Indiċi 
Testi adottati
Il-Ħamis, 11 ta' Novembru 2021 - Brussell
Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Fulvio Martusciello
 Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Harald Vilimsky
 Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Nils Ušakovs
 Divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti intrapriżi u fergħat ***II
 Sħubija Ewropea dwar il-Metroloġija ***I
 Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil ***I
 Theddid transkonfinali serju għas-saħħa ***I
 Ftehim bejn l-Unjoni u l-Awstralja: modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inlużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE ***
 Tisħiħ tad-demokrazija, il-libertà u l-pluraliżmu tal-midja fl-UE
 Iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni: approċċ olistiku kondiviż
 Pjan ta' azzjoni għall-proprjetà intellettwali b'sostenn għall-irkupru u r-reżiljenza tal-UE
 L-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej
 L-ewwel anniversarju tal-projbizzjoni de facto tal-abort fil-Polonja

Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Fulvio Martusciello
PDF 130kWORD 45k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2021 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Fulvio Martusciello (2021/2049(IMM))
P9_TA(2021)0443A9-0302/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Fulvio Martusciello, imressqa fil-31 ta' Marzu 2021 mis-Servizz Pubbliku Federali għall-Affarijiet Barranin tar-Renju tal-Belġju, u mħabbra fis-seduta plenarja fis-26 ta' April 2021,

–  wara li sema' lil Fulvio Martusciello, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,

–  wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011, fis-17 ta' Jannar 2013 u fid-19 ta' Diċembru 2019(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2), 6(1) u 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0302/2021),

A.  billi l-Prosekutur Ġenerali fil-Qorti tal-Appell ta' Brussell talab it-tneħħija tal-immunità ta' Fulvio Martusciello, Membru tal-Parlament Ewropew elett għall-Italja, b'rabta ma' reat ta' veloċità eċċessiva bi ksur tal-Artikolu 11.2(1)(a) tad-Digriet Irjali tal-1 ta' Diċembru 1975 li jistabbilixxi regolamenti ġenerali dwar il-pulizija tat-traffiku fit-toroq u l-użu tat-toroq pubbliċi u l-Artikolu 29(3) tal-Liġi tas-16 ta' Marzu 1968 dwar il-pulizija tat-traffiku fit-toroq;

B.  billi fil-25 ta' Novembru 2020, bħala parti minn kampanja kontra l-veloċità, il-pulizija tat-traffiku interċettaw vettura fuq l-awtostrada E411 li ġiet irreġistrata li qed tivvjaġġa b'veloċità ta' 179 km/h f'żona ta' 120 km/h;

C.  billi s-sewwieq ta' dik il-vettura ġie identifikat mill-pulizija bħala Fulvio Martusciello, li ddikjara li kien Membru tal-Parlament Ewropew; billi fil-15 ta' Diċembru 2020, Fulvio Martusciello ntbagħat kopja tar-rapport tal-pulizija mill-Prosekutur Pubbliku tal-Provinċja tal-Brabant ta' Wallonia, li talbu jippreżenta kwalunkwe kumment, u bi tweġiba ma kkontestax ir-reat ta' veloċità eċċessiva;

D.  billi, minn naħa, il-Parlament ma jistax jitqies bħala qorti u, min-naħa l-oħra, il-Membru ma jistax, fil-kuntest ta' proċedura għat-tneħħija tal-immunità, jitqies bħala "akkużat"(2);

E.  billi l-allegat reat ma għandu l-ebda impatt dirett jew ovvju fuq il-prestazzjoni minn Fulvio Martusciello fuq id-dmirijiet tiegħu bħala Membru tal-Parlament Ewropew, u lanqas ma jikkostitwixxi opinjoni espressa jew vot mixħut fil-prestazzjoni ta' dawk il-dmirijiet fis-sens tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;

F.  billi l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jeskludu lil xulxin;

"Waqt is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-membri tiegħu, għandhom igawdu:

   (a) fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament tagħhom;
   (b) fit-territorju ta' kull Stat Membru ieħor, l-immunità minn kull tip ta' detenzjoni u minn proċeduri legali.

L-immunità bl-istess mod tkun tgħodd għall-Membri waqt li jkunu qed jivvjaġġaw lejn u mill-post fejn jiltaqa' l-Parlament Ewropew.

L-immunità ma tistax tintalab meta membru jinqabad fil-fatt ta’ reat u ma tipprekludix lill-Parlament Ewropew milli jeżerċita d-dritt tiegħu li jirrinunzja għall-immunità ta’ xi wieħed mill-membri tiegħu.";

G.  billi, f'dan il-każ, il-Parlament ma sab l-ebda evidenza ta' fumus persecutionis, jiġifieri fatti li jindikaw li l-proċedimenti ġudizzjarji inkwistjoni nbdew bl-intenzjoni li ssir ħsara lill-attività politika tal-Membru bħala Membru tal-Parlament Ewropew;

1.  Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Fulvio Martusciello;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Renju tal-Belġju u lil Fulvio Martusciello.

(1) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/06, ECLI:EU:T:2010:102; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI:EU:C:2011:543; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Diċembru 2019, Junqueras Vies, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115.
(2) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta' April 2019, Briois vs il-Parlament, T-214/18, ECLI:EU:T:2019:266.


Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Harald Vilimsky
PDF 133kWORD 45k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2021 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Harald Vilimsky (2021/2073(IMM))
P9_TA(2021)0444A9-0303/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Harald Vilimsky, imressqa mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku fi Vjenna u trażmessa fis-7 ta' Mejju 2021 mill-Kap tar-Rappreżentanza Permanenti tal-Awstrija lill-UE b'rabta mal-proċedimenti kriminali, u mħabbra fis-seduta plenarja fl-20 ta' Mejju 2021,

–  wara li sema' lil Harald Vilimsky, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett,

–  wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011, fis-17 ta' Jannar 2013 u fid-19 ta' Diċembru 2019(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 57(2) u (3) tal-Kostituzzjoni Awstrijaka,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2), 6(1) u 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0303/2021),

A.  billi l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku ta' Vjenna talab it-tneħħija tal-immunità ta' Harald Vilimsky, Membru tal-Parlament Ewropew, sabiex jibda proċedimenti ta' prosekuzzjoni kriminali b'rabta mar-reat ta' approprjazzjoni indebita skont it-Taqsima 153(1) u (3), fil-Prim'Istanza, u r-reat ta' involviment f'miżapproprjazzjoni ta' fondi skont it-Taqsimiet 12, it-tieni alternattiva, u 133(1) u (2), fil-Prim'Istanza, u l-użu ħażin ta' fondi skont it-Taqsima 153b(1), (2) u (3) tal-Kodiċi Kriminali Awstrijak;

B.  billi Harald Vilimsky ħadem bħala uffiċjal finanzjarju tal-grupp tal-Assemblea Nazzjonali tal-Partit tal-Libertà Awstrijaka (FPÖ) mis-27 ta' Ottubru 2006 sat-23 ta' Ottubru 2019; billi ġie elett fil-Parlament Ewropew insegwitu tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ta' Mejju 2019;

C.  billi mill-1 ta' Ottubru 2011 sat-13 ta' Awwissu 2019, Harald Vilimsky allegatament abbuża mill-awtorità tiegħu biex jagħmel użu minn kontijiet bankarji li jappartjenu lill-grupp parlamentari tal-FPÖ fl-Assemblea Nazzjonali Awstrijaka, billi rranġa għall-ħlas ta' kontijiet permezz ta' trasferimenti regolari mill-kont tal-grupp tal-Assemblea Nazzjonali tal-FPÖ għas-servizzi tal-mobiles użati għal skopijiet kompletament privati minn parti terza, li rriżulta f'telf finanzjarju lill-grupp tal-Assemblea Nazzjonali tal-FPÖ;

D.  billi huwa allegatament uża l-fondi mogħtija lill-grupp tal-Assemblea Nazzjonali tal-FPÖ għal skopijiet lil hinn mill-kamp ta' applikazzjoni definiti fit-Taqsima 1 tal-Att dwar il-Finanzjament tal-Gruppi Parlamentari Awstrijaċi tal-1985 (KlubFG), u billi allegatament għamel dan b'għarfien sħiħ tal-fatt li s-servizzi mħallsa ma kinux relatati mal-partit;

E.  billi l-allegat reat ma jittratta ebda opinjoni espressa jew vot mitfugħ fil-qadi tad-dmirijiet ta' Membru tal-Parlament Ewropew skont il-finijiet tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;

F.  billi l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-Membri tal-Parlament Ewropew igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament ta' dak l-Istat;

G.  billi l-Artikolu 57(2) u (3) tal-Kostituzzjoni Awstrijaka jistipula li:

'2. Il-membri tal-Kunsill Nazzjonali jistgħu jiġu arrestati biss għal reat kriminali bil-kunsens tal-Kunsill Nazzjonali, bl-eċċezzjoni ta' każ fejn jinqabdu waqt li qed jikkommettu delitt. Bl-istess mod, it-tiftix ta' djar ta' membri tal-Kunsill Nazzjonali jeħtieġ il-kunsens tal-Kunsill Nazzjonali.

3. Inkella, il-membri tal-Kunsill Nazzjonali jistgħu jiġu mħarrka b'mod uffiċjali biss minħabba att punibbli, bil-kunsens tal-Kunsill Nazzjonali, jekk ovvjament ma jkollu l-ebda rabta mal-attività uffiċjali tad-deputat inkwistjoni. Madankollu, l-aġenzija (Behörde) trid titlob deċiżjoni mill-Kunsill Nazzjonali dwar l-eżistenza ta' tali konnessjoni jekk id-deputat ikkonċernat jew terz tal-membri tal-Kumitat Permanenti li huwa fdat b'dawn il-kwistjonijiet, jitlob dan. Fil-każ ta' talba bħal din, kwalunkwe azzjoni uffiċjali ta' prosekuzzjoni għandha tieqaf jew tintemm immedjatament.";

H.  billi, minn naħa, il-Parlament ma jistax jitqies bħala qorti u, min-naħa l-oħra, il-Membru ma jistax, fil-kuntest ta' proċedura għat-tneħħija tal-immunità, jitqies bħala "akkużat"(2);

I.  billi l-iskop tal-immunità parlamentari huwa li jipproteġi lill-Parlament u lill-Membri tiegħu minn proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward tal-attivitajiet imwettqa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari tagħhom u li ma jistgħux jiġu separati minn dawk id-dmirijiet;

J.  billi f'dan il-każ, il-Parlament ma sab l-ebda evidenza ta' fumus persecutionis, jiġifieri elementi fattwali li jindikaw li l-intenzjoni wara l-proċediment legali tista' tkun li ssir ħsara lill-attività politika ta' Membru u b'hekk lill-Parlament Ewropew;

1.  Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Harald Vilimsky;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika tal-Awstrija u lil Harald Vilimsky.

(1) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C 200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C 163/10, ECLI:EU:C:2011:543; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23. is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' Diċembru 2019, Junqueras Vies, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115.
(2) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta' April 2019, Briois vs il-Parlament, T-214/18, ECLI:EU:T:2019:266.


Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Nils Ušakovs
PDF 129kWORD 45k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2021 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Nils Ušakovs (2020/2239(IMM))
P9_TA(2021)0445A9-0304/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Nils Ušakovs, imressqa fit-23 ta' Ottubru 2020 mill-Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Latvja b'rabta mal-proċedimenti kriminali mibdija fir-Repubblika tal-Latvja u mħabbra fis-seduta plenarja fit-13 ta' Novembru 2020,

–  wara li sema' lil Nils Ušakovs, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett,

–  wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011, fis-17 ta' Jannar 2013 u fid-19 ta' Diċembru 2019(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 29 u 30 tal-Kostituzzjoni Latvjana,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2) u 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0304/2021),

A.  billi l-Prosekutur tat-Taqsima tal-Investigazzjonijiet dwar Każijet Partikolarment Gravi tad-Dipartiment tal-Ġustizzja Kriminali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali ta' Riga talab li titneħħa l-immunità ta' Nils Ušakovs, Membru tal-Parlament Ewropew, bil-għan li jinbdew proċedimenti kriminali fil-konfront tiegħu għal ksur tal-projbizzjoni ta' ċirkolazzjoni ta' apparat modifikat għal finijiet ta' operazzjonijiet klandestini speċjali;

B.  billi, fit-30 ta' Jannar 2019, matul perkwiżizzjoni awtorizzata tal-uffiċċju ta' Nils Ušakovs, President tal-Kunsill Muniċipali ta' Riga, b'rabta ma' proċedimenti kriminali oħrajn, instab apparat prinċipalment maħsub biex jirrekordja vidjos u awdjos klandestini, espressament maħsub u użat għal operazzjonijiet klandestini speċjali;

C.  billi huwa u jżomm tali apparat fl-uffiċċju tiegħu fi ħdan il-bini tal-Kunsill Muniċipali ta' Riga, Nils Ušakovs allegatament kiser il-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 51 paragrafu 1, tal-Liġi dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-beni ta' importanza strateġika li tipprojbixxi lill-persuni fiżiċi milli jakkwistaw jew iżommu tagħmir, apparat jew strumenti, kif ukoll il-komponenti tagħhom, espressament maħsuba jew modifikati għal operazzjonijiet klandestini speċjali, imniżżla fil-lista nazzjonali tal-beni u servizzi ta' importanza strateġika tar-Repubblika tal-Latvja; billi bl-aġir tiegħu, Nils Ušakovs allegatament ikkommetta reat imsemmi fl-Artikolu 2371, paragrafu 2, tal-Kodiċi Kriminali Latvjan;

D.  billi Nils Ušakovs ġie elett fil-Parlament Ewropew insegwitu tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ta' Mejju 2019;

E.  billi l-allegat reat ma jikkonċernax opinjonijiet espressi jew voti mitfugħa minn Nils Ušakovs fil-qadi ta' dmirijietu fis-sens tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;

F.  billi l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-Membri tal-Parlament Ewropew igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament ta' dak l-Istat;

G.  billi l-Artikoli 29 u 30 tal-Kostituzzjoni Latvjana jgħidu:

"Artikolu 29

Il-Membri tas-Saeima la jistgħu jiġu arrestati, la sottoposti għal perkwiżizzjoni tad-domiċilju tagħhom u lanqas ma jkunu limitati, bl-ebda mod, fil-libertà tagħhom, mingħajr il-kunsens tas-Saeima. (...)

Artikolu 30

L-ebda prosekuzzjoni kriminali ma tista' tinbeda fil-konfront ta' membru tagħha mingħajr il-kunsens tas-Saeima.";

H.  billi, minn naħa, il-Parlament ma jistax jitqies bħala qorti u, min-naħa l-oħra, il-Membru ma jistax, fil-kuntest ta' proċedura għat-tneħħija tal-immunità, jitqies bħala "akkużat"(2);

I.  billi l-iskop tal-immunità parlamentari huwa li jipproteġi lill-Parlament u lill-Membri tiegħu minn proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward tal-attivitajiet imwettqa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari tagħhom u li ma jistgħux jiġu separati minn dawk id-dmirijiet;

J.  billi f'dan il-każ, il-Parlament ma sab l-ebda prova ta' fumus persecutionis, jiġifieri elementi fattwali li jindikaw li l-intenzjoni wara l-proċediment ġudizzjarju tista' tkun li ssir ħsara lill-attività politika ta' Membru u b'hekk lill-Parlament Ewropew;

1.  Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Nils Ušakovs;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika tal-Latvja u lil Nils Ušakovs.

(1) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio and Clemente, C 200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs Il-Parlament, T-42/06, ECLI:EU:T:2010:102; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C 163/10, ECLI: EU:C:2011:543; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23. is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' Diċembru 2019, Junqueras Vies, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115.
(2) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta' April 2019, Briois vs Il-Parlament, T-214/18, ECLI:EU:T:2019:266.


Divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti intrapriżi u fergħat ***II
PDF 127kWORD 43k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2021 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti intrapriżi u fergħat (09722/1/2021 – C9-0371/2021 – 2016/0107(COD))
P9_TA(2021)0446A9-0305/2021

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (09722/1/2021 – C9-0371/2021),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill għall-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Parlament Irlandiż u l-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta' Settembru 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0198),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitati responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0305/2021),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 487, 28.12.2016, p. 62.
(2) ĠU C 108, 26.3.2021, p. 623.


Sħubija Ewropea dwar il-Metroloġija ***I
PDF 134kWORD 49k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2021 dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija Ewropea dwar il-Metroloġija mwettqa b'mod konġunt minn diversi Stati Membri (COM(2021)0089 – C9-0083/2021 – 2021/0049(COD))
P9_TA(2021)0447A9-0242/2021

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2021)0089),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 185 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 188 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0083/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-8 ta’ Ottubru 2021, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0242/2021),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-11 ta’ Novembru 2021 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2021/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija Ewropea dwar il-Metroloġija mwettqa b’mod konġunt minn diversi Stati Membri

P9_TC1-COD(2021)0049


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att finali, d-Deċiżjoni (UE) 2021/2084.)

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠISLATTIVA

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni

Sabiex l-Istati Membri jiġu megħjuna isaħħu s-sinerġiji bejn Orizzont Ewropa u l-Politika ta' Koeżjoni, il-Kummissjoni se tiżviluppa linji gwida ffukati fuq l-opportunitajiet illi jipprovdu l-finanzjament u t-trasferiment ta' riżorsi alternattivi, kombinati, u kumulattivi.

(1) ĠU C 341, 24.8.2021, p. 34.


Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil ***I
PDF 131kWORD 54k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2021 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010 (COM(2016)0271 – C8-0174/2016 – 2016/0131(COD))
P9_TA(2021)0448A8-0392/2016

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0271) u l-emendi għall-proposta (COM(2018)0633),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 78(1) u (2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0174/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-30 ta’ Ġunju 2021, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Baġits,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0392/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali ;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Novembru 2021 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2021/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010

P9_TC1-COD(2016)0131


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE)2021/2303.)


Theddid transkonfinali serju għas-saħħa ***I
PDF 436kWORD 118k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fl-14 ta’ Settembru u l-11 ta’ Novembru 2021 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE (COM(2020)0727 – C9-0367/2020 – 2020/0322(COD))(1)
P9_TA(2021)0449A9-0247/2021

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1a (ġdida)
(1a)  Id-dispożizzjonijiet tas-saħħa tat-Trattati għadhom mhumiex utilizzati biżżejjed f'termini tal-iskopijiet li ġew imfassla biex jilħqu. Dan ir-Regolament għalhekk jenħtieġ li jkollu l-għan li jagħmel l-aħjar użu possibbli minn dawn id-dispożizzjonijiet tas-saħħa, sabiex tintwera l-qawwa tal-politika tas-saħħa tal-Unjoni, filwaqt li jippreserva l-funzjonament normali tas-suq uniku fil-każ li jinħoloq theddid transkonfinali serju għas-saħħa.
Emendi 2 u 244
Proposta għal regolament
Premessa 2
(2)  Fid-dawl tat-tagħlimiet meħuda matul il-pandemija tal-COVID-19 li għaddejja bħalissa u sabiex jiġi ffaċilitat it-tħejjija u r-rispons xierqa madwar l-Unjoni kollha għat-theddid transkonfinali kollu għas-saħħa, il-qafas legali għas-sorveljanza epidemjoloġika, il-monitoraġġ, it-twissija bikrija tat-theddid transkonfinali serju għas-saħħa, u l-ġlieda kontrih, kif stabbilit fid-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE, jeħtieġ li jitwessa' fir-rigward ta' rekwiżiti addizzjonali ta' rapportar u analiżi dwar l-indikaturi tas-sistemi tas-saħħa, u l-kooperazzjoni mill-Istati Membri maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC). Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat rispons effettiv tal-Unjoni għal theddid transkonfinali ġdid għas-saħħa, jenħtieġ li l-qafas legali għall-ġlieda kontra theddid transkonfinali serju għas-saħħa jippermetti li minnufih jiġu adottati definizzjonijiet ta' każijiet għas-sorveljanza ta' theddid ġdid u jenħtieġ li jipprovdi għall-istabbiliment ta' network ta' laboratorji ta' referenza tal-UE u network li jappoġġa l-monitoraġġ ta' tifqigħat ta' mard li huma rilevanti għas-sustanzi ta' oriġini umana. Jenħtieġ li l-kapaċità għat-traċċar tal-kuntatti tissaħħaħ permezz tal-ħolqien ta' sistema awtomatizzata, bl-użu ta' teknoloġiji moderni.
(2)  Fid-dawl tat-tagħlimiet meħuda matul il-pandemija tal-COVID-19 li għaddejja bħalissa u sabiex jiġu ffaċilitati l-prevenzjoni tat-theddid transkonfinali kollu għas-saħħa, it-tħejjija u r-rispons xierqa għalih madwar l-Unjoni kollha, inkluż it-theddid żoonotiku, il-qafas legali għas-sorveljanza epidemjoloġika, il-monitoraġġ, it-twissija bikrija tat-theddid transkonfinali serju għas-saħħa, u l-ġlieda kontrih, kif stabbilit fid-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE, jeħtieġ li jitwessa' fir-rigward ta' rekwiżiti addizzjonali ta' rapportar u analiżi dwar l-indikaturi tas-sistemi tas-saħħa, u l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni, b'mod partikolari ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), l-Awtorità għat-Tħejjija u għar-Rispons f'Każ ta' Emerġenza tas-Saħħa (HERA), l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) u l-organizzazzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO). Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat rispons effettiv tal-Unjoni għal theddid transkonfinali ġdid għas-saħħa, jenħtieġ li l-qafas legali għall-ġlieda kontra theddid transkonfinali serju għas-saħħa jippermetti li minnufih jiġu adottati definizzjonijiet ta' każijiet għas-sorveljanza ta' theddid ġdid u jenħtieġ li jipprovdi għall-istabbiliment ta' network ta' laboratorji ta' referenza tal-UE u network li jappoġġa l-monitoraġġ ta' tifqigħat ta' mard li huma rilevanti għas-sustanzi ta' oriġini umana. Jenħtieġ li l-kapaċità għat-traċċar tal-kuntatti tissaħħaħ permezz tal-ħolqien ta' sistema awtomatizzata, bl-użu ta' teknoloġiji moderni, filwaqt li jiġi rrispettat ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ("GDPR")1a.
__________________
1a Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
Emenda 245
Proposta għal regolament
Premessa 2a (ġdida)
(2a)   Il-HERA twaqqfet biex issaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni li tipprevjeni, tidentifika u tirrispondi malajr għat-theddid transkonfinali għas-saħħa, billi tiggarantixxi l-forniment ta' kontromiżuri mediċi rilevanti għall-kriżi, b'mod partikolari permezz tal-monitoraġġ, tal-akkwist u tax-xiri ta' tali kontromiżuri, billi tattiva pjanijiet ta' emerġenza fil-qasam tar-riċerka u innovazzjoni, billi talloka fondi u finanzjamenti ta' emerġenza u billi tieħu miżuri li jikkonċernaw il-produzzjoni, id-disponibbiltà u l-forniment ta' tali kontromiżuri mediċi fundamentali.
Emenda 246
Proposta għal regolament
Premessa 2b (ġdida)
(2b)   Dawn l-investimenti pubbliċi kollha fir-riċerka, l-iżvilupp, il-manifattura, il-produzzjoni, l-akkwist, il-ħażna, il-provvista u d-distribuzzjoni ta' kontromiżuri mediċi jenħtieġ li jkunu trasparenti.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  Il-Kumitat tas-Sigurtà tas-Saħħa (HSC), kif stabbilit formalment bid-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE, qed jaqdi rwol importanti fil-koordinazzjoni tal-ippjanar għat-tħejjija u għar-rispons għal theddid transkonfinali serju għas-saħħa. Jenħtieġ li dan il-Kumitat jingħata responsabbiltajiet addizzjonali fir-rigward tal-adozzjoni ta' gwida u ta' opinjonijiet biex l-Istati Membri jiġu appoġġati aħjar fil-prevenzjoni u l-kontroll ta' theddid transkonfinali serju għas-saħħa.
(3)  Il-Kumitat tas-Sigurtà tas-Saħħa (HSC), kif stabbilit formalment bid-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE, qed jaqdi rwol importanti fil-koordinazzjoni tal-ippjanar għall-prevenzjoni, għat-tħejjija u għar-rispons għal theddid transkonfinali serju għas-saħħa. Jenħtieġ li dan il-Kumitat jingħata responsabbiltajiet addizzjonali fir-rigward tal-adozzjoni ta' gwida u ta' opinjonijiet biex l-Istati Membri jiġu appoġġati aħjar fil-prevenzjoni u l-kontroll ta' theddid transkonfinali serju għas-saħħa u jappoġġa koordinazzjoni aħjar bejn l-Istati Membri biex jiġi indirizzat dan it-theddid. Ir-rappreżentanti maħtura mill-Parlament Ewropew jenħtieġ li jkunu jistgħu jipparteċipaw fl-HSC bħala osservaturi.
Emenda 247
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
(3a)   Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi u biex ikun hemm koerenza fil-proċess deċiżjonali fil-livell tal-Unjoni, l-HSC jenħtieġ li jikkoopera mill-qrib mal-Bord tal-HERA, stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Settembru 2021, il-Bord għall-Kriżi tas-Saħħa, stabbilit minn Regolament tal-Kunsill dwar dwar qafas ta' miżuri għall-iżgurar tal-provvista ta' kontromiżuri mediċi rilevanti għall-kriżi fil-każ ta' emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni, u aġenziji u korpi rilevanti oħra tal-Unjoni, biex jiġi żgurat li jkun hemm fis-seħħ mekkaniżmi effettivi ta' tħejjija u ta' reazzjoni għall-emerġenzi tas-saħħa.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 4a (ġdida)
(4a)  L-istrateġiji ta' prevenzjoni u promozzjoni jikkonċernaw il-politiki settorjali kollha inklużi dawk fiskali, kummerċjali, ekonomiċi, agroambjentali, edukattivi, ta' akkomodazzjoni, kulturali u dawk relatati mal-assistenza soċjali. Is-Saħħa fil-Politiki kollha jenħtieġ li tkun prinċipju tal-politiki pubbliċi kollha. Strument li diġà jintuża fil-livell nazzjonali biex jiġi vvalutat l-impatt fuq is-saħħa tal-politiki settorjali differenti huwa l-hekk imsejjaħ Test tas-Saħħa. Jenħtieġ li ssir valutazzjoni tal-impatt fuq is-Saħħa għall-programmi kollha ġestiti mill-Unjoni.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mingħajr preġudizzju għal miżuri vinkolanti oħra li jikkonċernaw attivitajiet speċifiċi jew l-istandards tal-kwalità u s-sikurezza ta' ċerti oġġetti, li jipprevedu obbligi u għodda speċjali għall-monitoraġġ, għat-twissija bikrija ta' theddid speċifiku ta' natura transkonfinali u għall-ġlieda kontrih. Dawk il-miżuri jinkludu, b'mod partikolari, leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni fil-qasam ta' tħassib komuni dwar is-sikurezza fi kwistjonijiet tas-saħħa pubblika, li jkopru oġġetti bħal prodotti farmaċewtiċi, apparat mediku u oġġetti tal-ikel, sustanzi ta' oriġini umana (demm, tessuti u ċelloli, organi), u l-esponiment għal radjazzjoni jonizzanti.
(5)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mingħajr preġudizzju għal miżuri vinkolanti oħra li jikkonċernaw attivitajiet speċifiċi jew l-istandards tal-kwalità u s-sikurezza ta' ċerti oġġetti, li jipprevedu obbligi u għodda speċjali għall-monitoraġġ, għat-twissija bikrija ta' theddid speċifiku ta' natura transkonfinali u għall-ġlieda kontrih, bħal pereżempju r-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (IHR) tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO). Dawk il-miżuri jinkludu, b'mod partikolari, leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni fil-qasam ta' tħassib komuni dwar is-sikurezza fi kwistjonijiet tas-saħħa pubblika u ambjentali, li jkopru oġġetti bħal prodotti farmaċewtiċi, apparat mediku, dijanjostiku in vitro, u oġġetti tal-ikel, sustanzi ta' oriġini umana (demm, plażma, tessuti u ċelloli, organi), u l-esponiment għal radjazzjoni jonizzanti.
Emenda 242
Proposta għal regolament
Premessa 5a (ġdida)
(5a)   L-isfruttament eċċessiv tal-fawna selvaġġa u riżorsi naturali oħrajn u t-telfien aċċelerat tal-bijodiversità joħolqu riskju għas-saħħa tal-bniedem. Peress li s-saħħa tal-bnedmin, tal-annimali u tal-ambjent huma marbuta b'mod inseparabbli, huwa kruċjali li jiġu rrispettati l-prinċipji tal-approċċ "Saħħa Waħda" biex jiġu indirizzati l-kriżijiet attwali u emerġenti.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  Il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem hija kwistjoni b'dimensjoni wiesgħa u hija relevanti għal diversi linji politiċi u attivitajiet tal-Unjoni. Bil-ħsieb li jintlaħaq livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, u li jiġu evitati kwalunkwe trikkib tal-attivitajiet, id-duplikazzjoni jew azzjonijiet konfliġġenti, jenħtieġ li l-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, tiżgura l-koordinazzjoni u l-iskambju ta'informazzjoni bejn il-mekkaniżmi u l-istrutturi stabbiliti skont ir-Regolament, u mekkaniżmi u strutturi oħra stabbiliti fil-livell tal-Unjoni u skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (it-Trattat Euratom), li l-attivitajiet tagħhom ikunu rilevanti għall-ippjanar għat-tħejjija u għar-rispons, għall-monitoraġġ, għat-twissija bikrija tat-theddid transkonfinali serju għas-saħħa, u għall-ġlieda kontrih. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-informazzjoni rilevanti mid-diversi sistemi ta' twissija rapida u ta' informazzjoni fil-livell tal-Unjoni u skont it-Trattat Euratom tinġabar u tiġi kkomunikata lill-Istati Membri permezz tas-Sistema ta' Twissija Bikrija u ta' Rispons ("EWRS") stabbilita bid-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE.
(6)  F'konformità mal-approċċi ta' "Saħħa Waħda" u "Saħħa fil-Politiki Kollha", il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem hija kwistjoni b'dimensjoni wiesgħa u hija relevanti għal diversi linji politiċi u attivitajiet tal-Unjoni.. L-Unjoni jenħtieġ li tappoġġa lill-Istati Membri fit-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-saħħa, bejn l-Istati Membri u fi ħdanhom, fil-kisba ta' kopertura tas-saħħa universali u fl-indirizzar tal-isfidi ta' gruppi vulnerabbli. L-Unjoni jenħtieġ li tħeġġeġ ukoll lill-Istati Membri biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi li jirrigwardaw is-saħħa u tappoġġa lill-Istati Membri fit-tisħiħ tar-reżiljenza, ir-rispons u l-prontezza tas-sistemi tal-kura tas-saħħa biex jiġu indirizzati l-isfidi futuri, inklużi l-pandemiji. Bil-ħsieb li jintlaħaq livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, u li jiġu evitati kwalunkwe trikkib tal-attivitajiet, id-duplikazzjoni jew azzjonijiet konfliġġenti, jenħtieġ li l-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, u l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, kif ukoll il-professjonisti tas-saħħa, l-assoċjazzjonijiet tal-pazjenti, l-industrija u l-atturi tal-katina tal-provvista, tiżgura l-koordinazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn il-mekkaniżmi u l-istrutturi stabbiliti skont ir-Regolament, u mekkaniżmi u strutturi oħra stabbiliti fil-livell tal-Unjoni u skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (it-Trattat Euratom), li l-attivitajiet tagħhom ikunu rilevanti għall-ippjanar għat-tħejjija u għar-rispons, għall-monitoraġġ, għat-twissija bikrija tat-theddid transkonfinali serju għas-saħħa, u għall-ġlieda kontrih. Dawk il-mekkaniżmi jenħtieġ li jfittxu sinerġiji bejn il-miżuri meħuda fil-livell tal-Unjoni u dawk nazzjonali, filwaqt li jfittxu li jevitaw id-duplikazzjoni ta' miżuri meħuda fil-kuntest tal-qafas tad-WHO. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-informazzjoni rilevanti mid-diversi sistemi ta' twissija rapida u ta' informazzjoni fil-livell tal-Unjoni u skont it-Trattat Euratom tinġabar u tiġi kkomunikata lill-Istati Membri permezz tas-Sistema ta' Twissija Bikrija u ta' Rispons ("EWRS") stabbilita bid-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  L-ippjanar għat-tħejjija u għar-rispons huma elementi essenzjali għall-monitoraġġ effettiv, għat-twissija bikrija ta' theddid transkonfinali serju għas-saħħa u għall-ġlieda kontrih. Tabilħaqq, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjan tal-Unjoni għall-kriżijiet tas-saħħa u għat-tħejjija għall-pandemija u approvat mill-HSC. Dan jenħtieġ li jkun akkumpanjat minn aġġornamenti għall-pjanijiet ta' tħejjija u rispons tal-Istati Membri sabiex jiġi żgurat li jkunu kompatibbli fi ħdan l-istrutturi tal-livell reġjonali. Sabiex l-Istati Membri jiġu appoġġati f'dan l-isforz, jenħtieġ li jiġu pprovduti taħriġ immirat, attivitajiet ta' skambju tal-għarfien u l-ħiliet meħtieġa mill-Kummissjoni u mill-Aġenziji tal-Unjoni. Sabiex tiżgura t-tħaddim u t-tmexxija ta' dawn il-pjanijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq testijiet tal-istress, eżerċizzji u reviżjonijiet ta' azzjoni u ta' wara l-azzjoni mal-Istati Membri. Jenħtieġ li dawn il-pjanijiet ikunu koordinati, funzjonali u aġġornati, u jkollhom riżorsi suffiċjenti għall-operazzjonalizzazzjoni tagħhom. Wara t-testijiet tal-istress u r-rieżamijiet tal-pjanijiet, jenħtieġ li jiġu implimentati azzjonijiet korrettivi u li l-Kummissjoni tinżamm infurmata bl-aġġornamenti kollha.
(7)  L-ippjanar għall-prevenzjoni, għat-tħejjija u għar-rispons huma elementi essenzjali għall-monitoraġġ effettiv, għat-twissija bikrija ta' theddid transkonfinali serju għas-saħħa u għall-ġlieda kontrih. Tabilħaqq, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjan tal-Unjoni għall-kriżijiet tas-saħħa u għat-tħejjija għall-pandemija u approvat mill-HSC. Dan jenħtieġ li jkun akkumpanjat minn aġġornamenti għall-pjanijiet ta' prevenzjoni, tħejjija u rispons tal-Istati Membri, sabiex jiġi żgurat li jkunu kompatibbli fi ħdan l-istrutturi tal-livell reġjonali. Il-pjanijiet jenħtieġ li jiġu implimentati permezz ta' ppjanar interreġjonali ta' antiċipazzjoni tal-kriżijiet b'attenzjoni partikolari għar-reġjuni transkonfinali biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni tagħhom fil-qasam tas-saħħa. Fejn xieraq, l-awtoritajiet reġjonali jenħtieġ li jipparteċipaw fit-tfassil ta' dawn il-pjanijiet. Sabiex l-Istati Membri jiġu appoġġati f'dan l-isforz, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-aġenziji tal-Unjoni jipprovdu taħriġ immirat u jiffaċilitaw il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki għall-persunal tal-kura tas-saħħa u għall-persunal tas-saħħa pubblika biex itejbu l-għarfien tagħhom u jiżguraw il-ħiliet meħtieġa. Sabiex tiżgura t-tħaddim u t-tmexxija ta' dawn il-pjanijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq testijiet tal-istress, eżerċizzji u rieżamijiet ta' azzjoni u ta' wara l-azzjoni mal-Istati Membri. Jenħtieġ li dawn il-pjanijiet jinkludu rakkomandazzjonijiet għal interventi ta' politika relatati mal-mitigazzjoni tal-impatt ta' mard komunikabbli fuq is-servizzi tas-saħħa u l-kura, inkluż għal mard mhux komunikabbli (NCDs) ewlieni. Jenħtieġ li dawn il-pjanijiet ikunu koordinati, funzjonali u aġġornati, u jkollhom riżorsi suffiċjenti għall-operazzjonalizzazzjoni tagħhom. Jenħtieġ li jingħataw kunsiderazzjonijiet speċifiċi lir-reġjuni tal-fruntiera, fejn jenħtieġ li jiġu promossi eżerċizzji transkonfinali konġunti u t-tobba tal-kura primarja jiġu mħeġġa jiksbu l-familjarità mas-sistemi tas-saħħa pubblika f'pajjiżi ġirien. Wara t-testijiet tal-istress u r-rieżami tal-pjanijiet, jenħtieġ li jiġu implimentati azzjonijiet korrettivi u li l-Kummissjoni tinżamm infurmata bl-aġġornamenti kollha.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)  Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu lill-Kummissjoni b'aġġornament dwar l-aħħar sitwazzjoni fir-rigward tal-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' tħejjija u rispons tagħhom fil-livell nazzjonali. Jenħtieġ li l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri għandha tinkludi l-elementi li l-Istati Membri huma obbligati jirrappurtaw lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) fil-kuntest tar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (IHR)15. Min-naħa tagħha, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-sitwazzjoni attwali u l-progress fit-tħejjija, l-ippjanar u l-implimentazzjoni tar-rispons fil-livell tal-Unjoni, inkluż dwar azzjonijiet korrettivi, kull sentejn biex jiġi żgurat li l-pjanijiet nazzjonali ta' tħejjija u rispons ikunu adegwati. Sabiex tiġi appoġġata l-valutazzjoni ta' dawn il-pjanijiet,jenħtieġ li l-awditi tal-UE fl-Istati Membri jitwettqu, f'koordinazzjoni mal-ECDC u mal-aġenziji tal-Unjoni. Jenħtieġ li ppjanar bħal dan jinkludi b'mod partikolari t-tħejjija xierqa ta' setturi kritiċi tas-soċjetà bħall-enerġija, it-trasport, il-komunikazzjoni jew il-protezzjoni ċivili li, f'sitwazzjoni ta' kriżi, jiddependu minn sistemi pubbliċi tas-saħħa mħejjija sew u sensittivi għal kwistjonijiet ta' ġeneru li huma wkoll dipendenti mill-funzjonament ta' dawk is-setturi u miż-żamma ta' servizzi essenzjali f'livell adegwat. Fl-eventwalità ta' theddida transkonfinali serja għas-saħħa li toriġina minn infezzjoni żoonotika, huwa importanti li tiġi żgurata l-interoperabbiltà bejn is-setturi tas-saħħa u dawk veterinarji għall-ippjanar ta' tħejjija u ta' reazzjoni.
(8)  Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu lill-Kummissjoni b'aġġornament dwar l-aħħar sitwazzjoni fir-rigward tal-prevenzjoni, l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' tħejjija u rispons tagħhom fil-livell nazzjonali, u fil-livell reġjonali fejn applikabbli. Jenħtieġ li l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri tinkludi l-elementi li l-Istati Membri huma obbligati jirrappurtaw lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) fil-kuntest tar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (IHR)15. L-aċċess għal data f'waqtha u kompluta huwa prekundizzjoni għal valutazzjonijiet tar-riskju rapidi u l-mitigazzjoni tal-kriżijiet. Biex jiġu evitati d-duplikazzjoni tal-isforzi u rakkomandazzjonijiet diverġenti, jenħtieġ li, fejn possibbli, isiru definizzjonijiet standardizzati u skambji ta' informazzjoni fluwidi bejn l-aġenziji tal-Unjoni, id-WHO u l-aġenziji nazzjonali. Min-naħa tagħha, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-sitwazzjoni attwali u l-progress fil-prevenzjoni, fit-tħejjija, l-ippjanar u l-implimentazzjoni tar-rispons fil-livell tal-Unjoni, inkluż dwar azzjonijiet korrettivi, kull sena biex jiġi żgurat li l-pjanijiet nazzjonali ta' tħejjija u rispons ikunu adegwati. Sabiex tiġi appoġġata l-valutazzjoni ta' dawn il-pjanijiet, jenħtieġ li l-awditi tal-UE fl-Istati Membri jitwettqu, f'koordinazzjoni mal-ECDC u mal-aġenziji tal-Unjoni. Jenħtieġ li ppjanar bħal dan jinkludi b'mod partikolari t-tħejjija xierqa tal-kura tas-saħħa fit-tul kritika u ta' setturi kritiċi tas-soċjetà bħall-agrikoltura, l-enerġija, it-trasport, il-komunikazzjoni jew il-protezzjoni ċivili li, f'sitwazzjoni ta' kriżi, jiddependu minn sistemi pubbliċi tas-saħħa mħejjija sew u sensittivi għal kwistjonijiet ta' ġeneru li huma wkoll dipendenti mill-funzjonament ta' dawk is-setturi u miż-żamma ta' servizzi essenzjali f'livell adegwat. Fl-eventwalità ta' theddida transkonfinali serja għas-saħħa li toriġina minn infezzjoni żoonotika, huwa importanti li tiġi żgurata l-interoperabbiltà bejn is-setturi tas-saħħa u dawk veterinarji għall-ippjanar ta' tħejjija u ta' reazzjoni.
__________________
__________________
15 L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Ir-Regolament Internazzjonali dwar is-Saħħa (IHR, 2005) https://www.who.int/ihr/publications/9789241596664/en/
15 L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Ir-Regolament Internazzjonali tas-Saħħa (IHR, 2005) https://www.who.int/ihr/publications/9789241596664/en/
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 8a (ġdida)
(8a)  L-esperjenza mill-kriżi tal-COVID-19 li għaddejja bħalissa wriet li hemm ħtieġa għal azzjoni ulterjuri aktar soda fil-livell tal-Unjoni biex tappoġġa l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fost l-Istati Membri, b'mod partikolari bejn reġjuni ġirien fil-fruntieri. Jenħtieġ għalhekk li l-pjanijiet nazzjonali ta' Stati Membri li jikkondividu fruntiera ma' mill-inqas Stat Membru ieħor jinkludu pjanijiet biex itejbu t-tħejjija u l-prevenzjoni ta' u r-rispons għall-kriżijiet tas-saħħa f'żoni tal-fruntiera f'reġjuni ġirien, inkluż permezz ta' taħriġ transkonfinali obbligatorju għall-persunal tal-kura tas-saħħa u eżerċizzji ta' koordinazzjoni għat-trasferiment mediku tal-pazjenti. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrapporta regolarment dwar il-qagħda attwali ta' tħejjija għal kriżijiet transkonfinali f'reġjuni ġirien.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 8b (ġdida)
(8b)   Ir-rwol tal-professjonisti tas-saħħa tal-ewwel linja sar evidenti wkoll matul il-pandemija peress li kienu kruċjali għall-iżgurar tal-aċċess għall-mediċina u l-kontinwità tal-kura, għall-għoti ta' appoġġ morali u bħala sors ta' informazzjoni affidabbli kontra l-informazzjoni falza. Għal emerġenzi futuri, huwa meħtieġ li jissaħħaħ l-għarfien tal-professjonisti tas-saħħa billi jiġu stabbiliti regoli li jipprovdu taħriġ għall-ħaddiema fl-oqsma tal-kura tas-saħħa u tas-saħħa pubblika. Jeħtieġ ukoll li dawn jiġu integrati, permezz tal-organizzazzjonijiet professjonali tagħhom, fid-definizzjoni tal-politiki tas-saħħa pubblika u fit-trasformazzjoni diġitali, sabiex jittejbu l-kwalità u l-effiċjenza tas-sistemi tas-saħħa u tiġi żgurata s-sostenibbiltà tagħhom għax-xogħol li jwettqu għas-saħħa u għall-koeżjoni soċjali u territorjali.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 8c (ġdida)
(8c)   Il-litteriżmu fis-saħħa għandu rwol fundamentali fil-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tal-impatt ta' theddid transkonfinali u jikkontribwixxi biex il-popolazzjoni tifhem aħjar il-kontromiżuri u l-valutazzjoni tar-riskju ta' theddid differenti. L-etikett respiratorju, il-ħasil tal-idejn korrett, l-evitar ta' kuntatt mill-qrib bla bżonn ma' kull min ikollu sintomi simili għal dawk tal-influwenza, u l-evitar ta' kuntatt mhux protett ma' annimali selvaġġi jenħtieġ li jkunu parti minn kampanji ta' edukazzjoni tas-saħħa biex tittejjeb l-imġiba tal-popolazzjoni, abbażi tal-aktar evidenza reċenti disponibbli.
Emendi 12 u 248
Proposta għal regolament
Premessa 8d (ġdida)
(8d)   Filwaqt li jibni fuq it-tagħlimiet meħuda mill-pandemija tal-COVID-19, dan ir-Regolament jenħtieġ li joħloq mandat aktar robust għall-koordinament fil-livell tal-Unjoni. Id-dikjarazzjoni ta' sitwazzjoni ta' emerġenza tal-Unjoni tkun tattiva aktar koordinament u tagħti lok għall-iżvilupp, il-kumulazzjoni ta' riżerva u l-akkwist konġunt f'waqthom tal-kontromiżuri mediċi, taħt il-kappa tal-HERA.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 8e (ġdida)
(8e)   Dan ir-Regolament jiżgura wkoll azzjoni koordinata fil-livell tal-Unjoni, sabiex jiġi żgurat li s-suq intern jiffunzjona tajjeb, u biex jiġi żgurat li l-provvisti bażiċi, inklużi l-mediċini, il-prodotti mediċi u t-tagħmir protettiv personali (PPE) jiċċirkolaw liberament.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 8f (ġdida)
(8f)  Il-mekkaniżmi tal-loġistika tas-saħħa jenħtieġ li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġuridiċi speċifiċi tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u tar-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b.
__________________
1a Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem. (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).
1b Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE. (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1).
Emendi 15 u 249
Proposta għal regolament
Premessa 9
(9)  Peress li t-theddid transkonfinali serju għas-saħħa mhuwiex limitat għall-fruntieri tal-Unjoni, jenħtieġ li l-akkwist konġunt ta' kontromiżuri mediċi jiġi estiż biex jinkludi l-Istati tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles u l-pajjiżi kandidati tal-Unjoni, f'konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni. Jenħtieġ li ll-Ftehim ta' Akkwist Konġunt, li jiddetermina l-arranġamenti prattiċi li jirregolaw il-proċedura ta' akkwist konġunt stabbilita skont l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE, jiġi adattat ukoll biex jinkludi klawżola ta' esklużività dwar in-negozjar u l-akkwist għall-pajjiżi parteċipanti fi proċedura ta' akkwist konġunt, biex jippermetti koordinazzjoni aħjar fl-UE. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura l-koordinazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-entitajiet li jorganizzaw kwalunkwe azzjoni skont mekkaniżmi differenti stabbiliti skont dan ir-Regolament u strutturi rilevanti oħra tal-Unjoni relatati mal-akkwist u l-kumulazzjoni ta' riżerva ta' kontromiżuri mediċi, bħar-riżerva strateġika tar-rescEU tal-UE skont id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16.
(9)  Peress li t-theddid transkonfinali serju għas-saħħa mhuwiex limitat għall-fruntieri tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Unjoni tadotta approċċ ikkoordinat, ikkaratterizzat mis-solidarjetà u mir-responsabbiltà, fil-ġlieda kontra theddid bħal dan. Jenħtieġ għalhekk li l-akkwist konġunt ta' kontromiżuri mediċi jiġi estiż biex jinkludi l-Istati tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, il-pajjiżi kandidati tal-Unjoni, il-Prinċipat ta' Andorra, il-Prinċipat ta' Monaco, ir-Repubblika ta' San Marino u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan, f'konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni. L-akkwist konġunt ta' kontromiżuri mediċi jsaħħaħ il-pożizzjoni ta' negozjar tal-pajjiżi parteċipanti, itejjeb is-sigurtà tal-provvista, u jiżgura aċċess ekwu għall-kontromiżuri mediċi. Il-proċeduri ta' akkwist konġunt, inkluż ix-xiri kkoordinat mill-HERA u l-programmi relatati ta' finanzjament tal-emerġenzi, bħar-rescEU, jenħtieġ li jirrispettaw standards għoljin ta' trasparenza, inklużi fir-rigward tal-iżvelar tal-ammonti ordnati minn u kkonsenjati lil kull pajjiż parteċipanti u d-dettalji tar-responsabbiltajiet tagħhom. Jenħtieġ li l-Ftehim ta' Akkwist Konġunt, li jiddetermina l-arranġamenti prattiċi li jirregolaw il-proċedura ta' akkwist konġunt stabbilita skont l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE, jiġi adattat ukoll biex jinkludi klawżola ta' esklużività dwar in-negozjar u l-akkwist għall-pajjiżi parteċipanti fi proċedura ta' akkwist konġunt, biex jippermetti koordinament aħjar fl-UE. Il-klawżola ta' esklużività jenħtieġ li tinkludi li l-pajjiżi li jipparteċipaw fil-proċedura ta' akkwist konġunt ma jitħallewx jinnegozjaw u jiffirmaw kuntratti paralleli mal-produtturi, u jiddefinixxu konsegwenzi ċari għal dawk li jagħmlu dan. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura l-koordinament u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-entitajiet li jorganizzaw u li jipparteċipaw fi kwalunkwe azzjoni skont mekkaniżmi differenti stabbiliti skont dan ir-Regolament u strutturi rilevanti oħra tal-Unjoni relatati mal-akkwist u l-kumulazzjoni ta' riżerva ta' kontromiżuri mediċi, bħall-qafas ta' miżuri adottat fl-ambitu ta' Regolament tal-Kunsill dwar qafas ta' miżuri għall-iżgurar tal-provvista ta' kontromiżuri mediċi rilevanti għall-kriżi fil-każ ta' emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni, u r-riżerva strateġika tar-rescEU skont id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw riżerva suffiċjenti ta' prodotti mediċi kritiċi biex jindirizzaw ir-riskju ta' skarsezzi ta' prodotti kritiċi.
__________________
__________________
16 Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924).
16 Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924).
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 9a (ġdida)
(9a)  L-akkwist konġunt jenħtieġ li jkun ibbażat fuq responsabbiltajiet kondiviżi u approċċ ġust bi drittijiet u obbligi għall-partijiet kollha involuti. Jenħtieġ li jiġu pprovduti u rrispettati impenji ċari bil-manifatturi jwasslu l-livelli ta' produzzjoni miftiehma u l-awtoritajiet li jixtru l-volumi riżervati miftiehma tagħhom;
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 9b (ġdida)
(9b)  Fi żminijiet ta' kriżi, il-Kummissjoni jenħtieġ li tintroduċi miżuri temporanji biex jiġu mmitigati l-iskarsezzi u tiġi ffaċilitata ċ-ċirkolazzjoni tal-mediċini bejn l-Istati Membri, inkluża l-aċċettazzjoni ta' formati differenti ta' imballaġġ, proċedura ta' użu mill-ġdid li tippermetti lid-detenturi tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq jiksbu approvazzjoni fi Stat Membru ieħor, estensjoni tal-validità taċ-ċertifikati ta' prattika tajba ta' manifattura, perjodi itwal ta' skadenza, u l-użu ta' prodotti mediċinali veterinarji. Jenħtieġ li l-Kummissjoni timmonitorja b'mod strett l-użu ta' tali miżuri, biex tiżgura li s-sikurezza tal-pazjent ma tkunx kompromessa filwaqt li l-mediċini jinżammu disponibbli f'każ ta' diffikultajiet jew skarsezzi.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 9c (ġdida)
(9c)  Jenħtieġ li l-akkwist konġunt jitwettaq b'mod trasparenti, f'waqtu u effettiv. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li jiġu definiti stadji ċari u trasparenti għall-proċess, il-kamp ta' applikazzjoni, l-offerta, l-ispeċifikazzjonijiet, l-iskedi ta' żmien u l-formalitajiet. Jenħtieġ li tiġi garantita fażi ta' konsultazzjoni preliminari, soġġetta għal salvagwardji adegwati kontra l-kunflitt ta' interess u l-assimetrija tal-informazzjoni, li tinvolvi l-atturi rilevanti, kif ukoll komunikazzjoni bidirezzjonali matul il-proċedura;
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 9d (ġdida)
(9d)   Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti attenzjoni speċjali biex tiżgura li l-akkwist konġunt ta' kontromiżuri mediċi skont it-tifsira tal-Artikolu 12 ikun jinkludi wkoll l-akkwist ta' mediċini orfni.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 9e (ġdida)
(9e)  Jekk jiġi introdott l-akkwist konġunt, il-proċess tal-għoti jenħtieġ li jqis kriterji kwalitattivi bħall-ħila tal-manifattur li jiżgura s-sigurtà tal-provvista matul kriżi tas-saħħa, kif ukoll il-prezz;
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 9f (ġdida)
(9f)  Sabiex tinkiseb it-trasparenza, il-Parlament Ewropew jenħtieġ li jwettaq skrutinju tal-kuntratti finalizzati skont il-Proċedura ta' Akkwist Konġunt. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament informazzjoni kompleta, f'waqtha u preċiża dwar in-negozjati li għaddejjin u tagħti aċċess għad-dokumenti tal-offerti kif ukoll għall-kuntratti finalizzati.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 9g (ġdida)
(9g)   Fejn proċedura ta' akkwist konġunt ma tkunx intużat għax-xiri ta' kontromiżuri mediċi, il-Kummissjoni jenħtieġ li tħeġġeġ lill-Istati Membri jiskambjaw informazzjoni dwar id-dati tal-ipprezzar u tal-konsenja tal-kontromiżuri mediċi, biex jipprovdu livell ogħla ta' trasparenza u b'hekk tippermetti lill-Istati Membri jaċċessaw u jinnegozjaw kontromiżuri mediċi f'kundizzjonijiet aktar ekwi.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 9h (ġdida)
(9h)  Fi żminijiet ta' kriżi, jenħtieġ li jintużaw mekkaniżmi oħra li jippermettu r-rispons globali u l-mitigazzjoni tal-kriżijiet. Tali mekkaniżmi jistgħu, pereżempju, jinkludu mekkaniżmu tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjoni, ftehimiet ta' kooperazzjoni msaħħa dwar il-produzzjoni ta' kontromiżuri mediċi, allokazzjoni minn qabel ta' parti mill-akkwist konġunt tal-Unjoni, u ġabriet kemm volontarji kif ukoll obbligatorji ta' għarfien teknoloġiku u ftehimiet ta' liċenzjar bejn kumpaniji, li jenħtieġ li jiffaċilitaw l-aċċess għall-kontromiżuri għall-persuni, inklużi dawk fis-Sħubija tal-Lvant u f'pajjiżi b'introjtu baxx u medju.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  B'differenza mill-mard komunikabbli, li s-sorveljanza tiegħu fil-livell tal-Unjoni titwettaq fuq bażi permanenti mill-ECDC, theddid transkonfinali serju potenzjali ieħor għas-saħħa bħalissa ma jeħtieġx monitoraġġ mill-Aġenziji tal-UE. Approċċ ibbażat fuq ir-riskju, fejn il-monitoraġġ jitwettaq mill-Istati Membri u l-informazzjoni disponibbli tiġi skambjata permezz tal-EWRS, huwa għalhekk aktar adatt għal dak it-theddid.
(10)  B'differenza mill-mard komunikabbli, li s-sorveljanza tiegħu fil-livell tal-Unjoni titwettaq fuq bażi permanenti mill-ECDC, theddid transkonfinali serju potenzjali ieħor għas-saħħa bħalissa ma jeħtieġx monitoraġġ mill-Aġenziji tal-UE. Approċċ ibbażat fuq ir-riskju, fejn il-monitoraġġ jitwettaq mill-Istati Membri u l-informazzjoni disponibbli tiġi skambjata permezz tal-EWRS, huwa għalhekk aktar adatt għal dak it-theddid. Madankollu, l-ECDC jenħtieġ li jkollu l-ħila li jimmonitorja l-impatt tal-mard komunikabbli fuq il-mard mhux komunikabbli ewlieni, inklużi l-mard mentali, il-valutazzjoni tal-kontinwità tal-iskrinjar, id-dijanjożi, il-monitoraġġ, it-trattament u l-kura fis-sistema tal-kura tas-saħħa, f'koordinazzjoni ma' settijiet tad-data, għodod u reġistri eżistenti.
Emendi 25 u 250
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni ssaħħaħ il-kooperazzjoni u l-attivitajiet mal-Istati Membri, mal-ECDC, mal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ("EMA"), mal-Aġenziji l-oħra tal-Unjoni, mal-infrastrutturi tar-riċerka u mad-WHO biex itejbu l-prevenzjoni tal-mard komunikabbli, bħall-mard prevenibbli b'vaċċin, kif ukoll kwistjonijiet oħra tas-saħħa, bħar-reżistenza għall-antimikrobiċi.
(11)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni, b'mod partikolari l-HERA, issaħħaħ il-kooperazzjoni u l-attivitajiet mal-Istati Membri, mal-ECDC, mal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ("EMA"), mal-Aġenziji jew mal-korpi l-oħra tal-Unjoni, mal-infrastrutturi tar-riċerka u mad-WHO biex itejbu, permezz tal-approċċ Saħħa Waħda, il-prevenzjoni tal-mard komunikabbli, bħall-mard prevenibbli b'vaċċin, kif ukoll kwistjonijiet oħra tas-saħħa, bħar-reżistenza għall-antimikrobiċi, u mard mhux komunikabbli ewlieni ieħor. Matul kriżijiet tas-saħħa, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-kontinwità tal-iskrinjar, id-dijanjożi, il-monitoraġġ, it-trattament u l-kura ta' mard u kundizzjonijiet oħra, u lill-implikazzjonijiet tal-kriżi fuq is-saħħa mentali u fuq il-ħtiġijiet psikosoċjali tal-popolazzjoni.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  Fil-każ ta' theddid transkonfinali għas-saħħa minħabba marda komunikabbli, is-servizzi tad-demm u tat-trapjanti fl-Istati Membri jistgħu jipprovdu mezz għall-ittestjar rapidu tal-popolazzjoni donaturi u għall-valutazzjoni tal-esponiment għall-marda u għall-immunità minnha fil-popolazzjoni ġenerali. Dawn is-servizzi min-naħa tagħhom huma dipendenti fuq valutazzjonijiet rapidi tar-riskju mill-ECDC biex jissalvagwardjaw il-pazjenti, li jeħtieġu terapija minn sustanza ta' oriġini umana, minn trażmissjoni ta' marda komunikabbli bħal dan. Tali valutazzjoni tar-riskju sservi mbagħad bħala bażi biex tippermetti l-adattament xieraq ta' miżuri li jistabbilixxu standards għall-kwalità u għas-sikurezza ta' tali sustanzi ta' oriġini umana. Għalhekk jenħtieġ li l-ECDC jistabbilixxi u jopera network ta' servizzi nazzjonali tad-demm u tat-trapjanti u li l-awtoritajiet tagħhom x jaqdu dan l-għan doppju.
(12)  Fil-każ ta' theddid transkonfinali għas-saħħa minħabba marda komunikabbli, is-servizzi tad-demm u tat-trapjanti, flimkien mal-ispiżeriji u stabbilimenti liċenzjati oħra tal-kura tas-saħħa fl-Istati Membri jistgħu jipprovdu mezz għall-ittestjar rapidu tal-popolazzjoni donaturi u għall-valutazzjoni tal-esponiment għall-marda u għall-immunità minnha fil-popolazzjoni ġenerali. Dawn is-servizzi min-naħa tagħhom huma dipendenti fuq valutazzjonijiet rapidi tar-riskju mill-ECDC biex jissalvagwardjaw il-pazjenti li jeħtieġu terapija minn sustanza ta' oriġini umana jew li jkun għaddejjin minn proċess ta' riproduzzjoni megħjuna medikament, minn trażmissjoni ta' marda komunikabbli bħal dan. Tali valutazzjoni tar-riskju sservi mbagħad bħala bażi biex tippermetti l-adattament xieraq ta' miżuri li jistabbilixxu standards għall-kwalità u għas-sikurezza ta' tali sustanzi ta' oriġini umana. Għalhekk jenħtieġ li l-ECDC jistabbilixxi u jopera network ta' servizzi nazzjonali tad-demm u tat-trapjanti u l-awtoritajiet tagħhom, kif ukoll servizzi tal-ispiżeriji u servizzi u stabbilimenti oħra liċenzjati tas-saħħa, biex jaqdi dan l-għan doppju.
Emendi 27 u 251
Proposta għal regolament
Premessa 12a (ġdida)
(12a)  Sabiex jittejbu t-tħejjija bikrija għall-emerġenza ta' theddid transkonfinali għas-saħħa, kif ukoll ir-rispons għaliha, huwa kruċjali li jingħata lok għal aċċess kontinwu u rapidu għad-data dwar id-disponibbiltà tal-kontromiżuri mediċi meħtieġa. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-HERA tisstabbilixxi, topera u tikkoordina fil-livell tal-Unjoni network ta' servizzi tal-Istati Membri li jipprovdi informazzjoni aġġornata dwar il-ħażniet strateġiċi nazzjonali u d-disponibbiltà ta' kontromiżuri mediċi u l-ħażniet ta' prodotti mediċi, prodotti essenzjali tas-saħħa u testijiet dijanjostiċi. It-tisħiħ tal-koordinament u tal-iskambju ta' l-informazzjoni mal-Istati Membri dwar ħażniet strateġiċi u kontromiżuri mediċi disponibbli huwa meħtieġ biex jittejbu l-ġbir, il-ħolqien ta' mudelli u l-użu ta' data prospettiva li tippermetti notifiki ta' twissija bikrija fl-Unjoni.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  Ġiet stabbilita sistema li tippermetti n-notifika fil-livell tal-Unjoni ta' twissijiet relatati ma' theddid transkonfinali serju għas-saħħa bid-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE sabiex tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tas-saħħa pubblika fl-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu informati kif xieraq u f'waqtu. It-theddid transkonfinali serju kollu għas-saħħa kopert minn dan ir-Regolament huwa kopert mill-EWRS. Jenħtieġ li l-operazzjoni tal-EWRS tibqa' taħt il-kompetenza tal-ECDC. Jenħtieġ li n-notifika ta' twissija tintalab biss meta l-iskala u s-severità tat-theddida kkonċernata huma jew jistgħu jsiru tant sinifikanti li jaffetwaw jew jistgħu jaffetwaw aktar minn Stat Membru wieħed u jirrikjedu jew jistgħu jirrikjedu rispons koordinat fil-livell tal-Unjoni. Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni u tiġi żgurata l-koordinazzjoni bejn is-sistemi ta' twissija tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-ECDC jiżguraw li n-notifiki ta' twissijiet skont l-EWRS u sistemi oħra ta' twissija rapida fil-livell tal-Unjoni jkunu marbuta ma' xulxin kemm jista' jkun sabiex l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkunu jistgħu jevitaw sa fejn possibbli li jibagħtu l-istess twissija permezz ta' sistemi differenti fil-livell tal-Unjoni u jkunu jistgħu jibbenefikaw milli jirċievu t-twissijiet kollha ta' periklu minn sors koordinat wieħed.
(13)  Ġiet stabbilita sistema li tippermetti n-notifika fil-livell tal-Unjoni ta' twissijiet relatati ma' theddid transkonfinali serju għas-saħħa bid-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE sabiex tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tas-saħħa pubblika fl-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu informati kif xieraq u f'waqtu. It-theddid transkonfinali serju kollu għas-saħħa kopert minn dan ir-Regolament huwa kopert mill-EWRS. Jenħtieġ li l-operazzjoni tal-EWRS tibqa' taħt il-kompetenza tal-ECDC. Jenħtieġ li n-notifika ta' twissija tintalab biss meta l-iskala u s-severità tat-theddida kkonċernata huma jew jistgħu jsiru tant sinifikanti li jaffetwaw jew jistgħu jaffetwaw aktar minn Stat Membru wieħed u jirrikjedu jew jistgħu jirrikjedu rispons koordinat fil-livell tal-Unjoni. Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni u tiġi żgurata l-koordinazzjoni bejn is-sistemi ta' twissija tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-ECDC jiżguraw li n-notifiki ta' twissijiet skont l-EWRS u sistemi oħra ta' twissija rapida fil-livell tal-Unjoni jkunu interoperabbli bis-sħiħ u, soġġett għal sorveljanza umana, marbuta awtomatikament ma' xulxin kemm jista' jkun sabiex l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkunu jistgħu jevitaw sa fejn possibbli li jibagħtu l-istess twissija permezz ta' sistemi differenti fil-livell tal-Unjoni u jkunu jistgħu jibbenefikaw milli jirċievu t-twissijiet kollha ta' periklu minn sors koordinat wieħed.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)  Sabiex jiġi żgurat li l-valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni minn theddid transkonfinali serju għas-saħħa hija konsistenti kif ukoll komprensiva minn perspettiva tas-saħħa pubblika, jenħtieġ li l-għarfien xjentifiku disponibbli jiġi mobilizzat b'mod koordinat, permezz ta' mezzi jew ta' strutturi xierqa skont it-tip ta' theddida kkonċernata. Jenħtieġ li dik il-valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa pubblika tiġi żviluppata permezz ta' proċess kompletament trasparenti u tkun ibbażata fuq prinċipji ta' eċċellenza, indipendenza, imparzjalità u trasparenza. L-involviment tal-aġenziji tal-Unjoni f'dawn il-valutazzjonijiet tar-riskju jeħtieġ li jitwessa' skont l-ispeċjalità tagħhom sabiex jiġi żgurat approċċ għal kontra l-perikli kollha, permezz ta' network permanenti ta' aġenziji u ta' servizzi rilevanti tal-Kummissjoni biex jappoġġaw it-tħejjija tal-valutazzjonijiet tar-riskju.
(14)  Sabiex jiġi żgurat li l-valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni minn theddid transkonfinali serju għas-saħħa hija konsistenti kif ukoll komprensiva minn perspettiva tas-saħħa pubblika, jenħtieġ li l-għarfien xjentifiku disponibbli jiġi mobilizzat b'mod koordinat u multidixxiplinari, permezz ta' mezzi jew ta' strutturi xierqa skont it-tip ta' theddida kkonċernata. Jenħtieġ li dik il-valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa pubblika tiġi żviluppata permezz ta' proċess kompletament trasparenti u tkun ibbażata fuq prinċipji ta' eċċellenza, indipendenza, imparzjalità u trasparenza. L-involviment tal-aġenziji u l-korpi tal-Unjoni f'dawn il-valutazzjonijiet tar-riskju jeħtieġ li jitwessa' skont l-ispeċjalità tagħhom sabiex jiġi żgurat approċċ għal kontra l-perikli kollha, permezz ta' network permanenti ta' aġenziji u ta' servizzi rilevanti tal-Kummissjoni biex jappoġġaw it-tħejjija tal-valutazzjonijiet tar-riskju. Sabiex jinkiseb livell suffiċjenti ta' għarfien espert u effettività, jenħtieġ li jiżdiedu r-riżorsi finanzjarji u umani tal-aġenziji u l-korpi tal-Unjoni.
Emendi 30 u 252
Proposta għal regolament
Premessa 14a (ġdida)
(14a)  L-Istati Membri, il-Kummissjoni, b'mod partikolari l-HERA, u l-aġenziji tal-Unjoni, filwaqt li japplikaw l-approċċ Saħħa Waħda, jenħtieġ li jidentifikaw organizzazzjonijiet u esperti tas-saħħa pubblika rikonoxxuti, kemm fil-qasam tal-mard komunikabbli kif ukoll dak mhux komunikabbli ewlieni, u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra fis-setturi kollha, disponibbli biex jassisti fir-rispons tal-Unjoni għat-theddid għas-saħħa. Tali esperti u partijiet ikkonċernati, inklużi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, jenħtieġ li jkunu involuti strutturalment fl-attivitajiet kollha tar-rispons għall-kriżijiet u jikkontribwixxu għall-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet. Jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali jikkonsultaw ukoll lir-rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet tal-pazjenti u s-sħab soċjali nazzjonali fis-settur tal-kura tas-saħħa u tas-servizzi soċjali u jinvolvuhom fl-implimentazzjoni ta' dan ir-regolament, meta jkun xieraq. Huwa essenzjali li jkun hemm konformità sħiħa mar-regoli dwar it-trasparenza u l-kunflitt ta' interess għall-involviment tal-partijiet ikkonċernati.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 14b (ġdida)
(14b)   Il-korsiji ħodor jenħtieġ li jitqiesu biss bħala għodda xierqa f'sitwazzjonijiet ta' pandemija ta' emerġenza ddikjarata tas-saħħa pubblika meta jkollhom l-għan li jiżguraw li l-oġġetti essenzjali, il-kontromiżuri mediċi u l-ħaddiema transkonfinali jiċċirkolaw liberament u b'mod sikur fis-suq intern. Jenħtieġ li l-ħolqien ta' korsiji ħodor f'sitwazzjonijiet bħal dawn ma jaffettwax id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat jew il-leġiżlazzjoni li tirregola l-kontrolli fil-fruntieri.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 15a (ġdida)
(15a)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura li, fil-mument tad-dikjarazzjoni ta' stat ta' emerġenza, l-għadd ta' faċilitajiet ta' akkomodazzjoni fl-isptarijiet fl-Istati Membri kif ukoll l-għadd ta' unitajiet ta' akkomodazzjoni disponibbli f'unitajiet ta' kura intensiva fl-Istati Membri jkunu magħrufa, għall-fini tal-moviment transkonfinali tal-pazjenti.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Premessa 16a (ġdida)
(16a)  Djalogu regolari u skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet, l-industrija, l-entitajiet rilevanti tal-katina tal-provvista farmaċewtika, il-professjonisti tal-kura tas-saħħa u l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti jenħtieġ li jiġu żgurati wkoll, biex jibdew diskussjonijiet bikrija dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa potenzjali u mistenni fis-suq, billi tiġi kondiviża informazzjoni dwar restrizzjonijiet mistennija tal-provvista jew jitqajmu ħtiġijiet kliniċi speċifiċi, u dan jippermetti koordinazzjoni aħjar, sinerġiji u reazzjoni xierqa fejn ikun meħtieġ.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Premessa 17
(17)  Komunikazzjoni inkonsistenti mal-pubbliku u mal-partijiet ikkonċernati bħall-professjonisti fil-kura tas-saħħa, jista' jkollha impatt negattiv fuq l-effettività tar-rispons minn perspettiva tas-saħħa pubblika kif ukoll fuq operaturi ekonomiċi. Għalhekk jenħtieġ li l-koordinazzjoni tar-rispons fl-HSC, megħjun minn sottogruppi rilevanti tkopri l-iskambju rapidu ta' informazzjoni rigward il-messaġġi u strateġiji ta' komunikazzjoni u l-indirizzar tal-isfidi tal-komunikazzjoni bil-ħsieb li tiġi kkoordinata l-komunikazzjoni tar-riskju u tal-kriżi, abbażi ta' evalwazzjoni robusta u indipendenti tar-riskji għas-saħħa pubblika, li jridu jiġu adattati għall-ħtiġijiet u ċ-ċirkostanzi nazzjonali. Tali skambji ta' informazzjoni huma maħsuba jiffaċilitaw il-monitoraġġ taċ-ċarezza u l-koerenza tal-messaġġi lill-pubbliku u lill-professjonisti fil-kura tas-saħħa. Minħabba n-natura transsettorjali ta' dan it-tip ta' kriżijiet, jenħtieġ li l-koordinazzjoni tiġi żgurata wkoll ma' kostitwenzi rilevanti oħra, bħall-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-protezzjoni Ċivili stabbilit bid-Deċiżjoni (UE) 2019/420 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17.
(17)  Komunikazzjoni inkonsistenti mal-pubbliku u mal-partijiet ikkonċernati bħall-professjonisti fil-kura tas-saħħa u tas-saħħa pubblika, jista' jkollha impatt negattiv fuq l-effettività tar-rispons minn perspettiva tas-saħħa pubblika kif ukoll fuq operaturi ekonomiċi. Għalhekk jenħtieġ li l-koordinazzjoni tar-rispons fl-HSC, megħjun minn sottogruppi rilevanti tkopri l-iskambju rapidu ta' informazzjoni rigward il-messaġġi u strateġiji ta' komunikazzjoni u l-indirizzar tal-isfidi tal-komunikazzjoni bil-ħsieb li tiġi kkoordinata l-komunikazzjoni tar-riskju u tal-kriżi, abbażi ta' evalwazzjoni olistika, robusta u indipendenti tar-riskji għas-saħħa pubblika, li jridu jiġu adattati għall-ħtiġijiet u ċ-ċirkostanzi nazzjonali u reġjonali. F'dawk l-Istati Membri b'reġjuni li għandhom kompetenzi tas-saħħa, dawk ir-reġjuni jenħtieġ li jipprovdu din l-informazzjoni. Tali skambji ta' informazzjoni huma maħsuba jiffaċilitaw il-monitoraġġ taċ-ċarezza u l-koerenza tal-messaġġi lill-pubbliku u lill-professjonisti fil-kura tas-saħħa. B'segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Istati Membri u lill-professjonisti tal-kura tas-saħħa, l-ECDC jenħtieġ li jwessa' l-attività ta' komunikazzjoni tiegħu biex tinkludi lill-pubbliku ġenerali billi jistabbilixxi u jimmaniġġja portal online biex jikkondividi informazzjoni vverifikata u jiġġieled kontra d-diżinformazzjoni. Minħabba n-natura transsettorjali ta' dan it-tip ta' kriżijiet, jenħtieġ li l-koordinazzjoni tiġi żgurata wkoll ma' kostitwenzi rilevanti oħra, bħall-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-protezzjoni Ċivili stabbilit bid-Deċiżjoni (UE) 2019/420 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17.
__________________
__________________
17 Id-Deċiżjoni (UE) 2019/420 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 77 I, 20.3.2019, p. 1).
17 Id-Deċiżjoni (UE) 2019/420 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 77 I, 20.3.2019, p. 1).
Emendi 35 u 253
Proposta għal regolament
Premessa 18
(18)  Jenħtieġ li r-rikonoxximent ta' sitwazzjonijiet ta' emerġenza tas-saħħa pubblika u l-effetti legali ta' dan ir-rikonoxximent previsti bid-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE jitwessgħu. Għal dan il-għan, jenħtieġ li dan ir-Regolament jippermetti lill-Kummissjoni tirrikonoxxi formalment emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni. Sabiex tirrikonoxxi tali sitwazzjoni ta' emerġenza, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi kumitat konsultattiv indipendenti li jipprovdi għarfien espert dwar jekk theddida tikkostitwixxix emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni, u jagħti pariri dwar miżuri ta' rispons għas-saħħa pubblika u dwar it-tmiem ta' dan ir-rikonoxximent ta' emerġenza. Jenħtieġ li l-kumitat konsultattiv jikkonsisti minn esperti indipendenti, magħżula mill-Kummissjoni mill-oqsma ta' għarfien u tal-esperjenza l-aktar rilevanti għat-theddida speċifika li qed isseħħ, rappreżentanti tal-ECDC, tal-EMA, u ta' korpi jew aġenziji oħra tal-Unjoni bħala osservaturi. Ir-rikonoxximent ta' emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni se jipprovdi l-bażi għall-introduzzjoni ta' miżuri operazzjonali tas-saħħa pubblika għall-prodotti mediċi u l-apparat mediku, mekkaniżmi flessibbli għall-iżvilupp, l-akkwist, il-ġestjoni u l-introduzzjoni ta' kontromiżuri mediċi kif ukoll l-attivazzjoni ta' appoġġ mill-ECDC biex timmobilizza u tiskjera timijiet ta' assistenza f'każ ta' tifqigħa ta' marda, magħrufa bħala t-"Task Force tal-UE dwar is-Saħħa".
(18)  Jenħtieġ li r-rikonoxximent ta' sitwazzjonijiet ta' emerġenza tas-saħħa pubblika u l-effetti legali ta' dan ir-rikonoxximent previsti bid-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE jitwessgħu. Għal dan il-għan, jenħtieġ li dan ir-Regolament jippermetti lill-Kummissjoni tirrikonoxxi formalment emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni. Sabiex tirrikonoxxi tali sitwazzjoni ta' emerġenza, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi kumitat konsultattiv indipendenti li jipprovdi għarfien espert dwar jekk theddida tikkostitwix emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni, u jagħti pariri dwar miżuri ta' rispons għas-saħħa pubblika u dwar it-tmiem ta' dan ir-rikonoxximent ta' emerġenza. Jenħtieġ li l-kumitat konsultattiv jikkonsisti minn esperti indipendenti, rappreżentanti tal-ħaddiema tas-saħħa u tal-kura, inklużi infermiera u tobba, u rappreżentant tas-soċjetà ċivili, magħżula mill-Kummissjoni mill-oqsma ta' għarfien u tal-esperjenza l-aktar rilevanti għat-theddida speċifika li qed isseħħ, rappreżentanti tal-ECDC, tal-EMA, tal-HERA u ta' korpi jew aġenziji oħra tal-Unjoni bħala osservaturi. Il-membri kollha tal-Kumitat Konsultattiv jenħtieġ li jipprovdu dikjarazzjonijiet ta' interess. Il-Kumitat Konsultattiv għandu jaħdem f'kooperazzjoni mill-qrib mal-korpi konsultattivi nazzjonali. Ir-rikonoxximent ta' emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni se jipprovdi l-bażi għall-introduzzjoni ta' miżuri operazzjonali tas-saħħa pubblika għall-prodotti mediċi u l-apparat mediku, mekkaniżmi tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, mekkaniżmi flessibbli għall-iżvilupp, l-akkwist, il-ġestjoni u l-introduzzjoni ta' kontromiżuri mediċi permezz tal-HERA kif ukoll l-attivazzjoni ta' appoġġ mill-ECDC biex timmobilizza timijiet ta' assistenza f'każ ta' tifqigħa ta' marda, magħrufa bħala t-"Task Force tal-UE dwar is-Saħħa". Ir-rikonoxximent ta' emerġenza tas-saħħa pubblika jista' jattiva qafas stabbilit f'Regolament tal-Kunsill dwar qafas ta' miżuri għall-iżgurar tal-provvista ta' kontromiżuri mediċi rilevanti għall-kriżi fil-każ ta' emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni. Tali qafas jenħtieġ li jibqa' operazzjonali għal perjodu inizjali ta' sitt xhur, li jiġġedded sakemm iddum l-emerġenza tas-saħħa pubblika.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Premessa 20
(20)  Jenħtieġ li l-okkorrenza ta' avveniment marbut ma' theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li probabbilment jkollu konsegwenzi madwar l-Unjoni tirrikjedi li l-Istati Membri kkonċernati jieħdu miżuri partikolari ta' kontroll jew ta' traċċar tal-kuntatti b'mod koordinat, sabiex jiġu identifikati dawk il-persuni diġà infettati u dawk il-persuni esposti għal riskju. Tali kooperazzjoni tista' teħtieġ l-iskambju ta' data personali permezz tas-sistema, inkluża informazzjoni sensittiva dwar is-saħħa u informazzjoni dwar każijiet umani ta' mard ikkonfermati jew suspettati bejn dawk l-Istati Membri direttament involuti fil-miżuri tat-traċċar tal-kuntatti. L-iskambju ta' data personali dwar is-saħħa mill-Istati Membri jrid jikkonforma mal-Artikolu 9(2)(i) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18.
(20)  Jenħtieġ li l-okkorrenza ta' avveniment li jirrappreżenta theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li probabbilment jkollu konsegwenzi madwar l-Unjoni tirrikjedi li l-Istati Membri kkonċernati jew potenzjalment ikkonċernati jieħdu miżuri partikolari ta' kontroll jew ta' traċċar tal-kuntatti b'mod koordinat, sabiex jiġu identifikati dawk il-persuni diġà infettati u dawk il-persuni esposti għal riskju. Tali kooperazzjoni tista' teħtieġ l-iskambju ta' data personali permezz tas-sistema, inkluża informazzjoni sensittiva dwar is-saħħa u informazzjoni dwar każijiet umani ta' mard jew infezzjoni kkonfermati jew suspettati bejn dawk l-Istati Membri direttament involuti fit-traċċar tal-kuntatti. L-iskambju ta' data personali dwar is-saħħa mill-Istati Membri jrid jikkonforma mal-Artikolu 9(2)(i) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18.
__________________
__________________
18 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
18 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
Emenda 37
Proposta għal regolament
Premessa 21
(21)  Jenħtieġ li titrawwem il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tas-saħħa pubblika. Huwa partikolarment importanti li jiġi żgurat l-iskambju ta' informazzjoni mad-WHO dwar il-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament. Din il-kooperazzjoni msaħħa hija meħtieġa wkoll biex tikkontribwixxi għall-impenn tal-UE għat-tisħiħ tal-appoġġ għas-sistemi tas-saħħa u t-tisħiħ tal-kapaċità ta' tħejjija u rispons tal-imsieħba. B'mod partikolari, jista' jkun fl-interessi tal-Unjoni li jiġu konklużi ftehimiet ta' kooperazzjoni internazzjonali ma' pajjiżi terzi jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, inkluża d-WHO, biex jitrawwem l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti mis-sistemi ta' monitoraġġ u ta' twissija dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa. Fi ħdan il-limiti tal-kompetenzi tal-Unjoni, ftehimiet bħal dawn jistgħu jinkludu, fejn xieraq, is-sehem ta' tali pajjiżi terzi jew tali organizzazzjonijiet internazzjonali fin-network ta' monitoraġġ ta' sorveljanza epidemjoloġika rilevanti u l-EWRS, l-iskambju ta' prattika tajba fl-oqsma tal-ippjanar għat-tħejjija u għar-rispons, tal-valutazzjoni tar-riskju għas-saħħa pubblika u tal-kollaborazzjoni fil-koordinazzjoni ta' rispons, inkluż ir-rispons tar-riċerka.
(21)  Jenħtieġ li titrawwem il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tas-saħħa pubblika. Huwa partikolarment importanti li jiġi żgurat l-iskambju ta' informazzjoni mad-WHO dwar il-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament. Din il-kooperazzjoni msaħħa hija meħtieġa wkoll biex tikkontribwixxi għall-impenn tal-UE għat-tisħiħ tal-appoġġ għas-sistemi tas-saħħa u t-tisħiħ tal-kapaċità ta' tħejjija u rispons tal-imsieħba. B'mod partikolari, jista' jkun fl-interessi tal-Unjoni li jiġu konklużi ftehimiet ta' kooperazzjoni internazzjonali ma' pajjiżi terzi jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, inkluża d-WHO, biex jitrawwem l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti mis-sistemi ta' monitoraġġ u ta' twissija dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa. Fi ħdan il-limiti tal-kompetenzi tal-Unjoni, ftehimiet bħal dawn jistgħu jinkludu, fejn xieraq, is-sehem ta' tali pajjiżi terzi jew tali organizzazzjonijiet internazzjonali fin-network ta' monitoraġġ ta' sorveljanza epidemjoloġika rilevanti, bħas-Sistema Ewropea ta' Sorveljanza (TESSy) u l-EWRS, l-iskambju ta' prattika tajba fl-oqsma tal-ippjanar għat-tħejjija u għar-rispons, tal-valutazzjoni tar-riskju għas-saħħa pubblika u tal-kollaborazzjoni fil-koordinazzjoni ta' rispons, inkluż ir-rispons tar-riċerka. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jaħdmu b'mod attiv biex jistabbilixxu konvenzjoni qafas tad-WHO dwar it-tħejjija u r-rispons għall-pandemiji, li jenħtieġ li tistabbilixxi l-prinċipji u l-prijoritajiet għat-tħejjija u r-rispons għall-pandemija. Tali konvenzjoni qafas jenħtieġ li tiffaċilita l-implimentazzjoni tar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (2005)1a u jenħtieġ li tappoġġa t-tisħiħ tal-qafas internazzjonali tas-saħħa u t-titjib tal-kooperazzjoni fir-rigward tal-individwalizzazzjoni, il-prevenzjoni, ir-rispons u r-reżiljenza bikrija fir-rigward ta' pandemiji futuri.
__________________
1a Ir-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (2005) It-Tielet Edizzjoni disponibbli fuq https://www.who.int/publications/i/item/9789241580496
Emenda 38
Proposta għal regolament
Premessa 22
(22)  Jenħtieġ li l-ipproċessar ta' data personali għall-fini tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament jikkonforma mar-Regolament ( UE) 2016/679 u mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-operazzjoni tal-EWRS tipprovdi salvagwardji speċifiċi għall-iskambju sikur u legali tad-data personali għall-fini ta' miżuri tat-traċċar tal-kuntatti li l-Istati Membri implimentaw fil-livell nazzjonali. F'dan ir-rigward, l-EWRS tinkludi funzjoni ta' messaġġi li fiha d-data personali, inkluża d-data tal-kuntatt u tas-saħħa, tista' tiġi kkomunikata lill-awtoritajiet rilevanti involuti fil-miżuri tat-traċċar tal-kuntatti.
(22)  Minħabba n-natura sensittiva tad-data dwar is-saħħa, l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-aġenziji tal-Unjoni jenħtieġ li jissalvagwardjaw u jiggarantixxu li l-operazzjonijiet ta' pproċessar tagħhom jirrispettaw il-prinċipji tal-protezzjoni tad-data f'konformità mal-Artikolu 5 tal-GDPR. Jenħtieġ li l-ipproċessar ta' data personali għall-fini tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament jikkonforma mal-GDPR u mar-Regolament u mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-operazzjoni tal-EWRS tipprovdi salvagwardji speċifiċi għall-iskambju sikur u legali tad-data personali għall-fini ta' miżuri tat-traċċar tal-kuntatti li l-Istati Membri implimentaw fil-livell nazzjonali. F'dan ir-rigward, l-EWRS tinkludi funzjoni ta' messaġġi li fiha d-data personali, inkluża d-data tal-kuntatt u tas-saħħa, tista' tiġi kkomunikata lill-awtoritajiet rilevanti involuti fit-traċċar tal-kuntatti. Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jenħtieġ li jiġi rispettat b'mod strett u jenħtieġ li jiġu stabbiliti miżuri ta' sigurtà tekniċi u organizzattivi xierqa f'konformità ma' dak ir-Regolament.
__________________
__________________
19 Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
19 Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
Emenda 39
Proposta għal regolament
Premessa 25
(25)  Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni biex tadotta atti ta' implimentazzjoni dwar: mudelli li għandhom jintużaw meta tiġi pprovduta l-informazzjoni dwar l-ippjanar għat-tħejjija u għar-rispons; l-organizzazzjoni tal-attivitajiet ta' taħriġ għall-persunal tal-kura tas-saħħa u tas-saħħa pubblika; l-istabbiliment u l-aġġornament ta' lista ta' mard komunikabbli u ta' kwistjonijiet tas-saħħa speċjali relatati soġġetti għan-network ta' sorveljanza epidemjoloġika u għall-proċeduri għall-operazzjoni ta' network bħal dan; l-adozzjoni ta' definizzjonijiet ta' każijiet għal dak il-mard komunikabbli u għal kwistjonijiet tas-saħħa speċjali koperti min-network ta' sorveljanza epidemjoloġika u, fejn meħtieġ, għal theddid transkonfinali serju ieħor għas-saħħa soġġett għal monitoraġġ ad hoc; il-proċeduri għall-operat tal-EWRS; il-funzjonament tal-pjattaforma ta' sorveljanza; il-ħatra tal-laboratorji ta' referenza tal-UE biex jipprovdu appoġġ lil-laboratorji nazzjonali ta' referenza; il-proċeduri għall-iskambju ta' informazzjoni dwar ir-risponsi tal-Istati Membri u l-koordinazzjoni tagħhom; ir-rikonoxximent ta' sitwazzjonijiet ta' emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni u t-terminazzjoni ta' tali rikonoxximent u proċeduri meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-operat tal-EWRS u l-ipproċessar tad-data jkunu f'konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data.
(25)  Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni biex tadotta atti ta' implimentazzjoni dwar: mudelli li għandhom jintużaw meta tiġi pprovduta l-informazzjoni dwar l-ippjanar għat-tħejjija u għar-rispons; l-organizzazzjoni tal-attivitajiet ta' taħriġ għall-persunal tal-kura tas-saħħa u tas-saħħa pubblika; l-istabbiliment u l-aġġornament ta' lista ta' mard komunikabbli u ta' kwistjonijiet tas-saħħa speċjali relatati soġġetti għall-proċeduri għall-operazzjoni tan-network ta' sorveljanza epidemjoloġika; il-ħatra tal-laboratorji ta' referenza tal-UE biex jipprovdu appoġġ lil-laboratorji nazzjonali u reġjonali ta' referenza; il-proċeduri għall-iskambju ta' informazzjoni dwar ir-risponsi tal-Istati Membri u l-koordinazzjoni tagħhom; ir-rikonoxximent ta' sitwazzjonijiet ta' emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni u t-terminazzjoni ta' tali rikonoxximent u proċeduri meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-operat tal-EWRS u l-ipproċessar tad-data jkunu f'konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data.
Emenda 40
Proposta għal regolament
Premessa 28
(28)  Sabiex jiġi aċċertat l-istat tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' tħejjija nazzjonali u tal-koerenza tagħhom mal-pjan tal-Unjoni, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' proċeduri, standards u kriterji għall-awditi mmirati lejn il-valutazzjoni tal-ippjanar għat-tħejjija u għar-rispons fil-livell nazzjonali. Huwa ta' importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa anke fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201621. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
(28)  Sabiex jiġu ssupplimentati ċerti aspetti ta' dan ir-Regolament u sabiex jiġi aċċertat l-istat tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' tħejjija nazzjonali u reġjonali u tal-koerenza tagħhom mal-pjan tal-Unjoni, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta': l-istabbiliment u l-aġġornament ta' lista ta' mard komunikabbli u ta' kwistjonijiet tas-saħħa speċjali relatati soġġetti għan-network ta' sorveljanza epidemjoloġika; l-adozzjoni ta' definizzjonijiet tal-każ għal dak il-mard komunikabbli u għall-kwistjonijiet tas-saħħa speċjali koperti min-network ta' sorveljanza epidemjoloġika u, fejn meħtieġ, għal theddid transkonfinali serju ieħor għas-saħħa li huwa s-suġġett ta' monitoraġġ ad hoc; ir-rekwiżiti meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità tal-operat tal-EWRS u l-ipproċessar tad-data mar-Regolamenti rilevanti; l-istabbiliment u l-aġġornament ta' lista ta' data rilevanti dwar is-saħħa li għandha tinġabar awtomatikament minn pjattaforma diġitali, soġġetta għas-sorveljanza umana; il-funzjonament tal-pjattaforma ta' sorveljanza; u l-proċeduri, l-istandards u l-kriterji għall-awditi mmirati lejn il-valutazzjoni tal-ippjanar għat-tħejjija u għar-rispons fil-livell nazzjonali u reġjonali. Huwa ta' importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa anke fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201621. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
__________________
__________________
21 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
21 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Premessa 28a (ġdida)
(28a)  Fir-rigward tal-istabbiliment u l-aġġornament ta' lista ta' mard komunikabbli u kwistjonijiet speċjali tas-saħħa relatati soġġetti għan-network ta' sorveljanza epidemjoloġika u l-proċeduri għall-operazzjoni ta' tali network, l-adozzjoni ta' definizzjonijiet tal-każ għal dak il-mard komunikabbli u kwistjonijiet speċjali tas-saħħa koperti min-network ta' sorveljanza epidemjoloġika u d-definizzjonijiet tal-każ li għandhom jintużaw għall-monitoraġġ ad hoc, il-Kummissjoni jenħtieġ li tadotta atti delegati skont il-proċedura ta' urġenza meta raġunijiet imperattivi debitament ġustifikati ta' urġenza relatati mas-severità jew man-novità ta' theddida transkonfinali serja għas-saħħa jew mar-rapidità tat-tixrid tagħha bejn l-Istati Membri jirrikjedu hekk.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt c
(c)  l-akkwist konġunt ta' kontromiżuri mediċi;
(c)  l-akkwist konġunt, il-ġestjoni u l-implimentazzjoni ta' kontromiżuri mediċi;
Emenda 254
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca)   il-pjanijiet ta' riċerka u innovazzjoni ta' emerġenza, inklużi n-networks ta' provi kliniċi u l-pjattaformi ta' innovazzjoni;
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
(ba)   network ta' ħażniet strateġiċi nazzjonali u l-kontromiżuri mediċi disponibbli;
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3
3.  L-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tkun appoġġata minn finanzjament minn programmi u strumenti rilevanti tal-Unjoni.
3.  F'konformità mal-approċċi ta' "Saħħa Waħda" u "Saħħa fil-Politiki Kollha", l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tkun appoġġata minn finanzjament minn programmi u strumenti rilevanti tal-Unjoni. Il-qafas tas-saħħa msaħħaħ tal-Unjoni li jindirizza theddid transkonfinali serju għas-saħħa għandu jaħdem f'sinerġija ma' politiki u fondi oħra tal-Unjoni, bħal azzjonijiet implimentati fl-ambitu tal-programm l-UE għas-Saħħa, tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE), ta' Orizzont Ewropa, tal-Programm Ewropa Diġitali, tar-riżerva rescEU, tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), tal-Istrument għall-Appoġġ ta' Emerġenza (ESI) u tal-Programm tas-Suq Uniku (SMP), u b'mod li jikkomplementahom.
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   Dan ir-Regolament għandu jiżgura li fl-emerġenzi tas-saħħa futuri, l-identifikazzjoni, it-trattament ta' mard serju ieħor, kif ukoll l-interventi tas-saħħa li jikkonċerna dan il-mard ma jitwaqqfux.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3b (ġdid)
3b.  Dan ir-Regolament għandu jiġi implimentat b'rispett sħiħ għad-dinjità u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni.
Emenda 243
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a – punt i
(i)  mard komunikabbli;
(i)  mard komunikabbli, inkluż dak ta' oriġini zoonotika;
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2
2.  Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għas-sorveljanza epidemjoloġika tal-mard komunikabbli u tal-kwistjonijiet tas-saħħa speċjali relatati.
2.  Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għas-sorveljanza epidemjoloġika tal-mard komunikabbli, il-monitoraġġ tal-impatt ta' tali mard fuq il-mard mhux komunikabbli ewlieni u fuq kwistjonijiet tas-saħħa speċjali relatati, bħas-saħħa mentali u l-impatt fuq l-iskrinjar, id-dijanjożi, il-monitoraġġ, it-trattament u l-kura posposti ta' mard u kundizzjonijiet oħra.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   Dan ir-Regolament għandu jippromwovi l-implimentazzjoni tar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa, inaqqas il-piż amministrattiv u d-duplikazzjoni tar-riżorsi, u jagħmel tajjeb għan-nuqqasijiet esposti waqt il-pandemija tal-COVID-19 fil-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons għat-theddid għas-saħħa pubblika.
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 4
4.  F'sitwazzjonijiet ta' emerġenza eċċezzjonali, Stat Membru jew il-Kummissjoni jistgħu jitolbu koordinazzjoni tar-rispons fi ħdan l-HSC, kif imsemmi fl-Artikolu 21, għal theddid transkonfinali serju għas-saħħa minbarra dawk koperti mill-Artikolu 2(1), jekk jitqies li l-miżuri tas-saħħa pubblika meħuda qabel ma kienux biżżejjed biex jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.
4.  F'sitwazzjonijiet ta' emerġenza eċċezzjonali, Stat Membru jew il-Kummissjoni jistgħu jitolbu l-koordinazzjoni tar-rispons fi ħdan l-HSC, kif imsemmi fl-Artikolu 21, għal theddid transkonfinali serju għas-saħħa minbarra dawk koperti mill-Artikolu 2(1), speċjalment fir-rigward ta' mard mhux komunikabbli ewlieni, jekk jitqies li l-miżuri tas-saħħa pubblika meħuda qabel ma kinux biżżejjed biex jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 5
5.  Il-Kummissjoni għandha, flimkien mal-Istati Membri, tiżgura l-koordinazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn il-mekkaniżmi u l-istrutturi stabbiliti b'dan ir-Regolament u mekkaniżmi u strutturi simili stabbiliti fil-livell tal-Unjoni jew skont it-Trattat Euratom li l-attivitajiet tagħhom huma rilevanti għall-ippjanar għat-tħejjija u għar-rispons, għall-monitoraġġ, għat-twissija bikrija tat-theddid transkonfinali serju għas-saħħa, u għall-ġlieda kontrih.
5.  Il-Kummissjoni għandha, flimkien mal-Istati Membri, tiżgura l-koordinazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn il-mekkaniżmi u l-istrutturi stabbiliti b'dan ir-Regolament u mekkaniżmi u strutturi simili stabbiliti fil-livell internazzjonali, fil-livell tal-Unjoni jew skont it-Trattat Euratom li l-attivitajiet tagħhom huma rilevanti għall-ippjanar għat-tħejjija u għar-rispons, għall-monitoraġġ, għat-twissija bikrija tat-theddid transkonfinali serju għas-saħħa, u għall-ġlieda kontrih.
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 6
6.  L-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt jew jintroduċu arranġamenti, proċeduri u miżuri addizzjonali għas-sistemi nazzjonali tagħhom fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament, inklużi arranġamenti previsti fi ftehimiet jew konvenzjonijiet bilaterali jew multilaterali eżistenti jew futuri, bil-kondizzjoni li tali arranġamenti, proċeduri u miżuri addizzjonali ma jxekklux l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
6.  L-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt jew jintroduċu arranġamenti, proċeduri u miżuri addizzjonali għas-sistemi nazzjonali tagħhom fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament, inklużi arranġamenti previsti fi ftehimiet jew konvenzjonijiet bilaterali jew multilaterali eżistenti jew futuri, bil-kondizzjoni li tali arranġamenti, proċeduri u miżuri addizzjonali ma jxekklux l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-Unjoni għandha titlob l-istabbiliment ta' konvenzjoni qafas tad-WHO dwar it-tħejjija u r-rispons għall-pandemija. Dik il-konvenzjoni għandha tkun b'tali mod li tiffaċilita l-implimentazzjoni tar-Regolament Internazzjonali tas-Saħħa (2005)1a u ssolvi d-dgħufijiet ta' dak ir-Regolament, identifikati matul il-kriżi tal-COVID-19.
___________________
1a Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Ir-Regolament Internazzjonali tas-Saħħa (IHR, 2005) https://www.who.int/ihr/publications/9789241596664/en/
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 6a (ġdid)
6a.  Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll, fejn xieraq, għall-awtoritajiet kompetenti reġjonali, is-sistemi u l-programmi fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament.
Emenda 255
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)
(-1)   "emerġenza tas-saħħa pubblika" tfisser emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni rikonoxxuta mill-Kummissjoni abbażi ta' opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv skont l-Artikolu 23 ta' dan ir-Regolament;
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3
(3)  "traċċar tal-kuntatti" tfisser miżuri implimentati sabiex jiġu ttraċċati persuni li ġew esposti għal xi sors ta' theddida transkonfinali serja għas-saħħa, u li huma fil-periklu li toħroġilhom xi marda jew li diġà ħarġitilhom, manwalment jew b'mezzi teknoloġiċi oħra;
(3)  "traċċar tal-kuntatti" tfisser miżuri biex jidentifikaw, jivvalutaw u jimmaniġġjaw persuni li ġew esposti għal xi sors ta' theddida transkonfinali serja għas-saħħa, u li huma fil-periklu li jiġu infettati jew li jkunu infettivi jew li ħarġitilhom xi marda komunikabbli, manwalment jew b'mezzi teknoloġiċi oħra, bl-objettiv uniku li jiġu identifikati malajr persuni potenzjalment infettati ġodda li setgħu ġew f'kuntatt ma' każijiet eżistenti, sabiex titnaqqas it-trażmissjoni ulterjuri;
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4
(4)  "sorveljanza epidemjoloġika" tfisser il-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-analiżi, l-interpretazzjoni u d-disseminazzjoni sistematiċi ta' data u analiżi dwar mard komunikabbli u kwistjonijiet tas-saħħa speċjali relatati;
(4)  "sorveljanza epidemjoloġika" tfisser il-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-analiżi, l-interpretazzjoni u d-disseminazzjoni sistematiċi ta' data u analiżi dwar mard komunikabbli, il-monitoraġġ tal-impatt ta' tali mard fuq il-mard mhux komunikabbli ewlieni, bħal dak relatat mas-saħħa mentali, u fuq kwistjonijiet tas-saħħa speċjali relatati;
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)
(5a)  L-approċċ "Saħħa Waħda" jfisser approċċ multisettorjali li jirrikonoxxi li s-saħħa tal-bniedem hija konnessa mas-saħħa tal-annimali u mal-ambjent, u li l-azzjonijiet biex jiġi indirizzat it-theddid għas-saħħa jridu jqisu dawk it-tliet dimensjonijiet;
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 5b (ġdid)
(5b)  L-approċċ "Saħħa fil-Politiki Kollha" jfisser approċċ għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni u r-rieżami tal-politiki pubbliċi, irrispettivament mis-settur, fejn jitqiesu l-implikazzjonijiet tad-deċiżjonijiet fuq is-saħħa, u jfittex li jikseb sinerġiji, u jevita li jiġu kkawżati impatti dannużi fuq is-saħħa minn politiki bħal dawn, sabiex jittejbu s-saħħa tal-popolazzjoni u l-ekwità tas-saħħa;
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 7a (ġdid)
(7a)   "mard mhux komunikabbli ewlieni" tfisser marda kif definit fil-punt (4a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) [ir-Regolament tal-ECDC, għandha tiddaħħal ir-referenza korretta];
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 8
(8)  "kontramiżura medika" tfisser prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u apparati mediċi kif definit fid-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23 u fir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 jew oġġetti jew servizzi oħra għall-fini ta' tħejjija u rispons għal theddida transkonfinali serja għas-saħħa.
(8)  "kontramiżura medika" tfisser prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u apparati mediċi kif definit fid-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23 u fir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 jew oġġetti jew servizzi oħra għall-fini tal-iffaċilitar tad-dijanjożi u t-trattament fil-qafas ta' tħejjija u rispons għal theddida transkonfinali serja għas-saħħa.
___________________
___________________
23 Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).
23 Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).
24 Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1).
24 Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April  2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1).
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 8a (ġdid)
(8a)   "Ir-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa" tfisser ir-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa adottati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fl-2005.
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 8b (ġdid)
(8b)   "apparat mediku" tfisser kemm apparat mediku kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/745, moqri flimkien mal-punt (2) tal-Artikolu 1 u l-punt (a) tal-Artikolu 1(6) ta' dak ir-Regolament, kif ukoll apparat mediku dijanjostiku in vitro kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/746.
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 8c (ġdid)
(8c)  "korsiji ħodor" tfisser kurituri ta' tranżitu tranżitabbli u sikuri li jippreservaw il-ktajjen tal-provvista f'każ ta' emerġenza ddikjarata tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni f'sitwazzjoni ta' pandemija billi jiġi żgurat li l-oġġetti essenzjali, il-kontromiżuri mediċi u l-ħaddiema transkonfinali jkunu jistgħu jiċċirkolaw liberament u b'mod sikur fis-suq intern, bir-rispett sħiħ tal-Artikolu 77(2)(e) tat-TFUE.
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Ir-rappreżentanti tal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni għandhom jipparteċipaw fil-laqgħat tal-HSC bħala osservaturi.
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b
(b)  il-koordinazzjoni flimkien mal-Kummissjoni tal-ippjanar għat-tħejjija u għar-rispons tal-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 10;
(b)  il-koordinazzjoni flimkien mal-Kummissjoni u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni tal-ippjanar għall-prevenzjoni, għat-tħejjija u għar-rispons tal-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 10;
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt c
(c)  il-koordinazzjoni flimkien mal-Kummissjoni tal-komunikazzjoni dwar ir-riskji u l-kriżijiet u r-rispons tal-Istati Membri għal theddid transkonfinali serju għas-saħħa, f'konformità mal-Artikolu 21;
(c)  il-koordinazzjoni flimkien mal-Kummissjoni u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni tal-komunikazzjoni dwar ir-riskji u l-kriżijiet u r-rispons tal-Istati Membri għal theddid transkonfinali serju għas-saħħa, f'konformità mal-Artikolu 21;
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)
(da)  l-adozzjoni, fuq bażi annwali, ta' programm ta' azzjoni biex jiġu stabbiliti b'mod ċar il-prijoritajiet u l-objettivi tiegħu fil-livelli tal-grupp ta' ħidma ta' livell għoli u tal-grupp ta' ħidma tekniku.
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 4
4.  L-HSC għandu jkun ippresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. L-HSC għandu jiltaqa' b'mod regolari u kull meta is-sitwazzjoni tirrikjedi dan, fuq talba mill-Kummissjoni jew Stat Membru.
4.  L-HSC għandu jkun ippresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni mingħajr id-dritt għall-vot. L-HSC għandu jiltaqa' b'mod regolari u kull meta s-sitwazzjoni tirrikjedi dan, fuq talba mill-Kummissjoni jew Stat Membru.
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.  Membri tal-HSC u tal-Kummissjoni għandhom jiżguraw konsultazzjoni bir-reqqa mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, esperti tas-saħħa pubblika, organizzazzjonijiet internazzjonali u partijiet ikkonċernati, inklużi professjonisti tal-kura tas-saħħa.
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 7a (ġdid)
7a.  Il-Parlament Ewropew għandu jaħtar rappreżentanti biex jipparteċipaw fil-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa ("HSC") bħala osservaturi.
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 7b (ġdid)
7b.  Il-lista tal-membri tal-HSC kemm fil-livell politiku kif ukoll f'dak tekniku għandha tkun ippubblikata fuq is-siti web tal-Kummissjoni u tal-Kunsill. Il-membri tal-Kumitat ma għandu jkollhom l-ebda interess finanzjarju jew interessi oħra li jistgħu jaffettwaw l-imparzjalità tagħhom. Għandhom jaġixxu fl-interess pubbliku u b'mod indipendenti, u għandhom jagħmlu dikjarazzjoni annwali tal-interessi finanzjarji tagħhom. L-interessi diretti kollha li jistgħu jkunu relatati mas-settur mediku jew ma' settur rilevanti ieħor għandhom ikunu rreġistrati f'reġistru miżmum mill-Kummissjoni u jkun aċċessibbli għall-pubbliku, fuq talba.
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 7c (ġdid)
7c.  Ir-regoli ta' proċedura, il-gwida, l-aġendi u l-minuti tal-laqgħat tal-HSC għandhom ikunu ppubblikati fuq il-portal tal-internet tal-Kummissjoni.
Emenda 256
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 7a (ġdid)
7d.   L-HSC għandu jaġixxi f'kooperazzjoni mal-bord tal-HERA mwaqqaf skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Settembru 2021 li tistabbilixxi l-Awtorità għat-Tħejjija u għar-Rispons f'Każ ta' Emerġenza tas-Saħħa u l-Bord għall-Kriżi tas-Saħħa (HCB), li jiġi stabbilit b'Regolament tal-Kunsill dwar qafas ta' miżuri għall-iżgurar tal-provvista ta' kontromiżuri mediċi rilevanti għall-kriżi fil-każ ta' emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni. Il-koordinament bejn dawk il-korpi għandha tiżgura l-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa, l-assoċjazzjonijiet tal-pazjenti, u l-atturi tal-industrija u tal-katina tal-provvista b'esperjenza rikonoxxuta f'dixxiplini relatati mal-HSC, mal-HCB u mal-ħidma tal-HERA. Id-dispożizzjonijiet relatati mal-kunflitt ta' interessi u mat-trasparenza msemmija fil-paragrafi 7b u 7c għandhom japplikaw anki għal dan il-paragrafu. Il-Kummissjoni għandha tistieden rappreżentant tal-Parlament Ewropew biex jaqdi d-dmirijiet ta' membru attiv tal-HCB.
Emenda 71
Proposta għal regolament
Kapitolu II – titolu
II IPPJANAR GĦAT-TĦEJJIJA U GĦAR-RISPONS
II IPPJANAR GĦALL-PREVENZJONI, GĦAT-TĦEJJIJA U GĦAR-RISPONS
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – titolu
Pjan tal-Unjoni ta' tħejjija u rispons
Pjan tal-Unjoni ta' prevenzjoni, tħejjija u rispons
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, għandha tistabbilixxi pjan tal-Unjoni għall-kriżi tas-saħħa u għall-pandemija ("il-pjan tal-Unjoni ta' tħejjija u rispons ") biex tippromwovi rispons effettiv u koordinat għal theddid għas-saħħa transkonfinali fil-livell tal-Unjoni.
1.  Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni u filwaqt li jitqies il-qafas tad-WHO, għandha tistabbilixxi pjan tal-Unjoni għall-kriżi tas-saħħa u għall-pandemija ("il-pjan tal-Unjoni ta' prevenzjoni, tħejjija u rispons") biex tippromwovi rispons effettiv u koordinat għal theddid għas-saħħa transkonfinali fil-livell tal-Unjoni.
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 5 − paragrafu 2
2.  Il-pjan tal-Unjoni ta' tħejjija u rispons għandu jikkumplimenta l-pjanijiet nazzjonali ta' tħejjija u rispons stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 6.
2.  Il-pjan tal-Unjoni ta' prevenzjoni, tħejjija u rispons għandu jikkomplementa l-pjanijiet nazzjonali ta' tħejjija u rispons stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 6.
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3 – parti introduttorja
3.  Il-pjan tal-Unjoni ta' tħejjija u rispons għandu, b'mod partikolari, jinkludi arranġamenti għall-governanza, għall-kapaċitajiet u għar-riżorsi għal:
3.  Il-pjan tal-Unjoni ta' prevenzjoni, tħejjija u rispons għandu, b'mod partikolari, jinkludi arranġamenti għall-governanza, għall-kapaċitajiet u għar-riżorsi għal:
Emenda 257
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt a
(a)  kooperazzjoni f'waqtha bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni;
(a)  kooperazzjoni f'waqtha bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-aġenziji u l-korpi tal-Unjoni;
Emenda 258
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt b
(b)  skambju sikur ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-aġenziji tal-Unjoni u l-Istati Membri;
(b)  skambju sikur ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-aġenziji u l-korpi tal-Unjoni u l-Istati Membri;
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt c
(c)  sorveljanza u monitoraġġ epidemjoloġiċi;
(c)  sorveljanza u monitoraġġ epidemjoloġiċi, kif ukoll l-impatt tal-mard komunikabbli fuq il-mard mhux komunikabbli ewlieni;
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt e
(e)  komunikazzjoni dwar riskju u kriżijiet;
(e)  komunikazzjoni dwar riskju u kriżijiet, immirata lejn il-professjonisti tal-kura tas-saħħa u ċ-ċittadini;
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt f a (ġdid)
(fa)  ir-reġistrazzjoni tal-kapaċitajiet ta' produzzjoni tal-prodotti mediċi fl-Unjoni kollha;
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt fb (ġdid)
(fb)  l-istabbiliment ta' stokk tal-Unjoni ta' prodotti mediċinali kritiċi, ta' kontromiżuri mediċi u ta' tagħmir protettiv personali bħala parti mir-riżerva ta' emerġenza tar-rescUE;
Emenda 259
Proposta għal regolament
Artikolu 5 - paragrafu 3 - punt fa (ġdid)
(fc)   l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-pjan relatati mal-aspetti ta' riċerka u innovazzjoni ta' emerġenza;
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt ga (ġdid)
(ga)  il-kriterji biex jiġu attivati u diżattivati l-azzjonijiet;
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt gb (ġdid)
(gb)  l-iżgurar li s-servizzi tal-kura tas-saħħa, inklużi l-iskrinjar, id-dijanjożi, il-monitoraġġ, it-trattament u l-kura għal mard u kundizzjonijiet oħra, jiġu pprovduti mingħajr tfixkil waqt l-emerġenzi tas-saħħa;
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt gc (ġdid)
(gc)  l-iżgurar li s-sistemi tas-saħħa nazzjonali jkunu inklużivi u jipprovdu aċċess ugwali għas-servizzi tas-saħħa u dawk relatati, u li t-trattamenti ta' kwalità jkunu disponibbli mingħajr dewmien;
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt gd (ġdid)
(gd)  livell adegwat u orjentat lejn il-ħtiġijiet tal-persunal;
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt ge (ġdid)
(ge)  monitoraġġ dwar jekk ikunux previsti valutazzjonijiet tar-riskju adegwati, pjanijiet ta' tħejjija u korsijiet ta' taħriġ għall-professjonisti tas-saħħa u tal-kura soċjali;
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 4
4.  Il-pjan tal-Unjoni ta' tħejjija u rispons għandu jinkludi elementi ta' tħejjija interreġjonali sabiex jiġu stabbiliti miżuri tas-saħħa pubblika transkonfinali koerenti, multisettorjali, b'mod partikolari billi jitqiesu l-kapaċitajiet għall-ittestjar, għat-traċċar tal-kuntatti, għal-laboratorji, u għal trattament speċjalizzat jew għal kura intensiva fir-reġjuni ġirien. Il-pjanijiet għandhom jinkludu mezzi ta' tħejjija u rispons biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni ta' dawk iċ-ċittadini b'riskji ogħla.
4.  Il-pjan tal-Unjoni ta' prevenzjoni, tħejjija u rispons għandu jinkludi pjanijiet ta' tħejjija transkonfinali u interreġjonali sabiex jiġu stabbiliti miżuri tas-saħħa pubblika transkonfinali koerenti, multisettorjali, b'mod partikolari billi jitqiesu l-kapaċitajiet għall-ittestjar, għat-traċċar tal-kuntatti, għal-laboratorji, għat-taħriġ tal-persunal tal-kura tas-saħħa u għal trattament speċjalizzat jew għal kura intensiva fir-reġjuni ġirien. Il-pjanijiet għandhom jinkludu mezzi ta' tħejjija u rispons biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni ta' dawk iċ-ċittadini b'riskji ogħla.
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  Il-pjan ta' tħejjija u rispons tal-Unjoni għandu jipprevedi wkoll miżuri li jiżguraw il-funzjonament normali tas-suq uniku fil-każ ta' theddid transkonfinali serju għas-saħħa.
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 5
5.  Sabiex tiżgura t-tħaddim tal-pjan tal-Unjoni ta' tħejjija u rispons , il-Kummissjoni għandha twettaq testijiet tal-istress, eżerċizzji u analiżi ta' azzjoni u ta' wara l-azzjoni mal-Istati Membri, u taġġorna l-pjan kif meħtieġ.
5.  Sabiex tiżgura t-tħaddim tal-pjan tal-Unjoni ta' prevenzjoni, tħejjija u rispons, il-Kummissjoni għandha twettaq testijiet tal-istress, eżerċizzji u analiżi ta' azzjoni u ta' wara l-azzjoni mal-Istati Membri, u taġġorna l-pjan kif meħtieġ. Il-pjan ta' prevenzjoni, tħejjija u rispons għandu jqis id-data tas-sistemi tas-saħħa u d-data rilevanti li għandha tinġabar fil-livell nazzjonali jew reġjonali.
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.  Sabiex twieġeb għall-emerġenzi tas-saħħa pubblika, il-Kummissjoni Ewropea tista' toħroġ rakkomandazzjonijiet, ibbażati fuq id-data tas-sistemi tas-saħħa tal-Unjoni, dwar ir-riżorsi minimi meħtieġa, fir-rigward, fost affarijiet oħra, tal-popolazzjoni ta' kull Stat Membru, għall-provvista ta' kopertura tas-saħħa universali fil-linja bażi ta' kwalità adegwata, inkluż dwar l-opzjoni tal-ġbir flimkien tar-riżorsi fil-livell tal-Unjoni.
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 5b (ġdid)
5b.  Ir-rieżamijiet u kwalunkwe aġġustament sussegwenti għall-pjan għandhom jiġu ppubblikati biex tiżdied it-trasparenza tal-proċess tal-ippjanar għall-prevenzjoni, għat-tħejjija u għar-rispons.
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – titolu
Pjanijiet nazzjonali ta' tħejjija u rispons
Pjanijiet nazzjonali ta' prevenzjoni, tħejjija u rispons
Emendi 91 u 260
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1
1.  Fit-tħejjija tal-pjanijiet nazzjonali ta' tħejjija u rispons kull Stat Membru għandu jikkoordina mal-Kummissjoni sabiex tintlaħaq konsistenza mal-pjan tal-Unjoni ta' tħejjija u rispons , jinforma wkoll mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-HSC bi kwalunkwe reviżjoni sostanzjali tal-pjan nazzjonali.
1.  Fit-tħejjija tal-pjanijiet nazzjonali ta' prevenzjoni, tħejjija u rispons kull Stat Membru għandu jikkonsulta l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti, l-organizzazzjonijiet tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa, l-industrija u l-partijiet interessati tal-katina tal-provvista, u s-sħab soċjali nazzjonali, jikkoordina mal-Kummissjoni, b'mod partikolari l-HERA, sabiex tintlaħaq konsistenza mal-pjan tal-Unjoni ta' prevenzjoni, tħejjija u rispons, li għandu jkun skont l-arranġamenti għall-governanza, il-kapaċitajiet u r-riżorsi msemmija fl-Artikolu 5(3), inkluż fir-rigward tar-rekwiżiti nazzjonali tal-kumulazzjoni ta' riżerva u l-ġestjoni tar-riżervi strateġiċi tal-Unjoni, u jinforma wkoll mingħajr dewmien lill-Kummissjoni, lill-HCB u lill-HSC bi kwalunkwe reviżjoni sostanzjali tal-pjan nazzjonali.
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Pjanijiet nazzjonali ta' prevenzjoni, tħejjija u rispons għandhom jinkludu arranġamenti għall-governanza tal-kapaċitajiet u r-riżorsi msemmija fl-Artikolu 5(3), u l-informazzjoni dwarhom.
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – titolu
Rapportar dwar l-ippjanar għat-tħejjija u għar-rispons
Rapportar dwar l-ippjanar għall-prevenzjoni, għat-tħejjija u għar-rispons
Emendi 94 u 261
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom sal-aħħar ta' Novembru 2021 u kull sentejn minn hemm 'il quddiem jipprovdu lill-Kummissjoni b'rapport dwar l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' tħejjija u rispons tagħhom fil-livell nazzjonali.
1.  L-Istati Membri għandhom fi żmien 6 xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-regolament u kull sentejn minn hemm 'il quddiem jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-aġenziji u l-korpi rilevanti tal-Unjoni b'rapport aġġornat dwar il-prevenzjoni, l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' tħejjija u rispons tagħhom fil-livell nazzjonali u, fejn xieraq, fil-livelli reġjonali u transkonfinali.
Emenda 95
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – parti introduttorja
Dak ir-rapport għandu jkopri dan li ġej:
Dak ir-rapport għandu jkun konċiż, ibbażat fuq indikaturi komuni, jagħti ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet implimentati fl-Istati Membri, u għandu jkopri dan li ġej:
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a
(a)  l-identifikazzjoni tal-istatus tal-implimentazzjoni tal-istandards tal-kapaċità ewlenija għall-ippjanar għat-tħejjija u għar-rispons u aġġornament dwaru kif iddeterminat fil-livell nazzjonali għas-settur tas-saħħa, kif ipprovduti lid-WHO f'konformità mal-IHR;
(a)  l-identifikazzjoni tal-istatus tal-implimentazzjoni tal-istandards tal-kapaċità ewlenija għall-ippjanar għall-prevenzjoni, għat-tħejjija u għar-rispons u aġġornament dwaru kif iddeterminat fil-livell nazzjonali u, fejn xieraq, reġjonali għas-settur tas-saħħa, kif ipprovduti lid-WHO f'konformità mal-IHR;
Emenda 97
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt aa (ġdid)
(aa)  deskrizzjoni tal-miżuri jew l-arranġamenti mmirati biex jiżguraw l-interoperabbiltà bejn is-settur tas-saħħa u setturi oħra li jkunu kritiċi fil-każ ta' emerġenza;
Emenda 98
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt ab (ġdid)
(ab)  deskrizzjoni tal-pjanijiet ta' kontinwità tal-ħidma, miżuri jew arranġamenti immirati sabiex tiġi żgurata l-provvista kontinwa ta' servizzi u prodotti kritiċi;
Emenda 99
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b
(b)  l-elementi ta' tħejjija f'każ ta' emerġenza, b'mod partikolari:
(b)  aġġornament, jekk ikun meħtieġ, dwar l-elementi ta' prevenzjoni, tħejjija u rispons f'każ ta' emerġenza, b'mod partikolari:
Emenda 100
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b – punt i
(i)  il-governanza: inklużi politiki u leġiżlazzjoni nazzjonali li jintegraw it-tħejjija f'każ ta' emerġenza; il-pjanijiet għat-tħejjija, ir-rispons u l-irkupru f'każ ta' emerġenza;
(i)  il-governanza: inklużi politiki u leġiżlazzjoni nazzjonali u, jekk ikun xieraq, reġjonali li jintegraw il-prevenzjoni u t-tħejjija f'każ ta' emerġenza; il-pjanijiet għall-prevenzjoni, it-tħejjija, ir-rispons u l-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni tal-irkupru f'każ ta' emerġenza fil-livelli nazzjonali u, fejn rilevanti, fil-livelli reġjonali u transkonfinali; il-kontinwità tal-kura tas-saħħa kritika fit-tul;
Emenda 101
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b – punt ii
(ii)  il-kapaċitajiet: inklużi l-valutazzjonijiet tar-riskji u l-kapaċitajiet li jiddeterminaw il-prijoritajiet għat-tħejjija f'każ ta' emerġenza; is-sorveljanza u t-twissija bikrija, il-ġestjoni tal-informazzjoni; l-aċċess għas-servizzi dijanjostiċi waqt l-emerġenzi; is-servizzi bażiċi u sikuri tas-saħħa u tal-emerġenza li huma sensittivi għal kwistjonijiet ta' ġeneru; il-komunikazzjoni tar-riskju; l-iżvilupp tar-riċerka u l-evalwazzjonijiet biex tiġi infurmata u aċċellerata t-tħejjija f'każ ta' emerġenza;
(ii)  il-kapaċitajiet: inklużi l-valutazzjonijiet tar-riskji u l-kapaċitajiet li jiddeterminaw il-prijoritajiet għat-tħejjija f'każ ta' emerġenza; is-sorveljanza u t-twissija bikrija, il-ġestjoni tal-informazzjoni; il-kapaċità li jiġu mmanifatturati prodotti mediċinali; ħażniet ta' kontromiżuri mediċi inkluż tagħmir protettiv personali tal-ogħla kwalità; l-aċċess ekwu għas-servizzi dijanjostiċi u għall-għodod u l-prodotti mediċi waqt l-emerġenzi; informazzjoni rilevanti għas-suq intern u r-riżervi strateġiċi tal-Unjoni ta' prodotti mediċi; is-servizzi ekwi, ta' kwalità għolja, bażiċi u sikuri tas-saħħa u tal-emerġenza li huma sensittivi għal kwistjonijiet ta' ġeneru li jqisu l-ħtiġijiet ta' popolazzjonijiet b'riskju ogħla; il-kontinwità tal-iskrinjar, id-dijanjożi, il-monitoraġġ, it-trattament għall-kura fir-rigward ta' mard u kundizzjonijiet oħra, b'mod partikolari l-kura tas-saħħa kritika fit-tul; il-komunikazzjoni tar-riskju; l-iżvilupp tar-riċerka u l-evalwazzjonijiet biex tiġi infurmata u aċċellerata t-tħejjija f'każ ta' emerġenza;
Emenda 102
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b – punt iii
(iii)  ir-riżorsi: inklużi r-riżorsi finanzjarji għat-tħejjija f'każ ta' emerġenza u l-finanzjament ta' kontinġenza għar-rispons; il-mekkaniżmi tal-loġistika u l-provvisti essenzjali għas-saħħa; u r-riżorsi umani dedikati, imħarrġa u mgħammra għall-emerġenzi; u
(iii)  ir-riżorsi: inklużi r-riżorsi finanzjarji għat-tħejjija f'każ ta' emerġenza u l-finanzjament ta' kontinġenza għar-rispons; il-mekkaniżmi tal-loġistika u l-provvisti essenzjali għas-saħħa; il-miżuri biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-kura tas-saħħa kritika fit-tul; u s-servizzi tas-saħħa u soċjali b'għadd adegwat ta' riżorsi umani dedikati, imħarrġa u mgħammra għall-emerġenzi; u
Emenda 103
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b – punt iiia (ġdid)
(iiia)  il-ħażna strateġika: kull Stat Membru għandu jipprovdi informazzjoni dwar l-għadd u d-disponibbiltà ta' kontromiżuri mediċi u mediċini essenzjali oħra u apparat mediku kritiku għall-kontroll tat-theddid stabbilit fl-Artikolu 2(1), kif ukoll il-kapaċità għas-salvagwardja u l-ħażna tagħhom. Sabiex ikun hemm kapaċità akbar ta' rispons, il-ħażna għandha ssir fil-bini l-eqreb u l-aktar aċċessibbli għaċ-ċentri tal-popolazzjoni, mingħajr ma tikkomprometti l-aċċessibbiltà ta' dawk il-prodott għal persuni f'reġjuni remoti rurali u ultraperiferiċi, li jissodisfaw ir-rekwiżiti meħtieġa biex jipprovdu s-servizz f'konformità mar-regolamenti applikabbli għall-prodotti mediċinali, l-apparat mediku1b u kontromiżuri mediċi oħra.
__________________
1b Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1).
Emenda 104
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt ca (ġdid)
(ca)  il-konsultazzjoni mas-sħab rilevanti li saret biex jiġu żgurati l-valutazzjonijiet tar-riskju, il-pjanijiet ta' prevenzjoni, tħejjija u rispons u l-implimentazzjoni huma kondiviżi u appoġġati b'mod wiesa' u f'konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar ix-xogħol u l-ftehimiet kollettivi;
Emenda 105
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt cb (ġdid)
(cb)  in-nuqqasijiet li jinsabu fl-implimentazzjoni u kwalunkwe azzjoni neċessarja li se tittieħed mill-Istati Membri biex itejbu l-kapaċità tagħhom ta' tħejjija u rispons.
Emenda 106
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 3
Ir-rapport għandu jinkludi, kull meta jkun rilevanti, elementi ta' tħejjija u rispons interreġjonali f'konformità mal-pjanijiet tal-Unjoni u dawk nazzjonali, li jkopru b'mod partikolari l-kapaċitajiet, ir-riżorsi u l-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni eżistenti fir-reġjuni ġirien.
Għall-Istati Membri li jikkondividu fruntiera tal-art ma' tal-inqas Stat Membru ieħor, ir-rapport għandu jinkludi pjanijiet ta' prevenzjoni, tħejjija u rispons transkonfinali, interreġjonali u intersettorjali mar-reġjuni ġirien inklużi mekkaniżmi ta' koordinazzjoni għall-elementi kollha elenkati fil-punti (a), (b) u (c), taħriġ transkonfinali u kondiviżjoni tal-aħjar prattiki għall-persunal tal-kura tas-saħħa u persunal tas-saħħa pubblika u l-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni għat-trasferiment mediku ta' pazjenti. Entitajiet tal-Unjoni jew nazzjonali li huma involuti fil-kumulazzjoni ta' riżerva ta' prodotti mediċi għandhom jinvolvu ruħhom mal-Kummissjoni u l-Istati Membri fir-rapportar ta' ħażniet disponibbli u jqisu l-ippjanar għat-tħejjija u għar-rispons kemm tal-Unjoni kif ukoll dak nazzjonali.
Emenda 107
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 3a (ġdid)
Ir-rapport għandu jinkludi wkoll, sa fejn ikun fattibbli, informazzjoni dwar l-impatt tal-mard komunikabbli fuq il-mard mhux komunikabbli ewlieni.
Emenda 108
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 3b (ġdid)
L-aħħar verżjoni disponibbli tal-pjanijiet ta' prevenzjoni, tħejjija u rispons għandha tinhemeż mar-rapport.
Emenda 262
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
2.  Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-HSC l-informazzjoni li tirċievi f'konformità mal-paragrafu 1 f'rapport imħejji b'kooperazzjoni mal-ECDC u mal-aġenziji u mal-korpi rilevanti oħra tal-Unjoni kull sentejn.
2.  Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-HSC l-informazzjoni li tirċievi f'konformità mal-paragrafu 1 f'rapport imħejji b'kooperazzjoni mal-ECDC u mal-aġenziji u mal-korpi rilevanti oħra tal-Unjoni kull sentejn. Għall-fini tat-tfassil tar-rapport, l-HERA għandha tivvaluta d-disponibbiltà ta' kontromiżuri mediċi rilevanti għall-kriżijiet, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-ħażniet eżistenti ta' tali kontromiżuri u r-riskju ta' interruzzjoni fil-ktajjen tal-provvista fil-qafas tal-ippjanar nazzjonali ta' tħejjija u ta' reazzjoni, b'kunsiderazzjoni tal-informazzjoni miksuba skont ir-Regolament (UE) .../... [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru tar-Regolament dwar l-EMA[ISC/2020/12532]] u b'mod partikolari l-Artikoli XX [in-numri tal-Artikoli għad iridu jiġu kkonfermati wara l-adozzjoni] tiegħu, dwar il-monitoraġġ u l-mitigazzjoni ta' nuqqasijiet ta' prodotti mediċinali kritiċi, apparati mediċi u apparati mediċi dijanjostiċi in vitro.
Emenda 109
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 4
Ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Kummissjoni.
Ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport għandhom jiġu ppubblikati fuq is-siti web tal-Kummissjoni u tal-ECDC.
Emenda 110
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – titolu
Awditjar tal-ippjanar għat-tħejjija u għar-rispons
Awditjar tal-ippjanar għall-prevenzjoni, għat-tħejjija u għar-rispons
Emenda 111
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1
1.  Kull tliet snin, l-ECDC għandu jwettaq awditjar fl-Istati Membri bil-għan li jiżgura l-istat ta' implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali u tal-koerenza tagħhom mal-pjan tal-Unjoni. Dawn l-awditi għandhom jiġu implimentati mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, bil-għan li ssir valutazzjoni tal-ippjanar għat-tħejjija u għar-rispons fil-livell nazzjonali fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1).
1.  Kull sentejn, l-ECDC għandu jwettaq awditjar fl-Istati Membri bil-għan li jiżgura l-istat ta' implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali u tal-koerenza tagħhom mal-pjan tal-Unjoni. Dawn l-awditi għandhom ikunu bbażati fuq sett ta' indikaturi u jiġu implimentati f'kooperazzjoni mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, bil-għan li ssir valutazzjoni tal-ippjanar għall-prevenzjoni, għat-tħejjija u għar-rispons fil-livell nazzjonali fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1).
Emenda 112
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
2.  L-Istati Membri għandhom jippreżentaw pjan ta' azzjoni li jindirizza r-rakkomandazzjonijiet proposti tal-awditjar u tal-azzjonijiet korrettivi u tal-istadji importanti korrispondenti.
2.  F'każ li l-awditjar jidentifika nuqqasijiet, l-Istat Membru għandu, fi żmien sitt xhur minn mindu jirċievi l-konklużjonijiet tiegħu, jippreżenta pjan ta' azzjoni li jindirizza r-rakkomandazzjonijiet proposti tal-awditjar u li jistabbilixxi l-azzjonijiet korrettivi u l-istadji importanti korrispondenti.
Emenda 113
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)
Jekk Stat Membru jiddeċiedi li ma jsegwix rakkomandazzjoni, huwa għandu jiddikjara r-raġunijiet tiegħu għal dan.
Emenda 114
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – titolu
Rapport tal-Kummissjoni dwar l-ippjanar għat-tħejjija
Rapport tal-Kummissjoni dwar l-ippjanar għall-prevenzjoni u għat-tħejjija
Emenda 115
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1
1.  Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 7, u tar-riżultati tal-awditi msemmija fl-Artikolu 8, il-Kummissjoni għandha sa Lulju 2022 u kull sentejn wara, tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar is-sitwazzjoni attwali u l-progress dwar l-ippjanar għat-tħejjija u għar-rispons fil-livell tal-Unjoni.
1.  Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 7, u tar-riżultati tal-awditi msemmija fl-Artikolu 8, il-Kummissjoni għandha sa Lulju 2022 u kull sentejn wara, tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar is-sitwazzjoni attwali u l-progress dwar l-ippjanar għall-prevenzjoni, għat-tħejjija u għar-rispons fil-livell tal-Unjoni.
Emenda 116
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jinkludi l-ippjanar transkonfinali għat-tħejjija u għar-rispons fir-reġjuni ġirien.
Emenda 117
Proposta għal regolament
Artikolu 9 − paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni tista' tadotta rakkomandazzjonijiet dwar l-ippjanar għat-tħejjija u għar-rispons indirizzati lill-Istati Membri abbażi tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1.
2.  Il-Kummissjoni tista' tadotta rakkomandazzjonijiet dwar l-ippjanar għall-prevenzjoni, għat-tħejjija u għar-rispons indirizzati lill-Istati Membri abbażi tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1. Dawk ir-rakkomandazzjonijiet jistgħu jkopru, fost l-oħrajn, ir-riżorsi minimi meħtieġa biex jirrispondu għall-emerġenzi tas-saħħa pubblika fir-rigward, fost affarijiet oħra, tad-daqs tal-popolazzjoni u għandhom jiġu żviluppati abbażi ta' prattika tajba u valutazzjonijiet ta' politika.
Emenda 118
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – titolu
Koordinazzjoni tal-ippjanar għat-tħejjija u għar-rispons fl-HSC
Koordinazzjoni tal-ippjanar għall-prevenzjoni, għat-tħejjija u għar-rispons fl-HSC
Emendi 119 u 263
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
1.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien fi ħdan l-HSC biex jikkoordinaw l-isforzi tagħhom biex jiżviluppaw, isaħħu u jżommu l-kapaċitajiet tagħhom għall-monitoraġġ, għat-twissija bikrija u għall-valutazzjoni ta' theddid transkonfinali serju għas-saħħa u r-rispons fil-konfront tiegħu.
1.   Il-Kummissjoni, l-aġenziji u l-korpi tal-Unjoni rilevanti, inkluż l-HERA, u l-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien fi ħdan l-HSC biex jikkoordinaw l-isforzi tagħhom biex jiżviluppaw, isaħħu u jżommu l-kapaċitajiet tagħhom għall-monitoraġġ, għall-prevenzjoni, għat-twissija bikrija u għall-valutazzjoni ta' theddid transkonfinali serju għas-saħħa u r-rispons fil-konfront tiegħu.
Emenda 120
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a
(a)  il-kondiviżjoni tal-aħjar prattika u esperjenza fl-ippjanar għat-tħejjija u għar-rispons;
(a)  il-kondiviżjoni tal-aħjar prattika u esperjenza fl-ippjanar għall-prevenzjoni, għat-tħejjija u għar-rispons;
Emenda 121
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b
(b)  il-promozzjoni tal-interoperabbiltà tal-ippjanar ta' tħejjija nazzjonali u d-dimensjoni intersettorjali tal-ippjanar għat-tħejjija u għar-rispons fil-livell tal-Unjoni;
(b)  il-promozzjoni tal-interoperabbiltà tal-ippjanar ta' prevenzjoni, ta' tħejjija nazzjonali u d-dimensjoni intersettorjali tal-ippjanar għall-prevenzjoni, għat-tħejjija u għar-rispons fil-livell tal-Unjoni;
Emenda 122
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt e
(e)  il-monitoraġġ tal-progress, l-identifikazzjoni tan-nuqqasijiet u tal-azzjonijiet għat-tisħiħ tal-ippjanar għat-tħejjija u għar-rispons, inkluż fil-qasam tar-riċerka, fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni.
(e)  il-monitoraġġ tal-progress, l-identifikazzjoni tan-nuqqasijiet u tal-azzjonijiet għat-tisħiħ tal-ippjanar għall-prevenzjoni, għat-tħejjija u għar-rispons, inkluż fil-qasam tar-riċerka, fil-livell reġjonali, nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni.
Emenda 123
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, fejn xieraq, imexxu djalogu mal-partijiet ikkonċernati, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema tas-saħħa u tal-kura, il-partijiet ikkonċernati tal-industrija u tal-katina tal-provvista u l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti u tal-konsumaturi. Dak id-djalogu għandu jinkludi skambji regolari ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet, l-industrija u l-atturi rilevanti fil-katina tal-provvista farmaċewtika biex jiġu identifikati r-restrizzjonijiet mistennija tal-provvista sabiex ikunu permessi koordinazzjoni aħjar, l-iżvilupp ta' sinerġiji u risponsi xierqa;
Emenda 124
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
1.  Il-Kummissjoni tista' torganizza attivitajiet ta' taħriġ għall-persunal tal-kura tas-saħħa u għall-persunal tas-saħħa pubblika fl-Istati Membri, inklużi l-kapaċitajiet ta' tħejjija skont ir-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa.
1.  Il-Kummissjoni tista' torganizza attivitajiet ta' taħriġ, appoġġati minn aġenziji rilevanti tal-Unjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib ma' assoċjazzjonijiet mediċi u organizzazzjonijiet tal-pazjenti, għall-persunal tal-kura tas-saħħa, għall-persunal tas-servizz soċjali u għall-persunal tas-saħħa pubblika fl-Istati Membri, b'mod partikolari t-taħriġ interdixxiplinari Saħħa Waħda, inklużi l-kapaċitajiet ta' tħejjija skont ir-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa.
Emenda 125
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Il-Kummissjoni għandha torganizza dawk l-attivitajiet f'kooperazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati.
Il-Kummissjoni għandha torganizza dawk l-attivitajiet f'kooperazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati jew potenzjalment ikkonċernati u b'koordinazzjoni, fejn possibbli, mad-WHO sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-attivitajiet, inklużi l-kapaċitajiet ta' tħejjija skont ir-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa.
Emenda 126
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)
Fir-reġjuni transkonfinali, għandhom jiġu promossi taħriġ transkonfinali konġunt u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki għall-persunal tal-kura tas-saħħa u l-persunal tas-saħħa pubblika u l-familjarità mas-sistemi tas-saħħa pubblika għandha tkun obbligatorja.
Emenda 127
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2b (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha tuża l-potenzjal kollu possibbli ta' tagħlim mill-bogħod biex iżżid l-għadd ta' trainees.
Emenda 128
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2
2.  L-attivitajiet ta' taħriġ imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jimmiraw li jipprovdu lill-persunal imsemmi f'dak il-paragrafu bl-għarfien u bil-ħiliet meħtieġa b'mod partikolari biex jiżviluppaw u jimplimentaw il-pjanijiet nazzjonali ta' tħejjija msemmija fl-Artikolu 6, jimplimentaw attivitajiet biex tissaħħaħ it-tħejjija għall-kriżijiet u għall-kapaċitajiet ta' sorveljanza inkluż l-użu ta' għodod diġitali.
2.  L-attivitajiet ta' taħriġ imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jimmiraw li jipprovdu lill-persunal imsemmi f'dak il-paragrafu bl-għarfien u bil-ħiliet meħtieġa b'mod partikolari biex jiżviluppaw u jimplimentaw il-pjanijiet nazzjonali ta' tħejjija msemmija fl-Artikolu 6, jimplimentaw attivitajiet biex tissaħħaħ it-tħejjija għall-kriżijiet u għall-kapaċitajiet ta' sorveljanza inkluż l-użu ta' għodod diġitali, jiżguraw il-kontinwità tas-servizzi tal-kura tas-saħħa kritiċi u fit-tul u jkunu konsistenti mal-approċċ Saħħa Waħda.
Emenda 129
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 3
3.  L-attivitajiet ta' taħriġ imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu miftuħin għall-persunal tal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi, u jistgħu jiġu organizzati barra mill-Unjoni.
3.  L-attivitajiet ta' taħriġ imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu miftuħin għall-persunal tal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi, u jistgħu jiġu organizzati barra mill-Unjoni f'koordinazzjoni, fejn possibbli, mal-attivitajiet tal-ECDC f'dan il-qasam.
Emenda 130
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 5
5.  Il-Kummissjoni tista' tappoġġa l-organizzazzjoni ta' programmi, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għall-iskambju ta' persunal fil-qasam tal-kura tas-saħħa u persunal fis-settur tas-saħħa pubblika bejn żewġ Stati Membri jew aktar u għall-issekondar temporanju ta' persunal minn Stat Membru għall-ieħor.
5.  Il-Kummissjoni tista' tappoġġa l-organizzazzjoni ta' programmi, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għall-iskambju ta' persunal fil-qasam tal-kura tas-saħħa u persunal fis-settur tas-saħħa pubblika bejn żewġ Stati Membri jew aktar u għall-issekondar temporanju ta' persunal minn Stat Membru għall-ieħor. Fl-organizzazzjoni ta' dawk il-programmi, għandu jitqies il-kontribut li sar mill-organizzazzjonijiet professjonali tas-saħħa f'kull Stat Membru.
Emendi 131 u 264
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni u kwalunkwe Stat Membru li jixtieq dan jistgħu jinvolvu ruħhom fi proċedura ta' akkwist konġunt imwettqa skont l-Artikolu 165(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29 bil-ħsieb tax-xiri bil-quddiem ta' kontromiżuri mediċi għal theddid transkonfinali serju għas-saħħa.
1.  Il-Kummissjoni, b'mod partikolari mal-HERA, u kwalunkwe Stat Membru jistgħu jinvolvu ruħhom fi proċedura ta' akkwist konġunt bħala partijiet kontraenti mwettqa skont l-Artikolu 165(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29 bil-ħsieb tax-xiri bil-quddiem ta' kontromiżuri mediċi għal theddid transkonfinali serju għas-saħħa f'perjodu raġonevoli ta' żmien.
__________________
__________________
29 Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
29 Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
Emenda 132
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt a
(a)  il-parteċipazzjoni fil-proċedura ta' akkwist konġunt għandha tkun miftuħa għall-Istati Membri kollha, għall-Istati Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) u għall-pajjiżi kandidati tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 165(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046;
(a)  il-parteċipazzjoni fil-proċedura ta' akkwist konġunt għandha tkun miftuħa għall-Istati Membri kollha, għall-Istati Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA), għall-pajjiżi kandidati tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 165(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, u għall-Prinċipat ta' Andorra, il-Prinċipat ta' Monaco, ir-Repubblika ta' San Marino u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan;
Emenda 133
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt c
(c)  l-Istati Membri, l-Istati tal-EFTA u l-pajjiżi kandidati tal-Unjoni li jipparteċipaw f'akkwist konġunt għandhom jakkwistaw il-kontramiżuri mediċi inkwistjoni permezz ta' dik il-proċedura u mhux permezz ta' kanali oħra, u ma għandhomx imexxu proċessi ta' negozjar paralleli għal dak il-prodott;
(c)  il-pajjiżi li jipparteċipaw f'akkwist konġunt għandhom jakkwistaw il-kontromiżuri mediċi inkwistjoni permezz ta' dik il-proċedura u mhux permezz ta' kanali oħra, u ma għandhomx imexxu proċessi ta' negozjar paralleli għal dak il-prodott minn dak il-mument 'il quddiem. Il-pajjiżi li jinvolvu ruħhom fi proċessi paralleli ta' negozjar minn dak il-mument 'il quddiem għandhom jiġu esklużi mill-grupp ta' pajjiżi parteċipanti, irrispettivament minn jekk dawk il-proċessi laħqux l-istadju tal-iffirmar;
Emenda 134
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
(ca)  l-akkwist konġunt għandu jiddefinixxi passi proċedurali ċari għall-proċess, il-kamp ta' applikazzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta u l-iskedi ta' żmien u għandu jirrikjedi li l-partijiet kollha jwettqu u jirrispettaw impenji ċari, inkluż il-konsenja ta' kwantitajiet ta' produzzjoni miftiehma mill-manifatturi u x-xiri ta' volumi riżervati miftiehma mill-awtoritajiet. L-ammonti preċiżi ordnati minn kull pajjiż parteċipanti u pprovduti lilhom, u d-dettalji tal-obbligazzjonijiet tagħhom għandhom jiġu ddivulgati.
Emenda 135
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt cb (ġdid)
(cb)  Għandu jiġi applikat livell għoli ta' trasparenza għall-attivitajiet kollha ta' akkwist konġunt u l-ftehimiet ta' xiri relatati. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandu jkollha aċċess sħiħ għad-dokumenti rilevanti kollha biex tipprovdi skrutinju annwali preċiż ta' kuntratti ffirmati u l-investiment pubbliku involut;
Emenda 136
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt cc (ġdid)
(cc)  jekk jiġi introdott l-akkwist konġunt, il-kriterji kwalitattivi, flimkien mal-ispiża, għandhom jiġu kkunsidrati fil-proċess tal-għoti. Tali kriterji għandhom iqisu wkoll, pereżempju, il-ħila tal-manifattur li jiżgura s-sigurtà tal-provvista waqt kriżi tas-saħħa;
Emenda 137
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt cd (ġdid)
(cd)  l-akkwist konġunt għandu jitwettaq b'tali mod li jsaħħaħ il-kapaċità tal-akkwist tal-pajjiżi parteċipanti, itejjeb is-sigurtà tal-provvista, u jiżgura aċċess ekwu għall-kontromiżuri mediċi kontra theddid transkonfinali serju għas-saħħa;
Emenda 265
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)
(ea)   meta l-akkwist konġunt jitwettaq skont l-Artikolu 7 ta' Regolament tal-Kunsill dwar qafas ta' miżuri biex tiġi żgurata l-provvista ta' kontromiżuri mediċi rilevanti għall-kriżijiet fil-każ ta' emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni (ISC/2020/12524), il-Kummissjoni għandu jkollha d-dritt li tirrikjedi l-liċenzjar, taħt kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli, ta' proprjetà intellettwali u għarfien espert li jappartjenu għal tali kontromiżuri, jekk operatur ekonomiku jabbanduna l-isforz ta' żvilupp tiegħu jew ma jkunx jista' jiżgura t-twassil suffiċjenti u f’waqtu ta' tali kontromiżuri skont it-termini tal-ftehim konkluż. Aktar kundizzjonijiet u proċeduri relatati mal-eżerċizzju ta' dak id-dritt jistgħu jiġu stabbiliti fil-ftehimiet speċifiċi mal-operaturi ekonomiċi;
Emenda 266
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt eb (ġdid)
(eb)   sabiex tiġi żgurata t-trasparenza fir-rigward tan-nefqa tal-fondi pubbliċi, meta l-akkwist konġunt jitwettaq skont l-Artikolu 7 ta' Regolament tal-Kunsill dwar qafas ta' miżuri biex tiġi żgurata l-provvista ta' kontromiżuri mediċi rilevanti għall-kriżijiet fil-każ ta' emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni [ISC/2020/12524], il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku b'mod f'waqtu l-kuntratti u l-ftehimiet stabbiliti mal-operaturi ekonomiċi li tal-inqas jistipulaw dan li ġej:
(i)  l-iskeda tal-forniment tal-prodott jew tas-servizz;
(ii)  it-termini tal-obbligazzjonijiet u l-indennizzi;
(iii)  fejn rilevanti, il-kwantità u n-numru tal-postijiet tal-manifattura.
Emenda 138
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3 – parti introduttorja
3.  Il-Kummissjoni għandha, flimkien mal-Istati Membri, tiżgura l-koordinazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-entitajiet li jorganizzaw kwalunkwe azzjoni, inkluż, iżda mhux limitat għal proċeduri ta' akkwist konġunt, il-kumulazzjoni ta' riżerva u d-donazzjoni ta' kontromiżuri mediċi skont mekkaniżmi differenti stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, b'mod partikolari skont:
3.  Il-Kummissjoni għandha, flimkien mal-Istati Membri, tiżgura l-koordinazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-entitajiet li jorganizzaw u li jipparteċipaw fi kwalunkwe azzjoni, inkluż, iżda mhux limitat għal proċeduri ta' akkwist konġunt, l-iżvilupp, il-kumulazzjoni ta' riżerva fil-faċilitajiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġuridiċi speċifiċi għall-ħżin ta' kontromiżuri mediċi u li għandhom l-akbar prossimità u aċċessibbiltà għall-akbar numru ta' ċentri tal-popolazzjoni, mingħajr ma tiġi kompromessa l-aċċessibbiltà ta' dawk il-prodotti għall-persuni f'reġjuni remoti, rurali u ultraperiferiċi, id-distribuzzjoni u d-donazzjoni ta' kontromiżuri mediċi, li għandhom ikunu ta' benefiċċju għall-pajjiżi b'introjtu baxx u medju, skont mekkaniżmi differenti stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, b'mod partikolari skont:
Emenda 139
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3 – punt a
(a)  il-kumulazzjoni ta' riżerva skont ir-rescEU msemmi fl-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE;
(a)  il-kumulazzjoni ta' riżerva skont ir-rescEU msemmija fl-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE;
Emendi 140 u 267
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3 – punt f
(f)  strumenti oħra li jappoġġaw ir-riċerka u l-iżvilupp bijomediku fil-livell tal-Unjoni għal kapaċità u prontezza mtejba biex jirrispondu għal theddid u emerġenzi transkonfinali.
(f)  programm u strumenti oħra li jappoġġaw ir-riċerka u l-iżvilupp bijomediku fil-livell tal-Unjoni għal kapaċità u prontezza mtejba biex jirrispondu għal theddid u emerġenzi transkonfinali bħal Regolament tal-Kunsill fuq qafas ta' miżuri biex jiżgura l-provvista ta' kontromiżuri mediċi rilevanti għall-kriżi f'każ ta' emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni [ISC/2020/12524].
Emenda 141
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Il-pajjiżi parteċipanti għandhom jiżguraw li jkun hemm kumulazzjoni ta' riżerva u distribuzzjoni adegwati ta' kontromiżuri mediċi akkwistati. Id-dettalji u l-karatteristiċi ewlenin ta' dik il-kumulazzjoni ta' riżerva u d-distribuzzjoni għandhom jiġu stabbiliti fil-pjanijiet nazzjonali.
Emenda 142
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3b (ġdid)
3b.  F'konformità mal-prinċipju tat-trasparenza, il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Parlament Ewropew dwar in-negozjati li jikkonċernaw l-akkwist konġunt ta' kontromiżuri mediċi.
Emenda 143
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3c (ġdid)
3c.  Il-Parlament Ewropew jirriżerva f'kull ħin id-dritt li jwettaq skrutinju, skont ir-regoli ta' kunfidenzjalità eżistenti, tal-kontenut mhux iċċensurat tal-kuntratti kollha finalizzati fi proċedimenti skont dan l-Artikolu.
Emenda 144
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3d (ġdid)
3d.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni aġġornata, aċċessibbli u ċara lill-konsumaturi dwar id-drittijiet u d-dmirijiet tagħhom rigward kontromiżuri mediċi akkwistati b'mod konġunt, inklużi dettalji dwar ir-responsabbiltà għad-danni, u l-aċċess għall-protezzjoni legali u għar-rappreżentanza tal-konsumatur.
Emenda 145
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3e (ġdid)
3e.   Fejn il-proċedura ta' akkwist konġunt għal kontromiżuri mediċi għal theddid transkonfinali għas-saħħa ma tiġix applikata, il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri jiskambjaw informazzjoni dwar l-ipprezzar u d-dati tal-konsenja għal kontromiżuri mediċi.
Emendi 146 u 268
Proposta għal regolament
Artikolu 13- paragrafu 1
1.  In-network għas-sorveljanza epidemjoloġika tal-mard komunikabbli u tal-kwistjonijiet tas-saħħa speċjali relatati msemmija fil-punti (i) u (ii) tal-Artikolu 2(1)(a) għandu jiżgura komunikazzjoni permanenti bejn il-Kummissjoni, l-ECDC, u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli fil-livell nazzjonali għas-sorveljanza epidemjoloġika.
1.  In-network għas-sorveljanza epidemjoloġika tal-mard komunikabbli, inkluż il-mard komunikabbli ta' oriġini żoonotika, u tal-kwistjonijiet tas-saħħa speċjali relatati msemmija fil-punti (i) u (ii) tal-Artikolu 2(1)(a) għandu jiżgura komunikazzjoni permanenti bejn il-Kummissjoni, b'mod partikolari l-HERA, l-ECDC, u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli fil-livell nazzjonali għas-sorveljanza epidemjoloġika.
Emenda 147
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
(ba)   jimmonitorja l-impatt tal-mard komunikabbli fuq il-kontinwità tal-iskrinjar, id-dijanjożi, il-monitoraġġ, it-trattament u l-kura ta' mard u kundizzjonijiet oħra;
Emenda 148
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt bb (ġdid)
(bb)   jimmonitorja l-impatt tal-mard komunikabbli fuq is-saħħa mentali;
Emenda 149
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt d
(d)  jidentifika l-fatturi ta' riskju għat-trażmissjoni tal-mard, għall-gruppi tal-popolazzjoni f'riskju u fil-bżonn ta' miżuri ta' prevenzjoni mmirati;
(d)  jidentifika u jimmonitorja l-fatturi ta' riskju għat-trażmissjoni tal-mard, għall-gruppi tal-popolazzjoni f'riskju u fil-bżonn ta' miżuri ta' prevenzjoni mmirati;
Emenda 150
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt e
(e)  jikkontribwixxi għall-valutazzjoni tal-piż tal-mard komunikabbli fuq il-popolazzjoni bl-użu ta' data bħal prevalenza tal-mard, kumplikazzjonijiet, dħul l-isptar u mortalità;
(e)  jikkontribwixxi għall-valutazzjoni tal-piż tal-mard komunikabbli fuq is-sistemi tas-saħħa u t-twassil tal-kura u fuq il-popolazzjoni bl-użu ta' data bħal prevalenza tal-mard, kumplikazzjonijiet, dħul l-isptar, mortalità, l-impatt fuq is-saħħa mentali, l-iskrinjar, id-dijanjożi, il-monitoraġġ, it-trattament u l-kura posposti ta' mard u kundizzjonijiet oħra u l-impatt soċjali u ekonomiku tagħhom;
Emenda 151
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt ha (ġdid)
(ha)  jidentifika kwalunkwe dgħufija fil-katina tal-provvista globali involuta fil-produzzjoni u l-manifattura ta' kontromiżuri mediċi meħtieġa għall-prevenzjoni, id-dijanjożi, it-trattament u s-segwitu ta' mard komunikabbli u jagħmel pjanijiet biex jittaffew dawn id-dgħufijiet. Mekkaniżmi oħra, bħal mekkaniżmu tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjoni, flessibbiltà regolatorja, ftehimiet ta' kooperazzjoni, ftehimiet ta' liċenzjar obbligatorju jew volontarju bejn il-kumpaniji, jistgħu jippermettu lill-Unjoni tiffaċilita l-aċċess għal kontromiżuri għaċ-ċittadini u r-residenti tagħha kif ukoll għal persuni mill-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant u pajjiżi b'introjtu baxx u medju.
Emenda 152
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt fa (ġdid)
(fa)   informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta' kontromiżuri mediċi meħtieġa għall-prevenzjoni, id-dijanjożi, it-trattament u s-segwitu tal-marda.
Emenda 153
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   L-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri msemmija fil-punt (a) għandha tiġi rrappurtata mill-inqas fil-livell NUTS II lis-Sistema Ewropea ta' Sorveljanza (TESSy) jew pjattaforma oħra, fuq bażi f'waqtha kif stabbilit f'konformità mal-Artikolu 9.
Emenda 154
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 6 – subparagrafu a (ġdid)
L-ECDC għandu jappoġġa lill-Istati Membri biex jiżguraw il-ġbir u l-kondiviżjoni tad-data fi żminijiet ta' kriżi tas-saħħa u l-operazzjoni integrata tan-network għas-sorveljanza epidemjoloġika tal-mard komunikabbli u tal-kwistjonijiet tas-saħħa speċjali relatati msemmija fil-punti (i) u (ii) tal-punt (a) tal-Artikolu 2(1). L-ECDC għandu, fejn xieraq, jagħmel disponibbli wkoll l-għarfien espert tiegħu f'dak il-qasam lill-pajjiżi terzi.
Emenda 155
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 9 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
9.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi u taġġorna:
9.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 28 fir-rigward tal-istabbiliment u l-aġġornament ta':
Emenda 156
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 9 – subparagrafu 1 – punt c
(c)  proċeduri għall-operazzjoni tan-network ta' sorveljanza epidemjoloġika kif żviluppat skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) …/… [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru tar-Regolament ECDC [ISC/2020/ 12527]].
imħassar
Emenda 157
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 9a (ġdid)
9a.  Fejn raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament iġġustifikati marbuta mas-severità jew man-novità ta' theddida transkonfinali serja għas-saħħa jew għar-rapidità tat-tixrid tagħha fost l-Istati Membri jirrikjedu hekk, il-proċedura prevista fl-Artikolu 28a għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.
Emenda 158
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 9b (ġdid)
9b.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi u taġġorna l-proċeduri għat-tħaddim tan-network ta' sorveljanza epidemjoloġika żviluppat skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE).../... [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru tar-Regolament ECDC [ISC/2020/12527]].
Emenda 159
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 10
10.  Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati relatati mas-severità jew man-novità ta' theddida transkonfinali serja għas-saħħa jew mar-rapidità tat-tixrid tagħha fost l-Istati Membri, Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(3) għall-adozzjoni tad-definizzjonijiet tal-każ, tal-proċeduri u tal-indikaturi għas-sorveljanza fl-Istati Membri fil-każ ta' theddida msemmija fil-punti (i) u (ii) tal-Artikolu 2(1)(a). L-indikaturi msemmija hawn fuq għandhom jappoġġaw ukoll il-valutazzjoni tal-kapaċità għad-dijanjożi, għall-prevenzjoni u għat-trattament.
10.  Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati relatati mas-severità jew man-novità ta' theddida transkonfinali serja għas-saħħa jew mar-rapidità tat-tixrid tagħha fost l-Istati Membri, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(3) għall-adozzjoni tal-proċeduri għas-sorveljanza fl-Istati Membri fil-każ ta' theddida msemmija fil-punti (i) u (ii) tal-Artikolu 2(1)(a).
Emenda 160
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1
1.  L-ECDC għandu jiżgura l-iżvilupp ulterjuri tal-pjattaforma diġitali li permezz tagħha d-data tiġi ġestita u skambjata awtomatikament, biex jiġu stabbiliti sistemi ta' sorveljanza integrati u interoperabbli li jippermettu sorveljanza f'ħin reali fejn ikun xieraq, għall-fini tal-appoġġ għall-prevenzjoni u għall-kontroll ta' marda komunikabbli.
1.  L-ECDC għandu jiżgura l-iżvilupp kontinwu tal-pjattaforma diġitali wara li jkun wettaq valutazzjoni tal-impatt dwar il-protezzjoni tad-data u wara li jkun taffa kwalunkwe riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data, li permezz tagħha d-data tiġi ġestita u skambjata awtomatikament, biex jiġu stabbiliti sistemi ta' sorveljanza integrati u interoperabbli li jippermettu sorveljanza f'ħin reali fejn ikun xieraq, għall-fini tal-appoġġ għall-prevenzjoni u għall-kontroll ta' marda komunikabbli. Għandu jiżgura li jkun hemm sorveljanza umana tal-pjattaforma diġitali u jinkludi miżuri speċifiċi għall-minimizzazzjoni tar-riskji li jistgħu jirriżultaw mit-trasferiment ta' data ta' preġudizzji jew data mhux kompluta minn sorsi multipli, kif ukoll jistabbilixxi proċeduri għal rieżami tal-kwalità tad-data. Il-pjattaformi diġitali u l-applikazzjonijiet li jappoġġaw is-sorveljanza epidemjoloġika fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri għandhom jiġu implimentati f'konformità mal-prinċipju tal-protezzjoni tad-data mid-disinn skont l-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725.
Emenda 161
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt a
(a)  tippermetti l-ġbir awtomatizzat ta' data ta' sorveljanza u tal-laboratorju, tagħmel użu minn informazzjoni minn rekords elettroniċi tas-saħħa, minn monitoraġġ tal-midja, u tapplika intelliġenza artifiċjali għall-validazzjoni , għall-analiżi u għar-rapportar awtomatizzat tad-data;
(a)  tippermetti l-ġbir awtomatizzat ta' data ta' sorveljanza u tal-laboratorju, tagħmel użu minn data rilevanti dwar is-saħħa minn lista awtorizzata u definita minn qabel minn rekords elettroniċi u bażijiet tad-data dwar is-saħħa, minn monitoraġġ tal-midja, u tapplika intelliġenza artifiċjali għall-validazzjoni, għall-analiżi u għar-rapportar statistiku tad-data f'konformità mal-Artikolu 22 tal-GDPR;
Emenda 162
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt b
(b)  tippermetti t-trattament kompjuterizzat u l-iskambju ta' informazzjoni, ta' data u ta' dokumenti.
(b)  tippermetti t-trattament kompjuterizzat u l-iskambju ta' informazzjoni, ta' data u ta' dokumenti, filwaqt li jitqies id-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-protezzjoni ta' data personali.
Emenda 163
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
(ba)   tippermetti notifika awtomatizzata fuq l-EWRS meta l-mard komunikabbli jeċċedi l-limiti ta' twissija, kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 13(2). In-notifika għandha tiġi vvalidata mill-awtorità kompetenti tas-saħħa.
Emenda 164
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 3
3.  L-Istati Membri huma responsabbli biex jiżguraw li s-sistema ta' sorveljanza integrata tingħata informazzjoni data u dokumenti f'waqthom u kompluti, trażmessi u skambjati permezz tal-pjattaforma diġitali.
3.  L-Istati Membri huma responsabbli biex jiżguraw li s-sistema ta' sorveljanza integrata tingħata informazzjoni, data u dokumenti f'waqthom, kompluti u preċiżi, trażmessi u skambjati permezz tal-pjattaforma diġitali. L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-awtomatizzazzjoni ta' dan il-proċess bejn is-sistema ta' sorveljanza nazzjonali u tal-Unjoni.
Emenda 165
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 5
5.  Għal skopijiet epidemjoloġiċi, l-ECDC għandu jkollu wkoll aċċess għal data rilevanti dwar is-saħħa li tiġi aċċessata jew magħmula disponibbli permezz ta' infrastrutturi diġitali li jippermettu l-użu ta' data dwar is-saħħa għal skopijiet ta' riċerka, tfassil ta' politika u għal skopijiet regolatorji.
5.  Għal skopijiet ta' sorveljanza epidemjoloġika, l-ECDC għandu jkollu wkoll aċċess għal data rilevanti dwar is-saħħa li tiġi aċċessata jew magħmula disponibbli permezz ta' infrastrutturi diġitali li jippermettu l-użu ta' data dwar is-saħħa għal skopijiet ta' riċerka, tfassil ta' politika u għal skopijiet regolatorji. L-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandu jkun proporzjonat għal finijiet speċifiċi u konkreti li għandhom ikunu ġew definiti minn qabel mill-ECDC.
Emenda 166
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 6 – parti introduttorja
6.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni għall-funzjonament tal-pjattaforma ta' sorveljanza li jistabbilixxu:
6.  Il-Kummissjoni, wara li twettaq proċedura ta' konsultazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725, għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 28 dwar il-funzjonament tal-pjattaforma ta' sorveljanza li jistabbilixxu:
Emenda 167
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 6 – punt a
(a)  l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-pjattaforma, inkluż il-mekkaniżmu elettroniku ta' skambju ta' data għall-iskambji ma' sistemi nazzjonali eżistenti, l-identifikazzjoni ta' standards applikabbli, id-definizzjoni ta' strutturi ta' messaġġi, id-dizzjunarji tad-data, l-iskambju ta' protokolli u ta' proċeduri;
(a)  l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-pjattaforma, inkluż il-mekkaniżmu elettroniku ta' skambju ta' data għall-iskambji ma' sistemi internazzjonali u nazzjonali eżistenti, l-identifikazzjoni ta' standards applikabbli, id-definizzjoni ta' strutturi ta' messaġġi, id-dizzjunarji tad-data, l-iskambju ta' protokolli u ta' proċeduri;
Emenda 168
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 6 – punt c
(c)  l-arranġamenti ta' kontinġenza li għandhom jiġu applikati f'każ ta' indisponibbiltà ta' kwalunkwe funzjonalità tal-pjattaforma;
(c)  l-arranġamenti ta' kontinġenza u backups siguri tad-data li għandhom jiġu applikati f'każ ta' indisponibbiltà ta' kwalunkwe funzjonalità tal-pjattaforma;
Emenda 169
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 6 – punt d
(d)  il-każijiet fejn, u l-kondizzjonijiet li fihom il-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali kkonċernati jistgħu jingħataw aċċess parzjali għall-funzjonalitajiet tal-pjattaforma u għall-arranġamenti prattiċi ta' tali aċċess;
(d)  il-każijiet fejn, u l-kondizzjonijiet li fihom l-organizzazzjonijiet internazzjonali kkonċernati jistgħu jingħataw aċċess parzjali għall-funzjonalitajiet tal-pjattaforma u għall-arranġamenti prattiċi ta' tali aċċess, f'konformità sħiħa mar-Regolamenti (UE) 2018/1725 u (UE) 2016/679 u d-Direttiva (UE) 2016/680;
Emenda 170
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 6 – punt fa (ġdid)
(fa)   L-iżgurar tal-istandardizzazzjoni tal-infrastruttura dwar il-ħżin, l-ipproċessar u l-analiżi tad-data.
Emenda 171
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 6a (ġdid)
6a.   Il-pjattaformi diġitali u l-applikazzjonijiet li jappoġġaw is-sorveljanza epidemjoloġika fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri għandhom jiġu implimentati f'konformità mal-prinċipju tal-protezzjoni tad-data mid-disinn skont l-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725.
Emenda 172
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1
1.  Fil-qasam tas-saħħa pubblika jew għal oqsma speċifiċi tas-saħħa pubblika rilevanti għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament jew tal-pjanijiet nazzjonali msemmija fl-Artikolu 6, il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tinnomina laboratorji ta' referenza tal-UE biex jipprovdu appoġġ lil-laboratorji nazzjonali ta' referenza biex jippromwovu prattika tajba u allinjament mill-Istati Membri fuq bażi volontarja dwar id-dijanjostiċi, il-metodi tal-ittestjar, l-użu ta' ċerti testijiet għas-sorveljanza, in-notifika u r-rapportar uniformi tal-mard mill-Istati Membri.
1.  Fil-qasam tas-saħħa pubblika jew għal oqsma speċifiċi tas-saħħa pubblika rilevanti għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament jew tal-pjanijiet nazzjonali msemmija fl-Artikolu 6, il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tinnomina laboratorji ta' referenza tal-UE biex jipprovdu appoġġ lil-laboratorji nazzjonali ta' referenza biex jippromwovu prattika tajba u allinjament mill-Istati Membri dwar id-dijanjostiċi, il-metodi tal-ittestjar, l-użu ta' ċerti testijiet għas-sorveljanza, in-notifika u r-rapportar uniformi tal-mard mill-Istati Membri.
Emenda 173
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt f
(f)  monitoraġġ, twissija u appoġġ fir-rispons għal tifqigħa; u
(f)  monitoraġġ, twissija u appoġġ fir-rispons għal tifqigħa, b'mod partikolari għall-patoġeni emerġenti; u
Emenda 174
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 3
3.  In-network ta' laboratorji ta' referenza tal-UE għandu jiġi operat u kkoordinat mill-ECDC.
3.  In-network ta' laboratorji ta' referenza tal-UE għandu jiġi operat u kkoordinat mill-ECDC, f'kooperazzjoni mal-laboratorji tan-network tad-WHO biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-attivitajiet. L-istruttura ta' governanza tan-network għandha tkopri l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni mal-laboratorji u n-networks ta' referenza nazzjonali u reġjonali eżistenti.
Emenda 175
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   Il-laboratorji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkontribwixxu għall-kondiviżjoni ta' prattiki tajba u għat-titjib tas-sorveljanza epidemjoloġika msemmija fl-Artikolu 13.
Emenda 176
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 4
4.  Il-ħatriet previsti fil-paragrafu 1 għandhom isegwu proċess ta' għażla pubblika, ikunu limitati fiż-żmien, b'perjodu minimu ta' ħames snin, u jiġu riveduti regolarment. Il-ħatriet għandhom jistabbilixxu r-responsabbiltajiet u l-kompiti tal-laboratorji nnominati.
4.  Il-ħatriet previsti fil-paragrafu 1 għandhom isegwu proċess ta' għażla pubblika, ikunu limitati fiż-żmien, b'perjodu minimu ta' ħames snin, u jiġu riveduti regolarment. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Istati Membri u lill-ECDC biex telabora t-termini ta' referenza u l-kriterji tal-proċess ta' ħatra. Il-ħatriet għandhom jistabbilixxu r-responsabbiltajiet u l-kompiti tal-laboratorji nnominati. Il-konsorzji tal-laboratorji għandhom ikunu eliġibbli għall-ħatra.
Emenda 177
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 5 – punt a
(a)  ikunu imparzjali, ħielsa minn kwalunkwe kunflitt ta' interessi u b'mod partikolari ma għandhomx ikunu f'sitwazzjoni li tista' taffettwa, direttament jew indirettament, l-imparzjalità tal-kondotta professjonali tagħhom f'dak li jirrigwarda l-eżerċizzju tal-kompiti tagħhom bħala laboratorji ta' referenza nazzjonali;
(a)  ikunu imparzjali, ħielsa minn kwalunkwe kunflitt ta' interessi u b'mod partikolari ma għandhomx ikunu f'sitwazzjoni li tista' taffettwa, direttament jew indirettament, l-imparzjalità tal-kondotta professjonali tagħhom f'dak li jirrigwarda l-eżerċizzju tal-kompiti tagħhom bħala laboratorji ta' referenza nazzjonali. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lit-testijiet u l-metodi proprjetarji li jistgħu jkunu proprjetà tal-laboratorji;
Emenda 178
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.   Għandha tintuża s-Sistema Ewropea ta' Sorveljanza (TESSy) għall-monitoraġġ ad hoc ta' theddida transkonfinali serja għas-saħħa msemmija fil-punt (iii) tal-Artikolu 2(1)(a) u fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 2(1).
Emenda 179
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta, fejn meħtieġ, id-definizzjonijiet tal-każ li għandhom jintużaw għall-monitoraġġ ad hoc, sabiex jiġu żgurati l-komparabbiltà u l-kompatibbiltà tad-data miġbura fil-livell tal-Unjoni.
Il-Kummissjoni għandha tadotta, fejn meħtieġ, atti delegati f'konformità mal-Artikolu 28 dwar id-definizzjonijiet tal-każ li għandhom jintużaw għall-monitoraġġ ad hoc, sabiex jiġu żgurati l-komparabbiltà u l-kompatibbiltà tad-data miġbura fil-livell tal-Unjoni.
Emenda 180
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).
imħassar
Emenda 181
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 3
Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament iġġustifikati marbuta mas-severità ta' theddida transkonfinali serja għas-saħħa jew għar-rapidità tat-tixrid tagħha fost l-Istati Membri, il-Kummissjoni tista' tadotta jew taġġorna d-definizzjonijiet tal-każ imsemmija fl-ewwel subparagrafu permezz ta' atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(3).
Fejn raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament iġġustifikati marbuta mas-severità jew man-novità ta' theddida transkonfinali serja għas-saħħa jew għar-rapidità tat-tixrid tagħha fost l-Istati Membri jirrikjedu hekk, il-proċedura prevista fl-Artikolu 28a għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.
Emenda 182
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1
1.  L-EWRS għandha tippermetti lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli fil-livell nazzjonali li jkunu f'komunikazzjoni permanenti għall-finijiet ta' tħejjija, ta' twissija bikrija u ta' rispons, ta' twissijiet, ta' valutazzjoni tar-riskju għas-saħħa pubblika u tad-determinazzjoni tal-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika.
1.  L-EWRS għandha tippermetti lill-Kummissjoni, lill-ECDC, u lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli fil-livell nazzjonali li jkunu f'komunikazzjoni permanenti għall-finijiet ta' tħejjija, ta' twissija bikrija u ta' rispons, ta' twissijiet, ta' valutazzjoni tar-riskju għas-saħħa pubblika u tad-determinazzjoni tal-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika.
Emenda 183
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
Il-ġestjoni u l-użu tal-EWRS jinvolvu l-iskambju ta' data personali f'każijiet speċifiċi fejn l-istrumenti legali rilevanti jipprovdu hekk. Dan jinkludi:
Il-ġestjoni u l-użu operazzjonali tal-EWRS jinvolvu l-iskambju ta' data personali f'każijiet speċifiċi fejn l-istrumenti legali rilevanti jipprovdu hekk. Dan jinkludi:
Emenda 184
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
L-ECDC għandu jaġġorna kontinwament l-EWRS b'mod li jippermetti l-użu ta' teknoloġiji moderni, bħal applikazzjonijiet diġitali mobbli, mudelli ta' intelliġenza artifiċjali, applikazzjonijiet iffaċilitati minn teknoloġiji spazjali, jew teknoloġiji oħra għat-traċċar awtomatizzat tal-kuntatti, li jibnu fuq it-teknoloġiji tat-traċċar tal-kuntatti żviluppati mill-Istati Membri.
L-ECDC għandu jaġġorna kontinwament l-EWRS b'mod li jippermetti l-użu ta' teknoloġiji moderni, bħal applikazzjonijiet diġitali mobbli, mudelli ta' intelliġenza artifiċjali, applikazzjonijiet iffaċilitati minn teknoloġiji spazjali, jew teknoloġiji oħra għat-traċċar awtomatizzat tal-kuntatti, li jibnu fuq it-teknoloġiji tat-traċċar tal-kuntatti żviluppati mill-Istati Membri jew mill-Unjoni, użati għall-iskop uniku li jiġġieldu l-pandemija u li jkun intwera li huma adegwati, meħtieġa u proporzjonati, u f'konformità sħiħa mar-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE.
Emenda 185
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)
Biex tiġi żgurata l-kwalità u l-konsistenza tad-data, l-EWRS għandha timplimenta proċessi tad-data robusti, preċiżi u interoperabbli mal-Istati Membri. L-ECDC għandu jikkoordina mal-Istati Membri matul tali proċessi ta' skambju ta' data, mill-valutazzjoni tar-rekwiżiti, it-trażmissjoni u l-ġbir tad-data, sal-attwalizzazzjoni u l-interpretazzjoni aġġornati tagħha, filwaqt li jiżgura li jkun hemm kollaborazzjoni b'saħħitha bejn il-Kummissjoni, l-ECDC u l-korpi nazzjonali u reġjonali kompetenti.
Emenda 186
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.   L-ECDC għandu jiżviluppa u jtejjeb l-EWRS, biex iżid l-awtomatizzazzjoni tal-ġbir u l-analiżi tal-informazzjoni, itejjeb il-kategorizzazzjoni tan-notifika u jnaqqas il-komunikazzjoni tat-test miftuħ, inaqqas il-piż amministrattiv u jtejjeb l-istandardizzazzjoni tan-notifiki.
Emenda 187
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 2b (ġdid)
2b.   L-EWRS għandha tittejjeb biex jitnaqqsu l-piż tal-burokrazija u d-duplikazzjonijiet tan-notifika. L-EWRS għandha tippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jinnotifikaw lid-WHO dwar avvenimenti li jistgħu jikkostitwixxu emerġenzi tas-saħħa pubblika ta' tħassib internazzjonali f'konformità mal-Artikolu 6 tal-IHR u għandha tintegra din l-informazzjoni fis-sistema tal-EWRS, sabiex tiġi notifikata awtomatikament twissija fl-EWRS.
Emenda 188
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 4
4.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta proċeduri rigward l-iskambju ta' informazzjoni ma' sistemi ta' twissija rapida oħra fil-livell tal-Unjoni, inkluż l-iskambju ta' data personali, sabiex tiżgura l-funzjonament tajjeb tal-EWRS u tevita t-trikkib ta' attivitajiet jew azzjonijiet konfliġġenti ma' strutturi u mekkaniżmi eżistenti għat-tħejjija, għall-monitoraġġ, għat-twissija bikrija u għall-ġlieda kontra theddid transkonfinali serju għas-saħħa.
4.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta proċeduri rigward l-iskambju ta' informazzjoni ma' sistemi ta' twissija rapida oħra fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali, inkluż l-iskambju ta' data personali, sabiex tiżgura l-funzjonament tajjeb tal-EWRS u tevita t-trikkib ta' attivitajiet jew azzjonijiet konfliġġenti ma' strutturi u mekkaniżmi eżistenti għat-tħejjija, għall-monitoraġġ, għat-twissija bikrija u għall-ġlieda kontra theddid transkonfinali serju għas-saħħa.
Emenda 189
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.   L-EWRS għandha tkun tista' tiġbor awtomatikament informazzjoni minn bażijiet tad-data importanti oħra, bħal dawk li jinkludu data ambjentali, data dwar il-klima, data dwar l-irrigazzjoni tal-ilma u data oħra rilevanti għat-theddid transkonfinali serju għas-saħħa, li tista' tiffaċilita l-fehim u ttaffi r-riskju ta' theddid potenzjali għas-saħħa.
Emenda 190
Proposta għal regolament
Artikolu 19 − paragrafu 2
2.  Meta l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jinnotifikaw lid-WHO b'avvenimenti li jistgħu jikkostitwixxu emerġenzi tas-saħħa pubblika ta' rilevanza internazzjonali f'konformità mal-Artikolu 6 tal-IHR huma għandhom, l-aktar tard, jinnotifikaw simultanjament bi twissija fl-EWRS, dment li t-theddida kkonċernata tkun taqa' taħt dawk imsemmija fl-Artikolu 2(1) ta' dan ir-Regolament.
2.  Meta l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jinnotifikaw lid-WHO b'avvenimenti li jistgħu jikkostitwixxu emerġenzi tas-saħħa pubblika ta' rilevanza internazzjonali f'konformità mal-Artikolu 6 tal-IHR, kif imsemmi fl-Artikolu 18(2b), twissija għandha tiġi nnotifikata simultanjament fl-EWRS, dment li t-theddida kkonċernata tkun taqa' taħt dawk imsemmija fl-Artikolu 2(1) ta' dan ir-Regolament.
Emenda 191
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 3 – punt f
(f)  ir-riskji għas-saħħa pubblika;
(f)  ir-riskji għas-saħħa pubblika, speċjalment għal gruppi vulnerabbli, inkluż, kemm jista' jkun, l-impatt tagħhom fuq mard mhux komunikabbli ewlieni;
Emenda 192
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 3 – punt h
(h)  il-miżuri għajr dawk tas-saħħa pubblika;
(h)  il-miżuri multisettorjali għajr dawk tas-saħħa pubblika;
Emenda 193
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 3 – punt ia (ġdid)
(ia)   is-siti ta' produzzjoni eżistenti u potenzjali, bl-għan uniku li l-Unjoni tkun tista' timmappja l-kapaċitajiet ta' produzzjoni strateġiċi għall-Unjoni kollha;
Emenda 194
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 3 – punt j
(j)  ir-rikjesti u l-offerti għal assistenza ta' emerġenza transkonfinali;
(j)  ir-rikjesti u l-offerti għal assistenza ta' emerġenza transkonfinali, bħat-trasferiment mediku ta' pazjenti jew il-forniment ta' persunal tal-kura tas-saħħa minn Stat Membru għal ieħor, b'mod partikolari fiż-żoni transkonfinali fir-reġjuni ġirien;
Emenda 195
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.   L-Istat Membru għandu jaġġorna l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 hekk kif data ġdida ssir disponibbli.
Emenda 196
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Meta tingħata twissija skont l-Artikolu 19, il-Kummissjoni għandha, fejn meħtieġ għall-koordinazzjoni tar-rispons fil-livell tal-Unjoni, u fuq rikjesta tal-HSC msemmi fl-Artikolu 21 jew fuq inizjattiva tagħha stess, tagħmel disponibbli minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u lill-HSC permezz tal-EWRS, valutazzjoni tar-riskju tas-severità potenzjali tat-theddida għas-saħħa pubblika, inkluż miżuri tas-saħħa pubblika possibbli. Dik il-valutazzjoni tar-riskju għandha titwettaq minn:
1.  Meta tingħata twissija skont l-Artikolu 19, il-Kummissjoni għandha, fejn meħtieġ għall-koordinazzjoni tar-rispons fil-livell tal-Unjoni, u fuq rikjesta tal-HSC msemmi fl-Artikolu 21 jew fuq inizjattiva tagħha stess, tagħmel disponibbli minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u lill-HSC permezz tal-EWRS, valutazzjoni tar-riskju tas-severità potenzjali tat-theddida għas-saħħa pubblika, inkluż miżuri tas-saħħa pubblika possibbli, inkluża valutazzjoni tar-riskju tas-saħħa mentali tal-popolazzjoni affettwata. Dik il-valutazzjoni tar-riskju għandha titwettaq minn:
Emenda 269
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt -a
(-a)   il-HERA skont l-Artikolu 2(2)(a) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Settembru 2021. Il-valutazzjoni mill-HERA għandha titwettaq b'tali mod li tippermetti li tittieħed deċiżjoni dwar l-attivazzjoni tal-qafas ta' emerġenza kif stabbilit fl-Artikolu 3 ta' Regolament tal-Kunsill dwar qafas biex tiġi żgurata l-provvista ta' kontromiżuri mediċi rilevanti għall-kriżijiet fil-każ ta' emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni, u dwar liema miżuri kif stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 11 u l-Artikolu 13 ta' dak ir-Regolament huwa xieraq li jiġi attivat;
Emenda 197
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt a
(a)  l-ECDC f'konformità mal-Artikolu 8a tar-Regolament (UE) …/ [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru tar-Regolament ECDC [ISC/2020/ 12527] fil-każ ta' theddida msemmija fil-punti (i) u (ii) tal-Artikolu 2(1)(a) inklużi sustanzi ta' oriġini umana: demm, organi, tessuti u ċelloli potenzjalment milquta minn mard komunikabbli; jew il-punt (d) tal-Artikolu 2(1); u/jew
(a)  l-ECDC f'konformità mal-Artikolu 8a tar-Regolament (UE) …/ [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru tar-Regolament ECDC [ISC/2020/12527] fil-każ ta' theddida msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) inklużi sustanzi ta' oriġini umana: bħal demm, organi, tessuti u ċelloli potenzjalment milquta minn mard komunikabbli; jew il-punt (d) tal-Artikolu 2(1); u/jew
Emenda 198
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa)   l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), f'konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2021/... [daħħal in-numru tar-regolament rivedut tal-EMA 2020/0321(COD)], fil-każ ta' theddida marbuta ma' prodott mediku difettuż jew fil-każ li theddida tkun qed issir aktar severa minħabba skarsezza ta' prodotti mediċi għall-użu mill-bniedem jew ta' apparat mediku; u/jew
Emenda 199
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)
(fa)   entitajiet tal-Unjoni jew nazzjonali involuti fil-kumulazzjoni ta' riżerva ta' prodotti mediċi.
Emenda 200
Proposta għal regolament
Artikolu 20 − paragrafu 2
2.  Fuq it-talba tal-aġenzija jew tal-korp li jwettaq il-valutazzjoni tar-riskju fil-mandat tiegħu, l-aġenziji u l-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jipprovdu kull informazzjoni u data rilevanti għad-dispożizzjoni tagħhom.
2.  Fuq it-talba tal-aġenzija jew tal-korp li jwettaq il-valutazzjoni tar-riskju fil-mandat tiegħu, l-aġenziji u l-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jipprovdu kull informazzjoni u data u għarfien espert rilevanti għad-dispożizzjoni tagħhom. Meta jkunu qed iwettqu l-valutazzjoni tar-riskju tagħhom, l-aġenzija jew il-korp għandhom jinħatru bħala l-aġenzija "ewlenija" f'konformità mal-paragrafu 3 ta' hawn taħt. L-aġenzija jew il-korp għandhom jiżguraw li jieħdu nota ta' kwalunkwe informazzjoni jew għarfien espert miksuba minn aġenziji jew korpi oħra msemmija fil-paragrafu 1.
Emenda 201
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Fejn il-valutazzjoni tar-riskju meħtieġa hija kompletament jew parzjalment barra mill-mandati tal-aġenziji msemmijin fil-paragrafu 1, u titqies bħala neċessarja għall-koordinazzjoni tar-rispons fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni, fuq talba tal-HSC jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, għandha tipprovdi valutazzjoni tar-riskju ad hoc.
Fejn il-valutazzjoni tar-riskju meħtieġa hija kompletament jew parzjalment barra mill-mandati tal-aġenziji msemmijin fil-paragrafu 1, u titqies bħala neċessarja għall-koordinazzjoni tar-rispons fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni, fuq talba tal-HSC jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, għandha tipprovdi valutazzjoni tar-riskju ad hoc. Fejn il-valutazzjoni tar-riskju meħtieġa taqa' taħt il-mandat ta' diversi aġenziji msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha taħtar aġenzija ewlenija biex tkun inkarigata mit-twettiq tal-valutazzjoni tar-riskju, f'kollaborazzjoni mal-aġenziji l-oħra kkonċernati, u tistabbilixxi skadenza għall-preżentazzjoni tal-valutazzjoni minn dik l-aġenzija.
Emenda 202
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-valutazzjoni tar-riskju disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fil-pront permezz tal-EWRS, u, jekk xieraq, permezz ta' sistemi ta' twissijiet marbuta. Meta l-valutazzjoni tar-riskju jkollha tiġi ppubblikata, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jirċievuha qabel il-pubblikazzjoni tagħha.
Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-valutazzjoni tar-riskju disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fil-pront permezz tal-EWRS, u, jekk xieraq, permezz ta' sistemi ta' twissijiet marbuta. Meta l-valutazzjoni tar-riskju jkollha tiġi ppubblikata, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jirċevuha qabel il-pubblikazzjoni tagħha permezz tal-EWRS u l-HSC.
Emenda 203
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 3 – subparagrafu 3
Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tqis, jekk disponibbli, l-informazzjoni rilevanti pprovduta minn entitajiet oħra, b'mod partikolari mid-WHO, fil-każ ta' emerġenza tas-saħħa pubblika ta' tħassib internazzjonali.
Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tqis, jekk disponibbli, l-informazzjoni rilevanti pprovduta minn esperti tas-saħħa pubblika u entitajiet oħra, b'mod partikolari mid-WHO, fil-każ ta' emerġenza tas-saħħa pubblika ta' tħassib internazzjonali.
Emenda 270
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Wara notifika ta' twissija skont l-Artikolu 19, fuq talba mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru u abbażi tal-informazzjoni disponibbli, inkluża l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 19 u l-valutazzjonijiet tar-riskju msemmija fl-Artikolu 20, l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw fi ħdan l-HSC u flimkien mal-Kummissjoni:
1.  Wara notifika ta' twissija skont l-Artikolu 19, fuq talba mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru u abbażi tal-informazzjoni disponibbli, inkluża l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 19 u l-valutazzjonijiet tar-riskju msemmija fl-Artikolu 20, l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw fi ħdan l-HSC u flimkien mal-Kummissjoni, b'mod partikolari mal-HERA:
Emenda 204
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt b
(b)  komunikazzjoni tar-riskju u tal-kriżi, adattata għall-ħtiġijiet u għaċ-ċirkustanzi tal-Istat Membru, li għandha l-għan li tipprovdi informazzjoni konsistenti u koordinata fl-Unjoni lill-pubbliku u lill-professjonisti tal-kura tas-saħħa;
(b)  komunikazzjoni tar-riskju u tal-kriżi, adattata għall-ħtiġijiet u għaċ-ċirkustanzi tal-Istat Membru, li għandha l-għan li tipprovdi informazzjoni konsistenti u koordinata fl-Unjoni lill-pubbliku, lill-professjonisti tal-kura tas-saħħa u lill-professjonisti tas-saħħa pubblika;
Emenda 205
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt c
(c)  adozzjoni ta' opinjonijiet u gwida, inkluż dwar miżuri speċifiċi ta' rispons għall-Istati Membri għall-prevenzjoni u għall-kontroll ta' theddida transkonfinali serja għas-saħħa.
(c)  adozzjoni ta' opinjonijiet u gwida, inkluż dwar miżuri speċifiċi ta' rispons għall-Istati Membri għall-prevenzjoni u għall-kontroll ta' theddida transkonfinali serja għas-saħħa, inkluża l-koordinazzjoni ta' miżuri ta' rispons.
Emenda 206
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca)   restrizzjonijiet nazzjonali fuq l-ivvjaġġar u restrizzjonijiet oħra fuq il-moviment transkonfinali u l-ġbir tal-persuni, kif ukoll ir-rekwiżiti ta' kwarantina u s-superviżjoni tal-kwarantina wara l-ivvjaġġar transkonfinali.
Emendi 207 u 271
Proposta għal regolament
Artikolu 21 − paragrafu 2
2.  Meta Stat Membru jkollu l-ħsieb li jadotta miżuri għas-saħħa pubblika sabiex jiġġieled kontra theddida transkonfinali serja għas-saħħa, qabel ma jadotta dawn il-miżuri huwa għandu jinforma u jikkonsulta mal-Istati Membri l-oħra u mal-Kummissjoni dwar in-natura, l-għan u l-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri, ħlief meta l-ħtieġa li tiġi mħarsa s-saħħa pubblika tkun tant urġenti li jkun meħtieġ li l-miżuri jiġu adottati minnufih.
2.  Meta Stat Membru jkollu l-ħsieb li jadotta miżuri għas-saħħa pubblika sabiex jiġġieled kontra theddid transkonfinali serju għas-saħħa, qabel ma jadotta jew itemm dawn il-miżuri huwa għandu jinforma, jikkonsulta u jikkoordina mal-Istati Membri l-oħra, b'mod partikolari mal-Istati Membri ġirien, mal-Kummissjoni, b'mod partikolari mal-HERA, mal-HCB u mal-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa dwar in-natura, l-għan u l-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri, ħlief meta l-ħtieġa li tiġi mħarsa s-saħħa pubblika tkun tant urġenti li jkun meħtieġ li l-miżuri jiġu adottati minnufih.
Emendi 208 u 272
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 3
3.  Meta Stat Membru jkollu jadotta, minħabba urġenza, miżuri għas-saħħa pubblika bħala rispons għall-feġġ jew għaż-żieda mill-ġdid ta' theddida transkonfinali serja għas-saħħa, huwa għandu, eżatt mal-adozzjoni, jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar in-natura, il-fini u l-kamp ta' applikazzjoni ta' dawk il-miżuri.
3.  Meta Stat Membru jkollu jadotta, minħabba urġenza, miżuri għas-saħħa pubblika bħala rispons għall-feġġ jew għaż-żieda mill-ġdid ta' theddida transkonfinali serja għas-saħħa, huwa għandu, eżatt mal-adozzjoni, jinforma lill-Istati Membri l-oħra, lill-awtoritajiet reġjonali rilevanti, lill-Kummissjoni, b'mod partikolari lill-HERA, lill-HCB u lill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa dwar in-natura, il-fini u l-kamp ta' applikazzjoni ta' dawk il-miżuri, speċjalment fir-reġjuni transkonfinali.
Emenda 209
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   F'każ ta' theddida transkonfinali serja għas-saħħa li l-kapaċitajiet tar-rispons nazzjonali ma jkunux jistgħu jlaħħqu magħha fi Stat Membru, dak l-Istat Membru jista' jitlob ukoll l-għajnuna ta' Stati Membri oħra permezz tal-ERCC previst bid-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.
___________________
1a Id-Deċiżjoni 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili.
Emenda 273
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt a
(a)  tkun ibbażata fuq, b'mod partikolari, rakkomandazzjonijiet tal-ECDC, b'mod partikolari, tal-aġenziji jew tal-korpi rilevanti oħrajn, jew tal-Kumitat Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 24;
(a)  tkun ibbażata fuq, b'mod partikolari, rakkomandazzjonijiet tal-ECDC u tal-HERA, b'mod partikolari, tal-aġenziji jew tal-korpi rilevanti oħrajn, jew tal-Kumitat Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 24;
Emenda 210
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt c
(c)  tkun proporzjonata mar-riskji għas-saħħa pubblika relatati mat-theddida inkwistjoni, filwaqt li jevitaw b'mod partikolari kwalunkwe restrizzjoni bla bżonn għall-moviment liberu tal-persuni, tal-merkanzija u tas-servizzi.
(c)  tkun meħtieġa, xierqa u proporzjonata mar-riskji għas-saħħa pubblika relatati mat-theddida inkwistjoni, filwaqt li jevitaw b'mod partikolari kwalunkwe restrizzjoni bla bżonn għall-moviment liberu tal-persuni, tal-merkanzija u tas-servizzi, u għad-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u jippromwovu l-koordinazzjoni ta' miżuri bejn l-Istati Membri.
Emenda 211
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
(ca)   tkun limitata fiż-żmien, u tieqaf hekk kif waħda mill-kundizzjonijiet applikabbli stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) ma tibqax tiġi ssodisfata.
Emenda 212
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt cb (ġdid)
(cb)  tqis il-ħtieġa ta' suq intern li jiffunzjona b'mod normali, partikolarment l-eżistenza ta' korsiji ħodor għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-ikel u kontromiżuri mediċi oħra.
Emenda 213
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 3
3.  Qabel tiġi rikonoxxuta sitwazzjoni ta' emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkoordina mad-WHO sabiex tikkondividi l-analiżi tal-Kummissjoni tas-sitwazzjoni tat-tifqigħa u tinforma lid-WHO bl-intenzjoni tagħha li toħroġ tali deċiżjoni.
3.  Qabel tiġi rikonoxxuta sitwazzjoni ta' emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tikkoordina mad-WHO sabiex tikkondividi l-analiżi tal-Kummissjoni tas-sitwazzjoni tat-tifqigħa u tinforma lid-WHO bl-intenzjoni tagħha li toħroġ tali deċiżjoni.
Emenda 214
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 27(3).
Emenda 274
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 4a (ġdid)
4 a.   Wara r-rikonoxximent ta' emerġenza tas-saħħa pubblika, il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, jista' jadotta regolament li jattiva l-qafas ta' emerġenza fejn dan ikun xieraq għas-sitwazzjoni ekonomika, skont l-Artikolu 3 ta' Regolament tal-Kunsill dwar qafas biex tiġi żgurata l-provvista ta' kontromiżuri mediċi rilevanti għall-kriżijiet fil-każ ta' emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni. Fejn jiġi attivat il-qafas ta' emerġenza, l-HCB għandu jiġi stabbilit biex jikkoordina l-azzjoni mill-Kunsill, il-Kummissjoni, l-aġenziji u l-korpi rilevanti tal-Unjoni, u l-Istati Membri biex jiġu żgurati l-provvista ta' u l-aċċess għal kontromiżuri mediċi. F'sitwazzjonijiet bħal dawn, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-iskrutinju baġitarju ta' proposti ġodda bbażati fuq l-Artikolu 122 TFUE, għandu jiġi stabbilit Kumitat Konġunt li jikkonsisti minn rappreżentanti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Emenda 215
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Għall-fini tar-rikonoxximent formali ta' emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Kumitat Konsultattiv dwar l-emerġenzi tas-saħħa pubblika ("Kumitat Konsultattiv") li, fuq talba tal-Kummissjoni, għandu jagħti pariri lill-Kummissjoni billi jipprovdi l-fehmiet tiegħu dwar:
1.  Għall-fini tar-rikonoxximent formali ta' emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni, b'konsultazzjoni mal-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa għandha tistabbilixxi Kumitat Konsultattiv dwar l-emerġenzi tas-saħħa pubblika ("Kumitat Konsultattiv") li, fuq talba tal-Kummissjoni jew tal-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, għandu jagħti pariri lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa billi jipprovdi l-fehmiet tiegħu dwar:
Emenda 216
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt c – punt ii
(ii)  l-identifikazzjoni u l-mitigazzjoni ta' lakuni, ta' inkonsistenzi jew ta' inadegwatezzi sinifikanti fil-miżuri meħuda jew li għandhom jittieħdu biex it-theddida speċifika titrażżan u tiġi ġestita u jingħeleb l-impatt tagħha, inkluż fil-ġestjoni u t-trattament kliniku, il-kontromiżuri mhux farmaċewtiċi u l-ħtiġijiet tar-riċerka tas-saħħa pubblika;
(ii)  l-identifikazzjoni u l-mitigazzjoni ta' lakuni, ta' inkonsistenzi jew ta' inadegwatezzi sinifikanti fil-miżuri meħuda jew li għandhom jittieħdu biex it-theddida speċifika titrażżan u tiġi ġestita u jingħeleb l-impatt tagħha, inkluż fil-ġestjoni u t-trattament kliniku, u l-ħtiġijiet tar-riċerka tas-saħħa pubblika;
Emenda 217
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt c – punt iia (ġdid)
(iia)  f'konsultazzjoni mal-EMA skont ir-Regolament (UE) …/… [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru tar-Regolament EMA] dwar l-istabbiltà tal-ktajjen tal-provvista u l-kapaċità tal-produzzjoni tal-ktajjen tal-provvista medika involuti fil-produzzjoni u l-manifattura ta' kontromiżuri mediċi meħtieġa għad-dijanjożi, it-trattament u s-segwitu tal-marda kkonċernata;
Emenda 218
Proposta għal regolament
Artikolu 24 − paragrafu 2
2.  Il-Kumitat Konsultattiv għandu jkun magħmul minn esperti indipendenti, magħżula mill-Kummissjoni skont l-oqsma ta' għarfien u tal-esperjenza l-aktar rilevanti għat-theddida speċifika li tkun qed isseħħ. Il-Kumitat għandu jkollu sħubija multidixxiplinarja sabiex ikun jista' jagħti pariri dwar aspetti bijomediċi, komportamentali, soċjali, ekonomiċi, kulturali u internazzjonali. Ir-rappreżentanti tal-ECDC u tal-EMA jipparteċipaw bħala osservaturi fil-Kumitat Konsultattiv. Ir-rappreżentanti ta' korpi jew ta' aġenziji oħra tal-Unjoni rilevanti għat-theddida speċifika għandhom jipparteċipaw bħala osservaturi f'dan il-Kumitat kif meħtieġ. Il-Kummissjoni tista' tistieden esperti li għandhom għarfien espert speċifiku dwar suġġett fl-aġenda biex jieħdu sehem fil-ħidma tal-Kumitat Konsultattiv fuq bażi ad hoc.
2.  Il-Kumitat Konsultattiv għandu jkun magħmul minn esperti indipendenti, minn rappreżentanti tal-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa u l-kura u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, magħżula mill-Kummissjoni skont l-oqsma ta' għarfien u tal-esperjenza l-aktar rilevanti għat-theddida speċifika li tkun qed isseħħ. Il-Kumitat għandu jkollu sħubija multidixxiplinarja sabiex ikun jista' jagħti pariri dwar aspetti sanitarji, bijomediċi, komportamentali, soċjali, ekonomiċi, ta' riċerka, ta' żvilupp, ta' manifattura, kulturali, tat-trasport u internazzjonali. Ir-rappreżentanti tal-ECDC u tal-EMA għandhom jieħdu parti attiva fil-Kumitat Konsultattiv. Ir-rappreżentanti ta' korpi jew ta' aġenziji oħra tal-Unjoni rilevanti għat-theddida speċifika għandhom jipparteċipaw bħala osservaturi f'dan il-Kumitat kif meħtieġ. Il-Kummissjoni jew il-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, jistgħu jistiednu esperti u partijiet ikkonċernati li għandhom għarfien espert speċifiku dwar suġġett fl-aġenda biex jieħdu sehem fil-ħidma tal-Kumitat Konsultattiv fuq bażi ad hoc. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ismijiet tal-esperti magħżula biex jiffurmaw parti mill-Kumitat Konsultattiv u d-dettalji tal-isfondi professjonali u/jew xjentifiċi li jiġġustifikaw il-ħatra tagħhom.
Emenda 219
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha l-lista tal-membri tal-Kwalità Konsultattiv u l-kwalifiki li jappoġġaw il-ħatra tagħhom. Għandu jiġi żgurat bilanċ ġeografiku tas-sħubija kull meta jkun possibbli. Il-membri għandhom jaġixxu fl-interess tal-pubbliku u b'mod indipendenti. Huma għandhom jagħmlu dikjarazzjonijiet ta' interess u ta' impenji. Tali dikjarazzjonijiet għandhom jinkludu kwalunkwe attività, pożizzjoni, ċirkustanza jew fatt ieħor li potenzjalment jinvolvu interess diretti u indirett, sabiex isir possibbli li jiġu identifikati interessi li jistgħu jiġu meqjusa li jippreġudikaw l-indipendenza ta' dawk l-esperti.
Emenda 275
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 2a (ġdid)
2b.   Il-Kumitat Konsultattiv għandu jaġixxi f'kooperazzjoni mal-HCB u l-Forum Konsultattiv tal-HERA stabbilit skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Settembru 2021. Ir-rappreżentanti tal-Forum Konsultattiv tal-HERA għandhom jipparteċipaw bħala osservaturi fil-Kumitat Konsultattiv. Il-koordinazzjoni bejn dawk il-korpi għandha tiżgura li jkun hemm parteċipazzjoni mill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa, l-assoċjazzjonijiet tal-pazjenti, u l-atturi tal-industrija u tal-katina tal-provvista b'esperjenza rikonoxxuta f'dixxiplini relatati mal-għoti ta' pariri dwar ir-rispons għall-emerġenzi tas-saħħa u għall-ħidma tal-HERA.
Emenda 220
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 3
3.  Il-Kumitat Konsultattiv għandu jiltaqa' kull meta s-sitwazzjoni tirrikjedi dan, wara talba mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru.
3.  Il-Kumitat Konsultattiv għandu jiltaqa' kull meta s-sitwazzjoni tirrikjedi dan, wara talba mill-Kummissjoni, mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa jew minn Stat Membru.
Emenda 221
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 6
6.  Il-Kumitat Konsultattiv għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu inkluż dwar ir-regoli għad-dikjarazzjoni u għat-tmiem ta' sitwazzjoni ta' emerġenza, u għall-adozzjoni ta' rakkomandazzjonijiet u għal votazzjoni. Ir-regoli ta' proċedura għandhom jidħlu fis-seħħ wara li jirċievi opinjoni favorevoli mill-Kummissjoni.
6.  Il-Kumitat Konsultattiv għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu inkluż dwar ir-regoli għad-dikjarazzjoni u għat-tmiem ta' sitwazzjoni ta' emerġenza, u għall-adozzjoni ta' rakkomandazzjonijiet u għal votazzjoni. Ir-regoli ta' proċedura għandhom jidħlu fis-seħħ wara li jirċievi opinjoni favorevoli mill-Kummissjoni u mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa.
Emenda 222
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 6a (ġdid)
6a.   Il-minuti tal-Kumitat Konsultattiv għandhom ikunu pubbliċi.
Emenda 223
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 6b (ġdid)
6b.   Il-Kumitat Konsultattiv għandu jaħdem f'kooperazzjoni mill-qrib mal-korpi konsultattivi nazzjonali.
Emendi 224 u 276
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt b
(b)  mekkaniżmi għall-monitoraġġ tan-nuqqasijiet ta', l-iżvilupp, il-prokurament, il-ġestjoni u t-tħaddim ta' kontromiżuri mediċi;
(b)  miżuri, skont Regolament tal-Kunsill dwar qafas biex tiġi żgurata l-provvista ta' kontromiżuri mediċi rilevanti għall-kriżijiet fil-każ ta' emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni, għall-monitoraġġ tan-nuqqasijiet, tal-iżvilupp, tal-manifattura, tal-akkwist, tal-azzjonijiet meħuda biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista, tal-ġestjoni, tal-ħżin, tad-distribuzzjoni u tal-użu ta' kontromiżuri mediċi;
Emenda 225
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt c
(c)  attivazzjoni tal-appoġġ mill-ECDC kif imsemmi fir-Regolament (UE) …/ [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru tar-Regolament ECDC [ISC/2020/12527] biex jimmobilizza u jiskjera t-Task Force tas-Saħħa tal-UE.
(c)  attivazzjoni tal-appoġġ mill-ECDC kif imsemmi fir-Regolament (UE) …/ [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru tar-Regolament ECDC [ISC/2020/12527] biex jimmobilizza u jiskjera t-Task Force tas-Saħħa tal-UE u b'mod partikolari, l-istabbiliment ta' lista ta' faċilitajiet ta' akkomodazzjoni f'unitajiet tal-kura intensiva fl-Istati Membri għall-finijiet ta' rilokazzjoni transkonfinali potenzjali tal-pazjenti;
Emenda 226
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca)   Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjoni bil-għan li l-Unjoni tkun tista' tiggarantixxi aċċess f'waqtu u effettiv għal kontromiżuri.
Emenda 227
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)
(cb)  korsiji ħodor imsemmija fl-Artikolu 25a ta' dan ir-Regolament, f'każijiet eċċezzjonali.
Emenda 228
Proposta għal regolament
Artikolu 25a (ġdid)
Artikolu 25a
Korsiji ħodor
1.  Wara li tirrikonoxxi emerġenza tas-saħħa pubblika għal sitwazzjoni ta' pandemija skont l-Artikolu 23(1), il-Kummissjoni għandha, fil-każ ta' restrizzjonijiet fil-fruntieri, tistabbilixxi korsiji ħodor, biex tiżgura li l-oġġetti essenzjali, il-kontromiżuri mediċi u l-ħaddiema transkonfinali jkunu jistgħu jiċċaqalqu liberament fis-suq intern.
2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati biex tissupplimenta dan ir-Regolament b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment tal-korsiji ħodor imsemmija fil-paragrafu 1.
3.  Stat Membru jista' jipprojbixxi jew jirrestrinġi biss l-esportazzjonijiet ta' kontromiżuri mediċi f'każijiet definiti fl-Artikolu 36 tat-TFUE matul emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni, bil-kundizzjoni li jikseb awtorizzazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni.
4.  Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar it-talba għall-għoti ta' awtorizzazzjoni minn qabel fi żmien ħamest ijiem mit-talba. Jekk il-Kummissjoni ma tieħux deċiżjoni matul dak il-perjodu, l-awtorizzazzjoni għandha titqies li ngħatat.
Emenda 229
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 1
1.  L-EWRS għandha tinkludi funzjonalità ta' trażmissjoni selettiva tal-messaġġ li tippermetti li d-data personali, inkluża data tal-kuntatti u dwar is-saħħa, tiġi kkomunikata biss lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti involuti fil-miżuri tat-traċċar tal-kuntatti kkonċernati. Dik il-funzjonalità ta' trażmissjoni selettiva tal-messaġġ għandha tiġi mfassla u operata b'mod li tiżgura l-ipproċessar sikur u legali ta' data personali u li torbot mas-sistemi tat-traċċar tal-kuntatti fil-livell tal-Unjoni.
1.  L-EWRS għandha tinkludi funzjonalità ta' trażmissjoni selettiva tal-messaġġ li tippermetti li d-data personali, inkluża data tal-kuntatti u dwar is-saħħa, tiġi kkomunikata biss lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti involuti fil-miżuri tat-traċċar tal-kuntatti kkonċernati. Dik il-funzjonalità ta' trażmissjoni selettiva tal-messaġġ għandha tiġi mfassla b'rispett għall-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data u l-protezzjoni tad-data mid-disinn u b'mod awtomatiku, u għandha tkun operata b'mod li tiżgura l-ipproċessar sikur u legali ta' data personali u li torbot mas-sistemi tat-traċċar tal-kuntatti fil-livell tal-Unjoni.
Emenda 230
Proposta għal regolament
Artikolu 26– paragrafu 5
5.  Id-data personali tista' tiġi skambjata wkoll fil-kuntest tat-traċċar awtomatizzat tal-kuntatti, bl-użu ta' applikazzjonijiet tat-traċċar tal-kuntatti.
5.  Id-data personali tista' tiġi skambjata wkoll fil-kuntest tat-traċċar awtomatizzat tal-kuntatti, bl-użu ta' applikazzjonijiet tat-traċċar tal-kuntatti, f'konformità sħiħa mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ("GDPR")1a
__________________
1a Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), (ĠU L 119, 4.5.2016).
Emenda 231
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
6.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni:
6.  Wara proċedura ta' konsultazzjoni minn qabel kif stipulat fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 28 li jikkonċernaw:
Emenda 232
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – punt b
(b)  proċeduri għall-interkonnessjoni tal-EWRS ma' sistemi tat-traċċar tal-kuntatti fil-livell tal-Unjoni;
(b)  proċeduri għall-interkonnessjoni tal-EWRS ma' sistemi tat-traċċar tal-kuntatti fil-livell tal-Unjoni u fil-livell internazzjonali;
Emenda 233
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – punt d
(d)  il-modalitajiet għall-ipproċessar ta' applikazzjonijiet awtomatizzati tat-traċċar tal-kuntatti u l-interoperabbiltà ta' dawn l-applikazzjonijiet, kif ukoll il-każijiet u l-kondizzjonijiet fejn il-pajjiżi terzi jistgħu jingħataw aċċess għall-interoperabbiltà tat-traċċar tal-kuntatti u l-arranġamenti prattiċi għal tali aċċess.
(d)  il-modalitajiet għall-ipproċessar ta' applikazzjonijiet awtomatizzati tat-traċċar tal-kuntatti u l-interoperabbiltà ta' dawn l-applikazzjonijiet, kif ukoll il-każijiet u l-kondizzjonijiet fejn il-pajjiżi terzi jistgħu jingħataw aċċess għall-interoperabbiltà tat-traċċar tal-kuntatti u l-arranġamenti prattiċi għal tali aċċess, f'konformità sħiħa mal-EUDPR u mal-każistika applikabbli tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Emenda 234
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – punt da (ġdid)
(da)   deskrizzjoni dettaljata tar-rwoli tal-atturi involuti fl-ipproċessar tad-data personali permezz tal-għodod u s-sistemi tal-IT proposti.
Emenda 235
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 6 – subparagrafu 2
Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).
imħassar
Emenda 236
Proposta għal regolament
Artikolu 28 − paragrafu 2
2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 8(3) għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn ... [data tad-dħul fis-seħħ tal-att leġiżlattiv bażiku jew kwalunkwe data oħra stabbilita mill-koleġiżlaturi].
2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 8(3), 13(9), 14(6), 17(3), 25a(2) u 26(6) għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ tal-att leġiżlattiv bażiku jew kwalunkwe data oħra stabbilita mill-koleġiżlaturi]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel jintemm il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal din l-estensjoni sa tliet xhur qabel jintemm kull perjodu.
Emenda 237
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 3
3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 8(3) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 8(3), 13(9), 14(6), 17(3), 25a(2) u 26(6) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
Emenda 238
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 6
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 8(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 8(3), 13(9), 14(6), 17(3), 25a(2) u 26(6) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 239
Proposta għal regolament
Artikolu 28a (ġdid)
Artikolu 28a
Proċedura ta' urġenza
1.  L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma ssir l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta' att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta' urġenza.
2.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 28(6). F'tali każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
Emendi 240 u 277
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 1
Sal-2025 u kull ħames snin wara, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-evalwazzjoni għandha ssir f'konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni għal regolamentazzjoni aħjar. L-evalwazzjoni għandha tinkludi, b'mod partikolari, valutazzjoni tal-operat tal-EWRS u tan-network ta' sorveljanza epidemjoloġika, kif ukoll il-koordinazzjoni tar-rispons mal-HSC.
Sal-2025 u kull ħames snin wara, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-evalwazzjoni għandha ssir f'konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni għal regolamentazzjoni aħjar. L-evalwazzjoni għandha tinkludi, b'mod partikolari, valutazzjoni tal-operat tal-EWRS u tan-network ta' sorveljanza epidemjoloġika, kif ukoll il-koordinazzjoni tar-rispons mal-HSC, mal-HERA u l-impatt tar-Regolament dwar il-funzjonament xieraq tas-suq uniku meta jinħoloq theddid transkonfinali serju għas-saħħa. Sal-2023 u kull sentejn wara, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami fil-fond tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-HERA, inklużi l-istruttura, il-governanza, il-finanzjament u r-riżorsi umani tagħha. Dawk ir-rieżamijiet għandhom jindirizzaw, b'mod partikolari, kwalunkwe ħtieġa għal modifika tal-istruttura tal-HERA, inkluż iżda mhux limitat għall-possibbiltà li l-HERA tiġi aġġornata għal aġenzija awtonoma, għall-mandat tal-HERA u għall-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe modifika bħal din. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-sejbiet tar-rieżamijiet. Dawk is-sejbiet għandhom jiġu ppubblikati. Ir-rieżamijiet għandhom ikunu akkumpanjati, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu, b'rispett sħiħ tar-rwol tal-Parlament Ewropew bħala koleġiżlatur.
Emenda 241
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 1a (ġdid)
Abbażi tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu preċedenti, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva biex temenda dan ir-Regolament.

(1) Il-kwistjoni ġiet riferuta lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu(A9-0247/2021).


Ftehim bejn l-Unjoni u l-Awstralja: modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inlużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE ***
PDF 123kWORD 43k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2021 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim fl-għamla ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni u l-Commonwealth tal-Awstralja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (06102/2021 – C9-0376/2021 – 2021/0029(NLE)))
P9_TA(2021)0450A9-0306/2021

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (06102/2021),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim fl-għamla ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni u l-Commonwealth tal-Awstralja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (06103/2021),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0376/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4), u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0306/2021),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Commonwealth tal-Awstralja.


Tisħiħ tad-demokrazija, il-libertà u l-pluraliżmu tal-midja fl-UE
PDF 232kWORD 69k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2021 dwar it-tisħiħ tad-demokrazija u tal-libertà u l-pluraliżmu tal-midja fl-UE: l-użu indebitu ta' azzjonijiet fl-ambitu tad-dritt ċivili u kriminali biex jissikktu l-ġurnalisti, l-NGOs u s-soċjetà ċivili (2021/2036(INI))
P9_TA(2021)0451A9-0292/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u b'mod partikolari l-Artikolu 2, l-Artikolu 3, l-Artikolu 4(3) u l-Artikoli 5, 6, 7 u 19 tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b'mod partikolari l-Artikoli 70, 81, 82, 114 u 352 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-"Karta") u b'mod partikolari l-Artikoli 11, 12, 15, 20, 47, 48 u 54 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea u l-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mehmuża mat-TUE u t-TFUE,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II)(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (Brussell I)(2),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/692 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' April 2021 li jistabbilixxi l-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014,(4)

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/693 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' April 2021 li jistabbilixxi l-Programm dwar il-Ġustizzja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1382/2013(5),

–  wara li kkunsidra l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni bit-titolu "Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni 2021 - Unjoni ta' vitalità f'dinja ta' fraġilità" (COM(2020)0690),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Dwar il-pjan ta' azzjoni Ewropew għad-Demokrazija" (COM(2020)0790),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Marzu 2020 bit-titolu "Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija ta' Ugwaljanza Bejn is-Sessi għall-2020-2025" (COM(2020)0152),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 2020 bit-titolu "Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt – Is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea" (COM(2020)0580), u s-27 kapitolu tal-pajjiżi ta' akkumpanjament dwar l-istat tad-dritt fl-Istati Membri (SWD(2020)0300-0326),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Novembru 2020 bit-titolu "Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025" (COM(2020)0698),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-iżgurar tal-protezzjoni, tas-sikurezza u tat-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-ġurnalisti u ta' professjonisti oħra fil-media fl-Unjoni Ewropea (C/2021/6650),

–  wara li kkunsidra s-segwitu tal-Kummissjoni għar-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Mejju 2018 dwar il-pluraliżmu tal-midja u l-libertà tal-midja fl-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali bit-titolu "Challenges facing civil society organisations working on human rights in the EU" (L-isfidi li qed jiffaċċjaw l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu fuq id-drittijiet tal-bniedem fl-UE), ippubblikat fis-17 ta' Jannar 2018, il-bullettini tiegħu dwar l-implikazzjonijiet fuq id-drittijiet fundamentali tal-pandemija tal-coronavirus fl-UE, ippubblikati fl-2020, u r-rapporti, id-data u l-għodda l-oħra tal-Aġenzija, b'mod partikolari s-Sistema ta' Informazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet Fundamentali (EFRIS),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-istrumenti tan-NU l-oħra dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u r-rakkomandazzjonijiet u r-rapporti tal-Eżami Perjodiku Universali tan-NU, kif ukoll il-ġurisprudenza tal-Korpi tat-Trattati tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-proċeduri speċjali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem tat-8 ta' Marzu 1999,

–  wara li kkunsidra r-rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet għal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni dwar id-drittijiet SLAPPs u FoAA,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u l-Karta Soċjali Ewropea, il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Kumitat Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u l-konvenzjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet, ir-riżoluzzjonijiet, l-opinjonijiet u r-rapporti tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, il-Kumitat tal-Ministri, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza, il-Kumitat ta' Tmexxija dwar il-Ġlieda kontra d-Diskriminazzjoni, id-Diversità u l-Inklużjoni, il-Kummissjoni ta' Venezja u korpi oħra tal-Kunsill tal-Ewropa,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tal-4 ta' Lulju 2012 dwar ix-Xewqa ta' Standards Internazzjonali li jittrattaw l-Għażla Opportunistika tal-Ġurisdizzjoni fir-rigward tal-Malafama, l-Għażla Opportunistika tal-Ġurisdizzjoni għal-Libelli, biex tiġi Żgurata l-Libertà tal-Espressjoni,

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tal-Kumitat tal-Ministri lill-Istati Membri tat-13 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-ġurnaliżmu u s-sikurezza tal-ġurnalisti u ta' atturi oħra tal-media (CM/Rec(2016)4[1]),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tat-28 ta' Novembru 2018 dwar il-ħtieġa li jissaħħu l-protezzjoni u l-promozzjoni tal-ispazju tas-soċjetà ċivili fl-Ewropa (CM/Rec(2018)11),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa lill-Istati Membri tas-7 ta' Marzu 2018 dwar il-pluraliżmu tal-midja u t-trasparenza tas-sjieda tal-midja (CM/Rec(2018)1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Konferenza Ministerjali tal-Kunsill tal-Ewropa tal-11 ta' Ġunju 2021 dwar is-sikurezza tal-ġurnalisti,

–  wara li kkunsidra l-artikolu mill-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa bit-titolu "Human Rights Comment: Time to take action against SLAPPs" (Kumment dwar id-Drittijiet tal-Bniedem: Wasal iż-żmien ta' azzjoni kontra s-SLAPPs) ippubblikat fis-27 ta' Ottubru 2020,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-2021 mill-organizzazzjonijiet sieħba għall-Pjattaforma tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Promozzjoni tal-Protezzjoni tal-Ġurnaliżmu u s-Sikurezza tal-Ġurnalisti,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet u r-rapporti tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem, ir-Rappreżentant għal-Libertà tal-Media u korpi oħra tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE),

–  wara li kkunsidra l-istudju tan-Network EU-CITZEN bit-titolu "SLAPP in the EU context" (SLAPP fil-kuntest tal-UE) tad-29 ta' Mejju 2020(6),

–  wara li kkunsidra t-talba għal Direttiva anti-SLAPP minn koalizzjoni ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi(7),

–  wara li kkunsidra l-istudju bit-titolu "The Use of SLAPPs to Silence Journalists, NGOs and Civil Society" (L-Użu tas-SLAPPs biex jissikktu l-ġurnalisti, l-NGOs u s-Soċjetà Ċivili) ta' Ġunju 2021 ikkummissjonat mid-Dipartiment Tematiku tal-Parlament Ewropew fuq it-talba tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,

–  wara li kkunsidra l-briefing tiegħu bit-titolu "European added value of an EU mechanism on democracy, rule of law and fundamental rights - Preliminary Assessment" (Il-valur miżjud Ewropew ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali - Valutazzjoni Preliminari) tat-23 ta' April 2020,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Mejju 2013 dwar il-Karta tal-UE: regoli komuni għal-libertà tal-media fl-UE kollha(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' April 2018 dwar il-ħtieġa li jiġi stabbilit Strument għall-Valuri Ewropej biex jiġu appoġġjati l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jippromwovu d-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-valuri fundamentali fl-Unjoni Ewropea fil-livell lokali u nazzjonali(10),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' April 2018 dwar il-protezzjoni tal-ġurnalisti investigattivi fl-Ewropa: il-każ tal-ġurnalist Slovakk Ján Kuciak u Martina Kušnírová(11),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Mejju 2018 dwar il-pluraliżmu tal-midja u l-libertà tal-midja fl-Unjoni Ewropea(12),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-ħtieġa ta' mekkaniżmu komprensiv tal-UE għall-protezzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali(13),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Frar 2019 dwar ir-rigressjoni attwali tad-drittijiet tan-nisa u tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-UE(14),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Marzu 2019 dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-UE, b'mod speċifiku f'Malta u fis-Slovakkja(15),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2019 dwar l-istat tad-dritt f'Malta wara r-rivelazzjonijiet reċenti rigward il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia(16),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2020 dwar ir-rapport annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni(17),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ottubru 2020 dwar l-istabbiliment ta' Mekkaniżmu tal-UE għad-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali(18),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2020 dwar it-Tisħiħ tal-Libertà tal-Media: il-Protezzjoni tal-Ġurnalisti fl-Ewropa, id-Diskors ta' Mibegħda, id-Diżinformazzjoni u r-Rwol tal-Pjattaformi(19),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Novembru 2020 dwar is-Sitwazzjoni tad-Drittijiet Fundamentali fl-Unjoni Ewropea – Rapport Annwali għas-snin 2018-2019(20),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027, il-Ftehim Interistituzzjonali, l-Istrument tal-UE għall-Irkupru u r-Regolament dwar l-Istat tad-Dritt(21),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2021 dwar il-proklamazzjoni tal-UE bħala Żona ta' Libertà LGBTIQ(22),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2021 dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092, il-mekkaniżmu ta' kondizzjonalità marbut mal-Istat tad-Dritt(23),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2021 dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u l-istat tad-dritt f'Malta(24),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Mejju 2021 dwar l-effetti tat-tibdil fil-klima fuq id-drittijiet tal-bniedem u r-rwol tad-difensuri ambjentali fuq din il-kwistjoni(25),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern skont l-Artikolu 58 tar-Regoli ta' Proċedura,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0292/2021),

A.  billi d-drittijiet għal-libertà ta' espressjoni, ta' informazzjoni u ta' parteċipazzjoni pubblika huma fost il-pedamenti tad-demokrazija; billi l-libertà ta' espressjoni hija indispensabbli għat-twettiq tal-prinċipji tat-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont; billi l-parteċipazzjoni pubblika minn persuna fiżika jew ġuridika involuta fi kwistjoni ta' interess pubbliku tista' tieħu diversi forom; billi l-parteċipazzjoni pubblika tista' tinkludi l-eżerċizzju ta' skrutinju pubbliku online u offline u t-tixrid tal-informazzjoni pubblika, bħal komunikazzjonijiet ġurnalistiċi, pubblikazzjonijiet jew xogħlijiet, inkluż kontenut editorjali, komunikazzjonijiet, pubblikazzjonijiet jew xogħlijiet ta' natura politika, xjentifika, akkademika, artistika, materjal kummentarju jew satiriku inkluż meta dawk ikkonċernati jkunu, fost oħrajn, persunaġġi miftuħa għal skrutinju pubbliku, fil-kuntest ta' interessi usa' f'diskussjoni miftuħa dwar kwistjonijiet politiċi; billi l-pubblikazzjonijiet li jikkontribwixxu għal dibattiti dwar kwistjonijiet ta' interess pubbliku jew ta' interess ġenerali jgawdu minn livell limitu ogħla ta' protezzjoni; billi l-limiti ta' kritika aċċettabbli huma usa' għall-personaġġi pubbliċi, speċjalment għall-politiċi u l-uffiċjali tal-istat;

B.  billi l-ġurnaliżmu imparzjali, professjonali u responsabbli kif ukoll l-aċċess għal informazzjoni pluralistika huma pilastri ewlenin tad-demokrazija; billi l-informazzjoni, ir-rapporti, l-opinjonijiet, l-allegazzjonijiet, l-argumenti u dikjarazzjonijiet oħra mis-soċjetà ċivili huma essenzjali biex kwalunkwe demokrazija tirnexxi; billi l-ispazju dejjem jiċkien għas-soċjetà ċivili f'ċerti pajjiżi sar kwistjoni dejjem aktar inkwetanti u jista' jkollu impatt negattiv fuq id-demokraziji; billi l-ġurnaliżmu indipendenti u ta' kwalità għolja u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom rwol kruċjali bħala gwardjani tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt billi jżommu lil persuni b'poter responsabbli u jiġġieldu kontra d-diżinformazzjoni u l-miżinformazzjoni, kif ukoll l-indħil u l-manipulazzjoni politiċi barranin;

C.  billi, fis-snin reċenti, il-ġurnalisti u l-atturi tal-media fl-Ewropa u f'pajjiżi terzi qegħdin jiġu dejjem aktar mhedda, attakkati fiżikament u maqtula minħabba xogħolhom, b'mod partikolari meta dan jiffoka fuq l-użu ħażin tal-poter, il-korruzzjoni, il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, u l-attivitajiet kriminali; jisħaq fuq il-fatt li l-eżerċizzju effettiv tal-libertà ta' espressjoni jirrikjedi firxa ta' miżuri pożittivi għall-protezzjoni tal-ġurnalisti, inkluż għall-protezzjoni tal-ħajja u l-investigazzjoni ta' qtil, kif ukoll il-protezzjoni effettiva tas-sorsi tagħhom; jinnota li dan it-theddid mhuwiex biss ta' natura vjolenti u li l-intimidazzjoni kontra l-ġurnalisti tirriżulta wkoll minn pressjonijiet legali, politiċi, soċjokulturali u ekonomiċi;

D.  billi d-dritt għal-libertà ta' espressjoni huwa dritt fundamentali li jrid jiġi eżerċitat b'sens ta' dmir u b'responsabbiltà, filwaqt li jitqies id-dritt fundamentali tan-nies li jiksbu informazzjoni imparzjali kif ukoll ir-rispett għad-dritt fundamentali li wieħed jipproteġi r-reputazzjoni(26) u l-privatezza tiegħu; billi, f'każijiet ta' kunflitt bejn dawn id-drittijiet, il-partijiet kollha jeħtiġilhom ikollhom aċċess għall-qrati f'każ li s-sitwazzjoni ma tkunx ġiet solvuta b'mod amikevoli;

E.  billi l-Kawżi Strateġiċi kontra l-Parteċipazzjoni Pubblika (SLAPPs) huma kawżi jew azzjonijiet legali oħra (eż. inġunzjonijiet, iffriżar tal-assi) imressqa minn individwi jew minn entitajiet privati, u anke minn uffiċjali pubbliċi, korpi pubbliċi u entitajiet ikkontrollati pubblikament, diretti lejn individwu wieħed jew aktar jew lejn gruppi bl-użu ta' varjetà ta' bażijiet legali l-aktar fid-dritt ċivili u kriminali, kif ukoll it-theddid ta' azzjonijiet bħal dawn, bl-għan li jiġi evitat li jsiru investigazzjoni u rappurtar dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali, dwar il-korruzzjoni jew prattiki abbużivi oħra jew li tiġi mblukkata jew inkella mminata l-parteċipazzjoni pubblika; billi dan għandu impatt dirett u ta' detriment fuq il-parteċipazzjoni demokratika, ir-reżiljenza u d-djalogu soċjali, u jmur kontra l-valuri kif minquxa fl-Artikolu 2 TUE;

F.  billi l-parteċipazzjoni pubblika tinkludi, iżda mhijiex limitata għall-investigazzjoni, id-diskors dwar, ir-rappurtar jew inkella l-iżvelar ta' kwistjonijiet ta' interess pubbliku, fost l-oħrajn, il-prattiki li jheddu d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, id-demokrazija, l-istat tad-dritt jew il-governanza tajba, u l-involviment f'rappreżentanzi ta' interess permezz tal-eżerċizzju tal-libertajiet ċivili bħal-libertà ta' assoċjazzjoni, il-libertà ta' għaqda paċifika u l-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni;

G.  billi l-vittmi tas-SLAPPs huma mfittxija legalment l-aktar talli jesprimu fehmiet kritiċi dwar l-imġiba, jew jiddenunzjaw l-aġir ħażin ta' individwi privati u entitajiet kif ukoll ta' uffiċjali pubbliċi, korpi pubbliċi u entitajiet ikkontrollati pubblikament, permezz ta' forom ta' espressjoni online jew offline, jew b'ritaljazzjoni għall-involviment tagħhom f'kampanji, kawżi tal-qorti, azzjonijiet jew protesti; billi s-SLAPPs huma kkaratterizzati b'mod komuni minn allegazzjonijiet li ma għandhom l-ebda mertu legali, huma manifestament infondati, juru żbilanċ tal-poter u l-abbuż ta' drittijiet jew ta' proċess mir-rikorrent, li jagħmel allegazzjonijiet eċċessivi fi kwistjonijiet li fihom il-konvenut ikun qed jeżerċita dritt protett legalment, u għalhekk juża l-proċess ġudizzjarju għal finijiet oħra minbarra biex ġenwinament jeżerċita dritt;

H.  billi, skont l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-akkademiċi, l-operaturi fil-qasam tal-ġustizzja u l-vittmi li jaħdmu fuq dan is-suġġett, is-SLAPPs qed isiru aktar sofistikati u aktar effettivi, fejn waħda mit-tekniki użati hija l-ftuħ ta' kawżi multipli kontra l-istess persuna dwar l-istess suġġett, li jfisser li kollha kemm huma jridu jiġu difiżi u ttrattati fl-istess ħin u b'mod parallel mill-istess persuna, fatt li jżid l-ispejjeż b'mod sproporzjonat; billi s-SLAPPs spiss ikunu bbażati fuq allegazzjonijiet ta' malafama, libell jew inġurja, li għadhom jikkostitwixxu reati kriminali fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, u l-vittmi tas-SLAPP isibu ruħhom jiffaċċjaw akkużi kriminali filwaqt li jiġu mfittxija legalment għar-responsabbiltà ċivili li allegatament tirriżulta mill-istess imġiba; billi s-SLAPPs spiss jiksru d-dritt tal-vittmi għad-difiża rikonoxxut mill-Karta, u possibbilment ikollhom impatt ukoll fuq id-dritt tagħhom għal proċess imparzjali u l-preżunzjoni tal-innoċenza;

I.  billi n-nuqqas ta' approċċ legali u ġudizzjarju konsistenti u komprensiv fi ħdan l-Unjoni ma jippermettix li l-kawżi SLAPP jiġu identifikati malajr u indirizzati b'mod effiċjenti; billi l-livell ta' protezzjoni mill-kawżi SLAPP għadu frammentat ħafna fost l-Istati Membri, b'tali mod li jfixkel iċ-ċertezza tad-dritt u d-dritt tal-vittmi tas-SLAPP għal rimedju effettiv; billi waħda mill-isfidi ewlenin fl-abbozzar tal-leġiżlazzjoni anti-SLAPP tinsab fil-mod kif jiġu indirizzati allegazzjonijiet abbużivi, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tar-rikorrenti li jirriżultaw mill-kostituzzjonijiet tal-Istati Membri u mill-obbligi tagħhom skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

J.  billi l-evidenza turi li s-SLAPPs saru prattika dejjem aktar mifruxa, kif muri minn ħafna każijiet madwar l-Unjoni, bħall-każ tat-tkexkix tal-ġurnalista investigattiva Daphne Caruana Galizia, li allegatament kienet qed tiffaċċja 47 kawża ta' malafama ċivili u kriminali (li rriżultaw fl-iffriżar tal-assi tagħha) f'ġurisdizzjonijiet multipli fil-jum tal-qtil tagħha, li ġie kkundannat bil-qawwa, fis-16 ta' Ottubru 2017, u l-kawżi li l-eredi tagħha għadhom qed jiffaċċjaw; billi każijiet illustrattivi u allarmanti oħra kontra ġurnalisti u l-media indipendenti, inkluż Realtid Media, li kienet ripetutament mhedda b'kawża f'ġurisdizzjoni differenti minn fejn sar ir-rappurtar inkwistjoni, u ta' Gazeta Wyborcza, li għadha qed tiġi mfittxija legalment minn għadd ta' entitajiet u uffiċjali pubbliċi fuq bażi regolari;

K.  billi s-SLAPPs spiss jintużaw mill-awtoritajiet pubbliċi jew mir-rappreżentanti tagħhom, bħal mezzi tal-midja ffinanzjati mill-istat, NGOs iffinanzjati mill-istat jew kumpaniji tal-Istat;

L.  billi s-SLAPPs jista' jservi ta' għodda biex jitnaqqas il-pluraliżmu tal-media fil-livell sistemiku billi jiġi eżerċitat effett dissważiv fuq il-midja indipendenti; billi s-SLAPPs huma mnedija apposta bl-għan li jagħmlu l-litigazzjoni għalja, dejjiema u kkumplikata għall-konvenuti, inkluż billi jintimidaw u jnixxfu r-riżorsi finanzjarji u psikoloġiċi tal-miri tagħhom; billi s-SLAPPs mhux biss għandhom impatt ta' detriment fuq il-vittmi, iżda wkoll fuq il-familji tagħhom u fuq parteċipazzjoni politika aktar wiesgħa;

M.  billi r-referenza għall-vittmi u l-miri tas-SLAPP tkopri ġurnalisti, pubblikaturi u organizzazzjonijiet tal-media, akkademiċi, NGOs, is-soċjetà ċivili u atturi oħra involuti fil-parteċipazzjoni pubblika, bħal dawk li jaħdmu fuq id-drittijiet tal-bniedem u kwistjonijiet ambjentali;

N.  billi s-SLAPPs fl-Unjoni spiss ikunu ta' natura transfruntiera, li tirriżulta f'dewmien fir-rappurtar jew informazzjoni mhux kompleta, kif muri f'ħafna każijiet, spiss relatati mad-drittijiet tal-bniedem u l-protezzjoni ambjentali, frodi finanzjarja u/jew korruzzjoni, fejn jikkostitwixxu tentattiv ċar biex tiġi posposta l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni billi jitwaqqaf jew jiġi skreditat ix-xogħol ta' ġurnalisti individwali u ta' entitajiet tal-pubblikazzjoni, u b'hekk iċ-ċittadini jiġu mċaħħda mid-dritt tagħhom għall-informazzjoni filwaqt li jitħalla impatt fuq il-pluraliżmu, il-libertà u d-diversità tal-media; billi s-SLAPPs u t-theddid ta' SLAPP jista' jitressaq ukoll kontra l-għassiesa fl-Unjoni minn atturi f'pajjiżi terzi u quddiem qrati f'pajjiżi terzi;

O.  billi l-każijiet SLAPP domestiċi qed jintużaw dejjem aktar fl-Istati Membri bl-għan li jillimitaw il-libertà tal-kelma u d-dritt għall-informazzjoni u jipproduċu effett dissważiv kontra l-vittmi tas-SLAPP billi huma bbażati fuq il-qtugħ psikoloġiku u t-tnixxif finanzjarju tal-miri tagħhom sabiex iġegħluhom jabbandunaw l-iżvelar ta' kwistjonijiet ta' interess pubbliku;

P.  billi n-nuqqas ta' leġiżlazzjoni diretta fi kwalunkwe Stat Membru dwar is-SLAPPs flimkien ma' dispożizzjonijiet nazzjonali spiss ambigwi u wiesgħa ta' malafama f'dan il-kuntest, kif ukoll ta' pieni ħorox, inkluż ta' natura kriminali, jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għaż-żieda fl-għadd ta' dawn il-kawżi abbużivi u l-intimidazzjoni sussegwenti tal-miri tagħhom;

Q.  billi l-kriminalizzazzjoni tal-ġurnalisti minħabba xogħolhom hija kwistjoni partikolarment gravi; billi l-malafama kriminalizzata għadha qed teżisti fil-leġiżlazzjoni fi 23 Stat Membru, minkejja t-talbiet ripetuti għat-tneħħija tagħha minn organizzazzjonijiet oħra, in-NU, il-Kunsill tal-Ewropa u l-OSKE u NGOs prestiġjużi bħall-Indiċi dwar iċ-Ċensura, l-Istitut għall-Istampa Internazzjonali u l-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Ġurnalisti;

R.  billi miżuri ta' liġi mhux vinkolanti huma miżura komplementari li tintlaqa' tajjeb biex takkumpanja proposta leġiżlattiva u r-reviżjoni ta' ċerti drittijiet internazzjonali privati attwalment fis-seħħ, iżda waħedhom ma jipprovdux protezzjoni ġudizzjarja sħiħa;

S.  billi s-sensibilizzazzjoni dwar is-SLAPPs għandha rwol kruċjali fis-sensibilizzazzjoni dwar din il-kwistjoni kemm tal-pubbliku kif ukoll tal-professjonisti legali, b'mod partikolari l-imħallfin u l-avukati;

T.  billi fejn il-kawżi SLAPP jinħarġu minn uffiċjali pubbliċi, korpi pubbliċi jew entitajiet ikkontrollati pubblikament bħal kumpaniji tal-Istat, dawn isiru għodda għall-eżerċitar ta' poter politiku u d-dannu lill-vittmi tas-SLAPP jista' jkun saħansitra akbar;

Effetti fuq id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt

1.  Jenfasizza li s-SLAPPs huma attakk vessatorju u dirett fuq l-eżerċizzju tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali, u għandhom l-għan li jsikktu d-diversità tal-ħsieb pubbliku kritiku u tal-opinjoni pubblika, inkluż permezz tal-awtoċensura ġurnalistika; jissottolinja li d-drittijiet fundamentali u d-demokrazija huma marbuta mal-ħarsien tal-istat tad-dritt, u li meta jiġu mminati l-libertà tal-media u l-parteċipazzjoni demokratika pubblika, inklużi l-libertajiet ta' espressjoni u ta' informazzjoni, ta' għaqda u ta' assoċjazzjoni, dan jhedded il-valuri tal-Unjoni kif imnaqqxa fl-Artikolu 2 TUE; huwa tal-fehma li s-SLAPPs huma partikolarment inkwetanti jekk jiġu ffinanzjati direttament jew indirettament mill-baġits tal-istat u jkunu kkombinati ma' miżuri statali indiretti u diretti oħra kontra l-organizzazzjonijiet tal-media indipendenti, il-ġurnaliżmu indipendenti u s-soċjetà ċivili; jilqa' l-fatt li r-rapport tal-Kummissjoni tal-2020 dwar l-istat tad-dritt jinkludi l-kawżi tat-tip SLAPP fil-valutazzjoni tiegħu tal-libertà u l-pluraliżmu tal-media madwar l-Unjoni, u li dan ir-rapport jindika miżuri konkreti u l-aħjar prattiki għall-ġlieda kontrihom; jitlob li r-rapporti annwali futuri jinkludu valutazzjoni bir-reqqa tal-ambjent legali għall-media, u b'mod partikolari għall-ġurnaliżmu investigattiv, u li jħares aktar bir-reqqa lejn l-isfidi li jaffettwaw lill-ġurnalisti u lis-soċjetà ċivili u l-effett dissważiv li s-SLAPPs jista' jkollhom fuq dawn l-atturi; jenfasizza li l-kawżi legali tat-tip SLAPP huma theddida għal media libera u pluralistika; jistieden lill-Kummissjoni toħroġ ukoll rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż u tivvaluta l-progress tagħhom, inkluż dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw is-sitwazzjoni tal-libertà tal-media fl-Istati Membri;

2.  Jesprimi tħassib dwar l-ispazju dejjem jiċkien għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u t-theddida għall-ġurnalisti li jikkomunikaw dwar kwistjonijiet importanti fl-interess pubbliku u li huma kritiċi tal-membri influwenti tas-soċjetà, u dwar l-użu dejjem akbar tas-SLAPPs bħala mod kif isikktu u jintimidaw lill-vittmi tas-SLAPP; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jinkludu l-litteriżmu medjatiku u l-ħsieb kritiku fil-kurrikuli nazzjonali u jaħdmu mill-qrib mal-ġurnalisti dwar dan fil-livelli kollha tas-soċjetà, speċjalment maż-żgħażagħ u ma' dawk li huma vulnerabbli għall-miżinformazzjoni, id-diżinformazzjoni u l-manipulazzjoni; jilqa' l-introduzzjoni ta' azzjonijiet ġodda biex jittejbu l-libertà tal-media, il-ġurnaliżmu ta' kwalità u l-litteriżmu medjatiku taħt il-fergħa transsettorjali tal-Programm Ewropa Kreattiva;

3.  Ifakkar li l-obbligu tal-Istati Membri li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-libertà ta' espressjoni, ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni jinkludi d-dmir li jistabbilixxu u jżommu ambjent favorevoli għall-parteċipazzjoni pubblika u għall-għassiesa pubbliċi; jisħaq li huwa importanti li l-atturi kollha involuti fil-parteċipazzjoni pubblika jkunu jistgħu joperaw liberament u mingħajr biża' li jistgħu jkunu soġġetti għal xi theddid, atti ta' intimidazzjoni jew vjolenza; jenfasizza li l-Istati Membri jeħtiġilhom jiggarantixxu wkoll id-dritt tal-ġurnalisti li jipproteġu s-sorsi tagħhom;

L-effetti fuq is-suq intern

4.  Jenfasizza li l-parteċipazzjoni pubblika għandha wkoll rwol importanti fil-funzjonament xieraq tas-suq intern, kif ukoll fl-infurzar tal-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-Unjoni, peress li spiss ikun permezz tal-parteċipazzjoni pubblika li l-pubbliku jsir jaf bil-ksur tad-dritt tal-Unjoni, inkluż ksur tad-drittijiet fundamentali, korruzzjoni u prattiki abbużivi oħra li jheddu l-funzjonament xieraq tas-suq intern; jissottolinja li l-miżuri protettivi kontra l-prattika tal-kawżi SLAPP huma essenzjali biex jiġu indirizzati r-riskji li din il-prattika abbużiva toħloq għall-infurzar tad-dritt u l-politiki tal-UE;

5.  Jenfasizza li l-użu ta' SLAPPs għandu impatt negattiv fuq it-tgawdija tal-libertajiet tas-suq intern minn individwi u organizzazzjonijiet involuti fil-parteċipazzjoni pubblika u li huma vulnerabbli għal tali allegazzjonijiet, billi n-nuqqas tal-istess livell ta' protezzjoni minn dawn l-allegazzjonijiet fl-Istati Membri jista' jiskoraġġihom milli joperaw b'kunfidenza fl-Unjoni kollha; jissottolinja, barra minn hekk, li l-kawżi SLAPP, jew it-theddida ta' SLAPPs, imorru kontra t-tgawdija effettiva tad-drittijiet tal-libertà tal-istabbiliment u l-moviment liberu tas-servizzi, peress li għandhom effett dissważiv b'mod partikolari fuq il-ġurnalisti, li jistgħu jeżerċitaw awtoċensura minflok ma jirrappurtaw dwar kwistjonijiet ta' interess pubbliku li jseħħu fi Stati Membri oħra minħabba li jissograw li mbagħad jiffaċċjaw SLAPPs f'sistemi legali differenti u mhux magħrufa;

6.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-pluraliżmu u d-diversità tal-media jinsabu f'riskju meta l-eżistenza nnifsha ta' fornituri żgħar tal-media tkun ġiet affettwata mit-theddida deliberata ta' danni sproporzjonati mir-rikorrenti permezz tal-għażla opportunistika tal-ġurisdizzjoni għal-libelli;

7.  Iqis, f'dan ir-rigward, li, billi tikkontribwixxi għall-infurzar tal-liġi tal-Unjoni u tippreserva l-funzjonament effettiv tas-sistemi tal-ġustizzja nazzjonali u tal-ispazju komuni ta' kooperazzjoni ġudizzjarja, il-protezzjoni minn kawżi SLAPP tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern;

L-effetti fuq is-sistemi tal-ġustizzja

8.  Jindika li s-SLAPPs mhux biss jimminaw serjament id-dritt ta' aċċess effettiv għall-ġustizzja tal-vittmi tas-SLAPP, u b'hekk l-istat tad-dritt, iżda jikkostitwixxu wkoll użu ħażin tas-sistemi tal-ġustizzja u l-oqfsa legali tal-Istati Membri, speċjalment billi jxekklu l-kapaċità tal-Istati Membri li jindirizzaw b'suċċess l-isfidi komuni attwali deskritti fit-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja, bħat-tul tal-proċedimenti u l-kwalità tas-sistemi tal-ġustizzja, kif ukoll l-amministrazzjoni tal-volum ta' każijiet u l-każijiet pendenti; ifakkar li sistema tal-ġustizzja li taħdem kif suppost u indipendenti tagħti sentenzi mingħajr dewmien żejjed, u tiġġestixxi r-riżorsi ġudizzjarji sabiex tiġi massimizzata l-effiċjenza, u li dan huwa possibbli biss meta l-imħallfin u l-korpi ġudizzjarji jwettqu dmirijiethom b'indipendenza sħiħa u b'mod imparzjali u ma jkunux mgħobbija bil-piż li jittrattaw talbiet infondati li aktar tard jiġu rrifjutati bħala abbużivi u neqsin minn mertu legali; iqis li r-rifjut bikri ta' kawża SLAPP tista' tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi bħal, pereżempju, l-għadd u n-natura tal-kawżi jew l-appelli tar-rikorrent, l-għażla tal-ġurisdizzjoni li fiha jitressaq il-każ u tal-liġi applikabbli għall-każ, jew l-eżistenza ta' żbilanċ ċar u ta' piż ta' poter bejn ir-rikorrent u l-konvenut; jisħaq, għalhekk, li s-SLAPPs ixekklu serjament l-aċċess effettiv għall-ġustizzja, u possibbilment jimminaw id-dritt għal proċess imparzjali;

9.  Jisħaq li l-indipendenza ġudizzjarja hija integrali għat-teħid ta' deċiżjonijiet ġudizzjarji u rekwiżit li jirriżulta mill-prinċipju ta' protezzjoni legali effettiva minquxa fl-Artikolu 19 TUE; jinsab imħasseb dwar l-isforzi ta' xi gvernijiet ta' Stati Membri biex idgħajfu s-separazzjoni tal-poteri u l-indipendenza tal-ġudikatura, kif ukoll biex jużaw SLAPPs ħalli jsikktu vuċijiet kritiċi;

10.  Jisħaq li l-indipendenza, il-kwalità u l-effiċjenza tas-sistemi nazzjonali tal-ġustizzja huma kruċjali għall-kisba ta' ġustizzja effettiva; jissottolinja li d-disponibbiltà ta' għajnuna legali u l-livell tat-tariffi tal-qrati jista' jkollhom impatt kbir ħafna fuq l-aċċess għall-ġustizzja; jisħaq li l-Karta għandha l-istess valur legali bħat-Trattati; jinnota li, f'konformità mal-gwida tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri japplikaw il-Karta unikament meta jimplimentaw atti legali tal-Unjoni, iżda li, madankollu, huwa importanti li d-drittijiet kif minquxa fil-Karta jitqiesu dejjem sabiex titrawwem kultura komuni legali, ġudizzjarja u tal-istat tad-dritt;

Diskors ta' mibegħda

11.  Jenfasizza li f'dawn l-aħħar snin, id-diskors ta' mibegħda u d-diskriminazzjoni fil-media, kemm online kif ukoll offline, kif ukoll il-vjolenza ċibernetika, saru dejjem aktar mifruxa kontra l-ġurnalisti, l-NGOs, l-akkademiċi, id-difensuri tad-drittijiet u atturi oħra tas-soċjetà ċivili, inklużi dawk li jiddefendu d-drittijiet tal-persuni LGBTIQ, kwistjonijiet tal-ugwaljanza bejn il-ġeneru, ir-reliġjon jew it-twemmin, u b'hekk huma ta' theddida għal-libertà tal-media, il-libertà ta' espressjoni, ta' informazzjoni u ta' għaqda, kif ukoll is-sikurezza pubblika; ifakkar li d-diskors ta' mibegħda online jista' jinstiga l-vjolenza offline; ifakkar fil-ħtieġa li jiġi promoss il-kodiċi ta' kondotta tal-Kummissjoni dwar il-ġlieda kontra d-diskors ta' mibegħda illegali online; jenfasizza li l-ġurnalisti nisa jiffaċċjaw l-istess pressjonijiet bħall-kollegi tagħhom għal kwistjonijiet relatati mal-kontenut, iżda aktar ta' spiss huma l-vittmi ta' fastidju u vjolenza sesswali;

12.  Jisħaq fuq l-importanza ta' standards Ewropej komuni u approċċ koordinat biex jiġi indirizzat id-diskors ta' mibegħda, b'mod partikolari fl-ambjent online;

Is-sitwazzjoni attwali fl-Unjoni

13.  Jisħaq li s-SLAPPs spiss ikunu mingħajr mertu, frivoli jew ibbażati fuq allegazzjonijiet esaġerati u spiss abbużivi, u li ma jinbdewx sabiex jinkiseb riżultat ġudizzjarju favorevoli iżda pjuttost biex jintimidaw, jiskreditaw professjonalment, jiffastidjaw, jgħajjew u jpoġġu pressjoni psikoloġika fuq ir-riżorsi finanzjarji jew jikkunsmaw ir-riżorsi finanzjarji ta' dawk fil-mira bl-għan aħħari li dawn jiġu rikattati u sfurzati jagħlqu ħalqhom permezz tal-proċedura ġudizzjarja nnifisha; jisħaq li s-SLAPPs jikkawżaw mhux biss piż finanzjarju iżda jikkawżaw ukoll konsegwenzi psikoloġiċi serji għall-miri tagħhom kif ukoll għall-membri tal-familja tagħhom, aggravati mill-fatt li dawn tal-aħħar jistgħu wkoll jirtu dawk il-proċedimenti abbużivi mal-mewt tal-persuna fil-mira; jinnota li s-SLAPPs għandhom effett dissważiv kbir, li jwassal għall-awtoċensura, is-soppressjoni tal-parteċipazzjoni fil-ħajja demokratika, u jiskoraġġixxu wkoll lil ħaddieħor milli jirrapporta dwar kwistjonijiet simili, milli jidħol f'dawn il-professjonijiet jew milli jinvolvi ruħu f'attivitajiet assoċjati rilevanti;

14.  Jinnota li dawk li jagħmlu l-ilment li jirrikorru għas-SLAPPs jużaw l-aktar u jabbużaw mil-liġijiet dwar il-malafama kriminali, il-kawżi ċivili għal libell, il-protezzjoni tar-reputazzjoni ta' persuna jew tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali bħad-drittijiet tal-awtur; jinnota, madankollu, li varjetà ta' strumenti oħra jintużaw ħażin ukoll biex tiġi msikkta l-parteċipazzjoni pubblika, bħas-sanzjonijiet tax-xogħol (tkeċċija), akkużi kriminali ta' frodi fiskali, proċeduri ta' awditjar tat-taxxa u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data;

15.  Jiddeplora l-fatt li l-ġurnalisti ħallsu b'ħajjithom sempliċement talli għamlu xogħolhom u kienu l-gwardjani tad-demokraziji tagħna;

16.  Jissottolinja li l-iżbilanċ fil-poter bejn ir-rikorrent u l-konvenut, b'mod partikolari f'termini ta' riżorsi finanzjarji, u allegazzjonijiet ta' għotjiet għad-dannu kbar b'mod imprevedibbli fi kwistjonijiet bħal-libel huma karatteristiċi komuni tas-SLAPPs;

17.  Jisħaq, fir-rigward ta' din il-problema, li l-Istati Membri kollha għandhom nuqqas ta' leġiżlazzjoni dwar salvagwardji minimi li jipproteġu lin-nies milli jsiru miri tas-SLAPP u biex jiżguraw li d-drittijiet fundamentali tagħhom huma rrispettati fil-ġurisdizzjonijiet kollha tal-Istati Membri; jissottolinja li l-indipendenza ġudizzjarja hija fundamentali biex jiġi evitat li membri tal-gvern, entitajiet pubbliċi u awtoritajiet pubbliċi jirnexxielhom iressqu SLAPPs kontra persuni u organizzazzjonijiet li jipparteċipaw b'mod leġittimu fid-dibattitu pubbliku; jinnota, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa ta' miżuri konkreti favur il-ħolqien u ż-żamma ta' ambjent sikur għall-ġurnalisti u l-ħaddiema tal-media; jistieden lill-Istati Membri jiggarantixxu l-pluraliżmu tal-media u jiżguraw it-trasparenza tas-sjieda tal-media; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw qafas legali ambizzjuż, robust u komplut fl-Att dwar il-Libertà tal-Media futur tagħha; jirrikonoxxi li l-bidla diġitali biddlet b'mod profond ix-xena tal-media; jistieden lill-Istati Membri kollha jimplimentaw b'mod rapidu d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva)(27) kif riveduta fl-2018 fid-dispożizzjonijiet kollha tagħha; jilqa' l-istabbiliment tal-Grupp ta' Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva u jinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn il-korpi regolatorji awdjoviżivi fis-suq intern, kif ukoll ma' korpi regolatorji oħra ta' rilevanza għall-attivitajiet tal-aħbarijiet online;

18.  Huwa konxju li l-vittmi jew il-vittmi potenzjali ta' kawżi SLAPP bħalissa qed jirċievu biss għajnuna finanzjarja kif ukoll psikoloġika minn kollegi oħra li ffaċċjaw kawżi simili jew li għandhom għarfien dwar il-karattru u l-proċedura tal-kawżi SLAPP, sabiex ikunu jistgħu jifhmu u potenzjalment anke jikkontestaw il-kawża li tkun saritilhom; iqis madankollu li, filwaqt li hi ta' min ifaħħarha, din l-għajnuna mhijiex biżżejjed u li jridu jiġu stabbiliti aktar miżuri;

19.  Ifaħħar il-ħidma importanti u utli tas-soċjetà ċivili fis-sensibilizzazzjoni dwar l-effetti dannużi tas-SLAPPs, kif ukoll l-appoġġ li tagħti lill-vittmi u lil min ikun potenzjalment fil-mira tas-SLAPPs;

20.  Jinsab allarmat li l-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt fuq is-settur kollu tal-media, b'mod partikolari permezz ta' tnaqqis fid-dħul u kundizzjonijiet tax-xogħol li qed jiddeterjoraw għall-ġurnalisti, u b'hekk potenzjalment żiedet il-vulnerabbiltà tagħhom għas-SLAPPs; iwissi li l-gvernijiet qed jużaw l-emerġenza tal-coronavirus bħala skuża biex jimplimentaw diversi miżuri restrittivi li jillimitaw il-libertà ta' espressjoni;

Is-SLAPPs fil-livell globali

21.  Jesprimi dispjaċir għall-fatt li sa issa l-ebda Stat Membru ma ppromulga leġiżlazzjoni apposta li tipprovdi protezzjoni mis-SLAPPs; jinnota, madankollu, li l-leġiżlazzjoni anti-SLAPP hija partikolarment żviluppata sew f'xi stati tal-Istati Uniti u l-Kanada kif ukoll fl-Awstralja; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tanalizza l-aħjar prattiki anti-SLAPP li bħalissa huma applikati barra mill-UE li jistgħu jipprovdu ispirazzjoni siewja għal miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi tal-Unjoni dwar il-kwistjoni; jissottolinja l-importanza ta' approċċ komuni tal-Unjoni biex isir impenn għall-aktar leġiżlazzjoni ambizzjuża u l-aħjar prattiki attwalment fis-seħħ biex jiskoraġġixxu l-użu tas-SLAPPs fl-Unjoni;

Ħtieġa ta' azzjoni leġiżlattiva

22.  Jaqbel mal-bosta organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, akkademiċi, operaturi fil-qasam tal-ġustizzja u vittmi li jindikaw il-ħtieġa ta' azzjoni leġiżlattiva kontra l-problema dejjem akbar tas-SLAPPs; jitlob b'mod urġenti, għalhekk, li r-Regolamenti Brussell I u Ruma II jiġu emendati għall-prevenzjoni tal-"għażla opportunistika tal-ġurisdizzjoni għal-libelli (libel tourism)" jew "forum shopping", billi jiġi stabbilit li l-qorti kompetenti u l-liġi applikabbli għall-kawżi ta' malafama kriminali jew ċivili, il-ħsara lir-reputazzjoni u l-protezzjoni tar-reputazzjoni ta' individwu, għandhom, fi prinċipju, ikunu tal-post fejn il-konvenut ikollu r-residenza abitwali tiegħu; dan jinkludi l-introduzzjoni ta' regola uniformi u applikabbli b'mod prevedibbli fir-rigward tal-liġi għall-malafama; jitlob b'mod urġenti lill-Kummissjoni tippreżenta proposti għal leġiżlazzjoni vinkolanti tal-Unjoni dwar salvagwardji komuni u effettivi għall-vittmi tas-SLAPPs madwar l-Unjoni, inkluż permezz ta' direttiva li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni mis-SLAPPs, li tirrispetta d-drittijiet u l-prinċipji minquxa fil-Karta; jargumenta li mingħajr azzjoni leġiżlattiva bħal din, is-SLAPPs se jkomplu jheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali tal-libertà ta' espressjoni, ta' assoċjazzjoni u ta' għaqda paċifika u ta' informazzjoni fl-Unjoni; jinsab imħasseb li jekk il-miżuri jindirizzaw biss il-kawżi fir-rigward tal-malafama, xorta jistgħu jintużaw azzjonijiet fuq kwistjonijiet ċivili jew proċeduri kriminali oħrajn, fuq l-inizjattiva tar-rikorrenti bbażati fl-Unjoni jew barra minnha;

Bażi ġuridika

23.  Jafferma li l-miżuri leġiżlattivi fil-livell tal-Unjoni jistgħu jkunu bbażati fuq l-Artikolu 81 TFUE (għall-kawżi ċivili transfruntiera) u l-Artikolu 82 tat-TFUE (għal kawżi kriminali), u separatament fuq l-Artikolu 114 TFUE biex titħares il-parteċipazzjoni pubblika sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq intern billi jippermettu li jiġu żvelati l-korruzzjoni u prattiki abbużivi oħra; jafferma li din il-miżura tal-aħħar tista' tindirizza wkoll is-SLAPPs, mifhuma bħala kawżi li jintużaw għal finijiet oħra għajr l-affermazzjoni jew l-eżerċizzju ta' dritt li jfittex li jipprevjeni investigazzjoni u jirrapporta dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni bl-użu ta' approċċ simili għal dak li wassal għall-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/1937 (id-"Direttiva dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi"); huwa tal-fehma li l-bażijiet legali msemmija hawn fuq jistgħu jindirizzaw is-SLAPPs li jikkonsistu minn kawżi kriminali kif ukoll ċivili, għalkemm permezz ta' strumenti leġiżlattivi separati; jitlob salvagwardji effettivi kontra s-SLAPPs fl-Unjoni kollha abbażi ta' dawn il-proposti tal-Kummissjoni flimkien ma' azzjonijiet mill-Istati Membri biex dawk is-salvagwardji japplikaw ukoll għal każijiet domestiċi;

Regoli protettivi ġenerali u ġustizzja ċivili

24.  Iqis li huwa essenzjali li tiġi adottata miżura leġiżlattiva li tipproteġi r-rwol tal-vittmi ta' SLAPPs fil-prevenzjoni, ir-rappurtar u d-denunzja tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni u fl-iżgurar tal-funzjonament xieraq tas-suq intern u r-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għal leġiżlazzjoni li tistabbilixxi salvagwardji komuni għall-persuni li jinvestigaw u jirrappurtaw dwar dawn il-kwistjonijiet ta' interess pubbliku jew inkella jiżvelawhom;

25.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għal miżura biex jiġu indirizzati l-każijiet SLAPP bħar-regoli għar-rifjut bikri tas-SLAPPs u azzjonijiet oħra tal-qorti li għandhom l-għan li jipprevjenu l-parteċipazzjoni pubblika, li għandhom jinkludu sanzjonijiet xierqa bħal pieni ċivili jew multi amministrattivi, kunsiderazzjoni ta' motivi abbużivi anke jekk il-kawża jew l-azzjoni ma tiġix irrifjutata, spejjeż u danni mġarrba mill-vittma (ekonomiċi, għar-reputazzjoni, psikoloġiċi jew mod ieħor); jisħaq li l-modalitajiet għall-applikazzjoni għal rifjut bikri għandhom iqisu l-isfidi ffaċċjati mill-vittmi ta' SLAPPs, b'mod partikolari billi jirrikjedu li r-rikorrent jiġġustifika għaliex l-azzjoni mhijiex abbużiva, l-allokazzjoni tal-ispejjeż legali tal-proċeduri lir-rikorrent u l-għoti ta' appoġġ legali u finanzjarju lill-konvenut; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Istati Membri japplikaw ukoll salvagwardji ta' proċedura ċivili bħal dawn għal każijiet domestiċi ta' SLAPPs u mhux biss għal każijiet transfruntiera; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tindirizza l-kwistjonijiet li jwasslu għall-forum shopping u l-għażla opportunistika tal-ġurisdizzjoni għal-libelli fir-rieżami li jmiss tar-Regolamenti Brussell I u Ruma II, filwaqt li tqis ukoll il-ħidma mwettqa fil-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat; jistieden lill-Kummissjoni biex finalment, iżżid l-għarfien fost l-imħallfin u l-prosekuturi madwar l-Unjoni dwar is-SLAPPs, li tinkludi l-għoti ta' informazzjoni dwar il-ħtieġa ta' rifjut bikri ta' tali kawżi, kif ukoll dwar l-implimentazzjoni xierqa tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-malafama;

26.  Ifakkar li l-prinċipju ta' res judicata jipprevjeni lill-inizjaturi tas-SLAPP milli jressqu azzjonijiet oħra relatati mal-istess fatti u kontra l-istess partijiet; iqis li l-qrati għandhom iqisu kif xieraq il-fatt li parti tkun bdiet is-SLAPPs qabel (anke meta l-fatti u l-partijiet ma jkunux eżattament l-istess, iżda jkunu simili u/jew konnessi) meta jeżaminaw sottomissjoni dwar SLAPPs;

27.  Jemmen li kwalunkwe reviżjoni tar-regoli rilevanti fir-Regolament Brussel I għandha tiġi riflessa kif xieraq minn reviżjoni ekwivalenti tal-Konvenzjoni ta' Lugano sabiex tiġi żgurata applikazzjoni koeżiva tar-regoli internazzjonali tal-ġurisdizzjoni f'materji ċivili u kummerċjali lil hinn mill-Unjoni u meta huma kkonċernati ċ-ċittadini tal-Unjoni;

Ġustizzja kriminali

28.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tindirizza s-serjetà tas-SLAPPs miġjuba permezz ta' proċedimenti kriminali billi tippreżenta proposta għal miżuri biex tiżgura li l-malafama, il-libell u l-inġurja, li jikkostitwixxu reati kriminali fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, ma jkunux jistgħu jintużaw għas-SLAPPs permezz ta' prosekuzzjoni pubblika jew privata; jissottolinja t-talbiet tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-OSKE għad-dekriminalizzazzjoni tal-malafama; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza lis-SLAPP bħala kawżi legali li jintużaw għal skopijiet oħra għajr dawk li ġenwinament jaffermaw jew jeżerċitaw dritt; jinnota li l-konvenuti spiss jiffaċċjaw akkużi kriminali filwaqt li fl-istess ħin jiġu mfittxija legalment għar-responsabbiltà ċivili li allegatament tirriżulta mill-istess imġiba, u jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi salvagwardji proċedurali komuni minimi kontra dawk is-SLAPPs ikkombinati;

29.  Ifakkar li inerenti għad-dritt għal proċess imparzjali skont l-Artikolu 47 tal-Karta u proprju fil-fond ta' dan id-dritt huwa l-kunċett ta' ugwaljanza ta' opportunitajiet għall-partijiet fi proċedimenti amministrattivi, ċivili u kriminali; jinsab imħasseb li l-iżbilanċ tal-poter u r-riżorsi bejn il-partijiet f'każijiet ta' SLAPP jimmina l-ugwaljanza ta' opportunitajiet, u b'hekk id-dritt għal proċess imparzjali;

Interess leġittimu tar-rikorrenti

30.  Jiddikjara li l-proċess dovut u f'waqtu u l-protezzjoni bbilanċjata tad-drittijiet leġittimi bħad-dritt li wieħed jipproteġi r-reputazzjoni tiegħu, li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni trid tiġi żgurata mill-qrati tal-Istati Membri u ma tistax tiġi pperikolata, inklużi d-drittijiet li jiġu kkwotati regolarment f'kawżi abbużivi; jissottolinja, għalhekk, li l-miżuri anti-SLAPP għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-azzjonijiet leġittimi tal-qorti u d-dritt ta' aċċess tar-rikorrenti għall-ġustizzja; jiddefendi fl-istess ħin il-punt li huwa neċessarju li ssir prevenzjoni ta' kull użu abbużiv tas-sistemi tal-ġustizzja u ta' dawk id-drittijiet b'mod li jkun manifestament kuntrarju għall-intenzjoni tal-leġiżlaturi meta jagħtuhom lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi sabiex jiggarantixxu d-dritt għal proċess imparzjali; iqis li għal dak il-għan, huma meħtieġa salvagwardji mhux biss sabiex jiġu protetti l-vittmi tas-SLAPPs, iżda wkoll biex jiġi evitat u sanzjonat l-użu ħażin ta' miżuri kontra s-SLAPPs, eż. f'każijiet fejn gvernijiet awtoritarji jużaw il-klawżoli anti-SLAPP bħala armi biex jipproteġu l-NGOs organizzati mill-gvern tagħhom kontra kawżi leġittimi ta' malafama; jinnota li l-prevenzjoni ta' tali abbuż hija meħtieġa bl-istess mod għall-applikazzjoni korretta u uniformi tad-dritt tal-Unjoni, biex b'hekk tiġi ssalvagwardjata l-effettività tiegħu;

Miżuri possibbli ta' liġi mhux vinkolanti

31.  Jissottolinja l-ħtieġa urġenti ta' fond robust li jappoġġja lill-vittmi tas-SLAPPs u l-organizzazzjonijiet li jappoġġjawhom dment li l-fondi jintużaw direttament għat-tariffi legali jew għall-għoti ta' għajnuna legali u appoġġ psikoloġiku; jisħaq fuq l-importanza li l-vittmi u l-vittmi potenzjali tas-SLAPPs ikollhom informazzjoni faċli u aċċessibbli dwar dawn it-tipi ta' każijiet, għajnuna legali u appoġġ, inkluż appoġġ psikoloġiku għall-vittmi u għall-membri tal-familja tagħhom;

32.  Iqis li l-appoġġ għall-korpi indipendenti li jistgħu jisimgħu l-ilmenti u jagħtu assistenza lil vittmi potenzjali tas-SLAPPs u t-taħriġ adegwat tal-imħallfin u tal-avukati jistgħu jikkontribwixxu b'mod sostantiv għall-bini tal-għarfien u tal-kapaċità fil-mod kif jiġu identifikati u ttrattati s-SLAPPs bħala kawżi użati għal finijiet oħra għajr biex dritt jiġi affermat jew eżerċitat b'mod ġenwin, u t-theddida tas-SLAPPs;

33.  Iqis li huwa meħtieġ li tinġabar data dwar każijiet ta' SLAPPs u li jkun hemm sensibilizzazzjoni dwar in-natura u l-effetti detrimentali tal-SLAPPs;

34.  Jilqa' r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-iżgurar tal-protezzjoni, tas-sikurezza u tat-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-ġurnalisti u ta' professjonisti oħra fil-media fl-Unjoni Ewropea (C/2021/6650); jinnota l-użu dejjem jiżdied ta' freelancers, b'mod partikolari ġurnalisti żgħażagħ u ħaddiema tal-media fil-bidu tal-karriera tagħhom, biex ikopru żoni ta' riskju għoli u żoni ta' kunflitt; jinsab imħasseb dwar il-kundizzjonijiet ta' xogħol prekarji u ta' sikurezza li qed jiddeterjoraw li fihom il-freelancers joperaw f'żoni ta' riskju għoli u żoni ta' kunflitt; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-protezzjoni tal-ġurnaliżmu u s-sikurezza tal-ġurnalisti u ta' atturi oħra tal-media;

Komplementarjetà ma' strumenti u politiki oħrajn

35.  Iqis li l-miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi l-ġodda anti-SLAPP għandhom jikkomplementaw strumenti u politiki oħra tal-UE; jilqa' l-Istrateġija tal-Unjoni biex tiġi indirizzata l-Kriminalità Organizzata għall-2021-2025, u jitlob li jiżdiedu l-isforzi f'dan ir-rigward; jinnota li l-miżuri leġiżlattivi u ta' liġi mhux vinkolanti ma jistgħux ikunu effettivi fi Stati Membri fejn hemm tħassib dwar l-indipendenza tal-ġudikatura jew dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni; itenni, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa kritika ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali kif propost mill-Parlament;

36.  Ifakkar fl-importanza tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 dwar reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni, li ilu japplika għall-approprjazzjonijiet kollha ta' impenji u ta' pagamenti mill-1 ta' Jannar 2021; jissottolinja li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti f'konformità mal-valuri u l-impenji tal-UE, u li l-Kummissjoni għandha tuża l-mekkaniżmu tal-kondizzjonalità jekk l-Istati Membri jonqsu milli jipproteġu dawn il-valuri; ifaħħar, f'dan ir-rigward, ix-xogħol importanti tal-ġurnalisti investigattivi fl-iżvelar ta' każijiet ta' abbużi ta' fondi tal-UE, u jenfasizza l-importanza li l-ġurnalisti jkunu jistgħu jeżerċitaw il-professjoni tagħhom mingħajr ma jiġu ostakolati minn SLAPPs;

37.  Jisħaq li l-miżuri fil-livell tal-Unjoni għall-ġlieda kontra s-SLAPPs għandhom ikunu komplementari u konsistenti ma' għodod oħra disponibbli, bħall-mekkaniżmu għall-protezzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, il-politiki dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u l-programmi finanzjarji attwali biex jiġu appoġġjati s-soċjetà ċivili u s-sistemi tal-ġustizzja;

38.  Jenfasizza li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni hija essenzjali għall-preservazzjoni tad-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt, peress li l-korruzzjoni, li tista' tieħu ħafna forom, timmina l-valuri tagħna, il-funzjonament tajjeb tal-istati u tiffaċilita l-kriminalità organizzata;

39.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ, fil-qafas tal-mekkaniżmu annwali dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, id-djalogu regolari, inklużiv u strutturat mal-awtoritajiet nazzjonali, l-NGOs, l-assoċjazzjonijiet professjonali u partijiet ikkonċernati oħra sabiex tipproteġi u tappoġġja lill-ġurnalisti, u rappreżentanti oħra tas-soċjetà ċivili f'riskju ta' SLAPPs, prosekuzzjoni jew fastidju;

o
o   o

40.  Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti abbażi tal-anness għal din ir-riżoluzzjoni;

41.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

1.  Pakkett ta' liġijiet kemm vinkolanti kif ukoll mhux vinkolanti

Miżuri leġiżlattivi - pakkett li jindirizza s-SLAPPs, inklużi mekkaniżmi ta' rifjut bikri, għandu jinkludi proposti:

—  għal regoli ġenerali li jipprovdu protezzjoni mis-SLAPPs; leġiżlazzjoni speċifika li tistabbilixxi standards minimi komuni dwar miżuri ta' appoġġ u ta' deterrent li jipprovdu protezzjoni mis-SLAPPs;

—  li jindirizzaw b'mod speċifiku kwistjonijiet tal-ġustizzja ċivili; li l-Istati Membri huma mħeġġa bil-qawwa japplikaw anke għal każijiet domestiċi ta' SLAPPs, u d-dritt internazzjonali privat, inklużi l-kooperazzjoni ġudizzjarja u forum shopping;

—  li jindirizzaw b'mod partikolari kwistjonijiet tal-ġustizzja kriminali.

Miżuri mhux leġiżlattivi - dan il-pakkett għandu jinkludi barra minn hekk:

—  taħriġ adegwat tal-imħallfin u tal-operaturi fil-qasam tal-ġustizzja dwar il-SLAPPs;

—  valutazzjoni tal-interazzjoni bejn oqsma differenti tal-liġi, bħal-liġijiet nazzjonali dwar il-media u l-liġijiet kostituzzjonali f'dan il-kuntest;

—  fond speċifiku tal-Unjoni biex jipprovdi appoġġ lill-vittmi tas-SLAPPs u l-membri tal-familja tagħhom, inkluż f'termini ta' għajnuna finanzjarja, assistenza legali u appoġġ psikoloġiku;

—  appoġġ għal korpi indipendenti (bħall-ombudspersons) li jistgħu jittrattaw ilmenti minn persuni mhedda minn kawżi SLAPPs jew li qed jiffaċċjawhom, u li jistgħu jipprovdulhom assistenza kif ukoll għal korpi awtoregolatorji tal-media;

—  reġistru tal-Unjoni aċċessibbli għall-pubbliku tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-qrati;

—  "punt uniku ta' servizz"/ċentru ta' appoġġ appoġġjati minn networks nazzjonali ddedikati ta' avukati speċjalizzati, operaturi fil-qasam tal-ġustizzja u psikologi, li l-vittmi ta' SLAPPs jistgħu jikkuntattjaw u fejn jistgħu jingħataw gwida u aċċess faċli għal informazzjoni dwar is-SLAPPs u appoġġ kontrihom, inkluż dwar l-"ewwel għajnuna", l-għajnuna legali, u l-appoġġ finanzjarju u psikoloġiku, inkluż permezz ta' networks ta' skambju bejn il-pari.

2.  Regoli ġenerali

Proposta leġiżlattiva għal miżura ta' protezzjoni ġenerali jkollha l-għan doppju li tipproteġi, f'konformità mad-drittijiet u l-prinċipji fundamentali rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta, persuni li jinvestigaw, jirrappurtaw jew li b'xi mod ieħor jiżvelaw kwistjonijiet ta' interess pubbliku dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni, li tinkludi prattiki abbużivi li ma jidhrux li huma illegali iżda li jġibu fix-xejn l-għan jew l-iskop tal-liġi, u li jipproteġu l-funzjonament xieraq tas-suq intern.

Il-miżura leġiżlattiva għandha tipprovdi wkoll:

(a)  definizzjoni ċara tas-SLAPPs, inkluża d-definizzjoni tal-parteċipazzjoni pubblika dwar kwistjoni ta' interess pubbliku;

(b)  ir-regoli dwar il-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet u tar-rapporti, inkluż tas-sorsi tal-informazzjoni;

(c)  ir-regoli dwar il-projbizzjoni tar-ritaljazzjoni u pieni effettivi u dissważivi kontra l-azzjonijiet tas-SLAPP;

(d)  ir-regoli li jipprevjenu l-użu ħażin ta' miżuri pprovduti kontra s-SLAPPs;

(e)  miżuri ta' appoġġ, li jinkludu:

(i)  assistenza, informazzjoni u pariri u appoġġ prattiċi effettivi pprovduti minn "punt uniku ta' servizz" għall-"ewwel għajnuna" lil vittmi ta' SLAPPs;

(ii)  għajnuna legali u finanzjarja;

(f)  miżuri effettivi għall-protezzjoni mir-ritaljazzjoni li tirriżulta minn żbilanċi fil-poter bejn il-partijiet u li jippermettu li d-danni potenzjali mġarrba jiġu rimedjati.

3.  Proċedura ċivili

Proposta leġiżlattiva għal miżura ta' proċedura ċivili applikabbli fil-każijiet tas-SLAPP, li l-Istati Membri huma mħeġġa bil-qawwa li japplikaw anke għal każijiet domestiċi, għandha tiżviluppa kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili billi tipprevedi regoli komuni dwar is-SLAPPs li jirriżultaw minn allegazzjonijiet tal-liġi ċivili u tinkludi:

(a)  li r-rikorrent f'każijiet li jikkonċernaw il-parteċipazzjoni pubblika għandu jispeċifika u jipprovdi ġustifikazzjoni dwar għaliex l-azzjoni mhijiex abbużiva;

(b)  li l-qrati għandhom jirrifjutaw fil-qosor il-kawżi abbużivi, fl-aktar stadju bikri possibbli, jew ex officio jew wara talba mill-konvenut abbażi tad-dritt tiegħu jew tagħha li jippreżenta/tippreżenta mozzjoni għal rifjut bikri;

(c)  li l-qrati għandhom jikkunsidraw l-element abbużiv fi kwalunkwe deċiżjoni finali;

(d)  li l-partijiet terzi jistgħu jintervjenu u jissurrogaw id-drittijiet u l-obbligi tal-konvenut, f'konformità mad-dritt proċedurali nazzjonali;

(e)  li l-qrati għandhom jikkunsidraw l-interess pubbliku u l-bilanċ tar-riżorsi finanzjarji bejn il-partijiet meta jivvalutaw l-ispejjeż u l-għoti tad-danni;

(f)  mezzi li jipproteġu lill-vittmi mis-SLAPPs miġjuba minn barra l-Unjoni;

(g)  id-dritt għall-għoti sħiħ tal-ispejjeż;

(h)  id-dritt għad-danni għal ħsara materjali u immaterjali, inklużi danni ekonomiċi, għar-reputazzjoni, psikoloġiċi jew danni oħra mġarrba;

(i)  regoli dwar il-prevenzjoni ta' aktar litigazzjoni abbużiva minn parti li ppreżentat kawża SLAPP fir-rigward tal-istess fatti, jiġifieri billi titqies dik iċ-ċirkostanza meta jiġi eżaminat każ ġdid.

Proposta mill-Kummissjoni, li jkollha l-għan li tikseb iċ-ċertezza tad-dritt u l-prevedibbiltà u li ssegwi r-rieżami tal-istrumenti tad-dritt internazzjonali privat għandha tistabbilixxi:

(a)  riformulazzjoni tar-Regolament Brussell I b'regola espliċita li, f'allegazzjonijiet ta' malafama jew allegazzjonijiet oħra bbażati fil-liġi ċivili u kummerċjali li jistgħu jikkostitwixxu SLAPP, ir-residenza abitwali tal-konvenut bħala l-uniku forum, filwaqt li jitqiesu każijiet fejn il-vittmi tal-malafama jkunu persuni privati;

(b)  li d-dritt applikabbli huwa d-dritt tal-post li lejh hija diretta pubblikazzjoni jew, jekk dak il-post ma jkunx possibbli li jiġi identifikat, il-post tal-kontroll editorjali jew tal-attività rilevanti fir-rigward tal-parteċipazzjoni pubblika.

4.  Proċedura kriminali

Proposta leġiżlattiva dwar aspetti tad-dritt kriminali tas-SLAPPs għandha:

(a)  tispeċifika li fejn il-malafama, il-libell u l-inġurja jikkostitwixxu reat, ma jistgħux jintużaw għas-SLAPPs, b'mod partikolari permezz ta' prosekuzzjoni privata;

(b)  tispeċifika dispożizzjonijiet biex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tal-individwi sabiex il-prosekuzzjoni ma tkunx tista' tintuża biex issikket il-vittmi tas-SLAPPs;

(c)  tiffaċilita r-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji, u l-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali;

(d)  tistabbilixxi salvagwardji proċedurali komuni minimi biex jipproteġu lill-konvenuti li jiffaċċjaw SLAPPs abbażi ta' akkużi kriminali u azzjonijiet ta' responsabbiltà ċivili kkombinati li allegatament jirriżultaw mill-istess imġiba.

Dawn il-miżuri għandhom ikunu komplementari għall-attivitajiet attwali tal-Kummissjoni, għal-leġiżlazzjoni diġà adottata u għal inizjattivi futuri.

(1) ĠU L 199, 31.7.2007, p. 40.
(2) ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1.
(3) ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17.
(4) ĠU L 156, 5.5.2021, p. 1.
(5) ĠU L 156, 5.5.2021, p. 21.
(6) https://ec.europa.eu/info/sites/default/files/ad-hoc-literature-review-analysis-key-elements-slapp_en.pdf
(7) https://rsf.org/en/news/rsf-and-60-other-organisations-call-eu-anti-slapp-directive
(8) ĠU C 55, 12.2.2016, p. 33.
(9) ĠU C 215, 19.6.2018, p. 162.
(10) ĠU C 390, 18.11.2019, p. 117.
(11) ĠU C 390, 18.11.2019, p. 111.
(12) ĠU C 41, 6.2.2020, p. 64.
(13) ĠU C 363, 28.10.2020, p. 45.
(14) ĠU C 449, 23.12.2020, p. 102.
(15) ĠU C 108, 26.3.2021, p. 107.
(16) ĠU C 255, 29.6.2021, p. 22
(17) ĠU C 388, 13.11.2020, p. 100.
(18) ĠU C 395, 29.9.2021, p. 2.
(19) ĠU C 425, 20.10.2021, p. 28.
(20) ĠU C 425, 20.10.2021, p. 107.
(21) ĠU C 445, 29.10.2021, p. 15.
(22) Testi adottati, P9_TA(2021)0089.
(23) Testi adottati, P9_TA(2021)0103.
(24) Testi adottati, P9_TA(2021)0148.
(25) Testi adottati, P9_TA(2021)0245.
(26) L-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali.
(27) ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1.


Iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni: approċċ olistiku kondiviż
PDF 184kWORD 60k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2021 dwar iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni: approċċ olistiku kondiviż (2020/2243(INI))
P9_TA(2021)0452A9-0291/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 165 u 166 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 5(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u l-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 14 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-ewwel prinċipju tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli u b'mod partikolari l-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli 4 tan-NU,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 2020 dwar il-kisba taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni sal-2025 (COM(2020)0625),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 2020, bit-titolu "Pjan ta' Azzjoni dwar l-Edukazzjoni Diġitali 2021-2027: Tfassil mill-ġdid tal-edukazzjoni u t-taħriġ għall-era diġitali" (COM(2020)0624),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Lulju 2020 dwar Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza (COM(2020)0274),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Mejju 2018 intitolata "Nibnu Ewropa iktar b'saħħitha: ir-rwol tal-politiki taż-żgħażagħ, tal-edukazzjoni u tal-kultura" (COM(2018)0268),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Novembru 2017 intitolata "It-tisħiħ tal-identità Ewropea permezz tal-Edukazzjoni u l-Kultura" (COM(2017)0673),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2021 dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u lil hinn (2021-2030)(1),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2021 dwar l-ekwità u l-inklużjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ sabiex jiġi promoss is-suċċess edukattiv għal kulħadd(2) u dwar l-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej – Inqarrbu l-edukazzjoni għolja, ir-riċerka, l-innovazzjoni u s-soċjetà: Inwittu t-triq għal dimensjoni ġdida fl-edukazzjoni għolja Ewropea(3),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Mejju 2009 dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020)(4),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2018 dwar il-promozzjoni tal-valuri komuni, l-edukazzjoni inklużiva, u d-dimensjoni Ewropea tat-tagħlim(5) u dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja(6), tas-26 ta' Novembru 2018 dwar il-promozzjoni tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku tal-edukazzjoni għolja u l-edukazzjoni sekondarja għolja u l-eżiti tal-perjodi ta' tagħlim barra mill-pajjiż(7), tat-22 ta' Mejju 2019 dwar Sistemi ta' Edukazzjoni u Kura Bikrija tat-Tfal ta' Kwalità Għolja(8) u dwar approċċ komprensiv għat-tagħlim tal-lingwi(9), u tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali(10),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Pariġi tas-17 ta' Marzu 2015 dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u n-nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni,

–  wara li kkunsidra r-rapport Eurydice tal-24 ta' Marzu 2021 dwar l-għalliema fl-Ewropa: karrieri, żvilupp u benesseri, u l-istudji ppubblikati mid-Dipartiment Tematiku għall-Politiki Strutturali u ta' Koeżjoni tad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tiegħu f'Ottubru 2020 intitolat "Towards a European Education – Critical perspectives on challenges ahead" (Lejn Edukazzjoni Ewropea – Perspettivi kritiċi dwar l-isfidi fil-ġejjieni) u f'Mejju 2021 intitolat "Education and youth in post-COVID-19 Europe – crisis effects and policy recommendations" (L-edukazzjoni u ż-żgħażagħ fl-Ewropa wara l-COVID-19 – effetti tal-kriżi u rakkomandazzjonijiet ta' politika),

–  wara li kkunsidra l-istudju ppubblikat mid-Dipartiment Tematiku għall-Politiki Strutturali u ta' Koeżjoni tad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tiegħu fi Frar 2021 intitolat "Making the European Education Area a reality: state of affairs, challenges and prospects" (Nagħmlu ż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni Realtà: sitwazzjoni attwali, sfidi u prospetti),

–  wara li kkunsidra l-istudju ppubblikat mid-Dipartiment Tematiku għall-Politiki Strutturali u ta' Koeżjoni tad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tiegħu f'Mejju 2018 intitolat "Identità Ewropea",

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2021 dwar it-tfassil tal-politika tal-edukazzjoni diġitali(11),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar l-edukazzjoni fl-era diġitali: sfidi, opportunitajiet u tagħlimiet għat-tfassil tal-politika tal-UE(12),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Ġunju 2018 dwar il-modernizzazzjoni tal-edukazzjoni fl-UE(13),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tad-19 ta' Marzu 2021 dwar il-kisba ta' Żona Ewropea tal-Edukazzjoni sal-2025(14),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A9-0291/2021),

A.  billi kulħadd għandu d-dritt għal edukazzjoni u li jkollu aċċess għal taħriġ kontinwu u vokazzjonali;

B.  billi l-proċess ta' integrazzjoni Ewropea, is-suq uniku tal-UE u politiki oħra tal-UE kkontribwew - għalkemm b'mod frammentat - għall-iżvilupp naturali ta' spazju edukattiv Ewropew, storikament sostnut mit-tradizzjonijiet tal-umaniżmu u l-valuri u d-drittijiet fundamentali Ewropej;

C.  billi l-għan aħħari huwa li tiġi stabbilita Żona Ewropea tal-Edukazzjoni (EEA) minn isfel għal fuq b'objettivi ta' politika komuni Ewropej li jiggarantixxu edukazzjoni ta' kwalità, inklużiva u aċċessibbli, isaħħu l-iskambju ta' prattiki tajba u jiżguraw qafas effettiv għall-mobilità Ewropea, li jeżiġi t-tneħħija tal-ostakli eżistenti, l-użu ta' għodod Ewropej, u l-appoġġ ta' żviluppi ta' politika fil-livelli nazzjonali u Ewropej biex is-sistemi edukattivi jkunu adattati għall-indirizzar tal-kriżi klimatika u jippermettu trasformazzjoni ekoloġika u diġitali ta' suċċess;

D.  billi l-edukazzjoni jeħtieġ li tiġi konċettwalizzata b'mod wiesa' bħala "tagħlim tul il-ħajja", li jvarja minn edukazzjoni preprimarja għal edukazzjoni terzjarja, inklużi l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) kif ukoll l-edukazzjoni mhux formali u informali, u mmirata lejn il-kisba ta' ħiliet trasversali biex kulħadd ikun jista' jiżviluppa l-potenzjal tiegħu personalment u professjonalment, jipparteċipa bis-sħiħ fis-soċjetà u jimmaniġġja b'suċċess it-tranżizzjoni fis-suq tax-xogħol;

E.  billi l-isfidi li qed jiffaċċjaw l-UE u l-Istati Membri tagħha llum, inklużi n-nuqqas ta' kompetittività, it-tibdil fil-klima, it-trasformazzjoni diġitali tas-soċjetà, diversi forom ta' estremiżmu u populiżmu, id-diżinformazzjoni, l-imminar tal-edukazzjoni bbażata fuq l-evidenza u l-aggravar tal-inugwaljanzi eżistenti bħala riżultat tal-pandemija tal-COVID-19, jistgħu jeħtieġu azzjoni Ewropea xierqa u miftiehma;

F.  billi s-settur tal-edukazzjoni kollu kemm hu ntlaqat ħażin mill-pandemija, bid-differenzi eżistenti fl-infrastruttura edukattiva, l-għarfien espert u l-aċċess għar-riżorsi fi ħdan u madwar l-Istati Membri u bejn il-livelli u t-tipi differenti ta' edukazzjoni li saru saħansitra aktar evidenti matul il-pandemija tal-COVID-19, primarjament bħala riżultat ta' żieda fl-inugwaljanza, inkluż in-nuqqas ta' aċċess għall-infrastruttura tal-IT għal persuni minn sfondi soċjoekonomikament żvantaġġati, li kellha riperkussjonijiet negattivi fuq l-aċċess għall-edukazzjoni;

G.  billi l-edukazzjoni wiċċ imb wiċċ tibqa' essenzjali kemm fl-iżvilupp intellettwali kif ukoll f'dak personali tal-istudent;

H.  billi l-Parlament stieden lill-Istati Membri jipprijoritizzaw l-investimenti fl-edukazzjoni u t-taħriġ, pereżempju billi jallokaw mill-inqas 10 % tal-baġits nazzjonali tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza għall-politiki korrispondenti, u talab baġit konsiderevolment ogħla għall-programm Erasmus+, filwaqt li jqis l-infiq fuq l-edukazzjoni bħala investiment fil-futur komuni tagħna(15) minflok spiża, sabiex jipprovdi soċjetà aktar sostenibbli, diġitali u soċjalment koeżiva; billi l-Parlament talab li l-investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ ikun parti sostanzjali tal-istrument tal-Kummissjoni NextGenerationEU;

I.  billi l-investiment ta' kwalità fl-edukazzjoni għandu redditu għoli, għalkemm iż-żieda fin-nefqa waħedha mhux neċessarjament tagħti r-riżultati mixtieqa; billi l-medja privata tar-rata globali ta' redditu għall-edukazzjoni tibqa' għolja u stabbli matul id-deċennji(16);

J.  billi hemm bżonn ta' rikonoxximent aħjar tal-professjoni tat-tagħlim, li għaddejja minn kriżi, għal għalliema u ħarrieġa motivati u kompetenti, u għal taħriġ aktar kontinwu; billi hemm varjazzjoni konsiderevoli bejn l-Istati Membri fl-edukazzjoni u l-induzzjoni inizjali tal-għalliema, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, ir-remunerazzjoni, il-valutazzjoni, il-karrieri, u l-iżvilupp professjonali kontinwu; billi fl-2018, 40,9 % biss tal-għalliema fl-UE marru barra minn pajjiżhom mill-inqas darba għal skopijiet professjonali bħala studenti, għalliema jew it-tnejn li huma(17);

K.  billi sar progress fil-bini ta' Żona Ewropea ta' Edukazzjoni Għolja, b'riżultat tal-isforzi fit-tul tal-Proċess ta' Bolonja u bl-użu tiegħu bħala referenza biex jittieħed tagħlim mill-esperjenzi tal-implimentazzjoni tiegħu; billi hemm bżonn li jiġu promossi l-Universitajiet Ewropej, peress li dawn jikkontribwixxu għall-eċċellenza Ewropea u r-rwol ġeopolitiku tal-UE;

L.  billi hemm nuqqas ta' rikonoxximent tal-VET bħala l-mogħdija ta' għażla u eċċellenza fuq l-istess livell ma' perkorsi edukattivi oħra; billi għad hemm ħafna ostakli għall-mobilità tal-istudenti, inkluża l-mobilità fit-tul tal-apprendisti, minkejja l-progress li sar fil-proċess ta' Copenhagen;

M.  billi l-Istati Membri ma laħqux bis-sħiħ l-objettivi u l-punti ta' riferiment tal-qafas dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2020, b'mod partikolari l-għanijiet tat-tisħiħ tal-edukazzjoni ekwa u ta' kwalità, li titnaqqas ir-rata tal-persuni li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni u t-taħriġ, u li s-sehem ta' dawk li għandhom 15-il sena u li għad għandhom livell baxx ta' ħiliet fil-qari, fil-matematika u fix-xjenza jinġieb taħt il-15 %;

N.  billi l-ġbir ta' data ta' kwalità għolja u l-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ huma tnejn mill-prerekwiżiti għal fehim aħjar tal-isfidi rilevanti madwar l-UE u d-differenzi fiha u biex jgħinu fl-indirizzar ta' dawk id-differenzi;

O.  billi l-edukazzjoni diġitali u l-ħiliet diġitali adegwati għandhom jitqiesu bħala parti minn edukazzjoni orjentata lejn il-futur, u mhux bħala subsett tal-metodi eżistenti ta' tagħlim jew alternattiva għalihom, filwaqt li tiġi enfasizzata l-importanza tat-tagħlim personali; billi ferm aktar minn terz tal-Ewropej (42 %) ma għandhomx ħiliet diġitali bażiċi, b'disparitajiet sinifikanti fi ħdan l-Istati Membri u bejniethom; billi l-Aġenda għall-Ħiliet għandha l-għan li tiżgura li 70 % ta' dawk bejn is-16 u l-74 sena jkollhom ħiliet diġitali bażiċi sal-2025, żieda medja ta' żewġ punti perċentwali fis-sena meta mqabbla ma' żieda annwali ta' 0,75 punti perċentwali kull sena bejn l-2015 u l-2019;

P.  billi l-EEA tipprovdi opportunità importanti għal aktar kooperazzjoni internazzjonali;

Il-ħtieġa għal Żona Ewropea tal-Edukazzjoni (EEA)

1.  Jenfasizza l-importanza ta' edukazzjoni ta' kwalità, affordabbli u inklużiva li tkun aċċessibbli għal kulħadd tul il-ħajja u li l-inizjattiva tal-EEA għandha tipprovdi aktar opportunitajiet u opportunitajiet aħjar għall-istudenti fl-UE biex jistudjaw, jitħarrġu, jagħmlu r-riċerka u jaħdmu kull fejn ikunu, iżidu l-mobilità tat-tagħlim, jiffaċilitaw djalogu sostnut u sinifikanti mal-atturi rilevanti, u jikkultivaw ambjent fejn il-ħiliet, il-kwalifiki, id-diplomi u l-lawrji huma rikonoxxuti u apprezzati fl-Ewropa kollha;

2.  Jindika li r-rata ta' ritorn għall-edukazzjoni għadha għolja ħafna u għalhekk aktar edukazzjoni u taħriġ ġeneralment jikkorrelata b'mod qawwi mat-tkabbir soċjetali u ekonomiku, ugwaljanza akbar u standards ta' għajxien aħjar għal kulħadd u opportunitajiet aktar professjonali u personali fuq livell individwali; jindika, għalhekk, is-sinifikat inestimabbli tal-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim, li għandhom ikunu aċċessibbli għal kulħadd, bħala aspetti ta' importanza l-aktar vitali biex jixprunaw il-progress tas-soċjetà u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli; jemmen li l-EEA tista' u għandu jkollha rwol bla preċedent fit-titjib tal-aċċess għall-edukazzjoni u l-kwalità tagħha fl-UE kollha;

3.  Jenfasizza r-rwol tal-EEA li tippermetti fluss akbar u aħjar ta' studenti, għalliema u għarfien, trawwem sens ta' appartenenza Ewropea u kuxjenza ċivika, tiggarantixxi d-drittijiet u l-valuri, u tipprovdi opportunitajiet ġusti u ugwali; jenfasizza l-potenzjal tal-Ewropa li ssir setgħa edukattiva reali billi tuża r-rikkezza tad-diversità tagħna u tiskambja prattiki tajba biex tindirizza l-isfidi eżistenti u futuri;

4.  Iqis li l-edukazzjoni u l-kultura huma kruċjali għall-kisba ta' avvanz u benesseri personali u soċjali, it-trawwim taċ-ċittadinanza Ewropea, it-titjib tal-koeżjoni soċjali, il-promozzjoni tal-ħolqien tal-impjiegi u l-prosperità ekonomika u soċjali Ewropea b'mod ġust u sostenibbli, u l-iżgurar li l-UE tkun attur globalment kompetittiv u reżiljenti kkaratterizzat minn aktar intraprenditorija biex tmexxi t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali;

5.  Jitlob li jittieħdu l-bosta opportunitajiet għal "valur miżjud Ewropew" ipprovduti permezz tal-edukazzjoni, speċjalment permezz tal-mobilità u tal-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki, bil-programmi Erasmus+ u tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà li għandhom rwol partikolarment importanti;

6.  Jitlob li jkun hemm dimensjoni ġeopolitika aktar ċara u aktar b'saħħitha tal-EEA sabiex l-UE tkun tista' tagħmel użu strateġiku mis-setgħa edukattiva tagħha mal-eqreb ġirien u sħab tagħha;

It-tnaqqis tad-distakk fl-approċċi istituzzjonali u tal-partijiet ikkonċernati

7.  Jieħu nota tal-varjetà ta' viżjonijiet u approċċi għall-EEA, li jesprimu xewqa komuni li jipprovdu impetu frisk għall-proġett Ewropew; jikkunsidra l-edukazzjoni bħala pedament għall-kisba tal-proġett Ewropew, fejn ir-rwol tal-UE jkun iffukat, fost l-oħrajn, fuq l-appoġġ u l-koordinazzjoni tal-Istati Membri fil-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki, l-inkoraġġiment ta' standards komuni u t-tnaqqis tal-lakuni eżistenti, filwaqt li l-kontenut edukattiv u l-metodi ta' tagħlim jibqgħu kompetenza nazzjonali; jissottolinja l-ħtieġa ta' aktar kollaborazzjoni dwar l-edukazzjoni madwar l-Ewropa u lil hinn minnha sabiex jiġu żviluppati approċċi u soluzzjonijiet komuni għal sfidi komuni;

8.  Japprezza l-isforzi tal-Kummissjoni biex trawwem EEA, filwaqt li jinnota l-ħtieġa ta' approċċ aktar olistiku li jirrikjedi kooperazzjoni u koordinazzjoni sinifikanti bejn l-atturi kollha u firxa wiesgħa ta' partijiet ikkonċernati, inklużi l-komunità tal-edukazzjoni u t-taħriġ, l-assoċjazzjonijiet tal-ġenituri, is-sħab soċjali, it-trade unions, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, il-ħaddiema żgħażagħ u s-soċjetà ċivili; jitlob li jkun hemm aktar ftuħ lejn ideat ġodda biex jiġi żgurat li l-EEA tkompli tevolvi u sservi ta' stimolu għal aktar sħubijiet u sħubijiet aktar b'saħħithom, inkluż bejn is-settur pubbliku u dak privat, u sinerġiji bejn il-partijiet ikkonċernati;

9.  Jilqa' r-reazzjoni tal-Kunsill għall-proposti tal-Kummissjoni, b'mod partikolari l-enfasi tagħha fuq l-importanza tal-VET u l-opportunitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja, li jeħtieġ li jkunu affordabbli u aċċessibbli għal kulħadd, b'mod partikolari fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE;

10.  Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li tikseb l-EEA sal-2025; iwissi li l-proposti tal-Kummissjoni għadhom prinċipalment qafas strateġiku aktar milli pjan direzzjonali ta' politika konkret; jissuġġerixxi, għalhekk, l-istabbiliment ta' prijoritajiet ċari fuq terminu medju u twil b'miri u skadenzi li jistgħu jintlaħqu għall-azzjonijiet li għandhom jiġu adottati, inklużi riżultati interim definiti b'mod ċar li se jikkostitwixxu l-elementi kostitwenti differenti ta' EEA ġenwina mingħajr dewmien bla bżonn, filwaqt li jitqiesu l-kapaċitajiet fiskali tal-Istati Membri;

11.  Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jiġu żviluppati strateġija u pjan direzzjonali komuni ta' implimentazzjoni li jinkludu l-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali u s-soċjetà ċivili u li jiġu definiti r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom; jinsisti li l-EEA għandha tkun ċara u aċċessibbli u tirrifletti l-livelli kollha ta' governanza;

Inbiddlu l-viżjoni f'realtà: prijoritajiet strateġiċi komuni u miri fil-livell tal-UE

12.  Jenfasizza l-potenzjal li jintużaw għodod ta' koordinazzjoni tal-politika Ewropea biex jintlaħqu l-objettivi komuni ta' EEA, inkluż il-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni u s-Semestru Ewropew; ifakkar fir-rwol tas-Semestru Ewropew għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-politiki tal-UE fil-qasam tal-edukazzjoni, filwaqt li jirrikonoxxi li oriġinarjament kien maħsub bħala għodda għall-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi madwar l-UE sabiex jiġi żgurat li l-gvernijiet josservaw ir-responsabbiltà fiskali;

13.  Jitlob lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE u lill-Istati Membri jaqblu dwar l-istess viżjoni, prijoritajiet, miri u punti ta' riferiment fir-rigward tal-EEA, filwaqt li jirrikonoxxu d-diversitajiet eżistenti fl-Ewropa;

14.  Jissottolinja l-importanza li jiġu stabbiliti l-libertà akkademika u l-awtonomija pedagoġika bħala prinċipji ewlenin tal-EEA;

15.  Jitlob l-użu ta' sinerġiji bejn l-EEA, iż-Żona Ewropea tar-Riċerka u ż-Żona Ewropea ta' Edukazzjoni Għolja, kif ukoll bejn id-diversi programmi tal-UE; jappella għat-tisħiħ ulterjuri ta' Erasmus+, Orizzont Ewropa, Ewropa Kreattiva, il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, Ewropa Diġitali, u l-Programm taċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri sabiex ikunu ta' benefiċċju għall-għalliema, il-ħaddiema edukattivi, il-fornituri tal-edukazzjoni, il-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ u l-istudenti kollha;

16.  Jissottolinja l-inklużività bħala dimensjoni ċentrali tal-EEA u prerekwiżit għall-kisba ta' edukazzjoni ta' kwalità għal kulħadd; jissottolinja li ħadd ma għandu jitħalla barra, li kull student għandu talent, u li d-differenzi individwali għandhom jiġu apprezzati u jingħataw valur; jenfasizza li l-progress fuq miri komuni jista' jinkiseb biss permezz ta' approċċ aktar komprensiv;

17.  Jenfasizza l-importanza li l-istudent jitqiegħed fiċ-ċentru tal-proċess ta' tagħlim; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-approċċ lejn gruppi vulnerabbli ikun personalizzat, inklużi persuni bi kwalunkwe tip ta' diżabilità jew differenzi fit-tagħlim, bħal dawk fuq l-ispettru tal-awtiżmu jew dawk b'potenzjal għoli, u li jitrawwem approċċ għall-iskejjel kollha lejn iż-ŻEE; jistieden lill-Kummissjoni tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha bħal assoċjazzjonijiet tal-istudenti, esperti ta' appoġġ pedagoġiku, persuni li jieħdu ħsieb studenti bi bżonnijiet speċjali, u oħrajn, speċjalment fir-rigward tal-iżvilupp tal-Universitajiet Ewropej u ċ-Ċentri ta' Eċċellenza Vokazzjonali;

18.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-objettivi tal-qafas strateġiku ġdid tal-UE għat-tagħlim u t-taħriġ tul il-ħajja, li kien is-suġġett tar-riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Frar 2021 dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni, kif ukoll il-ħames prijoritajiet strateġiċi identifikati fih, b'mod partikolari l-proposti speċifiċi biex l-apprendistati tul il-ħajja u l-mobilità jsiru realtà għal kulħadd;

19.  Jenfasizza l-importanza li jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-ħtieġa li l-għalliema u l-edukaturi jiġu remunerati b'mod adegwat għal xogħolhom; iħeġġeġ lill-Istati Membri, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, jinvestu fl-edukazzjoni inizjali tal-għalliema u l-ħarrieġa, b'mod partikolari billi jinkludu dimensjoni Ewropea u mobilità transnazzjonali fil-kurrikuli tagħhom, jikkultivaw il-kompetenzi u l-motivazzjoni fil-professjoni edukattiva, isaħħu r-rikonoxximent tal-valur li l-edukaturi jagħtu lis-soċjetà, u jsaħħu l-awtonomija pedagoġika; jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tal-professjonalizzazzjoni tal-persunal edukattiv u indukrar bikri tat-tfal sabiex jiġi rikonoxxut u apprezzat kif xieraq ix-xogħol tagħhom, għax dan huwa indispensabbli għall-edukazzjoni tat-tfal;

20.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jrawmu l-litteriżmu medjatiku u tal-informazzjoni, il-ħsieb kritiku u kultura ta' tolleranza fl-istadji kollha tal-proċess ta' tagħlim bħala prijorità u għodda kritika biex tingħata s-setgħa liċ-ċittadini Ewropej responsabbli bil-ħiliet li jeħtieġu biex jiġġieldu l-mewġa dejjem tikber ta' diżinformazzjoni u jiffaċċjaw l-isfidi tas-seklu 21;

21.  Jappella għal qafas komuni dwar l-iżvilupp tal-kompetenzi diġitali; jenfasizza l-ħtieġa ta' sistema komuni ta' rikonoxximent, validazzjoni u ċertifikazzjoni ta' ħiliet, kwalifiki u kredenzjali diġitali, biex jitnaqqsu d-diskrepanzi fil-kompetenzi diġitali madwar l-Ewropa, u biex l-istudenti kollha, speċjalment it-tfal, ikollhom aċċess għal tagħmir diġitali bażiku;

22.  Jissottolinja l-ħtieġa li tiġi żgurata d-diġitalizzazzjoni tal-universitajiet fl-UE u jtenni t-talba għall-ħolqien ta' pjattaforma universitarja online Ewropea; jistieden lill-UE tirrikonoxxi l-konnettività u l-infrastruttura diġitali bħala dritt derivat mid-dritt fundamentali għall-edukazzjoni;

23.  Jilqa' l-bidliet li saru dan l-aħħar fil-Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim tal-Adulti fl-Ewropa u jistieden lill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura tivvaluta kif tista' żżid il-viżibilità, tkompli bl-iżvilupp u ssaħħaħ l-impatt tal-komunità tat-tagħlim għall-adulti;

24.  Jappoġġja l-użu ta' indikaturi u punti ta' riferiment kwantitattivi, filwaqt li jqis kif xieraq id-differenzi bejn l-Istati Membri u fi ħdanhom, sabiex ikun jista' jsir tqabbil u monitoraġġ kontinwu tal-progress tal-Istati Membri lejn objettivi komuni u jiġu inċentivati aktar azzjonijiet ta' politika, filwaqt li jtenni l-ħtieġa ta' indikaturi kwalitattivi supplimentari u punti ta' riferiment u jwissi kontra miri ambizzjużi żżejjed fuq terminu medju;

25.  Jenfasizza l-ħtieġa li tittejjeb il-kwalità u tiżdied il-frekwenza tal-attivitajiet meħtieġa ta' ġbir ta' data, u li jiġi żgurat il-monitoraġġ attiv ta' indikaturi u punti ta' riferiment rilevanti bħall-mira stabbilita mill-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa sabiex tinkiseb il-mira ta' 50 % tal-popolazzjoni adulta li tipparteċipa f'attivitajiet ta' tagħlim; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jilħqu miri ambizzjużi, bħall-proporzjon ta' dawk li jiksbu riżultati baxxi u dawk li jitilqu kmieni mill-iskola, billi jnaqqsu l-ewwel punt ta' riferiment minn 15 % għal 10 % u t-tieni minn 10 % għal 5 %;

26.  Jitlob kollaborazzjoni eqreb bejn l-UE u organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet oħra bħall-UNESCO u l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, u li jintużaw b'mod attiv u jiġu appoġġjati r-riċerka u studji edukattivi eżistenti u futuri biex jassistu lill-Istati Membri fl-identifikazzjoni ta' riformi politiċi effettivi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw riċerka edukattiva komuni u parteċipatorja b'mandat u baġit definiti sew fi ħdan il-mandat tal-kompetenzi tal-UE;

27.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jipprovdu l-finanzjament meħtieġ għall-istabbiliment, l-implimentazzjoni u l-iżvilupp tal-EEA u l-istabbiliment ta' strument finanzjarju ddedikat fil-qafas finanzjarju pluriennali 2028-2034 bil-ħsieb li tiġi żviluppata aktar l-EEA u jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki; itenni t-talba tiegħu li mill-inqas 10 % tal-finanzjament taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jiġu allokati għall-edukazzjoni, inkluża l-edukazzjoni diġitali, u jistieden lill-Istati Membri jżidu b'mod sostanzjali l-infiq pubbliku fl-edukazzjoni għal aktar mill-medja tal-UE (4,7 % tal-PDG fl-2019);

28.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu strateġiji ta' mitigazzjoni tad-diżastri għas-settur tal-edukazzjoni, fi sħubija u konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati kollha, u jinsisti fuq l-importanza ta' azzjoni Ewropea miftiehma fi żminijiet ta' kriżi, bħall-pandemija tal-COVID 19;

Miżuri u kunsiderazzjonijiet speċifiċi għas-settur

29.  Jenfasizza l-importanza tat-tagħlim tal-lingwi barranin, u b'mod partikolari tal-Ingliż; jissottolinja l-ħtieġa li l-Istati Membri jieħdu azzjoni biex jappoġġjaw l-iżvilupp ta' kompetenzi lingwistiċi fil-livelli kollha, speċjalment fl-edukazzjoni primarja u sekondarja, iħaddnu l-għan tal-Kunsill tal-Ewropa ta' "multilingwiżmu" u jiksbu l-punt ta' riferiment li l-istudenti kollha jkollhom għarfien suffiċjenti ta' mill-inqas żewġ lingwi uffiċjali oħra tal-UE u tal-Istati Membri tagħha sa mhux aktar tard minn tmiem l-edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell;

30.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa għodod li jippermettu lill-Istati Membri jimplimentaw ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar approċċ komprensiv għat-tagħlim u l-apprendiment tal-lingwi, u timmonitorja l-progress kif xieraq; jistieden lill-Istati Membri jiġbru data komparabbli dwar it-tagħlim tal-lingwi; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi appoġġ finanzjarju għall-iskejjel li jgħallmu l-ħiliet lingwistiċi Ewropej, speċjalment il-lingwi nattivi taċ-ċittadini tal-UE li jgħixu f'pajjiżi oħra tal-UE;

31.  Jenfasizza l-ħtieġa li r-riċerka u l-innovazzjoni jiġu promossi fl-edukazzjoni; jissottolinja l-importanza ta' EEA fil-promozzjoni tal-fehim, l-istudju u r-riċerka ta' teknoloġiji avvanzati bħall-intelliġenza artifiċjali (IA) u r-robotika sabiex titqajjem kuxjenza dwar l-opportunitajiet u l-isfidi assoċjati f'ambjenti edukattivi, inkluż permezz ta' programmi speċifiċi ta' studju tal-ewwel grad fl-Istati Membri kollha; jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-UE kollha kemm hi ma għandhiex provvista suffiċjenti ta' programmi speċjalizzati tal-intelliġenza artifiċjali tal-ewwel grad;

32.  Jilqa' l-inizjattiva taċ-Ċentri Ewropej ta' Eċċellenza Vokazzjonali, li tipprovdi struttura għas-settur fil-livell Ewropew; jitlob għall-ħolqien ta' żona Ewropea vokazzjonali u ta' taħriġ bħala parti integrali tal-EEA; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu favur il-ħolqien ta' Statut Ewropew tal-Apprendistat; jenfasizza l-bżonn li xi Stati Membri jindirizzaw in-nuqqas ta' attraenza u prestiġju tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u s-sistemi ta' edukazzjoni doppja; jenfasizza li s-sistemi tal-VET jeħtieġ li jsiru aktar iffukati fuq min qed jitgħallem u adattati għad-dinja tax-xogħol li qed tinbidel; itenni l-importanza tar-rikonoxximent tal-VET u jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw ir-rakkomandazzjoni korrispondenti tal-Kunsill u l-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa b'mod xieraq u sħiħ; jenfasizza l-importanza li jinħolqu mogħdijiet flessibbli u modulari għat-tagħlim sabiex l-istudenti jkunu jistgħu jikkombinaw u jibnu fuq esperjenzi u opportunitajiet differenti ta' tagħlim;

33.  Jisħaq fuq l-importanza tal-azzjoni tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri fl-edukazzjoni għolja, bħat-tisħiħ tal-proċess ta' Bolonja, it-tisħiħ tad-dimensjoni internazzjonali tal-EEA u tal-Karta Ewropea tal-Istudenti, inkluż permezz tat-tħaddin tas-sinerġiji offruti mill-programmi eżistenti tal-UE;

34.  Iħeġġeġ li l-EEA għandha tkun pass importanti fir-rikonoxximent tad-diplomi u l-kwalifiki madwar l-UE u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffaċilitaw l-espansjoni tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku tar-riżultati tat-tagħlim u l-perjodi ta' studju barra mill-pajjiż, inkluż fil-VET u permezz tal-mikrokredenzjali Ewropej;

35.  Jenfasizza r-rwol prominenti tat-tagħlim mhux formali u informali kif ukoll tal-volontarjat u jenfasizza l-ħtieġa li jiġu rikonoxxuti r-riżultati tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-ħiliet personali fl-UE kollha;

36.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2018 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja sabiex javvanzaw il-progress fit-tmien oqsma ewlenin kollha bħalma huma l-opportunitajiet għall-istudenti żgħażagħ biex iwettqu mill-inqas esperjenza intraprenditorjali prattika waħda matul l-edukazzjoni tagħhom u, b'dan il-mod, itejbu r-rikonoxximent tal-kompetenzi miksuba permezz tat-tagħlim mhux formali u informali sabiex tiżdied il-flessibbiltà tal-mogħdijiet ta' tagħlim għall-istudenti ta' kull età; jitlob il-ħolqien ta' qafas Ewropew dwar il-kompetenzi ċiviċi u soċjali li jagħti valur lill-benefiċċji ta' prattiki bħall-mentoring u s-superviżjoni tal-attivitajiet taż-żgħażagħ u jippromwovihom u jirrikonoxxihom;

37.  Jissottolinja li wara l-pandemija tal-COVID-19, l-apprendiment mill-bogħod sar parti mir-realtà għal ħafna studenti; jenfasizza li fl-edukazzjoni primarja u sekondarja, it-tagħlim mill-bogħod irid jibqa' l-aħħar għażla u jikkomplementa t-tagħlim wiċċ imb'wiċċ, li huwa essenzjali għat-tagħlim ta' ħiliet soċjali ta' valur; jissottolinja li approċċ ta' tagħlim modern u mħallat immirat lejn l-istudenti tal-età tal-iskola jeħtieġ li jseħħ b'mod predominanti fil-klassi u taħt il-gwida tal-għalliem, li għal raġunijiet pedagoġiċi jista' jagħżel li jħallat għodod differenti, kemm jekk ikunu diġitali (inkluż online) kif ukoll mhux diġitali, bħala parti minn kompiti ta' tagħlim(18);

38.  Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu l-edukazzjoni relatata mat-tibdil fil-klima u t-tranżizzjoni ekoloġika u jqajmu kuxjenza dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew;

39.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jeliminaw id-distakk bejn il-ġeneri fl-edukazzjoni, inkluż fl-edukazzjoni u l-karrieri fix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija, l-arti u l-matematika (STEAM), jiġġieldu l-isterjotipi u d-diskriminazzjoni tal-ġeneri, u jeqirdu l-bullying, il-bullying ċibernetiku u forom oħra ta' fastidju, diskriminazzjoni u mġiba ħażina vjolenti sabiex itejbu d-diversità kulturali, etnika u tal-ġeneru permezz tal-ħolqien u l-iskambju ta' prattiki tajba madwar l-Ewropa;

40.  Jilqa' l-impenn tal-Presidenza Portugiża tal-Kunsill favur it-tnedija ta' pjattaforma online li jkollha l-għan li tiffaċilita l-kondiviżjoni tad-data fost l-Istati Membri rigward l-isfidi marbuta mal-qgħad li qed iħabbtu wiċċhom magħhom iż-żgħażagħ minħabba l-pandemija;

41.  Itenni s-sinifikat ta' korsijiet online miftuħa massivi (MOOCs) bħala element neċessarju għall-promozzjoni tat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-forza tax-xogħol b'mod interattiv u aċċessibbli; jemmen li l-EEA għandha tippromwovi l-adozzjoni u l-iżvilupp tal-MOOCs u tirrifletti tali objettivi fl-approċċ Ewropew għall-mikrokredenzjali;

42.  Jinnota li bħalissa m'hemm l-ebda definizzjoni unika maqbula li tkopri t-terminu "mikrokredenzjali"; iqis, għalhekk, li jeħtieġ li jiġu definiti standards uniformi għall-UE kollha sabiex jiġi promoss b'mod effettiv ir-rikonoxximent reċiproku tagħhom fost l-Istati Membri u jiġi żgurat li l-impjegaturi jafdaw il-valur tagħhom;

Il-qafas ta' governanza

43.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu Qafas Strateġiku taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni 2030 (EEASF 2030) konkret sal-aħħar tal-2022, inkluż mekkaniżmu komprensiv ta' tmexxija, monitoraġġ u evalwazzjoni, f'konformità mal-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli 4 tan-NU li "jiżgura edukazzjoni ta' kwalità inklużiva u ekwa u jippromwovi opportunitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja għal kulħadd" u l-ewwel prinċipju tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; jilqa' l-proposta għal kumitat ta' tmexxija għall-EEA, li jwitti t-triq għal qafas ta' governanza strutturat u sistematiku; jenfasizza r-rwol tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa biex tiġi diskussa t-triq 'il quddiem rigward l-isfidi li qed tiffaċċja l-edukazzjoni Ewropea u rigward l-iżvilupp tal-politika;

44.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimpenjaw ruħhom għat-tip ta' parteċipazzjoni meħtieġa mill-Istati Membri u minn livelli oħra ta' gvern, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll l-istituzzjonijiet tal-UE u jfasslu arranġamenti effettivi ta' governanza f'diversi livelli li jirrispettaw il-prinċipju ta' sussidjarjetà filwaqt li jkollhom l-għan li jiġġeneraw valur miżjud Ewropew;

45.  Ifittex ċarezza dwar il-livell ta' involviment mistenni mill-partijiet ikkonċernati, mis-setturi tal-edukazzjoni li s'issa ma ġewx irrappreżentati biżżejjed, u mill-atturi rilevanti tas-soċjetà ċivili; jenfasizza li l-qafas ta' governanza għandu jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha li jaħdmu fl-oqsma kollha tat-tagħlim, inklużi l-ħaddiema żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ kif ukoll l-assoċjazzjonijiet tal-ġenituri;

46.  Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi pjattaforma tal-EEA bħala portal pubbliku interattiv biex l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati jiġu appoġġjati fl-iskambju tal-informazzjoni u fil-promozzjoni tal-kooperazzjoni u tal-iskambju ta' prattiki tajbin; jemmen li tali pjattaforma għandha tkun iffinanzjata b'mod adegwat u disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE;

47.  Jenfasizza li ċ-ċensimenti Ewropej, il-ġbir tad-data u r-riċerka dwar il-ħtiġijiet territorjali u l-prattiki edukattivi madwar l-UE huma prijorità ewlenija għall-Istati Membri u s-sistemi edukattivi tagħhom;

Lejn dimensjoni Ewropea akbar fl-edukazzjoni

48.  Jissottolinja l-ħtieġa ta' dimensjoni Ewropea fl-edukazzjoni billi tiġi inkorporata perspettiva Ewropea akbar u distinta fil-kurrikuli edukattivi u fil-programmi ta' taħriġ għall-għalliema, li tinkludi l-għalliema, il-ħarrieġa u l-istudenti kollha kemm mill-organizzazzjonijiet formali kif ukoll dawk mhux formali u mis-settur tal-VET, u inkluż l-appoġġ mill-azzjonijiet Jean Monnet u l-akkademji tal-għalliema; jipproponi li dawn l-akkademji tal-għalliema jissejħu "Akkademji tal-Għalliema Comenius"; jappoġġja l-ħolqien ta' qafas komuni għat-tfassil u l-iżvilupp tal-kwalifiki tal-għalliema fl-Istati Membri kollha;

49.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-istudenti jiġu pprovduti għarfien komprensiv dwar l-istorja u l-wirt kulturali tal-Ewropa, kemm tanġibbli kif ukoll intanġibbli, u li titrawwem memorja Ewropea kritika u kuxjenza storika bbażati fuq il-valuri fundamentali li fuqhom hija mibnija l-UE; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Kunsill tal-Ewropa jikkooperaw rigward l-edukazzjoni dwar l-istorja Ewropea u l-wirt kulturali madwar l-UE, u jenfasizza l-ħtieġa ta' finanzjament u inizjattivi mmirati biex tiżdied ir-riċerka dwar l-istorja Ewropea, kif ukoll il-promozzjoni tal-istorja pubblika, filwaqt li titqies in-natura kumplessa tal-istorja tal-kontinent tagħna;

50.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri joħolqu qafas komuni dwar it-tagħlim rigward l-UE fil-livelli u fl-oqsma kollha xierqa tal-edukazzjoni; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-istudenti jiffamiljarizzaw ruħhom mal-proċess ta' integrazzjoni Ewropea, mal-istituzzjonijiet u mal-politiki tal-UE, mad-drittijiet li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-UE u kif jipparteċipaw b'mod attiv fil-proċessi demokratiċi tal-UE;

51.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġija Ewropea komprensiva u qafas komuni rigward l-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza b'dimensjoni Ewropea, inkluż it-tagħlim dwar il-valuri Ewropej – bħad-dinjità tal-bniedem, id-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza – biex jinkoraġġixxu l-iskambju ta' prattiki tajba u l-iżvilupp ta' materjal u approċċi pedagoġiċi komuni; jitlob lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tesplora l-istabbiliment ta' task force għall-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza biex tikkoordina dan il-kompitu u ttejjeb l-aċċess għall-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza Ewropea sabiex trawwem kultura ċivika Ewropea u sens ta' appartenenza Ewropea, li jikkomplementaw id-dimensjonijiet lokali, reġjonali, nazzjonali u globali;

o
o   o

52.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 66, 26.2.2021, p. 1.
(2) ĠU C 221, 10.6.2021, p. 3.
(3) ĠU C 221, 10.6.2021, p. 14.
(4) ĠU C 119, 28.5.2009, p. 2.
(5) ĠU C 195, 7.6.2018, p. 1.
(6) ĠU C 189, 4.6.2018, p. 1.
(7) ĠU C 444, 10.12.2018, p. 1.
(8) ĠU C 189, 5.6.2019, p. 4.
(9) ĠU C 189, 5.6.2019, p. 15.
(10) ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1.
(11) Testi adottati, P9_TA(2021)0095.
(12) ĠU C 388, 13.11.2020, p. 2.
(13) ĠU C 28, 27.1.2020, p. 8.
(14) ĠU C 175, 7.5.2021, p. 6.
(15) Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2021 dwar it-tfassil tal-politika tal-edukazzjoni diġitali.
(16) Psacharopoulos, G., Patrinos, H. A., Returns to Investment in Education: A Decennial Review of the Global Literature (Redditu mill-Investiment fl-Edukazzjoni: Reviżjoni Deċennali tal-Litteratura Globali), Grupp tal-Bank Dinji, April 2018.
(17) Ir-rapport Eurydice tal-24 ta' Marzu 2021 dwar l-għalliema fl-Ewropa: karrieri, żvilupp u benesseri.
(18) Ara l-proposta tal-Kummissjoni tal-5 ta' Awwissu 2021 għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-tagħlim imħallat għal edukazzjoni primarja u sekondarja ta' kwalità għolja u inklużiva (COM(2021)0455).


Pjan ta' azzjoni għall-proprjetà intellettwali b'sostenn għall-irkupru u r-reżiljenza tal-UE
PDF 200kWORD 65k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2021 dwar pjan ta' azzjoni għall-proprjetà intellettwali b'sostenn għall-irkupru u r-reżiljenza tal-UE (2021/2007(INI))
P9_TA(2021)0453A9-0284/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Novembru 2020 dwar Strateġija Farmaċewtika għall-Ewropa (COM(2020)0761),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Frar 2020 dwar Strateġija Ewropea għad-data (COM(2020)0066),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Novembru 2020 bit-titolu "Nagħmlu l-aħjar użu mill-potenzjal innovattiv tal-UE – Pjan ta' azzjoni għall-proprjetà intellettwali b'appoġġ għall-irkupru u r-reżiljenza tal-UE" (COM(2020)0760),

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”), b'mod partikolari l-Artikolu 17(2) tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-Qorti Unifikata tal-Privattivi(1),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim tad-WTO tal-1995 dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ (Ftehim TRIPS),

–  wara li kkunsidra l-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO), li daħal fis-seħħ fis-26 ta' Frar 2020(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/933 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 469/2009 dwar iċ-ċertifikat ta' protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali(4),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/790 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-Suq Uniku Diġitali u li temenda d-Direttivi 96/9/KE u 2001/29/KE(5),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li temenda d-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li ghandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem(6),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 rigward l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali(7),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 98/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-protezzjoni legali ta' disinji(8),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta' Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji(9),

–  wara li kkunsidra r-Rapport relatat mal-Inkjesta dwar is-Settur Farmaċewtiku ppubblikat mill-Kummissjoni fl-2009,

–  wara li kkunsidra r-rapport ta' analiżi fil-livell tal-kumpaniji dwar id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali u l-prestazzjoni tal-kumpaniji fl-Unjoni Ewropea, ippubblikat konġuntament mill-UEP u mill-EUIPO fi Frar 2021,

–  wara li kkunsidra l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-disinji,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet ta' tal-Kunsill li jistabbilixxu l-prijoritajiet tal-UE għall-ġlieda kontra l-kriminalità serja u organizzata għall-EMPACT 2022-2025,

–  wara li kkunsidra l-analiżi fil-fond ikkummissjonata mill-Parlament Ewropew bit-titolu "Standard Essential Patents and the Internet of Things" (Il-Privattiva Essenzjali għal Standard u l-Internett tal-Oġġetti) ta' Jannar 2019,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar "Lejn kunsens imġedded dwar l-infurzar tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali: Pjan ta' Azzjoni tal-UE"(10),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2020 dwar drittijiet tal-proprjetà intellettwali għall-iżvilupp ta' teknoloġiji tal-intelliġenza artifiċjali(11),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Mejju 2021 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-isfidi għall-organizzaturi ta' avvenimenti sportivi fl-ambjent diġitali(12),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar l-estensjoni possibbli tal-indikazzjoni ġeografika protetta tal-Unjoni Ewropea għall-prodotti mhux agrikoli(13),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Lulju 2020 dwar l-istrateġija tal-UE dwar is-saħħa pubblika wara l-COVID-19(14),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0284/2021),

A.  billi l-protezzjoni u l-infurzar ibbilanċjati tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali (DPI) huma importanti għall-ekonomija Ewropea kif ukoll għall-irkupru u għar-reżiljenza tal-UE, b'mod partikolari fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19;

B.  billi l-pandemija tal-COVID-19 uriet l-importanza tal-politiki ta' protezzjoni tal-PI peress li ħarġet fid-dieher il-bżonn ta' miżuri effikaċi biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta' vaċċini kontra l-COVID-19, heddet il-mezzi ta' sussistenza u wasslet għal telf eżistenzjali ta' dħul għall-ħaddiema fis-settur kulturali u dak kreattiv;

C.  billi l-investimenti fil-beni intanġibbli ntlaqtu ferm inqas mill-kriżi ekonomika tal-2008, u b'hekk urew il-potenzjal tal-assi tal-PI biex tinħoloq stabbiltà ekonomika u jiġi ġġenerat tkabbir kif ukoll l-eżistenza ta' correlazzjoni pożittiva bejn is-sjieda tad-DPI u l-kwalità u l-istabbiltà tal-impjiegi; billi l-istudji juru li l-impriżi li jużaw id-DPI jikbru aktar malajr, huma aktar reżiljenti għar-reċessjonijiet ekonomiċi, iżidu l-valur tal-kumpaniji u jsaħħu l-pożizzjoni tagħhom fis-suq uniku; billi tali fatti jindikaw ukoll l-importanza li l-SMEs jiġu inċentivati u megħjuna biex jipproteġu u jiddetjenu d-DPI tagħhom;

D.  billi r-reġistrazzjonijiet tal-PI żdiedu bi ftit fl-ewwel xhur tal-2021 meta mqabbla mal-istess perjodu fl-2020; billi rkupru ekonomiku sostenibbli u diġitali wara l-COVID-19 jista' jkun ibbażat fuq id-DPI; billi matul il-pandemija attwali tal-COVID-19, is-sistema ta' twissija rapida għall-prodotti perikolużi ("RAPEX") irreġistrat numru allarmanti ġdid u bla preċedent ta' twissijiet;

E.  billi r-reġistrazzjonijiet tal-proprjetà intellettwali (PI) qed jiżdiedu b'mod kostanti, u s-suq uniku għadu frammentat minħabba d-differenzi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali; billi hemm ħtieġa kontinwa ta' proċeduri ta' validazzjoni u ta' litigazzjoni nazzjonali għall-privattivi Ewropej; billi għad hemm lakuni, b'mod partikolari fl-infurzar, li jistgħu jfixklu l-iżvilupp tal-kumpaniji, b'mod partikolari l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (SMEs), jillimitaw l-aċċess tal-konsumaturi għal prodotti innovattivi u sikuri, u jipprevjenu li l-isfidi soċjali jiġu indirizzati permezz tal-innovazzjoni;

F.  billi s-setturi b'intensità għolja ta' għarfien huma sors ta' tkabbir u prosperità; billi bejn l-2012 u l-2016 dawn iġġeneraw kważi 30 % tal-impjiegi kollha u kważi 45 % tal-attività ekonomika totali (PDG) fl-UE, kif muri fir-rapport ta' analiżi settorjali tal-2019 tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi (UEP) u tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-UE (EUIPO)(15); billi s-setturi b'intensità għolja ta' DPI jirrappreżentaw 93 % tal-esportazzjonijiet totali ta' merkanzija tal-UE lejn il-bqija tad-dinja;

G.  billi l-PI hija dritt fundamentali skont l-Artikolu 17 tal-Karta;

H.  billi l-iżvilupp u l-progress tas-setturi b'intensità għolja ta' għarfien jiddependu, b'mod sinifikanti mir-regoli li jirregolaw id-DPI u, b'mod partikolari, mill-fatt li tiġi żgurata protezzjoni effikaċi permezz ta' leġiżlazzjoni effiċjenti dwar il-privattivi, it-trademarks, id-disinji, id-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati, l-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-protezzjoni tal-varjetajiet tal-pjanti, kif ukoll permezz tal-applikazzjoni xierqa u armonizzata tar-regoli dwar il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali;

I.  billi s-sistemi tal-PI jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' mediċini ġodda u l-inċentivi tal-PI huma importanti biex jiġi żgurat aċċess effettiv għal mediċini bi prezzijiet aċċessibbli; billi l-mediċini l-ġodda għandhom jirrispettaw id-dritt internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, id-dritt internazzjonali pubbliku u l-obbligi fl-ambitu tas-saħħa pubblika;

J.  billi l-innovaturi Ewropej qegħdin fuq quddiem nett f'dak li għandu x'jaqsam mat-teknoloġiji ekoloġiċi, peress li għandhom perċentwal imdaqqas tal-privattivi ekoloġiċi u portafolji sodi ta' PI f'teknoloġiji bħalma huma, fost oħrajn, l-adattament għat-tibdil fil-klima, il-qbid u l-ħżin tal-karbonju, it-trattament tal-ilma u tal-iskart;

K.  billi hemm bżonn li jiġu promossi l-valorizzazzjoni u l-użu tal-attivitajiet tar-riċerka u l-żvilupp fl-Ewropa, kif juri l-fatt li fil-qasam tal-IA l-Ewropej jikkostitwixxu biss minoranza tal-applikanti għal privattivi fil-livell dinji, minkejja l-fatt li perċentwal sinifikanti ta' pubblikazzjonijiet ta' kwalità għolja dwar is-suġġett tal-IA jiġi mill-Ewropa;

Aspetti ġenerali

1.  Isostni lill-Kummissjoni biex tippersegwi l-għanijiet tal-pjan ta' azzjoni tagħha dwar il-PI ta' Novembru 2020, billi protezzjoni b'saħħitha, soda u bbilanċjata tad-DPI fil-livell nazzjonali, Ewropew u internazzjonali li tippermetti redditu fuq l-investiment hija partikolarment importanti għall-irkupru ekonomiku u soċjali mill-COVID-19 u minn kriżijiet globali oħrajn u għar-reżiljenza għalihom fit-tul ħalli l-UE tkun tista' tirreaġixxi għall-kriżijiet b'ħeffa u bi qbil mal-prinċipji tar-Regolament (UE) 2021/241 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza(16) u tiżgura ċ-ċertezza tad-dritt u r-rispett tal-leġiżlazzjoni Ewropea, kif ukoll tippermetti l-ħolqien fl-Ewropa ta' ekonomija diġitali sostenibbli u kompetittiva fil-livell globali li fiha l-innovazzjoni ssegwi wkoll l-objettiv li jingħata kontribut lill-ġid komuni tas-soċjetà;

2.  Jirrikonoxxi li l-protezzjoni tad-DPI tinkoraġġixxi l-attivitajiet ta' kreazzjoni, innovazzjoni u invenzjoni, u b'hekk jiġu offruti lill-akbar numru ta' nies il-benefiċċji minn dawn l-attivitajiet; josserva li dawn l-attivitajiet lill-inventuri, lill-innovaturi u lill-awturi jagħmluhielhom possibbli li jiksbu kumpens għall-isforzi kreattivi tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tkompli ssostni l-kapaċità tal-kumpaniji Ewropej li jagħmlu innovazzjoni fuq il-bażi ta' reġim komprensiv tal-PI bil-għan li jżommu protezzjoni effikaċi tal-investimenti tagħhom fir-R&Ż, jiggarantixxu redditi ġusti permezz tal-għoti ta' liċenzji, ikomplu jiżviluppaw standards teknoloġiċi miftuħin li jinċentivaw il-kompetizzjoni u l-għażla u jiżguraw il-parteċipazzjoni tal-industrija tal-UE fl-iżvilupp ta' teknoloġiji ewlenin fil-livell globali;

SMEs u protezzjoni tal-PI

3.  Jenfasizza l-fatt li d-DPI għandhom ħafna vantaġġi għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u għall-intrapriżi mikro; jissottolinja li s-setturi b'intensità għolja ta' DPI joffru impjiegi ta' kwalità aħjar b'kundizzjonijiet ta' xogħol aqwa u remunerizzazzjoni ogħla; josserva li l-SMEs li jiddetjenu DPI jiġġeneraw sa 68 % dħul ogħla għal kull impjegat u jħallsu pagi li huma 20 % ogħla minn dawk l-SMEs li ma jiddetenux; jinsab għalhekk imħasseb bil-fatt li bosta SMEs jiltaqgħu ma' diffikultajiet biex jiddeterminaw l-istrateġija tal-PI tagħhom u biex jiġġestixxu d-DPI tagħhom; jilqa' pożittivament, għalhekk, il-vawċers għall-PI, is-servizzi ta' qabel id-dijanjożi tal-Proprjetà Intellettwali (IP Scan) u l-inizjattivi l-oħra tal-Kummissjoni u tal-EUIPO biex isostnu proċeduri ta' reġistrazzjoni sempliċi u tariffi amministrattivi baxxi għall-intrapriżi mikro u għall-SMEs u biex jgħinuhom jisfruttaw bl-aħjar mod il-PI tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni, lill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi (UEP) u lill-EUIPO jikkunsidraw li jestendu dawn l-inizjattivi għat-tipi kollha ta' assi tal-IP u jidentifikaw aktar miżuri biex jippromwovu l-vantaġġi tar-reġistrazzjoni tad-DPI għall-iżvilupp tal-attivitajiet tal-SMEs;

4.  Jinsab konvint li l-appoġġ għall-SMEs, inklużi l-miżuri finanzjarji u mhux finanzjarji, huwa l-mod it-tajjeb kif dawn jingħataw għarfien aħjar u kif jingħataw aċċess aktar faċli għad-DPI u li l-istrumenti finanzjarji u ġuridiċi tal-Unjoni huma tal-akbar importanza f'dan ir-rigward; jistieden lill-Kummissjoni u lill-EUIPO, għalhekk, ikomplu jimplimentaw miżuri ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-PI għall-SMEs u għall-intrapriżi mikro fil-kuntest tal-irkupru ekonomiku, inkluż il-forniment ta' aċċess ta' punt uniku ta' servizz għall-informazzjoni u għas-servizzi relatati u għall-konsulenza dwar il-PI; jenfasizza li dan l-appoġġ se jgħin biex jiġu sfruttati u promossi l-inizjattivi nazzjonali u reġjonali kollha tal-membri tan-Network tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPN);

5.  Jinsab imħasseb bil-fatt li anki jekk il-beni intanġibbli huma wħud mill-aktar assi ta' valur, huma biss ftit l-SMEs Ewropej li jafu b'dan u li jibbenefikaw mill-PI tagħhom huma u jippruvaw jiksbu finanzjamenti; jilqa' favorevolment, għalhekk, il-fatt li tħabbar il-ħolqien ta' Ċentru Ewropew ta' Informazzjoni dwar il-PI bħala waħda mill-ħafna miżuri maħsuba biex jiġi żgurat li l-Ewropa tkompli tikkapitalizza mill-valur tal-għarfien li l-kumpaniji tagħna joħolqu, jiżviluppaw u jikkondividu kostantement u li dawn ikunu mgħammra bl-informazzjoni u bl-istrumenti neċessarji jew jiġġestixxu b'mod aktar attiv dawn l-assi; jenfasizza li l-mudelli ta' utilità joffru protezzjoni rapida u b'kostijiet baxxi għall-invenzjonijiet tekniċi u huma ferm attraenti għall-SMEs; jinkoraġġixxi, għalhekk, lill-Istati Membri jistabbilixxu dan l-istrument jekk għadhom ma joffruhx u jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-possibbiltà li ddaħħal protezzjoni tal-mudelli ta' utilità fuq livell tal-UE, li attwalment mhijiex disponibbli;

Pakkett tal-privattiva unitarja

6.  Jisħaq fuq il-fatt li l-pakkett tal-privattiva unitarja, li jinkludi l-privattiva Ewropea b'effett unitarju (privattiva unitarja) u l-Qorti Unifikata tal-Privattivi (QUP), għandu l-għan li jagħmel il-protezzjoni tal-privattivi aktar effiċjenti, kif ukoll li jagħmel ir-riżoluzzjoni tat-tilwim fl-Ewropa kollha komprensibbli, billi jevita proċeduri paralleli fl-Istati Membri, u orħos, billi jnaqqas l-ispejjeż legali, kif ukoll aktar aċċessibbli u effiċjenti, u b'hekk tiżdied iċ-ċertezza tad-dritt; jitlob, għalhekk, lill-Istati Membri parteċipanti li għadhom ma għamlux dan jagħmlu progress, mill-aktar fis possibbli, f'dik li hi ratifika tal-Protokoll tal-Ftehim dwar Qorti Unifikata tal-Privattivi dwar l-applikazzjoni proviżorja, jew jiddikjaraw b'mezzi oħrajn li jintrabtu b'dan il-Protokoll biex jippermettu lill-pakkett tal-privattiva unitarja jibda jitħaddem malajr;

7.  Jenfasizza li l-privattiva unitarja hija għażla supplimentari parallela għall-privattivi nazzjonali u jinkoraġġixxi lill-Istati Membri li għadhom ma bdewx jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa għall-ħolqien ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja u/jew għadhom ma aderewx mal-Ftehim QUP, ikomplu bil-proċess li se jwassalhom għall-parteċipazzjoni sħiħa; ifakkar li l-SMEs innovattivi jibbenefikaw minn sistema ta' privattivi Ewropea konsistenti u jissottolinja li l-Ftehim QUP u r-Regoli ta' Proċedura tiegħu jirrappreżentaw soluzzjoni bbilanċjata b'attenzzjoni li tirrifletti l-prinċipji fundamentali tal-Unjoni tal-proporzjonalità, il-flessibbiltà, il-ġustizzja u l-ekwità; jieħu nota tar-roħs tat-tariffi u tar-rimborż tat-tariffi għall-SMEs fil-qafas tar-Regoli ta' Proċedura tal-QUP;

8.  Jilqa' pożittivament is-sistema ta' riżoluzzjoni alternattiva ta' punt uniku ta' servizz li għandha tiġi stabbilita skont l-Artikolu 35 tal-Ftehim QUP, li ma tinterferix fis-sistemi nazzjonali attwali, sabiex id-dritt tal-partijiet għall-ġustizzja ma jkunx preġudikat; jitlob lill-Istati Membri jippermettu l-introduzzjoni rapida taċ-ċentru tal-arbitraġġ u tal-medjazzjoni dwar il-privattivi u jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta jekk iċ-ċentru jistax, fit-terminu medju jew twil, jittratta t-tilwim kollu dwar il-PI; jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi tal-Istati Membri maħsuba biex isibu soluzzjonijiet xierqa biex jinstab tarf tal-effetti li nibtu minħabba l-Brexit;

Ċertifikati ta' protezzjoni supplimentari

9.  Jisħaq li r-reġim taċ-ċertifikat ta' protezzjoni supplimentari fl-UE, filwaqt li huwa ta' rilevanza prattika kbira, ibati minn implimentazzjoni frammentata fl-Istati Membri kollha; iħeġġeġ lill-Kummissjoni toħroġ linji gwida għall-Istati Membri u tindirizza din il-frammentazzjoni, anki permezz ta' proposti leġiżlattivi bbażati fuq valutazzjoni tal-impatt eżawrjenti;

10.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-pakkett tal-privattiva unitarja ma jipprevedix titolu unitarju taċ-ċertifikat ta' protezzjoni supplimentari u jistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw l-istabbiliment ta' tali titolu bħala estensjoni loġika tal-protezzjoni tal-privattiva unitarja;

11.  Jitlob lill-Kummissjoni, fl-assenza ta' titolu unitarju taċ-ċertifikat ta' protezzjoni supplimentari, tiżgura koerenza bejn ir-reġim li se jidħol tal-privattiva unitarja u r-reġim attwali taċ-ċertifikat ta' protezzjoni supplimentari fl-UE billi tiċċara li ċ-ċertifikati ta' protezzjoni supplimentari nazzjonali jistgħu jingħataw mill-uffiċċji nazzjonali tal-privattivi abbażi ta' privattiva unitarja;

12.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni tixtieq tivvaluta l-impatt potenzjali ta' proposta għal ċertifikat ta' protezzjoni supplimentari unitarju; josserva li l-introduzzjoni ta' titolu unitarju ta' ċertifikat ta' protezzjoni supplimentari b'kundizzjoni sospensiva skont id-deċiżjoni formali fil-livell nazzjonali tista' anki ssir qabel ma tidħol fis-seħħ il-privattiva unitarja, u jissuġġerixxi għaldaqstant li tingħata kunsiderazzjoni lill-estensjoni tal-mandat tal-UEP biex l-eżami tal-applikazzjonijiet għal ċertifikat ta' protezzjoni supplimentari jkun jista' jsir abbażi ta' regoli unifikati;

13.  Jindika li l-ineffiċjenzi fil-proċeduri tal-għoti ta' ċertifikat ta' protezzjoni supplimentari jostakolaw lill-innovaturi u lill-produtturi askapitu tal-aċċess ekwu tal-pazjenti għat-trattamenti u li huwa essenzjali li jkun hemm kundizzjonijiet ta' parità għall-produtturi ta' mediċini ġeneriċi u bijosimili fl-Unjoni; jenfasizza, għaldaqstant, li l-abbużi ta' applikazzjonijiet diviżjonali għall-privattivi u tar-rabta bejn il-privattivi (patent linkage) għandhom jiġu indirizzati b'mod effikaċi; ifakkar li l-innovazzjoni għandha tissodisfa l-bżonnijiet l-aktar urġenti tas-soċjetà u li l-provvisti f'waqthom ta' mediċini, inklużi dawk ġeneriċi u bijosimili, għandhom ikunu promossi f'dan il-kuntest, kif ukoll l-aċċessibbiltà f'dawk li huma prezzijiet u d-disponibbiltà f'qasir żmien; jisħaq fuq il-fatt li r-reviżjoni possibbli tal-hekk imsejħa eżenzjoni Bolar, li tippermetti li jsiru provi fuq prodotti koperti bi privattiva bħala appoġġ għall-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' mediċini ġeneriċi u bijosimili mingħajr ma jitqiesu bħala ksur tad-drittijiet ta' privattiva jew taċ-ċertifikati ta' protezzjoni supplimentari għall-prodotti mediċinali, kif ukoll it-tqegħid fis-suq effikaċi u immedjat wara l-iskadenza tad-drittijiet ta' privattiva u taċ-ċertifikati ta' protezzjoni supplimentari, tista' ssir biss wara valutazzjoni tal-impatt komprensiva;

14.  Jissottolinja r-rwol importanti li jiżvolġu l-investimenti pubbliċi fir-R&Ż, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li r-riżultati tar-R&Ż iffinanzjati pubblikament fis-settur farmaċewtiku jkunu trasparenti sabiex il-kundizzjonijiet tal-privattivi u tal-ħruġ ta' liċenzji jiggarantixxu redditu fuq l-investimenti pubbliċi fis-saħħa pubblika;

Privattivi essenzjali għal standard

15.  Jirrikonoxxi li l-informazzjoni dwar l-eżistenza, il-kamp ta' applikazzjoni u r-rilevanza tal-privattivi essenzjali għal standard (SEPs) hija importanti għal negozjati ekwi relatati mal-ħruġ ta' liċenzji li jippermettu lill-utent potenzjali tal-istandards jidentifika l-kobor tal-esponiment tiegħu għall-SEPs u l-konċedenti ta' liċenzja possibbli; jinnota li għalkemm fil-biċċa l-kbira tal-każijiet iseħħu negozjati bona fide bejn il-partijiet disposti, l-SEPs ta' spiss ikunu s-suġġett ta' tilwim; jissuġġerixxi lill-Kummissjoni tanalizza inċentivi possibbli għan-negozjati li jevitaw it-tilwim billi dawn ikunu jevitaw l-ispejjeż assoċjati mat-tilwim u jnaqqsu problemi oħra relatati;

16.  Jisħaq li ħafna applikazzjonijiet għall-privattivi ddikjarati potenzjalment essenzjali f'organizzazzjonijiet għall-iżvilupp tal-istandards matul il-proċess tal-istabbiliment tal-istandards jistgħu eventwalment ma jkunux essenzjali għall-istandard kif finalment adottat jew wara l-għoti tal-privattiva, u li mekkaniżmu ta' skrutinju xieraq u tassew indipendenti u trasparenti jsaħħaħ it-trasparenza u jżid iċ-ċertezza tad-dritt; jilqa' pożittivament, f'dan ir-rigward, l-istudju pilota għall-valutazzjoni tal-essenzjalità tal-SEPs(17);

17.  Jitlob lill-Kummissjoni tkompli tinvestiga, flimkien mal-atturi rilevanti, ir-rekwiżiti għal sistema indipendenti, newtrali u trasparenti ta' kontrolli tal-essenzjalità ta' partijiet terzi billi tidentifika d-domanda għal, tivvaluta l-impatt ta' u tiddefinixxi r-rwol li r-riżorsi bħat-teknoloġiji emerġenti bħall-IA u teknoloġiji relatati u/jew l-għarfien espert tekniku li ngħataw mill-UEP jista' jkollhom f'dak il-kuntest, u tuża l-għarfien miksub bħala kontribut għall-inizjattiva leġiżlattiva dwar l-SEPs prevista għall-bidu tal-2022 abbażi ta' valutazzjonijiet tal-impatt xierqa;

18.  Jirrikonoxxi l-importanza ta' sistema ta' ħruġ ta' liċenzji bbilanċjata għall-SEPs u jisħaq fuq l-importanza ta' regoli stabbli, effiċjenti u ġusti f'dan ir-rigward; jissottolinja li l-kundizzjonijiet FRAND (ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji) huma termini ġuridiċi vagi li jnkludu inċertezza tad-dritt, u jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja l-iżviluppi tas-settur u tixħet dawl aktar qawwi fuq aspetti varji tal-kundizzjonijiet FRAND kif ukoll fuq il-ġurisprudenza u anki billi jinħatar osservatorju (ċentru ta' kompetenza) għal dan il-għan; ifakkar fl-appell preċedenti tal-Parlament biex il-Kummissjoni tippubblika rapporti annwali li jevidenzjaw każijiet effettivi ta' inosservanza tal-kundizzjonijiet FRAND u l-hekk imsejħa mġiba ta' "patent hold-up" u "patent hold-out";

19.  Jisħaq fuq l-importanza li tiżdied it-trasparenza tal-bażijiet tad-data tal-organizzazzjonijiet għall-iżvilupp tal-istandards u jistieden lil dawn tal-aħħar jaġġornaw is-sistema ta' dikjarazzjoni u l-bażijiet tad-data tagħhom; jenfasizza, f'dan il-kuntest, l-Artikolu 9(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2012(18) li jipprevedi li l-UEP hija fdata bil-kompitu li tirċievi u tirreġistra l-impenji tagħhom tal-liċenzjar meħuda mill-propjetarju tal-privattiva unitarja f'korpi internazzjonali ta' standardizzazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tosserva l-imġiba tal-kumpaniji ta' pajjiżi terzi fil-korpi internazzjonali ta' standardizzazzjoni li, flimkien mad-deċiżjonijiet reċenti tal-qrati barranin, tpoġġi lill-kumpaniji Ewropej fi żvantaġġ notevoli billi timmina l-kompetittività tas-suq Ewropew;

20.  Josserva l-importanza tat-trasprenza u l-bżonn li tingħata b'mod proattiv l-informazzjoni neċessarja minn qabel meta tinħareġ il-liċenzja ta' privattivi essenzjali għal standard f'kundizzjonijiet FRAND b'tali mod li se jiżgura eżitu ġust tan-negozjati bona fide bejn il-partijiet; jenfasizza li l-kwistjoni marbuta mal-fatt li detentur ta' SEP jistax jagħżel il-livell ta' liċenzja f'katina tal-provvista jew li xi kumpanija fil-katina tal-valur iridx ikollha aċċess għal liċenzja għadhom mhumiex ċari u, għaldaqstant, jitlob lill-Kummissjoni tikkoopera mal-partijiet ikkonċernati rilevanti biex isibu approċċ għal din il-kwistjoni u jindirizzawha;

21.  Jenfasizza l-valur tal-inizjattivi volontarji attwali mmexxija mis-settur bil-għan li jiġi ffaċilitat il-ħruġ ta' liċenzji tal-SEPs għall-internet tal-oġġetti, pereżempju aggregazzjonijiet multilaterali, li jgħaqqdu l-maġġoranza l-kbira tal-iżviluppaturi ta' teknoloġiji ċellulari fil-livell Ewropew u internazzjonali;

Indikazzjonijiet ġeografiċi

22.  Ifakkar li madwar 3 300 prodott huma protetti mill-UE bħala indikazzjonijiet ġeografiċi (IĠ) u li l-valur annwali ta' dawn il-prodotti kollha żdied għal aktar minn EUR 75 biljun u, għalhekk, jilqa' l-inizjattivi u l-azzjonijiet li jsaħħu, jimmodernizzaw, jissemplifikaw u jinfurzaw aħjar is-sistema tal-IĠ għall-prodotti agrikoli, l-ikel, l-inbejjed u l-ispirti sabiex jagħmluha aktar preċiża u effettiva, peress li jikkontribwixxu għall-ħolqien u l-protezzjoni ta' impjiegi ta' kwalità, għall-promozzjoni tas-sostenibbiltà soċjali, ambjentali u ekonomika fiż-żoni rurali, u għat-trawwim tad-diversità kulturali Ewropea;

23.  Iqis li l-kwistjoni tat-tqegħid ta' piż żejjed fuq il-produtturi bl-amministrazzjoni marbuta mar-reġistrazzjoni, l-emendar u l-ġestjoni tal-IĠ u tal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti (STG) għandha tkun fil-qalba tad-diskussjonijiet futuri; ifakkar li l-proċeduri li jemendaw l-ispeċifikazzjonijiet għall-IĠ ġew issemplifikati u integrati għall-inbid u l-prodotti agroalimentari bħala parti mir-rieżami tar-riforma tal-politika agrikola komuni, u li dan l-approċċ għandu jissaħħaħ fil-futur;

24.  Ifakkar li ż-żrieragħ prodotti mill-azjendi agrikoli stess huma stmati li jammontaw għal aktar minn 80 % tal-ħtiġijiet totali ta' żrieragħ tal-bdiewa f'xi pajjiżi Afrikani; jitlob li l-UE tappoġġja r-reġimi tad-DPI li jtejbu l-iżvilupp ta' varjetajiet ta' żrieragħ adattati lokalment u żrieragħ prodotti mill-azjendi agrikoli stess, skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat Internazzjonali dwar ir-Riżorsi Ġenetiċi tal-Pjanti għall-Ikel u l-Agrikoltura (ITPGRFA) u l-Artikolu 19 tad-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bdiewa u ta' Persuni Oħra li Jaħdmu f'Żoni Rurali;

25.  Iqis li huwa essenzjali li d-DPI jiġu protetti b'tali mod li jippromwovi r-riċerka u l-innovazzjoni, b'mod partikolari bl-għan li jiġu introdotti varjetajiet agrikoli aktar reżiljenti biex ilaħħqu mat-tibdil fil-klima, jinkisbu mudelli tal-biedja sostenibbli u agroekoloġiċi li jipproteġu r-riżorsi naturali u jirrispettaw il-potenzjal ta' materjal riproduttiv u eteroġenju mhux protett fis-settur organiku; jenfasizza li l-protezzjoni tad-drittijiet tal-varjetajiet tal-pjanti hija essenzjali u teħtieġ sistema ta' protezzjoni b'saħħitha u infurzabbli fl-UE u għalhekk jenfasizza r-rwol importanti tas-sistemi Komunitarji tad-drittijiet tal-varjetajiet tal-pjanti u tal-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Varjetajiet Ġodda tal-Pjanti; jirrimarka li d-DPI jridu jikkontribwixxu wkoll għas-sigurtà tal-ikel u għar-reżiljenza u l-kompetittività tal-mudell agroalimentari tal-UE;

26.  Jenfasizza li għandhom isiru aktar sforzi biex tiżdied it-trasparenza dwar l-istatus u l-jedd għall-privattiva tal-materjal bijoloġiku; jirrimarka li n-nissiela għandhom jingħataw aċċess adegwat għall-informazzjoni dwar il-materjal bijoloġiku li se jużaw fil-proċess tat-tnissil tal-pjanti; jenfasizza li l-Kummissjoni għandha timplimenta metodi ġodda għal konsultazzjoni effettiva u skambju ta' informazzjoni; jopponi kwalunkwe għoti ta' privattivi għall-annimali ħajjin;

27.  Jemmen li r-rikonoxximent tal-IĠ għall-prodotti mhux agrikoli huwa rilevanti għall-prijoritajiet tal-programmi tal-UE li qed jiġu żviluppati, inklużi dawk tal-istrateġija industrijali, permezz tal-iżvilupp ta' ktajjen tal-provvista qosra, kif ukoll il-Patt Ekoloġiku billi jiġu mrawma l-prodotti magħmula lokalment b'aktar traċċabbiltà u trasparenza dwar l-oriġini tal-prodott u l-proċessi tal-manifattura użati;

28.  Jappoġġja lill-Kummissjoni fl-inizjattiva tagħha li, fuq il-bażi ta' valutazzjoni tal-impatt bir-reqqa, tistabbilixxi protezzjoni sui generis effiċjenti u trasparenti tal-UE tal-indikazzjonijiet ġeografiċi (IĠ) għall-prodotti mhux agrikoli, li jidentifikaw prodott bħala li joriġina fit-territorju ta' Stat Membru jew f'reġjun jew f'lokalità f'dak it-territorju, fejn kwalità, reputazzjoni jew karatteristika oħra partikolari tal-prodott tkun essenzjalment attribwibbli għall-oriġini ġeografika tiegħu, sabiex ikun hemm allinjament, fost oħrajn, mal-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi, li l-UE iffirmat u li jinkludi l-possibbiltà li l-IĠ jiġu protetti għall-prodotti kemm agrikoli kif ukoll mhux agrikoli; jistenna li l-Kummissjoni tipproponi leġiżlazzjoni dwar dan mill-aktar fis possibbli u sa mhux aktar tard minn tmiem l-2021;

29.  Jenfasizza li l-introduzzjoni ta' sistema ta' protezzjoni sui generis tal-UE tal-IĠ għall-prodotti mhux agrikoli għandu jkollha l-għan li ġġib benefiċċji għall-konsumaturi, billi tiffaċilita l-għarfien tal-indikazzjonijiet ta' awtentiċità tal-prodotti, ikollha impatt ekonomiku pożittiv fuq l-intrapriżi mikro u l-SMEs billi tinkoraġġixxi l-kompetittività, u jkollha impatt ġenerali fuq l-impjiegi, l-iżvilupp u t-turiżmu fiż-żoni rurali u fiż-żoni inqas żviluppati, u dan jista' b'mod partikolari jgħin l-irkupru tal-UE wara l-kriżi tal-COVID-19; jemmen li tali protezzjoni sui generis tal-IĠ mhux agrikoli tiffaċilita wkoll l-aċċess għas-swieq ta' pajjiżi terzi permezz ta' ftehimiet kummerċjali tal-UE; iqis, madankollu, li s-sistema trid tipprevedi s-salvagwardji meħtieġa, inklużi mekkaniżmi effettivi u trasparenti ta' applikazzjoni u oppożizzjoni;

30.  Jieħu nota tal-fatt li l-protezzjoni attwali tat-trademark tal-UE ma tippermettix lill-produtturi jiċċertifikaw ir-rabta bejn il-kwalità u l-oriġini ġeografika, u li xi Stati Membri diġà stabbilew sistemi nazzjonali ta' protezzjoni sui generis għall-IĠ għal prodotti mhux agrikoli, minħabba n-nuqqas ta' sistema armonizzata ta' protezzjoni, li twassal għall-frammentazzjoni fis-suq u inċertezza tad-dritt, u li tiġġenera wkoll impatti għad-detriment tal-produtturi; huwa tal-fehma li protezzjoni armonizzata fil-livell tal-Unjoni toħloq iċ-ċertezza tad-dritt meħtieġa għall-atturi kollha flimkien mal-prevenzjoni garantita tal-ksur tal-DPI għall-prodotti manifatturati u artiġjanali sabiex l-UE tkun tista' tipproteġi aħjar l-interessi tagħha fil-livell internazzjonali;

31.  Jissuġġerixxi li l-EUIPO jiġi assenjat ir-responsabbiltà għall-istabbiliment ta' reġistru għall-IĠ mhux agrikoli sabiex jiġu żgurati l-eżami u l-protezzjoni uniformi tagħhom fl-Unjoni kollha;

Reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-disinji

32.  Jenfasizza li s-sistema attwali ta' protezzjoni tad-disinji fil-livell tal-UE ġiet stabbilita 20 sena ilu u għandha tiġi riveduta; jilqa' għalhekk ir-rieda tal-Kummissjoni li timmodernizza l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-disinji sabiex tappoġġja aħjar it-tranżizzjoni lejn ekonomija diġitali, sostenibbli u ekoloġika; jistieden lill-Kummissjoni biex, minn naħa waħda, taġġorna l-proċedura ta' reġistrazzjoni biex tippermetti li forom ġodda ta' disinn, bħall-interfaċċi grafiċi għall-utenti, id-disinji virtwali u animati, il-fonts u l-ikoni, u dawk rilevanti wara li jsiru żviluppi u teknoloġiji ġodda jiġu protetti b'mod faċli u inqas oneruż, u, min-naħa l-oħra tkompli tarmonizza aktar il-proċeduri ta' applikazzjoni u invalidazzjoni fl-Istati Membri;

33.  Jinnota li l-protezzjoni tad-disinji għall-parts użati għat-tiswija ta' prodotti kumplessi hija biss parzjalment armonizzata; jindika li xi Stati Membri diġà introduċew "eċċezzjoni tal-parts tal-bdil (spare parts)" jew "klawżola tat-tiswija" fil-leġiżlazzjoni tagħhom, li tippermetti li partijiet komponenti ta' prodotti kumplessi jiġu mmanifatturati u mibjugħa mingħajr ma jinkisru d-DPI; jinnota li dan joħloq frammentazzjoni fis-suq intern u inċertezza tad-dritt; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tinkludi "klawżola tat-tiswija" fil-proposta futura tagħha, li se tikkontribwixxi għall-appoġġ tat-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar sostenibbli u aktar ekoloġika u tevita d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni;

34.  Jemmen li s-sistema ta' protezzjoni tad-disinji tal-UE għandha tkun allinjata mas-sistema tat-trademarks tal-UE sabiex tippermetti lid-detenturi ta' disinji iżommu lill-prodotti li jiksru d-disinn milli jidħlu fit-territorju doganali tal-UE, peress li d-drittijiet marbuta mat-trademarks huma infurzabbli kontra l-merkanzija illegali li tgħaddi mill-UE, filwaqt li d-drittijiet marbuta mad-disinji mhumiex; jistieden lill-Kummissjoni telimina din id-diskrepanza fir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni dwar id-disinji u tagħmilha possibbli li s-sidien tal-marki jwaqqfu d-disinn ta' prodotti kontrafatti li jgħaddu mill-UE;

35.  Jinsab konvint li l-protezzjoni tad-disinji għandha tiġi offruta b'mod uniformi fis-suq uniku kollu u jissuġġerixxi li l-Kummissjoni taħseb dwar l-allinjament tad-Direttiva dwar id-Disinn u r-Regolament dwar id-Disinn Komunitarju bil-għan li tinħoloq ċertezza tad-dritt akbar;

Il-ġlieda kontra l-ksur tad-DPI

36.  Jirrimarka li l-oġġetti kontrafatti, bħal, pereżempju, il-mediċini kontrafatti jew it-tagħmir protettiv personali jew il-maskri kontrafatti fil-kuntest ta' kriżi tas-saħħa bħall-pandemija tal-COVID-19 joħolqu theddid serju għas-saħħa u s-sikurezza taċ-ċittadini tal-UE u jistgħu jikkawżaw ħsara serja lis-saħħa pubblika; isostni li għalkemm l-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom l-għan li jipproteġu l-interessi pubbliċi ġenerali, filwaqt li l-prodotti kontrafatti huma relatati mal-protezzjoni tal-DPI privati, hemm relazzjoni mill-qrib bejn il-prodotti kontrafatti u r-riskji għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi;

37.  Jenfasizza li, fl-2016, sa 6,8 % tal-importazzjonijiet tal-UE, jew valur ta' EUR 121 biljun, kienu prodotti foloz, u li d-disponibbiltà tagħhom fis-suq uniku kkawżat telf dirett fil-bejgħ b'valur ta' EUR 50 biljun u t-telf dirett ta' madwar 416 000 impjieg għall-perjodu 2013-2017(19); jirrimarka li l-ksur tad-DPI jinvolvi livell baxx ta' riskju kemm f'termini tal-probabbiltà li l-ksur jinqabadkif ukoll tas-sanzjoni jekk jinqabad; iħeġġeġ lill-Istati Membri, flimkien mal-Kummissjoni, l-awtoritajiet doganali, l-Aġenzija tal-UE għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), l-Interpol, u l-awtoritajiet inkarigati mill-infurzar tal-liġi jikkoordinaw strateġiji u jiżviluppaw sanzjonijiet effettivi u dissważivi b'mod partikolari sabiex jillimitaw l-ammont ta' prodotti perikolużi mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u jiġġieldu l-kontrafazzjoni u l-piraterija speċjalment meta jkunu konnessi mal-kriminalità organizzata;

38.  Jiddispjaċih dwar l-użu sinifikanti tal-internet għad-distribuzzjoni ta' prodotti kontrafatti, ta' kontenut illegali u ta' servizzi li jiksru d-DPI, b'effetti negattivi sinifikanti għas-settur tal-manifattura tal-UE kif ukoll għas-setturi kreattivi, kulturali u sportivi; jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal Att dwar is-Servizzi Diġitali; jenfasizza l-fatt li l-prinċipju "kun af il-klijent tan-negozju tiegħek" u s-sistema tas-sinjalaturi fdati, ikunu jikkontribwixxu immensament għall-ġlieda kontra l-kontrafazzjoni u li l-IA u l-blockchain jistgħu jaqdu rwol importanti fl-indirizzar determinat tal-merkanzija kontrafatta u pirata disponibbli online kif ukoll jikkontribwixxu għal infurzar imsaħħaħ tad-DPI fil-katina kollha tal-provvista; jappoġġja, għalhekk, l-użu ta' teknoloġiji ġodda għall-ġlieda kontra l-ksur tal-PI u f'dan ir-rigward jilqa' l-pubblikazzjonijiet prodotti mill-Osservatorju tal-EUIPO abbażi ta' elementi konkreti;

39.  Jirrikonoxxi l-potenzjal qawwi tat-teknoloġiji tal-blockchain għar-reġistrazzjoni u l-protezzjoni tad-DPI; jenfasizza li s-sistemi tal-blockchain jistgħu jgħinu biex tiġi żgurata l-katina tal-provvista permezz tat-traċċabbiltà, l-assigurazzjoni tas-sikurezza u l-iżgurar ta' kull pass kontra l-perikli tal-kontrafazzjoni f'kull livell tal-katina tal-provvista; jinnota, b'mod partikolari fir-rigward tar-reġistrazzjoni tad-DPI, il-ħtieġa li l-uffiċċji tal-proprjetà intellettwali (IPOs) jadottaw standards tekniċi għas-soluzzjonijiet tal-blockchain tagħhom sabiex jippermettu l-interoperabbiltà; jissottolinja li l-IA u t-teknoloġiji relatati użati għall-proċedura ta' reġistrazzjoni għall-għoti tad-DPI ma jistgħux jissostitwixxu r-rieżami mill-bniedem imwettaq fuq bażi ta' kull każ għalih sabiex jiġu żgurati l-kwalità u l-ekwità tad-deċiżjonijiet;

40.  Jirrimarka r-rabta bejn il-kriminalità tal-PI u l-kriminalità organizzata serja u internazzjonali; jilqa', għalhekk, id-deċiżjoni tal-Kunsill li l-ksur tal-PI jerġa' jniżżel fil-lista tal-prijoritajiet tal-UE dwar il-kriminalità fil-qafas tal-Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali (EMPACT) għaċ-ċiklu 2022-2025 li ġej, u jitlob lill-Kunsill iżommu f'dik il-lista u jtejjeb il-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-awtoritajiet nazzjonali, l-EUIPO, il-Europol, l-Aġenzija tal-UE għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) u l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF);

41.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni biħsiebha toħroġ sett ta' għodod tal-UE kontra l-kontrafazzjoni sabiex ittejjeb il-kooperazzjoni bejn id-detenturi tad-drittijiet, l-awtoritajiet pubbliċi, l-awtoritajiet inkarigati mill-infurzar tal-liġi fil-livell nazzjonali u tal-UE, u l-intermedjarji billi tkompli tiċċara aktar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet, bil-għan li tiffaċilita l-iskambju effettiv tal-informazzjoni u tad-data bejn l-atturi ewlenin, tippromwovi l-użu ta' għodod ġodda u l-indirizzar determinat tal-attivitajiet ta' kontrafazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjonijiet konkreti biex timmonitorja l-ksur intenzjonat tad-DPI, inkluż fejn il-ksur jintuża in mala fede bħala strateġija kummerċjali intenzjonata, u biex tinsisti għal aktar kontroll u kooperazzjoni transfruntiera bejn l-aġenziji doganali bħala parti mill-ġlieda kontra l-importazzjoni ta' prodotti kontrafatti; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li toħloq sett ta' għodod simili tal-UE għall-ġlieda kontra ksur ieħor tad-DPI;

42.  Jenfasizza li l-edukazzjoni fit-tul dwar l-IP fl-iskejjel, dwar il-kontrazzjoni u l-piraterija tkun meħtieġa wkoll sabiex tinbidel ir-rieda li jiġu kkunsmati prodotti u servizzi li jiksru d-DPI; jistieden lill-Istati Membri, għalhekk, jikkooperaw mal-EUIPO sabiex ivaraw kampanji ta' sensibilizzazzjoni, inkluż fil-qasam tal-istampar 3D; ifakkar li t-teknoloġija tal-istampar 3D tista' tqajjem xi tħassib speċifiku ta' natura ġuridika rigward l-oqsma kollha tad-dritt dwar il-PI, bħad-drittijiet tal-awtur, il-privattivi, id-disinji, it-trademarks tridimensjonali u l-indikazzjonijiet ġeografiċi;

43.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tipproteġi d-DPI u tippromwovi l-infurzar f'pajjiżi mhux tal-UE, inkluż permezz ta' żieda fil-finanzjament għall-programmi ta' kooperazzjoni teknika mmirati tal-UE u għall-bini tal-kapaċità, bħat-tliet programmi ta' kooperazzjoni ewlenin tal-PI li għaddejjin bħalissa maċ-Ċina, mal-Asja tax-Xlokk u mal-Amerka Latina u s-sħubija konġunta mal-kontinent Afrikan biex jiġu promossi l-ġenerazzjoni u l-ġestjoni aħjar tal-PI, u billi jiġu appoġġjati r-reġimi tal-PI li jsaħħu l-iżvilupp agrikolu lokali; jinkoraġġixxi, f'dan il-kuntest, lill-Kummissjoni biex, abbażi tal-esperjenza tal-UE, tgħin lil dawk li jfasslu l-politiki u lill-awtoritajiet tal-infurzar u tipprovdilhom għarfien u linji biex itejbu l-kapaċità tagħhom biex jindirizzaw b'mod determinat il-ksur tad-DPI, u tippromwovi soluzzjonijiet fattibbli, li jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż b'mod sinifikanti u jissemplifikaw il-proċeduri għall-ksib, iż-żamma u l-infurzar tal-protezzjoni tad-DPI, kif ukoll tagħti informazzjoni lid-detenturi tad-drittijiet dwar l-evoluzzjoni tax-xenarju tal-ksur u l-provvista ta' oġġetti kontrafatti;

Sfidi ġodda għat-tfassil tal-politika tal-PI

44.  Jenfasizza li l-protezzjoni tal-PI relatata mat-teknoloġiji tal-IA hija importanti u għandha tiġi kkunsidrata kif dovut, u li għalkemm ir-regoli attwali dwar il-protezzjoni permezz tal-privattivi ta' invenzjonijiet implimentati bil-kompjuter jistgħu jkopru t-teknoloġiji tal-IA, hemm il-ħtieġa ta' kriterji ċari għall-protezzjoni tal-invenzjonijiet iġġenerati bl-assistenza tat-teknoloġiji tal-IA; jitlob lill-Kummissjoni, għalhekk, f'kooperazzjoni mal-UEP u mal-EUIPO, tipprovdi ċertezza tad-dritt dwar dan is-suġġett u ssegwi l-kwistjoni mill-qrib fil-livell internazzjonali fid-WIPO;

45.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jittrasponu d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Awtur mingħajr dewmien u b'mod li jirrifletti l-ftehim li ntlaħaq mill-koleġiżlaturi biex itejbu l-protezzjoni li hija tipprovdi, u jippermettu eċċezzjonijiet bħall-aċċess għall-edukazzjoni online u l-wirt kulturali diġitalizzat; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja l-kuntratti ta' akkwiżizzjoni biex tiżgura r-remunerazzjoni ġusta tal-kreaturi bbażata fuq id-drittijiet tal-awtur jew id-drittijiet tal-awturi; jissottolinja li n-nuqqas ta' armonizzazzjoni tar-regoli dwar is-sjieda tal-awtur u dwar is-sjieda tad-drittijiet tal-awtur jista' jwassal għal soluzzjonijiet nazzjonali diverġenti għax-xogħlijiet assistiti mill-IA;

46.  Jissottolinja li, minkejja livell għoli ta' armonizzazzjoni tad-drittijiet tal-PI madwar l-Ewropa, għad hemm nuqqas ta' infurzar transfruntier effiċjenti ta' dawn id-drittijiet fl-UE;

47.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni ħabbret li se tirrevedi d-Direttiva dwar il-Bażijiet tad-Data sabiex tiffaċilita l-aċċess u l-użu tad-data filwaqt li tissalvagwardja l-interessi leġittimi; jirrimarka li ostakli bla bżonn għadhom qed ixekklu r-riċerka u li għandhom jiġu żviluppati aktar spazji robusti tad-data sabiex ir-riċerkaturi jkunu jistgħu jsibu soluzzjonijiet xjentifiċi, anki f'restrizzjonijiet temporali eċċezzjonali; jenfasizza f'dan ir-rigward ir-rwol tal-limitazzjonijiet u l-eċċezzjonijiet għad-drittijiet esklużivi;

48.  Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-istudju tal-Kummissjoni tal-2016 dwar l-entitajiet li jasserixxu l-privattivi (PAE) fl-Ewropa(20) ma tax tweġiba ċara għall-mistoqsija dwar jekk il-mudelli kummerċjali ta' xi PAE, li jikkonsistu fl-akkwist ta' privattivi minn partijiet terzi u li jfittxu li jiġġeneraw dħul billi jasseruhom kontra allegati kontraventuri permezz tal-użu ħażin tal-asimmetriji tal-litigazzjoni, l-abbuż tal-lakuni fil-leġiżlazzjoni eżistenti, u għalhekk jikkostitwixxu problema li għandha tiġi indirizzata b'mod determinat; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tkompli tissorvelja din il-kwistjoni u twettaq studju fil-fond korrispondenti;

49.  Jilqa' l-isforzi tal-Istati Membri kollha biex jiżguraw li l-qrati jqisu l-prinċipju tal-proporzjonalità meta jkunu qed jittrattaw każijiet ta' inġunzjoni;

50.  Jinnota li l-protezzjoni tad-DPI hija essenzjali biex jiġu inċentivati r-riċerka u l-produzzjoni ta' prodotti u proċessi innovattivi, inklużi mediċini ġodda, iżda jinsab konvint li biex issir il-ġlieda kontra l-emerġenzi globali tas-saħħa, tiġi indirizzata l-aċċessibbiltà ta' ċerti prodotti mediċi, u jkunu jistgħu jsiru l-interventi li jsalvaw il-ħajja fl-interess pubbliku, huma importanti l-akkomunament volontarju tal-privattivi, il-ħruġ obbligatorju tal-liċenzji u l-flessibbiltajiet previsti fil-Ftehim TRIPS tad-WTO; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tanalizza u tesplora għażliet possibbli biex tiżgura l-effettività u l-koordinament aħjar tal-ħruġ obbligatorju tal-liċenzji fl-UE, filwaqt li tqis il-każijiet li fihom dan ikun intuża fl-Unjoni, ir-raġunijiet għall-użu tiegħu, il-kundizzjonijiet li bihom ikun ingħata, il-konsegwenzi ekonomiċi tiegħu u jekk dan kisibx l-effett mixtieq;

51.  Jisħaq fuq il-fatt li tqassim aktar ekwu tal-vaċċini fid-dinja kollha huwa essenzjali għall-ġlieda effettiva kontra t-tixrid tal-COVID-19 u l-mutazzjonijiet tagħha, u li hemm il-ħtieġa li jingħata appoġġ għall-aċċess globali għall-vaċċini kontra l-COVID-19; jinnota li n-nuqqas ta' aċċess għal vaċċini bi prezzijiet aċċessibbli għadu sfida mill-akbar fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw; jappoġġja, għaldaqstant, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jħeġġu, fl-isforzi tagħhom, lill-pajjiżi li mhumiex fl-UE ineħħu l-projbizzjonijiet attwali minn fuq l-esportazzjoni u jżidu d-donazzjoni tal-vaċċini; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jżidu l-isforzi tagħhom biex jappoġġjaw it-trasferiment tat-teknoloġiji u l-ħruġ volontarju tal-liċenzji għad-DPI sabiex jittejjeb l-aċċess globali għall-prodotti mediċi relatati mal-COVID-19 li huma ekonomikament aċċessibbli, jiġu indirizzati r-restrizzjonijiet globali fuq il-produzzjoni u l-iskarsezzi tal-provvisti, u b'hekk jiġi ttrattat il-mard infettiv endemiku jew pandemiku fil-popolazzjoni dinjija;

52.  Jilqa' l-fatt li l-pajjiżi l-anqas żviluppati diġà jgawdu minn eżenzjoni, mogħtija sal-1 ta' Jannar 2033, fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet TRIPS dwar il-prodotti farmaċewtiċi; iħeġġeġ, għaldaqstant, lill-Kummissjoni tagħti segwitu, f'kooperazzjoni mad-WTO, għall-wegħda tagħha li tidħol f'negozjati attivi u kostruttivi, ibbażati fuq testi, fil-livell tad-WTO sabiex issir ħidma fuq l-inċentivazzjoni u l-għoti ta' appoġġ għaż-żieda fil-kapaċitajiet ta' produzzjoni tal-vaċċini fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u fuq l-inċentivazzjoni tal-akkomunament volontarju u rapidu tad-DPI fi żminijiet ta' kriżi kif ukoll tal-ftehimiet dwar il-ħruġ volontarju tal-liċenzji, u tvara djalogu dwar l-ostakli attwali għall-ħruġ volontarju tal-liċenzji u kif dawn l-ostakli jistgħu jingħelbu;

53.  Jissuġġerixxi li jiġi stabbilit koordinatur tal-PI fil-livell Ewropew sabiex jiġi żgurat approċċ olistiku u kkoordinat għall-politika tal-UE dwar il-PI u tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali differenti tal-PI, id-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni u korpi oħra responsabbli mid-DPI, bħall-UEP, l-EUIPO u d-WIPO u atturi rilevanti oħra; il-koordinatur tal-PI jista' jkompli jippromwovi aktar il-ġlieda kontra l-ksur tad-DPI fl-ogħla livell politiku u jassumi dmirijiet oħra relatati mad-DPI jekk ikun meħtieġ;

54.  Jiddefendi l-idea li l-promozzjoni ta' ġestjoni aħjar tal-PI fil-komunità tar-riċerka u l-innovazzjoni hija meħtieġa sabiex ir-riċerka eċċellenti tal-Ewropa tiġi materjalizzata f'innovazzjonijiet li huma ta' benefiċċju għaċ-ċittadini u n-negozji tagħha; jenfasizza li, f'dan il-kuntest, il-PI ffinanzjata pubblikament trid tintuża b'mod ekwu u effettiv, u li r-riżultati miksuba bil-fondi tal-UE għandhom jintużaw biex l-ekonomija tal-UE tittejjeb għal kulħadd;

55.  Ifakkar li s-setturi b'intensità ta' DPI jiġġeneraw il-biċċa l-kbira tal-attivitajiet kummerċjali tal-UE u li l-protezzjoni u l-infurzar tad-DPI fil-pajjiżi terzi huma essenzjali wkoll; jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li tfittex protezzjoni robusta għall-PI fil-ftehimiet ta' kummerċ ħieles futuri; jitlob lill-Kummissjoni titlob li l-infurzar tad-DPI jiġi indirizzat fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) u fid-WIPO;

56.  Ifakkar li waħda mill-isfidi ewlenin għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw hija li jitilgħu 'l fuq fil-katina tal-valur globali permezz tad-diversifikazzjoni ekonomika, li tirrikjedi regoli kummerċjali globali ekwi u li jiffavorixxu l-iżvilupp;

57.  Iħeġġeġ lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw isaħħu l-ktajjen tal-valur reġjonali u l-kummerċ intrareġjonali u l-investimenti fis-saħħa u f'oqsma relatati mas-saħħa, partikolarment permezz ta' sforzi kollettivi ta' R&Ż fir-riċerka medika u l-akkomunament reġjonali tar-riżorsi; jinnota bi tħassib li, skont il-Global Trade Alert, sal-21 ta' Marzu 2020, mill-bidu tas-sena 54 gvern kienu daħħlu limitazzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' provvisti mediċi ewlenin; jenfasizza li l-patti kummerċjali reġjonali għandhom jintużaw għall-prevenzjoni ta' projbizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti ewlenin fi żminijiet ta' skarsezzi globali u reġjonali, bħal fil-każ tal-kriżi pandemika li għaddejja;

o
o   o

58.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 175, 20.6.2013, p. 1.
(2) ĠU L 271, 24.10.2019.
(3) ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17.
(4) ĠU L 153, 11.6.2019, p. 1.
(5) ĠU L 130, 17.5.2019, p. 92.
(6) ĠU L 136, 30.4.2004, p. 34.
(7) ĠU L 157, 30.4.2004, p. 45.
(8) ĠU L 289, 28.10.1998, p. 28.
(9) ĠU L 3, 5.1.2002, p. 1.
(10) ĠU C 407, 4.11.2016, p. 25.
(11) ĠU C 404, 6.10.2021, p. 129.
(12) Testi adottati, P9_TA(2021)0236.
(13) ĠU C 349, 17.10.2017, p. 2.
(14) ĠU C 371, 15.9.2021, p. 102.
(15) UEP-EUIPO, IPR-intensive industries and economic performances in the EU: Industry-level analysis report (Setturi b'intensità għolja ta' DPI u prestazzjonijiet ekonomiċi fl-UE: rapport ta' analiżi settorjali), it-tielet edizzjoni, Settembru 2019.
(16) ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17.
(17) Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea Pilot study for Essentiality Assessment of Standard Essential Patents (Studju Pilota għall-Valutazzjoni tal-Essenzjalità tal-Privattivi Essenzjali għal Standard), 2020.
(18) Regolament (UE) Nru 1257/2012 tal-parlament ewropew u tal-kunsill tas- 17 ta’ Diċembru 2012 li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja (ĠU L 361, 31.12.2012, p. 1).
(19) EUIPO, 2020 Status Report on IPR infringement: average annual figures, 2013-2017 (Rapport tas-Sitwazzjoni dwar il-ksur tad-DPI 2020: ċifri annwali medji, 2013-2017).
(20) Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea Patent Assertion Entities in Europe: Their impact on innovation and knowledge transfer in ICT markets (L-Entitajiet li Jasserixxu l-Privattivi fl-Ewropa: l-impatt tagħhom fuq l-innovazzjoni u t-trasferiment tal-għarfien fis-swieq tal-ICT), 2016.


L-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej
PDF 175kWORD 54k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2021 dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (2021/2018(INI))
P9_TA(2021)0454A9-0294/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u (10)4 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 224 u 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej(1) (minn hawn 'il quddiem "ir-Regolament"), kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2018/673 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Mejju 2018(2) u r-Regolament (UE, Euratom) 2019/493 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 2019(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 38(1) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni(4) (ir-Regolament Finanzjarju),

–  wara li kkonsulta lill-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej (minn hawn 'il quddiem "l-Awtorità") u r-rapporti ta' attività annwali tagħha,

–  wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew lill-Bureau tad-19 ta' April 2021 dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, fil-livell Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A9-0294/2021),

A.  billi partiti u fondazzjonijiet politiċi b'saħħithom fil-livell tal-UE huma essenzjali għall-iżvilupp ta' sfera politika tassew tal-UE;

B.  billi l-partiti politiċi Ewropej għandu jkollhom rwol aktar ċentrali fil-proċess tal-elezzjonijiet Ewropej u jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-għarfien politiku tal-UE u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-UE; billi d-diversità politika hija essenzjali għad-diskors pubbliku u għall-espressjoni tal-għażliet taċ-ċittadini;

C.  billi l-partiti ma jistgħux jitqiesu bħala entitajiet mhux partiġġjani matul il-kompetizzjoni politika u billi l-finanzjament tagħhom ma jistax ikun limitat għal spejjeż apolitiċi;

D.  billi l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għandhom mandat li jinkludi s-sensibilizzazzjoni politika u l-kontribut għad-dibattitu dwar kwistjonijiet ta' politika tal-UE u l-proċess ta' integrazzjoni Ewropea, u fi ħdan dan il-qafas huma jiżviluppaw ukoll offerti li mhumiex esklussivament diretti lejn il-membri jew il-votanti ta' partit partikolari, iżda huma miftuħa għal kulħadd bl-istess termini;

E.  billi l-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għandhom jikkooperaw mal-partiti membri nazzjonali u mas-sħab tagħhom, sabiex jappoġġjawhom fit-tqarrib tal-Unjoni u l-politiki tagħha lejn iċ-ċittadini u biex iżidu l-leġittimità demokratika;

F.  billi l-partiti politiċi Ewropej għandhom jikkooperaw mal-kontropartijiet nazzjonali korrispondenti tagħhom biex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni interattiva fi kwistjonijiet tal-UE;

G.  billi sabiex ikomplu jkunu konxji mir-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni u sabiex jesprimuha, huwa essenzjali li r-rwol u l-funzjonament tal-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej ma jkunux limitati għal kwistjonijiet ta' rilevanza esklussivament Ewropea fil-livell tal-Unjoni; billi dawk il-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għandhom jitħallew jużaw il-fondi tagħhom sabiex jiffinanzjaw kwalunkwe attività li tikkontribwixxi biex tinforma liċ-ċittadini tal-UE u żżid l-għarfien dwar kwistjonijiet relatati mal-politiki tal-UE;

H.  billi mezzi finanzjarji suffiċjenti huma prerekwiżit biex il-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej jassumu l-kompiti tagħhom, filwaqt li trasparenza u obbligu ta' rendikont sħaħ għandhom ikunu kundizzjoni biex jirċievu fondi pubbliċi mill-baġit tal-Unjoni;

I.  billi l-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej jista' jkollhom rwol fil-promozzjoni tal-politiki tal-UE dwar il-pajjiżi ġirien fl-ambitu tal-politika barranija u ta' sigurtà komuni u bħala parti mir-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni; billi għandhom għalhekk ikunu miftuħa għas-sħubija minn partiti jew individwi minn dawn il-pajjiżi u jitħallew jirċievu kontribuzzjonijiet mingħandhom, dment li jiġu żgurati trasparenza sħiħa u konformità mal-Artikolu 325 tat-TFUE u r-regoli tal-Unjoni dwar il-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni;

J.  billi għandu jkun possibbli għall-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej li jkollhom kategoriji addizzjonali ta' dħul għajr il-kontribuzzjonijiet u d-donazzjonijiet;

K.  billi allinjament tar-rata ta' kofinanzjament għall-partiti politiċi Ewropej mal-livell impost fuq il-fondazzjonijiet politiċi jipprevjeni l-akkumulazzjoni tad-dejn;

L.  billi s-sistema għall-kontroll amministrattiv tan-nefqa għandha tiġi ssimplifikata, b'rispett dovut għat-trasparenza u l-użu xieraq tal-fondi pubbliċi, u r-rekwiżit li jiġu ppreżentati kontijiet skont l-Istandards Internazzjonali ta' Rapportar Finanzjarju għandu jitneħħa minħabba li ma jikkorrispondix man-natura tal-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, u jirrappreżenta piż bla bżonn li jieħu ħafna ħin u li huwa għali;

M.  billi allinjament tal-perjodu ta' trasferiment għall-fondazzjonijiet politiċi Ewropej mar-rekwiżiti imposti fuq il-partiti politiċi jevita awditjar tat-tieni livell u għalhekk inaqqas b'mod sinifikanti l-piż amministrattiv fuq il-fondazzjonijiet;

Evalwazzjoni tal-applikazzjoni tar-Regolament

1.  Ifakkar li r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej huwa l-qafas legali li jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi legali tagħhom; jenfasizza li l-finanzjament mogħti fl-ambitu tar-Regolament jagħmel parti mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u għaldaqstant għandu jkun implimentat skont ir-Regolament Finanzjarju, b'enfażi fuq il-prinċipju ġenerali tal-ġestjoni finanzjarja tajba;

2.  Jinnota li l-2018 kienet l-ewwel sena ta' implimentazzjoni tar-Regolament; jilqa' r-rapport annwali tal-attività tal-2019 ippreżentat mill-Awtorità; jieħu nota tal-attivitajiet u l-isfidi ewlenin iffaċċjati matul l-2019; jinnota li l-Awtorità wettqet l-ewwel rieżami tagħha tal-kontijiet tal-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej fil-kuntest tal-elezzjonijiet Ewropej tal-2019, filwaqt li żgurat konformità mar-Regolament, filwaqt li d-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament Ewropew żgura konformità mar-Regolament Finanzjarju; jilqa' l-fatt li l-Awtorità ma kellhiex għalfejn timponi sanzjonijiet fuq xi partit jew fondazzjoni politiċi Ewropej fl-2019; jieħu nota, barra minn hekk, tal-fatt li l-Awtorità intervjeniet fil-proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u kkollaborat mal-Istati Membri biex tistabbilixxi network ta' punti ta' kuntatt nazzjonali u awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data;

3.  Ifakkar li l-Artikolu 38 tar-Regolament jirrikjedi li l-Parlament jadotta rapport dwar l-applikazzjoni tar-Regolament sa tmiem l-2021, u li l-Kummissjoni tippreżenta rapport dwar l-istess suġġett sitt xhur wara, li jrid ikun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva biex jiġi emendat ir-Regolament; jinnota li l-pjan direzzjonali tal-Kummissjoni jinkludi l-issikkar tar-regoli finanzjarji u ta' infurzar, it-tnaqqis tal-piż amministrattiv, it-tisħiħ tat-trasparenza, u t-tisħiħ tar-rappreżentanza elettorali ġenwina taċ-ċittadini tal-UE; jirrimarka, barra minn hekk, l-importanza li jiġi indirizzat ir-riskju ta' interferenza barranija u l-ksur tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data;

4.  Jilqa' t-tħabbira mill-Kummissjoni ta' pjan ta' azzjoni ġdid għad-demokrazija Ewropea, inkluża proposta leġiżlattiva biex tiġi żgurata trasparenza akbar dwar ir-reklamar politiku mħallas u rieżami tal-leġiżlazzjoni dwar il-finanzjament tal-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej; itenni l-proposta tiegħu biex jiġi emendat ir-Regolament, kif espress fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Novembru 2020 dwar analiżi tal-elezzjonijiet Ewropej(5), fir-rigward tal-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet Ewropej, it-trasparenza tal-finanzjament u l-projbizzjoni ta' donazzjonijiet minn korpi privati u pubbliċi minn pajjiżi mhux tal-UE;

5.  Jirrikonoxxi li r-Regolament tejjeb l-istatus tal-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej meta mqabbel mal-qafas legali preċedenti stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 2004/2003(6), b'mod partikolari billi jirrikonoxxi li dawk l-entitajiet għandhom personalità ġuridika tal-Unjoni u billi jistabbilixxi l-Awtorità indipendenti;

6.  Jirrikonoxxi r-rwol tal-Awtorità, li assumiet il-kompiti fdati lilha skont ir-Regolament;

7.  Jinnota, madankollu, li għadd ta' ostakoli amministrattivi u politiċi għadhom qed jipprevjenu lill-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej milli jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom bħala atturi attivi u viżibbli fid-demokrazija Ewropea kemm fil-livell Ewropew kif ukoll fl-Istati Membri tal-UE;

8.  Jissottolinja l-importanza tar-reġistrazzjoni tal-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, peress li din tirrikjedi konformità mal-kundizzjonijiet kollha tar-Regolament, inkluż ir-rispett għall-valuri tal-Unjoni kif minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE, u tagħmel l-eliġibbiltà għall-finanzjament mill-baġit tal-Unjoni kondizzjonali fuq tali konformità, kif ukoll il-ħtieġa li tiġi żgurata trasparenza sħiħa;

9.  Jemmen, f'dan ir-rigward, li r-Regolament għandu jiġi emendat biex jiċċara li r-rispett għall-valuri fundamentali tal-UE għandu japplika kemm għall-partit politiku Ewropew innifsu kif ukoll għall-partiti membri tiegħu;

10.  Jilqa' t-tisħiħ tad-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ tar-rispett mill-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għall-valuri fundamentali tal-Unjoni u għall-proċedura għat-trattament tal-ksur, inklużi s-sanzjonijiet u l-irkupru tal-fondi;

11.  Iqis li l-aħħar emenda tar-Regolament, li introduċiet sanzjonijiet għall-ksur tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, kienet l-ewwel pass utli iżda għandha tissaħħaħ aktar;

12.  Iqis li s-sistema attwali għall-verifika tar-rispett għar-regoli dwar l-użu tal-kontribuzzjonijiet u l-għotjiet jeħtiġilha tittejjeb f'termini ta' ċarezza, effiċjenza u ħeffa;

13.  Iqis li l-fatt li l-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej isiru soġġetti għal regoli Ewropej u nazzjonali, li huma stabbiliti fi strumenti legali differenti, huwa sors ta' konfużjoni u inċertezza tad-dritt; jipproponi, għalhekk, li jiġu armonizzati aktar u jissaħħu r-regoli li jirregolaw il-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej biex jiġi żgurat qafas legali komprensiv tal-UE għall-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej li jindirizza, b'mod partikolari, il-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni, l-istruttura u l-operazzjonijiet, il-viżibbiltà u t-trasparenza, u s-sanzjonijiet;

14.  Jenfasizza li l-finanzjament tal-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej irid ikun trasparenti, irid ikun soġġett għall-Artikolu 325 tat-TFUE, ma jrid jippermetti l-ebda abbuż u jrid isostni esklussivament il-programmi u l-attivitajiet politiċi konformi mal-prinċipji fundaturi tal-Unjoni espressi fl-Artikolu 2 tat-TUE;

Problemi identifikati

15.  Ifakkar li r-Regolament jirrikjedi li l-partiti membri nazzjonali juru l-logo, il-programm politiku u l-link għas-sit web tal-partit tal-UE li miegħu huma affiljati, "b'mod viżibbli b'mod ċar u faċli għall-utent", bħala kundizzjoni biex partit politiku Ewropew ikun jista' jaċċedi għal fondi; jinsab imħasseb li skont il-proġett Logos ta' European Democracy Consulting, il-partiti membri nazzjonali fil-biċċa l-kbira naqsu milli jimplimentaw b'mod xieraq ir-rekwiżit tal-wiri tar-Regolament, peress li 15 % biss minnhom juru l-logo b'mod ċar u faċli għall-utent;

16.  Jissottolinja l-ħtieġa li d-definizzjoni ta' finanzjament indirett mill-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għall-kontropartijiet u għall-membri nazzjonali ssir aktar preċiża u akta sempliċi sabiex jiġi evitat li tiġi mxekkla l-kooperazzjoni meħtieġa tagħhom fil-promozzjoni u fl-ispjegazzjoni tal-politiki Ewropej, kif ukoll l-impenn tagħhom maċ-ċittadini tal-UE;

17.  Jisħaq li l-projbizzjoni fuq il-finanzjament ta' kampanji ta' referenda dwar kwistjonijiet tal-UE tmur kontra l-iskop tal-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej;

18.  Jenfasizza li l-finanzjament tal-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej huwa marbut b'mod inerenti mal-kriterji ta' reġistrazzjoni elenkati fir-Regolament; jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-kriterji ta' reġistrazzjoni u sħubija jipprevedu rappreżentanza inklużiva u ġenwina tal-partiti politiċi li huma attivi fil-livell tal-UE, filwaqt li jiġi evitat li tiġi ostakolata r-rappreżentanza demokratika ta' partiti politiċi iżgħar fl-istess livell; ifakkar fid-dibattiti li saru fil-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali tal-Parlament rigward il-limitu għar-reġistrazzjoni u l-appoġġ taċ-ċittadini; jinnota li, wara l-Brexit, hemm ħtieġa akbar li jiġu riveduti l-kategoriji differenti ta' sħubija fil-partiti u l-ġbir ta' miżati tas-sħubija; jissuġġerixxi, għalhekk, reviżjoni tar-rekwiżiti ta' reġistrazzjoni u l-kriterji ta' rappreżentanza, inkluża riflessjoni dwar is-sħubija diretta taċ-ċittadini;

19.  Jiddispjaċih dwar l-interpretazzjoni dejqa tal-kunċett tas-sħubija stabbilit mill-ġurisprudenza, in-nuqqas ta' definizzjonijiet ċari tal-modalitajiet tas-sħubija tal-partiti politiċi Ewropej u n-nuqqas ta' livelli differenzjati ta' affiljazzjoni mal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej fir-Regolament, li ma jippermettux flessibbiltà fl-organizzazzjoni interna tal-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, speċjalment fir-rigward tal-membri assoċjati u s-sħab tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, inklużi dawk minn eks Stati Membri u pajjiżi Ewropej oħra; huwa mħasseb li din l-interpretazzjoni limitata għandha l-effett li tipprevjeni, mingħajr raġuni tajba, lill-partiti politiċi Ewropej milli jirċievu kontribuzzjonijiet finanzjarji minn tali membri; iqis li l-modalitajiet tas-sħubija u l-affiljazzjoni mal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, kif ukoll is-sħubijiet ta' riċerka magħhom, għandhom bl-istess mod jiġu ċċarati;

20.  Iqis li l-projbizzjoni tas-sħubija bejn il-partiti u bejn il-fondazzjonijiet għandha tiġi ċċarata u estiża;

21.  Jissottolinja li l-kategoriji ta' dħul huma ddefiniti b'mod limitat wisq fir-Regolament u b'mod partikolari ma jqisux riżorsi proprji oħra possibbli miksuba b'mod legali;

22.  Jisħaq li l-livell ta' kofinanzjament impost, b'mod partikolari fuq il-partiti politiċi Ewropej, wera li huwa diffiċli ħafna li jintlaħaq;

23.  Iqis li r-rekwiżit biex il-kontijiet tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej jiġu stabbiliti kemm f'konformità mal-istandards nazzjonali tal-awditjar tal-Istat Membru li fih ikunu bbażati kif ukoll f'konformità mal-Istandards Internazzjonali ta' Rapportar Finanzjarju ma jżid l-ebda valur u jinvolvi spejjeż mhux meħtieġa u dewmien ta' żmien;

24.  Jilmenta li disinn difettuż fir-Regolament jillimita lill-partiti politiċi Ewropej biex verament iwettqu r-rwol tagħhom bħala partiti politiċi moderni li jgħaqqdu liċ-ċittadini mas-sistema politika peress li mhumiex magħrufa miċ-ċittadini minħabba sħubija individwali limitata u r-rwol limitat tagħhom fl-influwenzar tat-tfassil tal-politika u t-tfassil tal-aġendi pubbliċi, u b'hekk il-livell ta' mobilizzazzjoni tal-attivisti ġġenerat mill-partiti Ewropej m'huwa bl-ebda mod paragunabbli ma dak tal-partiti nazzjonali u reġjonali;

25.  Jirrimarka li l-Awtorità għandha setgħat limitati fir-rigward tal-verifika ta' jekk partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea humiex qed jiksru l-valuri komuni tal-UE u s'issa qatt ma skattat il-proċedura ta' konformità mal-valuri kumplessi; jitlob li l-istruttura tal-Awtorità tissaħħaħ sabiex tkun tista' timmonitorja aħjar il-kriterji kollha stabbiliti fir-Regolament, inkluż ir-rispett għall-valuri tal-Unjoni u l-governanza demokratika tal-partiti politiċi Ewropej u l-konformità mar-regoli rilevanti u l-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet, kif ukoll biex tiżgura l-awtonomija u n-newtralità sħiħa tagħha;

26.  Jinnota bi tħassib li diversi partiti politiċi transnazzjonali eżistenti li huma attivi fil-politika tal-UE u rrappreżentati fil-Parlament Ewropew mhumiex permessi jirreġistraw uffiċjalment bħala partiti politiċi Ewropej minħabba r-rekwiżiti sproporzjonati stabbiliti fir-Regolament li jfixklu r-rappreżentanza demokratika ta' partiti politiċi iżgħar fil-livell tal-UE;

Proposti għal titjib

27.  Iqis li għandu jiġi stabbilit sett ċar ta' regoli u kundizzjonijiet għall-organizzazzjoni konġunta u l-kofinanzjament ta' attivitajiet li jikkonċernaw kwistjonijiet tal-UE mill-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej u l-membri tagħhom; iqis li għal tali attivitajiet konġunti, għandu jkun meħtieġ il-wiri tal-logo tal-partit politiku Ewropew flimkien ma' dak tal-partit membru nazzjonali;

28.  Jenfasizza li l-ebda regola m'għandha tipprevjeni l-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti u l-persunal tal-partiti politiċi f'avvenimenti tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, li hija ġġustifikata min-natura tagħhom stess;

29.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi rekwiżiti ċari u linji gwida dettaljati relatati mal-viżibilità tal-partit politiku Ewropew ta' affiljazzjoni sabiex jiġi żgurat l-infurzar tal-Artikolu 18(2)(a) tar-Regolament dwar il-wiri tal-logos tal-partiti politiċi Ewropej flimkien mal-logos tal-partiti nazzjonali jew reġjonali;

30.  Jenfasizza li l-ewwel rieżami tal-kontijiet identifika lok għal titjib, partikolarment fir-rigward tal-livell ta' dettall u tal-komparabbiltà tal-informazzjoni mitluba pprovduta mill-partiti u l-fondazzjonijiet Ewropej; jilqa' l-introduzzjoni ta' mudelli fl-2020 biex jiġi ffaċilitat il-proċess; jinnota li fl-2019, il-biċċa l-kbira tar-riżorsi finanzjarji tal-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej intefqu fuq il-persunal, il-laqgħat u l-ġbir ta' informazzjoni;

31.  Huwa tal-fehma li l-ġestjoni finanzjarja tajba u t-trasparenza jeħtieġu regoli stretti li jiddefinixxu l-eliġibbiltà tan-nefqa; jitlob il-ħolqien ta' dispożizzjonijiet espliċiti għal attivitajiet imwettqa ma' organizzazzjonijiet internazzjonali akbar u sħab minn barra l-UE kif ukoll regoli dettaljati għall-persunal u l-ispejjeż tal-laqgħat, speċjalment f'termini ta' limiti massimi u proċeduri ta' offerti;

32.  Jitlob li titneħħa l-projbizzjoni fuq il-finanzjament tal-kampanji ta' referendum biex il-partiti politiċi Ewropej ikunu jistgħu jiffinanzjaw kampanji ta' referendum li huma relatati mal-implimentazzjoni tat-TUE jew tat-TFUE;

33.  Jinsisti li jiġu rikonoxxuti kategoriji differenti ta' sħubija għall-partiti, il-fondazzjonijiet u s-sħubijiet ta' riċerka mal-fondazzjonijiet, li tiġi permessa l-affiljazzjoni ta' membri mill-Istati Membri tal-Kunsill tal-Ewropa u pajjiżi Ewropej oħra, li tinħoloq kategorija ta' sħab tar-riċerka għall-fondazzjonijiet, u li l-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej ikunu awtorizzati jiġbru legalment il-miżati tas-sħubija abbażi ta' ordni ta' kontribuzzjoni ġenerali applikabbli bl-istess mod għall-membri kollha tagħhom;

34.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' definizzjoni tal-membri sabiex ikun hemm ċertezza legali dwar it-tipi differenti ta' sħubija, ir-relazzjoni tal-membri mal-partit politiku Ewropew li jaderixxu miegħu u r-rekwiżiti li jridu jissodisfaw;

35.  Jipproponi li l-kamp ta' applikazzjoni tal-projbizzjoni fuq is-sħubija bejn il-partiti jiġi estiż għall-membri tal-parlamenti u l-assemblei nazzjonali u reġjonali;

36.  Jappoġġja l-ħolqien ta' aktar kategoriji ta' dħul sabiex ikopru s-sorsi kollha ta' dħul tal-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi, aktar milli sempliċiment il-kontribuzzjonijiet u d-donazzjonijiet, bħall-ħolqien ta' kategorija ġdida ta' "riżorsi proprji oħra" li tinkludi kontribuzzjonijiet minn attivitajiet konġunti, bejgħ ta' pubblikazzjonijiet, miżati ta' parteċipazzjoni għal konferenzi jew workshops jew attivitajiet oħra marbuta direttament ma' azzjoni politika;

37.  Huwa favur it-tnaqqis tar-rata ta' riżorsi proprji meħtieġa għall-partiti politiċi għal 5 % minflok 10 % biex tiġi allinjata mar-rata applikabbli għall-fondazzjonijiet;

38.  Huwa favur l-estensjoni tal-perjodu ta' trasferiment għall-fondazzjonijiet għas-sena ta' wara kollha (N + 1), li tallinjah mal-perjodu applikabbli għall-partiti;

39.  Jitlob li jitneħħa l-obbligu għall-partiti politiċi u l-fondazzjonijiet Ewropej li jippreżentaw ir-rapporti finanzjarji annwali tagħhom abbażi tal-Istandards Internazzjonali ta' Rapportar Finanzjarju, minbarra l-Prinċipji tal-Kontabilità Ġeneralment Aċċettati;

40.  Ifakkar fir-rwol ta' aktar każijiet ta' kontroll finanzjarju fi ħdan il-mandati rispettivi tagħhom, jiġifieri l-Qorti Ewropea tal-Awdituri, l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew; jinnota, fil-kuntest tal-awditjar u l-kontroll, l-importanza li n-nefqa tal-partiti politiċi Ewropej tiġi sottomessa mhux biss għal sistema ta' awditjar intern u l-ġudizzju tal-membri tagħhom, iżda wkoll għal awditur estern, awtoritajiet pubbliċi u skrutinju pubbliku;

41.  Jipproponi li n-nefqa tal-partiti u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej tkun soġġetta għal mekkaniżmu ta' awtokontroll, akkumpanjat minn sistema ta' awditjar intern, u soġġetta għal sorveljanza minn awditur estern u mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u għal sorveljanza pubblika;

42.  Jirrakkomanda l-użu ta' skeda ta' żmien armonizzata għar-rappurtar u l-kontrolli mwettqa mill-partiti politiċi Ewropej, l-Awtorità u l-Parlament rispettivament, sabiex jiġi evitat li jkollhom jikkalkulaw mill-ġdid l-ammonti finali ta' finanzjament, filwaqt li jitqiesu l-iskadenzi imposti mir-regoli rilevanti;

43.  Huwa favur iż-żieda fit-trasparenza tal-finanzjament tal-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej billi jinħoloq obbligu għall-Parlament li jippubblika r-rapporti finanzjarji annwali li jirċievi b'mod li jkun faċli għall-utent; jenfasizza li l-informazzjoni li tkopri r-reġistrazzjoni u s-sitwazzjoni finanzjarja tal-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għandha, kemm jista' jkun, tkun disponibbli għall-pubbliku u tkun kompluta u aġġornata;

44.  Huwa tal-fehma li l-informazzjoni ppubblikata mill-Parlament u mill-Awtorità għandha tiġi ppreżentata f'formati miftuħa u li jinqraw mill-magni b'mod li jkun faċli għall-utent;

45.  Huwa tal-fehma li skrutinju msaħħaħ mill-Awtorità ta' donazzjonijiet aggregati rrappurtati li jammontaw għal aktar minn EUR 3 000 jagħmel influwenzi esterni sostanzjali/sinifikanti fuq il-partiti politiċi Ewropej aktar trasparenti; jemmen li l-Awtorità għandha tiffoka tali skrutinju fuq każijiet fejn hija tosserva żidiet sinifikanti u f'daqqa fl-għadd aggregat ta' donazzjonijiet żgħar;

46.  Barra minn hekk, huwa tal-fehma li sabiex tissaħħaħ it-trasparenza tal-finanzjament, id-donazzjonijiet mill-istess donatur lil partit politiku Ewropew, il-partiti membri nazzjonali tiegħu u s-sottostrutturi reġjonali tagħhom għandhom ikunu soġġetti għall-pubblikazzjoni mill-Awtorità; barra minn hekk huwa tal-fehma li jridu jkunu fis-seħħ strumenti xierqa sa mhux aktar tard mis-sena finanzjarja 2027 biex jiġi żgurat li d-donazzjonijiet ma jsirux lil entitajiet legalment indipendenti li huma parti mill-istess partit politiku Ewropew sabiex jiġu evitati r-regoli ta' trasparenza, li flimkien jaqbżu l-limiti ta' trasparenza;

47.  Huwa favur li jiġi żgurat li, sas-sena kalendarja 2027, kwalunkwe donazzjoni magħmula minn donatur lil partit politiku Ewropew tkun ugwali skont il-liġi tat-taxxa għad-donazzjonijiet magħmula lill-partiti politiċi nazzjonali fil-pajjiż ta' residenza rispettiv tad-donatur;

48.  Jappoġġja l-idea li tiżdied l-importanza tar-riżorsi proprji tal-partiti politiċi Ewropej meta jiġi kkalkolat l-ammont iffinanzjat mill-Unjoni;

49.  Jemmen, għall-finijiet taċ-ċertezza u ċ-ċarezza tad-dritt, li d-dispożizzjonijiet kollha applikabbli għall-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, inklużi dawk li bħalissa huma parti mir-Regolament Finanzjarju, għandhom jinġabru flimkien f'att legali wieħed tal-Unjoni, jiġifieri r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014;

50.  Huwa tal-fehma li r-regoli dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa huma limitati wisq u li l-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għandhom jitħallew jiffinanzjaw kwalunkwe attività li mhux biss hija organizzata bħala avveniment intern iżda hija wkoll miftuħa għall-pubbliku ġenerali u li tikkontribwixxi għaż-żieda tal-għarfien politiku Ewropew u għall-għoti tal-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni;

51.  Jipproponi li jiġi stabbilit status legali tal-UE ġenwin u personalità ġuridika tal-UE għall-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej billi jiġu stabbiliti kundizzjonijiet minimi għall-istruttura u l-funzjonament tal-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej filwaqt li fl-istess ħin isiru aktar indipendenti mil-liġi nazzjonali;

52.  Jenfasizza, b'mod partikolari, il-ħtieġa li jiġu inklużi miżuri biex jiġi żgurat li l-partiti politiċi Ewropej ma jiġux ikklassifikati bħala entitajiet ġuridiċi barranin skont il-liġi nazzjonali fl-Istati Membri;

53.  Jinsisti li l-partiti politiċi Ewropej u l-membri tagħhom jeħtiġilhom ikollhom struttura demokratika u jirrispettaw il-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni u jeħtiġilhom josservaw il-proċeduri demokratiċi u t-trasparenza meta jagħżlu l-mexxejja tal-partiti u l-kandidati tagħhom għall-elezzjonijiet u jkollhom ukoll vot demokratiku għall-adozzjoni tar-regoli interni u l-programm politiku tagħhom;

54.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrieżamina r-Regolament bil-ħsieb li taġġorna r-regoli dwar ir-reġistrazzjoni, il-finanzjament, il-kampanji politiċi u elettorali u s-sħubija sabiex il-partiti politiċi Ewropej isiru l-vuċi għaċ-ċittadini fil-politika u t-tfassil tal-politika tal-UE u biex iċ-ċittadini tal-UE jkunu eqreb tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE;

55.  Jitlob, b'mod partikolari, li r-rieżami tar-Regolament jiffaċilita l-kundizzjonijiet ta' reġistrazzjoni skont l-Artikolu 3 tiegħu u jiftaħ is-sħubija għaċ-ċittadini kollha tal-UE sabiex jipprovdi rappreżentanza aktar inklużiva tal-partiti politiċi attivi fil-livell tal-UE;

56.  Huwa tal-fehma li l-istatus ibridu tal-Awtorità għandu jiġi ċċarat u li l-istruttura tagħha tiġi definita mill-ġdid, u li għandha tiġi pprovduta wkoll il-possibbiltà ta' appell amministrattiv għad-deċiżjonijiet tal-Awtorità, peress li skont ir-Regolament attwali, l-ilmentaturi jistgħu biss jappellaw lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

57.  Jipproponi li tiġi stabbilita distinzjoni ċara bejn it-tħassir mir-reġistru bħala miżura tal-aħħar istanza u s-sanzjonijiet finanzjarji u li tissaħħaħ il-koerenza tar-reġim tas-sanzjonijiet finanzjarji;

58.  Iqis li l-koerenza u ċ-ċertezza tad-dritt ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament jeħtieġ li jissaħħu, li r-raġunijiet għat-tħassir mir-reġistru jeħtieġ li jiġu żviluppati u kkjarifikati aktar, li sett komuni ta' regoli għall-pubblikazzjoni, id-dħul fis-seħħ u l-effett tad-deċiżjonijiet tat-tħassir mir-reġistru huma meħtieġa u li r-regoli dwar l-irkupru jeħtieġ li jiġu ċċarati;

59.  Iqis li huwa meħtieġ li r-regoli ta' finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet tagħhom isiru kompatibbli ma' kampanja ta' kostitwenza pan-Ewropea fl-elezzjonijiet Ewropej;

60.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni ssaħħaħ id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data billi tinkludi referenzi għar-reati definiti fl-Artikoli 3 sa 6 tad-Direttiva 2013/40/UE dwar attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni(7); jilqa' l-fatt li l-Awtorità stabbiliet network ta' awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-data biex il-proċedura l-ġdida ta' verifika ssir kompletament operattiva;

61.  Jistieden lill-Kummissjoni tqis kif xieraq dawn il-proposti meta tabbozza u tressaq il-proposta tagħha għal regolament li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014;

o
o   o

62.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1.
(2) ĠU L 114 I, 4.5.2018, p. 1.
(3) ĠU L 85 I, 27.3.2019, p. 7.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU C 425, 20.10.2021, p. 98.
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f'livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom (ĠU L 297, 15.11.2003, p. 1).
(7) ĠU L 218, 14.8.2013, p. 8.


L-ewwel anniversarju tal-projbizzjoni de facto tal-abort fil-Polonja
PDF 190kWORD 61k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2021 dwar l-ewwel anniversarju tal-projbizzjoni de facto tal-abort fil-Polonja (2021/2925(RSP))
P9_TA(2021)0455B9-0543/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), u b'mod partikolari l-Artikoli 2 u 7(1) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB) tal-4 ta' Novembru 1950 u l-ġurisprudenza relatata tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, u, b'mod partikolari, l-Artikoli 18 u 19 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ('il-Karta') u, b'mod partikolari, l-Artikoli 1, 2, 3, 6, 7, 10, 11, 21, 23, 35 u 45 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali tan-NU dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali tas-16 ta' Diċembru 1966 u l-Patt Internazzjonali tan-NU dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tas-16 ta' Diċembru 1966,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa tat-18 ta' Diċembru 1979, u r-Rakkomandazzjonijiet Ġenerali Nru 21 (1994), Nru 24 (1999), Nru 28 (2010), Nru 33 (2015) u Nru 35 (2017) tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing u l-eżiti tal-konferenzi ta' reviżjoni tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp (ICPD) tal-1994 fil-Kajr, il-Programm ta' Azzjoni tagħha, u l-eżiti tal-konferenzi ta' reviżjoni tagħha, b'mod partikolari s-Summit ta' Nairobi dwar l-ICPD+25 u l-impenji tagħha biex tistinka għall-objettiv tat-"tliet żerijiet", l-ebda ħtieġa għal informazzjoni u servizzi dwar l-ippjanar tal-familja, l-ebda mewt materna li tista' tiġi evitata u l-ebda vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru u prattiki dannużi kontra n-nisa u l-bniet,

–  wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU li ġew miftiehma fl-2015, b'mod partikolari l-għanijiet 3 u 5,

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni għas-Saħħa Sesswali u Riproduttiva tal-Uffiċċju Reġjonali għall-Ewropa tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa: Lejn it-twettiq tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli fl-Ewropa — ħadd ma jitħalla jibqa' lura,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra tal-10 ta' Diċembru 1984,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika ("il-Konvenzjoni ta' Istanbul"), li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Awwissu 2014,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Novembru 2019 dwar l-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni ta' Istanbul u l-miżuri l-oħra biex tiġi miġġielda l-vjolenza abbażi tal-ġeneru(1),

–  wara li kkunsidra d-dokument tematiku tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa tal-4 ta' Diċembru 2017 bit-titolu "Women's sexual and reproductive health and rights in Europe" (Is-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi tan-nisa fl-Ewropa),

–  wara li kkunsidra l-Gwida Teknika Internazzjonali tal-UNESCO dwar l-Edukazzjoni Sesswali tal-2018,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Polonja, b'mod partikolari dawk tal-15 ta' Novembru 2017 dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u d-demokrazija fil-Polonja(2) u tas-17 ta' Settembru 2020 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar id-determinazzjoni ta' riskju ċar ta' ksur gravi tal-istat tad-dritt mir-Repubblika tal-Polonja(3),

–  wara li kkunsidra l-erba' proċeduri ta' ksur imnedija mill-Kummissjoni kontra l-Polonja fir-rigward tar-riforma tas-sistema ġudizzjarja Pollakka u l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2017 dwar id-determinazzjoni ta' riskju ċar ta' ksur gravi tal-istat tad-dritt mir-Repubblika tal-Polonja (COM(2017)0835),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Marzu 2018 dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex jiġi attivat l-Artikolu 7(1) tat-TUE minħabba s-sitwazzjoni fil-Polonja(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Novembru 2019 dwar il-kriminalizzazzjoni tal-edukazzjoni sesswali fil-Polonja(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Frar 2019 dwar ir-rigressjoni attwali tad-drittijiet tan-nisa u tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Novembru 2020 dwar il-projbizzjoni de facto tad-dritt għall-abort fil-Polonja(7),

–  wara li kkunsidra b'mod partikolari r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ġunju 2021 dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati fl-UE, fil-kuntest tas-saħħa tan-nisa(8),

–  wara li kkunsidra l-Atlas Ewropew tal-Politiki dwar l-Abort tal-2021, li jikklassifika 52 pajjiż u territorju Ewropew billi jassenja punteġġi għall-oqfsa legali tagħhom biex jaċċessaw kura sikura f'każ ta' abort,

–  wara li kkunsidra b'mod partikolari r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-16 ta' Settembru 2021 dwar il-libertà tal-mezzi tal-komunikazzjoni u d-deterjorament ulterjuri tal-istat tad-dritt fil-Polonja(9) u tal-21 ta' Ottubru 2021 dwar il-kriżi tal-istat tad-dritt fil-Polonja u l-preminenza tad-dritt tal-UE(10),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, il-ġustizzja, l-istat tad-dritt, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u n-nondiskriminazzjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 2 tat-TUE; billi l-Istati Membri kollha impenjaw ruħhom li jonoraw l-obbligi u d-dmirijiet skont id-dritt internazzjonali u t-Trattati tal-UE li jirrispettaw, jiggarantixxu u jissodisfaw id-drittijiet fundamentali;

B.  billi skont il-Karta, il-KEDB u l-ġurisprudenza tal-QEDB, u l-ġurisprudenza tal-korpi tat-trattati tan-NU, is-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi (SRHR) huma relatati ma' diversi drittijiet tal-bniedem, bħad-dritt għall-ħajja, id-dritt għall-aċċess għall-kura tas-saħħa, il-libertà minn trattament inuman jew degradanti, u r-rispett għall-integrità fiżika, il-privatezza u l-awtonomija personali; billi dawn id-drittijiet tal-bniedem huma minquxa wkoll fil-Kostituzzjoni Pollakka; billi l-Istati Membri huma legalment obbligati li jirrispettaw u jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem skont il-kostituzzjonijiet tagħhom, it-Trattati tal-UE u l-Karta, kif ukoll id-dritt internazzjonali;

C.  billi d-dewmien u ċ-ċaħda tal-aċċess għall-abort jikkostitwixxu forma ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru; billi l-aċċess għall-kura f'każ ta' abort huwa essenzjali għall-ugwaljanza soċjali u ekonomika; billi diversi korpi tad-drittijiet tal-bniedem(11) affermaw li ċ-ċaħda ta' abort sikur tista' tammonta għal tortura jew trattament krudili, inuman u degradanti, u aborti mhux sikuri li jwasslu għall-mewt fil-kuntest ta' projbizzjonijiet fuq l-abort għandhom jinftiehmu bħala "qtil arbitrarju fir-rigward tal-ġeneru, li jbatu minnu biss in-nisa, bħala riżultat tad-diskriminazzjoni minquxa fil-liġi";

D.  billi sena ilu, fit-22 ta' Ottubru 2020, it-Tribunal Kostituzzjonali Pollakk illeġittimu ddikjara bħala mhux kostituzzjonali d-dispożizzjoni tal-Att tal-1993 dwar l-Ippjanar tal-Familja, il-Protezzjoni tal-Fetu Uman u l-Kundizzjonijiet għat-Terminazzjoni tat-Tqala li ppermetta l-abort f'każijiet fejn test ta' qabel it-twelid jew kunsiderazzjonijiet mediċi oħra indikaw probabbiltà għolja ta' difett tal-fetu sever u irriversibbli jew marda inkurabbli li thedded il-ħajja tal-fetu; billi dan kien jinvolvi projbizzjoni de facto tal-abort, peress li l-maġġoranza vasta tal-aborti legali mwettqa fil-Polonja kienu bbażati fuq ir-raġuni msemmija hawn fuq;

E.  billi d-degradazzjoni tal-istat tad-dritt fil-Polonja wasslet għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-SRHR; billi l-projbizzjoni de facto tal-abort fil-Polonja hija attakk ċar fuq l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, u tillimita r-realizzazzjoni tal-SRHR fil-Polonja, wara l-ħafna attakki kontra l-istat tad-dritt f'dawn l-aħħar snin;

F.  billi l-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa esprima tħassib ripetut dwar in-nuqqas tal-Polonja li timplimenta s-sentenzi tal-QEDB għal aktar minn 13-il sena f'diversi każijiet(12) fejn il-Qorti sabet li l-Polonja kienet kisret id-drittijiet tal-bniedem bħala riżultat tan-nuqqas tagħha li tiżgura l-aċċessibbiltà tal-abort legali fil-prattika;

G.  billi t-tentattivi preċedenti biex jiġu ristretti l-SRHR inizjalment twaqqfu fl-2016, fl-2018 u fl-2020 bħala riżultat tal-oppożizzjoni bil-massa minn ċittadini Pollakki, kif espress fil-mixjiet ta' "Black Friday", li kienu appoġġjati bis-sħiħ minn Membri tal-Parlament Ewropew minn gruppi politiċi differenti;

H.  billi bħala reazzjoni għad-deċiżjoni li rrestrinġiet aktar l-aċċess għall-abort, reġgħu saru protesti mingħajr preċedent madwar il-Polonja, inkluż fi bliet żgħar u rħula, u madwar id-dinja, u reġgħu ġew organizzati matul Ottubru 2021 f'aktar minn 20 belt madwar il-Polonja biex jitfakkar l-anniversarju tal-projbizzjoni de facto; billi l-protesti bdew bħala oppożizzjoni kontra r-restrizzjoni serja li timmina l-SRHR tan-nisa Pollakki iżda evolvew fi protesti li jopponu ksur ulterjuri tal-istat tad-dritt u kontra l-gvern responsabbli għal dan il-ksur; billi l-użu ta' forza eċċessiva u sproporzjonata kontra d-dimostranti mill-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi ġie ddokumentat sew;

I.  billi, minkejja d-dimostrazzjonijiet bla preċedent, id-deċiżjoni ġiet ippubblikata uffiċjalment fis-27 ta' Jannar 2021 u għalhekk il-projbizzjoni de facto tal-abort saret realtà għan-nisa fil-Polonja, li wasslet biex isiru aktar aborti mhux sikuri u ġiegħlet lin-nisa jivvjaġġaw biex ifittxu abort barra minn pajjiżhom, u b'hekk jiġu mminati s-saħħa u d-drittijiet tan-nisa, l-awtonomija u l-integrità sesswali u fiżika tagħhom, u ħajjithom titpoġġa f'riskju;

J.  billi mara tqila ta' 30 sena bl-isem ta' Izabela mietet b'xokk septiku fit-22 ta' Settembru 2021 minħabba li t-tobba tagħha ma wettqux abort li jsalva ħajja, minflok stennew lill-fetu jmut minħabba r-restrizzjonijiet fuq l-aborti legali u l-effett dissważiv tagħhom fuq it-tobba fil-Polonja; billi l-mewt tagħha kkawżat protesti f'diversi bliet Pollakki u fuq il-midja soċjali taħt is-slogan "Ebda Waħda Oħra";

K.  billi skont rapporti tal-midja, mara oħra bl-isem ta' Anna, li kienet fil-ħames xahar tagħha tat-tqala, mietet b'xokk settiku fl-14 ta' Ġunju 2021 wara li t-tobba ġegħluha tikkonsenja tarbija mwielda mejta minkejja s-suspett ta' sepsi;

L.  billi minn mindu ngħatat id-deċiżjoni, ħafna nisa Pollakki kienu mġiegħla jitolbu għajnuna permezz ta' inizjattivi bħal Abort Mingħajr Fruntieri u organizzazzjonijiet ibbażati fi Stati Membri oħra sabiex ikollhom aċċess għall-SRHR tagħhom, speċjalment għas-servizzi relatati mal-abort; billi l-organizzazzjoni tal-proċeduri tal-abort tistrieħ fuq l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa u tal-gruppi informali, u tiddependi mill-flus li jinġabru mid-donazzjonijiet;

M.  billi matul l-aħħar 12-il xahar, il-gruppi ta' Abort Mingħajr Fruntieri għenu lil 34 000 persuna(13) mill-Polonja biex jaċċessaw l-abort; billi dawn in-numri huma biss frazzjoni tal-għadd totali ta' nisa Pollakki li jeħtieġu appoġġ biex jaċċessaw il-kura f'każ ta' abort;

N.  billi bħala riżultat tar-restrizzjonijiet legali u tal-istigmatizzazzjoni, hemm nuqqas ta' data affidabbli dwar l-inċidenza tal-abort f'ħafna Stati Membri, kif ukoll dwar il-kuntest li fih jitwettqu l-aborti; billi data preċiża, aġġornata regolarment u anonima dwar l-abort mill-Istati Membri kollha hija vitali biex wieħed jifhem il-ħtiġijiet tal-SRHR u biex jiġu żgurati d-drittijiet tan-nisa;

O.  billi skont id-data miġbura mill-Federazzjoni għan-Nisa u l-Ippjanar tal-Familja (FEDERA), matul dawn l-aħħar 10 xhur 300 mara biss kellha aċċess għal servizzi relatati mal-abort fl-isptarijiet Pollakki fuq il-bażi ta' theddida għall-ħajja u għas-saħħa; billi d-deċiżjoni tkompli tistigmatizza l-SRHR u taffettwa b'mod sproporzjonat lin-nisa u lill-persuni tqal li ma għandhomx il-mezzi finanzjarji biex jiffinanzjaw abort mediku jew abort barra mill-pajjiż, kif ukoll lil dawk li ma għandhomx aċċess għat-teknoloġiji tal-informazzjoni;

P.  billi huma ftit l-isptarijiet fil-Polonja li jwettqu aborti minħabba biża' ta' litigazzjoni; billi n-nisa spiss joqogħdu lura milli jużaw is-servizzi tagħhom minħabba l-biża' ta' proċeduri u riferimenti kkumplikati u ttardjati apposta; billi t-triq tal-aċċess għad-dritt għall-abort legali għal raġunijiet ta' saħħa mentali qed tiġi ppruvata dejjem aktar minn nisa li jesperjenzaw kundizzjonijiet tas-saħħa mentali severi bħala riżultat tal-fatt li ma jirċievu l-ebda assistenza istituzzjonali tal-Istat biex jaċċessaw servizzi ta' abort legali fil-Polonja; billi f'Lulju 2021 il-QEDB ħabbret l-intenzjoni tagħha li tindirizza l-ilmenti tan-nisa Pollakki dwar il-ksur tad-drittijiet tagħhom salvagwardjati mill-KEDB(14);

Q.  billi skont l-Atlas Ewropew tal-Kontraċezzjoni tal-2020(15), anke qabel id-deċiżjoni, il-Polonja kellha waħda mill-aktar politiki restrittivi fir-rigward tal-aċċess għal provvisti kontraċettivi, l-ippjanar tal-familja, il-konsulenza u l-għoti ta' informazzjoni online; billi l-Polonja hija wieħed mill-ftit pajjiżi li jirrikjedu riċetta għal kontraċezzjoni ta' emerġenza, li ħafna drabi tiġi miċħuda mit-tobba fuq il-bażi ta' twemmin personali;

R.  billi abbażi tal-kodiċi kriminali Pollakk, kull min itemm it-tqala ta' persuna oħra, jew jgħin jew jassisti persuna tqila fit-terminazzjoni tat-tqala tagħha bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi, jiffaċċja responsabbiltà kriminali, inkluża l-priġunerija; billi bħala riżultat tad-dispożizzjonijiet legali eżistenti, l-istigma soċjali, il-biża' u l-pressjoni mill-pari tagħhom u mill-awtoritajiet mediċi, it-tobba fil-Polonja jippreferu li ma jkunux assoċjati mal-proċeduri tal-abort, u dan diġà kien il-każ anke meta l-abort kien għadu legali; billi minbarra l-klawsola tal-kuxjenza użata b'mod wiesa', xi tobba joħolqu ostakli addizzjonali mhux statutorji, bħal eżamijiet mediċi mhux meħtieġa, konsultazzjonijiet psikoloġiċi jew konsultazzjonijiet addizzjonali ma' esperti, jew jillimitaw id-drittijiet tan-nisa għal testijiet u informazzjoni qabel it-twelid, li għandhom jiġu garantiti lil kulħadd fl-ambitu tal-iskema tas-saħħa pubblika; billi t-twemmin personali ta' individwu dwar l-abort mhuwiex permess li jinterferixxi mad-dritt ta' pazjent li jkollu aċċess sħiħ għall-kura tas-saħħa u s-servizzi pprovduti skont il-liġi;

S.  billi l-aċċess għall-kura ġinekoloġika fil-Polonja huwa ristrett ħafna u f'xi reġjuni huwa kważi impossibbli, u dan jirriżulta f'għadd kbir ta' każijiet ta' tqala mhux intenzjonata, saħħa riproduttiva ħażina, prevalenza għolja ta' kanċer ċervikali u aċċess insuffiċjenti għall-kontraċezzjoni; billi skont l-Uffiċċju Suprem tal-Awditjar, fl-2018 2 % biss tan-nisa tqal li jgħixu f'żoni rurali fil-Polonja għaddew mit-testijiet standard kollha li huma meħtieġa matul it-tqala; billi l-aċċess tal-persuni LGBTI+ għall-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva huwa ristrett ħafna, kif huma wkoll id-drittijiet tagħhom; billi l-persuni transġeneru u mhux binarji li jirrikjedu kura ġinekoloġika jiffaċċjaw diskriminazzjoni f'ambjenti mediċi u ħafna drabi ma jingħatawx aċċess għall-kura; billi l-edukazzjoni adattata skont l-età dwar is-sesswalità u r-relazzjonijiet fl-iskejjel Pollakki la hi obbligatorja u lanqas mhi komprensiva u bbażata fuq l-evidenza, u qed isiru tentattivi biex tiġi pprojbita kompletament;

T.  billi kien hemm żieda fl-għadd ta' theddid inkwetanti u kampanji ta' mibegħda mmirati lejn in-nisa difensuri tad-drittijiet tal-bniedem (WHRDs) fil-Polonja minħabba li jappoġġjaw id-drittijiet tan-nisa, id-dritt għall-abort u l-moviment tal-Istrajk tan-Nisa li kien fuq quddiem nett tal-protesti tal-massa kontra r-restrizzjonijiet fuq l-aċċess għal abort legali; billi dan it-theddid huwa tfakkir inkwetanti tar-riskji li dejjem qed jiżdiedu għad-WHRDs fil-pajjiż;

U.  billi d-WHRDs kienu qed jiġbru firem għal abbozz ta' liġi, bħala parti mill-inizjattiva ċivika mħejjija minn FEDERA bit-titolu "Abort Legali. L-ebda kompromess", li kieku jreġġa' lura l-projbizzjoni fuq l-abort u jippermetti t-terminazzjoni sikura ta' tqala sat-12-il ġimgħa mingħajr ma l-pazjenta tintalab tagħti raġuni, u f'każijiet eċċezzjonali wara t-12-il ġimgħa; billi f'Settembru 2021, il-Pro-Right to Life Foundation ressqet abbozz ta' liġi lill-Parlament Pollakk bit-titolu "Inwaqqfu l-Abort 2021" (Stop Aborcji), li jipprojbixxi kompletament l-aċċess għall-abort u jikkriminalizzah, b'pieni sa 25 sena ħabs;

V.  billi l-atti tal-Parlament Pollakk dwar it-Tribunal Kostituzzjonali adottati fit-22 ta' Diċembru 2015 u fit-22 ta' Lulju 2016, kif ukoll il-pakkett ta' tliet atti adottat fi tmiem l-2016, dgħajfu serjament l-indipendenza u l-leġittimità tat-Tribunal Kostituzzjonali; billi l-atti tat-22 ta' Diċembru 2015 u tat-22 ta' Lulju 2016 ġew iddikjarati mhux kostituzzjonali mit-Tribunal Kostituzzjonali fid-9 ta' Marzu u fil-11 ta' Awwissu 2016, rispettivament; billi dawk is-sentenzi la ġew ippubblikati u lanqas implimentati f'dak iż-żmien mill-awtoritajiet Pollakki; billi l-kostituzzjonalità tal-liġijiet Pollakki ma tistax tibqa' tiġi garantita b'mod effettiv fil-Polonja mid-dħul fis-seħħ tal-bidliet leġiżlattivi msemmija hawn fuq(16) u b'hekk il-legalità tad-deċiżjoni tat-22 ta' Ottubru 2020 hija dubjuża;

W.  billi fis-7 ta' Ottubru 2021, l-istess "Tribunal Kostituzzjonali" illeġittimu ppreżenta d-deċiżjoni tiegħu fil-kawża K 3/21, adottata b'żewġ opinjonijiet kuntrarji, dwar it-talba mibdija mill-Prim Ministru Pollakk fid-29 ta' Marzu 2021, li sabet li d-dispożizzjonijiet tat-TUE huma inkompatibbli mal-Kostituzzjoni Pollakka għal diversi raġunijiet; billi din id-deċiżjoni hijaattakk fuq il-komunità Ewropea ta' valuri u liġijiet b'mod ġenerali, li timmina l-preminenza tad-dritt tal-UE bħala wieħed mill-prinċipji fundamentali tagħha f'konformità mal-ġurisprudenza stabbilita sew tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

X.  billi s-sentenza tat-22 ta' Ottubru 2020 treġġa' lura d-drittijiet miksuba tan-nisa Pollakki, bħal qabel l-implimentazzjoni tagħha, l-abort fil-Polonja kien legali fi tliet każijiet, li jfisser li n-nisa Pollakki issa jinsabu f'pożizzjoni legali agħar milli kienu meta l-Polonja ssieħbet fl-UE fl-2004; jisħaq li l-kostituzzjonalità tat-tliet eċċezzjonijiet eżistenti ma kinitx ġiet iddubitata mit-Tribunal Kostituzzjonali sakemm il-gvern immexxi mill-PiS ħa kontroll tat-tribunal u tas-sistema ġudizzjarja b'mod aktar wiesa';

Y.  billi organizzazzjoni fundamentalista, Ordo Iuris, li hija marbuta mill-qrib mal-koalizzjoni fil-gvern, hija forza li tixpruna l-kampanji li qegħdin jimminaw id-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-Polonja, inklużi tentattivi biex jiġi pprojbit l-abort, talbiet biex il-Polonja tirtira mill-Konvenzjoni ta' Istanbul u talbiet biex jinħolqu l-hekk imsejħa żoni mingħajr LGBTI; billi l-valuri kulturali u reliġjużi fil-Polonja qegħdin jiġu għalhekk abbużati bħala raġunijiet biex jiġi impedit it-twettiq sħiħ tad-drittijiet tan-nisa, l-ugwaljanza għan-nisa u d-dritt tagħhom li jieħdu deċiżjonijiet dwar ġisimhom stess;

Z.  billi l-Kummissjoni ta' Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa, il-QEDB, il-Parlament u l-Kummissjoni esprimew tħassib serju dwar l-istat tad-dritt, inklużi l-leġittimità, l-indipendenza u l-effettività tat-Tribunal Kostituzzjonali; billi l-Kummissjoni bdiet proċedura skont l-Artikolu 7(1) wara r-riformi tal-2015 tas-sistema ġudizzjarja fil-Polonja;

1.  Itenni l-kundanna qawwija tiegħu tas-sentenza illeġittima tat-Tribunal Kostituzzjonali tat-22 ta' Ottubru 2020 li timponi projbizzjoni kważi totali fuq l-abort u ta' dan l-attakk sfaċċat fuq l-SRHR fil-Polonja; jistieden lill-Gvern Pollakk jiggarantixxi malajr u bis-sħiħ l-aċċess għal u l-forniment ta' servizzi ta' abort, jipprovdi servizzi ta' abort sikuri, legali, ħielsa u ta' kwalità għolja, u jagħmilhom aċċessibbli għan-nisa u l-bniet kollha; jistieden lill-awtoritajiet Pollakki jirrispettaw, jissodisfaw u jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem tan-nisa għall-ħajja, is-saħħa u l-ugwaljanza, kif ukoll il-libertà tagħhom mid-diskriminazzjoni, il-vjolenza u t-tortura jew trattament krudili, inuman u degradanti;

2.  Jesprimi dispjaċir kbir għan-nuqqas matul is-sena li għaddiet ta' kwalunkwe inizjattiva jew proposta mmirata biex tneħħi l-projbizzjoni de facto tal-abort u d-diversi restrizzjonijiet fuq l-aċċess għall-SRHR fil-pajjiż; itenni li l-projbizzjoni de facto tal-abort qiegħda tpoġġi f'riskju s-saħħa u l-ħajja tan-nisa u diġà wasslet għall-mewt ta' mill-inqas mara waħda; ifakkar li l-aċċess universali għall-kura tas-saħħa u għall-SRHR huma drittijiet fundamentali tal-bniedem;

3.  Jesprimi s-solidarjetà tiegħu man-nisa, l-attivisti u l-individwi u l-organizzazzjonijiet kuraġġużi Pollakki li jkomplu jgħinu lin-nisa jaċċessaw il-kura f'każ ta' abort meta jkollhom bżonn, għaliex huwa ġisimhom, u għalhekk hija l-għażla tagħhom; jesprimi dispjaċir kbir għad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni, minkejja d-dimostrazzjonijiet tal-massa favur l-aċċess legali għall-abort; jappoġġja lid-difensuri kollha tan-nisa u tad-drittijiet tal-bniedem li qegħdin ikomplu jipprotestaw mingħajr waqfien kontra dawn ir-restrizzjonijiet gravi fuq il-libertajiet u d-drittijiet fundamentali tagħhom; jinnota li d-dimostranti qegħdin jitolbu mhux biss l-annullament tas-sentenza illeġittima tat-Tribunal Kostituzzjonali, iżda wkoll id-dritt għal aċċess liberu, legali u sikur għall-abort u r-rispett għall-awtonomija u l-integrità fiżika; jenfasizza l-espressjonijiet ta' appoġġ għall-kawża tad-dimostranti Pollakki minn ħafna Stati Membri u madwar id-dinja, u l-interess fiha;

4.  Jisħaq li r-restrizzjoni jew il-projbizzjoni tad-dritt għall-abort bl-ebda mod ma tnaqqas il-ħtieġa għall-abort, iżda twassal biex in-nisa jkollhom ifittxu aborti mhux sikuri, jivvjaġġaw barra mill-pajjiż sabiex jiksbu l-abort jew ikomplu t-tqala tagħhom kontra r-rieda tagħhom, inkluż f'każijiet ta' indeboliment fatali jew gravi tal-fetu; jisħaq ukoll li dan huwa ksur tad-drittijiet tal-bniedem u forma ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru li jaffettwa d-drittijiet tan-nisa u tal-bniet għall-ħajja, l-integrità fiżika u mentali, l-ugwaljanza, in-nondiskriminazzjoni u s-saħħa;

5.  Huwa mħasseb ħafna dwar il-fatt li eluf ta' nisa jridu jivvjaġġaw biex ikollhom aċċess għal servizz tas-saħħa essenzjali bħall-abort; jenfasizza li s-servizzi ta' abort transfruntier mhumiex għażla vijabbli, speċjalment għal dawk li jgħixu fil-faqar, li jiffaċċjaw diskriminazzjoni intersezzjonali u li jinsabu f'sitwazzjonijiet vulnerabbli; huwa mħasseb dwar il-fatt li l-ivvjaġġar barra mill-pajjiż ipoġġi f'riskju s-saħħa, il-ħajja u l-benesseri tan-nisa; jisħaq fuq l-importanza tal-perjodu ta' wara l-kura f'każ ta' abort, b'mod speċjali għal nisa li jesperjenzaw kumplikazzjonijiet minn abort mhux komplut jew mhux sikur;

6.  Jikkundanna bil-qawwa l-proposti jew restrizzjonijiet leġiżlattivi kollha li għandhom l-għan li jkomplu jipprojbixxu, jikkriminalizzaw u jillimitaw l-aċċess għal abort sikur u legali fil-Polonja; ifakkar lill-Parlament u lill-awtoritajiet Pollakki li l-miżuri għar-restrizzjoni tal-SRHR imorru kontra l-prinċipju ta' nuqqas ta' rigress skont id-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u jħeġġiġhom jiżguraw ir-realizzazzjoni sħiħa tal-SRHR;

7.  Jikkundanna l-ambjent dejjem aktar ostili u vjolenti għad-WHRDs fil-Polonja, u jistieden lill-awtoritajiet Pollakki jiggarantixxu d-dritt tad-WHRDs li jesprimu ruħhom pubblikament, inkluż meta jopponu l-politika tal-gvern, mingħajr biża' ta' riperkussjonijiet jew theddid; jistieden lill-awtoritajiet Pollakki jipproteġu b'mod urġenti d-WHRDs li kienu fil-mira, jinvestigaw it-theddid kontrihom u jżommu responsabbli lil dawk involuti; iħeġġeġ lill-Gvern Pollakk jiġġieled il-kampanji abbużivi ta' miżinformazzjoni mmirati lejn id-WHRDs; jisħaq li ħafna WHRDs fil-Polonja issa qegħdin jiffaċċjaw akkużi kriminali għar-rwol tagħhom fil-protesti kontra l-abbozz ta' liġi bħala riżultat tar-restrizzjonijiet tal-COVID-19 imposti f'dak iż-żmien; iħeġġeġ lill-Gvern Pollakk jżomm lura milli jressaq akkużi kriminali motivati politikament kontra d-WHRDs;

8.  Jikkundanna bil-qawwa l-użu eċċessiv u sproporzjonat tal-forza u l-vjolenza kontra d-dimostranti, inklużi l-attivisti u l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa, mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-atturi mhux statali bħal gruppi nazzjonalisti tal-lemin estrem; jistieden lill-awtoritajiet Pollakki jiżguraw li dawk li jattakkaw lid-dimostranti jinżammu responsabbli għall-azzjonijiet tagħhom;

9.  Jikkundanna r-retorika ostili użata mill-uffiċjali tal-gvern Pollakk kontra d-WHRDs u kritiċi oħra tal-politiki tal-gvern, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tindirizza dan u tappoġġja lill-attivisti kemm politikament kif ukoll finanzjarjament;

10.  Jistieden lill-Gvern Pollakk jiżgura l-parteċipazzjoni tan-nisa u tal-bniet fl-abbozzar ta' liġijiet u politiki li jaffettwaw ħajjithom, inklużi l-SRHR u l-abort, u li jkunu jistgħu jaċċessaw il-ġustizzja u r-rimedji meta jinkisru d-drittijiet tagħhom;

11.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jipprovdu finanzjament adegwat għall-organizzazzjonijiet nazzjonali u lokali tas-soċjetà ċivili sabiex irawmu l-appoġġ fil-livell taċ-ċittadini għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fl-Istati Membri, inkluża l-Polonja; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi appoġġ immedjat u dirett għall-programmi u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Pollakki li jaħdmu biex jiżguraw il-protezzjoni tal-SRHR; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw korsijiet ta' sensibilizzazzjoni u taħriġ dwar l-SRHR permezz ta' programmi ta' finanzjament; jilqa' l-appoġġ mogħti minn ċerti Stati Membri fl-assistenza lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jgħinu lin-nisa Pollakki jwettqu l-SRHR tagħhom u jħeġġeġ lil oħrajn jagħmlu l-istess; jistieden lill-Istati Membri jikkooperaw b'mod aktar effettiv sabiex jiffaċilitaw l-aċċess transfruntier għall-abort, pereżempju billi jagħtu lin-nisa Pollakki aċċess għal abort liberu u sikur fi ħdan is-sistemi nazzjonali tal-kura tas-saħħa;

12.  Jinsisti li t-twettiq ta' abort ma għandux jiġi inkluż fil-kodiċi kriminali bl-ebda mod, forma jew sura, peress li dan għandu effett dissważiv fuq it-tobba li, bħala konsegwenza, iżommu lura milli jipprovdu servizzi ta' SRH minħabba l-biża' ta' sanzjonijiet kriminali u b'hekk jillimitaw il-kura tas-saħħa disponibbli għan-nisa u l-bniet; jinsab allarmat li, bħala riżultat ta' din is-sitwazzjoni, it-tobba għandhom it-tendenza li jipprijoritizzaw il-ħajja tal-fetu aktar milli dik tal-mara; jistieden lill-Gvern Pollakk jiddekriminalizza kompletament l-abort u jneħħi kwalunkwe ħaġa relatata mal-abort mil-liġi kriminali, sabiex jiżgura li t-tobba jaqblu li jwettqu abort fil-prattika fi ħdan il-konfini legali tad-dritt nazzjonali, u jiżgura li l-informazzjoni li jipprovdi dwar l-aċċess għall-abort u drittijiet sesswali u riproduttivi oħra tkun imparzjali u bbażata fuq l-evidenza;

13.  Ifakkar li l-eċċess mhux ġustifikat ta' restrizzjonijiet fuq l-aċċess għal abort sikur li rriżulta mis-sentenza msemmija qabel tat-Tribunal Kostituzzjonali illeġittimu jonqos milli jipproteġi d-drittijiet u d-dinjità inerenti u inaljenabbli tan-nisa, peress li jikser il-Karta, il-KEDB, il-ġurisprudenza tal-QEDB, diversi konvenzjonijiet internazzjonali li l-Polonja hija firmatarja tagħhom, kif ukoll il-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja; itenni l-istedina tiegħu lill-awtoritajiet Pollakki jimplimentaw bis-sħiħ is-sentenzi mogħtija mill-QEDB fil-kawżi mressqa kontra l-Polonja, li fihom huwa ddeċieda li r-restrizzjoni tal-aċċess għal abort legali tikser id-drittijiet tal-bniedem tan-nisa;

14.  Jisħaq li l-aċċess mingħajr xkiel u f'waqtu għas-servizzi tas-saħħa riproduttiva u r-rispett għall-awtonomija riproduttiva u t-teħid ta' deċiżjonijiet tan-nisa huma kruċjali sabiex jiġu protetti d-drittijiet tal-bniedem tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jissottolinja li l-esperti tan-NU(17) enfasizzaw li "d-drittijiet tal-bniedem tan-nisa huma drittijiet fundamentali li ma jistgħux ikunu subordinati għal kunsiderazzjonijiet kulturali, reliġjużi jew politiċi", u li "l-influwenza tal-indħil b'motivazzjoni ideoloġika u reliġjuża fi kwistjonijiet ta' saħħa pubblika kienet partikolarment detrimentali għas-saħħa u l-benesseri tan-nisa u l-bniet";

15.  Huwa mħasseb ħafna dwar l-użu tal-klawżola tal-kuxjenza, li hija ċaħda tal-kura medika bbażata fuq twemmin personali; jesprimi dispjaċir li, wara l-emenda għall-"Att dwar il-professjonijiet tat-tobba u d-dentisti", it-tobba u l-faċilitajiet tas-saħħa mhumiex obbligati jindikaw faċilità jew prattikant alternattiv fil-każ ta' ċaħda ta' abort u servizzi oħra tal-SRH minħabba twemmin personali; jinnota li wara s-sentenza tat-Tribunal Kostituzzjonali illeġittimu tat-22 ta' Ottubru 2020, l-użu prattiku tal-klawsola tal-kuxjenza fih innifsu huwa limitat bħala riżultat tan-nuqqas ta' aċċess għall-abort fuq il-bażi tal-kundizzjoni tal-fetu; jiddeplora li l-mod li bih din il-klawsola hija mfassla skont il-liġi Pollakka ma jipprevedi l-ebda proċedura ta' appell kontra l-użu abbużiv tal-klawsola tal-kuxjenza; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-ġinekologi spiss jinvokawha b'mod żbaljat meta jintalbu jippreskrivu l-kontraċettivi, u b'hekk jillimitaw ukoll l-aċċess għall-kontraċezzjoni fil-Polonja; jinnota li dan il-mekkaniżmu ta' tiċħid tal-kura medika abbażi ta' twemmin personali jxekkel ukoll l-aċċess għall-iskrinjar ta' qabel it-twelid, li mhuwiex biss ksur tad-dritt għall-informazzjoni dwar il-kundizzjoni ta' fetu, iżda wkoll ifixkel it-trattament b'suċċess jew matul it-tqala jew immedjatament wara; jistieden lill-Gvern Pollakk jirregola ċ-ċaħdiet għall-forniment ta' servizzi tal-SRH mill-fornituri tal-kura tas-saħħa b'mod li ma jċaħħadx l-aċċess għall-SRHR, u jħeġġeġ lill-Gvern Pollakk jadotta r-riformi meħtieġa biex jintroduċi l-obbligu li l-pazjent jiġi riferut għand prattikant alternattiv u proċedura ta' appell kontra l-użu abbużiv tal-klawsola tal-kuxjenza;

16.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Pollakki jirrevokaw il-liġi li tillimita l-aċċess għall-pillola kontraċettiva ta' emerġenza, u jiffinanzjaw, jiżviluppaw u jippromwovu l-firxa sħiħa ta' kontraċettivi, inkluża l-kontraċezzjoni maskili;

17.  Jikkundanna l-abbuż tal-Gvern Pollakk tas-sistema ġudizzjarja u tas-setgħat leġiżlattivi tagħha sabiex jistrumentalizza u jippolitiċizza l-ħajja u s-saħħa tan-nisa u tal-persuni LGBTI+, li jwassal kemm għall-oppressjoni tagħhom kif ukoll għad-diskriminazzjoni kontrihom;

18.  Itenni t-tħassib serju tiegħu espress fir-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar it-tentattivi biex jiġi kriminalizzat it-tixrid tal-edukazzjoni dwar is-sesswalità u r-relazzjonijiet fil-Polonja u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, inkluża l-Polonja, jiżguraw li l-istudenti ta' kull età u orjentazzjoni sesswali jirċievu edukazzjoni komprensiva dwar is-sesswalità u r-relazzjonijiet li tkun adattata skont l-età u bbażata fuq l-evidenza, li hija essenzjali għall-bini tal-ħiliet taż-żgħażagħ sabiex jiffurmaw relazzjonijiet b'saħħithom, ta' ugwaljanza, fejn iħossuhom appoġġjati u sikuri, ħielsa mid-diskriminazzjoni, il-koerċizzjoni u l-vjolenza; jenfasizza li huma biss l-edukazzjoni, l-informazzjoni, l-aċċess universali għall-kontraċezzjoni, il-qerda tal-vjolenza sesswali u r-responsabbiltà kondiviża għall-kontraċezzjoni bejn in-nisa u l-irġiel li jistgħu jnaqqsu l-miżinformazzjoni u l-għadd ta' każijiet ta' tqala mhux intenzjonata;

19.  Jikkundanna bil-qawwa d-deċiżjoni tal-Ministru tal-Ġustizzja Pollakk li jibda uffiċjalment l-irtirar tal-Polonja mill-Konvenzjoni ta' Istanbul, li fiha nnifisha diġà hija ostaklu serju fir-rigward tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, id-drittijiet tan-nisa u l-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u, jekk titwettaq, tkompli ssaħħaħ dan l-ostaklu; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Pollakki jreġġgħu lura din id-deċiżjoni u jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva u prattika tal-Konvenzjoni; jistieden lill-Kunsill jikkonkludi b'urġenza r-ratifika tal-UE tal-Konvenzjoni ta' Istanbul;

20.  Ifakkar li d-drittijiet tan-nisa huma drittijiet fundamentali tal-bniedem u li l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri huma legalment obbligati li jirrispettawhom u jipproteġuhom f'konformità mat-Trattati u mal-Karta, kif ukoll mad-dritt internazzjonali;

21.  Jistieden lill-Kunsill jindirizza din il-kwistjoni u allegazzjonijiet oħra ta' ksur tad-drittijiet fundamentali fil-Polonja billi jespandi l-kamp ta' applikazzjoni tas-seduti ta' smigħ tiegħu dwar is-sitwazzjoni fil-Polonja, f'konformità mal-Artikolu 7(1) tat-TUE;

22.  Jistieden lill-Gvern Pollakk jikkonforma mas-sentenza tal-QEDB, li tiddikjara l-kompożizzjoni tal-Qorti Kostituzzjonali bħala illegali(18); itenni t-talbiet tiegħu lill-Kummissjoni biex twettaq valutazzjoni bir-reqqa tal-kompożizzjoni tat-Tribunal Kostituzzjonali illeġittimu; jissottolinja li d-deċiżjoni msemmija hawn fuq hija eżempju ieħor tat-teħid ta' kontroll politiku tal-ġudikatura u l-kollass sistemiku tal-istat tad-dritt fil-Polonja, u li l-istituzzjonijiet tal-UE huma obbligati jaġixxu kif xieraq;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri fil-garanzija ta' aċċess universali għall-SRHR, inkluż l-aċċess għal abort sikur u legali għaċ-ċittadini kollha;

24.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jissalvagwardjaw id-dritt għas-saħħa u jiżguraw li n-nisa u l-bniet fil-Polonja ma jitħallewx barra, billi jieħdu azzjoni deċiżiva u jiġġieldu kwalunkwe proposta leġiżlattiva jew restrizzjoni fuq l-aċċess għas-servizzi tal-kura tas-saħħa li ġejjin mill-Polonja, inkluża l-kura f'każ ta' abort;

25.  Jistieden lill-Kummissarji għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, għall-Ugwaljanza u għad-Demokrazija u d-Demografija jiffaċilitaw u jippromwovu l-protezzjoni tal-SRHR fil-Polonja bħala parti vitali mill-kisba tad-dritt għas-saħħa, għas-sikurezza u għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri;

26.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu passi konkreti biex tipproteġi l-SRHR fl-UE b'mod aktar ġenerali, billi tibda bl-istabbiliment ta' Mibgħut Speċjali tal-UE dwar l-SRHR u ż-żieda ta' kapitolu deżinjat dwar "Is-Sitwazzjoni attwali tal-SRHR" fir-Rapport Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija;

27.  Jistieden lill-Kummissjoni tadotta linji gwida għall-Istati Membri sabiex jiżguraw aċċess ugwali għal prodotti u servizzi SRHR f'konformità mad-dritt tal-UE u l-ġurisprudenza tal-QEDB;

28.  Ifakkar lill-Kummissjoni li għandha tipproponi direttiva komprensiva dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru fil-forom kollha tagħha, inkluż il-ksur tal-SRHR;

29.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Polonja u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU C 232, 16.6.2021, p. 48.
(2) ĠU C 356, 4.10.2018, p. 44.
(3) ĠU C 385, 22.9.2021, p. 317.
(4) ĠU C 129, 5.4.2019, p. 13.
(5) ĠU C 208, 1.6.2021, p. 24.
(6) ĠU C 449, 23.12.2020, p. 102.
(7) ĠU C 425, 20.10.2021, p. 147.
(8) Testi adottati, P9_TA(2021)0314.
(9) Testi adottati, P9_TA(2021)0395.
(10) Testi adottati, P9_TA(2021)0439.
(11) Il-Kumitat dwar l-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, il-Kumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem, ir-Rapporteur Speċjali dwar it-tortura u forom oħra ta' trattament jew pieni krudili, inumani u degradanti, u r-Rapporteur Speċjali dwar l-eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji (Serje ta' Informazzjoni dwar is-Saħħa u d-Drittijiet Sesswali u Riproduttivi tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Abort, 2020).
(12) Tysiąc vs il-Polonja (2007), R.R. vs il-Polonja (2011), u P. and S. vs il-Polonja (2012).
(13) https://www.asn.org.uk/press-release-abortion-without-borders-helps-more-than-17000-with-abortion-in-six-months-after-polish-constitutional-court-ruling/
(14) https://en.federa.org.pl/womens-collective-complaint-in-the-echr/
(15) https://www.epfweb.org/european-contraception-atlas#:~:text=On%2012%20November%202020%2C%20MEPs,on%20access%20to%20modern%20contraception
(16) L-Opinjoni tal-Kummissjoni ta' Venezja tal-14 u l-15 ta' Ottubru 2016 dwar l-Att dwar it-Tribunal Kostituzzjonali, paragrafu 128; Kumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, Osservazzjonijiet finali dwar is-seba' rapport perjodiku tal-Polonja, 23 ta' Novembru 2016, paragrafi 7 u 8; Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1520 tas-26 ta' Lulju 2017 dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja (ĠU L 228, 2.9.2017, p. 19).
(17) Grupp ta' Ħidma dwar id-diskriminazzjoni kontra n-nisa u l-bniet, l-14 ta' Settembru 2021, disponibbli fuq: https://www.ohchr.org/FR/NewsEvents/Pages/DisplayNews.aspx?NewsID=27457&LangID=E
(18) IL-KAŻ TA' XERO FLOR w POLSCE sp. z o.o. vs IL-POLONJA, disponibbli fuq: https://hudoc.echr.coe.int/eng#{%22itemid%22:[%22001-210065%22]}

Avviż legali - Politika tal-privatezza