Indiċi 
Testi adottati
Il-Ħamis, 8 ta' Lulju 2021 - Strasburgu
It-tfassil ta' linji gwida għall-applikazzjoni tar-reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni
 Ir-reġim globali ta' sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-drittijiet tal-bniedem (Liġi Magnitsky tal-UE)
 Rapport Annwali dwar il-funzjonament taż-żona Schengen
 L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ***I
 Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030 ***I
 ŻER ġdida għar-Riċerka u l-Innovazzjoni
 Il-kompożizzjoni numerika tal-kumitati speċjali u l-kumitat ta' inkjesta
 Il-każ ta' Ahmadreza Djalali fl-Iran
 Hong Kong, b'mod partikolari l-każ ta' Apple Daily
 Il-piena tal-mewt fl-Arabja Sawdija, b'mod partikolari l-każijiet ta' Mustafa Hashem al-Darwish u Abdullah al-Howaiti
 Rieżami tal-qafas leġiżlattiv makroekonomiku
 Is-sitwazzjoni fin-Nikaragwa
 Ir-repressjoni tal-oppożizzjoni fit-Turkija, b'mod speċifiku tal-HDP
 L-istabbiliment ta' Żoni Marini Protetti (MPAs) fl-Antartiku u l-konservazzjoni tal-bijodiversità tal-Oċean tan-Nofsinhar
 Ksur tal-liġi tal-UE u tad-drittijiet taċ-ċittadini LGBTIQ fl-Ungerija b'riżultat tal-bidliet legali adottati mill-Parlament Ungeriż

It-tfassil ta' linji gwida għall-applikazzjoni tar-reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni
PDF 163kWORD 53k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2021 dwar it-tfassil ta' linji gwida għall-applikazzjoni tar-reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (2021/2071(INI))
P9_TA(2021)0348A9-0226/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni(1) ("ir-Regolament"),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 7 tat-Trattat dwar tal-Unjoni Ewropea (TUE),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Ġunju 2021 dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea u l-applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità (UE, Euratom) 2020/2092(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021–2027, il-Ftehim Interistituzzjonali, l-Istrument tal-UE għall-Irkupru u r-Regolament dwar l-Istat tad-Dritt(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2021 dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092, il-mekkaniżmu ta' kondizzjonalità marbut mal-Istat tad-Dritt(4),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 2020 dwar ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt – Is-sitwazzjoni tal-Istat tad-Dritt fl-Unjoni Ewropea (COM(2020)0580),

–  wara li kkunsidra l-proposta raġunata tal-Kummissjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2017 dwar id-determinazzjoni ta' riskju ċar ta' ksur gravi tal-istat tad-dritt mir-Repubblika tal-Polonja, maħruġa skont l-Artikolu 7(1) TUE (COM(2017)0835),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom)  2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(5) (ir-"Regolament Finanzjarju"),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regolament ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit skont l-Artikolu 58 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0226/2021),

A.  billi l-mekkaniżmu ta' kondizzjonalità stabbilit mir-Regolament kien parti mill-ftehim politiku ġenerali dwar il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2021-2027, il-pjan ta' rkupru ta' Next Generation EU (NGEU) u d-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji(6), u ma għandux jiddewwem fl-applikazzjoni tiegħu, b'mod partikolari fir-rigward tal-applikazzjoni tal-istrumenti msemmija hawn fuq;

B.  billi l-volum tal-QFP 2021-2027 u tan-Next Generation EU jirrappreżenta baġit mingħajr preċedent għall-UE f'termini storiċi li għandu l-għan li jappoġġja l-irkupru ekonomiku u soċjali tal-UE wara l-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19, u għalhekk jirrikjedi, aktar minn qatt, applikazzjoni qabel f'waqtha u xierqa tal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE;

C.  billi skont ir-Regolament, ir-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għall-konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

D.  billi r-Regolament daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2021 u ilu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha minn dik id-data għall-pagamenti kollha magħmula mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament;

E.  billi l-Kummissjoni ddeċidiet li tirrispetta l-konklużjonijiet mhux vinkolanti tal-Kunsill Ewropew tal-10 u l-11 ta' Diċembru 2020 u ddikjarat li se tiżviluppa linji gwida għall-applikazzjoni tar-Regolament;

F.  billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2021 dwar l-applikazzjoni tar-Regolament, il-Parlament talab lill-Kummissjoni tadotta l-linji gwida mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2021 u wara li tkun ikkonsultat lill-Parlament;

G.  billi s-suġġett "Valuri u drittijiet, stat tad-dritt, sigurtà" se jiġi diskuss fil-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, li jippermetti riflessjoni bir-reqqa dwar l-għodod tal-Unjoni għall-monitoraġġ, il-prevenzjoni u l-indirizzar tal-ksur tal-valuri tal-UE inkluż l-istat tad-dritt;

1.  Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Kummissjoni ddeċidiet li tiżviluppa linji gwida għall-applikazzjoni tar-Regolament; itenni għal darb'oħra l-fehma tiegħu li t-test tar-Regolament huwa ċar u ma jeħtieġx interpretazzjoni addizzjonali sabiex jiġi applikat u li l-koleġiżlaturi ma ddelegawx lill-Kummissjoni kwalunkwe setgħa għal dan l-għan; jieħu nota tal-abbozz tat-test tal-linji gwida li l-Kummissjoni qasmet mal-Parlament u l-Istati Membri;

2.  Jenfasizza li l-linji gwida mhumiex legalment vinkolanti; jesprimi d-diżappunt tiegħu li l-Kummissjoni qed tiddevja mill-prattika normali tagħha li tfassal linji gwida għall-applikazzjoni ta' att legali biss f'każijiet fejn l-implimentazzjoni attwali tal-att tul ċertu perjodu ta' żmien turi l-ħtieġa għal gwida; jenfasizza li l-proċess ta’ żvilupp ta’ linji gwida fl-ebda każ ma jrid jikkawża aktar dewmien għall-applikazzjoni tar-Regolament;

3.  Ifakkar li l-linji gwida ma jistgħux ibiddlu, jespandu jew jirrestrinġu t-test tar-Regolament; jenfasizza li sabiex iżidu l-valur miżjud, il-linji gwida jridu jiċċaraw kif id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi tar-Regolament se jiġu applikati fil-prattika u għalhekk jiddeskrivu fi żmien xieraq il-proċedura, id-definizzjonijiet u l-metodoloġija li se tapplika l-Kummissjoni;

4.  Jiddispjaċih ħafna dwar il-fatt li l-Kummissjoni naqset milli tissodisfa l-iskadenza stabbilita mill-Parlament biex tissodisfa l-obbligi tagħha skont ir-Regolament sal-1 ta' Ġunju 2021, inkluż fir-rigward tal-iżvilupp tal-linji gwida; jilqa' l-fatt li fit-23 ta' Ġunju 2021, il-President tal-Parlament stieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni, abbażi tal-Artikolu 265 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), sabiex tissodisfa l-obbligi tagħha u tiżgura l-applikazzjoni sħiħa u immedjata tar-Regolament;

5.  Jemmen li l-Kummissjoni ma użatx iż-żmien mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament b'mod effiċjenti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tevita kwalunkwe dewmien ieħor fl-applikazzjoni tar-Regolament u tinvestiga malajr u bir-reqqa kwalunkwe ksur potenzjali tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri li jaffettwa jew li serjament jirriskja li jaffettwa l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'mod dirett biżżejjed; itenni li s-sitwazzjoni f'xi Stati Membri diġà teħtieġ azzjoni immedjata skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament billi tintbgħat notifika bil-miktub lil dawk l-Istati Membri u billi l-Parlament jiġi informat dwar dan;

6.  Ifakkar li l-linji gwida politiċi tal-Kummissjoni għall-2019-2024 iddikjaraw li "ma jista' jkun hemm ebda kompromess meta niġu biex niddefendu l-valuri prinċipali tagħna" u li jkun żgurat li s-sett ta' għodod kollu tal-Unjoni jintuża fil-livell Ewropew; ifakkar li l-Kummissjoni "għandha tkun kompletament indipendenti", u l-membri tagħha "la għandhom ifittxu u lanqas għandhom jaċċettaw istruzzjonijiet minn xi gvern" f'konformità mal-Artikolu 17(3) TUE u l-Artikolu 245 TFUE; ifakkar, barra minn hekk, li f'konformità mal-Artikolu 17(8) TUE, il-Kummissjoni "għandha tkun responsabbli quddiem il-Parlament Ewropew";

7.  Jitlob li l-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament b’mod regolari u proattiv mill-inqas darbtejn fis-sena dwar każijiet ġodda u li għadhom għaddejjin li qed jiġu investigati, billi tibda mill-ewwel każijiet malajr kemm jista' jkun;

8.  Jimpenja ruħu għal skrutinju mill-qrib tal-implimentazzjoni tar-Regolament kull meta jinqala' tħassib dwar ksur potenzjali tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu; jagħmel sforz biex jorganizza sessjonijiet regolari għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-Regolament fil-kumitati ewlenin, taħt il-gwida tar-rapporteurs; jistieden lill-Kummissjoni twieġeb għall-iskrutinju tal-kumitati ewlenin fil-ħin billi tipprovdi informazzjoni dettaljata;

Ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt

9.  Jissottolinja li r-Regolament japplika kemm għal ksur individwali tal-prinċipji tal-istat tad-dritt kif ukoll għal ksur "sistemiku" li huwa mifrux jew li huwa riżultat ta' prattiki rikorrenti jew ommissjonijiet mill-awtoritajiet pubbliċi, jew miżuri ġenerali adottati minn tali awtoritajiet;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni tiċċara fil-linji gwida li l-ksur tal-istat tad-dritt fi Stat Membru li jirriżulta minn deċiżjonijiet jew avvenimenti li seħħew qabel l-1 ta' Jannar 2021 għadu jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament sakemm l-effett tagħhom jibqa' jippersisti;

11.  Jiġbed l-attenzjoni b'mod partikolari għal-lista ta' ksur indikattiv tal-prinċipji tal-istat tad-dritt stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinvestiga okkorrenzi potenzjali tal-ksur inklużi f'dik il-lista fl-Istati Membri, filwaqt li jirrimarka li prattiki jew ommissjonijiet oħra mill-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jkunu rilevanti wkoll; jinnota li r-rapport tal-2020 tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt diġà fih indikazzjonijiet ta' ksur f'diversi Stati Membri li jistgħu jkunu rilevanti għall-iskattar tar-Regolament;

12.  Jirrimarka li t-tipi ta' kondotta tal-entitajiet tal-Istati Membri rilevanti għall-applikazzjoni tar-reġim ta' kondizzjonalità stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament ma jeskludux ir-rilevanza potenzjali ta' sitwazzjonijiet jew ta' kondotti oħra ta' awtoritajiet li huma rilevanti għall-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

13.  Jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri, l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE); ifakkar li l-kooperazzjoni mhux effettiva jew mhux f'waqtha mal-UPPE u mal-OLAF tista' tikkostitwixxi raġuni għal azzjoni skont ir-Regolament; jisħaq li fil-każ tal-UPPE, kooperazzjoni effettiva u f'waqtha tinvolvi mhux biss l-obbligu għall-awtoritajiet nazzjonali li jassistu u jappoġġjaw b'mod attiv l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet kriminali tal-UPPE iżda wkoll għall-gvern nazzjonali biex jiżgura li l-Prosekuturi Ewropej u Delegati tiegħu jinħatru b'mod f'waqtu u imparzjali; huwa wkoll tal-opinjoni li n-nuqqas sistematiku ta' segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-OLAF jista' jikkostitwixxi ommissjoni skont ir-Regolament;

14.  Ifakkar li l-identifikazzjoni ta' ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt teħtieġ valutazzjoni kwalitattiva oġġettiva, imparzjali, ġusta u fid-dettall mill-Kummissjoni, li għandha tqis l-informazzjoni rilevanti minn sorsi disponibbli u istituzzjonijiet rikonoxxuti, inklużi sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u ta' qrati nazzjonali u internazzjonali rilevanti bħall-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, rapporti tal-Qorti tal-Awdituri, ir-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt u t-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE, ir-rapporti tal-OLAF u tal-UPPE kif rilevanti, u konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet u networks internazzjonali rilevanti, inklużi l-korpi tal-Kunsill tal-Ewropa bħall-Grupp ta' Stati tal-Kunsill tal-Ewropa kontra l-Korruzzjoni (GRECO) u l-Kummissjoni ta' Venezja, b'mod partikolari l-lista ta' verifika tagħha tal-istat tad-dritt, u n-networks Ewropej ta' qrati supremi u kunsilli għall-ġudikatura; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dwar kif se tiġbor, tanalizza u tevalwa din l-informazzjoni meta tibni l-każijiet;

15.  Iqis, b'mod partikolari, li r-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt, bħala valutazzjoni oġġettiva, imparzjali, ġusta u kwalitattiva tal-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt, huwa sors kruċjali ta' informazzjoni għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni skont ir-Regolament; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi fir-rapport annwali tagħha dwar l-istat tad-dritt taqsima ddedikata għal każijiet fejn ksur tal-istat tad-dritt fi Stat Membru jista' jaffettwa jew jirriskja serjament li jaffettwa l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'mod suffiċjentement dirett, u tiċċara fil-linji gwida kif ir-rapport annwali se jintuża b'mod sistematiku għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni skont ir-Regolament;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi sistema ċara, preċiża u li tkun faċli għall-utenti għat-tressiq tal-ilmenti, u tistabbilixxi skadenzi għat-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-ilmenti; jenfasizza li s-soċjetà ċivili, inklużi l-NGOs indipendenti u ċ-ċittadini, u l-ġurnaliżmu u l-midja investigattivi bbażati fuq il-fatti, jinsabu fuq quddiem nett biex jidentifikaw ksur potenzjali tal-istat tad-dritt fil-livell lokali u nazzjonali, u għalhekk għandhom ikunu involuti meta jiġi rrappurtat; ifakkar fil-ħtieġa li r-Regolament jiġi applikat b'mod li jiżgura l-protezzjoni tal-persuni li jirrapportaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2019/1937(7);

17.  Ifakkar li l-miżuri fl-ambitu tar-Regolament jittieħdu meta l-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fi Stat Membru jaffettwa jew jirriskja serjament li jaffettwa l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'mod suffiċjentement dirett; jissottolinja li dan jimplika approċċ komprensiv, proattiv u bbażat fuq ir-riskju min-naħa tal-Kummissjoni biex tissalvagwardja l-infiq tal-Unjoni anke qabel ma jsiru l-pagamenti reali;

18.  Ifakkar li l-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament ikopri l-attivitajiet tal-entitajiet governattivi kollha, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-Istati Membri stabbiliti bħala korp tal-liġi pubblika jew bħala korp irregolat mil-liġi privata fdat b'missjoni ta' servizz pubbliku, kif stabbilit fir-Regolament Finanzjarju; jirrimarka li kwalunkwe bidla fit-tip ta' governanza ta' entità li tkun fdata b'missjoni ta' servizz pubbliku fi Stat Membru ma tistax teżenta lil dik l-entità mid-dmir li tikkonforma mar-Regolament;

Protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni

19.  Jenfasizza r-rabta ċara bejn ir-rispett tal-istat tad-dritt u l-implimentazzjoni effiċjenti tal-baġit tal-Unjoni f'konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba: l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività, kif stabbilit fir-Regolament Finanzjarju; ifakkar li skont l-Artikolu 5 tar-Regolament, "il-Kummissjoni għandha tivverifika jekk kienx hemm konformità mal-liġi applikabbli u, fejn meħtieġ, tieħu l-miżuri xierqa kollha biex tipproteġi l-baġit tal-Unjoni";

20.  Ifakkar li r-Regolament jipprovdi definizzjoni ċara tal-istat tad-dritt, li trid tinftiehem fir-rigward ta' valuri u prinċipji oħra tal-Unjoni, inklużi d-drittijiet fundamentali u n-nondiskriminazzjoni; huwa tal-fehma li l-ksur persistenti tad-demokrazija u tad-drittijiet fundamentali, inkluża d-diskriminazzjoni sponsorjata mill-istat kontra l-minoranzi u l-attakki kontra l-libertà tal-midja u l-libertà ta' assoċjazzjoni u ta' għaqda, għandhom impatt fuq il-proġetti li l-Istati Membri jiddeċiedu li jiffinanzjaw bil-fondi tal-Unjoni, u għalhekk jista' jkollhom effett suffiċjentement dirett fuq il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tqis dan meta tabbozza l-linji gwida tagħha;

21.  Ifakkar li l-miżuri skont ir-Regolament huma meħtieġa b'mod partikolari, iżda mhux esklużivament, f'każijiet fejn proċeduri oħra stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni u leġiżlazzjoni speċifika għas-settur oħra ma jippermettux li l-baġit tal-Unjoni jiġi protett b'mod aktar effettiv; jenfasizza li dan ma jfissirx li r-Regolament għandu jitqies bħala "l-aħħar għażla", iżda pjuttost li l-Kummissjoni tista' tuża firxa wiesgħa ta' proċeduri biex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inkluż ir-Regolament, li għandhom jintgħażlu fuq bażi ta' każ b'każ, u jintużaw b'mod parallel jekk meħtieġ, skont l-effiċjenza u l-effikaċja tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi l-modus operandi u l-istandards proċedurali u tekniċi li se tuża biex tagħżel l-istrumenti li se tapplika;

22.  Jirrimarka li r-Regolament ikopri l-fondi kollha tal-Unjoni u japplika għal ksur "sistemiku" kif ukoll għal każijiet ta' riskju serju għall-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, li jistgħu jkunu diffiċli biex jiġu indirizzati permezz ta' proċeduri oħra tal-Unjoni li japplikaw biss għal programmi ta' nfiq speċifiċi u li huma relatati mal-effetti fuq il-baġit li diġà seħħew; jissottolinja li r-Regolament huwa l-unika leġiżlazzjoni tal-UE li torbot ir-rispett tal-istat tad-dritt mal-baġit tal-UE; iqis, għalhekk, li d-dispożizzjonijiet uniċi tiegħu għandhom jiġu applikati bis-sħiħ biex tiġi żgurata protezzjoni komplementari tal-istat tad-dritt flimkien mal-finanzi tal-UE;

23.  Jissottolinja li ksur "sistemiku", pereżempju dak li jaffettwa l-funzjonament tas-sistema ġudizzjarja, l-indipendenza tal-imħallfin u tal-ġudikatura jew in-newtralità tal-awtoritajiet pubbliċi, jew il-funzjonament xieraq ta' entitajiet b'mandat għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-frodi, l-evażjoni tat-taxxa u l-kunflitt ta' interess, jew li jikser il-prinċipju tan-nonrigressjoni(8), għandu b'mod ġenerali impatt suffiċjentement dirett fuq il-ġestjoni, l-infiq u l-kontroll xierqa tal-fondi tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tiċċara l-kriterji li bihom tiddetermina l-miżuri f'każijiet ta' ksur sistemiku;

Adozzjoni tal-miżuri

24.  Ifakkar li l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament jistabbilixxu l-passi kollha u skeda ta' żmien preċiża għall-adozzjoni u t-tneħħija ta' miżuri skont ir-Regolament; jissottolinja li l-proċedura għall-adozzjoni u t-tneħħija tal-miżuri tirrispetta l-prinċipji tal-oġġettività, in-nondiskriminazzjoni u t-trattament ugwali tal-Istati Membri u jeħtieġ li titwettaq b'approċċ mhux partiġjan u bbażat fuq l-evidenza.

25.  Jinnota li l-Artikolu 6(4) tar-Regolament jipprevedi l-possibbiltà li l-Kummissjoni titlob informazzjoni addizzjonali għall-valutazzjoni tagħha kemm qabel kif ukoll wara li tkun bagħtet in-notifika bil-miktub; jisħaq li tali talbiet qabel in-notifika bil-miktub għandhom jibqgħu, fin-natura tagħhom, eċċezzjonali u ta' darba, sabiex ma jipperikolawx l-iskeda ta' żmien preċiża għall-adozzjoni tal-miżuri previsti fir-Regolament;

26.  Ifakkar li l-Kunsill huwa marbut li jaġixxi għal kwalunkwe proposta tal-Kummissjoni għall-adozzjoni ta' miżuri xierqa skont ir-Regolament fi żmien xahar, li jista' jiġi estiż b'massimu ta' xahrejn addizzjonali f'ċirkostanzi eċċezzjonali; iqis li l-Kummissjoni għandha tiżgura li dawn il-limiti ta' żmien jiġu rrispettati bis-sħiħ għal deċiżjoni f'waqtha; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dwar kif se tiżgura approċċ armonizzat u applikazzjoni konsistenti tal-kondizzjonalità tal-baġit fid-Direttorati Ġenerali kollha tagħha;

27.  Jemmen li t-trasparenza hija essenzjali biex titrawwem il-fiduċja tal-Istati Membri u taċ-ċittadini fil-mekkaniżmu ta' kondizzjonalità; jenfasizza li l-valutazzjoni ta' ksur individwali jew sistemiku tal-prinċipji tal-istat tad-dritt tirrikjedi trattament imparzjali, ġust u oġġettiv tal-Istati Membri, inklużi investigazzjonijiet mhux partiġjani u bbażati fuq l-evidenza; jirrimarka li kull pass tal-proċedura stabbilita fir-Regolament għandu għalhekk jittieħed b'mod kompletament trasparenti; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji tat-trasparenza li se japplikaw meta tattiva l-mekkaniżmu ta' kondizzjonalità;

28.  Ifakkar li l-miżuri meħuda skont ir-Regolament għandhom ikunu proporzjonati, fid-dawl tal-impatt reali jew potenzjali fuq il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu n-natura, it-tul ta' żmien, il-gravità u l-kamp ta' applikazzjoni tal-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt; iqis li, b'mod ġenerali, is-serjetà ta' dak l-impatt se tirrifletti s-serjetà tal-ksur;

Protezzjoni tar-riċevituri finali u l-benefiċjarji

29.  Ifakkar li skont ir-Regolament, huwa essenzjali li jiġi ssalvagwardjat kif xieraq l-interess leġittimu tar-riċevituri finali u tal-benefiċjarji;

30.  Ifakkar li, sakemm id-deċiżjoni li tadotta l-miżuri ma tiddikjarax mod ieħor, l-impożizzjoni ta' miżuri xierqa skont ir-Regolament ma taffettwax l-obbligi tal-Istati Membri fil-konfront tar-riċevituri finali jew il-benefiċjarji, inkluż l-obbligu li jsiru pagamenti;

31.  Jenfasizza li f'każijiet bħal korruzzjoni serja, nepotiżmu, frodi sistemika, rabtiet illeġittimi ma' partiti politiċi u kunflitti ta' interess, u b'mod partikolari f'każijiet identifikati mis-Sistema ta' Identifikazzjoni Bikrija u ta' Esklużjoni (EDES) stabbilita fir-Regolament Finanzjarju, jew li qed jiġu investigati mill-OLAF jew mill-UPPE, il-Kummissjoni għandha tevalwa bir-reqqa fuq bażi ta' każ b'każ jekk il-pagamenti lir-riċevituri finali u lill-benefiċjarji għandhomx jitkomplew jew le;

32.  Jistieden lill-Kummissjoni timplimenta l-Artikolu 5(4) tar-Regolament u tistabbilixxi malajr sit web jew portal tal-internet b'informazzjoni u gwida għall-benefiċċju tar-riċevituri finali jew tal-benefiċjarji u b'għodod adegwati għalihom biex jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe ksur tal-obbligu legali biex ikomplu jsiru l-pagamenti wara li jiġu adottati miżuri skont dan ir-Regolament, bħal formola tal-ilmenti li tkun sempliċi, faċli biex tintuża u strutturata; jistieden lill-Kummissjoni tispjega kif se timplimenta mekkaniżmu konformi effiċjenti u effettiv għall-applikanti, għar-riċevituri u għall-benefiċjarji;

33.  Jenfasizza li, f'ġestjoni kondiviża, il-miżuri skont ir-Regolament ma jistgħux jitqiesu li jaffettwaw id-disponibbiltà ta' finanzjament għal pagamenti ta' talbiet leġittimi lill-benefiċjarji; ifakkar ukoll li l-Istati Membri kkonċernati minn dawk il-miżuri jeħtiġilhom jirrapportaw regolarment lill-Kummissjoni dwar il-konformità mal-obbligi tagħhom fil-konfront tar-riċevituri finali jew il-benefiċjarji;

34.  Jistieden lill-Kummissjoni tanalizza l-informazzjoni kollha għad-dispożizzjoni tagħha, inkluż permezz tal-għodod ta' trekkjar diġitali, u tagħmel l-almu tagħha biex tiżgura li kwalunkwe ammont dovut b'mod leġittimu lill-entitajiet tal-gvern jew l-Istati Membri jkun fil-fatt imħallas lir-riċevituri finali jew lill-benefiċjarji, li jista' jinvolvi li jsiru korrezzjonijiet finanzjarji billi jitnaqqas l-appoġġ tal-Unjoni għal programmi f'konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur u dawk finanzjarji applikabbli;

35.  Jitlob li l-Kummissjoni tinkludi s-suġġerimenti tal-Parlament fil-verżjoni finali tal-linji gwida;

o
o   o

36.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 1.
(2) Testi adottati, P9_TA(2021)0287.
(3) Testi adottati, P9_TA(2020)0360.
(4) Testi adottati, P9_TA(2021)0103.
(5) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema ta’ riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom, (ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1).
(7) Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).
(8) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta' April 2021, Repubblika v Il-Prim Ministru, C-896/19, ECLI:EU:C:2021:311, paragrafi 59-64.


Ir-reġim globali ta' sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-drittijiet tal-bniedem (Liġi Magnitsky tal-UE)
PDF 145kWORD 52k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2021 dwar ir-Reġim Globali ta' Sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE) (2021/2563(RSP))
P9_TA(2021)0349B9-0371/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tat-2 ta' Frar 2012 dwar politika konsistenti fil-konfront ta' reġimi awtoritarji, li kontrihom l-UE tapplika miżuri restrittivi, meta l-mexxejja tagħhom jeżerċitaw l-interessi personali u kummerċjali tagħhom fi ħdan il-fruntieri tal-UE(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2019 dwar reġim Ewropew ta' sanzjonijiet għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li jitolbu mekkaniżmu madwar l-UE kollha għall-impożizzjoni ta' sanzjonijiet immirati kontra individwi involuti fi ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluża r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Settembru 2008 dwar l-evalwazzjoni tas-sanzjonijiet tal-UE bħala parti mill-azzjonijiet u l-politiki tal-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem(3), ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-qerda tat-tortura fid-dinja(4) u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Jannar 2021 dwar l-implimentazzjoni tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni – rapport annwali 2020(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Jannar 2021 dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni - rapport annwali 2019(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2017 dwar il-korruzzjoni u d-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi(7) u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2016 dwar il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin fir-relazzjonijiet esterni tal-UE(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt (magħrufa bħala riżoluzzjonijiet ta' urġenza) f'konformità mal-Artikolu 144 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-Titolu V, Kapitolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), rigward l-adozzjoni ta' sanzjonijiet fl-ambitu tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 21 tat-TUE dwar il-prinċipji ta' azzjonijiet internazzjonali tal-Unjoni, inkluż ir-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u d-dritt internazzjonali,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 31(2) tat-TUE dwar dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-PESK,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) dwar l-adozzjoni ta' sanzjonijiet kemm fil-konfront ta' pajjiżi terzi kif ukoll fil-konfront ta' individwi, gruppi u entitajiet mhux statali,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni 25 tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-ħtieġa li jiġu żgurati d-drittijiet ta' proċess ġust ta' individwi jew entitajiet ikkonċernati minn miżuri restrittivi tal-UE jew minn miżuri tal-UE fil-ġlieda kontra t-terroriżmu,

–  wara li kkunsidra l-proposta konġunta mill-Kummissjoni u l-VP/RGħ tad-19 ta' Ottubru 2020 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (JOIN(2020)0020),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999(9) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998(10) tas-7 ta' Diċembru 2020 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/371 tat-2 ta' Marzu 2021(11) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/478 tat-22 ta' Marzu 2021(12) li jimplimenta r-Regolament (UE) 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE")(14),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta' Novembru 2020 dwar il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020-2024,

–  wara li kkunsidra l-Qafas Strateġiku tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija tal-2012,

–  wara li kkunsidra n-nota ta' gwida tal-Kummissjoni tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 (C(2020)9432),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u t-trattati u l-istrumenti l-oħra tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni u d-dikjarazzjoni politika tas-sessjoni speċjali tal-Assemblea Ġenerali dwar l-isfidi u l-miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali tat-2-4 ta' Ġunju 2021,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-protokolli tagħha,

–  wara li kkunsidra l-istudju tiegħu tas-26 ta' April 2018 bit-titolu "Targeted sanctions against individuals on grounds of grave human rights violations – impact, trends and prospects at EU level" (Sanzjonijiet immirati kontra individwi responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem – l-impatt, ix-xejriet u l-prospetti fil-livell tal-UE)",

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Awla Kriminali tal-Qorti Suprema Spanjola tas-26 ta' Novembru 2020 rigward id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 tat-13 ta' Novembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela(15),

–  wara li kkunsidra l-mistoqsijiet lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar ir-Reġim Globali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE) (O‑000047/2021 – B9‑0028/2021 u O‑000048/2021 – B9‑0029/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 136(5) u 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin,

A.  billi l-Artikolu 21 tat-TUE jistipula li l-azzjonijiet tal-Unjoni għandhom ikunu ggwidati mid-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji tal-ugwaljanza u tas-solidarjetà, u r-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u tad-dritt internazzjonali;

B.  billi skont l-Artikolu 215 tat-TFUE, l-UE tadotta sanzjonijiet, jew bħala l-miżuri proprji tal-UE (jiġifieri sanzjonijiet awtonomi) u/jew sabiex timplimenta r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, f'każijiet fejn pajjiżi mhux tal-UE, persuni fiżiċi jew ġuridiċi, gruppi jew entitajiet mhux statali ma jirrispettawx id-dritt internazzjonali jew id-drittijiet tal-bniedem, jew isegwu politiki jew azzjonijiet li ma jikkonformawx mal-istat tad-dritt jew mal-prinċipji demokratiċi;

C.  billi l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Jannar 2021 bit-titolu "Is-sistema ekonomika u finanzjarja Ewropea: it-trawwim tal-ftuħ, tas-saħħa u tar-reżiljenza" (COM(2021)0032) tiddeskrivi miżuri għat-titjib tal-effettività tas-sanzjonijiet tal-UE, filwaqt li tiżgura li dawn ma jiġux evitati jew imdgħajfa u tistabbilixxi repożitorju għall-iskambju ta' informazzjoni dwar is-sanzjonijiet, kif ukoll pjan direzzjonali biex isir progress mill-individwazzjoni ta' nuqqas ta' konformità sistemika mas-sanzjonijiet tal-UE għall-proċeduri ta' ksur quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

D.  billi l-Gvern Netherlandiż beda diskussjoni fost l-Istati Membri tal-UE f'Novembru 2018 dwar reġim immirat ta' sanzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fil-livell tal-UE; billi l-Kunsill fl-aħħar adotta d-deċiżjoni rilevanti u regolament li jistabbilixxi Reġim Globali ta' Sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem fis-7 ta' Diċembru 2020;

E.  billi l-Parlament Ewropew sistematikament jikkundanna każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

F.  billi ħafna drabi r-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament Ewropew jitolbu lill-istituzzjonijiet tal-UE jadottaw sanzjonijiet, inklużi sanzjonijiet individwali, kontra persuni suspettati li jwettqu reati kontra l-umanità jew ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem;

G.  billi l-korruzzjoni jista' jkollha impatt devastanti fuq l-istat tad-drittijiet tal-bniedem u spiss iddgħajjef il-funzjonament u l-leġittimità tal-istituzzjonijiet u l-istat tad-dritt; billi l-Parlament talab li l-abbużi u l-atti ta' korruzzjoni sistemika relatati ma' ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem jitqiesu wkoll fi ħdan ir-Reġim Globali ta' Sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem;

H.  billi l-Istati Uniti, il-Kanada, u r-Renju Unit adottaw reġimi simili ta' sanzjonijiet; billi l-kooperazzjoni fost pajjiżi li jaħsbuha bl-istess mod u li jikkondividu l-valuri tad-drittijiet fundamentali, tad-demokrazija, u tal-istat tad-dritt se tagħmel l-applikazzjoni ta' sanzjonijiet immirati aktar ikkoordinata u b'hekk aktar effettiva; billi l-Gvern tar-Renju Unit nieda Reġim Globali ta' Sanzjonijiet Kontra l-Korruzzjoni fis-26 ta' April 2021;

1.  Jilqa' l-adozzjoni tar-Reġim Globali ta' Sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (GHRSR tal-UE) bħala żieda essenzjali mas-sett ta' għodod tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-politika barranija, li jsaħħaħ ir-rwol tal-UE bħala attur globali tad-drittijiet tal-bniedem billi jippermettilha tieħu miżuri restrittivi kontra persuni ġuridiċi u fiżiċi involuti fi ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem kullimkien fid-dinja; jisħaq li r-reġim il-ġdid irid jifforma parti minn strateġija usa', koerenti u definita b'mod ċar li tqis l-objettivi tal-politika barranija tal-UE; jissottolinja li l-istrateġija għandha tfittex ukoll li tidentifika parametri referenzjarji speċifiċi li huma konnessi mal-objettivi, u tagħti dettalji dwar kif is-sanzjonijiet jistgħu jgħinu biex jintlaħqu dawk il-parametri referenzjarji; jesprimi dispjaċir, madankollu, għall-fatt li l-Kunsill iddeċieda li japplika l-unanimità minflok il-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata meta jadotta r-reġim il-ġdid, u jtenni s-sejħa tiegħu għall-introduzzjoni ta' votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata għall-adozzjoni ta' sanzjonijiet fl-ambitu tal-kamp ta' applikazzjoni tal-GHRSR tal-UE;

2.  Jilqa' d-definizzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tar-reġim b'lista ta' abbużi serji speċifiċi tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi dawk relatati ma' vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru, u jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva biex tiġi emendata l-leġiżlazzjoni attwali tal-GHRSR tal-UE billi testendi l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu biex jinkludi l-atti ta' korruzzjoni; iħeġġeġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u lill-Istati Membri jużaw flessibbiltà fl-adattament tagħhom għall-isfidi u t-theddid emerġenti għad-drittijiet tal-bniedem jew għall-abbuż tas-setgħat tal-Istat jew ta' emerġenza, inklużi dawk relatati mar-restrizzjonijiet tal-COVID-19 jew mal-vjolenza kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li s-sanzjonijiet tal-UE huma mmirati lejn persuni li jiksru d-drittijiet tal-bniedem u mhumiex maħsuba li jkollhom impatt fuq it-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem mill-popolazzjoni;

3.  Jilqa' t-tħabbira li fl-2021 il-Kummissjoni se twettaq rieżami tal-prattiki li jevitaw u jimminaw is-sanzjonijiet, kif ukoll rieżami tal-obbligi ta' rapportar eżistenti għall-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni u l-infurzar tas-sanzjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) iqisu r-riżultati ta' dan ir-rieżami sabiex jipproponu bidliet leġiżlattivi addizzjonali u linji gwida għall-implimentazzjoni kif xieraq;

4.  Jissottolinja l-importanza li jiġi żgurat li r-reġim jimmira wkoll l-faċilitaturi ekonomiċi u finanzjarji tal-persuni li jabbużaw mid-drittijiet tal-bniedem u bl-istess mod; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha, f'każ li l-atti ta' korruzzjoni ma jkunux inklużi fir-rieżami tar-reġim eżistenti, jużaw il-proposta leġiżlattiva tar-Renju Unit għar-Regolamenti Globali dwar is-Sanzjonijiet Kontra l-Korruzzjoni jew l-Att Globali Magnitsky tal-Istati Uniti jew l-Att Kanadiż dwar il-Ġustizzja għall-Vittmi ta' Uffiċjali Korrotti Barranin, jew reġimi simili oħra, u jadottaw reġim tal-UE ta' sanzjonijiet kontra l-korruzzjoni sabiex jikkomplementaw il-GHRSR tal-UE;

5.  Jilqa' l-Att Globali Magnitsky tal-2016 tal-Istati Uniti u r-rwol ewlieni li dan l-Att kellu fl-ispirazzjoni ta' atturi internazzjonali oħra, inkluża l-UE, fl-isforzi tagħha biex tissalvagwardja d-drittijiet tal-bniedem;

6.  Jilqa' l-ewwel deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni fl-ambitu tar-reġim, li juru l-impenn tal-UE li tagħmel użu tajjeb mill-istrument ambizzjuż il-ġdid; iħeġġeġ lill-Kunsill jagħmel użu sħiħ minn dan l-istrument sabiex isaħħaħ l-impatt tiegħu;

7.  Huwa konvint mill-effettività tar-reġim il-ġdid, inklużi l-effetti deterrenti tiegħu; jemmen bis-sħiħ li l-ogħla standards possibbli f'termini ta' rieżami ġudizzjarju u skrutinju xieraq tal-implimentazzjoni tiegħu huma integrali biex tiġi żgurata l-leġittimità tar-reġim; jenfasizza l-ħtieġa ta' rieżami regolari tal-listi, il-kriterji u l-metodoloġija definiti b'mod ċar u trasparenti għall-elenkar u t-tneħħija tal-elenkar ta' individwi jew entitajiet sanzjonati, u proċeduri legali xierqa li permezz tagħhom jista' jiġi kkontestat elenkar sabiex jiġi ggarantit rieżami ġudizzjarja bir-reqqa u drittijiet ta' rimedju;

8.  Jikkundanna kwalunkwe kontrosanzjoni imposta fuq l-UE, l-istituzzjonijiet tagħha jew il-membri tal-parlament, il-korpi jew iċ-ċittadini għall-promozzjoni u l-protezzjoni tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt permezz tal-GHRSR tal-UE; ifakkar li l-miżuri ta' ritaljazzjoni għandhom l-għan li jiskoraġġixxu lill-UE milli ssegwi l-azzjonijiet globali tagħha biex tipproteġi d-drittijiet tal-bniedem f'konformità mal-obbligi tagħha tat-Trattat: jissottolinja l-ħtieġa ta' rispons mgħaġġel, robust u kkoordinat tal-UE għal sanzjonijiet ta' ritaljazzjoni minn pajjiżi terzi u l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-ftehimiet bilaterali ma' pajjiżi bħal dawn ma jfixklux il-GHRSR tal-UE jew il-kredibbiltà tal-UE fil-politika barranija b'mod ġenerali;

9.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Istati Membri kollha tal-UE jinterpretaw l-applikazzjoni u l-infurzar tas-sanzjonijiet bl-istess mod konsistenti u mgħaġġel; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fir-rwol tagħha bħala gwardjan tat-Trattati, tiżgura li l-penali nazzjonali għall-ksur tas-sanzjonijiet tal-UE jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi; iqis li jekk ma jittiħdux miżuri xierqa f'sitwazzjonijiet kkaratterizzati bi ksur persistenti tad-drittijiet tal-bniedem dan idgħajjef l-istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-politika dwar is-sanzjonijiet u l-kredibbiltà tagħha; jemmen li huwa meħtieġ mekkaniżmu ċentralizzat ta' sorveljanza dwar l-implimentazzjoni u l-konformità biex jiġi żgurat infurzar aktar b'saħħtu tas-sanzjonijiet; jilqa' t-tħabbira li l-Kummissjoni tipproponi li tistabbilixxi repożitorju ta' informazzjoni dwar is-sanzjonijiet u li tfassal pjan direzzjonali (inklużi l-kriterji u skeda ta' żmien) għall-bidla mill-identifikazzjoni ta' nuqqas ta' konformità sistematika mas-sanzjonijiet tal-UE għall-proċeduri ta' ksur quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

10.  Jisħaq li l-Istati Membri jeħtiġilhom jiżguraw li l-awtoritajiet, il-kumpaniji u atturi oħra rreġistrati fit-territorji tagħhom ikunu f'konformità sħiħa mad-deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar miżuri restrittivi; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jsaħħu l-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni, u jitlob mekkaniżmu Ewropew imsaħħaħ ta' sorveljanza u infurzar; jistieden lill-Kunsill jaġġorna regolarment lill-kumpaniji fuq il-listi ta' sanzjonijiet, peress li l-kumpaniji elenkati għandhom it-tendenza li jużaw lakuni legali u jsibu soluzzjonijiet kreattivi oħra sabiex jevitaw li jkunu taħt sanzjonijiet;

11.  Huwa konvint li l-ksur ta' miżuri restrittivi, u b'mod partikolari tal-iffriżar tal-assi, jikkostitwixxi attività illegali li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; jitlob li ssir valutazzjoni tal-adegwatezza tar-reviżjoni tad-Direttiva (UE) 2017/1371 u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 sabiex l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikun inkarigat mill-investigazzjoni, mill-prosekuzzjoni u mit-tressiq quddiem il-qorti ta' dawk li jwettqu reati kriminali bi ksur ta' miżuri restrittivi adottati skont il-GHRSR tal-UE, u l-kompliċi fihom;

12.  Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Parlament Ewropew ma għandu l-ebda rwol istituzzjonali fil-proċess; jitlob sorveljanza parlamentari tal-GHRSR tal-UE u rwol imsaħħaħ għall-Parlament Ewropew fil-proposta ta' każijiet ta' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, sabiex tiżdied il-leġittimità tal-GHRSR tal-UE, u jitlob l-istabbiliment ta' Grupp ta' Ħidma Parlamentari ddedikat biex jiskrutinizza l-implimentazzjoni tar-reġim tas-sanzjonijiet; jitlob li jkun hemm kondiviżjoni sistematika u istituzzjonalizzata ta' informazzjoni mal-Parlament, u mal-Istati Membri, u rappurtar lilhom, mis-SEAE u mill-Kummissjoni;

13.  Jinsisti fuq proċess trasparenti u inklużiv biex jiġi ffaċilitat il-kontribut mill-atturi tas-soċjetà ċivili, inkluż it-twaqqif ta' kumitat konsultattiv fil-livell tal-UE u laqgħat regolari mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, mad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u mal-ġurnalisti investigattivi, bil-għan li tiġi mmonitorjata s-sitwazzjoni attwali tar-reġim u tittejjeb l-implimentazzjoni tiegħu; jistieden lis-SEAE joħroġ gwida dwar kif għandu jipparteċipa fil-proċess u jissottolinja l-ħtieġa li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' kunfidenzjalità u ta' protezzjoni tax-xhieda għal dawk li jipprovdu informazzjoni, bħad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-organizzazzjonijiet;

14.  Jisħaq li sanzjonijiet immirati jridu jimmiraw li jiksbu riżultati effettivi u dejjiema; jistieden lill-Kummissjoni, lis-SEAE u lill-Istati Membri jiddedikaw riżorsi u għarfien espert adegwati għall-infurzar u l-monitoraġġ regolari tal-impatt tal-GHRSR tal-UE, u għall-monitoraġġ mill-qrib tal-elenkar u tat-tneħħija mill-elenkar; jinsisti fuq il-ħtieġa li jingħataw aktar attenzjoni u riżorsi għall-komunikazzjoni pubblika dwar l-elenkar, kemm fl-UE kif ukoll fil-pajjiżi kkonċernati, inkluż permezz tat-traduzzjoni ta' dokumentazzjoni rilevanti għal-lingwa lokali tal-individwi jew tal-entitajiet fil-mira;

15.  Ifakkar fil-ħtieġa ta' strateġija unifikata u koerenti biex jiġu implimentati r-reġimi ta' sanzjoni tal-UE, u jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jiżguraw koerenza bejn il-GHRSR tal-UE u l-politiki esterni tal-UE, b'mod partikolari mal-politiki tagħha ta' appoġġ għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, kif ukoll il-politika esterna u ta' sigurtà komuni (PESK) u l-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK); jitlob, barra minn hekk, konsistenza bejn ir-reġimi ta' sanzjoni tal-UE u d-dritt kriminali internazzjonali, id-dritt umanitarju internazzjonali u l-politiki tal-UE relatati mal-istat tad-dritt u l-libertajiet fundamentali;

16.  Itenni l-importanza li l-GHRSR tal-UE jkun konsistenti mal-miżuri restrittivi speċifiċi għall-pajjiż u orizzontali tal-UE, il-miżuri settorjali u l-embargos tal-armi u l-oqfsa internazzjonali eżistenti dwar is-sanzjonijiet, b'mod partikolari fir-rigward tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, u jikkomplementahom;

17.  Jitlob lill-UE tistabbilixxi, mal-Istati Uniti, alleanza trans-atlantika biex tiddefendi d-demokrazija fuq livell globali u tipproponi sett ta' għodod għad-difiża tad-demokrazija, li jkun jinkludi azzjonijiet konġunti dwar sanzjonijiet u politiki kontra l-ħasil tal-flus, u tiżgura li l-politika tas-sanzjonijiet tagħha tkun marbuta mal-investigazzjonijiet tal-UE u dawk internazzjonali u ma' ħafna strumenti internazzjonali oħra tal-ġustizzja, bħat-tribunali internazzjonali u l-inizjattiva dwar ċentru tal-ġustizzja tal-UE;

18.  Huwa konvint mill-vantaġġi tal-kooperazzjoni u tal-koordinazzjoni mas-sħab u ma' pajjiżi tal-istess fehma fl-implimentazzjoni tal-GHRSR tal-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jużaw il-kooperazzjoni mill-qrib u r-relazzjoni strateġika bejn l-UE u l-Istati Uniti, mibnija fuq l-istorja komuni u sett kondiviż ta' valuri demokratiċi, meta jistabbilixxu sanzjonijiet u jitlob diskussjonijiet regolari dwar sanzjonijiet immirati, b'mod partikolari fil-kuntest tad-Djalogu Trans-Atlantiku tal-Leġiżlaturi; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jikkooperaw ma' istituzzjonijiet ġudizzjarji esterni bħall-Qorti Kriminali Internazzjonali, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Qorti Inter-Amerikana tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Qorti Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli u tribunali ad hoc oħra, tribunali assistiti min-NU u korpi oħra, inkluż l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-korpi superviżorji u ta' monitoraġġ internazzjonali, l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, in-NATO, u l-Kunsill tal-Ewropa, bil-għan li tinkiseb evidenza għall-impożizzjoni ta' sanzjonijiet fl-ambitu tal-GHRSR tal-UE u għall-iskoraġġiment ta' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem; jitlob lill-UE tippromwovi r-ratifika tal-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali minn kull pajjiż fid-dinja;

19.  Itenni li l-prosekuzzjoni kriminali tal-awturi ta' ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u atroċitajiet minn ġuriżdizzjonijiet nazzjonali jew internazzjonali għandha tibqa' l-objettiv ewlieni tal-isforzi mwettqa mill-UE u mill-Istati Membri tagħha fil-ġlieda kontra l-impunità; itenni l-importanza tal-prinċipju ta' ġuriżdizzjoni universali f'dan ir-rigward u jilqa' l-proċedimenti ġudizzjarji reċenti skont dan il-prinċipju f'għadd ta' Stati Membri;

20.  Jissottolinja l-importanza tal-pajjiżi kandidati tal-UE u tal-pajjiżi kandidati potenzjali li jallinjaw mal-GHRSR tal-UE, f'konformità mal-allinjament usa' tagħhom mal-PESK tal-UE;

21.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

(1) ĠU C 239 E, 20.8.2013, p. 11.
(2) ĠU C 23, 21.1.2021, p. 108.
(3) ĠU C 295 E, 4.12.2009, p. 49.
(4) ĠU C 378, 9.11.2017, p. 52.
(5) Testi adottati, P9_TA(2021)0012.
(6) Testi adottati, P9_TA(2021)0014.
(7) ĠU C 337, 20.9.2018, p. 82.
(8) ĠU C 101, 16.3.2018, p. 47.
(9) ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 13.
(10) ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 1.
(11) ĠU L 71 I, 2.3.2021, p. 1.
(12) ĠU L 99I, 22.3.2021, p. 1.
(13) ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29.
(14) ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1.
(15) ĠU L 295, 14.11.2017, p. 60.


Rapport Annwali dwar il-funzjonament taż-żona Schengen
PDF 186kWORD 60k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2021 dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Funzjonament taż-Żona Schengen (2019/2196(INI))
P9_TA(2021)0350A9-0183/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 77(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jistabbilixxi spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja li għandu jiżgura n-nuqqas ta' kontrolli fuq il-persuni fil-fruntieri interni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 21(1) TFUE u l-Artikolu 45 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-"Karta"), li jiżguraw id-dritt taċ-ċittadini li jiċċaqalqu u jirrisjedu b'mod liberu fit-territorju tal-Istati Membri,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 18 TFUE u l-Artikolu 21(2) tal-Karta, li jipprojbixxu kull diskriminazzjoni minħabba ċ-ċittadinanza,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 18 u 19 tal-Karta dwar id-dritt għall-ażil, u għall-protezzjoni f'każ ta' tneħħija, tkeċċija jew estradizzjoni,

–  wara li kkunsidra l-acquis dejjem jevolvi ta' Schengen li żviluppa mindu ġie ffirmat il-Ftehim ta' Schengen fl-14 ta' Ġunju 1985, li bħalissa jinkludi diversi atti legali tal-UE fl-oqsma tal-ġestjoni tal-fruntieri interni u esterni, il-politika dwar il-viżi, il-politika ta' ritorn, il-kooperazzjoni bejn il-pulizija u l-protezzjoni tad-data, kif ukoll atti legali li jistabbilixxu u jirregolaw żewġ aġenziji tal-Unjoni (l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (il-Frontex) u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl- Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA)), programm finanzjarju (l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża) u erba' sistemi fuq skala kbira tal-IT (is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża, is-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u s-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES)), inkluża l-interoperabbiltà bejniethom,

–  wara li kkunsidra l-leġiżlazzjoni adottata mindu sar l-aħħar rapport annwali dwar il-funzjonament taż-żona Schengen bil-għan li din tissaħħaħ fid-dawl tal-isfidi persistenti, u b'mod aktar speċifiku r-Regolament (UE) 2018/1860 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2018 dwar l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi b'soġġorn illegali(1), ir-Regolament (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-verifiki fuq il-fruntieri, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, u li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006(2) u r-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni bejn il-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE(3), ir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam ta' fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI(4), ir-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816(5), ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226(6), ir-Regolament (UE) 2018/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Settembru 2018 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/794 bl-għan li tiġi stabbilita Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS)(7), ir-Regolament (UE) 2020/493 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Marzu 2020 dwar is-sistema tad-Dokumenti Foloz u Awtentiċi Online (FADO) u li jħassar l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 98/700/ĠAI(8), ir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624(9) (“ir-Regolament dwar l-EBCG”) u r-Regolament (UE) 2019/1155 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 810/2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi)(10),

–  wara li kkunsidra l-ħidma leġiżlattiva li għaddejja dwar ir-reviżjoni tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen fir-rigward tar-regoli applikabbli għall-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontroll fil-fruntieri interni, dwar ir-riforma tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża, dwar it-tlestija tal-qafas leġiżlattiv tal-ETIAS, dwar ir-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Ritorn, dwar l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri u l-viżi 2021-2027, u l-proposta l-ġdida għal Regolament li jintroduċi skrinjar ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni (COM(2020)0612),

–  wara li kkunsidra d-diversi konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill u l-komunikazzjonijiet, il-linji gwida u l-pjanijiet direzzjonali tal-Kummissjoni bil-għan li jindirizzaw is-sitwazzjoni fil-fruntieri interni u esterni ta' Schengen b'rispons għall-COVID-19, bħall-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Marzu 2020 bit-titolu "COVID-19: Linji gwida għal miżuri ta' ġestjoni tal-fruntieri biex tiġi protetta s-saħħa u tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-oġġetti u tas-servizzi essenzjali"(11), u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Marzu 2020 bit-titolu "COVID-19: Gwida dwar l-implimentazzjoni tar-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE, dwar il-faċilitazzjoni tal-arranġamenti ta' tranżitu għar-ripatrijazzjoni taċ-ċittadini tal-UE, u dwar l-effetti fuq il-politika dwar il-viżi" (C(2020)2050), u l-estensjonijiet sussegwenti tagħha, bħal dik tat-8 ta' April 2020 (COM(2020)0148), il-Pjan Direzzjonali Ewropew Konġunt għat-tneħħija tal-miżuri ta' konteniment tal-COVID-19 ippreżentat mill-President tal-Kunsill Ewropew, u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1475 tat-13 ta' Ottubru 2020 dwar approċċ ikkoordinat għar-restrizzjoni tal-moviment liberu b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19(12),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Ottubru 2019 dwar il-verifika tal-applikazzjoni sħiħa tal-acquis ta' Schengen min-naħa tal-Kroazja (COM(2019)0497),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Settembru 2020 dwar Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil (COM(2020)0609),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' Mejju 2018 dwar ir-rapport annwali dwar il-funzjonament taż-żona Schengen(13),

–  wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2020 dwar il-Funzjonament tal-Mekkaniżmu ta' Evalwazzjoni u Monitoraġġ ta' Schengen skont l-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 (COM(2020)0779),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Ġunju 2020 dwar is-sitwazzjoni fiż-żona Schengen wara t-tifqigħa tal-COVID-19(14),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fil-Bulgarija u r-Rumanija: abolizzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri interni fuq l-art, tal-baħar u tal-ajru(15),

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) tat-8 ta' Diċembru 2020 intitolat "Migration: fundamental rights issues at land borders" (Migrazzjoni: kwistjonijiet ta' drittijiet fundamentali fil-fruntiera fuq l-art),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Ritorn(16),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Novembru 2020 dwar l-impatt tal-miżuri tal-COVID-19 fuq id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali(17),

–  wara li kkunsidra l-istabbiliment tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-Iskrutinju tal-Frontex tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-ħidma għaddejja tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-ħidma preparatorja għal din ir-riżoluzzjoni li saret mill-Grupp ta' Ħidma tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern dwar l-Iskrutinju ta' Schengen,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0183/2021),

A.   billi ż-żona Schengen hija arranġament uniku u waħda mill-akbar kisbiet tal-Unjoni Ewropea, li ilha aktar minn 25 sena tippermetti l-moviment liberu ta' persuni fiż-żona Schengen mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni; billi dan sar possibbli permezz ta' diversi miżuri ta' kumpens bħat-tisħiħ tal-iskambju ta' informazzjoni permezz tal-istabbiliment tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) u l-ħolqien ta' mekkaniżmu ta' evalwazzjoni biex tiġi vverifikata l-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen mill-Istati Membri u tiġi promossa l-fiduċja reċiproka fil-funzjonament taż-żona Schengen; billi l-fiduċja reċiproka titlob ukoll is-solidarjetà, is-sigurtà, il-kooperazzjoni ġudizzjarja u bejn il-pulizija fi kwistjonijiet kriminali, il-protezzjoni konġunta tal-fruntieri esterni tal-UE, fehim komuni u politika komuni dwar il-viżi u l-protezzjoni tad-data;

B.   billi żona Schengen li tiffunzjona kompletament u t-tkabbir tagħha fil-ġejjieni biex tinkludi l-pajjiżi kandidati ta' Schengen jibqgħu fundamentali għal integrazzjoni politika, ekonomika u soċjali ulterjuri, filwaqt li titrawwem il-koeżjoni u jitnaqqsu d-diskrepanzi bejn il-pajjiżi u r-reġjuni, u prerekwiżit għas-salvagwardja tal-prinċipju ta' libertà ta' moviment billi l-futur ta' Schengen irid ikun wieħed mingħajr frammentazzjoni;

C.   billi t-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni hija wieħed mill-elementi essenzjali u prattiċi ta' dak li ċ-ċittadini jidentifikaw bħala l-idea Ewropea u hija kruċjali għall-funzjonament tas-suq intern; billi ż-żona Schengen hija mhedda, mhux l-inqas minħabba l-użu dejjem akbar ta' kontrolli fil-fruntieri interni mill-Istati Membri, b'mod partikolari fis-snin reċenti;

D.  billi bħala rispons għall-pandemija tal-COVID-19, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, inklużi l-Istati assoċjati ma' Schengen, introduċew mill-ġdid kontrolli fil-fruntieri interni jew għalqu l-fruntieri tagħhom, jew parzjalment jew totalment, jew għal ċerti tipi ta' vjaġġaturi, inklużi ċittadini tal-UE u l-membri tal-familja tagħhom u ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu fit-territorju tagħhom jew f'dak ta' Stat Membru ieħor; billi, speċjalment fil-bidu tal-pandemija, l-assenza ta' kull koordinazzjoni effettiva dwar l-introduzzjoni mill-ġdid u t-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni bejn l-Istati Membri u mal-Kummissjoni sfidat il-kunċett innifsu tal-kooperazzjoni ta' Schengen;

E.  billi Stati Membri introduċew mill-ġdid kontrolli fil-fruntieri interni għal total ta' 268 darba mill-2015 'l hawn, u dan jirrappreżenta żieda sinifikanti meta mqabbel mal-perjodu bejn l-2006 u l-2014, meta l-kontrolli fil-fruntieri interni ġew introdotti mill-ġdid għal 35 darba biss(18);

F.  billi l-Parlament Ewropew ripetutament esprima tħassib dwar in-neċessità u l-proporzjonalità ta' ħafna minn dawk il-kontrolli fil-fruntieri interni;

G.  billi l-fiduċja reċiproka u l-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri huma elementi essenzjali tal-pedament li fuqu hija msejsa ż-żona Schengen;

H.  billi fi snin reċenti ġew adottati strumenti leġiżlattivi importanti tal-UE bil-għan li jittejbu l-effikaċja u l-effiċjenza tal-kontrolli fil-fruntieri esterni, u li jingħata kontribut għal livell għoli ta' sigurtà fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja; billi dawn l-istrumenti jinkludu arkitettura ġdida għas-sistemi tal-informazzjoni tal-UE u l-interoperabbiltà tagħhom;

I.  billi għadhom qed jiġu rrappurtati allegazzjonijiet ta' vjolenza kontra l-migranti, inklużi dawk li qed ifittxu protezzjoni internazzjonali, u pushbacks fil-fruntieri esterni tal-UE; billi l-Parlament Ewropew, OLAF, il-Frontex u l-Ombudsman Ewropew fetħu inkjesta dwar dawn l-allegazzjonijiet; billi l-Unjoni għad m'għandhiex mekkaniżmu effettiv għall-monitoraġġ tad-drittijiet fundamentali fil-fruntieri esterni tagħha;

J.  billi ġew identifikati nuqqasijiet serji fl-evalwazzjoni ta' Schengen tal-2017 tar-Renju Unit dwar l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen fil-qasam tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen;

K.  billi l-ewwel ċiklu ta' evalwazzjoni tal-Mekkaniżmu ta' Evalwazzjoni ta' Schengen wera l-ħtieġa ta' implimentazzjoni aħjar u aktar rapida tar-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mill-evalwazzjonijiet, u l-ħtieġa ta' riforma xierqa, b'mod partikolari fir-rigward ta' kif il-mekkaniżmu jivvaluta l-konformità mad-drittijiet fundamentali;

L.  billi l-valutazzjonijiet annwali tal-vulnerabbiltà tal-Frontex jeżaminaw il-kapaċitajiet tal-Istati Membri li jiffaċċjaw theddid u sfidi fil-fruntieri esterni u jirrakkomandaw azzjonijiet ta' rimedju speċifiċi biex jiġu mmitigati l-vulnerabbiltajiet, u għalhekk jikkomplementaw l-evalwazzjonijiet fl-ambitu tal-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ta' Schengen;

M.  billi l-applikazzjoni sħiħa tal-acquis ta' Schengen fir-rigward tat-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni fir-rigward tal-Bulgarija u r-Rumanija għadha ma ntlaħqitx, minkejja s-sejħa tal-Parlament għal dan fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011;

N.  billi l-Kummissjoni ddikjarat fil-komunikazzjoni tagħha dwar il-verifika tal-applikazzjoni sħiħa tal-acquis ta' Schengen tat-22 ta' Ottubru 2019 li l-Kroazja kienet ħadet il-miżuri meħtieġa biex jiġu żgurati l-kundizzjonijiet neċessarji għall-applikazzjoni sħiħa tar-regoli ta' Schengen;

Funzjonament taż-żona Schengen

1.  Jikkunsidra li l-kunċett innifsu ta' kooperazzjoni ta' Schengen, li jiġi żgurat in-nuqqas ta' kontrolli fil-fruntieri interni u li tiġi ggarantita l-libertà ta' moviment, kompla jiġi mhedded mill-pandemija tal-COVID-19; itenni, f'dan il-kuntest, it-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni kurrenti fir-rigward tal-kontrolli fil-fruntieri interni f'uħud mill-Istati Membri, u għal dan il-fini jfakkar, filwaqt li jappoġġja l-miżuri tas-saħħa pubblika stabbiliti biex jiġi limitat it-tixrid tal-COVID-19, li kwalunkwe miżura bħal din biex tiġi kkumbattuta l-pandemija u biex jiġu ristretti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali għandha dejjem tirrispetta kemm l-ispirtu kif ukoll l-ittra tal-liġi;

2.  Ifakkar li skont il-liġi kurrenti tal-UE, il-kontrolli fil-fruntieri interni jistgħu jerġgħu jiġu introdotti dment li jkunu meħtieġa, proporzjonati, temporanji fin-natura u miżura estrema; itenni, f'dak ir-rigward, il-fehma tiegħu li ħafna estensjonijiet tal-kontrolli fil-fruntieri interni mill-2015 'l hawn mhumiex sostanzjati biżżejjed u mhumiex f'konformità mar-regoli marbuta mal-estensjoni, in-neċessità jew il-proporzjonalità tagħhom, u għalhekk huma illeċiti;

3.  Jirrikonoxxi li l-Kummissjoni ppruvat tikkoordina rispons komuni Ewropew; Jiddeplora, madankollu, il-fatt li l-kontrolli fil-fruntieri interni qed jibqgħu jiġu introdotti mill-Istati Membri, spiss b'mod mhux kkoordinat, qabel ma jkunu taw kunsiderazzjoni suffiċjenti lill-interess komuni Ewropew fiż-żamma ta' Schengen bħala żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni; itenni li l-l-kontrolli introdotti kellhom impatt negattiv fuq il-moviment liberu tal-merkanzija, tal-kapital, tas-servizzi, u tal-persuni fl-Unjoni; jissottolinja, f'dan il-kuntest, is-sitwazzjoni partikolarment diffiċli tal-ħaddiema transfruntiera;

4.  Ifakkar li minkejja li identifikat nuqqasijiet sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen, il-Kummissjoni damet jew ma wriet ebda ħeġġa biex tibda proċedimenti ta' ksur; itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex teżerċita skrutinju xieraq fuq l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen, sabiex tivvaluta jekk il-prinċipji tan-neċessità u l-proporzjonalità ġewx rispettati u sabiex jintużaw proċedimenti ta' ksur jekk meħtieġ; jissottolinja l-ħtieġa urġenti li jissaħħu l-fiduċja reċiproka u l-kooperazzjoni bejn l-istati ta' Schengen u li tiġi żgurata governanza xierqa għaż-żona Schengen;

5.  Itenni l-ħtieġa li l-Istati Membri jirrispettaw il-liġi kif minquxa fit-Trattati u l-Karta, u jimplimentaw il-miżuri fil-fruntieri b'mod leċitu u mhux diskriminatorju; iqis li dibattitu politiku u pubbliku regolari dwar il-funzjonament taż-żona Schengen huwa ta' importanza kritika;

6.  Jinnota li s'issa ma sar l-ebda progress matul din il-leġiżlatura dwar ir-reviżjoni tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen (SBC), li n-negozjati interistituzzjonali għalihom għadhom imblukkati mill-Kunsill; jilqa' t-tħabbira tal-Kummissjoni li se tippreżenta proposti ġodda għall-governanza ta' Schengen; jesprimi d-diżappunt tiegħu li l-Kummissjoni qed tkompli tinjora l-obbligu ta' rappurtar tagħha lejn il-Parlament billi ma tippreżentax ir-rapport annwali dwar il-funzjonament taż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni (l-Artikolu 33 tal-SBC) u r-rapport komprensiv annwali f'konformità mal-Artikolu 20 tal-Mekkaniżmu ta' Evalwazzjoni ta' Schengen (SEMM), u b'hekk timpedixxi l-iskrutinju u d-dibattitu politiku kostruttiv;

7.  B'żieda mad-diversi talbiet tiegħu għall-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fil-Bulgarija u fir-Rumanija, iħeġġeġ lill-Kunsill jirrispetta l-impenn tiegħu u jieħu deċiżjoni immedjata dwar it-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni tal-art, tal-baħar u tal-ajru u b'hekk jippermetti lil dawk l-Istati Membri jingħaqdu bi dritt maż-żona ta' moviment liberu mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni; jinsab lest li, meta jikkonsultah il-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 4 tal-Att tal-Adeżjoni, jesprimi l-opinjoni tiegħu dwar l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fil-Kroazja; iqis li s-solidarjetà u r-responsabbiltà huma għal kulħadd, u li l-futur taż-żona Schengen irid ikun wieħed mingħajr frammentazzjoni;

8.  Iqis li huwa essenzjali li l-politika tal-UE dwar il-viżi tkun effiċjenti, faċli għall-utent u sigura, u jilqa', f'dak ir-rigward, l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tiddiġitalizza l-proċedura tal-viżi sal-2025; iqis li l-integrazzjoni taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma residenti għal żmien twil fl-Istati Membri hija element ewlieni fil-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika u soċjali, u għalhekk jitlob li tingħata kunsiderazzjoni lill-armonizzazzjoni tar-regoli minimi għall-ħruġ ta' viżi u permessi ta' residenza għal żmien twil;

9.  Itenni t-talba tiegħu lill-Istati Membri biex jiżguraw l-implimentazzjoni xierqa tad-Direttiva dwar ir-Ritorn(19) fl-aspetti kollha tagħha u jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja l-implimentazzjoni tagħha;

10.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jsaħħu l-iskambju ta' informazzjoni u jkomplu jiżviluppaw il-kooperazzjoni transfruntiera reċiproka bejn il-pulizija, pereżempju permezz ta' użu akbar ta' skwadri ta' investigazzjoni konġunti;

11.  Jilqa' l-fatt li sadanittant għadd ta' azzjonijiet mitluba fir-rapport annwali preċedenti(20) ġew implimentati (ir-reviżjoni tal-qafas leġiżlattiv tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen u r-riforma tal-Eurosur); jinnota, madankollu, li l-biċċa l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet ifformulati għadhom validi;

12.  Jinnota li fruntieri esterni li jiffunzjonaw b'mod effettiv huma essenzjali għall-vijabbiltà taż-żona ta' Schengen; jinnota bi tħassib li r-rapporti ta' evalwazzjoni ta' Schengen u l-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà għadhom jindikaw nuqqasijiet u vulnerabbiltajiet fil-protezzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri esterni; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet indirizzati lilhom mill-Kunsill u l-Frontex, bil-għan li jirrimedjaw in-nuqqasijiet u l-vulnerabbiltajiet, b'mod partikolari dawk relatati mar-rispett tad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet tal-ġestjoni tal-fruntieri; jisħaq fuq l-importanza tal-miżuri leġiżlattivi adottati reċentement;

13.  Jinsab imħasseb dwar l-impatt tar-restrizzjonijiet eżistenti fuq l-ivvjaġġar f'dawk li huma drittijiet tar-rifuġjati u l-persuni li qed ifittxu protezzjoni internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-adozzjoni ta' tali miżuri tkun konsistenti b'mod sħiħ mar-rekwiżiti minquxa fl-Artikoli 3 u 4 tal-SBC u fil-Karta;

14.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-allegazzjonijiet ripetuti rigward l-involviment tal-Frontex fil-pushbacks u l-każijiet ta' ksur potenzjali rrappurtati tad-drittijiet fundamentali fil-kuntest tal-attivitajiet tal-Aġenzija, u jqis li l-mekkaniżmi ta' rappurtar interni, kif ukoll l-iskrutinju parlamentari u pubbliku fuq l-attivitajiet tal-Frontex, iridu jissaħħu u jiġu implimentati b'mod effettiv; jenfasizza li l-Artikolu 46 tar-Regolament dwar l-EBCG jordna lid-Direttur Eżekuttiv tal-Frontex jissospendi, itemm jew ma jnedix attivitajiet jekk il-kundizzjonijiet biex jitwettqu dawk l-attivitajiet, inkluża l-konformità mad-drittijiet fundamentali, jinkisru;

15.  Jesprimi, f'dak ir-rigward, l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-istabbiliment tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-Iskrutinju tal-Frontex tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-ħidma tiegħu, li l-għan tiegħu huwa li jivvaluta l-aspetti kollha tal-funzjonament tal-attivitajiet u l-organizzazzjoni tal-Frontex, ir-rwol u r-riżorsi msaħħa tagħha għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri u l-applikazzjoni korretta tal-acquis tal-UE, inkluż ir-rispett tad-drittijiet fundamentali;

16.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-għadd kbir ta' mwiet fil-Mediterran; ifakkar li l-għoti ta' assistenza lil kwalunkwe persuna li tinsab f'periklu fuq il-baħar huwa obbligu legali kemm skont id-dritt tal-UE kif ukoll dak internazzjonali, u li t-tiftix u s-salvataġġ huma komponent integrali tal-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri fil-qafas tar-Regolament dwar ir-Regolament dwar l-EBCG; jistieden lill-Frontex itejjeb l-informazzjoni disponibbli b'mod sinifikanti dwar l-attivitajiet operazzjonali tagħha fil-baħar, inkluż permezz ta' rappurtar adegwat lill-Parlament, bħal b'relazzjoni mal-kooperazzjoni tagħha maċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni tas-Salvataġġ Marittimu fi Tripli u l-Gwardja tal-Kosta Libjana;

17.  Jinsab imħasseb serjament dwar ir-rapporti persistenti u serji dwar il-vjolenza u l-pushbacks fil-fruntieri esterni, inkluż minn Stat Membru għal ieħor u mbagħad lejn pajjiż terz. itenni li l-Istati Membri għandhom obbligu li jipprevjenu qsim mhux awtorizzat tal-fruntieri u jfakkar li dan l-obbligu huwa mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' persuni li jfittxu protezzjoni internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu u jwettqu investigazzjonijiet effettivi, indipendenti u fil-pront dwar kwalunkwe allegazzjoni ta' pushbacks u trattament ħażin fil-fruntieri, u biex jiżguraw li n-nuqqasijiet jiġu rimedjati immedjatament;

18.  Jinnota n-nuqqas ta' mekkaniżmi ta' monitoraġġ adegwati biex jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt fil-ġestjoni tal-fruntieri esterni, u jqis li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) jeħtiġilha tingħata rwol operazzjonali aktar b'saħħtu f'dak ir-rigward, inkluż permezz tal-Mekkaniżmu ta' Evalwazzjoni u Monitoraġġ ta' Schengen; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-korpi ta' monitoraġġ nazzjonali tagħhom jiġu stabbiliti b'mod effettiv u li jkunu kapaċi jaqdu r-rwol tagħhom, b'riżorsi suffiċjenti, mandat adegwat u livell għoli ta' indipendenza; iħeġġeġ lill-Istati Membri jinvestu kontinwament fil-kondotta professjonali tal-awtoritajiet tal-fruntiera, inkluż it-taħriġ fil-qasam tal-liġi dwar l-ażil u r-rifuġjati, b'koordinazzjoni mal-Frontex, l-FRA u l-UNHCR u l-organizzazzjonijiet nongovernattivi rilevanti;

19.  Jesprimi dispjaċir kbir għall-fatt li kien hemm dewmien fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-drittijiet fundamentali tar-Regolament il-ġdid dwar l-EBCG, bħar-reklutaġġ ta' 40 osservatur tad-drittijiet fundamentali sal-5 ta' Diċembru 2020 kif stipulat fir-Regolament; jilqa' l-pubblikazzjoni ta' avviżi ta' postijiet vakanti u jitlob li r-reklutaġġ li għaddej bħalissa jitwettaq bħala kwistjoni ta' urġenza; jisħaq li l-osservaturi kollha reklutati għandhom ikunu kapaċi jwettqu l-kompiti tagħhom f'konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolament dwar l-EBCG, u li għalhekk għandhom jiġu reklutati f'livell ta' amministratur xieraq biex jaqdu dmirijiethom; jitlob, barra minn hekk, li l-indipendenza tal-mekkaniżmu tal-ilmenti tal-Aġenzija tiżdied permezz tal-involviment ta' esperti mill-FRA mill-istituzzjoni nazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem;

Mekkaniżmu ta' Evalwazzjoni u Monitoraġġ ta' Schengen (SEMM)

20.  Jesprimi l-fehma tiegħu li l-SEMM ġab titjib sinifikanti għall-governanza taż-żona Schengen u kkontribwixxa biex jiżgura l-funzjonament tagħha billi saħħaħ il-fiduċja reċiproka u r-responsabbiltà kollettiva; jenfasizza, madankollu, in-natura sui generis tal-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni fid-dritt tal-UE u jfakkar li l-Kummissjoni fl-aħħar mill-aħħar tibqa' responsabbli li tiżgura l-applikazzjoni tat-Trattati u l-miżuri adottati mill-istituzzjonijiet marbuta magħhom;

21.  Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tirrevedi l-SEMM; ifakkar fid-diskussjonijiet dwar il-bażi ġuridika tiegħu waqt in-negozjati dwar il-Pakkett ta' Governanza ta' Schengen fl-2012 u jinsisti li jkun involut fir-riforma tal-mekkaniżmu fuq bażi ugwali mal-Kunsill, preferibbilment permezz tal-użu tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jew permezz tal-użu tal-istess metodu li ntuża għall-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013(21) li jistabbilixxi l-SEMM;

22.  Jisħaq fuq l-importanza li jiġu introdotti skadenzi ċari għall-passi kollha tal-proċedura fi kwalunkwe riforma, inkluża l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet mill-Istati Membri, il-valutazzjoni tal-proposti tal-Kummissjoni mill-grupp ta' esperti Scheval u l-preżentazzjoni ta' pjanijiet ta' azzjoni; itenni wkoll l-importanza ta' flessibbiltà akbar fl-ippjanar pluriennali u annwali u t-tisħiħ tar-rwol tal-Kummissjoni, b'mod partikolari fil-każ ta' ebda opinjoni mill-Istati Membri u l-ħtieġa ta' żjarat ġenwinament mhux imħabbra; huwa tal-fehma li d-drittijiet fundamentali jridu jiġu evalwati b'mod konsistenti matul l-evalwazzjonijiet ta' Schengen; iqis, fl-aħħar nett, li r-rwol ta' skrutinju tal-Parlament u t-titjib tat-trasparenza tal-proċess għandhom ikunu elementi ewlenin tar-riforma;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni talloka biżżejjed riżorsi biex tiżgura evalwazzjoni komprensiva tas-sistema ta' Schengen, inkluż billi żżid in-numru ta' żjarat fuq il-post lejn l-Istati Membri; jinnota li, minkejja li l-Kummissjoni adottat 198 rapport ta' evalwazzjoni fil-perjodu 2015-2019, ingħalqu biss 45 evalwazzjoni ta' Schengen; jistieden lill-Istati Membri jżidu r-ritmu tal-implimentazzjoni tas-sejbiet tal-evalwazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill; jinnota li l-ewwel ċiklu ta' evalwazzjoni ta' Schengen dam ħames snin; huwa tal-fehma li l-proċess ta' evalwazzjoni u adozzjoni tar-rakkomandazzjonijiet, li jieħu medja ta' 32 ġimgħa, għandu jiġi aċċelerat, u jistieden, b'mod partikolari, lill-Kunsill iħaffef l-adozzjoni tar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Kummissjoni;

24.  Jistieden lill-Kunsill jorganizza diskussjonijiet regolari fil-livell ministerjali dwar il-funzjonament xieraq taż-żona Schengen, inklużi diskussjonijiet dwar sitwazzjonijiet fejn ir-rapporti ta' evalwazzjoni jkunu wrew nuqqasijiet serji, u b'hekk jassumi r-rwol politiku mogħti lilu mill-proċess ta' evalwazzjoni ta' Schengen; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jipprevjenu kwalunkwe ħaġa li tikkomprometti l-fini ta' dan il-mekkaniżmu, jiġifieri li jiġi ddeterminat jekk ġewx issodisfati l-prekundizzjonijiet kollha għat-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni ma' pajjiż kandidat u li tiġi żgurata l-konformità mal-acquis ta' Schengen min-naħa ta' dawk l-Istati Membri fejn huwa stabbilit b'mod sħiħ;

25.  Iqis li l-mekkaniżmu futur ta' evalwazzjoni ta' Schengen irid jinkludi evalwazzjoni tal-attivitajiet operazzjonali tal-Aġenzija tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, minħabba r-rwol dejjem akbar tagħha f'operazzjonijiet ta' ġestjoni tal-fruntieri esterni u ta' ritorn; iqis ukoll li l-mekkaniżmu għandu jsaħħaħ is-sinerġiji tiegħu mal-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta; itenni li d-duplikazzjonijiet iridu jiġu evitati u l-evalwaturi ta' Schengen għandhom jingħataw aċċess għar-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà;

26.  Ifakkar, fost affarijiet oħra, li d-drittijiet fundamentali jikkostitwixxu komponent globali fl-implimentazzjoni tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri; ifakkar, barra minn hekk, li l-acquis ta' Schengen irid jiġi implimentat f'konformità mal-Karta; jissottolinja, għalhekk, li l-evalwazzjonijiet ta' Schengen iridu jeżaminaw ukoll jekk fil-fruntieri esterni humiex rispettati d-drittijiet fundamentali, inkluża l-projbizzjoni tar-refoulement, id-dritt tar-rispett tad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni u d-dritt li wieħed ifittex protezzjoni internazzjonali; iqis li l-mekkaniżmu futur għandu jipprevedi li l-esperti tal-FRA jkunu membri formali tat-tim responsabbli għal żjarat fuq il-post għal kwalunkwe evalwazzjoni tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni u r-ritorn; iqis li l-aġenziji kollha rilevanti tal-ĠAI għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw;

27.  Iqis li meta jiġu skoperti nuqqasijiet serji, dawn ikunu jirrikjedu segwitu ħafna aktar rapidu bil-għan li jiġu rrimedjati mingħajr dewmien; jemmen li definizzjoni ta' "nuqqas serju" u proċedura aċċelerata fil-każ ta' nuqqasijiet bħal dawn jiġu inklużi fil-mekkaniżmu rivedut. iqis li l-katalogi kurrenti tal-aħjar prattiki mhux vinkolanti għandhom jingħataw status formali fid-dritt tal-Unjoni fil-forma ta' manwali, sabiex tiżdied it-trasparenza, u l-evalwazzjonijiet ikunu jistgħu jitqabblu ma' kriterji oġġettivi bħala parametri referenzjarji;

28.  Jesprimi d-diżappunt tiegħu li l-Kummissjoni għad trid tippreżenta r-rapport annwali previst fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1053/2013, minkejja diversi talbiet mill-Parlament u l-Kunsill biex tagħmel dan;

29.   Jisħaq li, sabiex tippromwovi governanza tajba u trasparenza, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom iwettqu xogħolhom b'mod kemm jista' jkun miftuħ; iqis li l-Kummissjoni għandha tagħmel pubblikament disponibbli fuq is-sit web tagħha informazzjoni dwar il-proċessi ta' evalwazzjoni f'kull Stat Membru u dwar l-issodisfar min-naħa tal-Istati Membri tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill; iqis, barra minn hekk, li l-Kummissjoni għandha tipprovdi pjattaforma xierqa għal aċċess sigur u kriptat għal informazzjoni klassifikata tad-dokumenti ta' evalwazzjoni ta' Schengen għall-atturi bi drittijiet ta' aċċess, b'mod partikolari għall-Membri tal-Parlament Ewropew, sabiex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tagħhom tal-kontroll u l-iskrutinju demokratiku;

30.  Jinnota li l-Kummissjoni reġgħet żaret il-Kroazja f'Novembru 2020 fir-rigward tal-fruntiera esterna u kkonfermat mill-ġdid li l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen kienu ġew issodisfati; jistieden lill-Kroazja tkompli timplimenta azzjonijiet li għaddejjin u tirrimedja kull nuqqas identifikat, speċjalment fir-rigward tat-taħriġ tal-persunal, il-livelli tal-persunal u tal-kapaċità tas-sorveljanza tal-fruntieri tal-art; jinsisti dwar valutazzjoni dettaljata tal-konformità mad-drittijiet fundamentali wara r-rapporti ripetuti minn NGOs u l-midja ta' abbużi, vjolenza u pushbacks minn uffiċjali tal-fruntiera; jilqa' l-istabbiliment ta' mekkaniżmu indipendenti għall-monitoraġġ tal-azzjonijiet tal-uffiċjali tal-pulizija fil-konfront tal-migranti irregolari u l-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tivvaluta fl-Istati Membri kollha l-konformità tal-operazzjonijiet ta' ġestjoni tal-fruntieri mar-rekwiżiti tad-drittijiet fundamentali u biex tieħu l-miżuri neċessarji fil-każ ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

31.   Jenfasizza n-nuqqasijiet rikorrenti u l-oqsma fejn jista' jsir titjib fis-sistema ta' Schengen identifikati mill-Kummissjoni: traspożizzjoni, implimentazzjoni u applikazzjoni inkompleti jew mhux konformi tal-acquis ta' Schengen rilevanti; numru insuffiċjenti ta' persunal u kwalifiki u/jew taħriġ inadegwati; prattiki nazzjonali diverġenti u inkonsistenti minħabba implimentazzjoni inkoerenti tal-acquis ta' Schengen; strutturi amministrattivi frammentati b'koordinazzjoni u integrazzjoni insuffiċjenti tal-awtoritajiet differenti; u ostakli prattiċi, teknoloġiċi u regolatorji għall-kooperazzjoni maż-żona Schengen; ifakkar li dawn il-problemi jikkostitwixxu ostakli fundamentali għall-funzjonament xieraq taż-żona Schengen u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex finalment jagħtuhom attenzjoni xierqa;

Użu ta' sistemi ta' informazzjoni fuq skala kbira fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni

32.  Jinnota l-progress li sar fl-iżvilupp ta' sistemi ġodda tal-IT fuq skala kbira u l-interoperabbiltà bejniethom; jistieden lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-aġenziji involuti jirrispettaw l-iskeda ta żmien prevista għall-implimentazzjoni, ħaġa li tipprevedi l-implimentazzjoni tas-sistemi ġodda tal-IT, it-tlestija tar-riformi tas-sistemi eżistenti u l-interoperabbiltà ta' dawk is-sistemi sa tmiem l-2023; jinnota, barra minn hekk, il-ħtieġa ta' qafas legali għall-implimentazzjoni ta' dawk is-sistemi; ifakkar li l-użu ta' dawk is-sistemi se jaffettwa d-dritt għall-privatezza u d-dritt għall-protezzjoni tad-data tal-persuni li l-informazzjoni tagħhom se tinħażen f'dawn is-sistemi, u jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu segwiti s-salvagwardji fformulati fl-atti legali li jistabbilixxu dawn is-sistemi matul-l-implimentazzjoni;

33.  Ifakkar fir-rwol kruċjali tal-eu-LISA fl-istabbiliment tas-sistemi ġodda tal-IT; jisħaq, barra minn hekk, fuq l-importanza tal-komponenti nazzjonali fl-arkitettura globali ta' dawn is-sistemi u jħeġġeġ lill-Istati Membri jallokaw ir-riżorsi finanzjarji u umani xierqa meħtieġa għal implimentazzjoni f'waqtha;

34.  Jilqa' l-ftehim politiku milħuq dwar ir-riforma tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), b'mod partikolari l-istabbiliment ta' skadenza ċara u legalment vinkolanti għall-bidu tal-operazzjonijiet;

35.  Jenfasizza ż-żieda sostanzjali fl-attività tal-Bureaux tat-Talba għal Informazzjoni Supplimentari fid-Dħul Nazzjonali (SIRENE) u jtenni l-appell tiegħu lill-Istati Membri biex isaħħu l-mezzi għad-dispożizzjoni tal-Bureaux ta' SIRENE, filwaqt li jiżguraw riżorsi finanzjarji u umani adegwati sabiex dawn iwettqu l-funzjonijiet tagħhom;

36.  Jirrikonoxxi l-istudji mwettqa miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għall-użu ta' marki tas-swaba, marki tal-pala tal-id, immaġni tal-wiċċ u DNA fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen;

37.  Jikkunsidra li l-Kummissjoni u l-Kunsill ittraskuraw serjament l-obbligi tagħhom wara s-sejba ta' nuqqasijiet serji fl-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen min-naħa tar-Renju Unit matul l-evalwazzjoni tal-2017; ifakkar fit-talba tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-Iskrutinju ta' Schengen biex ir-Renju Unit jiġi immedjatament skonnettjat, kif espress fl-ittri lill-Kummissjoni u lill-Presidenza tal-Kunsill tal-15 ta' Ġunju 2020; jinnota li r-Renju Unit, bħala pajjiż terz, m'għadx għandu aċċess għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen; jappella għall-monitoraġġ mill-qrib tal-kooperazzjoni kontinwa fis-sigurtà bejn l-UE u r-Renju Unit matul il-perjodu ta' sitt xhur għat-trasferimenti ta' data miftiehma fil-qafas tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit;

Ċiklu ta' politika pluriennali strateġiku għall-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri

38.  Jilqa' l-preżentazzjoni tal-analiżi tar-riskju strateġika għall-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri ippreżentata mill-Frontex bħala l-ewwel pass taċ-ċiklu politiku l-ġdid;

Futur ta' Schengen

39.  Jinnota li l-kriżijiet varji tas-snin reċenti, bħall-pandemija kurrenti, u l-azzjonijiet fil-biċċa l-kbira mingħajr ebda koordinazzjoni u kultant unilaterali meħuda mill-Istati Membri naqqru l-fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri u poġġew Schengen fir-riskju; huwa konvint li l-isforzi biex jinstabu soluzzjonijiet olistiċi jridu jissaħħu b'mod korrispondenti u li dawn il-miżuri għandhom jiġu armonizzati kif xieraq; jilqa, f'dan il-kuntest, l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tadotta strateġija dwar il-futur ta' Schengen, u jilqa' wkoll l-istabbiliment ta' Forum Schengen, li għandu jippermetti wkoll dibattiti politiċi ta' livell għoli dwar l-istat u l-futur ta' Schengen mal-Parlament u l-Kunsill;

40.  Iqis li l-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen, b'mod partikolari fir-rigward tar-regoli dwar il-kontrolli fil-fruntieri interni, m'għadux adatt għall-iskop tiegħu u jirrikjedi riforma urġenti u sinifikattiva sabiex jissaħħu l-fiduċja reċiproka u s-solidarjetà, u biex jiġu ssalvagwardjati l-integrità u r-restawr sħiħ taż-żona Schengen; jinnota, f'dak ir-rigward, li huma meħtieġa regoli aktar ċari dwar l-emerġenzi tas-saħħa pubblika; jisħaq li l-introduzzjoni mill-ġdid ta' kontrolli fil-fruntieri interni tibqa' deċiżjoni għall-Istati Membri individwali, għandha tkun biss miżura estrema, għal perjodu limitat ta' żmien, u sal-punt li l-kontrolli jkunu meħtieġa u proporzjonati għat-theddida serja identifikata, b'attenzjoni partikolari għall-impatt fuq id-dritt għal-libertà ta' moviment u l-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni, u għall-effetti li tali kontrolli jista' jkollhom fuq ir-reġjuni tal-fruntiera, filwaqt li tinżamm distinzjoni bejn bażijiet ġuridiċi differenti; iqis li ma' kull proroga tal-kontrolli fil-fruntieri minn Stat Membru, għandhom japplikaw salvagwardji u miżuri ta' sorveljanza addizzjonali u li, f'kull ċirkostanza, tali miżuri għandhom jitneħħew malli r-raġunijiet sottostanti għalihom ma jibqgħux jeżistu;

41.  Iqis li għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' konsultazzjoni strutturat u trasparenti fil-każ ta' sitwazzjonijiet ta' kriżi, sabiex jiġu ddeterminati miżuri ta' mitigazzjoni, jew alternattivi, għall-kontrolli fil-fruntieri interni u regoli uniformi vinkolanti u applikabbli fil-fruntieri esterni;

42.  Jistieden lill-amministrazzjoni tal-Parlament tistabbilixxi Unità ta' Appoġġ għall-Governanza ta' Schengen iddedikata sabiex il-Parlament ikun jista' jeżerċita kif xieraq il-funzjonijiet tiegħu ta' kontroll u skrutinju demokratiku fir-rigward tal-acquis ta' Schengen;

o
o   o

43.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri u lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta.

(1) ĠU L 312, 7.12.2018, p. 1.
(2) ĠU L 312, 7.12.2018, p. 14.
(3) ĠU L 312, 7.12.2018, p. 56.
(4) ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27.
(5) ĠU L 135, 22.5.2019, p. 85.
(6) ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1.
(7) ĠU L 236, 19.9.2018, p. 72.
(8) ĠU L 107, 6.4.2020, p. 1.
(9) ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1.
(10) ĠU L 188, 12.7.2019, p. 25.
(11) ĠU C 86I, 16.3.2020, p. 1.
(12) ĠU L 337, 14.10.2020, p. 3.
(13) ĠU C 76, 9.3.2020, p. 106.
(14) Testi adottati, P9_TA(2020)0175.
(15) ĠU C 388, 13.11.2020, p. 18.
(16) Testi adottati, P9_TA(2020)0362.
(17) Testi adottati, P9_TA(2020)0307.
(18) Is-Sitwazzjoni sad-19 ta' Mejju 2021, https://ec.europa.eu/home-affairs/sites/default/files/what-we-do/policies/borders-and-visas/schengen/reintroduction-border-control/docs/ms_notifications_-_reintroduction_of_border_control.pdf
(19) Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).
(20) ĠU C 76, 9.3.2020, p. 106.
(21) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta’ Settembru 1998 li stabbilixxiet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ Schengen (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27).


L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ***I
PDF 339kWORD 114k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-8 ta’ Lulju 2021 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rwol imsaħħaħ għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fit-tħejjija għall-kriżijiet u fil-maniġġar tagħhom għall-prodotti mediċinali u għall-apparati mediċi (COM(2020)0725) – C9-0365/2020 – 2020/0321(COD))(1)
P9_TA(2021)0351A9-0216/2021

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1a (ġdida)
(1a)  Il-pandemija tal-COVID-19 enfasizzat ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem li jirriżultaw mill-isfruttament eċċessiv tal-organiżmi selvaġġi u tar-riżorsi naturali oħra u t-telfien aċċellerat tal-bijodiversità fid-dinja. Madwar 70 % tal-mard emerġenti u kważi l-pandemiji kollha magħrufa (l-influwenza, l-HIV/AIDS u l-COVID-19) huma żoonożi. Dak il-mard żdied fuq livell globali matul dawn l-aħħar 60 sena u qed jiżdiedu dejjem aktar patoġeni żoonotiċi b'riżultat tal-attività tal-bniedem u l-impronta ekoloġika tagħha. Il-bidliet fl-użu tal-art, id-deforestazzjoni, l-urbanizzazzjoni, l-espansjoni u l-intensifikazzjoni agrikoli, it-traffikar ta' organiżmi selvaġġi u x-xejriet tal-konsum qed jikkontribwixxu b'mod drammatiku għal dik iż-żieda. Patoġeni żoonotiċi jistgħu jkunu batteriċi, virali jew parassitiċi, jew jistgħu jinvolvu aġenti mhux konvenzjonali, bil-possibbiltà li jinfirxu għall-bniedem permezz ta' kuntatt dirett jew permezz tal-ikel, l-ilma jew l-ambjent. Xi mard, bħall-HIV/AIDS, jibda bħala żoonożi iżda aktar tard jinbidel b'mutazzjonijiet f'razez għall-bniedem biss. Żoonożi oħra jistgħu jikkawżaw tifqigħat rikorrenti ta' mard, bħall-marda tal-virus tal-Ebola u s-salmonellożi. Saħansitra oħrajn, bħall-coronavirus li jikkawża l-COVID-19, għandhom il-potenzjal li jikkawżaw pandemiji globali. Skont il-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-servizzi Ekosistemiċi (IPBES), huwa stmat li 1,7 miljun virus attwalment mhux skoperti jeżistu f'ospitanti mammiferi u avjarji. Minn dawn il-viruses, bejn 631 000 u 827 000 jista' jkollhom il-kapaċità li jinfettaw lill-bniedem.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 1b (ġdida)
(1b)  Kif rikonoxxut mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, ħafna mill-istess mikrobi jinfettaw lill-annimali u lill-bniedem, u għalhekk l-isforzi minn settur wieħed biss ma jistgħux jipprevjenu jew jeliminaw il-problema. Il-mard jista' jiġi trażmess mill-bniedem għall-annimali jew viċi versa u għalhekk irid jiġi indirizzat fit-tnejn li huma, filwaqt li jittieħed vantaġġ mis-sinerġiji potenzjali fir-riċerka u t-trattamenti. Il-pandemija tal-COVID-19 hija eżempju ċar tal-ħtieġa li tissaħħaħ l-applikazzjoni tal-approċċ Saħħa Waħda fl-Unjoni biex jinkisbu eżiti aħjar għas-saħħa pubblika, peress li, kif iddikjarat fil-Programm l-UE għas-Saħħa stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/522 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, is-saħħa tal-bniedem hija marbuta mas-saħħa tal-annimali u l-ambjent u l-azzjonijiet biex jiġu indirizzati t-theddid għas-saħħa jridu jqisu dawk it-tliet dimensjonijiet.
__________________
1a Ir-Regolament (UE) 2021/522 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Marzu 2021 li jistabbilixxi Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (il-"Programm l-UE għas-Saħħa") għall-perjodu 2021-2027, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 1).
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 2
(2)  L-esperjenza mingħajr preċedent tal-pandemija tal-COVID-19 uriet li l-Unjoni jenħtieġ li tkun aktar effettiva fl-immaniġġar tad-disponibbiltà ta' prodotti mediċinali u ta' apparati mediċi u fl-iżvilupp ta' kontromiżuri mediċi biex tindirizza t-theddidiet għas-saħħa pubblika. Il-kapaċità tal-Unjoni li tagħmel dan ġiet imfixkla severament min-nuqqas ta' qafas legali definit b'mod ċar għall-immaniġġar tar-rispons tagħha għall-pandemija, kif ukoll mil-livell limitat ta' tħejjija tal-Unjoni f'każ ta' emerġenza tas-saħħa pubblika li jkollha impatt fuq il-maġġoranza tal-Istati Membri.
(2)  L-esperjenza mingħajr preċedent tal-pandemija tal-COVID-19 enfasizzat ukoll id-diffikultajiet tal-Unjoni u l-Istati Membri biex ilħaqqu ma' tali emerġenza tas-saħħa pubblika u wriet il-ħtieġa li jissaħħaħ ir-rwol tal-Unjoni sabiex tkun aktar effettiva fl-immaniġġar tad-disponibbiltà ta' prodotti mediċinali u ta' apparati mediċi u fl-iżvilupp ta' kontromiżuri mediċi biex tindirizza t-theddidiet għas-saħħa pubblika minn stadju bikri b'mod armonizzat filwaqt li tiżgura l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-Unjoni, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u reġjonali, l-industrija u atturi oħra tal-ktajjen tal-provvista tal-prodotti farmaċewtiċi u l-apparat mediku, inklużi l-professjonisti tal-kura tas-saħħa. Jeħtieġ li l-Unjoni tagħti prijorità ogħla lis-saħħa, biex tiżgura l-provvista kontinwa ta' servizzi ta' kura tas-saħħa ta' kwalità għolja, u tkun lesta sabiex tlaħħaq ma' epidemiji u theddid ieħor għas-saħħa. Il-kapaċità tal-Unjoni li tagħmel dan ġiet imfixkla severament min-nuqqas ta' qafas legali definit b'mod ċar għall-immaniġġar tar-rispons tagħha għall-pandemija, minn mandati u riżorsi insuffiċjenti tal-aġenziji tas-saħħa tagħha kif ukoll mil-livell limitat ta' tħejjija tal-Unjoni u tal-Istati Membri f'każ ta' emerġenza tas-saħħa pubblika li jkollha impatt fuq il-maġġoranza tal-Istati Membri.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 2a (ġdida)
(2a)  In-nuqqasijiet jikkonsistu f'kawżi ewlenin differenti u kumplessi li jeħtieġ li jiġu identifikati, mifhuma u analizzati aktar flimkien mal-partijiet ikkonċernati differenti kollha sabiex ikunu jistgħu jiġu indirizzati b'mod komprensiv. Il-fehim aħjar tan-nuqqasijiet jenħtieġ li jinkludi l-identifikazzjoni tal-punti ta' konġestjoni fil-katina tal-provvista. Fil-każ speċifiku tal-pandemija tal-COVID-19, in-nuqqas ta' trattamenti aġġuvanti għall-marda kellu varjetà ta' kawżi, li jvarjaw minn diffikultajiet ta' produzzjoni f'pajjiżi terzi, għal diffikultajiet ta' loġistika jew ta' produzzjoni fl-Unjoni, fejn in-nuqqas ta' vaċċini kien dovut għal kawża aktar rari, jiġifieri domanda għolja u li qed tiżdied b'mod mhux mistenni.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  Il-ktajjen tal-provvista li ħafna drabi jkunu kumplessi ta' prodotti mediċinali u ta' apparati mediċi, ir-restrizzjonijiet u l-projbizzjonijiet nazzjonali fuq l-esportazzjoni, l-għeluq tal-fruntieri li jimpedixxu l-moviment liberu ta' dawk l-oġġetti, u l-inċertezza relatata mal-provvista tagħhom u mad-domanda għalihom fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 wasslu għal impedimenti sinifikanti għall-funzjonament bla xkiel tas-suq uniku u għall-indirizzar tat-theddidiet serji għas-saħħa pubblika madwar l-Unjoni.
(3)   It-tfixkil fil-ktajjen tal-provvista li ħafna drabi jkunu kumplessi ta' prodotti mediċinali u ta' apparati mediċi, ir-restrizzjonijiet u l-projbizzjonijiet nazzjonali fuq l-esportazzjoni, l-għeluq tal-fruntieri li jimpedixxu l-moviment liberu ta' dawk l-oġġetti, l-inċertezza relatata mal-provvista tagħhom u mad-domanda għalihom fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19, u n-nuqqas ta' produzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti prodotti mediċinali essenzjali jew sustanzi kimiċi attivi wasslu għal impedimenti sinifikanti għall-funzjonament bla xkiel tas-suq uniku u għall-indirizzar tat-theddidiet serji għas-saħħa pubblika madwar l-Unjoni, b'konsegwenzi serji għaċ-ċittadini tagħha.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  L-indirizzar tal-kwistjoni ta' nuqqas ta' prodotti mediċinali ilha prijorità għall-Istati Membri u għall-Parlament Ewropew kif muri minn diversi rapporti mill-Parlament Ewropew11 kif ukoll minn diskussjonijiet taħt Presidenzi riċenti tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(4)  L-indirizzar tan-nuqqas ta' prodotti mediċinali ilha prijorità għall-Istati Membri u għall-Parlament Ewropew kif muri minn diversi rapporti mill-Parlament Ewropew11 kif ukoll minn diskussjonijiet taħt Presidenzi riċenti tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, iżda baqa' ma ssolviex.
__________________
__________________
11 Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Settembru 2020 dwar nuqqas ta' mediċini – kif nindirizzaw problema emerġenti (2020/2071(INI))
11 Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Settembru 2020 dwar nuqqas ta' mediċini – kif nindirizzaw problema emerġenti (2020/2071(INI))
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 4a (ġdida)
(4a)  In-nuqqasijiet ta' prodotti mediċinali jirrappreżentaw theddida dejjem akbar għas-saħħa pubblika, b'impatt serju fuq is-sistemi tal-kura tas-saħħa u fuq id-dritt tal-pazjenti li jkollhom aċċess għal trattament mediku adegwat. Iż-żieda fid-domanda globali aggravata bil-pandemija tal-COVID-19 wasslet għal aktar nuqqasijiet ta' prodotti mediċinali, dgħajfet is-sistemi tal-kura tas-saħħa fl-Istati Membri u ppreżentat riskji sinifikanti għas-saħħa u l-kura tal-pazjenti, b'mod partikolari f'termini tal-progressjoni tal-mard u l-aggravar tas-sintomi, dewmien jew interruzzjonijiet itwal fil-kura jew fit-terapija, perjodi itwal fl-isptar, żieda fl-esponiment għal prodotti mediċinali foloz, żbalji fil-medikazzjoni, effetti avversi b'riżultat tas-sostituzzjoni ta' prodotti mediċinali mhux disponibbli b'oħrajn alternattivi, stress psikoloġiku sinifikanti għall-pazjenti u spejjeż akbar għas-sistemi tal-kura tas-saħħa.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  Il-pandemija tal-COVID-19 aggravat il-problema ta' nuqqasijiet għal ċerti prodotti mediċinali meqjusa bħala kritiċi fl-indirizzar tal-pandemija, u xeħtet dawl fuq il-limitazzjonijiet strutturali fil-kapaċità tal-Unjoni li tirreaġixxi malajr u b'mod effettiv għal dawn l-isfidi matul il-kriżijiet tas-saħħa pubblika.
(5)  Il-pandemija tal-COVID-19 aggravat il-problema diġà eżistenti ta' nuqqasijiet għal ċerti prodotti mediċinali meqjusa bħala kritiċi fl-indirizzar tal-pandemija, u xeħtet dawl fuq id-dipendenza esterna tal-Unjoni f'termini tal-produzzjoni domestika ta' prodotti mediċinali u apparati mediċi, in-nuqqas ta' koordinazzjoni u l-limitazzjonijiet strutturali fil-kapaċità tal-Unjoni u tal-Istati Membri li jirreaġixxu malajr u b'mod effettiv għal dawn l-isfidi matul il-kriżijiet tas-saħħa pubblika u l-ħtieġa li tiġi appoġġjata u msaħħa n-nisġa industrijali permezz ta' politiki xierqa, kif ukoll il-ħtieġa ta' involviment aktar attiv u estiż tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni biex jindirizzaw is-saħħa taċ-ċittadini Ewropej.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  L-evoluzzjoni rapida tal-COVID-19 u t-tixrid tal-virus wasslu għal żieda qawwija fid-domanda għal apparati mediċi bħal ventilaturi, maskri kirurġiċi, u kits għall-ittestjar tal-COVID-19, filwaqt li t-tfixkil tal-produzzjoni jew il-kapaċità limitata biex tiżdied b'mod rapidu l-produzzjoni u l-kumplessità u n-natura globali tal-katina tal-provvista għall-apparati mediċi wasslu għal impatt negattiv fuq il-provvista. Dawk il-kwistjonijiet irriżultaw fl-involviment ta' entitajiet ġodda fil-produzzjoni ta' dawk il-prodotti, li sussegwentement irriżultaw f'konġestjonijiet fil-valutazzjoni tal-konformità, kif ukoll fil-prevalenza ta' prodotti mhux konformi, mhux sikuri, u f'xi każijiet iffalsifikati. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu stabbiliti strutturi dejjiema fi ħdan korp xieraq tal-Unjoni biex jiġi żgurat il-monitoraġġ ta' nuqqasijiet ta' apparati mediċi li jirriżultaw minn emerġenza tas-saħħa pubblika.
(6)  L-evoluzzjoni rapida tal-COVID-19 u t-tixrid tal-virus wasslu għal żieda qawwija fid-domanda għal apparati mediċi bħal ventilaturi, maskri kirurġiċi, u kits għall-ittestjar tal-COVID-19, filwaqt li t-tfixkil tal-produzzjoni jew il-kapaċità limitata biex tiżdied b'mod rapidu l-produzzjoni u l-kumplessità u n-natura globali tal-katina tal-provvista għall-apparati mediċi wasslu għal diffikultajiet serji fil-provvista u, f'ċerti żminijiet, f'nuqqas serju tal-istokkijiet, u poġġew lill-Istat Membri f'kompetizzjoni ma' xulxin biex jirrispondu għall-ħtiġijiet leġittimi taċ-ċittadini tagħhom, filwaqt li kkontribwew għal azzjonijiet mhux ikkoordinati fil-livelli nazzjonali bħal kumulazzjoni u ħażna nazzjonali ta' riżerva medika. Dawk il-kwistjonijiet irriżultaw ukoll fl-involviment ta' entitajiet ġodda fil-produzzjoni mgħaġġla ta' dawk il-prodotti, li sussegwentement irriżultaw f'konġestjonijiet fil-valutazzjoni tal-konformità, kif ukoll fil-prevalenza ta' prodotti għaljin iżżejjed, mhux konformi, mhux sikuri, u f'xi każijiet iffalsifikati. Għalhekk, huwa xieraq u urġenti li jiġu stabbiliti strutturi dejjiema fi ħdan korp xieraq tal-Unjoni biex jiġu żgurati koordinazzjoni u monitoraġġ aktar sodi u effettivi ta' nuqqasijiet ta' apparati mediċi li jistgħu jseħħu waqt emerġenza tas-saħħa pubblika, kif ukoll djalogu akbar u bikri mal-industrija tal-apparat mediku u l-professjonisti tal-kura tas-saħħa biex jiġu evitati u mmitigati dawk in-nuqqasijiet.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 6a (ġdida)
(6a)  It-tifqigħa tal-COVID-19 u l-kriżi tas-saħħa sussegwenti wrew il-ħtieġa ta' approċċ tal-Unjoni aktar ikkoordinat fil-maniġġar tal-kriżijiet. Minkejja li l-emerġenza tas-sitwazzjoni tispjega n-nuqqas ta' valutazzjoni tal-impatt, jenħtieġ li tiġi żgurata allokazzjoni suffiċjenti tar-riżorsi f'termini ta' persunal u finanzjament, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-settur tas-saħħa fl-Istati Membri differenti.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  L-inċertezza fil-provvista u fid-domanda u r-riskju ta' nuqqasijiet ta' prodotti mediċinali u ta' apparati mediċi essenzjali matul emerġenza tas-saħħa pubblika bħall-pandemija tal-COVID-19 jistgħu jikkawżaw restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni fost l-Istati Membri u miżuri protettivi nazzjonali oħra, li jista' jkollhom impatt serju fuq il-funzjonament tas-suq intern. Barra minn hekk, in-nuqqasijiet ta' prodotti mediċinali jistgħu jirriżultaw f'riskji serji għas-saħħa tal-pazjenti fl-Unjoni minħabba n-nuqqas ta' disponibbiltà tagħhom, li jistgħu jikkawżaw żbalji dwar mediċini, żieda fid-durata tal-indukrar fl-isptar, u reazzjonijiet avversi kkawżati mill-amministrazzjoni ta' prodotti inadegwati użati bħala sostituti għal dawk mhux disponibbli. Fir-rigward tal-apparati mediċi, in-nuqqasijiet jistgħu jwasslu għal nuqqas ta' riżorsi dijanjostiċi b'konsegwenzi negattivi għall-miżuri tas-saħħa pubblika, nuqqas ta' trattament jew deterjorament tal-marda u jistgħu wkoll jipprevjenu lill-professjonisti tas-saħħa milli jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod adegwat. Dawk in-nuqqasijiet jista' jkollhom ukoll impatt sinifikanti fuq il-kontroll tat-tixrid ta' patoġenu partikolari kkawżat, pereżempju, minn provvista insuffiċjenti ta' kits għall-ittestjar tal-COVID-19. Għalhekk, huwa importanti li tiġi indirizzata l-kwistjoni ta' nuqqasijiet u li jissaħħaħ u jiġi fformalizzat il-monitoraġġ ta' prodotti mediċinali u ta' apparati mediċi kritiċi.
(7)  L-inċertezza fil-provvista u fid-domanda u r-riskju ta' nuqqasijiet ta' prodotti mediċinali u ta' apparati mediċi essenzjali matul emerġenza tas-saħħa pubblika bħall-pandemija tal-COVID-19 jistgħu jikkawżaw restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni fost l-Istati Membri u miżuri protettivi nazzjonali oħra, li jista' jkollhom impatt serju fuq il-funzjonament tas-suq intern, u b'hekk jaggravaw il-konsegwenzi għas-saħħa pubblika, kif ukoll iwasslu għall-ħtieġa ta' mekkaniżmi temporanji ta' trasparenza dwar l-esportazzjoni u ta' awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni. Barra minn hekk, in-nuqqasijiet ta' prodotti mediċinali jistgħu jirriżultaw f'riskji serji għas-saħħa tal-pazjenti fl-Unjoni minħabba n-nuqqas ta' disponibbiltà tagħhom, u dan jista' jikkawża żbalji ta' medikazzjoni, żieda fid-durata tal-indukrar fl-isptar, reazzjonijiet avversi u fatalitajiet ikkawżati mill-amministrazzjoni ta' prodotti inadegwati użati bħala sostituti għal dawk mhux disponibbli. Fir-rigward tal-apparati mediċi, in-nuqqasijiet jistgħu jwasslu għal nuqqas ta' riżorsi dijanjostiċi b'konsegwenzi negattivi għall-miżuri tas-saħħa pubblika, nuqqas ta' trattament jew deterjorament tal-marda u jistgħu wkoll jipprevjenu lill-professjonisti tas-saħħa milli jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod adegwat jew milli jkunu protetti waqt li jagħmlu dan, kif intwera matul il-pandemija tal-COVID-19, b'konsegwenzi serji għas-saħħa tal-professjonisti tas-saħħa. Dawk in-nuqqasijiet jista' jkollhom ukoll impatt sinifikanti fuq il-kontroll tat-tixrid ta' patoġenu partikolari kkawżat, pereżempju, minn provvista insuffiċjenti ta' kits għall-ittestjar tal-COVID-19. Għalhekk, huwa importanti li jkun hemm qafas xieraq fil-livell tal-Unjoni biex tiġi kkoordinata r-reazzjoni tal-Istati Membri biex tiġi indirizzata l-kwistjoni ta' nuqqasijiet u li jissaħħaħ u jiġi fformalizzat il-monitoraġġ ta' prodotti mediċinali u ta' apparati mediċi kritiċi bl-aktar mod effiċjenti u bil-għan li jiġi evitat li jinħolqu piżijiet mhux meħtieġa għall-partijiet ikkonċernati li jistgħu joħolqu tensjoni fuq ir-riżorsi u jikkawżaw dewmien addizzjonali.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)  Prodotti mediċinali sikuri u effikaċi li jittrattaw, jipprevjenu jew jiddijanjostikaw mard li jikkawża emerġenzi tas-saħħa pubblika, jenħtieġ li jiġu żviluppati u magħmula disponibbli fl-Unjoni malajr kemm jista' jkun matul emerġenzi bħal dawn. Il-pandemija tal-COVID-19 enfasizzat ukoll il-koordinazzjoni u t-teħid ta' deċiżjonijiet subottimali fir-rigward tal-provi kliniċi multinazzjonali, u l-pariri fil-livell tal-Unjoni dwar l-użu ta' prodotti mediċinali fi programmi nazzjonali ta' użu ħanin jew barra mill-indikazzjonijiet awtorizzati tagħhom fl-Unjoni, li jikkawżaw dewmien fl-adozzjoni tal-eżiti tar-riċerka u fl-iżvilupp u fid-disponibbiltà ta' mediċini ġodda jew bi skop ġdid.
(8)  Prodotti mediċinali sikuri u effikaċi li jittrattaw, jipprevjenu jew jiddijanjostikaw mard li jikkawża emerġenzi tas-saħħa pubblika, jenħtieġ li jiġu identifikati, żviluppati, b'mod partikolari permezz ta' sforzi konġunti mill-awtoritajiet pubbliċi, mis-settur privat u mid-dinja akkademika, u magħmula disponibbli għaċ-ċittadini tal-Unjoni malajr kemm jista' jkun matul emerġenzi bħal dawn. Il-pandemija tal-COVID-19 enfasizzat ukoll il-koordinazzjoni u t-teħid ta' deċiżjonijiet subottimali fir-rigward tal-provi kliniċi multinazzjonali, u l-pariri fil-livell tal-Unjoni dwar l-użu ta' prodotti mediċinali fi programmi nazzjonali ta' użu ħanin jew barra mill-indikazzjonijiet awtorizzati tagħhom fl-Unjoni, li jikkawżaw dewmien fl-adozzjoni tal-eżiti tar-riċerka u fl-iżvilupp u fid-disponibbiltà ta' mediċini ġodda jew bi skop ġdid.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 9
(9)  Matul il-pandemija tal-COVID-19, kellhom jinstabu soluzzjonijiet ad hoc, inklużi arranġamenti kontinġenti bejn il-Kummissjoni, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ("l-Aġenzija"), id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq, il-manifatturi u l-Istati Membri, biex jintlaħaq l-objettiv li jsiru disponibbli prodotti mediċinali sikuri u effikaċi li jittrattaw il-COVID-19 jew jipprevjenu t-tixrid tiegħu, u biex jiġu ffaċilitati u mħaffa l-iżvilupp u l-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq tat-trattamenti u tal-vaċċini.
(9)  Matul il-pandemija tal-COVID-19, kellhom jinstabu soluzzjonijiet ad hoc, inklużi arranġamenti kontinġenti bejn il-Kummissjoni, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ("l-Aġenzija"), id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq, il-manifatturi jew atturi oħra tal-katina tal-provvista farmaċewtika u l-Istati Membri, biex jintlaħaq l-objettiv li jsiru disponibbli prodotti mediċinali sikuri u effikaċi li jittrattaw il-COVID-19 jew jipprevjenu t-tixrid tiegħu, u biex jiġu ffaċilitati u mħaffa l-iżvilupp u l-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq tat-trattamenti u tal-vaċċini.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Għalhekk, sabiex jiġi żgurat funzjonament aħjar tas-suq intern ta' dawk il-prodotti u jingħata kontribut għal livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, huwa xieraq li jiġu approssimati r-regoli dwar il-monitoraġġ ta' nuqqasijiet ta' prodotti mediċinali u ta' apparati mediċi, u li jiġu ffaċilitati r-riċerka u l-iżvilupp ta' prodotti mediċinali, li jista' jkollhom il-potenzjal li jittrattaw, jipprevjenu jew jiddijanjostikaw mard li jikkawża kriżijiet tas-saħħa pubblika.
(10)  Għalhekk, sabiex jiġi żgurat funzjonament aħjar tas-suq intern ta' dawk il-prodotti u jingħata kontribut għal livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, huwa xieraq li jiġu approssimati u msaħħa r-regoli dwar il-monitoraġġ ta' nuqqasijiet ta' prodotti mediċinali u ta' apparati mediċi, u li jiġu ffaċilitati r-riċerka u l-iżvilupp ta' prodotti mediċinali, li jista' jkollhom il-potenzjal li jittrattaw, jipprevjenu jew jiddijanjostikaw mard li jikkawża kriżijiet tas-saħħa pubblika, bil-għan li jikkomplementaw b'mod strateġiku l-isforzi tal-Kummissjoni u Aġenziji oħra tal-Unjoni għal dak il-għan, kif ukoll dak tal-aġenziji ewlenin futuri bħall-Awtorità Ewropea proposta għat-Tħejjija u għar-Rispons f'Każ ta' Emerġenza tas-Saħħa (HERA).
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 10a (ġdida)
(10a)   Sabiex jiġu żgurati sistemi tas-saħħa effikaċi, huwa essenzjali li jiġu implimentati testijiet tal-istress li jevalwaw ir-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa f'każijiet ta' kriżi, li jagħmluha possibbli li jiġu indirizzati b'mod effikaċi n-nuqqasijiet f'każ ta' pandemiji, iżda wkoll li jiġu identifikati l-fatturi ta' riskju strutturali li jwasslu għall-ħolqien ta' nuqqasijiet.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 10b (ġdida)
(10b)  Sabiex jiġi żgurat funzjonament aħjar tas-suq intern tal-prodotti mediċinali u jingħata kontribut għal livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, huwa xieraq li jiġu ffaċilitati r-riċerka u l-iżvilupp ta' prodotti mediċinali, li jista' jkollhom il-potenzjal li jittrattaw, jipprevjenu jew jiddijanjostikaw mard li jikkawża kriżijiet tas-saħħa pubblika.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  Dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern fir-rigward tal-prodotti mediċinali u tal-apparati mediċi, b'livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem li jkun fundamentali fost dawk l-għanijiet. Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura l-kwalità, is-sikurezza u l-effikaċja tal-prodotti mediċinali bil-potenzjal li jindirizzaw emerġenzi tas-saħħa pubblika. Iż-żewġ objettivi qed jintlaħqu simultanjament u huma marbutin b'mod inseparabbli, filwaqt li wieħed mhux anqas importanti mill-ieħor. Fir-rigward tal-Artikolu 114 tat-TFUE, dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas għall-monitoraġġ u għar-rapportar dwar in-nuqqasijiet ta' prodotti mediċinali u ta' apparati mediċi matul kriżijiet tas-saħħa pubblika. Fir-rigward tal-Artikolu 168(4)(c) tat-TFUE, dan ir-Regolament jipprevedi qafas imsaħħaħ tal-Unjoni li jiżgura l-kwalità u s-sikurezza tal-prodotti mediċinali u tal-apparati mediċi.
(11)  Dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem billi jiżgura l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern fir-rigward tal-prodotti mediċinali u tal-apparati mediċi. Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura l-kwalità, is-sikurezza u l-effikaċja tal-prodotti mediċinali bil-potenzjal li jindirizzaw emerġenzi tas-saħħa pubblika. Iż-żewġ objettivi qed jintlaħqu simultanjament u huma marbutin b'mod inseparabbli, filwaqt li wieħed mhux anqas importanti mill-ieħor. Fir-rigward tal-Artikolu 114 tat-TFUE, dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas għall-monitoraġġ u għar-rapportar dwar in-nuqqasijiet ta' prodotti mediċinali u ta' apparati mediċi matul kriżijiet tas-saħħa pubblika. Fir-rigward tal-Artikolu 168(4)(c) tat-TFUE, dan ir-Regolament jipprevedi qafas imsaħħaħ tal-Unjoni li jiżgura l-kwalità u s-sikurezza tal-prodotti mediċinali u tal-apparati mediċi.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 11a (ġdida)
(11a)   Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas biex tiġi indirizzata l-problema ta' nuqqasijiet matul emerġenzi tas-saħħa pubblika u eventi maġġuri. Madankollu, in-nuqqasijiet ta' prodotti mediċinali u apparati mediċi huma problema persistenti li ilha għexieren ta' snin taffettwa dejjem aktar is-saħħa u l-ħajja taċ-ċittadini tal-Unjoni. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun l-ewwel pass biex jittejjeb ir-rispons tal-UE għal din il-kwistjoni fit-tul. Il-Kummissjoni jenħtieġ li sussegwentement tipproponi l-espansjoni ta' dan il-qafas biex tiżgura li l-kwistjoni tan-nuqqasijiet tiġi indirizzata b'mod wiesa' u permanenti fir-reviżjoni li jmiss tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u d-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b.
__________________
1a Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1).
1b Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  Sabiex jitjiebu t-tħejjija għall-kriżijiet u l-maniġġar tagħhom għall-prodotti mediċinali u għall-apparati mediċi u jiżdiedu r-reżiljenza u s-solidarjetà madwar l-Unjoni, jenħtieġ li jiġu ċċarati l-proċeduri u r-rwoli u l-obbligi rispettivi tal-entitajiet konċernati differenti involuti. Jenħtieġ li l-qafas jibni fuq is-soluzzjonijiet ad hoc identifikati sa issa fir-rispons għall-pandemija tal-COVID-19.
(12)  Sabiex jitjiebu t-tħejjija għall-kriżijiet u l-maniġġar tagħhom għall-prodotti mediċinali u għall-apparati mediċi u jiżdiedu r-reżiljenza u s-solidarjetà madwar l-Unjoni, jenħtieġ li jiġu ċċarati l-proċeduri u r-rwoli u l-obbligi rispettivi tal-entitajiet konċernati differenti involuti. Jenħtieġ li l-qafas jibni fuq is-soluzzjonijiet ad hoc identifikati sa issa fir-rispons għall-pandemija tal-COVID-19, li wrew li huma effettivi, u fuq l-esperjenza u l-eżempji f'pajjiżi oħra, filwaqt li jibqa' flessibbli biżżejjed biex jindirizza kwalunkwe kriżi tas-saħħa futura bl-aktar mod effiċjenti għall-benefiċċju tas-saħħa pubblika u tal-pazjenti.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  Jenħtieġ li tiġi stabbilita sistema armonizzata ta' monitoraġġ tan-nuqqasijiet ta' prodotti mediċinali u ta' apparati mediċi, li tiffaċilita l-aċċess xieraq għal prodotti mediċinali u għal apparati mediċi kritiċi matul emerġenzi tas-saħħa pubblika u eventi maġġuri, li jista' jkollhom impatt serju fuq is-saħħa pubblika. Dik is-sistema għandha tkun ikkomplementata bi strutturi mtejba li jiżguraw maniġġar xieraq tal-kriżijiet tas-saħħa pubblika u tikkoordina u tipprovdi pariri dwar ir-riċerka u l-iżvilupp ta' prodotti mediċinali li jista' jkollhom il-potenzjal li jindirizzaw emerġenzi tas-saħħa pubblika. Sabiex tiffaċilita l-monitoraġġ u r-rapportar dwar nuqqasijiet potenzjali jew attwali ta' prodotti mediċinali u ta' apparati mediċi, jenħtieġ li l-Aġenzija tkun tista' titlob u tikseb informazzjoni u data mingħand id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq konċernati, il-manifatturi u l-Istati Membri permezz ta' punti ta' kuntatt magħżula.
(13)  Jenħtieġ li tiġi stabbilita sistema armonizzata ta' monitoraġġ tan-nuqqasijiet ta' prodotti mediċinali u ta' apparati mediċi, li tiffaċilita l-aċċess xieraq għal prodotti mediċinali u għal apparati mediċi kritiċi matul emerġenzi tas-saħħa pubblika, eventi maġġuri, li jista' jkollhom impatt serju fuq is-saħħa pubblika. Dik is-sistema jenħtieġ li tkun ikkomplementata bi strutturi mtejba li jiżguraw maniġġar xieraq tal-kriżijiet tas-saħħa pubblika u tikkoordina u tipprovdi pariri dwar ir-riċerka u l-iżvilupp ta' prodotti mediċinali li jista' jkollhom il-potenzjal li jimmitigaw emerġenzi tas-saħħa pubblika. Sabiex tiffaċilita l-monitoraġġ u r-rapportar dwar nuqqasijiet potenzjali jew attwali ta' prodotti mediċinali u ta' apparati mediċi, jenħtieġ li l-Aġenzija tkun tista' titlob u tikseb informazzjoni u data mingħand id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq konċernati, il-manifatturi u l-Istati Membri permezz ta' punti ta' kuntatt magħżula, filwaqt li tiġi evitata kull dupplikazzjoni tal-informazzjoni mitluba u sottomessa.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 13a (ġdida)
(13a)  Sabiex jiġu ffaċilitati l-prevenzjoni, il-monitoraġġ u r-rapportar ta' nuqqasijiet ta' prodotti mediċinali, ikun meħtieġ li l-Unjoni u l-Istati Membri jistabbilixxu pjattaforma elettronika li tkun tista' tiddetermina l-volum tal-istokkijiet eżistenti fi kwalunkwe mument u tidentifika, tbassar u tipprevjeni n-nuqqasijiet ta' prodotti mediċinali. Biex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta' sistema bħal din, jistgħu jinsiltu tagħlimiet minn proġetti bħas-CISMED, iffinanzjati mill-Unjoni permezz ta' Orizzont Ewropa. Jenħtieġ li l-pjattaforma tipprovdi lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti b'aċċess f'ħin reali għal informazzjoni dwar talbiet mhux issodisfati mid-distributuri bl-ingrossa, mill-ispiżeriji komunitarji u mill-ispiżeriji tal-isptarijiet, filwaqt li tipprovdi data preċiża sabiex jinftiehem il-funzjonament tal-katina tal-provvista u tantiċipa nuqqasijiet potenzjali ta' prodotti mediċinali. Il-pjattaforma jenħtieġ li taġixxi wkoll bħala l-uniku portal għad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq u d-distributuri operaturi biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa matul eventi maġġuri u emerġenzi tas-saħħa pubblika ladarba tiġi implimentata bis-sħiħ, bil-għan li jiżdiedu l-effiċjenza, il-prevedibbiltà matul il-kriżijiet, u jitfħaffef il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet filwaqt li jiġu evitati d-duplikazzjoni tal-isforzi u l-piż mhux iġġustifikat fuq il-partijiet ikkonċernati kollha. Sabiex jiġi ffaċilitat ir-rwol ta' koordinazzjoni tal-Aġenzija, jenħtieġ li l-pjattaformi ta' monitoraġġ tal-provvista tal-Istati Membri jkunu interoperabbli u jirreplikaw l-informazzjoni tagħhom fil-bażi tad-data tal-Unjoni ġestita mill-Aġenzija. Sabiex titħaffef l-implimentazzjoni tas-sistema fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali, jenħtieġ li l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tagħha jiġu appoġġjati minn finanzjament tal-Unjoni minn, fost l-oħrajn, il-Programm l-UE għas-Saħħa jew il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita bir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.
__________________
1a Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 15
(15)  Fir-rigward ta' prodotti mediċinali, jenħtieġ li jitwaqqaf grupp ta' tmexxija eżekuttiv fi ħdan l-Aġenzija li jiżgura rispons robust għal eventi maġġuri u jikkoordina azzjonijiet urġenti fi ħdan l-Unjoni fir-rigward tal-maniġġar ta' kwistjonijiet relatati mal-provvista ta' prodotti mediċinali. Il-Grupp ta' Tmexxija jenħtieġ li jistabbilixxi listi ta' prodotti mediċinali kritiċi biex jiżgura l-monitoraġġ ta' dawk il-prodotti u jenħtieġ li dan ikun jista' jipprovdi pariri dwar l-azzjoni meħtieġa li għandha tittieħed biex jiġu salvagwardjati l-kwalità, is-sikurezza u l-effikaċja tal-prodotti mediċinali u jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.
(15)  Fir-rigward ta' prodotti mediċinali, jenħtieġ li jitwaqqaf grupp ta' tmexxija eżekuttiv fi ħdan l-Aġenzija li jiżgura rispons robust għal eventi maġġuri u jikkoordina azzjonijiet urġenti fi ħdan l-Unjoni fir-rigward tal-maniġġar ta' kwistjonijiet relatati mal-provvista ta' prodotti mediċinali. Il-Grupp ta' Tmexxija jenħtieġ li jistabbilixxi listi ta' prodotti mediċinali essenzjali u kritiċi biex jiżgura l-monitoraġġ ta' dawk il-prodotti u jenħtieġ li dan ikun jista' jipprovdi pariri u rakkomandazzjonijiet dwar l-azzjoni meħtieġa li għandha tittieħed biex jiġu salvagwardjati l-kwalità, is-sikurezza u l-effikaċja tal-prodotti mediċinali kif ukoll il-provvista tagħhom u jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 18
(18)  Il-ħidma tat-Task Force għall-emerġenzi jenħtieġ li tkun separata mill-ħidma tal-kumitati xjentifiċi tal-Aġenzija u jenħtieġ li titwettaq mingħajr preġudizzju għall-valutazzjonijiet xjentifiċi ta' dawk il-kumitati. It-Task Force għall-emerġenzi jenħtieġ li tipprovdi rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-użu ta' prodotti mediċinali fil-ġlieda kontra l-marda li tkun responsabbli għall-kriżi tas-saħħa pubblika. Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem jenħtieġ li jkun jista' juża dawk ir-rakkomandazzjonijiet meta jħejji opinjonijiet xjentifiċi dwar l-użu ħanin jew użu bikri ieħor ta' prodott mediċinali qabel l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.
(18)  Il-ħidma tat-Task Force għall-emerġenzi jenħtieġ li tkun separata mill-ħidma tal-kumitati xjentifiċi tal-Aġenzija u jenħtieġ li titwettaq mingħajr preġudizzju għall-valutazzjonijiet xjentifiċi ta' dawk il-kumitati. It-Task Force għall-Emerġenzi jenħtieġ li tipprovdi rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-użu ta' prodotti mediċinali fil-ġlieda biex tingħeleb il-kriżi tas-saħħa pubblika. Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem jenħtieġ li jkun jista' juża dawk ir-rakkomandazzjonijiet meta jħejji opinjonijiet xjentifiċi dwar l-użu ħanin jew użu bikri ieħor ta' prodott mediċinali qabel l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq. Il-Grupp Eżekuttiv ta' Tmexxija dwar in-Nuqqasijiet u s-Sikurezza tal-Mediċini jista' juża wkoll il-ħidma tat-Task Force għall-Emerġenzi fl-iżvilupp tal-listi tal-mediċini kritiċi.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 19
(19)  It-twaqqif tat-Task Force għall-emerġenzi jenħtieġ li jibni fuq l-appoġġ ipprovdut mill-Aġenzija matul il-pandemija tal-COVID-19, b'mod partikolari fir-rigward tal-pariri xjentifiċi dwar id-disinn tal-provi kliniċi u dwar l-iżvilupp tal-prodotti kif ukoll dwar ir-rieżami "kontinwu", jiġifieri fuq bażi kontinwa, ta' evidenza emerġenti li tippermetti valutazzjoni aktar effiċjenti tal-prodotti mediċinali, li jinkludu l-vaċċini, matul emerġenzi tas-saħħa pubblika.
(19)  It-twaqqif tat-Task Force għall-emerġenzi jenħtieġ li jibni fuq l-appoġġ ipprovdut mill-Aġenzija matul il-pandemija tal-COVID-19, b'mod partikolari fir-rigward tal-pariri xjentifiċi dwar id-disinn tal-provi kliniċi u dwar l-iżvilupp tal-prodotti kif ukoll dwar ir-rieżami "kontinwu", jiġifieri fuq bażi kontinwa, ta' evidenza emerġenti li tippermetti valutazzjoni aktar effiċjenti tal-prodotti mediċinali, li jinkludu l-vaċċini, matul emerġenzi tas-saħħa pubblika, filwaqt li jiġi ggarantit livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 19a (ġdida)
(19a)  L-esperjenza bil-provi kliniċi matul il-pandemija tal-COVID-19 żvelat ammont kbir ħafna ta' duplikazzjoni ta' investigazzjonijiet fuq l-istess interventi, bosta provi żgħar, sottorappreżentanza ta' subgruppi importanti tal-popolazzjoni, abbażi tal-ġeneru, l-età, l-etniċità jew il-komorbiditajiet mediċi, u nuqqas ta' kollaborazzjoni, filwaqt li joħolqu riskju ta' ħela tar-riċerka. Sabiex tittejjeb l-aġenda tar-riċerka klinika, ir-regolaturi internazzjonali rrimarkaw il-ħtieġa ta' evidenza soda dwar il-kwalità, l-effikaċja u s-sikurezza tal-prodotti mediċinali. Il-mod ewlieni biex tinkiseb evidenza affidabbli huwa permezz ta' provi kbar ikkontrollati u aleatorji li jkunu kkoordinati, imfassla tajjeb u mħaddma b'mod adegwat. Ir-riżultati u d-data tal-provi kliniċi jenħtieġ li jiġu ppubblikati.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 19b (ġdida)
(19b)  Il-fażi tal-provi kliniċi li matulha s-sikurezza, l-effikaċja u l-kwalità tal-kandidati għall-prodotti mediċinali jiġu studjati fil-bniedem, hija pass ewlieni fl-iżvilupp ta' prodotti mediċinali, inklużi l-vaċċini. Għalhekk huwa importanti li r-Regolament (UE) Nru 536/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a jiġi applikat bis-sħiħ, b'mod partikolari fir-rigward tat-tnedija tal-funzjonament ta' sistema ta' informazzjoni dwar il-provi kliniċi.
__________________
1a Ir-Regolament (UE) Nru 536/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar il-provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, u li jħassar id-Direttiva 2001/20/KE (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 1).
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 20
(20)  L-entitajiet ta' riċerka individwali jistgħu jaqblu bejniethom, jew ma' parti oħra, li jaġixxu bħala sponsor biex iħejju protokoll tal-provi kliniċi armonizzat madwar l-Unjoni kollha, iżda l-esperjenza matul il-pandemija tal-COVID-19 uriet li l-inizjattivi biex jitwaqqfu provi multinazzjonali kbar qed ibatu biex jimmaterjalizzaw irwieħhom minħabba n-nuqqas ta' entità waħda li tkun tista' twettaq ir-responsabbiltajiet u l-attivitajiet kollha ta' sponsor fl-Unjoni, filwaqt li tinteraġixxi ma' diversi Stati Membri. Għalhekk, huwa xieraq li l-Aġenzija tidentifika u tiffaċilita inizjattivi bħal dawn billi tagħti pariri dwar il-possibbiltajiet li taġixxi bħala sponsor jew, fejn applikabbli, tiddefinixxi r-responsabbiltajiet rispettivi bħala kosponsors skont l-Artikolu 72 tar-Regolament (UE) Nru 536/2014. Approċċ bħal dan ikun isaħħaħ l-ambjent tar-riċerka fl-Unjoni, u jippromwovi l-armonizzazzjoni u jevita dewmien sussegwenti fl-integrazzjoni tar-riżultati tar-riċerka ma' awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq. Sponsor tal-Unjoni jista' jibbenefika mill-finanzjament tar-riċerka tal-Unjoni disponibbli fiż-żmien tal-emerġenza tas-saħħa pubblika kif ukoll min-networks eżistenti tal-provi kliniċi biex jiffaċilita l-iżvilupp, l-applikazzjoni, is-sottomissjoni u t-tmexxija tal-prova. Dan jista' jkun partikolarment siewi għall-provi stabbiliti minn organizzazzjonijiet tas-saħħa pubblika jew tar-riċerka tal-Unjoni jew internazzjonali.
(20)  L-entitajiet ta' riċerka individwali jistgħu jaqblu bejniethom, jew ma' parti oħra, li jaġixxu bħala sponsor biex iħejju protokoll tal-provi kliniċi armonizzat madwar l-Unjoni kollha, iżda l-esperjenza matul il-pandemija tal-COVID-19 uriet li l-inizjattivi biex jitwaqqfu provi multinazzjonali kbar qed ibatu biex jimmaterjalizzaw irwieħhom minħabba n-nuqqas ta' entità waħda li tkun tista' twettaq ir-responsabbiltajiet u l-attivitajiet kollha ta' sponsor fl-Unjoni, filwaqt li tinteraġixxi ma' diversi Stati Membri. F'dak ir-rigward, tnieda network ġdid ta' provi tal-vaċċin madwar l-Unjoni u ffinanzjat mill-Unjoni, imsejjaħ VACCELERATE, fid-dawl tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Frar 2021 intitolata "L-Inkubatur HERA: Nantiċipaw flimkien it-theddida tal-varjanti tal-COVID-19". It-Task Force għall-Emerġenzi jenħtieġ li tibni fuq dak in-network tal-provi u networks stabbiliti oħrajn bħall-Kapijiet tal-Aġenziji għall-Mediċini, il-Grupp tal-Iffaċilitar u l-Koordinazzjoni tal-Provi Kliniċi u n-Network Ewropew tal-Infrastruttura tar-Riċerka Klinika biex tiżgura li data adegwata dwar prodotti mediċinali ġodda fid-dawl ta' emerġenza possibbli tas-saħħa pubblika tiġi ġġenerata b'ħeffa. Għalhekk, huwa essenzjali li l-Aġenzija tidentifika u tiffaċilita inizjattivi bħal dawn billi tagħti pariri dwar il-possibbiltajiet li entità taġixxi bħala sponsor jew, fejn applikabbli, tiddefinixxi r-responsabbiltajiet rispettivi bħala kosponsors skont l-Artikolu 72 tar-Regolament (UE) Nru 536/2014 u tikkoordina l-iżvilupp tal-protokolli tal-provi kliniċi. It-Task Force għall-Emerġenzi jenħtieġ li tiddefinixxi l-aktar miri ta' prestazzjoni klinikament rilevanti għall-vaċċini u t-trattamenti li jridu jitkejlu fil-provi kliniċi, sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw il-kriterji għal interventi effettivi ta' saħħa pubblika. Approċċ bħal dan ikun isaħħaħ l-ambjent tar-riċerka fl-Unjoni, u jippromwovi l-armonizzazzjoni u jevita dewmien sussegwenti fl-integrazzjoni tar-riżultati tar-riċerka ma' awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq. Sponsor tal-Unjoni jista' jibbenefika mill-finanzjament tar-riċerka tal-Unjoni disponibbli fiż-żmien tal-emerġenza tas-saħħa pubblika kif ukoll min-networks eżistenti tal-provi kliniċi biex jiffaċilita l-iżvilupp, l-applikazzjoni, is-sottomissjoni u t-tmexxija tal-prova. Dan jista' jkun partikolarment siewi għall-provi stabbiliti minn organizzazzjonijiet tas-saħħa pubblika jew tar-riċerka tal-Unjoni jew internazzjonali.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 22
(22)  Dan ir-Regolament jipprovdi wkoll lill-Aġenzija bi rwol li tappoġġa lill-gruppi ta' esperti dwar l-apparati mediċi maħtura skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/139612 biex jipprovdu assistenza xjentifika u teknika indipendenti lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni, lill-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar l-Apparat Mediku (MDCG), lill-korpi notifikati u lill-manifatturi.
(22)  Dan ir-Regolament jipprovdi wkoll lill-Aġenzija rwol li tappoġġa lill-gruppi ta' esperti dwar l-apparati mediċi maħtura skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/139612 biex jipprovdu assistenza xjentifika u teknika indipendenti lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni, lill-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar l-Apparat Mediku (MDCG), lill-korpi notifikati u lill-manifatturi, filwaqt li tiġi żgurata trasparenza massima bħala kundizzjoni għat-trawwim tal-fiduċja u l-kunfidenza fis-sistema regolatorja tal-Unjoni.
__________________
__________________
12 Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1396 tal-10 ta' Settembru 2019 li tistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ħatra ta' gruppi ta' esperti fil-qasam tal-apparati mediċi, ĠU L 234, 11.9.2019, p. 23.
12 Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1396 tal-10 ta' Settembru 2019 li tistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ħatra ta' gruppi ta' esperti fil-qasam tal-apparati mediċi, ĠU L 234, 11.9.2019, p. 23.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 22a (ġdida)
(22a)  It-Task Force għall-Emerġenza jenħtieġ li tirrieżamina l-protokolli tal-provi kliniċi u tagħti pariri lill-iżviluppaturi dwar il-provi kliniċi li jitwettqu fl-Unjoni, filwaqt li tipprovdi gwida dwar il-punti ta' tmiem u l-miri klinikament rilevanti għall-vaċċini u t-trattamenti sabiex tiggwida t-tfassil tal-prova klinika lejn l-issodisfar tal-kriterji għal interventi effettivi tas-saħħa pubblika.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 24
(24)  Minħabba r-rekord fit-tul u pprovat ta' għarfien espert tal-Aġenzija fil-qasam tal-prodotti mediċinali u b'kunsiderazzjoni tal-esperjenza tal-Aġenzija mill-ħidma ma' għadd kbir ta' gruppi ta' esperti, huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-istrutturi xierqa fi ħdan l-Aġenzija għall-monitoraġġ ta' nuqqasijiet potenzjali ta' apparati mediċi fil-kuntest ta' emerġenza tas-saħħa pubblika u li l-Aġenzija tingħata mandat biex tospita lill-gruppi ta' esperti dwar l-apparati mediċi. Dan jippermetti sostenibbiltà fit-tul għall-funzjonament tal-gruppi u jipprovdi sinerġiji ċari ma' xogħol relatat ta' tħejjija għall-kriżijiet għall-prodotti mediċinali. Dawk l-istrutturi bl-ebda mod ma jbiddlu s-sistema regolatorja jew il-proċeduri ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-qasam tal-apparati mediċi diġà fis-seħħ fl-Unjoni, li jenħtieġ li jibqgħu distinti b'mod ċar minn dik għall-prodotti mediċinali.
(24)  Minħabba r-rekord fit-tul u pprovat ta' għarfien espert tal-Aġenzija fil-qasam tal-prodotti mediċinali u b'kunsiderazzjoni tal-esperjenza tal-Aġenzija mill-ħidma ma' għadd kbir ta' gruppi ta' esperti, huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-istrutturi xierqa fi ħdan l-Aġenzija għall-monitoraġġ ta' nuqqasijiet potenzjali ta' apparati mediċi fil-kuntest ta' emerġenza tas-saħħa pubblika u li l-Aġenzija tingħata mandat biex tospita lill-gruppi ta' esperti dwar l-apparati mediċi. Fid-dawl ta' dan, l-entitajiet nazzjonali kollha u, eventwalment, l-entitajiet tal-Unjoni kollha li huma involuti fil-kumulazzjoni ta' riżerva ta' apparati mediċi, jenħtieġ li jirrapportaw l-istokkijiet tagħhom lill-Aġenzija. Dan jippermetti sostenibbiltà fit-tul għall-funzjonament tal-gruppi u jipprovdi sinerġiji ċari ma' xogħol relatat ta' tħejjija għall-kriżijiet għall-prodotti mediċinali. Dawk l-istrutturi bl-ebda mod ma jbiddlu s-sistema regolatorja jew il-proċeduri ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-qasam tal-apparati mediċi diġà fis-seħħ fl-Unjoni, li jenħtieġ li jibqgħu distinti b'mod ċar minn dik għall-prodotti mediċinali.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 25
(25)  Biex jiġu ffaċilitati l-ħidma u l-iskambju ta' informazzjoni skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu previsti l-istabbiliment u l-immaniġġar ta' infrastrutturi tal-IT u sinerġiji ma' sistemi tal-IT eżistenti oħra jew sistemi li qed jiġu żviluppati, inkluża l-pjattaforma tal-IT tal-EUDAMED għall-apparati mediċi. Jenħtieġ li dik il-ħidma tiġi ffaċilitata wkoll, fejn xieraq, minn teknoloġiji diġitali emerġenti bħal mudelli komputazzjonali u simulazzjonijiet għal provi kliniċi, kif ukoll data mill-Programm Spazjali tal-UE bħas-servizzi ta' ġeolokalizzazzjoni ta' Galileo, u d-data ta' osservazzjoni tad-dinja ta' Copernicus.
(25)  Biex jiġu ffaċilitati l-ħidma u l-iskambju ta' informazzjoni skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu previsti l-istabbiliment u l-immaniġġar ta' infrastrutturi tal-IT u sinerġiji ma' sistemi tal-IT eżistenti oħra jew sistemi li qed jiġu żviluppati, inkluża l-pjattaforma tal-IT tal-EUDAMED għall-apparati mediċi, flimkien ma' protezzjoni mtejba tal-infrastruttura tad-data u deterrenza minn attakki ċibernetiċi possibbli. Jenħtieġ li dik il-ħidma tiġi ffaċilitata wkoll, fejn xieraq, minn teknoloġiji diġitali emerġenti bħal mudelli komputazzjonali u simulazzjonijiet għal provi kliniċi, kif ukoll data mill-Programm Spazjali tal-UE bħas-servizzi ta' ġeolokalizzazzjoni ta' Galileo, u d-data ta' osservazzjoni tad-dinja ta' Copernicus.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 26
(26)  L-aċċess rapidu u l-iskambju tad-data dwar is-saħħa, li tinkludi d-data tad-dinja reali, jiġifieri d-data dwar is-saħħa ġġenerata barra mill-istudji kliniċi, huma essenzjali biex jiġi żgurat il-maniġġar effettiv tal-emerġenzi tas-saħħa pubblika u ta' eventi maġġuri oħra. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jippermetti lill-Aġenzija tuża u tiffaċilita tali skambju u tkun parti mill-istabbiliment u mit-tħaddim tal-infrastruttura tal-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa.
(26)  L-aċċess rapidu u l-iskambju tad-data dwar is-saħħa, li tinkludi d-data tad-dinja reali, jiġifieri d-data dwar is-saħħa ġġenerata barra mill-istudji kliniċi, huma essenzjali biex jiġi żgurat il-maniġġar effettiv tal-emerġenzi tas-saħħa pubblika u ta' eventi maġġuri oħra. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jippermetti lill-Aġenzija tuża u tiffaċilita tali skambju u tkun parti mill-istabbiliment u mit-tħaddim tal-infrastruttura interoperabbli tal-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa, filwaqt li tieħu vantaġġ mill-potenzjal kollu tas-supercomputing, l-intelliġenza artifiċjali u x-xjenza tal-big data biex tiżviluppa mudelli ta' tbassir u tieħu deċiżjonijiet aħjar u aktar effettivi fil-ħin, mingħajr ma tikkomprometti d-drittijiet tal-privatezza.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Premessa 26a (ġdida)
(26a)   Sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju affidabbli tal-informazzjoni dwar il-prodotti mediċinali b'mod sod u konsistenti, l-identifikazzjoni tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem se tkun ibbażata fuq l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) għall-identifikazzjoni tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (IDMP).
Emenda 34
Proposta għal regolament
Premessa 26b (ġdida)
(26b)  It-trattament ta' data sensittiva, kruċjali biex jiġu indirizzati emerġenzi potenzjali tas-saħħa pubblika, jirrikjedi livell għoli ta' protezzjoni kontra l-attakki ċibernetiċi. L-organizzazzjonijiet tal-kura tas-saħħa qed iħabbtu wiċċhom ukoll ma' theddid akbar għaċ-ċibersigurtà f'nofs il-pandemija tal-COVID-19. L-Aġenzija nnifisha kienet il-mira ta' attakk ċibernetiku li wassal biex xi wħud mid-dokumenti aċċessati illegalment relatati mal-mediċini u l-vaċċini tal-COVID-19 li jappartjenu lil partijiet terzi ġew żvelati fuq l-internet. Għalhekk hemm il-ħtieġa li l-Aġenzija tkun mgħammra b'livell għoli ta' sigurtà kontra l-attakki ċibernetiċi biex tiżgura l-funzjonament normali tal-Aġenzija f'kull ħin u speċjalment matul emerġenzi tas-saħħa pubblika. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Aġenzija tistabbilixxi pjan għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-mitigazzjoni ta' attakki ċibernetiċi u r-rispons għalihom sabiex l-operat tagħha jkun sigur f'kull ħin, filwaqt li tipprevjeni kwalunkwe aċċess illegali għal dokumentazzjoni miżmuma mill-Aġenzija.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Premessa 26c (ġdida)
(26c)  Minħabba n-natura sensittiva tad-data dwar is-saħħa, l-Aġenzija jenħtieġ li tissalvagwardja u tiggarantixxi li l-operazzjonijiet ta' pproċessar tagħha jirrispettaw il-prinċipji tal-protezzjoni tad-data ta' legalità, ġustizzja u trasparenza, limitazzjoni tal-iskop, minimizzazzjoni tad-data, akkuratezza, limitazzjoni tal-ħżin, integrità u kunfidenzjalità. Meta, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, ikun hemm bżonn li tiġi pproċessata data personali, dan jenħtieġ li jitwettaq f'konformità mad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta' data personali. Kwalunkwe pproċessar ta' data personali bbażat fuq dan ir-Regolament jenħtieġ li jitwettaq f'konformità mar-Regolamenti (UE) 2016/6791a u (UE) 2018/17251b tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
_______________
1a Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
1b Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
Emenda 36
Proposta għal regolament
Premessa 26d (ġdida)
(26d)   Huwa imperattiv li jiġu stabbiliti miżuri u standards ta' trasparenza sodi fir-rigward tal-attivitajiet regolatorji tal-Aġenzija dwar il-prodotti mediċinali u l-apparati mediċi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jinkludu l-pubblikazzjoni f'waqtha tad-data klinika u l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-prodotti approvati, inklużi protokolli sħaħ tal-provi kliniċi. L-Aġenzija jenħtieġ li tapplika grad għoli ta' trasparenza fir-rigward tas-sħubija, ir-rakkomandazzjonijiet, l-opinjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-Gruppi ta' Tmexxija u tat-Task Force għall-Emerġenza li jkunu għadhom kif ġew stabbiliti. Jenħtieġ li l-membri tal-Gruppi ta' Tmexxija u tat-Task Force għall-Emerġenza ma jkollhom l-ebda interess finanzjarju jew ta' tip ieħor fl-industrija farmaċewtika jew tal-apparati mediċi li jista' jaffettwa l-imparzjalità tagħhom.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Premessa 26e (ġdida)
(26e)   Il-kredibbiltà tal-Aġenzija u l-fiduċja pubblika fid-deċiżjonijiet tagħha jiddependu minn grad għoli ta' trasparenza. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi previst involviment proattiv b'għodod ta' komunikazzjoni adegwati mal-pubbliku ġenerali. Barra minn hekk, standards u miżuri msaħħa u aċċellerati ta' trasparenza rigward il-korpi ta' ħidma tal-Aġenzija u d-data klinika vvalutata għall-evalwazzjoni u s-sorveljanza tal-prodotti mediċinali u l-apparati mediċi huma essenzjali biex tinkiseb u tinżamm il-fiduċja pubblika. Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas għal dawk l-istandards u l-miżuri msaħħa tat-trasparenza, ibbażat fuq l-isforzi, l-istandards u l-miżuri tal-Aġenzija stabbiliti matul il-pandemija tal-COVID-19.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Premessa 27
(27)  Matul emerġenza tas-saħħa pubblika jew b'rabta ma' event maġġuri, jenħtieġ li l-Aġenzija tiżgura l-kooperazzjoni maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard u ma' Aġenziji oħra tal-Unjoni kif xieraq. Tali kooperazzjoni għandha tinkludi l-kondiviżjoni tad-data, li tinkludi data dwar it-tbassir epidemjoloġiku, komunikazzjoni regolari fil-livell eżekuttiv, u stediniet lir-rappreżentanti taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard u Aġenziji oħra tal-Unjoni biex jattendu laqgħat tat-Task Force għall-emerġenzi, tal-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini, u tal-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi, kif xieraq.
(27)  Matul emerġenza tas-saħħa pubblika jew b'rabta ma' event maġġuri, jenħtieġ li l-Aġenzija tiżgura l-kooperazzjoni maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard u ma' Aġenziji oħra tal-Unjoni kif xieraq. Tali kooperazzjoni għandha tinkludi l-kondiviżjoni tad-data, li tinkludi data dwar it-tbassir epidemjoloġiku, komunikazzjoni regolari fil-livell eżekuttiv, u stediniet lir-rappreżentanti taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard u Aġenziji oħra tal-Unjoni biex jattendu laqgħat tat-Task Force għall-emerġenzi, tal-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini, u tal-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi, kif xieraq. Din il-kooperazzjoni jenħtieġ li tinkludi wkoll diskussjonijiet strateġiċi mal-entitajiet rilevanti tal-Unjoni, bħall-HERA, li jkunu f'pożizzjoni li jagħtu spinta lir-riċerka u l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet u teknoloġiji xierqa biex jiġu mmitigati l-effetti tal-emerġenza tas-saħħa pubblika jew event maġġuri, jew jiġu evitati emerġenzi futuri simili tas-saħħa pubblika jew eventi maġġuri.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Premessa 27a (ġdida)
(27a)   Matul emerġenza tas-saħħa pubblika jew fir-rigward ta' event maġġuri, l-Aġenzija jenħtieġ li tippermetti skambji regolari ta' informazzjoni mal-industrija, l-atturi rilevanti tal-katina tal-provvista farmaċewtika, ir-rappreżentanti tal-professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa, il-pazjenti u l-konsumaturi, biex tiggarantixxi diskussjonijiet bikrija dwar in-nuqqasijiet potenzjali tal-mediċini fis-suq u r-restrizzjonijiet fuq il-provvista, sabiex ikunu jistgħu jsiru koordinazzjoni u sinerġiji aħjar biex jiġu mmitigati l-emerġenza tas-saħħa pubblika jew l-event maġġuri u jkun hemm rispons għalihom.
Emenda 40
Proposta għal regolament
Premessa 27b (ġdida)
(27b)  Filwaqt li jitqies li l-pandemija tal-COVID-19 għadha ma ntemmitx, u li d-durata u l-evoluzzjoni tal-kriżijiet tas-saħħa, bħall-pandemiji, huma inċerti, jenħtieġ li jsir provvediment għar-rieżami tal-effikaċja tal-funzjonament tal-istrutturi u l-mekkaniżmi stabbiliti f'konformità ma' dan ir-Regolament. Fid-dawl ta' dak ir-rieżami, l-istrutturi u l-mekkaniżmi jenħtieġ li jiġu emendati, jekk ikun xieraq.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Premessa 29
(29)  Sabiex jiġi żgurat li jkunu disponibbli biżżejjed riżorsi għall-ħidma prevista taħt dan ir-Regolament, in-nefqa tal-Aġenzija jenħtieġ li tkun koperta mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni għad-dħul tal-Aġenzija.
(29)  Sabiex jiġi żgurat li jkunu disponibbli biżżejjed riżorsi, inklużi persunal xieraq u għarfien espert adegwat, għall-ħidma prevista taħt dan ir-Regolament, in-nefqa tal-Aġenzija jenħtieġ li tkun koperta mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni għad-dħul tal-Aġenzija.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a
(a)  tipprepara għal u timmaniġġa l-impatt ta' eventi maġġuri fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u ta' emerġenzi tas-saħħa pubblika fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u fuq apparati mediċi;
(a)  tipprevjeni, tipprepara għal, tikkoordina u timmaniġġa fil-livell tal-Unjoni l-impatt ta' eventi maġġuri fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u ta' emerġenzi tas-saħħa pubblika fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u fuq apparati mediċi;
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b
(b)  timmonitorja u tirrapporta dwar in-nuqqasijiet ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u ta' apparati mediċi;
(b)  tipprevjeni, timmonitorja u tirrapporta dwar in-nuqqasijiet ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u ta' apparati mediċi kritiċi;
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba)  tistabbilixxi bażi tad-data interoperabbli u diġitali fil-livell tal-Unjoni biex timmonitorja u tirrapporta dwar in-nuqqasijiet ta' prodotti mediċinali;
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b a (ġdid)
(b a)  "prodott mediċinali veterinarju" tfisser prodott mediċinali veterinarju kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a;
_______________
1a Ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43).
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca)  "provvista" tirreferi għall-volum totali tal-istokk ta' prodott mediċinali jew apparat mediku individwali li jitqiegħed fis-suq minn detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq jew manifattur;
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)
(cb)  "domanda" hija relatata mat-talba għal prodott mediċinali jew apparat mediku minn professjonist fil-qasam tal-kura tas-saħħa jew pazjent b'rispons għall-ħtieġa klinika. Biex domanda tiġi ssodisfata b'mod sodisfaċenti, jeħtieġ li l-prodott mediċinali jew l-apparat mediku jiġi akkwistat fil-ħin u fi kwantità suffiċjenti sabiex ikun hemm il-kontinwità tal-aħjar kura tal-pazjenti. Il-bejjiegħa bl-ingrossa normalment ikunu rabta ewlenija fil-provvista bejn id-detenturi tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq jew il-manifatturi u l-utenti tal-prodotti mediċinali jew tal-apparati mediċi, rispettivament, u f'dawk il-każijiet, sabiex tiġi stmata d-domanda, jenħtieġ li titqies il-kwantità mitluba fl-ordnijiet bl-ingrossa;
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d
(d)  "nuqqas" tfisser li l-provvista ta' prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem jew ta' apparat mediku ma tissodisfax id-domanda għal dak il-prodott mediċinali jew l-apparat mediku;
(d)  "nuqqas" tfisser li l-provvista ta' prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem jew ta' apparat mediku ma tissodisfax id-domanda għal dak il-prodott mediċinali jew l-apparat mediku fil-livell nazzjonali, tkun xi tkun il-kawża;
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt f
(f)  "event maġġuri" tfisser event li x'aktarx ikun ta' riskju serju għas-saħħa pubblika fir-rigward ta' prodotti mediċinali f'aktar minn Stat Membru wieħed. Tali event jikkonċerna theddida fatali jew theddida li b'xi mod ieħor tkun serja għas-saħħa u li jkollha oriġini bijoloġika, kimika, ambjentali jew oħra jew inċident li jista' jaffettwa l-provvista jew il-kwalità, is-sikurezza, u l-effikaċja tal-prodotti mediċinali. Tali event jista' jwassal għal nuqqasijiet ta' prodotti mediċinali f'aktar minn Stat Membru wieħed u jeħtieġ koordinazzjoni urġenti fil-livell tal-Unjoni biex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.
(f)  "event maġġuri" tfisser event li x'aktarx ikun ta' riskju serju għas-saħħa pubblika fir-rigward ta' prodotti mediċinali f'aktar minn Stat Membru wieħed. Tali event jikkonċerna theddida fatali jew theddida li b'xi mod ieħor tkun serja għas-saħħa u li jkollha oriġini bijoloġika, kimika, ambjentali jew oħra jew inċident li jista' jaffettwa l-manifattura, il-provvista, id-domanda jew il-kwalità, is-sikurezza, u l-effikaċja tal-prodotti mediċinali. Tali event jista' jwassal għal nuqqasijiet ta' prodotti mediċinali f'aktar minn Stat Membru wieħed u jeħtieġ koordinazzjoni urġenti fil-livell tal-Unjoni biex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. Problemi rikorrenti ta' provvista ta' prodotti mediċinali huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-definizzjoni.
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1
1.  Il-Grupp Eżekuttiv ta' Tmexxija dwar in-Nuqqasijiet u s-Sikurezza tal-Mediċini ("il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini") huwa b'dan stabbilit bħala parti mill-Aġenzija. Għandu jiltaqa' jew personalment jew b'mod remot, bi tħejjija għal jew waqt emerġenza tas-saħħa pubblika jew wara talba għall-assistenza kif imsemmi fl-Artikolu 4(3). L-Aġenzija għandha tipprovdi s-segretarjat tiegħu.
1.  Il-Grupp Eżekuttiv ta' Tmexxija dwar in-Nuqqasijiet u s-Sikurezza tal-Mediċini ("il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini") huwa b'dan stabbilit bħala parti mill-Aġenzija. Għandu jiltaqa' f'intervalli regolari jew personalment jew b'mod remot, u kull meta s-sitwazzjoni tirrikjedi dan, bi tħejjija għal jew waqt emerġenza tas-saħħa pubblika jew wara talba għall-assistenza kif imsemmi fl-Artikolu 4(3). L-Aġenzija għandha tipprovdi s-segretarjat tiegħu.
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2
2.  Il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jkun magħmul minn rappreżentant tal-Aġenzija, minn rappreżentant tal-Kummissjoni u minn rappreżentant anzjan wieħed għal kull Stat Membru. Kull Stat Membru għandu jinnomina lir-rappreżentant tiegħu. Il-membri jistgħu jkunu akkumpanjati minn esperti f'oqsma xjentifiċi jew tekniċi speċifiċi.
2.  Il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jkun magħmul minn rappreżentant tal-Aġenzija, minn rappreżentant tal-Kummissjoni u minn rappreżentant anzjan wieħed awtorizzat għal kull Stat Membru. Kull Stat Membru għandu jinnomina lir-rappreżentant tiegħu. Il-membri jistgħu jkunu akkumpanjati minn esperti f'oqsma xjentifiċi jew tekniċi speċifiċi. Il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jinkludi wkoll rappreżentant tal-Grupp ta' Ħidma għall-Konsumaturi u l-Pazjenti (PCWP) tal-Aġenzija u rappreżentant tal-Grupp ta' Ħidma tal-Professjonisti fil-Qasam tal-Kura tas-Saħħa (HCPWP) tal-Aġenzija bħala osservaturi. Il-lista tal-membri tal-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandha tkun trasparenti u tiġi ppubblikata fuq il-portal web tal-Aġenzija.
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3
3.  Il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jkun ippresedut mill-Aġenzija. Il-President jista' jistieden lil partijiet terzi, li jinkludu rappreżentanti ta' gruppi ta' interess ta' prodotti mediċinali u ta' detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq, biex jattendu l-laqgħat tiegħu.
3.  Il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jkun ippresedut mill-Aġenzija. Kwalunkwe membru tal-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini jista' jipproponi lill-President biex jistieden lil partijiet terzi, li jinkludu rappreżentanti ta' gruppi ta' interess ta' prodotti mediċinali, ta' detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq, distributuri bl-ingrossa, jew kwalunkwe attur xieraq ieħor fil-katina tal-provvista farmaċewtika, rappreżentanti ta' professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa, pazjenti u konsumaturi, biex jattendu l-laqgħat tiegħu meta l-kontribut tagħhom jista' jinforma d-diskussjonijiet tal-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini.
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jiggarantixxi komunikazzjoni miftuħa u kooperazzjoni mill-qrib mad-detenturi tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, il-manifatturi, l-atturi rilevanti tal-katina tal-provvista farmaċewtika, u rappreżentanti tal-professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa, pazjenti u konsumaturi bil-għan li jkunu jistgħu jiġu nnotifikati jew identifikati fi stadju bikri n-nuqqasijiet potenzjali jew attwali ta' prodotti mediċinali meqjusa bħala kritiċi waqt event maġġuri jew emerġenza tas-saħħa pubblika kif previst fl-Artikolu 6.
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 6
6.  Il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jkun responsabbli għat-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 4(4) u l-Artikoli 5 sa 8.
6.  Il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jkun responsabbli għat-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 4(3) u (4) u l-Artikoli 5 sa 8.
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 6a (ġdid)
6a.  Il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini jista' jikkonsulta mal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju kull meta jqis li jkun meħtieġ li jittratta emerġenzi tas-saħħa pubblika u eventi maġġuri relatati maż-żoonożi jew mard li jaffettwaw biss lill-annimali li għandhom jew li jista' jkollhom impatt kbir fuq is-saħħa tal-bniedem.
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 6b (ġdid)
6b.  Il-membri tal-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini ma għandux ikollhom interessi finanzjarji jew interessi oħra fl-industrija farmaċewtika li jistgħu jaffettwaw l-imparzjalità tagħhom. Għandhom jaġixxu fl-interess pubbliku u b'mod indipendenti, u għandhom jagħmlu dikjarazzjoni annwali tal-interessi finanzjarji tagħhom u jaġġornawha kull meta sseħħ bidla rilevanti. L-interessi indiretti kollha li jistgħu jkunu relatati mal-industrija farmaċewtika għandhom jiddaħħlu f'reġistru miżmum mill-Aġenzija u għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku fuq talba. Id-dikjarazzjoni tal-interessi għandha ssir disponibbli għall-pubbliku fuq il-portal web tal-Aġenzija.
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
1.  L-Aġenzija għandha timmonitorja kontinwament kwalunkwe event li x'aktarx li jwassal għal event maġġuri jew għal emerġenza tas-saħħa pubblika.
1.  L-Aġenzija għandha timmonitorja kontinwament kwalunkwe event li x'aktarx li jwassal għal event maġġuri jew għal emerġenza tas-saħħa pubblika, b'koordinazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. F'dak ir-rigward, l-Aġenzija għandha tikkoopera mill-qrib maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) jew ma' aġenziji oħra tal-Unjoni, fejn ikun rilevanti.
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2
2.  Biex jiffaċilitaw il-kompitu ta' monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, permezz tal-punti uniċi ta' kuntatt imsemmija fl-Artikolu 3(5), għandhom, abbażi tal-kriterji ta' rapportar speċifikati mill-Aġenzija skont l-Artikolu 9(1)(b), jirrapportaw lill-Aġenzija dwar kwalunkwe event, inkluż nuqqas ta' prodott mediċinali fi Stat Membru partikolari, li x'aktarx iwassal għal event maġġuri jew għal emerġenza tas-saħħa pubblika. Meta awtorità kompetenti nazzjonali tinforma lill-Aġenzija dwar nuqqas ta' prodott mediċinali fi Stat Membru partikolari, hija għandha tipprovdi lill-Aġenzija bi kwalunkwe informazzjoni riċevuta mid-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont l-Artikolu 23a tad-Direttiva 2001/83/KE. Abbażi ta' rapport ta' event minn awtorità kompetenti nazzjonali u sabiex tifhem l-impatt tal-event fi Stati Membri oħra, l-Aġenzija tista' titlob informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, permezz tal-grupp ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 3(5).
2.  Biex jiffaċilitaw il-kompitu ta' monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, permezz tal-punti uniċi ta' kuntatt imsemmija fl-Artikolu 3(5), jew permezz tal-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 12a ladarba tibda topera bis-sħiħ, għandhom, abbażi tal-kriterji ta' rapportar speċifikati mill-Aġenzija skont l-Artikolu 9(1)(b), jirrapportaw mingħajr dewmien lill-Aġenzija dwar kwalunkwe event, inkluż nuqqas ta' prodott mediċinali fi Stat Membru partikolari, li x'aktarx iwassal għal event maġġuri jew għal emerġenza tas-saħħa pubblika. Meta awtorità kompetenti nazzjonali tinforma lill-Aġenzija dwar nuqqas ta' prodott mediċinali fi Stat Membru partikolari, hija għandha tipprovdi lill-Aġenzija bi kwalunkwe informazzjoni riċevuta mid-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont l-Artikolu 23a tad-Direttiva 2001/83/KE. Abbażi ta' rapport ta' event minn awtorità kompetenti nazzjonali u sabiex tifhem l-impatt tal-event fi Stati Membri oħra, l-Aġenzija tista' titlob informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, permezz tal-grupp ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 3(5).
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3
3.  Meta l-Aġenzija tqis li event maġġuri attwali jew imminenti jrid jiġi indirizzat, hija għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b'dan. Il-Kummissjoni, fuq inizjattiva proprja jew wara talba minn Stat Membru wieħed jew aktar, jew id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija jistgħu jitolbu l-assistenza tal-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini biex jindirizzaw l-event maġġuri.
3.  Meta l-Aġenzija tqis li event maġġuri attwali jew imminenti jrid jiġi indirizzat, hija għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b'dan. Il-Kummissjoni, fuq inizjattiva proprja jew wara talba minn Stat Membru wieħed jew aktar, jew id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għandhom imbagħad jitolbu l-assistenza tal-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini biex janalizzaw l-informazzjoni disponibbli. Abbażi tal-analiżi tal-informazzjoni, il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini jista' jipproponi lill-Kummissjoni biex tirrikonoxxi formalment l-event maġġuri u, skont l-Artikolu 5, għandu jipprovdi rakkomandazzjonijiet biex jiġi indirizzat tali event.
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2
Il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jipprovdi pariri lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar kwalunkwe azzjoni xierqa li jemmen li jenħtieġ li tittieħed fil-livell tal-Unjoni dwar il-prodotti mediċinali konċernati f'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/83/KE jew tar-Regolament (KE) Nru 726/200418.
Il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jipprovdi pariri u rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar kwalunkwe azzjoni xierqa li jemmen li jenħtieġ li tittieħed fil-livell tal-Unjoni dwar il-prodotti mediċinali konċernati f'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/83/KE jew tar-Regolament (KE) Nru 726/200418.
__________________
__________________
18 Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004
18 Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jipprovdu ġustifikazzjoni sostanzjata f'każ li r-rakkomandazzjonijiet ipprovduti mill-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini ma jitqisux. Ir-rakkomandazzjonijiet ipprovduti mill-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini, kif ukoll kwalunkwe ġustifikazzjoni sostanzjata pprovduta mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri, għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku permezz tal-portal web kif imsemmi fl-Artikolu 13.
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2b (ġdid)
Fejn tiġi stabbilita rabta maż-żoonożi jew mal-mard li jaffettwa biss l-annimali li għandhom jew jista' jkollhom impatt kbir fuq is-saħħa tal-bniedem jew fejn l-użu ta' ingredjenti attivi ta' prodotti mediċinali veterinarji jista' jkun utli biex tiġi indirizzata l-emerġenza tas-saħħa pubblika jew l-event maġġuri, jew inkella kull meta jkun meħtieġ, il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini jista' jikkollabora mal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju.
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1
1.  Wara talba għall-assistenza kif imsemmi fl-Artikolu 4(3) u wara konsultazzjoni mal-grupp ta' ħidma tiegħu, il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jadotta lista ta' prodotti mediċinali awtorizzati f'konformità mad-Direttiva 2001/83/KE jew mar-Regolament (KE) Nru 726/2004 li huwa jqis bħala kritiċi matul l-event maġġuri ("il-lista ta' mediċini kritiċi għal event kbir"). Il-lista għandha tiġi aġġornata kull meta jkun meħtieġ sakemm l-event maġġuri jkun ġie indirizzat b'mod suffiċjenti.
1.  Wara talba għall-assistenza kif imsemmi fl-Artikolu 4(3) u wara konsultazzjoni mal-grupp ta' ħidma tiegħu, il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jadotta lista ta' prodotti mediċinali awtorizzati f'konformità mad-Direttiva 2001/83/KE jew mar-Regolament (KE) Nru 726/2004 li huwa jqis bħala kritiċi matul l-event maġġuri ("il-lista ta' mediċini kritiċi għal event kbir"). Il-lista għandha tiġi aġġornata kull meta jkun meħtieġ sakemm l-event maġġuri jkun ġie indirizzat b'mod suffiċjenti u jkun ġie kkonfermat li l-assistenza tal-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini ma tibqax meħtieġa kif imsemmi fl-Artikolu 4(4) ta' dan ir-Regolament.
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2
2.  Immedjatament wara r-rikonoxximent ta' emerġenza tas-saħħa pubblika u wara konsultazzjoni mal-grupp ta' ħidma tiegħu, il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jadotta lista ta' prodotti mediċinali awtorizzati f'konformità mad-Direttiva 2001/83/KE jew mar-Regolament (KE) Nru 726/2004 li huwa jqis bħala kritiċi matul l-emerġenza tas-saħħa pubblika ("il-lista ta' mediċini kritiċi ta' emerġenza tas-saħħa pubblika"). Il-lista għandha tiġi aġġornata kull meta jkun meħtieġ sakemm ma tibqax rikonoxxuta l-emerġenza tas-saħħa pubblika.
2.  Immedjatament wara r-rikonoxximent ta' emerġenza tas-saħħa pubblika u wara konsultazzjoni mal-grupp ta' ħidma tiegħu, il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jadotta lista ta' prodotti mediċinali awtorizzati f'konformità mad-Direttiva 2001/83/KE jew mar-Regolament (KE) Nru 726/2004 li huwa jqis bħala kritiċi matul l-emerġenza tas-saħħa pubblika ("il-lista ta' mediċini kritiċi ta' emerġenza tas-saħħa pubblika"). Il-lista għandha tiġi aġġornata kull meta jkun meħtieġ sakemm ma tibqax rikonoxxuta l-emerġenza tas-saħħa pubblika. Il-lista tista' tiġi aġġornata f'konformità mal-eżiti tal-proċess ta' rieżami skont l-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament, fejn xieraq, li għalih il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jikkollabora mat-Task Force għall-Emerġenzi.
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3
3.  Il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jadotta sett ta' informazzjoni meħtieġa biex jimmonitorja l-provvista tal-prodotti mediċinali u d-domanda għall-prodotti mediċinali inklużi fil-listi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ("il-listi ta' mediċini kritiċi") u jinforma lill-grupp ta' ħidma tiegħu dwar dan.
3.  Il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jadotta sett ta' informazzjoni u azzjonijiet meħtieġa biex jimmonitorja l-provvista tal-prodotti mediċinali u d-domanda għall-prodotti mediċinali inklużi fil-listi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ("il-listi ta' mediċini kritiċi") u jinforma lill-grupp ta' ħidma tiegħu dwar dan. L-entitajiet tal-Unjoni jew nazzjonali li huma involuti fil-kumulazzjoni ta' riżerva ta' prodotti mediċinali għandhom jiġu infurmati kif xieraq. Il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jirrapporta lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni fi żmien xieraq u għandu jinnotifika immedjatament kull event maġġuri jew nuqqas ta' provvista.
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  L-Aġenzija għandha tistabbilixxi paġni web aċċessibbli għall-pubbliku b'informazzjoni dwar in-nuqqasijiet attwali ta' prodotti mediċinali kritiċi. Għandha tiġi inkluża wkoll referenza għar-reġistri nazzjonali dwar in-nuqqasijiet ta' prodotti mediċinali. Il-paġna web għandu jkun fiha informazzjoni dwar, iżda mhux biss:
(a)  l-isem kummerċjali u d-denominazzjoni internazzjonali komuni;
(b)  l-indikazzjoni;
(c)  ir-raġuni għan-nuqqas;
(d)  id-dati tal-bidu u tat-tmiem;
(e)  l-Istati Membri affettwati;
(f)  informazzjoni għall-professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa u l-pazjenti, inkluża informazzjoni dwar trattamenti alternattivi.
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1
Fuq il-bażi tal-listi ta' mediċini kritiċi u l-informazzjoni u d-data pprovduti f'konformità mal-Artikoli 10 u 11, il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jimmonitorja l-provvista u d-domanda tal-prodotti mediċinali inklużi f'dawk il-listi bil-ħsieb li jidentifika kwalunkwe nuqqas potenzjali jew attwali ta' dawk il-prodotti mediċinali. Bħala parti minn dak il-monitoraġġ, il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jikkomunika, fejn rilevanti, mal-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2020/[...]19 u, fil-każ ta' emerġenza tas-saħħa pubblika, mal-Kumitat Konsultattiv dwar l-emerġenzi tas-saħħa pubblika stabbilit skont l-Artikolu 24 ta' dak ir-Regolament.
Fuq il-bażi tal-listi ta' mediċini kritiċi uniċi Ewropej u l-informazzjoni u d-data pprovduti f'konformità mal-Artikoli 10 u 11, u l-bażi tad-data stabbilita f'konformità mal-Artikolu 12a ladarba tibda topera bis-sħiħ, il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jimmonitorja l-provvista u d-domanda tal-prodotti mediċinali inklużi f'dawk il-listi bil-ħsieb li jidentifika kwalunkwe nuqqas potenzjali jew attwali ta' dawk il-prodotti mediċinali. Bħala parti minn dak il-monitoraġġ, il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jikkomunika, fejn rilevanti, mal-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2020/[...]19 u, fil-każ ta' emerġenza tas-saħħa pubblika, mal-Kumitat Konsultattiv dwar l-emerġenzi tas-saħħa pubblika stabbilit skont l-Artikolu 24 ta' dak ir-Regolament, kif ukoll mal-ECDC.
__________________
__________________
19 [daħħal referenza għat-test adottat imsemmi fin-nota 4 f'qiegħ il-paġna]
19 [daħħal referenza għat-test adottat imsemmi fin-nota 4 f'qiegħ il-paġna]
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1
1.  Għal sakemm iddum emerġenza tas-saħħa pubblika jew wara talba għall-assistenza kif imsemmi fl-Artikolu 4(3) u sal-għeluq tagħha, il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jirrapporta regolarment ir-riżultati tal-monitoraġġ tiegħu lill-Kummissjoni u lis-subnetwork imsemmi fl-Artikolu 9(2), u, b'mod partikolari, jindika kwalunkwe nuqqas potenzjali jew attwali ta' prodotti mediċinali inklużi fil-listi ta' mediċini kritiċi.
1.  Għal sakemm iddum emerġenza tas-saħħa pubblika jew wara talba għall-assistenza kif imsemmi fl-Artikolu 4(3) u sal-għeluq tagħha, il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jirrapporta regolarment ir-riżultati tal-monitoraġġ tiegħu lill-Kummissjoni u lis-subnetwork imsemmi fl-Artikolu 9(2), u, b'mod partikolari, jindika kwalunkwe nuqqas potenzjali jew attwali ta' prodotti mediċinali inklużi fil-listi ta' mediċini kritiċi. Dawk ir-rapporti jistgħu jsiru disponibbli wkoll għal atturi oħra fil-katina tal-provvista farmaċewtika, fejn rilevanti.
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2
2.  Meta jintalab jagħmel dan mill-Kummissjoni jew mis-subnetwork imsemmi fl-Artikolu 9(2), il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jipprovdi data aggregata u tbassir tad-domanda biex jissostanzja s-sejbiet tiegħu. F'dak ir-rigward, il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jikkollabora maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard biex jikseb data epidemjoloġika li tgħin fit-tbassir tal-ħtiġijiet tal-prodotti mediċinali, u mal-Grupp Eżekuttiv ta' Tmexxija dwar in-Nuqqasijiet tal-Apparati Mediċi msemmi fl-Artikolu 19 meta l-prodotti mediċinali inklużi fil-listi ta' mediċini kritiċi jingħataw b'apparati mediċi.
2.  Meta jintalab jagħmel dan mill-Kummissjoni, minn awtorità kompetenti nazzjonali waħda jew aktar jew mis-subnetwork imsemmi fl-Artikolu 9(2), il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jipprovdi data aggregata u tbassir tad-domanda biex jissostanzja s-sejbiet tiegħu. F'dak ir-rigward, il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu juża d-data mill-bażi tad-data stabbilita f'konformità mal-Artikolu 12a, ladarba tibda topera bis-sħiħ, u għandu jikkollabora maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard biex jikseb data epidemjoloġika, mudelli u xenarji ta' żvilupp li tgħin fit-tbassir tal-ħtiġijiet tal-prodotti mediċinali, u mal-Grupp Eżekuttiv ta' Tmexxija dwar in-Nuqqasijiet tal-Apparati Mediċi msemmi fl-Artikolu 19 meta l-prodotti mediċinali inklużi fil-listi ta' mediċini kritiċi jingħataw b'apparati mediċi. Id-data aggregata u t-tbassir tad-domanda jistgħu jkunu wkoll disponibbli għal atturi oħra tal-katina tal-provvista farmaċewtika, fejn ikun rilevanti, bil-għan li jiġu evitati jew immitigati aħjar in-nuqqasijiet potenzjali jew attwali. Il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu wkoll jikkondividi s-sejbiet u l-konklużjonijiet tiegħu mal-atturi tal-Unjoni u dawk nazzjonali involuti fil-kumulazzjoni ta' riżervi ta' prodotti mediċinali u apparati mediċi.
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 3
3.  Bħala parti minn dak ir-rapportar, il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini jista' jipprovdi wkoll rakkomandazzjonijiet dwar miżuri, li jistgħu jittieħdu mill-Kummissjoni, mill-Istati Membri, mid-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq u minn entitajiet oħra għall-prevenzjoni jew għall-mitigazzjoni ta' nuqqasijiet potenzjali jew attwali. F'dak ir-rigward il-Grupp għandu jikkomunika, kif rilevanti, mal-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa u, fil-każ ta' emerġenza tas-saħħa pubblika, mal-Kumitat Konsultattiv dwar l-emerġenzi tas-saħħa pubblika.
3.  Bħala parti minn dak ir-rapportar, il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini jista' jipprovdi wkoll rakkomandazzjonijiet dwar miżuri, li jistgħu jittieħdu mill-Kummissjoni, mill-Istati Membri, mid-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq u minn entitajiet oħra, inklużi rappreżentanti ta' professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa u organizzazzjonijiet tal-pazjenti, għall-prevenzjoni jew għall-mitigazzjoni ta' nuqqasijiet potenzjali jew attwali. F'dak ir-rigward il-Grupp għandu jikkomunika, kif rilevanti, mal-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa u, fil-każ ta' emerġenza tas-saħħa pubblika, mal-Kumitat Konsultattiv dwar l-emerġenzi tas-saħħa pubblika.
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 4
4.  Il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini jista', fuq inizjattiva proprja jew fuq talba mill-Kummissjoni, jipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar miżuri, li jistgħu jittieħdu mill-Kummissjoni, mill-Istati Membri, mid-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq u minn entitajiet oħra biex tiġi żgurata t-tħejjija għall-indirizzar ta' nuqqasijiet potenzjali jew attwali ta' prodotti mediċinali kkawżati minn emerġenzi tas-saħħa pubblika jew minn eventi maġġuri.
4.  Il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini jista', fuq inizjattiva proprja jew fuq talba mill-Kummissjoni, jipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar miżuri, li jistgħu jittieħdu mill-Kummissjoni, mill-Istati Membri, mid-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq, mir-rappreżentanti tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa u minn entitajiet oħra biex tiġi żgurata t-tħejjija għall-indirizzar ta' nuqqasijiet potenzjali jew attwali ta' prodotti mediċinali kkawżati minn emerġenzi tas-saħħa pubblika jew minn eventi maġġuri.
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 5
5.  Il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini jista', fuq talba tal-Kummissjoni, jikkoordina miżuri, fejn rilevanti, bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq u entitajiet oħra għall-prevenzjoni jew għall-mitigazzjoni ta' nuqqasijiet potenzjali jew attwali fil-kuntest ta' event maġġuri jew ta' emerġenza tas-saħħa pubblika.
5.  Il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini jista', fuq talba tal-Kummissjoni, jikkoordina miżuri, fejn rilevanti, bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq u entitajiet oħra, inklużi professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa u organizzazzjonijiet ta' pazjenti, għall-prevenzjoni jew għall-mitigazzjoni ta' nuqqasijiet potenzjali jew attwali fil-kuntest ta' event maġġuri jew ta' emerġenza tas-saħħa pubblika.
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.  Fejn ir-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 ma jitqisux jew ma jiġux implimentati, il-Kummissjoni, l-Istati Membri u d-detenturi tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandhom jipprovdu, fejn ikun xieraq, ġustifikazzjoni sostanzjata.
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a
(a)  tispeċifika l-proċeduri għall-istabbiliment tal-listi ta' mediċini kritiċi;
(a)  tispeċifika l-proċeduri u l-kriterji għall-istabbiliment u r-rieżami tal-listi ta' mediċini kritiċi, filwaqt li tiżgura konsultazzjoni adegwata mad-detenturi tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u ma' atturi rilevanti oħra fil-katina tal-provvista farmaċewtika kif ukoll mal-professjonisti tal-kura tas-saħħa, mal-konsumaturi u mal-pazjenti;
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt (b)
(b)  tispeċifika l-metodi u l-kriterji għall-monitoraġġ, għall-ġbir tad-data u għar-rapportar previsti fl-Artikoli 4, 7 u 8;
(b)  tispeċifika l-metodi u l-kriterji għall-monitoraġġ, għall-ġbir tad-data u għar-rapportar previsti fl-Artikoli 4, 7 u 8 b'sett ta' data minimu bażiku;
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt c
(c)  tiżviluppa sistemi elettroniċi simplifikati ta' monitoraġġ u ta' rapportar;
(c)  tiżviluppa sistemi elettroniċi simplifikati ta' monitoraġġ u ta' rapportar f'koordinazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali sakemm il-bażi tad-data prevista fl-Artikolu 12a tibda topera bis-sħiħ, abbażi ta' oqsma ta' data armonizzati bejn l-Istati Membri;
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 9 - paragrafu 1 - punt fa (ġdid)
(fa)  tippubblika l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (f) ta’ dan il-paragrafu fuq il-portal tal-web tagħha.
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt b
(b)  titlob informazzjoni mill-punti ta' kuntatt inklużi fis-subnetwork imsemmi fil-punt (a) u tistabbilixxi skadenza għas-sottomissjoni tagħha;
(b)  titlob informazzjoni, inkluż dwar il-provvista tal-listi ta' mediċini kritiċi, mill-punti ta' kuntatt inklużi fis-subnetwork imsemmi fil-punt (a) u tistabbilixxi skadenza għas-sottomissjoni tagħha jekk dik l-informazzjoni ma tkunx disponibbli fil-bażi tad-data prevista fl-Artikolu 12a;
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt c
(c)  titlob informazzjoni mill-punti uniċi ta' kuntatt mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri fuq il-bażi tas-sett ta' informazzjoni maqbul mill-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini u tistabbilixxi skadenza għas-sottomissjoni tagħha.
(c)  titlob informazzjoni mill-punti uniċi ta' kuntatt mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri fuq il-bażi tas-sett ta' informazzjoni maqbul mill-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini u tistabbilixxi skadenza għas-sottomissjoni tagħha jekk dik l-informazzjoni ma tkunx disponibbli fil-bażi tad-data prevista fl-Artikolu 12a.
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt d
(d)  id-dettalji tan-nuqqas potenzjali jew attwali bħad-dati tal-bidu u tat-tmiem attwali jew stmati u l-kawża suspettata jew magħrufa;
(d)  id-dettalji tan-nuqqas potenzjali jew attwali bħad-dati tal-bidu u tat-tmiem attwali jew stmati u l-kawża suspettata jew magħrufa kif ukoll informazzjoni dwar kwalunkwe konġestjoni li jista' jkun hemm fil-katina tal-provvista;
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt ea (ġdid)
(ea)  l-istokkijiet disponibbli;
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt eb (ġdid)
(eb)  il-kwantitajiet diġà kkonsenjati;
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt ec (ġdid)
(ec)  il-konsenji proġettati;
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt g
(g)  il-pjanijiet ta' mitigazzjoni inkluża l-kapaċità tal-produzzjoni u tal-provvista;
(g)  il-pjanijiet ta' prevenzjoni u ta' mitigazzjoni inkluża informazzjoni dwar il-kapaċità tal-produzzjoni u tal-provvista, is-siti tal-produzzjoni tal-prodott farmaċewtiku lest u tas-sustanzi farmaċewtiċi attivi, is-siti tal-produzzjoni alternattivi potenzjali jew il-livelli minimi ta' stokkijiet, bil-għan li tiġi ggarantita provvista kontinwa u jiġu evitati nuqqasijiet ta' prodotti mediċinali inklużi fil-listi ta' mediċini kritiċi.
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt h
(h)  l-informazzjoni mingħand id-distributuri operaturi u l-persuna ġuridika intitolata li tipprovdi l-prodott mediċinali lill-pubbliku.
imħassar
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2
2.  Id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti mediċinali awtorizzati fl-Unjoni għandhom, fi żmien 6 xhur mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 9(1)(e) fil-forma ta' sottomissjoni elettronika fil-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 57(1)(l) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004. Dawk id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għandhom jaġġornaw is-sottomissjoni tagħhom kull fejn ikun meħtieġ.
2.  Id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti mediċinali awtorizzati fl-Unjoni għandhom, fi żmien 6 xhur mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 9(1)(e) fil-forma ta' sottomissjoni elettronika fil-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 57(1)(l) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 u f'konformità mal-istandards żviluppati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandards (ISO) għall-identifikazzjoni ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (IDMP). Dawk id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għandhom jaġġornaw is-sottomissjoni tagħhom kull fejn ikun meħtieġ.
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 4
4.  Meta d-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għal prodotti mediċinali inklużi fil-listi ta' mediċini kritiċi jindikaw li l-informazzjoni sottomessa fiha informazzjoni ta' natura kummerċjalment kunfidenzjali, huma għandhom jidentifikaw il-partijiet rilevanti u jiċċaraw ir-raġunijiet għal indikazzjoni bħal din. L-Aġenzija għandha tivvaluta l-merti ta' kull talba u tipproteġi informazzjoni kummerċjalment kunfidenzjali kontra divulgazzjoni mhux ġustifikata.
4.  Meta d-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għal prodotti mediċinali inklużi fil-listi ta' mediċini kritiċi jindikaw li l-informazzjoni sottomessa mitluba mill-Aġenzija u mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fiha informazzjoni ta' natura kummerċjalment kunfidenzjali, huma għandhom jidentifikaw il-partijiet rilevanti u jiċċaraw ir-raġunijiet għal indikazzjoni bħal din. L-Aġenzija għandha tivvaluta l-merti ta' kull talba u tipproteġi informazzjoni kummerċjalment kunfidenzjali kontra divulgazzjoni mhux ġustifikata.
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 5
5.  Meta d-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet tat-tqegħid fis-suq għall-prodotti mediċinali inklużi fil-listi ta' mediċini kritiċi jkollhom fil-pussess tagħhom kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tipprovdi evidenza ta' nuqqas potenzjali jew reali, dawn għandhom jipprovdu minnufih din l-informazzjoni lill-Aġenzija.
5.  Meta d-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet tat-tqegħid fis-suq għall-prodotti mediċinali inklużi fil-listi ta' mediċini kritiċi u/jew atturi rilevanti oħra tal-katina tal-provvista farmaċewtika jkollhom fil-pussess tagħhom kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tipprovdi evidenza ta' nuqqas potenzjali jew reali, dawn għandhom jipprovdu minnufih din l-informazzjoni lill-Aġenzija.
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 6 – punt c
(c)  jinformaw lill-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini bi kwalunkwe miżura meħuda u jirrapportaw dwar ir-riżultati ta' dawk il-miżuri, inkluża informazzjoni dwar ir-riżoluzzjoni tan-nuqqas potenzjali jew attwali.
(c)  jinformaw lill-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini bi kwalunkwe miżura meħuda u jirrapportaw dwar il-monitoraġġ u r-riżultati ta' dawk il-miżuri, inkluża informazzjoni dwar ir-riżoluzzjoni tan-nuqqas potenzjali jew attwali.
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 6a (ġdid)
6a.  Sabiex jiġu ssupplimentati l-pjanijiet ta' prevenzjoni u ta' mitigazzjoni tan-nuqqasijiet ta' prodotti mediċinali kritiċi, l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jistgħu jitolbu informazzjoni addizzjonali mid-distributuri operaturi u atturi rilevanti oħra rigward kwalunkwe sfida loġistika li tirriżulta mill-katina tal-provvista bl-ingrossa.
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Sabiex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 7 wara talba mill-Aġenzija, l-Istati Membri għandhom, sal-iskadenza stabbilita mill-Aġenzija:
1.  Sabiex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 7 wara talba mill-Aġenzija, l-Istati Membri għandhom, sal-iskadenza stabbilita mill-Aġenzija, jissottomettu l-informazzjoni li ġejja dment li ma tkunx disponibbli fil-bażi tad-data prevista fl-Artikolu 12a:
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2
2.  Fejn meħtieġ biex jissodisfaw l-obbligi ta' rapportar tagħhom stabbiliti fil-paragrafu 1, l-Istati Membri, bl-appoġġ tal-Aġenzija, għandhom jiġbru informazzjoni u data dwar il-livelli tal-istokkijiet minn distributuri operaturi u minn entitajiet legali oħra intitolati li jipprovdu lill-pubbliku bi prodotti mediċinali inklużi fil-listi ta' mediċini kritiċi.
2.  Fejn meħtieġ biex jissodisfaw l-obbligi ta' rapportar tagħhom stabbiliti fil-paragrafu 1, l-Istati Membri, bl-appoġġ tal-Aġenzija, għandhom jiġbru informazzjoni u data rilevanti, inkluż dwar il-livelli tal-istokkijiet, minn distributuri bl-ingrossa u minn entitajiet legali oħra u persuni awtorizzati jew intitolati li jipprovdu lill-pubbliku bi prodotti mediċinali inklużi fil-listi ta' mediċini kritiċi.
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għall-prodotti mediċinali għandhom jiffaċilitaw il-ġbir tad-data online dwar l-impatt ta' nuqqasijiet ta' mediċini fuq il-pazjenti u l-konsumaturi. Is-subnetwork ta' punti uniċi ta' kuntatt mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali msemmi fl-Artikolu 3(5) għandu jikkondividi data aggregata rilevanti minn dawk ir-rapporti mal-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini biex tinforma r-rakkomandazzjonijiet dwar il-maniġġar tan-nuqqasijiet ta' prodotti mediċinali.
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa)  tiffaċilita l-koordinazzjoni bejn il-manifatturi u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra biex jiġu indirizzati ż-żidiet f'daqqa fid-domanda;
Emenda 95
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt b
(b)  tikkunsidra l-ħtieġa għal linji gwida indirizzati lill-Istati Membri, lid-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq, u lil entitajiet oħra;
(b)  tikkunsidra l-ħtieġa għal linji gwida u rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Istati Membri, lid-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq, u lil entitajiet oħra, inklużi mill-katina tal-provvista farmaċewtika kif ukoll il-professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa, biex tappoġġjahom fil-ħidma tagħhom u fil-komunikazzjoni mal-pazjenti;
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt f
(f)  tikkollabora ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, kif xieraq, biex timmitiga in-nuqqasijiet potenzjali jew attwali tal-prodotti mediċinali inklużi fil-lista ta' mediċini kritiċi jew tal-ingredjenti farmaċewtiċi attivi tagħhom, meta dawk il-prodotti jew ingredjenti jiġu importati fl-Unjoni u meta tali nuqqasijiet potenzjali jew attwali jkollhom implikazzjonijiet internazzjonali.
(f)  tikkollabora ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, kif xieraq, biex timmitiga in-nuqqasijiet potenzjali jew attwali tal-prodotti mediċinali inklużi fil-lista ta' mediċini kritiċi jew tal-ingredjenti farmaċewtiċi attivi tagħhom, meta dawk il-prodotti jew ingredjenti jiġu importati fl-Unjoni u meta tali nuqqasijiet potenzjali jew attwali jkollhom implikazzjonijiet internazzjonali, u tirrapporta dawk l-azzjonijiet kif ukoll ir-riżultati miksuba mill-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini.
Emenda 97
Proposta għal regolament
Artikolu 12a (ġdid)
Artikolu 12a
Bażi tad-Data Ewropea tal-Provvista tal-Mediċini
1.   L-Aġenzija għandha, f'kollaborazzjoni mal-Kummissjoni u mal-Istati Membri, tistabbilixxi, iżżomm u timmaniġġa l-bażi tad-data Ewropea tal-provvista tal-mediċini (EUMSD) għall-finijiet li ġejjin:
(a)   biex tippermetti l-monitoraġġ tal-provvista u d-domanda tal-prodotti mediċinali fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri;
(b)   biex tippermetti l-monitoraġġ u r-rapportar tan-nuqqasijiet tal-prodotti mediċinali fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri;
(c)   biex tippermetti lid-detenturi tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u lid-distributuri bl-ingrossa jikkonformaw mal-obbligi ta' informazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 10;
(d)   biex tippermetti lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija u lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jwettqu l-kompiti tagħhom f'konformità ma' dan ir-Regolament fuq bażi infurmata sew u biex ittejjeb il-kooperazzjoni bejniethom.
L-EUMSD, li għandha topera mhux biss matul emerġenzi tas-saħħa pubblika u eventi maġġuri iżda wkoll f'ċirkostanzi normali, għandha tiffunzjona bħala bażi tad-data interoperabbli u diġitali fil-livell tal-Unjoni, abbażi tad-data rrapportata permezz tal-pjattaformi elettroniċi nazzjonali stabbiliti skont il-paragrafu 2. Il-bażi tad-data għandha tippermetti lill-Aġenzija u lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali simultanjament jaċċessaw u jikkondividu l-informazzjoni pprovduta fil-bażi tad-data.
2.   Kull Stat Membru għandu jiżviluppa pjattaforma elettronika bil-għan li jistabbilixxi monitoraġġ f'ħin reali tal-provvista ta' prodotti mediċinali, li tkun tista' tiddetermina l-volum tal-provvista ta' kull prodott mediċinali eżistenti fi kwalunkwe mument partikolari, u jidentifika, jipprevedi u jipprevjeni n-nuqqasijiet ta' prodotti mediċinali. Dawk il-pjattaformi, li għandhom ikunu mmaniġġjati mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, għandhom ikunu kompletament operattivi fil-livell tal-Istati Membri sa...[30 xhar wara d-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].
Id-data dwar il-provvista u d-domanda għandha tiġi rrapportata fil-livell tal-Istati Membri mill-entitajiet li ġejjin:
(a)   id-detenturi tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq
(b)   id-distributuri bl-ingrossa
(c)   l-ispiżeriji komunitarji u tal-isptarijiet.
3.   Minbarra l-paragrafu 2, il-pjattaformi elettroniċi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali b'aċċess f'ħin reali għal informazzjoni dwar talbiet mhux issodisfati minn distributuri bl-ingrossa, spiżeriji komunitarji u spiżeriji tal-isptarijiet fil-livell nazzjonali. Dawk il-pjattaformi għandhom jippermettu wkoll li d-detenturi tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq jirrappurtaw kwalunkwe problema ta' provvista ta' prodotti mediċinali, inklużi problemi ta' manifattura.
4.   Il-pjattaformi tal-Istati Membri għandhom ikunu interoperabbli u għandhom jirreplikaw l-informazzjoni tagħhom fl-EUMSD immaniġġjata mill-Aġenzija, u b'hekk jipprevjenu kwalunkwe duplikazzjoni tal-proċess ta' rapportar mill-punti uniċi ta' kuntatt stabbiliti fl-Artikolu 9(2).
5.   Id-data ġġenerata mill-pjattaformi tal-Istati Membri u konsegwentement mill-EUMSD għandha tagħmilha possibbli li tiġi identifikata kwalunkwe problema ta' provvista tul il-katina tal-provvista u, permezz tal-applikazzjoni ta' tekniki tal-big data u, fejn xieraq, l-intelliġenza artifiċjali, għandha tkun tista' tbassar problemi ta' provvista minn qabel.
6.   Id-data sottomessa għandha tkun konformi mal-istandards żviluppati mill-ISO għall-IDMP u għandha tkun ibbażata fuq l-erba' oqsma ta' data ewlenija fil-proċessi regolatorji farmaċewtiċi: is-sustanza, il-prodott, l-organizzazzjoni u d-data referenzjali.
7.   L-Aġenzija għandha, f'kollaborazzjoni mal-Kummissjoni u l-Istati Membri, tfassal l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali għall-bażijiet tad-data, flimkien ma' pjan għall-implimentazzjoni tal-EUMSD u l-pjattaformi tal-Istati Membri sa...[6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Dak il-pjan għandu jfittex li jiżgura li l-EUMSD ikun kompletament funzjonali sa ... [48 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].
8.   Meta awtorità kompetenti nazzjonali tindika li l-informazzjoni ppreżentata fiha informazzjoni ta' natura kummerċjalment kunfidenzjali, hi għandha tidentifika l-partijiet rilevanti u tiċċara r-raġunijiet għal indikazzjoni bħal din. L-Aġenzija għandha tivvaluta l-merti ta' kull talba u tipproteġi informazzjoni kummerċjalment kunfidenzjali kontra divulgazzjoni mhux ġustifikata.
9.   Fid-dawl tan-natura kummerċjalment sensittivi tad-data pprovduta lill-EUMSD, l-aċċess għall-bażi tad-data għandu jkun limitat għall-Kummissjoni, l-Aġenzija, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jirrapportaw id-data lill-bażi tad-data u lill-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini.
Emenda 98
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1
L-Aġenzija għandha, permezz tal-portal tal-web tagħha u mezzi xierqa oħra, flimkien mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, tinforma lill-pubbliku u lill-gruppi ta' interess fir-rigward tal-ħidma tal-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini.
L-Aġenzija għandha, permezz ta' spazju ddedikat fuq il-portal tal-web tagħha u mezzi xierqa oħra, flimkien mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, tinforma f'waqthom lill-pubbliku u lill-gruppi ta' interess fir-rigward tal-ħidma tal-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini, u tirreaġixxi għad-diżinformazzjoni li fil-mira tagħha jkollha l-ħidma tal-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini kif xieraq.
Emenda 99
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1a (ġdid)
Il-proċedimenti mwettqa mill-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandhom ikunu trasparenti. L-aġenda u l-minuti tal-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini kif ukoll ir-regoli ta' proċedura u r-rakkomandazzjonijiet u, fejn xieraq, il-voti għandhom ikunu dokumentati u disponibbli għall-pubbliku, inkluż kwalunkwe nuqqas ta' ftehim.
Emenda 100
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1
1.  B'dan, it-Task Force għall-emerġenzi hija stabbilita bħala parti mill-Aġenzija. Din għandha titlaqqa' waqt emerġenzi tas-saħħa pubblika, jew wiċċ imb wiċċ jew b'mod remot. L-Aġenzija għandha tipprovdi s-segretarjat tiegħu.
1.  B'dan, it-Task Force għall-emerġenzi hija stabbilita bħala parti mill-Aġenzija. Din għandha titlaqqa' bi tħejjija għal u waqt emerġenzi tas-saħħa pubblika, jew wiċċ imb wiċċ jew b'mod remot. L-Aġenzija għandha tipprovdi s-segretarjat tiegħu.
Emenda 101
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt f
(f)  tikkoopera ma' korpi u ma' aġenziji tal-Unjoni, mal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, ma' pajjiżi terzi, u ma' organizzazzjonijiet xjentifiċi internazzjonali dwar kwistjonijiet xjentifiċi u tekniċi relatati mal-emerġenza tas-saħħa pubblika u ma' prodotti mediċinali li jista' jkollhom il-potenzjal li jindirizzaw emerġenzi tas-saħħa pubblika, kif meħtieġ.
(f)  tikkoopera ma' awtoritajiet kompetenti nazzjonali, ma' korpi u ma' aġenziji tal-Unjoni, mal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, ma' pajjiżi terzi, u ma' organizzazzjonijiet xjentifiċi internazzjonali dwar kwistjonijiet xjentifiċi u tekniċi relatati mal-emerġenza tas-saħħa pubblika u ma' prodotti mediċinali li jista' jkollhom il-potenzjal li jindirizzaw emerġenzi tas-saħħa pubblika, kif meħtieġ.
Emenda 102
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 3
3.  It-Task Force għall-emerġenzi għandha tkun magħmula minn rappreżentanti tal-kumitati xjentifiċi, tal-gruppi ta' ħidma, u tal-membri tal-persunal tal-Aġenzija, mill-grupp ta' koordinazzjoni stabbilit f'konformità mal-Artikolu 27 tad-Direttiva 2001/83/KE, u mill-Grupp ta' Konsulenza u ta' Koordinazzjoni tal-Provi Kliniċi stabbilit f'konformità mal-Artikolu 85 tar-Regolament (UE) Nru 536/2014.21 Jistgħu jinħatru esperti esterni u r-rappreżentanti ta' korpi u ta' aġenziji oħra tal-Unjoni jistgħu jiġu mistiedna fuq bażi ad hoc, kif ikun meħtieġ. Għandha tiġi ppreseduta mill-Aġenzija.
3.  It-Task Force għall-emerġenzi għandha tkun magħmula minn rappreżentanti tal-kumitati xjentifiċi, tal-gruppi ta' ħidma, inklużi rappreżentanti tal-PCWP u tal-HCPWP, u tal-membri tal-persunal tal-Aġenzija, mill-grupp ta' koordinazzjoni stabbilit f'konformità mal-Artikolu 27 tad-Direttiva 2001/83/KE, u mill-Grupp ta' Konsulenza u ta' Koordinazzjoni tal-Provi Kliniċi stabbilit f'konformità mal-Artikolu 85 tar-Regolament (UE) Nru 536/2014. 21 Jistgħu jinħatru esperti esterni u r-rappreżentanti ta' korpi u ta' aġenziji oħra tal-Unjoni jistgħu jiġu mistiedna fuq bażi ad hoc, kif ikun meħtieġ. Għandha tiġi ppreseduta mill-Aġenzija.
__________________
__________________
21 Ir-Regolament (UE) Nru 536/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar il-provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, u li jħassar id-Direttiva 2001/20/KE, ĠU L 158, 27.5.2014, p. 1
21 Ir-Regolament (UE) Nru 536/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar il-provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, u li jħassar id-Direttiva 2001/20/KE, ĠU L 158, 27.5.2014, p. 1
Emenda 103
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 5
5.  Il-President jista' jistieden lil rappreżentanti tal-Istati Membri, tal-membri tal-kumitati xjentifiċi tal-Aġenzija u tal-gruppi ta' ħidma, u lil partijiet terzi, li jinkludu rappreżentanti ta' gruppi ta' interess għall-prodotti mediċinali, detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq, żviluppaturi ta' prodotti mediċinali, sponsors tal-provi kliniċi, rappreżentanti tan-networks tal-provi kliniċi, u gruppi ta' interess li jirrappreżentaw lill-pazjenti u lill-professjonisti fil-kura medika biex jattendu l-laqgħat tiegħu.
5.  Il-President jista' jistieden lil rappreżentanti tal-Istati Membri, tal-membri tal-kumitati xjentifiċi tal-Aġenzija u tal-gruppi ta' ħidma, u lil partijiet terzi, li jinkludu rappreżentanti ta' gruppi ta' interess għall-prodotti mediċinali, detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq, żviluppaturi ta' prodotti mediċinali, sponsors tal-provi kliniċi, riċerkaturi, rappreżentanti tan-networks tal-provi kliniċi, esperti u riċerkaturi indipendenti fil-qasam tal-provi kliniċi, u gruppi ta' interess li jirrappreżentaw lill-pazjenti u lill-professjonisti fil-kura medika biex jattendu l-laqgħat tiegħu.
Emenda 104
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 8
8.  L-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 għandu japplika għat-Task Force għall-emerġenzi fir-rigward tat-trasparenza u tal-indipendenza tal-membri tiegħu.
8.  L-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 għandu japplika għat-Task Force għall-emerġenzi fir-rigward tat-trasparenza u tal-indipendenza tal-membri tiegħu. Il-membri tat-Task Force għall-Emerġenzi għandhom jaġġornaw id-dikjarazzjoni annwali tal-interessi finanzjarji tagħhom prevista fl-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 kull meta sseħħ bidla rilevanti.
Emenda 105
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 3
3.  It-Task Force għall-emerġenzi għandha tistabbilixxi proċeduri għat-talba u għall-preżentazzjoni tas-sett ta' informazzjoni u ta' data meħtieġa, inkluża informazzjoni dwar l-Istat Membru jew dwar l-Istati Membri meta tiġi ppreżentata jew meta jkun hemm il-ħsieb li tiġi ppreżentata applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' prova klinika.
3.  It-Task Force għall-emerġenzi għandha tistabbilixxi proċeduri u gwida għat-talba u għall-preżentazzjoni tas-sett ta' informazzjoni u ta' data meħtieġa, inkluża informazzjoni dwar l-Istat Membru jew dwar l-Istati Membri meta tiġi ppreżentata jew meta jkun hemm il-ħsieb li tiġi ppreżentata applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' prova klinika.
Emenda 106
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 5
5.  Meta jawtorizzaw applikazzjoni għal prova klinika li għaliha jkun ingħata parir xjentifiku, l-Istati Membri għandhom iqisu dak il-parir kif xieraq.
5.  Meta jawtorizzaw applikazzjoni għal prova klinika li għaliha jkun ingħata parir xjentifiku, l-Istati Membri għandhom iqisu dak il-parir kif xieraq. Il-parir xjentifiku pprovdut mit-Task Force għall-Emerġenzi għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-rieżami etiku previst fir-Regolament (UE) Nru 536/2014.
Emenda 107
Proposta għal regolament
Artikolu 15a (ġdid)
Artikolu 15a
Informazzjoni pubblika dwar il-provi kliniċi u d-deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq
1.   Sakemm iddum l-emerġenza tas-saħħa pubblika, l-isponsors tal-provi kliniċi mwettqa fl-Unjoni għandhom:
(a)   jippubblikaw il-protokoll tal-istudju fil-bidu tal-prova permezz tar-reġistru tal-provi kliniċi tal-UE;
(b)   jippubblikaw is-sommarju tar-riżultati permezz tar-reġistru tal-provi kliniċi tal-UE sa skadenza stabbilita mill-Aġenzija li tkun iqsar mill-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 536/2014.
2.   Meta prodott mediċinali jirċievi awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, l-Aġenzija għandha tippubblika:
(a)   l-informazzjoni dwar il-prodott b'dettalji tal-kundizzjonijiet tal-użu fil-mument tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq;
(b)   ir-rapporti pubbliċi Ewropej ta' valutazzjoni mill-aktar fis possibbli u, fejn ikun possibbli, fi żmien sebat ijiem mill-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq;
(c)   id-data klinika sottomessa lill-Aġenzija b'appoġġ tal-applikazzjoni, fejn ikun possibbli fi żmien xahrejn mill-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni, u wara li d-data personali tkun ġiet anonomizzata u l-informazzjoni kummerċjalment kunfidenzjali tkun ġiet imħassra;
(d)   it-test sħiħ tal-Pjan għall-Ġestjoni tar-Riskju u kwalunkwe verżjoni aġġornata tiegħu.
Emenda 108
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1
1.  Wara r-rikonoxximent ta' emerġenza tas-saħħa pubblika, it-Task Force għall-emerġenzi għandha twettaq rieżami tad-data xjentifika disponibbli dwar il-prodotti mediċinali li jista' jkollhom l-potenzjal li jintużaw biex jindirizzaw l-emerġenza tas-saħħa pubblika. Ir-rieżami għandu jiġi aġġornat regolarment matul l-emerġenza tas-saħħa pubblika.
1.  Wara r-rikonoxximent ta' emerġenza tas-saħħa pubblika, it-Task Force għall-emerġenzi għandha twettaq rieżami tad-data xjentifika disponibbli dwar il-prodotti mediċinali li jista' jkollhom l-potenzjal li jintużaw biex jindirizzaw l-emerġenza tas-saħħa pubblika. Ir-rieżami għandu jiġi aġġornat regolarment matul l-emerġenza tas-saħħa pubblika, inkluż fejn ikun miftiehem mit-Task Force għall-Emerġenzi u mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem bi tħejjija għall-valutazzjoni ta' applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.
Emenda 109
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2
2.  Bi tħejjija għar-rieżami, it-Task Force għall-emerġenzi tista' titlob informazzjoni u data mingħand id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq u l-iżviluppaturi u tagħmel diskussjonijiet preliminari magħhom. Fejn disponibbli, it-Task Force għall-emerġenzi tista' wkoll tagħmel użu minn studji ta' osservazzjoni tad-data dwar is-saħħa ġġenerata barra mill-istudji kliniċi filwaqt li tqis l-affidabbiltà tagħhom.
2.  Bi tħejjija għar-rieżami, it-Task Force għall-emerġenzi tista' titlob informazzjoni u data mingħand id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq u l-iżviluppaturi u tagħmel diskussjonijiet preliminari magħhom. Fejn disponibbli, it-Task Force għall-emerġenzi tista' wkoll tagħmel użu minn studji ta' osservazzjoni tad-data dwar is-saħħa ġġenerata barra mill-istudji kliniċi filwaqt li tqis l-affidabbiltà tagħhom. It-Task Force għall-Emerġenzi tista' tikkoordina mal-aġenziji tal-mediċini ta' pajjiżi terzi għal informazzjoni addizzjonali u skambju tad-data.
Emenda 110
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 7
7.  L-Aġenzija għandha tippubblika l-opinjonijiet adottati skont il-paragrafu 4 inkluż kwalunkwe aġġornament fuq il-portal tal-web tagħha.
imħassar
Emenda 111
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1
L-Aġenzija għandha, permezz tal-portal tal-web tagħha u mezzi xierqa oħra, u flimkien mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, tinforma lill-pubbliku u lill-gruppi ta' interess rilevanti fir-rigward tal-ħidma tat-Task Force għall-emerġenzi.
L-Aġenzija għandha, permezz ta' spazju ddedikat fuq il-portal tal-web tagħha u mezzi xierqa oħra, u flimkien mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, tinforma mingħajr dewmien lill-pubbliku u lill-gruppi ta' interess rilevanti fir-rigward tal-ħidma tat-Task Force għall-emerġenzi, u tirrispondi għad-diżinformazzjoni li fil-mira tagħha jkollha l-ħidma tat-Task Force għall-Emerġenzi kif xieraq.
Emenda 112
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1a (ġdid)
Il-lista tal-membri tat-Task Force għall-Emerġenzi, ir-regoli ta' proċedura, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet mogħtija skont l-Artikolu 16(3) u l-opinjonijiet adottati skont l-Artikolu 16(4) għandhom jiġu ppubblikati fuq il-portal tal-web tal-Aġenzija.
Emenda 113
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt a
(a)  tiżviluppa u tmantni għodod elettroniċi għas-sottomissjoni ta' informazzjoni u ta' data, li tinkludi data elettronika dwar is-saħħa ġġenerata barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-istudji kliniċi;
(a)  tiżviluppa u tmantni għodod elettroniċi, inkluża pjattaforma interoperabbli u diġitalizzata, għas-sottomissjoni ta' informazzjoni u ta' data, li tinkludi data elettronika dwar is-saħħa ġġenerata barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-istudji kliniċi;
Emenda 114
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt b
(b)  tikkoordina studji indipendenti dwar l-effettività tal-vaċċini u l-monitoraġġ tas-sikurezza bl-użu ta' data rilevanti miżmuma mill-awtoritajiet pubbliċi. Tali koordinazzjoni għandha titwettaq b'mod konġunt maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard u b'mod partikolari permezz ta' pjattaforma ġdida għall-monitoraġġ tal-vaċċini;
(b)  tikkoordina studji indipendenti dwar l-użu, l-effettività u l-monitoraġġ tas-sikurezza ta' prodotti mediċinali maħsuba għall-kura, il-prevenzjoni jew id-dijanjożi ta' marda bl-użu ta' data rilevanti miżmuma mill-awtoritajiet pubbliċi; għall-vaċċini, tali koordinazzjoni għandha titwettaq b'mod konġunt maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard u b'mod partikolari permezz ta' pjattaforma ġdida għall-monitoraġġ tal-vaċċini;
Emenda 115
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt c
(c)  bħala parti mill-kompiti regolatorji tagħha, tagħmel użu minn infrastrutturi jew minn għodod diġitali, biex tiffaċilita l-aċċess rapidu għal jew l-analiżi ta' data elettronika disponibbli dwar is-saħħa ġġenerata barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-istudji kliniċi, u l-iskambju ta' tali data bejn l-Istati Membri, l-Aġenzija, u korpi oħra tal-Unjoni;
(c)  bħala parti mill-kompiti regolatorji tagħha, tagħmel użu minn infrastrutturi jew minn għodod diġitali, biex tiffaċilita l-aċċess rapidu għal jew l-analiżi ta' data elettronika disponibbli dwar is-saħħa ġġenerata barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-istudji kliniċi ta' intervent, u l-iskambju ta' tali data bejn l-Istati Membri, l-Aġenzija, u korpi oħra tal-Unjoni;
Emenda 116
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 1
1.  B'dan, il-Grupp Eżekuttiv ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi ("il-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi") huwa stabbilit bħala parti mill-Aġenzija. Għandu jiltaqa' wiċċ imb wiċċ jew inkella b'mod remot, bi tħejjija għal emerġenza tas-saħħa pubblika jew matulha. L-Aġenzija għandha tipprovdi s-segretarjat tiegħu.
1.  B'dan, il-Grupp Eżekuttiv ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi ("il-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi") huwa stabbilit bħala parti mill-Aġenzija. Għandu jiltaqa' wiċċ imb wiċċ jew inkella b'mod remot f'intervalli regolari, u kull meta s-sitwazzjoni tirrikjedi dan, bi tħejjija għal emerġenza tas-saħħa pubblika jew matulha. L-Aġenzija għandha tipprovdi s-segretarjat tiegħu.
Emenda 117
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 2
2.  Il-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi għandu jkun magħmul minn rappreżentant tal-Aġenzija, minn rappreżentant tal-Kummissjoni u minn rappreżentant anzjan wieħed għal kull Stat Membru. Kull Stat Membru għandu jinnomina lir-rappreżentant tiegħu. Il-membri jistgħu jkunu akkumpanjati minn esperti f'oqsma xjentifiċi jew tekniċi speċifiċi.
2.  Il-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi għandu jkun magħmul minn rappreżentant tal-Aġenzija, minn rappreżentant tal-Kummissjoni u minn rappreżentant anzjan awtorizzat wieħed għal kull Stat Membru. Kull Stat Membru għandu jinnomina lir-rappreżentant tiegħu. Il-membri jistgħu jkunu akkumpanjati minn esperti f'oqsma xjentifiċi jew tekniċi speċifiċi. Il-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi għandu jinkludi wkoll rappreżentant tal-PCWP u rappreżentant tal-HCPWP bħala osservaturi. Il-lista tal-membri tal-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi għandha tkun trasparenti u tiġi ppubblikata fuq il-portal tal-web tal-Aġenzija.
Emenda 118
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 3
3.  Il-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi għandu jkun ippresedut mill-Aġenzija. Il-President jista' jistieden lil partijiet terzi, li jinkludu rappreżentanti ta' gruppi ta' interess ta' apparati mediċi, biex jattendu l-laqgħat tiegħu.
3.  Il-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi għandu jkun ippresedut mill-Aġenzija. Kwalunkwe membru tal-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi jista' jipproponi lill-President biex jistieden lil partijiet terzi, li jinkludu rappreżentanti ta' gruppi ta' interess ta' apparati mediċi, bħal rappreżentanti tal-manifatturi u korpi notifikati jew kwalunkwe attur ieħor fil-katina tal-provvista tal-apparat mediku, kif ukoll rappreżentanti ta' professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa, pazjenti u konsumaturi biex jattendu l-laqgħat tiegħu meta l-kontribut tagħhom jista' jinforma d-diskussjonijiet tal-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi.
Emenda 119
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 6a (ġdid)
6a.  Il-membri tal-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi ma għandux ikollhom interessi finanzjarji jew ta' tip ieħor fl-industrija tal-apparati mediċi li jistgħu jaffettwaw l-imparzjalità tagħhom. Għandhom jaġixxu fl-interess pubbliku u b'mod indipendenti, u għandhom jagħmlu dikjarazzjoni annwali tal-interessi finanzjarji tagħhom u jaġġornawha kull meta sseħħ bidla rilevanti. L-interessi indiretti kollha li jistgħu jkunu relatati mal-industrija tal-apparati mediċi għandhom jiddaħħlu f'reġistru miżmum mill-Aġenzija u għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku fuq talba. Id-dikjarazzjoni tal-interessi għandha ssir disponibbli għall-pubbliku fuq il-portal web tal-Aġenzija.
Emenda 120
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 2
2.  Il-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi għandu jadotta sett ta' informazzjoni meħtieġa biex jimmonitorja l-provvista u d-domanda tal-apparati mediċi inklużi fil-lista ta' apparati kritiċi ta' emerġenza tas-saħħa pubblika u jinforma lill-grupp ta' ħidma tiegħu dwar dan.
2.  Il-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi għandu jadotta sett ta' informazzjoni meħtieġa biex jimmonitorja l-provvista u d-domanda tal-apparati mediċi inklużi fil-lista ta' apparati kritiċi ta' emerġenza tas-saħħa pubblika u jinforma lill-grupp ta' ħidma tiegħu dwar dan. L-entitajiet tal-Unjoni jew nazzjonali li huma involuti fil-kumulazzjoni ta' riżerva ta' apparati mediċini għandhom jiġu infurmati kif xieraq.
Emenda 121
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 3
3.  L-Aġenzija għandha tippubblika l-lista ta' apparati kritiċi ta' emerġenza tas-saħħa pubblika u kwalunkwe aġġornament ta' dik il-lista fuq il-portal tal-web tagħha.
3.  L-Aġenzija għandha tippubblika l-lista ta' apparati kritiċi ta' emerġenza tas-saħħa pubblika u kwalunkwe aġġornament ta' dik il-lista fi spazju ddedikat fuq il-portal tal-web tagħha.
Emenda 122
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  L-Aġenzija għandha tirrapporta dwar in-nuqqas ta' apparati mediċi kritiċi inklużi fil-lista ta' apparati kritiċi ta' emerġenza tas-saħħa pubblika permezz tal-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 6(4a).
Emenda 123
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 1
1.  Sakemm iddum l-emerġenza tas-saħħa pubblika, il-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi għandu jirrapporta regolarment ir-riżultati tal-monitoraġġ tiegħu lill-Kummissjoni u lis-subnetwork imsemmi fl-Artikolu 23(1)(b), u, b'mod partikolari, jindika kwalunkwe nuqqas potenzjali jew attwali tal-apparati mediċi inklużi fil-lista ta' apparati mediċi ta' emerġenza tas-saħħa pubblika.
1.  Sakemm iddum l-emerġenza tas-saħħa pubblika, il-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi għandu jirrapporta regolarment ir-riżultati tal-monitoraġġ tiegħu lill-Kummissjoni u lis-subnetwork imsemmi fl-Artikolu 23(2)(a), u, b'mod partikolari, jindika kwalunkwe nuqqas potenzjali jew attwali tal-apparati mediċi inklużi fil-lista ta' apparati mediċi ta' emerġenza tas-saħħa pubblika.
Emenda 124
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 2
2.  Meta jintalab jagħmel dan mill-Kummissjoni jew mis-subnetwork imsemmi fl-Artikolu 23(2)(b), il-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi għandu jipprovdi data aggregata u tbassir tad-domanda biex jissostanzja s-sejbiet tiegħu. F'dak ir-rigward, il-Grupp ta' Tmexxija għandu jikkomunika maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard biex jikseb data epidemjoloġika li tgħin fit-tbassir tal-ħtiġijiet tal-apparati mediċi, u mal-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini msemmi fl-Artikolu 3 meta l-apparati mediċi inklużi fil-lista ta' apparati kritiċi ta' emerġenza tas-saħħa pubblika jintużaw b'mod konġunt ma' prodott mediċinali.
2.  Meta jintalab jagħmel dan mill-Kummissjoni, minn awtorità kopmetenti nazzjonali waħda jew aktar jew mis-subnetwork imsemmi fl-Artikolu 23(2)(a), il-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi għandu jipprovdi data aggregata u tbassir tad-domanda biex jissostanzja s-sejbiet tiegħu. F'dak ir-rigward, il-Grupp ta' Tmexxija għandu jikkomunika maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard biex jikseb data epidemjoloġika li tgħin fit-tbassir tal-ħtiġijiet tal-apparati mediċi, u mal-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini msemmi fl-Artikolu 3 meta l-apparati mediċi inklużi fil-lista ta' apparati kritiċi ta' emerġenza tas-saħħa pubblika jintużaw b'mod konġunt ma' prodott mediċinali. Il-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi għandu jikkondividi wkoll is-sejbiet u l-konklużjonijiet tiegħu mal-atturi tal-Unjoni u dawk nazzjonali involuti fil-kumulazzjoni ta' riżervi ta' prodotti mediċinali u apparati mediċi.
Emenda 125
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.  Fejn ir-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 ma jitqisux jew ma jiġux implimentati, il-Kummissjoni, l-Istati Membri, il-manifatturi ta' apparati mediċi u l-korpi notifikati għandhom jipprovdu, fejn ikun xieraq, ġustifikazzjoni sostanzjata.
Emenda 126
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt a
(a)  tispeċifika l-proċeduri għall-istabbiliment tal-lista ta' apparati kritiċi ta' emerġenza tas-saħħa pubblika;
(a)  tispeċifika l-proċeduri u l-kriterji għall-istabbiliment u r-rieżami tal-lista ta' apparati kritiċi ta' emerġenza tas-saħħa pubblika, filwaqt li tiżgura konsultazzjoni adegwata mal-manifatturi u ma' atturi rilevanti oħra fil-katina tal-provvista tal-apparati mediċi kif ukoll mal-professjonisti tal-kura tas-saħħa, mal-konsumaturi u mal-pazjenti;
Emenda 127
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt b
(b)  tiżviluppa sistemi elettroniċi simplifikati ta' monitoraġġ u ta' rapportar;
(b)  tiżviluppa sistemi elettroniċi simplifikati ta' monitoraġġ u ta' rapportar f'koordinazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali;
Emenda 128
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt d
(d)  tistabbilixxi u żżomm lista ta' punti uniċi ta' kuntatt mill-manifatturi ta' apparati mediċi, mir-rappreżentanti awtorizzati u mill-korpi notifikati;
imħassar
Emenda 129
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 2 – punt a
(a)  tistabbilixxi u żżomm, għal kemm iddum l-emerġenza tas-saħħa pubblika, subnetwork ta' punti uniċi ta' kuntatt minn manifatturi ta' apparati mediċi u minn korpi notifikati fuq il-bażi tal-apparati mediċi inklużi fil-lista ta' apparati kritiċi ta' emerġenza tas-saħħa pubblika;
(a)  tistabbilixxi u żżomm, għal kemm iddum l-emerġenza tas-saħħa pubblika, subnetwork ta' punti uniċi ta' kuntatt minn manifatturi ta' apparati mediċi u minn korpi notifikati fuq il-bażi tal-apparati mediċi inklużi fil-lista ta' apparati kritiċi ta' emerġenza tas-saħħa pubblika bbażata fuq punti uniċi ta' kuntatt li għandhom jiġu inklużi għall-manifatturi kollha tal-apparat mediku fil-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2017/745 u l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2017/746;
Emenda 130
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 3 – punt ea (ġdid)
(ea)  l-istokkijiet disponibbli;
Emenda 131
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 3 – punt eb (ġdid)
(eb)  il-kwantitajiet diġà kkonsenjati;
Emenda 132
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 3 – punt ec (ġdid)
(ec)  il-konsenji proġettati;
Emenda 133
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 3 – punt f
(f)  il-pjanijiet ta' mitigazzjoni inkluża l-kapaċità tal-produzzjoni u tal-provvista;
(f)  il-pjanijiet ta' prevenzjoni u ta' mitigazzjoni inkluża informazzjoni dwar il-kapaċità tal-produzzjoni u tal-provvista bil-għan li tiġi ggarantita provvista kontinwa u jiġu evitati n-nuqqasijiet ta' apparati mediċi inklużi fil-listi ta' apparati mediċi kritiċi ta' emerġenza tas-saħħa pubblika.
Emenda 134
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 2
2.  Meta dan ikun meħtieġ sabiex jissodisfaw l-obbligi ta' rapportar tagħhom stabbiliti fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiġbru informazzjoni mingħand il-manifatturi, l-importaturi, id-distributuri u l-korpi notifikati dwar l-apparati mediċi inklużi fil-lista ta' apparati kritiċi ta' emerġenza tas-saħħa pubblika.
2.  Meta dan ikun meħtieġ sabiex jissodisfaw l-obbligi ta' rapportar tagħhom stabbiliti fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiġbru informazzjoni mingħand il-manifatturi, l-importaturi, id-distributuri, il-professjonisti tal-kura tas-saħħa u l-korpi notifikati dwar l-apparati mediċi inklużi fil-lista ta' apparati kritiċi ta' emerġenza tas-saħħa pubblika.
Emenda 135
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 4 – punt a
(b)  iqisu l-ħtieġa li jiġu previsti eżenzjonijiet temporanji fil-livell tal-Istati Membri skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (UE) 2017/745 jew l-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) 2017/746 bil-ħsieb li jiġu mmitigati in-nuqqasijiet potenzjali jew attwali tal-apparati mediċi inklużi fil-lista ta' apparati kritiċi ta' emerġenza tas-saħħa pubblika;
(a)  iqisu l-ħtieġa li jiġu previsti eżenzjonijiet temporanji fil-livell tal-Istati Membri skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (UE) 2017/745 jew l-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) 2017/746 bil-ħsieb li jiġu mmitigati n-nuqqasijiet potenzjali jew attwali tal-apparati mediċi inklużi fil-lista ta' apparati kritiċi ta' emerġenza tas-saħħa pubblika, filwaqt li fl-istess ħin jiġi żgurat livell għoli ta' sikurezza tal-pazjenti u l-prodotti;
Emenda 136
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt a
(a)  tieħu l-azzjoni kollha meħtieġa fil-limiti tas-setgħat mogħtija lilha, bil-ħsieb li timmitiga in-nuqqasijiet potenzjali jew attwali tal-apparati mediċi inklużi fil-lista tal-apparati kritiċi ta' emerġenza tas-saħħa pubblika, inkluż, fejn meħtieġ, l-għoti ta' eżenzjonijiet temporanji fil-livell tal-Unjoni skont l-Artikolu 59(3) tar-Regolament (UE) 2017/745 jew l-Artikolu 54(3) tar-Regolament (UE) 2017/746;
(a)  tieħu l-azzjoni kollha meħtieġa fil-limiti tas-setgħat mogħtija lilha, bil-ħsieb li timmitiga n-nuqqasijiet potenzjali jew attwali tal-apparati mediċi inklużi fil-lista tal-apparati kritiċi ta' emerġenza tas-saħħa pubblika, inkluż, fejn meħtieġ, l-għoti ta' eżenzjonijiet temporanji fil-livell tal-Unjoni skont l-Artikolu 59(3) tar-Regolament (UE) 2017/745 jew l-Artikolu 54(3) tar-Regolament (UE) 2017/746 filwaqt li fl-istess ħin tiġi żgurata s-sikurezza kemm tal-pazjenti kif ukoll tal-prodotti;
Emenda 137
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt b
(b)  tikkunsidra l-ħtieġa għal linji gwida indirizzati lill-Istati Membri, lill-manifatturi ta' apparati mediċi, lill-korpi notifikati u lil entitajiet oħra;
(b)  tikkunsidra l-ħtieġa għal linji gwida indirizzati lill-Istati Membri, lill-manifatturi ta' apparati mediċi, lill-korpi notifikati, lill-professjonisti tal-kura tas-saħħa u lil entitajiet oħra meta dan ikun proporzjonat, iġġustifikat u meħtieġ;
Emenda 138
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt e
(e)  tikkollabora ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, kif xieraq, biex timmitiga in-nuqqasijiet potenzjali jew attwali ta' apparati mediċi inkluż fil-lista ta' apparati mediċi jew tal-komponenti tagħhom, fejn dawk l-apparati jew komponenti jiġu importati fl-Unjoni, u meta tali nuqqasijiet potenzjali jew attwali jkollhom implikazzjonijiet internazzjonali.
(e)  tikkollabora ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, kif xieraq, biex timmitiga in-nuqqasijiet potenzjali jew attwali ta' apparati mediċi inkluż fil-lista ta' apparati mediċi jew tal-komponenti tagħhom, fejn dawk l-apparati jew komponenti jiġu importati fl-Unjoni, u meta tali nuqqasijiet potenzjali jew attwali jkollhom implikazzjonijiet internazzjonali, u tirrapporta dawk l-azzjonijiet kif ukoll ir-riżultati miksuba lill-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi.
Emenda 139
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 1
L-Aġenzija għandha, permezz tal-portal tal-web tagħha u mezzi xierqa oħra, u flimkien mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, tinforma lill-pubbliku u lill-gruppi ta' interess rilevanti fir-rigward tal-ħidma tal-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi.
L-Aġenzija għandha, permezz ta' spazju ddedikat fuq il-portal tal-web tagħha u mezzi xierqa oħra, u flimkien mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, tinforma lill-pubbliku u lill-gruppi ta' interess rilevanti f'waqthom fir-rigward tal-ħidma tal-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi u tirreaġixxi għad-diżinformazzjoni li fil-mira tagħha jkollha l-ħidma tal-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi kif xieraq.
Emenda 140
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 1a (ġdid)
Il-proċedimenti mwettqa mill-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi għandhom ikunu trasparenti. L-aġenda u l-minuti tal-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi kif ukoll ir-regoli ta' proċedura u r-rakkomandazzjonijiet u, fejn ikun xieraq, il-voti għandhom ikunu ddokumentati u disponibbli għall-pubbliku, inkluż kwalunkwe nuqqas ta' ftehim.
Emenda 141
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Mill-1 ta' Marzu 2022'il quddiem, l-Aġenzija għandha, f'isem il-Kummissjoni, tipprovdi s-segretarjat tal-gruppi ta' esperti maħtura f'konformità mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/1396 u tipprovdi l-appoġġ meħtieġ biex jiġi żgurat li dawk il-gruppi ta' esperti jkunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod effiċjenti kif stabbilit fl-Artikolu 106(9) u (10) tar-Regolament (UE) 2017/745. L-Aġenzija għandha:
L-Aġenzija għandha, f'isem il-Kummissjoni, tipprovdi s-segretarjat tal-gruppi ta' esperti maħtura f'konformità mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/1396 u tipprovdi l-appoġġ meħtieġ biex jiġi żgurat li dawk il-gruppi ta' esperti jkunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod effiċjenti kif stabbilit fl-Artikolu 106(9) u (10) tar-Regolament (UE) 2017/745. L-Aġenzija għandha:
Emenda 142
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt a
(a)  tipprovdi appoġġ amministrattiv u tekniku lill-gruppi ta' esperti għall-għoti ta' opinjonijiet, ta' fehmiet u ta' pariri xjentifiċi;
(a)  tipprovdi appoġġ amministrattiv, xjentifiku u tekniku lill-gruppi ta' esperti għall-għoti ta' opinjonijiet, ta' fehmiet u ta' pariri xjentifiċi;
Emenda 143
Proposta għal regolament
Artikolu 29a (ġdid)
Artikolu 29a
Protezzjoni kontra attakki ċibernetiċi
L-Aġenzija għandha tkun mgħammra b'livell għoli ta' kontrolli u proċessi tas-sigurtà kontra l-attakki ċibernetiċi, l-ispjunaġġ ċibernetiku u ksur ieħor tad-data biex tiżgura l-protezzjoni tad-data dwar is-saħħa u l-funzjonament normali tal-Aġenzija f'kull ħin, u speċjalment matul emerġenzi tas-saħħa pubblika jew eventi maġġuri fil-livell tal-Unjoni. Għal dak il-għan, l-Aġenzija għandha ssegwi u timplimenta b'mod attiv l-aħjar prattiki taċ-ċibersigurtà fl-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni biex tipprevjeni, tidentifika, timmitiga u tirrispondi għall-attakki ċibernetiċi.
Emenda 144
Proposta għal regolament
Artikolu 29b (ġdid)
Artikolu 29b
Penali
L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 10 u 24 u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti, inklużi dawk finanzjarji, għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom, sa ...[sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawk ir-regoli u b'dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.
Emenda 145
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Ħlief jekk ikun previst mod ieħor f'dan ir-Regolament u mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1049/200124 u għad-dispożizzjonijiet u għall-prattiki nazzjonali eżistenti fl-Istati Membri dwar il-kunfidenzjalità, il-partijiet kollha involuti fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jirrispettaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u tad-data miksuba fit-twettiq tal-kompiti tagħhom sabiex jipproteġu dawn li ġejjin:
1.  Ħlief jekk ikun previst mod ieħor f'dan ir-Regolament u mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1049/200124 u d-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24a u għad-dispożizzjonijiet u għall-prattiki nazzjonali eżistenti fl-Istati Membri dwar il-kunfidenzjalità, il-partijiet kollha involuti fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jirrispettaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u tad-data miksuba fit-twettiq tal-kompiti tagħhom sabiex jipproteġu dawn li ġejjin:
__________________
__________________
24 Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, ĠU L 145, 31.05.2001, p. 43
24 Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, ĠU L 145, 31.05.2001, p. 43
24a Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).
Emenda 146
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt a
(a)  data personali f'konformità mal-Artikolu 32;
imħassar
Emenda 147
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt b
(b)  informazzjoni kummerċjalment kunfidenzjali u s-sigrieti tal-mestier ta' persuna fiżika jew ġuridika, inklużi d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali;
(b)  is-sigrieti tal-mestier ta' persuna fiżika jew ġuridika f'konformità mad-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, kif ukoll informazzjoni kummerċjalment kunfidenzjali oħra u d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali;
_______________
1a Id-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta' konoxxenza u ta' informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 1).
Emenda 148
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 5
5.  Il-Kummissjoni, l-Aġenzija, u l-Istati Membri jistgħu jiskambjaw informazzjoni kummerċjalment kunfidenzjali u, fejn meħtieġa għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika, data personali, mal-awtoritajiet regolatorji ta' pajjiżi terzi li magħhom ikunu kkonkludew ftehim bilaterali jew multilaterali dwar il-kunfidenzjalità.
5.  Il-Kummissjoni, l-Aġenzija, u l-Istati Membri jistgħu jiskambjaw informazzjoni kummerċjalment kunfidenzjali mal-awtoritajiet regolatorji ta' pajjiżi terzi li magħhom ikunu kkonkludew ftehimiet bilaterali jew multilaterali dwar il-kunfidenzjalità.
Emenda 149
Proposta għal regolament
Artikolu 30a (ġdid)
Artikolu 30a
Protezzjoni tad-data personali
1.   It-trasferimenti ta' data personali skont dan ir-Regolament għandhom ikunu soġġetti għar-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725 kif applikabbli.
2.   Għat-trasferimenti ta' data personali lejn pajjiż terz, fin-nuqqas ta' deċiżjoni ta' adegwatezza, jew ta' salvagwardji xierqa, kif imsemmi fl-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 u fl-Artikolu 50(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725, il-Kummissjoni, l-Aġenzija, u l-Istati Membri jistgħu jiskambjaw data personali mal-awtoritajiet regolatorji ta' pajjiżi terzi li magħhom ikunu kkonkludew arranġamenti ta' kunfidenzjalità bilaterali jew multilaterali fejn dan ikun meħtieġ għal raġunijiet importanti ta' interess pubbliku, bħall-protezzjoni tas-saħħa pubblika.
Emenda 150
Proposta għal regolament
Artikolu 30b (ġdid)
Artikolu 30b
Rieżami
Sal-31 ta' Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta' evalwazzjoni dwar il-funzjonament ta' dan ir-Regolament, akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposta leġiżlattiva biex temendah. Dan ir-rapport għandu speċifikament iqis l-estensjoni possibbli tal-kamp ta' applikazzjoni għall-prodotti mediċinali għall-użu veterinarju.
Emenda 151
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – titolu
Dħul fis-Seħħ
Dħul fis-Seħħ u data ta' applikazzjoni
Emenda 152
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 1a (ġdid)
Il-Kapitolu IV għandu japplika minn... [data tad-dħul fis-seħħ + 12-il xahar].

(1) Il-kwistjoni ġiet riferuta lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’ subparagrafu (A9-0216/2021).


Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030 ***I
PDF 308kWORD 86k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-8 ta’ Lulju 2021 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030 (COM(2020)0652 – C9-0329/2020 – 2020/0300(COD))(1)
P9_TA(2021)0352A9-0203/2021

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 3
(3)  L-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tas-seba' EAP24 ikkonkludiet li l-viżjoni tiegħu sal-2050 u l-objettivi prijoritarji għadhom validi; li għen biex jipprovdi azzjoni aktar prevedibbli, rapida u kkoordinata fil-politika ambjentali; u li l-istruttura u l-qafas ta' abilitazzjoni tiegħu għenu biex jinħolqu sinerġiji, u b'hekk il-politika ambjentali saret aktar effettiva u effiċjenti. Barra minn hekk, l-evalwazzjoni kkonkludiet li s-seba' EAP antiċipa l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti billi insista li t-tkabbir ekonomiku u l-benesseri soċjali jiddependu fuq bażi ta' riżorsi naturali b'saħħitha, u ffaċilita t-twettiq tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli. Dan ippermetta wkoll li l-Unjoni titkellem b'vuċi waħda fix-xena globali dwar kwistjonijiet klimatiċi u ambjentali. Fl-evalwazzjoni tagħha tas-seba' EAP, il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li l-progress relatat mal-ħarsien tan-natura, is-saħħa u l-integrazzjoni tal-politika ma kienx biżżejjed.
(3)  L-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tas-seba' EAP24 ikkonkludiet li l-viżjoni tiegħu sal-2050 u l-objettivi prijoritarji għadhom validi; li għen biex jipprovdi azzjoni aktar prevedibbli, rapida u kkoordinata fil-politika ambjentali; u li l-istruttura u l-qafas ta' abilitazzjoni tiegħu għenu biex jinħolqu sinerġiji, u b'hekk il-politika ambjentali saret aktar effettiva u effiċjenti. Barra minn hekk, l-evalwazzjoni kkonkludiet li s-seba' EAP antiċipa l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti billi insista li t-tkabbir ekonomiku u l-benesseri soċjali jiddependu fuq bażi ta' riżorsi naturali b'saħħitha, u ffaċilita t-twettiq tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli. Dan ippermetta wkoll li l-Unjoni titkellem b'vuċi waħda fix-xena globali dwar kwistjonijiet klimatiċi u ambjentali. Fl-evalwazzjoni tagħha tas-seba' EAP, il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li l-progress relatat mal-ħarsien tan-natura, is-saħħa u l-integrazzjoni tat-tħassib ambjentali f'oqsma oħra tal-politika ma kienx biżżejjed. Hija sabet ukoll li seta' kien hemm aktar kunsiderazzjoni tal-kwistjonijiet soċjali fis-seba' EAP, abbażi tar-rabtiet eżistenti bejn l-ambjent u l-politika soċjali, fir-rigward, pereżempju, tal-impatt fuq il-gruppi vulnerabbli, l-impjiegi, l-inklużjoni soċjali u l-inugwaljanza. Barra minn hekk, fl-evalwazzjoni tagħha l-Kummissjoni nnutat li, minkejja miri ambjentali dejjem aktar ambizzjużi f'ħafna oqsma tal-politika, l-infiq fuq il-protezzjoni tal-ambjent baqa' baxx fl-Ewropa matul bosta snin (madwar 2 % tal-PDG) u li n-nuqqas ta' implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali jiswa lill-ekonomija tal-Unjoni madwar EUR 55 biljun fis-sena fi spejjeż marbuta mas-saħħa u spejjeż diretti għall-ambjent. L-evalwazzjoni nnutat li l-implimentazzjoni tas-seba' EAP setgħet ġiet imsaħħa minn mekkaniżmu ta' monitoraġġ aktar b'saħħtu.
__________________
__________________
24 COM(2019)0233.
24 COM(2019)0233.
Emenda 2
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 4
(4)  Skont ir-rapport tal-EEA "The European environment – state and outlook 2020, Knowledge for transition to a sustainable Europe" ("SOER 2020"), l-2020 tirrappreżenta tieqa unika ta' opportunità għall-Unjoni biex turi tmexxija fuq is-sostenibbiltà u biex tiffaċċja l-isfidi urġenti ta' sostenibbiltà li jeħtieġu soluzzjonijiet sistemiċi. Kif intqal fis-SOER 2020, il-bidliet fil-klima u l-ekosistemi globali osservati mis-snin 50 'l hawn huma bla preċedent għal għexieren ta' snin sa millenja. Il-popolazzjoni globali ttriplat mill-1950, filwaqt li l-popolazzjoni li tgħix fil-bliet żdiedet b'erba' darbiet. Bil-mudell ta' tkabbir attwali, il-pressjonijiet ambjentali huma mistennija li jkomplu jiżdiedu, u dan jikkawża effetti diretti u indiretti ta' ħsara fuq is-saħħa u l-benesseri tal-bniedem. Dan jgħodd b'mod speċjali għas-setturi bl-ogħla impatt ambjentali – l-ikel, il-mobbiltà, l-enerġija kif ukoll l-infrastruttura u l-bini.
(4)  Skont ir-rapport tal-EEA "The European environment – state and outlook 2020, Knowledge for transition to a sustainable Europe" ("SOER 2020"), hemm tieqa unika ta' opportunità għall-Unjoni fid-deċennju li jmiss biex turi tmexxija globali fuq is-sostenibbiltà billi tindirizza l-isfidi urġenti ta' sostenibbiltà li huma bla preċedent u li jistgħu jiġu indirizzati biss billi tiġi żgurata bidla sistemika. Il-bidla sistemika tinvolvi forma ta' bidla fundamentali, trasformattiva, u trażversali li timplika ċaqliq maġġuri u riorjentazzjoni tal-għanijiet sistemiċi, tal-inċentivi, tat-teknoloġiji, tal-prattiki soċjali u tan-normi, kif ukoll tas-sistemi tat-tagħrif, u tal-approċċi tal-governanza. Kif intqal fis-SOER 2020, wieħed mill-aktar fatturi importanti sottostanti għall-isfidi ambjentali u ta' sostenibbiltà persistenti tal-Ewropa huwa li dawn huma marbuta b'mod inseparabbli mal-attivitajiet ekonomiċi u mal-istili ta' ħajja, b'mod partikolari s-sistemi soċjetali li jipprovdu lill-Ewropej ħtiġijiet bħal prodotti, enerġija u mobbiltà. L-iżgurar tal-koerenza tal-politika mal-politiki ambjentali eżistenti, u l-implimentazzjoni sħiħa tagħhom, jieħdu lill-Ewropa fuq triq twila biex tilħaq l-għanijiet ambjentali tagħha sal-2030. Madankollu, meħtieġa wkoll oqfsa fit-tul, sistemiċi b'miri vinkolanti b'rabta mal-għanijiet klimatiċi u ambjentali. Is-SOER 2020 jikkonkludi li l-Ewropa mhux se tikseb il-viżjoni tagħha dwar is-sostenibbiltà li "ngħixu tajjeb, fi ħdan il-limiti planetarji" sempliċement billi tippromwovi t-tkabbir ekonomiku u billi tfittex li timmaniġġja effetti sekondarji ta' ħsara b'għodod ta' politika ambjentali u soċjali. Minflok, is-sostenibbiltà teħtieġ issir il-prinċipju gwida għal politiki ambizzjużi u koerenti u azzjonijiet fis-soċjetà kollha.
Emenda 3
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 5
(5)  Il-Kummissjoni Ewropea wieġbet għall-isfidi identifikati fl-SOER 2020 billi adottat il-Patt Ekoloġiku Ewropew25: strateġija ġdida għat-tkabbir għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali doppja li għandha l-għan li tittrasforma lill-Unjoni f'soċjetà ġusta u prospera, b'ekonomija kompetittiva, newtrali għall-klima u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi. Ir-Regolament (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26 inaqqax fil-liġi l-mira tal-Unjoni li sal-2050 tintlaħaq in-newtralità klimatika.
(5)  Ir-risposta tal-Kummissjoni Ewropea għall-isfidi identifikati fis-SOER 2020 hija deskritta fil-Patt Ekoloġiku Ewropew25 bħala strateġija ġdida għat-tkabbir għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali doppja li għandha l-għan li tittrasforma lill-Unjoni f'soċjetà ġusta u prospera, b'ekonomija kompetittiva, newtrali għall-klima u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u tipproteġi, tikkonserva u ssaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni filwaqt li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja għall-ġenerazzjonijiet attwali u futuri. Li jinkisbu l-miri klimatiċi u ambjentali filwaqt li jiġu protetti s-saħħa u l-benesseri tal-persuni mir-riskji u l-impatti ambjentali u li tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta u inklużiva jenħtieġ li jkunu l-prijorità. Ir-Regolament (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26 inaqqax fil-liġi l-mira tal-Unjoni li sa mhux aktar tard mill-2050 tintlaħaq in-newtralità klimatika.
__________________
__________________
25 COM(2019)0640.
25 COM(2019)0640.
26 COM(2020)0080.
26 COM(2020)0080.
Emenda 4
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 5a (ġdida)
(5a)  Fit-28 ta' Novembru 2019, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni li tiddikjara emerġenza klimatika u ambjentali fl-Ewropa u fuq livell globali, u ħeġġeġ lill-Kummissjoni l-ġdida tieħu azzjoni rapida u determinata, inkluż billi tindirizza l-inkonsistenzi fil-politiki attwali tal-Unjoni mal-emerġenza klimatika u ambjentali, b'mod partikolari permezz ta' riforma estensiva tal-politiki tagħha dwar l-investiment agrikolu, kummerċjali, tat-trasport, tal-enerġija u tal-infrastruttura u billi tiżgura li l-proposti leġiżlattivi u baġitarji rilevanti futuri kollha jkunu kompletament allinjati mal-objettiv li t-tisħin globali jiġi limitat għal inqas minn 1,5 °C u li ma jkunux qed jikkontribwixxu għat-telf tal-bijodiversità.
Emenda 5
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 5b (ġdida)
(5b)  Kemm fl-Unjoni kif ukoll globalment, l-art u l-ħamrija għadhom qed jiġu degradati minn firxa wiesgħa ta' attivitajiet tal-bniedem, bħall-ġestjoni ħażina tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art, prattiki agrikoli mhux sostenibbli, l-abbandun tal-art, it-tniġġis, prattiki tal-forestrija mhux sostenibbli u l-issiġillar tal-ħamrija, it-telfien tal-bijodiversità u t-tibdil fil-klima, spiss flimkien ma' fatturi oħra, u b'hekk inaqqsu l-kapaċitajiet tagħhom li jipprovdu servizzi tal-ekosistema għas-soċjetà kollha. Minkejja dan, l-Unjoni u l-Istati Membri bħalissa mhumiex fit-triq it-tajba biex jissodisfaw l-impenji internazzjonali u Ewropej tagħhom relatati mal-ħamrija u l-art, inklużi l-obbligi skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni biex tiġi miġġielda d-deżertifikazzjoni, jiġu restawrati l-art u l-ħamrija degradati u tinkiseb dinja newtrali fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art sal-2030. F'konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-protezzjoni tal-ħamrija, hemm bżonn ta' qafas legali komuni għall-Unjoni kollha għall-protezzjoni u l-użu sostenibbli tal-ħamrija, li jirrispetta bis-sħiħ il-prinċipju ta’ sussidjarjetà u li jindirizza t-theddid ewlieni kollu għall-ħamrija. Jenħtieġ li dak il-qafas jinkludi, fost l-oħrajn, definizzjoni komuni tal-ħamrija u l-funzjonijiet tagħha u kriterji għall-kisba ta' status tajjeb u użu sostenibbli, kif ukoll objettivi intermedji u finali li jkunu akkumpanjati minn indikaturi armonizzati u metodoloġija ta' monitoraġġ u rappurtar.
Emenda 6
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 5c (ġdida)
(5c)  Il-pandemija tal-COVID-19, li wasslet għal kriżi ekonomika u tas-saħħa mingħajr preċedent, uriet mill-ġdid l-importanza li jiġi applikat l-approċċ multisettorjali ta' "Saħħa Waħda" fit-tfassil tal-politika, li jirrikonoxxi li s-saħħa tal-bniedem hija marbuta mas-saħħa tal-annimali u mal-ambjent, u li l-azzjonijiet biex jiġi indirizzat it-theddid għas-saħħa għandhom iqisu t-tliet dimensjonijiet kollha. Sabiex, fost l-oħrajn, it-tifqigħat taż-żoonożijiet u t-theddid għas-sikurezza tal-ikel jiġu identifikati, indirizzati u evitati b'mod effettiv, jenħtieġ li l-informazzjoni u d-data jiġu kondiviżi bejn is-setturi, u jenħtieġ li l-kooperazzjoni fil-livelli nazzjonali u sottonazzjonali tiżdied biex jiġu implimentati reazzjonijiet effettivi u komuni. Jenħtieġ li t-tmien EAP jikkontribwixxi għall-integrazzjoni sħiħa tal-approċċ "Saħħa Waħda" fil-livelli kollha tat-tfassil tal-politika.
Emenda 7
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 5d (ġdida)
(5d)  Skont ir-rapport tal-2020 dwar il-Bijodiversità u l-Pandemiji mill-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi (IPBES)1a, il-kawżi sottostanti tal-pandemiji huma l-istess bidliet ambjentali globali li jwasslu għat-telf tal-bijodiversità u t-tibdil fil-klima, l-espansjoni u l-intensifikazzjoni agrikola, u l-kummerċ u l-konsum tal-organiżmi selvaġġi, u fatturi oħra. It-tibdil fil-klima ġie implikat fit-tfaċċar tal-mard u x'aktarx se jikkawża riskju pandemiku sostanzjali fil-futur, filwaqt li t-telf tal-bijodiversità huwa assoċjat ukoll mat-trasformazzjoni tal-pajsaġġi u jista' jwassal għal żieda fir-riskju ta' mard emerġenti f'xi każijiet. Skont ir-rapport, il-prezz tan-nuqqas ta' azzjoni huwa ferm akbar mill-prezz tal-implimentazzjoni ta' strateġiji globali għall-prevenzjoni ta' pandemiji bbażati fuq it-tnaqqis tal-kummerċ tal-organiżmi selvaġġi u t-tibdil fl-użu tal-art u ż-żieda tas-sorveljanza ta' "Saħħa Waħda".
__________________
1a Workshop tal-IPBES dwar id-Diversità u l-Pandemija - Sommarju Eżekuttiv, 2020.
Emenda 8
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 5e (ġdida)
(5e)  Id-degradazzjoni ambjentali u l-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima huma mistennija li jiżdiedu aktar fis-snin li ġejjin, u l-aktar impatt sever ser ikun fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-popolazzjonijiet vulnerabbli. Sabiex tgħin fil-bini tar-reżiljenza u tappoġġa lill-pajjiżi terzi fl-isforzi tagħhom biex jimmitigaw u jadattaw għat-tibdil fil-klima kif ukoll jipproteġu l-bijodiversità, l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni u l-Istati Membri lil pajjiżi terzi jenħtieġ li tippromwovi l-Aġenda 2030 tan-NU, il-Ftehim ta' Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima1a ("il-Ftehim ta' Pariġi") u l-qafas globali wara l-2020 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika u tkun konformi mal-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Unjoni u l-Istati Membri jiżguraw ukoll li l-Ftehim ta' Pariġi u ftehimiet internazzjonali oħra dwar il-klima u l-ambjent jiġu implimentati b'modi li jirriflettu l-prinċipji ta' ekwità u ta' responsabbiltajiet komuni iżda differenzjati u l-kapaċitajiet rispettivi, kif stabbilit ukoll fl-Artikolu 2(2) tal-Ftehim ta' Pariġi.
_______________
1a ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.
Emenda 9
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 6
(6)  Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jirfed il-Pjan ta' Rkupru tal-UE tal-Ġenerazzjoni li Jmiss li jippromwovi l-investimenti f'setturi ekoloġiċi ewlenin meħtieġa biex tinbena r-reżiljenza, u joħloq it-tkabbir u l-impjiegi f'soċjetà ġusta u inklużiva. Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza li se tixpruna l-irkupru ekonomiku tal-Unjoni mill-kriżi tal-coronavirus flimkien mal-baġit tal-Unjoni għall-2021-2027, hija bbażata wkoll fuq l-objettivi prijoritarji stabbiliti fil-Patt Ekoloġiku Ewropew. Barra minn hekk, l-inizjattivi kollha taħt il-Pjan ta' Rkupru tal-UE tal-Ġenerazzjoni li Jmiss jenħtieġ li jirrispettaw il-prinċipju tal-Patt Ekoloġiku Ewropew ta' "la tagħmilx ħsara".
(6)  Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jirfed il-Pjan ta' Rkupru tal-UE tal-Ġenerazzjoni li Jmiss li jippromwovi l-investimenti f'setturi ekoloġiċi u diġitali ewlenin meħtieġa biex tinbena r-reżiljenza, u joħloq it-tkabbir u l-impjiegi f'soċjetà ġusta u inklużiva. Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza li se tixpruna l-irkupru ekonomiku tal-Unjoni mill-kriżi tal-coronavirus flimkien mal-baġit tal-Unjoni għall-2021-2027, hija bbażata wkoll fuq l-objettivi prijoritarji stabbiliti fil-Patt Ekoloġiku Ewropew. Barra minn hekk, l-inizjattivi kollha taħt il-Pjan ta' Rkupru tal-UE tal-Ġenerazzjoni li Jmiss jenħtieġ li jirrispettaw il-prinċipju ta' "la tagħmilx ħsara sinifikanti" kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ("ir-Regolament dwar it-Tassonomija")1a. Il-Pjan ta' Rkupru joffri opportunità importanti biex jaċċellera l-pass tat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika u l-protezzjoni tal-ambjent.
______________
1a Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).
Emenda 10
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 7
(7)  Programmi ta' azzjoni ambjentali ilhom jiggwidaw l-iżvilupp tal-politika ambjentali tal-UE sa mill-bidu tas-snin 70. Is-seba' EAP se jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2020 u l-Artikolu 4(3) tiegħu jirrikjedi li l-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta għat-Tmien Programm ta' Azzjoni Ambjentali (it-tmien EAP) fil-ħin bil-ħsieb li tiġi evitata differenza bejn is-seba u t-tmien EAP. Il-Patt Ekoloġiku Ewropew ħabbar l-adozzjoni ta' programm ġdid ta' azzjoni ambjentali.
(7)  Programmi ta' azzjoni ambjentali ilhom jiggwidaw l-iżvilupp u l-koordinazzjoni tal-politika ambjentali tal-UE sa mill-bidu tas-snin 70. Is-seba' EAP skada fil-31 ta' Diċembru 2020 u l-Artikolu 4(3) tiegħu kien jeħtieġ li l-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta għat-Tmien Programm ta' Azzjoni Ambjentali (it-tmien EAP) fil-ħin bil-ħsieb li tiġi evitata differenza bejn is-seba u t-tmien EAP. Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew ħabbret li t-tmien EAP se jinkludi mekkaniżmu ġdid ta' monitoraġġ biex jiżgura li l-Unjoni tibqa' fit-triq it-tajba li tissodisfa l-objettivi ambjentali tagħha. Fil-komunikazzjoni tagħha, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tniedi dashboard biex tissorvelja l-progress mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew.
Emenda 11
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 8
(8)  It-tmien EAP jenħtieġ li jappoġġa l-objettivi tal-ambjent u tal-azzjoni klimatika tal-Patt Ekoloġiku Ewropew f'konformità mal-objettiv fit-tul li "ngħixu tajjeb, fi ħdan il-limiti planetarji" sal-2050, li diġà huwa stabbilit fis-seba' EAP. Jenħtieġ li jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tagħha.
(8)  It-tmien EAP, bħala l-Programm ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni b'mod ġenerali, jenħtieġ li jibni fuq il-kisba tal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u jippromwovihom, f'konformità mal-objettiv fit-tul li "ngħixu tajjeb, fi ħdan il-limiti planetarji", sa mhux aktar tard mill-2050, f'konformità ma' dak li diġà huwa stabbilit fis-seba' EAP. Jenħtieġ li jkun kompletament allinjat mal-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tagħha, li huma integrati u indiviżibbli, u jmexxi 'l quddiem l-implimentazzjoni u l-kisba tagħhom, kif ukoll ikun allinjat mal-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi, il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika u ftehimiet internazzjonali oħra rilevanti. Jenħtieġ li t-tmien EAP jippermetti wkoll bidla sistemika lejn ekonomija tal-Unjoni li tiggarantixxi l-benesseri fi ħdan il-limiti planetarji fejn it-tkabbir ikun riġenerattiv u jenħtieġ li jiżgura wkoll li t-tranżizzjoni ambjentali u klimatika jinkisbu b'mod ġust u inklużiv, filwaqt li tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-inugwaljanzi.
Emenda 12
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 8a (ġdida)
(8a)  L-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP jistabbilixxu direzzjoni għat-tfassil tal-politika tal-Unjoni, li tibni fuq, iżda mhux limitata għall-impenji tal-istrateġiji u l-inizjattivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew.
Emenda 13
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 8b (ġdida)
(8b)  It-tmien EAP jifforma l-bażi għall-kisba tal-objettivi ambjentali u klimatiċi ddefiniti skont l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti u l-SDGs. Skont mudell żviluppat miċ-Ċentru ta' Reżiljenza ta' Stokkolma, il-kisba tal-SDGs ambjentali u klimatiċi tirfed l-SDGs soċjali u ekonomiċi għaliex is-soċjetajiet u l-ekonomiji tagħna jiddependu fuq bijosfera b'saħħitha u minħabba li l-iżvilupp sostenibbli jista' jseħħ biss fi spazju operattiv sikur ta' pjaneta stabbli u reżiljenti. Il-kisba tal-SDGs mill-Unjoni u l-appoġġ tagħha għall-pajjiżi terzi li jagħmlu l-istess se tkun essenzjali jekk l-Unjoni trid turi li hija mexxejja dinjija fil-kisba tat-tranżizzjonijiet tas-sostenibbiltà.
Emenda 14
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 9
(9)  It-tmien EAP jenħtieġ li jħaffef it-tranżizzjoni lejn ekonomija riġenerattiva li tagħti lura lill-pjaneta aktar milli tieħu. Mudell ta' tkabbir riġenerattiv jirrikonoxxi li l-benesseri u l-prosperità tas-soċjetajiet tagħna jiddependu fuq klima stabbli, ambjent b'saħħtu u ekosistemi b'saħħithom, li jipprovdu spazju operattiv sikur għall-ekonomiji tagħna. Filwaqt li l-popolazzjoni globali u d-domanda għar-riżorsi naturali qed ikomplu jikbru, l-attività ekonomika għandha tiżviluppa b'mod li ma jagħmilx ħsara iżda, għall-kuntrarju, treġġa' lura t-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali, timminimizza t-tniġġis u tirriżulta fiż-żamma u t-tisħiħ tal-kapital naturali, biex b'hekk tiġi żgurata l-abbundanza ta' riżorsi rinnovabbli u mhux rinnovabbli. Permezz tal-innovazzjoni kontinwa, l-adattament għal sfidi ġodda u l-ħolqien konġunt, l-ekonomija riġenerattiva ssaħħaħ ir-reżiljenza u tipproteġi l-benesseri tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri.
(9)  It-tmien EAP jenħtieġ li jħaffef it-tranżizzjoni lejn mudell ta' tkabbir riġenerattiv li jagħti lura lill-pjaneta aktar milli jieħu fil-kuntest tal-ekonomija tal-benesseri sostenibbli li tippermetti bidla sistemika, jirrikonoxxi li l-benesseri u l-prosperità tas-soċjetajiet tagħna jiddependu fuq klima stabbli, ambjent b'saħħtu u ekosistemi b'saħħithom u jipprovdi spazju operattiv sikur fi ħdan il-limiti planetarji. Filwaqt li l-popolazzjoni globali u d-domanda għar-riżorsi naturali qed ikomplu jikbru, l-attività ekonomika jenħtieġ li tiżviluppa b'mod sostenibbli li ma jagħmilx ħsara iżda, għall-kuntrarju, treġġa' lura t-tibdil fil-klima, tipproteġi u tirrestawra l-ekosistemi u l-bijodiversità filwaqt li twaqqaf u treġġa' lura t-telf tagħhom, tipprevjeni d-degradazzjoni ambjentali, tipproteġi s-saħħa u l-benesseri minn impatti ambjentali negattivi, tipprevjeni u timminimizza t-tniġġis u tirriżulta fiż-żamma u t-tisħiħ tar-riżorsi naturali u l-bijodiversità, biex b'hekk tiġi żgurata l-abbundanza ta' riżorsi rinnovabbli u mhux rinnovabbli. Permezz tal-innovazzjoni u r-riċerka kontinwa, it-trasformazzjoni tal-mudelli tal-produzzjoni u tal-konsum, u l-adattament għal sfidi ġodda u l-ħolqien konġunt, l-ekonomija tal-benesseri riġenerattiva u sostenibbli ssaħħaħ ir-reżiljenza, ittejjeb l-istat tan-natura u tipproteġi l-benesseri tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri u d-dritt tagħhom għal ambjent b'saħħtu.
Emenda 15
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 9a (ġdida)
(9a)  Skont l-OECD, il-każ għall-kejl tal-prestazzjoni ekonomika u l-progress soċjetali "lil hinn mill-PDG" huwa stabbilit sew, u t-teħid tal-PDG bħala kumpass uniku ma jipprovdix lil dawk li jfasslu l-politika stampa preċiża biżżejjed tal-mod kif l-ekonomija taħdem għaċ-ċittadini jew tal-impatti fit-tul tat-tkabbir fuq is-sostenibbiltà1a. Sabiex l-Unjoni tiżviluppa approċċ aktar olistiku lejn it-tfassil tal-politika ekonomika, f'konformità mal-SDGs, il-Ftehim ta' Pariġi u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika, it-tmien EAP jistabbilixxi r-rekwiżit għall-iżvilupp ta' sett komprensiv ta' indikaturi "lil hinn mill-PDG", kif mitlub mis-seba' EAP, sabiex jitkejjel il-progress lejn ekonomija tal-benesseri sostenibbli u biex jiġi ggwidat u infurmat it-tfassil tal-politika futura.
__________________
1a Id-Dokument ta' Ħidma Nru 102 tal-SDD tat-18 ta' Settembru 2019 "The Economy of Well-being - Creating opportunities for people’s well-being and economic growth" (L-Ekonomija tal-Benesseri - Il-ħolqien ta' opportunitajiet għall-benesseri tan-nies u t-tkabbir ekonomiku).
Emenda 16
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 9b (ġdida)
(9b)  L-implimentazzjoni ta' qafas globali effettiv tal-bijodiversità għal wara l-2020 se tiddependi fuq it-tnaqqis tal-flussi finanzjarji li jagħmlu ħsara lill-bijodiversità, u madankollu, skont rapport tal-OECD, l-ammont ta' nfiq mill-gvernijiet kull sena li huwa potenzjalment ta' ħsara għall-bijodiversità huwa minn ħames sa sitt darbiet akbar mill-infiq globali annwali għall-bijodiversità1a. Il-Miri tal-Bijodiversità ta' Aichi stipulaw l-obbligu li, sa mhux aktar tard mill-2020, is-sussidji li jagħmlu ħsara lill-bijodiversità jenħtieġ li jitneħħew, jiġu eliminati gradwalment jew riformati, filwaqt li t-tneħħija gradwali ta' sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri mingħajr dewmien kienet ukoll obbligu skont is-seba' EAP. Sabiex l-Unjoni tilħaq l-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP, inkluża n-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050, se jkun meħtieġ li jitneħħew gradwalment is-sussidji kollha li jagħmlu ħsara lill-ambjent, inklużi s-sussidji għall-fjuwils fossili. Is-sussidji diretti u indiretti kollha, inklużi dawk fil-forma ta' eżenzjonijiet mit-taxxa, jenħtieġ li jiġu inklużi. Jenħtieġ li jiġi żviluppat ukoll mekkaniżmu għall-Istati Membri biex jirrappurtaw dwar it-tneħħija gradwali ta' sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent minbarra s-sussidji għall-fjuwils fossili. It-tneħħija gradwali tas-sussidji kollha li jagħmlu ħsara lill-ambjent jenħtieġ li ssegwi l-prinċipju ta’ tranżizzjoni ġusta u tkun akkumpanjata minn azzjonijiet li jipprevjenu jew itaffu kwalunkwe impatt soċjoekonomiku negattiv fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali, filwaqt li jiġi żgurat li ħadd ma jitħalla lura.
__________________
1a Ir-rapport finali tal-OECD, April 2020, "A Comprehensive Overview of Global Biodiversity Finance" (Ħarsa Komprensiva tal-Finanzjament Globali tal-Bijodiversità).
Emenda 17
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 9c (ġdida)
(9c)  Waħda mill-prijoritajiet tal-Istrateġija Ewropea għall-Kontijiet Ambjentali 2019-2023 hija li titkabbar il-lista ta' oqsma koperti mill-kontijiet ambjentali Ewropej, fejn wieħed mill-oqsma taħt żvilupp ikun "sussidji jew miżuri ta' appoġġ potenzjalment ta' ħsara għall-ambjent". Permezz tal-ħidma tagħha fuq azzjoni preparatorja, il-Kummissjoni se tipprovdi sett ta' għodod lill-partijiet ikkonċernati biex tgħinhom jimmappjaw sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent u mbagħad jagħmlu każ ibbażat fuq l-evidenza għar-riforma jew it-tneħħija tagħhom billi jidentifikaw l-impatti soċjali, ekonomiċi u ambjentali tat-tneħħija gradwali tagħhom.
Emenda 18
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 9d (ġdida)
(9d)  L-ekosistemi marittimi u tal-kosta, bħalma huma l-mangrovji, is-sikek tal-qroll, il-bwar salmastri u l-mergħat tal-algi, qed jiġu degradati u qed jintlaqtu negattivament minħabba proċessi bħall-ewtrofikazzjoni u l-aċidifikazzjoni, li qed iħallu impatt fuq il-bijodiversità li jsostnu u s-servizzi u l-funzjonijiet tal-ekosistema li jipprovdu kif ukoll il-kapaċità tagħhom li jaġixxu bħala bjar tal-karbonju. Hija meħtieġa azzjoni urġenti biex tipproteġi u tirrestawra dawn l-ekosistemi tal-baħar u kostali, inkluż qiegħ l-oċean, u r-rikonoxximent tal-oċean bħala komuni globali jista' jiffaċilita s-sensibilizzazzjoni, itejjeb il-litteriżmu dwar l-oċeani u jinkoraġġixxi l-azzjoni u l-adozzjoni ta' miżuri effettivi mil-livelli kollha tas-soċjetà u l-atturi tagħha.
Emenda 19
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 10
(10)  It-tmien EAP għandu jistabbilixxi objettivi tematiċi prijoritarji fl-oqsma tan-newtralità klimatika, l-adattament għat-tibdil fil-klima, il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità, l-ekonomija ċirkolari, l-ambizzjoni ta' tniġġis żero u t-tnaqqis tal-pressjonijiet ambjentali mill-produzzjoni u l-konsum. Barra minn hekk, għandha tidentifika l-kundizzjonijiet abilitanti biex jinkisbu l-objettivi fit-tul u l-prijoritajiet tematiċi għall-atturi kollha involuti.
(10)  Jenħtieġ li t-tmien EAP jistabbilixxi objettivi tematiċi prijoritarji fl-oqsma tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, l-adattament għat-tibdil fil-klima, il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità terrestri u tal-baħar, ekonomija ċirkolari mhux tossika, l-ambjent ta' tniġġis żero u l-minimizzazzjoni tal-pressjonijiet ambjentali mill-produzzjoni u l-konsum fis-setturi kollha tal-ekonomija. Dawn l-objettivi tematiċi prijoritarji, li jindirizzaw kemm l-ixprunaturi kif ukoll l-impatti tal-ħsara ambjentali, huma interkonnessi b'mod inerenti u għalhekk jenħtieġ approċċ sistemiku għal kisba tagħhom. It-tmien EAP, barra minn hekk, jenħtieġ li jidentifika l-kundizzjonijiet abilitanti biex jinkisbu l-objettivi fit-tul u l-prijoritajiet tematiċi għall-atturi kollha involuti b'mod koerenti, kif ukoll jikkoordina l-azzjonijiet meħtieġa biex jinkisbu dawn il-kundizzjonijiet.
Emenda 20
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 10a (ġdida)
(10a)  It-terminu "approċċ ekosistemiku" huwa stabbilit skont il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika bħala strateġija għall-ġestjoni integrata tal-art, l-ilma u r-riżorsi ħajjin li jippromwovi l-konservazzjoni u l-użu sostenibbli b'mod ekwu sabiex jgħin biex jintlaħaq bilanċ bejn il-konservazzjoni, l-użu sostenibbli u l-kondiviżjoni tal-benefiċċji tal-bijodiversità bijoloġika, it-tliet objettivi tal-Konvenzjoni.
Emenda 21
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 10b (ġdida)
(10b)  Skont l-EEA, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura għall-adattament għat-tibdil fil-klima u t-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri huma azzjonijiet li jaħdmu man-natura u jtejbuha biex jirrestawraw u jipproteġu l-ekosistemi u jgħinu lis-soċjetà tadatta għall-impatti tat-tibdil fil-klima u tnaqqas il-pass tat-tisħin ulterjuri, filwaqt li tipprovdi diversi benefiċċji addizzjonali1a. Filwaqt li s-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura jistgħu jipprovdu benefiċċji ekonomiċi, jenħtieġ li jiġi rikonoxxut li dawn jistgħu jimmaterjalizzaw biss fuq medda itwal ta' żmien. Jenħtieġ li s-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura jirrispettaw ċerti kriterji sabiex jiżguraw li l-implimentazzjoni tagħhom tkun koerenti mal-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP u ma ddgħajjifhomx. Barra minn hekk, fejn is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ffinanzjati minn mekkaniżmi ta' kumpens għall-bijodiversità, jenħtieġ li dawn il-mekkaniżmi jaderixxu strettament ma' ġerarkija ta' mitigazzjoni li tiżgura li, fost l-oħrajn, il-kumpensi jistgħu jintużaw biss bħala l-aħħar miżura.
__________________
1a Ir-rapport tal-EEA Nru 1/2021 "Nature-based solutions in Europe: Policy, knowledge and practice for climate change adaptation and disaster risk reduction" (Soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura fl-Ewropa: Politika, għarfien u prattika għall-adattament għat-tibdil fil-klima u t-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri).
Emenda 22
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 11
(11)  Billi l-politika ambjentali hija deċentralizzata ħafna, jenħtieġ li tittieħed azzjoni biex jinkisbu l-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP f'livelli differenti ta' governanza, jiġifieri fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali, b'approċċ kollaborattiv għall-governanza f'diversi livelli. L-approċċ integrat għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika għandu jissaħħaħ bil-ħsieb li jiġu massimizzati s-sinerġiji bejn l-objettivi ekonomiċi, ambjentali u soċjali, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-kompromessi potenzjali u lill-ħtiġijiet tal-gruppi vulnerabbli. Barra minn hekk, l-involviment trasparenti ta' atturi mhux governattivi huwa importanti biex jiżgura s-suċċess tat-tmien EAP u l-ksib tal-objettivi prijoritarji tiegħu.
(11)  Billi l-politika ambjentali hija deċentralizzata ħafna, jenħtieġ li tittieħed azzjoni biex jinkisbu l-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP f'livelli differenti ta' governanza, jiġifieri fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali, b'approċċ kollaborattiv għall-governanza f'diversi livelli. Il-monitoraġġ, l-implimentazzjoni, l-infurzar u l-kontabbiltà effiċjenti huma essenzjali, u l-governanza effettiva hija meħtieġa sabiex tiġi żgurata koerenza bejn il-politiki. L-approċċ integrat għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika għandu jissaħħaħ bil-ħsieb li jiġu massimizzati s-sinerġiji bejn l-objettivi ambjentali, soċjali u ekonomiċi billi jiġu evalwati sistematikament il-kompromessi potenzjali bejniethom, kif ukoll jiġu evalwati sistematikament il-ħtiġijiet tal-gruppi vulnerabbli u marġinalizzati. Jenħtieġ li dan l-approċċ deċentralizzat u integrat jissodisfa l-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni kollha, inklużi ż-żoni urbani u rurali u r-reġjuni ultraperiferiċi. Barra minn hekk, l-aċċess għall-informazzjoni ambjentali, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta' deċiżjonijiet ambjentali, u l-aċċess għall-ġustizzja, f'konformità mal-Konvenzjoni ta' Aarhus, kif ukoll l-involviment trasparenti mal-awtoritajiet pubbliċi u bejniethom fil-livelli kollha tat-teħid ta' deċiżjonijiet, atturi mhux governattivi u l-pubbliku usa' huwa importanti biex jiżgura s-suċċess tat-tmien EAP u l-ksib tal-objettivi prijoritarji tiegħu.
Emenda 23
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 11a (ġdida)
(11a)  Jenħtieġ li l-valutazzjonijiet tal-impatt imwettqa fil-kuntest tat-tmien EAP iqisu l-firxa sħiħa tal-impatti immedjati u fit-tul fuq l-ambjent u l-klima, inklużi l-effetti kumulattivi tagħhom, kif ukoll il-prezz tal-azzjoni u n-nuqqas ta' azzjoni, u jenħtieġ li jiġu żviluppati għodod għal dan il-għan. Jenħtieġ li dawk il-valutazzjonijiet tal-impatt ikunu bbażati fuq konsultazzjoni wiesgħa u trasparenti, u fi żmien tmien ġimgħat mill-għeluq ta' konsultazzjoni pubblika, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta b'mod sistematiku feedback dettaljat dwar it-tweġibiet għall-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, b'distinzjoni bejn il-kontributi minn tipi differenti ta' partijiet ikkonċernati. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-valutazzjoni tal-impatt tiġi ppubblikata immedjatament mat-tlestija tagħha sabiex tippermetti skrutinju mill-partijiet ikkonċernati, fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta' Settembru 2018 fil-Kawża C-57/16 P1a, tkun dettaljata biżżejjed u tinkludi l-informazzjoni kollha użata biex tinforma l-konklużjonijiet tagħhom, inklużi l-impatti soċjoekonomiċi.
__________________
1a Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta' Settembru 2018, ClientEarth vs Il-Kummissjoni, C-57/16 P, ECLI:UE:C:2018:660.
Emenda 24
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 11b (ġdida)
(11b)  Jeħtieġ li l-azzjoni biex jinkisbu l-objettivi ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni titwettaq flimkien mal-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u tkun kompatibbli magħha.
Emenda 25
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 11c (ġdida)
(11c)  Il-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent u l-Forum Globali tal-OECD dwar l-Ambjent enfasizzaw li l-bidliet ambjentali għandhom impatt speċifiku għall-ġeneri. Ir-rwoli differenzjati skont il-ġeneru jikkawżaw ukoll vulnerabbiltajiet differenzjati tan-nisa u tal-irġiel għall-effetti tat-tibdil fil-klima, u l-impatti tat-tibdil fil-klima jaggravaw l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri. Għalhekk, hija meħtieġa perspettiva tal-ġeneru fir-rigward tal-azzjonijiet u l-għanijiet relatati mal-kisba tal-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP, inklużi l-valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tal-ġeneru tal-azzjonijiet ippjanati u fokus fuq l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u l-azzjonijiet reattivi għall-kwistjonijiet ta' ġeneru, sabiex jiġi żgurat li d-differenzi bejn il-ġeneri ma jiġux perpetwati. It-tmien EAP jirrikonoxxi li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija wkoll prerekwiżit għall-iżvilupp sostenibbli u f'termini tal-kisba tal-aħjar riżultati meta jkun hemm reazzjoni għall-isfidi klimatiċi u ambjentali.
Emenda 26
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 12
(12)  Il-kooperazzjoni msaħħa mal-pajjiżi sħab, il-governanza ambjentali globali tajba kif ukoll is-sinerġiji bejn il-politiki interni u esterni tal-Unjoni huma kruċjali biex jintlaħqu l-objettivi ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni.
(12)  Il-kooperazzjoni msaħħa u d-diplomazija ekoloġika mal-pajjiżi terzi inklużi l-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u appoġġ lill-governanza ambjentali globali tajba, inklużi l-promozzjoni tal-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta' deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, huma kruċjali biex jintlaħqu l-SDGs kif ukoll l-objettivi ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni. Huwa wkoll essenzjali li jiġu żgurati sinerġiji u koerenza bejn il-politiki kollha interni u esterni tal-Unjoni, inklużi l-politiki u l-ftehimiet kummerċjali, u aderenza mal-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp Sostenibbli (PCSD).
Emenda 27
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 13
(13)  Il-Kummissjoni Ewropea jenħtieġ li tivvaluta l-progress fil-kisba tal-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP mill-Unjoni u l-Istati Membri fil-kuntest tat-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà, il-benesseri u r-reżiljenza akbar. Dan huwa konformi mat-talbiet tal-Kunsill27 u tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew28 għall-kejl tal-prestazzjoni ekonomika u l-progress tas-soċjetà "lil hinn mill-PDG", u l-mixja lejn l-użu tal-benesseri bħala kumpass għall-politika, li hija appoġġata wkoll mill-OECD29.
(13)  Il-Kummissjoni Ewropea jenħtieġ li tivvaluta l-progress fil-kisba tal-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP mill-Unjoni u l-Istati Membri fil-kuntest tat-tranżizzjoni ġusta u inklużiva lejn is-sostenibbiltà, il-benesseri u r-reżiljenza fi ħdan il-limiti planetarji. Dan huwa konformi mat-talbiet tal-Kunsill27 u tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew28 għall-kejl tal-prestazzjoni ekonomika u l-progress tas-soċjetà "lil hinn mill-PDG", u l-mixja lejn l-użu tal-benesseri bħala kumpass għall-politika, li hija appoġġata wkoll mill-OECD29.
__________________
__________________
27 Ara pereżempju https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-10414-2019-INIT/mt/pdf
27 Ara pereżempju https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-10414-2019-INIT/mt/pdf
28 https://www.eesc.europa.eu/mt/our-work/opinions-information-reports/opinions/reflection-paper-towards-sustainable-europe-2030.
28 https://www.eesc.europa.eu/mt/our-work/opinions-information-reports/opinions/reflection-paper-towards-sustainable-europe-2030.
29 Ara pereżempju: OECD Well-being Framework (il-Qafas tal-OECD għall-Benesseri), OECD Framework for Policy Action on Inclusive Growth (il-Qafas tal-OECD għall-Azzjoni Politika dwar it-Tkabbir Inklużiv), Better Life Initiative (l-Inizjattiva "Ħajja Aħjar") u New Approaches to Economic Challenges Initiative (l-Inizjattiva "Approċċi Ġodda għall-Isfidi Ekonomiċi").
29 Ara pereżempju: OECD Well-being Framework (il-Qafas tal-OECD għall-Benesseri), OECD Framework for Policy Action on Inclusive Growth (il-Qafas tal-OECD għall-Azzjoni Politika dwar it-Tkabbir Inklużiv), Better Life Initiative (l-Inizjattiva "Ħajja Aħjar") u New Approaches to Economic Challenges Initiative (l-Inizjattiva "Approċċi Ġodda għall-Isfidi Ekonomiċi").
Emenda 28
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 14
(14)  Il-valutazzjoni tal-progress lejn l-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP għandha tirrifletti l-aħħar żviluppi fir-rigward tad-disponibbiltà u r-rilevanza tad-data u l-indikaturi. Jenħtieġ li tkun koerenti mal-għodod ta' monitoraġġ jew governanza u mingħajr preġudizzju għalihom, li jkopru aspetti aktar speċifiċi tal-politika ambjentali u klimatika, bħal b'mod partikolari r-Regolament 1999/2018 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill30, ir-Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali jew għodod ta' monitoraġġ relatati mal-ekonomija ċirkolari, mat-tniġġis żero, mal-bijodiversità, mal-arja, mal-ilma, mal-ħamrija, mal-iskart, jew ma' kwalunkwe politika ambjentali oħra. Flimkien ma' għodod oħra użati fis-Semestru Ewropew, il-Monitoraġġ tal-SDGs tal-Eurostat u fir-Rapport ta' Prospettiva Strateġika tal-Kummissjoni31, dan ikun parti minn sett koerenti interkonness ta' għodod ta' monitoraġġ u governanza.
(14)  Il-valutazzjoni tal-progress lejn l-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP jenħtieġ li tirrifletti l-aħħar żviluppi fir-rigward tad-disponibbiltà u r-rilevanza tad-data u l-indikaturi u jenħtieġ li tkun ibbażata fuq metodoloġija tad-distakk mill-miri li tkun robusta, komprensiva u trasparenti. Jenħtieġ li tkun koerenti mal-għodod ta' monitoraġġ jew governanza u mingħajr preġudizzju għalihom, li jkopru aspetti aktar speċifiċi tal-politika ambjentali u klimatika, bħal b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill30, ir-Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali jew għodod ta' monitoraġġ relatati ma' ekonomija ċirkolari mhux tossika, mat-tniġġis żero, mal-bijodiversità, mal-arja, mal-ilma, mal-ħamrija, mal-iskart, jew ma' kwalunkwe politika ambjentali u industrijali oħra. Flimkien ma' għodod użati fis-Semestru Ewropew, il-Monitoraġġ tal-SDGs tal-Eurostat u fir-Rapport ta' Prospettiva Strateġika tal-Kummissjoni31, il-valutazzjoni tal-progress lejn l-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP jenħtieġ li tifforma parti minn sett akbar, koerenti u interkonness ta' għodod ta' monitoraġġ u governanza, li jkopri mhux biss il-fatturi ambjentali iżda wkoll dawk soċjali u ekonomiċi.
__________________
__________________
30 Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1-77.
30 Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).
31 COM(2020)0493.
31 COM(2020)0493.
Emenda 29
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 14a (ġdida)
(14a)  L-iżvilupp ulterjuri tal-bażi ta' għarfien xjentifiku dwar il-limiti planetarji u l-impronti ambjentali, inkluż fir-rigward ta' settijiet ta' indikaturi rilevanti, huwa importanti fid-dawl tal-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP, b'mod partikolari l-objettiv prijoritarju tiegħu fit-tul.
Emenda 30
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 15
(15)  Il-Kummissjoni u l-EEA u aġenziji rilevanti oħra jenħtieġ li jaċċessaw u jużaw mill-ġdid id-data u l-indikaturi pprovduti mill-Istati Membri skont l-atti legali applikabbli tal-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ lijintużaw sorsi oħra ta' data, bħal data satellitari u informazzjoni pproċessata mill-Programm Ewropew ta' Monitoraġġ tad-Dinja (Copernicus), is-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni dwar in-Nirien fil-Foresti u s-Sistema Ewropea ta' Sensibilizzazzjoni dwar l-Għargħar, jew pjattaformi ta' data bħan-Network Ewropew ta' Osservazzjoni u Data Marittima jew il-Pjattaforma ta' Informazzjoni għall-Monitoraġġ tas-Sustanzi Kimiċi. L-applikazzjoni ta' għodod diġitali moderni u intelliġenza artifiċjali tippermetti l-ġestjoni u l-analiżi tad-data b'mod effettiv u b'hekk tnaqqas il-piż amministrattiv filwaqt li żżid il-puntwalità u l-kwalità.
(15)  Huma meħtieġa data u indikaturi robusti u sinifikanti sabiex jissorveljaw il-progress tal-kisba tal-objettivi tat-tmien EAP. Il-Kummissjoni u l-EEA u aġenziji rilevanti oħra jenħtieġ li jaċċessaw u jużaw mill-ġdid id-data u l-indikaturi pprovduti mill-Istati Membri skont l-atti legali applikabbli tal-Unjoni u jibnu fuqhom. Barra minn hekk, jenħtieġ li jintużaw sorsi oħra ta' data, bħal data satellitari u informazzjoni pproċessata mill-Programm ta' Osservazzjoni tad-Dinja (Copernicus) tal-Unjoni Ewropea, is-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni dwar in-Nirien fil-Foresti, is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Bijodiversità, is-Sistema ta' Identifikazzjoni għall-Irqajja' tal-Art u s-Sistema Ewropea ta' Sensibilizzazzjoni dwar l-Għargħar, jew pjattaformi ta' data bħan-Network Ewropew ta' Osservazzjoni u Data Marittima jew il-Pjattaforma ta' Informazzjoni għall-Monitoraġġ tas-Sustanzi Kimiċi. L-applikazzjoni ta' għodod diġitali moderni u intelliġenza artifiċjali tippermetti l-ġestjoni u l-analiżi tad-data b'mod effettiv u b'hekk tnaqqas il-piż amministrattiv filwaqt li żżid il-puntwalità u l-kwalità.
Emenda 31
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 17
(17)  Sabiex jintlaħqu l-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP, l-EEA u l-ECHA jenħtieġ li jkunu mgħammra b'kapaċità adegwata u riżorsi suffiċjenti biex jiżguraw bażi ta' għarfien u evidenza soda, aċċessibbli u trasparenti biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet strateġiċi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-valutazzjoni tal-progress taħt il-programm.
(17)  Sabiex jintlaħqu l-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP, l-EEA u l-ECHA jenħtieġ li jkunu mgħammra b'kapaċità adegwata u riżorsi suffiċjenti biex jiżguraw bażi ta' għarfien u evidenza soda, aċċessibbli u trasparenti biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet strateġiċi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-valutazzjoni tal-progress taħt il-programm. Fejn rilevanti, korpi u aġenziji oħra wkoll jenħtieġ li jkunu involuti u jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta' dawn il-prijoritajiet strateġiċi u għall-valutazzjoni tal-progress fl-ambitu tat-tmien EAP.
Emenda 32
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 17a (ġdida)
(17a)  Sal-31 ta' Marzu 2024, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tat-tmien EAP biex tivvaluta l-progress tat-tmien EAP u tinforma dwar il-prijoritajiet tal-Kummissjoni li jmiss. Fid-dwal tal-progress deskritt fl-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu, jenħtieġ li l-Kummissjoni li jmiss wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2024, fl-ewwel 100 jum tal-mandat tagħha, tippreżenta rapport li jiddeskrivi l-prijoritajiet ambjentali u klimatiċi li fuqhom tippjana li tieħu azzjoni matul il-mandat tagħha u kif din l-azzjoni se tiżgura l-kisba sħiħa tal-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP.
Emenda 33
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 18
(18)  Sabiex jitqiesu l-objettivi politiċi li qed jevolvu u l-progress li sar, it-tmien EAP jenħtieġ li jiġi evalwat mill-Kummissjoni fl-2029.
(18)  Sabiex jitqiesu l-objettivi politiċi li qed jevolvu u l-progress li sar, it-tmien EAP jenħtieġ li jiġi evalwat mill-Kummissjoni fl-2029. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jkun fih is-sejbiet ewlenin ta' dik l-evalwazzjoni, akkumpanjat, jekk xieraq, bi proposta leġiżlattiva għall-programm ta' azzjoni ambjentali li jmiss. Tali proposta leġiżlattiva jenħtieġ li tiġi ppreżentata b'tempestività, bil-ħsieb li tiġi evitata lakuna bejn it-tmien u d-disa' EAP.
Emenda 34
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 18a (ġdida)
(18a)  Skont l-Artikolu 191 tat-TFUE, il-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent hija li timmira għal livell għoli ta' protezzjoni filwaqt li titqies id-diversità tas-sitwazzjonijiet fid-diversi reġjuni tal-Unjoni u jenħtieġ li tkun imsejsa fuq il-prinċipju ta' prekawzjoni u fuq il-prinċipji li jenħtieġ li tittieħed azzjoni preventiva, li l-ħsara lill-ambjent jenħtieġ li, bħala prijorità, tissewwa f'ras il-għajn u li min iniġġes jenħtieġ li jħallas.
Emenda 35
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1
1.  Din id-deċiżjoni tistabbilixxi programm ta' azzjoni ġenerali fil-qasam tal-ambjent għall-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2030 ("it-tmien EAP"). Dan jistabbilixxi l-objettivi prijoritarji tiegħu, jidentifika l-kundizzjonijiet abilitanti għall-kisba tagħhom u jistabbilixxi qafas biex jitkejjel jekk l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jinsabux fit-triq it-tajba biex jilħqu dawk l-objettivi prijoritarji.
1.  Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programm ta' azzjoni ġenerali fil-qasam tal-ambjent għall-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2030 ("it-tmien Programm ta' Azzjoni Ambjentali" jew "it-tmien EAP"). Dan jistabbilixxi l-objettivi prijoritarji tiegħu, jidentifika l-kundizzjonijiet abilitanti kif ukoll l-azzjonijiet meħtieġa għall-kisba tal-kundizzjonijiet abilitanti. Huwa jistabbilixxi qafas ta' monitoraġġ biex jitkejjel u jiġi evalwat il-progress tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha lejn il-kisba tal-objettivi prijoritarji. Jistabbilixxi wkoll mekkaniżmu ta' governanza biex jiżgura l-kisba sħiħa tal-objettivi prijoritarji.
Emenda 36
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 2
2.  It-tmien EAP għandu l-għan li jħaffef it-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali mil-lat ta' klima, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, nadifa u ċirkolari b'mod ġust u inklużiv, u japprova l-objettivi ambjentali u klimatiċi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-inizjattivi tiegħu.
2.  It-tmien EAP għandu l-għan li jħaffef it-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali mil-lat ta' klima, sostenibbli, mhux tossika, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, ibbażata fuq l-enerġija rinnovabbli, reżiljenti, kompetittiva u ċirkolari b'mod ġust, ekwu u inklużiv, u li tipproteġi, tirrestawra u ttejjeb il-kwalità tal-ambjent, inkluż l-arja, l-ilma u l-ħamrija, kif ukoll tipproteġi u tirrestawra l-bijodiversità u l-ekosistemi. Huwa jibni u jippromwovi l-kisba tal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-inizjattivi tiegħu.
Emenda 37
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 3
3.  It-tmien EAP huwa l-bażi għall-kisba tal-objettivi ambjentali u klimatiċi ddefiniti skont l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tagħha u l-qafas ta' monitoraġġ tagħha jikkostitwixxi l-parti ambjentali u klimatika tal-isforzi tal-UE biex tkejjel il-progress lejn sostenibbiltà akbar, inklużi n-newtralità klimatika u l-effiċjenza tar-riżorsi, il-benesseri u r-reżiljenza.
3.  It-tmien EAP huwa l-bażi għall-kisba tal-objettivi ambjentali u klimatiċi ddefiniti skont l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tagħha, kif ukoll l-objettivi segwiti mill-ftehimiet ambjentali u dwar il-klima li huma rilevanti u multilaterali, u l-qafas ta' monitoraġġ tagħha jikkontribwixxi l-parti ambjentali u klimatika tal-isforzi tal-Unjoni biex tkejjel il-progress lejn is-sostenibbiltà, il-benesseri u r-reżiljenza.
Emenda 38
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 2 – paragrafu 1
1.  It-tmien EAP għandu l-objettiv prijoritarju fit-tul għall-2050 li ċ-ċittadini jgħixu tajjeb, fi ħdan il-limiti planetarji f'ekonomija riġenerattiva fejn ma jinħela xejn, li ma jiġu prodotti l-ebda emissjonijiet netti ta' gassijiet serra u li t-tkabbir ekonomiku jiġi diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi u mid-degradazzjoni ambjentali. Ambjent b'saħħtu jirfed il-benesseri taċ-ċittadini, isaħħaħ il-bijodiversità u jipproteġi, jirrestawra u jagħti valur lill-kapital naturali b'modi li jtejbu r-reżiljenza għat-tibdil fil-klima u riskji ambjentali oħra. L-Unjoni tistabbilixxi l-pass biex tiżgura l-prosperità tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri globalment.
1.  It-tmien EAP għandu jkollu l-objettiv prijoritarju fit-tul li kemm jista' jkun malajr u sa mhux aktar tard mill-2050, il-persuni jgħixu tajjeb, fi ħdan il-limiti planetarji f'ekonomija tal-benesseri sostenibbli fejn ma jinħela xejn, it-tkabbir ikun riġenerattiv, tkun inkisbet in-newtralità klimatika u jkunu ġew minimizzati l-inugwaljanzi. Ambjent b'saħħtu jirfed il-benesseri u s-saħħa tal-persuni kollha, jiffjorixxu l-bijodiversità u l-ekosistemi u n-natura tiġi protetta u rrestawrata, li jwassal għal reżiljenza akbar għat-tibdil fil-klima, għad-diżastri naturali u riskji ambjentali oħra. L-Unjoni tistabbilixxi l-pass biex tiżgura l-prosperità tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri globalment f'konformità mar-responsabbiltà interġenerazzjonali.
Emenda 39
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 2 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2.  It-tmien EAP għandu s-sitt objettivi tematiċi prijoritarji li ġejjin:
2.  It-tmien EAP għandu jkollu s-sitt objettivi tematiċi prijoritarji interkonnessi li ġejjin, li għandhom jinkisbu sa mhux aktar tard mill-2030:
Emenda 40
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a
(a)  it-tnaqqis irriversibbli u gradwali tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u t-titjib tal-assorbimenti minn bjar naturali u oħrajn fl-Unjoni biex tinkiseb il-mira tal-2030 għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050 kif stabbilit fir-Regolament (UE) …/32;
(a)  it-tnaqqis mgħaġġel u prevedibbli tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u, fl-istess ħin, it-titjib tal-assorbimenti minn bjar naturali u oħrajn fl-Unjoni, biex tinkiseb il-mira tal-2030 għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/...32, f'konformità mal-objettivi klimatiċi u ambjentali tagħha filwaqt li tiġi żgurata tranżizzjoni li ma tħalli lil ħadd lura;
__________________
__________________
32 COM/2020/80 final.
32 COM/2020/80 final.
Emenda 41
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b
(b)  progress kontinwu fit-titjib tal-kapaċità ta' adattament, it-tisħiħ tar-reżiljenza u t-tnaqqis tal-vulnerabbiltà għat-tibdil fil-klima;
(b)  progress kontinwu fit-titjib u l-integrazzjoni tal-kapaċità ta' adattament, inkluż abbażi tal-approċċi tal-ekosistema, it-tisħiħ tar-reżiljenza u l-adattament u t-tnaqqis tal-vulnerabbiltà tal-ambjent u tas-soċjetà kif ukoll is-setturi kollha tal-ekonomija għat-tibdil fil-klima, filwaqt li tittejjeb il-prevenzjoni tad-diżastri naturali u t-tħejjija għalihom;
Emenda 42
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c
(c)  il-progress lejn mudell ta' tkabbir riġenerattiv li jagħti lura lill-pjaneta aktar milli jieħu, id-diżakkoppjar tat-tkabbir ekonomiku mill-użu tar-riżorsi u d-degradazzjoni ambjentali, u l-aċċellerazzjoni tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari;
(c)  il-progress lejn ekonomija tal-benesseri sostenibbli li tagħti lura lill-pjaneta aktar milli tieħu, u tiżgura t-tranżizzoni lejn ekonomija ċirkolari mhux tossika fejn it-tkabbir ikun riġenerattiv u r-riżorsi jintużaw b'mod effiċjenti f'konformità mal-ġerarkija tal-iskart;
Emenda 43
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt d
(d)  li tiġi segwita ambizzjoni ta' tniġġis żero għal ambjent mhux tossiku, inkluż għall-arja, l-ilma u l-ħamrija, u li jiġu protetti s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u impatti relatati mal-ambjent;
(d)  li tiġi segwita politika ta' tniġġis żero sabiex jinkiseb ambjent mhux tossiku, inkluż għall-arja, l-ilma, il-ħamrija kif ukoll b'rabta mat-tniġġis tad-dawl u akustiku, u li jiġu protetti s-saħħa u l-benesseri tal-persuni, tal-annimali u tal-ekosistemi minn riskji u impatti relatati mal-ambjent, inkluż billi jiġi applikat u promoss l-approċċ "Saħħa Waħda";
Emenda 44
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt e
(e)  il-protezzjoni, il-preżervazzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u t-titjib tal-kapital naturali, b'mod partikolari l-arja, l-ilma, il-ħamrija, u l-foresti, l-ilma ħelu, l-art mistagħdra u l-ekosistemi marittimi;
(e)  il-protezzjoni, il-preżervazzjoni u r-restawr tal-bijodiversità, inkluż billi jitwaqqaf u jitreġġa' lura t-telf tagħha kemm fi ħdan iż-żoni protetti kif ukoll barra minnhom, u t-titjib tas-saħħa tal-ambjent, b'mod partikolari l-arja, l-ilma u l-ħamrija, kif ukoll l-indirizzar tad-degradazzjoni tal-ekosistemi tal-baħar u terrestri, b'mod notevoli billi jiġu implimentati l-miri deskritti fl-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 kif ukoll dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni;
Emenda 45
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt f
(f)  il-promozzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali u t-tnaqqis tal-pressjonijiet ambjentali u klimatiċi ewlenin relatati mal-produzzjoni u l-konsum, b'mod partikolari fl-oqsma tal-enerġija, l-iżvilupp industrijali, il-bini u l-infrastruttura, il-mobbiltà u s-sistema tal-ikel.
(f)  l-iżgurar tas-sostenibbiltà ambjentali, u t-tnaqqis b'mod sinifikanti tal-pressjonijiet ambjentali u klimatiċi ewlenin relatati mal-impronta tal-produzzjoni u l-konsum tal-Unjoni, inkluża d-deforestazzjoni globali xprunata mill-Unjoni, b'mod partikolari fl-oqsma tal-enerġija, l-iżvilupp industrijali, il-bini u l-infrastruttura, il-mobbiltà, it-turiżmu, il-kummerċ internazzjonali u l-ktajjen alimentari, inkluż l-agrikoltura, is-sajd u l-akkwakultura, filwaqt li jiġu internalizzati l-esternalitajiet klimatiċi u ambjentali;
Emenda 46
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  L-objettivi prijoritarji tematiċi stabbiliti fil-paragrafu 2 għandhom jinftiehmu bħala li jkopru l-objettivi, il-miri u l-azzjonijiet stabbiliti fl-istrateġiji u l-inizjattivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew kif ukoll il-miri fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li jikkontribwixxu għall-kisba ta' dawn l-objettivi. Dawk l-objettivi, il-miri u l-azzjonijiet għandhom jitqiesu meta jiġi żviluppat il-qafas ta' monitoraġġ għall-valutazzjoni tal-progress lejn l-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP.
Emenda 47
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – Titolu
Kundizzjonijiet li jippermettu li jintlaħqu l-objettivi prijoritarji ta' dan il-programm
Kundizzjonijiet li jippermettu li jintlaħqu l-objettivi prijoritarji ta' dan il-programm u l-azzjonijiet meħtieġa biex jiġu implimentati dawn il-kundizzjonijiet abilitanti
Emenda 48
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a
(a)  l-iżgurar ta' implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ambjent u l-klima u li jkun hemm sforz għall-eċċellenza fil-prestazzjoni ambjentali fil-livelli tal-Unjoni, kif ukoll fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali inkluż permezz tal-provvista ta' kapaċità xierqa ta' assigurazzjoni amministrattiva u ta' konformità, kif stipulat fir-Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali, kif ukoll it-tisħiħ tal-azzjoni kontra r-reati ambjentali,
(a)  l-iżgurar ta' implimentazzjoni effettiva, rapida u sħiħa tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ambjent u l-klima u li jkun hemm sforz għall-eċċellenza fil-prestazzjoni ambjentali fil-livelli tal-Unjoni, kif ukoll fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali inkluż permezz tal-provvista ta' kapaċità addizzjonali u suffiċjenti ta' assigurazzjoni amministrattiva u ta' konformità, kif stipulat fir-Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali;
Emenda 49
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa)  it-titjib tal-gwida u r-rakkomandazzjonijiet, jiġu żgurati penali effettivi, dissważivi u proporzjonati, inklużi multi, biex jitnaqqsu r-riskji tan-nuqqas ta' konformità mal-liġi ambjentali, inkluż f'relazzjoni mat-traffikar ta' organiżmi selvaġġi, il-kriminalità marbuta mal-iskart, il-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam, kif ukoll tiġi intensifikata l-azzjoni fil-qasam tar-responsabbiltà ambjentali u tar-risponsi għan-nuqqas ta' konformità u t-tisħiħ tal-infurzar tal-liġi, tal-kooperazzjoni fil-prosekuzzjoni u dik ġudizzjarja kontra reati ambjentali kif stipulat fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, bħad-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, kif ukoll dispożizzjonijiet li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni;
__________________
1a Id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 28).
Emenda 50
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)
(ab)  li jiġu pprijoritizzati l-infurzar tal-liġi ambjentali tal-Unjoni fejn l-implimentazzjoni tkun nieqsa, b'segwitu rapidu u sistematiku tal-proċedimenti ta' ksur, inkluż billi tiġi żgurata l-allokazzjoni ta' biżżejjed riżorsi finanzjarji u umani suffiċjenti fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell tal-Istati Membri għal dan il-għan;
Emenda 51
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b – inċiż 1
—  jiġu integrati l-objettivi prijoritarji stabbiliti fl-Artikolu 2 fl-istrateġiji, l-inizjattivi leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi, il-programmi, l-investimenti u l-proġetti kollha rilevanti fil-livelli tal-Unjoni, kif ukoll fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali sabiex dawn u l-implimentazzjoni tagħhom ma jagħmlu l-ebda ħsara lil xi wieħed mill-objettivi prijoritarji stabbiliti fl-Artikolu 2;
—  jiġu integrati l-objettivi prijoritarji stabbiliti fl-Artikolu 2 kif ukoll l-SDGs fl-istrateġiji, l-inizjattivi leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi, il-programmi, l-investimenti u l-proġetti kollha rilevanti fil-livelli tal-Unjoni, kif ukoll fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, kif ukoll il-ftehimiet internazzjonali rilevanti konklużi mill-Unjoni, sabiex jiġi żgurat li dawn l-istrateġiji, l-inizjattivi leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi, il-programmi, l-investimenti, il-proġetti u l-ftehimiet u l-implimentazzjoni tagħhom jikkontribwixxu, fejn rilevanti, għall-objettivi prijoritarji stabbiliti fl-Artikolu 2(1) u (2), u ma jagħmlu l-ebda ħsara, inkluż f'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament dwar it-Tassonomija;
Emenda 52
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b – inċiż 3
—  tingħata attenzjoni partikolari lis-sinerġiji u l-kompromessi potenzjali bejn l-objettivi ekonomiċi, ambjentali u soċjali sabiex jiġi żgurat li l-ħtiġijiet taċ-ċittadini għan-nutrizzjoni, l-akkomodazzjoni u l-mobbiltà jintlaħqu b'mod sostenibbli li ma jħalli lil ħadd lura;
—  jiġu evalwati b'mod sistematiku u komprensiv is-sinerġiji u l-kompromessi potenzjali bejn l-objettivi ambjentali, soċjali u ekonomiċi għall-inizjattivi kollha sabiex jiġi żgurat li l-benesseri, u b'mod partikolari d-dritt u l-ħtieġa tan-nies għal ambjent tajjeb għas-saħħa, u għal ilma, ikel, akkomodazzjoni, enerġija, kura tas-saħħa u mobbiltà ta' kwalità għolja u bi prezzijiet li jintlaħqu jiġu żgurati b'mod sostenibbli li ma jħalli lil ħadd lura;
Emenda 53
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b – inċiż 3a (ġdid)
—  jiġi adottat approċċ "aħseb l-ewwel fis-sostenibbiltà" fil-linji gwida u s-sett ta' għodod għal Regolamentazzjoni Aħjar, inkluż billi jiġi integrat u operazzjonalizzat il-prinċipju li "ma ssir l-ebda ħsara sinifikanti" kif imsemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament dwar it-Tassonomija;
Emenda 54
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b – inċiż 3b (ġdid)
—  jiġi żgurat li l-miżuri u l-politiki tal-Unjoni, inklużi l-leġiżlazzjoni settorjali, l-azzjoni esterna tal-Unjoni u l-baġit tal-Unjoni kif ukoll il-pjanijiet nazzjonali jew reġjonali li għandhom x'jaqsmu mal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni, ikunu konsistenti mal-objettivi prijoritarji stabbiliti fl-Artikolu 2(1) u (2);
Emenda 55
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b – inċiż 4
—  l-evalwazzjoni regolari tal-politiki eżistenti u t-tħejjija tal-valutazzjonijiet tal-impatt għal inizjattivi ġodda, li huma bbażati fuq konsultazzjonijiet wiesgħa li jsegwu proċeduri li huma responsabbli, inklużivi, infurmati u sempliċi biex jiġu implimentati, u li jagħtu l-attenzjoni dovuta lill-impatti mbassra fuq l-ambjent u l-klima;
—  issir evalwazzjoni regolari tal-politiki eżistenti u jitħejjew valutazzjonijiet tal-impatt komprensivi għal inizjattivi ġodda, li jkunu bbażati fuq konsultazzjonijiet wiesgħa u trasparenti li jsegwu proċeduri li jkunu responsabbli, inklużivi, infurmati u sempliċi biex jiġu implimentati, u li jqisu l-medda sħiħa tal-impatti immedjati u fit-tul fuq l-ambjent u l-klima, inklużi l-effetti kumulattivi tagħhom, kif ukoll il-prezz tal-azzjoni u tan-nuqqas ta' azzjoni;
Emenda 56
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c
(c)  l-integrazzjoni effettiva tas-sostenibbiltà ambjentali u klimatika fis-Semestru Ewropew tal-governanza ekonomika, inkluż fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma u l-Pjanijiet Nazzjonali ta' Rkupru u Reżiljenza;
(c)  l-integrazzjoni effettiva tal-SDGs kif ukoll tal-objettivi klimatiċi, ambjentali, inklużi dawk dwar il-bijodiversità, u soċjali fis-Semestru Ewropew tal-governanza ekonomika, mingħajr preġudizzju għall-fini oriġinal tiegħu, inkluż fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi, fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma u l-Pjanijiet Nazzjonali ta' Rkupru u Reżiljenza sabiex l-Istati Membri jingħataw analiżi u indikaturi addizzjonali;
Emenda 57
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca)  l-istabbiliment ta' qafas ġenerali tal-Unjoni biex jitkejjel u jiġi stabbilit progress lejn ekonomija tal-benesseri sostenibbli li tkun konformi mal-SDGs, mal-Ftehim ta' Pariġi u mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika, mingħajr preġudizzju għas-Semestru Ewropew, u li jgħin biex jiggwida l-iżvilupp u l-koordinazzjoni ta' politiki u inizjattivi ġodda u eżistenti, filwaqt li tiġi integrata t-tranżizzjoni lejn ekonomija tal-benesseri sostenibbli fejn it-tkabbir ikun riġenerattiv fil-prijoritajiet politiċi u l-ipprogrammar annwali tal-Unjoni kif ukoll fil-linji gwida u s-sett ta' għodod għal Regolamentazzjoni Aħjar;
Emenda 58
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d
(d)  il-mobilizzazzjoni ta' investimenti sostenibbli minn sorsi pubbliċi u privati, inklużi fondi u strumenti disponibbli taħt il-baġit tal-Unjoni, permezz tal-Bank Ewropew tal-Investiment u fil-livell nazzjonali;
(d)  il-mobilizzazzjoni u l-iżgurar ta' biżżejjed investimenti sostenibbli minn sorsi pubbliċi u privati, inklużi fondi u strumenti disponibbli taħt il-baġit tal-Unjoni, permezz tal-Bank Ewropew tal-Investiment u fil-livell nazzjonali, b'mod konsistenti mal-istrateġija finanzjarja sostenibbli tal-Unjoni, inklużi l-miżuri stabbiliti fir-Regolament dwar it-Tassonomija u l-prinċipju tiegħu "la tagħmilx ħsara sinifikanti", u minħabba l-potenzjal ta' dawn il-miżuri biex joħolqu l-impjiegi, jiżguraw il-kompetittività fit-tul tal-Unjoni, u jżidu r-reżiljenza tal-ekonomija u s-soċjetà tal-Unjoni;
Emenda 59
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt e
(e)  it-tneħħija gradwali ta' sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali, l-aħjar użu ta' strumenti bbażati fuq is-suq u għodod ta' bbaġitjar ekoloġiku, inklużi dawk meħtieġa biex tiġi żgurata tranżizzjoni soċjalment ġusta, u l-appoġġ lin-negozji u lil partijiet ikkonċernati oħrajn fl-iżvilupp ta' prattiki standardizzati ta' kontabbiltà tal-kapital naturali;
(e)  it-tneħħija gradwali tas-sussidji diretti u indiretti kollha għall-fjuwils fossili fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali mingħajr dewmien u mhux aktar tard mill-2025;
Emenda 60
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)
(ea)  it-tneħħija gradwali tas-sussidji diretti u indiretti kollha li jagħmlu ħsara lill-ambjent apparti s-sussidji għall-fjuwils fossili fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali mingħajr dewmien u mhux aktar tard mill-2027;
Emenda 61
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt eb (ġdid)
(eb)  li jsir l-aħjar użu tat-tassazzjoni ambjentali u tal-istrumenti bbażati fuq is-suq, kif ukoll ta' għodod ta' bbaġitjar u ffinanzjar ekoloġiku u inċentivi pożittivi mil-lat ambjentali, inklużi dawk meħtieġa biex tkun żgurata tranżizzjoni soċjalment ġusta, u l-appoġġ għan-negozji u għal partijiet ikkonċernati oħrajn fl-applikazzjoni ta' prattiki kontabilistiċi standardizzati tal-kapital naturali, sakemm dan ma jissostitwixxix il-miri u l-miżuri biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta'serra jew biex titħares il-bijodiversità;
Emenda 62
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ec (ġdid)
(ec)  li jsir investiment fil-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità f'konformità mal-miri ta' nfiq annwali minimi maqbula permezz tal-QFP 2021-2027 (7,5 % fl-2024, u 10 % fl-2026 u l-2027), bl-intenzjoni li dawn il-miri jiżdiedu progressivament taħt il-QFP sussegwenti, u f'konformità mal-objettivi ta' finanzjament fl-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030, traċċati permezz ta' metodoloġija robusta, trasparenti u komprensiva li tqis il-kriterji tat-tassonomija tal-Unjoni;
Emenda 63
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ed (ġdid)
(ed)  li jiġi żgurat li d-dimensjonijiet tal-klima u l-bijodiversità jiġu integrati u vverifikati b'mod effettivi fil-baġits tal-Unjoni u dawk nazzjonali kif ukoll li tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-finanzjament għall-klima u dak għall-bijodiversità;
Emenda 64
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ee (ġdid)
(ee)  li jiġi żgurat li l-azzjonijiet meħuda biex jinkisbu l-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP jitwettqu b'mod soċjalment ġust u inklużiv, filwaqt li jikkontribwixxu għall-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u jindirizzaw u jnaqqsu b'mod effettiv l-inugwaljanzi soċjali, inkluża l-inugwaljanza bejn il-ġeneri, li potenzjalment jirriżultaw minn impatti u politiki relatati mal-klima u l-ambjent;
Emenda 65
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ef (ġdid)
(ef)  titqies il-perspettiva tal-ġeneri fit-tmien EAP kollu, inkluż billi jitwettqu valutazzjonijiet tal-impatt fir-rigward tal-ġeneru u azzjonijiet reattivi għal kwistjonijiet ta' ġeneru;
Emenda 66
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt f
(f)  l-iżgurar li l-politiki u l-azzjoni ambjentali jkunu bbażati fuq l-aħjar għarfien xjentifiku disponibbli u t-tisħiħ tal-bażi tal-għarfien ambjentali u l-adozzjoni tagħha, inkluż permezz tar-riċerka, l-innovazzjoni, it-trawwim ta' ħiliet ekoloġiċi, u l-bini ulterjuri tal-kontabbiltà ambjentali u tal-ekosistemi;
(f)  l-iżgurar li l-politiki u l-azzjoni ambjentali fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali, jkunu bbażati fuq l-aħjar għarfien xjentifiku u teknoloġiji disponibbli u t-tisħiħ tal-bażi tal-għarfien ambjentali, inkluż l-għarfien indiġenu u lokali, u l-adozzjoni tagħha, inkluż permezz tar-riċerka, l-innovazzjoni li trawwem il-ħiliet ekoloġiċi, it-taħriġ u t-taħriġ mill-ġdid, u l-bini ulterjuri tal-kontabbiltà ambjentali u tal-ekosistemi;
Emenda 67
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)
(fa)  il-bini tal-bażi tal-għarfien xjentifiku dwar il-kapaċità ta' ekosistemi differenti li jaġixxu bħala bjar u stokkijiet għall-gassijiet b'effett ta' serra;
Emenda 68
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt fb (ġdid)
(fb)  il-bini tal-bażi tal-għarfien dwar ir-rekwiżiti għal bidla sistemika, inkluż dwar kif jiġu identifikati, imkejla u evalwati l-effetti ta', fost l-oħrajn, il-punti kritiċi, iċ-ċirkwiti ta' feedback, il-lock-ins, l-interdipendenzi u l-ostakli għal bidla fundamentali fis-sistemi ambjentali u soċjoekonomiċi u kif wieħed jista' jaqleb minn fokus politiku kkompartimentalizzat u bbażat fuq is-settur għal approċċ sistemiku għall-koerenza tal-politika, kif ukoll dwar kif jiġi evitat jew jittaffa kwalunkwe impatt soċjali, ekonomiku u ambjentali negattiv;
Emenda 69
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt fc (ġdid)
(fc)  l-eliminazzjoni tal-lakuni fis-settijiet ta' indikaturi rilevanti, u l-ottimizzazzjoni tagħhom, relatati, fost l-oħrajn, mal-bidla sistemika, il-limiti planetarji, l-impronta ambjentali tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tas-sistemi ta' produzzjoni u konsum, il-governanza, il-finanzi sostenibbli u l-inugwaljanzi, u l-iżgurar li dawk is-settijiet ta' indikaturi jkunu komparabbli fil-livelli kollha tat-tfassil tal-politika;
Emenda 70
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt fd (ġdid)
(fd)  l-iżgurar tal-parteċipazzjoni sħiħa tal-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-kooperazzjoni magħhom fid-dimensjonijiet kollha tat-tfassil tal-politika ambjentali permezz ta' approċċ kollaborattiv u f'diversi livelli u l-iżgurar li l-komunitajiet lokali u reġjonali jkollhom riżorsi adegwati għall-implimentazzjoni fil-post;
Emenda 71
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt fe (ġdid)
(fe)  it-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni fir-rigward tal-politika dwar il-klima u l-ambjent, inkluż bejn il-Kummissjoni u l-Kumitat tar-Reġjuni fil-qafas tal-Pjattaforma Teknika għall-Kooperazzjoni dwar l-Ambjent, u l-esplorazzjoni ta' kif jistgħu jittejbu d-djalogu u l-ippuljar tal-informazzjoni;
Emenda 72
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ff (ġdid)
(ff)  ir-rispett sħiħ, u l-iżgurar tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta' prekawzjoni, kif ukoll tal-prinċipji li għandha tittieħed azzjoni preventiva, li l-ħsara ambjentali għandha, bħala prijorità, tiġi rettifikata fis-sors u li min iniġġes għandu jħallas, skont l-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
Emenda 73
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt fg (ġdid)
(fg)  l-indirizzar tad-degradazzjoni tal-art u l-istabbiliment ta' qafas legali għall-Unjoni kollha għall-protezzjoni u l-użu sostenibbli tal-ħamrija, li jinkludi indikaturi armonizzati u metodoloġija ta' monitoraġġ u rappurtar;
Emenda 74
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt fh (ġdid)
(fh)  it-trasformazzjoni tas-sistema tal-ikel, inkluż permezz tal-politika agrikola komuni, biex tinġieb f'konformità mal-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP, b'tali mod li tikkontribwixxi, fost l-oħrajn, għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità, fl-Unjoni u barra minnha, timminimizza l-inputs kimiċi, antibijotiċi u bbażati fuq il-fjuwils fossili, u tiżgura livell għoli ta' benesseri tal-annimali filwaqt li tiżgura tranżizzjoni ġusta għall-partijiet ikkonċernati affettwati;
Emenda 75
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt fi (ġdid)
(fi)  il-promozzjoni tat-tneħħija gradwali globali tal-pestiċidi li mhumiex approvati fl-Unjoni u impenn favur l-iżgurar li l-pestiċidi li mhumiex approvati għall-użu fl-Unjoni ma jiġux esportati barra mill-Unjoni sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi u konsistenza bejn il-politiki interni u esterni tal-Unjoni;
Emenda 76
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt fj (ġdid)
(fj)  is-sostituzzjoni rapida tas-sustanzi ta' tħassib serju ħafna u ta' sustanzi kimiċi perikolużi oħrajn, inklużi s-sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali, is-sustanzi kimiċi persistenti ħafna, in-newrotossikanti u l-immunotossikanti, kif ukoll l-indirizzar tal-effetti kkombinati tas-sustanzi kimiċi, in-nanoforom tas-sustanzi u l-esponiment għal sustanzi kimiċi perikolużi mill-prodotti, il-valutazzjoni tal-impatti tagħhom fuq is-saħħa u l-ambjent, inkluż il-klima, u l-bijodiversità, filwaqt li ssir promozzjoni tal-użu u l-affordabbiltà akbar ta' alternattivi sikuri, u l-intensifikazzjoni u l-koordinazzjoni tal-isforzi biex jippromwovu l-iżvilupp u l-validazzjoni ta' alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali;
Emenda 77
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt g
(g)  l-użu tal-potenzjal tat-teknoloġiji diġitali u tad-data biex jappoġġaw il-politika ambjentali filwaqt li jimminimizzaw l-impronta ambjentali tagħhom;
(g)  l-użu tal-potenzjal tat-teknoloġiji diġitali u tad-data biex jappoġġaw il-politika ambjentali, inkluż billi titwassal data u informazzjoni f'ħin reali dwar l-istat tal-ekosistemi, filwaqt li jiżdiedu l-isforzi biex jimminimizzaw l-impronta ambjentali ta' dawn it-teknoloġiji, u tiġi żgurata t-trasparenza u l-aċċessibbiltà tad-data u tal-informazzjoni għall-pubbliku;
Emenda 78
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)
(ga)  ir-rikonoxximent b'mod olistiku tal-interkonnessjonijiet bejn is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali u l-ambjent permezz tal-integrazzjoni sħiħa tal-approċċ "Saħħa Waħda" fit-tfassil tal-politika;
Emenda 79
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt gb (ġdid)
(gb)  ir-rikonoxximent tad-dritt għal ambjent tajjeb għas-saħħa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-promozzjoni ta' dritt simili fuq livell internazzjonali;
Emenda 80
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt h
(h)  l-użu sħiħ tas-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura u l-innovazzjoni soċjali;
(h)  l-użu sħiħ tal-approċċi bbażati fuq l-ekosistemi u tal-infrastruttura ekoloġika, inklużi s-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, filwaqt li:
Emenda 81
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt h – inċiż 1 (ġdid)
—  il-massimizzazzjoni tal-konnettività bejn l-ekosistemi u l-benefiċċji tar-restawr u l-bini fuq is-sinerġiji bejn il-konservazzjoni tal-bijodiversità u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih;
Emenda 82
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt h – inċiż 2 (ġdid)
—  l-iżgurar li l-implimentazzjoni tagħhom ittejjeb is-servizzi u l-funzjonijiet tal-ekosistemi, ma tikkompromettix il-bijodiversità u l-integrità tal-ekosistemi, ma tissostitwixxix jew ma timminax il-miżuri meħuda biex tiġi protetta l-bijodiversità jew biex jitnaqqsu malajr l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra fl-Unjoni, tirrispetta l-prinċipju ta' prekawzjoni, iġġib magħha kobenefiċċji soċjetali ċari, u tiżgura l-involviment sħiħ mal-popli indiġeni u l-komunitajiet lokali affettwati u l-kunsens tagħhom;
Emenda 83
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt h – inċiż 3 (ġdid)
—  l-iżvilupp ulterjuri tal-metodi ta' monitoraġġ, l-għodod ta' evalwazzjoni u l-indikaturi li jistgħu jitkejlu għas-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura kif ukoll l-iżvilupp ta' lista ta' attivitajiet esklużi;
Emenda 84
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt h – inċiż 4 (ġdid)
—  l-iżgurar li fejn is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura jiġu ffinanzjati minn mekkaniżmi ta' kumpens għall-bijodiversità, dawn il-mekkaniżmi jiġu implimentati, immonitorjati, evalwati u infurzati b'mod xieraq u jqisu bis-sħiħ l-impatti diretti, indiretti u kumulattivi, ġeografikament u matul iż-żmien filwaqt li jaderixxu strettament ma' ġerarkija ta' mitigazzjoni li tiżgura li, fost l-oħrajn, il-kumpens għall-bijodiversità jista' jintuża biss bħala miżura tal-aħħar istanza;
Emenda 85
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt h – inċiż 5 (ġdid)
—  l-iżgurar li fejn jintużaw mekkaniżmi ta' kumpens għall-bijodiversità biex jiffinanzjaw is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, l-informazzjoni dwar dawn il-mekkaniżmi ssir disponibbli pubblikament online;
Emenda 86
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt h – inċiż 6 (ġdid)
—  l-użu sħiħ tal-innovazzjoni soċjali u l-azzjoni mmexxija mill-komunità biex l-individwi, il-komunitajiet u l-SMEs ikunu jistgħu jieħdu azzjoni lejn il-kisba tal-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP;
Emenda 87
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt i
(i)  l-applikazzjoni effettiva ta' standards għoljin għat-trasparenza, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku u l-aċċess għall-ġustizzja skont il-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (il-Konvenzjoni ta' Aarhus)35;
(i)  l-applikazzjoni effettiva ta' standards għoljin għat-trasparenza, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku u l-aċċess għall-ġustizzja skont il-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (il-Konvenzjoni ta' Aarhus)35 kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell tal-Istati Membri;
__________________
__________________
35 https://www.unece.org/fileadmin/DAM/env/pp/documents/cep43e.pdf.
35 https://www.unece.org/fileadmin/DAM/env/pp/documents/cep43e.pdf.
Emenda 88
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ja (ġdid)
(ja)  il-promozzjoni ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali, immirati biex iqajmu kuxjenza dwar l-importanza tal-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP, u biex jippermettu dibattitu fil-livelli kollha ta' governanza u tas-soċjetà;
Emenda 89
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt jb (ġdid)
(jb)  li jitnaqqsu b'mod sinifikanti l-impronti materjali u tal-konsum tal-Unjoni biex jinġiebu fil-limiti planetarji mill-aktar fis possibbli, inkluż permezz tal-introduzzjoni ta' miri vinkolanti tal-Unjoni biex jitnaqqsu b'mod sinifikanti l-impronti materjali u tal-konsum tal-Unjoni kif ukoll miri vinkolanti fuq terminu medju u fit-tul għat-tnaqqis fl-użu tal-materja prima primarja;
Emenda 90
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt k – inċiż 1
—  tal-involviment ma' pajjiżi sħab dwar azzjoni klimatika u ambjentali, l-inkoraġġiment u l-appoġġ tagħhom biex jadottaw u jimplimentaw regoli f'dawn l-oqsma li huma ambizzjużi daqs dawk tal-Unjoni, u l-iżgurar li l-prodotti kollha mqiegħda fis-suq tal-Unjoni jikkonformaw bis-sħiħ mar-rekwiżiti rilevanti tal-Unjoni f'konformità mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni;
—  tal-involviment ma' pajjiżi terzi dwar azzjoni klimatika u ambjentali, l-inkoraġġiment u l-appoġġ tagħhom biex jadottaw u jimplimentaw regoli f'dawn l-oqsma li jkunu tal-anqas ambizzjużi daqs dawk tal-Unjoni, u l-iżgurar li l-prodotti kollha mqiegħda fis-suq tal-Unjoni jew esportati mill-Unjoni jkunu jikkonformaw bis-sħiħ mar-rekwiżiti rilevanti tal-Unjoni f'konformità mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni;
Emenda 91
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt k – inċiż 1a (ġdid)
—  tal-promozzjoni ta' governanza korporattiva sostenibbli u l-istabbiliment ta' rekwiżiti ta' diliġenza dovuta obbligatorji fil-livell tal-Unjoni, u b'kunsiderazzjoni ta' dawn ir-rekwiżiti fit-twettiq tal-politika kummerċjali tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tar-ratifika tal-ftehimiet kummerċjali u ta' investiment;
Emenda 92
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt k – inċiż 2
—  tat-tisħiħ tal-kooperazzjoni mal-gvernijiet, in-negozji u s-soċjetà ċivili f'pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali biex jiffurmaw sħubiji u alleanzi għall-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni ambjentali fil-G7 u l-G20;
—  tat-tisħiħ tal-kooperazzjoni mal-gvernijiet, in-negozji, is-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili f'pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali biex jiffurmaw sħubiji u alleanzi għall-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni ambjentali;
Emenda 93
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt k – inċiż 3
—  tat-tisħiħ tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi, il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika u ftehimiet ambjentali multilaterali oħrajn mill-Unjoni u s-sħab tagħha, inkluż billi jiżdiedu t-trasparenza u r-responsabbiltà fir-rigward tal-progress dwar l-impenji li saru skont dawk il-ftehimiet;
—  tat-turija ta' rwol mexxej fil-fora internazzjonali billi, fost l-oħrajn, l-Unjoni tikseb l-SDGs kif ukoll l-objettivi stabbilti fil-Ftehim ta' Pariġi, il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika u ftehimiet ambjentali multilaterali oħrajn u tappoġġa lil pajjiżi terzi biex jagħmlu l-istess, inkluż billi jiżdiedu t-trasparenza u r-responsabbiltà fir-rigward tal-progress dwar l-impenji li saru skont dawk il-ftehimiet;
Emenda 94
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt k – inċiż 5
—  tal-iżgurar li l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni u tal-Istati Membri lil pajjiżi terzi tippromwovi l-Aġenda 2030 tan-NU.
—  tal-iżgurar li l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni u tal-Istati Membri lil pajjiżi terzi tippromwovi l-Aġenda 2030 tan-NU, il-Ftehim ta' Pariġi u l-qafas globali għal wara l-2020 tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika tan-NU u li tkun konformi mal-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP.
Emenda 95
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Sabiex tikseb il-kundizzjonijiet abilitanti stabbiliti fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tieħu l-azzjonijiet li ġejjin:
(a)  ittejjeb u tespandi, sat-30 ta' Ġunju 2022, u sussegwentement iżżomm aġġornata, il-bażi tad-data pubblika eżistenti tagħha dwar id-deċiżjonijiet ta' ksur sabiex il-passi meħuda mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fir-rigward tal-proċedimenti kollha ta' ksur fil-qasam tal-ambjent u tal-klima jkunu jistgħu jiġu ttraċċati b'mod ċar, li jinftiehem u aċċessibbli;
(b)  tivvaluta regolarment il-konsistenza tal-miżuri u l-politiki tal-Unjoni mal-objettivi prijoritarji stabbiliti fl-Artikolu 2(1) u (2) u twettaq tali valutazzjonijiet għall-miżuri u l-politiki abbozzati u eżistenti tal-Unjoni; fejn jiġu identifikati inkonsistenzi, l-abbozz ta' miżura jew politika għandu jiġi allinjat ma' dawn l-objettivi prijoritarji qabel il-pubblikazzjoni jew, fil-każ ta' miżuri u politiki eżistenti tal-Unjoni, jiġu proposti l-miżuri ta' rimedju meħtieġa;
(c)  tiżviluppa għodod biex tivvaluta l-impatti fit-tul fuq l-ambjent u l-klima, inklużi l-effetti kumulattivi, tal-miżuri u l-politiki abbozzati u eżistenti, kif ukoll l-impatti possibbli tagħhom fuq l-inugwaljanzi soċjali, inkluża l-inugwaljanza bejn is-sessi, u l-prezz tan-nuqqas ta' azzjoni;
(d)  fi żmien tmien ġimgħat mill-għeluq ta' konsultazzjoni pubblika, tippreżenta b'mod sistematiku feedback dettaljat dwar it-tweġibiet għall-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, b'distinzjoni bejn il-kontributi minn tipi differenti ta' partijiet ikkonċernati.
(e)  tippubblika valutazzjonijiet tal-impatt immedjatament malli jitlestew, inkluża l-informazzjoni kollha użata biex il-konklużjoni tagħhom tkun infurmata;
(f)  tiżviluppa indikatur biex tivvaluta d-diskrepanza bejn l-istruttura tal-baġits tal-Istati Membri u x-xenarju allinjat mal-Ftehim ta' Pariġi għal kull wieħed mill-baġits nazzjonali tagħhom, u b'hekk tippermetti li jitfasslu rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri dwar l-investimenti klimatiċi meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw, u jibqgħu fuq, it-trajettorja meħtieġa biex jiġi żgurat li jintlaħaq il-Ftehim ta' Pariġi u l-objettivi prijoritarji relatati tat-tmien EAP;
(g)  tippreżenta, sat-30 ta' Ġunju 2022, rapport li fih tidentifika l-interkonnessjonijiet bejn id-diversi settijiet ta' indikaturi, oqfsa ta' monitoraġġ u proċessi li qed jintużaw fil-livell tal-Unjoni li jkejlu l-progress soċjali, ekonomiku u ambjentali u li jenfasizza kif dawn jistgħu jiġu ssimplifikati; fuq din il-bażi, il-Kummissjoni għandha, sat-30 ta' Ġunju 2023, f'konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill, tiżviluppa sett komprensiv ta' indikaturi "lil hinn mill-PDG" biex tiggwida u tinforma t-tfassil tal-politika fil-ġejjieni, mingħajr ħsara għas-Semestru Ewropew;
Emenda 96
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1b (ġdid)
1b.  Sabiex jinkisbu l-kundizzjonijiet abilitanti stabbilti fil-punt (ea) tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, sa Diċembru 2022, u abbażi tal-ħidma li għaddejja, tivvaluta liema sussidji huma ta' ħsara għall-ambjent u tipproduċi materjali ta' gwida biex tidentifika tali sussidji fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali, kif ukoll trajettorji possibbli għat-tneħħija gradwali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiġbru informazzjoni kull sena dwar l-eżistenza ta' sussidji fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, kif ukoll miżuri li qed jieħdu biex ineħħuhom gradwalment. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu dik l-informazzjoni kull sena lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tiġbor l-informazzjoni f'rapport, maqsum skont l-Istat Membru, li għandu jiġi ppubblikat mhux aktar tard minn 6 xhur wara t-tmiem tas-sena ta' referenza, bl-ewwel sena ta' referenza tkun l-2023. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport fuq bażi annwali lill-Parlament Ewropew.
Emenda 97
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 2
2.  Biex jintlaħqu l-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP se jkun hemm bżonn li jiġi mobilizzat appoġġ wiesa' billi jiġu involuti ċ-ċittadini, is-sħab soċjali u partijiet ikkonċernati oħra, u titħeġġeġ il-kooperazzjoni fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġiji, politiki jew leġiżlazzjoni relatati mat-tmien EAP fost l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, f'żoni urbani u rurali.
2.  L-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli kollha għandhom jaħdmu man-negozji, partikolarment mal-SMEs, u mas-sħab soċjali, mas-soċjetà ċivili, maċ-ċittadini, mal-komunitajiet u ma' partijiet ikkonċernati oħrajn fl-implimentazzjoni tat-tmien EAP. Biex jintlaħqu l-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP se jkun hemm bżonn li jiġi mobilizzat appoġġ wiesa' billi jiġu involuti ċ-ċittadini, is-sħab soċjali u partijiet ikkonċernati oħra, u titħeġġeġ il-kooperazzjoni fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġiji, politiki jew leġiżlazzjoni relatati mat-tmien EAP fost l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, f'żoni urbani u rurali u fir-reġjuni ultraperiferiċi.
Emenda 98
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  L-istituzzjonijiet rilevanti tal-Unjoni u l-Istati Membri għandu jkollhom ir-responsabbiltà li jieħdu l-azzjoni xierqa bil-għan li jitwettqu l-objettivi prijoritarji stabbiliti fl-Artikolu 2(1) u (2). L-azzjoni għandha tittieħed b'kunsiderazzjoni xierqa tal-prinċipji ta’ konferiment, ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità, skont l-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
Emenda 99
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – Titolu
Qafas ta' monitoraġġ
Indikaturi, qafas ta' monitoraġġ u governanza
Emenda 100
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni, appoġġata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, għandha tivvaluta u tirrapporta dwar il-progress tal-Unjoni u tal-Istati Membri fir-rigward tal-kisba tal-objettivi prijoritarji stabbiliti fl-Artikolu 2 fuq bażi regolari, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 3.
1.  Il-Kummissjoni, appoġġjata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, mingħajr preġudizzju għall-indipendenza tagħhom, għandha timmonitorja, tivvaluta u tirrapporta dwar il-progress tal-Unjoni u tal-Istati Membri fir-rigward tal-kisba tal-objettivi prijoritarji stabbiliti fl-Artikolu 2 fuq bażi annwali, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet u l-azzjonijiet ta' awtorizzazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 3, u l-għan ġenerali li tinkiseb bidla sistemika. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni li tirriżulta minn dak il-monitoraġġ, valutazzjoni u rappurtar tkun disponibbli pubblikament u aċċessibbli faċilment, biex b'hekk jiġi żgurat li jkun hemm monitoraġġ effettiv tal-progress magħmul.
Emenda 101
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Wara proċess ta' konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2021, tippreżenta qafas simplifikat fil-forma ta' tabella ta' valutazzjoni unika, inklużi l-indikaturi ewlenin, biex timmonitorja u tittraċċa l-progress lejn il-kisba tal-objettivi prijoritarji fl-Artikolu 2(1) u (2), billi tibni fuq l-oqfsa u l-proċessi ta' monitoraġġ eżistenti.
Emenda 102
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 1b (ġdid)
1b.  Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi informazzjoni dwar:
–  il-progress imwettaq lejn il-bidla sistematika li hija meħtieġa sabiex jinkisbu l-objettivi prijoritarji stabbiliti fl-Artikolu 2(1) u (2), malli l-qafas ta' monitoraġġ jippermetti dan;
–  id-distanza mill-miri stabbiliti biex jinkisbu l-objettivi prijoritarji stabbiliti fl-Artikolu 2(1) u (2);
–  il-finanzjament li jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi prijoritarji stabbiliti fl-Artikolu 2(1) u (2), traċċat permezz ta' metodoloġija robusta, trasparenti u komprensiva;
–  il-mezzi ta' implimentazzjoni li ġew applikati fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri biex tiġi żgurata l-kisba tal-objettivi prijoritarji, u jekk dawn humiex suffiċjenti; u
–  ir-rakkomandazzjonijiet u l-linji gwida biex jiġu indirizzati inkonsistenzi potenzjali.
Emenda 103
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 2
2.  Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tirrifletti l-aħħar żviluppi fir-rigward tad-disponibbiltà u r-rilevanza tad-data u l-indikaturi, abbażi tad-data disponibbli fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk imħaddma mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u s-Sistema Statistika Ewropea. Din il-valutazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-oqfsa u l-eżerċizzji eżistenti ta' monitoraġġ, rapportar u governanza li jkopru l-politika ambjentali u klimatika.
2.  Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tirrifletti l-aħħar żviluppi fir-rigward tad-disponibbiltà u r-rilevanza tad-data u l-indikaturi, abbażi tad-data disponibbli fl-Istati Membri, inkluz fil-livell reġjonali u lokali, u fil-livell tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk imħaddma mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u s-Sistema Statistika Ewropea bil-ħsieb li jitnaqqas il-piż amministrattiv. Din il-valutazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-oqfsa u l-eżerċizzji eżistenti ta' monitoraġġ, rapportar u governanza li jkopru l-politika ambjentali u klimatika, tibni fuqhom u tkun koerenti magħhom, u għandha tkun ibbażata fuq metodoloġija robusta li tippermetti l-kejl tal-progress.
Emenda 104
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jiskambjaw opinjonijiet fuq bażi annwali dwar il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jidentifikaw, bħala parti mill-programmazzjoni annwali tal-Unjoni, miżuri u azzjonijiet leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi addizzjonali meta l-progress lejn il-kisba tal-objettivi prijoritarji jitqies bħala insuffiċjenti jew sabiex jingħelbu l-ostakli identifikati.
Emenda 105
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 3 – parti introduttorja
3.  L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għandhom jappoġġaw lill-Kummissjoni fit-titjib tad-disponibbiltà u r-rilevanza tad-data u l-għarfien, b'mod partikolari billi jwettqu dan li ġej:
3.  L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għandhom jappoġġaw lill-Kummissjoni fit-titjib tad-disponibbiltà u r-rilevanza tad-data, l-indikaturi u l-għarfien, b'mod partikolari billi jwettqu dan li ġej:
Emenda 106
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt a
(a)  il-ġbir, l-ipproċessar u r-rapportar ta' evidenza u data b'għodod diġitali moderni;
(a)  il-ġbir, l-ipproċessar u r-rapportar ta' evidenza u data b'għodod diġitali moderni, filwaqt li jtejbu l-metodoloġiji għall-ġbir u t-trattament tad-data u biex jiżviluppaw indikaturi armonizzati;
Emenda 107
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt aa (ġdid)
(aa)  it-tisħiħ u l-għoti ta' appoġġ għar-riċerka bażika, għall-immappjar u għall-monitoraġġ;
Emenda 108
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt b
(b)  il-ħidma lejn l-għeluq tal-lakuni rilevanti fid-data tal-monitoraġġ;
(b)  il-valutazzjoni tar-riżorsi meħtieġa u l-ħidma biex jingħalqu l-lakuni rilevanti fid-data tal-monitoraġġ, inkluż fir-rigward tal-kejl tal-bidla sistemika;
Emenda 109
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt c
(c)  it-twassil ta' analiżi rilevanti għall-politika u sistemika, u l-kontribuzzjoni għall-implimentazzjoni tal-objettivi tal-politika fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali;
(c)  it-twettiq ta' analiżijiet sistemiċi u rilevanti għall-politika, u l-kontribut għall-implimentazzjoni tal-objettivi ta' politika fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali, inkluż billi jiġu proposti rakkomandazzjonijiet biex jissaħħaħ il-progress fl-ilħuq tal-objettivi;
Emenda 110
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)
(ca)  il-ġbir ta' għodod bħal għodod ta' tbassir, li jistgħu jipprovdu wkoll informazzjoni dwar "id-distanza mill-mira";
Emenda 111
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt d
(d)  l-integrazzjoni tad-data dwar l-impatti ambjentali, soċjali u ekonomiċi, u l-isfruttar sħiħ ta' data disponibbli oħra, bħal dik mogħtija minn Copernicus;
(d)  l-integrazzjoni tad-data dwar l-impatti ambjentali, fuq is-saħħa, soċjali u ekonomiċi, u l-isfruttar sħiħ ta' data disponibbli oħra, bħal dik mogħtija minn Copernicus;
Emenda 112
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt da (ġdid)
(da)  l-għeluq tal-lakuni kritiċi fl-għarfien dwar il-punti kritiċi ekoloġiċi;
Emenda 113
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt db (ġdid)
(db)  l-iżvilupp ta' mudelli biex jivvalutaw u jbassru l-impatti mistennija tal-politiki relatati mal-ambjent u l-klima fuq il-ġenerazzjonijiet futuri;
Emenda 114
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt e
(e)  it-titjib ulterjuri tal-aċċess għad-data permezz tal-programmi tal-Unjoni;
(e)  it-titjib ulterjuri tad-disponibbiltà, tal-interoperabbiltà u tal-aċċess għad-data permezz tal-programmi tal-Unjoni;
Emenda 115
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt g
(g)  l-għajnuna lis-soċjetà ċivili, lill-awtoritajiet pubbliċi, liċ-ċittadini, lis-sħab soċjali u lis-settur privat biex jidentifikaw ir-riskji klimatiċi u ambjentali u jieħdu azzjoni biex jipprevjenu, jimmitigaw u jadattaw ruħhom għalihom, u jrawmu l-involviment tagħhom biex jagħlqu d-diskrepanzi fl-għarfien.
(g)  l-għajnuna lis-soċjetà ċivili, lill-awtoritajiet pubbliċi fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, lill-individwi u lill-komunitajiet, lis-sħab soċjali u lis-settur privat biex jidentifikaw ir-riskji klimatiċi u ambjentali, jivvalutaw l-impatt tagħhom u jieħdu azzjoni biex jipprevjenu, jimmitigaw u jadattaw ruħhom għal tali riskji, u jrawmu l-involviment tagħhom biex jagħlqu d-diskrepanzi fl-għarfien;
Emenda 116
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt ga (ġdid)
(ga)  l-inkoraġġiment tal-osservazzjoni u r-rappurtar taċ-ċittadini dwar kwistjonijiet ambjentali u lakuni fil-konformità, inkluż permezz tal-użu ta' mekkaniżmi online u apps tal-mowbajls biex jiġi ffaċilitat ir-rappurtar.
Emenda 117
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 4
4.  Il-Kummissjoni għandha teżamina regolarment il-ħtiġijiet tad-data u l-għarfien fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali, inkluża l-kapaċità tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi li jwettqu l-kompiti msemmija fil-paragrafu 3.
4.  Il-Kummissjoni għandha teżamina regolarment il-ħtiġijiet tad-data u l-għarfien fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali, inkluża l-kapaċità tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, kif ukoll ta' korpi u aġenziji Ewropej oħra, fejn rilevanti, li jwettqu l-kompiti msemmija fil-paragrafu 3 u tirrapporta dwar ir-riżultati ta' dan ir-rieżami, inklużi l-proposti biex tiġi indirizzata kwalunkwe ħtieġa ta' riżorsi umani u finanzjarji, jew biex jiġi indirizzat kwalunkwe nuqqas ieħor.
Emenda 118
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 5 – paragrafu -1 (ġdid)
-1.  Sal-31 ta' Marzu 2024, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tat-tmien EAP u tippreżentaha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu għandha tiddeskrivi l-progress miksub lejn l-ilħuq tal-objettivi tematiċi prijoritarji stabbiliti fl-Artikolu 2(2), inklużi l-miri fil-qafas tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-istatus tal-kundizzjonijiet u l-azzjonijiet abilitanti stabbiliti fl-Artikolu 3, u l-progress imwettaq fil-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-bidla sistemika, u għandha tkun ibbażata fuq l-aktar valutazzjoni reċenti msemmija fl-Artikolu 4(1), kif ukoll fuq l-eżitu ta' konsultazzjoni pubblika. L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu għandha tiddeskrivi r-rakkomandazzjonijiet u l-korrezzjonijiet meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP sat-tlestija tagħhom.
Emenda 119
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 5 – paragrafu -1a (ġdid)
-1a.  Fid-dawl tal-progress deskritt fl-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu msemmija fil-paragrafu -1, ta' żviluppi ta' politika rilevanti oħra u tar-rapport tal-EEA "The European environment - state and outlook" (L-ambjent Ewropew – l-istat u l-prospetti), il-Kummissjoni li se tibda l-mandat tagħha wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2024 għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fi żmien l-ewwel 100 jum tal-mandat tagħha, lista u skeda ta' żmien tal-azzjonijiet leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi li tippjana li tieħu matul il-mandat tagħha sabiex tiżgura l-kisba sħiħa, sal-2030 u l-2050, rispettivament, tal-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP.
Emenda 120
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 5 – paragrafu 1
Sal-31 ta' Marzu 2029, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tat-tmien EAP. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jkun fih is-sejbiet ewlenin ta' dik l-evalwazzjoni, akkumpanjat, jekk il-Kummissjoni tqis xieraq, minn proposta leġiżlattiva għall-programm ta' azzjoni ambjentali li jmiss.
Sal-31 ta' Marzu 2029, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tat-tmien EAP. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jkun fih is-sejbiet ta' dik l-evalwazzjoni, akkumpanjat, jekk xieraq, bi proposta leġiżlattiva għall-programm ta' azzjoni ambjentali li jmiss u tħalli biżżejjed żmien sabiex id-disa' EAP jilħaq jidħol fis-seħħ sal-1 ta' Jannar 2031, biex b'hekk jiġi evitat li jkun hemm lakuna bejn it-tmien u d-disa' EAP.

(1) Il-kwistjoni ġiet riferuta lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’ subparagrafu (A9-0203/2021).


ŻER ġdida għar-Riċerka u l-Innovazzjoni
PDF 181kWORD 55k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2021 dwar ŻER ġdida għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021/2524(RSP))
P9_TA(2021)0353B9-0370/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar ŻER ġdida għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (O-000031/2021 – B9‑0026/2021),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 2020 dwar ŻER ġdida għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (COM(2020)0628),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2020,

–  wara li kkunsidra r-Rapport ta' Progress taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER) għall-perjodu 2016-2018,

–  wara li kkunsidra t-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Ewropea tat-23 ta' Ġunju 2020,

–  wara li kkunsidra s-sentenza tas-6 ta' Ottubru 2020 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) fil-Kawża C-66/18(1),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-11 ta' Marzu 2005 dwar il-Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u dwar Kodiċi ta' Kondotta għar-Reklutaġġ ta' Riċerkaturi(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 136(5) u 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija,

A.  billi t-tlestija taż-ŻER bil-ksib tal-moviment liberu tar-riċerkaturi u ċ-ċirkolazzjoni libera tal-għarfien u t-teknoloġija xjentifiċi hija prijorità ewlenija għall-Unjoni Ewropea;

B.  billi ż-ŻER ipprevediet li tingħeleb il-frammentazzjoni tal-isforzi nazzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni (R&I) permezz tat-tnaqqis tad-disparitajiet bejn l-oqfsa regolatorji u amministrattivi;

C.  billi ż-ŻER ipprovdiet mekkaniżmi importanti biex jiġi żgurat il-moviment liberu tar-riċerkaturi u l-iskambju tat-teknoloġiji tal-għarfien u l-innovazzjoni; billi, barra minn hekk, iż-ŻER hija qafas stabbilit u magħruf sew li jistimula azzjonijiet konġunti transfruntiera tar-R&I bejn ir-riċerkaturi tal-Istati Membri u ċ-"ċentri taż-ŻER";

D.  billi r-riċerka trid tkun ibbażata fuq il-prinċipji fundamentali tal-integrità tar-riċerka, u l-Kodiċi ta' Kondotta Ewropea għall-Integrità tar-Riċerka żviluppat mill-Federazzjoni Ewropea tal-Akkademji għax-Xjenzi u l-Istudji Umanistiċi (ALLEA) għandu jitqies bħala referenza għall-komunità tar-riċerka; billi l-indipendenza u l-oġġettività huma elementi ewlenin tal-bini u taż-żamma tal-fiduċja fix-xjenza;

E.  billi l-aċċellerazzjoni tar-R&I fl-Unjoni Ewropea u t-titjib tal-kollaborazzjoni bejn ir-R&I privati u pubbliċi fl-Istati Membri fid-dawl ta' użu bikri mis-suq u l-adozzjoni mis-soċjetà ta' soluzzjonijiet ta' teknoloġiji ġodda u t-titjib ta' dawk eżistenti huma vitali biex jintlaħqu l-miri klimatiċi tagħna, filwaqt li tinkiseb it-tranżizzjoni diġitali u għall-irkupru tal-ekonomija Ewropea; billi l-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità għolja jipprovdi opportunitajiet ekonomiċi għall-UE; billi l-investiment fir-riċerka fundamentali jfisser investiment fil-futur, u billi l-finanzjament ta' tali riċerka ma għandux ikun marbut b'mod intrinsiku mal-profittabbiltà ekonomika; billi l-iskoperti xjentifiċi ewlenin irriżultaw minn riċerka ffinanzjata pubblikament;

F.  billi, bħala regola ġenerali, ir-R&I għandhom jirrispettaw il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika; billi huwa importanti li jiġi enfasizzat, madankollu, li l-għażliet teknoloġiċi għandhom jirrispettaw il-qafas ta' politika stabbilit;

G.  billi r-R&I huma essenzjali biex jippermettu l-irkupru tal-Ewropa, jappoġġjaw u jaċċelleraw it-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi b'mod soċjalment responsabbli, itejbu s-sostenibbiltà u l-kompetittività tal-Unjoni, u jsaħħu r-reżiljenza tagħha;

H.  billi l-kriżi tal-COVID-19 affettwat ħażin ħafna lir-riċerkaturi żgħażagħ li esperjenzaw kundizzjonijiet tax-xogħol li sejrin għall-agħar u naqqset l-aċċess għal-laboratorji u għal faċilitajiet essenzjali oħra u, b'riżultat ta' dan, għandhom inqas opportunitajiet biex ilestu l-proġetti tagħhom u jiksbu l-kwalifiki meħtieġa għall-avvanz fil-karriera;

I.  billi n-nisa jokkupaw biss 24 % tal-ogħla pożizzjonijiet fis-settur tal-edukazzjoni għolja fl-Unjoni Ewropea; billi dawn għadhom mhumiex irrappreżentati biżżejjed fost l-istudenti tad-dottorat f'diversi suġġetti tax-xjenza, tat-teknoloġija, tal-inġinerija u tal-matematika (STEM), inklużi l-ICT u l-inġinerija, iżda wkoll fl-oqsma tal-manifattura u tal-kostruzzjoni;

J.  billi approċċ aktar sinerġetiku għal programmi oħra ta' finanzjament tal-UE u politiki tal-UE jista' jikkapitalizza, b'mod partikolari, fuq il-kapaċitajiet tar-R&I mibnija matul l-aħħar għaxar snin f'pajjiżi bi prestazzjoni aktar baxxa; billi dan ikun jirrikjedi l-ġbir flimkien tar-riżorsi biex jiġu appoġġjati l-attivitajiet li jippromwovu l-iżvilupp tal-kapital uman u l-introduzzjoni ta' teknoloġiji innovattivi u mudelli ġodda ta' negozju, kif ukoll biex jiġu appoġġjati l-manutenzjoni u l-iżvilupp tal-infrastruttura; billi taħlita mmirata ta' investimenti ta' fondi strutturali fl-ambitu tal-prijoritajiet ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti b'inizjattivi eċċellenti ta' R&I appoġġjati mill-Programm Qafas tista' ttejjeb b'mod sinifikanti l-prestazzjoni ta' ċerti reġjuni u ssaħħaħ iż-ŻER b'mod ġenerali; billi f'dan il-kuntest, huwa importanti wkoll li tiġi enfasizzata l-ħtieġa li jiġi ottimizzat u kkoordinat aħjar l-użu tal-infrastrutturi tar-riċerka fil-livell tal-UE;

K.  billi l-approċċ inklużiv tal-Kummissjoni li tallinja ż-ŻER maż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u mal-politika industrijali Ewropea sabiex trawwem sinerġiji bejn dawn il-politiki interdipendenti għandu jwassal għal sinerġiji aktar milli għal kumplessità akbar fiż-ŻER, fiż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni jew fil-politika industrijali;

L.  billi ż-ŻER għandha tikkontribwixxi għall-istrateġiji multipli u għall-impenji internazzjonali tal-UE, bħall-Istrateġija għall-SMEs u dik Diġitali, il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU;

M.  billi l-ftuħ għad-dinja u l-kollaborazzjoni internazzjonali huma essenzjali għal politiki ta' suċċess tal-UE dwar ir-R&I; billi l-pajjiżi assoċjati mal-Programm Qafas huma parti integrali miż-ŻER u diġà qed jikkontribwixxu għall-għanijiet tagħha; billi l-Viċinat Ewropew jistħoqqlu attenzjoni partikolari; billi l-pajjiżi kollha tiegħu fil-Lvant u fin-Nofsinhar għandhom jibbenefikaw minn skambji xjentifiċi u kooperazzjoni mal-Istati Membri tal-UE;

N.  billi ż-ŻER ma tistax titlesta mingħajr libertà akkademika ggarantita fl-Unjoni u mingħajr ma jiġu rrispettati d-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea relatati mal-libertà akkademika, il-libertà li jiġu stabbiliti istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u l-libertà li jitwettaq negozju; billi skont il-QĠUE, il-libertà akkademika mhux biss tinkludi dimensjoni individwali sa fejn tkun assoċjata mal-libertà tal-espressjoni u, speċifikament fil-qasam tar-riċerka, il-libertajiet tal-komunikazzjoni, tar-riċerka u tat-tixrid tar-riżultati, iżda wkoll dimensjoni istituzzjonali u organizzazzjonali riflessa fl-awtonomija tal-istituzzjonijiet akkademiċi;

Objettivi

1.  Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ŻER ġdida għar-Riċerka u l-Innovazzjoni li tistabbilixxi l-objettivi u l-azzjonijiet strateġiċi li għandhom jiġu implimentati f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, sabiex jiġu pprijoritizzati l-investimenti u r-riformi fir-R&I, biex jintlaħaq l-għan ta' 3 % tal-PDG, biex jittejjeb l-aċċess għall-eċċellenza għar-riċerkaturi madwar l-UE u biex ir-riżultati tar-riċerka jkunu jistgħu jilħqu l-komunità xjentifika, is-soċjetà u l-ekonomija reali, filwaqt li jiġi żgurat li r-R&I ffinanzjati pubblikament jikkontribwixxu b'mod ġenwin għall-benesseri tas-soċjetà;

2.  Jistieden lill-Istati Membri jadottaw Patt għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fl-Ewropa li jinkludi l-impenji li ġejjin li għandhom jitwettqu sal-2030: li l-infiq pubbliku fuq ir-R&I jiżdied mil-livell medju attwali ta' 0,81 % tal-PDG għal 1,25 % b'mod ikkoordinat madwar l-UE; li l-finanzjament nazzjonali pubbliku għar-R&I ta' programmi konġunti u sħubiji Ewropej jiżdied mil-livell attwali tiegħu ta' ftit anqas minn 1 % għal 5 %; u li jintlaħaq qbil konġunt dwar l-oqsma ta' prijorità għall-azzjoni taż-ŻER (orizzontali kif ukoll tematiċi);

3.  Jissottolinja r-rabta qawwija bejn ir-R&I u l-intraprenditorija, li toħloq opportunitajiet għat-twaqqif ta' unicorns, negozji ġodda u SMEs ġodda; ifakkar fl-importanza li tinħoloq ekosistema diġitali li tikkontribwixxi għall-innovazzjoni teknoloġika u ż-żieda tal-SMEs prinċipalment permezz ta' "Ċentri tal-Innovazzjoni taż-ŻER";

4.  Jirrikonoxxi r-rwol ċentrali tal-universitajiet u tal-istituzzjonijiet akkademiċi fil-ħolqien ta' ekosistemi dinamiċi tar-R&I; jenfasizza r-rwol ċentrali tal-istudenti bħala l-ġenerazzjoni li jmiss ta' innovaturi f'dawn l-ekosistemi;

5.  Jinsisti li fil-kuntest taż-ŻER, it-termini "riċerka" u "innovazzjoni" mhumiex limitati għall-innovazzjoni teknoloġika, iżda huma inkorporati bħala suġġetti trażversali ta' rilevanza wiesgħa għall-aspetti kollha tax-xjenzi soċjali u tal-istudji umanitarji u integrati bis-sħiħ f'kull wieħed mill-objettivi ġenerali;

6.  Jemmen li r-rieżami taż-ŻER għandu jinkludi approċċ orizzontali għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tar-riċerka, inklużi l-universitajiet; jitlob appoġġ baġitarju akbar għall-alleanzi universitarji, kif ukoll l-istabbiliment ta' qafas abilitanti li jippermetti lill-alleanzi jiżviluppaw b'mod flessibbli; jemmen, barra minn hekk, li l-kooperazzjoni tal-universitajiet ma għandhiex tkun limitata għall-alleanzi biss, iżda li għandhom ikunu disponibbli wkoll aktar skemi ta' finanzjament għall-universitajiet biex jikkooperaw barra mill-alleanzi;

7.  Jissottolinja l-importanza li jinħolqu sinerġiji bejn l-edukazzjoni għolja, l-istituzzjonijiet tar-riċerka u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, bħala sħab ġenwini fil-kuntest tar-R&I, kif ukoll alleanzi industrijali, u b'hekk jiġi sfruttat bis-sħiħ ir-rwol doppju tal-universitajiet; itenni, f'dan il-kuntest, l-ħtieġa li jinħolqu kundizzjonijiet u opportunitajiet favorevoli għar-riċerkaturi billi tintuża infrastruttura ta' riċerka ta' kwalità għolja; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura d-disinn inklużiv ta' dawn is-sħubiji bbażati fuq it-trasparenza, rappreżentanza bbilanċjata tal-partijiet ikkonċernati u ftuħ kontinwu, u toffri opportunitajiet suffiċjenti għall-parteċipazzjoni ta' tali partijiet ikkonċernati diverġenti;

8.  Jissottolinja li kwalunkwe sejħa għall-finanzjament trid tkun trasparenti u mħabbra sew minn qabel; jisħaq ukoll li l-pjanijiet direzzjonali konġunti dwar it-teknoloġija industrijali għandhom iqisu aħjar il-kontribut minn "isfel għal fuq" u l-parteċipazzjoni inklużiva, u ma jqisux l-industrija waħedha bħala s-sors primarju ta' kontribut, iżda jaċċettaw ukoll kontribut mill-aktar R&I reċenti tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku, kif ukoll mill-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u mis-sħab soċjali;

9.  Jistieden lill-Istati Membri jittrasformaw iż-"ŻER il-ġdida" f'politiki u azzjonijiet ta' finanzjament konkreti li għandhom l-għan li jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet "ekoloġiċi" u "diġitali" doppji, l-implimentazzjoni ta' Patt Ekoloġiku Ewropew u strateġija industrijali ambizzjużi, irkupru reżiljenti u ħtiġijiet mediċi mhux issodisfati; jisħaq fuq l-importanza ta' rabtiet adegwati fl-ekosistemi tal-innovazzjoni u industrijali u l-atturi tagħhom kif ukoll bejniethom, inklużi s-settur akkademiku, l-industrija, is-settur pubbliku f'diversi livelli, il-pubbliku ġenerali u s-soċjetà ċivili madwar l-UE biex jiġi żgurat li r-riżultati tar-riċerka jiġu applikati aktar malajr fl-ekonomija u fis-soċjetà; jissottolinja, f'dan il-kuntest, ir-rwol vitali tal-SMEs fl-indirizzar tal-innovazzjoni u l-iżvilupp tat-teknoloġija u l-potenzjal tal-SMEs tradizzjonali li għad irid jiġi sfruttat; jenfasizza r-rwol taċ-"ċentri taż-ŻER" bħala għodda biex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' xjenza ta' kwalità għolja fil-bliet u r-reġjuni kollha tal-UE, kif ukoll biex tingħata spinta lir-reġjuni fejn hemm opportunitajiet għal tkabbir sostenibbli;

10.  Huwa mħasseb li l-proċess tat-titjib tal-kwalità tas-sistemi tar-R&I qed jonqos u qed juri progress mhux uniformi madwar l-Unjoni(3);

11.  Jissottolinja r-rwol importanti li għandhom ir-R&I matul il-pandemija tal-COVID-19 biex isibu soluzzjonijiet multisettorjali u transdixxiplinari biex tingħeleb il-kriżi; jilqa', f'dan ir-rigward, il-pjan ta' azzjoni tal-ERAvsCorona bħala eżempju ta' azzjoni ddefinita malajr u mmirata sew imwettqa flimkien mal-Istati Membri;

12.  Jissottolinja li l-pandemija tal-COVID-19 mhux biss uriet l-importanza tal-kooperazzjoni fir-R&I, iżda wkoll tal-prattiki u l-infrastrutturi tax-xjenza miftuħa biex jinstabu malajr soluzzjonijiet għall-ħtiġijiet tas-soċjetà l-aktar esiġenti; jisħaq li ż-ŻER għandha rwol ewlieni biex isir progress fix-xjenza miftuħa u jiġu kondiviżi r-riżultati tar-riċerka, tad-data u tal-infrastruttura, kif ukoll biex jiġi żgurat li l-pubblikazzjonijiet xjentifiċi kollha li jirriżultaw minn riċerka ffinanzjata pubblikament, awtomatikament, jiġu ppubblikati f'ġurnali b'aċċess miftuħ, filwaqt li r-riżultati u d-data tar-riċerka għandhom isiru disponibbli skont il-prinċipji FAIR (traċċabbli, aċċessibbli, interoperabbli u riutilizzabbli);

13.  Jenfasizza li l-pandemija tal-COVID-19 żiedet id-domanda għal konnettività aħjar u għalhekk aċċellerat it-tranżizzjoni diġitali; jesprimi dispjaċir, madankollu, għall-fatt li l-kondiviżjoni tat-teknoloġija u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ma tqisux biżżejjed;

14.  Jitlob li jintlaħaq bilanċ bejn ir-riċerka fundamentali u aktar riċerka applikata li jwassal għal innovazzjoni konkreta fiż-ŻER kollha, u jissottolinja li t-tnejn huma ta' importanza kruċjali;

15.  Jenfasizza li r-riċerka fundamentali tirreferi għall-attivitajiet tax-xjenzati li qed jinvestigaw mistoqsijiet għall-fini tal-bini tal-għarfien, indipendentement mill-profittabbiltà ekonomika jew l-applikabbiltà għal żmien qasir;

16.  Jirrimarka li ż-ŻER il-ġdida jeħtieġ li tħaddan bis-sħiħ it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali doppji u tikkontribwixxi għall-aċċellerazzjoni tal-isforz tar-R&I f'dan il-kuntest billi, fost l-oħrajn, tallinja u ssaħħaħ aħjar l-investimenti fir-R&I permezz tal-isfruttar ta' sinerġiji mal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF), kif ukoll għat-titjib tal-kollaborazzjoni bejn ir-R&I privati u pubbliċi mhux biss fl-Istati Membri iżda wkoll bejniethom, sabiex titħaffef l-adozzjoni mis-soċjetà u l-użu bikri mis-suq ta' teknoloġiji u soluzzjonijiet innovattivi li huma vitali biex jintlaħqu l-miri klimatiċi tal-UE, kif ukoll biex jiġu sfruttati l-opportunitajiet ekonomiċi ewlenin ipprovduti mit-tranżizzjonijiet doppji;

Finanzjament u sinerġiji

17.  Jisħaq li fid-dawl tal-fatt li l-Ewropa qed tiffaċċja sfidi ekoloġiċi, ekonomiċi u tas-soċjetà urġenti, aggravati mill-kriżi tal-COVID-19, wasal iż-żmien li ż-ŻER tiġi riorganizzata sabiex twassal għall-irkupru tal-Ewropa u tibni mudell soċjalment, ekonomikament u ambjentalment ġdid reżiljenti għall-UE; huwa għalhekk imħasseb dwar il-pass bil-mod tal-allinjament bejn il-politiki nazzjonali u l-politiki miftiehma mal-Istati Membri fil-livell tal-UE;

18.  Jistieden lill-Istati Membri jżidu l-baġits nazzjonali ddedikati għar-R&I; jilqa' f'dan ir-rigward il-konferma mill-ġdid mill-Kunsill tal-objettiv ta' investiment ta' 3 % tal-PDG fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-1 ta' Diċembru 2020; jesprimi dispjaċir għall-fatt li f'dawn il-konklużjonijiet, il-Kunsill ma impenjax ruħu għall-objettiv ta' investiment propost ta' 1,25 % tal-PDG għall-finanzjament pubbliku tar-R&I;

19.  Ifakkar fl-importanza tal-kontribut tar-R&I biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fil-Ftehim ta' Pariġi u l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew; jinkoraġġixxi żieda ġenerali fil-baġits nazzjonali ddedikati għar-R&I fit-teknoloġiji tal-enerġija nadifa, biex b'hekk jitrawmu objettivi nazzjonali u miri ta' finanzjament li jindikaw perkorsi konkreti u rilevanti għall-2030 u l-2050;

20.  Jinsisti fuq l-importanza li jinħolqu u jintużaw is-sinerġiji sħaħ bejn l-istrumenti ta' finanzjament Ewropej, speċjalment bejn Orizzont Ewropa, Erasmus+, il-Fondi tal-Politika ta' Koeżjoni, NextGenerationEU, il-Programm tas-Suq Uniku, InvestEU, LIFE +, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-istrumenti ta' azzjoni esterna tal-UE, is-Sħubija għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA), EU4Health u l-Programm Ewropa Diġitali, u jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi gwida ċara, sempliċi u prattika u għodod simplifikati lill-Istati Membri dwar kif l-aħjar jiġu implimentati dawn is-sinerġiji fil-kuntesti nazzjonali u reġjonali; jisħaq, f'dan il-kuntest, fuq l-importanza tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) li se tappoġġja t-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, inklużi l-infrastrutturi tar-R&I, u se tikkontribwixxi ħafna għall-implimentazzjoni taż-"ŻER il-ġdida";

21.  Huwa tal-fehma li l-pjanijiet ta' rkupru u n-NextGenerationEU jirrappreżentaw opportunità biex jissaħħaħ it-trijanglu tal-għarfien, il-ħiliet, l-edukazzjoni u r-riċerka; jisħaq fuq il-ħtieġa ta' rabtiet aktar strutturati mal-inizjattivi biex tissaħħaħ iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u ż-Żona Ewropea tal-Innovazzjoni; jilqa' l-pjan tal-Kunsill li jinkludi t-tisħiħ taż-ŻER fil-pjanijiet nazzjonali ta' rkupru;

22.  Jissottolinja l-importanza tal-kooperazzjoni, mill-fażi tad-disinn tal-proġetti bejn is-settur akkademiku, l-istituzzjonijiet tar-riċerka u l-industrija 'il quddiem, sabiex tiġi promossa x-xjenza, kif ukoll teknoloġiji u soluzzjonijiet innovattivi mmirati lejn il-kondiviżjoni tar-riżorsi u l-vantaġġi komplementari, u li jitlestew proġetti ta' innovazzjoni teknoloġika flimkien sabiex jinħolqu prodotti, servizzi jew proċessi lesti għas-suq u jiżdied il-benesseri; jinkoraġġixxi, fil-kuntest taż-"ŻER il-ġdida", skambji reċiproċi u kollaborazzjoni akbar bejn atturi differenti bl-objettiv li tissaħħaħ l-esperjenza edukattiva, jitħaffef il-proċess tat-trasferiment tal-għarfien, titqajjem sensibilizzazzjoni u jiġu pprovduti soluzzjonijiet biex jingħelbu l-isfidi soċjali, ambjentali u ekonomiċi;

23.  Jenfasizza l-potenzjal ta' approċċ multidixxiplinari u ta' diversi partijiet ikkonċernati għall-ekosistemi, li jgħaqqad il-punti b'saħħithom u l-assi kreattivi u kulturali tal-Ewropa; jinnota l-benefiċċji ta' sinerġija maħluqa billi jingħaqdu setturi u dixxiplini xjentifiċi differenti, inklużi l-arti, id-disinn u l-oqsma kreattivi, u x-xjenza soċjali u l-istudji umanitarji;

24.  Jirrikonoxxi r-rwol li għandu s-settur privat biex jittejbu l-kapaċitajiet tagħna tar-R&I, jissaħħu l-innovazzjonijiet ġodda u tingħata spinta lill-kompetittività u lis-sostenibbiltà tal-Ewropa; jissottolinja li jista' jinħoloq impatt sinifikanti fuq is-soċjetà, fost l-oħrajn, bl-adozzjoni tal-aħħar għarfien tar-riċerka fin-negozji ġodda, fin-negozji stabbiliti u fl-industrija; jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni strateġika fit-tul bejn is-settur akkademiku u n-negozju sabiex isir progress fl-objettivi ta' interess pubbliku u jiġi integrat it-trijanglu tal-għarfien biex jinkisbu eżiti tas-soċjetà aħjar; jisħaq li l-industrija u l-SMEs jista' jkollhom rwol ewlieni fil-kontribuzzjoni għall-investimenti fit-tul u biex jingħeleb "il-wied tal-mewt", u jistieden lill-Kummissjoni teżamina kif għandhom jiġu sfruttati aħjar is-sinerġiji bejn l-investimenti pubbliċi u privati fir-riċerka u l-innovazzjoni, anke fir-rigward tat-taħriġ, il-ħiliet u l-iżvilupp tal-attività tar-riċerka;

25.  Itenni, fil-kuntest taż-"ŻER il-ġdida", l-importanza li jiġi applikat il-qafas eżistenti tal-proprjetà intellettwali u li jiġu appoġġjati l-Privattiva Unitarja li ġejja u l-flessibbiltajiet kollha meħtieġa, sabiex jintlaħaq bilanċ bejn l-infurzar tad-drittijiet effettivi tal-proprjetà intellettwali u l-spinta għall-innovazzjoni; jenfasizza r-rwol potenzjali tal-Privattiva Unitarja li ġejja fis-simplifikazzjoni tal-proċeduri u fit-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi għall-innovaturi Ewropej;

It-tnaqqis tad-distakk

26.  Jemmen li wieħed mill-elementi ewlenin għas-suċċess ta' żieda sinifikanti fl-infiq pubbliku fuq ir-R&I jinsab fl-integrazzjoni tal-flussi differenti ta' finanzjament Ewropej, nazzjonali u privati, inkluża l-konverġenza tal-finanzjament permezz tal-Orizzont Ewropa, l-RRF, il-Fondi ta' Koeżjoni tal-UE u l-finanzjament nazzjonali għar-R&Ż;

27.  Jitlob li jkun hemm pakkett ambizzjuż ta' Orizzont Ewropa rigward "It-twessigħ tal-parteċipazzjoni u t-tisħiħ taż-ŻER" li jappoġġja l-kollaborazzjonijiet bejn l-Istati Membri sabiex jinkiseb aċċess ibbilanċjat għall-eċċellenza;

28.  Jistieden lill-Istati Membri, mill-aktar fis possibbli, filwaqt li jqisu l-irkupru mill-pandemija, biex jappoġġjaw iż-"ŻER il-ġdida" b'riformi u riżorsi nazzjonali li jikkomplementaw l-istrumenti ta' finanzjament tal-UE permezz tal-implimentazzjoni ta' għodod ġodda, jiġifieri l-parti dwar "It-twessigħ tal-parteċipazzjoni u t-tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka" fl-ambitu ta' Orizzont Ewropa li se tgħin biex jitnaqqas id-distakk fil-prestazzjoni tar-R&I u biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi bejn pajjiżi u reġjuni differenti; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-investimenti u r-riformi fir-R&I; jilqa' l-ħolqien tal-"Forum taż-ŻER għat-Tranżizzjoni" u l-Patt prospettiv għar-R&I; jinnota li s-suċċess tal-patt se jiddependi minn appoġġ wiesa' għalih fis-settur u jitlob għalhekk l-inklużjoni tal-Parlament u tal-partijiet ikkonċernati fil-proċess tal-iżvilupp tal-Patt;

29.  Jirrikonoxxi r-rwol sinifikanti tal-gvernijiet reġjonali fil-promozzjoni tal-politiki tar-R&I, kif ukoll l-importanza tal-ekosistemi reġjonali tar-R&I; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jħaddnu forma ta' governanza f'diversi livelli li tinkludi gvernijiet reġjonali u lokali sabiex jittejbu l-ekosistemi reġjonali u ċ-"ċentri taż-ŻER";

30.  Jissottolinja l-ħtieġa li jiġu żgurati sinerġiji bejn iċ-"Ċentri taż-ŻER" u ċentri oħra relatati mar-R&I bħaċ-Ċentri tal-Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT), iċ-Ċentri u n-networks tal-Innovazzjoni Diġitali, bħaċ-Ċentri tal-Innovazzjoni Diġitali tal-IA, fost oħrajn, u n-Network Ewropew tal-Intrapriżi;

31.  Jinkoraġġixxi inizjattivi li għandhom l-għan li jsaħħu aktar l-investiment fil-ħiliet, fir-riċerka u fl-innovazzjoni fl-Istati Membri li, skont it-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Ewropea, għadhom jitqiesu bħala innovaturi modesti u moderati; jilqa' l-inizjattivi diġà stabbiliti biex jitnaqqas id-distakk li jiffaċċjaw dawn l-Istati Membri, inkluża l-Iskema ta' Innovazzjoni Reġjonali tal-EIT;

32.  Jisħaq li ż-ŻER għandha tipprijoritizza l-aċċess għall-eċċellenza, il-mobilità tar-riċerkaturi u l-fluss liberu tal-għarfien, tippromwovi l-inklużività u xxerred l-opportunitajiet fit-territorju kollu tal-Ewropa, issaħħaħ ir-rabtiet u s-sinerġiji bejn komunitajiet differenti tar-R&I, u b'hekk tikkontribwixxi għall-użu sħiħ tal-potenzjal tar-R&I tal-Ewropa; jenfasizza li billi tingħata prijorità lill-eċċellenza, iż-ŻER jista' jkollha rwol ċentrali fit-tnaqqis tad-disparitajiet fl-Unjoni u tgħin biex jiġi eliminat id-distakk fir-riċerka li għadu jeżisti;

33.  Jisħaq li l-ħtiġijiet u l-interessi tas-soċjetà għandhom ikunu fiċ-ċentru tar-R&I u li l-involviment taċ-ċittadini, tal-komunitajiet lokali u tas-soċjetà ċivili għandu għalhekk ikun fil-qalba taż-ŻER il-ġdida sabiex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni mis-soċjetà u b'hekk jinkisbu impatt akbar fuq is-soċjetà u fiduċja akbar fix-xjenza; jitlob, għalhekk, li tittejjeb il-komunikazzjoni tax-xjenza u li jitwettqu kampanji ta' sensibilizzazzjoni, kif ukoll li jkun hemm involviment mill-qrib tas-soċjetà ċivili u tal-utenti finali mill-bidu tal-proċessi tar-R&I, inklużi organizzazzjonijiet rappreżentattivi ta' gruppi f'riskju ogħla ta' esklużjoni bħal persuni b'diżabilità u gruppi oħra sottorappreżentati fis-soċjetà, sabiex jiġu indirizzati kwistjonijiet kritiċi relatati mal-esklużjoni tagħhom fir-R&I, kif ukoll biex jiġi żgurat li t-teknoloġiji u l-innovazzjonijiet żviluppati sussegwentement tabilħaqq iservu lis-soċjetà u mhux bil-kontra;

34.  Jilqa' l-pjanijiet tal-Kummissjoni biex ittejjeb l-aċċess għall-istituzzjonijiet ta' eċċellenza u għall-infrastrutturi għar-riċerkaturi minn madwar l-UE; jissottolinja, madankollu, il-ħtieġa ta' appoġġ aktar immirat li għandu l-għan li jgħin biex jiġi eliminat id-distakk fir-R&I fl-Unjoni;

35.  Jissottolinja l-importanza li titnaqqas il-frammentazzjoni fl-aċċess għad-data tar-riċerka u jirrikonoxxi l-importanza tal-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa (EOSC) fil-kuntest taż-"ŻER il-ġdida" li għandu l-għan li jlaqqa' flimkien il-partijiet ikkonċernati istituzzjonali, nazzjonali u Ewropej, inizjattivi u infrastrutturi tad-data sabiex tiġi żviluppata ekosistema inklużiva tax-xjenza miftuħa fl-UE; jitlob li l-parteċipazzjoni f'inizjattivi ta' xjenza miftuħa u ta' kondiviżjoni tad-data tiġi promossa billi jittejbu l-infrastrutturi Ewropej għall-kondiviżjoni tad-data u billi jitrawwem l-użu tal-istandards tad-data;

Karrieri

36.  Jisħaq fuq l-importanza li tissaħħaħ il-pożizzjoni tan-nisa u l-bniet biex jidħlu f'karrieri STEM u jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jfasslu miżuri biex itejbu l-kundizzjonijiet għan-nisa ħalli jaqbdu karrieri fir-riċerka u jnaqqsu l-effett tal-mod li bih in-nisa jsiru minoranzi sottorappreżentati fl-oqsma STEM; jitlob li l-attraenza tal-opportunitajiet ta' impjieg għar-riċerkaturi żgħażagħ u għall-gruppi sottorappreżentati tittejjeb, anke fid-dawl tal-kontribut kruċjali tan-nisa għall-attivitajiet xjentifiċi u ta' R&Ż, filwaqt li titnaqqas id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u tan-nisa fis-settur; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri u lill-organizzazzjonijiet tar-riċerka, inklużi l-universitajiet, biex jappoġġjaw kondizzjonijiet u arranġamenti ta' xogħol flessibbli kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel fir-R&I, inkluż biex jappoġġjaw il-kondiviżjoni ugwali tar-responsabbiltajiet ta' kura, u jirrieżaminaw il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tar-riċerkaturi sabiex jiġi eliminat il-preġudizzju relatat mal-ġeneru; jinsisti, barra minn hekk, fuq integrazzjoni aħjar tad-dimensjoni tal-ġeneru fil-kontenut tar-R&I u fuq it-titjib tal-ġbir ta' data u riżultati diżaggregati;

37.  Jesprimi l-apprezzament tiegħu għall-inizjattiva tal-ERA4You ta' miżuri ta' mobilità mmirati bil-għan li jappoġġjaw lir-riċerkaturi fl-Istati Membri bi prestazzjoni baxxa fir-R&I biex jitgħallmu u jiżviluppaw l-eċċellenza u jrawmu l-mobilità tar-riċerkaturi bejn l-industrija u s-settur akkademiku;

38.  Jieħu nota tat-tnedija tal-Forum taż-ŻER għat-Tranżizzjoni biex jappoġġja lill-Istati Membri fil-koordinazzjoni u l-prijoritizzazzjoni tal-finanzjament u r-riformi nazzjonali tar-R&I;

39.  Jinnota li ċ-ċirkolazzjoni tat-talenti u l-opportunitajiet tar-R&I jvarjaw ħafna bejn l-Istati Membri; jemmen li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom għaċ-ċirkolazzjoni tat-talent bħala moviment ċirkolari bbilanċjat tar-riċerkaturi, u b'hekk jindirizzaw il-problema tal-"eżodu ta' mħuħ"; iqis li l-kisba ta' tali bilanċ tirrikjedi azzjoni fil-livell Ewropew permezz ta' miżuri u strumenti ta' politika;

40.  Jenfasizza l-importanza ta' skemi ta' inċentivi li jħeġġu l-mobilità tar-riċerkaturi (Erasmus+, azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie, Kunsill Ewropew tar-Riċerka); ifakkar, f'dan il-kuntest, fl-istudju dwar miżuri ta' appoġġ għar-riċerkaturi biex jirritornaw lejn l-Unjoni u lejn il-pajjiż ta' oriġini tagħhom fl-Unjoni, previst f'Orizzont Ewropa, li jista' jkun għodda utli biex tintwera l-ħtieġa ta' miżuri li jippromwovu r-ritorn tar-riċerkaturi;

41.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strumenti u miżuri ulterjuri biex jintlaħaq dan l-għan, pereżempju permezz taċ-Ċentri taż-ŻER u l-ERA4You, l-Azzjonijiet ta' Twessigħ u strumenti ta' appoġġ, sabiex jitfasslu u jiġu implimentati riformi fis-sistemi nazzjonali tar-R&I, bħall-Faċilità ta' Appoġġ għall-Politiki ta' Orizzont;

42.  Jilqa' l-inizjattiva li jiġi żviluppat sett ta' għodod biex jiġu appoġġjati l-karrieri fir-riċerka; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Kummissjoni qed tippjana biss li tadottaha sal-2024 u jitlob l-adozzjoni bikrija tagħha sabiex ittejjeb il-mobilità, jiġu żviluppati l-kompetenzi u l-ħiliet, jiġu pprovduti korsijiet ta' taħriġ immirati u ttejjeb l-impjegabbiltà;

43.  Jitlob lill-Kummissjoni tidentifika u tkisser l-ostakli persistenti li jiffaċċjaw ir-riċerkaturi meta jikkunsidraw li jiċċaqilqu lejn pajjiżi u reġjuni Ewropej oħra, inklużi ostakli mhux relatati mar-riċerka, bħas-sigurtà soċjali, il-pensjonijiet u l-politiki dwar ir-riżorsi umani li jinvolvu sistemi ta' rikonoxximent u ta' premju, kif ukoll faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal u bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; jistieden, għal dan il-għan, lill-Kummissjoni u lill-aġenziji nazzjonali jaħdmu flimkien u jtejbu l-ġbir u l-komparabbiltà tal-informazzjoni dwar ir-reklutaġġ u l-mobilità tar-riċerkaturi, u x-xejriet tal-iżvilupp tal-karriera;

44.  Jappoġġja l-pjan tal-Kummissjoni li tibni fuq il-fond tal-pensjoni pan-Ewropew għar-riċerkaturi (RESAVER) u tiżviluppa qafas komprensiv tal-karrieri tar-riċerkaturi biex tkompli tippromwovi l-mobilità transfruntiera u transsettorjali, ittejjeb il-komparabbiltà u t-trasparenza fir-rigward tal-opportunitajiet tal-karriera u tattira aħjar talent b'ħiliet għoljin minn pajjiżi terzi;

45.  Huwa konvint li r-riċerkaturi huma waħda mill-aktar riżorsi importanti tas-sistemi ta' riċerka, tal-innovazzjoni u tat-tkabbir sostenibbli u li dawn jeħtiġilhom jiġu pprovduti b'kundizzjonijiet adegwati biex iwettqu xogħolhom; jemmen ukoll li l-impjegaturi u l-finanzjaturi għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet tax-xogħol għar-riċerkaturi jipprovdu l-flessibbiltà u l-awtonomija meqjusa essenzjali għal prestazzjoni tar-riċerka ta' suċċess, jippermettu kemm lin-nisa kif ukoll lill-irġiel jikkombinaw il-familja u x-xogħol, u jtejbu l-aċċess għall-infrastrutturi, il-qawwa komputazzjonali u l-opportunitajiet; jitlob li l-opportunitajiet offruti mill-mobilità virtwali tar-riċerkaturi jiġu rikonoxxuti b'mod sistematiku;

46.  Jenfasizza r-rwol essenzjali tal-ħiliet; huwa tal-fehma li "it-tqegħid tal-għarfien l-ewwel" jirrappreżenta wieħed mill-pilastri kruċjali taż-ŻER il-ġdida; jissottolinja r-rwol tal-universitajiet fil-promozzjoni tat-tagħlim tul il-ħajja, tal-ħiliet u tat-taħriġ mill-ġdid sabiex itejbu l-opportunitajiet għall-ħaddiema kollha u jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-ħiliet tas-suq tax-xogħol li jirriżultaw mit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u fil-kontribut għal irkupru malajr mill-kriżi tal-COVID-19;

47.  Jistieden lill-Kummissjoni taħdem flimkien mal-Istati Membri biex tidentifika politiki u proċeduri li jistgħu jappoġġjaw il-ġestjoni aħjar tal-karrieri fir-riċerka, inaqqsu l-prekarjetà, jippromwovu l-inklużjoni u d-diversità, u fl-aħħar mill-aħħar iżidu l-kwalità tax-xjenza prodotta;

Kundizzjonijiet li jippermettu r-riċerka

48.  Huwa tal-fehma li l-Unjoni għandha tkun mgħammra b'infrastrutturi u b'tagħmir ta' livell dinji sabiex twettaq attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni, tappoġġja lill-industriji u lill-SMEs, u tisfrutta l-potenzjal tal-innovazzjoni biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika Ewropea;

49.  Jirrikonoxxi l-importanza tal-Forum Strateġiku Ewropew dwar il-pjan direzzjonali tal-Infrastrutturi tar-Riċerka għall-iżvilupp tal-infrastrutturi tar-R&I li jirrappreżentaw pilastru ewlieni taż-ŻER, u jissottolinja l-importanza tal-iżvilupp ta' infrastrutturi pan-Ewropej ġodda;

50.  Jistieden lill-istituzzjonijiet rilevanti jappoġġjaw lir-riċerkaturi żgħażagħ billi jipprovdu kundizzjonijiet u opportunitajiet adegwati u jadottaw miżuri urġenti, bħall-estensjoni tad-durata tal-għotjiet u tal-proġetti, l-aġġustament tal-iskadenzi u t-titjib tal-aċċess għall-faċilitajiet;

51.  Jitlob li jiġi promoss talent ġdid u dak eżistenti u li jiġi pprovdut punt fokali għall-iskambju u l-interazzjoni għar-riċerkaturi fl-istadji kollha tal-karrieri tagħhom, fl-oqsma kollha tal-Intelliġenza Artifiċjali, minħabba li din saret xprunatur ewlieni tal-innovazzjoni, it-tkabbir u l-kompetittività futuri u hija kruċjali biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin li qed tiffaċċja s-soċjetà, bħat-tibdil fil-klima, l-enerġija u l-mobilità, ir-riżorsi tal-ikel u naturali, is-saħħa u s-soċjetajiet inklużivi; jenfasizza l-importanza li jitrawwem l-iżvilupp ta' "Ċentri taż-ŻER" madwar l-UE, li jiżdied l-aċċess għal dawn l-għodod u li jingħata kontribut għat-tnaqqis tad-distakk fil-ħiliet f'dak il-qasam;

52.  Jenfasizza li huwa kruċjali li tiġi żviluppata malajr EOSC abbażi tal-prinċipji FAIR; huwa mħasseb dwar il-progress bil-mod lejn dan l-objettiv; iħeġġeġ lill-Kummissjoni taċċellera l-espansjoni tal-EOSC fi spazju affidabbli ta' data dwar ir-R&I; ifakkar fl-importanza li jiġu konnessi l-inizjattivi kollha relatati mal-kondiviżjoni tad-data, bħal dawk relatati mal-ħolqien ta' Spazji Ewropej tad-Data għas-saħħa, l-enerġija, il-manifattura, il-mobilità, l-agrikoltura, il-finanzi, il-ħiliet u l-amministrazzjonijiet pubbliċi;

Prinċipji

53.  Jissottolinja li ż-ŻER ma tistax titlesta mingħajr libertà akkademika ggarantita fl-Unjoni; jilqa' l-prinċipju tal-libertà akkademika bħala pilastru fundamentali fiż-ŻER il-ġdida;

54.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li ż-ŻER tippromwovi r-rispett għal-libertà akkademika fil-pajjiżi Ewropej kollha sabiex tiġi ggarantita l-eċċellenza xjentifika, u f'konformità mal-Artikolu 13 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

55.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu rrispettati l-prattiki etiċi u l-prinċipji etiċi fundamentali, kif ukoll l-istandards etiċi, kif iddokumentati fil-Kodiċijiet tal-Etika nazzjonali, settorjali jew istituzzjonali differenti; ifakkar fl-importanza li jiġu applikati l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 19 tal-Programm Qafas Orizzont Ewropa dwar l-etika għall-programmi ta' riċerka tal-UE;

56.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li ċ-ċittadini jiġu involuti biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' għarfien u innovazzjoni ġodda għas-soċjetà tagħna; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb id-djalogu mas-soċjetà, tqajjem is-sensibilizzazzjoni, tiffavorixxi parteċipazzjoni attiva fl-istadji kollha ta' inkjesta xjentifika, u b'hekk tippermetti liċ-ċittadini jfasslu b'mod konġunt soluzzjonijiet, jikkontribwixxu għall-ideat u joħolqu attitudnijiet kostruttivi fir-rigward tax-xjenza u l-missjoni tagħha; jistieden lill-istituzzjonijiet rilevanti jagħtu attenzjoni speċjali lill-opportunitajiet biex jiġu involuti ż-żgħażagħ u l-istudenti;

Id-dimensjoni globali

57.  Jisħaq li l-kooperazzjoni internazzjonali hija komponent importanti li jippermetti lill-ERA ttejjeb il-kondiviżjoni tal-għarfien u l-ħiliet, u ttejjeb il-kapaċitajiet tar-R&I;

58.  Jissottolinja li r-riforma taż-ŻER u l-aġġornament tal-approċċ strateġiku tal-UE u tal-Istati Membri għall-kollaborazzjoni internazzjonali lil hinn miż-ŻER jeħtieġ li jimxu id f'id; jitlob, għalhekk, li tiġi aġġornata l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2012 dwar il-kollaborazzjoni internazzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni, li għandha tinkludi approċċ ġdid għall-kollaborazzjoni ma' pajjiżi b'introjtu baxx u medju;

o
o   o

59.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri.

(1) Is-sentenza tas-6 ta' Ottubru 2020, il-Kummissjoni vs l-Ungerija, C-66/18, EU:C:2020:792.
(2) ĠU L 75, 22.3.2005, p. 67.
(3) Ara r-Rapport dwar il-Progress taż-ŻER tal-2018.


Il-kompożizzjoni numerika tal-kumitati speċjali u l-kumitat ta' inkjesta
PDF 117kWORD 43k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2021 dwar il-kompożizzjoni numerika tal-kumitati speċjali u l-kumitat ta' inkjesta (2021/2802(RSO))
P9_TA(2021)0354B9-0414/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar it-twaqqif, ir-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni numerika u t-tul tal-mandat tal-kumitat speċjali għall-ġlieda kontra l-kanċer(1),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar it-twaqqif, ir-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni numerika u t-tul tal-mandat tal-kumitat speċjali dwar l-indħil barrani fil-proċessi demokratiċi kollha fl-Unjoni Ewropea, inkluża d-diżinformazzjoni(2),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar it-twaqqif, ir-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni numerika u t-tul tal-mandat tal-kumitat speċjali dwar l-intelliġenza artifiċjali f'era diġitali(3);

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tad-19 ta' Ġunju 2020 dwar it-twaqqif ta' kumitat ta' inkjesta inkarigat biex jinvestiga allegazzjonijiet ta' kontravvenzjoni u ta' amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni fir-rigward tal-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport fl-Unjoni u lil hinn minnha, u d-definizzjoni tar-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni numerika u t-tul tal-mandat tiegħu(4),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 207 u 208 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Jiddeċiedi li jistabbilixxi kif ġej il-kompożizzjoni numerika tal-kumitati speċjali u l-kumitat ta' inkjesta:

   Kumitat Speċjali għall-Ġlieda kontra l-Kanċer: 34 Membru
   Kumitat Speċjali dwar l-Indħil Barrani fil-Proċessi Demokratiċi kollha fl-Unjoni Ewropea, inkluża d-Diżinformazzjoni: 34 Membru
   Kumitat Speċjali għall-Intelliġenza Artifiċjali f'Era Diġitali: 34 Membru
   Kumitat ta' Inkjesta dwar il-Protezzjoni tal-Annimali waqt it-Trasport fl-Unjoni u lil hinn minnha: 31 Membru

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.

(1) Testi adottati, P9_TA(2020)0160.
(2) Testi adottati, P9_TA(2020)0161.
(3) Testi adottati, P9_TA(2020)0162.
(4) Testi adottati, P9_TA(2020)0163.


Il-każ ta' Ahmadreza Djalali fl-Iran
PDF 134kWORD 48k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2021 dwar il-każ ta' Ahmadreza Djalali fl-Iran (2021/2785(RSP))
P9_TA(2021)0355RC-B9-0382/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu, b'mod partikolari dawk tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-Iran, b'mod partikolari l-każ ta' Nasrin Sotoudeh, ir-rebbieħa tal-Premju Sakharov 2012(1), tad-19 ta' Settembru 2019 dwar l-Iran, b'mod partikolari s-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tan-nisa u ċ-ċittadini tal-UE b'ċittadinanza doppja miżmuma priġunieri(2), tat-13 ta' Diċembru 2018 dwar l-Iran, b'mod partikolari l-każ ta' Nasrin Sotoudeh(3) u tal-31 ta' Mejju 2018 dwar is-sitwazzjoni ta' persuni b'ċittadinanza doppja UE-Iran mitfugħa l-ħabs(4),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet dwar l-Iran tat-18 ta' Marzu 2021 maħruġa mill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem li talbu l-ħelsien immedjat ta' Dr Ahmadreza Djalali u tal-25 ta' Novembru 2020 li appellaw lill-Iran biex iwaqqaf l-eżekuzzjoni tiegħu, kif ukoll l-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma tiegħu dwar id-Detenzjoni Arbitrarja tal-24 ta' Novembru 2017 rigward Ahmadreza Djalali (Repubblika Iżlamika tal-Iran),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Iżlamika tal-Iran tas-26 ta' Ottubru 2020 li tħeġġeġ ir-responsabbiltà għal repressjonijiet vjolenti ta' protesta, u r-rapport tiegħu tal-21 ta' Lulju 2020 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Iżlamika tal-Iran,

–  wara li kkunsidra l-5 Djalogu ta' Livell Għoli UE-Iran tad-9 ta' Diċembru 2020,

–  wara li kkunsidra l-linji gwida tal-UE dwar il-piena tal-mewt, dwar it-tortura u trattament krudili ieħor, dwar il-libertà tal-espressjoni online u offline, u dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966, li l-Iran huwa firmatarju tiegħu, u s-salvagwardji kontra t-tortura u d-detenzjoni arbitrarja stabbiliti fil-Kostituzzjoni Iranjana,

–  wara li kkunsidra l-elezzjoni presidenzjali tal-Iran tat-18 ta' Ġunju 2021,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi ċ-ċittadin Svediż-Iranjan Dr Ahmadreza Djalali, li jispeċjalizza fil-mediċina ta' emerġenza u huwa akkademiku fil-Vrije Universiteit Brussel tal-Belġju u fl-Università del Piemonte Orientale tal-Italja, ġie arrestat fl-24 ta' April 2016 mill-forzi tas-sigurtà Iranjani; billi ġie kkundannat għall-mewt fuq akkużi foloz ta' spjunaġġ f'Ottubru 2017 wara proċess inġust għall-aħħar ibbażat fuq konfessjoni miksuba taħt tortura; billi s-sentenza ġiet ikkonfermata mill-Qorti Suprema tal-Iran fis-17 ta' Ġunju 2018. billi f'ittra li kiteb fil-ħabs ta' Evin f'Tehran, huwa ddikjara li kien inżamm il-ħabs matul vjaġġ fl-Iran talli rrifjuta li jispjuna fuq l-istituzzjonijiet Ewropej; billi fl-24 ta' Novembru 2020 ġie infurmat mill-uffiċċju tal-prosekutur li l-eżekuzzjoni tiegħu kienet imminenti u mbagħad ġie ttrasferit għal reklużjoni solitarja għal aktar minn 100 jum sa April 2021, u wara ġie ttrasferit għal waħda mis-sezzjonijiet ġenerali tal-bini; billi ġie miċħud żjarat u telefonati mal-familja tiegħu fl-Iżvezja; billi l-piena tal-mewt tiegħu ma ġietx mibdula minn mindu ġiet ttrasferit għas-sezzjoni ġenerali; billi kellu biss aċċess intermittenti għall-avukat tiegħu f'dawn l-aħħar seba' xhur u ma kellu l-ebda aċċess qabel dan;

B.  billi f'Novembru 2017, il-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar id-Detenzjoni Arbitrarja kkonkluda li ċ-ċaħda tal-libertà ta' Dr Ahmadreza Djalali – bi ksur tal-Artikoli 3, 5, 8, 9, 10 u 11 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Artikoli 7, 9, 10 u 14 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi – hija arbitrarja u talab il-ħelsien tiegħu;

C.  billi l-istat tas-saħħa ta' Dr Ahmadreza Djalali sar kritiku wara xhur ta' reklużjoni solitarja fit-tul; billi ilu mċaħħad mill-kura medika minn barra l-ħabs sa mill-2016 u ġie mġiegħel jibqa' f'kamra b'dawl qawwi kontinwament mixgħul; billi l-kundizzjoni fiżika u psikoloġika tiegħu ddeterjorat b'mod sever minn dak iż-żmien 'l hawn, b'sintomi li jinkludu t-tiċħid mill-irqad, telf drammatiku tal-piż u diffikultà biex jitkellem;

D.  billi l-Iran b'mod attiv qed jibgħat il-ħabs lil ċittadini barranin sabiex jirrikatta gvernijiet barranin; billi mill-inqas tnax-il ċittadin tal-UE qed jinżammu b'mod arbitrarju fl-Iran; billi l-akkademika Franċiża-Iranjana Fariba Adelkhah, Direttur tar-Riċerka f'Sciences Po f'Pariġi, ilha arrestata b'mod arbitrarju minn Ġunju 2019, l-ewwel fil-ħabs ta' Evin u mbagħad taħt arrest domiċiljari minn Ottubru 2020; billi l-fotografu Franċiż Benjamin Brière ilu miżmum arbitrarjament mis-26 ta' Mejju 2020 fil-ħabs ta' Mashhad u billi akkużi ta' spjunaġġ tressqu kontrih fit-30 ta' Mejju 2021; billi Nahid Taghavi, ċittadina Ġermaniża-Iranjana, ilha miżmuma b'mod arbitrarju minn Ottubru 2020 fil-ħabs ta' Evin taħt akkużi dubjużi ta' sigurtà nazzjonali; billi l-Iran ma jirrikonoxxix iċ-ċittadinanza doppja, u b'hekk jillimita l-aċċess tal-ambaxxati barranin għaċ-ċittadini tagħhom b'ċittadinanza doppja;

E.  billi l-Iran qed iżomm ukoll b'mod arbitrarju liċ-ċittadini tiegħu stess f'kundizzjonijiet miżeri; billi l-qrati spiss jiċħdu lill-konvenuti d-dritt ta' proċess ġust u jirrestrinġu l-konsulenza legali u ż-żjarat minn awtoritajiet konsulari u min-NU u organizzazzjonijiet umanitarji; billi s-sentenzi spiss ikunu bbażati fuq allegazzjonijiet mhux sostanzjati; billi s-sistema ġudizzjarja u l-imħallfin tal-Iran huma bogħod milli jkunu indipendenti u ma jissodisfawx l-istandards internazzjonali; billi l-awtoritajiet Iranjani ma investigawx allegazzjonijiet ta' tortura u każijiet serji oħra ta' ksur tad-drittijiet tad-detenuti; billi l-fastidju ġudizzjarju qed jintuża biex isikket lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;

F.  billi l-Iran għandu l-ogħla numru ta' eżekuzzjonijiet fid-dinja għal kull abitant;

G.  billi l-UE u l-Istati Membri tagħha kontinwament impenjaw ruħhom f'taħditiet diplomatiċi biex itejbu r-relazzjonijiet mal-Iran, u dan wassal għall-adozzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt fit-18 ta' Ottubru 2015; billi l-UE tibqa' impenjata li ttejjeb ir-relazzjonijiet taħt ċerti kundizzjonijiet; billi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem huwa komponent essenzjali għall-iżvilupp ulterjuri ta' dawn ir-relazzjonijiet;

1.  Jistieden lill-Iran, taħt il-President Ebrahim Raisi li għadu kif ġie elett, biex iwaqqaf l-eżekuzzjoni imminenti tal-akkademiku Svediż-Iranjan Dr Ahmadreza Djalali, biex jagħtih maħfra u jeħilsu immedjatament u mingħajr kundizzjonijiet, u biex jippermettilu jirritorna lejn il-familja tiegħu fl-Iżvezja; jikkundanna bil-qawwa t-tortura, id-detenzjoni arbitrarja u l-piena tal-mewt tiegħu fuq akkużi mhux sostanzjati kif dokumentat fl-opinjoni tal-2017 tal-Grupp ta' Ħidma tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar id-Detenzjoni Arbitrarja; iħeġġeġ lill-Iran, sakemm dan ta' hawn fuq jibqa' pendenti, jikkonċedilu immedjatament kuntatt regolari mal-familja u l-avukat tiegħu, jiggarantixxi s-sikurezza tiegħu u jipprovdilu kura medika urġenti u adegwata; jistieden lill-Iran biex jieqaf jhedded lill-familja tiegħu fl-Iżvezja u fl-Iran;

2.  Jiddeplora l-politika stabbilita tal-Iran ta' detenzjoni arbitrarja ta' ċittadini tal-UE, tar-Renju Unit u ta' ċittadini oħra biex jikseb mingħandhom konfessjonijiet politiċi;

3.  Iħeġġeġ lill-Iran iwaqqa' minnufih l-akkużi kollha kontra Dr Ahmadreza Djalali, kif ukoll iċ-ċittadini kollha tal-UE miżmuma b'mod arbitrarju, inklużi ċ-ċittadini Ġermaniżi Nahid Taghavi u Jamshid Sharmahd, iċ-ċittadini Franċiżi Benjamin Brière u Fariba Adelkhah, li għadha taħt projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar, u ċ-ċittadini Awstrijaċi Kamran Ghaderi u Massud Mossaheb, kif ukoll iċ-ċittadini tar-Renju Unit Morad Tahbaz, Anoosheh Ashoori, Mehran Raoof u Nazanin Zaghari-Ratcliffe, li tibqa' taħt arrest domiċiljari;

4.  Jiddispjaċih profondament dwar il-fatt li mir-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-17 ta' Diċembru 2020, l-ebda Stat Membru tal-UE ma rnexxielu jżur ċittadini tal-UE miżmuma b'mod arbitrarju, inkluż Dr Ahmadreza Djalali; itenni l-appell urġenti tiegħu lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) u lill-Istati Membri tal-UE biex jagħmlu ħilithom kollha biex jipprevjenu l-eżekuzzjoni ta' Dr Ahmadreza Djalali;

5.  Jistieden lill-Kunsill jikkunsidra aktar sanzjonijiet immirati, inkluż l-iffriżar tal-assi tal-uffiċjali u l-entitajiet tar-reġim Iranjan involuti fid-detenzjoni arbitrarja u l-għoti ta' pieni tal-mewt lil ċittadini tal-UE, inkluż, fil-każ tad-detenzjoni kontinwa ta' Dr Ahmadreza Djalali, jew bl-użu tar-reġim ta' sanzjonijiet attwali tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem kontra l-Iran jew ir-Reġim Globali ta' Sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE);

6.  Jilqa' ż-żieda, wara r-rwol tagħhom fil-qtil ta' mill-inqas 303 dimostranti fl-2019, ta' tmien individwi Iranjani u tliet entitajiet Iranjani għar-reġim ta' sanzjonijiet tal-UE fit-12 ta' April 2021, li poġġihom taħt l-iffriżar tal-assi u l-projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar; jinnota li din hija l-ewwel darba li l-UE ħadet deċiżjoni bħal din mill-2013 'l hawn;

7.  Itenni l-oppożizzjoni qawwija tiegħu għall-piena tal-mewt fiċ-ċirkostanzi kollha u jenfasizza li ma tista' tintuża l-ebda ġustifikazzjoni morali, legali jew reliġjuża; jistieden lill-Iran jintroduċi moratorju immedjat fuq l-użu tal-piena tal-mewt, bħala pass lejn l-abolizzjoni tagħha;

8.  Jistieden lill-Iran jeħles ukoll lill-priġunieri politiċi, inklużi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, peress li dawn ġew miżmuma b'mod arbitrarju sempliċement talli eżerċitaw id-drittijiet fundamentali tagħhom għal-libertajiet tal-espressjoni, tat-twemmin, tal-assoċjazzjoni, tal-pubblikazzjoni, tal-għaqda paċifika u tal-libertà tal-midja; jistieden lill-Iran jinvestiga b'mod xieraq l-uffiċjali responsabbli għall-każijiet ta' ksur serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż l-użu ta' forza eċċessiva u letali fuq id-dimostranti; jiddenunzja l-użu sistematiku ta' reklużjoni solitarja fit-tul bi ksur tal-obbligi internazzjonali tal-Iran;

9.  Iħeġġeġ lill-Kunsill iqajjem il-każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem fir-relazzjonijiet bilaterali tiegħu mal-Iran, f'konformità mad-dikjarazzjoni maħruġa b'mod konġunt mill-VP/RGħ u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Iranjan f'April 2016; jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jkompli jqajjem kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fil-kuntest tad-Djalogu ta' Livell Għoli UE-Iran; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jsaħħu l-protezzjoni u l-appoġġ tagħhom għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari n-nisa, inkluż permezz ta' għotjiet ta' emerġenza fil-qafas tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem;

10.  Jikkundanna bil-qawwa s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem li qed tiddeterjora b'mod sostnut fl-Iran għall-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi reliġjużi u etniċi, minħabba diskriminazzjoni politika, ekonomika, soċjali u kulturali sistematika; jiddeplora l-eskalazzjoni allarmanti fl-użu tal-piena tal-mewt kontra d-dimostranti, id-dissidenti u l-membri ta' gruppi minoritarji;

11.  Jistieden lill-Iran jippermetti żjarat mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU u jikkoopera bis-sħiħ mal-proċeduri speċjali kollha tiegħu, inkluż ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Iżlamika tal-Iran;

12.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi-President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Mexxej Suprem u lill-President tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran u lill-Membri tal-Majles tal-Iran.

(1) Testi adottati, P9_TA(2020)0376.
(2) ĠU C 171, 6.5.2021, p. 17.
(3) ĠU C 388, 13.11.2020, p. 127.
(4) ĠU C 76, 9.3.2020, p. 139.


Hong Kong, b'mod partikolari l-każ ta' Apple Daily
PDF 156kWORD 56k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2021 dwar Hong Kong, b'mod partikolari l-każ ta' Apple Daily (2021/2786(RSP))
P9_TA(2021)0356RC-B9-0385/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti kollha tiegħu dwar Hong Kong, b'mod partikolari dawk tal-21 ta' Jannar 2021 dwar ir-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika f'Hong Kong(1), tad-19 ta' Ġunju 2020 dwar il-liġi tal-PRC dwar is-sigurtà nazzjonali għal Hong Kong u l-ħtieġa li l-UE tiddefendi l-livell għoli ta' awtonomija ta' Hong Kong(2), tat-18 ta' Lulju 2019 dwar is-sitwazzjoni f'Hong Kong(3) u tal-24 ta' Novembru 2016 dwar il-każ ta' Gui Minhai, pubblikatur inkarċerat fiċ-Ċina(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar iċ-Ċina, b'mod partikolari dawk tal-20 ta' Mejju 2021 dwar il-kontrosanzjonijiet Ċiniżi fuq entitajiet tal-UE, Membri tal-PE u Deputati nazzjonali(5), tat-12 ta' Settembru 2018 dwar il-qagħda tar-relazzjonijiet UE-Ċina(6) u tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar ir-relazzjonijiet UE-Ċina(7),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2017 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) dwar Hong Kong, 20 sena wara li għadda f'idejn iċ-Ċina(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-Membri tal-Parlament Ewropew David McAllister u Reinhard Bütikofer dwar il-liġi l-ġdida dwar is-sigurtà nazzjonali f'Hong Kong tal-1 ta' Lulju 2020,

–  wara li kkunsidra l-istqarrija għall-istampa tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2020,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kelliem tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tat-23 ta' Ġunju 2021 dwar l-għeluq tal-operazzjonijiet f'Hong Kong ta' Apple Daily u tas-17 ta' April 2021 dwar is-sentenzjar ta' attivisti favur id-demokrazija f'Hong Kong, id-dikjarazzjoni tad-9 ta' Ġunju 2021 tal-VP/RGħ dwar il-bidliet fis-sistema elettorali ta' Hong Kong, id-dikjarazzjonijiet tal-VP/RGħ f'isem l-UE tal-11 ta' Marzu 2021 dwar is-sistema elettorali ta' Hong Kong u tas-7 ta' Jannar 2021 dwar l-arrest tal-massa ta' persuni involuti fl-elezzjonijiet primarji favur id-demokrazija ta' Lulju 2020, u l-istqarrijiet u d-dikjarazzjonijiet l-oħrajn kollha dwar is-sitwazzjoni f'Ħong Kong,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-VP/RGħ tat-2 ta' Mejju 2021 f'isem l-UE fl-okkażjoni tal-Jum Dinji għal-Libertà tal-Istampa,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-UE dwar l-iżviluppi politiċi u ekonomiċi fl-2020 tat-12 ta' Marzu 2021,

–  wara li kkunsidra t-13-il Djalogu Strutturat Annwali, li sar f'Hong Kong fit-28 ta' Novembru 2019,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-28 ta' Lulju 2020 dwar Hong Kong,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) tas-16 ta' Diċembru 1966, u t-tħassib imqajjem mill-Kumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fil-Lista ta' Kwistjonijiet tiegħu dwar Hong Kong tas-26 ta' Awwissu 2020,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-24 ta' Ġunju 2021 tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Michelle Bachelet, li l-liġi l-ġdida dwar is-sigurtà nazzjonali ta' Hong Kong kienet qed twassal lill-ġurnalisti biex "jiċċensuraw lilhom infushom" biex jevitaw li jħabbtu wiċċhom ma' "reati fformulati b'mod vag", u d-dikjarazzjoni tagħha tal-21 ta' Ġunju 2021 waqt is-47 sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra l-appell tal-esperti tan-NU tas-26 ta' Ġunju 2020 għal miżuri deċiżivi favur il-protezzjoni tal-libertajiet fundamentali fiċ-Ċina,

–  wara li kkunsidra l-adozzjoni tal-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali f'Hong Kong mill-Kumitat Permanenti tal-Kungress Nazzjonali tal-Poplu Ċiniż fit-30 ta' Ġunju 2020,

–  wara li kkunsidra l-komunikat tas-Summit tal-G7 tat-13 ta' Ġunju 2021 u d-dikjarazzjoni tal-G7 tat-12 ta' Marzu 2021 dwar il-bidliet elettorali f'Hong Kong,

–  wara li kkunsidra l-Liġi Bażika tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta' Hong Kong (HKSAR), adottata fl-4 ta' April 1990, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1997,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Gvern tar-Renju Unit u tal-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar il-Kwistjoni ta' Hong Kong tad-19 ta' Diċembru 1984, magħrufa wkoll bħala d-Dikjarazzjoni Konġunta Sino-Brittanika,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2019 bit-titolu "UE-Ċina – Perspettiva strateġika" (JOIN(2019)0005),

–  wara li kkunsidra l-politika ta' "Ċina Waħda" tal-UE u l-prinċipju ta' "pajjiż wieħed, żewġ sistemi",

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-promozzjoni u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt għandhom jibqgħu fil-qofol tar-relazzjoni twila ta' bejn l-UE u ċ-Ċina, bi qbil mal-impenn tal-UE li tiddefendi dawn il-valuri fl-azzjoni esterna tagħha u l-interess li wriet iċ-Ċina li tirrispettahom fl-iżvilupp u fil-kooperazzjoni internazzjonali tagħha;

B.  billi fis-17 ta' Ġunju 2021, 500 pulizija armat ta' Hong Kong wettqu rejd fl-uffiċċji tal-akbar gazzetta favur l-oppożizzjoni, l-Apple Daily, ġiegħlu lill-ġurnalisti jitilqu min-newsroom, u fittxew fil-kompjuters, telefons u materjal ġurnalistiku tal-ġurnalisti, fl-ewwel każ li fih l-awtoritajiet qiesu li xi artikli tal-midja setgħu kisru l-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali ta' Hong Kong; billi ħamsa mill-eżekuttivi għolja u l-edituri tal-karta ġew arrestati, inklużi l-Kap Editur Ryan Law, il-Kap Eżekuttiv Cheung Kim-hung, l-Uffiċjal Operattiv Ewlieni Royston Chow, il-Pubblikatur Assoċjat Chan Puiman u d-Direttur ta' Apple Daily Digital Cheung Chi-wai;

C.  billi, skont kelliem tal-pulizija ta' Hong Kong, id-diriġenti u l-edituri tal-gazzetta ġew arrestati minħabba r-rwol tagħhom fil-pubblikazzjoni ta' aktar minn 30 artiklu li kienu jitolbu lill-pajjiżi barranin jimponu sanzjonijiet b'rabta mal-liġi dwar is-sigurtà nazzjonali; billi dawn it-talbiet ġew ikkunsidrati mill-awtoritajiet ta' Hong Kong bħala kollużjoni ma' pajjiżi barranin li tipperikola s-sigurtà nazzjonali;

D.  billi fit-23 ta' Ġunju 2021, il-pulizija arrestat ukoll lill-kittieb editorjali tar-rivista China Beat ta' Apple Daily Yeung Ching-kee (magħruf ukoll bħala Li Ping) u akkużatu wkoll b'"konfoffa biex jikkolludi ma' forzi barranin", filwaqt li l-kittieb editorjali anzjan ta'Apple Daily Fung Wai-kwong (magħruf ukoll bħala Lo Fung) ġie arrestat fis-27 ta' Ġunju 2021 għall-istess reat;

E.  billi, wara l-iffriżar tal-assi kollha tagħha (madwar EUR 2 miljun) mill-awtoritajiet ta' Hong Kong abbażi tal-liġi dwar is-sigurtà nazzjonali, Apple Daily ġiet imġiegħla tagħlaq definittivament fl-24 ta' Ġunju 2021 wara 26 sena ta' attività; billi aktar minn 800 membru tal-persunal ta' Apple Daily tilfu l-impjieg tagħhom u x'aktarx ma jerġgħux jiġu impjegati f'Hong Kong;

F.  billi l-fundatur ta' Apple Daily, Jimmy Lai, qed jiskonta piena ta' 20 xahar ħabs għall-involviment tiegħu fil-moviment ta' protesta tal-2019 u qed jiffaċċja aktar akkużi fl-ambitu tal-liġi dwar is-sigurtà nazzjonali li possibbilment iwasslu għal sentenza ta' għomor il-ħabs; billi Apple Daily dejjem kienet vuċi miftuħa u kritika fil-konfront tat-tmexxija taċ-Ċina u ta' Hong Kong u kienet l-unika gazzetta bil-lingwa Ċiniża f'Hong Kong li kienet ħielsa mill-kontroll tal-Gvern Ċiniż;

G.  billi l-liġi dwar is-sigurtà nazzjonali ppermettiet li uffiċjal wieħed, jiġifieri s-Segretarju għas-Sigurtà ta' Hong Kong, jiffriża l-assi kollha ta' Apple Daily, mingħajr akkuża formali jew proċess ġust, sempliċiment abbażi ta' allegazzjonijiet ta' ksur tal-liġi dwar is-sigurtà nazzjonali; billi tali proċedura tista' tiġi applikata għal kwalunkwe entità kkwotata fil-borza jew għal kwalunkwe kumpanija li sempliċiment tagħmel negozju f'Hong Kong;

H.  billi t-30 ta' Ġunju 2021 kien l-ewwel anniversarju tad-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar is-sigurtà nazzjonali; billi l-awtoritajiet kienu ħabbru li l-liġi kien se jkollha fil-mira tagħha biss "minoranza estrema" li thedded is-sigurtà pubblika; billi, madankollu, matul perjodu ta' sena, il-liġi ġiet applikata biex iżżarma kompletament is-soċjetà ħielsa ta' Hong Kong fuq kważi kull front, abbażi ta' sensiela ta' akkużi definiti b'mod vag bħal "subverżjoni", "seċessjoni" u "kollużjoni ma' forzi barranin", u ttrasformat għall-aħħar ix-xenarju politiku u ġuridiku ta' Hong Kong u ħonqot il-libertà tal-istampa u l-espressjoni libera tal-opinjonijiet; billi s-sigurtà nazzjonali ntużat biex tiġġustifika ċ-ċensura, il-fastidju, l-arresti u l-prosekuzzjonijiet li sistematikament kellhom fil-mira tagħhom lir-rappreżentanti politiċi u eletti, lill-attivisti, lill-istudenti u lill-ġurnalisti fil-kamp favur id-demokrazija; billi huwa stmat li 128 persuna ġew arrestati fl-ambitu tal-liġi dwar is-sigurtà nazzjonali u 64 persuna ġew akkużati formalment, li minnhom 47 bħalissa jinsabu f'arrest preventiv; billi l-liġi dwar is-sigurtà nazzjonali tikser kompletament il-prinċipju ta' "pajjiż wieħed, żewġ sistemi"; billi l-erożjoni tal-libertajiet tal-istampa tmur ukoll kontra l-aspirazzjoni ta' Hong Kong bħala ċentru kummerċjali internazzjonali;

I.  billi, mid-dħul fis-seħħ tagħha, il-liġi dwar is-sigurtà nazzjonali ntużat biex tintimida, tattakka u saħansitra tagħmel ħsara lill-ġurnalisti u lill-media, li kienu diġà bdew iħallu l-impjieg tagħhom b'riżultat ta' dan; billi mill-inqas 10 ġurnalist u difensuri tal-libertajiet tal-istampa bħalissa qed jiffaċċjaw sentenzi potenzjali ta' għomor il-ħabs; billi l-għeluq furzat ta' Apple Daily, ibbażat fuq akkużi li l-attivitajiet tagħha jikkostitwixxu theddida għas-sigurtà nazzjonali, jikkostitwixxi t-tmiem definittiv tal-libertà tal-media u tal-libertà tal-espressjoni f'Hong Kong;

J.  billi fis-27 ta' Ġunju 2021, Stand News, entità tal-media indipendenti oħra, ħabbret li kienet ħassret l-artikoli kollha tal-opinjoni mis-sit web tagħha filwaqt li sitt diretturi tagħha rriżenjaw; billi l-Assoċjazzjoni tal-Ġurnalisti ta' Hong Kong wissiet sabiex ma jkunx hemm aktar arresti ta' ġurnalisti u rrappurtat li l-awtoritajiet fasslu lista ta' individwi li għandhom jiġu arrestati fl-ambitu tal-liġi dwar is-sigurtà nazzjonali;

K.  billi mill-inqas żewġ imħallfin barranin irriżenjaw mill-pożizzjoni tagħhom u kkwotaw l-liġi dwar is-sigurtà nazzjonali bħala r-raġuni ewlenija; billi f'Ġunju ta' din is-sena l-leġiżlaturi favur Beijing intervjenew b'suċċess, għall-ewwel darba, fil-ħatra ta' mħallef anzjan fil-Qorti tal-Appell Finali ta' Hong Kong, f'dak li jidher li huwa l-ewwel pass konkret fit-tentattiv li tiġi mminata l-indipendenza tal-ġudikatura;

L.  billi l-awtoritajiet ta' Hong Kong introduċew hotline għall-informaturi fil-qafas tal-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali; billi l-materjal edukattiv u l-kurrikuli fl-iskejjel primarji u sekondarji, inklużi l-iskejjel internazzjonali li fihom jattendu t-tfal barranin, issa qed jiġu eżaminati abbażi tal-prinċipji tal-liġi dwar is-sigurtà nazzjonali;

M.  billi 10 personalitajiet prominenti favur id-demokrazija, jiġifieri Martin Lee, Albert Ho, Jimmy Lai, Margaret Ng, Cyd Ho, Lee Cheuk-yan, Leung Kwok-hung, Au Nok-hin, Leung Yiu-chung u Yeung Sum, fis-16 ta' April f'Hong Kong, ġew ikkundannati f'żewġ każijiet separati, għall-involviment paċifiku tagħhom fil-protesti; billi s-sentenzi tagħhom ivarjaw minn sentenzi ta' ħabs li jvarjaw bejn 8 u 18-il xahar, u sentenzi ta' ħabs sospiżi li jvarjaw minn 8 sa 12-il xahar f'ħamsa mill-każijiet; billi dawn l-aħħar deċiżjonijiet isegwu l-kundanna ta' Joshua Wong u Sze-yiu Koo fit-13 ta' April; billi l-priġunerija twila ta' wħud mill-individwi għal atti mhux vjolenti meta eżerċitaw drittijiet ċiviċi protetti hija sinjal ulterjuri tat-tnaqqis kontinwu tal-ispazju demokratiku u l-erożjoni tal-libertajiet fundamentali f'Hong Kong;

N.  billi l-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali de jure u de facto qed tikser b'mod ċar id-Dikjarazzjoni Konġunta Sino-Brittanika tal-1984 u l-Liġi Bażika tal-1990 tal-HKSAR, li tiggarantixxi l-awtonomija u l-indipendenza tal-poteri eżekuttivi, leġiżlattivi u ġudizzjarji tal-pajjiż, kif ukoll id-drittijiet u l-libertajiet bażiċi bħal-libertà tal-kelma, tal-għaqda, tal-assoċjazzjoni u tal-istampa għal 50 sena wara t-trasferiment tas-sovranità; billi l-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali timpedixxi wkoll lil Hong Kong milli jikkonforma mal-obbligi internazzjonali tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem, inkluż l-ICCPR; billi kemm id-Dikjarazzjoni Konġunta kif ukoll il-Liġi Bażika jistabbilixxu l-prinċipju ta' "pajjiż wieħed, żewġ sistemi" kif miftiehem bejn iċ-Ċina u r-Renju Unit;

O.  billi l-UE u l-Parlament Ewropew dejjem appoġġjaw bis-sħiħ il-prinċipju ta' "pajjiż wieħed, żewġ sistemi" u l-preservazzjoni tal-livell għoli ta' awtonomija ta' Hong Kong f'konformità mal-Liġi Bażika u l-impenji internazzjonali, u billi l-UE għandha interess qawwi fit-tkomplija tal-istabbiltà u l-prosperità ta' Hong Kong skont dan il-prinċipju; billi fiċ-ċirkostanzi attwali dawn il-prinċipji qegħdin jiddgħajfu u jinġiebu fix-xejn b'mod inevitabbli u irriversibbli;

P.  billi l-UE għad għandha tħassib serju rigward il-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal Hong Kong; billi din hija kwistjoni sensittiva, b'konsegwenzi estensivi għal Hong Kong u l-poplu tiegħu, għaċ-ċittadini tal-UE u dawk barranin, għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-UE u internazzjonali, kif ukoll għall-fiduċja kummerċjali f'Hong Kong; billi d-dħul fis-seħħ tal-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali jżid ir-riskji għaċ-ċittadini tal-UE;

Q.  billi, skont ir-rapport annwali ta' Human Rights Watch, iċ-Ċina tinsab f'nofs l-aktar perjodu oskur tagħha f'dak li jirrigwarda d-drittijiet tal-bniedem minn mindu seħħ il-massakru tal-Pjazza Tiananmen;

R.  billi l-ġurnalisti li jaħdmu max-xandar pubbliku tal-Macao ġew ordnati jippromwovu "l-patrijottiżmu, ir-rispett u l-imħabba" lejn iċ-Ċina, u mill-inqas sitt ġurnalisti rriżenjaw wara l-introduzzjoni ta' regoli editorjali ġodda, liema fatt juri li t-tħassib rigward il-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali jaffettwa wkoll reġjuni oħra; billi l-Liġi Bażika tal-Macao tipproteġi wkoll il-libertà tal-istampa u se tibqa' fis-seħħ sal-2049;

S.  billi dikjarazzjoni konġunta maħruġa mill-Kanada f'isem 44 Stat, l-ogħla għadd ta' firmatarji sa issa, fosthom 23 Stat Membru tal-UE, ġiet adottata fis-sessjoni li għaddejja bħalissa tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU;

1.  Jikkundanna bl-aktar mod qawwi l-għeluq furzat tal-gazzetta Apple Daily, it-tkomplija tal-iffriżar tal-assi tagħha u l-arresti tal-ġurnalisti tagħha bħala pass ieħor min-naħa tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina biex iżżarma s-soċjetà ħielsa f'Hong Kong u ttemm b'mod definittiv il-libertà tal-midja u l-libertà tal-espressjoni f'Hong Kong;

2.  Jinsab allarmat bid-deterjorament mgħaġġel tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'Hong Kong u b'mod aktar speċifiku bl-attakki miftuħa kontra l-libertà tal-kelma u l-libertà tal-istampa, hekk kif ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina qed tkompli twettaq repressjoni bla preċedent fuq il-libertajiet fundamentali, li żvolġiet f'emerġenza tad-drittijiet tal-bniedem, u jisħaq fuq il-ħtieġa li l-UE tieħu azzjoni urġenti u determinata;

3.  Jesprimi l-akbar solidarjetà tiegħu mal-ġurnalisti kollha ta' Hong Kong li, minkejja d-dħul fis-seħħ tal-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali, baqgħu jirsistu biex jiddefendu l-libertà tal-midja u l-ġurnaliżmu indipendenti u biex ikomplu jirrappurtaw dwar l-evoluzzjoni drammatika tal-avvenimenti f'Hong Kong; jistieden lill-awtoritajiet ta' Hong Kong itemmu l-fastidju ġuridiku kollu u l-intimidazzjoni kollha diretti lejn il-ġurnalisti u jistinkaw għall-protezzjoni u s-sikurezza tal-ġurnalisti kontra kull forma ta' vjolenza, pressjoni, diskriminazzjoni, proċedimenti ġuridiċi inġusti u t-tentattivi kollha li għandhom l-għan li jżommuhom milli jwettqu l-missjoni tagħhom jew li jdgħajfu l-kapaċità tagħhom li jagħmlu dan skont in-normi internazzjonali, speċjalment l-Artikoli 19 u 21 tal-ICCPR dwar id-dritt għal-libertà tal-espressjoni u d-dritt għal-libertà tal-għaqda paċifika;

4.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet ta' Hong Kong jeħilsu minnufih u mingħajr kundizzjonijiet lill-ġurnalisti kollha, kif ukoll lid-dimostranti paċifiċi, lill-attivisti u lir-rappreżentanti politiċi kollha, li sempliċement eżerċitaw id-dritt tagħhom għal-libertà tal-espressjoni u drittijiet oħra tal-bniedem u li sfaw arrestati fuq akkużi skont il-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali, u jħeġġiġhom iwaqqgħu l-akkużi kollha kontrihom; jitlob li jieqfu l-prosekuzzjonijiet politikament motivati u proċeduri ġuridiċi oħra fil-konfront tad-dimostranti paċifiċi bil-għan li jsikktu l-vuċijiet ta' kritika u jiskoraġġixxu lin-nies milli jipparteċipaw fl-isfera pubblika;

5.  Itenni t-tħassib serju tiegħu dwar id-dħul fis-seħħ tal-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali fit-30 ta' Ġunju 2020, liġi li tikser l-impenji u l-obbligi tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont id-dritt internazzjonali, jiġifieri d-Dikjarazzjoni Konġunta Sino-Brittanika, u tikkostitwixxi attakk komprensiv fuq il-livell għoli ta' awtonomija, l-istat tad-dritt u l-libertajiet fundamentali tal-belt; jirrikonoxxi li l-liġi ntużat bosta drabi bħala bażi biex kandidati elettorali u politiċi jiġu skwalifikati u mitfugħin il-ħabs, biex studenti jiġu arrestati minħabba pubblikazzjonijiet li jkunu tellgħu fuq il-midja soċjali u biex jiġu pprojbiti slogans ta' protesta komuni; jisħaq li l-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali timpedixxi li jkun hemm relazzjoni ta' fiduċja bejn iċ-Ċina u l-UE, iddgħajjef il-kooperazzjoni futura u twassal għad-deterjorament ulterjuri tal-kredibbiltà ta' Beijing fix-xena internazzjonali;

6.  Jikkundanna kwalunkwe tentattiv biex l-attivisti favur id-demokrazija jiġu mġiegħla jisktu, inkluż l-imblukkar ta' siti web favur id-demokrazija, fuq il-bażi tal-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali; itenni li l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni hija dritt fundamentali minqux fid-dritt nazzjonali ta' Hong Kong u f'dak internazzjonali;

7.  Jesprimi tħassib serju dwar il-prattiki rappurtati ta' detenzjoni sigrieta, tortura u trattament ħażin, kif ukoll konfessjonijiet furzati min-naħa tal-forza tal-pulizija ta' Hong Kong u fil-ħabsijiet ta' Hong Kong, inkluż tħassib dwar individwi li bħalissa qed jistennew proċess u li qed jinżammu f'iżolament għal perjodi twal;

8.  Jikkundanna r-restrizzjonijiet emerġenti fuq l-indipendenza tal-ġudikatura u ż-żieda fil-politiċizzazzjoni tal-qrati; jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li jiġi evitat, bħala l-pass li jmiss, l-iżmantellar tal-ġudikatura indipendenti ta' Hong Kong u jistieden lis-SEAE jħejji rapport pubbliku dettaljat dwar l-istat tad-dritt u l-indipendenza tal-ġudikatura flimkien mar-rapport annwali dwar Hong Kong;

9.  Jesprimi tħassib dwar il-bidliet li ġew adottati dan l-aħħar fil-liġi elettorali ta' Hong Kong, li jintroduċu prinċipju ta' "patrijotti biss" u jistabbilixxu kumitat ta' skrutinju biex jeżamina l-kandidati elettorali kollha, li se jiskarta l-aħħar vuċijiet ta' dissens u li jmur totalment kontra l-impenji favur rappreżentanza demokratika akbar minquxa fil-Liġi Bażika ta' Hong Kong;

10.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Ċiniżi jirrevokaw il-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali, li hija ta' ħsara għall-istatus internazzjonali ta' Hong Kong, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet ta' Hong Kong jerġgħu jistabbilixxu bis-sħiħ ir-rispett għall-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi u l-livell għoli ta' awtonomija skont il-prinċipju ta' "pajjiż wieħed, żewġ sistemi", kif minqux fil-Liġi Bażika ta' Hong Kong u f'konformità mal-obbligi nazzjonali u internazzjonali tiegħu;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw il-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali bħala prijorità ewlenija fl-aġenda tal-laqgħat kollha bejn l-UE u ċ-Ċina, inkluż fil-konsultazzjonijiet diplomatiċi bi tħejjija għal dawk il-laqgħat; ifakkar kemm huwa importanti li, f'kull djalogu politiku u f'kull djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-awtoritajiet Ċiniżi, l-UE tkompli tqajjem il-kwistjoni tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b'mod partikolari fil-każ tal-minoranzi fit-Tibet u fix-Xinjiang, u li tagħmel dan f'konformità mal-impenn tagħha li titkellem b'vuċi waħda, ċara u b'saħħitha fl-approċċ tagħha lejn iċ-Ċina; ifakkar li ċ-Ċina ffirmat firxa wiesgħa ta' trattati u konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u għalhekk jenfasizza kemm huwa importanti li jitkompla d-djalogu maċ-Ċina biex jiġi żgurat li ċ-Ċina żżomm l-impenn tagħha li tikkonforma mal-qafas internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem;

12.  Jesprimi dispjaċir profond dwar il-fatt li, fil-Kunsill Affarijiet Barranin tal-UE ta' April, ma ġewx adottati konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Hong Kong; jappoġġja bil-qawwa lill-VP/RGħ biex jippreżenta abbozz ta' konklużjonijiet kemm jista' jkun malajr u jħeġġeġ lill-Istati Membri jindirizzaw l-impass u jadottaw miżuri ġodda inklużi sanzjonijiet immirati fl-ambitu tar-reġim globali ta' sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-drittijiet tal-bniedem – fosthom l-implimentazzjoni ta' projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u l-iffriżar tal-assi – fil-konfront ta' individwi u entitajiet f'Hong Kong u fiċ-Ċina għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt internazzjonali f'Hong Kong, inklużi Carrie Lam, Teresa Yeuk-wah Cheng, Xia Baolong, Zhang Xiaoming, Luo Huining, Zheng Yanxiong, Chris Tang Ping-keung, Stephen Lo Wai-chung u John Lee Ka-chiu, kif ukoll istituzzzjonijiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li għandhom rwol kruċjali biex jadottaw miżuri u azzjonijiet kompliċi li jdgħajfu l-livell għoli ta' awtonomija u libertajiet ta' Hong Kong;

13.  Itenni l-pożizzjoni tiegħu dwar il-Ftehim Komprensiv bejn l-UE u ċ-Ċina dwar l-Investiment, kif espressa fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Mejju 2021, inkluża l-ħtieġa urġenti li jiġu adottati miżuri mmirati addizzjonali fl-ambitu tar-reġim globali ta' sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-drittijiet tal-bniedem, kif meħtieġ, maħsuba biex ikomplu jindirizzaw ir-repressjoni fix-Xinjiang u f'Hong Kong u bil-għan li ċ-Ċina ttemm il-ksur kollu;

14.  Jistieden lis-SEAE u lill-Kunsill ikomplu jivvalutaw il-pakkett ta' miżuri adottat f'Lulju 2020 u jagħmlu progress fih, kif ukoll jistabbilixxu skeda ta' żmien ċara għall-implimentazzjoni tat-tali miżuri; jistieden lis-SEAE jkompli jivvaluta l-effetti ekstraterritorjali possibbli tal-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali, b'mod partikolari l-Artikolu 38 tagħha, li jipprevedi li l-liġi hija applikabbli wkoll għal dawk li ma humiex residenti permanenti ta' Hong Kong, u jistiednu jħejji tweġibiet konkreti għat-tali effetti; jilqa' d-deċiżjoni tal-Istati Membri tal-UE u ta' sħab internazzjonali oħra li jissospendu t-trattati ta' estradizzjoni ma' Hong Kong; itenni t-talba tiegħu li l-għaxar trattati ta' estradizzjoni li fadal ta' Stati Membri maċ-Ċina jiġu sospiżi;

15.  Ifakkar u jtenni l-kundanna tiegħu tal-kompliċità tal-banek ibbażati fl-UE fl-iffriżar tal-assi u l-kontijiet bankarji li jappartjenu lil eks leġiżlaturi favur id-demokrazija; jistieden lis-SEAE jevalwa l-livell ta' konformità, involviment u kollaborazzjoni ta' kumpaniji bbażati fl-UE mal-awtoritajiet ta' Hong Kong fl-infurzar tal-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali u jistieden lill-Istati Membri jikkomunikaw mal-banek ibbażati fl-UE biex jirrilaxxaw l-assi li jappartjenu lil attivisti ta' Hong Kong favur id-demokrazija;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-impatt kummerċjali fit-tul għall-kumpaniji tal-UE li joperaw f'Hong Kong fid-dawl tal-implimentazzjoni tal-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali ta' Hong Kong, b'referenza għat-tibdil fl-istat tad-dritt u l-fluss liberu ta' informazzjoni u ta' kapital fil-belt; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jkomplu japplikaw u jiżviluppaw mekkaniżmi xierqa ta' kontroll tal-esportazzjoni biex iċaħħdu liċ-Ċina u lil Hong Kong mill-aċċess għal teknoloġiji użati biex jiksru d-drittijiet tal-bniedem, u jistedinhom jikkunsidraw regoli għall-prevenzjoni ta' investiment Ewropew f'kumpaniji li huma kompliċi fi ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina u f'Hong Kong, inkluża l-għażla ta' lista ta' entitajiet;

17.  Jilqa' bil-kbir il-passi meħuda mir-Renju Unit, mill-Awstralja u mill-Kanada biex jiftħu skemi bil-għan li joffru liċ-ċittadini ta' Hong Kong l-opportunità li jgħixu u jaħdmu fil-pajjiżi rispettivi tagħhom; itenni l-appell urġenti tiegħu lill-Istati Membri biex jikkoordinaw l-implimentazzjoni ta' "skema ta' salvataġġ" għall-attivisti favur id-demokrazija u għall-mexxejja politiċi f'Hong Kong wara dan id-deterjorament dejjem jikber tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u biex joħorġu dokumenti tal-ivvjaġġar ta' emerġenza għall-ġurnalisti f'Hong Kong li jinsabu f'riskju ta' arrest fil-qafas tal-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali;

18.  Iħeġġeġ lill-membri kollha tal-persunal diplomatiku tal-UE u tal-Ewropa jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jipprovdu protezzjoni u appoġġ lill-attivisti paċifiċi u lill-mexxejja politiċi f'Hong Kong, inkluż billi jattendu l-proċessi ġudizzjarji, jitolbu żjarat fil-ħabs u jżommu l-kuntatt b'mod konsistenti u determinat mal-awtoritajiet lokali, filwaqt li japplikaw bis-sħiħ il-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem u politiki rilevanti oħra tal-UE, inkluż il-Pjan ta 'Azzjoni l-ġdid tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija; jistenna li s-SEAE u l-Kunsill ifasslu miżuri konkreti biex iżidu l-appoġġ għas-soċjetà ċivili u l-midja ta' Hong Kong, bħall-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-Fond Ewropew għad-Demokrazija għal proġetti li jinsabu fix-Xlokk tal-Asja, kif ukoll involviment attiv mad-dijaspora ta' Hong Kong;

19.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jiżguraw li l-poplu msikket ta' Hong Kong jingħata lura l-vuċi billi jassistu fl-arkivjar, ir-reklamar u d-dokumentar tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u jistedinhom jiġġieldu kontra r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina billi jagħmlu kotba pprojbiti f'Hong Kong disponibbli online b'mod mifrux; jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-isforzi minn stazzjonijiet televiżivi internazzjonali, bħal Deutsche Welle u France 24, biex jirrappurtaw regolarment dwar l-iżviluppi f'Hong Kong;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri jirrifjutaw l-istediniet indirizzati lil rappreżentanti tal-gvern u lil diplomatiċi biex jattendu l-Olimpjadi tax-Xitwa f'Beijing fl-2022 sakemm il-Gvern Ċiniż ma jurix titjib verifikabbli fis-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'Hong Kong, fir-Reġjun Uyghur tax-Xinjiang, fit-Tibet, fil-Mongolja Interna u fi bnadi oħra fiċ-Ċina;

21.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-għadd ta' opportunitajiet akkademiċi u ta' taħriġ fil-kuntest tal-programm Erasmus għall-istudenti u l-gradwati żgħażagħ minn Hong Kong; jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni jiżviluppaw u jikkoordinaw miżuri biex jipproteġu l-libertà akkademika tal-istudenti u x-xjenzjati ta' Hong Kong fl-universitajiet Ewropej kontra l-pressjoni mill-awtoritajiet Ċiniżi;

22.  Itenni t-talba tiegħu lill-UE u lill-Istati Membri kollha tagħha biex jaħdmu b'mod magħqud u determinat lejn l-organizzazzjoni ta' sessjoni speċjali jew dibattitu urġenti dwar iċ-Ċina fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU u lejn it-tnedija ta' investigazzjoni indipendenti tan-NU dwar iċ-Ċina; jenfasizza l-appoġġ internazzjonali dejjem jikber għat-tnedija ta' inkjesta indipendenti;

23.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jinkoraġġixxu lis-Segretarju Ġenerali tan-NU biex jikkunsidra l-mekkaniżmi kollha għad-dispożizzjoni tiegħu bil-għan li jiżgura monitoraġġ u rappurtar indipendenti dwar is-sitwazzjoni fiċ-Ċina, inkluż il-ħatra ta' Mibgħut Speċjali tan-NU; jistieden lill-Kunsill u lill-VP/RGħ jaħdmu mal-komunità internazzjonali biex jistabbilixxu grupp ta' kuntatt internazzjonali dwar Hong Kong u jqiegħdu lil Hong Kong fuq l-aġenda ta' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra fuq bażi regolari;

24.  Iħeġġeġ lill-membri tan-NU jorganizzaw avvenimenti pubbliċi regolari ta' sensibilizzazzjoni dwar il-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem min-naħa tal-Gvern Ċiniż, inklużi delitti kontra l-umanità, u ksur ieħor tad-dritt internazzjonali, inkluża mill-inqas laqgħa waħda bil-formula "Arria" tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; jilqa' l-eventwalità li l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri jikkunsidraw li jikkommemoraw l-1 ta' Lulju bħala Jum ta' Solidarjeta ma' Hong Kong sabiex kull sena l-pubbliku Ewropew isir aktar konxju tas-sitwazzjoni f'Hong Kong; itenni t-talba tiegħu lill-UE u lill-Istati Membri biex jikkunsidraw li jressqu każ quddiem il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja li fih isostnu li d-deċiżjoni taċ-Ċina li timponi l-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali fuq Hong Kong u l-applikazzjoni tagħha jiksru d-Dikjarazzjoni Konġunta Sino-Brittanika u l-ICCPR;

25.  Jiddeplora d-deċiżjoni tal-pulizija ta' Hong Kong li jipprojbixxu l-velja annwali tal-4 ta' Ġunju fil-Pjazza Tiananmen u l-marċ annwali tal-1 ta' Lulju filwaqt li taw permess speċjali għat-tneħħija tar-restrizzjonijiet tal-COVID-19 biex l-uffiċjali ta' Hong Kong ikunu jistgħu jiċċelebraw il-mitt sena mit-twaqqif tal-Partit Komunista Ċiniż;

26.  Jistieden lill-VP/RGħ jikkoopera mill-qrib ma' pajjiżi u sħab tal-istess fehma biex is-sitwazzjoni tal-libertajiet ta' Hong Kong tieqaf tiddeterjora; jilqa' d-djalogu bilaterali li għadu kif ġie stabbilit bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar iċ-Ċina u jinsisti li koordinazzjoni aktar b'saħħitha dwar id-drittijiet tal-bniedem, inkluż b'enfasi fuq is-sitwazzjoni f'Hong Kong, għandha tkun objettiv ewlieni;

27.  Josserva li l-politika tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li tabbanduna l-approċċ ta' "pajjiż wieħed, żewġ sistemi" aljenat ħafna lill-popolazzjoni tat-Tajwan u jisħaq fuq irrieda tiegħu li jikkoopera mas-sħab internazzjonali bil-għan li jgħin biex tiġi żgurata d-demokrazija fit-Tajwan;

28.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif ukoll lill-Kap Eżekuttiv u lill-Assemblea tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta' Hong Kong.

(1) Testi adottati, P9_TA(2021)0027.
(2) Testi adottati, P9_TA(2020)0174.
(3) ĠU C 165, 4.5.2021, p. 2.
(4) ĠU C 224, 27.6.2018, p. 78.
(5) Testi adottati, P9_TA(2021)0255.
(6) ĠU C 433, 23.12.2019, p. 103.
(7) ĠU C 399, 24.11.2017, p. 92.
(8) ĠU C 369, 11.10.2018, p. 156.


Il-piena tal-mewt fl-Arabja Sawdija, b'mod partikolari l-każijiet ta' Mustafa Hashem al-Darwish u Abdullah al-Howaiti
PDF 148kWORD 52k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2021 dwar il-piena tal-mewt fl-Arabja Sawdija, b'mod partikolari l-każijiet ta' Mustafa Hashem al-Darwish u Abdullah al-Howaiti (2021/2787(RSP))
P9_TA(2021)0357RC-B9-0392/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Arabja Sawdija, b'mod partikolari dawk tal-25 ta' Ottubru 2018 dwar il-qtil tal-ġurnalist Jamal Khashoggi fil-konsulat Sawdi f'Istanbul(1), tal-14 ta' Frar 2019 dwar id-difensuri tad-drittijiet tan-nisa fl-Arabja Sawdija(2), tat-8 ta' Ottubru 2020 dwar is-sitwazzjoni tal-migranti Etjopjani fiċ-ċentri tad-detenzjoni fl-Arabja Sawdija(3) u tal-11 ta' Frar 2021 dwar is-sitwazzjoni umanitarja u politika fil-Jemen(4),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), Josep Borrell, tal-10 ta' Diċembru 2020 fil-Kunsill Affarijiet Barranin li "d-drittijiet tal-bniedem huma parti mid-DNA tal-Unjoni Ewropea",

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) tal-1966,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali (ICESCR) tal-1966,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra (UNCAT),

–  wara li kkunsidra l-Eżami Perjodiku Universali (EPU) tal-Arabja Sawdija ta' Novembru 2018,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal (CRC),

–  wara li kkunsidra r-Regoli Standard Minimi tan-NU dwar it-Trattament tal-Priġunieri ("Regoli Mandela"),

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-Piena tal-Mewt,

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra r-Reġim Globali ta' Sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Karta Għarbija tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tar-Rapporteurs Speċjali tan-NU dwar il-kommutazzjoni tas-sentenzi tal-mewt tat-3 ta' Marzu 2021,

–  wara li kkunsidra r-rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar l-eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, Agnes Callamard, ta' Ġunju 2021, li jiddikjara li l-Arabja Sawdija hija responsabbli għall-"eżekuzzjoni premeditata" tal-ġurnalist Sawdi Jamal Khashoggi (ir-Rapport Callamard),

–  wara li kkunsidra r-rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, Mary Lawlor, li janalizza l-qtil ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fl-Arabja Sawdija, ippreżentat waqt is-46 sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU f'Marzu 2021,

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Uffiċċju tad-Direttur tal-Intelligence Nazzjonali li jivvaluta r-rwol tal-gvern Sawdi fil-qtil ta' Jamal Khashoggi, ippubblikat fi Frar 2021,

–  wara li kkunsidra l-fatt li Loujain al-Hathloul ingħatat il-Premju Vaclav Havel għad-Drittijiet tal-Bniedem 2020 mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi r-Renju tal-Arabja Sawdija impenja ruħu li jabolixxi l-piena tal-mewt għad-delinkwenti minorenni kollha mingħajr eċċezzjoni sal-2016 permezz ta' leġiżlazzjoni ġdida, u kkonferma dan l-impenn f'dikjarazzjonijiet diplomatiċi; billi dawn id-dikjarazzjonijiet saru mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Arabja Sawdija f'Settembru 2016 fil-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, kif ukoll f'Awwissu 2018, meta ddikjara li "jekk ir-reat imwettaq mill-minorenni jkun punibbli bil-mewt, is-sentenza għandha titnaqqas għal terminu ta' mhux aktar minn 10 snin detenzjoni fl-istituzzjoni";

B.  billi l-Liġi dwar il-Minorenni tal-2018 tal-Arabja Sawdija, promulgata b'Digriet Reġju fil-31 ta' Lulju 2018, tiddikjara fl-Artikolu 15 li "jekk ir-reat imwettaq mill-minorenni jkun punibbli bil-mewt, is-sentenza għandha titnaqqas għal terminu ta' mhux aktar minn 10 snin detenzjoni fl-istituzzjoni"; billi l-Eżami Perjodiku Universali tal-2018 tal-Arabja Sawdija fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU sussegwentement innota li l-pajjiż kien għamel "progress notevoli fil-promozzjoni tar-rispett tad-drittijiet tat-tfal, il-protezzjoni tagħhom u l-fedeltà lejhom";

C.  billi fil-15 ta' Ġunju 2021, Mustafa Hashem al-Darwish, żagħżugħ Sawdi mill-minoranza Shi'a, ġie ġġustizzjat għal reati li gruppi tad-drittijiet jgħidu li seta' wettaq bħala minorenni, minkejja t-tħabbira reċenti tar-renju li kien abolixxa l-piena tal-mewt għall-minorenni; billi ġarrab perjodu twil ta' arrest preventiv, tortura, u proċess inġust għall-aħħar; billi l-akkużi kontra al-Darwish ma jispeċifikawx id-data eżatta li fiha seħħew l-allegati reati tiegħu, li jfisser li hemm probabbiltà li kien minorenni meta seħħew l-allegati reati, u għalhekk li s-sentenza tiegħu għandha tiġi riveduta skont liġijiet nazzjonali ġodda dwar l-użu tal-piena tal-mewt kontra dawk taħt it-18-il sena;

D.  billi Abdullah al-Howaiti ttella' l-qorti fi proċess kollettiv ta' sitt individwi f'każ ta' serqa bl-użu ta' armi; billi l-Qorti Kriminali f'Tabuk (fit-Tramuntana tal-Arabja Sawdija) ikkundannat lil Abdullah al-Howaiti għall-mewt fis-27 ta' Ottubru 2019 minkejja l-fatt li l-kampjun ta' DNA tiegħu ttieħed wara l-arrest tiegħu, u dan invalida l-identifikazzjoni tiegħu bħala suspettat possibbli; billi al-Howaiti ġie arrestat f'Mejju 2017, meta kellu 14-il sena; billi, skont id-dokumenti tal-qorti, huwa nżamm f'iżolament għal erba' xhur u ġarrab tortura matul l-interrogazzjoni tiegħu mingħajr il-preżenza tal-ġenituri jew tal-avukat tiegħu; billi matul dan iż-żmien inżamm fl-Unità tal-Investigazzjonijiet Kriminali ta' Tabuk, minflok f'ċentru ta' detenzjoni għall-minorenni; billi Abdullah al-Howaiti, li kellu 14-il sena meta seħħew l-allegati reati tiegħu, għadu detenut u kkundannat għall-mewt; billi l-Qorti Suprema ilha teżamina l-każ tiegħu minn Ġunju 2021;

E.  billi fit-23 ta' April 2019 l-awtoritajiet Sawdin iġġustizzjaw sitt delinkwenti minorenni: Saeed al-Scafi, Salman al-Quraish, Abdul Aziz al-Sahawi, Abdul Karim al-Hawaj, Abdullah al-Asrih u Mujtaba al-Sweikat; billi mill-inqas disa' delinkwenti minorenni oħra bħalissa jinsabu f'riskju ta' eżekuzzjoni;

F.  billi bħalissa għad hemm mill-inqas 40 detenut fl-Arabja Sawdija f'riskju ta' eżekuzzjoni; billi dan in-numru jinkludi diversi każijiet ta' allegati reati mwettqa bħala minorenni u kritiċi paċifiċi bħall-istudjużi Iżlamiċi Salman al-Odah u Hassan al-Maliki, li għalihom il-prosekutur pubbliku għadu jitlob il-piena tal-mewt;

G.  billi l-Arabja Sawdija ilha għal ħafna snin fost il-pajjiżi li jwettqu l-ogħla numru ta' eżekuzzjonijiet fid-dinja; billi minn Jannar 2015 kien hemm aktar minn 800 eżekuzzjoni, għadd kbir minnhom għal reati mhux vjolenti b'rabta mad-droga, filwaqt li oħrajn kienu għal reati deskritti mill-awtoritajiet bħala relatati mat-terroriżmu iżda li kienu paċifiċi;

H.  billi l-Arabja Sawdija wettqet total ta' 32 eżekuzzjoni fl-ewwel nofs tal-2021, aktar min-numru għall-2020 kollha, u minn mindu impenjat ruħha għall-ewwel darba li tabolixxi l-piena tal-mewt għad-delinkwenti minorenni, iġġustizzjat mill-inqas tmien delinkwenti minorenni;

I.  billi wara Digriet Reġju Sawdi tal-2020, is-sentenzi tal-mewt għandhom jinbidlu għall-individwi li wettqu reati meta kienu minorenni; billi d-digriet fih diversi lakuni li jħallu diversi modi biex il-minorenni jibqgħu jiġu ġġustizzjati, pereżempju bl-esklużjoni ta' sentenzi tal-mewt li jikkonċernaw hudud (reati b'sentenzi predeterminati) jew qisas (reati b'sentenzi bbażati fuq retribuzzjoni) u każijiet imressqa fl-ambitu tal-Liġi Kontra t-Terroriżmu;

J.  billi l-Arabja Sawdija bidlet is-sentenzi tal-mewt imposti fuq is-Sur Ali al-Nimr, is-Sur Dawood al-Marhoon u s-Sur Abdullah al-Zaher għal reati li l-esperti preċedentement kienu jqisu bħala kriminalizzazzjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali, inkluża l-libertà ta' għaqda u ta' espressjoni, u li allegatament wettqu bħala minorenni; billi ġew ikkundannati mill-ġdid għal 10 snin ħabs, inkluż iż-żmien li diġà għamlu l-ħabs; billi l-esperti tan-NU talbu l-ħelsien tagħhom;

K.  billi minkejja t-tħabbira tal-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Arabja Sawdija dwar il-moratorju fuq il-pieni tal-mewt għal reati relatati mad-droga f'Jannar 2021, għadha ma ġiet ippubblikata ebda bidla fil-liġi, u l-piena tal-mewt għadha fid-diskrezzjoni tal-imħallfin u tal-awtoritajiet;

L.  billi l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt fid-dinja kollha hija wieħed mill-objettivi ewlenin tal-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem;

M.  billi matul dawn l-aħħar xhur, diversi attivisti tad-drittijiet tal-bniedem ingħataw sentenzi ħorox ta' ħabs fi proċessi mfixkla minn nuqqas ta' proċess ġust u minn allegazzjonijiet kredibbli ta' tortura; billi Abdurahman al-Sadhan ingħata sentenza ta' 20 sena ħabs u 20 sena projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar għal attivitajiet relatati ma' tweets li jikkritikaw il-gvern; billi l-proċess tiegħu kiser serjament il-garanziji internazzjonali ta' proċess ġust;

N.  billi f'Marzu 2021 Mohammed al-Otaibi, fundatur tal-Unjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem, li jappoġġa l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt u t-tisħiħ tar-rwol tan-nisa fis-soċjetà, kellu s-sentenza ta' ħabs tiegħu miżjuda minn 14-il sena għal 17-il sena għall-attiviżmu paċifiku tiegħu favur id-drittijiet tal-bniedem;

O.  billi għadd kbir ta' nisa arrestati matul ir-repressjoni tal-2018 tad-difensuri tad-drittijiet tan-nisa ngħataw sentenzi twal ta' ħabs unikament minħabba l-attiviżmu tagħhom favur id-drittijiet tal-bniedem; billi dan l-aħħar l-awtoritajiet Sawdin ħelsu lil difensuri tad-drittijiet tan-nisa mill-ħabs, fosthom Loujain al-Hathloul's, Nouf Abdulaziz, Samar Badawi u Nassima al-Sada; billi s-sentenzi tagħhom ġew sospiżi biss, u l-awtoritajiet Sawdin imponew projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li nħelsu;

P.  billi l-Liġi tal-2017 dwar il-Ġlieda kontra r-Reati tat-Terroriżmu u l-Finanzjament tiegħu tiddefinixxi t-terroriżmu f'termini vagi u ma tirrikjedix l-użu tal-vjolenza sabiex azzjoni tiġi kategorizzata bħala att terroristiku;

Q.  billi skont ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar l-eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, l-awtoritajiet tal-Arabja Sawdija jwettqu abbużi permezz tal-użu ta' teknoloġija ta' sorveljanza elettronika; billi kontrolli ġodda fuq it-teknoloġija tas-sorveljanza ċibernetika ddaħħlu fir-regolament aġġornat tal-UE tal-2021 dwar il-kontroll tal-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju(5);

R.  billi r-Renju tal-Arabja Sawdija għandu wieħed mill-aktar livelli baxxi ta' ratifika tat-trattati internazzjonali ewlenin dwar id-drittijiet tal-bniedem, u ma aderixxiex ma' trattati ċentrali dwar id-drittijiet tal-bniedem li jiffurmaw il-qalba normattiva tad-dritt għall-ħajja, bħall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR);

S.  billi t-tortura u t-trattament degradanti fil-ħabsijiet huma prattiki mifruxa fl-Arabja Sawdija, u jintużaw kemm waqt l-interrogazzjoni biex jinkisbu konfessjonijiet kif ukoll bħala forma ta' kastig matul id-detenzjoni; billi l-allegazzjonijiet ta' tortura rarament jiġu investigati;

1.  Jikkundanna bil-qawwa l-eżekuzzjoni kontinwa tar-Renju tal-Arabja Sawdija ta' delinkwenti minorenni minkejja l-istqarrijiet tiegħu li abolixxa tali eżekuzzjonijiet, inkluż l-eżekuzzjoni reċenti ta' Mustafa Hashem al-Darwish għal reati li setgħu seħħew meta kien minorenni wara l-kundanna tiegħu fi proċess inġust li jinvolvi konfessjoni tiegħu miksuba taħt tortura, kif ukoll il-fatt li bħalissa hemm mill-inqas 40 detenut fl-Arabja Sawdija f'riskju ta' eżekuzzjoni, inkluż mill-inqas disa' għal allegati reati mwettqa bħala minorenni, u kritiċi paċifiċi tal-gvern;

2.  Jistieden lill-Arabja Sawdija tikkonferma li Abdullah al-Howaiti, Mohammed Al-Faraj u d-delinkwenti minorenni l-oħra kollha li bħalissa qed jistennew il-piena tal-mewt mhux se jiġu ġġustizzjati, li l-"konfessjonijiet" miksuba taħt tortura se jiġu esklużi mill-każijiet tagħhom, u li d-delinkwenti minorenni kollha se jingħataw proċess ġust mingħajr l-impożizzjoni tal-piena tal-mewt; jitlob li l-allegazzjonijiet ta' Abdullah al-Howaiti li ġie soġġett għal tortura jiġu investigati, u li l-awturi kollha tar-reat jitressqu quddiem il-ġustizzja;

3.  Iħeġġeġ lill-Arabja Sawdija tabolixxi b'mod ġenwin il-piena tal-mewt għad-delinkwenti minorenni, skont l-obbligi tagħha fl-ambitu tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, irrispettivament mit-tip ta' reat, inklużi ta'zir (reati b'sentenzi diskrezzjonali), hudud u qisas, abbażi ta' mill-inqas erba' akkużati minorenni huma f'riskju ta' sentenzi tal-mewt; jistieden lill-Arabja Sawdija tippubblika d-Digriet Reġju tagħha tal-2020 sabiex tipprovdi protezzjoni sħiħa u retroattiva lid-delinkwenti minorenni, kif iddikjarat mill-awtoritajiet Sawdin, u tallinja l-Liġi dwar il-Minorenni tagħha mal-istandards internazzjonali;

4.  Itenni l-kundanna tiegħu għall-użu tal-piena tal-mewt fi kwalunkwe każ u f'kull ċirkostanza; jistieden lill-Arabja Sawdija timplimenta moratorju fuq l-eżekuzzjonijiet sakemm jiġu aboliti, u tipproċedi għal rieżami indipendenti tal-każijiet kollha fis-sistema tal-ġustizzja kriminali tagħha li tinvolvi l-piena tal-mewt għal reati fit-tfulija, jew abbażi ta' konfessjonijiet miksuba taħt tortura, jew fejn ma kienx hemm proċess ġust, u tippubblika s-sejbiet tar-rieżami; jitlob li jsir djalogu internazzjonali u nazzjonali dwar l-ostakli li fadal għall-abolizzjoni tal-piena tal-mewt għad-delinkwenti minorenni kollha, li jwitti t-triq għall-abolizzjoni sħiħa tal-piena tal-mewt fl-Arabja Sawdija;

5.  Jilqa' d-deċiżjoni reċenti tal-awtoritajiet li jibdlu s-sentenzi tal-mewt mogħtija lis-Sur Ali al-Nimr, lis-Sur Dawood al-Marhoon u lis-Sur Abdullah al-Zaher għal reati allegatament imwettqa meta kienu minorenni bħala pass neċessarju lejn il-konformità tal-Arabja Sawdija mal-obbligi nazzjonali u internazzjonali tagħha fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari skont il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal; jitlob għal-ħelsien tagħhom f'konformità mat-talbiet tal-esperti tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem, peress li dawn l-esperti preċedentement qiesu r-reati tagħhom bħala l-kriminalizzazzjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali, inklużi l-libertajiet ta' għaqda u ta' espressjoni;

6.  Jistieden lill-awtoritajiet tal-Arabja Sawdija jirrieżaminaw il-każijiet tal-priġunieri kollha li bħalissa huma taħt sentenza tal-mewt bil-għan li jibdlu s-sentenzi tagħhom jew joffru proċess ġdid u ġust fejn il-piena tal-mewt ma tiġix imposta;

7.  Iħeġġeġ lid-delegazzjoni tal-UE u lill-missjonijiet diplomatiċi tal-Istati Membri tal-UE fl-Arabja Sawdija jitolbu b'urġenza li jżuru lid-delinkwenti minorenni detenuti kkundannati għall-mewt;

8.  Iħeġġeġ lill-Kunsill jissospendi l-esportazzjonijiet kollha tal-UE ta' teknoloġija ta' sorveljanza tal-massa u oġġetti oħra b'użu doppju lejn l-Arabja Sawdija li jistgħu jintużaw biex jiffaċilitaw ir-repressjoni interna u s-silenzju tas-soċjetà ċivili; jisħaq fuq ir-responsabilità speċjali tal-kumpaniji tas-sigurtà tal-IT kif ukoll tas-servizzi tal-intelligence nazzjonali li jaħdmu fl-UE u l-obbligu morali u legali tagħhom li jevitaw li jkunu f'sitwazzjoni fejn il-persunal attwali jew preċedenti tagħhom jassistu lill-Arabja Sawdija fir-repressjoni tal-popolazzjoni tagħha stess billi jaħdmu indirettament jew direttament għall-awtoritajiet Sawdin biex irażżnu d-dissens intern u l-libertà ta' espressjoni;

9.  Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Arabja Sawdija jirrispetta l-impenji tiegħu skont il-Konvenzjoni Kontra t-Tortura (CAT), li huwa rratifika, u jħeġġeġ bil-qawwa lir-Renju tal-Arabja Sawdija jirratifika l-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni Kontra t-Tortura u t-Tieni Protokoll Fakultattiv għall-ICCPR bil-għan li jabolixxi l-piena tal-mewt;

10.  Jikkundanna bil-qawwa x-xejra ta' sentenzi ħorox ta' priġunerija mogħtija lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, lill-kritiċi paċifiċi u lill-attivisti, u jtenni s-solidarjetà tiegħu mal-ħidma importanti tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-ħtieġa li tiġi protetta l-libertà tal-kelma u ta' espressjoni;

11.  Jitlob il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tad-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem, tad-difensuri tad-drittijiet tan-nisa, tal-kritiċi paċifiċi, u tal-attivisti, inklużi Abdurahman al-Sadhan, Mohammed al-Otaibi, Khaled Al-Omair, Mohammed al-Rabiah, Israa al-Ghomgham, Mousa al-Hashim, Ahmed al-Matrood, Khaled al-Ghanim, Ali al-Ouwaisher, Mujtaba al-Muzain, Waleed Abu al-Khair, Abdulaziz al-Shubaili, Issa al-Nukhaifi u Natheer al-Majed;

12.  Jappella għal-libertà sħiħa tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li nħelsu temporanjament iżda għadhom qed jiffaċċjaw restrizzjonijiet, bħal Loujain al-Hathloul, inkluż billi jitneħħew il-projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar tagħhom u tal-familji tagħhom, jitneħħew il-projbizzjonijiet fuq ix-xogħol, tiġi limitata s-sorveljanza online, u jiġu restawrati d-drittijiet sħaħ tagħhom bħala ċittadini;

13.  Ifakkar li r-rebbieħ tal-Premju Sakharov Raif Badawi issa ilu l-ħabs għal disa' snin; jistieden lill-UE, lill-Istati Membri u lill-komunità internazzjonali jżidu l-pressjoni fuq il-Gvern Sawdi u jaħdmu għall-ħelsien immedjat tiegħu;

14.  Jenfasizza li l-eżerċizzju tad-drittijiet għal-libertà ta' espressjoni, ta' assemblea u ta' assoċjazzjoni paċifika huwa protett mid-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Sawdin ineħħu r-restrizzjonijiet fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, li jipprojbuhom milli jitkellmu fil-media soċjali u lill-media internazzjonali;

15.  Jesprimi tħassib dwar il-prattika ta' seduti sigrieti; jinsisti li sabiex jiġi żgurat li qed jiġu segwiti proċeduri ta' proċessi ġusti u xierqa, il-missjonijiet diplomatiċi, inklużi osservaturi mid-Delegazzjoni tal-UE fl-Arabja Sawdija jew l-istituzzjonijiet tal-UE, u l-NGOs internazzjonali għandhom jitħallew jattendu seduti ta' smigħ u jżuru l-ħabsijiet Sawdin;

16.  Jistieden lill-Gvern tal-Arabja Sawdija jikkoopera bis-sħiħ mal-korpi tan-NU u jestendi stedina permanenti għaż-żjara tal-Proċeduri Speċjali kollha tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU u jikkoopera b'mod proattiv, b'mod partikolari mar-Rapporteurs Speċjali tan-NU dwar it-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra;

17.  Jinsab imħasseb serjament dwar id-definizzjoni vaga tat-terroriżmu fil-Liġi Kontra t-Terroriżmu tal-pajjiż; jikkundanna l-użu tal-Qorti Kriminali Speċjalizzata, qorti mfassla biex tittratta kwistjonijiet ta' terroriżmu, bħala għodda biex tikkastiga lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;

18.  Iħeġġeġ lill-Gvern Sawdi jirratifika l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi;

19.  Itenni l-importanza ta' għodod bħad-Djalogu bejn l-UE u l-Arabja Sawdija dwar id-Drittijiet tal-Bniedem biex imexxu aktar diskussjoni, u jħeġġeġ l-attivazzjoni tiegħu mingħajr dewmien; Iħeġġeġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u lid-Delegazzjonijiet kollha tal-UE li jattendu d-Djalogu biex jimpenjaw ruħhom mas-soċjetà ċivili qabel id-Djalogu sabiex jiżguraw informazzjoni aġġornata u għarfien ta' każijiet speċifiċi li għandhom jitqajmu; iħeġġeġ l-użu ta' punti ta' riferiment biex jimmarkaw il-progress tad-diskussjonijiet;

20.  Jiddenunzja l-fatt li s-sistema politika Sawdija għadha profondament mhux demokratika u qed tkompli trażżan b'mod sever il-biċċa l-kbira tal-vuċijiet kuntrarji minkejja t-tħabbir ta' riformi ambizzjużi relatati mad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li l-qtil tal-ġurnalist Jamal Khashoggi fil-bini tal-konsulat Sawdi f'Istanbul fit-2 ta' Ottubru 2018 jibqa' messaġġ ta' tkexkix għall-vuċijiet kritiċi kollha fl-Arabja Sawdija, inklużi ħafna attwalment miżmuma f'detenzjoni għall-attiviżmu paċifiku tagħhom; jappoġġa bil-qawwa l-applikazzjoni tal-Mekkaniżmu ta' Sanzjonijiet Globali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem kontra dawk responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem fl-Arabja Sawdija, inkluż il-qtil tal-ġurnalist Jamal Khashoggi; jistieden lill-komunità internazzjonali ssegwi bir-reqqa r-Rapport Callamard li implika lill-Prinċep Eredi Sawdi Mohammad Bin Salman;

21.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-President tal-Kunsill kif ukoll lill-VP/RGħ u lis-SEAE jqajmu tħassib dwar id-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari l-piena tal-mewt, matul il-laqgħat formali u informali kollha mal-kontropartijiet Sawdin tagħhom; jiddispjaċih dwar l-approċċ timidu tal-UE għad-diplomazija pubblika dwar id-drittijiet tal-bniedem fir-rigward tal-Arabja Sawdija; jitlob għalhekk, lis-servizzi diplomatiċi Ewropej f'Riyadh u bnadi oħra fl-Arabja Sawdija biex sistematikament jużaw il-mekkaniżmi previsti fil-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, inklużi dikjarazzjonijiet pubbliċi, démarches diplomatiċi, monitoraġġ tal-proċessi u żjarat fil-ħabs;

22.  Jistieden lill-UE tappoġġa kwalunkwe azzjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU biex l-awtoritajiet tar-Renju tal-Arabja Sawdija jinżammu responsabbli għall-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem; jitlob lill-UE biex, fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, tipproponi l-ħatra ta' Rapporteur Speċjali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fl-Arabja Sawdija;

23.  Jistieden lid-delegazzjoni tal-UE u lir-rappreżentanzi tal-Istati Membri tal-UE fil-pajjiż isaħħu l-appoġġ tagħhom għas-soċjetà ċivili fl-interazzjonijiet tagħhom mal-awtoritajiet Sawdin, u jużaw l-istrumenti kollha disponibbli għalihom biex iżidu l-appoġġ tagħhom għall-ħidma tad-drittijiet tal-bniedem, jiffaċilitaw il-ħruġ ta' viżi ta' emerġenza fejn xieraq u jipprovdu rifuġju temporanju fl-Istati Membri tal-UE;

24.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Kummissjoni dwar l-Istatus tan-Nisa, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, lill-Maestà Tiegħu r-Re Salman bin Abdulaziz Al Saud u lill-Prinċep Eredi Mohammad bin Salman al-Saud, lill-Gvern tar-Renju tal-Arabja Sawdija, kif ukoll lis-Segretarju Ġenerali taċ-Ċentru għad-Djalogu Nazzjonali tar-Renju tal-Arabja Sawdija.

(1) ĠU C 345, 16.10.2020, p. 67.
(2) ĠU C 449, 23.12.2020, p. 133.
(3) Testi adottati, P9_TA(2020)0260.
(4) Testi adottati, P9_TA(2021)0053.
(5) ĠU L 206, 11.6.2021, p. 1.


Rieżami tal-qafas leġiżlattiv makroekonomiku
PDF 209kWORD 68k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2021 dwar ir-rieżami tal-qafas leġiżlattiv makroekonomiku għal impatt aħjar fuq l-ekonomija reali tal-Ewropa u trasparenza aħjar tat-teħid ta' deċiżjonijiet u tal-akkontabbiltà demokratika (2020/2075(INI))
P9_TA(2021)0358A9-0212/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, iffirmat f'Ruma fl-1957,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b'mod partikolari l-Artikoli 121, 122, 126 u 136 u l-Protokoll Nru 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar il-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali: rakkomandazzjonijiet dwar il-miżuri u l-inizjattivi li għandhom jittieħdu (rapport ta' nofs il-perjodu)(1) u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2011 dwar il-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali: rakkomandazzjonijiet rigward il-miżuri u l-inizjattivi li għandhom jittieħdu(2),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE tat-8 ta' Novembru 2011 dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1173/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro(4),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1174/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi(7),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1177/2011 tat-8 ta' Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv(8),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom(9),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjani baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro(10),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ġunju 2015 dwar ir-rieżami tal-qafas ta' governanza ekonomika: analiżi u sfidi(11),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Frar 2015 bit-titolu "Nagħmlu l-aħjar użu tal-flessibbiltà fl-ambitu tar-regoli eżistenti dwar il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (COM(2015)0012/2),

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Erba' Presidenti tal-5 ta' Diċembru 2012 bit-titolu "Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja Ġenwina", ir-Rapport tal-Ħames Presidenti tat-22 ta' Ġunju 2015 dwar l-ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa, il-White Paper tal-Kummissjoni tal-1 ta' Marzu 2017 dwar il-futur tal-Ewropa, u d-dokument ta' riflessjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta' Mejju 2017 dwar l-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 03/2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bit-titolu "Awditu tal-Proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku (MIP)",

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019)0640),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew(12),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Frar 2020 bit-titolu "Rieżami tal-governanza ekonomika" (COM(2020)0055),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Marzu 2020 bit-titolu "Rispons ekonomiku kkoordinat għat-tifqigħa tal-COVID-19" (COM(2020)0112),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Marzu 2020 dwar l-attivazzjoni tal-klawżola liberatorja ġenerali tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (COM(2020)0123),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Mejju 2020 bit-titolu "Il-mument tal-Ewropa: Tiswija u Tħejjija għall-Ġenerazzjoni li Jmiss" (COM(2020)0456),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Mejju 2020 bit-titolu "Il-baġit tal-UE jmexxi l-pjan ta' rkupru għall-Ewropa" (COM(2020)0442),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-28 ta' Mejju 2020 għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument ta' Rkupru tal-Unjoni Ewropea insostenn tal-irkupru wara l-pandemija tal-COVID-19 (COM(2020)0441),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088(13),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 16/2020 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bit-titolu "Is-Semestru Ewropew – ir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi jindirizzaw problemi importanti iżda jeħtieġu implimentazzjoni aħjar",

–  wara li kkunsidra l-valutazzjoni tal-Bord Fiskali Ewropew (EFB) tar-regoli fiskali tal-UE b'enfasi fuq il-leġiżlazzjoni tas-six-pack u tat-two-pack tal-11 ta' Settembru 2019, ir-rapport annwali tal-EFB tad-29 ta' Ottubru 2019, id-dikjarazzjoni tal-EFB tal-24 ta' Marzu 2020 dwar il-COVID-19, il-valutazzjoni tal-EFB tal-1 ta' Lulju 2020 tal-pożizzjoni fiskali xierqa għaż-żona tal-euro fl-2021 u r-rapport annwali tal-2020 tal-EFB tal-20 ta' Ottubru 2020,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2020 dwar il-QFP u n-NextGenerationEU, il-COVID-19, it-tibdil fil-klima, is-sigurtà u r-relazzjonijiet esterni,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar ir-riżorsi proprji l-ġodda, inkluż pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda(14),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' April 2020 dwar azzjoni koordinata tal-UE biex tikkumbatti l-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi tagħha(15),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Mejju 2020 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid, ir-riżorsi proprji u l-pjan ta' rkupru(16),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta' Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta' Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta' qgħad f'emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19(17),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-21 ta' Lulju 2020,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Lulju 2020 dwar il-konklużjonijiet tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew tas-17-21 ta' Lulju 2020(18),

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija Annwali għall-Iżvilupp Sostenibbli 2021 tal-Kummissjoni tas-17 ta' Settembru 2020 (COM(2020)0575),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-16 ta' Settembru 2020 dwar l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema ta' riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(19),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Novembru 2020 dwar il-Pjan ta' Investiment għal Ewropa Sostenibbli – Kif niffinanzjaw il-Patt Ekoloġiku(20),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza(21),

–  wara li kkunsidra t-Tbassir Ekonomiku Ewropew tal-Kummissjoni: Xitwa 2021 (Dokument Istituzzjonali 144) ta' Frar 2021,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2021 bit-titolu "Sena mit-tifqigħa tal-COVID-19: rispons tal-politika fiskali" (COM(2021)0105),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Frar 2020 bit-titolu "Rieżami tal-governanza ekonomika – Rapport dwar l-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1173/2011, 1174/2011, 1175/2011, 1176/2011, 1177/2011, 472/2013 u 473/2013 dwar l-idoneità tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE" (COM(2020)0055),

–  wara li kkunsidra t-Tbassir Ekonomiku Ewropew tal-Kummissjoni: Rebbiegħa 2021 (Dokument Istituzzjonali 149) ta' Mejju 2021,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ġunju 2021 bit-titolu "Il-Koordinazzjoni tal-Politika Ekonomika fl-2021: biex tingħeleb il-COVID-19, ikun appoġġat l-irkupru u tkun modernizzata l-ekonomija tagħna" (COM(2020)0500),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A9-0212/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regolament ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi matul dawn l-aħħar 30 sena l-qafas tal-governanza ekonomika għadda minn għadd ta' bidliet biex jiġu indirizzati d-difetti fit-tfassil u l-implimentazzjoni tiegħu u biex jiġi adattat għal sfidi ekonomiċi ġodda;

B.  billi l-qafas ta' governanza attwali jippreżenta dgħufijiet kunċettwali u prattiċi li jwasslu għal regoli kumplessi żżejjed, infurzar dgħajjef, nuqqas ta' sjieda u nuqqas ta' inċentivi biex jiġu segwiti politiki simetriċi kontroċikliċi; billi l-qafas attwali ma rnexxilux inaqqas id-diverġenzi fi ħdan l-UE u lanqas jipproteġi jew jistimula l-investiment pubbliku li jsaħħaħ it-tkabbir;

C.  billi wara l-kriżi finanzjarja globali, ir-riformi suċċessivi tal-UEM iffokaw fuq it-tnaqqis tar-riskju iżda ma introduċewx elementi ta' kondiviżjoni tar-riskju;

D.  billi l-programmi ta' aġġustament makroekonomiku ppreżentaw nuqqas ta' sjieda nazzjonali u ħallew dannu fuq in-nisġa soċjali tal-pajjiżi li implimentawhom;

E.  billi fl-2015 il-Kummissjoni adottat gwida dwar l-aħjar użu tal-flessibbiltà fir-regoli tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir biex tissaħħaħ ir-rabta bejn ir-riformi strutturali, l-investiment u r-responsabbiltà fiskali;

F.  billi l-Unjoni Ewropea qed tħabbat wiċċha ma' diversi sfidi fuq terminu twil: kriżi tas-saħħa pubblika, kriżi klimatika u nuqqas ta' investiment fl-infrastruttura pubblika, li qed jaggravaw id-disparitajiet soċjoekonomiċi;

G.  billi l-isfida taż-żewġ tranżizzjonijiet tirrikjedi investiment pubbliku addizzjonali, li huwa mfixkel fil-qafas fiskali attwali; billi kemm l-investiment fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat kien diġà insuffiċjenti qabel il-kriżi, minkejja rati tal-imgħax storikament baxxi;

H.  billi l-investiment pubbliku gross tnaqqas wara l-kriżi finanzjarja u tad-dejn sovran, u f'ħafna Stati Membri l-investiment pubbliku nett huwa saħansitra negattiv, li jimplika li l-qafas fiskali attwali jwassal għal miżuri ta' konsolidazzjoni reċessivi eċċessivi u jiffaċilita t-tnaqqis tal-investiment pubbliku matul il-perjodi ta' konsolidazzjoni fiskali;

I.  billi hemm diskrepanzi sinifikanti fil-finanzjament tal-investiment li għandhom jiġu indirizzati: EUR 470 biljun fis-sena sal-2030 biex jintlaħqu l-objettivi ambjentali tal-UE(22), EUR 142 biljun fis-sena għall-infrastruttura soċjali bħal sptarijiet jew skejjel(23), u EUR 190 biljun fis-sena biex jiġi stabbilizzat l-istokk tal-kapital pubbliku(24);

J.  billi l-livelli tad-dejn pubbliku fil-bidu tal-pandemija kienu għoljin, u billi r-reċessjoni ekonomika bla preċedent, il-miżuri fiskali nazzjonali bla preċedent li ttieħdu b'reazzjoni għall-pandemija u l-ħtieġa li jiġi appoġġat irkupru sostenibbli u inklużiv se jkollhom impatt fuq il-finanzi pubbliċi li se jwasslu biex il-proporzjon tad-dejn tal-UE mal-PDG jilħaq quċċata ġdida ta' aktar minn 100 % tal-PDG;

K.  billi s-sostenibbiltà ambjentali(25) u soċjali huma interkonnessi mas-sostenibbiltà fiskali fit-tul;

L.  billi l-pandemija qed tikkawża xokk eżoġenju bla preċedent b'impatti asimmetriċi kbar, b'piż negattiv fuq il-perspettiva ekonomika tal-UE u bi twessigħ fid-diverġenzi bejn l-Istati Membri;

M.  billi l-pandemija amplifikat l-inugwaljanzi u l-faqar li kienu jeżistu qabel u wriet l-importanza tal-mudell soċjali Ewropew u tax-xbieki ta' sikurezza soċjali eżistenti tiegħu;

N.  billi, fl-Ewropa, il-previżjonijiet ekonomiċi(26)(27) juru rkupru inkomplet, irregolari u varjabbli; billi l-organizzazzjoni tad-distribuzzjoni ta' vaċċini qed taċċellera, u hemm riskji konsiderevoli ta' diverġenzi u inugwaljanzi aggravati bejn il-pajjiżi, is-setturi u s-segmenti tas-soċjetà, b'mod partikolari fost il-ħaddiema żgħażagħ, in-nisa u l-ħaddiema b'livell baxx ta' ħiliet;

O.  billi għad hemm riskji fit-tul ta' danni fuq l-ekonomiji ta' ċerti Stati Membri, u għalhekk l-irtirar tal-appoġġ għandu jiġi kkomplementat b'miżuri li jiffaċilitaw il-ħolqien tal-impjiegi u r-riallokazzjoni, jiġifieri permezz ta' programmi ta' taħriġ mill-ġdid inkluż taħriġ mill-ġdid f'ħiliet ġodda, flimkien ma' appoġġ għall-introjtu kif meħtieġ;

P.  billi r-riskji ġeopolitiċi jista' jkollhom impatti fuq is-sostenibbiltà tad-dejn sovran;

Q.  billi l-appoġġ fiskali diskrezzjonarju varja fid-daqs u fil-kompożizzjoni fost l-Istati Membri, b'korrelazzjoni pożittiva ċara bejn l-ispazju fiskali u d-daqs tar-rispons ta' politika li wassal għal rispons asimmetriku, li jista' joħloq riskji ta' kundizzjonijiet mhux ekwi fis-suq intern u ta' differenzi akbar fil-ħeffa tal-irkupru;

R.  billi r-rispons tal-UE għall-kriżi(28) saħħaħ l-UEM u, s'issa, irnexxielu joħloq fiduċja u kunfidenza, biex b'hekk ikkontrolla l-volatilità tas-swieq finanzjarji; jissottolinja għal dan il-għan l-importanza tal-ħruġ ta' bonds tal-UE;

S.  billi fl-2020, il-Kummissjoni bdiet konsultazzjoni pubblika b'rieżami tal-effikaċja tal-qafas ta' governanza ekonomika li ġie interrott mill-bidu tal-pandemija tal-COVID-19;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tniedi mill-ġdid id-dibattitu pubbliku dwar ir-rieżami tal-qafas tal-governanza ekonomika Ewropew u tressaq proposti leġiżlattivi, komprensivi u li jħarsu 'l quddiem bħala riżultat ta' dan ir-rieżami; jinnota li r-rieżami tal-qafas ta' governanza ekonomika ġie sospiż minħabba l-pandemija;

Politika fiskali lejn irkupru sostenibbli u inklużiv

2.  Jilqa' l-attivazzjoni tal-klawżola liberatorja ġenerali tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, li hija ġġustifikata bis-sħiħ mill-impatt ekonomiku u soċjali tal-pandemija; jinnota li l-klawżola liberatorja ġenerali ma tissospendix il-proċeduri tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u jirrikonoxxi li se tippermetti lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jieħdu l-miżuri ta' koordinazzjoni tal-politika meħtieġa fil-qafas tal-Patt filwaqt li jiddevjaw mir-rekwiżiti baġitarji li normalment japplikaw; jenfasizza li l-klawżola liberatorja ġenerali ppermettiet lill-Istati Membri jadottaw miżuri mdaqqsa ħafna ta' nfiq u dħul biex jimminimizzaw l-impatt ekonomiku u soċjali tal-pandemija u li l-appoġġ fiskali għandu jitneħħa gradwalment sabiex jiġu appoġġati l-isforzi tal-Istati Membri biex isostnu l-irkupru u jsaħħu r-reżiljenza ekonomika u soċjali; jinnota l-grad ta' flessibbiltà tal-qafas attwali għall-governanza ekonomika fir-rispons politiku kkoordinat għall-kriżi tal-COVID-19;

3.  Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2021 bil-kunsiderazzjonijiet proposti rigward id-diżattivazzjoni jew l-attivazzjoni kontinwa tal-klawżola liberatorja ġenerali; jinnota li għandha titqies valutazzjoni ġenerali tal-istat tal-ekonomija, ibbażata primarjament fuq kriterji kwantitattivi; jaqbel li l-livell tal-attività ekonomika fl-UE jew fiż-żona tal-euro meta mqabbla mal-livelli ta' qabel il-kriżi se jkun il-kriterju ewlieni; jisħaq, madankollu, f'dan ir-rigward, fuq l-importanza tal-evoluzzjoni tas-sitwazzjonijiet tas-saħħa, soċjali u ekonomiċi madwar l-UE u l-ekonomija taż-żona tal-euro; jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-koordinazzjoni tal-politika ekonomika li tindika li l-klawżola liberatorja ġenerali tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir se tkompli tiġi applikata fl-2022 u hija mistennija li tiġi diżattivata mill-2023;

4.  Iqis li r-rieżami tal-qafas ta' governanza ekonomika se jsir f'ċirkostanzi diffiċli, jiġifieri r-rati tal-imgħax baxxi, il-legati tad-dejn bla preċedent u fil-kuntest ta' pakkett kbir ta' rkupru fiskali li jikkonsisti f'għotjiet u self iffinanzjati mid-dejn tal-UE;

5.  Huwa tal-fehma li r-reviżjoni tal-qafas ta' governanza ekonomika tal-UE hija meħtieġa; jaqbel mal-Bord Fiskali Ewropew (EFB) dwar l-importanza li jkun hemm perkors ċar lejn qafas fiskali rieżaminat, preferibbilment qabel id-diżattivazzjoni tal-klawżola liberatorja ġenerali;

6.  Huwa konxju li t-tnedija tar-rieżami wara d-diżattivazzjoni tal-klawżola liberatorja ġenerali tagħmilha aktar diffiċli, kontroversjali u diviżiva; iqis, għalhekk, li għandu jkun hemm riflessjoni fuq ir-rieżami tal-qafas ta' governanza ekonomika qabel ma r-ritorn possibbli tar-regoli fiskali jista' jidħol fis-seħħ;

7.  Jinnota li fil-kuntest attwali, l-applikazzjoni tal-qafas fiskali attwali, b'mod partikolari l-perkorsi ta' aġġustament, twassal għal veloċità qawwija fit-tnaqqis tad-dejn li tista' timmina t-triq ta' rkupru tal-ekonomiji, u potenzjalment iddgħajjef l-impenn tal-Istati Membri biex jirrispettaw ir-regoli;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi linji gwida ċari dwar il-politika fiskali għall-Istati Membri matul il-perjodu ta' attivazzjoni tal-klawżola liberatorja ġenerali mmirati lejn il-kisba ta' pożizzjonijiet fiskali prudenti fuq terminu medju u l-iżgurar tas-sostenibbiltà fiskali fit-terminu medju; ladarba l-klawżola liberatorja ġenerali tiġi diżattivata u filwaqt li qafas rieżaminat ma jkunx għadu fis-seħħ, jitlob l-użu tal-flessibbiltajiet eżistenti kollha previsti fil-qafas ta' governanza ekonomika attwali bħall-"klawżola dwar avveniment mhux tas-soltu" fuq bażi speċifika għall-pajjiż biex tiġi evitata l-konsolidazzjoni fiskali prematura u jiġu limitati r-riskji ta' danni fuq terminu twil;

9.  Iqis li l-indikaturi ekonomiċi u l-perkorsi ta' aġġustament jeħtieġ li jiġu implimentati b'kawtela, u jitlob għalhekk li l-Vade Mecum u l-kodiċi ta' kondotta tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir jiġu riveduti; jenfasizza li l-gwida fiskali għandha tevita preġudizzji proċikliċi, tippromwovi l-konverġenza 'l fuq, issaħħaħ irkupru sostenibbli, inklużiv, ekoloġiku u diġitali, billi tikkontribwixxi għall-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, tqies is-sitwazzjonijiet differenti fost l-Istati Membri u tiġġieled l-iżbilanċi makroekonomiċi;

10.  Iqis li s-self ta' NextGenerationEU għandu jiġi rreġistrat bħala dejn nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni, fl-aġġornamenti tal-linji gwida ta' implimentazzjoni tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, tipprovdi lill-infiq iffinanzjat mis-self tan-NextGenerationEU bl-istess trattament bħal tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) fil-kuntest tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-flessibbiltà;

11.  Jappella għal pożizzjoni fiskali espansjonarja kontinwa għat-tul ta' żmien meħtieġ biex jiġi appoġġat l-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19 u jiġu xprunati l-bidliet trasformattivi li jagħmlu l-ekonomiji aktar ekoloġiċi, diġitali u inklużivi, filwaqt li tiġi żgurata s-sostenibbiltà fiskali fuq terminu medju; iwissi kontra l-irtirar prematur tal-appoġġ u jaqbel mar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni li l-politika fiskali għandha tibqa' aġli u taġġusta għas-sitwazzjoni li qed tevolvi kif meħtieġ; iqis li l-miżuri ta' appoġġ fiskali għandhom isiru aktar immirati hekk kif l-irkupru jipprogressa; jappoġġa politiki li huma mfassla għall-istadju tal-pandemija, għat-triq lejn l-irkupru ekonomiku u għaċ-ċirkostanzi individwali tal-pajjiżi;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji kredibbli biex jitneħħew il-miżuri relatati mal-kriżi, filwaqt li ma tantiċipax trajettorji fiskali futuri;

13.  Jinnota r-riskji ta' danni fit-tul fl-akkumulazzjoni tal-kapital u s-suq tax-xogħol minħabba l-pandemija, li jistgħu jxekklu l-ekonomija; jenfasizza li l-irkupru x'aktarx jibqa' jvarja u l-politika fiskali għandha tillimita d-danni u tnaqqas l-inugwaljanzi billi tappoġġa dawk is-segmenti tal-ekonomija u tas-soċjetà li huma f'riskju ogħla ta' diverġenza;

14.  Jistieden lill-Istati Membri jinkorporaw l-appoġġ fiskali ta' kwalità għolja f'oqfsa kredibbli fuq terminu medju u jħejju pjanijiet robusti għall-politika fiskali fuq terminu medju biex jiżguraw li fejn ikunu meħtieġa miżuri fiskali espansjonarji, dawn ikunu appoġġati minn miżuri inklużivi u ta' tkabbir, u jiżguraw ir-rwol antiċikliku tal-politika fiskali filwaqt li jżommu f'moħħhom li l-miżuri ta' politika fiskali ta' emerġenza huma temporanji, limitati u mmirati biex jiżguraw is-sostenibbiltà fiskali fuq terminu medju; jistieden lill-Istati Membri jimmonitorjaw ir-riskji fiskali, speċifikament l-obbligazzjonijiet kontinġenti, kif xieraq; ifakkar fl-importanza dejjem akbar tal-monitoraġġ tar-riskji fiskali relatati mas-sostenibbiltà; jinnota li tali prattiki tajbin ta' ġestjoni finanzjarja pubblika jtejbu t-trasparenza u l-akkontabbiltà;

15.  Jilqa' r-rispons immedjat u kkoordinat ta' politika ekonomika tal-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri mmirat li jevita żieda qawwija fl-insolvenzi korporattivi u fil-qgħad; jirrakkomanda li appoġġ aktar ġenerali jiġi sostitwit b'mod gradwali minn skemi aktar immirati biex jiġu limitati r-riskji ta' diffikultà u danni korporattivi; jirrakkomanda li l-appoġġ pubbliku jiġi ffokat biss fuq korporattivi li huma vijabbli fit-tul, fid-dawl tal-aġenda ekoloġika u diġitali tal-UE;

16.  Jinnota li l-pożizzjoni fiskali fil-livell tal-Istati Membri, kif ukoll il-qafas makroekonomiku, kienu sikwit qegħdin jippromwovu politiki fiskali proċikliċi, kemm fi żminijiet tajbin kif ukoll fi żminijiet ħżiena, billi rispettivament f'xi perjodi naqsu milli jibnu buffers suffiċjenti, filwaqt li f'perjodi oħra l-ispazju fiskali ma ntużax b'mod suffiċjenti; jinnota wkoll li kien hemm korrelazzjoni pożittiva bejn l-Istati Membri li għandhom spazju fiskali u l-kapaċità tagħhom li jimmobilizzaw malajr pakketti ta' stimolu fiskali b'pass ħafna aktar mgħaġġel u mingħajr spejjeż ta' self assoċjati, li għen biex jittaffew l-effetti soċjoekonomiċi negattivi tal-pandemija;

17.  Jissottolinja l-importanza tar-rwol tal-politiki fiskali sabiex l-Istati Membri jkunu ugwalment kapaċi li minn naħa waħda jiżguraw irkupru sostenibbli, ekoloġiku, diġitali u inklużiv, u min-naħa l-oħra, jiżguraw politiki fiskali sostenibbli u li d-dejn sovran ikun sostenibbli fuq terminu twil;

18.  Iqis li r-rispons fiskali Ewropew komuni (NGEU) huwa kruċjali għall-irkupru; jappella għal użu rapidu u effettiv tar-riżorsi min-NGEU b'rispett sħiħ tal-kriterji maqbula, li se jkollhom rwol importanti fl-appoġġ tal-irkupru ekonomiku sostenibbli u inklużiv u biex tingħata spinta lill-produttività u l-investiment madwar l-UE;

Rieżami tal-qafas leġiżlattiv markroekonomiku

19.  Jisħaq fuq l-interazzjoni inerenti bejn il-politiki monetarji u fiskali filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ il-mandat tal-BĊE, l-indipendenza tiegħu u s-salvagwardja tal-leġittimità demokratika tiegħu; jinnota s-suċċess ta' stabbiliment xieraq u responsabbli taż-żewġ politiki biex jgħinu li jingħata l-appoġġ meħtieġ għall-ekonomiji ta' wara l-COVID-19, l-ewwel waħda billi jiġu ppreservati kundizzjonijiet ta' finanzjament favorevoli u t-tieni waħda billi jiġu appoġġati d-ditti, il-ħaddiema u n-nies, filwaqt li tintwera r-rieda ta' dawn il-politiki biex jirrispondu għal din il-kriżi; iqis li l-irtirar prematur tal-politika fiskali għandu jiġi evitat ukoll biex ma jikkontrobattix l-istimolu tal-programm ta' rkupru;

20.  Jenfasizza li l-politika monetarja f'dawn l-aħħar snin u kriżijiet ġarret il-piż ewlieni tal-istabbilizzazzjoni; jinnota li l-kriżi kkawżata mill-pandemija wriet li l-istabbilizzazzjoni ma tistax tkun ir-responsabbiltà tal-politika monetarja waħedha u li l-politika fiskali għandu jkollha rwol aktar b'saħħtu; filwaqt li l-kundizzjonijiet monetarji attwali huma akkomodanti u qed jappoġġaw l-irkupru tal-ekonomija fil-kriżi, iwissi kontra d-dipendenza qawwija wisq fuq pożizzjoni ta' politika monetarja akkomodanti u spiża estremament baxxa tad-dejn sovran;

21.  Jenfasizza li l-politiki fiskali nazzjonali, flimkien mal-politiki tal-Unjoni, se jkollhom rwol importanti fit-twettiq tal-impenji u r-responsabbiltajiet tal-Unjoni Ewropea fil-ġlieda globali kontra t-tibdil fil-klima;

22.  Jissottolinja li hemm fatturi strutturali bħat-tixjiħ, tfaddil li qed jiżdied, inflazzjoni baxxa, propensitajiet tal-investiment u tnaqqis fil-produttività li jistgħu jżommu r-rati tal-imgħax reali baxxi fuq terminu medju sa twil; iqis li l-politiki makroekonomiċi għandhom jindirizzaw il-fatturi li jirfdu r-riskju tal-istaġnar sekulari permezz ta' riformi bbilanċjati u soċjalment ġusti li jsaħħu t-tkabbir sostenibbli u l-produttività; ifakkar li, fost fatturi oħra, l-istaġnar sekulari huwa tipikament ikkaratterizzat minn tnaqqis fil-forza tax-xogħol, domanda baxxa, tfaddil eċċessiv u investimenti baxxi;

23.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li nkunu lesti għal xenarji inqas pożittivi; jinnota li l-impatt tax-xokk tal-COVID-19 żied it-tfaddil u xi għażliet ta' investiment ġew posposti; jirrimarka li ladarba r-restrizzjonijiet jittaffew u l-ekonomija tirpilja, ir-rati tal-imgħax jista' jkollhom żieda xprunata minn aspettattivi ogħla ta' inflazzjoni; jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni tal-investimenti pubbliċi u privati biex jiġi żblukkat kapital addizzjonali, speċjalment fil-kuntest tal-irkupru tal-UE; jissottolinja li mhuwiex biss il-livell ta' investiment li huwa importanti għat-tkabbir iżda wkoll l-istabbiliment, il-kwalità u l-implimentazzjoni tal-programmi ta' investiment; jinnota li kien hemm telf sostanzjali ta' investiment matul l-aħħar kriżi u jisħaq fuq l-importanza tal-irkupru ekonomiku biex tiżdied il-profittabbiltà tal-investiment;

24.  Iqis li qafas ta' governanza ekonomika xieraq u kredibbli huwa rekwiżit neċessarju għal politiki fiskali sostenibbli, trajettorji tad-dejn u tad-defiċit li jiżguraw perkorsi kredibbli ta' tnaqqis tad-dejn, billi jippromwovu tkabbir sostenibbli u inklużiv fuq terminu twil filwaqt li jiżguraw kundizzjonijiet ta' finanzjament favorevoli, speċjalment fit-tul; iqis ukoll li l-qafas għandu jintegra elementi biex jiġu evitati politiki proċikliċi u jinbnew biżżejjed buffers fi żminijiet tajbin, biex fejn meħtieġ, ikun jista' jwettaq funzjoni ta' makrostabbilizzazzjoni fuq terminu qasir u biex jiżgura governanza mtejba u trasparenti, li min-naħa tagħha tagħmel l-ekonomija taħdem għan-nies;

Analiżi komprensiva tas-sostenibbiltà tad-dejn sovran (SDSA)

25.  Jinnota li l-livelli tad-dejn sovran żdiedu b'mod konsiderevoli u laħqu kważi 102 % tal-proporzjon tad-dejn aggregat għall-PDG taż-żona tal-euro, b'żieda ulterjuri prevista għall-2021 u l-2022, u li xi Stati Membri diġà akkumulaw legat ta' dejn imdaqqas; jinnota li ċ-ċirkostanzi nbidlu minn meta ġew definiti l-kriterji ta' Maastricht; jenfasizza, għalhekk, li l-qafas ta' governanza ekonomika għandu jiġi rieżaminat fil-kuntest tal-ambjent ekonomiku attwali u, filwaqt li jibni fuq l-esperjenzi tal-qafas eżistenti u jirrispetta bis-sħiħ it-Trattati, għandu jkun ibbażat fuq il-fatti u orjentat lejn il-futur;

26.  Iqis li l-qafas ta' governanza ekonomika tal-Unjoni għandu jiġi rieżaminat biex ir-regoli dwar id-dejn ikunu aktar sempliċi u infurzabbli u mfassla biex jappoġġaw it-tkabbir ekonomiku fuq terminu twil, b'investiment pubbliku u privat xieraq;

27.  Iqis li qafas ta' governanza ekonomika rieżaminat għandu jikkunsidra kif jista' jiġi żgurat pass speċifiku għall-pajjiż tat-tnaqqis tad-dejn sovran li jissalvagwardja s-sostenibbiltà fiskali fuq terminu twil u t-tkabbir sostenibbli u inklużiv; jitlob li l-miri tad-dejn jirriflettu b'mod xieraq ir-realtà ekonomika l-ġdida kif ukoll l-isfidi speċifiċi għall-pajjiż;

28.  Iqis li l-assi sikuri Ewropej se jsaħħu l-istabbiltà finanzjarja, itejbu t-trażmissjoni tal-politika monetarja, u jikkontribwixxu għat-tisħiħ tar-rwol internazzjonali tal-euro;

29.  Huwa konxju li d-defiċits baġitarji għoljin ħafna fl-2020 u l-2021 u t-telf fil-PDG nominali se jiġu riflessi fil-proporzjonijiet tad-dejn għall-PDG;

30.  Jirrikonoxxi li l-ambjent ta' rata tal-imgħax baxxa jnaqqas il-pressjoni fuq il-politika fiskali billi jnaqqas l-ispejjeż tas-servizz tad-dejn sovran; jinsisti li l-implikazzjonijiet tar-rati tal-imgħax baxxi, il-bidla possibbli fl-ambjent tar-rati tal-imgħax u l-miżuri possibbli futuri tal-politika monetarja għandhom jiġu kkunsidrati kif xieraq fl-analiżi tas-sostenibbiltà tad-dejn sovran fuq terminu medju; jinnota li l-premiums ta' riskju tal-Istati Membri jistgħu jiżdiedu, speċjalment għal pajjiżi b'dejn għoli jew li qed jiżdied u li dan jista' jpoġġi pressjoni addizzjonali fuq il-politika fiskali, kif ukoll fuq l-ekonomija;

31.  Jenfasizza li l-ispejjeż tas-servizzi tad-dejn x'aktarx li jibqgħu baxxi għall-futur prevedibbli bis-saħħa ta' sehem kbir tal-piż tad-dejn kopert minn maturitajiet ta' terminu twil u ta' xi bonds b'rendiment negattiv, u defiċits primarji jistgħu jiġu bbilanċjati b'differenzjali favorevoli bejn it-tkabbir u l-imgħax; jinnota li l-istatus pożittiv attwali tal-ispejjeż tas-servizzi tad-dejn jista' jinbidel relattivament malajr, filwaqt li tnaqqis sostenibbli tal-kumulazzjoni tad-dejn sovran jieħu ħafna aktar żmien; iqis li l-benefiċċju ta' spiża baxxa tas-servizzi tad-dejn huwa opportunità biex jiġu sostnuti u progressivament jitnaqqsu livelli għoljin ta' dejn għal livell sostenibbli, biex tingħata spinta lit-tkabbir potenzjali u biex tiżdied ir-reżiljenza tal-ekonomija;

32.  Jirrimarka li hemm problemi strutturali sottostanti għar-rati ta' tkabbir asimmetriku fost l-Istati Membri; iqis li t-tkabbir mhuwiex l-uniku objettiv, peress li l-ħolqien ta' ekonomija li taħdem għan-nies u l-kisba tal-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku u l-Ftehim ta' Pariġi jirrikjedu appoġġ ta' politika mmirat, inklużi sforzi fiskali;

33.  Ifakkar, minbarra r-riformi, fl-importanza ta' politiki li jsaħħu t-tkabbir u investiment privat u pubbliku sostenibbli bil-għan li jiżdied il-potenzjal tat-tkabbir u jinkisbu l-objettivi tal-UE ċċentrati madwar it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u li jiżdiedu l-potenzjal tat-tkabbir, il-kompetittività u l-produttività u li tingħata spinta lis-suq uniku; itenni li l-investiment u l-infiq orjentati lejn il-futur għandhom spillovers pożittivi fuq is-sostenibbiltà tad-dejn fuq terminu medju sa twil; jistieden lill-Istati Membri jsegwu politiki fiskali sostenibbli filwaqt li jippreservaw l-investiment pubbliku ffinanzjat fil-livell nazzjonali u li jappoġġa t-tkabbir;

34.  Jistieden lill-Kummissjoni ssegwi analiżi komprensiva u trasparenti tas-sostenibbiltà tad-dejn sovran (SDSA), sabiex tappoġġa d-deċiżjoni ta' dawk li jfasslu l-politika biex jiġi stabbilit perkors ċar u trasparenti ta' aġġustament xieraq u speċifiku għall-pajjiż; jenfasizza l-użu ta' għodod u tekniki innovattivi bħal testijiet tal-istress u analiżi stokastika biex jiġu riflessi aħjar ir-riskji għad-dinamika tad-dejn pubbliku (bħad-differenzjali tat-tkabbir tal-imgħax, il-kompożizzjoni tad-dejn, id-demografija u s-sostenibbiltà) u l-kwalità tan-nefqa pubblika;

Qafas ta' koordinazzjoni tal-politika fiskali tal-UE

35.  Jistieden lill-Kummissjoni biex matul il-proċess ta' rieżami tirrifletti dwar ir-rwol tal-politika fiskali fl-ekonomija Ewropea filwaqt li tindirizza n-nuqqasijiet diġà identifikati fil-qafas fiskali tal-UE qabel it-tifqigħa(29), anke fid-dawl tal-legati tal-pandemija;

36.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta kif tista' tippromwovi s-sostenibbiltà fiskali u r-regoli kontroċikliċi, u tikkunsidra li tissimplifika l-qafas u ttejjeb l-awtonomija tal-Kummissjoni fl-infurzar tar-regoli f'qafas aktar responsabbli b'sens ta' appartenenza aktar b'saħħtu; jappella wkoll għal mekkaniżmi ta' flessibbiltà definiti sew u li jiskattaw b'mod trasparenti kull meta din il-flessibbiltà tkun iġġustifikata sewwa billi jiġu żgurati effikaċja u kredibbiltà akbar; jenfasizza l-importanza ta' qafas li jiżgura l-koordinazzjoni tal-politika fiskali, iqis il-bidliet fl-ekonomiji u l-kundizzjonijiet tal-finanzjament u jikkunsidra l-ispeċifiċitajiet u l-objettivi strateġiċi tal-Istati Membri; iqis, barra minn hekk, li l-qafas tal-UE għall-koordinazzjoni tal-politika fiskali għandu jippermetti l-promozzjoni tat-tkabbir sostenibbli u inklużiv fit-tul tal-UE, filwaqt li jippreserva s-salvagwardji kontra r-riskju għas-sostenibbiltà tad-dejn;

37.  Jinnota l-proposta tal-EFB li l-qafas fiskali tal-UE għandu jerġa' jinbena mill-ġdid fuq tliet prinċipji: (i) ankra tad-dejn – jiġifieri objettiv tal-proporzjon tad-dejn u perkors ta' tnaqqis fl-aġġustament speċifiku lejh għal kull pajjiż, (ii) indikatur uniku tal-prestazzjoni fiskali – jiġifieri regola tal-infiq għall-pajjiżi b'dejn li jaqbeż l-objettiv tal-proporzjon tad-dejn, u (iii) klawżola liberatorja ġenerali sostnuta minn opinjoni abbażi ta' analiżi u pariri indipendenti;

38.  Jirrimarka l-ħtieġa ta' perkors ta' aġġustament tad-dejn realistiku u mfassal b'mod trasparenti speċifikament għal kull pajjiż sabiex ikun adattat aħjar għar-realtajiet tal-pajjiżi u jirrifletti l-livell ta' sostenibbiltà tad-dejn tal-Istati Membri;

39.  Iqis li, bi qbil mal-proposta tal-EFB, regola tal-infiq b'limitu massimu(30) fuq in-nefqa pubblika nominali meta d-dejn pubbliku ta' pajjiż jaqbeż ċertu livell tista' tipprovdi regoli fiskali aktar trasparenti fl-UE; iqis li r-rata tat-tkabbir tal-limitu massimu tkun tiddependi mit-tkabbir fl-output potenzjali mistenni, l-inflazzjoni prevista u d-distanza mill-ankra tad-dejn; jinnota li l-ispejjeż għas-servizzjar tad-dejn u l-pagamenti tal-benefiċċji tal-qgħad (b'rati fissi) huma esklużi u t-tkabbir fin-nefqa jkun aġġustat għall-impatt tal-bidliet diskrezzjonali fid-dħul tal-gvern (i.e. taxxi diretti u indiretti);

40.  Jinnota li perkors speċifiku għal kull pajjiż b'sens ta' appartenenza min-naħa tal-Istati Membri jsaħħaħ il-kredibbiltà u jtejjeb l-osservanza tar-regoli min-naħa tagħhom; jinnota wkoll li l-perkors speċifiku għal kull pajjiż għandu jirriżulta minn analiżi ekonomika trasparenti u komprensiva u diskussjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea, fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, li matulha tista' tiġi prevista konsultazzjoni mal-EFB u l-Istituzzjonijiet Fiskali Indipendenti (IFIs) nazzjonali jekk ikun il-każ;

41.  Jissottolinja li r-regoli tal-infiq għandhom proprjetajiet ta' stabbilizzazzjoni awtomatika inerenti(31); jinnota li r-regoli tal-infiq taw prova ta' aktar effikaċja fit-tnaqqis tal-preġudizzji ta' proċikliċità tal-politika fiskali(32); jisħaq fuq l-importanza tal-istabbilizzaturi awtomatiċi quddiem inċertezzi dejjem akbar; jinnota wkoll ir-rakkomandazzjoni tal-EFB biex jinħoloq kont ta' kumpens li fih jiġu akkumulati devjazzjonijiet mit-tkabbir ippjanat fin-nefqa primarja netta;

42.  Jirrimarka li l-metrika fil-qalba tal-qafas ta' governanza ekonomika trid tkun faċilment osservabbli u kontrollabbli minn min jieħu d-deċiżjonijiet fl-ambitu politiku sabiex tiżdied it-trasparenza u l-komprensibbiltà kemm għal dawk li jfasslu l-politika kif ukoll għall-pubbliku; jinnota li kunċetti bħall-analiżi tad-distakk fl-output ma jissodisfawx dawk il-kriterji; jissottolinja li, fil-perjodu ta' wara l-kriżi, l-inċertezza dwar id-distakk fl-output se tkun saħansitra akbar milli kienet fil-passat; isostni li filwaqt li t-tkabbir fl-output potenzjali ma jistax jiġi osservat u jrid jiġi stmat, huwa inqas suxxettibbli għal reviżjonijiet meta mqabbel mad-distakk fl-output;

43.  Jipproponi, bi qbil mal-EFB, klawżola liberatorja ġenerali li, f'każ ta' żviluppi ekonomiċi imprevisti, tiġi rrikkmandata mill-Kummissjoni u deċiża mill-Kunsill u li jista' jkollha s-sostenn ta' opinjoni bbażata fuq analiżi ekonomika indipendenti u definita sew sabiex titnaqqas il-kumplessità u tiġi ppreservata l-kapaċità li tittieħed azzjoni f'każ ta' ċirkustanzi imprevedibbli; jenfasizza, madankollu – jekk ikun involut korp indipendenti – il-bżonn ta' kjarifika ulterjuri dwar il-kompożizzjoni tal-korp indipendenti sabiex tiġi żgurata l-oġġettività fil-ġudizzju għar-regoli, li jiżgura l-indipendenza tiegħu u jiggarantixxi li ma jkunx hemm dewmien fil-proċess;

44.  Jissottolinja li meta l-finanzi pubbliċi jiġu taħt pressjoni, hemm it-tendenza li jitnaqqas l-investiment tal-gvern; jinnota li l-isfidi ekonomiċi, soċjali u ambjentali attwali fl-UE jirrikjedu sforzi mmirati partikolarment b'rabta mar-reżiljenza soċjali, it-tibdil fil-klima u d-diġitalizzazzjoni; jenfasizza l-importanza tal-qafas ta' governanza ekonomika tal-UE biex il-gvernijiet ikunu jistgħu jipproteġu l-investimenti pubbliċi mingħajr ma jipperikolaw is-sostenibbiltà tad-dejn; jissottolinja li jridu jsiru aktar sforzi biex titjieb il-kwalità tal-finanzi pubbliċi; jitlob li r-rieżami tal-qafas jinkludi enfasi akbar fuq il-kwalità tad-dejn; jenfasizza li l-kwalità tal-finanzi pubbliċi ttejjeb is-sostenibbiltà tad-dejn fit-tul tal-pajjiż u ssaħħaħ il-potenzjal ta' tkabbir fit-tul;

45.  Jissottolinja l-fehma tal-EFB li parti min-nefqa li ttejjeb it-tkabbir delineata ċar tkun eskluża mil-limitu massimu ta' tkabbir fin-nefqa primarja netta;

46.  Jenfasizza li d-dħul tal-gvern huwa parti importanti mis-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi u l-istabbiltà tiegħu tista' tgħin biex tiġi żgurata strateġija kredibbli għat-tnaqqis tad-dejn sovran; jistieden lill-Istati Membri jieħdu azzjoni biex ikomplu jindirizzaw il-frodi, l-evitar u l-evażjoni tat-taxxa, kif ukoll il-ħasil tal-flus; itenni li azzjonijiet effikaċi f'dan il-qasam min-naħa tal-Istati Membri jrawmu l-fiduċja fil-governanza tal-finanzi pubbliċi; jinnota l-ħtieġa li tiġi żgurata politika ta' nfiq responsabbli biex tiġi evitata l-pressjoni biex jiżdiedu t-taxxi;

47.  Jinnota li l-EFB kien sostenitur kbir tal-introduzzjoni ta' kapaċità fiskali komuni fil-livell Ewropew, billi din toħloq inċentivi għal aktar konformità mar-regoli fiskali tal-UE; jinnota wkoll li din l-opinjoni ġiet kondiviża minn istituzzjonijiet oħra bħall-Fond Monetarju Internazzjonali u l-BĊE;

48.  Jilqa' l-inizjattivi NGEU u SURE; jenfasizza li l-NGEU huwa ffinanzjat permezz ta' ħruġ ta' dejn iggarantit mill-baġit tal-UE; jissottolinja li d-dejn maħruġ mill-UE(33) se jforni provvista ġdida ta' assi Ewropej sikuri u ta' kwalità għolja; jistieden lill-Kummissjoni tisfrutta bis-sħiħ il-potenzjal tal-Pakkett għall-Irkupru u l-istrument SURE biex ittejjeb il-konverġenza bejn l-Istati Membri, tippromwovi l-politiki tal-UE u tnaqqas il-vulnerabbiltà tal-UE għax-xokkijiet ekonomiċi; jinnota li l-istrumenti NGEU u SURE attwali tfasslu biex ikunu temporanji u jenfasizza l-importanza ta' pjan trasparenti biex jitħallas lura d-dejn li jirriżulta mill-bonds NGEU u SURE;

Sorveljanza tal-iżbilanċi makroekonomiċi

49.  Jenfasizza l-importanza tal-Proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku (MIP) fid-detezzjoni, il-prevenzjoni u l-indirizzar tal-iżbilanċi makroekonomiċi fl-UE; jieħu nota tal-konklużjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri(34) li, għalkemm il-mekkaniżmu tal-MIP huwa ġeneralment imfassal tajjeb, il-potenzjal tiegħu għadu ma ġiex sfruttat b'tali mod li jiżgura l-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi b'mod effikaċi; jinnota wkoll li l-klassifikazzjoni tal-Istati Membri bi żbilanċi hija nieqsa mit-trasparenza, hemm nuqqas ta' għarfien dwar il-proċedura u l-implikazzjonijiet tagħha fost il-pubbliku, u r-rakkomandazzjonijiet ma jippromwovux biżżejjed l-azzjonijiet politiċi li jridu jittieħdu biex jiġu indirizzati dawk l-iżbilanċi, partikolarment fiż-żona tal-euro;

50.  Jitlob użu aktar effikaċi tar-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija (AMR), filwaqt li jieħu nota tar-reviżjoni teknika tat-tabella ta' valutazzjoni tal-MIP min-naħa tal-Kummissjoni u jilqa' l-analiżi dettaljata u komprensiva li tirfed ir-rapport; jinsisti li t-tabella ta' valutazzjoni tal-proċedura ta' żbilanċ makroekonomiku trid tkun iffukata u razzjonalizzata fuq indikaturi u limiti sinifikattivi li jiddefinixxu b'mod aktar ċar l-iżbilanċi fiż-żona tal-euro u tkun ukoll ibbażata fuq id-data u trasparenti; ifakkar li r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi jikkostitwixxu gwida progressiva indirizzata lill-Istati Membri; iqis li trid tinkiseb konformità akbar mar-rakkomandazzjonijiet simplifikati u li r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi rilevanti għall-MIP għandhom ikunu ffukati fuq azzjonijiet politiċi li jista' jkollhom impatt dirett fuq l-iżbilanċi u jkunu konsistenti mar-rakkomandazzjonijiet għaż-żona tal-euro jekk ikun il-każ;

51.  Iqis li ċ-ċarezza u l-konsistenza fir-rigward tal-interazzjoni bejn l-MIP u l-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir huma kruċjali biex jiġi żgurat li l-objettivi tagħhom jintlaħqu;

52.  Jesprimi l-appoġġ tiegħu, f'dan ir-rigward, għall-proposti tal-EFB biex, fid-determinazzjoni tar-regola tal-infiq imsemmija hawn fuq, jiġu inkorporati kunsiderazzjonijiet mill-MIP biex, abbażi ta' ftehim reċiproku, pajjiżi b'defiċits għoljin fil-kont kurrenti jkollhom limitu massimu aktar baxx għall-miri tal-infiq tagħhom, filwaqt li pajjiżi b'surplus estern eċċessiv ikollhom limitu minimu ogħla għar-rata ta' tkabbir fin-nefqa;

53.  Jitlob involviment akbar min-naħa tal-awtoritajiet makroprudenzjali – biex l-iżbilanċi makroekonomiċi jiġu identifikati aħjar minn perspettiva makroprudenzjali – kif ukoll min-naħa tal-kunsilli nazzjonali inkarigati mill-produttività, sabiex tiżdied il-komprensjoni komuni tal-iżviluppi makroekonomiċi fil-proċess tal-MIP;

Governanza

54.  Jissottolinja l-importanza tal-qafas istituzzjonali tal-UE u tal-metodu komunitarju għall-iffissar u l-infurzar effikaċi tar-regoli kif ukoll għall-ħarsien u t-titjib ta' sens b'saħħtu ta' appartenenza politika u responsabbiltà, u jenfasizza li sens dgħajjef ta' appartenenza politika jew responsabbiltà fil-livell nazzjonali jżid in-nonkonformità;

55.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jissaħħu l-leġittimità demokratika, ir-responsabbiltà u l-iskrutinju tal-qafas tal-governanza ekonomika; jemmen li biex jittejjeb is-sens ta' appartenenza, ir-responsabbiltajiet iridu jiġu assenjati fil-livell li fih jittieħdu jew jiġu implimentati d-deċiżjonijiet, fejn il-parlamenti nazzjonali jeżaminaw bir-reqqa l-gvernijiet nazzjonali u l-Parlament Ewropew jagħmel skrutinju bir-reqqa tal-organi eżekuttivi Ewropej; jenfasizza, għalhekk, ir-rwol tal-istituzzjonijiet u jissottolinja l-importanza li jiġi żgurat bilanċ xieraq tar-responsabbiltajiet bejn l-istituzzjonijiet differenti fl-implimentazzjoni tal-qafas ta' governanza ekonomika tal-UE;

56.  Ifakkar li s-Semestru Ewropew huwa qafas stabbilit sewwa għall-koordinazzjoni tal-politiki baġitarji, ekonomiċi, soċjali u tal-impjiegi fl-Unjoni Ewropea kollha u jsostni l-għanijiet perpetwi tal-UE, jiġifieri dawk ta' tkabbir sostenibbli, finanzi pubbliċi sostenibbli u konverġenza 'l fuq; jinnota li s-Semestru, minn meta nħoloq, twessa' biex jinkludi, fost aspetti oħra, kwistjonijiet relatati mas-settur finanzjarju u t-tassazzjoni, kif ukoll l-objettivi tal-SDGs tan-NU; jinnota li sabiex tkompli tissaħħaħ ir-reżiljenza ekonomika u soċjali, l-UE trid twettaq il-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; ifakkar li l-promozzjoni tat-tkabbir sostenibbli tfisser il-promozzjoni ta' politiki fiskali mmirati lejn pożizzjonijiet fiskali prudenti fuq terminu medju u l-iżgurar tas-sostenibbiltà fiskali fuq l-istess tul ta' żmien, il-promozzjoni ta' riformi strutturali soċjalment ġusti, it-tisħiħ tal-investiment biex tingħata spinta lill-potenzjal tat-tkabbir u l-appoġġ għal tranżizzjoni inklużiva lejn ekonomija sostenibbli u diġitali; jenfasizza l-importanza ta' kollaborazzjoni aktar b'saħħitha fil-koordinazzjoni tal-politika bejn il-ministri tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali u l-ministri tal-finanzi, partikolarment fiż-żona tal-euro; jinnota li l-kunċett tas-Semestru Ewropew ġie introdott bir-Regolament (UE) Nru 1175/2011, li huwa parti mir-rieżami tal-governanza ekonomika tal-UE, u li jintlaqgħu proposti min-naħa tal-Kummissjoni dwar kif jista' jittejjeb il-proċess tas-Semestru;

57.  Jirrimarka li n-nuqqas ta' sens ta' appartenenza kien fost id-dgħufijiet ewlenin tas-Semestru Ewropew; jinnota li d-disinn ta' dan il-qafas irid jinkludi sett ta' objettivi u gwida fit-tul fil-livell tal-UE li jikkoordinaw għażliet ta' politika li jirriflettu b'mod xieraq il-bżonnijiet u l-prijoritajiet nazzjonali msejsa fuq djalogu politiku miftuħ u inklużiv bejn l-UE u l-istituzzjonijiet nazzjonali u l-partijiet ikkonċernati; jemmen li l-esperjenza tal-istruttura ta' governanza tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza toffri opportunità kbira biex din tintuża għat-trawwim ta' sens ta' appartenenza fil-livell nazzjonali, il-promozzjoni tal-għanijiet strateġiċi tal-UE, it-tkabbir sostenibbli u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi;

58.  Jitlob li l-Parlament Ewropew ikun involut b'mod xieraq fil-proċess tas-Semestru Ewropew; jenfasizza l-importanza ta' dibattitu sħiħ fid-definizzjoni tal-għanijiet ġenerali u l-linji gwida;

59.  Ifakkar li l-Ftehim dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet itenni li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill – bħala koleġiżlaturi – għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom fuq l-istess livell u li l-Kummissjoni għaldaqstant trid tittrattahom it-tnejn indaqs, u jenfasizza r-rwol u r-responsabbiltà tal-parlamenti nazzjonali; jirrimarka li, skont l-Artikoli 121 u 126 TFUE, il-Parlament Ewropew la jista' jiskrutinizza u lanqas jemenda r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kunsill fil-qafas tas-Semestru Ewropew;

60.  Jitlob skrutinju demokratiku aktar rigoruż fil-livell tal-UE u f'dak nazzjonali biex il-gvernijiet nazzjonali jinżammu responsabbli; jenfasizza li sens ta' appartenenza jew responsabbiltà nazzjonali aktar b'saħħtu jwassal għal livell ogħla ta' konformità; jappella biex tkompli tiġi żviluppata l-kooperazzjoni interparlamentari, inkluża l-konferenza prevista fl-Artikolu 13 tal-Patt Fiskali, b'tali mod li jkunu jistgħu jsiru diskussjonijiet sostanzjali u f'waqthom meta jkun hemm bżonn;

61.  Jirrikonoxxi l-importanza tad-djalogu makroekonomiku tal-UE biex jissaħħaħ is-sens ta' appartenenza u titjieb il-koordinazzjoni tal-politika, u jitlob, għalhekk, li jingħata spinta ġdida permezz ta' djalogu fil-livell taż-żona tal-euro u f'dak nazzjonali mar-rappreżentanti tal-gvern, il-federazzjonijiet ta' min iħaddem u t-trade unions u li jiġu previsti skambji fiż-żewġ livelli mal-banek ċentrali;

62.  Ifakkar li, f'konformità mal-leġiżlazzjoni, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-President tal-Kunsill, il-Kummissjoni u, jekk ikun xieraq, lill-President tal-Kunsill Ewropew jew il-President tal-Grupp tal-Euro biex jidhru quddiem il-kumitat ikkonċernat, u l-istess jgħodd għall-Istati Membri li jkunu soġġetti għal proċedura ta' governanza ekonomika speċifika;

63.  Jenfasizza l-importanza tal-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-objettivi ambjentali skont l-impenji tal-UE dwar il-klima, l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli; jappella b'urġenza lill-Kummissjoni u l-Kunsill Ewropew biex iqisu dawn l-impenji fil-governanza ekonomika tal-Unjoni; jappella biex it-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali titqies bis-sħiħ għall-finijiet ta' monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-Istati Membri fir-rigward tal-prinċipji tal-Pilastru; jieħu nota tal-inizjattiva tal-Kummissjoni li biha kkonfermat li t-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali riveduta se tkun parti mill-qafas ta' koordinazzjoni tal-politika fil-kuntest tas-Semestru Ewropew; jinnota li l-mexxejja tal-UE laqgħu l-proposta konġunta tas-sħab soċjali Ewropej għal sett alternattiv ta' indikaturi biex jitkejjel il-progress ekonomiku, soċjali u ambjentali, li jissupplimenta l-PDG bħala miżura ta' benessri għal tkabbir inklużiv u sostenibbli; jitlob li t-tabelli ta' valutazzjoni jkunu riflessi aħjar fir-rakkomandazzjonijiet politiċi;

64.  Iqis li l-allinjament tal-politiki fiskali nazzjonali mal-impenji tal-UE skont il-Ftehim ta' Pariġi għandu jkun prijorità u li l-kunċett ta' sostenibbiltà kompetittiva u l-erba' assi tiegħu, identifikati fl-Istrateġija Annwali għat-Tkabbir Sostenibbli 2020, għandhom ikomplu jkunu l-prijoritajiet ġenerali tal-istrateġija tal-UE għal tkabbir fit-tul bi qbil mal-Patt Ekoloġiku Ewropew; jinnota li l-klima ġġib magħha riskji reali u severi għas-sostenibbiltà tal-politiki fiskali tal-Istati Membri;

65.  Jaqbel mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi fis-Semestru Ewropew jirrikjedu disinn u implimentazzjoni aħjar(35); jissuġġerixxi li r-rakkomandazzjonijiet politiċi jkunu mmirati aħjar, b'objettivi politiċi speċifiċi għal kull pajjiż fuq perjodu qasir u twil;

66.  Jilqa' t-titjib sinifikanti fir-rwol tal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti fil-proċess baġitarju nazzjonali, li jsaħħaħ it-trasparenza u r-responsabbiltà tal-politika fiskali kemm permezz tal-monitoraġġ kif ukoll permezz ta' analiżi indipendenti; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-istituzzjonijiet fiskali indipendenti jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex iwettqu l-mandati u l-kompiti tagħhom u jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li dawn l-istituzzjonijiet jagħtu rendikont lill-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali, skont il-każ;

67.  Jissottolinja li, għal infurzar aħjar, kull Stat Membru għandu jistinka favur sens ta' appartenenza b'saħħtu fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet relatati mal-politika ekonomika u li, f'dan il-kuntest, għandu jinstab il-bilanċ it-tajjeb bejn appoġġ bejn il-pari, pressjoni mill-pari, inċentivi u diżinċentivi;

68.  Jilqa' l-adozzjoni tal-ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar riżorsi proprja ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprja ġodda;

69.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrifletti aktar dwar it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-programmi ta' aġġustament makroekonomiku, partikolarment il-bżonn li jkomplu jiżdiedu t-trasparenza, s-sens ta' appartenenza u r-responsabbiltà demokratika tal-proċess deċiżjonali, bl-involviment xieraq tal-partijiet ikkonċernati u tal-Parlament Ewropew; ifakkar lill-Kummissjoni u l-Kunsill, f'dan ir-rigward, fil-pożizzjoni li adotta fil-plenarja b'rabta mar-Regolament (UE) Nru 472/2013;

70.  Jinnota li l-Istati Membri li joħorġu minn programm ta' aġġustament makroekonomiku jkunu wkoll taħt sorveljanza msaħħa fis-Semestru Ewropew u, meta rilevanti, jista' jsirilhom rieżami fil-fond;

71.  Jinnota li l-Grupp tal-Euro u s-Summit tal-Euro jikkostitwixxu fora ta' diskussjoni informali fl-ambitu tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (Ecofin); jistieden lill-Istati Membri joperaw fil-kuntest tal-qafas Komunitarju, li jiżgura r-rwol tal-Parlament Ewropew bħala koleġiżlatur u d-dritt tiegħu għal sorveljanza demokratika;

72.  Jappella biex il-Grupp tal-Euro jkun soġġett għal regoli ta' proċedura li jtejbu t-trasparenza tat-teħid tad-deċiżjonijiet u r-responsabbiltà demokratika; jitlob ftehim reċiproku bejn il-Grupp tal-Euro u l-Parlament Ewropew dwar kif dawn l-objettivi jistgħu jintlaħqu bl-aħjar mod; jissottolinja l-importanza ta' mekkaniżmi li, permezz tagħhom, l-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro jkunu jistgħu jieħdu sehem fid-diskussjoni, meta jkun il-każ;

73.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-qafas deċiżjonali tal-governanza ekonomika tal-UE jopera skont il-metodu Komunitarju;

74.  Jisħaq fuq l-importanza ta' dibattitu dwar il-governanza ekonomika maċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u s-sħab soċjali, kif ukoll ma' firxa ta' partijiet ikkonċernati fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali bħala parti mill-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa; jidentifika, f'dan ir-rigward, il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa bħala forum li fih tista' tiġi kkunsidrata aktar leġittimità demokratika permezz ta' involviment akbar tal-Parlament Ewropew bħala forum pubbliku u demokratiku għad-definizzjoni u l-infurzar ta' regoli komuni tal-UE dwar il-koordinazzjoni tal-politika ekonomika;

o
o   o

75.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Grupp tal-Euro, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU C 70 E, 8.3.2012, p. 19.
(2) ĠU C 33 E, 5.2.2013, p. 140.
(3) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 41.
(4) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 1.
(5) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 8.
(6) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 12.
(7) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25.
(8) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 33.
(9) ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1.
(10) ĠU L 140, 27.5.2013, p. 11.
(11) ĠU C 407, 4.11.2016, p. 86.
(12) Testi adottati, P9_TA(2020)0005.
(13) ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13.
(14) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.
(15) Testi adottati, P9_TA(2020)0054.
(16) Testi adottati, P9_TA(2020)0124.
(17) ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1.
(18) Testi adottati, P9_TA(2020)0206.
(19) Testi adottati, P9_TA(2020)0220.
(20) Testi adottati, P9_TA(2020)0305.
(21) ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17.
(22) Il-Kummissjoni, "SWD(2020)0098 – Identifikazzjoni tal-ħtiġijiet ta' rkupru tal-Ewropa", 27.5.2020, p. 14-16.
(23) Din l-istima tkopri biss is-saħħa u l-kura fit-tul (EUR 70 biljun), l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja (EUR 15-il biljun) u l-akkomodazzjoni affordabbli (EUR 57 biljun). Sors: Fransen, L., Bufalo, G., Reviglio, E., "Boosting Investment in Social Infrastructure in Europe – Report of the High-Level Task Force on Financing Social Infrastructure in Europe" (Tisħiħ tal-Investiment fl-Infrastruttura Soċjali fl-Ewropa – Rapport tat-Task Force ta' Livell Għoli dwar il-Finanzjament tal-Infrastruttura Soċjali fl-Ewropa), 2018, p. 116.
(24) Il-Kummissjoni, "SWD(2020)0098 – Identifikazzjoni tal-ħtiġijiet ta' rkupru tal-Ewropa", 27.5.2020, p. 18-20.
(25) Extreme disaster tend to lower economic output (Diżastri estremi għandhom it-tendenza li jbaxxu l-output ekonomiku) (Botzen, Deschenes u Sanders, 2019); Il-FMI jbassar li diżastri maġġuri relatati mat-temp jista' jkollhom impatt negattiv fuq il-PDG reali per capita u l-pajjiżi li huma mgħammra aħjar biex jindirizzaw id-diżastri naturali kbar jistgħu jtaffu l-impatt b'mod aktar faċli.
(26) It-Tbassir Ekonomiku għar-Rebbiegħa 2021 tal-Kummissjoni juri tnaqqis fl-2020 ta' -6,1 % tal-PDG fl-UE u -6,6 % tal-PDG fiż-żona tal-euro. It-tkabbir tal-PDG huwa mistenni li jirkupra bil-mod biss fit-terminu qasir b'4,2 % fl-2021 u 4,4 % fl-2022 fl-UE, u 4,3 % fl-2021 u 4,4 % fl-2022 fiż-żona tal-euro.
(27) World Economic Outlook: Managing Divergent Recoveries, (Perspettiva Ekonomika Globali: L-Immaniġġjar ta' Irkupri Diverġentri) FMI (April 2021)
(28) B'mod partikolari permezz tal-Pakkett għall-Irkupru u l-istrument SURE.
(29) Il-Bord Fiskali Ewropew (2018), Rapport Annwali 2018, Settembru, l-EFB u l-Bord Fiskali Ewropew (2020), Rapport Annwali 2020, Settembru.
(30) Limitu massimu ffissat għal 3-5 snin li jkun jiddependi mit-tkabbir fl-output potenzjali mistenni, l-inflazzjoni prevista u d-distanza mill-ankra tad-dejn.
(31) Il-valutazzjoni tar-regoli fiskali tal-UE min-naħa tal-EFB b'enfasi fuq il-leġiżlazzjoni "six-pack" u "two-pack": "il-limitu massimu tan-nefqa primarja netta għandu proprjetà ta' stabbilizzazzjoni awtomatika inerenti: meta l-output attwali jikber aktar bil-mod milli bir-rata tax-xejra tal-output potenzjali, it-tkabbir fin-nefqa primarja netta jaqbeż dan tal-aħħar, filwaqt li proporzjon akbar tan-nefqa mal-PDG jgħin biex l-ekonomija tistabbilizza ruħha; viċi versa, meta l-PDG attwali jikber b'rata aktar mgħaġġla mix-xejra, ikun hemm tnaqqis fl-infiq nett bħala sehem mill-PDG."
(32) Manescu, C., Bova, E. (2021), Effectiveness of national expenditure rules: Evidence from EU member states.
(33) Bonds NGEU u SURE.
(34) Rapport Speċjali Nru 03/2018: Awditu tal-Proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku (MIP), Qorti Ewropea tal-Awdituri.
(35) Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.


Is-sitwazzjoni fin-Nikaragwa
PDF 140kWORD 51k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2021 dwar is-sitwazzjoni fin-Nikaragwa (2021/2777(RSP))
P9_TA(2021)0359RC-B9-0400/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar in-Nikaragwa, b'mod partikolari dawk tad-19 ta' Diċembru 2019 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija fin-Nikaragwa(1) u tat-8 ta' Ottubru 2020 dwar il-Liġi dwar l-"Aġenti Barranin" fin-Nikaragwa(2) ,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, fuq in-naħa l-oħra(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998(4) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 tas-7 ta' Diċembru 2020 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem(5), id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/607 tal-4 ta' Mejju 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1720 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa(6), ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/606 tal-4 ta' Mejju 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2019/1716 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa(7) u d-deċiżjoni li ġġedded tali sanzjonijiet sal-15 ta' Ottubru 2021,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-10 ta' Ġunju 2021 tar-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea dwar is-sitwazzjoni politika fin-Nikaragwa li qed tkompli tiddeterjora, id-dikjarazzjoni mill-kelliem tiegħu tas-6 ta' Mejju 2021 dwar il-liġi elettorali l-ġdida, u d-dikjarazzjoni konġunta ta' 59 pajjiż dwar in-Nikaragwa fis-47 Sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fit-22 ta' Ġunju 2021,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni dwar id-detenzjoni kontinwa tal-mexxejja tal-oppożizzjoni fin-Nikaragwa mill-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-President tad-Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali, tal-15 ta' Ġunju 2021,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-28 ta' Mejju 2021 dwar in-Nikaragwa attribwibbli għall-kelliem tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, u l-aġġornament orali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fin-Nikaragwa tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem Michelle Bachelet fl-okkażjoni tas-47 sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tat-22 ta' Ġunju 2021,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-6 ta' Mejju 2021 tas-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani (OAS) dwar l-elezzjoni tal-maġistrati tal-Kunsill Suprem Elettorali u r-riforma elettorali fin-Nikaragwa u r-riżoluzzjoni tal-OAS, tal-15 ta' Ġunju 2021, dwar is-sitwazzjoni fin-Nikaragwa,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-bullettini ppubblikati mill-Mekkaniżmu Speċjali ta' Monitoraġġ għan-Nikaragwa (MESENI) u r-rimarki tal-Kummissarju Antonia Urrejola, President tal-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, fis-Sessjoni Speċjali tal-Kunsill Permanenti tal-OAS tat-23 ta' Ġunju 2021 dwar is-sitwazzjoni fin-Nikaragwa,

–  wara li kkunsidra l-aġġornament dwar in-Nikaragwa fir-rapport annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja fl-2020, adottat mill-Kunsill fil-21 ta' Ġunju 2021,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

–  wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tan-Nikaragwa,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija fin-Nikaragwa kompliet tiddeterjora serjament wara t-trażżin vjolenti tal-protesti ċiviċi f'April 2018; billi minn dakinhar mill-inqas 130 persuna ġew imċaħħda mil-libertà għal raġunijiet politiċi, filwaqt li l-avversarji tal-gvern u l-familji tagħhom iħabbtu wiċċhom mat-theddida kostanti ta' fastidju, kemm fiżiku kif ukoll online, mill-pulizija u mis-sostenituri tal-gvern; billi sa mill-protesti tal-2018, id-detenzjoni arbitrarja qed tintuża dejjem aktar bħala għodda biex tikkastiga l-attivisti u d-dissidenti; billi l-attivisti jinsabu f'riskju partikolari ta' vjolenza, inkluża l-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru; billi d-detenuti qed jiġu maltrattati fil-ħabs, imċaħħda mill-kura medika u mill-aċċess għall-avukati tagħhom, u qed isofru attakki u agressjonijiet sesswali, filwaqt li l-persuni li jipprotestaw kontra l-gvern jitqiegħdu f'ċelel ta' sigurtà massima, fejn jiffaċċjaw sorveljanza, tfittxijiet u iżolament intensifikati; billi hemm tħassib partikolari dwar is-sitwazzjoni tan-nisa u l-adulti anzjani li qed jiċċaħħdu mil-libertà tagħhom;

B.  billi, b'riżultat tas-sitwazzjoni attwali, mill-2018 aktar minn 108 000 Nikaragwan ġew sfurzati jaħarbu u jfittxu ażil f'pajjiżi ġirien (tliet kwarti minnhom talbu protezzjoni fil-Costa Rica);

C.  billi fl-4 ta' Mejju 2021, l-Assemblea Nazzjonali tan-Nikaragwa għaddiet riformi tal-Liġi Elettorali 331, li jinkorporaw liġijiet punittivi adottati reċentement; billi r-riforma msemmija tinkorpora wkoll regoli li jirrestrinġu l-kompetizzjoni elettorali u l-eżerċizzju tad-drittijiet politiċi li jillimitaw aktar il-parteċipazzjoni tal-oppożizzjoni politika, u tillimita l-libertajiet pubbliċi, li jmur kontra l-istandards internazzjonali u, b'mod partikolari, id-dritt li wieħed jipparteċipa fit-tmexxija tal-affarijiet pubbliċi, il-libertà tal-assoċjazzjoni, il-libertà tal-espressjoni, id-dritt għal protesta soċjali, u d-dritt li wieħed jiddefendi d-drittijiet, fost l-oħrajn; billi dawn ir-riformi jinjoraw it-talbiet tal-oppożizzjoni, tas-soċjetà ċivili u tal-komunità internazzjonali;

D.  billi l-Kunsill Elettorali Suprem il-ġdid huwa korp li jissorvelja u jamministra l-proċess elettorali fin-Nikaragwa; billi dan huwa proċess li għandu jiġi ġestit minn korp imparzjali, indipendenti u trasparenti li jirrispetta l-prinċipji demokratiċi u l-eżerċizzju effettiv u pluralistiku tad-drittijiet ċivili u politiċi tal-popolazzjoni; billi l-membri tal-Kunsill Elettorali Suprem inħatru mill-Assemblea Nazzjonali tan-Nikaragwa li hija kkontrollata b'id soda minn Ortega; billi dan jagħmel lill-Kunsill Elettorali Suprem korp preġudikat u mhux trasparenti u jkompli jdgħajjef il-proċess politiku; billi dawn il-ħatriet, flimkien mar-riformi elettorali reċenti, mhumiex ir-riżultat ta' djalogu bejn il-gvern u l-gruppi tal-oppożizzjoni, mitlub ripetutament mill-UE u l-komunità internazzjonali, iżda ġew imposti mill-maġġoranza fil-gvern;

E.  billi l-awtoritajiet tan-Nikaragwa f'dawn l-aħħar ġimgħat xoljew żewġ partiti politiċi mingħajr proċess ġust u bl-użu ta' metodi li jmorru kontra n-normi internazzjonali; billi x-xoljiment tal-partiti politiċi - il-Partido de Restauración Democrática u l-Partido Conservador - u l-bidu ta' investigazzjonijiet kriminali ffabbrikati politikament li jistgħu jwasslu għall-iskwalifika ta' kandidati tal-oppożizzjoni demokratika, mingħajr proċess ġust, mhux biss jimminaw id-dritt ta' kandidati aspiranti li joħorġu għall-elezzjoni, iżda wkoll id-dritt tal-votanti li jeleġġu l-kandidati tal-għażla tagħhom; billi dawn il-miżuri, flimkien mal-użu politiku tas-sistema ġudizzjarja, imorru kontra l-prinċipji demokratiċi bażiċi u jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-poplu tan-Nikaragwa skont il-Kostituzzjoni tan-Nikaragwa u d-dritt internazzjonali;

F.  billi sa mill-bidu ta' Ġunju 2021, mill-inqas 21 membru tal-oppożizzjoni demokratika, inklużi sitt kandidati prepresidenzjali u mexxejja politiċi u tal-għaqdiet tal-ħaddiema, ġew arrestati b'mod arbitrarju b'allegazzjonijiet kriminali ambigwi u ffabbrikati politikament mingħajr ebda evidenza fi proċess imtappan minn ksur serju tal-garanziji proċedurali, li juri n-nuqqas ta' indipendenza tal-ġudikatura; billi għexieren ta' avversarji prominenti jirrapportaw fastidju sistematiku u li qed jgħixu taħt intimidazzjoni kostanti, u l-pulizija jinsabu stazzjonati b'mod kważi permanenti quddiem djarhom jew isegwuhom fit-triq, u b'hekk iżommuhom milli jiċċaqilqu liberament;

G.  billi f'dawn l-aħħar ftit snin il-Gvern tan-Nikaragwa adotta liġijiet dejjem aktar restrittivi, bħal-Liġi għar-Regolamentazzjoni tal-Aġenti Barranin, il-Liġi Speċjali kontra ċ-Ċiberkriminalità, il-Liġi kontra r-Reati ta' Mibegħda, il-Liġi dwar id-Drittijiet tal-Persuni għall-Indipendenza, is-Sovranità u l-Awtodeterminazzjoni għall-Paċi, u l-Liġi li temenda l-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali, li żiedet il-perjodu ta' investigazzjoni għal 90 jum minflok it-terminu kostituzzjonali ta' 48 siegħa; billi dawn il-liġijiet jistituzzjonalizzaw ir-ripressjoni u jillegalizzaw l-atti li twettqu fil-pajjiż mill-adozzjoni tagħhom;

H.  billi l-fastidju u l-kriminalizzazzjoni kontinwi tal-media indipendenti jillimitaw d-dritt għal-libertà tal-espressjoni u jdgħajfu d-dritt tal-pubbliku li jkun verament infurmat; billi l-libertà tal-espressjoni, kemm online kif ukoll offline, hija kruċjali għal kwalunkwe demokrazija f'kull ħin, iżda hija ta' importanza kbira matul perjodu elettorali; billi d-dikjarazzjonijiet pubbliċi mill-awtoritajiet tal-gvern u mill-media favur il-gvern kellhom l-għan li jistigmatizzaw lil dawk meqjusa bħala dissidenti;

I.  billi dawn l-iżviluppi inkwetanti taħt is-superviżjoni tal-Gvern tan-Nikaragwa juru li r-reġim qed ixaqleb dejjem iktar lejn l-awtoritarjaniżmu billi qed jagħlaq l-ispazju għad-demokrazija, il-fehim nazzjonali u l-medjazzjoni internazzjonali lejn soluzzjoni paċifika għall-kunflitt, u jimpedixxi b'mod ċar li fis-7 ta' Novembru 2021 isiru elezzjonijiet ħielsa u ġusti; billi l-UE, l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u atturi internazzjonali oħra wissew li teżisti biża' fondata li dawn il-liġijiet jintużaw kontra l-persuni li jitkellmu kontra l-politiki ripressivi;

J.  billi l-Grupp Interdixxiplinari ta' Esperti Indipendenti tal-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem diġà indika li l-metodi użati biex jitrażżnu l-protesti fit-toroq jistgħu jitqiesu bħala delitti kontra l-umanità;

K.  billi kważi l-ebda rakkomandazzjoni li saret lin-Nikaragwa mill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem ma ġiet implimentata, u dan irriżulta f'impunità kontinwa u aktar ksur;

L.  billi r-riformi tal-Liġi tal-Konsumatur (Liġi 842) mill-Assemblea Nazzjonali tan-Nikaragwa jobbligaw lill-banek jiftħu kontijiet għall-qraba ta' persuni li ġew sanzjonati mill-Gvern tal-Istati Uniti u minn pajjiżi oħra akkużati b'korruzzjoni, ħasil tal-flus u ksur tad-drittijiet tal-bniedem; billi l-familja Ortega-Murillo hija akkużata li bniet imperu kummerċjali fit-telekomunikazzjonijiet, l-enerġija u setturi oħra;

M.  billi l-iżvilupp u l-konsolidament tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali huma parti integrali mill-politiki esterni tal-UE, inklużi fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Amerka Ċentrali tal-2012;

1.  Jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-popolazzjoni tan-Nikaragwa u jikkundanna bil-qawwa l-azzjonijiet ta' trażżin kollha min-naħa tal-awtoritajiet tan-Nikaragwa kontra l-partiti tal-oppożizzjoni demokratika u l-membri tagħhom, ġurnalisti u ħaddiema oħra tal-media, studenti, popli indiġeni, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u s-soċjetà ċivili, kif ukoll il-membri tal-familji tagħhom, u b'mod partikolari l-imwiet ikkawżati; jappella għall-waqfien immedjat tal-impożizzjoni ta' miżuri restrittivi, ir-repressjoni u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, u jappella sabiex tittieħed ir-responsabbiltà għall-ksur gravi mwettaq mill-Gvern tan-Nikaragwa sa mill-2018;

2.  Jitlob il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tal-priġunieri politiċi kollha detenuti b'mod arbitrarju, fosthom il-kandidati prepresidenzjali Cristiana Chamorro, Arturo Cruz, Félix Maradiaga, Juan Sebastián Chamorro, Miguel Mora u Medardo Mairena, il-mexxejja politiċi José Pallais, José Adán Aguerri, Dora María Téllez, Hugo Torres, Víctor Hugo Tinoco, Violeta Granera, Ana Margarita Vijil, Suyen Barahona u Pedro Joaquín Chamorro u attivisti oħrajn tal-oppożizzjoni, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u ġurnalisti; jitlob, barra minn hekk, li r-rispett tas-salvagwardji legali fundamentali, tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet ċivili u politiċi tagħhom jiġu żgurati; jitlob li l-gvern biex b'mod immedjat jipprovdi prova li dawk li jinsabu l-ħabs għadhom ħajjin u evidenza ta' fejn jinsabu; ifakkar li jridu jingħataw assigurazzjonijiet sħaħ lil dawk li jinsabu fl-eżilju biex ikunu jistgħu jirritornaw lejn pajjiżhom;

3.  Jitlob lill-Gvern tan-Nikaragwa jneħħi l-istat de facto ta' assedju, jirrispetta r-rwol tal-pulizija nazzjonali bħala forza mhux politika, mhux partiġġjana u mhux deliberattiva, jiddiżarma l-forzi paramilitari, jikkonforma mal-ftehimiet iffirmati mal-Alleanza Ċivika u jerġa' jagħti lura d-drittijiet liċ-ċittadini; itenni t-talba tiegħu lill-gvern biex jippermetti lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili joperaw f'ambjent sikur u abilitanti, mingħajr biża' ta' azzjonijiet bi tpattija;

4.  Itenni t-talba tiegħu għall-istabbiliment mill-ġdid tad-djalogu inklużiv u d-demokrazija bħala l-uniku mod ta' ħruġ paċifiku mill-kriżi politika, ekonomika u soċjali fin-Nikaragwa; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu adottati riformi b'mod inklużiv u trasparenti; jistieden lid-Delegazzjoni tal-UE għan-Nikaragwa biex tkompli u tintensifika l-impenn diplomatiku tagħha lejn il-proċess elettorali u tkompli tavviċina lill-awtoritajiet biex tinstab soluzzjoni politika għall-kriżi fin-Nikaragwa;

5.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tan-Nikaragwa jagħmlu bidliet immedjati fil-liġi elettorali bi qbil mal-parametri internazzjonali mitluba mill-OAS fir-riżoluzzjoni tagħha tal-21 ta' Ottubru 2020, biex jaħtru persuni imparzjali fl-istrutturi elettorali differenti, biex jerġgħu idaħħlu l-istatus legali tal-partiti li kien tneħħielhom, biex jirrispettaw id-dritt tal-poplu tan-Nikaragwa li jeleġġi u li jiġi elett, u biex jiggarantixxu l-preżenza bla restrizzjoni tal-korpi ta' osservazzjoni elettorali nazzjonali u internazzjonali filwaqt li jimpenjaw ruħhom għall-koeżistenza politika wara l-elezzjonijiet; jenfasizza li sabiex l-elezzjonijiet u l-gvern li jirriżulta jiġu rikonoxxuti mill-Parlament Ewropew, il-bidliet mitluba mill-OAS u l-organizzazzjonijiet internazzjonali jridu jiġu implimentati, b'mod partikolari l-istabbiliment mill-ġdid tad-drittijiet u l-libertajiet li jagħmlu possibbli proċess elettorali ħieles, kredibbli u ekwu;

6.  Jikkundanna l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-liġijiet restrittivi u punittivi u jitlob ir-revoka immedjata tagħhom; jenfasizza li dawn il-liġijiet imorru kontra d-drittijiet u l-libertajiet tal-poplu tan-Nikaragwa kif minquxa fil-Kostituzzjoni tar-Repubblika tan-Nikaragwa, il-Karta Demokratika Inter-Amerikana u trattati internazzjonali oħra li n-Nikaragwa hija firmatarja tagħhom; jirrifjuta l-użu mhux korrett tal-istituzzjonijiet u l-liġijiet mill-gvern awtoritarju tan-Nikaragwa bl-intenzjoni li jikkriminalizza l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-avversarji politiċi;

7.  Itenni t-talba tiegħu lill-awtoritajiet tan-Nikaragwa biex jippermettu aċċess mingħajr impedimenti lill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU (OHCHR), lill-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (IACHR) u lill-Grupp Interdixxiplinarju ta' Esperti Indipendenti (GIEI) tagħha, lill-Mekkaniżmu Speċjali ta' Monitoraġġ għan-Nikaragwa (MESENI), lill-organizzazzjonijiet internazzjonali tas-soċjetà ċivili u lill-istituzzjonijiet Ewropej sabiex jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fin-Nikaragwa; itenni l-appell tiegħu biex immedjatament terġa' tiġi stabbilita l-personalità ġuridika tal-organizzazzjonijiet tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, bħas-Centro Nicaragüense de Derechos Humanos (CENIDH);

8.  Jistieden lill-Gvern tan-Nikaragwa joħloq unità investigattiva indipendenti li tinvolvi esperti internazzjonali biex tissorvelja investigazzjonijiet kredibbli, imparzjali u eżawrjenti min-naħa tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali dwar l-allegata responsabblità ta' uffiċjali għolja tal-pulizija fir-rigward tal-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq fil-kuntest tar-repressjoni tal-2018 u sussegwentement;

9.  Jistieden lis-Sistema ta' Integrazzjoni tal-Amerka Ċentrali (SICA) u lill-Istati Membri tagħha jiżvolġu rwol attiv fid-difiża, il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-demokrazija, u fid-difiża tad-drittijiet tal-bniedem fin-Nikaragwa kif stabbilit fil-Protokoll ta' Tegucigalpa tal-1991 u fit-Trattat Qafas dwar is-Sigurtà Demokratika fl-Amerika Ċentrali tal-1995, li fl-Artikolu 1 jiddikjara li d-demokrazija hija bbażata fuq l-eżistenza ta' gvernijiet eletti b'suffraġju universali, liberu u sigriet, u fuq ir-rispett inkondizzjonat tad-drittijiet tal-bniedem kollha fl-istati li jiffurmaw ir-Reġjun tal-Amerka Ċentrali;

10.  Jistieden lit-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF) tistabbilixxi l-koordinazzjoni meħtieġa mal-Uffiċċju ta' Kontroll ta' Assi Barranin tal-Istati Uniti biex tiżgura s-sigurtà finanzjarja internazzjonali fil-konfront tal-operazzjonijiet illeċiti li joriġinaw mir-reġim Ortega-Murillo u l-kollaboraturi tiegħu u r-relazzjonijiet kummerċjali u l-assi tagħhom fil-pajjiżi Ewropej; jissottolinja l-fatt li n-Nikaragwa ilha mniżżla fil-lista s-sewda mill-FATF minn Ottubru 2020;

11.  Jitlob lill-Kunsill u lill-Istati Membri jespandu malajr il-lista ta' individwi u entitajiet li għandhom jiġu sanzjonati, inklużi l-President u l-Viċi President tan-Nikaragwa u ċ-ċirku intern tagħhom, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari biex ma ssir l-ebda ħsara lill-poplu tan-Nikaragwa; jenfasizza l-ħtieġa li tinżamm l-assistenza tal-UE għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-poplu tan-Nikaragwa permezz tal-programmi ta' żvilupp u umanitarji tal-UE, fost l-oħrajn, u li jiġi żgurat li tilħaq lill-benefiċjarji veri tagħha u mhux lill-gvern u lill-awtoritajiet, sabiex ittaffi l-impatt tal-COVID-19 u r-ripressjoni governattiva attwali u tipprevjeni li din il-kriżi tinbidel fi kriżi umanitarja; ifakkar li, fid-dawl tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Amerka Ċentrali, in-Nikaragwa jeħtiġilha tirrispetta u tikkonsolida l-prinċipji tal-istat tad-dritt, tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem, u jtenni t-talba tiegħu li, fid-dawl taċ-ċirkostanzi attwali, tiskatta l-klawżola demokratika tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni;

12.  Ifaħħar u jappoġġja l-isforzi u l-ħidma pożittiva mwettqa f'ambjent ikkumplikat ħafna mid-Delegazzjoni tal-UE għan-Nikaragwa; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jimmonitorjaw mill-qrib is-sitwazzjoni fil-post permezz tar-rappreżentanti u l-ambaxxati tagħhom fin-Nikaragwa, inkluż permezz ta' monitoraġġ tal-proċessi u billi jżuru l-kritiċi u l-mexxejja tal-oppożizzjoni fil-ħabs jew li jinsabu taħt arrest domiċiljari;

13.  Jistieden lid-Delegazzjoni tal-UE għan-Nikaragwa u lill-Istati Membri, fejn xieraq, biex jiffaċilitaw il-ħruġ ta' viżi ta' emerġenza u jipprovdu rifuġju temporanju għal raġunijiet politiċi fl-Istati Membri;

14.  Jitlob li l-Konferenza tal-Presidenti tiegħu tibgħat missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni fin-Nikaragwa li tinvolvi d-Delegazzjoni tagħha għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali sabiex tivvaluta d-drittijiet tal-bniedem u s-sitwazzjoni politika;

15.  Itenni t-talba tiegħu, mir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2019, għall-estradizzjoni immedjata ta' Alessio Casimirri, li għadu jgħix f'Managua taħt il-protezzjoni tal-Gvern tan-Nikaragwa, lejn l-Italja, fejn irid jiskonta sitt sentenzi definittivi ta' għomor il-ħabs għall-involviment ippruvat tiegħu fil-ħtif u l-qtil tal-ex prim ministru u mexxej tal-partit Demokristjan Aldo Moro u l-qtil tal-gwardji tiegħu f'Ruma fis-16 ta' Marzu 1978;

16.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana, lill-Parlament tal-Amerka Ċentrali, lill-Grupp ta' Lima, u lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tan-Nikaragwa.

(1) ĠU C 255, 29.6.2021, p. 65.
(2) Testi addodati, P9_TA(2020)0259.
(3) ĠU L 346, 15.12.2012, p. 3.
(4) ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 1.
(5) ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 13.
(6) ĠU L 139 I, 4.5.2020, p. 4.
(7) ĠU L 139 I, 4.5.2020, p. 1.


Ir-repressjoni tal-oppożizzjoni fit-Turkija, b'mod speċifiku tal-HDP
PDF 143kWORD 51k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2021 dwar ir-repressjoni tal-oppożizzjoni fit-Turkija, b'mod speċifiku tal-Partit Demokratiku tal-Popli (HDP) (2021/2788(RSP))
P9_TA(2021)0360RC-B9-0406/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar it-Turkija, b'mod partikolari dawk tad-19 ta' Mejju 2021 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni 2019-2020 dwar it-Turkija(1), tal-20 ta' Jannar 2021 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-Turkija, b'mod partikolari l-każ ta' Selahattin Demirtaş u ta' priġunieri oħra minħabba twemmin(2) u tad-19 ta' Settembru 2019 dwar is-sitwazzjoni fit-Turkija, b'mod partikolari t-tneħħija ta' sindki eletti(3),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ottubru 2020 dwar il-Politika tat-Tkabbir tal-UE (COM(2020)0660) u r-Rapport tal-2020 dwar it-Turkija li jakkumpanjaha (SWD(2020)0355),

–  wara li kkunsidra l-qafas ta' negozjar għat-Turkija tat-3 ta' Ottubru 2005, u l-fatt li, kif inhu l-każ għall-pajjiżi kollha kandidati, l-adeżjoni tat-Turkija mal-UE tiddependi fuq konformità sħiħa mal-kriterji ta' Copenhagen,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 ta' Ġunju 2021 dwar relazzjonijiet esterni, u konklużjonijiet rilevanti oħra tal-Kunsill u tal-Kunsill Ewropew dwar it-Turkija,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tat-22 ta' Marzu 2021 dwar is-sitwazzjoni attwali rigward ir-relazzjonijiet politiċi, ekonomiċi u kummerċjali bejn l-UE u t-Turkija (JOIN(2021)0008),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni li saret mill-Kelliem tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà fid-19 ta' Awwissu 2019 dwar is-sospensjonijiet tas-sindki eletti u d-detenzjoni ta' mijiet ta' persuni fix-Xlokk tat-Turkija, u ta' dawk bejn il-21 u l-25 ta' Diċembru 2020,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tat-18 ta' Marzu 2021 tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà Josep Borrell u tal-Kummissarju Ewropew għall-Viċinat u t-Tkabbir Olivér Várhelyi dwar l-aħħar azzjonijiet rigward il-Partit Demokratiku tal-Popli,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 46 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, li jistabbilixxi li l-Partijiet Kontraenti Għolja jimpenjaw ruħhom li jirrispettaw is-sentenzi finali tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB) fi kwalunkwe każ li jkunu parti minnu,

–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-Awla Manja tal-QEDB tat-22 ta' Diċembru 2020 fil-kawża Demirtaş vs it-Turkija (14305/17),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 2347 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (PACE) tat-23 ta' Ottubru 2020 intitolata "New crackdown on political opposition and civil dissent in Turkey: urgent need to safeguard Council of Europe standards" (Repressjoni ġdida tal-oppożizzjoni politika u d-dissens ċivili fit-Turkija: ħtieġa urġenti li jiġu ssalvagwardati l-istandards tal-Kunsill tal-Ewropa), u r-riżoluzzjoni 2260 ta' PACE tal-24 ta' Jannar 2019 intitolata "The worsening situation of opposition politicians in Turkey: what can be done to protect their fundamental rights in a Council of Europe member State?" (Id-deterjorament tas-sitwazzjoni tal-politiċi tal-oppożizzjoni fit-Turkija: x'jista' jsir biex jiġu protetti d-drittijiet fundamentali tagħhom fi Stat membru tal-Kunsill tal-Ewropa?),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fl-isfond ta' rigress ġenerali li qed jaffettwa l-libertajiet fundamentali u l-istat tad-dritt, il-partiti tal-oppożizzjoni fit-Turkija – u b'mod partikolari l-Partit Demokratiku tal-Popli (HDP) – kienu kontinwament u dejjem aktar fil-mira tal-awtoritajiet Torok;

B.  billi fis-17 ta' Marzu 2021, il-Kap Prosekutur Pubbliku tal-Qorti tal-Kassazzjoni tat-Turkija rrikorra għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Kostituzzjonali biex jitlob l-għeluq tal-HDP, it-tielet l-akbar partit politiku fil-Parlament Tork; billi fit-31 ta' Marzu 2021, l-Assemblea Ġenerali tal-Qorti Kostituzzjonali sabet nuqqasijiet proċedurali f'dan l-att ta' akkuża u ddeċidiet li tirritornaha lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewlieni; billi fis-7 ta' Ġunju 2021 ġie ppreżentat att tal-akkuża rivedut li, minbarra l-għeluq tal-partit, talab projbizzjoni fuq it-twettiq ta' attivitajiet politiċi għal kważi 500 politiku tal-HDP u l-iffriżar tal-kontijiet bankarji tal-partit; billi fil-21 ta' Ġunju 2021 l-Assemblea Ġenerali tal-Qorti Kostituzzjonali aċċettat b'mod unanimu l-att ta' akkuża rivedut;

C.  billi l-Kap Prosekutur Pubbliku bbaża l-biċċa l-kbira tal-akkużi tiegħu kontra l-HDP fuq il-protesti ta' Kobanî, li fir-rigward għaddejja kawża legali kontra 108 politiku tal-HDP, inklużi l-eks kopresidenti Selahattin Demirtaş u Figen Yüksekdağ; billi dawn l-akkużi kienu prinċipalment ibbażati fuq tweet imtella' mill-Bord Eżekuttiv Ċentrali tal-HDP (bid-data tas-6 ta' Ottubru 2014), li fiha stieden lin-nies jipprotestaw b'solidarjetà mal-poplu ta' Kobanî kontra l-ISIS u kontra l-embargo tat-Turkija fuq Kobanî; billi matul il-protesti, aktar minn ħamsin persuna, il-maġġoranza assoluta tagħhom kienu membri jew simpatizzanti tal-HDP, sfaw maqtula f'konflitti mal-pulizija Torka;

D.  billi hemm 108 konvenut mill-HDP fil-"proċess ta' Kobanî"; billi 28 minnhom ġew arrestati fl-istennija tal-proċess; billi hemm restrizzjonijiet ġudizzjarji fuq sitt persuni u mandati ta' arrest kontra 75 persuna; billi l-Parlament se jkompli jsegwi mill-qrib il-proċess ta' Kobanî u każijiet rilevanti oħra;

E.  billi fil-passat, il-Qorti Kostituzzjonali pprojbixxiet sitt partiti politiċi favur il-Kurdi;

F.  billi l-QEDB ripetutament sabet li x-xoljiment tal-partiti politiċi jikser id-dritt ta' assoċjazzjoni skont l-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; billi fil-konklużjonijiet tiegħu tal-24 ta' Ġunju 2021 il-Kunsill Ewropew jiddikjara li t-tqegħid ta' partiti politiċi fil-mira jirrappreżenta daqqa ta' ħarta kbira għad-drittijiet tal-bniedem u jmur kontra l-obbligi tat-Turkija li tirrispetta d-demokrazija u l-istat tad-dritt u li d-djalogu dwar din il-kwistjoni jibqa' parti integrali mir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija;

G.  billi fis-17 ta' Ġunju 2021, Deniz Poyraz, impjegata u membru tal-HDP, inqatlet fl-uffiċċji tal-partit f'İzmir; billi ġiet allegatament mutilata wara mewtha; billi fl-2015 u l-2016, mijiet ta' uffiċċji tal-partit tal-HDP, inklużi l-kwartieri ġenerali f'Ankara, ġew attakkati u ħafna minnhom inħarqu;

H.  billi madwar 4 000 membru u funzjonarju tal-HDP għadhom il-ħabs, inkluż għadd ta' membri parlamentari;

I.  billi tliet membri parlamentari tal-HDP tneħħewlhom is-siġġijiet parlamentari u l-immunità parlamentari tagħhom u sussegwentement ġew arrestati;

J.  billi fit-30 ta' Ġunju 2021, il-prosekuturi tal-Ministeru tal-Ġustizzja ppreżentaw lill-Kumitat Parlamentari Konġunt dwar Kwistjonijiet Kostituzzjonali u tal-Ġustizzja tal-Gran Assemblea Nazzjonali Torka sommarji tal-proċedimenti li jitolbu t-tneħħija tal-immunità leġiżlattiva ta' 20 leġiżlatur tal-oppożizzjoni minn sitt partiti differenti tal-oppożizzjoni; billi dawn il-proċedimenti huma mmirati lejn 15-il Membru Parlamentari mill-HDP, il-mexxej tal-Partit Repubblikan tal-Poplu (CHP) Kemal Kılıçdaroğlu u leġiżlatur wieħed minn kull partit ieħor tal-oppożizzjoni, jiġifieri l-Partit tar-Reġjuni Demokratiċi (DBP), il-Partit İYİ (Tajjeb), il-Partit tal-Ħaddiema tat-Turkija (TİP), u l-Partit Demokratiku (DP);

K.  billi s-Sur Kılıçdaroğlu, bħala l-mexxej tal-partit ewlieni tal-oppożizzjoni, huwa s-suġġett ta' proċedura kriminali talli allegatament insulta lill-President tat-Turkija, u għal dan qed jiffaċċja sentenza ta' massimu ta' erba' snin; billi qed jiffaċċja wkoll kawża mressqa mill-President Recep Tayyip Erdoğan fil-11 ta' Jannar 2021 biex iħallas TRY 1 miljun f'danni;

L.  billi s-Sur Demirtaș, eks kopresident tal-HDP u kandidat presidenzjali matul l-elezzjonijiet tal-2014 u l-2018, ilu detenut aktar minn erba' snin fuq akkużi mhux sostanzjati u minkejja żewġ sentenzi tal-QEDB favur il-ħelsien tiegħu;

M.  billi, fl-istess sentenza, il-QEDB iddikjarat li l-appell tal-kwartieri ġenerali tal-HDP għas-solidarjetà mal-poplu ta' Kobanî baqa' fil-limiti tad-diskors politiku, peress li ma setax jiġi interpretat bħala appell għall-vjolenza; billi l-qorti ddikjarat li l-atti ta' vjolenza li seħħew bejn is-6 u t-8 ta' Ottubru 2014, għalkemm kienu deplorevoli, ma jistgħux jitqiesu bħala konsegwenza diretta tat-tweets imtellgħin mill-kwartieri ġenerali tal-HDP;

N.  billi mill-elezzjonijiet lokali li saru fil-31 ta' Marzu 2019 'l hawn, 59 mill-65 sindku tal-HDP eletti demokratikament fix-Xlokk tat-Turkija ġew sostitwiti minn gvernaturi provinċjali jew fiduċjarji maħtura mill-gvern minħabba l-fatt li kienu taħt investigazzjoni kriminali għal allegati rabtiet mat-terroriżmu; billi mis-36 arrestati, 32 inħelsu matul il-proċess ġudizzjarju, iżda billi 6 kosindki eletti għadhom il-ħabs;

O.  billi l-problemi strutturali li qed jiddeterjoraw li jwasslu għal nuqqas ta' indipendenza istituzzjonali fil-ġudikatura għad għandhom impatt fuq id-drittijiet tal-partiti tal-oppożizzjoni;

1.  Għadu mħasseb ħafna dwar l-attakki u l-pressjoni kostanti fuq il-partiti tal-oppożizzjoni fit-Turkija, u b'mod partikolari dwar il-mod li bih l-HDP, inkluża l-organizzazzjoni taż-żgħażagħ tiegħu, kien speċifikament u dejjem aktar fil-mira tal-awtoritajiet Torok; jikkundanna din ir-repressjoni kontra l-HDP u kontra kwalunkwe partit ieħor tal-oppożizzjoni Tork, li tfixkel il-funzjonament xieraq tas-sistema demokratika; iħeġġeġ lill-Gvern Tork itemm din is-sitwazzjoni u jiżgura li l-partiti politiċi kollha fil-pajjiż ikunu jistgħu jeżerċitaw l-attivitajiet leġittimi tagħhom b'mod liberu u sħiħ skont il-prinċipji bażiċi ta' sistema pluralista u demokratika;

2.  Jikkundanna bil-qawwa l-akkuża mressqa mill-ġdid mill-Kap Prosekutur Pubbliku tat-Turkija quddiem il-Qorti Kostituzzjonali li titlob ix-xoljiment tal-HDP u projbizzjoni politika ta' kważi 500 membru tal-HDP, inkluża l-parti l-kbira tat-tmexxija attwali tiegħu, li twaqqafhom milli jwettqu kwalunkwe tip ta' attività politika fil-ħames snin li ġejjin; huwa inkwetat ħafna dwar id-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali li taċċetta dan il-każ, deċiżjoni li kienet unanima; jinnota bi tħassib serju li l-kawża dwar ix-xoljiment tal-HDP hija l-ogħla livell ta' repressjoni fuq il-partit li ilha għaddejja għal bosta snin, u li wasslet biex eluf ta' membri tal-partit, eżekuttivi, membri parlamentari, kunsilliera lokali u kosindki ttellgħu l-qorti, prinċipalment fuq akkużi relatati mat-terroriżmu;

3.  Jemmen bis-sħiħ li l-fatt li ma tiġix imxekkla l-parteċipazzjoni tal-HDP fl-istituzzjonijiet demokratiċi tat-Turkija huwa mod bażiku li bih is-soċjetà Torka ssir aktar inklużiva u tinħoloq perspettiva pożittiva li twassal għal soluzzjoni paċifika tal-kwistjoni Kurda; itenni, f'dan ir-rigward, li meta jitqies l-impenn sod tal-HDP li jaħdem permezz ta' istituzzjonijiet demokratiċi, il-projbizzjoni tal-partit tkun żball politiku serju fuq terminu medju u tirrappreżenta daqqa ta' ħarta irriversibbli għall-pluraliżmu u l-prinċipji demokratiċi, u miljuni ta' votanti fit-Turkija jispiċċaw mingħajr rappreżentanza;

4.  Jikkundanna bil-qawwa l-qtil terribbli tal-membru u l-ħaddiem tal-HDP Deniz Poyraz u l-attakk fuq l-uffiċċji tal-partit f'İzmir; jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lill-qraba u l-ħbieb tagħha; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jinvestigaw dan il-każ bir-reqqa u jressqu lil dawk responsabbli quddiem il-ġustizzja;

5.  Jistieden lill-awtoritajiet Torok jibqgħu lura milli jkebbsu l-inċitament kontra l-HDP u jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipproteġu l-uffiċċji u l-uffiċjali tal-partit, inklużi l-Membri Parlamentari u l-kosindki u l-kunsilliera lokali eletti;

6.  Jikkundanna l-applikazzjoni arbitrarja tal-istat tad-dritt matul il-proċess li għaddej ta' Kobanî li wassal għall-ftuħ mill-ġdid tal-każ, u matul il-proċedimenti tiegħu, b'mod partikolari n-nuqqas ta' indipendenza ġudizzjarja, imparzjalità, ġustizzja totali u salvagwardji proċedurali; jinsab imħasseb ħafna dwar l-użu ħażin tal-leġiżlazzjoni wiesgħa kontra t-terroriżmu; itenni l-appell tiegħu lill-awtoritajiet Torok biex jallinjaw il-leġiżlazzjoni tagħhom kontra t-terroriżmu mal-istandards internazzjonali sabiex jiżguraw il-protezzjoni effettiva tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u l-proporzjonalità u l-ugwaljanza f'għajnejn il-liġi;

7.  Jikkundanna d-deċiżjoni li jitneħħew is-siġġijiet u l-immunità parlamentari tal-Membri Parlamentari tal-HDP Leyla Güven, Ömer Faruk Gergerlioğlu u Musa Farisoğulları, u jikkundanna l-arresti sussegwenti tagħhom; jilqa' s-sentenza reċenti tal-Qorti Kostituzzjonali tal-1 ta' Lulju 2021 li fiha ddeċidiet unanimament li d-drittijiet tal-Membru Parlamentari Gergerlioğlu li jiġi elett u jinvolvi ruħu f'attività politika, kif ukoll id-dritt tiegħu għal-libertà u s-sigurtà personali, kienu nkisru; jilqa' r-rilaxx tiegħu u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Torok u lill-qrati inferjuri jimplimentaw id-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali u jerġgħu jagħtu b'mod urġenti l-istatus parlamentari tiegħu; jitlob li jinħelsu minnufih iż-żewġ Membri Parlamentari l-oħra tal-HDP u li jitwaqqgħu l-akkużi kollha kontrihom; jiddenunzja l-użu rikorrenti tar-revoka tal-istatus parlamentari ta' Membri Parlamentari tal-oppożizzjoni, li jagħmel ħsara serja lill-immaġni tal-Parlament Tork bħala istituzzjoni demokratika;

8.  Jikkundanna bil-qawwa d-detenzjoni kontinwa minn Novembru 2016 tal-eks kopresidenti tal-HDP Figen Yüksekdağ u Selahattin Demirtaș, il-mexxej tal-oppożizzjoni u l-eks kandidat presidenzjali; ifakkar fid-deċiżjoni tal-QEDB tal-20 ta' Novembru 2018 fil-kawża Selahattin Demirtaş vs it-Turkija, ikkonfermata mid-deċiżjoni tal-Awla Manja tagħha fit-22 ta' Diċembru 2020, li tistieden lill-awtoritajiet Torok jeħilsu minnufih lis-Sur Demirtaş; huwa xxukkjat bil-fatt li l-awtoritajiet Torok kontinwament ma josservawx u ma japplikawx id-deċiżjoni tal-QEDB, inkluż f'każijiet oħra bħal dak ta' Osman Kavala, li għalih il-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa jista' jagħti bidu għal proċedimenti ta' ksur kontra t-Turkija; iħeġġeġ kooperazzjoni sħiħa mal-Kunsill tal-Ewropa fit-tisħiħ tal-istat tad-dritt, tad-drittijiet tal-minoranzi, tad-demokrazija u tad-drittijiet fundamentali;

9.  Huwa mħasseb ħafna dwar il-pressjoni li qed tiżdied gradwalment fuq il-partit ewlieni tal-oppożizzjoni (is-CHP) u l-mexxej tiegħu, Kemal Kılıçdaroğlu, inklużi l-konfiska ta' fuljetti tal-partit b'ordni tal-qorti, it-theddid pubbliku kontrih u l-attakki fiżiċi fuqu; jikkundanna t-talba għat-tneħħija tal-immunità tas-Sur Kılıçdaroğlu, abbażi tad-dikjarazzjonijiet politiċi tiegħu, inkluż il-fatt li huwa s-suġġett ta' proċedura kriminali talli allegatament insulta lill-President tat-Turkija, u għal dan qed jiffaċċja sentenza ta' massimu ta' erba' snin; itenni t-tħassib serju tiegħu dwar il-fastidju politiku u ġudizzjarju kontinwu ta' Canan Kaftancıoğlu, il-president provinċjali tas-CHP f'Istanbul;

10.  Jinsab imħasseb ħafna dwar il-pressjoni li qed tiżdied fuq il-partiti kollha tal-oppożizzjoni u dwar l-aħħar deċiżjoni tal-prosekuturi tal-Ministeru għall-Ġustizzja li ressqu, quddiem il-Kumitat Parlamentari Konġunt dwar Kwistjonijiet Kostituzzjonali u tal-Ġustizzja tal-Gran Assemblea Nazzjonali Torka, sommarji tal-proċedimenti li jitolbu t-tneħħija tal-immunità leġiżlattiva ta' 20 leġiżlatur tal-oppożizzjoni minn sitt partiti differenti tal-oppożizzjoni; jenfasizza li l-ambjent ġeneralment ostili qed jaffettwa mexxejja oħra tal-oppożizzjoni bħall-President tal-Partit İYİ, Meral Akşener, li reċentement ġie attakkat verbalment minn sostenituri tal-partit fil-gvern waqt li kien fuq żjara f'Rize;

11.  Jikkundanna d-deċiżjoni meħuda mill-awtoritajiet Torok li jneħħu mill-kariga lis-sindki eletti demokratikament abbażi ta' evidenza dubjuża u li jissostitwixxuhom b'fiduċjarji mhux eletti, li tostakola d-demokrazija lokali; jinnota l-miżuri politiċi, leġiżlattivi u amministrattivi meħuda mill-Gvern Tork biex jipparalizza l-muniċipalitajiet immexxija minn sindki ta' partiti tal-oppożizzjoni f'Istanbul, f'Ankara u f'Izmir; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-gvern preżenti qed jabbuża mir-riżorsi finanzjarji u mill-awtorità amministrattiva tal-Istat biex idgħajjef jew isikket lill-oppożizzjoni;

12.  Jisħaq li dawn l-azzjonijiet ikomplu jdgħajfu l-kapaċità tal-oppożizzjoni politika li teżerċita d-drittijiet tagħha u twettaq ir-rwol demokratiku tagħha; huwa mħasseb ħafna dwar dan ir-rigress serju fil-libertà tal-partiti tal-oppożizzjoni biex jiffunzjonaw, li jiżvela s-sitwazzjoni ħażina tad-drittijiet tal-bniedem fit-Turkija u d-deterjorament kontinwu tad-demokrazija u l-istat tad-dritt, bi ksur tal-kriterji ta' Copenhagen;

13.  Iqis li d-deterjorament tal-istat tad-dritt u n-nuqqas sistemiku ta' indipendenza tal-ġudikatura jibqgħu jkunu marbuta ma' deċiżjonijiet tal-qrati li jikkonċernaw il-libertà tal-partiti tal-oppożizzjoni biex jiffunzjonaw; jistieden lit-Turkija tiżgura l-pluraliżmu u tirrispetta l-libertà ta' assoċjazzjoni u ta' espressjoni f'konformità mal-protezzjonijiet stabbiliti fil-Kostituzzjoni Torka u mal-obbligi internazzjonali tat-Turkija;

14.  Jistieden lid-Delegazzjoni tal-UE għat-Turkija tkompli tissorvelja s-sitwazzjoni tal-oppożizzjoni politika, inter alia billi tosserva l-proċessi ġudizzjarji, inkluż il-"proċess ta' Kobanî", tagħmel dikjarazzjonijiet pubbliċi u titlob permess għal żjarat fil-ħabsijiet;

15.  Jemmen li, minbarra t-titjib fi kwistjonijiet ta' politika barranija, il-progress fi kwalunkwe aġenda pożittiva li tista' tiġi offruta lit-Turkija għandu jkun dipendenti wkoll fuq titjib fis-sitwazzjoni tad-drittijiet ċivili u tal-bniedem u tal-istat tad-dritt fil-pajjiż, inklużi d-drittijiet tan-nisa, bħal dawk iggarantiti mill-Konvenzjoni ta' Istanbul, il-libertà reliġjuża, u d-drittijiet tal-minoranzi etniċi u tal-komunità LGBTI;

16.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi-President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tat-Turkija.

(1) Testi adottati, P9_TA(2021)0234.
(2) Testi adottati, P9_TA(2021)0028.
(3) Testi adottati, P9_TA(2019)0017.


L-istabbiliment ta' Żoni Marini Protetti (MPAs) fl-Antartiku u l-konservazzjoni tal-bijodiversità tal-Oċean tan-Nofsinhar
PDF 154kWORD 51k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2021 dwar l-istabbiliment ta' Żoni Marini Protetti (MPAs) fil-Baħar Antartiku u l-konservazzjoni tal-bijodiversità tal-Oċean tan-Nofsinhar (2021/2757(RSP))
P9_TA(2021)0361B9-0369/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tagħha, speċjalment l-SDGs 13 u 14,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diversità Bijoloġika (KDB),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS), b'mod partikolari l-Parti XII,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni tar-Riżorsi Ħajjin tal-Baħar Antartiku (il-Konvenzjoni CAMLR),

–  wara li kkunsidra r-Rapport ta' Valutazzjoni Globali dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi tal-Ekosistema tal-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi (IPBES) tal-31 ta' Mejju 2019,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) dwar l-Oċean u l-Krijosfera fi Klima li qed Tinbidel tal-24 ta' Settembru 2019 u r-Rapport Speċjali tal-IPCC dwar it-Tisħin Globali ta' 1.5 °C tat-8 ta' Ottubru 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport bit-titolu "Missjoni Stilla tal-Baħar 2030: Nirristawraw l-ibħra u l-ilmijiet tagħna" tal-Bord tal-Missjoni tal-Kummissjoni għal Oċeani, Ibħra u Ilmijiet Interni u Kostali f'Saħħithom, ippubblikat fit-22 ta' Settembru 2020,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 bit-titolu "Il-Patt Ekoloġiku Ewropew" (COM(2019)0640),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Mejju 2020 bit-titolu "Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030: Inreġġgħu n-natura lura f'ħajjitna" (COM(2020)0380),

–  wara li kkunsidra d-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni mill-President von der Leyen fis-seduta plenarja tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Settembru 2020,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-21 dikjarazzjoni konġunta UE-Ċina tad-9 ta' April 2019,

–  wara li kkunsidra l-komunikat tal-Mexxejja tal-G7 "Our Shared Agenda for Global Action to Build Back Better" (L-Aġenda Komuni Tagħha biex tittieħed Azzjoni Globali għal Bini Ġdid Aħjar) tat-13 ta' Ġunju 2021,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-summit UE-Stati Uniti tal-15 ta' Ġunju 2021 "Towards a renewed Transatlantic partnership" (Lejn sħubija Transatlantika mġedda),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Novembru 2019 dwar l-emerġenza klimatika u ambjentali(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2021 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030: Inreġġgħu n-natura lura f'ħajjitna(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2020 dwar il-15-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet (COP15) għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2021 dwar l-impatt tal-iskart fil-baħar fuq is-sajd(5),

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Antartiku ffirmat fl-1 ta' Diċembru 1959,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll ta' Madrid dwar il-Ħarsien tal-Ambjent għat-Trattat dwar l-Antartiku ffirmat fl-4 ta' Ottubru 1991 (il-Protokoll ta' Madrid),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-istatus ekoloġiku tajjeb tal-Oċean huwa kritiku biex tiġi ssalvagwardjata l-bijodiversità u biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizzi tal-ekosistema tiegħu bħall-assorbiment tas-CO2 u l-produzzjoni tal-ossiġenu;

B.  billi l-Antartika u l-Oċean tan-Nofsinhar jospitaw ekosistema estremament rikka ta' flora u fawna selvaġġa, filwaqt li ċerti speċijiet jinsabu fil-lista ħamra tal-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura bi status ta' mhedda jew vulnerabbli;

C.  billi l-oċean huwa essenzjali biex jiġi mmitigat it-tibdil fil-klima, u assorba aktar minn 90 % tas-sħana maqbuda mill-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju tagħna; billi huwa l-akbar bir ta' karbonju attiv fid-dinja, wara li ssekwestra 'l fuq minn 30 % tal-karbonju minn dawk l-emissjonijiet(6);

D.  billi mill-1989 sal-2018 l-Antartika saħnet b'1.8 °C, li huwa tliet darbiet aktar mill-medja globali(7); billi s-Saffi tas-Silġ ta' Greenland u tal-Antartiku huma proġettati li jitilfu l-massa b'rata dejjem akbar matul is-seklu 21 u wara dan;

E.  billi l-krill tal-Antartiku huwa parti essenzjali mill-katina alimentari għal ħafna predaturi marini (il-pingwini, il-balieni, il-foki, il-ħut) fl-Oċean tan-Nofsinhar;

F.  billi r-Rapport Speċjali tal-IPCC dwar l-Oċean u l-Krijosfera fi Klima li qed Tinbidel(8), issottolinja kif il-mekkaniżmi klimatiċi jiddependu mis-saħħa tal-oċean u l-ekosistemi marini, li attwalment qed jiġu affettwati mit-tisħin globali, it-tniġġis, l-isfruttament eċċessiv tal-bijodiversità marina, l-aċidifikazzjoni, id-deossiġenazzjoni u l-erożjoni tal-kosta;

G.  billi n-Nazzjonijiet Uniti pproklamaw id-Deċennju tax-Xjenza dwar l-Oċeani għall-Iżvilupp Sostenibbli (2021-2030) biex tiżdied ix-xjenza dwar l-oċeani u jinbena l-għarfien kollettiv;

H.  billi t-Trattat dwar l-Antartiku, li daħal fis-seħħ 60 sena ilu fit-23 ta' Ġunju 1961, fl-Artikolu IX jitlob il-preservazzjoni u l-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin fl-Antartika; billi dawn l-isforzi huma ddefiniti mill-Protokoll ta' Madrid; billi dan il-Protokoll jistabbilixxi l-Antartika bħala "riżerva naturali ddedikata għall-paċi u għax-xjenza", u jistabbilixxi l-prinċipji bażiċi applikabbli għall-attivitajiet fl-Antartika;

I.  billi fit-28 ta' April 2021 l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, l-Awstralja, in-Norveġja, ir-Renju Unit u l-Urugwaj ingħaqdu mill-Istati Uniti u New Zealand bħala sponsors għall-proposta biex jiġu stabbiliti żewġ MPAs fl-Oċean (Antartiku) tan-Nofsinhar, fl-Antartika tal-Lvant u fil-Baħar Weddell;

J.  billi għaddejjin negozjati fil-Kummissjoni għall-Konservazzjoni tar-Riżorsi Ħajjin tal-Baħar Antartiku (CCAMLR) biex jiġu stabbiliti dawn iż-żewġ MPAs ġodda, li jkollhom daqs ikkombinat ta' madwar 3 miljun km2; billi l-approvazzjoni ta' dawn l-MPAs tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-impenji tal-UE u dawk globali dwar il-protezzjoni tal-bijodiversità marina;

K.  billi l-MPAs huma għodda importanti għall-protezzjoni tal-ekosistemi tal-oċean peress li jistgħu jżidu d-diversità u l-abbundanza tal-ispeċijiet filwaqt li jtejbu r-reżiljenza tal-oċean għall-impatti ambjentali, inkluż it-tibdil fil-klima;

L.  billi l-mexxejja tal-G7 iddikjaraw li huma jappoġġjaw b'mod sħiħ l-impenn tas-CCAMLR li tiżviluppa sistema rappreżentattiva ta' MPAs fiż-Żona tal-Konvenzjoni CAMLR fl-Oċean tan-Nofsinhar abbażi tal-aqwa xjenza disponibbli;

M.  billi l-UE u l-Istati Uniti esprimew impenn sħiħ biex jippromwovu qafas globali ta' suċċess u ambizzjuż għall-bijodiversità għal wara l-2020 fil-qafas tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika u l-appoġġ sħiħ tagħhom għad-deżinjazzjoni ta' MPAs ġodda fl-Oċean tan-Nofsinhar, u li jkomplu jikkooperaw biex jippromwovu l-ekonomija blu sostenibbli, is-sajd sostenibbli u l-prevenzjoni tas-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU);

N.  billi l-Parlament esprima l-appoġġ qawwi tiegħu għal azzjoni ambizzjuża biex tiġi protetta u rrestawrata l-bijodiversità marina, b'mod partikolari fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030: Inreġġgħu n-natura lura f'ħajjitna u fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-15-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet (COP15) għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika;

O.  billi l-Parlament talab lill-Kummissjoni tippromwovi mudell ta' governanza internazzjonali ambizzjuż dwar il-bijodiversità marina lil hinn mill-ġuriżdizzjonijiet nazzjonali, u tirrikonoxxi l-ibħra kollha u l-oċean bħala ġid komuni globali; billi, barra minn hekk, huwa talab lill-UE tistinka għall-adozzjoni ta' trattat globali ambizzjuż dwar l-oċeani biex tiġi protetta l-bijodiversità marina f'żoni lil hinn mill-ġuriżdizzjoni nazzjonali madwar id-dinja fis-sessjoni li jmiss tal-Konferenza Intergovernattiva dwar il-Bijodiversità Lil hinn mill-Ġuriżdizzjoni Nazzjonali;

P.  billi għaddejjin negozjati fin-Nazzjonijiet Uniti għal ftehim ta' implimentazzjoni biex tiġi protetta d-diversità bijoloġika marina f'żoni lil hinn mill-ġuriżdizzjoni nazzjonali skont l-UNCLOS, li tipprevedi l-istabbiliment ta' MPAs fl-ibħra internazzjonali;

1.  Jenfasizza li l-Antartika u l-Oċean tan-Nofsinhar fihom ekosistemi u bijodiversità ta' valur u importanza xjentifika eċċezzjonali, u li l-Baħar Weddell huwa kruċjali għaċ-ċirkolazzjoni globali tal-oċeani u għall-klima tad-dinja; jissottolinja l-importanza li tiġi żgurata l-protezzjoni rapida u effettiva tagħhom;

2.  Jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-isforzi li saru mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, l-Awstralja, in-Norveġja, ir-Renju Unit, l-Urugwaj, l-Istati Uniti u New Zealand biex jiġu stabbiliti żewġ MPAs ġodda fl-Antartiku tal-Lvant u fil-Baħar Weddell fl-Oċean Antartiku; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, bi tħejjija għal-laqgħa annwali tas-CCAMLR tal-2021, biex jintensifikaw l-isforzi bilaterali u multilaterali tagħhom biex jiżguraw appoġġ għall-istabbiliment ta' dawn l-MPAs fix-xhur li ġejjin, u b'mod partikolari biex jagħmlu enfasi fuq il-membri tas-CCAMLR li esprimew oppożizzjoni għall-proposti dwar MPAs;

3.  Ifakkar li skont l-Istrateġija għall-Bijodiversità għall-2030, l-UE għandha tuża l-kapaċitajiet diplomatiċi kollha tagħha ta' influwenza u kuntatt biex tgħin ħalli jintlaħaq ftehim dwar id-deżinjazzjoni ta' MPAs vasti fl-Oċean tan-Nofsinhar;

4.  Ifakkar fl-impenn tal-Unjoni dwar il-protezzjoni marina biex tipproteġi legalment minimu ta' 30 % taż-żona tal-baħar tal-UE, inkluża l-protezzjoni stretta ta' 10 % tal-ibħra tagħha; ifakkar li l-UE għandha tiżgura li l-qafas globali għal wara l-2020 jinkludi miri globali ambizzjużi għall-2030 f'konformità mal-impenji tal-UE; itenni, barra minn hekk, il-pożizzjoni tiegħu li l-UE għandha taġixxi bħala mexxejja globali u tinsisti għal livell għoli ta' ambizzjoni, li jaqbel ma' dak tagħha stess jew li jaqbżu, matul in-negozjati għall-qafas globali, li għandu jinkludi miri ta' restawr u protezzjoni globali legalment vinkolanti ta' mill-inqas 30 % sal-2030; jissottolinja li ż-żoni protetti jeħtieġ li jiġu protetti b'mod effettiv;

5.  Ifakkar fl-impenn tas-CCAMLR li sal-2012 tinħoloq sistema rappreżentattiva ta' MPAs fiż-Żona tal-Konvenzjoni CAMLR li tipproteġi eżempji rappreżentattivi ta' ekosistemi, bijodiversità u ħabitats marini;

6.  Jissottolinja li l-Protokoll ta' Madrid jipprojbixxi attivitajiet relatati mar-riżorsi minerali tal-Antartiku ħlief għal skopijiet ta' riċerka xjentifika; jitlob li din id-dispożizzjoni kruċjali tinżamm fi ftehimiet futuri;

7.  Jirrimarka li l-iżolament ġeografiku tal-Oċean tan-Nofsinhar jagħmel l-operazzjonijiet ta' monitoraġġ fiż-Żona tal-Konvenzjoni CAMLR kumplessi u diffiċli;

8.  Jissottolinja li aktar minn 80 % ta' qiegħ il-baħar għadu mhux esplorat(9), u li hija meħtieġa aktar riċerka oċeanografika, speċjalment dwar l-impatti tat-tniġġis u t-tibdil fil-klima fuq l-ekosistemi;

9.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri flimkien mas-sħab globali jsaħħu n-network ta' MPAs fuq livell globali permezz ta' ġestjoni msaħħa, ippjanar spazjali, evalwazzjonijiet u infurzar aħjar sabiex tiżdied il-koerenza ekoloġika u l-konnettività tal-MPAs;

10.  Jissottolinja li l-attivitajiet tas-sajd IUU jirrappreżentaw theddida konsiderevoli għas-sajd sostenibbli u għar-reżiljenza tal-ekosistemi marini;

11.  Jissottolinja li t-turiżmu fl-Antartika jrid isir b'mod sostenibbli; jitlob għalhekk lis-CCAMLR tiżgura li t-turiżmu jsir skont dan u li ma jkollux impatt negattiv fuq l-ekosistema;

12.  Jissottolinja li l-istabbiliment ta' dawn iż-żewġ MPAs ġodda jkun kontribut importanti għad-dimensjoni globali tal-Istrateġija tal-UE għall-bijodiversità; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jużaw l-istabbiliment ta' dawn l-MPAs bħala bażi fin-negozjati globali skont il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika fil-Konferenza tan-NU dwar il-Bijodiversità tal-COP15 f'Kunming, fiċ-Ċina;

13.  Jinnota li l-istabbiliment ta' MPAs li jkopru aktar minn 3 miljun km2 fl-Antartiku tal-Lvant u fil-Baħar Weddell joħloq waħda mill-akbar żoni ta' protezzjoni marina fl-istorja;

14.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u lill-Istati Membri tas-CCAMLR.

(1) ĠU C 232, 16.6.2021, p. 28.
(2) Testi adottati, P9_TA(2020)0005.
(3) Testi adottati, P9_TA(2021)0277.
(4) Testi adottati, P9_TA(2020)0015.
(5) Testi adottati, P9_TA(2021)0096.
(6) Bindoff, N. et al., "Observations: Oceanic Climate Change and Sea Level" (Osservazzjonijiet: It-tibdil fil-klima u l-livell tal-baħar tal-oċean), Climate Change 2007: The Physical Science Basis. Contribution of Working Group I to the Fourth Assessment Report of the Intergovernmental Panel on Climate Change, Cambridge University Press, Cambridge, ir-Renju Unit u New York, NY, USA, 2007. https://www.ipcc.ch/site/assets/uploads/2018/02/ar4-wg1-chapter5-1.pdf; Rhein, M. et al., "Observations: Ocean" (Osservazzjonijiet: l-Oċean), Climate Change 2013: The Physical Science Basis. Contribution of Working Group I to the Fifth Assessment Report of the Intergovernmental Panel on Climate Change, Cambridge University Press, Cambridge, ir-Renju Unit u New York, NY, USA, 2013. https://www.ipcc.ch/site/assets/uploads/2018/02/WG1AR5_Chapter03_FINAL.pdf; Cheng L, et al., 2019, "Record-Setting Ocean Warmth Continued in 2019" (L-Akbar Sħana Rreġistrata fl-Oċean Tkompli fl-2019), Advances in Atmospheric Sciences, Vol. 37, Frar 2020, https://link.springer.com/article/10.1007/s00376-020-9283-7
(7) Kyle R. Clem, Ryan L. Fogt, John Turner, Benjamin R. Lintner, Gareth J. Marshall, James R. Miller, James A. Renwick, "Record warming at the South Pole during the past three decades" (Tisħin rekord fil-Pol tas-Sud matul l-aħħar tliet deċennji), Nature Climate Change, 2020; DOI: 10.1038/s41558-020-0815-z.
(8) IPCC Special Report on the Ocean and Cryosphere in a Changing Climate. Summary for Policymakers, 2019. https://www.ipcc.ch/srocc/chapter/summary-for-policymakers/
(9) National Ocean Service, 2021: https://oceanservice.noaa.gov/facts/exploration.html #:~:text=More%20than%20eighty%20percent%20of,the%20mysteries%20of%20the%20deep


Ksur tal-liġi tal-UE u tad-drittijiet taċ-ċittadini LGBTIQ fl-Ungerija b'riżultat tal-bidliet legali adottati mill-Parlament Ungeriż
PDF 204kWORD 61k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2021 dwar ksur tal-liġi tal-UE u tad-drittijiet taċ-ċittadini LGBTIQ fl-Ungerija b'riżultat tal-bidliet legali adottati mill-Parlament Ungeriż (2021/2780(RSP))
P9_TA(2021)0362B9-0412/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem il-"Karta"),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-ġurisprudenza relatata tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) u tal-QEDB,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Novembru 2020 bit-titolu "Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025" (COM(2020)0698),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Marzu 2021 bit-titlu "Strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal (2020-2025)" (COM(2021)0142),

–  wara li kkunsidra r-riżultati tal-Istħarriġ dwar l-LGBT fl-UE li tnieda mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) fl-2019,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni(1) (ir-"Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt"),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2018 dwar proposta li titlob lill-Kunsill jiddetermina, skont l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-eżistenza ta' riskju ċar ta' ksur serju mill-Ungerija tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2019 dwar id-diskriminazzjoni pubblika u d-diskors ta' mibegħda kontra persuni LGBTI, inklużi żoni mingħajr LGBTI(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2020 dwar is-seduti ta' smigħ li għaddejjin bħalissa skont l-Artikolu 7(1) TUE fir-rigward tal-Polonja u l-Ungerija(4),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-QĠUE tat-3 ta' Ġunju 2021 fil-Kawża C-650/18 li tiċħad l-azzjoni tal-Ungerija kontra r-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-12 ta' Settembru 2018 li tiskatta l-proċedura għad-determinazzjoni tal-eżistenza ta' riskju ċar ta' ksur serju minn Stat Membru tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ottubru 2020 dwar l-istabbiliment ta' Mekkaniżmu tal-UE għad-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2021 dwar il-proklamazzjoni tal-UE bħala Żona ta' Libertà LGBTIQ(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ġunju 2021 dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati fl-UE, fil-kuntest tas-saħħa tan-nisa(8),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 2020 dwar ir-Rapport tal-2020 bit-titlu "L-Istat tad-Dritt – Is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea" (COM(2020)0580),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ġunju 2021 dwar ir-Rapport tal-2020 tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt(9),

–  wara li kkunsidra l-Att Ungeriż LXXIX tal-2021 dwar "It-teħid ta' azzjoni aktar severa kontra t-trasgressuri pedofili u l-emendar ta' ċerti atti għall-protezzjoni tat-tfal" (l-"Abbozz" u, wara l-promulgazzjoni, il-"Liġi")

–  wara li kkunsidra l-investigazzjoni mnedija mill-Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza fis-16 ta' Ġunju dwar il-konformità tal-Liġi Ungeriża mal-liġi Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-ittra indirizzata mill-Kummissarju għall-Ġustizzja u mill-Kummissarju għas-suq Intern lill-Ministru tal-Ġustizzja Ungeriż (Ares S(2021) 4587976), dwar in-nuqqas ta' konformità tal-abbozz ta' liġi ma' diversi dispożizzjonijiet legali Ewropej, inkluż l-Artikolu 2 TUE dwar ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, il-libertà u n-nondiskriminazzjoni,

–  wara li kkunsidra l-ittra ta' 17-il kap ta' Stat jew gvern matul il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2021 li wiegħdet li "tkompli tiġġieled kontra d-diskriminazzjoni fil-konfront tal-komunità LGBTI," (10)

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni fil-marġini tal-laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali tat-22 ta' Ġunju 2021, iffirmata b'mod konġunt minn 18-il Stat Membru, rigward l-adozzjoni tal-Abbozz ta' Liġi Ungeriż(11),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2010)5 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa lill-Istati membri dwar il-miżuri intiżi sabiex jiġġieldu d-diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentament sesswali jew l-identità tal-ġeneru, u l-istandards adottati mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-Abbozz ta' Liġi(12),

–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-QEDB tal-20 ta' Ġunju 2017, fil-Kawża Bayev et vs Ir-Russja (rikorsi Nri 67667/09 u 2 oħrajn)(13),

–  wara li kkunsidra l-Mistoqsija lill-Kummissjoni għal Tweġiba Orali tat 22 ta' Ġunju 2021 dwar sur tal-liġi tal-UE u tad-drittijiet taċ-ċittadini LGBTIQ fl-Ungerija b'riżultat tal-bidliet legali adottati fil-Parlament Ungeriż (O-000050/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Assemblea Nazzjonali Ungeriża adottat fil-15 ta' Ġunju 2021 Abbozz ta' Liġi li, fl-oriġini tiegħu, huwa maħsub biex jipproteġi lit-tfal minn trasgressuri pedofili, objettiv li huwa kondiviż u segwit mill-istituzzjonijiet u l-Istati Membri kollha fl-Unjoni; billi l-Abbozz ġie ppromulgat fit-23 ta' Ġunju 2021 u se jidħol fis-seħħ fit-8 ta' Lulju 2021(14); billi l-Liġi se tillimita b'mod sever u intenzjonat id-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni LGBTIQ, kif ukoll id-drittijiet tat-tfal;

B.  billi dan l-aħħar l-Ungerija għamlet għadd ta' dikjarazzjonijiet fil-Kunsill, fejn interpretat il-kunċett ta' "ġeneru" f'ċerti testijiet bħala referenza għas-sess u b'hekk ċaħdet l-eżistenza tal-ġeneru, b'mod partikolari fir-rigward tal-Kunċett ta' Maniġġar ta' Kriżi (CMC) għal possibbiltà ta' missjoni militari tal-UE mhux eżekuttiva fil-Mozambique fl-ambitu tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK) , ir-Regolament dwar il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni u f'okkażjonijiet oħra;

C.  billi d-definizzjonijiet tal-Liġi huma deliberatament vagi bil-għan li jikkawżaw effett dissważiv; billi l-Liġi tipprojbixxi r-"rappreżentazzjoni u l-promozzjoni tal-identità tal-ġeneru differenti mis-sess assenjat fit-twelid, il-bidla tas-sess u tal-omosesswalità" fl-iskejjel, fi programmi televiżivi u f'reklamar disponibbli għall-pubbliku fi kwalunkwe pjattaforma għal persuni taħt it-18-il sena anke għal skopijiet edukattivi; billi l-Liġi tiskwalifika tali kontenut milli jitqies bħala avviż ta' servizz pubbliku jew reklamar ta' responsabbiltà soċjali anki jekk ikun maħsub għall-adulti; billi l-Liġi tintroduċi emendi għall-Att dwar il-Protezzjoni tat-Tfal, l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Familja, l-Att dwar l-Attività tar-Reklamar Kummerċjali, l-Att dwar il-Media u l-Att dwar l-Edukazzjoni Pubblika;

D.  billi l-Parlament preċedentement ikkundanna l-użu ħażin tal-liġijiet dwar l-informazzjoni disponibbli għall-minorenni, speċjalment fil-qasam tal-edukazzjoni u l-media, sabiex jiġu ċċensurati kontenut u materjal relatati mal-LGBTI, b'mod partikolari fil-Litwanja u l-Latvja;

E.  billi fl-2018, il-President Pollakk Andrzej Duda ddikjara li se jikkunsidra li joħroġ l-hekk imsejħa liġi dwar il-"propaganda omosesswali", kif adottata fir-Russja, li tipprojbixxi l-media u l-letteratura, u laqgħat tal-massa LGBTIQ bħall-Pride; billi f'Ġunju tal-2021, il-Viċi Ministru tal-Ġustizzja Michal Wos ħabbar li l-Polonja bħalissa qed taħdem fuq abbozz ta' liġi li għandu l-għan li jipprojbixxi l-"propaganda LGBT";

F.  billi f'Ġunju 2021, il-President tar-Repubblika Ċeka Milos Zeman għamel kummenti degradanti dwar il-komunità transġeneru f'intervista tal-media relatata mal-liġi l-ġdida kontra l-LGBTIQ fl-Ungerija;

G.  billi ġew osservati żviluppi inkwetanti simili fil-Kroazja, b'mod partikolari l-proposta mħabbra mill-partit Konservattiv Most li tiġi inkluża "projbizzjoni tal-esponiment tat-tfal għall-propaganda LGBT" fil-liġijiet li qed jiġu diskussi fil-Parlament Kroat, u l-attakki kontra persuni LGBTI fit-3 ta' Lulju 2021, il-jum tal-20 Pride ta' Zagreb; billi fl-4 ta' Lulju 2021, il-President u l-Viċi President tal-partit Most ħabbru kawżi kontra l-organizzazzjonijiet LGBTI li kienu akkużaw lill-partit Most li kien qed ixerred intolleranza u l-omofobija, u jinċita d-diviżjoni u l-mibegħda;

H.  billi fl-2013 ir-Russja introduċiet liġi federali "bl-għan li tipproteġi lit-tfal minn informazzjoni li tippromwovi ċ-ċaħda ta' valuri tradizzjonali tal-familja" li kellha l-għan li tipprojbixxi n-normalizzazzjoni tal-omosesswalità fil-media; billi bosta organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja ddikjaraw li l-liġi Russa tipperikola liż-żgħażagħ LGBTIQ;

I.  billi, skont l-Artikolu 2 TUE, "l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi";

J.  billi l-istrateġija tal-Kummissjoni għall-ugwaljanza tal-LGBTIQ tistabbilixxi d-direzzjoni komuni tal-Unjoni fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni LGBTIQ fl-Istati Membri kollha, u ttenni li l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni huma valuri ewlenin u drittijiet fundamentali fl-UE, minquxa fit-Trattati tagħha u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

K.  billi l-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen ddeskriviet l-Abbozz ta' Liġi bħala "tal-mistħija" u tat istruzzjonijiet lill-Kummissarji responsabbli biex jindirizzaw lill-gvern Ungeriż(15); billi l-Kummissarju għall-Ġustizzja u l-Kummissarju għas-Suq Intern bagħtu ittra lill-Ministru tal-Ġustizzja Ungeriż fejn jiddikjaraw li l-Liġi tikser d-drittijiet li ġejjin: id-dritt għall-ħajja privata u tal-familja (l-Artikoli 7 u 9 tal-Karta); id-dritt għal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni (l-Artikolu 11 tal-Karta); il-libertà tal-intrapriża (l-Artikolu 16 tal-Karta); u n-nondiskriminazzjoni (l-Artikolu 21 tal-Karta); billi d-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva ("AVMSD"),(16) id-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku(17) u l-Artikolu 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) huma applikabbli għal mill-inqas uħud mix-xenarji regolati u l-Artikoli 34 u 36 TFUE jistgħu jkunu applikabbli u miksura wkoll mid-dispożizzjonijiet ikkontestati tal-Liġi; billi ntalbet tweġiba għal din l-ittra qabel it-30 ta' Ġunju 2021(18); billi l-Ministru Ungeriż għall-Ġustizzja wieġeb fl-1 ta' Lulju 2021;

L.  billi 18-il Stat Membru(19) ffirmaw flimkien dikjarazzjoni li tistieden lill-Kummissjoni tuża l-għodod kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex tiżgura rispett sħiħ għal-liġi tal-UE, inkluż billi tirreferi l-kwistjoni lill-QĠUE;

M.  billi 17-il Kap ta' Stat jew gvern adottaw dikjarazzjoni konġunta fl-24 ta' Ġunju 2021 li tiddikjara li se jkomplu jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni fil-konfront tal-komunità LGBTIQ, fejn affermaw mill-ġdid id-difiża tagħhom tad-drittijiet fundamentali tal-persuni LGBTIQ(20);

N.  billi l-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa ħeġġet lill-membri tal-Parlament Ungeriż jirrifjutaw l-Abbozz; billi hija sostniet li l-Abbozz kien insult għad-drittijiet u l-identitajiet tal-persuni LGBTIQ u li dan jillimita wkoll il-libertà tal-espressjoni u tal-edukazzjoni tal-Ungeriżi kollha(21);

O.  billi skont ir-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2010)5 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa lill-Istati membri dwar miżuri għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru, il-mexxejja tal-Istati membri tal-Kunsill tal-Ewropa għandhom ir-responsabbiltà li jedukaw, jiġġieldu l-preġudizzji u d-diskriminazzjoni u jaħdmu għall-aċċettazzjoni ta' persuni LGBTIQ.

P.  billi l-QEDB iddeċidet fil-Kawża Bayev et vs Ir-Russja li leġiżlazzjoni li tipprojbixxi l-promozzjoni tal-omosesswalità, magħrufa wkoll bħala l-"liġi dwar il-propaganda omosesswali" kienet bi ksur tal-Artikolu 10 (libertà tal-espressjoni) u tal-Artikolu 14 (projbizzjoni tad-diskriminazzjoni) tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, u għalhekk kienet diskriminatorja, u li kienet issaħħaħ il-preġudizzju fil-konfront tal-persuni LGBTIQ, li huwa inkompatibbli mal-valuri ta' soċjetà demokratika;

Q.  billi l-Parlament ħeġġeġ lill-Istati Membri f'diversi okkażjonijiet biex jiggarantixxu d-dritt għal edukazzjoni komprensiva dwar is-sesswalità, is-sess u r-relazzjonijiet li tkun xjentifikament preċiża, ibbażata fuq l-evidenza, xierqa għall-età u mingħajr ebda ġudizzju; billi l-korpi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem(22) bħall-Kunsill tal-Ewropa stabbilew li t-tfal u ż-żgħażagħ għandhom id-dritt li jirċievu edukazzjoni komprensiva dwar is-sesswalità.

R.  billi l-Istħarriġ dwar l-LGBTI tal-FRA jissottolinja li aktar minn nofs ir-rispondenti dejjem jew ta' spiss semgħu jew raw kummenti jew imġiba negattivi matul iż-żmien li qattgħu fl-iskola minħabba li xi ħadd mill-klassi kien perċepit li huwa LGBTI; billi dan in-numru jiżdied għal 70 %għar-rispondenti ta' bejn il-15 u s-17-il sena, li jenfasizza l-ħtieġa li l-aċċettazzjoni u t-tolleranza jiġu indirizzati f'kuntesti edukattivi;

Il-Liġi, id-dispożizzjonijiet tagħha u l-ksur tad-dritt tal-UE

1.  Jikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli l-Liġi adottata mill-Parlament Ungeriż, li tikkostitwixxi ksur ċar tal-valuri, tal-prinċipji u tad-dritt tal-UE; ifakkar li, il-Liġi se ddaħħal dispożizzjonijiet f'Atti Ungeriżi differenti li jiksru d-drittijiet fundamentali skont il-Karta u t-Trattati u l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-suq intern (AVMSD) u d-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku); iqis li l-Liġi tikser l-acquis stabbilit tal-UE;

2.  Jilqa' d-dikjarazzjoni ffirmata minn 18-il Stat Membru li tistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni legali u l-kundanna tal-Abbozz ta' Liġi mill-President tal-Kummissjoni u minn kummissarji individwali; jieħu nota tal-ittra mibgħuta lill-Ministru tal-Ġustizzja Ungeriż li titlob kjarifika u informazzjoni dwar il-punti mqajma sat-30 ta' Ġunju 2021; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel din it-tweġiba pubblika;

3.  Jieħu nota tal-appell tal-Kummissjoni għal dibattitu kostruttiv u leali mal-Ungerija; jiddispjaċih li l-Liġi ġiet, madankollu, ippromulgata fit-23 ta' Ġunju 2021, minkejja r-reazzjonijiet ta' għadab minn organizzazzjonijiet internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni legali minnufih, b'mod partikolari billi tniedi proċedura aċċellerata ta' ksur kontra l-Ungerija fis-sens tal-Artikolu 258 TFUE fir-rigward tal-Liġi; jistieden lill-Kummissjoni tuża l-għodod proċedurali kollha tal-Qorti tal-Ġustizzja, jekk ikun meħtieġ, inklużi t-talbiet għal proċedura mħaffa u għal miżuri provviżorji, inklużi penali għal nuqqas ta' konformità ma' dawn tal-aħħar;

4.  Ifakkar li, f'konformità mal-Artikolu 259 TFUE, Stat Membru li jqis li Stat Membru ieħor naqas milli jissodisfa obbligu skont it-Trattati jista' jressaq il-kwistjoni quddiem il-QĠUE; jistieden lill-Istati Membri biex jiskattaw dan l-artikolu fir-rigward tal-Liġi adottata jekk il-Kummissjoni ma tiħux azzjoni; jistieden lill-Istati Membri jippreżentaw rikors interstatali lill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fir-rigward tal-aspetti mhux koperti mil-liġi tal-UE;

Il-proċeduri li għaddejjin fis-sens tal-Artikolu 7(1)

5.  Jisħaq li l-Liġi mhijiex eżempju iżolat, iżda pjuttost tikkostitwixxi eżempju intenzjonat u premeditat ieħor taż-żarmar gradwali tad-drittijiet fundamentali fl-Ungerija; jisħaq li l-kampanji ta' fobija fil-konfront tal-LGBTIQ u ta' diżinformazzjoni organizzati u promossi mill-Istat saru għodod għaċ-ċensura politika mill-Gvern Ungeriż u jqis li dan jikser l-Artikolu 2 TUE; ifakkar li l-Unjoni Ewropea ġiet iddikjarata bħala Żona ta' Libertà LGBTI(23);

6.  Ifakkar li l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem tal-persuni LGBTIQ huwa parti minn aġenda politika akbar li qed twassal għaż-żarmar tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt, inkluża l-libertà tal-media, u għandu jitqies bħala ksur sistemiku tal-Artikolu 2 TUE; ifakkar li r-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-12 ta' Settembru 2018(24) diġà esprimiet tħassib dwar id-dritt għal trattament ugwali u għal-libertà tal-espressjoni;

7.  Jesprimi tħassib qawwi li minn meta l-Parlament skatta l-Artikolu 7(1), is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet fundamentali kompliet tiddeterjora fl-Ungerija; jenfasizza n-nuqqas ta' azzjoni u responsabbiltà tal-Kunsill f'dan ir-rigward matul is-snin;

8.  Jilqa' l-fatt li l-Presidenza Portugiża organizzat l-ewwel seduta ta' smigħ dwar l-Artikolu 7(1) dwar l-istat tad-dritt fl-Ungerija mill-2019, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet minn 18-il Stat Membru li kkundannaw il-Liġi; jisħaq, madankollu, li d-djalogu jrid jipproduċi eżitu tanġibbli f'termini ta' azzjonijiet sabiex jindirizza b'mod attiv l-eżempji ta' deterjorament tad-drittijiet fundamentali fl-Ungerija; itenni l-appell tiegħu lill-Kunsill biex jagħti rakkomandazzjonijiet konkreti lill-Ungerija, kif stipulat fl-Artikolu 7(1) TUE, inkluża rakkomandazzjoni biex tiġi rrevokata l-Liġi, u biex jagħti skadenzi għall-implimentazzjoni ta' dawk ir-rakkomandazzjonijiet; jistieden lill-Presidenza Slovena torganizza seduta ta' smigħ dwar l-Ungerija f'Settembru 2021 u tħejji votazzjoni dwar ir-rakkomandazzjonijiet mill-aktar fis possibbli; jinnota li d-drittijiet tal-bniedem tal-persuni LGBTIQ qed jiffaċċjaw żarmar gradwali matul dawn l-aħħar snin

9.  Ifakkar li fit-2 ta' Marzu 2021, il-Kunsill tal-Media Ungeriż ħabbar li se jniedi proċedimenti legali kontra l-grupp tal-media Ungeriż RTL, wara li xandar il-kampanja "Il-Familja hija l-Familja"; iqis li dawn l-azzjonijiet jikkostitwixxu ċ-ċensura tal-kontenut tal-media u r-reklamar u għalhekk jiksru l-AVMSD; jisħaq li għadd ta' xandara madwar l-UE flimkien ma' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili talbu lill-Kummissjoni biex tibda proċeduri ta' ksur(25); jistieden lill-Kummissjoni tuża l-għodod legali kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex tindirizza ċ-ċensura ta' materjal li jkun konformi mal-AVMSD, meħuda flimkien mal-Karta;

10.  Jesprimi tħassib serju dwar il-fatt li d-deterjorament tal-libertà tal-media qed iwassal għal żieda fl-għoti tat-tort lill-minoranzi u fl-attakki fuqhom, inkluż tal-persuni LGBTIQ

11.   Ifakkar li l-Liġi Fundamentali (il-Kostituzzjoni) tal-Ungerija ġiet emendata f'Diċembru 2020 biex tispeċifika li l-omm hija mara u l-missier huwa raġel u li l-Ungerija tipproteġi d-dritt tat-tfal li jistabbilixxu l-identità tagħhom f'konformità mas-sess tat-twelid tagħhom, u d-dritt tagħhom għal edukazzjoni skont l-identità kostituzzjonali u s-sistema ta' valuri tal-pajjiż bbażata fuq il-kultura Kristjana; jinnota li minkejja li l-liġi tal-familja hija kompetenza nazzjonali, l-emendar tal-kostituzzjoni b'dan il-mod, flimkien mal-leġiżlazzjoni ta' segwitu, inkluża l-Liġi, jirriżulta fi tnaqqis dirett fil-protezzjoni tal-valuri stipulati fl-Artikolu 2 TUE; jinnota li l-Kummissjoni ta' Venezja adottat opinjoni dwar l-emendi kostituzzjonali adottati mill-Parlament Ungeriż f'Diċembru 2020(26);

12.  Ifakkar li fit-18 ta' Ġunju 2013, il-Kummissjoni ta' Venezja adottat l-opinjoni CDL-AD (2013)022-e dwar il-kwistjoni tal-hekk imsejħa "propaganda tal-omosesswalità: fid-dawl ta' leġiżlazzjoni riċenti adottata minn xi Stati membri tal-Kunsill tal-Ewropa;

13.  Ifakkar li l-leġiżlazzjoni ġiet adottata mill-Parlament Ungeriż li għandha bħala effett ir-restrizzjoni tal-adozzjoni għal koppji miżżewġin, li de facto tipprojbixxi l-adozzjoni għal persuni li jgħixu f'unjoni omosesswali u individwi waħedhom u mhux miżżewġin, sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-Ministru għall-Politika tal-Familja; jisħaq li r-rekwiżit tal-aħħar jagħti lil membru tal-Gvern il-kapaċità li jieħu deċiżjonijiet unilaterali f'dan ir-rigward;

14.  Ifakkar li l-adozzjoni tal-Artikolu 33 tal-Att Omnibus tal-2020 tipprojbixxi de facto r-rikonoxximent legali tal-ġeneru għal persuni transġeneru u intersesswali fl-Ungerija, u b'hekk tikser id-dritt tagħhom għall-privatezza u tesponihom għal diskriminazzjoni u b'hekk jista' jkollha effetti psikoloġiċi severi u tista' tillimita d-dritt tagħhom li jipparteċipaw b'mod attiv fis-soċjetà ċivili; jinnota li l-Awtorità Nazzjonali għall-Protezzjoni tad-Data u l-Libertà tal-Informazzjoni ħarġet opinjoni dwar l-Artikolu 33, fejn argumentat li dan jikser l-Artikolu 5(1)(d) tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data(27); ifakkar li sa issa l-Kummissjoni ma ħadet l-ebda azzjoni biex tindirizza din il-kwistjoni; jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga l-kwistjoni u tieħu azzjoni legali, jekk ikun meħtieġ; jinnota li għalkemm il-Qorti Kostituzzjonali tal-Ungerija(28) kkonstatat partijiet mil-liġi kienu antikostituzzjonali, l-awtoritajiet pubbliċi għadhom ma implimentawx id-deċiżjoni tal-qorti u qed ikomplu jirrifjutaw applikazzjonijiet anki jekk ġew ippreżentati qabel id-dħul fis-seħħ tal-Liġi; jinnota li dan jikkostitwixxi ksur tal-istat tad-dritt;

15.  Jikkundanna d-deċiżjoni ta' awtorità għall-protezzjoni tal-konsumatur f'Budapest(29) li tordna lill-pubblikaturi tal-kotba biex jistampaw dikjarazzjonijiet ta' ċaħda ta' responsabbiltà fuq kotba tat-tfal li fih familji qawsalla, peress li fih "imġiba inkonsistenti mar-rwoli tradizzjonali tal-ġeneru";

16.  Jesprimi tħassib qawwi dwar l-ispazju dejjem jonqos għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) fl-Ungerija, inklużi l-NGOs tal-LGBTI; jilqa' s-sentenza tal-QĠUE fil-Kawża C-78/18(30) li tiddikjara li l-Liġi Nru LXXVI tal-2017 dwar it-Trasparenza ta' Organizzazzjonijiet li jirċievu Appoġġ minn Barra l-Pajjiż introduċiet restrizzjonijiet diskriminatorji u mhux ġustifikati fuq donazzjonijiet barranin lil organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, bi ksur tal-obbligi tal-Ungerija rigward il-moviment liberu tal-kapital, ir-rispett għall-ħajja privata, il-protezzjoni tad-data personali u l-libertà ta' assoċjazzjoni; jinnota r-revoka ta' dik il-liġi, iżda jqajjem tħassib dwar limitazzjonijiet ġodda għall-finanzjament tas-soċjetà ċivili fl-Ungerija, bħall-awditi selettivi mill-Uffiċċju tal-Awditjar tal-Istat u l-obbligu li jiġu indikati d-donaturi kollha f'rapporti pubbliċi dwar il-benefiċċji li huwa disponibbli għall-pubbliku; jemmen li tali limitazzjonijiet la huma meħtieġa u lanqas proporzjonati, u ma jikkonformawx mal-ġurisprudenza tal-QĠUE, kif ukoll mal-konklużjonijiet tar-rapport dwar il-finanzjament tal-assoċjazzjonijiet, adottat mill-Kummissjoni ta' Venezja fil-118 sessjoni plenarja tagħha tal-15 sas-16 ta' Marzu 2019;

17.  Jiddikjara l-impenn sod tiegħu li jiddefendi d-drittijiet tat-tfal fl-UE u lil hinn minnha; jassumi l-pożizzjoni li l-promozzjoni tat-tolleranza, tal-aċċettazzjoni u tad-diversità, aktar milli l-promozzjoni tal-fobija u tal-mibegħda fil-konfront tal-LGBTIQ, għandhom iservu bħala prinċipji gwida biex jiġi żgurat ir-rispett għall-aħjar interessi tat-tfal; iqis f'dak ir-rigward li l-ikkombinar tal-orjentazzjoni sesswali u tal-identità tal-ġeneru mal-pedofilija jew mal-attakki fuq id-drittijiet tat-tfal, juru tentattiv ċar biex il-lingwa tad-drittijiet tal-bniedem tiġi strumentalizzata sabiex jiġu ppromulgati politiki diskriminatorji; iqis li dan imur kontra l-prinċipji u n-normi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem;

18.  Jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-Liġi Ungeriża tixbah lill-hekk imsejħa liġi dwar il-propaganda LGBT tar-Russja tal-2013, li rriżultat fi ħsara serja għall-komunità LGBTIQ fir-Russja; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tinvestiga l-finanzjament ta' kampanji kontra l-LGBTIQ fl-UE, li b'mod ċar huma ta' theddida għad-demokrazija u għas-sigurtà nazzjonali fl-UE;

Azzjoni li jeħtiġilha tieħu l-Kummissjoni

19.  Itenni l-appelli tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex finalment jirrikonoxxu l-ħtieġa urġenti għal azzjoni biex jiddefendu l-valuri minquxa fl-Artikolu 2 TUE u biex jammettu li Stat Membru ma jistax jemenda l-leġiżlazzjoni tiegħu, inklużi d-dispożizzjonijiet kostituzzjonali, b'tali mod li dan iwassal għal tnaqqis fil-protezzjoni ta' dawn il-valuri(31); jindika li dan huwa pprojbit fit-Trattati, kif interpretati reċentement mill-QĠUE fil-Kawża C-896/19(32);

20.  Huwa tal-fehma li l-Liġi tikkontradixxi direttament l-istrateġija tal-Kummissjoni għall-ugwaljanza tal-LGBTIQ; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-istrateġija tiġi implimentata b'mod ugwali f'kull Stat Membru fl-UE;

21.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex b'mod urġenti jiżblokkaw id-Direttiva dwar id-Diskriminazzjoni Orizzontali fil-Kunsill, li ilha blokkata għal aktar minn 10 snin(33);

22.  Ifakkar li għadha ma ngħatat l-ebda tweġiba xierqa għall-inizjattiva tal-Parlament dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali li għandu jkun irregolat minn ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament, il-Kummissjoni u l-Kunsill; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jidħlu immedjatament f'negozjati mal-Parlament dwar ftehim interistituzzjonali skont l-Artikolu 295 TFUE;

23.  Itenni l-pożizzjoni tiegħu dwar ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2021 u li huwa direttament applikabbli fl-intier tiegħu fl-Unjoni Ewropea u fl-Istati Membri kollha tagħha għall-fondi kollha tal-baġit tal-UE, inklużi r-riżorsi allokati permezz tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru minn dak iż-żmien 'l hawn;

24.  Ifakkar li r-Regolament tal-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt jipprovdi definizzjoni ċara tal-istat tad-dritt, li trid tinftiehem fir-rigward tal-valuri l-oħra tal-Unjoni, inklużi d-drittijiet fundamentali u n-nondiskriminazzjoni; huwa tal-fehma li d-diskriminazzjoni promossa mill-Istat kontra l-minoranzi għandha impatt dirett fuq il-proġetti li fuqhom l-Istati Membri jiddeċiedu li jonfqu l-flus tal-UE, u għalhekk taffettwa direttament il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tiskatta minnufih il-proċedura prevista fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt;

25.  Jemmen li l-kapaċità tal-awtoritajiet Ungeriżi li jimmaniġġjaw il-fondi tal-UE mingħajr diskriminazzjoni u f'konformità mal-Karta hija ferm dubbjuża; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tivvaluta l-adozzjoni tal-Liġi b'rabta mal-kundizzjoni abilitanti orizzontali sabiex tkun żgurata konformità mal-Karta tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament u tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għal Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi(34) (ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni); jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-passi previsti skont ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni għan-nefqa relatata mal-fondi rilevanti u tiżgura li l-ftehim ta' sħubija u l-programmi tal-2021-2027 għall-Ungerija ma jiġux approvati sakemm ma tiġix żgurata l-konformità sħiħa mal-kundizzjoni orizzontali abilitanti relatata mar-rispett tal-Karta, kif previst skont l-Artikoli tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni; ifakkar li kwalunkwe att tal-Kummissjoni li ma jikkonformax mal-liġi tal-UE jista' jitressaq quddiem il-QĠUE;

26.  Jesprimi tħassib serju dwar il-konformità tal-abbozz tal-Pjan Ungeriż għall-Irkupru u r-Reżiljenza mar-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza(35) u mal-Karta; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill janalizzaw bir-reqqa kull miżura deskritta fl-abbozz tal-tal-Pjan Ungeriż għall-Irkupru u r-Reżiljenza u japprovaw il-pjan biss jekk jiġi stabbilit li dan ma jkunx se jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Liġi, u sussegwentement iwassal biex il-baġit tal-UE jikkontribwixxi b'mod attiv għall-ksur tad-drittijiet fundamentali fl-Ungerija;

27.  Ifakkar li d-drittijiet tal-LGBTIQ huma drittijiet tal-bniedem; jerġa' jafferma l-appell tiegħu biex iħeġġeġ lill-Istati Membri, b'mod partikolari lill-Ungerija, biex jiżguraw li l-leġiżlazzjoni eżistenti dwar l-edukazzjoni u l-informazzjoni disponibbli għall-minorenni tikkonforma bis-sħiħ mad-drittijiet fundamentali minquxa fl-liġi tal-UE u f'dik internazzjonali u biex jiżguraw aċċess għal edukazzjoni komprensiva dwar is-sesswalità u r-relazzjonijiet li tkun xjentifikament preċiża, ibbażata fuq l-evidenza, xierqa għall-età u ħielsa minn kull ġudizzju; ifakkar li informazzjoni ppubblikata għandha tirrifletti d-diversità tal-orjentazzjonijiet sesswali, tal-identitajiet tal-ġeneru, tal-espressjonijiet u tal-karatteristiċi tas-sess, sabiex tiġi miġġielda l-miżinformazzjoni bbażata fuq l-isterjotipi jew il-preġudizzji; jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex tiżgura konformità mad-drittijiet fundamentali fl-Ungerija; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jitkellmu kontra d-diskors ta' mibegħda u fobija fil-konfront tal-LGBTIQ, speċjalment mill-gvernijiet u mill-politiċi;

o
o   o

28.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill, lill-Kumissjoni u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

(1) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 1.
(2) ĠU C 433, 23.12.2019, p. 66.
(3) ĠU C 255, 29.6.2021, p. 7.
(4) Testi adottati, P9_TA(2020)0014.
(5) Is-sentenza tat-3 ta' Ġunju 2021, L-Ungerija vs Il-Parlament, C-650/18, ECLI:EU:C:2021:426.
(6) Testi adottati, P9_TA(2020)0251.
(7) Testi adottati, P9_TA(2021)0089.
(8) Testi adottati, P9_TA(2021)0314.
(9) Testi adottati, P9_TA(2021)0313.
(10) https://twitter.com/alexanderdecroo/status/1407977290189971457/photo/1
(11) https://wilmes.belgium.be/en/thirteen-countries-unite-belgiums-initiative-defend-lgbtiq-rights-europe
(12) https://www.coe.int/en/web/commissioner/-/commissioner-mijatovic-urges-hungary-s-parliamentarians-to-reject-draft-amendments-banning-discussion-about-sexual-and-gender-identity-and-diversity?inheritRedirect=true&redirect=%2Fen%2Fweb%2Fcommissioner%2Fthematic-work%2Flgbti
(13) http://hudoc.echr.coe.int/eng?i=001-174422
(14) Il-Liġi ppubblikata fil-Gazzetta: https://njt.hu/jogszabaly/2021-79-00-00; https://magyarkozlony.hu/dokumentumok/ba643dee7b59c2a1901132e6e3320483d2245b56/megtekintes
(15) https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/statement_21_3164
(16) ĠU L 303, 28.11.2018, p. 69.
(17) ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.
(18) https://ec.europa.eu/commission/presscorner/api/files/attachment/869254/Letter%20by%20Commissioners%20Reynders%20and%20Breton.pdf
(19) Il-Belġju, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Litwanja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, Spanja, l-Iżvezja, il-Latvja, l-Italja, il-Greċja, L-Awstrija, Ċipru u l-Portugall,
(20) https://twitter.com/alexanderdecroo/status/1407977290189971457?s=20
(21) https://www.coe.int/be/web/commissioner/-/commissioner-mijatovic-urges-hungary-s-parliamentarians-to-reject-draft-amendments-banning-discussion-about-sexual-and-gender-identity-and-diversity
(22) Il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, Rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-Dritt għall-Edukazzjoni.
(23) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2021 dwar il-proklamazzjoni tal-UE bħala Żona ta' Libertà LGBTIQ.
(24) Testi adottati, P8_TA(2018)0340.
(25) ACT, Hungary: Broadcasting associations across Europe express dismay at anti-LGBTIQ bill & urge European Commission to open infringement proceedings, Brussels, 29 June 2021. (L-Ungerija: L-assoċjazzjonijiet tax-xandir madwar l-Ewropa jesprimu dispjaċir dwar l-abbozz ta' liġi kontra l-LGBTIQ u jħeġġu lill-Kummissjoni Ewropea tniedi proċedimenti ta' ksur, Brussell, id-29 ta' Ġunju 2021.)
(26) Hungary - Opinion on the constitutional amendments adopted by the Hungarian parliament in December 2020, adopted by the Venice Commission at its 127th Plenary Session, Venice and online, 2-3 July 2021 (CDL-AD(2021)029-e). (L-Ungerija - Opinjoni dwar l-emendi kostituzzjonali adottati mill-Parlament Ungeriż f'Diċembru 2020, adottata mill-Kummissjoni ta' Venezja fil-127 Sessjoni Plenarja tagħha, Venezja u online, 2-3 ta' Lulju 2021(CDL-AD (2021) 029-e)).
(27) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(28) http://public.mkab.hu/dev/dontesek.nsf/0/CB4CA4E8F72D33DFC125863A00604976?OpenDocument. Is-sommarju bl-Ingliż huwa disponibbli fuq http://public.mkab.hu/dev/dontesek.nsf/0/CB4CA4E8F72D33DFC125863A00604976?OpenDocument&english&english
(29) https://www.kormanyhivatal.hu/hu/budapest/hirek/tisztessegtelen-kereskedelmi-gyakorlatot-folytat-a-labrisz-egyesulet-a-meseorszag-mindenkie-cimu-konyv-ertekesitesekor.
(30) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta' Ġunju 2020, Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija, C-78/18, ECLI:EU:C:2012:476.
(31) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ġunju 2021 dwar is-sitwazzjoni tal-Istat tad-Dritt fl-Unjoni Ewropea u l-applikazzjoni tar-Regolament 2020/2092 dwar il-kondizzjonalità.
(32) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta' April 2021, Repubblika vs Il-Prim Ministru, C-896/19, ECLI:EU:C:2021:311.
(33) Il-proposta tat-2 ta' Lulju 2008 għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (COM(2008)0426).
(34) ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159.
(35) ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17.

Avviż legali - Politika tal-privatezza