Indiċi 
Testi adottati
L-Erbgħa, 15 ta' Settembru 2021 - Strasburgu
Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2021: Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit
 Estensjoni tal-perjodu tal-validità taċ-ċertifikati u l-liċenzji tas-sikurezza tal-impriżi ferrovjarji li joperaw fiċ-Channel Fixed Link ***I
 Kontrolli uffiċjali fuq l-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jiġu esportati minn pajjiżi terzi fl-Unjoni biex tiġi żgurata l-konformità mal-projbizzjoni ta' ċerti użi ta' antimikrobiċi ***I
 Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit ***I
 Direttiva dwar il-Karta Blu tal-UE ***I
 L-Istrument għall-assistenza ta' qabel l-adeżjoni (IPA III) 2021-2027 ***II

Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2021: Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit
PDF 130kWORD 45k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2021 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1 għall-baġit ġenerali tal-2021: - Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit (10945/2021 – C9-0348/2021 – 2021/0022(BUD))
P9_TA(2021)0370A9-0263/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(1) (ir-‘Regolament Finanzjarju’), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, adottat b'mod definittiv fit-18 ta' Diċembru 2020(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta' Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 – 2027(3) (‘Regolament dwar il-QFP)’,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020, bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda(4),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta' Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom(5),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit tal-25 ta' Diċembru 2020(6), (‘Regolament dwar il-BAR’),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 1/2021, adottat mill-Kummissjoni fit-22 ta' Jannar 2021 (COM(2021)0030),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2021, adottata mill-Kunsill fid-19 ta' Lulju 2021 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fis-17 ta’ Awwissu 2021 (10945/2021 – C9-0348/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 94 u 96 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0263/2021),

A.  billi l-Kummissjoni, fil-25 ta' Diċembru 2020, ippreżentat proposta għal Regolament li jistabbilixxi r-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit (ir-‘Riżerva’) fi ħdan l-istrumenti speċjali tematiċi barra mil-limiti massimi tal-baġit tal-Unjoni tal-QFP "biex jiġu miġġielda l-konsegwenzi mhux previsti u negattivi fl-Istati Membri u s-setturi li huma l-aktar affettwati" bil-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni, u b'hekk jittaffa l-impatt tiegħu fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

B.  billi r-riżorsi massimi għall-implimentazzjoni tar-Riżerva jammontaw għal EUR 5 000 000 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 5 370 994 000 fi prezzijiet attwali);

C.  billi l-għan tal-abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 1/2021 huwa li jdaħħal fil-baġit annwali tal-Unjoni 2021 EUR 4 244 832 000 fi prezzijiet attwali (EUR 4 000 000 000 fi prezzijiet tal-2018), kemm f'approprjazzjonijiet ta' impenn kif ukoll f'approprjazzjonijiet ta' pagament, biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta' prefinanzjament li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tar-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit fl-2021;

D.  billi, wara l-adozzjoni tar-Regolament dwar il-BAR, l-approprjazzjonijiet se jiġu ttrasferiti għall-artikolu baġitarju "16 02 03"; billi l-kontribuzzjoni finanzjarja mir-Riżerva lil Stat Membru mbagħad għandha tiġi implimentata fil-qafas ta' ġestjoni kondiviża f'konformità mal-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju;

1.  Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2021 kif ippreżentat mill-Kummissjoni, li għandu l-għan li jagħmel disponibbli EUR 4 244 832 000, kemm f'approprjazzjonijiet ta' impenn kif ukoll f'approprjazzjonijiet ta' pagament, biex ikopru l-ħtiġijiet ta' prefinanzjament tar-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit;

2.  Jissottolinja li r-Riżerva hija waħda mill-istrumenti speċjali tematiċi fi ħdan ir-Regolament dwar il-QFP, u għalhekk l-approprjazzjonijiet relatati tagħha jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mil-limiti massimi għall-infiq tal-QFP;

3.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2021;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 3/2021 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(2) ĠU L 93, 17.3.2021.
(3) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11.
(4) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.
(5) ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1.
(6) COM(2020)0854


Estensjoni tal-perjodu tal-validità taċ-ċertifikati u l-liċenzji tas-sikurezza tal-impriżi ferrovjarji li joperaw fiċ-Channel Fixed Link ***I
PDF 137kWORD 44k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2021 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2020/2222 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-infrastruttura transfruntiera li tgħaqqad l-Unjoni mar-Renju Unit fiċ-Channel Fixed Link (COM(2021)0402 – C9-0314/2021 – 2021/0228(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0402),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0314/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—  wara li kkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

–  wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-1 ta' Settembru 2021 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 163 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta’ Settembru 2021 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2021/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2020/2222 biex jestendi l-perjodu tal-validità taċ-ċertifikati u l-liċenzji tas-sikurezza tal-impriżi ferrovjarji li joperaw fiċ-Channel Fixed Link

P9_TC1-COD(2021)0228


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2021/1701.)


Kontrolli uffiċjali fuq l-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jiġu esportati minn pajjiżi terzi fl-Unjoni biex tiġi żgurata l-konformità mal-projbizzjoni ta' ċerti użi ta' antimikrobiċi ***I
PDF 152kWORD 44k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2021 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali fuq l-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jiġu esportati minn pajjiżi terzi fl-Unjoni biex tiġi żgurata l-konformità mal-projbizzjoni ta' ċerti użi ta' antimikrobiċi COM(2021)0108 – C9-0094/2021 – 2021/0055(COD))
P9_TA(2021)0372A9-0195/2021

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0108),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 114 u l-Artikolu 168(4), punt (b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0094/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-9 ta’ Ġunju 2021(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-8 ta’ Settembru 2021, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0195/2021),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta’ Settembru 2021 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2021/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali fuq annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li jiġu esportati minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-projbizzjoni ta’ ċerti użi ta’ antimikrobiċi u r-Regolament (KE) Nru 853/2004 fir-rigward tal-provvista diretta ta' laħam tal-pollam u tal-lagomorfi

P9_TC1-COD(2021)0055


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2021/1756.)

(1) ĠU C 341, 24.8.2021, p. 107.


Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit ***I
PDF 135kWORD 49k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2021 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit (COM(2020)0854 – C9-0433/2020 – 2020/0380(COD))
P9_TA(2021)0373A9-0178/2021

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0854),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 322 u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0433/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tal-25 ta' Frar 2021(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta’ Frar 2021(2),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-19 ta' Marzu 2021(3),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-30 ta’ Ġunju 2021, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, maqbula fil-laqgħa speċjali tiegħu ta' bejn is-17 u l-21 ta' Lulju 2020, li jipprevedu l-istabbiliment ta' Riżerva ta' Aġġustament speċjali ġdida għall-Brexit,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għas-Sajd,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A9-0178/2021),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Settembru 2021 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2021/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-Riżerva ta 'Aġġustament għall-Brexit

P9_TC1-COD(2020)0380


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2021/1755.)

(1) ĠU C 101, 23.3.2021, p. 1.
(2) ĠU C 155, 30.4.2021, p. 52.
(3) ĠU C 175, 7.5.2021, p. 69.


Direttiva dwar il-Karta Blu tal-UE ***I
PDF 145kWORD 56k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2021 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet tad-dħul u tar-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' impjieg b'ħiliet għolja (COM(2016)0378 – C8-0213/2016 – 2016/0176(COD))
P9_TA(2021)0374A8-0240/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0378),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 79(2), punti (a) u (b), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8‑0213/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mill-Parlament tal-Bulgarija, kif ukoll mill-Kamra tad-Deputati Ċeka u s-Senat Ċek, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta' Diċembru 2016(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-21 ta’ Mejju 2021, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0240/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta’ Settembru 2021 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2021/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet tad-dħul u tar-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-fini ta' impjieg bi kwalifiki għoljin, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2009/50/KE

P9_TC1-COD(2016)0176


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Direttiva (UE) 2021/1883.)

(1) ĠU C 75, 10.3.2017, p. 75.
(2) ĠU C 185, 9.6.2017, p. 105..


L-Istrument għall-assistenza ta' qabel l-adeżjoni (IPA III) 2021-2027 ***II
PDF 155kWORD 46k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2021 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III) (06604/1/2021 – C9-0352/2021 – 2018/0247(COD))
P9_TA(2021)0375A9-0266/2021

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (06604/1/2021 – C9‑0352/2021),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-6 ta' Diċembru 2018(2),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0465),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-0266/2021),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Japprova d-dikjarazzjonijiet tiegħu annessi ma' din ir-riżoluzzjoni, li se jiġu ppubblikati fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni, li se jiġu ppubblikati fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att, flimkien mad-dikjarazzjonijiet kollha annessi ma' din ir-riżoluzzjoni, fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea dwar is-sospensjoni tal-assistenza mogħtija taħt l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III)

Il-Parlament Ewropew jinnota li r-Regolament (UE) 2021/... li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III) fih referenza ġenerali dwar il-possibbiltà ta' sospensjoni tal-assistenza mingħajr ma tiġi speċifikata l-bażi konkreta għal tali deċiżjoni. Tali sospensjoni tal-assistenza għandha tiġi implimentata f'każ ta' degradazzjoni fid-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt minn benefiċjarju elenkat fl-Anness I.

Il-Parlament Ewropew iqis li kwalunkwe sospensjoni ta' assistenza taħt dan l-istrument timmodifika l-iskema finanzjarja ġenerali miftiehma skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Bħala koleġiżlatur u fergħa msieħba tal-awtorità baġitarja, il-Parlament Ewropew huwa għalhekk intitolat li jeżerċita bis-sħiħ il-prerogattiva tiegħu f'dak ir-rigward, jekk ikollha tittieħed deċiżjoni bħal din.

Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew dwar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE u koordinazzjoni strateġika

Il-Parlament Ewropew jinnota li r-referenzi għall-istrumenti ta' azzjoni esterna tal-Unjoni fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE ma għadhomx validi, u għalhekk iqis li, għal raġunijiet ta' ċarezza tad-dritt, dak l-Artikolu għandu jiġi aġġornat, f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, sabiex jitqiesu l-istrumenti ta' assistenza esterna tal-Unjoni applikabbli fil-perjodu tal-QFP 2021-2027, jiġifieri l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali , l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument Ewropew għal Kooperazzjoni Internazzjonali fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari u d-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Ekstra-Ewropea, inkluża Greenland.

Il-Parlament Ewropew jistieden lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jistabbilixxu struttura ta' koordinazzjoni strateġika magħmula mis-servizzi rilevanti kollha tal-Kummissjoni u tas-SEAE sabiex jiġu żgurati l-koerenza, is-sinerġija, it-trasparenza u r-responsabbiltà f'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2021/947 li jistabbilixxi l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali(4).

Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew dwar l-ismijiet tal-benefiċjarji

Il-Parlament Ewropew jinnota li l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/... li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III) jirreferi għall-benefiċjarji eliġibbli għal finanzjament taħt dan l-Istrument. Il-Parlament Ewropew iqis li l-ismijiet kostituzzjonali għandhom jintużaw għall-benefiċjarji elenkati, u l-Kosovo għandu jissejjaħ ir-Repubblika tal-Kosovo.

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea dwar djalogu ġeopolitiku mal-Parlament Ewropew dwar l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III)

Il-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li tqis il-funzjonijiet ta' kontroll politiku tal-Parlament Ewropew stabbiliti fl-Artikolu 14 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, timpenja ruħha li twettaq djalogu ġeopolitiku ta' livell għoli bejn iż-żewġ istituzzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 2021/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III). Dan id-djalogu għandu jippermetti skambji mal-Parlament Ewropew, li l-pożizzjonijiet tiegħu dwar l-implimentazzjoni tal-IPA III ser jitqiesu bis-sħiħ, b'rispett sħiħ għall-kapaċità tal-Kummissjoni li timplimenta l-istrument, f'konformità mar-responsabbiltajiet istituzzjonali tagħha.

Id-djalogu ġeopolitiku ser jiddiskuti orjentazzjonijiet ġenerali dwar l-implimentazzjoni tal-IPA III, inkluż dwar l-ipprogrammar qabel l-adozzjoni tal-qafas ta' programmazzjoni tal-IPA III u d-dokumenti ta' programmazzjoni, u rigward suġġetti speċifiċi bħas-sospensjoni tal-assistenza lil benefiċjarju meta dan jonqos b'mod persistenti milli josserva l-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, ir-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali.

Id-djalogu ġeopolitiku se jkun strutturat kif ġej:

i)  Djalogu ta' livell għoli bejn il-Kummissarju inkarigat mill-Viċinat u t-Tkabbir, f'isem il-Kummissjoni, u l-Parlament Ewropew.

ii)  Djalogu permanenti fil-livell ta' uffiċjali għolja mal-gruppi ta' ħidma tal-Kumitat AFET biex jiġu ggarantiti tħejjija u segwitu adegwati għad-djalogu ta' livell għoli.

Id-djalogu ta' livell għoli se jsir mill-inqas darbtejn fis-sena. Waħda mil-laqgħat tista' tikkoinċidi mal-preżentazzjoni mill-Kummissjoni tal-abbozz ta' baġit annwali.

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-modulazzjoni/is-sospensjoni tal-assistenza fl-Artikolu 8, paragrafu 5 tar-Regolament Nru 2021/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' XX/XX 2021 li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III)

Il-Kummissjoni Ewropea tqis li d-dispożizzjoni fl-Artikolu 8(5) tirrispetta s-setgħat tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni, u l-baġit tal-Unjoni b'mod ġenerali, dment li tkun mingħajr preġudizzju għas-setgħat fdati lill-Kummissjoni mit-Trattati u mir-Regolament Finanzjarju biex tissospendi l-assistenza tal-Unjoni pprovduta lil pajjiżi terzi.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar in-natura konsultattiva tal-bordijiet strateġiċi bħal fl-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 2021/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' XX/XX 2021 li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III)

Il-Kummissjoni Ewropea tfakkar li kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament IPA III, il-bord strateġiku tal-Qafas ta' Investiment għall-Balkani tal-Punent (WBIF) huwa korp konsultattiv għall-Kummissjoni. Dan huwa allinjat mal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2021 dwar l-NDICI – Ewropa Globali, li jirreferi għall-bordijiet strateġiċi tad-WBIF u tal-EFSD+. Dawn il-bordijiet strateġiċi ma għandhomx setgħat ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE. Ir-Regoli ta' Proċedura għall-bord strateġiku tad-WBIF ser jiġu stabbiliti fuq din il-bażi.

(1) ĠU C 110, 22.3.2019, p. 156.
(2) ĠU C 86, 7.3.2019, p. 305.
(3) ĠU C 108, 26.3.2021, p. 409.
(4) Ir-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali - Ewropa Globali, li jemenda u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE u jħassar ir-Regolament (UE) 2017/1601 u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 (ĠU L 209, 14.6.2021, p. 1).

Avviż legali - Politika tal-privatezza