul l-2019, l-Aġenzija żgurat li l-modifiki prinċipali rilevanti kollha li ġab miegħu l-qafas ġuridiku l-ġdid ġew implimentati f'waqthom;

6.  Jinnota li l-Fażi II tar-ristrutturar organizzattiv tal-Aġenzija tlestiet f'Jannar 2019 u li matul l-2019 l-Aġenzija kkonsolidat l-istruttura l-ġdida billi pprovdiet taħriġ lill-membri tal-persunal fir-rwoli l-ġodda tagħhom u ffaċilitat workshops biex tassisti lill-unitajiet il-ġodda jiddefinixxu l-istqarrijiet tal-missjoni tagħhom;

7.  Jenfasizza r-rwol importanti li għandha l-Aġenzija f'li tassisti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-prosekuzzjoni tal-kriminalità transfruntiera serja u organizzata;

8.  Jenfasizza li matul l-2019, kienet meħtieġa assistenza mill-Aġenzija f'7 804 investigazzjoni kriminali transfruntiera, żieda ta' 17 % meta mqabbla mal-2018, fejn 3 892 minn dawk l-investigazzjonijiet kienu każijiet ġodda miftuħa fl-2019, żieda ta' 9 % meta mqabbla mal-2018; ifakkar li l-każijiet tal-Aġenzija żdiedu b'mod sinifikanti matul is-snin, mhux biss fl-għadd, iżda wkoll fil-kumplessità, u li din iż-żieda mistennija li tkompli fis-snin li ġejjin; jisħaq li l-Aġenzija twettaq rwol essenzjali fil-katina ta' sigurtà tal-Unjoni u li l-baġit tagħha għandu jikkorrispondi mal-kompiti u l-prijoritajiet tagħha bil-għan li tkun tista' twettaq il-mandat tagħha; jinnota li l-ewwel proposta tal-Kummissjoni tal-baġit tal-2020 indikat nuqqas sinifikanti meta mqabbla mal-ħtiġijiet imbassra tal-Aġenzija; jappoġġja r-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija li għandha tingħata r-riżorsi meħtieġa biex twettaq il-mandat tagħha fil-katina tas-sigurtà;

9.  Jissottolinja ż-żieda kontinwa fl-għadd totali ta' każijiet appoġġjati mill-Aġenzija f'dawn l-aħħar ħames snin u jenfasizza x-xejra reċenti ta' każijiet riferuti lill-Aġenzija li qed isiru dejjem aktar kumplessi u li jeħtieġu appoġġ fuq perjodi itwal; jenfasizza li fl-2019 l-awtoritajiet ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi nazzjonali, li ħadmu flimkien permezz tal-Aġenzija, irnexxielhom iwaqqfu l-kummerċ ta' drogi illeċiti li kellhom valur ta' EUR 2,7 biljun, u madwar EUR 2 biljuni f'assi kriminali ġew sekwestrati jew iffriżati; jissottolinja li l-ammont ta' xogħol mistenni jkompli jiżdied minħabba l-mandat imsaħħaħ il-ġdid li daħal fis-seħħ fl-2019(16); jenfasizza li l-għadd ta' ċentri ta' koordinazzjoni li kien hemm fl-2019 żdied minn 17 għal 20 (+19%), xhieda tal-popolarità u tal-utilità ta' din l-għodda operazzjonali; jenfasizza r-rwol essenzjali li għandha l-Aġenzija fl-appoġġjar u l-koordinazzjoni tal-ħidma tal-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-kriminalità transnazzjonali;

10.  Jinnota li l-Aġenzija qed tkompli tiżviluppa kooperazzjoni operattiva b'saħħitha mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u ma' sħab oħra tal-ġustizzja u tal-affarijiet interni, kif ukoll ma' pajjiżi terzi; jinnota li l-Aġenzija ħadmet id f'id ukoll mal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi u mal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' każijiet attwali; jinnota li l-Aġenzija pparteċipat ukoll fi proċeduri ta' akkwist konġunt mal-Europol u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini; jilqa' l-fatt li l-Aġenzija bdiet il-ħidma preparatorja għall-implimentazzjoni tar-relazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) li għadu kif inħoloq, qabel mal-UPPE jkun operattiv;

11.  Jistieden lill-Aġenzija tkompli żżid il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki ma' aġenziji oħra tal-Unjoni bil-għan li ttejjeb l-effiċjenza fl-oqsma tar-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà;

Politika dwar il-persunal

12.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2019, 98,08 % tat-tabella tal-persunal ġiet implimentata, b'204 aġent temporanju maħtura minn total ta' 208 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbla ma' 209 post tax-xogħol awtorizzati fl-2018); jinnota li, barra minn hekk, 17-il aġent kuntrattwali u 16,5 minn 21 espert nazzjonali sekondat ekwivalenti għal full-time ħadmu għall-Aġenzija fl-2019;

13.  Jinnota bi tħassib li ċ-ċifri rrapportati għall-bilanċ tajjeb bejn il-ġeneri fl-ambitu tal-Kulleġġ għall-2018 huma 17-il membru ta' sess maskili u 10 membri ta' sess femminili; jitlob lill-Istati Membri jqisu l-importanza tal-iżgurar tal-bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom fil-Kulleġġ tal-Aġenzija;

14.  Jieħu nota tal-miżuri eżistenti u l-isforzi kontinwi tal-Aġenzija biex tipprevjeni l-fastidju; jinnota li, matul l-2019, 12-il membru tal-persunal avviċinaw persuna ta' fiduċja għal parir u dan wassal għall-bidu ta' żewġ proċeduri informali; jinnota li żewġ każijiet ta' allegat fastidju mingħajr involviment minn qabel tal-persuni ta' fiduċja ġew irrappurtati fl-2019 u li ġiet konkluża inkjesta fl-2020; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar is-sejbiet tal-inkjesta;

15.  Jilqa' l-isforzi tal-Aġenzija biex tibni ambjent u kultura tax-xogħol aktar diversifikati u inklużivi billi tieħu azzjonijiet favur il-persuni b'diżabilità; jitlob lill-Aġenzija tivvaluta l-possibilitajiet ta' tisħiħ u integrazzjoni ulterjuri tal-prinċipji ta' opportunitajiet indaqs fir-reklutaġġ, fit-taħriġ, fl-iżvilupp tal-karriera u fil-kundizzjonijiet tax-xogħol kif ukoll biex tqajjem sensibilizzazzjoni fost il-persunal dwar dawk l-aspetti; jitlob lill-Aġenzija tqis titjib u modifiki possibbli u raġonevoli tal-binjiet tal-Aġenzija (l-aċċess, it-tagħmir tal-uffiċċju adegwat) għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jew diżabilitajiet oħra;

16.  Jilqa' t-tlestija tal-osservazzjoni preċedenti tal-Qorti dwar il-pubblikazzjoni ta' avviżi ta' postijiet battala mhux biss fuq is-sit web tal-Aġenzija u fuq il-midja soċjali, iżda wkoll fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal;

17.  Jinkoraġġixxi lill-Aġenzija timmira li tiżviluppa qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabbiltà;

Akkwist

18.  Jinnota, fir-rigward tas-segwitu għall-konklużjonijiet tal-Qorti għas-sena preċedenti, li l-Aġenzija ffirmat kuntratt qafas tal-IT ma' kumpanija li pprovdiet l-istess servizz fl-ambitu ta' kuntratt qafas preċedenti, mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta' avviż ta' kuntratt matul il-proċedura ta' akkwist innegozjata; jinnota li l-pagamenti kollha li saru fl-ambitu ta' dak il-kuntratt qafas u l-kuntratti speċifiċi relatati kollha huma irregolari u li proċedura simplifikata hija aċċettabbli biss f'ċirkostanzi speċifiċi li ma ġewx sostanzjati mill-Aġenzija; jirrikonoxxi mir-risposta tal-Aġenzija, li l-proċedura nnegozjata saret abbażi tal-Artikolu 134(f) tar-Regoli ta' Applikazzjoni tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2462(17), li jippermetti l-użu ta' din il-proċedura meta bidla tal-fornitur tkun tirriżulta f'inkompatibbiltà jew f'diffikultajiet tekniċi sproporzjonati fit-tħaddim u l-manutenzjoni, u kien għalhekk li din is-soluzzjoni tqieset l-aktar waħda kosteffettiva; jinnota madankollu li l-Aġenzija rrikonoxxiet li d-dokumentazzjoni ta' sostenn għall-kuntratt ma ġġustifikatx b'mod adegwat l-użu ta' din il-proċedura u li hija impenjata li tiżgura li kwalunkwe proċedura futura bħal din tkun iġġustifikata b'mod aktar robust; jitlob lill-Aġenzija tiżgura konformità sħiħa mar-regoli tal-akkwist pubbliku u tikkompleta l-azzjoni relatata mal-osservazzjoni pendenti tal-Qorti;

Prevenzjoni u ġestjoni ta' kunflitti ta' interess u trasparenza

19.  Jagħraf il-miżuri eżistenti tal-Aġenzija u l-isforzi kontinwi tagħha biex jiġu żgurati t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess; jinnota li l-Bord Eżekuttiv adotta d-Deċiżjoni 2020-07 tal-15 ta' Ġunju 2020 tal-istrateġija aġġornata ta' kontra l-frodi tal-Aġenzija li tissottolinja l-ħtieġa li tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar ir-regoli interni tal-Aġenzija dwar l-etika u, b'mod partikolari, dwar il-kunflitti ta' interess; jinnota li l-linji gwida tal-Aġenzija dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta ġew emendati mill-Kulleġġ tal-Aġenzija f'Jannar 2019 u li r-rieżami ta' dawk il-linji gwida għadu għaddej u kien mistenni li jiġi ffinalizzat fl-2020; jinnota li l-Kodiċi ta' Etika għall-membri tal-Kulleġġ u tal-Bord Eżekuttiv ġie adottat bid-Deċiżjoni tal-Kulleġġ 2020-09 tal-15 ta' Diċembru 2020;

20.  Jiddeplora l-fatt li, sal-aħħar ta' Frar 2021, is-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interessi tal-membri tal-Bord Eżekuttiv, il-Presidenza tal-Aġenzija u d-Direttur Amministrattiv għadhom mhumiex ippubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija, minkejja tħabbira li d-dikjarazzjonijiet ta' interess se jkunu disponibbli online mill-15 ta' Frar 2021; jappella lill-Aġenzija tippubblika s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interessi u tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bil-miżuri meħuda f'dan ir-rigward;

21.  Jissottolinja l-fatt li l-qafas etiku attwali li japplika għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni għandu żvantaġġi konsiderevoli minħabba l-frammentazzjoni tiegħu u n-nuqqas ta' konsistenza bejn id-dispożizzjonijiet eżistenti; jenfasizza li dawn il-kwistjonijiet għandhom jiġu indirizzati billi jiġi stabbilit qafas etiku komuni, li jiżgura l-applikazzjoni ta' standards etiċi għoljin għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-Unjoni;

22.  Jissottolinja li ċerti uffiċjali jimlew dikjarazzjonijiet ta' nuqqas ta' kunflitti ta' interess u jipprovdu awtovalutazzjonijiet fir-rigward tar-rispett tal-istandards etiċi; jenfasizza, madankollu, li tali awtodikjarazzjonijiet u awtovalutazzjonijiet mhumiex biżżejjed u li għalhekk huwa meħtieġ skrutinju addizzjonali;

Kontrolli interni

23.  Jinnota li permezz tad-Deċiżjoni tal-Kulleġġ tal-Aġenzija 2016-16 tal-10 ta' Diċembru 2019, ġie adottat il-qafas ta' kontroll intern rivedut tal-Aġenzija; jinnota li fl-2019, l-Aġenzija wettqet valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-istandards ta' kontroll intern tagħha u r-riżultati inkludew sett ta' rakkomandazzjonijiet interni dwar in-nuqqasijiet identifikati, li tqiesu għall-valutazzjoni tal-istat tal-kontrolli interni fl-2019;

24.  Jinnota li s-servizz tal-awditjar intern (IAS) ħareġ seba' rakkomandazzjonijiet, li l-ebda waħda minnhom ma tqieset bħala kritika, mill-awditu dwar "Kooperazzjoni mal-Europol", u li l-pjan ta' azzjoni għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet ġie ppreżentat lill-IAS f'Lulju 2019 u ġie eżaminat kull tliet xhur; jinnota li l-Aġenzija għandha żewġ rakkomandazzjonijiet miftuħa mill-IAS fir-rigward tal-awditu dwar il-ġestjoni bbażata fuq l-attività; jinnota li l-Aġenzija ppreżentat input aġġornat dwar il-progress miksub lill-IAS, fejn immarkat 8 mid-9 rakkomandazzjoni pendenti bħala implimentati u lesti għall-valutazzjoni mill-IAS u l-għeluq finali; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li sar;

Ġestjoni tal-ambjent

25.  Jinnota b'apprezzament li l-bini tal-Aġenzija rċieva t-tikketta tas-sostenibbiltà "tajjeb ħafna" u l-Aġenzija timmonitorja x-xejriet tal-konsum tal-enerġija u tal-ilma bil-għan li taġġusta l-prattiki u tnaqqas il-konsum; jilqa' l-fatt li, barra minn hekk, l-Aġenzija tirriċikla oġġetti li jistgħu jerġgħu jintużaw u provvisti tal-uffiċċju, u tippromwovi l-użu ta' alternattivi elettroniċi minflok il-karta;

Kummenti oħra

26.  Jinnota li, fir-rigward tal-kooperazzjoni mar-Renju Unit wara d-dħul fis-seħħ tal-ftehim dwar il-ħruġ, l-Aġenzija ssorveljat in-negozjati u identifikat l-oqsma ta' impatt u x-xenarji possibbli; jinnota li r-Renju Unit kien il-pajjiż bil-ħames l-akbar numru ta' każijiet megħjuna mill-Aġenzija;

27.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli tippromwovi l-attivitajiet tagħha biex iżżid il-viżibilità pubblika ta' tali attivitajiet;

28.  Jilqa' r-regoli ta' proċedura l-ġodda tal-Aġenzija, ir-regoli l-ġodda tagħha fil-qasam tal-protezzjoni tad-data, il-kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-Kummissjoni, l-istrateġija li tispeċifika l-Istati terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali, il-ftehim ta' kooperazzjoni mad-Danimarka, l-istabbiliment ta' Bord Eżekuttiv, il-ħidma preparatorja għall-implimentazzjoni ta' kooperazzjoni effettiva bejn l-Aġenzija u l-UPPE, u l-allinjament tal-iskedi ta' żmien u tal-objettivi fl-ippjanar tal-baġit.

29.  Jisħaq fuq l-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Aġenzija f'termini ta' funzjonament intern u proċeduri ta' ġestjoni u fuq il-ħtieġa li l-Aġenzija tibqa' tkun proattiva f'dan ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji akkost ta' kollox; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta' sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

o
o   o

30.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ April 2021(18) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(2) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1
(4) ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1
(5) ĠU L 295, 21.11.2018, p. 138
(6) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(9) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(10) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1
(11) ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1
(12) ĠU L 295, 21.11.2018, p. 138
(13) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(14) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(15) ĠU C 430, 20.12.2019, p. 1.
(16) Ir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 138).
(17) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2462 tat-30 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 1268/2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 342, 29.12.2015, p. 7).
(18) Testi adottati, P9_TA(2021)0215.


Kwittanza 2021: Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ
PDF 165kWORD 56k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2159(DEC))
P9_TA(2021)0183A9-0089/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0056/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1339/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0089/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2159(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0056/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1339/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0089/2021),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2159(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0089/2021),

A.  billi, skont ir-rapporti tad-dħul u l-infiq tagħha(13), il-baġit finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (il-"Fondazzjoni") għas-sena finanzjarja 2019 kien jammonta għal EUR 20 546 000, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 2,00 % meta mqabbel mal-2018; billi l-baġit tal-Fondazzjoni huwa kompletament derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2019 (ir-"rapport tal-Qorti"), tiddikjara li l-Qorti kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2019 irriżultaw f'rata għolja ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,96 %, li meta mqabbla mal-2018 tirrappreżenta żieda żgħira ta' 0,03 %; jieħu nota tal-fatt li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 95,91 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 2,16 % meta mqabbla mal-2018;

Prestazzjoni

2.  Jinnota li l-Fondazzjoni tuża ċerti miżuri bħala indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) biex tivvaluta l-valur miżjud li jagħtu l-attivitajiet tagħha u miżuri oħra biex ittejjeb il-ġestjoni baġitarja tagħha, bħall-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati, il-progress fl-iżvilupp tal-politika tal-pajjiż u l-pagamenti fil-ħin;

3.  Ifakkar lill-Fondazzjoni tirrieżamina u taġġorna regolarment is-sistema ta' kejl tal-prestazzjoni u l-KPIs tagħha biex tiżgura l-kontribut effiċjenti u l-għarfien espert tagħha fil-livell tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Fondazzjoni tanalizza l-eżiti tagħha bir-reqqa u tużahom biex ittejjeb l-ippjanar tal-istrateġiji u tal-attivitajiet tagħha;

4.  Jilqa' l-ħidma tal-Fondazzjoni fl-appoġġ tar-riforma tat-taħriġ vokazzjonali fil-pajjiżi ġirien tal-Unioni, fil-pajjiżi tat-tkabbir u fil-pajjiżi tal-Asja ċentrali billi tassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta' diversi programmi ta' taħriġ vokazzjonali; jilqa' b'mod partikolari l-inizjattiva tal-Fondazzjoni "Skills for Enterprise Development" (Ħiliet għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi) li tindirizza l-ħtieġa ta' adattament u titjib tal-ħiliet biex b'hekk l-intrapriżi jkunu jistgħu jirreaġixxu għall-isfidi u jimmaniġġjawhom, inklużi dawk li jirriżultaw mill-pandemija tal-COVID-19, u jikkontribwixxu għal soċjetajiet aktar ekoloġiċi, aktar inklużivi u aktar innovattivi, u jilqa' wkoll l-enfażi tal-Fondazzjoni fuq il-kisba tal-inklużjoni soċjali permezz tal-edukazzjoni u t-tagħlim, b'mod partikolari d-dokument ta' ħidma tagħha dwar it-taħriġ u l-appoġġ għall-intraprenditorija tan-nisa skont il-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi III 2021-2025 spjegat fil-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni tal-25 ta' Novembru 2020;

5.  Japprezza l-fatt li l-Fondazzjoni hija l-unika aġenzija tal-Unjoni b'mandat li taħdem barra mill-Unjoni biex tappoġġja l-azzjoni esterna tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali, il-ħiliet u s-sistemi tas-suq tax-xogħol u l-iżvilupp tal-kapital uman fil-pajjiżi sħab tal-Unjoni, bil-għan li jittejbu l-impjegabilità u l-prospetti ta' impjieg taċ-ċittadini ta' dawk il-pajjiżi; f'dak il-kuntest, jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu żgurati riżorsi umani u finanzjarji adegwati li jippermettu lill-Fondazzjoni tkompli timplimenta l-programm ta' ħidma tagħha b'rata għolja ħafna ta' tlestija tal-attivitajiet;

6.  Jinnota li l-Fondazzjoni kisbet rata ta' tlestija tal-attivitajiet ta' 91 % b'rata ta' tlestija f'waqtha ta' 85 %, u li, fir-rigward tal-15-il indikatur ewlieni tal-prestazzjoni, hija rnexxielha tilħaq il-miri tagħha għal 14 minnhom;

7.  Jinnota li fl-2019, il-bord tat-tmexxija adotta strateġija ġdida li tiddefinixxi viżjoni li timmassimizza l-utilizzazzjoni tal-għarfien u l-esperjenza tal-Fondazzjoni fil-kuntest tal-politiki tal-Unjoni fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni biex ittejjeb l-iżvilupp tal-kapital uman b'enfasi fuq it-twettiq tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzonijiet Uniti u l-prijoritajiet għar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni;

8.  Jilqa' l-kollaborazzjoni tajba maċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA); iħeġġeġ lill-Fondazzjoni tkompli tfittex b'mod attiv li tkabbar u twessa' l-kooperazzjoni biex tiżviluppa s-sinerġiji tagħha, tikkondividi l-għarfien u tiskambja l-prattiki tajba ma' aġenziji oħra tal-Unjoni bl-għan li ttejjeb l-effiċjenza (ir-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà);

9.  Jisħaq fuq l-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Fondazzjoni f'dawk li huma operazzjonijiet interni u proċeduri ta' ġestjoni; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Fondazzjoni tkompli tkun proattiva f'dak ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji tal-Unjoni; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta' sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

Politika dwar il-persunal

10.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2019, 100 % tat-tabella tal-persunal ġie implimentat, u nħatru 86 aġent temporanju mit-total ta' 86 aġent temporanju awtorizzat skont il-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel mas-86 post awtorizzat fl-2018); jinnota li, barra minn hekk, 41 aġent kuntrattwali ħadmu għall-Fondazzjoni fl-2019 u li ma kien hemm l-ebda espert nazzjonali sekondat;

11.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Fondazzjoni rrappurtat li kienet kważi laħqet bilanċ bejn il-ġeneri fost il-maniġment superjuri (3 irġiel u 2 nisa) u fil-bord tat-tmexxija (13-il raġel u 15-il mara);

12.  Jilqa' l-fatt li l-Fondazzjoni għandha fis-seħħ għadd ta' miżuri kontra l-fastidju u li fl-2019 il-Fondazzjoni adottat politika ġdida dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persunal;

13.  Iħeġġeġ lill-Fondazzjoni ttejjeb il-bilanċ ġeografiku tal-persunal tagħha, inkluż fil-livell ta' maniġment intermedju u f'dak ta' maniġment superjuri, sabiex ikun hemm rappreżentanza xierqa ta' ċittadini mill-Istati Membri kollha, li tirrifletti d-diversità tal-Unjoni, kif indikat fl-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali;

14.  Iħeġġeġ lill-Fondazzjoni timmira li tiżviluppa qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabilità;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

15.  Jinnota l-miżuri eżistenti tal-Fondazzjoni u l-isforzi kontinwi biex tiżgura t-trasparenza, tipprevjeni u tiġġestixxi l-kunflitti ta' interess, u tipproteġi l-informaturi; jinnota b'sodisfazzjon li d-dikjarazzjonijiet ta' interess u s-CVs tal-Bord tat-Tmexxija u tal-maniġment superjuri ġew ippubblikati fuq is-sit web tal-Fondazzjoni; jinnota li fl-2019 il-Fondazzjoni identifikat kunflitt potenzjali ta' interess fi ħdan proċedura ta' selezzjoni u li d-direttur ħa d-deċiżjoni li jimmodifika l-kompożizzjoni tal-bord ta' valutazzjoni tas-selezzjoni kif xieraq; jinnota li l-Fondazzjoni għandha każ wieħed li għadu għaddej ta' żvelar ta' informazzjoni protetta u li qed jittieħdu azzjonijiet konsegwenzjali fil-kuntest ta' proċediment dixxiplinari; jistieden lill-Fondazzjoni tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li sar;

16.  Jinnota l-kontinwazzjoni tal-passi li ttieħdu biex tittejjeb it-trasparenza tal-attivitajiet tal-Fondazzjoni billi jiġu rrappurtati l-laqgħat li l-persunal tal-Fondazzjoni jkollu mal-partijiet ikkonċernati esterni, b'mod partikolari l-laqgħat tad-direttur mal-organizzazzjonijiet u l-individwi li jaħdmu għal rashom, u d-disponibilità tagħhom fuq is-sit web tal-Fondazzjoni;

Akkwist

17.  Huwa sodisfatt li l-Fondazzjoni aġixxiet fuq il-maġġoranza tal-osservazzjonijiet magħmula mill-awtorità ta' kwittanza fil-qafas tal-proċedura ta' kwittanza tal-2018 iżda jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li għad trid tieħu azzjoni biex twieġeb għall-osservazzjonijiet tal-Qorti rigward l-elementi tal-prezz mhux kompetittivi fil-kriterji għall-għoti; jinnota li ma kien hemm l-ebda evidenza li l-proċedura ta' akkwist li permezz tagħha ħames ħaddiema interim ħadmu għall-Fondazzjoni wasslet għall-għoti tal-kuntratt bl-aħjar valur meta mqabbel mal-prezz; jaqbel mal-osservazzjoni tal-Qorti f'dak ir-rigward li l-Fondazzjoni għandha tuża kriterji ta' għoti li jiffokaw fuq l-elementi kompetittivi tal-prezz; jinnota li fir-risposta tal-Fondazzjoni hija tirrikonoxxi bis-sħiħ il-kwistjoni u li għandha l-ħsieb li għall-proċedura ta' akkwist li jmiss għall-ħaddiema interim, hija tinkludi elementi kompetittivi tal-prezzijiet fil-kriterji għall-għoti;

Kontrolli interni

18.  Jinnota li s-servizz tal-awditjar intern (IAS) ħareġ rakkomandazzjoni waħda importanti ħafna u ħames rakkomandazzjonijiet importanti fl-2019, bħala riżultat tal-awditu tal-IAS dwar "il-ġestjoni tar-riżorsi umani u l-etika fil-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ" (HR management and ethics in the ETF); jinnota li l-IAS għalaq formalment żewġ rakkomandazzjonijiet, fi Frar 2020 u f'Settembru 2020; jinnota, f'dak ir-rigward, li l-Fondazzjoni implimentat rakkomandazzjoni li ġiet ikklassifikata bħala "importanti ħafna" u azzjonijiet biex tindirizza r-rakkomandazzjonijiet li fadal, sakemm isir ir-rieżami u l-għeluq formali mill-IAS;

19.  Jinnota li l-2018 kienet l-ewwel sena sħiħa ta' implimentazzjoni tas-17-il prinċipju ta' kontroll intern tal-Fondazzjoni; jinnota li r-riżultati tal-valutazzjoni annwali tal-prinċipji ta' kontroll intern għall-2019 kienu pożittivi, u 16-il prinċipju mis-17-il prinċipju ġew ivvalutati li kienu qed jiffunzjonaw tajjeb jew li kienu jeħtieġu biss titjib minuri; jistieden lill-Fondazzjoni tirrapporta b'mod ulterjuri lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda biex ittejjeb is-sitwazzjoni;

20.  Jinnota, fir-rigward tal-azzjonijiet ta' segwitu għall-kummenti tal-Parlament fil-kuntest tal-kwittanza tal-2018, li f'dik is-sena twettqet evalwazzjoni esterna tal-aġenziji tal-Unjoni li jaqgħu taħt il-mandat tad-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni (DĠ EMPL), jiġifieri l-Fondazzjoni, Cedefop, Eurofound u EU-OSHA, f'isem il-Kummissjoni fir-rigward tar-rilevanza, l-effikaċja, l-effiċjenza, il-koerenza u l-valur miżjud tagħhom fil-livell tal-Unjoni, li kkonkludiet li l-approċċ ta' ġestjoni tar-riskju fil-Fondazzjoni huwa konformi ma' dak ta' aġenziji oħra u jippermetti kontroll komprensiv u konsistenti fuq ir-riskji potenzjali; jinnota li l-azzjonijiet miftuħa kollha huma ppjanati li jitlestew sa Marzu 2021; jistieden lill-Fondazzjoni tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li sar;

21.  Jinnota li l-Fondazzjoni żiedet il-preżenza tal-midja soċjali tagħha mmirata lejn il-pubbliku ġenerali fuq kanali tal-midja differenti u li introduċiet ukoll pjattaforma ġdida għall-kondiviżjoni tal-għarfien li tgħin biex jintlaħaq l-objettiv strateġiku li tkun ċentru tal-għarfien globali għall-politiki tal-ħiliet u tal-impjiegi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u f'dawk li jinsabu fi tranżizzjoni; ifakkar fl-importanza li tkompli tiżviluppa viżibilità akbar fil-midja, fl-internet u fuq il-midja soċjali sabiex ixxandar xogħolha;

22.  Jinnota l-fatt li l-evalwazzjoni trażversali tal-aġenziji tal-Unjoni li jaqgħu taħt il-mandat tad-DĠ EMPL issuġġeriet għadd ta' rakkomandazzjonijiet għal kull waħda mill-aġenziji, iżda li l-ebda waħda minnhom ma kienet teħtieġ bidliet leġiżlattivi jew il-fużjoni jew il-kolokar tal-aġenziji;

o
o   o

23.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ April 2021(14) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(2) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1
(4) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 82.
(5) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(8) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(9) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1
(10) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 82.
(11) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) ĠU C 120, 29.3.2019, p. 20
(14) Testi adottati, P9_TA(2021)0215.


Kwittanza 2019: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima
PDF 169kWORD 56k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2160(DEC))
P9_TA(2021)0184A9-0099/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0057/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0099/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2160(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0057/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0099/2021),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2160(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0099/2021),

A.  billi skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u tan-nefqa tagħha(13), il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2019 kien jammonta għal EUR 96 792 026,82, li jfisser żieda ta' 9,35 % meta mqabbel mal-2018; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa kompletament derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019 (ir-"rapport tal-Qorti"), issostni li għandha fil-pussess tagħha aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2019 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 99,22 %, li tfisser żieda żgħira ta' 0,20 % meta mqabbla mal-2018, u li r-rata ta' implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 96,44 %, li tfisser tnaqqis ta' 3,60 %;

2.  Jinnota l-adozzjoni tar-regoli finanzjarji tal-Aġenzija; jilqa' d-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar il-kunflitti ta' interess, li jirrikjedu li d-dikjarazzjonijiet ta' impenn u kunfidenzjalità jiġu ppubblikati kull sena;

3.  Jinnota l-osservazzjoni fir-rapport tal-Qorti dwar pagamenti f'waqthom u l-fatt li fl-2019, fi 18 % tal-każijiet, l-Aġenzija ħallset imgħax fuq pagamenti tardivi; jinnota bi tħassib li l-Qorti osservat livelli simili jew ogħla ta' dewmien fl-2018, l-2017 u l-2016; jinnota li l-biċċa l-kbira tal-pagamenti tardivi kienu jikkonċernaw ir-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar għall-parteċipanti għal workshops, minkejja l-isforzi biex jitnaqqas ix-xogħol b'lura ta' dawn ir-rimborżi; jinnota t-tweġiba tal-Aġenzija għas-sejba tal-Qorti; itenni l-ħtieġa li tiġi indirizzata s-sitwazzjoni tal-pagamenti tardivi u li jiġi mmitigat ir-riskju finanzjarju u ta' reputazzjoni deskritt mill-Qorti; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza sa Ġunju 2021 dwar ir-riżultati tal-miżuri meħuda fir-rigward tal-pagamenti tardivi; jenfasizza, madankollu, l-isforzi tal-Aġenzija biex tipprovdi assistenza teknika kontinwa lill-organizzazzjonijiet marittimi nazzjonali u partijiet ikkonċernati oħra permezz ta' workshops bħal dawn; jistieden lill-Aġenzija tiżviluppa moduli ta' tagħlim remot u online biex tadatta għas-sitwazzjoni sanitarja u tnaqqas l-ispejjeż;

Prestazzjoni

4.  Jinnota li l-Aġenzija adottat l-istrateġija tagħha għall-EMSA fuq medda ta' 5 snin għall-perjodu ta' bejn l-2020 u l-2024 fis-56 laqgħa tal-bord amministrattiv f'Novembru; jilqa' l-fatt li l-istrateġija tindirizza l-isfidi u l-opportunitajiet li qed jiffaċċja s-settur marittimu, bħat-tniġġis żero, is-sostenibbiltà, id-diġitalizzazzjoni, l-iskambju ta' data, is-sikurezza u s-sigurtà, il-konformità u l-infurzar effettiv, u li se tikkontribwixxi għall-ambizzjonijiet ewlenin tal-Kummissjoni von der Leyen;

5.  Jinnota li l-Aġenzija tuża indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) biex tkejjel l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma annwali tagħha; jinnota li l-evalwazzjoni perjodika tal-Aġenzija hija l-istrument ewlieni biex jiġi vvalutat il-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha;

6.  Jilqa' l-arranġament amministrattiv rigward l-istabbiliment ta' servizzi ta' inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod u mingħajr ekwipaġġ mal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea;

7.  Jilqa' l-fatt li, mill-2017 'l hawn, il-ftehim ta' ħidma tripartitiku bejn l-Aġenzija, l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA) u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) ħadem sew; iqis dan il-ftehim bħala eżempju ta' ħidma f'sinerġija bejn l-aġenziji tal-UE li għandu jservi bħala sors ta' ispirazzjoni għal aġenziji f'oqsma oħra;

8.  Jinnota li l-Aġenzija tikkoopera mill-qrib ma' aġenziji oħra tal-Unjoni bħall-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u ċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga; iħeġġeġ b'mod qawwi lill-Aġenzija tfittex kooperazzjoni aktar profonda u usa' mal-aġenziji kollha tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-EFCA (Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd) u mal-Frontex permezz ta' servizzi konġunti ta' sorveljanza marittima, kif ukoll kondiviżjoni tal-informazzjoni u tal-kapaċità;

9.  Jinkoraġġixxi lill-Aġenzija taħdem favur id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tagħha, bħala mezz biex tnaqqas il-burokrazija;

10.  Jistieden lill-Aġenzija timmira l-enfasi tagħha fuq it-tixrid tar-riżultati tar-riċerka tagħha mal-pubbliku ġenerali;

11.  Jilqa' l-fatt li, fit-tieni sena sħiħa tal-operazzjonijiet tas-Sistemi ta' Inġenji tal-Ajru Ppilotati mill-Bogħod (RPAS) offruti mill-EMSA, l-Aġenzija żiedet is-servizzi tal-RPAS tagħha għal 642 jum operattiv (1 488 siegħa ta' titjir), fl-ambitu tal-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta u f'appoġġ lill-Istati Membri f'operazzjonijiet ta' sorveljanza marittima;

12.  Jilqa' l-iżvilupp, min-naħa tal-Aġenzija, ta' għodod ġodda għall-monitoraġġ tat-traffiku marittimu u l-fatt li Mapep tad-Densità tat-Traffiku, li juru mudelli ta' moviment tal-bastimenti li jikkontribwixxu għal fehim aħjar tat-traffiku marittimu, inklużi l-valutazzjonijiet tar-riskju u l-ippjanar tat-traffiku, tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-utenti awtorizzati minn Settembru 2019;

13.  Jisħaq li l-għarfien espert u l-kapaċitajiet operazzjonali tal-Aġenzija joffrulha l-opportunità li tespandi l-azzjoni u l-għoti ta' servizz tagħha fuq skala aktar globali, li jistgħu jżidu l-portata tal-oqfsa regolatorji u l-istandards tas-sikurezza u dawk ambjentali tal-Unjoni;

Politika dwar il-persunal

14.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2019, mit-tabella tal-persunal kien ġie implimentat perċentwal ta' 96,23 %, u li kienu nħatru 204 uffiċjali u aġenti temporanji minn 212-il uffiċjal u aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 212-il post tax-xogħol awtorizzati fl-2018); jinnota li fl-2019, minbarra 30 aġent kuntrattwali ffinanzjati mill-baġit tal-EMSA, kien hemm 3 aġenti kuntrattwali mill-baġit ta' Copernicus u 14-il espert nazzjonali ssekondat li ħadmu għall-Aġenzija;

15.  Jinnota bi tħassib li, fl-2019, in-nisa fil-bord amministrattiv tal-aġenzija kienu jilħqu biss 21 % (43 raġel u 14-il mara) filwaqt li l-bilanċ bejn il-ġeneri fil-maniġment superjuri ntlaħaq (8 irġiel u 5 nisa); jitlob lill-Aġenzija tiżgura li fil-futur ikun hemm bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli tal-persunal u tal-maniġment superjuri; jistieden ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-importanza li jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom fil-bord amministrattiv tal-Aġenzija;

16.  Jinnota li r-riżultati tal-ħames eżerċizzju ta' valutazzjoni komparattiva fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija huma simili għal dawk tal-2018 bi 19,5 % (20,20 % fl-2018) tal-postijiet assenjati għall-appoġġ u l-koordinazzjoni amministrattivi, 71,6 % (71,65 %) għall-kompiti operazzjonali u 8,9 % (8,15 %) għal kompiti finanzjarji u ta' kontroll;

17.  Jinnota s-sejba fir-rapport tal-Qorti dwar il-kuntratt qafas ma' aġenzija tax-xogħol temporanju biex tipprovdi ħaddiema temporanji u b'mod partikolari li r-remunerazzjoni ta' ħaddiema interim fl-Aġenzija kienet aktar baxxa mill-aktar remunerazzjoni baxxa possibbli li kienet tkun dovuta għal aġent kuntrattwali impjegat direttament mill-Aġenzija biex iwettaq l-istess kompitu; jinnota l-kawża pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja; jinnota t-tweġiba tal-Aġenzija, li ddikjarat li l-kuntratt mal-aġenzija tax-xogħol temporanju ntemm u ġie ffirmat kuntratt qafas ġdid f'Mejju 2020; jistieden lill-Aġenzija żżomm lill-awtorità ta' kwittanza infurmata dwar l-eżitu tal-kawża pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-konsegwenzi finanzjarji possibbli li jirriżultaw minnu;

Akkwist

18.  Jinnota li fl-2019 inbdew 80 proċedura ta' akkwist, li minnhom ġew varati 65 (36,93 % proċeduri miftuħa, 10,77 % proċeduri speċjali nnegozjati u 52,30 % proċeduri nnegozjati);

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

19.  Jinnota l-osservazzjoni fir-rapport tal-Qorti dwar il-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess fil-proċeduri ta' reklutaġġ fl-Aġenzija u l-fatt li l-membri tal-bord tal-għażla mhux dejjem iddikjaraw l-interessi personali, u dan potenzjalment jitfa' d-dubji fuq l-indipendenza tagħhom fir-rigward ta' kwalunkwe kandidat; jistieden lill-Aġenzija tirrevedi l-linji gwida tagħha dwar il-kunflitti ta' interess, timmonitorja l-konformità ma' dawn il-linji gwida u tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda biex jevitaw li jseħħu dawn is-sitwazzjonijiet sa Ġunju 2021;

20.  Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija timpjega u tippubblika dikjarazzjonijiet ta' kunflitti ta' interess u CVs għall-membri tal-bord amministrattiv u l-maniġment superjuri tagħha u li l-Aġenzija ħarġet linji gwida dwar il-kunflitt ta' interess u implimentat arranġamenti għall-iżvelar tal-informazzjoni, li huma għodda importanti biex jiġu identifikati l-frodi, il-korruzzjoni u irregolaritajiet serji;

21.  Jinnota bi tħassib is-sejba tal-Qorti li jeżistu dgħufijiet fil-proċeduri ta' reklutaġġ li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali u/jew trasparenza u nuqqas ta' rendikont tal-entrati fl-Aġenzija;

Kontrolli interni

22.  Jinnota l-valutazzjoni mwettqa mill-Aġenzija li tikkonkludi li l-prinċipji u l-komponenti kollha tal-kontroll intern huma implimentati b'mod adegwat u effettiv b'xi titjib żgħir meħtieġ;

23.  Jissottolinja li, b'riżorsi addizzjonali, l-Aġenzija tista' tiżvolġi rwol saħansitra aktar importanti billi tappoġġja lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jittaffew ir-riskji ambjentali relatati mat-trasport marittimu u billi ttejjeb is-sostenibbiltà globali tas-settur marittimu; ifakkar, f'dan il-kuntest, li fl-2019 l-ewwel ħarsa ġenerali tal-emissjonijiet tas-CO2, li jirrappreżentaw kważi 11 000 bastiment, saret pubblika bis-saħħa tas-sistema THETIS-MRV ġestita mill-Aġenzija;

24.  Jilqa' l-fatt li fl-2019 is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni u l-Qorti ma fformulawx rakkomandazzjonijiet jew osservazzjonijiet kritiċi li setgħu wasslu għal riżerva fid-dikjarazzjoni annwali ta' assigurazzjoni;

25.  Jilqa' l-konklużjonijiet tal-awditu tal-IAS li s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tal-EMSA li stabbiliet għal Żjarat u Spezzjonijiet ikunu mfassla b'mod adegwat, effiċjenti u implimentati b'mod effettiv u jappoġġjaw lill-Aġenzija fil-kisba tal-objettivi strateġiċi tagħha;

Kummenti oħra

26.  Jinnota li fl-2019 l-Aġenzija bdiet l-implimentazzjoni tal-Iskema ta' Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi (EMAS) tal-Unjoni Ewropea li għandha twassal għar-reġistrazzjoni tal-EMAS, filwaqt li tappoġġja l-impenn tal-Aġenzija biex toħloq u ssostni post tax-xogħol li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent u biex ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tagħha b'mod ġenerali; jistieden lill-Awtorità tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li jkun sar f'dik l-implimentazzjoni sa Ġunju 2021;

27.  Jisħaq li l-għarfien espert u l-kapaċitajiet operazzjonali tal-Aġenzija joffrulha l-opportunità li tespandi l-azzjoni u l-għoti ta' servizz tagħha fuq skala aktar globali, li jistgħu jżidu l-portata tal-oqfsa regolatorji u l-istandards tas-sikurezza u dawk ambjentali tal-Unjoni;

28.  Jilqa' l-impenn li ħadet l-Aġenzija biex takkwista enerġija minn sorsi li jkunu 100 % rinnovabbli sal-2021;

29.  Jistieden lill-Aġenzija żżid id-disponibbiltà lingwistika tas-sit web tagħha f'lingwi oħra apparti l-Ingliż; iqis li diversità lingwistika akbar tiffaċilita l-aċċess għall-informazzjoni għaċ-ċittadini Ewropej u b'hekk ittejjeb il-fehim u l-għarfien tagħhom tal-azzjoni tal-Unjoni f'termini ta' sikurezza marittima;

30.  Jirrimarka li huwa meħtieġ approċċ kumpless sabiex il-paġni inizjali tas-siti tal-istituzzjonijiet Ewropej isiru aċċessibbli għal persuni b'kull xorta ta' diżabbiltà, kif previst fid-Direttiva (UE) 2016/2102, inkluża d-disponibbiltà tal-lingwi tas-sinjali nazzjonali; jissuġġerixxi li l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabbiltà jiġu involuti f'dan il-proċess;

o
o   o

31.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ April 2021(14) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(2) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(4) ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.
(5) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(8) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(9) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(10) ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.
(11) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) ĠU C 107, 31.3.2020, p. 229.
(14) Testi adottati, P9_TA(2021)0215.


Kwittanza 2019: L-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea
PDF 177kWORD 60k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2161(DEC))
P9_TA(2021)0185A9-0070/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0058/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 121 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0070/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2161(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0058/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 121 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0070/2021),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019,

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2161(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0070/2021),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha(13), il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2019 kien jammonta għal EUR 196 411 375, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 0,74 % meta mqabbel mal-2018; billi EUR 37 643 000 tal-baġit tal-Aġenzija huwa ffinanzjat mill-baġit tal-Unjoni u EUR 103 214 000 huwa dħul minn tariffi u piżijiet(14);

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2019 ("ir-rapport tal-Qorti"), issostni li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2019 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 96,69 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 1,62 % meta mqabbla ma' dik tal-2018; jinnota bi tħassib li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 89,06 %, li tfisser tnaqqis ta' 1,20 % meta mqabbla mal-2018;

2.  Jinnota li r-rata ta' kanċellazzjonijiet tar-riporti baqgħet tiżdied u laħqet it-3,7 % (1,8 % fl-2018) iżda li għadha taħt il-limitu ta' 5 % stabbilit mill-Kummissjoni; jilqa' pożittivament il-fatt li l-implimentazzjoni b'suċċess tal-baġit u l-kanċellazzjonijiet tal-ammonti riportati tfisser li mhux se jiġu applikati penali għas-sussidju tal-UE għall-2021;

3.  Jinnota li l-Aġenzija temmet is-sena b'defiċit globali ta' EUR 552 000, jinnota li d-defiċit tat-tariffi u l-piżijiet jitnaqqas mis-surplus akkumulat, u b'hekk jitnaqqas minn EUR 52,2 miljun għal EUR 51,5 miljun; josserva li fir-rigward tal-attivitajiet relatati mat-tariffi u l-piżijiet, id-dħul żdied b'EUR 4,3 miljun meta mqabbel mal-2018, u għat-total tal-EASA, l-ispejjeż relatati mal-persunal żdiedu b'EUR 1,1 miljun, l-ispejjeż amministrattivi b'EUR 0,65 miljun u l-ispejjeż operattivi bi EUR 3,4 miljun;

4.  Jinnota li l-Aġenzija akkumulat is-surplus mill-attivitajiet iffinanzjati mill-industrija matul is-snin, li għalihom ma hemmx dispożizzjoni fir-Regolament Fundatur tal-Aġenzija; jisħaq fuq il-fatt li dan is-surplus jista' jkun prezzjuż għall-ekwilibriju baġitarju tal-Aġenzija fid-dawl ta' kriżi ekonomika gravi għas-settur tal-avjazzjoni li se jkollha impatt fuq l-attivitajiet relatati mat-tariffi;

Prestazzjoni

5.  Jinnota li l-Aġenzija tuża ċerti miżuri bħala indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) biex tivvaluta l-valur miżjud li jagħtu l-attivitajiet tagħha u miżuri oħra biex ittejjeb il-ġestjoni baġitarja tagħha, bħall-ipproċessar f'ħin utli tar-rapporti tal-okkorrenzi, il-kontinwazzjoni tal-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet f'ħin utli u l-progressjoni f'ħin utli tal-ftehimiet bilaterali;

6.  Jirrikonoxxi li l-Aġenzija laqqgħet is-settur tal-avjazzjoni għall-ewwel avveniment fi 360° tal-Forum ta' Sikurezza fl-Avjazzjoni għall-Ewropa (SAFE) fit-13 sal-15 ta' Mejju 2019 fi Brussell, li fih madwar 250 persuna mis-settur Ewropew tas-sikurezza tal-avjazzjoni ngħaqdu biex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u biex jiddiskutu l-perċezzjoni usa' tal-istampa tar-riskju tas-sikurezza kkombinata;

7.  Jirrikonoxxi li l-programm tal-Aġenzija Data4Safety, li se jipprovdi pjattaforma ta' big data u kapaċità ta' analiżi mtejba fil-livell Ewropew, għamel progress fl-2019, bil-qbil dwar il-fażi tal-prova tal-kunċett u l-bidu tal-fażi ta' implimentazzjoni;

8.  Jinnota li l-Aġenzija taqsam flimkien ma' Aġenziji oħra riżorsi għal kompiti li jikkoinċidu, fosthom b'mod partikolari l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, fl-oqsma tal-istħarriġ, it-tagħlim elettroniku, is-servizzi tal-cloud u LinkedIn u t-taħriġ fl-għarfien dwar l-ambjent; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Awtorità biex b'mod attiv tipprova tikseb aktar kooperazzjoni u kooperazzjoni usa' mal-aġenziji kollha tal-Unjoni;

9.  Jistieden lill-Aġenzija timmira li tikkonċentra aktar fuq it-tixrid mal-pubbliku ġenerali tar-riżultati tar-riċerka tagħha;

10.  Jinkoraġġixxi lill-Aġenzija timmira li tiżviluppa qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabbiltà;

11.  Jinkoraġġixxi lill-Aġenzija timmira lejn id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tagħha, bħala mezz biex tonqos il-burokrazija;

12.  Jinnota li l-Aġenzija lestiet, f'disa' xhur, proċess simili għal dak taċ-ċertifikazzjoni ta' inġenju tal-ajru derivat ġdid, li normalment jieħu bejn erba' snin u ħamsa, bħala parti mill-investigazzjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru li saret fl-2020;

13.  Ifakkar li l-problema tan-nuqqas ta' persunal tibqa' waħda mill-ostakli ewlenin għall-effiċjenza u li għandha tingħata prijorità lill-appoġġ tal-persunal bil-forniment ta' riżorsi addizzjonali;

14.  Jinnota r-rwol li tiżvolġi l-Aġenzija biex tassisti lill-UE fit-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali dwar it-trasport bl-ajru permezz tal-iffirmar ta' sitt Arranġamenti ta' Ħidma ġodda u ta' żewġ Memoranda ta' Qbil;

Politika dwar il-persunal

15.  Jinnota li, sal-31 ta' Diċembru 2019, 94,56 % tat-tabella tal-persunal ġie implimentat, b'643 aġent temporanju maħtura mit-total ta' 680 aġent temporanju awtorizzat skont il-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 680 post awtorizzat fl-2018); jinnota li, barra minn hekk, 86 aġent kuntrattwali u 17-il espert nazzjonali sekondat ħadmu għall-Aġenzija fl-2019;

16.  Jinnota li l-President tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija nbidel mis-Sur Pekka Henttu (il-Finlandja) għas-Sur Piotr Samson (il-Polonja) f'Diċembru 2019; jinnota li l-Viċi President tal-Bord ta' Tmexxija nbidel mis-Sur Rob Huyser (in-Netherlands) għas-Sur Johann Friedrich Colsman (il-Ġermanja) f'Diċembru 2019;

17.  Jinnota bi tħassib li għall-2019 ġie rreġistrat żbilanċ bejn il-ġeneri f'dak li għandu x'jaqsam mal-maniġment superjuri (18-il raġel u seba' nisa) u mal-Bord ta' Tmexxija (61 raġel u 20 mara); jitlob lill-Aġenzija tiżgura li fil-futur ikun hemm bilanċ bejn il-ġeneri fil-livell maniġerjali u tal-persunal; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-importanza li jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom fil-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija;

18.  Ifaħħar l-isforzi kontinwi tal-Aġenzija biex iżżid l-effiċjenza tagħha, li rriżultaw fi tnaqqis tanġibbli nett tal-isforz stmat għal tmien membri tal-persunal ekwivalenti għal full-time meta mqabbel mal-2018, li wassal għal iffrankar fl-ispejjeż tal-persunal ta' madwar EUR 960 000; jinnota li 13-il ekwivalenti għall-full time oħra, li nkisbu wkoll permezz ta' inizjattivi ta' effiċjenza, reġgħu ġew investiti f'attivitajiet ewlenin;

19.  Jinsab imħasseb bid-deċiżjoni li t-titlu 1 tal-baġit (nefqa marbuta mal-persunal) jiġi ffriżat għat-tliet snin li ġejjin; jitlob li l-Aġenzija tispjega r-raġunijiet ta' tali deċiżjoni f'mument meta l-implimentazzjoni tal-baġit kienet iktar baxxa milli meħtieġ;

20.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-miżuri meħuda mill-Aġenzija biex jinkiseb il-bilanċ bejn il-ġeneri, bħall-inkoraġġiment tal-applikazzjonijiet min-nisa matul il-proċeduri ta' selezzjoni, l-għoti ta' kundizzjonijiet ta' xogħol favorevoli u l-arranġamenti flessibbli marbuta mal-maternità; jilqa' pożittivament il-ħolqien ta' grupp favur il-bilanċ bejn il-ġeneri bil-għan li tiżdied is-sensibilizzazzjoni għall-kwistjonijiet relatati mal-bilanċ bejn il-ġeneri; itenni l-appell tiegħu lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jieħdu kont tal-bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw il-membri tal-Bord;

21.  Josserva bi tħassib kbir is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-kawża C-310/19 P, li fiha ddeliberat favur impjegat, u rrikonoxxiet li l-aġir tal-EASA ma jikkorrispondix mar-rekwiżiti li joħorġu mill-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba u mid-dmir ta' premura inkombenti fuq korp tal-Unjoni, bħal ma hi l-EASA, u, għaldaqstant, jikkostitwixxi nuqqas amministrattiv(15); jinsab imħasseb bil-kbir bil-fatt li l-Bord ta' Tmexxija naqqas milli jagħti segwitu lil din is-sentenza b'azzjonijiet konkreti;

22.  Jiddispjaċih bir-rapporti dwar in-nuqqas ta' djalogu soċjali fl-Aġenzija, li jidher jintuża biss biex jiġu kkomunikati d-deċiżjonijiet li diġà jkunu ttieħdu pjuttost milli biex jinbeda mekkaniżmu ta' djalogu soċjali serju;

23.  Jieħu nota tar-rata dejjem akbar ta' affiljazzjoni mat-trade unions fl-Aġenzija, iżda huwa inkwetat li dan jaf ikun marbut ma' tensjonijiet soċjali li għadhom għaddejjin;

24.  Jistieden lill-Bord ta' Tmexxija jagħti attenzjoni aktar fil-fond lill-aspetti soċjali tal-politika dwar il-persunal, billi jieħu azzjonijiet serji biex inaqqas it-tensjonijiet soċjali fl-Aġenzija, u jistabbilixxi djalogu soċjali serju u kostruttiv;

25.  Jitlob li l-Aġenzija tirrapporta dwar il-miżuri meħuda biex din is-sitwazzjoni tkun indirizzata;

Akkwist pubbliku

26.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, għal tlieta minn erba' proċeduri ta' akkwist ivverifikati, l-Aġenzija ma ppubblikatx il-volum stmat tal-kuntratt kif meħtieġ mir-Regolament Finanzjarju; jinnota mir-risposta tal-Aġenzija li l-Aġenzija ppubblikat il-volum għall-erba' proċeduri kollha, madankollu, għal tlieta minnhom biss fl-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti u l-Aġenzija se tiżgura li jkun fiha indikazzjoni tal-kobor fl-Avviż dwar Kuntratt innifsu jew li tagħmel referenza fl-Avviż dwar Kuntratt għas-sezzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti fejn il-volum huwa stabbilit, u b'hekk tiżdied it-trasparenza;

27.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, għal proċedura li tikkonċerna l-akkwist ta' servizzi tal-IT b'valur sa EUR 3,5 miljun, l-Aġenzija kienet teħtieġ li l-offerenti potenzjali jippreżentaw provi li l-fatturat annwali minimu tagħhom kien f'livell li qabeż il-massimu permess mir-Regolament Finanzjarju; jinnota mir-risposta tal-Aġenzija li l-Aġenzija se tissorvelja u tivverifika b'mod speċifiku li l-applikazzjoni ta' dan il-kriterju hija konformi mar-Regolament Finanzjarju fil-ġejjieni;

28.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, rigward is-segwitu mogħti lill-osservazzjonijiet tas-snin preċedenti, t-termini użati fil-kuntratt qafas ma' operatur wieħed fl-2018 u misjuba wkoll mill-Qorti fl-2019 ma kinux speċifiċi biżżejjed biex jippermettu kompetizzjoni ġusta u ma żgurawx valur għall-flus; jinnota r-risposta tal-Aġenzija u jistieden lill-Aġenzija tfassal kuntratti qafas b'tali mod li tippermetti kompetizzjoni ġusta u tiżgura valur għall-flus;

29.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, rigward is-segwitu mogħti lill-osservazzjonijiet tas-snin preċedenti, l-Aġenzija impenjat il-fondi għal ftehim mal-Kummissjoni dwar servizzi ta' arkivjar madwar tmien xhur wara t-tiġdid tal-ftehim fl-2018; jinnota li, skont ir-Regolament Finanzjarju, l-impenn ta' fondi għandu jiġi rreġistrat qabel ma wieħed jidħol f'obbligu ġuridiku; jieħu nota tar-risposta tal-Aġenzija dwar l-implimentazzjoni ta' sistema tal-IT li tipprevjeni kwalunkwe riskju ta' dħul f'impenji ġuridiċi qabel l-impenji baġitarji;

30.  Jinnota, fir-rigward tas-segwitu mogħti lill-osservazzjonijiet mis-snin preċedenti, li, minn Jannar 2018, l-Aġenzija tat lill-fornituri kollha l-possibbiltà li jippreżentaw fatturi elettroniċi; jinnota, madankollu, li fl-2019 l-ipproċessar tal-fatturi riċevuti elettronikament u l-kodifikazzjoni tad-data tal-fattura kienu għadhom isiru manwalment;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

31.  Jirrikonoxxi l-miżuri fis-seħħ u l-isforzi kontinwi tal-Aġenzija biex jiġu żgurati t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u l-protezzjoni tal-informaturi ta' irregolaritajiet; jinnota li, fl-2019, l-Aġenzija identifikat diversi każijiet ta' kunflitti ta' interess potenzjali, iżda, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, ir-riskju ta' kunflitti ta' interess ġie indirizzat permezz tal-applikazzjoni ta' miżuri ta' mitigazzjoni speċifiċi, u l-każijiet li fadal ma kinux jirrikjedu li tittieħed miżura ta' mitigazzjoni; jirrikonoxxi li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-biċċa l-kbira tal-membri tal-Bord jiġu ppubblikati fuq is-sit web tiegħu, madankollu, jinnota li l-Aġenzija naqset milli tippubblika s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri kollha tal-Bord fuq is-sit web tagħha; jistieden lill-Aġenzija tippubblika s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri kollha tal-Bord ta' Tmexxija u tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bil-miżuri meħuda f'dan ir-rigward;

32.  Jinnota li l-Aġenzija wettqet rieżami tal-qafas eżistenti fil-qasam tal-kunflitti ta' interess għall-persunal u għall-membri tal-Bord tal-Appell, filwaqt li qieset ir-rakkomandazzjonijiet mir-Rapport tal-Awditjar tal-IAS dwar l-Etika, il-Prevenzjoni tal-Frodi u l-Kunflitti ta' Interess, imfassal fi tmiem l-2018 u l-Aġenzija kompliet ittejjeb il-mekkaniżmu tagħha fl-iżvilupp ta' linji gwida għall-membri tal-persunal u l-maniġers bil-għan li jiġu armonizzati l-miżuri ta' mitigazzjoni li għandhom jiġu implimentati; jinnota li, fl-2019, l-Aġenzija bdiet taħdem fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-awdituri tal-IAS, li se jiġu implimentati fl-2020;

33.  Jinnota li 72 % tal-introjtu tal-Aġenzija jikkonsisti f'tariffi; jieħu nota tal-fehma tal-Aġenzija li l-fatt li l-applikanti jħallsu t-tariffi mhux bilfors jimplika kunflitt ta' interess; jistieden lill-Aġenzija tiżviluppa miżuri preventivi u tivvaluta regolarment lill-persunal involut fil-formulazzjoni ta' opinjonijiet, bil-għan li tiżgura l-indipendenza;

Kontrolli interni

34.  Jinnota li, fl-2019, is-Servizz tal-Awditjar Intern wettaq awditu tal-esternalizzazzjoni, tal-ftehimiet ta' sħubija u tas-servizzi applikanti bir-rapport tal-awditjar finali li sar fil-bidu tal-2020 u li l-Aġenzija bħalissa qed tieħu miżuri bbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet maħruġa;

35.  Jinnota li, fl-2019, il-Kapaċità ta' Awditjar Intern wettqet ħames inkarigi ta' aċċertament tal-awditu biex tivvaluta jekk ir-regolamenti rilevanti ġewx rispettati, jekk l-objettivi tal-proċess intlaħqux u jekk ir-riskji ewlenin ġewx mitigati kif xieraq; jinnota li ġie pprovdut aċċertament f'kull wieħed mir-rieżamijiet u ngħataw rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-ambjent tal-kontroll jew l-effiċjenza ġenerali tal-proċessi; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li fit-tliet awditi ta' segwitu mwettqa fl-2018, f'każ wieħed ir-riskji residwi tnaqqsu għal livell aċċettabbli, u fiż-żewġ oqsma l-oħra, l-implimentazzjoni tal-bqija tal-azzjonijiet se tiġi vvalutata fl-2020;

36.  Jinnota li s-sistema integrata ta' ġestjoni tal-Aġenzija ġiet iċċertifikata mill-ġdid bl-istandard ISO 9001:2015 fl-2019 u l-awdituri ma identifikaw l-ebda nuqqas ta' konformità;

37.  Jinnota li d-diretturi tal-Aġenzija rrevedew l-effettività tas-sistema ta' ġestjoni matul il-laqgħa tar-"Reviżjoni tal-Ġestjoni" fl-2019 u ġie konkluż li s-sistema ta' kontroll intern tikkonforma bis-sħiħ mal-istandards ta' ġestjoni tal-Aġenzija;

Kummenti oħra

38.  Jirrikonoxxi l-miżuri meħuda mill-Aġenzija biex ittaffi r-riskji kollha assoċjati mad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni, anki l-ħolqien ta' pjan ta' kontinġenza f'koordinament mal-Kummissjoni; jinnota li l-Aġenzija kkooperat mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea matul in-negozjati mar-Renju Unit u li r-riskju ta' tfixkil tal-attivitajiet tal-avjazzjoni sparixxa bil-konklużjoni tal-ftehim dwar il-ħruġ, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2020; jinnota li l-Aġenzija evalwat l-impatt li ħalla l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni fuq ir-riżorsi umani, u kkonkludiet li numru relattivament żgħir biss ta' membri tal-persunal jaf jintlaqat (jiġifieri inqas minn 10); jinsab imħasseb bil-fatt li , minkejja din l-aħbar, l-Aġenzija tinsab fil-proċess li tkeċċi lill-ħaddiema permanenti kollha ta' ċittadinanza Brittanika; jitlob lill-Aġenzija tinforma lill-Parlament biċ-ċifri eżatti, u jfakkar lill-Aġenzija li l-politika tal-Kummissjoni dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni hija li kemm jista' jkun jitħarsu l-ħaddiema Brittaniċi;

39.  Itenni li fl-2018 l-Aġenzija, ikklassifikata bħala aġenzija ta' "Investiment Strateġiku Ewropew", ġiet fdata b'kompiti sinifikanti ewlenin ġodda fir-rigward taċ-ċibersigurtà fl-avjazzjoni, id-droni u l-mobilità urbana tal-ajru, il-ħarsien tal-ambjent, ir-riċerka u l-iżvilupp, il-kooperazzjoni internazzjonali; jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija ħadet ħafna azzjonijiet fl-2019 sabiex iżżid iċ-ċibersigurtà u l-protezzjoni tar-reġistri diġitali fil-pussess tagħha; jitlob, għalhekk, li jkun hemm baġit adegwat tal-Aġenzija sabiex din ikollha r-riżorsi meħtieġa għall-kompiti tagħha;

40.  Japprezza u jissottolinja r-rwol tal-Aġenzija fil-Patt Ekoloġiku permezz tal-ħidma tagħha biex ittejjeb l-impatt ambjentali tal-avjazzjoni, fost l-oħrajn permezz tal-iżvilupp ta' standards ġodda tas-CO2 u, b'mod partikolari, tal-programm tal-Ekotikketta, tal-fjuwils sostenibbli kif ukoll tat-tiġdid ekoloġiku tal-flotot tal-linji tal-ajru;

41.  Jissottolinja l-ammont ta' xogħol sinifikanti kkawżat mill-investigazzjonijiet dwar il-Boeing 737 Max; ifaħħar l-isforzi li għamlet l-Aġenzija fit-tmexxija tal-missjoni b'mod dirett bit-tfassil ta' pjan ta' azzjoni korrettiva u permezz tal-missjonijiet aktar tradizzjonali tagħha; jenfasizza l-ħtieġa li jiżdiedu r-riżorsi finanzjarji u umani tal-Aġenzija biex tkun tista' twettaq il-kompiti importanti tagħha ta' sikurezza u sigurtà; ifakkar, analogament, fir-rwol li tiżvolġi l-Aġenzija, flimkien mal-impriżi konġunti Clean Sky 2 u SESAR, biex jonqsu l-emissjonijiet ta' CO2 għal kull passiġġier;

42.  Jirrimarka li huwa meħtieġ approċċ kumpless sabiex il-paġni inizjali tas-siti tal-istituzzjonijiet Ewropej isiru aċċessibbli għal persuni b'kull xorta ta' diżabbiltà, kif stabbilit fid-Direttiva (UE) 2016/2102, inkluż id-disponibbiltà tal-lingwi tas-sinjali nazzjonali; jissuġġerixxi li l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabilità jiġu involuti f'dan il-proċess;

o
o   o

43.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ April 2021(16) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf
(2) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(4) ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.
(5) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf
(8) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf
(9) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(10) ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.
(11) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) ĠU C 107, 31.3.2020, p. 60.
(14) ĠU C 107, 31.3.2020, p. 60.
(15) https://curia.europa.eu/juris/document/document.jsf?docid=226987&text=&dir=&doclang=FR&part=1&occ=first&mode=DOC&pageIndex=0&cid=2166372
(16) Testi adottati, P9_TA(2021)0215.


Kwittanza 2019: L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel
PDF 174kWORD 58k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2162(DEC))
P9_TA(2021)0186A9-0097/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0059/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0097/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2162(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0059/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0097/2021),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2162(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2019 dwar il-proċedura tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi(13),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0097/2021),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha(14), il-baġit finali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-"Awtorità") għas-sena finanzjarja 2019 kien EUR 80 736 785,59, li jirrappreżenta żieda ta' 1,96 % meta mqabbel mal-2018; billi l-baġit tal-Awtorità huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni(15);

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2019 (ir-"rapport tal-Qorti"), issostni li għandha fil-pussess tagħha aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2019 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,99 %, li tirrappreżenta tnaqqis ċkejken ta' 0,01 % meta mqabbla mal-2018; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet 91,45 %, li tirrappreżenta żieda ċkejkna ta' 0,15 % meta mqabbla mar-rata tal-2018;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti lill-Awtorità, f'każijiet debitament ġustifikati, sett ta' mezzi biex tuża l-baġit tagħha bl-aktar mod li jħalli impatt, fost l-oħrajn billi tiddaħħal l-għażla li jitqabbdu aġenti kuntrattwali lil hinn mit-tabelli tal-persunal, għal żmien limitat u mingħajr ma jinqabeż il-pakkett baġitarju annwali maqbul tal-Awtorità; iqis li tali flessibbiltà tippermetti aċċelerazzjoni fl-irkupru tax-xogħol akkumulat b'lura f'oqsma differenti, l-aktar minħabba lakuna kbira fil-kapaċità tar-riżorsi umani;

Prestazzjoni

3.  Jinnota li l-Awtorità tuża indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) fl-approċċ komprensiv tagħha għall-ġestjoni bbażata fuq il-prestazzjoni biex tkejjel il-valur miżjud mogħti mill-attivitajiet tagħha, speċjalment fir-rigward tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni xjentifika; jinnota, barra minn hekk, li l-Awtorità tuża KPIs oħra biex ittejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha; jinnota li fl-2019 ma ġie mħassar jew miżjud l-ebda indikatur;

4.  Jinnota b'sodisfazzjon ir-riżultati tajbin miksuba mill-Awtorità f'termini ta' preżenza fuq il-midja soċjali u li aktar minn 500 mistoqsija dwar prodotti regolati ġew indirizzati fl-2019;

5.  Jinnota li l-Awtorità wettqet evalwazzjoni esterna fl-2020, fil-kuntest tal-iżvilupp ta' Strateġija 2027 ġdida, biex tivvaluta l-livell ta' implimentazzjoni tal-istrateġija attwali u biex tiżgura li jiġu integrati inizjattivi addizzjonali;

6.  Jinkoraġġixxi lill-Awtorità taħdem favur id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tagħha, bħala mezz biex tnaqqas il-burokrazija;

7.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Awtorità tikkondividi r-riżorsi u l-attivitajiet mal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, mal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini u maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard fi ħdan l-istess grupp ta' politika, taħt il-gwida tad-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, tad-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent u tad-Direttorat Ġenerali għall-Informatika; jinnota li l-Awtorità kienet qed tipparteċipa b'mod attiv fl-inizjattiva tan-Network tal-Aġenziji tal-Unjoni Ewropea dwar l-identifikazzjoni, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tas-servizzi kondiviżi, li wasslet ukoll għal għadd ta' attivitajiet u proġetti konġunti, b'mod partikolari fil-qasam tal-akkwist konġunt; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Awtorità biex, b'mod attiv, tipprova tikseb kooperazzjoni akbar u usa' mal-aġenziji tal-Unjoni;

8.  Jinnota bi tħassib li l-Awtorità, li hi waħda mill-aġenziji regolatorji tal-Unjoni responsabbli mill-valutazzjoni tar-riskji tal-prodotti regolati, mhix qed tingħata biżżejjed riżorsi biex twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha b'mod effikaċi; jinsisti li l-Awtorità tingħata biżżejjed riżorsi biex twettaq il-kompiti tagħha;

9.  Jenfasizza li, fl-2019, il-Parlament adotta 16-il oġġezzjoni għall-importazzjoni ta' għelejjel ġenetikament modifikati (ĠM) għall-ikel u l-għalf; jenfasizza li waħda mir-raġunijiet għal dawn l-oġġezzjonijiet huma l-lakuni fil-valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-Bord dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati tal-Awtorità; iħeġġeġ lill-Awtorità tindirizza u tagħlaq dawn il-lakuni b'urġenza; billi dawn il-lakuni jinkludu, fost l-oħrajn, nuqqas ta' ttestjar ta' effetti cocktail li jirriżultaw minn residwi ta' erbiċidi, tossini tal-Bacillus thuringiensis ("Bt") u kostitwenti tal-pjanti, l-impatt ta' rata ogħla ta' sprejjar ta' erbiċidi komplementari fuq is-sikurezza ġenerali tal-pjanta ĠM kif ukoll nuqqas ta' ttestjar adegwat tat-tossiċità tal-proteini Bt;

10.  Jilqa' l-kontribut tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sikurezza tal-katina tal-ikel u l-għalf tal-Unjoni, kif ukoll l-isforzi konsiderevoli tagħha biex toffri konsulenza xjentifika komprensiva, indipendenti u aġġornata dwar kwistjonijiet marbuta mal-katina tal-ikel lill-maniġers tar-riskju, tikkomunika b'mod ċar ir-riżultati tagħha – u l-informazzjoni li huma bbażati fuqha – lill-pubbliku u tikkoopera ma' partijiet ikkonċernati u sħab istituzzjonali bil-għan li tippromwovi l-koerenza u l-fiduċja fis-sistema tas-sikurezza tal-ikel;

11.  Jenfasizza li, fl-2019, l-Awtorità ffinalizzat 838 mistoqsija permezz ta' opinjonijiet xjentifiċi, rapporti tekniċi u pubblikazzjonijiet ta' sostenn;

12.  Jinnota bi tħassib li, fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 2/2019(16), il-Qorti sabet li ż-żieda fl-għadd ta' applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' sustanzi ġodda kienet wasslet għal xogħol kbir b'lura, speċjalment fil-qasam tal-ingredjenti tal-ikel regolati; jiddispjaċih li l-Istati Membri mhux dejjem jagħtu lill-Awtorità d-data meħtieġa biex twettaq valutazzjonijiet xjentifiċi;

13.  Jinnota li r-Regolament (UE) 2019/1381(17) (ir-Regolament il-ġdid dwar it-Trasparenza), li huwa risposta diretta għas-suċċess tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej "Stop Glyphosate", ġie adottat bil-għan li jtejjeb it-trasparenza tal-valutazzjoni tar-riskju fil-katina tal-ikel, u b'mod partikolari li jsaħħaħ l-affidabbiltà, l-oġġettività u l-indipendenza tal-istudji użati mill-Awtorità; jinnota li, matul l-2019, l-Awtorità investiet total ta' 3,03 ekwivalenti full-time u ftit aktar minn EUR 196 000 fl-implimentazzjoni tal-politika tagħha dwar l-indipendenza u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess;

Politika dwar il-persunal

14.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2019, it-tabella tal-persunal kienet implimentata fil-livell ta' 97,81 %, bil-ħatra ta' ħames uffiċjali u ta' 308 aġenti temporanji maħtura mit-320 post tax-xogħol awtorizzat mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 319-il post awtorizzat fl-2018); jinnota li, barra minn hekk, 131 aġent kuntrattwali u 15-il espert nazzjonali sekondat kienu qed jaħdmu għall-Awtorità fl-2019;

15.  Jirrikonoxxi li l-bilanċ bejn is-sessi fi ħdan il-maniġment superjuri tal-Awtorità huwa sodisfaċenti, peress li tlieta minn ħamsa huma nisa; jinnota, madankollu, li fi ħdan il-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità erbgħa minn ħmistax huma nisa; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-importanza li jiżguraw bilanċ bejn il-sessi jinnominaw lill-membri tagħhom fil-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità; jinnota bi tħassib l-iżbilanċ ġeografiku fi ħdan l-Awtorità, fejn nazzjonalità waħda tirrappreżenta 46,49 % tal-persunal globali; iħeġġeġ lill-Awtorità tieħu aktar miżuri biex tiżgura bilanċ ġeografiku aħjar iżda jirrikonoxxi l-isforzi li saru;

16.  Jinnota li fl-2019 ingħataw sitt aġenti kuntrattwali addizzjonali, mill-25 mitluba, biex jagħmlu tajjeb għall-volum ta' xogħol akbar fil-qasam tal-valutazzjonijiet tal-ikel ġdid u l-valutazzjonijiet tal-prodotti bażiċi ta' pjanti b'riskju għoli; jinnota li l-Awtorità talbet żieda ulterjuri fir-riżorsi;

17.  Jinnota li l-Awtorità adottat politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuni u l-prevenzjoni tal-fastidju; jirrikonoxxi li l-Awtorità organizzat korsijiet ta' taħriġ obbligatorji kemm għall-persunal kif ukoll għall-maniġers, għamlet disponibbli servizz ta' assistenza psikoloġika kunfidenzjali u ppubblikat fuq l-intranet tagħha l-ewwel rapport dwar każijiet ta' fastidju; jinnota wkoll li l-persunal u l-esperti nazzjonali sekondati biss jistgħu jibdew proċedura formali; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Awtorità rrappurtat ħames każijiet ta' fastidju fl-2019, li tlieta minnhom kienu formali u tnejn informali; jinnota li l-proċeduri meħtieġa ġew stabbiliti biex jiġu investigati u li ma nbdiet l-ebda proċedura legali għall-ebda wieħed mill-każijiet; jistieden lill-Awtorità tirrapporta jekk tiġi implimentata kwalunkwe miżura addizzjonali biex jiġu pprevenuti każijiet futuri;

18.  Jistieden lill-Awtorità tkompli tiżviluppa l-programm tagħha ethics@work billi tiżviluppa miżuri li joffru protezzjoni lill-informaturi;

Akkwist

19.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Awtorità nediet proċedura ta' akkwist għas-servizzi ta' tabib kompetenti bis-sejħa għall-offerti u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ppubblikati biss bit-Taljan, minkejja li l-lingwa operattiva tal-Awtorità hija l-Ingliż; jinnota wkoll li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi lingwistiċi li jeħtieġ li jiġu pprovduti mill-offerent ma kinux konformi; jinnota bi tħassib li l-Awtorità bħala riżultat irċeviet offerta waħda biss; jinnota r-risposta tal-Awtorità għas-sejba tal-Qorti u l-miżuri meħuda mill-Awtorità biex tipprevjeni li dan in-nuqqas jerġa' jseħħ;

Prevenzjoni u ġestjoni ta' kunflitti ta' interess u trasparenza

20.  Jinnota b'sodisfazzjon il-miżuri eżistenti u l-isforzi kontinwi tal-Awtorità biex tiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u l-protezzjoni tal-informaturi; jilqa' l-effikaċja tal-kontrolli ex post u ex ante stabbiliti biex jevitaw il-kunflitti ta' interess, li evitaw 37 każ ta' kunflitti ta' interess u rriżultaw fi tmien sejbiet, u l-ebda waħda mis-sejbiet ma kienet tirrikjedi l-adozzjoni ta' miżuri ta' rimedju;

21.  Jinnota li l-osservazzjoni tal-Qorti fir-rapport tagħha tal-2017 dwar il-ħtieġa li tissaħħaħ l-indipendenza tal-uffiċjal tal-kontabilità, ingħalqet skont l-aġenzija, iżda għadha pendenti skont il-Qorti; jieħu nota tar-risposta tal-Awtorità li ma hemm l-ebda dubju dwar l-indipendenza tal-uffiċjal tal-kontabilità u jistieden lill-Awtorità titlob il-konferma tal-Qorti mill-aktar fis possibbli;

22.  Jiddispjaċih li l-Awtorità, fir-rigward tal-perjodi ta' preklużjoni ta' sentejn, għadha tinkludi fil-politika ta' indipendenza tagħha l-obbligu li jiġu eżaminati l-interessi tal-esperti f'dak li għandu x'jaqsam biss mal-mandat tal-grupp xjentifiku li l-espert ikun qiegħed japplika għalih; ma jaqbilx mal-affermazzjonijiet tal-Awtorità li l-politika attwali hija "mod robust u sofistikat ta' kif jiġu evitati l-kunflitti li jista' jkun hemm"; jerġa' jitlob li l-politika tiġi aġġornata mingħajr dewmien biex ikun żgurat li l-interessi tal-esperti jitqiesu fil-kuntest tal-mandat ġenerali tal-Awtorità, bħalma talab ripetutament il-Parlament; ifakkar lill-Awtorità li, sabiex tinżamm l-indipendenza tal-bordijiet tagħha, l-Awtorità tista' taċċedi għal kwalunkwe għarfien espert li jkollha bżonn billi tistieden esperti jipparteċipaw f'seduti ta' smigħ mingħajr ma tagħtihom id-dritt jipparteċipaw fid-deliberazzjonijiet tal-bord u fit-tfassil ta' konklużjonijiet;

23.  Jiddispjaċih li l-finanzjament għar-riċerka mill-kumpaniji li jidħlu fil-mandat tal-Awtorità mhuwiex meqjus rilevanti għall-perjodu ta' preklużjoni dment li l-ammonti inkwistjoni ma jkunux ogħla minn 25 % tal-baġit totali ddedikat għar-riċerka amministrat mill-espert u/jew mit-tim ta' riċerka tiegħu, u li l-limitu minimu japplika għal sorsi individwali u mhux għas-sorsi privati kollha meqjusin flimkien; jitlob għal darb'oħra li jitneħħa l-limitu minimu mill-politika ta' indipendenza tal-Awtorità, bi qbil mat-talbiet ripetuti li għamel dwar il-kwistjoni l-Parlament; jisħaq fuq il-fatt li r-rifjut kategoriku tal-Awtorità dwar it-tħassib tal-Parlament dwar din id-dgħufija fil-politika ta' indipendenza tal-Awtorità mhuwiex aċċettabbli;

24.  Jistieden lill-Awtorità tallinja l-prattiki tagħha mar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman Ewropew tas-7 ta' Mejju 2020 fil-każ 2168/2019/KR, b'mod partikolari billi tiżgura, fejn meħtieġ, li tinvoka l-possibbiltà li tipprojbixxi l-persunal ta' livell għoli tagħha milli jieħu ċerti karigi wara tmiem il-mandat tiegħu, billi tistabbilixxi kriterji li jiddeterminaw jekk persunal għandux jitwaqqaf milli imur jaħdem mas-settur privat, tinforma lill-applikanti għal karigi għolja tal-Awtorità dwar il-kriterji meta dawn japplikaw, u tistabbilixxi proċeduri interni sabiex, meta membru tal-persunal tagħha imur jaħdem f'impjieg ieħor, l-aċċess tiegħu għall-informazzjoni kunfidenzjali jiġi rtirat b'effett immedjat;

Kontrolli interni

25.  Jinnota li r-rapport finali tal-awditu mis-Servizz tal-Awditjar Intern dwar il-ġestjoni tar-riżorsi umani u l-etika nħareġ fl-2019 u jinnota li saru żewġ osservazzjonijiet importanti ħafna, waħda dwar in-nuqqasijiet fil-proċess ta' reklutaġġ u selezzjoni, u l-oħra rigward in-nuqqasijiet fil-proċess tal-ġestjoni tal-ħin; jinnota li fl-2019 is-servizz tal-awditjar intern beda awditu dwar il-valutazzjoni u l-adozzjoni ta' riżultati xjentifiċi fil-qasam tal-ingredjenti tal-ikel u l-imballaġġ;

26.  Jinnota li, wara rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, l-Awtorità pparteċipat f'eżerċizzju ta' rieżami bejn il-pari dwar l-immaniġġjar tar-riskju fost l-Aġenziji tal-Unjoni, li jinkoraġġixxi l-iskambju tal-aħjar prattiki;

27.  Jilqa' l-implimentazzjoni sħiħa tal-pjan ta' azzjoni tal-istrateġija tal-Awtorità kontra l-frodi, wara valutazzjoni tar-riskju interna mwettqa skont il-metodoloġija u l-gwida tal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi; jirrakkomanda li l-Awtorità taġġorna l-istrateġija u l-pjan ta' azzjoni tagħha kontra l-frodi biex tindirizza r-riskji ta' frodi li qed tiffaċċja l-Awtorità u tirrapporta dwar il-progress lill-awtorità ta' kwittanza;

28.  Jappella lill-Awtorità timmira li xxerred ir-riżultati tas-sejbiet tagħha lill-pubbliku ġenerali;

Kummenti oħra

29.  Jinnota l-isforzi tal-Awtorità biex tiżgura post tax-xogħol kosteffettiv u li jkun ekokompatibbli; jistieden lill-Awtorità ssaħħaħ dawn l-isforzi billi ssegwi l-linji gwida tal-Iskema ta' Ġestjoni u Verifika Ambjentali tal-Unjoni Ewropea u taħdem biex tikseb aktar sostenibbiltà;

30.  Jinnota li l-Awtorità adottat politika integrata ġdida li tkopri s-sigurtà tal-informazzjoni, il-kontinwità tal-attivitajiet, is-sigurtà, u s-saħħa u s-sikurezza; jilqa' l-introduzzjoni ta' awtentikazzjoni b'diversi fatturi, li l-kontijiet tas-superutent ġew ristretti aktar u ġie pprovdut taħriġ obbligatorju biex tiżdied is-sigurtà tal-informazzjoni fl-Awtorità;

o
o   o

31.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ April 2021(18) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Ir-rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(2) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Ir-rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(4) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.
(5) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Ir-rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(8) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Ir-rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(9) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(10) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.
(11) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) Testi adottati, P8_TA(2019)0023.
(14) ĠU C 107, 31.3.2020, p. 245.
(15) ĠU C 107, 31.3.2020, p. 245.
(16) Ir-Rapport Speċjali Nru 2/2019 – "Perikli kimiċi fl-ikel tagħna: il-politika tal-UE dwar is-sikurezza alimentari tipproteġina, iżda jeżistu ċerti diffikultajiet", ĠU C 21, 17.1.2019, p. 7.
(17) Regolament (UE) 2019/1381 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar it-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 1829/2003, (KE) Nru 1831/2003, (KE) Nru 2065/2003, (KE) Nru 1935/2004, (KE) Nru 1331/2008, (KE) Nru 1107/2009, (UE) 2015/2283 u d-Direttiva 2001/18/KE (ĠU L 231, 6.9.2019, p. 1).
(18) Testi adottati, P9_TA(2021)0215.


Kwittanza 2019: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard
PDF 170kWORD 57k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2163(DEC))
P9_TA(2021)0187A9-0104/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0060/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0104/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2163(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0060/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0104/2021),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2163(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0104/2021),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tiegħu(13), il-baġit finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (iċ-"Ċentru") għas-sena finanzjarja 2019 kien ta' EUR 59 206 000, ammont li jirrappreżenta żieda ta' 2,03 % meta mqabbel mal-2018; billi 97,68 % tal-baġit taċ-Ċentru huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2019 (ir-"rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2019 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,23 %, li tirrappreżenta żieda ta' 0,71 % meta mqabbla mal-2018; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 81,41 %, li meta mqabbla mas-sena ta' qabel tirrappreżenta żieda żgħira ta' 0,19 %;

Prestazzjoni

2.  Jinnota li ċ-Ċentru juża diversi mill-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) inklużi fid-Dokument Uniku ta' Programmazzjoni tiegħu għall-perjodi 2020-2022 u 2021-2023 sabiex jevalwa l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tiegħu kif ukoll il-lista ta' KPIs inkluża fid-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-2015, fost indikaturi oħra, biex itejjeb il-ġestjoni baġitarja tiegħu; jinnota li l-KPIs ġew kemxejn riveduti u li l-lista ġiet riveduta kompletament għad-Dokument Uniku ta' Programmazzjoni 2021-2023; jinnota li 90,30 % tal-attivitajiet tal-programm ta' ħidma għall-2019 ġew implimentati;

3.  Josserva li ċ-Ċentru jiddeskrivi bħala "għadha għaddejja" l-istatus tal-azzjoni meħuda fir-rigward tar-rakkomandazzjoni tal-awtorità ta' kwittanza mis-sena li għaddiet dwar ir-rwol taċ-Ċentru fl-iżvilupp ta' għodod għad-diġitalizzazzjoni tal-kura tas-saħħa fl-Unjoni, b'mod partikolari fil-kuntest tal-indirizzar ta' pandemija; jistieden liċ-Ċentru jinforma lill-awtorità ta' kwittanza fil-ħin dwar l-istatus tal-pjan ta' azzjoni, speċjalment fil-kuntest tal-pandemija attwali u l-mitigazzjoni tal-effetti negattivi tagħha;

4.  Jilqa' l-fatt li ċ-Ċentru jaqsam l-aħjar prattiki u jaħdem b'mod regolari ma' aġenziji u korpi oħrajn tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga u l-Kummissjoni, b'mod aktar speċifiku, id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għas-Saħħa u s-Sikurezza tal-Ikel; jinnota, barra minn hekk, li ċ-Ċentru jipparteċipa fi proċeduri ta' akkwist interistituzzjonali u fl-użu ta' servizzi kondiviżi, prinċipalment servizzi tal-IT u stħarriġ tal-persunal; jinnota li ċ-Ċentru qed juża servizzi kondiviżi offruti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea għal skopijiet ta' kontinwità tal-operat fl-irkupru minn diżastri; jilqa' l-użu tal-KPIs biex jiġu vvalutati l-kollaborazzjoni u l-kooperazzjoni taċ-Ċentru;

5.  Jinnota li evalwazzjoni esterna għall-perjodu 2013-2017 ġiet konkluża fl-2018-2019 u r-rakkomandazzjonijiet mill-evalwazzjoni ġew adottati fl-2020; jilqa' l-fatt li l-evalwazzjoni kkonkludiet li ċ-Ċentru kiseb suċċess fl-appoġġ li ta fl-oqsma ta' prijorità tal-politika tal-Unjoni u nazzjonali u wera l-kapaċità li jadatta b'suċċess għall-iżviluppi tal-politika; jinnota b'sodisfazzjon li ċ-Ċentru ġie evalwat b'mod pożittiv fir-rigward tal-koerenza tal-azzjonijiet tiegħu u l-koordinazzjoni ma' korpi rilevanti oħra; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-istatus tal-iżvilupp ta' pjan ta' azzjoni għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-evalwazzjoni; huwa, madankollu, tal-fehma li l-evalwazzjoni tal-ħidma taċ-Ċentru għandha ssir mill-Kummissjoni minflok mill-bord tal-amministrazzjoni taċ-Ċentru;

6.  Jinnota li d-denominazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru, bħala aġenzija tal-Unjoni, hija l-euro; madankollu, peress li s-sede tiegħu tinsab barra miż-żona tal-euro (l-Iżvezja), ħafna mill-ispejjeż tiegħu jsiru bil-krona Żvediża (SEK); barra minn hekk, jirrikonoxxi li ċ-Ċentru huwa espost għal fluttwazzjonijiet fir-rata tal-kambju, peress li mhux biss il-kontijiet bankarji tiegħu huma fil-krona Żvediża, iżda jwettaq ukoll ċerti tranżazzjonijiet f'muniti barranin oħrajn;

7.  Huwa tal-fehma li ċ-Ċentru għandu kwistjoni li ilha teżisti bin-nuqqas ta' kompetenzi meħtieġa u d-dritt li jikkoordina; iqis li, mingħajr il-kompetenzi xierqa u mingħajr dritt għal koordinazzjoni aħjar mal-korpi nazzjonali, iċ-Ċentru mhux se jkun jista' jissodisfa l-aspettattivi li wasslu għall-istabbiliment tiegħu; jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni tal-11 ta' Novembru 2020(14) biex jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 851/2004(15) u biex jissaħħaħ il-mandat taċ-Ċentru;

8.  Ifaħħar liċ-Ċentru għall-involviment proattiv tiegħu mal-midja biex jiżviluppa viżibbiltà akbar fil-midja, l-internet u l-midja soċjali, bil-għan li jżid is-sensibilizzazzjoni dwar ħidmitu;

9.  Ifakkar li l-missjoni taċ-Ċentru hija li jidentifika, jivvaluta u jikkomunika t-theddidiet kurrenti u emerġenti għas-saħħa tal-bniedem minn mard jittieħed; jisħaq li, fl-2019, iċ-Ċentru wieġeb għal 34 talba xjentifika formali mill-Kummissjoni (li għaxra minnhom tressqu mill-Membri), u ppubblika total ta' 219-il rapport, li jinkludu 24 valutazzjoni tar-riskju rapida li jindirizzaw it-theddid ta' mard;

10.  Jissottolinja li l-Qorti, fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 21/2019(16), sabet li l-azzjonijiet taċ-Ċentru pprovdew appoġġ siewi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fil-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi;

Politika dwar il-persunal

11.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2019, 95,56 % tat-tabella tal-persunal kienet ġiet eżegwita, u 172 aġent temporanju minn total ta' 180 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni kienu ġew maħtura (meta mqabbel ma' 180 post tax-xogħol awtorizzati fl-2018); jinnota wkoll li, barra minn hekk, fl-2019 kienu jaħdmu għaċ-Ċentru 96 aġent kuntrattwali u espert nazzjonali sekondat wieħed;

12.  Jinnota li ċ-Ċentru rrapporta bilanċ bejn il-ġeneri relattivament tajjeb għall-2019 fir-rigward tal-maniġers superjuri (erba' rġiel u żewġ nisa) u fir-rigward tal-bord tal-amministrazzjoni tiegħu (12-il raġel u 15-il mara); ifaħħar ir-rappreżentanza ġeografika tal-persunal fi ħdan iċ-Ċentru;

13.  Jinsab imħasseb dwar l-għadd kbir ta' membri tal-bord tal-amministrazzjoni taċ-Ċentru, li jagħmel it-teħid ta' deċiżjonijiet wieħed diffiċli u jiġġenera ammont konsiderevoli ta' spejjeż amministrattivi;

14.  Iħeġġeġ liċ-Ċentru jagħmel sforzi favur l-iżvilupp ta' qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabilità;

15.  Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti u l-isforzi kontinwi taċ-Ċentru biex jipprevjeni l-fastidju; jilqa' l-fatt li ma ġie rrappuratat l-ebda każ ta' fastidju fl-2019;

Sostenibbiltà

16.  Jiddispjaċih li ċ-Ċentru għadu ma ffissax objettivi ta' tnaqqis ta' CO2; jilqa', madankollu, l-isforzi li għamel iċ-Ċentru biex joħloq qafas ta' ħidma li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent kif ukoll il-miżuri kollha li ħa ċ-Ċentru bil-għan li jnaqqas l-impronta tal-karbonju u l-konsum tal-enerġija tiegħu, kif ukoll jiżviluppa fluss tax-xogħol mingħajr karti;

Akkwist pubbliku

17.  Jirrikonoxxi li, għat-tnedija ta' 11-il proċedura ta' akkwist fl-2019, intużaw flussi ta' xogħol elettroniċi għall-akkwist, abbażi tal-applikazzjoni e-PRIOR tad-DĠ DIGIT tal-Kummissjoni; jinnota li l-flussi tax-xogħol elettroniċi interni ġodda taċ-Ċentru, li jkopru l-akkwist, il-proċessi legali u n-notifiki tat-tibdil tal-persunal, żguraw li l-proċessi jkunu aktar effiċjenti u li jkun hemm aktar konformità; jinnota li ċ-Ċentru qaleb għal sistema ġdida għal pubblikazzjonijiet ex ante u li l-għodda ta' stħarriġ tal-Unjoni ġiet implimentata;

18.  Jinnota li tnejn minn tliet osservazzjonijiet tal-Qorti ġew implimentati, waħda rigward il-kontrolli ex ante mwettqa fir-rigward tal-kuntratt qafas tal-IT u waħda rigward kuntratti ta' servizzi ta' konferenza u ta' tagħmir multimedjali; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta dwar l-istatus tal-azzjonijiet meħuda biex jirrispondi għat-tielet osservazzjoni, jiġifieri fir-rigward tal-istruttura u d-dokumentazzjoni tal-kontrolli u r-rikonċiljazzjonijiet fir-rigward tal-formoli tal-ordnijiet, ir-riżultati tanġibbli u l-fatturi;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

19.  Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' wħud mid-dikjarazzjonijiet ta' interess u mis-CVs tal-bord tal-amministrazzjoni u tal-forum konsultattiv; jistieden liċ-Ċentru jippubblika s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri kollha tal-bord tal-amministrazzjoni u tal-forum konsultattiv u jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda f'dan ir-rigward; jinnota li ċ-Ċentru adotta politika ta' indipendenza li tirrikjedi sistematikament il-ġbir u l-ispezzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta' interessi mit-tim tal-maniġment superjuri tiegħu, mill-membri ewlenin tal-persunal u mill-esperti esterni li jipparteċipaw fl-attivitajiet xjentifiċi taċ-Ċentru;

20.  Jinnota li ċ-Ċentru rreġistra u għalaq każ wieħed ta' żvelar ta' informazzjoni protetta fl-2019 u li ttieħdu l-miżuri xierqa, u jinnota li, b'riżultat ta' dan, inħarġet tfakkira bil-miktub lill-membri tal-persunal dwar id-dmirijiet tagħhom skont ir-Regolament tal-Persunal; jinnota li fl-2019 ġew identifikati u investigati aktar 29 kunflitt ta' interess potenzjali rilevanti, li għal 21 minnhom ġew applikati miżuri ta' mitigazzjoni; jinnota li ċ-Ċentru rreġistra laqgħat mal-lobbisti u li dawn isiru pubbliċi fuq talba; jisħaq li ċ-Ċentru jeħtieġlu jkompli jtejjeb il-qafas tal-etika tiegħu billi jadotta miżuri ta' protezzjoni tal-informaturi;

21.  Jissottolinja l-fatt li l-qafas etiku attwali li japplika għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni jbati minn żvantaġġi konsiderevoli minħabba l-frammentazzjoni tiegħu u n-nuqqas ta' konsistenza bejn id-dispożizzjonijiet eżistenti; jenfasizza li dawn il-kwistjonijiet għandhom jiġu indirizzati billi jiġi stabbilit qafas etiku komuni, li jiżgura l-applikazzjoni ta' standards etiċi għoljin għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-Unjoni;

22.  Jissottolinja li ċerti uffiċjali jimlew dikjarazzjonijiet ta' nuqqas ta' kunflitti ta' interess u jipprovdu awtovalutazzjonijiet fir-rigward tar-rispett tal-istandards etiċi; jenfasizza, madankollu, li tali awtodikjarazzjonijiet u awtovalutazzjonijiet mhumiex biżżejjed u li għalhekk huwa meħtieġ skrutinju addizzjonali;

Kontrolli interni

23.  Jinnota li l-pjan ta' awditjar attwali taċ-Ċentru jkopri l-perjodu mill-2018 sal-2020; jinnota li l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet preċedenti kollha ġew ikkunsidrati u ġew żviluppati pjanijiet ta' azzjoni xierqa; jinnota li wara l-awditu tal-2019 tas-Servizz tal-Awditjar Intern dwar "It-Tħejjija u r-Rispons fl-ECDC", inħarġu ħames rakkomandazzjonijiet, tnejn ikklassifikati bħala importanti ħafna u tlieta bħala importanti, li minnhom waħda importanti ħafna u waħda importanti diġà ġew implimentati; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-istatus tar-rakkomandazzjonijiet li fadal;

24.  Jinnota li fl-2019 iċ-Ċentru rreġistra 46 każ fir-reġistru tal-eċċezzjonijiet li ġew analizzati konsegwentement, u li ġie żviluppat pjan ta' azzjoni biex jitnaqqas l-għadd ta' eċċezzjonijiet;

25.  Jinnota li fl-2019 il-bord tal-amministrazzjoni approva l-qafas ta' kontroll intern aġġornat taċ-Ċentru u l-kodiċi ta' kondotta tiegħu kif ukoll il-politika ta' indipendenza taċ-Ċentru għall-persunal u r-regolamentazzjoni finanzjarja tiegħu;

Kummenti oħra

26.  Jilqa' l-fatt li ċ-Ċentru żviluppa strateġija komprensiva mmirata lejn il-kisba tal-kosteffettività u lejn il-ħarsien tal-ambjent; jistieden liċ-Ċentru jagħti l-attenzjoni dovuta lit-taħlita enerġetika tas-sorsi tal-elettriku tiegħu u jinkoraġġixxi liċ-Ċentru jakkwista l-elettriku ġġenerat minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli;

27.  Jilqa' l-miżuri ġodda meħuda miċ-Ċentru biex ixerred ir-riżultati tar-riċerka tiegħu mal-pubbliku u biex jikkomunika mal-pubbliku permezz tal-midja soċjali u mezzi oħra tal-midja; jilqa' l-bidliet fis-sit web għad-diversi partijiet ikkonċernati; jinnota li ċ-Ċentru ma għandux politika speċifika dwar iċ-ċibersigurtà, iżda għandu diversi politiki ta' sigurtà stabbiliti li jinkludu politika dwar iċ-ċibersigurtà;

o
o   o

28.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ April 2021(17) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Ir-rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(2) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Ir-rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(4) ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.
(5) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Ir-rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(8) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Ir-rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(9) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(10) ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.
(11) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) ĠU C 192, 8.6.2020, p. 6.
(14) COM(2020)0726.
(15) Ir-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard (ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1).
(16) Ir-Rapport Speċjali Nru 21/2019 intitolat "L-indirizzar tar-reżistenza għall-antimikrobiċi: progress fis-settur tal-annimali, iżda din it-theddida għas-saħħa tibqa' sfida għall-UE", (ĠU C 392, 19.11.2019, p. 7).
(17) Testi adottati, P9_TA(2021)0215.


Kwittanza 2019: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà
PDF 165kWORD 55k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-ENISA (L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) (qabel is-27 ta' Ġunju 2019: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ENISA)) għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2164(DEC))
P9_TA(2021)0188A9-0085/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0061/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ENISA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà)(5), u b'mod partikolari, l-Artikolu 31 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0085/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-ENISA (L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) (qabel is-27 ta' Ġunju 2019: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ENISA)) għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2164(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0061/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ENISA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà)(12), u b'mod partikolari, l-Artikolu 31 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0085/2021),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) (qabel is-27 ta' Ġunju 2019: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ENISA)) għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2164(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0085/2021),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u tan-nefqa tagħha(15), il-baġit finali tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2019 kien jammonta għal EUR 16 932 952, li jirrappreżenta żieda ta' 47,58 % meta mqabbel mal-2018; billi dik iż-żieda tirriżulta l-aktar minn żieda fl-infiq fuq il-persunal, l-ICT u l-attivitajiet operattivi ewlenin, relatati mal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà)(16); billi l-baġit tal-Aġenzija ġej fil-biċċa l-kbira mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019 (ir-"rapport tal-Qorti"), stqarret li hija kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2019 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 96,80 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 3,18 % meta mqabbla mal-2018; jinnota li barra minn hekk, ir-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 70,12 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 18,44 % meta mqabbla mal-2018;

Prestazzjoni

2.  Jinnota li l-Aġenzija tuża ċerti indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) biex tkejjel il-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha u ttejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha; jinnota wkoll li l-Aġenzija implimentat KPIs kwantitattivi u kwalitattivi biex tkejjel l-impatt tal-attivitajiet b'mod aktar effiċjenti, u li ġie implimentat ukoll sett speċifiku ta' KPIs għall-monitoraġġ tal-aspettattivi tal-partijiet ikkonċernati; jilqa' ż-żieda ta' KPIs speċifiċi relatati mal-mandat il-ġdid mogħti mill-Att dwar iċ-Ċibersigurtà;

3.  Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija ffirmat ftehim dwar il-livell ta' servizz maċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali, biex tikseb aktar effiċjenza permezz ta' kondiviżjoni tas-servizzi, kondiviżjoni tal-għarfien u skambju tal-aħjar prattiki, speċjalment fl-oqsma tal-għodod tal-IT, il-ġestjoni tar-riżorsi umani, l-akkwist pubbliku u l-kontinwità tal-operat;

Politika dwar il-persunal

4.  Jinnota bi tħassib li, fil-31 ta' Diċembru 2019, 79,66 % tat-tabella tal-persunal kienet implimentata, b'47 minn total ta' 59 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 48 post tax-xogħol awtorizzati fl-2018); jinnota li, barra minn hekk, 26 aġent kuntrattwali u żewġ esperti nazzjonali sekondati ħadmu għall-Aġenzija fl-2019; jinnota li ż-żieda fit-tabella tal-persunal hija dovuta għall-mandat il-ġdid tal-Aġenzija li ta aktar kompetenzi u riżorsi wara l-adozzjoni tal-Att dwar iċ-Ċibersigurtà;

5.  Jinsab imħasseb ħafna dwar in-nuqqas ta' bilanċ bejn il-ġeneri rrapportat għall-2019 għall-maniġers superjuri u l-Bord ta' Tmexxija; jistieden lill-Aġenzija żżid l-isforzi tagħha biex tikseb bilanċ aħjar bejn il-ġeneri fil-livelli kollha; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-importanza li jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom fil-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija;

6.  Jinnota li l-Aġenzija għandha xi diffikultajiet biex timpjega, tattira u żżomm persunal bi kwalifiki xierqa, l-aktar minħabba l-koeffiċjenti tal-korrezzjoni baxxi applikati għas-salarji tal-persunal fil-Greċja u d-defiċit tal-professjonisti fis-suq tas-sigurtà tal-IT fl-Unjoni; jilqa' l-miżuri soċjali tal-Aġenzija implimentati biex tiżdied l-attraenza u jinnota li t-tabella tal-persunal il-ġdida tal-Aġenzija tippermetti li jiġu proposti pożizzjonijiet kuntrattwali ogħla;

7.  Jinnota li r-rieżami tal-proċeduri ta' trasferiment lill-membri l-ġodda tal-persunal jinsab għaddej; jinnota wkoll li l-proċeduri ta' trasferiment huma meqjusa bħala inklużi fil-politika dwar karigi sensittivi; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta dwar l-iżvilupp futur u dwar l-adozzjoni tal-politika dwar karigi sensittivi;

8.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Aġenzija użat ħaddiema temporanji jew interim biex iwettqu kompiti fl-Aġenzija, li dawn il-ħaddiema jirrappreżentaw 29 % tal-forza tax-xogħol totali, żieda mis-sena preċedenti, u skont il-Qorti, dak in-numru jindika ż-żieda fid-dipendenza mill-ħaddiema interim; jinnota li fl-2019 l-Aġenzija ħallset madwar EUR 923 000 għal dawk is-servizzi, ċifra li tirrappreżenta 5,60 % tal-baġit tal-Aġenzija; jinnota, barra minn hekk, li l-Qorti qagħdet lura milli tagħmel osservazzjonijiet rigward l-applikazzjoni tad-Direttiva 2008/104/KE(17) dwar xogħol temporanju permezz ta' aġenzija lill-Aġenziji tal-Unjoni, peress li hemm każ pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja;

Akkwist pubbliku

9.  Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti n-nuqqas osservat fil-proċeduri ta' akkwist, fejn, fi tlieta minn erba' każijiet awditjati, ġiet osservata sovrapożizzjoni bejn il-kriterji tas-selezzjoni u l-kriterji tal-għoti, u nuqqas ta' separazzjoni li jikkostitwixxi difett proċedurali, li jesponi lill-Aġenzija għar-riskju li jiġu annullati l-proċeduri tal-offerti; jinnota wkoll li l-Aġenzija ma kinitx konformi mal-iskadenzi tar-Regolament Finanzjarju għall-pubblikazzjoni tal-avviż ta' għoti ta' kuntratt fil-Ġurnal Uffiċjali;

10.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li fi tnejn minn erba' kuntratti qafas ta' servizzi awditjati, l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti ma pprovdewx informazzjoni preċiża dwar il-metodu biex jitqabblu l-offerti finanzjarji bbażati skont il-każ, u ma żgurawx l-aktar implimentazzjoni ekonomika; jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Aġenzija stabbiliet somma ta' limitu żbaljata għal tliet kuntratti meta jitqiesu l-ambitu u l-valur tal-kuntratti u li ma wettqet l-ebda valutazzjoni dwar ir-riskji relatati mal-implimentazzjoni reali u d-dipendenza finanzjarja lill-Aġenzija marbuta ma' somma fissa offruta għall-kuntratt; jinnota r-risposta tal-Aġenzija għas-sejbiet tal-Qorti u l-miżuri meħuda mill-Aġenzija biex tipprevjeni li dawn in-nuqqasijiet jerġgħu jseħħu;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u tat-trasparenza

11.  Jinnota l-miżuri eżistenti tal-Aġenzija u l-isforzi kontinwi biex jiġu żgurati t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, u jinnota li s-CVs tal-membri tal-bord ta' tmexxija u d-dikjarazzjoni tal-kunflitti ta' interess tagħhom qegħdin jiġu ppubblikati fuq is-sit web tagħha; jinnota li l-Aġenzija ma tippubblikax id-dikjarazzjonijiet tal-kunflitti ta' interess u s-CVs tal-maniġment superjuri fuq is-sit web tagħha, bl-eċċezzjoni ta' dawk tad-direttur eżekuttiv; jappella lill-Aġenzija tippubblika d-dikjarazzjonijiet ta' kunflitti ta' interess u s-CVs tal-maniġment superjuri u tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bil-miżuri meħuda f'dan ir-rigward;

Kontrolli interni

12.  Jinnota li l-Aġenzija ppjanat li tadotta politika ġdida dwar karigi sensittivi fl-2020;

13.  Jinnota rigward l-awditu tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni dwar "l-involviment tal-Partijiet Ikkonċernati fil-ħidma biex jinkisbu riżultati tanġibbli fejn tidħol l-ENISA" li rakkomandazzjoni importanti għadha pendenti hekk kif il-proċeduri rilevanti kellhom jiġu riveduti u approvati internament;

14.  Is-servizz tal-awditjar intern ħareġ rapport dwar il-ġestjoni u l-etika tar-riżorsi umani fl-2019, b'erba' rakkomandazzjonijiet importanti u tlieta importanti ħafna; jinnota li ġie miftiehem pjan ta' azzjoni biex jiġu indirizzati r-rakkomandazzjonijiet miftiehma mal-IAS u jistieden lill-Aġenzija tirrapporta dwar l-istatus ta' implimentazzjoni tagħhom;

Kummenti oħra

15.  Jinnota bi tħassib li l-Aġenzija għadha ma żviluppatx politika ta' ġestjoni ambjentali formali u komprensiva biex tiżgura post tax-xogħol favur l-ambjent; jistieden lill-Aġenzija tieħu azzjoni f'dan ir-rigward;

16.  Jinnota li l-Aġenzija pproduċiet 55 rapport u kienet attiva fis-sensibilizzazzjoni dwar kwistjonijiet ċibernetiċi;

17.  Jappella lill-Aġenzija tikkonċentra aktar fuq it-tixrid mal-pubbliku ġenerali tar-riżultati tar-riċerka tagħha;

o
o   o

18.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ April 2021(18) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(2) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(4) ĠU L 165, 18.6.2013, p. 41.
(5) ĠU L 151, 7.6.2019, p. 15.
(6) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(9) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(10) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(11) ĠU L 165, 18.6.2013, p. 41.
(12) ĠU L 151, 7.6.2019, p. 15.
(13) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(14) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(15) ĠU C 120, 29.03.2019, p. 67
(16) Ir-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013, ĠU L 151, 7.6.2019, p. 15.
(17) Id-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta' aġenzija, ĠU L 327, 5.12.2008, p. 9.
(18) Testi adottati, P9_TA(2021)0215.


Kwittanza 2019: l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji
PDF 171kWORD 57k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2165(DEC))
P9_TA(2021)0189A9-0077/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0062/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 65 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0077/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2165(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0062/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 65 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0077/2021),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2165(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0077/2021),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha(13), il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2019 kien jammonta għal EUR 27 139 347, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 5,74 % meta mqabbel mal-2018; billi l-parti l-kbira tal-baġit tal-Aġenzija tiġi mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019 (ir-"rapport tal-Qorti"), sostniet li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2019 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,98 %, ugwali għar-rata ta' implimentazzjoni fl-2018; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 92,22 %, li tirrappreżenta żieda ta' 3,27 % meta mqabbla mal-2018;

2.  Jinnota li ntlaħqu l-limiti massimi indikattivi ta' 10 % użati mill-Qorti tal-Awdituri biex tivvaluta l-eżekuzzjoni tal-baġit fil-livell tar-riporti għat-Titolu 1 (persunal) u ta' 20 % għat-Titolu 2 (amministrazzjoni); jinnota b'dispjaċir li l-limitu massimu indikattiv għat-Titolu 3 (30 % għall-infiq operattiv) ma ntlaħaqx;

3.  Jinnota li d-dħul miżjud marbut mat-tariffi huwa bbilanċjat minn tnaqqis fis-sussidju mogħti lill-Aġenzija; jiddispjaċih li ż-żieda fl-attività mhijiex meqjusa mill-Kummissjoni bħala raġuni biex jiżdied dak is-sussidju;

4.  Jinnota li, wara t-tkabbir tal-mandat tal-Aġenzija fir-Regolament il-ġdid tagħha, fl-2019 l-Aġenzija bdiet tiġbor tariffi u imposti għal kompiti ta' ċertifikazzjoni, filwaqt li qieset il-ħtiġijiet speċifiċi tal-intrapriżi ta' daqs medju (SMEs); jinnota li, skont ir-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, it-tariffi u l-imposti jirrappreżentaw dħul assenjat għall-Aġenzija; jinnota li ġew introdotti emendi għar-regoli ta' implimentazzjoni għar-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija;

5.  Jinnota li fl-2019 ġew irreġistrati 36 nuqqas ta' konformità ex post (avvenimenti ta' nuqqas ta' konformità) fir-reġistru ta' nuqqas ta' konformità tal-Aġenziji, meta mqabbla ma' 29 fl-2018 u 7 fl-2017; jinnota li dawn l-avvenimenti ta' nuqqas ta' konformità huma marbuta prinċipalment mar-regoli dwar il-missjonijiet, l-impenji ex post, il-ġestjoni tal-kuntratti u l-pagamenti u l-proċeduri interni; jinnota li l-Aġenzija indikat li ġew stabbiliti miżuri korrettivi u tqajmet kuxjenza; jistieden lill-Aġenzija twaqqaf ix-xejra lejn numru dejjem akbar ta' nuqqasijiet ta' konformità ex post u tenfasizza miżuri preventivi;

6.  Ifakkar fl-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-aġenzija f'termini ta' operazzjoni u ġestjoni interni tagħha iżda anki sabiex titħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; jenfasizza l-ħtieġa li l-aġenzija tkompli tkun proattiva f'dan ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji akkost ta' kollox; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta' sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

Prestazzjoni

7.  Jissottolinja l-użu b'suċċess ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) min-naħa tal-Aġenzija biex tivvaluta l-effiċjenza tagħha fit-twettiq tal-missjonijiet tagħha; jirrikonoxxi li l-Aġenzija kisbet livell sodisfaċenti ta' kisba għall-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tagħha u l-miri tagħha għar-riżultati; jinnota li minn 136 KPI, 118 intlaħqu jew intlaħqu parzjalment filwaqt li 18 ma ntlaħqux; jinnota prestazzjoni insuffiċjenti konsiderevoli tal-KPI 5 "100 % tal-Istati Membri li għandhom ir-Regoli Tekniċi Nazzjonali tagħhom relatati mal-vetturi mnaddfa" b'punteġġ finali ta' 67 % u jinnota n-nuqqas ta' spjegazzjoni għal dan ir-riżultat, li huwa baxx meta mqabbel mal-mira ta' 100 %; jistieden lill-Aġenzija tipprovdi narrattiva ta' appoġġ, flimkien mal-punteġġi tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni;

8.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija tesplora possibbiltajiet ta' kondiviżjoni tar-riżorsi fuq kompiti li jikkoinċidu fost aġenziji oħra b'attivitajiet simili; iħeġġeġ lill-Aġenzija tipprova tikseb b'mod attiv aktar kooperazzjoni u kooperazzjoni usa' mal-aġenziji kollha tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Aġenzija tesplora l-possibbiltà ta' kondiviżjoni tal-persunal f'ċerti oqsma mhux esperti, tekniċi u amministrattivi;

9.  Jistieden lill-Aġenzija timmira li tikkonċentra aktar fuq it-tixrid mal-pubbliku ġenerali tar-riżultati tar-riċerka tagħha;

10.  Ifakkar li l-Aġenzija għandha l-iżgħar baġit fost l-aġenziji tat-trasport minkejja l-prestazzjoni ambjentali eċċezzjonali u benefiċċji oħra tat-trasport ferrovjarju; jenfasizza, b'mod partikolari, li l-Aġenzija m'għandhiex titqiegħed f'pożizzjoni fejn tħossha sfurzata titlob appoġġ addizzjonali mill-Kummissjoni, minħabba mezzi finanzjarji inadegwati, speċjalment fi żmien meta l-ferroviji huma prijorità politika tal-Unjoni Ewropea; jappella għal żieda fil-baġit tal-Aġenzija sabiex din tingħata l-mezzi meħtieġa sabiex tkun tista' taġixxi bħala aġenzija effiċjenti u tkun tista' twettaq il-kompiti tagħha, b'mod partikolari dawk relatati maż-żieda fil-kompetittività, it-titjib tas-sikurezza u l-interoperabbiltà transfruntiera;

Politika dwar il-persunal

11.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2019, it-tabella tal-persunal kienet eżegwita fil-livell ta' 93,92 %, u li kienu nħatru 139 aġent temporanju mit-total ta' 148 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel mal-148 post tax-xogħol awtorizzati fl-2018); jinnota li, barra minn hekk, 35 aġent kuntrattwali ħadmu għall-Aġenzija fl-2019; jinnota li fil-31 ta' Diċembru 2019, l-ebda espert nazzjonali sekondat ma ħadem għall-Aġenzija;

12.  Jinsab imħasseb ħafna dwar in-nuqqas ta' bilanċ bejn il-ġeneri rrapportat għall-2019 għall-maniġers superjuri (89 % irġiel u 11 % nisa) u l-bord tat-tmexxija (70 % irgiel u 30 % nisa); jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-importanza li jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom fil-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija żżid l-isforzi tagħha biex tikseb bilanċ aħjar bejn il-ġeneri fil-livelli kollha;

13.  Jinkoraġġixxi lill-Aġenzija timmira li tiżviluppa qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabbiltà;

14.  Jinnota li l-Aġenzija adottat politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju, li l-counsellors kunfidenzjali jiġu promossi u li l-persunal jitħeġġeġ jindirizza l-kwistjonijiet tagħhom lilhom; jinnota li ġie rrappurtat każ wieħed ta' allegat fastidju, iżda ħadd ma ġie investigat u ħadd ma tressaq il-qorti;

15.  Jinnota li r-riżultati tal-eżerċizzju annwali ta' valutazzjoni komparattiva fir-rigward tal-persunal huma simili għal dawk tal-2018 u juru li 19,39 % tal-persunal ingħata xogħol amministrattiv (20,33 % fl-2018), 69,95 % tal-persunal ingħata kompiti operazzjonali (68,88 %), u 11,04 % tal-persunal ingħata kompiti ta' kontroll u kompiti finanzjarji (10,79 %);

16.  Jiddispjaċih li fl-2019 il-Bord ta' Tmexxija ma rnexxilux jiddeċiedi dwar arranġament lingwistiku għall-Aġenzija;

Akkwist pubbliku

17.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Aġenzija naqset milli taħtar formalment mill-inqas membru wieħed ta' kumitat tal-evalwazzjoni ta' proċedura ta' akkwist, u dan ipperikola t-trasparenza tal-proċedura ta' akkwist; jinnota r-risposta tal-Aġenzija għas-sejba tal-Qorti u l-miżuri meħuda mill-Aġenzija biex tipprevjeni li dan in-nuqqas jerġa' jseħħ;

18.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Aġenzija kkonkludiet tliet kuntratti qafas separati "f'kaskata" ma' tliet kumpaniji; jinnota mill-osservazzjonijiet tal-Qorti li r-Regolament Finanzjarju jistipula li huwa possibbli li dan isir mingħajr ma terġa' tinfetaħ il-proċedura tal-offerti sakemm il-kuntratt qafas jistabbilixxi b'mod preċiż it-termini kollha li jirregolaw il-forniment tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi kkonċernati; jinnota li l-Qorti kkonkludiet li l-kuntratt qafas mhuwiex speċifiku biżżejjed u jinnota wkoll, mill-osservazzjonijiet tal-Qorti, li l-offerti finanzjarji tal-offerenti kienu bbażati biss fuq rata ta' kuljum għal jum ta' xogħol, mingħajr ma jitqiesu elementi importanti bħall-profili tal-ħaddiema jew il-kumplessità tax-xogħol involut; jinnota, mill-konklużjoni tal-Qorti, li l-użu ta' dan it-tip ta' kuntratt qafas ma kienx xieraq, meta jitqies il-livell ta' dettall disponibbli fuq ix-xogħol li jrid jitwettaq u li d-data finanzjarja lanqas ma kienet dettaljata biżżejjed biex tiżgura li x-xogħol twettaq bl-aktar mod ekonomiku possibbli; jinnota r-risposta tal-Aġenzija li l-offerta inkwistjoni kienet tikkonċerna l-assistenza għall-kompitu l-ġdid tal-Aġenzija u għaldaqstant lill-Aġenzija, ma jkunx proporzjonat li jiġi organizzat ftuħ mill-ġdid ta' kompetizzjoni (li ddum mill-inqas 3 ġimgħat) għal assistenza teknika (li ddum massimu ta' 15-il jum) meta r-rekwiżit legali biex tiġi vvalutata l-kompletezza ta' fajl tal-applikazzjoni jkun ta' xahar; jistieden lill-Aġenzija żżomm lill-awtorità ta' kwittanza infurmata fir-rigward tal-infiq skont dawn il-kuntratti qafas;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, trasparenza u demokrazija

19.  Jinnota li, skont id-dikjarazzjoni tal-Aġenzija stess, l-esponiment tal-Aġenzija għal kunflitti ta' interess żdied mis-16 ta' Ġunju 2019, meta l-Aġenzija saret awtorità b'setgħat sinifikanti ta' teħid ta' deċiżjonijiet; jinnota li l-bord ta' tmexxija tal-Aġenzija adotta qafas ta' mġiba amministrattiva tajba f'Mejju 2019 li fih miżuri stretti dwar il-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess għall-individwi involuti fl-implimentazzjoni tar-Raba' Pakkett Ferrovjarju u li l-bord ta' tmexxija kompla jiċċara r-regoli dwar ir-rigali u l-ospitalità u l-użu tal-midja soċjali; jistieden lill-aġenzija timmonitorja mill-qrib l-effikaċja tal-miżuri meħuda u tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-esperjenza u l-ħtieġa possibbli ta' aġġustamenti;

20.  Jinnota li l-Aġenzija ppubblikat id-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-bord ta' tmexxija u tal-maniġment superjuri, u s-CVs tal-membri tal-bord ta' tmexxija tagħha u tad-direttur eżekuttiv tagħha fuq is-sit web tagħhom; jappella lill-Aġenzija tippubblika s-CVs tal-maniġment superjuri u tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bil-miżuri meħuda f'dan ir-rigward;

21.  Jinnota l-kontinwazzjoni tal-passi li ttieħdu biex tittejjeb it-trasparenza tal-attivitajiet tal-Aġenzija billi jiġu rrappurtati l-laqgħat li l-persunal tal-Aġenzija jkollu mal-partijiet ikkonċernati esterni, b'mod partikolari l-laqgħat tad-direttur mal-organizzazzjonijiet u l-individwi li jaħdmu għal rashom, u d-disponibbiltà tagħhom fuq is-sit web tal-Aġenzija;

22.  Jinnota li l-każ ta' suspett ta' frodi, irrappurtat għall-ewwel darba fl-2017, ingħalaq mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi f'Settembru 2019, mingħajr ma rrakkomanda li tittieħed l-ebda azzjoni; jinnota li l-investigazzjoni ma stabbiliet l-ebda evidenza ta' frodi jew irregolarità li taffettwa l-interessi finanzjarji jew interessi oħra tal-Unjoni;

Kontrolli interni

23.  Jinnota l-kumment fir-rapport tal-Qorti li l-Kummissjoni, skont ftehim dwar il-livell ta' servizz, ħarġet fattura lill-Aġenzija għall-forniment ta' servizzi tal-IT differenti, iżda li dik il-fattura kienet parzjalment ibbażata fuq għadd żbaljat ta' utenti; jinnota l-impatt finanzjarju limitat tal-impożizzjoni żejda fuq l-Aġenzija ta' EUR 4 675; jinnota, madankollu, id-dgħufijiet fil-kontrolli interni tal-Aġenzija identifikati mill-Qorti, li juru li ma kien sar l-ebda kontroll biex jiġi żgurat li l-ammont fatturat kien konformi mat-termini tal-ftehim dwar il-livell ta' servizz; jistieden lill-Aġenzija tivvaluta d-dgħufija identifikata, tintroduċi miżuri preventivi, tindirizza r-riskji identifikati u tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda sa Ġunju 2021;

24.  Jinnota li fl-2019 ingħalqu r-rakkomandazzjonijiet miftuħa kollha għajr waħda mis-Servizz tal-Awditjar Intern; jinnota li r-rakkomandazzjoni miftuħa waħda tirriżulta mill-awditu tal-2018 dwar il-ġestjoni tal-proġetti u tas-servizzi u tirreferi għall-użu effettiv ta' MS Project; jinnota li l-Aġenzija rrappurtat f'Settembru 2020 fir-rapport ta' segwitu tagħha dwar il-kwittanza tal-2018, li r-rakkomandazzjoni se tingħalaq f'Ġunju 2020; ifakkar lill-Aġenzija li din ir-rakkomandazzjoni għandha tiġi implimentata skont il-pjan ta' azzjoni miftiehem tagħha; jistieden lill-Aġenzija żżomm lill-awtorità ta' kwittanza infurmata dwar l-implimentazzjoni ta' din ir-rakkomandazzjoni u tipprovdi spjegazzjoni għal kwalunkwe dewmien sa Ġunju 2021;

25.  Jirrimarka r-rwol tal-Aġenzija fl-iżgurar tas-sikurezza u l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja Ewropea u fit-titjib tal-kompetittività tal-ferroviji fir-rigward ta' modi oħra ta' trasport, it-tnaqqis tal-ostakli amministrattivi u tekniċi, il-promozzjoni tal-aċċess għas-suq u l-garanzija tan-nondiskriminazzjoni, l-użu aktar effiċjenti tal-fondi pubbliċi fis-servizzi pubbliċi tat-trasport ferrovjarju u t-titjib tal-governanza tal-infrastruttura; jappoġġja l-viżjoni tal-Kummissjoni ta' sistema ferrovjarja Ewropea minn ta' quddiem fid-dinja f'dak li jikkonċerna l-prestazzjoni tas-sikurezza; jappella għal żieda fil-baġit tal-Aġenzija sabiex din tingħata l-mezzi meħtieġa sabiex tkun tista' taġixxi bħala aġenzija effiċjenti u tkun tista' twettaq il-kompiti tagħha, b'mod partikolari dawk relatati maż-żieda fil-kompetittività, it-titjib tas-sikurezza u l-interoperabbiltà transfruntiera;

26.  Jilqa' l-fatt li sas-16 ta' Ġunju 2019 l-Aġenzija kienet bdiet twettaq b'suċċess ir-rwol tagħha ta' awtorità tal-UE responsabbli għall-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta' vetturi ferrovjarji, ċertifikati uniċi tas-sikurezza għall-impriżi ferrovjarji u approvazzjonijiet ta' apparat maġenb il-binarji tal-ERTMS, kif iddikjarat fil-qafas legali tar-Raba' Pakkett Ferrovjarju; jinnota li dawk iż-żewġ missjonijiet twettqu fir-rigward tat-tmien Stati Membri li kienu ttrasponew il-pilastru tekniku tar-Raba' Pakkett Ferrovjarju fl-2019; jilqa' l-iżvilupp kontinwu tal-"Punt ta' Kuntatt Uniku"; jinsisti fuq il-ħtieġa li l-Aġenzija tingħata r-riżorsi finanzjarji, materjali u umani meħtieġa flimkien ma' responsabbiltajiet akbar li huma attribwiti lill-Aġenzija sabiex twettaq dawn il-funzjonijiet ġodda u addizzjonali b'mod effiċjenti u effettiv;

27.  Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija kienet soġġetta għat-tieni awditu ta' sorveljanza ISO 9001 biex tiċċertifika li s-sistema ta' ġestjoni qed tikkonforma mar-rekwiżiti tal-ISO u li l-korp taċ-ċertifikazzjoni ma identifika l-ebda nuqqas ta' konformità;

Kummenti oħra

28.  Jinnota li l-Aġenzija bdiet diskussjonijiet mal-awtoritajiet Franċiżi dwar il-kostruzzjoni ta' bini ġdid; iħeġġeġ lill-Aġenzija tinkludi rekwiżiti tal-ogħla livell fir-rigward tal-benessri tal-persunal u l-istandards ambjentali;

29.  Jilqa' l-isforzi li saru mill-Aġenzija biex toħloq qafas ta' ħidma li jagħmilx ħsara lill-ambjent;

30.  Ifakkar fl-importanza li l-aġenzija tiżviluppa viżibbiltà akbar fil-midja u fuq l-internet sabiex tagħmel xogħolha magħruf;

o
o   o

31.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ April 2021(14) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(2) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1
(4) ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1
(5) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(8) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(9) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1
(10) ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1
(11) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) ĠU C 107, 31.3.2020, p. 70
(14) Testi adottati, P9_TA(2021)0215.


Kwittanza 2019: l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL)
PDF 177kWORD 60k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2166(DEC))
P9_TA(2021)0190A9-0071/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0063/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2015/2219 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0071/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2166(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0063/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2015/2219 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0071/2021),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2019,

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2166(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0071/2021),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u tan-nefqa tagħha(13), il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL)(l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2019 kien ta' EUR 18 267 682 li jirrappreżenta żieda ta' 75,37 % meta mqabbel mal-2018, prinċipalment minħabba bidla fir-rappurtar dwar il-paragrafi finanzjarji relatati mal-ftehimiet ta' delega u ta' kontribuzzjoni b'karattru pluriennali; billi madwar nofs il-baġit tal-Aġenzija huwa ffinanzjat minn kontribuzzjoni mill-Unjoni u n-nofs l-ieħor minn dħul assenjat mill-proġetti;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019 (ir-"rapport tal-Qorti"), tiddikjara li hija kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'apprezzament li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2019 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,90 %, li tirrappreżenta żieda ta' 1,93 % meta mqabbla mal-2018; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 89,32 %, li tirrappreżenta żieda ta' 12,81 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

Prestazzjoni

2.  Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija tuża indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex ittejjeb il-ġestjoni tagħha tal-baġit u biex tkejjel l-attivitajiet ta' taħriġ tagħha u l-impatt tagħhom, b'mod partikolari l-livell ta' sodisfazzjon tal-parteċipanti, sabiex tivvaluta l-valur miżjud li dawk l-attivitajiet jipprovdu;

3.  Ifakkar lill-Aġenzija biex regolarment tirrieżamina u taġġorna s-sistema ta' kejl tal-prestazzjoni u l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tagħha biex tiżgura l-kontribut effiċjenti u l-għarfien espert tal-Aġenzija fil-livell tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Aġenzija tanalizza l-eżiti bir-reqqa u tużahom biex ittejjeb l-istrateġija u l-ippjanar tal-attività tagħha;

4.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija wettqet b'suċċess il-mandat tagħha, u f'xi każijiet marret lil hinn mill-objettivi stabbiliti fil-programm ta' ħidma annwali tagħha għall-2019;

5.  Jenfasizza r-rwol tal-Aġenzija fl-għoti ta' informazzjoni lill-esperti tal-infurzar tal-liġi nazzjonali dwar l-aħħar żviluppi fl-oqsma tas-sigurtà, tal-infurzar tal-liġi u tal-iskambju ta' informazzjoni, u fl-iffaċilitar tal-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki;

6.  Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-attivitajiet ta' taħriġ tal-Aġenzija huma allinjati mill-qrib mar-rekwiżiti espressi mill-gruppi EMPACT taċ-Ċiklu ta' Politika tal-UE filwaqt li l-għarfien espert ġie żgurat mill-Istati Membri, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, in-Network Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil u partijiet ikkonċernati oħra;

7.  Jilqa' pożittivament il-fatt li fl-2019 l-Aġenzija wettqet 327 attività ta' taħriġ li fihom ipparteċipaw 34,723 uffiċjal tal-pulizija; jesprimi wkoll is-sodisfazzjon tiegħu li 28 student ieħor setgħu jiggradwaw mill-Programm Konġunt Ewropew tal-Masters (EJMP);

8.  Josserva li l-Aġenzija qabbdet fornitur estern biex jevalwa l-proċess u l-impatt tal-eżerċizzju pilota tal-Valutazzjoni Strateġika tal-Ħtiġijiet tat-Taħriġ tal-UE (UE-STNA) biex iħejji għall-fażi tal-pjan strateġiku li jmiss fl-2019 sabiex tniedi l-UE-STNA l-ġdida fl-2021;

9.  Jinnota li l-Aġenzija identifikat iċ-ċiberkriminalità bħala l-prijorità ewlenija tagħha għas-snin li ġejjin, u li l-Akkademja taċ-Ċiberkriminalità tas-CEPOL (CCA), ospitata fil-bini taċ-Ċentru ta' Taħriġ Internazzjonali Ungeriż, ġiet stabbilita fl-2019 u pprovdiet pjattaforma kkonfigurata bis-sħiħ biex tħarreġ fl-istess ħin sa 100 parteċipant;

10.  Jinnota l-fatt li l-Aġenzija għadha qed tikkoopera mill-qrib man-network tal-aġenziji tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni, u mal-aġenziji li jiffurmawh, inkluż b'mod partikolari l-Europol u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta; jinnota li dawn jaqsmu bejniethom l-attivitajiet tat-taħriġ u jorganizzaw korsijiet flimkien; jinnota li l-Aġenzija tikkoopera b'mod attiv mal-faċilitajiet ta' qsim tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) u l-appoġġ għall-proċeduri ta' reklutaġġ u ta' akkwist; jirrikonoxxi l-fatt li l-Aġenzija ilha mill-2014 testernalizza s-servizzi tal-kontabilità lill-Kummissjoni; iħeġġeġ lill-Aġenzija tipprova b'mod attiv tikseb aktar kooperazzjoni u kooperazzjoni usa' ma' korpi, uffiċji u aġenziji oħra tal-Unjoni;

11.  Jistieden lill-Aġenzija tkompli żżid il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-prattiki t-tajba ma' korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni bil-għan li ttejjeb l-effiċjenza fir-rigward tar-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-binjiet, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà;

12.  Josserva li, wara l-evalwazzjoni esterna perjodika ta' ħames snin konkluża f'Jannar 2016, li għaliha l-Aġenzija kellha timplimenta azzjonijiet korrettivi, kien hemm bżonn li 32 azzjoni li jindirizzaw 17-il rakkomandazzjoni jitlestew sa tmiem l-2018; jinnota li mill-adozzjoni tal-pjan ta' azzjoni sal-2020 kienu tlestew 31 azzjoni u li l-azzjoni waħda pendenti hija relatata mal-iżvilupp ulterjuri tal-pjattaforma għat-tagħlim elettroniku (LEEd) tal-Aġenzija;

Politika dwar il-persunal

13.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2019, it-tabella tal-persunal kienet eżegwita fil-livell ta' 93,75 %, u nħatru 30 aġent temporanju mit-total ta' 32 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 32 post tax-xogħol awtorizzat fl-2018); jinnota li, barra minn hekk, fl-2019 ħadmu għall-Aġenzija 17-il aġent kuntrattwali u 5 esperti nazzjonali sekondati;

14.  Jenfasizza li fl-2019, l-Aġenzija rċeviet għadd kbir ta' applikazzjonijiet għall-programmi li hija toffri; jissottolinja li l-Aġenzija setgħet takkomoda biss 47 % ta' dik id-domanda għall-programm ta' skambju u kellha tiċħad 55 % tal-applikanti għal kors dwar l-attivitajiet taċ-ċiberkriminalità minħabba nuqqas ta' riżorsi umani; jistieden lill-Kummissjoni u lill-koleġiżlaturi jkomplu jimpenjaw ruħhom mal-Aġenzija fil-proċess tal-allokazzjoni tar-riżorsi tal-baġit sabiex jindirizzaw in-nuqqasijiet fil-għadd ta' persunal u jippermettu lill-Aġenzija timplimenta bis-sħiħ il-mandat tagħha;

15.  Jinnota li l-bilanċ bejn il-ġeneri kien kważi ntlaħaq fl-2019 fost il-maniġers superjuri (żewġt irġiel u mara waħda); jinsab imħasseb, madankollu, li m'hemm l-ebda bilanċ bejn il-ġeneri fil-livell tal-bord maniġerjali (20 raġel u 8 nisa); jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-importanza li jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom fil-bord maniġerjali tal-Aġenzija;

16.  Josserva li, wara r-rilokazzjoni tiegħu mir-Renju Unit lejn l-Ungerija u l-koeffiċjent ta' korrezzjoni aktar baxx li rriżulta applikat għas-salarji tal-persunal, id-dawran tal-impjegati kien għoli u l-bilanċ ġeografiku mhux dejjem inżamm, peress li naqsu l-applikazzjonijiet minn Stati Membri oħra, apparti dawk mill-pajjiż ospitanti; jinnota li fl-2019, l-Aġenzija kompliet tirċievi għadd sinifikanti ta' applikazzjonijiet minn ċittadini Ungeriżi u ċ-ċittadini tal-Istat Membru ospitanti komplew ikunu sovrarappreżentati fl-għadd totali ta' persunal; jinnota b'apprezzament li fl-2019, sabiex jitnaqqas il-livell għoli ta' dawran ta' persunal, l-Aġenzija kompliet timplimenta miżuri għaż-żamma tal-persunal u għall-kontinwità tal-operat, pereżempju, l-Aġenzija ingaġġat numru ta' persunal temporanji u esperti nazzjonali sekondati, sakemm tlesta r-reklutaġġ tal-persunal statutorju, kompliet bil-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-persunal u tal-funzjonijiet u żammet l-arranġamenti soċjali (eż. l-edukazzjoni għat-tfal tal-persunal), it-telexogħol u l-arranġamenti tal-ħin flessibbli;

17.  Jenfasizza d-diffikultajiet li l-Aġenzija ffaċċjat fir-reklutaġġ u ż-żamma ta' persunal kwalifikat; jissottolinja li l-koeffiċjenti ta' korrezzjoni jvarjaw b'mod sinifikanti minn Stat Membru għall-ieħor, u dan għandu impatt serju fuq kemm l-aġenziji li jinsabu fi Stati Membri b'koeffiċjenti ta' korrezzjoni aktar baxxi huma kapaċi jirreklutaw u jżommu l-persunal u l-għarfien espert; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-possibilità li tistabbilixxi koeffiċjenti ta' korrezzjoni differenti bbażati fuq valutazzjoni reġjonali aktar milli nazzjonali; jenfasizza li normalment il-kwartieri ġenerali tal-aġenziji li jinsabu fi Stati Membri b'koeffiċjenti ta' korrezzjoni aktar baxxi jinsabu fi bliet kapitali fejn l-ispejjeż għall-għajxien u s-sussistenza huma wisq ogħla milli f'partijiet oħra tal-pajjiżi;

18.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija timmira li tiżviluppa qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabilità;

19.  Ifakkar fis-suġġeriment tal-Qorti fl-2018 li jiġu ppubblikati avviżi dwar postijiet vakanti fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal sabiex tiżdied il-pubbliċità u jiġi evitat li jiġġarrbu spejjeż għoljin tat-traduzzjoni; jinnota li l-Aġenzija tippubblika l-postijiet vakanti tagħha kollha fuq is-sit web u l-media soċjali tagħha stess fuq it-tabella interaġenzjali tal-impjiegi żviluppata min-Network tal-Aġenziji tal-UE; jitlob lill-Aġenzija tieħu miżuri xierqa u tirrapporta aġġornament lill-awtorità ta' kwittanza bil-passi meħuda biex tippubblika avviżi dwar postijiet vakanti fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal;

20.  Jilqa' l-isforzi tal-Aġenzija biex tibni ambjent u kultura tax-xogħol aktar diversifikati u inklużivi billi tieħu azzjonijiet favur il-persuni b'diżabilità; jitlob lill-Aġenzija tivvaluta l-possibilitajiet ta' tisħiħ u integrazzjoni ulterjuri tal-prinċipji ta' opportunitajiet indaqs fir-reklutaġġ, fit-taħriġ, fl-iżvilupp tal-karriera u fil-kundizzjonijiet tax-xogħol kif ukoll biex tqajjem sensibilizzazzjoni fost il-persunal dwar dawk l-aspetti; jistieden lill-Aġenzija tqis titjib u modifiki raġonevoli possibbli tal-binjiet tagħha, inkluż rigward l-aċċess u tagħmir tal-uffiċċju adegwat, għall-persuni b'mobilità mnaqqsa jew b'xi diżabilità oħra;

Akkwist

21.  Ifakkar mir-rapport tal-Qorti tal-2018, li l-Aġenzija kienet għadha ma introduċietx l-għodod kollha mnedija mill-Kummissjoni bil-għan li tintroduċi soluzzjoni unika għall-iskambju elettroniku ta' informazzjoni ma' partijiet terzi li jipparteċipaw fi proċeduri ta' akkwist pubbliku (akkwist elettroniku); jinnota b'sodisfazzjon li fl-2018 l-Aġenzija introduċiet il-fatturazzjoni elettronika u s-sejħa għall-offerti elettronika u li fl-2019 introduċiet is-sottomissjoni elettronika, u b'hekk implimentat bis-sħiħ l-akkwist elettroniku;

22.  Jinnota li fl-2018, l-Aġenzija tat kuntratt qafas għal arranġamenti tal-ivvjaġġar għall-persunal tagħha stess u għall-parteċipanti fit-taħriġ, mingħajr ma talbet spjegazzjoni mill-offerent rebbieħ għaliex l-offerta tiegħu kienet potenzjalment baxxa b'mod anormali; jirrikonoxxi li l-Aġenzija bidlet il-politika tagħha biex tiżgura dokumentazzjoni xierqa dwar prezzijiet (potenzjali) baxxi b'mod anormali għal offerta li tintgħażel, inkluż paragrafu speċifiku biex titlob u tanalizza r-raġunijiet għal offerti potenzjalment baxxi b'mod anormali;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, etika u trasparenza

23.  Jinnota l-miżuri eżistenti tal-Aġenzija u l-isforzi kontinwi li tagħmel biex tiżgura t-trasparenza u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, u biex tiżgura l-protezzjoni tal-informaturi; jesprimi sodisfazzjon li fl-2019 l-Aġenzija stabbiliet u implimentat Kodiċi ta' Mġiba Amministrattiva u linji gwida dwar l-informaturi, u japprezza l-fatt li d-dikjarazzjonijiet ta' interess u s-CV tal-membri tal-bord maniġerjali u tal-maniġment superjuri jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija; jinnota b'apprezzament li fl-2019 il-Bord Maniġerjali approva deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta kif ukoll dwar l-istabbiliment ta' kumitat tal-persunal;

24.  Jissottolinja l-fatt li l-qafas etiku attwali applikabbli għall-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni jbati minn nuqqasijiet konsiderevoli minħabba l-frammentazzjoni tiegħu u n-nuqqas ta' konsistenza li fih bejn id-dispożizzjonijiet eżistenti; jenfasizza li dawk il-kwistjonijiet għandhom jiġu indirizzati billi jiġi stabbilit qafas etiku komuni, li jiżgura l-applikazzjoni ta' standards etiċi għoljin għall-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kollha tal-Unjoni;

25.  Jissottolinja li ċerti uffiċjali jimlew dikjarazzjonijiet ta' nuqqas ta' kunflitti ta' interess u jipprovdu awtovalutazzjonijiet fir-rigward tar-rispett tal-istandards etiċi; jenfasizza, madankollu, li tali awtodikjarazzjonijiet u awtovalutazzjonijiet mhumiex biżżejjed u li għalhekk huwa meħtieġ skrutinju addizzjonali;

Kontrolli interni

26.  Jinnota li fl-2019, l-Aġenzija wettqet eżerċizzju intern biex tivvaluta s-sistemi ta' kontroll intern tagħha, u kkonkludiet li dawn ġew implimentati b'mod effettiv u li hemm bżonn biss ta' titjib żgħir;

27.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, f'okkażjoni waħda, ġie approvat impenn baġitarju ta' EUR 180 000 fis-sistema tal-kontabilità fuq il-bażi tad-dovuti (ABAC) minn membru tal-persunal awtorizzat b'mod mhux xieraq u b'hekk l-Aġenzija għandha tiżgura l-konsistenza bejn id-drittijiet tal-awtorizzazzjoni ABAC u d-deċiżjoni bil-miktub iffirmata mid-direttur eżekuttiv; jinnota mir-risposta tal-Aġenzija li n-nuqqas ta' konformità identifikat ġie ddokumentat fir-reġistru tal-eċċezzjonijiet u tal-avvenimenti ta' nuqqas ta' konformità, flimkien ma' azzjonijiet għal titjib, sabiex jissaħħu l-kontrolli fuq id-drittijiet tal-ABAC; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta għand l-awtorità ta' kwittanza dwar l-azzjonijiet għat-titjib li hija implimentat u tevita kwalunkwe sitwazzjoni futura fejn l-impenji baġitarji jiġu approvati minn membri tal-persunal awtorizzati b'mod mhux xieraq, u tiżgura l-konformità sħiħa mal-prinċipji kollha tal-eżekuzzjoni baġitarja soda;

28.  Jiddispjaċih li, skont ir-rapport tal-Qorti, f'okkażjoni waħda, kuntratt qafas b'valur ta' EUR 100 000 ġie ffirmat minn uffiċjal awtorizzanti li l-limitu ta' awtorizzazzjoni tiegħu għall-impenji legali kien ta' EUR 60 000 u d-direttur eżekuttiv ma pprovdiex sottodelegazzjonijiet speċifiċi matul l-assenza tiegħu sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-operazzjonijiet tal-Aġenzija; jinnota mir-risposta tal-Aġenzija li, wara s-sejba tal-awditjar, ġiet adottata deċiżjoni emendata dwar is-sottodelegazzjonijiet, fejn żdiedu l-limiti massimi allokati għall-uffiċjali awtorizzati biex tkun permessa aħjar il-kontinwità tal-operazzjonijiet; jistieden lid-direttur eżekuttiv jiżgura l-kontinwità tal-attività u tal-operat f'kull ħin, inkluż matul assenzi temporanji;

29.  Jinnota li l-Aġenzija wettqet stħarriġ dwar l-involviment tal-persunal fl-2019 bil-għan li tkejjel il-kontrolli mhux vinkolanti (integrità, tmexxija, kompetenzi, ftuħ u motivazzjoni); jirrikonoxxi li l-Aġenzija ħolqot pjan ta' azzjoni biex iżżid l-għarfien dwar il-kontrolli mhux vinkolanti stabbiliti;

30.  Jinnota li, skont ir-riżultati tal-awditjar intern, l-Aġenzija ma għandhiex biżżejjed spazju u erja għall-uffiċċji biex twettaq l-attivitajiet operattivi u li hi topera minn tliet postijiet fiżiċi differenti, u dan jirriżulta fi sfidi addizzjonali speċjalment mill-perspettiva tal-IT u tal-fluss tax-xogħol tad-dokumenti; jirrikonoxxi d-diskussjonijiet li għaddejjin bħalissa tal-Aġenzija mal-gvern Ungeriż biex jinstab spazju xieraq għall-uffiċċji;

31.  Jinnota li fl-2019, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni ħareġ rapport tal-awditjar dwar "L-implimentazzjoni tat-taħriġ, il-qsim tal-għarfien u l-monitoraġġ tar-riżultati", li kien segwit minn pjan ta' azzjoni korrettiva li qed jiġi implimentat; jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern ifformula sejba kritika waħda dwar it-tfassil u t-twaqqif tal-Programm ta' Masters Konġunt Ewropew; jirrikonoxxi li l-bord maniġerjali ddeċieda li jipposponi l-kontinwazzjoni tal-Programm ta' Masters Konġunt Ewropew b'sena, biex tkun tista' ssir proċedura ta' akkwist miftuħa għaċ-ċiklu li jmiss, u b'hekk twaqqfet il-prattika mhux konformi;

Kummenti oħra

32.  Jinnota li fi Frar tal-2017, l-Aġenzija kkonkludiet b'suċċess iċ-ċertifikazzjoni ISO 9001:2015 tas-sistema ta' tmexxija tal-Aġenzija sabiex ittejjeb u turi aħjar l-impenn tagħha għall-kwalità; josserva li, abbażi tar-riżultati pożittivi tal-awditi tas-sorveljanza implimentati fl-2019 kif ukoll fil-bidu tal-2020, l-Aġenzija żammet iċ-ċertifikazzjoni tagħha;

33.  Jinnota b'apprezzament li ċ-ċertifikazzjoni ISO 29993 kienet inkisbet b'suċċess għal erba' attivitajiet residenzjali ewlenin u li fl-2019 ġie introdott kontroll tal-kwalità ta' qabel il-korsijiet għall-attivitajiet residenzjali mogħtija;

34.  Jinnota li l-Aġenzija fil-bidu ta' Novembru 2019 bdiet timplimenta kuntratt ta' kiri li jista' jiġi estiż u li jdum sena f'Avenue de la Joyeuse Entrée, 17-21 Brussell, għal proġett pilota ta' uffiċċju ta' kollegament fi Brussell, sabiex jiġu ffaċilitati d-djalogu u l-iskambju ta' informazzjoni mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u mal-aġenziji tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni preżenti fi Brussell;

35.  Jikkundanna l-fatt li l-Aġenzija m'għandhiex politika dwar iċ-ċibersigurtà u l-protezzjoni tar-rekords diġitali li għandha fil-pussess tagħha, li fiż-żminijiet tal-lum hija importanti ħafna; jirrikonoxxi li fl-2020 l-Aġenzija bdiet il-proċess biex timplimenta s-sistema avvanzata ta' ġestjoni tar-rekords (ARES) bħala sistema ta' ġestjoni tad-dokumenti flimkien mal-EIT; jistieden lill-Aġenzija tikkoopera ma' korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' politika taċ-ċibersigurtà b'saħħitha u affidabbli; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress tal-implimentazzjoni;

36.  Jisħaq fuq l-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Aġenzija f'termini ta' proċeduri ta' ġestjoni u operazzjonijiet interni; jenfasizza l-ħtieġa li l-Aġenzija tibqa' tkun proattiva f'dak ir-rigward sabiex akkost ta' kollox jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji ; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta' sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

37.  Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija adottat strateġija komprensiva għad-diġitalizzazzjoni tagħha, billi indirizzat il-ħtiġijiet tad-diġitalizzazzjoni tagħha bl-objettiv li tipprovdi viżjoni olistika fit-tul dwar l-iżvilupp ta' mudell ta' negozju msaħħaħ bit-teknoloġija; iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli tiżviluppa l-istrateġija ta' diġitalizzazzjoni tagħha;

38.  Jirrimarka li jinħtieġ approċċ kumpless sabiex is-siti web tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni jsiru aċċessibbli għall-persuni b'kull tip ta' diżabilità, kif previst fid-Direttiva (UE) 2016/2102(14), inkluża d-disponibilità tal-lingwi tas-sinjali nazzjonali; jissuġġerixxi li l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabilità jiġu involuti f'dak il-proċess;

39.  Jinnota li l-Aġenzija ma wettqitx analiżi komprensiva tal-impatt tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni fuq l-organizzazzjoni, l-operazzjonijiet u l-kontijiet tagħha; jirrikonoxxi l-fatt li r-Renju Unit ma ħax sehem fl-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/2219(15), u b'hekk l-attivitajiet operattivi tal-Aġenzija mar-Renju Unit ġew trattati bħalma jiġu ttrattati dawk ma' pajjiż terz; jinnota li skont ir-Regolament (UE) 2015/2219, l-attivitajiet operattivi tal-Aġenzija mal-pajjiżi terzi huma rregolati b'arranġamenti ta' ħidma u għad ma hemmx arranġament bħal dan mar-Renju Unit;

40.  Jinnota li fl-2019 l-Aġenzija rnexxielha toħloq rabtiet ma' demografika usa' ta' persuni billi saħħet il-preżenza tagħha fuq il-midja soċjali;

41.  iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli tippromwovi l-ħidma, ir-riċerka u l-attivitajiet tagħha biex iżżid il-viżibilità pubblika tagħha;

42.  Jinnota l-isforzi tal-Aġenzija biex tiżgura post tax-xogħol kosteffikaċi u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent; jirrimarka li l-Aġenzija m'għandhiex fis-seħħ skema ta' kumpens għall-emissjonijiet tal-karbonju iżda jirrikonoxxi, abbażi tat-tweġiba tal-Aġenzija għall-kwestjonarju standard, li l-ispiża tal-parteċipazzjoni fi skema bħal din ma tistax tiġi koperta mir-riżorsi finanzjarji limitati tagħha, u jirrikonoxxi li l-Aġenzija tinkoraġġixxi lill-persunal tagħha jagħmel użu mit-trasport pubbliku biex inaqqas l-emissjonijiet u jqis li lill-impjegati jroddilhom lura l-ispejjeż tat-trasport pubbliku;

o
o   o

43.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ April 2021(16) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf
(2) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1
(4) ĠU L 319, 4.12.2015, p. 1
(5) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf
(8) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf
(9) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1
(10) ĠU L 319, 4.12.2015, p. 1
(11) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) ĠU C 107, 31.3.2020, p. 96
(14) Id-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-aċċessibilità tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (ĠU L 327, 2.12.2016, p. 1).
(15) Ir-Regolament (UE) 2015/2219 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI (ĠU L 319, 4.12.2015, p. 1).
(16) Testi adottati, P9_TA(2021)0215.


Kwittanza 2019: Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta
PDF 204kWORD 67k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2167(DEC))
P9_TA(2021)0191A9-0081/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0064/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 76 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 116 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0081/2021),

1.  Jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti ta' kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2167(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0064/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 76 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 116 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0081/2021),

1.  Jiddifferixxi l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2167(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0081/2021),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha(15), il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2019 kien ta' EUR 330 107 000, li jirrappreżenta żieda ta' 14,36 % meta mqabbel ma' dak tal-2018; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi skont l-Artikolu 80(1) tar-Regolament (UE) 2019/1896(16) il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fit-twettiq tal-kompiti tagħha f'dak ir-Regolament f'konformità mad-dritt rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-‘Karta’), u d-dritt internazzjonali rilevanti, inkluża l-Konvenzjoni tal-1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati, il-Protokoll tal-1967 tagħha, il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-obbligi relatati mal-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari l-prinċipju ta' non-refoulement. billi r-Regolament (UE) 2019/1896, mhux biss ipprovda riżorsi ġodda għall-Aġenzija fil-qasam tad-drittijiet fundamentali, imma stabbilixxa wkoll mekkaniżmu indipendenti intern komprensiv ġdid imfassal biex jimmonitorja l-konformità tal-attivitajiet operattivi tal-Aġenzija mad-drittijiet fundamentali; billi dan il-mekkaniżmu huwa bbażat fuq ir-rwol imsaħħaħ u l-indipendenza tal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali tal-Aġenzija li jirrapporta lill-bord maniġerjali iżda wkoll li jsir awtorità tal-ħatra delegata għall-persunal proprju;

C.  billi skont ir-Regolament (UE) 2019/1896 l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jiġi assistit minn viċi uffiċjal għad-drittijiet fundamentali u tal-inqas 40 osservatur tad-drittijiet fundamentali li jaġixxu taħt is-superviżjoni ġerarkika tal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali bħala "għajnejn u widnejn" fuq il-post;

D.  billi l-Pjan Direzzjonali għall-implimentazzjoni tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta 2.0 li l-Aġenzija u l-Kummissjoni stabbilew f'Lulju 2019, saħaq fuq il-ħtieġa li l-qafas rilevanti għall-monitoraġġ tad-drittijiet fundamentali jinġieb f'konformità mal-ittra u l-ispirtu tar-Regolament (UE) 2019/1896, b'mod partikolari fir-rigward tar-reklutaġġ ta' 40 osservatur tad-drittijiet fundamentali sal-5 ta' Diċembru 2020;

E.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019 (ir-"rapport tal-Qorti"), tiddikjara li għandha fil-pussess tagħha aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari; billi l-Qorti reċentement nediet awditu biex teżamina jekk l-Aġenzija s'issa pprovdietx appoġġ effettiv lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta' ġestjoni Ewropea integrata tal-fruntieri li ser tiġi ffinalizzata fl-2021;

F.  billi l-Ombudsman Ewropew fetaħ inkjesta (CASEOI/5/2020/MHZ) biex jivvaluta kif l-Aġenzija tittratta l-allegat ksur tad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari biex jivvaluta l-effettività u t-trasparenza tal-mekkaniżmu tal-ilmenti tal-Aġenzija għal dawk li jemmnu li d-drittijiet tagħhom ma ġewx irrispettati fil-kuntest tal-operazzjonijiet tal-Aġenzija fil-fruntieri, kif ukoll ir-rwol u l-indipendenza tal-uffiċjal tal-Aġenzija għad-drittijiet fundamentali;

G.  billi l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) fetaħ investigazzjoni dwar allegazzjonijiet li jikkonċernaw l-Aġenzija, prinċipalment dwar fastidju, imġiba ħażina u ritorn furzat ta' migranti;

H.  billi, minn Diċembru 2019, l-Aġenzija bdiet timplimenta mandat ġdid b'żieda importanti u essenzjali f'termini ta' missjonijiet u persunal, li jeħtieġu baġit adegwat;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2019 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,84 %, li tirrappreżenta żieda ta' 1,46 % meta mqabbla ma' dik tal-2018; jinnota bi tħassib li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet baxxa (69,13 %), li tirrappreżenta tnaqqis ta' 0,56 % meta mqabbla ma' dik tal-2018;

2.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li, fl-2019, l-Aġenzija kellha ftehimiet ta' finanzjament ma' pajjiżi li jikkooperaw għal attivitajiet operattivi, li jirrappreżentaw 55 % tal-baġit tal-Aġenzija; jinnota li l-Aġenzija ħadet passi biex ittejjeb il-verifiki ex ante u introduċiet mill-ġdid verifiki ex post fuq ir-rimborżi fl-2019; jesprimi tħassib dwar l-enfasi tal-Qorti li r-rimborż tal-infiq relatat mat-tagħmir għadu bbażat fuq l-ispejjeż reali u jiddeplora bil-qawwa l-fatt li l-proġett biex l-Aġenzija tgħaddi għar-rimborżi bbażati fuq il-kost unitarju għadu ma tlestiex; jaċċentwa li l-proċedura għadha ma tlestietx minkejja li din hija sitwazzjoni rikorrenti li kienet tqajmet fil-proċedura ta' kwittanza preċedenti; jinnota bi tħassib kbir mir-rapport tal-Qorti li l-pajjiżi li jikkooperaw mhux dejjem kienu ppreżentaw talbiet għall-ispejjeż sostnuti minn fatturi, jew minn evidenza oħra, li jissostanzjaw b'mod xieraq l-ispejjeż reali li saru fl-operazzjonijiet u li kien hemm dewmien biex jiġu pprovduti dokumenti ta' prova; fl-istess ħin, ir-rapport tal-Qorti jisħaq li d-dmir li tiġi ppreżentata evidenza ta' prova preċiża u f'waqtha flimkien mat-talbiet għall-ispejjeż jaqa' fuq il-pajjiżi li jikkooperaw; jinnota mir-risposta tal-Aġenzija li matul il-kontroll ex post l-Aġenzija aċċertat l-infiq li kien hemm dubju dwaru b'rendikonti bankarji u li l-benefiċjarju ġie nnotifikat li l-fatturi pro forma mhux se jibqgħu jiġu aċċettati aktar bħala dokumenti ta' prova anke jekk tali fatturi jkunu rrispettaw il-qafas regolatorju nazzjonali applikabbli; barra minn hekk, id-dewmien fil-forniment tad-dokumenti ta' prova kien assoċjat mal-implimentazzjoni ta' skema ta' għotjiet simplifikata għall-iskjerament ta' uffiċjali, u l-proċedura ta' pagament finali fl-2019 għalhekk kienet estiża ħafna sabiex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja soda; jinsab profondament mhux sodisfatt bin-nuqqas ta' impenn biex it-tmexxija tal-Aġenzija tindirizza din is-sitwazzjoni; jappella lill-Aġenzija twaqqaf ir-rimborżi kollha li fadal għal kwalunkwe talba ta' spejjeż mhux appoġġjati minn fatturi; iħeġġeġ lill-Aġenzija tiffinalizza minnufih it-tranżitu lejn rimborżi bbażati fuq il-kost unitarju u tapplika bis-sħiħ il-prinċipji kollha tal-ġestjoni finanzjarja tajba;

3.  Jiddeplora l-fatt li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Aġenzija mmodifikat l-arranġamenti kuntrattwali tax-xogħlijiet ta' rikostruzzjoni li saru fil-bini tal-Aġenzija fi stadju avvanzat tal-proġett u introduċiet il-possibbiltà ta' prefinanzjament għax-xogħlijiet li għad iridu jitlestew, għalkemm inizjalment il-ħlasijiet kellhom isiru biss meta x-xogħlijiet jiġu aċċettati u jinnota bi tħassib kbir li bħala riżultat ta' dan kien intilef element ewlieni ta' kontroll u l-użu tal-fondi ma kienx jirrifletti l-progress reali tax-xogħlijiet; jinnota mir-risposta tal-Aġenzija li l-prefinanzjament kien soluzzjoni li ppermettiet li titkompla r-rikostruzzjoni tal-bini u li jinżamm il-kontroll ewlieni tal-Aġenzija peress li l-prefinanzjament tħallas lil sid il-kera, li ma setax jagħmel ħlas lill-kuntrattur qabel ma parti mix-xogħlijiet kompluti kienet aċċettata mill-Aġenzija u kwalunkwe fond mhux użat kien ritornat lill-Aġenzija minn sid il-kera, li kollha kienu ggarantiti minn salvagwardji kuntrattwali; jappella lill-Aġenzija biex tirrieżamina l-mekkaniżmi tagħha rigward tali pagamenti u tiżgura l-konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba;

4.  Iqis li l-ispjegazzjoni tal-Aġenzija hija partikolarment dgħajfa, fid-dawl tal-informazzjoni dwar każ possibbli ta' frodi li jinvolvi software tal-IT Pollakk fejn ġie applikat modus operandi simili;

5.  Jindika r-rapporti riċenti fil-midja dwar eventi annwali għaljin, li l-ispejjeż tagħhom ammontaw għal kważi nofs miljun euro fl-2019; ifakkar li l-Aġenzija hija ffinanzjata minn flus il-kontribwenti tal-Unjoni; jilqa' f'dan ir-rigward id-deċiżjoni tal-Aġenzija li twaqqaf l-event annwali li jiswa ħafna flus; jappella lill-Aġenzija biex tkun aktar prudenti meta timplimenta l-baġit, f'dak li għandu x'jaqsam mal-organizzazzjoni ta' eventi;

Prestazzjoni

6.  Jinnota li l-Aġenzija tuża ċerti miżuri bħala indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha u tuża wkoll miżuri oħra biex ittejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha, bħal livell ta' sodisfazzjon permezz ta' stħarriġ online, evalwazzjoni ta' pagament tard u rata tal-postijiet tax-xogħol vakanti; jappella lill-Aġenzija tiċċara għaliex ir-"rifjut ta' dħul" huwa parti mill-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni;

7.  Jisħaq fuq ir-rwol essenzjali tal-Aġenzija bħala l-pedament tal-isforzi tal-Unjoni biex tissalvagwardja l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja u biex tiggarantixxi l-libertà ta' moviment mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni; jissottolinja li l-Aġenzija, permezz tal-mutwalizzazzjoni tar-riżorsi u l-mezzi fil-livell tal-Unjoni fil-qasam tal-politika dwar il-migrazzjoni, hija l-għodda ewlenija tas-solidarjetà tal-Unjoni f'dan il-qasam;

8.  Jinnota li r-Regolament (UE) 2019/1896 ġie adottat fit-13 ta' Novembru 2019 u daħal fis-seħħ fl-4 ta' Diċembru 2019, b'mandat u riżorsi estiżi inkluż il-ħolqien tal-korp permanenti b'setgħat eżekuttivi; jinnota li l-Aġenzija kellha timplimenta ristrutturar intern kbir u ffaċċjat l-isfida li tfassal kompiti ġodda biex tissodisfa d-dispożizzjonijiet tal-mandat il-ġdid; jinnota li l-Aġenzija ffaċċjat tnaqqis mhux previst fl-għadd ta' amministraturi li kellhom jiġu impjegati fl-2020, li wassal għal aġġustamenti fil-pjan ta' stabbiliment tal-Aġenzija; jinsab imħasseb dwar it-tul tad-diskussjoni li għaddejja bejn l-Aġenzija u l-Kummissjoni dwar dawk l-aġġustamenti; jappella lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija jsibu malajr soluzzjoni adegwata biex jiżguraw implimentazzjoni xierqa u f'waqtha tal-mandat il-ġdid tal-Aġenzija;

9.  Jissottolinja l-isfidi maħluqa miċ-ċiklu twil ta' ppjanar li jwassal għall-adozzjoni tad-dokument uniku ta' programmazzjoni, iffaċċjati mill-Aġenzija fid-dawl tal-ambjent volatili li fih hija qiegħda topera;

10.  Jinnota li l-ewwel strateġija teknika u operattiva Ewropea għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri ġiet adottata f'Marzu 2019;

11.  Jinnota li l-Aġenzija ħadet it-tmexxija fl-inizjattiva biex tistabbilixxi spazju komuni ta' uffiċċji ta' kollegament fi Brussell għall-aġenziji tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni, sabiex tibbenefika minn użu effiċjenti tar-riżorsi, biex taqsam il-faċilitajiet u s-servizzi u biex trawwem l-effett ta' networking; jinnota wkoll li qiegħed jiġi ffinalizzat arranġament amministrattiv b'rekwiżiti relatati mal-ispazju komuni ta' uffiċċji u t-termini ta' kooperazzjoni fost is-sħab u li l-passi li jmiss, previsti għall-perjodu 2020-2021, ser ikunu l-akkwist, l-armar u eventwalment ir-rilokazzjoni għall-bini l-ġdid;

12.  Jesprimi tħassib kbira dwar is-sejbiet tal-Qorti tas-sena preċedenti, li għalkemm l-Aġenzija daħlet fil-bini attwali tagħha fl-2014, l-Aġenzija għad m'għandha ebda pjan komprensiv għall-kontinwità operazzjonali approvat mill-bord maniġerjali; jinnota mir-risposta tal-Aġenzija li qed jiġu żviluppati politika ta' kontinwità operazzjonali ad interim u pjan għall-kontinwità operazzjonali u li l-adozzjoni tal-pjan għall-kontinwità operazzjonali kienet prevista għall-2020; jappella lill-Aġenzija tirrapporta għand l-awtorità tal-kwittanza rigward l-istadji ta' adozzjoni u implimentazzjoni tal-pjan tal-kontinwità tan-negozju;

13.  Jinnota li skont l-Artikolu 80(1) tar-Regolament (UE) 2019/1896, l-Aġenzija, bil-kontribut tal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali u soġġetta għall-approvazzjoni tiegħu, għandha tfassal, timplimenta u tiżviluppa aktar l-istrateġija u l-pjan ta' azzjoni dwar id-drittijiet fundamentali, inkluż mekkaniżmu effettiv għall-monitoraġġ tar-rispett tad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet kollha tal-Aġenzija; jinnota li l-pjan ta' azzjoni għandu jimplimenta l-istrateġija billi jiżgura salvagwardji prattiċi tad-drittijiet fundamentali li jiggwidaw l-implimentazzjoni tal-attivitajiet operattivi tal-Aġenzija; jiddeplora l-fatt li dan il-pjan ta' azzjoni għadu ma ġiex adottat;

14.  Jiddeplora l-fatt li minkejja l-appelli ripetuti tal-Parlament u ż-żieda ġenerali sinifikanti tal-persunal għall-Aġenzija, l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għad m'għandux riżorsi umani adegwati, u għalhekk huwa ostakolat b'mod ċar fit-twettiq tal-kompiti responsabbli għalihom; iħeġġeġ lill-Aġenzija tipprovdi lill-uffiċjal tagħha għad-drittijiet fundamentali bir-riżorsi u l-persunal adegwati, b'mod partikolari biex ikompli jiżviluppa u jimplimenta l-istrateġija tal-Aġenzija li timmonitorja u tiżgura l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali; ifakkar lill-Aġenzija fl-importanza li taderixxi mar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni, stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68(17); jappella lill-Aġenzija tistabbilixxi mekkaniżmu regolari li permezz tiegħu l-Aġenzija tinforma lill-Membri tal-Parlament Ewropew dwar l-operazzjonijiet li jkunu għaddejjin, anki dwar inċidenti serji u rapporti oħra dwar vjolenza u nuqqas ta' rispett tad-drittijiet fundamentali fil-fruntieri esterni;

15.  Jisħaq fuq l-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Aġenzija f'termini ta' proċeduri ta' operazzjonijiet u ġestjoni interni; jisħaq fuq il-ħtieġa li ċ-Ċentru jibqa' jkun proattiv f'dak ir-rigward biex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji akkost ta' kollox; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta' sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

16.  Jinnota, mit-tweġiba tal-Aġenzija, li ġie stabbilit tim intern tas-sigurtà tal-ICT u taċ-ċibersigurtà; jinkoraġġixxi lill-Aġenzija tiffinalizza mingħajr dewmien żejjed il-pjan ta' azzjoni tagħha dwar iċ-Ċibersigurtà għall-2020-2025; jappella lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Aġenzija fis-sejba ta' soluzzjonijiet biex tavvanza d-diġitalizzazzjoni tal-Aġenzija;

17.  Jilqa' l-ħolqien ta' reġistru ta' dokumenti iżda jikkunsidra li r-reġistru attwali ma jissodisfax ir-rekwiżiti ġuridiċi tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001(18), peress li d-dokumenti kollha li huma prodotti jew miżmuma mill-Aġenzija għandhom ikunu elenkati fir-reġistru; jirrikonoxxi li skont l-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament, l-Aġenzija għandha tirrifjuta l-aċċess għal dokumenti fejn dan ikun fl-interess pubbliku għal dak li jikkonċerna s-sigurtà pubblika, kwistjonijiet relatati mad-difiża u mal-militar, ir-relazzjonijiet internazzjonali jew il-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika tal-Unjoni jew ta' Stat Membru; itenni l-appell tiegħu lill-Aġenzija biex tiżgura t-trasparenza sħiħa fl-attivitajiet kollha tagħha; jappella lill-Aġenzija, b'mod aktar speċifiku, fid-dawl taż-żieda sinifikattiva ulterjuri u ġenerali mistennija fil-baġit tal-Aġenzija fis-snin li ġejjin u r-responsabbiltajiet imsaħħa tagħha, tipprovdih b'aktar informazzjoni dettaljata dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tagħha fuq l-attivitajiet operazzjonali tagħha skont il-kapitolu fejn telenka l-attivitajiet preċiżi ffinanzjati taħt l-artikoli u l-punti; jiddispjaċih li r-rapport tal-Qorti jivvaluta biss il-legalità u r-regolarità tal-infiq tal-Aġenzija; jitlob lill-Qorti, fid-dawl tad-daqs u l-portata tal-baġit tal-Aġenzija, twettaq valutazzjoni aktar kwalitattiva tal-prestazzjonijiet tagħha fil-futur, li tippermetti l-awtorità tal-kwittanza tivvaluta aħjar kif qed jintefaq il-baġit tal-Aġenzija;

Politika dwar il-persunal

18.  Jesprimi dispjaċir għall-fatt li fil-31 ta' Diċembru 2019, 75,83 % biss tat-tabella tal-persunal kienet implimentata, bi 367 aġent temporanju maħtura minn total ta' 484 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 418-il post tax-xogħol awtorizzati fl-2018); jinnota li, barra minn hekk, fl-2019 ħadmu għall-Aġenzija 214-il aġent kuntrattwali u 168 espert nazzjonali sekondat;

19.   Jinnota l-proċedura ta' reklutaġġ li għaddejja bħalissa tal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, il-viċi uffiċjal għad-drittijiet fundamentali u l-osservaturi tad-drittijiet fundamentali; jissottolinja l-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Aġenzija u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali fl-2019 dwar l-istabbiliment tal-kriterji tal-għażla speċifiċi għar-reklutaġġ tal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali u l-40 osservatur tad-drittijiet fundamentali; jiddispjaċih, madankollu, għad-dewmien fil-proċeduri ta' reklutaġġ; ifakkar li skont ir-Regolament (UE) 2019/1896, l-Aġenzija kienet obbligata li tkun irreklutat tal-inqas 40 osservatur tad-drittijiet fundamentali sal-5 ta' Diċembru 2020; jinnota li l-ewwel grupp ta' osservaturi tad-drittijiet fundamentali kien mistenni li jiġi reklutat f'Marzu 2021; jinnota li l-ambitu tad-dmirijiet tal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali żdied bir-Regolament (UE) 2019/1896 u b'hekk il-kariga kellha tiġi definita bħala funzjoni ta' maniġment intermedju li teħtieġ proċedura tal-għażla speċifika; jinnota li dawn il-bidliet fl-organizzazzjoni u fil-persunal qajmu ambigwitajiet rigward l-implikazzjonijiet legali u l-implimentazzjoni; jappella lill-Aġenzija tipprijoritizza t-trattament tad-drittijiet fundamentali; jinsisti għaldaqstant li l-Aġenzija tirrekluta 40 osservatur tad-drittijiet fundamentali fil-livell AD adatt kif meħtieġ skont l-Artikolu 110(6) tar-Regolament (UE) 2019/1896 mingħajr dewmien żejjed u tiżgura li l-osservaturi futuri tad-drittijiet fundamentali jkollhom il-pożizzjoni meħtieġa biex iwettqu dmirijiethom b'mod indipendenti;

20.  Jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta' bilanċ bejn il-ġeneri rrapportat għall-2019, b'mod partikolari fil-livell tal-bord maniġerjali (48 raġel u 8 nisa); jistieden lill-Aġenzija ttejjeb l-iżbilanċ sinifikanti bejn il-ġenerifil-livell tal-bord maniġerjali; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-importanza li jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom fil-Bord Maniġerjali tal-Aġenzija;

21.   Jinnota li l-Aġenzija adottat politika dwar il-ħarsien tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju fl-1 ta' Awwissu 2019; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-ħames każijiet ta' fastidju rrapportati mill-Aġenzija fl-2019 u jinnota li aktar reċentement saru allegazzjonijiet oħra ta' fastidju minn informaturi; jappella lill-bord maniġerjali biex jivvaluta jekk il-politika tal-Aġenzija dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju hijiex tiġi implimentata b'mod korrett u hijiex effettiva;

22.  Jesprimi tħassib dwar rapporti minn investigazzjonijiet ġurnalistiċi rigward l-attitudni ta' uffiċjali ta' grad għoli lejn il-persunal ta' grad aktar baxx; jaċċentwa b'mod partikolari t-tħassib tiegħu dwar rapporti ta' insulti u mġiba ta' nuqqas ta' rispett lejn il-persunal, kif ukoll kummenti li allegatament il-mekkaniżmi ta' kontroll fl-Aġenzija qegħdin isiru inqas effettivi; jinnota li l-Aġenzija ma kienet irrapportat ebda lment uffiċjali dwar dawn l-azzjonijiet; jinnota li skont il-mandat tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma ta' Skrutinju tal-Frontex se jimmonitorja l-ġestjoni interna tal-Aġenzija, inklużi l-proċeduri għar-rappurtar u t-trattament tal-ilmenti; iħeġġeġ lill-Aġenzija tikkoopera mal-Grupp ta' Ħidma ta' Skrutinju tal-Frontex biex tiċċara kwalunkwe tħassib f'dan ir-rigward u ssegwi r-rakkomandazzjonijiet futuri li saru rigward dan l-aspett dwar il-funzjonament tal-Aġenzija;

23.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li, fl-2019, l-Aġenzija kompliet tirrekluta persunal ġdid f'konformità mal-mandat estiż tagħha, b'reklutaġġ ta' 218-il impjegat ġdid għal dik is-sena; jinnota li, għalkemm il-proċedura ta' reklutaġġ titqies li rnexxiet, l-Aġenzija għandha ttejjeb il-gwida mogħtija lill-membri tal-kumitat ta' selezzjoni u tivverifika aktar mill-qrib id-drittijiet finanzjarji tal-kandidati għall-pagamenti tas-salarji; jinnota mir-risposta tal-Aġenzija li l-Aġenzija torganizza taħriġ għall-membri tal-kumitat ta' selezzjoni biex tiżgura li jkollhom għarfien xieraq biex iwettqu r-rwol tagħhom, filwaqt li jirrispettaw il-marġni ta' diskrezzjoni u indipendenza li jkollu kull kumitat ta' selezzoni; barra minn hekk, id-drittijiet u l-intitolamenti stabbiliti għall-membri tal-persunal ġew ikkomunikati fis-6 ta' Frar 2020, wara li ġie ppubblikat u eżegwit il-ħlas tas-salarji; jinnota li s-salarji tal-impjegati ġodda huma vverifikati mad-deċiżjonijiet u, fejn jinstabu diskrepanzi, l-impjegat il-ġdid irid ikun infurmat sat-tnax-il jum tax-xahar; jinnota bi tħassib ir-rapporti riċenti fil-midja li skonthom l-Aġenzija ma kkomunikatx kif suppost lill-kandidati dwar l-istatus tal-proċeduri ta' reklutaġġ; iħeġġeġ lill-Aġenzija ttejjeb il-komunikazzjoni tagħha f'dan ir-rigward;

24.  Jinnota li l-2019 kienet ir-raba' sena tal-pjan ta' tkabbir ta' ħames snin wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/1624(19) li żied b'mod sinifikanti l-baġit u l-persunal tal-Aġenzija; jinnota li l-Aġenzija bdiet tranżizzjoni lejn sistema ta' reklutaġġ-e mingħajr karti u bbażata fuq il-cloud, li kienet mistennija tkun operattiva fis-sajf tal-2020; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija qed tiffaċċja sfidi biex tattira kandidati esterni xierqa u biex tikseb bilanċ ġeografiku sod l-aktar minħabba l-koeffiċjent ta' korrezzjoni baxx; jissottolinja li l-koeffiċjenti ta' korrezzjoni jvarjaw b'mod sinifikanti minn Stat Membru għall-ieħor, u dan għandu impatt serju fuq kemm l-aġenziji li jinsabu fi Stati Membri b'koeffiċjenti ta' korrezzjoni aktar baxxi huma kapaċi jirreklutaw u jżommu l-persunal u l-għarfien espert; jisħaq li l-aġenziji li jinsabu f'pajjiżi fejn jiġi applikat koeffiċjent ta' korrezzjoni baxx għandhom jirċievu appoġġ ulterjuri mill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta' miżuri komplementari sabiex isiru aktar attraenti għall-persunal attwali u prospettiv; jappella lill-Kummissjoni tivvaluta l-impatt u l-vijabbiltà li jiġu applikati koeffiċjenti ta' korrezzjoni tal-pagi bbażati fuq valutazzjoni reġjonali aktar milli nazzjonali; jenfasizza li normalment il-kwartieri ġenerali tal-aġenziji li jinsabu fi Stati Membri b'koeffiċjenti ta' korrezzjoni aktar baxxi jinsabu fi bliet kapitali fejn l-ispejjeż għall-għajxien u s-sussistenza huma wisq ogħla milli f'partijiet oħra tal-pajjiżi;

25.  Jesprimi tħassib kbir li minkejja li kellha konoxxenza, sa minn Marzu 2019, tal-bidliet li daħlu fis-seħħ f'Diċembru 2019 fir-rigward tar-rwol u l-kompetenzi tal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali u tal-osservaturi tad-drittijiet fundamentali, it-tmexxija eżekuttiva tal-Aġenzija ma ħaditx il-miżuri meħtieġa biex tadatta għal dawk il-bidliet u dan irriżulta f'dewmien ripetut fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar ir-rispett tad-drittijiet fundamentali fi ħdan l-Aġenzija; jiddeplora bil-qawwa l-mod li bih, fi tmiem l-2019, id-direttur eżekuttiv iddeċieda li jaqbeż il-bord maniġerjali fil-proċedura ta' bidla ta' uffiċjal għad-drittijiet fundamentali; jinnota bi tħassib li l-proċedura bdiet mar-ritorn ta' uffiċjal għad-drittijiet fundamentali minn marda estiża u li informa lil min hu responsabbli fi żmien qasir ħafna; jaċċentwa li l-Aġenzija kellha tissospendi l-pubblikazzjoni tan-nota ta' post battal għall-kariga ta' uffiċjal għad-drittijiet fundamentali minħabba n-nuqqas ta' konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti; jissottolinja l-kummenti magħmula mill-Kummissjoni fir-rigward ta' din is-sitwazzjoni bħala "sempliċement illegali"; jieħu nota li attwalment il-kariga ta' uffiċjal għad-drittijiet fundamentali hija okkupata ad interim minn ex membru tal-kabinett tad-direttur eżekuttiv; jinsab imħasseb serjament dwar ir-rapporti fil-midja li d-direttur eżekuttiv ripetutament injora r-rapporti u l-pariri mingħand l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali rigward l-operazzjonijiet tiegħu f'diversi Stati Membri; jissottolinja li sa Frar 2021 l-Aġenzija ma kinitx irreklutat persuna waħda għall-kariga ta' osservatur tad-drittijiet fundamentali; jesprimi tħassib serju dwar il-kummenti tal-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta' rieda tal-Aġenzija li timplimenta l-gwida pprovduta mill-Kummissjoni fir-rigward tar-reklutaġġ, inkluż ir-reklutaġġ ta' uffiċjal u osservaturi tad-drittijiet fundamentali, li tkompli tostakola u ddewwem dan il-proċess; iħeġġeġ lill-Aġenzija tikkonforma bis-sħiħ mal-obbligi kollha derivati mir-Regolament (UE) 2019/1896 u tirrapporta għand l-awtorità tal-kwittanza dwar il-progress li jkun sar;

26.  Jirrikonoxxi li l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali ntgħażel fil-laqgħa tal-bord maniġerjali f'Marzu u se jibda jaqdi dmirijietu fl-1 ta' Ġunju 2021; jinnota li, minn April 2021, 15-il applikant għall-pożizzjonijiet ta' Osservaturi tad-Drittijiet Fundamentali aċċettaw l-offerta ta' impjieg tal-Aġenzija, li minnhom 10 se jkunu impjegati bħala AST 4 u 5 se jkunu impjegati bħala AD 7, b'dati tal-bidu antiċipati għal nofs Ġunju u l-bidu ta' Lulju 2021;

27.  Jinnota li l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/1896 ġabet bidliet fl-istruttura organizzattiva tal-Aġenzija; jinnota li l-portafoll tat-tliet viċi diretturi eżekuttivi kellu jiġi definit u vvalutat; jinnota li f'Diċembru 2020 il-bord maniġerjali adotta struttura organizzattiva emendata tal-Aġenzija; jenfasizza li t-tliet viċi diretturi eżekuttivi jeħtieġu kompetenzi u oqsma ta' responsabbiltajiet definiti b'mod ċar biex tiżdied it-trasparenza u l-kapaċità li tittieħed azzjoni;

28.  Jinkoraġġixxi lill-Aġenzija taħdem għall-iżvilupp ta' qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabbiltà;

Akkwist

29.  Jinnota li l-Aġenzija, permezz tal-uffiċċju tagħha għall-ispezzjoni u l-kontroll, qed tipparteċipa fin-network għall-iżvilupp tal-prestazzjoni tan-Network tal-Aġenziji tal-Unjoni Ewropea; jinnota li l-Aġenzija tipparteċipa wkoll fin-Network tal-Aġenziji tal-Unjoni Ewropea tal-Uffiċjali tal-Akkwist, filwaqt li tivvaluta offerti interistituzzjonali f'termini ta' ħtiġijiet u riżorsi finanzjarji;

30.  Jinnota l-akkwist mill-Aġenzija ta' sistemi ta' inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod għal sorveljanza mill-ajru fuq il-baħar b'reżistenza twila f'altitudni medja f'kuntratt qafas li jammonta għal massimu ta' EUR 50 miljun u tul massimu totali tal-kuntratt ta' erba' snin għal kull wieħed mill-kuntratturi rispettivi fl-2020; ifakkar li kemm is-salvazzjoni tal-migranti f'diffikultà fil-fruntiera esterna kif ukoll l-akkwist ta' tagħmir tekniku li jiżgura l-ġestjoni tal-fruntieri huma partijiet essenzjali tal-missjoni tal-Aġenzija u jħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli ssegwi r-regoli tal-akkwist applikabbli meta takkwista tagħmir tekniku;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, etika u trasparenza

31.  Jinnota n-nuqqasijiet fil-miżuri eżistenti tal-Aġenzija rigward it-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u l-protezzjoni tal-informaturi; jinnota li l-politika dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta ġiet adottata fit-18 ta' Lulju 2019 u daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Awwissu 2019; jiddispjaċih li mhux is-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess kollha tal-membri tal-bord maniġerjali huma ppubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija; iħeġġeġ lill-Aġenzija, bl-għan li żżid it-trasparenza, tippubblika s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess għall-membri kollha tal-bord maniġerjali tagħha, id-direttur eżekuttiv, u l-viċi direttur eżekuttiv u tirrapporta għand l-awtorità tal-kwittanza dwar il-miżuri meħuda f'dan ir-rigward;

32.  Jaċċentwa l-involviment akbar tal-Aġenzija f'tipi ġodda ta' akkwisti u offerti għal servizzi, tagħmir, proġetti esternalizzati u studji biex jiġu ssodisfati d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2019/1896; ifakkar li l-Ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea dwar ir-reġistru tat-trasparenza għall-organizzazzjonijiet u l-individwi li jaħdmu għal rashom involuti fit-tfassil tal-politiki u fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE(20) (il-"Ftehim Interistituzzjonali tal-2014") huwa bbażat fuq l-Artikolu 295 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; ifakkar li l-Ftehim Interistituzzjonali tal-2014 huwa vinkolanti kemm għall-Parlament kif ukoll għall-Kummissjoni; ifakkar li l-paragrafu 35 tal-Ftehim Interistituzzjonali tal-2014 jistieden lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill biex jissieħbu fir-reġistru u jinkoraġġixxi lill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni biex jużaw il-qafas maħluq f'dan il-ftehim; jinnota li l-Aġenzija qatt ma informat uffiċjalment lis-Segretarjat Konġunt dwar deċiżjoni biex tuża r-reġistru ta' trasparenza; jappella lill-Aġenzija biex tistabbilixxi reġistru koerenti u uffiċjali biex tipprovdi trasparenza rigward l-interazzjonijiet tagħha ma' partijiet ikkonċernati interessati kif previst fl-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) 2019/1896; jilqa' l-fatt li l-Aġenzija bħalissa qiegħda tiżviluppa reġistru ta' trasparenza tagħha biex tevita ambigwitajiet rigward l-interazzjonijiet tagħha ma' partijiet ikkonċernati interessati relatati ma' akkwisti u offerti għal servizzi, tagħmir jew proġetti u studji esternalizzati; jappella lill-Kummissjoni tassisti lill-Aġenzija fid-definizzjoni ta' qafas adegwat għar-reġistru li jipprovdi ċarezza legali rigward ir-regoli ta' trasparenza filwaqt li tqis ir-rekwiżiti speċjali ta' sensittività u ta' sigurtà li n-natura tal-attivitajiet tal-Aġenzija titlob;

33.   Jinnota bi tħassib kbir li skont investigazzjonijiet ġurnalistiċi bbażati fuq dokumenti magħmula disponibbli mill-Aġenzija skont il-leġiżlazzjoni rilevanti dwar il-libertà tal-informazzjoni, bejn l-2018 u l-2019 l-Aġenzija kellha diversi laqgħat ma' rappreżentanti tal-industriji rilevanti għall-qasam ta' ħidma tagħha, b'70 % minnhom ikunu laqgħat ma' rappreżentanti ta' kumpaniji li mhumiex elenkati fir-reġistru ta' trasparenza tal-Unjoni; jinnota li l-Aġenzija kellha laqgħat ma' diversi kumpaniji fil-qasam tat-teknoloġija militari, is-sorveljanza u l-industriji tal-bijometrika matul l-hekk imsejħa Jiem tal-Industrija tagħha fl-2019, inkluż ma' kumpaniji li naqsu milli jirreġistraw fir-reġistru ta' trasparenza tal-Unjoni; jiddeplora l-fatt li l-Aġenzija naqset milli tipprovdi lill-Parlament b'informazzjoni korretta rigward laqgħat ma' lobbisti fl-2019; jappella lill-Aġenzija taġġorna l-politika ta' trasparenza tagħha biex tiżgura pubblikazzjoni sistematika tal-informazzjoni dwar il-laqgħat mar-rappreżentanti tal-industriji rilevanti, filwaqt li telenka l-ambitu, it-tul ta' żmien u l-okkażjoni tal-laqgħat u żżomm lura milli tiltaqa' ma' kumpaniji li mhumiex irreġistrati fir-reġistru ta' trasparenza tal-Unjoni; jappella lill-Aġenzija tirrapporta għand l-awtorità tal-kwittanza dwar il-progress li sar f'dan ir-rigward sa Ġunju 2021;

34.  Jissottolinja l-fatt li l-qafas etiku attwali applikabbli għall-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni jbati minn nuqqasijiet konsiderevoli minħabba l-frammentazzjoni tiegħu u n-nuqqas ta' koordinazzjoni li fih bejn id-dispożizzjonijiet eżistenti; jaċċentwa li dawn il-kwistjonijiet għandhom jiġu indirizzati billi jiġi stabbilit qafas etiku komuni, li jiżgura l-applikazzjoni ta' standards etiċi għoljin għall-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kollha tal-Unjoni;

35.  Jissottolinja li ċerti uffiċjali jimlew dikjarazzjonijiet ta' nuqqas ta' kunflitti ta' interess u jipprovdu awtovalutazzjonijiet fir-rigward tar-rispett tal-istandards etiċi; jenfasizza, madankollu, li tali awtodikjarazzjonijiet u awtovalutazzjonijiet mhumiex biżżejjed u li għalhekk huwa meħtieġ skrutinju addizzjonali;

Kontrolli interni

36.  Jinnota li, skont il-pjan tal-2019-2020 għall-kontrolli ex post tal-għotjiet li tlestew, l-uffiċċju għall-ispezzjoni u l-kontroll tal-Aġenzija wettaq spezzjonijiet fi 8 Stati Membri u f'10 istituzzjonijiet;

37.  Jinnota li, fl-2019, is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu dwar il-governanza tal-IT u l-ġestjoni tal-proġetti, li rriżulta f'żewġ rakkomandazzjonijiet "importanti ħafna" u żewġ rakkomandazzjonijiet "importanti" li ġew aċċettati mill-Aġenzija, u li ġie adottat u ppreżentat pjan ta' azzjoni għall-implimentazzjoni ta' dawk ir-rakkomandazzjonijiet lill-IAS;

38.  Jinnota li, mill-5 ta' Frar 2020, ħames rakkomandazzjonijiet għandhom l-istatus ta' "lesti għal rieżami" u qed jistennew deċiżjoni finali mill-IAS u li 11-il rakkomandazzjoni għandhom l-istatus ta' "pendenti" u għad iridu jiġu implimentati;

39.  Jiddeplora l-fatt li rigward is-segwitu mis-sejbiet tal-Qorti tas-sena preċedenti li l-Aġenzija ma għandhiex politika dwar "kariga sensittiva" li tidentifika funzjonijiet sensittivi, iżżommhom aġġornati u tiddefinixxi miżuri xierqa biex tnaqqas ir-riskji ta' interessi vestiti; jirrikonoxxi mir-risposta tal-Aġenzija li abbozz ta' politika ġie ffinalizzat fl-2019 iżda minħabba l-possibbiltà ta' evalwazzjoni mill-ġdid ġie sospiż u kellu jitqies għall-adozzjoni fit-tielet trimestru tal-2020; iħeġġeġ lill-Aġenzija tadotta u timplimenta l-politika kemm jista' jkun malajr biex tkun konformi mal-istandards ta' kontroll intern tal-Aġenzija; jappella lill-Aġenzija tirrapporta għand l-awtorità tal-kwittanza dwar il-progress li jkun sar f'dan il-qasam sa Ġunju 2021;

40.  Jappella lill-Aġenzija tieħu azzjoni korrettiva b'mod urġenti fir-rigward tal-osservazzjonijiet pendenti kollha tal-Qorti, inklużi l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' politika fir-rigward ta' postijiet sensittivi b'mod konformi mal-istandards dwar il-kontroll intern tagħha stess u tindirizza r-riskju ta' finanzjament doppju mill-Fond għas-Sigurtà Interna ġestit mill-Kummissjoni u l-finanzjament tal-Aġenzija, u tindirizza l-livell tar-riporti, li għadu għoli;

41.  Itenni l-appell tiegħu lill-Aġenzija biex tiżgura, fl-attivitajiet kollha tagħha, it-trasparenza totali u r-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali; jisħaq fuq li l-mandat imsaħħaħ tal-Aġenzija għandu jimxi id f'id mat-tisħiħ tal-mekkaniżmi biex jiġi żgurat ir-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali; jinnota li l-infurzar tal-liġi jiddependi fuq il-fiduċja tal-pubbliku u dan jirrikjedi trasparenza; jisħaq, barra minn hekk, fuq li l-eżerċizzju tas-setgħa jkun proporzjonat ma' livell għoli ta' responsabbiltà u diliġenza dovuta; ifakkar lill-partijiet kollha involuti biex jirrispettaw b'mod reċiproku l-kompetenzi tagħhom u jimpenjaw ruħhom f'kooperazzjoni kostruttiva biex jegħlbu l-isfidi relatati mal-espansjoni rapida tal-Aġenzija u biex ikomplu jwettqu l-missjoni u l-objettivi strateġiċi tal-Aġenzija;

Kummenti oħra

42.  Josserva, fid-dawl tal-kummenti u l-osservazzjonijiet mill-awtorità ta' kwittanza relatati mal-bini tal-kwartieri ġenerali l-ġodda u t-twaqqif ta' skola Ewropea f'Varsavja, li fl-2019 biċċa art adegwata kienet attribwita lill-Aġenzija mill-awtoritajiet Pollakki u għaddej l-ippjanar biex jinbnew binjiet iddisinjati apposta għall-kwartieri ġenerali tal-Aġenzija sal-aħħar tal-2024, u li l-akkreditazzjoni tal-iskola Ewropea kienet għadha għaddejja fl-2020 u l-iskola ħabbret li hija lesta biex tibda topera parzjalment mis-sena akkademika 2020/2021;

43.  Jappella lill-Aġenzija tkompli żżid il-kooperazzjoni u l-iskambju ta' prattiki tajba ma' korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni bil-għan li ttejjeb l-effiċjenza fir-rigward tar-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-binjiet, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà;

44.  Jinnota li l-erba' kawżi legali pendenti kollha nqatgħu sal-aħħar tal-2019 u li għall-kawżi kollha r-riżultat kien favur l-Aġenzija; jinsab imħasseb ħafna li l-Aġenzija ordnat li tirkupra tariffi legali li jammontaw għal EUR 23,700 minn żewġ individwi fil-kawża T-31/18 tal-Qorti Ġenerali rigward talbiet għal aċċess għal dokumenti; jinnota li l-Qorti naqqset dan l-ammont għal EUR 10,520; jenfasizza li l-impożizzjoni ta' tariffi legali eċċessivament għoljin fuq is-soċjetà ċivili għandha effett dissważiv fuq l-aċċess tas-soċjetà ċivili għall-ġustizzja fil-qasam tal-aċċess għad-dokumenti, li huwa dritt fundamentali stabbilit fl-Artikolu 42 tal-Karta, u timmina d-dritt tagħha għal rimedju effettiv skont l-Artikolu 47 tal-Karta; jistieden lill-Aġenzija tirtira, f'dan il-każ, it-talba tagħha għall-irkupru tal-ispejjeż u żżomm lura milli tfittex li tirkupra l-ispejjeż ta' avukati esterni minn applikanti f'kawżi fil-qorti abbażi tal-aċċess għal talbiet għal informazzjoni fil-futur;

45.   Jinnota l-allegazzjonijiet ripetuti mill-awtoritajiet Griegi dwar il-kompliċità tal-Aġenzija fil-ksur tad-drittijiet fundamentali rigward l-involviment tagħha fir-ritorn furzat tal-migranti; ifakkar li l-Aġenzija għandha l-mandat li tikkontrolla l-fruntieri filwaqt li tiżgura li l-kontrolli fil-fruntiera jitwettqu f'konformità mad-drittijiet fundamentali , il-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Refuġjati, kif previst fir-Regolament (EU) 2016/399(21) u fir-Regolament (EU) 2019/1896, li fl-Artikolu 46 tagħha tobbliga lid-direttur eżekuttiv jissospendi, itemm jew ma jnedix attivitajiet f'każ ta' ksur tad-drittijiet fundamentali; jinnota l-istabbiliment tal-Grupp ta' Ħidma dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Aspetti Operattivi Legali fil-Baħar Eġew (WG FRaLO); jinnota li l-WG FRaLO identifika 13-il inċident rilevanti li aktar tard ġew eżaminati – 8 ġew iċċarati skont ir-rapport finali(22) tal-Grupp ta' Ħidma tal-BordManiġerjali tal-Frontex u 5 għadhom qegħdin jiġu kkunsidrati; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi involut il-Grupp ta' Ħidma ta' Skrutinju tal-Frontex, stabbilit mill-Kumitat tal-Parlament għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, biex jiċċara b'mod sħiħ l-inċidenti; jistieden lill-Aġenzija tinforma regolarment lill-Parlament dwar il-ħidma tal-Aġenzija fil-fruntieri esterni; jilqa' l-adozzjoni mill-Aġenzija ta' Pjan Direzzjonali li jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-WG FRaLO u li jirreaġixxi għall-allegazzjonijiet bi skeda ta' żmien ċara u objettivi speċifiċi ħafna(23);

46.  Jilqa' d-deċiżjoni tal-Aġenzija li tissospendi l-operazzjonijiet tagħha fil-fruntiera Ungeriża, wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta' Diċembru 2020 fil-Kawża C-808/18(24); jinnota, madankollu, li l-allegazzjonijiet ikkonċernaw ritorn furzat illegali mifrux ta' migranti mill-awtoritajiet Ungeriżi diġà kienu dokumentati sew mill-NGO Hungarian Helsinki Committee; jiddispjaċih għaldaqstant dwar il-pass kajman tal-azzjoni meħuda mill-Aġenzija;

47.  Jieħu nota tal-investigazzjoni dwar l-Aġenzija, imnedija mill-OLAF; jieħu nota tal-fatt li l-Grupp ta' Ħidma ta' Skrutinju tal-Frontex ser jimmonitorja l-aspetti kollha tal-funzjonament tal-Aġenzija; jappella lill-Aġenzija biex tinforma minnufih lill-Membri tal-Parlament Ewropew dwar l-eżitu tal-investigazzjoni tal-OLAF b'mod xieraq u legali li jirrispetta n-natura kunfidenzjali tal-informazzjoni u r-regoli tal-protezzjoni tad-data;

48.  Jinsab imħasseb dwar ir-reazzjoni tal-Kummissjoni għall-allegazzjonijiet ta' ksur tad-drittijiet fundamentali mill-Aġenzija; jesprimi li mhux kuntent bin-nuqqas apparenti ta' komunikazzjoni kostruttiva u effettiva kif ukoll ta' kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Aġenzija; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija jsaħħu l-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni tagħhom mingħajr dewmien żejjed; jappella lill-Kummissjoni tipprovdi gwida legali biex tiżgura proċeduri xierqa, legali u f'waqthom għal sitwazzjonijiet kritiċi fil-fruntieri esterni (tal-baħar) minħabba l-isfidi ġeopolitiċi kumplessi ta' dawk l-operazzjonijiet;

49.  Josserva li, minbarra t-tkabbir sinifikanti fid-daqs tal-Aġenzija kemm f'termini tal-baġit tagħha kif ukoll tal-persunal tagħha, l-Aġenzija għaddiet ukoll minn bidla fundamentali fin-natura, li hija kkaratterizzata l-aħjar mill-kapaċità tal-persunal tal-Kategorija 1 tal-korp permanenti li jġorr armi u jilbes uniformijiet; jinnota li dawn l-attributi uniċi jagħmlu lill-Aġenzija distinta fost il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji oħra kollha tal-Unjoni; għaldaqstant jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, f'koordinazzjoni mal-pajjiżi assoċjati ma' Schengen, biex jiddefinixxu qafas legali profond li jipprovdi gwida ċara rigward l-aspetti kollha ta' dawk l-attivitajiet speċifiċi u uniċi tal-Aġenzija;

50.  Jinnota li l-Ombudsman Ewropew fetħet inkjesta fuq inizjattiva proprja dwar il-mekkaniżmu tal-ilmenti tal-Aġenzija għal dawk li jqisu li d-drittijiet fundamentali tagħhom inkisru fil-kuntest ta' operazzjoni tal-Aġenzija; jappella lill-Aġenzija tikkoopera bis-sħiħ ma' din l-inkjesta u tirrapporta dwar kif ser timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman Ewropew;

51.  Jirrimarka li jinħtieġ approċċ kumpless sabiex is-siti web tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni jsiru aċċessibbli għall-persuni b'kull tip ta' diżabbiltà, kif previst fid-Direttiva (UE) 2016/2102(25), inkluża d-disponibbiltà tal-lingwi tas-sinjali nazzjonali; jissuġġerixxi li l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabbiltà jiġu involuti f'dak il-proċess;

o
o   o

52.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2021(26) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

53.  Jenfasizza li t-tħassib identifikat fil-ġestjoni tal-Aġenzija fl-2019 ma jikkontestax l-eżistenza, il-leġittimità jew il-mandat tal-Aġenzija; ikompli jikkunsidra l-Aġenzija bħala għodda essenzjali fil-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-Unjoni bi dmir li tiżgura l-funzjonament xieraq taż-żona Schengen u l-libertà tal-moviment fl-Unjoni; jistenna li l-Aġenzija timplimenta bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-WG FRaLO u tippreżenta azzjonijiet konkreti lill-awtorità tal-kwittanza bi skeda ta' żmien ċara biex tindirizza l-problemi identifikati; iqis li dawn il-passi huma kundizzjoni obbligatorja għall-għoti tal-kwittanza lill-Aġenzija;

(1) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Ir-rap annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(2) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Ir-rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(4) ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1.
(5) ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1.
(6) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Ir-rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(9) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Ir-rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(10) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(11) ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1.
(12) ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1.
(13) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(14) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(15) ĠU C 143, 30.4.2020, p. 6
(16) Ir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624 (ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1).
(17) ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.
(18) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(19) Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1).
(20) ĠU L 277, 19.9.2014, p. 11.
(21) Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).
(22) Fundamental Rights and Legal Operational Aspects of Operations in the Aegean Sea (Id-Drittijiet Fundamentali u l-Aspetti Operattivi Legali tal-Operazzjonijiet fil-Baħar Eġew), Rapport Finali tal-Grupp ta' Ħidma tal-Bord Maniġerjali tal-Frontex, 1 ta' Marzu 2021 (https://frontex.europa.eu/assets/Key_Documents/MB_Documents/Agenda_Point_WG_FRaLO_final_report.pdf).
(23) Stqarrija għall-istampa tal-Frontex 2021-03-05 Roadmap addressing the recommendations of the preliminary report of the Management Board (Pjan direzzjonali li jindirizza r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport preliminari tal-Bord Maniġerjali) Grupp ta' Ħidma dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Aspetti Operattivi u Legali tal-Operazzjonijiet. https://frontex.europa.eu/media-centre/news/news-release/roadmap-addressing-recommendations-of-management-board-working-group-lBZxAh
(24) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta' Diċembru 2020, Il-Kummissjoni vs l-Ungerija, C-808/18, ECLI:EU:C:2020:1029.
(25) Id-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (ĠU L 327, 2.12.2016, p. 1).
(26) Testi adottati, P9_TA(2021)0215.


Kwittanza 2019: l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea
PDF 174kWORD 58k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2168(DEC))
P9_TA(2021)0192A9-0074/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0065/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0074/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2168(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0065/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0074/2021),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2168(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0074/2021),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u tan-nefqa tagħha(13), il-baġit finali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2019 kien ta' EUR 33 589 862,79, li jirrappreżenta żieda ta' 4,22 % meta mqabbel mal-2018; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni(14);

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019 (ir-"rapport tal-Qorti"), stqarret li l-Qorti kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2019 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 100 %, jiġifieri l-istess rata bħal fl-2018; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 85,95 %, jiġifieri żieda ta' 2,22 % meta mqabbla mal-2018;

2.  Jinnota li minbarra l-baġit ewlieni tagħha, fl-2018 l-Aġenzija kompliet tiġġestixxi ammont kbir ta' baġit delegat biex tkopri s-Sistema Ewropea ta' Navigazzjoni b'Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS), il-Ftehim ta' Delega Galileo, il-Ftehim ta' Delega għal Servizz Pubbliku Regolat u l-ftehim ta' delega ta' Orizzont 2020; jinnota li fl-2019 ġie impenjat total ta' EUR 290 696 766,98 ta' baġit delegat u li saru pagamenti għall-ammont ta' EUR 523 494 171,23;

Prestazzjoni

3.  Jinnota li l-Aġenzija tuża ċerti miżuri bħala indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha u miżuri oħra biex ittejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha, bħall-perċentwal ta' valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltajiet indipendenti mwettqa li rnexxew u r-rata ta' impenn u ta' pagament fil-limiti ta' żmien preskritti;

4.  Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija esternalizzat is-servizzi ta' kontabbiltà tagħha lill-Kummissjoni mill-2015 u li tikkondividi l-kapaċità tal-awditjar intern mal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi; iħeġġeġ lill-Aġenzija tfittex kooperazzjoni akbar u usa' mal-aġenziji tal-Unjoni;

5.  Jistieden lill-Aġenzija tkompli tiżviluppa s-sinerġiji tagħha, iżżid il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki mal-aġenziji l-oħra tal-Unjoni bil-għan li ttejjeb l-effiċjenza f'oqsma bħar-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà;

6.  Jinnota li f'Lulju 2019, l-Aġenzija esperjenzat inċident li rriżulta fi qtugħ ta' sitt ijiem tas-servizzi ta' Galileo u dan wassal biex jiġu attivati proċeduri urġenti ta' rkupru fl-infrastruttura affettwata ta' Galileo; jinnota li l-bord ta' akkreditament ta' sigurtà tal-Aġenzija analizza l-fajl dwar il-qtugħ tas-servizz 2018-2019, b'attenzjoni partikolari għal dak f'Lulju 2019, u ħareġ għadd ta' punti u azzjonijiet li għandhom jiġu indirizzati sabiex tiżdied ir-robustezza tas-sistema; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi f'dak ir-rigward;

7.  Jinnota li erba' satelliti ġodda tqiegħdu fis-servizz fi Frar 2019;

8.  Jinnota li l-kompetizzjoni MyGalileoApp fl-2019, li kienet tinvolvi madwar 150 tim, tat premju finanzjarju lil 3 użi innovattivi ġodda ta' Galileo, u dan f'appoġġ għan-negozji ġodda tal-Unjoni u l-innovaturi żgħażagħ biex ikabbru l-potenzjal tan-negozju tagħhom;

9.  Jinnota li skont ir-Rapport Speċjali tal-Qorti dwar il-Futur tal-Aġenziji (ir-Rapport Speċjali tal-Qorti) l-Aġenzija għandha awtonomija limitata ħafna fil-prattika fir-rigward tal-kompitu ewlieni tagħha li hu l-isfruttament tas-sistema globali ta' navigazzjoni bis-satellita Galileo skont ftehim ta' delega mal-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni tirrieżamina l-awtonomija tal-Aġenzija b'mod partikolari fir-rigward tal-kompetenzi tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim ta' delega permezz ta' għadd ta' kuntratti kumplessi mas-sħab industrijali u l-entitajiet tas-settur pubbliku; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi f'dak ir-rigward;

10.  Jinnota li, skont ir-Rapport Speċjali tal-Qorti wara l-awditu li sar bejn Marzu u Settembru 2019, jeħtieġ li l-Aġenzija ttejjeb b'mod sinifikanti l-kooperazzjoni tagħha mal-Istati Membri, il-korpi internazzjonali u aġenziji oħra tal-Unjoni peress li ġie nnutat li l-Aġenzija kellha biss informazzjoni limitata dwar l-istrateġiji u l-azzjonijiet tal-Istati Membri fl-appoġġ tal-użu tas-servizzi Galileo; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Aġenzija żżid il-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni tal-għarfien tagħha mal-Istati Membri, il-korpi internazzjonali u aġenziji oħra tal-Unjoni sabiex iżżid l-użu tas-servizzi Galileo u ssegwi l-għan komuni li twettaq il-politiki tal-Unjoni fl-interess taċ-ċittadini tal-Unjoni; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi f'dak ir-rigward;

11.  Jisħaq fuq l-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Aġenzija f'termini ta' proċeduri ta' ġestjoni u operazzjonijiet interni; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Aġenzija tibqa' tkun proattiva f'dan ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji akkost ta' kollox; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta' sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata; ifakkar ukoll fl-importanza li l-Aġenzija tiżviluppa viżibbiltà akbar fil-midja, l-internet u l-midja soċjali sabiex tagħmel xogħolha magħruf;

Inċident ta' Galileo

12.  Jiddispjaċih mill-fatt li fl-10 ta' Lulju 2019, matul aġġornament tas-sistema, seħħ inċident ta' servizz fl-infrastruttura terrestri ta' Galileo u li rriżulta f'interruzzjoni ta' sitt ijiem tas-servizzi inizjali ta' navigazzjoni u ta' kronometraġġ ta' Galileo; jilqa', madankollu, il-fatt li l-Kummissjoni waqqfet bord ta' inkjesta indipendenti biex jinvestiga l-inċident u jipprovdi rakkomandazzjonijiet biex jiġu evitati inċidenti simili fil-futur;

13.  Ifakkar li l-bord ta' inkjesta sab trattament ħażin, anomalija teknika ta' tagħmir, konfigurazzjoni mhux standard tat-tagħmir li kien soġġett għall-anomalija, ifakkar li l-bord ta' inkjesta identifika l-kawżi ewlenin ta' natura differenti, relatati mal-organizzazzjoni u l-ġestjoni ta' Galileo, fatturi umani, u konfigurazzjoni kumplessa u mhux standard tas-sistema; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija jsegwu b'mod konsistenti r-rakkomandazzjonijiet tal-bord ta' inkjesta, b'mod partikolari fir-rigward tal-kontinwità tas-servizz u l-ottimizzazzjoni tal-governanza ta' Galileo kif ukoll l-iżgurar ta' komunikazzjoni istituzzjonali aħjar lejn l-utenti u l-Istati Membri għal sitwazzjonijiet ta' kriżi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija jinfurmaw regolarment lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-azzjonijiet ta' segwitu;

Politika dwar il-persunal

14.  Jinnota li fil-31 ta' Diċembru 2019 92,81 % tat-tabella tal-persunal kienet implimentata, b'129 aġent temporanju maħtura minn total ta' 139 aġent temporanju awtorizzati fl-ambitu tal-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 128 post awtorizzati fl-2018); jinnota li, barra minn hekk, fl-2019 55 aġent kuntrattwali u 3 esperti nazzjonali sekondati ħadmu għall-Aġenzija; jinnota li 10 postijiet addizzjonali ġew allokati lill-Aġenzija għat-tabella tal-persunal tagħha tal-2019 minbarra l-post diġà previst;

15.  Jinsab imħasseb li, skont ir-Rapport Speċjali tal-Qorti, l-Aġenzija qed titħabat biex tirrekluta persunal bl-għarfien espert tekniku meħtieġ u sabiex tikkumpensa għal nuqqas ta' postijiet jew esperti nazzjonali, l-Aġenzija qed testernalizza dejjem aktar kompiti ewlenin lil kuntratturi privati, li mbagħad taf tispiċċa tiddependi fuqhom fuqhom; jistieden lill-Kummissjoni teżamina s-sitwazzjoni bir-reqqa u tipprovdi lill-Aġenzija l-mezzi meħtieġa biex tirrekluta l-persunal meħtieġ; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar dik il-kwistjoni lill-awtorità ta' kwittanza;

16.  Jilqa' l-isforzi tal-Aġenzija u l-miżuri ġodda introdotti biex tattira, tirrekluta u żżomm persunal b'kompetenza għolja;

17.  Jiddispjaċih għall-iżbilanċi ġeografiċi persistenti fil-kompożizzjoni tal-persunal tal-Aġenzija, speċjalment fil-livelli ta' maniġment intermedju u superjuri; jistieden lill-Aġenzija tistabbilixxi rappreżentanza xierqa ta' nazzjonalitajiet mill-Istati Membri kollha, filwaqt li fl-istess ħin tirrispetta l-kompetenzi u l-merti tal-kandidati kif indikat fl-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali;

18.  Jinkoraġġixxi lill-Aġenzija timmira li tiżviluppa qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabbiltà;

19.  Jinnota n-nuqqas ta' bilanċ bejn il-ġeneri fl-2019 fost il-maniġment superjuri (7 irġiel u 4 nisa) u fil-bord amministrattiv (24 raġel u 5 nisa); jitlob lill-Aġenzija tiżgura li fil-futur ikun hemm bilanċ bejn il-ġeneri fil-livell tal-maniġment superjuri; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-importanza li jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri fil-bord amministrattiv tal-Aġenzija;

20.  Jinsab imħasseb dwar id-daqs kbir tal-bord maniġerjali tal-aġenzija peress li dan jagħmel it-teħid ta' deċiżjonijiet wieħed diffiċli u jiġġenera kostijiet amministrattivi konsiderevoli;

Sostenibbiltà

21.  Jiddispjaċih li l-Aġenzija għadha ma adottatx miri ta' tnaqqis ta' CO2; jistieden lill-Aġenzija toħloq qafas ta' ħidma li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, tnaqqas l-impronta tal-karbonju tagħha u l-konsum tal-enerġija tagħha u tiżviluppa fluss tax-xogħol mingħajr karti;

22.  Jiddispjaċih li l-enerġija hija fornuta minn operatur li ma jipprovdix is-sehem tas-sorsi tal-enerġija fid-dettall u li l-użu tal-enerġija rinnovabbli mill-Aġenzija għalhekk ma jistax jiġi determinat; jistieden lill-Aġenzija taqleb għal operatur li jkun kapaċi jipprovdi d-dettalji dwar is-sorsi tal-enerġija;

Akkwist pubbliku

23.  Jinnota, fir-rigward tas-segwitu tas-sejbiet tal-Qorti fl-2018, li kienu tressqu proċedimenti legali kontra l-Aġenzija fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE), li kkontestaw l-eżitu tal-proċedura ta' akkwist għal kuntratt qafas dwar l-implimentazzjoni tas-sistema bis-satellita Galileo matul il-perjodu mill-2017 sal-2027, għall-ammont ta' EUR 1,5 biljun; jinnota li l-każ ġie abbandunat minn Eutelsat u kkanċellat mill-QĠUE;

24.  Jinnota, fir-rigward tas-segwitu tas-sejbiet tas-sena preċedenti tal-Qorti, li l-modulu tas-sottomissjoni elettronika tal-proċeduri ta' akkwist elettroniku ma indirizzax il-ħtiġijiet kumplessi ta' akkwist tal-Aġenzija, u ġie deċiż li l-offerti mhux se jitwettqu b'mod elettroniku, u b'hekk ma tintuża l-ebda għodda tal-IT tal-akkwist elettroniku żviluppata mill-Kummissjoni; jinnota mit-tweġiba tal-Aġenzija li l-Aġenzija qed tkompli l-kuntatti mal-Kummissjoni biex tevalwa l-possibbiltà li tuża sejħiet għall-offerti elettroniċi għal dawk l-akkwisti li jistgħu jkunu l-aktar konvenjenti għalihom; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi f'dak ir-rigward;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

25.  Jinnota li mhux is-CVs kollha tal-membri tal-bord amministrattiv ġew ippubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija; itenni l-appelli tiegħu lill-Aġenzija biex tippubblika s-CVs tal-membri kollha tal-bord amministrattiv u tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-azzjonijiet meħuda f'dak ir-rigward; jinnota li s-segretarjat tal-bord amministrattiv kif ukoll il-koordinatur tal-kontroll intern ifakkru u jħeġġu lill-membri tal-bord amministrattiv jippreżentaw id-dokumenti neqsin u li d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-bord amministrattiv jinħażnu fis-sistema ta' ġestjoni tad-dokumenti tal-Aġenzija;

26.  Jinnota li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-maniġment superjuri huma ppubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija; jinnota, madankollu, li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-persunal maniġerjali mhumiex ippubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija; jinnota li l-Aġenzija qed tistenna l-approvazzjoni formali tal-implimentazzjoni tar-regoli ta' implimentazzjoni dwar il-kunflitt ta' interess mill-Kummissjoni sabiex tippubblika s-CVs tal-persunal maniġerjali fuq is-sit web tagħha;

27.  Jenfasizza l-fatt li l-qafas etiku attwali li japplika għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni jbati minn żvantaġġi konsiderevoli minħabba l-frammentazzjoni tiegħu u n-nuqqas ta' konsistenza bejn id-dispożizzjonijiet eżistenti; jenfasizza li dawn il-kwistjonijiet għandhom jiġu indirizzati billi jiġi stabbilit qafas etiku komuni, li jiżgura l-applikazzjoni ta' standards etiċi għoljin għall-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kollha tal-Unjoni;

28.  Jissottolinja li ċerti uffiċjali jimlew dikjarazzjonijiet ta' nuqqas ta' kunflitti ta' interess u jipprovdu awtovalutazzjonijiet fir-rigward tar-rispett tal-istandards etiċi; jenfasizza, madankollu, li tali awtodikjarazzjonijiet u awtovalutazzjonijiet mhumiex biżżejjed u li għalhekk huwa meħtieġ skrutinju addizzjonali;

Kontrolli interni

29.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Aġenzija ffirmat arranġamenti ta' ħidma mal-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) dwar l-implimentazzjoni tal-programmi EGNOS u GALILEO, u fl-2019 l-Aġenzija ħallset EUR 55,5 miljun fl-ambitu tal-arranġament ta' ħidma ta' EGNOS u EUR 223,7 miljun fl-ambitu tal-arranġament ta' ħidma ta' GALILEO; jinnota mir-rapport tal-Qorti li hemm riskju li l-pagamenti tal-Aġenzija lill-ASE jistgħu jiġu kkalkulati abbażi ta' kostijiet mhux preċiżi minħabba n-nuqqas ta' strateġija ex ante jew ex post komprensiva; jinnota mit-tweġiba tal-Aġenzija li jitwettaq kontroll ex ante biex jiġi kkonfermat li l-ammonti tat-talbiet għal pagament jaqblu mal-pjanijiet ta' pagament rispettivi u l-prefinanzjament iddikjarati fil-ftehimiet ta' ħidma u li l-kontroll ex post mhuwiex applikabbli peress li l-Aġenzija għandha obbligu kuntrattwali li tħallas; jinnota mit-tweġiba tal-Aġenzija li għandha tikkommetti ruħha li tieħu l-kontroll ex post, b'mod partikolari r-rikonċiljazzjoni sħiħa tal-ispejjeż u tal-attivitajiet mat-talbiet għall-ispejjeż, bejn l-2020 u l-2023;

30.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Aġenzija qed tesperjenza dewmien fl-implimentazzjoni tal-qafas ta' kontroll intern il-ġdid tagħha, li kellu jiġi approvat fl-2019, u fl-approvazzjoni tal-pjan tal-kontinwità tan-negozju tagħha, li kien is-suġġett ta' inkjesti ta' segwitu mill-Qorti mill-2015 u ġie approvat biss fil-15 ta' Mejju 2020, u b'hekk jikkostitwixxi nuqqasijiet interni kbar fil-proċeduri tal-Aġenzija; jinnota mit-tweġiba tal-Aġenzija li beħsiebha tiffinalizza l-qafas ta' kontroll intern tagħha fl-2020;

31.  Jinnota li s-servizz tal-awditjar intern (IAS) ressaq rapport tal-awditjar dwar l-Isfruttament tal-EGNOS f'Novembru 2019 b'ħames rakkomandazzjonijiet importanti u kwistjoni waħda identifikata biex tiġi kkunsidrata; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress imwettaq f'dak ir-rigward;

32.  Jinnota li l-kapaċità tal-awditjar intern wettqet awditu tal-"Bini tal-Kapaċitajiet tal-persunal tal-GSA" fl-2019 u, għalkemm ir-rapport ma ġiex iffinalizzat fl-2019, kien ippjanat li jiġu inklużi rakkomandazzjoni importanti ħafna u erba' rakkomandazzjonijiet importanti; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress imwettaq fl-implimentazzjoni ta' dawk ir-rakkomandazzjonijiet;

33.  Jinnota li fl-2019 l-Aġenzija għażlet ditta tal-awditjar BDO biex twettaq it-tliet awditi esterni konswetudinarji dwar l-attività tal-2018 skont tliet ftehimiet ta' delega mad-DĠ GROW (issa DEFIS), għotjiet EGNOS, Galileo u Orizzont 2020, u kkonkludiet li l-fondi delegati mid-DĠ DEFIS kienu ntefqu kif suppost; għalkemm instabu ċerti żbalji klerikali, ma kien hemm l-ebda sejba materjali;

34.  Jinnota, fir-rigward tal-azzjonijiet ta' segwitu dwar il-kummenti tal-awtorità ta' kwittanza fis-snin preċedenti, li l-IAS wettaq awditu dwar "Il-Governanza tal-IT fil-GSA" fl-2018 u li l-Aġenzija fasslet pjan ta' azzjoni b'sitt azzjonijiet biex tindirizza oqsma potenzjali għal titjib; jinnota li f'Marzu 2020, l-IAS għalaq żewġ azzjonijiet u l-Aġenzija ħejjiet id-dokumentazzjoni l-oħra kollha rilevanti għall-azzjonijiet li jifdal u l-Aġenzija temmen li wara s-sottomissjoni tal-pakkett ippreparat, l-IAS se jkun jista' jagħlaq il-biċċa l-kbira tal-azzjonijiet li jifdal, jekk mhux saħansitra kollha; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bl-iżviluppi f'dak ir-rigward;

Kummenti oħra

35.  Jinnota, fid-dawl tal-kummenti u tal-osservazzjonijiet mill-awtorità ta' kwittanza relatati mal-impenn tal-Aġenzija li timminimizza kwalunkwe impatt negattiv mid-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni, li xi kuntratti affettwati ġew assenjati mill-ġdid mill-kuntratturi tar-Renju Unit lil kumpaniji stabbiliti fit-territorju ta' wieħed mill-Istati Membri u kuntratti oħra kisbu skadenza naturali qabel id-data tal-ħruġ, u li s-sit ta' riżerva taċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo ġie rilokat mir-Renju Unit lejn Spanja, u dan żgura kontinwità fis-servizzi;

o
o   o

36.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ April 2021(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(2) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(4) ĠU L 276, 20.10.2010, p. 11.
(5) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(8) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(9) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(10) ĠU L 276, 20.10.2010, p. 11.
(11) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) ĠU C 430, 20.12.2019, p. 12.
(14) ĠU C 430, 20.12.2019, p. 12.
(15) Testi adottati, P9_TA(2021)0215.


Kwittanza 2019: Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd
PDF 168kWORD 57k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2169(DEC))
P9_TA(2021)0193A9-0092/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0066/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni  541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 tas-26 ta' April 2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-Politika Komuni tas-Sajd(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/473 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2019 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 45 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0092/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2169(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0066/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni  541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 tas-26 ta' April 2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-Politika Komuni tas-Sajd(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/473 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2019 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 45 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0092/2021),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2169(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0092/2021),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u n-nefqa tagħha(15), il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2019 kien ta' EUR 17 247 000, li jfisser tnaqqis ta' 0,93 % meta mqabbel mal-2018; billi l-baġit tal-Aġenzija jiġi prinċipalment mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019 (ir-"rapport tal-Qorti"), stqarret li kienet kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'apprezzament li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2019 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,88 %, li tirrappreżenta żieda żgħira ta' 0,15 % meta mqabbla mal-2018; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 85,69 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 1,93 % meta mqabbla mal-2018;

Prestazzjoni

2.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija tuża ċerti miżuri bħala indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) biex tivvaluta l-valur miżjud mogħti mill-attivitajiet tagħha u miżuri oħra biex ittejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha, bħalma huma l-ispezzjonijiet u x-xejriet tal-ksur, l-attendenza għal sessjonijiet ta' taħriġ u l-implimentazzjoni tal-baġit kull tliet xhur;

3.  Jinnota li l-Aġenzija implimentat 99 % tal-attivitajiet tagħha fil-ħin u implimentat b'mod sħiħ il-pjan strateġiku annwali tal-komunikazzjoni tagħha fl-2019; jenfasizza li fl-2019 l-Aġenzija kkoordinat 32 381 spezzjoni tal-bastimenti tas-sajd, li wasslu għall-identifikazzjoni ta' 1 487 każ ta' ksur suspettat, u dawn iċ-ċifri jirrappreżentaw żieda ta' 20,2 % u 107,8 % rispettivament meta mqabbla maċ-ċifri tal-2018; iqis li dawk iċ-ċifri juru li l-ispezzjonijiet u l-attivitajiet ta' segwitu tagħhom jibqgħu għodda essenzjali biex ikun żgurat li r-regoli tal-politika komuni tas-sajd (PKS) jiġu rrispettati;

4.  Jinnota b'sodisfazzjon li fl-2019 l-Aġenzija wessgħet b'mod sinifikanti l-ambitu tal-attivitajiet tagħha mingħajr riżorsi addizzjonali; jisħaq b'mod partikolari li l-Aġenzija kkoordinat miżuri ta' monitoraġġ, kontroll u sorveljanza applikabbli għal madwar 45 speċi ta' ħut addizzjonali fl-ilmijiet Ewropej, inklużi l-ispeċijiet kollha soġġetti għar-rekwiżiti tal-ħatt l-art, u estendiet dawk l-attivitajiet għas-sajd rikreattiv (il-bakkaljaw fil-Punent tal-Baħar Baltiku);

5.  Ifakkar fl-importanza tal-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-PKS; jirrikonoxxi l-kontribut vitali tal-Aġenzija għall-implimentazzjoni ta' dawk l-objettivi; jisħaq li r-reviżjoni li għaddejja tar-regolamenti li jirregolaw il-kontroll tas-sajd se twassal għal żieda fil-volum ta' xogħol tal-Aġenzija; jenfasizza l-inkoerenza fit-tfittxija li jiġu indirizzati l-obbligi dejjem akbar mingħajr riżorsi suffiċjenti biex dan isir; jisħaq, għalhekk, li fis-snin li ġejjin jeħtieġ li jiżdiedu r-riżorsi finanzjarji u umani disponibbli għall-Aġenzija;

6.  Jinnota li l-Aġenzija, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) adottaw arranġament ta' ħidma tripartitiku li jiddefinixxi l-kooperazzjoni bejn dawk l-aġenziji u l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu funzjonijiet ta' gwardja tal-kosta billi jipprovdu servizzi, informazzjoni, tagħmir u taħriġ, kif ukoll billi jikkoordinaw operazzjonijiet b'diversi għanijiet; jinnota li, matul l-2019, l-Aġenzija estendiet il-kooperazzjoni operattiva mal-Europol u l-Eurojust fil-qafas tal-Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali, li tkopri l-attivitajiet tas-sajd illegali; iqis dawk l-arranġamenti bħala eżempju ta' suċċess ta' sinerġija bejn l-aġenziji tal-Unjoni li għandu jservi bħala sors ta' ispirazzjoni għal aġenziji f'oqsma oħra;

7.  Jinkoraġġixxi lill-Aġenzija timmira lejn id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tagħha, bħala mezz biex tnaqqas il-burokrazija;

8.  Jinnota li r-riżultati tat-tieni evalwazzjoni esterna indipendenti li ssir kull ħames snin tal-Aġenzija għall-perjodu 2012-2016 ġew ippreżentati fl-2017; jinnota b'sodisfazzjon li, mill-11-il rakkomandazzjoni li saru, 10 ġew implimentati u li fil-każ tal-aħħar rakkomandazzjoni, li għadha mhux konkluża, qed isir progress b'konformità mal-pjan direzzjonali ppreżentat lill-bord amministrattiv fit-22 ta' Ottubru 2019;

9.  Jinnota li, f'kooperazzjoni mal-Fora tal-Gwardji tal-Kosta, l-Aġenzija appoġġat it-tielet sessjoni ta' ħidma tal-Forum Ewropew tal-Funzjonijiet tal-Gwardja tal-Kosta (ECGFF) dwar l-"Operazzjonijiet Marittimi b'Diversi Għanijiet" (MMO) li sar f'Catania, Sqallija, fl-Italja mit-3 sal-5 ta' Ġunju 2019 u li għalih attendew 90 delegat minn 16-il Stat Membru, l-EMSA u l-Frontex;

10.  Jenfasizza l-assistenza pprovduta mill-Aġenzija lill-Kummissjoni fir-rigward tal-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u r-rwol kruċjali tal-Aġenzija biex tiżgura kundizzjonijiet ekwivalenti mal-istati kostali kollha; jisħaq, f'dak ir-rigward, fuq il-ħtieġa li jiżdiedu r-riżorsi allokati lill-Aġenzija bil-għan li jkun possibbli li tiġi ġestita ż-żieda fil-volum ta' xogħol ikkawżata mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u kwalunkwe konsegwenza potenzjali tar-relazzjoni l-ġdida għall-qafas ta' kontroll tas-sajd;

Politika dwar il-persunal

11.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2019, it-tabella tal-persunal kienet 96,72 % mimlija, u nħatru 59 aġent temporanju mill-61 aġent temporanju awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni (61 post tax-xogħol awtorizzati fl-2018); jinnota li, barra minn hekk, fl-2019, l-Aġenzija ħaddmet 10 aġenti kuntrattwali u sitt esperti nazzjonali sekondati;

12.  Jilqa' l-isforzi tal-Aġenzija biex tibni ambjent u kultura tax-xogħol aktar diversifikati u inklużivi billi tieħu azzjonijiet favur il-persuni b'diżabilità; jitlob lill-Aġenzija tivvaluta l-possibbiltajiet ta' tisħiħ u integrazzjoni ulterjuri tal-prinċipji ta' opportunitajiet indaqs fir-reklutaġġ, fit-taħriġ, fl-iżvilupp tal-karriera u fil-kundizzjonijiet tax-xogħol kif ukoll biex tqajjem sensibilizzazzjoni fost il-persunal dwar dawk l-aspetti; jitlob lill-Aġenzija teżamina t-titjib u l-modifiki possibbli u raġonevoli tal-binjiet tal-Aġenzija (l-aċċess, it-tagħmir tal-uffiċċju adegwat) għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jew diżabilitajiet oħra;

13.  Jinsab imħasseb ħafna dwar in-nuqqas totali ta' bilanċ bejn il-ġeneri fil-livell maniġerjali superjuri u fil-bord amministrattiv (43 raġel u 13-il mara); jiddeplora l-fatt li n-nisa jirrappreżentaw biss 26 % tal-persunal impjegat fil-gradi AD 8 jew ogħla, filwaqt li jirrappreżentaw kważi nofs il-persunal totali; jinnota b'sodisfazzjon, madankollu, it-titjib ta' dik iċ-ċifra b'9 punti perċentwali meta mqabbla mal-2018 u b'2 punti perċentwali meta mqabbla mal-2017; jistieden lill-Aġenzija żżid l-isforzi tagħha biex tikseb bilanċ aħjar bejn il-ġeneri fil-livelli kollha; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom fil-bord amministrattiv tal-Aġenzija;

14.  Jieħu nota tal-politika tal-Aġenzija li tippromwovi t-trattament ugwali tal-persunal u l-objettiv ta' bilanċ bejn il-ġeneri f'termini ta' numri, gradi u livelli ta' responsabbiltà;

15.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija tiżviluppa qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tal-persunal tagħha, l-iggwidar u l-iżvilupp tal-karriera tul il-ħajja, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, in-nondiskriminazzjoni, il-bilanċ ġeografiku u r-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabilità; jinnota li l-Aġenzija qed tħejji strateġija b'firxa wiesgħa għar-riżorsi umani li għandha titlesta sa tmiem l-2020;

Akkwist

16.  Jenfasizza li l-attività ewlenija tal-akkwist fl-2019 kienet iffukata fuq it-tnedija ta' żewġ sejħiet miftuħa rispettivament għall-iżvilupp tas-software u s-servizzi tal-IT, u għas-servizzi u l-materjali tal-komunikazzjoni;

17.  Jilqa' l-fatt li, b'segwitu għall-objettiv tal-aġenziji tal-Unjoni li jaqsmu l-isforzi tal-akkwist, l-Aġenzija varat sejħa għall-offerti interistituzzjonali miftuħa fl-2019 u li żewġ aġenziji oħra ngħaqdu ma' dik il-proċedura ta' akkwist; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar iżviluppi futuri rigward il-proċeduri ta' akkwist konġunti tagħha; iqis dik il-prattika bħala eżempju li ta' min wieħed isegwi; iħeġġeġ lill-Aġenzija tesplora aktar il-possibbiltajiet ta' simplifikazzjoni tal-proċeduri ma' istituzzjonijiet oħrajn;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

18.  Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti tal-Aġenzija u l-isforzi li għaddejjin bħalissa biex jiġu żgurati t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, u l-protezzjoni tal-informaturi; jiddispjaċih li xi CVs u dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri tal-bord amministrattiv tal-Aġenzija mhumiex ippubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tippubblika s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri kollha tal-bord amministrattiv u tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bil-miżuri meħuda f'dak ir-rigward;

19.  Jissottolinja l-impenn meħud mill-Aġenzija biex tittejjeb it-trasparenza tal-attivitajiet tagħha billi jiġu rrappurtati l-laqgħat li l-persunal u d-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija jkollhom mar-rappreżentanti ta' gruppi ta' interess u li dawn ikunu disponibbli fuq is-sit web tal-Aġenzija; jiddispjaċih li dik l-informazzjoni tidher f'taqsima li teżisti biss fil-verżjoni Ingliża tas-sit web tagħha; jistieden lill-Aġenzija twettaq l-impenn tagħha u taġġorna regolarment il-paġna ddedikata għal dik l-informazzjoni fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha tas-sit web tagħha;

20.  Jilqa' l-isforzi tal-Aġenzija biex iżżid il-viżibbiltà tal-azzjoni tagħha kemm fl-istampa tradizzjonali kif ukoll fin-networks soċjali; jemmen li l-istrateġija ta' komunikazzjoni implimentata mill-Aġenzija tikkontribwixxi għal fehim aħjar mill-pubbliku ġenerali tar-rwol, l-organizzazzjoni istituzzjonali u l-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-kontroll tas-sajd; jistieden lill-Aġenzija tkompli bl-isforzi tagħha f'dik id-direzzjoni u ssaħħaħ ir-rabtiet tagħha mas-soċjetà ċivili, b'mod partikolari mal-komunità xjentifika u akkademika;

Kontrolli interni

21.  Jinnota li fl-2019, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni ħareġ rapport tal-awditjar dwar "L-Implimentazzjoni u l-valutazzjoni tal-Pjanijiet ta' Eżerċizzju Konġunt (JDP)" u li kien hemm qbil dwar pjan ta' azzjoni għal oqsma fejn potenzjalment jista' jkun hemm titjib; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda;

22.  Jinnota li, fl-2018, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni ħareġ rapport tal-awditjar dwar "L-Ippjanar, l-Ibbaġitjar u l-Monitoraġġ fl-Aġenzija" u li kien hemm qbil dwar pjan ta' azzjoni għal oqsma fejn potenzjalment jista' jkun hemm titjib; jinnota li l-Aġenzija implimentat erbgħa minn ħames rakkomandazzjonijiet; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda;

23.  Jinnota li, f'April 2019, il-bord amministrattiv tal-Aġenzija adotta qafas ta' kontroll intern rivedut allinjat mal-qafas ta' kontroll intern adottat mill-Kummissjoni u meħtieġ skont l-Artikolu 30 tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid tal-EFCA(16); jinnota li l-valutazzjoni annwali tal-qafas ta' kontroll intern ikkonkludiet li hemm bżonn ta' miżuri biex jitjieb aktar il-komponent tal-attivitajiet ta' kontroll, b'mod partikolari fil-qasam tal-ġestjoni tal-kuntratti; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li sar;

24.  Jinnota bi tħassib li fl-2019 ġew irreġistrati tliet eċċezzjonijiet u każ wieħed ta' nonkonformità, b'valur nozzjonali totali ta' EUR 46 000, l-aktar fir-rigward ta' dewmien fl-iffirmar tal-emendi tal-kuntratti; jinnota li, għalkemm valur nozzjonali ġie attribwit għall-avvenimenti, ma kien hemm l-ebda telf jew impatt finanzjarju għall-Aġenzija u li qed jittieħdu l-miżuri xierqa biex jiġu evitati żbalji bħal dawn; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li sar;

Kummenti oħra

25.  Jinnota li l-Aġenzija nediet proċess sabiex tiġi ċċertifikata fl-Iskema ta' Ġestjoni u Verifika Ambjentali ("EMAS") tal-UE u ħadet sensiela ta' miżuri li għandhom l-għan li tnaqqas l-impatt globali tagħha fuq l-ambjent; jirrimarka, madankollu, li l-Aġenzija ma għandha l-ebda miżura addizzjonali fis-seħħ biex tnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 jew tikkumpensa għalihom;

26.  Jinnota li l-Aġenzija wettqet analiżi tal-impatt probabbli tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni Ewropea u identifikat il-passi ta' mitigazzjoni meħtieġa;

o
o   o

27.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2021(17) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(2) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(4) ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.
(5) ĠU L 83, 25.3.2019, p. 18.
(6) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(9) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(10) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(11) ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.
(12) ĠU L 83, 25.3.2019, p. 18.
(13) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(14) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(15) ĠU C 192, 8.6.2020, p. 1.
(16) Id-Deċiżjoni Nru 19-W-5 tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd tad-29.8.2019 dwar ir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (https://www.efca.europa.eu/sites/default/files/AB%20Decision%2019-W-5_Financial%20Regulation.pdf).
(17) Testi adottati, P9_TA(2021)0215.


Kwittanza 2019: l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi
PDF 181kWORD 62k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2170(DEC))
P9_TA(2021)0194A9-0075/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0067/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE(4) tal-Kummissjoni, u b'mod partikolari l-Artikolu 97 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0075/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2170(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0067/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE(10) tal-Kummissjoni, u b'mod partikolari l-Artikolu 97 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0075/2021),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2170(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0075/2021),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha(13), il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2019 kien jammonta għal EUR 112 834 290, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 4,99 % meta mqabbel ma' dak għall-2018; billi madwar 39,51 % tal-baġit tal-Aġenzija ġej minn tariffi u imposti u 57,61 % mill-Unjoni u minn pajjiżi terzi(14) (fl-2018, 72,47 % minn tariffi u imposti u 26,18 % mill-Unjoni u minn pajjiżi terzi); jinnota li l-bidliet sinifikanti fil-kompożizzjoni tal-baġit meta mqabbla mas-sena preċedenti huma relatati mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006(15) li ppreveda skadenza għar-reġistrazzjoni finali fl-2018, u billi mhija stabbilita l-ebda skadenza oħra għar-reġistrazzjoni fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, mhuwa mistenni li jintlaħaq l-ebda livell massimu fl-introjtu mit-tariffi għar-reġistrazzjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019 (ir-"rapport tal-Qorti"), issostni li għandha fil-pussess tagħha aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2019 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 98,79 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 1,13 % meta mqabbla mal-2018; jinnota bi tħassib li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 86,09 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 0,95 % meta mqabbla mal-2018;

2.  Jenfasizza li l-Aġenzija hija parzjalment iffinanzjata mit-tariffi li tirċievi mingħand il-kumpaniji li jitolbu r-reġistrazzjoni ta' sustanzi kimiċi kif mitlub mir-Regolament (KE) Nru 1907/2006; jinnota li t-tariffi applikabbli jiddependu mid-daqs tal-kumpaniji u l-volum ta' sustanzi kimiċi rreġistrati (livelli differenti); jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, mill-ewwel reġistrazzjonijiet fl-2009 'l hawn, madwar 26 % tal-kumpaniji ddikkjaraw li kienu mikro, żgħar jew ta' daqs medju; jinnota bi tħassib, madankollu, li, bis-saħħa ta' sistema ta' verifiki ex post effikaċi tal-Aġenzija, l-Aġenzija sabet li madwar 50 % tal-kumpaniji kienu ddikjaraw id-daqs tagħhom b'mod skorrett u dan irriżulta f'tariffi aktar baxxi; jisħaq li dan juri l-limitazzjonijiet ta' sistema li tistrieħ wisq fuq dikjarazzjonijiet magħmula mill-applikanti nfushom; jinnota li, sabiex timmitiga din is-sitwazzjoni, l-Aġenzija, matul is-snin, iffatturat u ġabret EUR 32,2 miljun f'korrezzjonijiet tariffarji u imposti amministrattivi, u li l-Aġenzija għamlet progress konsiderevoli fl-irkupru ta' tnaqqis mhux dovut fit-tariffi u fil-ġbir ta' imposti amministrattivi li kienu b'lura; jinnota, madankollu, li għad hemm volum ta' xogħol konsiderevoli xi jsir b'rabta mal-verifiki u li, sa tmiem l-2019, l-ammont ta' korrezzjonijiet tariffarji neċessarji pendenti kien għadu mhux magħruf; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bl-isforzi tagħha, kif ukoll bir-riżultati miksuba, tkompli tnaqqas l-għadd konsiderevoli ta' verifiki tal-volum tax-xogħol u timplimenta l-korrezzjonijiet tariffarji; jitlob lill-Kummissjoni tipproponi miżuri biex issolvi din is-sitwazzjoni, u b'hekk tevita l-frodi fid-dikjarazzjonijiet tad-daqs min-naħa tal-applikanti u tippermetti ppjanar baġitarju aktar stabbli għall-Aġenzija;

3.  Jinnota, fir-rigward tas-segwitu tas-sejbiet tal-Qorti li jikkonċernaw is-sena finanzjarja 2018, li l-Aġenzija għandha dħul li ġej kemm minn tariffi kif ukoll minn imposti pagabbli mill-industrija u minn sussidju ta' bbilanċjar mill-baġit tal-Unjoni; jinnota li, peress li t-tielet skadenza għar-reġistrazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 skadiet f'Mejju 2018, l-introjtu mit-tariffi u l-imposti beda jonqos b'mod sinifikanti mill-2019 'il quddiem u din it-tendenza mistennija tkompli; jirrimarka li hemm riskju li nfiq relattivament stabbli u dħul ferm inqas prevedibbli jista' jkollhom effett negattiv fuq l-operat u l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija; jieħu nota, madankollu, li skont ir-risposta tal-Aġenzija, hija impenjat ruħha b'mod proattiv u tinsab għaddejja b'diskussjonijiet kontinwi mal-Kummissjoni biex taħdem ħalli tiżgura finanzjament sostenibbli u tegħleb l-isfidi fil-mudell ta' finanzjament tagħha; jistieden lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni żżomm lill-awtorità ta' kwittanza aġġornata bl-iżviluppi f'dan ir-rigward; jirrimarka li d-dipendenza fuq sussidju ta' bbilanċjar prevedibbli mill-baġit tal-Unjoni, flimkien mat-trasferiment tal-introjtu minn tariffi u imposti lill-Kummissjoni, jistgħu jiggarantixxu dħul aktar prevedibbli għall-Aġenzija, meħtieġ biex twettaq il-mandat tagħha;

Sostenibbiltà

4.  Jenfasizza l-fatt li fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru 649/2012(16) (ir-"Regolament PIC") u r-Regolament (UE) 2019/1021(17) (ir-Regolament dwar il-Pollutanti Organiċi Persistenti (POPs)), l-Aġenzija hija ffinanzjata kompletament minn sussidju tal-Unjoni, li ammonta għal EUR 1,56 miljun fl-2019 (EUR 1,10 miljun għall-PICs fl-2018);

5.   Jilqa' l-isforzi tal-Aġenzija biex tipprovdi post tax-xogħol kosteffettiv u li jirrispetta 'l-ambjent kif ukoll il-miżuri kollha meħuda miċ-Ċentru biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2, il-konsum tal-enerġija tagħha u tiżviluppa fluss tax-xogħol mingħajr karti; jinnota b'sodisfazzjon li d-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija wiegħed li l-Aġenzija se tkun newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju sal-2030;

Prestazzjoni

6.  Jirrikonoxxi li l-Aġenzija ħadmet mill-ġdid il-mudell tagħha ta' ġestjoni tal-prestazzjoni għall-Programm ta' Ħidma tal-2019, bil-għan li tindika aħjar l-impatt u l-eżitu tal-ħidma tagħha; jirrikonoxxi li l-Aġenzja kisbet 34 minn 53 mira tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tagħha fl-2019; jinnota l-kumment tal-Aġenzija li d-19-il mira li ma ntlaħqux huma relatati prinċipalment ma' indikaturi tal-input u tal-output li huma diffiċli li jiġu mbassra abbażi ta' diversi fatturi; iħeġġeġ lill-Aġenzija tagħmel l-almu tagħha biex tilħaq 100 % tal-miri tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tagħha;

7.  Ifakkar li, fost l-awtoritajiet regolatorji kollha, l-Aġenzija hi dik li tixpruna l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sustanzi kimiċi għall-benefiċċju tal-ambjent u s-saħħa tal-bniedem, kif ukoll għall-innovazzjoni u l-kompetittività; jinnota li tipprovdi informazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi, tgħin lill-kumpaniji jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni u twassal għal avvanzi fl-użu sikur tas-sustanzi kimiċi;

8.  Jirrikonoxxi li l-Aġenzija fl-2019 saritilha riorganizzazzjoni strateġika u għandha pjan strateġiku ġdid għall-2019-2023 bit-tliet prijoritajiet strateġiċi li ġejjin: l-identifikazzjoni u l-ġestjoni tar-riskju ta' sustanzi ta' tħassib, l-użu sikur u sostenibbli ta' sustanzi kimiċi mill-industrija, u l-ġestjoni sostenibbli ta' sustanzi kimiċi permezz tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;

9.  Jiddispjaċih li, fil-pjan strateġiku 2019-2023, ma kien hemm ebda miżura proattiva u ebda riżorsa biex jitħaffef, jittejjeb u jiġi kkwantifikat it-tnaqqis fl-għadd ta' testijiet fuq l-annimali u s-sostituzzjoni ta' tali testijiet b'approċċi metodoloġiċi ġodda; itenni l-importanza tal-prinċipji tat-3Rs (Sostituzzjoni, Tnaqqis u Rfinar) fl-ittestjar fuq l-annimali; jinnota r-rakkomandazzjoni magħmula mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Lulju 2020 dwar l-Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà(18) li għandu jkun hemm tim stabbilit fi ħdan l-Aġenzija ddedikat esklussivament għall-protezzjoni tal-annimali u l-promozzjoni ta' metodi ta' ttestjar li ma jinvolvux l-annimali; jinnota bi tħassib ir-risposta, tas-7 ta' Jannar 2021, mogħtija mid-Direttur tal-Aġenzija f'diskussjoni mal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit li l-Aġenzija ma tatx segwitu għat-talba tal-Parlament biex jitnaqqas l-ittestjar fuq l-annimali; iħeġġeġ lill-Aġenzija tnaqqas bil-qawwa d-dipendenza tagħha fuq l-ittestjar fuq l-annimali; jistieden lill-Aġenzija tikkontribwixxi għal attivitajiet internazzjonali mmirati lejn il-promozzjoni ta' metodi alternattivi ta' ttestjar fi ħdan il-mandat tagħha u tippubblika regolarment informazzjoni dwar l-użu ta' metodi alternattivi fl-ambitu tar-REACH;

10.  Jirrikonoxxi li l-istruttura organizzattiva l-ġdida, introdotta fil-bidu tal-2019, kienet imfassla biex iżżid l-interkonnettività tal-Aġenzija u tiffaċilita modi ta' ħidma aktar kollaborattivi; jilqa' ż-żieda ta' 50 % fil-verifiki tal-konformità sħiħa tas-sustanzi meta mqabbla mal-2018, li nkisbet b'riżultat ta' enfasi akbar fuq il-kontrolli tal-konformità permezz ta' riallokazzjoni interna tal-persunal u mingħajr riżorsi addizzjonali allokati lill-Aġenzija;

11.  Jinnota li l-Aġenzija tkompli tikkondividi l-kapaċità tal-awditu intern tagħha mal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea, u li l-Aġenzija pprovdiet appoġġ lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għas-servizzi tal-protezzjoni tad-data fl-2019, u barra minn hekk, l-Aġenzija tikkollabora mill-qrib ma' aġenziji oħra inkluż permezz tal-kondiviżjoni tas-servizzi fil-kuntest ta' network interaġenzjali u permezz tal-kondiviżjoni tar-riżorsi permezz ta' memoranda ta' qbil; ifaħħar din il-kooperazzjoni bħala eżempju għal aġenziji oħra li ta' min isegwi; iħeġġeġ lill-Aġenzija tfittex kooperazzjoni akbar u usa' mal-aġenziji l-oħra tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Aġenzija tidħol f'taħditiet dwar il-kondiviżjoni tar-riżorsi f'każ ta' kompiti li jikkoinċidu ma' dawk ta' aġenziji oħra li jwettqu attivitajiet simili;

12.  Jistieden lill-Aġenzija tkompli tiżviluppa s-sinerġiji tagħha, iżżid il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki mal-aġenziji l-oħra tal-Unjoni bil-għan li ttejjeb l-effiċjenza (ir-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà);

13.  Jitlob lill-Aġenzija tiżviluppa gwida dwar ir-rekwiżiti minimi ta' informazzjoni meħtieġa biex tiġġustifika l-għoti ta' derogi li jirrigwardaw ir-restrizzjonijiet, u tiżgura li l-ebda deroga ma tiġi aċċettata meta d-dossiers ta' reġistrazzjoni ma jkunux konformi jew aġġornati;

14.  Jisħaq fuq l-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Aġenzija f'termini ta' proċeduri ta' operazzjonijiet u ġestjoni interni; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Aġenzija tibqa' tkun proattiva f'dan ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji akkost ta' kollox; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta' sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

15.  Ifakkar fl-importanza għall-Aġenzija li tiżviluppa viżibbiltà akbar fil-midja, l-internet u l-midja soċjali sabiex tagħmel xogħolha magħruf;

Politika dwar il-persunal

16.  Jinnota li fil-31 ta' Diċembru 2019, it-tabella tal-persunal ġiet eżegwita fil-livell ta' 96,75 %, bil-ħatra ta' 446 aġent temporanju minn 461 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 452 post tax-xogħol awtorizzati fl-2018); jinnota li, barra minn hekk, fl-2019 ħadmu għall-Aġenzija 122 aġent kuntrattwali u 14-il espert nazzjonali sekondat;

17.  Jinnota li fl-2019 kien hemm żbilanċ bejn is-sessi fir-rigward tal-pożizzjonijiet maniġerjali superjuri (71 % irġiel u 29 % nisa) u fir-rigward tal-Bord ta' Tmexxija (69 % irġiel u 31 % nisa); jitlob lill-Aġenzija tiżgura li fil-futur ikun hemm bilanċ bejn is-sessi fil-livell tal-maniġment superjuri; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-importanza li jiżguraw li jkun hemm il-bilanċ bejn is-sessi meta jkunu qed jinnominaw il-membri tagħhom għall-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija;

18.  Jinnota li l-Aġenzija implimentat politika kontra l-fastidju u linji gwida relatati; jirrikonoxxi li organizzat sessjonijiet ta' taħriġ u għamlet disponibbli konsulenza kunfidenzjali; jinnota li, barra minn hekk, fl-2019 beda proġett pilota b'medjazzjoni f'timijiet li esperjenzaw kunflitti; jinnota li l-Aġenzija kellha proċedura informali waħda ta' fastidju fl-2019;

19.  Jinnota li, sabiex il-pożizzjonijiet vakanti jingħataw aktar pubbliċità, l-Aġenzija tippubblika l-avviżi relattivi fuq is-sit web tagħha, fuq il-midja soċjali u fuq is-sit tan-Network tal-Aġenziji tal-UE ddedikat apposta; jinnota r-risposta tal-Aġenzija li bdiet tirrevedi l-proċessi biex ikunu jistgħu jsiru avviżi ta' postijiet vakanti fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal; jistieden lill-Aġenzija tippubblikahom ukoll fuq is-sit tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal; jistieden lill-Aġenzija tesplora aktar possibbiltajiet biex tattira persunal bi kwalifiki għoljin billi twessa' l-firxa tal-avviżi għal postijiet battala; jappella lill-Aġenzija tikkonċentra aktar fuq it-tixrid mal-pubbliku ġenerali tar-riżultati tar-riċerka tagħha;

20.  Jilqa' pożittivament l-isforzi tal-Aġenzija li tibni ambjent u kultura tax-xogħol aktar diversifikati u inklużivi billi tieħu azzjonijiet favur il-persuni b'diżabilità; jitlob lill-Aġenzija tivvaluta l-possibbiltajiet ta' tisħiħ u ta' integrazzjoni ulterjuri tal-prinċipji ta' opportunitajiet indaqs fir-reklutaġġ, fit-taħriġ, fl-iżvilupp tal-karriera u fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, kif ukoll biex tqajjem sensibilizzazzoni fost il-persunal dwar dawn l-aspetti; u jitlob lill-Aġenzija tivvaluta t-titjib u l-modifiki possibbli u raġonevoli tal-binjiet tal-Aġenzija (l-aċċess, it-tagħmir tal-uffiċċju adegwat) għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jew diżabilitajiet oħra;

21.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija timmira li tfittex l-iżvilupp ta' qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn is-sessi, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabilità;

22.  Jissottolinja, barra minn hekk, il-ħtieġa li jiġi żgurat li jkun hemm persunal adegwat li jirrifletti l-ħtiġijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Istrateġija tal-Unjoni dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà, il-Pjan ta' Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari u l-ambizzjoni ta' tniġġis żero b'mod partikolari, u ta' riżorsi addizzjonali għal kwalunkwe kompitu addizzjonali meħtieġ, bħat-twettiq mill-Aġenzija tal-evalwazzjonijiet proprji tas-sustanzi;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

23.  Jilqa' l-fatt li fuq is-sit tagħha l-Aġenzija tippubblika s-CVs tal-membri kollha tal-Bord ta' Tmexxija u l-Kumitati tagħha, inklużi dawk tal-presidenti li huma membri tal-persunal tal-Aġenzija, id-Direttur Eżekuttiv u l-membri kollha tal-Bord tal-Appell; jilqa' l-fatt li l-Aġenzija tippubblika d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri kollha tal-Bord ta' Tmexxija, tal-maniġment superjuri u tal-Presidenti tal-Kumitati fuq is-sit web tagħha;

24.  Jistieden lill-Aġenzija tallinja l-prattiki tagħha mar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman Ewropew tas-7 ta' Mejju 2020 fil-każ 2168/2019/KR b'mod partikolari billi tiżgura, fejn meħtieġ, li tiġi invokata l-għażla li l-persunal anzjan tagħha jiġi pprojbit milli jieħu ċerti karigi wara li jkun intemm il-mandat tiegħu, billi tistabbilixxi kriterji għal meta se tipprojbixxi t-trasferiment ta' persunal lejn is-settur privat; billi l-applikanti għal karigi għolja fi ħdan l-Aġenzija jiġu mgħarrfa b'tali kriterji fil-mument tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tagħhom, u billi jkun hemm proċeduri interni fis-seħħ li meta membru tal-persunal tagħha jaċċetta xogħol ieħor, l-aċċess tiegħu għal informazzjoni kunfidenzjali jitwaqqaf b'effett immedjat;

25.  Jilqa' pożittivament il-passi ulterjuri li ttieħdu sabiex jissaħħu t-trasparenza u l-protezzjoni tal-informaturi, bħal korsijiet ta' taħriġ online obbligatorji dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta għall-persunal kollu, u enfasi kontinwa fuq l-għarfien tal-etika, l-akkwist u l-ġestjoni tal-kuntratti u s-sigurtà tal-informazzjoni; jinnota li, skont l-Aġenzija, il-laqgħat kollha tal-maniġment superjuri tagħha mal-partijiet ikkonċernati jiġu rreġistrati u ppubblikati fuq is-sit web tagħha biex tiġi żgurata trasparenza sħiħa;

26.  Skont l-Aġenzija, l-introjtu bbaġitjat mit-tariffi għall-2019 jirrappreżenta madwar 39,5 % tal-introjtu totali tagħha; jirrikonoxxi s-sistema eżemplari tal-Aġenzija għall-monitoraġġ u l-prevenzjoni ta' kwalunkwe kunflitt ta' interess, u l-fehma tagħha li hemm periklu limitat li jinqalgħu kunflitti bħal dawn peress li l-iskop tat-tariffi huwa li jkopru l-ispejjeż u peress li l-membri tal-persunal tal-Aġenzija involuti fit-tfassil tal-opinjonijiet issirilhom valutazzjoni regolari biex tiġi żgurata l-indipendenza tagħhom; jinnota li l-Aġenzija tkun favur soluzzjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni tiġbor it-tariffi f'isem l-Aġenzija, billi dan jiffaċilita l-ġestjoni finanzjarja tal-Aġenzija u jgħin biex jonqos ir-riskju ta' nuqqasijiet; jinnota li t-tariffi mħallsa mill-industrija jvarjaw sostanzjalment minn sena għal oħra u li għaldaqstant mhuwiex possibbli li l-Aġenzija tistma li jkun hemm bżonn ta' sussidju ta' bbilanċjar mill-baġit tal-Unjoni b'marġni responsabbli, li jikkomplika l-ippjanar tal-baġit; jappella għal djalogu dwar kif għandu jiġi riformat il-mekkaniżmu għall-finanzjament tal-Aġenzija, b'tali mod li jkun mibni fuq bażi sostenibbli;

27.  Jissottolinja l-fatt li l-qafas etiku attwali li japplika għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni jbati minn żvantaġġi konsiderevoli minħabba l-frammentazzjoni tiegħu u n-nuqqas ta' konsistenza bejn id-dispożizzjonijiet eżistenti; jenfasizza li dawn il-kwistjonijiet għandhom jiġu indirizzati billi jiġi stabbilit qafas etiku komuni, li jiżgura l-applikazzjoni ta' standards etiċi għoljin għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-Unjoni;

28.  Jissottolinja li ċerti uffiċjali jimlew dikjarazzjonijiet ta' nuqqas ta' kunflitti ta' interess u jipprovdu awtovalutazzjonijiet fir-rigward tar-rispett tal-istandards etiċi; jenfasizza, madankollu, li tali awtodikjarazzjonijiet u awtovalutazzjonijiet mhumiex biżżejjed u li għalhekk huwa meħtieġ skrutinju addizzjonali;

Kontrolli interni

29.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti, li fi proċedura waħda awditjata ta' akkwist pubbliku, l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti ma tawx lill-offerenti fehim ċar ta' kif tista' tiġi pprezzata ċerta partita fl-offerti finanzjarji tagħhom, u billi l-offerti ma kinux komparabbli, l-Aġenzija ddeċidiet li tikkanċella u tniedi mill-ġdid il-proċedura, li żied aktar żmien mal-proċedura u ħoloq riskju potenzjali għar-reputazzjoni tal-Aġenzija; jinnota l-kumment tal-Aġenzija li d-dokumenti tal-akkwist kienu meqjusa ċari u komprensivi, u l-isforz addizzjonali involut fit-tnedija mill-ġdid tal-proċedura kien minimu, mingħajr konsegwenzi għar-reputazzjoni;

30.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti, li l-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet fil-proċeduri ta' reklutaġġ ma kienx strutturat biżżejjed u eżawrjenti biex jipprevedi sekwenza kronoloġika u ċara li turi meta d-dokumenti kienu ġew approvati u minn min; jinnota r-risposta tal-Aġenzija li bidlet il-proċeduri tagħha biex tiżgura li jintbagħtu emails standard lill-membri tal-kumitat tal-għażla wara kull laqgħa biex tirreġistra l-minuti tal-laqgħa u d-deċiżjonijiet meħuda mill-Kumitat, u barra minn hekk, l-Aġenzija tiżgura li, wara kull laqgħa, il-flussi tal-approvazzjoni elettroniċi jiġu ffinalizzati qabel ma jsiru passi 'l quddiem fl-għażla; jistieden lill-Aġenzija ttejjeb il-proċeduri tal-għażla tagħha sabiex tiżgura li l-proċessi jitwettqu b'mod diliġenti u trasparenti;

31.  Jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni wettaq awditu ta' aċċertament dwar il-ġestjoni tal-prestazzjoni tal-Aġenzija, u kkonkluda b'rakkomandazzjoni importanti ħafna relatata mal-użu tal-erba' kategoriji ta' prestazzjoni biex jiżgura li l-prestazzjoni ta' kull detentur tal-impjieg tiġi evalwata mingħajr ma titqabbel mal-prestazzjoni ta' persunal ieħor, u b'rakkomandazzjoni importanti biex tiġi aġġornata l-proċedura tal-ippjanar, il-monitoraġġ u r-rappurtar; jinnota li l-Aġenzija diġà ħadet il-passi meħtieġa biex timplimenta ż-żewġ rakkomandazzjonijiet;

32.  Jinnota bi tħassib li, f'Mejju 2019, l-Aġenzija ffaċċjat kriżi bil-qtugħ tas-sistemi kollha tal-IT tal-Aġenzija matul il-migrazzjoni tas-servers lejn infrastruttura ġdida; il-kriżi ġiet solvuta fi 48 siegħa; jirrakkomanda li l-Aġenzija timplimenta proċeduri tal-aħjar prattiki tal-IT meta twettaq operazzjonijiet tal-IT b'riskju għoli ta' tfixkil għall-proċessi primarji tal-Aġenzija;

33.  Jitlob lill-Aġenzija ttejjeb it-trasparenza u l-faċilità tal-użu tal-bażi tad-data tagħha, u l-interfaċċa bejn l-evalwazzjoni u s-segwitu tal-ġestjoni tar-riskji, inkluża, pereżempju, nota qasira dwar is-sustanzi reġistrati tal-Aġenzija fil-bażi tad-data fir-rigward tal-istatus tal-konformità u l-evalwazzjoni tad-dossiers, li żżid l-eżitu tal-evalwazzjoni tas-sustanzi (jekk il-ġestjoni tar-riskji ulterjuri tkunx meħtieġa jew le), li tiddikjara b'mod espliċitu jekk id-dossier ikun instab li ma kienx konformi u għal liema raġuni, u li żżid l-eżitu tad-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell kif ukoll is-segwitu mogħti jew previst li jingħata mill-Aġenzija;

34.  Jinnota li fl-2019 l-Aġenzija żviluppat strateġija u qafas ġodda għas-sistema ta' ġestjoni integrata, li ġew approvati mill-Bord ta' Tmexxija fil-15 ta' Diċembru 2019 u li ssostitwew l-Istandards ta' Ġestjoni Integrata;

35.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli bl-isforzi tagħha biex twettaq il-verifiki ta' evalwazzjoni tagħha tad-dossiers skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u biex tagħmel il-proċess aktar effettiv; ifakkar li l-verifiki ta' evalwazzjoni tad-dossiers fuq aktar minn 2 000 dossier li jkopru 700 sustanza wrew li 70 % tad-dossiers ma kinux konformi mar-rekwiżiti ta' informazzjoni legali tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jew ma kienx fihom biżżejjed informazzjoni biex jiġi żgurat użu sikur għaċ-ċittadini tal-Unjoni u għall-ambjent;

Kummenti oħra

36.  Jinnota li l-proċess ta' trasferiment għall-bini l-ġdid tal-Aġenzija f'Helsinki beda fil-21 ta' Diċembru 2019 u li l-bini l-ġdid infetaħ u beda jopera għall-persunal tal-Aġenzija fil-bidu ta' Jannar 2020, u dan ġab fi tmiemu perjodu ta' erba' snin ta' tħejjijiet għar-rilokazzjoni tal-persunal; jistieden lill-Aġenzija tiżgura l-benessri tal-impjegati tagħha billi tipprovdi kundizzjonijiet tax-xogħol sostenibbli u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent;

37.  Jinnota li l-Aġenzija żviluppat pakkett estensiv ta' komunikazzjoni biex tappoġġa lill-kumpaniji u timminimizza t-tfixkil għas-suq intern waqt it-tħejjija għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u l-perjodu ta' tranżizzjoni; jinnota li l-impatt fuq l-Aġenzija tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni huwa limitat;

38.  Jinnota bi tħassib li l-Aġenzija għandha diversi każijiet ta' litigazzjoni, appell u lmenti li ntbagħtu lill-Bord tal-Appell tal-Aġenzija, lill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja jew lill-Ombudsman Ewropew u ħafna minn dawn il-każijiet ġew miċħuda (20 minn 37 każ);

o
o   o

39.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ April 2021(19) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(2) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(4) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(5) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(8) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(9) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(10) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(11) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) ĠU C 107, 31.3.2020, p. 255.
(14) ĠU C 107, 31.3.2020, p. 255.
(15) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(16) Ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 60).
(17) Ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar il-pollutanti organiċi persistenti, ĠU L 169, 25.6.2019, p. 45–77.
(18) Testi adottati, P9_TA(2020)0201.
(19) Testi adottati, P9_TA(2021)0215.


Kwittanza 2019: Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom
PDF 156kWORD 52k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2171(DEC))
P9_TA(2021)0195A9-0088/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0068/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 68 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/114/KE, Euratom tat-12 ta' Frar 2008 li tistabbilixxi l-Istatuti tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tal-Anness tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0088/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2171(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(5),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(6) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0068/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 68 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/114/KE, Euratom tat-12 ta' Frar 2008 li tistabbilixxi l-Istatuti tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tal-Anness tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0088/2021),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2171(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0088/2021),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji u l-kontijiet tad-dħul u l-infiq tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2019 kien ta' EUR 223 000, li jirrappreżenta żieda ta' 81,30 % meta mqabbel mal-2018, minħabba l-implimentazzjoni ta' kuntratti ta' servizzi tal-IT li għalihom l-Aġenzija rċeviet kontribuzzjoni addizzjonali mill-Kummissjoni fi tmiem l-2019; billi l-baġit kollu tal-Aġenzija huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019 (ir-"rapport tal-Qorti"), stqarret li l-Qorti kisbet aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2019 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn ta' 99,86 %, rata li tirrappreżenta żieda ta' 2,02 % meta mqabbla mal-2018; jiddispjaċih, madankollu, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 41,05 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 31,85 % meta mqabbla mal-2018; billi dak it-tnaqqis huwa dovut għar-riport tal-impenji pendenti li ammontaw għal EUR 131 137,56 jew 59 % tal-ammonti impenjati fir-rigward ta' kuntratti ta' servizzi tal-IT iffirmati li ma tlestewx sa tmiem is-sena;

Kanċellazzjoni tar-riporti

2.  Jinnota fir-rigward tal-azzjonijiet ta' segwitu għas-sejbiet tal-Qorti fl-2018, li r-rata ta' kanċellazzjoni tal-approprjazzjonijiet tal-baġit riportati mill-2018 għall-2019 kienet ta' 17 %, li turi li saru impenji mhux ġustifikati fl-2018; jistieden lill-Aġenzija ma tirriportax l-approprjazzjonijiet tal-baġit ħlief meta dan ikun iġġustifikat;

Prestazzjoni

3.  Jinnota li fl-2019 l-Aġenzija, skont l-Artikolu 52 tal-attivitajiet tat-Trattat tal-Aġenzija, assenjat 178 referenza ġdida ta' reġistrazzjoni li jikkorrispondu għal kuntratti ġodda u emendi jew supplimenti għal kuntratti eżistenti u, skont l-Artikoli 75 u 74 tal-attivitajiet tat-Trattat, l-Aġenzija assenjat 139 referenza ġdida ta' reġistrazzjoni li jkopru tranżazzjonijiet relatati mal-prestazzjoni ta' servizzi għall-provvista ta' kwantitajiet żgħar ta' materjali nukleari; jirrikonoxxi l-isforzi kontinwi tal-Aġenzija fid-diversifikazzjoni tas-sorsi ta' provvista;

4.  Jinkoraġġixxi lill-Aġenzija taħdem favur id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tagħha, bħala mezz biex tnaqqas il-burokrazija;

Politika dwar il-persunal

5.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2019, it-tabella tal-persunal kienet 100 % implimentata, bil-ħatra ta' 17-il uffiċjal tal-Kummissjoni minn total ta' 17-il post awtorizzat fit-tabella tal-persunal (meta mqabbel mal-25 post awtorizzati fl-2018);

Kontrolli interni

6.  Jinnota li fl-2019, l-Aġenzija applikat l-istandards ta' kontroll intern (ICSs) tal-Kummissjoni għal ġestjoni effettiva b'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta' Ottubru 2007 dwar ir-reviżjoni tal-ICSs; jinnota li fl-2019, l-Aġenzija wettqet valutazzjoni tar-riskju b'enfasi partikolari fuq il-finanzi u l-IT;

7.  Jinnota li fl-2019, l-Aġenzija bdiet tiżviluppa l-qafas il-ġdid ta' kontroll intern li se jkun effettiv mill-2020; jinkoraġġixxi lill-Aġenzija tkompli f'dik id-direzzjoni u żżomm lill-awtorità ta' kwittanza infurmata dwar il-progress li jkun sar;

Kummenti oħra

8.  Jinnota, fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, li d-Dikjarazzjoni Politika Konġunta stipulat li r-relazzjoni futura għandha tinkludi ftehim ta' kooperazzjoni nukleari mifrux bejn l-Aġenzija u r-Renju Unit dwar l-użi paċifiċi tal-enerġija nukleari, u l-partijiet jaqblu dwar il-kooperazzjoni, permezz tal-iskambju ta' informazzjoni, dwar il-forniment ta' isotopi radjuattivi mediċi; jistieden lill-Aġenzija tiżgura li tibqa' konxja tal-effetti tal-ħruġ tar-Renju Unit u li tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp ulterjuri f'dak ir-rigward;

9.  Jinnota li l-Aġenzija kellha aġent Direttur Ġenerali bejn Jannar u Marzu 2019 u li, minn April 2019 il-Kummissjoni ħatret Direttur Ġenerali ġdid;

10.  Jistieden lill-Aġenzija tiffoka fuq it-tixrid tar-riżultati tar-riċerka u tal-attivitajiet tagħha fost il-pubbliku, permezz tal-midja soċjali u mezzi oħra tal-midja;

o
o   o

11.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ April 2021(9) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(2) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(4) ĠU L 41, 15.2.2008, p. 15.
(5) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(6) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(7) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(8) ĠU L 41, 15.2.2008, p. 15.
(9) Testi adottati, P9_TA(2021)0215.


Kwittanza 2019: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol)
PDF 172kWORD 56k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2172(DEC))
P9_TA(2021)0196A9-0096/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0069/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 60 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0096/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2172(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0069/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 60 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0096/2021),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2172(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0096/2021),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u tal-infiq tagħha(13), il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2019 kien ta' EUR 141 620 456, li jirrappreżenta żieda ta' 4,33 % meta mqabbel mal-2018; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2019 (ir-"rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2019 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,42 %, li tirrappreżenta żieda ta' 3,31 % meta mqabbla mal-2018; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 86,61 %, li tindika tnaqqis ta' 0,31 % meta mqabbla mal-2018;

2.  Jinnota li l-Aġenzija akkumulat dewmien fil-pagamenti f'20 % tal-każijiet fl-2019; jinnota li l-livell ta' pagamenti tard kien saħansitra ogħla fis-snin preċedenti, iżda jistieden lill-Aġenzija żżid l-isforzi tagħha biex tagħmel il-pagamenti fit-termini preskritti biex tevita riskju għar-reputazzjoni; jilqa' pożittivament il-miżuri ta' mitigazzjoni li ħadet l-Aġenzija f'dan ir-rigward, li rriżulta li fl-2019, tħallas l-ammont globali ta' imgħax immaterjali ta' EUR 1 624,53;

3.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, fl-2019 l-Aġenzija ta' spiss naqset milli tagħmel pagamenti fi żmien it-termini preskritti, u b'hekk esponiet lill-Aġenzija għal riskji għar-reputazzjoni; jinnota li, skont it-tweġiba tal-Aġenzija, fl-2019, l-Aġenzija kienet qed tħabbat wiċċha ma' sitwazzjoni ta' nuqqas ta' persunal li affettwat l-amministrazzjoni finanzjarja iżda li l-Aġenzija hija konxja tal-profil tar-riskju fir-rigward tad-dewmien fil-pagamenti u tissorvelja bir-reqqa l-ammonti ta' pagamenti fuq bażi ta' kull xahar u ħadet azzjonijiet ta' mitigazzjoni biex taderixxi mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba; jinnota li, skont ir-risposta tal-Aġenzija, il-valur globali tal-fatturi mħallsa tard kien jammonta għal madwar EUR 6,6 miljun fl-2019, li jirrappreżenta 4,6 % tal-pagamenti li saru;

4.  Jinnota li fl-2019 l-Aġenzija rċeviet baġit finali ta' EUR 138,3 miljun u żieda ta' 15-il aġent temporanju; jenfasizza, madankollu, li l-abbozz ta' baġit stmat adottat mill-bord ta' amministrazzjoni tal-Aġenzija talab allokazzjoni totali ta' EUR 143,3 miljun u żieda netta fil-karigi ta' 43 aġent temporanju; jissottolinja li minħabba n-nuqqas baġitarju u ta' persunal, l-Aġenzija kellha tagħti inqas prijorità lil għadd ta' objettivi u azzjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni u lill-koleġiżlaturi jsaħħu d-djalogu tagħhom mal-Aġenzija fir-rigward tal-indirizzar tan-nuqqasijiet baġitarji u tal-persunal;

Prestazzjoni

5.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija tuża ċerti miżuri bħala indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tivvaluta l-valur miżjud tal-attivitajiet tagħha u miżuri oħra biex ittejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha, bħar-rata tal-eżitu tal-baġit, ir-rata ta' implimentazzjoni tal-objettivi tal-programm ta' ħidma u l-grad ta' sodisfazzjon għal dak li jikkonċerna l-immaġni tal-Aġenzija;

6.  Ifakkar lill-Aġenzija biex tirrieżamina u taġġorna regolarment is-sistema ta' kejl tal-prestazzjoni u l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tagħha biex tiżgura li tikkontribwixxi b'mod effiċjenti, u biex tiżgura l-għarfien espert tagħha, fil-livell tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Aġenzija tanalizza l-eżiti bir-reqqa u tużahom biex ittejjeb l-istrateġija u l-ippjanar tal-attività tagħha;

7.  Jinnota li l-Aġenzija implimentat 79 % tal-objettivi tal-programm ta' ħidma u 75 % tal-azzjonijiet li jinsabu fil-programm ta' ħidma tal-2019;

8.  Jinnota b'apprezzament li fl-2019 l-Aġenzija kompliet twettaq attivitajiet konġunti u servizzi kondiviżi ma' aġenziji oħra tal-Unjoni, inkluża l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali, u li l-Aġenzija ngħaqdet ma' 21 proċedura ta' akkwist interistituzzjonali;

9.  Jistieden lill-Aġenzija tkompli żżid il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki ma' aġenziji oħra tal-Unjoni bil-għan li ttejjeb l-effiċjenza (ir-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà);

10.  Jinnota li, skont il-valutazzjoni tal-bord ta' amministrazzjoni, għadd ta' proġetti u attivitajiet importanti ngħataw inqas prijorità u ma seħħewx minħabba l-fatt li l-baġit u t-tabella tal-persunal allokati lill-Aġenzija għall-2019 kienu ferm inqas mill-istimi inizjali u kienet meħtieġa reviżjoni fil-fond tal-programm ta' ħidma annwali;

11.  Jilqa' l-fatt li, f'kollaborazzjoni mal-eu-LISA, l-Aġenzija rnexxielha tintegra t-tfittxijiet fis-SIS II fl-interfaċċja tal-utenti tal-USE u li sar aktar progress lejn l-istabbiliment tal-aċċess għall-VIS; jiddeplora, madankollu, il-fatt li l-istabbiliment ta' uffiċċju SIRENE fi ħdan l-Aġenzija ma seħħx fl-2019; iħeġġeġ lill-Aġenzija żżid l-isforzi tagħha biex tavvanza fl-allinjament u l-koordinazzjoni tar-riżorsi interni tagħha mal-iżviluppi tal-inizjattivi ta' interoperabbiltà tal-Unjoni;

12.  Jissottolinja r-rwol importanti tal-Aġenzija fl-appoġġ tal-investigazzjonijiet kriminali tal-Istati Membri u fil-forniment ta' analiżi operazzjonali; jenfasizza wkoll l-estensjoni tal-kompiti tiegħu u r-rwol dejjem jikber tiegħu fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu, iċ-ċiberkriminalità u forom gravi u organizzati oħra ta' kriminalità fl-Unjoni kollha;

13.  Jenfasizza li l-għadd ta' operazzjonijiet li l-Aġenzija appoġġjat żdied minn 1 748 fl-2018 għal 1 921 fl-2019 (li jirrappreżenta żieda ta' 9,89 %) u li l-laqgħat operattivi ffinanzjati mill-Aġenzija żdiedu minn 427 fl-2018 għal iktar minn 500 fl-2019 (li jirrappreżenta żieda ta' 17 %), fatt li jissottolinja ż-żieda fix-xogħol tal-Aġenzija; jissottolinja l-investigazzjonijiet speċjalizzati ħafna appoġġjati mill-Aġenzija f'dawn l-aħħar snin, maħsuba biex jiġġieldu kontra x-xbieki tal-kriminalità organizzata sofistikati ħafna, it-traffikar tad-droga, ir-rimi illeċitu tal-iskart u t-traffikar illeċitu fid-dark web;

Politika dwar il-persunal

14.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2019, 92,89 % tat-tabella tal-persunal ġiet implimentata, u kienu nħatru 549 aġent temporanju minn total ta' 591 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 576 post tax-xogħol awtorizzati fl-2018); jinnota li, barra minn hekk, fl-2019 ħadmu għall-Aġenzija 196 aġent kuntrattwali u 66 espert nazzjonali sekondat;

15.  Jinnota li l-Aġenzija temmet l-2019 b'rata ta' postijiet battala ta' 3.6 %, li kienet ogħla mill-mira ta' 2 %; jirrikonoxxi li ġew stabbiliti miżuri ta' mitigazzjoni bħaż-żieda fil-pass tal-pubblikazzjoni ta' avviżi ta' postijiet battala jew l-użu ta' listi ta' riżerva; jinnota bi tħassib, madankollu, li l-Aġenzija rreġistrat ukoll rata ta' dawran tal-persunal ogħla milli mistenni ta' 11.7 %, meta mqabbla ma' 8.7 % fis-sena preċedenti; jinnota li, skont ir-risposta tal-Aġenzija, ir-rata ta' dawran kienet ir-riżultat ta' għadd kbir ta' riżenji u għadd ta' kuntratti li ntemmu fl-2019 u li l-Aġenzija mmonitorjat mill-qrib is-sitwazzjoni; jistieden lill-Aġenzija tindirizza din il-kwistjoni fid-dawl tas-sitwazzjonijiet potenzjali ta' "revolving door";

16.  Jinsab ferm imħasseb bin-nuqqas ta' bilanċ bejn il-ġeneri rrappuratat fl-2019 għall-maniġers superjuri (139 raġel u 28 mara) u fil-bord ta' amministrazzjoni (43 raġel u 10 nisa) u fil-persunal; jistieden lill-Aġenzija żżid l-isforzi tagħha biex tikseb bilanċ aħjar bejn il-ġeneri fil-livelli kollha; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-importanza li jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom fil-bord ta' amministrazzjoni tal-Aġenzija;

17.  Jinnota li l-Aġenzija adottat politika dwar il-ħarsien tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju; jinnota li ġew irrappurtati żewġ każijiet ta' allegat fastidju psikoloġiku u ta' mġiba mhux xierqa relatata u sussegwentement ġew investigati permezz ta' inkjesta amministrattiva formali fl-2019 u deċiżjoni dwar l-eżitu kellha tittieħed fl-2020; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar is-sejbiet tal-inkjesta;

18.  Jilqa' l-fatt li l-kamp ta' applikazzjoni tal-għodda eżistenti għar-reklutaġġ elettroniku ġie estiż b'suċċess biex ikopri wkoll il-karigi ristretti; jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija implimentat l-osservazzjoni tal-Qorti mill-2017 dwar il-pubblikazzjoni ta' avviżi ta' postijiet battala fuq is-sit web tal-EPSO;

19.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija taħdem għall-iżvilupp ta' qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabilità;

Akkwist pubbliku

20.  Jinnota bi tħassib is-sejba tal-Qorti, li hija relatata wkoll mas-segwitu tas-sejbiet tas-sena ta' qabel, li l-Aġenzija tawlet b'mod irregolari ż-żmien ta' kuntratt qafas għall-forniment ta' servizzi ta' vvjaġġar professjonali billi ffirmat emendi fl-2018 u l-2019 wara li kien skada l-kuntratt, li wasslu biex l-emendi u l-pagamenti relatati jkunu irregolari; jinnota r-risposta tal-Aġenzija li l-estensjoni fl-2019 kienet ir-riżultat ta' deċiżjoni kummerċjali konxja biex tinżamm il-kontinwità tal-operat u ma kinitx tikkostitwixxi dgħufija fil-kontroll ex ante u li, barra minn hekk, kellu jibda awditu intern fir-raba' kwart tal-2020 bil-għan li jinkisbu aċċertamenti addizzjonali dwar l-approċċ ta' ġestjoni tal-kuntratti tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija ttejjeb ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet u konsegwentement issaħħaħ il-ġestjoni tal-kuntratti u l-kontrolli ex ante;

21.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, għall-akkwist ta' għamara, aċċessorji u servizzi relatati, it-termini użati fid-dokumenti għas-sejħa għall-offerti ma kinux speċifiċi biżżejjed, u dan dgħajjef in-natura kompetittiva tal-proċedura ta' sejħa għall-offerti; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija ma vverifikatx biżżejjed il-preċiżjoni tal-prezzijiet sottostanti u l-kalkolu tal-iskontijiet applikati għall-elementi mhux standard qabel ma ssottomettiet il-formola tal-ordni lill-kuntrattur; jistieden lill-Aġenzija tiżgura konformità sħiħa mal-prinċipji tal-liġi tal-kompetizzjoni fil-proċeduri kollha tal-offerti; jinnota li, skont ir-risposta tal-Aġenzija, id-dokumentazzjoni tas-sejħa għall-offerti kienet tinkludi s-suġġett tal-akkwist u l-kriterji tal-esklużjoni, l-għażla u l-għoti applikabbli, u b'hekk ħolqot kundizzjonijiet li jiffavorixxu l-kompetittività u jinnota li, fir-rigward tal-iskont mogħti mill-kuntrattur, il-kuntrattur kien offra skont ogħla mir-rata standard inkluża fil-kuntratt u b'hekk l-Aġenzija aġixxiet f'konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba, skont id-dispożizzjonijiet fil-kuntratt; jistieden lill-Aġenzija tiżgura li l-ispeċifikazzjonijiet fis-sejħiet għall-offerti jkunu kompluti biex jippermettu kompetizzjoni leali u effettiva;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, etika u trasparenza

22.  Jinnota li l-miżuri eżistenti u l-isforzi kontinwi tal-Aġenzija biex tiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, il-protezzjoni tal-informaturi u l-ġlieda kontra l-fastidju; jinnota li ġew irrappurtati żewġ każijiet ta' allegat fastidju psikoloġiku u ta' mġiba mhux xierqa relatata u sussegwentement ġew investigati permezz ta' inkjesta amministrattiva formali fl-2019 u deċiżjoni dwar l-eżitu kellha tittieħed fl-2020; jiddeplora l-fatt li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess ta' xi wħud mill-membri tal-bord ta' amministrazzjoni tal-Aġenzija ma ġewx ippubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija; itenni s-sejħa tiegħu lill-Aġenzija biex tippubblika malajr is-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri kollha tal-bord ta' amministrazzjoni tal-Aġenzija u tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda f'dan ir-rigward;

23.  Jissottolinja l-fatt li l-qafas etiku attwali li japplika għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni jbati minn żvantaġġi konsiderevoli minħabba l-frammentazzjoni tiegħu u n-nuqqas ta' koordinazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet eżistenti; jappella biex dawk il-kwistjonijiet jiġu indirizzati billi jiġi stabbilit qafas etiku komuni, li jiżgura l-applikazzjoni ta' standards etiċi għoljin għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-Unjoni;

24.  Jissottolinja li ċerti uffiċjali jimlew dikjarazzjonijiet ta' nuqqas ta' kunflitti ta' interess u jipprovdu awtovalutazzjonijiet fir-rigward tar-rispett tal-istandards etiċi; jenfasizza, madankollu, li tali awtodikjarazzjonijiet u awtovalutazzjonijiet mhumiex biżżejjed u li għalhekk huwa meħtieġ skrutinju addizzjonali;

Kontrolli interni

25.  Jinnota, fid-dawl tal-kummenti u l-osservazzjonijiet mill-awtorità ta' kwittanza relatati mal-awditu tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni tar-riżorsi umani u l-etika fl-Aġenzija, li nħarġu tliet rakkomandazzjonijiet importanti, li tnejn minnhom ġew implimentati fl-2019, u rakkomandazzjoni waħda miftuħa dwar l-aġġornament tal-proċess ta' inkjesta amministrattiva u tal-proċedura dixxiplinarja kienet mistennija li tiġi implimentata sa tmiem l-2020;

26.  Jinnota li l-kapaċità ta' awditjar intern lestiet l-impenji tal-awditjar li ġejjin: analiżi operattiva, il-proċess ta' ġestjoni tal-għotjiet, il-validazzjoni tad-drittijiet ta' aċċess tal-utenti mogħtija fl-ABAC, u awditu tal-ISO 17020:2012 tal-laboratorju forensiku tal-Aġenzija; jinnota li, filwaqt li l-kapaċità ta' awditjar intern ikkonkludiet li l-kontrolli interni huma implimentati u effettivi, matul l-2019 saru 41 rakkomandazzjoni ġdida b'rata ta' implimentazzjoni ta' 95 % ta' rakkomandazzjonijiet kritiċi u importanti ħafna li kienu mistennija jitlestew fl-2019;

27.  Jinnota li l-bord ta' amministrazzjoni adotta l-qafas ta' kontroll intern tal-Aġenzija f'Diċembru 2018 u li, matul l-2019, l-Aġenzija kkonkludiet li l-komponenti tal-qafas ta' kontroll intern huma preżenti u qed jiffunzjonaw, bil-ħtieġa ta' xi titjib żgħir;

Kummenti oħra

28.  Jisħaq fuq l-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Aġenzija f'termini tal-proċeduri ta' ġestjoni u operazzjonijiet interni; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Aġenzija tibqa' tkun proattiva f'dak ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji akkost ta' kollox; jisħaq, madankollu, fuq il-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta' sigurtà meħtieġa kollha biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

29.  Jinnota li, bl-inċertezza kontinwa marbuta mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, fl-ewwel kwart tal-2019 l-Aġenzija eżaminat l-opportunitajiet kollha possibbli biex iżżomm relazzjonijiet operazzjonali effettivi mar-Renju Unit bħala pajjiż terz;

30.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli tippromwovi l-ħidma, ir-riċerka u l-attivitajiet tagħha biex iżżid il-viżibbiltà pubblika tagħha;

31.  Jenfasizza l-fatt li jinħtieġ approċċ kumpless sabiex il-paġni inizjali tas-siti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jsiru aċċessibbli għal persuni b'kull xorta ta' diżabbiltà, kif previst fid-Direttiva (UE) 2016/2102(14), inkluż id-disponibbiltà tal-lingwi tas-sinjali nazzjonali; jissuġġerixxi li l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabbiltà jiġu involuti f'dan il-proċess;

o
o   o

32.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tad-29 ta’ April 2021(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(2) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(4) ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53.
(5) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(8) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(9) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1
(10) ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53.
(11) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) ĠU C 184, 28.5.2019, p. 1
(14) Id-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (ĠU L 327, 2.12.2016, p. 1).
(15) Testi adottati, P9_TA(2021)0215.


Kwittanza 2019: L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi
PDF 170kWORD 57k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2173(DEC))
P9_TA(2021)0197A9-0072/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0070/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0072/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2173(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0070/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0072/2021),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2173(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0072/2021),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tiegħu(13), il-baġit finali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi ("l-Istitut") għas-sena finanzjarja 2019 kien jammonta għal EUR 7 847 000, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 1,68 % meta mqabbel mal-2018; billi l-baġit kollu tal-Istitut ġej mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2019 ("ir-rapport tal-Qorti"), iddikjarat li kisbet aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Istitut huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2019 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 98,96 %, li meta mqabbla mal-2018 tirrappreżenta tnaqqis ta' 0,42 %; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 82,50 %, li tfisser żieda ta' 1,35 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

2.  Jirrikonoxxi tnaqqis fin-nefqa amministrattiva riportata tal-Istitut għal 28,01 % fl-2019 (meta mqabbla ma' 51,29 % fl-2016); jinnota li għall-ewwel darba r-riporti huma taħt il-livell limitu fil-mira tal-Qorti ta' 30 %;

3.  Jinnota bi tħassib li l-baġit annwali tal-Istitut, ippubblikat fl-2019 imma sussegwentement emendat, ma kienx jinkludi porzjon tad-dħul assenjat taħt l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni; jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, taħt ir-Regolament Finanzjarju, l-Istitut missu inkluda dik l-informazzjoni mal-iżvelar meħtieġ fil-baġit inizjali tiegħu li ġie ppubblikat;

Prestazzjoni

4.  Jinnota li, biex jivvaluta l-valur miżjud mill-attivitajiet tiegħu u jtejjeb il-ġestjoni tal-baġit tiegħu, l-Istitut juża ċerti indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni fir-rigward tal-objettivi operattivi u tal-ġestjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani; jinnota wkoll li fl-2019, l-Istitut lesta 95,80 % tal-attivitajiet tad-dokument uniku ta' programmazzjoni; jilqa' l-pjan biex jiġu introdotti indikaturi tal-prestazzjoni speċifiċi għall-kejl tal-prestazzjoni ta' servizzi orizzontali;

5.  Jinnota li l-Istitut jikkoopera mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u mal-Eurofound għal skopijiet ta' riċerka u għat-tixrid tal-attivitajiet; jilqa' l-fatt li l-Istitut huwa parteċipi fin-network tal-aġenziji tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni u li jesplora aktar opportunitajiet biex jaqsam ir-riżorsi ma' aġenziji oħra; ifaħħar din il-kooperazzjoni bħala eżempju li aġenziji oħra tal-Unjoni għandhom isegwu;

6.  Jistieden lill-Istitut ikompli jiżviluppa sinerġiji u jżid il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki ma' aġenziji oħra tal-Unjoni bil-għan li jtejjeb l-effiċjenza (ir-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà).

7.  Jilqa' l-ħruġ tal-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri tal-2019, li kellu enfasi tematika speċifika fuq il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u li jipprovdi għarfien ġdid dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-inizjattiva Bidu Ġdid tiegħu dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

8.  Ifakkar fl-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Istitut f'termini ta' operazzjoni u ġestjoni interni u sabiex titħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Istitut ikompli jkun proattiv f'dak ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji tal-Unjoni akkost ta' kollox; jisħaq, madankollu, fuq il-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta' sigurtà meħtieġa kollha biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

9.  Jinnota l-ħidma preparatorja skedata għall-evalwazzjoni esterna li jmiss; jinnota li, minħabba l-fatt li r-rakkomandazzjonijiet tal-ewwel evalwazzjoni għadhom qed jiġu implimentati u minħabba d-daqs relattivament żgħir tal-Istitut, il-bord tal-Istitut iddifferixxa t-tieni evalwazzjoni esterna mill-2020 għall-2022 u ddeċieda li jwettaq evalwazzjoni kull seba' snin; jistieden lill-Istitut jirrapporta fuq l-iżviluppi dwar l-evalwazzjoni esterna posposta u dwar id-deċiżjoni li jitbiegħed mill-preskrizzjoni tal-Kummissjoni fl-Approċċ Komuni li jwettaq evalwazzjoni kull ħames snin; jinnota li l-Kummissjoni qieset l-evalwazzjoni posposta bħala ġustifikata kif xieraq;

10.  Ifakkar li l-Istitut ġie stabbilit biex jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-Unjoni u jsaħħaħha, inkluż permezz tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-politiki kollha tal-Unjoni u fil-politiki nazzjonali li jirriżultaw, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fuq bażi tal-identità tal-ġeneru u s-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri;

11.  Jilqa' l-kooperazzjoni li għaddejja bejn l-Istitut u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (FEMM) tal-Parlament, b'mod partikolari l-kontribut tal-Istitut għall-isforzi li għaddejjin tal-Kumitat FEMM rigward l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq in-nisa, il-vjolenza abbażi tal-ġeneru, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-paga ugwali u d-differenza bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet, l-ibbaġitjar skont il-ġeneru u l-iżvilupp ta' għodda tal-parlament sensittiva għall-ġeneru; jappoġġja bis-sħiħ il-ħidma tal-Istitut, li, permezz ta' studji, riċerka u data ta' kwalità għolja, jippermetti lill-Kumitat FEMM iwettaq il-ħidma tiegħu kif xieraq; jisħaq fuq il-kontribut siewi li l-Istitut jista' jagħti lill-kumitati kollha tal-Parlament sabiex il-perspettiva tal-ġeneru tiġi integrata aħjar fil-politiki kollha tal-Unjoni u jħeġġeġ lill-Parlament jistabbilixxi kooperazzjoni dejjem aktar mill-qrib;

12.  Jilqa' l-ħidma tal-Istitut fl-2019, b'mod partikolari l-analiżi tiegħu dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-parlamenti madwar l-Unjoni u fil-Parlament;

13.  Jappoġġja l-ħidma tal-Istitut fl-għoti ta' input importanti għall-appoġġ tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-ħidma tal-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-Parlament permezz tal-istudji u r-riċerka rilevanti tiegħu;

14.  Jilqa' d-Dokument Uniku ta' Programmazzjoni 2021-2023 tal-Istitut u l-objettivi u l-prijoritajiet ewlenin tiegħu;

15.  Jisħaq fuq ir-rwol ċentrali tal-Istitut fil-ġbir, l-analiżi, l-ipproċessar u t-tixrid ta' data u informazzjoni fir-rigward tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u fl-iżvilupp, l-analiżi, l-evalwazzjoni u t-tixrid ta' għodod ta' metodoloġija sabiex jappoġġja l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-politiki kollha tal-Unjoni u l-politiki nazzjonali li jirriżultaw; iħeġġeġ il-kollaborazzjoni bejn l-Istitut u aġenziji oħra tal-Unjoni bħall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, filwaqt li jistieden lill-Kummissjoni tirrispetta l-missjoni speċifika tal-Istitut u tibqa' lura milli tamalgama l-Istitut ma' aġenziji oħra tal-Unjoni;

Politika dwar il-persunal

16.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2019, 96,30 % tat-tabella tal-persunal ġiet implimentata, b'26 aġent temporanju maħtura minn total ta' 27 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 27 post tax-xogħol awtorizzati fl-2018); jinnota li, barra minn hekk, 12-il aġent kuntrattwali u erba' esperti nazzjonali sekondati ħadmu għall-Istitut fl-2019;

17.  Jinnota li, minħabba sentenza pendenti tal-qorti dwar l-użu ta' ħaddiema interim, il-Qorti ddeċidiet li toqgħod lura milli tagħmel kwalunkwe osservazzjoni dwar il-paragrafu "kwistjoni oħra" sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ("QĠUE") tkun ħarġet deċiżjoni finali; jinnota li fil-31 ta' Diċembru 2019 il-Qorti Suprema Litwana rreferiet sitt mistoqsijiet dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2008/104/KE(14) lill-QĠUE, u li dan jista' jkollu impatt fuq l-użu li l-Aġenzija tagħmel minn ħaddiema interim fir-rigward ta' diversi aspetti, inkluża l-paga; jistieden lill-Istitut iqis serjament id-deċiżjoni tal-QĠUE, meta tkun disponibbli, u jirrapporta lura lill-Parlament dwar żviluppi ulterjuri;

18.  Jinnota li l-Istitut irrapporta każ wieħed ta' fastidju li kien qed jiġi investigat mill-2018; jinnota li l-każ, rigward ħames ex impjegati tal-Istitut li akkużaw lill-Istitut li sfrutta l-istatus ta' "impjegat temporanju", għadu pendenti u li l-Qorti Suprema Litwana għamlet mistoqsijiet lill-QĠUE; jinnota li l-każ inizjalment ġie ttrattat mill-Kumitat Litwan għat-Tilwim dwar ix-Xogħol, li ddeċieda favur il-persunal interim;

19.  Iqajjem tħassib dwar il-pretensjonijiet ta' ex ħaddiema temporanji ta' aġenzija rigward id-drittijiet tagħhom; jinnota li l-Qorti Suprema Litwana talbet lill-QĠUE tivvaluta jekk id-Direttiva 2008/104/KE tapplikax għall-Aġenziji tal-Unjoni fil-kapaċità tagħhom bħala korpi pubbliċi involuti f'attivitajiet ekonomiċi u jekk dawn jeħtiġilhomx jikkonformaw għal kollox mal-Artikolu 5(1) ta' dik id-Direttiva, li tikkonċerna d-drittijiet tal-ħaddiema temporanji ta' aġenzija għal kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg bażiċi, b'mod partikolari fir-rigward tal-paga;

20.  Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' bilanċ bejn il-ġeneri fuq il-bord ta' tmexxija (7 irġiel u 23 mara); jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' rappreżentanza tal-irġiel fil-maniġment superjuri; jitlob lill-Istitut jiżgura li fil-futur ikun hemm bilanċ bejn il-ġeneri fil-livell tal-maniġment superjuri; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-importanza li jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom fil-bord ta' tmexxija tal-Istitut;

21.  Huwa mħasseb dwar ir-rappreżentanza żejda ta' ġeneru wieħed fil-livelli kollha fl-Istitut u jfakkar li l-kwistjonijiet tal-ġeneru mhumiex rilevanti biss għan-nisa; jistieden lill-Istitut iżid l-isforzi tiegħu għall-kisba ta' bilanċ aħjar bejn il-ġeneri;

22.  Jinkoraġġixxi lill-Istitut jaħdem għall-iżvilupp ta' qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabbiltà;

23.  Jitlob li jiġi allokat finanzjament addizzjonali u adegwat lill-Istitut sabiex jiżdied l-għadd tal-ħaddiema statutorji tiegħu u tittejjeb il-kwalità tagħhom, u sabiex jissaħħu l-kapaċitajiet tal-Istitut f'termini ta' riċerka, ġbir ta' data u analiżi;

24.  Iqajjem tħassib dwar l-irregolaritajiet li sabet il-Qorti rigward l-għażla ta' esperti esterni min-naħa tal-Istitut, speċjalment li l-proċeduri użati għall-għażla u l-ikkuntrattar ta' esperti esterni sistematikament kellhom nuqqas ta' rekord tal-awditjar solidu; ifakkar li l-Istitut jeħtieġlu jikkonforma mal-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni u t-trattament ugwali stabbiliti fl-Artikolu 237 tar-Regolament Finanzjarju; jinnota l-impenn tal-Istitut li japplika proċeduri mtejba f'sejħiet ġodda għal espressjoni ta' interess;

Akkwist

25.  Jinnota li, fl-2019, tlestew 47 proċedura ta' akkwist operazzjonali u 62 proċedura ta' akkwist amministrattiv; jinnota li l-Istitut introduċa linji gwida dwar l-akkwist biex itejjeb il-kwalità tad-dokumenti u stabbilixxa sessjoni ta' taħriġ fuq il-post tax-xogħol għall-parteċipanti ġodda u l-maniġers tal-proġetti; jinnota li fl-2019 l-Istitut introduċa s-sottomissjoni elettronika;

26.  Jinnota li l-Qorti ma sabitx rendikont tal-awditjar solidu rigward il-proċedura użata għall-għażla u l-ikkuntrattar ta' esperti esterni jew evidenza li l-esperti kienu ġew assenjati għal kompiti abbażi ta' kriterji tal-għażla definiti minn qabel li vvalutaw il-merti tagħhom meta mqabbla ma' dawk ta' kandidati potenzjali oħra; jinnota li l-Qorti tqis li l-pagamenti relatati kienu irregolari; jinnota li l-pagamenti ma jaqbżux il-livell limitu ta' materjalità; jinnota, madankollu, il-karattru sistemiku u rikorrenti tal-iżball;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

27.  Jinnota l-miżuri eżistenti tal-Istitut u l-isforzi li għaddejjin biex jiġu żgurati t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, u l-protezzjoni tal-informaturi; jilqa' l-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta' interess u s-CVs tal-membri tal-bord ta' tmexxija u tal-maniġment superjuri tal-Istitut fuq is-sit web tiegħu;

Kontrolli interni

28.  Jinnota li l-aħħar tliet rakkomandazzjonijiet mill-awditu tal-2017 tas-Servizz tal-Awditjar Intern rigward il-ġestjoni tar-relazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati u l-komunikazzjoni esterna ngħalqu; jinnota li r-rakkomandazzjonijiet u s-sottorakkomandazzjonijiet kollha mill-awditu tas-Servizz tal-Awditjar Intern dwar l-akkwist b'appoġġ għall-proċessi operattivi ġew konklużi fl-2019 u l-aħħar sottorakkomandazzjoni ngħalqet fil-bidu tal-2020;

29.  Jinnota bi tħassib li l-Qorti rrappurtat li l-Istitut ma wettaqx kontrolli ex-post tal-operazzjonijiet fuq l-implimentazzjoni baġitarja tiegħu mill-2016; jinnota li l-Qorti tirrakkomanda programm ta' kontroll ex-post iddedikat abbażi ta' riskji speċifiċi;

Kummenti oħra

30.  Jinnota l-isforzi tal-Istitut biex jiżgura post tax-xogħol kosteffettiv u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent; josserva li l-Istitut ħatar uffiċjal ekoloġiku biex inaqqas l-impatt tal-operazzjonijiet tal-Istitut fuq l-ambjent;

31.  Jinnota t-titjib li għamel l-Istitut fir-rigward tal-qsim tar-riżultati tar-riċerka tiegħu mal-pubbliku u fir-rigward tal-komunikazzjoni mal-pubbliku permezz tal-midja soċjali u ta' mezzi oħra tal-midja;

32.  Jirrimarka li huwa meħtieġ approċċ kumpless sabiex il-paġni inizjali tas-siti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jsiru aċċessibbli għal persuni b'kull xorta ta' diżabbiltà, kif previst fid-Direttiva (UE) 2016/2102, inkluż id-disponibbiltà tal-lingwi tas-sinjali nazzjonali; jissuġġerixxi li l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabbiltà jiġu involuti f'dak il-proċess;

33.  Ifakkar fl-importanza li l-Istitut jiżviluppa viżibbiltà akbar fil-midja u fuq l-internet sabiex jagħmel xogħlu magħruf;

34.  Jilqa' l-isforzi li saru mill-Istitut biex jaħtar uffiċjal ekoloġiku sabiex jiżviluppa ambjent tax-xogħol li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent;

o
o   o

35.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ April 2021(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(2) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(4) ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.
(5) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(8) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(9) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(10) ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.
(11) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) ĠU C 107, 31.3.2020, p. 112.
(14) Id-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta' aġenzija, (ĠU L 327, 5.12.2008, p. 9).
(15) Testi adottati, P9_TA(2021)0215.


Kwittanza 2019: Awtorità Bankarja Ewropea
PDF 177kWORD 60k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2174(DEC))
P9_TA(2021)0198A9-0091/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0071/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0091/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2174(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0071/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0091/2021),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2174(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0091/2021),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha(13), il-baġit finali tal-Awtorità Bankarja Ewropea (l-"Awtorità") għas-sena finanzjarja 2019 kien jammonta għal EUR 45 326 900, li jfisser żieda ta' 6,44 % meta mqabbel mas-sena 2018; billi l-Awtorità hija ffinanzjata minn kontribuzzjoni mill-Unjoni (EUR 17 394 600, jiġifieri 38,38 %), u minn kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-Istati Membri u l-osservaturi (EUR 27 160 689.50, jiġifieri 59,92 %);

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 ("ir-rapport tal-Qorti"), issostni li għandha fil-pussess tagħha aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota bi tħassib li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2019 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 97,29 %, li meta mqabbla mal-2018 tirrappreżenta tnaqqis ta' 2,56 %; jinnota bi tħassib li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 85,88 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 2,35 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

2.  Jinnota l-paragrafu ta' osservazzjonijiet fir-rapport tal-Qorti dwar provvediment ta' EUR 10,1 miljun relatat mal-kuntratt tal-kiri tal-uffiċċju tal-Awtorità f'Londra; jinnota li, b'mod partikolari, parti mill-provvediment tikkonċerna l-ispejjeż għall-irranġar tal-uffiċċju ta' Londra lura għall-istat oriġinali tiegħu, li tammonta għal EUR 3,4 miljun;

3.  Jinnota bi tħassib l-osservazzjoni tal-Qorti li l-baġit emendat tal-2019 u l-baġit tal-Awtorità għall-2020 ma fihomx informazzjoni adegwata dwar il-kontribuzzjonijiet tal-Istat Membru ospitanti l-ġdid għall-ispejjeż operazzjonali tal-Awtorità; jistieden lill-Awtorità tikkoreġi din l-ommissjoni jew tikkomunika diliġentement ir-raġunijiet għal din l-ommissjoni lill-awtorità ta' kwittanza;

4.  Jesprimi t-tħassib tiegħu li, għall-kuntrarju tal-baġit stabbilit, il-kontribuzzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali (NCA) tal-Membri tal-EFTA ma ġewx ikkalkulati skont il-formula stabbilita f'dak l-istess baġit u b'hekk il-pagamenti tal-NCAs tal-Unjoni u tal-EFTA naqsu b'EUR 0,7 miljun; jinnota li l-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni jeħtieġ jiġi ċċarat aktar; huwa konxju li l-kalkolu huwa stima u li huwa soġġett għall-kompożizzjoni tal-persunal matul is-sena u għall-possibbiltà li jsiru aġġustamenti annwalment; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li tirċievi l-pagamenti neqsin;

Prestazzjoni

5.  Jinnota li l-Awtorità tuża ċerti miżuri bħala indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha u tuża wkoll miżuri oħra biex ittejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha, bħall-perċentwal ta' valutazzjonijiet annwali tal-kulleġġi superviżorji kompluti, il-feedback dwar taħriġ minn parteċipanti fis-seminars u l-eżekuzzjoni baġitarja; jilqa' l-fatt li l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tal-Awtorità jkejlu l-ambitu sħiħ tal-attività tagħha u li jiġu adattati biex isegwu l-prestazzjoni tal-objettivi annwali u pluriennali;

6.  Jinnota li l-persunal amministrattiv tal-Awtorità, tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol jiltaqa' regolarment biex jiddiskuti kwistjonijiet ta' interess komuni li rriżultaw fil-kondiviżjoni ta' prattiki u mudelli, li wasslu għal titjib fl-effiċjenza; iħeġġeġ bis-sħiħ lill-Aġenzija tkompli bl-isforzi tagħha biex iżżid il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-aġenziji deċentralizzati bil-għan li titjieb l-effiċjenza, partikolarment f'oqsma bħar-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà;

7.  Jinnota li fl-2019 l-Awtorità ttrasferiet is-sede tagħha minn Londra għal Pariġi u li, flimkien mal-obbligi li jirriżultaw mill-mandat tal-Awtorità, tul is-sena twettqu attivitajiet assoċjati, bħall-migrazzjoni lejn ċentri tad-data ġodda, l-istabbiliment ta' relazzjonijiet ġodda mal-fornituri u kompiti oħra; jirrikonoxxi l-isfidi ffaċċjati mill-Awtorità f'dan il-proċess, bħat-telf ta' persunal u know-how u r-riżorsi limitati assenjati għall-proġett ta' rilokazzjoni;

8.  Jirrikonoxxi li għall-Awtorità, l-2019 kienet ikkaratterizzata wkoll mir-rieżami fundamentali tal-kompiti, is-setgħat u l-governanza tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, li rriżulta fl-emenda tar-regolament fundatur tal-Awtorità u t-tisħiħ tar-rwol tal-Awtorità fl-oqsma tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, il-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, il-ħarsien tal-konsumatur u r-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi;

9.  Jirrikonoxxi li l-kompożizzjoni tal-bord tas-superviżuri tal-Awtorità tidher adatta għar-responsabbiltajiet tal-Awtorità f'dak li għandu x'jaqsam mat-tfassil tar-regoli, iżda mhux daqstant għar-rwoli superviżorji tagħha; ifakkar, f'dan il-kuntest, fil-mandat il-ġdid tal-Awtorità fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;

10.  Jistieden lill-Awtorità ttejjeb u tintensifika l-komunikazzjoni tagħha mal-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Awtorità ttejjeb u tintensifika l-kooperazzjoni tagħha mal-Istati Membri u mal-banek nazzjonali u l-korpi bankarji kummerċjali tal-Istati Membri;

11.  Jiddispjaċih li l-Awtorità wettqet 19 biss mit-30 attività tal-programm ta' ħidma tagħha għall-2019; jinnota li l-ħarsa ġenerali lejn il-kisbiet politiċi tal-Awtorità rigward il-programm ta' ħidma tagħha għall-2019 kif ippreżentata fir-rapport annwali tal-attività tagħha ma tagħtix ħarsa ġenerali sħiħa lejn l-attivitajiet imwettqa mill-Awtorità, peress li r-riżultati tal-attivitajiet li għaddejjin mhumiex deskritti; jinnota bi tħassib li, mill-attivitajiet deskritti fir-rapport annwali tal-attività tagħha, twettqu (parzjalment) 17 mill-21 attività rrappurtati u li l-Awtorità wettqet attivitajiet sekondarji addizzjonali għal disa' attivitajiet, seba' attivitajiet sekondarji ġew posposti, ħames attivitajiet sekondarji raw dewmien, erba' attivitajiet sekondarji ġew ikkanċellati u waħda għadha pendenti; jistieden lill-Awtorità tevalwa n-nuqqasijiet u l-kawżi ta' din il-prestazzjoni batuta u tadotta miżuri mmirati biex jitjieb it-twettiq effiċjenti tal-objettivi tal-programm ta' ħidma;

12.  Jisħaq fuq l-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Awtorità f'termini ta' proċeduri ta' ġestjoni u operazzjonijiet interni; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Awtorità tkompli tkun proattiva f'dan ir-rigward sabiex jiġi evitat, akkost ta' kollox, distakk diġitali bejn l-aġenziji; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta' sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

13.  Jilqa' l-isforzi tal-Awtorità favur reġim superviżorju aktar ikkoordinat fis-sistema finanzjarja Ewropea kollha; jissottolinja r-rwol tagħha li tiżgura suq finanzjarju stabbli, integrat tajjeb, effiċjenti u sikur; jenfasizza l-importanza tal-ħarsien tal-konsumatur fl-Unjoni billi jiġu promossi l-ekwità u t-trasparenza fis-suq tal-prodotti u tas-servizzi finanzjarji, u jistenna bil-ħerqa li jirċievi aġġornament dwar il-miżuri li se jittieħdu f'din id-direzzjoni, inklużi r-reazzjonijiet għall-isfidi tad-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija u l-miżuri ta' sostenibbiltà;

14.  Jenfasizza li s-superviżjoni tas-settur finanzjarju pubbliku tikkontribwixxi pożittivament għall-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-ħasil tal-flus;

15.  Ifakkar fl-importanza tal-Awtorità fil-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, kif ukoll il-mandat il-ġdid tal-Awtorità f'dan il-qasam; jistenna b'interess li jirċievi l-pjan ta' azzjoni ta' 10 punti tal-Awtorità għall-2020/21 biex jittejjeb il-qafas tar-rekwiżiti prudenzjali u kontra l-ħasil tal-flus li jkopri l-iskemi ta' negozju ta' arbitraġġ tad-dividendi; jenfasizza wkoll li l-Awtorità għandha tagħmel użu sħiħ mis-setgħat mogħtija lilha skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 biex tiżgura li x-xogħol u l-kompiti kollha jsiru kif suppost u fil-ħin, u biex tiżgura li jitwettqu l-kompiti u l-objettivi stabbiliti f'dak l-istess Kapitolu, b'mod partikolari fir-rigward tal-ħarsien tal-konsumatur fil-qasam tal-finanzjament diġitali – li jinkludi n-neobanks – li qed jikber b'rata mgħaġġla;

16.  Jissottolinja d-dmir tas-sistema finanzjarja li tirrispondi b'mod xieraq għall-isfidi tas-sostenibbiltà finanzjarja, il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Ftehim ta' Pariġi; jilqa', għalhekk, l-isforzi tal-Awtorità biex tinkorpora bis-sħiħ il-fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza fil-ħidma tagħha; jesprimi l-interess tiegħu, partikolarment, għall-intenzjoni tal-Awtorità li tiġbor evidenza maż-żmien dwar skoperturi relatati ma' assi ta' attivitajiet assoċjati sostanzjalment ma' objettivi ambjentali u/jew soċjali, u jistenna b'interess aġġornament dwar dan ix-xogħol;

17.  Jinnota li l-Awtorità wettqet inkjesta dwar skemi ta' arbitraġġ finanzjarju tad-dividendi bħal cum-ex jew cum-cum, kif mitlub mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Novembru 2018 dwar l-iskandlu cum-ex: il-kriminalità finanzjarja u l-lakuni fil-qafas legali kurrenti(14); jinnota, madankollu, li r-rapport naqas milli jixħet dawl fuq dawk il-prattiki illegali u jiddispjaċih li ma ġiet iffissata l-ebda data għal inkjesta formali;

18.  Jirrimarka li l-Awtorità, fit-twettiq tal-attivitajiet tagħha, trid toqgħod attenta għall-iżgurar tal-konformità mad-dritt tal-Unjoni, ir-rispett tal-prinċipju tal-proporzjonalità bħala prinċipju gwida, fejn rilevanti, u l-konformità mal-prinċipji fundamentali li jirregolaw is-suq intern; jilqa' t-twaqqif ta' Kumitat Konsultattiv dwar il-Proporzjonalità biex jissorvelja l-prinċipju tal-proporzjonalità u jistenna b'interess li jirċievi l-metodoloġija proposta dwar kif il-Kumitat se jikkontribwixxi għall-programm ta' ħidma annwali tal-Awtorità;

19.  Jinnota li, peress li l-volum tax-xogħol tal-Awtorità qiegħed jinbidel dejjem aktar minn kompiti regolatorji għall-infurzar u l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, ir-riżorsi baġitarji u tal-persunal iridu jiġu riallokati internament; jirrimarka li ffukar strett fuq il-mandat assenjat mill-leġiżlatur Ewropew jiżgura użu aktar effettiv u effiċjenti tar-riżorsi; jenfasizza l-urġenza li l-Awtorità tingħata biżżejjed riżorsi biex tkun tista' twettaq il-kompiti assenjati lilha b'mod adegwat u effiċjenti; iqis li r-responsabbiltajiet futuri li se jirriżultaw, fost l-oħrajn, mill-Istrateġija dwar il-Finanzi Diġitali kif ukoll ir-responsabbiltajiet inerenti għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jirrikjedu adattament fil-finanzjament tal-Awtorità; josserva li ż-żidiet fil-baġit għandhom ikunu gradwali u kontinwi fuq tul ta' żmien, f'konformità maż-żieda fil-kompetenzi;

20.  Jistieden lill-Aġenzija tiffoka fuq it-tixrid tar-riżultati tar-riċerka tagħha mal-pubbliku ġenerali;

Politika dwar il-persunal

21.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2019, 99,31 % tat-tabella tal-persunal kienet implimentata, b’144 aġent temporanju maħtura minn 145 aġent temporanju awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni, (apparagun tal-145 post awtorizzati fl-2018); jinnota li, barra minn hekk, 42 aġent kuntrattwali (49 awtorizzati) u 16-il espert nazzjonali sekondat (17 awtorizzati) ħadmu għall-Aġenzija fl-2019; jinnota li d-dawran tal-impjegati fost l-aġenti temporanji, l-aġenti kuntrattwali u l-esperti nazzjonali sekondati naqas minn 12,1 % għal 9,0 %;

22.  Jinnota li l-Awtorità wettqet bidliet fil-maniġment superjuri tagħha wara l-ħatra tal-president il-ġdid f'Marzu 2019 u r-riżenja tad-direttur eżekuttiv tagħha f'Awwissu 2019;

23.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Awtorità kellha inqas riżenji minħabba r-rilokazzjoni milli kienet assumiet u li l-attività prinċipali kienet f'pożizzjoni li titkompla kważi bħas-soltu tul il-perjodu tar-rilokazzjoni; jirrikonoxxi dan l-impenn straordinarju tal-persunal tal-Awtorità;

24.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Awtorità rrappurtat li l-membri tal-persunal tagħha huma ta' 28 nazzjonalità differenti, li minnhom 50 % huma nisa u 50 % huma rġiel; jinnota bi tħassib li 83 % tal-komponenti tal-maniġment superjuri huma rġiel u 17 % nisa; jitlob lill-Awtorità tiżgura li fil-futur ikun hemm bilanċ bejn il-ġeneri fil-livell tal-maniġment superjuri;

25.  Iħeġġeġ lill-Awtorità taħdem biex tiżviluppa qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku fost il-membri tal-persunal kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabilità;

Akkwist

26.  Jinnota li l-Awtorità eżegwiet erba' proċeduri ta' akkwist 'il fuq mil-limitu previst fid-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15), u li l-Awtorità kkonkludiet ukoll 14-il kuntratt li rriżultaw minn proċeduri nnegozjati ta' 'l fuq minn EUR 15 000;

27.  Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti li l-Awtorità użat kuntratt qafas ma' kumpanija tal-IT għall-forniment ta' konsulenti tal-IT u li l-Awtorità ħarġet struzzjonijiet ta' xogħol lil xi wħud minn dawn il-konsulenti tal-IT direttament, li potenzjalment iwassal biex wieħed ma jkunx jista' jaqta' linja dritta bejn il-persunal tal-Awtorità u l-konsulenti; jenfasizza r-riskji li jġib miegħu l-użu ta' konsulenti esterni tal-IT; iħeġġeġ lill-Awtorità toqgħod partikolarment attenta li tiżgura s-sigurtà tal-operazzjonijiet u l-protezzjoni tad-data; jinnota t-tweġiba tal-Awtorità li dan irriżulta mill-implimentazzjoni ta' mudell ġdid ta' servizzi tal-IT u l-kuntratt qafas relatat, u li l-Awtorità qed taħdem biex tiżviluppa l-ġestjoni tagħha fl-integrazzjoni tas-servizzi ta' parti terza; jistieden lill-Awtorità żżomm lill-awtorità ta' kwittanza infurmata dwar dan il-proċess ta' maturazzjoni u ta' konsolidazzjoni tal-konsum ibbażat fuq is-servizz tas-servizzi tal-IT;

28.  Jinnota bi tħassib kbir l-osservazzjoni tal-Qorti li l-Awtorità qed tieħu riskji legali u reputazzjonali meta tuża kumpanija tal-IT mhux domiċiljata fil-pajjiż ospitanti tal-Awtorità biex tipprovdi konsulenti tal-IT li jaħdmu fil-bini tal-Awtorità li jikkwalifikaw għall-istatus ta' ħaddiem stazzjonat skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi Franċiża dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar l-Istazzjonar ta' Ħaddiema(16) u d-Direttiva dwar l-Infurzar(17), u meta ma tivverifikax id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-kuntrattur mad-dritt nazzjonali u tal-Unjoni;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

29.  Jilqa' l-passi ulterjuri li ttieħdu sabiex tissaħħaħ it-trasparenza tal-attivitajiet tal-Awtorità permezz tar-rapportar tal-laqgħat li l-persunal tal-Awtorità jkollu ma' partijiet ikkonċernati esterni, u d-disponibbiltà tagħhom, fuq is-sit web tal-Awtorità;

30.  Jinnota b'sodisfazzjon li d-dikjarazzjonijiet ta' interess u s-CVs tal-maniġment superjuri u tal-membri kollha tal-bord maniġerjali huma ppubblikati fuq is-sit web tal-Awtorità; jinnota bi tħassib li d-dikjarazzjonijiet ta' interess annwali ppubblikati fuq is-sit web huma bbażati fuq awtovalutazzjoni mill-membri tal-bord maniġerjali; jistieden lill-Awtorità tevalwa b'mod indipendenti l-eżistenza potenzjali ta' kunflitti ta' interess; jilqa' l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-kunflitti ta' interess għal persuni li mhumiex membri tal-persunal lil hinn mill-bord tas-superviżuri u l-bord maniġerjali, biex jinkludi l-kumitat permanenti kontra l-ħasil tal-flus, il-kumitat tar-riżoluzzjoni u panels indipendenti, inklużi panels li jinvestigaw ksur tad-dritt tal-Unjoni;

31.  Jinnota li l-Awtorità stabbiliet politiki ta' prevenzjoni tal-fastidju u oqfsa ta' taħriġ relatati;

32.  Jinnota l-adozzjoni tal-istrateġija kontra l-frodi tal-2019 mill-Awtorità f'Jannar 2020, li tirrifletti l-aġġornament tal-istrateġija tal-Kummissjoni kontra l-frodi biex jiġi żgurat allinjament sħiħ; jinnota li l-aktar valutazzjoni reċenti tar-riskju ta' frodi, li hija strument ċentrali għat-tfassil ta' miżuri kontra l-frodi bi qbil mal-istrateġija tal-Kummissjoni kontra l-frodi, fl-2019 ma twettqitx minħabba r-rilokazzjoni tal-Awtorità u l-konklużjoni tardiva tal-valutazzjoni preċedenti; jistieden lill-Awtorità terġa' tibda t-twettiq annwali ta' valutazzjoni tar-riskju ta' frodi u, fejn meħtieġ, taġġusta l-istrateġija tagħha kontra l-frodi;

33.  Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2020 dwar l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja: il-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess wara l-impjieg fis-servizz pubbliku(18) kif ukoll id-deċiżjoni tat-18 ta' Novembru 2020 u r-rakkomandazzjoni tas-7 ta' Mejju 2020 tal-Ombudsman Ewropew fil-każ 2168/2019/KR; jinnota bi tħassib l-inkjesta li saret mill-Ombudsman wara d-deċiżjoni tal-Awtorità li ma twaqqafx lid-direttur eżekuttiv preċedenti tagħha milli jassumi rwol mal-Association for Financial Markets in Europe (AFME) u l-konklużjoni tal-inkjesta li kien hemm amministrazzjoni ħażina mill-Awtorità meta ma rtiratx b'mod immedjat l-aċċess tad-direttur eżekuttiv tagħha għal informazzjoni kunfidenzjali; jenfasizza li, f'dan il-każ, il-projbizzjoni ta' trasferiment dirett lejn l-AFME setgħet ġiet ikkunsidrata; jinnota r-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Ombudsman u t-tweġiba tal-Awtorità li l-politika dwar il-persunal il-ġdida tindirizza r-rakkomandazzjonijiet; jilqa' l-adozzjoni, min-naħa tal-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità, tal-politika tagħha dwar l-indipendenza u l-proċessi deċiżjonali biex jiġu evitati kunflitti ta' interess bħala l-ewwel pass lejn il-prevenzjoni u l-ġestjoni xierqa tal-kunflitti ta' interess u miżuri ta' trasparenza; jistieden lill-Awtorità biex, jekk għadhom mhumiex allinjati għalkollox, tiżgura li l-proċeduri interni ta' kif tittratta l-kunflitti ta' interess ikunu konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman; jistenna b'interess aġġornament sħiħ dwar l-istat attwali tal-miżuri ta' prevenzjoni u ġestjoni meħuda u/jew previsti sabiex jiġi evitat li tirrepeti ruħha sitwazzjoni bħal din; jissottolinja li sitwazzjonijiet ta' kunflitt ta' interess wara impjieg pubbliku u "revolving doors" huma problema komuni għal ħafna korpi u aġenziji madwar l-Unjoni; jistieden lill-Awtorità tipprevjeni każijiet ta' "revolving doors" fil-futur; jistieden lill-Awtorità tieħu spunt mill-pubblikazzjoni tal-opinjonijiet tal-Kumitat tal-Etika tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar każijiet ta' kunflitti ta' interess u impjieg bi ħlas wara mandat, sabiex tiżdied it-trasparenza dwar il-possibbiltà ta' kunflitti ta' interess u l-impjieg bi ħlas wara mandat; jistieden ukoll lill-Awtorità tinforza l-linji gwida tagħha dwar l-etika sabiex tipproteġi l-integrità tal-Awtorità u tistabbilixxi prattiki ġusti u responsabbli;

34.  Jistieden lill-Qorti biex, fl-awditi futuri tagħha fir-rigward tal-Awtorità, teżamina speċifikament: (i) jekk il-membri tal-persunal f'kariga għolja jkunux ħadu ċerti karigi fl-industrija finanzjarja wara l-mandat tagħhom u (ii) jekk l-aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali għall-membri tal-persunal jiġix irtirat fil-mument opportun malli jsir magħruf li jkunu se jiċċaqilqu għal impjieg ieħor;

Kontrolli interni

35.  Jinnota l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' qafas ta' kontroll intern rivedut mill-Awtorità f'Jannar 2020; jiddispjaċih li fl-2019 ma saret l-ebda valutazzjoni annwali tal-qafas ta' kontroll intern; jistieden lill-Awtorità twettaq il-valutazzjoni annwali bla dewmien u tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati tagħha fil-qafas tal-proċedura ta' kwittanza annwali;

36.  Jinnota li wara t-tlestija tar-rilokazzjoni minn Londra għal Pariġi wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, sar provvediment ta' EUR 10,1 miljun b'rabta mal-kiri tal-uffiċċju tal-Awtorità f'Londra; jissuġġerixxi li jsir awditu ladarba l-ispejjeż u l-konsegwenzi kollha taċ-ċaqliq ikunu ċari sabiex jiġu identifikati l-aħjar prattiki u oqsma fejn jista' jsir titjib;

Kummenti oħra

37.  Jilqa' l-impenn tal-Awtorità li tirreġistra l-ispazju tal-uffiċċji tagħha fl-iskema ta' ġestjoni u verifika ambjentali tal-Unjoni (EMAS); jistieden lill-Awtorità ssaħħaħ l-impenn tagħha għall-ħolqien ta' ambjent tax-xogħol sostenibbli; iħeġġeġ lill-Awtorità ssegwi mill-qrib il-linji gwida tal-EMAS;

38.  Jilqa' l-isforzi magħmula biex jiżdiedu ċ-ċibersigurtà u l-protezzjoni tad-data tal-Awtorità, b'referenza partikolari għall-kampanja ta' taħriġ għall-persunal statutorju kollu;

39.  Jemmen li l-Awtorità għandha tqis l-isfidi diġitali l-ġodda u dawk relatati mas-sostenibbiltà; iqis li t-twettiq ta' dawn l-objettivi stabbiliti u l-integrazzjoni tagħhom fil-qafas regolatorju u superviżorju jrid dejjem ikun allinjat mat-tisħiħ tas-suq, mingħajr ma tiddgħajjef il-kompetittività tiegħu u mingħajr ma jitqiegħed piż eċċessiv fuq l-atturi tas-suq, speċjalment dawk ta' daqs żgħir u medju; jemmen li l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' dawn l-objettivi għandu jkun akkumpanjat minn riżorsi adegwati;

o
o   o

40.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ April 2021(19) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Ir-rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(2) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Ir-rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(4) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.
(5) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Ir-rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(8) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Ir-rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(9) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(10) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.
(11) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) ĠU C 107, 31.3.2020, p. 221.
(14) ĠU C 363, 28.10.2020, p. 102.
(15) Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
(16) Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1).
(17) Id-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta' ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta' servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ("ir-Regolament tal-IMI") (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 11).
(18) Testi adottati, P9_TA(2020)0017.
(19) Testi adottati, P9_TA(2021)0215.


Kwittanza 2019: l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol
PDF 174kWORD 59k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2175(DEC))
P9_TA(2021)0199A9-0079/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0072/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0079/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2175(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0072/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0079/2021),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2175(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0079/2021),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha(13), il-baġit finali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol ("l-Awtorità") għas-sena finanzjarja 2019 kien jammonta għal EUR 27 138 027,61, li jfisser żieda ta' 7,66 % meta mqabbel mal-2018; billi l-Awtorità hija ffinanzjata minn kontribuzzjoni mill-Unjoni (EUR 10 083 336, li tirrappreżenta 37,16 %) u minn kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-Istati Membri (EUR 17 054 691,61, jiġifieri 62,84 %);

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2019 ("ir-rapport tal-Qorti"), issostni li għandha fil-pussess tagħha aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'apprezzament li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2019 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 100 %, simili għall-2018; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 85,63 %, li tirrappreżenta żieda ta' 0,15 % meta mqabbla mal-2018;

2.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, id-dokumenti tal-baġit tal-2019 ma jiddeskrivux bis-sħiħ kif ġew ikkalkulati l-kontribuzzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali (NCAs) tal-Unjoni u tal-Membri tal-EFTA u li l-valur stmat tal-kontribuzzjonijiet tal-NCAs għall-kontribuzzjonijiet tal-pensjonijiet ta' min iħaddem imħallsa minn min iħaddem ma ġiex aġġustat għall-ammont reali fl-2019, li rriżulta f'kontribuzzjoni ogħla minn dik meħtieġa; jinnota, mir-risposta tal-Awtorità, li r-regolament fundatur tagħha (partikolarment l-Artikolu 62) jiddetermina l-iskema ta' finanzjament għall-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni u tal-NCAs, maħduma skont fattur ta' ponderazzjoni definit, u li ċ-ċifri reali tal-pensjoni jkunu magħrufa biss f'Diċembru u b'hekk iż-żmien disponibbli sa tmiem is-sena mhuwiex biżżejjed biex titħejja emenda baġitarja biex jiġi rifless l-ammont reali;

3.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-perċentwal ta' kontribuzzjonijiet għall-NCAs u l-Unjoni mhuwiex konsistenti mal-kontribuzzjonijiet magħmula fl-2017 (l-Unjoni 37,16 % u l-NCAs 62,84 %) u s-surplus mill-2017 tqassam fl-2019 (l-Unjoni 40 % u l-NCAs 60 %); jinnota, mir-risposta tal-Awtorità, li r-regolament fundatur tagħha jiddetermina l-iskema ta' finanzjament għall-Unjoni (40 %) u għall-NCAs (60 %) iżda, madankollu, minħabba kalkolu żbaljat, fl-2017 u l-2019 il-perċentwal totali għall-irkupru mingħand l-NCAs kien akbar minn dak tal-Unjoni; jinnota li l-Awtorità rrimborżat is-surplus baġitarju kollu tal-2017 lill-Unjoni u din ħallsitu lura lill-Awtorità fl-2019, bl-applikazzjoni tal-iskema oriġinali ta' finanzjament ta' 40/60; jistieden lill-Awtorità ttejjeb il-politiki tar-rappurtar tagħha biex jiġu evitati inkonsistenzi sostanzjali fil-futur;

Prestazzjoni

4.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Awtorità tuża ċerti miżuri, bħal indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, biex tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha, u miżuri oħra biex ittejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha, bħal għadd medju ta' rispondenti għall-konsultazzjonijiet pubbliċi rilevanti dwar suġġetti relatati mal-ħarsien tal-konsumatur u rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99 %; jinnota b'sodisfazzjon li l-Awtorità laħqet il-mira tagħha għall-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni kollha;

5.  Jinnota li 91 % tal-programm ta' ħidma tal-Awtorità – inklużi 303 prodotti u servizzi differenti – twasslu b'suċċess u li fid-9 % li jifdal kien hemm dewmien minuri minħabba l-prijoritizzazzjoni ta' talbiet oħra aktar urġenti, dipendenzi fuq partijiet esterni u tibdil fir-rekwiżiti;

6.  Jinnota li l-Awtorità qed tissostitwixxi s-sistema elettronika tal-ġestjoni tar-riżorsi umani attwali tagħha b'Sysper, ipprovduta mill-Kummissjoni; jirrikonoxxi li l-Awtorità se tibbenefika minn inqas spejjeż, effiċjenza u sinerġiji; jinnota li d-dewmien marbut mad-daqs tal-proġett ġie solvut u li dan kien mistenni jiġi implimentat fl-2020; jistieden lill-Awtorità tirrapporta lura għand l-awtorità tal-kwittanza dwar ir-riżultati konkreti miksuba f'dan ir-rigward;

7.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Awtorità hija proattiva fl-identifikazzjoni ta' opportunitajiet għal effiċjenza u sinerġiji ma' aġenziji oħra, b'mod partikolari mal-Awtorità Bankarja Ewropea u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, permezz tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej u permezz ta' proċeduri ta' akkwist konġunt; jilqa' l-aħbar li l-Awtorità ħadmet ma' aġenziji oħra dwar oqsma relatati mal-FinTech, l-innovazzjoni u r-reżiljenza ċibernetika; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Awtorità biex, b'mod attiv, tipprova tikseb kooperazzjoni akbar u usa' mal-aġenziji kollha tal-Unjoni;

8.  Jinkoraġġixxi lill-Awtorità taħdem favur id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tagħha, bħala mezz biex tnaqqas il-burokrazija;

9.  Jilqa' l-isforzi tal-Awtorità favur reġim superviżorju aktar ikkoordinat fis-sistema finanzjarja Ewropea kollha; jissottolinja r-rwol tagħha li tiżgura suq finanzjarju stabbli, integrat tajjeb, effiċjenti u sikur; jenfasizza l-importanza tal-ħarsien tal-konsumatur fl-Unjoni billi jiġu promossi l-ekwità u t-trasparenza fis-suq tal-prodotti u tas-servizzi finanzjarji, u jistenna bil-ħerqa li jirċievi aġġornament dwar il-miżuri li se jittieħdu f'din id-direzzjoni, inklużi r-reazzjonijiet għall-isfidi tad-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija u l-miżuri ta' sostenibbiltà;

10.  Jilqa' l-miżuri l-ġodda tal-Awtorità bil-għan li jiżdied il-ħarsien tal-konsumatur, inklużi żjarat bilaterali fil-pajjiżi b'enfasi fuq kwistjonijiet ta' kondotta, l-appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-iżvilupp ta' pjattaformi ta' kooperazzjoni li jiffukaw fuq kwistjonijiet transfruntiera sabiex tiġi indirizzata l-ħtieġa ta' superviżjoni aktar mill-qrib f'ċerti Stati Membri biex b'hekk jiġu indirizzati l-vulnerabbiltajiet fis-swieq tal-assigurazzjoni u biex il-konsumaturi jiġu mħarsa mill-prattiki inġusti tal-kumpaniji tal-assigurazzjoni multinazzjonali;

11.  Jissottolinja d-dmir tas-sistema finanzjarja li tirrispondi b'mod xieraq għall-isfidi tas-sostenibbiltà finanzjarja, il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Ftehim ta' Pariġi;

12.  Iqis li, minn meta nħolqu, ir-responsabbiltajiet tal-Awtorità żdiedu progressivament; josserva li ż-żidiet fil-baġit għandhom ikunu gradwali u kontinwi fuq tul ta' żmien, b'mod parallel maż-żieda fil-kompetenzi; iqis li r-responsabbiltajiet futuri li se jirriżultaw, fost l-oħrajn, mill-Istrateġija għall-Finanzi Diġitali kif ukoll ir-responsabbiltajiet inerenti għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jirrikjedu adattament fil-finanzjament tal-Awtorità;

13.  Jissottolinja li f'ċerti każijiet il-mandati adottati fil-livell 1 tal-leġiżlazzjoni ma jqisux il-perjodi minimi meħtieġa biex l-Awtorità twettaq ix-xogħol neċessarju biex tiżviluppa u tadotta miżuri tal-livell 2, li jirriżulta fil-ħtieġa ta' riallokazzjoni tar-riżorsi u jikkawża dewmien fl-implimentazzjoni ta' ċerti miżuri;

14.  Jinnota li, peress li l-volum tax-xogħol tal-Awtorità qiegħed jinbidel dejjem aktar minn kompiti regolatorji għall-infurzar u l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, ir-riżorsi baġitarji u tal-persunal iridu jiġu riallokati internament; jirrimarka li ffukar strett fuq il-mandat assenjat mill-leġiżlatur tal-Unjoni jiżgura użu aktar effettiv u effiċjenti tar-riżorsi; iqis li hemm bżonn aktar sforzi f'termini ta' baġit, reklutaġġ u governanza tal-ġestjoni u l-proċeduri sabiex titrawwem konverġenza superviżorja u b'hekk jingħata kontribut għall-funzjonament tas-suq intern; jenfasizza l-urġenza li l-Awtorità tingħata biżżejjed riżorsi biex tkun tista' twettaq il-kompiti assenjati lilha b'mod adegwat u effiċjenti;

15.  Jemmen li l-Awtorità għandha tqis l-isfidi diġitali l-ġodda u dawk relatati mas-sostenibbiltà; iqis li t-twettiq ta' dawn l-objettivi stabbiliti u l-integrazzjoni tagħhom fil-qafas regolatorju u superviżorju jrid dejjem ikun allinjat mat-tisħiħ tas-suq, mingħajr ma tiddgħajjef il-kompetittività tiegħu u mingħajr ma jitqiegħed piż eċċessiv fuq l-atturi tas-suq, speċjalment dawk ta' daqs żgħir u medju; jemmen li l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' dawn l-objettivi għandu jkun akkumpanjat minn riżorsi adegwati;

16.  Jirrimarka li l-Awtorità, fit-twettiq tal-attivitajiet tagħha, trid toqgħod attenta għall-iżgurar tal-konformità mad-dritt tal-Unjoni, ir-rispett tal-prinċipju tal-proporzjonalità bħala prinċipju gwida u l-konformità mal-prinċipji fundamentali li jirregolaw is-suq intern;

17.  Jistieden lill-Awtorità tiżgura segwitu u implimentazzjoni xierqa tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

18.  Jistieden lill-Awtorità tindirizza l-isfidi sistemiċi fit-tul li jirriżultaw mill-ambjent b'rata tal-imgħax reali baxxa, li huma partikolarment rilevanti għal skemi tal-pensjoni ffinanzjati u għal ċerti prodotti tal-assigurazzjoni tal-ħajja u prodotti ta' investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni, u tinvestiga wkoll soluzzjonijiet potenzjali fil-livell tal-Unjoni li jkunu ta' benefiċċju għall-konsumaturi/investituri u jiżguraw l-istabbiltà finanzjarja tal-fornituri tas-servizzi;

19.  Jitlob lill-Awtorità tindirizza b'mod proattiv kwistjonijiet ta' sostenibbiltà u eteroġeneità tal-iskemi tal-pensjonijiet iffinanzjati privatament fl-Unjoni b'mod li jipproteġi lill-konsumaturi/investituri kif ukoll l-integrità tas-suq;

Politika dwar il-persunal

20.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2019, 98,26 % tat-tabella tal-persunal kienet implimentata, u li kienu nħatru 113-il aġent temporanju minn total ta' 115-il aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (apparagun tal-112-il post tax-xogħol awtorizzati fl-2018); jinnota li, barra minn hekk, 36 aġent kuntrattwali u 17-il espert nazzjonali sekondat kienu qed jaħdmu mal-Awtorità fl-2019;

21.  Jinnota n-nuqqas ta' bilanċ bejn il-ġeneri rrappurtat għall-2019 fir-rigward tal-karigi maniġerjali superjuri (sitt irġiel u tliet nisa) u l-bord maniġerjali (ħames irġiel u tliet nisa); jitlob lill-Awtorità tiżgura li fil-futur ikun hemm bilanċ bejn il-ġeneri fil-livell tal-maniġment superjuri; jilqa' l-intenzjoni tal-Awtorità li tippubblika lista qasira li tkun tikkonsisti f'tal-anqas mara waħda u raġel wieħed għan-nomina ta' President tagħha; jistieden lill-Awtorità tieħu spunt mill-inizjattivi tal-Bank Ċentrali Ewropew biex tipproponi programmi interni għall-promozzjoni tan-nisa u għal aktar diversità fost il-persunal tagħha; jilqa' r-rappreżentanza ġeografika tal-persunal fi ħdan l-Awtorità;

22.  Jinnota, fir-rigward tas-segwitu għar-rapport tal-Qorti tas-sena preċedenti, li l-Awtorità għadha ma lestietx il-bidla minn kompiti regolatorji għal superviżorji u li l-Awtorità għandha ssaħħaħ ir-riżorsi umani assenjati għall-kompiti superviżorji tagħha; jinnota li, fl-2021, l-Awtorità qed tippjana li talloka 59,75 ta' ekwivalenti full-time (FTEs) disponibbli għall-kompiti superviżorji ewlenin; jistieden lill-Awtorità tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bil-progress magħmul;

23.  Jemmen li l-Awtorità għandu jkollha ċerta flessibbiltà fir-reklutaġġ tal-persunal u l-ġestjoni tar-riżorsi tagħha, peress li trid tirrispondi għall-ħtiġijiet urġenti, preċiżi u tekniċi tas-setturi li tissorvelja;

24.  Jirrikonoxxi li l-kompożizzjoni tal-bord tas-superviżuri tal-Awtorità tidher adatta għar-responsabbiltajiet tal-Awtorità f'dak li għandu x'jaqsam mat-tfassil tar-regoli, iżda mhux daqstant għar-rwoli superviżorji tagħha; itenni t-tħassib tiegħu li s-superviżuri nazzjonali għandhom vuċi deċiżiva fil-korp ta' tmexxija ewlieni tal-Awtorità, li jfisser li huma f'pożizzjoni li jiddeċiedu dwar l-ambitu tal-azzjoni tal-Awtorità fl-evalwazzjoni tal-effikaċja tagħhom stess (evalwazzjonijiet bejn il-pari); jenfasizza li n-nuqqas ta' riżorsi jimpedixxi lill-Awtorità milli twettaq dmirijietha b'indipendenza mill-Istati Membri(14);

25.  Huwa tal-fehma li t-taħlita ta' esperjenza pubblika-privata li jġib miegħu l-persunal tagħha hija ta' benefiċċju għall-Awtorità; iqis li għandhom jiġu esplorati sistemi li jattiraw talent mis-settur privat lejn is-settur pubbliku u viċeversa, bl-implimentazzjoni ta' salvagwardji minimi għall-promozzjoni tal-indipendenza taż-żewġ setturi; jemmen li l-implimentazzjoni tar-regoli f'dan il-qasam għandha tkun sorveljata minn korpi komuni tal-Unjoni u għandha tqis iċ-ċirkustanzi speċifiċi ta' kull każ;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

26.  Jieħu nota tal-miżuri diġà meħuda mill-Awtorità u tal-isforzi kontinwi tagħha biex tiżgura t-trasparenza, tipprevjeni u tindirizza l-kunflitti ta' interess u tipproteġi lill-informaturi; jinnota li l-Awtorità tippubblika reġistru tal-laqgħat ma' partijiet ikkonċernati esterni fuq is-sit web tagħha; jinnota li fl-2019 ġie investigat każ wieħed ta' kunflitt ta' interess; jinnota li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess ta' xi wħud mill-membri tal-bord tas-superviżuri tal-Awtorità mhumiex ippubblikati fuq is-sit web tal-Awtorità, u l-istess jgħodd għall-membri tal-bord maniġerjali; jistieden lill-Awtorità tippubblika s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri kollha tal-bord maniġerjali u tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bil-miżuri meħuda f'dan ir-rigward;

27.  Jinnota l-kummenti tas-snin preċedenti dwar il-problema tal-kunflitti ta' interess li jirriżultaw minn sitwazzjonijiet ta' "revolving doors" u jisħaq fuq il-bżonn ta' approċċ unifikat fost l-aġenziji; jinnota li r-regoli tal-etika tal-Awtorità ġew riveduti u qegħdin quddiem il-Kummissjoni għall-approvazzjoni; jistieden lill-Awtorità tirdoppja l-isforzi tagħha biex tipprevjeni sitwazzjonijiet ta' "revolving doors"; jitlob lill-Awtorità tinforma diliġentement lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-istatus tat-talba għall-approvazzjoni tar-regoli tal-etika riveduti;

28.  Jistieden lill-Awtorità timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman Ewropew fil-każ 2168/2019/KR, b'mod partikolari, fejn meħtieġ, billi tinvoka l-possibbiltà li tipprojbixxi l-persunal f'kariga għolja milli jieħu ċerti karigi wara tmiem il-mandat tiegħu, tistabbilixxi kriterji għall-possibbiltà li l-persunal imur jaħdem mas-settur privat, tinforma lill-applikanti għal karigi għolja fl-Awtorità dwar il-kriterji meta dawn japplikaw, u tistabbilixxi proċeduri interni biex tiżgura li meta membru tal-persunal tagħha imur jaħdem f'impjieg ieħor, l-aċċess tiegħu jew tagħha għall-informazzjoni kunfidenzjali jiġi rtirat b'effett immedjat; jistieden ukoll lill-Awtorità tikkunsidra li testendi l-perjodu obbligatorju ta' preklużjoni ta' 12-il xahar għall-membri tal-persunal f'kariga għolja li jikkontemplaw mossa li tista' twassal għal kunflitti ta' interess wara impjieg pubbliku;

29.  Jistieden lill-Awtorità tieħu spunt mill-pubblikazzjoni tal-opinjonijiet tal-kumitat tal-etika tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar każijiet ta' kunflitti ta' interess u impjieg bi ħlas wara mandat, sabiex tiżdied it-trasparenza dwar il-possibbiltà ta' kunflitti ta' interess u l-impjieg bi ħlas wara mandat;

Kontrolli interni

30.  Jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni ħareġ rapport tal-awditjar dwar il-ġestjoni tal-HR u l-etika li wassal għal sitt rakkomandazzjonijiet għal titjib u l-implimentazzjoni ta' pjan ta' azzjoni; jinnota li fi tmiem l-2019 erba' rakkomandazzjonijiet importanti kienu għadhom miftuħin; iħeġġeġ lill-Awtorità tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-istatus tal-implimentazzjoni ta' dawk ir-rakkomandazzjonijiet;

31.  Jinnota li l-IAS beda awditu komprensiv dwar l-għodod ta' sorveljanza fil-qasam tal-ħarsien tal-konsumatur; jinnota li l-eżitu ta' dak l-awditu u l-pjan ta' azzjoni konsegwenti kellhom ikunu disponibbli sa tmiem l-2020; jistieden lill-Awtorità tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bl-eżitu tal-awditu;

32.  Jinnota li l-qafas ta' kontroll intern il-ġdid tal-Awtorità ġie adottat mill-bord maniġerjali f'Novembru 2018 u beda japplika f'Jannar 2019; jinnota li l-funzjoni ta' kontroll intern tal-Awtorità wettqet l-ewwel valutazzjoni annwali tas-sistema kollha skont il-qafas ta' kontroll intern il-ġdid u kkonkludiet li l-komponenti u l-prinċipji kollha ġew implimentati u jiffunzjonaw kif suppost; jistieden lill-Awtorità tirrapporta kif tqiesu l-iżbalji fil-kalkolu għad-determinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni u tal-NCAs tal-Membri tal-EFTA fil-valutazzjoni u għaliex dan ma wassalx għall-identifikazzjoni ta' nuqqas fil-prinċipji 12 jew 13 tal-kontroll intern;

Kummenti oħra

33.  Jinnota, fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, li fi Frar 2019 l-Awtorità ħarġet rakkomandazzjonijiet dwar it-trattament ta' negozju transfruntier minn kuntratti residwi wara d-data tal-ħruġ u li l-Awtorità kompliet tissorvelja mill-qrib l-iżviluppi u l-konformità mal-opinjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet għas-settur tal-assigurazzjoni;

34.  Jilqa' l-isforzi magħmula biex jiżdiedu ċ-ċibersigurtà u l-protezzjoni tad-data tal-Awtorità;

35.  Jinnota l-isforzi tal-Awtorità biex tipprovdi post tax-xogħol kosteffettiv u ekoloġiku u biex tnaqqas u tikkumpensa l-emissjonijiet ta' CO2 f'dak li għandu x'jaqsam mal-bini u l-ivvjaġġar tagħha;

o
o   o

36.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ April 2021(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Ir-rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(2) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Ir-rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(4) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.
(5) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Ir-rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(8) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Ir-rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(9) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(10) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.
(11) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) ĠU C 391, 18.11.2019, p. 29.
(14) Ara r-rapport speċjali tal-Qorti tal-Awdituri: "Fl-attivitajiet kollha tagħha, l-EIOPA toqgħod ħafna fuq il-kooperazzjoni mal-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti, iżda mhux dejjem tirċievi l-appoġġ sħiħ tagħhom. B'20 membru tal-persunal biss li jaħdmu fuq kwistjonijiet ta' sorveljanza u 7 oħra fuq suġġetti relatati, l-EIOPA qed tiffaċċja sfida reali f'termini tat-twettiq tal-firxa wiesgħa ta' kompiti kumplessi li hija responsabbli għalihom" https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/SR18_29/SR_EIOPA_MT.pdf
(15) Testi adottati, P9_TA(2021)0215.


Kwittanza 2019: Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq
PDF 178kWORD 58k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2176(DEC))
P9_TA(2021)0200A9-0093/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0073/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0093/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2176(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0073/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0093/2021),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2176(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0093/2021),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha(13), il-baġit finali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (l-"Awtorità") għas-sena finanzjarja 2019 kien ta' EUR 47 379 354, ammont li jirrappreżenta żieda ta' 7,21 % meta mqabbel mal-2018; billi l-Awtorità hija ffinanzjata minn kontribuzzjoni mill-Unjoni (28,73 %), kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-Istati Membri (45,76 %) u tariffi riċevuti minn entitajiet sorveljati (24,33 %);

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2019 (ir-"rapport tal-Qorti"), tiddikjara li kisbet aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2019 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,95 %, li tirrappreżenta tnaqqis żgħir ta' 0,03 % meta mqabbel mal-2018; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 88,77 % u din tirrappreżenta tnaqqis ta' 0,11 % meta mqabbel mas-sena preċedenti;

2.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Awtorità, f'konformità mar-regolament dwar it-tariffi relatati, timponi tariffi fuq l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu u fuq ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet u li dawn it-tariffi għandhom ikopru biss in-nefqa tal-Awtorità relatata mat-tariffi imposti; jinnota, madankollu, li l-Qorti sabet li t-tariffi imposti qabżu l-infiq assoċjat, u b'hekk inħolqu s-surpluses; josserva li, għalkemm l-Awtorità segwiet il-gwida pprovduta mill-Kummissjoni, is-surpluses u d-defiċits jistgħu jwasslu għal sussidju inkroċjat annwali tal-attivitajiet; jinnota li, skont it-tweġiba tal-Awtorità, dan ma wassal għall-ebda sussidju inkroċjat rikorrenti sinifikanti fil-qafas tal-baġit tal-Awtorità u li fl-2019 id-devjazzjoni bejn l-ispejjeż superviżorji kienet ta' 2,8 % għall-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu u ta' 1,8 % għar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet; jistieden lill-Awtorità tkompli tillimita dan is-sussidju inkroċjat;

3.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-baġit tal-Awtorità jinkludi kontribuzzjonijiet li saru mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (NCAs) f'ammont ta' EUR 1 363 258 fl-2019, li kien ibbażat fuq ċifri stmati u li qatt ma ġie aġġustat biex jaqbel maċ-ċifri reali; jinnota mir-risposta tal-Awtorità li kemm l-ammonti stmati kif ukoll dawk reali ġew ikkalkulati iżda l-istruzzjonijiet tal-Kummissjoni (Ares(2016)2772696) dwar il-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni jindikaw li l-aġenziji ma għandhomx jaġġustaw is-sehem tal-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni tal-NCAs għal-livelli reali u li d-differenza bejn l-ammonti reali mqabbla mal-ammonti stmati tal-kontribuzzjoni tal-pensjoni tal-NCAs fl-2019 kienet immaterjali, jiġifieri EUR 27 888;

4.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, it-tariffi imposti fuq l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, f'konformità mar-regolament relatat dwar it-tariffi, huma bbażati fuq id-dħul tagħhom bħala entitajiet ġuridiċi, iżda mhux bħala grupp jew grupp ta' entitajiet relatati, u b'hekk tinħoloq opportunità biex jitnaqqsu jew jiġu evitati tariffi billi jiġi ttrasferit dħul minn aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Unjoni lill-entitajiet relatati tagħhom barra l-Unjoni u l-effett finanzjarju probabbli ta' din il-lakuna fir-regolamenti mhuwiex magħruf; jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, filwaqt li l-Awtorità applikat b'mod korrett ir-regolament relatat dwar it-tariffi, hija identifikat ir-riskju u indirizzatu lill-Kummissjoni; jinnota li, skont ir-risposta tal-Awtorità, din se tipparteċipa b'mod attiv fl-inizjattivi kollha mmirati biex tiġi evitata kwalunkwe lakuna fir-regolament relatat dwar it-tariffi;

5.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, għall-kalkoli tat-tariffi tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, l-Awtorità pprovdiet l-opinjonijiet ta' awdituri indipendenti li jiddikjaraw li r-rapporti finanzjarji tagħhom tal-2018 taw stampa vera u ġusta; iżda l-informazzjoni li ppreżentaw dwar l-għadd ta' tranżazzjonijiet irrappurtati lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet matul l-2018 u l-għadd ta' tranżazzjonijiet pendenti rreġistrati fil-31 ta' Diċembru 2018 kienu soġġetti biss għal rieżami limitat minn awdituri indipendenti; jinnota li, skont ir-risposta tal-Awtorità, din ma għandhiex bażi ġuridika biex titlob rieżamijiet indipendenti tal-awditjar mir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet dwar l-għadd tagħhom u l-Awtorità pproponiet lill-Kummissjoni temenda r-regolament delegat dwar it-tariffi għar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet sabiex tarmonizza s-sistema tal-kalkolu f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS); jinnota li, skont ir-risposta tal-Awtorità, fl-2019, l-akbar repożitorju tat-tranżazzjonijiet ipprovda ċ-ċertifikazzjoni tal-awditur indipendenti fuq bażi volontarja fuq il-kriterji kollha użati fil-kalkolu;

Prestazzjoni

6.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Awtorità tuża ċerti miżuri bħall-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha u miżuri oħra biex ittejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha, bħall-għadd ta' evalwazzjonijiet bejn il-pari mwettqa, l-għadd ta' suġġetti tar-riskju analizzati u r-rata tal-eżitu tal-baġit;

7.  Jinnota li l-Awtorità ikkompletat 95 % tal-attivitajiet inklużi fil-programm ta' ħidma annwali tagħha fl-2019, u dan jirrappreżenta żieda ta' 5 % meta mqabbel mal-2018;

8.  Jinnota li l-Awtorità, flimkien mal-Awtorità Bankarja Ewropea u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, tifforma parti minn kumitat konġunt li għandu l-għan li jiżgura konsistenza transsettorjali u pożizzjonijiet konġunti fil-qasam tas-superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji u fuq kwistjonijiet transsettorjali oħra, u li tikkondividi uffiċjal tal-kontabbiltà mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li ħadet sehem f'ħafna akkwisti konġunti ma' aġenziji oħra, u dejjem fittxet effiċjenzi permezz tal-kooperazzjoni; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Awtorità biex b'mod attiv tipprova tikseb aktar kooperazzjoni u kooperazzjoni usa' mal-aġenziji kollha tal-Unjoni;

9.  Jilqa' l-isforzi tal-Awtorità favur reġim superviżorju aktar ikkoordinat fis-sistema finanzjarja Ewropea kollha; jissottolinja r-rwol tagħha li tiżgura suq finanzjarju stabbli, integrat tajjeb, effiċjenti u sikur; jenfasizza l-importanza tal-protezzjoni tal-konsumatur fl-Unjoni billi jiġu promossi l-ġustizzja u t-trasparenza fis-suq tal-prodotti u tas-servizzi finanzjarji, u jistenna b'interess li jirċievi aġġornament dwar il-miżuri futuri li se jittieħdu f'din id-direzzjoni, inklużi r-reazzjonijiet għall-isfidi tad-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija u l-miżuri ta' sostenibbiltà;

10.  Jissottolinja d-dmir tas-sistema finanzjarja li tirrispondi b'mod xieraq għall-isfidi tas-sostenibbiltà finanzjarja, il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Ftehim ta' Pariġi; jilqa', għalhekk, l-isforzi tal-Awtorità biex tinkorpora għadd addizzjonali ta' ekwivalenti full-time (FTEs) fil-baġit tagħha għall-2020 sabiex tkopri l-mandat il-ġdid tagħha dwar is-sostenibbiltà; jistenna b'interess, fit-tieni nofs tal-2021, aġġornament dwar il-progress f'dan il-qasam;

11.  Jirrimarka li l-Awtorità ngħatat aktar setgħat fil-qasam tas-superviżjoni diretta u t-tisħiħ tal-konverġenza; jilqa' b'sodisfazzjon l-għoti ta' din ir-responsabbiltà iżda jwissi li, biex ikun effettiv, dan il-proċess irid ikun gradwali u kontinwu;

12.  Jissottolinja li f'ċerti każijiet il-mandati adottati fil-livell 1 tal-leġiżlazzjoni ma jqisux il-perjodi minimi meħtieġa biex l-Awtorità twettaq ix-xogħol neċessarju biex tiżviluppa u tadotta miżuri tal-livell 2, u dan jirriżulta fil-ħtieġa ta' riallokazzjoni tar-riżorsi u jikkawża dewmien fl-implimentazzjoni ta' ċerti miżuri;

13.  Jirrikonoxxi li l-kompożizzjoni tal-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità tidher adatta biex tindirizza s-setgħat regolatorji tal-Awtorità, iżda mhux daqstant fir-rigward tal-funzjonijiet superviżorji tagħha; iqis li l-kapaċità tal-Awtorità li tikseb informazzjoni preċiża mingħand l-istituzzjonijiet finanzjarji mhijiex biżżejjed biex tippermettilha teżerċita r-responsabbiltajiet differenti tagħha;

14.  Jirrimarka li l-Awtorità, fit-twettiq tal-attivitajiet tagħha, jeħtieġ li toqgħod attenta għall-iżgurar tal-konformità mad-dritt tal-Unjoni, ir-rispett tal-prinċipju tal-proporzjonalità – meta rilevanti – u l-konformità mal-prinċipji fundamentali li jirregolaw is-suq intern; jilqa' t-twaqqif ta' Kumitat Konsultattiv dwar il-Proporzjonalità għas-sorveljanza tal-prinċipju tal-proporzjonalità u jistenna b'interess li jirċievi l-metodoloġija proposta dwar kif il-Kumitat se jikkontribwixxi għall-programm ta' ħidma annwali tal-Awtorità; jirrimarka li l-prinċipju tal-proporzjonalità għandu jkun prinċipju gwida għall-ħidma tal-Awtorità, meta rilevanti;

15.  Jinnota li, peress li l-volum tax-xogħol tal-Awtorità qiegħed jinbidel dejjem aktar minn kompiti regolatorji għall-infurzar u l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, ir-riżorsi baġitarji u tal-persunal iridu jiġu riallokati internament; jirrimarka li ffukar strett fuq il-mandat assenjat mill-leġiżlatur tal-Unjoni jiżgura użu aktar effettiv u effiċjenti tar-riżorsi; iwissi li sabiex ikun hemm superviżjoni effettiva huwa essenzjali li l-Awtorità jkollha l-kapaċità li tadotta miżuri biex tadatta ruħha għar-riskji jew il-problemi li jistgħu jinqalgħu fis-suq; josserva li ż-żidiet fil-baġit għandhom ikunu gradwali u kontinwi fuq tul ta' żmien, b'mod parallel maż-żieda fil-kompetenzi; iqis li r-responsabbiltajiet futuri li se jirriżultaw, fost l-oħrajn, mill-Istrateġija għall-Finanzi Diġitali kif ukoll ir-responsabbiltajiet inerenti għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jirrikjedu adattament fil-finanzjament tal-Awtorità; jisħaq fuq l-urġenza li l-Awtorità tingħata biżżejjed riżorsi li jippermettulha twettaq il-kompiti assenjati lilha b'mod adegwat u effiċjenti;

16.  Jilqa' r-rapport tal-Awtorità tat-3 ta' Novembru 2020 dwar ir-rieżami rapidu bejn il-pari dwar l-applikazzjoni tal-linji gwida dwar l-infurzar tal-informazzjoni finanzjarja (ESMA/2014/1293) minn BaFin u FREP fil-kuntest ta' Wirecard, li fih inkixfu dgħufijiet kbar fis-sorveljanza tas-suq u tal-istituzzjonijiet, speċjalment fir-rigward tal-protezzjoni tal-investituri u l-integrità tas-suq; jissuġġerixxi li l-Awtorità tirrifletti t-tagħlimiet meħuda minn dan l-iskandlu fil-linji gwida tagħha u fir-rieżamijiet bejn il-pari tagħha tal-implimentazzjoni ta' dawk il-linji gwida; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri biex ikun hemm armonizzazzjoni akbar fir-regoli tal-Unjoni dwar is-superviżjoni finanzjarja;

17.  Jirrikonoxxi l-inkjesta dwar skemi ta' negozju ta' arbitraġġ tad-dividendi bħal cum-ex jew cum-cum, kif mitlub mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Novembru 2018 dwar l-iskandlu cum-ex: il-kriminalità finanzjarja u l-lakuni fil-qafas ġuridiku kurrenti(14); jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu għar-reqqa li biha qed issir din l-investigazzjoni dwar l-integrità ta' qasam speċifiku ta' attività tas-swieq finanzjarji;

18.  Jemmen li l-Awtorità għandha tqis l-isfidi diġitali l-ġodda u dawk relatati mas-sostenibbiltà; iqis li t-twettiq ta' dawn l-objettivi stabbiliti u l-integrazzjoni tagħhom fil-qafas regolatorju u superviżorju jridu jkunu dejjem allinjati mat-tisħiħ tas-suq, mingħajr ma tiddgħajjef il-kompetittività tiegħu u mingħajr ma jitqies piż eċċessiv fuq l-atturi tas-suq, speċjalment dawk ta' daqs żgħir u medju; jemmen li l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' dawn l-objettivi jrid ikun akkumpanjat minn riżorsi adegwati;

Politika dwar il-persunal

19.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2019, 73,81 % tat-tabella tal-persunal kienet ġiet implimentata, u 155 aġent temporanju minn total ta' 210 aġenti temporanji awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni kienu ġew maħtura (meta mqabbel ma' 156 post tax-xogħol awtorizzati fl-2018); jinnota li l-eżekuzzjoni relattivament baxxa tat-tabella tal-persunal tista' tiġi spjegata bl-adozzjoni aktar tard milli mistenni tar-Rieżami tal-Awtorità Superviżorja Ewropea u tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15) (ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tas-Suq Ewropew) li kieku kienu jawtorizzaw ir-reklutaġġ ta' persunal addizzjonali għall-Awtorità; jinnota li, barra minn hekk, 68 aġent kuntrattwali u 10 esperti nazzjonali sekondati kienu qed jaħdmu għall-Awtorità fl-2019;

20.  Jilqa' l-aħbar li l-Awtorità qed toqrob lejn il-kisba ta' bilanċ bejn il-ġeneri fuq il-bord maniġerjali tagħha (6 irġiel u 5 nisa) u fil-livell tal-persunal (52 % rġiel u 48 % nisa); jinnota b'sodisfazzjon il-bilanċ bejn il-ġeneri rrappurtat fir-rigward tal-maniġment superjuri (raġel wieħed u mara waħda); jilqa' l-intenzjoni tal-Awtorità li tippubblika lista qasira li tkun tikkonsisti f'tal-anqas mara waħda u raġel wieħed għan-nomina bħala l-President tagħha, u jistieden lill-Awtorità tagħmel l-istess fir-rigward tan-nomina tad-Direttur Eżekuttiv tagħha; jistieden lill-Awtorità tieħu spunt mill-inizjattivi tal-Bank Ċentrali Ewropew li jipproponu programmi interni għall-promozzjoni tan-nisa u għal aktar diversità fost il-persunal tagħha;

21.  Jinnota li r-rata ta' dawran tal-persunal tal-Awtorità kienet ta' 5 % fl-2019, liema rata tilħaq il-mira tal-Awtorità ta' inqas minn 10 %;

22.  Jinnota li l-Awtorità adottat politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju; jinnota li, kull sena, id-dipartiment tar-riżorsi umani tal-Awtorità jħejji rapport dwar l-attivitajiet imwettqa mill-Awtorità għall-prevenzjoni tal-fastidju fuq il-post tax-xogħol; jinnota wkoll li d-dipartiment tar-riżorsi umani u l-konsulenti kunfidenzjali tal-Awtorità jorganizzaw sessjonijiet regolari ta' sensibilizzazzjoni;

23.  Huwa tal-fehma li t-taħlita ta' esperjenza pubblika-privata li jġib miegħu l-persunal tagħha hi ta' benefiċċju għall-Awtorità; iqis li għandhom jiġu esplorati sistemi li jattiraw talent mis-settur privat lejn is-settur pubbliku u viċeversa, bl-implimentazzjoni ta' salvagwardji minimi għall-promozzjoni tal-indipendenza taż-żewġ setturi; jemmen li l-implimentazzjoni tar-regoli f'dan il-qasam għandha tkun sorveljata minn korpi komuni tal-Unjoni u għandha tqis iċ-ċirkustanzi speċifiċi ta' kull każ;

24.  Jikkondividi bi tħassib l-osservazzjoni tal-Qorti li biex tikkumpensa għal nuqqas ta' postijiet tax-xogħol l-Awtorità qegħda sserraħ dejjem aktar fuq konsulenti u persunal interim, u dan jista' joħloq riskji ta' superviżjoni inadegwata ta' xogħol kumpless minn kuntratturi esterni u kwistjonijiet ta' litigazzjoni kuntrattwali minħabba responsabbiltajiet imċajpra; jinnota, bħala segwitu mis-sejbiet tas-snin preċedenti tal-Qorti, li l-Awtorità tuża kuntratti ma' kumpaniji tal-IT li huma fformulati b'mod li jista' jimplika l-istazzjonar ta' ħaddiema interim minflok il-forniment ta' servizzi jew prodotti tal-IT definiti b'mod ċar; jinnota li l-użu ta' kuntratti ta' servizzi tal-IT għall-provvediment ta' manodopera ma jikkonformax mar-regoli tal-Unjoni dwar is-servizzi soċjali u l-impjiegi, u jesponi lill-Awtorità għal riskji ġuridiċi u reputazzjonali; jinnota li, skont ir-risposta tal-Awtorità, kwalunkwe riskju potenzjali f'dan il-kuntest kien limitat u hija adottat il-proċeduri kollha meħtieġa biex tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni possibbli bejn l-akkwist ta' servizzi tal-IT u l-istazzjonar ta' ħaddiema interim fil-kuntratti; iħeġġeġ lill-Awtorità tiżgura li l-kuntratti jevitaw kwalunkwe konfużjoni bejn l-akkwist ta' servizzi u l-ingaġġ ta' ħaddiema interim;

Akkwist

25.  Jinnota l-isforzi tal-Awtorità biex tfittex titjib fl-effiċjenza billi tgħaqqad il-proċeduri ta' akkwist ma' aġenziji oħra; jinnota li fl-2019 l-Awtorità ffirmat kuntratt qafas, flimkien mal-Awtorità Bankarja Ewropea, dwar servizzi ta' konsulenza fil-qasam tal-ġestjoni tal-faċilitajiet u issa qed tmexxi proċedura ta' akkwist għas-servizzi tal-ħaddiema interim flimkien mat-tliet aġenziji l-oħra bi kwartieri ġenerali fi Franza;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

26.  Jinnota li 25,41 % tal-baġit tal-Awtorità ġej minn tariffi imposti fuq l-entitajiet li jinsabu taħt is-superviżjoni tagħha; jinnota li ġew implimentati miżuri sabiex jittaffa kwalunkwe kunflitt ta' interess, u li dawk l-istrutturi u l-proċessi ġew awditjati minn korpi tal-Unjoni u awdituri esterni; jistieden lill-Awtorità tkompli tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri li ħadet biex tiżgura li ma jseħħ l-ebda kunflitt ta' interess; jinnota, barra minn hekk, li l-Awtorità temmen li, jekk tkun il-Kummissjoni li tiġbor it-tariffi, jinħolqu ineffiċjenzi, u r-riskji ta' ineżattezza u ta' kalkolu ħażin jiżdiedu, bil-konsegwenza li ssir ħsara għar-reputazzjoni;

27.  Jilqa' l-passi ulterjuri li ttieħdu sabiex tissaħħaħ it-trasparenza fl-attivitajiet tal-Awtorità permezz tar-rapportar tal-laqgħat li l-persunal tal-Awtorità jkollu ma' partijiet ikkonċernati esterni u d-disponibbiltà tagħhom fuq is-sit web tal-Awtorità;

28.  Jilqa' l-fatt li l-Awtorità tippubblika s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-maniġment superjuri tagħha;

29.  Ifakkar fil-kummenti u l-osservazzjonijiet mill-awtorità ta' kwittanza fir-riżoluzzjoni li takkumpanja d-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-Awtorità għas-sena finanzjarja 2018 relatati mal-problema tal-kunflitti ta' interess li jirriżultaw minn sitwazzjonijiet ta' "revolving doors" u jisħaq fuq il-ħtieġa ta' approċċ unifikat fost l-aġenziji; jistieden lill-Awtorità tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li jkun sar;

30.  Jissottolinja l-importanza ta' amministrazzjoni miftuħa, effiċjenti u indipendenti għal kull waħda mill-aġenziji tal-Unjoni u għall-Unjoni kollha kemm hi; ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2020 dwar l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja: il-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess wara l-impjieg fis-servizz pubbliku(16), u fid-deċiżjoni tat-18 ta' Novembru 2020 u r-rakkomandazzjoni tas-7 ta' Mejju 2020 tal-Ombudsman Ewropew fil-każ 2168/2019/KR; jisħaq fuq il-ħtieġa ta' qafas ġuridiku unifikat biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet; jistieden lill-Awtorità timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman Ewropew fil-każ 2168/2019/KR, b'mod partikolari, fejn meħtieġ, billi tinvoka l-possibbiltà li tipprojbixxi l-persunal f'kariga għolja tagħha milli jieħu ċerti karigi wara tmiem il-mandat tiegħu, tistabbilixxi kriterji għall-possibbiltà li l-persunal imur jaħdem fis-settur privat, tinforma lill-applikanti għal karigi għolja tal-Awtorità dwar il-kriterji meta dawn japplikaw, u tistabbilixxi proċeduri interni biex tiżgura li meta membru tal-persunal tagħha jmur jaħdem f'impjieg ieħor, l-aċċess tiegħu jew tagħha għall-informazzjoni kunfidenzjali jiġi rtirat b'effett immedjat; jistieden ukoll lill-Awtorità tikkunsidra li testendi l-perjodu obbligatorju ta' preklużjoni ta' 12-il xahar għall-membri tal-persunal f'kariga għolja li jikkontemplaw mossa li tista' twassal għal kunflitti ta' interess wara impjieg pubbliku; jistieden lill-Awtorità tieħu spunt mill-pubblikazzjoni tal-opinjonijiet tal-Kumitat tal-Etika tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar każijiet ta' kunflitt ta' interess u impjieg bi ħlas wara mandat, sabiex tiżdied it-trasparenza dwar il-possibbiltà ta' kunflitti ta' interess u l-impjieg bi ħlas wara mandat;

Kontrolli interni

31.  Jinnota, fid-dawl tal-kummenti u l-osservazzjonijiet mill-awtorità ta' kwittanza relatati mar-rapport tal-IAS dwar "Dħul u Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività fl-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq", li l-azzjonijiet relatati li ntlaħaq qbil dwarhom ittieħdu;

32.  Jinnota li l-IAS fl-2019 ħareġ rapport tal-awditjar dwar "proċessi ta' sigurtà tal-IT u proċessi relatati ta' governanza" u li l-Awtorità ħejjiet pjan ta' azzjoni biex tindirizza l-oqsma għal titjib; jistieden lill-Awtorità tgħarraf lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda f'dan ir-rigward;

33.  Jinnota li l-bord maniġerjali tal-Awtorità adotta l-qafas ta' kontroll intern il-ġdid f'Novembru 2018; jinnota li l-Awtorità wettqet l-ewwel valutazzjoni annwali tal-effettività tal-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-kontroll intern fl-ewwel trimestru tal-2020 u kkonkludiet li s-sistema ta' kontroll intern qed tiffunzjona tajjeb; jinnota li ġew identifikati 24 nuqqas, li l-biċċa l-kbira tagħhom kienu żgħar u li ebda wieħed minnhom ma xeħet dubju fuq il-preżenza u l-funzjonament xieraq tal-prinċipji, u li t-tali nuqqasijiet kienu prinċipalment relatati mal-komponenti tal-ambjent ta' kontroll u tal-attivitajiet ta' kontroll, kif ukoll il-komponenti tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni;

Kummenti oħra

34.  Jinnota li, bl-inċertezza kontinwa rigward il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, l-Awtorità kompliet tieħu miżuri preparatorji prattiċi għal xenarju possibbli ta' "ebda ftehim" billi ppubblikat dikjarazzjonijiet u miżuri aġġornati għall-applikazzjonijiet tal-IT u għall-bażijiet ta' data;

35.  Jinnota l-isforzi li saru biex jiżdiedu ċ-ċibersigurtà u l-protezzjoni tad-data tal-Awtorità;

36.  Jinnota li f'Novembru 2019 l-Awtorità mxiet lejn bini ġdid f'Pariġi fil-binja magħrufa bħala "iBox", li għandha ċertifikazzjoni ambjentali ta' kwalità għolja u hija irħas għal kull metru kwadru meta mqabbel mal-bini l-antik;

37.  Jistieden lill-Awtorità tiffoka fuq it-tixrid tar-riżultati tar-riċerka tagħha mal-pubbliku ġenerali;

o
o   o

38.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ April 2021(17) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Ir-rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf..
(2) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Ir-rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf..
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(4) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.
(5) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Ir-rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf..
(8) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Ir-rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf..
(9) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(10) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.
(11) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) ĠU C 107, 31.3.2020, p. 233.
(14) ĠU C 363, 28.10.2020, p. 102.
(15) Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).
(16) Testi adottati, P9_TA(2020)0017.
(17) Testi adottati, P9_TA(2021)0215.


Kwittanza 2019: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija
PDF 166kWORD 56k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (qabel l-4 ta' Lulju 2019: Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija) għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2177(DEC))
P9_TA(2021)0201A9-0078/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0074/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/942 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 35 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0078/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (qabel l-4 ta' Lulju 2019: Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija) għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2177(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0074/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/942 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 35 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0078/2021),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (qabel l-4 ta' Lulju 2019: Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija) għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2177(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0078/2021),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha(15), il-baġit finali tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2019 kien EUR 16 147 153, li jirrappreżenta żieda ta' 19,06 % meta mqabbel mal-2018; billi l-baġit tal-Aġenzija ġej kollu kemm hu mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019 (ir-"rapport tal-Qorti"), tiddikjara li l-Qorti kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'apprezzament li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2019 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,50 %, li tfisser li l-Aġenzija għaddiet l-objettiv ippjanat tagħha b'żieda ta' 0,25 % meta mqabbla mal-2018; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet 81,35 %, li tfisser tnaqqis ta' 1,62 % meta mqabbla mal-2018;

Prestazzjoni

2.  Jinnota li l-Aġenzija tkompli tuża ċerti miżuri bħala indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tivvaluta l-valur miżjud offrut mill-attivitajiet tagħha, b'mod partikolari biex tistma l-impatt u l-effett tal-kodiċijiet tan-network, biex iżżomm rendikont tal-ammendi kollha imposti u biex ittejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha;

3.  Jinnota li l-Aġenzija rnexxielha tadotta deċiżjonijiet, opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet sinifikanti fis-swieq tal-Unjoni tal-elettriku u tal-gass li rriżultaw mill-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011(16) (REMIT); jinnota bi tħassib li xi kompiti ma ngħatawx prijorità jew ma ġewx eżegwiti minħabba nuqqas ta' riżorsi;

4.  Jilqa' pożittivament il-fatt li l-Aġenzija baqgħet testernalizza s-servizzi ta' kontabbiltà lill-Kummissjoni u tikkondividi r-riżorsi ma' Aġenziji oħra fl-oqsma tal-ġestjoni tar-riżorsi umani, il-ġestjoni tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, il-baġit u l-finanzi, l-akkwist u l-ġestjoni tal-faċilitajiet; iqis tali inizjattiva bħala eżempju validu biex l-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni jsegwu;

5.  Jistieden lill-Aġenzija tkompli tiżviluppa s-sinerġiji tagħha u żżid il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki mal-aġenziji l-oħra tal-Unjoni bil-għan li ttejjeb l-effiċjenza (ir-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà);

6.  Jisħaq fuq l-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Aġenzija f'termini ta' proċeduri ta' operazzjonijiet u ġestjoni interni; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Aġenzija tibqa' tkun proattiva f'dak ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji tal-Unjoni akkost ta' kollox; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta' sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

Politika dwar il-persunal

7.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2019, it-tabella tal-persunal kienet 100 % implimentata, b'67 aġent temporanju maħtura minn total ta' 67 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbla ma' 67 post tax-xogħol awtorizzati fl-2018); jinnota, barra minn hekk, li fl-2019 ħadmu għall-Aġenzija 26 aġent kuntrattwali u erba' esperti nazzjonali sekondati;

8.  Itenni t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' bilanċ bejn il-ġeneri fil-maniġment superjuri tal-Aġenzija (ħamest irġiel u mara waħda) u fil-Bord tal-Amministrazzjoni (11-il raġel u seba' nisa); jitlob lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jqisu l-importanza li jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom fil-Bord tal-Amministrazzjoni tal-Aġenzija;

9.  Jinnota bi tħassib li l-Aġenzija kienet qed tuża ħaddiema interim biex twettaq kompiti fit-tul ħalli tagħmel tajjeb għan-nuqqas ta' membri tal-persunal impjegati direttament;

10.  Jinnota bi tħassib li skont ir-Rapport Speċjali 22/2020 tal-Qorti intitolat "Il-futur tal-aġenziji tal-UE – Potenzjal għal aktar flessibbiltà u kooperazzjoni", l-Aġenzija hija esposta għar-riskju ta' riżorsi limitati li jwassal għat-tnaqqis tal-ordni ta' prijoritajiet ta' lista twila ta' kompiti;

11.  Jilqa' favorevolment il-fatt li l-Aġenzija rċeviet riżorsi addizzjonali fil-kuntest tal-pakkett dwar l-Enerġija Nadifa għall-Ewropej kollha;

12.  Jinnota li l-Aġenzija adottat deċiżjoni dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju, li ġew organizzati diversi korsijiet ta' taħriġ għall-iskop li jżidu s-sensibilizzazzjoni u joffru lill-persunal informazzjoni u tali korsijiet huma obbligatorji għall-impjegati l-ġodda; jinnota li ġie rrappurtat każ wieħed ta' allegat fastidju, iżda ħadd ma ġie investigat u ħadd ma tressaq il-qorti;

13.  Jinsab mħasseb dwar id-daqs kbir tal-Bord tal-amministrazzjoni tal-aġenzija, fatt li jikkomplika l-proċess deċiżjonali u jiġġenera spejjeż amministrattivi konsiderevoli;

14.  Jinkoraġġixxi lill-Aġenzija timmira li tiżviluppa qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabbiltà;

Sostenibbiltà

15.  Jiddispjaċih li l-Aġenzija għadha ma ffissatx objettivi ta' tnaqqis ta' CO2; jilqa' pożittivament madankollu l-isforzi li għamlet l-Aġenzija bil-għan li toħloq qafas ta' ħidma li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent kif ukoll il-miżuri kollha li ħadet l-Aġenzjija bil-għan li tnaqqas l-impronta tal-karbonju tagħha, il-konsum tal-enerġija tagħha u tiżviluppa fluss tax-xogħol mingħajr karti;

Akkwist pubbliku

16.  Jinnota li 67 proċedura ta' akkwist tlestew mis-47 proċedura ppjanata għall-2019; jinnota li wara l-osservazzjoni tal-Qorti dwar l-użu tal-akkwist elettroniku, l-Aġenzija implimentat is-sejħiet għall-offerti elettroniċi fl-2019 u jirrikonoxxi li s-sottomissjonijiet elettroniċi ta' offerti kienu qed jiġu implimentati fl-2020;

17.  Jinnota li l-Qorti ħarġet opinjoni kwalifikata rigward il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet bl-ammont totali mħallas b'mod irregolari li jikkorrispondi għal EUR 988 138,00, li jirrappreżenta 6,3 % tal-pagamenti kollha li saru mill-Aġenzija fl-2019; jinnota li l-pagamenti irregolari osservati kienu relatati ma' żewġ proċeduri ta' akkwist irregolari li ma kinux twettqu kif preskritt wara proċeduri kompetittivi;

18.  Jinnota r-risposta tal-Aġenzija għas-sejba tal-Qorti u l-miżuri meħuda mill-Aġenzija biex tipprevjeni li dawn il-proċeduri ta' akkwist irregolari jerġgħu jseħħu;

19.  Jiddispjaċih li l-Qorti ħarġet opinjoni kwalifikata abbażi ta' żewġ proċeduri ta' akkwist irregolari, li għalihom l-Aġenzija kienet naqset milli twettaq proċeduri ta' akkwist kompetittivi u xierqa, u dan ifisser li l-pagamenti kollha assoċjati huma irregolari; jinsab inkwetat immens bil-fatt li l-pagamenti irregolari li saru skont il-kuntratti li rriżultaw minn tali proċeduri ta' akkwist irregolari jirrappreżentaw 6,3 % tal-pagamenti kollha li saru mill-Aġenzija fl-2019.

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

20.  Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti tal-Aġenzija u l-isforzi kontinwi biex tiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u l-protezzjoni tal-informaturi; jinnota li ġie identifikat każ ta' kunflitt ta' interess fl-2019, li rriżulta f'valutazzjoni mill-Bord ta' Regolaturi u mill-unità tar-riżorsi umani li ddeċidew li ma jiħdux azzjoni addizzjonali;

21.  Jinnota b'sodisfazzjon li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess ta' tal-Bord tal-Amministrazzjoni u tal-maniġment superjuri ġew ippubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija;

22.  Jinnota l-kontinwazzjoni tal-azzjonijiet li ttieħdu biex tittejjeb it-trasparenza tal-attivitajiet tal-Aġenzija billi jiġu rrappurtati l-laqgħat li l-persunal tal-Aġenzija jkollu mal-partijiet ikkonċernati esterni, b'mod partikolari l-laqgħat tad-direttur mal-organizzazzjonijiet u l-individwi li jaħdmu għal rashom, u d-disponibbiltà tagħhom fuq is-sit web tal-Aġenzija;

23.  Jinnota bi tħassib is-sejba tal-Qorti li l-proċeduri ta' reklutaġġ ma ġewx applikati kif xieraq għall-proċess ta' selezzjoni, u dan irriżulta fin-nuqqas min-naħa tal-Aġenzija li tirrispetta l-prinċipju ta' trattament ugwali u li tapplika kontrolli interni effikaċi;

24.  Jenfasizza l-fatt li l-qafas etiku li japplika attwalment għall-istituzzjonijiet u għall-aġenziji tal-Unjoni jippreżenta inkonvenjenti notevoli minħabba l-frammentazzjoni tiegħu u n-nuqqas ta' konsistenza bejn id-dispożizzjonijiet eżistenti; jenfasizza li dawn il-kwistjonijiet għandhom jiġu indirizzati billi jiġi stabbilit qafas etiku komuni, li jiżgura l-applikazzjoni ta' standards etiċi għoljin għall-istituzzjonijiet, għall-korpi, għall-uffiċċji u għall-aġenziji kollha tal-Unjoni;

25.  Jissottolinja li ċerti uffiċjali jimlew dikjarazzjonijiet ta' nuqqas ta' kunflitti ta' interess u jipprovdu awtovalutazzjonijiet fir-rigward tar-rispett tal-istandards etiċi; jenfasizza, madankollu, li tali awtodikjarazzjonijiet u awtovalutazzjonijiet mhumiex biżżejjed u li għalhekk huwa meħtieġ skrutinju addizzjonali;

Kontrolli interni

26.  Jinnota li l-Aġenzija rrappurtat li l-qafas ta' kontroll intern tagħha huwa effikaċi u li l-valutazzjoni annwali tal-implimentazzjoni tiegħu ma żvelatx nuqqasijiet, ħlief għal nuqqas żgħir wieħed li jikkonċerna n-nuqqas ta' reġistrazzjonijiet fir-reġistru tal-eċċezzjonijiet tagħha; jinnota bi tħassib li l-Qorti sabet li r-reġistru tal-eċċezzjonijiet ma kienx imtela kif suppost; jirrakkomanda li l-Aġenzija tirreġistra l-eċċezzjonijiet u l-avvenimenti kollha mhux konformi fir-reġistru, u li dawn jitqiesu kif xieraq fil-valutazzjoni annwali tal-qafas ta' kontroll intern;

27.  Jinnota li l-pjan ta' awditjar strateġiku għall-Aġenzija għall-perjodu mill-2017 sal-2019 ġie implimentat bis-sħiħ u s-servizz tal-awditjar intern iddetermina s-suġġetti ta' awditjar għall-perjodu ta' ppjanar li jmiss;

28.  Jinnota li tlieta mill-ħames azzjonijiet li rriżultaw mill-valutazzjoni tar-riskju tas-servizz tal-awditjar intern ġew implimentati bis-sħiħ fl-oqsma tal-kontinwità tal-attivitajiet, il-ġestjoni tad-dokumenti u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-network; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi tal-azzjonijiet li għaddejjin għall-governanza tal-IT u s-sorveljanza tas-suq fl-ambitu ta' REMIT;

Kummenti oħra

29.  Jinnota li l-Aġenzija fittxet oqsma ta' titjib fir-rigward tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni u ċ-ċibersigurtà, billi stabbiliet mekkaniżmu biex teżamina mill-ġdid l-istandards u l-linji gwida kull sena; jirrikonoxxi l-ħolqien ta' funzjoni ta' awditjar minn parti terza biex jiġu evalwati l-proċessi tal-Aġenzija minn perspettiva taċ-ċibersigurtà;

30.  Jilqa' favorevolment l-isforzi tal-Aġenzija biex toffri post tax-xogħol effikaċi f'termini tal-kostijiet u ekokompatibbli;

o
o   o

31.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ April 2021(17) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(2) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(4) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1.
(5) ĠU L 158, 14.6.2019, p. 22.
(6) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(9) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(10) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(11) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1.
(12) ĠU L 158, 14.6.2019, p. 22.
(13) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(14) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(15) ĠU C 120, 29.03.2019, p. 139.
(16) Ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (ĠU L 326, 8.12.2011, p. 1).
(17) Testi adottati, P9_TA(2021)0215.


Kwittanza 2019: L-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC)
PDF 166kWORD 56k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC) għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2178(DEC))
P9_TA(2021)0202A9-0082/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC) għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0075/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1971 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 li jistabbilixxi l-Korp ta' Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC), li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 28 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0082/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC) għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2178(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC) għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0075/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1971 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 li jistabbilixxi l-Korp ta' Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC), li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 28 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0082/2021),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC) għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC) għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2178(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0082/2021),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u tan-nefqa tagħha(13), il-baġit finali tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-"Uffiċċju tal-BEREC") għas-sena finanzjarja 2019 kien ta' EUR 5 653 185, li jirrappreżenta żieda ta' 30,53 % meta mqabbel mal-2018, li prinċipalment jirrappreżenta żieda fil-persunal; billi l-baġit tal-Uffiċċju tal-BEREC huwa kompletament derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju tal-BEREC għas-sena finanzjarja 2019 (ir-"rapport tal-Qorti"), tistqarr li l-Qorti kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju tal-BEREC huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2019 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,93 %, li tirrappreżenta żieda ta' 0,07 % meta mqabbla mal-2018; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 82,68 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 0,69 % meta mqabbla mal-2018;

2.  Jinnota bi tħassib li l-Uffiċċju tal-BEREC baqa' jiġi affettwat minn dawran għoli tal-persunal, li joħloq riskju serju għall-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma tal-Uffiċċju tal-BEREC; jinnota li, barra minn hekk, wara l-istabbiliment ta' postijiet ġodda biex jiġi indirizzat il-mandat il-ġdid tal-Uffiċċju tal-BEREC stabbilit fir-Regolament (UE) 2018/1971, l-Uffiċċju tal-BEREC irnexxielu jiżgura reklutaġġ rapidu ta' 13-il membru tal-persunal addizzjonali ġdid (tliet aġenti temporanji, seba' aġenti kuntrattwali u tliet esperti nazzjonali sekondati);

Prestazzjoni

3.  Jinnota li l-Uffiċċju tal-BEREC juża diversi tipi ta' metriċi bħala indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex jivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tiegħu u jtejjeb il-ġestjoni tal-baġit tiegħu, bħal indikatur ta' persunal suffiċjenti (persunal ippjanat kontra dak attwali), il-kwalità tal-appoġġ lill-Uffiċċju tal-BEREC u lill-gruppi ta' ħidma tiegħu u r-rata ta' disponibbiltà tal-għodod ta' appoġġ;

4.  Jinnota bi tħassib li l-Uffiċċju tal-BEREC ma jikkondividix riżorsi ma' aġenziji oħra tal-Unjoni, minħabba r-riżorsi proprji limitati tiegħu kif iddikjarat mill-Uffiċċju tal-BEREC; jinnota bi tħassib li l-Uffiċċju tal-BEREC ma setax isib sieħeb għall-previżjoni tal-funzjonijiet tal-koordinatur tal-kontroll intern u tal-uffiċjal tas-sigurtà; jinnota li l-Uffiċċju tal-BEREC beda proġett konġunt, iffirmat fl-2019, għall-kondiviżjoni tal-infrastruttura tal-IT ma' diversi intrapriżi konġunti; jilqa' dan il-proġett konġunt u jħeġġeġ lill-Uffiċċju tal-BEREC ikompli jesplora modi possibbli ta' esternalizzazzjoni tal-kompiti tiegħu u kollaborazzjoni fuq kompiti li jikkoinċidu ma' aġenziji, uffiċċji u korpi oħra tal-Unjoni;

5.  Jistieden lill-Uffiċċju tal-BEREC ikompli jiżviluppa s-sinerġiji tiegħu u jżid il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki mal-aġenziji l-oħra tal-Unjoni bil-għan li jtejjeb l-effiċjenza (ir-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà);

6.  Jisħaq fuq l-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Uffiċċju tal-BEREC f'termini ta' proċeduri ta' operazzjonijiet u ġestjoni interni; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Uffiċċju tal-BEREC ikompli jkun proattiv f'dak ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji tal-Unjoni akkost ta' kollox; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta' sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

Politika dwar il-persunal

7.  Jinnota li fil-31 ta' Diċembru 2019, it-tabella tal-persunal ġiet implimentata fil-livell ta' 87,50 %, bil-ħatra ta' 14-il aġent temporanju minn 16-il aġent temporanju awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel għal 14-il post awtorizzat fl-2018); jinnota li, barra minn hekk, 18-il aġent kuntrattwali u sitt esperti nazzjonali sekondati kienu jaħdmu għall-Uffiċċju tal-BEREC fl-2019;

8.  Jinnota bi tħassib li sal-31 ta' Diċembru 2019 il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-livell tal-persunal kien naqas bi 8 % meta mqabbel mal-2018 (44 % nisa u 56 % irġiel fl-2019 meta mqabbel ma' 52 % nisa u 48 % irġiel fl-2018) u f'karigi ta' maniġment intermedju (33 % nisa u 67 % irġiel fl-2019 meta mqabbel ma' 50 % nisa u 50 % irġiel fl-2018); jitlob lill-Uffiċċju tal-BEREC jiżgura li fil-futur ikun hemm bilanċ bejn il-ġeneri fil-livell tal-persunal u tal-maniġment intermedju; jinsab imħasseb li l-bilanċ bejn il-ġeneri ma nkisibx fost il-membri tal-bord maniġerjali, b'7 nisa biss fost 28 membru; jitlob, f'dak ir-rigward, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-importanza li jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom fil-bord maniġerjali tal-Uffiċċju tal-BEREC; jinnota li ntlaħaq bilanċ ġeografiku, bl-Uffiċċju tal-BEREC jimpjega 32 membru tal-persunal minn 13-il Stat Membru;

9.  Jinnota bi tħassib li fl-2019 il-perjodu medju ta' impjieg fl-Uffiċċju tal-BEREC fi snin kien ta' 2,68 biss, meta mqabbel ma' 2,7 fl-2018; jifhem li l-Uffiċċju tal-BEREC qed isibha diffiċli biex jattira l-professjonisti, fost l-oħrajn minħabba l-koeffiċjent ta' korrezzjoni tas-salarji relattivament baxx tal-pajjiż ospitanti (78,6 % fl-2019, meta mqabbel ma' 74,9 % fl-2018); jirrikonoxxi li l-Uffiċċju tal-BEREC qed jaħdem kontinwament biex itejjeb il-kundizzjonijiet tal-impjieg għall-persunal tiegħu u japplika miżuri oħra ta' mitigazzjoni u jistieden lill-Uffiċċju tal-BEREC jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li sar f'dak ir-rigward;

10.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti, fir-rigward tal-azzjonijiet ta' segwitu għall-osservazzjonijiet tas-snin preċedenti, li l-Uffiċċju tal-BEREC għadu dipendenti mir-riżorsi esterni u minn kumpanija waħda b'mod partikolari għal diversi tipi ta' servizzi (bħall-appoġġ klerikali u segretarjali, l-organizzazzjoni tal-avvenimenti u l-benesseri u l-integrazzjoni tal-persunal), li joħloq riskju għall-kontinwità tan-negozju;

11.  Jinsab imħasseb dwar id-daqs kbir tal-bord maniġerjali tal-Uffiċċju tal-BEREC, fatt li jikkomplika l-proċess deċiżjonali u jiġġenera spejjeż amministrattivi konsiderevoli;

12.  Jinkoraġġixxi lill-Uffiċċju tal-BEREC jimmira li jiżviluppa qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabbiltà;

Akkwist

13.  Jinnota bi tħassib is-sejbiet mir-rapport tal-Qorti rigward qafas ta' kuntratt ta' servizz b'valur stmat ta' EUR 200 000 iffirmat f'Mejju 2019, relatati mat-titjib meħtieġ fil-proċedura għar-riċeviment u r-reġistrazzjoni tad-dettalji tal-offerti, il-pussess ta' dokumentazzjoni suffiċjenti għall-evalwazzjoni tal-offerti u l-konformità mat-trasparenza fil-proċedura tal-akkwist biex jiġu esklużi l-kunflitti ta' interess; jinnota mir-risposta tal-Uffiċċju tal-BEREC li l-offerenti kollha ngħataw l-opportunità li jagħmlu osservazzjonijiet jew li jappellaw, iżda ma sar l-ebda appell; jinnota li l-uffiċjal awtorizzanti vvaluta mill-ġdid il-fatti u kkonkluda li ma kien hemm l-ebda riskju ta' kunflitti ta' interess;

14.  Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti, li f'Diċembru 2018 u f'Jannar 2019, l-Uffiċċju tal-BEREC iffirma żewġ kuntratti qafas għall-għoti ta' taħriġ lingwistiku b'valur totali massimu kkombinat ta' EUR 200 000; jinnota, madankollu, li l-proċedura kienet difettuża minħabba n-nuqqas ta' analiżi tal-ħtiġijiet u analiżi tas-suq u n-nuqqas ta' dikjarazzjonijiet ta' kunflitti ta' interess tal-membri tal-kumitat ta' għażla; jinnota mir-risposta tal-Uffiċċju tal-BEREC li l-proċedura tal-akkwist inkwistjoni seħħet meta l-Uffiċċju tal-BEREC uża l-mudell deċentralizzat tal-akkwist, filwaqt li mill-1 ta' Lulju 2019 ġiet stabbilita proċedura ċentralizzata tal-akkwist;

15.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti, rigward is-segwitu tal-osservazzjonijiet tas-snin preċedenti, li sal-aħħar tal-2017 l-Uffiċċju tal-BEREC kien introduċa sejħiet għall-offerti elettroniċi għal ċerti proċeduri iżda kien għadu ma implimentax il-fatturazzjoni elettronika u s-sottomissjoni elettronika ta' offerti; jinnota mir-risposta tal-Uffiċċju tal-BEREC li s-sottomissjoni elettronika ta' offerti ġiet introdotta fl-2019 u li l-on-boarding tal-fatturazzjoni elettronika għadu għaddej u jiddependi mid-disponibbiltà tas-servizzi tal-Kummissjoni;

16.  Jinnota bi tħassib li l-Uffiċċju tal-BEREC ma kienx f'pożizzjoni li jniedi ħames proċeduri tal-akkwist ippjanati għall-2019 minħabba nuqqas ta' persunal biex joperahom jew minħabba tibdil fl-ippjanar u l-ħtiġijiet u li konsegwentement 44 % biss tal-kuntratti mill-pjan ta' akkwist ġew iffirmati, u li huwa ferm taħt ir-rata fil-mira ta' 90 %; jinnota li l-Uffiċċju tal-BEREC organizza taħriġ intern fl-2019 dwar il-kitba ċara tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-proċess tal-akkwist;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

17.  Jinnota l-miżuri eżistenti tal-Uffiċċju tal-BEREC u l-isforzi kontinwi biex jiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess; jinnota b'sodisfazzjon li l-bord maniġerjali tal-Uffiċċju tal-BEREC adotta regoli dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri tal-bord maniġerjali (id-Deċiżjoni Nru MB/2019/16); abbażi ta' dawk ir-regoli l-ġodda l-membri tal-bord għandhom jissottomettu s-CVs tagħhom flimkien mad-dikjarazzjonijiet ta' interess, li jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Uffiċċju tal-BEREC; jirrikonoxxi li s-CVs tal-biċċa l-kbira tal-membri tal-bord huma ppubblikati fuq is-sit web tiegħu; jinnota, madankollu, bi tħassib li l-Uffiċċju tal-BEREC għadu ma jippubblikax is-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri kollha tal-bord fuq is-sit web tiegħu u li mhux il-membri kollha tal-bord jirrispettaw ir-regoli l-ġodda; jistieden lill-Uffiċċju tal-BEREC jieħu l-miżuri xierqa biex jiżgura li r-regoli interni jiġu segwiti fil-livelli kollha tal-Uffiċċju tal-BEREC; jistieden lill-Uffiċċju tal-BEREC jippubblika s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri kollha tal-bord maniġerjali u jinforma lill-Parlament Ewropew bil-miżuri meħuda f'dan ir-rigward;

18.  Jissottolinja l-fatt li l-qafas etiku attwali li japplika għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni jbati minn żvantaġġi konsiderevoli minħabba l-frammentazzjoni tiegħu u n-nuqqas ta' konsistenza bejn id-dispożizzjonijiet eżistenti; jenfasizza li dawn il-kwistjonijiet għandhom jiġu indirizzati billi jiġi stabbilit qafas etiku komuni, li jiżgura l-applikazzjoni ta' standards etiċi għoljin għall-istituzzjonijiet u għall-aġenziji kollha tal-Unjoni;

19.  Jissottolinja li ċerti uffiċjali jimlew dikjarazzjonijiet ta' nuqqas ta' kunflitti ta' interess u jipprovdu awtovalutazzjonijiet fir-rigward tar-rispett tal-istandards etiċi; jenfasizza, madankollu, li tali awtodikjarazzjonijiet u awtovalutazzjonijiet mhumiex biżżejjed u li għalhekk huwa meħtieġ skrutinju addizzjonali;

Kontrolli interni

20.  Jinnota li fl-2019, l-Uffiċċju tal-BEREC wettaq eżerċizzju intern biex jivvaluta s-sistemi ta' kontroll intern tiegħu, u kkonkluda li dawn ġew implimentati b'mod effettiv; jinnota madankollu bi tħassib in-nuqqasijiet fil-kontroll intern identifikati mill-Qorti rigward il-proċeduri tal-akkwist, li jeħtieġ li jitqiesu wkoll fil-valutazzjoni mill-Uffiċċju tal-BEREC tas-sistema ta' kontroll intern tiegħu;

21.  Jinnota li fl-2019 is-servizz tal-awditjar intern tal-Kummissjoni ħareġ rapport tal-awditjar dwar "Akkwist, missjonijiet, u rimborż ta' esperti", li kien segwit minn pjan ta' azzjoni korrettiva bil-għan li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet kollha fl-2020 u fl-2021;

Kummenti oħra

22.  Jinnota li l-Uffiċċju tal-BEREC wettaq analiżi tal-impatt probabbli tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni u identifika l-passi ta' mitigazzjoni meħtieġa; jinnota li l-Uffiċċju tal-BEREC m'għandu l-ebda membru tal-persunal b'ċittadinanza tar-Renju Unit biss u li m'hemm l-ebda riskji relatati ma' kwistjonijiet ta' riżorsi umani;

23.  Jirrimarka li huwa meħtieġ approċċ kumpless sabiex is-siti web tal-aġenziji, l-uffiċċji u l-korpi tal-Unjoni jsiru aċċessibbli għal persuni b'diżabbiltà, kif previst fid-Direttiva (UE) 2016/2102, inkluż id-disponibbiltà tal-lingwi tas-sinjali nazzjonali; jissuġġerixxi li l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabbiltà jiġu involuti f'dan il-proċess;

24.  Jappella lill-Uffiċċju tal-BEREC jikkonċentra aktar fuq it-tixrid mal-pubbliku tar-riżultati tar-riċerka tiegħu;

o
o   o

25.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ April 2021(14) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf
(2) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1
(4) ĠU L 321, 17.12.2018, p. 1
(5) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42
(7) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf
(8) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf
(9) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(10) ĠU L 321, 17.12.2018, p. 1.
(11) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) ĠU C 107, 31.3.2020, p. 140.
(14) Testi adottati, P9_TA(2021)0215.


Kwittanza 2019: L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija
PDF 166kWORD 56k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2019 2020/2179(DEC)
P9_TA(2021)0203A9-0076/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0076/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0076/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2179(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0076/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0076/2021),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2179(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0076/2021),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tiegħu(13), il-baġit finali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (l-"Istitut") għas-sena finanzjarja 2019 kien jammonta għal EUR 557 896 982,73, li jirrappreżenta żieda ta' 21,80 % meta mqabbel mal-2018; billi l-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni għall-baġit tal-Istitut għall-2019 kienet tammonta għal EUR 378 562 704,82, li jirrappreżenta żieda ta' 20,99 % meta mqabbel mal-2018;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2019 (ir-"rapport tal-Qorti"), iddikjarat li l-Qorti kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Istitut huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2019 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 97,04 %, li tirrappreżenta żieda ta' 4,99 % meta mqabbla ma' dik tal-2018; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 97,57 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 0,23 % meta mqabbla mal-2018;

2.  Jinnota, mir-rapport tal-Qorti, li l-proċeduri ta' kontroll tal-Istitut ġeneralment ħadmu kif maħsub, minbarra pagament ta' EUR 1 200 għar-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza, li l-kuntratt ta' servizz ma kienx jipprevedi; jinnota, mir-risposta tal-Istitut lill-Qorti, li l-pagament inkwistjoni jirreferi għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza mġarrba minn membru interim tal-persunal, li wettaq missjoni fl-interess tas-servizz, madankollu l-Istitut irrikonoxxa l-iżball tiegħu u se jagħmel l-aġġustamenti legali meħtieġa;

Prestazzjoni

3.  Jirrikonoxxi li l-Istitut juża indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni fil-livell tal-Istitut u tal-komunità ta' konoxxenza u innovazzjoni (KKI); jinnota li fir-rigward tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tal-KKI, l-Istitut kejjel il-prestazzjoni tiegħu permezz ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tradizzjonali ta' Orizzont 2020, bħaż-żmien għall-għotja u ż-żmien għall-ħlas; jinnota li, wara l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu mill-Kummissjoni u l-Istudju dwar l-Impatt tal-Istitut tal-2017, l-Istitut bħalissa qed jaħdem biex jistabbilixxi Qafas ta' Impatt ħalli jkejjel l-impatt soċjoekonomiku tal-attivitajiet KKI tiegħu;

4.  Jinnota li l-Istitut implimenta 95 % tal-programm ta' ħidma tiegħu għall-2019;

5.  Jinnota li l-Istitut esternalizza s-servizzi kontabilistiċi lill-Kummissjoni u introduċa l-għodod tal-IT tal-Kummissjoni, bħall-ARES għall-ġestjoni tad-dokumenti u s-SYSPER għall-ġestjoni tar-riżorsi umani;

6.  Jinnota li l-Istitut identifika u evalwa l-possibbiltà li jikkoopera u jikkondividi r-riżorsi mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi, u li jesplora aktar possibbiltajiet; jistieden lill-Istitut isegwi l-opportunitajiet identifikati għall-kondiviżjoni tar-riżorsi; jistieden lill-Istitut ikompli jiżviluppa s-sinerġiji tiegħu u jżid il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki mal-aġenziji l-oħra tal-Unjoni bil-għan li jtejjeb l-effiċjenza (ir-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà);

7.  Jisħaq fuq l-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Istitut f'termini ta' proċeduri ta' operazzjonijiet u ġestjoni interni; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Istitut ikompli jkun proattiv f'dak ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji tal-Unjoni akkost ta' kollox; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta' sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

Politika dwar il-persunal

8.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2019, 97,73 % tat-tabella tal-persunal kienet implimentata, bi 43 aġent temporanju maħtura minn total ta' 44 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 44 post tax-xogħol awtorizzati fl-2018); jinnota li, barra minn hekk, fl-2019 kienu jaħdmu għall-Istitut 22 aġent kuntrattwali u l-ebda espert nazzjonali sekondat;

9.  Jinnota, fir-rigward tal-bilanċ bejn il-ġeneri fil-bord tat-tmexxija għall-2019, li hemm erbat irġiel u tmien nisa; jitlob lill-Kummissjoni tqis l-importanza li tiżgura bilanċ bejn il-ġeneri meta tinnomina lill-membri għall-bord tat-tmexxija tal-istitut; jinnota li fl-2019 l-Istitut kien ibbilanċjat b'mod ġust fir-rigward tal-ġeneru fil-livell tal-persunal (46 % irġiel u 54 % nisa);

10.  Jilqa' l-fatt li l-Istitut stabbilixxa politiki soċjali, li jinkludu miżuri mtejba fil-qasam tal-edukazzjoni u tal-iskola preprimarja u finanzjament ta' attivitajiet soċjali mmirati biex jattiraw u jżommu għadd akbar ta' persunal espatrijat;

11.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li ż-żieda kbira fil-baġit tal-Istitut u l-għadd dejjem akbar ta' KKI ma kinux akkumpanjati minn żieda fl-għadd ta' postijiet; jinnota, mir-rapport tal-Qorti, li l-baġit tal-Istitut se jiżdied b'EUR 600 000 000 oħra, jew 25 %, fl-ambitu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2021-2027, meta mqabbel mal-QFP attwali, u li l-għadd ta' persunal jibqa' limitat għal 70; jinnota wkoll, mir-rapport tal-Qorti, li hemm riskju li l-Istitut ma jkollux biżżejjed kapaċità biex jittratta ż-żieda fl-ammont ta' xogħol tiegħu fil-futur, u li dan ir-riskju kompla jiżdied, minflok ma ttaffa;

12.  Jinnota, mir-rapport tal-Qorti, li l-implimentazzjoni ta' osservazzjoni li tirriżulta mill-2017 dwar il-pubblikazzjoni ta' avviżi ta' postijiet vakanti għadha għaddejja, peress li l-Istitut ma jtellax b'mod konsistenti l-postijiet vakanti tiegħu fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal;

13.  Jinkoraġġixxi lill-Istitut jimmira li jiżviluppa qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabbiltà;

Sostenibbiltà

14.  Jiddispjaċih li l-Istitut għadu ma ffissax objettivi ta' tnaqqis ta' CO2; jilqa' pożittivament, madankollu, l-isforzi li għamel l-Istitut biex joħloq qafas ta' ħidma li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent kif ukoll il-miżuri kollha li ħa l-Istitut bil-għan li jnaqqas l-impronta tal-karbonju tiegħu, il-konsum tal-enerġija tiegħu u jiżviluppa fluss tax-xogħol mingħajr karti;

Akkwist

15.  Jinnota li l-Istitut ipparteċipa f'għadd ta' proċeduri ta' akkwist interistituzzjonali tal-Kummissjoni u ta' aġenziji oħra tal-Unjoni; jinnota li fl-2018 l-Istitut introduċa sejħa għall-offerti elettronika u sottomissjoni elettronika ta' offerti u pproċessa diversi sejħiet għall-offerti permezz ta' għodod tal-akkwist elettroniku fl-2019;

16.  Jinnota li fl-2019 l-Istitut nieda attività ta' monitoraġġ ġdida dwar il-politiki u l-proċeduri ta' akkwist tal-entitajiet legali tal-KKI u ċ-ċentri ta' kolokazzjoni tagħhom bħala segwitu għall-assenjazzjoni ta' esperti tal-2016-2017;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, trasparenza u demokrazija

17.  Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti tal-Istitut u l-isforzi kontinwi biex jiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, u biex jiżgura l-protezzjoni tal-informaturi; jinnota li l-Istitut ippubblika d-dikjarazzjonijiet tal-kunflitti ta' interess u s-CVs tal-bord tat-tmexxija tiegħu u tal-maniġment superjuri tiegħu fuq is-sit web tiegħu;

18.  Jinnota li l-Istitut irrapporta każ wieħed ta' informatur fl-2019 u li r-regoli interni ġew applikati; jistieden lill-Istitut jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi ta' dak il-każ;

19.  Jinnota li l-valutazzjoni tal-2019 dwar l-implimentazzjoni tal-KKI tal-prinċipji ta' governanza tajba tista' tittejjeb aktar, peress li xi KKI għandhom itejbu l-kodiċi ta' kondotta tajba u l-politiki tagħhom dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u l-mekkaniżmi ta' monitoraġġ; jinnota li dan l-aspett se jiġi segwit mill-Istitut fl-2020 permezz ta' attività ta' monitoraġġ orizzontali; jistieden lill-Istitut jirrapporta dwar ir-riżultati;

20.  Jenfasizza l-fatt li l-qafas etiku attwali li japplika għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni jbati minn żvantaġġi konsiderevoli minħabba l-frammentazzjoni tiegħu u n-nuqqas ta' konsistenza bejn id-dispożizzjonijiet eżistenti; jenfasizza li dawn il-kwistjonijiet għandhom jiġu indirizzati billi jiġi stabbilit qafas etiku komuni, li jiżgura l-applikazzjoni ta' standards etiċi għoljin għall-istituzzjonijiet, għall-korpi, għall-uffiċċji u għall-aġenziji kollha tal-Unjoni;

21.  Jissottolinja li ċerti uffiċjali jimlew dikjarazzjonijiet ta' nuqqas ta' kunflitti ta' interess u jipprovdu awtovalutazzjonijiet fir-rigward tar-rispett tal-istandards etiċi; jenfasizza, madankollu, li tali awtodikjarazzjonijiet u awtovalutazzjonijiet mhumiex biżżejjed u li għalhekk huwa meħtieġ skrutinju addizzjonali;

Kontrolli interni

22.  Jinnota li s-servizz tal-awditjar intern iffinalizza l-awditu tiegħu dwar il-verifika ex ante tal-pagamenti lill-KKI fil-31 ta' Jannar 2019 u bagħat nota dwar l-azzjonijiet ta' segwitu tar-rakkomandazzjonijiet pendenti mill-awditu dwar il-monitoraġġ tal-ftehimiet ta' għotja; jinnota li rakkomandazzjoni waħda ġiet implimentata b'mod adegwat u żewġ rakkomandazzjonijiet għadhom miftuħa;

23.  Jinnota l-għadd ta' kwistjonijiet pendenti u miżuri rimedjali li għaddejjin b'reazzjoni għall-kummenti tal-Qorti fl-2014, fl-2017 u fl-2018 relatati b'mod partikolari mal-kundizzjonijiet ta' finanzjament; jinnota r-risposta tal-Istitut li mid-19-il kumment, sebgħa biss għadhom miftuħa; jinnota, barra minn hekk, li tlieta huma lil hinn mill-kontroll tal-Istitut u li tlieta oħra jirrikjedu perjodu itwal ta' żmien biex jitlestew kompletament;

Kummenti oħra

24.  Ifaħħar l-involviment proattiv tal-Istitut mal-midja biex jiżviluppa viżibbiltà akbar fil-midja, l-internet u l-midja soċjali sabiex jagħmel xogħla magħruf;

25.  Jilqa' l-fatt li l-Istitut tejjeb il-preżenza tiegħu fuq il-midja soċjali, billi żied l-involviment ġenerali tiegħu fuq diversi pjattaformi tal-midja soċjali; jinnota, barra minn hekk, l-isforzi tal-Istitut biex il-post tax-xogħol ikun kosteffikaċi u ma jagħmilx ħsara lill-ambjent; jitlob lill-Istitut ikompli jtejjeb il-preżenza tiegħu fuq il-midja soċjali u l-istrateġija tiegħu għall-iżvilupp sostenibbli;

26.  Jilqa' l-isforzi tal-Istitut biex iżid iċ-ċibersigurtà u l-protezzjoni tad-data; jinnota l-proċess ta' implimentazzjoni tal-Istitut tal-politika ġenerali dwar is-sigurtà tal-informazzjoni, inklużi l-aspetti tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni taċ-ċibersigurtà; jistieden lill-Istitut jirrapporta dwar ir-riżultat ta' dak il-proċess;

o
o   o

27.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ April 2021(14) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(2) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1
(4) ĠU L 97, 9.4.2008, p. 1.
(5) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(8) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(9) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1
(10) ĠU L 97, 9.4.2008, p. 1.
(11) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) ĠU C 143, 30.4.2020, p. 22.
(14) Testi adottati, P9_TA(2021)0215.


Kwittanza 2019: Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil
PDF 176kWORD 59k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2180(DEC))
P9_TA(2021)0204A9-0068/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0077/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar ir-regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0068/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2180(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0077/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar ir-regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0068/2021),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2180(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0068/2021),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tiegħu(13), il-baġit finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (l-"Uffiċċju") għas-sena finanzjarja 2019 kien EUR 102 936 916,68, li jirrappreżenta żieda ta' 5,40 % meta mqabbel mal-2018; billi l-baġit tal-Uffiċċju huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2019 (ir-"rapport tal-Qorti"), tiddikjara li hija kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju huma affidabbli u li kisbet evidenza suffiċjenti għall-awditjar dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet; billi, madankollu, il-Qorti ħarġet opinjoni kwalifikata b'rabta mas-sejbiet tagħha rrappurtati għas-snin finanzjarji 2016, 2017 u 2018 dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti; billi, għas-sena finanzjarja 2019, l-awditu tal-Qorti sab żball ieħor u pagamenti assoċjati; billi, ħlief għall-effetti tas-snin finanzjarji 2016, 2017, 2018 u l-pagamenti relatati mas-sejba tal-2019, il-Qorti hija tal-opinjoni li l-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2019 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

Segwitu għar-rapport ta' kwittanza tal-2018

1.  Jilqa' l-ħatra ta' direttur eżekuttiv ġdid fis-16 ta' Ġunju 2019; jilqa' r-rapport dettaljat ta' segwitu mill-Uffiċċju dwar l-osservazzjonijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2019, b'mod partikolari l-passi li saru fil-qasam tal-akkwist bil-konklużjoni b'suċċess tal-kuntratt qafas għall-ħaddiema temporanji tal-aġenziji fl-Italja li ngħata fl-2019 u l-konformità sħiħa tiegħu mar-regoli tal-Unjoni dwar l-akkwist; jinnota l-miżuri korrettivi introdotti sabiex tittejjeb l-istruttura ta' governanza u biex jerġgħu għal li kienu t-trasparenza u r-reputazzjoni tal-Uffiċċju;

2.  Jinnota b'sodisfazzjon li fl-2019 l-Uffiċċju kompla t-titjib lejn sistema ta' kontroll intern kompletament effettiva u effiċjenti li tindirizza l-ambjenti ta' kontroll, il-ġestjoni tar-riskju, l-attivitajiet ta' kontroll, l-attivitajiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni u dawk ta' monitoraġġ; jilqa' l-konklużjoni tal-awtovalutazzjoni tal-kontroll intern li kkonkludiet li, meta mqabbel mal-2018, l-istatus ġenerali tas-sistemi ta' kontroll intern fl-2019 kien tjieb b'mod sinifikanti;

L-eżitu tal-investigazzjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF)

3.  Jinnota li, wara li rċieva rapport tal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi fi tmiem l-2018, li kien kopert b'mod estensiv fir-rapport ta' kwittanza għall-2018, l-Uffiċċju beda tliet proċeduri dixxiplinari, li bħalissa għadhom għaddejjin; jistieden lill-Uffiċċju jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-eżitu ta' dawk il-proċeduri dixxiplinari ladarba jitlestew;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit tul is-sena finanzjarja 2019 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 95,22 %, f'bejn wieħed u ieħor l-istess livell tal-2018 (95,02 %); jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet 89,86 %, liema rata tirrappreżenta żieda ta' 1,78 % meta mqabbla mas-sena preċedenti (88,08 %);

5.  Ifakkar li, skont ir-rapporti tal-Qorti għas-snin finanzjarji 2016 u 2017, il-proċeduri ta' akkwist tal-Uffiċċju għall-ħaddiema interim fil-Greċja u għall-bini mikri tal-Uffiċju f'Lesbos kienu irregolari; ifakkar li, skont ir-rapport tal-Qorti għas-sena finanzjarja 2018, il-Qorti kkonkludiet li l-proċeduri ta' akkwist tal-Uffiċċju għall-ħaddiema interim fl-Italja kienu irregolari, għalkemm ma sar l-ebda pagament fuq dawk il-kuntratti; jinnota bi tħassib li, skont ir-rapport tal-Qorti għas-sena finanzjarja 2019, il-proċeduri tal-Uffiċċju għas-selezzjoni u għall-ikkuntrattar ta' esperti esterni kienu sistematikament nieqsa minn rekord ta' awditjar sod, li min-naħa tiegħu rriżulta f'nuqqas ta' provi li l-Uffiċċju kien ittratta lill-esperti bl-istess mod fil-proċeduri ta' selezzjoni tiegħu; jinnota li, skont l-opinjoni tal-Qorti, ħlief għall-effetti tal-opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti għas-snin finanzjarji 2016, 2017 u 2018, li jammontaw għal EUR 13 868 576, u l-iżball li nstab fl-2019, li jammonta għal EUR 111 304, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2019 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha; jiddeplora l-fatt li, kif ġie konkluż mill-Qorti, il-pagamenti tal-Uffiċċju lill-ħaddiema interim fl-Italja u fil-Greċja kienu irregolari; jilqa' l-fatt li fl-2019 ġew implimentati azzjonijiet korrettivi mill-Uffiċċju biex jiġu indirizzati dawk l-irregolaritajiet;

6.  Ifakkar fl-importanza tal-Uffiċċju għall-iżvilupp tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil u jenfasizza l-kontribut pożittiv tal-Uffiċċju biex itejjeb il-koerenza tal-ipproċessar tal-każijiet ta' ażil, isaħħaħ il-kooperazzjoni prattika tal-Istati Membri dwar l-ażil fl-Ewropa, jassisti lill-Istati Membri biex jonoraw l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-għoti ta' protezzjoni lill-persuni fil-bżonn, u jaġixxi bħala ċentru ta' għarfien espert dwar l-ażil; ifakkar li, fl-2019, ġew ippreżentati madwar 17 700 applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali minn minorenni mhux akkumpanjati fil-pajjiżi tal-UE+; jisħaq fuq l-importanza li tiġi pprovduta sistema ta' akkoljenza speċifika għall-minorenni li tipproteġi l-kundizzjoni tagħhom;

7.  Jilqa' l-fatt li mill-2018, l-Uffiċċju ta segwitu għall-osservazzjonijiet kollha tal-Qorti u jilqa' r-rikonoxximent tal-Qorti li, mill-61 miżura fil-pjan ta' azzjoni, 30 miżura tlestew filwaqt li 31 kienu għadhom għaddejjin; jisħaq li trattament ġust u uman tal-applikazzjonijiet tal-persuni li jfittxu ażil huwa prijorità tal-Unjoni; jinnota s-sejba tal-Qorti fl-2019 li l-fondi ta' kontinġenza fil-baġit tal-Uffiċċju biex ikopru bżonnijiet operattivi mhux previsti u urġenti kienu nieqsa; jilqa', f'dan ir-rigward, il-fatt li dan l-aħħar inħolqot partita baġitarja biex talloka fondi ta' kontinġenza meħtieġa biex ikopru n-nefqa li tirriżulta minn attivitajiet operattivi mhux previsti u urġenti b'appoġġ għall-Istati Membri;

Prestazzjoni

8.  Jinnota b'dispjaċir li l-Uffiċċju eżegwixxa total ta' 9 871 pagament fl-2019, li 1 312 minnhom (13,29 %) kienu tard; jinnota li mgħax li jammonta għal EUR 25 652,34 tħallas għal 46 fattura; jinnota t-titjib fil-pagamenti f'waqthom tal-fatturi f'Novembru u f'Diċembru 2019; iħeġġeġ lill-Uffiċċju jżomm u jtejjeb il-prestazzjoni tiegħu f'dak ir-rigward u jkompli jirrapporta dwar dik il-kwistjoni fir-rapport annwali tiegħu tal-attività;

9.  Jinnota b'apprezzament il-progress li għamel l-Uffiċċju fl-2019 fl-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma annwali tiegħu; jinnota li l-Uffiċċju kiseb b'suċċess 82 % tat-347 objettiv annwali stabbiliti minn qabel, qabeż l-aspettattivi fir-rigward ta' 43 % tal-Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni (KPIs), kiseb 31 % tal-KPIs, kważi kiseb 8 % tal-KPIs u ma kisibx 8 % tal-KPIs;

10.  Jinnota li, fis-7 ta' Ġunju 2019, il-Bord ta' Tmexxija adotta indikaturi addizzjonali, li sussegwentement ġew emendati fit-18 ta' Frar 2020, u li jitolbu li l-Bord ta' Tmexxija jirrapporta kull tliet xhur rigward l-oqsma li ġejjin: l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma tal-Uffiċċju, il-baġit u l-finanzi, ir-riżorsi umani, l-involviment tal-persunal, il-kontrolli interni, u l-akkwist;

Politika dwar il-persunal

11.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2019, 75,35 % tat-tabella tal-persunal ġiet eżegwita, b'214-il aġent temporanju maħtura minn total ta' 284 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 214-il post tax-xogħol awtorizzati fl-2018); jinnota li, barra minn hekk, 72 aġent kuntrattwali u 9 esperti nazzjonali sekondati kienu jaħdmu għall-Uffiċċju fl-2019; jinnota b'sodisfazzjon li l-pjan ta' reklutaġġ tal-Uffiċċju jipprevedi total ta' persunal ta' 500 sal-2020; jirrimarka l-fatt li l-Uffiċċju ma jkunx f'pożizzjoni li jipprovdi lill-Istati Membri appoġġ kritiku għas-sistemi tal-ażil tagħhom mingħajr ma jirrikorri għall-użu ta' aġenti temporanji u esperti nazzjonali sekondati mill-Istati Membri; jirrikonoxxi l-proposta tal-Uffiċċju li tissuġġerixxi riżerva ta' intervent għall-ażil ta' 500 espert mill-Istati Membri; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jivvalutaw u jindirizzaw dik il-kwistjoni b'mod urġenti, biex b'hekk l-Uffiċċju jkun jista' jwettaq bis-sħiħ il-mandat tiegħu; jilqa' l-fatt li s-sitwazzjoni tar-reklutaġġ tjiebet b'mod sinifikanti; jisħaq li l-Uffiċċju jeħtieġlu jkompli jirreġistra progress fir-reklutaġġ; jistieden lill-Uffiċċju jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-istatus ta' implimentazzjoni;

12.  Jiddispjaċih dwar id-dipendenza kontinwa tal-Uffiċċju fuq ħaddiema interim biex jikkumpensa għan-nuqqas ta' esperti nazzjonali mibgħuta; jistieden lill-Istati Membri jikkonformaw mal-obbligi tagħhom fir-rigward tal-esperti nazzjonali, peress li jekk dan ma jsirx, l-Uffiċċju jkun imġiegħel jiddependi fuq kuntratturi esterni;

13.  Jinkoraġġixxi lill-Uffiċċju jaħdem għall-iżvilupp ta' qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabbiltà;

14.  Jinnota bi tħassib li fl-2019 il-maniġment superjuri kien magħmul minn tmien irġiel u tliet nisa; jinnota b'sodisfazzjon li nkiseb bilanċ tajjeb bejn il-ġeneri fir-rigward tal-Bord ta' Tmexxija (16-il raġel u 16-il mara); jitlob lill-Uffiċċju jiżgura li fil-futur ikun hemm bilanċ bejn il-ġeneri fil-livell maniġerjali superjuri u tal-persunal;

15.  Jinnota li, fl-2019, l-Uffiċċju adotta politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju;

16.  Jinnota r-risposta tal-Uffiċċju li 81 % tal-postijiet imtlew fl-2019 (li jirrappreżentaw żieda ta' 7 % meta mqabbla mal-2018) u li d-dawran tal-impjegati naqas minn 10 % fl-2018 għal 7 % fl-2019;

17.  Jinnota l-kawża pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (C-948/19, Manpower Lit.) fir-rigward tal-użu ta' ħaddiema interim, li tindirizza diversi kwistjonijiet dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2008/104/KE(14) għall-aġenziji tal-Unjoni;

Akkwist

18.  Jilqa' l-adozzjoni tal-Proċeduri Operattivi Standard tal-Uffiċċju dwar ir-Regoli tal-Akkwist u l-Ġestjoni tal-Kuntratti fil-15 ta' Frar 2019 u l-passi meħuda fir-rigward tat-taħriġ u l-komunikazzjoni mal-uffiċċji fuq il-post dwar kwistjonijiet ta' akkwist;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, etika u trasparenza

19.  Jinnota s-sejba tal-Qorti li r-rispett tal-Uffiċċju tal-objettiv ta' tnaqqis ta' 5 % tal-persunal wasslet għal nuqqasijiet fil-qasam tas-servizzi tal-IT, kemm fil-Greċja kif ukoll fl-Italja biex ibassru t-twaqqit u d-durata ta' kuntratti rilevanti, u jilqa' l-fatt li l-Uffiċċju rriformula l-mudelli tiegħu għall-kuntratti biex jinkludi lista ta' riżultati tanġibbli li għandhom jitwettqu fl-ambitu tal-kuntratt; jistieden lill-Uffiċċju joqgħod attent biex jiżgura li ma jkun hemm l-ebda ambigwità jew kunċett żbaljat fir-rigward tar-relazzjoni ta' ħaddiem temporanju jew relazzjoni ta' impjieg bejn l-Uffiċċju u l-konsulenti tal-ICT;

20.  Jinnota r-risposta tal-Uffiċċju lill-awtorità ta' kwittanza dwar id-dikjarazzjoni ta' interessi, li ddikjarat li l-persunal kollu jiffirma dikjarazzjoni ta' interessi mad-dħul fis-servizz; jinnota li d-dikjarazzjoni ta' interessi u s-CVs tal-membri kollha tal-Bord ta' Tmexxija u tad-Direttur Eżekuttiv ġew ippubblikati fuq is-sit web tal-Uffiċċju; jistieden lill-Uffiċċju jippubblika b'mod urġenti d-dikjarazzjonijiet ta' interessi u s-CVs tal-membri l-oħra tal-maniġment superjuri fuq is-sit web tiegħu u jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda f'dak ir-rigward; jisħaq fuq il-fatt li tali dikjarazzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti b'mod indipendenti u m'għandhomx jiddependu biss fuq awtodikjarazzjonijiet;

21.  Jilqa' r-reviżjoni tal-politiki tal-Uffiċċju għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, abbażi tal-aħħar linji gwida tal-Kummissjoni; jirrakkomanda l-integrazzjoni ta' dawn il-politiki fl-attivitajiet kollha tal-Uffiċċju, bħat-taħriġ, l-akkwist u r-reklutaġġ tal-persunal;

22.  Jenfasizza l-fatt li l-qafas etiku attwali li japplika għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni jbati minn żvantaġġi konsiderevoli minħabba l-frammentazzjoni tiegħu u n-nuqqas ta' koordinament bejn id-dispożizzjonijiet eżistenti; jenfasizza li dawn il-kwistjonijiet għandhom jiġu indirizzati billi jiġi stabbilit qafas etiku komuni, li jiżgura l-applikazzjoni ta' standards etiċi għoljin għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-Unjoni;

23.  Jissottolinja li ċerti uffiċjali jimlew dikjarazzjonijiet ta' nuqqas ta' kunflitti ta' interess u jipprovdu awtovalutazzjonijiet fir-rigward tar-rispett tal-istandards etiċi; jenfasizza, madankollu, li tali awtodikjarazzjonijiet u awtovalutazzjonijiet mhumiex biżżejjed u li għalhekk huwa meħtieġ skrutinju addizzjonali;

24.  Jinnota b'apprezzament li l-proċessi tal-etika u l-integrità ġew imsaħħa, inklużi miżuri ta' sensibilizzazzjoni; jilqa' l-adozzjoni mill-Bord ta' Tmexxija ta' politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju psikoloġiku u sesswali, kif ukoll l-implimentazzjoni ta' proċedura għan-nomina ta' konsulenti kunfidenzjali, flimkien man-nomina ta' korrispondent tal-etika bħala parti mit-tim tar-riżorsi umani; jistieden lill-Uffiċċju jirrapporta lura lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni u l-effettività ta' dawk il-miżuri;

25.  Jilqa' l-adozzjoni ta' linji gwida dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta permezz tad-deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija tal-20 ta' Settembru 2019 u jinnota li t-tim tar-riżorsi umani tal-Uffiċċju informa lill-persunal b'email dwar dawn l-iżviluppi; jistieden lill-Uffiċċju jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni u l-effettività ta' dik il-miżura;

Kontrolli interni

26.  Jilqa', kif innutat mill-Qorti, l-istabbiliment mill-ġdid tas-servizz legali intern, ir-reklutaġġ ta' uffiċċju legali superjuri, bil-ħsieb li tkompli tissaħħaħ din il-funzjoni, ir-reklutaġġ ta' kontrollur ex post u l-istabbiliment ta' servizz ta' kontroll intern u ex post ġdid; jinnota li l-istabbiliment ta' kapaċità ta' awditjar intern għadu qed jiġi kkunsidrat, u dan qed jistenna l-implimentazzjoni ta' analiżi tal-kosteffettività;

27.  Jilqa' d-deċiżjoni tad-direttur eżekuttiv tat-30 ta' Settembru 2019 dwar l-identifikazzjoni u l-ġestjoni ta' funzjonijiet sensittivi fl-Uffiċċju; jistieden lill-Uffiċċju jiddokumenta l-kontrolli ta' mitigazzjoni meta jkunu meħtieġa eċċezzjonijiet għal-lista;

28.  Jinnota, fir-rigward tal-isfidi ffaċċjati minħabba l-fatt li l-Uffiċċju jinsab f'diversi lokalitajiet, l-isforzi li saru mill-Uffiċċju biex jikkonforma mar-regoli applikabbli meta jiġu ffirmati l-kuntratti għall-kiri tal-uffiċċji; jinnota li l-Uffiċċju huwa mistenni li jkollu politika għall-ġestjoni tal-bini u s-servizzi relatati sal-ewwel kwart tal-2021; jistieden lill-Uffiċċju jkompli jibbilanċja l-ħtiġijiet operattivi mal-ħtieġa li jkun hemm konformità mar-regoli applikabbli;

Kummenti oħra

29.  Jinnota l-adozzjoni ta' organigramma ġdida mill-Bord ta' Tmexxija tal-Uffiċċju fis-26 ta' Novembru 2019; jirrikonoxxi t-tisħiħ tal-istrutturi ta' governanza tal-Uffiċċju, inklużi r-responsabbiltajiet tal-uffiċċju eżekuttiv; jisħaq fuq l-importanza li tissaħħaħ aktar il-funzjoni tal-akkwist fid-dawl tas-sejbiet li għaddejjin tal-Qorti dwar il-proċeduri irregolari u l-pagamenti assoċjati; jinnota r-risposta tal-Uffiċċju għas-sejba tal-Qorti u l-miżuri meħuda minnu biex jipprevjeni li dawn in-nuqqasijiet jerġgħu jseħħu;

30.  Jenfasizza r-rapporti tal-midja li l-Uffiċċju illegalment ġabar data personali dwar il-migranti, mingħajr ma informa lill-persuni soġġetti għal dak il-ġbir ta' data(15); jinnota l-ittra mibgħuta mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS) lill-Uffiċċju dwar il-monitoraġġ tal-midja soċjali, li fiha kkonkluda li l-attivitajiet tal-Uffiċċju f'dak ir-rigward kienu qed jiksru r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR)(16); jilqa' d-deċiżjoni tal-Uffiċċju, wara l-ittra mibgħuta mill-EDPS, li jwaqqaf l-attivitajiet tiegħu ta' monitoraġġ tal-midja soċjali b'mod indefinit;

31.  Jisħaq fuq l-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Uffiċċju f'termini ta' proċeduri ta' operazzjonijiet u ġestjoni interni; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Uffiċċju jkompli jkun proattiv f'dak ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji tal-Unjoni akkost ta' kollox; jisħaq, madankollu, fuq il-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta' sigurtà meħtieġa kollha biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

32.  Iħeġġeġ lill-Uffiċċju jkompli jippromwovi l-ħidma u l-attivitajiet tiegħu biex iżid il-viżibbiltà pubblika tiegħu;

33.  Jistieden lill-Uffiċċju jkompli jżid il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki ma' aġenziji oħra tal-Unjoni bil-għan li jtejjeb l-effiċjenza (ir-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà).

o
o   o

34.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ April 2021(17) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(2) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(4) ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.
(5) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(8) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(9) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(10) ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.
(11) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) ĠU C 391, 18.11.2019, p. 41.
(14) Id-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta' aġenzija (ĠU L 327, 5.12.2008, p. 9).
(15) https://euobserver.com/investigations/146856
(16) https://edps.europa.eu/sites/default/files/publication/19-11-12_reply_easo_ssm_final_reply_en.pdf
(17) Testi adottati, P9_TA(2021)0215.


Kwittanza 2019: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA)
PDF 185kWORD 56k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2181(DEC))
P9_TA(2021)0205A9-0098/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0078/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 47 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0098/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2181(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0078/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 47 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0098/2021),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2181(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0098/2021),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha(13), il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira‑ fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2019 kien ta' EUR 288 403 000, li jirrappreżenta żieda sinifikanti ta' 40,23 % meta mqabbel mal-2018; billi ż-żieda kienet relatata mal-ammont riportat mill-2018 u żieda fl-ammont ta' xogħol u ta' persunal; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa kważi esklużivament derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019 ("ir-rapport tal-Qorti"), issostni li għandha fil-pussess tagħha aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2019 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 44,51 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 30,67 % meta mqabbla mal-2018; josserva li r-rata baxxa ta' implimentazzjoni kienet ikkawżata minn nuqqas ta' allinjament bejn l-ippjanar baġitarju għal kompiti ġodda kif ippreżentat fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji leġiżlattivi rispettivi mħejjija mill-Kummissjoni u d-data vera tad-dħul fis-seħħ tal-atti legali rilevanti jew it-tlestija ta' atti sussegwenti, kif ukoll l-adozzjoni u d-dħul fis-seħħ tardivi ta' ċerti atti legali; jinnota li minħabba r-rata baxxa ta' implimentazzjoni tal-baġit, l-Aġenzija raddet lura EUR 66 miljun lill-Kummissjoni f'approprjazzjonijiet ta' pagament, inklużi EUR 23 miljun li ma kinux mitluba meta ġie stabbilit il-baġit, u rriportat EUR 159 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn li kienu awtorizzati mill-bord tat-tmexxija; jinnota li dan iqajjem dubji dwar is-suppożizzjonijiet tal-ippjanar fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji leġiżlattivi mħejjija mill-Kummissjoni; jinnota li l-inkorporazzjoni ta' ammont sinifikanti ta' riżorsi fil-baġit għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni li għadha ma ġietx adottata tirrappreżenta riskju serju għall-użu effiċjenti tal-approprjazzjonijiet, b'mod partikolari għal dawk l-approprjazzjonijiet li ma ġewx mitluba mill-Aġenzija nnifisha; jinnota li l-problema tal-implimentazzjoni tal-baġit ġiet irrappurtata mill-Qorti anke fis-sena finanzjarja 2018; jinnota li skont it-tweġiba tal-Aġenzija, ir-riskji assoċjati mal-inkorporazzjoni tar-riżorsi fil-baġit tal-Aġenzija għal leġiżlazzjoni li tkun għadha ma ġietx adottata huma rrappurtati b'mod sistematiku lill-bord tat-tmexxija; jistieden lill-Aġenzija biex flimkien mal-Kummissjoni, ittejjeb l-allinjament tal-ippjanar baġitarju mal-kalendarju tal-atti legali; jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi lill-Aġenzija fit-tħejjija tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji leġiżlattivi rispettivi fl-aktar stadju bikri possibbli; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet 92,28 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 1,80 % meta mqabbla mal-2018;

2.  Jinnota, rigward is-segwitu għall-kumment tal-awtorità ta' kwittanza magħmul fis-sena preċedenti dwar il-ftehim biex jinbnew il-kwartieri ġodda tal-Aġenzija fi Strasburgu, li l-Aġenzija rreġistrat dikjarazzjonijiet ta' difiża mal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' Strasburgu fil-15 ta' Mejju 2018 u fil-15 ta' Frar 2019 u li t-taħditiet bil-għan li tintlaħaq soluzzjoni barra mill-qrati reġgħu bdew f'April 2019; jinnota li bejn Diċembru 2019 u April 2020 sar it-tieni skambju ta' atti proċedurali fiż-żewġ każijiet fil-Qorti Amministrattiva ta' Strasburgu (talba finanzjarja u talba ta' trasferiment ġudizzjarju), u li fl-20 ta' Mejju 2020, il-Qorti Amministrattiva kkonfermat li l-fażi ta' qabel il-proċess kienet għaddiet għaż-żewġ każijiet; jinnota li s-seduti ta' smigħ għaż-żewġ kawżi saru fit-23 ta' Lulju 2020 u li l-Qorti Amministrattiva ċaħdet għalkollox iż-żewġ talbiet; jinnota li fit-22 ta' Settembru 2020, l-applikant ippreżenta żewġ appelli quddiem il-Qorti Amministrattiva tal-Appell ta' Nancy; jinnota li l-iskadenza biex l-Aġenzija tippreżenta d-dikjarazzjonijiet ta' difiża quddiem il-Qorti Amministrattiva tal-Appell ta' Nancy kienet l-10 ta' Frar 2021; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza hekk kif jinħarġu s-sentenzi tal-Qorti Amministrattiva tal-Appell ta' Nancy;

Prestazzjoni

3.  Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija tuża ċerti għodod bħall-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha biex ittejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha, bħall-għadd ta' nuqqasijiet kritiċi identifikati matul it-testijiet tas-sigurtà, il-perċentwal tar-riskji għas-sigurtà identifikati ttrattati mill-kontrolli tas-sigurtà assigurati u l-proporzjon tal-attivitajiet identifikati fil-programm ta' ħidma annwali mwettaq jew li jkun qed jiġi skedat;

4.  Ifakkar lill-Aġenzija dwar il-ħtieġa li b'mod regolari twettaq rieżami u aġġornament tas-sistema ta' kejl tal-prestazzjoni u tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tagħha biex tiżgura l-kontribut effiċjenti tal-Aġenzija għall-politiki tal-Unjoni u l-għarfien espert tagħha fil-livell tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Aġenzija tanalizza bir-reqqa l-eżiti tal-kejl tal-prestazzjoni tagħha u tuża dan l-analiżi biex ittejjeb l-istrateġija u l-ippjanar tal-attività tagħha;

5.  Jisħaq li l-Aġenzija tal-Unjoni toffri kontribut importanti għal Ewropa aktar sikura billi tiżgura l-ogħla livelli ta' sigurtà tal-informazzjoni u protezzjoni tad-data għall-informazzjoni li tiġi fdata lilha, tipprovdi servizzi ta' kwalità għolja u tgħin biex il-kapaċitajiet teknoloġiċi tal-Istati Membri jiġu allinjati mal-ħtiġijiet tagħhom; jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għall-informazzjoni pproċessata; ifakkar li l-kapaċità tal-Aġenzija kemm li ttejjeb sistemi ta' informazzjoni eżistenti kif ukoll li tiżviluppa oħrajn ġodda ġiet imsaħħa bil-mandat il-ġdid tagħha li daħal fis-seħħ f'Diċembru 2018; ifakkar li l-2019 kienet l-ewwel sena sħiħa wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2018/1726(14) u jilqa' l-isforzi li saru mill-Aġenzija biex tadatta ruħha għal dawn ir-regoli l-ġodda;

6.  Jinnota b'apprezzament li l-Aġenzija għandha l-għan li tiżgura l-kosteffiċjenza u l-ekonomija ta' skala permezz tal-aggruppament tar-riżorsi ma' aġenziji oħra u permezz tagħhom bil-parteċipazzjoni f'sejħiet għall-offerti interistituzzjonali u arranġamenti kuntrattwali ma' fornituri oħra tas-servizzi biex jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi u biex tiġi evitata d-duplikazzjoni ta' servizzi orizzontali; iħeġġeġ lill-Aġenzija tespandi l-parteċipazzjoni tagħha f'kollaborazzjoni interistituzzjonali anke fl-oqsma taċ-ċibersigurtà jew tat-tranżizzjoni ekoloġika; jinnota li l-Aġenzija qed taħdem mill-qrib mal-aġenziji fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni u li l-arranġamenti ta' ħidma u l-pjanijiet ta' kooperazzjoni huma fis-seħħ mal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil, mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Infurzar tal-Liġi u Kooperazzjoni, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta; iħeġġeġ u jitlob lill-Aġenzija biex b'mod attiv tkompli tfittex kooperazzjoni u skambju tal-aħjar prattiki akbar u usa' ma' aġenziji oħra tal-Unjoni bil-għan li ttejjeb l-effiċjenza, b'mod partikolari fir-rigward tar-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà;

7.  Jinnota, fid-dawl tal-osservazzjonijiet u tal-kummenti li saru mill-awtorità ta' kwittanza bħala parti mill-kwittanza tal-2018, li l-Aġenzija tiġġestixxi tliet sistemi tal-IT fuq skala kbira li huma separati u mhux integrati, u li l-iskedi ta' żmien u l-limitazzjonijiet ta' żvilupp differenti li jirriżultaw mill-oqfsa legali separati li jirregolaw dawn is-sistemi wasslu biex is-sistemi tal-IT kellhom jinbnew b'mod separat u mhux integrat; jinnota li l-Aġenzija varat is-sejħa għall-offerti ta' qafas tal-inġinerija trasversali li għandha l-għan li żżid b'mod sinifikanti l-effiċjenza u l-ekonomiji ta' skala u tirrifletti aktar mill-qrib l-istruttura organizzattiva l-ġdida tad-dipartiment tal-operazzjonijiet, u jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li jkun sar;

8.  Jinnota li fl-2019, l-Aġenzija varat programm ta' trasformazzjoni korporattiva li ngħata l-isem "eu-LISA 2.0" bil-għan li tallinja l-organizzazzjoni tal-Aġenzija mal-mandat u r-responsabbiltajiet il-ġodda tagħha filwaqt li tiżgura li l-proġett ta' riorganizzazzjoni jkun miftuħ, trasparenti u jinvolvi lill-persunal tal-Aġenzija; jinnota li l-Aġenzija kkonkludiet bidla fl-istruttura organizzattiva tagħha fl-1 ta' Settembru 2019 u li ġew imfassla u implimentati strutturi organizzattivi matriċi kompletament ġodda għad-dipartiment tal-operazzjonijiet u għad-dipartiment tat-tmexxija korporattiva;

9.  Jilqa' l-istruttura organizzattiva ġdida stabbilita mill-Aġenzija, li ssaħħaħ il-kapaċitajiet meħtieġa għall-ippjanar operazzjonali u l-akkwist sottostanti, inkluż l-għoti ta' input legali u tekniku; jitlob, madankollu, li jsiru aktar sforzi biex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli ta' akkwist u li jkun hemm kontrolli interni u rappurtar aktar preċiżi;

10.  Jilqa' l-progress li sar fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti mis-snin preċedenti u l-fatt li l-Aġenzija ilha mill-2019 tippubblika avviżi ta' postijiet tax-xogħol vakanti fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal;

Politika dwar il-persunal

11.  Jinnota bi tħassib li, fil-31 ta' Diċembru 2019, it-tabella tal-persunal kienet implimentata biss fil-livell ta' 89,53 %, b'154 aġent temporanju maħtura mill-172 aġent temporanju awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni (imqabbla ma' 136 post tax-xogħol awtorizzati fl-2018); jinnota li, barra minn hekk, 61 aġent kuntrattwali u 8 esperti nazzjonali sekondati ħadmu għall-Aġenzija fl-2019;

12.  Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' bilanċ bejn il-ġeneri rrappurtat fl-2019 fost il-maniġers superjuri, il-bord tat-tmexxija (50 raġel u 8 nisa) u l-persunal; jistieden lill-Aġenzija żżid l-isforz tagħha biex tikseb bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli kollha; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-importanza li jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom għall-bord tat-tmexxija tal-Aġenzija;

13.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija timmira li tiżviluppa qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabilità;

14.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-awditu tal-proċeduri ta' reklutaġġ wera li l-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet skont il-kriterji ta' eliġibbiltà mhux dejjem kienet rigoruża biżżejjed, u f'każ wieħed wassal għat-trattament inugwali tal-kandidati; jinnota mir-risposta tal-Aġenzija li tirrikonoxxi l-osservazzjoni u timpenja ruħha li tiżgura li l-applikanti kollha jiġu ttrattati b'mod ugwali;

15.  Jinnota li l-ammont ta' xogħol tal-Aġenzija żdied b'mod sinifikanti matul is-snin u li l-għadd limitat ta' persunal għadu waħda mill-isfidi ewlenin għall-Aġenzija, kemm minn perspettiva ta' żmien qasir kif ukoll minn dik fit-tul; jinnota li l-Aġenzija stenniet li l-għadd ta' persunal jiżdied għal aktar minn 300 sa tmiem l-2020; jirrikonoxxi li ż-żieda fil-persunal hija soġġetta għal approvazzjoni mill-Parlament u mill-Kunsill, u li l-Aġenzija qed tipprova timmitiga l-impatt ta' dan l-għadd limitat ta' persunal permezz ta' riprijoritizzazzjoni tal-kompiti u reklutaġġ rapidu; jirrimarka li l-prattika attwali li l-persunal meħtieġ għall-implimentazzjoni ta' att legali jiġi rreklutat biss ladarba tali att legali jkun fis-seħħ tiddependi mill-persunal eżistenti għat-twettiq tal-miżuri ta' tħejjija għall-implimentazzjoni ta' tali att legali u tpoġġi piż żejjed fuq il-kapaċità tat-tim ewlieni tal-Aġenzija, u għaldaqstant jeżisti r-riskju li tolqot il-prestazzjoni tal-kompiti ta' kuljum tal-Aġenzija; jistieden lill-Kummissjoni tippermetti l-antiċipazzjoni ta' wħud mill-kuntratti tal-membri tal-persunal previsti fi proposta għal att legali sabiex l-Aġenzija tkun tista' tħejji ruħha b'mod effiċjenti għall-implimentazzjoni ta' tali att legali;

16.  Jinnota d-diffikultajiet li tħabbat wiċċha magħhom l-Aġenzija fir-reklutaġġ ta' persunal kwalifikat u ż-żamma ta' tali persunal għal perjodu itwal ta' żmien; jenfasizza r-rwol importanti li għandha f'din il-kwistjoni d-deċiżjoni annwali dwar il-koeffiċjent ta' korrezzjoni applikabbli għar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet ta' uffiċjali u aġenti oħra tal-Unjoni; jissottolinja li l-koeffiċjenti ta' korrezzjoni jvarjaw b'mod sinifikanti minn Stat Membru għall-ieħor, li għandu impatt serju fuq kemm l-aġenziji li jinsabu fi Stati Membri b'koeffiċjenti ta' korrezzjoni aktar baxxi huma kapaċi jirreklutaw u jżommu l-persunal u l-għarfien espert; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-possibbiltà li tistabbilixxi koeffiċjenti ta' korrezzjoni differenti bbażati fuq valutazzjoni reġjonali aktar milli nazzjonali; jenfasizza li l-kwartieri ġenerali tal-aġenziji li jinsabu fi Stati Membri b'koeffiċjenti ta' korrezzjoni aktar baxxi normalment jinsabu fi bliet kapitali fejn l-ispejjeż għall-għajxien u s-sussistenza huma wisq ogħla milli f'partijiet oħra tal-pajjiżi;

17.  Jinnota li fid-dawl tal-iskala u l-kumplessità tal-operazzjonijiet tagħha, l-Aġenzija ma tistax tevita li tuża kuntratturi privati u li l-Aġenzija tagħmel użu mis-servizzi ta' 96 fornitur estern tas-servizzi, apparti l-membri tal-persunal tal-kumpaniji kkuntrattati biex jappoġġaw lill-Aġenzija fit-tmexxija operattiva tas-sistemi eżistenti jew fl-iżvilupp ta' sistema ġodda; jinnota li fl-2019, l-Aġenzija talbet l-approvazzjoni għal aktar membri tal-persunal (17-il aġent kuntrattwali) iżda li l-Kummissjoni ma tatx tali approvazzjoni; jinnota li d-dipendenza minn kuntratturi privati tista' titnaqqas biss permezz ta' żieda sostanzjali ulterjuri tal-persunal fi ħdan l-Aġenzija lil hinn miċ-ċifri tat-tabella tal-persunal preżenti tagħha;

18.  Jinnota li l-Aġenzija adottat politika dwar il-ħarsien tad-dinjità tal-persuni u l-prevenzjoni tal-fastidju; jinnota li wara talba minn membru tal-persunal f'Ottubru 2018, l-Aġenzija fetħet inkjesta amministrattiva fl-2019 li tlestiet f'Settembru 2019 b'miżura dixxiplinarja; jirrikonxxi li nħareġ ilment kontra dik il-miżura dixxiplinarja u li l-Aġenzija wieġbet fit-3 ta' Awwissu 2020; jinnota li l-membru tal-persunal ikkonċernat ressaq kawża quddiem il-Qorti Ġenerali; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza sa Ġunju 2021 dwar il-progress li jkun sar u, jekk ikun applikabbli, dwar il-miżuri korrettivi meħuda wara deċiżjoni finali tal-Qorti Ġenerali; jinnota li abbażi tad-data mill-konsulenti kunfidenzjali, kien hemm disa' każijiet ta' fastidju rrappurtati matul l-2019 iżda l-ebda wieħed mill-każijiet ma wassal biex il-membri tal-persunal fittxew appoġġ permezz ta' proċeduri formali jew informali;

Akkwist

19.  Jinnota li skont ir-rapport tal-Qorti, pagament ta' EUR 284 000 relatat mal-forniment ta' "manutenzjoni korrettiva tal-funzjonament tajjeb tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen' taħt kuntratt qafas (il-"kuntratt MWS") kien jirreferi għal perjodu ta' żmien mhux kopert mit-tul ta' żmien tal-kuntratt MWS, u b'riżultat ta' dan, ma kienx konformi mad-dispożizzjonijiet kuntrattwali; jinnota li skont it-tweġiba tal-Aġenzija, dik il-kostatazzjoni tittratta l-estensjoni tal-manutenzjoni korrettiva tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen għal raġunijiet operattivi inevitabbli li diġà kienet inkluża f'rapport dwar il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena 2018, u li ma setgħetx tittieħed azzjoni korrettiva;

20.  Jinnota, fir-rigward tas-segwitu tal-kostatazzjonijiet tal-Qorti għas-sena preċedenti li l-formula ta' evalwazzjoni stipulata fl-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta għall-kuntratt MWS kienet differenti minn dik ikkomunikata fid-dokument ta' mistoqsija u tweġiba għall-offerenti u li l-Aġenzija għandha ssaħħaħ il-kontrolli interni relatati mal-akkwist; jinnota li skont is-segwitu tal-Aġenzija, il-valutazzjoni expost ma tintużax bħala funzjoni fi ħdan il-proċess ta' akkwist minħabba n-nuqqas ta' riżorsi umani allokati iżda li l-Aġenzija ħadet passi bl-għan li jiġi mitigat ir-riskju enfasizzat fl-osservazzjoni permezz tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-ġestjoni tal-kuntratti u tal-bejjiegħa u r-riassenjament tal-persunal responsabbli għat-tħejjija u l-evalwazzjoni tal-offerta għal rwoli operattivi oħra;

21.  Jinnota, fir-rigward tas-segwitu tal-kostatazzjonijiet tal-Qorti għas-sena preċedenti, li l-Aġenzija żiedet il-prezzijiet ta' kuntratt qafas mingħajr ma emendatu u estendiet kuntratt speċifiku wieħed wara l-iskadenza tal-kuntratt qafas; jinnota li l-Aġenzija ħadet passi bil-għan li ssaħħaħ il-ġestjoni tal-kuntratti u tal-bejjiegħa;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, etika u trasparenza

22.  Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti u l-isforzi kontinwi tal-Aġenzija biex tiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, u l-iżvelar ta' informazzjoni protetta; jinnota li l-Aġenzija għandha fis-seħħ regoli dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess għall-membri tal-persunal; jinnota li fl-2019, l-Aġenzija organizzat sessjoni waħda ta' taħriġ dwar l-etika u l-integrità b'enfasi fuq l-iżvelar ta' informazzjoni protetta u l-frodi mogħtija minn rappreżentant tal-Uffiċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), żewġ sessjonijiet ta' taħriġ dwar l-etika u l-kodiċi ta' kondotta li koprew il-prevenzjoni tal-fastidju u l-iżvelar ta' informazzjoni protetta bl-involviment tal-counsellors kunfidenzjali tal-Aġenzija, u tliet sessjonijiet ta' taħriġ dwar il-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess; jinnota li fl-2019 ġew sottomessi 106 dikjarazzjonijiet ta' interess minn membri tal-persunal maħtura bħala aġenti jew verifikaturi fiċ-ċirkwiti operattivi u finanzjarji u minn persuni ġodda, li 21 minnhom iddikjaraw interess, u li fil-każ ta' membru wieħed tal-persunal, ġie rakkomandat li ma jipparteċipax f'diversi azzjonijiet biex jikkonforma mar-regoli li jipprevjenu l-kunflitti ta' interess; jinnota li f'Ġunju 2020, il-bord tat-tmexxija kien mistenni jadotta regoli ġodda dwar il-kunflitti ta' interess li japplikaw għall-membri kollha tal-persunal tal-Aġenzija, inkluż il-maniġment superjuri tagħha; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza sa Ġunju 2021 dwar il-progress li jkun sar;

23.  Jenfasizza l-fatt li l-qafas etiku attwali li japplika għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni jbati minn żvantaġġi konsiderevoli minħabba l-frammentazzjoni tiegħu u n-nuqqas ta' koordinament bejn id-dispożizzjonijiet eżistenti; jenfasizza li dawn il-kwistjonijiet għandhom jiġu indirizzati billi jiġi stabbilit qafas etiku komuni, li jiżgura l-applikazzjoni ta' standards etiċi għoljin mill-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-Unjoni;

24.  Jissottolinja li ċerti uffiċjali jimlew dikjarazzjonijiet ta' nuqqas ta' kunflitti ta' interess u jipprovdu awtovalutazzjonijiet fir-rigward tar-rispett tal-istandards etiċi; jenfasizza, madankollu, li tali awtodikjarazzjonijiet u awtovalutazzjonijiet mhumiex biżżejjed u li għalhekk huwa meħtieġ skrutinju addizzjonali;

25.  Jinnota li, skont ir-risposta tal-Aġenzija, ma hemm l-ebda obbligu legali li s-CVs tal-membri tal-bord tat-tmexxija tagħha jiġu ppubblikati; jenfasizza, f'dak ir-rigward, li l-aġenziji tal-Unjoni għandhom jagħtu l-eżempju f'termini ta' trasparenza, u jistieden lill-membri tal-bord tat-tmexxija jippubblikaw is-CVs tagħhom fuq is-sit web tal-Aġenzija; jinnota li l-Aġenzija se tkompli tħeġġeġ lir-rappreżentanti tal-bord tat-tmexxija biex jipprovdu s-CVs tagħhom sabiex tiżdied it-trasparenza; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza sa Ġunju 2021 dwar il-progress li jkun sar;

Kontrolli interni

26.  Jinnota li s-servizz tal-awditjar intern, b'riżultat tal-awditu dwar ir-Reklutaġġ tal-Persunal, il-Ġestjoni u l-Ikkuntrattar tal-Fornituri ta' Servizzi Strutturali (SSPs) u l-Etika Organizzattiva", li sar fl-2019, ikkonkluda żewġ kwistjonijiet "importanti ħafna"; jinnota li l-Aġenzija se tistabbilixxi pjan ta' azzjoni li jindirizza r-rakkomandazzjonijiet; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lura lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar;

27.  Jinnota, fid-dawl tal-kummenti u l-osservazzjonijiet mill-awtorità ta' kwittanza relatati ma' rakkomandazzjonijiet tal-awditjar li għadhom miftuħa li fi tmiem l-2019 ir-rata ta' implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar kienet ta' 62 % (ġew implimentati 21 minn 34 rakkomandazzjoni); jinnota li b'kollox 32 rakkomandazzjoni kienu miftuħa fi tmiem l-2019, u minnhom, l-ebda waħda ma kienet "kritika"; jinnota li fl-2020, l-Aġenzija ħadet azzjonijiet sodi u urġenti bil-għan li tindirizza r-rakkomandazzjonijiet posposti, inkluż l-iffissar ta' dati ġodda għat-twettiq tal-miri; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza sa Ġunju 2021 dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar;

28.  Jinnota li l-Aġenzija adottat u użat il-qafas ta' kontroll intern rivedut kmieni fl-2019;

29.  Jisħaq fuq l-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Aġenzija f'termini ta' proċeduri ta' operazzjonijiet u ġestjoni interni; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Aġenzija tkompli tkun proattiva f'dan ir-rigward sabiex jiġi evitat akkost ta' kollox distakk diġitali bejn l-aġenziji; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta' sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata mill-Aġenzija;

30.  Jinnota l-isforzi li saru biex jiżdiedu ċ-ċibersigurtà u l-protezzjoni tad-data tal-Aġenzija;

Kummenti oħra

31.  Jinnota li b'antiċipazzjoni tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, l-Aġenzija għamlet it-tħejjijiet kollha meħtieġa biex twettaq l-iskonnessjoni tar-Renju Unit u t-tħassir possibbli tad-data tar-Renju Unit mis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen u mill-Bażi tad-Data Ewropea tad-Dattiloskopija tal-Ażil kif u meta jkun meħtieġ mill-qafas legali; jinnota li l-Aġenzija għamlet it-tħejjijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika(15) u l-linji gwida rispettivi tal-Kummissjoni rigward il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-korpi ta' governanza tal-Aġenzija, il-ġestjoni tar-riżorsi umani, ir-rapporti tal-istatistika u kwistjonijiet rilevanti oħra;

32.  Jilqa' l-preżenza attiva online tal-Aġenzija fl-2019; iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli tippromwovi l-ħidma, ir-riċerka u l-attivitajiet tagħha biex iżżid il-viżibbiltà pubblika tagħha;

o
o   o

33.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ April 2021(16) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Ir-rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(2) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Ir-rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(4) ĠU L 295, 21.11.2018, p. 99.
(5) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Ir-rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(8) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Ir-rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(9) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1
(10) ĠU L 295, 21.11.2018, p. 99.
(11) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) ĠU C 107, 31.3.2020, p. 172.
(14) Ir-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 99).
(15) ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7.
(16) Testi adottati, P9_TA(2021)0215.


Kwittanza 2019: Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni
PDF 178kWORD 59k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2182(DEC))
P9_TA(2021)0206A9-0110/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-impriżi konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-impriżi konġunti(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05795/2021 – C9-0029/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom tas-27 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferixxi l-vantaġġi fuqha(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0110/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2182(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-impriżi konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-impriżi konġunti(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05795/2021 – C9-0029/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom tas-27 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferixxi l-vantaġġi fuqha(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0110/2021),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2182(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0110/2021),

A.  billi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (l-"Impriża Konġunta") ġiet stabbilita f'Marzu 2007 għal perjodu ta' 35 sena permezz tad-Deċiżjoni 2007/198/Euratom(13);

B.  billi l-membri tal-Impriża Konġunta huma l-Euratom, irrappreżentata mill-Kummissjoni, l-Istati Membri tal-Euratom, u pajjiżi terzi li kkonkludew ftehim ta' kooperazzjoni mal-Euratom fil-qasam tal-fużjoni nukleari kkontrollata;

C.  billi l-objettivi tal-Impriża Konġunta huma li tipprovdi l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-proġett internazzjonali ITER għall-enerġija mill-fużjoni, li timplimenta l-ftehim ta' approċċ usa' bejn il-Euratom u l-Ġappun, u li tipprepara għall-kostruzzjoni ta' reattur dimostrattiv tal-enerġija mill-fużjoni;

D.  billi l-Impriża Konġunta bdiet taħdem b'mod awtonomu f'Marzu 2008;

Ġenerali

1.  Jinnota li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2019 (ir-"rapport tal-Qorti") isib li l-kontijiet annwali huma ppreżentati b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2019 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha u l-bidliet fl-assi netti tagħha għas-sena li kienet għadha kemm intemmet, huma konformi mar-regolament finanzjarju tagħha u mar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni; jinnota barra minn hekk, li t-tranżazzjonijiet ta' bażi għall-kontijiet għas-sena finanzjarja 2019 huma, fl-aspetti materjali kollha, legali u regolari;

2.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti l-osservazzjoni li tiġbed l-attenzjoni għal-linja bażi l-ġdida tal-proġett ITER approvata mill-Kunsill ITER f'Novembru 2016; jinnota li l-istima għall-kisba ta' "l-Ewwel Plażma" u l-bidu tal-fażi operazzjonali hija fl-2025 bit-tlestija tal-fażi ta' kostruzzjoni fl-2035, filwaqt li l-linja bażi tal-2010 stmat il-kisba tal-fażi ta' kostruzzjoni fl-2020 u l-linja bażi l-ġdida tqis li din hija fl-aktar data bikrija possibbli li tista' teknikament tintlaħaq; jinnota mir-rapport ta' progress tal-Impriża Konġunta lill-Kunsill u lill-Parlament li l-progress tal-ITER lejn il-fażi tal-Ewwel Plażma huwa ta' 67,3 % u li għall-fażi ta' kostruzzjoni tal-ITER huwa ta' 53,3 %;

3.  Jinnota bi tħassib li l-Impriża Konġunta reġgħet ikkalkulat il-kontribuzzjoni tagħha għall-fażi ta' kostruzzjoni tal-proġett għal EUR 12 000 000 000, żieda mis-EUR 6 600 000 000 approvati mill-Kunsill fl-2010 (f'valuri tal-2008); jinnota li ċ-ċifra ma tinkludix kontinġenzi, minkejja li l-Kummissjoni ssuġġeriet li kontinġenza sa 24 xahar f'termini ta' skeda u minn 10 % sa 20 % f'termini ta' baġit tkun xierqa; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar kull żvilupp f'dan ir-rigward;

4.  Jinnota li f'April 2018, il-Kummissjoni, b'mandat mill-Kunsill, approvat il-linja bażi l-ġdida tal-ITER f'isem il-Euratom u affermat mill-ġdid l-impenn li r-riżorsi jsiru disponibbli fil-limiti tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss; jinnota li l-linja bażi attwali li ddum sal-2035 għadha fis-seħħ u se tkun soġġetta għal aġġornament f'Novembru 2021;

5.  Jieħu nota tal-fatt li xi kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-membri tal-Organizzazzjoni ITER għad iridu jiġu riċevuti; jinnota li l-kontribuzzjonijiet li l-Organizzazzjoni ITER kellha tirċievi fl-2018 kienu ta' EUR 119 363 000 u fl-2019 ammontaw għal EUR 166 240 000; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi kif ukoll pjan ta' azzjoni konkret f'dan ir-rigward;

6.  Jinnota li fid-29 ta' Diċembru 2020 ir-Renju Unit u l-Euratom iffirmaw ftehim ta' kooperazzjoni nukleari skont liema r-Renju Unit għandu jipparteċipa bħala membru tal-Impriża Konġunta tal-ITER u l-iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (F4E) skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-F4E, u l-istatuti tagħha; jinnota li r-Renju Unit se jerġa' jaċċessa lill-Euratom bħala membru assoċjat u se jkompli jikkontribwixxi għall-F4E u l-ITER;

7.  Huwa konxju tal-fatt li, minbarra l-fażi ta' kostruzzjoni, l-Impriża Konġunta jkollha tikkontribwixxi għall-fażi operattiva tal-ITER wara l-2035 u għall-fażijiet sussegwenti ta' diżattivazzjoni u dekummissjonar tal-ITER bħala parti mill-Ftehim ITER(14); jinnota li l-kontribuzzjoni għall-fażijiet ta' diżattivazzjoni u ta' dekummissjonar ġew stmati, rispettivament, għal EUR 95 540 000 u għal EUR 180 200 000 (f'valuri tal-2001);

8.  Jinnota bi tħassib li għad hemm riskju ta' aktar żidiet fl-ispejjeż u fid-dewmien fl-implimentazzjoni tal-proġett ITER; jinnota li sa Marzu / April 2020, l-Impriża Konġunta kienet kapaċi żżomm id-diversi dati tal-kunsinna tal-komponenti skont l-iskeda għall-Ewwel Plażma fl-aħħar tal-2025 minkejja xi dewmien, iżda li l-pandemija tal-COVID-19 ikkawżat riskji addizzjonali li bħalissa qed jiġu analizzati u li għalihom mhux ċar jekk l-iskeda għall-Ewwel Plażma tistax tinżamm; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultat tal-aġġornament tal-linja bażi mistenni f'Novembru 2021; jissuġġerixxi li, bil-għan li jiġu evitati reviżjonijiet suċċessivi 'l fuq tal-ispiża proġettata tal-proġett, li jiġi evitat dewmien fid-dati mistennija tal-istadji importanti operattivi u li jiġi żgurat l-ogħla grad possibbli ta' affidabbiltà tal-iskeda filwaqt li titqies il-konsegwenza tas-sitwazzjoni tas-saħħa dinjija, l-Organizzazzjoni ITER tinkludi kontinġenza raġonevoli dwar kwalunkwe skeda riveduta; jipproponi kontinġenza sa 24 xahar u minn 10 sa 20 % tal-baġit propost mill-Kummissjoni f'dan ir-rigward;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

9.  Jinnota li l-baġit finali disponibbli għall-2019 kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn ta' EUR 729 708 445 u approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 761 187 699; jinnota li r-rati ta' użu għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament kienu ta' 99,8 % u ta' 97,1 % rispettivament (meta mqabbla ma' 98,4 % u ma' 96,1 % fl-2018);

10.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li fl-2019, il-baġit għall-Kapitolu 3.4 – Infiq Operattiv Ieħor żdied b'85 % għal EUR 7 372 404, meta mqabbel mal-2018, u li din l-intestatura tal-baġit tintuża għal diversi kategoriji ta' nfiq; jinnota mir-rapport tal-Qorti li sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipji baġitarji ta' trasparenza u speċifikazzjoni, għandu jinħoloq kapitolu separat tal-baġit għal kull kategorija ta' nfiq: jistieden lill-Impriża Konġunta twettaq rieżami tal-linji baġitarji u tal-metodi ta' rapportar baġitarju tagħha u tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar żviluppi f'dan ir-rigward;

11.  Jinnota li mis-EUR 729 708 445 disponibbli għall-approprjazzjonijiet ta' impenn, 100 % ġew implimentati permezz ta' impenji individwali diretti (meta mqabbla ma' 98,4 % fl-2018) li juri żieda ta' 1,6 %;

12.  Jinnota li, fl-2019, il-bilanċ tal-eżitu tal-baġit ammonta għal EUR 824 174 (meta mqabbel ma' EUR 1 316 734 fl-2018);

13.  Jinnota, bi tħassib kbir, li mir-rapport tal-Qorti fi proċedura waħda ta' akkwist ta' valur għoli fl-2019, l-iskedi ppubblikati inizjalment u l-iskadenzi tal-Impriża Konġunta ma kinux realistiċi peress li ma qisux bis-sħiħ il-kumplessità tal-proċess innifsu (jiġifieri, żjarat fuq il-post) jew tal-kuntratt; jinnota mir-risposta tal-Impriża Konġunta li l-iskeda ta' akkwist ippjanata kienet tabilħaqq ta' sfida iżda konformi mar-rekwiżiti regolatorji, u li ħadet kull pass possibbli biex tissalvagwardja l-kompetizzjoni ġusta u trasparenti; jinnota, barra minn hekk, li r-rapport tal-Qorti sab li, fir-rigward tal-proċess ta' evalwazzjoni, f'każ wieħed il-piż amministrattiv biex tiġi ppruvata l-ekwivalenza għaċ-ċertifikazzjoni speċifika, meħtieġa bħala parti mill-kriterji tal-għażla, seta' skoraġġixxa lil kuntratturi potenzjali li għandhom ċertifikazzjonijiet ekwivalenti milli jissottomettu offerta; jinnota r-risposta tal-Impriża Konġunta li r-rekwiżit ta' ċertifikazzjoni kien immexxi mill-qafas regolatorju nukleari għall-installazzjoni tal-ITER skont il-liġi Franċiża, li mmitigat l-effett fuq il-kompetizzjoni billi ppermettiet li jintużaw ċertifikazzjonijiet ekwivalenti, u li ma setgħetx tevalwa minn qabel ċertifikazzjonijiet potenzjalment ekwivalenti; jistieden lill-Impriża Konġunta tantiċipa u tvara l-proċedura ta' akkwist tagħha b'mod diliġenti u realistiku, biex tevita self kurrenti jew dewmien potenzjali, kif ukoll telf ta' fondi; jistieden lill-Impriża Konġunta ttejjeb il-proċess tal-ippjanar tal-akkwist tagħha billi tippubblika skedi ta' żmien realistiċi mill-bidu, kif ukoll il-proċess ta' evalwazzjoni u negozjar tagħha fid-definizzjoni ċara tal-kamp ta' applikazzjoni tan-negozjati fir-rigward tad-dokumenti tal-offerta;

14.  Jinnota li l-Impriża Konġunta implimentat l-azzjoni ta' rimedju biex issaħħaħ is-sistema finanzjarja u ta' kontroll bl-għan li ttejjeb it-trasparenza, u li s-sistema l-ġdida kienet ivvalutata mill-Qorti fil-proċess tal-awditjar tagħha fl-2019 li kkonferma li l-għodda l-ġdida tal-IT issa qed tipprovdi l-aċċertament għall-ġestjoni tal-missjoni u assenjat l-ispiża tal-missjonijiet lill-kapitolu baġitarju differenti; jinnota, barra minn hekk, mir-risposta tal-Impriża Konġunta li se tistabbilixxi linja baġitarja speċifika li tospita l-ispiża tar-riżorsi esterni internalizzati iżda mhux għal infiq operattiv ieħor ta' natura amministrattiva skont il-Kapitolu 3.4 - Infiq Operattiv Ieħor, meta wieħed iqis li dan jirrappreżenta ammont baxx ħafna meta mqabbel mal-iskala tal-infiq operattiv;

Prestazzjoni

15.  Jinnota mill-valutazzjoni annwali li l-bord ta' assessuri kkonkluda li l-livell ta' kultura ta' sikurezza nukleari fi ħdan l-Impriża Konġunta mhuwiex sodisfaċenti; jinnota u jilqa' pożittivament li matul l-2019, l-Impriża Konġunta ħarġet pjan ta' azzjoni ġdid bħala reazzjoni għar-rapport ta' awditu l-ġdid tal-kapaċità ta' awditjar intern dwar il-ġestjoni tas-sikurezza nukleari u li l-awditu dwar kuntratti ta' raġġi newtrali issa huwa meqjus bħala implimentat bis-sħiħ;

16.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li fl-2019, il-bord ta' tmexxija tal-Impriża Konġunta ħatar grupp ad hoc biex jirrieżamina s-sistema ta' rappurtar tiegħu, u li l-grupp ad hoc ippropona li tiġi introdotta sistema ġdida ta' ġestjoni tal-valur miksub (EVM), kif approvata mill-bord ta' tmexxija f'April 2019; jinnota bi tħassib, madankollu, li s-sistema EVM proposta la tqis ir-rakkomandazzjonijiet kollha tal-esperti indipendenti u lanqas tipprovdi informazzjoni ċara dwar il-progress tekniku li ntlaħaq f'dak li jirrigwarda l-ispejjeż imġarrba sa dakinhar, rigward it-total tal-obbligi ta' twettiq tal-Impriża Konġunta għall-proġett ITER; jinnota mir-rapport tal-Qorti li meta wieħed iqis l-importanza tas-sistema EVM il-ġdida biex tiġi segwita l-prestazzjoni, huwa kruċjali li l-effikaċja tagħha matul il-fażi ta' implimentazzjoni tiġi mmonitorjata mill-Impriża Konġunta u li l-bord ta' tmexxija jiġi infurmat meta jirriżultaw kwistjonijiet sinifikanti; jisħaq fuq il-fatt li s-sistema EVM hija konformi mar-rekwiżiti tal-bord ta’ tmexxija tal-Impriża Konġunta, li huwa magħmul mill-Istati Membri u li assenja grupp ta' ħidma ddedikat biex ifassal is-sistema EVM skont il-karatteristiċi speċjali tal-Impriża Konġunta; jinnota mir-risposta tal-Impriża Konġunta li l-EVM issa stabbli u hija r-riżultat ta' interazzjoni estensiva mal-grupp ad hoc ta' esperti tal-ippjanar pluriennali (il-"Grupp"); jinnota r-rakkomandazzjoni tal-Grupp li l-miżuri EVM klassiċi mhumiex rakkomandati minħabba l-karatteristiċi speċjali tal-Impriża Konġunta u l-ammont ta' sforz rikjest biex jiġu implimentati, u li minflok għandhom jintużaw il-miżuri EVM biex isir monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-Impriża Konġunta; jinnota, barra minn hekk, li l-Impriża Konġunta tqis li ma hija meħtieġa l-ebda azzjoni ulterjuri f'dak ir-rigward wara li kien hemm konformità sħiħa mad-deċiżjonijiet tal-Grupp; jilqa' pożittivament l-adozzjoni, min-naħa tal-Impriża Konġunta, ta' rapportar aktar konsistenti dwar il-prestazzjoni tal-proġett permezz tal-adozzjoni ta' ktejjeb tal-proġett; jistieden lill-Impriża Konġunta twessa' s-sistema EVM bil-kriterji użati biex jiġu analizzati r-rakkomandazzjonijiet tal-esperti indipendenti u jiġi garantit l-aċċess pubbliku għall-ktejjeb tal-proġett;

17.  Jinnota li l-Impriża Konġunta tuża indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) fi proġetti u żoni programmatiċi differenti kif ukoll indikaturi tekniċi u mhux tekniċi, u li l-Impriża Konġunta tiżgura li l-linja bażi tinżamm permezz ta' proċessi ta' kontroll tat-tibdil flimkien mal-Organizzazzjoni ITER; jinnota li sar titjib fl-effiċjenza li jista' jitkejjel permezz ta' proġetti ta' titjib li għandhom fil-mira ż-żmien għar-reklutaġġ, iż-żmien għall-akkwist kif ukoll l-iffirmar u l-ħlas ta' kuntratti; jinnota li l-Impriża Konġunta lestiet erba' proġetti ta' titjib dwar l-istima fil-proċessi ta' tlestija, l-għodda għad-devjazzjonijiet tal-kuntratti, il-ġestjoni tad-dokumenti u t-tnaqqis tad-dewmien fl-iskeda; jistieden lill-Impriża Konġunta tieħu aktar passi biex tikkalibra l-KPIs tagħha biex tkejjel bl-aħjar mod kemm it-twettiq ġenerali kif ukoll il-kisba tal-objettivi speċifiċi għall-proġett;

18.  Jitlob li l-Impriża Konġunta teżamina mill-ġdid l-istrateġija ta' komunikazzjoni tagħha biex tiżgura li l-partijiet ikkonċernati rilevanti jkunu konxji mill-missjoni, l-attivitajiet u l-kisbiet tagħha;

19.  Jinnota li l-korpi ta' governanza mmonitorjaw mill-qrib il-progress u l-prestazzjoni tal-proġetti tal-binjiet u tal-istrutturi f'vakwu, filwaqt li żammew il-proġett tal-bini fil-baġit stabbilit u adottaw pjan ta' aċċelerazzjoni tal-prestazzjoni fir-rigward tal-proġett tal-istrutturi f'vakwu; jinnota, barra minn hekk, l-istrateġija l-ġdida tal-kuntratti għall-kojls tal-kamp polojdali biex tittejjeb il-prestazzjoni tal-proġett u jiġu mmitigati r-riskji;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

20.  Jinnota li l-istrateġija aġġornata tal-Impriża Konġunta kontra l-frodi ġiet adottata mill-bord ta' tmexxija lejn l-aħħar tal-2019 flimkien ma' pjan ta' azzjoni; jinnota, barra minn hekk, li ġie introdott qafas ġdid ta' politika ta' ġestjoni tal-proċess tan-negozju b'immappjar sħiħ tal-proċessi u l-kompilazzjoni ta' portafoll komplut ta' proċeduri ta' ħidma; iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta tkompli ssaħħaħ il-qafas tal-etika tagħha billi tirrevedi u ttejjeb il-miżuri għall-prevenzjoni tal-fastidju, il-frodi u l-kunflitti ta' interess kif ukoll tipproteġi lill-informaturi;

21.  Jinnota li l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi u l-uffiċjal tal-etika kkoordinaw u fasslu l-istrateġija tal-Impriża Konġunta kontra l-frodi, inkluż il-pjan ta' azzjoni tagħha għall-2020 sal-2023 li jfittxu l-infurzar tal-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess b'mod partikolari fir-rigward tal-għażla tal-persunal u l-fażi tal-implimentazzjoni tal-kuntratti, u l-pagamenti u dak li ġie adottat mill-bord ta' tmexxija fi tmiem l-2019; jinnota li fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet ta' interess, ġew elaborati azzjonijiet ġodda għall-2020 sal-2023 abbażi ta' valutazzjoni komprensiva tar-riskju magħmula mill-uffiċjal tar-riskju flimkien mal-uffiċjal tal-etika;

22.  Jinnota li f'konformità mal-politiki kontra l-frodi adottati, l-Impriża Konġunta ppubblikat is-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri tal-bord ta' tmexxija tagħha; jilqa' pożittivament il-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri tal-bord ta' tmexxija tal-Impriża Konġunta; uħud mid-dikjarazzjonijiet għandhom il-possibbiltà li jiġu editjati online, inkluż l-isem; jitlob li d-dikjarazzjonijiet jiġu aġġornati biex tissewwa din il-kwistjoni;

Persunal u reklutaġġ

23.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-oqsma ta' enfasi tal-valutazzjoni tal-2019 mill-bord tal-esperti esterni kienu jinkludu l-ġestjoni tar-riżorsi umani u l-identifikazzjoni ta' bosta problemi u riskji fil-livell tal-maniġment superjuri u tal-kultura korporattiva; jinnota mir-rapport tal-Qorti li din is-sitwazzjoni, jekk ma tiġix solvuta, tista' taffettwa b'mod negattiv il-prestazzjoni tal-Impriża Konġunta; jinnota mir-risposta tal-Impriża Konġunta li l-maniġment tagħha qed jieħu azzjoni billi jintroduċi programm komprensiv ta' żvilupp ta' tmexxija, li jinkludi kkowċjar u feedback totali, fost miżuri oħra rrakkomandati mill-assessuri; iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta tadotta r-rakkomandazzjonijiet b'mod diliġenti u tikkonforma magħhom, u tevita li tikkomprometti l-prestazzjoni tal-Impriża Konġunta u l-benessri tal-impjegati tagħha;

24.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li minħabba r-restrizzjoni tat-tabella tal-persunal f'termini ta' persunal statutorju, l-Impriża Konġunta tuża dejjem aktar riżorsi kkuntrattati jew internalizzati, anke għal pożizzjonijiet li jitqiesu bħala kompetenzi u responsabbiltajiet ewlenin għall-Impriża Konġunta (bħall-unità tas-sikurezza nukleari), li fl-2019 diġà laħqet il-livell ta' madwar 62 % tal-persunal statutorju tagħha; jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-maniġment tar-riżorsi umani tal-Impriża Konġunta ma għandux informazzjoni aġġornata dwar id-daqs ta' dawk ir-riżorsi, peress li l-maniġment tagħha huwa deċentralizzat f'livell ta' unità jew ta' direttorat, u li din is-sitwazzjoni tippreżenta riskji sinifikanti rigward iż-żamma tal-kompetenzi ewlenin, in-nuqqas ta' ċarezza fl-obbligu ta' rendikont, it-tilwim ġudizzjarju possibbli, u inqas effiċjenza tal-persunal; jinnota, barra minn hekk, li l-ispejjeż għall-persunal internalizzat jiġu ddebitati lill-Kapitolu 3.4 – Infiq Operattiv Ieħor, flimkien ma' diversi spejjeż operazzjonali oħra, li jmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-ispeċifikazzjoni u t-trasparenza; jinnota r-risposta tal-Impriża Konġunta li diżaggregazzjoni tal-Kapitolu 3.4 bil-ħolqien ta' linja baġitarja speċifika li tospita l-ispiża ta' riżorsi esterni internalizzati se tiġi stabbilita mill-baġit tal-2021 'il quddiem; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrieżamina u tadatta b'mod adegwat il-politiki tagħha dwar ir-riżorsi umani, il-proċeduri ta' reklutaġġ u l-estimi tal-persunal u tal-baġit; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta minnufih kwalunkwe diffikultà potenzjali identifikata lill-Kummissjoni u lill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal sabiex tirrimedja s-sitwazzjoni u tevita nuqqas ta' persunal u xogħol b'lura; jisħaq fuq il-fatt li l-Impriża Konġunta għandha tikkunsidra r-riskji potenzjali għas-sigurtà u għar-reputazzjoni li l-esternalizzazzjoni eċċessiva u l-użu ta' fornituri esterni jistgħu jġibu magħhom;

25.  Jinnota li, fi tmiem l-2019, l-F4E kellha 159 mara u 279 raġel fit-tabella tal-persunal tagħha, fejn l-irġiel kienu jokkupaw il-maġġoranza tal-postijiet tax-xogħol fi tnejn mit-tliet kategoriji tal-persunal, filwaqt li aktar minn 50 % tal-aġenti kuntrattwali tal-Unjoni kienu nisa; jinnota wkoll li 22 Stat Membru kienu rappreżentati fost il-persunal tal-Impriża Konġunta, li l-biċċa l-kbira tal-membri tal-persunal kienu ġejjin minn tliet Stati Membri, u li membru wieħed tal-persunal kien ġej minn wieħed minn erba' Stati Membri oħra; iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta tipprova tikseb rappreżentanza bilanċjata kemm ġeografika u kemm mil-lat ta' ġeneru, filwaqt li jirrikonoxxi li dan jiddependi mill-applikanti għal pożizzjonijiet vakanti jew minn dawk li jwieġbu s-sejħiet għal espressjonijiet ta' interess.

26.  Jinnota mir-risposta tal-Impriża Konġunta li l-limiti baġitarji fuq il-persunal statutorju previsti fit-tabella tal-persunal huma ferm inqas mill-ħtiġijiet tal-proġett ITER, u li d-diversi azzjonijiet previsti fl-ambitu ta' dan il-programm ta' mmaniġġjar tar-riskju varat f'April 2020 jindirizzaw il-kwistjonijiet imsemmija mill-Qorti u jipprovdu salvagwardji; jinnota, barra minn hekk, li l-analiżi tal-ispejjeż meta mqabbla mal-benefiċċji kif ukoll il-valutazzjoni komparattiva mitluba mill-kumitat amministrattiv u ta' tmexxija għal Novembru 2020 se jippermettu wkoll diskussjoni dwar id-dipendenza tal-Impriża Konġunta mir-riżorsi esterni u r-rekwiżiti statutorji; jinnota, barra minn hekk, li l-Impriża Konġunta ħadet miżuri biex ittejjeb il-proċeduri tal-għażla tal-persunal billi ttejjeb il-konformità u l-kwalità tar-reklutaġġ u tnaqqas il-piż amministrattiv u ż-żmien ta' tħejjija, u li dawk il-miżuri ġew ikkonsolidati fil-proċeduri operattivi standard interni u esterni riveduti adottati f'Jannar 2020;

27.  Jinnota li l-Impriża Konġunta stabbiliet u adottat is-sistema tagħha stess għall-ġestjoni tas-saħħa u s-sikurezza fl-2019 biex tissalvagwardja s-saħħa fuq il-post tax-xogħol li toriġina mid-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE(15);

Kontroll intern

28.  Jilqa' l-fatt li l-bord ta' tmexxija tal-Impriża Konġunta fl-2019 adotta aġġornament tal-istrateġija tiegħu ta' kontroll intern, li għandu l-għan li jipprovdi aċċertament raġonevoli lid-direttur tal-F4E u lill-partijiet ikkonċernati esterni dwar l-istat tal-kontroll intern tal-Impriża Konġunta, u li huwa strutturat fuq it-tliet linji ewlenin ta' difiża tal-istitut tal-awdituri interni u jgħaqqad is-sistema ta' kwalità tal-ITER u l-qafas ta' kontroll intern tal-Kummissjoni; jinnota li l-Impriża Konġunta għandha sistema għall-immaniġġjar tar-riskji fil-livell korporattiv u tal-proġett ibbażata fuq is-sistema ta' ġestjoni integrata tagħha u l-istandards ta' ġestjoni u kontroll intern tagħha; jinnota li l-valutazzjoni ġenerali tas-sistema ta' ġestjoni integrata kkonkludiet li s-sistema kumplessivament hija effettiva b'xi titjib meħtieġ; jinnota li t-titjib tal-ICF jiddependi fuq iċ-ċarezza tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni użati għall-monitoraġġ tal-effikaċja tal-attivitajiet ta' kontroll stabbiliti; jinnota l-fatt li l-biċċa l-kbira tal-Impriżi Konġunti adottaw l-ICF il-ġdid tal-Kummissjoni;

29.  Jinnota li, matul l-2019, l-Impriża Konġunta għalqet żewġ awditi ex post dwar l-għotjiet u li tnejn oħra għadhom għaddejjin; jinnota li l-għotjiet jirrappreżentaw porzjon minimu tal-baġit operattiv u li fl-2019, l-impenji tal-Impriża Konġunta għall-għotjiet irrappreżentaw biss 0,13 % tal-approprjazzjonijiet ta' impenn operazzjonali totali; jistieden lill-Impriża Konġunta torganizza awditi ex post dwar l-użu ta' mezzi baġitarji aktar sinifikanti;

30.  Jinnota r-risposta tal-Impriża Konġunta li taqbel dwar l-importanza ta' komunikazzjonijiet effettivi u li għandha politika ta' komunikazzjoni esterna definita b'mod ċar, li tistabbilixxi l-prijoritajiet, l-objettivi u l-eżiti mistennija;

Akkwist u għotjiet operazzjonali

31.  Jinnota li, matul l-2019, ġew varati 43 proċedura ta' akkwist operattiv, ġew mogħtija 74 kuntratt għall-akkwist operattiv filwaqt li ġew iffirmati 75.

(1) ĠU C 380, 11.11.2020, p. 6.
(2) ĠU C 380, 11.11.2020, p. 6.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(4) ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58
(5) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(6) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(7) ĠU C 380, 11.11.2020, p. 6.
(8) ĠU C 380, 11.11.2020, p. 6.
(9) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(10) ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58.
(11) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(12) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(13) ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58.
(14) ĠU L 358, 16.12.2006, p. 62
(15) Id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1).


Kwittanza 2019: L-Impriża Konġunta SESAR
PDF 171kWORD 58k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2183(DEC))
P9_TA(2021)0207A9-0106/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-impriżi konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-impriżi konġunti(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05795/2021 – C9-0030/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta' Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR)(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(b) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0106/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta SESAR għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta SESAR, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2183(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-impriżi konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-impriżi konġunti(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05795/2021 – C9-0030/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta' Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR)(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(b) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0106/2021),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta SESAR, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2183(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0106/2021),

A.  billi l-Impriża Konġunta SESAR (l-"Impriża Konġunta") ġiet stabbilita fi Frar 2007 bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007(13) biex tmexxi l-programm ta' Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew (SESAR), li għandu l-għan li jintegra u jikkoordina l-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp għall-immodernizzar tal-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (ATM) fl-Unjoni; billi l-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni għall-programm SESAR 1 hija ta' EUR 700 000 000;

B.  billi, wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 721/2014(14), il-programm SESAR 2020 estenda t-tul ta' ħajja tal-Impriża Konġunta sal-31 ta' Diċembru 2024;

C.  billi l-Impriża Konġunta ġiet imfassla bħala sħubija pubblika-privata, bl-Unjoni u l-Eurocontrol bħala membri fundaturi;

D.  billi l-kontribuzzjoni tal-Unjoni (inklużi l-EFTAs) għall-programm SESAR 2020 (mill-2014 sal-2024) iffinanzjata minn Orizzont 2020 hija ta' EUR 585 000 000;

Aspetti ġenerali

1.  Jinnota li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta (ir-"rapport tal-Qorti") isib li l-kontijiet annwali tal-2019 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta fil-31 ta' Diċembru 2019, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, f'konformità mar-Regolament Finanzjarju tal-Impriża Konġunta u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni; jinnota li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

2.  Jinnota li l-Kummissjoni pprovdiet fondi lill-Impriża Konġunta mis-Seba' Programm Kwadru u minn Orizzont 2020, kif ukoll min-Network Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) fl-ambitu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2007-2013 u mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) fl-ambitu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020;

3.  Jinnota li, wara sejħa għal espressjonijiet ta' interess fl-2015, 19-il entità pubblika u privata mis-settur tal-avjazzjoni saru membri tal-Impriża Konġunta;

4.  Jinnota li l-Impriża Konġunta nediet żewġ sejħiet għal proposti fl-ambitu ta' Orizzont 2020, li rriżultaw fi 15-il proposta magħżula u 13-il proġett imnedija għas-sejħa Wave 2, u 29 proposta magħżula għar-raba' sejħa fil-qasam tar-riċerka esploratorja; jinnota li t-tlestija ta' Wave 1 tal-programm SESAR 2020 fl-2019 ipproduċiet 21 soluzzjoni SESAR lesta għall-industrijalizzazzjoni; jinnota li fl-2019 l-Impriża Konġunta kellha 70 proġett fl-ambitu tal-programm SESAR 2020, li kienu jinkludu 17-il proġett għal riċerka esploratorja, 32 għal riċerka u validazzjoni industrijali, u 21 għal dimostrazzjonijiet fuq skala kbira ħafna (li minnhom sebgħa tlestew matul is-sena); jinnota li l-Impriża Konġunta adottat il-Pjan Regolatorju Ewropew aġġornat tal-ATM tal-2020 u pprovdiet appoġġ lill-Kummissjoni dwar l-aspetti teknoloġiċi tal-Ajru Uniku Ewropew;

5.  Jinnota l-importanza dejjem tikber tal-ħidma tal-Impriża Konġunta fid-dawl ta' teknoloġiji emerġenti li jippermettu inġenji tal-ajru awtonomi u mingħajr ekwipaġġ;

6.  Jitlob programm komprensiv li jkun jinkludi l-passi kollha lejn il-finalizzazzjoni tal-fażi ta' żvilupp tal-ġenerazzjoni li jmiss tas-sistema ta' ġestjoni tat-traffiku tal-ajru;

7.  Jirrimarka li waħda mill-kisbiet ewlenin tal-Impriża Konġunta hija l-ippjanar liberu tar-rotot biex jitnaqqsu t-titjiriet u l-emissjonijiet tal-fjuwil; jemmen li s-suċċessur tagħha għandu jkompli jikkontribwixxi għas-sostenibbiltà tas-settur tal-avjazzjoni f'konformità mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku; jemmen, barra minn hekk, li tali suċċessur għandu jikkontribwixxi biex is-suq tal-avjazzjoni jsir aktar flessibbli u reżiljenti għall-fluttwazzjonijiet tat-traffiku, filwaqt li jistabbilixxi l-Ajru Uniku Ewropew bħala l-aktar spazju tal-ajru effiċjenti u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent fid-dinja;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

8.  Jinnota li fl-2019 il-baġit totali disponibbli, inklużi l-approprjazzjonijiet tas-snin preċedenti li ma ntużawx u ddaħħlu mill-ġdid, id-dħul assenjat u r-riallokazzjonijiet għas-sena ta' wara, kien ta' EUR 161 041 597 f'approprjazzjonijiet ta' impenn (li minnhom EUR 112 618 000 kienu ġejjin mill-baġit tal-Unjoni) u EUR 183 279 715 f'approprjazzjonijiet ta' pagament (li minnhom EUR 113 733 525 kienu ġejjin mill-baġit tal-Unjoni);

9.  Jinnota li l-programm SESAR 1, implimentat fl-ambitu tas-Seba' Programm Kwadru, ingħalaq formalment fl-2016 u l-aħħar pagamenti korrettivi u rkupri ta' pagamenti eċċessivi lill-benefiċjarji tlestew fl-2019; jinnota li, wara l-għeluq tal-programm SESAR 1, l-Impriża Konġunta sabet kontribuzzjonijiet finanzjarji żejda li rċeviet mill-membri tagħha bl-ammont ta' EUR 30 767 098; jinnota f'dan ir-rigward li, skont l-Artikolu 13 tal-att kostitwenti, il-membri tal-Impriża Konġunta jistgħu jistennew biss ir-rimborż tal-kontribuzzjonijiet żejda rispettivi tagħhom waqt ix-xoljiment tal-Impriża Konġunta sal-31 ta' Diċembru 2024; jinnota mir-rapport tal-Qorti li, abbażi tal-informazzjoni tal-kontabbiltà tal-Impriża Konġunta, l-Impriża Konġunta jeħtieġ li tirrimborża lill-membri rispettivi kif ġej: madwar EUR 23 800 000 lill-Kummissjoni, EUR 4 800 000 lill-Eurocontrol u EUR 2 100 000 lill-membri tal-industrija; jinnota, barra minn hekk, mir-rapport tal-Qorti li l-Impriża Konġunta infurmat lill-Kummissjoni bis-sitwazzjoni f'Mejju 2018 u f'April 2019 u li, fin-nuqqas ta' soluzzjoni prammatika għal rimborż bikri, dawn il-fondi jibqgħu fl-Impriża Konġunta mingħajr ma jintużaw għal proġetti ta' riċerka, u dan imur kontra l-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba; jinnota r-risposta tal-Impriża Konġunta f'dan ir-rigward li ntbagħat abbozz ta' deċiżjoni lill-bord amministrattiv biex jipprovdi lill-Impriża Konġunta l-bażi ġuridika meħtieġa biex tipproċedi bir-rimborż, u li din id-deċiżjoni fil-preżent tinsab soġġetta għal Proċedura bil-Miktub li għaddejja bħalissa, u li, hekk kif tittieħed id-deċiżjoni, l-Impriża Konġunta se teżegwixxi r-rimborżi f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tad-Direttorat Ġenerali għall-Baġit, u dan jippermetti għeluq rapidu tal-kontijiet tal-programm SESAR 1; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp f'dak ir-rigward;

10.  Jinnota li, fl-aħħar tal-2019, għall-programm SESAR 1 il-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni kienet tammonta għal EUR 634 136 000, il-kontribuzzjoni totali tal-Eurocontrol kienet ta' EUR 560 732 000 (fosthom EUR 422 943 000 f'kontribuzzjonijiet in natura validati) u l-kontribuzzjonijiet totali mill-membri tal-industrija kienu ta' EUR 539 780 000 (fosthom EUR 514 302 000 f'kontribuzzjonijiet in natura validati); jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni globali reali tal-programm SESAR 1 kienet ta' 90 %;

11.  Jinnota li mis-sussidju tal-Unjoni ta' EUR 585 000 000, kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 721/2014, sa tmiem l-2019 it-total ta' kontribuzzjonijiet fi flus tal-Unjoni (id-Direttorat Ġenerali għall-Mobilità u t-Trasport) minn Orizzont 2020 għall-attivitajiet operattivi tal-Impriża Konġunta laħaq l-ammont ta' EUR 330 987 000; jinnota, barra minn hekk, li għal Orizzont 2020 fl-aħħar tal-2019, il-Eurocontrol ikkontribwixxa total ta' EUR 13 719 000 fi flus u total ta' EUR 59 603 000 f'kontribuzzjonijiet in natura validati, u li l-membri l-oħra kkontribwew total ta' EUR 5 276 000 fi flus u EUR 107 924 000 f'kontribuzzjonijiet in natura validati;

12.  Jinnota li, mill-EUR 124,8 miljun fi dħul implimentat li l-programm SESAR 2020 irċieva fl-2019, il-kontribuzzjoni mill-Unjoni kienet ta' EUR 114,1-il miljun u dik mill-Eurocontrol kienet ta' EUR 1,8 miljun;

13.  Jinnota li fost l-Impriżi Konġunti li jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja mill-membri privati tal-Impriża Konġunta l-proċeduri jvarjaw minn waħda għal oħra; jitlob li l-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet in natura jiġi armonizzat fost l-Impriżi Konġunti kollha u li dan iwassal għal proċedura komuni li għandha tipprevedi metodi ta' evalwazzjoni trasparenti u effikaċi li jiżguraw il-valur reali tal-kontribuzzjoni; jistieden lill-Qorti tippermetti l-iskrutinju tal-awditi mwettqa mill-awdituri esterni indipendenti; jitlob ukoll qafas ġuridiku xieraq li jiżgura li l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja meħtieġa jintlaħaq sa tmiem il-programm; jinnota li l-qafas ġuridiku jista' jinkludi rekwiżiti biex il-kontribuzzjoni privata titħallas qabel jew fl-istess mument bħall-kontribuzzjoni korrispondenti tal-Unjoni;

14.  Jinnota li fl-2019 l-approprjazzjonijiet ta' impenn finali tal-programm SESAR 2020 kienu jammontaw għal EUR 159 845 788 u l-approprjazzjonijiet ta' pagament finali kienu jammontaw għal EUR 181 529 090; jinnota mir-rapport tal-Qorti li, fir-rigward tal-baġit tal-Impriża Konġunta għall-2019 disponibbli għall-proġetti ta' Orizzont 2020, ir-rati ta' implimentazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament kienu ta' 95 % u 83,6 % rispettivament; jinnota li l-proġetti ta' Orizzont 2020 jinsabu fil-livell massimu ta' tkabbir tagħhom u li l-programm SESAR 2020 jinsab f'fażi ta' tkabbir;

15.  Jinnota li fl-2019 l-Impriża Konġunta ppubblikat ir-Regoli Finanzjarji l-ġodda tagħha, wara li l-Kummissjoni pubblikat ir-Regolament Finanzjarju Qafas il-ġdid(15);

Prestazzjoni

16.  Jinnota l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tal-Impriża Konġunta fl-2019, b'mod partikolari l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni komuni ta' Orizzont 2020 għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni u l-kwistjonijiet trażversali, l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni speċifiċi tal-Impriża Konġunta u dawk relatati mal-ambizzjonijiet ta' prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew kif definiti fil-Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM;

17.  Jitlob li l-Impriża Konġunta teżamina mill-ġdid l-istrateġija ta' komunikazzjoni tagħha biex tiżgura li l-partijiet ikkonċernati rilevanti jkunu konxji mill-missjoni, l-attivitajiet u l-kisbiet tagħha.

18.  Jinnota li l-Impriża Konġunta laħqet l-objettivi kollha tagħha kif deskritt fid-Dokument Uniku ta' Programmazzjoni 2019-2021, li fl-2019 kien strutturat madwar sitt oqsma ta' operazzjonijiet; jinnota li f'Marzu 2019 l-Impriża Konġunta ppubblikat l-Istudju dwar l-Arkitettura tal-Ispazju tal-Ajru li f'Settembru ġie segwit mill-Pjan ta' Tranżizzjoni, li jistabbilixxi tliet miżuri operazzjonali u tekniċi ewlenin li jeħtieġ li jiġu implimentati fuq perjodu ta' żmien qasir (2020-2025) biex jagħtu spinta lill-bidliet deskritti fl-Istudju; jinnota, barra minn hekk, li l-Impriża Konġunta tinsab fit-triq it-tajba biex tilħaq l-objettivi u l-iskeda ta' żmien għar-riċerka u l-innovazzjoni kif deskritt fil-Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM tal-2015;

19.  Jinnota l-effett ta' lieva rrappurtat ta' 0,79 fl-2019, u l-effett ta' lieva previst fi tmiem il-programm ta' 1,40, skont il-metodu ta' kalkolu tal-Kummissjoni użat fl-evalwazzjoni interim, u li l-effett ta' lieva attwali tal-Impriża Konġunta qed jagħmel progress regolari lejn il-miri;

20.  Jinnota li, fir-rapport annwali tal-attività 2019 tal-Impriża Konġunta, l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni dwar il-bilanċ bejn il-ġeneri għolew meta mqabbla mas-snin preċedenti iżda madankollu baqgħu baxxi, b'19 % biss ta' parteċipanti nisa fil-proġetti ta' Orizzont 2020 u 20 % ta' koordinaturi tal-proġetti nisa; jiddispjaċih li ċ-ċifra għall-perċentwal ta' nisa fil-gruppi konsultattivi u ta' esperti, fil-panels ta' evalwazzjoni u f'korpi oħra tal-Kummissjoni mhijiex disponibbli għall-2019;

21.  Jilqa' r-Rapport Speċjali tal-Qorti dwar l-attività tal-Impriża Konġunta SESAR u jitlob rapporti speċjali regolari; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Qorti jadottaw metodu approfondit għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni, bil-ħsieb li jiġi evalwat il-valur miżjud tal-Impriża Konġunta, inkluż l-impatt soċjali u fuq l-impjiegi kif ukoll l-impatt fuq is-suq; ir-riżultati tal-evalwazzjoni għandhom jintużaw għall-finanzjament futur tal-Unjoni jew għar-ridistribuzzjoni ta' tali finanzjament;

22.  Iqis li jeħtieġ li l-kwistjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tiġi indirizzata fil-kuntratti kollha li jistgħu jipproduċu eżitu jew riżultat intiż tal-prestazzjoni; l-għan tagħha huwa li tissalvagwardja d-drittijiet tal-kreaturi individwali, iżda wkoll li tipprovdi dettalji dwar kif id-drittijiet se jintużaw fil-futur; peress li l-attività hija ffinanzjata, fost l-oħrajn, minn fondi pubbliċi, ir-riżultati għandhom ikunu trasparenti, aċċessibbli għall-pubbliku u soġġetti għal rekwiżiti speċjali, pereżempju l-interoperabbiltà, jekk ikun meħtieġ; jitlob lill-Kummissjoni tiżviluppa qafas ġuridiku fir-rigward tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u tal-implimentazzjoni tagħhom fis-suq, li jkun ikopri, fost l-oħrajn, rekwiżiti speċjali u distribuzzjoni tal-profitti;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

23.  Jinnota li fil-31 ta' Diċembru 2019 l-Impriża Konġunta kienet timpjega 40 membru tal-persunal (38 aġent temporanju u żewġ esperti nazzjonali sekondati), meta mqabbla ma' 42 fit-tabella tal-persunal (din fiha 39 pożizzjoni ta' aġent temporanju u 3 ta' esperti nazzjonali sekondati); jinnota li fl-2019 l-Impriża Konġunta implimentat is-sistema ta' informazzjoni dwar ir-riżorsi umani "Sysper for Agencies", żviluppata mill-Kummissjoni; jinnota, barra minn hekk, li l-Impriża Konġunta ħatret Uffiċjal Kap Finanzjarju (reklutat esternament) fl-organigramma l-ġdida, u b'hekk saħħet il-funzjoni finanzjarja tagħha; ifaħħar il-fatt li 54 % tal-membri tal-persunal huma nisa; jiddispjaċih madankollu għan-nuqqas ta' data dwar il-parità bejn il-ġeneri għal kull tip ta' kuntratt u skont l-anzjanità tal-persunal;

24.  Jinnota r-riżultati tal-eżerċizzju tal-valutazzjoni komparattiva fil-qasam tar-riżorsi umani tal-2019: 59,29 % postijiet operattivi, 30 % postijiet amministrattivi u 10,71 % postijiet fl-ambitu tal-finanzi u tal-kontroll;

25.  Jinnota li fl-2019 l-Impriża Konġunta ffirmat 30 kuntratt ta' akkwist, inklużi 24 kuntratt speċifiku li jimplimentaw il-kuntratti qafas u l-ftehimiet interistituzzjonali tal-Impriża Konġunta, u wettqet tmien proċeduri ta' akkwist;

Kontroll intern

26.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Impriża Konġunta stabbiliet proċeduri ta' kontroll ex ante affidabbli bbażati fuq rieżamijiet dokumentarji finanzjarji u operattivi u li hija obbligata timplimenta l-qafas ta' kontroll intern il-ġdid tal-Kummissjoni, ibbażat fuq 17-il prinċipju ta' kontroll intern, u, barra minn hekk, fi tmiem l-2019, l-Impriża Konġunta kienet diġà lestiet analiżi tal-lakuni bbażata fuq is-sistema ta' kontroll intern eżistenti u l-indikaturi definiti (jiġifieri l-"mezzi") għall-maġġoranza tal-prinċipji ta' kontroll intern il-ġodda u l-karatteristiċi relatati; jinnota, barra minn hekk, mir-rapport tal-Qorti li l-biċċa l-kbira ta' dawn l-indikaturi kienu relatati mal-eżistenza ta' attività ta' kontroll aktar milli mal-effikaċja tagħha u li l-Impriża Konġunta għad għandha bżonn tiżviluppa aktar indikaturi ewlenin tal-kontroll rilevanti biex tivvaluta l-effikaċja tal-attivitajiet ta' kontroll tagħha u ssib dgħufijiet fil-kontroll; jinnota r-risposta tal-Impriża Konġunta li bdiet proġett intern biex tiżviluppa aktar indikaturi ewlenin tal-kontroll rilevanti biex tivvaluta l-effikaċja tal-attivitajiet ta' kontroll tagħha u biex issib dgħufijiet fil-kontroll, li dawn l-azzjonijiet kellhom jibnu fuq il-ħidma li diġà saret mill-2017, u li kellha l-ħsieb li timplimentahom sal-aħħar tal-2020;

27.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li, għall-pagamenti ta' Orizzont 2020, is-Servizz tal-Awditjar Komuni tal-Kummissjoni huwa responsabbli għall-awditi ex post u li, abbażi tar-riżultati tal-awditi ex post disponibbli fi tmiem l-2019, l-Impriża Konġunta rrappurtat rata tal-iżball rappreżentattiv ta' 2,61 % u rata tal-iżball residwu ta' 1,61 % għall-proġetti ta' Orizzont 2020 (ikklirjar u pagamenti finali); jinnota mill-proposta tal-Kummissjoni għal regolament ta' Orizzont 2020 li riskju ta' żball, fuq bażi annwali, f'medda ta' bejn 2 % u 5 % huwa objettiv realistiku, meta jitqiesu l-ispejjeż tal-kontrolli, il-miżuri ta' simplifikazzjoni proposti biex titnaqqas il-kumplessità tar-regoli u r-riskju inerenti relatat assoċjat mar-rimborż tal-ispejjeż tal-proġett ta' riċerka, u li l-għan aħħari għal-livell residwu ta' żball fl-għeluq tal-programmi wara li jkunu tqiesu l-impatt finanzjarju tal-awditi kollha u tal-miżuri ta' korrezzjoni u rkupru kollha jkun li jinkiseb livell li jkun qrib kemm jista' jkun it-2 %;

28.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti, li bħala parti mill-kontrolli tal-pagamenti operazzjonali, il-Qorti awditjat b'mod aleatorju l-pagamenti ta' Orizzont 2020 li saru fl-2019 fil-livell tal-benefiċjarji finali biex tikkorrobora r-rati ta' żball tal-awditi ex post u li dawn l-awditi dettaljati ma wrew l-ebda żball sinifikanti jew dgħufija sinfikanti fil-kontroll fil-benefiċjarji tal-Impriża Konġunta inklużi fil-kampjun;

29.  Jinnota li l-Impriża Konġunta organizzat workshop wieħed biss dwar l-immaniġġjar tar-riskju f'Ottubru 2019, minflok it-tnejn tas-soltu li huma previsti mill-politika tagħha għall-immaniġġjar tar-riskju; jistieden lill-Impriża Konġunta twettaq workshops dwar l-immaniġġjar tar-riskju kif speċifikat fil-politika;

30.  Jinnota li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-bord amministrattiv ma ġewx ippubblikati; jistieden lill-Impriża Konġunta tippubblika s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-bord amministrattiv fid-dawl tal-qafas ta' trasparenza u tiggarantixxi li l-utenti jkollhom aċċess faċli għalihom;

Awditi interni

31.  Jinnota li l-Impriża Konġunta ppubblikat il-Pjan Strateġiku ta' Awditjar Intern tagħha għall-2019-2021 f'Mejju 2019 u li sussegwentement is-Servizz tal-Awditjar Intern beħsiebu jwettaq impenji ta' awditjar dwar l-implimentazzjoni tal-għotjiet u l-ġestjoni tal-programmi, dwar il-proċess ta' validazzjoni tal-kontribuzzjonijiet in natura u dwar il-ġestjoni tar-riżorsi umani, u possibbilment għal żewġ oqsma addizzjonali ta' riskju; jinnota li fl-2019 il-Kapaċità tal-Awditjar Intern wettqet valutazzjoni tar-riskju tal-frodi, aġġornat l-istrateġija kontra l-frodi tal-Impriża Konġunta, wettqet impenn ta' konsultazzjoni dwar ir-riskji u l-kontrolli, u ssorveljat l-implimentazzjoni ta' diversi pjanijiet ta' azzjoni relatati ma' awditi mwettqa fil-passat u tat segwitu; jinnota li fl-2019 l-Impriża Konġunta ma kellha l-ebda rakkomandazzjoni ġdida jew miftuħa u, b'mod partikolari, jinnota li l-Impriża Konġunta implimentat it-tliet rakkomandazzjonijiet miftuħa preċedenti għall-awditu dwar il-koordinament maċ-Ċentru ta' Implimentazzjoni Komuni (CIC) u l-implimentazzjoni tal-għodod u s-servizzi tas-CIC.

(1) ĠU C 380, 11.11.2020, p. 6.
(2) ĠU C 380, 11.11.2020, p. 6.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(4) ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1.
(5) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(6) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(7) ĠU C 380, 11.11.2020, p. 6.
(8) ĠU C 380, 11.11.2020, p. 6.
(9) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(10) ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1.
(11) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(12) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(13) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta' Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) (ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1).
(14) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 721/2014 tas-16 ta' Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 219/2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) fir- rigward tal-estensjoni tal-Impriża Konġunta sal-2024 (ĠU L 192, 1.7.2014, p. 1).
(15) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1).


Kwittanza 2019: L-Impriża Konġunta Clean Sky 2
PDF 160kWORD 57k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2184(DEC))
P9_TA(2021)0208A9-0109/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-impriżi konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-impriżi konġunti(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05795/2021 – C9-0031/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 558/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky 2(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0109/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2184(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-impriżi konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-impriżi konġunti(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05795/2021 – C9-0031/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 558/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky 2(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0109/2021),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2184(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0109/2021),

A.  billi l-Impriża Konġunta Clean Sky ġiet stabbilita f'Diċembru 2007 permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/2008 (li daħal fis-seħħ fis-7 ta' Frar 2008) għal perjodu sal-31 ta' Diċembru 2017, u billi l-Impriża Konġunta bdiet taħdem b'mod awtonomu f'Novembru 2009;

B.  billi l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 ("l-Impriża Konġunta") stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 558/2014 issostitwiet, b'effett mis-27 ta' Ġunju 2014, l-Impriża Konġunta Clean Sky fl-ambitu ta' Orizzont 2020, u dan estenda l-ħajja tagħha sal-31 ta' Diċembru 2024;

C.  billi l-objettivi ewlenin tal-Impriża Konġunta huma li tikkontribwixxi għat-titjib sinifikanti tal-impatt ambjentali tat-teknoloġiji ajrunawtiċi u għall-iżvilupp ta' industrija ajrunawtika u katina ta' provvista b'saħħithom u kompetittivi fuq livell globali fl-Ewropa;

D.  billi l-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, u l-membri privati, jiġifieri l-Mexxejja u l-Assoċjati kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 558/2014 u s-Sħab Ewlenin magħżula permezz ta' sejħa miftuħa, nondiskriminatorja u kompetittiva soġġetta għal evalwazzjoni indipendenti, skont l-Artikolu 4(2);

E.  billi l-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni għat-tieni fażi tal-attivitajiet tal-Impriża Konġunta hija ta' EUR 1 755 000 000 (inklużi l-approprjazzjonijiet tal-EFTA), li għandhom jitħallsu mill-baġit ta' Orizzont 2020, u l-kontribuzzjoni in natura minima għal attivitajiet addizzjonali mill-membri privati hija ta' EUR 965 250 000 għall-perjodu definit fir-Regolament;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2019 ("ir-rapport tal-Qorti"), jikkonstata li l-kontijiet annwali huma ppreżentati b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, fir-rigward tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta fil-31 ta' Diċembru 2019 u r-riżultati tal-operazzjonijiet, il-flussi tal-flus u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li kienet għadha kemm intemmet, f'konformità mar-Regolament Finanzjarju tagħha u mar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni; jinnota li t-tranżazzjonijiet ta' bażi għall-kontijiet huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

2.  Jinnota li l-baġit finali tal-Impriża Konġunta disponibbli għall-2019 (inklużi l-approprjazzjonijiet mhux użati li reġgħu ddaħħlu mis-snin preċedenti, id-dħul assenjat, u r-riallokazzjonijiet għas-sena ta' wara) kien jikkonsisti f'approprjazzjonijiet ta' impenn ta' EUR 305 802 617 u approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 341 424 430; jinnota li r-rata ta' utilizzazzjoni kienet ta' 97,68 % għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u 94,69 % għall-approprjazzjonijiet ta' pagament; jinnota wkoll, mir-rapport tal-Qorti, li fir-rigward tal-baġit tal-Impriża Konġunta disponibbli fl-2019 għall-proġetti ta' Orizzont 2020, ir-rati ta' implimentazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament kienu ta' 99,8 % u 97,3 %, rispettivament;

3.  Jinnota li l-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni għal Clean Sky kienet ta' EUR 800 000 000 mit-tema 7 (Trasport) tas-Seba' Programm Kwadru (FP7), u li l-Unjoni kkontribwiet total ta' EUR 799 957 841; jinnota li l-membri tal-industrija (il-Mexxejja tad-Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata u l-membri assoċjati tagħhom) ikkontribwew, b'kollox, EUR 608 983 634 għall-proġetti tal-FP7, inklużi EUR 594 100 843 f'kontribuzzjonijiet in natura vvalidati u EUR 14 882 791 f'kontribuzzjonijiet fi flus għall-ispejjeż operattivi;

4.  Jinnota, mir-rapport tal-Qorti, li l-programm FP7 ingħalaq formalment fl-2017 b'livell ta' implimentazzjoni ta' kważi 100 %; jinnota li fl-2019 l-Impriża Konġunta xorta għamlet irkupri ta' EUR 1 135 068 minn prefinanzjamenti pendenti u mir-riżultati ta' awditjar ex post;

5.  Jinnota li, sal-aħħar tal-2019, mill-ammont massimu ta' EUR 1 755 000 000 tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni minn Orizzont 2020 skont ir-Regolament (UE) Nru 558/2014, l-Unjoni kkontribwiet total ta' EUR 1 139 704 889 għall-attivitajiet operattivi ta' Orizzont 2020 u, barra minn hekk, il-membri privati kkontribwew EUR 18 815 677 fi flus għall-ispejjeż operattivi u vvalidaw EUR 273 851 600 in natura għall-ispejjeż operattivi, flimkien ma' EUR 899 843 302 in natura għal attivitajiet addizzjonali;

6.  Jinnota li l-proċeduri ta' kif jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja mill-membri privati tal-Impriża Konġunta jvarjaw minn Impriża għal oħra; jitlob li l-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet in natura jiġi armonizzat fost l-Impriżi Konġunti kollha; il-proċedura komuni għandha tipprevedi metodi ta' evalwazzjoni trasparenti u effikaċi li jiżguraw il-valur reali tal-kontribuzzjoni; jistieden lill-Qorti tipprovdi l-iskrutinju tal-awditi mwettqa mill-awdituri indipendenti esterni; jitlob ukoll qafas ġuridiku xieraq li jiżgura li l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja meħtieġa jintlaħaq sa tmiem il-programm; jinnota li l-qafas ġuridiku jista' jinkludi rekwiżiti biex il-kontribuzzjoni privata titħallas qabel jew fl-istess mument bħall-kontribuzzjoni korrispondenti tal-Unjoni;

Sejħiet għal proposti

7.  Jinnota li fl-2019 l-Impriża Konġunta nediet sejħa għal proposti waħda li kien fiha 62 suġġett (Sejħa għal proposta 10), irċeviet 448 proposta eliġibbli għas-Sejħiet għal Proposti 09 u 10 (minn 450), u żammet 114-il proposta; jinnota l-portafoll globali tal-Impriża Konġunta, li fih 574 proġett aġġudikati permezz ta' sejħiet kompetittivi;

8.  Jinnota l-għadd totali ta' sħab ewlenin ta' 256, li minnhom 70 huma affiljati jew partijiet terzi assoċjati u aktar minn 58 huma intrapriżi żgħar u medji;

9.  Jinnota li fl-2019 ġew implimentati b'suċċess żewġ sejħiet għal proposti: it-tmien sejħa għal proposti f'Marzu bi 58 suġġett ta' suċċess minn 68, u d-disa' sejħa għal proposti f'Ottubru bi 53 suġġett ta' suċċess minn 55; jinnota, barra minn hekk, li l-għaxar sejħa għal proposti tnediet f'Mejju 2019 u ġiet evalwata f'Novembru 2019; jinnota li l-għaxar sejħiet għal proposti akkumulati involvew aktar minn 730 sieħeb minn 28 pajjiż differenti b'involviment qawwi ta' intrapriżi żgħar u medji f'termini ta' parteċipazzjoni u għotjiet aġġudikati, u kważi EUR 505 000 000 f'finanzjament;

Prestazzjoni

10.  Jinnota li l-Impriża Konġunta tuża indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni u l-kwistjonijiet trażversali fl-ambitu ta' Orizzont 2020, u indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni speċifiċi għall-Impriża Konġunta bħar-rata ta' suċċess tas-suġġetti tas-sejħiet, l-eżekuzzjoni tal-pjan ta' ħidma u l-kopertura tal-awditjar ex post;

11.  Jitlob li l-Impriża Konġunta teżamina mill-ġdid l-istrateġija ta' komunikazzjoni tagħha biex tiżgura li l-partijiet ikkonċernati rilevanti jkunu konxji mill-missjoni, l-attivitajiet u l-kisbiet tagħha.

12.  Jinnota li l-Impriża Konġunta implimentat diversi għodod għall-monitoraġġ tal-eżekuzzjoni tal-programm tagħha – fosthom rapporti trimestrali tal-Pjattaformi ta' Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata/Pjattaformi ta' Dimostraturi ta' Mezzi tal-Ajru Innovattivi (ITD/IADPs), kumitati ta' tmexxija fil-livell ITD/IADP, rieżamijiet annwali tal-prestazzjoni tal-ITD/IADPs – u rrappurtat regolarment lill-Bord ta' Tmexxija; jinnota, barra minn hekk, li mill-11-il objettiv irrappurtati fil-pjan ta' ħidma għall-2018-2019, tlieta ntlaħqu u tmienja għadhom għaddejjin, u li l-objettivi amministrattivi kollha ntlaħqu;

13.  Jinnota l-objettivi intermedji li ntlaħqu fl-2019 mid-Dimostraturi tal-Inġenji tal-Ajru Kbar tal-Passiġġieri u t-teknoloġiji sottostanti tagħhom li jiddeterminaw il-bidla minn disinn mhux speċifiku għal disinn speċifiku u l-akkumulazzjoni assoċjata ta' hardware, ir-riżultati miksuba fl-attivitajiet tal-IADP tal-Inġenji tal-Ajru Reġjonali relatati ma' inġenji tal-ajru kunċettwali ekoloġiċi; l-avvanz taż-żewġ dimostraturi tal-IADP ta' inġenji tal-ajru veloċi li jaħdmu bir-rotors, u l-bosta avvanzi u żviluppi tal-attivitajiet għall-ITD tal-Qafas tal-Inġenji tal-Ajru, l-ITD tal-Magni, u l-ITD tas-Sistemi, kif ukoll għall-Ekodisinn u l-Attivitajiet Trażversali tat-Trasport b'Inġenji tal-Ajru Żgħar, u li l-Impriża Konġunta ħejjiet ruħha għall-ewwel valutazzjoni globali tat-teknoloġiji żviluppati tagħha; jilqa' dawn il-kisbiet li kkontribwew biex tiġi żgurata infrastruttura sostenibbli; jilqa' t-tranżizzjoni minn ġenerazzjoni tal-enerġija bbażata fuq il-faħam għal enerġija minn sorsi rinnovabbli, li mhux biss se tnaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet serra iżda se tnaqqas ukoll it-tniġġis tal-arja u b'hekk fl-aħħar mill-aħħar tikkontribwixxi għal saħħa aħjar;

14.  Jinnota li fi tmiem l-2019, skont ir-rapport tal-Qorti, ir-rata ta' implimentazzjoni tal-programm Orizzont 2020 fir-rigward tal-proċeduri tas-sejħiet għall-attivitajiet assenjati lill-Impriża Konġunta kienet ta' 89 %;

15.  Ifakkar fir-rwol essenzjali li għandha l-Impriża Konġunta biex tiżgura aċċelerazzjonijiet netti fit-teknoloġiji ekoloġiċi li għandhom l-għan li jnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 u l-livelli tal-istorbju ġġenerati mill-inġenji tal-ajru; jemmen li s-suċċessur tagħha, Avjazzjoni Nadifa, se jkollha rwol importanti biex tiżgura l-involviment tas-settur tal-avjazzjoni fil-Patt Ekoloġiku Ewropew;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-programm futur ta' attivitajiet tal-Impriża Konġunta jirrispetta r-rekwiżiti u l-objettivi previsti mid-dritt tal-Unjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u d-diġitalizzazzjoni u jsegwi l-istrateġiji fil-qasam imfassla kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-industrija;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Qorti jadottaw metodu approfondit li jsegwi l-prestazzjoni bl-għan li jiġi evalwat il-valur miżjud tal-Impriża Konġunta u li jinkludi l-impatt soċjali u fuq l-impjiegi kif ukoll l-impatt fuq is-suq; ir-riżultati tal-evalwazzjoni għandhom jintużaw għall-finanzjament tal-Unjoni fil-futur jew għar-ridistribuzzjoni tiegħu;

18.  Iqis li l-kwistjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali trid tiġi indirizzata fil-kuntratti kollha li jistgħu jipproduċu eżitu jew riżultat intiż f'terminu ta' prestazzjoni; ifakkar li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għandhom l-għan li jissalvagwardjaw id-drittijiet tal-kreaturi individwali, iżda jispeċifikaw ukoll dettalji dwar l-użu ta' dawn id-drittijiet fil-futur; jinnota li billi l-attività hija ffinanzjata bi flejjes pubbliċi wkoll, ir-riżultati għandhom ikunu trasparenti, aċċessibbli għall-pubbliku u soġġetti għal rekwiżiti speċjali, pereżempju l-interoperabbiltà, jekk ikun hemm bżonn; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi qafas ġuridiku fir-rigward tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-implimentazzjoni tagħhom fis-suq, inkluż f'termini ta' rekwiżiti speċjali u distribuzzjoni tal-profitti;

19.  Jinnota li, fir-rapport ta' attività annwali tal-2019 tal-Impriża Konġunta Clean Sky, l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni rigward il-bilanċ bejn il-ġeneri fl-2018 u fl-2019 juru li l-livell ta' parteċipazzjoni tan-nisa, minkejja li żdied ftit, xorta huwa pjuttost baxx: in-nisa jirrappreżentaw 30 % ta' dawk involuti fil-programm, 16 % tal-koordinaturi tal-programm u bejn 9 % u 25 % tal-konsulenti u l-esperti li jwettqu evalwazzjonijiet u analiżi u li jaħdmu fil-Kumitat Xjentifiku; jirrakkomanda li jsiru sforzi kostanti biex jiżdied il-livell ta' parteċipazzjoni tan-nisa fil-programm;

Persunal u akkwist

20.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2019, 34 post ta' aġent temporanju mis-36 awtorizzati kienu mimlija u li, barra minn hekk, sitt aġenti kuntrattwali u żewġ esperti nazzjonali sekondati ħadmu mal-Impriża Konġunta fl-2019 skont it-tabella tal-persunal;

21.  Jinnota li fl-2019 l-Impriża Konġunta nediet il-proċedura ta' reklutaġġ għal sitt pożizzjonijiet; jinnota, barra minn hekk, li minbarra l-postijiet tax-xogħol statutorji, l-Impriża Konġunta tuża s-servizzi ta' fornituri esterni u timpjega ħames ħaddiema interim u trainee wieħed, li jipprovdu appoġġ addizzjonali għall-operazzjonijiet;

22.  Jinnota li fl-2019, il-Bord ta' Tmexxija adotta struttura organizzattiva ġdida b'Unità Legali u tal-Komunikazzjoni li tirrapporta direttament lid-direttur eżekuttiv; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li d-direttur eżekuttiv il-ġdid beda jaqdi l-kariga tiegħu fl-1 ta' Frar 2019; jinnota, barra minn hekk, li fil-bidu tal-2019 l-Impriża Konġunta bdiet tuża Sysper2, is-sistema ta' ġestjoni tar-riżorsi umani tal-Kummissjoni;

23.  Jinnota li fl-2019, l-Impriża Konġunta kompliet bl-implimentazzjoni sħiħa ta' kuntratt qafas kbir fil-qasam tal-komunikazzjoni għal erba' lottijiet ta' komunikazzjoni differenti, li jkopri mill-2018 sal-2021, u ffirmat kuntratti għal proġetti importanti tal-ICT, kif ukoll kuntratti qafas għal diversi servizzi tal-ICT;

Kontroll intern

24.  Jinnota, mir-rapport tal-Qorti, li l-Impriża Konġunta stabbiliet proċeduri ta' kontroll ex ante affidabbli bbażati fuq rieżamijiet dokumentarji finanzjarji u operattivi u li hija obbligata timplimenta l-qafas ta' kontroll intern (ICF) il-ġdid tal-Kummissjoni bbażat fuq 17-il prinċipju ta' kontroll intern; jinnota li sa tmiem l-2019 l-Impriża Konġunta kienet diġà żviluppat indikaturi ewlenin tal-kontroll għall-prinċipji ta' kontroll kollha sabiex tivvaluta l-effikaċja tal-attivitajiet ta' kontroll tagħha u taqbad kwalunkwe dgħufija fil-kontroll;

25.  Jinnota li f'Novembru 2019 l-Impriża Konġunta nediet proċedura bil-miktub għall-approvazzjoni tar-Regoli Finanzjarji riveduti tagħha, f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet mill-Kummissjoni, u li adottathom f'Jannar 2020;

26.  Jinnota, mir-rapport tal-Qorti, li għall-pagamenti ta' Orizzont 2020, is-Servizz tal-Awditjar Komuni tal-Kummissjoni huwa responsabbli għall-awditi ex post, u li abbażi tar-riżultati tal-awditjar ex post disponibbli fi tmiem l-2019, l-Impriża Konġunta rrappurtat rata ta' żball rappreżentattiva ta' 1,30 % u rata ta' żball residwu ta' 0,92 % għall-proġetti ta' Orizzont 2020 (ikklirjar u pagamenti finali); jinnota, barra minn hekk, il-proposta tal-Kummissjoni għal regolament li jistabbilixxi Orizzont 2020, fejn, għall-infiq fir-riċerka fl-ambitu ta' Orizzont 2020, l-għan aħħari għal-livell ta' żball residwu fl-għeluq tal-programmi wara li jkun tqies l-impatt finanzjarju tal-awditi, il-korrezzjoni u l-miżuri ta' rkupru kollha, hu li jintlaħaq livell kemm jista' jkun qrib it-2 %;

27.  Jinnota li fl-2019, bħala parti mill-kontroll tal-pagamenti operattivi, il-Qorti awditjat b'mod aleatorju l-pagamenti magħmula fl-ambitu ta' Orizzont 2020 fil-livell tal-benefiċjarji finali sabiex tikkorrobora r-rati ta' żball tal-awditjar ex post, u li l-awditi dettaljati żvelaw żbalji sistemiċi relatati mal-ispejjeż tal-persunal iddikjarati, primarjament fl-użu ta' sigħat produttivi individwali u l-użu ta' rati unitarji, inklużi stimi li kienu jiddevjaw b'mod sinifikanti mir-rati unitarji attwali; jinnota, barra minn hekk, li dawn ir-riżultati jindikaw riskju ta' żball akbar għall-Impriża Konġunta, minħabba l-għadd kbir ta' membri privati u affiljati parteċipanti li jimplimentaw il-proġetti tal-Impriża Konġunta fl-ambitu ta' Orizzont 2020; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lura għand l-awtorità ta' kwittanza f'dak ir-rigward;

28.  Jinnota li l-Impriża Konġunta hija koperta mill-Istrateġija Komuni kontra l-Frodi ta' Orizzont 2020 ikkoordinata mill-Kummissjoni; jinnota wkoll li fl-2019, l-Impriża Konġunta ħadet azzjoni dwar żewġ allegati każijiet ta' frodi, notifikati lill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi fl-2018, u li dwarhom l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi fetaħ investigazzjonijiet li kienu għadhom għaddejjin; jinnota, barra minn hekk, li każ ta' mġiba potenzjalment frodulenti ta' benefiċjarju b'impatt fuq l-għotjiet tal-Impriża Konġunta li jmorru lura għas-Seba' Programm Kwadru ngħalaq mingħajr ma ġie rappurtat xi impatt jew telf finanzjarju; jirrikonoxxi li fl-2019 ma ġie rrappurtat l-ebda każ ġdid lill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi, u li l-Impriża Konġunta bdiet tfassal strateġija kontra l-frodi fir-rigward tal-proċessi interni u l-baġit speċifiku mhux koperti mill-Istrateġija Komuni kontra l-Frodi; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lura għand l-awtorità ta' kwittanza f'dak ir-rigward;

Awditu intern

29.  Jinnota li f'Mejju 2019 l-Impriża Konġunta rċeviet il-Pjan ta' Awditjar Strateġiku l-ġdid tas-Servizz tal-Awditjar Intern għas-snin 2019-2021, li għażel tliet suġġetti ta' awditjar potenzjali li huma ta' riskju sinifikanti: il-proċessi operattivi (ġestjoni tal-għotjiet), l-implimentazzjoni tal-prinċipji ta' kontroll intern il-ġodda, u r-regoli l-ġodda għall-protezzjoni tad-data; jinnota, barra minn hekk, li l-ewwel awditu tal-ippjanar il-ġdid, dwar l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' għotja, beda f'Novembru 2019; jinnota, barra minn hekk, li l-Impriża Konġunta kellha diversi rakkomandazzjonijiet minn awditu preċedenti – tnejn minnhom meqjusa importanti ħafna – li għadhom miftuħin; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lura għand l-awtorità ta' kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp f'dak ir-rigward;

30.  Jinnota li l-Awditur Intern ikkonfermat lill-Bord ta' Tmexxija l-indipendenza organizzattiva tagħha skont l-istandards tal-Ftehim Interistituzzjonali għalkemm irrimarkat li kien hemm nuqqas potenzjali ta' oġġettività fl-awditi ta' aċċertament.

(1) ĠU C 380, 11.11.2020, p. 6.
(2) ĠU C 380, 11.11.2020, p. 6.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(4) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 77.
(5) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(6) ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.
(7) ĠU C 380, 11.11.2020, p. 6.
(8) ĠU C 380, 11.11.2020, p. 6.
(9) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(10) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 77.
(11) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(12) ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.


Kwittanza 2019: L-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b’bażi Bijoloġika
PDF 175kWORD 59k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2185(DEC))
P9_TA(2021)0209A9-0105/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-Impriżi Konġunti(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05795/2021 – C9-0032/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 560/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0105/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2185(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-Impriżi Konġunti(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05795/2021 – C9-0032/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 560/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0105/2021),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2185(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0105/2021),

A.  billi l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika (l-"Impriża Konġunta") ġiet stabbilita bħala sħubija pubblika-privata bir-Regolament (UE) Nru 560/2014(13) għal perjodu ta' għaxar snin bl-għan li tiġbor flimkien lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u li tikkontribwixxi biex l-Unjoni tiġi stabbilita bħala protagonist fundamentali fir-riċerka, id-dimostrazzjoni u d-diffużjoni tal-prodotti b'bażi bijoloġika u l-bijofjuwils avvanzati;

B.  billi, skont l-Artikoli 38 u 43 tar-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta, li ġew adottati bid-deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija tagħha fl-14 ta' Ottubru 2014, l-uffiċjal tal-kontabbiltà ħejja l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena 2019;

C.  billi l-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, u s-sħab industrijali, rappreżentati mill-Konsorzju tal-Industriji b'bażi Bijoloġika (il-"BIC");

Ġenerali

1.  Jinnota li l-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni, inklużi l-approprjazzjonijiet tal-EFTA, għall-attivitajiet tal-Impriża Konġunta, hija ta' EUR 975 000 000, li għandha titħallas minn Orizzont 2020; jinnota li l-membri tal-industrija tal-Impriża Konġunta għandhom jikkontribwixxu riżorsi ta' mill-inqas EUR 2 730 000 000 matul il-perjodu taċ-ċiklu tal-ħajja tal-Impriża Konġunta, li jikkonsistu f'mill-inqas EUR 182 500 000 ta' kontribuzzjonijiet in natura u fi flus kontanti għall-attivitajiet operattivi tal-Impriża Konġunta u mill-inqas EUR 1 755 000 000 ta' kontribuzzjonijiet in natura biex jimplimentaw attivitajiet addizzjonali barra mill-pjan ta' ħidma tal-Impriża Konġunta u jikkontribwixxu għall-objettivi tagħha;

2.  Jinnota li ġew miżmuma 23 mill-178 proposta eliġibbli mis-sejħa għal proposti tal-2019 u fl-istadju ta' tħejjija tal-ftehim ta' għotja sa tmiem l-2019; jinnota, barra minn hekk, li l-Impriża Konġunta għandha portafoll ta' 124 proġett għaddej b'total ta' 1 466 parteċipant minn 37 pajjiż b'valur ta' għotja totali ta' EUR 717 000 000;

3.  Jinnota li l-Impriża Konġunta pprovdiet effett ta' strutturar fil-prijoritajiet strateġiċi tas-settur b'bażi bijoloġika u f'żoni ġeografiċi differenti filwaqt li żgurat ukoll parteċipazzjoni bbilanċjata tal-industrija, is-settur akkademiku, u l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju; jinnota, barra minn hekk, li l-missjoni tal-Impriża Konġunta hija li timplimenta, fl-ambitu ta' Orizzont 2020, l-aġenda strateġika ta' innovazzjoni u riċerka (SIRA) żviluppata mill-BIC u approvata mill-Kummissjoni; josserva li fir-rigward tad-distribuzzjoni tal-baġit operattiv, l-allokazzjoni għall-azzjonijiet ta' riċerka u innovazzjoni u inizjattivi ewlenin hija konformi mal-miri filwaqt li huma meħtieġa aġġustamenti għall-azzjonijiet ta' dimostrazzjoni u ta' koordinazzjoni u appoġġ;

4.  Josserva bi tħassib kbir l-eżistenza ta' problemi fir-rigward tal-governanza u t-trasparenza tal-Impriża Konġunta fejn il-kumpaniji privati parteċipanti jeżerċitaw kontroll esklussiv fuq il-prijoritajiet tas-sħubija (fejn l-industrija waħedha tfassal l-aġendi strateġiċi u l-pjanijiet ta' ħidma annwali tal-industriji b'bażi bijoloġika) u jipprivatizzaw ir-riżultati u d-data tal-proġetti ffinanzjati mill-fondi pubbliċi; jinsab imħasseb, f'dak ir-rigward, li l-Industrija tirrifjuta li tiżvela dokumenti kruċjali, bħal proposti għal proġetti, għotjiet jew ftehimiet ta' proġetti; ifakkar, f'dan ir-rigward, li dawk id-dokumenti jikkonċernaw proġetti ffinanzjati minn fondi pubbliċi; jinnota bi tħassib li l-problemi msemmija hawn fuq huma parzjalment konsegwenza loġika tal-istruttura u l-mekkaniżmi ta' din is-sħubija pubblika-privata;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-programm ta' attività tal-Impriża Konġunta fil-futur se jirrispetta r-rekwiżiti u l-objettivi previsti mid-dritt tal-Unjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u li se jsegwi l-istrateġiji fil-qasam elaborat kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-industrija;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

6.  Jinnota li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2019 (ir-"rapport tal-Qorti") sab li l-kontijiet annwali tal-2019 tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2019 u r-riżultati tal-operazzjonijiet u l-flussi ta' flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li kienet għadha kemm intemmet, skont ir-regolament finanzjarju tagħha u r-regoli tal-kontabbiltà adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni; jinnota, barra minn hekk, mir-rapport tal-Qorti li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

7.  Jinnota mill-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta li l-baġit finali disponibbli għall-2019 kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn ta' EUR 141 629 433 (li minnhom EUR 133 608 895 kienu mill-baġit tal-Unjoni) u approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 182 118 821 (li minnhom EUR 145 833 500 kienu mill-baġit tal-Unjoni); jinnota, barra minn hekk, li l-baġit amministrattiv kien jinkludi surplus relattivament kbir ta' baġit mhux użat mis-snin preċedenti u li l-approprjazzjonijiet riattivati parzjalment ġew ikkunsmati bi prijorità, u li r-riattivazzjoni ulterjuri tal-approprjazzjonijiet hija prevista fil-baġit tal-2020 permezz ta' deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija meħuda fi tmiem l-2019 u għandha tkun prevista permezz ta' emenda baġitarja; jinnota li fi tmiem l-2019, il-baġit amministrattiv kiseb rata ta' implimentazzjoni ta' 92 % u ta' eżekuzzjoni ta' 78 %; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza f'dan ir-rigward;

8.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet in natura għal attivitajiet addizzjonali ta' EUR 916 064 000 fi tmiem l-2019 jinkludi madwar EUR 216 000 000 ta' kontribuzzjonijiet irrappurtati iżda li għalihom il-proċess ta' ċertifikazzjoni ma tlestiex minħabba l-pandemija tal-COVID-19; jenfasizza li l-kumpaniji parteċipanti s'issa pprovdew biss 3,7 % tal-kontribuzzjonijiet in natura tagħhom u li dawk il-kumpaniji rrifjutaw li jiżvelaw id-data li tippermetti evalwazzjoni xierqa ta' dawk il-kontribuzzjonijiet in natura;

9.  Jinnota li jeżistu proċeduri differenti fost l-impriżi konġunti li jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja mill-membri privati tagħhom; jitlob l-armonizzazzjoni tal-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet in natura fost l-impriżi konġunti; il-proċedura komuni għandha tipprevedi metodi ta' evalwazzjoni trasparenti u effikaċi li jiżguraw il-valur reali tal-kontribuzzjoni; jistieden lill-Qorti tipprovdi l-iskrutinju tal-awditi mwettqa mill-awdituri indipendenti esterni; jitlob ukoll qafas ġuridiku xieraq li jiżgura li l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja meħtieġa jintlaħaq sa tmiem il-programm; jinnota li l-qafas ġuridiku jista' jinkludi r-rekwiżiti għal kontribuzzjoni privata li titħallas qabel jew fl-istess mument bħall-kontribuzzjoni korrispondenti tal-Unjoni.

10.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li minkejja l-kanċellazzjoni ta' EUR 18 000 000 permezz tal-ewwel baġit emendatorju li jikkumpensa għar-riattivazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament tas-snin preċedenti ta' EUR 25 486 657, il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament mhux użati żdied għal EUR 43 950 700 fi tmiem l-2019; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp f'dan ir-rigward;

11.  Jinnota li r-rati ta' użu ġenerali għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament kienu ta' 87,40 % u ta' 75,87 % rispettivament; jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-implimentazzjoni baxxa tal-approprjazzjonijiet ta' impenn disponibbli kienet dovuta għall-evalwazzjoni tas-sejħa tal-2019 li rriżultat f'għadd aktar baxx minn dak mistenni ta' proposti eliġibbli għal finanzjament taħt suġġett speċifiku; jinnota, barra minn hekk, li l-baġit operattiv tal-approprjazzjonijiet ta' impenn kiseb rata ta' implimentazzjoni ta' 87 %; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrieżamina l-proċeduri u r-rekwiżiti tagħha għal sejħiet għal proposti u tidentifika dgħufijiet potenzjali, inkluż fir-rigward tar-rata ta' implimentazzjoni relattivament baxxa;

12.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li fi tmiem l-2019 l-Impriża Konġunta implimentat 76 % tal-approprjazzjonijiet ta' pagament disponibbli għall-proġetti ta' Orizzont 2020, u li l-pagamenti ta' prefinanzjament għal proġetti magħżula taħt is-sejħa għal proposti tal-2018 ammontaw għal 62 % tal-valur tal-pagamenti operazzjonali li saru matul is-sena; jinnota li fl-2019 l-eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament mxiet 'il quddiem meta mqabbla mal-2018 minkejja dewmien b'xi rapporti perjodiċi u bl-ammonti ta' ċerti talbiet għall-ispejjeż li kienu taħt il-livell antiċipat; josserva li l-ħtieġa ta' tbassir pluriennali tal-approprjazzjonijiet ta' pagament operazzjonali, kull sena, bis-sejħa annwali finali fl-2020, iġġib aktar sfidi u volum ogħla ta' tranżazzjonijiet hekk kif aktar proġetti qed jitwettqu b'mod parallel; jistieden lill-Impriża Konġunta timmonitorja mill-qrib is-sitwazzjoni sabiex tevita xogħol b'lura, pagamenti mdewma u nuqqas ta' persunal li jistgħu jaffettwaw serjament il-volum ta' xogħol; jistieden lill-Impriża Konġunta tipprovdi strateġija biex iżżid ir-rata ta' implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament;

13.  Jinnota li mill-massimu ta' EUR 975 000 000 tal-kontribuzzjoni fi flus kontanti tal-Unjoni li għandhom jiġu allokati lill-Impriża Konġunta matul il-ħajja tagħha, l-Unjoni kkontribwiet ammont totali ta' EUR 414 638 000 sa tmiem l-2019, u li l-kontribuzzjoni għas-sena 2019 kienet ta' EUR 150 032 737;

14.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li mill-minimu ta' EUR 182 500 000 ta' kontribuzzjonijiet fi flus kontanti li għandhom isiru mill-membri tal-industrija għall-ispejjeż operattivi tal-Impriża Konġunta, EUR 3 250 000 biss tħallsu fi tmiem l-2019; jinnota, barra minn hekk, li r-Regolament (UE) Nru 560/2014(14) ġie emendat biex jippermetti lill-membri tal-industrija jipprovdu l-kontribuzzjonijiet fi flus tagħhom fil-livell tal-proġett u li, minkejja dik l-emenda, għad hemm riskju għoli li l-membri tal-industrija mhux se jiksbu l-ammont minimu ta' kontribuzzjonijiet ta' flus operattivi fi tmiem il-programm tal-Impriża Konġunta; ifakkar f'dak ir-rigward li l-proġetti kollha tal-industriji pubbliċi-privati b'bażi bijoloġika (proġetti BBI) kienu maħsuba biex jiġu ffinanzjati kemm mill-flus pubbliċi kif ukoll minn appoġġ in natura u finanzjarju mill-industrija; jiddeplora l-fatt li l-aħħar ċifri disponibbli juru li l-kumpaniji parteċipanti kienu ħallsu biss ammont żgħir ħafna tal-kontribuzzjonijiet mistennija tagħhom; jinnota li b'riżultat ta' dan, fi tmiem l-2018 id-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-Kummissjoni ddeċieda li jnaqqas b'EUR 140 000 000 il-baġit tal-2020 tal-Impriża Konġunta li jammonta għal EUR 205 000 000; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp f'dan ir-rigward;

Prestazzjoni

15.  Jinnota li l-Impriża Konġunta użat indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) skont Orizzont 2020 kif ukoll tmien KPIs speċifiċi tal-Impriża Konġunta stabbiliti f'SIRA 2017; jinnota li l-prestazzjoni medja tal-Impriża Konġunta fir-rigward tat-tliet KPIs ewlenin ta' Orizzont 2020 (żmien li tinforma, żmien li tagħti għotjiet, u żmien li tħallas) taqbeż il-miri stabbiliti fl-2019; jinnota li l-ktajjen tal-valur ġodda b'bażi bijoloġika li nħolqu mill-proġetti tal-Impriża Konġunta qabżu b'mod sinifikanti l-miri ta' SIRA;

16.  Jitlob li l-Impriża Konġunta teżamina mill-ġdid l-istrateġija ta' komunikazzjoni tagħha biex tiżgura li l-partijiet ikkonċernati rilevanti jkunu konxji mill-missjoni, l-attivitajiet u l-kisbiet tagħha.

17.  Jinnota l-valur tal-effett ta' ingranaġġ mistenni ta' 2,11 fi tmiem l-2019 li huwa taħt il-valur fil-mira ġenerali ta' 2,86 fi tmiem il-programm; jinnota li l-valur tal-effett ta' ingranaġġ huwa mistenni peress li jiġi kkalkolat billi jinkludi kontribuzzjonijiet in natura ma' attivitajiet addizzjonali li għalihom il-proċess ta' ċertifikazzjoni ma kienx possibbli minħabba l-pandemija tal-COVID-19; jinnota li l-ingranaġġ operazzjonali rrapportat qed jiżdied; jistieden lill-Impriża Konġunta twettaq azzjonijiet imtejba biex tilħaq l-effett ta' ingranaġġ mixtieq;

18.  Jinnota li s-sejħiet tal-Impriża Konġunta huma miftuħa bis-sħiħ għall-parteċipazzjoni ta' kwalunkwe parti kkonċernata u li l-proposti kollha rċevew sottomissjonijiet; jinnota li l-proposti miżmuma kienu jikkorrispondu għal 81 % tal-kopertura ġenerali tas-suġġett, b'erba' suġġetti mhux koperti; jinnota b'sodisfazzjon li s-sejħa tal-2019 attirat applikanti mill-Istati Membri kollha; jinnota l-isforzi kbar tal-Impriża Konġunta fil-komunikazzjoni tal-objettivi u r-riżultati tagħha, u t-talbiet tagħha lill-partijiet ikkonċernati; jinnota li l-Impriża Konġunta ħadet azzjonijiet fl-2019 b'enfasi fuq l-inkoraġġiment ta' impenn imġedded fir-rigward ta' pajjiżi li mhumiex rappreżentati biżżejjed fis-sejħiet; iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta ssaħħaħ l-isforzi tagħha biex tinkludi lill-Istati Membri li huma kontinwament sottorappreżentati fis-sejħiet u l-proġetti ffinanzjati tagħha; jistieden lill-Impriża Konġunta tieħu azzjonijiet bil-għan li żżid is-suġġetti koperti;

19.  Jirrikonoxxi l-fatt li fl-2019 l-operazzjonijiet tal-Impriża Konġunta inkludew il-konklużjoni tat-tħejjija tal-ftehim ta' għotja għas-sejħa tal-2018, li rriżultat fl-iffirmar ta' 19-il ftehim ta' għotja;

20.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, fi tmiem l-2019, ir-rata ta' implimentazzjoni tal-programm Orizzont 2020 kienet ta' 63 % fir-rigward tal-proċeduri tas-sejħiet għall-attivitajiet assenjati lill-Impriża Konġunta;

21.  Jilqa' r-rapport annwali tal-attività tal-Impriżi Konġunti li jinkludi l-impatt soċjoekonomiku u ambjentali tal-proġetti BBI; jistieden lill-Impriża Konġunta tipprovdi aktar ċifri rigward ir-riżultati tal-impatt ambjentali mistenni ta' dawk il-proġetti, inkluża valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Qorti jadottaw metodu approfondit li jimmonitorja l-prestazzjoni, bil-għan li jevalwa l-valur miżjud tal-Impriża Konġunta u li jinkludi l-impatt f'termini soċjali u okkupazzjonali kif ukoll l-impatt fuq is-suq; huwa tal-fehma li r-riżultati tal-evalwazzjoni għandhom jintużaw għall-futur jew għal tqassim mill-ġdid tal-finanzjamenti tal-Unjoni;

23.  Jinnota li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (DPI) jeħtieġ li jiġu indirizzati fil-kuntratti kollha li jistgħu jipproduċu eżitu jew riżultat intenzjonat tal-prestazzjoni; ifakkar li d-DPI għandhom l-għan li jħarsu d-drittijiet tal-ħallieqa individwali iżda joffru wkoll dettalji dwar il-mod kif id-dritt ikun se jintużaw fil-futur; jinnota li billi l-attività hija ffinanzjata anki minn finanzjamenti pubbliċi, ir-riżultati għandhom ikunu trasparenti, aċċessibbli għall-pubbliku u suġġetti għal rekwiżiti speċjali; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi qafas ġuridiku fir-rigward tad-DPI u tal-implimentazzjoni tagħhom fis-suq, inklużi rekwiżiti speċjali u tqassim tal-profitti;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

24.  Jinnota li sal-aħħar tal-2019, il-persunal tal-Impriża Konġunta kien jinkludi 22 membru meta mqabbel mat-23 ibbaġitjati; josserva li żewġ proċeduri ta' reklutaġġ ġew varati fl-2019, waħda għal aġent kuntrattwali u waħda għal aġent temporanju, u li barra minn hekk, tliet kandidati għal żewġ karigi temporanji u aġent kuntrattwali nħatru fi tmiem l-2019 u kellhom jassumu dmirijiethom fl-ewwel trimestru tal-2020;

25.  Jinnota b'sodisfazzjon li fl-2019 l-Impriża Konġunta kisbet bilanċ ġust bejn il-ġeneri fid-diversi korpi tagħha (kumitat xjentifiku: 60 % nisa u 40 % irġiel; Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati: 48 % nisa u 52 % irġiel; uffiċċju tal-programm: 70 % nisa u 40 % irġiel; esperti tal-evalwazzjoni (sejħa għal proposti 2019): 46 % nisa u 54 % irġiel; koordinaturi tal-proġett: 44 % nisa u 56 % irġiel), bl-eċċezzjoni tal-Bord ta' Tmexxija (20 % nisa u 80 % irġiel); jieħu nota tal-osservazzjoni tal-Impriża Konġunta li hija m'għandha ebda influwenza fuq l-għamla tal-Bord ta' Tmexxija; jinnota b'sodisfazzjon il-bilanċ bejn il-ġeneri fost il-persunal involut fil-proġetti tal-Impriża Konġunta (46 % nisa u 54 % irġiel);

26.  Jinnota li fl-2019, l-Impriża Konġunta kompliet tuża l-kuntratti qafas u l-ftehimiet dwar il-livell ta' servizz eżistenti tal-Kummissjoni kif ukoll varat proċeduri speċifiċi ta' sejħiet għall-offerti, u barra minn hekk li għall-persunal interim u s-servizzi komuni tal-IT hija ffirmat ukoll kuntratti speċifiċi skont il-kuntratti qafas ġestiti b'mod konġunt ma' impriżi konġunti oħra fil-white atrium; jinnota wkoll li fil-bidu tal-2018, l-uffiċċju tal-programm implimenta verżjoni ssimplifikata tal-proċedura interna għall-offerti u l-iffirmar ta' kuntratti ta' akkwist, u li implimenta aktar titjib u simplifikazzjonijiet fl-2019; jinnota li hija stabbilita sistema ta' kontroll ex ante biex tiġi żgurata l-korrettezza tal-pagamenti kollha u jiġi evitat finanzjament doppju, f'konformità mal-istrateġiji ta' kontroll ex ante u ta' kontra l-frodi ta' Orizzont 2020; jistieden lill-Impriża Konġunta tqis ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-esternalizzazzjoni tas-servizzi tal-IT tagħha lil fornituri esterni; jistieden lill-Impriża Konġunta tipprovdi lill-awtorità ta' kwittanza b'aktar dettalji dwar ir-reklutaġġ ta' persunal interim u b'mod partikolari dwar jekk dak ir-reklutaġġ kienx soluzzjoni temporanja meħtieġa biex jiġi indirizzat volum akbar ta' xogħol;

Awditu intern

27.  Jinnota li fl-2019, is-servizz tal-awditjar intern (IAS) ivverifika l-proċessi ta' għotjiet ta' Orizzont 2020 implimentati mill-Impriża Konġunta, u li kkonkluda li, b'mod ġenerali, l-Impriża Konġunta stabbiliet sistema ta' kontroll intern effikaċi u effiċjenti filwaqt li pprovdiet ukoll rakkomandazzjonijiet; jinnota li l-Impriża Konġunta aċċettat ir-rakkomandazzjonijiet u qablet dwar pjan ta' azzjoni; jistieden lill-Impriża Konġunta tippreżenta lill-awtorità ta' kwittanza l-livell ta' implimentazzjoni ta' dawk ir-rakkomandazzjonijiet mingħajr dewmien żejjed; jinnota li l-IAS nieda t-tieni valutazzjoni tar-riskju tiegħu f'Novembru 2019 sabiex jidentifika u jipprijoritizza s-suġġetti tal-awditjar li se jikkostitwixxu l-pjan strateġiku ta' awditjar intern għall-2021-2023;

28.  Josserva li l-uffiċċju tal-programm ippjana azzjonijiet sabiex titnaqqas il-probabbiltà ta' okkorrenza ta' riskji identifikati u l-impatt tar-riskji materjalizzati, wara l-valutazzjoni annwali tar-riskju li bdiet f'Settembru 2019, u li r-reazzjonijiet għar-riskji ppjanati għall-2019 ġew implimentati; jinnota li bejn Ġunju u Settembru tal-2019, l-uffiċċju tal-programm wettaq awtovalutazzjoni tal-istandards ta' kontroll intern (ICSs) tiegħu biex jivvaluta l-livell attwali ta' implimentazzjoni tal-ICSs u biex jesplora l-kundizzjonijiet meħtieġa biex jgħolli l-qafas ta' kontroll intern (QKI) tal-organizzazzjoni għal livell ogħla ta' maturità; jinnota li minn dik il-valutazzjoni ġew identifikati ftit każijiet ġodda u dawk l-aktar importanti huma relatati mas-sejbiet tal-IAS fejn ġew miżjuda azzjonijiet korrettivi mal-pjan ta' azzjoni; jinnota li ma ħareġ l-ebda riskju kritiku fil-kuntest tal-konformità, l-effikaċja u l-effiċjenza; jinnota wkoll li fl-2019 l-uffiċċju tal-programm ħejja l-kundizzjoni għal tranżizzjoni effettiva għal QKI ġdid f'konformità mal-aktar prattika riċenti tal-korpi tal-Unjoni;

29.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Impriża Konġunta stabbiliet proċeduri ta' kontroll ex ante affidabbli li huma bbażati fuq eżamijiet dokumentarji finanzjarji u operattivi; jinnota li l-Impriża Konġunta jeħtiġilha timplimenta l-QKI l-ġdid tal-Kummissjoni bbażat fuq il-prinċipji, u li sa tmiem l-2019, l-Impriża Konġunta kienet lestiet analiżi tad-distakk meta mqabbla mas-sistema ta' kontroll intern eżistenti u żviluppat indikaturi tal-prestazzjoni għall-prinċipji l-ġodda kollha ta' kontroll intern u l-karatteristiċi relatati, u li l-Bord ta' Tmexxija tagħha adotta l-qafas ta' kontroll intern ġdid fi Frar 2020;

30.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Impriża Konġunta rrapportat rata ta' żball rappreżentattiva ta' 0,6 % u rata ta' żball residwu ta' 0,47 % għall-proġetti ta' Orizzont 2020 (ikklerjar u pagamenti finali) abbażi tar-riżultati tal-awditu ex post tas-servizz ta' awditjar komuni tal-Kummissjoni fi tmiem l-2019, imqabbla mal-valur fil-mira tal-livell ta' żball residwu fl-għeluq tal-programmi li għandu jkun kemm jista' jkun qrib it-2 %;

31.  Jinnota bi tħassib s-sejba tal-Qorti li awditi ddettaljati ta' pagamenti ta' Orizzont 2020 li ttieħdu b'mod każwali fl-2019 fil-livell tal-benefiċjarji finali biex jikkorroboraw ir-rati ta' żbalji tal-awditu ex post żvelaw żbalji kwantifikabbli żgħar relatati mal-ispejjeż tal-persunal iddikjarati u li s-sorsi ewlenin ta' żbalji tagħhom kienu l-użu ta' rati fis-siegħa annwali u ta' rati fis-siegħa esaġerati fix-xahar; jistieden lill-Impriża Konġunta timmonitorja b'mod diliġenti l-kundizzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet li fuqhom isiru l-pagamenti, sabiex fil-futur jiġu evitati talbiet għal pagamenti ineliġibbli;

32.  Jinnota li f'Marzu 2018 ġie adottat pjan ta' azzjoni, wara r-rapport ta' evalwazzjoni interim tal-Kummissjoni dwar l-Impriża Konġunta ppubblikat fl-2017; jinnota li l-Impriża Konġunta qed timmonitorja l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni, u li fl-2019 il-maġġoranza tal-azzjonijiet ġew segwiti skont l-iskadenzi miftiehma filwaqt li oħrajn kienu għadhom għaddejjin; iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta tagħmel sforzi biex tiffinalizza l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni u tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar is-sitwazzjoni attwali sa Ġunju 2021;

Prevenzjoni u ġestjoni ta' kunflitti ta' interess u trasparenza

33.  Jinnota li l-Impriża Konġunta adottat regoli dwar il-kunflitti ta' interess għall-persunal u l-korpi kollha tagħha fi tmiem l-2017, u li l-uffiċċju tal-programm żviluppa sett komprensiv ta' regoli u proċeduri li huma implimentati b'mod effettiv fl-istruttura ta' governanza kollha tagħha; jinnota, barra minn hekk, li fl-2019, parti minn dak il-qafas ġiet awditjata mill-IAS. iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta tevalwa mill-ġdid u taġġorna r-regoli adottati fl-2017; jiddispjaċih li l-Impriża Konġunta naqset milli tippubblika jew tagħmel disponibbli fuq talba s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tad-direttur eżekuttiv tagħha u tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija tagħha;

34.  Jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-politika ta' finanzjament tagħha tal-lobbying industrijali u l-ħidma dwar ir-relazzjonijiet pubbliċi li għandha fil-mira r-regolaturi tal-UE;

35.  Jistieden lill-Impriża Konġunta tinforma lill-awtorità ta' kwittanza fid-dettall dwar il-miżuri li adottat għall-ġlieda kontra l-fastidju u l-frodi, għall-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess u għall-protezzjoni tal-informaturi;

Kummenti oħra

36.  Jinnota li għaddejjin negozjati u ħidma preparatorja għall-istabbiliment ta' Ewropa ċirkolari b'bażi bijoloġika (CBE) bħala suċċessur possibbli tal-Impriża Konġunta; jinnota li l-objettivi ewlenin tas-CBE għandhom ikunu l-adozzjoni ta' proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet kompletament ibbilanċjati u trasparenti, il-monitoraġġ kontinwu tal-impatti ambjentali u soċjoekonomiċi tal-programm tagħha u l-implimentazzjoni ta' sistema ġdida li tgħin tevita li s-sħab privati ma jkunux jistgħu jissodisfaw l-obbligi finanzjarji tagħhom; jiddispjaċih li tali sforzi għal titjib ma kinux diġà saru fl-2019 biex jittejbu l-prestazzjoni u t-trasparenza tal-Impriża Konġunta;

(1) ĠU C 380, 11.11.2020, p. 6.
(2) ĠU C 380, 11.11.2020, p. 6.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(4) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 130.
(5) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(6) ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.
(7) ĠU C 380, 11.11.2020, p. 6.
(8) ĠU C 380, 11.11.2020, p. 6.
(9) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(10) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 130.
(11) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(12) ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.
(13) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 130.
(14) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 560/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika (ĠU L 169, 7.6.2014, p. 130).


Kwittanza 2019: L-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2
PDF 180kWORD 58k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2186(DEC))
P9_TA(2021)0210A9-0113/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-Impriżi Konġunti(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05795/2021 - C9-0033/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 557/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0113/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2186(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-Impriżi Konġunti(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05795/2021 - C9-0033/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 557/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11),

–  wara li kkunsidra Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0113/2021),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2186(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0113/2021),

A.  billi l-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi ("Impriża Konġunta IMI") twaqqfet f'Diċembru 2007 għal perjodu ta' 10 snin bil-għan li ttejjeb b'mod sinifikanti l-effiċjenza u l-effikaċja tal-proċess ta' żvilupp tal-mediċini, bil-mira fit-tul li s-settur farmaċewtiku jipproduċi mediċini innovattivi aktar effikaċi u aktar sikuri;

B.  billi, wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 557/2014 f'Mejju 2014, l-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 ("Impriża Konġunta IMI2") ġiet stabbilita għall-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2024; billi din issostitwiet l-Impriża Konġunta IMI u saret is-suċċessur tagħha f'Ġunju 2014 bil-għan li tiffinalizza l-attivitajiet ta' riċerka fl-ambitu tas-Seba' Programm Kwadru u tvara proġett ġdid fil-qafas tal-programm Orizzont 2020;

C.  billi l-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, u l-Federazzjoni Ewropea tal-Industriji u l-Assoċjazzjonijiet Farmaċewtiċi (l-"Industrija") huma l-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta IMI u tal-Impriża Konġunta IMI2;

D.  billi l-kontribuzzjoni massima mill-Unjoni għall-Impriża Konġunta IMI hija ta' EUR 1 000 000 000 għall-perjodu ta' 10 snin, li għandha titħallas mill-baġit tas-Seba' Programm Kwadru, filwaqt li l-membri fundaturi għandhom jikkontribwixxu b'mod ugwali għall-ispejjeż operazzjonali, kull wieħed minnhom b'ammont li ma jaqbiżx l-4 % tal-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni;

E.  billi l-kontribuzzjoni massima għall-perjodu ta' 10 snin mill-Unjoni, inklużi l-approprjazzjonijiet tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, għall-Impriża Konġunta IMI2 hija ta' EUR 1 638 000 000, li għandha titħallas mill-baġit ta' Orizzont 2020, u l-membri, għajr il-Kummissjoni, għandhom jikkontribwixxu 50 % tal-ispejjeż operazzjonali u jikkontribwixxu għall-ispejjeż operazzjonali permezz ta' kontribuzzjonijiet fi flus jew in natura, jew it-tnejn li huma, ugwali għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri (ir-"rapport tal-Qorti") il-kontijiet tal-Impriża Konġunta IMI2 għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2019 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta IMI2 fil-31 ta' Diċembru 2019, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-regolament finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni; jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

2.  Jinnota li l-baġit finali disponibbli għall-2019, inklużi l-approprjazzjonijiet ta' snin preċedenti li ma ntużawx u ddaħħlu mill-ġdid, id-dħul assenjat, u r-riallokazzjonijiet għas-sena ta' wara kien ta' EUR 261 371 750 f'approprjazzjonijiet ta' impenn (li minnhom, EUR 255 561 977 mill-baġit tal-Unjoni) u EUR 231 316 906 f'approprjazzjonijiet ta' pagament (li minnhom, EUR 221 519 271 mill-baġit tal-Unjoni); jinnota li r-rati ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn u tal-approprjazzjonijiet ta' pagament laħqu id-99,17 % u s-96,33 % rispettivament;

3.  Jinnota li, mill-EUR 1 000 000 000 f'kontribuzzjonijiet li għandhom isiru mill-membri privati għall-attivitajiet operazzjonali tal-Impriża Konġunta IMI, sa tmiem l-2019, l-Impriża Konġunta IMI kienet irrappurtat u vvalidat kontribuzzjonijiet in natura u fi flus li jammontaw għal EUR 710 478 000 mill-membri privati, li minnhom, EUR 688 580 000 kienu kontribuzzjonijiet in natura u EUR 21 898 000 kienu kontribuzzjonijiet fi flus; jinnota li, fl-2019, l-ammont ta' dikjarazzjonijiet ta' spejjeż validati kif ukoll il-kontribuzzjonijiet in natura kien inqas b'mod sinifikanti meta mqabbel mal-2018, minħabba l-fatt li l-għadd ta' proġetti tal-Impriża Konġunta IMI jonqos hekk kif il-proġetti jkunu qed jintemmu; jinnota li, sal-aħħar tas-sena, mit-total ta' 59 proġett fl-ambitu tas-Seba' Programm Kwadru, 11-il proġett kienu għadhom għaddejjin;

4.  Jinnota li r-rata ta' utilizzazzjoni tal-Impriża Konġunta IMI għall-approprjazzjonijiet ta' pagament tal-proġetti tas-Seba' Programm Kwadru kienet ta' 97 %;

5.  Jinnota li mill-EUR 1 425 000 000 ta' kontribuzzjonijiet in natura u fi flus li għandhom isiru mill-Industrija għall-attivitajiet operazzjonali tal-Impriża Konġunta IMI2, ġew irrappurtati u vvalidati kontribuzzjonijiet in natura ta' EUR 202 598 000 u kontribuzzjonijiet fi flus ta' EUR 15 554 000, u li barra minn hekk, ġew irrappurtati u vvalidati kontribuzzjonijiet fi flus ta' EUR 5 662 000 u kontribuzzjonijiet in natura ta' EUR 8 203 000 mis-sħab assoċjati;

6.  Jinnota li, fi tmiem l-2019, il-kontribuzzjonijiet totali mill-Industrija u s-sħab assoċjati għall-attivitajiet fl-ambitu tal-programm Orizzont 2020 tal-Impriża Konġunta IMI2 ammontaw għal EUR 232 017 000, meta mqabbla mal-kontribuzzjoni totali fi flus tal-Unjoni ta' EUR 423 743 000; ifakkar li l-evalwazzjoni interim tal-Kummissjoni tal-Impriża Konġunta IMI2 enfasizzat in-nuqqas ta' trasparenza fir-rigward ta' kif ġew ikkalkulati l-kontribuzzjonijiet in natura tal-Industrija; itenni, għalhekk, it-talbiet preċedenti tiegħu għal informazzjoni dettaljata dwar il-kontribuzzjonijiet in natura tal-Industrija, speċjalment dwar it-tip ta' kontribuzzjonijiet in natura u l-valur rispettiv tagħhom;

7.  Jinnota li jeżistu proċeduri differenti fost l-Impriżi Konġunti li jirċievu kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-membri privati tal-Impriżi Konġunti; jitlob l-armonizzazzjoni tal-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet in natura fost l-Impriżi Konġunti; iqis li l-proċedura komuni għandha tipprevedi metodi ta' evalwazzjoni trasparenti u effikaċi li jiżguraw il-valur reali tal-kontribuzzjoni; jistieden lill-Qorti tiskrutinizza l-awditi mwettqa mill-awdituri indipendenti esterni; jitlob ukoll qafas legali xieraq li jiżgura li l-kontribuzzjoni finanzjarja meħtieġa tinkiseb sa tmiem l-Impriżi Konġunti, u jinnota wkoll li l-qafas legali jista' jinkludi rekwiżiti biex il-kontribuzzjoni privata titħallas qabel jew fl-istess ħin meta ssir il-kontribuzzjoni korrispondenti tal-Unjoni;

8.  Jinnota li, rigward il-baġit 2019 disponibbli għall-proġetti ta' Orizzont 2020, ir-rati ta' implimentazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament kienu ta' 100 % u ta' 98 %, rispettivament; jinnota li, fi tmiem l-2019, 79 mit-total ta' 83 proġett tal-Impriża Konġunta IMI2 li kienu għadhom għaddejjin kienu ffinanzjati fl-ambitu tal-programm Orizzont 2020;

9.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, wara l-implimentazzjoni ta' bosta miżuri korrettivi, fl-2019 l-Impriża Konġunta IMI2 tejbet b'mod sinifikattiv l-ippjanar u l-monitoraġġ tal-ħtieġa tagħha ta' approprjazzjonijiet ta' pagament ġodda; jinnota madankollu, li l-Impriża Konġunta IMI2 kellha trodd lura EUR 139 100 891 mill-approprjazzjonijiet ta' impenn tal-2019 lill-baġit tal-Unjoni minħabba li kien hemm inqas suġġetti għal sejħiet għal proposti fil-pjan ta' ħidma annwali tal-2019. jinnota, barra minn hekk, li skont ir-rapport tal-Qorti, minħabba l-ħtieġa mnaqqsa li rriżultat ta' esperti tal-evalwazzjoni, l-Impriża Konġunta IMI2 użat biss EUR 2 821 000 (jew 49 %) mill-EUR 5 799 000 tal-baġit 2019 disponibbli għall-infiq infrastrutturali (titolu 2 tal-baġit); jistieden lill-Impriża Konġunta IMI2 tkompli ttejjeb l-ippjanar u l-monitoraġġ tal-approprjazzjonijiet ta' pagament u ta' impenn tagħha;

10.  Jinsab imħasseb li l-Industrija teżerċita kontroll esklużiv fuq il-prijoritajiet tal-Impriża Konġunta IMI2, u li l-Industrija waħedha tfassal l-aġendi strateġiċi u l-pjanijiet ta' ħidma annwali u tipprivatizza r-riżultati u d-data ta' proġetti ffinanzjati minn fondi pubbliċi;

11.  Jinsab irrabjat ħafna dwar il-fatt li l-Industrija, li tieħu d-deċiżjonijiet b'mod konġunt mal-Kummissjoni fi ħdan l-Impriża Konġunta IMI2, ibblokkat il-proposta tal-Kummissjoni tal-2018 biex tintegra t-tħejjija epidemjoloġika (jiġifieri l-antiċipazzjoni u t-tħejjija għal epidemiji bħal dik ikkawżata mill-COVID-19) fil-kamp ta' applikazzjoni tal-ħidma tal-Impriża Konġunta IMI2; jinsab imħasseb li l-Industrija tirrifjuta li tiżvela dokumenti kruċjali, bħal proposti għal proġetti, jew ftehimiet ta' proġetti jew għotjiet; ifakkar, f'dan ir-rigward, li dawk id-dokumenti jikkonċernaw proġetti ffinanzjati minn fondi pubbliċi; jinnota b'dispjaċir li l-problemi msemmija hawn fuq huma parzjalment konsegwenza loġika tal-istruttura u l-mekkaniżmi ta' din is-sħubija pubblika-privata;

Prestazzjoni

12.  Jinnota li l-Impriża Konġunta IMI2 għandha 10 indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) li ġew segwiti u rrappurtati għall-ewwel darba fir-rapport annwali tal-attività tagħha għall-2018, u dan kien jinvolvi wkoll ġbir ta' data mill-Impriża Konġunta IMI, fejn rilevanti; jinnota li analiżi tal-KPIs turi li l-proġetti tal-Impriża Konġunta IMI2 issa, jiġifieri f'nofs iċ-ċiklu tal-programm tal-Impriża Konġunta IMI2, jinsabu f'pożizzjoni tajba meta mqabbla mal-miri stabbiliti u kapaċi jiġġeneraw innovazzjonijiet u impatti osservabbli; minħabba n-natura kumplessa u fit-tul tal-proġetti; jinnota li, rigward l-outputs u l-impatti aktar fit-tul tal-programmi tagħha, l-Impriża Konġunta IMI2 fl-2019 wettqet valutazzjoni sinifikanti tal-impatt soċjoekonomiku tal-44 proġett tal-Impriża Konġunta IMI li kienu tlestew; jistieden lill-Impriża Konġunta IMI2 tivvaluta wkoll l-impatt ambjentali tal-proġetti tagħha; jinnota, barra minn hekk, li l-Impriża Konġunta IMI2 tiġbor data biex tirrapporta, abbażi tal-KPIs standard rilevanti ta' Orizzont 2020;

13.  Jieħu nota tal-evalwazzjoni finali tal-Kummissjoni tal-Impriża Konġunta IMI li kkonkludiet li ma seta' jiġi identifikat l-ebda benefiċċju soċjoekonomiku mill-attivitajiet tal-Impriża Konġunta IMI, u lanqas ma sabet eżempji li din offriet terapiji jew prodotti ġodda, aktar sikuri u aktar effettivi lill-pazjenti jew li qassret iż-żmien tal-iżvilupp; barra minn hekk, ikkonkludiet ukoll li suġġetti ta' riċerka eqreb għall-interess pubbliku minn dawk identifikati mill-industrija jistgħu jiġu identifikati aħjar taħt il-programm ta' riċerka usa' , u bi spiża aktar baxxa għall-baġit pubbliku;

14.  Huwa mħasseb li l-evalwazzjoni interim tal-Impriża Konġunta IMI2 imwettqa mill-Kummissjoni fl-2017 ikkonkludiet li, sal-lum, ma jistax jingħad li l-IMI offriet terapiji jew prodotti ġodda, aktar sikuri u aktar effettivi lill-pazjenti u li f'dak ir-rigward, il-valur miżjud tal-IMI għall-pazjenti u għas-soċjetà b'mod ġenerali huwa diffiċli li jintwera;

15.  Jinnota li l-Impriża Konġunta IMI2 għandha tagħmel enfasi qawwija fuq l-oqsma fejn hemm ħtieġa kbira ta' saħħa pubblika u fuq il-prijoritajiet tal-aġenda ta' riċerka strateġika tagħha; jinnota li fl-2019, l-Impriża Konġunta IMI2 varat tliet sejħiet għal proposti b'total ta' 10 suġġetti, u ffirmat 29 ftehim ta' għotja għal proġetti ġodda, filwaqt li espandiet f'oqsma ġodda fi ħdan l-industrija farmaċewtika, u żiedet ukoll ir-rabtiet tagħha ma' setturi oħra involuti fir-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tas-saħħa;

16.  Jinsab allarmat li l-Impriża Konġunta IMI2 iffinanzjat diversi proġetti li ppermettew lill-industrija farmaċewtika tagħmel lobbjar lir-regolaturi fl-Unjoni biex idgħajfu l-istandards tal-valutazzjoni tas-sikurezza għal prodotti farmaċewtiċi ġodda u biex iħaffu l-għoti ta' awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq; jistieden lill-Impriża Konġunta IMI2 tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar id-dettalji tal-ispejjeż imġarrba għall-proġetti in kwistjoni;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-programm ta' attività futur tal-Impriża Konġunta IMI2 jirrispetta wkoll il-Programm l-UE għas-Saħħa kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/522(13) u l-istrateġiji l-oħra kollha tal-Unjoni fil-qasam;

18.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, fi tmiem l-2019, ir-rata ta' implimentazzjoni tal-programm Orizzont 2020 kienet ta' 75 % fir-rigward tal-proċeduri tas-sejħiet għall-attivitajiet assenjati lill-Impriża Konġunta IMI2;

19.  Jitlob li l-Impriża Konġunta IMI2 teżamina mill-ġdid l-istrateġija ta' komunikazzjoni tagħha biex tiżgura li l-partijiet ikkonċernati rilevanti jkunu konxji mill-missjoni, l-attivitajiet u l-kisbiet tagħha.

20.  Jinnota li, fl-2019, il-valur tal-effett ta' lieva tal-Impriża Konġunta IMI2 kien ta' 1,03; jirrimarka bi tħassib li din ir-rata ma tilħaqx l-aspettattivi; jistieden lill-Impriża Konġunta IMI2 tieħu passi biex tilħaq il-mira;

21.  Jilqa' l-fatt li, skont ir-rapport annwali tal-attività tal-Impriża Konġunta IMI2 għall-2019, il-KPIs rigward il-bilanċ bejn il-ġeneri fl-2019 juru li 51 % tal-membri tal-persunal totali li jaħdmu fil-proġetti tal-Impriża Konġunta IMI2 kienu nisa, 27 minn 89 koordinatur tal-proġetti għall-proġetti tal-Impriża Konġunta IMI2 fl-2019 kienu nisa u li n-nisa jammontaw għal 45 % sa 60 % tal-konsulenti u l-esperti li jwettqu evalwazzjonijiet u analiżijiet, u li jaħdmu fil-kumitat xjentifiku;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Qorti jipprovdu metodu approfondit ta' segwitu tal-prestazzjoni bil-għan li jiġi evalwat il-valur miżjud tal-Impriża Konġunta IMI2, u jiġi vvalutat l-impatt tagħha f'termini soċjali u tal-impjiegi, kif ukoll l-impatt tagħha fuq is-suq; ir-riżultati tal-evalwazzjoni għandhom jintużaw għall-futur jew għal tqassim mill-ġdid tal-finanzjament tal-Unjoni;

23.  Jinnota li l-kwistjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (DPI) jeħtieġ li tiġi indirizzata fil-kuntratti kollha li jistgħu jipproduċu eżitu jew riżultat intenzjonat tal-prestazzjoni; ifakkar li d-DPI għandhom l-għan li jissalvagwardjaw id-drittijiet tal-ħallieqa individwali, iżda jipprovdu wkoll dettalji dwar kif id-drittijiet se jintużaw fil-futur; jinnota li peress li l-attività hija ffinanzjata parzjalment bi flus pubbliċi, ir-riżultati għandhom ikunu trasparenti u aċċessibbli għall-pubbliku; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi qafas legali fir-rigward tad-DPI u l-implimentazzjoni tagħhom fis-suq, inklużi rekwiżiti speċjali u tqassim tal-profitti;

Persunal u Reklutaġġ

24.  Jinnota li, f'Diċembru 2019, l-għadd totali ta' postijiet tax-xogħol mimlija fl-Impriża Konġunta IMI2 kien ta' 53 (48 fl-2018) minn 56 fit-tabella tal-persunal;

25.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, fl-2019, l-Impriża Konġunta stabbilizzat b'mod sinifikanti s-sitwazzjoni tal-persunal tagħha, b'mod partikolari, ir-rata ta' dawran tal-impjegati naqset minn 21 % għal 5,6 %, l-għadd ta' membri tal-persunal fuq liv minħabba mard fit-tul naqas minn erbgħa għal wieħed, u l-użu ta' persunal interim naqas minn 5,1 għal 3,8 ekwivalenti full time;

26.  Jinnota li, fi tmiem l-2019, in-nazzjonalitajiet ta' 13-il Stat Membru kienu rappreżentati fl-Impriża Konġunta IMI 2, erba' minnhom b'membru wieħed tal-persunal; jinnota li 72 % tat-53 membru tal-persunal kienu nisa, u 28 % biss kienu rġiel;

27.  Jistieden lill-Impriża Konġunta IMI2 tintroduċi skema ta' taħriġ obbligatorju għall-membri ġodda tal-persunal u għall-membri tal-persunal li huma operattivi diġà;

Awditu intern

28.  Jinnota li f'Ġunju 2019, is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) ħareġ il-pjan ta' awditjar intern strateġiku għall-perjodu 2019-2021 għall-Impriża Konġunta IMI2, ibbażat fuq ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju tal-IAS imwettqa f'Diċembru 2018; jinnota, barra minn hekk, li l-Impriża Konġunta IMI2 kompliet timplimenta l-pjan ta' azzjoni li jirriżulta mir-rapport tal-awditjar tal-2018 dwar il-Koordinazzjoni maċ-Ċentru ta' Appoġġ Komuni (CSC) u l-implimentazzjoni ta' għodod u servizzi tas-CSC fl-Impriża Konġunta IMI2, u li f'Jannar 2020, ir-rakkomandazzjoni dwar is-sistema komuni tal-IT ta' Orizzont 2020 ingħalqet;

Kontroll intern

29.  Jinnota s-sejba tal-Qorti li l-Impriża Konġunta IMI2 waqqfet proċeduri ta' kontroll ex ante affidabbli, ibbażati fuq eżamijiet dokumentarji finanzjarji u operattivi; u li fi tmiem l-2019, hija kienet implimentat il-qafas ta' kontroll intern il-ġdid u żviluppat indikaturi għall-valutazzjoni tal-effikaċja tal-attivitajiet ta' kontroll għall-prinċipji ta' kontroll intern u l-karatteristiċi relatati kollha; jinnota, barra minn hekk, li l-2019 kienet it-tieni sena tal-awtovalutazzjoni mill-Impriża Konġunta IMI2 tal-attivitajiet ta' kontroll intern tagħha fl-ambitu tal-qafas il-ġdid; jistieden lill-Impriża Konġunta IMI2 tippreżenta rapporti dwar l-eżerċizzju ta' awtovalutazzjoni lill-awtorità ta' kwittanza;

30.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, għall-pagamenti interim u finali fl-ambitu tas-Seba' Programm Kwadru, l-Impriża Konġunta IMI2 twettaq awditi ex post fil-bini tal-benefiċjarji, filwaqt li għad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż ta' proġetti fl-ambitu ta' Orizzont 2020, is-Servizz tal-Awditjar Komuni tal-Kummissjoni huwa responsabbli għall-awditi ex post, u li, abbażi tar-riżultati tal-awditu ex post disponibbli fl-aħħar tal-2019, hija rrappurtat rata ta' żball rappreżentattiva ta' 2,05 % u rata ta' żball residwu ta' 0,66 % għall-proġetti tagħha tas-Seba' Programm Kwadru, u rata ta' żball rappreżentattiva ta' 0,85 % u rata ta' żball residwu ta' 0,52 % għall-proġetti tal-programm' Orizzont 2020 (ikklirjar u pagamenti finali); jinnota, barra minn hekk, li skont il-proposta tal-Kummissjoni għar-Regolament (UE) Nru 1291/2013(14), l-għan aħħari għal-livell ta' żball residwu fl-għeluq tal-programmi, wara li jkun tqies l-impatt finanzjarju tal-awditi u l-miżuri ta' korrezzjoni u ta' rkupru kollha, huwa li jinkiseb livell kemm jista' jkun qrib it-2 %;

31.  Jinnota b'sodisfazzjon li, skont ir-rapport tal-Qorti, bħala parti mill-kontrolli tal-pagamenti operazzjonali, il-Qorti wettqet awditu ta' kampjun magħżul b'mod aleatorju ta' pagamenti ta' Orizzont 2020 li saru fl-2019 fil-livell tal-benefiċjarji finali biex tikkorrobora r-rati ta' żbalji tal-awditjar ex post, u li dawk l-awditi dettaljati ma wrew l-ebda żball sinifikanti jew dgħufijiet fil-kontroll tal-benefiċjarji tal-Impriża Konġunta IMI2 inklużi fil-kampjun;

32.  Jinnota li fl-2018 u l-2019, il-Qorti għamlet rieżami, abbażi ta' kampjuni, tal-awditi ex post imwettqa mis-Servizz ta' Awditjar Komuni tal-Kummissjoni u mill-awdituri esterni kkuntrattati tagħha; isemmi li r-rata ta' żball residwu rrappurtata mis-seba' Impriżi Konġunti ta' Orizzont 2020 (Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew, Clean Sky, IMI2, Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, Komponenti u Sistemi Elettroniċi għal Tmexxija Ewropea, Industriji b'bażi Bijoloġika u Shift2Rail) fir-rapport annwali tal-attività rispettiv tagħhom mhijiex direttament komparabbli mar-rata ta' żball ippubblikata fir-rapport annwali 2019 tal-Qorti għall-infiq tar-riċerka tal-Kummissjoni;

33.  Jinnota b'sodisfazzjon li, fir-rigward ta' każijiet ta' suspett ta' frodi , fl-2019, l-Impriża Konġunta IMI2 ma identifikat l-ebda każ ġdid ta' irregolaritajiet jew suspett ta' frodi waqt il-ġestjoni tal-portafoll tal-proġetti tagħha u ma rċeviet l-ebda mistoqsija jew talba għal informazzjoni mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

34.  Jinnota li l-Impriża Konġunta IMI2 adottat regoli dwar il-kunflitti ta' interess u ppubblikat is-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija tagħha;

35.  Jinnota li fl-2019 l-Impriża Konġunta IMI2 stabbiliet qafas ta' etika robust wara l-adozzjoni mill-bord tat-tmexxija tal-"Politika tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju psikoloġiku u tal-fastidju sesswali"; jinnota wkoll il-ħidma li saret bi tħejjija għall-adozzjoni mill-bord tat-tmexxija tal-linji gwida tal-Impriża Konġunta IMI2 dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta kmieni fl-2020;

o
o   o

36.  Jinnota li għaddejjin negozjati u ħidma preparatorja biex tinħoloq Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva bħala suċċessur possibbli tal-Impriża Konġunta IMI2; jinnota li l-objettivi ewlenin għall-Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva għandhom ikunu l-adozzjoni ta' proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet kompletament ibbilanċjati u trasparenti, il-monitoraġġ kontinwu tal-impatti ambjentali u soċjoekonomiċi, u l-implimentazzjoni ta' sistema ġdida li tgħin biex jiġi prevenut li s-sħab privati ma jkunux jistgħu jissodisfaw l-obbligi finanzjarji tagħhom; jiddispjaċih li tali sforzi għal titjib ma sarux diġà fl-2019 biex jittejbu l-prestazzjoni u t-trasparenza tal-Impriża Konġunta IMI2.

(1) ĠU C 380, 11.11.2020, p. 6.
(2) ĠU C 380, 11.11.2020, p. 6.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(4) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 54.
(5) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(6) ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.
(7) ĠU C 380, 11.11.2020, p. 6.
(8) ĠU C 380, 11.11.2020, p. 6.
(9) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(10) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 54.
(11) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(12) ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.
(13) Ir-Regolament (UE) 2021/522 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Marzu 2021 li jistabbilixxi Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (il-"Programm l-UE għas-Saħħa") għall-perjodu 2021-2027, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 1).
(14) Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).


Kwittanza 2019: Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2
PDF 168kWORD 57k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2187(DEC))
P9_TA(2021)0211A9-0107/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-impriżi konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-impriżi konġunti(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05795/2021 – C9-0034/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 559/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0107/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2187(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-impriżi konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-impriżi konġunti(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05795/2021 – C9-0034/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 559/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0107/2021),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2187(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0107/2021),

A.  billi l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (FCH) twaqqfet f'Mejju 2008 bħala sħubija pubblika-privata mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 521/2008(13) għal perjodu sal-31 ta' Diċembru 2017 biex jiżdiedu l-isforzi tar-riċerka u jiġi aċċelerat l-użu tat-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu; billi r-Regolament (KE) Nru 521/2008 tħassar mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 559/2014(14);

B.  billi f'Mejju 2014 ir-Regolament (UE) Nru 559/2014 stabbilixxa l-Impriża Konġunta biex tissostitwixxi u tissuċċedi l-FCH għal perjodu li jwassal sal-31 ta' Diċembru 2024;

C.  billi l-membri tal-FCH kienu l-Unjoni, rappreżentata mill-Kummissjoni, ir-Raggruppament tal-Industrija għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, u r-Raggruppament tar-Riċerka N.ERGHY;

D.  billi l-membri tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni, rappreżentata mill-Kummissjoni, in-New Energy World Industry Grouping AISBL ("ir-Raggruppament tal-Industrija"), li fl-2016 sar jismu Hydrogen Europe, u n-New European Research Grouping on Fuel Cells and Hydrogen AISBL ("ir-Raggruppament tar-Riċerka"), li fl-2018 sar jismu Hydrogen Europe Research;

E.  billi l-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni għall-ewwel fażi ta' attivitajiet tal-Impriża Konġunta hija EUR 470 000 000 mis-Seba' Programm Kwadru; billi l-kontribuzzjonijiet mill-membri l-oħra jridu jkunu mill-inqas daqs il-kontribuzzjoni tal-Unjoni;

F.  billi fl-Impriża Konġunta, il-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni hija EUR 665 000 000 (inklużi l-approprjazzjonijiet mill-EFTA) mill-Orizzont 2020 u l-membri mir-Raggruppamenti tal-Industrija u tar-Riċerka huma mistennija jikkontribwixxu riżorsi totali ta' mill-inqas EUR 380 000 000 matul il-perjodu ddefinit mir-Regolament (UE) Nru 559/2014, li jinkludu kontribuzzjonijiet in natura fil-proġetti ta' Orizzont 2020 iffinanzjati mill-Impriża Konġunta, kontribuzzjonijiet in natura għal attivitajiet addizzjonali ta' mill-inqas EUR 285 000 000 u kontribuzzjonijiet fi flus kontanti għall-ispejjeż amministrattivi;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta (ir-"rapport tal-Qorti") isib li l-kontijiet annwali tal-2019 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta fil-31 ta' Diċembru 2019, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-regolament finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni; jinnota wkoll mir-rapport tal-Qorti li t-tranżazzjonijiet ta' bażi għall-kontijiet huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

2.  Jinnota li l-baġit finali disponibbli tal-Impriża Konġunta (li jinkludi approprjazzjonijiet mhux użati li ddaħħlu mill-ġdid tas-snin preċedenti, dħul assenjat u riallokazzjonijiet għas-sena ta' wara) għas-sena finanzjarja 2019 kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn li jammontaw għal EUR 91 730 585 u approprjazzjonijiet ta' pagament li jammontaw għal EUR 113 855 981; jinnota li l-eżekuzzjoni ġenerali tal-baġit 2019 għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament laħqet il-85,9 % u t-98,4 %, rispettivament;

3.  Jinnota li fl-aħħar tal-2019, mill-kontribuzzjoni massima ta' EUR 470 000 000 skont ir-Regolament (KE) Nru 521/2008, l-Unjoni kkontribwiet total ta' EUR 421 606 000 mis-Seba' Programm Kwadru inklużi kontribuzzjonijiet in natura li jammontaw għal EUR 19 107 000 u l-membri mir-Raggruppamenti tal-Industrija u r-Riċerka qed jikkontribwixxu total ta' riżorsi validati li jammontaw għal EUR 447 506 000, li jinkludu kontribuzzjonijiet in natura validati li jammontaw għal EUR 429 600 000 fil-proġetti tas-Seba' Programm Kwadru; jinnota li fl-2019 l-Impriża Konġunta għamlet pagamenti ta' EUR 5 805 092 għas-Seba' Programm Kwadru li jammontaw għal EUR 415 313 265 għall-perjodu kollu ta' bejn l-2009 u l-2019, u li r-rata ta' implimentazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet 95,1 % għall-baġit disponibbli għall-proġetti tas-Seba' Programm Kwadru fl-2019;

4.  Jinnota li, fi tmiem l-2019, l-Unjoni kkontribwiet total ta' EUR 420 067 000 minn Orizzont 2020 u l-membri mir-Raggruppamenti tal-Industrija u r-Riċerka qed jikkontribwixxu total ta' riżorsi validati li jammontaw għal EUR 11 707 000 li jinkludu kontribuzzjonijiet in natura validati li jammontaw għal EUR 5 376 000 fil-proġetti ta' Orizzont 2020 tal-Impriża Konġunta, u barra minn hekk, total ta' kontribuzzjonijiet in natura ta' EUR 667 001 000 għal attivitajiet addizzjonali;

5.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-livell baxx ta' kontribuzzjonijiet in natura tal-membri tal-industrija għall-attivitajiet operattivi huwa dovut għall-fatt li l-Impriża Konġunta tiċċertifikahom fil-mument tad-dikjarazzjonijiet ta' spiża finali, u għalhekk, iċ-ċertifikazzjoni tal-biċċa l-kbira tal-kontribuzzjonijiet in natura impenjati se ssir aktar tard fil-programm Orizzont 2020, meta jsir il-pagament finali għall-proġetti u jkunu dovuti ċ-ċertifikati tad-dikjarazzjoni finanzjarja;

6.  Jinnota li jeżistu proċeduri differenti fost l-impriżi konġunti li jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja mill-membri privati tagħhom; jitlob l-armonizzazzjoni tal-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet in natura fost l-impriżi konġunti; iqis li l-proċedura komuni jmissha tipprevedi metodi ta' evalwazzjoni trasparenti u effikaċi li jiżguraw il-valur reali tal-kontribuzzjoni; jistieden lill-Qorti tipprevedi l-iskrutinju tal-awditi li jkunu għamlu l-awdituri indipendenti esterni; jitlob ukoll qafas ġuridiku xieraq li jiżgura li l-ammont meħtieġ tal-kontribuzzjoni finanzjarja jintlaħaq sa tmiem il-programm; jinnota li l-qafas ġuridiku jista' jinkludi r-rekwiżiti għal kontribuzzjoni privata li titħallas qabel jew fl-istess mument bħall-kontribuzzjoni korrispondenti tal-Unjoni;

7.  Jinnota li r-rata ta' implimentazzjoni tal-baġit disponibbli għall-proġetti ta' Orizzont 2020 kienet 86,3 % għall-impenji u 100 % għall-approprjazzjonijiet ta' pagament; jinnota, barra minn hekk, li l-approprjazzjonijiet ta' impenn ma ntużawx b'mod sħiħ, peress li żewġ suġġetti tas-sejħa tal-2019 ma ġewx aġġudikati;

Prestazzjoni

8.  Jinnota li l-Impriża Konġunta tuża l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) speċifiċi skont l-Orizzont 2020 kif ukoll żewġ KPIs speċifiċi tal-Impriża Konġunta li jkejlu s-sehem tal-fondi allokati għall-attivitajiet ta' riċerka, u li għandha proġetti ta' dimostrazzjoni ospitati fi Stati Membri u f'reġjuni li jibbenefikaw mill-fondi strutturali u ta' investiment tal-Unjoni; jinnota, barra minn hekk, li l-KPIs (stabbiliti fl-2014) ġew riveduti u inklużi f'addendum għall-pjan ta' ħidma pluriennali, approvat mill-Bord ta' Tmexxija f'Ġunju 2018, hekk kif it-teknoloġija avvanzat b'mod sostanzjali f'dawn l-aħħar snin u bdew jitfaċċaw applikazzjonijiet ġodda;

9.  Jitlob li l-Impriża Konġunta teżamina mill-ġdid l-istrateġija ta' komunikazzjoni tagħha biex tiżgura li l-partijiet ikkonċernati rilevanti jkunu konxji mill-missjoni, l-attivitajiet u l-kisbiet tagħha.

10.  Jinnota li l-valur tal-effett ta' lieva fil-31 ta' Diċembru 2019 kien ta' 2,24 billi tqiesu l-kontribuzzjonijiet kollha tas-sħab privati, u ta' 1,51 billi tqiesu biss il-membri ta' Hydrogen Europe Industry u ta' Hydrogen Europe Research;

11.  Jinnota li fl-2019 l-Impriża Konġunta lestiet il-proġett CertifHy 2 li jservi ta' katalizzatur għall-implimentazzjoni ta' skema GO fuq il-livell tal-Unjoni kollha għall-idroġenu ekoloġiku u b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju u huwa pass importanti lejn mekkaniżmu possibbli għaċ-ċertifikazzjoni tal-idroġenu fil-kuntest tad-Direttiva (UE) 2018/2001(15); jinnota ir-rieżami u l-valutazzjoni, fl-2019, tal-avvenimenti inklużi fil-Bażi tad-Data Ewropea ta' Referenza tas-Sikurezza tal-Idroġenu (HIAD.2.0) li fihom rakkomandazzjonijiet għal riċerka futura f'dan il-qasam; jinnota l-iżviluppi wara l-konklużjonijiet tar-rapport "Fuel Cells and Hydrogen for Green Energy in European Cities and Regions" (Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għall-Enerġija Ekoloġika fil-Bliet u r-Reġjuni Ewropej), bħat-tnedija tas-sħubija Ewropea tal-widien tal-idroġenu (EH-S3P) fl-ambitu tal-pjattaforma ta' Speċjalizzazzjoni intelliġenti, l-iffirmar ta' kuntratt għall-ġestjoni ta' faċilità pilota ta' assistenza għall-iżvilupp tal-proġett (PDA) u l-inklużjoni fil-pjan ta' ħidma tal-2019 ta' suġġett "H2 Valley" għal proġett ta' dimostrazzjoni (proġett "flagship");

12.  Jinnota li fl-2019 ġew iffirmati ftehimiet ta' għotja għal żewġ proġetti ta' dimostrazzjoni kbar (H2Haul u Djewels) mis-sejħa tal-2018; jinnota, barra minn hekk, li għas-sejħa tal-2019, l-Impriża Konġunta rċeviet total ta' 43 proposta eliġibbli għas-17-il suġġett tagħha u li l-benefiċjarji kienu ġejjin minn 23 Stat Membru jew pajjiż assoċjat u li entitajiet minn erba' pajjiżi terzi qed jipparteċipaw f'seba' proġetti; jinnota, barra minn hekk, li s-17-il ftehim ta' għotja kollha ġew iffirmati fl-2019;

13.  Jinnota li fi tmiem l-2019, il-portafoll tal-proġetti globali tal-Impriża Konġunta kien jinkludi 155 proġett fl-ambitu tas-Seba' Programm Kwadru (li minnhom 150 ingħalqu u 5 baqgħu miftuħa) u 109 proġetti ffirmati fl-ambitu tal-Orizzont 2020 (li minnhom 11 ingħalqu u 98 baqgħu miftuħa); jinnota, barra minn hekk, li fl-2019 l-Impriża Konġunta wettqet sejħiet għall-offerti għal żewġ studji, b'kuntratt wieħed iffirmat f'Lulju 2019, u barra minn hekk f'dik is-sena ġew iffirmati żewġ sejħiet għall-offerti biex jingħata appoġġ għall-innovazzjoni tal-missjonijiet u għall-għajnuna fl-iżvilupp tal-proġetti għar-reġjuni;

14.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, fi tmiem l-2019, ir-rata ta' implimentazzjoni ta' Orizzont 2020 kienet 83 % fir-rigward tal-proċeduri tas-sejħiet għall-attivitajiet assenjati lill-Impriża Konġunta;

15.  Jinnota li, fi tmiem l-2019, l-Impriża Konġunta kienet tgħodd 27 membru tal-persunal ġejjin minn 10 Stati Membri u bi pjaċir jinnota li ntlaħaq kważi bilanċ bejn il-ġeneri fost il-membri tal-persunal (51 % rġiel u 49 % nisa); jinnota wkoll li fl-2019 is-sehem tan-nisa li pparteċipaw f'Orizzont 2020 kien 27 %, li 23,8 % tal-koordinaturi tal-proġetti kienu nisa, u li 33 % tal-membri tal-kumitat xjentifiku kienu nisa;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Qorti jadottaw metodu approfondit li jsegwi l-prestazzjoni, bil-għan li jiġi evalwat il-valur miżjud tal-Impriża Konġunta u li jinkludi l-impatt soċjali u fuq l-impjiegi kif ukoll l-impatt fuq is-suq; huwa tal-fehma li r-riżultati tal-evalwazzjoni għandhom jintużaw għall-futur jew għal tqassim mill-ġdid tal-finanzjamenti tal-Unjoni;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-programm ta' attivitajiet tal-Impriża Konġunta fil-futur jirrispetta r-rekwiżiti u l-objettivi previsti mid-dritt tal-Unjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u li se jsegwi l-istrateġiji fil-qasam elaborat kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-industrija;

18.  Iqis li hemm bżonn li l-kwistjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (DPI) tiġi indirizzata fil-kuntratti kollha li jistgħu jipproduċu eżitu jew riżultat previst tal-prestazzjoni; ifakkar li d-DPI għandhom l-għan li jħarsu d-drittijiet tal-kreaturi individwali iżda joffru wkoll dettalji dwar il-mod kif id-dritt ikun se jintużaw fil-futur; jinnota li billi l-attività hija ffinanzjata anki minn finanzjamenti pubbliċi, ir-riżultati għandhom ikunu trasparenti, aċċessibbli għall-pubbliku u suġġetti għal rekwiżiti speċjali; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi qafas ġuridiku fir-rigward tad-DPI u tal-implimentazzjoni tagħhom fis-suq, inklużi rekwiżiti speċjali u tqassim tal-profitti;

Awditu intern

19.  Jinnota li fl-2019, l-Impriża Konġunta tat risposti għall-abbozz u r-rapport finali dwar pjan strateġiku ta' awditu intern ġdid għall-perjodu ta' bejn l-2019 u l-2021 imħejji mit-tim tas-servizz tal-awditjar intern (IAS), u li, bi qbil mal-IAS, fl-2020 tnieda awditu ġdid tal-IAS skont il-pjan strateġiku ta' awditu intern għall-perjodu 2019-2021; jinnota, barra minn hekk, li matul is-sena, l-Impriża Konġunta ġiet ikkonsultata u tat kontribut lill-IAS fil-kuntest ta' impenn ta' konsultazzjoni fil-proċess eżistenti ta' feedback dwar il-politika tar-riċerka u l-innovazzjoni mwettaq mill-IAS fuq talba taċ-ċentru komuni ta' implimentazzjoni;

20.  Jinnota li fil-31 ta' Diċembru 2019, ir-rakkomandazzjonijiet u l-pjanijiet ta' azzjoni kollha li rriżultaw mill-awditi preċedenti tal-IAS ġew implimentati u magħluqa b'suċċess;

Kontrolli interni

21.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Impriża Konġunta stabbiliet proċeduri ta' kontroll ex ante affidabbli bbażati fuq rieżamijiet dokumentarji finanzjarji u operattivi, u li hija obbligata timplimenta l-qafas ta' kontroll intern il-ġdid tal-Kummissjoni bbażat fuq 17-il prinċipju ta' kontroll intern; jinnota, barra minn hekk, mir-rapport tal-Qorti li fl-aħħar tal-2019, l-Impriża Konġunta kienet diġà lestiet analiżi tad-distakk ibbażata fuq is-sistema ta' kontroll intern eżistenti u żviluppat indikaturi għall-valutazzjoni tal-effikaċja tal-prinċipji ta' kontroll intern ġodda u l-karatteristiċi relatati; jinnota li wara l-awtovalutazzjoni tal-2018 tal-qafas ta' kontroll intern li rriżultat fi pjan ta' azzjoni, fl-2019 saret valutazzjoni interna biex jiġi żgurat li l-pjan ta' azzjoni ġie segwit;

22.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li għall-pagamenti interim u finali tas-Seba' Programm Kwadru, l-Impriża Konġunta hija responsabbli għall-awditi ex post tal-benefiċjarji, filwaqt li għad-dikjarazzjonijiet ta' spiża tal-proġett Orizzont 2020, is-servizz ta' awditjar komuni tal-Kummissjoni huwa responsabbli għall-awditi ex post, u li abbażi tar-riżultati tal-awditjar ex post disponibbli fi tmiem l-2019, l-Impriża Konġunta rrapportat rata ta' żball rappreżentattiva ta' 2,08 % u rata tal-iżball residwu ta' 1,08 % għall-proġetti tas-Seba' Programm Kwadru tagħha, u rata ta' żball rappreżentattiva ta' 0,94 % u rata tal-iżball residwu ta' 0,7 % għall-proġetti ta' Orizzont 2020 (ikklerjar u pagamenti finali); jinnota li l-proposta tal-Kummissjoni għar-regolament ta' Orizzont 2020 ipproponiet li għall-infiq fir-riċerka fl-ambitu ta' Orizzont 2020, riskju ta' żball annwali f'medda ta' bejn 2 % u 5 % huwa objettiv realistiku, filwaqt li jitqiesu l-ispejjeż tal-kontrolli, il-miżuri ta' semplifikazzjoni proposti biex titnaqqas il-kumplessità tar-regoli u r-riskju inerenti relatat assoċjat mar-rimborż tal-ispejjeż tal-proġett ta' riċerka, u li l-għan aħħari għal-livell residwu ta' żball fl-għeluq tal-programmi wara li jkunu tqiesu l-impatt finanzjarju tal-awditi kollha, il-miżuri ta' korrezzjoni u rkupru kollha, ikun li jinkiseb livell li jkun qrib kemm jista' jkun 2 %;

23.  Jinnota li l-Qorti awditjat b'mod każwali l-pagamenti ta' Orizzont 2020 inklużi fil-kampjun li saru fl-2019, fil-livell tal-benefiċjarji finali biex tikkorrobora r-rati ta' żbalji tal-awditjar ex post, bħala parti mill-kontrolli tal-pagamenti operattivi, u li dawn l-awditi ddettaljati ma wrew l-ebda żball sinifikanti jew nuqqasijiet ta' kontroll fil-benefiċjarji tal-Impriża Konġunta inklużi fil-kampjun;

24.  Jinnota li l-kodiċi ta' mġiba amministrattiva tajba tal-Impriża Konġunta ġie adottat mid-direttur eżekuttiv tagħha f'Settembru 2019; jinnota li l-Impriża Konġunta adottat regoli finanzjarji ġodda, skont il-mudell tar-regolament finanzjarju għas-sħubijiet pubbliċi-privati, permezz ta' deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija f'Diċembru 2019; jinnota, barra minn hekk, li, fl-aħħar tal-2019, l-Impriża Konġunta nediet proċedura għall-adozzjoni ta' politika dwar il-ġestjoni tad-dokumenti, u tali adozzjoni finali kienet prevista li ssir fil-bidu tal-2020;

25.  Jinnota li l-Impriża Konġunta kellha matriċi tar-riskju kompluta għall-2020 (inklużi r-riskji ta' prijorità aktar baxxa) regolarment ivvalutata u diskussa mill-maniġment, bħala parti minn proċess kontinwu ta' valutazzjoni tar-riskju, biex tiġi riflessa kwalunkwe bidla fl-ambjent intern u estern tal-organizzazzjoni, u kkunsidrat ukoll l-istatus tar-riskji u l-pjanijiet ta' azzjoni sinifikanti li ġew identifikati fl-2018; jinnota li l-Impriża Konġunta timplimenta l-istrateġija komuni ta' kontra l-frodi fil-qasam tar-riċerka.

(1) ĠU C 380, 11.11.2020, p. 6.
(2) ĠU C 380, 11.11.2020, p. 6.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(4) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 108.
(5)  ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(6) ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.
(7) ĠU C 380, 11.11.2020, p. 6.
(8) ĠU C 380, 11.11.2020, p. 6.
(9) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(10) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 108.
(11)  ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(12) ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.
(13) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 521/2008 tat-30 ta' Mejju 2008 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (ĠU L 153, 12.6.2008, p. 1).
(14) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 559/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 (ĠU L 169, 7.6.2014, p. 108).
(15) Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).


Kwittanza 2019: L-Impriża Konġunta Shift2Rail
PDF 169kWORD 57k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Shift2Rail għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2188(DEC))
P9_TA(2021)0212A9-0111/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Shift2Rail għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-impriżi konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-impriżi konġunti(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05795/2021 – C9-0035/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 642/2014 tas-16 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Shift2Rail(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0111/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Shift2Rail għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Shift2Rail, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Shift2Rail għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2188(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Shift2Rail għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-impriżi konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-impriżi konġunti(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05795/2021 – C9-0035/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 642/2014 tas-16 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Shift2Rail(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0111/2021),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Shift2Rail għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Shift2Rail, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Shift2Rail għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2188(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Shift2Rail għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0111/2021),

A.  billi l-Impriża Konġunta Shift2Rail (l-"Impriża Konġunta") ġiet stabbilita f'Ġunju 2014 għal perjodu ta' 10 snin mir-Regolament (UE) Nru 642/2014;

B.  billi l-membri fundaturi huma l-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni, u s-sħab fl-industrija ferrovjarja (partijiet ikkonċernati ewlenin, inklużi l-manifatturi ta' tagħmir ferrovjarju, il-kumpaniji ferrovjarji, il-maniġers tal-infrastruttura u ċ-ċentri tar-riċerka) bil-possibbiltà li entitajiet oħra jipparteċipaw fl-Impriża Konġunta bħala membri assoċjati; billi l-kontribuzzjonijiet tal-membri minbarra l-Unjoni m'għandhomx ikunu limitati biss biex ikopru l-ispejjeż amministrattivi u l-kofinanzjament meħtieġ biex jitwettqu azzjonijiet ta' riċerka u innovazzjoni, iżda għandhom ikunu relatati wkoll ma' attivitajiet addizzjonali;

C.  billi l-objettivi ewlenin tal-Impriża Konġunta huma li tikkontribwixxi għall-kisba taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea, u li ttejjeb l-attraenza, il-kompetittività, is-sostenibbiltà, u l-integrazzjoni tas-sistema ferrovjarja Ewropea, billi tiffaċilita, fost affarijiet oħra, bidla modali mit-trasport bit-triq u bl-ajru għat-trasport ferrovjarju;

D.  billi l-Impriża Konġunta bdiet taħdem b'mod awtonomu f'Mejju 2016;

Kwistjonijiet ġenerali

1.  Jinnota li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2019 (ir-"rapport tal-Qorti"), jikkonstata li l-kontijiet annwali huma ppreżentati b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, fir-rigward tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta fil-31 ta' Diċembru 2019 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li kienet għadha kemm intemmet, b'konformità mar-Regolament Finanzjarju tagħha u mar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni; jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet sottostanti tal-kontijiet huma, fl-aspetti materjali kollha, legali u regolari;

2.  Jinnota li, għall-perjodu stabbilit fir-Regolament, il-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni għall-attivitajiet tal-Impriża Konġunta hija ta' EUR 450 000 000 (inklużi l-kontribuzzjonijiet tal-EFTA), li għandhom jitħallsu minn Orizzont 2020; jinnota li l-membri kollha tal-Impriża Konġunta minbarra l-Unjoni (grupp industrijali) għandhom jikkontribwixxu riżorsi ta' mill-inqas EUR 470 000 000, li jikkonsistu f'mill-inqas EUR 350 000 000 f'kontribuzzjonijiet in natura u fi flus għall-ispejjeż operattivi u amministrattivi tal-Impriża Konġunta, u mill-inqas EUR 120 000 000 f'kontribuzzjonijiet in natura għall-attivitajiet addizzjonali tal-Impriża Konġunta;

3.  Jinnota li jeżistu proċeduri differenti fost l-Impriżi Konġunti biex jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja mill-membri privati tal-Impriża Konġunta; jappella għall-armonizzazzjoni tal-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet in natura fost l-Impriżi Konġunti; il-proċedura komuni għandha tipprevedi metodi ta' evalwazzjoni trasparenti u effikaċi li jiżguraw il-valur reali tal-kontribuzzjoni; jistieden lill-Qorti tipprovdi l-iskrutinju tal-awditi mwettqa mill-awdituri indipendenti esterni; jappella wkoll għal qafas ġuridiku xieraq li jiżgura li l-ammont meħtieġ tal-kontribuzzjoni finanzjarja jinkiseb sa tmiem il-programm; jinnota li l-qafas ġuridiku jista' jinkludi rekwiżiti biex il-kontribuzzjoni privata titħallas qabel jew fl-istess mument bħall-kontribuzzjoni korrispondenti tal-Unjoni;

4.  Jinnota li, b'kollox, aktar minn 400 entità pubblika u privata, li jirrappreżentaw is-settur ferrovjarju, jipparteċipaw fl-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni Shift2Rail;

5.  Jenfasizza l-kontribut tal-Impriża Konġunta biex jintlaħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew; jilqa', f'dan ir-rigward, l-isforzi ta' riċerka u innovazzjoni ta' Shift2Rail biex tinkiseb sistema ferrovjarja aktar sostenibbli, diġitali, kompetittiva, affidabbli u attraenti fl-Ewropa;

6.  Jappoġġja l-proposta biex tiġi stabbilita Sħubija Ferrovjarja Ewropea għar-riċerka u l-innovazzjoni li tibni fuq is-suċċess tal-Impriża Konġunta; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu esplorati opportunitajiet għall-finanzjament ta' programmi u proġetti fl-ambitu ta' programmi tal-Unjoni bħall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, il-Pjan Ewropa Diġitali, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni, kif ukoll li jiġu żviluppati sinerġiji bejn is-Sħubija l-ġdida u l-mekkaniżmi ta' finanzjament eżistenti;

7.  Jemmen li s-suċċessur ta' Shift2Rail għandu jinkludi fil-programm ta' riċerka ħidma konġunta ma' modi oħra ta' trasport sabiex titwitta t-triq lejn trasport mingħajr xkiel u integrat; jirrimarka li l-awtomatizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tas-settur ferrovjarju għandhom ikunu waħda mill-prijoritajiet tas-suċċessur ta' Shift2Rail;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tassigura li l-programm futur ta' attivitajiet tal-Impriża Konġunta jirrispetta r-rekwiżiti u l-objettivi previsti mid-dritt tal-Unjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u li jsegwi l-istrateġiji fil-qasam imfassla kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-industrija;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

9.  Jinnota li l-baġit finali disponibbli fl-2019, inklużi l-approprjazzjonijiet mhux użati li ddaħħlu mill-ġdid mis-snin preċedenti, id-dħul assenjat u r-riallokazzjonijiet għas-sena ta' wara, kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn ta' EUR 83 071 000 u approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 81 563 000; jinnota li fl-2019, ir-rati ta' utilizzazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament disponibbli kienu 97 % u 86 % rispettivament;

10.  Jinnota li l-baġit attiv ta' Orizzont 2020 tal-Impriża Konġunta disponibbli fl-2019 kien ta' EUR 80 197 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' EUR 78 569 000 f'approprjazzjonijiet ta' pagament; jinnota, barra minn hekk, mir-rapport tal-Qorti, li fi tmiem l-2019, l-Impriża Konġunta implimentat 100 % tal-approprjazzjonijiet ta' impenn u 88 % tal-approprjazzjonijiet ta' pagament disponibbli għall-proġetti ta' Orizzont 2020, u li l-pagamenti ta' prefinanzjament għall-proġetti ta' Orizzont 2020 magħżula fl-ambitu tas-sejħa għall-proposti tal-2019 ammontaw għal 65 % tal-valur tal-pagamenti operattivi li saru matul is-sena;

11.  Jinnota li għal Orizzont 2020 fi tmiem l-2019, il-membri tal-industrija għamlu total ta' EUR 76 827 000 f'kontribuzzjonijiet validati, li jinkludu total ta' EUR 68 645 000 f'kontribuzzjonijiet in natura validati, u addizzjonalment kontribuzzjoni in natura totali għal attivitajiet addizzjonali ta' EUR 182 506 000, meta mqabbla mal-kontribuzzjoni fi flus totali tal-Unjoni ta' EUR 221 743 000;

12.  Jinnota li, fl-2019, l-Impriża Konġunta żammet u ffirmat 17-il ftehim ta' għotja (minn 48 proposta li rċeviet) li rriżultaw mis-sejħa għall-proposti tal-2019, u li suġġett wieħed ma kienx kopert; barra minn hekk, jinnota li, b'kollox, l-għotjiet mogħtija u ffirmati se jiffinanzjaw attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni sa EUR 74 760 000 minn valur totali ta' EUR 148 551 000, u li f'dan ir-rigward, il-membri l-oħra (il-membri fundaturi minbarra l-Unjoni u l-membri assoċjati) qablu li jillimitaw it-talbiet tagħhom għall-finanzjament għal 44,44 % tal-ispiża totali tal-proġett (jiġifieri nett ta' 41,44 % għal membru ieħor wara li jitqiesu l-obbligi tiegħu); jinnota li fis-sejħa tal-2019, ħadu sehem 90 intrapriża żgħira u ta' daqs medju (SMEs) (20 %) u li 40 SME nżammu għall-finanzjament (44,4 %), u barra minn hekk li l-SMEs jirrappreżentaw 30 % tal-entitajiet magħżula fil-proġetti ta' sejħiet miftuħa; jinnota li żewġ għotjiet relatati mas-sejħa tal-2018 ġew iffirmati fl-ewwel trimestru tal-2019;

13.  Jinnota li fi tmiem l-2019, kienu għaddejjin 72 proġett (32 sejħa għall-membri u 40 sejħa miftuħa): tqassmu 56 proġett fuq is-6 programmi ta' innovazzjoni, 10 proġetti fuq l-attivitajiet trasversali, u 6 proġetti fil-Programm ta' Innovazzjoni X;

Prestazzjoni

14.  Jinnota li l-Impriża Konġunta tuża l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni speċifiċi għal Orizzont 2020 għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni u l-kwistjonijiet trażversali, kif ukoll indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni speċifiċi għall-Impriża Konġunta, bħal dawk għall-effiċjenza tas-sistema tat-trasport ferrovjarju; jinnota li, matul l-2019, l-Impriża Konġunta kompliet il-ħidma fuq il-verżjoni li jmiss tal-mudell tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (ippreżentata fl-2018 bħala Verżjoni 1), u li l-Verżjoni 2.0 tal-għodda bbażata fuq il-web tal-mudell tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni ġiet ippreżentata waqt il-laqgħa tal-bord tat-tmexxija f'Novembru 2019;

15.  Jitlob li l-Impriża Konġunta teżamina mill-ġdid l-istrateġija ta' komunikazzjoni tagħha biex tiżgura li l-partijiet ikkonċernati rilevanti jkunu konxji mill-missjoni, l-attivitajiet u l-kisbiet tagħha.

16.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Qorti jiżviluppaw metodu approfondit li jsegwi l-prestazzjoni bl-għan li jiġi evalwat il-valur miżjud tal-Impriża Konġunta u li jinkludi l-impatt soċjali u fuq l-impjiegi kif ukoll l-impatt fuq is-suq; ir-riżultati tal-evalwazzjoni għandhom jintużaw għall-futur jew għat-tqassim mill-ġdid tal-finanzjament tal-Unjoni;

17.  Jinnota li, sa tmiem l-2019, twettaq aktar minn 50 % tal-Programm tal-Impriża Konġunta dwar l-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni bl-għan li jinkiseb il-Livell 6/7 ta' Tħejjija Teknoloġika fir-rigward tad-dimostrazzjonijiet operattivi (ippjanati li jiġu konklużi fl-2022), u li b'mod ġenerali, il-proġetti kollha wettqu l-attivitajiet ippjanati, bi 8 dimostraturi teknoloġiċi/oqsma ta' ħidma biss li wettqu inqas minn 80 % tal-attivitajiet ippjanati tagħhom fis-sena (li minnhom dimostratur teknoloġiku wieħed kien taħt il-50 %), u barra minn hekk li l-Impriża Konġunta bdiet l-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni tas-sejħa tal-2019;

18.  Jinnota li l-attivitajiet attwali tal-Impriża Konġunta mixjin 'il quddiem lejn id-dimostrazzjonijiet tagħhom fl-2022, li huma l-elementi kostitwenti ta' trasformazzjoni ferrovjarja aktar sistemika li hija mmexxija strateġikament mill-Aġenda ta' Diġitalizzazzjoni u l-Patt Ekoloġiku tal-Kummissjoni, u li f'Settembru 2019, ġiet organizzata l-ewwel sessjoni ta' skambju ta' ideat dwar is-sħubija li jmiss u l-ambizzjoni tas-settur ferrovjarju bil-Kummissjoni li tipparteċipa bħala osservatur; barra minn hekk, jinnota li l-Impriża Konġunta kkontribwiet għall-valutazzjoni tal-impatt ta' Shift2Rail ikkoordinata mid-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u għall-"Analiżi ta' appoġġ għad-definizzjoni tas-sħubija futura tar-riċerka u l-innovazzjoni ferrovjarja fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss" ikkoordinata mid-Direttorat Ġenerali għall-Mobilità u t-Trasport, u appoġġjat l-iżvilupp ta' dokument ta' livell għoli dwar is-suċċessur ta' Shift2Rail; jinnota li f'Ottubru 2019, l-Impriża Konġunta ppreżentat il-Katalgu tas-Soluzzjonijiet, li jenfasizza l-benefiċċji tas-soluzzjonijiet Shift2Rail għall-utenti finali, l-operaturi, il-maniġers u/jew il-fornituri tal-infrastruttura, kif ukoll jispeċifika d-dati ta' konsenja;

19.  Jinnota li, matul l-2019, l-Impriża Konġunta għamlet progress biex tilħaq il-miri tagħha, twettaq l-implimentazzjoni tal-Programm Shift2Rail u tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba li tkun effikaċi u effiċjenti; jinnota li huwa stmat li l-ispiża totali tal-proġett tal-attivitajiet imwettqa fl-2019 hija ta' EUR 117,5-il miljun (li minnhom EUR 98,9 miljun ġew ipprovduti minn membri oħra);

20.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, fi tmiem l-2019, ir-rata ta' implimentazzjoni tal-programm Orizzont 2020 kienet ta' 78 % fir-rigward tal-proċeduri tas-sejħiet għall-attivitajiet assenjati lill-Impriża Konġunta;

21.  Iqis li jeħtieġ li l-kwistjoni tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali tiġi indirizzata fil-kuntratti kollha li jistgħu jipproduċu eżitu jew riżultat intiż tal-prestazzjoni; l-għan tagħha huwa li tissalvagwardja d-drittijiet tal-kreaturi individwali, iżda tipprovdi wkoll dettalji dwar kif id-drittijiet se jintużaw fil-futur; peress li l-attività hija ffinanzjata wkoll bi flejjes pubbliċi, ir-riżultati għandhom ikunu trasparenti, aċċessibbli għall-pubbliku u suġġetti għal rekwiżiti speċjali, pereżempju l-interoperabbiltà, jekk ikun meħtieġ; jitlob lill-Kummissjoni għal qafas ġuridiku fir-rigward tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u tal-implimentazzjoni tagħhom fis-suq, inklużi rekwiżiti speċjali u tqassim tal-profitti;

Persunal u akkwist

22.  Jinnota li fil-31 ta' Diċembru 2019, imtlew 24 pożizzjoni tal-persunal, li kienu jinkludu 3 esperti nazzjonali sekondati, 5 aġenti temporanji, u 16-il aġent kuntrattwali skont it-tabella tal-persunal, u, barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-operazzjonijiet, l-Impriża Konġunta wettqet proċess ta' reklutaġġ eċċezzjonali għal aġent kuntrattwali għal sena biex tissostitwixxi aġent temporanju assenti fit-tul, kif previst fir-Regolament tal-Persunal; jinnota d-dawran għoli tal-persunal tal-Impriża Konġunta u li dan huwa dovut għall-fatt li, għall-kuntrarju ta' kważi l-Istituzzjonijiet, l-Aġenziji u l-Impriżi Konġunti l-oħra kollha tal-Unjoni, l-Impriża Konġunta għandha Tabella tal-Persunal li tipprevedi li 25 % tal-pożizzjonijiet ikunu aġenti temporanji u 75 % tal-pożizzjonijiet ikunu aġenti kuntrattwali;

23.  Jinnota li, skont ir-rapport ta' attività annwali tal-2019 tal-Impriża Konġunta, l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li jirrigwardaw il-bilanċ bejn is-sessi għal dik is-sena juru perċentwal baxx ħafna ta' nisa - 16 % biss - fuq il-bord, filwaqt li kienu jirrappreżentaw 33 % tar-rappreżentanti tal-Impriża Konġunta u 33 % tal-Kumitat Xjentifiku;

24.  Jinnota li fl-2019 l-Impriża Konġunta ħarġet sejħiet għall-offerti għall-operaturi ferrovjarji u s-servizzi ta' appoġġ tal-Impriża Konġunta, b'konformità mal-prinċipji tar-Regolament Finanzjarju u l-gwida mogħtija mill-Kummissjoni, u li fi tmiem l-2019, żewġ offerti kienu għadhom iridu jiġu finalizzati;

Awditu intern

25.  Jinnota li fl-2019 is-servizz tal-awditjar intern wettaq awditu dwar il-proċess ta' għotja mill-identifikazzjoni tas-suġġetti tas-sejħiet sal-iffirmar tal-ftehim ta' għotja, u li, wara r-Rapport tal-Awditjar Finali f'Ottubru 2019, is-servizz tal-awditjar intern irrikonoxxa l-isforzi kontinwi li saru mill-Impriża Konġunta biex tissorvelja b'mod strett it-tul tal-fażi ta' tħejjija tal-għotja biex jiġi żgurat li l-mira ta' "żmien għall-għotja" tal-Orizzont 2020 tiġi rrispettata; jinnota li l-Impriża Konġunta bdiet timplimenta attivitajiet ta' rimedju kif definiti fil-Pjan ta' Azzjoni għall-erba' rakkomandazzjonijiet importanti lill-maniġment;

26.  Jinnota li sa tmiem l-2019, l-Impriża Konġunta rrapportat ir-rakkomandazzjonijiet kollha, li rriżultaw mir-rieżami limitat tal-implimentazzjoni tal-istandards ta' kontroll intern tal-2018, bħala implimentati;

Kontrolli interni

27.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Impriża Konġunta waqqfet proċeduri ta' kontroll ex ante affidabbli bbażati fuq eżamijiet dokumentarji finanzjarji u operattivi u li hija obbligata timplimenta l-qafas ta' kontroll intern il-ġdid tal-Kummissjoni bbażat fuq 17-il prinċipju ta' kontroll intern; jinnota, barra minn hekk, li, skont ir-rapport tal-Qorti, fi tmiem l-2019, l-Impriża Konġunta diġà lestiet analiżi tal-lakuni bbażata fuq is-sistema ta' kontroll intern eżistenti u żviluppat indikaturi għall-valutazzjoni tal-effettività tal-prinċipji l-ġodda tal-kontroll intern u l-karatteristiċi relatati;

28.  Jinnota li f'April 2019, l-Impriża Konġunta vvalutat l-attivitajiet tagħha ta' riċerka u innovazzjoni permezz tat-tielet eżerċizzju ta' kontroll li kkunsidra r-riżultati tanġibbli u r-rapporti ppreżentati fil-kuntest tar-Rieżami Annwali tal-Proġetti tal-2015-2016 u tal-2017 ikkoordinati mill-membri l-oħra, filwaqt li jiżgura wkoll li r-rakkomandazzjonijiet li saru matul il-valutazzjoni preċedenti ta' kontroll ġew applikati kif suppost; jinnota, barra minn hekk, li l-kwalità ta' xi riżultati tanġibbli ppreżentati ma kinitx ta' standard xieraq, li l-Impriża Konġunta talbet diversi sottomissjonijiet mill-ġdid ta' riżultati tanġibbli u ssospendiet rapporti tekniċi u finanzjarji, u li dan il-proċess għadu partikolarment eżiġenti peress li ma jista' jsir l-ebda ppjanar minn qabel; jinnota li fl-2019, l-Impriża Konġunta mexxiet, f'xi proġetti, proċess ġdid ta' rieżami kontinwu għar-riżultati tanġibbli flimkien ma' kontroll fil-mument tar-rieżami annwali, li kien meqjus bħala suċċess; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta dwar kwalunkwe żvilupp f'dak ir-rigward;

29.  Jinnota li l-Impriża Konġunta kompliet timplimenta l-Istrateġija Shift2Rail Kontra l-Frodi 2017-2020 li tikkomplementa l-istrateġija Orizzont 2020; jinnota, barra minn hekk, li ħames indikaturi jintużaw biex isir rappurtar dwar ir-riżultati tal-attivitajiet ta' prevenzjoni u identifikazzjoni tal-frodi, u li l-Pjan ta' azzjoni għall-implimentazzjoni, li jkopri l-istadji differenti taċ-ċiklu ta' kontra l-frodi (prevenzjoni, identifikazzjoni, investigazzjoni u miżuri korrettivi) ġie rivedut fl-2019;

30.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, is-Servizz tal-Awditjar Komuni tal-Kummissjoni (CAS) huwa responsabbli għall-awditu ex post tal-pagamenti ta' Orizzont 2020 magħmula mill-Impriża Konġunta u li abbażi tar-riżultati tal-awditu ex post disponibbli fi tmiem l-2019, l-Impriża Konġunta rrapportat rata ta' żball rappreżentattiva ta' 1,54 % u rata ta' żball residwu ta' 0,91 % għall-proġetti ta' Orizzont 2020 (ikklirjar u pagamenti finali); jinnota mill-proposta tal-Kummissjoni għal regolament dwar Orizzont 2020 li riskju ta' żball, fuq bażi annwali, f'firxa ta' bejn 2 % u 5 % huwa objettiv realistiku, filwaqt li jitqiesu l-ispiża tal-kontrolli, il-miżuri ta' simplifikazzjoni proposti biex titnaqqas il-kumplessità tar-regoli u r-riskju inerenti relatat assoċjat mar-rimborż tal-ispejjeż tal-proġett ta' riċerka, u li l-għan aħħari għal-livell ta' żball residwu fl-għeluq tal-programmi wara li jitqies l-impatt finanzjarju tal-awditi, il-korrezzjoni u l-miżuri ta' rkupru kollha, huwa l-kisba ta' livell li jkun viċin kemm jista' jkun it-2 %;

31.  Jinnota li l-Qorti, bħala parti mill-kontrolli tal-pagamenti operattivi, awditjat b'mod aleatorju l-pagamenti li saru fl-2019 fl-ambitu ta' Orizzont 2020, fil-livell tal-benefiċjarji finali biex jikkorroboraw ir-rati ta' żball tal-awditjar , u li l-awditi dettaljati żvelaw żbalji kwantifikabbli żgħar relatati mal-ispejjeż iddikjarati tal-persunal, bis-sorsi ewlenin tal-iżbalji jkunu s-sigħat tax-xogħol iddikjarati fil-btajjel, u l-użu tar-rati ta' unità, inklużi l-elementi stmati li ddevjaw b'mod sinifikanti mir-rati ta' unità attwali;

32.  Jinnota li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-bord tat-tmexxija mhumiex ippubblikati; jistieden lill-Impriża Konġunta tippubblika s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-bord tat-tmexxija fid-dawl tal-qafas ta' trasparenza u tiggarantixxi aċċess faċli għalihom.

(1) ĠU L 380, 11.11.2020, p. 6.
(2) ĠU C 380, 11.11.2020, p. 6.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(4) ĠU L 177, 17.6.2014, p. 9.
(5) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(6) ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.
(7) ĠU C 380, 11.11.2020, p. 6. .
(8) ĠU C 380, 11.11.2020, p. 6.
(9) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(10) ĠU L 177, 17.6.2014, p. 9.
(11) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(12) ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.


Kwittanza 2019: Impriża Konġunta ECSEL
PDF 170kWORD 58k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ECSEL għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2189(DEC))
P9_TA(2021)0213A9-0108/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ECSEL għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-impriżi konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-impriżi konġunti(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05795/2021 – C9-0036/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0108/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ECSEL għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2189(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ECSEL għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-impriżi konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-impriżi konġunti(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05795/2021 – C9-0036/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0108/2021),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ECSEL għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ECSEL għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2189(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ECSEL għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0108/2021),

A.  billi l-Impriża Konġunta ECSEL dwar Komponenti u Sistemi Elettroniċi għal Tmexxija Ewropea (l-"Impriża Konġunta") ġiet stabbilita fis-6 ta' Mejju 2014 skont it-tifsira tal-Artikolu 187 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar "Komponenti u Sistemi Elettroniċi għal Tmexxija Ewropea" ("ECSEL"), għal perjodu sal-31 ta' Diċembru 2024;

B.  billi l-Impriża Konġunta ġiet stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 561/2014(13) f'Mejju 2014, li daħal fis-seħħ fis-27 ta' Ġunju 2014, biex tissostitwixxi u tieħu post l-Impriżi Konġunti ARTEMIS u ENIAC;

C.  billi l-membri tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni, l-Istati Membri u, fuq bażi volontarja, il-Pajjiżi Assoċjati (Stati Parteċipanti), u l-assoċjazzjonijiet ta' membri privati (Membri Privati) li jirrappreżentaw il-kumpaniji kostitwenti tagħhom u organizzazzjonijiet oħra li huma attivi fil-kamp tal-komponenti u s-sistemi elettroniċi fl-Unjoni;

D.  billi l-kontribuzzjonijiet lill-Impriża Konġunta għall-perjodu kollu ta' Orizzont 2020 jammontaw għal mhux aktar minn EUR 1 184 874 000 mill-fondi tal-Unjoni (inklużi l-approprjazzjonijiet tal-EFTA) għal spejjeż amministrattivi u operattivi, mill-anqas EUR 1 170 000 000 mill-Istati Parteċipanti għall-ispejjeż operattivi u proporzjonati mal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, u mill-anqas EUR 1 657 500 000 mill-Membri Privati;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2019 (ir-"rapport tal-Qorti") isib li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2019 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti tagħha għas-sena li kienet għadha kemm intemmet, skont it-regoli finanzjarji tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni; jinnota li t-tranżazzjonijiet ta' bażi għall-kontijiet huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

2.  Jinnota li l-baġit totali disponibbli tal-Impriża Konġunta (li jinkludi approprjazzjonijiet mhux użati li ddaħħlu mill-ġdid fis-snin preċedenti, dħul assenjat u riallokazzjonijiet għas-sena sussegwenti) għas-sena finanzjarja 2019 kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn ta' EUR 203 966 000 u approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 232 545 000; jinnota li r-rati ta' użu għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament kienu ta' 100 % u 80 % rispettivament;

3.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li fl-aħħar tal-2019, l-Unjoni kkontribwiet EUR 637 600 000 mill-fond tas-Seba' Programm Kwadru għall-kofinanzjament tal-attivitajiet tas-Seba' Programm Kwadru, u EUR 17 931 000 oħra għall-kofinanzjament tal-ispejjeż amministrattivi relatati, u li l-impenn akkumulat għal dawk l-attivitajiet li ħadet l-Impriża Konġunta f'Ġunju 2014 ammonta għal EUR 447 342 072 (ARTEMIS EUR 101 425 148 u ENIAC EUR 345 916 924); jinnota mir-rapport tal-Qorti li fl-aħħar tal-2019, l-Impriża Konġunta kienet diżimpenjat madwar EUR 21 800 000 (madwar, ARTEMIS EUR 10 700 000 u ENIAC EUR 11 100 000) u ħallset EUR 372 480 443 (ARTEMIS EUR 78 362 170 u ENIAC EUR 294 118 273);

4.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li r-rata ta' implimentazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta' pagament disponibbli għall-2019 tal-Impriża Konġunta ta' EUR 44 805 000 għall-kofinanzjament tal-proġetti tas-Seba' Programm Kwadru kienet ta' 45,3 % u li din ir-rata baxxa kienet prinċipalment dovuta għad-dewmien tal-awtoritajiet nazzjonali ta' finanzjament (NFAs) biex jipprovdu ċertifikati ta' tmiem il-proġett għall-attivitajiet li għadhom għaddejjin tas-Seba' Programm Kwadru; jinnota, barra minn hekk, li peress li l-programm ingħalaq fl-aħħar tal-2017, dak id-dewmien iżid ir-riskju li l-fondi tas-Seba' Programm Kwadru li diġà ġew allokati lill-Impriża Konġunta jistgħu ma jintużawx b'mod sħiħ; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza f'dak ir-rigward;

5.  Jinnota li t-30 Stat Parteċipanti huma meħtieġa jikkontribwixxu mill-anqas EUR 1 170 000 000 għall-attivitajiet operattivi ta' Orizzont 2020 tal-Impriża Konġunta matul il-perjodu previst fir-Regolament (UE) Nru 561/2014, u li fl-aħħar tal-2019, l-Istati Parteċipanti li ħadu sehem fis-sejħiet għall-proposti mill-2014 sal-2018, daħlu għal impenji li jammontaw għal madwar EUR 763 530 000 u għamlu pagamenti ta' madwar EUR 341 600 000 (29,2 % tal-kontribuzzjonijiet totali meħtieġa); jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-livell baxx tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Parteċipanti jirriżulta minn xi Stati Parteċipanti li jirrikonoxxu u jirrappurtaw l-ispejjeż tagħhom lill-Impriża Konġunta sa wara li jitlestew l-proġetti ta' Orizzont 2020 li huma jappoġġaw;

6.  Jinnota li mill-EUR 1 657 500 000 tal-kontribuzzjonijiet li jridu jsiru mill-anqas minn membri privati (tal-industrija) għall-attivitajiet tal-Impriża Konġunta matul il-perjodu previst għall-programm fir-regolament, fl-aħħar tal-2019, l-Impriża Konġunta stmat (jiġifieri rrapportat mhux ivvalidat) li l-membri kienu għamlu kontribuzzjonijiet in natura ta' EUR 705 410 000, meta mqabbla mal-kontribuzzjoni fi flus tal-Unjoni fi tmiem l-2019 ta' EUR 681 483 000 (sa EUR 1 184 874 000 skont ir-Regolament (UE) Nru 561/2014) u l-kontribuzzjoni in natura vvalidata tal-industrija ta' EUR 102 559 000; jinnota barra minn hekk li l-kontribuzzjonijiet fi flus tal-membri tal-industrija kienu ta' EUR 14 922 000; jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Impriża Konġunta tista' tikkalkula l-ammont attwali tal-kontribuzzjonijiet in natura tal-membri tal-industrija biss wara li tkun ivvalidat il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Parteċipanti fi tmiem il-programm u li dan il-fatt jispjega l-ammont għoli ta' kontribuzzjonijiet in natura irrappurtati iżda li għadhom ma ġewx ivvalidati tal-industrija; jistieden lill-Istati Parteċipanti jonoraw l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 561/2014 fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet tagħhom u r-rapportar dwarhom;

7.  Jinnota li jeżistu proċeduri differenti fost l-impriżi konġunti li jirċievu kontribuzzjonijiet finanzjarja mill-membri privati tagħhom; jitlob l-armonizzazzjoni tal-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet in natura fost l-impriżi konġunti; jissuġġerixxi li l-proċedura komuni jmissha tipprevedi metodi ta' evalwazzjoni trasparenti u effikaċi li jiżguraw il-valur reali tal-kontribuzzjoni; jistieden lill-Qorti tipprevedi l-iskrutinju tal-awditi li jkunu għamlu l-awdituri indipendenti esterni; jitlob ukoll qafas ġuridiku xieraq li jiżgura li l-ammont meħtieġ tal-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja se jintlaħaq sa tmiem il-programm; jinnota li l-qafas ġuridiku jista' jinkludi r-rekwiżiti għal kontribuzzjoni privata li titħallas qabel jew fl-istess mument bħall-kontribuzzjoni korrispondenti tal-Unjoni;

8.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li r-rati ta' implimentazzjoni tal-baġit disponibbli għall-2019 għall-proġetti ta' Orizzont 2020 kienu 100 % għall-impenji u 89 % għall-approprjazzjonijiet ta' pagament, u li l-pagamenti ta' prefinanzjament għall-proġetti ta' Orizzont 2020 magħżula taħt is-sejħiet għall-proposti tal-2018 u l-2019 kienu jikkonsistu f'67 % tal-valur tal-pagamenti operazzjonali li saru matul is-sena; jinnota, barra minn hekk, mir-rapport tal-Qorti li l-Impriża Konġunta allokat mill-ġdid EUR 19 000 000 ta' approprjazzjonijiet ta' pagament mhux użati tas-snin preċedenti għall-baġit operazzjonali tal-2019, filwaqt li żiedet il-baġit inizjali għall-pagamenti ta' għotja ta' Orizzont 2020 minn EUR 163 080 000 għal EUR 182 147 000 u li l-Impriża Konġunta ġġustifikat ir-riallokazzjoni minħabba ż-żieda prevista tat-talbiet dwar l-ispejjeż fl-2019, b'rabta mas-sejħiet tal-2014 u l-2015 ta' Orizzont 2020, u li fl-aħħar tal-2019, 59 % tal-baġit riallokat kien ġie implimentat;

Prestazzjoni

9.  Jinnota li l-Impriża Konġunta tuża indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) biex tkejjel il-prestazzjoni operazzjonali u tal-programm, u KPIs komuni speċifiċi skont Orizzont 2020, filwaqt li timmonitorja wkoll il-kwistjonijiet trasversali permezz ta' indikaturi;

10.  Jitlob li l-Impriża Konġunta teżamina mill-ġdid l-istrateġija ta' komunikazzjoni tagħha biex tiżgura li l-partijiet ikkonċernati rilevanti jkunu konxji mill-missjoni, l-attivitajiet u l-kisbiet tagħha.

11.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Qorti jadottaw metodu approfondit li jsegwi l-prestazzjoni, bil-għan li jiġi evalwat il-valur miżjud tal-Impriża Konġunta u li jinkludi l-impatt soċjali u fuq l-impjiegi kif ukoll l-impatt fuq is-suq; huwa tal-fehma li r-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni għandhom jintużaw għall-futur jew għal tqassim mill-ġdid tal-finanzjament tal-Unjoni;

12.  Jinnota l-ingranaġġ totali miksub fl-2019 għall-programm tal-Impriża Konġunta (jiġifieri, l-ispiża ta' Orizzont 2020 li minnha jitnaqqas il-finanzjament tal-Unjoni diviż bil-finanzjament tal-Unjoni) huwa ta' 3; barra minn hekk, jinnota li EUR 1 tal-finanzjament ta' Orizzont 2020 isaħħaħ ukoll EUR 0,93 tal-finanzjament nazzjonali jew tal-fondi strutturali u ta' investiment tal-Unjoni;

13.  Jinnota li l-Impriża Konġunta nediet tliet sejħiet għal proposti fl-2019 (azzjoni ta' riċerka u innovazzjoni, azzjoni ta' innovazzjoni u azzjoni ta' koordinazzjoni u appoġġ), li rriżultaw fl-għażla ta' 15-il proġett kollaborattiv minn 40: tmien azzjonijiet ta' riċerka u innovazzjoni u sitt azzjonijiet ta' innovazzjoni, kif ukoll azzjoni waħda ta' koordinazzjoni u appoġġ; jinnota, barra minn hekk, li ġew iffirmati ftehimiet ta' għotjiet għat-13-il proposta magħżula mis-sejħiet tal-2018 u li l-proġetti kollha bdew l-attivitajiet tagħhom fl-2019; jinnota, barra minn hekk, it-tliet inizjattivi fanal - Mobility.E, Industry4.E u Health.E - li jippermettu lill-komunità tal-Impriża Konġunta tkompli tilħaq lil komunitajiet oħra (pereżempju, billi tipprovdi għajnuna fl-avvanz tal-attività konġunta mal-IMI JU rigward il-proġett Trials@Home, b'talba speċjali fil-pjan ta' ħidma tal-2020 biex dan jiġi approvat); jinnota l-ilħuq tal-objettivi operattivi kollha tal-Impriża Konġunta għall-2019;

14.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, fi tmiem l-2019, ir-rata ta' implimentazzjoni tal-programm Orizzont 2020 kienet ta' 71 % fir-rigward tal-proċeduri tas-sejħiet għall-attivitajiet assenjati lill-Impriża Konġunta;

15.  Jinnota l-istudju tal-impatt indipendenti "Study on the impact of ECSEL funded actions" (Studju dwar l-impatt tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-ECSEL) ippubblikat f'Lulju 2020, li kkonkluda li l-Impriża Konġunta diġà wasslet għal kisbiet sinifikanti kemm fil-livell ekonomiku kif ukoll f'dak tas-soċjetà, billi tipprovdi qafas pożittiv għall-bini tal-fiduċja u t-teħid ta' riskju u billi tikkontribwixxi b'mod ċar għall-istabbiliment tal-kundizzjoni jew l-ambjent it-tajba għall-innovazzjoni biex din isseħħ kemm fil-livell tal-proġett kif ukoll f'dak tal-programm; jinnota, barra minn hekk, li l-istudju kkonkluda li l-Impriża Konġunta tista' trawwem ir-riċerka u l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet li huma ta' benefiċċju dirett għaċ-ċittadini tal-Unjoni u li jindirizzaw l-isfidi tas-soċjetà;

16.  Jinnota li jeħtieġ tiġi indirizzata l-kwistjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (DPI) fil-kuntratti kollha li jistgħu jipproduċu eżitu jew riżultat maħsub tal-prestazzjoni; ifakkar li d-DPI għandhom l-għan li jħarsu d-drittijiet tal-kreaturi individwali iżda joffru wkoll dettalji dwar il-mod kif id-drittijiet ikunu se jintużaw fil-futur; jinnota li billi l-attività hija ffinanzjata wkoll minn finanzjament pubbliku, ir-riżultati għandhom ikunu trasparenti, aċċessibbli għall-pubbliku u soġġetti għal rekwiżiti speċjali, bħall-interoperabbiltà, jekk meħtieġ; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi qafas ġuridiku fir-rigward tad-DPI u tal-implimentazzjoni tagħhom fis-suq, inklużi rekwiżiti speċjali u tqassim tal-profitti;

17.  Jinnota l-informazzjoni li tinsab fir-Rapport Annwali tal-Attività 2019 tal-Impriża Konġunta dwar il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-komponenti u s-sistemi elettroniċi għall-proġetti ta' tmexxija Ewropea, li tindika li l-għadd totali ta' nisa involuti f'dawk il-proġetti li kienu għaddejjin fl-2019 u l-proġetti rrappurtati dik is-sena (li kienu għaddejjin fl-2014, l-2015 u l-2016, l-2017 u l-2018) kien jammonta għal 20 % li minnhom 13 % kienu relatati ma' attivitajiet ta' riċerka u 7 % ma' attivitajiet mhux ta' riċerka;

18.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-programmi ta' attivitajiet tal-Impriża Konġunta fil-futur se jirrispettaw ir-rekwiżiti u l-objettivi previsti mid-dritt tal-Unjoni f'dak li għandu x'jaqsam mad-diġitalizzazzjoni u li se jsegwu l-istrateġiji fil-qasam elaborat kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-industrija;

Kontrolli interni

19.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Impriża Konġunta stabbiliet proċeduri ta' kontroll ex ante affidabbli bbażati fuq rieżamijiet dokumentarji finanzjarji u operattivi, u li fl-aħħar tal-2019, l-Impriża Konġunta kienet għadha ma bdietx il-proċess ta' implimentazzjoni tal-qafas ta' kontroll intern (QKI) il-ġdid tal-Kummissjoni, ibbażat fuq 17-il prinċipju ta' kontroll intern, li hija obbligata timplimenta; jinnota mir-risposta tal-Impriża Konġunta li bdiet it-tranżizzjoni lejn il-QKI l-ġdid matul l-2020 bi pjan ta' azzjoni, u li qed tiddefinixxi l-kriterji ta' monitoraġġ tal-kontroll intern qabel il-validazzjoni mill-maniġment, u barra minn hekk li qabel ma titlesta t-tranżizzjoni tagħha għall-QKI l-ġdid, hija tkompli tapplika u timmonitorja s-sett komprensiv tagħha ta' standards ta' kontroll intern eżistenti; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar aġġornament f'dak ir-rigward;

20.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Impriża Konġunta ħadet passi biex tivvaluta l-implimentazzjoni tal-awditi ex post mill-NFAs u kisbet dikjarazzjonijiet bil-miktub mill-NFAs li jiddikjaraw li l-implimentazzjoni tal-proċeduri nazzjonali tagħhom tipprovdi aċċertament raġonevoli fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet u li, madankollu, il-varjazzjoni sinifikanti fil-metodoloġiji u l-proċeduri użati mill-NFAs ma tippermettix lill-Impriża Konġunta tikkalkula rata unika affidabbli ta' żbalji ipponderata jew rata ta' żball residwu għall-pagamenti tas-Seba' Programm Kwadru; jinnota mir-rapport tal-Qorti, barra minn hekk, li għall-proġetti tas-Seba' Programm Kwadru, il-pagamenti li saru mill-Impriża Konġunta fl-2019 ammontaw għal EUR 20 305 796 (meta mqabbla ma' EUR 41 247 048 fl-2018), li rrappreżentaw 11,2 % (meta mqabbla ma' 22 % fl-2018) tal-pagamenti operazzjonali totali li saru mill-Impriża Konġunta fl-2019, u għal dawk il-pagamenti, il-Qorti applikat ir-rata ta' żball residwu stabbilita mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni għas-Seba' Programm Kwadru kollu, li kienet ta' 3,52 % fl-aħħar tal-2019;

21.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li għall-pagamenti ta' Orizzont 2020, is-servizz tal-awditjar komuni tal-Kummissjoni (CAS) huwa responsabbli għall-awditi ex post u li abbażi tar-riżultati tal-awditjar ex post disponibbli fi tmiem l-2019, l-Impriża Konġunta rrapportat rata ta' żball rappreżentattiva ta' 3 % u rata ta' żball residwu ta' 1,48 % għall-proġetti ta' Orizzont 2020 (ikklirjar u pagamenti finali); jinnota, barra minn hekk, mill-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar Orizzont 2020, li għall-infiq fir-riċerka taħt Orizzont 2020, riskju ta' żball, fuq bażi annwali, f'medda ta' bejn 2 % u 5 % huwa objettiv realistiku (b'kunsiderazzjoni tal-ispejjeż tal-kontrolli, il-miżuri ta' simplifikazzjoni proposti biex titnaqqas il-kumplessità tar-regoli u r-riskju inerenti relatat assoċjat mar-rimborż tal-ispejjeż tal-proġett ta' riċerka), u li l-għan aħħari għal-livell ta' żball residwu fl-għeluq tal-programmi (wara li jitqies l-impatt finanzjarju tal-awditi, il-miżuri ta' korrezzjoni u rkupru kollha) huwa li jinkiseb livell qrib kemm jista' jkun għal 2 %;

22.  Jinnota li l-Qorti awditjat, bħala parti mill-kontrolli tal-pagamenti operazzjonali, b'mod aleatorju, kampjun ta' pagamenti li saru fl-2019 taħt Orizzont 2020 fil-livell tal-benefiċjarji finali biex tikkorrobora r-rati ta' żball li ħarġu mill-awditjar ex post; jinnota li dawn l-awditi ddettaljati tal-Qorti żvelaw żbalji sistemiċi relatati mal-ispejjeż iddikjarati tal-persunal, bis-sorsi ewlenin ta' żbalji jkunu l-kalkolu żbaljat tar-rata fis-siegħa għal sid il-kumpanija u l-użu ta' rati fis-siegħa annwali mhux ibbażati fuq sena finanzjarja kompluta; jistieden lill-Impriża Konġunta ttejjeb is-sistema għad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż tal-persunal tagħha u tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi f'dak ir-rigward;

23.  Jinnota li l-Impriża Konġunta adottat pjan ta' azzjoni f'April 2018 u li xi attivitajiet diġà tlestew, bil-maġġoranza tal-attivitajiet kellhom jiġu implimentati fl-2019, filwaqt li xi wħud tqiesu li jmorru lil hinn mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Impriża Konġunta;

24.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li fl-2019, l-Impriża Konġunta qablet dwar skeda ta' ħlas biex tirregolarizza s-sitwazzjoni tal-kontribuzzjonijiet fi flus għall-ispejjeż amministrattivi li jammontaw għal aktar minn EUR 1 000 000 li ma ġewx fatturati lill-membru industrijali AENEAS, li tqajmet fil-awditu tal-Qorti rigward il-kwittanza tal-2018, u li ħarġet l-ewwel ordni ta' rkupru lill-AENEAS li tammonta għal EUR 549 500, u li skont l-iskeda ta' ħlas, l-ammont li jifdal ta' EUR 550 023 kellu jinġabar fl-2020;

Awditu intern

25.  Jinnota li fl-aħħar trimestru tal-2019 is-servizz tal-awditjar intern (IAS) wettaq segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar bil-għan li jiġi vvalutat il-progress li sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet miftuħa li rriżultaw minn awditjar preċedenti tal-IAS, u li kkonkluda li r-rakkomandazzjonijiet kollha li tqajmu matul l-awditu fuq iċ-ċentru ta' implimentazzjoni komuni ta' issa ġew implimentati b'mod effettiv, jinnota li fir-rigward tal-awditu dwar il-ġestjoni tal-prestazzjoni tal-attivitajiet tal-Impriża Konġunta, rakkomandazzjoni (dwar l-indikaturi tal-prestazzjoni u l-għodod ta' monitoraġġ) ġiet implimentata b'mod effettiv, filwaqt li l-oħra (dwar il-qafas tal-prestazzjoni) tibqa' miftuħa peress li ġiet implimentata parzjalment; jinnota li f'Lulju 2019, l-IAS ħareġ il-pjan strateġiku tal-awditjar intern tal-IAS għall-perjodu bejn l-2019 u l-2021 li huwa bbażat fuq ir-riżultati ta' valutazzjoni tar-riskju fil-fond imwettqa mill-IAS f'Novembru 2018; jinnota, barra minn hekk, li wara l-pjan ta' awditjar, l-awditu dwar l-implimentazzjoni u l-għeluq tal-ftehim ta' għotja ta' Orizzont 2020 tal-Impriża Konġunta, li jivvaluta l-adegwatezza tad-disinn u l-effiċjenza u l-effikaċja tal-kontrolli interni fis-seħħ, tnieda matul l-2019 u għadu għaddej;

26.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Impriża Konġunta għandha ttejjeb il-proċess ta' komunikazzjoni interna biex tidentifika l-benefiċjarji li jinsabu f'riskju ta' falliment u biex tirrapporta, fil-ħin, dwar il-prefinanzjament f'riskju ta' nuqqas ta' rkupru, u li b'konsegwenza ta' dan, l-assi ta' prefinanzjament żvelati fil-kontijiet annwali jistgħu jkunu esaġerati; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar żviluppi f'dan ir-rigward;

Ġestjoni tar-riżorsi umani

27.  Jinnota li fil-31 ta' Diċembru 2019, l-Impriża Konġunta impjegat 30 membru tal-persunal minn 31 peress li pożizzjoni waħda tat-tieni espert nazzjonali ġiet awtorizzata iżda kienet għadha vakanti; jinnota x-xogħol sostanzjali tal-Impriża Konġunta ddedikat għat-tħejjija tal-aġġornament tar-regoli ta' implimentazzjoni tar-regolamenti tal-persunal.

(1) ĠU C 380, 11.11.2020, p. 6.
(2) ĠU C 380, 11.11.2020, p. 6.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(4) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.
(5) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(6) ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.
(7) ĠU C 380, 11.11.2020, p. 6.
(8) ĠU C 380, 11.11.2020, p. 6.
(9) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(10) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.
(11) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(12) ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.
(13) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.


Kwittanza 2019: Baġit ġenerali tal-UE - It-8, id-9, l-10 u l-11-il FEŻ
PDF 217kWORD 69k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2190(DEC))
P9_TA(2021)0214A9-0095/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rapporti finanzjarji u l-kontijiet tad-dħul u l-infiq tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2020)0288 – C9-0270/2020),

–  wara li kkunsidra l-informazzjoni finanzjarja dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (COM(2020)0290),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet li jaqgħu taħt it-tmien, id-disa', l-għaxar u l-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2019 (05282/2021 – C9-0079/2021, 05284/2021 – C9-0080/2021, 05286/2021 – C9-0081/2021, 05289/2021 – C9-0082/2021),

–  wara li kkunsidra r-rapporti tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2018 (COM(2020)0311),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou (il-Benin) fit-23 ta' Ġunju 2000(3) u modifikat f'Ouagadougou, (il-Burkina Faso), fit-22 ta' Ġunju 2010(4),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea")(5),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-Ftehim Intern tal-20 ta' Diċembru 1995 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità taħt it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-raba' Konvenzjoni AKP-KE(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Ftehim Intern tat-18 ta' Settembru 2000 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità permezz tal-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta' Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha ffirmat f'Cotonou (il-Benin) fit-23 ta' Ġunju 2000 u l-allokazzjoni tal-għajnuna finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej li dwarhom il-Parti Erbgħa tat-Trattat KE hija applikabbli(7),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Ftehim Intern tas-17 ta' Lulju 2006 bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta' għajnuna mill-Komunità taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perijodu mill-2008 sal-2013, skont il-ftehim ta' sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea(8),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Ftehim Intern tal-24 ta' Ġunju 2013 u tas-26 ta' Ġunju 2013 bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perijodu mill-2014 sal-2020, skont il-ftehim ta' sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea(9),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta' Ġunju 1998 applikabbli għall-kooperazzjoni għall-finanzjament tal-iżvilupp skont ir-raba' Konvenzjoni AKP-KE(10)

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta' Marzu 2003 applikabbli għad-9 Fond Ewropew għall-Iżvilupp(11),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 50 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta' Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta' Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323(13),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 99, l-Artikolu 100, it-tielet inċiż, u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0095/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-Bank Ewropew tal-Investiment, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2190(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rapporti finanzjarji u l-kontijiet tad-dħul u l-infiq tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2020)0288 – C9-0270/2020),

–  wara li kkunsidra l-informazzjoni finanzjarja dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (COM(2020)0290),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet li jaqgħu taħt it-tmien, id-disa', l-għaxar u l-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni(14),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(15) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2019 (05282/2021 – C9-0079/2021, 05284/2021 – C9-0080/2021, 05286/2021 – C9-0081/2021, 05289/2021 – C9-0082/2021),

–  wara li kkunsidra r-rapporti tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2018 (COM(2020)0311),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou (il-Benin) fit-23 ta' Ġunju 2000(16) u modifikat f'Ouagadougou, (il-Burkina Faso), fit-22 ta' Ġunju 2010(17),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea")(18),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-Ftehim Intern tal-20 ta' Diċembru 1995 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità taħt it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-raba' Konvenzjoni AKP-KE(19),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Ftehim Intern tat-18 ta' Settembru 2000 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità permezz tal-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta' Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha ffirmat f'Cotonou (il-Benin) fit-23 ta' Ġunju 2000 u l-allokazzjoni tal-għajnuna finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej li dwarhom il-Parti Erbgħa tat-Trattat KE hija applikabbli(20),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Ftehim Intern tas-17 ta' Lulju 2006 bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta' għajnuna mill-Komunità taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perijodu mill-2008 sal-2013, skont il-ftehim ta' sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea(21),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Ftehim Intern tal-24 ta' Ġunju 2013 u tas-26 ta' Ġunju 2013 bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perijodu mill-2014 sal-2020, skont il-ftehim ta' sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea(22),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta' Ġunju 1998 applikabbli għall-kooperazzjoni għall-finanzjament tal-iżvilupp skont ir-raba' Konvenzjoni AKP-KE(23)

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta' Marzu 2003 applikabbli għad-9 Fond Ewropew għall-Iżvilupp(24),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 50 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta' Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp(25),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta' Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323(26).

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 99, l-Artikolu 100, it-tielet inċiż, u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0095/2021),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2190(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra t-tweġibiet mogħtija mill-Kummissjoni għall-mistoqsijiet bil-miktub lill-Kummissarju Urpilainen għas-smigħ quddiem il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit fl-1 ta' Diċembru 2020;

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 99, l-Artikolu 100, it-tielet inċiż, u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0095/2021),

A.  billi l-Kummissjoni tappoġġa bis-sħiħ il-ġestjoni tal-Fondi Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ), filwaqt li terfa' r-responsabbiltà aħħarija kemm għal-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet tal-FEŻ kif ukoll għas-sorveljanza tal-proċess ta' rapportar finanzjarju tal-FEŻ;

B.  billi l-Parlament ikun jista' biss jeżerċita r-rwol tiegħu bħala awtorità ta' kwittanza b'mod xieraq jekk jinżamm aġġornat regolarment u b'mod komprensiv mill-Kummissjoni, b'informazzjoni dettaljata dwar il-proġetti ffinanzjati mill-FEŻ u r-riċevituri tagħhom;

C.  billi l-Parlament mhuwiex involut fl-istabbiliment u fl-allokazzjoni tar-riżorsi tal-FEŻ, meta mqabbel ma' strumenti oħra ta' żvilupp;

D.  billi prekundizzjonalitajiet effikaċi u kontrolli regolari huma komponenti ewlenin fl-iżgurar tal-effikaċja u ta' ġestjoni finanzjarja tajba tal-FEŻ;

E.  billi huwa kruċjali li jiġi żgurat li l-għajnuna għall-iżvilupp tintuża skont l-għan oriġinali tagħha, jiġifieri t-tnaqqis u, eventwalment, il-qerda tal-faqar, kif previst fl-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'kunsiderazzjoni xierqa għall-prinċipji tal-għajnuna u l-effikaċja tal-iżvilupp;

F.  billi l-għajnuna Ewropea għall-iżvilupp u l-investimenti pubbliċi għandhom jippromwovu prijoritajiet u objettivi ta' politika konġunti li jinkludu l-qerda tal-faqar, l-azzjoni klimatika u ambjentali, il-politiki ekonomiċi u kummerċjali u l-ġestjoni tal-migrazzjoni, u għandhom ikunu allinjati bis-sħiħ mal-prinċipji tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, id-demokrazija u l-governanza tajba;

G.  billi s-17-il Għan ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) huma objettivi ewlenin li għandhom jiġu segwiti fi strumenti ta' kooperazzjoni kemm fis-settur privat kif ukoll f'dak pubbliku;

H.  billi l-eżistenza ta' proċess parteċipattiv ta' tfassil ta' politika li jkun trasparenti, inklużiv u effiċjenti hija prerekwiżit għall-iżvilupp sostenibbli;

I.  billi s-sostenibbiltà hija kruċjali biex jinkisbu l-għanijiet u r-riżultati stabbiliti u b'mod partikolari, l-impatti fit-tul tal-għajnuna għall-iżvilupp;

J.  billi l-allinjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni mal-prijoritajiet ta' żvilupp tal-pajjiżi sħab stess għandu jkun dejjem rispettat għalkollox u huwa element ewlieni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli (Aġenda 2030); billi l-affinitajiet kulturali u lingwistiċi bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi sħab jistgħu jinkoraġġixxu l-aderenza mal-SDGs stabbiliti fl-Aġenda 2030;

K.  billi l-koerenza u l-komplementarjetà tal-politika ta' diversi politiki esterni għandhom jiġu eżaminati b'attenzjoni, speċjalment meta jkunu qed jiġu implimentati diversi politiki f'pajjiż sieħeb uniku, bil-ħsieb li tiġi promossa l-kooperazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat, jiġu inkoraġġuti s-sinerġiji u l-kompromessi bejn dawn il-politiki eżistenti u jiġi evitat kemm jista' jkun piż amministrattiv mhux meħtieġ;

L.  billi l-Kummissjoni hija finalment responsabbli għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-FEŻ u għas-sorveljanza tal-proċess ta' monitoraġġ u rapportar finanzjarju tal-FEŻ;

M.  billi l-attività ta' monitoraġġ tal-Kummissjoni tkun iffaċilitata mill-istandardizzazzjoni tal-kanali ta' komunikazzjoni bejn il-pajjiżi sħab, l-entitajiet iffinanzjati mill-FEŻ u l-Unjoni;

N.  billi l-interventi esterni tal-Unjoni jgħaddu minn organizzazzjonijiet internazzjonali li jew jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni jew jikkofinanzjaw proġetti flimkien mal-Unjoni, u jinkludu sfidi f'termini ta' sorveljanza u governanza;

O.  billi l-appoġġ tal-baġit għall-iżvilupp sostenibbli, filwaqt li għandu rwol prinċipali biex iwassal għall-bidla u biex jindirizza l-isfidi tal-iżvilupp ewlenin, għandu riskju ta' governanza kbir u għandu jingħata biss jekk l-Istat benefiċjarju jkun jista' juri livell suffiċjenti ta' trasparenza, obbligu ta' rendikont, rispett għall-istat tad-dritt u drittijiet tal-bniedem qabel ma jirċievi l-għajnuna għall-appoġġ baġitarju, u segwit minn kontrolli bir-reqqa ex post;

P.  billi t-trawwim tat-trasparenza u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-frodi huma kruċjali għas-suċċess tal-operazzjonijiet ta' appoġġ baġitarju tal-Unjoni;

Q.  billi l-appoġġ għall-governanza mill-Unjoni huwa komponent ewlieni tal-għajnuna għall-iżvilupp biex jiġu ġġenerati riformi effikaċi tal-governanza;

Dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni

Implimentazzjoni finanzjarja u dik tal-proġetti tal-FEŻ (it-tmien sal-ħdax-il FEŻ) fl-2019

1.  Josserva li l-ħdax-il FEŻ jirrappreżenta 45,5 % tal-portafoll tad-Direttorat Ġenerali għas-Sħubijiet Internazzjonali (DĠ INTPA) tal-Kummissjoni f'termini ta' pagamenti fl-2019; jinnota li l-impenji tal-FEŻ laħqu EUR 3 986 miljun fl-2019, ftit inqas mill-mira annwali ta' EUR 4 057 miljun (98,25 % tal-mira annwali, meta mqabbla ma' 109,3 % fl-2018); josserva li l-pagamenti kienu jammontaw għal EUR 3 910 miljun u kienu jirrappreżentaw rata ta' eżekuzzjoni ta' 88,9 % tal-mira ta' EUR 4 057 miljun (meta mqabbla ma' 98,2 % fl-2018); jinnota, barra minn hekk, li l-impenji tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) kienu jammontaw għal EUR 156 miljun u li kollha kienu jikkonċernaw il-Faċilità ta' Investiment, filwaqt li l-pagamenti tal-BEI kienu jammontaw għal EUR 40 miljun fl-2019, li kollha kienu jikkonċernaw il-Faċilità ta' Investiment;

2.  Jilqa' l-isforzi regolari tad-DĠ INTPA biex inaqqas il-prefinanzjament antik u l-impenji antiki li ma ntefqux b'mira ta' 25 %; jinnota li d-DĠ INTPA eċċeda l-mira billi naqqas il-prefinanzjament antik tal-FEŻ b'37 % (40 % għal oqsma oħra ta' għajnuna) u b'36 % għal impenji antiki li ma ntefqux tal-FEŻ (35 % għal oqsma oħra ta' għajnuna);

3.  Jinnota li d-DĠ INTPA laħaq il-mira tiegħu li ma jkollux aktar minn 15 % ta' kuntratti qodma skaduti għall-FEŻ, titjib modest meta mqabbel mal-2018 meta dik iċ-ċifra kienet ta' 17 %; jinnota li kiseb punteġġ ta' 13 % fil-qasam kollu tar-responsabbiltà tiegħu; jinnota li t-titjib jirriżulta mill-introduzzjoni ta' proċeduri ġodda introdotti f'Settembru 2017;

4.  Jinnota l-għeluq tat-tmien FEŻ u l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tagħlaq id-disa' FEŻ sal-aħħar tal-2020; jistieden lill-Kummissjoni żżomm lill-awtorità ta' kwittanza infurmata dwar il-kisba ta' dik l-intenzjoni;

L-affidabbiltà tal-kontijiet

5.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport annwali tagħha dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-tmien, mid-disa', mill-għaxar u mill-ħdax‑il FEŻ għas-sena finanzjarja 2019, ikkonkludiet li l-kontijiet għas-sena finanzjarja li tispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2019 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-FEŻ, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħhom, il-flussi ta' flushom u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li kienet għadha kif intemmet, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877(27) (ir-Regolament Finanzjarju tal-FEŻ) u mar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà;

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

6.  Jilqa' l-opinjoni tal-Qorti, li tgħid li d-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena 2019 hu legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

7.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-opinjoni negattiva tal-Qorti dwar il-legalità u r-regolarità tal-infiq minħabba l-fatt li l-infiq aċċettat fil-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2019 huwa materjalment milqut minn żball;

8.  Huwa mħasseb li l-livell ta' żball stmat qabeż il-limitu ta' materjalità, bi 3,5 % tal-infiq affettwat għat-tmien, id-disa', l-għaxar u l-ħdax-il FEŻ (meta mqabbel ma' 5,2 % għall-2018, 4,5 % fl-2017, 3,3 % fl-2016, 3,8 % fl-2014 kif ukoll fl-2015, 3,4 % fl-2013 u 3 % fl-2012); jinnota li x-xejra dejjem tikber tal-livell ta' żball stmat waqfet temporanjament; jistenna, madankollu, li l-Kummissjoni tirrifletti dwar il-kawżi ewlenin tas-suċċessjoni ta' opinjonijiet negattivi u tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tkompli tnaqqas il-livell ta' żball stmat;

9.  Jinnota li, skont it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-konklużjoni tal-Qorti, l-akbar porzjon tal-iżbalji huwa relatat mal-infiq mhux imġarrab u li, kif intwera fil-passat, ħafna minn dak l-infiq jista' jiġġarrab fi stadju aktar tard; jistieden lill-Kummissjoni twettaq kontrolli bir-reqqa sabiex tikkoreġi l-iżbalji kemm jista' jkun;

10.  Jisħaq li minn 126 tranżazzjoni ta' pagament eżaminati mill-Qorti, 37 (jew 29 %) kienu milquta minn żbalji; jinnota li 28 żball ġew ikkwantifikati mill-Qorti u aġġustati bir-riżultati tal-istudju tar-Rata ta' Żball Residwu tal-2019 (RER) imwettaq mill-Kummissjoni, li rriżulta f'livell stmat ta' żball ta' 3,5 %;

11.  Jinnota b'dispjaċir li t-tipoloġija tal-iżbalji identifikati hija simili għas-snin preċedenti, jiġifieri l-infiq mhux imġarrab (43,6 %, żieda minn 22,7 % fl-2018), in-nuqqas serju ta' konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku (22,1 %, tnaqqis minn 27,1 % fl-2018), l-infiq mhux eliġibbli (12,7 %, żieda minn 4,3 % fl-2018), RER adattat mill-istudju tad-DĠ INTPA (9,6 %, żieda minn 5,4 % fl-2018), infiq barra mill-perjodu ta' implimentazzjoni (6,1 %) u n-nuqqas ta' dokumenti essenzjali ta' sostenn (5,9 %);

12.  Huwa mħasseb ħafna dwar in-natura rikorrenti ta' dawk l-iżbalji; jinnota li l-Kummissjoni inkludiet is-sejbiet tal-Qorti fl-analiżi tagħha li tappoġġa l-Istrateġija ta' Kontroll u Monitoraġġ tal-2020-2024, adottata f'Ġunju 2020, li rriżultat f'objettiv strateġiku li jindirizza dawk l-iżbalji b'mod speċifiku; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-prestazzjoni tagħha fir-rigward ta' dak l-objettiv strateġiku f'termini ta' indikaturi tar-riżultati jew tal-eżiti;

13.  Jaqbel mal-Qorti li l-kontrolli mwettqa barra mill-pajjiż għadhom insuffiċjenti;

14.  Jiddispjaċih li, bħal fis-snin preċedenti, il-Kummissjoni għamlet aktar żbalji fi tranżazzjonijiet relatati ma' stimi, għotjiet, ftehimiet ta' kontribuzzjoni konklużi ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u ftehimiet ta' delega konklużi mal-aġenziji ta' kooperazzjoni tal-Istati Membri;

15.  Jiddispjaċih ħafna li mhumiex qed jittieħdu miżuri addizzjonali biex jiżdiedu l-kontrolli ex ante;

Trasparenza u l-effikaċja tas-sistemi ta' monitoraġġ u ta' aċċertament

16.  Jinnota bi tħassib li mit-28 pagament bi żbalji kwantifikabbli, f'9 każijiet (32 %) il-Kummissjoni kellha informazzjoni suffiċjenti biex tipprevjeni, jew biex tidentifika u tikkoreġi, l-iżball qabel ma taċċetta l-infiq; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb b'mod sostanzjali l-proċessi tagħha biex tivverifika l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet u biex tiżgura li l-verifiki jiġu segwiti kif xieraq; jiddispjaċih jinnota li dan in-nuqqas ta' verifika huwa simili għas-snin preċedenti.

17.  Iqis li l-attivitajiet ta' monitoraġġ ikunu aktar effettivi jekk l-informazzjoni tal-Kummissjoni tiġi ppubblikata regolarment u kondiviża mal-awtorità ta' kwittanza minn qabel;

18.  Jinnota li l-Qorti sabet li l-Kummissjoni u s-sħab tagħha inkarigati mill-implimentazzjoni wettqu aktar żbalji fi tranżazzjonijiet relatati ma' stimi ta' programmi, għotjiet, ftehimiet ta' kontribuzzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u ftehimiet ta' delega ma' aġenziji ta' kooperazzjoni tal-Istati Membri milli għamlu f'forom oħra ta' appoġġ (bħalma huma dawk li jkopru l-kuntratti ta' xogħlijiet, provvisti u servizzi); jinnota li mill-65 tranżazzjoni ta' dan it-tip eżaminati mill-Qorti, 25 (38 %) kien fihom żbalji kwantifikabbli, li kienu jirrappreżentaw 71,7 % tal-livell stmat ta' żball; jistieden lill-Kummissjoni tippubblika informazzjoni komprensiva, aġġornata u dettaljata dwar proġetti ffinanzjati u r-riċevituri, itejjeb l-approċċ tagħha bbażat fuq ir-riskju u tinvesti l-kapaċità ta' kontroll f'oqsma li huma aktar suxxettibbli għal żbalji;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni tipproċedi b'format stabbilit minn qabel għall-komunikazzjoni mal-pajjiżi sħab, il-benefiċjarji tal-FEŻ u l-Unjoni bil-għan li jitnaqqsu l-iżbalji misjuba mill-Qorti;

20.  Huwa mħasseb dwar l-osservazzjoni tal-Qorti, bħal fi snin preċedenti, li l-frekwenza tal-iżbalji identifikati, inklużi xi wħud li kienu f'talbiet finali li kienu ġew suġġetti għal awditi esterni u verifikazzjonijiet tal-infiq ex ante, tindika li hemm dgħufijiet f'dawk il-kontrolli; jinnota bi tħassib li dan mhux biss huwa problematiku f'termini tal-effikaċja tal-kontrolli iżda wkoll f'termini tal-effiċjenza tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll minħabba li l-kontrolli mwettqa jew ma prevenewx l-iżball jew ma kkoreġewhx; itenni l-aspettattiva li s-sistema ta' kontroll trid tkun aktar rigoruża u jistieden lid-DĠ INTPA jkompli bl-isforzi tiegħu biex itejjeb il-valutazzjoni kemm tal-effikaċja kif ukoll tal-effiċjenza tas-sistema ta' kontroll tiegħu billi jidentifika indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għat-tnejn li huma, biex jistabbilixxi miri realistiċi u ambizzjużi u billi jimmonitorja u jtejjeb is-sistema ta' kontroll tiegħu; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tistabbilixxi pjattaforma li tkopri proġetti ffinanzjati mill-FEŻ skont il-pajjiż, li tiffoka fuq ir-riċevituri finali, l-għanijiet ġenerali u speċifiċi tal-proġetti u, fuq kollox, ir-riżultati prattiċi tagħhom f'termini taż-żieda mixtieqa fl-indiċijiet tal-iżvilupp;

21.  Jinnota t-tmien studju tar-rata tal-iżball residwu(RER) tad-DĠ INTPA, li rriżulta f'RER ta' 1,13 %, żieda minn 0,85 % fl-2018 u taħt il-livell ta' materjalità ta' 2 % stabbilit mill-Kummissjoni; jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti li erba' fatturi ewlenin ifixklu r-RER, jikkontribwixxu għas-sottovalutazzjoni tar-RER, jiġifieri l-kopertura insuffiċjenti ta' ċerti aspetti tal-proċeduri ta' akkwist, l-għadd baxx ħafna ta' kontrolli fuq il-post fil-pajjiż tal-implimentazzjoni tal-proġett, li ma jitqiesx suffiċjenti biex jinstabu żbalji li mhumiex evidenti fid-dokumenti, il-metodu għad-determinazzjoni tar-RER, li jirriżulta f'rata li mhux neċessarjament tirrifletti l-iżbalji residwi attwali, u l-possibbiltà ta' sovradipendenza minn xogħol ta' kontroll preċedenti, li huwa kuntrarju għall-iskop tal-istudju tar-RER, jiġifieri l-identifikazzjoni tal-iżbalji li ma jkunux inqabdu preċiżament minn dawn il-kontrolli; jistieden lid-DĠ INTPA, bħal fis-snin preċedenti, biex jikkollabora mal-Qorti u biex jindirizza dawk il-kwistjonijiet f'aġġornament tal-metodoloġija u fi prestazzjoni aktar bir-reqqa tal-istudju tar-RER tas-sena d-dieħla;

22.  Jinnota bi tħassib id-dikjarazzjoni tal-Qorti li n-nuqqas ta' riżervi fir-rapport annwali tal-attività tal-2019 mhuwiex iġġustifikat; jinnota wkoll il-kunsiderazzjoni tal-Qorti li dak jirriżulta parzjalment mil-limitazzjonijiet tal-istudju tar-RER u parzjalment mill-introduzzjoni ta' regola de minimis, li tiddikjara li riżerva mhijiex meħtieġa jekk il-qasam ta' nfiq individwali li tkopri jkun jirrappreżenta anqas minn 5 % tal-pagamenti totali u jkollu impatt finanzjarju ta' anqas minn EUR 5 miljun; jinnota li, konsegwentement, ma għadhomx isiru riżervi f'xi każijiet fejn dawn kienu saru fi snin preċedenti, anke jekk ir-riskji korrispondenti jibqgħu jippersistu u l-iżbalji jibqgħu l-istess; ifakkar li r-riżerva hija element fundamentali fil-kostruzzjoni tal-obbligu ta' rendikont u għalhekk tikkostitwixxi strument preventiv u ta' trasparenza fil-bini ta' aċċertament tad-DĠ INTPA, li jirrifletti l-isfidi li hemm bħalissa jew dgħufijiet li fadal u li seħħew, li ġew iffaċċjati fil-Kwartieri Ġenerali jew fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

23.  Jinnota li ma nħarġet l-ebda riżerva fl-2019 billi, fost l-oħrajn, ġie applikat limitu de minimis għar-riżervi; jinnota wkoll li d-DĠ INTPA integra azzjonijiet mhux implimentati wara riżervi fir-rapporti annwali ta' attività preċedenti fi pjan ta' azzjoni wieħed biex tissaħħaħ is-sistema ta' kontroll, b'attenzjoni speċifika għal oqsma ta' riskju għoli bħal għotjiet f'ġestjoni diretta u indiretta, stimi ta' programmi f'ġestjoni indiretta ma' pajjiżi benefiċjarji, ġestjoni indiretta ma' organizzazzjonijiet terzi u azzjonijiet trażversali;

24.  Jinnota li fl-2019 kien qed isiru 19-il investigazzjoni ta' frodi, l-istess numru bħal fl-2018;

25.  Jilqa' l-aġġornament tal-istrateġija kontra l-frodi tad-DĠ INTPA fl-2019 biex jiġi enfasizzat ir-rwol tas-Sistema ta' Identifikazzjoni Bikrija u ta' Esklużjoni (EDES) bħala għodda ta' sanzjonar tal-frodi u jħeġġeġ lid-DĠ INTPA jkompli jqajjem sensibilizzazzjoni fost il-persunal tiegħu dwar dik is-sistema u jikkoopera mill-qrib mad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Baġit u l-bord tal-EDES meta jinnotifikaw każijiet għar-reġistrazzjoni fl-EDES, b'mod partikolari meta jiġu konklużi d-19-il investigazzjoni ta' frodi li għaddejjin bħalissa;

26.  Jinnota b'sodisfazzjon l-impenn kontinwu tar-Renju Unit li jħallas l-obbligi kollha tiegħu taħt il-qafas finanzjarju pluriennali attwali u l-perspettivi finanzjarji preċedenti bħallikieku kien għadu Stat Membru, kif espress fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-"Ftehim dwar il-Ħruġ"); jinnota wkoll li l-Ftehim dwar il-Ħruġ jiddikjara li r-Renju Unit għandu jibqa' parti għall-FEŻ, sal-għeluq tal-ħdax-il FEŻ u l-FEŻ kollha preċedenti mhux magħluqa, u, f'dan ir-rigward, għandu jassumi l-istess obbligi bħall-Istati Membri skont il-Ftehim Intern li twaqqaf permezz tiegħu, kif ukoll l-obbligi li jirriżultaw mill-FEŻ preċedenti sakemm dawn jagħlqu u li r-Renju Unit jista' jipparteċipa, bħala osservatur, mingħajr drittijiet tal-vot, fil-Kumitat tal-FEŻ;

27.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi onorat il-finanzjament kollu tal-Unjoni għall-impenji għall-iżvilupp; jistieden lill-Kummissjoni terġa' lura għall-prattika preċedenti tagħha li tħejji rapporti annwali ta' responsabbiltà sabiex tiżgura t-trasparenza u l-effiċjenza tal-infiq tal-Unjoni, u biex tiffoka dawk ir-rapporti fuq il-progress lejn l-objettivi fundamentali li l-Unjoni impenjat ruħha għalihom, aktar milli fuq dettalji tekniċi;

Kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, aġenziji tal-Unjoni għall-iżvilupp u organizzazzjonijiet mhux governattivi

28.  Jinnota li, wara d-dħul fis-seħħ fl-2018 tar-Regolament Finanzjarju, fis-17 ta' April 2019 ġiet adottata metodoloġija riveduta ta' valutazzjoni tal-pilastri; jilqa' l-pilastri obbligatorji l-ġodda li ġew miżjuda mal-valutazzjoni, jiġifieri l-pilastru 7: esklużjoni mill-aċċess għall-finanzjament, pilastru 8: pubblikazzjoni ta' informazzjoni dwar riċevituri u pilastru 9: protezzjoni tad-data personali; jilqa' l-fatt li l-entitajiet kollha vvalutati skont il-pilastri ġew innotifikati bir-rekwiżit li jwettqu valutazzjoni komplementari dwar il-pilastri l-ġodda u l-mira li dawn jitlestew sa tmiem l-2020; jistieden lill-Kummissjoni żżomm lill-awtorità ta' kwittanza infurmata dwar il-progress u r-riżultati;

29.  Jinnota li l-Kummissjoni ħarġet rapporti ta' valutazzjoni tal-pilastri ġodda għal tmien entitajiet, erba' organizzazzjonijiet internazzjonali, u erba' aġenziji nazzjonali, u jilqa' l-fatt li l-eżitu kien pożittiv fil-maġġoranza tal-każijiet u li ġew implimentati pjanijiet direzzjonali għal titjib fejn meħtieġ; jissottolinja l-importanza ta' valutazzjonijiet tal-pilastri ex ante mwettqa kif xieraq, kemm f'termini ta' twassil kwalitattiv tal-eżiti relatati mal-iżvilupp mistennija kif ukoll tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

30.  Jilqa' s-sostituzzjoni tal-FEŻ, id-DCI u strumenti oħra bl-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI) minħabba li l-NDICI jippermetti skrutinju baġitarju mill-Parlament Ewropew u jappoġġa l-isforz usa' lejn tfassil ta' politika konġunt fil-konfront ta' pajjiżi terzi; jenfasizza li l-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp (PCD) ħafna aktar effettiva għandha tkun objettiv importanti tal-approċċ konġunt; jisħaq li għad hemm bżonn ta' aktar sforzi biex ikun hemm konformità mal-prinċipji tal-PCD, b'mod partikolari fir-rigward tal-kummerċ, l-agrikoltura, is-sajd, l-ambjent, il-klima, il-migrazzjoni u l-politiki barranin u ta' sigurtà tal-Unjoni, sabiex jinkisbu l-objettivi tal-effikaċja tal-għajnuna; jitlob li l-kwistjonijiet identifikati rigward il-PCD jiġu ttrattati b'mod sistematiku fil-valutazzjonijiet tal-impatt, fil-konsultazzjonijiet bejn is-servizzi u fl-arranġamenti ta' implimentazzjoni u ta' monitoraġġ, sabiex jgħinu biex tiżdied l-effiċjenza tal-insegwiment tal-Unjoni tal-objettivi tal-politika ta' żvilupp tagħha, f'konformità mal-Artikolu 208 tat-TFUE; itenni, f'dak ir-rigward, it-talba tiegħu għal analiżi fil-fond dwar l-impatt tal-ftehimiet ta' sħubija ekonomika fuq l-ekonomiji lokali u l-kummerċ intrareġjonali sabiex jiġi indirizzat it-tħassib dwar l-implimentazzjoni tagħhom f'termini tal-integrazzjoni u l-industrijalizzazzjoni reġjonali;

31.  Itenni l-ħtieġa li jiġu żgurati trasparenza u aċċess sħaħ għad-data, f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fis-seħħ, dwar il-proġetti implimentati minn organizzazzjonijiet internazzjonali u minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, kif ukoll li jingħataw regoli ċari dwar il-kontroll u l-monitoraġġ;

32.  Jisħaq li l-entitajiet fdati bl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni jridu, bħala prinċipju ġenerali, jirrispettaw il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba u trasparenza; jisħaq li kwalunkwe entità trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u trid, bħala kundizzjoni biex tirċievi fondi, tagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess meħtieġ lil dak l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, lill-Qorti u lill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF); jinnota, f'dan ir-rigward, id-diffikultà li qed tiffaċċja l-Qorti biex takkwista viżi għal żjara fuq il-post imħabbra u ppjanata kif xieraq għal proġetti fil-Burundi u l-limitazzjonijiet riżultanti li qed tħabbat wiċċha magħhom il-Qorti; jistieden lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) biex iqajmu din il-kwistjoni u jfakkru lill-kontropartijiet tagħhom fil-Burundi dwar l-obbligi tagħhom bħala riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni;

33.  Jinnota li għad hemm bżonn ta' approċċ aktar sistematiku fir-rigward tal-komunikazzjoni tal-attivitajiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-għotjiet, biex tiżdied il-viżibbiltà tal-Unjoni u jissaħħu t-trasparenza, ir-responsabbiltà u d-diliġenza dovuta fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem tul il-katina ta' finanzjament; jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi fil-ftehimiet qafas l-obbligu għall-aġenzija ewlenija li tiżgura l-viżibbiltà tal-Unjoni f'proġetti b'ħafna donaturi; jistieden lill-Kummissjoni twettaq kontrolli fuq il-post ibbażati fuq il-kampjuni snin wara t-tlestija tal-proġetti kofinanzjati biex tivverifika l-impatt kontinwu tal-interventi tal-FEŻ u tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura l-impatt fit-tul tal-operazzjonijiet tagħha;

Appoġġ baġitarju tal-UE

34.  Jinnota li l-kontribuzzjoni tal-FEŻ għall-attivitajiet ta' appoġġ baġitarju fl-2019 laħqet EUR 790,3 miljun (meta mqabbla ma' EUR 881,9 miljun fl-2018), li minnhom EUR 366,8 miljun irrappreżentaw impenji ġodda (meta mqabbla ma' EUR 858,6 miljun fl-2018), b'kopertura ġeografika ta' 55 pajjiż sieħeb, li jirrappreżentaw 82 kuntratt ta' appoġġ baġitarju (14 inqas mill-2018); josserva li għall-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (PTEE), EUR 70,0 miljun (meta mqabbla ma' EUR 92,9 miljun fl-2018) ġew żborżati permezz tal-FEŻ għal 12-il pajjiż u jirrappreżentaw 13-il kuntratt ta' appoġġ baġitarju;

35.  Jinnota b'apprezzament li l-Afrika sub-Saħarjana għadha l-akbar riċevitur tal-appoġġ baġitarju, b'sehem ta' 36 %; josserva bi tħassib li s-sehem ta' pajjiżi bi dħul baxx tnaqqas għal 32 % (meta mqabbel ma' 38 % fl-2018) u li l-pajjiżi bi dħul medju aktar baxx, b'47 % tal-impenji kurrenti totali, jirrappreżentaw l-akbar benefiċjarji tal-appoġġ baġitarju;

36.  Ifakkar li l-appoġġ baġitarju għandu l-għan li jsaħħaħ is-sħubija mal-pajjiżi sħab tal-Unjoni, jippromwovi l-iżvilupp sostenibbli, jeqred il-faqar, inaqqas l-inugwaljanzi u jikkonsolida l-paċi u d-demokrazija, biex fl-aħħar mill-aħħar jikkontribwixxi għall-kisba tal-SDGs; jinnota li l-appoġġ baġitarju tal-Unjoni għandu jkun iggwidat mill-prinċipji tal-effikaċja ta' Busan maqbula internazzjonalment bħall-appartenenza minn pajjiżi sħab, il-fokus fuq ir-riżultati, l-inklużività u r-responsabbiltà; jenfasizza li, minħabba li jrawwem it-trasparenza u l-governanza tajba, l-appoġġ baġitarju jikkontribwixxi wkoll għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-frodi;

37.  Jinnota li, f'termini ta' kontribut relattiv għall-SDGs, il-programmi ta' appoġġ baġitarju jikkontribwixxu b'mod qawwi għall-SDG 16 (il-paċi, il-ġustizzja u l-governanza), l-SDG 17 (is-sħubijiet), l-SDG 5 (l-ugwaljanza bejn il-ġeneri) u l-SDG 1 (l-ebda faqar); jilqa' l-kamp ta' applikazzjoni multidimensjonali b'saħħtu tal-programmi ta' appoġġ baġitarju u jqis li dawn għandhom jappoġġaw l-intraprenditorija u l-inizjattiva privata sabiex jiġi sfruttat l-iżvilupp ekonomiku u soċjali kif rakkomandat fl-SDG 9 (tinbena infrastruttura reżiljenti, tiġi promossa industrijalizzazzjoni inklużiva u sostenibbli u titrawwem l-innovazzjoni) u l-SDG 17 (jissaħħu l-mezzi ta' implimentazzjoni u tingħata ħajja ġdida lis-Sħubija Globali għall-Iżvilupp Sostenibbli);

38.  Jinnota li fil-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-PTEE, l-iżborżi jsiru prinċipalment minn segmenti fissi, kif kien il-każ fis-snin li għaddew; ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu li s-segmenti varjabbli jistgħu jipprovdu ingranaġġ aħjar għall-approfondiment tal-politika u tad-djalogu politiku mal-pajjiżi sħab dwar ir-riformi ewlenin li għandhom jitwettqu;

39.  Jistieden għal darb'oħra lid-DĠ INTPA, madankollu, jivvaluta b'mod strett, fid-djalogu politiku tiegħu, ir-riskji relatati mal-evitar tat-taxxa korporattiva, mal-evażjoni tat-taxxa u mal-flussi finanzjarji illeċiti li jaffettwaw, b'mod partikolari, il-pajjiżi li qed jiżviluppaw; iħeġġeġ lid-DĠ INTPA jivvaluta l-impatt fiskali u jgħin biex jiġu stabbiliti objettivi ta' investiment orjentati;

40.  Iqis li l-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet b'rabta mal-programmazzjoni tal-NDICI għandhom iqisu s-sitwazzjonijiet tad-dejn tal-pajjiżi u kif dawk is-sitwazzjonijiet jinfluwenzaw il-possibbiltà li jintlaħqu l-SDGs; jisħaq fuq il-ħtieġa li d-donaturi jipprijoritizzaw il-finanzjament ibbażat fuq l-għotjiet bħala l-għażla standard, speċjalment għall-pajjiżi l-anqas żviluppati, u ma jiffavorixxux il-finanzjament ikkombinat, il-garanziji jew kwalunkwe self li jista' jżid il-piż tad-dejn fuq l-għotjiet; iħeġġeġ lill-Unjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw, bħala l-ewwel pass, u flimkien mal-wegħdiet tagħhom dwar moratorju fuq id-dejn, inizjattiva ġdida għas-serħan mid-dejn fir-rigward ta' pajjiżi foqra b'dejn kbir; jappella, b'mod aktar wiesa', għall-ħolqien ta' mekkaniżmu ta' ristrutturazzjoni tad-dejn multilaterali biex jindirizza kemm l-impatt tal-kriżi kif ukoll ir-rekwiżiti ta' finanzjament tal-Aġenda 2030;

Prestazzjoni

41.  Jilqa' r-riżultati miksuba fir-rigward tal-intenzjoni li politiki pubbliċi inklużivi jippromwovu t-tkabbir kondiviż u jgħinu fl-indirizzar ta' disparitajiet soċjali jew ġeografiċi (SDG 10), fejn l-istatistika tindika li s-sehem tal-introjtu tal-inqas 40 % tal-popolazzjoni f'pajjiżi li jirċievu appoġġ baġitarju tal-Unjoni żdied minn 15,6 % għal 17,4 % tal-introjtu nazzjonali gross bejn l-2004 u l-2019, filwaqt li naqas ftit f'pajjiżi oħra li qed jiżviluppaw jew emerġenti; iqis li huwa essenzjali wkoll li titqajjem kuxjenza fost l-interlokuturi lokali dwar l-importanza dejjem tikber tas-sħab privati fl-iżvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali;

42.  Jirrikonoxxi l-enfasi fuq l-SDGs, fuq kooperazzjoni akbar mas-sħab lokali u konsultazzjoni fuq il-post fil-Linji Gwida tal-Kummissjoni għall-Ipprogrammar tal-NDICI u jistenna bil-ħerqa li dawk il-kwistjonijiet jiġu tradotti bis-sħiħ fil-programmi, sabiex l-NDICI jikkontribwixxi b'mod attiv għall-kisba tal-SDGs u għall-implimentazzjoni sħiħa tal-Aġenda 2030; jappella għall-implimentazzjoni xierqa tal-miri ta' nfiq orizzontali stabbiliti fl-NDICI, kif ukoll għar-rappurtar tagħhom, b'mod partikolari l-mira tal-infiq relatat mal-bijodiversità, li mhijiex mira awtonoma fl-NDICI iżda għandha l-għan li tikkontribwixxi għall-mira globali tal-bijodiversità tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027, bl-ambizzjoni li jiġu allokati 7,5 % tal-infiq annwali għall-objettivi tal-bijodiversità fl-2024 u 10 % tal-infiq annwali għall-objettivi tal-bijodiversità fl-2026 u l-2027;

43.  Jilqa' r-riżultati miksuba mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-SDG 16 sabiex tiġi kkontrollata l-korruzzjoni, fejn l-indikaturi ta' governanza dinjija jindikaw li l-pajjiżi li jirċievu appoġġ baġitarju għandhom prestazzjoni aħjar fil-kontroll tal-korruzzjoni minn pajjiżi oħra li qed jiżviluppaw jew emerġenti (b'punteġġ medju ta' – 0,35, meta mqabbel ma' – 0,56 fl-2019) u b'xejra li titjieb maż-żmien (minn punteġġ ta' – 0,50 fl-2005);

44.  Jilqa' r-riżultati miksuba permezz tal-mobilizzazzjoni tal-introjtu domestiku, bħala parti mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-SDG 17 (sħubijiet) fejn, skont id-data mill-Fond Monetarju Internazzjonali, il-pajjiżi Afrikani li fihom il-Kummissjoni introduċiet indikaturi tad-DRM bħala parti mill-programmi ta' appoġġ baġitarju raw żieda ta' 2 punti perċentwali tal-proporzjon tat-taxxa mal-prodott domestiku gross;

45.  Jitlob monitoraġġ mill-qrib u djalogu politiku bir-reqqa ma' pajjiżi sħab rigward l-objettivi, il-progress lejn ir-riżultati maqbula u l-indikaturi tal-prestazzjoni; ifakkar għal darb'oħra lill-Kummissjoni biex tiddefinixxi aħjar u tkejjel l-impatt mistenni tal-iżvilupp u, speċjalment, biex ittejjeb il-mekkaniżmu ta' kontroll fir-rigward tal-imġiba tal-Istat benefiċjarju fl-oqsma tal-korruzzjoni, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-governanza tajba u d-demokrazija; jisħaq fuq il-ħtieġa li s-settur privat jiġi inkluż f'dak id-djalogu strateġiku; jibqa' mħasseb ħafna dwar l-użu li jista' jsir mill-appoġġ baġitarju tal-Unjoni fil-pajjiżi riċevituri fejn ma hemm l-ebda kontroll demokratiku jew hemm biss kontroll demokratiku limitat;

46.  Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex twettaq evalwazzjoni fuq bażi ta' pajjiż b'pajjiż tal-proġetti ffinanzjati mill-FEŻ fit-tul li għaddejjin bħalissa sabiex turi l-impatt reali fuq il-pajjiż rilevanti ta' investiment tal-Unjoni li ilu jsir għexieren ta' snin u kif dan l-investiment għen b'mod effikaċi l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u sostenibbli tal-pajjiżi benefiċjarji; jistieden lill-Kummissjoni tillimita jew ittemm il-finanzjament ta' proġetti ineffettivi fil-futur;

47.  Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Qorti ma inkludietx il-prestazzjoni tal-FEŻ fil-Kapitolu 6, intitolat "Ewropa globali", tar-rapport tagħha dwar il-prestazzjoni tal-baġit tal-UE; jilqa' l-inklużjoni ta' paragrafu dwar il-prestazzjoni tal-FEŻ fir-rapport annwali tal-Qorti; jinnota li dan ir-rapport fih osservazzjonijiet individwali dwar il-proġetti; jinnota bi tħassib is-sejba tal-Qorti li kien hemm każijiet fejn l-effiċjenza u l-effikaċja tal-azzjonijiet osservati ġew kompromessi; jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-proġetti individwali osservati mill-Qorti u tieħu azzjoni biex tissalvagwardja r-riżultati intenzjonati tal-azzjonijiet u biex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; jistieden lill-Qorti testendi x-xogħol tagħha fuq il-prestazzjoni tal-FEŻ;

48.  Jinnota bi tħassib il-konklużjoni tal-Qorti, fir-Rapport Speċjali 14/2020 bit-titolu "L-għajnuna għall-iżvilupp li tingħata mill-UE lill-Kenja", li l-ipprogrammar tal-ħdax-il FEŻ ma jurix biżżejjed li l-għajnuna tiġi mgħoddija fejn tista' tagħmel l-aktar biex tnaqqas il-faqar; jinnota, b'mod partikolari, li l-fondi kienu mifruxa f'ħafna oqsma, u li ma kienx hemm valutazzjoni ċara dwar kif l-għajnuna setgħet tilħaq massa kritika biex tikseb riżultati sinifikanti; jinnota r-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-Kummissjoni u s-SEAE jivvalutaw jekk, u jispjegaw kif, l-ammonti allokati lil kull settur fokali u fi ħdanhom x'aktarx jilħqu massa kritika suffiċjenti biex jinkisbu riżultati sinifikanti; jinnota l-aċċettazzjoni ta' dik ir-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni u mis-SEAE;

49.  Jinnota b'dispjaċir il-konklużjoni tal-Qorti li l-proċess tal-allokazzjoni tal-fondi lill-Kenja ma kienx jinkludi valutazzjoni speċifika tal-ostakli u l-objettivi tal-iżvilupp tal-pajjiż; jinnota t-tweġiba tal-Kummissjoni u tas-SEAE li l-ammonti tal-finanzjament ġew deċiżi fuq il-bażi ta' indikaturi komposti li vvalutaw bosta ħtiġijiet u dimensjonijiet ta' prestazzjoni fir-rigward tal-Kenja; jinnota li l-Qorti ħarġet rakkomandazzjoni li titlob lill-Kummissjoni u lis-SEAE jeżaminaw il-metodu tal-Unjoni għall-allokazzjoni ta' finanzjament bejn il-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, bl-involviment tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Istati Membri, kif xieraq, u jilqa' l-aċċettazzjoni tagħha mill-Kummissjoni u mis-SEAE; jinnota li t-tieni parti tar-rakkomandazzjoni, li talbet lill-Kummissjoni u lis-SEAE jintroduċu kundizzjonijiet speċifiċi biex tiġi stabbilita rabta ċara bejn l-allokazzjonijiet finanzjarji u l-prestazzjoni tal-pajjiż fl-imgħoddi u l-impenji tal-gvern għar-riformi strutturali, ma ġietx aċċettata mill-Kummissjoni u mis-SEAE;

50.  Jinsab iddiżappuntat dwar il-fatt li r-Rapport Speċjali tal-Qorti dwar l-għajnuna għall-iżvilupp tal-Unjoni lill-Kenja mhemmx fehim xieraq tal-objettiv primarju tat-tnaqqis tal-faqar tal-politika ta' żvilupp tal-Unjoni, li l-Qorti lanqas biss innotat l-eżistenza tal-Aġenda 2030 tan-NU, u dwar il-konklużjonijiet żbaljati li rriżultaw minn dawk l-ommissjonijiet serji; ifakkar li skont l-FAO, l-azjendi agrikoli fuq skala żgħira mmexxija mill-familji jipproduċu 80 % tal-ikel tad-dinja; f'dak ir-rigward jinsab imħasseb dwar il-pożizzjoni tal-Qorti rigward is-sehem sinifikanti tal-appoġġ tal-Unjoni lill-komunitajiet agrikoli Kenjani f'reġjuni aridi u semiaridi u bdiewa b'azjendi agrikoli żgħar, u dwar it-talba tal-Qorti għal aktar industrijalizzazzjoni tas-settur agroalimentari lokali, peress li dan jista' jipperikola s-sigurtà tal-ikel u l-mod ta' għajxien ta' dawk il-komunitajiet;

51.  Huwa partikolarment imħasseb dwar il-każ tat-triq Mombasa - Nairobi ffinanzjata permezz tal-Fond Fiduċjarju għall-Infrastruttura UE-Afrika (EUTF), li huwa strument ta' finanzjament ikkombinat tal-Unjoni b'kontribuzzjonijiet ta' donaturi mill-baġit tal-FEŻ, minn diversi Stati Membri u mill-BEI; ifakkar li aktar minn 100 familja tkeċċew bil-forza minn djarhom fil-medda ta' din it-triq sabiex isiru x-xogħlijiet ta' kostruzzjoni għal dak il-proġett u li ġew ippreżentati aktar minn 500 ilment lill-BEI rigward abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fir-rigward ta' dak il-proġett biss, inklużi tkeċċijiet furzati mill-pulizija armata; jitlob li dak il-proġett jiġi sospiż sakemm titwettaq valutazzjoni tal-impatt xierqa dwar id-drittijiet tal-bniedem; jisħaq li dan l-eżempju jirrifletti n-nuqqasijiet irrappurtati reċentement dwar il-mekkaniżmi ta' finanzjament ikkombinat u ta' garanzija biex jikkontribwixxu għall-SDGs jew għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima u biex tintwera l-addizzjonalità finanzjarja;

52.  Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-istituzzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari fil-każ ta' inizjattivi kofinanzjati u b'diversi donaturi, biex japprossimaw l-oqfsa ta' ġestjoni tar-riżultati tagħhom mal-Unjoni;

53.  Jemmen li l-fokus fuq l-SMEs lokali u s-settur privat u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandu jkun assi ċentrali ta' kooperazzjoni fil-ġestjoni ta' sensiela ta' proġetti tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni; jisħaq li, minħabba d-differenza fil-finanzjament meħtieġa biex jintlaħqu l-SDGs ambizzjużi, djalogu strateġiku mas-settur privat u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jrid jaqdi rwol kruċjali għall-iżvilupp tal-ekonomiji lokali;

54.  Iqis li hemm bżonn ta' attenzjoni xierqa biex tiġi żgurata komunikazzjoni aħjar bejn il-Kummissjoni, il-Parlament u l-Istati Membri rigward l-implimentazzjoni tal-EUTF u rappurtar pubbliku, sorveljanza u awditjar suffiċjenti tal-operazzjonijiet u l-prestazzjoni tagħhom; jistieden lill-Qorti tikkunsidra awditu tal-impatt tal-implimentazzjoni tal-EUTF fuq il-politika tal-Unjoni għall-iżvilupp kemm mil-lat baġitarju kif ukoll mil-lat ta' riżultati; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tislet konklużjonijiet mill-awditu u tiżgura li l-proġetti tal-EUTF li ġew implimentati b'mod ineffiċjenti jintemmu jew jiġu limitati ħafna fil-finanzjament;

Il-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza tal-UE għall-Afrika

55.  Ifakkar fil-pożizzjoni regolari tal-Parlament li l-Kummissjoni għandha tiżgura li kwalunkwe fond fiduċjarju stabbilit bħala għodda ta' żvilupp ġdida jrid dejjem ikun konformi mal-objettivi tal-istrateġija globali u tal-politika tal-iżvilupp tal-Unjoni, jiġifieri t-tnaqqis u l-qerda tal-faqar;

56.  Jisħaq fuq il-fatt li sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' politika, l-EUTF irid jindirizza l-kawżi fundamentali tad-destabbilizzazzjoni, l-ispostament furzat u l-migrazzjoni irregolari billi jippromwovi r-reżiljenza, l-opportunitajiet ekonomiċi, l-opportunitajiet ugwali, is-sigurtà tal-popolazzjonijiet, u l-iżvilupp uman u soċjali;

Riskji u sfidi relatati mal-implimentazzjoni tal-għajnuna tal-FEŻ

57.  Ifakkar li l-governanza tajba, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem huma prekundizzjonijiet inevitabbli għall-effikaċja tal-għajnuna; jitlob lill-Kummissjoni tistabbilixxi l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem bħala l-prekundizzjoni aħħarija biex tkun approvata għajnuna finanzjarja; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu aktar strett tal-klawżola inkluża fil-ftehimiet finanzjarji mal-pajjiżi sħab li tippermetti lill-Kummissjoni tissospendi jew ittemm il-ftehim f'każ ta' ksur ta' obbligu relatat mar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt (l-Artikolu 26.1 tal-Kundizzjonijiet Ġenerali);

58.  Jinsab imħasseb dwar ir-rifjut tal-Kummissjoni ta' rakkomandazzjoni tal-Parlament biex fir-rapport annwali tal-attività li jmiss tiġi inkluża valutazzjoni strutturata tal-impatt tal-attivitajiet tal-FEŻ; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi l-pożizzjoni tagħha u twieġeb b'mod pożittiv għat-talba speċifika tal-Parlament;

59.  Itenni t-tħassib tiegħu dwar l-inkonsistenza bejn il-proċess baġitarju tal-FEŻ fejn il-Parlament mhuwiex involut fl-istabbiliment u l-allokazzjoni tar-riżorsi tal-FEŻ, u l-proċess ta' responsabbiltà meħtieġ fejn il-Parlament huwa l-awtorità ta' kwittanza, bl-eċċezzjoni tal-Faċilità ta' Investiment, li hija ġestita mill-BEI u għalhekk barra mill-ambitu tal-awditjar.

(1) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7.
(2) ĠU C 384,13.11.2020, p. 1.
(3) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(4) ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.
(5) ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1.
(6) ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.
(7) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.
(8) ĠU L 247, 9.9.2006, p. 32.
(9) ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.
(10) ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.
(11) ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.
(12) ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.
(13) ĠU L 307, 3.12.2018, p. 1.
(14) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7.
(15) ĠU C 384,13.11.2020, p. 1.
(16) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(17) ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.
(18) ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1.
(19) ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.
(20) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.
(21) ĠU L 247, 9.9.2006, p. 32.
(22) ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.
(23) ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.
(24) ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.
(25) ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.
(26) ĠU L 307, 3.12.2018, p. 1.
(27) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta' Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323 (ĠU L 307, 3.12.2018, p. 1).


Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-aġenziji tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019: prestazzjoni, ġestjoni finanzjarja u kontroll
PDF 188kWORD 60k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-aġenziji tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019: prestazzjoni, ġestjoni finanzajrja u kontroll (2020/2194(DEC))
P9_TA(2021)0215A9-0100/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-aġenziji tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2018 (COM(2020)0311),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(2), u b'mod partikolari l-Artikoli 68 u 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0100/2021),

A.  billi din ir-riżoluzzjoni tinkludi, għal kull korp imsemmi fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, il-kummenti trasversali li jakkumpanjaw id-deċiżjonijiet ta' kwittanza bi qbil mal-Artikolu 262 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u l-Artikolu 3 tal-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew;

B.  billi din ir-riżoluzzjoni tinkludi wkoll, għall-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom, il-kummenti trasversali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza bi qbil mal-Artikolu 262 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u l-Artikolu 3 tal-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament;

C.  billi l-aġenziji tal-Unjoni għandhom jiffukaw fuq missjonijiet b'valur miżjud Ewropew ċar u l-organizzazzjoni ta' missjonijiet bħal dawn għandha tiġi ottimizzata biex jiġu evitati duplikazzjonijiet fl-aħjar interessi tal-kontribwenti tal-Unjoni;

1.  Jilqa' l-progress li sar mill-aġenziji fl-isforzi tagħhom biex jirrispondu għat-talbiet u r-rakkomandazzjonijiet espressi fi ħdan il-proċedura annwali ta' kwittanza preċedenti;

2.  Jenfasizza li l-aġenziji għandhom ukoll influwenza sinifikanti fuq it-tfassil ta' politiki u t-teħid ta' deċiżjonijiet kif ukoll fuq il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni ta' programmi f'oqsma ta' importanza kbira għall-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini tal-Unjoni, bħas-saħħa, is-sikurezza, is-sigurtà, il-libertà u l-ġustizzja; itenni l-importanza tal-aġenziji fl-indirizzar ta' ħtiġijiet speċifiċi ta' politika u fit-tisħiħ tal-kooperazzjoni Ewropea; jinnota li l-aġenziji jistgħu jaġixxu wkoll bħala mexxejja biex isolvu sitwazzjonijiet ta' kriżi jew sfidi soċjetali fit-tul;

3.  Jinnota b'sodisfazzjon li, skont ir-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") dwar l-aġenziji tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2019 (ir-"rapport tal-Qorti"), il-Qorti ħarġet opinjoni tal-awditjar mhux kwalifikata dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-aġenziji kollha; jinnota, barra minn hekk, li l-Qorti ħarġet opinjoni mhux kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għall-aġenziji kollha; josserva li l-Qorti ħarġet opinjoni mhux kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għall-aġenziji kollha, ħlief għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) u l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (EASO) li għalihom inħarġet opinjoni kwalifikata;

4.  Jinnota li għat-32 aġenzija deċentralizzata tal-Unjoni, it-total kumulattiv għall-baġits tal-2019 ammonta għal madwar EUR 2 854 000 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn, li jirrappreżenta żieda ta' madwar 10,29 % meta mqabbla mal-2018, u għal EUR 2 570 000 000 f'approprjazzjonijiet ta' pagament, żieda ta' 8,88 % meta mqabbla mal-2018; jinnota, barra minn hekk, li mill-EUR 2 570 000 000 f'approprjazzjonijiet ta' pagament, madwar EUR 1 920 000 000 ġew iffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, u dan jirrappreżenta 74,75 % tal-finanzjament totali tal-aġenziji fl-2019 (meta mqabbla ma’ 72,16 % fl-2018); jirrikonoxxi, barra minn hekk, li madwar EUR 649 000 000 kienu ffinanzjati minn tariffi u imposti u minn kontribuzzjonijiet diretti minn pajjiżi parteċipanti (tnaqqis ta' 1,22 % meta mqabbel mal-2018);

Riskji u rakkomandazzjonijiet ewlenin identifikati mill-Qorti

5.  Jinnota li, skont ir-rapport tagħha, il-Qorti tqis li r-riskju ġenerali għall-affidabbiltà tal-kontijiet tal-aġenziji, abbażi tal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà, huwa baxx, kif kien il-każ fl-2018;

6.  Jinnota li skont ir-rapport tagħha, il-Qorti tqis li r-riskju ġenerali għal-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet tal-aġenziji huwa baxx għall-maġġoranza tal-aġenziji, u huwa medju għall-aġenziji li jiffinanzjaw lilhom infushom b'mod parzjali fejn regolamenti speċifiċi huma applikabbli għall-ġbir ta' tariffi u kontribuzzjonijiet oħra tad-dħul, kif kien il-każ fl-2018;

7.  Jinnota li l-Qorti tqis li r-riskju ġenerali għal-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-aġenziji huwa medju, filwaqt li jvarja minn baxx sa għoli għal titoli speċifiċi tal-baġit; jinnota li r-riskju għat-Titolu I (Infiq għall-Persunal) huwa ġeneralment baxx, għat-Titolu II (Infiq Amministrattiv) ir-riskju jitqies bħala medju, u għat-Titolu III (Infiq Operattiv) ir-riskju jitqies li jvarja minn baxx għal għoli, skont l-aġenzija inkwistjoni u n-natura tal-infiq operattiv tagħha; jirrimarka li riskji għoljin normalment jirriżultaw mill-akkwist u minn pagamenti ta' għotjiet li jinvolvu ammonti kbar; jinnota li l-Qorti sabet li filwaqt li l-kontrolli fir-rigward tal-għotjiet ġeneralment tjiebu, dawn mhux dejjem huma kompletament effettivi;

8.  Jinnota l-oqsma ewlenin ta' osservazzjoni tal-Qorti, li jiffokaw fuq:

   il-ġestjoni tal-akkwist pubbliku li tibqa' l-qasam l-aktar suxxettibbli għal żbalji
   il-proċeduri ta' reklutaġġ u l-kunflitti ta' interess għall-persunal li jitlaq minn Aġenzija tal-Unjoni u li jingħaqad mas-settur privat, li jeħtieġ li jiġi ġestit aħjar mill-aġenziji;
   ġestjoni baġitarja fejn il-Qorti identifikat diversi dgħufijiet;

9.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti ddikjarat li fil-biċċa l-kbira tal-każijiet l-aġenziji ħadu azzjonijiet korrettivi biex jindirizzaw l-osservazzjonijiet tal-awditjar tas-snin preċedenti u jistieden lill-aġenziji tal-ĠAI jkomplu bl-isforzi tagħhom biex jagħtu segwitu lill-osservazzjonijiet tal-Qorti;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

10.  Jiddispjaċih li l-livell ta' dettall ipprovdut fir-rapporti dwar l-implimentazzjoni baġitarja ta' minoranza ta' aġenziji jvarja minn dak tal-maġġoranza, li juri l-ħtieġa ta' linji gwida aktar ċari u standardizzati dwar ir-rappurtar tal-baġit mill-aġenziji, inkluża l-ħtieġa li l-aġenziji jispjegaw devjazzjonijiet sinifikanti mill-baġit oriġinali jew mit-tabella tal-persunal; jenfasizza l-ħtieġa urġenti li l-aġenziji kollha jtejbu l-kapaċitajiet tal-ippjanar tagħhom; jiddeplora t-tweġiba tal-Kummissjoni għat-talba biex l-awtorità ta' kwittanza tingħata awtomatikament il-baġit uffiċjali (f'approprjazzjonijiet ta' impenn u f'approprjazzjonijiet ta' pagament) u ċ-ċifri tal-persunal (ċifri tat-tabella tal-persunal b'persunal permanenti, aġenti temporanji, aġenti kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati mill-31 ta' Diċembru tas-sena inkwistjoni) fir-rigward tat-32 aġenzija deċentralizzata, peress li l-linji gwida msemmija (li fir-realtà huma mudelli li jipprovdu gwida l-aktar dwar il-forma aktar milli s-sustanza) mhumiex biżżejjed biex jindirizzaw id-differenzi fil-kalkoli bejn ir-rapporti; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tipprovdi lill-awtorità ta' kwittanza ċ-ċifri uffiċjali tal-baġit u tal-persunal għal kull aġenzija u biex tipprovdi ċifri konsolidati għall-aġenziji deċentralizzati li huma soġġetti għall-proċedura ta' kwittanza tal-Parlament;

11.  Iqis li għandha tingħata aktar attenzjoni lir-rilevanza u l-koerenza, b'mod partikolari fil-kuntest tad-duplikazzjoni tal-oqsma ta' kompetenza, meta jiġu stabbiliti aġenziji futuri;

12.  Jemmen li r-riżorsi għandhom jiġu allokati b'mod aktar flessibbli abbażi tal-ħtieġa jew l-urġenza;

13.  Jenfasizza l-fatt li t-trasparenza u l-għarfien taċ-ċittadini fir-rigward tal-eżistenza tal-aġenziji tal-Unjoni huma essenzjali għall-obbligu ta' rendikont demokratiku tal-istess aġenziji; iqis li l-utilizzabbiltà u l-aċċessibbiltà tar-riżorsi u d-data tal-aġenziji huma ta' importanza fundamentali; jitlob, għalhekk, li ssir valutazzjoni dwar kif id-data u r-riżorsi jiġu ppreżentati u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni attwalment, u dwar kemm iċ-ċittadini jsibuha faċli biex jidentifikawhom, jagħrfuhom u jużawhom;

14.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-livell għoli ħafna ta' riporti f'xi aġenziji, li jista' jindika diversi dgħufijiet, inkluż ippjanar baġitarju fqir, li jmur kontra l-prinċipju tal-annwalità tal-baġit;

Prestazzjoni

15.  Jilqa' l-aċċettazzjoni tal-Kummissjoni tar-rakkomandazzjoni ta' kwittanza tas-sena l-oħra biex jiġi żviluppat u implimentat aktar il-prinċipju ta' baġitjar abbażi tal-prestazzjoni, u t-titjib li sar fid-Dokument Uniku ta' Programmazzjoni u r-Rapporti Annwali ta' Attività Konsolidati b'riżultat ta' dan;

16.  Jilqa' l-pubblikazzjoni mill-Qorti tal-ewwel awditu tal-prestazzjoni orizzontali li qatt sar fuq l-aġenziji kollha tal-Unjoni bit-titolu "Rapport Speċjali Nru 22/2020: Il-futur tal-Aġenziji tal-UE - Potenzjal għal aktar flessibbiltà u kooperazzjoni"(5);

17.  Jinnota l-osservazzjonijiet prinċipali tal-Qorti, b'mod partikolari l-fatt li l-aġenziji jittrattaw suġġetti tas-soċjetà topiċi u għandhom potenzjal għoli għall-iżvilupp futur kif ukoll livell għoli ta' għarfien espert;

18.  Jaqbel mal-Qorti li minkejja l-fatt li l-aġenziji jwettqu kompiti importanti fl-oqsma kollha tal-ħajja tagħna ta' kuljum, hemm diffikultà ċara biex tinbena l-fiduċja ma' ċittadini individwali; f'dan ir-rigward jenfasizza l-kwistjoni tal-obbligu ta' rendikont, it-trasparenza u saħansitra l-effikaċja, flimkien man-nuqqas ta' sensibilizzazzjoni pubblika peress li l-aġenziji għadhom fil-biċċa l-kbira mhux magħrufa miċ-ċittadini u jidhru biss inċidenti negattivi fil-midja;

19.  Japprezza u jkompli jħeġġeġ kooperazzjoni dejjem eqreb fost l-aġenziji fil-qasam tal-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni sabiex jittejbu s-sinerġiji, tiġi żgurata aktar komplementarjetà u jkun hemm kondiviżjoni tar-riżorsi; jenfasizza l-importanza u l-valur miżjud tal-aġenziji kollha fil-qasam ta' kompetenza tagħhom, kif ukoll l-awtonomija tagħhom; jirrikonoxxi li l-erba' aġenziji organizzaw laqgħat konġunti speċifikament biex jallinjaw il-metodoloġiji tal-indikaturi tal-prestazzjoni tagħhom wara r-rakkomandazzjoni maħruġa mill-Kummissjoni fl-2019 abbażi tal-evalwazzjoni tal-erba' aġenziji li saret fl-2017 (ir-rakkomandazzjoni 5 ta' SWD(2019)0159);

20.  Jenfasizza l-konklużjoni tar-Rapport Speċjali tal-Qorti "Il-futur tal-Aġenziji tal-UE" li l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-aġenziji tal-Unjoni hija skarsa; iħeġġeġ lill-aġenziji jsaħħu l-obbligu ta' rendikont tal-prestazzjoni; jistenna li l-aġenziji kollha tal-Unjoni jikkooperaw bl-aqwa mod possibbli mal-Kummissjoni u l-Qorti fl-għoti ta' informazzjoni dwar il-prestazzjoni;

21.  Jinnota s-sejba tal-Qorti fir-rapport tagħha "Il-futur tal-Aġenziji tal-UE" li l-aġenziji jkejlu l-prestazzjoni permezz tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) u li fl-2015 il-Kummissjoni ħarġet linji gwida għad-diretturi tal-aġenziji dwar il-KPIs; jinnota b'dispjaċir li l-indikaturi li ntużaw fil-prattika huma prinċipalment relatati mal-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma annwali ta' aġenzija, tal-baġit u tal-ġestjoni tar-riżorsi umani tagħha, u li normalment ma jippermettux l-valutazzjoni tal-prestazzjoni globali tar-riżultati ta' Aġenzija jew tal-effiċjenza u l-effettività tal-aġenzija fit-twettiq tal-mandat tagħha; jistieden lill-aġenziji jaħdmu flimkien biex itejbu l-użu tal-KPIs bil-għan li tiġi żgurata enfasi aktar qawwija fuq il-prestazzjoni fil-proċedura ta' kwittanza, flimkien mal-konformità; jistieden lill-aġenziji jkomplu jiżviluppaw indikaturi, li jkejlu l-kontribut tagħhom għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-aġenziji jirrieżaminaw u jaġġornaw dawk l-indikaturi regolarment; jistieden lill-Kummissjoni tadotta sett ċentralizzat ta' linji gwida dwar ir-rappurtar u l-istabbiliment tal-KPIs biex jiġi żgurat kejl xieraq tal-prestazzjoni tal-aġenziji;

22.  Jinnota li l-Qorti, filwaqt li tipprova tidentifika l-kundizzjonijiet meħtieġa biex l-aġenziji jkunu jistgħu jilħqu l-objettivi tagħhom, tenfasizza l-ħtieġa għal aktar flessibbiltà finanzjarja u politika, kif ukoll mudell ta' governanza aktar strutturali u koerenti fejn l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tiffoka fuq l-outputs aktar milli fuq il-kontribut tagħhom għall-implimentazzjoni tal-politika;

23.  Ifakkar li l-Approċċ Komuni jiddikjara li kull Aġenzija tal-Unjoni għandha tiġi evalwata kull ħames snin u li l-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-organizzazzjoni tal-evalwazzjoni u għal kull tieni evalwazzjoni għandha tiġi applikata l-klawżola ta' estinzjoni; jinnota b'dispjaċir li r-regolamenti fundaturi ta' diversi aġenziji għadhom ma ġewx allinjati mal-Approċċ Komuni; jinnota s-sejba tal-Qorti fir-rapport tagħha "Il-futur tal-Aġenziji tal-UE" li r-regolamenti fundaturi ta' 13-il aġenzija ġew riformulati bejn l-2015 u l-2019, iżda ħames proposti biss kienu akkumpanjati minn valutazzjoni tal-impatt; jistieden lill-Kummissjoni twettaq b'mod regolari evalwazzjoni indipendenti tal-prestazzjoni tal-aġenziji;

24.  Jemmen li għandhom jiġu stabbiliti regoli ċari dwar l-evoluzzjoni u t-terminazzjoni tal-missjonijiet tal-aġenziji;

25.  Jemmen li għandha titwettaq valutazzjoni tal-impatt għal kull aġenzija u li klawżola ta' rieżami dwar il-ġustifikazzjoni tal-objettivi assenjati tal-aġenzija għandha tiżdied b'mod sistematiku;

26.  Jinsisti li hu aħjar jekk tiġi evitata d-duplikazzjoni ta' suġġetti u oqsma ta' kompetenza bejn l-aġenziji differenti;

27.  Jilqa' l-kooperazzjoni fi ħdan in-Network tal-Aġenziji tal-ĠAI; jistieden lill-aġenziji jkomplu jiżviluppaw sinerġiji, iżidu l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki bejniethom bil-għan li jtejbu l-effiċjenza;

28.  Jistieden lill-aġenziji jkomplu jiżviluppaw is-sinerġiji tagħhom, iżidu l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki mal-aġenziji tal-Unjoni l-oħra bil-għan li tittejjeb l-effiċjenza (ir-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà);

29.  Jemmen li jeħtieġ li jissaħħaħ ir-rwol tal-aġenziji bħala ċentri ta' għarfien espert u networking;

30.  Jilqa' l-ħolqien ta' task force ta' servizzi kondiviżi min-Network tal-Aġenziji tal-UE (''in-Network'') u l-iżvilupp ta' proposta strateġika "Servizzi u Kapaċitajiet kondiviżi 2.0" biex tiġi mħeġġa u appoġġjata l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji; jirrakkomanda li r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti fir-rapport tagħha dwar "Il-futur tal-Aġenziji tal-UE" fir-rigward tal-użu flessibbli tar-riżorsi (rakkomandazzjonijiet 1 u 2) u l-aġenziji bħala ċentri għall-kondiviżjoni tal-għarfien espert u n-networking (rakkomandazzjoni 4) jiġu integrati f'dan l-eżerċizzju);

31.  Jindika l-eżempju pożittiv mogħti mill-ECDC fir-rigward tal-kooperazzjoni ma' aġenziji oħra tal-Unjoni, inkluż permezz tan-Network; iħeġġeġ lill-aġenziji jikkooperaw u jiskambjaw l-aħjar prattiki fejn possibbli, inkluż pereżempju dwar it-telexogħol;

32.  Ifakkar fl-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-aġenziji f'termini ta' operazzjoni u ġestjoni interni iżda anki sabiex titħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Aġenzija tibqa' tkun proattiva f'dan ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji akkost ta' kollox; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta' sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

33.  Ifakkar li l-iskambju ta' fehmiet ta' kull sena dwar il-programmi ta' ħidma annwali u l-istrateġiji pluriennali tal-aġenziji fil-kumitati responsabbli huwa strumentali biex jiġi żgurat li l-programmi u l-istrateġiji jkunu allinjati mal-prijoritajiet politiċi attwali, speċjalment fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-prinċipji minquxa fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; ifakkar li l-aġenziji huma l-aktar entitajiet kwalifikati fil-valutazzjoni tal-użu tar-riżorsi u għandhom rwol kruċjali fl-appoġġ għall-proġetti sostenibbli adatti f'konformità mal-Patt Ekoloġiku Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura finanzjament li jappoġġja l-aġenziji tal-Unjoni fl-iżgurar tad-djalogu soċjali; jinnota li l-aġenziji tal-Unjoni għandhom rwol kruċjali fl-iżgurar tad-djalogu soċjali mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

Politika dwar il-persunal

34.  Jinnota li fl-2019, it-32 aġenzija deċentralizzata impjegaw total ta' 7 880 membru tal-persunal, li jinkludu uffiċjali, aġenti temporanji, aġenti kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati (meta mqabbel ma' 7 626 fl-2018), u dan jirrappreżenta żieda sinifikanti ta' 3,33 % meta mqabbel mas-sena preċedenti;

35.  Jilqa' l-informazzjoni aktar dettaljata u strutturata pprovduta dwar il-bilanċ bejn il-ġeneri fl-aġenziji;

36.  Jesprimi t-tħassib tiegħu li fil-maġġoranza l-kbira tal-aġenziji hemm nuqqas ta' bilanċ bejn il-ġeneri fost il-persunal fil-ġestjoni ġenerali; jinnota li fl-2019, fil-livell ta' maniġment superjuri, ġie rrappurtat bilanċ bejn il-ġeneri minn tliet aġenziji, inkiseb bilanċ tajjeb minn għaxar aġenziji, iżda ma kien hemm l-ebda bilanċ bejn il-ġeneri f'sittax-il aġenzija (erbgħa minnhom kien fihom rappreżentanza ta' rġiel biss u waħda kien fiha rappreżentanza ta' nisa biss); jiddeplora l-fatt li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija kompletament nieqsa fl-Istrateġija 2021-2027 għan-Network; jistieden lill-aġenziji u lin-Network jintegraw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-istrateġiji tagħhom u jallinjaw l-ambizzjoni tal-aġenziji mal-għan tal-Kummissjoni li tilħaq bilanċ bejn il-ġeneri ta' 50 % fil-livelli kollha tal-maniġment tagħha sa tmiem l-2024;

37.  Jinnota wkoll li f'termini ta' bilanċ bejn il-ġeneri fil-bords maniġerjali fl-2019, ma kien hemm l-ebda aġenzija b'bilanċ ugwali bejn il-ġeneri, kien hemm bilanċ tajjeb f'seba' aġenziji, u ma kien hemm l-ebda bilanċ bejn il-ġeneri f'erbatax-il bord maniġerjali; jitlob lill-Istati Membri u lill-organizzazzjonijiet rilevanti li jipparteċipaw fil-bords maniġerjali jqisu l-importanza li jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom f'Bord Maniġerjali ta' Aġenzija;

38.  Jinnota wkoll li, fir-rigward tal-persunal ġenerali, tmien aġenziji għandhom bilanċ ugwali bejn il-ġeneri, dsatax-il aġenzija għandhom bilanċ tajjeb bejn il-ġeneri u tliet aġenziji m'għandhom l-ebda bilanċ bejn il-ġeneri; jistieden lill-aġenziji jkomplu jistinkaw għal bilanċ tajjeb bejn il-ġeneri fil-futur;

39.  Jinnota bi tħassib li fl-2019, 34 % biss tal-membri tal-ogħla korpi deċiżjonali tal-aġenziji kollha tal-Unjoni kienu nisa u jfakkar li l-bilanċ bejn il-ġeneri għandu jiġi żgurat fi ħdan l-aġenziji tal-Unjoni f'konformità mar-regolamenti bażiċi li jistabbilixxuhom; jitlob, għalhekk, li l-aġenziji tal-Unjoni jiġbru u jippreżentaw data dwar il-bilanċ bejn il-ġeneri għall-kategoriji kollha tal-persunal maniġerjali (mil-livell l-aktar baxx sal-ogħla livell) biex jiġbru d-data bażika li skontha l-aġenziji tal-Unjoni huma mħeġġa jindirizzaw l-iżbilanċ bejn il-ġeneri fil-maniġment u jsegwu l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fl-oqsma kollha;

40.  Jinnota li l-bilanċ ġeografiku tal-persunal tal-aġenziji tal-Unjoni jsegwi l-popolazzjoni tal-Istati Membri bħala perċentwal tal-UE27 ftit aktar qrib il-bilanċ ġeografiku tal-persunal tal-Kummissjoni; jinnota sottorappreżentanza għal tmien Stati Membri, rappreżentanza żejda għal sbatax-il Stat Membru u bilanċ approssimattiv għal żewġ Stati Membri; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' politiki fost l-aġenziji biex titjieb id-diversità fost il-persunal tagħhom; jistieden lill-aġenziji, kif ukoll lin-Network, iressqu pjanijiet biex jintlaħaq dan l-għan;

41.  Jinnota li l-aġenziji rrappurtaw medja ta' 8,42 ijiem ta' liv minħabba mard għal kull membru tal-persunal fis-sena; jiddispjaċih li fil-preżent ma hemm l-ebda data affidabbli disponibbli biex tingħata ħarsa ġenerali tal-liv minħabba mard ikkawżat minn eżawriment, l-aktar minħabba li diversi aġenziji rrappurtaw li ma setgħux jipprovdu l-informazzjoni rilevanti minħabba kunfidenzjalità medika;

42.  Jinnota li, fuq talba tal-awtorità ta' kwittanza, l-aġenziji rrappurtaw it-tnaqqis fl-għadd ta' persunal li kienu wettqu mill-2013 sal-2019 u jekk it-tnaqqis fil-persunal permanenti u temporanju kienx ikkumpensat billi ġew impjegati aktar aġenti kuntrattwali u persunal estern; jinnota li l-aġenziji rrappurtaw tnaqqis totali ta' 447 impjegat fil-perjodu mitlub; jinnota li l-aġenziji rrappurtaw ukoll li żdiedu 266 post għal aġenti temporanji fl-istess perjodu, li rriżulta fi tnaqqis nett ta' 181 post; jinnota wkoll li t-tabelli tal-persunal tal-aġenziji kollha fl-istess perjodu wrew tnaqqis ta' 32 post għal persunal permanenti u l-ħolqien ta' 845 post għal aġenti temporanji, li rriżultaw f'ħolqien nett ta' 813-il post;

43.  Jissottolinja l-effett importanti tad-dawran tal-persunal tal-aġenziji tal-Unjoni, u jitlob li jiġu implimentati politiki umani u soċjali biex dan jiġi rimedjat;

44.  Jinnota b'dispjaċir li xi wħud mill-aġenziji qed iħabbtu wiċċhom mal-isfida ta' nuqqas ta' persunal suffiċjenti, speċjalment meta jiġu allokati kompiti ġodda mingħajr persunal adattat għall-implimentazzjoni tagħhom, u li l-awtorità ta' kwittanza hija mħassba partikolarment dwar id-diffikultajiet li xi aġenziji jesperjenzaw fir-reklutaġġ ta' persunal bi kwalifiki fi gradi speċifiċi, fatt li jfixkel il-prestazzjoni ġenerali tal-aġenziji u jeħtieġ l-impjieg ta' atturi esterni; jinnota, f'dan ir-rigward, ir-rakkomandazzjonijiet 1 u 2 tal-Qorti fir-rapport tagħha "Il-futur tal-Aġenziji tal-UE" fir-rigward tal-ħtieġa akbar ta' flessibbiltà, u jħeġġeġ lin-Network u lill-Kummissjoni jaħdmu flimkien fuq l-implimentazzjoni ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet; jinnota wkoll, f'dan ir-rigward, li r-Rapport Speċjali tal-Qorti dwar l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) (Rapport Speċjali 23/2020) jenfasizza l-fatt li l-proċess attwali ta' selezzjoni jirrikjedi riċerka għal proċeduri ta' selezzjoni aktar flessibbli mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni biex jissodisfaw il-ħtiġijiet immedjati tagħhom ta' reklutaġġ; jenfasizza wkoll il-ħtieġa tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni ta' persunal aktar speċjalizzat, li fil-każ tal-aġenziji huwa essenzjali minħabba l-mandati speċifiċi tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni, u b'mod partikolari lill-EPSO, biex jassistu aħjar lill-aġenziji f'dan ir-rigward u biex jadattaw il-politiki ta' reklutaġġ tagħhom b'mod li jiġi attirat persunal bl-aqwa kwalifiki u aktar speċjalizzat; jitlob lill-Kummissjoni u lill-EPSO juru grad ta' flessibbiltà fl-adattament tal-offerti ta' impjieg għall-kundizzjonijiet partikolari, biex jiġi żgurat reklutaġġ effiċjenti; jenfasizza l-importanza li jittejbu l-proċeduri ta' selezzjoni tal-Unjoni u impjiegi li jattiraw; jenfasizza li n-nuqqas ta' persunal tal-aġenziji joħloq riskju serju ta' impatt negattiv fuq il-prestazzjoni, kif ukoll fuq il-benesseri u d-dawran tal-persunal;

45.  Jinnota li l-aġenziji rrappurtaw total ta' sitt ex Membri tal-Parlament Ewropew (MPE), ex Kummissarji jew ex uffiċjali ta' livell għoli li wettqu dmirijiet imħallsa għal aġenzija u li dan kien jikkonċerna erba' ex Membri tal-PE, ex Kummissarju u ex uffiċjal ta' livell għoli; jinnota li dawn il-persuni rċevew indennizzi u rimborżi għall-kostijiet li saru;

46.  Jenfasizza l-importanza ta' politika ta' benesseri tal-persunal; isostni li l-aġenziji għandhom jipprovdu kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti u ta' kwalità għolja għall-persunal kollu;

47.  Iħeġġeġ lill-aġenziji jimmiraw li jiżviluppaw qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabbiltà;

48.  Jiddispjaċih għall-fatt li xi Stati Membri talbu biex u rnexxielhom ikollhom aġenzija fit-territorju tagħhom, mingħajr ma pprovdew faċilitajiet għall-installazzjoni tagħhom u mingħajr ma ħadu miżuri biex iżidu jaraw li r-reklutaġġ tal-persunal ikun aktar attraenti;

49.  Jinsab imħasseb dwar id-daqs ta' xi bords tad-diretturi tal-aġenziji li tqiesu kbar wisq mill-Qorti u li għalhekk jagħmluha diffiċli li jittieħdu deċiżjonijiet u jiġġeneraw kostijiet amministrattivi konsiderevoli;

50.  Jinnota li l-Qorti identifikat nuqqasijiet fil-proċeduri ta' reklutaġġ tal-aġenziji rigward il-ġestjoni ta' kunflitti ta' interessi potenzjali (aġenzija waħda), l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali jew trasparenza (tliet aġenziji), u ż-żamma ta' rekord xieraq tal-awditjar tal-proċedura (aġenzija waħda); jiddeplora l-fatt li kien hemm każijiet (f'mill-inqas tliet aġenziji) ta' membri tal-bord f'kunflitt ta' interess sinifikanti fir-rigward tal-proċedura ta' selezzjoni li għaddejja bħalissa; jenfasizza li l-kunflitti ta' interess mhux iddikjarati jistgħu jfixklu l-proċeduri ta' selezzjoni, li jikkawżaw dewmien sostanzjali u telf ta' fondi, kif ukoll danni għar-reputazzjoni tal-aġenziji;

51.  Jinnota li l-Ombudsman sabet żewġ każijiet ta' amministrazzjoni ħażina fil-każ 2168/2019/KR dwar id-deċiżjoni tal-Awtorità Bankarja Ewropea li tapprova t-talba tad-direttur eżekuttiv tagħha biex issir CEO ta' grupp ta' lobbying finanzjarju; jilqa' r-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Ombudsman f'dan il-każ, b'mod partikolari biex tiġi invokata l-għażla li l-persunal f'kariga għolja tagħha jiġi pprojbit milli jieħu ċerti karigi wara t-tmiem tal-mandat tiegħu fejn meħtieġ, biex jiġu stabbiliti kriterji għal meta se tipprojbixxi tali ċaqliq fil-futur u biex jiġu stabbiliti proċeduri interni biex jitnaqqas l-aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali b'effett immedjat f'każ li l-membri tal-persunal jiċċaqilqu għal impjieg ieħor; jistieden lill-aġenziji kollha jimplimentaw dawn ir-rakkomandazzjonijiet bħala kwistjoni ta' prijorità;

52.  Jesprimi tħassib dwar il-fatt li xi aġenziji ddependew b'mod qawwi u fuq perjodi ta' żmien estiżi fuq ħaddiema interim; jiddeplora l-fatt li f'xi każijiet il-ħaddiema interim tħallsu inqas mill-persunal tal-aġenzija impjegat fl-istess pożizzjoni; jinnota bi tħassib li kien hemm kwistjonijiet ta' konformità identifikati fl-akkwist u fl-iffirmar ta' kuntratti u ftehimiet qafas mar-reklutaġġ ta' ħaddiema interim; jistieden lill-aġenziji jikkonformaw b'mod diliġenti mar-regoli ta' proċedura; itenni s-sejħiet biex jittejbu l-miżuri tal-ippjanar u l-proċeduri ta' selezzjoni fl-aġenziji kollha;

53.  Jirrikonoxxi l-passi meħuda mill-aġenziji lejn l-istabbiliment ta' ambjent ħieles mill-fastidju, bħat-taħriġ addizzjonali għall-persunal u l-maniġment kif ukoll l-introduzzjoni ta' konsulenti kunfidenzjali; iħeġġeġ lill-aġenziji li għadhom ma introduċewx passi bħal dawn biex jagħmlu dan u jħeġġeġ lill-aġenziji li rċevew ilmenti relatati mal-fastidju biex jittrattawhom bħala prijorità;

54.  Iħeġġeġ lill-aġenziji tal-Unjoni jikkunsidraw li jadottaw strateġija għad-drittijiet fundamentali, inkluża referenza għad-drittijiet fundamentali f'kodiċi ta' kondotta li jista' jiddefinixxi d-dmirijiet tal-persunal tagħhom u t-taħriġ tiegħu; joħolqu mekkaniżmi għall-iżgurar li kwalunkwe ksur tad-drittijiet fundamentali jiġi identifikat u rrapportat, filwaqt li tinġibed l-attenzjoni tal-korpi ewlenin tal-aġenzija kkonċernata dwar ir-riskji ta' ksur bħal dan; jistabbilixxu, meta jkun rilevanti, il-pożizzjoni ta' uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, li jirrapporta direttament għand il-bord maniġerjali biex jiġi żgurat grad stabbilit ta' indipendenza fil-konfront tal-persunal l-ieħor, sabiex ikunu ċerti li t-theddid għad-drittijiet fundamentali jiġi indirizzat immedjatament u jsir aġġornament kontinwu tal-politika dwar id-drittijiet fundamentali fl-organizzazzjoni; jiżviluppaw djalogu regolari mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti dwar kwistjonijiet ta' drittijiet fundamentali; ikunu konformi mad-drittijiet fundamentali bħala parti ċentrali tat-termini ta' referenza tal-kollaborazzjoni tal-aġenzija kkonċernata ma' atturi esterni, inkluż b'mod partikolari membri tal-amministrazzjonijiet nazzjonali li jinteraġixxu magħhom fuq livell operattiv;

Akkwist

55.  Jinnota bi tħassib li l-Qorti għamlet 82 osservazzjoni li jindirizzaw oqsma għat-titjib f'29 aġenzija; jinnota li l-maġġoranza tal-osservazzjonijiet jikkonċernaw nuqqasijiet fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku u li dan kien il-każ ukoll fl-2018; jinnota li dawn in-nuqqasijiet jikkonċernaw l-aktar il-ġestjoni finanzjarja tajba u r-regolarità; iħeġġeġ lill-aġenziji jimplimentaw rakkomandazzjonijiet u jeliminaw in-nuqqasijiet; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni ttejjeb l-isforzi tagħha biex timplimenta miżuri u proċeduri baġitarji ċari u unifikati fl-aġenziji biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet identifikati li jseħħu fil-maġġoranza tal-aġenziji;

56.  Jissottolinja l-fatt li l-akkwist pubbliku għadu l-qasam ewlieni suxxettibbli għal żball fir-rigward tal-aġenziji deċentralizzati kollha tal-Unjoni; jistieden għalhekk lill-aġenziji tal-ĠAI affettwati, jiġifieri Europol u CEPOL, itejbu l-proċeduri tagħhom tal-akkwist pubbliku sabiex jiżguraw il-konformità mar-regoli applikabbli, u b'riżultat ta' dan, jiksbu il-bilanċ xieraq bejn it-tliet pilastri tal-iżvilupp sostenibbli (ekonomiku, soċjali u ambjentali), filwaqt li jirrispettaw il-prinċipji tat-trasparenza, tal-proporzjonalità, tat-trattament ugwali u tan-nondiskriminazzjoni u jistieden lil eu-LISA ttejjeb il-proċedura ta' reklutaġġ; ifakkar li l-akkwist pubbliku huwa stadju importanti għall-kisba tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tagħha;

57.  Jinnota bi tħassib li aġenzija tal-Unjoni waħda biss, l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, tippubblika rapport dwar is-sostenibbiltà; jistieden lill-aġenziji jintroduċu rappurtar dwar is-sostenibbiltà, jallinjaw ir-rappurtar tagħhom mal-ħidma tal-OECD dwar l-Akkwist Pubbliku u l-Imġiba Responsabbli fin-Negozju u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li jmiss dwar id-diliġenza dovuta korporattiva, isaħħu l-isforzi tagħhom fl-adozzjoni ta' soluzzjonijiet operattivi diġitalizzati, u jiżguraw l-implimentazzjoni rapida tal-iskema Ewropea ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) kif rakkomandat mill-Qorti; jistieden lill-aġenziji jagħtu l-attenzjoni dovuta lit-taħlita enerġetika tas-sorsi tal-elettriku tagħhom u jinkoraġġixxi l-akkwist ta' elettriku ġġenerat minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli;

58.  Jilqa' ż-żieda fl-użu tal-għodod tal-akkwist elettroniku mill-aġenziji tal-Unjoni; jinnota li l-aktar moduli komuni tal-e-PRIOR użati mill-aġenziji huma s-sejħiet għall-offerti elettroniċi, is-sottomissjoni elettronika u l-fatturazzjoni elettronika; jistieden lin-Network ta' Uffiċjali tal-Akkwist (NAPO) biex iħaffef il-forniment tal-Għodda għall-Ġestjoni tal-Akkwist Pubbliku (PPMT) tal-JRC lill-aġenziji;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

59.  Jinnota bi tħassib li jibqa' l-fatt li mhux l-aġenziji kollha ppubblikaw fuq is-siti web tagħhom is-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess għall-membri tal-bords maniġerjali, it-tmexxija eżekuttiva u l-esperti sekondati; jesprimi dispjaċir għall-fatt li xi aġenziji għadhom jippubblikaw dikjarazzjonijiet ta' nuqqas ta' kunflitti ta' interess; jenfasizza li mhuwiex f'idejn il-membri jew l-eżekuttivi tal-bord li jiddikjaraw li m'għandhomx kunflitti ta' interess; itenni l-appelli tiegħu għal mudell unifikat ta' dikjarazzjonijiet ta' interess li għandu jiġi implimentat mill-aġenziji kollha; jenfasizza l-importanza li jissaħħu r-regoli eżistenti, titjieb l-implimentazzjoni tagħhom u titħeġġeġ l-omoġenizzazzjoni biex jiġu vvalutati jew indirizzati sitwazzjonijiet ta' kunflitt ta' interess u ta' bibien iduru fl-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi l-oħra tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li l-esperti sekondati kollha jippubblikaw id-dikjarazzjonijiet ta' interess u s-CVs rispettivi tagħhom fuq is-siti web tal-aġenziji rispettivi;

60.  Jitlob li l-politiki ta' protezzjoni tal-informaturi tal-aġenziji kollha tal-Unjoni jinġiebu f'konformità mad-Direttiva (UE) 2019/1937 dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw ksur tad-dritt tal-Unjoni;

61.  Jinnota li l-istudju "Kunflitti ta' Interessi u l-Aġenziji tal-UE", li ġie ppubblikat f'Jannar 2020, ikkonkluda li t-trasparenza hija l-prinċipju ewlieni li għandu jirfed il-politiki tal-aġenziji sabiex ikun jista' jsir skrutinju pubbliku effikaċi; jirrikonoxxi d-differenzi fil-fatturi ta' riskju, id-daqs u l-pressjoni esterna fost l-aġenziji u l-ħtieġa li l-politiki dwar il-kunflitt ta' interess jiġu adattati għal dawk id-differenzi; jinnota r-rakkomandazzjonijiet li saru f'dan l-istudju biex jittejbu r-regoli dwar il-kunflitt ta' interess u biex jinkisbu aktar koerenza u konsistenza u jħeġġeġ lill-aġenziji jagħtu segwitu għal dawn ir-rakkomandazzjonijiet u jivvalutaw u jtejbu kontinwament il-politiki tagħhom minħabba l-każijiet ta' kunflitti ta' interess preżunti jew perċepiti li seħħew fl-2019;

62.  Jinnota bi tħassib li mhux l-aġenziji kollha jirrapportaw il-laqgħat li l-persunal tal-aġenziji jkollu mal-partijiet ikkonċernati esterni, b'mod partikolari l-laqgħat tal-livell maniġerjali mal-organizzazzjonijiet u mal-individwi li jaħdmu għal rashom; jistieden lill-aġenziji jirrapportaw u jagħmlu disponibbli l-laqgħat fuq is-sit web tal-aġenziji sabiex tissaħħaħ it-trasparenza tal-attivitajiet tagħhom;

63.  Jistieden lill-aġenziji kollha jipparteċipaw fil-ftehim interistituzzjonali dwar ir-reġistru ta' trasparenza għal rappreżentanti ta' interess li qed isiru negozjati dwarhom bħalissa bejn il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament;

64.  Iħeġġeġ lill-aġenziji kollha tal-ĠAI jieħdu miżuri biex jiżguraw konformità sħiħa mar-regoli tal-Unjoni dwar it-trasparenza kif ukoll mad-drittijiet fundamentali u mal-istandards tal-protezzjoni tad-data; u jitlobhom jikkonformaw strettament mar-regolament finanzjarju u ma' standards ta' ġestjoni għolja;

Kontrolli interni

65.  Jirrikonoxxi l-osservazzjoni tal-Qorti li, meta jużaw kuntratti interistituzzjonali, l-aġenziji jibqgħu responsabbli għall-applikazzjoni tal-prinċipji tal-akkwist pubbliku għax-xiri speċifiku tagħhom, jenfasizza li l-kontrolli interni tal-aġenziji jridu jiżguraw li dawn il-prinċipji jiġu rrispettati;

66.  Jinnota li fi tmiem l-2019, il-maġġoranza tal-aġenziji rrappurtaw li kienu implimentaw il-qafas ta' kontroll intern rivedut u li kienu wettqu valutazzjoni annwali; iħeġġeġ l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-qafas ta' kontroll intern mill-aġenziji kollha sabiex il-kontrolli interni tagħhom jiġu allinjati mal-aħjar prattika internazzjonali, u sabiex jiġi żgurat li l-kontrolli interni jappoġġjaw b'mod effettiv u effiċjenti l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet; jiddeplora l-fatt li fl-2019, f'xi aġenziji, ma kien hemm l-ebda proċedura ta' awditjar imwettqa mill-IAS;

67.  Jinnota li fl-2019, skont ir-rapport tal-Qorti dwar is-segwitu tal-osservazzjonijiet tas-snin preċedenti, 98 osservazzjoni ngħalqu, 71 osservazzjoni kienu għadhom qed jiġu implimentati, u 16-il osservazzjoni tqiesu li ma kinux taħt il-kontroll (uniku) tal-aġenziji, li jfisser li deċiżjonijiet ewlenin li jikkonċernaw dawn is-16-il osservazzjoni jeħtieġ li jittieħdu mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri; jistieden lill-aġenziji jimplimentaw b'mod diliġenti l-osservazzjonijiet u jtejbu aktar l-oqfsa ta' kontroll intern tagħhom;

Kummenti oħra

68.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-aġenziji li qabel kienu bbażati f'Londra (l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)) ġew rilokati mir-Renju Unit fl-2019 u li l-kontijiet tagħhom jinkludu dispożizzjonijiet għall-ispejjeż tal-ġarr relatati; jinnota, barra minn hekk, fil-każ tal-EMA, li l-Qorti rreferiet għall-ftehim li ntlaħaq f'Lulju 2019 mas-sid tal-kera tagħha biex tissulloka s-siti tal-uffiċċju li kellha qabel, b'kundizzjonijiet li huma konsistenti mat-termini tal-kirja prinċipali filwaqt li tinżamm ir-responsabbiltà tal-EMA għall-ammont kollu pagabbli skont il-kuntratt ta' lokazzjoni inizjali;

69.  Jirrimarka li huwa meħtieġ approċċ kumpless sabiex il-paġni inizjali tas-siti tal-aġenziji tal-Unjoni jsiru aċċessibbli għal persuni b'kull xorta ta' diżabbiltà, kif previst fid-Direttiva (UE) 2016/2102, inkluża d-disponibbiltà tal-lingwi tas-sinjali nazzjonali; jissuġġerixxi li l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabbiltà jiġu involuti f'dan il-proċess;

70.  Jinnota li l-aġenziji rrappurtaw li kienu qed jagħtu l-attenzjoni dovuta lill-protezzjoni taċ-ċibersigurtà, bl-aktar miżuri komuni fis-seħħ ikunu ftehim dwar il-livell ta' servizz iffirmat bejn l-aġenzija u d-Direttorat Ġenerali għall-Informatika tal-Kummissjoni Ewropea (u l-Iskwadra ta' Rispons tiegħu Relatata mal-Kompjuters tal-UE / CERT-EU), u l-użu tal-ARES bħala dokument elettroniku u sistema ta' ġestjoni tar-rekords; jinnota wkoll li 77 % tal-aġenziji rrappurtaw li kellhom politika taċ-ċibersigurtà fis-seħħ, filwaqt li l-aġenziji l-oħra rrappurtaw li kienu f'diversi stadji ta' żvilupp ta' politika bħal din;

71.  Ifakkar li nħolqu aġenziji għal ħtiġijiet speċifiċi u li ġew stabbiliti għadd sinifikanti ta' aġenziji b'reazzjoni għal ċerti kriżijiet; jaqbel mal-pożizzjoni tal-Qorti fir-rapport tagħha "Il-futur tal-Aġenziji tal-UE" li r-rwol ta' aġenzija jeħtieġ li jiġi vvalutat mill-ġdid fi stadji differenti tal-perjodu operattiv tagħha sabiex jiġi vverifikat jekk aġenzija għadhiex rilevanti u jekk l-azzjonijiet tagħha humiex koerenti ma' aġenziji oħra u d-direttorati ġenerali sħab tagħhom;

72.  Jenfasizza r-riskji tal-użu ta' konsulenti esterni tal-IT u l-esternalizzazzjoni tal-ġestjoni ta' eżerċizzji baġitarji jew relatati mal-persunal;

73.  Jemmen li l-istruttura u l-funzjonament tal-aġenziji għandhom ikunu flessibbli sabiex jgħinu fl-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni u biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni Ewropea; jirrikonoxxi f'dan ir-rigward l-opinjoni tal-Qorti fir-rapport tagħha "Il-futur tal-Aġenziji tal-UE" li ma hemmx flessibbiltà suffiċjenti fl-istabbiliment u fl-operat tal-aġenziji u li l-potenzjal għalihom biex jikkooperaw għal objettivi ta' politika komuni fl-interess taċ-ċittadini jkun jista' jiġi sfruttat aktar;

74.  Ifakkar fin-nuqqas ġenerali ta' għarfien fost iċ-ċittadini Ewropej dwar l-eżistenza tal-aġenziji, anke fil-pajjiż fejn jinsabu l-aġenziji, kif ukoll il-fatt li ċ-ċittadini ftit li xejn jirċievu informazzjoni dwar il-benefiċċji tal-aġenziji; jistieden lill-aġenziji f'dan ir-rigward ikomplu jiżviluppaw l-istrateġiji ta' komunikazzjoni tagħhom u jżidu l-preżenza tal-midja u tal-midja soċjali tagħhom sabiex iqajmu kuxjenza dwar il-ħidma, ir-riċerka u l-attivitajiet tagħhom fost il-pubbliku ġenerali;

75.  Jinnota li l-Qorti ma awditjatx il-kontijiet tal-2019 tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("UPPE"), peress li dak il-korp tal-Unjoni kien għadu mhuwiex finanzjarjament awtonomu;

76.  Jinnota d-diffikultà inerenti li l-aġenziji jiffaċċjaw meta jkunu meħtieġa jippreżentaw id-Dokument Uniku ta' Programmazzjoni tagħhom filwaqt li l-istrumenti legali rilevanti jkunu għadhom qed jiġu nnegozjati mill-koleġiżlaturi, u b'hekk tinħoloq sitwazzjoni insodisfaċenti fejn il-linji baġitarji jsiru disponibbli qabel ma jiġu adottati l-istrumenti legali korrispondenti tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb il-komunikazzjoni tagħha mal-aġenziji biex jiġu organizzati aħjar l-iskedi ta' żmien mistennija għall-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-linji baġitarji korrispondenti; jieħu nota tar-Rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-Kummissjoni u l-aġenziji għandhom jallokaw riżorsi b'mod aktar flessibbli filwaqt li jenfasizza l-importanza tar-rappurtar dovut, it-trasparenza u l-awditjar;

77.  Ifakkar li l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) inħolqot f'Marzu 2018 u bdiet l-operat tagħha f'Ottubru 2019; jenfasizza l-importanza li l-ELA ssir kompletament operattiva mingħajr dewmien żejjed sabiex jittejbu l-applikazzjoni u l-infurzar tad-dritt tal-Unjoni relatat mal-mobbiltà tal-ħaddiema u l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali b'tali mod li jiġu żgurati mobbiltà ġusta u infurzar transfruntier effettiv tad-drittijiet tal-ħaddiema; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati biżżejjed riżorsi finanzjarji f'dan ir-rigward;

78.  Jirrimarka li l-ELA se tgħin biex ikun żgurat li r-regoli tal-Unjoni dwar il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali jiġu infurzati b'mod effettiv u ġust, se tassisti lill-awtoritajiet nazzjonali jikkooperaw biex jinfurzaw dawn ir-regoli, u se tagħmilha aktar faċli għaċ-ċittadini u għan-negozji biex jibbenefikaw mis-suq intern; huwa tal-fehma li, għalkemm l-erba' aġenziji (il-Eurofound, is-Cedefop, l-ETF u l-EU-OSHA) huma fil-biċċa l-kbira ffukati fuq ir-riċerka, jistgħu jappoġġjaw il-ħidma tal-ELA u jikkontribwixxu għaliha b'mod utli;

o
o   o

79.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-aġenziji soġġetti għal din il-proċedura ta' kwittanza, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(2) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(3) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(4) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(5) ĠU C 358, 26.10.2020, p. 6.

Avviż legali - Politika tal-privatezza