Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2021/0183(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0307/2021

Testi mressqa :

A9-0307/2021

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 25/11/2021 - 8

Testi adottati :

P9_TA(2021)0477

Testi adottati
PDF 122kWORD 43k
Il-Ħamis, 25 ta' Novembru 2021 - Strasburgu
Konvenzjoni tal-Aja (1980) dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri: adeżjoni tal-Bolivja *
P9_TA(2021)0477A9-0307/2021

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2021 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Bolivja mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (COM(2021)0369 – C9-0336/2021 – 2021/0183(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2021)0369),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 38(4) tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3) kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (b), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0336/2021),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja(1) dwar il-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni Ewropea għal dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni ta' adeżjoni mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 82 u l-Artikolu 114(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0307/2021),

1.  Japprova l-awtorizzazzjoni lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Bolivja mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Bureau Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.

(1) Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Ottubru 2014, 1/13, ECLI:EU:C:2014:2303.

Aġġornata l-aħħar: 2 ta' Marzu 2022Avviż legali - Politika tal-privatezza