Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2021 dwar l-abbozz konġunt ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fil-qafas tal-proċedura baġitarja (13911/2021 – C9-0428/2021 – 2021/0227(BUD))
– wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni u d-dikjarazzjonijiet rilevanti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (13911/2021 – C9-0428/2021),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022, adottat mill-Kummissjoni fid-9 ta' Lulju 2021 (COM(2021)0300),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022, adottata mill-Kunsill fis-6 ta' Settembru 2021 u li ntbagħat lill-Parlament fl-10 ta' Settembru 2021 (11352/2021 – C9-0353/2021),
– wara li kkunsidra l-Ittra emendatorja Nru 1/2022 għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022, ippreżentata mill-Kummissjoni fit-12 ta' Ottubru 2021 (COM(2021)0642),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Ottubru 2021 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022(1) u l-emendi baġitarji li tinkludi,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 UE tal-14 ta' Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom(2),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta' Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027(4),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020, bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda(5),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 95 u l-Artikolu 96 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tiegħu għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (A9-0326/2021),
1. Japprova t-test konġunt;
2. Jikkonferma d-dikjarazzjonijiet konġunti annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;
3. Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
ANNESS:
FINALI
Baġit 2022 – Elementi għal konklużjonijiet konġunti
Dawn il-konklużjonijiet konġunti jkopru t-taqsimiet li ġejjin:
1. Baġit 2022
2. Baġit 2021 – Abbozzi ta' Baġit Emendatorji Nru 5/2021 u Nru 6/2021
3. Dikjarazzjonijiet
Ħarsa ġenerali
A. Baġit 2022
Skont l-elementi għall-konklużjonijiet konġunti:
— Il-livell globali ta' approprjazzjonijiet ta' impenn fil-baġit tal-2022 huwa stabbilit fl-ammont ta' EUR 169 515,8-il miljun. B'mod globali, dan iħalli marġni taħt il-limiti massimi tal-QFP għall-2022 ta' EUR 1 167,8 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn.
— Il-livell kumplessiv ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit tal-2022 huwa stabbilit fl-ammont ta' EUR 170 603,3 miljun. Globalment, dan iħalli marġni taħt il-limiti massimi tal-QFP għall-2022 ta' EUR 1 695,8 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament.
— L-Istrument ta' Flessibbiltà għall-2022 huwa mobilizzat f'approprjazzjonijiet ta' impenn għall-ammont ta' EUR 368,4 miljun għall-intestatura 6 Il-Viċinat u d-Dinja.
L-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-2021 relatati mal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà fl-2019, fl-2020, fl-2021 u fl-2022 huma stmati mill-Kummissjoni li jammontaw għal EUR 467,2 miljun. L-iskeda ta' pagamenti stmati tal-ammonti pendenti relatati għal dawn is-snin hija dettaljata fit-tabella li ġejja:
Strument ta' Flessibbiltà - profil ta' pagament (f'miljuni ta' EUR)
Sena ta' mobilizzazzjoni
2022
2023
2024
2025
Total
2019
140,9
82,2
0,0
0,0
223,2
2020
66,2
39,9
0,0
0,0
106,1
2021
40,9
10,3
7,6
0,0
58,9
2022
219,2
62,7
49,8
36,7
368,4
Total
467,2
195,2
57,4
36,7
756,6
B. Baġit 2021
L-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 5/2021 huwa approvat kif propost mill-Kummissjoni.
L-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 6/2021 huwa approvat kif propost mill-Kummissjoni
1. Baġit 2022
1.1. Linji "magħluqa"
Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor hawn taħt f'dawn il-konklużjonijiet, il-linji baġitarji kollha huma kkonfermati kif propost mill-Kummissjoni fl-abbozz ta' baġit għall-2022 kif emendat fl-Ittra Emendatorja Nru 1/2022.
Barra minn hekk, il-linji baġitarji kollha emendati mill-Kunsill u maqbula mill-Parlament fil-qari tiegħu huma kkonfermati kif emendati mill-Kunsill.
Għal-linji baġitarji l-oħra, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni qabel dwar il-konklużjonijiet inklużi fit-taqsimiet 1.2 sa 1.7 ta' hawn taħt.
1.2. Kwistjonijiet orizzontali
Aġenziji deċentralizzati
Il-kontribuzzjoni tal-UE (f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament u l-għadd ta' postijiet) għall-aġenziji deċentralizzati kollha hija stabbilita fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-abbozz ta' baġit għall-2022 kif emendat fl-Ittra Emendatorja Nru 1/2022 bl-eċċezzjoni ta':
— Taħt is-subintestatura 2b:
— L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust, artikolu baġitarju 07 10 07) li għaliha ġew allokati 5 postijiet addizzjonali u l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament żdied bi EUR 380 000 meta jitqies il-medju tar-reklutaġġ f'nofs is-sena.
— L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE, artikolu baġitarju 07 10 08) li għalih il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament żdied bi EUR 3 750 000 meta jitqies ir-reklutaġġ tat-tisħiħ propost mill-Kummissjoni fl-abbozz ta' baġit għall-2022 kif emendat fl-Ittra Emendatorja Nru 1/2022 bħala medja fi tmiem l-ewwel trimestru minflok nofs is-sena.
— Taħt l-intestatura 4:
— L-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO, artikolu baġitarju 10 10 01) li għalih ġew allokati 5 postijiet addizzjonali u l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament żdied bi EUR 380 000 meta wieħed iqis ir-reklutaġġ bħala medja f'nofs is-sena.
— L-Aġenzija tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex, artikolu baġitarju 11 10 01) li għaliha l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament żdied b'EUR 65 000 000.
Aġenziji eżekuttivi
Il-kontribuzzjoni tal-UE (f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament u l-għadd ta' postijiet) għall-aġenziji eżekuttivi hija stabbilita fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2022.
Proġetti Pilota/Azzjonijiet Preparatorji
Ġie maqbul pakkett globali ta' 56 proġett pilota/azzjoni preparatorja (PP/AP), għal ammont totali ta' EUR 89,5 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn, kif propost mill-Parlament.
Dan jinkludi l-azzjonijiet previsti "lejn il-ħolqien ta' Akkademja Diplomatika Ewropea" li se jiġu implimentati mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE).
Dan il-pakkett jirrispetta l-limiti massimi għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji previsti fir-Regolament Finanzjarju.
1.3. Intestaturi tan-nefqa tal-qafas finanzjarju – approprjazzjonijiet ta' impenn
Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet imsemmija hawn fuq dwar il-linji baġitarji "magħluqa", l-aġenziji u l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni wasal għal ftehim fir-rigward ta' dan li ġej:
Intestatura 1 - Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali
L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2022 iżda bl-aġġustamenti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt.
Linja baġitarja/Programm
Isem
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)
AB 2022 (inkl. IE 1)
Baġit 2022
Differenza
1.0.11
Orizzont Ewropa
12 179 157 276
12 239 157 276
60 000 000
01 02 02 10
Cluster "Saħħa"
571 730 809
606 730 809
35 000 000
01 02 02 40
Cluster "Soċjetà Diġitali, Industrija u Spazju"
1 264 161 905
1 272 161 905
8 000 000
01 02 02 50
Cluster "Klima, Enerġija u Mobbiltà"
1 281 577 680
1 290 577 680
9 000 000
01 02 02 60
Cluster "Ikel, Bijoekonomija, Riżorsi Naturali, Agrikoltura u Ambjent"
1 003 750 348
1 011 750 348
8 000 000
1.0.31
Programm għas-Suq Uniku
583 544 000
613 544 000
30 000 000
03 02 02
Titjib tal-kompetittività tal-intrapriżi, partikolarment SMEs, u jiġu appoġġati fl-aċċess għas-swieq
121 450 000
151 450 000
30 000 000
PP/AP
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji
40 937 500
Total
130 937 500
Miż-żieda ta' EUR 30,0 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Programm għas-Suq Uniku (Titjib tal-kompetittività tal-intrapriżi, partikolarment SMEs, u jiġu appoġġati fl-aċċess għas-swieq, artikolu baġitarju 03 02 02), EUR 10,0 miljun għandhom jiġu ddedikati għall-forniment ta' diversi forom ta' appoġġ għas-settur tat-turiżmu.
B'konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul tal-approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 21 775,1 miljun, li jħalli marġni ta' EUR 102,9 miljun taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 1.
Skont l-Artikolu 15.3 tar-RegolamentFinanzjarju(6), il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel li jerġa' jagħmel disponibbli approprjazzjonijiet ta' impenn fuq il-linji baġitarji għar-riċerka għal total ta' EUR 117,3 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn, jiġifieri żieda ta' EUR 40,0 miljun meta mqabbel mal-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja 1/2022. Il-linja baġitarja li ġejja hija msaħħa u r-rimarki baġitarji tagħha riveduti kif xieraq:
(f'EUR)
Linja baġitarja
Isem
Approprjazzjonijiet ta' impenn
01 02 02 10
Cluster "Saħħa"
40 000 000
Total
40 000 000
Dawn l-approprjazzjonijiet huma parti mill-ammont globali sa EUR 0,5 biljun (fi prezzijiet tal-2018) għall-perjodu 2021-2027 kif maqbul fil-qafas tal-ftehim dwar il-QFP. Dan iħalli sa EUR 372,8 miljun fi prezzijiet tal-2018 disponibbli għall-perjodu 2023-2027.
Subintestatura 2a - Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali
L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2022 iżda bl-aġġustamenti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:
Linja baġitarja/Programm
Isem
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)
AB 2022 (inkl. IE 1)
Baġit 2022
Differenza
PP/AP
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji
2 681 000
Total
2 681 000
B'konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn jiġi stabbilit għal EUR 49 708,8 miljun, li jħalli marġni ta' EUR 30,2 miljun taħt il-limitu massimu tan-nefqa tas-Subintestatura 2a.
Subintestatura 2b – Reżiljenza u Valuri
L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2022 iżda bl-aġġustamenti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt.
Fid-dawl tal-ambjent attwali tar-rata tal-imgħax u l-operazzjonijiet ta' finanzjament reċenti tal-NGEU – l-approprjazzjonijiet għal-linja baġitarja 06 04 01 jistgħu jitnaqqsu b'EUR 244,7 miljun, filwaqt li tiġi ppreservata bis-sħiħ il-kapaċità li jiġi ffinanzjat il-komponent mhux ripagabbli tal-NGEU fl-2022. Meta mqabbel mal-Abbozz ta' Baġit, EUR 20 miljun oħra se jiġu posposti għall-2027, biex ipattu għal forniment minn qabel korrispondenti għall-programm l-UE għas-Saħħa.
Linja baġitarja/Programm
Isem
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)
AB 2022 (inkl. IE 1)
Baġit 2022
Differenza
2.2.13
Appoġġ lill-komunità Ċiprijotta Torka
33 276 000
34 276 000
1 000 000
05 04 01
L-għajnuna finanzjarja biex tinkoraġġixxi l-iżvilupp ekonomiku tal-Komunità Ċiprijotta Torka
31 402 525
32 402 525
1 000 000
2.2.23
Nefqa ta' appoġġ għall-Istrument ta' Rkupru tal-Unjoni Ewropea (EURI)
389 706 000
145 000 000
-244 706 000
06 04 01
Strument ta' Rkupru tal-Unjoni Ewropea (EURI) – Il-ħlas ta' kupun perjodiku u l-fidi meta jagħlaq
384 706 000
140 000 000
-244 706 000
2.2.24
Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (rescEU)
95 254 030
101 254 030
6 000 000
06 05 01
Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (rescUE)
95 254 030
101 254 030
6 000 000
2.2.25
Programm l-UE għas-Saħħa
788 672 701
839 672 701
51 000 000
06 06 01
Programm l-UE għas-Saħħa
764 213 775
815 213 775
51 000 000
2.2.312
L-Impiegi u l-Innovazzjoni Soċjali
104 482 000
106 482 000
2 000 000
07 02 04
L-FSE+ — il-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali
102 482 000
104 482 000
2 000 000
2.2.32
Erasmus+
3 366 740 438
3 401 740 438
35 000 000
07 03 01 01
Il-promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim tal-individwi, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, l-eċċellenza, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta' organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ — Ġestjoni indiretta
2 331 521 972
2 361 274 626
29 752 654
07 03 02
Il-promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim mhux formali u l-parteċipazzjoni attiva fost iż-żgħażagħ, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta' organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam taż-żgħażagħ
346 973 114
351 400 945
4 427 831
07 03 03
Il-promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim tal-kowċis u tal-persunal sportiv, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell tal-organizzazzjonijiet sportivi u l-politiki tal-isport
64 216 157
65 035 672
819 515
2.2.33
Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà (KES)
138 427 764
141 427 764
3 000 000
07 04 01
Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà
131 710 226
134 710 226
3 000 000
2.2.34
Ewropa Kreattiva
401 027 982
406 527 982
5 500 000
07 05 01
Kultura
125 597 589
131 097 589
5 500 000
2.2.352
Iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri
209 402 193
214 902 193
5 500 000
07 06 02
Il-promozzjoni tal-involviment u tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni
39 671 295
40 671 295
1 000 000
07 06 03
Daphne
29 581 401
33 581 401
4 000 000
07 06 04
Protezzjoni u promozzjoni tal-valuri tal-Unjoni
91 787 552
92 287 552
500 000
2.2.3DAG
Aġenziji Deċentralizzati
242 132 181
246 262 181
4 130 000
07 10 07
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust)
45 423 578
45 803 578
380 000
07 10 08
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE)
53 351 846
57 101 846
3 750 000
2.2.3SPEC
Prerogattivi
180 389 773
182 889 773
2 500 000
07 20 04 06
Kompetenzi speċifiċi fil-qasam tal-politika soċjali, inkluż id-djalogu soċjali
23 020 900
25 520 900
2 500 000
PP/AP
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji
35 303 000
Total
-93 773 000
Iż-żieda ta' EUR 3,0 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Korp Ewropew ta' Solidarjetà (Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, artikolu baġitarju 07 04 01) u EUR 5,0 miljun miż-żieda ta' EUR 35 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn għal Erasmus+ - għal effett ikkombinat ta' EUR 8 miljun - għandhom jiġu ddedikati għat-tħejjija u t-twettiq ta' attivitajiet bi qbil mas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022.
B'konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn jiġi stabbilit għal EUR 6 330,2 miljun, li jħalli marġni ta' EUR 130,8 miljun taħt il-limitu massimu tan-nefqa tas-Subintestatura 2b.
Intestatura 3 – Riżorsi Naturali u Ambjent
L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2022 iżda bl-aġġustamenti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:
Linja baġitarja/Programm
Isem
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)
AB 2022 (inkl. IE 1)
Baġit 2022
Differenza
3.2.21
Il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE)
708 045 484
755 545 484
47 500 000
09 02 01
Natura u bijodiversità
265 601 888
284 032 563
18 430 675
09 02 02
Ekonomija ċirkolari u kwalità tal-ħajja
169 866 127
181 653 495
11 787 368
09 02 03
Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u adattament għalih
120 050 994
128 381 585
8 330 591
09 02 04
Tranżizzjoni lejn enerġija nadifa
128 996 883
137 948 249
8 951 366
PP/AP
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji
9 611 500
Total
57 111 500
B'konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għall-ammont ta' EUR 56 235,4 miljun, li jħalli marġni ta' EUR 283,6 miljun taħt il-limitu massimu tal-intestatura 3, li minnhom EUR 270,1 miljun taħt is-submarġni għal "Nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti".
Intestatura 4 – Migrazzjoni u Ġestjoni tal-Fruntieri
L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2022 iżda bl-aġġustamenti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:
Linja baġitarja/Programm
Isem
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)
AB 2022 (inkl. IE 1)
Baġit 2022
Differenza
4.0.11
Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni
1 099 455 000
1 119 455 000
20 000 000
10 02 01
Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni
1 096 455 000
1 116 455 000
20 000 000
4.0.1DAG
Aġenziji Deċentralizzati
153 281 205
153 661 205
380 000
10 10 01
Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO)
Strument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri u għall-viżi
644 117 589
669 117 589
25 000 000
4.0.2DAG
Aġenziji Deċentralizzati
1 073 823 593
1 008 823 593
-65 000 000
11 10 01
Aġenzija tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex)
757 793 708
692 793 708
-65 000 000
Total
-19 620 000
Iż-żieda ta' EUR 20 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, l-artikolu baġitarju 10 02 01) għandha tiġi ddedikata għall-finanzjament tar-risistemazzjoni tar-refuġjati Afgani.
Iż-żieda ta' EUR 25 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (IBMF) – Strument għall-ġestjoni tal-fruntieri u għall-viżi (BMVI) (Strument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri u għall-viżi, artikolu baġitarju 11 02 01) għandha tiġi ddedikata għall-ġestjoni tal-kriżi tal-migranti fil-fruntiera tal-Belarussja.
B'konsegwenza ta' dan, il-livell tal-approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 3 091,2 miljun, u jħalli marġni ta' EUR 99,8 miljun taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 4.
Intestatura 5 – Sigurtà u Difiża
L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2022. B'konsegwenza ta' dan, il-livell tal-approprjazzjonijiet ta' impenn maqbul huwa stabbilit għal EUR 1 785,3 miljun, u jħalli marġni ta' EUR 82,7 miljun taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 5.
Intestatura 6 - Il-Viċinat u d-Dinja
L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2022 iżda bl-aġġustamenti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:
Linja baġitarja / Programm
Isem
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)
AB 2022 (inkl. IE 1)
Baġit 2022
Differenza
6.0.111
Strument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali — Ewropa Globali (NDICI — Ewropa Globali)
12 526 647 047
12 716 647 047
190 000 000
14 02 01 10
Il-Viċinat tan-Nofsinhar
1 604 861 026
1 629 861 026
25 000 000
14 02 01 11
Il-Viċinat tal-Lvant
699 703 445
709 703 445
10 000 000
14 02 01 30
Il-Lvant Nofsani u l-Asja Ċentrali
384 765 942
414 765 942
30 000 000
14 02 02 40
Nies – Sfidi globali
137 191 715
187 191 715
50 000 000
14 02 04
Riżervi għall-isfidi u l-prijoritajiet emerġenti
1 463 311 470
1 538 311 470
75 000 000
6.0.12
Għajnuna Umanitarja (HUMA)
1 595 059 463
1 806 059 463
211 000 000
14 03 01
Għajnuna Umanitarja
1 506 901 913
1 717 901 913
211 000 000
Total
401 000 000
Għall-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, iż-żidiet fl-approprjazzjonijiet ta' impenn ta' EUR 75 miljun (riżerva tal-isfidi u l-prijoritajiet emerġenti, l-artikolu baġitarju 14 02 04) u EUR 50 miljun (Nies – Sfidi Globali, linja baġitarja 14 02 02 40) għandhom jiġu ddedikati għall-miżuri għall-ġlieda kontra l-pandemija, inklużi l-vaċċini.
B'konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 17 170,4 miljun, mingħajr marġni taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 6 u l-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għal ammont ta' EUR 368,4 miljun.
Intestatura 7 - Amministrazzjoni Pubblika Ewropea
L-għadd ta' postijiet fit-tabella tal-persunal tal-istituzzjonijiet u l-approprjazzjonijiet proposti mill-Kummissjoni fl-Abbozz tal-Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2022 huma maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:
— It-taqsima tal-Parlament Ewropew li għaliha l-qari tiegħu huwa approvat;
— It-taqsima tal-Kunsill, li għaliha l-qari tiegħu huwa approvat;
— It-taqsima tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li għaliha jiżdiedu 9 postijiet fil-pjan ta' stabbiliment u l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament żdied b'EUR 684 000 meta wieħed iqis ir-reklutaġġ bħala medja f'nofs is-sena;
— It-taqsima tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) li għaliha 13-il post, marbuta mal-NGEU u sal-2027, jiżdiedu mal-pjan ta' stabbiliment u l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament żdied b'EUR 988 000 meta jitqies ir-reklutaġġ medju f'nofs is-sena;
— It-Taqsima tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) li għaliha (i) ir-riżorsi tal-persunal jiżdiedu b'7 postijiet fil-pjan ta' stabbiliment u 3 Aġenti Kuntrattwali u l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament jiżdied b'EUR 655 000 meta jitqies ir-reklutaġġ medju f'nofs is-sena, (ii) il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament jiżdied b'EUR 990 500 għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet previsti ''lejn il-ħolqien ta' Akkademja Diplomatika Ewropea'', kif propost mill-Parlament Ewropew fil-qari tiegħu u (iii) il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament jiżdied b'1,0 miljun għal EUR 2 2 miljun għall-''kapaċità ta' komunikazzjoni strateġika'';
L-aġġustamenti, li jirriżultaw f'żieda ta' EUR 0,8 miljun tal-intestatura 7, huma spjegati fid-dettall fit-tabelli li ġejjin:
Taqsima 2 – Kunsill Ewropew u Kunsill
Linja baġitarja / Programm
Isem
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)
AB 2022 (inkl. IE 1)
Baġit 2022
Differenza
1 1 0 0
Salarji Bażiċi
265 982 044
265 970 746
-11 298
1 1 0 2
Drittijiet taħt ir-Regolamenti tal-Persunal marbutin maċ-ċirkostanzi personali tal-membru tal-persunal
66 765 000
66 778 000
13 000
1 1 0 3
Kopertura għas-sigurtà soċjali
10 946 000
10 947 000
1 000
2 0 1 0
Tindif u manutenzjoni
18 635 000
18 335 000
-300 000
2 1 0 0
Akkwist ta' tagħmir u software
14 385 716
12 285 716
-2 100 000
2 1 0 1
Assistenza esterna għall-operat u l-iżvilupp ta' sistemi tal-kompjuter
27 839 685
27 509 685
-330 000
2 2 0 4
Nefqiet varji għal laqgħat interni
5 235 000
4 635 000
-600 000
2 2 1 3
Tagħrif u avvenimenti pubbliċi
5 358 250
5 158 250
-200 000
Total
-3 527 298
Taqsima 4 – Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Linja baġitarja / Programm
Isem
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)
AB 2022 (inkl. IE 1)
Baġit 2022
Differenza
1 2 0 0
Pagi u allowances
287 078 950
287 762 950
684 000
Total
684 000
Taqsima 5 – Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri
Linja baġitarja / Programm
Isem
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)
AB 2022 (inkl. IE 1)
Baġit 2022
Differenza
1 2 0 0
Rimunerazzjoni u allowances
118 344 775
119 332 775
988 000
Total
988 000
Taqsima 10 – Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
Linja baġitarja / Programm
Isem
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)
AB 2022 (inkl. IE 1)
Baġit 2022
Differenza
1 1 0 0
Salarji Bażiċi
116 638 000
117 170 000
532 000
1 2 0 0
Persunal bil-kuntratt
18 671 800
18 794 800
123 000
2 2 1 4
Kapaċità ta' Komunikazzjoni Strateġika
4 000 000
5 000 000
1 000 000
2 2 5 0
Proġett Pilota – Lejn il-ħolqien ta' Akkademja Diplomatika Ewropea
990 500
990 500
Total
2 645 500
B'konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 10 620,1 miljuni, li jħalli marġni ta' EUR 437,9 miljun taħt il-limitu massimu tal-intestatura 7, li minnhom EUR 240,1 miljun huma taħt is-submarġni għan-''Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet''.
Strumenti tematiċi speċjali: FEG, SEAR u BAR
L-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG), u r-Riżerva ta' Solidarjetà u Għajnuna ta' Emerġenza (SEAR) huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2022.
1.4. Approprjazzjonijiet ta' pagament
Il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament globali fil-Baġit tal-2022 huwa stabbilit fil-livell tal-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2022, bl-aġġustamenti li ġejjin maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni:
1. Jitqies il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn għan-nefqa mhux differenzjata (l-intestaturi 1 sa 6), li għaliha l-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament huwa ugwali għal-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn. Dan japplika għat-tnaqqis tal-kost tal-finanzjament tal-Istrument Ewropew għall-Irkupru (EURI) b'EUR 244,7 miljun. Meta jitqies ukoll l-aġġustament għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-aġenziji deċentralizzati, l-effett ikkombinat huwa tnaqqis ta' EUR 305,2 miljun;
2. L-aġġustament taħt l-intestatura 7 li jirriżulta f'żieda ta' EUR 0,8 miljun;
3. L-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-proġetti pilota ġodda u għall-azzjonijiet preparatorji kollha ġodda proposti mill-Parlament huma stabbiliti fil-livell ta' 25 % tal-approprjazzjonijiet ta' impenn korrispondenti jew, fil-livell propost mill-Parlament, jekk ikun iktar baxx. Fil-każ ta' estensjoni ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji eżistenti, il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament huwa dak definit fl-Abbozz ta' Baġit kif emendat mill-Ittra emendatorja 1/2022 flimkien ma' 25 % tal-approprjazzjonijiet ta' impenn ġodda korrispondenti, jew fil-livell propost mill-Parlament, jekk ikun aktar baxx. L-effett ikkombinat huwa żieda ta' EUR 22,1 miljun;
4. L-aġġustamenti għal-linji baġitarji tan-nefqa differenzjata li għalihom l-effett ikkombinat huwa żieda ta' EUR 262,0 miljun.
L-aġġustamenti, li jirriżultaw fi tnaqqis globali ta' EUR 20,3 miljun, huma spjegati fid-dettall fit-tabella li ġejja:
Linja baġitarja / Programm
Isem
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)
AB 2022 (inkl. IE 1)
Baġit 2022
Differenza
Intestatura 1
1.0.23
Programm Ewropa Diġitali
898 530 703
848 530 703
-50 000 000
02 04 01 11
Ċentru Ewropew ta' Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà
33 192 982
17 192 982
-16 000 000
02 04 03
Intelliġenza artifiċjali
245 811 860
214 811 860
-31 000 000
02 04 04
Ħiliet
52 000 000
49 000 000
-3 000 000
PP/AP
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji
10 234 375
Total Intestatura 1
-39 765 625
Subintestatura 2a
PP/AP
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji
670 250
Total Subintestatura 2a
670 250
Subintestatura 2b
2.2.23
Il-kost ta' finanzjament tal-Istrument ta' Rkupru tal-Unjoni Ewropea (EURI)
389 706 000
145 000 000
-244 706 000
06 04 01
Strument ta' Rkupru tal-Unjoni Ewropea (EURI) – Il-ħlas ta' kupun perjodiku u l-fidi meta jagħlaq
384 706 000
140 000 000
-244 706 000
2.2.24
Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (rescEU)
180 866 480
186 866 480
6 000 000
06 05 01
Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (rescEU)
94 547 220
100 547 220
6 000 000
2.2.32
Erasmus+
3 273 756 286
3 300 756 286
27 000 000
07 03 01 01
Il-promozzjoni tal-mobbilità għat-tagħlim tal-individwi, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, l-eċċellenza, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta' organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ — Ġestjoni indiretta
2 220 525 000
2 243 477 048
22 952 048
07 03 02
Il-promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim mhux formali u l-parteċipazzjoni attiva fost iż-żgħażagħ, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta' organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam taż-żgħażagħ
310 000 000
313 415 755
3 415 755
07 03 03
Il-promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim tal-kowċis u tal-persunal sportiv, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell tal-organizzazzjonijiet sportivi u l-politiki tal-isport.
55 000 000
55 632 197
632 197
2.2.3DAG
Aġenziji Deċentralizzati
233 643 002
237 773 002
4 130 000
07 10 07
Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust)
45 226 899
45 606 899
380 000
07 10 08
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE)
53 351 846
57 101 846
3 750 000
PP/AP
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji
8 825 750
Total Subintestatura 2b:
-198 750 250
Intestatura 3
PP/AP
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji
2 402 875
Total Intestatura 3
2 402 875
Intestatura 4
4.0.11
Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni
1 276 766 000
1 291 766 000
15 000 000
10 02 01
Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni
661 766 000
676 766 000
15 000 000
4.0.1DAG
Aġenziji Deċentralizzati
153 281 205
153 661 205
380 000
10 10 01
Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO)
Strument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri u għall-viżi
191 891 340
211 891 340
20 000 000
4.0.2DAG
Aġenziji Deċentralizzati
1 050 691 460
985 691 460
-65 000 000
11 10 01
Aġenzija tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex)
757 793 708
692 793 708
-65 000 000
Total Intestatura 4
-29 620 000
Intestatura 5:
Intestatura 6
6.0.111
Strument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali — Ewropa Globali (NDICI — Ewropa Globali)
7 858 721 595
7 891 721 595
33 000 000
14 02 04
Riżervi għall-isfidi u l-prijoritajiet emerġenti
1 000 000 000
1 033 000 000
33 000 000
6.0.12
Għajnuna Umanitarja (HUMA)
1 880 645 990
2 091 645 990
211 000 000
14 03 01
Għajnuna Umanitarja
1 797 851 440
2 008 851 440
211 000 000
Total Intestatura 6
244 000 000
Intestatura 7
7.2.2
Kunsill Ewropew u Kunsill
615 000 854
611 473 556
-3 527 298
7.2.4
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
464 090 000
464 774 000
684 000
7.2.5
Qorti Ewropea tal-Awdituri
161 153 175
162 141 175
988 000
7.2.X
Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
775 069 920
777 715 420
2 645 500
Total Intestatura 7
790 202
TOTAL
-20 272 548
Kumplessivament dan jirriżulta f'livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 170 603,3 miljun, tnaqqis ta' EUR 20,3 miljun meta mqabbel mal-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2022.
1.5. Riżervi
Ma hemm l-ebda riżerva minbarra dawk tal-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2022.
1.6. Kummenti baġitarji
It-test tal-kummenti baġitarji jikkorrispondi għall-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2022 bl-aġġustamenti li ġejjin maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni:
— Linji baġitarji li fir-rigward tagħhom ġew introdotti emendi mill-Parlament Ewropew għat-taqsima tiegħu stess huma approvati mingħajr modifiki:
— Linji baġitarji li fir-rigward tagħhom l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew huma approvati mingħajr modifiki:
Artikolu 07 10 01 — Il-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (Eurofound)
It-test jiġi emendat kif ġej:
Il-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (Eurofound) tipprovdi u xxerred għarfien importanti dwar kwistjonijiet soċjali u relatati max-xogħol u biex tikkontribwixxi għal politiki sodi u bbażati fuq l-elementi konkreti f'dawk l-oqsma. L-attività ewlenija tagħha tirrigwarda r-riċerka fl-oqsma tal-impjiegi, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, ir-relazzjonijiet industrijali u l-kwalità tal-ħajja. L-attivitajiet tal-Eurofound jikkontribwixxu għall-prijoritajiet li ġejjin: aktar parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u l-ġlieda kontra l-qgħad bil-ħolqien ta' impjiegi, titjib tal-funzjonament tas-suq tax-xogħol u promozzjoni tal-integrazzjoni u tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri; it-titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u li x-xogħol isir sostenibbli tul il-ħajja kollha, l-iżvilupp ta' relazzjonijiet industrijali li jiżguraw soluzzjonijiet ekwi u produttivi f'kuntest ta' politiki li qed jinbidel, it-titjib tal-istandards tal-għajxien u l-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali fid-dawl tad-disparitajiet ekonomiċi u l-inugwaljanzi soċjali, pereżempju d-differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi u d-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi.
— Linji baġitarji li għalihom il-kumment baġitarju rispettiv kif propost fl-Abbozz ta' Baġit kif emendat bl-Ittra Emendatorja, huma approvati bil-modifiki li ġejjin:
— Partita 01 02 02 53 — Cluster Klima, Enerġija u Mobbiltà — Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea
Il-paragrafu jiġi emendat kif ġej:
L-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea għandha tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta' Orizzont Ewropa, b'mod partikolari l-cluster Klima, Enerġija u Mobbiltà. Hija se tħaffef l-iżvilupp u l-użu ta' teknoloġiji innovattivi (speċjalment dawk diġitali u l-awtomatizzazzjoni) biex tinkiseb sistema ferrovjarja Ewropea aktar attraenti, faċli għall-utent, kompetittiva, affordabbli, faċli biex issir il-manutenzjoni tagħha u effiċjenti u biex jinkisbu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, pereżempju, li parti sostanzjali mill-75 % tal-merkanzija interna li tinġarr bit-triq tiġi ttrasferita lejn trasport bil-ferrovija u fil-passaġġi fuq l-ilma interni.
— Partita 07 20 04 06 — Kompetenzi speċifiċi fil-qasam tal-politika soċjali, inkluż id-djalogu soċjali
Emenda l-paragrafu kif ġej:
– azzjonijiet dwar il-laqgħat preliminari ta' konsultazzjoni bejn ir-rappreżentanti tat-trade unions Ewropej, b'mod partikolari biex ikopru l-kostijiet bil-għan li jiġu megħjuna jiffurmaw l-opinjonijiet tagħhom u jarmonizzaw il-pożizzjonijiet tagħhom fejn jidħol l-iżvilupp tal-politiki tal-Unjoni, b'mod partikolari wara l-kriżi tal-COVID-19.
— Partita 1 3 0 1, Taqsima 10 Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna — Taħriġ
Jiżdied it-test li ġej:
Il-baġit għat-taħriġ għandu juri b'mod ċar u jappoġġja l-importanza tal-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, is-sensittività u l-ġlieda kontra l-preġudizzji tal-ġeneru, inkluża l-politika kontra l-fastidju, fl-istituzzjonijiet tagħna stess (inklużi l-Kwartieri Ġenerali tas-SEAE, id-Delegazzjonijiet tal-UE kif ukoll il-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK), anke fil-proċeduri tal-għażla. Dan għandu jinkludi taħriġ obbligatorju u inizjattivi, b'attenzjoni speċjali għar-responsabbiltà tal-maniġment medju u superjuri f'dawn l-oqsma, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Ġeneru III u d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal relatat.
— F'konformità mal-Artikolu 15.3 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel li jagħmel l-approprjazzjonijiet ta' impenn disponibbli mill-ġdid fil-linja baġitarja 01 02 02 10. Ir-rimarki tal-baġit se jiġu aġġustati kif xieraq:
Linja baġitarja
Isem
01 02 02 10
Jiżdied it-test li ġej:
F'konformità mal-Artikolu 15.3 tar-Regolament Finanzjarju, huwa disponibbli ammont ta' EUR 40 000 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn għal din il-partita tal-baġit b'żieda mad-diżimpenji li saru fl-2020 b'riżultat tan-nuqqas ta' implimentazzjoni totali jew parzjali tal-proġetti ta' riċerka.
Dan hu bbażat fuq il-fehim li l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jistgħux jimmodifikaw jew jestendu l-kamp ta' applikazzjoni ta' bażi legali eżistenti, jew jaffettwaw l-awtonomija amministrattiva tal-istituzzjonijiet, u li l-azzjoni tista' tiġi koperta minn riżorsi disponibbli.
1.7. Nomenklatura tal-baġit
In-nomenklatura tal-baġit proposta mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendata bl-Ittra Emendatorja 1/2022, hija maqbula, bl-inklużjoni tal-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji ġodda minbarra l-proġett pilota ġdid ''Monitoraġġ tal-SDGs fir-reġjuni tal-UE - Il-mili tan-nuqqasijiet fid-data'' li se jiġi implimentat taħt l-intestatura 1 tal-QFP, l-artikolu baġitarju PP 01 22 06 minflok taħt is-subintestatura 2b tal-QFP.
2. Baġit 2021
L-Abbozz ta' Baġit Emendatorju (ABE) 5/2021 huwa approvat kif propost mill-Kummissjoni.
L-Abbozz ta' Baġit Emendatorju (ABE) 6/2021 huwa approvat kif propost mill-Kummissjoni.
3. Dikjarazzjonijiet
3.1. Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-approprjazzjonijiet ta' pagament
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jappellaw lill-Kummissjoni biex tkompli tissorvelja mill-qrib u b’mod attiv matul is-sena 2022 l-implimentazzjoni tal-programmi tal-QFP attwali u preċedenti (b’mod partikolari fis-subintestatura 2a u l-Iżvilupp Rurali). Għal dan il-għan, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta, b'mod f'waqtu, ċifri aġġornati li jikkonċernaw is-sitwazzjoni attwali u l-istimi rigward l-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-2022 (b’kont meħud tal-preċiżjoni mtejba tal-previżjonijiet tal-Istati Membri fejn applikabbli). Jekk iċ-ċifri juru li l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit għall-2022 mhumiex biżżejjed biex ikopru l-ħtiġijiet, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta mill-aktar fis possibbli soluzzjoni xierqa, fost l-oħrajn abbozz ta’ baġit emendatorju, bil-ħsieb li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jieħdu kwalunkwe deċiżjoni meħtieġa malajr kemm jista’ jkun mingħajr dewmien żejjed għal ħtiġijiet ġustifikati. Fejn applikabbli, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ser iqisu l-urġenza tal-kwistjoni, billi jnaqqsu l-perijodu ta’ tmien ġimgħat għal deċiżjoni jekk jitqies meħtieġ. L-istess japplika mutatis mutandis jekk iċ-ċifri juru li l-approprjazzjonijiet li ddaħħlu fil-baġit għall-2022 jkunu ogħla minn kemm ikun meħtieġ.
3.2. Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-ispiża tal-finanzjament tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru (EURI) fl-2022
Bis-saħħa tal-ambjent favorevoli attwali tar-rata tal-imgħax u b’kont meħud tal-ispiża tal-ħruġ tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-NGEU s’issa din is-sena, l-approprjazzjonijiet ippjanati għall-ispiża tal-finanzjament tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru [linja baġitarja 06 04 01] jistgħu jitnaqqsu filwaqt li tiġi ppreservata bis-sħiħ il-kapaċità li jiġi ffinanzjat il-komponent mhux ripagabbli tal-NGEU fl-2022.
L-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji jistabbilixxi li "Il-ħlasijiet lura tal-kapital tal-fondi għandhom jibdew qabel tmiem il-perjodu tal-QFP 2021-2027, b’ammont minimu, sa fejn jippermettu l-ammonti mhux użati għal pagamenti tal-imgħax dovuti taħt is-self imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, b’kunsiderazzjoni xierqa għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 314 TFUE".
Barra minn hekk, il-premessa 20 tad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji tiddikjara "l-ammonti mhux użati għall-ħlas tal-imgħax kif previst ser jintużaw għall-ħlas lura bikri qabel tmiem il-QFP 2021-2027, b’ammont minimu, u jistgħu jiżdiedu ‘l fuq minn dan il-livell dment li riżorsi proprji ġodda jkunu ġew introdotti wara l-2021 f’konformità mal-proċedura li tinsab fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 311 TFUE".
Peress li l-ebda ħlas lura tal-kapital mhu ser ikun possibbli fl-2022:
— Ammont ta’ EUR 90 miljun, li minnhom EUR 70 miljun diġà huma inklużi fl-Abbozz tal-baġit, ser jiġu posposti għall-2027 meta jkunu jistgħu jintużaw jew għal pagamenti tal-imgħax jew għal ripagamenti bikrija. Dan il-posponiment lejn tmiem il-perijodu huwa kkumpensat minn forniment korrispondenti minn qabel tal-programm EU4Health.
— Mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-awtorità baġitarja, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaqblu li jżidu l-ammonti disponibbli fil-linja baġitarja 06 04 01 b’EUR 224,7 miljun matul il-perijodu 2024-2027, abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni u wara l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet u l-possibbiltajiet għal ripagamenti bikrija, bl-użu tal-marġnijiet disponibbli u bil-mobilizzazzjoni tal-istrument ta’ marġni uniku filwaqt li jiġi rrispettat l-ipprogrammar finanzjarju għall-programmi fl-Intestatura 2b.
Dan il-mekkaniżmu jiżgura li l-ammont totali għal-linja EURI inkluż fl-ipprogrammar finanzjarju oriġinali għall-2022 ser jintuża għall-pagamenti tal-imgħax jew għar-ripagamenti bikrija matul il-QFP 2021-2027.
Il-Kummissjoni tfakkar li l-linja tal-imgħax EURI ([linja baġitarja 06 04 01]) isservi għall-ħlas tal-ispejjeż tal-finanzjament u tal-likwidità tas-self tal-NGEU sa fejn dawn ikunu attribwiti lill-Baġit tal-UE. Ammonti mhux użati għal pagamenti ta’ imgħax, għandhom jintużaw għal ripagamenti bikrija tad-dejn skont l-Artikolu 5(2) u l-Premessa 20 tad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji.
Iż-żieda fl-inflazzjoni titlob prudenza baġitarja msaħħa fir-rigward tal-ġestjoni tal-linja tal-imgħax EURI fid-dawl tal-possibbiltà li r-rati tal-imgħax nominali jkunu ogħla minn dawk preżunti fl-ipprogrammar ta’ din il-linja.
Għalhekk, fil-kwittanza tar-responsabbiltajiet tagħha skont l-Artikolu 314 (TFUE), il-paragrafi 2, 5 u 8, il-Kummissjoni ser tipproponi miżuri baġitarji li, jekk jiġu adottati, ser jiżguraw li l-ammont globali oriġinarjament ippjanat fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 [EUR 14 976 miljun fi prezzijiet attwali] għal-linja EURI jintuża bis-sħiħ għall-ħlas tal-ispiża tal-imgħax jew għar-ripagamenti bikrija.
Il-Kummissjoni ser tirrapporta kull sena fil-qafas tal-preżentazzjoni tal-abbozz tal-baġit dwar l-implimentazzjoni kumulattiva tal-linja EURI, l-ammonti posposti fuq il-linja EURI u l-ammont riżervat taħt l-Istrument ta’ Marġni Uniku biex jintlaħaq dan l-objettiv.
3.4. Dikjarazzjoni unilaterali mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-indirizzar tal-faqar fost it-tfal taħt il-Fond Soċjali Ewropew+
L-indirizzar tal-faqar fost it-tfal ser isir saħansitra aktar importanti speċjalment fil-kuntest tal-irkupru mill-kriżi tal-COVID-19 u jeħtieġ li jiġu ddedikati biżżejjed riżorsi għalih. Għal dan il-għan, ir-Regolament (UE) 2021/1057 li jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) jirrikjedi li l-Istati Membri jallokaw ammont xieraq mir-riżorsi ta’ ġestjoni kondiviża tal-FSE+ tagħhom għall-implimentazzjoni tal-Garanzija għat-Tfal permezz ta’ azzjonijiet immirati u riformi strutturali li jindirizzaw il-faqar fost it-tfal. Allokazzjoni minima espliċita ta’ 5 % hija stabbilita għall-Istati Membri kollha li kellhom rata medja ogħla mill-medja tal-Unjoni ta’ tfal ta’ inqas minn 18-il sena f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali għall-perijodu bejn l-2017 u l-2019.
In-negozjati dwar il-programmi 2021-27 bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri għadhom għaddejjin u l-ammonti eżatti li għandhom jiġu pprogrammati b’appoġġ għall-Garanzija għat-Tfal fl-Istati Membri kollha ser ikunu magħrufa ladarba dan il-proċess ikun tlesta.
F’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Garanzija Ewropea għat-Tfal {SWD (2021) 62 final} u abbażi ta’ rapporti mill-koordinaturi tal-Garanzija għat-Tfal tal-Istati Membri u l-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali, il-Kummissjoni ser tirrapporta regolarment dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni li tistabbilixxi l-Garanzija għat-Tfal. Il-Kummissjoni ser tissorvelja wkoll mill-qrib l-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. Il-Kummissjoni tixtieq tenfasizza li l-Istati Membri jistgħu jipprogrammaw il-finanzjament għall-implimentazzjoni tal-Garanzija għat-Tfal lil hinn mir-rekwiżiti minimi stabbiliti fir-Regolament tal-FSE+. Huma jistgħu jużaw ukoll riżorsi oħra tal-UE, bħall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, kif ukoll il-finanzjament nazzjonali tagħhom stess.
3.5. Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-intenzjoni li jiġu pprovduti riżorsi massimi fil-każ ta' diżastri naturali taħt il-fergħa tal-FSUE tas-SEAR fl-2022
It-tliet istituzzjonijiet jirrikonoxxu li l-firxa eċċezzjonali tad-diżastri naturali li seħħew fl-2021 toħloq pressjoni fuq id-disponibbiltajiet taħt il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE). Il-FSUE huwa ffinanzjat esklużivament mir-Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna f’Emerġenza (SEAR), mingħajr ebda possibbiltà ta’ rikors għal sorsi oħra ta’ finanzjament.
Il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni qabel li jsaħħaħ l-għajnuna umanitarja fl-Intestatura 6 b’EUR 211-il miljun fil-baġit tal-2022. Għalhekk huwa possibbli li jiġi limitat ir-rikors għall-pakkett tas-SEAR għal emerġenzi esterni matul il-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Awwissu 2022, u b’hekk jiġu liberati riżorsi addizzjonali għall-FSUE fl-1 ta’ Settembru 2022 ekwivalenti għall-ammont tat-tisħiħ tal-għajnuna umanitarja taħt l-Intestatura 6. Dan ser jippermetti li tintwera solidarjetà massima mal-Istati Membri kkonċernati mid-diżastri naturali filwaqt li tiżdied il-kapaċità tal-baġit tal-UE li jirreaġixxi malajr għal emerġenzi esterni.
3.6. Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-pjan ta’ stabbiliment tal-Qorti tal-Awdituri
Il-PE u l-Kunsill jirrikonoxxu li l-NGEU ser twassal għal ammont ta’ xogħol addizzjonali għall-Qorti tal-Awdituri li ma jistax jiġi kkumpensat bis-sħiħ permezz ta’ riallokazzjoni fi ħdan il-baġit eżistenti. Għalhekk huma jaqblu dwar żieda fil-pjan ta' stabbiliment tal-Qorti b’ 20 kariga fl-2022.
Il-PE u l-Kunsill jissottolinjaw l-importanza li jagħtu lill-ħidma tal-Qorti tal-Awdituri, b’mod partikolari fir-rigward tal-awditi finanzjarji u ta’ konformità li l-Qorti twettaq sabiex tissodisfa l-kompitu primarju tagħha li teżamina jekk id-dħul kollu jkunx ġie riċevut u l-infiq kollu jkunx sar b’mod legali u regolari, li huma marbuta b’mod inseparabbli mal-awditi tal-prestazzjoni biex jiġu eżaminati l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività fil-ġestjoni tal-Baġit tal-UE, bħala żewġ naħat tal-istess munita. Is-solidità tal-ġestjoni finanzjarja tal-baġit tagħha hija pedament għal-leġittimità tal-Unjoni.
F’dan il-kuntest il-PE u l-Kunsill iqisu li huwa essenzjali li l-Qorti talloka biżżejjed riżorsi għall-implimentazzjoni ta’ dawn l-attivitajiet ewlenin.
B’mod ġenerali, il-PE u l-Kunsill jirrikonoxxu wkoll l-importanza tar-rakkomandazzjonijiet li l-Qorti tagħti abbażi tal-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu TFUE, filwaqt li jinnotaw li l-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat li din id-dispożizzjoni "hija maħsuba biex tikkontribwixxi għat-titjib tal-ġestjoni finanzjarja tal-Unjoni billi tipprevedi li r-rapporti jiġu trażmessi lill-istituzzjonijiet u li dawn tal-aħħar iwieġbu għalihom".
Il-PE u l-Kunsill jistiednu lill-Qorti tinkludi fid-dokumenti ta’ ħidma għal eżerċizzji baġitarji futuri ħarsa ġenerali tal-allokazzjoni tal-persunal fis-sena preċedenti għal attivitajiet għall-awditi finanzjarji, tal-konformità u tal-prestazzjoni, għall-ħidma abbażi tal-Artikolu 287(4) TFUE u għas-servizzi ta’ appoġġ.
3.7. Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar ir-rieżami tal-evoluzzjoni tal-pandemija fl-2022
It-tliet istituzzjonijiet jimpenjaw ruħhom li jirrieżaminaw l-evoluzzjoni tar-rispons għall-pandemija sal-aħħar ta’ Ġunju 2022, b’mod partikolari fir-rigward tat-tilqim internazzjonali u fuq din il-bażi ser jikkunsidraw kwalunkwe azzjoni meħtieġa kif propost mill-Kummissjoni.
3.8. Dikjarazzjoni unilaterali mill-Kummissjoni dwar il-migrazzjoni
Minħabba l-ħtiġijiet kontinwi previsti fis-snin li ġejjin, il-Kummissjoni tikkonferma l-pjan tagħha li tiżgura li l-finanzjament annwali medju għall-migrazzjoni għall-Viċinat tan-Nofsinhar mill-allokazzjoni tal-Viċinat NDICI-GE u, jekk meħtieġ, minn strumenti oħra, jibqa’ mill-inqas fil-livell previst għall-2022.
3.9. Dikjarazzjoni unilaterali mill-Kummissjoni dwar l-Intestatura 7
Il-Kummissjoni tfakkar li l-ipprogrammar finanzjarju tal-Intestatura 7 huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni li l-livelli tal-persunal tal-Istituzzjonijiet jibqgħu stabbli. Hija tosserva li l-Baġit 2022 mhuwiex konsistenti ma’ din is-suppożizzjoni u tissottolinja li, fl-isfond tal-inflazzjoni li qed tiżdied, żidiet futuri fil-persunal jistgħu jwasslu għal pressjonijiet fuq l-Intestatura 7 fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021‑2027.
Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2021: Appoġġ umanitarju għar-rifuġjati fit-Turkija
130k
45k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2021 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2021 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 – Appoġġ umanitarju għar-rifuġjati fit-Turkija (12444/2021 – C9-0380/2021 – 2021/0226(BUD))
– wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, adottat b'mod definittiv fit-18 ta' Diċembru 2020(2),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta' Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027(3),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020, bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda(4),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta' Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom(5),
– wara li kkunsidra l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2021, adottat mill-Kummissjoni fid-9 ta' Lulju 2021 (COM(2021)0460),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2021, adottata mill-Kunsill fil-5 ta' Ottubru 2021 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fl-14 ta' Ottubru 2021 (12444/2021 – C9-0380/2021),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 94 u 96 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0327/2021),
A. billi l-għan tal-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2021 huwa li jipprovdi appoġġ kontinwu lil dawk l-aktar vulnerabbli mir-rifuġjati fit-Turkija bħala konsegwenza tal-kriżi fis-Sirja, li jirrappreżenta l-ewwel komponent tal-proposti tal-Kummissjoni għall-kontinwazzjoni tal-finanzjament għar-rifuġjati Sirjani u l-komunitajiet ospitanti fit-Turkija, fil-Ġordan, fil-Libanu u f'partijiet oħra tar-reġjun;
B. billi l-Kummissjoni tistma li EUR 325 miljun huma meħtieġa biex tiġi estiża l-kopertura tal-programm emblematiku tax-Xibka ta' Sikurezza Soċjali ta' Emerġenza (ESSN), li jipprovdi trasferimenti ta' flus kontanti kull xahar għal aktar minn 1,8 miljun rifuġjat, minn Marzu 2022 sal-bidu tal-2023, meta l-programm għandu jiġi traspost f'assistenza għall-iżvilupp; billi l-Kummissjoni pproponiet li tiffinanzja din is-somma billi tuża l-marġni tal-Intestatura 6 li jifdal fl-2021, u l-bilanċ jiġi mill-pakkett tal-Għajnuna Umanitarja fl-2021 u l-2022;
C. billi, għalhekk, l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2021 għandu l-għan li jimmobilizza EUR 149,6 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn filwaqt li ma tintalab l-ebda approprjazzjoni ta' pagament addizzjonali fl-2021;
1. Jieħu nota tal-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2021, kif imressaq mill-Kummissjoni;
2. Jindika l-fatt li l-limitu massimu tal-Intestatura 6 jidher li huwa baxx wisq biex jirrispondi għal kriżijiet kbar fil-viċinat tal-Unjoni u fid-dinja mill-ewwel sena tal-QFP 2021-2027; jinsab imħasseb li l-appoġġ kontinwu għar-rifuġjati fit-Turkija ma ġiex inkluż fin-negozjati tal-QFP attwali u lanqas fl-istrument NDICI-Ewropa Globali; jissottolinja li fiċ-ċirkostanzi attwali il-baġit tal-Unjoni ma jistax ikun l-uniku sors ta' finanzjament għall-appoġġ kontinwu għar-rifuġjati;
3. Jemmen li ftehim komprensiv, li jkopri l-finanzjament tal-Unjoni għall-appoġġ kontinwu għar-rifuġjati fit-Turkija u r-reġjun usa' fl-2021 u s-snin ta' wara, jenħtieġ li jinstab fil-kuntest tal-konċiljazzjoni dwar il-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2022;
4. Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2021;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-Baġit emendatorju Nru 5/2021 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2021: Dożi addizzjonali tal-vaċċin għall-pajjiżi b'introjtu baxx jew medju inferjuri, it-tisħiħ tal-UCPM u aġġustamenti oħra għan-nefqa u d-dħul
143k
46k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2021 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2021 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 - Dożi addizzjonali tal-vaċċin għall-pajjiżi b'introjtu baxx jew medju inferjuri, it-tisħiħ tal-UCPM u aġġustamenti oħra għan-nefqa u d-dħul (14038/2021 – C9-0425/2021 – 2021/0326(BUD))
– wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, adottat b'mod definittiv fit-18 ta' Diċembru 2020(2),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta' Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027(3),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020, bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda(4),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta' Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom(5),
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 6/2021 adottat mill-Kummissjoni fit-8 ta' Ottubru 2021 (COM(2021)0955),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fir-rigward ta' fehim komuni dwar il-kontenut tal-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2022, li tinkludi wkoll l-adozzjoni tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2021,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2021, adottata mill-Kunsill fit-23 ta’ Novembru 2021 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fl-istess jum (14038/2021 – C9-0425/2021),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 94 u 96 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0329/2021),
A. billi l-għan tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2021 huwa li jipprovdi approprjazzjonijiet addizzjonali biex iħaffef il-vaċċinazzjonijiet globali, ikopri l-attivazzjonijiet taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili u n-nefqa li tirriżulta minn ftehimiet esterni dwar is-sajd, kif ukoll xi aġġustamenti għan-nefqa u d-dħul.
B. billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2021 ikopri b'mod partikolari l-elementi li ġejjin:
—
it-tisħiħ tal-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali għal ammont ta' EUR 450 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u f'approprjazzjonijiet ta' pagament fil-kuntest tar-rispons tas-saħħa globali għall-COVID-19 biex jingħataw 200 miljun doża tal-vaċċin tal-Covid-19 lil pajjiżi b'introjtu baxx u medju-baxx sa nofs is-sena d-dieħla;
—
it-tisħiħ tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (UCPM/rescEU) għal ammont ta' EUR 57,8 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn biex jiġi pprovdut finanzjament addizzjonali biex ikopri emerġenzi ġodda inklużi titjiriet ta' ripatrijazzjoni mill-Afganistan, ir-rispons f'Ħaiti wara t-terremot reċenti u l-operazzjonijiet pendenti inkluż in-nirien fil-foresti li l-ispejjeż tagħhom jaqbżu d-disponibbiltajiet eżistenti sa tmiem is-sena;
—
żieda fil-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn fuq il-linja baġitarja tal-Ftehimiet ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (SFPA) għal ammont ta' EUR 3,5 miljun meta wieħed iqis il-ħtiġijiet baġitarji aġġornati wara l-konklużjoni tan-negozjati dwar il-protokolli l-ġodda mal-Gżejjer Cook u l-Mawritanja;
—
aġġustament tan-nomenklatura baġitarja wara talbiet speċifiċi mill-Istati Membri għat-trasferiment ta' riżorsi skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2021/1060 (ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni)(6);
—
aġġornament tan-naħa tad-dħul tal-baġit biex jitqiesu l-istimi riveduti tar-riżorsi proprji bbażati fuq l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik mhux riċiklat;
C. billi l-impatt nett ta' dan l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2021 fuq in-nefqa jammonta għal żieda ta' EUR 473,5 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn; billi l-ebda approprjazzjoni ta' pagament addizzjonali ma hija mitluba mill-Kummissjoni;
1. Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2021, kif imressaq mill-Kummissjoni;
2. Jilqa' l-proposta biex jiġi żgurat li l-200 miljun doża supplimentari tal-vaċċin tal-Covid-19 imwiegħda mill-President tal-Kummissjoni fid-diskors tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni jiġu ffinanzjati u mwassla b'urġenza lil pajjiżi b'introjtu baxx u medju-baxx; jinnota li l-aċċellerazzjoni tal-kampanja ta' vaċċinazzjoni globali kienet talba qawwija tal-Parlament, mhux l-inqas fil-qari tiegħu dwar il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2022;
3. Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2021;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 6/2021 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).
Strateġija Ewropea għall-materja prima kritika
213k
72k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2021 dwar strateġija Ewropea għall-materja prima kritika (2021/2011(INI))
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari l-Artikoli 9, 151, 152, 153(1) u (2), l-Artikolu 173, li jikkonċerna l-politika industrijali tal-UE u jirreferi, fost affarijiet oħra, għall-kompetittività tal-industrija tal-UE, u l-Artikolu 208, li jafferma mill-ġdid li l-UE trid tqis l-objettivi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp fil-politiki li timplimenta li x'aktarx jaffettwaw lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw,
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari l-Artikolu 3(3), li jirreferi għas-suq intern, l-iżvilupp sostenibbli u l-ekonomija tas-suq soċjali, u l-Artikolu 5(3), li jirreferi għall-prinċipju tas-sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità mehmuż mat-TUE u mat-TFUE,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli(1) (ir-Regolament dwar it-Tassonomija),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta' skart(2) (ir-Regolament dwar Vjeġġi ta' Skart);
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 li jistabbilixxi obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista għall-importaturi tal-Unjoni ta' landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli(3) (ir-Regolament dwar Minerali ta' Kunflitt),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea(4) (ir-Regolament tal-UE Kontra s-Sussidji),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE)(5),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart(6) (id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-immaniġġar ta' skart mill-industriji ta' estrazzjoni u d-Direttiva emendatorja 2004/35/KE(7) (id-Direttiva dwar l-Iskart mill-Minjieri),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali(8) (id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent(9) (id-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi(10) (id-Direttiva dwar l-Għasafar),
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa(11) (id-Direttiva dwar il-Ħabitats),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni ta' informazzjoni mhux finanzjarja u dwar id-diversità minn ċerti impriżi u gruppi kbar(12) (id-Direttiva dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju),
– wara li kkunsidra l-ftehim adottat fil-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (COP21) f'Pariġi fit-12 ta' Diċembru 2015 (il-Ftehim ta' Pariġi),
– wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-Nazzjonijiet Uniti, inkluż l-SDG 12 dwar konsum u produzzjoni responsabbli u l-SDG 15 dwar il-ħajja fuq l-art,
– wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali,
– wara li kkunsidra l-prinċipji gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem,
– wara li kkunsidra l-gwida tal-OECD dwar id-diliġenza dovuta għal imġiba responsabbli fin-negozju,
– wara li kkunsidra l-linji gwida tal-2009 għall-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja soċjali tal-prodotti tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent,
– wara li kkunsidra r-rapport speċjali tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (AIE) ta' Mejju 2021 bit-titlu "The Role of Critical Minerals in Clean Energy Transitions",
– wara li kkunsidra r-rapport speċjali tal-AIE ta' Mejju 2021 bit-titlu "Net zero by 2050: A Roadmap for the Global Energy Sector",
– wara li kkunsidra l-briefing tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent tat-13 ta' Jannar 2021 bit-titlu "Growth without economic growth",
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent tat-30 ta' Awwissu 2021 bit-titlu "Improving the climate impact of raw material sourcing",
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) tal-25 ta' Marzu 2021 bit-titlu "Critical Raw Materials Resilience: Charting a Path towards greater Security and Sustainability",
– wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Kummissjoni ta' Settembru 2020 bit-titlu "Study on the EU's list of Critical Raw Materials (2020)" u l-iskedi informattivi dwar il-materja prima kritika li jakkumpanjawh,
– wara li kkunsidra l-istudju ta' prospettiva tal-Kummissjoni tat-3 ta' Settembru 2020 bit-titlu "Critical Raw Materials for Strategic Technologies and Sectors in the EU",
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-5 ta' Novembru 2018 bit-titlu "Report on critical raw materials and the circular economy",
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2021 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar diliġenza dovuta korporattiva u obbligu ta' rendikont korporattiv(13),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar strateġija ġdida għall-SMEs Ewropej(14),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2020 dwar Strateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa(15),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Frar 2021 dwar il-Pjan ta' Azzjoni ġdid għall-Ekonomija Ċirkolari(16),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' April 2020 dwar azzjoni koordinata tal-UE biex tikkumbatti l-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi tagħha(17),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew(18),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2021 bit-titlu "Strateġija ġdida UE-Afrika – sħubija għal żvilupp sostenibbli u inklużiv"(19),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Iskart mill-Minjieri(20),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-10 ta' Diċembru 2020 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-batteriji u l-iskart ta' batteriji, li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020 (COM(2020)0798),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Settembru 2020 bit-titlu "Ir-Reżiljenza tal-Materja Prima Kritika: It-Twittija tat-Triq lejn Sigurtà u Sostenibbiltà Akbar" (COM(2020)0474),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Mejju 2021 bit-titlu "Aġġornament tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida tal-2020: Nibnu Suq Uniku aktar b'saħħtu għall-irkupru tal-Ewropa" (COM(2021)0350),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ottubru 2020 bit-titlu "Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni 2021 – Unjoni ta' vitalità f'dinja ta' fraġilità" (COM(2020)0690),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Mejju 2020 bit-titlu "Il-mument tal-Ewropa: Tiswija u Tħejjija għall-Ġenerazzjoni li Jmiss" (COM(2020)0456),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2020 bit-titlu "Pjan ta' Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari – Għal Ewropea aktar nadifa u kompetittiva" (COM(2020)0098), u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-11 ta' Marzu 2020 bit-titlu "Leading the way to a global circular economy: state of play and outlook" (SWD(2020)0100),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Diċembru 2015 bit-titlu "L-għeluq taċ-ċirku – Pjan ta' azzjoni tal-UE għal ekonomija ċirkolari" (COM(2015)0614),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Marzu 2020 bit-titlu "Strateġija għall-SMEs għal Ewropa sostenibbli u diġitali" (COM(2020)0103),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Frar 2021 bit-titlu "Rieżami tal-Politika Kummerċjali – Politika Kummerċjali Miftuħa, Sostenibbli u Assertiva" (COM(2021)0066),
– wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tal-OECD tat-12 ta' Frar 2019 bit-titlu "Global Material Resources Outlook to 2060: Economic Drivers and Environmental Consequences",
– wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tal-Bank Dinji tal-2020 bit-titlu "Minerals for Climate Action: The Mineral Intensity of the Clean Energy Transition",
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2020 bit-titlu "Nagħmlu l-Irkupru Ċirkolari u Ekoloġiku",
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2020 bit-titlu "Irkupru li javvanza t-tranżizzjoni lejn industrija Ewropea aktar dinamika, reżiljenti u kompetittiva",
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2019 bit-titlu "Ekonomija Ċirkolari fis-Settur tal-Kostruzzjoni",
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-4 ta' Ottubru 2019 bit-titlu "Aktar ċirkolarità – Transizzjoni lejn soċjetà sostenibbli",
– wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0280/2021),
A. billi l-materja prima kritika hija l-oriġinatur tal-ħolqien tal-valur industrijali u għalhekk għandha effett sinifikanti fuq is-setturi downstream; billi huwa ta' importanza strateġika li l-UE tnaqqas id-dipendenzi li għandha, tissalvagwardja l-flussi, il-valur u l-ktajjen tal-provvista tagħha, u ssostni, trawwem u tiddiġitalizza l-ekosistemi ladarba din hi l-kapaċità ewlenija l-ġdida fil-kompetizzjoni (industrijali) internazzjonali; billi strateġija komprensiva dwar il-materja prima kritika għandha tinkorpora standards ambjentali u soċjetali għoljin;
B. billi l-popolazzjoni dejjem akbar u t-tranżizzjoni lejn ekonomiji diġitali, effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija u newtrali għall-klima jwasslu, f'kull xenarju, għal żieda sinifikanti fid-domanda għall-materja prima kritika(21);
C. billi t-teknoloġiji li jirrikjedu materja prima kritika se jkunu kruċjali biex jiġi żgurat li l-UE u d-dinja kollha kemm hi jilħqu l-għanijiet tagħhom skont il-Ftehim ta' Pariġi;
D. billi strateġija komprensiva tal-UE dwar il-materja prima kritika għandha tkun ibbażata fuq standards għoljin mil-lat ambjentali, soċjali u tad-drittijiet tal-bniedem, filwaqt li titqies ukoll l-iskarsezza naturali tal-minerali;
E. billi bħalissa l-UE tipprovdi biss 1 % tal-materja prima għall-enerġija mir-riħ, inqas minn 1 % tal-batteriji tal-litju, inqas minn 1 % taċ-ċelloli tal-fjuwil, 2 % biss tal-materja prima rilevanti għar-robotika u 1 % biss tal-assemblaġġi fotovoltajċi bbażati fuq is-siliċju(22);
F. billi l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-aġġornament tal-istrateġija industrijali l-ġdida tal-2020 tidentifika 137 prodott u materja prima (li jirrappreżentaw 6 % tal-valur totali tal-prodotti importati fl-UE) użati f'ekosistemi sensittivi li l-UE tiddependi ħafna fuqhom – prinċipalment fl-industriji intensivi fl-enerġija u fl-ekosistemi tas-saħħa – kif ukoll prodotti oħra meħtieġa b'appoġġ għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali; billi 52 % ta' dawn il-prodotti huma importati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina;
G. billi l-COVID-19 affettwat b'mod negattiv il-ktajjen tal-provvista globali u wasslet għal skarsezzi fil-materja prima kritika fl-Ewropa;
H. billi waħda mill-isfidi l-kbar tal-materja prima kritika fl-Ewropa hija r-riċiklaġġ; billi s-settur tar-riċiklaġġ tal-materja prima kritika għandu potenzjal sinifikanti f'termini ta' ħolqien ta' impjiegi; billi huwa stmat li, sal-2035, is-settur tar-riċiklaġġ tal-batteriji tat-trazzjoni waħdu se joħloq madwar 10 500 impjieg fl-UE;
I. billi r-riċiklaġġ, is-sostituzzjoni u l-bidliet fix-xejriet tal-imġiba u l-konsum għandhom il-potenzjal li jnaqqsu d-domanda għal materja prima kritika;
J. billi, skont l-Università tan-Nazzjonijiet Uniti, il-valur totali ta' materja prima sekondarja fl-iskart ta' tagħmir elettriku u elettroniku fl-2016 kien ta' madwar EUR 55 biljun(23); billi, skont l-istess studju, sa 90 % tal-iskart elettriku u elettroniku tad-dinja ġie nnegozjat jew mormi illegalment;
K. billi huwa evidenti li – anke fir-rigward tal-obbligi l-ġodda ta' diliġenza dovuta previsti – hemm bżonn ta' akkwisti sostenibbli ġodda u li l-potenzjal ta' akkwist ta' materjali bi standards ta' sostenibbiltà għoljin fl-UE u fil-viċinat tagħha għandu jiġi sfruttat, filwaqt li jitqiesu bis-sħiħ il-possibbiltajiet tal-ekonomija ċirkolari bħalma huma r-riċiklaġġ, id-disinn tal-prodott, is-sostituzzjoni u t-tnaqqis fl-użu ta' materjal;
L. billi l-opinjoni tal-KESE tal-25 ta' Marzu 2021 tenfasizza "l-importanza li jitwessgħu d-definizzjoni u l-paradigma tal-materja prima kritika. Konvenzjonalment, il-materja prima kritika ġiet mifhuma bħala materja prima li ġejja prinċipalment mis-settur tal-minjieri. Dan huwa kamp ta' applikazzjoni dejjaq wisq u jillimita t-tkabbir tal-enerġiji ekoloġiċi. Illum, il-materjali bbażati fuq l-injam jistgħu jintużaw b'mod effiċjenti f'ħafna aktar applikazzjonijiet milli fl-imgħoddi. Mit-tessuti għal teknoloġiji ġodda tal-batteriji eħfef u aktar ekoloġiċi, dan huwa qasam li qed javvanza b'pass mgħaġġel ħafna. Il-bijoekonomija għandha l-possibbiltajiet uniċi li żżid ir-reżiljenza lill-ekonomija tal-UE u l-istabbiltà ġeopolitika għall-kontinent tagħna. L-użu ta' materjali rinnovabbli fl-istess ħin jgħin ukoll biex jittaffa t-tibdil fil-klima peress li jippermetti li l-emissjonijiet fossili jinżammu fl-art, u b'hekk tinħoloq reżiljenza ekoloġika għas-setturi fossili";
M. billi, kif irrimarkat fl-opinjoni, "ftit li xejn hemm eżempji ta' esportazzjonijiet ta' materja prima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jwasslu għal żvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli li minnu setgħu jibbenefikaw sezzjonijiet wesgħin tal-popolazzjoni. Pjuttost, is-sitwazzjoni spiss tinvolvi sfruttament soċjali u tniġġis ambjentali. Is-soltu huma biss ftit dawk li jibbenefikaw fuq in-naħa rebbieħa [...]";
N. billi l-provvista ta' ħafna materja prima kritika hija kkonċentrata b'mod qawwi barra l-UE, hekk kif iċ-Ċina tipprovdi 98 % tal-provvista ta' elementi tal-materjali tal-art rari (REE) tal-UE, it-Turkija tipprovdi 98 % tal-provvista ta' borat u l-Afrika t'Isfel tipprovdi 71 % tal-platinu, 92 % tal-iridju, 80 % tar-rodju u 93 % tar-rutenju tagħha(24);
O. billi xenarji futuri jindikaw li għall-batteriji tal-vetturi elettriċi u l-ħżin tal-enerġija, l-UE se jkollha bżonn sa 18-il darba aktar litju u ħames darbiet aktar kobalt fl-2030, u kważi 60 darba aktar litju u 15-il darba aktar kobalt fl-2050, meta mqabbla mal-provvista attwali għall-ekonomija kollha tal-UE(25);
P. billi fl-UE għaddejjin erba' proġetti ta' estrazzjoni sostenibbli tal-litju li jammontaw għal EUR 2 biljun u li għandhom ikunu operattivi bejn l-2022 u l-2024; billi dawn mistennija jkopru sa 80 % tal-ħtiġijiet tal-litju tal-UE fis-settur tal-batteriji sal-2025, u b'hekk jikkontribwixxu direttament għall-awtonomija strateġika tagħna;
Q. billi l-iskarsezzi f'termini ta' materja prima kritika qed iwasslu għal tħassib dejjem akbar għall-industrija u għas-sigurtà, speċjalment minħabba ż-żieda esponenzjali prevista fil-produzzjoni, speċjalment fil-produzzjoni ta' batteriji, li huma essenzjali għat-tranżizzjoni lejn il-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli;
R. billi l-UE jeħtiġilha ttejjeb l-awtonomija strateġika tagħha f'oqsma ewlenin bħall-provvista ta' materja prima kritika, li huwa kruċjali anke biex tiżdied il-kapaċità tagħha fi kwistjonijiet ta' difiża u spazju;
S. billi meta jitqies li l-UE se tkompli tiddependi fuq il-ktajjen tal-provvista internazzjonali biex tissodisfa l-ħtiġijiet tagħha f'termini ta' materja prima kritika, miżuri biex is-swieq kummerċjali globali jsiru aktar trasparenti, effettivi u prevedibbli se jkollhom rwol importanti wkoll;
T. billi s-settur tal-materja prima jipprovdi madwar 350 000 impjieg fl-UE, u aktar minn 30 miljun impjieg fl-industriji tal-manifattura downstream li jiddependu fuqu(26); billi t-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar ċirkolari tista' ġġib magħha żieda netta ta' 700 000 impjieg fl-UE sal-2030(27);
U. billi l-attivitajiet minerarji potenzjalment jesponu lill-ħaddiema għal kundizzjonijiet dannużi u perikolużi; billi d-drittijiet u l-protezzjoni tal-ħaddiema jvarjaw ħafna madwar id-dinja u f'siti minerarji differenti;
V. billi l-materja prima kritika ma tkunx preżenti separatament, iżda tkun imħallta f'minerali ma' metalli komuni, u billi l-ipproċessar tagħha jirrikjedi ammont konsiderevoli ta' enerġija; billi, għaldaqstant, il-kompetittività u l-profittabbiltà tal-produzzjoni huma ddeterminati mid-disponibbiltà ta' enerġija stabbli u affordabbli, kif ukoll mill-identifikazzjoni u l-iżvilupp ta' metodi, proċeduri u teknoloġiji rilevanti;
W. billi fir-rapport tagħha bit-titlu "Growth without economic growth", l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent tgħid li t-tkabbir ekonomiku huwa marbut mill-qrib ma' żieda fil-produzzjoni, fil-konsum u fl-użu tar-riżorsi, b'effetti negattivi fuq in-natura, il-klima u s-saħħa tal-bniedem u li r-riċerka attwali tissuġġerixxi li hu improbabbli li t-tkabbir ekonomiku u l-impatti ambjentali tiegħu jistgħu qatt jinqatgħu kompletament minn xulxin;
Sfidi u opportunitajiet
1. Iqis li approċċ integrat tul il-katina kollha tal-valur, mill-ġbir tal-iskart u d-disinn tal-prodotti għar-riċiklabbiltà sal-irkupru tal-materjal, jikkostitwixxi strateġija essenzjali biex tiżdied il-provvista ta' materja prima kritika; jiddispjaċih, madankollu, li l-ġbir tal-iskart u d-disinn tal-prodotti għandhom livell ta' tħejjija teknoloġika baxx; jisħaq li biex tiġi ssodisfata d-domanda dejjem akbar għal materja prima kritika l-enfasi ma tistax tkun biss fuq ir-riċiklaġġ; jinnota li għalkemm is-sostituzzjoni tal-materja prima kritika għandha limitazzjonijiet f'termini ta' effiċjenza tal-prodotti, tikkostitwixxi objettiv inerenti għall-industriji affettwati u l-proġetti ta' riċerka rispettivi minħabba l-prezzijiet għoljin u d-dipendenza, u tista' tgħin biex jiġu indirizzati l-isfidi relatati mas-suffiċjenza tal-materja prima kritika; jenfasizza l-bżonn ta' sforzi kontinwi u appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni fir-rigward tar-riċiklaġġ u s-sostituzzjoni tal-materja prima kritika u d-disinn tal-prodotti;
2. Jenfasizza li l-akkwist ta' materja prima kritika huwa marbut mal-pożizzjoni ġeografika – li sal-lum kien dipendenti ħafna fuq l-enerġija minn fjuwils fossili – u jiffaċċja riskji ta' rilokazzjoni indiretta u diretta tal-emissjonijiet tal-karbonju kif ukoll esponiment għal kompetizzjoni inġusta; jinnota li l-akkwist ta' materja prima kritika huwa sikwit assoċjat ma' impatti ambjentali potenzjalment sinifikanti bħat-telf tal-bijodiversità jew il-kontaminazzjoni tal-arja, il-ħamrija u l-ilma, kif ukoll mal-possibbiltà ta' kunflitti mal-komunitajiet lokali; jenfasizza l-bżonn ta' tranżizzjoni lejn enerġija rinnovabbli fis-settur minerarju u tar-raffinar; jinnota, għalhekk, il-bżonn ta' politika industrijali attiva li ssostni s-settur fit-trasformazzjoni tiegħu b'aċċess għal sorsi ta' enerġija nadifa affordabbli; jinnota wkoll iċ-ċirkustanzi favorevoli għal attivitajiet minerarji b'emissjonijiet baxxi u sostenibbli u jitlob li jkomplu jiġu esplorati l-possibbiltajiet ta' akkwist minn Stati Membri rikki f'materja prima kritika;
3. Iwissi li t-tranżizzjoni tal-UE lejn in-newtralità klimatika m'għandhiex tissostitwixxi d-dipendenza fuq il-fjuwils fossili b'dipendenza fuq il-materja prima; jenfasizza li din it-tranżizzjoni għandha tnaqqas id-dipendenza tal-UE fuq materja prima kritika importata; jenfasizza wkoll ir-rwol li l-innovazzjoni, it-teknoloġiji l-ġodda, il-minimizzazzjoni tal-konsum tar-riżorsi u ż-żamma u r-riutilizzazzjoni ta' materja prima prezzjuża fl-UE jista' jkollhom fit-tnaqqis tad-dipendenza fuq il-materja prima kritika;
4. Jinnota li l-iżvilupp ta' teknoloġiji u l-użu tagħhom fuq skala kbira fil-futur, inklużi applikazzjonijiet diġitali emerġenti, ġenerazzjoni rinnovabbli tal-elettriku u batteriji għal vetturi elettriċi u mezzi ta' trasport ħfief, se jagħtu spinta lid-domanda għal ċerta materja prima kritika u materja prima oħra; jitlob li jiġi kkunsidrat il-fatt li ż-żieda fl-ambizzjonijiet klimatiċi u diġitali tal-pajjiżi żżid il-kompetizzjoni fis-swieq globali u tpoġġi pressjoni addizzjonali fuq is-sigurtà tal-provvista tagħhom fl-Ewropa;
5. Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel rieżami bir-reqqa tal-metodoloġija tal-valutazzjoni tal-kritikalità qabel l-2023 – qabel il-pubblikazzjoni tal-lista li jmiss ta' materja prima kritika – sabiex tara jekk il-lista tridx titwessa', fid-dawl tal-iżviluppi fis-sitwazzjoni internazzjonali b'rabta mal-materja prima kritika, ix-xenarji tad-domanda għall-materja prima kritika u għal materja prima oħra fil-futur, kif ukoll il-kriterji soċjali u ekoloġiċi bbażati fuq il-prinċipji gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem u l-SDGs, biex tissawwar stampa usa' tal-kundizzjonijiet fil-qasam tal-estrazzjoni madwar id-dinja; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tikkunsidra debitament l-esternalitajiet ambjentali kollha relatati mal-estrazzjoni u l-ipproċessar fl-analiżi tar-riskju tal-provvista tagħha; jitlob ukoll dibattitu komprensiv li jinvolvi l-partijiet ikkonċernati kollha;
6. Jistieden lill-Kummissjoni tikkonċentra mhux biss fuq il-materja prima kritika iżda anke fuq il-kritikalità potenzjali ta' materja prima oħra meħtieġa għal ktajjen tal-provvista b'saħħithom, għall-kontinwità tal-produzzjoni u għat-tranżizzjoni doppja, kif ukoll fuq id-disponibbiltà ta' tali materja prima minn sorsi tal-UE, anke fid-dawl tal-iskarsezza naturali tal-minerali; jissottolinja li, minbarra l-minerali speċjalizzati, materja prima "prodotti komunement" bħar-ram, l-elju u n-nikil ukoll qed isiru kritiċi billi, f'soċjetà newtrali għall-klima, id-domanda għalihom qed tiżdied;
7. Jitlob lill-Kummissjoni tieħu approċċ olistiku meta tivvaluta l-implikazzjonijiet ta' diversi teknoloġiji b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju, rinnovabbli u diġitali li jikkompetu għall-istess materja prima kritika u teżamina ktajjen tal-provvista kritiċi, anke fid-dawl tal-ħtiġijiet tas-setturi individwali; jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li jipprevalu l-prinċipju tal-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel, żero emissjonijiet u soluzzjonijiet effiċjenti fl-użu tar-riżorsi;
8. Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li r-reżiljenza nazzjonali u l-pjanijiet ta' rkupru fl-ambitu ta' Next Generation EU jindirizzaw l-isfidi marbuta mal-provvista tal-materja prima kritika ekonomikament, ambjentalment u soċjalment sostenibbli; jitlob lill-Istati Membri jinvestu aktar fir-riċiklaġġ ta' materja prima kritika u jinkludu r-rekwiżiti relatati mal-materja prima kritika, is-sorsi tal-provvista u l-ispejjeż fil-pjanijiet ta' rkupru strateġiċi tagħhom;
9. Jappella għal investiment fit-taħriġ tal-ħaddiema u fit-taħriġ mill-ġdid tal-ħiliet tagħhom, inkluż permezz tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta, peress li l-ħiliet marbuta mal-estrazzjoni minerarja jistgħu jiġu ttrasferiti għall-isfruttament, l-ipproċessar u r-riċiklaġġ tal-metall u tal-minerali, preferibbilment fl-istess reġjuni; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-finanzjament rispettiv jindirizza wkoll l-impatti soċjali, tal-impjiegi u ambjentali tat-tranżizzjoni f'dawk li qabel kienu żoni ta' estrazzjoni minerarja;
10. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri joħolqu, malajr kemm jista' jkun, Proġett Importanti ta' Interess Ewropew Komuni (IPCEI) dwar il-materja prima kritika għat-tfassil ta' pjan strateġiku u sostenibbli tad-domanda tagħna għat-tranżizzjoni doppja, li jkopri r-rekwiżiti, is-sorsi tal-provvista u l-ispejjeż (soċjali, ambjentali u finanzjarji); jenfasizza li l-IPCEI għandu jkopri s-suġġetti rilevanti kollha sabiex titnaqqas il-kritikalità u d-dipendenza, bħar-riċiklaġġ, l-użu mill-ġdid, is-sostituzzjoni, it-tnaqqis tal-użu tal-materjali u l-estrazzjoni minerarja; jenfasizza li dawn il-proġetti għandhom jiżblukkaw il-potenzjal mhux sfruttat fil-pajjiżi tal-UE li huma rikki fil-materja prima kritika u li għandhom sorsi kbar mhux mittiefsa;
11. Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi r-riċerka u l-iżvilupp dwar il-ħiliet u l-kompetenzi għall-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) fir-rigward tal-materja prima kritika bħala strateġija ta' tkabbir għal teknoloġiji avvanzati tal-UE bħal batteriji tal-joni tal-litju, ċelloli tal-fjuwil, turbini tar-riħ, muturi ta' trazzjoni elettrika, teknoloġija fotovoltajka, robotika, droni, stampar 3D u firxa wiesgħa ta' teknoloġiji diġitali u apparat mediku;
12. Jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt komprensiva, xjentifika u bbażata fuq l-evidenza biex tiddetermina l-volumi minimi ta' materja prima kritika ta' importanza strateġika meħtieġa għat-tranżizzjoni doppja;
13. Jinnota li, għall-UE, ktajjen tal-valur affidabbli u kompletament operattivi, inkluż il-prospettar u r-riċiklaġġ, għandhom rwol ewlieni u huma prerekwiżit biex jintlaħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-istrateġija industrijali tal-UE u t-tranżizzjoni doppja u biex jiġu żgurati l-kompetittività industrijali u l-kapaċità innovattiva tagħha fil-futur;
14. Jemmen li l-opportunitajiet ta' finanzjament għall-produzzjoni, l-ipproċessar jew ir-riċiklaġġ sostenibbli tal-materja prima kritika kollha elenkati fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reżiljenza kritika tal-materja prima huma indispensabbli;
15. Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi kriterji ta' sostenibbiltà u bbażati fuq ix-xjenza għad-definizzjoni ta' x'jikkostitwixxi investiment sostenibbli fis-settur tal-estrazzjoni minerarja skont ir-Regolament dwar it-Tassonomija; jenfasizza l-ħtieġa li l-industrija tal-estrazzjoni minerarja tal-UE tkun tista' tikkontribwixxi għat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali;
16. Jitlob appoġġ u finanzjament tal-UE għall-iżvilupp teknoloġiku tal-materja prima kritika, biex jitjiebu l-proċessi ta' effiċjenza, sostituzzjoni u riċiklaġġ u ċ-ċikli ta' materjali magħluqa; jissottolinja, b'mod partikolari, il-ħtieġa ta' strumenti finanzjarji speċifiċi u fondi mmirati għar-riċerka u l-innovazzjoni għall-proċessi ta' riċiklaġġ u jilqa' l-proposta għall-promozzjoni, fl-2021, tar-riċerka u l-innovazzjoni dwar il-materja prima kritika fir-rigward tal-ipproċessar tal-iskart, il-materjali avvanzati u s-sostituzzjoni fl-ambitu ta' Orizzont Ewropa, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-programmi nazzjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni; jenfasizza wkoll l-importanza tar-riċerka u l-innovazzjoni biex tiżdied il-fattibbiltà tal-proċessi tar-raffinar, speċjalment fiż-żwiel tal-minjieri u fil-minjieri fuq skala żgħira; jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi skemi ta' appoġġ li jinkoraġġixxu l-innovazzjoni f'tekniki ġodda tal-estrazzjoni minerarja u proġetti ġodda tal-estrazzjoni minerarja fuq skala żgħira; jitlob l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda u innovattivi fil-qasam tal-estrazzjoni minerarja ta' materja prima kritika sostenibbli fl-UE;
17. Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE, f'kooperazzjoni mas-sħab internazzjonali, jipprovdu appoġġ finanzjarju tekniku u strateġiku għal proġetti strateġiċi fit-tul ta' investiment fil-materja prima kritika, inkluż biex jinstabu għodod ġodda għall-kondiviżjoni tar-riskji fis-settur tal-estrazzjoni minerarja, u għall-promozzjoni u l-appoġġ ta' investimenti fir-riċerka dwar l-akkwist u l-ipproċessar sostenibbli ta' materja prima kritika u dwar siti ta' raffinar, biex jagħmluhom konformi mar-regoli tal-UE u ma' standards soċjali u ambjentali għoljin, u b'hekk jiżguraw kundizzjonijiet ekwi;
Awtonomija strateġika u reżiljenza
18. Jilqa' l-ħolqien tal-Alleanza Ewropea tal-Materja Prima (ERMA), u, fid-dawl tas-sitwazzjoni ġeopolitika madwar id-dinja u t-tensjonijiet kummerċjali potenzjali ma' pajjiżi għonja produtturi li mhumiex fl-UE, l-enfasi attwali tagħha fuq l-aktar materja prima kritika kruċjali, jiġifieri l-REE u l-manjetiċi, u fuq miri kwantitattivi għal akkwist domestiku u minn pajjiżi terzi, bil-għan li jiġu appoġġati relazzjonijiet ta' provvista fit-tul għal firxa kbira ta' manifatturi żgħar u kbar fl-UE u titnaqqas id-dipendenza attwali fuq ftit pajjiżi terzi; jissottolinja r-rwol tal-ERMA bħala "pipeline ta' investimenti" u jħeġġiġha tkompli timpenja ruħha fil-prevalutazzjonijiet biex tiżblokka l-investimenti pubbliċi u privati għal proġetti ta' materja prima kritika sostenibbli u b'valutazzjoni ambjentali;
19. Iqis li hu importanti li l-ERMA tkompli tiġi żviluppata, l-aktar fir-rigward ta' materjali li huma ta' importanza kbira għat-tranżizzjoni doppja, bħall-materja prima kritika meħtieġa għall-ħżin u l-konverżjoni tal-enerġija;
20. Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tniedi sistema ta' monitoraġġ permezz tal-Osservatorju tat-Teknoloġiji Kritiċi futur, dwar id-dipendenzi attwali u r-riskji ta' dipendenzi teknoloġiċi futuri u jitlob kooperazzjoni mill-qrib bejn l-osservatorju u dawk li jaħdmu biex jimmonitorjaw id-domanda għal materja prima kritika;
21. Jiddispjaċih li l-ħolqien ta' ħażniet strateġiċi għadu mhux parti mill-pjan ta' azzjoni u jistieden lill-Kummissjoni tiffoka wkoll fuq l-iżgurar tal-provvisti ta' materja prima kritika fl-UE billi tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jwettqu kumulazzjoni ta' riżerva strateġika bħala parti minn approċċ koordinat, fejn l-analiżi tqis li tkun xierqa; jemmen li l-kumulazzjoni ta' riżerva strateġika flimkien ma' miżuri strateġiċi oħra tikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-dipendenzi f'termini ta' materja prima kritika; jissottolinja li ż-żieda fid-disponibbiltà għandha timxi id f'id ma' tnaqqis fid-domanda, billi wieħed iħares lejn il-katina tal-valur kollha – id-disinn, l-operat u tmiem il-ħajja;
22. Jemmen li l-għarfien dwar problemi ta' possibbiltà ta' skarsezza tal-materja prima kritika huwa baxx wisq u għandu jittejjeb; jistieden lill-Kummissjoni tespandi l-ERMA sabiex iżżid il-kooperazzjoni bejn l-atturi industrijali fil-katina tal-valur kollha, l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-pajjiżi terzi, it-trade unions, is-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka u t-teknoloġija, l-investituri u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi fis-setturi tal-ekonomija tal-UE l-aktar milquta minn konġestjonijiet fil-provvista tal-materja prima kritika, jew permezz tal-qafas offrut mill-ERMA jew billi tifforma alleanzi tal-industrija u tal-partijiet ikkonċernati speċifiċi għas-settur; jenfasizza l-potenzjal ta' impjiegi fi proġetti domestiċi u għalhekk jitlob li jiġi promoss djalogu soċjali komprensiv; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq il-ħtieġa urġenti ta' sħubijiet aktar mill-qrib bejn l-atturi tal-materja prima kritika, speċjalment fir-reġjuni tal-estrazzjoni minerarja u l-utenti downstream, partikolarment alleanzi industrijali oħrajn, kif ukoll għarfien komuni u obbligu biex jiġi żgurat li l-ktajjen tal-valur huma sostenibbli u ċirkolari;
23. Jemmen li hemm bżonn aktar koordinazzjoni u sforzi konġunti biex jiġu żviluppati ktajjen tal-provvista reżiljenti biex tiġi ssodisfata d-domanda għall-materja prima kritika attwali u tal-futur għall-ħtiġijiet industrijali tal-UE, biex jiġi evitat tfixkil fil-katina tal-provvista, titnaqqas id-dipendenza u jinżammu standards soċjali u ambjentali għoljin; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li, fl-UE, il-valutazzjoni tal-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet u l-provvista globali u d-domanda għall-materja prima kritika, il-koordinazzjoni tal-kumulazzjoni ta' riżerva u l-monitoraġġ tal-akkwist tal-materja prima kritika jiġu implimentati b'mod koerenti u koeżiv, pereżempju billi tiġi stabbilita taskforce dwar il-materja prima kritika;
24. Jitlob lill-Kummissjoni tiddiversifika l-ktajjen tal-provvista kemm għas-sorsi primarji kif ukoll għal dawk sekondarji u jitlob trasparenza aħjar fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-ktajjen tal-provvista;
25. Jinnota li ż-żieda fit-tensjonijiet bejn il-potenzi ewlenin esponiet vulnerabbiltajiet strateġiċi għall-UE, b'mod partikolari fl-iżgurar ta' riżorsi ewlenin inklużi l-materja prima kritika u l-materjal ipproċessat; jinnota wkoll li l-monitoraġġ tad-dipendenzi mill-komoditajiet u l-iżgurar tal-aċċess għall-materja prima kritika jistgħu jiżguraw reżiljenza akbar għall-ktajjen tal-provvista sostenibbli; jinnota li fit-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-ktajjen tal-provvista ewlenin, fejn id-dipendenza tal-UE mill-materja prima kritika hija partikolarment kbira;
26. Itenni l-potenzjal ta' ekonomija ċirkolari fl-użu ottimizzat ta' prodotti u servizzi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw mudelli ġodda ta' negozju sostenibbli u ċirkolari fl-inizjattiva l-ġdida għal prodotti sostenibbli, inkluż il-prodott bħala servizz, dment li dawn jiffrankaw ir-riżorsi, inaqqsu l-impatti ambjentali u jiggarantixxu l-protezzjoni tal-konsumatur; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffaċilitaw dawn l-approċċi billi jintroduċu oqfsa regolatorji;
27. Iqis li huwa importanti li jiġi appoġġat approċċ ta' ekonomija ċirkolari tul il-katina tal-valur, mid-disinn sal-irkupru tal-materjal, tat-teknoloġiji ewlenin għat-tranżizzjonijiet tal-enerġija, diġitali u tal-mobbiltà bħal parks eoliċi, impjanti solari, produzzjoni tal-batteriji, mobbiltà elettrika u grilji intelliġenti; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari prijorità, billi tnaqqas id-dipendenza tal-UE fuq l-importazzjoni, ittejjeb l-effiċjenza tar-riżorsi, tottimizza l-konsum tagħhom u żżomm u tuża mill-ġdid materja prima prezzjuża fi ħdan l-UE; ifakkar fit-talba tiegħu fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-Pjan ta' Azzjoni Ġdid għal Ekonomija Ċirkolari biex tiġi kkunsidrata proposta, abbażi ta' valutazzjoni tal-impatt komprensiva, tikkettar armonizzat ċar u li jinftiehem faċilment dwar id-durabbiltà, li jista' jkun fil-forma ta' indiċi, u dwar il-possibbiltà ta' tiswija, li jista' jkun fil-forma ta' punteġġ uniformi dwar it-tiswija;
28. Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi dwar l-akkwist sostenibbli tal-materja prima kritika, b'mod partikolari ma' sħab tal-istess fehma, kif ukoll bl-involviment tagħha fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO);
Għeluq taċ-ċrieki tal-materjal
29. Jissottolinja l-ħtieġa li jinbnew swieq sekondarji tal-materja prima kritika li jiffunzjonaw tajjeb sabiex jiġu ggarantiti flussi sekondarji tal-materja prima kritika kostanti, jissaħħu l-ekosistemi industrijali tal-UE u jiġu ppreservati l-impjiegi fis-settur tal-manifattura; jistieden lill-Kummissjoni biex, f'dan ir-rigward, teżamina l-bilanċ tal-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta' materja prima kritika sekondarja lejn l-UE u tistabbilixxi malajr osservatorju tas-suq għal materjali sekondarji essenzjali, inkluża l-materja prima kritika; jenfasizza li t-trattament tal-materja prima kritika f'pajjiżi terzi jeħtieġ li jkun konformi mal-istandards tal-UE; jinnota li m'hemm l-ebda approċċ "wieħed tajjeb għal kulħadd"; jenfasizza li ċikli ta' materjal nodfa u sikuri huma prerekwiżit għall-ħolqien ta' suq ta' materja prima sekondarja kredibbli fl-UE;
30. Jilqa' l-proposta li tiġi mmappjata l-provvista potenzjali ta' materja prima kritika sekondarja mill-istokkijiet, mill-iskart u mill-prodotti inċidentali tal-ipproċessar fl-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel dan l-eżerċizzju ta' mmappjar prijorità u twettqu qabel iż-żmien previst; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, barra minn hekk, testendih għat-teknoloġiji disponibbli attwali li jintużaw biex titnaqqas id-domanda tal-materja prima kritika u jiżdied l-użu mill-ġdid tal-materja prima kritika fil-katina tal-provvista; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi inkoraġġita l-introduzzjoni ta' strumenti kollaborattivi għas-suq tal-materja prima kritika, bħal pjattaforma tal-UE tal-materja prima, li għandha tkopri wkoll iċ-ċirkolazzjoni tal-flussi tal-prodotti u x-xejriet tagħhom, sabiex jiġu evalwati liema materjali sekondarji jistgħu jiġu riċiklati;
31. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jisfruttaw il-potenzjal ta' proġetti ta' pproċessar sekondarju permezz ta' inċentivi speċifiċi, li jinkludu liċenzjar mgħaġġel, u jipprovdu inċentivi għall-irkupru ta' materja prima kritika biex jiġi żgurat aċċess affidabbli, sigur u sostenibbli għalihom;
32. Jinnota l-importanza tar-riċiklaġġ tal-iskart fid-dawl tal-preżenza sinifikanti ta' materja prima kritika fit-tagħmir elettriku u elettroniku; jinnota li, fuq terminu twil, iż-żieda fil-volumi riċiklati tista' ma tkunx biżżejjed biex tonqos l-estrazzjoni minerarja; jinnota wkoll li bil-mixja lejn ekonomija aktar ċirkolari, jistgħu jinħolqu 700 000 impjieg(28), speċjalment impjiegi addizzjonali f'impjanti ta' riċiklaġġ u servizzi ta' tiswija; jinnota li ż-żarmar u r-riċiklaġġ huma opportunità kbira biex l-impjiegi industrijali jinġiebu lura fl-UE; jenfasizza wkoll li l-iżvilupp tar-riċiklaġġ jista' jintuża biex iwieġeb għall-ħtiġijiet futuri tal-materja prima;
33. Jinnota li s-sehem ta' batteriji tat-trazzjoni tal-litju riċiklabbli miġbura huwa mistenni jikber b'mod sinifikanti sa nofs is-snin 30 tas-seklu 21, u b'hekk jinħoloq sors ta' provvista sekondarju sinifikanti;
34. Jinnota li biex il-proċessi ta' riċiklaġġ industrijali tal-materja prima kritika jkunu suċċess, għad hemm il-ħtieġa ta' investiment privat u pubbliku kbir ħafna fl-infrastruttura tas-separazzjoni, l-ipproċessar minn qabel u l-irkupru, fl-innovazzjoni, fir-riċerka u fl-espansjoni tat-teknoloġiji, u fil-ħiliet, li se jipprovdu opportunitajiet ta' xogħol li huma mistennija li jiżdiedu ħafna fid-deċennji li ġejjin; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi inċentivi għar-riċiklaġġ u l-irkupru ta' materja prima kritika minn flussi ta' skart tal-estrazzjoni minerarja, l-ipproċessar u l-kummerċ biex jiġi żgurat aċċess affidabbli, sigur u sostenibbli għalihom;
35. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi miri minimi ta' kontenut ta' materja prima kritika riċiklata u miri dedikati għar-riċiklaġġ tal-materja prima kritika akkumpanjati minn qafas ta' monitoraġġ robust, ispirat mill-proposta għal regolament dwar batteriji u skart ta' batteriji u bbażat fuq valutazzjoni tal-impatt komprensiva, xjentifika u bbażata fuq l-evidenza li tivvaluta l-volumi minimi ta' materja prima kritika meħtieġa għal prodotti li se jiffaċilitaw it-tranżizzjoni doppja, il-perċentwal ta' din id-domanda li jista' jiġi kopert permezz tar-riċiklaġġ f'konformità mal-valutazzjonijiet eżistenti, u d-disponibbiltà tat-teknoloġija meħtieġa; jinnota li kwalunkwe mira ta' tnaqqis għall-materja prima primarja m'għandhiex twassal biex it-total tal-produzzjoni tal-materja prima jaqa' taħt dawn il-volumi minimi;
36. Jirrikonoxxi li siti abbandunati (miżbliet ta' skart industrijali u digi ta' żwiel tal-minjieri) spiss ikun fihom materja prima kritika mormija, REE u minerali u metalli oħra użati fi prodotti tat-teknoloġija; jinkoraġġixxi, għalhekk, id-dokumentazzjoni, l-evalwazzjoni u l-estrazzjoni tal-materjal prezzjuż li jinstab f'dawn is-siti abbandunati, kull meta dan ikun possibbli u prattikabbli; jissottolinja l-ħtieġa ta' titjib fit-teknoloġiji tar-raffinar jiġu koperti taħt il-mekkaniżmi ta' finanzjament rilevanti tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni biex jiġi sfruttat dan il-potenzjal;
37. Jissottolinja li huma meħtieġa kontrolli aktar b'saħħithom għall-esportazzjonijiet tal-UE ta' prodotti ewlenin tal-iskart ta' materja prima kritika u li jeħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-operaturi tar-riċiklaġġ li jissodisfaw l-istandards meħtieġa għal irkupru sikur u effiċjenti; jitlob li l-Kummissjoni, meta tirrevedi r-Regolament dwar Vjeġġi ta' Skart, tipprevjeni l-esportazzjoni illegali ta' prodotti tal-iskart li fihom il-materja prima kritika; jitlob li jiġu stabbiliti rekwiżiti li jippermettu biss l-esportazzjoni ta' prodotti tal-iskart li fihom il-materja prima kritika b'garanzija li dawn jiġu pproċessati fil-pajjiż ta' destinazzjoni taħt kundizzjonijiet ekwivalenti għall-istandards soċjali u ambjentali tal-UE;
38. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-isforzi għall-ġbir u r-riċiklaġġ xierqa ta' prodotti fi tmiem il-ħajja bil-materja prima kritika minflok ma jakkumulawhom fid-djar jew jarmuhom fil-landfills jew jinċinerawhom;
39. Jitlob lill-Kummissjoni tipproponi miżuri ta' disinn tal-prodotti, imfassla skont kategoriji differenti ta' prodotti, biex faċilment jiġu identifikati u mneħħija l-partijiet jew il-komponenti li jkun fihom materja prima kritika, speċjalment fir-rigward tal-iskart ta' wara l-konsum, flimkien ma' rekwiżiti tal-ekodisinn biex jittejbu b'mod sinifikanti l-lonġevità, id-durabbiltà, il-possibbiltà ta' tiswija, il-modularità, il-kapaċità tal-użu mill-ġdid u r-riċiklabbiltà tal-prodotti li jkunu waslu fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom manifatturati jew mibjugħa fl-UE; jenfasizza li dawn il-miżuri għandhom joħolqu vantaġġi kompetittivi għan-negozji tal-UE, m'għandhomx ipoġġu piż finanzjarju sproporzjonat fuqhom, u għandhom jixprunaw l-innovazzjoni;
40. Jemmen li s-sostituzzjoni hi ta' għajnuna meta l-materja prima kritika tkun tista' tiġi ssostitwita b'materjal abbundanti, iżda jkollha ftit benefiċċju jekk is-sostitut innifsu mhux sostenibbli, jibqa' ma jindirizzax in-natura finita tar-riżorsi, ikun kritiku jew jista' jsir kritiku minħabba s-sostituzzjoni; jirrikonoxxi l-importanza li tinżamm il-prestazzjoni tal-kwalità tal-prodotti u l-vijabbiltà ekonomika tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ u żżid ir-riċerka u l-innovazzjoni dwar is-sostituti għal materja prima kritika f'użi differenti;
Akkwist mill-UE
41. Jinnota li filwaqt li d-disinn intelliġenti tal-prodotti, l-użu mill-ġdid ta' materjali, is-sostituzzjoni b'materjal riċiklat u l-promozzjoni ta' tnaqqis ta' materjal u tal-impronti tal-konsum jistgħu jnaqqsu b'mod sinifikanti d-domanda primarja, u l-potenzjal ta' dan għandu jiġi sfruttat bis-sħiħ, filwaqt li huwa meħtieġ akkwist responsabbli u sostenibbli tal-materja prima kritika b'valutazzjoni tal-impatt minn qabel biex jittaffew l-impatti potenzjali soċjali u ambjentali meta l-provvista ta' materja prima kritika ma tkunx tista' tintlaħaq b'mod ekonomikament vijabbli mill-miżuri msemmija jew twassal għal prodotti ta' kwalità inferjuri;
42. Jenfasizza li l-akkwist primarju u sekondarju fl-UE huwa soġġett għall-ogħla standards ambjentali u soċjali fid-dinja, li jridu jiġu infurzati kif jixraq, jipprovdi eluf ta' impjiegi bi kwalifiki għoljin u huwa prerekwiżit indispensabbli għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali; jistieden, għalhekk, lill-atturi kollha biex jippromwovu proġetti ta' akkwist responsabbli u sostenibbli tal-materja prima kritika fl-UE biex jappoġġaw il-produzzjoni lokali u jqajmu kuxjenza dwar l-impronti ambjentali tal-importazzjonijiet tal-materja prima kritika minn barra l-UE; jikkunsidra li dan irid isir permezz ta' proċess miftuħ, trasparenti, u bbażat fuq ix-xjenza, bl-involviment bikri tal-partijiet ikkonċernati rilevanti u l-komunitajiet lokali;
43. Jemmen bis-sħiħ li l-akkwist responsabbli fl-UE jista' jkun ibbażat biss fuq djalogu soċjali effettiv li jippromwovi s-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema, jiżgura impjiegi u kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti u jipproteġi d-drittijiet tal-ħaddiema billi jippromwovi l-ugwaljanza tal-ġeneru; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-ħaddiema f'dan is-settur ikunu protetti b'tagħmir protettiv personali xieraq;
44. Jinnota l-opportunità li tiġi żviluppata katina tal-valur tal-batteriji responsabbli u sostenibbli billi tinkiseb il-materja prima kritika bħall-grafit, il-kobalt u l-litju minn faċilitajiet ġodda fl-UE;
45. Jinnota l-pjan tal-Kummissjoni li tniedi programmi ta' osservazzjoni tad-dinja u ta' telerilevament għall-esplorazzjoni tar-riżorsi, għall-operazzjonijiet u għall-ġestjoni ambjentali ta' wara l-għeluq; jirrimarka li s-sorveljanza regolatorja waqt is-servizz tista' tissaħħaħ bl-użu ta' metodi ta' telerilevament;
46. Jinnota li r-riorjentazzjoni lejn l-ekonomija ċirkolari f'ħafna industriji u servizzi tal-UE teħtieġ ħiliet u kompetenzi speċifiċi biex jiġu żgurati prestazzjoni ambjentali għolja u sikurezza tal-ħaddiema, u jenfasizza r-rwol speċifiku li dawk li jidħlu l-ewwel, l-SMEs u n-negozji ġodda qed jaqdu f'din it-tranżizzjoni; jinnota wkoll li s-settur tal-estrazzjoni minerarja qed isir dejjem aktar awtomatizzat, filwaqt li r-riċiklaġġ u l-manifattura mill-ġdid għadhom jirrikjedu ħafna ħaddiema; jissottolinja l-importanza li jinżammu, jiġu żviluppati u jinbnew aktar l-għarfien espert u l-ħiliet rilevanti fit-teknoloġiji tal-estrazzjoni minerarja u tal-ipproċessar kif ukoll fir-riċiklaġġ u teknoloġiji rilevanti oħra fl-UE kemm fir-rigward tal-materja prima kritika kif ukoll tal-prodotti sekondarji, peress li xi wħud minnhom jistgħu jintużaw għall-produzzjoni ta' prodotti kimiċi avvanzati ħafna; jinnota b'dispjaċir li l-materja prima li bħalissa qed tiġi estratta fl-UE ta' spiss teħtieġ li tiġi esportata lejn l-Asja għal raffinar, peress li l-għarfien u t-teknoloġija rilevanti ntilfu fl-UE, u dan jikkostitwixxi dipendenza oħra;
47. Jistieden lill-Kummissjoni titlob li l-flussi sekondarji industrijali li fihom il-materja prima kritika jintużaw b'mod effettiv; jissottolinja li speċjalment fl-industrija tal-estrazzjoni minerarja, hemm potenzjal kbir għall-irkupru u s-separazzjoni ta' materjali tal-art rari;
48. Jinnota r-rwol importanti tal-Istati Membri fiż-żieda tal-provvista domestika sostenibbli tal-materja prima kritika minn sorsi primarji u sekondarji; jistieden lill-Istati Membri jtejbu l-puntwalità, il-prevedibbiltà u t-trasparenza tal-proċessi ta' awtorizzazzjoni għall-proġetti ta' prospettar u akkwist, mingħajr ma jbaxxu l-istandards ambjentali u soċjali;
49. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li akkwist sostenibbli tal-materja prima kritika huwa bbażat fuq approċċ li jibbilanċja b'mod diliġenti kemm il-ħtieġa akbar tal-UE għal materja prima kritika akkwistata b'mod sostenibbli kif ukoll il-ħtieġa li nħarsu n-natura u l-bijodiversità;
50. Jenfasizza li t-titjib u aktar flessibbiltà fil-prevedibbiltà u fl-effiċjenza, kif ukoll il-prijoritizzazzjoni ta' faċilitaturi ewlenin bħal provvista kompetittiva tal-enerġija rinnovabbli u tranżitorja b'livell baxx ta' karbonju, se jgħinu biex jiġu sfruttati l-investimenti meħtieġa;
51. Jistenna li l-Kummissjoni tipprovdi aktar dettalji dwar it-tħaddim sħiħ tal-proġetti ta' materja prima kritika bħala mudell kummerċjali alternattiv u sors ta' impjiegi reġjonali fl-estrazzjoni għall-faħam u f'reġjuni oħra fi tranżizzjoni;
Diversifikazzjoni
52. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex trawwem relazzjonijiet mal-pajjiżi fornituri eżistenti kollha tal-materja prima kritika tal-UE, biex b'mod sistematiku u strateġiku tibni sħubijiet ġodda dwar il-materja prima kritika, f'kooperazzjoni mal-alleati tagħna, fejn ikun possibbli, filwaqt li tqis is-sovranità ta' pajjiżi terzi fir-rigward tar-riżorsi tagħhom, sabiex jiġi żgurat li l-materja prima kritika ssir sors ta' ġid għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, jiġu promossi l-SMEs u tagħmel dan l-isforz kompitu orizzontali tal-politiki esterni u interni tagħha, u tippreżenta r-riżultati fl-2021; jilqa' l-pjanijiet tal-Kummissjoni li tistabbilixxi sħubijiet internazzjonali b'saħħithom u ta' appoġġ billi tapprova aġenda globali dwar il-materja prima, bl-għan li jkun hemm sħubijiet strateġiċi tal-UE li jiżguraw kemm is-sigurtà tal-provvista kif ukoll il-benefiċċji tal-iżvilupp;
53. Jenfasizza li jekk il-Patt Ekoloġiku Ewropew sempliċiment jisposta l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra tal-EU lejn lis-sħab kummerċjali tagħha, mhux se jkun hemm impatt pożittiv fuq it-tibdil fil-klima; iħeġġeġ lill-UE, għalhekk, biex tinsisti għal ftehimiet multilaterali infurzabbli dwar it-trażżin tat-tisħin globali u l-esportazzjoni tal-istandards ambjentali tagħha, inkluż l-akkwist u l-ipproċessar; iqis li se jkun meħtieġ li l-UE tiżviluppa ftehimiet kummerċjali u ta' investiment ġodda, mudelli ġodda ta' assistenza finanzjarja u teknika u, b'mod aktar ġenerali, approċċ ġdid għad-diplomazija internazzjonali bil-għan li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni;
54. Jilqa' l-impenn tal-UE għal akkwist responsabbli u sostenibbli u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tqis bħala punt tat-tluq l-istandard għall-estrazzjoni minerarja responsabbli żviluppat mill-Initiative for Responsible Mining Assurance, (l-Inizjattiva għall-Assigurazzjoni tal-Estrazzjoni Minerarja Responsabbli), filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-SMEs; jisħaq fuq il-ħtieġa li dan l-impenn jissaħħaħ b'appoġġ tekniku konkret, bit-trasferiment tal-għarfien, bil-bini tal-ħiliet, l-istituzzjonijiet u l-oqfsa legali, u bi djalogu politiku mal-pajjiżi sħab; jisħaq fuq il-ħtieġa għal politiki omoġenji relatati ma' standards etiċi għall-akkwist tal-materja prima kritika; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu mmobilizzati aktar atturi statali u privati biex jissottoskrivu wkoll għall-istandards ta' sostenibbiltà u jimplimentawhom;
55. Jilqa' l-impenn pubbliku tal-Kummissjoni li tintroduċi proposta leġiżlattiva dwar id-diliġenza dovuta korporattiva u r-responsabbiltà korporattiva fl-2021, u jinsisti li din il-leġiżlazzjoni tikkontribwixxi biex jiġu indirizzati l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali fil-ktajjen tal-valur; ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar diliġenza dovuta korporattiva u obbligu ta' rendikont korporattiv;
56. Jemmen li l-ftehimiet internazzjonali għandhom iwittu t-triq lejn akkwist aktar responsabbli u sostenibbli b'mod globali; jitlob li jkun hemm kooperazzjoni msaħħa biex jiġu żviluppati ftehimiet internazzjonali għal monitoraġġ, notifika u implimentazzjoni aħjar tar-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni tal-materja prima kritika li jippromwovu akkwist responsabbli u jżidu ċ-ċirkolarità f'dan is-settur;
57. Itenni t-talba tiegħu fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar Strateġija ġdida UE-Afrika għal sfruttament ġust u sostenibbli tal-materja prima kritika fl-Afrika; jappoġġa lill-Kummissjoni fl-isforzi tagħha biex tikkonkludi sħubijiet ġodda tal-materja prima kritika mal-pajjiżi Afrikani biex issaħħaħ tal-katina tal-valur fl-Afrika biex tkun aktar sostenibbli mil-lat etiku, ambjentali u teknoloġiku u tippermetti l-appoġġ tal-UE fil-bini tal-kapaċità;
58. Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-attivitajiet ta' standardizzazzjoni fir-rigward ta' komponenti ta' kwalità għolja relatati mal-materja prima kritika f'fora internazzjonali rilevanti, peress li dan huwa importanti għall-kumpaniji tal-UE, b'mod partikolari l-SMEs;
59. Jitlob li jiżdiedu l-prattiki agrikoli sostenibbli li huma ta' benefiċċju għall-ġestjoni sostenibbli tal-fosforu; jenfasizza s-sinerġiji ta' prattiki bħal dawn mal-impronti mnaqqsa tal-bijodiversità u dik klimatika;
60. Jitlob li l-Kummissjoni tipproponi regoli effettivi ta' skemi ġodda ta' ġbir madwar l-UE kollha biex jiżdiedu r-rati ta' ġbir ta' prodotti tal-iskart li jkun fihom materja prima kritika; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta, fost għażliet oħra għar-responsabbiltà estiża tal-produttur, li tintroduċi skemi ta' rifużjoni tad-depożitu fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart, b'mod partikolari fid-Direttiva WEEE, billi tqis il-karatteristiċi ta' prodotti differenti, filwaqt li tiżgura li l-iskemi jkunu kompatibbli fl-Istati Membri kollha, sabiex il-konsumaturi jiġu inċentivati jġibu t-tagħmir tagħhom elettriku u elettroniku fi tmiem tal-ħajja – b'mod partikolari l-oġġetti żgħar – f'faċilitajiet dedikati ta' ġbir u riċiklaġġ, filwaqt li tibni fuq l-esperjenza pożittiva mill-iskemi ta' rifużjoni tad-depożitu għall-ħġieġ u l-plastik f'ħafna Stati Membri;
61. Jiddispjaċih li l-livell baxx ta' riċiklaġġ f'xi użi(29) u l-esportazzjoni tal-iskart u l-laqx tal-aluminju(30) wasslu għal rata ta' input ta' riċiklaġġ ta' tmiem il-ħajja (EOL-RIR) aktar baxxa minn dik li kieku setgħet tintlaħaq; jenfasizza li l-UE għandha timmira li tistabbilixxi miżuri biex tilħaq il-100 % tal-EOL-RIR għall-aluminju;
62. Jistieden lill-Kummissjoni tagħti prijorità lill-estrazzjoni tal-materja prima kritika mill-minjieri domestiċi eżistenti, – jiġifieri miż-żwiel tal-estrazzjoni minerarja, l-iskart tal-blat, il-landfills u estrazzjoni minerarja urbana aktar effettiva, – bi preferenza fuq l-estrazzjoni minerarja ġdida, jekk dan ikun sostenibbli, jiġifieri jekk l-impatti ambjentali, inkluż fl-użu tal-enerġija u s-sustanzi kimiċi, jkunu iżgħar; jenfasizza li din l-estrazzjoni u r-restawr sussegwenti jridu jitwettqu bl-użu tal-aħjar tekniki disponibbli, li jiggarantixxu l-aħjar prestazzjoni ekoloġika u vijabbiltà ekonomika;
63. Jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lill-fażi ta' wara l-estrazzjoni tal-proġetti tal-estrazzjoni minerarja u lill-fażi ta' tmiem il-ħajja tal-materja prima kritika, skont il-ġerarkija tal-iskart stabbilita fid-Direttiva Qafas dwar l-Iskart, u speċjalment fejn il-materja prima kritika hija wkoll sustanza perikoluża;
64. Jemmen li l-permessi u l-konċessjonijiet għall-estrazzjoni minerarja għandhom jinkludu rekwiżiti għall-irkupru u l-ipproċessar sikuri, effiċjenti u sostenibbli tal-materja prima kritika kollha li hi ekonomikament u teknikament rekuperabbli; jitlob li l-Kummissjoni timplimenta b'urġenza t-talbiet insistenti li għamel il-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Iskart mill-Minjieri; itenni li l-kwestjonarju attwalment użat bħala sistema ta' rappurtar skont l-Artikolu 18 tad-direttiva mhuwiex adattat għall-iskop tiegħu, u jitlob lill-Kummissjoni toħloq sistema ta' reġistrazzjoni tal-UE armonizzata, diġitalizzata u trasparenti li tkun ibbażata fuq definizzjonijiet armonizzati u kriterji ta' trattament għall-iskart mill-estrazzjoni minerarja u li tinkludi d-data rilevanti kollha dwar l-impatt ambjentali, inklużi l-konċentrazzjonijiet tal-kontenut tad-depożiti tal-iskart;
65. Jistieden lill-Kummissjoni tissikka l-infurzar u tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni ambjentali attwali tal-UE u tipproponi emendi għal-leġiżlazzjoni fejn meħtieġ;
66. Jinkoraġġixxi valutazzjoni komprensiva tal-inklużjoni tas-settur tal-estrazzjoni minerarja fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali minħabba l-impatt ambjentali qawwi tal-attivitajiet tal-estrazzjoni minerarja, id-daqs li bħala medju huwa kbir tal-proġetti ta' estrazzjoni minerarja, il-varjazzjonijiet fl-istandards tal-ġestjoni tat-tniġġis applikati fis-siti tal-estrazzjoni minerarja madwar l-UE, u l-espansjoni potenzjali tal-attivitajiet ta' estrazzjoni ta' materja prima kritika fl-UE; jissuġġerixxi li l-aqwa tekniki disponibbli għar-restawr tal-minjieri jiġu identifikati speċifikament fir-rigward tal-ħamrija u l-ilma;
67. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni teżamina mill-ġdid id-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali biex tiżgura li titwettaq valutazzjoni tal-impatt ambjentali għall-proġetti ta' estrazzjoni minerarja ta' kull daqs, u li dawn il-valutazzjonijiet jitwettqu minn parti terza indipendenti;
68. Iqis li l-emissjonijiet tal-estrazzjoni minerarja u l-importazzjonijiet tal-materja prima kritika għandhom ikunu koperti mill-mekkaniżmu futur ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera;
69. Jinnota l-isfidi u r-riskji assoċjati mal-estrazzjoni minerarja f'żoni protetti, jiġifieri fiż-żoni tan-Natura 2000, u jemmen li l-estrazzjoni minerarja f'dawn iż-żoni għandha tibqa' ristretta b'mod strett; jissottolinja li l-estrazzjoni minerarja f'żoni protetti hija soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttivi dwar l-Għasafar u dwar il-Ħabitats u jenfasizza li kwalunkwe proġett ġdid ta' estrazzjoni minerarja jrid jgħaddi minn valutazzjoni tal-impatt ambjentali bir-reqqa sabiex jiġi minimizzat l-impatt ambjentali tiegħu; jistieden lill-Istati Membri u lill-industrija tal-estrazzjoni minerarja, f'konformità mal-prinċipju ta' min iniġġes iħallas, jieħdu miżuri ta' konservazzjoni xierqa biex iżommu u jirrestawraw għal stat ta' konservazzjoni favorevoli l-ħabitats u l-ispeċijiet li għalihom ġie ddeżinjat is-sit; jenfasizza, f'dan ir-rigward, id-dokument ta' gwida tal-Kummissjoni dwar l-estrazzjoni minerarja mhux għall-enerġija fir-rigward ta' Natura 2000(31) kif ukoll l-istudji tal-każijiet u l-aħjar prattiki rispettivi tagħha;
70. Ifakkar fl-impenn tal-Kummissjoni biex tiżgura li l-minerali tal-baħar f'qiegħ il-baħar internazzjonali ma jistgħux jiġu sfruttati jew użati qabel ma tkun saret riċerka biżżejjed dwar l-effetti li għandha l-estrazzjoni minerarja minn fond il-baħar fuq l-ambjent tal-baħar, il-bijodiversità u l-attivitajiet tal-bniedem, qabel ma jkunu ġew mifhuma r-riskji, u qabel ma jkun hemm provi li t-teknoloġiji u l-prattiki operazzjonali ma jagħmlu l-ebda ħsara serja lill-ambjent, f'konformità mal-prinċipju ta' prekawzjoni u jistieden lill-Parlament u lill-Kunsill jieħdu l-istess impenn; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssarraf dan l-impenn f'azzjonijiet konkreti biex tipproteġi dawn l-ekosistemi ferm vulnerabbli;
71. Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra għażliet leġiżlattivi f'konformità mal-Konvenzjoni ta' Espoo u l-Konvenzjoni ta' Aarhus biex tiżgura li l-awtoritajiet lokali jadottaw u jinfurzaw id-dritt tal-komunitajiet lokali għal parteċipazzjoni effettiva u inklużiva fil-proċeduri tal-ħruġ ta' permessi għall-proġetti ġodda ta' prospettar u estrazzjoni minerarja, matul l-istadji kollha tal-proġetti tal-estrazzjoni minerarja u meta jitressqu talbiet għall-estensjoni tal-minjieri eżistenti, u biex tiżgura li l-komunitajiet lokali jkollhom id-dritt li jirrikorru għal mekkaniżmi ta' rimedju effettivi rregolati minn qrati indipendenti u korpi ta' sorveljanza ħielsa minn kwalunkwe kunflitt ta' interess;
72. Jilqa' l-enfasi fuq il-materja prima kritika fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-Reviżjoni tal-Politika Kummerċjali; jappella għal politika kummerċjali assertiva li tenfasizza d-diversifikazzjoni u r-reżiljenza tal-ktajjen tal-provvista, u li tagħti prijorità lit-titjib tal-mekkaniżmi globali u tal-UE biex jinħoloq ambjent kummerċjali favorevoli għall-industrija tal-UE;
73. Jenfasizza li l-industrija tal-UE qed tiffaċċja kompetizzjoni internazzjonali ħarxa għall-aċċess għall-materja prima u hija vulnerabbli għal miżuri ta' restrizzjoni fuq l-esportazzjoni minn pajjiżi li mhumiex fl-UE; jirrikonoxxi li żieda globali fid-domanda x'aktarx twassal għal żieda fil-prezzijiet u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta analiżi ta' dan il-punt;
74. Jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni, biex tiddiversifika kemm jista' jkun is-sorsi tal-provvista tal-materja prima kritika, iżżid l-effiċjenza fir-riżorsi u tnaqqas id-dipendenza attwali minn ftit pajjiżi terzi billi tappoġġa l-investiment li jinvolvi lis-sħab tal-UE u globali u lill-SMEs bħala parti minn strateġija internazzjonali ta' akkwist fit-tul; jisħaq fuq il-fatt li dan l-għan għandu jinkiseb billi jissaħħu s-sħubijiet u l-ftehimiet kummerċjali eżistenti u billi jinbnew ftehimiet strateġiċi ġodda jew impriżi konġunti tal-UE ma' pajjiżi ta' oriġini b'ħafna riżorsi u oħrajn tal-istess fehma, f'konformità ma' prijoritajiet definiti b'mod ċar; jilqa' f'dak is-sens id-djalogu kontinwu mal-Kanada, mal-Awstralja u maċ-Ċilì, li għandu l-għan li jsaħħaħ ir-relazzjonijiet kummerċjali fil-qasam tal-materja prima kritika; jistieden lill-Kummissjoni tkompli ssaħħaħ il-kooperazzjoni fi ħdan il-qafas tal-Konferenza bejn l-UE u l-Istati Uniti u l-Ġappun dwar il-Materja Kritika; jenfasizza l-ħtieġa ta' kooperazzjoni aktar mill-qrib ma' fornituri internazzjonali ewlenin fil-Balkani tal-Punent, fl-Ewropa tal-Lvant, fl-Amerka Latina u fl-Afrika, kif ukoll maċ-Ċina u ma' pajjiżi oħra li qed jiżviluppaw fin-Nofsinhar Globali;
75. Jissottolinja li l-ftehimiet futuri ta' kummerċ ħieles u ta' sħubija tal-UE jistgħu jipprovdu mhux biss sigurtà akbar tal-provvista iżda wkoll qafas politiku u ekonomiku affidabbli, u li għandhom jinkludu dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-materja prima kritika, kif imħabbar mill-Kummissjoni fl-Istrateġija tagħha Kummerċ għal Kulħadd, sabiex tiġi promossa l-kooperazzjoni, tiġi żgurata l-konformità mal-impenji internazzjonali, jiġu eliminati u evitati r-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni u jkun hemm konformità mar-regoli attwali għal qabel u wara l-istabbiliment ta' investimenti diretti barranin; jistieden lill-Kummissjoni tkompli ttejjeb il-monitoraġġ u l-infurzar tal-ftehimiet ta' kummerċ ħieles, inklużi l-kapitoli dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli, tiżgura li l-impenji u d-dispożizzjonijiet dwar l-akkwist responsabbli ta' materja prima kritika jiġu ddefiniti u ssodisfati mis-sħab kummerċjali u li jiġi kkunsidrat it-tħassib possibbli tal-komunitajiet affettwati mill-attivitajiet ta' estrazzjoni; jissottolinja li dan għandu jkun fost il-kompiti prijoritarji tal-Uffiċjal Kap għall-Infurzar tal-Kummerċ;
76. Jistieden lill-Kummissjoni tniedi diskussjoni fid-WTO dwar ir-restrizzjonijiet imposti fuq iż-żieda ta' ekonomija ċirkolari permezz ta' miżuri ta' rekwiżiti ta' kontenut lokali, tibni sħubija aktar b'saħħitha ma' reġjuni dinjija differenti, b'mod partikolari l-Afrika, u tiżgura li l-ftehimiet ta' kummerċ ħieles jirriflettu l-objettivi mtejba tal-ekonomija ċirkolari;
77. Jitlob li r-regoli tal-oriġini jintużaw b'mod aktar strett biex tiġi ssalvagwardjata l-produzzjoni tal-materja prima u tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni f'reġjuni fejn l-operaturi huma soġġetti għal rekwiżiti ta' sostenibbiltà u ta' sussidju industrijali inqas stretti; jissottolinja li kwalunkwe attività ġdida ta' akkwist minn kumpaniji li joperaw fis-suq tal-UE trid tkun konsistenti mar-Regolament dwar il-Minerali ta' Kunflitt, mar-regoli dwar l-akkwist responsabbli deskritti fid-Direttiva dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju u mal-istandards internazzjonali għall-akkwist responsabbli tal-komoditajiet; jappella għal projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta' materja prima kritika relatata ma' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ħaddiema bħal xogħol furzat jew tħaddim tat-tfal;
78. Jissottolinja li sistema kummerċjali multilaterali bbażata fuq ir-regoli u li tiffunzjona kompletament hija kruċjali biex jiġu żgurati flussi kummerċjali miftuħa u sostenibbli ta' materja prima kritika; jesprimi tħassib dwar l-użu ta' restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' materja prima kritika minn xi membri tad-WTO, inkluża ċ-Ċina, u jħeġġeġ lill-membri kollha ma jsegwux tali politiki; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tuża fora internazzjonali biex tillimita tali restrizzjonijiet distortivi fuq l-esportazzjoni ta' materja prima kritika; jerġa' jġedded l-appell tiegħu lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, biex tirdoppja l-isforzi tagħha biex tinkiseb riforma ambizzjuża tad-WTO sabiex tiġġieled id-distorsjonijiet tal-kummerċ internazzjonali u l-prattiki kummerċjali inġusti, tipprovdi ambjent ta' kummerċ internazzjonali stabbli u prevedibbli u tiggarantixxi kompetizzjoni ġusta u effettiva madwar id-dinja;
79. Jilqa' d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Laqgħa Trilaterali tal-Ministri tal-Kummerċ tal-Ġappun, tal-Istati Uniti u tal-Kummissjoni, u jappoġġa d-definizzjoni proposta ta' sussidji industrijali; jilqa' l-fatt li d-definizzjoni testendi lil hinn minn dawk stabbiliti fil-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri ta' Kumpens u r-Regolament tal-UE Kontra s-Sussidji, u tipprovdi definizzjoni usa' ta' sussidju; jemmen li tali miżuri huma kruċjali għal-livellar tal-kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni internazzjonali fil-qasam tal-materja prima kritika, peress li s-sussidji industrijali, b'mod partikolari fiċ-Ċina, joħolqu theddida serja għall-industrija u għall-ħaddiema tal-UE peress li dawn ifixklu l-kompetizzjoni internazzjonali;
80. Jilqa' l-inizjattiva konġunta bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar l-indirizzar tal-kapaċità żejda globali tal-azzar u tal-aluminju u jitlob miżuri komprensivi u rapidi biex jinżammu responsabbli pajjiżi bħaċ-Ċina li jappoġġaw politiki li jfixklu l-kummerċ; ifakkar lill-Kummissjoni, madankollu, li għalissa t-tariffi tat-Taqsima 232 tal-Istati Uniti għadhom fis-seħħ bis-sħiħ u li din il-kwistjoni trid tiġi solvuta b'mod urġenti;
81. Jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-bdil tal-pagamenti tal-importazzjoni tal-UE għall-materja prima kritika minn muniti internazzjonali oħra għall-euro jkollu xi vantaġġi, bħat-tnaqqis tal-volatilità tal-prezzijiet u li l-importaturi tal-UE u esportaturi terzi jiġu megħjuna biex ikunu inqas dipendenti mis-swieq ta' finanzjament tad-dollaru Amerikan;
o o o
82. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Bank Dinji, Minerals for Climate Action: The Mineral Intensity of the Clean Energy Transition; Studju ta' prospettiva tal-Kummissjoni Ewropea; OECD, Global Material Resources Outlook to 2060: Economic Drivers and Environmental Consequences.
Baldé, C.P., Forti V., Gray, V., Kuehr, R., Stegmann,P. The Global E-waste Monitor – 2017, United Nations University, International Telecommunication Union & International Solid Waste Association, Bonn/Geneva/Vienna, 2017.
Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2020 bit-titlu "Ir-Reżiljenza tal-Materja Prima Kritika: It-Twittija tat-Triq lejn Sigurtà u Sostenibbiltà Akbar".
Filwaqt li l-EOL-RIR fl-Ewropa għall-aluminju użat fit-trasport u fil-bini kienet ta' aktar minn 90 %, 60 % biss tal-aluminju użat fl-imballaġġ ġie rriċiklat fl-2013.
"Kieku l-UE kellha tipproċessa internament il-fluss tal-iskart u tal-laqx tal-aluminju esportat fl-2015, l-EOL-RIR kienet tiżdied għal 16 %" (Passarini et al., 2018), mill-Istudju dwar il-lista tal-UE tal-Materja Prima Kritika tal-Kummissjoni Ewropea.
Direttorat Ġenerali għall-Ambjent, "Guidance document on non-energy mineral extraction and Natura 2000: a summary" (Dokument ta' gwida dwar l-estrazzjoni ta' minerali mhux għall-enerġija u Natura 2000: sommarju), Kummissjoni Ewropea, Brussell, 2019.
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2021 dwar ir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju fid-dawl tad-dħul fis-seħħ tal-qafas finanzjarju pluriennali tal-2021-2027 (2021/2162(INI))
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(1) (ir-"Regolament Finanzjarju"),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta' Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027(2),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta' Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom(3),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 tal-14 ta' Diċembru 2020 li jistabbilixxi Strument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru biex jappoġġa l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19(4),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni(5) ("ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità"),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza(6),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda(7) ("l-FII"),
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni mill-ġdid tad-dispożizzjonijiet dwar id-dħul assenjat estern u l-għoti u t-teħid b'self fir-Regolament Finanzjarju(8) ("id-Dikjarazzjoni konġunta"),
– wara li kkunsidra l-pjan direzzjonali għal reviżjoni mmirata tar-Regolament Finanzjarju ppubblikat mill-Kummissjoni fid-19 ta' Marzu 2021,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali tal-2021-2027, il-Ftehim Interistituzzjonali, l-Istrument tal-UE għall-Irkupru u r-Regolament dwar l-Istat tad-Dritt(9),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2021 dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092, il-mekkaniżmu ta' kondizzjonalità marbut mal-Istat tad-Dritt(10),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Ġunju 2021 dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea u l-applikazzjoni tar-Regolament dwar il-kondizzjonalità (UE, Euratom) 2020/2092(11),
– wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Mejju 2021 dwar ir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju u l-linji gwida tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-akkwist pubbliku għall-kuntratti ta' servizz relatati mal-politiki,
– wara li kkunsidra l-avviż tal-Kummissjoni tad-9 ta' April 2021 dwar gwida dwar l-evitar tal-kunflitti ta' interess u l-ġestjoni tagħhom skont ir-Regolament Finanzjarju(12),
– wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, adottata f'Settembru 2015 u fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2016,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Marzu 2020 dwar strateġija għall-SMEs għal Ewropa sostenibbli u diġitali (COM(2020)0103),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Mejju 2021 bit-titolu "Aġġornament tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida tal-2020: Nibnu Suq Uniku aktar b'saħħtu għall-irkupru tal-Ewropa", (COM(2021)0350),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' April 2021 bit-titolu "Regolazzjoni aħjar: Ningħaqdu flimkien biex nagħmlu liġijiet aħjar"(COM(2021)0219),
– wara li kkunsidra l-istudju mitlub mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu u mfassal mid-Dipartiment Tematiku għall-Affarijiet Baġitarji tad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tiegħu f'Mejju 2021 dwar l-akbar 50 benefiċjarju f'kull Stat Membru tal-UE tal-Politika Agrikola Komuni u l-Fondi ta' Koeżjoni,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit skont l-Artikolu 58 tar-Regoli ta' Proċedura,
– wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0295/2021),
A. billi, wara d-dħul fis-seħħ tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) għall-2021-2027, il-Kummissjoni ppubblikat pjan direzzjonali u nediet konsultazzjoni pubblika bil-għan li tallinja r-Regolament Finanzjarju, fejn xieraq, mar-regoli miftiehma mil-leġiżlatur bħala parti mill-pakkett tal-QFP 2021-2027, u li jiġi propost titjib limitat u mmirat meħtieġ mis-sitwazzjoni li qed tevolvi, pereżempju wara l-kriżi tal-COVID-19 jew fil-kuntest tal-opportunitajiet dejjem akbar għad-diġitalizzazzjoni;
B. billi, fl-isfond ta' Next Generation EU (NGEU), il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu fid-Dikjarazzjoni konġunta li d-dispożizzjonijiet dwar id-dħul assenjat estern, b'mod partikolari kif imsemmi fl-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju, u d-dispożizzjonijiet dwar ir-rappurtar rigward l-operazzjonijiet tal-għoti u t-teħid b'self, jiġu vvalutati u riveduti kif xieraq fil-qafas tar-reviżjoni li jmiss tar-Regolament Finanzjarju; billi t-tliet istituzzjonijiet irrikonoxxew li r-regoli eżistenti dwar l-awditjar u l-proċedura ta' kwittanza japplikaw għad-dħul assenjat;
C. billi r-rata ta' assorbiment fl-ambitu tal-QFP 2014-2020 kienet baxxa wisq u trid tittejjeb, speċjalment mill-perspettiva tal-intrapriżi żgħar u medji (SMEs), billi jiġu rfinati u msaħħa l-proċessi deċiżjonali u ta' allokazzjoni u l-prinċipji u l-proċeduri li jirregolaw l-istabbiliment, l-implimentazzjoni u l-kontroll tal-baġit tal-UE;
D. billi r-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju għandha tqis l-interessi tas-sigurtà tal-Unjoni, inklużi proġetti ta' infrastruttura u telekomunikazzjoni ewlenin, b'enfasi fuq il-kriterji ta' eliġibbiltà rikjesti għall-applikazzjoni għal u l-kisba ta' fondi tal-UE;
E. billi r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għall-konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba;
F. billi ma saritx valutazzjoni tal-impatt anki jekk, kif fakkret il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, setgħet tipprovdi informazzjoni ċara dwar l-aċċessibbiltà tal-fondi tal-UE għaċ-ċittadini fid-dawl tar-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju;
1. Jinnota li r-reviżjoni li jmiss tar-Regolament Finanzjarju hija meħtieġa bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tal-pakkett tal-QFP 2021-2027, inkluż l-NGEU, li mhux biss jaġġorna d-dispożizzjonijiet legali iżda fih ukoll innovazzjonijiet sinifikanti fis-sistema baġitarja, u biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tal-FII;
2. Jemmen li r-reviżjoni għandha tfittex li timmodernizza r-regoli applikabbli għall-baġit tal-UE f'konformità mal-aħħar żviluppi tagħha u f'konformità mal-prinċipji baġitarji u r-rispett għall-valuri tal-Unjoni, u li żżid is-sorveljanza parlamentari, ir-responsabbiltà demokratika, it-trasparenza, l-impenn ċiviku u l-kapaċità ta' rispons għall-ħtiġijiet taċ-ċittadini bil-ħeffa u b'mod effettiv, partikolarment fi żminijiet ta' kriżi;
3. Huwa tal-fehma li, filwaqt li f'dan iż-żmien mhijiex meħtieġa reviżjoni globali tar-regoli applikabbli għall-baġit, ir-Regolament Finanzjarju jrid ikun soġġett għal titjib u simplifikazzjonijiet immirati, b'mod partikolari fejn iżidu t-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-iskrutinju demokratiku u jtejbu l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE;
4. Jemmen li l-objettivi ewlenin tar-reviżjoni tar-regoli finanzjarji tal-UE għandhom jinkludu t-tisħiħ tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, l-iżgurar tal-allinjament mal-kundizzjonalità tal-istat tad-dritt, it-tisħiħ tar-regoli tal-akkwist pubbliku biex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta' interess potenzjali u tiżdied it-trasparenza, jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji, tissaħħaħ l-effikaċja tal-infiq bil-għan li jinkiseb valur miżjud Ewropew akbar u jiżdied l-aċċess għall-finanzjament tal-UE għaċ-ċittadini, l-SMEs u l-awtoritajiet lokali u reġjonali;
5. Jemmen li, bħala kwistjoni ta' prinċipju, l-istess livell ta' protezzjoni għandu jkun garantit għall-baġit kollu tal-UE, irrispettivament minn jekk ikunx b'ġestjoni diretta, indiretta jew kondiviża;
Ir-responsabbiltà demokratika għal baġit modern
6. Jinnota li n-numru u l-kamp ta' applikazzjoni tal-istrumenti mhux baġitarji żdiedu b'mod sinifikanti fl-aħħar għaxar snin, u li l-NGEU ħa din il-prattika fil-livell li jmiss, billi, anki jekk temporanjament, żied sew id-daqs tal-baġit tal-UE fil-forma ta' dħul assenjat estern biex jippermetti lill-Unjoni tiffaċċa waħda mill-akbar sfidi tal-eżistenza tagħha, u billi ħoloq obbligazzjonijiet sal-2058 permezz tas-self u s-self għal nefqa diretta tal-UE; iwissi li dawn l-iżviluppi jpoġġu f'riskju l-prinċipji baġitarji ċentrali bħall-unità u l-preċiżjoni baġitarja, l-ekwilibriju u l-universalità;
7. Jinnota li l-UE rreaġixxiet malajr u b'mod deċiżiv bi tweġiba għall-kriżi tal-COVID-19 biex tappoġġja lill-Istati Membri affettwati u trażżan il-konsegwenzi soċjoekonomiċi tal-pandemija; jinnota li l-ġestjoni tal-kriżijiet tirrikjedi azzjoni rapida; ifakkar, madankollu, li dan qatt m'għandu jintuża bħala skuża biex il-Parlament jinqabeż u tiġi pperikolata r-responsabbiltà demokratika; jinnota bi tħassib l-użu dejjem akbar tal-Artikolu 122 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-ħolqien ta' mekkaniżmi u korpi ġodda b'implikazzjonijiet baġitarji għall-baġit tal-UE, li skontu r-rwol tal-Parlament huwa limitat għas-sempliċi dritt għall-informazzjoni; jinsisti fuq rwol xieraq għall-Parlament fl-iskrutinju baġitarju ta' inizjattivi bħal dawn; jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza li jiġi żgurat rwol sinifikanti fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-iskrutinju tal-programmi kollha tal-UE abbażi tal-pjanijiet ta' implimentazzjoni nazzjonali;
8. Jissottolinja li l-ġbir ikkoordinat ta' kontribuzzjonijiet nazzjonali bbażati fuq l-introjtu nazzjonali gross fl-għamla ta' dħul assenjat estern u barra l-proċedura baġitarja mhuwiex esklużiv għall-NGEU, iżda kien is-soluzzjoni magħżula għall-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija, il-kuntratti tat-tilqim kontra l-COVID-19 u forsi, fil-futur, l-Awtorità għat-Tħejjija u għar-Rispons f'Każ ta' Emerġenza tas-Saħħa; ifakkar li s-self fis-swieq kapitali huwa aspett li ilu jeżisti fl-operazzjonijiet baġitarji tal-Unjoni, tant li kemm il-Kummissjoni kif ukoll il-Parlament talbu għall-inklużjoni tiegħu fil-baġit fis-snin sebgħin u tmenin, ferm qabel il-ħolqien tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbilizzazzjoni Finanzjarja, l-Appoġġ temporanju biex jittaffew ir-Riskji ta' Qgħad f'Emerġenza jew l-NGEU;
9. Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-ammonti bla preċedent imqiegħda għad-dispożizzjoni fl-ambitu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, għal liema l-Istati Membri se jkollhom jirrappurtaw biss f'forma sfuża lill-Kummissjoni dwar il-progress fir-rigward tal-objettivi intermedji, se joħolqu sfida kbira għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex tipprovdi assigurazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-infiq;
10. Jinsab imħasseb li mekkaniżmi mhux baġitarji u l-użu ta' dħul assenjat estern b'mod partikolari joħolqu sfida serja għall-kapaċità tal-Parlament li jissodisfa l-funzjonijiet tiegħu ta' teħid ta' deċiżjonijiet, skrutinju u kwittanza u, b'mod aktar ġenerali, għall-kapaċità tal-pubbliku ġenerali u istituzzjonijiet pubbliċi jew privati li jifhmu l-baġit tal-Unjoni u jżommu l-Kummissjoni responsabbli; ifakkar fid-Dikjarazzjoni Konġunta u jafferma mill-ġdid l-aspettattivi tagħha li r-regoli finanzjarji tal-UE jiġu aġġornati fir-rigward tar-rwol tal-awtorità baġitarja u l-istruttura tal-baġit fir-rigward ta' dawn il-mekkaniżmi sabiex jinġiebu eqreb tal-prinċipji u r-responsabbiltajiet stabbiliti fit-Trattati; iqis li dan il-prinċipju ta' responsabbiltà u sorveljanza demokratika fit-teħid tad-deċiżjonijiet jeħtieġ jiġi rifless fir-Regolament Finanzjarju;
11. Jemmen li l-Parlament, bħala fergħa waħda mill-awtorità baġitarja, irid ikun jista' jiskrutinizza u jawtorizza kif xieraq l-użu u l-ġestjoni tad-dħul assenjat estern u tal-operazzjonijiet tas-self tiegħu min-naħa tal-Kummissjoni; jissuġġerixxi li l-artikoli rilevanti tar-Regolament Finanzjarju, inklużi l-Artikoli 7, 46 u 56, jiġu riveduti u kkumplementati biex jiġi ċċarat li d-dħul assenjat estern, l-assi u l-obbligazzjonijiet marbuta ma' operazzjonijiet ta' għoti u teħid b'self huma inklużi fil-baġit tal-UE, sabiex ikunu soġġetti għall-kontroll u r-rappurtar mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u sabiex l-awtorità baġitarja u l-awtorità ta' kwittanza jkunu jistgħu jiġu infurmati kif xieraq dwar kwalunkwe allegazzjoni ta' użu ħażin, korruzzjoni, frodi jew ksur tal-istat tad-dritt, inkluż meta l-Istati Membri ma jkollhomx biżżejjed sistemi kontra l-frodi, speċjalment fir-rigward ta' strumenti mhux baġitarji, iżda mhux esklużivament,
12. Jemmen li d-dħul assenjat estern skont l-Artikolu 21 attwali tar-Regolament Finanzjarju, u l-assi u l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn operazzjonijiet mhux baġitarji, inkluż is-self fis-swieq kapitali, għandhom jiġu allokati għal-linji baġitarji rilevanti, ikklassifikati f'konformità man-nomenklatura baġitarja u kkonsolidati fil-Partijiet II u III tal-baġit tal-Unjoni; iqis li għandhom jiffurmaw parti integrali mill-baġit tal-UE u jiġu adottati mill-awtorità baġitarja bħala parti minn dak il-baġit;
13. Jitlob reviżjoni tar-rekwiżiti ta' rappurtar dwar l-istrateġija tal-Kummissjoni għall-ġestjoni tad-dejn, inklużi l-maturità, l-iskeda tal-pagamenti u r-rwol tar-riżorsi proprji ġodda fil-ħlas lura tad-dejn, sabiex dawn jiġu adattati għall-kumplessità u r-riskju akbar tal-operazzjonijiet tal-għoti u t-teħid b'self għall-baġit tal-Unjoni;
14. Jistieden lill-Kummissjoni tissimplifika aktar il-kontijiet annwali u obbligi oħra ta' rappurtar finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni fil-kuntest tar-Regolament Finanzjarju sabiex tħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-SMEs fil-programmi rilevanti inklużi fil-pakkett tal-QFP 2021-2027, inkluż l-NGEU;
15. Jemmen li fid-dawl tal-implikazzjonijiet baġitarji involuti, ir-Regolament Finanzjarju jeħtieġ jistabbilixxi proċedura għal deċiżjonijiet dwar is-sede ta' aġenziji deċentralizzati; jisħaq li tali proċedura għandha tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi, tissalvagwardja l-prerogattivi tal-Parlament bħala koleġiżlatur, u tevita metodi deċiżjonali arbitrarji bħal meta tgħolli munita;
L-istat tad-dritt
16. Jenfasizza r-relazzjoni ċara bejn ir-rispett tal-istat tad-dritt u l-implimentazzjoni effiċjenti tal-baġit tal-Unjoni, inkluż l-NGEU, f'konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba: l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività, kif stabbilit fir-Regolament Finanzjarju; jissottolinja li ġestjoni finanzjarja tajba hija bbażata fuq l-investigazzjoni effettiva ta' każijiet ta' frodi, inklużi l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa, il-korruzzjoni u l-kunflitti ta' interess, kif ukoll l-istħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet pubbliċi min-naħa ta' qrati indipendenti; jisħaq li, fir-rigward tal-ekonomija u l-effiċjenza, prattiki frawdolenti u korrotti min-natura tagħhom imorru kontra l-ġestjoni finanzjarja tajba kif definita fl-Artikolu 33(1) tar-Regolament Finanzjarju, billi tali prattiki jmorru direttament kontra l-iżgurar tal-aħjar kwantità u l-kwalità bl-aħjar prezz u l-kisba tal-aħjar relazzjoni bejn l-użu tar-riżorsi u l-ilħuq tal-objettivi; ifakkar li, mal-adozzjoni tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità, il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu li jikkunsidraw l-inklużjoni tal-kontenut tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità fir-Regolament Finanzjarju mar-reviżjoni li jmiss tiegħu; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni biex tagħmel dik il-proposta; jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-opportunitajiet biex tkompli ttejjeb l-allinjament tal-istrumenti kollha tal-UE li għandhom l-għan li jiżguraw ġestjoni finanzjarja tajba u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inkluż ir-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt; jemmen li l-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-miżuri preventivi ex ante biex tiżgura li l-Istati Membri japplikaw l-Artikolu 63(2) tar-Regolament Finanzjarju;
17. Jemmen li l-Kummissjoni għandha tiżgura li l-baġit tal-Unjoni jintefaq fuq proġetti jew organizzazzjonijiet li jirrispettaw il-valuri tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni, għal dak il-għan, tiżviluppa indikaturi konċiżi li għandhom jiġu inklużi fir-Regolament Finanzjarju, li għandhom jiġu applikati permezz ta' approċċ ibbażat fuq ir-riskju u użati għal kontrolli mmirati ex ante u ex post biex jiġi identifikat nuqqas potenzjali ta' konformità mal-valuri tal-Unjoni fl-użu tal-fondi tal-UE;
18. Jilqa' l-gwida tal-Kummissjoni dwar l-evitar tal-kunflitti ta' interess u l-ġestjoni tagħhom skont ir-Regolament Finanzjarju li għandha l-għan li tqajjem kuxjenza u tippromwovi interpretazzjoni u applikazzjoni uniformi tar-regoli dwar il-kunflitt ta' interess; jiddispjaċih, madankollu, li kwistjonijiet ta' kunflitt ta' interess għadhom jippersistu fl-ogħla livell f'xi Stati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tevalwa jekk id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Finanzjarju humiex effettivi biżżejjed fil-prevenzjoni u l-indirizzar tal-kunflitti ta' interess fl-implimentazzjoni u l-kontroll tal-baġit tal-UE;
L-għodda diġitali
19. Jisħaq li huwa importanti li wieħed ikun jaf kif jintefqu u min jibbenefika verament mill-fondi tal-UE sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-UE u jiġu identifikati b'mod partikolari l-frodi, il-korruzzjoni u l-kunflitti ta' interess; jinnota li l-istudju kkummissjonat mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit dwar l-akbar 50 benefiċjarju tal-fondi tal-UE żvela li d-data għall-identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi u s-sidien benefiċjarji tagħhom mhijiex faċilment, jew mhi xejn, aċċessibbli; jikkunsidra li ċ-ċentralizzazzjoni obbligatorja tal-informazzjoni fi ħdan sistema ta' rappurtar u monitoraġġ unika u interoperabbli, u f ħdan bażi tad-data tal-UE faċli biex tintuża b'informazzjoni dwar il-benefiċjarji diretti u finali u data aċċessibbli f'format li jinqara mill-magni, tegħleb il-frammentazzjoni u n-nuqqas ta' trasparenza enfasizzati mill-istudju u ssaħħaħ l-iskrutinju pubbliku u l-fiduċja fl-infiq pubbliku tal-UE; jinnota li dan, flimkien ma' definizzjoni komprensiva ta' "kunflitt ta' interess" fil-livell tal-UE, se jżid il-protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-UE; jisħaq fuq l-urġenza li jkun hemm trasparenza fir-rigward tas-sidien benefiċjarji fid-dawl tal-Pandora Papers; jenfasizza r-rwol tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-importanza tal-kooperazzjoni bejnu u l-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri u l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi;
20. Jenfasizza li r-Regolament Finanzjarju għandu jinkludi dispożizzjonijiet li jirrikjedu li l-atturi responsabbli jiġbru u jżommu rekords uniformi dwar l-operaturi ekonomiċi u s-sidien benefiċjarji sabiex jippermettu l-identifikazzjoni tagħhom fil-programmi kollha tal-UE, irrispettivament minn min jimplimenta dawn il-programmi u tat-tip ta' ġestjoni (diretta, indiretta jew kondiviża); jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri biex tiżgura li dan isir permezz ta' ġbir ta' informazzjoni diġitali, interoperabbli u standardizzat dwar ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni, inklużi dawk li fl-aħħar mill-aħħar jibbenefikaw, direttament jew indirettament, mill-finanzjament tal-Unjoni, u s-sidien benefiċjarji tagħhom; jikkunsidra li dawn ir-rekwiżiti għandhom jirriflettu l-elementi ta' informazzjoni kollha biex tissaħħaħ l-abbiltà u l-kapaċità tal-Kummissjoni li tidentifika l-frodi; jisħaq fuq il-ħtieġa li jitneħħa kwalunkwe ostaklu tekniku u legali għall-ġbir ta' data dwar l-istrutturi tal-kumpaniji u s-sjieda benefiċjarja;
21. Jissottolinja li d-data għandha tiġi ppubblikata apertament bħala prinċipju ġenerali, b'rispett sħiħ tar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data u l-ġurisprudenza permanenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea; jirrikonoxxi li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ma jarax problemi ġenerali fir-rigward tal-protezzjoni tad-data f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħolqien ta' tali interoperabbiltà, iżda jissottolinja l-bżonn ta' bażi ġuridika ċara; jikkunsidra li l-entrati ta' informazzjoni obbligatorja miġbura għall-finijiet ta' awditjar u kontroll għandhom jinkludu, bħala minimu, in-numru ta' reġistrazzjoni tal-entitajiet legali, in-numru ta' identifikazzjoni nazzjonali għall-persuni fiżiċi, il-kodiċi rilevanti jew l-identifikatur uniku tal-programm ta' finanzjament speċifiku tal-UE, indikazzjoni tat-tip ta' benefiċjarju, is-sottokuntratturi, is-sidien benefiċjarji, jekk il-benefiċjarju jirċevix ukoll għajnuna mill-Istat u informazzjoni dwar il-kuntatt; jenfasizza li l-bażi tad-data m'għandhiex tkun esklużivament awtoregolata, iżda minflok għandhom jinħolqu settijiet tad-data mill-Kummissjoni jew minn awtorità esterna sabiex tiġi żgurata data koerenti u ta' kwalità għolja; jitlob li l-informazzjoni dwar il-benefiċjarji tal-fondi tal-UE tibqa' aċċessibbli għall-pubbliku għal tal-inqas ħames snin;
22. Jissottolinja li s-sistema jeħtieġ li tiffaċilita l-aggregazzjoni ta' ammonti individwali li jikkonċernaw l-istess benefiċjarju dirett jew finali jew is-sid benefiċjarju, u tkun aċċessibbli bil-lingwi kollha tal-UE; jikkunsidra li s-sistemi aċċessibbli għall-pubbliku għandhom jiffaċilitaw kemm it-tfittxijiet individwali permezz ta' għodda bbażata fuq l-internet kif ukoll analiżi sistemika permezz ta' tniżżil bil-massa f'format interoperabbli u li jinqara mill-magni; jisħaq li data miftuħa standardizzata tul iċ-ċiklu sħiħ tal-akkwisti, inklużi l-benefiċjarji finali tal-kumpaniji li jingħataw il-kuntratt, tipprovdi lis-soċjetà ċivili u lill-atturi mhux governattivi bis-sett ta' għodod u informazzjoni meħtieġa għall-monitoraġġ tal-integrità, il-ġustizzja u l-effiċjenza tas-swieq tal-akkwist pubbliku; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiggarantixxu aktar interoperabbiltà bejn il-bażijiet tad-data eżistenti tal-UE u nazzjonali u l-għodod tal-estrazzjoni tad-data biex jiffaċilitaw l-analiżi tar-riskju u l-identifikazzjoni tal-frodi;
23. Jinnota li ARACHNE tintuża fil-ġestjoni kondiviża; jenfasizza li l-ARACHNE tarrikkixxi d-data pprovduta mill-awtoritajiet maniġerjali b'informazzjoni disponibbli għall-pubbliku sabiex jiġu identifikati l-proġetti, il-benefiċjarji, il-kuntratti u l-kuntratturi li jistgħu jkunu suxxettibbli mhux biss għar-riskju ta' frodi, iżda wkoll għall-kunflitti ta' interess; jikkunsidra li l-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju għandu jiġi modifikat biex jinkludi l-ARACHNE bħala għodda obbligatorja għall-għoti ta' punteġġ tar-riskju għal użu ġenerali, indipendentement mit-tip ta' ġestjoni, magħmula disponibbli mill-Kummissjoni lill-Istati Membri u lil entitajiet fdati, li għandhom ikunu obbligati jdaħħlu informazzjoni fiha; jikkunsidra li r-Regolament Finanzjarju għandu jipprovdi wkoll indikaturi li jistgħu jintużaw minn ARACHNE biex jiġi ddeterminat il-punteġġ tar-riskju tal-operaturi ekonomiċi; jisħaq fuq il-ħtieġa li tali indikaturi bażiċi jiġu armonizzati mar-raġunijiet għall-esklużjoni tas-Sistema ta' Identifikazzjoni Bikrija u ta' Esklużjoni (EDES) u mal-investigazzjonijiet li għaddejjin mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi biex jiġi żgurat li l-operaturi ekonomiċi esklużi jkunu viżibbli wkoll f'ARACHNE; jitlob li jkun hemm interoperabbiltà massima bejn ARACHNE u softwer ieħor biex titnaqqas il-ħtieġa li jiddaħħlu oġġetti ta' informazzjoni f'diversi sistemi tal-IT diversi drabi u l-piż amministrattiv li jirriżulta; iqis li ARACHNE għandha tiġi ssimplifikata u magħmula aktar faċli biex tintuża inkluż fir-rigward tal-istandardizzazzjoni tal-indikaturi tar-riskju, pereżempju permezz ta' viżwalizzazzjonijiet; jenfasizza l-importanza ta' sjieda sħiħa ta' u drittijiet operattivi għal ARACHNE u jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-possibbiltà li l-ġestjoni ta' din l-għodda tibda ssir internament fejn xieraq;
24. Ifakkar li fl-2018 ġie stabbilit panel ta' livell għoli biex jivvaluta każijiet fil-bażi tad-data li jiġu sottomessi għal identifikazzjoni bikrija jew esklużjoni; jitlob li l-opinjoni tal-bord tal-EDES, fid-dawl tal-esperjenzi tiegħu bis-sistema, tiġi kkunsidrata fir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju u tiġi kondiviża mal-Parlament fl-istess ħin li tiġi kondiviża mal-Kummissjoni; jinnota li l-EDES bħalissa tintuża biss b'ġestjoni diretta u indiretta; iqis li l-operaturi ekonomiċi li huma kkunsidrati bħala riskju għall-interessi finanzjarji tal-UE b'ġestjoni diretta u indiretta għandhom jitqiesu wkoll bħala riskju taħt ġestjoni kondiviża u viċeversa; jitlob, għalhekk, li l-użu tal-EDES isir obbligatorju taħt ġestjoni kondiviża; jinnota wkoll li l-EDES ma tagħmilx distinzjoni bejn sussidjarji ta' korporazzjonijiet akbar; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel din id-distinzjoni u tispeċifika fir-regoli għall-identifikazzjoni bikrija u għall-esklużjoni liema entità ta' korporazzjoni multinazzjonali jew multikumpanija hija rreġistrata għall-identifikazzjoni bikrija jew għall-esklużjoni; jappella li jiddaħħal l-obbligu li l-EDES tiġi aġġornata ladarba jkunu ġew stabbiliti frodi jew fatti rilevanti oħra minn atturi involuti fl-implimentazzjoni; jemmen li entitajiet ġuridiċi jew persuni fiżiċi esklużi (sidien benefiċjarji), għat-tul tal-esklużjoni tagħhom, ma għandux ikollhom il-kapaċità li jkunu riċevituri jew benefiċjarji finali li fil-konfront tagħhom ikun jista' jsir kwalunkwe ħlas mill-baġit tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex tiżgura li dawn l-entitajiet jew persuni fiżiċi jiġu esklużi wkoll minn kwalunkwe kontribuzzjoni mill-baġits nazzjonali matul il-perjodu tal-esklużjoni; jiddispjaċih li l-bażi tad-data telenka relattivament ftit operaturi ekonomiċi; iqis dan bħala sinjal li l-EDES ma ġietx implimentata kif suppost; jenfasizza li, fl-2020, il-bord tal-EDES ittratta 20 każ, u kellu 28 każ pendenti; jisħaq fuq l-importanza li jiġu allokati biżżejjed riżorsi lill-bord f'konformità ma' kwalunkwe estensjoni tar-responsabbiltajiet; jistieden barra minn hekk lill-Kummissjoni tirrieżamina l-kriterji bil-għan li tnaqqas il-kumplessità u żżid l-applikabbiltà tal-EDES fil-prattika;
25. Jisħaq li filwaqt li huwa ta' importanza kbira li jkun magħruf min huma l-benefiċjarji finali tal-fondi tal-UE sabiex jiġi żgurat l-użu xieraq tal-fondi, anke l-aċċessibbiltà u s-sempliċità tal-pjattaformi tal-offerti diġitali għall-fondi tal-UE għandhom rwol importanti; ifakkar li l-Kummissjoni adottat il-kunċett ta' "diġitali mid-disinn" u l-prinċipju "Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir" sabiex tiżgura biżżejjed parteċipazzjoni min-naħa tal-SMEs; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, f'dan is-sens, tqis ukoll dawn il-prinċipji meta tirrevedi r-Regolament Finanzjarju fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-pakkett tal-QFP 2021-2027;
L-ibbaġitjar skont il-ġeneru
26. Jiddispjaċih li fil-QFP preċedenti, 21,7 % biss tal-programmi tal-UE kellhom indikaturi relatati mal-ġeneri; jinsisti li l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri tiġi riflessa aħjar fl-abbozzar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, inkluż permezz ta' inċentivi mmirati; jitlob il-ġbir sistematiku u komprensiv tad-data diżaggregata skont il-ġeneru fil-kuntest tal-politiki u l-programmi kollha tal-UE sabiex jitkejjel l-impatt fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jistenna li l-Kummissjoni tiżviluppa metodoloġija biex tkejjel in-nefqa rilevanti fil-livell tal-programm fil-QFP 2021-2027, f'konformità mal-FII; jistieden lill-Kummissjoni tintegra l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u l-ibbaġitjar skont il-ġeneru fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Finanzjarju;
L-integrazzjoni tal-klima u l-bijodiversità
27. Itenni l-impenn tal-Unjoni li tonfoq mill-inqas 30 % tar-riżorsi disponibbli skont il-QFP 2021-2027 u l-NGEU biex tindirizza l-isfida tal-klima, kif stabbilit fil-FII; jistenna li l-Kummissjoni tiżviluppa metodoloġija robusta u ċara għat-traċċar tal-infiq fuq il-klima u l-prestazzjoni tiegħu, u tapplikaha konsistentement fl-oqsma kollha tal-politika; jenfasizza li r-regoli tal-implimentazzjoni tal-baġit iridu jirriflettu din il-metodoloġija li tippermetti traċċar effettiv u effiċjenti tal-fondi użati fl-indirizzar tat-tibdil fil-klima kemm għall-mitigazzjoni tal-klima kif ukoll għall-aspetti tal-adattament; jistieden lill-Kummissjoni tintegra referenzi adegwati għall-integrazzjoni u t-traċċar tal-azzjoni klimatika fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Finanzjarju bi qbil mal-FII bil-għan li tiżgura li l-baġit tal-Unjoni jinkludi azzjonijiet favur ir-reżistenza għall-klima;
28. Jissottolinja l-importanza ta' monitoraġġ preċiż tal-infiq li jikkontribwixxi għat-twaqqif u t-treġġigħ lura tat-tnaqqis fil-bijodiversità, abbażi ta' metodoloġija effettiva, trasparenti u komprensiva stabbilita mill-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Parlament u l-Kunsill; jenfasizza li r-regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju jridu jirriflettu wkoll din il-metodoloġija;
29. Jemmen li r-Regolament Finanzjarju għandu jirrifletti l-implimentazzjoni tal-prinċipju "la tagħmilx ħsara sinifikanti", f'konformità mal-gwida ppubblikata taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza;
Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali
30. Jemmen li r-Regolament Finanzjarju għandu jippermetti l-implimentazzjoni xierqa tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; iqis li għandha tiġi żgurata l-konformità ma' standards bażiċi għall-kundizzjonijiet ta' impjieg għall-ħaddiema u s-sikurezza u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol mill-benefiċjarji qabel ma wieħed jipproċedi għall-iżborż ta' pagamenti mill-baġit tal-UE;
Id-diżimpenji
31. Jissuġġerixxi li l-użu mill-ġdid ta' approprjazzjonijiet diżimpenjati b'riżultat tan-nuqqas ta' implimentazzjoni sħiħa jew parzjali ta' proġetti skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament Finanzjarju għandu jiġi estiż biex imur lil hinn mir-riċerka u l-innovazzjoni, biex jinkludi l-approprjazzjonijiet kollha; jemmen li l-approprjazzjonijiet diżimpenjati għandhom isiru disponibbli fl-intier tagħhom is-sena ta' wara d-diżimpenn tagħhom;
Il-fondi fiduċjarji tal-UE
32. Jinsisti li r-Regolament Finanzjarju għandu jiġi rivedut biex jiggarantixxi r-rwol xieraq tal-Parlament fl-istabbiliment, fis-superviżjoni u fl-iskrutinju ta' kwalunkwe fond fiduċjarju, inkluż fit-tfassil tal-ftehim kostituttiv u l-mobilizzazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, l-implimentazzjoni, il-kontinwazzjoni u l-likwidazzjoni possibbli; itenni li l-Parlament għandu bħala minimu jkun involut bħala osservatur u għandu jkun jista' jissorvelja l-attivitajiet tal-korpi governattivi ta' fond fiduċjarju partikolari; jisħaq fuq il-fatt li informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva, dettaljata u f'waqtha, dwar l-implimentazzjoni ta' kwalunkwe fond fiduċjarju hija essenzjali biex il-Parlament ikun jista' jeżerċita r-rwol tiegħu ta' sorveljanza demokratika u ta' skrutinju b'mod effikaċi; ifakkar li l-użu estensiv ta' fondi fiduċjarji jimmina l-prinċipju tal-unità tal-baġit tal-UE;
33. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-fondi fiduċjarji tal-Unjoni jwasslu għal viżibbiltà ċara għall-Unjoni u jappella lill-Kummissjoni tissensibilizza dwar ir-riżultati u l-kisbiet tal-fondi fiduċjarju billi ssaħħaħ id-dispożizzjonijiet dwar l-effiċjenza fil-komunikazzjoni maċ-ċittadini u relazzjonijiet aktar b'saħħithom bejn l-attivitajiet ta' komunikazzjoni, bħal fil-każ tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej;
L-akkwist pubbliku
34. Jinnota li l-Vademecum tal-Kummissjoni dwar l-akkwist pubbliku ġie aġġornat l-aħħar f'Jannar 2020 iżda la ġie ppubblikat u lanqas kondiviż mal-Parlament għal opinjoni; jitlob li l-Parlament jiġi kkonsultat regolarment dwar reviżjonijiet futuri u jiġi infurmat dwar l-applikazzjoni tiegħu;
35. Jinnota li d-definizzjoni attwali ta' "kunflitt ta' interess professjonali" hija limitata għal interess kunfliġġenti li jaffettwa l-kapaċità ta' operatur ekonomiku li jwettaq kuntratt; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi definizzjoni aktar espliċita u tiżgura li r-regoli ta' implimentazzjoni tagħha dwar l-akkwist pubbliku ma jippermettux l-għoti ta' kuntratti ta' servizzi relatati mal-politika lil impriżi li huma taħt il-kontroll ekonomiku ta' kumpanija omm jew ta' grupp li għandu ishma relatati ma' attivitajiet li mhumiex konformi mal-objettivi ambjentali, soċjali u tal-Patt Ekoloġiku tal-UE;
36. Jitlob lill-Kummissjoni temenda l-Artikolu 167(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju biex jinkludi definizzjoni ta' "interess professjonali kunfliġġenti" sabiex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet tal-UE jkunu jistgħu jieħdu miżuri ta' mitigazzjoni fil-każ ta' offerenti b'interess finanzjarju f'kuntratt ta' servizz relatat mal-politika, filwaqt li titqies id-deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew fl-inkjesta konġunta 853/2020/KR dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti kuntratt lil BlackRock Investment Management biex jitwettaq studju dwar l-integrazzjoni tal-objettivi ambjentali, soċjali u ta' governanza fir-regoli bankarji tal-UE; itenni li l-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratti ta' akkwist pubbliku tal-Kummissjoni għas-servizzi fihom dispożizzjonijiet standard dwar interessi professjonali kunfliġġenti ma' rekwiżiti minn kuntratturi biex jiżvelaw b'mod proattiv kwalunkwe sitwazzjoni li tista' tikkostitwixxi kunflitt ta' interess; jistieden lill-Kummissjoni taġġorna u ssaħħaħ ir-Regolament Finanzjarju sabiex tindirizza l-interessi professjonali kunfliġġenti u tkompli żżid il-preċiżjoni u l-kompletezza tan-notifika volontarja tagħha mill-applikanti li jissottomettu offerti, bħall-iżvilupp ta' sanzjonijiet adegwati jekk in-notifiki volontarji ma jiġux osservati, inkluża projbizzjoni temporanja mis-sejħiet għall-offerti pubbliċi f'każ ta' ksur serju;
37. Iqis li l-istituzzjonijiet kollha tal-UE li jinvolvu ruħhom fl-akkwist pubbliku għandhom jippubblikaw regoli ċari fuq is-siti web tagħhom fir-rigward tal-akkwist, l-infiq u l-monitoraġġ, u għandhom jippubblikaw il-kuntratti kollha mogħtija, bl-akbar trasparenza possibbli; jinnota l-gwida pprovduta mill-Kummissjoni dwar l-użu tal-qafas tal-akkwist pubbliku fis-sitwazzjoni ta' emerġenza relatata mal-kriżi tal-COVID-19; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiġbor u tevalwa l-esperjenza tal-awtoritajiet kontraenti bil-qafas tal-akkwist pubbliku f'dan ir-rigward, speċjalment l-impatt tiegħu fuq l-SMEs, u tirrifletti t-tagħlimiet meħuda fir-Regolament Finanzjarju, billi jiġu identifikati kriterji għad-definizzjoni ta' ċirkostanzi eċċezzjonali/mhux tas-soltu li fihom tista' tiġi applikata flessibbiltà temporanja/inkwadrata/meħtieġa fl-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku;
38. Jinnota li r-reviżjoni li jmiss tar-Regolament Finanzjarju għandha tqis l-interessi strateġiċi awtonomi tal-UE, inkluża l-ħtieġa li jiġi stimulat il-ħolqien tal-impjiegi f'firxa ta' industriji tal-UE li huma strumentali biex jinkisbu l-għanijiet ta' politika futuri tal-Unjoni, filwaqt li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għal kompetizzjoni ġusta; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li jiġu stabbiliti kriterji ambizzjużi għall-aġġudikament, li jqisu b'mod partikolari l-valur miżjud tal-proġetti għall-Unjoni, kif ukoll il-prinċipju tal-"aktar offerta ekonomikament vantaġġuża"; jitlob li jiddaħħlu salvagwardji fir-regoli tal-akkwist pubbliku biex jiġu evalwati l-attivitajiet ta' kumpaniji li jikkontradixxu l-objettivi soċjali u ambjentali tal-Unjoni Ewropea fid-deċiżjoni tal-għotja;
39. Jinnota li l-proposta tal-Kummissjoni għar-Regolament dwar sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern tindirizza l-effetti distorsivi potenzjali ta' sussidji barranin fis-suq uniku u hija element kruċjali biex titwettaq l-Istrateġija industrijali aġġornata tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tqis l-istrateġija industrijali fir-reviżjoni li jmiss tar-Regolament Finanzjarju sabiex tiggarantixxi kundizzjonijiet ġusti u kompetittivi fis-suq uniku;
Il-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji
40. Jinnota li fost il-Membri tal-PE hemm interess konsiderevoli favur proposti ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji u li l-Kummissjoni trid tapplika proċedura ta' għażla rigoruża għall-proposti sabiex tlaħħaq mar-riżorsi finanzjarji limitati disponibbli għall-proġetti u l-azzjonijiet; iqis li r-riżorsi finanzjarji disponibbli, u l-aċċettazzjoni tal-proposti, jistgħu jibbenefikaw minn aktar flessibbiltà bejn it-tliet pakketti għall-proġetti pilota, l-azzjonijiet preparatorji (l-ewwel sena) u għall-azzjonijiet preparatorji (it-tieni u t-tielet sena);
L-Awditjar, il-kontroll u l-kwittanza
41. Jinnota li, skont in-nomenklatura baġitarja l-ġdida adottata mal-QFP 2021-2027, il-korrispondenza bejn il-programmi u l-kapitoli baġitarji saret aktar preċiża, u bħala konsegwenza l-Kummissjoni tgawdi minn diskrezzjoni akbar fir-rigward ta' trasferimenti awtonomi fi ħdan il-fergħat tal-programm; jemmen li għandu jiġi żgurat skrutinju xieraq tat-trasferimenti mill-awtorità baġitarja;
42. Jikkritika t-tul tal-proċeduri ta' awditjar u kontroll fil-ġestjoni kondiviża, inkluż it-tul tal-proċeduri kontradittorji konsegwenti, kif previst skont il-leġiżlazzjoni settorjali; jissottolinja li proċeduri twal iżidu r-riskju ta' żvelar ta' dokumenti kunfidenzjali; iqis li huwa intollerabbli li l-Kummissjoni tinsisti fuq il-fatt li l-Parlament ikun soġġett għal rekwiżiti ta' kunfidenzjalità fir-rigward tal-proċedura ta' awditjar u kontradittorja anke f'każijiet ta' interess pubbliku leġittimu li jinvolvu personaġġi pubbliċi; jistenna li l-Kummissjoni ssaħħaħ u tqassar it-tul tal-proċeduri ta' awditjar u kontroll fil-ġestjoni kondiviża f'konformità mal-kalendarju applikabbli skont ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità;
43. Ifakkar li t-tliet istituzzjonijiet jirrikonoxxu li r-regoli eżistenti dwar l-awditjar u l-proċedura tal-kwittanza japplikaw għad-dħul assenjat u jitlob li dan jiġi rifless kif xieraq fir-Regolament Finanzjarju;
44. Iqis li huwa ta' dispjaċir li l-proċeduri ta' awditjar u dawk kontradittorji, u l-proċeduri dwar l-applikazzjoni tal-korrezzjoni finanzjarja, bħalissa jdumu ħafna snin; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrevedi r-regoli tal-proċeduri ta' awditjar u ta' korrezzjoni finanzjarja biex tippermetti konklużjonijiet aktar f'waqthom u rkupru aktar rapidu ta' fondi tal-UE mħallsa indebitament;
45. Jinnota li l-Artikolu 59 tar-Regolament Finanzjarju huwa relatat mal-għoti lil "istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni" tas-setgħat meħtieġa għall-implimentazzjoni tat-taqsimiet tal-baġit relatati magħhom; jilqa' l-fatt li l-kunċett ta' "għoti" jissottolinja l-awtonomija tal-istituzzjonijiet l-oħra fir-rigward tal-ġestjoni tal-fondi tagħhom; jinnota, madankollu, li l-Kummissjoni b'mod ripetut u konsistenti qieset li mhijiex f'pożizzjoni li teżerċita skrutinju fuq l-attivitajiet ta' implimentazzjoni mwettqa minn istituzzjonijiet oħra; jipproponi li din il-kwistjoni tiġi indirizzata billi jinbidel l-Artikolu 260 tar-Regolament Finanzjarju, biex il-Parlament ikun espliċitament responsabbli għall-iskrutinju tal-implimentazzjoni tal-baġit mill-istituzzjonijiet l-oħra fil-proċedura ta' kwittanza;
46. Iqis li l-Artikolu 2(67) tar-Regolament Finanzjarju jeħtieġ jiġi emendat biex l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jiġi inkluż bħala "istituzzjoni tal-Unjoni";
47. Jinnota li l-Artikolu 262 tar-Regolament Finanzjarju jirrikjedi li l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju jirrappurtaw dwar il-miżuri meħuda b'risposta għad-deċiżjoni dwar il-kwittanza; iqis li dan ir-rekwiżit jibbenefika mill-iffissar ta' skadenza raġonevoli għar-rappurtar dwar il-miżuri meħuda; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi t-30 ta' Settembru tas-sena ta' wara s-sena taħt rieżami fil-proċedura ta' kwittanza bħala skadenza fl-Artikolu 262 tar-Regolament Finanzjarju;
48. Jinnota li s-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll tal-awtoritajiet tal-Istati Membri jiġu vvalutati regolarment mill-Kummissjoni f'konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur; jikkunsidra li n-nuqqasijiet misjuba fi Stat Membru wieħed mhumiex applikabbli awtomatikament għal Stati Membri oħra u li l-miżuri korrettivi, f'aġġustamenti jew għar-rekwiżiti legali jew għal-linji gwida ta' implimentazzjoni, għandhom ikunu proporzjonati u mfassla għall-Istat Membru fejn dawn is-sejbiet ikunu applikabbli,
49. Jikkunsidra li l-valutazzjonijiet tal-UE għandhom jaderixxu strettament mal-istandards tal-UE; jikkunsidra li fejn jeżistu standards nazzjonali aktar stretti, l-użu tagħhom ma jridx ikun ta' detriment għall-benefiċjarju; jikkunsidra li l-Artikolu 126 tar-Regolament Finanzjarju dwar il-kontrodipendenza fuq il-valutazzjonijiet għandu jinbidel biex jirrifletti dan il-prinċipju;
50. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jisfruttaw l-opportunitajiet għal għażliet ta' kostijiet simplifikati għall-potenzjal sħiħ tagħhom; jikkunsidra li l-enfasi tal-kontrolli għandha tkun fuq il-verifika ex ante tal-kalkoli tal-għażliet simplifikati tal-kostijiet, filwaqt li għandhom jintużaw verifiki ex post biex tittejjeb is-sistema ta' kalkolu, ħlief f'każijiet ta' frodi suspettata;
51. Jemmen li l-obbligu skont l-Artikolu 93 tar-Regolament Finanzjarju fir-rigward ta' att jew ommissjoni ta' membru tal-persunal huwa ġeneriku wisq u għandu pjuttost jiffoka fuq negliġenza gravi;
L-agrikoltura
52. Iqis li għandhom jibqgħu possibbli derogi mir-regola li l-infiq mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija jrid jiddaħħal fil-kontijiet għal sena finanzjarja abbażi tal-ħlasijiet lura magħmula mill-Kummissjoni lill-Istati Membri sal-31 ta' Diċembru ta' dik is-sena; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li tadatta r-Regolament Finanzjarju biex jiġi żgurat li r-regoli finanzjarji applikabbli għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali jkomplu japplikaw ladarba jkunu saru l-bidliet meħtieġa anke jekk il-fond ma jibqax kompletament taħt ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni(13);
o o o
53. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
– wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE li jistabbilixxu r-regoli dwar il-kompetizzjoni,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta) dwar id-dritt għal kura preventiva tas-saħħa għaċ-ċittadini Ewropej kollha,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Marzu 2017 dwar l-għażliet tal-UE biex ittejjeb l-aċċess għall-mediċini(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2018 dwar Pjan ta' Azzjoni Ewropew "Saħħa Waħda" kontra r-Reżistenza għall-Antimikrobiċi(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Lulju 2020 dwar l-istrateġija tal-UE dwar is-saħħa pubblika wara l-COVID-19(4), li titlob li jkun hemm pjan ta' azzjoni tal-UE dwar mard rari u traskurat,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Settembru 2020 bit-titolu "In-nuqqas ta' mediċini – kif nindirizzaw problema emerġenti"(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Settembru 2020 dwar approċċ strateġiku għall-prodotti farmaċewtiċi fl-ambjent(6),
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Doha dwar il-Ftehim fuq l-Aspetti Relatati mal-Kummerċ tad-Drittijiet ta' Proprjetà Intellettwali u s-Saħħa Pubblika (il-Ftehim TRIPS) u d-deċiżjoni tal-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) tat-30 ta' Awwissu 2003 dwar l-implimentazzjoni tal-Paragrafu 6 tad-Dikjarazzjoni ta' Doha,
– wara li kkunsidra t-72 Riżoluzzjoni tal-Assemblea Dinjija tas-Saħħa ta' Mejju 2019 dwar it-titjib fit-trasparenza tas-swieq għall-mediċini, il-vaċċini, u prodotti tas-saħħa oħra,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 141/2000 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1999 dwar il-prodotti mediċinali orfni(7),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem(8),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini(9),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1901/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku(10),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi(11),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 536/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar il-provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, u li jħassar id-Direttiva 2001/20/KE(12),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/933 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 469/2009 dwar iċ-ċertifikat ta' protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali(13),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/522 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Marzu 2021 li jistabbilixxi Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (il-"Programm l-UE għas-Saħħa") għall-perjodu 2021-2027, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 282/2014(14),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni(15),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019)0640),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Marzu 2020 bit-titolu "Strateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa" (COM(2020)0102),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Novembru 2020 bit-titolu "Il-bini ta' Unjoni Ewropea tas-Saħħa: Rinforzar tar-reżiljenza tal-UE għat-theddid transkonfinali għas-saħħa" (COM(2020)0724) u l-proposti leġiżlattivi li jakkumpanjawha(16),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Novembru 2020 dwar Strateġija Farmaċewtika għall-Ewropa (COM(2020)0761),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ġunju 2020 dwar Strateġija tal-UE għall-vaċċini kontra l-COVID-19 (COM(2020)0245),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Frar 2021 dwar il-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer (COM(2021)0044),
– wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-Aġenda Strateġika għall-Applikazzjonijiet Mediċi tar-Radjazzjoni Jonizzanti (SAMIRA) tal-Kummissjoni tal-5 ta' Frar 2021 li jappoġġja l-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Mejju 2021 bit-titolu "Aġġornament tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida tal-2020: Nibnu Suq Uniku aktar b'saħħtu għall-irkupru tal-Ewropa", (COM(2021)0350),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Ġunju 2021 bit-titolu "Nisiltu tagħlimiet bikrija mill-pandemija tal-COVID-19" (COM(2021)0380),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Settembru 2021 bit-titolu "Introduzzjoni tal-HERA, l-Awtorità tal-UE għat-Tħejjija u għar-Rispons f'Każ ta' Emerġenza tas-Saħħa, il-pass li jmiss biex titlesta l-Unjoni Ewropea tas-Saħħa" (COM(2021)0576),
– wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Jannar 2018 dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa (COM(2018)0051) u l-ħidma tal-Azzjonijiet Konġunti ta' EUNetHTA,
– wara li kkunsidra l-evalwazzjoni konġunta tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku u tar-Regolament (KE) Nru 141/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1999 dwar il-prodotti mediċinali orfni (SWD(2020)0163),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-1 ta' Diċembru 2014 dwar l-innovazzjoni għall-benefiċċju tal-pazjenti,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2016 dwar it-tisħiħ tal-bilanċ fis-sistemi farmaċewtiċi fl-UE u l-Istati Membri tagħha,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2020 dwar it-tagħlimiet meħuda rigward il-COVID-19 fil-qasam tas-saħħa(17),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0317/2021),
A. billi s-saħħa hija fundamentali għall-benesseri tal-Ewropej u l-aċċess ekwu għall-kura tas-saħħa huwa pilastru tal-politiki tas-saħħa nazzjonali tal-UE u tal-Istati Membri; billi l-Karta tirrikonoxxi d-dritt fundamentali taċ-ċittadini għas-saħħa, kwalità għolja tal-ħajja u trattament mediku; billi s-sistemi tas-saħħa pubblika huma kruċjali biex jiggarantixxu aċċess ekwu għall-kura tas-saħħa u mediċini sikuri, effettivi u affordabbli; billi wieħed mill-objettivi ewlenin tal-UE u tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, u tal-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli Nru 3, huwa li jiġi żgurat l-aċċess tal-pazjenti għall-mediċini;
B. billi wieħed mill-20 prinċipju tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, imsaħħaħ mid-Dikjarazzjoni ta' Porto, jistabbilixxi li kulħadd għandu d-dritt għal aċċess f'waqtu għal kura tas-saħħa bi prezzijiet raġonevoli, preventiva u kurattiva ta' kwalità tajba;
C. billi l-pazjenti għandhom ikunu fiċ-ċentru tal-politiki kollha tas-saħħa u jkunu involuti fil-proċedura regolatorja kollha tal-mediċini; billi jeżistu inugwaljanzi fl-aċċess bejn l-Istati Membri u fihom u għandha tingħata attenzjoni speċjali lil persuni f'sitwazzjonijiet vulnerabbli b'riskji speċifiċi għas-saħħa, inklużi n-nisa, b'enfażi partikolari fuq in-nisa tqal, it-tfal, l-anzjani, il-persuni b'diżabilità, pazjenti b'kondizzjonijiet kroniċi u b'komorbiditajiet, pazjenti f'unitajiet ta' kura intensiva (ICU) u persuni fuq medikazzjoni fit-tul;
D. billi l-piż dejjem jiżdied tal-mard kroniku u l-ħtiġijiet tas-saħħa tal-popolazzjonijiet li qed jixjieħu, flimkien ma' prezzijiet għoljin u li qed jogħlew ta' prodotti mediċinali u żieda fl-ispiża soċjetali tal-provvista tal-kura, iwasslu għal restrizzjonijiet fir-rigward tal-baġit u l-aċċessibbiltà tal-prezzijiet u għal theddid serju għas-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa Ewropej; billi l-adozzjoni ta' mudelli integrati ta' kura għal kondizzjonijiet kroniċi u kondizzjonijiet oħra fit-tul, sostnuta minn approċċ multidixxiplinari ffukat fuq il-persuni għall-kura tas-saħħa, hija essenzjali biex jiġu pprovduti servizzi tas-saħħa ta' kwalità għolja;
E. billi industrija farmaċewtika Ewropea kompetittiva, affidabbli, innovattiva u reżiljenti bbażata fuq ir-riċerka tirrispondi aħjar għall-ħtiġijiet tal-pazjenti u għall-interessi strateġiċi f'dak li jikkonċerna s-saħħa pubblika, it-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi, il-kummerċ, u l-progress xjentifiku u teknoloġiku;
F. billi l-istrateġija farmaċewtika Ewropea l-ġdida għandha tintlaqa' bħala opportunità ġdida;
G. billi l-produtturi tal-mediċini fl-UE għamlu kontribuzzjoni sinifikanti għall-investiment fir-riċerka fl-2019, b'aktar minn EUR 37 biljun; billi s-settur jipprovdi 800 000 impjieg dirett u surplus kummerċjali ta' EUR 109,4 biljun; billi s-settur jiġġenera madwar tliet darbiet aktar impjiegi b'mod indirett, upstream u downstream, milli jagħmel b'mod dirett; jiddispjaċih li ma hemm l-ebda data aggregata dwar l-ammont globali ta' finanzjament pubbliku għas-settur farmaċewtiku fl-UE;
H. billi hemm differenzi fis-sistemi tal-kura tas-saħħa, ir-regolamentazzjoni nazzjonali, l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE, l-ipprezzar u l-proċessi tal-awtorizzazzjoni fl-Istati Membri differenti; billi dawn id-differenzi huma riżultat tal-kompetenzi tal-Istati Membri fil-qasam tas-saħħa; billi d-differenzi jistgħu jwasslu għal frammentazzjoni u ċirkostanzi imprevedibbli għall-atturi fis-settur farmaċewtiku li joperaw barra minn pajjiżhom; billi huwa importanti li jiġi rikonoxxut li hija meħtieġa kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex jiġu stabbiliti aġendi ta' implimentazzjoni ambizzjużi bi skedi ta' żmien ċari u l-finanzjament fit-tul meħtieġ biex jiġu implimentati azzjonijiet konkreti li jsegwu mill-istrateġija farmaċewtika għall-Ewropa;
I. billi l-konsum ġenerali tal-farmaċewtiċi qed ikompli jikber kemm fuq livell globali kif ukoll fl-UE; billi numru ta' farmaċewtiċi jiġi ordnat, mogħti, mibjugħ jew użat b'mod mhux xieraq; billi tali użu ħażin ta' farmaċewtiċi jfisser ħela ta' riżorsi prezzjużi u jista' jwassal għal perikli għas-saħħa u għall-ambjent;
J. billi 40 % tal-prodotti mediċinali finali mqiegħda fis-suq fl-UE joriġinaw minn pajjiżi mhux tal-UE, filwaqt li 60-80 % tal-ingredjenti farmaċewtiċi attivi huma prodotti fiċ-Ċina u fl-Indja; billi din id-delokalizzazzjoni ta' parti mill-produzzjoni ta' komponenti essenzjali tal-mediċini, il-vaċċini u l-apparati mediċi għandha konsegwenzi diretti fuq is-segwitu tat-trattament għall-pazjenti;
K. billi t-trasferiment tal-produzzjoni lejn pajjiżi terzi għandu t-tendenza li jkun immotivat minn tentattiv biex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni; billi dan l-iffrankar huwa prinċipalment dovut għal standards iktar laxki tal-liġi ambjentali, tas-sikurezza u tax-xogħol;
L. billi l-istrateġija tirrikonoxxi r-rwol ewlieni li għandhom il-mediċini ġeneriċi u bijosimili biex iżidu ħafna l-aċċess ekwu għall-pazjenti u fis-sostenibbiltà tas-sistemi tal-kura tas-saħħa u li d-dħul tagħhom fis-suq wara l-iskadenza tal-esklużività ma għandux jiddewwem;
M. billi l-mediċini bijosimili joħolqu opportunitajiet lil hinn mill-aċċess għall-mediċini, bħall-qsim ta' benefiċċji fil-kura tas-saħħa, u b'hekk jipprovdu saħħa u servizzi aħjar lill-pazjenti;
N. billi ħafna innovazzjonijiet fl-industrija tal-farmaċewtika ma joffrux verament titjib rivoluzzjonarju għall-pazjenti, iżda jew huma hekk imsejħa farmaċewtiċi strutturalment simili, jiġifieri huma sempliċiment sustanza oħra użata għall-istess skop terapewtiku iżda mingħajr benefiċċji kbar, jew joffru biss titjib żgħir bi spejjeż li huma sinifikament ogħla; billi jkun ta' benefiċċju għall-pazjenti jekk il-qafas għall-industrija tal-farmaċewtika fl-Ewropa jinċentiva aħjar l-innovazzjonijiet verament rivoluzzjonarji;
O. billi hemm evidenza konvinċenti ta' tnixxija tal-farmaċewtiċi fl-ambjent, b'mod partikolari fil-ħamrija u fl-ilma; billi l-preżenza tagħhom jista' jkollha effetti avversi fuq annimali selvaġġi bħall-ħut, l-għasafar u l-insetti u, b'riżultat ta' dan, impatti usa' fuq l-istabbiltà ta' ekosistemi individwali; billi dawn il-mediċini jidhru wkoll fl-ilma tax-xorb f'konċentrazzjonijiet aktar baxxi; billi l-Patt Ekoloġiku Ewropew irid iħeġġeġ l-iżvilupp ta' industrija farmaċewtika vibranti, dinamika, sostenibbli u nadifa fl-UE;
P. billi hija meħtieġa azzjoni matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-mediċini biex jitnaqqsu l-użu tar-riżorsi, l-emissjonijiet u l-livelli ta' skart u residwi farmaċewtiċi fl-ambjent;
Q. billi l-COVID-19 kellha impatt fuq is-saħħa, kemm fiżika kif ukoll mentali, tan-nies u fuq l-ekonomija; billi din enfasizzat kemm il-punti b'saħħithom kif ukoll id-dgħufijiet tal-UE; billi sabiex tissaħħaħ ir-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa nazzjonali tagħna għat-theddid transfruntier, hija meħtieġa aktar integrazzjoni Ewropea kif ukoll kondiviżjoni akbar ta' data epidemjoloġika u dwar is-saħħa fil-livell tal-UE; billi Unjoni Ewropea tas-Saħħa għandha tikkontribwixxi u trawwem kooperazzjoni, koordinazzjoni u kondiviżjoni tal-għarfien aktar mill-qrib dwar is-saħħa fost l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati rilevanti u żżid il-kapaċità tal-UE biex tiġġieled it-theddid transfruntier għas-saħħa;
R. billi t-tfixkil fil-katina tal-provvista globali minħabba l-pandemija tal-COVID-19 enfasizza d-dipendenza tal-UE minn pajjiżi terzi fis-settur tas-saħħa; billi l-fehim tal-kawżi ewlenin ta' nuqqasijiet ta' mediċini huwa kruċjali biex jitfassal rispons Ewropew xieraq u tiġi indirizzata din l-isfida li ilha teżisti; billi l-awtonomija strateġika miftuħa u s-sigurtà tal-provvista tal-UE għandhom jiġu żgurati permezz tad-diversifikazzjoni tal-ktajjen tal-provvista għal mediċini u prodotti mediċinali essenzjali, inklużi siti tal-manifattura Ewropej, kif ukoll billi jiġu applikati regoli dwar l-akkwist pubbliku li ma jqisux il-prezz bħala l-uniku kriterju;
S. billi matul il-pandemija tal-COVID-19, azzjonijiet mhux ikkoordinati fil-livell nazzjonali, bħal akkumulazzjoni u ħażna estrema ta' riżerva, imminaw il-provvista ekwa fis-swieq kollha; billi għandhom jinsiltu tagħlimiet minn din l-esperjenza sabiex jiġi evitat li din terġa' sseħħ fi kwalunkwe sitwazzjoni ta' kriżi futura;
T. billi l-esperjenza tal-COVID-19 uriet ukoll ir-reżiljenza tal-industrija farmaċewtika u tal-manifatturi Ewropej u li kellhom pjanijiet ta' kontinġenza stabbiliti biex jillimitaw it-tfixkil għal prodotti kritiċi; billi dan kien possibbli wkoll bis-saħħa tad-djalogu bilaterali u l-komunikazzjoni bidirezzjonali stabbilita, il-viżibbiltà tad-domanda u l-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-gvernijiet/ir-regolaturi u l-atturi, prattika li għandha tinżamm u titkompla fuq bażi regolari;
U. billi sabiex l-istrateġija farmaċewtika tkun effettiva trid tinkorpora t-tagħlimiet meħuda mill-kriżi tal-COVID-19 u tqis ir-reżiljenza murija mill-industrija tal-mediċini li skaditilhom il-privattiva matul it-tifqigħa tal-COVID-19, sabiex tibni fuq il-kapaċità tal-manifattura Ewropea eżistenti;
V. billi l-pandemija enfasizzat numru ta' problemi li diġà kienu jeżistu qabel fil-produzzjoni u l-provvista globali tal-farmaċewtiċi, bħall-kapaċità limitata ta' pajjiżi inqas żviluppati u b'introjtu medju li jipproduċu l-vaċċini, in-nuqqas ta' mediċini essenzjali u l-funzjonament irregolari tal-katina tal-provvista; billi l-istrateġija ta' vaċċinazzjoni tal-UE qed turi li rnexxielha twassal il-vaċċini liċ-ċittadini kollha fl-UE; billi l-UE kienet minn ta' quddiem fit-twassil tal-vaċċini globali billi kompliet tesporta l-vaċċini u tistabbilixxi u tiffinanzja l-COVAX; jenfasizza li jeħtieġ li jsir aktar biex il-pajjiżi bi dħul baxx u medju jiġu vaċċinati bis-sħiħ;
W. billi proġetti innovattivi tar-R&Ż bħal VACCELERATE wrew il-valur tagħhom matul il-pandemija u għandhom isiru sostenibbli fit-tul;
X. billi t-terapiji tal-ġeni u taċ-ċelloli, il-mediċina personalizzata, in-nanoteknoloġija, il-vaċċini tal-ġenerazzjoni li jmiss, l-e-Saħħa u l-inizjattiva "1+ Million Genomes" jistgħu jġibu benefiċċji b'rabta mal-prevenzjoni, id-dijanjożi, it-trattament tal-mard kollu u l-kura għall-pazjenti affettwati, dment li dawn ikunu effettivi, sikuri, bi prezzijiet raġonevoli u aċċessibbli għall-pazjenti kollha li jkollhom bżonnhom;
Y. billi, fl-ispirtu tal-approċċ "Saħħa Waħda", l-istrateġija farmaċewtika tkopri ċ-ċiklu ta' ħajja sħiħ tal-mediċini u tal-apparat mediku, inklużi l-ġbir u l-produzzjoni tal-materjal tal-bidu, ir-riċerka, l-ittestjar, il-manifattura, l-awtorizzazzjoni, il-farmakoviġilanza ta' qabel u ta' wara t-tqegħid fis-suq, il-konsum u r-rimi, u tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer, it-trasformazzjoni diġitali, l-ekonomija ċirkolari u l-istrateġija industrijali u n-newtralità klimatika;
Z. billi, sabiex tiġi żgurata l-pożizzjoni ewlenija tal-Unjoni fl-iżvilupp farmaċewtiku, l-istrateġija trid tiffoka fuq it-tisħiħ tal-potenzjal innovattiv tar-riċerka farmaċewtika Ewropea, tissodisfa l-ħtiġijiet tal-pazjenti, u tirrikonoxxi u ssaħħaħ ir-rabta mal-istrateġija industrijali tal-UE, l-istrateġija tal-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) u l-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa;
It-tqegħid tal-pazjenti fiċ-ċentru tal-politiki kollha tas-saħħa
1. Ifakkar li l-kura tas-saħħa hija dritt tal-bniedem minqux fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem; jiddispjaċih dwar id-differenzi fl-aċċess għal servizzi tal-kura tas-saħħa ta' kwalità għolja, inkluż l-aċċess għall-prodotti mediċinali, fost l-Istati Membri u anke fost ir-reġjuni differenti fi ħdan l-Istati Membri; jitlob miżuri nazzjonali u tal-UE, inklużi miżuri leġiżlattivi fejn xieraq, sabiex jiġu indirizzati dawn id-differenzi u jiġu żgurati d-drittijiet tal-pazjenti għal aċċess universali, bi prezz raġonevoli, effettiv, sikur u f'waqtu għal terapiji essenzjali u innovattivi;
2. Jirrimarka li peress li l-Unjoni hija responsabbli għal-leġiżlazzjoni farmaċewtika kif ukoll li tikkomplementa l-politiki tas-saħħa pubblika, hi għandha tirsisti biex tikkoordina l-miżuri nazzjonali sabiex tiżgura l-aċċess taċ-ċittadini u r-residenti kollha tal-UE għal servizzi tas-saħħa bi prezzijiet raġonevoli u ta' kwalità għolja;
3. Jenfasizza l-ħtieġa fundamentali ġeostrateġika li l-Unjoni tikseb mill-ġdid l-indipendenza tagħha fir-rigward tal-kura tas-saħħa, u l-ħtieġa tagħha ta' katina tal-provvista diversifikata sabiex tiżgura malajr u b'mod affordabbli u effiċjenti l-provvista tagħha ta' mediċini, tagħmir mediku, apparat mediku, sustanzi attivi, għodod dijanjostiċi u vaċċini, u tipprevjeni n-nuqqasijiet tagħhom, filwaqt li tipprijoritizza l-interess u s-sikurezza tal-pazjenti;
4. Jissottolinja li l-COVID-19 ġabet sfidi bla preċedent għas-sistemi tas-saħħa u s-sostenibbiltà tagħhom, iżda kellha wkoll impatt drammatiku fuq il-pazjenti, inklużi dawk li jbatu minn kondizzjonijiet kroniċi, u l-kapaċità tagħhom li jaċċessaw trattamenti u kura; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jivvalutaw u jindirizzaw l-impatt ġenerali tal-pandemija fuq il-pazjenti u fuq ir-reżiljenza tas-sistemi tal-kura tas-saħħa u jaħdmu b'mod kollaborattiv biex jiżguraw li ma jintesa l-ebda pazjent u li tiġi żgurata l-kontinwità tal-kura anki waqt sitwazzjonijiet ta' emerġenza;
5. Jissottolinja li l-investiment pubbliku fir-riċerka għandu jkollu l-għan li jsaħħaħ is-saħħa pubblika u jindirizza l-ħtiġijiet mediċi mhux issodisfati, speċjalment dawk f'oqsma mhux koperti mis-settur privat, definiti bl-involviment tar-regolaturi, l-akkademja, il-professjonisti tal-kura tas-saħħa, il-pazjenti u l-pagaturi fl-istadji bikrija tar-R&Ż, sabiex jiġi żgurat li l-prijoritajiet tar-riċerka jwieġbu għall-ħtiġijiet tas-soċjetà; jirrimarka li l-integrazzjoni ta' involviment u djalogu sinifikanti tal-pazjenti matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-mediċini u terapiji oħra hija rekwiżit indispensabbli għall-kisba ta' innovazzjoni ta' valur għoli u s-suċċess ġenerali tal-istrateġija farmaċewtika, li teħtieġ ukoll konsultazzjoni adegwata tar-rappreżentanti tal-konsumaturi u tal-pazjenti matul l-implimentazzjoni tal-istrateġija;
6. Jistieden lill-Kummissjoni tibda l-proċess tad-definizzjoni tal-ħtiġijiet mediċi mhux issodisfati, taħt il-koordinazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), sabiex tiġi stabbilita definizzjoni aċċettata b'mod komuni li tgħin għal orjentazzjoni aħjar tal-ħtiġijiet tar-riċerka u tevita l-użu ta' diversi definizzjonijiet ta' ħtiġijiet mediċi mhux issodisfati li, fi stadju bikri, iwasslu għal ipprezzar esaġerat fil-kummerċjalizzazzjoni tal-mediċini;
7. Jistieden lill-Kummissjoni tingrana u tikkoordina l-istrateġiji farmaċewtiċi, industrijali u diġitali, il-politika kummerċjali mġedda tal-UE u politiki rilevanti oħra biex tippromwovi l-kompetittività Ewropea u tiżgura li l-UE tkun kapaċi tikkompeti ma' reġjuni f'diffikultà;
8. Jenfasizza li l-investiment pubbliku u privat fir-riċerka dwar dijanjostika innovattiva u l-iżvilupp tagħha, kif ukoll l-aċċess għal mediċini u trattamenti sikuri, affordabbli, effettivi u ta' kwalità għolja, huma essenzjali biex isir progress fil-prevenzjoni, fid-dijanjożi u fit-trattament ta' mard u l-kwalità tal-ħajja tal-pazjenti;
9. Ifakkar li l-investimenti pubbliċi u privati għandhom jiġu allinjati mal-miżuri regolatorji u leġiżlattivi meħtieġa sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet terapewtiċi u dijanjostiċi tal-pazjenti, inklużi pazjenti ta' mard rari u kroniku, kanċers rari fl-adulti u kanċers pedjatriċi, u mard newrodeġenerattivi, u jindirizzaw ir-reżistenza għall-antimikrobiċi (AMR);
10. Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tivvaluta u tirrieżamina l-qafas ta' inċentivi eżistenti; jistieden lill-Kummissjoni tistimula l-kompetizzjoni billi tadatta l-qafas regolatorju tagħha u tistimula l-investimenti f'mediċini orfni u pedjatriċi li skaditilhom il-privattiva, inkluż għall-onkoloġija, għall-kanċers pedjatriċi, u għal mard newroloġiku;
Il-farmaċewtiċi u r-reżistenza antimikrobika
11. Jenfasizza r-riskji serji u li dejjem jikbru tal-AMR għas-saħħa pubblika, l-ambjent, il-produzzjoni tal-ikel, u t-tkabbir ekonomiku; jirrikonoxxi l-valur tal-kampanji tas-saħħa pubblika mmirati lejn il-prevenzjoni ta' infezzjonijiet bl-użu tal-vaċċini;
12. Iqis li l-AMR tikkostitwixxi theddida serja għas-saħħa pubblika; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffinanzjaw proġetti li għandhom l-għan li jtejbu d-dijanjostika u jiżviluppaw antibijotiċi ġodda, kif ukoll jiżviluppaw protokoll għall-użu prudenti tal-antibijotiċi u kampanja ta' sensibilizzazzjoni għall-professjonisti tas-saħħa biex jiġi mħeġġeġ trattament aktar immirat ibbażat fuq il-ħtiġijiet reali tal-pazjenti;
13. Jistieden l-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi u lill-Bank Ewropew tal-Investiment biex ikollhom rwol aktar attiv fil-finanzjament ta' inizjattivi innovattivi fil-qasam tal-AMR; jenfasizza l-importanza tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni konġunta dwar l-AMR u l-infezzjonijiet tas-saħħa; jinnota l-ħtieġa li jiġi ffaċilitat l-aċċess għal antibijotiċi ġodda filwaqt li jinżamm l-aċċess għal dawk qodma;
14. Iqis li huwa essenzjali li tiġi introdotta gwida terapewtika komuni tal-UE għall-antimikrobiċi, li żżid il-miri għat-tnaqqis fl-użu tal-antimikrobiċi li jista' jiġi intraċċat fil-livell tal-UE u li l-kampanji ta' komunikazzjoni dwar l-AMR jiġu kkoordinati permezz ta' kalendarju uniku fil-livell tal-UE biex tinħoloq aktar sensibilizzazzjoni tal-AMR, varjanti reżistenti u l-konsegwenzi tagħhom;
15. Jissottolinja li l-approċċ "Saħħa Waħda" għandu jiggwida t-tnaqqis u juża l-ottimizzazzjoni tal-użu għall-antimikrobiċi, kif ukoll l-iżvilupp ta' mediċini ġodda, inklużi l-aġenti antimikrobiċi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jivvalutaw il-qafas leġiżlattiv eżistenti relatat mal-AMR u, fejn xieraq, iressqu proposta biex jirreveduh;
Riċerka dwar il-farmaċewtiċi
16. Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta, u tirrevedi fejn xieraq, is-sistema ta' inċentivi biex tippromwovi r-riċerka dwar mediċini ġodda u l-iżvilupp tagħhom għal ħtiġijiet dijanjostiċi u terapewtiċi mhux issodisfati, filwaqt li tagħti prijorità lill-interessi pubbliċi u s-sikurezza tal-pazjenti meta tivvaluta proġetti promossi mill-industrija farmaċewtika li jiġġieldu l-kanċers, inklużi l-kanċers pedjatriċi, speċjalment bl-għoti ta' inċentivi għall-iżvilupp fit-Tfal l-Ewwel ta' mediċini pedjatriċi kontra l-kanċer, mard rari, mard newrodiġenerattiv u l-mard mentali, u l-AMR, bil-għan li jinstabu aktar għażliet terapewtiċi u li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-pazjenti u tas-sistemi tas-saħħa;
17. Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-ħolqien ta' qafas tal-UE biex jiggwida u jevalwa regolarment l-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali għall-ġlieda kontra dan il-mard, u jistieden lill-Istati Membri biex jappoġġjaw ir-R&Ż li jiffukaw fuq ħtiġijiet mediċi mhux sodisfati; jenfasizza li sistema bbażata biss fuq inċentivi ta' riċerka mhux se tikseb l-objettivi meħtieġa fil-ġlieda kontra mard rari;
18. Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi finanzjament pubbliku għar-riċerka biex jiġi investigat l-użu ta' prodotti adattati għal skop ġdid, mhux skont it-tikketta u li skaditilhom il-privattiva li jistgħu jintużaw b'mod sikur u effettiv mill-pazjenti; jenfasizza li l-mediċini li jirriżultaw minn riċerka ffinanzjata minn fondi pubbliċi jridu jkunu disponibbli b'mod ugwali fl-Unjoni kollha għal prezz ġust u affordabbli u li, fejn xieraq, id-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq (MAH) jista' jikkunsidra l-liċenzjar volontarju mhux esklussiv għal dawn il-prodotti; jenfasizza li l-finanzjament tal-UE għandu jitmexxa lejn proġetti fejn ir-riċerka hija meħtieġa l-aktar;
19. Jisħaq fuq l-importanza ta' innovazzjoni kontinwa, inkluż fis-segment tal-mediċini li skaditilhom il-privattiva, biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet mhux issodisfati tal-pazjenti; jistieden lill-Kummissjoni tfassal qafas regolatorju adattat għall-iskop li jippermetti l-iżvilupp tal-mediċini b'valur miżjud, kif ukoll tirrikonoxxi din il-kategorija ta' innovazzjoni affordabbli, permezz ta' inċentivi xierqa, għall-valur tagħha għas-sistemi tal-kura tas-saħħa;
20. Jilqa' l-inizjattiva li jitnieda proġett pilota li jfittex li jittestja d-dispożizzjonijiet ta' qafas dwar indikazzjonijiet ġodda għal mediċini mingħajr privattiva u l-bażi għal azzjoni regolatorja possibbli; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq il-ħtieġa u l-importanza tal-kontribut mill-industrija u mill-akkademja u l-involviment tagħhom;
21. Jistieden lill-Kummissjoni, fi djalogu mal-Istati Membri, taħdem fuq qafas għal-leġiżlazzjoni farmaċewtika u sistema ta' rimborż li tiffavorixxi innovazzjoni sinifikanti għall-pazjenti u tinċentiva inqas farmaċewtiċi li jkunu strutturalment simili li ma għandhomx valur miżjud jew farmaċewtiċi għaljin ħafna li joffru biss titjib żgħir għall-pazjenti;
22. Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi r-Regolament (KE) Nru 141/2000 u r-Regolament (KE) Nru 1901/2006; jitlob li ssir valutazzjoni tal-effettività tal-finanzjament u tal-proġetti ta' sħubija pubblika-privata, speċjalment bil-għan li tittejjeb ir-relazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-saħħa lokali, l-universitajiet u l-industrija; jirrikonoxxi li huwa meħtieġ titjib ulterjuri biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-pazjenti li dawn ir-regolamenti għandhom l-għan li jkopru u jistieden lill-Kummissjoni tippermetti miżuri mmirati lejn oqsma importanti li mhumiex servuti biżżejjed, sabiex tintegra, tissimplifika u taġġusta l-proċeduri regolatorji;
23. Jenfasizza l-fatt li mediċina integrattiva xjentifikament rikonoxxuta u approvata mill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika jista' jkollha benefiċċji għall-pazjenti fir-rigward tal-effetti paralleli ta' mard differenti, bħall-kanċer, u t-trattament tagħhom; jisħaq fuq l-importanza li jiġi żviluppat approċċ olistiku, integrattiv u ċċentrat fuq il-pazjenti u li jiġi mħeġġeġ, fejn xieraq, l-użu komplementari ta' dawn it-terapiji taħt is-superviżjoni tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa;
24. Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja riċerka addizzjonali fil-popolazzjonijiet sottorappreżentati, bħall-anzjani, it-tfal, in-nisa u l-pazjenti b'komorbiditajiet, inkluż l-obeżità bħala morbida primarja, kif ukoll fejn teżisti bħala l-ewwel marda kronika li twassal għal mard ieħor li ma jitteħidx; jisħaq fuq il-ħtieġa li jitqies il-ġeneru fir-riċerka, fid-dijanjożi u fit-trattament u l-impatt tal-mediċini u t-terapewtiċi, peress li n-nisa fl-istadji kollha tal-ħajja għadhom sottorappreżentati fir-riċerka u d-data bijomedika u tas-saħħa; jissottolinja li b'konsegwenza ta' dan, il-bażi tal-evidenza hija aktar dgħajfa għan-nisa, kif ukoll għall-anzjani, u dan iwassal biex bosta kondizzjonijiet ma jiġux iddijanjostikati biżżejjed fin-nisa, bħall-mard kardjovaskulari;
25. Jistieden lill-Kummissjoni tibni fuq ix-xogħol tal-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer u tiżgura li l-Ewropa ssir iċ-ċentru ta' eċċellenza dinji għar-R&Ż f'oqsma emerġenti u innovattivi tal-mediċina; jissottolinja li t-teknoloġiji tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku, bħan-nanomediċini, jistgħu jipprovdu soluzzjonijiet għall-isfidi attwali għat-trattament f'oqsma bħall-kanċer u l-mard kardjovaskulari; jenfasizza li dawn l-oqsma innovattivi tal-mediċina għandhom jiġu awtorizzati mill-qafas ta' approvazzjoni ċentralizzata għan-nanomediċini;
26. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-finanzjament tal-UE għar-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam bijomediku huwa kundizzjonali fuq it-trasparenza sħiħa u t-traċċabbiltà tal-investimenti, fuq l-iżgurar tal-provvista fl-Istati Membri kollha, u fuq il-faċilitazzjoni tal-aqwa riżultat għall-pazjenti, inklużi f'termini tal-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tal-mediċini manifatturati.
27. Jenfasizza li r-riċerka dwar il-mediċini u l-produzzjoni u l-użu tagħhom għandhom ikunu ggwidati minn prinċipji etiċi li jiggarantixxu r-rispett għall-ħajja, id-dinjità u l-integrità tal-persuna;
28. Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-iżvilupp tar-riċerka fil-qasam ta' terapija b'mediċini kontra l-uġigħ;
29. Jilqa' l-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni fil-5 ta' Frar 2021 tal-Pjan ta' Azzjoni SAMIRA; jistieden lill-Kummissjoni, biex fir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni farmaċewtika tistabbilixxi qafas regolatorju adattat għall-użu ta' teknoloġiji radjoloġiċi u nukleari għal skopijiet terapewtiċi u mhux biss dijanjostiċi;
30. Jitlob li jinbeda proġett importanti ta' interess Ewropew komuni (IPCEI) fis-settur farmaċewtiku bil-ħsieb li jiġu identifikati minn qabel mard jew teknoloġiji mmirati;
31. Jirrimarka li firxa ta' programmi tal-UE jistgħu jintużaw biex jiġu ffinanzjati proġetti ta' riċerka farmaċewtika, bħal Orizzont Ewropa, InvestEU, l-UE għas-Saħħa, il-politika ta' koeżjoni kif ukoll il-programm għal Ewropa Diġitali għall-proġetti ffukati fuq l-użu tal-intelliġenza artifiċjali (IA);
32. Jitlob li l-istrateġija farmaċewtika tal-UE tagħti attenzjoni akbar u aktar profonda lill-aspetti kollha tal-mediċina speċifika għall-ġeneru; jissottolinja l-ħtieġa li d-diversità tas-soċjetà u l-kwistjonijiet speċifiċi għall-ġeneru jiġu riflessi fil-fiżjoloġija meta ssir ir-riċerka dwar il-mediċini, biex jiġu appoġġjati r-riċerka u l-iżvilupp fil-mediċina speċifika għall-ġeneru u biex jiġi żgurat li dawn il-kwistjonijiet jitqiesu meta tingħata l-awtorizzazzjoni tas-suq;
L-ipprezzar u l-kostijiet tal-farmaċewtiċi
33. Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi d-djalogu mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha biex tippromwovi l-farmaċewtiċi "Magħmulin fl-Ewropa" billi ssaħħaħ ir-reżiljenza tal-manifattura u tal-provvista u billi tivvaluta kriterji addizzjonali għall-ipprezzar nazzjonali, mingħajr ebda kost addizzjonali għall-pazjenti u mingħajr preġudizzju għas-sostenibbiltà tas-sistema tas-saħħa; jenfasizza li dawn il-kriterji għandhom jinkludu standards ambjentali għoljin għall-manifattura, ġestjoni robusta tal-katina tal-provvista u investiment fl-innovazzjoni u r-riċerka;
34. Jirrakkomanda wkoll li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw li l-ipprezzar jirrifletti wkoll jekk intużax xi tip ta' finanzjament pubbliku biex jappoġġja l-innovazzjoni, il-manifattura u r-riċerka, il-valur tal-benefiċċju terapewtiku tal-mediċina, kemm jekk il-mediċina inkwistjoni hija ġenerika jew bijosimili, u l-ħtiġijiet primarji u usa' tal-popolazzjoni;
35. Jissottolinja li tali djalogu għandu jkompli jinkoraġġixxi l-kooperazzjoni fin-negozjati dwar l-ipprezzar u, fejn xieraq, l-akkwist konġunt; ifakkar li l-ipprezzar nazzjonali għandu jkun ibbażat fuq it-trasparenza ta' fatturi bħar-riċerka pubblika u privata, il-kostijiet tal-iżvilupp u l-valur terapewtiku miżjud; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-iskambju tal-informazzjoni fost l-Istati Membri dwar il-prezzijiet netti tal-mediċina permezz tal-kollaborazzjoni fil-Bażi tad-Data Ewropea Integrata tal-Informazzjoni dwar il-Prezzijiet (EURIPID);
36. Jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-possibbiltà li tistabbilixxi, soġġett għal kundizzjonalitajiet, fond tal-UE, kofinanzjat mill-Istati Membri, għan-negozjar u x-xiri tal-mediċini orfni u ta' mediċini oħra ġodda u personalizzati, biex tiggarantixxi aċċess ekwu għal pazjenti minn Stati Membri differenti għal terapewtiċi u trattamenti effettivi, u tevita kostijiet eċċessivi għal unitajiet individwali tal-kura tas-saħħa meta jittrattaw mard rari;
37. Jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri biex tintroduċi miżuri biex iżżid it-trasparenza fil-qasam tar-riċerka dwar il-prodotti mediċinali u l-iżvilupp u l-produzzjoni tagħhom; jitlob aktar trasparenza fil-prezzijiet u jistieden lill-Istati Membri jkomplu jaqsmu l-aħjar prattiki tagħhom dwar l-ipprezzar fuq bażi volontarja; jenfasizza li l-ipprezzar għandu jibqa' kompetenza nazzjonali li tqis id-diversità madwar l-UE;
38. Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa u tirrieżamina perjodikament s-sistema ta' inċentivi, iżżid it-trasparenza tal-prezzijiet u tenfasizza l-fatturi li jillimitaw l-affordabbiltà u l-aċċess tal-pazjenti għall-prodotti mediċinali; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tindirizza l-kawżi ewlenin tan-nuqqasijiet tal-farmaċewtiċi u tipproponi soluzzjonijiet sostenibbli li jippromwovu wkoll il-kompetizzjoni fil-privattivi u barra l-privattivi u d-dħul f'waqtu fis-suq ta' mediċini ġeneriċi u bijosimili;
39. Jenfasizza l-importanza li jinstab il-bilanċ it-tajjeb bejn, minn naħa waħda, l-offerta ta' inċentivi fl-iżvilupp tal-mediċini, b'mod partikolari fejn ma teżisti l-ebda alternattiva ta' trattament, u, min-naħa l-oħra, is-salvagwardja tal-interess pubbliku billi jiġu evitati d-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effetti mhux intenzjonati u jiġu żgurati l-affordabbiltà u d-disponibbiltà tal-prodotti mediċinali;
40. Jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni, speċjalment lid-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti joqogħdu attenti għal imġiba antikompetittiva u jinvestigaw prattiki antikompetittivi fl-industrija farmaċewtika;
41. Jitlob l-akbar trasparenza possibbli fl-użu tal-fondi pubbliċi għar-riċerka u l-iżvilupp u jitlob aċċess pubbliku u faċli għall-kondizzjonijiet tal-privattivi/liċenzji, informazzjoni dwar il-provi kliniċi u l-kontribut pubbliku/privat;
42. Jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat aċċess ekwu għal mediċini bi prezz raġonevoli fl-UE; jappoġġja n-negozjar kollettiv tal-prezz tal-mediċini mal-industriji farmaċewtiċi, bħal fil-każ tal-Inizjattiva Beneluxa u d-Dikjarazzjoni tal-Belt Valletta; iqis li l-industriji farmaċewtiċi għandhom jirrispettaw kundizzjonalitajiet fuq il-prezz raġonevoli tal-mediċini fil-qafas ta' riċerka ffinanzjata mill-pubbliku;
Ir-rwol tal-mediċini ġeneriċi u bijosimili
43. Jirrimarka li l-mediċini ġeneriċi u bijosimili jżidu l-aċċess tal-pazjenti għal għażliet ta' trattament effettivi u sikuri, iżidu l-kompetizzjoni, joffru trattamenti aċċessibbli u affordabbli u jikkontribwixxu bil-kbir għas-sostenibbiltà baġitarja tas-sistemi tal-kura tas-saħħa, jiġġeneraw iffrankar tal-kostijiet, filwaqt li jżommu l-kwalità għolja tal-kura tas-saħħa;
44. Jisħaq fuq l-importanza ta' mediċini ġeneriċi, bijosimili u ta' valur miżjud biex iżidu b'mod konsistenti l-aċċess ekwu għall-pazjenti u jagħmlu s-sistemi tal-kura tas-saħħa sostenibbli f'Unjoni Ewropea fejn l-aċċess għadu mhuwiex ekwu; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura kompetizzjoni tajba meta jiskadu l-esklużivitajiet tal-proprjetà intellettwali (PI) billi tiżgura, b'mod urġenti, l-aċċessibbiltà għall-mediċini bijosimili mill-bidu u billi tneħħi l-ostakli kollha għall-aċċess għall-kompetizzjoni, pereżempju permezz tar-rabtiet ta' privattivi, billi tipprojbixxi l-prattiki ta' PI għal perjodu indeterminat li jdewmu bla bżonn l-aċċess għall-mediċini u jippermettu żvilupp globali uniku;
45. Jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri biex tappoġġja preżenza akbar fis-suq ta' dawn il-mediċini u tarmonizza fil-livell tal-UE l-interpretazzjoni tad-dispożizzjoni Bolar li tikkonċerna eżenzjonijiet possibbli mill-qafas legali għas-sistema tal-Privattiva Unitarja għall-manifatturi tal-mediċini ġeneriċi;
46. Jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni li tippromwovi r-riċerka, l-iżvilupp u l-produzzjoni ta' mediċini ġeneriċi u bijosimili fl-UE u tipproponi protokolli tal-UE għall-interkambjabbiltà ta' mediċini bijosimili, kif definiti mill-EMA, b'rispett tal-ħtiġijiet tal-pazjent individwali u tal-libertà tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa li jordnaw l-aħjar trattament għal kull pazjent, filwaqt li dejjem iżommu l-pazjent informat u fiċ-ċentru ta' kull teħid ta' deċiżjoni;
47. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jevalwaw il-miżuri biex jippromwovu l-użu tal-iffrankar finanzjarju ġġenerat fis-sistema tas-saħħa nazzjonali mill-użu ta' mediċini bijosimili u jerġgħu jinvestuhom b'mod trasparenti u tanġibbli biex itejbu l-kwalità tas-servizzi tal-kura; jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jappoġġjaw il-prattiki trasparenti fir-rigward tal-iffrankar tal-kostijiet relatati mal-prodotti bijosimili; jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita arranġamenti bħal programmi ta' kondiviżjoni tal-gwadanji;
48. Jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni tkompli tipprevjeni prattiki antikompetittivi biex tiżgura suq kompetittiv fil-mediċini ġeneriċi u bijosimili;
49. Jisħaq fuq l-importanza li tittejjeb l-edukazzjoni dwar il-prodotti bijosimili; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi attivitajiet edukattivi u ta' komunikazzjoni rilevanti fost il-professjonisti tal-kura tas-saħħa billi twaqqaf ċentru online dedikat tar-riżorsi fl-Ewropa kollha;
Dewmien fil-wasla tal-mediċini fis-suq
50. Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni se tniedi proġett pilota biex tifhem aħjar il-kawżi ewlenin marbuta mad-dewmien fil-wasla tal-mediċini fis-suq; jistieden lill-Kummissjoni tħares lejn id-differenzi enormi madwar l-UE fin-numru medju ta' jiem bejn l-approvazzjoni ta' mediċina u l-mument li ssir disponibbli għall-pazjenti u tipproponi modi ġodda kif jitħaffef il-proċess regolatorju u l-implimentazzjoni tiegħu u timplimenta soluzzjonijiet innovattivi biex tnaqqas id-dewmien għad-dħul fis-suq tal-mediċini;
51. Jenfasizza li kwalunkwe reviżjoni tal-proċeduri regolatorji u l-approċċi għall-valutazzjoni tal-evidenza xjentifika trid issir b'kawtela sabiex jitqiesu b'mod adegwat il-benefiċċju għall-pazjenti u l-aspetti tas-sikurezza;
52. Jisħaq fuq il-ħtieġa li jitnaqqsu ż-żminijiet tal-approvazzjoni tal-mediċini u li jiġi stabbilit, meta jkun xieraq, limitu ta' żmien għall-aċċess għas-suq, u li dawn jiġu allinjati maż-żminijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-EMA, sabiex jiġi żgurat aċċess rapidu u ugwali għall-mediċini għal kulħadd fl-UE u tiġi evitata d-diskriminazzjoni bejn iċ-ċittadini tal-UE; ifakkar li l-MAH u d-distributuri jista' jkollhom ukoll rwol ewlieni fid-disponibbiltà ta' prodotti mediċinali madwar l-UE billi jevitaw il-waqfien tal-prodotti u d-dewmien fil-wasla fis-suq minħabba biss fatturi kummerċjali;
Sħubijiet pubbliċi-privati u innovazzjoni
53. Jenfasizza l-benefiċċji ta' offerti ta' sħubija pubblika-privata għas-sistemi tas-saħħa nazzjonali fil-finanzjament tar-riċerka u l-produzzjoni ta' mediċini innovattivi u r-riċerka dwar l-għoti ta' skop ġdid lill-mediċini, u li l-kooperazzjoni bejn l-akkademja u l-farmaċewtika hija essenzjali għall-iskambju tal-għarfien u l-informazzjoni għall-benefiċċju tal-pazjenti kollha madwar l-Unjoni;
54. Jenfasizza li kollaborazzjoni bħal din trid tiggarantixxi li l-prijoritajiet tar-riċerka jkunu ggwidati mill-ħtiġijiet tal-pazjenti u tas-saħħa pubblika u li l-fondi pubbliċi jiġu investiti b'mod trasparenti, biex jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-affordabbiltà tal-prodotti li jirriżultaw minn dawn is-sħubiji u fondi pubbliċi oħra;
55. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li s-Sħubija Ewropea dwar Saħħa Innovattiva tkun iggwidata minn kunsiderazzjonijiet ta' interess pubbliku; jistieden lill-Kummissjoni tadotta u timplimenta politika ġenerali dwar tali kundizzjonalitajiet fl-ambitu ta' Orizzont Ewropa;
Awtorità Ewropea għat-Tħejjija u għar-Rispons f'Każ ta' Emerġenza tas-Saħħa (HERA):
56. Jilqa' t-tnedija fis-17 ta' Frar 2021 tal-inkubatur HERA ffukat fuq l-indirizzar tal-varjanti tal-virus tal-COVID-19;
57. Jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-HERA; iqis li l-awtorità għandha tidentifika theddid għas-saħħa, tibda u tappoġġja l-iżvilupp tal-innovazzjoni, tistabbilixxi fil-livell tal-UE lista ta' prodotti mediċinali ta' interess terapewtiku ewlieni, tiffaċilita l-produzzjoni tagħhom fl-UE, tippromwovi x-xiri konġunt u takkumula ħażniet strateġiċi ta' dawk il-mediċini;
58. Jitlob l-għoti ta' biżżejjed riżorsi u awtonomija fil-poter biex jiġi indirizzat b'mod wiesa' t-theddid transfruntier kollu għas-saħħa li l-UE tista' tiffaċċja fuq perjodu ta' żmien medju u lil hinn mill-pandemija tal-COVID-19, inklużi riżorsi għall-iżvilupp ta' terapewtiċi ġodda kontra patoġeni virali u batteriċi;
59. Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-HERA tkun iggwidata mill-interess pubbliku u tikkontribwixxi b'mod effettiv għall-iżvilupp, id-disponibbiltà u l-affordabbiltà ta' kontromiżuri mediċi sikuri u effettivi;
60. Itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll il-ħolqien ta' verżjoni Ewropea tal-Awtorità Bijomedika għar-Riċerka u l-Iżvilupp Avvanzati tal-Istati Uniti; jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni għamlet proposta għal HERA Ewropea iżda jesprimi d-diżappunt tiegħu li l-Parlament ma kienx involut fir-rwol xieraq tiegħu bħala koleġiżlatur;
Prattiki ta' akkwist
61. Jisħaq fuq l-importanza ta' kuntratti konġunti ġodda tal-UE dwar l-akkwist pubbliku mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri, speċjalment, iżda mhux limitat għal, mediċini ta' emerġenza u għal ħtiġijiet terapewtiċi mhux issodisfati biex itejbu l-affordabbiltà u l-aċċess tagħhom fil-livell tal-UE; jitlob li jiġu esplorati prattiki bħal dawn f'oqsma bħal mard rari u l-kanċer b'deskrizzjoni ċara tal-istadji ewlenin, l-objettivi u l-impenji miftiehma mill-partijiet kollha involuti; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati livelli għoljin ta' trasparenza f'dawn l-inizjattivi u li jiġu applikati l-lezzjonijiet meħuda mill-akkwist konġunt ta' prodotti tal-COVID-19; jenfasizza li l-akkwist konġunt ma jridx jippreżenta r-riskju li jħalli impatt negattiv fuq il-flussi tal-provvista billi jżid ir-riskju ta' nuqqasijiet fl-UE;
62. Jissottolinja li l-akkwist konġunt għandu jkun ibbażat fuq responsabbiltajiet kondiviżi u approċċ ġust bi drittijiet u obbligi għall-partijiet kollha involuti. jenfasizza li għandhom isiru u jiġu rrispettati impenji ċari u li l-manifatturi jwasslu l-livelli ta' produzzjoni miftiehma u li l-awtoritajiet jixtru l-volumi riżervati miftiehma tagħhom;
63. Jissottolinja wkoll li jekk jiġi introdott l-akkwist konġunt, il-proċess tal-għoti għandu jqis kriterji kwalitattivi bħall-ħila tal-manifattur li jiżgura s-sigurtà tal-provvista matul kriżi tas-saħħa;
64. Jenfasizza li l-akkwist pubbliku konġunt għandu jkollu kamp ta' applikazzjoni definit b'mod ċar, peress li jista' jkun hemm antibijotiċi innovattivi ġodda, vaċċini ġodda, mediċini kurattivi u mediċini għal mard rari, pereżempju, filwaqt li titqies il-ħtieġa ta' investiment pubbliku-privat aktar ibbilanċjat, responsabbiltà ċara għall-manifatturi u flessibbiltà suffiċjenti għall-Istati Membri f'konformità mal-ispeċifiċitajiet nazzjonali, filwaqt li jiġu rispettati l-impenji meħuda;
65. Jilqa' r-referenza fl-istrateġija għall-fatt li azzjonijiet fil-qasam tal-akkwist pubbliku jistgħu jrawmu l-kompetizzjoni u jtejbu l-aċċess għall-mediċini; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fil-kuntest tad-Direttiva 2014/24/UE(18), tipproponi malajr linji gwida għall-Istati Membri, b'mod partikolari dwar kif l-aħjar jimplimentaw il-kriterji tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża (MEAT), lil hinn mill-kriterji tal-aktar prezzijiet baxxi biss; jenfasizza li s-sigurtà tal-provvista hija element essenzjali u trid tintuża bħala kriterju kwalitattiv fil-qafas tal-akkwist tal-ispiżeriji pubbliċi u f'dak tas-sejħiet għall-offerti relatati mal-mediċini; jenfasizza l-importanza ta' provvisti u prattiki tal-akkwist sostenibbli diversifikati għall-prodotti farmaċewtiċi; jipproponi li l-investimenti li jsiru fil-manifattura ta' ingredjenti attivi u prodotti mediċinali finali fl-UE għandhom jitqiesu wkoll bħala kriterju essenzjali, kif ukoll in-numru u l-lokazzjoni tas-siti tal-produzzjoni, l-affidabbiltà tal-provvista, l-investiment mill-ġdid tal-profitti fir-riċerka u l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta' standards soċjali, ambjentali, etiċi u tal-kwalità;
66. Iqis li, fi żminijiet ta' kriżi, parti mill-akkwist konġunt tal-Unjoni tista', fejn xieraq u fuq talba, tiġi allokata minn qabel għal pajjiżi b'introjtu baxx u medju, fi spirtu ta' solidarjetà;
67. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw li jintroduċu proċeduri ta' akkwist li skonthom jistgħu jingħataw kuntratti lil numru ta' offerenti li jirnexxu, inklużi offerenti konġunti;
Aċċess għall-mediċini fl-UE
68. Huwa mħasseb dwar il-fatt li l-mediċini aċċessibbli u bi prezzijiet raġonevoli jibqgħu sfida għas-sistemi tas-saħħa nazzjonali, u li l-mediċini innovattivi huma għaljin jew lanqas biss jitqiegħdu fis-suq f'ċerti Stati Membri minħabba raġunijiet kummerċjali;
69. Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra għażliet ta' politika li jgħinu jiggarantixxu li mediċini awtorizzati b'mod ċentrali jitqegħdu fis-suq fl-Istati Membri kollha u mhux biss f'dawk li huma kummerċjalment interessanti; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li kwalunkwe forma ta' inċentiv fil-livell tal-UE twassal għal ipprezzar ġust u affordabbli tal-farmaċewtiċi, b'mod partikolari dawk innovattivi, fl-Istati Membri kollha;
70. Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tirrieżamina l-leġiżlazzjoni farmaċewtika biex tippromwovi kompetizzjoni robusta u ġusta, tappoġġja lill-Istati Membri fl-istabbilizzazzjoni u l-ibbilanċjar tas-sistemi nazzjonali tal-ipprezzar tal-mediċini, tippromwovi sistemi nazzjonali ġusti tal-ipprezzar tal-mediċini u tiżgura aċċess ugwali għall-mediċini u l-prodotti mediċi fl-Istati Membri kollha; jenfasizza li d-deċiżjonijiet dwar l-ipprezzar tal-mediċini u r-rimborż tal-kost tal-mediċini huma l-kompetenza tal-Istati Membri;
71. Jenfasizza li l-irtirar kummerċjali jista' jkollu konsegwenzi serji f'termini tad-disponibbiltà ta' mediċini u b'hekk ixekkel id-dritt tal-pazjenti għal aċċess f'waqtu u ekwu għal trattament ta' kwalità għolja; jissottolinja li l-irtirar kummerċjali ta' mediċini essenzjali għandu jseħħ f'sitwazzjonijiet fejn ikun hemm disponibbli trattamenti sostituti u ekwivalenti għall-pazjenti u għandu jkun soġġett għal obbligi ta' notifika bikrija estiżi għall-MAHs u d-distributuri, biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jkunu jistgħu jimmaniġġjaw is-sitwazzjoni tal-MAHs u d-distributuri fl-interess tal-pazjenti;
72. Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra proċessi ġodda għall-promozzjoni tal-użu mill-ġdid ta' prodotti mediċinali; jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-użu usa' u mhux skont it-tikketta tal-mediċini, inklużi mediċini li jiswew inqas flus u mediċini użati għal kanċers rari, fost l-oħrajn, kull meta jkun hemm evidenza xjentifika qawwija tal-effikaċja u s-sikurezza għall-pazjenti; jenfasizza, barra minn hekk, l-opportunità għal qafas ġdid biex jappoġġja l-kummerċjalizzazzjoni u l-użu ta' drogi b'indikazzjonijiet approvati ġodda sabiex jagħmel l-adattament ta' mediċini għal skop differenti aktar attraenti fl-UE;
73. Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġiji tas-saħħa fil-livell Ewropew b'basket komuni ta' mediċini għat-trattament tal-kanċer, il-mard infettiv u l-mard rari u f'oqsma oħra partikolarment affettwati minn nuqqasijiet; jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-possibbiltà li tistabbilixxi kriterji komuni għall-iffissar tal-prezzijiet sabiex dawn il-mediċini jsiru aċċessibbli; jemmen li l-iffaċilitar ta' aċċess aktar malajr, mingħajr ma tiġi kompromessa s-sikurezza, ikun ta' benefiċċju b'mod speċjali għall-pazjenti b'mard kroniku sever; jissuġġerixxi għalhekk li l-pazjenti jitħallew jieħdu sehem fid-deċiżjonijiet dwar il-benefiċċju u r-riskju minn aċċess bikri għal mediċini u trattament ġodda u innovattivi;
74. Iħeġġeġ l-inklużjoni ta' komunitajiet ibbażati fuq il-mard fil-proċessi ta' pariri xjentifiċi tal-EMA, għall-kanċers u l-mard rari, biex jipprovdu lir-regolaturi l-għarfien espert tagħhom dwar il-marda kkonċernata u jiġu kkunsidrati r-rarità u l-ħtiġijiet mhux issodisfati tagħha;
L-appoġġ għal industrija farmaċewtika kompetittiva u innovattiva trasparenti tal-UE biex tirrispondi għall-ħtiġijiet tas-saħħa pubblika
75. Jinsisti li industrija farmaċewtika tal-UE kompetittiva, awtosuffiċjenti u sostenibbli hija ta' importanza strateġika għall-Unjoni peress li trawwem l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-impjiegi ta' kwalità għolja u tirrispondi aħjar għall-ħtiġijiet tal-pazjenti; jindika li l-industrija teħtieġ ambjent regolatorju stabbli u prevedibbli, iżda wieħed li jillimita l-piż amministrattiv u jissalvagwardja l-prinċipju tal-prevenzjoni u d-disponibbiltà ta' mediċini sikuri, effettivi u ta' kwalità għolja fis-suq tal-UE; jissottolinja li s-sistema ta' awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandha tibni fuq il-qafas leġiżlattiv eżistenti u tipprevjeni d-duplikazzjoni u kwalunkwe piż amministrattiv addizzjonali;
76. Jilqa' l-enfasi qawwija u l-bosta inizjattivi inklużi fl-istrateġija farmaċewtika dwar il-ħtieġa li jiġi ottimizzat u mmodernizzat il-qafas regolatorju eżistenti, pereżempju permezz ta' reviżjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-varjazzjonijiet, proċessi regolatorji aktar diġitalizzati u effiċjenti, implimentazzjoni tal-informazzjoni elettronika dwar il-prodotti (ePI), razzjonalizzazzjoni tal-valutazzjoni tal-ingredjent farmaċewtiku attiv (API), titjib ta' prassi tajba ta' manifattura (PTM)/ġestjoni tal-manifattura u r-riżorsi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel progress rapidu f'din l-aġenda, bl-aħjar użu mill-għodod diġitali eżistenti fil-livell tal-UE (it-telematika);
77. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintroduċu inċentivi finanzjarji, fejn xieraq, sabiex iżommu u jespandu l-bażi industrijali farmaċewtika tal-Unjoni, mill-produzzjoni tal-ingredjenti farmaċewtiċi attivi sal-manifattura, l-imballaġġ u d-distribuzzjoni tal-mediċini; jenfasizza l-interess strateġiku ta' dan is-settur u l-importanza tal-investiment fil-kumpaniji Ewropej sabiex jiġu ddiversifikati r-riżorsi u jitħeġġeġ l-iżvilupp ta' teknoloġiji ta' produzzjoni innovattivi li jkunu kapaċi jtejbu r-rispons ta' linji ta' produzzjoni sħaħ; ifakkar li l-finanzjament pubbliku kollu għandu jiffaċilita l-aħjar riżultati għall-pazjenti, inkluż f'termini tal-aċċessibbiltà tal-mediċini manifatturati, billi jirrispetta l-kondizzjonalitajiet tat-trasparenza, it-traċċabbiltà u l-obbligu tal-provvista;
78. Ifakkar fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Mejju 2021 bit-titolu "Aġġornament tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida tal-2020: Nibnu Suq Uniku aktar b'saħħtu għall-irkupru tal-Ewropa", li tanalizza d-dipendenzi strateġiċi tal-UE, inkluż il-produzzjoni ta' ingredjenti farmaċewtiċi attivi u prodotti oħra relatati mas-saħħa, li jistgħu jwasslu għal vulnerabbiltajiet għall-UE u jaffettwaw l-interessi ewlenin tagħha, u li tirreferi għall-istrateġija farmaċewtika bħala mezz biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet;
79. Ifakkar fil-ħtieġa kritika għas-saħħa globali u għall-ktajjen tal-provvista globali biex jiġu żviluppati kapaċitajiet ta' produzzjoni u distribuzzjoni lokali fl-UE u fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari f'termini ta' riċerka, żvilupp u produzzjoni farmaċewtiċi u dejjem f'konformità mal-istandards soċjali u d-diliġenza dovuta tal-industrija; jistieden lill-Kummissjoni tuża l-istrateġiji industrijali, tal-proprjetà intellettwali u tal-farmaċewtika biex tiffaċilita t-tnaqqis tad-distakk persistenti fir-riċerka u l-produzzjoni tal-mediċini permezz ta' sħubijiet għall-iżvilupp tal-prodotti u l-ħolqien ta' ċentri miftuħa għar-riċerka u l-produzzjoni;
80. Iqis li l-impjanti tal-manifattura farmaċewtika huma parti mill-infrastruttura kritika tas-saħħa tal-Ewropa; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimmonitorjaw l-investiment dirett barrani fis-settur; jissuġġerixxi l-applikazzjoni tal-Programm Ewropew għall-Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika għas-settur tal-infrastruttura tas-saħħa;
81. Jirrimarka li l-iżvilupp ta' ftehimiet ġodda ta' rikonoxximent reċiproku dwar iċ-ċertifikati PTM u l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dawk eżistenti (l-aktar importanti dwar l-ispezzjonijiet u l-ittestjar tal-lottijiet) ma' aktar pajjiżi li għandhom standards għoljin ta' manifattura jistgħu jagħmluha aktar faċli biex is-siti f'pajjiżi terzi jiġu inklużi f'katina tal-provvista tal-produzzjoni mingħajr ma jitwarrbu l-istandards Ewropej, li jippermettu kapaċità ta' produzzjoni ogħla fi żminijiet ta' kriżi;
82. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi l-inklużjoni ta' standards ambjentali, speċjalment dwar il-ġestjoni tal-iskart u tal-ilma mormi, fil-linji gwida dwar il-Prassi Tajba ta' Manifattura fil-livell internazzjonali;
83. Jenfasizza l-ħtieġa ta' titjib tal-ħiliet, taħriġ mill-ġdid u taħriġ alternattiv tal-ħaddiema għal karrieri fil-qasam tal-kura tas-saħħa sabiex ikunu ppreparati aħjar għal sitwazzjonijiet potenzjali ta' emerġenza u ta' kriżi; jitlob li tingħata kunsiderazzjoni xierqa lit-taħriġ ulterjuri u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema involuti fl-istadji kollha tal-katina ta' valur u titwessa' l-firxa ta' opportunitajiet għall-ispeċjalisti STEM;
84. Jenfasizza l-aħħar evoluzzjoni tal-prodotti farmaċewtiċi lejn il-mard u t-terapija speċifika għall-pazjent, li tinvolvi passi skruplużi tal-manifattura u l-ħtieġa li titqies is-sensittività għolja għall-kondizzjonijiet ambjentali u tat-trasport u li jikkomplikaw il-loġistika tal-katina tal-provvista; jistieden lill-Kummissjoni timmassimizza s-sinerġiji bejn il-fondi Ewropej u strumenti u politiki oħra tal-UE sabiex tappoġġja d-disinn u l-operat ta' proċessi ta' manifattura u networks ta' distribuzzjoni robusti biex tiġi żgurata manifattura aġli, reattiva u riproduċibbli;
85. Jistieden lill-Kummissjoni testendi r-rwol tal-EMA fil-valutazzjoni tal-prodotti ta' kombinazzjoni ta' mediċina-apparat/dijanjostika biex jiġi ssimplifikat il-qafas superviżorju frammentat; jemmen li jistgħu jinkisbu aġilità u effiċjenza regolatorji akbar bl-adozzjoni ta' valutazzjoni xjentifika ggwidata aktar mill-għarfien espert tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq fi ħdan l-EMA;
86. Jemmen li t-trawwim u l-bini ta' ekosistema industrijali Ewropea attraenti għas-settur farmaċewtiku huma waħda mill-kondizzjonijiet ewlenin biex tkompli titrawwem ir-rilokazzjoni tal-faċilitajiet ta' produzzjoni lura lejn l-UE; jemmen ukoll li r-rilokazzjoni ta' dan it-tip tista' tgħin biex is-sistemi tal-kura tas-saħħa Ewropej isiru aktar indipendenti minn pajjiżi terzi u aktar reżiljenti għal interruzzjonijiet, minħabba li l-interruzzjonijiet fil-provvista jpoġġu lill-pazjenti f'riskju meta ma jkunux jistgħu jiksbu trattamenti alternattivi rakkomandati;
87. Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi fl-Istatistika tal-UE dwar l-Introjtu u l-Kondizzjonijiet tal-Għajxien (UE-SILC) data dwar nuqqas awtorappurtat ta' aċċess għal mediċini, billi s'issa l-aċċess għall-mediċini mhuwiex imkejjel fl-UE-SILC;
88. Jappoġġja l-adattament ta' oqfsa eżistenti għall-aċċettabbiltà fit-teħid ta' deċiżjonijiet u l-adozzjoni ta' teknoloġiji tal-IA sabiex jipprovdu mod kif l-IA tista' tiġi żviluppata, adottata u implimentata fis-sistemi tal-kura tas-saħħa permezz tal-inklużività, il-bini tal-kapaċitajiet u l-fiduċja; itenni li għat-teknoloġiji kollha bbażati fuq l-IA, is-sorveljanza umana trid tkun iggarantita f'kull mument; jemmen li l-leġiżlazzjoni m'għandhiex taqa' lura meta mqabbla mal-innovazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi livell ta' flessibbiltà regolatorja sabiex tirrispondi aktar malajr u b'mod effiċjenti għal ħtiġijiet u prodotti ġodda, filwaqt li tirrispetta l-kriterji etiċi u ta' sigurtà;
89. Jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-proċessi ta' valutazzjoni li jippermettu djalogu bikri u iterattiv dwar id-data u l-evidenza hekk kif jiġu ġġenerati; jistieden lill-EMA u lill-aġenziji tal-mediċina nazzjonali jipprijoritizzaw is-sottomissjoni ta' data minn provi kliniċi kkontrollati aleatorji fejn mediċini fil-fażi ta' investigazzjoni skont id-definizzjoni tal-EMA jitqabblu mat-trattament standard;
90. Jinnota li d-deċiżjonijiet meħuda rigward l-ambjent regolatorju farmaċewtiku tal-UE se jkollhom implikazzjonijiet lil hinn mill-fruntieri tal-UE, minħabba li diversi pajjiżi terzi jirrikonoxxu u jiddependu mir-rekwiżiti tal-UE, b'mod partikolari fir-rigward tal-iffaċilitar tal-esportazzjonijiet u r-rinunzja tar-rekwiżiti biex dawn jiġu ttestjati f'pajjiżi terzi meta jiġu mill-UE; jenfasizza, għalhekk, l-importanza li jinżammu tali ftehimiet ta' rikonoxximent reċiproku ma' pajjiżi terzi fejn ikun possibbli u li jiġi żgurat li dawn jinżammu aġġornati;
91. Jirrimarka li l-UE għandha tagħmel enfasi fuq l-iżvilupp ta' kapaċità xierqa biex tipproduċi sustanzi attivi, materja prima u mediċini b'mod sostenibbli li jnaqqsu d-dipendenza minn sorsi esterni; jirrakkomanda ċertezza tad-dritt akbar għall-iżviluppaturi tal-mediċini;
Ċertifikati ta' protezzjoni supplimentari
92. Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-valur miżjud tal-mekkaniżmu taċ-ċertifikat ta' protezzjoni supplimentari (SPC) sabiex tevita dewmien fl-aċċess għal mediċini ġeneriċi u ttejjeb is-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistemi tal-kura tas-saħħa;
93. Jiġbed l-attenzjoni għad-differenzi fil-validità tal-privattivi u l-SPCs fid-diversi Stati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi l-użu ta' SPCs abbażi ta' avvanzi teknoloġiċi u xjentifiċi biex jippermettu li l-mediċini ġeneriċi u bijosimili jsiru aktar kompetittivi fl-UE u barra minnha;
94. Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-impatt li proposta għal SPC unitarju jkollha fuq id-dħul fis-suq ta' mediċini ġeneriċi u bijosimili u fuq l-aċċess ekwu tal-pazjenti għat-trattamenti, u abbażi ta' tali evalwazzjoni tipproponi SPC unitarju fejn xieraq;
95. Jissottolinja li l-użu tal-SPCs għandu jkun permess biss f'każijiet eċċezzjonali u ġustifikati;
Mediċini innovattivi u ġodda
96. Jenfasizza li r-R&Ż huma kruċjali għall-iżvilupp ta' mediċini innovattivi, terapiji u dijanjożi;
97. Jenfasizza l-fatt li t-terapiji tal-ġeni u taċ-ċelloli, il-mediċina personalizzata, it-terapija tar-radjonuklidi, in-nanoteknoloġija, il-vaċċini tal-ġenerazzjoni li jmiss, inklużi d-derivattivi tmRNA, is-saħħa online u l-inizjattiva "1+ Million Genomes" jistgħu jġibu benefiċċji enormi fir-rigward tal-prevenzjoni, id-dijanjożi, it-trattament u l-posttrattament tal-mard kollu jekk jagħtu prova tal-valur miżjud tagħhom meta mqabbla ma' teknoloġiji tas-saħħa eżistenti; jissottolinja l-potenzjal trasformattiv ta' dawn it-terapiji u t-teknoloġiji ġodda għall-pazjenti kif ukoll għas-soċjetajiet inġenerali, pereżempju billi jippermettu bidla mill-ġestjoni u l-kura kronika għal trattament ta' darba, u b'hekk jikkontribwixxu għal tnaqqis fl-ispejjeż għas-sistemi tas-saħħa, u jsaħħu l-effikaċja, is-sostenibbiltà u r-reżiljenza tagħhom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi għarfien espert suffiċjenti, tiżviluppa oqfsa regolatorji xierqa, tiggwida mudelli ġodda ta' negozju, tiżgura b'mod konsistenti standards għoljin għal prodotti sikuri, u tmexxi kampanji ta' informazzjoni biex tqajjem sensibilizzazzjoni u tiżgura l-użu ta' dawn l-innovazzjonijiet; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi riżorsi adegwati għall-EMA biex tissodisfa dawn l-objettivi b'mod effettiv;
98. Jirrikonoxxi li l-prodotti mediċinali ta' terapija avvanzata (ATMPs) huma fundamentalment differenti mill-farmaċewtiċi tradizzjonali peress li jindirizzaw il-kawżi ewlenin tal-mard, u li d-durabbiltà fundamentali u n-natura kurattiva potenzjali tagħhom jistgħu jagħmluhom il-futur tal-mediċina; jirrikonoxxi li korpi regolatorji bħall-EMA huma lesti biex jirrieżaminaw u japprovaw għexieren ta' ATMPs matul is-snin li ġejjin, filwaqt li jissottolinja l-ħtieġa li l-Kummissjoni tistabbilixxi flimkien mal-Pjan ta' Azzjoni tagħha għall-ATMPs, ambjent regolatorju robust li jiffaċilita l-aċċess għall-pazjenti Ewropej eliġibbli kollha, u tkompli tibni fuq il-pożizzjoni tal-Ewropa bħala attur ewlieni fl-ATMPs sabiex l-Ewropa tibqa' kompetittiva globalment fl-iżvilupp tal-ATMPs;
99. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-korpi ta' koordinazzjoni eżistenti jiffaċilitaw it-trattamenti transfruntiera bbażati fuq ATMPs u li l-pazjenti madwar l-Ewropa jgawdu minn aċċess ekwu għal terapiji innovattivi;
100. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni taħdem mal-EMA biex toħloq punt uniku ta' servizz għall-iżviluppaturi tal-ATMPs sabiex jingħataw gwida u komunikazzjoni dwar l-applikazzjonijiet tagħhom;
101. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-EMA jikkunsidraw iċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tal-mediċini u t-terapiji innovattivi kollha, inklużi t-terapiji tal-ġeni u taċ-ċelloli, il-mediċina personalizzata, in-nanoteknoloġija, u l-vaċċini tal-ġenerazzjoni li jmiss, u jiżguraw qafas adattat għall-iskop għall-kompetizzjoni mingħajr privattiva fil-mument li tintilef l-esklużività; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi qafas regolatorju għan-nanomediċini u l-mediċini nanosimili, u jitlob li dawn il-prodotti jiġu approvati permezz ta' proċedura ċentralizzata obbligatorja;
102. Jenfasizza li l-adozzjoni ta' trattamenti ġodda u innovattivi, kif ukoll il-forniment b'suċċess tagħhom lill-pazjenti, jiddependi mill-għarfien, it-tħejjija u l-bażi teknika għad-dispożizzjoni tal-persunal mediku; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jikkooperaw ma' xulxin permezz tal-kondiviżjoni tal-għarfien u l-aħjar prattiki rigward mediċini u trattamenti innovattivi emerġenti, sabiex iħejju aħjar lill-professjonisti mediċi tagħhom;
Provi kliniċi
103. Jistieden lill-Kummissjoni timplimenta bis-sħiħ ir-Regolament dwar il-Provi Kliniċi(19) biex tiffaċilita t-tnedija ta' provi kliniċi kbar imwettqa b'mod armonizzat u kkoordinat fil-livell tal-UE; jenfasizza li l-assoċjazzjonijiet tal-pazjenti għandhom ikunu aktar involuti fid-definizzjoni ta' strateġiji ta' riċerka għal provi kliniċi pubbliċi u privati, sabiex jiġi żgurat li jissodisfaw il-ħtiġijiet mhux issodisfati ta' pazjenti Ewropej; jilqa' r-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni farmaċewtika biex titnaqqas il-burokrazija u biex din tiġi adattata għall-prodotti tal-ogħla livell, għall-avvanzi xjentifiċi u għat-trasformazzjoni teknoloġika; jappoġġja provi kliniċi li huma aktar iċċentrati fuq il-pazjenti, kif ukoll qafas ġdid għat-tfassil ta' provi innovattivi, u l-proġett pilota biex jiġi adottat qafas għall-użu mill-ġdid ta' mediċini li tkun skaditilhom il-privattiva; jilqa' t-tnedija ta' pjattaforma tal-vaċċin għall-monitoraġġ tal-effikaċja u s-sikurezza tal-vaċċin, appoġġjata minn network ta' provi kliniċi madwar l-UE kollha; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura aktar trasparenza fir-riżultati tal-provi kliniċi, fejn il-kumpaniji farmaċewtiċi jikkondividu data fil-livell ta' parteċipanti, kemm riżultati pożittivi kif ukoll negattivi, protokolli u dokumenti oħra ta' prova fil-ħin;
104. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura djalogu kontinwu bejn iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, l-EMA u l-iżviluppaturi tal-vaċċini dwar l-istabbiliment u l-funzjonament tal-pjattaforma tal-vaċċini biex jiġu mmonitorjati l-effikaċja u s-sikurezza tal-vaċċini;
105. Jitlob l-implimentazzjoni sħiħa tar-regoli li jirregolaw il-provi kliniċi sabiex tiġi kkonsolidata leġiżlazzjoni ċara u proporzjonata li tiggarantixxi ċ-ċertezza tad-dritt għall-operaturi; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb il-parteċipazzjoni tar-riċerkaturi pubbliċi fil-provi kliniċi u tippermetti li jitwettqu provi kliniċi f'diversi Stati Membri simultanjament għal riċerka fuq terminu twil;
106. Jenfasizza li huwa rari ħafna li l-provi kliniċi tal-mediċini fir-R&Ż jitlestew b'suċċess u li r-R&Ż għalhekk ma tirriżultax fl-approvazzjoni finali tal-mediċina;
Valutazzjoni tat-teknoloġiji tas-saħħa
107. Jilqa' l-ftehim li ntlaħaq mill-Parlament u l-Kunsill dwar ir-regolament li jmiss dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa u jitlob l-adozzjoni rapida u l-implimentazzjoni bir-reqqa tiegħu sabiex titrawwem konverġenza akbar bejn l-Istati Membri dwar l-evalwazzjoni tat-teknoloġiji tas-saħħa u jiġi ffaċilitat l-aċċess rapidu għal trattamenti innovattivi għall-pazjenti;
108. Jirrimarka li t-teknoloġiji tas-saħħa ġodda għandhom juru l-valur miżjud kliniku u l-kosteffettività tagħhom meta mqabbla ma' dak li diġà huwa disponibbli fis-suq; jenfasizza li l-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa hija għodda li tappoġġja din l-analiżi iżda bħalissa hija frammentata ħafna fl-Unjoni, għalkemm tista' tippermetti kooperazzjoni dwar ir-rekwiżiti tal-evidenza klinika u d-disinn tal-provi kliniċi u għalhekk tappoġġja t-teħid ta' deċiżjonijiet f'waqthom u abbażi tal-evidenza mill-Istati Membri dwar l-aċċess tal-pazjenti għal mediċini ġodda; itenni li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jimplimentaw ir-regolament malajr f'konformità mal-iskeda ta' żmien miftiehma;
Qafas attwali għall-awtorizzazzjoni
109. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, abbażi tal-esperjenza bl-awtorizzazzjoni tal-vaċċini kontra l-COVID-19, taħdem mal-EMA biex tqis li testendi l-applikazzjoni ta' rieżamijiet kontinwi għal mediċini oħra ta' emerġenza u tevalwa jekk flessibbiltajiet regolatorji ulterjuri jistgħu jikkontribwixxu għal sistema ta' awtorizzazzjoni aktar effiċjenti, filwaqt li jiġi ssalvagwardjat livell għoli ta' sikurezza, kwalità u effettività;
110. Jilqa' l-fatt li l-istrateġija tirrikonoxxi li l-użu aħjar tal-ePI se jappoġġja l-forniment aħjar ta' informazzjoni lill-pazjenti u disponibbiltà usa' tal-mediċini, speċjalment f'sitwazzjonijiet kritiċi;
111. Jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-EMA u n-network regolatorju tal-UE, inklużi l-industrija u l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, biex tiżviluppa u timplimenta l-użu tal-ePI għall-mediċini kollha fl-UE fil-lingwi kollha tal-Istati Membri fejn il-mediċini jitqegħdu fis-suq;
112. Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid is-sistema li twassal mill-awtorizzazzjoni kondizzjonali għat-tqegħid fis-suq għall-awtorizzazzjoni standard għat-tqegħid fis-suq jew għat-tiġdid eċċezzjonali tal-awtorizzazzjoni, abbażi ta' data klinika robusta; jistieden lill-EMA twettaq bir-reqqa l-evalwazzjoni finali u tiżgura l-konformità stretta mill-produtturi mar-rekwiżiti kollha għal kull mediċina taħt awtorizzazzjoni kondizzjonali għat-tqegħid fis-suq sabiex jiġu żgurati l-effikaċja u s-sikurezza ta' tali mediċina; jitlob li ż-żmien qabel l-evalwazzjoni finali jitnaqqas minn ħames snin għal tliet snin, fejn tali miżuri huma appoġġjati minn data klinika suffiċjenti;
113. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, f'kooperazzjoni mal-EMA, tikkunsidra kif għodod stabbiliti bħall-awtorizzazzjoni aċċellerata, id-djalogu bikri, l-iskema PRIME u l-gwida estiża jistgħu jintużaw biex il-mediċina ssir disponibbli għall-pazjenti aktar malajr, speċjalment mediċina li għandha l-potenzjal li tindirizza theddida urġenti għas-saħħa pubblika jew ħtieġa medika mhux issodisfata; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tapplika l-iskema PRIME tal-EMA għall-mediċini li jsalvaw il-ħajja u tinkludi deżinjazzjoni tal-PRIME fil-qafas leġiżlattiv, mingħajr ma taffettwa s-sikurezza tal-pazjenti; ifakkar li l-iskemi aċċellerati m'għandhomx jintużaw ħażin fejn hemm nuqqas ta' evidenza suffiċjenti dwar awtorizzazzjoni regolari għat-tqegħid fis-suq;
114. Jistieden lill-Kummissjoni, lill-EMA u lill-awtoritajiet kompetenti jieħdu vantaġġ mill-isforzi prammatiċi kollha li saru matul il-kriżi tal-COVID-19, b'mod partikolari f'termini ta' flessibbiltà regolatorja, bil-għan li jiġu indirizzati n-nuqqasijiet tal-mediċini b'mod effettiv, inklużi f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza;
115. Jitlob monitoraġġ fuq terminu twil ta' mediċini mqiegħda fis-suq biex jiġu identifikati l-effetti sekondarji detrimentali possibbli u tiġi vvalutata l-kosteffettvità tagħhom bħala trattamenti;
L-SMEs u l-farmaċewtiċi
116. Jistieden lill-Kummissjoni toħloq ekosistema ta' innovazzjoni li tiffaċilita l-iskambju ta' esperjenzi u l-aċċess għall-SMEs u tikkontribwixxi biex l-UE ssir ċentru għall-innovazzjoni medika globali; jinnota li l-Kummissjoni għandha tfittex strateġiji ġodda ta' konsulenza biex tiffaċilita l-aċċess għall-fondi dwar l-innovazzjoni għal kumpaniji iżgħar; jirrimarka li l-ostakli burokratiċi u l-kumplessità jagħmluha diffiċli għall-SMEs u għaċ-ċentri ta' riċerka pubbliċi biex jieħdu vantaġġ sħiħ mill-programmi ta' innovazzjoni Ewropej; jissottolinja l-ħtieġa tal-promozzjoni ta' aċċess għal linji ta' finanzjament li jappoġġjaw l-isforzi ta' negozji ġodda u l-SMEs, b'rispett għall-kondizzjonijiet u l-kriterji stabbiliti;
117. Jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni dwar il-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Proprjetà Intellettwali biex tiġi aġġornata sensiela ta' għodod eżistenti u biex dawn jiġu adattati għall-era diġitali;
118. Jitlob li s-sistema tal-proprjetà intellettwali ssir aktar effettiva għall-SMEs permezz ta' miżuri li jissimplifikaw il-proċeduri ta' reġistrazzjoni tal-proprjetà intellettwali, itejbu l-aċċess għal pariri strateġiċi dwar il-proprjetà intellettwali, u jiffaċilitaw l-użu tal-proprjetà intellettwali bħala lieva għall-aċċess għall-finanzjament, pereżempju permezz tal-Helpdesk għad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali għall-SMEs; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu allokati aktar riżorsi fil-livell tal-UE għall-ġlieda kontra prattiki inġusti u abbużivi fis-suq tal-mediċini;
119. Jirrimarka li l-SMEs għandhom rwol kruċjali fil-katina tal-valur farmaċewtiku, ta' spiss bħala dawk li jidħlu l-ewwel u muturi tal-innovazzjoni;
Iż-żieda fir-reżiljenza: prevenzjoni ta' nuqqasijiet ta' mediċini, ktajjen tal-provvista siguri, mediċini sostenibbli, tħejjija għall-kriżijiet u mekkaniżmi ta' rispons
120. Ifakkar li l-awtonomija strateġika miftuħa tal-UE hija marbuta mad-disponibbiltà kostanti u suffiċjenti tal-mediċini fl-Istati Membri kollha; itenni, f'dan ir-rigward, ir-rakkomandazzjonijiet iddikjarati fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Settembru 2020 dwar in-nuqqasijiet ta' mediċini; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-EMA jiżviluppaw sistema ta' twissija bikrija għal nuqqasijiet ta' mediċini, ibbażata fuq pjattaforma diġitali Ewropea innovattiva, faċli għall-utent, trasparenti u ċentralizzata għall-iskambju ta' informazzjoni u data dwar in-nuqqasijiet u l-iffukar fuq problemi ta' provvista; iqis li sistema bħal din għandha tkun kapaċi tiddetermina l-volum tal-istokk u d-domanda tal-mediċini eżistenti u tipprovdi data li tkun kapaċi tidentifika, tbassar u tipprevjeni n-nuqqasijiet ta' prodotti mediċinali; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, iżżid il-kollaborazzjoni pubblika-privata u timmonitorja l-obbligu min-naħa tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha tal-provvista li jipprovdu informazzjoni bikrija u trasparenti dwar id-disponibbiltà tal-mediċini, id-domanda għall-mediċini, l-attivitajiet kummerċjali paralleli, il-projbizzjonijiet tal-esportazzjoni u d-distorsjonijiet tas-suq, mingħajr piżijiet regolatorji u amministrattivi żejda;
121. Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa mekkaniżmu biex tissalvagwardja t-trasparenza fil-ktajjen tal-produzzjoni u tal-provvista f'każ ta' emerġenzi u lil hinn minnhom; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq l-importanza tal-monitoraġġ tal-farmaċewtiċi kontrafatti u l-ġlieda kontrihom;
122. Jissottolinja l-fatt li s-settur farmaċewtiku għadu pilastru industrijali importanti, kif ukoll sors ewlieni f'termini ta' ħolqien tal-impjiegi; jisħaq fuq l-importanza li jinħolqu impjiegi ta' kwalità għolja fl-UE tul il-katina tal-valur farmaċewtiku kollha u fil-qasam mediku, inkluża l-forza tax-xogħol tas-saħħa, bl-appoġġ tal-istrument Next Generation EU; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri biex tippromwovi l-impjiegi u l-iżvilupp tal-ħiliet fis-setturi farmaċewtiku u mediku fl-Istati Membri kollha, filwaqt li tiffaċilita l-bilanċ ġeografiku, iż-żamma tat-talent u l-opportunitajiet ta' impjieg madwar l-UE kollha;
123. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji innovattivi u koordinati u jsaħħu l-iskambju ta' prattika tajba fil-qasam tal-ġestjoni tal-istokkijiet; huwa tal-fehma li l-EMA hija l-korp l-aktar adattat biex jinħatar bħala l-awtorità regolatorja responsabbli għall-prevenzjoni tan-nuqqasijiet tal-mediċini fil-livell tal-UE matul l-emerġenzi u lil hinn;
124. Jistieden lill-Kummissjoni testendi aktar il-mandat tal-EMA biex tkun tista' timmonitorja n-nuqqasijiet ta' mediċini anki lil hinn minn kriżijiet tas-saħħa u tiżgura li jkollha r-riżorsi meħtieġa;
125. Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-MAHs u d-distributuri bl-ingrossa jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2001/83/KE sabiex jiżguraw provvisti xierqa u kontinwi ta' mediċini, kif ukoll jirrispettaw l-obbligi ta' notifika f'każ ta' interruzzjoni tal-provvista temporanja jew permanenti, u biex ikomplu jiċċaraw dawn l-obbligi biex jiżguraw li l-MAHs jirrapportaw nuqqasijiet ta' mediċini fil-perjodi ta' żmien stabbiliti; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu applikati sanzjonijiet dissważivi u proporzjonati f'każ ta' nonkonformità ma' dawn l-obbligi legali skont il-qafas leġiżlattiv eżistenti;
126. Jinsisti li l-obbligu ta' servizz pubbliku kif stabbilit fl-Artikolu 81 tad-Direttiva 2001/83/KE mhuwiex biżżejjed biex jiżgura li l-UE fl-intier tagħha tkun fornuta b'mod adegwat; jistieden lill-Kummissjoni timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp Eżekuttiv ta' Tmexxija tal-UE dwar nuqqasijiet ta' mediċini kkawżati minn eventi maġġuri sabiex jiġi evitat u mitigat it-tfixkil fil-provvista matul il-pandemija u lil hinn minnha;
127. Ifakkar li l-kawżi ewlenin tan-nuqqas ta' mediċini għandhom jiġu indirizzati u trattati b'urġenza, filwaqt li jitqiesu r-rabtiet bejn il-katina tal-provvista u l-isfidi tal-produzzjoni;
128. Jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tiżgura li r-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni farmaċewtika ġenerali tibni fuq fehim tajjeb tal-kawżi ewlenin tan-nuqqas ta' mediċini; jenfasizza l-ħtieġa li l-industrija farmaċewtika tal-Unjoni jkollha katina tal-provvista diversifikata u pjan għall-mitigazzjoni tar-riskju ta' nuqqas ta' mediċini biex timmaniġġja kwalunkwe vulnerabbiltà u riskju għall-katina tal-provvista; jenfasizza, madanakollu, li politiki sostenibbli sistemiċi jeħtieġ li jiġu stabbiliti qabel ma wieħed jirrikorri għal rekwiżiti regolatorji sproporzjonati, obbligu ta' provvista, penali jew akkumulazzjoni ta' riżerva ppjanata ħażin li tifframmenta s-suq uniku jew thedded is-sostenibbiltà ekonomika tal-prodotti, li tista' twassal għal aktar nuqqasijiet;
129. Iqis li huwa importanti li s-suq uniku għall-mediċini jiġi ssalvagwardjat u li restrizzjonijiet mhux ġustifikati fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni, li jistgħu jikkawżaw ħsara lis-suq uniku u jnaqqsu l-affordabbiltà, għandhom jiġu evitati u indirizzati mill-Kummissjoni jekk iseħħu; jistieden lill-Kummissjoni tevalwa, u jekk meħtieġ tindirizza, l-impatti negattivi tal-kummerċ parallel fir-rigward tan-nuqqasijiet ta' mediċini fl-Istati Membri u tindirizza l-problemi b'mod adegwat billi tieħu l-azzjoni meħtieġa biex tiżgura li l-mediċini jaslu għand il-pazjenti kollha fl-UE fil-ħin;
130. Jistieden lill-Kummissjoni tuża l-mezzi kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex tipprevjeni d-dħul ta' prodotti kontrafatti fis-suq, peress li tali prodotti spiss ikunu ta' kwalità baxxa u perikolużi għas-saħħa, u jkollhom impatt ekonomiku kbir;
131. Jinnota li l-assistenza teknika lill-Istati Membri hija meħtieġa għall-implimentazzjoni xierqa tas-Sistema Ewropea ta' Verifika tal-Mediċini;
132. Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni se tkompli timmonitorja l-fużjonijiet bejn il-kumpaniji farmaċewtiċi biex tevita distorsjoni tal-kompetizzjoni;
133. Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-possibbiltà li toħloq riżerva ta' kontinġenza Ewropea tal-prodotti mediċinali kritiċi li huma f'riskju għoli ta' nuqqas, fuq il-mudell tal-mekkaniżmu RescEU, sabiex ittaffi n-nuqqasijiet rikorrenti;
134. Ifakkar li n-nuqqasijiet tal-mediċini għandhom impatt dirett fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-pazjenti u t-tkomplija tat-trattament tagħhom, b'mod partikolari għall-popolazzjonijiet vulnerabbli bħat-tfal, l-anzjani, in-nisa tqal, il-persuni b'diżabilità, il-pazjenti b'mard kroniku jew tal-kanċer, u l-persuni f'ICU;
135. Jistieden lill-Kummissjoni tabbozza definizzjoni armonizzata ta' "nuqqasijiet" u tistandardizza r-rekwiżiti ta' rappurtar fost l-Istati Membri sabiex tippermetti kooperazzjoni aktar mill-qrib u skambju mtejjeb tad-data madwar l-Ewropa;
Spazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa, data dwar is-saħħa u l-GDPR
136. Jilqa' l-inizjattiva tal-bini ta' infrastruttura diġitali interoperabbli għall-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa, li se tiġbor id-data tad-dinja reali, biex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tad-data tad-dinja reali u l-aċċess għal terapiji rari u biex jiġi żgurat aċċess ġust, trasparenti u nondiskriminatorju għad-data fl-Ewropa kollha; jissottolinja li l-interpretazzjoni konsistenti u l-infurzar tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data(20) (GDPR) fl-Istati Membri kollha tal-UE hija l-pedament għal inizjattivi bħal dawn;
137. Jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri biex tiżgura applikazzjoni sħiħa u armonizzata tal-GDPR fir-rigward tat-twettiq ta' riċerka klinika madwar l-UE;
138. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi promoss l-użu tad-data dwar is-saħħa f'konformità sħiħa mal-GDPR; jemmen ukoll li hija tal-akbar importanza li jkunu possibbli u jiġu promossi l-fiduċja u l-innovazzjoni tad-data fis-saħħa diġitali, li se tkun possibbli permezz tal-edukazzjoni u l-bini tal-kapaċitajiet għar-regolaturi, l-industrija u l-pazjenti;
139. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi promoss l-użu kemm primarju kif ukoll sekondarju ta' data dwar is-saħħa aggregata u l-ħtieġa f'dan ir-rigward ta' definizzjoni aktar ċara ta' użu ta' data sekondarja meta mqabbel ma' ġbir ta' data primarja;
140. Jenfasizza li, minħabba n-natura sensittiva tad-data dwar is-saħħa, il-Kummissjoni u l-aġenziji rilevanti kollha għandhom jissalvagwardjaw u jiggarantixxu li l-operazzjonijiet ta' pproċessar tagħhom jirrispettaw il-prinċipji ta' legalità, ġustizzja, trasparenza, limitazzjoni tal-iskop, minimizzazzjoni tad-data, preċiżjoni, limitazzjoni tal-ħżin, integrità u kunfidenzjalità; jenfasizza wkoll li l-Istati Membri u l-korpi tal-UE għandhom jirrispettaw strettament il-prinċipji tal-protezzjoni tad-data kif stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/1725(21), filwaqt li jiddeterminaw wkoll miżuri tekniċi u organizzattivi ta' sigurtà xierqa f'konformità mal-Artikolu 33 ta' dak ir-regolament;
141. Ifakkar fir-rwol essenzjali li t-teknoloġiji ġodda, id-diġitalizzazzjoni u l-IA jista' jkollhom biex ir-riċerkaturi minn laboratorji Ewropej ikunu jistgħu jaħdmu f'network u jikkondividu l-objettivi u r-riżultati tagħhom, filwaqt li jirrispettaw bis-sħiħ il-Qafas Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja miżuri li jiffavorixxu x-xjenza miftuħa sabiex taċċellera l-kondiviżjoni tad-data u tar-riżultati tar-riċerka fil-komunità xjentifika fl-Ewropa u lil hinn minnha;
142. Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu żviluppati networks federati Ewropej ta' data bl-għan li jikkontribwixxu għall-aħjar riċerka, żvilupp u għoti tal-kura tas-saħħa; jissottolinja l-importanza tal-kondiviżjoni tad-data u l-aċċessibbiltà tad-data fl-użu tal-potenzjal sħiħ tal-IA fil-qasam tal-kura tas-saħħa, filwaqt li jiġu introdotti rekwiżiti etiċi robusti u jiġu stabbiliti regoli ċari ta' obbligu ta' responsabbiltà; jirrifjuta l-kummerċjalizzazzjoni ta' tali data u jinnota l-ħtieġa urġenti li tittieħed azzjoni kontra l-bejgħ ta' tali data, fost l-oħrajn, lill-industrija farmaċewtika, lill-fornituri tal-assigurazzjoni tas-saħħa, lill-kumpaniji tat-teknoloġija u lill-impjegaturi;
143. Iqis li l-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tal-infrastrutturi ta' informatika ta' prestazzjoni għolja mal-ispazju Ewropew tad-data dwar is-saħħa jiżguraw id-disponibbiltà ta' settijiet kbar u ta' kwalità għolja ta' data dwar is-saħħa li huma ta' importanza kritika għar-riċerka u t-trattament tal-patoloġiji, speċjalment il-mard rari u l-kondizzjonijiet pedjatriċi;
144. Jappoġġja l-adattament ta' oqfsa eżistenti għall-aċċettabbiltà fit-teħid ta' deċiżjonijiet u l-adozzjoni ta' teknoloġiji tal-IA sabiex jipprovdu mod kif l-IA tista' tiġi żviluppata, adottata u implimentata fis-sistemi tal-kura tas-saħħa permezz tal-inklużività, il-kapaċità u l-fiduċja;
Djalogu settorjali mal-partijiet ikkonċernati
145. Jirrikonoxxi l-fatturi multipli li jixprunaw in-nuqqasijiet u għalhekk l-importanza li jiġi żgurat l-involviment tal-manifatturi u ta' partijiet ikkonċernati oħra tal-katina tal-provvista biex jiġu evitati u ġestiti n-nuqqasijiet tal-mediċini;
146. Jappoġġja lill-Kummissjoni fl-isforzi tagħha biex twettaq djalogu strutturat mal-atturi rilevanti fil-katina tal-valur farmaċewtika, l-awtoritajiet pubbliċi, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi tal-pazjenti u tas-saħħa, il-professjonisti tal-kura tas-saħħa, inklużi l-ispiżjara, u l-komunità tar-riċerka bħala waħda mill-għodod biex jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tan-nuqqasijiet ta' mediċini u d-dgħufijiet fil-katina tal-manifattura u tal-provvista globali tal-mediċini kritiċi, il-materja prima farmaċewtika, il-prodotti intermedji u l-ingredjenti farmaċewtiċi attivi, kif ukoll tidentifika opportunitajiet għall-innovazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura rappreżentazzjoni bilanċjata tal-partijiet ikkonċernati;
147. Iħeġġeġ, f'dan il-kuntest, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-partijiet ikkonċernati jiddefinixxu, malajr kemm jista' jkun u abbażi ta' dan id-djalogu strutturat, pjan direzzjonali politiku ċar u ambizzjuż biex jiġu żgurati u mmodernizzati l-kapaċitajiet eżistenti ta' manifattura tal-mediċini, tat-teknoloġiji u tal-ingredjenti farmaċewtiċi attivi fl-Ewropa;
148. Jemmen li, minbarra d-djalogu strutturat dwar il-manifattura u l-katina tal-provvista, huwa meħtieġ ukoll Forum Farmaċewtiku Politiku usa' ta' Livell Għoli, li jlaqqa' lil dawk li jfasslu l-politika, ir-regolaturi, il-kontribwenti, l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti, ir-rappreżentanti tal-industrija u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra fil-katina tal-provvista tal-kura tas-saħħa sabiex jaqsmu t-tagħlimiet miksuba mill-pandemija tal-COVID-19 u jistabbilixxu qafas politiku effettiv biex jipprevjeni nuqqasijiet fuq żmien twil, jippermetti aċċess għall-mediċini lill-pazjenti, inaqqas id-dewmien, u jiżgura kompetittività u innovazzjoni;
149. Jenfasizza r-rwol siewi tal-ispiżeriji fil-komunità u jirrikonoxxi l-kontribut siewi tagħhom anke matul il-pandemija billi jipprovdu fuq bażi kontinwa servizz essenzjali u ta' kwalità; jenfasizza li l-ispiżjara huma sors ta' informazzjoni indipendenti, affidabbli u awtoritarja; jissuġġerixxi rwol aktar attiv għall-ispiżjara f'attivitajiet ta' farmakoviġilanza biex tiġi vvalutata u mmonitorjata l-effettività tal-mediċini u jistieden lill-Istati Membri jinkluduhom fil-programmi tagħhom ta' saħħa, kura u riċerka; jitlob rikonoxximent aħjar tal-ispiżeriji li jwettqu xogħolhom f'żoni rurali, li jgħinu lill-popolazzjoni u jiżguraw il-benesseri taċ-ċittadini;
Mediċini sostenibbli u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent
150. Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-industrija farmaċewtika tkun favur l-ambjent u newtrali għall-klima matul iċ-ċikli tal-ħajja tal-prodotti mediċinali, filwaqt li jiġi żgurat aċċess għal trattamenti farmaċewtiċi sikuri u effettivi għall-pazjenti; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-ispezzjoni u l-awditjar tul il-katina tal-produzzjoni kollha, b'mod partikolari barra l-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura standards ta' sostenibbiltà ambjentali ta' kwalità għall-ingredjenti farmaċewtiċi attivi importati minn pajjiżi mhux tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-problema tal-iskart farmaċewtiku domestiku, permezz ta' miżuri biex jitnaqqsu l-imballaġġ u d-daqs tal-kontenituri biex jiġi żgurat li dawn ma jkunux akbar milli meħtieġ, filwaqt li tiżgura l-immaniġġjar konvenjenti u sikur għall-pazjenti jew għall-konsumaturi b'mobbiltà limitata, u biex ir-riċetti jinġiebu f'konformità mal-ħtiġijiet terapewtiċi reali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis il-potenzjal ta' fuljetti elettroniċi bħala miżura komplementari għall-karti attwali ta' għodda ta' informazzjoni, biex jitnaqqas l-użu tal-karti fl-imballaġġ, filwaqt li jinżamm l-istess livell ta' aċċess għal informazzjoni importanti; jirrikonoxxi l-passi li diġà ttieħdu mill-industrija farmaċewtika bħal, pereżempju, l-inizjattiva Eco-Pharmaco-Stewardship;
151. Iqis li l-Patt Ekoloġiku Ewropew jikkostitwixxi opportunità kbira biex il-manifatturi farmaċewtiċi jiġu mħeġġa jipparteċipaw fil-pjan għall-irkupru ekoloġiku billi jipproduċu f'konformità mal-istandards ambjentali u ekoloġiċi;
152. Jenfasizza li l-iskart farmaċewtiku għandu jiġi mmaniġġjat skont l-objettivi u l-miri tal-ekonomija ċirkolari; jemmen li l-industrija farmaċewtika għandu jkollha l-istess rekwiżiti u standards dwar l-imballaġġ u l-ġestjoni tal-iskart bħal setturi oħra; jistieden lill-Kummissjoni toħloq qafas uniformi għall-imballaġġ li jqis il-faċilità ta' użu għall-utent u l-karatteristiċi tal-industrija;
153. Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa gwida ċara dwar ir-rwol tal-politika tal-akkwist fil-promozzjoni ta' farmaċewtiċi aktar ekoloġiċi;
154. Jistieden lill-Kummissjoni tirrispondi għall-appelli magħmula mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Settembru 2020 dwar approċċ strateġiku għall-prodotti farmaċewtiċi fl-ambjent(22), b'mod partikolari li tirrevedi l-leġiżlazzjoni farmaċewtika biex issaħħaħ ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni tar-riskju ambjentali u l-kondizzjonijiet tal-approvazzjoni u l-użu għall-mediċini, dment li l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ma jiddewmux jew jiġu miċħuda unikament minħabba impatti ambjentali negattivi; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tħaffef il-proċedura ta' rkupru għall-valutazzjonijiet tar-riskju ambjentali ta' mediċini għall-użu mill-bniedem awtorizzati qabel l-2006 fejn dawn ma jkunux disponibbli;
155. Ifakkar li informazzjoni bħall-impatt tal-prodotti farmaċewtiċi fuq l-ilma, l-imġiba ambjentali, id-degradabbiltà għandha rwol ewlieni fil-ġestjoni tar-riskju u li tali informazzjoni għandha tkun trasparenti u disponibbli għall-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha; jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni biex tindirizza l-problema tal-farmaċewtiċi fl-ambjent; jenfasizza l-ħtieġa li dawn l-isforzi jitkomplew u jiżdiedu, b'mod partikolari fir-rigward tal-investimenti f'teknoloġiji li jipprovdu soluzzjonijiet aktar effettivi għat-tneħħija tal-farmaċewtiċi mill-ilma mormi, il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali tal-mediċini veterinarji, l-iżvilupp ta' monitoraġġ kontinwu u l-kondiviżjoni tad-data dwar sorsi potenzjali sinifikanti ta' dan it-tip ta' tniġġis;
156. Jinsisti li l-istrateġija farmaċewtika għall-Ewropa għandha tikkunsidra l-objettivi tal-Pjan ta' Azzjoni ta' Tniġġis Żero għall-ilma, l-arja u l-ħamrija;
157. Jappoġġja l-implimentazzjoni tal-prinċipju "min iniġġes iħallas" biex tittejjeb ir-responsabbiltà tal-industrija farmaċewtika għat-tniġġis li tista' tiġġenera;
158. Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jappoġġjaw ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fil-qasam tal-farmaċewtiċi li huma ugwalment effettivi għall-pazjenti u intrinsikament inqas ta' ħsara għall-ambjent;
159. Jenfasizza l-importanza tal-investiment biex jinstabu metodoloġiji alternattivi ġodda li ma jinvolvux l-annimali għall-iżvilupp tal-mediċini, mingħajr ma jitbaxxa l-livell ta' protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u mingħajr preġudizzju għall-innovazzjoni fil-qasam tal-farmaċewtiċi;
L-UE qed tmexxi d-dinja fil-kura tas-saħħa
160. Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiffaċilita l-aċċess għas-swieq globali għall-industrija farmaċewtika tal-UE, inklużi l-SMEs, permezz ta' kondizzjonijiet ekwi u qafas regolatorju robust u ċar li jippromwovi l-ogħla standards dwar il-kwalità u s-sikurezza fil-livell internazzjonali u jiffaċilita l-ftehimiet kummerċjali li jippremjaw il-kompetittività bbażata fuq l-innovazzjoni, sabiex is-settur farmaċewtiku jsir pilastru strateġiku tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-ftehimiet kummerċjali jikkontribwixxu għal aċċess imtejjeb għal mediċini sikuri, effettivi u bi prezzijiet raġonevoli fl-UE u f'pajjiżi terzi; jenfasizza l-importanza li jitneħħew l-ostakli għall-kummerċ u mhux tariffarji f'pajjiżi terzi, u li jiġi żgurat aċċess ġust għas-swieq internazzjonali għall-kumpaniji li joperaw fl-UE;
161. Jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-ftehimiet bejn l-EMA u l-aġenziji regolatorji mhux tal-UE dwar il-prevenzjoni ta' emerġenzi u l-koordinazzjoni tar-reazzjonijiet għalihom, b'rispett sħiħ tal-ogħla standards tal-UE għall-protezzjoni tad-data personali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni taħdem mal-membri tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ biex tiffaċilita l-kummerċ fil-prodotti tas-saħħa, iżżid ir-reżiljenza fil-ktajjen tal-provvista globali permezz ta' aċċess stabbli għall-materja prima, u tikkontribwixxi għal rispons effettiv fil-każ ta' emerġenza tas-saħħa;
162. Itenni mill-ġdid l-impenn tiegħu li jkompli jaħdem mal-Kummissjoni u mal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa biex jiġu standardizzati oqfsa regolatorji sikuri, effettivi, u sostenibbli għall-prodotti mediċinali u jiżdied l-aċċess għall-mediċini globalment u l-affordabbiltà tagħhom;
Il-privattivi u l-ftehim TRIPs
163. Jinnota li l-protezzjoni tal-privattivi hija inċentiv essenzjali għall-kumpaniji biex jinvestu fl-innovazzjoni u jipproduċu mediċini ġodda; jinnota, fl-istess ħin, li l-effett ta' esklużjoni tal-privattivi jista' jwassal għal provvista limitata fis-suq u aċċess ridott għall-mediċini u għall-prodotti farmaċewtiċi; jenfasizza li għandu jinstab bilanċ bejn l-inkoraġġiment tal-innovazzjoni permezz tal-effett ta' esklużjoni ta' privattiva u l-iżgurar tal-aċċess għall-mediċini u l-protezzjoni tas-saħħa pubblika; ifakkar li kumpanija li tikkumerċjalizza mediċina tista' tgawdi mill-esklużività tad-data għal perjodu ta' tmien snin mill-ewwel awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont l-Artikolu 14(11) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi reviżjoni ta' dak ir-regolament biex tipprevedi l-possibbiltà ta' awtorizzazzjoni temporanja tal-għoti ta' liċenzji obbligatorji f'każ ta' kriżi tas-saħħa sabiex ikunu jistgħu jiġu prodotti verżjonijiet ġeneriċi ta' mediċini li jsalvaw il-ħajja; ifakkar li dan huwa wieħed mill-flessibbiltajiet tas-saħħa pubblika fil-qasam tal-protezzjoni tal-privattivi inklużi diġà fil-Ftehim TRIPS tad-WTO, kif affermati mill-ġdid ulterjorment mid-Dikjarazzjoni ta' Doha tal-2001; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' kummerċ ħieles tal-UE ma tinterferix mal-possibbiltà li jiġu invokati l-flessibbiltajiet previsti mill-Ftehim TRIPS u li tipprovdi gwida lill-Istati Membri sabiex jiġi mħeġġeġ il-ħruġ ta' liċenzji volontarji pjuttost milli l-ħruġ immedjat ta' liċenzji obbligatorji; jenfasizza li l-ftehimiet ta' kummerċ ħieles ma għandhomx jiffukaw esklużivament fuq l-infurzar tal-istandards tal-propjetà intellettwali f'pajjiżi terzi, iżda għandhom iqisu l-impatt fuq il-mediċini ġeneriċi u bijosimili fl-UE u f'pajjiżi terzi, kif ukoll jinkludu koordinazzjoni dwar standards regolatorji;
o o o
164. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Novembru 2020 dwar rwol imsaħħaħ għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fit-tħejjija għall-kriżijiet u fil-maniġġar tagħhom għall-prodotti mediċinali u għall-apparati mediċi (COM(2020)0725); proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Novembru 2020 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 851/2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard (COM(2020)0726); proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Novembru 2020 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE (COM(2020)0727).
Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
Ir-Regolament (UE) Nru 536/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar il-provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, u li jħassar id-Direttiva 2001/20/KE (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 1).
Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).