Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2021/0049(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0242/2021

Testi mressqa :

A9-0242/2021

Dibattiti :

PV 10/11/2021 - 17
CRE 10/11/2021 - 17

Votazzjonijiet :

PV 11/11/2021 - 6.5

Testi adottati :

P9_TA(2021)0447

Testi adottati
PDF 134kWORD 49k
Il-Ħamis, 11 ta' Novembru 2021 - Brussell
Sħubija Ewropea dwar il-Metroloġija ***I
P9_TA(2021)0447A9-0242/2021
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2021 dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija Ewropea dwar il-Metroloġija mwettqa b'mod konġunt minn diversi Stati Membri (COM(2021)0089 – C9-0083/2021 – 2021/0049(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2021)0089),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 185 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 188 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0083/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-8 ta’ Ottubru 2021, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0242/2021),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 341, 24.8.2021, p. 34.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-11 ta’ Novembru 2021 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2021/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija Ewropea dwar il-Metroloġija mwettqa b’mod konġunt minn diversi Stati Membri
P9_TC1-COD(2021)0049

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att finali, d-Deċiżjoni (UE) 2021/2084.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠISLATTIVA

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni

Sabiex l-Istati Membri jiġu megħjuna isaħħu s-sinerġiji bejn Orizzont Ewropa u l-Politika ta' Koeżjoni, il-Kummissjoni se tiżviluppa linji gwida ffukati fuq l-opportunitajiet illi jipprovdu l-finanzjament u t-trasferiment ta' riżorsi alternattivi, kombinati, u kumulattivi.

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Frar 2022Avviż legali - Politika tal-privatezza