Indiċi 
Testi adottati
L-Erbgħa, 15 ta' Diċembru 2021 - Strasburgu
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali għal ċertu apparat mediku dijanjostiku in vitro u applikazzjoni differita tar-rekwiżiti għall-apparat intern ***I
 L-Att dwar is-Swieq Diġitali ***I
 Ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea fl-2018-2020
 L-impatt tal-kriminalità organizzata fuq ir-riżorsi proprji tal-UE u fuq l-użu ħażin tal-fondi tal-UE
 L-evitar tal-korruzzjoni, l-infiq irregolari u l-użu ħażin tal-fondi tal-UE unazzjonali f'każ ta' fondi ta' emerġenza u oqsma ta' nfiq relatati mal-kriżi
 L-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija
 Sfidi u prospettivi għas-sistemi multilaterali ta' kontroll tal-armi ta' qerda massiva u ta' diżarm
 Orjentazzjonijiet ġodda għall-azzjoni umanitarja tal-UE
 Kooperazzjoni fir-rigward tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata fil-Balkani tal-Punent

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali għal ċertu apparat mediku dijanjostiku in vitro u applikazzjoni differita tar-rekwiżiti għall-apparat intern ***I
PDF 142kWORD 45k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2021 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/746 fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet tranżizzjonali għal ċertu apparat mediku dijanjostiku in vitro u applikazzjoni differita tar-rekwiżiti għall-apparat intern (COM(2021)0627 – C9-0381/2021 – 2021/0323(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: L-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0627),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 114 u 168(4)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0381/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekomomiku u Soċjali Ewropew tat-8 ta’ Diċembru 2021(1),

–  wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-24 ta’ Novembru 2021, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 163 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-15 ta' Diċembru 2021 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/746 fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet tranżizzjonali għal ċertu apparat mediku dijanjostiku in vitro u l-applikazzjoni differita tal-kondizzjonijiet għall-apparat intern

P9_TC1-COD(2021)0323


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2022/112.)

(1) Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


L-Att dwar is-Swieq Diġitali ***I
PDF 472kWORD 129k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-15 ta' Diċembru 2021 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali (l-Att dwar is-Swieq Diġitali) (COM(2020)0842 – C9-0419/2020 – 2020/0374(COD))(1)
P9_TA(2021)0499A9-0332/2021

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  Is-servizzi diġitali b'mod ġenerali u l-pjattaformi online b'mod partikolari għandhom rwol dejjem aktar importanti fl-ekonomija, b'mod partikolari fis-suq intern, billi jipprovdu opportunitajiet ġodda ta' negozju fl-Unjoni u jiffaċilitaw il-kummerċ transfruntier.
(1)  Is-servizzi diġitali b'mod ġenerali u l-pjattaformi online b'mod partikolari għandhom rwol dejjem aktar importanti fl-ekonomija, b'mod partikolari fis-suq intern, billi jipprovdu lill-utenti kummerċjali b'gateways biex jilħqu l-utenti finali madwar l-Unjoni u lil hinn minnha, jiffaċilitaw il-kummerċ transfruntier u jiftħu opportunitajiet kompletament ġodda ta' negozju għal għadd kbir ta' kumpaniji fl-Unjoni għall-benefiċċju tal-konsumaturi tal-Unjoni.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2
(2)  Fl-istess ħin, is-servizzi ewlenin tal-pjattaforma għandhom bosta karatteristiċi li jistgħu jiġu sfruttati mill-fornituri tagħhom. Fost l-oħrajn, dawn il-karatteristiċi tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma jinkludu l-ekonomiji ta' skala estremi, li ħafna drabi jirriżultaw minn kostijiet marġinali kważi żero biex jiżdiedu l-utenti kummerċjali jew l-utenti finali. Fost karatteristiċi oħra tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma hemm l-effetti qawwija ħafna tan-network, l-abbiltà li jikkollegaw ħafna utenti kummerċjali ma' ħafna utenti finali għax dawn is-servizzi għandhom diversi naħat, il-grad sinifikanti ta' dipendenza tal-utenti kummerċjali u tal-utenti finali, l-effetti ta' intrappolament, in-nuqqas ta' multi-homing għall-istess għan mill-utenti finali, l-integrazzjoni vertikali, u l-vantaġġi xprunati mid-data. Meta ma' dawn il-karatteristiċi kollha tingħaqad l-imġiba inġusta ta' fornituri ta' dawn is-servizzi, dawn jistgħu jimminaw ġmielu l-kontestabbiltà tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma u jħallu impatt fuq il-ġustizzja tar-relazzjoni kummerċjali bejn il-fornituri ta' dawn is-servizzi u l-utenti kummerċjali u l-utenti finali tagħhom, u dan iwassal għal tnaqqis mgħaġġel u potenzjalment estensiv fl-għażliet disponibbli fil-prattika għall-utenti kummerċjali u l-utenti finali, filwaqt li l-fornitur ta' dawk is-servizzi jista' jikseb il-pożizzjoni tal-hekk imsejjaħ gwardjan.
(2)  Fl-istess ħin, is-servizzi ewlenin tal-pjattaforma għandhom bosta karatteristiċi li jistgħu jiġu sfruttati mill-fornituri tagħhom. Fost l-oħrajn, dawn il-karatteristiċi tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma jinkludu l-ekonomiji ta' skala estremi, li ħafna drabi jirriżultaw minn kostijiet marġinali kważi żero biex jiżdiedu l-utenti kummerċjali jew l-utenti finali. Fost karatteristiċi oħra tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma hemm l-effetti qawwija ħafna tan-network, l-abbiltà li jikkollegaw ħafna utenti kummerċjali ma' ħafna utenti finali għax dawn is-servizzi għandhom diversi naħat, il-grad sinifikanti ta' dipendenza tal-utenti kummerċjali u tal-utenti finali, l-effetti ta' intrappolament, in-nuqqas ta' multi-homing għall-istess għan mill-utenti finali, l-integrazzjoni vertikali, u l-vantaġġi xprunati mid-data. Meta ma' dawn il-karatteristiċi kollha tingħaqad l-imġiba inġusta ta' fornituri ta' dawn is-servizzi, dawn jistgħu jimminaw ġmielu l-kontestabbiltà tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma u jħallu impatt fuq il-ġustizzja tar-relazzjoni kummerċjali bejn il-fornituri ta' dawn is-servizzi u l-utenti kummerċjali u l-utenti finali tagħhom, u dan iwassal għal tnaqqis mgħaġġel u potenzjalment estensiv fl-għażliet disponibbli fil-prattika għall-utenti kummerċjali u l-utenti finali, filwaqt li l-fornitur ta' dawk is-servizzi jista' jikseb il-pożizzjoni tal-hekk imsejjaħ gwardjan. Fl-istess ħin, jenħtieġ li jiġi rikonoxxut li s-servizzi li jaġixxu f'kapaċità ta' skop mhux kummerċjali bħal proġetti kollaborattivi jenħtieġ li ma jitqisux bħala servizzi ewlenin għall-fini ta' dan ir-Regolament.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  Il-kombinament ta' dawk il-karatteristiċi tal-gwardjani aktarx li ħafna drabi għal żbilanċi serji fis-saħħa tan-negozjar u għaldaqstant għal prattiki u kundizzjonijiet inġusti għall-utenti kummerċjali u għall-utenti finali ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma pprovduti mill-gwardjani, għad-detriment tal-prezzijiet, tal-kwalità, tal-għażla u tal-innovazzjoni tagħhom.
(4)  Il-kombinament ta' dawk il-karatteristiċi tal-gwardjani aktarx li ħafna drabi twassal għal żbilanċi serji fis-saħħa tan-negozjar u għaldaqstant għal prattiki u kundizzjonijiet inġusti għall-utenti kummerċjali u għall-utenti finali ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma pprovduti mill-gwardjani, għad-detriment tal-prezzijiet, tal-kwalità, tal-istandards tal-privatezza u tas-sigurtà, tal-kompetizzjoni ġusta, tal-għażla u tal-innovazzjoni tagħhom.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  Il-gwardjani għandhom impatt sinifikanti fuq is-suq intern għax jipprovdu gateways għal għadd kbir ta' utenti kummerċjali biex jilħqu lill-utenti finali, kullimkien fl-Unjoni u fi swieq differenti. L-impatt negattiv tal-prattiki inġusti fuq is-suq intern u l-kontestabbiltà partikolarment dgħajfa tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma, inkluż l-implikazzjonijiet negattivi tagħhom fuq is-soċjetà u l-ekonomija, wasslu biex il-leġiżlaturi nazzjonali u r-regolaturi settorjali jieħdu azzjoni. Diġà ġew adottati jew proposti għadd ta' soluzzjonijiet regolatorji nazzjonali biex jindirizzaw prattiki inġusti u l-kontestabbiltà tas-servizzi diġitali jew għall-inqas rigward uħud minnhom. Dan ħoloq riskju ta' soluzzjonijiet regolatorji diverġenti u b'hekk frammentazzjoni tas-suq intern, u għalhekk żied ir-riskju ta' żieda fil-kostijiet tal-konformità minħabba settijiet differenti ta' rekwiżiti regolatorji nazzjonali.
(6)  Il-gwardjani għandhom impatt sinifikanti fuq is-suq intern, għax jipprovdu gateways għal għadd kbir ta' utenti kummerċjali biex jilħqu lill-utenti finali, kullimkien fl-Unjoni u fi swieq differenti. L-impatt negattiv tal-prattiki inġusti fuq is-suq intern u l-kontestabbiltà partikolarment dgħajfa tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma, inkluż l-implikazzjonijiet negattivi tagħhom fuq is-soċjetà u l-ekonomija, wasslu biex il-leġiżlaturi nazzjonali u r-regolaturi settorjali jieħdu azzjoni. Diġà ġew adottati jew proposti għadd ta' soluzzjonijiet regolatorji f'livell nazzjonali biex jindirizzaw prattiki inġusti u l-kontestabbiltà tas-servizzi diġitali jew għall-inqas rigward uħud minnhom. Dan ħoloq riskju ta' soluzzjonijiet regolatorji diverġenti u b'hekk frammentazzjoni tas-suq intern, u għalhekk żied ir-riskju ta' żieda fil-kostijiet tal-konformità minħabba settijiet differenti ta' rekwiżiti regolatorji nazzjonali.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)  B'approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali diverġenti, jenħtieġ jiġu eliminati l-ostakli għal-libertà tal-forniment u r-riċezzjoni tas-servizzi, inkluż is-servizzi bl-imnut, fis-suq intern. Għaldaqstant, jenħtieġ jiġi stabbilit sett immirat ta' regoli obbligatorji armonizzati fil-livell tal-Unjoni ħalli jiġu żgurati swieq diġitali kontestabbli u ġusti li jinkludu l-preżenza ta' gwardjani fi ħdan is-suq intern.
(8)  B'approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali diverġenti, jenħtieġ li jiġu eliminati l-ostakli għal-libertà tal-forniment u r-riċezzjoni tas-servizzi, inkluż is-servizzi bl-imnut, fis-suq intern. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi stabbilit sett immirat ta' obbligi legali armonizzati fil-livell tal-Unjoni ħalli jiġu żgurati swieq diġitali kontestabbli u ġusti li jinkludu l-preżenza ta' gwardjani fi ħdan is-suq intern għall-benefiċċju tal-ekonomija kollha tal-Unjoni u b'mod partikolari tal-konsumaturi tal-Unjoni.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 9
(9)  Il-frammentazzjoni tas-suq intern tista' tiġi evitata b'mod effettiv biss jekk l-Istati Membri ma jitħallewx japplikaw regoli nazzjonali li jkunu speċifiċi għat-tipi ta' impriżi u servizzi koperti minn dan ir-Regolament. Fl-istess ħin, dan ir-Regolament għandu l-għan li jikkumplimenta l-infurzar tal-liġi tal-kompetizzjoni, u għalhekk jenħtieġ jiġi speċifikat li dan ir-Regolament hu mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE, għar-regoli nazzjonali korrispondenti tal-kompetizzjoni u għal regoli nazzjonali oħra tal-kompetizzjoni dwar l-imġiba unilaterali li huma bbażati fuq valutazzjoni individwalizzata tal-pożizzjonijiet u tal-imġiba fis-suq, inkluż l-effetti probabbli tagħha u l-kamp ta' applikazzjoni preċiż tal-imġiba pprojbita, u li jipprevedu l-possibbiltà li l-impriżi jagħmlu argumenti ta' effiċjenza u ġustifikazzjoni oġġettiva għall-imġiba inkwistjoni. Madankollu, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli ma taffettwax l-obbligi imposti fuq il-gwardjani skont dan ir-Regolament u l-applikazzjoni uniformi u effettiva tagħhom fis-suq intern.
(9)  Il-frammentazzjoni tas-suq intern tista' tiġi evitata b'mod effettiv biss jekk l-Istati Membri ma jitħallewx japplikaw regoli jew obbligi ulterjuri għall-gwardjani bil-għan li jiżguraw swieq kontestabbli u ġusti. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-abbiltà tal-Istati Membri milli jimponu l-istess obbligi jew obbligi aktar stretti jew differenti fuq il-gwardjani sabiex jiġu segwiti interessi pubbliċi leġittimi oħra, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni. Dawk l-interessi pubbliċi leġittimi jistgħu jkunu, fost l-oħrajn, il-protezzjoni tal-konsumatur, il-ġlieda kontra atti ta' kompetizzjoni inġusta u l-protezzjoni u t-trawwim tal-libertà tal-midja u l-pluraliżmu, il-libertà ta' espressjoni, kif ukoll id-diversità fil-kulturi jew fil-lingwi. Fl-istess ħin, dan ir-Regolament għandu l-għan li jikkumplimenta l-infurzar tal-liġi tal-kompetizzjoni, u għalhekk jenħtieġ li jiġi speċifikat li dan ir-Regolament hu mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE, għar-regoli nazzjonali korrispondenti tal-kompetizzjoni u għal regoli nazzjonali oħra tal-kompetizzjoni dwar l-imġiba unilaterali li huma bbażati fuq valutazzjoni individwalizzata tal-pożizzjonijiet u tal-imġiba fis-suq, inkluż l-effetti probabbli tagħha u l-kamp ta' applikazzjoni preċiż tal-imġiba pprojbita, u li jipprevedu l-possibbiltà li l-impriżi jagħmlu argumenti ta' effiċjenza u ġustifikazzjoni oġġettiva għall-imġiba inkwistjoni. Madankollu, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli ma taffettwax l-obbligi u l-projbizzjonijiet imposti fuq il-gwardjani skont dan ir-Regolament u l-applikazzjoni uniformi u effettiva tagħhom fis-suq intern.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  L-objettiv tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE u tar-regoli nazzjonali korrispondenti tal-kompetizzjoni li jikkonċernaw l-imġiba multilaterali u unilaterali antikompetittiva kif ukoll il-kontroll tal-fużjonijiet hu l-protezzjoni tal-kompetizzjoni mingħajr distorsjoni fis-suq. Dan ir-Regolament għandu objettiv kumplimentari għal, iżda differenti minn, dak li jipproteġi l-kompetizzjoni mingħajr distorsjoni fi kwalunkwe suq partikolari, kif definit f'termini ta' liġi tal-kompetizzjoni, jiġifieri li tiżgura li s-swieq fejn hemm gwardjani, ikunu u jibqgħu kontestabbli u ġusti, indipendentement mill-effetti attwali, probabbli jew preżunti tal-imġiba ta' gwardjan partikolari koperta minn dan ir-Regolament dwar il-kompetizzjoni f'suq partikolari. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu l-għan li jipproteġi interess legali differenti minn dawk ir-regoli u jenħtieġ ikun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tagħhom.
(10)  L-objettiv tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE u tar-regoli nazzjonali korrispondenti tal-kompetizzjoni li jikkonċernaw l-imġiba multilaterali u unilaterali antikompetittiva kif ukoll il-kontroll tal-fużjonijiet hu l-protezzjoni tal-kompetizzjoni mingħajr distorsjoni fis-suq. Dan ir-Regolament għandu objettiv kumplimentari għal, iżda differenti minn, dak li jipproteġi l-kompetizzjoni mingħajr distorsjoni fi kwalunkwe suq partikolari, kif definit f'termini ta' liġi tal-kompetizzjoni, jiġifieri li tiżgura li s-swieq fejn hemm gwardjani, ikunu u jibqgħu kontestabbli u ġusti, u li jiġu mħarsa d-drittijiet rispettivi tal-utenti kummerċjali u tal-utenti finali, indipendentement mill-effetti attwali, probabbli jew preżunti tal-imġiba ta' gwardjan partikolari koperta minn dan ir-Regolament dwar il-kompetizzjoni f'suq partikolari. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu l-għan li jipproteġi interess legali differenti minn dawk ir-regoli u jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tagħhom.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  Dan ir-Regolament jenħtieġ jikkumplimenta wkoll, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tagħhom, ir-regoli li jirriżultaw minn atti oħra tal-liġi tal-Unjoni li jirregolaw ċerti aspetti tal-forniment tas-servizzi koperti minn dan ir-Regolament, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26, ir-Regolament (UE) xx/xx/UE [DSA] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27, ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28, id-Direttiva (UE) 2019/790 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29, id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill30, u d-Direttiva (UE) 2010/13 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill31, kif ukoll regoli nazzjonali mmirati biex jinforzaw jew, skont il-każ, jimplimentaw dik il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.
(11)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkumplimenta wkoll, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tagħhom, ir-regoli li jirriżultaw minn atti oħra tal-liġi tal-Unjoni li jirregolaw ċerti aspetti tal-forniment tas-servizzi koperti minn dan ir-Regolament, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26. Ir-Regolament (UE) xx/xx/UE [DSA] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27, ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28, id-Direttiva (UE) 2019/790 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29, id-Direttiva 2002/58/KE, id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill30, id-Direttiva (UE) 2019/882, id-Direttiva(UE) 2018/1808 u d-Direttiva (UE) 2010/13 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill31, id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE kif ukoll regoli fil-livell nazzjonali adottati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Fir-rigward ta' regoli speċifiċi dwar il-kunsens għall-ipproċessar ta' data personali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE, dan ir-Regolament japplika dawn ir-regoli mingħajr ma jaffettwahom.
__________________
__________________
26 Ir-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 57).
26 Ir-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 57).
27 Ir-Regolament (UE) .../.. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill – proposta dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE.
27 Ir-Regolament (UE) .../.. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill – proposta dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE.
28 Ir-Regolament (EU) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
28 Ir-Regolament (EU) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
29 Id-Direttiva (UE) 2019/790 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-Suq Uniku Diġitali u li temenda d-Direttivi 96/9/KE u 2001/29/KE (ĠU L 130, 17.5.2019, p. 92.).
29 Id-Direttiva (UE) 2019/790 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-Suq Uniku Diġitali u li temenda d-Direttivi 96/9/KE u 2001/29/KE (ĠU L 130, 17.5.2019, p. 92.).
30 Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).
30 Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).
31 Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1).
31 Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1).
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  Il-kontestabbiltà dgħajfa u l-prattiki inġusti fis-settur diġitali huma aktar frekwenti u evidenti f'ċerti servizzi diġitali milli f'oħrajn. Dan hu l-każ b'mod partikolari għas-servizzi diġitali mifruxa u użati b'mod komuni li jintermedjaw direttament l-aktar bejn l-utenti kummerċjali u l-utenti finali, u meta karatteristiċi bħall-ekonomiji ta' skala estremi, l-effetti qawwija ħafna fuq in-network, l-abbiltà li jikkollegaw ħafna utenti kummerċjali ma' ħafna utenti finali għax dawn is-servizzi għandhom diversi naħat, l-effetti ta' intrappolament, in-nuqqas ta' multi-homing jew l-integrazzjoni vertikali huma l-aktar prevalenti. Ħafna drabi, ikun hemm biss fornitur kbir wieħed jew ftit fornituri kbar ħafna ta' dawk is-servizzi diġitali. Dawn il-fornituri ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma tfaċċaw l-aktar bħala gwardjani għall-utenti kummerċjali u għall-utenti finali b'impatti estensivi, filwaqt li kisbu l-abbiltà li jistabbilixxu faċilment kundizzjonijiet u termini kummerċjali b'mod unilaterali u detrimentali għall-utenti kummerċjali u l-utenti finali tagħhom. Għaldaqstant, jenħtieġ issir enfasi biss fuq dawk is-servizzi diġitali li jintużaw l-aktar mill-utenti kummerċjali u mill-utenti finali u meta, abbażi tal-kundizzjonijiet attwali tas-suq, it-tħassib dwar il-kontestabbiltà dgħajfa u l-prattiki inġusti mill-gwardjani hu aktar evidenti u urġenti minn perspettiva tas-suq intern.
(12)  Il-kontestabbiltà dgħajfa u l-prattiki inġusti fis-settur diġitali huma aktar frekwenti u evidenti f'ċerti servizzi diġitali milli f'oħrajn. Dan hu l-każ b'mod partikolari għas-servizzi diġitali mifruxa u użati b'mod komuni li jintermedjaw direttament l-aktar bejn l-utenti kummerċjali u l-utenti finali, u meta karatteristiċi bħall-ekonomiji ta' skala estremi, l-effetti qawwija ħafna fuq in-network, l-abbiltà li jikkollegaw ħafna utenti kummerċjali ma' ħafna utenti finali għax dawn is-servizzi għandhom diversi naħat, l-effetti ta' intrappolament, in-nuqqas ta' multi-homing jew l-integrazzjoni vertikali huma l-aktar prevalenti. Ħafna drabi, ikun hemm biss fornitur kbir wieħed jew ftit fornituri kbar ħafna ta' dawk is-servizzi diġitali. Dawn il-fornituri ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma tfaċċaw l-aktar bħala gwardjani għall-utenti kummerċjali u għall-utenti finali b'impatti estensivi, filwaqt li kisbu l-abbiltà li jistabbilixxu faċilment kundizzjonijiet u termini kummerċjali b'mod unilaterali u detrimentali għall-utenti kummerċjali u l-utenti finali tagħhom. Għaldaqstant, jenħtieġ li ssir enfasi biss fuq dawk is-servizzi diġitali li jintużaw l-aktar mill-utenti kummerċjali u mill-utenti finali u meta t-tħassib dwar il-kontestabbiltà dgħajfa u l-prattiki inġusti mill-gwardjani hu aktar evidenti u urġenti minn perspettiva tas-suq intern.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  B'mod partikolari, is-servizzi ta' intermedjazzjoni online, il-magni tat-tiftix online, is-sistemi operatorji, in-networking soċjali online, is-servizzi ta' pjattaforma tal-video-sharing, is-servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali indipendenti min-numri, is-servizzi ta' cloud computing u s-servizzi ta' reklamar online kollha għandhom il-kapaċità li jaffettwaw għadd kbir ta' utenti finali u negozji bl-istess mod u dan joħloq riskju ta' prattiki kummerċjali inġusti. Għalhekk jenħtieġ li dawn jiġu inklużi fid-definizzjoni ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma u jkunu jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Is-servizzi ta' intermedjazzjoni online jistgħu jkunu attivi wkoll fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, u jistgħu jintermedjaw jew jiġu użati biex jipprovdu tali servizzi kif elenkati b'mod mhux eżawrjenti fl-Anness II tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32. F'ċerti ċirkostanzi, il-kunċett ta' utenti finali jenħtieġ ikun jinkludi lill-utenti li tradizzjonalment jitqiesu bħala utenti kummerċjali, iżda f'sitwazzjoni partikolari ma jużawx is-servizzi ewlenin tal-pjattaforma biex jipprovdu oġġetti jew servizzi lil utenti finali oħra, bħal pereżempju n-negozji li jiddependu fuq servizzi ta' cloud computing għall-finijiet tagħhom stess.
(13)  B'mod partikolari, is-servizzi ta' intermedjazzjoni online, il-magni tat-tiftix online, is-sistemi operatorji bħal apparati intelliġenti, l-internet tal-oġġetti jew servizzi diġitali integrati fil-vetturi, in-networking soċjali online, is-servizzi ta' pjattaforma tal-video-sharing, is-servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali indipendenti min-numri, is-servizzi ta' cloud computing, is-servizzi ta' assistenti virtwali; il-browsers tal-internet, it-TV konness u s-servizzi ta' reklamar online kollha għandhom il-kapaċità li jaffettwaw għadd kbir ta' utenti finali u negozji bl-istess mod u dan joħloq riskju ta' prattiki kummerċjali inġusti. Għalhekk jenħtieġ li dawn jiġu inklużi fid-definizzjoni ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma u jkunu jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Is-servizzi ta' intermedjazzjoni online jistgħu jkunu attivi wkoll fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, u jistgħu jintermedjaw jew jiġu użati biex jipprovdu tali servizzi kif elenkati b'mod mhux eżawrjenti fl-Anness II tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32. F'ċerti ċirkostanzi, il-kunċett ta' utenti finali jenħtieġ li jkun jinkludi lill-utenti li tradizzjonalment jitqiesu bħala utenti kummerċjali, iżda f'sitwazzjoni partikolari ma jużawx is-servizzi ewlenin tal-pjattaforma biex jipprovdu oġġetti jew servizzi lil utenti finali oħra, bħal pereżempju n-negozji li jiddependu fuq servizzi ta' cloud computing għall-finijiet tagħhom stess.
__________________
__________________
32 Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika, ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1.
32 Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika, ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)  Għadd ta' servizzi anċillari oħra, bħas-servizzi ta' identifikazzjoni jew ta' pagament u s-servizzi tekniċi li jappoġġaw il-forniment ta' servizzi ta' pagament, jistgħu jiġu pprovduti mill-gwardjani flimkien mas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma tagħhom. Peress li l-gwardjani ta' spiss ikunu jipprovdu l-portafoll tas-servizzi tagħhom bħala parti minn ekosistema integrata li l-fornituri terzi ta' dawn is-servizzi anċillari ma jkollhomx aċċess għaliha, tal-anqas mhux bl-istess kundizzjonijiet, u jistgħu jorbtu l-aċċess għas-servizz ewlieni tal-pjattaforma mat-teħid ta' servizz anċillari wieħed jew aktar, il-gwardjani aktarx ikollhom abbiltà u inċentiv akbar biex iżidu s-setgħa tagħhom bħala gwardjani mis-servizzi ewlenin tal-pjattaforma tagħhom għal dawn is-servizzi anċillari, għad-detriment tal-għażla u l-kontestabbiltà ta' dawn is-servizzi.
(14)  Għadd ta' servizzi anċillari oħra, bħas-servizzi ta' identifikazzjoni, is-servizzi ta' pagament, is-servizzi tekniċi li jappoġġaw il-forniment ta' servizzi ta' pagament jew is-sistemi ta' pagament in-app, jistgħu jiġu pprovduti mill-gwardjani flimkien mas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma tagħhom. Peress li l-gwardjani ta' spiss ikunu jipprovdu l-portafoll tas-servizzi tagħhom bħala parti minn ekosistema integrata li l-fornituri terzi ta' dawn is-servizzi anċillari ma jkollhomx aċċess għaliha, tal-anqas mhux bl-istess kundizzjonijiet, u jistgħu jorbtu l-aċċess għas-servizz ewlieni tal-pjattaforma mat-teħid ta' servizz anċillari wieħed jew aktar, il-gwardjani aktarx ikollhom abbiltà u inċentiv akbar biex iżidu s-setgħa tagħhom bħala gwardjani mis-servizzi ewlenin tal-pjattaforma tagħhom għal dawn is-servizzi anċillari, għad-detriment tal-għażla u l-kontestabbiltà ta' dawn is-servizzi.
Emenda 244
Proposta għal regolament
Premessa 14a (ġdida)
(14a)   Il-gwardjani jistgħu jipprovdu wkoll servizzi anċillari oħra, pereżempju attivitajiet ta' bejgħ bl-imnut jew ta' distribuzzjoni, li huma mmirati lejn l-utenti finali flimkien mas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma tagħhom. Tali servizzi anċillari jistgħu jikkompetu mal-utenti kummerċjali tas-servizz ewlieni tal-pjattaforma u jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-iżbilanċ f'suq partikolari u fl-aħħar mill-aħħar iżidu b'mod inġust il-poter tal-gwardjan, inkluż fir-rigward tas-sħab kummerċjali tal-gwardjan, bħal pereżempju fornituri ta' oġġetti jew servizzi, li jiddependu fuq tali servizz anċillari. Sabiex il-gwardjani jinżammu milli jibbenefikaw b'mod inġust mill-ingranaġġ ipprovdut permezz tal-forniment ta' servizzi paralleli, tali servizzi anċillari jenħtieġ li jkunu soġġetti wkoll għall-obbligi applikabbli għas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 20
(20)  Jekk ikun hemm għadd kbir ħafna ta' utenti kummerċjali li jiddependu minn servizz ewlieni tal-pjattaforma biex jilħqu lil għadd kbir ħafna ta' utenti finali attivi kull xahar, il-fornitur ta' dak is-servizz ikun jista' jinfluwenza l-operazzjonijiet ta' parti sostanzjali tal-utenti kummerċjali għall-vantaġġ tiegħu u jindika fil-prinċipju li l-fornitur iservi bħala gateway importanti. Il-livelli rilevanti rispettivi għal dawk in-numri jenħtieġ jiġu stabbiliti b'mod li jkunu jirrappreżentaw persentaġġ sostantiv tal-popolazzjoni kollha tal-Unjoni fir-rigward tal-utenti finali, u tal-popolazzjoni kollha tan-negozji li jużaw il-pjattaformi biex jiġi ddeterminat il-limitu għall-utenti kummerċjali.
(20)  Jekk ikun hemm għadd kbir ħafna ta' utenti kummerċjali li jiddependu minn servizz ewlieni tal-pjattaforma biex jilħqu lil għadd kbir ħafna ta' utenti finali kull xahar, il-fornitur ta' dak is-servizz ikun jista' jinfluwenza l-operazzjonijiet ta' parti sostanzjali tal-utenti kummerċjali għall-vantaġġ tiegħu u jindika fil-prinċipju li l-fornitur iservi bħala gateway importanti. Il-livelli rilevanti rispettivi għal dawk in-numri jenħtieġ li jiġu stabbiliti b'mod li jkunu jirrappreżentaw persentaġġ sostantiv tal-popolazzjoni kollha tal-Unjoni fir-rigward tal-utenti finali, u tal-popolazzjoni kollha tan-negozji li jużaw il-pjattaformi biex jiġi ddeterminat il-limitu għall-utenti kummerċjali.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 21
(21)  Pożizzjoni stabbilita u dejjiema fl-operazzjonijiet tiegħu jew il-prevedibbiltà li fil-futur tinkiseb din il-pożizzjoni sseħħ b'mod partikolari meta l-kontestabbiltà tal-pożizzjoni tal-fornitur ta' servizz ewlieni tal-pjattaforma tkun limitata. Dan aktarx iseħħ meta dak il-fornitur ikun ipprovda servizz ewlieni tal-pjattaforma f'mill-inqas tliet Stati Membri lil għadd kbir ħafna ta' utenti kummerċjali u utenti finali għal mill-inqas tliet snin.
(21)  Pożizzjoni stabbilita u dejjiema fl-operazzjonijiet tiegħu jew il-prevedibbiltà li fil-futur tinkiseb din il-pożizzjoni sseħħ b'mod partikolari meta l-kontestabbiltà tal-pożizzjoni tal-fornitur ta' servizz ewlieni tal-pjattaforma tkun limitata. Dan aktarx iseħħ meta dak il-fornitur ikun ipprovda servizz ewlieni tal-pjattaforma f'mill-inqas tliet Stati Membri lil għadd kbir ħafna ta' utenti kummerċjali u utenti finali għal mill-inqas tliet snin. Lista ta' indikaturi li għandhom jintużaw mill-fornituri ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma meta jiġu kkalkulati l-utenti finali ta' kull xahar u l-utenti kummerċjali ta' kull sena jenħtieġ li tiġi pprovduta f'Anness għal dan ir-Regolament.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 22
(22)  Dawn il-limiti jistgħu jiġu affettwati minn żviluppi tekniċi u tas-suq. Għalhekk il-Kummissjoni jenħtieġ tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex tispeċifika l-metodoloġija li tiddetermina jekk intlaħqux il-limiti kwantitattivi, u biex taġġustaha regolarment skont l-iżviluppi tas-suq u teknoloġiċi, skont il-ħtieġa. Dan hu rilevanti b'mod partikolari fejn jidħol il-limitu li jirreferi għall-kapitalizzazzjoni tas-suq, li jenħtieġ jiġi indiċjat f'intervalli xierqa.
(22)  Dawn il-limiti jistgħu jiġu affettwati minn żviluppi tekniċi u tas-suq. Għalhekk il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex tispeċifika l-metodoloġija li tiddetermina jekk intlaħqux il-limiti kwantitattivi u taġġorna l-lista ta' indikaturi stabbilita fl-Anness għal dan ir-Regolament, u biex taġġustaha regolarment skont l-iżviluppi tas-suq u teknoloġiċi, skont il-ħtieġa. Dan hu rilevanti b'mod partikolari fejn jidħol il-limitu li jirreferi għall-kapitalizzazzjoni tas-suq, li jenħtieġ li jiġi indiċjat f'intervalli xierqa.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 23
(23)  Il-fornituri ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma li jilħqu l-limiti kwantitattivi iżda jistgħu jippreżentaw argumenti sostanzjati biżżejjed biex juru li, fiċ-ċirkostanzi li jopera fihom is-servizz ewlieni tal-pjattaforma rilevanti, dawn ma jissodisfawx ir-rekwiżiti oġġettivi għal gwardjan, jenħtieġ ma jiġux iddeżinjati direttament iżda wara investigazzjoni ulterjuri biss. L-oneru tal-evidenza li s-suppożizzjoni li tirriżulta mill-ilħuq ta' limiti kwantitattivi jenħtieġ ma tapplikax għal fornitur speċifiku, jenħtieġ jinġarr minn dak il-fornitur. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni jenħtieġ tqis biss l-elementi relatati direttament mar-rekwiżiti li jikkostitwixxu gwardjan, jiġifieri jekk hux gateway importanti operat minn fornitur b'impatt sinifikanti fis-suq intern u b'pożizzjoni stabbilita u dejjiema, attwali jew prevedibbli. Kwalunkwe ġustifikazzjoni għal raġunijiet ekonomiċi li tipprova turi effiċjenzi li jirriżultaw minn tip speċifiku ta' mġiba mill-fornitur ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma jenħtieġ titwarrab għax mhix rilevanti għad-deżinjazzjoni ta' gwardjan. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tieħu deċiżjoni billi tibbaża fuq il-limiti kwantitattivi meta l-fornitur ifixkel b'mod sinifikanti l-investigazzjoni billi ma jikkonformax mal-miżuri investigattivi li tieħu l-Kummissjoni.
(23)  Il-fornituri ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma jenħtieġ li jkunu jistgħu juru li, minkejja li jilħqu l-limiti kwantitattivi, minħabba ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jopera fihom is-servizz ewlieni tal-pjattaforma rilevanti, dawn ma jissodisfawx ir-rekwiżiti oġġettivi biex jikkwalifikaw bħala gwardjan biss jekk huma jistgħu jippreżentaw argumenti konvinċenti biżżejjed li juru dan. L-oneru tal-evidenza konvinċenti li s-suppożizzjoni li tirriżulta mill-ilħuq ta' limiti kwantitattivi jenħtieġ li ma tapplikax għal fornitur speċifiku, jenħtieġ li jinġarr minn dak il-fornitur. Jenħtieġ li l-Kummssijoni tkun tista' tieħu deċiżjoni billi tibbaża fuq il-limiti kwantitattivi u l-fatti disponibbli meta l-fornitur ifixkel b'mod sinifikanti l-investigazzjoni billi ma jikkonformax mal-miżuri investigattivi li tieħu l-Kummissjoni. Għal raġunijiet ta' titjib tat-trasparenza tas-suq, il-Kummissjoni tista' titlob li l-informazzjoni pprovduta dwar l-utenti kummerċjali u finali tiġi verifikata minn fornituri terzi li jkejlu l-udjenza u li jkunu kwalifikati biex jipprovdu tali servizzi skont l-istandards tas-suq u l-kodiċi ta' kondotta applikabbli fl-Unjoni.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 29
(29)  Il-gwardjani ddeżinjati jenħtieġ ikunu konformi mal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament fejn jidħol kull wieħed mis-servizzi ewlenin tal-pjattaforma elenkati fid-deċiżjoni tad-deżinjazzjoni rilevanti. Ir-regoli obbligatorji jenħtieġ li jiġu applikati filwaqt li titqies il-pożizzjoni ta' konglomerat tal-gwardjani, meta applikabbli. Barra minn hekk, il-miżuri ta' implimentazzjoni li l-Kummissjoni tista', permezz ta' deċiżjoni, timponi fuq il-gwardjani wara djalogu regolatorju jenħtieġ jitfasslu b'mod effettiv, billi jitqiesu l-karatteristiċi tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma kif ukoll ir-riskji possibbli ta' ċirkomvenzjoni u f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità u d-drittijiet fundamentali tal-impriżi kkonċernati u tal-partijiet terzi.
(29)  Il-gwardjani ddeżinjati jenħtieġ li jkunu konformi mal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament fejn jidħol kull wieħed mis-servizzi ewlenin tal-pjattaforma elenkati fid-deċiżjoni tad-deżinjazzjoni rilevanti. Ir-regoli obbligatorji jenħtieġ li jiġu applikati filwaqt li titqies il-pożizzjoni ta' konglomerat tal-gwardjani, meta applikabbli. Barra minn hekk, il-miżuri ta' implimentazzjoni li l-Kummissjoni tista', permezz ta' deċiżjoni, timponi fuq il-gwardjani jenħtieġ li jitfasslu b'mod effettiv, billi jitqiesu l-karatteristiċi tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma kif ukoll ir-riskji possibbli ta' ċirkomvenzjoni u f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità u d-drittijiet fundamentali tal-impriżi kkonċernati u tal-partijiet terzi.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 30
(30)  Is-servizzi ewlenin tal-pjattaforma għandhom natura teknoloġika kumplessa u qed tinbidel malajr ħafna; għalhekk hemm bżonn rieżami regolari tal-istatus tal-gwardjani, inkluż ta' dawk previsti li fil-futur qrib igawdu minn pożizzjoni dejjiema u stabbilita fl-operazzjonijiet tagħhom. Biex il-parteċipanti kollha fis-suq, inkluż il-gwardjani, jingħataw iċ-ċertezza meħtieġa fir-rigward tal-obbligi legali applikabbli, hemm bżonn limitu ta' żmien għal dawn ir-rieżamijiet regolari. Dawn ir-rieżamijiet importanti li jsiru b'mod regolari u mill-inqas kull sentejn.
(30)  Is-servizzi ewlenin tal-pjattaforma għandhom natura teknoloġika kumplessa u qed tinbidel malajr ħafna; għalhekk hemm bżonn rieżami regolari tal-istatus tal-gwardjani, inkluż ta' dawk previsti li fil-futur qrib igawdu minn pożizzjoni dejjiema u stabbilita fl-operazzjonijiet tagħhom. Biex il-parteċipanti kollha fis-suq, inkluż il-gwardjani, jingħataw iċ-ċertezza meħtieġa fir-rigward tal-obbligi legali applikabbli, hemm bżonn limitu ta' żmien għal dawn ir-rieżamijiet regolari. Dawn ir-rieżamijiet importanti li jsiru wkoll b'mod regolari u mill-inqas kull sena.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 31
(31)  Biex tiġi żgurata l-effettività tar-rieżami tal-istatus ta' gwardjan u l-possibbiltà li tiġi aġġustata l-lista tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma li jipprovdi gwardjan, il-gwardjani jenħtieġ jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-akkwiżizzjonijiet kollha ppjanati u konklużi tagħhom ta' fornituri oħra ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma jew ta' xi servizz ieħor ipprovdut fis-settur diġitali. Din l-informazzjoni jenħtieġ isservi mhux biss għall-proċess tar-rieżami msemmi hawn fuq rigward l-istatus ta' gwardjani individwali, iżda tipprovdi wkoll informazzjoni kruċjali għall-monitoraġġ ta' xejriet usa' ta' kontestabbiltà fis-settur diġitali u għalhekk tista' tkun fattur utli li jitqies fil-kuntest tal-investigazzjonijiet tas-suq previsti minn dan ir-Regolament.
(31)  Biex tiġi żgurata l-effettività tar-rieżami tal-istatus ta' gwardjan u l-possibbiltà li tiġi aġġustata l-lista tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma li jipprovdi gwardjan, il-gwardjani jenħtieġ li jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-akkwiżizzjonijiet kollha ppjanati u konklużi tagħhom ta' fornituri oħra ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma jew ta' xi servizz ieħor ipprovdut fis-settur diġitali. Din l-informazzjoni jenħtieġ li sservi mhux biss għall-proċess tar-rieżami msemmi hawn fuq rigward l-istatus ta' gwardjani individwali, iżda tipprovdi wkoll informazzjoni kruċjali għall-monitoraġġ ta' xejriet usa' ta' kontestabbiltà fis-settur diġitali u għalhekk tista' tkun fattur utli li jitqies fil-kuntest tal-investigazzjonijiet tas-suq previsti minn dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tinforma lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti b'tali notifiki. L-informazzjoni miġbura tista' tintuża biex tiskatta s-sistema ta' riferiment stabbilita fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 32
(32)  Biex jiġu ssalvagwardjati l-ġustizzja u l-kontestabbiltà tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma pprovduti mill-gwardjani, jeħtieġ jiġi previst b'mod ċar u inekwivoku sett ta' obbligi armonizzati fir-rigward ta' dawk is-servizzi. Dawn ir-regoli huma meħtieġa biex jiġi indirizzat ir-riskju ta' effetti dannużi minħabba prattiki inġusti imposti mill-gwardjani, għall-ġid tal-ambjent kummerċjali fis-servizzi kkonċernati, għall-ġid tal-utenti, u fl-aħħar mill-aħħar għall-ġid tas-soċjetà inġenerali. Minħabba n-natura mgħaġġla u dinamika tas-swieq diġitali, u s-saħħa ekonomika sostanzjali tal-gwardjani, hu importanti li dawn l-obbligi jiġu applikati b'mod effettiv mingħajr ma jiġu evitati. Għal dak il-għan, l-obbligi inkwistjoni jenħtieġ japplikaw għal kwalunkwe prattika tal-gwardjani, irrispettivament mill-forma tagħha u irrispettivament minn jekk għandhiex natura kuntrattwali, kummerċjali, teknika jew xi natura oħra, sa fejn prattika tikkorrispondi għat-tip ta' prattika li hi soġġetta għal wieħed mill-obbligi ta' dan ir-Regolament.
(32)  Biex jiġu ssalvagwardjati l-ġustizzja u l-kontestabbiltà tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma pprovduti mill-gwardjani, jeħtieġ li jiġi previst b'mod ċar u inekwivoku sett ta' obbligi armonizzati fir-rigward ta' dawk is-servizzi. Dawn ir-regoli huma meħtieġa biex jiġi indirizzat ir-riskju ta' effetti dannużi minħabba prattiki inġusti imposti mill-gwardjani, għall-ġid tal-ambjent kummerċjali fis-servizzi kkonċernati, għall-ġid tal-utenti, u fl-aħħar mill-aħħar għall-ġid tas-soċjetà inġenerali. Minħabba n-natura mgħaġġla u dinamika tas-swieq diġitali, u s-saħħa ekonomika sostanzjali tal-gwardjani, hu importanti li dawn l-obbligi jiġu applikati b'mod effettiv mingħajr ma jiġu evitati. Għal dak il-għan, l-obbligi inkwistjoni jenħtieġ li japplikaw għal kwalunkwe mġiba tal-gwardjani, irrispettivament mill-forma tagħha u irrispettivament minn jekk għandhiex natura kuntrattwali, kummerċjali, teknika jew xi natura oħra, sa fejn din jista', fil-prattika, ikollha għan jew effett ekwivalenti għall-prattiki li huma pprojbiti skont dan ir-Regolament. Tali mġiba tinkludi d-disinn użat mill-gwardjan, il-preżentazzjoni ta' għażliet tal-utent finali b'mod mhux newtrali, jew l-użu tal-istruttura, il-funzjoni jew il-mod ta' operazzjoni ta' interfaċċa tal-utent jew parti minnha biex timmina jew tfixkel l-awtonomija, it-teħid ta' deċiżjonijiet jew l-għażla tal-utent.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 33
(33)  L-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament huma limitati għal dak meħtieġ u ġustifikat biex tiġi indirizzata l-inġustizzja tal-prattiki identifikati tal-gwardjani u biex tiġi żgurata l-kontestabbiltà fir-rigward tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma pprovduti mill-gwardjani. Għalhekk, l-obbligi jenħtieġ jikkorrispondu għall-prattiki meqjusina inġusti billi jitqiesu l-karatteristiċi tas-settur diġitali u meta l-esperjenza miksuba, pereżempju fl-infurzar tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE, turi li jħallu impatt dirett partikolarment negattiv fuq l-utenti kummerċjali u l-utenti finali. Barra minn hekk, hemm bżonn tiġi prevista l-possibbiltà ta' djalogu regolatorju mal-gwardjani biex jitfasslu l-obbligi li aktarx ikunu jeħtieġu miżuri speċifiċi ta' implimentazzjoni biex jiġu żgurati l-effettività u l-proporzjonalità tagħhom. L-obbligi jenħtieġ jiġu aġġornati biss wara investigazzjoni bir-reqqa tan-natura u l-impatt ta' prattiki speċifiċi li jaf ikun għadhom kemm ġew identifikati bħala inġusti jew li jillimitaw il-kontestabbiltà, wara investigazzjoni fil-fond, bl-istess mod bħall-prattiki inġusti stipulati f'dan ir-Regolament filwaqt li potenzjalment jistgħu jaħarbu mill-kamp ta' applikazzjoni tas-sett attwali tal-obbligi.
(33)  L-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament huma limitati għal dak meħtieġ u ġustifikat biex tiġi indirizzata l-inġustizzja tal-prattiki identifikati tal-gwardjani u biex tiġi żgurata l-kontestabbiltà fir-rigward tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma pprovduti mill-gwardjani. Għalhekk, l-obbligi jenħtieġ li jikkorrispondu għall-prattiki meqjusa inġusti billi jitqiesu l-karatteristiċi tas-settur diġitali u meta l-esperjenza miksuba, pereżempju fl-infurzar tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE, turi li jħallu impatt dirett partikolarment negattiv fuq l-utenti kummerċjali u l-utenti finali. L-obbligi stabbiliti fir-Regolament jenħtieġ li jqisu n-natura tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma pprovduti u l-preżenza ta' mudelli ta' negozju differenti. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li tiġi prevista l-possibbiltà ta' djalogu regolatorju mal-gwardjani biex jitfasslu l-obbligi li aktarx ikunu jeħtieġu miżuri speċifiċi ta' implimentazzjoni biex jiġu żgurati l-effettività u l-proporzjonalità tagħhom. L-obbligi jenħtieġ li jiġu aġġornati biss wara investigazzjoni bir-reqqa tan-natura u l-impatt ta' prattiki speċifiċi li jaf ikun għadhom kemm ġew identifikati bħala inġusti jew li jillimitaw il-kontestabbiltà bl-istess mod bħall-prattiki inġusti stipulati f'dan ir-Regolament filwaqt li potenzjalment jistgħu jaħarbu mill-kamp ta' applikazzjoni tas-sett attwali tal-obbligi.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 36
(36)  Dawk li jikkombinaw data tal-utenti finali mingħand sorsi differenti jew jabbonaw l-utenti għal servizzi differenti tal-gwardjani, ikunu qed jiksbu vantaġġi potenzjali mil-lat ta' akkumulazzjoni tad-data, u b'hekk jiżdiedu l-ostakli għad-dħul. Biex jiġi żgurat li l-gwardjani ma jfixklux inġustament il-kontestabbiltà tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma, jenħtieġ li dawn ikunu jippermettu lill-utenti finali tagħhom jagħżlu liberament li jipparteċipaw f'dawn il-prattiki kummerċjali billi joffru alternattiva inqas personalizzata. Il-possibbiltà jenħtieġ tkopri s-sorsi kollha possibbli tad-data personali, inkluż servizzi proprji tal-gwardjan u siti web ta' partijiet terzi, u jenħtieġ tiġi ppreżentata b'mod proattiv lill-utent finali b'mod espliċitu, ċar u sempliċi.
(36)  Dawk li jikkombinaw data tal-utenti finali mingħand sorsi differenti jew jabbonaw l-utenti għal servizzi differenti tal-gwardjani, ikunu qed jiksbu vantaġġi potenzjali mil-lat ta' akkumulazzjoni tad-data, u b'hekk jiżdiedu l-ostakli għad-dħul. Biex jiġi żgurat li l-gwardjani ma jfixklux inġustament il-kontestabbiltà tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma, jenħtieġ li dawn ikunu jippermettu lill-utenti finali tagħhom jagħżlu liberament li jipparteċipaw f'dawn il-prattiki kummerċjali billi joffru alternattiva inqas personalizzata iżda ekwivalenti. Jenħtieġ li l-alternattiva inqas personalizzata ma tkunx differenti jew ta' kwalità degradata meta mqabbla mas-servizz offrut lill-utenti finali li jipprovdu l-kunsens tagħhom għall-kombinament tad-data personali tagħhom. Il-possibbiltà jenħtieġ li tkopri s-sorsi kollha possibbli tad-data personali, inkluż servizzi proprji tal-gwardjan u siti web ta' partijiet terzi, u jenħtieġ li tiġi ppreżentata b'mod proattiv lill-utent finali b'mod espliċitu, ċar u sempliċi.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 36a (ġdida)
(36a)  Il-minorenni jistħoqqilhom protezzjoni speċifika fir-rigward tad-data personali tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward tal-użu għall-finijiet tal-kummerċjalizzazzjoni jew il-ħolqien ta' profili ta' personalità jew ta' utent u l-ġbir ta' data personali. Għalhekk, data personali ta' minorenni miġbura jew iġġenerata b'mod ieħor mill-gwardjani jenħtieġ li tiġix ipproċessata għal finijiet kummerċjali, bħall-kummerċjalizzazzjoni diretta, it-tfassil ta' profili u r-reklamar immirat skont l-imġiba.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 36b (ġdida)
(36b)  Sabiex tiġi salvagwardjata għażla ġusta tal-utent finali, ir-rifjut tal-kunsens jenħtieġ li ma jkunx aktar diffiċli milli jingħata l-kunsens. Barra minn hekk, biex jiġu salvagwardjati d-drittijiet u l-libertajiet tal-utenti finali, l-ipproċessar tad-data personali għal finijiet ta' reklamar jenħtieġ li jkun konformi mar-rekwiżiti tal-minimizzazzjoni tad-data skont l-Artikolu 5(1)(c) tar-Regolament (UE) 2016/679. Barra minn hekk, l-ipproċessar ta' data personali li tiżvela l-oriġini razzjali jew etnika, l-opinjonijiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, jew is-sħubija fi trade union, kif ukoll id-data dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali jew l-orjentazzjoni sesswali ta' persuna fiżika jenħtieġ li jkun strettament limitat u soġġett għas-salvagwardji xierqa kif deskritt fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2016/679.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 37
(37)  Minħabba l-pożizzjoni tagħhom, xi drabi l-gwardjani jistgħu jillimitaw l-abbiltà tal-utenti kummerċjali tas-servizzi ta' intermedjazzjoni online tagħhom li joffru l-oġġetti jew is-servizzi tagħhom lil utenti finali b'kundizzjonijiet aktar favorevoli, inkluż il-prezz, tramite servizzi oħra ta' intermedjazzjoni online. Dawn ir-restrizzjonijiet għandhom effett ta' deterrent sinifikanti fuq l-utenti kummerċjali tal-gwardjani f'termini tal-użu tagħhom ta' servizzi alternattivi ta' intermedjazzjoni online, li jillimita l-kontestabbiltà bejn il-pjattaformi, li min-naħa tiegħu jillimita l-għażla ta' mezzi alternattivi ta' intermedjazzjoni online għall-utenti finali. Biex jiġi żgurat li l-utenti kummerċjali tas-servizzi ta' intermedjazzjoni online tal-gwardjani jkunu jistgħu jagħżlu liberament servizzi alternattivi ta' intermedjazzjoni online u jiddifferenzjaw il-kundizzjonijiet li bihom joffru l-prodotti jew is-servizzi tagħhom lill-utenti finali tagħhom, jenħtieġ ma jiġix aċċettat li l-gwardjani jillimitaw lill-utenti kummerċjali milli jagħżlu li jiddifferenzjaw il-kundizzjonijiet kummerċjali, inkluż il-prezz. Jenħtieġ li tali restrizzjoni tapplika għal kwalunkwe miżura b'effett ekwivalenti, bħal pereżempju żieda fir-rati tal-kummissjoni jew it-tneħħija tal-offerti tal-utenti kummerċjali mil-lista.
(37)  Minħabba l-pożizzjoni tagħhom, f'ċerti każijiet il-gwardjani jistgħu, permezz tal-impożizzjoni ta' termini u kundizzjonijiet kuntrattwali, jillimitaw l-abbiltà tal-utenti kummerċjali tas-servizzi ta' intermedjazzjoni online tagħhom li joffru l-oġġetti jew is-servizzi tagħhom lil utenti finali b'kundizzjonijiet aktar favorevoli, inkluż il-prezz, tramite servizzi oħra ta' intermedjazzjoni online jew tramite mezzi kummerċjali diretti. Dawn ir-restrizzjonijiet għandhom effett ta' deterrent sinifikanti fuq l-utenti kummerċjali tal-gwardjani f'termini tal-użu tagħhom ta' servizzi alternattivi ta' intermedjazzjoni online jew mezzi diretti tad-distribuzzjoni, li jillimita l-kontestabbiltà bejn il-pjattaformi, li min-naħa tiegħu jillimita l-għażla ta' mezzi alternattivi ta' intermedjazzjoni online għall-utenti finali. Biex jiġi żgurat li l-utenti kummerċjali tas-servizzi ta' intermedjazzjoni online tal-gwardjani jkunu jistgħu jagħżlu liberament servizzi alternattivi ta' intermedjazzjoni online jew mezzi ta' distribuzzjoni oħra u jiddifferenzjaw il-kundizzjonijiet li bihom joffru l-prodotti jew is-servizzi tagħhom lill-utenti finali tagħhom, jenħtieġ li ma jiġix aċċettat li l-gwardjani jillimitaw lill-utenti kummerċjali milli jagħżlu li jiddifferenzjaw il-kundizzjonijiet kummerċjali, inkluż il-prezz. Jenħtieġ li tali restrizzjoni tapplika għal kwalunkwe miżura b'effett ekwivalenti, bħal pereżempju żieda fir-rati tal-kummissjoni jew it-tneħħija tal-offerti tal-utenti kummerċjali mil-lista.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 38
(38)  Biex jiġi evitat li tissaħħaħ aktar id-dipendenza tagħhom fuq is-servizzi ewlenin tal-pjattaforma tal-gwardjani, l-utenti kummerċjali ta' dawn il-gwardjani jenħtieġ li jkunu ħielsa li jippromwovu u jagħżlu l-mezz ta' distribuzzjoni li huma jqisu l-aktar xieraq biex jinteraġixxu ma' kwalunkwe utent finali li dawn l-utenti kummerċjali jkunu diġà akkwistaw tramite servizzi ewlenin tal-pjattaforma pprovduti mill-gwardjan. Min-naħa l-oħra, l-utenti finali jenħtieġ ikunu liberi wkoll li jagħżlu l-offerti ta' dawn l-utenti kummerċjali u li jidħlu f'kuntratti magħhom tramite servizzi ewlenin tal-pjattaforma tal-gwardjan, jekk applikabbli, jew b'mezz dirett tad-distribuzzjoni tal-utent kummerċjali, jew b'mezz indirett ieħor tad-distribuzzjoni li dan l-utent kummerċjali jista' juża. Dan jenħtieġ li japplika għall-promozzjoni tal-offerti u l-konklużjoni tal-kuntratti bejn l-utenti kummerċjali u l-utenti finali. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-abbiltà tal-utenti finali li jakkwistaw liberament kontenut, abbonamenti, karatteristiċi jew oġġetti oħra barra mis-servizzi ewlenin tal-pjattaforma tal-gwardjan ma tiddgħajjifx jew tiġi ristretta. B'mod partikolari, jenħtieġ jiġi evitat li l-gwardjani jirrestrinġu lill-utenti finali milli jaċċessaw jew jużaw servizzi bħal dawn permezz ta' applikazzjoni tas-software li topera fuq is-servizz ewlieni tal-pjattaforma tagħhom. Pereżempju, jenħtieġ li l-abbonati għal kontenut online mixtri barra minn applikazzjoni tas-software imniżżla jew mixtri minn ħanut ta' applikazzjonijiet tas-software ma jitwaqqfux milli jaċċessaw kontenut online bħal dan fuq applikazzjoni tas-software fuq is-servizz ewlieni tal-pjattaforma tal-gwardjan sempliċiment għax ikun inxtara barra minn din l-applikazzjoni tas-software jew minn dan il-ħanut ta' applikazzjonijiet tas-software.
(38)  Biex jiġi evitat li tissaħħaħ aktar id-dipendenza tagħhom fuq is-servizzi ewlenin tal-pjattaforma tal-gwardjani, l-utenti kummerċjali ta' dawn il-gwardjani jenħtieġ li jkunu ħielsa li jippromwovu u jagħżlu l-mezz ta' distribuzzjoni li huma jqisu l-aktar xieraq biex jinteraġixxu ma' kwalunkwe utent finali li dawn l-utenti kummerċjali jkunu diġà akkwistaw tramite servizzi ewlenin tal-pjattaforma pprovduti mill-gwardjan jew tramite mezzi oħra. Utent finali akkwistat huwa utent finali li jkun diġà daħal f'relazzjoni kuntrattwali mal-utent kummerċjali. Relazzjonijiet kuntrattwali bħal dawn jistgħu jkunu jew fuq bażi bi ħlas jew b'xejn (eż. provi bla ħlas, livelli ta' servizz b'xejn) u jistgħu jkunu saru jew fuq is-servizz ewlieni tal-pjattaforma tal-gwardjan jew tramite kwalunkwe mezz ieħor. Min-naħa l-oħra, l-utenti finali jenħtieġ li jkunu liberi wkoll li jagħżlu l-offerti ta' dawn l-utenti kummerċjali u li jidħlu f'kuntratti magħhom tramite servizzi ewlenin tal-pjattaforma tal-gwardjan, jekk applikabbli, jew b'mezz dirett tad-distribuzzjoni tal-utent kummerċjali, jew b'mezz indirett ieħor tad-distribuzzjoni li dan l-utent kummerċjali jista' juża. Dan jenħtieġ li japplika għall-promozzjoni tal-offerti, il-kommunikazzjoni u l-konklużjoni tal-kuntratti bejn l-utenti kummerċjali u l-utenti finali. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-abbiltà tal-utenti finali li jakkwistaw liberament kontenut, abbonamenti, karatteristiċi jew oġġetti oħra barra mis-servizzi ewlenin tal-pjattaforma tal-gwardjan ma tiddgħajjifx jew tiġi ristretta. B'mod partikolari, jenħtieġ li jiġi evitat li l-gwardjani jirrestrinġu lill-utenti finali milli jaċċessaw jew jużaw servizzi bħal dawn permezz ta' applikazzjoni tas-software li topera fuq is-servizz ewlieni tal-pjattaforma tagħhom. Pereżempju, jenħtieġ li l-abbonati għal kontenut online mixtri barra minn applikazzjoni tas-software imniżżla jew mixtri minn ħanut ta' applikazzjonijiet tas-software ma jitwaqqfux milli jaċċessaw kontenut online bħal dan fuq applikazzjoni tas-software fuq is-servizz ewlieni tal-pjattaforma tal-gwardjan sempliċiment għax ikun inxtara barra minn din l-applikazzjoni tas-software jew minn dan il-ħanut ta' applikazzjonijiet tas-software.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 39
(39)  Biex ikun żgurat ambjent kummerċjali ġust u titħares il-kontestabbiltà tas-settur diġitali, hu importanti li jiġi salvagwardjat id-dritt tal-utenti kummerċjali li jqajmu tħassib tagħhom dwar imġiba inġusta minn gwardjani ma' awtorità amministrattiva jew awtorità pubblika oħra rilevanti. Pereżempju, l-utenti kummerċjali jistgħu jkunu jridu jilmentaw dwar tipi differenti ta' prattiki inġusti, bħal kundizzjonijiet ta' aċċess diskriminatorji, għeluq mhux ġustifikat ta' kontijiet tal-utenti kummerċjali jew raġunijiet mhux ċari għat-tneħħija ta' prodott mil-lista. Għalhekk jenħtieġ tiġi pprojbita kwalunkwe prattika li b'xi mod timpedixxi din il-possibbiltà li wieħed juri tħassib jew ifittex rimedju disponibbli, pereżempju bi klawżoli ta' kunfidenzjalità fi ftehimiet jew termini oħra bil-miktub. Dan jenħtieġ ikun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-utenti kummerċjali u tal-gwardjani li jistabbilixxu t-termini tal-użu fil-ftehimiet tagħhom, inkluż l-użu ta' mekkaniżmi legali għall-immaniġġjar tal-ilmenti, inkluż kwalunkwe użu ta' mekkaniżmi ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim jew tal-ġurisdizzjoni ta' qrati speċifiċi f'konformità mal-liġi rispettiva tal-Unjoni u nazzjonali. Għalhekk, dan jenħtieġ ikun ukoll mingħajr preġudizzju għar-rwol li jaqdu l-gwardjani fil-ġlieda kontra l-kontenut illegali online.
(39)  Biex ikun żgurat ambjent kummerċjali ġust u titħares il-kontestabbiltà tas-settur diġitali, hu importanti li jiġi salvagwardjat id-dritt tal-utenti kummerċjali u l-utenti finali, inklużi l-informaturi li jqajmu t-tħassib tagħhom dwar imġiba inġusta minn gwardjani ma' awtorità amministrattiva jew awtorità pubblika oħra rilevanti. Pereżempju, l-utenti kummerċjali jew l-utenti finali jistgħu jkunu jridu jilmentaw dwar tipi differenti ta' prattiki inġusti, bħal kundizzjonijiet ta' aċċess diskriminatorji, għeluq mhux ġustifikat ta' kontijiet tal-utenti kummerċjali jew raġunijiet mhux ċari għat-tneħħija ta' prodott mil-lista. Għalhekk jenħtieġ li tiġi pprojbita kwalunkwe prattika li b'xi mod timpedixxi jew tfixkel din il-possibbiltà li wieħed juri tħassib jew ifittex rimedju disponibbli, pereżempju bi klawżoli ta' kunfidenzjalità fi ftehimiet jew termini oħra bil-miktub. Dan jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-utenti kummerċjali u tal-gwardjani li jistabbilixxu t-termini tal-użu fil-ftehimiet tagħhom, inkluż l-użu ta' mekkaniżmi legali għall-immaniġġjar tal-ilmenti, inkluż kwalunkwe użu ta' mekkaniżmi ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim jew tal-ġurisdizzjoni ta' qrati speċifiċi f'konformità mal-liġi rispettiva tal-Unjoni u nazzjonali. Għalhekk, dan jenħtieġ li jkun ukoll mingħajr preġudizzju għar-rwol li jaqdu l-gwardjani fil-ġlieda kontra l-kontenut illegali online.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 40
(40)  Is-servizzi ta' identifikazzjoni huma kruċjali għall-utenti kummerċjali biex iwettqu n-negozju tagħhom, għax dawn jistgħu jippermettulhom mhux biss li jottimizzaw is-servizzi, sa fejn hu permess skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill33, iżda anki jinjettaw fiduċja fit-tranżazzjonijiet online, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-gwardjani ma jużawx il-pożizzjoni tagħhom bħala fornituri ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma biex jeżiġu li l-utenti kummerċjali dipendenti tagħhom jinkludu kull servizz ta' identifikazzjoni pprovdut mill-gwardjan innifsu bħala parti mill-forniment ta' servizzi jew prodotti minn dawn l-utenti kummerċjali lill-utenti finali tagħhom, meta servizzi oħra ta' identifikazzjoni jkunu disponibbli għal dawn l-utenti kummerċjali.
(40)  Il-gwardjani joffru firxa ta' servizzi anċillari. Biex tiġi żgurata l-kontestabbiltà, huwa kruċjali li l-utenti kummerċjali huma liberi li jagħżlu tali servizzi anċillari mingħajr il-biża' ta' kwalunkwe effett detrimentali għall-forniment tas-servizz ewlieni tal-pjattaforma u li jwettqu n-negozju tagħhom, għax dawn jistgħu jippermettulhom mhux biss li jottimizzaw is-servizzi, sa fejn hu permess skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill33, iżda anki jinjettaw fiduċja fit-tranżazzjonijiet online, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-gwardjani ma jużawx il-pożizzjoni tagħhom bħala fornitur ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma biex jeżiġu li l-utenti kummerċjali dipendenti tagħhom jużaw, joffru jew jinkludu kwalunkwe servizz anċillari pprovdut mill-gwardjan jew minn parti terza partikolari, meta servizzi anċillari oħra jkunu disponibbli għal tali utenti kummerċjali. Jenħtieġ li l-gwardjani eventwalment ma jużawx il-pożizzjoni tagħhom bħala fornituri ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma biex jeżiġu li l-utenti kummerċjali dipendenti tagħhom jinkludu kull servizz ta' identifikazzjoni pprovdut mill-gwardjan innifsu bħala parti mill-forniment ta' servizzi jew prodotti minn dawn l-utenti kummerċjali lill-utenti finali tagħhom, meta servizzi oħra ta' identifikazzjoni jkunu disponibbli għal dawn l-utenti kummerċjali.
__________________
__________________
33 Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).
33 Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 41
(41)  Jenħtieġ li l-gwardjani ma jillimitawx l-għażla libera tal-utenti finali billi teknikament jipprevjenu l-qlib bejn applikazzjonijiet u servizzi differenti tas-software jew l-abbonament għalihom. Għalhekk il-gwardjani jenħtieġ jiżguraw għażla libera irrispettivament minn jekk dawn ikunux il-manifattur ta' xi hardware li permezz tiegħu jiġu aċċessati applikazzjonijiet tas-software jew servizzi bħal dawn, u jenħtieġ ma joħolqux ostakli tekniċi artifiċjali biex jagħmlu l-qlib impossibbli jew ineffettiv. Is-sempliċi offerta ta' prodott jew servizz partikolari lill-utenti finali, inkluż b'installazzjoni minn qabel, kif ukoll it-titjib ta' offerta lil utent finali, bħal prezzijiet aħjar jew kwalità aqwa, fiha nnifisha ma tikkostitwixxix ostaklu għall-qlib.
(41)  Jenħtieġ li l-gwardjani ma jillimitawx l-għażla libera tal-utenti finali billi teknikament jipprevjenu l-qlib bejn applikazzjonijiet u servizzi differenti tas-software jew l-abbonament għalihom. Għalhekk il-gwardjani jenħtieġ li jiżguraw għażla libera irrispettivament minn jekk dawn ikunux il-manifattur ta' xi hardware li permezz tiegħu jiġu aċċessati applikazzjonijiet tas-software jew servizzi bħal dawn, u jenħtieġ li ma joħolqux ostakli tekniċi artifiċjali biex jagħmlu l-qlib aktar diffiċli jew ineffettiv. Is-sempliċi offerta ta' prodott jew servizz partikolari lill-utenti finali, inkluż b'installazzjoni minn qabel, kif ukoll it-titjib ta' offerta lil utent finali, bħal prezzijiet aħjar jew kwalità aqwa, fiha nnifisha ma tikkostitwixxix ostaklu għall-qlib.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 42
(42)  Il-kundizzjonijiet li skonthom il-gwardjani jipprovdu servizzi ta' reklamar online lill-utenti kummerċjali, inkluż lir-reklamaturi u lill-pubblikaturi, spiss ma jkunux trasparenti u ċari. Din l-opaċità hi parzjalment marbuta mal-prattiki ta' ftit pjattaformi, iżda hi dovuta wkoll għall-kumplessità enormi tar-reklamar programmatiku tal-lum. Is-settur hu meqjus li sar inqas trasparenti wara l-introduzzjoni ta' leġiżlazzjoni ġdida dwar il-privatezza, u mistenni jsir aktar vag bit-tneħħija mħabbra tal-cookies ta' partijiet terzi. Dan spiss iwassal għal nuqqas ta' informazzjoni u għarfien għar-reklamaturi u għall-pubblikaturi dwar il-kundizzjonijiet tas-servizzi ta' reklamar li jkunu xtraw u jimmina l-abbiltà tagħhom li jaqilbu għal fornituri alternattivi ta' servizzi ta' reklamar online. Barra minn hekk, il-kostijiet tar-reklamar online aktarx ikunu iżjed minn dawk f'ambjenti ta' pjattaforma aktar ġusti, aktar trasparenti u kontestabbli. Dawn il-kostijiet akbar aktarx jiġu riflessi fil-prezzijiet li l-utenti finali jħallsu għal ħafna prodotti u servizzi ta' kuljum li jiddependu fuq l-użu ta' reklamar online. Għalhekk l-obbligi ta' trasparenza jenħtieġ jeżiġu li l-gwardjani jagħtu informazzjoni lir-reklamaturi u lill-pubblikaturi, li lilhom jipprovdu servizzi ta' reklamar online, li permezz tagħha ż-żewġ naħat ikunu jistgħu jifhmu l-prezz imħallas għal kull wieħed mis-servizzi differenti ta' reklamar ipprovduti bħala parti mill-katina tal-valur rilevanti ta' reklamar, meta tintalab din l-informazzjoni u sa fejn ikun possibbli.
(42)  Il-kundizzjonijiet li skonthom il-gwardjani jipprovdu servizzi ta' reklamar online lill-utenti kummerċjali, inkluż lir-reklamaturi u lill-pubblikaturi, spiss ma jkunux trasparenti u ċari. Din l-opaċità hi parzjalment marbuta mal-prattiki ta' ftit pjattaformi, iżda hi dovuta wkoll għall-kumplessità enormi tar-reklamar programmatiku tal-lum. Is-settur hu meqjus li sar inqas trasparenti wara l-introduzzjoni ta' leġiżlazzjoni ġdida dwar il-privatezza, u mistenni jsir aktar vag bit-tneħħija mħabbra tal-cookies ta' partijiet terzi. Dan spiss iwassal għal nuqqas ta' informazzjoni u għarfien għar-reklamaturi u għall-pubblikaturi dwar il-kundizzjonijiet tas-servizzi ta' reklamar li jkunu xtraw u jimmina l-abbiltà tagħhom li jaqilbu għal fornituri alternattivi ta' servizzi ta' reklamar online. Barra minn hekk, il-kostijiet tar-reklamar online aktarx ikunu iżjed minn dawk f'ambjenti ta' pjattaforma aktar ġusti, aktar trasparenti u kontestabbli. Dawn il-kostijiet akbar aktarx jiġu riflessi fil-prezzijiet li l-utenti finali jħallsu għal ħafna prodotti u servizzi ta' kuljum li jiddependu fuq l-użu ta' reklamar online. Għalhekk l-obbligi ta' trasparenza jenħtieġ li jeżiġu li l-gwardjani jagħtu informazzjoni mingħajr ħlas, effettiva, ta' kwalità għolja, kontinwa u f'ħin reali lir-reklamaturi u lill-pubblikaturi, li lilhom jipprovdu servizzi ta' reklamar online, meta tintalab din l-informazzjoni u sa fejn ikun possibbli, u li permezz tagħha ż-żewġ naħat ikunu jistgħu jifhmu l-prezz imħallas għal kull wieħed mis-servizzi differenti ta' reklamar ipprovduti bħala parti mill-katina tal-valur rilevanti ta' reklamar u d-disponibbiltà u l-viżibbiltà tar-reklamar.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 44
(44)  L-utenti kummerċjali jistgħu wkoll jixtru servizzi ta' reklamar mingħand fornitur ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma bil-għan li jipprovdu oġġetti u servizzi lil utenti finali. F'dan il-każ, jista' jiġri li d-data ma tiġix iġġenerata fuq is-servizz ewlieni tal-pjattaforma iżda tingħata lis-servizz ewlieni tal-pjattaforma mill-utent kummerċjali jew tiġi ġġenerata abbażi tal-operazzjonijiet tiegħu tramite s-servizz ewlieni tal-pjattaforma kkonċernat. F'ċerti każijiet, servizz ewlieni tal-pjattaforma li jipprovdi reklamar jista' jkollu rwol doppju, bħala intermedjarju u bħala fornitur ta' servizzi ta' reklamar. Għaldaqstant, l-obbligu li jipprojbixxi lil gwardjan bi rwol doppju milli juża data tal-utenti kummerċjali jenħtieġ japplika wkoll fir-rigward tad-data li servizz ewlieni tal-pjattaforma jkun irċieva mingħand negozji biex jiġu pprovduti servizzi ta' reklamar relatati ma' dak is-servizz ewlieni tal-pjattaforma.
(44)  L-utenti kummerċjali jistgħu wkoll jixtru servizzi ta' reklamar mingħand fornitur ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma bil-għan li jipprovdu oġġetti u servizzi lil utenti finali. F'dan il-każ, jista' jiġri li d-data ma tiġix iġġenerata fuq is-servizz ewlieni tal-pjattaforma iżda tingħata lis-servizz ewlieni tal-pjattaforma mill-utent kummerċjali jew tiġi ġġenerata abbażi tal-operazzjonijiet tiegħu tramite s-servizz ewlieni tal-pjattaforma kkonċernat. F'ċerti każijiet, servizz ewlieni tal-pjattaforma li jipprovdi reklamar jista' jkollu rwol doppju, bħala intermedjarju u bħala fornitur ta' servizzi ta' reklamar. Għaldaqstant, l-obbligu li jipprojbixxi lil gwardjan bi rwol doppju milli juża data tal-utenti kummerċjali jenħtieġ li japplika wkoll fir-rigward tad-data li servizz ewlieni tal-pjattaforma jkun irċieva mingħand negozji biex jiġu pprovduti servizzi ta' reklamar relatati ma' dak is-servizz ewlieni tal-pjattaforma. Barra minn hekk, jenħtieġ li gwardjan joqgħod lura milli jiżvela kwalunkwe informazzjoni kummerċjalment sensittiva miksuba b'rabta ma' xi wieħed mis-servizzi tar-reklamar tiegħu lil kwalunkwe parti terza li tappartjeni għall-istess impriża u milli juża tali informazzjoni kummerċjalment sensittiva għal kwalunkwe skop ieħor għajr il-forniment tas-servizz ta' reklamar speċifiku sakemm dan ma jkunx meħtieġ għat-twettiq ta' tranżazzjoni kummerċjali.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 46
(46)  Gwardjan jista' juża mezzi differenti biex jiffavorixxi s-servizzi jew il-prodotti tiegħu stess fuq is-servizz ewlieni tal-pjattaforma tiegħu, għad-detriment tal-istess servizzi jew ta' servizzi simili li l-utenti finali jistgħu jiksbu tramite partijiet terzi. Dan jista' pereżempju jkun il-każ meta ċerti applikazzjonijiet tas-software jew servizzi jiġu installati minn qabel minn gwardjan. Biex l-utenti finali jkollhom għażla, il-gwardjani jenħtieġ ma jipprevjenux lill-utenti finali milli jneħħu kull applikazzjoni tas-software installata minn qabel fuq is-servizz ewlieni tal-pjattaforma tagħhom u b'hekk jiffavorixxu l-applikazzjonijiet tas-software tagħhom stess.
(46)  Gwardjan jista' juża mezzi differenti biex jiffavorixxi s-servizzi jew il-prodotti tiegħu stess fuq is-servizz ewlieni tal-pjattaforma tiegħu, għad-detriment tal-istess servizzi jew ta' servizzi simili li l-utenti finali jistgħu jiksbu tramite partijiet terzi. Dan jista' pereżempju jkun il-każ meta ċerti applikazzjonijiet tas-software jew servizzi jiġu installati minn qabel minn gwardjan. Biex l-utenti finali jkollhom għażla, il-gwardjani jenħtieġ li ma jipprevjenux lill-utenti finali milli jneħħu kull applikazzjoni tas-software installata minn qabel fuq is-servizz ewlieni tal-pjattaforma tagħhom u b'hekk jiffavorixxu l-applikazzjonijiet tas-software tagħhom stess. Il-gwardjan jista' jirrestrinġi tali diżinstallazzjoni meta tali applikazzjonijiet ikunu essenzjali għall-funzjonament tas-sistema operatorja jew tal-apparat.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 47
(47)  Ir-regoli li l-gwardjani jistabbilixxu għad-distribuzzjoni ta' applikazzjonijiet tas-software jistgħu f'ċerti ċirkostanzi jillimitaw l-abbiltà tal-utenti finali li jinstallaw u jużaw b'mod effettiv applikazzjonijiet tas-software ta' partijiet terzi jew ħwienet ta' applikazzjonijiet tas-software fuq sistemi operatorji jew hardware tal-gwardjan rilevanti, u jillimitaw l-abbiltà tal-utenti finali li jaċċessaw dawn l-applikazzjonijiet tas-software jew il-ħwienet ta' applikazzjonijiet tas-software barra mis-servizzi ewlenin tal-pjattaforma ta' dak il-gwardjan. Dawn ir-restrizzjonijiet jistgħu jillimitaw l-abbiltà tal-iżviluppaturi ta' applikazzjonijiet tas-software li jużaw mezzi alternattivi tad-distribuzzjoni u l-abbiltà tal-utenti finali li jagħżlu bejn applikazzjonijiet differenti tas-software minn mezzi differenti tad-distribuzzjoni, u jenħtieġ jiġu pprojbiti għax inġusti u jistgħu jdgħajfu l-kontestabbiltà tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma. Biex jiġi żgurat li applikazzjonijiet tas-software jew il-ħwienet ta' applikazzjonijiet tas-software ta' partijiet terzi ma jipperikolawx l-integrità tal-hardware jew tas-sistema operatorja pprovduta mill-gwardjan, il-gwardjan ikkonċernat jista' jimplimenta miżuri tekniċi jew kuntrattwali proporzjonati biex jikseb dak il-għan jekk il-gwardjan juri li tali miżuri huma meħtieġa u ġustifikati u li ma hemmx mezzi inqas restrittivi biex titħares l-integrità tal-hardware jew tas-sistema operatorja.
(47)  Ir-regoli li l-gwardjani jistabbilixxu għad-distribuzzjoni ta' applikazzjonijiet tas-software jistgħu f'ċerti ċirkostanzi jillimitaw l-abbiltà tal-utenti finali li jinstallaw u jużaw b'mod effettiv applikazzjonijiet tas-software ta' partijiet terzi jew ħwienet ta' applikazzjonijiet tas-software fuq sistemi operatorji jew hardware tal-gwardjan rilevanti, u jillimitaw l-abbiltà tal-utenti finali li jaċċessaw dawn l-applikazzjonijiet tas-software jew il-ħwienet ta' applikazzjonijiet tas-software barra mis-servizzi ewlenin tal-pjattaforma ta' dak il-gwardjan. Dawn ir-restrizzjonijiet jistgħu jillimitaw l-abbiltà tal-iżviluppaturi ta' applikazzjonijiet tas-software li jużaw mezzi alternattivi tad-distribuzzjoni u l-abbiltà tal-utenti finali li jagħżlu bejn applikazzjonijiet differenti tas-software minn mezzi differenti tad-distribuzzjoni, u jenħtieġ jiġu pprojbiti għax inġusti u jistgħu jdgħajfu l-kontestabbiltà tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma. Biex tiġi żgurata l-kontestabbiltà, jenħtieġ li l-gwardjan jitlob lill-utent finali jiddeċiedi jekk iridx jiddefinixxi bħala prestabbiliti l-applikazzjoni mniżżla jew il-ħanut tal-applikazzjonijiet. Biex jiġi żgurat li applikazzjonijiet tas-software jew il-ħwienet ta' applikazzjonijiet tas-software ta' partijiet terzi ma jipperikolawx l-integrità tal-hardware jew tas-sistema operatorja pprovduta mill-gwardjan, il-gwardjan ikkonċernat jista' jimplimenta miżuri tekniċi jew kuntrattwali proporzjonati biex jikseb dak il-għan jekk il-gwardjan juri li tali miżuri huma meħtieġa u ġustifikati u li ma hemmx mezzi inqas restrittivi biex titħares l-integrità tal-hardware jew tas-sistema operatorja.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Premessa 48
(48)  Il-gwardjani spiss ikunu integrati vertikalment u joffru ċerti prodotti jew servizzi lill-utenti finali tramite s-servizzi ewlenin tal-pjattaforma tagħhom stess, jew tramite utent kummerċjali li jkollhom kontroll tiegħu u dan spiss iwassal għal kunflitti ta' interess. Dan jista' jinkludi s-sitwazzjoni meta gwardjan joffri s-servizzi ta' intermedjazzjoni online tiegħu tramite magna tat-tiftix online. Meta joffru dawk il-prodotti jew is-servizzi fuq is-servizz ewlieni tal-pjattaforma, il-gwardjani jistgħu jirriżervaw pożizzjoni aħjar għall-offerta tagħhom stess, f'termini ta' klassifikazzjoni, meta mqabbla mal-prodotti ta' partijiet terzi li joperaw ukoll fuq dak is-servizz ewlieni tal-pjattaforma. Dan jista' jseħħ pereżempju bi prodotti jew servizzi, inkluż servizzi ewlenin oħra tal-pjattaforma, li jkunu kklassifikati fir-riżultati kkomunikati mill-magni tat-tiftix online, jew li jkunu inkorporati parzjalment jew kompletament fir-riżultati ta' magni tat-tiftix online, fi gruppi ta' riżultati speċjalizzati f'ċertu suġġett, murija flimkien mar-riżultati ta' magna tat-tiftix online, li jkunu kkunsidrati jew użati minn ċerti utenti finali bħala servizz distint mill-magna tat-tiftix online jew addizzjonali għaliha. Eżempji oħra huma l-applikazzjonijiet tas-software li jitqassmu mill-ħwienet ta' applikazzjonijiet tas-software, jew prodotti jew servizzi li jingħataw prominenza u jintwerew f'xi sezzjoni tal-aħbarijiet ta' network soċjali, jew prodotti jew servizzi kklassifikati fir-riżultati ta' tiftix jew li jintwerew f'post tas-suq online. F'dawk iċ-ċirkostanzi, il-gwardjan ikun f'pożizzjoni bi rwol doppju bħala intermedjarju għal fornituri terzi u bħala fornitur dirett ta' prodotti jew servizzi tal-gwardjan. Għaldaqstant, dawn il-gwardjani jkollhom l-abbiltà li jimminaw direttament il-kontestabbiltà ta' dawk il-prodotti jew servizzi fuq dawn is-servizzi ewlenin tal-pjattaforma, għad-detriment tal-utenti kummerċjali li ma jkunux fil-kontroll tal-gwardjan.
(48)  Il-gwardjani spiss ikunu integrati vertikalment u joffru ċerti prodotti jew servizzi lill-utenti finali tramite s-servizzi ewlenin tal-pjattaforma tagħhom stess, jew tramite utent kummerċjali li jkollhom kontroll tiegħu u dan spiss iwassal għal kunflitti ta' interess. Dan jista' jinkludi s-sitwazzjoni meta gwardjan joffri s-servizzi ta' intermedjazzjoni online tiegħu tramite magna tat-tiftix online. Meta joffru dawk il-prodotti jew is-servizzi fuq is-servizz ewlieni tal-pjattaforma, il-gwardjani jistgħu jirriżervaw pożizzjoni aħjar għall-offerta tagħhom stess, f'termini ta' klassifikazzjoni, meta mqabbla mal-prodotti ta' partijiet terzi li joperaw ukoll fuq dak is-servizz ewlieni tal-pjattaforma. Dan jista' jseħħ pereżempju bi prodotti jew servizzi, inkluż servizzi ewlenin oħra tal-pjattaforma, li jkunu kklassifikati fir-riżultati kkomunikati mill-magni tat-tiftix online, jew li jkunu inkorporati parzjalment jew kompletament fir-riżultati ta' magni tat-tiftix online, fi gruppi ta' riżultati speċjalizzati f'ċertu suġġett, murija flimkien mar-riżultati ta' magna tat-tiftix online, li jkunu kkunsidrati jew użati minn ċerti utenti finali bħala servizz distint mill-magna tat-tiftix online jew addizzjonali għaliha. Tali turija preferenzjali jew inkorporata ta' servizz tal-intermedjazzjoni online separat jenħtieġ li tikkostitwixxi trattament favorevoli irrispettivament minn jekk l-informazzjoni jew ir-riżultati fil-gruppi preferuti ta' riżultati speċjalizzati jistgħux jingħataw ukoll minn servizzi kompetituri u humiex, bħala tali, ikklassifikati b'mod nondiskriminatorju. Eżempji oħra huma l-applikazzjonijiet tas-software li jitqassmu mill-ħwienet ta' applikazzjonijiet tas-software, jew prodotti jew servizzi li jingħataw prominenza u jintwerew f'xi sezzjoni tal-aħbarijiet ta' network soċjali, jew prodotti jew servizzi kklassifikati fir-riżultati ta' tiftix jew li jintwerew f'post tas-suq online. F'dawk iċ-ċirkostanzi, il-gwardjan ikun f'pożizzjoni bi rwol doppju bħala intermedjarju għal fornituri terzi u bħala fornitur dirett ta' prodotti jew servizzi tal-gwardjan, li jwassal għal kunflitti ta' interess. Għaldaqstant, dawn il-gwardjani jkollhom l-abbiltà li jimminaw direttament il-kontestabbiltà ta' dawk il-prodotti jew servizzi fuq dawn is-servizzi ewlenin tal-pjattaforma, għad-detriment tal-utenti kummerċjali li ma jkunux fil-kontroll tal-gwardjan.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Premessa 49
(49)  F'dawn is-sitwazzjonijiet, il-gwardjan jenħtieġ ma jinvolvi ruħu fl-ebda forma ta' trattament divrenzjat jew preferenzjali fil-klassifikazzjoni fuq is-servizz ewlieni tal-pjattaforma, sew b'mezzi legali, kummerċjali jew tekniċi, favur prodotti jew servizzi li joffri hu stess jew tramite utent kummerċjali li jkollu kontroll tiegħu. Biex jiġi żgurat li dan l-obbligu jkun effettiv, jenħtieġ jiġi żgurat ukoll li anki l-kundizzjonijiet applikabbli għal din il-klassifikazzjoni jkunu ġeneralment ġusti. F'dan il-kuntest, il-klassifikazzjoni jenħtieġ tkopri l-forom kollha ta' prominenza relattiva, inkluż it-turija, il-klassifikazzjoni, il-konnessjoni jew ir-riżultati tal-vuċi. Biex jiġi żgurat li dan l-obbligu jkun effettiv u ma jkunx jista' jiġi evitat, dan jenħtieġ japplika wkoll għal kull miżura li jista' jkollha effett ekwivalenti għat-trattament divrenzjat jew preferenzjali fil-klassifikazzjoni. Il-linji gwida adottati skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2019/1150 jenħtieġ jiffaċilitaw ukoll l-implimentazzjoni u l-infurzar ta' dan l-obbligu34.
(49)  F'dawn is-sitwazzjonijiet, il-gwardjan jenħtieġ ma jinvolvi ruħu fl-ebda forma ta' trattament divrenzjat jew preferenzjali fil-klassifikazzjoni fuq is-servizz ewlieni tal-pjattaforma, sew b'mezzi legali, kummerċjali jew tekniċi, favur prodotti jew servizzi li joffri hu stess jew tramite utent kummerċjali li jkollu kontroll tiegħu. Biex jiġi żgurat li dan l-obbligu jkun effettiv, jenħtieġ jiġi żgurat ukoll li anki l-kundizzjonijiet applikabbli għal din il-klassifikazzjoni jkunu ġeneralment ġusti. F'dan il-kuntest, il-klassifikazzjoni jenħtieġ tkopri l-forom kollha ta' prominenza relattiva, inkluż it-turija, il-klassifikazzjoni, il-konnessjoni jew ir-riżultati tal-vuċi. Biex jiġi żgurat li dan l-obbligu jkun effettiv u ma jkunx jista' jiġi evitat, dan jenħtieġ japplika wkoll għal kull miżura li jista' jkollha effett ekwivalenti għat-trattament divrenzjat jew preferenzjali fil-klassifikazzjoni. Barra minn hekk, sabiex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta' interess, il-gwardjani jenħtieġ li jkunu mitluba jittrattaw il-prodotti jew is-servizzi tagħhom stess bħala entità kummerċjali separata u kummerċjalment vijabbli bħala servizz awtonomu. Il-linji gwida adottati skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2019/1150 jenħtieġ jiffaċilitaw ukoll l-implimentazzjoni u l-infurzar ta' dan l-obbligu34.
__________________
__________________
34 Avviż tal-Kummissjoni: Linji gwida dwar it-trasparenza tal-ikklassifikar skont ir-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 424, 8.12.2020, p. 1).
34 Avviż tal-Kummissjoni: Linji gwida dwar it-trasparenza tal-ikklassifikar skont ir-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 424, 8.12.2020, p. 1).
Emenda 35
Proposta għal regolament
Premessa 52a (ġdida)
(52a)  In-nuqqas ta' karatteristiċi ta' interkonnessjoni fost is-servizzi tal-gwardjani jista' jaffettwa b'mod sostanzjali l-għażla tal-utenti u l-kapaċità li jaqilbu minħabba l-inabbiltà tal-utent finali li jibni mill-ġdid il-konnessjonijiet u n-networks soċjali pprovduti mill-gwardjan anki jekk ikun hemm possibbiltà ta' multi-homing. Għaldaqstant, jenħtieġ li jkun permess li kwalunkwe fornitur ta' servizzi ta' pjattaforma ewlenija ekwivalenti jinterkonnettja mal-gwardjani tas-servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali indipendenti jew mas-servizzi tan-network soċjali fuq talba tiegħu u mingħajr ħlas. L-interkonnessjoni jenħtieġ li tiġi pprovduta bl-istess kundizzjonijiet u kwalità disponibbli jew użati mill-gwardjan, filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà u protezzjoni tad-data personali. Fil-każ partikolari ta' servizzi ta' interkomunikazzjoni dipendenti min-numri, ir-rekwiżiti tal-interkonnessjoni jenħtieġ li jfissru li fornituri terzi jingħataw il-possibbiltà li jitolbu aċċess u interkonnessjoni għal karatteristiċi bħal test, vidjo, vuċi u stampa, kif ukoll aċċess u interkonnessjoni fir-rigward ta' karatteristiċi bażiċi bħal posts, likes u kummenti għal servizzi ta' networking soċjali. Kwalunkwe miżura ta' interkonnessjoni ta' servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali indipendenti min-numri jenħtieġ li tiġu imposta skont id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi u b'mod partikolari l-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 61 tiegħu. Madankollu, jenħtieġ li jkun preżunt li l-fornituri ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri li jkunu ġew iddeżinjati bħala gwardjani, jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa biex jiskattaw il-proċeduri, jiġifieri jilħqu livell sinifikanti ta' kopertura u użu mill-utenti, u għalhekk jenħtieġ li jkunu previsti rekwiżiti minimi applikabbli f'termini ta' interoperabbiltà.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Premessa 53
(53)  Il-kundizzjonijiet li skonthom il-gwardjani jipprovdu servizzi ta' reklamar online lill-utenti kummerċjali, inkluż lir-reklamaturi u lill-pubblikaturi, spiss ma jkunux trasparenti u ċari. Dan spiss iwassal għal nuqqas ta' informazzjoni lir-reklamaturi u lill-pubblikaturi dwar l-effett ta' reklam partikolari. Biex ikomplu jittejbu l-ġustizzja, it-trasparenza u l-kontestabbiltà tas-servizzi ta' reklamar online iddeżinjati skont dan ir-Regolament, u dawk integrati għalkollox ma' servizzi ewlenin oħra tal-pjattaforma tal-istess fornitur, il-gwardjani ddeżinjati jenħtieġ jipprovdu aċċess mingħajr ħlas lir-reklamaturi u lill-pubblikaturi, meta jintalbu, għall-għodod tal-kejl tal-prestazzjoni tal-gwardjan u l-informazzjoni meħtieġa għalir-reklamaturi, għall-aġenziji tar-reklamar li jaġixxu f'isem kumpanija li tqiegħed ir-reklamar, u għall-pubblikaturi biex iwettqu l-verifika indipendenti tagħhom stess tal-forniment tas-servizzi ta' reklamar online rilevanti.
(53)  Il-kundizzjonijiet li skonthom il-gwardjani jipprovdu servizzi ta' reklamar online lill-utenti kummerċjali, inkluż lir-reklamaturi u lill-pubblikaturi, spiss ma jkunux trasparenti u ċari. Dan spiss iwassal għal nuqqas ta' informazzjoni lir-reklamaturi u lill-pubblikaturi dwar l-effett ta' reklam partikolari. Biex ikomplu jittejbu l-ġustizzja, it-trasparenza u l-kontestabbiltà tas-servizzi ta' reklamar online iddeżinjati skont dan ir-Regolament, u dawk integrati għalkollox ma' servizzi ewlenin oħra tal-pjattaforma tal-istess fornitur, il-gwardjani ddeżinjati jenħtieġ jipprovdu lir-reklamaturi u lill-pubblikaturi divulgazzjoni sħiħa u trasparenza f'termini ta' parametri u data użati għat-teħid tad-deċiżjonijiet, l-eżekuzzjoni u l-kejl tas-servizzi ta' intermedjazzjoni. Jenħtieġ li gwardjan jipprovdi wkoll, fuq talba, aċċess mingħajr ħlas għall-għodod tal-kejl tal-prestazzjoni tal-gwardjan u l-informazzjoni meħtieġa għar-reklamaturi, għall-aġenziji tar-reklamar li jaġixxu f'isem kumpanija li tqiegħed ir-reklamar, u għall-pubblikaturi biex iwettqu l-verifika indipendenti tagħhom stess tal-forniment tas-servizzi ta' reklamar online rilevanti.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Premessa 57
(57)  B'mod partikolari, il-gwardjani li jipprovdu aċċess għal ħwienet ta' applikazzjonijiet tas-software iservu bħala gateway importanti għall-utenti kummerċjali li jipprovaw jilħqu lill-utenti finali. Fid-dawl tal-iżbilanċ fis-saħħa tan-negozjar bejn dawk il-gwardjani u l-utenti kummerċjali tal-ħwienet ta' applikazzjonijiet tas-software tagħhom, dawk il-gwardjani jenħtieġ ma jitħallewx jimponu kundizzjonijiet ġenerali, inkluż kundizzjonijiet tal-ipprezzar, li jkunu inġusti jew li jwasslu għal divrenzjar mhux iġġustifikat. Il-kundizzjonijiet tal-ipprezzar jew kundizzjonijiet ġenerali oħra tal-aċċess jenħtieġ jitqiesu inġusti jekk ikunu jwasslu għal żbilanċ fid-drittijiet u l-obbligi imposti fuq l-utenti kummerċjali, jew ikunu jagħtu vantaġġ lill-gwardjan li jkun sproporzjonat għas-servizz ipprovdut mill-gwardjan lill-utenti kummerċjali, jew ikunu jwasslu għal żvantaġġ għall-utenti kummerċjali meta jipprovdu l-istess servizzi jew servizzi simili għall-gwardjan. Il-punti ta' riferiment li ġejjin jistgħu jservu bħala kejl biex tiġi ddeterminata l-ġustizzja tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-aċċess: il-prezzijiet mitluba jew il-kundizzjonijiet imposti għall-istess servizzi jew għal servizzi simili minn fornituri oħra ta' ħwienet ta' applikazzjonijiet tas-software; il-prezzijiet mitluba jew il-kundizzjonijiet imposti mill-fornitur tal-ħanut ta' applikazzjonijiet tas-software għal servizzi differenti relatati jew simili jew lil tipi differenti ta' utenti finali; il-prezzijiet mitluba jew il-kundizzjonijiet imposti mill-fornitur tal-ħanut ta' applikazzjonijiet tas-software għall-istess servizz f'reġjuni ġeografiċi differenti; il-prezzijiet mitluba jew il-kundizzjonijiet imposti mill-fornitur ta' ħanut ta' applikazzjonijiet tas-software għall-istess servizz li l-gwardjan joffri lilu nnifsu. Dan l-obbligu jenħtieġ ma jistabbilixxix dritt ta' aċċess u jenħtieġ ikun mingħajr preġudizzju għall-abbiltà tal-fornituri ta' ħwienet ta' applikazzjonijiet tas-software li jieħdu r-responsabbiltà meħtieġa fil-ġlieda kontra kontenut illegali u mhux mixtieq kif stabbilit fir-Regolament [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali].
(57)  Il-gwardjani li jipprovdu aċċess għal servizzi ewlenin tal-pjattaforma jservu bħala gateway importanti għall-utenti kummerċjali li jipprovaw jilħqu lill-utenti finali. Fid-dawl tal-iżbilanċ fis-saħħa tan-negozjar bejn dawk il-gwardjani u l-utenti kummerċjali tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma tagħhom, dawk il-gwardjani jenħtieġ li ma jitħallewx jimponu kundizzjonijiet ġenerali, inkluż kundizzjonijiet tal-ipprezzar, li jkunu inġusti jew li jwasslu għal divrenzjar mhux iġġustifikat. Il-kundizzjonijiet tal-ipprezzar jew kundizzjonijiet ġenerali oħra tal-aċċess jenħtieġ jitqiesu inġusti jekk ikunu jwasslu għal żbilanċ fid-drittijiet u l-obbligi imposti fuq l-utenti kummerċjali, jew ikunu jagħtu vantaġġ lill-gwardjan li jkun sproporzjonat għas-servizz ipprovdut mill-gwardjan lill-utenti kummerċjali, jew ikunu jwasslu għal żvantaġġ għall-utenti kummerċjali meta jipprovdu l-istess servizzi jew servizzi simili għall-gwardjan. Il-punti ta' riferiment li ġejjin jistgħu jservu bħala kejl biex tiġi ddeterminata l-ġustizzja tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-aċċess: il-prezzijiet mitluba jew il-kundizzjonijiet imposti għall-istess servizzi jew għal servizzi simili minn fornituri oħra ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma; il-prezzijiet mitluba jew il-kundizzjonijiet imposti mill-fornitur tal-ħanut ta' applikazzjonijiet tas-software għal servizzi differenti relatati jew simili jew lil tipi differenti ta' utenti finali; il-prezzijiet mitluba jew il-kundizzjonijiet imposti mill-fornitur tal-ħanut ta' applikazzjonijiet tas-software għall-istess servizz f'reġjuni ġeografiċi differenti; il-prezzijiet mitluba jew il-kundizzjonijiet imposti mill-fornitur ta' ħanut ta' applikazzjonijiet tas-software għall-istess servizz li l-gwardjan joffri lilu nnifsu. Dan l-obbligu jenħtieġ li ma jistabbilixxix dritt ta' aċċess u jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-abbiltà tal-fornituri ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma li jieħdu r-responsabbiltà meħtieġa fil-ġlieda kontra kontenut illegali u mhux mixtieq kif stabbilit fir-Regolament [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali].
Emenda 38
Proposta għal regolament
Premessa 57a (ġdida)
(57a)  L-implimentazzjoni tal-obbligi tal-gwardjani relatati mal-aċċess, l-installazzjoni, il-portabbiltà jew l-interoperabbiltà tista' tiġi ffaċilitata bl-użu ta' standards tekniċi. F'dan ir-rigward il-Kummissjoni jenħtieġ li tidentifika standards tekniċi tal-ICT adegwati u użati komunement mill-organizzazzjonijiet tal-istandards kif previst fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 jew, fejn xieraq, titlob lill-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni jiżviluppawhom.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Premessa 58
(58)  Biex tiġi żgurata l-effettività tal-obbligi stabbiliti b'dan ir-Regolament, filwaqt li jiġi żgurat ukoll li dawn l-obbligi jkunu limitati għal dak meħtieġ biex jiġu żgurati l-kontestabbiltà u l-indirizzar tal-effetti dannużi tal-imġiba inġusta mill-gwardjani, hu importanti li l-obbligi jiġu definiti u ċirkoskritti b'mod ċar biex il-gwardjan ikun jista' jikkonforma magħhom minnufih, b'rispett sħiħ tar-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE, għall-protezzjoni tal-konsumatur, iċ-ċibersigurtà u s-sikurezza tal-prodotti. Il-gwardjani jenħtieġ jiżguraw il-konformità ma' dan ir-Regolament mid-disinn. Għalhekk, il-miżuri meħtieġa jenħtieġ li, kemm jista' jkun possibbli u meta rilevanti, ikunu integrati fid-disinn teknoloġiku użat mill-gwardjani. Iżda xi drabi jista' jkun xieraq li l-Kummissjoni, wara djalogu mal-gwardjan ikkonċernat, tispeċifika aktar uħud mill-miżuri li l-gwardjan ikkonċernat jenħtieġ jadotta biex jikkonforma b'mod effettiv ma' dawk l-obbligi li huma suxxettibbli li jiġu speċifikati aktar. Din il-possibbiltà ta' djalogu regolatorju jenħtieġ tiffaċilita l-konformità mill-gwardjani u tħaffef l-implimentazzjoni korretta tar-Regolament.
(58)  L-għan ta' dan ir-Regolament hu li jiġi żgurat li s-settur diġitali jibqa' ġust u kontestabbli sabiex titrawwem l-innovazzjoni, tiġi promossa kwalità għolja tal-prodotti u tas-servizzi diġitali u jiġu promossi prezzijiet ġusti u kompetittivi, kif ukoll kwalità għolja u għażla wiesgħa għall-utenti finali tas-settur diġitali. Biex tiġi żgurata l-effettività tal-obbligi stabbiliti b'dan ir-Regolament, filwaqt li jiġi żgurat ukoll li dawn l-obbligi jkunu limitati għal dak meħtieġ biex jiġu żgurati l-kontestabbiltà u l-indirizzar tal-effetti dannużi tal-imġiba inġusta mill-gwardjani, hu importanti li l-obbligi jiġu definiti u ċirkoskritti b'mod ċar biex il-gwardjan ikun jista' jikkonforma magħhom minnufih, b'rispett sħiħ tar-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE, għall-protezzjoni tal-konsumatur, iċ-ċibersigurtà u s-sikurezza tal-prodotti, kif ukoll mal-obbligi relatati mal-aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabilità skont id-Direttiva (UE) 2019/882. Il-gwardjani jenħtieġ jiżguraw il-konformità ma' dan ir-Regolament mid-disinn. Għalhekk, il-miżuri meħtieġa jenħtieġ li, kemm jista' jkun possibbli u meta rilevanti, ikunu integrati fid-disinn teknoloġiku użat mill-gwardjani. Iżda xi drabi jista' jkun xieraq li l-Kummissjoni, wara djalogu mal-gwardjan ikkonċernat, u, fejn xieraq, wara konsultazzjoni ma' partijiet terzi interessati, tispeċifika aktar, f'deċiżjoni, uħud mill-miżuri li l-gwardjan ikkonċernat jenħtieġ li jadotta biex jikkonforma b'mod effettiv ma' dawk l-obbligi li huma suxxettibbli li jiġu speċifikati aktar. Din il-possibbiltà ta' djalogu regolatorju jenħtieġ tiffaċilita l-konformità mill-gwardjani u tħaffef l-implimentazzjoni korretta tar-Regolament.
Emenda 40
Proposta għal regolament
Premessa 59
(59)  Bħala element addizzjonali biex tiġi żgurata l-proporzjonalità, il-gwardjani jenħtieġ jingħataw l-opportunità li jitolbu s-sospensjoni, sa fejn ikun meħtieġ, ta' obbligu speċifiku f'ċirkostanzi eċċezzjonali li jkunu lil hinn mill-kontroll tal-gwardjan, bħal pereżempju, f'każ ta' xokk estern mhux previst li jelimina temporanjament parti sinifikanti mid-domanda tal-utent finali għas-servizz ewlieni tal-pjattaforma rilevanti, meta l-gwardjan juri li l-konformità ma' obbligu speċifiku tipperikola l-vijabbiltà ekonomika tal-operazzjonijiet tal-Unjoni tal-gwardjan ikkonċernat.
(59)  Bħala element addizzjonali biex tiġi żgurata l-proporzjonalità, il-gwardjani jenħtieġ jingħataw l-opportunità li jitolbu s-sospensjoni, sa fejn ikun meħtieġ, ta' obbligu speċifiku f'ċirkostanzi eċċezzjonali li jkunu lil hinn mill-kontroll tal-gwardjan, bħal pereżempju, f'każ ta' xokk estern mhux previst li jelimina temporanjament parti sinifikanti mid-domanda tal-utent finali għas-servizz ewlieni tal-pjattaforma rilevanti, meta l-gwardjan juri li l-konformità ma' obbligu speċifiku tipperikola l-vijabbiltà ekonomika tal-operazzjonijiet tal-Unjoni tal-gwardjan ikkonċernat. Fid-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiddikjara r-raġunijiet għall-għoti tas-sospensjoni u tirrieżaminaha fuq bażi regolari biex tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet għall-għoti tagħha jkunux għadhom vijabbli jew le.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Premessa 60
(60)  F'ċirkostanzi eċċezzjonali ġustifikati minħabba raġunijiet limitati ta' moralità pubblika, saħħa pubblika jew sigurtà pubblika, il-Kummissjoni jenħtieġ tkun tista' tiddeċiedi li l-obbligu kkonċernat ma japplikax għal servizz ewlieni speċifiku tal-pjattaforma. L-affett fuq dawn l-interessi pubbliċi jista' jindika li l-kost tal-infurzar ta' ċertu obbligu għas-soċjetà kollha kemm hi, f'ċertu każ eċċezzjonali, ikun kbir wisq u b'hekk ikun sproporzjonat. Id-djalogu regolatorju li jiffaċilita l-konformità, flimkien mal-possibbiltajiet limitati ta' sospensjoni u eżenzjoni jenħtieġ jiżguraw il-proporzjonalità tal-obbligi f'dan ir-Regolament mingħajr ma jimminaw l-effetti ex ante intenzjonati fuq il-ġustizzja u l-kontestabbiltà.
(60)  F'ċirkostanzi eċċezzjonali ġustifikati minħabba raġunijiet limitati ta' moralità pubblika, saħħa pubblika jew sigurtà pubblika, il-Kummissjoni jenħtieġ tkun tista' tiddeċiedi li l-obbligu kkonċernat ma japplikax għal servizz ewlieni speċifiku tal-pjattaforma. L-affett fuq dawn l-interessi pubbliċi jista' jindika li l-kost tal-infurzar ta' ċertu obbligu għas-soċjetà kollha kemm hi, f'ċertu każ eċċezzjonali, ikun kbir wisq u b'hekk ikun sproporzjonat. Id-djalogu regolatorju li jiffaċilita l-konformità, flimkien mal-possibbiltajiet limitati u debitament ġustifikati ta' sospensjoni u eżenzjoni jenħtieġ jiżguraw il-proporzjonalità tal-obbligi f'dan ir-Regolament mingħajr ma jimminaw l-effetti ex ante intenzjonati fuq il-ġustizzja u l-kontestabbiltà. Meta tingħata eżenzjoni bħal din, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrieżamina d-deċiżjoni tagħha kull sena.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Premessa 61
(61)  L-interessi tal-protezzjoni tad-data u tal-privatezza tal-utenti finali huma rilevanti għal kull valutazzjoni tal-effetti negattivi potenzjali tal-prattika osservata tal-gwardjani li jiġbru u jakkumulaw ammonti kbar ta' data mingħand l-utenti finali. Jekk jiġi żgurat livell xieraq ta' trasparenza fil-prattiki tat-tfassil tal-profili użati mill-gwardjani, tiġi ffaċilitata l-kontestabbiltà tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma, billi titqiegħed pressjoni esterna fuq il-gwardjani ħalli jevitaw li jfasslu profili profondi dwar il-konsumatur bħala standard tal-industrija, peress li l-parteċipanti ġodda jew il-fornituri li jkunu għadhom jibdew ma jistgħux jaċċessaw id-data bl-istess mod u profondità, u fuq skala simili. Jenħtieġ li bi trasparenza mtejba, fornituri oħra ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma jkunu jistgħu jiddivrenzjaw lilhom infushom aħjar bl-użu ta' faċilitajiet superjuri li jiżguraw il-privatezza. Biex jiġi żgurat livell minimu ta' effettività ta' dan l-obbligu ta' trasparenza, il-gwardjani jenħtieġ jipprovdu tal-inqas deskrizzjoni tal-bażi li fuqha jsir it-tfassil tal-profili, inkluż jekk tkunx qed tintuża data personali u data li tkun ġejja mill-attività tal-utent, l-ipproċessar applikat, l-għan li għalih jiġi ppreparat u eventwalment użat il-profil, l-impatt ta' dan it-tfassil tal-profili fuq is-servizzi tal-gwardjan, u l-passi meħuda biex l-utenti finali jkunu konxji tal-użu rilevanti ta' dan it-tfassil tal-profili, kif ukoll biex jitolbu l-kunsens tagħhom.
(61)  L-interessi tal-protezzjoni tad-data u tal-privatezza tal-utenti finali huma rilevanti għal kull valutazzjoni tal-effetti negattivi potenzjali tal-prattika osservata tal-gwardjani li jiġbru u jakkumulaw ammonti kbar ta' data mingħand l-utenti finali. Jekk jiġi żgurat livell xieraq ta' trasparenza fil-prattiki tat-tfassil tal-profili użati mill-gwardjani, tiġi ffaċilitata l-kontestabbiltà tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma, billi titqiegħed pressjoni esterna fuq il-gwardjani ħalli jevitaw li jfasslu profili profondi dwar il-konsumatur bħala standard tal-industrija, peress li l-parteċipanti ġodda jew il-fornituri li jkunu għadhom jibdew ma jistgħux jaċċessaw id-data bl-istess mod u profondità, u fuq skala simili. Jenħtieġ li bi trasparenza mtejba, fornituri oħra ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma jkunu jistgħu jiddivrenzjaw lilhom infushom aħjar bl-użu ta' faċilitajiet superjuri li jiżguraw il-privatezza. Biex jiġi żgurat livell minimu ta' effettività ta' dan l-obbligu ta' trasparenza, il-gwardjani jenħtieġ jipprovdu tal-inqas deskrizzjoni tal-bażi li fuqha jsir it-tfassil tal-profili, inkluż jekk tkunx qed tintuża data personali u data li tkun ġejja mill-attività tal-utent, l-ipproċessar applikat, l-għan li għalih jiġi ppreparat u eventwalment użat il-profil, l-impatt ta' dan it-tfassil tal-profili fuq is-servizzi tal-gwardjan, u l-passi meħuda biex l-utenti finali jkunu konxji tal-użu rilevanti ta' dan it-tfassil tal-profili, kif ukoll biex jitolbu l-kunsens tagħhom. L-għarfien espert tal-awtoritajiet tal-ħarsien tal-konsumatur, bħala membri tal-Grupp ta' Livell Għoli ta' Regolaturi Diġitali, jenħtieġ li jitqies b'mod speċjali għall-valutazzjoni tat-tekniki ta' tfassil tal-profili tal-konsumaturi. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, f'konsultazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, is-soċjetà ċivili u l-esperti, tiżviluppa l-istandards u l-proċess tal-awditu.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Premessa 62
(62)  Biex tiġi żgurata l-kisba sħiħa u dejjiema tal-objettivi ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ tkun tista' tivvaluta jekk fornitur ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma jenħtieġx jiġi ddeżinjat bħala gwardjan mingħajr ma jilħaq il-limiti kwantitattivi stabbiliti f'dan ir-Regolament; jekk in-nonkonformità sistematika minn gwardjan teżiġix l-impożizzjoni ta' rimedji addizzjonali; u jekk il-lista tal-obbligi li jindirizzaw il-prattiki inġusti tal-gwardjani jenħtieġx tiġi riveduta u jekk jenħtieġx jiġu identifikati prattiki addizzjonali li jkunu inġusti b'mod simili u li jillimitaw il-kontestabbiltà tas-swieq diġitali. Din il-valutazzjoni jenħtieġ tissejjes fuq investigazzjonijiet tas-suq li jridu jsiru f'perjodu xieraq ta' żmien, bl-użu ta' proċeduri u skadenzi ċari, biex jiġi appoġġat l-effett ex ante ta' dan ir-Regolament fuq il-kontestabbiltà u l-ġustizzja fis-settur diġitali, u biex jingħata l-grad meħtieġ ta' ċertezza legali.
(62)  Biex tiġi żgurata l-kisba sħiħa u dejjiema tal-objettivi ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ tkun tista' tivvaluta jekk fornitur ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma jenħtieġx jiġi ddeżinjat bħala gwardjan mingħajr ma jilħaq il-limiti kwantitattivi stabbiliti f'dan ir-Regolament; jekk in-nonkonformità sistematika minn gwardjan teżiġix l-impożizzjoni ta' rimedji addizzjonali; jekk il-lista tal-obbligi li jindirizzaw il-prattiki inġusti tal-gwardjani jenħtieġx li tiġi riveduta; u jekk ikunx hemm bżonn jiġu investigati prattiki addizzjonali li jkunu inġusti b'mod simili u li jillimitaw il-kontestabbiltà tas-swieq diġitali. Din il-valutazzjoni jenħtieġ tissejjes fuq investigazzjonijiet tas-suq li jridu jitwettqu f'perjodu xieraq ta' żmien, bl-użu ta' proċeduri ċari u skadenzi vinkolanti, biex jiġi appoġġat l-effett ex ante ta' dan ir-Regolament fuq il-kontestabbiltà u l-ġustizzja fis-settur diġitali, u biex jingħata l-grad meħtieġ ta' ċertezza legali.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Premessa 64
(64)  Il-Kummissjoni jenħtieġ tinvestiga u tivvaluta jekk humiex ġustifikati rimedji komportamentali jew, meta xieraq, strutturali addizzjonali biex jiġi żgurat li l-gwardjan ma jkunx jista' jfixkel l-objettivi ta' dan ir-Regolament minħabba nonkonformità sistematika ma' obbligu wieħed jew aktar stabbiliti f'dan ir-Regolament, li kompliet issaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu ta' gwardjan. Dan ikun il-każ meta d-daqs tal-gwardjan fis-suq intern kompla jiżdied, id-dipendenza ekonomika tal-utenti kummerċjali u tal-utenti finali fuq is-servizzi ewlenin tal-pjattaforma tal-gwardjan kompliet tissaħħaħ hekk kif in-numru tagħhom kompla jiżdied u l-gwardjan igawdi minn żieda fl-istabbiliment tal-pożizzjoni tiegħu. Għaldaqstant, f'dawn il-każijiet, il-Kummissjoni jenħtieġ ikollha s-setgħa li timponi rimedju, sew komportamentali jew strutturali, filwaqt li tqis kif xieraq il-prinċipju tal-proporzjonalità. Rimedji strutturali, bħal separazzjoni legali, funzjonali jew strutturali, inkluż iċ-ċessjoni ta' negozju, jew ta' partijiet minnu, jenħtieġ jiġu imposti bissw meta ma jkun hemm l-ebda rimedju komportamentali effettiv ugwalment jew meta kull rimedju komportamentali effettiv ugwalment ikun piż akbar għall-impriża kkonċernata mir-rimedju strutturali. Bidliet fl-istruttura ta' impriża kif kienet teżisti qabel ma ġiet stabbilita n-nonkonformità sistematika jkunu proporzjonati biss meta jkun hemm riskju sostanzjali li din in-nonkonformità sistematika tirriżulta mill-istruttura stess tal-impriża kkonċernata.
(64)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tinvestiga u tivvaluta jekk humiex ġustifikati rimedji komportamentali jew, meta xieraq, strutturali addizzjonali biex jiġi żgurat li l-gwardjan ma jkunx jista' jfixkel l-objettivi ta' dan ir-Regolament billi jonqos sistematikament milli josserva obbligu wieħed jew aktar stabbiliti f'dan ir-Regolament. Għaldaqstant, f'dawn il-każijiet ta' nonkonformità sistematika, il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha s-setgħa li timponi kwalunkwe rimedju, sew komportamentali jew strutturali, li jkun meħtieġ biex tiġi żgurata konformità effettiva ma' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni tista' tipprojbixxi lill-gwardjani milli jinvolvu ruħhom f'akkwiżizzjonijiet (inklużi "akkwiżizzjonijiet predatorji") fl-oqsma rilevanti għal dan ir-Regolament bħal dawk diġitali jew għall-użu ta' setturi relatati mad-data eż. logħob tal-azzard, istituti ta' riċerka, oġġetti tal-konsumatur, apparat tal-fitness, servizzi finanzjarji ta' traċċar sanitarju, u għal perjodu limitat ta' żmien fejn dan ikun neċessarju u proporzjonat mal-ħsara mhux dovuta kkawżata minn ksur ripetut jew biex tiġi evitata aktar ħsara għall-kontestabbiltà u l-ġustizzja tas-suq intern. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni tista' tikkunsidra elementi differenti, bħall-effetti probabbli tan-network, il-konsolidazzjoni tad-data, u l-effetti possibbli fit-tul jew jekk u meta l-akkwiżizzjoni ta' miri b'riżorsi speċifiċi tad-data tista' tpoġġi b'mod sinifikanti f'periklu l-kontestabbiltà u l-kompetittività tas-swieq permezz ta' effetti orizzontali, vertikali jew ta' konglomerat.
Emenda 45
Proposta għal regolament
Premessa 65a (ġdida)
(65a)  Miżuri interim jistgħu jkunu għodda importanti biex jiġi żgurat li, waqt li tkun għaddejja investigazzjoni, il-ksur li jkun qed jiġi investigat ma jwassalx għal dannu serju u immedjat għall-utenti kummerċjali jew għall-utenti finali tal-gwardjani. F'każ ta' urġenza, meta jkun jista' jirriżulta riskju ta' dannu serju u immedjat għall-utenti kummerċjali jew għall-utenti finali tal-gwardjani minn prattiki ġodda bil-possibbiltà li tiġi mminata l-kontestabbiltà tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li timponi miżuri interim billi temporanjament timponi obbligi fuq il-gwardjan ikkonċernat. Tali miżuri interim jenħtieġ li jkunu limitati għal dak li huwa neċessarju u ġustifikat. Dawn jenħtieġ li japplikaw sakemm tiġi konkluża l-investigazzjoni tas-suq u tittieħed id-deċiżjoni finali korrispondenti tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Premessa 67
(67)  Meta, waqt proċediment dwar nonkonformità jew investigazzjoni dwar nonkonformità sistemika, gwardjan joffri impenji lill-Kummissjoni, din tal-aħħar jenħtieġ tkun tista' tadotta deċiżjoni li permezz tagħha dawn l-impenji jsiru vinkolanti għall-gwardjan ikkonċernat, meta tagħraf li l-impenji jkunu jiżguraw konformità effettiva mal-obbligi ta' dan ir-Regolament. Din id-deċiżjoni jenħtieġ tagħraf ukoll li ma jkun għad hemm l-ebda raġuni għal azzjoni mill-Kummissjoni.
imħassar
Emenda 47
Proposta għal regolament
Premessa 70
(70)  Il-Kummissjoni jenħtieġ tkun tista' titlob direttament lil impriżi jew lil assoċjazzjoni ta' impriżi biex jipprovdu kwalunkwe evidenza, data u informazzjoni rilevanti. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' titlob kwalunkwe informazzjoni rilevanti mingħand kwalunkwe awtorità pubblika, korp jew aġenzija fl-Istat Membru, jew mingħand kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. Meta jikkonformaw ma' deċiżjoni tal-Kummissjoni, l-impriżi huma obbligati jwieġbu mistoqsijiet fattwali u jipprovdu dokumenti.
(70)  Il-Kummissjoni jenħtieġ tkun tista' titlob direttament lil impriżi jew lil assoċjazzjoni ta' impriżi biex jipprovdu kwalunkwe evidenza, data u informazzjoni rilevanti. Il-limiti ta' żmien stabbiliti mill-Kummissjoni biex tintalab informazzjoni jenħtieġ li jirrispettaw id-daqs u l-kapaċitajiet ta' impriża jew ta' assoċjazzjoni ta' impriżi. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' titlob kwalunkwe informazzjoni rilevanti mingħand kwalunkwe awtorità pubblika, korp jew aġenzija fl-Istat Membru, jew mingħand kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. Meta jikkonformaw ma' deċiżjoni tal-Kummissjoni, l-impriżi huma obbligati jwieġbu mistoqsijiet fattwali u jipprovdu dokumenti.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Premessa 75
(75)  Fil-kuntest tal-proċedimenti mwettqa skont dan ir-Regolament, l-impriżi kkonċernati jenħtieġ jingħataw id-dritt ta' smigħ mill-Kummissjoni u d-deċiżjonijiet meħuda jenħtieġ jiġu ppubbliċizzati b'mod wiesa'. Filwaqt li jiġu żgurati d-drittijiet għal amministrazzjoni tajba u d-drittijiet ta' difiża tal-impriżi kkonċernati, b'mod partikolari, id-dritt ta' aċċess għall-fajl u d-dritt ta' smigħ, hu essenzjali li l-informazzjoni kunfidenzjali tiġi protetta. Barra minn hekk, filwaqt li tirrispetta l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ tiżgura li kull informazzjoni li użat għall-fini tad-deċiżjoni, tiġi żvelata sal-punt li jippermetti lid-destinatarju tad-deċiżjoni jifhem il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet li jkunu wasslu għad-deċiżjoni. Fl-aħħar nett, f'ċerti kundizzjonijiet, ċerti rekords kummerċjali, bħall-komunikazzjoni bejn l-avukati u l-klijenti tagħhom, jistgħu jitqiesu kunfidenzjali jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet rilevanti.
(75)  Fil-kuntest tal-proċedimenti mwettqa skont dan ir-Regolament, l-impriżi kkonċernati jenħtieġ jingħataw id-dritt ta' smigħ mill-Kummissjoni u d-deċiżjonijiet meħuda jenħtieġ jiġu ppubbliċizzati b'mod wiesa'. Filwaqt li jiġu żgurati d-drittijiet għal amministrazzjoni tajba u d-drittijiet ta' difiża tal-impriżi kkonċernati, b'mod partikolari, id-dritt ta' aċċess għall-fajl u d-dritt ta' smigħ, hu essenzjali li l-informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali u sensittiva, li tista' taffettwa l-privatezza tas-sigriet kummerċjali, tiġi protetta. Barra minn hekk, filwaqt li tirrispetta l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ tiżgura li kull informazzjoni li użat għall-fini tad-deċiżjoni, tiġi żvelata sal-punt li jippermetti lid-destinatarju tad-deċiżjoni jifhem il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet li jkunu wasslu għad-deċiżjoni. Fl-aħħar nett, f'ċerti kundizzjonijiet, ċerti rekords kummerċjali, bħall-komunikazzjoni bejn l-avukati u l-klijenti tagħhom, jistgħu jitqiesu kunfidenzjali jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet rilevanti.
Emenda 49
Proposta għal regolament
Premessa 75a (ġdida)
(75a)  Sabiex jiġu ffaċilitati l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fl-azzjonijiet ta' infurzar tagħhom, jenħtieġ li jitwaqqaf grupp ta' livell għoli ta' regolaturi b'responsabbiltajiet fis-settur diġitali bis-setgħa li jagħtu pariri lill-Kummissjoni. It-twaqqif ta' dan il-grupp ta' regolaturi għandu jippermetti l-iskambju ta' informazzjoni u l-aħjar prattiki fost l-Istati Membri kif ukoll isaħħaħ monitoraġġ aħjar u b'hekk isaħħaħ l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Emenda 50
Proposta għal regolament
Premessa 75b (ġdida)
(75b)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tapplika d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-kompetizzjoni, biex tiżgura infurzabbiltà effettiva kif ukoll implimentazzjoni koerenti ta' dan ir-Regolament u tiffaċilita l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali.
Emenda 51
Proposta għal regolament
Premessa 76
(76)  Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 3, 6, 12, 13, 15, 16, 17, 20, 22, 23, 25 u 30, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35.
(76)  Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 3, 5, 6, 12, 13, 15, 16, 17, 20, 22, 23, 25 u 30, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35.
__________________
__________________
35 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
35 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
Emenda 52
Proposta għal regolament
Premessa 77
(77)  Il-kumitat konsultattiv stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 jenħtieġ jagħti opinjonijiet ukoll dwar ċerti deċiżjonijiet individwali tal-Kummissjoni maħruġa skont dan ir-Regolament. Biex jiġu żgurati swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali madwar l-Unjoni fejn ikun hemm il-gwardjani, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiġi delegata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat biex tissupplimenta dan ir-Regolament. B'mod partikolari, jenħtieġ jiġu adottati atti delegati fir-rigward tal-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-limiti kwantitattivi għad-deżinjazzjoni tal-gwardjani skont dan ir-Regolament u fir-rigward tal-aġġornament tal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament meta, abbażi ta' investigazzjoni tas-suq il-Kummissjoni tkun identifikat il-ħtieġa ta' aġġornament tal-obbligi li jindirizzaw il-prattiki inġusti jew li jillimitaw il-kontestabbiltà tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma. Hu importanti b'mod partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201636. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess b'mod sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
(77)  Il-kumitat konsultattiv stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 jenħtieġ jagħti opinjonijiet ukoll dwar ċerti deċiżjonijiet individwali tal-Kummissjoni maħruġa skont dan ir-Regolament. Biex jiġu żgurati swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali madwar l-Unjoni fejn ikun hemm il-gwardjani, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiġi delegata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat biex tissupplimenta dan ir-Regolament. B'mod partikolari, jenħtieġ jiġu adottati atti delegati fir-rigward tal-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-limiti kwantitattivi għad-deżinjazzjoni tal-gwardjani skont dan ir-Regolament. Hu ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201636. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess b'mod sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
__________________
__________________
36 Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).
36 Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).
Emenda 53
Proposta għal regolament
Premessa 77a (ġdida)
(77a)  Il-qrati nazzjonali se jkollhom rwol importanti fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u jenħtieġ li jitħallew jitolbu lill-Kummissjoni tibgħatilhom informazzjoni jew opinjonijiet dwar mistoqsijiet li jikkonċernaw l-applikazzjoni tiegħu. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' tressaq osservazzjonijiet orali jew bil-miktub fil-qrati tal-Istati Membri.
Emenda 54
Proposta għal regolament
Premessa 77b (ġdida)
(77b)  L-informaturi jistgħu jġibu informazzjoni ġdida għall-attenzjoni tal-awtoritajiet kompetenti li tgħinhom jidentifikaw ksur ta' dan ir-Regolament u jimponu penali fuqu. Għaldqstant, jenħtieġ li dan ir-Regolament jiżgura li jkun hemm fis-seħħ arranġamenti adegwati li jippermettu lill-informaturi jwissu lill-awtoritajiet kompetenti dwar ksur reali jew potenzjali ta' dan ir-Regolament u li jipproteġuhom minn kwalunkwe ritaljazzjoni.
Emenda 55
Proposta għal regolament
Premessa 77c (ġdida)
(77c)  L-utenti finali jenħtieġ li jkunu intitolati jinfurzaw id-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-obbligi imposti fuq il-gwardjani skont dan ir-Regolament permezz ta' azzjonijiet rappreżentattivi f'konformità mad-Direttiva (UE) 2020/1828.
Emenda 56
Proposta għal regolament
Premessa 78
(78)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa perjodikament dan ir-Regolament u timmonitorja mill-qrib l-effetti tiegħu fuq il-kontestabbiltà u l-ġustizzja tar-relazzjonijiet kummerċjali fl-ekonomija tal-pjattaformi online, b'mod partikolari biex tistabbilixxi l-ħtieġa ta' emendi fid-dawl ta' żviluppi teknoloġiċi jew kummerċjali rilevanti. Din l-evalwazzjoni jenħtieġ tinkludi r-reviżjoni regolari tal-lista tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma u tal-obbligi indirizzati lill-gwardjani kif ukoll l-infurzar tagħhom biex jiġi żgurat li s-swieq diġitali madwar l-Unjoni jkunu kontestabbli u ġusti. Biex tinkiseb stampa wiesgħa tal-iżviluppi fis-settur, jenħtieġ li l-evalwazzjoni tqis l-esperjenzi tal-Istati Membri u ta' partijiet ikkonċernati rilevanti. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tista' tikkunsidra wkoll l-opinjonijiet u r-rapporti ppreżentati lilha mill-Osservatorju dwar l-Ekonomija tal-Pjattaformi Online li ġie stabbilit għall-ewwel darba bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018)2393 tas-26 ta' April 2018. Wara l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ tieħu l-miżuri xierqa. Jenħtieġ li l-Kummissjoni żżomm livell għoli ta' protezzjoni u rispett għad-drittijiet u l-valuri komuni tal-UE, b'mod partikolari l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni, bħala objettiv fit-twettiq tal-valutazzjonijiet u tar-reviżjonijiet tal-prattiki u tal-obbligi previsti f'dan ir-Regolament.
(78)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa perjodikament dan ir-Regolament u timmonitorja mill-qrib l-effetti tiegħu fuq il-kontestabbiltà u l-ġustizzja tar-relazzjonijiet kummerċjali fl-ekonomija tal-pjattaformi online, b'mod partikolari biex tistabbilixxi l-ħtieġa ta' emendi fid-dawl ta' żviluppi teknoloġiċi jew kummerċjali rilevanti. Din l-evalwazzjoni jenħtieġ tinkludi r-reviżjoni regolari tal-lista tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma kif ukoll l-infurzar tagħhom biex jiġi żgurat li s-swieq diġitali madwar l-Unjoni jkunu kontestabbli u ġusti. Biex tinkiseb stampa wiesgħa tal-iżviluppi fis-settur, jenħtieġ li l-evalwazzjoni tqis l-esperjenzi tal-Istati Membri u ta' partijiet ikkonċernati rilevanti. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tista' tikkunsidra wkoll l-opinjonijiet u r-rapporti ppreżentati lilha mill-Osservatorju dwar l-Ekonomija tal-Pjattaformi Online li ġie stabbilit għall-ewwel darba bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018)2393 tas-26 ta' April 2018. Wara l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ tieħu l-miżuri xierqa. Jenħtieġ li l-Kummissjoni żżomm livell għoli ta' protezzjoni u rispett għad-drittijiet u l-valuri komuni tal-UE, b'mod partikolari l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni, bħala objettiv fit-twettiq tal-valutazzjonijiet u tar-reviżjonijiet tal-prattiki u tal-obbligi previsti f'dan ir-Regolament.
Emenda 57
Proposta għal regolament
Premessa 78 (ġdida)
(78a)  Mingħajr preġudizzju għall-proċedura baġitarja u permezz tal-istrumenti finanzjarji eżistenti, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata riżorsi umani, finanzjarji u tekniċi adegwati biex jiġi żgurat li tkun tista' twettaq id-dmirijiet tagħha b'mod effettiv u teżerċita s-setgħat tagħha b'rabta mal-infurzar ta' dan ir-Regolament.
Emenda 58
Proposta għal regolament
Premessa 79
Dan ir-Regolament iħares id-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 16, 47 u 50 tagħha. Għaldaqstant, dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi interpretat u applikat b'rispett għal dawk id-drittijiet u l-prinċipji
(79)  Dan ir-Regolament iħares id-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 16, 47 u 50 tagħha. Għaldaqstant, dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi interpretat u applikat b'rispett għal dawk id-drittijiet u l-prinċipji,
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli armonizzati li jiżguraw swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali madwar l-Unjoni fejn ikunu preżenti l-gwardjani.
1.  L-iskop ta' dan ir-Regolament hu li jikkontribwixxi għall-funzjonament xieraq tas-suq intern billi jistabbilixxi regoli armonizzati li jiżguraw swieq kontestabbli u ġusti għan-negozji kollha, għall-benefiċċju kemm tal-utenti kummerċjali kif ukoll tal-utenti finali fis-settur diġitali madwar l-Unjoni fejn ikunu preżenti l-gwardjani, b'tali mod li titrawwem l-innovazzjoni u jiżdied il-benessri tal-konsumatur.
Emenda 231
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2
2.  Dan ir-Regolament għandu japplika għal servizzi ewlenin tal-pjattaforma pprovduti jew offruti minn gwardjani lil utenti kummerċjali stabbiliti fl-Unjoni jew lil utenti finali stabbiliti jew li jinsabu fl-Unjoni, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment jew ta' residenza tal-gwardjani u irrispettivament mil-liġi applikabbli mod ieħor għall-forniment ta' servizz.
2.  Dan ir-Regolament għandu japplika għal servizzi ewlenin tal-pjattaforma pprovduti jew offruti minn gwardjani lil utenti finali stabbiliti jew li jinsabu fl-Unjoni u utenti kummerċjali, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment jew ta' residenza tal-gwardjani jew tal-utenti kummerċjali u irrispettivament mil-liġi applikabbli mod ieħor għall-forniment ta' servizz. Dan ir-Regolament għandu japplika u jiġi interpretat b'rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 11, 16, 47 u 50 tagħha.
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt b
(b)  relatati ma' servizzi tal-komunikazzjoni elettronika kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/1972 għajr dawk relatati ma' servizzi tal-komunikazzjoni interpersonali kif definit fil-punt (4)(b) tal-Artikolu 2 ta' dik id-Direttiva.
(b)  relatati ma' servizzi tal-komunikazzjoni elettronika kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/1972 għajr dawk relatati ma' servizzi tal-komunikazzjoni interpersonali indipendenti min-numri kif definit fil-punt (7) tal-Artikolu 2 ta' dik id-Direttiva.
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 5
5.  L-Istati Membri ma għandhomx jimponu obbligi ulterjuri fuq il-gwardjani permezz ta' liġijiet, regolamenti jew azzjoni amministrattiva bil-għan li jiżguraw swieq kontestabbli u ġusti. Dan hu mingħajr preġudizzju għar-regoli li jsegwu interessi pubbliċi leġittimi oħra, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni. B'mod partikolari, xejn f'dan ir-Regolament ma jipprekludi lill-Istati Membri milli jimponu obbligi kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni fuq impriżi, inkluż fuq fornituri ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma, meta dawn l-obbligi ma jkunux relatati mal-impriżi rilevanti li jkollhom status ta' gwardjan skont it-tifsira ta' dan ir-Regolament, biex jipproteġu lill-konsumaturi jew jiġġieldu kontra atti ta' kompetizzjoni inġusta.
5.  Sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq intern, l-Istati Membri ma għandhomx jimponu obbligi ulterjuri fuq il-gwardjani fis-sens ta' dan ir-Regolament permezz ta' liġijiet, regolamenti jew azzjoni amministrattiva bil-għan li jiżguraw swieq kontestabbli u ġusti. Dan hu mingħajr preġudizzju għar-regoli li jsegwu interessi pubbliċi leġittimi oħra, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni. B'mod partikolari, xejn f'dan ir-Regolament ma jipprekludi lill-Istati Membri milli jimponu obbligi kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni fuq impriżi, inkluż fuq fornituri ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma, meta dawn l-obbligi ma jkunux relatati mal-impriżi rilevanti li jkollhom status ta' gwardjan skont it-tifsira ta' dan ir-Regolament, biex jipproteġu lill-konsumaturi, jiġġieldu kontra atti ta' kompetizzjoni inġusta jew isegwu interessi pubbliċi leġittimi oħra.
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 6
6.  Dan ir-Regolament hu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE. Hu mingħajr preġudizzju wkoll għall-applikazzjoni ta': regoli nazzjonali li jipprojbixxu ftehimiet, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta' impriżi u prattiki miftiehma li jkunu antikompetittivi, u abbużi ta' pożizzjonijiet dominanti; regoli nazzjonali tal-kompetizzjoni li jipprojbixxu forom oħra ta' mġiba unilaterali diment li dawn jiġu applikati għall-impriżi li mhumiex gwardjani jew jammontaw għall-impożizzjoni ta' obbligi addizzjonali fuq il-gwardjani; ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/200438 u r-regoli nazzjonali dwar il-kontroll tal-amalgamazzjonijiet; ir-Regolament (UE) 2019/1150 u r-Regolament (UE) …./.. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill39.
6.  Dan ir-Regolament hu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE. Hu mingħajr preġudizzju wkoll għall-applikazzjoni ta': regoli nazzjonali li jipprojbixxu ftehimiet, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta' impriżi u prattiki miftiehma li jkunu antikompetittivi, u abbużi ta' pożizzjonijiet dominanti; regoli nazzjonali tal-kompetizzjoni li jipprojbixxu forom oħra ta' mġiba unilaterali diment li dawn ir-regoli jiġu applikati għall-impriżi li mhumiex gwardjani fis-sens ta' dan ir-Regolament jew jammontaw għall-impożizzjoni ta' obbligi addizzjonali fuq il-gwardjani; ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/200438 u r-regoli nazzjonali dwar il-kontroll tal-amalgamazzjonijiet u r-Regolament (UE) 2019/1150;
__________________
__________________
38 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-"Regolament dwar l-Għaqdiet") (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1).
38 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-"Regolament dwar l-Għaqdiet") (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1).
39 Ir-Regolament (UE) .../.. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill – proposta dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE.
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 7
7.  L-awtoritajiet nazzjonali ma għandhomx jieħdu deċiżjonijiet li jmorru kontra deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaħdmu b'kooperazzjoni u koordinazzjoni mill-qrib fl-azzjonijiet ta' infurzar tagħhom.
7.  L-awtoritajiet nazzjonali ma għandhomx jieħdu deċiżjonijiet li jmorru kontra deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaħdmu b'kooperazzjoni u koordinazzjoni mill-qrib fl-azzjonijiet ta' infurzar tagħhom abbażi tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 31d.
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – punt fa (ġdid)
(fa)  brawżers tal-internet;
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – punt fb (ġdid)
(fb)  assistenti virtwali;
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – punt fc (ġdid)
(fc)  TV konness;
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – punt h
(h)  servizzi ta' reklamar, inkluż kwalunkwe network ta' reklamar, skambji ta' reklamar u kwalunkwe servizz ieħor ta' intermedjazzjoni tar-reklamar, ipprovduti minn fornitur ta' xi wieħed mis-servizzi ewlenin tal-pjattaforma elenkati fil-punti (a) sa (g);
(h)  servizzi ta' reklamar online, inkluż kwalunkwe network ta' reklamar, skambju ta' reklamar u kwalunkwe servizz ieħor ta' intermedjazzjoni tar-reklamar, ipprovduti minn fornitur meta l-impriża li jappartjeni għaliha tkun ukoll fornitur ta' xi wieħed mis-servizzi ewlenin tal-pjattaforma elenkati fil-punti minn (a) sa (g);
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6
(6)  "magna tat-tiftix online" tfisser servizz diġitali kif definit fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) 2019/1150;
(6)  "magna tat-tiftix online" tfisser servizz diġitali kif definit fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) 2019/1150, u b'hekk jeskludi l-funzjonijiet ta' tiftix fuq servizzi ta' intermedjazzjoni online oħra;
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10a (ġdid)
(10a)  "brawżer tal-internet" tfisser applikazzjoni tas-software li tippermetti l-utenti jaċċessaw u jinteraġixxu ma' kontenut ospitat fuq servers konnessi ma' networks bħall-internet, inklużi brawżers awtonomi kif ukoll brawżers integrati jew inkorporati f'software jew apparat simili;
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10b (ġdid)
(10b)  "assistent virtwali" tfisser software inkorporat jew interkonness ma' prodott, fis-sens tad-Direttiva (UE) 2019/771, li jista' jipproċessa talbiet, kompiti jew mistoqsijiet ibbażati fuq teknoloġiji awdjo, viżivi jew teknoloġiji ta' informatika konjittiva oħrajn, inklużi servizzi ta' realtà awmentata, u bbażati fuq dawk id-domandi, kompiti jew mistoqsijiet jaċċessa s-servizzi tiegħu stess u dawk ta' terzi jew jikkontrolla l-apparat tiegħu u ta' terzi.
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10c (ġdid)
(10c)  "TV konness" tfisser sistema jew applikazzjoni tas-software li tikkontrolla sett tat-televixin konness mal-internet u li tippermetti li applikazzjonijiet tas-software jaħdmu fuqu inkluż għall-forniment ta' streaming ta' mużika u vidjos jew wiri ta' stampi;
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 14
(14)  "servizz anċillari" tfisser servizzi pprovduti fil-kuntest ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma jew flimkien magħhom, inkluż servizzi ta' pagament kif definit fl-Artikolu 4(3) u servizzi tekniċi li jappoġġaw il-forniment ta' servizzi tal-pagament kif definit fl-Artikolu 3(j) tad-Direttiva (UE) 2015/2366, servizzi ta' ġestjoni, identifikazzjoni jew reklamar;
(14)  "servizz anċillari" tfisser servizzi pprovduti fil-kuntest ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma jew flimkien magħhom, inkluż servizzi ta' pagament kif definit fl-Artikolu 4(3), servizzi tekniċi li jappoġġaw il-forniment ta' servizzi tal-pagament kif definit fl-Artikolu 3(j) tad-Direttiva (UE) 2015/2366, sistemi ta' pagament in-app, eżekuzzjoni, inkluża l-konsenja ta' pakketti kif definit fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) 2018/644, servizzi ta' trasport ta' merkanzija, identifikazzjoni jew reklamar;
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 14a (ġdid)
(14a)  "sistema ta' pagament in-app" tfisser applikazzjoni, servizz jew interfaċċja tal-utent li jippermettu l-ipproċessar ta' pagamenti mill-utenti ta' app.
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 18
(18)  "klassifikazzjoni" tfisser il-prominenza relattiva mogħtija lil prodotti jew servizzi offruti tramite servizzi ta' intermedjazzjoni online jew tramite servizzi ta' networking soċjali online, jew ir-rilevanza li tingħata lir-riżultati tat-tiftix minn magni tat-tiftix online, kif ippreżentati, organizzati jew ikkomunikati mill-fornituri ta' servizzi ta' intermedjazzjoni online jew ta' servizzi ta' networking soċjali online jew mill-fornituri ta' magni tat-tiftix online, rispettivament, irrispettivament mill-mezzi teknoloġiċi użati għal tali preżentazzjoni, organizzazzjoni jew komunikazzjoni;
(18)  "klassifikazzjoni" tfisser il-prominenza relattiva mogħtija lil prodotti jew servizzi offruti tramite servizzi ewlenin tal-pjattaforma, jew ir-rilevanza li tingħata lir-riżultati tat-tiftix minn magni tat-tiftix online, kif ippreżentati, organizzati jew ikkomunikati mill-fornituri ta' servizz ewlieni tal-pjattaforma, irrispettivament mill-mezzi teknoloġiċi użati għal tali preżentazzjoni, organizzazzjoni jew komunikazzjoni;
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 18a (ġdid)
(18a)  "riżultati tat-tiftix" tfisser kwalunkwe informazzjoni fi kwalunkwe format, inklużi test, grafika, vuċi jew output ieħor, li tasal lura bħala rispons u hija marbuta ma' talba għal tiftixa bil-miktub jew orali, irrispettivament minn jekk l-informazzjoni hijiex riżultat organiku, riżultat imħallas, tweġiba diretta jew kwalunkwe prodott, servizz jew informazzjoni offruti b'rabta mar-riżultati organiċi, murija flimkien magħhom, jew integrata parzjalment jew kompletament magħhom;
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 23a (ġdid)
(23a)  "interoperabbiltà" tfisser il-kapaċità ta' skambju ta' informazzjoni u l-użu reċiproku tal-informazzjoni li tkun ġiet skambjata sabiex l-elementi kollha tal-hardware jew tas-software rilevanti għal servizz partikolari u użati mill-fornitur tiegħu jaħdmu b'mod effettiv b'hardware jew software rilevanti għal servizzi partikolari pprovduti minn fornituri terzi differenti mill-elementi li permezz tagħhom tkun ipprovduta oriġinarjament l-informazzjoni kkonċernata. Dan għandu jinkludi l-kapaċità ta' aċċess għal tali informazzjoni mingħajr il-bżonn li jintużaw applikazzjonijiet tas-software jew teknoloġiji oħra għall-konverżjoni.
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Fornitur ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma għandu jiġi ddeżinjat bħala gwardjan jekk:
1.  Impriża għandha tiġi ddeżinjata bħala gwardjan jekk:
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b
(b)  jopera servizz ewlieni tal-pjattaforma li jservi ta' gateway importanti għall-utenti kummerċjali biex jilħqu lil utenti finali; u
(b)  jopera servizz ewlieni tal-pjattaforma li jservi ta' gateway importanti għall-utenti kummerċjali u l-utenti finali biex jilħqu lil utenti finali oħra; u
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2.  Fornitur ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma għandu jkun preżunt li jissodisfa:
2.  Għandu jkun preżunt li impriża tissodisfa:
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a
(a)  ir-rekwiżit fil-paragrafu 1(a) meta l-impriża li jappartjeni għaliha tikseb fatturat annwali fiż-ŻEE ta' EUR 6,5 biljun jew aktar fl-aħħar tliet snin finanzjarji, jew meta l-kapitalizzazzjoni medja tas-suq jew il-valur ġust ekwivalenti tas-suq tal-impriża li jappartjeni għaliha jammontaw għal mill-inqas EUR 65 biljun fl-aħħar sena finanzjarja, u jkun jipprovdi servizz ewlieni tal-pjattaforma f'mill-inqas tliet Stati Membri;
(a)  ir-rekwiżit fil-paragrafu 1(a) meta hija tikseb fatturat annwali fiż-ŻEE ta' EUR 8 biljun jew aktar fl-aħħar tliet snin finanzjarji, jew meta l-kapitalizzazzjoni medja tas-suq jew il-valur ġust ekwivalenti tas-suq tal-impriża jammontaw għal mill-inqas EUR 80 biljun fl-aħħar sena finanzjarja, u jkun jipprovdi servizz ewlieni tal-pjattaforma f'mill-inqas tliet Stati Membri;
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b – subparagrafu 1
ir-rekwiżit fil-paragrafu 1(b) meta jipprovdi servizz ewlieni tal-pjattaforma li jkollu aktar minn 45 miljun utent finali attiv fix-xahar stabbiliti jew li jinsabu fl-Unjoni u aktar minn 10 000 utent kummerċjali attiv fis-sena stabbiliti fl-Unjoni fl-aħħar sena finanzjarja;
ir-rekwiżit fil-paragrafu 1(b) meta jipprovdi servizz ewlieni tal-pjattaforma wieħed jew aktar li kull wieħed minnhom ikollu aktar minn 45 miljun utent finali fix-xahar stabbiliti jew lokalizzati fiż-ŻEE u aktar minn 10 000 utent kummerċjali fis-sena stabbiliti fiż-ŻEE fl-aħħar sena finanzjarja.
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b – subparagrafu 2
għall-fini tal-ewwel subparagrafu, l-utenti finali attivi ta' kull xahar għandhom jirreferu għall-medja ta' utenti finali attivi fix-xahar tul l-akbar parti tal-aħħar sena finanzjarja;
imħassar
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c
(c)  ir-rekwiżit fil-paragrafu 1(c) meta l-limiti fil-punt (b) ikunu ntlaħqu f'kull waħda mill-aħħar tliet snin finanzjarji.
(c)  ir-rekwiżit fil-paragrafu 1(c) meta l-limiti fil-punt (b) ikunu ntlaħqu f'kull waħda mill-aħħar sentejn finanzjarji.
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)
Għall-fini tal-punt (b),
(i)  l-utenti finali ta' kull xahar u l-utenti kummerċjali ta' kull sena għandhom jiġu kkalkulati billi jitqiesu l-indikaturi stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament; u
(ii)  "utenti finali ta' kull xahar" għandha tirreferi għall-għadd medju ta' utenti finali ta' kull xahar tul perjodu ta' mhux inqas minn sitt xhur fl-aħħar sena finanzjarja;
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3
3.  Meta fornitur ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma jilħaq il-limiti kollha fil-paragrafu 2, dan għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b'dan fi żmien tliet xhur wara li dawk il-limiti jkunu ntlaħqu u jipprovdilha l-informazzjoni rilevanti identifikata fil-paragrafu 2. Dik in-notifika għandha tinkludi l-informazzjoni rilevanti identifikata fil-paragrafu 2 għal kull servizz ewlieni tal-pjattaforma tal-fornitur li jilħaq il-limiti fil-paragrafu 2(b). In-notifika għandha tiġi aġġornata kull meta servizzi ewlenin oħra tal-pjattaforma jilħqu individwalment il-limiti fil-paragrafu 2(b).
3.  Meta impriża li tipprovdi servizzi ewlenin tal-pjattaforma tilħaq il-limiti kollha fil-paragrafu 2, din għandha tinnotifika lill-Kummissjoni b'dan mingħajr dewmien żejjed u, fi kwalunkwe każ, fi żmien xahrejn wara li dawk il-limiti jkunu ntlaħqu u tipprovdilha l-informazzjoni rilevanti identifikata fil-paragrafu 2. Dik in-notifika għandha tinkludi l-informazzjoni rilevanti identifikata fil-paragrafu 2 għal kull servizz ewlieni tal-pjattaforma tal-impriża li tilħaq il-limiti fil-paragrafu 2(b). In-notifika għandha tiġi aġġornata kull meta servizzi ewlenin oħra tal-pjattaforma jilħqu individwalment il-limiti fil-paragrafu 2(b).
Nuqqas minn fornitur rilevanti ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma li jinnotifika l-informazzjoni meħtieġa skont dan il-paragrafu ma għandux jipprevjeni lill-Kummissjoni milli tiddeżinja lil dawn il-fornituri bħala gwardjani skont il-paragrafu 4 fi kwalunkwe ħin.
Nuqqas minn impriża rilevanti li tipprovdi servizzi ewlenin tal-pjattaforma li tinnotifika l-informazzjoni meħtieġa skont dan il-paragrafu ma għandux jipprevjeni lill-Kummissjoni milli tiddeżinja lil dawn l-impriżi bħala gwardjani skont il-paragrafu 4 fi kwalunkwe ħin.
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
Il-Kummissjoni, mingħajr dewmien żejjed u sa mhux aktar tard minn 60 jum wara li tirċievi l-informazzjoni kompluta msemmija fil-paragrafu 3, għandha tiddeżinja l-fornitur ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma li jilħaq il-limiti kollha tal-paragrafu 2 bħala gwardjan, sakemm dak il-fornitur, bin-notifika tiegħu ma jippreżentax argumenti sostanzjati biżżejjed biex juri li, fiċ-ċirkostanzi li fihom jopera s-servizz ewlieni tal-pjattaforma rilevanti, u meta jitqiesu l-elementi elenkati fil-paragrafu 6, il-fornitur ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1.
Il-Kummissjoni, mingħajr dewmien żejjed u sa mhux aktar tard minn 60 jum wara li tirċievi l-informazzjoni kompluta msemmija fil-paragrafu 3, għandha tiddeżinja l-impriża li tipprovdi servizzi ewlenin tal-pjattaforma li tissodisfa l-limiti kollha tal-paragrafu 2 bħala gwardjan. L-impriża tista' tippreżenta, man-notifika tagħha, argumenti konvinċenti biex turi li, fiċ-ċirkostanzi li fihom jopera s-servizz ewlieni tal-pjattaforma rilevanti, l-impriża ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1.
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
Meta l-gwardjan jippreżenta tali argumenti sostanzjati biżżejjed biex juri li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tapplika l-paragrafu 6 biex tivvaluta jekk il-kriterji fil-paragrafu 1 humiex issodisfati.
imħassar
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  Meta l-impriża li tipprovdi s-servizz ewlieni tal-pjattaforma tonqos milli tgħarraf lill-Kummissjoni, milli tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa fil-paragrafu 3 jew li tipprovdi sal-iskadenza stabbilita mill-Kummissjoni l-informazzjoni rilevanti kollha li tkun meħtieġa biex tiġi vvalutata d-deżinjazzjoni tagħha bħala gwardjan skont il-paragrafi (2) u (6), il-Kummissjoni għandha tkun intitolata li tiddeżinja dik l-impriża bħala gwardjan fi kwalunkwe mument abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni skont il-paragrafu 4.
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 5
5.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 37 biex tispeċifika l-metodoloġija li tiddetermina jekk jintlaħqux il-limiti kwantitattivi stabbiliti fil-paragrafu 2, u biex taġġustaha regolarment skont żviluppi teknoloġiċi u tas-suq meta meħtieġ, b'mod partikolari fir-rigward tal-limitu fil-paragrafu 2(a).
5.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 37 biex tispeċifika l-metodoloġija li tiddetermina jekk jintlaħqux il-limiti kwantitattivi stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, u biex taġġusta l-metodoloġija regolarment skont żviluppi teknoloġiċi u tas-suq meta meħtieġ. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 37 biex taġġorna l-lista tal-indikaturi stabbilita fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 6 – subparagrafu 1
Il-Kummissjoni tista' tidentifika bħala gwardjan, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15, kwalunkwe fornitur ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma li jissodisfa kull wieħed mir-rekwiżiti tal-paragrafu 1, iżda li ma jilħaqx kull wieħed mil-limiti tal-paragrafu 2, jew li jkun ippreżenta argumenti sostanzjati biżżejjed skont il-paragrafu 4.
Il-Kummissjoni għandha tidentifika bħala gwardjan, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15, kwalunkwe impriża li tipprovdi servizzi ewlenin tal-pjattaforma, esklużi l-Intrapriżi ta' Daqs Medju, Żgħar u Mikro kif definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE, li tissodisfa kull wieħed mir-rekwiżiti tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, iżda li ma tissodisfax kull wieħed mil-limiti tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 6 – subparagrafu 2 – punt a
(a)  id-daqs, inkluż il-fatturat u l-kapitalizzazzjoni tas-suq, l-operazzjonijiet u l-pożizzjoni tal-fornitur ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma;
(a)  id-daqs, inkluż il-fatturat u l-kapitalizzazzjoni tas-suq, l-operazzjonijiet u l-pożizzjoni tal-impriża li tipprovdi servizzi ewlenin tal-pjattaforma;
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 6 – subparagrafu 2 – punt c
(c)  l-ostakli għad-dħul derivati mill-effetti tan-network u l-vantaġġi xprunati mid-data, b'mod partikolari b'rabta mal-aċċess tal-fornitur għad-data personali u mhux personali u l-ġbir tagħha, jew il-kapaċitajiet analitiċi tiegħu;
(c)  l-ostakli għad-dħul derivati mill-effetti tan-network u l-vantaġġi xprunati mid-data, b'mod partikolari b'rabta mal-aċċess tal-impriża għad-data personali u mhux personali u l-ġbir tagħha, jew il-kapaċitajiet analitiċi tal-impriża;
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt d
(d)  l-iskala u l-effetti tal-kamp ta' applikazzjoni li l-fornitur jibbenefika minnhom, inkluż fir-rigward tad-data;
(d)  l-iskala u l-effetti tal-kamp ta' applikazzjoni li l-impriża tibbenefika minnhom, inkluż fir-rigward tad-data;
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 6 – subparagrafu 2 – punt ea (ġdid)
(ea)  il-grad ta' multi-homing fost in-negozji;
Emenda 95
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 6 – subparagrafu 2 – punt eb (ġdid)
(eb)  il-kapaċità ta' impriża li timplimenta strateġiji ta' konglomerat, b'mod partikolari permezz tal-integrazzjoni vertikali tagħha jew l-effett sinifikanti ta' lieva tagħha fis-swieq relatati;
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 6 – subparagrafu 3
Fit-twettiq tal-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis l-iżviluppi prevedibbli ta' dawn l-elementi.
Fit-twettiq tal-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis l-iżviluppi prevedibbli ta' dawn l-elementi inklużi kwalunkwe konċentrazzjonijiet ippjanati li jinvolvu fornitur ieħor ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma jew ta' kwalunkwe servizz ieħor ipprovdut fis-settur diġitali.
Emenda 97
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 6 – subparagrafu 4
Meta l-fornitur ta' servizz ewlieni tal-pjattaforma li jilħaq il-limiti kwantitattivi tal-paragrafu 2 jonqos milli jikkonforma mal-miżuri investigattivi ordnati mill-Kummissjoni b'mod sinifikanti u n-nuqqas jippersisti wara li l-fornitur ikun ġie mistieden jikkonforma f'limitu ta' żmien raġonevoli u jressaq l-osservazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tkun intitolata tiddeżinja lil dak il-fornitur bħala gwardjan.
imħassar
Emenda 98
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 6 – subparagrafu 5
Meta l-fornitur ta' servizz ewlieni tal-pjattaforma li ma jilħaqx il-limiti kwantitattivi tal-paragrafu 2 jonqos milli jikkonforma mal-miżuri investigattivi ordnati mill-Kummissjoni b'mod sinifikanti u n-nuqqas jippersisti wara li l-fornitur ikun ġie mistieden jikkonforma f'limitu ta' żmien raġonevoli u jressaq l-osservazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tkun intitolata tiddeżinja lil dak il-fornitur bħala gwardjan abbażi tal-fatti disponibbli.
imħassar
Emenda 99
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 7
7.  Għal kull gwardjan identifikat skont il-paragrafu 4 jew il-paragrafu 6, il-Kummissjoni għandha tidentifika l-impriża rilevanti li jappartjeni għaliha u telenka s-servizzi ewlenin tal-pjattaforma rilevanti li huma pprovduti fi ħdan dik l-istess impriża u li jservu individwalment bħala gateway importanti għall-utenti kummerċjali biex jilħqu lill-utenti finali kif imsemmi fil-paragrafu 1(b).
7.  Għal kull impriża ddeżinjata bħala gwardjan skont il-paragrafu 4 jew il-paragrafu 6, il-Kummissjoni għandha tidentifika sal-iskadenza stabbilita skont il-paragrafu 4 s-servizzi ewlenin tal-pjattaforma rilevanti li huma pprovduti fi ħdan dik l-istess impriża u li jservu individwalment bħala gateway importanti għall-utenti kummerċjali biex jilħqu lill-utenti finali kif imsemmi fil-paragrafu 1(b).
Emenda 100
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 8
8.  Il-gwardjan għandu jikkonforma mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6 fi żmien sitt xhur wara li servizz ewlieni tal-pjattaforma jkun ġie inkluż fil-lista skont il-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu.
8.  Il-gwardjan għandu jikkonforma mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6 mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn erba' xhur wara li servizz ewlieni tal-pjattaforma jkun ġie inkluż fil-lista skont il-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu.
Emenda 101
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami regolarment, u mill-inqas kull sentejn, dwar jekk il-gwardjani ddeżinjati għadhomx jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3(1), jew jekk fornituri ġodda ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma jissodisfawx dawk ir-rekwiżiti. Ir-rieżami regolari għandha teżamina wkoll jekk jeħtieġx tiġi aġġustata l-lista tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma affettwati tal-gwardjan.
Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami regolarment, u mill-inqas kull tliet snin, dwar jekk il-gwardjani ddeżinjati għadhomx jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3(1), u mill-inqas kull sena dwar jekk servizzi ewlenin tal-pjattaforma ġodda jissodisfawx dawk ir-rekwiżiti. Ir-rieżami regolari għandha teżamina wkoll jekk jeħtieġx tiġi aġġustata l-lista tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma affettwati tal-gwardjan. Ir-rieżami ma għandu jkollu l-ebda effett ta' sospensjoni fuq l-obbligi tal-gwardjan.
Emenda 102
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Meta l-Kummissjoni, abbażi ta' dak ir-rieżami skont l-ewwel subparagrafu, issib li nbidlu l-fatti li fuqhom issejset id-deżinjazzjoni tal-fornituri ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma bħala gwardjani, din għandha tadotta deċiżjoni korrispondenti.
Meta l-Kummissjoni, abbażi ta' dak ir-rieżami skont l-ewwel subparagrafu, issib li nbidlu l-fatti li fuqhom issejset id-deżinjazzjoni tal-impriżi li jipprovdu servizzi ewlenin tal-pjattaforma bħala gwardjani, din għandha tadotta deċiżjoni korrispondenti.
Emenda 103
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3
3.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika u taġġorna kontinwament il-lista tal-gwardjani u l-lista tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma li għalihom jeħtieġ jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6.
3.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika u taġġorna kontinwament il-lista tal-impriżi ddeżinjati bħala gwardjani u l-lista tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma li għalihom jeħtieġ jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport annwali li jistabbilixxi s-sejbiet tal-attivitajiet ta' monitoraġġ tagħha, inkluż l-impatt fuq l-utenti kummerċjali speċjalment l-impriżi u l-utenti finali żgħar u ta' daqs medju u tippreżentah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda 104
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a
(a)  joqgħod lura milli jikkombina data personali miksuba minn dawn is-servizzi ewlenin tal-pjattaforma ma' data personali minn xi servizz ieħor offrut mill-gwardjan jew ma' data personali minn servizzi ta' partijiet terzi, u milli jagħti aċċess lil utenti finali għal servizzi oħra tal-gwardjan biex jikkombina data personali, sakemm l-utent finali ma jkunx ingħata l-għażla speċifika u ta l-kunsens fis-sens tar-Regolament (UE) 2016/679. ; ;
(a)  joqgħod lura milli jikkombina u juża b'mod addizzjonali jew differenti data personali miksuba minn dawn is-servizzi ewlenin tal-pjattaforma ma' data personali minn xi servizz ieħor offrut mill-gwardjan jew ma' data personali minn servizzi ta' partijiet terzi, u milli jagħti aċċess lil utenti finali għal servizzi oħra tal-gwardjan biex jikkombina data personali, sakemm l-utent finali ma jkunx ingħata l-għażla speċifika b'manjiera espliċita u ċara u jkun ta l-kunsens fis-sens tar-Regolament (UE) 2016/679;
Emenda 105
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b
(b)  jippermetti li l-utenti kummerċjali joffru l-istess prodotti jew servizzi lill-utenti finali tramite s-servizzi ta' intermedjazzjoni online ta' partijiet terzi bi prezzijiet jew b'kundizzjonijiet differenti minn dawk offruti mis-servizzi ta' intermedjazzjoni online tal-gwardjan;
(b)  iżomm lura milli japplika obbligi kuntrattwali li jipprevjenu lill-utenti kummerċjali milli joffru l-istess prodotti jew servizzi lill-utenti finali permezz tas-servizzi ta' intermedjazzjoni online ta' partijiet terzi jew permezz tal-kanal ta' bejgħ dirett online tagħhom bi prezzijiet jew b'kundizzjonijiet differenti minn dawk offruti mis-servizzi ta' intermedjazzjoni online tal-gwardjan;
Emenda 106
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c
(c)  jippermetti li l-utenti kummerċjali jippromwovu offerti ma' utenti finali miksuba tramite s-servizz ewlieni tal-pjattaforma, u jikkonkludu kuntratti ma' dawn l-utenti finali irrispettivament minn jekk għal dak il-għan jużawx is-servizzi ewlenin tal-pjattaforma tal-gwardjan jew le; u jippermetti li l-utenti finali jaċċessaw u jużaw kontenut, abbonamenti, karatteristiċi jew oġġetti oħra, tramite s-servizzi ewlenin tal-pjattaforma tal-gwardjan, billi jużaw l-applikazzjoni tas-software ta' utent kummerċjali, meta dawn l-oġġetti jkunu nkisbu mill-utenti finali mingħand l-utent kummerċjali rilevanti mingħajr ma jintużaw is-servizzi ewlenin tal-pjattaforma tal-gwardjan;
(c)  jippermetti li l-utenti kummerċjali jikkomunikaw u jippromwovu offerti inkluż b'kundizzjonijiet differenti ta' akkwist ma' utenti finali miksuba permezz tas-servizz ewlieni tal-pjattaforma jew permezz ta' kanali oħra, u jikkonkludu kuntratti ma' dawn l-utenti finali jew jirċievu pagamenti għal servizzi pprovduti irrispettivament minn jekk għal dak il-għan jużawx is-servizzi ewlenin tal-pjattaforma tal-gwardjan;
Emenda 107
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca)  jippermetti lill-utenti finali jaċċessaw u jużaw, permezz tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma tal-gwardjan, kontenut, abbonamenti, karatteristiċi jew elementi oħra bl-użu tal-applikazzjoni tas-software ta' utent kummerċjali, inkluż meta dawn l-elementi jkunu ġew akkwistati mill-utenti finali mingħand l-utent kummerċjali rilevanti mingħajr l-użu tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma tal-gwardjan, sakemm il-gwardjan ma jurix li tali aċċess idgħajjef il-protezzjoni jew iċ-ċibersigurtà tad-data tal-utenti finali;
Emenda 108
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d
(d)  joqgħod lura milli jipprevjeni jew jillimita lill-utenti kummerċjali milli jqajmu kwistjonijiet relatati ma' xi prattika tal-gwardjani ma' kwalunkwe awtorità pubblika rilevanti;
(d)  joqgħod lura milli direttament jew indirettament jipprevjeni jew jillimita lill-utenti kummerċjali jew lill-utenti finali milli jqajmu kwistjonijiet relatati ma' xi prattika tal-gwardjani ma' kwalunkwe awtorità pubblika rilevanti, inklużi l-qrati nazzjonali;
Emenda 109
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt e
(e)  joqgħod lura milli jeżiġi li l-utenti kummerċjali jużaw, joffru jew joperaw bejniethom b'servizz ta' identifikazzjoni tal-gwardjan fil-kuntest ta' servizzi offruti mill-utenti kummerċjali li jużaw is-servizzi ewlenin tal-pjattaforma ta' dak il-gwardjan;
(e)  joqgħod lura milli jeżiġi li l-utenti kummerċjali jużaw, joffru jew joperaw bejniethom b'servizz ta' identifikazzjoni jew kwalunkwe servizz anċillari ieħor tal-gwardjan fil-kuntest ta' servizzi offruti mill-utenti kummerċjali li jużaw is-servizzi ewlenin tal-pjattaforma ta' dak il-gwardjan;
Emenda 110
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt f
(f)  joqgħod lura milli jeżiġi li l-utenti kummerċjali jew l-utenti finali jabbonaw għal jew jirreġistraw ma' xi servizz ewlieni ieħor tal-pjattaforma identifikat skont l-Artikolu 3 jew li jilħaq il-limiti fl-Artikolu 3(2)(b) bħala kundizzjoni biex jaċċessaw, jabbonaw jew jirreġistraw għal xi wieħed mis-servizzi ewlenin tal-pjattaforma tagħhom identifikati skont dak l-Artikolu;
(f)  ma jeżiġix li l-utenti kummerċjali jew l-utenti finali jabbonaw għal, jew jirreġistraw ma', xi servizz ewlieni ieħor tal-pjattaforma bħala kundizzjoni biex ikunu jistgħu jużaw, jaċċessaw, jabbonaw għal, jew jirreġistraw ma', xi wieħed mis-servizzi ewlenin tal-pjattaforma tagħhom identifikati skont dak l-Artikolu;
Emenda 111
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt g
(g)  jipprovdi informazzjoni, meta jitolbuh, lil reklamaturi u pubblikaturi li lilhom jipprovdi servizzi ta' reklamar, dwar il-prezz imħallas mir-reklamatur u l-pubblikatur, kif ukoll dwar l-ammont jew ir-remunerazzjoni mħallsa lill-pubblikatur, għall-pubblikazzjoni ta' reklam partikolari u għal kull wieħed mis-servizzi ta' reklamar rilevanti pprovduti mill-gwardjan.
(g)  jipprovdi lil reklamaturi u pubblikaturi jew lil partijiet terzi awtorizzati mir-reklamaturi jew mill-pubblikaturi li lilhom jipprovdi servizzi ta' reklamar diġitali, aċċess mingħajr ħlas, ta' kwalità għolja, effettiv, kontinwu u f'ħin reali għal informazzjoni sħiħa dwar il-viżibbiltà u d-disponibbiltà tal-portafoll tar-reklamar, inkluż:
Emenda 112
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt g – punt i (ġdid)
i)  il-kundizzjonijiet tal-ipprezzar li jikkonċernaw l-offerti magħmula mir-reklamaturi u mill-intermedjarji tar-reklamar;
Emenda 113
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt g – punt ii (ġdid)
ii)  il-mekkaniżmi u l-iskemi tal-iffissar tal-prezzijiet għall-kalkolu tat-tariffi inklużi l-kriterji mhux tal-prezz fil-proċess tal-irkant;
Emenda 114
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt g – punt iii (ġdid)
iii)  il-prezz u t-tariffi mħallsa minn min jirreklama u mill-pubblikatur, inkluż kwalunkwe tnaqqis u soprataxxa;
Emenda 115
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt g – punt iv (ġdid)
iv)  l-ammont u r-remunerazzjoni mħallsa lill-pubblikatur għall-pubblikazzjoni ta' reklam partikolari; u
Emenda 116
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt g – punt v (ġdid)
v)  l-ammont u r-remunerazzjoni mħallsa lill-pubblikatur għal kull wieħed mis-servizzi ta' reklamar rilevanti pprovduti mill-gwardjan.
Emenda 117
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)
(ga)  joqgħod lura milli juża, f'kompetizzjoni mal-utenti kummerċjali, kwalunkwe data li ma tkunx disponibbli pubblikament, li tiġi ġġenerata permezz jew fil-kuntest tal-użu tas-servizzi ewlenin jew servizzi anċillari tal-pjattaforma minn dawk l-utenti kummerċjali, inkluż mill-utenti finali ta' dawn l-utenti kummerċjali, tas-servizzi ewlenin jew tas-servizzi anċillari tal-pjattaforma tiegħu jew ipprovduta minn dawk l-utenti kummerċjali tas-servizzi ewlenin jew tas-servizzi anċillari tal-pjattaforma tiegħu jew mill-utenti finali ta' dawn l-utenti kummerċjali;
Emenda 235
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt g b (ġdid)
(gb)  mill-mument tal-ewwel użu mill-utenti finali ta' kwalunkwe servizz ewlieni tal-pjattaforma installat minn qabel fuq sistema operatorja, iħeġġeġ lill-utenti finali jbiddlu s-settings prestabbiliti għal dak is-servizz ewlieni tal-pjattaforma għal opzjoni oħra minn fost lista tas-servizzi tal-partijiet terzi ewlenin disponibbli, u jawtorizza u jippermetti teknikament lill-utenti finali jneħħu l-installazzjoni ta' applikazzjonijiet ta' software installati minn qabel fuq servizz ewlieni tal-pjattaforma fi kwalunkwe stadju mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li gwardjan jirrestrinġi tali diżinstallazzjoni fir-rigward ta' applikazzjonijiet ta' software li huma essenzjali għall-funzjonament tas-sistema operatorja jew tal-apparat u li ma jistgħux teknikament jiġu offruti waħedhom minn partijiet terzi;
Emenda 119
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a
(a)  joqgħod lura milli juża, f'kompetizzjoni mal-utenti kummerċjali, kwalunkwe data li ma tkunx disponibbli pubblikament, li tiġi ġġenerata bl-attivitajiet minn dawk l-utenti kummerċjali, inkluż mill-utenti finali ta' dawn l-utenti kummerċjali, tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma tiegħu jew ipprovduta minn dawk l-utenti kummerċjali ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma tiegħu jew mill-utenti finali ta' dawn l-utenti kummerċjali;
imħassar
Emenda 120
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa)  għall-finijiet kummerċjali tiegħu stess, u t-tqegħid ta' reklamar minn partijiet terzi fis-servizzi tiegħu stess, joqgħod lura milli jikkombina data personali għall-fini tat-twassil ta' reklamar immirat jew mikroimmirat, ħlief jekk ikun ingħata kunsens ċar, espliċitu, imġedded u infurmat lill-gwardjan f'konformità mal-proċedura stabbilita fir-Regolament (UE) 2016/679 minn utent finali li ma jkunx minorenni.
Emenda 121
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b
(b)  jippermetti lill-utenti finali jneħħu kwalunkwe applikazzjoni tas-software installata minn qabel fuq is-servizz ewlieni tal-pjattaforma tiegħu mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li gwardjan jillimita din id-diżinstallazzjoni b'rabta ma' applikazzjonijiet tas-software li huma essenzjali għall-funzjonament tas-sistema operatorja jew tal-apparat u li ma jistgħux teknikament jiġu offruti waħedhom minn partijiet terzi;
imħassar
Emenda 122
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c
(c)  jippermetti l-installazzjoni u l-użu effettiv ta' applikazzjonijiet tas-software jew ħwienet ta' applikazzjonijiet tas-software ta' partijiet terzi li jużaw, jew li joperaw ma', sistemi operatorji ta' dak il-gwardjan, u jippermetti li dawn l-applikazzjonijiet tas-software jew il-ħwienet ta' applikazzjonijiet tas-software jiġu aċċessati b'mezzi oħra għajr is-servizzi ewlenin tal-pjattaforma ta' dak il-gwardjan. Il-gwardjan ma għandux jitwaqqaf milli jieħu miżuri proporzjonati biex jiżgura li applikazzjonijiet tas-software jew ħwienet ta' applikazzjonijiet tas-software ta' partijiet terzi ma jipperikolawx l-integrità tal-hardware jew tas-sistema operatorja pprovduta mill-gwardjan;
(c)  jippermetti u jagħmel possibbli b'mod tekniku l-installazzjoni u l-użu effettiv ta' applikazzjonijiet tas-software jew ħwienet ta' applikazzjonijiet tas-software ta' partijiet terzi li jużaw, jew li joperaw ma', sistemi operatorji ta' dak il-gwardjan, u jippermetti li dawn l-applikazzjonijiet tas-software jew il-ħwienet ta' applikazzjonijiet tas-software jiġu aċċessati b'mezzi oħra għajr is-servizzi ewlenin rilevanti tal-pjattaforma ta' dak il-gwardjan. Fejn ikun rilevanti, il-gwardjan għandu jsaqsi lill-utenti finali biex jiddeċiedu jekk iridux jagħmlu bħala d-default setting tagħhom l-applikazzjoni mniżżla jew l-app store. Il-gwardjan ma għandux jitwaqqaf milli jieħu miżuri li jkunu kemm strettament meħtieġa kif ukoll proporzjonati biex jiżgura li applikazzjonijiet tas-software jew ħwienet ta' applikazzjonijiet tas-software ta' partijiet terzi ma jipperikolawx l-integrità tal-hardware jew tas-sistema operattiva pprovduta mill-gwardjan jew idgħajfu l-protezzjoni jew iċ-ċibersigurtà tad-data tal-utenti finali, dment li tali miżuri meħtieġa u proporzjonati jkunu debitament ġustifikati mill-gwardjan;
Emenda 123
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt d
(d)  joqgħod lura milli jagħti klassifikazzjoni aktar favorevoli lil servizzi u prodotti offruti mill-gwardjan stess jew minn kwalunkwe parti terza li tappartjeni għall-istess impriża meta mqabbla ma' servizzi jew prodotti simili ta' parti terza u japplika kundizzjonijiet ġusti u nondiskriminatorji għal din il-klassifikazzjoni;
(d)  ma jittrattax b'modaktar favorevoli fil-klassifikazzjoni jew f'settings oħrajn lil servizzi u prodotti offruti mill-gwardjan stess jew minn kwalunkwe parti terza li tappartjeni għall-istess impriża meta mqabbla ma' servizzi jew prodotti simili ta' parti terza u japplika kundizzjonijiet trasparenti, ġusti u nondiskriminatorji għal tali servizzi jew prodotti ta' parti terza;
Emenda 124
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt e
(e)  joqgħod lura milli jillimita teknikament l-abbiltà tal-utenti finali li jaqilbu bejn servizzi jew applikazzjonijiet tas-software differenti, u li jabbonaw għalihom, li jridu jiġu aċċessati bis-sistema operatorja tal-gwardjan, inkluż fir-rigward tal-għażla ta' fornitur ta' aċċess għall-internet għall-utenti finali;
(e)  ma jirrestrinġix teknikament jew b'xi mod ieħor l-abbiltà tal-utenti finali li jaqilbu bejn servizzi jew applikazzjonijiet tas-software differenti, u li jabbonaw għalihom, inkluż fir-rigward tal-għażla ta' fornitur ta' aċċess għall-internet għall-utenti finali;
Emenda 125
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)
(ea)  joqgħod lura minn prattiki li jxekklu l-possibbiltà għall-utent finali li jneħħi l-abbonament minn servizz ewlieni tal-pjattaforma;
Emenda 126
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt f
(f)  jipprovdi aċċess lill-utenti kummerċjali u lill-fornituri ta' servizzi anċillari għal, u interoperabbiltà ma', l-istess sistema operatorja, hardware jew karatteristiċi tas-software li jkunu disponibbli jew li jintużaw fil-forniment mill-gwardjan ta' xi servizz anċillari;
(f)  jipprovdi lill-utenti kummerċjali, lill-fornituri tas-servizzi u lill-fornituri tal-ħardware aċċess mingħajr ħlas għall-istess karatteristiċi tal-ħardware u tas-software aċċessati jew ikkontrollati permezz ta' sistema operattiva, kif ukoll interoperabbiltà magħhom, dment li s-sistema operattiva tkun identifikata skont l-Artikolu 3(7), li jkunu disponibbli għal servizzi jew ħardware ipprovduti mill-gwardjan. Il-fornituri ta' servizzi anċillari għandhom jingħataw ukoll aċċess għall-istess karatteristiċi tas- sistema operatorja, tal-hardware jew tas-software, u interoperabbiltà magħhom, irrispettivament minn jekk dawk il-karatteristiċi tas-software jkunux parti minn sistema operatorja, li jkunu disponibbli għal servizzi anċillari pprovduti minn gwardjan. Il-gwardjan ma għandux jinżamm milli jieħu miżuri indispensabbli biex jiżgura li l-interoperabbiltà ma tikkompromettix l-integrità tal-karatteristiċi tas-sistema operatorja, tal-hardware jew tas-software ipprovduti mill-gwardjan, jew ma ddgħajjifx il-protezzjoni jew iċ-ċibersigurtà tad-data tal-utent finali, dment li tali miżuri indispensabbli jkunu debitament ġustifikati mill-gwardjan.
Emenda 127
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)
(fa)  jippermetti lil kwalunkwe fornitur ta' servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali indipendenti min-numri fuq talba tagħhom u mingħajr ħlas biex jinterkonnettja mal-gwardjani tas-servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali indipendenti min-numri identifikati skont l-Artikolu 3(7). L-interkonnessjoni għandha tiġi pprovduta b'mod oġġettiv bl-istess kundizzjonijiet u kwalità li jkunu disponibbli jew użati mill-gwardjan, mis-sussidjarji tiegħu jew mis-sħab tiegħu, biex b'hekk tkun tista' ssir interazzjoni funzjonali ma' dawn is-servizzi, filwaqt li jiġi ggarantit livell għoli ta' sigurtà u protezzjoni tad-data personali;
Emenda 128
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt fb (ġdid)
(fb)  jippermetti lil kwalunkwe fornitur ta' servizzi ta' network soċjali fuq talba tagħhom u mingħajr ħlas jinterkonnettja mas-servizzi tan-network soċjali tal-gwardjani identifikati skont l-Artikolu 3(7). L-interkonnessjoni għandha tiġi pprovduta b'mod oġġettiv bl-istess kundizzjonijiet u kwalità li huma disponibbli jew użati mill-gwardjan, mis-sussidjarji tiegħu jew mis-sħab tiegħu, biex b'hekk tkun tista' ssir interazzjoni funzjonali ma' dawn is-servizzi, filwaqt li jiġi ggarantit livell għoli ta' sigurtà u protezzjoni tad-data personali. L-implimentazzjoni ta' dan l-obbligu hija soġġetta għall-ispeċifikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 10(2a);
Emenda 129
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt g
(g)  jipprovdi aċċess lir-reklamaturi u lill-pubblikaturi, meta jitolbuh u mingħajr ħlas, għall-għodod tal-kejl tal-prestazzjoni tal-gwardjan u għall-informazzjoni meħtieġa għar-reklamaturi u għall-pubblikaturi biex iwettqu l-verifika indipendenti tagħhom stess tal-inventarju tar-reklami;
(g)  jipprovdi aċċess lir-reklamaturi u lill-pubblikaturi, u lil partijiet terzi awtorizzati mir-reklamaturi u mill-pubblikaturi, meta jitolbuh u mingħajr ħlas, għall-għodod tal-kejl tal-prestazzjoni tal-gwardjan u għall-informazzjoni meħtieġa għar-reklamaturi u għall-pubblikaturi biex iwettqu l-verifika indipendenti tagħhom stess tal-inventarju tar-reklami, inklużi data aggregata u mhux aggregata u data tal-prestazzjoni b'mod li jippermetti lir-reklamaturi u lill-pubblikaturi joperaw l-għodod ta' verifika u kejl tagħhom stess biex jivvalutaw il-prestazzjoni tas-servizzi ewlenin ipprovduti mill-gwardjani;
Emenda 130
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt h
(h)  jipprovdi trasferibbiltà effettiva tad-data ġġenerata bl-attività ta' utent kummerċjali jew ta' utent finali u għandu, b'mod partikolari, jipprovdi għodod lill-utenti finali biex jiffaċilita l-eżerċizzju tat-trasferibbiltà tad-data, f'konformità mar-Regolament UE 2016/679, inkluż bil-forniment ta' aċċess kontinwu u f'ħin reali;
(h)  jipprovdi lill-utenti finali, jew lil partijiet terzi awtorizzati minn utent finali, fuq talba tagħhom u mingħajr ħlas, portabbiltà effettiva tad-data pprovduta mill-utent finali jew iġġenerata permezz tal-attività tagħhom fil-kuntest tal-użu tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma rilevanti, inkluż billi jipprovdi għodod mingħajr ħlas biex jiffaċilita l-eżerċizzju effettiv ta' tali portabbiltà tad-data, f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679, inkluż bil-forniment ta' aċċess kontinwu u f'ħin reali;
Emenda 131
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt i
(i)  jipprovdi aċċess u użu effettivi, ta' kwalità għolja, kontinwi u f'ħin reali lill-utenti kummerċjali, jew lil partijiet terzi awtorizzati minn utent kummerċjali, mingħajr ħlas, għad-data aggregata jew mhux aggregata li tkun ipprovduta jew iġġenerata fil-kuntest tal-użu tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma rilevanti mill-utenti kummerċjali u l-utenti finali li jinteraġixxu mal-prodotti jew is-servizzi pprovduti minn dawk l-utenti kummerċjali; għad-data personali, jipprovdi aċċess u użu biss meta dawn ikunu konnessi direttament mal-użu li jkun sar mill-utent finali fir-rigward tal-prodotti jew is-servizzi offruti mill-utent kummerċjali rilevanti tramite s-servizz ewlieni tal-pjattaforma rilevanti, u meta l-utent finali jaċċetta din il-kondiviżjoni b'kunsens fis-sens tar-Regolament (UE) 2016/679;
(i)  jipprovdi aċċess u użu kontinwi u f'ħin reali lill-utenti kummerċjali, jew lil partijiet terzi awtorizzati minn utent kummerċjali, fuq talba tagħhom, mingħajr ħlas, għad-data aggregata u mhux aggregata, li tkun ipprovduta jew iġġenerata fil-kuntest tal-użu tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma rilevanti jew tas-servizzi anċillari offruti mill-gwardjan minn dawk l-utenti kummerċjali u l-utenti finali li jinteraġixxu mal-prodotti jew is-servizzi pprovduti minn dawk l-utenti kummerċjali; dan għandu jinkludi, fuq it-talba tal-utent kummerċjali, il-possibbiltà u l-għodod neċessarji biex tiġi aċċessata u analizzata d-data "in-situ" mingħajr trasferiment mill-gwardjan; għad-data personali, jipprovdi aċċess u użu biss meta dawn ikunu konnessi direttament mal-użu li jkun sar mill-utent finali fir-rigward tal-prodotti jew is-servizzi offruti mill-utent kummerċjali rilevanti tramite s-servizz ewlieni tal-pjattaforma rilevanti, u meta l-utent finali jaċċetta din il-kondiviżjoni b'kunsens fis-sens tar-Regolament (UE) 2016/679;
Emenda 132
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt k
(k)  japplika kundizzjonijiet ġenerali ġusti u nondiskriminatorji għall-aċċess tal-utenti kummerċjali għall-ħanut ta' applikazzjonijiet tas-software tiegħu ddeżinjat skont l-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament.
(k)  japplika kundizzjonijiet ġenerali trasparenti, ġusti, raġonevoli u nondiskriminatorji għall-aċċess u kundizzjonijiet li mhumiex inqas favorevoli mill-kundizzjonijiet applikati għas-servizzi tiegħu stess għall-utenti kummerċjali għas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma tiegħu ddeżinjati skont l-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament.
Emenda 133
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2
Artikolu 6 – paragrafu 2
Artikolu 5 – paragrafu 2
2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1(a), id-data li ma tkunx disponibbli pubblikament għandha tinkludi kwalunkwe data aggregata u mhux aggregata ġġenerata mill-utenti kummerċjali li tista' tiġi dedotta mill-attivitajiet kummerċjali, jew miġbura bis-saħħa tagħhom, tal-utenti kummerċjali jew tal-klijenti tagħhom fuq is-servizz ewlieni tal-pjattaforma tal-gwardjan.
2.  Għall-finijiet tal-punt (ga) tal-paragrafu 1, id-data li ma tkunx disponibbli pubblikament għandha tinkludi kwalunkwe data aggregata u mhux aggregata ġġenerata mill-utenti kummerċjali li tista' tiġi dedotta mill-attivitajiet kummerċjali, jew miġbura bis-saħħa tagħhom, tal-utenti kummerċjali jew tal-klijenti tagħhom fuq is-servizz ewlieni tal-pjattaforma jew is-servizzi anċillari tal-gwardjan.
Emenda 134
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1
1.  Il-miżuri implimentati mill-gwardjan biex tiġi żgurata l-konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6 għandhom ikunu effettivi biex jintlaħaq l-objettiv tal-obbligu rilevanti. Il-gwardjan għandu jiżgura li dawn il-miżuri jiġu implimentati f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE, u mal-leġiżlazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà, il-protezzjoni tal-konsumatur u s-sikurezza tal-prodotti.
1.  Il-gwardjan għandu jimplimenta miżuri effettivi biex jiżgura l-konformità tiegħu mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6, u għandu juri dik il-konformità, meta jintalab jagħmel dan. Il-gwardjan għandu jiżgura li l-miżuri li jimplimenta jkunu jikkonformaw mar-Regolament (UE) 2016/679, mad-Direttiva 2002/58/KE, u mal-leġiżlazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà, il-protezzjoni tal-konsumatur u s-sikurezza tal-prodotti, kif ukoll mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabbiltà skont id-Direttiva 2019/882.
Emenda 135
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Fi żmien sitt xhur wara d-deżinjazzjoni tiegħu u b'applikazzjoni tal-paragrafu 8 tal-Artikolu 3, il-gwardjan għandu jipprovdi lill-Kummissjoni rapport li jiddeskrivi b'mod iddettaljat u trasparenti l-miżuri implimentati biex tiġi żgurata l-konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6. Dan ir-rappport għandu jiġi aġġornat mill-inqas darba fis-sena.
Emenda 136
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1b (ġdid)
1b.  Flimkien mar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1a u fl-istess perjodu ta' żmien, il-gwardjan għandu jagħti lill-Kummissjoni sommarju mhux kunfidenzjali tar-rapport tiegħu li għandu jiġi ppubblikat mill-Kummissjoni mingħajr dewmien. Is-sommarju mhux kunfidenzjali għandu jiġi aġġornat mill-inqas kull sena skont ir-rapport dettaljat.
Sabiex jikkonforma mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 6 fejn il-gwardjan ikollu dubju raġonevoli dwar il-metodu jew il-metodi ta' konformità xierqa, il-gwardjan jista' jitlob li l-Kummissjoni tinvolvi ruħha fi proċess biex tirċievi u tindirizza talbiet għal kjarifika u wara tispeċifika aktar il-miżuri rilevanti li gwardjan għandu jadotta sabiex jikkonforma b'mod effettiv u proporzjonat ma' dawk l-obbligi. Speċifikazzjoni ulterjuri tal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 6 għandha tkun limitata għal kwistjonijiet relatati mal-iżgurar ta' konformità effettiva u proporzjonata mal-obbligi. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tikkonsulta ma' partijiet terzi li tqis li l-opinjonijiet tagħhom huma meħtieġa fir-rigward tal-miżuri li l-gwardjan huwa mistenni jimplimenta. It-tul tal-proċess ma għandux jestendi lil hinn mill-perjodu stabbilit fl-Artikolu 3(8), bil-possibbiltà ta' estensjoni ta' xahrejn, fid-diskrezzjoni tal-Kummissjoni, jekk il-proċess ta' djalogu ma jkunx ġie konkluż qabel l-iskadenza tal-perjodu msemmi.
Il-Kummissjoni għandha żżomm id-diskrezzjoni biex tiddeċiedi jekk tidħolx f'tali proċess, b'kunsiderazzjoni xierqa għall-prinċipji tat-trattament ugwali, tal-proporzjonalità u tal-proċess ġust. Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li ma tidħolx f'tali proċess, hija għandha tipprovdi ġustifikazzjoni bil-miktub lill-gwardjan rilevanti. Fi tmiem dan il-proċess, il-Kummissjoni tista' wkoll b'deċiżjoni tispeċifika l-miżuri li l-gwardjan ikkonċernat għandu jimplimenta u li jirriżultaw mill-konklużjoni ta' dan il-proċess, kif stabbilit fil-paragrafu 1b.
Emenda 137
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2
2.  Meta l-Kummissjoni ssib li l-miżuri li l-gwardjan ikun beħsiebu jimplimenta, jew li jkun implimenta, skont il-paragrafu 1 ma jiżgurawx konformità effettiva mal-obbligi rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 6, din tista', permezz ta' deċiżjoni, tispeċifika l-miżuri li l-gwardjan ikkonċernat għandu jimplimenta. Il-Kummissjoni għandha tadotta din id-deċiżjoni fi żmien sitt xhur mill-ftuħ tal-proċedimenti skont l-Artikolu 18.
2.  Meta l-Kummissjoni ssib li l-miżuri li l-gwardjan ikun beħsiebu jimplimenta, jew li jkun implimenta, skont il-paragrafu 1 ma jiżgurawx konformità effettiva mal-obbligi rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 6, din tista', permezz ta' deċiżjoni, tispeċifika l-miżuri li l-gwardjan ikkonċernat għandu jimplimenta. Il-Kummissjoni għandha tadotta din id-deċiżjoni mill-aktar fis possibbli, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn erba' xhur wara l-ftuħ tal-proċedimenti skont l-Artikolu 18.
Emenda 138
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 4
4.  Fid-dawl tal-adozzjoni tad-deċiżjoni skont il-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet preliminari tagħha fi żmien tliet xhur mill-ftuħ tal-proċedimenti. Fis-sejbiet preliminari, il-Kummissjoni għandha tispjega l-miżuri li tqis li se tieħu jew li l-fornitur tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma kkonċernat għandu jieħu biex is-sejbiet preliminari jiġu indirizzati b'mod effettiv.
4.  Bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-deċiżjoni skont il-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tikkomunika s-sejbiet preliminari tagħha u tippubblika sommarju konċiż mill-aktar fis possibbli, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn xahrejn mill-ftuħ tal-proċedimenti. Fis-sejbiet preliminari, il-Kummissjoni għandha tispjega l-miżuri li qed tqis li se tieħu jew li tqis li l-fornitur tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma kkonċernat għandu jieħu biex is-sejbiet preliminari jiġu indirizzati b'mod effettiv. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tistieden lill-partijiet terzi interessati jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom f'limitu ta' żmien, li jkun ġie stabbilit mill-Kummissjoni fil-pubblikazzjoni tagħha. Mal-pubblikazzjoni, il-Kummissjoni għandha tagħti l-attenzjoni dovuta lill-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.
Emenda 139
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 7
7.  Gwardjan jista' jitlob il-ftuħ ta' proċedimenti skont l-Artikolu 18 biex il-Kummissjoni tiddetermina jekk il-miżuri li l-gwardjan ikun beħsiebu jimplimenta jew li jkun implimenta skont l-Artikolu 6 humiex effettivi biex jintlaħaq l-objettiv tal-obbligu rilevanti fiċ-ċirkostanzi speċifiċi. Gwardjan jista', mat-talba tiegħu, jipprovdi sottomissjoni motivata biex jispjega b'mod partikolari għalfejn il-miżuri li jkun beħsiebu jimplimenta jew li jkun implimenta huma effettivi biex jintlaħaq l-objettiv tal-obbligu rilevanti fiċ-ċirkostanzi speċifiċi.
7.  Gwardjan jista' jitlob, fi żmien l-iskadenza tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 3(8), il-ftuħ ta' proċedimenti skont l-Artikolu 18 biex il-Kummissjoni tiddetermina jekk il-miżuri li l-gwardjan ikun beħsiebu jimplimenta jew li jkun implimenta skont l-Artikolu 6 humiex effettivi biex jintlaħaq l-objettiv tal-obbligu rilevanti fiċ-ċirkostanzi speċifiċi. Fit-talba tiegħu, il-gwardjan għandu jipprovdi sottomissjoni motivata biex jispjega b'mod partikolari għalfejn il-miżuri li jkun beħsiebu jimplimenta jew li jkun implimenta huma effettivi biex jintlaħaq l-objettiv tal-obbligu rilevanti fiċ-ċirkostanzi speċifiċi. Il-Kummissjoni għandha tadotta d-deċiżjoni tagħha fi żmien sitt xhur mill-ftuħ tal-proċedimenti skont l-Artikolu 18.
Emenda 140
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni tista', wara talba motivata mill-gwardjan, tissospendi b'mod eċċezzjonali, kompletament jew parzjalment, obbligu speċifiku stabbilit fl-Artikoli 5 u 6 għal servizz ewlieni tal-pjattaforma, permezz ta' deċiżjoni adottata skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 32(4), meta l-gwardjan juri li l-konformità ma' dak l-obbligu speċifiku tista' tipperikola, minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali lil hinn mill-kontroll tal-gwardjan, il-vijabbiltà ekonomika tal-operazzjoni tal-gwardjan fl-Unjoni, u sal-punt biss meħtieġ biex tiġi indirizzata din id-theddida għall-vijabbiltà tiegħu. Il-Kummissjoni għandu jkollha l-għan li tadotta d-deċiżjoni ta' sospensjoni mingħajr dewmien u sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara li tirċievi talba motivata sħiħa.
1.  Il-Kummissjoni tista', wara talba motivata mill-gwardjan, tissospendi, fuq bażi eċċezzjonali, kompletament jew parzjalment, obbligu speċifiku stabbilit fl-Artikoli 5 u 6 għal servizz ewlieni tal-pjattaforma, permezz ta' deċiżjoni adottata skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 32(4), meta l-gwardjan juri li l-konformità ma' dak l-obbligu speċifiku tista' tipperikola, minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali lil hinn mill-kontroll tal-gwardjan, il-vijabbiltà ekonomika tal-operazzjoni tal-gwardjan fl-Unjoni, u sal-punt biss meħtieġ biex tiġi indirizzata din id-theddida għall-vijabbiltà tiegħu. Il-Kummissjoni għandu jkollha l-għan li tadotta d-deċiżjoni ta' sospensjoni mingħajr dewmien u sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara li tirċievi talba motivata sħiħa. Id-deċiżjoni ta' sospensjoni għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni motivata li tispjega l-motivi għas-sospensjoni.
Emenda 141
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2
2.  Meta tingħata s-sospensjoni skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-deċiżjoni tagħha ta' sospensjoni kull sena. Wara din ir-reviżjoni l-Kummissjoni għandha tneħħi s-sospensjoni jew tiddeċiedi li l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 għadhom qed jiġu ssodisfati.
2.  Meta tingħata s-sospensjoni skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-deċiżjoni tagħha ta' sospensjoni kull sena. Wara din ir-reviżjoni l-Kummissjoni għandha tneħħi s-sospensjoni kompletament jew parzjalment jew tiddeċiedi li l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 għadhom qed jiġu ssodisfati.
Emenda 142
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Il-Kummissjoni tista', filwaqt li taġixxi skont talba motivata ta' gwardjan, tissospendi proviżorjament l-applikazzjoni tal-obbligu rilevanti għal servizz ewlieni individwali wieħed jew aktar tal-pjattaforma, diġà qabel id-deċiżjoni skont il-paragrafu 1.
F'każijiet ta' urġenza, il-Kummissjoni tista', filwaqt li taġixxi skont talba motivata ta' gwardjan, tissospendi proviżorjament l-applikazzjoni tal-obbligu rilevanti għal servizz ewlieni individwali wieħed jew aktar tal-pjattaforma, diġà qabel id-deċiżjoni skont il-paragrafu 1.
Emenda 143
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Fil-valutazzjoni tat-talba, il-Kummissjoni għandha tqis, b'mod partikolari, l-impatt tal-konformità mal-obbligu speċifiku fuq il-vijabbiltà ekonomika tal-operazzjoni tal-gwardjan fl-Unjoni kif ukoll fuq partijiet terzi. Is-sospensjoni tista' tiġi soġġetta għal kundizzjonijiet u obbligi li jridu jiġu ddefiniti mill-Kummissjoni biex jiġi żgurat bilanċ ġust bejn dawn l-interessi u l-objettivi ta' dan ir-Regolament. Din it-talba tista' ssir u tiġi aċċettata fi kwalunkwe ħin sakemm issir il-valutazzjoni tal-Kummissjoni skont il-paragrafu 1.
Fil-valutazzjoni tat-talba, il-Kummissjoni għandha tqis, b'mod partikolari, l-impatt tal-konformità mal-obbligu speċifiku fuq il-vijabbiltà ekonomika tal-operazzjoni tal-gwardjan fl-Unjoni kif ukoll fuq partijiet terzi, b'mod partikolari l-utenti kummerċjali iżgħar u l-konsumaturi. Is-sospensjoni tista' tiġi soġġetta għal kundizzjonijiet u obbligi li jridu jiġu ddefiniti mill-Kummissjoni biex jiġi żgurat bilanċ ġust bejn dawn l-interessi u l-objettivi ta' dan ir-Regolament. Din it-talba tista' ssir u tiġi aċċettata fi kwalunkwe ħin sakemm issir il-valutazzjoni tal-Kummissjoni skont il-paragrafu 1.
Emenda 144
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – titolu
Eżenzjoni għal raġunijiet prevalenti ta' interess pubbliku
Eżenzjoni għal raġunijiet ta' moralità pubblika, saħħa pubblika jew sigurtà pubblika
Emenda 145
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni tista', filwaqt li taġixxi skont talba motivata ta' gwardjan jew b'inizjattiva tagħha stess, permezz ta' deċiżjoni adottata skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 32(4), teżentah kompletament jew parzjalment minn obbligu speċifiku stabbilit fl-Artikoli 5 u 6 fir-rigward ta' servizz ewlieni individwali tal-pjattaforma identifikat skont l-Artikolu 3(7), meta din l-eżenzjoni tkun iġġustifikata għar-raġunijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tadotta d-deċiżjoni dwar l-eżenzjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara li tirċievi talba motivata sħiħa.
1.  Il-Kummissjoni tista', filwaqt li taġixxi skont talba motivata ta' gwardjan jew b'inizjattiva tagħha stess, permezz ta' deċiżjoni adottata skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 32(4), teżentah kompletament jew parzjalment minn obbligu speċifiku stabbilit fl-Artikoli 5 u 6 fir-rigward ta' servizz ewlieni individwali tal-pjattaforma identifikat skont l-Artikolu 3(7), meta din l-eżenzjoni tkun iġġustifikata għar-raġunijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tadotta d-deċiżjoni dwar l-eżenzjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara li tirċievi talba motivata sħiħa. Tali deċiżjoni għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni motivata li tispjega l-motivi għall-eżenzjoni.
Emenda 146
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Meta tingħata l-eżenzjoni skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina d-deċiżjoni tagħha ta' eżenzjoni kull sena. Wara tali rieżami, il-Kummissjoni għandha jew tneħħi l-eżenzjoni kompletament jew parzjalment jew tiddeċiedi li l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 għadhom qed jiġu ssodisfati.
Emenda 147
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Il-Kummissjoni tista', filwaqt li taġixxi skont talba motivata ta' gwardjan jew b'inizjattiva tagħha stess, tissospendi proviżorjament l-applikazzjoni tal-obbligu rilevanti għal servizz ewlieni individwali wieħed jew aktar tal-pjattaforma, diġà qabel id-deċiżjoni skont il-paragrafu 1.
F'każijiet ta' urġenza, il-Kummissjoni tista', filwaqt li taġixxi skont talba motivata ta' gwardjan jew b'inizjattiva tagħha stess, tissospendi proviżorjament l-applikazzjoni tal-obbligu rilevanti għal servizz ewlieni individwali wieħed jew aktar tal-pjattaforma, diġà qabel id-deċiżjoni skont il-paragrafu 1.
Emenda 148
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 34 biex taġġorna l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6 meta, abbażi ta' investigazzjoni tas-suq skont l-Artikolu 17, tkun identifikat il-ħtieġa ta' obbligi ġodda li jindirizzaw prattiki li jillimitaw il-kontestabbiltà ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma jew li jkunu inġusti bl-istess mod bħall-prattiki indirizzati mill-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6.
1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 37 biex bihom temenda l-Artikoli 5 u 6 billi żżid obbligi meta, abbażi ta' investigazzjoni tas-suq skont l-Artikolu 17, tkun identifikat li dan ikun meħtieġ sabiex jiġi indirizzati prattiki li jillimitaw il-kontestabbiltà ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma jew li jkunu inġusti bl-istess mod bħall-prattiki indirizzati mill-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6. Dawk l-atti delegati jistgħu jżidu biss obbligi ġodda ma' dawk elenkati fl-Artikoli 5 u 6.
Emenda 149
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 37 li jissupplimentaw dan ir-Regolament fir-rigward tal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6. Dawk l-atti delegati għandhom jipprevedu biss dan li ġej:
(a)  kemm obbligu jkun japplika għal ċerti servizzi tal-pjattaforma ewlenija;
(b)  kemm obbligu jkun japplika biss għal subsett ta' utenti kummerċjali jew utenti finali; jew
(c)  kif għandhom jitwettqu l-obbligi biex tiġi żgurata l-effettività ta' dawk l-obbligi;
Emenda 150
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt a
(a)  ikun hemm żbilanċ fid-drittijiet u l-obbligi fuq l-utenti kummerċjali u l-gwardjan ikun qed jikseb vantaġġ mill-utenti kummerċjali li jkun sproporzjonat għas-servizz ipprovdut mill-gwardjan lill-utenti kummerċjali; jew
(a)  ikun hemm żbilanċ fid-drittijiet u l-obbligi fuq l-utenti kummerċjali u l-gwardjan ikun qed jikseb vantaġġ mill-utenti kummerċjali li jkun sproporzjonat għas-servizz ipprovdut mill-gwardjan lill-utenti kummerċjali jew lill-utenti finali; jew
Emenda 151
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Fir-rigward tal-obbligu stabbilit fl-Artikolu 6(1) fb, il-Kummissjoni għandha tadotta sa... [18 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] att delegat f'konformità mal-Artikolu 37 li jissupplimenta dan ir-Regolament billi jiddefinixxi l-kamp ta' applikazzjoni u l-karatteristiċi xierqa għall-interkonnessjoni tas-servizzi ta' networking soċjali online tal-gwardjani kif ukoll l-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta' tali interkonnessjoni. Tali standards jew speċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiżguraw livell għoli ta' sigurtà u protezzjoni tad-data personali. Meta tiżviluppa standards jew speċifikazzjonijiet tekniċi, il-Kummissjoni tista' tikkonsulta korpi ta' standardizzazzjoni jew partijiet interessati rilevanti oħra kif previst fir-Regolament (UE) Nru 1025/2012.
Emenda 152
Proposta għal regolament
Artikolu 11
Artikolu 11
Artikolu 6a
Antiċirkomvenzjoni
Antiċirkomvenzjoni
1.  Gwardjan għandu jiżgura li l-obbligi tal-Artikoli 5 u 6 jiġu rrispettati għalkollox u b'mod effettiv. Filwaqt li l-obbligi tal-Artikoli 5 u 6 japplikaw fir-rigward ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma ddeżinjati skont l-Artikolu 3, l-implimentazzjoni tagħhom ma għandhiex tixxekkel minn xi mġiba tal-impriża li għaliha jappartjeni l-gwardjan, irrispettivament minn jekk din l-imġiba jkollhiex natura kuntrattwali, kummerċjali, teknika jew xi natura oħra.
1.  Gwardjan għandu jiżgura li l-obbligi tal-Artikoli 5 u 6 jiġu rrispettati għalkollox u b'mod effettiv.
1a.  Filwaqt li l-obbligi tal-Artikoli 5 u 6 japplikaw fir-rigward ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma ddeżinjati skont l-Artikolu 3, gwardjan, inkluż kwalunkwe impriża li għaliha jappartjeni l-gwardjan, ma għandux jinvolvi ruħu f'xi mġiba, irrispettivament minn jekk din l-imġiba tkunx ta' natura kuntrattwali, kummerċjali, teknika jew xi natura oħra, li, filwaqt li tkun formalment, kunċettwalment jew teknikament distinta minn imġiba pprojbita skont l-Artikoli 5 u 6, tkun kapaċi, fil-prattika, li jkollha għan jew effett ekwivalenti.
1b.  Il-gwardjan ma għandu jieħu sehem fl-ebda imġiba li tiskoraġġixxi l-interoperabbiltà billi juża miżuri tekniċi ta' protezzjoni, termini diskriminatorji ta' servizz, jissoġġetta l-interfaċċi tal-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-awtur jew jipprovdi informazzjoni qarrieqa.
2.  Meta jkun meħtieġ il-kunsens għall-ġbir u l-ipproċessar ta' data personali biex tiġi żgurata konformità ma' dan ir-Regolament, gwardjan għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jippermetti li l-utenti kummerċjali jiksbu direttament il-kunsens meħtieġ għall-ipproċessar tagħha, meta meħtieġ skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE, jew inkella li jikkonforma mar-regoli u l-prinċipji tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u tal-privatezza b'modi oħra, inkluż billi jipprovdi data anonimizzata lill-utenti kummerċjali kif xieraq u meta xieraq. Il-gwardjan ma għandux jagħmel il-kisba ta' dan il-kunsens mingħand l-utent kummerċjali aktar diffiċli milli għas-servizzi tiegħu stess.
2.  Meta jkun meħtieġ il-kunsens għall-ġbir, l-ipproċessar u l-kondiviżjoni ta' data personali biex tiġi żgurata konformità ma' dan ir-Regolament, gwardjan għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jew jippermetti li l-utenti kummerċjali jiksbu direttament il-kunsens meħtieġ għall-ipproċessar tagħha, meta jkun meħtieġ skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE, jew inkella li jikkonforma mar-regoli u l-prinċipji tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u tal-privatezza b'modi oħra, inkluż billi jipprovdi data anonimizzata lill-utenti kummerċjali kif xieraq u meta xieraq.
3.  Gwardjan ma għandux inaqqas il-kundizzjonijiet jew il-kwalità ta' xi servizz ewlieni tal-pjattaforma pprovdut lil utenti kummerċjali jew lil utenti finali li jeżerċitaw id-drittijiet jew l-għażliet stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6, jew jagħmel l-eżerċizzju ta' dawk id-drittijiet jew l-għażliet diffiċli b'mod mhux xieraq.
3.  Gwardjan ma għandux inaqqas il-kundizzjonijiet jew il-kwalità ta' xi servizz ewlieni tal-pjattaforma pprovdut lil utenti kummerċjali jew lil utenti finali li jeżerċitaw id-drittijiet jew l-għażliet stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6, jew jagħmel l-eżerċizzju ta' dawk id-drittijiet jew l-għażliet diffiċli b'mod mhux xieraq, inkluż billi joffri għażliet lill-utent finali b'mod mhux newtrali, jew billi jdgħajjef l-awtonomija, it-teħid tad-deċiżjonijiet jew l-għażla tal-utent permezz tal-istruttura, id-diżinn, il-funzjoni jew il-mod tal-operat ta' interfaċċa tal-utent jew parti minnha.
Emenda 153
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Gwardjan għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar kull konċentrazzjoni maħsuba skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 li tinvolvi fornitur ieħor ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma jew ta' xi servizz ieħor ipprovdut fis-settur diġitali irrispettivament minn jekk ikunx notifikabbli lil awtorità tal-kompetizzjoni tal-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 139/2004 jew lil awtorità kompetenti nazzjonali tal-kompetizzjoni skont ir-regoli nazzjonali dwar il-fużjonijiet.
Gwardjan għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar kull konċentrazzjoni maħsuba skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 irrispettivament minn jekk ikunx notifikabbli lil awtorità tal-kompetizzjoni tal-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 139/2004 jew lil awtorità nazzjonali kompetenti tal-kompetizzjoni skont ir-regoli nazzjonali dwar il-fużjonijiet.
Emenda 154
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti b'tali notifiki.
Emenda 155
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3
3.  Jekk, wara kwalunkwe konċentrazzjoni kif previst fil-paragrafu 1, servizzi ewlenin addizzjonali tal-pjattaforma jilħqu individwalment il-limiti fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2), il-gwardjan ikkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan fi żmien tliet xhur mill-implimentazzjoni tal-konċentrazzjoni u jipprovdi l-informazzjoni lill-Kummissjoni li tissemma fl-Artikolu 3(2).
3.  Jekk, wara kwalunkwe konċentrazzjoni kif previst fil-paragrafu 1, jintwera li servizzi ewlenin addizzjonali tal-pjattaforma jilħqu individwalment il-limiti fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2), il-gwardjan ikkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan fi żmien tliet xhur mill-implimentazzjoni tal-konċentrazzjoni u jipprovdi l-informazzjoni lill-Kummissjoni li tissemma fl-Artikolu 3(2).
Emenda 156
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jużaw l-informazzjoni li jirċievu skont il-paragrafu 1 biex jitolbu lill-Kummissjoni teżamina l-konċentrazzjoni skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004.
Emenda 157
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3b (ġdid)
3b.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika kull sena l-lista ta' akkwiżizzjonijiet li tkun ġiet informata dwarha mill-gwardjani.
Emenda 158
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1
Fi żmien sitt xhur wara d-deżinjazzjoni tiegħu skont l-Artikolu 3, gwardjan għandu jippreżenta deskrizzjoni awditjata b'mod indipendenti lill-Kummissjoni ta' kull teknika għat-tfassil tal-profili dwar il-konsumaturi li l-gwardjan japplika għas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma tiegħu, jew fihom, identifikati skont l-Artikolu 3. Din id-deskrizzjoni għandha tiġi aġġornata mill-inqas darba fis-sena.
Fi żmien sitt xhur wara d-deżinjazzjoni tiegħu skont l-Artikolu 3, gwardjan għandu jippreżenta lill-Kummissjoni u lill-Grupp ta' Livell Għoli ta' Regolaturi Diġitali deskrizzjoni awditjata b'mod indipendenti ta' kull teknika għat-tfassil tal-profili dwar il-konsumaturi li l-gwardjan japplika għas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma tiegħu, jew fihom, identifikati skont l-Artikolu 3. Din id-deskrizzjoni għandha tiġi aġġornata mill-inqas darba fis-sena. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa, f'konsultazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, mal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, mas-soċjetà ċivili u mal-esperti, l-istandards u l-proċedura tal-awditu.
Emenda 159
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1a (ġdid)
Il-gwardjan għandu jagħmel disponibbli għall-pubbliku ħarsa ġenerali tad-deskrizzjoni awditjata msemmija fl-ewwel paragrafu, filwaqt li jqis il-ħtieġa li tiġi rrispettata s-segretezza kummerċjali.
Emenda 160
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt a
(a)  tkun saret bidla materjali f'xi wieħed mill-fatti li fuqhom tkun issejset id-deċiżjoni;
(a)  tkun saret bidla materjali f'xi wieħed mill-fatti li fuqhom tkun issejset id-deċiżjoni; jew
Emenda 161
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Il-Kummissjoni tista' titlob lil awtorità nazzjonali kompetenti waħda jew aktar issostni l-investigazzjoni tas-suq tagħha.
Emenda 162
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni tista' twettaq investigazzjoni tas-suq biex teżamina jekk fornitur ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma għandux jiġi ddeżinjat bħala gwardjan skont l-Artikolu 3(6), jew biex tidentifika servizzi ewlenin tal-pjattaforma għal gwardjan skont l-Artikolu 3(7). Għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-investigazzjoni tagħha billi tadotta deċiżjoni skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 32(4) fi żmien tnax-il xahar mill-ftuħ tal-investigazzjoni tas-suq.
1.  Il-Kummissjoni tista' twettaq investigazzjoni tas-suq biex teżamina jekk fornitur ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma għandux jiġi ddeżinjat bħala gwardjan skont l-Artikolu 3(6), jew biex tidentifika servizzi ewlenin tal-pjattaforma għal gwardjan skont l-Artikolu 3(7). Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi l-investigazzjoni tagħha billi tadotta deċiżjoni fi żmien tnax-il xahar.
Emenda 163
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 2
2.  Waqt investigazzjoni tas-suq skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkomunika s-sejbiet preliminari tagħha lill-fornitur ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma kkonċernat fi żmien sitt xhur mill-ftuħ tal-investigazzjoni. Fis-sejbiet preliminari, il-Kummissjoni għandha tispjega jekk tqisx, b'mod proviżorju, li l-fornitur ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma għandu jiġi ddeżinjat bħala gwardjan skont l-Artikolu 3(6).
2.  Waqt investigazzjoni tas-suq skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tikkomunika s-sejbiet preliminari tagħha lill-fornitur ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma kkonċernat malajr kemm jista' jkun, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn sitt xhur mill-ftuħ tal-investigazzjoni. Fis-sejbiet preliminari, il-Kummissjoni għandha tispjega jekk tqisx, b'mod proviżorju, li l-fornitur ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma għandu jiġi ddeżinjat bħala gwardjan skont l-Artikolu 3(6).
Emenda 164
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 3
3.  Meta l-fornitur ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma jilħaq il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 3(2), iżda jkun ippreżenta argumenti sostanzjati b'mod sinifikanti skont l-Artikolu 3(4), il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-investigazzjoni tas-suq fi żmien ħames xhur mill-ftuħ tal-investigazzjoni tas-suq b'deċiżjoni skont il-paragrafu 1. F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkomunika s-sejbiet preliminari tagħha skont il-paragrafu 2 lill-fornitur ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma fi żmien tliet xhur mill-ftuħ tal-investigazzjoni.
imħassar
Emenda 165
Proposta għal regolament
Artikolu 15b – paragrafu 15
4.  Meta l-Kummissjoni, skont l-Artikolu 3(6), tiddeżinja bħala gwardjan lil fornitur ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma li jkun għadu ma jgawdix pożizzjoni stabbilita u dejjiema fl-operazzjonijiet tiegħu, iżda jkun prevedibbli li fil-futur qrib se jgawdi pożizzjoni bħal din, din għandha tiddikjara applikabbli għal dak il-gwardjan, dawk l-obbligi biss li huma stabbiliti fl-Artikolu 5(b) u fil-punti (e), (f), (h) u (i) tal-Artikolu 6(1) kif speċifikat fid-deċiżjoni tad-deżinjazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddikjara applikabbli biss dawk l-obbligi li huma xierqa u meħtieġa biex jiġi evitat li l-gwardjan ikkonċernat jikseb pożizzjoni stabbilita u dejjiema fl-operazzjonijiet tiegħu b'mezzi inġusti. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi din id-deżinjazzjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 4.
4.  Meta l-Kummissjoni, skont l-Artikolu 3(6), tiddeżinja bħala gwardjan lil fornitur ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma li jkun għadu ma jgawdix pożizzjoni stabbilita u dejjiema fl-operazzjonijiet tiegħu, iżda jkun prevedibbli li fil-futur qrib se jgawdi pożizzjoni bħal din, din għandha tiddikjara applikabbli għal dak il-gwardjan, l-obbligi li huma stabbiliti fl-Artikolu 5 u l-Artikolu 6. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi din id-deżinjazzjoni skont l-Artikolu 4.
Emenda 166
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1
1.  Meta l-investigazzjoni tas-suq turi li gwardjan ikun kiser b'mod sistematiku l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6 u kompla jsaħħaħ jew jestendi l-pożizzjoni ta' gwardjan tiegħu fir-rigward tal-karatteristiċi skont l-Artikolu 3(1), il-Kummissjoni tista', permezz ta' deċiżjoni adottata skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 32(4), timponi kwalunkwe rimedju komportamentali jew strutturali fuq dan il-gwardjan li jkun proporzjonat għall-ksur imwettaq u meħtieġ biex tiġi żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi l-investigazzjoni tagħha billi tadotta deċiżjoni fi żmien tnax-il xahar mill-ftuħ tal-investigazzjoni tas-suq.
1.  Il-Kummissjoni tista' twettaq investigazzjoni tas-suq bil-għan li teżamina jekk gwardjan kienx involut f'nonkonformità sistematika. Meta l-investigazzjoni tas-suq turi li gwardjan ikun kiser b'mod sistematiku l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6, il-Kummissjoni tista' timponi tali rimedji komportamentali jew strutturali fuq dak il-gwardjan li jkunu effettivi u meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha, fejn ikun xieraq, tkun intitolata titlob li r-rimedji jiġu ttestjati biex tiġi ottimizzata l-effettività tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi l-investigazzjoni tagħha billi tadotta deċiżjoni malajr kemm jista' jkun, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn tnax-il xahar mill-ftuħ tal-investigazzjoni tas-suq.
Emenda 167
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista', għal perjodu limitat, tirrestrinġi lill-gwardjani milli jagħmlu akkwisti f'oqsma rilevanti għal dan ir-Regolament dment li tali restrizzjonijiet ikunu proporzjonati u meħtieġa sabiex tiġi rimedjata l-ħsara kkawżata minn ksur ripetut jew biex tiġi evitata aktar ħsara lill-kontestabbiltà u lill-ġustizzja tas-suq intern.
Emenda 168
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni tista' timponi biss rimedji strutturali skont il-paragrafu 1 meta ma jkun hemm l-ebda rimedju komportamentali effettiv ugwalment jew meta kull rimedju komportamentali effettiv ugwalment ikun piż akbar għall-gwardjan ikkonċernat mir-rimedju strutturali.
imħassar
Emenda 169
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 3
3.  Gwardjan għandu jitqies li jkun wettaq nonkonformità sistematika mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6, meta l-Kummissjoni tkun ħarġet mill-inqas tliet deċiżjonijiet ta' nonkonformità jew ta' multa skont l-Artikoli 25 u 26 rispettivament kontra gwardjan b'rabta ma' xi wieħed mis-servizzi ewlenin tal-pjattaforma tiegħu fi żmien ħames snin qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-ftuħ ta' investigazzjoni tas-suq fid-dawl tal-adozzjoni possibbli ta' deċiżjoni skont dan l-Artikolu.
3.  Gwardjan għandu jitqies li jkun wettaq nonkonformità sistematika mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6, meta l-Kummissjoni tkun ħarġet mill-inqas żewġ deċiżjonijiet ta' nonkonformità jew ta' multa skont l-Artikoli 25 u 26 rispettivament kontra gwardjan b'rabta ma' xi wieħed mis-servizzi ewlenin tal-pjattaforma tiegħu fi żmien għaxar snin qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-ftuħ ta' investigazzjoni tas-suq fid-dawl tal-adozzjoni possibbli ta' deċiżjoni skont dan l-Artikolu.
Emenda 170
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 4
4.  Gwardjan għandu jitqies li jkun saħħaħ aktar jew estenda l-pożizzjoni tiegħu ta' gwardjan fir-rigward tal-karatteristiċi skont l-Artikolu 3(1), meta l-impatt tiegħu fuq is-suq intern ikun kompla jiżdied, l-importanza tiegħu bħala gateway għall-utenti kummerċjali biex jilħqu lill-utenti finali tkun żdiedet jew il-gwardjan ikun igawdi pożizzjoni stabbilita u dejjiema ulterjuri fl-operazzjonijiet tiegħu.
imħassar
Emenda 171
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 5
5.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-oġġezzjonijiet tagħha lill-gwardjan ikkonċernat fi żmien sitt xhur mill-ftuħ tal-investigazzjoni. Fl-oġġezzjonijiet tagħha, il-Kummissjoni għandha tispjega jekk preliminarjament tqisx li l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 huma ssodisfati u liema rimedju/i tqis preliminarjament li huma meħtieġa u proporzjonati.
5.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-oġġezzjonijiet tagħha lill-gwardjan ikkonċernat malajr kemm jista' jkun, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn erba' xhur mill-ftuħ tal-investigazzjoni. Fl-oġġezzjonijiet tagħha, il-Kummissjoni għandha tispjega jekk preliminarjament tqisx li l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 huma ssodisfati u liema rimedju jew rimedji tqis fuq bażi preliminari li huma effettivi u meħtieġa.
Emenda 172
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 6
6.  Il-Kummissjoni tista', fi kwalunkwe ħin waqt l-investigazzjoni tas-suq, testendi t-tul ta' żmien tal-investigazzjoni meta l-estensjoni tkun iġġustifikata għal raġunijiet oġġettivi u proporzjonati. L-estensjoni tista' tapplika għall-iskadenza sa meta l-Kummissjoni jkollha tippreżenta l-oġġezzjonijiet tagħha, jew għall-iskadenza tal-adozzjoni tad-deċiżjoni finali. It-tul ta' żmien totali ta' kwalunkwe estensjoni skont dan il-paragrafu ma għandux jaqbeż is-sitt xhur. Il-Kummissjoni tista' tikkunsidra impenji skont l-Artikolu 23 u tagħmilhom vinkolanti fid-deċiżjoni tagħha.
6.  Matul l-investigazzjoni tas-suq, il-Kummissjoni tista' testendi t-tul ta' żmien tal-investigazzjoni meta tali estensjoni tkun iġġustifikata għal raġunijiet oġġettivi u proporzjonati. L-estensjoni tista' tapplika għall-iskadenza sa meta l-Kummissjoni jkollha tippreżenta l-oġġezzjonijiet tagħha, jew għall-iskadenza tal-adozzjoni tad-deċiżjoni finali. It-tul ta' żmien totali ta' kwalunkwe estensjoni jew estensjonijiet skont dan il-paragrafu ma għandux jaqbeż is-sitt xhur.
Emenda 173
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 6a (ġdid)
6a.  Sabiex jiġi żgurat li l-gwardjan jikkonforma b'mod effettiv mal-obbligi tiegħu stabbiliti fl-Artikoli 5 jew 6, il-Kummissjoni għandha regolarment tirrieżamina r-rimedji li timponi f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tkun intitolata li timmodifika dawk ir-rimedji jekk, wara investigazzjoni, issib li mhumiex effettivi.
Emenda 174
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1
Il-Kummissjoni tista' twettaq investigazzjoni tas-suq biex teżamina jekk servizz wieħed jew aktar fis-settur diġitali għandhomx jiżdiedu mal-lista tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma jew biex tidentifika tipi ta' prattiki li jistgħu jillimitaw il-kontestabbiltà tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma jew li jkunu inġusti, u li ma jkunux indirizzati b'mod effettiv minn dan ir-Regolament. Għandha toħroġ rapport pubbliku fi żmien 24 xahar mill-ftuħ tal-investigazzjoni tas-suq.
Il-Kummissjoni tista' twettaq investigazzjoni tas-suq biex teżamina jekk servizz wieħed jew aktar fis-settur diġitali għandhomx jiżdiedu mal-lista tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma jew biex tidentifika tipi ta' prattiki li jistgħu jillimitaw il-kontestabbiltà tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma jew li jkunu inġusti, u li ma jkunux indirizzati b'mod effettiv minn dan ir-Regolament. Għandha toħroġ rapport pubbliku fi żmien 18-il xahar mill-ftuħ tal-investigazzjoni tas-suq.
Emenda 175
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
(ba)  Il-Kummissjoni għandha tkun intitolata li timponi miżuri interim jekk ikun hemm riskju ta' ħsara serja u immedjata għall-utenti kummerċjali jew għall-utenti finali tal-gwardjani.
Emenda 176
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni tista', permezz ta' talba sempliċi jew deċiżjoni, titlob li impriżi u assoċjazzjonijiet ta' impriżi jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa, inkluż għall-fini ta' monitoraġġ, implimentazzjoni u infurzar tar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni tista' titlob ukoll aċċess għal bażijiet tad-data u algoritmi ta' impriżi u titlob spjegazzjonijiet dwar dawk b'talba sempliċi jew b'deċiżjoni.
1.  Il-Kummissjoni tista', permezz ta' talba sempliċi jew deċiżjoni, titlob li impriżi u assoċjazzjonijiet ta' impriżi jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa, inkluż għall-fini ta' monitoraġġ, implimentazzjoni u infurzar tar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni tista' titlob ukoll aċċess għal bażijiet tad-data, algoritmi ta' impriżi u informazzjoni dwar l-ittestjar u titlob spjegazzjonijiet dwar dawk b'talba sempliċi jew b'deċiżjoni.
Emenda 177
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni tista' titlob informazzjoni mingħand impriżi u assoċjazzjonijiet ta' impriżi skont il-paragrafu 1 ukoll qabel il-ftuħ ta' investigazzjoni tas-suq skont l-Artikolu 14 jew ta' proċedimenti skont l-Artikolu 18.
2.  Il-Kummissjoni tista' titlob informazzjoni mingħand impriżi u assoċjazzjonijiet ta' impriżi skont il-paragrafu 1 ukoll qabel il-ftuħ ta' investigazzjoni tas-suq skont l-Artikolu 14.
Emenda 178
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 4
4.  Meta l-Kummissjoni titlob l-informazzjoni mingħand impriżi u assoċjazzjonijiet tal-impriżi permezz ta' deċiżjoni, din għandha tiddikjara l-iskop tat-talba, tispeċifika liema informazzjoni hi meħtieġa u tiffissa l-limitu ta' żmien sa meta għandha tingħata. Meta l-Kummissjoni titlob li l-impriżi jipprovdu aċċess għall-bażijiet tad-data u l-algoritmi tagħhom, din għandha tiddikjara l-bażi ġuridika u l-iskop tat-talba, u tiffissa l-limitu ta' żmien sa meta għandu jingħata. Għandha tindika wkoll il-penali previsti fl-Artikolu 26, u tindika jew timponi l-pagamenti perjodiċi ta' penali previsti fl-Artikolu 27. Għandha tindika wkoll id-dritt li d-deċiżjoni tiġi riveduta mill-Qorti tal-Ġustizzja.
4.  Meta l-Kummissjoni titlob l-informazzjoni mingħand impriżi u assoċjazzjonijiet tal-impriżi permezz ta' deċiżjoni, din għandha tiddikjara l-iskop tat-talba, tispeċifika liema informazzjoni hi meħtieġa u tiffissa l-limitu ta' żmien sa meta għandha tingħata. Meta l-Kummissjoni titlob li l-impriżi jipprovdu aċċess għall-bażijiet tad-data u l-algoritmi tagħhom, din għandha tiddikjara l-iskop tat-talba, tispeċifika liema informazzjoni hija meħtieġa u tiffissa l-limitu ta' żmien sa meta għandu jingħata. Għandha tindika wkoll il-penali previsti fl-Artikolu 26, u tindika jew timponi l-pagamenti perjodiċi ta' penali previsti fl-Artikolu 27. Għandha tindika wkoll id-dritt li d-deċiżjoni tiġi riveduta mill-Qorti tal-Ġustizzja.
Emenda 179
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1
Il-Kummissjoni tista' tintervista kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li taċċetta intervista biex tinġabar informazzjoni relatata mas-suġġett ta' investigazzjoni, inkluż b'rabta mal-monitoraġġ, l-implimentazzjoni u l-infurzar tar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament.
Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jistgħu, skont l-Artikolu 31c, jintervistaw kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li taċċetta intervista biex tinġabar informazzjoni relatata mas-suġġett ta' investigazzjoni, inkluż b'rabta mal-monitoraġġ, l-implimentazzjoni u l-infurzar tar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament.
Emenda 180
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 2
2.  L-ispezzjonijiet fuq il-post jistgħu jsiru wkoll bl-assistenza ta' awdituri jew esperti maħtura mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 24(2).
2.  L-ispezzjonijiet fuq il-post jistgħu jsiru wkoll bl-assistenza ta' awdituri jew esperti b'rotazzjoni maħtura mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 24(2).
Emenda 181
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 1
1.  F'każ ta' urġenza minħabba r-riskju ta' dannu serju u irreparabbli għall-utenti kummerċjali jew għall-utenti finali tal-gwardjani, il-Kummissjoni tista', permezz ta' deċiżjoni adottata skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 32(4), tordna miżuri interim kontra gwardjan abbażi ta' sejba prima facie ta' ksur tal-Artikoli 5 jew 6.
1.  F'każijiet ta' urġenza minħabba r-riskju ta' dannu serju u immedjat għall-utenti kummerċjali jew għall-utenti finali tal-gwardjani, il-Kummissjoni tista', permezz ta' deċiżjoni adottata skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 32(4), tordna miżuri interim fil-konfront ta' gwardjan abbażi ta' sejba prima facie ta' ksur tal-Artikoli 5 jew 6.
Emenda 182
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 2
2.  Deċiżjoni skont il-paragrafu 1 tista' tiġi adottata biss fil-kuntest ta' proċedimenti miftuħa fid-dawl tal-adozzjoni possibbli ta' deċiżjoni ta' nonkonformità skont l-Artikolu 25(1). Din id-deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta' żmien speċifikat u tista' tiġġedded sa fejn dan ikun meħtieġ u xieraq.
2.  Deċiżjoni skont il-paragrafu 1 għandha tiġi adottata biss fil-kuntest ta' proċedimenti miftuħa bl-għan li ssir l-adozzjoni possibbli ta' deċiżjoni ta' nonkonformità skont l-Artikolu 25(1). Dik id-deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta' żmien speċifikat u tista' tiġġedded sa fejn dan ikun meħtieġ u xieraq.
Emenda 183
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  F'każijiet ta' urġenza, minħabba r-riskju ta' dannu serju u immedjat għall-utenti kummerċjali jew għall-utenti finali tal-gwardjani, li jirriżultaw minn prattiki ġodda implimentati minn gwardjan wieħed jew aktar li jistgħu jimminaw il-kontestabbiltà tas-servizzi tal-pjattaforma ewlenija jew li jistgħu jkunu inġusti skont l-Artikolu 10(2), il-Kummissjoni tista' timponi miżuri interim fuq il-gwardjani kkonċernati sabiex tiġi evitata l-materjalizzazzjoni ta' tali riskju.
Emenda 184
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 2b (ġdid)
2b.  Deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2a ta' dan l-Artikolu għandha tiġi adottata biss fil-kuntest ta' investigazzjoni tas-suq skont l-Artikolu 17 u fi żmien sitt xhur mill-ftuħ ta' tali investigazzjoni. Il-miżuri interim għandhom japplikaw għal perjodu ta' żmien speċifikat u, fi kwalunkwe każ, għandhom jiġġeddu jew jiġu rtirati sabiex titqies id-deċiżjoni finali li tirriżulta mill-investigazzjoni tas-suq skont l-Artikolu 17.
Emenda 185
Proposta għal regolament
Artikolu 23
Artikolu 23
imħassar
Impenji
1.  Jekk waqt proċedimenti skont l-Artikoli 16 jew 25, il-gwardjan ikkonċernat joffri impenji għas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma rilevanti biex jiżgura konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6, il-Kummissjoni tista', permezz ta' deċiżjoni adottata skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 32(4), tagħmel dawk l-impenji vinkolanti għal dak il-gwardjan u tiddikjara li mhemmx raġunijiet oħra għal azzjoni.
2.  Il-Kummissjoni tista', meta tintalab jew b'inizjattiva tagħha stess, tiftaħ mill-ġdid il-proċedimenti rilevanti b'deċiżjoni, meta:
(a)  tkun saret bidla materjali f'xi wieħed mill-fatti li fuqhom tkun issejset id-deċiżjoni;
(b)  il-gwardjan kkonċernat jaġixxi kontra l-impenji tiegħu;
(c)  id-deċiżjoni kienet issejset fuq informazzjoni mhux kompluta, skorretta jew qarrieqa mogħtija mill-partijiet.
3.  Jekk il-Kummissjoni jidhrilha li l-impenji magħmula mill-gwardjan ikkonċernat ma jistgħux jiżguraw konformità effettiva mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6, din għandha tispjega r-raġunijiet għalfejn mhix se tagħmel dawk l-impenji vinkolanti, fid-deċiżjoni li tikkonkludi l-proċedimenti rilevanti.
Emenda 186
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni tista' tieħu l-azzjonijiet meħtieġa biex timmonitorja l-implimentazzjoni effettiva u l-konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6 u d-deċiżjonijiet meħuda skont l-Artikoli 7, 16, 22 u 23.
1.  Il-Kummissjoni għandha tieħu l-azzjonijiet meħtieġa biex timmonitorja l-implimentazzjoni effettiva u l-konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6 u d-deċiżjonijiet meħuda skont l-Artikoli 7, 16, 22 u 23.
Emenda 187
Proposta għal regolament
Artikolu 24a (ġdid)
Artikolu 24a
Mekkaniżmu ta' lment
1.   L-utenti kummerċjali, il-kompetituri, l-utenti finali tas-servizzi tal-pjattaforma ewlenija kif ukoll ir-rappreżentanti tagħhom jew persuni oħra b'interess leġittimu jistgħu, permezz ta' lment, jirrapportaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar kwalunkwe prattika jew imġiba minn gwardjani li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż in-nonkonformità.
L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jivvalutaw tali lmenti u għandhom jirrapportawhom lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni għandha teżamina jekk hemmx raġunijiet raġonevoli biex tiftaħ proċedimenti skont l-Artikolu 18 jew investigazzjoni tas-suq skont l-Artikolu 14
2.   Id-Direttiva (UE) 2019/1937 għandha tapplika għall-ilmenti u r-rapportar ta' ksur ta' dan ir-Regolament u għall-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw tali ksur.
Emenda 188
Proposta għal regolament
Artikolu 24b (ġdid)
Artikolu 24b
Funzjoni ta' verifika tal-konformità
1.   Il-gwardjani għandhom jistabbilixxu funzjoni ta' verifika tal-konformità li tkun indipendenti mill-funzjonijiet operazzjonali tal-gwardjan u jaħtru uffiċjal tal-konformità wieħed jew aktar, inkluż il-kap tal-funzjoni ta' verifika tal-konformità.
2.   Il-gwardjan għandu jiżgura li l-funzjoni ta' verifika tal-konformità skont il-paragrafu 1 ikollha awtorità, statura u riżorsi suffiċjenti, kif ukoll aċċess għall-korp maniġerjali tal-gwardjan biex jimmonitorja l-konformità tal-gwardjan ma' dan ir-Regolament.
3.   Il-gwardjani għandhom jiżguraw li l-uffiċjali tal-konformità maħtura skont il-paragrafu 1 ikollhom il-kwalifiki professjonali, l-għarfien, l-esperjenza u l-kapaċità meħtieġa biex iwettqu l-kompiti msemmija fil-paragrafu 4.
Il-gwardjani għandhom jiżguraw ukoll li l-kap tal-funzjoni ta' verifika tal-konformità maħtur skont il-paragrafu 1 ikun maniġer superjuri b'responsabbiltà distinta għall-funzjoni ta' verifika tal-konformità u għandu jkun indipendenti mill-funzjonijiet operazzjonali u mill-korp maniġerjali tal-gwardjan.
4.   Il-kap tal-funzjoni ta' verifika tal-konformità għandu jirrapporta direttament lill-korp maniġerjali tal-gwardjan u għandu jkollu s-setgħat li jqajjem tħassib u jwissi lil dak il-korp fejn jirriżultaw riskji ta' nuqqas ta' konformità ma' dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-korp maniġerjali fil-funzjonijiet superviżorji u maniġerjali tiegħu.
Il-kap tal-funzjoni ta' verifika tal-konformità ma għandux jitneħħa mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-korp maniġerjali tal-gwardjan.
5.   L-uffiċjali tal-konformità maħtura mill-gwardjan skont il-paragrafu 1 għandhom jissorveljaw il-konformità tal-gwardjan mal-obbligi f'dan ir-Regolament, inklużi mill-inqas il-kompiti li ġejjin:
(a)   l-organizzazzjoni, il-monitoraġġ u s-superviżjoni tal-miżuri u l-attivitajiet tal-gwardjani li għandhom l-għan li jiżguraw il-konformità mal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament;
(b)   l-infurmar u l-għoti ta' pariri lill-maniġment u lill-impjegati tal-gwardjan dwar l-obbligi rilevanti skont dan ir-Regolament;
(c)   fejn applikabbli, il-monitoraġġ tal-konformità mal-impenji magħmula vinkolanti skont l-Artikolu 23, mingħajr preġudizzju għall-fatt li l-Kummissjoni tkun tista' taħtar esperti esterni indipendenti skont l-Artikolu 24(2).
(d)   il-kooperazzjoni mal-Kummissjoni għall-fini ta' dan ir-Regolament;
6.   Il-gwardjani għandhom jikkomunikaw l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-kap tal-funzjoni ta' verifika tal-konformità lill-Kummissjoni.
7.   Il-korp maniġerjali tal-gwardjan għandu jiddefinixxi, jissorvelja u jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-arranġamenti ta' governanza tal-gwardjan li jiżguraw l-indipendenza tal-funzjoni ta' verifika tal-konformità, inkluża s-segregazzjoni tad-dmirijiet fl-organizzazzjoni tal-gwardjan u l-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess.
Emenda 189
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt e
(e)  l-impenji magħmula vinkolanti legalment skont l-Artikolu 23.
imħassar
Emenda 190
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Il-Kummissjoni għandha tadotta d-deċiżjoni tagħha fi żmien 12-il xahar mill-ftuħ tal-proċedimenti skont l-Artikolu 18.
Emenda 191
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 2
2.  Qabel ma tadotta d-deċiżjoni skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tikkomunika s-sejbiet preliminari tagħha lill-gwardjan ikkonċernat. Fis-sejbiet preliminari, il-Kummissjoni għandha tispjega l-miżuri li tqis li se tieħu jew li l-gwardjan għandu jieħu biex is-sejbiet preliminari jiġu indirizzati b'mod effettiv.
2.  Qabel ma tadotta d-deċiżjoni skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tikkomunika s-sejbiet preliminari tagħha lill-gwardjan ikkonċernat. F'dawk is-sejbiet preliminari, il-Kummissjoni għandha tispjega l-miżuri li qed tqis li se tieħu jew li tqis li l-gwardjan għandu jieħu biex is-sejbiet preliminari jiġu indirizzati b'mod effettiv.
Emenda 192
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 4
4.  Il-gwardjan għandu jagħti deskrizzjoni lill-Kummissjoni tal-miżuri li jkun ħa biex jiżgura l-konformità mad-deċiżjoni adottata skont il-paragrafu 1.
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 193
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Fid-deċiżjoni skont l-Artikolu 25, il-Kummissjoni tista' timponi multi fuq gwardjan li ma jaqbżux l-10 % tal-fatturat totali tiegħu fis-sena finanzjarja preċedenti meta ssib li l-gwardjan, intenzjonalment jew b'negliġenza, jonqos milli jikkonforma ma':
1.  Fid-deċiżjoni skont l-Artikolu 25, il-Kummissjoni tista' timponi multi fuq gwardjan li ma jkunux inqas minn 4 % u ma jaqbżux l-20 % tal-fatturat totali dinji tiegħu fis-sena finanzjarja preċedenti meta ssib li l-gwardjan, intenzjonalment jew b'negliġenza, jonqos milli jikkonforma ma':
Emenda 194
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa)  l-obbligu li jinnotifika informazzjoni li hija meħtieġa skont l-Artikolu 12;
Emenda 195
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)
(ab)  l-obbligu li jinnotifika informazzjoni li hija meħtieġa skont l-Artikolu 13 jew jipprovdi informazzjoni skorretta, mhux kompluta jew qarrieqa;
Emenda 196
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt e
(e)  impenn magħmul vinkolanti b'deċiżjoni skont l-Artikolu 23.
imħassar
Emenda 197
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt b
(b)  jonqsu milli jinnotifikaw informazzjoni li hija meħtieġa skont l-Artikolu 12 jew jipprovdi informazzjoni skorretta, mhux kompluta jew qarrieqa;
imħassar
Emenda 198
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt c
(c)  jonqsu milli jagħtu d-deskrizzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 13;
imħassar
Emenda 199
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 2
2.  Meta l-impriżi jkunu ssodisfaw l-obbligu li l-pagament perjodiku ta' penali kien maħsub jinforza, il-Kummissjoni tista', permezz ta' deċiżjoni adottata skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 32(4), tistabbilixxi l-ammont definittiv tal-pagament perjodiku ta' penali f'ċifra aktar baxxa minn dik li tirriżulta mid-deċiżjoni oriġinali.
2.  Meta l-impriżi jkunu ssodisfaw l-obbligu li l-pagament perjodiku ta' penali kien maħsub jinforza, il-Kummissjoni tista', permezz ta' deċiżjoni adottata skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 32(4), tistabbilixxi l-ammont definittiv tal-pagament perjodiku ta' penali.
Emenda 200
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 1
1.  Is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni mill-Artikoli 26 u 27 għandhom ikunu soġġetti għal perjodu ta' preskrizzjoni ta' tliet snin.
1.  Is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni mill-Artikoli 26 u 27 għandhom ikunu soġġetti għal perjodu ta' preskrizzjoni ta' ħames snin.
Emenda 201
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Qabel ma tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 7, l-Artikolu 8(1), l-Artikolu 9(1), l-Artikoli 15, 16, 22, 23, 25 u 26, u l-Artikolu 27(2), il-Kummissjoni għandha tagħti l-opportunità ta' smigħ lill-gwardjan jew lill-impriża jew lill-assoċjazzjoni ta' impriżi kkonċernati, dwar:
1.  Qabel ma tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 7, l-Artikolu 8(1), l-Artikolu 9(1), l-Artikoli 15, 16, 22, 23, 25 u 26, u l-Artikolu 27(2), il-Kummissjoni għandha tagħti l-opportunità ta' smigħ lill-gwardjan jew lill-impriża jew lill-assoċjazzjoni ta' impriżi kkonċernati, inklużi l-partijiet terzi b'interess leġittimu, dwar:
Emenda 202
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 2
2.  Il-gwardjani, l-impriżi u l-assoċjazzjonijiet ta' impriżi kkonċernati jistgħu jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom għas-sejbiet preliminari tal-Kummissjoni f'limitu ta' żmien li trid tistabbilixxi l-Kummissjoni fis-sejbiet preliminari tagħha u li ma jistax ikun inqas minn 14-il jum.
2.  Il-gwardjani, l-impriżi u l-assoċjazzjonijiet ta' impriżi kkonċernati inklużi partijiet terzi b'interess leġittimu jistgħu jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom għas-sejbiet preliminari tal-Kummissjoni f'limitu ta' żmien li trid tistabbilixxi l-Kummissjoni fis-sejbiet preliminari tagħha u li ma jistax ikun inqas minn 14-il jum.
Emenda 203
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 3
3.  Il-Kummissjoni għandha tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha biss fuq oġġezzjonijiet li dwarhom setgħu jikkummentaw il-gwardjani, l-impriżi u l-assoċjazzjonijiet ta' impriżi kkonċernati.
3.  Il-Kummissjoni għandha tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha biss fuq oġġezzjonijiet li dwarhom setgħu jikkummentaw il-gwardjani, l-impriżi, l-assoċjazzjonijiet ta' impriżi kkonċernati u partijiet terzi b'interess leġittimu.
Emenda 233
Proposta għal regolament
Artikolu 30a (ġdid)
Artikolu 30a
Obbligu ta' rendikont
1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta rapport annwali dwar l-istat tal-ekonomija diġitali. Dan ir-rapport għandu jagħti analiżi tal-pożizzjoni tas-suq, l-influwenza u l-mudelli kummerċjali tal-gwardjani fis-suq komuni. Ir-rapport għandu jinkludi sommarju tal-attivitajiet tiegħu, b'mod partikolari l-miżuri superviżorji adottati skont il-Kapitolu II u IV ta' dan ir-Regolament kif ukoll valutazzjoni dwar jekk ir-regoli tal-kompetizzjoni, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament (u r-Regolament XX/2021 DSA) u l-livelli attwali ta' infurzar humiex adegwati biex jindirizzaw imġiba antikompetittiva u jiżguraw il-kontestabbiltà u l-ġustizzja tas-swieq diġitali. Dan ir-rapport annwali għandu jinkludi wkoll valutazzjoni tar-rapporti tal-awditjar previsti fl-Artikolu 13 u valutazzjoni tal-impatt soċjali, li tivvaluta prodotti u servizzi diġitali ġodda u l-impatt potenzjali tagħhom fuq is-saħħa mentali, l-imġiba tal-utent, id-diżinformazzjoni, il-polarizzazzjoni u d-demokrazija. Fil-qadi ta' dan il-mandat, il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-isforzi superviżorji u ta' monitoraġġ tagħha ma' dawk previsti skont ir-Regolament dwar Suq Intern għas-Servizzi Diġitali, sabiex jinkisbu l-aħjar sinerġiji possibbli.
2.   Il-Parlament Ewropew, permezz tal-kumitati kompetenti tiegħu, jista' jifformula opinjoni fuq bażi annwali dwar ir-rapport mill-Kummissjoni inklużi proposti għal investigazzjonijiet tas-suq dwar servizzi ġodda u prattiki ġodda skont l-Artikolu 17.
3.   Il-Kummissjoni għandha twieġeb bil-miktub l-opinjoni adottata mill-Parlament Ewropew kif ukoll twieġeb kwalunkwe sejħa għal azzjoni li tikkonċerna l-Artikolu 17 tagħha, inkluż billi tipprovdi ġustifikazzjonijiet għan-nuqqas ta' azzjoni prevista, u kwalunkwe mistoqsija indirizzata lilha mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien ħames ġimgħat minn meta tirċeviha.
4.   Fuq talba tal-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tipparteċipa f'seduta ta' smigħ quddiem il-Parlament Ewropew. Għandha ssir seduta ta' smigħ tal-inqas darbtejn fis-sena. Il-Kummissarju rispettiv għandu jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew u jwieġeb kwalunkwe mistoqsija mill-membri tiegħu, kull meta jintalab jagħmel dan. Barra minn hekk, għandu jiġi żgurat djalogu kontinwu u ta' livell għoli bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni permezz ta' skambji li jsiru mhux inqas minn erba' darbiet fis-sena.
Emenda 204
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 1
1.  L-informazzjoni miġbura skont l-Artikoli 3, 12, 13, 19, 20 u 21 għandha tintuża biss għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.
1.  L-informazzjoni miġbura skont l-Artikoli 3, 19, 20, 21 u 31d għandha tintuża biss għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.
Emenda 205
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  L-informazzjoni miġbura skont l-Artikolu 12 għandha tintuża biss għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 139/2004.
Emenda 206
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 1b (ġdid)
1b.  L-informazzjoni miġbura skont l-Artikolu 13 għandha tintuża biss għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2016/679.
Emenda 207
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 2
2.  Mingħajr preġudizzju għall-iskambju u l-użu ta' informazzjoni mogħtija għall-fini tal-użu skont l-Artikoli 32 u 33, il-Kummissjoni, l-awtoritajiet tal-Istati Membri, l-uffiċjali u l-aġenti tagħhom u persuni oħra li jaħdmu bis-superviżjoni ta' dawn l-awtoritajiet u kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, inkluż l-awdituri u l-esperti maħtura skont l-Artikolu 24(2), ma għandhomx jiżvelaw informazzjoni miksuba jew skambjata minnhom skont dan ir-Regolament u tat-tip kopert mill-obbligu tas-segretezza professjonali. Dan l-obbligu għandu japplika wkoll għar-rappreżentanti u l-esperti kollha tal-Istati Membri li jipparteċipaw f'xi waħda mill-attivitajiet tal-Kumitat Konsultattiv għas-Swieq Diġitali skont l-Artikolu 32.
2.  Mingħajr preġudizzju għall-iskambju u l-użu ta' informazzjoni mogħtija għall-fini tal-użu skont l-Artikoli 12, 13, 31d, 32 u 33, il-Kummissjoni, l-awtoritajiet tal-Istati Membri, l-uffiċjali u l-aġenti tagħhom u persuni oħra li jaħdmu bis-superviżjoni ta' dawn l-awtoritajiet u kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, inkluż l-awdituri u l-esperti maħtura skont l-Artikolu 24(2), ma għandhomx jiżvelaw informazzjoni miksuba jew skambjata minnhom skont dan ir-Regolament u tat-tip kopert mill-obbligu tas-segretezza professjonali. Dan l-obbligu għandu japplika wkoll għar-rappreżentanti u l-esperti kollha tal-Istati Membri li jipparteċipaw f'xi waħda mill-attivitajiet tal-Kumitat Konsultattiv għas-Swieq Diġitali skont l-Artikolu 32.
Emenda 208
Proposta għal regolament
Artikolu 31a (ġdid)
Artikolu 31a
Grupp Ewropew ta' Livell Għoli ta' Regolaturi Diġitali
1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Grupp ta' Livell Għoli Ewropew ta' Regolaturi Diġitali ("il-Grupp") fil-forma ta' grupp ta' esperti, li jikkonsisti minn rappreżentant tal-Kummissjoni, rappreżentant tal-korpi tal-Unjoni rilevanti, rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, u rappreżentanti ta' awtoritajiet kompetenti nazzjonali oħra f'setturi speċifiċi inklużi l-protezzjoni tad-data, il-komunikazzjonijiet elettroniċi u l-awtoritajiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi.
2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali rilevanti għandhom ikunu rappreżentati fil-grupp mill-kapijiet rispettivi tagħhom. Sabiex jiġi ffaċilitat ix-xogħol tal-Grupp, il-Kummissjoni għandha tipprovdilu segretarjat.
3.   Il-ħidma tal-Grupp tista' tiġi organizzata fi gruppi ta' ħidma ta' esperti li jibnu timijiet interdixxiplinari ta' regolaturi speċjalizzati li jipprovdu livell għoli ta' għarfien espert lill-Kummissjoni.
Emenda 209
Proposta għal regolament
Artikolu 31b (ġdid)
Artikolu 31b
Kompiti tal-Grupp Ewropew ta' Livell Għoli ta' Regolaturi Diġitali
1.   Il-Grupp għandu jassisti lill-Kummissjoni fl-iżgurar tal-applikazzjoni konsistenti ta' dan ir-Regolament u fil-monitoraġġ tal-konformità tiegħu permezz ta' pariri, għarfien espert u rakkomandazzjonijiet. Għal dak il-għan, il-Grupp għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:
(a)   li jikkunsidra kwistjonijiet relatati mal-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fl-azzjonijiet ta' infurzar tagħhom billi jippromwovi l-iskambju ta' informazzjoni u l-aħjar prattiki dwar il-ħidma tagħhom u l-prinċipji u l-prattiki tat-teħid tad-deċiżjonijiet bl-għan li jiġi żviluppat approċċ regolatorju konsistenti;
(b)   li jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li jitwettqu investigazzjonijiet tas-suq skont l-Artikoli 14, 15, 16 u 17;
(c)   li jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li jiġu aġġornati l-obbligi tar-Regolament skont l-Artikoli 5 u 6;
(d)   li jipprovdi pariri u għarfien espert lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta' proposti leġiżlattivi u inizjattivi ta' politika inkluż skont l-Artikolu 38;
(e)   li jipprovdi pariri u għarfien espert lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta' atti delegati;
(f)   fejn meħtieġ, li jipprovdi pariri u għarfien espert fit-tħejjija bikrija ta' atti ta' implimentazzjoni, qabel ma jiġu ppreżentati lill-kumitat b'mod konformi mar-Regolament (UE) Nru 182/2011; u
(g)   fuq it-talba tal-Kummissjoni, li jipprovdi parir tekniku u għarfien espert qabel l-adozzjoni ta' deċiżjoni ta' speċifikazzjoni skont l-Artikolu 7.
2.   Il-Grupp għandu jirrapporta kull sena dwar l-attivitajiet tiegħu lill-Parlament Ewropew u joffri rakkomandazzjonijiet u suġġerimenti ta' politika relatati mal-infurzar ta' dan ir-Regolament u kwistjonijiet oħra li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' approċċ regolatorju konsistenti għas-suq uniku diġitali.
3.   Il-Grupp għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu f'konformità mar-regoli tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni stabbiliti bid-deċiżjoni C(2016)3301 tal-Kummissjoni.
4.   Il-laqgħat tal-Grupp mal-partijiet ikkonċernati u mal-gwardjani għandhom jiġu rreġistrati u ppubblikati kull xahar f'konformità mar-reġistru ta' trasparenza tal-UE.
Emenda 210
Proposta għal regolament
Artikolu 31c (ġdid)
Artikolu 31c
Ir-rwol tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni u ta' awtoritajiet kompetenti oħra
1.   L-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni kif ukoll awtoritajiet kompetenti oħra ddeżinjati mill-Istati Membri għandhom jappoġġaw lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-konformità mal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament u tal-infurzar tal-istess obbligi u jirrapportaw regolarment lill-Kummissjoni dwar il-konformità ma' dan ir-Regolament.
2.   L-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni kif ukoll awtoritajiet kompetenti oħra jistgħu jipprovdu, taħt il-koordinazzjoni tal-Kummissjoni, appoġġ għal investigazzjoni tas-suq jew proċedimenti skont l-Artikoli 7(2), 15, 16, 17, 19, 20, 21 billi jiġbru informazzjoni u jipprovdu għarfien espert.
3.   L-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni kif ukoll awtoritajiet kompetenti oħra jistgħu jiġbru lmenti skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24a.
Emenda 211
Proposta għal regolament
Artikolu 31d(ġdid)
Artikolu 31d
Kooperazzjoni u koordinazzjoni mal-Istati Membri
1.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaħdmu f'kooperazzjoni mill-qrib u jikkoordinaw l-azzjonijiet ta' infurzar tagħhom biex jiżguraw infurzar koerenti, effettiv u komplementari ta' dan ir-Regolament.
2.   Fejn awtorità nazzjonali tkun biħsiebha tniedi investigazzjoni dwar gwardjani abbażi ta' liġijiet nazzjonali msemmija fl-Artikolu 1(6), hija għandha tinforma lill-Kummissjoni bil-miktub dwar l-ewwel miżura investigattiva formali, qabel jew immedjatament wara l-bidu ta' tali miżura. Din l-informazzjoni tista' titqiegħed ukoll għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni kif ukoll ta' awtoritajiet kompetenti oħra tal-Istati Membri l-oħra.
3.   Fejn awtorità nazzjonali tkun biħsiebha timponi obbligi fuq gwardjani abbażi ta' liġijiet nazzjonali msemmija fl-Artikolu 1(6), hija għandha, sa mhux aktar tard minn 60 jum qabel l-adozzjoni tiegħu, tikkomunika l-abbozz tal-miżura lill-Kummissjoni billi tiddikjara r-raġunijiet għall-miżura. Din l-informazzjoni tista' titqiegħed ukoll għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni kif ukoll ta' awtoritajiet kompetenti oħra tal-Istati Membri l-oħra. Fejn il-Kummissjoni, fi żmien dawk is-60 jum, tindika lill-awtorità nazzjonali kkonċernata li l-abbozz tal-miżura jmur kontra dan ir-Regolament jew kontra deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament jew ikkontemplata fi proċedimenti mibdija mill-Kummissjoni, dik l-awtorità nazzjonali ma għandhiex tadotta l-miżura.
4.   Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni kif ukoll awtoritajiet kompetenti oħra tal-Istati Membri li jinfurzaw ir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(6) għandu jkollhom is-setgħa li jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe kwistjoni ta' fatt jew ta' dritt, inkluża informazzjoni kunfidenzjali.
5.   L-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni kif ukoll awtoritajiet kompetenti oħra tal-Istati Membri li jinfurzaw ir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(6) jistgħu jikkonsultaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Emenda 212
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Għal laqgħat li fihom ikunu qed jiġu diskussi kwistjonijiet speċifiċi, l-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jaħtru rappreżentant addizzjonali minn awtorità bl-għarfien espert rilevanti għal dawk il-kwistjonijiet. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-membri tal-Kumitat li jkunu megħjuna minn esperti oħra mill-Istati Membri.
Emenda 213
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  Il-laqgħat tal-Kumitat Konsultattiv għas-Swieq Diġitali u l-Kummissjoni ma' rappreżentanti tal-gwardjani u partijiet ikkonċernati oħra għandhom jiġu rreġistrati u ppubblikati kull xahar f'konformità mar-reġistru ta' trasparenza tal-UE.
Emenda 214
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 1
1.  Meta tliet Stati Membri jew aktar jitolbu lill-Kummissjoni biex tiftaħ investigazzjoni skont l-Artikolu 15 għax ikun jidhrilhom li hemm raġunijiet raġonevoli biex jissuspettaw li fornitur ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma għandu jiġi ddeżinjat bħala gwardjan, il-Kummissjoni għandha teżamina fi żmien erba' xhur jekk hemmx raġunijiet raġonevoli biex tiftaħ din l-investigazzjoni.
1.  Żewġ awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jew aktar jew awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni tiftaħ investigazzjoni skont l-Artikoli 15, 16, 17 jew 25. L-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippreżentaw evidenza li ssostni t-talba tagħhom. Il-Kummissjoni għandha teżamina fi żmien erba' xhur jekk hemmx raġunijiet raġonevoli biex tiftaħ din l-investigazzjoni. Fejn il-Kummissjoni tqis li r-raġunijiet huma insuffiċjenti biex jinbdew proċedimenti, hija tista' tirrifjuta tali talba u tinforma lill-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti rispettivi bir-raġunijiet tagħha. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-riżultati tal-valutazzjoni tagħha.
Emenda 215
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 2
2.  L-Istati Membri għandhom jippreżentaw evidenza li ssostni t-talba tagħhom.
imħassar
Emenda 216
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – titolu
Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni
Arranġamenti dettaljati
Emenda 217
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jikkonċernaw: 3, 6, 12, 13, 15, 16, 17, 20, 22, 23, 25 u 30
1.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu arranġamenti dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan li ġej:
Emenda 218
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa)  il-forma, il-kontenut u dettalji oħra dwar kif għandhom jingħataw l-għażla u l-kunsens, skont l-Artikolu 5(a);
Emenda 219
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)
(ab)  il-forma, il-kontenut u dettalji oħra dwar kif għandha tingħata informazzjoni dwar il-prezz u r-remunerazzjoni, skont l-Artikolu 5(g);
Emenda 220
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)
(ga)  l-arranġamenti prattiċi għall-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri previsti fl-Artikolu 31d.
Emenda 221
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 2
2.  l-arranġamenti prattiċi għall-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri previsti fl-Artikolu 1(7). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 32(4). Qabel l-adozzjoni ta' xi miżura skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tippubblika abbozz tagħha u tistieden lill-partijiet ikkonċernati kollha biex jissottomettu l-kummenti tagħhom fiż-żmien stipulat, li ma jistax ikun inqas minn xahar.
2.  Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 32(4). Qabel l-adozzjoni ta' xi miżura skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tippubblika abbozz tagħha u tistieden lill-partijiet interessati kollha biex jissottomettu l-kummenti tagħhom fiż-żmien stipulat, li ma jistax ikun inqas minn xahar.
Emenda 222
Proposta għal regolament
Artikolu 36a (ġdid)
Artikolu 36a
Linji Gwida
Biex jiġu ffaċilitati l-konformità tal-gwardjani mal-obbligi fl-Artikoli 5, 6, 12 u 13 u l-infurzar tagħhom, il-Kummissjoni tista' takkumpanja l-obbligi stabbiliti f'dawk l-Artikoli b'linji gwida, fejn il-Kummissjoni tqis li jkun xieraq. Fejn ikun xieraq u meħtieġ, il-Kummissjoni tista' tagħti s-setgħa lill-korpi ta' standardizzazzjoni biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-obbligi billi jiġu żviluppati standards xierqa.
Emenda 223
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 2
2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 3(6) u 9(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn JJ/XX/SSSS. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 3(6) u 10 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn JJ/XX/SSSS. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 224
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 3
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 3(6) u 9(1) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 3(6) u 10 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
Emenda 225
Proposta għal regolament
Artikolu 37a (ġdid)
Artikolu 37a
Emenda għad-Direttiva (UE) 2019/1937
Fil-Parti XX tal-Anness tad-Direttiva (UE) 2019/1937, jiżdied il-punt li ġej:
''Ir-Regolament (UE) … /… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … dwar XX (UE) 2021/XXX u li jemenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 (ĠU L …).
Emenda 226
Proposta għal regolament
Artikolu 37b (ġdid)
Artikolu 37b
Emendi għad-Direttiva (UE) 2020/1828 dwar Azzjonijiet Rappreżentattivi għall-Protezzjoni tal-Interessi Kollettivi tal-Konsumaturi
Jiżdied mal-Anness I dan li ġej:
"(X) Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali (l-Att dwar is-Swieq Diġitali)"
Emenda 227
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Dan ir-Regolament għandu japplika wara sitt xhur mid-dħul fis-seħħ.
Dan ir-Regolament għandu japplika wara xahrejn mid-dħul fis-seħħ.
Emenda 228
Proposta għal regolament
Anness 1 (ġdid)
a.  "Ġenerali"
1.  L-anness preżenti għandu l-għan li jispeċifika l-metodoloġija għall-identifikazzjoni u l-kalkolu tal-"utenti finali" u l-"utenti kummerċjali" għal kull servizz ewlieni tal-pjattaforma definit fl-Artikolu 2(2) għall-fini tal-punt (b) tal-Artikolu 3(2). Dan jipprovdi referenza biex impriża tkun tista' tivvaluta jekk is-servizzi ewlenin tal-pjattaformi tagħha jissodisfawx il-limiti kwantitattivi stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(b) u għalhekk ikun preżunt li jissodisfaw ir-rekwiżit fl-Artikolu 3(1)(b). Għalhekk se tkun ugwalment rilevanti għal kwalunkwe valutazzjoni usa' skont l-Artikolu 3(6). Hija r-responsabbiltà tal-impriża li tasal għall-aħjar approssimazzjoni possibbli skont il-prinċipji komuni u l-metodoloġija speċifika stabbiliti f'dan l-anness. Xejn f'dan l-anness ma jipprekludi lill-Kummissjoni milli tirrikjedi li l-impriża li tipprovdi servizzi ewlenin tal-pjattaforma tipprovdi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati u kkalkulati l-"utenti finali" u l-"utenti kummerċjali". Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni hija marbuta bl-iskedi ta' żmien stipulati fid-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament. Xejn fl-anness preżenti ma għandu jikkostitwixxi bażi legali għat-traċċar tal-utenti. Il-metodoloġija li tinsab f'dan l-anness hija wkoll mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe obbligu fir-Regolament, inkluż b'mod partikolari dawk stipulati fl-Artikolu 3(3), l-Artikolu 3(6) u l-Artikolu 11(1). B'mod partikolari, il-konformità meħtieġa mal-Artikolu 11(1) tfisser ukoll l-identifikazzjoni u l-kalkolu tal-utenti finali u l-utenti kummerċjali abbażi ta' kejl preċiż jew tal-aħjar approssimazzjoni disponibbli – f'konformità mal-kapaċitajiet ta' identifikazzjoni u kalkolu attwali li l-impriża li tipprovdi s-servizzi ewlenin tal-pjattaforma jkollha fil-mument rilevanti. Dan il-kejl jew l-aħjar approssimazzjoni disponibbli għandhom ikunu konsistenti ma', u jinkludu, dawk irrapportati skont l-Artikolu 13.
2.  L-Artikolu 2(16) u (17) jistabbilixxu d-definizzjonijiet ta' "utent finali" u "utent kummerċjali", li huma komuni għas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma kollha.
3.  Sabiex jidentifika u jikkalkula l-għadd ta' "utenti finali" u "utenti kummerċjali", l-anness preżenti jirreferi għall-kunċett ta' "utenti uniċi". Il-kunċett ta' "utenti uniċi" jinkludi "utenti finali" u "utenti kummerċjali" magħduda darba biss, għas-servizz ewlieni tal-pjattaforma rilevanti, matul perjodu ta' żmien speċifikat (jiġifieri xahar fil-każ ta' "utenti finali" u sena fil-każ ta' "utenti kummerċjali"), irrispettivament min-numru ta' interazzjonijiet mas-servizz ewlieni tal-pjattaforma rilevanti matul dak il-perjodu. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-fatt li l-istess persuna fiżika jew ġuridika tista' simultanjament tkun utent finali jew utent kummerċjali għal servizzi ewlenin differenti tal-pjattaforma.
b.  "utenti finali"
4.  L-għadd ta' "utenti uniċi" fir-rigward tal-"utenti finali": utenti uniċi għandhom jiġu identifikati skont l-aktar metrika preċiża rrappurtata mill-impriża li tipprovdi kwalunkwe wieħed mis-servizzi ewlenin tal-pjattaforma, speċifikament:
a.  Huwa meqjus li l-ġbir ta' data dwar l-użu ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma minn ambjenti aċċessati permezz ta' reġistrazzjoni jew konnessjoni prima facie jippreżentaw l-aktar riskju baxx ta' duplikazzjoni, pereżempju fir-rigward tal-imġiba tal-utent fuq l-apparati jew il-pjattaformi. Għalhekk, l-impriża għandha tippreżenta data anonimizzata aggregata dwar l-għadd ta' utenti uniċi għal kull servizz ewlieni tal-pjattaforma rispettiv ibbażat fuq ambjenti aċċessati permezz ta' reġistrazzjoni jew konnessjoni jekk tkun teżisti tali data.
b.  Fil-każ ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma li huma aċċessati (wkoll) minn utenti finali barra ambjenti aċċessati permezz ta' reġistrazzjoni jew konnessjoni, l-impriża għandha tippreżenta addizzjonalment data anonimizzata aggregata dwar l-għadd ta' utenti finali uniċi tas-servizz ewlieni tal-pjattaforma abbażi ta' metrika alternattiva li taqbad ukoll utenti finali barra mill-ambjenti aċċessati permezz ta' reġistrazzjoni jew konnessjoni bħal indirizzi tal-protokoll tal-internet, identifikaturi tal-cookies jew identifikaturi oħra bħal tags ta' identifikazzjoni bil-frekwenza tar-radju dment li dawk l-indirizzi jew identifikaturi jkunu (oġġettivament) neċessarji biex jiġu pprovduti s-servizzi ewlenin tal-pjattaforma.
5.  L-Artikolu 3(2) jirrikjedi wkoll li l-għadd ta' "utenti finali ta' kull xahar" ikun ibbażat fuq l-għadd medju ta' utenti finali ta' kull xahar tul perjodu ta' mhux inqas minn sitt xhur fl-aħħar sena finanzjarja. Impriża li tipprovdi servizz ewlieni jew servizzi ewlenin tal-pjattaforma tista' tiskonta ċ-ċifri outlier f'sena partikolari. Ċifri outlier ifissru b'mod inerenti ċ-ċifri li jaqgħu barra l-valuri normali bħal bejgħ massimu li jkun seħħ matul xahar wieħed f'sena partikolari iżda li ma jinkludux il-bejgħ annwali regolari u prevedibbli.
c.  "utenti kummerċjali"
6.  L-għadd ta' "utenti uniċi" fir-rigward ta' "utenti kummerċjali": "utenti uniċi" għandhom jiġu determinati, fejn applikabbli, fil-livell tal-kont b'kull kont kummerċjali distint assoċjat mal-użu ta' servizz ewlieni tal-pjattaforma pprovdut mill-impriża li tikkostitwixxi utent kummerċjali uniku wieħed ta' dak is-servizz ewlieni rispettiv tal-pjattaforma. Jekk il-kunċett ta' "kont kummerċjali" ma japplikax għal servizz ewlieni tal-pjattaforma partikolari, l-impriża rilevanti li tipprovdi servizzi ewlenin tal-pjattaforma għandha tiddetermina l-għadd ta' utenti kummerċjali uniċi billi tirreferi għall-impriża rilevanti.
d.  "Preżentazzjoni ta' informazzjoni"
7.  L-impriża li tippreżenta informazzjoni rigward l-għadd ta' utenti finali u utenti kummerċjali għal kull servizz ewlieni tal-pjattaforma għandha tkun responsabbli biex tiżgura l-kompletezza u l-preċiżjoni ta' dik l-informazzjoni. F'dak ir-rigward:
a.  Fl-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni, l-impriża għandha tkun responsabbli mill-preżentazzjoni ta' data għal servizz ewlieni tal-pjattaforma rispettiv li tevita s-sottokalkolu u s-sovrakalkolu tal-għadd ta' utenti finali u utenti kummerċjali (pereżempju fejn l-utenti jaċċessaw is-servizzi ewlenin tal-pjattaforma minn pjattaformi jew apparati differenti).
b.  L-impriża għandha tkun responsabbli mill-għoti ta' spjegazzjonijiet preċiżi u konċiżi dwar il-metodoloġija użata biex tasal għall-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni u minn kwalunkwe riskju tas-sottokalkolu u s-sovrakalkolu tal-għadd ta' utenti finali u utenti kummerċjali għal servizz ewlieni tal-pjattaforma rispettiv u mis-soluzzjonijiet adottati biex jiġi indirizzat dak ir-riskju.
c.  L-impriża għandha tipprovdi data lill-Kummissjoni li tkun ibbażata fuq metrika alternattiva meta l-Kummissjoni jkollha tħassib dwar il-preċiżjoni tad-data pprovduta mill-impriża li tipprovdi servizz ewlieni jew servizzi ewlenin tal-pjattaforma.
8.  Għall-fini tal-kalkolu tal-għadd ta' "utenti finali" u "utenti kummerċjali":
a.  L-impriża li tipprovdi servizz ewlieni jew servizzi ewlenin tal-pjattaforma ma għandhiex tidentifika servizzi ewlenin tal-pjattaforma li jappartjenu għall-istess kategorija ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma skont l-Artikolu 2(2) bħala distinti prinċipalment fuq il-bażi li jiġu pprovduti bl-użu ta' ismijiet ta' dominji differenti – kemm jekk dominji tal-ogħla livell tal-kodiċi tal-pajjiż (country code top-level domains - ccTLDs) kif ukoll jekk dominji tal-ogħla livell ġeneriċi (generic top-level domains - gTLDs) - jew kwalunkwe attribut ġeografiku.
b.  L-impriżi li jipprovdu servizz ewlieni jew servizzi ewlenin tal-pjattaforma għandhom iqisu bħala servizzi ewlenin tal-pjattaforma distinti dawk is-servizzi ewlenin tal-pjattaforma, li minkejja li jappartjenu għall-istess kategorija ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma skont l-Artikolu 2(2) jintużaw għal finijiet differenti jew mill-utenti finali tagħhom jew l-utenti kummerċjali tagħhom, jew it-tnejn, anke jekk l-utenti finali u l-utenti kummerċjali jistgħu jkunu l-istess.
c.  L-impriżi li jipprovdu servizz ewlieni jew servizzi ewlenin tal-pjattaforma għandhom iqisu bħala servizzi ewlenin tal-pjattaforma distinti dawk is-servizzi li l-impriża rilevanti toffri b'mod integrat iżda li (i) ma jappartjenux għall-istess kategorija tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma skont l-Artikolu 2(2) jew (ii) minkejja li jappartjenu għall-istess kategorija ta' servizzi ewlenin tal-pjattaforma skont l-Artikolu 2(2), jintużaw għal finijiet differenti jew mill-utenti finali tagħhom jew l-utenti kummerċjali tagħhom, jew it-tnejn, anke jekk l-utenti finali u l-utenti kummerċjali jistgħu jkunu l-istess.
e.  "Definizzjonijiet speċifiċi"
9.  Definizzjonijiet speċifiċi għal kull servizz ewlieni tal-pjattaforma: Il-lista ta' hawn taħt tagħti definizzjonijiet speċifiċi ta' "utenti finali" u "utenti kummerċjali" għal kull servizz ewlieni tal-pjattaforma.
Emenda 229
Proposta għal regolament
Anness 1 – tabella (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Servizz ewlieni tal-pjattaforma

utenti finali

utenti kummerċjali

Servizzi ta' intermedjazzjoni online

L-għadd ta' utenti finali uniċi li kellhom kuntatt mas-servizz ta' intermedjazzjoni online mill-inqas darba matul ix-xahar pereżempju billi aċċessaw attivament permezz ta' konnessjoni, billi għamlu tfittxija, ikklikkjaw jew skrolljaw jew billi kkonkludew tranżazzjoni permezz tas-servizz ta' intermedjazzjoni online mill-inqas darba matul ix-xahar.

L-għadd ta' utenti kummerċjali uniċi li kellhom mill-inqas oġġett wieħed elenkat fis-servizz ta' intermedjazzjoni online matul is-sena kollha jew li kkonkludew tranżazzjoni attivata mis-servizz ta' intermedjazzjoni online matul is-sena.

Magni tat-tiftix online

L-għadd ta' utenti finali uniċi li kellhom kuntatt mal-magna tat-tiftix online mill-inqas darba matul ix-xahar, pereżempju billi għamlu tfittxija.

L-għadd ta' utenti kummerċjali uniċi b'siti web tan-negozju (jiġifieri sit web użat f'kapaċità kummerċjali jew professjonali) indiċjati mill-magna tat-tiftix online jew parti mill-indiċi tagħha matul is-sena.

Servizzi ta' networking soċjali online;

L-għadd ta' utenti finali uniċi li kellhom kuntatt mas-servizz ta' networking soċjali online mill-inqas darba matul ix-xahar, pereżempju billi aċċessaw attivament permezz ta' konnessjoni, fetħu paġna, skrolljaw, ikklikkjaw, tefgħu like, għamlu tfittxija, tefgħu post jew ikkummentaw.

L-għadd ta' utenti kummerċjali uniċi li huma inklużi f'lista tan-negozju jew għandhom kont tan-negozju fis-servizz tan-networking soċjali online u li kellhom kuntatt b'xi mod mas-servizz mill-inqas darba matul is-sena, pereżempju billi aċċessaw attivament permezz ta' konnessjoni, fetħu paġna, skrolljaw, ikklikkjaw, tefgħu like, għamlu tfittxija, tefgħu post jew ikkummentaw jew użaw l-għodod tiegħu għan-negozji.

Servizzi ta' pjattaforma tal-video-sharing;

L-għadd ta' utenti finali uniċi li kellhom kuntatt mas-servizz ta' pjattaforma tal-video-sharing mill-inqas darba matul ix-xahar, pereżempju billi raw parti minn kontenut awdjoviżiv, għamlu tfittxija jew tellgħu kontenut awdjoviżiv, b'mod partikolari inkluż filmati ġġenerati mill-utenti.

L-għadd ta' utenti kummerċjali uniċi li pprovdew mill-inqas silta waħda ta' kontenut awdjoviżiv imtella' jew viżwalizzat fuq is-servizz ta' pjattaforma tal-video-sharing matul is-sena.

Servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali indipendenti min-numri

L-għadd ta' utenti finali uniċi li bdew jew ipparteċipaw b'xi mod f'komunikazzjoni permezz tas-servizz ta' komunikazzjoni interpersonali indipendenti min-numri mill-inqas darba matul ix-xahar.

L-għadd ta' utenti kummerċjali uniċi li użaw kont tan-negozju jew inkella bdew jew ipparteċipaw b'xi mod f'komunikazzjoni permezz tas-servizz ta' komunikazzjoni interpersonali indipendenti min-numri biex jikkomunikaw direttament ma' utent finali mill-inqas darba matul is-sena.

Sistemi operatorji

L-għadd ta' utenti finali uniċi li użaw apparat bis-sistema operatorja, li ġie attivat, aġġornat jew użat mill-inqas darba matul ix-xahar.

L-għadd ta' żviluppaturi uniċi li ppubblikaw, aġġornaw jew offrew mill-inqas applikazzjoni waħda ta' software jew programm ta' software bl-użu tal-lingwa tal-ipprogrammar jew kwalunkwe għodda għall-iżvilupp ta' software tas-sistema operatorja, jew li juża b'xi mod l-istess software, matul is-sena.

Servizzi ta' cloud computing

L-għadd ta' utenti finali uniċi li użaw xi servizz ta' cloud computing mill-fornitur rilevanti ta' servizzi ta' cloud computing mill-inqas darba matul ix-xahar, għal kwalunkwe tip ta' remunerazzjoni, irrispettivament minn jekk din ir-remunerazzjoni sseħħx fl-istess xahar.

L-għadd ta' utenti kummerċjali uniċi li pprovdew xi servizz ta' cloud computing ospitat fl-infrastruttura tal-cloud tal-fornitur rilevanti tas-servizzi ta' cloud computing matul is-sena.

Servizzi ta' reklamar

Bejgħ proprjetarju ta' spazju għar-reklamar

L-għadd ta' utenti finali uniċi li kienu esposti għal impressjoni ta' reklamar mill-inqas darba fix-xahar.

Intermedjazzjoni tar-reklamar (inklużi networks tar-reklamar, skambji tar-reklamar u kwalunkwe servizz ieħor ta' intermedjazzjoni tar-reklamar)

L-għadd ta' utenti finali uniċi li kienu esposti għal impressjoni tar-reklamar li skattat is-servizz ta' intermedjazzjoni tar-reklamar mill-inqas darba fix-xahar.

Bejgħ proprjetarju ta' spazju għal reklamar

L-għadd ta' reklamaturi uniċi li kellhom mill-inqas impressjoni tar-reklamar waħda murija matul is-sena.

Intermedjazzjoni tar-reklamar (inklużi networks tar-reklamar, skambji tar-reklamar u kwalunkwe servizz ieħor ta' intermedjazzjoni tar-reklamar)

L-għadd ta' utenti kummerċjali uniċi (inklużi reklamaturi, pubblikaturi jew intermedjarji oħra) li interaġixxew permezz tas-servizz ta' intermedjazzjoni tar-reklamar jew li kienu moqdija minnu matul is-sena.

(1)Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A9-0332/2021).


Ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea fl-2018-2020
PDF 220kWORD 69k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2021 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea fl-2018-2020 (2021/2020(INI))
P9_TA(2021)0500A9-0315/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 6, 8, 10, 83, 153 u 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u l-Artikoli 21 u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

–   wara li kkunsidra d-direttivi tal-UE mill-1975 'il quddiem dwar diversi aspetti ta' trattament ugwali għan-nisa u l-irġiel, jiġifieri d-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE tad-19 ta' Diċembru 1978 dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' sigurtà soċjali(1), id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE tal-11 ta' Diċembru 1986 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa involuti f'attività, inkluża l-agrikoltura, b'kapaċità li fiha jaħdmu għal rashom, u dwar il-protezzjoni ta' nisa li jaħmu għal rashom waqt it-tqala u waqt li qegħdin irabbu t-tfal(2), id-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu(3), id-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta' Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi(4), id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol(5), id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE tat-8 ta' Marzu 2010 li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC(6), u d-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE(7),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tal-1949 dwar is-Soppressjoni tat-Traffikar tal-Bnedmin u l-Isfruttament tal-Prostituzzjoni ta' Oħrajn,

–   wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, b'mod partikolari l-għan 5 u l-miri u l-indikaturi relatati,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing adottati mir-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa fil-15 ta' Settembru 1995 u d-dokumenti ta' eżitu sussegwenti adottati fis-sessjonijiet speċjali tan-NU Beijing+5, +10, +15 u +20,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa tat-18 ta' Diċembru 1979,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Nru 100 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar Remunerazzjoni Indaqs għall-Ħaddiema Rġiel u Nisa għal Xogħol ta' Valur Indaqs,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Nru 156 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar l-Opportunitajiet Indaqs u t-Trattament Ugwali għall-Ħaddiema Rġiel u Nisa: Ħaddiema b'Responsabbiltajiet tal-Familja,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Marzu 2020 intitolata "Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija ta' Ugwaljanza Bejn is-Sessi għall-2020-2025" (COM(2020)0152),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Novembru 2020 intitolata "Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025" (COM(2020)0698),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-5 ta' Marzu 2021 intitolat "2021 report on gender equality in the EU" (Rapport tal-2021 dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE) (SWD(2021)0055),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Marzu 2021 intitolata "Strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal (2020-2025)" (COM(2021)0142),

–  wara li kkunsidra l-istudju intitolat "The gender based impact of the COVID-19 crisis and post-crisis period", ippubblikat mid-Dipartiment Tematiku għad-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Affarijiet Kostituzzjonali tad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tiegħu fit-30 ta' Settembru 2020,

–  wara li kkunsidra l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri għall-2019 u l-2020 tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar l-istrateġija tal-UE għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel wara l-2015(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar il-ħtieġa ta' strateġija tal-UE biex titwaqqaf u tiġi evitata d-differenza bejn il-pensjonijiet tan-nisa u tal-irġiel(9),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar il-ħtieġa ta' konfigurazzjoni speċifika tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri(10),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Jannar 2021 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri(11),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Jannar 2021 dwar il-perspettiva tal-ġeneru fil-kriżi tal-COVID-19 u fil-perjodu ta' wara l-kriżi(12),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Frar 2021 dwar l-isfidi għad-drittijiet tan-nisa fl-Ewropa: aktar minn 25 sena wara d-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing(13),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ġunju 2021 dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati fl-UE, fil-kuntest tas-saħħa tan-nisa(14),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A9-0315/2021),

A.  billi d-drittijiet tan-nisa huma drittijiet tal-bniedem u għalhekk huma universali u indiviżibbli, kif minqux fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; billi l-ġlieda għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa hija responsabbiltà verament kollettiva li teħtieġ progress aktar rapidu u sforzi mill-istituzzjonijiet u l-Istati Membri tal-UE; billi l-UE u l-Istati Membri tagħha jeħtiġilhom li jkollhom fil-mira l-ġlieda kontra l-inugwaljanzi u d-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru u s-sess, il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, u l-garanzija tad-drittijiet u t-trattament indaqs għan-nisa u l-irġiel fid-diversità kollha tagħhom, kif ukoll jiżguraw li jkollhom setgħa u opportunitajiet indaqs biex isawru s-soċjetà u ħajjithom stess; billi skont l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, l-UE tinsab mill-inqas 60 sena 'l bogħod milli tikseb ugwaljanza sħiħa bejn il-ġeneri; billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE għadha ma ntlaħqitx u l-progress f'din id-direzzjoni għadu miexi bil-mod, qed jistaġna jew saħansitra sejjer lura f'ċerti reġjuni u pajjiżi; billi l-punteġġ tal-UE fl-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri żdied b'4,1 punti biss mill-2010 u b'0,5 punti mill-2017(15); billi l-Istati Membri kisbu punteġġ medju ta' 67,9 minn 100 fl-2020;

B.  billi n-nisa jrid ikollhom l-istess opportunitajiet bħall-irġiel biex jiksbu l-indipendenza ekonomika; billi, għalkemm ir-rati ta' impjieg tan-nisa għolew, l-inugwaljanza bejn il-ġeneri fis-suq tax-xogħol għadha realtà inkwetanti u sfida sinifikanti, filwaqt li x-xejriet tas-suq tax-xogħol fid-dawl tal-pandemija juru impatt aktar sinifikanti fuq in-nisa milli fuq l-irġiel(16); billi r-rata ta' impjieg għall-irġiel fl-età tax-xogħol fl-UE-27 kienet ta' 79 % fl-2019, u qabżet dik tan-nisa bi 11,7-il punt perċentwali; billi fir-rigward tal-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, 8 % tal-irġiel fl-UE qed jaħdmu part-time meta mqabbla ma' 31 % tan-nisa, u dan juri inugwaljanzi persistenti; billi d-differenza bejn il-ġeneri fir-rata ta' impjieg ekwivalenti għal full-time żdiedet fi tmien Stati Membri mill-2010; billi ftit li xejn sar progress fl-isfida tas-segregazzjoni settorjali u okkupazzjonali skont il-ġeneru fis-suq tax-xogħol; billi d-differenza fl-impjiegi hija partikolarment għolja għan-nisa bi status soċjoekonomiku fqir, bħall-ommijiet waħedhom, l-indokraturi nisa, in-nisa b'diżabilità, in-nisa migranti u refuġjati, in-nisa minn diversi sfondi razzjali u etniċi u minn minoranzi reliġjużi, in-nisa b'kisbiet edukattivi baxxi, in-nisa LGBTIQ+, kif ukoll in-nisa żgħażagħ u anzjani;

C.  billi n-nisa fl-UE jitħallsu 14 % inqas fis-siegħa mill-irġiel bħala medja u billi d-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi tvarja bejn 3,3 % u 21,7 % fl-Istati Membri kollha; billi minkejja l-fatt li l-prinċipju ta' paga ugwali għall-irġiel u n-nisa ilu parti mill-acquis tal-UE sa mill-1957 u ammont sinifikanti ta' leġiżlazzjoni nazzjonali, u minkejja l-azzjoni meħuda u r-riżorsi minfuqa li jippruvaw inaqqsu dawn id-differenzi, il-progress kien minimu u l-inugwaljanza fil-pagi saħansitra marret għall-agħar f'diversi Stati Membri; billi ħafna aktar nisa milli rġiel jaħdmu part-time (8,9 miljun vs 560 000) minħabba r-responsabbiltajiet ta' kura tagħhom; billi ż-żieda fil-ħtiġijiet ta' kura fit-tul u n-nuqqas ta' servizzi ta' kura jaggravaw l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri fil-familji u fl-impjiegi; billi ċ-ċifri tal-Eurostat juru li l-qgħad fost in-nisa żdied minn 6,9 % f'April għal 7,9 % f'Awwissu 2020, filwaqt li l-qgħad fost l-irġiel żdied minn 6,5 % għal 7,1 % matul l-istess perjodu;

D.  billi n-nisa jiffaċċjaw inugwaljanzi u diskriminazzjoni intersettorjali, inkluż minħabba r-razza, l-oriġini etnika jew soċjali, l-orjentazzjoni sesswali, l-identità u l-espressjoni tal-ġeneru, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-istatus ta' residenza u d-diżabilità tagħhom, u billi jridu jsiru sforzi biex jiġu indirizzati l-forom kollha ta' diskriminazzjoni biex tinkiseb ugwaljanza bejn il-ġeneri għan-nisa kollha; billi sa issa l-politiki tal-UE ma applikawx approċċ intersezzjonali u ffukaw biss fuq id-dimensjoni individwali tad-diskriminazzjoni, u dan jimminimizza d-dimensjonijiet istituzzjonali, strutturali u storiċi tagħha; billi l-applikazzjoni ta' analiżi intersezzjonali mhux biss tippermettilna nifhmu l-ostakoli strutturali, iżda tipprovdi wkoll evidenza biex jinħolqu punti ta' riferiment, u titwitta t-triq lejn politiki strateġiċi u effettivi kontra d-diskriminazzjoni sistemika, l-esklużjoni u l-inugwaljanzi soċjali;

E.  billi r-rapport tal-Kummissjoni tal-2021 dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE jikkonkludi li l-pandemija tal-COVID-19 affettwat ħafna l-ħajja tan-nisa u aggravat id-differenzi eżistenti bejn il-ġeneri fi kważi kull rispett; billi fuq quddiem nett tal-isforzi biex tiġi miġġielda l-pandemija, madwar 70 % tal-ħaddiema fis-setturi soċjali u tas-saħħa huma nisa, bħal infermiera, tobba jew assistenti tat-tindif; billi d-diversi impatti tal-pandemija fuq in-nisa jvarjaw minn żieda fil-vjolenza u l-fastidju abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika għal piż akbar ta' responsabbiltajiet ta' kura u responsabbiltajiet domestiċi bla ħlas, filwaqt li n-nisa jkomplu jwettqu l-maġġoranza tal-faċendi tad-dar u tal-familja, aktar u aktar meta jaħdmu mid-dar, ikunu mingħajr impjieg jew ikollhom xogħol part-time; billi barra minn hekk, in-nisa jiffaċċjaw żvantaġġi ekonomiċi fis-suq tax-xogħol, b'mod partikolari l-ħaddiema tal-kura tas-saħħa, l-indukraturi u l-ħaddiema f'setturi oħra ddominati min-nisa u prekarji, u aċċess ristrett għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati (SRHR); billi l-impatt ekonomiku tal-pandemija jhedded li jreġġa' lura l-progress li nkiseb bi sforzi kbar fir-rigward tal-indipendenza ekonomika tan-nisa matul l-aħħar deċennju; billi l-impjieg tan-nisa naqas b'mod aktar drastiku matul il-pandemija milli naqas matul ir-reċessjoni tal-2008(17), b'konsegwenzi sinifikanti għan-nisa u l-familji tagħhom u għall-ekonomija usa', inklużi opportunitajiet, libertajiet, drittijiet u benesseri mnaqqsa; billi r-rapport tal-Indiċi Globali ta' Disparità bejn is-Sessi tal-2021 jiddikjara li ż-żmien meħtieġ biex titneħħa d-differenza bejn il-ġeneri żdied b'ġenerazzjoni minn 99,5 sena għal 135,6 sena b'riżultat tal-pandemija(18);

F.  billi fl-aħħar għaxar snin kien hemm enfasi bla preċedent fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-isport, iżda mhux dejjem għall-aħjar raġunijiet u skopijiet, speċjalment fir-rigward tad-drittijiet tan-nisa fil-prattika;

G.  billi l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) jiddefinixxi l-vjolenza abbażi tal-ġeneru kontra n-nisa bħala kwalunkwe forma ta' vjolenza li hija diretta kontra mara minħabba li hija mara jew li taffettwa lin-nisa b'mod sproporzjonat; billi l-vjolenza kontra n-nisa fil-forom kollha tagħha (vjolenza fiżika, sesswali, psikoloġika, ekonomika jew ċibernetika) hija ksur tad-drittijiet tal-bniedem, forma estrema ta' diskriminazzjoni kontra n-nisa u wieħed mill-akbar ostakli għall-kisba tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri; billi l-vjolenza abbażi tal-ġeneru għandha l-għeruq tagħha fid-distribuzzjoni inugwali tal-poter bejn il-ġeneri, l-istrutturi patrijarkali u l-istereotipi marbuta mal-ġeneru, li wasslu għal dominazzjoni fuq in-nisa u diskriminazzjoni kontrihom mill-irġiel u dan jista' jvarja fl-apparenza, l-intensità u l-forma; billi soċjetà ħielsa mill-vjolenza abbażi tal-ġeneru trid tiġi rikonoxxuta bħala prerekwiżit assolut għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri;

H.  billi 31 % tan-nisa fl-Ewropa esperjenzaw vjolenza fiżika u/jew sesswali u billi għadd kbir ħafna ta' nisa jesperjenzaw attakk u fastidju sesswali fi sħubijiet intimi u fil-ħajja pubblika(19); billi rapporti u ċifri minn diversi Stati Membri juru żieda inkwetanti fil-vjolenza abbażi tal-ġeneru matul il-pandemija tal-COVID-19; billi skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, xi Stati Membri rrappurtaw żieda ta' 60 % f'sejħiet ta' emerġenza minn nisa soġġetti għal vjolenza mis-sieħeb intimu tagħhom matul il-pandemija(20); billi skont rapport tal-Europol, l-abbuż sesswali tat-tfal online żdied b'mod drammatiku fl-UE(21); billi l-impatt tal-konfinament fuq il-ħajja soċjali, ekonomika, psikoloġika u demokratika kien sproporzjonatament sever fuq il-persuni u n-nisa f'sitwazzjonijiet vulnerabbli, b'mod partikolari fir-rigward tal-esponiment għall-vjolenza, iż-żieda fid-dipendenza ekonomika u l-inugwaljanzi fuq il-post tax-xogħol u bejn ir-rwoli ta' kura; billi, barra minn hekk, il-miżuri ta' lockdown għamluha aktar diffiċli għall-vittmi ta' vjolenza mis-sieħeb intimu biex ifittxu l-għajnuna peress li spiss kienu magħluqa ma' dawk li abbużaw minnhom u kellhom aċċess limitat għal servizzi ta' appoġġ; billi strutturi u riżorsi ta' appoġġ insuffiċjenti jew inadegwati aggravaw pandemija ''moħbija'' eżistenti;

I.  billi hemm movimenti inkwetanti kontra l-ġeneru u kontra n-nisa li jattakkaw id-drittijiet tan-nisa madwar l-Ewropa, filwaqt li jikkontestaw il-kisbiet u l-progress u b'hekk jimminaw il-valuri demokratiċi; billi r-reazzjoni negattiva kontra l-politiki tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tan-nisa qed issir kwistjoni ta' tħassib serju;

J.  billi t-traffikar ta' bnedmin huwa fenomenu relatat ħafna mal-ġeneru, fejn kważi tliet kwarti mill-vittmi kollha rrappurtati huma nisa u bniet li kienu ttraffikati b'mod predominanti għal sfruttament sesswali; billi t-traffikar tal-bnedmin huwa parti dejjem tikber tal-kriminalità organizzata u ksur tad-drittijiet tal-bniedem; billi 78 % tat-tfal kollha ttraffikati huma bniet u 68 % tal-adulti ttraffikati huma nisa;

K.  billi l-aċċess għall-SRHR, inkluża l-edukazzjoni dwar is-sesswalità u r-relazzjonijiet, l-ippjanar tal-familja, il-metodi ta' kontraċezzjoni u l-abort sikur u legali, huwa essenzjali biex tinkiseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tiġi eliminata l-vjolenza abbażi tal-ġeneru; billi l-awtonomija u l-abbiltà tal-bniet u n-nisa li jieħdu deċiżjonijiet liberi u indipendenti dwar ġisimhom u ħajjithom huma prerekwiżiti għall-indipendenza ekonomika tagħhom u għalhekk għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-eliminazzjoni tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru; billi huwa inaċċettabbli li diversi Stati Membri bħalissa qed jippruvaw jillimitaw l-aċċess għall-SRHR permezz ta' liġijiet restrittivi ħafna li jwasslu għal diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru u għandhom konsegwenzi negattivi għas-saħħa tan-nisa;

L.  billi n-nisa fl-UE huma affettwati b'mod aktar sproporzjonat mill-faqar jew mir-riskju tal-esklużjoni soċjali milli l-irġiel, b'mod partikolari n-nisa li jesperjenzaw forom intersezzjonali ta' diskriminazzjoni minħabba fatturi strutturali, normi tal-ġeneru u stereotipi; billi mill-2010, id-differenza bejn il-ġeneri fil-qligħ żdiedet fi 17-il Stat Membru, filwaqt li d-differenza bejn il-ġeneri fl-introjtu kibret fi 19-il Stat Membru, u dan wassal għal żieda ġenerali fl-inugwaljanza bejn il-ġeneri fil-qligħ u l-introjtu fl-UE(22); billi 40,3 % tal-unitajiet domestiċi b'ġenitur wieħed fl-UE kienu f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali fl-2019(23); billi n-nisa jinsabu f'riskju akbar ta' faqar u ta' insigurtà tal-impjiegi, b'dawk f'riskju spiss jaħdmu f'impjiegi bi ħlas baxx u jkollhom pagi insuffiċjenti biex jegħlbu l-linja tal-faqar u l-kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji;

M.  billi huwa importanti li jiġi garantit id-dritt għal paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali, kif minqux fit-Trattati;

N.  billi d-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi fl-UE hija ta' 14,1 %, b'varjazzjonijiet bejn l-Istati Membri; billi din id-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi għandha għadd ta' implikazzjonijiet, mhux l-inqas differenza ta' 29,5 %(24) fl-intitolamenti tal-pensjoni korrispondenti, u dan iwassal għal differenza bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet li twassal biex in-nisa akbar fl-età jitpoġġew f'riskju akbar ta' faqar u esklużjoni soċjali; billi dan huwa r-riżultat ta' differenzi fil-karriera u fl-impjiegi li akkumulaw permezz ta' responsabbiltajiet ta' kura u/jew xogħol part-time mwettaq min-nisa maż-żmien, u r-riperkussjonijiet li jirriżultaw għall-aċċess għar-riżorsi finanzjarji bħall-benefiċċji u l-pagamenti tal-pensjoni; billi d-dritt għal paga ugwali għal xogħol ugwali mhuwiex dejjem garantit u għadu waħda mill-akbar sfidi li trid tingħeleb fl-isforzi biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni fil-paga(25); billi l-kondiviżjoni ugwali bejn il-ġeneri tal-liv tal-ġenituri hija importanti biex tiġi indirizzata d-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi; billi, għalkemm essenzjali u ta' valur soċjoekonomiku għoli, ix-xogħol f'setturi ddominati ħafna min-nisa bħall-kura, it-tindif, il-bejgħ bl-imnut u l-edukazzjoni ta' spiss huwa inqas apprezzat u mħallas inqas mix-xogħol f'setturi ddominati mill-irġiel; billi dan il-fatt jenfasizza l-ħtieġa urġenti li tiġi vvalutata mill-ġdid l-adegwatezza tal-pagi fis-setturi ddominati min-nisa;

O.  billi 20,6 % biss tan-nisa b'diżabilità jinsabu f'impjieg full-time fl-UE, meta mqabbla ma' 28,5 % tal-irġiel b'diżabilità. billi ċ-ċifri juru li, bħala medja, 29,5 % tan-nisa b'diżabilità fl-UE huma fir-riskju li jisfaw vittmi tal-faqar u l-esklużjoni soċjali, meta mqabbla ma' 27,5 % tal-kontropartijiet maskili tagħhom;

P.  billi l-istereotipi marbuta mal-ġeneru għadhom jinfluwenzaw it-tqassim tax-xogħol fid-dar, fl-edukazzjoni, fuq il-post tax-xogħol u fis-soċjetà; billi l-kura u x-xogħol domestiku bla ħlas, li fil-biċċa l-kbira jitwettqu min-nisa, jimponu piż sproporzjonat fuq in-nisa, li għandhom rwol vitali f'dan ir-rigward; billi l-pandemija tal-COVID-19 kixfet l-istat xokkanti tad-djar tal-kura Ewropej u tas-settur kollu kemm hu, li jimpjega l-aktar lin-nisa; billi 80 % tal-kura pprovduta fl-UE tingħata minn indokraturi informali, u 75 % minnhom huma nisa(26); billi qabel it-tifqigħa tal-COVID-19, in-nisa fl-UE qattgħu medja ta' 13-il siegħa aktar mill-irġiel fuq kura u faċendi tad-dar bla ħlas kull ġimgħa; billi l-kondiviżjoni inugwali tar-responsabbiltajiet ta' kura fl-Istati Membri hija aggravata minn aċċess limitat jew nuqqas totali ta' aċċess għal faċilitajiet ta' kura adegwati u aċċessibbli, inklużi faċilitajiet ta' kura pubblika għat-tfal u l-anzjani, u dan iwassal għal perjodi ta' assenza mis-suq tax-xogħol u jkabbar id-differenzi bejn il-ġeneri fil-pagi u fil-pensjonijiet; billi 7,7 miljun mara bejn l-20 u l-64 sena kienu 'l bogħod mis-suq tax-xogħol tal-UE fl-2019 minħabba li kienu qed jieħdu ħsieb it-tfal jew persuni oħra bi bżonnijiet ta' kura, meta mqabbla ma' 450 000 raġel; billi l-investiment fis-servizzi universali, inklużi s-servizzi tal-kura, jista' jnaqqas ir-responsabbiltajiet sproporzjonati ta' kura mpoġġija fuq in-nisa u jtejjeb il-kapaċità tagħhom ta' parteċipazzjoni libera fis-suq tax-xogħol; billi kulħadd, irrispettivament mill-ġeneru, għandu d-dritt li jaħdem u li jibbilanċja l-ħajja professjonali u privata tiegħu;

Q.  billi l-miżuri biex jinkiseb bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata huma importanti biex tiġi żgurata diviżjoni ugwali tar-responsabbiltajiet ta' kura bejn in-nisa u l-irġiel u biex jiġu indirizzati d-differenzi fl-introjtu u fl-impjiegi; billi l-kisba ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tiddependi mid-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà ta' servizzi pubbliċi ta' kura ta' kwalità għolja, u affordabbli; billi l-benefiċċji kollha tal-maternità għandhom jiġu żgurati u jinżammu, b'implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata(27) mill-Istati Membri; billi l-politiki pubbliċi huma meħtieġa għall-protezzjoni u l-promozzjoni tal-infermiera u tat-treddigħ, mingħajr preġudizzju għall-għażliet tan-nisa;

R.  billi l-Kummissjoni adottat l-Istrateġija tagħha dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri għall-2020-2025 fil-5 ta' Marzu 2020, u fiha ddeskriviet qafas ambizzjuż dwar kif għandha tiġi avvanzata l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE; billi l-politiki jridu jikkontribwixxu aktar għall-avvanz tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri; billi n-nisa huma affettwati b'mod sproporzjonat miż-żieda fil-qgħad, iż-żieda fil-prekarjetà, il-pagi baxxi u t-tnaqqis fil-baġit, inkluż fis-servizzi pubbliċi, u b'mod partikolari s-saħħa u l-edukazzjoni; billi l-Parlament appella lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi pjan direzzjonali konkret bi skadenzi, objettivi, mekkaniżmu annwali ta' rieżami u monitoraġġ, indikaturi ċari u li jistgħu jitkejlu ta' suċċess, u azzjonijiet immirati addizzjonali; billi, permezz tal-politiki, il-programmi u r-relazzjonijiet tagħha mal-Istati Membri, inkluża l-kooperazzjoni mill-qrib dwar il-fondi nazzjonali ta' rkupru, l-UE għandha tivvaluta bir-reqqa l-Istati Membri biex tiżgura li dawn ikunu qed iqisu kif xieraq id-dimensjoni tal-ġeneru tal-pandemija tal-COVID-19;

S.  billi l-preżenza tan-nisa fiż-żewġ kmamar tal-parlamenti nazzjonali fl-UE żdiedet minn 24 % fl-2010 għal 32 % fl-2020; billi l-bilanċ bejn il-ġeneri tjieb fost il-ministri tal-kabinett fil-gvernijiet nazzjonali, minn 26 % fl-2010 għal 32 % fl-2020; billi madankollu hemm differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri, b'sebgħa biss li kisbu parità bejn il-ġeneri jew bilanċ bejn il-ġeneri fil-kabinetti tagħhom: billi l-progress fil-bidla huwa estremament baxx fil-livelli reġjonali u lokali, b'29 % biss tal-pożizzjonijiet rappreżentati min-nisa fl-2019, u l-Ungerija, is-Slovakkja u r-Rumanija li għandhom aktar minn 80 % rappreżentanza tal-irġiel fl-assemblej reġjonali;

T.  billi d-dritt għal paga ugwali għal xogħol ugwali ta' valur ugwali mhuwiex garantit f'ħafna ċirkostanzi, anke meta dan ikun imnaqqax fil-liġi; billi l-kawżi ewlenin ta' tali diskriminazzjoni jeħtieġ li jiġu indirizzati, billi jiġu protetti u msaħħa d-drittijiet tax-xogħol jew billi jissaħħaħ il-monitoraġġ tan-negozju, speċjalment mill-ispettorati tax-xogħol nazzjonali; billi n-negozjar kollettiv huwa essenzjali biex l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri jitreġġgħu lura u jingħelbu;

U.  billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija marbuta mill-qrib mat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali u billi l-inklużjoni tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet hija prerekwiżit għall-iżvilupp sostenibbli u l-ġestjoni effiċjenti tat-tranżizzjoni kemm ekoloġika kif ukoll dik diġitali sabiex jinkisbu tranżizzjonijiet ġusti u ekwi li ma jħallu lil ħadd jibqa' lura; billi l-politiki kollha dwar l-azzjoni klimatika u dawk diġitali jridu jinkludu perspettiva tal-ġeneru u intersezzjonali;

V.  billi l-effetti fuq il-familji tal-involviment tal-irġiel u tal-paternità juru li l-irġiel li jipparteċipaw fil-familja huma importanti għall-iżvilupp ottimali tat-tfal u li dan jista' jtejjeb il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u jgħin biex tiġi rrimedjata l-inugwaljanza bejn il-ġeneri fir-relazzjonijiet; billi l-involviment tal-irġiel jista' jgħin fil-prevenzjoni tal-vjolenza fil-familji u jikkontribwixxi għal soċjetajiet aktar ekwitabbli;

W.  billi l-persistenza tal-istereotipi marbuta mal-ġeneri u l-aspettattivi dwar ir-rwoli tal-irġiel u s-subien jistgħu jiskoraġġuhom milli juru emozzjonijiet pożittivi u jġegħluhom jinternalizzaw emozzjonijiet negattivi bħad-dwejjaq u l-ansjetà, li jistgħu jwasslu biex l-irġiel u s-subien juru livelli ogħla ta' aggressjoni u rabja min-nisa; billi dan jista' jwassal biex ikun aktar probabbli li l-irġiel u s-subien iwettqu vjolenza bħall-vjolenza abbażi tal-ġeneru;

X.  billi l-iżbilanċ bejn il-ġeneri huwa fenomenu persistenti fil-banek ċentrali, li huma l-pedamenti tat-teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi li jsawru r-realtajiet soċjali, politiċi u ekonomiċi; billi l-banek ċentrali kollha tal-Istati Membri bħalissa huma mmexxija minn raġel u billi s-sena l-oħra n-nisa kienu jokkupaw biss kwart (24,6 %) tal-pożizzjonijiet fil-korpi ewlenin tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-banek ċentrali nazzjonali tal-UE;

Y.  billi l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi kkonkluda li l-prestazzjoni tal-Istati Membri fl-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri ilha sejra għall-agħar mill-2012; billi minkejja impenji kemxejn aktar ambizzjużi mill-gvernijiet biex jintegraw il-perspettiva tal-ġeneri fl-amministrazzjonijiet pubbliċi, id-disponibbiltà ta' strutturi għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u l-użu ta' għodod għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri naqsu;

Ekonomija bbażata fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri

1.  Jenfasizza li r-rispett għad-dritt għax-xogħol, kif ukoll paga ugwali u trattament ugwali, huma prekundizzjonijiet essenzjali għad-drittijiet ugwali, l-indipendenza ekonomika u t-twettiq tal-karriera tan-nisa; jissottolinja li l-opportunitajiet indaqs u l-parteċipazzjoni ogħla tan-nisa fis-suq tax-xogħol iżidu l-prosperità ekonomika fl-Ewropa; jemmen li l-ġlieda kontra l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri għandha tkun kunsiderazzjoni ċentrali fuq il-post tax-xogħol; ifakkar li n-nisa huma rrappreżentati żżejjed fost dawk b'paga baxxa u minima, f'xogħol part-time u f'kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji; jirrikonoxxi d-dritt ugwali tan-nisa u l-irġiel kollha għal remunerazzjoni ġusta għal standard tal-għajxien deċenti għalihom infushom u għall-familji tagħhom; jinsisti, għalhekk, li l-ġlieda kontra l-impjieg prekarju għandha tittejjeb sabiex il-ħaddiema kollha jirċievu remunerazzjoni ġusta suffiċjenti għal standard tal-għajxien deċenti għalihom infushom u għall-familji tagħhom, permezz ta' mekkaniżmi statutorji għall-iffissar tal-pagi minimi jew ftehimiet kollettivi f'konformità mal-prinċipju li kull impjieg permanenti jrid jinvolvi relazzjoni ta' impjieg effettiva b'rikonoxximent u tisħiħ tad-drittijiet fuq il-post tax-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu politiki li jkollhom l-għan li jeliminaw ix-xogħol prekarju u x-xogħol part-time involontarju sabiex titjieb is-sitwazzjoni għan-nisa fis-suq tax-xogħol; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex, b'kollaborazzjoni mas-sħab soċjali, jindirizzaw l-inugwaljanzi bejn l-irġiel u n-nisa permezz ta' politiki li jsaħħu l-valur tax-xogħol, il-pagi, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, u l-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-ħaddiema kollha u tal-familji tagħhom;

2.  Jindika l-ħtieġa li tingħata attenzjoni mill-qrib lis-sitwazzjoni u d-drittijiet tal-atleti tal-ogħla livell professjonali u mhux professjonali li jirrappreżentaw lil pajjiżhom f'kompetizzjonijiet internazzjonali u Ewropej kemm matul kif ukoll wara l-karrieri sportivi tagħhom; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li t-tfal u ż-żgħażagħ ikunu intitolati bis-sħiħ li jipparteċipaw fl-isport u jiġġieldu d-distakk soċjali li qed jikber fir-rigward tal-aċċess għall-isport;

3.  Jinsab imħasseb dwar ir-riżultati tal-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri tal-2020; jenfasizza li aktar minn terz tal-Istati Membri rreġistraw inqas minn 60 punt fl-2018 u tal-2021(28); jiddispjaċih li ftit sar progress lejn il-kisba tal-ugwaljanza u l-fatt li mhux l-Istati Membri kollha jagħmluha prijorità tat-tfassil tal-politika tagħhom; jiddispjaċih għall-fatt li s-Slovenja mxiet lura rigward l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; il-punteġġ tagħha naqas b'0,1 punti fl-2019; jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri prattiċi biex jiżguraw li n-nisa jkollhom aċċess ugwali għas-suq tax-xogħol, l-impjiegi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, inkluż ix-xogħol bi drittijiet ugwali u paga ugwali, kif ukoll remunerazzjoni ġusta, b'mod partikolari fis-setturi ddominati min-nisa; jirrikonoxxi r-rwol tas-sħab soċjali u n-negozjar kollettiv biex titreġġa' lura u tingħeleb l-inugwaljanza fil-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u biex tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni kontra n-nisa fid-diversità kollha tagħha u jitlob konformità de jure u de facto mal-prinċipju ta' paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali;

4.   Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni dwar miżuri vinkolanti ta' trasparenza fil-pagi bħala inizjattiva importanti biex jiġi promoss u applikat il-prinċipju ta' paga ugwali għal xogħol ugwali u xogħol ta' valur ugwali, iżda jenfasizza li t-trasparenza fil-pagi waħedha mhijiex se tindirizza l-inugwaljanzi profondi bejn il-ġeneri li jeżistu warajha; jistieden lill-Istati Membri jiddefinixxu miri ċari biex jindirizzaw id-differenzi bejn il-ġeneri fil-pagi u fil-pensjonijiet; jenfasizza l-ħtieġa li f'dan il-pjan ta' azzjoni jiġu inkorporati perspettiva intersezzjonali u d-diversi realtajiet u esperjenzi ta' diskriminazzjoni li jħabbtu wiċċhom magħhom in-nisa minn gruppi partikolari;

5.  Jenfasizza l-importanza li l-Istati Membri jimponu miżuri sodi, inklużi sanzjonijiet, meta negozji jonqsu milli jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tax-xogħol kontra d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-ġeneru u l-preġudizzju tal-ġeneru; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata kundizzjonalità fl-allokazzjoni tal-fondi tal-UE lil kumpaniji li ma jiżgurawx id-drittijiet tal-ħaddiema, b'mod partikolari billi jiddiskriminaw kontra n-nisa, bi ksur tal-leġiżlazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżguraw li l-approprjazzjonijiet baġitarji kollha fl-ambitu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 jirrispettaw il-prinċipju tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u jippromwovu l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u l-ibbaġitjar skont il-ġeneru fil-politiki kollha tal-UE; jitlob li l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri jiġi inkorporat fit-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali u li tiġi pprovduta data diżaggregata skont il-ġeneru dwar l-indikaturi eżistenti sabiex jiġu indirizzati aħjar l-isfidi speċifiċi għall-pajjiż; jappella għal appoġġ għall-azzjonijiet għall-indipendenza ekonomika tan-nisa fil-programmi u l-fondi strutturali kollha tal-UE, bħall-implimentazzjoni strateġika tal-Fond Soċjali Ewropew, li għandu jintuża biex jippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, itejjeb l-aċċess tan-nisa għas-suq tax-xogħol u l-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fih u jiġġieled il-qgħad, il-faqar u l-esklużjoni soċjali tan-nisa u l-forom kollha ta' diskriminazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri proattivi permezz tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali bil-għan li jiġi appoġġjat l-impjieg tan-nisa fiż-żoni rurali;

6.  Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li kulħadd, irrispettivament mill-ġeneru, għandu d-dritt li jaħdem u li jibbilanċja l-ħajja professjonali u dik privata tiegħu; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jkomplu jsostnu l-intitolamenti tal-maternità u tal-paternità billi jtejbu l-perjodi ta' liv ugwali u kompletament imħallas bil-ħsieb li l-irġiel jiġu involuti b'mod ugwali fix-xogħol mhux imħallas inklużi responsabbiltajiet ta' indukrar, filwaqt li titqies ir-rakkomandazzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa; jitlob li d-dritt għal arranġament tax-xogħol flessibbli wara l-liv tal-maternità, tal-paternità u tal-ġenituri jiġi garantit fil-prattika, ħalli jingħata lok biex iż-żewġ ġenituri jaqsmu u jibbilanċjaw ix-xogħol b'mod ugwali mar-responsabbiltajiet ta' ; jitlob li dawn il-miżuri jiġu appoġġjati b'investimenti f'infrastruttura moderna, ta' kwalità għolja u lokali u finanzjament għas-servizzi u l-indokraturi biex jiġu żgurati l-indukrar tat-tfal u l-edukazzjoni bikrija tat-tfal fuq skala universali, inkluż mis-servizzi pubbliċi;

7.  Jinnota li l-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt drastiku fuq il-ħajja tan-nisa, b'mod partikolari n-nisa li jaħdmu; jinnota li sehem sproporzjonat tal-piż inġarr minn ħaddiema nisa li jaħdmu mid-dar u li ħajjithom saret aktar diffiċli minħabba l-ħtieġa li jiġu kkombinati x-xogħol, l-indukrar tat-tfal u l-faċendi tad-dar; jirrimarka li ħafna nisa kellhom iħabbtu wiċċhom ma' żieda fl-ispejjeż b'paga aktar baxxa;

8.  Jenfasizza li r-rata ta' impjieg tan-nisa fl-UE trid tiżdied; jappella għal miżuri biex jissaħħu l-impjiegi u l-pagi, biex il-qgħad jiġi miġġieled b'mod effettiv u biex jiġi promoss l-impjieg full-time għan-nisa kollha; jappella għall-promozzjoni tas-sistemi nazzjonali eżistenti, b'enfasi partikolari fuq id-djalogu soċjali, in-negozjar kollettiv u l-effett vinkolanti tiegħu, ir-rivitalizzazzjoni tal-impjiegi, u l-ġlieda kontra l-insigurtà tal-impjiegi; jinnota li l-irġiel u n-nisa jiffaċċjaw riskji differenti fuq il-post tax-xogħol u jenfasizza l-importanza, għalhekk, ta' approċċ sensittiv għall-ġeneru għas-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali billi jiġi żgurat li l-ħin tax-xogħol ikun organizzat b'tali mod li jiggarantixxi li kemm l-irġiel kif ukoll in-nisa jkunu jistgħu jgawdu bl-istess mod minn perjodi ta' mistrieħ ta' kuljum u ta' kull ġimgħa, pawżi, u vaganzi, u billi jiġu żgurati wkoll kundizzjonijiet tax-xogħol adegwati; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jinkoraġġixxu lill-impjegaturi jadottaw miżuri favur il-familja bħall-possibbiltà li jitnaqqsu s-sigħat tax-xogħol għall-irġiel u n-nisa sabiex jiġu garantiti l-indukrar u l-edukazzjoni tat-tfal;

9.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri japplikaw aħjar il-prinċipju ta' paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fis-setturi ekonomiċi differenti kollha; jitlob, għal dan il-għan, il-ħolqien ta' kriterji ta' klassifikazzjoni u għodod ta' evalwazzjoni tal-impjiegi newtrali fir-rigward tal-ġeneri, f'kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali u b'rispett għall-awtonomija tagħhom u għall-ftehimiet kollettivi u t-tradizzjonijiet u l-mudelli nazzjonali tas-suq tax-xogħol, li jistgħu jikkontribwixxu għal valutazzjoni aħjar u b'hekk għal rimunerazzjoni aktar ġusta tax-xogħol fis-setturi ddominati min-nisa;

10.  Jistieden lill-UE tressaq sett ta' politiki, programmi, finanzjament u rakkomandazzjonijiet biex titrawwem tranżizzjoni lejn ekonomija tal-kura bil-għan li jsir progress lejn soċjetajiet fejn il-ħajja u l-benesseri ta' kulħadd jingħataw prijorità u fejn il-valur tax-xogħol ta' indukrar – kemm imħallas kif ukoll mhux imħallas – jitqiegħed fiċ-ċentru tal-ekonomiji tagħna, filwaqt li jiġu indirizzati l-impatti soċjali fuq dawk b'responsabbiltajiet ta' indukrar;

11.  Jitlob li jiġu adottati miżuri biex titrawwem l-intraprenditorija tal-irġiel u n-nisa fl-UE billi jiġu promossi miżuri fiskali, ekonomiċi u finanzjarji, biex b'hekk din l-inizjattiva importanti tkun tista' toħloq impjiegi ġodda u ttaffi l-piż finanzjarju fuq l-intraprendituri;

12.  Jenfasizza l-importanza kbira li jiġu eliminati l-preġudizzji bbażati fuq il-ġeneru relatati mat-taxxa u inugwaljanzi oħra, li għalihom iridu jikkontribwixxu l-iskemi tat-taxxa, inklużi l-iskemi tat-taxxa fuq l-introjtu personali; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-politika fiskali, inkluża t-tassazzjoni, isservi biex jiġu indirizzati u eliminati l-inugwaljanzi soċjoekonomiċi u tal-ġeneru fid-dimensjonijiet kollha tagħhom;

13.  Jirrimarka li l-COVID-19 żvelat is-sitwazzjoni prekarja tal-intellettwali nisa (riċerkaturi, periti u oħrajn) li, fin-nuqqas ta' relazzjoni ta' impjieg stabbli, ġew partikolarment affettwati; jenfasizza l-ħtieġa ta' miżuri straordinarji biex jittaffew il-konsegwenzi tal-miżuri ta' konteniment tal-Istati Membri u jissottolinja l-importanza ta' miżuri strutturali li jqisu l-ugwaljanza fuq il-post tax-xogħol u fil-ħajja ta' kuljum u jinfurzaw id-drittijiet tan-nisa;

14.  Jenfasizza r-rwol tan-nisa li jaħdmu fis-settur soċjali; jirrikonoxxi li l-ammont ta' xogħol tagħhom ġie aggravat bil-pandemija u li l-pagi baxxi, iż-żieda fl-isfruttament (speċjalment tan-nisa migranti) u r-reklutaġġ ta' persuni mingħajr taħriġ jew kwalifiki għall-kompiti li għandhom jitwettqu qed jaggravaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien tagħhom; jenfasizza l-importanza li jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-pagi, li jiġu rispettati l-ħinijiet tax-xogħol u li n-negozjar kollettiv jintuża bħala garanzija tar-rispett għall-kundizzjonijiet tax-xogħol;

L-eradikazzjoni tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru

15.  Jenfasizza l-każijiet ta' trattament inugwali u fastidju tan-nisa fuq il-post tax-xogħol u jissottolinja l-ħtieġa li jiġu miġġielda l-isfruttament, l-inugwaljanzi, id-diskriminazzjoni u l-vjolenza li jaffettwaw lin-nisa, filwaqt li jinnota li l-fastidju fuq il-post tax-xogħol iwassal biex in-nisa jiġu esklużi mill-karrieri u s-setturi tal-għażla tagħhom u jikkostitwixxi attakk serju fuq is-saħħa psikoloġika u fiżika tagħhom; jinnota li n-nisa huma ferm aktar probabbli li jkunu soġġetti għal fastidju sesswali milli l-irġiel; jistieden lill-Istati Membri u lill-UE jirratifikaw il-Konvenzjoni Nru 190 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol sabiex jikkonformaw mal-istandards globali biex jintemmu l-vjolenza u l-fastidju fid-dinja tax-xogħol u l-Konvenzjoni Nru 189 dwar il-ħaddiema domestiċi, li ġiet ratifikata biss minn tmien pajjiżi u għandha l-għan li tipprovdi rikonoxximent legali għax-xogħol domestiku, testendi d-drittijiet għall-ħaddiema domestiċi nisa kollha, b'mod partikolari dawk fl-ekonomija informali, u tipprevjeni l-ksur u l-abbużi; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jfasslu leġiżlazzjoni ispirata mill-kampanja "Me Too" biex jiġġieldu l-fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol; jistieden lill-Istati Membri, lill-impjegaturi u lill-assoċjazzjonijiet jiżguraw li jkollhom fis-seħħ proċeduri xierqa għall-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru, il-fastidju sesswali u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, li joħolqu ambjent tossiku, u jinsisti li jipproteġu lill-vittmi tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru mwettqa fuq il-post tax-xogħol jew l-organizzazzjonijiet tagħhom u jiżguraw l-obbligu ta' rendikont fir-rigward;

16.  Jikkundanna l-forom kollha ta' vjolenza kontra n-nisa u l-bniet fid-diversità kollha tagħhom; jafferma mill-ġdid u bil-qawwa l-impenn tiegħu li jindirizza l-vjolenza abbażi tal-ġeneru; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri, inklużi l-Bulgarija, iċ-Ċekja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja u s-Slovakkja, jirratifikaw u/jew jimplimentaw kif xieraq il-Konvenzjoni ta' Istanbul, li fost kwistjonijiet oħra tenfasizza l-ideat żbaljati dwar ir-rwoli tal-ġeneri fis-soċjetà tagħna bħalma huma "l-valuri tal-familja tradizzjonali" u tfittex li tiġġieled il-fehmiet repressivi dwar in-nisa; ifakkar li l-Konvenzjoni għandha titqies bħala standard minimu u jafferma mill-ġdid u bil-qawwa t-talba preċedenti tiegħu għal leġiżlazzjoni komprensiva li tkopri l-forom kollha ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru bħala l-aħjar mod biex din tintemm;

17.  Jinnota li l-vjolenza bejn l-irġiel u n-nisa tiżdied matul kwalunkwe tip ta' emerġenza, irrispettivament minn jekk din tkunx kriżi ekonomika, kunflitt jew tifqigħa ta' marda; jinnota li l-inugwaljanzi u l-pressjonijiet ekonomiċi u soċjali kkawżati mill-miżuri ta' lockdown tal-COVID-19, li kienu jinvolvu restrizzjonijiet fuq il-moviment u iżolament soċjali, wasslu għal żieda fil-vjolenza kontra n-nisa; jenfasizza li ħafna nisa kienu konfinati fi djarhom mal-aggressuri tagħhom; jinnota li b'mod ġenerali, il-vjolenza domestika żdiedet sa 30 % f'xi Stati Membri matul l-ewwel lockdown(29); jistieden lill-Istati Membri jfasslu u jimplimentaw politiki u miżuri effettivi biex jindirizzaw il-vjolenza kontra n-nisa u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-awturi tal-abbuż jiġu identifikati u traċċati mill-pulizija u awtoritajiet oħra biex jgħinu fil-prevenzjoni tal-vjolenza u l-imwiet, kif ukoll jipprovdu protezzjoni, appoġġ u riparazzjoni għan-nisa soġġetti għal tali vjolenza, filwaqt li jiġu żgurati l-implimentazzjoni ta' riżorsi akbar u adegwati u reazzjonijiet aktar effettivi mill-Istati Membri; jenfasizza l-ħtieġa ta' programmi speċifiċi għall-protezzjoni u l-monitoraġġ tal-vittmi tal-vjolenza u ta' miżuri li jsaħħu l-appoġġ soċjali u jtejbu l-aċċess għall-ġustizzja, il-kenn u l-kura tas-saħħa mentali fl-oqsma tal-prevenzjoni, it-trattament u r-riabilitazzjoni;

18.  Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipproponi miżuri biex tindirizza l-vjolenza ċibernetika kontra n-nisa; iqis li n-natura transfruntiera tal-vjolenza ċibernetika kontra n-nisa u l-bniet tirrikjedi rispons komuni tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri jistabbilixxu programmi sabiex ikun hemm indikazzjoni aħjar u prevenzjoni tar-riskju ta' episodji rikorrenti ta' vjolenza domestika, reċidiviżmu u femminiċidju, u jadottaw miżuri biex jeqirdu l-forom kollha ta' vjolenza online; jenfasizza l-ħtieġa urġenti li n-nisa u l-bniet jiġu protetti mill-vjolenza offline u online u jfakkar li l-vjolenza kontra n-nisa tista' tieħu ħafna forom differenti; jirrikonoxxi n-natura strutturali tal-vjolenza kontra n-nisa bħala vjolenza abbażi tal-ġeneru u jirrimarka li l-vjolenza kontra n-nisa hija wieħed mill-mekkaniżmi soċjali kruċjali fejn in-nisa jiġu sfurzati f'pożizzjoni subordinata għall-irġiel; jinnota li din it-tip ta' vjolenza għadha sottorappurtata u hemm nuqqas ta' reazzjoni għaliha;

19.  Jenfasizza li l-vjolenza mwettqa mill-irġiel kontra n-nisa tibda bil-vjolenza mwettqa mis-subien kontra l-bniet; jenfasizza li l-edukazzjoni komprensiva u adatta skont l-età dwar is-sesswalità u r-relazzjonijiet hija kruċjali biex tiġi evitata l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u biex it-tfal u ż-żgħażagħ jingħataw il-ħiliet li jeħtieġu biex jibnu relazzjonijiet sikuri u ħielsa mill-vjolenza sesswali, mill-vjolenza abbażi tal-ġeneru u mill-vjolenza minn sieħeb intimu; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw programmi ta' prevenzjoni, inklużi miżuri edukattivi mmirati lejn iż-żgħażagħ u implimentati bil-kontribut tagħhom dwar kwistjonijiet bħalma huma l-ħiliet meħtieġa biex joħolqu relazzjonijiet sikuri u sani, is-sensibilizzazzjoni dwar il-prekonċetti intrinsiċi dwar ir-responsabbiltajiet ta' kura, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, ir-rispett reċiproku, ir-riżoluzzjoni mhux vjolenti tal-kunflitti fir-relazzjonijiet interpersonali, il-vjolenza abbażi tal-ġeneru kontra n-nisa u d-dritt għall-integrità personali;

20.  Jenfasizza li mill-2010 'l hawn, is-segregazzjoni skont il-ġeneru fl-edukazzjoni, b'mod partikolari l-preponderanza ta' ġeneru wieħed f'ċerti ħiliet, żdiedet bi ftit, filwaqt li s-sitwazzjoni marret għall-agħar fi 13-il Stat Membru u f'każijiet oħra baqgħet kważi l-istess(30); jenfasizza li dan għadu ostaklu ewlieni għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li n-nies kollha jkollhom aċċess sħiħ għal opportunitajiet indaqs sabiex jiksbu żvilupp personali mingħajr ma jiġu mfixkla minn strutturi, preġudizzji u perċezzjonijiet stereotipiċi bbażati fuq il-ġeneru; jistieden lill-Istati Membri jindirizzaw l-istereotipi dannużi marbuta mal-ġeneru u s-sessiżmu fis-sistemi edukattivi tagħhom u jiġġieldu s-segmentazzjoni skont il-ġeneru fis-suq tax-xogħol fil-karrieri fix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM) billi jinvestu fl-edukazzjoni formali, informali u mhux formali, it-tagħlim tul il-ħajja u t-taħriġ vokazzjonali għan-nisa biex jiżguraw li jkollhom aċċess għal impjiegi ta' kwalità għolja u opportunitajiet ta' tiġdid u titjib tal-ħiliet għad-domanda futura tas-suq tax-xogħol u jipprevjenu ċirku vizzjuż ta' segregazzjoni skont il-ġeneru fis-suq tax-xogħol;

21.  Jenfasizza li l-isfruttament sesswali jikkostitwixxi forma serja ta' vjolenza li taffettwa l-aktar lin-nisa u t-tfal; ifakkar, b'mod partikolari, li kważi tliet kwarti mill-vittmi kollha tat-traffikar ta' bnedmin irrappurtati fl-UE huma nisa u bniet, li prinċipalment jiġu ttraffikati għal raġunijiet ta' sfruttament sesswali; jenfasizza li t-traffikar ta' bnedmin għall-isfruttament sesswali, speċjalment in-nisa u t-tfal, huwa forma ta' skjavitù u insult għad-dinjità tal-bniedem; jenfasizza li t-traffikar ta' bnedmin qed jiżdied madwar id-dinja, xprunat miż-żieda fil-kriminalità organizzata dejjem aktar profittabbli; jenfasizza l-importanza ta' approċċ sensittiv għall-ġeneru għat-traffikar ta' bnedmin u jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri jiżguraw finanzjament adegwat għall-appoġġ soċjali u psikoloġiku u l-aċċess għas-servizzi pubbliċi għall-vittmi tat-traffikar jew l-isfruttament sesswali u servizzi speċjalizzati ddedikati għall-inklużjoni soċjali tan-nisa u l-bniet vulnerabbli; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ id-Direttiva Kontra t-Traffikar(31) u joqogħdu lura milli jinkarċeraw jew jiddeportaw vittmi potenzjali bħala kwistjoni ta' urġenza; jissottolinja, madankollu, li l-isfruttament sesswali u t-traffikar ta' bnedmin għal skopijiet sesswali huma xprunati mid-domanda u li l-isforzi biex dawn jiġu miġġielda jridu jkunu ffukati fuq ħidma preventiva u fi sforzi biex titwaqqaf id-domanda; jinsisti li l-leġiżlazzjoni kollha dwar id-delitti sesswali trid tkun ibbażata fuq il-kunsens; jinsisti li l-atti sesswali volontarji biss għandhom jitqiesu legali; jistieden lill-Kummissjoni tipprijoritizza l-prevenzjoni tat-traffikar għall-isfruttament sesswali, inkluż permezz ta' kampanji ta' informazzjoni, sensibilizzazzjoni u edukazzjoni, l-adozzjoni ta' miżuri u programmi biex tiġi skoraġġuta u titnaqqas id-domanda, u bl-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni ddedikata fil-futur;

22.  Jenfasizza li l-vjolenza abbażi tal-ġeneru tikkoinċidi ma' għadd ta' forom ta' oppressjoni; jissottolinja li n-nisa u l-bniet b'diżabilità huma darbtejn sa ħames darbiet aktar probabbli li jesperjenzaw diversi forom ta' vjolenza; jenfasizza li l-UE hija obbligata, bħala parti għall-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, tieħu miżuri biex tiżgura t-tgawdija sħiħa u ugwali min-nisa u l-bniet b'diżabilità tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali kollha; jinnota li fl-2015 il-Kumitat għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità rrakkomanda li l-UE għandha tavvanza l-isforzi tagħha f'din id-direzzjoni, fost l-oħrajn permezz tar-ratifika tal-Konvenzjoni ta' Istanbul;

23.  Ifaħħar id-difiża mingħajr ambigwità tal-libertajiet kollha kullimkien fid-dinja, filwaqt li jikkundanna l-miżuri li jimminaw id-drittijiet, il-libertajiet u l-garanziji u jiddeplora kull forma ta' preġudizzju u diskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi; jitlob il-prevenzjoni effettiva tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru, inklużi miżuri edukattivi mmirati lejn iż-żgħażagħ u implimentati bil-kontribut tagħhom, kif ukoll l-iżgurar li ż-żgħażagħ kollha jibbenefikaw minn edukazzjoni komprensiva dwar l-SRHR u r-relazzjonijiet; jitlob miżuri ulterjuri biex jiġu miġġielda l-istereotipi marbuta mal-ġeneru, inkluż billi ssir enfasi fuq l-irġiel u s-subien u jiġu kkontestati n-normi tal-ġeneru u r-relazzjonijiet tossiċi; jitlob lill-Istati Membri jimplimentaw miżuri aktar ċari biex jindirizzaw dawn in-normi, peress li l-istereotipi marbuta mal-ġeneru huma kawża ewlenija tal-inugwaljanza bejn il-ġeneri u jaffettwaw l-oqsma kollha tas-soċjetà; jenfasizza l-importanza li jiġu indirizzati l-faqar u l-inugwaljanzi li qed jiżdiedu fost in-nisa, speċjalment dawk f'sitwazzjonijiet vulnerabbli;

24.  Jenfasizza li kwalunkwe strateġija mfassla biex tinkiseb l-ugwaljanza trid tindirizza l-forom kollha ta' vjolenza kontra n-nisa, inkluża l-erożjoni tal-intitolamenti ta' kura tas-saħħa u l-SRHR miksuba min-nisa u l-ksur tagħhom; itenni li l-aċċess għall-kura tas-saħħa u s-servizzi, inklużi s-servizzi pubbliċi, l-aċċess għal abort sikur, legali u bla ħlas u appoġġ psikoloġiku għan-nisa li kienu vittmi ta' vjolenza għandhom jitqiesu prijorità; jissottolinja li l-ksur tal-SRHR, inkluża ċ-ċaħda ta' kura sikura u legali f'każ ta' abort, jikkostitwixxi forma ta' vjolenza kontra n-nisa u l-bniet; jenfasizza li l-awtonomija u l-abbiltà tan-nisa u l-bniet li jieħdu deċiżjonijiet liberi u indipendenti dwar ġisimhom u ħajjithom huma prerekwiżiti għall-indipendenza ekonomika tagħhom u għalhekk għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-eliminazzjoni tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-appoġġ politiku tagħhom għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-fornituri tal-kura tas-saħħa li jaħdmu biex javvanzaw l-SRHR u d-drittijiet tan-nisa u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili marbuta mal-SRHR, li huma atturi ewlenin favur soċjetajiet ibbażati fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u fornituri kruċjali ta' servizzi u informazzjoni rigward is-saħħa sesswali u s-suq tas-saħħa riproduttiva;

Is-saħħa, l-edukazzjoni, l-inklużjoni u l-faqar

25.  Jenfasizza li l-aċċess għall-kura tas-saħħa sesswali, riproduttiva u forom oħra ta' kura tas-saħħa għan-nisa huwa dritt fundamentali li jrid jiġi sostnut u bl-ebda mod ma jista' jiddgħajjef jew jiġi rtirat; ifakkar li s-servizzi tal-SRHR huma servizzi essenzjali tal-kura tas-saħħa li għandhom ikunu disponibbli għal kulħadd, inklużi n-nisa migranti u refuġjati; jikkundanna l-azzjonijiet tal-movimenti kontra l-ġeneru u kontra l-femminiżmu fl-Ewropa u madwar id-dinja li jattakkaw b'mod sistematiku d-drittijiet tan-nisa u tal-LGBTIQ+, inklużi l-SRHR; jistieden lill-Kummissjoni tikkundanna bil-qawwa r-rigress tad-drittijiet tan-nisa, l-SRHR u l-persuni LGBTIQ+ f'xi Stati Membri u tuża s-setgħat kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex issaħħaħ l-azzjoni kontra dan ir-rigress, inkluż permezz tat-tisħiħ tal-appoġġ għad-difensuri tad-drittijiet tan-nisa u l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa fl-UE, kif ukoll l-organizzazzjonijiet li jaħdmu fuq l-SRHR u l-LGBTIQ+;

26.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri jadottaw politika li tagħmel enfasi speċjali fuq sistemi u servizzi tal-kura tas-saħħa aħjar u l-prevenzjoni tal-mard, inklużi aspetti speċifiċi għall-ġeneru, billi jiggarantixxu kura tas-saħħa aċċessibbli u ta' kwalità għolja u jiżguraw id-disponibbiltà tar-riżorsi meħtieġa biex jiġu miġġielda l-problemi ewlenin tas-saħħa bħalma huma dawk li jirriżultaw mill-kriżi pandemika attwali; jenfasizza li l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa qed jakkumulaw għan-nisa b'livell baxx ta' edukazzjoni u n-nisa b'diżabilità, biż-żewġ kategoriji jesperjenzaw problemi ta' saħħa u aċċess limitat għas-servizzi tas-saħħa; jenfasizza li l-aċċess għall-kura tas-saħħa f'xi Stati Membri ġie ristrett mill-miżuri ta' lockdown tal-COVID-19 u li ma sarux konsultazzjonijiet, trattament u dijanjożi; iħeġġeġ lill-Istati Membri jsaħħu s-sistemi tal-kura tas-saħħa inklużi s-servizzi pubbliċi sabiex iħaffu l-konsultazzjonijiet, it-trattament u d-dijanjożi kkanċellati;

27.  Jilqa' r-rieżami li jmiss tal-objettivi ta' Barċellona u jenfasizza l-ħtieġa li dawn jinkisbu u li jiġu pprovduti edukazzjoni bikrija tat-tfal u indukrar tat-tfal, inkluża edukazzjoni preprimarja pubblika; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu pprovduti servizzi ta' kura għall-edukazzjoni bikrija tat-tfal u kura li tkun ġenwinament aċċessibbli għat-tfal kollha u li jkollha rwol importanti ħafna fiż-żieda tal-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, b'mod partikolari fid-dawl tal-esperjenzi tal-pandemija tal-COVID-19; jirrikonoxxi l-ħtieġa li jinħolqu u jiġu estiżi l-faċilitajiet ta' appoġġ għall-anzjani u l-persuni b'diżabilità, flimkien mal-iżvilupp tal-faċilitajiet ta' kura fit-tul; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jilħqu dawn l-objettivi, li huma essenzjali biex tingħata spinta lill-ugwaljanza bejn il-ġeneri u lill-mudell ta' qligħ ugwali – kompiti ta' indukrar ugwali;

28.  Jenfasizza li l-faqar u l-esklużjoni soċjali huma aggravati fost xi gruppi ta' nisa bħalma huma l-ommijiet waħedhom, in-nisa li għandhom 'il fuq minn 65 sena, in-nisa b'diżabilità, in-nisa b'livell baxx ta' edukazzjoni u n-nisa li jkunu ġejjin minn kuntest ta' migrazzjoni; jinsisti fuq l-importanza tal-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali u l-kawżi multidimensjonali tagħha; iħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu miżuri speċifiċi biex jipprevjenu u jiġġieldu r-riskju tal-faqar għan-nisa anzjani u rtirati fid-dawl tat-tixjiħ tal-popolazzjoni u l-proporzjon ta' nisa anzjani f'pożizzjonijiet żvantaġġati jew vulnerabbli; iqis li huwa essenzjali li jiġi indirizzat il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u li tingħeleb id-differenza bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet billi jiġu garantiti pensjoni ġusta għan-nisa kollha u aċċess għal sistemi tas-sigurtà soċjali universali u solidali, u billi jiġi infurzat aħjar il-prinċipju ta' paga ugwali għal xogħol ugwali sabiex titnaqqas id-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi u tiġi evitata l-akkumulazzjoni tagħha fil-karrieri tan-nisa; jinsab estremament imħasseb dwar il-fatt li mill-2017 d-differenza bejn il-ġeneri fil-faqar żdiedet f'21 Stat Membru(32);

29.  Jenfasizza li għad hemm idea żbaljata li l-problema ta' persuni mingħajr dar fost in-nisa hija problema soċjali relattivament żgħira fl-Ewropa; jindika n-nuqqas ta' data bażika dwar in-natura u l-firxa tal-problema tan-nisa mingħajr dar, ħaġa li tagħmel il-problema inqas viżibbli; jenfasizza l-importanza li l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-esperjenzi ta' trawma relatati mal-ġeneru jiġu rikonoxxuti bħala kawża ewlenija tal-problema tan-nisa mingħajr dar, u li wieħed iħares lejn problemi soċjetali usa' li jikkoinċidu ma' ostakli soċjoekonomiċi u strutturali usa', bħalma huma l-faqar, in-nuqqas ta' akkomodazzjoni affordabbli u fatturi strutturali oħra; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jintegraw perspettiva tal-ġeneru fil-politiki u l-prattiki li jindirizzaw il-problema tal-persuni mingħajr dar u jiżviluppaw strateġija speċifika biex tiġi miġġielda l-problema tan-nisa mingħajr dar u jiġi żgurat li s-servizzi jaħdmu b'mod xieraq u effikaċi biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tan-nisa mingħajr dar;

30.  Ifakkar fil-ħtieġa li jiġu miġġielda l-forom intersezzjonali ta' diskriminazzjoni, speċjalment kontra l-gruppi marġinalizzati, inklużi n-nisa b'diżabilità, in-nisa suwed, in-nisa migranti, in-nisa minn minoranza etnika u Rom, in-nisa anzjani, l-ommijiet waħedhom, il-persuni LGBTIQ+ u n-nisa mingħajr dar; jenfasizza l-importanza li jiġu indirizzati l-ħtiġijiet u t-tħassib tagħhom fil-politiki u l-inizjattivi tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tfassal linji gwida speċifiċi dwar l-implimentazzjoni tal-qafas intersezzjonali u tippreżenta pjan ta' azzjoni tal-UE b'miżuri speċifiċi biex tittejjeb is-sitwazzjoni soċjoekonomika tan-nisa li jiffaċċjaw forom intersezzjonali ta' diskriminazzjoni u jiġu miġġielda l-femminizzazzjoni tal-faqar u x-xogħol prekarju;

L-ugwaljanza fil-ħajja ta' kuljum

31.  Jirrikonoxxi li huwa essenzjali li jiġi żgurat sett wiesa' ta' miżuri effettivi, xierqa u mmirati biex jiġu miġġielda l-attitudnijiet u l-prattiki diskriminatorji, jinkisbu opportunitajiet indaqs u paga ugwali għal xogħol ugwali, u jsir progress fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-effetti tal-pandemija tal-COVID-19, jiġi promoss l-iskambju tal-aħjar prattiki fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, u n-nisa jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet ċiviċi u politiċi tagħhom fuq bażi ugwali u jipparteċipaw bis-sħiħ fl-aspetti kollha tas-soċjetà tagħna; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat investiment adegwat fis-servizzi ta' interess ġenerali u fis-servizzi pubbliċi, b'mod partikolari s-saħħa, l-edukazzjoni u t-trasport, sabiex jiġu promossi l-indipendenza, l-ugwaljanza u l-emanċipazzjoni tan-nisa; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw miżuri soċjali u sensittivi għall-ġeneru speċifiċi biex jiġġieldu r-riskju tal-esklużjoni soċjali u l-faqar fir-rigward tal-aċċess għall-akkomodazzjoni, it-trasport u l-enerġija, b'mod partikolari għan-nisa f'sitwazzjonijiet vulnerabbli;

32.  Jinsab imħasseb ħafna dwar il-fatt li l-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-inizjattivi ambjentali u klimatiċi relatati ma jinkludux perspettiva tal-ġeneru; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tissodisfa l-obbligu tagħha li tinkorpora l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-politiki kollha tal-UE, inklużi l-politiki ambjentali u klimatiċi tal-UE; iħeġġeġ sabiex dawn il-politiki jkunu infurmati permezz ta' analiżijiet tal-ġeneru rigorużi biex jiġi żgurat li jindirizzaw l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri u forom oħra ta' esklużjoni soċjali; jistieden lill-Kummissjoni tfassal pjan direzzjonali biex jitwettqu l-impenji tal-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi li ntlaħaq qbil dwaru fil-COP25 għall-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima u biex jinħoloq punt fokali permanenti tal-UE dwar il-ġeneri u t-tibdil fil-klima, b'riżorsi baġitarji suffiċjenti, biex tiġi implimentata u mmonitorjata azzjoni dwar il-klima responsabbli mil-lat tal-ġeneru fl-UE u madwar id-dinja;

33.  Jenfasizza l-kontribut ewlieni tan-nisa fl-oqsma tal-impjiegi, il-kultura, l-edukazzjoni, ix-xjenza u r-riċerka; jirrikonoxxi d-deterjorament profond fil-kundizzjonijiet tal-għajxien tan-nisa impjegati fil-kultura u l-arti, in-nisa li jmexxu negozji mikro u żgħar u n-nisa li jaħdmu fl-azjendi agrikoli u li jgħixu f'komunitajiet rurali, b'riżultat tas-sospensjoni tal-attivitajiet ekonomiċi u kulturali matul il-pandemija tal-COVID-19;

34.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jaslu għal pożizzjoni komuni malajr kemm jista' jkun dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew orjentazzjoni sesswali(33), li ilha imblukkata minn mindu ġiet adottata mill-Parlament f'April 2009;

35.  Itenni l-importanza tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri bħala approċċ sistematiku biex tinkiseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jilqa', għalhekk, it-task force stabbilità tal-Kummissjoni dwar l-ugwaljanza; jissottolinja l-importanza tat-trasparenza u l-involviment tal-organizzazzjonijiet li jiddefendu d-drittijiet tan-nisa u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili bi sfondi diversi;

36.  Iqis li huwa essenzjali li tiġi promossa l-parteċipazzjoni tan-nisa fl-żvilupp, l-istrutturi u l-attivitajiet sportivi; jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-inugwaljanzi fir-rigward tal-aċċess tan-nisa għall-isport u l-preżentazzjoni tal-premjijiet;

37.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kunsill joħolqu konfigurazzjoni formali tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri sabiex jipprovdu lill-ministri u lis-segretarji tal-istat għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri forum iddedikat għad-diskussjoni sabiex jiġi żgurat li l-kwistjonijiet tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri jiġu diskussi fl-ogħla livell politiku u tiġi ffaċilitata aħjar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-politiki kollha tal-UE;

38.  Jenfasizza l-importanza tal-ibbaġitjar skont il-ġeneru sabiex jiġi applikat il-prinċipju tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-proċessi baġitarji kollha;

39.  Jenfasizza s-sejbiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li l-Kummissjoni għadha ma ssodisfatx l-impenn tagħha favur l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-baġit tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri biex issaħħaħ il-qafas istituzzjonali għall-appoġġ tal-ibbaġitjar skont il-ġeneru, twettaq analiżijiet tal-ġeneru rigward il-ħtiġijiet u l-impatti u taġġorna l-linji gwida tagħha għal regolamentazzjoni aħjar, tiġbor, tanalizza u tirrapporta sistematikament dwar data diżaggregata skont is-sessi eżistenti għall-programmi ta' finanzjament tal-UE, tagħmel użu minn objettivi u indikaturi relatati mal-ġeneru biex timmonitorja l-progress, tiżviluppa sistema għall-intraċċar tal-fondi allokati u użati favur l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, u tirrapporta kull sena dwar ir-riżultati miksuba f'termini ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri;

40.  Jilqa' l-impenn li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri titqies fl-ambitu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, l-akbar parti tal-istrument Next Generation EU; jiddispjaċih ħafna, madankollu, dwar il-fatt li se jkun diffiċli li jiġi mmonitorjat l-impatt fuq il-ġeneru ta' dawn il-fondi u li jingħata segwitu għar-riżultati minħabba n-nuqqas ta' objettivi u indikaturi speċifiċi għall-ġeneru; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tuża data u indikaturi diżaggregati skont il-ġeneru, b'mod partikolari fit-tabella ta' valutazzjoni tal-irkupru u r-reżiljenza, tivvaluta l-impatt fuq il-ġeneru tal-miżuri implimentati u r-riżultati matul l-evalwazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali tal-Istati Membri li jistabbilixxu r-riformi u l-aġendi ta' investiment tagħhom, u timponi governanza bbilanċjata bejn il-ġeneri tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u s-Semestru Ewropew;

41.  Jiddispjaċih dwar ir-rabta dgħajfa bejn l-Istrateġija l-ġdida tal-UE għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri u l-Patt Ekoloġiku Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ ir-rabta bejn il-politiki dwar it-tibdil fil-klima u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-proposti li jmiss tagħha;

42.  Jistieden lill-Kummissjoni tintegra l-perspettiva tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fit-tfassil kollu tal-politiki u twettaq valutazzjonijiet tal-impatt fuq il-ġeneru meta tkun qed tistabbilixxi kwalunkwe politika ġdida biex jingħata kontribut ħalli jiġi żgurat rispons ta' politika tal-UE aktar koerenti u bbażat fuq l-evidenza għall-isfidi tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jistieden lill-Istati Membri jwettqu miżuri korrispondenti fil-livell nazzjonali;

o
o   o

43.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 6, 10.1.1979, p. 24.
(2) ĠU L 359, 19.12.1986, p. 56.
(3) ĠU L 348, 28.11.1992, p. 1.
(4) ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37.
(5) ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.
(6) ĠU L 68, 18.3.2010, p. 13.
(7) ĠU L 180, 15.7.2010, p. 1.
(8) ĠU C 407, 4.11.2016, p. 2.
(9) ĠU C 331, 18.9.2018, p. 60.
(10) Testi adottati, P9_TA(2020)0379.
(11) Testi adottati, P9_TA(2021)0025.
(12) Testi adottati, P9_TA(2021)0024.
(13) Testi adottati, P9_TA(2021)0058.
(14) Testi adottati, P9_TA(2021)0314.
(15) Gender Equality Index 2020 report (Ir-rapport tal-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri tal-2020).
(16) Eurostat, Mejju 2021 Euroindicator: Euro area unemployment at 7,9 %, EU at 7,3 %, (Euro-indicator ta' Mejju 2021: rata tal-qgħad taż-żona tal-Euro 7,9 %, rata tal-qgħad tal-UE 7,3 % ), l-1 ta' Lulju 2021.
(17) L-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri tal-2020.
(18) World Economic Forum, Global Gender Gap report 2021, 31 ta' Marzu 2021.
(19) L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, Violence Against Women Prevalence Estimates, 2018: Global, regional and national prevalence estimates for intimate partner violence against women and global and regional prevalence estimates for non-partner sexual violence against women, (Stimi tal-prevalenza tal-vjolenza kontra n-nisa, 2018: Stimi tal-prevalenza globali, reġjonali u nazzjonali għall-vjolenza kontra n-nisa mill-partner intimu u stimi tal-prevalenza globali u reġjonali għall-vjolenza sesswali kontra n-nisa mhux mill-partner), 2021.
(20) Stqarrija għall-istampa minn Dr Hans Henri P. Kluge, Direttur Reġjonali għall-Ewropa tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, is-7 ta' Mejju 2020.
(21) Europol, Exploiting isolation: Offenders and victims of online child sexual abuse during the COVID-19 pandemic, (Nisfruttaw l-iżolament: Trasgressuri u vittmi ta' abbuż sesswali online tat-tfal matul il-pandemija tal-COVID-19), id-19 ta' Ġunju 2020.
(22) Eurostat, Statistika dwar id-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi, Frar 2021.
(23) Eurostat, ''Children at risk of poverty or social exclusion'' (Tfal fir-riskju tal-faqar jew l-esklużjoni soċjali), Ottubru 2020.
(24) Ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2021 dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE.
(25) Ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2021 dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE.
(26) Eurocarers, The gender dimension of informal care, (Id-dimensjoni tal-ġeneru u l-indukrar informali),2017.
(27) Direttiva (UE) 2019/1158 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE (ĠU L 188, 12.7.2019, p. 79).
(28) Il-klassifikazzjonijiet kollha tal-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri (UE-28 u medja): l-Iżvezja (83,9), id-Danimarka (77,4), Franza (75,1), il-Finlandja (74,7), in-Netherlands (74,1), ir-Renju Unit (72,7), l-Irlanda (72,2), Spanja (72,0), il-Belġju (71,4), il-Lussemburgu (70,3), il-medja tal-UE (67,9), is-Slovenja (67,7), il-Ġermanja (67,5), l-Awstrija (66,5), l-Italja (63,5), Malta (63,4), il-Portugall (61,3), il-Latvja (60,8), l-Estonja (60,7), il-Bulgarija (59,6), il-Kroazja (57,9), Ċipru (56,9), il-Litwanja (56,3), iċ-Ċekja (56,2), il-Polonja (55,8), is-Slovakkja (55,5), ir-Rumanija (54,4), l-Ungerija (53), il-Greċja (52,2).
(29) Gama, A., Pedro, A. R., de Carvalho, M. J. L., Guerreiro, A. E., Duarte, V., Quintas, J., Matias, A., Keygnaert, I. & Dias, S., "Domestic Violence during the COVID-19 Pandemic in Portugal" (Il-vjolenza domestika waqt il-pandemija tal-COVID-19 fil-Portugall), Portuguese Journal of Public Health, 2020, 38 (Suppl. 1), p. 32-40.
(30) L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, Gender segregation in education, training and the labour market: Review of the implementation of the Beijing Platform for Action in the EU Member States (Is-segregazzjoni skont il-ġeneru fl-edukazzjoni, it-taħriġ u s-suq tax-xogħol: Rieżami tal-implimentazzjoni tal-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing fl-Istati Membri tal-UE), 2017.
(31) Id-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI (ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1).
(32) Gender Equality Index 2020 report (Rapport dwar l-indiċi tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri 2020)
(33) Il-proposta tal-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2008, COM(2008)0426.


L-impatt tal-kriminalità organizzata fuq ir-riżorsi proprji tal-UE u fuq l-użu ħażin tal-fondi tal-UE
PDF 200kWORD 66k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2021 dwar l-impatt tal-kriminalità organizzata fuq ir-riżorsi proprji tal-UE u fuq l-użu ħażin tal-fondi tal-UE b'enfasi partikolari fuq il-ġestjoni kondiviża minn perspettiva ta' awditjar u kontroll (2020/2221(INI))
P9_TA(2021)0501A9-0330/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 310, 317 u 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (id-Direttiva PIF)(1),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2018/843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, u li temenda d-Direttivi 2009/138/KE u 2013/36/UE(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3) (ir-Regolament Finanzjarju),

–  wara li kkunsidra r-Rapporti tal-2019 u tal-2020 tal-OLAF u r-Rapporti ta' Attività tal-2019 u l-2020 tal-Kumitat ta' Sorveljanza tal-OLAF,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 01/2019 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) intitolat "Il-ġlieda kontra l-frodi fl-infiq tal-UE: jeħtieġ li tittieħed azzjoni",

–  wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 06/2019 tal-QEA intitolat "L-indirizzar tal-frodi fl-infiq fil-qasam tal-koeżjoni tal-UE: jeħtieġ li l-awtoritajiet maniġerjali jsaħħu l-identifikazzjoni, ir-rispons u l-koordinazzjoni",

–   wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 13/2021 tal-QEA intitolat "L-isforzi tal-UE fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus fis-settur bankarju huma frammentati u l-implimentazzjoni mhijiex suffiċjenti",

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' April 2019 intitolata "L-Istrateġija tal-Kummissjoni Kontra l-Frodi: azzjoni iktar b'saħħitha għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE" (COM(2019)0196) u d-dokument ta' ħidma tal-persunal li jakkumpanjaha, intitolat "Fraud risk assessment" (Valutazzjoni tar-riskju ta' frodi) (SWD(2019)0171),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-3 ta' Settembru 2020 intitolat "Il-31 Rapport Annwali dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea – Il-ġlieda kontra l-frodi – 2019" (Rapport PIF) (COM(2020)0363) u d-dokumenti ta' ħidma tal-persunal li jakkumpanjawh (SWD(2020)0156, SWD(2020)0157, SWD(2020)0158, SWD(2020)0159 u SWD(2020)0160),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/785 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm tal-Unjoni Kontra l-Frodi u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 250/2014(4),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew(5),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2019/1798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2019 li taħtar il-Kap Prosekutur Ewropew tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 5(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u l-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-2019 tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) bit-titolu "Fraud and corruption in European Structural and Investment Funds – a spotlight on common schemes and preventive actions" (Frodi u korruzzjoni fil-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej – enfasi fuq skemi komuni u azzjonijiet preventivi)(7),

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida dwar l-Istrateġiji Nazzjonali Kontra l-Frodi żviluppati minn grupp ta' ħidma ta' esperti tal-Istati Membri, diretti u kkoordinati mill-unità għall-Prevenzjoni, ir-Rapportar u l-Analiżi tal-Frodi fl-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF)(8), ippubblikati fit-13 ta' Diċembru 2016,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' April 2021 dwar l-Istrateġija tal-UE biex tiġi miġġielda l-Kriminalità Organizzata 2021-2025 (COM(2021)0170),

–  wara li kkunsidra l-istudju ppubblikat mid-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tal-Parlament Ewropew fis-7 ta' Lulju 2021 intitolat "The Impact of Organised Crime on the EU's Financial Interest" (L-Impatt tal-Kriminalità Organizzata fuq l-Interessi Finanzjarji tal-UE),

–   wara li kkunsidra l-pakkett tal-Kummissjoni ta' erba' proposti leġiżlattivi biex jiġu armonizzati r-regoli tal-UE dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (AML/CFT), ippubblikat fl-20 ta' Lulju 2021,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2021 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea – ġlieda kontra l-frodi – rapport annwali 2019(9),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0330/2021),

A.  billi r-reat finanzjarju u ekonomiku jinvolvi l-korruzzjoni, il-frodi, il-koerċizzjoni, il-vjolenza, il-kollużjoni, l-ostruzzjoni u l-intimidazzjoni għal gwadann illegali, bi flejjes ta' oriġini illegali jiġu moħbija permezz ta' ħasil tal-flus u, possibbilment, użati għal skopijiet illegali ulterjuri, inkluż il-finanzjament tat-terroriżmu;

B.  billi, skont il-QEA, il-prevenzjoni tal-frodi ma ngħatatx attenzjoni biżżejjed, u l-Kummissjoni hija nieqsa minn informazzjoni komprensiva dwar l-iskala, in-natura u l-kawżi tal-frodi;

C.  billi għadd dejjem jikber ta' gruppi tal-kriminalità organizzata huma attivi fl-UE, spiss b'kopertura transfruntiera; billi l-fenomenu huwa dejjem aktar kumpless bi swieq kriminali ġodda u modi ġodda ta' operat li qed jitfaċċaw minħabba l-globalizzazzjoni u t-teknoloġiji ġodda; billi organizzazzjonijiet tat-tip mafjuż huma partikolarment attivi fit-tentattivi tagħhom li jinterċettaw fondi tal-UE f'diversi Stati Membri;

D.  billi t-teknoloġija ġġib kapaċitajiet ġodda ta' detezzjoni u monitoraġġ, filwaqt li tagħmel il-ħidma tal-investigaturi aktar effettiva u tippermetti d-disinn ta' miżuri ta' infurzar aktar intelliġenti;

Il-fondi tal-UE affettwati mill-kriminalità organizzata

1.  Jisħaq li l-kriminalità organizzata wriet livell għoli ta' infiltrazzjoni fl-istruttura soċjali, politika, ekonomika, finanzjarja, imprenditorjali u amministrattiva tal-Istati Membri, kif ukoll il-kapaċità li taħsel fl-ekonomija legali r-rikavat enormi tal-kriminalità, inklużi reati kommessi kontra l-interessi finanzjarji tal-UE, u b'hekk tirrappreżenta theddida serja għal-libertajiet taċ-ċittadini tal-UE; jisħaq, quddiem dan kollu, li l-kriminalità organizzata tirrappreżenta theddida serja għad-demokrazija u l-istat tad-dritt, u li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u kontra l-infiltrazzjoni fl-ekonomija legali mill-kriminalità organizzata hija essenzjali biex jiġi ggarantit it-trattament ugwali quddiem il-liġi, biex jiġu protetti d-drittijiet u l-benesseri taċ-ċittadini, biex jiġu prevenuti l-abbużi u biex jiġi żgurat l-obbligu ta' rendikont tad-detenturi ta' karigi pubbliċi; jemmen li huwa meħtieġ rispons komuni u kkoordinat mill-UE u l-Istati Membri tagħha;

2.  Jinnota li l-frodi tad-dħul hija qasam li fih il-ħsara li ssir mill-kriminalità organizzata hija partikolarment sinifikanti, inkluża l-frodi doganali; jinnota li l-frodi hija komponent sostanzjali tal-frodi tad-dħul; jinnota li dan it-tip ta' frodi ħafna drabi jitwettaq billi jiġu ffalsifikati d-dikjarazzjonijiet tal-importazzjoni, jintużaw dokumenti frawdolenti biex jiġu ddikjarati l-oġġetti, u billi l-oriġini tal-oġġetti tiġi ddikjarata b'mod falz biex jiġu evitati d-dazji anti-dumping tal-UE; jinnota li l-QEA dan l-aħħar enfasizzat nuqqasijiet fil-leġiżlazzjoni dwar il-kontrolli doganali u l-applikazzjoni tagħha, li jirriżultaw f'armonizzazzjoni, valutazzjoni tar-riskju u skambju ta' informazzjoni insuffiċjenti fl-Unjoni kollha u bejn l-Istati Membri; jinsab imħasseb li dan joħloq opportunitajiet għall-kriminalità organizzata biex tisfrutta d-dgħufijiet fis-sistema attwali u biex tiffroda lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha mill-introjtu; jinnota li l-frodi doganali hija wkoll ta' spiss imwettqa billi l-oġġetti importati fl-UE jiġu sottovalutati, u permezz ta' dan il-frodaturi jistgħu jevitaw li jħallsu rati ogħla ta' dazji fuq l-importazzjoni; jinnota li l-iskemi ta' sottovalutazzjoni investigati mill-OLAF f'dawn l-aħħar snin jikkonċernaw prinċipalment oġġetti importati miċ-Ċina; jilqa' l-ħidma li saret mill-OLAF fl-investigazzjoni ta' dawn il-każijiet; dan naqqas it-telf stmat tal-baġit tal-UE minn aktar minn EUR 1 biljun fl-2017 għal EUR 180 miljun fl-2020(10); jissottolinja li minkejja dawn l-iżviluppi pożittivi, l-isforzi biex tiġi miġġielda l-frodi tas-sottovalutazzjoni jridu jkomplu, peress li l-iskemi ta' frodi qed jevolvu biex jiżviluppaw xejriet ġodda, b'mod partikolari fil-qasam tal-kummerċ elettroniku;

3.  Jinnota li l-frodi tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) hija komponent ewlieni ieħor tal-frodi tad-dħul; jinnota li l-frodi tal-VAT hija definita bħala l-evitar tal-ħlas tal-VAT jew it-talba frawdolenti għall-ħlas lura tal-VAT mill-awtoritajiet nazzjonali wara katina illeċita ta' tranżazzjonijiet; jinnota li l-aktar forom komuni ta' frodi tal-VAT huma l-frodi intra-Komunitarja b'negozjant nieqes, il-frodi tal-kummerċ elettroniku, u l-frodi kontra l-proċedura doganali 42; jirrimarka li s-settur tal-fjuwil huwa wieħed mis-setturi l-aktar f'riskju mill-frodi tal-VAT, fejn in-networks kriminali jabbużaw mir-regoli dwar l-eżenzjoni mill-VAT u d-differenzi fil-prezzijiet bejn tipi differenti ta' fjuwil, u dan jirriżulta f'telf kbir fid-dħul mit-taxxa; jinsab imħasseb dwar il-fatt li ġie ppruvat li l-gruppi kriminali jiskambjaw l-għarfien, l-informazzjoni u l-intelligence fil-qasam tal-frodi tal-VAT, billi jagħmlu użu estensiv ta' teknoloġiji ġodda, kriptovaluti alternattivi u nuqqasijiet fl-istrutturi tan-negozju legali biex itejbu u jaħbu l-attivitajiet kriminali tagħhom, u b'hekk jiġġeneraw profitti ta' diversi biljuni ta' euro mill-frodi tal-VAT; jenfasizza l-fatt li, skont il-Valutazzjoni ta' Theddid mill-Kriminalità Serja u Organizzata tal-Unjoni Ewropea (SOCTA) 2021 tal-Europol, il-frodi tal-VAT hija mwettqa minn persuni b'għarfien tajjeb tas-sistema tal-VAT, il-leġiżlazzjoni u l-proċeduri tat-taxxa; iqis li huma ta' dispjaċir id-dgħufijiet sistemiċi tas-sistema kurrenti intra-Komunitarja tal-VAT u n-nuqqas ta' skambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri;

4.  Jesprimi d-dispjaċir tiegħu għall-fatt li s-sussidji huma qasam affettwat mill-frodi min-naħa tan-nefqa tal-baġit tal-Unjoni; jinnota bi tħassib kbir li, skont ir-rapporti tal-Europol, l-għadd ta' każijiet bħal dawn żdied b'mod kostanti matul is-snin; jinnota li l-frodi tas-sussidji sseħħ f'ħafna oqsma tal-infiq tal-UE, bħall-politika agrikola, il-politika ta' koeżjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp u l-politika ambjentali; jinnota bi tħassib li l-applikazzjonijiet frawdulenti għal għotjiet u offerti tal-UE normalment ikunu bbażati fuq dikjarazzjonijiet, rapporti ta' progress u fatturi foloz; jirrimarka li ħafna minn dawn l-attivitajiet frawdolenti jitwettqu minn gangs ta' kriminalità organizzata, inklużi gangs bi stil Mafjuż;

5.  Jinnota li minbarra l-perikli ovvji għall-ordni pubbliku u għas-sigurtà pubblika ppreżentati mill-forom ta' vjolenza li huma xi ħaġa tipika fl-organizzazzjonijiet kriminali, il-kriminalità organizzata taf tikkawża problemi serji daqshom fil-forma tal-penetrazzjoni fl-ekonomija legali u kondotta assoċjata li tikkorrompi uffiċjali pubbliċi, bl-infiltrazzjoni konsegwenti fl-istituzzjonijiet u fl-amministrazzjoni pubblika; itenni l-appell tiegħu biex l-UE ssir membru sħiħ tal-Grupp ta' Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO) mingħajr dewmien; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu pprovduti biżżejjed riżorsi għas-sistema ġudizzjarja u li l-għodod kollha disponibbli jintużaw b'mod koerenti fl-Istati Membri kollha biex jiġu identifikati u indirizzati l-frodi u l-kriminalità kemm finanzjarja kif ukoll ekonomika;

6.  Jenfasizza li l-Politika Agrikola Komuni (PAK) hija l-akbar partita fil-baġit tal-UE u tirrappreżenta 31 % tan-nefqa baġitarja totali għall-perjodu 2021-2027; jisħaq li huwa vitali li s-sistemi ta' kontroll tal-PAK fil-livell tal-UE u nazzjonali jaħdmu b'mod xieraq sabiex jiżguraw li l-interessi finanzjarji tal-UE u ċ-ċittadini tagħha jkunu protetti b'mod effettiv minn kwalunkwe użu ħażin tal-fondi tal-UE; jieħu nota tal-impatt speċjali tal-kriminalità organizzata fl-użu ħażin tal-fondi tal-PAK; itenni t-tħassib tiegħu li l-istruttura kurrenti tas-sussidji tal-PAK tinċentiva l-ħtif tal-art minn strutturi kriminali u oligarkiċi; jisħaq li l-istrutturi oligarkiċi, meta mqabbla mal-gangs tal-kriminalità organizzata, huma ugwalment jew aktar finanzjarjament detrimentali għall-PAK, u li l-identifikazzjoni ta' dawn l-istrutturi hija essenzjali għall-protezzjoni tal-bdiewa ġenwini; jissottolinja li l-bdiewa jeħtiġilhom ikunu protetti mill-intimidazzjoni minn gangs kriminali li jfittxu li jitolbu sussidji għall-art tagħhom; jisħaq li trasparenza limitata flimkien mal-korruzzjoni tippermetti lill-organizzazzjonijiet kriminali jżommu l-azzjonijiet tagħhom fejn ma jidhrux u jipprevjenu l-finanzjament tal-UE milli jilħaq lill-benefiċjarji intenzjonati tiegħu; itenni li l-iżvilupp ta' strumenti legali xierqa fil-livell tal-Unjoni kontra l-ħtif tal-art u l-kondiviżjoni effettiva tal-informazzjoni abilitanti huma kruċjali f'dan ir-rigward; itenni bil-qawwa l-ħtieġa ta' kooperazzjoni mtejba bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri;

7.  Jisħaq li l-istabbiliment ta' bażi tad-data interoperabbli ċentralizzata b'data standardizzata u ta' kwalità għolja li turi l-benefiċjarji diretti u finali tas-sussidji tal-UE huwa kruċjali sabiex jiġu identifikati l-frodaturi, in-networks kriminali u l-istrutturi oligarkiċi, u biex jiġu pprevenuti milli jużaw ħażin il-fondi tal-UE; jenfasizza li tali bażi tad-data tagħti spinta sostanzjali lill-kapaċità tal-infurzar tal-liġi biex il-fondi użati ħażin jiġu rkuprati; jissottolinja li sabiex tinħoloq bażi tad-data bħal din, trid tittejjeb l-interoperabbiltà bejn il-bażijiet tad-data nazzjonali eżistenti u dawk fil-livell tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkooperaw fil-ħolqien ta' tali bażi tad-data ċentralizzata f'konformità mas-sentenzi tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja; jenfasizza li l-informazzjoni trid tkun ta' kwalità adegwata u disponibbli f'format standardizzat, sabiex tkun tista' tiġi skambjata u aggregata b'mod awtomatizzat; jissottolinja li l-benefiċjarji jrid ikollhom identifikatur uniku li jiżgura t-traċċabbiltà tagħhom fl-Istati Membri kollha u l-fondi, indipendentement mill-metodu ta' ġestjoni; jenfasizza li l-użu ta' teknoloġiji ġodda, bħal reġistri diġitali komprensivi tal-artijiet, huwa essenzjali fit-tisħiħ tat-trasparenza, il-ġbir effettiv tad-data u l-mitigazzjoni tar-riskju, u b'hekk fl-aħħar mill-aħħar jitnaqqsu l-opportunitajiet għall-frodaturi; jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni biex twessa' l-użu ta' teknoloġiji bħal dawn u jistieden lill-Istati Membri kollha biex iħaffu l-implimentazzjoni ta' dawn is-soluzzjonijiet; jindika l-ħtieġa ta' skrutinju akbar mill-Kummissjoni jew mill-aġenziji rilevanti, inkluż fir-rigward tal-bhejjem, u, b'mod partikolari, fir-rigward tal-fondi mogħtija għal kull ras ta' baqar, li l-eżistenza attwali tagħhom trid tiġi vverifikata kif xieraq;

8.  Jirrimarka li l-konċentrazzjoni tal-appoġġ għall-introjtu agrikolu hija prinċipalment xprunata minn pagamenti diretti bbażati fuq l-erja; jissottolinja l-ħtieġa ta' appoġġ aktar immirat u bilanċ aħjar bejn benefiċjarji kbar u żgħar fil-livell tal-Istati Membri; jiddispjaċih li l-limitu massimu jibqa' volontarju fil-PAK il-ġdida; jistieden lill-Istati Membri jużaw l-għodod ridistributtivi differenti fi ħdan il-PAK il-ġdida bħala miżura kontra l-użu ħażin tal-fondi agrikoli u għad-distribuzzjoni aktar ġusta tagħhom; jikkritika l-fatt li, fil-Kunsill Ewropew Speċjali ta' Lulju 2020, l-Istati Membri unilateralment iddeċidew li ma jintroduċux ammonti massimi għal persuni fiżiċi taħt l-ewwel jew it-tieni pilastru, filwaqt li antiċipaw deċiżjoni fin-negozjati tat-trilogu dwar ir-riforma tal-PAK;

9.  Jenfasizza li l-Istati Membri huma responsabbli għall-fondi agrikoli tal-UE taħt ġestjoni kondiviża mal-Kummissjoni; iqis li l-mudell ta' implimentazzjoni l-ġdid u l-pjanijiet strateġiċi nazzjonali l-ġodda jistgħu jkunu opportunità biex jissaħħu l-kontrolli mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fir-rigward tad-distribuzzjoni u l-ġestjoni tal-fondi, sakemm l-Istati Membri jkollhom sistemi ta' ġestjoni u kontroll effettivi stabbiliti, u biex titqajjem kuxjenza fost l-awtoritajiet responsabbli għall-konċessjoni ta' għotjiet dwar l-opportunitajiet ta' frodi; jenfasizza li l-prinċipju ta' awditu uniku għandu jgħin biex tittaffa l-pressjoni fuq il-bdiewa u li l-kontrolli m'għandhomx jirriżultaw f'piż amministrattiv żejjed jew addizzjonali għall-bdiewa żgħar u ta' daqs medju; jisħaq, f'dan il-kuntest, fuq l-importanza ta' skambji bejn l-atturi tal-infurzar tal-liġi Ewropej u l-awtoritajiet ta' rilaxx tal-finanzjament sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell possibbli ta' għarfien minn qabel ta' frodi possibbli;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni żżid is-sensibilizzazzjoni tal-Istati Membri dwar il-kriminali organizzati involuti fl-evażjoni tat-taxxa, il-korruzzjoni u l-prattiki illegali (bħal "pocket contracts") b'rabta mat-tranżazzjonijiet tal-art, u tappoġġjahom fil-ġlieda kontra din il-kriminalità;

11.  Iqis li għandu jsir kull sforz biex jiġi żgurat li l-mudell ta' implimentazzjoni l-ġdid għall-PAK ma jirriżultax fi tnaqqis fil-livell ta' assorbiment tal-fondi tal-PAK mill-benefiċjarji finali b'konsegwenza ta' żbalji mhux intenzjonali, nuqqas ta' trasparenza fir-regoli jew nuqqas ta' informazzjoni adegwata, b'mod partikolari matul il-perjodu inizjali ta' implimentazzjoni;

12.  Jisħaq fuq il-ħtieġa ta' sistema ta' prevenzjoni tal-frodi mfassla b'mod speċifiku biex jiġi evitat kwalunkwe użu ħażin tal-fondi agrikoli tal-UE; jirrimarka li għalkemm l-għadd ta' każijiet ta' frodi tnaqqas b'mod konsiderevoli matul dawn l-aħħar snin, il-miżuri kontra l-frodi għandhom jibqgħu prijorità għolja għall-UE u l-Istati Membri; jissottolinja li l-fondi tal-UE jridu jiġu rkuprati fil-ħin u jilqa' d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-regolament orizzontali tal-PAK dwar il-penali proporzjonati bħala deterrenti effettivi;

13.  Jinnota li l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) huwa responsabbli għall-ġlieda kontra l-frodi fil-pagamenti tal-PAK, u li każijiet miftuħa huma bbażati fuq informazzjoni mill-Istati Membri jew rapporti minn membri tal-pubbliku li ġew affettwati u li mbagħad jistgħu jiffaċċjaw ritaljazzjoni; jenfasizza, barra minn hekk, li l-każijiet tal-OLAF huma kunfidenzjali ħafna u mhumiex ippubbliċizzati b'mod wiesa' meta jingħalqu; jitlob, għalhekk, li l-informaturi jiġu protetti u li l-awtoritajiet tal-investigazzjoni tal-frodi fl-Istati Membri jikkondividu l-aħjar prattiki f'dan il-qasam;

14.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu mmonitorjati l-aġenziji tal-pagamenti agrikoli fl-Istati Membri, li tiġi garantita l-indipendenza kemm formali kif ukoll informali tagħhom, u li l-ħidma tagħhom tinġieb f'konformità mar-regoli tal-UE, li fir-rigward tagħhom spezzjonijiet fuq il-post, fost miżuri oħra, jistgħu jwasslu għal sistema ta' kontroll aħjar;

15.  Jisħaq li r-Regolament Finanzjarju, b'mod partikolari l-Artikolu 61 tiegħu, irid jiġi rispettat u implimentat fl-Istati Membri kollha u jiġi applikat għall-pagamenti kollha tal-fondi tal-UE, inklużi l-pagamenti diretti għall-agrikoltura;

16.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi mekkaniżmu tal-ilmenti ċentralizzat fl-Unjoni kollha biex jappoġġja lil dawk l-individwi li jkollhom jittrattaw prattiki inġusti ta' ħtif tal-art u intimidazzjoni minn organizzazzjonijiet kriminali, billi jagħtihom l-opportunità li jressqu lment malajr mal-Kummissjoni;

17.  Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw malajr id-Direttiva (UE) 2019/1937 dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni(11) (id-Direttiva dwar l-Informaturi) u jinkludu, bħala parti mill-proċess ta' implimentazzjoni, salvagwardji legali għal individwi u korpi indipendenti li jikxfu l-korruzzjoni, inklużi ġurnalisti, informaturi, media indipendenti u NGOs li jaħdmu kontra l-korruzzjoni; jistieden lill-Istati Membri kollha jistabbilixxu oqfsa komprensivi għall-protezzjoni tal-informaturi; itenni l-urġenza ta' din it-talba minħabba r-rapporti taż-żieda fl-attakki fiżiċi kontra l-ġurnalisti, iż-żieda fil-kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika (kawżi SLAPP) u r-rikors għal liġijiet ta' sigurtà mgħoddija b'ħeffa f'ċerti Stati Membri, li jikkriminalizzaw it-tixrid ta' immaġnijiet ta' uffiċjali tal-infurzar tal-liġi jew ta' data dwar tali uffiċjali, u b'hekk jimblukkaw il-ħidma tal-ġurnalisti u jillimitaw l-obbligu ta' rendikont tal-awtoritajiet nazzjonali;

18.  Jinnota bi tħassib li l-Kummissjoni u l-OLAF identifikaw frodi fl-offerti pubbliċi u fl-akkwist bħala xejra ewlenija fost dawk li jwettqu l-frodi; jinnota li l-kollużjoni bejn l-individwi u l-organizzazzjonijiet, l-użu ta' fatturi foloz, il-ħolqien ta' kumpaniji u kredenzjali foloz, u d-direzzjoni mill-ġdid ta' fondi mill-iskop oriġinali tagħhom huma modi komuni biex jiddgħajfu l-proċeduri ta' akkwist pubbliku; jirrimarka li l-iskemi ta' frodi spiss isiru fuq livell transnazzjonali u jistgħu jkopru diversi pajjiżi (tal-UE u mhux tal-UE), u b'hekk ikunu diffiċli biex jiġu identifikati u eliminati; jesprimi d-dispjaċir tiegħu li f'ħafna Stati Membri m'hemm l-ebda leġiżlazzjoni speċifika kontra l-kriminalità organizzata; jenfasizza li l-kooperazzjoni f'waqtha bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi hija komponent ewlieni ta' rispons effettiv għall-kriminalità transnazzjonali; jistieden lill-awtoritajiet rilevanti tal-UE u nazzjonali jtejbu l-interoperabbiltà tas-sistemi tagħhom, jiffaċilitaw l-iskambju f'waqtu ta' informazzjoni u jsaħħu l-kooperazzjoni u l-operazzjonijiet konġunti biex tiġi indirizzata l-kriminalità organizzata transnazzjonali; jitlob, għalhekk, li tissaħħaħ in-natura transnazzjonali tal-ġlieda kontra l-frodi u l-armonizzazzjoni tal-liġijiet kriminali fl-Istati Membri għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, li hija ta' importanza vitali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa qafas ta' regoli komuni li jippermetti lill-Istati Membri jittrasferixxu l-proċedimenti kriminali lejn Stat Membru ieħor sabiex jiġu evitati investigazzjonijiet paralleli;

19.  Jinnota li l-pandemija tal-COVID-19 toħloq opportunitajiet ġodda għall-frodaturi u għall-kriminalità organizzata; jinnota bi tħassib li l-Europol osservat żieda fl-attivitajiet kriminali relatati mal-coronavirus fil-forma ta' ċiberkriminalità, frodi u falsifikazzjoni, inkluża dik tat-tagħmir mediku u t-tagħmir ta' protezzjoni personali (PPE); ifakkar fil-prattiki qarrieqa u l-offerti foloz ta' vaċċini identifikati mill-pajjiżi tal-UE, bħala wieħed minn ħafna eżempji dannużi, li fihom il-frodaturi ppruvaw ibigħu aktar minn 1,1 biljun doża ta' vaċċini għal prezz totali ta' aktar minn EUR 15,4-il biljun; jenfasizza li t-theddida ta' bejgħ illeċitu ta' ċertifikati diġitali foloz tal-COVID-19 qed tikber b'mod rapidu, b'għadd ta' eżempji li ġew identifikati f'diversi Stati Membri;

20.  Jinsab imħasseb dwar il-valutazzjoni tar-Rapport PIF, li sab li seba' Stati Membri identifikaw frodi b'relazzjoni mal-infrastruttura tas-saħħa fl-2019 u li l-infrastruttura tas-saħħa kienet partikolarment affettwata mill-ksur tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku; jirrimarka li d-dipendenza mill-proċeduri ta' akkwist ta' emerġenza b'reazzjoni għall-kriżi tal-COVID-19 setgħet aggravat dawn il-problemi; jenfasizza li l-proċeduri ta' emerġenza jridu jirrispettaw l-istess standards ta' trasparenza u obbligu ta' rendikont bħall-proċeduri regolari; jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-Istati Membri jikkomplementaw dawn il-proċeduri permezz tal-użu ta' għodod ta' mitigazzjoni tar-riskju, b'enfasi fuq il-prevenzjoni, kif ukoll permezz ta' kontrolli u skrutinju komprensivi ex post;

21.  Jinsab imħasseb ferm bl-aspettattiva tal-Europol li r-reċessjoni ta' wara l-pandemija se toħloq opportunitajiet ġodda għall-kriminalità organizzata; iwissi li hekk kif il-kriminalità organizzata ssegwi l-flus, iż-żieda bla preċedent fl-infiq tal-UE fil-kuntest tal-pjan ta' rkupru ta' NextGenerationEU toffri potenzjal kbir għall-użu ħażin tal-fondi mill-kriminalità organizzata; jenfasizza li din iż-żieda bla preċedent fl-infiq trid tiġi koperta b'riżorsi xierqa, li għandhom jiġu allokati lill-istituzzjonijiet rilevanti li jikkostitwixxu l-oqfsa tal-UE u nazzjonali għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-frodi u l-kriminalità organizzata; ifakkar, f'dan ir-rigward, li l-użu ta' teknoloġiji ġodda, bħall-bażi tad-data Arachne u s-sistema ta' identifikazzjoni bikrija u ta' esklużjoni (EDES), għandhom isiru elementi obbligatorji tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE; itenni l-appell tiegħu lill-Kunsill biex jaqbel dwar iż-żieda ta' 40 kariga ta' awditur fil-QEA, u l-appell tiegħu lill-OLAF u lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) biex jiżguraw li jallokaw biżżejjed riżorsi għall-iskoperta u l-prosekuzzjoni ta' attivitajiet kriminali mmirati lejn NextGenerationEU;

22.  Jisħaq li l-kriminali organizzati, b'mod partikolari l-kriminali tat-tip mafjuż, huma diġà magħrufa li fil-passat iddiriġew in-negozju tagħhom lejn l-enerġija rinnovabbli; iwissi li, peress li huma diġà attivi f'dan is-settur, l-organizzazzjonijiet kriminali jistgħu faċilment jinterċettaw il-fondi allokati għat-tranżizzjoni ekoloġika, li jammontaw għal perċentwal sinifikanti tal-fondi ta' NextGenerationEU;

23.  Jieħu nota bi tħassib tal-faċilitaturi tal-kriminalità organizzata, bħall-ħasil tal-flus, iċ-ċiberkriminalità, il-frodi tad-dokumenti, il-korruzzjoni, reġistrazzjoni falza u l-użu ta' kumpaniji fittizji; jisħaq li dawn l-azzjonijiet għandhom impatt fuq il-kapaċità tal-awtoritajiet li janalizzaw bir-reqqa u b'mod effettiv jekk il-flus tal-UE jintefqux kif maħsub;

Stimi tal-impatt finanzjarju tal-kriminalità organizzata

24.  Jinsab imħasseb li l-kompitu tal-istima tal-firxa u s-severità tal-impatt tal-kriminalità organizzata fuq il-baġit tal-UE ġie ripetutament iġġudikat bħala estremament diffiċli jew saħansitra impossibbli, minħabba, fost raġunijiet oħra, id-definizzjonijiet differenti tal-kriminalità organizzata fost l-Istati Membri u n-nuqqas ta' stimi affidabbli b'rabta mal-valutazzjoni tas-sitwazzjoni, u dan ikkomplika l-isforzi għall-koordinazzjoni tal-miżuri u l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-każijiet; jesprimi d-dispjaċir tiegħu għall-fatt li l-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali ma għandhomx għarfien dwar l-iskala, in-natura u l-kawżi tal-frodi, u sal-lum għadhom ma għamlux valutazzjonijiet konsistenti tal-frodi mhux identifikata; jisħaq li n-nuqqas ta' stimi affidabbli jipprevjeni valutazzjoni preċiża tas-sitwazzjoni, u dan ixxekkel il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata; jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti jtejbu l-ġbir tad-data u jżidu l-affidabbiltà tad-data kkomunikata lill-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni tikkoordina u tikkollabora mal-awtoritajiet tal-Istati Membri sabiex twettaq valutazzjoni komprensiva fl-UE kollha dwar id-daqs reali, in-natura u l-kawżi tal-frodi, bl-involviment tal-aġenziji rilevanti tal-UE u l-kollaborazzjoni mas-sħab mill-pajjiżi ġirien tal-UE;

25.  Jinnota li r-Rapport PIF tal-2019 kellu 514 irregolarità frawdulenti fuq in-naħa tan-nefqa b'valur finanzjarju ta' EUR 381.4 miljun, u 425 irregolarità frawdulenti fuq in-naħa tad-dħul, li jammontaw għal EUR 79,7 miljun; jenfasizza li dawn iċ-ċifri ma jkoprux il-firxa vera ta' frodi, li x'aktarx tkun ferm akbar; jenfasizza wkoll li mhux il-frodi kollha titwettaq minn gangs ta' kriminalità organizzata, speċjalment min-naħa tan-nefqa, fejn il-frodi spiss titwettaq minn individwi jew kumpaniji individwali u tista' wkoll tinkludi uffiċjali pubbliċi jew uffiċjali tal-gvern ta' livell għoli;

26.  Jinnota li skont studji reċenti, il-penetrazzjoni tal-kriminalità organizzata tal-akkwist pubbliku tal-UE tinsab bejn 2,7 % u 3,6 % tal-infiq totali; jesprimi dispjaċir għall-fatt li dan jindika li mill-2014 sal-2020, bejn EUR 1,9 biljun u EUR 2,6 biljun ta' Fondi ta' Koeżjoni tal-UE setgħu ġew miżapproprjati mill-kriminalità organizzata; jinnota li filwaqt li l-limitazzjonijiet tad-data jħallu impatt fuq l-affidabbiltà ta' dawn l-istimi, dawn xorta jagħtu indikazzjoni tal-gravità tal-problema;

27.  Jisħaq bi tħassib li l-korruzzjoni hija parti integrali mill-attivitajiet kważi kollha tal-organizzazzjonijiet kriminali u li thedded b'mod serju l-interessi finanzjarji tal-UE, b'telf stmat fil-PDG li jvarja bejn EUR 170 biljun u EUR 990 biljun u spiża għall-UE ta' aktar minn EUR 5 biljun fis-sena għall-parti tal-baġit tal-akkwist pubbliku biss(12);

28.  Jesprimi dispjaċir għall-fatt li skont il-Europol, madwar EUR 40 biljun sa EUR 60 biljun jintilfu kull sena għall-gruppi tal-kriminalità organizzata permezz ta' forma speċifika ta' frodi tal-VAT, jiġifieri frodi intra-Komunitarja b'negozjant nieqes (MTIC); jenfasizza li l-biċċa l-kbira tat-telf tal-VAT jiġġarrab mill-Istati Membri, peress li 0,3 % biss tal-VAT miġbura tiġi ttrasferita għall-baġit tal-UE; jenfasizza li, madankollu, ir-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT kienu jikkostitwixxu 11,97 % tad-dħul totali mill-baġit tal-UE fl-2019, li jindika li t-telf tal-VAT ikkawżat minn organizzazzjonijiet kriminali għandu impatt serju fuq id-dħul tal-UE;

Miżuri ta' awditjar u kontroll kontra l-kriminalità organizzata

29.  Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Kummissjoni identifikat nuqqasijiet fil-ġbir u fl-analiżi tagħha tad-data fil-ġlieda kontra l-frodi, fl-użu ta' sistemi ta' rapportar (bħas-Sistema ta' Identifikazzjoni Bikrija u ta' Esklużjoni (EDES) u Arachne) mill-Istati Membri, u fil-fluss tal-informazzjoni; jinnota li l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskambju ta' informazzjoni dwar il-kriminalità transfruntiera ġiet aġġornata biss dan l-aħħar u ma tkoprix l-awtoritajiet rilevanti kollha, u b'hekk tfixkel skambju effettiv ta' informazzjoni bejn il-korpi tal-UE u l-Istati Membri;

30.  Iqis id-Direttiva PIF bħala pass importanti lejn il-protezzjoni tal-baġit tal-UE, peress li tipprovdi definizzjoni komuni ta' reati kriminali u l-użu ħażin tal-fondi, u l-armonizzazzjoni ta' sanzjonijiet għal reati kontra l-interessi finanzjarji tal-UE; japprezza li d-direttiva tistabbilixxi proċeduri ċari ta' rapportar u investigazzjoni, tiddefinixxi l-monitoraġġ tal-qafas tal-ġestjoni tar-riskju ta' frodi u tippromwovi l-użu ta' informazzjoni, ta' bażijiet tad-data u ta' analitika tad-data mill-Istati Membri; jilqa' l-valutazzjoni reċenti tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva PIF u l-fatt li l-Istati Membri kollha pprovdew notifika tat-traspożizzjoni sħiħa tagħhom tad-Direttiva PIF(13); jinsab imħasseb, madankollu, dwar il-grad sa fejn id-direttiva ġiet trasposta fil-liġi nazzjonali; ifakkar li l-Kummissjoni identifikat kwistjonijiet ta' konformità f'diversi Stati Membri; jinnota li dawn il-kwistjonijiet jikkonċernaw, fost l-oħrajn, id-definizzjoni ta' reati kriminali ("frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni", "ħasil tal-flus", "korruzzjoni", "miżapproprjazzjoni"), ir-responsabbiltà ta' persuni ġuridiċi u fiżiċi u s-sanzjonijiet kontrihom, u l-obbligu tal-Istati Membri li jirrapportaw data statistika kull sena lill-Kummissjoni; iħeġġeġ lill-Istati Membri jallinjaw bis-sħiħ il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom mar-rekwiżiti tad-Direttiva PIF u jħeġġeġ lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib il-konformità tal-Istati Membri, peress li t-traspożizzjoni xierqa hija ta' importanza vitali biex tippermetti lill-UPPE jwettaq investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet effettivi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tiżgura traspożizzjoni korretta u komprensiva, inkluża l-possibbiltà ta' proċeduri ta' ksur;

31.  Jilqa' t-twaqqif tal-UPPE, bil-mandat tiegħu li jinvestiga, li jressaq għall-prosekuzzjoni, li jressaq reati kontra l-baġit tal-UE, bħala assi importanti fil-ġlieda kontra l-frodi u l-kriminalità organizzata fl-UE; jitlob finanzjament effettiv u l-allokazzjoni xierqa tar-riżorsi umani għall-UPPE; iqis li r-rwol tal-UPPE huwa partikolarment promettenti fil-ġlieda kontra l-kriminalità transfruntiera relatata mal-baġit tal-Unjoni, peress li l-awtoritajiet nazzjonali huma limitati bil-fruntieri tagħhom fil-prosekuzzjoni tagħhom u korpi oħra tal-UE (bħall-Eurojust, l-Europol u l-OLAF) ma għandhomx is-setgħat investigattivi u ta' prosekuzzjoni meħtieġa; jinnota li l-enfasi tal-mandat tal-UPPE hija definita fid-Direttiva PIF u tinkludi l-ġlieda kontra l-frodi fl-infiq u d-dħul tal-UE, il-frodi tal-VAT, il-ħasil tal-flus, il-korruzzjoni u l-parteċipazzjoni f'organizzazzjonijiet kriminali; jenfasizza li dawn il-punti fokali huma kruċjali fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, u jittama li l-UPPE għalhekk se jkun għodda effettiva għall-ġlieda kontra l-organizzazzjonijiet kriminali li għandhom impatt fuq il-baġit tal-UE; jiddispjaċih li ħames Stati Membri għadhom ma ngħaqdux mal-UPPE u jistedinhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jingħaqdu miegħu; jistieden lill-Kummissjoni, fil-frattemp, iżżid is-superviżjoni ta' dawk l-Istati Membri; jesprimi dispjaċir għan-nuqqas ta' nomini ta' prosekuturi delegati Ewropej, b'mod partikolari mis-Slovenja, u dewmien konsiderevoli f'ħafna Stati Membri oħrajn; jenfasizza li dan idgħajjef b'mod sever l-effiċjenza u l-effikaċja tal-ġlieda effettiva tal-UPPE kontra l-kriminalità transfruntiera;

32.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu indirizzati aħjar ir-reati ambjentali b'dimensjoni transfruntiera u li jaffettwaw il-bijodiversità u r-riżorsi naturali, bħall-kummerċ illegali ta' pjanti u annimali, il-qtugħ illegali tas-siġar u t-traffikar tal-injam, u t-traffikar illegali tal-iskart; jistieden lill-Kummissjoni tagħti bidu għall-estensjoni tal-mandat tal-UPPE sabiex jiġu koperti r-reati ambjentali transfruntiera;

33.  Jesprimi d-dispjaċir tiegħu li l-Kummissjoni stabbiliet pjan tal-persunal għall-UPPE li ma jippermettilux jissodisfa l-mandat tiegħu b'mod effiċjenti; jissottolinja li huwa meħtieġ persunal adegwat sabiex l-UPPE jkun jista' jwettaq il-kompitu ewlieni tiegħu, jiġifieri l-ġlieda kontra l-kriminalità transfruntiera li taffettwa l-baġit tal-UE; jesprimi d-dispjaċir tiegħu li l-UPPE bħalissa huwa mgħammar b'għadd insuffiċjenti ta' analisti tal-każijiet u investigaturi finanzjarji biex jappoġġjaw l-attivitajiet ta' prosekuzzjoni tal-prosekuturi delegati Ewropej; jesprimi d-dispjaċir tiegħu li l-persunal operattiv tal-UPPE bħalissa huwa prinċipalment iffukat fuq ir-reġistrazzjoni ta' każijiet u mhux fuq il-prosekuzzjoni tagħhom; jesprimi d-dispjaċir tiegħu li l-UPPE indika nuqqas urġenti ta' esperti legali u tal-IT kwalifikati addizzjonali, kif ukoll persunal amministrattiv biex l-operazzjonijiet ikunu jistgħu jiffunzjonaw mingħajr xkiel; jenfasizza li minbarra l-ammont ta' każijiet annwali tiegħu ta' 2 000 każ, l-UPPE jeħtieġlu jittratta ammont pendenti ta' aktar minn 3 000 każ; jinsab imħasseb li l-ammont ta' xogħol tal-UPPE se jkompli jiżdied fis-snin li ġejjin fid-dawl tal-ammonti mingħajr preċedent mobilizzati permezz tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-aċċellerazzjoni tal-proċeduri ta' akkwist matul il-kriżi tal-COVID-19; jenfasizza li l-pjan tal-persunal tal-Kummissjoni għall-UPPE għall-2022 mhuwiex biżżejjed biex jirrimedja n-nuqqasijiet identifikati mill-UPPE; jenfasizza li meta l-UPPE jkun kompletament funzjonali, il-benefiċċji tiegħu fir-rigward tal-protezzjoni tal-baġit tal-UE se jeċċedu l-ispejjeż tiegħu; jistieden bis-sħiħ lill-Kummissjoni żżid il-baġit u l-persunal kwalifikat disponibbli għall-UPPE sabiex ikun jista' jikseb il-potenzjal sħiħ tiegħu fil-ġlieda kontra l-kriminalità;

34.  Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija tal-UE biex tiġi indirizzata l-Kriminalità Organizzata 2021-2025 u l-enfasi tagħha fuq it-tisħiħ ta' skambju ta' informazzjoni effettiv u f'waqtu bejn il-korpi tal-UE u l-Istati Membri, pereżempju permezz ta' interoperabbiltà aħjar bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE u l-iżgurar ta' konnessjoni ma' bażijiet tad-data rilevanti fl-Istati Membri; japprezza l-impenn tal-Kummissjoni li tissimplifika l-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi u li tisfrutta bis-sħiħ il-potenzjal tal-għodod eżistenti, bħall-Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali (EMPACT); jilqa' l-għan tal-Kummissjoni li ttejjeb l-iskambju ta' informazzjoni u l-kooperazzjoni bejn il-Europol, il-Eurojust u pajjiżi mhux tal-UE;

35.  Jilqa' l-enfasi tal-Kummissjoni fuq il-prevenzjoni tal-infiltrazzjoni tal-kriminalità organizzata fl-ekonomija legali, pereżempju billi jiġi rieżaminat il-Qafas tal-UE Kontra l-Ħasil tal-Flus u r-regoli eżistenti tal-UE kontra l-korruzzjoni; jilqa' l-enfasi tal-Kummissjoni fuq l-adattament tal-infurzar tal-liġi għall-era diġitali;

36.  Jinnota li l-ħasil tal-flus jippermetti lill-kriminali jżommu l-profitti tagħhom mhux identifikati, u li l-offerta ta' servizzi ta' ħasil tal-flus fiha nnifisha saret negozju profittabbli għall-organizzazzjonijiet kriminali; jenfasizza li dan għandu impatt sinifikanti fuq l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tal-Istati Membri, peress li 98 % tar-rikavati kriminali stmati ma jiġux ikkonfiskati u jibqgħu għad-dispożizzjoni tal-kriminali; jemmen li l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus hija kruċjali għall-prevenzjoni tal-użu ħażin tal-fondi minn organizzazzjonijiet kriminali; jinsab imħasseb ħafna dwar is-sejbiet tal-QEA(14) li l-azzjonijiet tal-UE għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus huma frammentati u kkoordinati ħażin, li l-qafas legali eżistenti huwa inkonsistenti u għadu mhux kompletament traspost fl-Istati Membri kollha u li dan jista' jiġi sfruttat mill-kriminali; ifaħħar lill-Kummissjoni dwar il-pakkett leġiżlattiv il-ġdid li għandu l-għan li jirrevedi l-qafas dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus/il-Finanzjament tat-Terroriżmu (AML/CTF), sett uniku ta' regoli li jirrappreżenta pass kbir 'il quddiem fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u li se jippermetti l-applikazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus/il-Finanzjament tat-Terroriżmu;

37.  Jilqa', b'mod partikolari, il-proposta għall-ħolqien ta' aġenzija ġdida tal-UE, l-Awtorità Kontra l-Ħasil tal-Flus (AMLA), u jenfasizza li l-AMLA għandha tingħata riżorsi umani u finanzjarji adegwati sabiex tkun kompletament funzjonali; jesprimi d-dispjaċir tiegħu li l-istabbiliment tal-AMLA mhuwiex antiċipat qabel l-2023 u li mhux se jkun kompletament operattiv sal-2026; jissottolinja li l-kwistjonijiet attwali fir-rigward tal-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus/il-Finanzjament tat-Terroriżmu huma ta' natura urġenti u ma jippermettux li jintilef aktar ħin; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta miżuri konkreti biex tindirizza l-kwistjonijiet attwali qabel ma l-AMLA ssir kompletament operattiva;

38.  Jilqa', barra minn hekk, il-proposti l-ġodda tal-Kummissjoni dwar il-kriptoassi, settur fil-biċċa l-kbira mhux regolat sfruttat b'mod wiesa' minn kriminali organizzati, li jmexxu flussi kbar ta' flus illeċiti b'impunità fis-suq tal-kriptovaluti; ifakkar li l-anonimità ta' ċerti kriptovaluti qed twassal għal żieda fl-użu tagħhom għal attivitajiet illeġittimi; jistieden lill-Istati Membri jinkoraġġixxu lill-kumpaniji tal-kriptovaluti jużaw l-istrumenti ta' analiżi biex jivvalutaw l-attività kriminali potenzjali assoċjata mad-destinazzjoni u mal-indirizzi tad-destinatarji u jiżguraw li japplikaw b'mod sħiħ il-leġiżlazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus meta l-utenti jsarrfu l-kriptovaluti f'valuta reali; jisħaq li l-muniti kriptografiċi jridu jkunu soġġetti għall-istess korpi superviżorji bħall-muniti tradizzjonali;

39.  Jinnota li l-unitajiet tal-intelligence finanzjarja (UIF) għandhom rwol ewlieni fid-detezzjoni ta' każijiet ta' ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu transfruntiera (ML/TF); jinnota li fl-UE, l-UIF joperaw fuq livell nazzjonali u li l-Kummissjoni sabet li l-koordinazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni fost l-UIF nazzjonali ma kinux biżżejjed(15); jiddispjaċih li hemm differenzi fl-ammont u t-tip ta' data skambjata bejn l-UIF; jinnota li dan ifixkel il-kooperazzjoni bejniethom, u li dan min-naħa tiegħu għandu impatt negattiv fuq il-kapaċità tagħhom li jidentifikaw u jressqu għall-prosekuzzjoni l-kriminalità transfruntiera fil-ħin;

40.  Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-approċċi nazzjonali biex tiġi indirizzata l-kriminalità organizzata jvarjaw b'mod sinifikanti bejn l-Istati Membri f'termini ta' leġiżlazzjoni, strateġiji u kapaċità operazzjonali; jinnota li dan huwa parzjalment dovut għal livelli differenti ta' adozzjoni u implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE; jinsab imħasseb dwar ir-rwol u l-kapaċitajiet differenti tas-Servizzi ta' Koordinazzjoni Kontra l-Frodi (AFCOS) fl-Istati Membri, possibbilment minħabba li l-leġiżlazzjoni tal-UE ma tiddefinix il-mandat tagħhom b'mod preċiż biżżejjed u tikkomplika l-koordinazzjoni fil-livell nazzjonali u tal-UE; jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-isforzi biex tiġi miġġielda l-frodi li tinvolvi l-fondi tal-UE għandhom it-tendenza li ma jiġux prijoritizzati bl-istess mod bħall-frodi li tinvolvi l-infiq nazzjonali; dan huwa enfasizzat mill-fatt li aktar minn nofs l-investigazzjonijiet tal-OLAF mhumiex segwiti mill-Istati Membri u saħansitra inqas jilħqu l-istadju tal-prosekuzzjoni; jiddispjaċih ħafna li xi Stati Membri kontinwament jagħżlu li ma jimplimentawx ir-rakkomandazzjonijiet tal-OLAF wara l-konklużjoni ta' investigazzjoni u ma jnidux azzjonijiet ġudizzjarji bil-għan li jirkupraw il-fondi tal-UE li jkunu ġew iffrodati; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu mill-prerogattivi tagħha u tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura l-implimentazzjoni korretta u f'waqtha tal-leġiżlazzjoni tal-UE;

41.  Jesprimi d-dispjaċir tiegħu li riċerka reċenti tindika li xi Stati Membri ma jipprijoritizzawx il-frodi li tinvolvi l-fondi tal-UE bl-istess mod bħall-frodi li taffettwa l-infiq domestiku; jinnota li għalkemm il-Kummissjoni ħeġġet lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji nazzjonali kontra l-frodi (NAFS), 13-il Stat Membru biss għamlu dan u l-ebda wieħed minnhom ma uża l-mudell ipprovdut mill-Kummissjoni; jinnota bi tħassib li dawn id-differenzi bejn l-Istati Membri joħolqu ostakli għal kooperazzjoni effiċjenti; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tieħu azzjoni aktar determinata bil-għan li tagħmilha obbligatorja għall-Istati Membri li jistabbilixxu regoli għall-prevenzjoni tal-frodi kontra l-UE;

Konklużjonijiet

42.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa approċċ komuni għall-valutazzjoni tal-impatt tal-kriminalità organizzata fuq il-fondi tal-UE u tevalwa l-effikaċja tal-miżuri meħuda biex tiġi indirizzata l-problema fl-Istati Membri kollha; iqis bħala kruċjali skambju f'waqtu, komplut u effettiv ta' informazzjoni, u jtenni għalhekk, l-importanza tal-armonizzazzjoni tad-definizzjonijiet sabiex tinkiseb data komparabbli fil-korpi u fl-Istati Membri tal-UE biex jiġi stmat l-impatt tal-attivitajiet tal-kriminalità organizzata fuq il-finanzi tal-UE u azzjoni rapida biex dan jiġi miġġieled;

43.  Jinsab imħasseb li s-sistema attwali ta' approċċi nazzjonali differenti tipprevjeni approċċ effettiv u transfruntier biex tiġi indirizzata l-problema, u dan jagħti lill-kriminali opportunità li jkomplu bl-azzjonijiet tagħhom mingħajr ma jinżammu responsabbli; jistieden lill-Istati Membri jikkooperaw mill-qrib mal-korpi tal-UE u ma' xulxin u jagħmlu użu mill-għodod u mis-servizzi tal-Unjoni fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata sabiex jimmassimizzaw l-iskambju tad-data u jiffaċilitaw l-operazzjonijiet transfruntiera li jimmiraw lejn attivitajiet ta' kriminalità organizzata kontra l-baġit tal-UE;

44.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jikkunsidraw użu aktar koerenti tal-għodod kollha disponibbli biex jidentifikaw u jindirizzaw il-frodi, b'mod partikolari l-pjattaforma tal-IT Arachne u l-EDES; jenfasizza li l-interoperabbiltà tal-Arachne, tal-EDES u tal-bażijiet tad-data istituzzjonali u nazzjonali hija kruċjali biex jiġi żgurat l-iskambju effettiv tal-informazzjoni mmirat lejn il-prevenzjoni u l-identifikazzjoni tal-frodi kontra l-baġit tal-UE; jesprimi d-dispjaċir tiegħu li l-Arachne u l-EDES bħalissa huma limitati fl-ambitu tagħhom u fl-għarfien u l-użu tagħhom mill-Istati Membri; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-EDES tkopri fondi ġestiti direttament u indirettament iżda mhux fondi taħt ġestjoni kondiviża, minkejja li dawn tal-aħħar jirrappreżentaw madwar 80 % tan-nefqa tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni testendi l-applikazzjoni tal-EDES għal dawn il-fondi; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni u, b'mod partikolari, lill-Istati Membri fil-Kunsill, biex jagħmlu l-użu tal-Arachne obbligatorju; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid il-qafas għall-iskambju tad-data fl-istituzzjonijiet kollha tal-UE u mal-Istati Membri, sabiex timmassimizza l-grad ta' skambju effettiv ta' informazzjoni, filwaqt li fl-istess ħin tirrispetta r-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data;

45.  Jistieden lill-Kummissjoni tgħin lill-Istati Membri billi tipprovdi taħriġ lill-awtoritajiet nazzjonali biex tarmahom b'għarfien adegwat għall-użu ta' għodod bħall-EDES u l-Arachne bl-aktar mod effettiv possibbli u f'konformità mal-istandards ta' rapportar tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, biex tanalizza d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom l-awtoritajiet nazzjonali meta jużaw l-EDES u l-Arachne u biex toħroġ rakkomandazzjonijiet speċifiċi u ttejjeb il-linji gwida ġenerali eżistenti u l-faċilità tal-użu ta' dawn l-għodod; jesprimi d-dispjaċir tiegħu li xi Stati Membri jopponu l-użu ta' dawn l-għodod minħabba l-biża' ta' żieda fil-piż burokratiku; jenfasizza li meta jiġu integrati kif xieraq, dawn l-għodod jistgħu fil-fatt inaqqsu l-burokrazija; jistieden lill-Istati Membri biex jikkunsidraw mill-ġdid il-pożizzjoni tagħhom dwar din il-kwistjoni u lill-Kummissjoni biex timpenja ruħha aktar fil-promozzjoni tal-vantaġġi tal-EDES u l-Arachne lill-Istati Membri; jitlob l-introduzzjoni ta' skemi ta' taħriġ kontra l-ħasil tal-flus li jippermettu lill-awtoritajiet jidentifikaw ir-riskju ta' frodi potenzjali qabel ma jiġu żborżati l-fondi, b'mod partikolari fil-qasam ta' "kun af il-klijent tiegħek" u l-involviment mhux żvelat ta' persuni esposti politikament f'sussidji, proġetti u għotjiet tal-PAK;

46.  Iqis ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni(16) (Regolament CPR), li jistabbilixxi regoli komuni applikabbli għall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus u l-Fond ta' Koeżjoni, bħala element importanti ieħor għall-prevenzjoni tal-użu ħażin tal-fondi tal-UE mill-kriminalità organizzata;

47.  Jenfasizza li pass importanti fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata qed jagħmilha anqas profittabbli; ifakkar f'dan ir-rigward fil-ħidma tal-OLAF, li l-investigazzjonijiet tiegħu huma għodda kruċjali fil-ġlieda kontra l-frodi; jesprimi d-dispjaċir tiegħu għall-fatt li r-rata ta' akkuża wara r-rakkomandazzjonijiet mill-OLAF lill-Istati Membri hija baxxa u ssegwi xejra 'l isfel, wara li naqset minn 53 % fil-perjodu 2007-2014 għal 37 % fil-perjodu 2016-2020; jinnota wkoll li l-punt sa fejn l-ammonti finanzjarji rrakkomandati għall-irkupru fil-fatt jiġu rkuprati ma ġiex ivvalutat f'dawn l-aħħar snin, u li l-aktar valutazzjoni reċenti li tkopri s-snin 2002 sa 2016 tindika rata ta' rkupru ta' 30 %; jistieden lill-OLAF u lill-Kummissjoni jinvestigaw ir-raġunijiet sottostanti u lill-Istati Membri jissodisfaw l-obbligu legali tagħhom li jirkupraw il-fondi u jikkooperaw mill-qrib mal-korpi tal-Unjoni biex jiżguraw li l-fondi użati ħażin mill-kriminalità organizzata jiġu rkuprati b'mod effettiv, peress li 98 % tar-rikavati kriminali stmati ma jiġux ikkonfiskati u jibqgħu għad-dispożizzjoni tal-kriminali; jistieden lill-OLAF jiġbor informazzjoni dwar ir-rata ta' rkupru wara r-rakkomandazzjonijiet finanzjarji tiegħu u jippubblika din l-informazzjoni fir-rapporti annwali tiegħu; huwa tal-fehma li azzjoni deċiżiva għall-irkupru ta' fondi, inkluż permezz ta' sekwestri preventivi jew ibbażati fuq il-valuri, tista' tiskoraġġixxi lill-organizzazzjonijiet kriminali milli jwettqu frodi kontra l-UE, u b'hekk tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha; jistieden lill-Istati Membri jżidu r-rata ta' konfiska tal-fondi assoċjati mal-frodi, b'aktar enfasi fuq miżuri preventivi; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-possibbiltà li tikkomplementa l-approċċ frammentat attwali lejn l-irkupru tal-assi permezz ta' korp għall-UE kollha inkarigat li jiżgura l-irkupru f'waqtu u effettiv tal-fondi tal-UE;

48.  Jemmen li l-prevenzjoni tal-frodi u l-ġlieda kontra l-frodi mwettqa mill-kriminalità organizzata għandhom ikunu objettiv prijoritarju għall-awtoritajiet ta' ġestjoni, ta' ċertifikazzjoni u ta' awditjar, kif ukoll għandhom ikunu s-suġġett ta' investigazzjonijiet finanzjarji speċjalizzati; jemmen li l-ġlieda kontra l-gruppi kriminali organizzati tirrikjedi wkoll regoli u miżuri msaħħa rigward l-iffriżar u l-konfiska tal-assi, inkluż, meta jkun xieraq, is-sekwestru temporanju ta' proprjetà ta' valur ekwivalenti għar-rikavat tal-kriminalità, bil-għan li l-partijiet ikkonċernati jiġu ostakolati milli jittrasferixxu dan ir-rikavat jew jiddisponu minnu qabel ma jiġu konklużi l-proċedimenti kriminali; jisħaq fuq l-importanza fundamentali li jsir kull sforz biex jiġu rkuprati l-fondi tal-UE miksuba permezz ta' frodi; jappoġġja bil-qawwa investigazzjonijiet aktar effettivi sabiex iħarbtu l-istrutturi tal-kriminalità organizzata u jisħaq li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jeħtiġilhom ikunu iżjed avvanzati mill-kriminali li kulma jmur qed jużaw teknoloġiji ġodda u jaħtfu kwalunkwe opportunità biex jespandu l-attivitajiet illegali tagħhom, online jew offline;

o
o   o

49.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29.
(2) ĠU L 156, 19.6.2018, p. 43.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(4) ĠU L 172, 17.5.2021, p. 110..
(5) ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1.
(6) ĠU L 274, 28.10.2019, p. 1.
(7) https://www.oecd.org/gov/ethics/prevention-fraud-corruption-european-funds.pdf
(8) https://ec.europa.eu/sfc/sites/default/files/EN-ORI-General%20Guidelines%20on%20National%20Anti-Fraud%20Strategies%20ARES%282016%296943965.pdf
(9) Testi adottati, P9_TA(2021)0337.
(10) Rapport tal-OLAF 2020
(11) ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17.
(12) Rand Europe, 2016, The Cost of Non-Europe in the area of Organised Crime and Corruption (Il-Kost tan-Non-Ewropa fil-qasam tal-Kriminalità Organizzata u l-Korruzzjoni): Anness II: Korruzzjoni.
(13) Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (COM(2021)0536).
(14) Rapport Speċjali Nru 13/2021 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: "L-isforzi tal-UE fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus fis-settur bankarju huma frammentati u l-implimentazzjoni mhijiex suffiċjenti".
(15) Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD(2021)0190. Impact assessment accompanying the Anti-money laundering package (Valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-pakkett kontra l-ħasil tal-flus), 20.07.2021.
(16) Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għallAffarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).


L-evitar tal-korruzzjoni, l-infiq irregolari u l-użu ħażin tal-fondi tal-UE unazzjonali f'każ ta' fondi ta' emerġenza u oqsma ta' nfiq relatati mal-kriżi
PDF 182kWORD 64k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2021 dwar l-evalwazzjoni tal-miżuri ta' prevenzjoni biex jiġu evitati l-korruzzjoni, l-infiq irregolari u l-użu ħażin tal-fondi tal-UE u nazzjonali f'każ ta' fondi ta' emerġenza u oqsma ta' nfiq relatati mal-kriżi (2020/2222(INI))
P9_TA(2021)0502A9-0320/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 310, 317 u 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni(1),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Frar 2017 dwar ir-rwol tal-informaturi fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE(3),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (id-Direttiva PIF)(4),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2018/843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, u li temenda d-Direttivi 2009/138/KE u 2013/36/UE(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(6),

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-2019 tal-OLAF(7) u r-Rapport ta' Attività Annwali tal-2019 tal-Kumitat ta' Sorveljanza tal-OLAF,

–  wara li kkunsidra r-rapport speċjali Nru 01/2019 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bit-titolu "Il-ġlieda kontra l-frodi fl-infiq tal-UE: jeħtieġ li tittieħed azzjoni",

–  wara li kkunsidra r-rapport speċjali Nru 06/2019 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bit-titolu "L-indirizzar tal-frodi fl-infiq fil-qasam tal-koeżjoni tal-UE: jeħtieġ li l-awtoritajiet maniġerjali jsaħħu l-identifikazzjoni, ir-rispons u l-koordinazzjoni",

–   wara li kkunsidra r-rapport analitiku Nru 06/2020 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bit-titolu "Riskji, sfidi u opportunitajiet fir-rispons tal-politika ekonomika tal-UE għall-kriżi tal-COVID-19",

–  wara li kkunsidra l-Grupp ta' Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO), u l-21 rapport ta' attività ġenerali tiegħu (2020),

–  wara li kkunsidra l-istudju bit-titolu "Public Integrity for an Effective COVID-19 Response and Recovery" (L-Integrità Pubblika għal Reazzjoni u Rkupru Effettivi mill-COVID-19), ippubblikat mill-OECD f'April 2020,

–  wara li kkunsidra l-istudju bit-titolu "Corruption in the times of Pandemia" (Il-korruzzjoni fi żminijiet ta' pandemija), ippubblikat f'Mejju 2020(8),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-3 ta' Settembru 2020 bit-titolu "Il-31 Rapport Annwali dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea – Il-ġlieda kontra l-frodi – 2019" (COM(2020)0363) u d-dokumenti ta' ħidma tal-persunal li jakkumpanjawh(9),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2020/2221 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Diċembru 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' riżorsi addizzjonali u arranġamenti ta' implimentazzjoni biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi soċjali tagħha u għat-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU)(10),

–  wara li kkunsidra l-Istrument għall-Appoġġ ta' Emerġenza,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017(12),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/785 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm tal-Unjoni Kontra l-Frodi u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 250/2014(13),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 5(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u l-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità,

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 4/2020 tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-proposta 2020/0101 (COD) għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' riżorsi addizzjonali eċċezzjonali u arranġamenti implimentattivi taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU), u dwar il-proposta emendata 2018/0196 (COD) għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi(14),

–  wara li kkunsidra l-istqarrija għall-istampa tal-Europol tal-5 ta' Ġunju 2020, bit-titolu "Europol launches the European Financial and Economic Crime Centre" (Il-Europol tvara ċ-Ċentru Ewropew għall-Kriminalità Finanzjarja u Ekonomika)(15),

–  wara li kkunsidra l-istqarrija għall-istampa tal-Europol tat-12 ta' April 2021, bit-titolu "Serious and organised crime in the EU: A corrupting influence" (Il-kriminalità serja u organizzata fl-UE: Influwenza li tikkorrompi)(16),

—  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2021 dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u l-istat tad-dritt f'Malta(17),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2021 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE – ġlieda kontra l-frodi – rapport annwali 2019(18),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Ġunju 2021 dwar il-valutazzjoni li qed issir mill-Kummissjoni u mill-Kunsill tal-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza(19),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0320/2021),

A.  billi l-kriminalità finanzjarja u ekonomika tirreferi għall-atti illegali mwettqa minn individwu jew grupp ta' individwi biex jiksbu gwadann ekonomiku jew professjonali u tinkludi, fost l-oħrajn, il-korruzzjoni, il-frodi, il-koerċizzjoni, il-kollużjoni, l-ostakolar, il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;

B.  billi l-kriżi tas-saħħa pubblika kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19, flimkien mal-emerġenza ekonomika u t-taqlib soċjali sussegwenti, ġiegħlet lill-UE u lill-awtoritajiet pubbliċi fl-Istati Membri jipprevedu jew jinvolvu ruħhom fil-ġestjoni ta' finanzjament addizzjonali u jżidu b'mod sostanzjali u malajr l-infiq;

C.  billi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, b'pakkett ta' aktar minn EUR 670 biljun, u REACT-EU, b'pakkett ta' aktar minn EUR 50 biljun, huma għodod b'saħħithom biex jgħinu lill-pajjiżi tal-UE jirkupraw; billi, sa mir-rebbiegħa tal-2020, il-politika ta' koeżjoni pprovdiet assistenza ta' rispons ta' emerġenza għall-valur ta' EUR 11,2-il biljun f'appoġġ għan-negozji, EUR 7,6 biljun f'riallokazzjonijiet tal-UE għall-azzjonijiet tas-saħħa u EUR 4,1 biljun f'appoġġ dirett għall-ħaddiema;

D.  billi fit-2 ta' April 2020, bħala parti mir-rispons tal-UE għat-tifqigħa tal-COVID-19, il-Kummissjoni pproponiet li tattiva l-Istrument għall-Appoġġ ta' Emerġenza (ESI);

E.  billi d-deċiżjoni dwar l-attivazzjoni tiegħu ttieħdet mill-Kunsill waħdu, mingħajr l-involviment tal-Parlament f'konformità mad-dispożizzjonijiet għall-attivazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2016/369 (ir-"Regolament dwar l-ESI")(20);

F.  billi n-Next Generation EU huwa strument temporanju ta' rkupru ta' xi EUR 800 biljun bi prezzijiet attwali, stabbilit biex jappoġġja l-irkupru tal-UE mill-pandemija tal-coronavirus u jgħin biex tinbena Ewropa aktar ekoloġika, aktar diġitali u aktar reżiljenti;

G.  billi minħabba n-natura urġenti tal-kriżi, il-proċeduri ta' akkwist u l-mezzi ta' kontroll saru aktar flessibbli f'ħafna postijiet sabiex titħaffef l-implimentazzjoni;

H.  billi l-pjanijiet ta' reazzjoni ma jikkunsidrawx biżżejjed il-governanza u l-problema tal-attivitajiet illegali bħall-korruzzjoni u l-frodi, u miżuri biex jiġu evitati l-irregolaritajiet mhux frodulenti;

I.  billi l-kriżi toħloq opportunitajiet għal bosta każijiet ta' ksur tal-integrità u tista' tintensifika l-frodi u l-korruzzjoni, kif ukoll irregolaritajiet mhux frodulenti b'mod partikolari fl-akkwist pubbliku, fil-pakketti ta' stimolu ekonomiku u fl-organizzazzjonijiet pubbliċi;

J.  billi, skont il-Qorti tal-Awdituri, il-prevenzjoni tal-frodi ma ngħatatx biżżejjed attenzjoni u l-Kummissjoni ma għandhiex informazzjoni komprensiva dwar l-iskala, in-natura u l-kawżi tal-frodi; billi l-istatistika uffiċjali dwar il-frodi misjuba mhijiex kompluta u sa issa l-Kummissjoni ma wettqet l-ebda valutazzjoni ta' frodi mhux misjuba(21);

K.  billi l-korruzzjoni hija theddida mill-akbar fl-isfera privata u f'dik pubblika u għandha impatt sproporzjonat fuq il-gruppi l-aktar vulnerabbli, peress li tikkawża telf ta' riżorsi li jhedded it-tkabbir fit-tul, il-protezzjoni soċjali u l-aċċess ekwu għas-servizzi pubbliċi (inklużi s-saħħa, l-edukazzjoni u l-ġustizzja), li kollha kemm huma jdgħajfu l-fiduċja pubblika, iżidu l-inugwaljanzi soċjali u jdgħajfu l-valuri ewlenin tal-Unjoni; billi huwa essenzjali li nifhmu aħjar il-kawżi tal-korruzzjoni sabiex inkunu nistgħu niġġieldu b'mod effettiv kontra dan il-fenomenu u l-konsegwenzi dannużi tiegħu;

L.  billi għadd dejjem akbar ta' gruppi tal-kriminalità organizzata huma attivi fl-UE, ħafna drabi fuq livell transfruntier; billi dan il-fenomenu kulma jmur qed isir aktar kumpless, filwaqt li qed jitfaċċaw swieq kriminali u modi operandi ġodda bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u teknoloġiji ġodda, li jagħmluha possibbli li wieħed jopera minn kullimkien fid-dinja u fi kwalunkwe ħin;

M.  billi t-teknoloġija ġġib magħha kapaċitajiet ġodda ta' detezzjoni u monitoraġġ, filwaqt li tnaqqas il-piż minn fuq l-investigaturi u tippermetti t-tfassil ta' miżuri ta' infurzar aktar intelliġenti;

N.  billi l-integrità tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni tiddependi mit-trasparenza tal-entitajiet korporattivi u ta' entitajiet legali oħra, tat-trusts u ta' arranġamenti legali simili oħra;

O.  billi l-Kummissjoni ħadet għadd ta' miżuri biex tindirizza r-riskji relatati mal-korruzzjoni u l-użu ħażin tal-fondi fl-Unjoni, inkluż progress fil-proposti leġiżlattivi tagħha dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus; il-protezzjoni tal-informaturi, l-akkwist pubbliku u l-mekkaniżmu Ewropew tal-istat tad-dritt;

P.  billi skont l-aħħar rapport ta' Transparency International u ċ-Ċentru ta' Kollaborazzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO CC)(22), il-Kummissjoni Ewropea mhijiex qed tirrispetta għalkollox l-impenji tagħha stess dwar it-trasparenza u l-prinċipji internazzjonali tal-"prattika tajba" dwar it-trasparenza tal-kuntratti pubbliċi meta tuża wisq oskuramenti biex tgħatti siltiet ta' test fil-kuntratti ta' Ftehimiet ta' Xiri bil-Quddiem (APA); billi l-Kummissjoni, madankollu, hija obbligata bil-liġi li tirrispetta d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju, u hija meħtieġa struttura aħjar u mtejba għal reazzjoni aktar rapida mill-Kummissjoni fil-kriżijiet futuri;

Q.  billi t-trażżin tal-korruzzjoni jirrikjedi s-sjieda governattiva tar-riformi, l-appoġġ pubbliku, l-impenn politiku, il-kooperazzjoni internazzjonali, u sforz konġunt mas-soċjetà ċivili u s-settur privat;

R.  billi f'sitwazzjoni ta' aspettattivi għolja, pressjoni qawwija u volumi ta' nfiq bla preċedent, ir-responsabbiltà biex din l-isfida tintlaqa' taqa' fuq spallejn l-uffiċjali pubbliċi, li jeħtieġu appoġġ xieraq biex jittrattaw kemm iż-żieda fl-istandards professjonali kif ukoll id-diffikultajiet ġodda fit-twettiq tal-missjoni tagħhom; billi, barra minn hekk, l-uffiċjali mhux neċessarjament isiru konxji fil-pront ta' sitwazzjonijiet ta' kunflitt ta' interess;

S.  billi hemm evidenza li l-professjonalizzazzjoni u l-pagi adegwati fl-akkwist pubbliku jinfluwenzaw b'mod pożittiv lill-uffiċjali pubbliċi biex iżommu lura mill-korruzzjoni(23);

T.  billi t-Trattat ta' Lisbona ħa d-direzzjoni tat-tisħiħ tar-rwol tal-Parlament Ewropew, biex iġib aktar koerenza, skrutinju parlamentari u obbligu ta' rendikont demokratiku;

U.  billi l-ġlieda kontra l-korruzzjoni hija essenzjali għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE u għaż-żamma tal-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet tal-UE;

1.  Jirrikonoxxi li l-kriżijiet reċenti kkonfermaw il-ħtieġa li jkun jista' jiġi mobilizzat l-investiment u li jkun hemm konċentrazzjoni fil-bidu tal-appoġġ finanzjarju sa mill-ewwel snin tal-irkupru; jinsab konxju li fi żminijiet ta' kriżi r-riżorsi jridu jsiru disponibbli f'temp ta' żmien strett u f'ċirkostanzi li jkunu qed jinbidlu malajr; jirrimarka li ammont sinifikanti ta' riżorsi addizzjonali li jridu jintefqu f'perjodu ta' żmien qasir iżid il-pressjoni fuq is-sistemi ta' kontroll; jisħaq, madankollu, li l-allokazzjoni rapida tal-fondi u l-adozzjoni malajr ta' atti leġiżlattivi jeħtieġ li jiġu kkomplementati b'miżuri amministrattivi adegwati; jirrimarka li l-pressjoni biex tingħata l-għajnuna u l-urġenza li r-riżorsi jintużaw fl-iqsar żmien possibbli jistgħu jirriżultaw f'riskju akbar ta' korruzzjoni, frodi u irregolaritajiet oħra, u li sitwazzjoni bħal din tirrikjedi miżuri preventivi u proċessi ta' ġestjoni tal-kontroll effiċjenti; itenni li l-proċeduri kollha ta' akkwist iridu jirrispettaw l-ogħla standards ta' ftuħ, trasparenza u responsabbiltà;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkludu fl-istrateġiji rispettivi tagħhom ta' kontra l-korruzzjoni miżuri mmirati ddedikati għall-infiq ta' fondi pubbliċi fi żminijiet ta' kriżi; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li r-regoli dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni japplikaw bl-istess mod ukoll fil-każ tal-appoġġ ta' emerġenza u l-istrumenti ta' appoġġ ta' emerġenza bħall-CRII, CRII+, REACT-EU u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF);

3.  Jiġbed l-attenzjoni għar-rwol importanti tal-miżuri preventivi fl-antiċipazzjoni u r-reazzjoni effettiva għar-riskji ta' korruzzjoni f'sitwazzjonijiet ta' kriżi u fit-tisħiħ tal-politiki tal-integrità u ta' kontra l-korruzzjoni, kif ukoll il-korpi li jinfurzawhom, u għalhekk fit-titjib tal-governanza ġenerali; jemmen, f'dan ir-rigward, li l-kriżi tal-COVID-19 se żżid l-enfasi tagħna fuq il-governanza fis-snin li ġejjin bħala riżultat taż-żieda fl-isforzi biex jiġu miġġielda l-effetti u l-ispejjeż devastanti tal-pandemija għan-nies u għall-ekonomiji;

4.   Jemmen li l-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għall-konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi ta' emerġenza bħala parti mill-baġit tal-UE; ifakkar li l-istat tad-dritt japplika f'kull ħin, inkluż fi żminijiet ta' kriżi, u li l-miżuri ta' emerġenza jridu jiżguraw il-konformità mal-istat tad-dritt u mal-prinċipju tal-proporzjonalità u dak tan-neċessità, u jridu jkunu limitati fiż-żmien u skrutinizzati regolarment għall-impatt tagħhom;

5.   Jenfasizza li s-sitwazzjonijiet ta' emerġenza, speċjalment kriżijiet tas-saħħa u s-sikurezza, għandhom impatt ukoll fuq il-funzjonament tal-awtoritajiet pubbliċi u joħolqu opportunitajiet biex tinkiser l-integrità, li jistgħu jwasslu għall-użu ħażin ta' fondi kif ukoll korruzzjoni fi żmien meta r-riżorsi pubbliċi diġà jinsabu taħt pressjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tindirizza r-reżiljenza tal-istituzzjonijiet tal-UE f'sitwazzjonijiet bħal dawn sabiex tipproteġi l-fondi ta' emerġenza;

6.  Itenni l-ħtieġa li tiżdied it-trasparenza ġenerali tal-ambjent ekonomiku u finanzjarju tal-Unjoni, peress li l-prevenzjoni tar-reati ekonomiċi u finanzjarji ma tistax tkun effettiva jekk il-kriminali ma jinżammux milli jfittxu kenn għall-atti tagħhom permezz ta' strutturi mhux trasparenti;

7.  Jenfasizza f'dan ir-rigward li l-UE – kemm l-istituzzjonijiet tagħha kif ukoll l-Istati Membri – mhijiex f'pożizzjoni li titlef riżorsi prezzjużi fl-aħjar żminijiet, aħseb u ara matul il-pandemija u warajha;

8.  Jirrikonoxxi l-isforzi kollha li għamlet il-Kummissjoni biex iżżid it-trasparenza, il-kontroll u r-riformi ta' kontra l-korruzzjoni fl-Istati Membri permezz tas-sett ta' għodod imsaħħaħ tagħha dwar l-istat tad-dritt; jesprimi t-tħassib tiegħu, madankollu, li l-implimentazzjoni ta' dawn ir-riformi ltaqgħet ma' ċerta reżistenza f'xi Stati Membri, u dan fil-biċċa l-kbira tal-każijiet jista' jiġi spjegat mil-lakuni leġiżlattivi jew istituzzjonali jew, f'każijiet speċifiċi ħafna, mill-fatt li jaffettwaw l-interessi personali ta' dawk li jfasslu l-liġijiet u tal-uffiċjali tal-gvern inkarigati mill-infurzar tagħhom; jinsisti li kwalunkwe kunflitt ta' interess attwali jew potenzjali li jaffettwa lil dawk li jfasslu l-liġijiet u lill-uffiċjali tal-gvern irid jiġi pprevenut u li l-Istati Membri jridu jistabbilixxu oqfsa robusti kontra l-korruzzjoni;

9.  Ifakkar li jeħtieġ li jsir aktar sforz fil-kontrolli ex ante fir-rigward tat-traċċabbiltà tal-fondi, speċjalment fil-każijiet fejn tali kontrolli u evalwazzjonijiet twettqu taħt miżuri eċċezzjonali; itenni li l-gvernijiet u awtoritajiet pubbliċi oħra jeħtieġu rapportar effiċjenti u trasparenti, awditi ex post indipendenti u proċeduri ta' obbligu ta' rendikont, kif ukoll kanali miftuħa ta' komunikazzjoni mas-soċjetà ċivili u s-settur privat, biex jiżguraw li l-flus u l-miżuri qegħdin tassew jgħinu lin-nies li l-aktar għandhom bżonnhom; jindika l-importanza li waqt sitwazzjonijiet ta' kriżi l-pubbliku jingħata informazzjoni aġġornata, trasparenti u affidabbli;

10.  Jenfasizza r-rwol kritiku tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tal-ġurnalisti investigattivi fid-denunzja tal-korruzzjoni; jiddispjaċih, għalhekk, li, matul il-pandemija tal-COVID-19, għadd ta' Stati Membri adottaw miżuri li xekklu l-aċċess pubbliku għad-dokumenti u l-professjonisti tal-midja esperjenzaw diffikultajiet u ċaħdiet mhux ġustifikati, kif ukoll pressjoni u theddid rigward l-aċċess għad-dokumenti pubbliċi; jemmen li huwa importanti li ċ-ċittadini jibqgħu mgħarrfa bil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u jibqgħu involuti fiha, kif ukoll li jkunu protetti bis-sħiħ mill-konsegwenzi personali u professjonali negattivi, speċjalment fil-każijiet ta' żvelar ta' informazzjoni protetta; itenni, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa tal-implimentazzjoni rapida tad-Direttiva (UE) 2019/1937 dwar il-protezzjoni tal-informaturi;

11.  Jissottolinja li l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fit-teħid ta' deċiżjonijiet pubbliċi hija essenzjali għal rispons b'suċċess f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw pjanijiet komprensivi għall-ġestjoni tal-kriżijiet sabiex iħejju għal sitwazzjonijiet simili fil-futur u jinkludu salvagwardji għar-rwol tas-soċjetà ċivili bħala għassiesa pubblika; ifakkar li l-aċċess pubbliku għad-dokumenti f'format li jinqara mill-magni huwa komponent ewlieni biex jiġu żgurati t-trasparenza u l-iskrutinju tal-infiq pubbliku; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi l-pjattaformi t-tajba għall-involviment u jfakkar fil-possibilitajiet attwali li jiġu rrappurtati każijiet allegati ta' frodi lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) u lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF);

12.  Jinnota li f'nofs kriżi ekonomika, tas-sigurtà jew relatata mas-saħħa, il-gvernijiet għandhom it-tendenza li jagħmlu l-proċeduri tal-ikkuntrattar aktar flessibbli sabiex jirreaġixxu fil-pront għal dik il-kriżi; jisħaq fuq il-fatt li d-Direttiva tal-UE dwar l-Akkwist Pubbliku diġà tippermetti proċeduri ħafna aktar rapidi u ta' piż amministrattiv iżgħar u li l-gvernijiet tal-Istati Membri għandhom jiġġestixxu dawn il-proċeduri fil-qafas tar-rekwiżiti legali fis-seħħ; jenfasizza li kwalunkwe rilassament tal-proċeduri u kwalunkwe miżura ta' simplifikazzjoni, li jistgħu jkunu meħtieġa matul sitwazzjonijiet ta' kriżi biex jiġu prevenuti żbalji għaljin u irregolaritajiet mhux frodulenti minħabba l-kumplessità tar-regoli, għandhom jiġu kkomplementati bi gwida speċifika u skrutinizzati mill-qrib permezz ta' mekkaniżmi ex post;

13.  Jilqa' l-azzjoni koordinata u deċiżiva fil-livell tal-UE li tirriżulta fl-adozzjoni ta' pakkett wiesa' ta' inizjattivi, in-Next Generation EU, immirata lejn il-konsegwenzi ta' tħarbit tal-pandemija tal-COVID-19 għas-saħħa u n-negozji taċ-ċittadini madwar l-UE; jenfasizza, madankollu, li ż-żieda bla preċedent fil-finanzjament tal-UE hija suxxettibbli għal riskji akbar ta' korruzzjoni u frodi, u ġġib magħha sfidi addizzjonali f'dawk li huma monitoraġġ u responsabbiltà; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu u jimplimentaw politiki effettivi kontra l-korruzzjoni;

14.  Ifakkar, bil-ħsieb li jiġu żgurati t-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-effiċjenza tal-infiq tal-UE, fl-importanza tas-sistemi ta' monitoraġġ u awditjar taħt il-fondi ta' ġestjoni kondiviża; itenni li l-Parlament għandu rwol essenzjali fl-iskrutinju tal-pakkett ta' stimolu u li l-Kummissjoni jeħtiġilha żżommu infurmat regolarment dwar l-implimentazzjoni tiegħu;

15.  Jinnota li l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza(24), l-istrument ewlieni fil-qalba tan-Next Generation EU, tagħmilha possibbli li jiġu offruti lill-Istati Membri għotjiet (sa EUR 312-il biljun) u self (sa EUR 360 biljun)(25) għal investimenti pubbliċi u riformi mmirati lejn l-indirizzar ta' dgħufijiet strutturali u biex l-ekonomiji tal-Istati Membri jsiru aktar reżiljenti, filwaqt li jiffukaw fuq it-tranżizzjoni sostenibbli, it-trasformazzjoni diġitali, il-koeżjoni soċjali u territorjali, ir-reżiljenza istituzzjonali u l-Pilastru tad-Drittijiet Soċjali;

16.   Jilqa' d-delega ta' setgħat lill-Kummissjoni għall-istabbiliment, permezz ta' att delegat, ta' tabella ta' valutazzjoni għall-monitoraġġ mill-qrib tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' rkupru u reżiljenza tal-Istati Membri;

17.  Ifakkar li t-tabella ta' valutazzjoni se sservi bħala bażi għad-djalogu dwar l-irkupru u r-reżiljenza u li l-Kummissjoni għandha taġġornaha darbtejn fis-sena; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tiżgura li l-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-istadji importanti u l-miri stabbiliti jiġi mmonitorjat bir-reqqa u strettament f'konformità mar-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, abbażi tal-indikaturi komuni stabbiliti u l-metodoloġija ta' rappurtar; ifakkar, barra minn hekk, li l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza hija marbuta b'kundizzjonijiet li jiggarantixxu l-użu trasparenti tal-flus żborżati u li għandhom jipprevjenu l-korruzzjoni jew il-frodi, il-finanzjament doppju jew il-kunflitti ta' interess, u jemmen li l-kontrolli għandhom jiġu estiżi wkoll għall-ispejjeż effettivament imġarrba mill-benefiċjarji finali; jilqa' l-fatt li, bis-saħħa tal-Parlament Ewropew, l-Istati Membri issa huma obbligati jipprovdu informazzjoni dwar ir-riċevituri finali;

18.  Iħeġġeġ lill-UE u lill-awtoritajiet nazzjonali jqisu l-kontribut tal-awtoritajiet lokali u reġjonali meta jkunu qed jiżviluppaw u jimplimentaw miżuri ta' emerġenza u ta' rkupru;

19.  Jinnota li l-Parlament, fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-fehmiet tal-Parlament dwar il-valutazzjoni li għaddejja mill-Kummissjoni u mill-Kunsill tal-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza, insista fuq it-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont robusti mill-Kummissjoni, l-Istati Membri u s-sħab kollha inkarigati mill-implimentazzjoni fil-proċess ta' implimentazzjoni;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja bir-reqqa r-riskji potenzjali għall-interessi finanzjarji tal-UE u ma tipproċedi bl-ebda pagament jekk l-objettivi intermedji marbuta mal-miżuri għall-prevenzjoni, il-kxif u l-korrezzjoni tal-korruzzjoni u l-frodi ma jintlaħqux; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni biex b'mod immedjat tinforma lill-awtoritajiet baġitarji dwar is-sitwazzjonijiet kollha fejn il-fondi ma tħallsux minħabba allegazzjonijiet ta' użu ħażin, korruzzjoni, frodi jew ksur tal-istat tad-dritt, u fejn l-Istati Membri m'għandhomx biżżejjed sistemi fis-seħħ kontra l-frodi;

21.  Jemmen li għandha tiġi segwita ġestjoni finanzjarja soda u li l-assorbiment, filwaqt li jibqa' objettiv importanti, m'għandux jingħata prijorità fuq il-prestazzjoni, il-kunsiderazzjonijiet ta' valur għall-flus u l-valur miżjud tal-UE tal-programmi, u li, f'każ ta' irregolaritajiet, l-irkupri għandhom jiġu żgurati permezz ta' korrezzjonijiet finanzjarji;

22.  Jistieden lill-Istati Membri jintegraw il-valutazzjonijiet tar-riskju tal-korruzzjoni fil-fażijiet kollha tat-tfassil u tal-eżekuzzjoni tal-programmi, fl-oqsma tal-istimoli u tas-sussidji ekonomiċi; jinnota li s-sitwazzjonijiet ta' riskju għandhom jiġu indirizzati b'mod komprensiv, bl-użu ta' approċċ tal-gvern sħiħ fejn possibbli;

23.  Huwa tal-fehma li aktar trasparenza, flimkien mat-teknoloġija u x-xjenza tad-data, hija strumentali fil-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-korruzzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, f'dan ir-rigward, jagħmlu użu sħiħ mill-għodod disponibbli, bħas-Sistema ta' Identifikazzjoni Bikrija u ta' Esklużjoni (EDES), l-Arachne u s-Sistema ta' Ġestjoni tal-Irregolaritajiet (IMS) biex jiġu identifikati b'mod effettiv u effiċjenti l-operaturi ekonomiċi problematiċi u l-individwi privati (jew persuni fiżiċi) marbuta magħhom kemm f'ġestjoni diretta kif ukoll f'ġestjoni indiretta;

24.  Jenfasizza l-benefiċċji miżjuda li l-qsim tal-informazzjoni jista' jġib għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li dan isir permezz ta' sistema diġitali, interoperabbli u standardizzata għall-ġbir tad-data, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jiskambjaw informazzjoni kemm bejniethom kif ukoll mal-korpi rilevanti tal-UE (b'mod partikolari l-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA), l-OLAF, l-UPPE u l-Europol) biex jikkooperaw aktar mill-qrib, speċjalment f'sitwazzjonijiet ta' kriżi, bil-ħsieb li jittejjeb il-ġbir tad-data, tissaħħaħ l-effikaċja tal-kontrolli u jiġi żgurat l-irkupru tal-fondi użati ħażin;

25.  Jenfasizza li huwa vitali li jkun magħruf min qed jibbenefika mill-fondi tal-UE sabiex jiġu evitati l-korruzzjoni, l-infiq irregolari u l-użu ħażin tal-fondi; jiddispjaċih li bħalissa, id-data għall-identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi u s-sidien benefiċjarji tagħhom jew mhix faċli biex taċċessaha jew mhi aċċessibbli xejn(26); jemmen li l-istabbiliment ta' bażi tad-data interoperabbli unika li turi l-benefiċjarji diretti u finali tas-sussidji tal-UE jirrappreżenta pass importanti lejn ir-rimedjar ta' din is-sitwazzjoni;

26.  Jenfasizza li l-benefiċjarji jeħtiġilhom ikunu identifikabbli fl-Istati Membri kollha u indipendenti mill-fondi, inklużi dawk kemm taħt ġestjoni diretta u dik kondiviża; jissottolinja li l-bażi tad-data għandha tkun limitata għall-informazzjoni meħtieġa u li l-informazzjoni tista' tiġi ppubblikata skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE); iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkooperaw mal-Kummissjoni sabiex tinħoloq tali bażi ta' data unika u ċentralizzata biex jiġu ttraċċati l-flussi tal-flus tal-UE;

27.  Jinsisti fuq il-ħtieġa li l-EDES u l-kamp ta' applikazzjoni tagħha jissaħħu fil-kuntest tar-reviżjoni mmirata li ġejja tar-Regolament Finanzjarju; jistieden lill-Kummissjoni testendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-EDES għall-fondi taħt ġestjoni kondiviża, b'rispett dovut għall-prinċipji tal-proporzjonalità u l-adegwatezza;

28.  Jiddispjaċih għall-fatt li l-OLAF u l-QEA ma għandhomx aċċess sħiħ għall-Għodda ta' Klassifikazzjoni tar-Riskju Arachne u huma obbligati jitolbu aċċess għall-kalkolu tar-riskju tal-Arachne fuq bażi ta' kull każ għalih, li jikkomplika l-proċess ta' skambju ta' informazzjoni, u b'hekk ixekkel is-sejbien ta' xejriet ta' riskju emerġenti u r-reazzjoni għalihom; iqis li huwa neċessarju li tinstab soluzzjoni biex l-OLAF u l-QEA jingħataw aċċess għall-Għodda ta' Klassifikazzjoni tar-Riskju Arachne; huwa tal-fehma li l-integrazzjoni tal-Arachne fis-sistemi nazzjonali ta' ġestjoni u kontroll għandha tkun obbligatorja għall-awtoritajiet maniġerjali kollha;

29.  Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa r-rispons għall-pandemija tal-COVID-19 minn diversi aspetti, inkluż fir-rigward ta' miżuri preventivi kontra l-korruzzjoni, analiżi tal-evidenza empirika u r-rata ta' assorbiment ta' talbiet għal pagament, teżamina jekk il-korruzzjoni affettwatx l-eżitu u jekk l-integrità ġietx sostnuta jew imminata, u tirrapporta lura lill-Parlament dwar is-sejbiet ewlenin biex ikun jista' (bħala l-awtorità ta' kwittanza) jinkludi kapitolu ddedikat dwar il-fondi ta' emerġenza u l-infiq relatat mal-kriżijiet fil-kwittanza 2020;

30.  Jiddispjaċih għall-fatt li l-Kummissjoni tagħmel użu estensiv mill-għodda ta' oskurament biex tgħatti partijiet mill-kuntratti tal-APA; jinsisti, minkejja s-sensittività tal-informazzjoni, li tali dettalji huma importanti fit-titjib tal-obbligu ta' rendikont u tar-rispons globali għall-virus; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza aħjar l-aspetti tat-trasparenza u tal-obbligu ta' rendikont b'reazzjoni għall-kriżijiet futuri, u b'hekk tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-fiduċja pubblika, tħeġġeġ id-dibattitu pubbliku u tippromwovi l-valuri tal-UE; jinnota li l-Kummissjoni tapplika l-Artikolu 38(3)(d) tar-Regolament Finanzjarju, b'referenza għall-każ fejn id-divulgazzjoni ta' data tirriskja li tagħmel ħsara lill-interessi kummerċjali tar-riċevituri, u jappella għall-proporzjonalità tal-iskrutinju effettiv u l-obbligu ta' rendikont sħiħ tal-użu tar-riżorsi mal-interess pubbliku;

31.  Jemmen li kieku d-data rilevanti dwar l-akkwist pubbliku kellha ssir disponibbli għall-pubbliku biex tiġi analizzata, aċċessibbli mingħajr ħlas u b'mod faċli, f'format miftuħ u standardizzat, flimkien ma' data dwar il-kundanni tal-qorti u dwar ir-reġistri tal-kumpaniji, dan jista' jrawwem b'mod sinifikanti l-prevenzjoni u s-sejbien ta' każijiet potenzjali ta' korruzzjoni; huwa tal-fehma, għalhekk, li l-informazzjoni rilevanti dwar il-kuntratti kollha tal-akkwist pubbliku (li jużaw fondi pubbliċi) għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku, ippubblikati fuq sit web iddedikat u b'ammont minimu ta' oskurament, b'konformità sħiħa mal-protezzjoni tad-data u rekwiżiti legali oħra;

32.  Jinnota li, f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/369 tal-15 ta' Marzu 2016 dwar l-għoti ta' appoġġ ta' emerġenza fl-Unjoni, id-deċiżjoni li jiġi attivat l-ESI għandha tittieħed mill-Kunsill abbażi ta' proposta tal-Kummissjoni; jikkritika, madankollu, il-fatt li, minkejja r-rabtiet b'saħħithom tiegħu mal-baġit tal-UE, l-attivazzjoni tal-ESI saret mingħajr ir-rispett u l-osservazzjoni sħaħ tal-prerogattivi tal-Parlament bħala awtorità baġitarja u superviżur finali tal-baġit tal-UE;

33.  Jiddispjaċih għall-fatt li, minkejja diversi tentattivi biex tinkiseb ħarsa ġenerali ċara, il-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit ma jingħatawx aċċess għal data rilevanti dwar il-fondi tal-UE minfuqa fl-ambitu tal-ESI biex jiġu ffinanzjati kuntratti ta' APA, li ammontaw għal madwar EUR 2,5 biljun għal sitt kuntratti APA;

34.  Jirrikonoxxi li l-Ftehim ta' Akkwist Konġunt(27) jippermetti lill-Istati Membri u lill-EEA u pajjiżi oħra jinnegozjaw b'mod konġunt termini aħjar għall-forniment ta' tagħmir mediku; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta, bil-ħsieb li tistabbilixxi prattiki tajbin għall-kriżijiet futuri, l-effiċjenza u l-effikaċja tal-Ftehim ta' Akkwist Konġunt u l-ħażna tar-rescEU ta' tagħmir mediku; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tistabbilixxi qafas tal-akkwist pubbliku tal-UE solidu u trasparenti, meta jkunu involuti b'mod sħiħ jew parzjali fondi mill-baġit tal-UE, li jippermetti skrutinju komprensiv mill-Parlament, speċjalment fir-rigward ta' oqsma ta' nfiq ewlenin relatati ma' kriżi ekonomika, tas-sigurtà jew tas-saħħa;

35.   Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi rieżami tar-Regolament Finanzjarju biex tinkludi bażi ġuridika solida għall-użu obbligatorju ta' data miftuħa u standardizzata dwar l-akkwist pubbliku, u biex is-sistemi tal-IT tal-kontroll baġitarju jsiru obbligatorji, pubbliċi u interoperabbli mal-bażijiet ta' data nazzjonali;

36.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu flimkien biex jiġu adottati Strateġiji Nazzjonali kontra l-Frodi (NAFS) robusti, li joffru l-benefiċċju tal-koordinazzjoni tal-azzjonijiet ta' diversi entitajiet u l-garanzija tal-ottimizzazzjoni tar-riżorsi u l-kopertura tal-oqsma kollha ta' interess (infiq b'ġestjoni indiretta u kondiviża, fondi nazzjonali, eċċ.); jinnota li sa tmiem l-2020, 14-il Stat Membru kienu adottaw NAFS u 5 kienu varaw proċeduri biex jagħmlu dan; jinnota li dan jirrappreżenta progress meta mqabbel mal-2019 iżda jiddispjaċih għall-fatt li mhux l-Istati Membri kollha għadhom adottaw NAFS jew beħsiebhom jagħmlu dan; jinsab imħasseb li l-istrateġiji eżistenti jvarjaw fl-ambitu u l-profondità u jeħtieġ li jiġu aġġornati f'dan ir-rigward;

37.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jarmonizzaw u jallinjaw l-istandards tagħhom u jistieden lill-Kummissjoni tibda proċeduri ta' ksur kontra l-Istati Membri li jirrifjutaw li jagħmlu dan; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri biex itejbu l-istrateġiji tagħhom biex jiżguraw l-eżistenza ta' NAFS robusti fl-Unjoni kollha;

38.  Iqis li huwa importanti li l-Kummissjoni tivvaluta mhux biss l-eżistenza iżda wkoll l-effikaċja tal-NAFS fir-rapport tagħha li jmiss dwar l-istat tad-dritt; huwa tal-opinjoni, barra minn hekk, li r-rapporti futuri dwar l-istat tad-dritt għandhom jibnu fuq prattiki tajba u jipprovdu rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż dwar kif għandu jiġi indirizzat it-tħassib identifikat jew irrimedjat il-ksur, inklużi l-iskadenzi għall-implimentazzjoni, fejn xieraq, u l-punti ta' riferiment li għandhom jiġu segwiti; iqis li l-miżuri adottati b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 u li għandhom impatt fuq l-istat tad-dritt għandhom jiġu eżaminati wkoll;

39.  Ifakkar li l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni hija tal-akbar importanza u li huma meħtieġa sforzi kontinwi u b'saħħithom f'dan ir-rigward fil-livelli kollha;

40.  Jinsisti fuq il-ħtieġa ta' ħidma kollaborattiva bejn l-UPPE u korpi oħra tal-UE bħall-Eurojust, il-Europol u l-OLAF biex iwettqu investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet kriminali fi ħdan il-mandat/qasam ta' responsabbiltà rispettiv; jenfasizza r-rwol kruċjali tal-istituzzjonijiet u l-korpi msemmija hawn fuq waqt sitwazzjonijiet ta' emerġenza u kriżijiet fil-ġlieda kontra dawk li jieħdu vantaġġ mill-fondi tal-UE, u jirrikonoxxi, f'dan ir-rigward, l-arranġamenti ta' ħidma ffirmati bejniethom; jenfasizza li kollaborazzjoni effiċjenti hija possibbli biss meta l-korpi tal-UE jkollhom appoġġ politiku u jkunu mgħammra b'riżorsi umani u finanzjarji suffiċjenti;

41.  Jikkritika l-fatt li l-Kummissjoni injorat it-talba tal-Parlament biex tespandi l-pjan ta' allokazzjoni tal-persunal tal-UPPE u li ma implimentatx il-ftehim ta' konċiljazzjoni tal-2020; itenni l-ħtieġa ta' aktar riżorsi u persunal kemm għall-UPPE kif ukoll għall-OLAF sabiex tiġi ffaċilitata l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-frodi, l-infiq irregolari u l-użu ħażin tal-fondi;

42.  Iwissi li gruppi tal-kriminalità organizzata joperaw mingħajr fruntieri u li, kulma jmur, qed jakkwistaw dejjem iktar assi fi Stati Membri li mhumiex ibbażati fihom u f'pajjiżi terzi;

43.  Jappella għal aktar kooperazzjoni internazzjonali effettiva dwar it-teħid ta' evidenza, ir-rikonoxximent reċiproku, in-notifika ta' dokumenti, u l-konfiska u l-iffriżar tal-assi, bil-għan li l-awtoritajiet kompetenti jingħataw il-mezzi biex jittraċċaw, jiffriżaw, jiġġestixxu u jikkonfiskaw ir-rikavati tal-kriminalità; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni tappoġġja u tippromwovi l-armonizzazzjoni madwar l-Unjoni tad-definizzjonijiet ta' reati ta' korruzzjoni u tagħmel użu aħjar tas-settijiet ta' data u l-metodoloġija eżistenti sabiex jiġu żviluppati oħrajn ġodda bil-għan li tinkiseb data komparattiva minn madwar l-UE dwar it-trattament tal-każijiet ta' korruzzjoni;

44.  Jitlob li jkun hemm kooperazzjoni akbar bejn ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali u l-OLAF sabiex jiġi żgurat li l-investigazzjonijiet imwettqa b'rabta mal-frodi għad-detriment tal-baġit tal-UE jiġu kkunsidrati kif xieraq;

45.  Jissottolinja li l-Grupp ta' Stati Kontra l-Korruzzjoni (GRECO) għamel rakkomandazzjonijiet komprensivi lill-Istati Membri fir-rigward tal-użu tal-flus pubbliċi f'sitwazzjonijiet ta' kriżi u ta' emerġenza; jistieden lill-Istati Membri kollha jimplimentaw bis-sħiħ dawn ir-rakkomandazzjonijiet, u b'hekk itejbu t-trasparenza u r-responsabbiltà; jilqa', f'dan ir-rigward, il-possibbiltà li l-UE tissieħeb mal-GRECO bħala membru sħiħ;

46.  Jilqa' l-pakkett ta' proposti leġiżlattivi mressqa mill-Kummissjoni biex issaħħaħ ir-regoli tal-UE kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu; jitlob l-implimentazzjoni effiċjenti u konsistenti tal-qafas futur, li jantiċipa sitwazzjonijiet ta' emerġenza fejn l-istabbiltà u s-sigurtà fl-UE jistgħu jiġu kompromessi;

47.  Josserva bi tħassib il-konklużjoni tal-Europol li l-kriminali huma nattivi diġitali, li jfisser li prattikament l-attivitajiet kriminali kollha issa fihom xi komponent online u li ħafna reati emigraw kompletament online; jinsab imħasseb li t-teknoloġiji l-ġodda jippermettu wkoll li r-reati tradizzjonali jkomplu jitwettqu b'mod mhux tradizzjonali, minn kwalunkwe post fid-dinja u fi kwalunkwe ħin; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu investiment deċiżiv u impenn politiku b'saħħtu biex jilqgħu għal dawn l-isfidi ġodda;

48.  Huwa tal-fehma li l-avvanzi fil-qasam tal-IA jippreżentaw opportunità mill-akbar biex is-settur pubbliku jikxef u jipprevjeni l-frodi, pereżempju billi tissaħħaħ il-kapaċità analitika ċentrali tal-Kummissjoni, peress li l-għodod tal-IT jistgħu faċilment jisiltu, jorbtu u janalizzaw id-data meħtieġa u jsibu irregolaritajiet, frodi u korruzzjoni potenzjali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri japplikaw sistema integrata u interoperabbli unika ta' informazzjoni u monitoraġġ, inkluż għodda unika ta' estrazzjoni tad-data u ta' klassifikazzjoni tar-riskju biex tikseb aċċess għad-data rilevanti u tanalizzaha u żżid l-affidabbiltà tal-kontroll, bil-ħsieb ta' applikazzjoni ġeneralizzata, inkluż bl-għajnuna tal-Istrument ta' Appoġġ Tekniku;

49.  Jinnota li l-ġbir ta' data dwar dawk li fl-aħħar mill-aħħar jibbenefikaw, direttament jew indirettament, minn finanzjament tal-Unjoni taħt ġestjoni kondiviża u għal proġetti u riformi appoġġjati mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, inkluża data dwar is-sidien benefiċjarji tar-riċevituri tal-finanzjament, huwa meħtieġ biex jiġu żgurati kontrolli u awditi effettivi, u li r-regoli relatati mal-ġbir u l-ipproċessar ta' tali data għandhom jikkonformaw mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data;

50.  Jenfasizza l-benefiċċji li r-reġistri diġitali tal-artijiet iġibu għat-trasparenza tas-sjieda u għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jilqa' l-inizjattivi tal-Kummissjoni biex timplimenta tali programmi madwar l-UE; jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali jikkollaboraw mal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni estensiva ta' dawn il-programmi;

51.  Huwa tal-fehma li sistema ċentralizzata ta' informazzjoni u monitoraġġ għandha tinkludi rekwiżiti ta' akkwist b'data għal kull pajjiż disponibbli pubblikament fl-UE kollha, għall-kuntratturi u l-awtoritajiet kontraenti biex jirrapportaw b'mod sistematiku data speċifika tal-proġetti, il-progress fil-kisba ta' stadji importanti u s-sidien benefiċjarji diretti u aħħarin (f'format standardizzat); jemmen li għandha tinħoloq tali sistema sabiex tiffaċilita l-ġbir tad-data, l-interoperabbiltà u t-trattament fil-livell tal-UE, u biex tiżgura kontrolli u awditi effettivi; jissottolinja li s-sistema għandha tkun limitata għall-informazzjoni meħtieġa u li għandu jkun possibbli li tiġi ppubblikata informazzjoni skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-QĠUE; jirrimarka, madankollu, li jista' jiġi introdott livell intermedju fil-livell nazzjonali (jiġifieri punt ta' ġbir deċentralizzat) sabiex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tal-ġbir tad-data, filwaqt li jitqiesu d-differenzi lingwistiċi u l-karatteristiċi lokali (bħar-responsabbiltajiet reġjonali);

52.  Jissuġġerixxi l-użu ta' sistemi ta' żvelar finanzjarju/dikjarazzjoni tal-assi għall-prevenzjoni, is-sejbien u l-investigazzjoni u/jew il-prosekuzzjoni tal-korruzzjoni bil-għan li jiġu promossi r-responsabbiltà u s-sensibilizzazzjoni fost l-uffiċjali pubbliċi, biex b'hekk jiġu evitati l-kunflitti ta' interess;

53.  Jemmen li l-pjattaformi tad-data jistgħu jsaħħu l-mekkaniżmi ta' sorveljanza u jtejbu l-kondiviżjoni effettiva tal-informazzjoni ma' dipartimenti oħra tal-gvern;

54.  Jemmen fil-benefiċċji tal-professjonalizzazzjoni u tal-pagi adegwati fl-akkwist pubbliku, jiġifieri li l-fatt li jkun hemm persunal tal-akkwist pubbliku speċjalizzat, imħarreġ sew u mħallas tajjeb li jikkondividi l-għarfien, l-għarfien espert u l-intelligence (tas-suq) tiegħu, inkluż lil hinn mill-fruntieri tal-Istati Membri, huwa prattika pożittiva li għandha tiġi implimentata flimkien ma' tekniki oħra ta' prevenzjoni tal-korruzzjoni;

55.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu użu tajjeb mill-fondi u l-programmi tal-UE; jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali jikkollaboraw mal-OLAF għat-taħriġ tal-persunal fir-rigward tat-tipi differenti ta' frodi, xejriet, theddid u riskji, korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE;

56.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1.
(2) ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65.
(3) ĠU C 252, 18.7.2018, p. 56.
(4) ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29.
(5) ĠU L 156, 19.6.2018, p. 43.
(6) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(7) OLAF, "Twentieth report of the European Anti-Fraud Office, 1 January to 31 December 2019" (L-Għoxrin Rapport tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2019), 2020.
(8) Gallego, J., Prem, M. u Vargas, J.F., "Corruption in the times of Pandemia" (Il-korruzzjoni fi żminijiet ta' pandemija), Mejju 2020.
(9) SWD(2020)0156, SWD(2020)0157, SWD(2020)0158, SWD(2020)0159 u SWD(2020)0160.
(10) ĠU L 437, 28.12.2020, p. 30.
(11) ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17.
(12) ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30.
(13) ĠU L 172, 17.5.2021, p. 110.
(14) ĠU C 272, 17.8.2020, p. 1.
(15) https://www.europol.europa.eu/newsroom/news/europol-launches-european-financial-and-economic-crime-centre
(16) https://www.europol.europa.eu/newsroom/news/serious-and-organised-crime-in-eu-corrupting-influence
(17) Testi adottati, P9_TA(2021)0148.
(18) Testi adottati, P9_TA(2021)0337.
(19) Testi adottati, P9_TA(2021)0288.
(20) ĠU L 70, 16.3.2016, p. 1.
(21) Il-ġlieda kontra l-frodi fl-infiq tal-UE: jeħtieġ li tittieħed azzjoni (europa.eu)
(22) http://ti-health.org/wp-content/uploads/2021/05/For-Whose-Benefit-Transparency-International.pdf
(23) https://dspace.library.uu.nl/handle/1874/309580
(24) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A32021R0241
(25) It-tnejn bi prezzijiet tal-2018.
(26) Studju – "The Largest 50 Beneficiaries in each EU Member State of CAP and Cohesion Funds" (L-Akbar 50 Benefiċjarju tal-PAK u tal-Fondi ta' Koeżjoni f'kull Stat Membru tal-UE), Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, Dipartiment Tematiku għall-Affarijiet Baġitarji, Mejju 2021.
(27) https://ec.europa.eu/health/security/preparedness_response_mt


L-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija
PDF 198kWORD 65k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2021 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija (2021/2077(INI))
P9_TA(2021)0503A9-0321/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 194 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Settembru 2020 dwar il-massimizzazzjoni tal-potenzjal tal-effiċjenza enerġetika tal-istokk tal-bini tal-UE(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Jannar 2021 dwar l-aċċess għal akkomodazzjoni diċenti u affordabbli għal kulħadd(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Mejju 2021 dwar strateġija Ewropea għall-integrazzjoni tas-sistemi tal-enerġija(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Mejju 2021 dwar Strateġija Ewropea għall-Idroġenu(4),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija(5) (id-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija – EPBD),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE(6) (id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi(7), u r-rieżami ppjanat tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda(8) u l-proposta tal-Kummissjoni tal-14 ta' Lulju 2021 biex jiġi emendat ir-Regolament (UE) 2019/631 fir-rigward tat-tisħiħ tal-istandards imsemmija hawn fuq bi qbil mal-ambizzjoni klimatika akbar tal-Unjoni (COM(2021)0556),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 ("il-Liġi Ewropea dwar il-Klima")(9),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/786 tat-8 ta' Mejju 2019 dwar ir-rinnovazzjoni tal-bini(10),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1019 tas-7 ta' Ġunju 2019 dwar il-modernizzazzjoni tal-bini(11),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019)0640) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-15 ta' Jannar 2020(12) dwaru,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2020 dwar Pjan ta' Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari – Għal Ewropa aktar nadifa u kompetittiva (COM(2020)0098),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Ottubru 2020 dwar Mewġa ta' Rinnovazzjoni għall-Ewropa – l-ekoloġizzazzjoni tal-binjiet tagħna, il-ħolqien tal-impjiegi, it-titjib tal-ħajja (COM(2020)0662),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Diċembru 2020 dwar Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti – inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur (COM(2020)0789),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Lulju 2021 dwar Strateġija għall-Finanzjament tat-Tranżizzjoni lejn Ekonomija Sostenibbli (COM(2021)0390),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-25 ta' Marzu 2021 intitolat "L-analiżi preliminari tal-istrateġiji ta' rinnovazzjoni fit-tul ta' 13-il Stat Membru" (SWD(2021)0069),

–  wara li kkunsidra l-pakkett "lesti għall-mira ta' 55%" ippubblikat reċentement,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-Deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta' rapporti fuq inizjattiva proprja,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0321/2021),

A.  billi l-bini huwa responsabbli għal 36% tal-emissjonijiet totali ta' gassijiet serra (GHG) u billi s-settur tar-rinnovazzjoni tal-bini huwa wieħed mill-oqsma ewlenin għat-tnaqqis tal-gassijiet serra u għall-ilħuq tal-objettivi tal-UE dwar in-newtralità klimatika, l-effiċjenza enerġetika u l-Patt Ekoloġiku Ewropew;

B.  billi r-rinnovazzjonijiet profondi u r-rinnovazzjonijiet profondi fi stadji tal-210 miljun binja eżistenti se jkunu kruċjali għal kwalunkwe strateġija konvinċenti, peress li dawk huma l-binjiet l-aktar ineffiċjenti fl-użu tal-enerġija u sa 110 miljun binja potenzjalment fi bżonn ta' rinnovazzjoni(13);

C.  billi 6% tal-unitajiet domestiċi tal-UE ma setgħux iħallsu l-kontijiet tal-utilità tagħhom fl-2019; billi l-effiċjenza enerġetika tal-bini jista' jkollha impatt pożittiv fil-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku;

D.  billi r-rata tar-rinnovazzjoni tal-bini bħalissa, ta' madwar 1% fis-sena, hija baxxa ħafna, filwaqt li r-rata tar-rinnovazzjonijiet profondi hija ta' 0.2% fis-sena; billi l-programmi ta' rinnovazzjoni mhux dejjem ikopru t-titjib fl-effiċjenza enerġetika u ż-żidiet fis-sorsi tal-enerġija rinnovabbli;

E.  billi f'konformità mad-definizzjoni fl-Artikolu 2(18) tar-Regolament (UE) 2018/1999(14) dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, "l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel" huwa prinċipju gwida tal-politika tal-UE dwar l-enerġija biex id-domanda għall-enerġija u l-provvista tal-enerġija jsiru aktar effiċjenti, b'mod partikolari permezz ta' ffrankar tal-enerġija kosteffikaċi fl-użu finali, inizjattivi ta' rispons għad-domanda u l-konverżjoni, it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni aktar effiċjenti tal-enerġija;

F.  billi, skont valutazzjoni li saret mill-Kummissjoni, fid-djar tal-UE, it-tisħin u l-misħun waħedhom jammontaw għal 79% tal-użu finali totali tal-enerġija (192.5 Mtoe)(15);

G.  billi l-aħħar reviżjoni tal-EPBD fl-2018 permezz tad-Direttiva (UE) 2018/844(16) kellha l-għan li taċċellera r-rinnovazzjoni tal-bini eżistenti sal-2050 u li tappoġġja l-modernizzazzjoni tal-bini kollu b'teknoloġiji intelliġenti u b'rabta aktar ċara mal-mobbiltà nadifa, kif ukoll li tipprovdi ambjent stabbli għad-deċiżjonijiet dwar l-investiment u tippermetti lill-konsumaturi u lin-negozji jagħmlu għażliet aktar infurmati biex jiffrankaw l-enerġija u l-flus;

H.  billi mill-aħħar reviżjoni tal-EPBD 'l hawn, l-UE adottat l-objettiv li tikseb in-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050;

I.  billi l-EPBD tobbliga lill-Istati Membri jadottaw strateġiji ta' rinnovazzjoni fit-tul (LTRSs), iżda mingħajr ma tobbligahom jirrinnovaw jew tagħtihom struzzjonijiet ta' kif dan għandhom jagħmluh, u ma tipprovdilhom l-ebda mezz ċar biex jivverifikaw l-istrateġiji tagħhom skont ir-riżultati;

J.  billi l-LTRSs għandhom jappoġġjaw b'mod adegwat ir-rendiment tal-akkomodazzjoni soċjali fl-użu tal-enerġija;

K.  billi l-miżuri tas-sistema ta' awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini inklużi fl-EPBD riveduta għadhom ma ġewx trasposti bis-sħiħ fl-Istati Membri; billi l-implimentazzjoni toħloq aktar ċertezza għall-investituri u l-professjonisti;

L.  billi d-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika tirrikjedi li l-Istati Membri jwettqu valutazzjonijiet komprensivi dwar it-tisħin u t-tkessiħ effiċjenti u rinnovabbli bil-ħsieb li jidentifikaw il-potenzjal għal soluzzjonijiet ta' tisħin u tkessiħ fis-settur tal-bini u li jipproponu politiki li jissarrfu fil-potenzjal ta' effiċjenza u ta' enerġija rinnovabbli;

M.  billi l-inizjattiva Bauhaus Ewropea l-Ġdida għandha l-għan li tneħħi n-nuqqas ta' qbil bejn id-disinn u l-funzjoni, l-għajxien sostenibbli, l-użu intelliġenti tar-riżorsi, u s-soluzzjonijiet innovattivi u inklużivi;

N.  billi l-għoti ta' fondi u l-finanzjament adegwati huma kruċjali biex tiġi xprunata l-Mewġa ta' Rinnovazzjoni; billi r-rinnovazzjoni hija qasam emblematiku għall-investiment u r-riforma fl-ambitu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza;

O.  billi l-vetturi elettriċi huma element importanti tat-tranżizzjoni tal-UE lejn enerġija nadifa bbażata fuq miżuri ta' effiċjenza enerġetika, enerġija rinnovabbli, fjuwils alternattivi u soluzzjonijiet innovattivi għall-ġestjoni tal-flessibbiltà tal-enerġija u sabiex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050;

P.  billi l-EPBD tikkomplementa d-Direttiva 2014/94/UE dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi billi tipprovdi bażi ġuridika għall-installazzjoni ta' punti tal-irriċarġjar f'bini residenzjali u f'bini mhux residenzjali; billi l-EPBD għandha rwol ewlieni fil-livell tal-UE biex tappoġġja l-irriċarġjar intelliġenti u privat, peress li l-biċċa l-kbira tal-irriċarġjar x'aktarx li jseħħ f'siti privati u f'siti mhux residenzjali aċċessibbli għall-pubbliku;

Q.  billi ċ-ċarġers privati tal-vetturi elettriċi spiss ikollhom applikazzjonijiet u rekwiżiti tekniċi differenti mill-punti tal-iċċarġjar pubbliċi, peress li huma fornuti b'inqas enerġija u jintużaw għal perjodi itwal ta' ċċarġjar, filwaqt li għadhom fil-biċċa l-kbira l-aktar tip affordabbli ta' metodu ta' ċċarġjar;

R.  billi jkun jeħtieġ li l-EPBD tirrifletti r-rekwiżiti għall-installazzjoni ta' għadd minimu ta' punti tal-irriċarġjar għall-ispazji ta' parkeġġ tal-bini billi tobbliga l-installazzjoni ta' pre-cabling adegwat għall-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi; billi mill-2025, l-Istati Membri jeħtiġilhom jiddefinixxu rekwiżit minimu ta' punti tal-irriċarġjar għall-bini mhux residenzjali kollu, kemm pubbliku kif ukoll privat, li jkun fih aktar minn 20 spazju ta' parkeġġ, skont il-kundizzjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali rilevanti;

Osservazzjonijiet

1.  Jenfasizza li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2a tal-EPBD se jkollhom bżonn jissaħħu u jiġu implimentati b'mod effettiv biex jiġi żgurat li s-settur tal-bini jikkontribwixxi b'suċċess għall-kisba ta' tnaqqis fil-gassijiet serra ta' mill-inqas 55% sal-2030 u għall-mira tal-UE tan-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050; jemmen li bħala konsegwenza l-objettiv ewlieni u l-objettivi intermedji u l-indikaturi tal-EPBD ukoll se jkun jeħtieġ li jiġu adattati, peress li l-LTRSs bħalissa mhumiex fil-livelli meħtieġa biex jinkisbu l-objettivi tal-EPBD;

2.  Jisħaq li l-EPBD u l-LTRSs dettaljati għandhom ikunu forza li tixpruna ż-żieda fl-iskala, fil-veloċità, fil-profondità u fil-kwalità tar-rinnovazzjoni tal-istokk tal-bini tal-Ewropa permezz ta' miżuri ta' politika innovattivi ġodda, kif issuġġerit fil-Mewġa ta' Rinnovazzjoni;

3.  Jesprimi dispjaċir għall-fatt li xi Stati Membri ssottomettew l-LTRSs tagħhom tard u li hemm Stat wieħed li għadu lanqas biss issottometta l-LTRS tiegħu; jirrimarka li, konsegwentement, huwa diffiċli li jitqabblu l-pjanijiet tal-Istati Membri; jenfasizza l-fatt pożittiv li s-sottomissjonijiet li daħlu tard irnexxielhom jinkludu rabtiet mal-pjanijiet ta' rkupru nazzjonali adottati b'riżultat tal-kriżi tal-COVID-19 u l-aħħar inizjattivi ta' politika tal-UE bħall-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Mewġa ta' Rinnovazzjoni; jinnota, madankollu, li dan ħoloq disparitajiet bejn dawk l-Istati Membri li ssottomettew l-LTRSs tagħhom qabel il-pjanijiet tagħhom ta' rkupru mill-pandemija;

4.  Ifakkar kemm hu importanti li riżorsi finanzjarji adegwati jsiru disponibbli permezz ta' Next Generation EU fil-qasam tar-rinnovazzjoni u tar-rendiment u l-effiċjenza tal-bini fl-użu tal-enerġija; jemmen li l-irbit tar-rinnovazzjoni tal-bini mal-fondi ta' rkupru jipprovdi opportunità ekonomika u mezz biex l-Istati Membri jnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra;

5.  Jinnota li l-LTRSs sottomessi ġeneralment irrispettaw b'mod wiesa' r-rekwiżiti tal-Artikolu 2a tal-EPBD, billi pprovdew informazzjoni dwar il-kategoriji differenti stipulati fiha; jiddispjaċih, madankollu, għall-fatt li l-livell ta' dettall u ambizzjoni jvarja minn LTRS għal oħra; jiddispjaċih għall-fatt li diversi Stati Membri ma stabbilixxewx objettivi intermedji ċari għall-2030, l-2040 u l-2050 kif rikjest fl-Artikolu 2a; jiddispjaċih, barra minn hekk, għall-fatt li mhux l-LTRS kollha jipprovdu data dwar it-tnaqqis tal-gassijiet serra, u dan jagħmilha diffiċli li tiġi vvalutata l-ambizzjoni tal-istrateġiji f'dik li hi mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima; jemmen li l-LTRSs għandhom jaħdmu biex joħolqu miżuri ċari u għodod ta' monitoraġġ biex ir-rata annwali ta' rinnovazzjoni tittrippla, filwaqt li jitqiesu l-punti ta' tluq differenti u l-istokkijiet tal-bini madwar l-Istati Membri;

6.  Jirrimarka li l-Istati Membri ffukaw b'mod wiesa' fuq id-dekarbonizzazzjoni tas-sistemi tal-provvista tal-enerġija u fuq l-emissjonijiet ta' gassijiet serra, minflok fuq l-iżvilupp attiv ta' miżuri u politiki ddedikati, immirati lejn it-titjib tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija bl-applikazzjoni tal-prinċipju "l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel" biex b'hekk inaqqsu l-konsum ġenerali tal-enerġija fis-settur bħala parti minn approċċ għall-enerġija bbażat fuq sistemi integrati; jenfasizza li l-effiċjenza enerġetika u l-użu tal-enerġija rinnovabbli għandhom jiġu massimizzati tul il-katina tal-valur tal-enerġija kollha, inklużi l-elettriku, is-sħana u l-gass, u mhux għall-binjiet individwali biss;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib jekk l-objettivi tal-LTRSs humiex allinjati mal-Mewġa ta' Rinnovazzjoni, il-valutazzjonijiet komprensivi tat-tisħin u t-tkessiħ meħtieġa skont id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika u d-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli(17), u l-miri l-ġodda b'rabta mal-klima u l-enerġija għal kull Stat Membru skont l-istokk tal-bini tagħhom;

8.  Jistieden lill-Istati Membri jrawmu rinnovazzjoni li tiffavorixxi l-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fis-sistema tal-enerġija fil-bini, bħall-installazzjoni ta' infrastruttura għall-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi, il-ħżin termali u l-konnessjoni mal-grilji intelliġenti; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jippromwovu l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki;

9.  Jemmen li l-involviment taċ-ċittadini fit-tranżizzjoni ekoloġika u fir-rinnovazzjonijiet tal-bini huwa essenzjali għas-suċċess tagħhom; jenfasizza li l-involviment tal-esperti u l-isfruttar tal-għarfien espert pubbliku jistgħu jgħinu biex tittejjeb l-implimentazzjoni; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu trasparenza suffiċjenti matul il-proċess kollu ta' konsultazzjoni pubblika dwar l-LTRSs u jiżguraw li l-proċess ikun inklużiv billi jiffaċilitaw l-involviment tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha f'konformità mar-rekwiżiti speċifiċi tal-EPBD;

10.  Jiddispjaċih għall-fatt li l-UE ma laħqitx il-mira tal-effiċjenza enerġetika tagħha fl-2020; jenfasizza li hemm diskrepanza ta' ambizzjoni kollettiva f'dawk li huma kontributi nazzjonali skont il-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima biex tintlaħaq il-mira tal-effiċjenza enerġetika fl-2030 u li l-Istati Membri għalhekk se jkollhom bżonn iżidu l-isforzi tagħhom b'mod sinifikanti;

11.  Jinnota li l-kostruzzjoni hija attività kumplessa li tirrikjedi koordinazzjoni mill-qrib bejn għadd kbir ta' professjonisti u artiġjani u tiddependi fuq l-użu ta' firxa wiesgħa ta' tekniki u materjali tal-kostruzzjoni; jemmen li r-rieżami tal-EPBD jeħtieġ li jqis l-interazzjoni ma' politiki ta' kostruzzjoni sostenibbli oħra u n-newtralità materjali sabiex il-binjiet Ewropej jiġu dekarbonizzati b'mod effiċjenti;

12.  Jenfasizza l-importanza tas-sostenibbiltà fl-użu tal-materjali u fil-konsum tar-riżorsi ta' ċiklu tal-ħajja ta' binja, mill-estrazzjoni tal-materjali, il-kostruzzjoni u l-użu, sa tmiem l-użu u d-demolizzjoni kif ukoll ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid, inklużi l-materjali rinnovabbli u sostenibbli bbażati fuq in-natura; jenfasizza, barra minn hekk, li l-ippjanar tal-bini għandu jutilizza l-ekonomija ċirkolari matul l-istadji differenti tal-proċess ta' kostruzzjoni;

13.  Jappoġġja l-użu ta' materjali tal-kostruzzjoni sostenibbli, innovattivi u mhux tossiċi u jenfasizza l-importanza tat-tisħiħ taċ-ċirkolarità tal-materjali tal-bini permezz tal-implimentazzjoni jew il-ħolqien ta' sistema ta' tikkettar tal-ekonomija ċirkolari bbażata fuq standards ambjentali u kriterji speċifiċi għall-ċerti materjali; jinnota li hija meħtieġa riċerka ulterjuri dwar materjali sostenibbli u proċessi sostenibbli; jenfasizza li l-materjali bbażati fuq l-injam jista' jkollhom rwol fis-sostituzzjoni ta' alternattivi bbażati fuq fjuwils fossili fil-kostruzzjoni tal-bini u jenfasizza l-potenzjal tagħhom ta' ħżin tal-karbonju fit-tul;

14.  Jirrikonoxxi li filwaqt li r-rinnovazzjonijiet profondi għandhom il-vantaġġ li jwasslu għal bidla olistika fir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, ir-rinnovazzjonijiet fi stadji u r-rinnovazzjonijiet profondi f'diversi stadji jistgħu jagħtu lok għal miżuri ta' rinnovazzjoni inqas ta' tfixkil u aktar kosteffiċjenti billi jiġu allinjati ma' "punti ta' skattar" partikolari; jinnota li tali okkażjonijiet jitqanqlu minn opportunitajiet prattiċi, ċirkostanzi personali, bidla fis-sjieda, jew minn bidla tal-inkwilin fil-proprjetajiet tal-kiri; iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkunsidraw kif jużaw il-"punti ta' skattar" biex jinċentivaw ir-rinnovazzjonijiet; jinnota wkoll li r-rinnovazzjonijiet fi stadju wieħed u f'diversi stadji mhumiex f'kompetizzjoni ma' xulxin, iżda huma t-tnejn soluzzjonijiet xierqa skont is-sitwazzjoni partikolari; jemmen li r-rinnovazzjonijiet f'diversi stadji u r-rinnovazzjonijiet profondi f'diversi stadji jeħtieġ li jitwettqu f'konformità mal-istandards tar-rinnovazzjoni profonda sabiex jiġu evitati l-effetti ta' intrappolament billi jiġi żgurat pjan direzzjonali għar-rinnovazzjoni tal-bini;

15.  Jinnota li d-definizzjoni attwali ta' bini b'użu ta' enerġija qrib iż-żero fl-EPBD hija ta' natura kwalitattiva u tħalli marġni wiesa' ta' diskrezzjoni lill-Istati Membri fl-istabbiliment tal-istandards korrispondenti; jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi standard ta' "rinnovazzjoni profonda" għall-kisba ta' ffrankar enerġetiku u tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra, kif ukoll definizzjoni armonizzata ta' bini b'użu ta' enerġija qrib iż-żero;

16.  Jemmen li r-rinnovazzjonijiet u l-istandards għal binjiet ġodda għandhom jindirizzaw is-sikurezza kontra n-nirien u r-riskji relatati ma' attività sismika intensa, li jaffettwaw l-effiċjenza enerġetika u t-tul tal-ħajja tal-binjiet, u għandhom jinkorporaw standards għoljin dwar is-saħħa; jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw reġim ta' spezzjoni elettrika, fid-dawl tal-fatt li 30% tan-nirien domestiċi u 50% tan-nirien aċċidentali domestiċi għandhom sors elettriku(18); jemmen li r-rinnovazzjonijiet tal-istokk tal-bini Ewropew għandhom jintegraw il-kontrolli u l-aġġornamenti tas-sikurezza elettrika u jiżguraw ventilazzjoni suffiċjenti għad-duħħan f'każ ta' nirien; jissottolinja li l-LTRSs għandhom jikkontribwixxu wkoll għat-tisħiħ statiku u strutturali tal-istokkijiet tal-bini;

17.  Itenni l-ħtieġa li titqies il-preżenza ta' prodotti li fihom l-asbestos fil-binjiet u li dawn il-prodotti jitneħħew filwaqt li l-binjiet jiġu protetti mill-emissjoni tal-asbestos fl-ambjent meta dawn jiġu mtejba għal skopijiet ta' effiċjenza enerġetika(19);

18.  Jesprimi dispjaċir għall-fatt li għalkemm l-iskadenza għat-traspożizzjoni tal-EPBD kienet l-10 ta' Marzu 2020, xi Stati Membri għadhom ma implimentawx bis-sħiħ din il-leġiżlazzjoni;

19.  Ifakkar fl-importanza li jiġu stabbiliti inċentivi adegwati għar-rinnovazzjoni tal-binjiet kif ukoll miżuri finanzjarji kondizzjonali fuq it-titjib fl-effiċjenza enerġetika u l-iffrankar enerġetiku, skont l-Artikolu 10(6) tal-EPDB u sabiex tiġi żgurata l-affordabbiltà tar-rinnovazzjonijiet;

20.  Jenfasizza l-importanza ta' informazzjoni ċara u preċiża dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija u l-kostijiet tal-enerġija għax-xerrejja prospettivi u l-inkwilini prospettivi; jirrikonoxxi l-ħtieġa tat-titjib u l-armonizzazzjoni aħjar taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija (EPCs) madwar l-Istati Membri sabiex ikunu aktar faċli biex jitqabblu, ta' kwalità aħjar u aktar affidabbli, filwaqt li jitqiesu wkoll il-punti ta' tluq differenti u l-istokkijiet tal-bini madwar l-Istati Membri; jemmen, għalhekk, li l-EPCs għandhom isiru aktar faċli biex jiġu aċċessati u jinqraw, għandhom juru informazzjoni prattika dwar ir-rendiment reali tal-bini fl-użu tal-enerġija, b'mod partikolari dwar l-impronta tal-karbonju reali ta' bini, għandhom jiġu diġitalizzati, u għandhom jintegraw informazzjoni mis-suq lokali fil-livell tal-UE u informazzjoni rigward parametri tal-kwalità ambjentali ta' ġewwa bħalma hi l-kumdità termali; jenfasizza li għalhekk l-EPCs jistgħu jintużaw għal servizzi fakultattivi ta' rispons għad-domanda bħala referenza għal miżuri regolatorji, programmi ta' finanzjament u politiki ta' rinnovazzjoni integrati;

21.  Jenfasizza d-differenza bejn ir-rendiment reali fl-użu tal-enerġija u r-rendiment ikkalkulat permezz tal-EPCs, li hija sors ta' konfużjoni għall-utenti tal-EPC; jenfasizza l-ħtieġa li l-passaport tar-rinnovazzjoni tal-bini, il-ġurnal diġitali tal-bini u l-indikatur tal-potenzjal ta' intelliġenza (SRI) jiġu integrati fil-qafas tal-EPC biex tiġi evitata l-multiplikazzjoni tal-għodod u jkun hemm aktar ċarezza għall-konsumaturi; jemmen li dan se jiffaċilita r-rinnovazzjoni, iżid il-profondità tagħha, jiżgura l-koordinazzjoni bejn il-miżuri differenti matul iż-żmien, u jwassal għal benefiċċji multipli;

22.  Ifakkar li l-LTRSs għandhom jinkludu l-benefiċċji tar-rinnovazzjonijiet fuq livell usa' bħas-saħħa, is-sikurezza, il-kumdità termali u l-kwalità tal-arja ta' ġewwa; jinnota li skont studju tal-Kummissjoni(20), is-saħħa kienet l-inċentiv primarju tas-sidien tad-djar privati biex iwettqu r-rinnovazzjonijiet enerġetiċi, b'rabta ċara bejn il-kwalità tad-dar, il-faqar enerġetiku u s-saħħa; jemmen li l-kwalità tal-arja ta' ġewwa għandha tiġi inkluża meta l-Istati Membri jippromwovu r-rinnovazzjoni tal-bini permezz ta' skemi ta' inċentivi pubbliċi u kampanji ta' informazzjoni, fost inizjattivi oħrajn; iħeġġeġ lill-Istati Membri jtejbu l-ġbir tad-data dwar il-parametri tal-kwalità ambjentali ta' ġewwa, bil-ħsieb li jiżviluppaw standards minimi għall-kwalità tal-ambjent ta' ġewwa;

23.  Jenfasizza li għanijiet ambizzjużi ta' rinnovazzjoni profonda u rinnovazzjoni profonda fi stadji tal-istokk tal-bini eżistenti jistgħu joħolqu sa żewġ miljun impjieg(21), il-biċċa l-kbira lokali, karigi li ma jistgħux jiġu esternalizzati, speċjalment f'intrapriżi żgħar u medji, u jipprovdu enerġija nadifa u affordabbli lill-konsumaturi u joħolqu titjib fil-kondizzjonijiet tal-għajxien tal-okkupanti;

24.  Ifakkar li l-binjiet pubbliċi jeħtiġilhom imexxu bl-eżempju fir-rati tar-rinnovazzjoni u fil-kisba tad-dekarbonizzazzjoni, l-effiċjenza enerġetika u l-kosteffettività, biex b'hekk jikkontribwixxu għas-sensibilizzazzjoni u jirbħu l-aċċettazzjoni tal-pubbliku ġenerali;

25.  Itenni t-talba tiegħu għall-promozzjoni ta' inizjattiva tal-UE dwar il-ħiliet, inklużi aspetti biex titħeġġeġ l-inklużività tal-ġeneri, flimkien ma' sforzi nazzjonali sabiex intermedjarji bħalma huma l-installaturi, l-arkitetti jew il-kuntratturi jkunu jistgħu jagħtu pariri, jippreskrivu jew jinstallaw is-soluzzjonijiet meħtieġa, inklużi soluzzjonjiet diġitali, biex jitwettqu programmi tal-effiċjenza enerġetika u jkun hemm stokk tal-bini dekarbonizzat, u filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lit-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid ta' ħiliet tal-atturi kollha involuti fis-settur tal-kostruzzjoni; iqis li l-Istati Membri jeħtieġ li jipprovdu rabta ċara bejn l-LTRSs nazzjonali tagħhom u inizjattivi adegwati biex jippromwovu l-ħiliet u l-edukazzjoni fis-setturi tal-kostruzzjoni u tal-effiċjenza enerġetika;

26.  Jemmen li l-prinċipji ta' kosteffiċjenza u ta' newtralità tal-kostijiet li permezz tagħhom iż-żidiet fil-kera jkunu bbilanċjati mal-iffrankar enerġetiku se jnaqqsu l-kontijiet tal-enerġija għall-konsumaturi finali; iħeġġeġ lill-Istati Membri jinkludu b'mod sistematiku fl-LTRSs tagħhom politiki u azzjonijiet biex jindirizzaw b'determinazzjoni l-faqar enerġetiku u l-binjiet bl-agħar rendiment fl-istokkijiet tal-bini nazzjonali tagħhom u biex jiġġieldu lid-distorsjonijiet tas-suq u l-akkwiżizzjonijiet spekulattivi li jwasslu għal kirjiet ogħla, u li jaffettwaw b'mod sproporzjonat lill-inkwilini bi dħul baxx; ifakkar li l-piż imqiegħed fuq il-konsumaturi l-aktar vulnerabbli mill-varjabbiltà fis-swieq tal-enerġija jista' jitnaqqas b'mod sinifikanti billi tittejjeb l-effiċjenza enerġetika fil-binjiet; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati appoġġ finanzjarju u mekkaniżmi flessibbli għal dawn il-konsumaturi sabiex ikun jista' jiġi indirizzat il-faqar enerġetiku; jinnota, madankollu, li għandhom jiġu kkunsidrati inċentivi biex jitnaqqsu l-kostijiet tar-rinnovazzjoni għal setturi u gruppi fil-mira speċifiċi;

27.  Jenfasizza li l-EPBD għandha tiżgura li r-rinnovazzjoni tagħti redditu fuq l-investiment għas-sidien tad-djar u s-sidien tal-bini billi tistabbilixxi titjib reali u mkejjel fir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija; jissottolinja li approċċ ibbażat fuq l-enerġija ffrankata mkejla b'riżultat tar-rinnovazzjoni se jnaqqas il-kost u jżid il-profondità, il-kwalità u l-iskala tal-modifiki retroattivi tal-effiċjenza enerġetika għall-binjiet eżistenti; jitlob lill-Kummissjoni tivverifika jekk hijiex meħtieġa reviżjoni tal-livell kostottimali, kif definit fl-Artikolu 2(14), bħala parti mir-rieżami tal-EPBD;

28.  Jilqa' s-suċċess relattiv tal-one-stop shops u jenfasizza r-rwol kritiku li jista' jkollhom fil-konnessjoni ta' proġetti potenzjali ma' atturi tas-suq, inklużi ċittadini, awtoritajiet pubbliċi u żviluppaturi ta' proġetti, b'mod partikolari proġetti fuq skala iżgħar; jinnota li għad ma hemmx fehim komuni dwar x'inhu one-stop shop, peress li l-mudelli eżistenti madwar l-UE huma differenti f'dawk li huma struttura, ġestjoni u t-tip ta' assistenza pprovduta; ifakkar fl-importanza li tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar il-one-stop shops, inkluż fil-livelli lokali u reġjonali; jenfasizza li l-one-stop shops jista' jkollhom rwol konsiderevoli fl-indirizzar tal-kwistjoni tal-proċeduri twal u kkumplikati għall-għoti tal-permessi u fil-promozzjoni tal-aċċess għall-finanzjament għar-rinnovazzjoni tal-bini, u jikkontribwixxu għat-tixrid tal-informazzjoni dwar it-termini u l-kundizzjonijiet; jemmen li l-one-stop shops għandhom jagħtu pariri u jappoġġjaw kemm id-djar b'familja waħda kif ukoll il-binjiet b'aktar minn unità waħda u jipprovdu appoġġ għal installaturi akkreditati;

29.  Ifakkar li l-Artikolu 19 tal-EPBD jistabbilixxi klawżola ta' rieżami, inkluża evalwazzjoni ex post li għandha titwettaq sa mhux aktar tard mill-2026; jenfasizza li dan għandu jippermetti li jinsiltu tagħlimiet mill-implimentazzjoni tal-EPBD u jservi biex jiġi vvalutat il-progress li jkun sar fl-applikazzjoni tagħha madwar l-Unjoni;

Rakkomandazzjonijiet

30.  Jenfasizza li l-EPBD hija kruċjali għat-twettiq b'suċċess tal-Mewġa ta' Rinnovazzjoni u t-tnaqqis tal-emissjonijiet;

31.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw l-implimentazzjoni xierqa tad-Direttiva fl-aspetti kollha tagħha, b'mod partikolari fir-rigward tal-istokk tal-akkomodazzjoni soċjali; jistieden lill-Kummissjoni tkompli timmonitorja din l-implimentazzjoni u tieħu azzjoni, fejn meħtieġ, fil-każ ta' nuqqas ta' konformità;

32.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ id-dispożizzjonijiet attwali tal-EPBD biex tiżgura li l-LTRSs tal-Istati Membri jkunu konsistenti mal-għanijiet ta' newtralità klimatika u l-miri tal-enerġija tal-UE; jenfasizza li r-rinnovazzjonijiet tal-bini jeħtieġ li jitwettqu b'rata ta' 3% fis-sena għall-modifiki retroattivi profondi u fi stadji sabiex l-UE tikseb newtralità klimatika sal-2050;

33.  Jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-formulazzjoni ta' mudell standard li l-Istati Membri jistgħu jużaw biex jiżguraw li jindirizzaw ir-rekwiżiti kollha tal-Artikolu 2a tal-EPBD u jarmonizzaw l-objettivi u r-rekwiżiti biex jiżguraw komparabbiltà aħjar tal-progress u r-riżultati, u valutazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza, jew kwalunkwe finanzjament ieħor tal-UE, li fir-rigward tiegħu LTRS kompluta tkun kundizzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni toħloq network ad hoc ta' esperti biex jappoġġja lill-Istati Membri fil-proċessi ta' tfassil, monitoraġġ u implimentazzjoni tal-LTRSs tagħhom;

34.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra kif tista' tiffaċilita aktar l-iżvilupp tal-one-stop shops li jipprovdu servizzi ta' konsulenza liċ-ċittadini u lil partijiet ikkonċernati oħra, inkluż permezz ta' miżuri aktar stretti fl-EPBD; jinsab konvint li miżuri addizzjonali ta' gwida u appoġġ, b'mod partikolari assistenza teknika, kampanji ta' informazzjoni, taħriġ u finanzjament ta' proġetti, jistgħu jwasslu għal rata ogħla ta' rinnovazzjoni;

35.  Jistieden lill-Istati Membri jimmassimizzaw is-sinerġiji bejn l-LTRSs tagħhom, il-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza u miżuri oħra ta' rkupru, biex b'hekk jiżguraw li NextGenerationEU jipprovdi finanzjament immedjat għal rinnovazzjonijiet profondi, anki fi stadji, b'attenzjoni partikolari għall-bini bl-agħar prestazzjoni u l-unitajiet domestiċi b'introjtu baxx, u joħloq il-qafas ta' abilitazzjoni għas-swieq ewlenin fir-rinnovazzjoni sostenibbli biex ikomplu jikbru lil hinn mit-tmiem tat-terminu ta' finanzjament;

36.  Iqis li d-diġitalizzazzjoni tal-binjiet u tat-teknoloġiji tal-kostruzzjoni, fejn fattibbli, jista' jkollha rwol importanti fiż-żieda tal-effiċjenza enerġetika; jemmen li r-reviżjoni tal-EPBD għandha sservi għall-promozzjoni ulterjuri ta' teknoloġiji tal-bini intelliġenti u flessibbli f'konformità mal-prinċipju "l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel" u trawwem approċċ iċċentrat fuq id-data; jinkoraġġixxi l-użu u l-installazzjoni ta' teknoloġiji emerġenti bħal miters intelliġenti, iċċarġjar intelliġenti, apparat tat-tisħin intelliġenti, teknoloġiji għall-ħżin u sistemi ta' ġestjoni tal-enerġija li jkunu interoperabbli mal-grilja tal-enerġija, l-immudellar u s-simulazzjoni 3D u l-intelliġenza artifiċjali sabiex jiġi xprunat it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju f'kull stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini, mill-fażijiet tal-ippjanar u d-disinn u mbagħad ikompli waqt il-kostruzzjoni, l-operazzjonijiet u l-modifika retroattiva;

37.  Jenfasizza li data aġġornata, affidabbli u kompluta dwar ir-rendiment tal-istokk tal-bini Ewropew kollu hija kruċjali għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' politiki effettivi mmirati lejn it-titjib tal-effiċjenza enerġetika tas-settur; jinnota li t-teknoloġiji diġitali għandhom jintużaw ukoll biex jappoġġjaw l-immappjar tal-istokk eżistenti u jappoġġjaw l-użu tal-LTRS;

38.  Jemmen li għandu jiġi implimentat approċċ iċċentrat fuq id-data biex tiġi żgurata disponibbiltà usa' ta' data aggregata u anonimizzata għas-sidien tad-djar, l-inkwilini u l-partijiet terzi, li jistgħu jużawha biex jottimizzaw il-konsum tal-enerġija, inkluż permezz ta' skemi ta' kunsens siguri mil-lat tal-GDPR, kif ukoll għal finijiet ta' statistika u riċerka;

39.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw implimentazzjoni effettiva, ambizzjuża u konsistenti tal-iskema tal-SRI approvata madwar l-UE; jirrimarka li l-SRI għandu jservi biex jinkisbu l-Mewġa ta' Rinnovazzjoni u l-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija billi jappoġġja l-adozzjoni ta' binjiet intelliġenti u flessibbli; jirrikonoxxi li l-SRI se jgħin biex ikompli jitħeġġu d-disinn u l-kostruzzjoni ta' bini ġdid bħala bini b'enerġija żero;

40.  Jemmen li l-LTRSs għandhom jipprovdu aktar dettalji għall-azzjoni fit-tul u għall-ippjanar infrastrutturali integrat abbażi ta' pjan direzzjonali b'politiki konkreti u skeda ta' żmien b'objettivi intermedji ċari għall-2030, l-2040 u l-2050, sabiex jinħoloq ambjent aktar stabbli għall-investituri, l-iżviluppaturi, is-sidien tad-djar u l-inkwilini u jiġi indirizzat l-impatt taċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-bini; jenfasizza li l-Istati Membri jeħtiġilhom itejbu l-aċċess għal firxa ta' mekkaniżmi finanzjarji u fiskali biex jappoġġjaw il-mobilizzazzjoni tal-investimenti privati u jrawmu s-sħubijiet pubbliċi u privati; jitlob azzjoni biex jiġi promoss self li jistabbilixxi l-effiċjenza enerġetika bħala kriterju għal rati tal-imgħax aktar baxxi;

41.  Jenfasizza li l-EPBD għandha tiżgura li r-rinnovazzjoni ġġib valur għall-flus u redditu fuq l-investiment għas-sidien tad-djar u għas-sidien tal-bini, kontijiet tal-enerġija mnaqqsa u sostenibbiltà mtejba billi tistabbilixxi titjib reali u mkejjel fir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija; jissottolinja li approċċ ibbażat fuq l-enerġija ffrankata realment b'riżultat tar-rinnovazzjoni se jnaqqas il-kost u jżid kemm il-kwalità kif ukoll l-iskala tal-modifiki retroattivi tal-effiċjenza enerġetika għar-rinnovazzjonijiet tal-bini;

42.  Jenfasizza l-potenzjal tal-infrastruttura ħadra, bħas-soqfa u l-ħitan ħodor, fit-titjib tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u l-promozzjoni tal-adattament u l-mitigazzjoni tal-klima u l-bijodiversità, b'mod partikolari fiż-żoni urbani;

43.  Jistieden lill-Istati Membri jużaw l-LTRSs biex jimplimentaw politiki innovattivi ħalli jinvolvu b'mod attiv liċ-ċittadini fl-istabbiliment u l-implimentazzjoni tagħhom u fil-programmi tal-effiċjenza enerġetika; jenfasizza l-importanza li jiġu involuti u mobilizzati l-partijiet ikkonċernati, inklużi ċ-ċittadini, il-muniċipalitajiet lokali, l-assoċjazzjonijiet tad-djar u l-professjonisti tal-bini, fil-ħolqien tal-pjanijiet integrati u l-istrateġiji ta' implimentazzjoni għad-dekarbonizzazzjoni tal-bini;

44.  Jirrikonoxxi d-dinamika differenti tal-kostruzzjoni u r-rinnovazzjoni għal tipi differenti ta' binjiet (pubbliċi u privati, mhux residenzjali u residenzjali) fl-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi qafas biex tintroduċi standards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, b'kont meħud tal-istokkijiet tal-bini u l-punti ta' tluq differenti madwar l-Istati Membri, b'mod partikolari l-binjiet ta' mertu arkitettoniku jew storiku speċjali, biex jiġu aċċellerati r-rati tar-rinnovazzjoni u tiġi pprovduta viżibbiltà għall-katina tal-valur kollha dwar it-titjib mistenni u biex tiġi stimulata l-innovazzjoni, filwaqt li tiġi żgurata l-affordabbiltà, b'mod partikolari għal dawk bi dħul baxx u f'sitwazzjonijiet vulnerabbli;

45.  Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw qafas inkorporat u integrat li jinkludi finanzjament u assistenza teknika rilevanti għall-introduzzjoni gradwali ta' standards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, li fl-aħħar mill-aħħar se jiżgura l-ilħiq tal- objettivi intermedji tal-2030, l-2040 u l-2050 deskritti fl-LTRSs tagħhom; jissottolinja li tali standards minimi jgħinu biex titwitta t-triq għan-newtralità klimatika fis-settur tal-bini sa mhux aktar tard mill-2050, u jistgħu jipprovdu viżibbiltà u sigurtà għas-suq fir-rigward tat-trasformazzjoni tal-istokk tal-bini eżistenti; jirrikonoxxi li l-Istati Membri għandhom il-flessibbiltà li jfasslu l-miżuri meħtieġa biex jakkomodaw kundizzjonijiet ekonomiċi, klimatiċi, politiċi, soċjali u ta' kostruzzjoni differenti; iqis li għandhom jiġu pprovduti inċentivi u strumenti finanzjarji speċifiċi għall-binjiet b'restrizzjonijiet tekniċi, arkitettoniċi, relatati mal-patrimonju u storiċi li ma jistgħux jiġu rinnovati b'kost raġonevoli meta mqabbel mal-valur tal-proprjetà;

46.  Jistieden lill-Kummissjoni torbot l-LTRSs mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika u tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli dwar it-tisħin u t-tkessiħ distrettwali effiċjenti u dwar il-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tal-bini, bħall-enerġija solari, termali u ġeotermali, kif ukoll rwol akbar għall-awtokonsum u l-ħżin tal-enerġija b'rispons għas-sinjali ta' grilja jew ta' grilja żgħira, filwaqt li tirrikonoxxi li l-fjuwils fossili, speċjalment il-gass naturali, bħalissa qed jintużaw fis-sistemi tat-tisħin għall-bini; jinnota li l-konsumaturi jeħtieġu appoġġ biex jaqilbu mill-fjuwils fossili;

47.  Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 14 u 15(4) tal-EPBD, filwaqt li jipprovdu liċ-ċittadini u lill-professjonisti dettalji ċari dwar kif il-bini, l-awtomatizzazzjoni u s-sistema ta' kontroll jistgħu joħolqu l-kapaċitajiet obbligatorji malajr kemm jista' jkun, sabiex jiġi żgurat li l-azzjoni preparatorja kollha tittieħed mingħajr dewmien u qabel l-iskadenza tal-2025; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw l-użu ta' għodod jew listi ta' kontroll żviluppati minn esperti u professjonisti fit-traspożizzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet;

48.  Jistieden lill-Istati Membri jimmiraw għad-dekarbonizzazzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ fil-bini, f'konformità mal-prijoritajiet tal-Mewġa ta' Rinnovazzjoni, u jikkunsidraw skemi ta' inċentivi, b'enfasi fuq il-konsumaturi l-aktar vulnerabbli, biex jissostitwixxu s-sistemi tat-tisħin antiki, ibbażati fuq il-fjuwils fossili u ineffiċjenti fil-bini, inkluż bl-introduzzjoni ta' miri ta' sostituzzjoni f'konformità mal-LTRSs;

49.  Ifakkar fit-talba tiegħu biex fir-reviżjoni li jmiss tiġi evalwata l-ħtieġa li jiżdiedu r-rekwiżiti tal-infrastruttura tal-iċċarġjar fl-EPBD, filwaqt li titqies il-ħtieġa li tiġi żgurata l-istabbiltà tal-grilja, pereżempju billi jiġu stabbiliti funzjonalitajiet tal-iċċarġjar intelliġenti, u li titrawwem mobbiltà sostenibbli, kif ukoll li jiġi inkluż approċċ integrat, sistematiku u ċirkolari kemm għall-iżviluppi urbani kif ukoll għal dawk rurali, bi qbil ma' ppjanar urban u rotot ta' trasport xierqa;

50.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkunsidraw kif l-aħjar jaħsdu l-benefiċċji ta' approċċ ibbażat fuq id-distrett għar-rinnovazzjonijiet fuq skala kbira flimkien mal-partijiet ikkonċernati u l-komunitajiet lokali;

51.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-punti tal-iċċarġjar fil-bini jkunu lesti għall-iċċarġjar intelliġenti u jallinjaw ir-rekwiżiti mad-Direttiva riveduta dwar l-Enerġija Rinnovabbli; jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw qafas li jgħin biex tiġi ssimplifikata u aċċellerata l-installazzjoni ta' punti tal-iċċarġjar f'bini residenzjali u mhux residenzjali ġdid u eżistenti, biex jiġu indirizzati l-ostakli regolatorji possibbli, u biex jiġu promossi modi xierqa biex jiġi żgurat aċċess u ħżin faċli għar-roti fid-disinn tal-bini;

52.  Jilqa' r-rikonoxximent tal-Kummissjoni tal-importanza tal-elettromobbiltà bl-introduzzjoni ta' rekwiżiti minimi għall-parkeġġi akbar minn ċertu daqs u ta' rekwiżiti minimi oħra għall-infrastruttura għal binjiet iżgħar; jenfasizza li l-introduzzjoni ta' din l-infrastruttura tal-irriċarġjar għandha tiġi appoġġjata aktar;

53.  Jenfasizza r-rwol importanti li r-rinnovazzjoni tal-bini eżistenti u d-disinn ta' bini ġdid jista' jkollhom fl-inkoraġġiment tal-adozzjoni ta' vetturi elettriċi bħall-karozzi, il-vannijiet, ir-roti u l-muturi billi jiġu pprovduti kemm spazji ta' parkeġġ adegwati kif ukoll infrastruttura tal-iċċarġjar, u b'hekk jingħata kontribut lid-dekarbonizzazzjoni ġenerali tas-settur tat-trasport; jinnota li b'dan l-intervent, il-bini jista' jsir aħjar għas-saħħa, aktar ekoloġiku u interkonness fi ħdan distrett ta' kwartier, kif ukoll aktar reżiljenti għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li testendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-mobbiltà tal-EPBD billi tintroduċi rekwiżiti minimi, fejn fattibbli, f'tipi differenti ta' bini għall-infrastruttura tal-parkeġġ tar-roti u punti tal-irriċarġjar għar-roti elettriċi;

54.  Jilqa' r-rikonoxximent tal-importanza tar-rekwiżiti tal-infrastruttura tal-pre-cabling f'bini residenzjali u mhux residenzjali ġdid bħala waħda mill-kundizzjonijiet għall-introduzzjoni rapida tal-punti tal-irriċarġjar; jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi l-inklużjoni ta' rekwiżiti bħal dawn fl-oqfsa ta' politika nazzjonali;

55.  Jenfasizza li d-disponibbiltà tal-punti tal-iċċarġjar hija wieħed mill-inċentivi biex inkwilini jew sidien ta' djar privati jagħżlu soluzzjoni ta' elettromobbiltà; jinnota, madankollu, li l-EPBD bħalissa tistabbilixxi biss ir-rekwiżiti tal-infrastruttura tal-kanali għal bini residenzjali ġdid u bini residenzjali li qed jiġi rinnovat b'mod estensiv b'aktar minn 10 spazji ta' parkeġġ; jirrimarka li d-Direttiva tipprevedi l-esklużjoni fakultattiva jekk il-kost tal-installazzjonijiet tal-irriċarġjar u tal-kanali taqbeż is-7% tal-kost totali tar-rinnovazzjoni ġenerali tal-bini; jistieden lill-Kummissjoni biex, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, twettaq analiżi tal-kostijiet biex teżamina modi possibbli kif tħeġġeġ lill-iżviluppaturi jinstallaw l-infrastruttura adegwata għall-utenti tal-vetturi elettriċi;

56.  Ifakkar li l-Istati Membri jeħtiġilhom jistipulaw ir-rekwiżiti għall-installazzjoni ta' għadd ta' punti tal-irriċarġjar għall-bini kollu mhux residenzjali b'aktar minn 20 spazju ta' parkeġġ, sal-1 ta' Jannar 2025; jinnota f'dan ir-rigward l-importanza li jiġu identifikati nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tal-EPBD, li r-rieżami tagħha għandu jinkorpora dispożizzjonijiet biex ikomplu jħeġġu u jiffaċilitaw l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-iċċarġjar privata u pubblika f'bini residenzjali u mhux residenzjali;

57.  Jenfasizza li s-soluzzjonijiet ta' elettromobbiltà jridu jkunu faċilment aċċessibbli għall-persuni kollha; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa ta' rinnovazzjoni tal-bini, inklużi l-parkeġġi, biex tittejjeb l-aċċessibbiltà tal-persuni b'mobbiltà mnaqqsa; jenfasizza l-ħtieġa, barra minn hekk, li jinżamm spazju tal-ħżin għall-apparat tal-mobbiltà fil-bini rinnovat u fil-bini ġdid, inkluż għal siġġijiet tar-roti u pushchairs;

58.  Jilqa' r-rikonoxximent tal-miżuri meħtieġa biex jiffaċilitaw u jħaffu l-introduzzjoni tal-infrastruttura tal-irriċarġjar billi jiġu indirizzati l-ostakli eżistenti bħall-inċentivi opposti u l-piżijiet amministrattivi; jirrimarka madankollu li għadhom jeżistu ostakli amministrattivi fil-livell nazzjonali u lokali, fir-rigward tal-ippjanar infrastrutturali u l-proċeduri tal-għoti tal-permessi għall-infrastruttura tal-irriċarġjar, li qed ixekklu l-introduzzjoni tal-infrastruttura tal-irriċarġjar f'bini residenzjali u mhux residenzjali ġdid u eżistenti; jenfasizza li huma meħtieġa aktar sforzi biex jitneħħew dawn l-ostakli amministrattivi ċari;

59.  Jissottolinja l-kunċett li l-irriċarġjar tal-vetturi elettriċi f'bini residenzjali u mhux residenzjali jeħtieġ li jikkomplementa infrastruttura tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku biex tiġi żgurata l-kapaċità tal-irriċarġjar tal-vetturi elettriċi; jenfasizza l-ħtieġa li jiżdied l-investiment fl-elettromobbiltà u li tiġi installata infrastruttura tal-iċċarġjar li tkun tista' twettaq iċċarġjar intelliġenti, li jista' jiffaċilita t-trasferiment tat-tagħbija fl-eqqel ħinijiet u r-rispons għad-domanda, u b'hekk jinħolqu grilji tal-elettriku orħos u aktar effiċjenti li jeħtieġu inqas kapaċità ta' ġenerazzjoni u infrastruttura;

60.  Jemmen li l-introduzzjoni ta' infrastruttura tal-iċċarġjar intelliġenti pubblika, semipubblika u privata għadha prekundizzjoni essenzjali biex tingħata spinta lill-adozzjoni ta' vetturi elettriċi fis-suq; jitlob, għalhekk, li jiżdied l-investiment fil-bini u l-mobbiltà, li tingħata spinta lill-innovazzjoni u l-użu ta' għodod diġitali għall-elettromobbiltà;

61.  Jirrimarka li l-liġijiet rilevanti tal-UE għandhom jiffaċilitaw l-introduzzjoni ta' punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi, flimkien mar-rinnovazzjonijiet, il-bini ġdid u l-installazzjonijiet ġodda; jenfasizza l-importanza tal-investiment fl-istazzjonijiet pubbliċi tal-iċċarġjar tul il-kurituri tan-network ewlieni u fin-network komprensiv, iżda jenfasizza li dawn jistgħu jkunu biss b'żieda man-numru ħafna akbar ta' punti tal-iċċarġjar li se jkunu meħtieġa fiż-żoni urbani; jirrimarka li l-aktar mod kosteffikaċi u prattiku kif titħaffef il-bidla għall-enerġija elettrika tal-flotot tal-vetturi huwa li l-punti tal-iċċarġjar ikunu disponibbli qrib id-djar u l-postijiet tax-xogħol, fejn dawn iservu bħala żieda fundamentali mal-infrastruttura tal-iċċarġjar rapidu meħtieġa iżda li tiswa aktar flus;

62.  Jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata mobbiltà inklużiva, koeżiva u sostenibbli għall-Ewropej u r-reġjuni kollha, inkluż għar-reġjuni ultraperiferiċi; jissottolinja l-importanza tal-promozzjoni ta' modi tat-trasport alternattivi, inklużivi, sikuri u sostenibbli u l-infrastruttura meħtieġa għal dan; jistieden lill-Istati Membri jaċċertaw il-koeżjoni soċjoekonomika u territorjali meta jkunu qed ifasslu r-rekwiżiti tagħhom għall-installazzjoni ta' għadd minimu ta' punti tal-irriċarġjar; iħeġġeġ lill-Istati Membri jidentifikaw u jindirizzaw kwalunkwe ostaklu soċjali, ekonomiku, legali, regolatorju u amministrattiv għall-iżvilupp rapidu tal-punti tal-irriċarġjar;

63.  Jirrikonoxxi l-importanza li jinżammu l-ispazji ekoloġiċi urbani eżistenti u s-sistemi ta' drenaġġ urban sostenibbli kemm jista' jkun meta tkun qed tiġi ppjanata l-kostruzzjoni ta' infrastruttura tal-iċċarġjar residenzjali u mhux residenzjali u l-ispazji ta' parkeġġ;

64.  Jinnota li ftit Stati Membri biss irrappurtaw progress promettenti fl-infrastruttura tal-irriċarġjar għall-vetturi elettriċi f'bini u parkeġġi; jesprimi tħassib għan-nuqqas ta' progress fi Stati Membri oħra u jappella biex firxa usa' ta' data ssir disponibbli aktar malajr; jinnota li l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri pprovdew estimi għall-adozzjoni ta' vetturi elettriċi u miri għall-introduzzjoni ta' riċarġers elettriċi għas-sena 2020; jirrimarka, madankollu, li żewġ terzi biss mill-Istati Membri ipprovdew data dwar il-miri għall-2025 u l-2030;

65.  Jirrimarka li diversi awtoritajiet lokali bdew ifasslu pjanijiet ta' dekarbonizzazzjoni li jinkludu wkoll l-iffissar ta' skadenzi vinkolanti għall-projbizzjoni tal-użu ta' vetturi b'magna ta' kombustjoni interna; jistieden lil dawn l-awtoritajiet jiżguraw li l-pjanijiet tagħhom jinkludu appoġġ finanzjarju u tekniku ddedikat biex jadattaw l-istokk tal-bini tagħhom sabiex jissodisfaw il-pjanijiet ta' dekarbonizzazzjoni tagħhom;

o
o   o

66.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 385, 22.9.2021, p. 68.
(2) ĠU C 456, 10.11.2021, p. 145.
(3) Testi adottati, P9_TA(2021)0240.
(4) Testi adottati, P9_TA(2021)0241.
(5) ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13.
(6) ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1.
(7) ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1.
(8) ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13.
(9) ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1.
(10) ĠU L 127, 16.5.2019, p. 34.
(11) ĠU L 165, 21.6.2019, p. 70.
(12) ĠU C 270, 7.7.2021, p. 2.
(13) Id-Direttorat Ġenerali tal-Parlament Ewropew għall-Politiki Interni, Dipartiment Tematiku għall-Politika Ekonomika u Xjentifika, Boosting Building Renovation: What Potential and Value for Europe? (Spinta lir-Rinnovazzjoni tal-Bini: X'inhu l-Potenzjal u l-Valur għall-Ewropa?), Ottubru 2016.
(14) Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1.)
(15) Studju intitolat "Mapping and analyses of the current and future (2020-2030) heating/cooling fuel deployment (fossil/renewables)" (Immappjar u analiżijiet tal-użu attwali u futur (2020–2030) tal-fjuwil għat-tisħin/tkessiħ (fossili/enerġija rinnovabbli)), Marzu 2017.
(16) ĠU L 156, 19.6.2018, p. 75.
(17) ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82.
(18) FEEDS (Forum għas-Sikurezza Elettrika Domestika fl-Ewropa), "In the news: the European Parliament calls on Member States to develop an electrical inspection regime" (Attwalità: Il-Parlament Ewropew jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw reġim ta' spezzjoni elettrika).
(19) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Ottubru 2021 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mill-asbestos (Testi adottati, P9_TA(2021)0427).
(20) Comprehensive study of building energy renovation activities and the uptake of nearly zero-energy buildings in the EU (Studju komprensiv tal-attivitajiet ta' rinnovazzjoni tal-enerġija tal-bini u l-adozzjoni ta' bini b'użu ta' enerġija qrib iż-żero fl-UE), Novembru 2019.
(21) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Mejju 2020 intitolata "Il-mument tal-Ewropa: Tiswija u Tħejjija għall-Ġenerazzjoni li Jmiss" (COM(2020)0456).


Sfidi u prospettivi għas-sistemi multilaterali ta' kontroll tal-armi ta' qerda massiva u ta' diżarm
PDF 173kWORD 63k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2021 dwar l-isfidi u l-prospettivi għas-sistemi multilaterali ta' kontroll tal-armi ta' qerda massiva u ta' diżarm (2020/2001(INI))
P9_TA(2021)0504A9-0324/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Frar 2019 dwar il-futur tat-Trattat INF u l-impatt fuq l-Unjoni Ewropea(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2020 b'rakkomandazzjonijiet għall-Kummissjoni dwar qafas tal-aspetti etiċi tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati(2),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tal-21 ta' Ottubru 2020 lill-Kunsill u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar it-tħejjija tal-proċess tal-10 rieżami tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (TNP), tal-kontroll tal-armi nukleari u tal-opzjonijiet ta' diżarm nukleari(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Jannar 2021 bit-titolu "L-implimentazzjoni tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni – rapport annwali 2020"(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2018 dwar sistemi ta' armi awtonomi(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Jannar 2013 dwar ir-rakkomandazzjonijiet tal-Konferenza għar-Reviżjoni tat-Trattat tan-Nonproliferazzjoni rigward l-istabbiliment ta' Lvant Nofsani ħieles mill-armi ta' qerda massiva(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Ottubru 2016 dwar is-sigurtà nukleari u n-nonproliferazzjoni(7),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2021 li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-transitu u t-trasferiment ta' oġġetti b'użu doppju(8) ("ir-Regolament dwar l-Oġġetti b'Użu Doppju"),

–  wara li kkunsidra r-rapporti ta' progress annwali dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Unjoni Ewropea kontra l-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva (b'mod partikolari dawk tal-2019(9) u tal-2020(10)),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/212/PESK tad-29 ta' Marzu 2010 relatata mal-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konferenza ta' Reviżjoni tal-2010 tal-Partijiet għat-Trattat dwar in-Non-Proliferazzjoni tal-Armi Nukleari(11),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1656 tas-6 ta' Novembru 2020 dwar l-appoġġ mill-Unjoni għall-attivitajiet tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) fl-oqsma tas-sigurtà nukleari u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva(12),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/901 tad-29 ta' Ġunju 2020 dwar l-appoġġ tal-Unjoni għall-attivitajiet tal-Kummissjoni Preparatorja tal-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta' Provi Nukleari (CTBTO) sabiex issaħħaħ il-kapaċitajiet tagħha ta' monitoraġġ u ta' verifika u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva(13),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/938 tas-6 ta' Ġunju 2019 b'appoġġ għal proċess ta' tisħiħ tal-fiduċja li jwassal għall-istabbiliment ta' żona ħielsa mill-armi nukleari u mill-armi l-oħra kollha ta' qerda massiva fil-Lvant Nofsani(14),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1542 tal-15 ta' Ottubru 2018 li jikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi(15) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1480 tal-14 ta' Ottubru 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2018/1542 li jikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi(16),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/906 tad-29 ta' Ġunju 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/615 dwar l-appoġġ tal-Unjoni għall-attivitajiet li jwasslu għall-Konferenza ta' Reviżjoni tal-2020 tal-Partijiet għat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni ta' Armi Nukleari (TNP)(17),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/97 tal-21 ta' Jannar 2019 b'appoġġ għall-Konvenzjoni dwar l-Armi Bijoloġiċi u Tossiċi fil-qafas tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda Massiva(18),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Kunsill tal-Atlantiku tat-Tramuntana dwar it-Trattat dwar il-Projbizzjoni tal-Armi Nukleari li daħal fis-seħħ fil-15 ta' Diċembru 2020,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Kunsill tal-Atlantiku tat-Tramuntana dwar l-Estensjoni tat-Trattat START Ġdid tat-3 ta' Frar 2021,

–  wara li kkunsidra s-16-il Konferenza Annwali tan-NATO dwar l-Armi ta' Qerda Massiva, il-Kontroll tal-Armi, id-Diżarm u n-Nonproliferazzjoni tal-10 ta' Novembru 2020,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Kunsill tal-Atlantiku tat-Tramuntana dwar it-Trattat dwar is-Sema Miftuħ tat-18 ta' Ġunju 2021,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Segretarju Ġenerali tan-NATO tat-2 ta' Awwissu 2019 dwar it-tmiem tat-Trattat INF,

–  wara li kkunsidra d-diskors tas-Segretarju Ġenerali tan-NATO tal-10 ta' Novembru 2020 fl-okkażjoni tas-16-il Konferenza Annwali tan-NATO dwar l-Armi ta' Qerda Massiva, il-Kontroll tal-Armi, id-Diżarm u n-Nonproliferazzjoni,

–  wara li kkunsidra l-Aġenda tan-NU tal-2018 dwar id-Diżarm bit-titolu "Securing our Common Future" (Niżguraw il-Futur Komuni Tagħna),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Segretarju Ġenerali tan-NU António Guterres tal-24 ta' Ottubru 2020 dwar id-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni tal-Armi Nukleari,

–  wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU, b'mod partikolari l-SDG 16 li huwa mmirat lejn il-promozzjoni ta' soċjetajiet paċifiċi u inklużivi għall-iżvilupp sostenibbli,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Istati Parti għall-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi tal-21 ta' April 2021 dwar l-indirizzar tal-pussess u l-użu ta' armi kimiċi mir-Repubblika Għarbija Sirjana,

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt (PAKK – il-Patt Nukleari tal-Iran) tal-2015,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni E3(19) tad-19 ta' Awwissu 2021, dwar il-PAKK,

–  wara li kkunsidra l-64 Konferenza Ġenerali tal-IAEA, li saret mill-21 sal-25 ta' Settembru 2020 fi Vjenna,

–  wara li kkunsidra d-diskors tal-President tar-Repubblika Franċiża tas-7 ta' Frar 2020 dwar l-istrateġija Franċiża għad-difiża u d-deterrenza,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-Presidenti tal-Istati Uniti u tar-Russja tas-16 ta' Ġunju 2021 dwar l-istabbiltà strateġika,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-0324/2021),

A.  billi l-armi ta' qerda massiva (WMDs), b'mod partikolari l-armi nukleari, jikkostitwixxu theddida gravi għas-sigurtà tal-bniedem fit-tul; billi arkitettura solida u komprensiva tal-kontroll tal-armi, tan-nonproliferazzjoni u tad-diżarm ibbażata fuq trattati vinkolanti u mekkaniżmi robusti ta' bini tal-fiduċja u msaħħa minn proċedura ta' verifika affidabbli u trasparenti huma essenzjali għall-bini u ż-żamma tal-paċi, l-istabbiltà, il-prevedibbiltà, is-sigurtà, l-iżvilupp sostenibbli u l-progress ekonomiku u soċjali, it-tnaqqis tat-tensjonijiet eżistenti bejn l-Istati u t-tnaqqis tal-probabbiltà ta' kunflitt armat b'konsegwenzi umanitarji, ambjentali, soċjali u ekonomiċi imprevedibbli u katastrofiċi;

B.  billi fil-kuntesti ġeopolitiċi Ewropej u globali attwali mimlija tensjoni, reċentement ġew imdgħajfa jew eliminati trattati ewlenin dwar il-kontroll tal-armi li daħlu fis-seħħ fi tmiem il-Gwerra Bierda; billi f'dawn l-aħħar snin it-tensjonijiet u n-nuqqas ta' fiduċja fost il-partijiet għat-TNP qed jiżdiedu, aggravati minn deterjorament dejjem akbar tar-relazzjonijiet bilaterali bejn l-Istati Uniti u r-Russja u l-passi sussegwenti li ħadet ir-Russja biex tivvaluta mill-ġdid l-aspetti nukleari tad-duttrina militari tagħha; billi ħarġet klima internazzjonali ġdida bbażata fuq ġlidiet għall-poter li qed jiżdiedu; billi f'dan l-ambjent il-ġdid, li fih ma jkunux garantiti l-istabbiltà u l-prevedibbiltà meħtieġa għall-arkitettura tas-sigurtà Ewropea u globali, l-UE nediet proċess ta' riflessjoni dwar modi possibbli biex issaħħaħ l-awtonomija strateġika tagħha; billi, f'dinja ta' interdipendenza globali, l-isforzi globali mġedda għall-kontroll tal-armi u d-diżarm huma essenzjali għas-sigurtà tal-UE; billi l-Istati Uniti u l-Federazzjoni Russa impenjaw ruħhom għal djalogu strateġiku integrat dwar l-istabbiltà fis-16 ta' Ġunju 2021;

C.  billi l-UE għandha l-għan li tkun attur globali għall-paċi u tappoġġja l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli; billi l-kontroll tal-armi u n-nonproliferazzjoni nukleari huma fil-qalba tal-proġett tal-UE u kienu mill-bidu nett, b'mod partikolari permezz tal-ħolqien tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (EURATOM); billi l-UE, permezz tal-istrateġija tagħha kontra l-proliferazzjoni tal-AQM, tikkontribwixxi għad-diżarm tal-AQM u l-prevenzjoni tal-użu u l-proliferazzjoni tal-AQM; billi l-istrateġija għandha tkun iffukata wkoll fuq theddid ġdid bħal sistemi awtonomi tal-armi u teknoloġiji emerġenti u fixkiela oħrajn;

D.  billi f'aktar minn 50 sena mill-eżistenza tiegħu, it-TNP, bit-tliet pilastri tiegħu li jsaħħu lil xulxin, wera li huwa u jibqa' l-pedament tal-arkitettura globali għall-kontroll tal-armi nukleari u għodda effettiva biex jiġu rrispettati l-paċi u s-sigurtà internazzjonali billi jiġi żgurat li l-maġġoranza l-kbira tal-Istati firmatarji jikkonformaw mal-obbligi tagħhom ta' nonproliferazzjoni permezz tal-implimentazzjoni ta' salvagwardji u normi stretti kontra l-akkwist ta' armi nukleari; billi nistennew li jiġi ssodisfat l-Artikolu 6 tat-TNP; billi l-għaxar Konferenza ta' Reviżjoni tat-TNP ġiet posposta minħabba l-pandemija tal-COVID-19;

E.  billi ma hemm l-ebda mekkaniżmu internazzjonali li jirregola l-esportazzjoni ta' fjuwil tal-uranju arrikkit ħafna għas-sottomarini nukleari;

F.  billi l-IAEA kellha u għad għandha rwol strumentali fl-implimentazzjoni tat-TNP; billi l-protokoll addizzjonali jespandi sostanzjalment il-kapaċità tal-IAEA li tivverifika jekk hemmx faċilitajiet nukleari klandestini;

G.  billi t-tensjonijiet u n-nuqqas ta' fiduċja fost il-partijiet tat-TNP qed jiżdiedu fi snin reċenti;

H.  billi t-Trattat dwar il-Projbizzjoni tal-Armi Nukleari (TPNW) daħal fis-seħħ fit-22 ta' Jannar 2021 bħala riżultat ta' moviment li jkopri pajjiżi u reġjuni differenti li għandu l-għan li jiġbed l-attenzjoni għall-konsegwenzi umanitarji katastrofiċi ta' kwalunkwe użu ta' armi nukleari; billi tliet Stati Membri tal-UE huma Stati parti għat-TPNW; billi sitt Stati Membri tal-UE pparteċipaw fin-negozjati tal-TPNW fl-Assemblea Ġenerali tan-NU u ħamsa vvotaw favur l-adozzjoni tat-trattat il-ġdid; billi l-ebda membru tan-NATO u l-ebda Stat li għandu fil-pussess tiegħu armi nukleari mhuma Stati parti għat-TPNW; billi ma hemm l-ebda pożizzjoni tal-Kunsill dwar it-TPNW; billi l-involviment u l-parteċipazzjoni attiva tal-Istati parti kollha għat-TNP u tal-Istati nukleari kollha huma mixtieqa biex jinkisbu riżultati sinifikattivi fl-isforzi globali għad-diżarm;

I.  billi l-PAKK kien kisba ta' diplomazija multilaterali mmexxija mill-UE; billi l-partijiet għall-PAKK tal-2015, l-UE, iċ-Ċina, ir-Russja, l-Iran u l-Istati Uniti, bdew negozjati indiretti biex l-Iran u l-Istati Uniti jerġgħu jibdew l-implimentazzjoni tal-PAKK; billi fl-2018, l-Istati Uniti reġgħu imponew sanzjonijiet u l-Iran neħħa l-limiti fuq il-produzzjoni tiegħu ta' uranju arrikkit; billi l-Iran ma għadux japplika l-protokoll addizzjonali u jimplimenta l-Kodiċi 3.1 emendat tal-Arranġamenti Sussidjarji għall-Ftehim ta' Salvagwardji tal-Iran, filwaqt li jintensifika l-programmi tiegħu biex jarrikkixxi l-uranju għal livell ta' grad ta' armi; billi dan jikkostitwixxi theddida għall-paċi u s-sigurtà reġjonali u internazzjonali, u għall-isforzi globali għad-diżarm u n-nonproliferazzjoni; billi l-Gvern u l-President il-ġdid tal-Iran għad iridu juru l-intenzjoni tagħhom li jikkonformaw mal-PAKK u jfittxu impenn kostruttiv u paċifiku mal-UE;

J.  billi t-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta' Provi Nukleari (CTBT) għadu ma ġiex ratifikat b'mod universali; billi r-ratifika minn tmien Stati, inklużi l-Istati Uniti u ċ-Ċina, għadha meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-CTBT; billi l-UE ppromwoviet b'mod konsistenti l-kontribut tas-CTBT għall-paċi, is-sigurtà, id-diżarm u n-nonproliferazzjoni;

K.  billi l-Konferenza dwar id-Diżarm, wara 25 sena ta' progress staġnat, għadha ma nedietx formalment negozjati dwar it-Trattat propost għall-Waqfien tal-Produzzjoni ta' Materjal Fissili, li jipprojbixxi l-produzzjoni ta' materjal fissili għall-armi nukleari jew apparat splussiv nukleari ieħor;

L.  billi wara l-kollass tat-Trattat dwar il-Forzi Nukleari ta' Medda Intermedja (INF), bħala riżultat tal-irtirar tal-Istati Uniti minnu f'Awwissu 2019, wara li r-Russja kienet naqset b'mod persistenti milli tikkonforma mal-obbligi tagħha skont it-Trattat INF billi użat sistema ta' missili SSC-8 li kapaċi jużaw l-enerġija nukleari, l-Istati Uniti u r-Russja issa ma għadhomx ipprojbiti milli jibnu u jużaw din il-kategorija ta' armi u milli jinvolvu ruħhom f'tellieqa ġdida tal-armi, speċjalment fl-Ewropa u fl-Asja; billi l-imġiba aggressiva tar-Russja fil-viċinat tagħha żiedet it-theddida ta' konfront militari; billi r-Russja dan l-aħħar ċaqalqet diversi sistemi ta' missili ballistiċi b'kapaċità nukleari li kienu maħsuba li kapaċi jaqbżu l-medda ta' 500 km qrib il-fruntiera tagħha mal-UE;

M.  billi l-Istati Uniti u l-Federazzjoni Russa qablu li jestendu t-Trattat Ġdid dwar it-Tnaqqis tal-Armi Strateġiċi (START) b'ħames snin;

N.  billi l-Inizjattivi Nukleari Annwali (PNIs), li huma miżuri unilaterali volontarji, wasslu għal tnaqqis sostanzjali tal-armamenti skjerati kemm fl-Istati Uniti kif ukoll fir-Russja;

O.  billi l-missili ballistiċi u kruċieri li jiġu sparati mill-art b'meded ta' bejn 500 u 5 500 km jitqiesu bħala partikolarment perikolużi minħabba l-ħin qasir kemm idumu jtiru, il-letalità u l-manuvrabbiltà, id-diffikultà biex jiġu interċettati, u l-kapaċità tagħhom li jġorru testati nukleari; billi f'dawn l-aħħar snin, inħolqot ġenerazzjoni ġdida ta' missili kruċieri u tattiċi;

P.  billi f'dawn l-aħħar snin, iċ-Ċina żiedet sostanzjalment l-iżvilupp tal-kapaċitajiet konvenzjonali, tal-missili u nukleari tagħha; billi ċ-Ċina wriet nuqqas ta' trasparenza u ta' riluttanza biex tidħol f'taħditiet dwar il-parteċipazzjoni potenzjali tagħha fi strumenti multilaterali għall-kontroll tal-armi nukleari, li ppermettielha taħżen bla xkiel ta' xejn armament kbir ta' missili ballistiċi ta' medda intermedja teknoloġikament avvanzati, bħal Dong-Feng 26s; billi l-UE għandha tikkoordina ma' sħab tal-istess fehma biex tidħol f'diplomazija intensiva maċ-Ċina, sabiex tiżviluppa arkitettura funzjonali ta' kontroll tal-armi, ta' diżarm u ta' nonproliferazzjoni, u tipproteġi l-interessi tas-sigurtà tal-UE;

Q.  billi Franza u r-Renju Unit, bħala l-uniċi pajjiżi Ewropej b'armi nukleari, it-tnejn li huma jikkondividu l-fehma li deterrenza nukleari minima u kredibbli hija essenzjali għas-sigurtà kollettiva tal-Ewropa u tan-NATO; billi mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE, Franza issa hija l-uniku Stat Membru tal-UE nukleari u qed tkompli timmodernizza l-armament nukleari tagħha; billi fl-2020, il-President Franċiż Emmanuel Macron ippropona t-tnedija ta' "djalogu strateġiku" ma' sħab Ewropej li jkunu jridu dan dwar ir-rwol potenzjali li għandha d-deterrenza nukleari ta' Franza fis-"sigurtà kollettiva tagħna"; billi r-Renju Unit ħabbar li se jgħolli l-limitu massimu għad-daqs ġenerali tal-ħażniet nukleari tiegħu b'aktar minn 40 %, għal 260 testata disponibbli operazzjonalment u li se jagħmel il-pożizzjoni nukleari tiegħu anqas trasparenti billi ma jibqax jiddikjara n-numri tal-ħażniet;

R.  billi l-Iżrael mhuwiex parti għat-TNP;

S.  billi għadd ta' Stati oħra kisbu l-kapaċitajiet xjentifiċi, teknoloġiċi u industrijali meħtieġa għall-produzzjoni ta' missili ballistiċi u kruċieri; billi l-Indja u l-Pakistan iddikjaraw li huma fil-pussess ta' armi nukleari; billi ż-żewġ pajjiżi mhumiex parti għat-TNP;

T.  billi r-riskju li armament nukleari jinqabad minn organizzazzjonijiet terroristiċi huwa kwistjoni ta' tħassib; billi l-proliferazzjoni klandestina fost reġimi diżonesti tibqa' riskju, kif muri min-network Abdul Qadeer Khan;

U.  billi l-Kodiċi ta' Kondotta tal-Aja kontra l-Proliferazzjoni tal-Missili Ballistiċi (HCoC) għandu dimensjoni ta' nonproliferazzjoni tal-missili minkejja n-natura legalment mhux vinkolanti tiegħu;

V.  billi t-Trattat dwar is-Sema Miftuħ, li ilu fis-seħħ mill-2002, kien maħsub biex jibni l-fiduċja, il-kunfidenza u l-fehim reċiproku bejn ir-Russja u l-Istati Uniti u l-alleati Ewropej tagħhom; billi r-Russja ilha tonqos għal ħafna snin milli tikkonforma mal-obbligi tagħha skont it-Trattat dwar is-Sema Miftuħ; billi l-Istati Uniti u r-Russja suċċessivament irtiraw mit-trattat;

W.  billi l-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi (CWC) hija l-ewwel ftehim multilaterali dwar id-diżarm fid-dinja li jipprevedi l-eliminazzjoni verifikabbli ta' kategorija sħiħa ta' AQM; billi fl-aħħar għaxar snin, in-norma legali kontra l-użu tal-armi kimiċi ġiet miksura diversi drabi, inkluż mill-Gvern Sirjan u mir-Russja; billi jeħtieġ li s-CWC tadatta għal proċessi ta' produzzjoni industrijali ġodda, industrija kimika innovattiva u t-tfaċċar ta' atturi ġodda;

X.  billi l-UE kienet involuta bis-sħiħ fl-isforzi internazzjonali biex jittejbu l-bijosigurtà u l-bijodiversità permezz tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar l-Armi Bijoloġiċi u Tossiniċi (BTWC); billi 13-il pajjiż għadhom mhumiex parti għall-BTWC; billi l-BTWC ġiet miftiehma mingħajr mekkaniżmi ta' verifika biex tiġi żgurata l-konformità; billi n-negozjati dwar protokoll ta' verifika waqfu 20 sena ilu;

Y.  billi l-attivitajiet u l-programmi tal-missili ballistiċi, nukleari u ta' AQM tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK), kif ukoll il-proliferazzjoni u l-esportazzjoni ta' dawn l-armi, jirrappreżentaw theddida serja għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali, u għall-isforzi globali għad-diżarm u n-nonproliferazzjoni; billi t-tmexxija tar-RDPK spiss tipprova tuża l-programm tagħha dwar l-armi nukleari biex iżżid il-konċessjonijiet politiċi u ekonomiċi mill-komunità internazzjonali filwaqt li tkompli tbigħ it-teknoloġija tagħha tal-missili ta' medda żgħira u medja flimkien mal-għarfien espert nukleari tagħha;

Z.  billi l-emerġenza tad-diżarm umanitarju sfidat b'mod pożittiv il-prattiki tradizzjonali tad-diżarm li ntirtu mill-Gwerra Bierda;

AA.  billi l-għadd ta' nisa involuti fl-isforzi mmirati lejn l-eliminazzjoni tal-AQM għadu baxx b'mod inkwetanti, inkluż fl-oqsma tad-diplomazija dwar in-nonproliferazzjoni u d-diżarm;

AB.  billi r-riskji relatati mal-klima jistgħu jaffettwaw b'mod negattiv l-ambjent strateġiku tas-sigurtà tal-UE; billi l-isforzi għad-diżarm u n-nonproliferazzjoni tal-AQM jikkontribwixxu bis-sħiħ għall-iżvilupp sostenibbli, għas-sigurtà globali, għall-prevedibbiltà, għall-istabbiltà fit-tul u għall-protezzjoni tal-għajxien, tal-ambjent u tal-pjaneta;

AC.  billi l-pandemija tal-COVID-19 uriet il-ħtieġa li jiżdiedu t-tħejjija u l-għarfien tal-UE dwar id-difiża kimika, bijoloġika, radjoloġika u nukleari (CBRN), tiżdied il-kooperazzjoni bejn is-setturi ċivili u militari tas-CBRN u l-investimenti fihom, jiġu żviluppati miżuri ta' rispons preventiv u ta' rkupru skont il-Mekkaniżmu eżistenti tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili, tinbena ġabra ta' għarfien espert tas-CBRN tal-UE u tiġi promossa r-rabta bejn is-saħħa u s-sigurtà;

1.  Itenni l-impenn sħiħ tiegħu lejn il-preservazzjoni ta' reġimi internazzjonali effettivi għall-kontroll tal-armi, għad-diżarm u għan-nonproliferazzjoni, bħala pedament tas-sigurtà dinjija u Ewropea; ifakkar fl-impenn tiegħu li jsegwi politiki mfassla biex isir progress fit-tnaqqis u l-eliminazzjoni tal-armamenti nukleari kollha u jinħolqu kundizzjonijiet biex tinkiseb dinja mingħajr armi nukleari u CBRN; ; jappella għal ordni multilaterali mġedda dwar il-kontroll tal-armi u d-diżarm li tinvolvi lill-atturi kollha;

2.  Jinsab inkwetat minħabba l-erożjoni kontinwa fl-arkitettura globali tan-nonproliferazzjoni, tad-diżarm u tal-kontroll tal-armi, li qed tmur għall-agħar minħabba l-iżvilupp rapidu ta' sistemi ġodda, bħal sistemi tal-armi attivati b'intelliġenza artifiċjali (IA) u missili ipersoniċi u teknoloġiji tad-droni; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi indirizzata, b'mod partikolari, il-kwistjoni tat-teknoloġija ta' missili ipersoniċi, li żżid ir-riskju li l-armi nukleari jintużaw b'reazzjoni għal attakk; jibża' li l-irtirar mit-trattati ewlenin dwar il-kontroll tal-armi jew in-nuqqas ta' estensjoni tagħhom jagħmel ħsara serja lir-reġimi internazzjonali dwar il-kontroll tal-armi, li pprovdew ċerta stabbiltà, u jimmina r-relazzjonijiet bejn l-Istati li għandhom armi nukleari; jissottolinja l-ħtieġa urġenti li tiġi stabbilita mill-ġdid il-fiduċja transfruntiera; jinsab inkwetat minn kwalunkwe rikors għall-AQM bħala mezz biex jiġi solvut tilwim ġeopolitiku, u jopponih bil-qawwa;

3.  Jinsab imħasseb dwar id-deċiżjoni ta' rivalutazzjoni meħuda minn diversi Stati rigward l-aspett nukleari tad-duttrini militari tagħhom; jistieden lill-Istati nukleari kollha biex jissodisfaw ir-responsabbiltajiet tagħhom u jikkunsidraw li jnaqqsu r-rwol u l-importanza tal-armi nukleari fil-kunċetti, fid-duttrini u fil-politiki militari u ta' sigurtà tagħhom; jilqa' l-intenzjoni tal-Istati Uniti li jivvalutaw, bħala parti mir-Rieżami tal-Pożizzjoni Nukleari li għaddej bħalissa, modi possibbli biex titnaqqas l-importanza tal-armi nukleari fl-istrateġija nazzjonali tagħhom dwar is-sigurtà;

4.  Jafferma mill-ġdid l-appoġġ sħiħ tiegħu għat-TNP u t-tliet pilastri tiegħu li jsaħħu lil xulxin, bħala wieħed mill-aktar strumenti legalment vinkolanti aċċettati b'mod universali u bħala l-pedament tar-reġim tan-nonproliferazzjoni nukleari; ifakkar li t-TNP ikkontribwixxa għaż-żamma ta' sett wiesa' ta' normi relatati mad-diżarm u l-użu paċifiku tal-enerġija nukleari, filwaqt li inforza n-norma dwar in-nonproliferazzjoni nukleari; jistenna li l-Istati li għandhom armi nukleari jieħdu passi in bona fide biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom tat-trattat ħalli juru l-impenn ġenwin tagħhom għad-diżarm nukleari billi jieħdu l-azzjonijiet konkreti stabbiliti fl-aħħar TNP tal-2010 u billi jsaħħu n-norma dwar in-nonproliferazzjoni u jespandu l-kapaċità ta' salvagwardji tal-IAEA; iwissi li l-futur tal-TNP ma għandux jittieħed bħala fatt ovvju u jħeġġeġ lill-Istati parti biex jagħmlu l-aħjar li jistgħu ħalli jikkontribwixxu għal eżitu ta' suċċess u ambizzjuż tal-għaxar Konferenza ta' Reviżjoni li jmiss fil-pilastri kollha tagħha, id-diżarm, in-nonproliferazzjoni u l-użu paċifiku tal-enerġija nukleari, billi jintlaħaq qbil dwar dikjarazzjoni finali sostantiva li tkompli ssaħħaħ it-TNP u tgħin biex tiġi ppreservata l-istabbiltà strateġika u tiġi impedita tellieqa ġdida tal-armi; jistieden lill-Istati kollha jiffirmaw, jaderixxu u jibqgħu impenjati għat-TNP: jistieden lill-għaxar TNP jiddiskuti l-lakuna tat-TNP dwar l-esportazzjonijiet ta' reatturi ta' propulsjoni nukleari għal skopijiet militari; jistieden lill-Istati Membri tal-UE jibagħtu lill-politiċi tal-ogħla grad tagħhom fil-Konferenza ta' Reviżjoni; jistieden għaldaqstant lill-Istati parti kollha għat-TNP jinvolvu ruħhom b'mod kostruttiv fil-qafas tat-TNP, u biex jaqblu dwar miżuri realistiċi, effettivi, tanġibbli, reċiproċi u verifikabbli li jwasslu għall-kisba tal-għan aħħari komuni tad-diżarm nukleari;

5.  Jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-UE jkollha rwol b'saħħtu u kostruttiv fl-iżvilupp u fit-tisħiħ tal-isforzi globali għan-nonproliferazzjoni bbażati fuq ir-regoli u l-arkitettura tal-kontroll tal-armi u tad-diżarm bil-għan fit-tul li jiġu eliminati l-armi CBRN kollha billi jintużaw bis-sħiħ l-istrumenti kollha disponibbli; jilqa' l-ħidma tal-Mibgħut Speċjali ġdid għad-Diżarm u n-Nonproliferazzjoni tal-UE f'dan ir-rigward; jistieden lill-Kunsill tirrakkomanda li l-UE titkellem b'vuċi waħda fil-fora internazzjonali dwar id-diżarm, in-nonproliferazzjoni u l-kontroll tal-armi u tippromwovi miżuri ta' bini tal-fiduċja fost il-partijiet kollha fit-TNP bil-għan li jitnaqqsu t-tensjonijiet u n-nuqqas ta' fiduċja; jissottolinja l-ħtieġa li tintuża l-ħidma mwettqa permezz tal-proċess tal-"Kumpass Strateġiku" biex jiġu inkorporati bis-sħiħ il-kwistjonijiet dwar il-proliferazzjoni tal-AQM fil-fehim konġunt tat-theddid u tinkiseb kultura strateġika komuni dwar din il-kwistjoni; jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) iniedi proċess ta' riflessjoni dwar l-implikazzjonijiet tal-Brexit għall-politika tiegħu dwar id-diżarm u n-nonproliferazzjoni;

6.  Jilqa' l-kontribut finanzjarju kontinwu sinifikanti tal-UE għal, fost l-oħrajn, l-Uffiċċju tan-NU għall-Affarijiet ta' Diżarm, l-IAEA, l-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (OPCW) u l-Mekkaniżmu tas-Segretarju Ġenerali għall-Investigazzjoni tal-Użu Allegat ta' Armi Kimiċi, Bijoloġiċi u Tossiniċi (UNSGM);

7.  Jissottolinja l-importanza kruċjali tat-taħriġ u s-sensibilizzazzjoni; jappella, għalhekk. għat-tisħiħ tal-għarfien espert disponibbli dwar in-nonproliferazzjoni u l-kontroll tal-armi fl-UE, inkluż fil-qasam tal-computing kwantistiku fl-UE, u li jittejjeb it-taħriġ tal-persunal tal-UE u tal-Istati Membri; jissottolinja l-ħtieġa li jissaħħu r-rabtiet bejn is-setturi privati u pubbliċi, l-akkademja, il-gruppi ta' riflessjoni u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jilqa', f'dan ir-rigward, l-appoġġ finanzjarju kontinwu għan-Network Ewropew għall-Edukazzjoni Nukleari, għall-Konsorzju tal-UE għan-Nonproliferazzjoni u għad-Diżarm u għaċ-Ċentru Ewropew għat-Taħriġ fis-Sigurtà Nukleari; jissottolinja l-potenzjal għall-kooperazzjoni fi proġetti ta' taħriġ u edukazzjoni mal-Kulleġġ Ewropew ta' Sigurtà u ta' Difiża; jappella għal aktar investiment fl-edukazzjoni dwar id-diżarm u fl-iffaċilitar tal-involviment taż-żgħażagħ;

8.  Jissottolinja l-mandat estiż għar-rapportar, il-koordinazzjoni u l-infurzar ta' trasparenza u l-kamp ta' applikazzjoni estiż tal-obbligi fir-Regolament dwar l-Oġġetti b'Użu Doppju;

9.  Jistieden lid-delegazzjonijiet tal-UE jpoġġu l-kwistjonijiet tad-diżarm, tan-nonproliferazzjoni u tal-kontroll tal-armi globali u reġjonali fuq quddiem nett fl-aġenda għad-djalogu politiku ma' pajjiżi mhux tal-UE, jiżguraw li l-UE tassisti fl-isforzi biex jiġu universalizzati t-trattati u l-istrumenti eżistenti dwar id-diżarm, il-kontroll tal-armi u n-nonproliferazzjoni; jitlob lis-SEAE jaħdem b'mod estensiv fuq it-tisħiħ tat-taħriġ u tal-bini tal-kapaċitajiet tal-eqreb sħab tagħna, b'mod partikolari l-pajjiżi tal-viċinat u tat-tkabbir, fl-oqsma tad-diżarm tal-AQM, tan-nonproliferazzjoni u tal-kontroll tal-armi; jilqa' l-kontribut tal-UE għall-mitigazzjoni tar-riskji tas-CBRN madwar id-dinja billi tipprovdi assistenza lill-pajjiżi sħab u tfaħħar l-inizjattiva taċ-ċentri ta' eċċellenza tal-UE għall-mitigazzjoni tar-riskju tas-CBRN, iffinanzjata fl-ambitu tal-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali;

10.  Jistieden lill-UE ssaħħaħ il-pożizzjoni ta' tmexxija tagħha f'dik li hija l-assistenza lill-vittmi u r-rimedju ambjentali b'rispons għall-konsegwenzi tal-ittestjar nukleari fiż-żoni affettwati; jitlob lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) jipproponi azzjonijiet li l-UE u l-Istati Membri tagħha jistgħu jwettqu sabiex isaħħu r-rwol tal-UE f'dak ir-rigward;

11.  Jilqa' l-appoġġ u l-faċilitazzjoni min-NATO tad-djalogu fost l-alleati u s-sħab biex ikunu jistgħu jimplimentaw l-obbligi tagħhom ta' nonproliferazzjoni; jissottolinja li l-alleati tan-NATO jeħtiġilhom jibqgħu impenjati li joħolqu l-kundizzjonijiet għal aktar tnaqqis u eliminazzjoni fit-tul tal-armament nukleari u għal dinja mingħajr armi nukleari abbażi tar-reċiproċità u trattati legalment vinkolanti u verifikabbli; jissottolinja li l-Istati kollha jeħtiġilhom jidħlu fi djalogu kostruttiv u affidabbli dwar din il-kwistjoni fil-fora internazzjonali u bilaterali rilevanti;

12.  Jisħaq fuq l-appoġġ sħiħ min-naħa tiegħu għall-ħidma tal-Uffiċċju tan-NU għall-Affarijiet ta' Diżarm, għall-Aġenda ambizzjuża tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għad-Diżarm u għall-proċessi u għan-negozjati deliberattivi multilaterali mwettqa taħt l-awspiċji tan-NU; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi żgurat l-involviment tal-partijiet ikkonċernati kollha, tas-soċjetà ċivili u tal-akkademja u l-parteċipazzjoni sinifikanti u diversa taċ-ċittadini f'dibattiti dwar id-diżarm u n-nonproliferazzjoni;

13.  Jappoġġja l-miżuri ta' bini tal-fiduċja adottati mill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa bħala kontributi importanti biex jiġu limitati n-nuqqas ta' ftehim jew il-kalkoli ħżiena u jiġu żgurati aktar ftuħ u trasparenza; iħeġġeġ lill-Istati kollha li għandhom armi nukleari biex jieħdu l-miżuri meħtieġa ħalli jżidu t-trasparenza fuq l-armamenti nukleari tagħhom;

14.  Jilqa' l-impenn tal-UE li tgħin fl-istabbiliment ta' żona ħielsa mill-AQM fil-Lvant Nofsani, f'konformità mar-riżoluzzjoni dwar il-Lvant Nofsani tal-Konferenza ta' Reviżjoni u Estensjoni tal-1995 tal-Partijiet għat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni ta' Armi Nukleari, u l-promozzjoni mill-UE ta' miżuri ta' bini tal-fiduċja b'appoġġ għal dan il-proċess b'mod sħiħ, verifikabbli u irriversibbli;

15.  Jinsab imħasseb dwar l-attivitajiet nukleari u ballistiċi kontinwi tar-RDPK bi ksur ta' diversi riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, u l-iżvilupp tagħha ta' kapaċitajiet ġodda; itenni x-xewqa tiegħu li jaħdem biex tinkiseb denuklearizzazzjoni kompleta, irriversibbli u verifikabbli tal-peniżola Koreana u jemmen li l-UE għandha tkompli bl-isforzi tagħha biex jiġu eliminati l-AQM kollha fil-peniżola Koreana; iħeġġeġ lir-RDPK biex immedjatament tirrinunzja għall-attivitajiet nukleari u tal-missili tagħha u għal programmi oħra ta' AQM u ta' sistemi ta' kunsinna, tikkonforma bis-sħiħ mar-riżoluzzjonijiet rilevanti kollha tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, tiffirma u tirratifika malajr is-CTBT u terġa' tissieħeb fit-TNP;

16.  Jistieden lill-Istati li ma jagħmlux parti mill-qafas tat-TNP fil-pussess ta' armi nukleari biex iżommu lura mill-proliferazzjoni ta' kwalunkwe teknoloġija nukleari relatata mal-militar u jsiru parti għat-TNP;

17.  Jinnota d-dħul fis-seħħ tat-TPNW u jirrikonoxxi l-viżjoni tiegħu għal dinja ħielsa mill-armi nukleari; ifakkar li r-rwol tat-TNP bħala forum indispensabbli biex jintlaħaq l-għan tad-diżarm nukleari u jiġu żgurati l-istabbiltà internazzjonali u s-sigurtà kollettiva, ma jridx jiddgħajjef; jissottolinja l-importanza tat-TNP, li 191 Stat huma parti għalih, u jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li jkun effettiv; jistieden għaldaqstant lill-Istati parti kollha għat-TNP biex jinvolvu ruħhom b'mod kostruttiv fil-qafas tat-TNP, u jaqblu dwar miżuri realistiċi, effettivi, tanġibbli, reċiproċi u verifikabbli li jwasslu għall-kisba tal-għan aħħari komuni u fit-tul tad-diżarm nukleari; huwa tal-fehma li t-TPNW ma għandux idgħajjef is-sigurtà tal-Istati Membri;

18.  Ifakkar fir-rwol ċentrali tal-IAEA bħala garanti tal-konformità mill-Istati parteċipanti mad-dispożizzjonijiet tat-TNP; jenfasizza li l-attivitajiet ta' verifika tal-IAEA huma strumentali fil-prevenzjoni tat-tixrid tal-armi nukleari; jistieden lill-Istati li għadhom ma għamlux dan biex jirratifikaw u jimplimentaw mingħajr dewmien il-protokoll addizzjonali tal-IAEA; jistieden lill-Istati li ma għadhomx japplikaw il-protokoll addizzjonali biex jirritornaw għall-konformità;

19.  Jenfasizza r-rwol kruċjali tal-IAEA fil-monitoraġġ u l-verifika tal-konformità tal-Iran mal-Ftehim ta' Salvagwardji, u jfaħħar b'mod partikolari r-rwol ewlieni li ilha twettaq mit-23 ta' Frar 2021, billi timplimenta fehim tekniku bilaterali temporanju milħuq mal-Iran, li jippermetti lill-IAEA tkompli bl-attivitajiet meħtieġa tagħha ta' verifika u monitoraġġ;

20.  Jafferma mill-ġdid l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-PAKK bħala element ewlieni tal-arkitettura globali tan-nonproliferazzjoni nukleari; jisħaq li l-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehim hija kruċjali għas-sigurtà Ewropea u għall-istabbiltà u s-sigurtà fil-Lvant Nofsani u madwar id-dinja; jilqa' l-impenn kontinwu tal-UE fil-konfront tal-Iran dwar kwistjonijiet relatati mal-kooperazzjoni nukleari ċivili, u l-miżuri meħuda għall-implimentazzjoni ta' proġetti biex tittejjeb is-sikurezza nukleari skont l-Anness III tal-PAKK; iħeġġeġ lill-Iran iwaqqaf minnufih l-attivitajiet nukleari tiegħu li jiksru l-PAKK, li għandhom jimxu id f'id mat-tneħħija tas-sanzjonijiet kollha relatati mal-enerġija nukleari; jistieden lill-partijiet kollha jerġgħu jmorru lura għan-negozjati bil-għan li terġa' tiġi stabbilita konformità sħiħa u effettiva mal-ftehim;

21.  Jikkonferma li d-dħul fis-seħħ u r-ratifika tas-CTBT bħala strument b'saħħtu għall-bini tal-fiduċja u l-kunfidenza jkompli jkun objettiv importanti tal-istrateġija tal-UE kontra l-proliferazzjoni tal-AQM; jinnota li s-CTBT ġie ratifikat minn 170 Stat u jindika li tmien pajjiżi għad iridu jagħmlu dan biex is-CTBT jidħol fis-seħħ; jilqa' l-isforzi diplomatiċi tal-UE biex tilħaq lill-pajjiżi mhux firmatarji biex titlob l-impenn tagħhom għar-ratifika tas-CTBT u l-aderenza universali miegħu; jilqa' l-appoġġ tal-UE, inkluż permezz ta' kontribuzzjoni finanzjarja, għall-attivitajiet tal-Kummissjoni Preparatorja għall-Organizzazzjoni tas-CTBT li għandhom l-għan li jsaħħu l-kapaċitajiet tagħha ta' verifika u monitoraġġ; jistieden lill-Istati kollha li ma ffirmawx is-CTBT sabiex jaderixxu miegħu u jħeġġeġ lill-Istati kollha li ffirmaw iżda li ma rratifikawx is-CTBT biex jagħmlu dan; jistieden lill-Istati kollha biex iżommu lura minn testijiet nukleari;

22.  Itenni l-appoġġ li ilu jagħti għat-tnedija ta' negozjati dwar it-Trattat għall-Waqfien tal-Produzzjoni ta' Materjal Fissili, u jistieden lill-Istati kollha li għandhom armi nukleari li għadhom ma għamlux dan biex b'mod immedjat jadottaw moratorju fuq il-produzzjoni ta' materjal fissili għall-armi nukleari u apparat splussiv nukleari ieħor;

23.  Itenni d-dispjaċir kbir tiegħu għall-irtirar tal-Istati Uniti u l-Federazzjoni Russa mit-Trattat INF wara n-nuqqas persistenti min-naħa tar-Russja li tikkonforma miegħu, u għan-nuqqas ta' komunikazzjoni bejn il-partijiet; huwa partikolarment imħasseb dwar il-possibbiltà ta' tfaċċar mill-ġdid ta' missili ta' medda intermedja bbażati fuq l-art fil-post tal-operazzjonijiet fl-Ewropa fil-kuntest ta' wara l-INF u dwar tellieqa u rimilitarizzazzjoni ġodda tal-armi fl-Ewropa; jilqa' l-impenn li sar mill-Istati Uniti u mir-Russja biex ikomplu jaħdmu lejn il-kisba tal-għanijiet komuni li ddikjaraw li jiżguraw il-prevedibbiltà fil-qasam strateġiku u jnaqqsu r-riskji ta' konflitt armat u t-theddida ta' gwerra nukleari; iħeġġeġ liż-żewġ naħat jużaw dan il-momentum biex jistabbilixxu bażi ambizzjuża għat-tnedija mill-ġdid ta' negozjati dwar arkitettura ġdida għall-kontroll tal-armi u miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li jqisu l-kuntest ġeopolitiku li qed jinbidel u t-tfaċċar ta' setgħat ġodda;

24.  Jistieden lill-pajjiżi l-oħra kollha, b'mod partikolari liċ-Ċina, fil-pussess ta' sistemi ta' missili interkontinentali u ta' medda intermedja jew fil-proċess tal-iżvilupp tagħhom, biex jinvolvu ruħhom fi sforzi biex jagħmlu t-trattat suċċessur tal-INF multilaterali u universali, filwaqt li jqisu l-aħħar żviluppi fis-sistemi tal-armi, u li jipparteċipaw b'mod attiv f'taħditiet dwar kwalunkwe ftehim ieħor dwar il-kontroll tal-armi;

25.  Jinnota bi tħassib il-modernizzazzjoni attwali u t-twessigħ tal-armament nukleari taċ-Ċina, inklużi missili ipersoniċi b'kapaċità nukleari; jistieden liċ-Ċina tinvolvi ruħha b'mod attiv u in bona fide f'negozjati internazzjonali dwar il-kontroll tal-armi, id-diżarm u n-nonproliferazzjoni;

26.  Jinnota bi tħassib il-ksur frekwenti tar-Russja tan-normi u tat-trattati internazzjonali flimkien mar-retorika nukleari dejjem aktar ostili tagħha kontra l-Istati Membri; iħeġġeġ lir-Russja biex tabbanduna l-attivitajiet ostili tagħha u tirritorna għall-konformità man-normi internazzjonali; huwa partikolarment imħasseb dwar l-ittestjar mir-Russja ta' armi nukleari u t-tisħiħ tal-flotta tagħha ta' icebreakers li jaħdmu b'enerġija nukleari u konvenzjonali fl-Artiku; jenfasizza li tali attivitajiet imorru kontra l-għan li jinżammu l-istabbiltà u l-paċi u jistgħu jkunu wkoll perikolużi ħafna għall-ambjent fraġli fl-Artiku;

27.  Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni meħuda mill-Istati Uniti u mill-Federazzjoni Russa li jestendu t-Trattat START il-Ġdid bħala kontribut importanti għall-għaxar Konferenza ta' Reviżjoni tat-TNP li ġejja, u għall-implimentazzjoni tal-Artikolu VI tat-Trattat START il-Ġdid; jenfasizza li l-estensjoni tiegħu għandha tipprovdi l-bażi għan-negozjati dwar ftehim ġdid dwar il-kontroll tal-armi li jkun jinkludi kemm armi użati kif ukoll dawk mhux użati, kif ukoll armi strateġiċi u mhux strateġiċi; jistieden liż-żewġ firmatarji jivvalutaw bir-reqqa l-għażliet kollha fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni, l-użu u l-kategorija tal-armi li għandhom jiġu koperti, u jappella għal djalogu ma' pajjiżi oħra b'armi nukleari u l-involviment tagħhom fin-negozjati dwar kwalunkwe ftehim ġdid dwar il-kontroll tal-armi, speċjalment iċ-Ċina, fid-dawl taż-żieda u l-modernizzazzjoni kontinwi tagħha tal-armament nukleari tagħha, u tar-Renju Unit u ta' Franza; jistieden lill-Istati kollha li għandhom armi nukleari jaffermaw mill-ġdid il-prinċipju li gwerra nukleari ma tistax tintrebaħ u ma trid qatt tiġi miġġielda;

28.  Jenfasizza l-importanza tal-PNIs, li għandhom l-għan li jnaqqsu l-armi nukleari "tattiċi" ta' medda qasira skjerati; jinnota bi tħassib il-programmi li għaddejjin tar-Russja biex timmodernizza l-armi nukleari mhux strateġiċi tagħha, li jqajmu mistoqsijiet dwar il-konformità tagħha mal-objettivi tal-PNIs; ifakkar li l-PNIs, minkejja n-natura mhux vinkolanti tagħhom, kellhom rwol strumentali fl-arkitettura tal-kontroll tal-armi u jistieden kemm lill-Istati Uniti kif ukoll lill-Federazzjoni Russa jżommu mal-impenji tagħhom fir-rigward ta' armi nukleari mhux strateġiċi u jżidu t-trasparenza fir-rigward tal-armamenti, l-iskjeramenti u l-istatus tal-armi, il-modernizzazzjoni u l-iżviluppi ta' armi ġodda rispettivi tagħhom;

29.  Jenfasizza li l-komunità internazzjonali jeħtiġilha taħdem fuq miżuri biex tiġġieled ir-riskju tal-proliferazzjoni tal-missili; jistieden lill-Istati li għandhom għadd sinifikanti ta' missili kruċieri biex jiffokaw, bħala l-ewwel pass, fuq miżuri ta' fiduċja u trasparenza, inklużi n-negozjar u l-adozzjoni ta' kodiċijiet ta' kondotta għall-iskjerament u l-użu ta' missili kruċieri; jistieden lill-VP/RGħ jidħol fi djalogu mal-Istati esportaturi biex jiżgura li jaderixxu bis-sħiħ mal-isforzi u jikkoordinawhom permezz tar-Reġim ta' Kontroll tat-Teknoloġija tal-Missili, l-uniku arranġament multilaterali eżistenti li jkopri t-trasferiment ta' missili u tagħmir relatat mal-missili;

30.  Jilqa' l-isforzi magħmula mill-VP/RGħ għall-promozzjoni tal-universalità tal-HCoC, l-uniku strument multilaterali għat-trasparenza u l-bini tal-fiduċja li jiffoka fuq il-proliferazzjoni ta' missili ballistiċi, sabiex jikkontribwixxi aktar għall-isforzi ħalli tiġi kkontrollata l-proliferazzjoni ta' missili ballistiċi li kapaċi jġorru AQM; jistieden lill-VP/RGħ imexxi l-isforzi għal allinjament akbar bejn l-HCoC u strumenti oħra ta' kontroll tal-armi;

31.  Jisħaq fuq ir-rwol kruċjali li għandu t-Trattat dwar is-Sema Miftuħ fir-relazzjonijiet transatlantiċi u l-kontribut siewi tiegħu għall-arkitettura globali tal-kontroll tal-armi, il-bini tal-fiduċja, it-trasparenza dwar l-attivitajiet militari mwettqa mill-Istati firmatarji, u l-istabbiltà Ewropea u globali fit-tul; jenfasizza li t-Trattat dwar is-Sema Miftuħ ipprovda lill-Istati Ewropej iżgħar bil-kapaċità li jimmonitorjaw il-ġirien tagħhom u jżommuhom responsabbli għall-attivitajiet militari tagħhom; jesprimi dispjaċir għall-adozzjoni reċenti mid-Duma tal-Istat Russu ta' abbozz ta' liġi ta' rtirar u għall-irtirar tal-Istati Uniti mit-Trattat dwar is-Sema Miftuħ; jistieden lill-firmatarji li jifdal biex ikomplu jimplimentaw it-trattat; iħeġġeġ lill-Istati Uniti u lill-Federazzjoni Russa biex jerġgħu jibdew taħditiet bil-għan li jirritornaw għat-trattat u għall-implimentazzjoni sħiħa, effettiva u verifikabbli tiegħu; iħeġġeġ lill-Istati li jifdal biex ikomplu jsaħħu t-trattat bħala miżura ta' bini tal-fiduċja billi jestendu l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu ħalli jinkludi skambji minn xjenzat għal ieħor, kooperazzjoni fir-rispons ta' emerġenza, monitoraġġ ambjentali u missjonijiet oħra;

32.  Jinsab imħasseb dwar it-theddida kkawżata mill-gwerra kimika wara l-aktar użu sinifikanti u sostnut ta' armi kimiċi f'għexieren ta' snin; huwa partikolarment imħasseb miż-żieda fil-kapaċità ta' xi atturi statali u mhux statali li jipproduċu aġenti kimiċi pprojbiti aktar malajr, u b'indikaturi ta' detezzjoni limitati; jinsisti fuq il-ħtieġa li tiġi sostnuta n-norma etika globali kontra l-armi kimiċi billi tiġi evitata l-impunità għall-użu tagħhom; jitlob li r-reġim globali tal-UE ta' sanzjonijiet b'rabta mad-drittijiet tal-bniedem li għadu kif ġie adottat jintuża b'mod effettiv sabiex titħares din in-norma; jilqa' l-adozzjoni mill-Kunsill ta' reġim ta' sanzjonijiet orizzontali biex jiġu indirizzati l-ksur dejjem jikber fil-produzzjoni, il-ħażna, l-użu u l-proliferazzjoni ta' armi kimiċi; itenni t-tħassib serju tiegħu dwar l-attentat ta' qtil ta' Alexei Navalny u ta' Sergei u Yulia Skripal, bl-aġent nervin pprojbit Novichok, meqjus bħala arma kimika skont is-CWC; jilqa' s-sanzjonijiet imposti fuq uffiċjali Russi fl-14 ta' Ottubru 2020 b'rispons għal dan il-ksur ċar tan-normi internazzjonali u l-impenji internazzjonali tar-Russja; iħeġġeġ lir-Russja tagħti tweġibiet kritiċi dwar l-avvelenament tal-kritiku mill-Kremlin, Alexei Navalny, kif mitlub minn grupp ta' 45 pajjiż tal-Punent skont ir-regoli tal-OPCW;

33.  Ifaħħar ir-rwol strumentali li kellha l-OPCW fil-qerda vverifikata tal-aġenti kimiċi; jikkundanna, bl-aktar mod qawwi possibbli, l-iżvilupp u l-użu fuq skala kbira ta' armi kimiċi mill-Istati li huma membri tas-CWC, u jikkundanna l-ħafna ksur tad-drittijiet tal-bniedem u atroċitajiet imwettqa mir-reġim tar-Repubblika Għarbija Sirjana ta' Bashar al-Assad; jissottolinja li għandu jiġi żgurat l-obbligu ta' rendikont għal tali ksur serju tas-CWC; jilqa' d-deċiżjoni meħuda fil-25 Sessjoni tal-Konferenza tal-Istati Parti għas-CWC li jissospendu ċerti drittijiet u privileġġi tas-Sirja fl-ambitu tal-OPCW; jilqa' l-appoġġ kontinwu tal-UE lill-UNSGM, filwaqt li jissottolinja l-importanza tas-salvagwardja tal-obbligu ta' rendikont tagħha; jikkundanna t-tentattivi biex tiġi mminata n-natura indipendenti tal-UNSGM billi tiġi subordinata għall-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU;

34.  Itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-BTWC, li tipprojbixxi l-użu ta' viruses, batterji u sustanzi tossiċi perikolużi kontra l-bnedmin; jilqa' l-kontribuzzjoni finanzjarja pprovduta mill-UE direttament lill-BTWC u b'appoġġ għat-tisħiħ tal-bijosigurtà barra mill-UE; jistieden lill-VP/RGħ biex ikompli bl-isforzi tiegħu ħalli jippromwovi l-universalizzazzjoni tal-BTWC; jindika l-ħtieġa li jiżdiedu l-isforzi biex jiġi stabbilit mekkaniżmu legalment vinkolanti ħalli tiġi vverifikata l-konformità mal-BTWC; jistieden lill-partijiet kollha, inkluż lill-Istati Uniti, biex jerġgħu lura għan-negozjati permezz tal-grupp ad hoc tal-BTWC;

35.  Jissottolinja l-ħidma importanti mwettqa miċ-Ċentru Satellitari tal-UE fl-użu tal-assi spazjali, l-immaġni bis-satellita u l-intelliġenza ġeospazjali biex tiġi mmonitorjata l-konformità mal-impenji tad-diżarm u tan-nonproliferazzjoni tal-AQM;

36.  Jindika l-avvanzi rapidi fl-iżvilupp ta' sistemi adattati għall-IA fil-qasam militari; itenni, għalhekk, l-appell tiegħu lill-UE biex tieħu t-tmexxija f'dawk li huma l-isforzi regolatorji internazzjonali biex tiżgura li l-iżvilupp u l-applikazzjoni tal-IA għall-użi militari jaderixxu mal-limiti stretti stabbiliti fid-dritt internazzjonali, inklużi d-dritt umanitarju internazzjonali u l-liġi dwar id-drittijiet tal-bniedem; jitlob lill-UE twitti wkoll it-triq għal negozjati globali biex jiġu aġġornati l-istrumenti eżistenti kollha għall-kontroll tal-armi, id-diżarm u n-nonproliferazzjoni, sabiex jitqiesu s-sistemi bbażati fuq l-IA użati fil-gwerra; jissottolinja li t-teknoloġiji emerġenti li mhumiex koperti fid-dritt internazzjonali għandhom jiġu ġġudikati bil-prinċipju tal-umanità u l-prinċipji tal-kuxjenza pubblika; jistieden lill-VP/RGħ, lill-Istati Membri u lill-Kunsill Ewropew jadottaw pożizzjoni konġunta dwar sistemi ta' armi awtonomi li tiżgura kontroll uman sinifikattiv fuq il-funzjonijiet kritiċi tas-sistemi tal-armi; jinsisti li l-UE tappoġġja l-isforzi tal-Konvenzjoni tan-NU dwar Ċerti Armi Konvenzjonali, li biha l-Partijiet Kontraenti Għolja jikkontribwixxu għall-ħidma tal-Grupp ta' Esperti Governattivi dwar teknoloġiji emerġenti relatati ma' sistemi ta' armi awtonomi letali, biex jintlaħaq kunsens dwar strument legalment vinkolanti li jipprojbixxi l-armi kompletament awtonomi mingħajr kontroll sinifikattiv mill-bniedem;

37.  Jistieden lill-UE żżid l-investimenti tagħha fil-kapaċitajiet tal-IA flimkien mal-kunċetti operattivi tal-Istati Membri; jissottolinja li s-sinifikat dejjem akbar tal-IA jirrikjedi wkoll kooperazzjoni msaħħa ma' sħab tal-istess fehma;

38.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata u integrata l-parteċipazzjoni ugwali, sħiħa u sinifikattiva tan-nisa fil-konferenzi u fil-fora tad-diżarm u tan-nonproliferazzjoni, inklużi d-diplomazija fid-diżarm u l-proċessi kollha tat-teħid ta' deċiżjonijiet relatati mad-diżarm;

39.  Jindika l-ħtieġa li jittieħdu miżuri addizzjonali biex jiġi miġġieled il-finanzjament tal-proliferazzjoni tal-AQM sabiex jiġi mfixkel it-trasferiment teknoloġiku u tal-għarfien lil atturi mhux statali ostili, u jindika t-theddida potenzjali li t-terroriżmu CBRN jirrappreżenta għas-sigurtà kollettiva tagħna; jindika l-ħtieġa li l-UE tippromwovi xjenza responsabbli, sabiex tipprevjeni l-użu ħażin tar-riċerka u l-esperimentazzjoni xjentifiċi; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi miġġieled il-kuntrabandu t-traffikar illeċitu ta' materjal CBRN u li jiġu evitati riskji ta' devjazzjoni; jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni jindirizzaw din il-kwistjoni fil-komunikazzjoni konġunta mistennija tagħhom dwar approċċ strateġiku għall-appoġġ tad-diżarmament, id-demobilizzazzjoni u r-riintegrazzjoni ta' eks ġellieda;

40.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiżdiedu l-isforzi biex jissaħħu aktar it-tħejjija u l-azzjonijiet tal-UE kontra t-theddid CBRN permezz tal-iżvilupp ta' kapaċitajiet ta' dekontaminazzjoni, ħżin u monitoraġġ skont il-Mekkaniżmu eżistenti tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili;

41.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 449, 23.12.2020, p. 149.
(2) ĠU C 404, 6.10.2021, p. 63.
(3) ĠU C 404, 6.10.2021, p. 240.
(4) ĠU C 456, 10.11.2021, p. 78.
(5) ĠU C 433, 23.12.2019, p. 86.
(6) ĠU C 440, 30.12.2015, p. 97.
(7) ĠU C 215, 19.6.2018, p. 202.
(8) ĠU L 206, 11.6.2021, p. 1.
(9) ĠU C 341, 13.10.2020, p. 1.
(10) ĠU C 298, 26.7.2021, p. 1.
(11) ĠU L 90, 10.4.2010, p. 8.
(12) ĠU L 372I, 9.11.2020, p. 4.
(13) ĠU L 207, 30.6.2020, p. 15.
(14) ĠU L 149, 7.6.2019, p. 63.
(15) ĠU L 259, 16.10.2018, p. 12.
(16) ĠU L 341, 15.10.2020, p. 1.
(17) ĠU L 207, 30.6.2020, p. 36.
(18) ĠU L 19, 22.1.2019, p. 11.
(19) Franza, il-Ġermanja u r-Renju Unit.


Orjentazzjonijiet ġodda għall-azzjoni umanitarja tal-UE
PDF 164kWORD 54k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2021 dwar orjentazzjonijiet ġodda għall-azzjoni umanitarja tal-UE (2021/2163(INI))
P9_TA(2021)0505A9-0328/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 208 u 214 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta' Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/836 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2021 li jemenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali - Ewropa Globali, li jemenda u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE u jħassar ir-Regolament (UE) 2017/1601 u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009(3).

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta mill-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea – Il-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja tal-2008(4),

–  wara li kkunsidra r-raba' Konvenzjoni ta' Ġinevra tat-12 ta' Awwissu 1949 dwar il-Protezzjoni ta' Persuni Ċivili fi Żmien ta' Gwerra,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/335/JHA tat-8 ta' Mejju 2003 dwar l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità u d-delitti tal-gwerra(5),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2018 dwar it-tisħiħ tas-sigurtà globali tal-ikel u n-nutrizzjoni,

–  wara li kkunsidra l-linji gwida tal-UE dwar il-promozzjoni tal-konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali(6),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2286 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tat-3 ta' Mejju 2016 dwar il-protezzjoni tal-midruba u l-morda, il-persunal mediku u l-persunal umanitarju f'kunflitti armati,

–  wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar l-eżitu tas-Summit Umanitarju Dinji u l-impenji meħuda mill-parteċipanti waqt is-summit tat-23 ta' Awwissu 2016,

–  wara li kkunsidra l-ftehim Grand Bargain iffirmat fit-23 ta' Mejju 2016, ir-rapporti annwali indipendenti tiegħu, b'mod partikolari r-rapport tal-2021, u l-Qafas u l-Annessi tal-Grand Bargain 2.0 ippreżentati waqt il-Laqgħa Annwali tal-Grand Bargain bejn il-15 u s-17 ta' Ġunju 2021,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Rifuġjati ta' Lulju 2021 dwar l-użu ta' finanzjament flessibbli fl-2020, u l-aġġornamenti tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Qafas ta' Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri 2015-2030 adottat fit-Tielet Konferenza Dinjija tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri li saret bejn l-14 u t-18 ta' Marzu 2015 f'Sendai, il-Ġappun u l-eżiti tal-Pjattaformi Globali dwar it-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri li saru f'Cancun (2017) u f'Ġinevra (2019),

–  wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs),

–  billi skont ir-Rapport dwar is-Sitwazzjoni Umanitarja Dinjija 2021 tal-Uffiċċju tan-NU għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji, u l-aġġornamenti ta' kull xahar tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2021 dwar l-Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità 2021-2030 (COM(2021)0101),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Marzu 2021 dwar l-azzjoni umanitarja tal-UE: sfidi ġodda, l-istess prinċipji (COM(2021)0110) u l-konklużjonijiet sussegwenti tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2021,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar l-għajnuna umanitarja, b'mod partikolari dawk tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-approċċ tal-UE għar-reżiljenza u t-tnaqqis tar-riskju tad-diżastri fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw: nitgħallmu mill-kriżijiet tas-sigurtà tal-ikel(7), tas-26 ta' Novembru 2015 dwar l-edukazzjoni għat-tfal f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza u kriżijiet imtawla(8), tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar it-tħejjija għas-Summit Umanitarju Dinji: Sfidi u opportunitajiet għall-assistenza umanitarja(9), tal-1 ta' Ġunju 2017 dwar ir-reżiljenza bħala prijorità strateġika tal-azzjoni esterna tal-UE(10), u tas-17 ta' April 2018 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, l-Istrument tal-Għajnuna Umanitarja u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp(11),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċeduri tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A9-0328/2021),

A.  billi l-ħtiġijiet umanitarji jinsabu f'livell rekord assolut, b'238 miljun persuna fi bżonn ta' assistenza fl-2021, l-aktar minħabba kunflitti iżda wkoll minħabba fatturi sistemiċi bħat-tibdil fil-klima, id-diżastri naturali, id-degradazzjoni ambjentali, it-tkabbir tal-popolazzjoni globali, insigurtà tal-ikel, riżorsi tal-ilma limitati u l-governanza falluta; billi ż-żieda fil-ħtiġijiet umanitarji u l-kumplessità dejjem akbar tagħhom jolqut kull wieħed mill-SDGs u juru nuqqas inkwetanti ta' progress globali fir-rigward tal-Aġenda 2030;

B.  billi l-pandemija tal-COVID-19 aggravat il-fraġilitajiet u l-inugwaljanzi eżistenti, amplifikat il-ħtiġijiet umanitarji – b'mod partikolari żieda qawwija fil-ġuħ u nuqqas ta' provvista tal-ikel, u hemm kważi 300 miljun persuna f'riskju akut ta' insigurtà tal-ikel u aktar minn 40 miljun persuna f'livelli ta' emerġenza ta' insigurtà tal-ikel – u xekklet ir-rispons umanitarju minħabba l-għeluq tal-fruntieri u restrizzjonijiet oħra, bħal dawk imposti minn partijiet tal-konflitti armati; billi t-tkabbir fil-ħtiġijiet umanitarji huwa, parzjalment, riżultat ta' għajnuna għall-iżvilupp insuffiċjenti biex jiġu indirizzati l-ixprunaturi tal-fraġilità; billi skont l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, l-għajnuna umanitarja għall-kuntesti fraġli kollha żdiedet bi 38 % mill-2015 sal-2016, filwaqt li l-għajnuna programmabbli għall-iżvilupp għal kuntesti fraġli ma żdiditx matul l-istess perjodu(12); billi bejn l-2014 u l-2018, l-assistenza umanitarja kienet tirrappreżenta t-tieni l-akbar sehem ta' kontribuzzjonijiet għall-assistenza għall-iżvilupp barra mill-pajjiż fid-29 pajjiż fil-Kumitat ta' Assistenza għall-Iżvilupp(13);

C.  billi, minn naħa, il-pandemija tal-COVID-19 ħolqot għadd ta' ostakli loġistiċi għall-organizzazzjonijiet internazzjonali li jwettqu operazzjonijiet ta' għajnuna, filwaqt li min-naħa l-oħra, dawn l-isfidi loġistiċi kkontribwew għal għadd ta' bidliet fil-mod kif jiġu implimentati l-programmi ta' għajnuna, b'mod partikolari f'termini ta' tisħiħ tal-importanza tal-lokalizzazzjoni tal-għajnuna umanitarja;

D.  billi fl-2018, madwar 108 miljun persuna kienu jeħtieġu għajnuna umanitarja internazzjonali minħabba maltempati, għargħar, nixfiet u nirien fil-foresti; billi sal-2050, aktar minn 200 miljun persuna jistgħu jkunu jeħtieġu assistenza umanitarja kull sena bħala riżultat ta' diżastri relatati mal-klima u l-impatt soċjoekonomiku tat-tibdil fil-klima;

E.  billi n-nisa u l-bniet huma dawk li l-aktar jintlaqtu ħażin mill-emerġenzi; billi l-bniet adolexxenti f'żoni ta' konflitt għandhom 90 % aktar ċans li jispiċċaw barra mill-iskola, 70 % tan-nisa f'kuntesti umanitarji huma aktar probabbli li jesperjenzaw vjolenza abbażi tal-ġeneru, u aktar minn 70 % ta' dawk li jiffaċċjaw il-ġuħ kroniku huma nisa;

F.  billi l-Pont bl-Ajru Umanitarju tal-UE, li nħoloq bi tweġiba għax-xkiel fit-trasport ikkawżat mill-pandemija, għen bil-kbir biex jingħalqu diskrepanzi kritiċi fir-rispons umanitarju bl-iffaċilitar tal-għajnuna, l-assistenza f'emerġenza u l-persunal umanitarju;

G.  billi l-frekwenza u l-intensità akbar tad-diżastri kkawżati mill-klima qed iżidu l-konflitti u qed iżommu aktar nies maqbuda fi spostament fit-tul b'modi li qatt ma rajna qabel, filwaqt li għadd ta' kriżijiet fit-tul għadhom mhux solvuti;

H.  billi l-ħtiġijiet umanitarji dejjem akbar ma ġewx akkumpanjati minn riżorsi adegwati, fatt li wassal għal defiċit ta' finanzjament li qed tiżdied b'mod rapidu: fl-2020, ġie ssodisfat anqas minn nofs l-appell umanitarju tan-NU, u minn Awwissu 2021 finanzjament ta' USD 10,9 biljun biss kien disponibbli biss għal ħtiġijiet li jammontaw għal USD 36,6 biljun (30 % tat-total)(14); billi fl-2020, il-finanzjament mhux relatat mar-rispons għall-pandemija tal-COVID-19 mill-akbar 20 donatur pubbliku niżel taħt il-livelli tal-2019(15);

I.  billi l-finanzjament umanitarju globali għadu jiddependi ħafna fuq numru limitat ħafna ta' donaturi, u l-akbar għaxar donaturi jirrappreżentaw 85 % tal-finanzjament kollu;

J.  billi l-għajnuna umanitarja hija pilastru ewlieni tal-azzjoni esterna tal-UE u billi fl-2020 il-finanzjament ikkombinat tal-UE u tal-Istati Membri kien jirrappreżenta 36 % tal-għajnuna umanitarja globali (l-akbar sehem fid-dinja); billi l-livell ta' kontribuzzjonijiet ivarja fi ħdan l-UE, fejn erba' Stati Membri u l-Kummissjoni jirrappreżentaw madwar 90 % tal-finanzjament umanitarju kollu tal-UE;

K.  billi l-impenn affermat mill-ġdid mill-firmatarji tal-Grand Bargain 2.0 biex jiġi żgurat li r-rispons umanitarju jkun kemm jista' jkun lokali u internazzjonali kif meħtieġ, jinvolvi l-impenn li jingħata mill-inqas 25 % tal-finanzjament umanitarju b'mod dirett kemm jista' jkun lill-atturi lokali u nazzjonali; billi din il-mira, madankollu, għadha 'l bogħod milli tintlaħaq;

L.  billi d-diskrepanza ta' finanzjament għall-iżvilupp attwali tagħmilha indispensabbli li titjieb l-effiċjenza, l-effettività, il-viżibbiltà, il-kondiviżjoni tar-riskju, it-trasparenza u r-responsabbiltà tas-sistema umanitarja u li jiġi żgurat li aktar pajjiżi jikkontribwixxu għall-isforz umanitarju sabiex l-għajnuna tissodisfa l-ħtiġijiet tal-popolazzjonijiet milquta, kif enfasizzat dan l-aħħar mill-Grand Bargain 2.0, li jiffoka fuq il-lokalizzazzjoni u l-finanzjament ta' kwalità bħala prijoritajiet abilitanti ewlenin;

M.  billi l-"finanzjament ta' kwalità" jinkludi waħda miż-żewġ prijoritajiet abilitanti tal-Grand Bargain 2.0; billi t-tieni pilastru tal-Forum Politiku ta' Livell Għoli tal-2016 dwar il-Finanzjament Umanitarju jappella għal twessigħ tal-bażi tar-riżorsi umanitarji permezz ta' sħubijiet ma' donaturi bilaterali ġodda jew emerġenti u s-settur privat, li jiffaċilitaw il-flussi ta' rimessi u l-finanzjament soċjali Iżlamiku(16); billi l-assistenza umanitarja minn donaturi privati diġà qed tiżdied, wara li żdiedet b'9 % minn USD 6,2 biljun fl-2018 għal rekord ta' USD 6,8 biljun fl-2019(17);

N.  billi l-Kummissjoni pproponiet it-tnedija ta' proġett pilota dwar it-taħlit biex il-bażi tar-riżorsi għal azzjoni umanitarja tiżdied b'mod sinifikanti u, għal dan il-għan, talbet għal aktar involviment tas-settur privat;

O.  billi l-frammentazzjoni tal-għajnuna umanitarja tibqa' sfida persistenti li tirriżulta minn firxa kbira ta' donaturi u aġenziji ta' għajnuna u min-nuqqas ta' koordinament bejn l-attivitajiet u l-proġetti tagħhom;

P.  billi l-użu ta' organizzazzjoni ta' konsorzju huwa mħeġġeġ minn donaturi fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja; billi meta mqabbla ma' metodi oħra, l-organizzazzjoni ta' konsorzju hija tipikament ikkaratterizzata minn objettivi fuq skala akbar u aktar riżorsi;

Q.  billi l-indirizzar tal-kriżijiet umanitarji jirrikjedi mhux biss aktar finanzjament iżda wkoll sforzi politiċi deċiżivi biex jitnaqqsu l-ħtiġijiet permezz tal-prevenzjoni u t-tmiem tal-konflitti, il-protezzjoni tad-drittijiet bażiċi tal-bniedem, il-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli, it-tnaqqis tar-riskji u l-vulnerabbiltajiet, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, l-indirizzar tal-korruzzjoni fl-allokazzjoni tal-fondi, u l-indirizzar tan-nuqqas ta' trasparenza fir-relazzjonijiet mal-organizzazzjonijiet lokali;

R.  billi n-normi u l-prinċipji bażiċi qed jiġu sfidati madwar id-dinja bi ksur regolari tad-dritt umanitarju internazzjonali, inklużi attakki fuq persuni ċivili u ħaddiema umanitarji u mediċi, flimkien ma' ostakoli dejjem akbar għat-twassil tal-għajnuna umanitarja;

S.  billi l-attakki kontra l-persunal umanitarju żdiedu b'mod drammatiku f'dawn l-aħħar snin;

1.  Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-azzjoni umanitarja tal-UE: sfidi ġodda, l-istess prinċipji, u l-proposti konkreti tagħha biex jitjieb l-għoti ta' għajnuna umanitarja; jitlob l-implimentazzjoni rapida ta' dawn il-proposti f'konsultazzjoni u kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab umanitarji biex jiġi żgurat li l-għajnuna tkun prevedibbli, mhux frammentata u ma tidduplikax azzjonijiet oħra; itenni li, f'konformità mal-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja, l-għajnuna umanitarja tal-UE trid dejjem tingħata biss fuq il-bażi ta' bżonnijiet definiti tajjeb u vvalutati minn qabel, trid tkun kompletament konformi mal-prinċipji umanitarji tal-umanità, in-newtralità, l-imparzjalità u l-indipendenza, u trid tagħti attenzjoni partikolari lill-isfidi ffaċjati minn gruppi vulnerabbli, bħal persuni b'diżabilità, minoranzi u popli oħra marġinalizzati oħra, meta jaċċessaw l-assistenza umanitarja; jistieden lill-Kummissjoni tqiegħed il-prinċipju ta' "ħadd ma jitħalla jibqa' lura" fil-qalba tal-approċċ il-ġdid għall-azzjoni umanitarja; jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tintegra l-edukazzjoni f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza biex it-tfal ma jitħallewx jitilqu mill-iskola, b'mod partikolari f'każijiet ta' kunflitt fit-tul;

2.  Jinnota bi tħassib iż-żieda qawwija fid-diskrepanza fil-finanzjament umanitarju, peress li donaturi ewlenin qed inaqqsu l-finanzjament fi żmien meta l-ħtiġijiet qegħdin jiżdiedu dejjem aktar; jissottolinja d-differenzi qawwija fil-kontribuzzjonijiet kemm fil-livell globali u wkoll fi ħdan l-UE; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi baġit annwali robust għall-għajnuna umanitarja tal-UE biex tiggarantixxi finanzjament f'waqtu, prevedibbli u flessibbli għall-għajnuna umanitarja mill-bidu ta' kull sena finanzjarja, kemm biex jiġu indirizzati kriżijiet fit-tul kif ukoll biex jiġu indirizzati kriżijiet ġodda, u biex jinżamm pakkett delimitat fir-Riżerva ta' Solidarjetà u Għajnuna ta' Emerġenza għal kriżijiet umanitarji barra mill-UE biex tinżamm il-kapaċità eżistenti biex jiġu mobilizzati malajr fondi addizzjonali fil-każ ta' emerġenzi emerġenti, li qed jespandu jew li jibdew f'daqqa; jistieden lill-UE tippromwovi kondiviżjoni ta' responsabbiltà internazzjonali akbar u żieda fil-finanzjament umanitarju; iħeġġeġ lill-Istati Membri jmexxu bl-eżempju u jikkontribwixxu billi jagħtu sehem fiss tal-introjtu nazzjonali gross tagħhom għall-għajnuna umanitarja; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta kull sena dwar l-ammont ta' finanzjament umanitarju żburżat mill-UE u fil-kuntest globali;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jfasslu strateġija għal kollaborazzjoni fit-tul ma' pajjiżi terzi, b'mod partikolari donaturi emerġenti, billi jużaw id-diplomazija bilaterali, reġjonali u multilaterali tal-UE biex jespandu l-firxa ta' pajjiżi donaturi li jikkontribwixxu għall-għajnuna umanitarja fuq bażi volontarja; jissottolinja li kontribuzzjoni minn pajjiżi donaturi addizzjonali tagħmilha possibbli li jiżdied l-ammont meħtieġ biex jiġu indirizzati kriżijiet umanitarji internazzjonali; jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' arranġament formali fil-Ftehim ta' Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit rigward l-għajnuna umanitarja u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu favur sħubija formali bejn l-UE u r-Renju Unit dwar l-għajnuna umanitarja;

4.  Jenfasizza l-impenn tal-Kummissjoni li timmobilizza l-finanzjament privat u tinvolvi aktar lis-settur privat fl-assistenza umanitarja tal-UE u fit-tnedija ta' inizjattiva pilota ta' taħlit mill-baġit umanitarju tal-UE fl-2021; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament b'aktar informazzjoni u valutazzjoni bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tal-proġett pilota għat-taħlit għall-azzjoni umanitarja, filwaqt li tivvaluta l-allinjament mal-objettivi tal-azzjoni esterna; jissottolinja l-potenzjal ta' inizjattivi ta' taħlit, inklużi bonds b'impatt umanitarju u skemi ta' assigurazzjoni għar-riskju ta' diżastri, inkluż l-użu sħiħ tal-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli Plus għal skopijiet umanitarji; jenfasizza, madankollu, li impenn ulterjuri mas-settur privat jeħtieġ analiżi tar-riżultati miksuba s'issa permezz tal-kollaborazzjoni, u l-promozzjoni esklussiva ta' sħubijiet li jikkonformaw mal-għanijiet ta' azzjoni esterna tal-UE u l-prinċipji umanitarji internazzjonali;

5.  Jinsab allarmat dwar l-għadd dejjem jikber ta' ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali u tad-drittijiet tal-bniedem; jappella għall-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' koordinament tal-UE sabiex jiġi żviluppat approċċ koerenti tal-UE fir-rigward tad-dritt umanitarju internazzjonali, jiġi immonitorjat ksur u tiġi promossa l-garanzija ta' rispett tad-dritt umanitarju internazzjonali, anki bl-użu tal-lievi politiċi u ta' żvilupp, ta' għajnuna u lievi kummerċjali u ekonomiċi rilevanti fl-azzjoni esterna tal-UE;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u lill-Istati Membri jimmonitorjaw mill-qrib il-ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali u jinkludu l-ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali bħala kriterju għall-elenkar ta' individwi jew entitajiet fir-reġimi ta' sanzjonijiet rilevanti tal-UE f'konformità mal-linji gwida tal-UE dwar il-promozzjoni tal-konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali; jinnota li s-sanzjonijiet u l-miżuri restrittivi meħuda fil-kuntest tal-politika estera u ta' sigurtà komuni jridu jikkonformaw mad-dritt umanitarju internazzjonali u ma jridux jxekklu l-proviżjoni ta' attivitajiet umanitarji; jissottolinja l-ħtieġa li l-eżenzjonijiet umanitarji jiġu inklużi b'mod konsistenti fir-reġimi ta' miżuri restrittivi u li s-sħab jingħataw l-appoġġ u l-gwida meħtieġa biex dawn l-eżenzjonijiet jiġu applikati b'mod effettiv;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu d-dritt umanitarju internazzjonali u jħarrku u jissanzjonaw b'mod strett dawk kollha li jużaw il-karestija bħala arma tal-gwerra sabiex jindirizzaw il-ksur mifrux tad-dritt għall-ikel waqt il-kunflitti, l-użu rikorrenti tal-karestija bħala metodu ta' gwerra, u ċ-ċaħda għall-aċċess umanitarju;

8.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri sabiex iħaffu l-proċess tat-twettiq tal-impenji meħuda waqt is-Summit Umanitarju Dinji u bħala parti mill-Grand Bargain; jenfasizza l-importanza li l-għajnuna umanitarja ssir aktar effiċjenti u effettiva billi jiżdied il-finanzjament flessibbli permezz ta' finanzjament mhux allokat, allokat b'mod moderat u pluriennali li jkun imfassal għall-kuntesti lokali, ibbażat fuq il-ħtiġijiet u ffukat fuq in-nies, kif ukoll li l-piż amministrattiv għas-sħab umanitarji jitnaqqas billi jiġu armonizzati u ssimplifikati l-proposti tad-donaturi u r-rekwiżiti ta' rappurtar, il-finanzjament tal-atturi nazzjonali u lokali, u li jiġu promossi soluzzjonijiet innovattivi, fost sforzi oħra; ifakkar li l-kriżijiet fit-tul għadhom kuntesti umanitarji u jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jipprevedu soluzzjonijiet konkreti għall-allokazzjoni effettiva ta' finanzjament umanitarju u għall-iżvilupp għas-sħab li joperaw f'dawn il-kuntesti; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jintroduċu miżuri fil-ftehimiet ta' għotja mas-sħab biex jiżguraw biżżejjed flessibbiltà tal-programm għal dawk is-sħab biex jaqilbu rapidament minn attivitajiet ta' żvilupp għal rispons ta' emerġenza f'każ ta' emerġenza f'daqqa, inkluż fil-finanzjament ipprovdut mill-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali l-ġdid;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżommu u jrawmu djalogu realistiku ta' kondiviżjoni tar-riskji bejn id-dipartimenti rilevanti, mas-sħab umanitarji tagħhom u ma' partijiet interessati oħra, filwaqt li jibnu fuq l-esperjenzi reċenti u t-tagħlim miksub sabiex kontinwament jistinkaw biex itejbu r-regolamenti ta' finanzjament eżistenti billi jagħmluhom aktar effiċjenti u effettivi, b'mod partikolari fi żminijiet ta' kriżijiet umanitarji volatili ħafna; jirrimarka li s-sensibilizzazzjoni dwar ir-riskju wriet li hija għodda effettiva għall-mitigazzjoni tar-riskju;

10.  Jenfasizza l-importanza partikolari li jiġu appoġġati l-atturi lokali u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa politika ta' lokalizzazzjoni ambizzjuża, inkluż it-trawwim tat-trasparenza, l-użu tal-għarfien espert u l-esperjenza tas-sħab, u li jiġi deskritt kif jista' jiġi pprovdut aktar appoġġ u appoġġ aħjar għar-rispondenti lokali biex jissaħħu l-kapaċitajiet tagħhom, biex ikunu jistgħu jagħmlu użu mill-istrumenti kollha disponibbli u jiżguraw l-involviment tagħhom fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet, filwaqt li tiġi indirizzata l-kwistjoni tar-responsabbiltà reċiproka u l-kondiviżjoni tar-riskju, peress li t-tisħiħ tar-rispondenti lokali huwa fattur ewlieni biex titnaqqas il-ħtieġa għal assistenza umanitarja internazzjonali fil-futur; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-parteċipazzjoni ugwali u l-għoti tas-setgħa fir-rigward tan-nisa jiġu integrati b'mod espliċitu fi kwalunkwe mekkaniżmu ġdid biex jissaħħaħ ir-rwol tal-atturi lokali fl-azzjoni umanitarja;

11.  Jenfasizza li fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19, il-lokalizzazzjoni tgħin biex jinkiseb rispons fil-qasam tas-saħħa li jkun adattat għall-kuntest tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex jiġi evitat preġudizzju Ewropew, b'mod partikolari fir-rigward tal-protokolli ta' trażżin u l-kampanji ta' prevenzjoni; jitlob li l-prevalenza ta' perspettiva Ewroċentrika dwar sitwazzjonijiet ta' emerġenza tiġi indirizzata b'mod adegwat permezz ta' aktar lokalizzazzjoni tal-azzjoni umanitarja;

12.  Jenfasizza l-isfidi maħluqa mit-tibdil fil-klima u jilqa' l-impenji biex l-impatti tat-tibdil fil-klima u l-fatturi ambjentali jiġu integrati aktar fl-azzjoni umanitarja, biex tissaħħaħ ir-reżiljenza għall-klima ta' reġjuni vulnerabbli u biex tinbena r-reżiljenza ta' komunitajiet vulnerabbli għat-tibdil fil-klima permezz ta' tħejjija għad-diżastri u azzjoni antiċipatorja permezz ta' approċċ triplu li jinvolvi l-popli indiġeni u l-komunitajiet lokali, fid-dawl tal-ħtiġijiet speċifiċi ta' assistenza u protezzjoni tal-popolazzjonijiet milquta minn diżastri u l-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima, b'mod partikolari tal-persuni spostati u l-komunitajiet ospitanti; jilqa', barra minn hekk, l-impenji biex l-għajnuna umanitarja tal-UE ssir aktar ambjentalment sostenibbli u biex jiġi kkontrollat l-infiq relatat mal-klima; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi r-riżorsi neċessarji għall-adattament għat-tibdil fil-klima u t-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri permezz tal-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, fost għodod oħra, u biex taċċellera l-implimentazzjoni tal-impenji ta' Sendai fl-azzjoni esterna tal-UE;

13.  Jilqa' l-kisbiet konkreti tal-Pont bl-Ajru Umanitarju tal-UE u l-idea li tinħoloq Kapaċità ta' Rispons Umanitarju Ewropew biex jingħalqu d-diskrepanzi fir-rispons umanitarju tal-UE; jitlob li l-Istati Membri u s-sħab umanitarji jiġu regolarment ikkonsultati dwar kwalunkwe inizjattiva ġdida tal-Kummissjoni, liema inizjattivi ma għandhomx jiddupplikaw iżda għandhom jibnu fuq il-kapaċitajiet tal-atturi umanitarji u l-mekkaniżmi attwali tal-UE, bħall-Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili;

14.  Jissottolinja l-fatt li filwaqt li l-għajnuna umanitarja tfittex li tittratta sitwazzjonijiet urġenti u ta' theddida għall-ħajja, il-kriżijiet huma kkawżati minn fatturi ewlenin li jirrikjedu soluzzjonijiet fit-tul, peress li l-fraġilità sottostanti hija prekursur għall-kriżijiet umanitarji; jistieden lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna biex jadottaw komunikazzjoni li tiżviluppa politika ċara dwar ir-rabta bejn il-qasam umanitarju, l-iżvilupp u l-paċi sabiex jitnaqqas id-distakk bejn l-oqsma individwali ta' politika, filwaqt li jiġi żgurat ir-rispett tal-karattru legali distint u l-prinċipji tal-għajnuna umanitarja; jenfasizza li dan l-approċċ nexus għandu jsaħħaħ ir-reżiljenza u jippromwovi rispons sostenibbli, filwaqt li l-SDGs għandhom jintużaw bħala qafas għal approċċ bħal dan, peress li l-Aġenda 2030 tipprovdi opportunità unika biex jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-fraġilità u l-kunflitt, hekk kif tibni fuq l-esperjenza prattika tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs), fost oħrajn; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jimplimentaw malajr dan l-approċċ ta' rabta, b'enfasi partikolari fuq l-indirizzar tal-fraġilità, il-prevenzjoni tal-kunflitti, l-indirizzar tal-ġuħ, l-indirizzar tal-ispostament relatat mad-diżastri u l-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima, l-għoti ta' opportunitajiet ta' edukazzjoni u għajxien, l-appoġġ għall-irkupru bikri, it-tisħiħ tal-kapaċità ta' rispons, u l-formazzjoni tal-awtodipendenza u r-reżiljenza; jistieden lill-Kummissjoni tippubblika valutazzjoni tat-tħaddim tar-rabta bejn l-aspett umanitarju u l-iżvilupp fis-sitt pajjiżi pilota identifikati fl-2017;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-esperjenzi u l-programmi tal-passat dwar kwistjonijiet relatati mal-ġeneru, peress li hemm ħtieġa dejjem akbar li dawn jiġu indirizzati minħabba r-rwol prominenti tan-nisa bħala vittmi ta' kunflitti u diżastri; jitlob li jiġu implimentati elementi aktar tanġibbli tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri f'azzjoni umanitarja futura, inklużi analiżijiet sensittivi għall-ġeneru li jkunu speċifiċi għall-kuntest, filwaqt li jiġu protetti d-drittijiet tal-gruppi vulnerabbli, inklużi n-nisa, il-bniet u l-persuni mill-komunità LGBTIQ+; jappoġġa l-għoti ta' aċċess bla xkiel għal servizzi tas-saħħa pubbliċi mingħajr ħlas u sforzi biex jitnaqqsu l-mortalità u l-morbożità, u jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ it-tħejjija għall-pandemiji u l-epidemiji;

16.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jimplimentaw u jippromwovu l-Aġenda tal-Inizjattiva Nansen għall-Protezzjoni ta' Persuni Spostati f'Reġjuni Transfruntiera fil-Kuntest tad-Diżastri u tat-Tibdil fil-Klima; jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni bejn l-atturi fil-qasam umanitarju, tal-iżvilupp, tat-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri u tat-tibdil fil-klima biex jitnaqqas ir-riskju ta' spostament fil-kuntest ta' diżastri u l-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima u biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta' assistenza u protezzjoni;

17.  Jitlob li ssir enfasi partikolari fuq in-nutrizzjoni, bħala dritt fundamentali għal kulħadd, sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-ikel u tissaħħaħ ir-reżiljenza tas-sistemi tal-ikel għax-xokkijiet ekonomiċi, klimatiċi u umani; jitlob li l-pjan ta' azzjoni tal-UE dwar in-nutrizzjoni jiġi rivedut biex jindirizza l-forom kollha ta' malnutrizzjoni fil-kuntesti umanitarji u ta' żvilupp f'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Novembru 2018;

18.  Itenni l-impenn u l-isforzi kontinwi tal-Kummissjoni biex tippromwovi l-viżibbiltà u s-sensibilizzazzjoni tal-għajnuna umanitarja tal-UE fost il-partijiet interessati differenti fl-UE kollha, inklużi l-NGOs, u biex issaħħaħ il-viżibilità tal-UE fl-azzjoni esterna tagħha;

19.  Jilqa' l-aħbar tal-ewwel Forum Umanitarju tal-UE, li se jsir f'Jannar 2022; jisħaq li l-forum għandu jkun inklużiv, aċċessibbli, jinvolvi sħab li jimplimentaw l-għajnuna umanitarja, ifittex li jżid il-viżibilità tal-għajnuna umanitarja tal-UE u l-ħidma tas-sħab tagħha, jippromwovi djalogu strateġiku dwar il-politika umanitarja tal-UE, iżid l-appoġġ pubbliku u s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar in-natura ta' assistenza umanitarja tal-UE bbażata fuq prinċipji u ħtiġijiet u javvanza l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ewlenin stabbiliti fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni;

20.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 163, 2.7.1996, p. 1.
(2) ĠU L 185, 26.5.2021, p. 1.
(3) ĠU L 209, 14.6.2021, p. 1.
(4) ĠU C 25, 30.1.2008, p. 1.
(5) ĠU L 118, 14.5.2003, p. 12.
(6) ĠU C 303, 15.12.2009, p. 12.
(7) ĠU C 468, 15.12.2016, p. 120.
(8) ĠU C 366, 27.10.2017, p. 151.
(9) ĠU C 399, 24.11.2017, p. 106.
(10) ĠU C 307, 30.8.2018, p. 177.
(11) ĠU C 390, 18.11.2019, p. 33.
(12) Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, States of Fragility (Stati ta' Fraġilità) 2018, is-17 ta' Lulju 2018.
(13) Nomura, S. Sakamoto, H., Ishizuka, A., Shimizu, K. u Shibuya, K., "Tracking sector allocation of official development assistance: a comparative study of the 29 Development Assistance Committee countries, 2011–2018 (Intraċċar tal-allokazzjoni settorjali tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp : studju komparattiv tad-29 pajjiż tal-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp", Global Health Action, Jannar 2021.
(14) Uffiċċju tan-NU għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji, Servizz ta' Traċċar Finanzjarju, 2021 - kontribuzzjonijiet ta' għajnuna umanitarja.
(15) Development Initiatives, Global Humanitarian Humanitarian Assistance Report 2021 (Inizjattivi ta' Żvilupp, Rapport dwar l-Għajnuna Umanitarja Globali 2021).
(16) Panel ta' Livell Għoli dwar il-Finanzjament Umanitarju, rapport għas-Segretarju Ġenerali tan-NU bit-titolu "Too important to fail – addressing the humanitarian financing gap" (Importanti wisq biex infallu – l-indirizzar tad-diskrepanza fil-finanzjament umanitarju), is-17 ta' Jannar 2016.
(17) Development Initiatives, Global Humanitarian Humanitarian Assistance Report (Inizjattivi ta' Żvilupp, Rapport dwar l-Għajnuna Umanitarja Globali) 2021.


Kooperazzjoni fir-rigward tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata fil-Balkani tal-Punent
PDF 187kWORD 59k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2021 dwar il-kooperazzjoni fir-rigward tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata fil-Balkani tal-Punent (2021/2002(INI))
P9_TA(2021)0506A9-0298/2021

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet rilevanti tan-NU, b'mod partikolari l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali u l-protokolli tagħha (il-Protokoll ta' Palermo tal-2000) u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni,

–  wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet tad-dritt kriminali u ċivili tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-korruzzjoni, miftuħa għall-firem fi Strasburgu fis-27 ta' Jannar 1999 u l-4 ta' Novembru 1999 rispettivament, u r-riżoluzzjonijiet (98)7 u (99)5, adottati mill-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa fil-5 ta' Mejju 1998 u fl-1 ta' Mejju 1999 rispettivament, li jistabbilixxu l-Grupp ta' Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar it-Trasferiment ta' Proċedimenti f'Materji Kriminali,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Ħasil tal-flus, it-Tiftix, is-Sekwestru u l-Konfiska tar-Rikavat minn Attività Kriminali u dwar il-Finanzjament tat-Terroriżmu,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar iċ-Ċiberkriminalità (il-Konvenzjoni ta' Budapest),

–  wara li kkunsidra l-attivitajiet tal-Kumitat ta' Esperti dwar l-Evalwazzjoni ta' Miżuri Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu (MONEYVAL) u r-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2018, tat-18 ta' Ġunju 2019 u tal-25 ta' Marzu 2020 dwar it-tkabbir u l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u ta' assoċjazzjoni,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1788 tad-19 ta' Novembru 2018 b'appoġġ għaċ-Ċentru tax-Xlokk u tal-Lvant tal-Ewropa għall-kontroll tal-Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir għall-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali Reġjonali għall-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta' armi fil-Balkani tal-Punent(1),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Frar 2018 intitolata "Perspettiva kredibbli għat-tkabbir u involviment akbar tal-UE mal-Balkani tal-Punent" (COM(2018)0065),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Lulju 2020 dwar l-Istrateġija tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà (COM(2020)0605),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Lulju 2020 intitolata "Pjan ta' azzjoni 2020-2025 tal-UE dwar it-traffikar tal-armi tan-nar" (COM(2020)0608),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' April 2021 dwar l-Istrateġija tal-UE biex tiġi miġġielda l-Kriminalità Organizzata 2021-2025 (COM(2021)0170), u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjaha intitolat "EMPACT, the flagship EU instrument for cooperation to fight organised and serious international crime" [EMPACT, l-istrument ewlieni tal-UE għall-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-kriminalità internazzjonali organizzata u serja] (SWD(2021)0074),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' April 2021 dwar dwar l-Istrateġija tal-UE dwar il-Ġlieda kontra t-Traffikar tal-Bnedmin 2021- 2025 (COM(2021)0171),

–  wara li kkunsidra l-ftehimiet dwar il-kooperazzjoni operattiva u strateġika bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Montenegro, il-Maċedonja ta' Fuq u s-Serbja, u l-Arranġament ta' Ħidma li jistabbilixxi relazzjonijiet ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Kosovo u l-Europol,

–  wara li kkunsidra l-ftehimiet ta' kooperazzjoni bejn il-Eurojust u l-Albanija, il-Montenegro, il-Maċedonja ta' Fuq u s-Serbja,

–  wara li kkunsidra l-ftehimiet dwar kooperazzjoni fil-ġestjoni tal-fruntieri bejn l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) u l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Montenegro, il-Maċedonja ta' Fuq u s-Serbja,

–  wara li kkunsidra l-Proċess ta' Berlin u l-wegħdiet kontra l-korruzzjoni li saru mill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent fl-2018,

–  wara li kkunsidrat il-Valutazzjoni ta' Theddid mill-Kriminalità Serja u Organizzata tal-Europol tat-12 ta' April 2021 u l-Valutazzjoni dwar it-Theddida mill-Kriminalità Organizzata ffaċilitata mill-Internet tal-Europol tal-5 ta' Ottubru 2020,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC) intitolat "Measuring Organised Crime in the Western Balkans" [Evalwazzjoni tal-Kriminalità Organizzata fil-Balkani tal-Punent],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2016 dwar il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin fir-relazzjonijiet esterni tal-UE(2),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tad-19 ta' Ġunju 2020 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà fil-Balkani tal-Punent, wara s-Summit 2020(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-2019-2020 dwar ir-rapporti tal-Kummissjoni dwar l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kosovo, il-Montenegro, il-Maċedonja ta' Fuq u s-Serbja,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regolament ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-0298/2021),

A.  billi l-kriminalità organizzata saret kwistjoni ċentrali fl-affarijiet internazzjonali u saret ukoll theddida dinjija għall-paċi u l-iżvilupp, sitwazzjoni li toħloq il-ħtieġa ta' rispons komuni u kkoordinat mill-UE, l-Istati Membri tagħha u s-sħab internazzjonali;

B.   billi l-ġlieda effettiva kontra l-kriminalità organizzata hija parti mill-proċess ta' adeżjoni tal-UE, b'mod partikolari fir-raggruppament fundamentali u fin-negozjar tal-Kapitolu 24 dwar il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà;

C.  billi l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata għadhom kwistjonijiet ta' tħassib serju fir-reġjun kollu tal-Balkani tal-Punent u jistgħa' jkollhom ukoll impatti negattivi fuq l-Istati Membri tal-UE; billi n-networks tal-kriminalità organizzata huma interkonnessi mill-qrib u għandhom għeruqhom kemm fl-Istati Membri tal-UE kif ukoll fi stati mhux tal-UE;

D.  billi l-proċess ta' integrazzjoni Ewropea tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent jiddependi direttament min-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet tagħhom kemm ma' xulxin kif ukoll mal-Istati Membri tal-UE;

E.  billi l-kriminalità organizzata fil-Balkani tal-Punent hija problema strutturali b'rabtiet b'għeruq fondi ma' negozji u istituzzjonijiet statali u wieħed mis-sintomi tal-manipulazzjoni tal-Istat, li r-riformi relatati mal-proċess ta' integrazzjoni tal-UE għandhom il-għan li jegħlbu;

F.  billi l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni jimxu id f'id mal-attivitajiet tal-ħasil tal-flus, l-evażjoni tat-taxxa, il-klijenteliżmu u l-impunità;

G.  billi l-gruppi kriminali organizzati jikkollaboraw tajjeb minn naħa għall-oħra tal-fruntieri u lil hinn mil-linji etniċi, meta mqabbla mal-pulizija u l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, li għandhom bżonn li b'mod urġenti jtejbu tali koordinazzjoni;

H.  billi l-gruppi tal-kriminalità organizzata jikkooperaw ma' gruppi minn pajjiżi fil-viċinat Ewropew usa' f'attivitajiet bħat-traffikar ta' bnedmin, il-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, il-kuntrabandu ta' artifatti u l-ħasil tal-flus;

I.  billi l-oqfsa legali armonizzati u l-implimentazzjoni effettiva tagħhom, il-korpi indipendenti kontra l-korruzzjoni u kontra l-kriminalità, u r-rieda politika ġenwina huma essenzjali għall-qerda tal-kriminalità organizzata;

J.  billi skont ir-rapport tal-UNODC bit-titlu "Measuring Organized Crime in the Western Balkans" (Il-Kejl tal-Kriminalità Organizzata fil-Balkani tal-Punent), il-prosekuzzjonijiet u l-kundanni għandhom it-tendenza li jiffokaw fuq dawk li huma ta' grad baxx fl-organizzazzjonijiet kriminali filwaqt li aktar spiss il-mexxejja tal-gruppi jgawdu l-impunità fil-Balkani tal-Punent;

K.  billi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (CSOs) stabbilew lilhom infushom bħala partijiet ikkonċernati importanti fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni fir-reġjun kollu u jaqdu rwol kruċjali, b'mod partikolari fil-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki kontra l-korruzzjoni;

L.  billi hemm bżonn ta' aktar riċerka u ta' data aktar affidabbli dwar il-kriminalità organizzata biex jitfasslu aħjar reazzjonijiet politiċi effettivi għall-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni fir-reġjun;

M.  billi l-edukazzjoni taqdi rwol ewlieni fil-prevenzjoni tal-kriminalità u fil-promozzjoni ta' kultura ta' legalità;

N.  billi t-theddida maħluqa mill-gruppi tal-kriminalità organizzata li joriġinaw mill-Balkani tal-Punent intużat ħażin bħala argument kontra l-adeżjoni mal-UE f'xi pajjiżi, u għalhekk għandha tiġi indirizzata b'mod xieraq sabiex isiru aktar passi 'l quddiem fil-proċess ta' adeżjoni mal-UE tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent;

O.  billi, sabiex jissodisfaw il-kriterji tas-sħubija fl-UE, il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent jeħtiġilhom jimplimentaw riformi komprensivi f'oqsma kruċjali u jagħtu riżultati konkreti fir-riformi ġudizzjarji u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata;

P.  billi t-tisħiħ tal-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata huma l-pedamenti tal-Istrateġija tal-UE dwar il-Balkani tal-Punent tal-2018;

Q.  billi ġew allokati madwar EUR 64 miljun għal proġetti relatati mal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata fil-Balkani tal-Punent fl-ambitu tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II), li ffinanzja diversi proġetti nazzjonali u multinazzjonali li jappoġġjaw amministrazzjoni aktar effettiva tal-ġustizzja f'kawżi ta' kriminalità organizzata u korruzzjoni fil-Balkani tal-Punent, inkluż permezz tal-monitoraġġ tal-proċessi; billi l-IPA III jinvolvi wkoll objettivi speċifiċi għall-iżvilupp ta' għodod effettivi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-traffikar ta' bnedmin u armi tan-nar illeċiti, it-traffikar tad-droga u l-ħasil tal-flus;

Sitwazzjoni ġenerali

1.  Jisħaq li l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni l-ewwel u qabel kollox huma ta' ħsara għaċ-ċittadini tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, peress li jdgħajfu d-dritt tagħhom għas-sikurezza u l-koeżjoni soċjali kif ukoll il-fiduċja tagħhom fis-sistema demokratika, joħolqu ostakli għar-riformi demokratiċi u jxekklu l-proċess tal-adeżjoni, filwaqt li għandhom ukoll impatti negattivi potenzjali u reali fuq is-sigurtà u l-istabilità tal-Istati Membri tal-UE;

2.  Jissottolinja li meta l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent jiġu mċaħħda minn perspettiva Ewropea, is-sitwazzjoni tmur għall-agħar fir-rigward tal-kriminalità organizzata, u li din tista' tittejjeb billi jitrawmu l-proċess ta' integrazzjoni tal-UE u l-kooperazzjoni mal-Istati Membri; jenfasizza li l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-avvanz tal-integrazzjoni tal-UE huma proċessi li jsaħħu lil xulxin, u għalhekk jeħtieġ li l-proċess ta' integrazzjoni tal-UE jitħaffef;

3.  Jesprimi l-fehma tiegħu li jekk il-liberalizzazzjoni tal-viża għall-Kosovo tintrabat mal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, dan ikun kontroproduttiv peress li l-iżolament jinkoraġġixxi l-attivitajiet kriminali; jissottolinja, għal darb' oħra, li l-Kosovo ssodisfa l-kriterji kollha għal-liberalizzazzjoni tal-viża u jistieden lill-Kunsill biex jagħti l-liberalizzazzjoni tal-viża mingħajr aktar dewmien;

4.  Jinnota li l-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata huma l-oqsma kruċjali li fihom il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent jeħtieġ li juru riżultati tanġibbli sabiex jagħmlu aktar progress fit-triqithom lejn l-UE; iħeġġiġhom iżidu l-isforzi tagħhom b'mod sinifikanti biex javvanzaw ir-riformi meħtieġa u jistieden lill-UE tippromwovi, bħala prijorità tal-politika tat-tkabbir, it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni korretti tal-istrumenti internazzjonali rilevanti li jappoġġjaw l-istat tad-dritt u jimmiraw għall-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata permezz ta' assistenza finanzjarja u kooperazzjoni prattika;

5.  Jilqa' l-pubblikazzjoni tal-Istrateġija tal-UE biex tiġi miġġielda l-Kriminalità Organizzata 2021-2025 fl-14 ta' April 2021 u jħeġġeġ lill-UE żżid il-kooperazzjoni internazzjonali dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, b'mod partikolari mal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, sabiex din it-theddida transnazzjonali tiġi indirizzata b'mod effettiv;

6.  Jinnota li n-nuqqas ta' opportunitajiet tax-xogħol, il-korruzzjoni, id-diżinformazzjoni, l-elementi ta' manipulazzjoni tal-istat, l-inugwaljanza, l-indħil barrani minn reġimi mhux demokratiċi bħar-Russja u ċ-Ċina, u l-proċess kajman tal-adeżjoni mal-UE huma fost il-fatturi li jagħmlu lis-soċjetajiet tal-Balkani tal-Punent vulnerabbli għall-kriminalità organizzata; iħeġġeġ kemm lill-awtoritajiet tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent kif ukoll lis-sħab internazzjonali tagħhom, speċjalment lill-UE, biex jintensifikaw l-isforzi tagħhom fl-indirizzar ta' dawn l-isfidi, li jinstigaw l-instabilità, jimminaw l-integrazzjoni u jdewmu l-iżvilupp demokratiku u ekonomiku;

7.  Jiddispjaċih għall-fatt li fost partijiet mill-elites politiċi lokali hemm nuqqas ta' rieda politika ġenwina li jiġġieldu kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni u jeliminaw kwalunkwe element ta' manipulazzjoni tal-istat;

8.  Jiddeplora n-nuqqas ta' indipendenza u funzjonament xieraq, f'ħafna każijiet, tal-ġudikatura fil-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u jħeġġeġ li jiġi adottat approċċ aktar strateġiku meta jkunu qed jiġu indirizzati l-isfidi li ġġib magħha l-kriminalità organizzata; jappella biex l-UE tipprovdi aktar assistenza sabiex tistimula kultura ta' professjonalità u prestazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja kriminali u ttejjeb l-integrità tal-ġudikatura; jinnota li għalkemm sar xi progress fir-riformi ġudizzjarji, għad hemm bżonn ta' sforzi sostanzjali biex jinkisbu riżultati tanġibbli;

9.  Iħeġġeġ lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent jindirizzaw bis-sħiħ in-nuqqasijiet tas-sistemi tal-ġustizzja kriminali tagħhom, inkluż it-tul tal-proċedimenti; jistieden lill-UE u lil sħab internazzjonali oħra jipprovdu aktar linji gwida għall-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u għall-ġudikatura biex itejbu l-professjonaliżmu u l-prestazzjoni tagħhom tal-ġustizzja kriminali;

10.  Jilqa' l-fatt li l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent ittrasponew fil-liġijiet nazzjonali l-istandards tal-UE u dawk internazzjonali dwar l-irkupru tal-assi kif ukoll sforzi oħra biex jiġġieldu l-kriminalità organizzata fir-reġjun, bħall-iżvilupp ta' mekkaniżmi governattivi ta' koordinazzjoni u qrati speċjali u unitajiet tal-infurzar tal-liġi; jiddispjaċih, madankollu, li l-implimentazzjoni għadha baxxa u jħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Balkani tal-Punent jistabbilixxu rekord sod fl-irkupru ta' tali assi għall-benefiċċju taċ-ċittadini kollha tagħhom u jistabbilixxu l-konfiska tar-rikavat u l-mezzi strumentali tal-kriminalità bħala prijorità fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata; jitlob li tingħata l-għajnuna tal-UE fl-appoġġ ta' kapaċitajiet adegwati għall-aġenziji tal-infurzar tal-liġi kif ukoll kundizzjonijiet u riżorsi xierqa, filwaqt li jenfasizza b'mod partikolari l-ħtieġa li jiżdied l-għarfien espert fil-forensika finanzjarja fl-uffiċċji tal-prosekuturi pubbliċi;

11.  Jistieden lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent jagħmlu sforz qawwi biex jimmiraw għall-organizzazzjonijiet kriminali b'mod ġenerali b'żieda mal-każijiet individwali, u b'hekk jistabbilixxu rekord diċenti fil-prosekuzzjoni u l-kundanna ta' kriminali ta' profil għoli; jinnota li l-identifikazzjoni korretta u l-investigazzjoni preċiża tal-attività kriminali bħala "organizzata" huma essenzjali għar-rispons tal-ġustizzja kriminali; iħeġġeġ lill-awtoritajiet rilevanti jimlew il-lakuni leġiżlattivi li jesponu lill-kollaboraturi fil-ġustizzja u lill-informaturi u jipproteġu lilhom u lill-qraba stretti tagħhom milli jiġu ffastidjati, imħarrka jew mhedda sabiex tiżdied il-kapaċità li jiżmantellaw gruppi kriminali organizzati u jiġġieldu b'suċċess il-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata; jinkoraġġixxi skambju tal-aħjar prattiki mal-Istati Membri li kellhom suċċess eċċezzjonali fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata; jistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw skemi ta' protezzjoni tax-xhieda, inkluż permezz tar-rilokazzjoni;

12.  Jistieden lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent iżommu rekord sostnut fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus u jfasslu rapporti nazzjonali perjodiċi dwar din il-kwistjoni kif ukoll isaħħu l-kooperazzjoni interistituzzjonali, inkluż fil-ġbir u l-kondiviżjoni tal-intelligence, sabiex jifhmu u jiġġieldu aħjar lill-kriminalità organizzata;

13.  Itenni l-ħtieġa li r-rabtiet politiċi u amministrattivi mal-kriminalità organizzata jinqerdu permezz ta' salvagwardji ċari kontra l-korruzzjoni u prosekuzzjoni effettiva tal-każijiet ta' korruzzjoni ta' profil għoli; jappella lill-UE żżid l-appoġġ għall-konsolidazzjoni ta' amministrazzjonijiet pubbliċi li jkunu bbażati fuq il-mertu; jinsab avżat sew permezz ta' rapporti u akkużi ta' rabtiet bejn personalitajiet politiċi ta' livell għoli u gruppi tal-kriminalità organizzata, filwaqt li s-sistema ġudizzjarja hija ineffettiva biex tindirizza dawn l-allegazzjonijiet; jissottolinja li s-settur tal-kostruzzjoni fil-Balkani tal-Punent huwa fost l-aktar vulnerabbli għall-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni;

14.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-pandemija tal-COVID-19 ġiet sfruttata minn organizzazzjonijiet kriminali, inkluż permezz tal-użu ħażin tal-akkwist pubbliku dirett għal tagħmir u servizzi mediċi essenzjali għall-istrutturi tal-kura tas-saħħa, il-bejgħ ta' ċertifikati ffalsifikati tal-COVID-19 u l-prattika tal-użura li kulma jmur qed tiżdied; jistieden lill-awtoritajiet tal-Balkani tal-Punent jieħdu azzjoni kontra l-vaċċini kontrafatti u l-karti tat-tilqim iffalsifikati; jistieden lill-Kummissjoni torbot l-appoġġ baġitarju ma' objettivi ċari kontra l-korruzzjoni; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu stabbiliti mekkaniżmi b'saħħithom biex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni għal dan il-għan;

15.  Ifakkar li l-IPA III jipprevedi kundizzjonalità b'saħħitha u li l-finanzjament irid jiġi modulat jew saħansitra sospiż fil-każ ta' rigressjoni sinifikanti jew nuqqas persistenti ta' progress fil-qasam tal-hekk imsejħa "prinċipji fundamentali", b'mod partikolari fil-qasam tal-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, inkluża l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata; jenfasizza li huwa fl-interess tas-sigurtà tal-UE stess u r-responsabilità tagħha li tiggarantixxi li l-fondi tal-UE ma jsirux kontroproduttivi billi jsaħħu n-networks klijentelisti ta' politikanti korrotti u negozji privileġġjati;

16.  Jinnota li r-rabtiet bejn il-kriminalità organizzata, il-politika u n-negozji kienu jeżistu qabel ma l-Jugoslavja nqasmet u komplew għaddejjin mis-snin 1990 'il hawn; jikkundanna l-apatija apparenti tal-awtoritajiet responsabbli biex jiftħu l-arkivji ta' dik li kienet il-Jugoslavja; itenni, għalhekk, it-talba tiegħu biex l-arkivji ta' dik li kienet il-Jugoslavja jinfetħu u, b'mod partikolari, biex jingħata aċċess għall-fajls tal-ex Servizz Sigriet tal-Jugoslavja (UDBA) u tas-Servizz Sigriet tal-Armata tal-Poplu tal-Jugoslavja (KOS), u biex il-fajls jintbagħtu lura lill-gvernijiet rispettivi jekk huma dan jitolbuh;

17.  Jissottolinja l-importanza tal-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni tal-intelligence mal-Istati Membri, mas-sħab internazzjonali bħall-Istati Uniti, il-Kanada u r-Renju Unit, u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali bħan-NATO, il-GRECO, l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) u l-UNODC;

18.  Jilqa' l-impenn kostruttiv imġedded tal-Istati Uniti fil-Balkani tal-Punent, inkluża l-konċentrazzjoni tagħhom fuq il-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jenfasizza, f'dan il-kuntest, l-ordni eżekuttiva tal-Istati Uniti li tissanzjona persuni li jikkontribwixxu għas-sitwazzjoni destabbilizzanti fil-Balkani tal-Punent, kif ukoll l-azzjoni tal-Istati Uniti mmirata lejn individwi u entitajiet għal atti sinifikanti ta' korruzzjoni; jistieden lill-UE tivvaluta bir-reqqa allinjament possibbli ma' tali azzjonijiet;

Tipi speċifiċi ta' kriminalità organizzata

19.  Jinnota li l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent huma pajjiżi ta' oriġini, ta' destinazzjoni u ta' tranżitu għat-traffikar ta' bnedmin, li l-aktar li jinvolvi huma nisa u bniet traffikati għall-isfruttament sesswali; jinnota li t-traffikar ta' bnedmin huwa r-reat bl-ogħla sehem proporzjonali ta' rabtiet mal-kriminalità organizzata; jistieden lill-awtoritajiet rilevanti jiffokaw aktar fuq il-prevenzjoni u t-tisħiħ tar-reżiljenza tal-gruppi li huma vulnerabbli għar-riskji tat-traffikar ta' bnedmin, filwaqt li jissottolinja l-ħtieġa ta' approċċ intersezzjonali li jqis kwistjonijiet ta' ġeneru; jilqa' l-azzjonijiet konġunti mwettqa ma' sħab internazzjonali, inklużi l-Interpol u l-Europol, li wasslu għall-arrest ta' traffikanti suspettati u ta' faċilitaturi ta' dħul klandestin ta' bnedmin;

20.  Jinnota li l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent iservu bħala kuritur ta' tranżitu għall-migranti u r-rifuġjati u li l-movimenti kbar ta' popolazzjonijiet f'dawn l-aħħar snin ħolqu sfida enormi għar-reġjun u għall-Istati Membri; jappella għal sforzi msaħħa fl-indirizzar tal-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin ta' migranti u fil-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-persuni li jkunu ddaħħlu b'mod klandestin, b'mod partikolari l-minorenni mhux akkumpanjati, u għal skambju akbar ta' informazzjoni u koordinazzjoni msaħħa bejn il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u mal-Istati Membri; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jipprovdu aktar assistenza fl-indirizzar ta' dawn il-kwistjonijiet, bħall-appoġġ finanzjarju u tekniku, il-konklużjoni ta' ftehimiet informali u dwar l-istatus u t-trawwim tal-kooperazzjoni permezz tal-Uffiċċju Operattiv Konġunt u l-Pjattaforma Operattiva – ir-Rotta tal-Mediterran tal-Lvant, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet u l-ħtiġijiet tar-Rotta tal-Balkani tal-Punent, kif ukoll permezz ta' assistenza fl-istabbiliment ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza dinjitużi; jappella għal protezzjoni msaħħa tal-fruntieri esterni tal-UE b'kooperazzjoni mal-istati tal-Balkani tal-Punent;

21.  Jissottolinja li l-indirizzar tal-finanzi kriminali huwa kruċjali biex jinkixfu attivitajiet kriminali u għall-prevenzjoni tal-infiltrazzjoni fl-ekonomija legali; jenfasizza li t-trasparenza tas-sjieda benefiċjarja hija għodda politika importanti għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni, għat-trażżin tal-flussi finanzjarji illeċiti u għall-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa; jilqa' l-isforzi tal-gvernijiet tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent biex jindirizzaw il-ħasil tal-flus, inkluż permezz tal-adozzjoni ta' oqfsa riveduti dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus; jesprimi tħassib, madankollu, dwar il-fatt li dawn mhumiex qed jiġu implimentati b'mod adegwat; itenni l-ħtieġa li jittejbu b'mod sinifikanti l-infurzar tad-dispożizzjonijiet tad-diliġenza dovuta u t-trasparenza tas-sjieda benefiċjarja, inkluż fis-settur bankarju;

22.  Jinnota bi tħassib is-sehem kbir tal-ekonomija griża (stmata li tiswa aktar minn 30 % tal-PDG tar-reġjun) u pagamenti massivi illeċiti fi flus kontanti madwar il-Balkani tal-Punent; jistieden lill-gvernijiet fir-reġjun jimplimentaw miżuri biex inaqqsu l-informalità, fejn possibbli; jissottolinja li regolamentazzjoni insuffiċjenti tal-attivitajiet bankarji online żżid ir-riskju tal-ħasil tal-flus u jistieden lill-istati tal-Balkani tal-Punent u lill-Kummissjoni jindirizzaw il-kwistjoni tal-armonizzazzjoni internazzjonali u reġjonali fi ħdan il-proċess ta' tkabbir tal-UE;

23.  Jilqa' l-impenn tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent fil-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tal-armi ħfief u ta' kalibru żgħir, b'mod partikolari permezz tal-adozzjoni ta' pjan direzzjonali reġjonali fis-Summit UE-Balkani tal-Punent f'Londra, li għandu l-għan li jindirizza l-pussess, l-użu, il-manifattura u t-traffikar illeċitu tal-armi ħfief u ta' kalibru żgħir; jenfasizza, madankollu, li skont il-pjan ta' azzjoni tal-UE 2020-2025 dwar it-traffikar tal-armi tan-nar, il-pussess u t-traffikar illeċiti tal-armi tan-nar jibqgħu kwistjoni serja peress li ħafna armi li jinstabu u jintużaw fil-kriminalità organizzata fl-UE kollha jiġu mir-reġjun; jistieden lis-sitt stati tal-Balkani tal-Punent jinvestu fi programmi biex jappoġġjaw id-diżarm;

24.  Jenfasizza l-ħidma importanti taċ-Ċentru tax-Xlokk u tal-Lvant tal-Ewropa għall-Kontroll tal-Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir (SEESAC) fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-partijiet nazzjonali u reġjonali kkonċernati biex jiġu kkontrollati u mnaqqsa l-proliferazzjoni u l-użu ħażin tal-armi ħfief u ta' kalibru żgħir, u jħeġġeġ aktar kooperazzjoni u koordinazzjoni mal-SEESAC.

25.  Jinnota li s-sitt pajjiżi tal-Balkani tal-Punent għadhom reġjun ta' tranżitu ewlieni għat-traffikar tad-droga u li l-produzzjoni u t-traffikar tad-droga huma r-reati l-aktar komuni fir-reġjun li għalihom ġew ikkundannati n-nies; jilqa' l-għadd dejjem jikber ta' operazzjonijiet konġunti fil-ġlieda kontra n-narkotiċi; jappella, f'dan ir-rigward, li tiġi intensifikata l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi tal-UE bħall-Europol u l-korpi tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent; jissottolinja li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jeħtiġilhom jiżviluppaw il-kapaċitajiet tagħhom biex jimmonitorjaw u jiġġieldu aħjar lit-traffikar tad-droga;

26.  Jinnota ż-żieda fl-attivitajiet kriminali ċibernetiċi organizzati; jilqa' l-isforzi tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent biex jespandu l-kapaċità tagħhom fil-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità u ż-żieda fil-prosekuzzjonijiet għaċ-ċiberkriminalità; iħeġġeġ lill-UE tassisti lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent bl-għodod u l-mezzi xierqa biex jindirizzaw iċ-ċiberkriminalità u theddid online ieħor, inkluż permezz taċ-Ċentru Ewropew ta' Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà; jissottolinja l-importanza tal-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni manipulattiva b'kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab Ewropej;

27.  Jistieden lill-UE u lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent jaħdmu flimkien biex jindirizzaw it-theddid konsistenti u dejjem jikber għall-protezzjoni u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali u l-kuntrabandu ta' beni kulturali, speċjalment fiż-żoni ta' kunflitt; iħeġġeġ kooperazzjoni akbar bejn l-aġenziji differenti tal-infurzar tal-liġi, inkluża l-kondiviżjoni immedjata tal-informazzjoni bejn l-aġenziji tal-intelligence nazzjonali, u kooperazzjoni akbar bejn l-infurzar tal-liġi u l-komunitajiet tal-arti u tal-arkeoloġija;

28.  Jinnota li l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent għandhom iżidu l-isforzi tagħhom biex jiġġieldu kontra attivitajiet illegali oħra mwettqa minn gruppi tal-kriminalità organizzata, li jinkludu fost l-oħrajn l-isfruttament tax-xogħol, ir-reati ambjentali bħall-qtugħ illegali tas-siġar u l-kaċċa illegali, u l-estorsjoni;

Kooperazzjoni mal-UE (l-Istati Membri u l-aġenziji tagħha) u kooperazzjoni interreġjonali

29.  Jilqa' ż-żieda fil-kooperazzjoni bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u jħeġġeġ lill-UE tkompli tappoġġja l-bini tal-kapaċitajiet fil-Balkani tal-Punent u l-faċilitazzjoni tal-kooperazzjoni mill-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata; jenfasizza li kwalunkwe ftehim ta' kooperazzjoni mal-istrutturi tal-UE jrid jirrispetta bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali u jiżgura livell adegwat ta' protezzjoni tad-data; jistieden lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent isegwu aktar armonizzazzjoni leġiżlattiva mal-acquis tal-UE dwar l-akkwist pubbliku, il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu, il-ħasil tal-flus u ċ-ċiberkriminalità;

30.  Jirrakkomanda t-tisħiħ tal-istrutturi eżistenti sponsorjati mill-UE bħall-Kunsill għall-Kooperazzjoni Reġjonali biex jiġi żgurat li jkollhom rwol konsistenti fit-tħeġġiġ ta' aktar kooperazzjoni bejn l-UE, l-Istati Membri tagħha u l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent;

31.  Jilqa' l-konklużjoni ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni bejn il-Eurojust u l-Albanija, il-Maċedonja ta' Fuq, il-Montenegro u s-Serbja, kif ukoll l-awtorizzazzjoni biex jinfetħu negozjati mal-Bożnija-Ħerzegovina; iħeġġeġ lill-Kunsill jawtorizza l-ftuħ ta' negozjati għal ftehim simili mal-Kosovo malajr kemm jista' jkun, peress li l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali mal-pajjiżi kollha tal-Balkani tal-Punent hija kruċjali għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, speċjalment it-traffikar ta' bnedmin u l-kuntrabandu tad-droga, li jikkostitwixxu l-maġġoranza tal-attivitajiet kriminali fir-reġjun; jinnota li l-Eurojust iffaċilitat madwar 200 investigazzjoni kriminali konġunta bejn l-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent;

32.  Ifaħħar il-kooperazzjoni b'suċċess mal-prosekuturi ta' kollegament (LPs) mill-Albanija, il-Montenegro, il-Maċedonja ta' Fuq u s-Serbja ssekondati lill-Eurojust biex jipprovdu appoġġ f'investigazzjonijiet transfruntiera li jinvolvu lil pajjiżhom u jenfasizza ż-żieda sinifikanti fil-każijiet trattati wara l-ħatra tal-LPs; iħeġġeġ, f'dan ir-rigward, kooperazzjoni simili mal-bqija tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent; jilqa' l-għadd dejjem jikber ta' każijiet fil-kooperazzjoni ġudizzjarja mill-2019 minkejja ċ-ċirkostanzi diffiċli tal-pandemija tal-COVID-19;

33.  Jissottolinja li l-Balkani tal-Punent huma reġjun ta' rilevanza partikolari għall-Europol; jilqa' l-ftehimiet dwar il-kooperazzjoni operattiva bejn il-Europol u ħames pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, kif ukoll l-arranġament ta' ħidma mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Kosovo; jappella għall-implimentazzjoni sħiħa ta' dawn il-ftehimiet u jfaħħar l-operazzjonijiet ta' suċċess immexxija fil-kuntest ta' din il-kooperazzjoni; jilqa' l-ftuħ tal-uffiċċju ta' kollegament tal-Europol fl-Albanija fl-2019 u d-deċiżjoni li jinfetħu uffiċċji ta' kollegament simili fil-Bożnija-Ħerzegovina u fis-Serbja; iħeġġeġ kooperazzjoni simili mal-bqija tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent; jissottolinja, barra minn hekk, l-importanza tal-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) u l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF); jistieden lill-UE u lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent biex, f'dan il-kuntest, jistabbilixxu qafas għal kooperazzjoni produttiva bejn l-UPPE u l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent sabiex jiġi żgurat li l-UPPE jkun jista' jeżerċita b'mod effettiv il-kompetenzi tiegħu fil-qasam tal-finanzjament tal-UE, b'mod partikolari l-fondi tal-IPA III fil-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent;

34.  Jilqa' l-ftehimiet ta' ħidma mwettqa mill-Aġenzija tal-UE għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) mal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent dwar suġġetti speċifiċi relatati mal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata; jissottolinja l-importanza tat-tisħiħ ulterjuri tal-mekkaniżmi stabbiliti bejn is-CEPOL u r-reġjun tal-Balkani tal-Punent; jieħu nota tar-rapporti speċjalizzati tal-pajjiżi maħruġa mill-GRECO u jissottolinja l-importanza li l-pajjiżi tal-adeżjoni mal-UE jsaħħu l-kooperazzjoni mal-GRECO u jimplimentaw bir-reqqa r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi tiegħu;

35.  Jissottolinja li l-Interpol hija strument importanti fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata; jiddispjaċih għall-fatt li l-Kosovo għadu mhuwiex membru tal-Interpol minkejja d-diversi tentattivi tiegħu; jistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw b'mod proattiv l-isforz tal-Kosovo biex jingħaqad mal-organizzazzjoni; jemmen li s-sħubija mal-Interpol għas-sitt pajjiżi kollha tal-Balkani tal-Punent tkompli ttejjeb l-effikaċja tal-miżuri li jkollhom fil-mira l-kriminalità transnazzjonali;

36.  Jilqa' d-dħul fis-seħħ tal-ftehimiet dwar il-kooperazzjoni fil-ġestjoni tal-fruntieri bejn l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) u l-Albanija, il-Montenegro u s-Serbja li jippermettu lill-Frontex twettaq operazzjonijiet konġunti f'dawn il-pajjiżi sabiex ittejjeb il-ġestjoni tal-fruntieri tagħhom, tiġġieled il-kriminalità transfruntiera u tikkontrolla l-migrazzjoni irregolari f'konformità mal-istandards internazzjonali u b'rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem; jilqa' l-ftehimiet simili dwar l-istatus mibdija mal-Maċedonja ta' Fuq u l-Bożnija-Ħerzegovina u jappella lill-partijiet kollha javvanzaw ir-ratifika ta' dawn il-ftehimiet mill-aktar fis possibbli u jaħdmu fuq ftehim simili mal-Kosovo; jissottolinja l-ħtieġa li tiġi żviluppata aktar il-kooperazzjoni bejn il-Frontex u l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent fi kwistjonijiet relatati mal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata;

37.  Itenni l-ħtieġa li tiżdied l-enfasi fuq l-attivitajiet ta' prevenzjoni u l-edukazzjoni, b'mod partikolari l-impatt soċjetali negattiv tal-kriminalità organizzata u t-traffikar ta' bnedmin, tad-droga u tal-armi, kif ukoll fehim xieraq taċ-ċittadinanza, u li tiżdied ir-reżiljenza, filwaqt li tingħata aktar attenzjoni lill-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi, speċjalment fiż-żoni suburbani u rurali, u jiġi pprovdut appoġġ għal inizjattivi lokali biex titnaqqas il-vulnerabbiltà għall-kriminalità u l-korruzzjoni, filwaqt li tiġi enfasizzata l-ħtieġa ta' approċċ intersezzjonali li jqis kwistjonijiet ta' ġeneru; jissottolinja l-importanza tal-bini tal-kapaċitajiet demokratiku fir-reġjun tal-Balkani tal-Punent, inkluż permezz ta' programmi speċjalizzati u proġetti pilota mmirati lejn it-tisħiħ tad-demokrazija parteċipattiva u d-diskussjoni ta' kwistjonijiet marbuta mal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni;

38.  Jissottolinja l-importanza tal-monitoraġġ tar-rabtiet bejn il-gruppi tal-kriminalità organizzata u l-individwi radikalizzati u l-organizzazzjonijiet terroristiċi; itenni l-importanza tar-rwol tal-UE fil-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu u l-ħasil tal-flus; iħeġġeġ aktar kooperazzjoni f'dan ir-rigward, b'mod partikolari permezz tal-appoġġ tal-UE għat-taħriġ ta' esperti finanzjarji fir-reġjun, il-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-għarfien espert; jilqa' l-fatt li l-parteċipanti tas-Summit tal-Balkani tal-Punent f'Berlin fil-5 ta' Lulju 2021 irrikonoxxew il-ħtieġa ta' rispons minn diversi aġenziji, inkluża l-kooperazzjoni mas-settur privat u s-CSOs, sabiex tiżdied l-effikaċja tal-ħidma konġunta biex jiġu indirizzati l-kriminalità serja u organizzata, il-finanzjament illeċitu, il-korruzzjoni u t-terroriżmu;

39.  Jissottolinja li l-kooperazzjoni reġjonali hija essenzjali biex il-kriminalità organizzata tiġi miġġielda b'mod effettiv; ifaħħar il-ħidma ta' inizjattivi reġjonali eżistenti mmirati lejn it-tisħiħ tar-relazzjonijiet interistituzzjonali fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata bejn il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, bħaċ-Ċentru tal-Infurzar tal-Liġi tax-Xlokk tal-Ewropa, u jħeġġeġ aktar kooperazzjoni reġjonali fil-ġlieda aktar effettiva kontra l-kriminalità transfruntiera organizzata;

40.  Ifaħħar ir-rwol tal-inizjattivi reġjonali li jinvolvu lill-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, bħall-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku (EUSAIR), l-Inizjattiva Adrijatika-Jonika, l-Inizjattiva tal-Ewropa Ċentrali, u l-Proċess ta' Berlin; iħeġġeġ kemm lill-Istati Membri tal-UE kif ukoll lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent jieħdu sehem f'dawn l-inizjattivi u jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal tagħhom;

41.  Jilqa' l-finanzjament taħt l-IPA għal proġetti li jkopru r-reġjun kollu bl-għan li jittejbu l-kapaċitajiet tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata; ifaħħar, b'mod partikolari, il-programm tal-IPA II għall-Protezzjoni tax-Xhieda, li wassal għall-ħolqien tan- ''Network tal-Balkani''; jappella biex din il-kooperazzjoni titkompla u biex is-Sħab tal-Balkani tal-Punent jieħdu s-sjieda biex iżommu n-network ħaj;

42.  Jesprimi appoġġ għall-programm multinazzjonali ffinanzjat mill-IPA ''li jappoġġja amministrazzjoni aktar effettiva tal-ġustizzja fil-każijiet ta' korruzzjoni u kriminalità organizzata fil-Balkani tal-Punent permezz ta' monitoraġġ tal-proċessi'' bħala pass lejn rispons ġudizzjarju aktar effettiv mill-awtoritajiet dwar il-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata fil-Balkani tal-Punent; jistieden lill-gvernijiet tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent biex jimplimentaw bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet ifformulati bħala parti mill-evalwazzjonijiet bejn il-pari mill-esperti tal-Istati Membri;

43.  Jemmen li s-sħab tal-Balkani tal-Punent għandhom jinvolvu ruħhom b'mod attiv fil-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa u għandhom jiġu inklużi f'dibattitu Ewropew usa' dwar l-indirizzar tal-kriminalità organizzata;

44.  Jistieden lid-donaturi internazzjonali jiżguraw koordinazzjoni aħjar tal-programmi varji kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni fil-Balkani tal-Punent sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni u tiżdied l-effikaċja tal-kooperazzjoni internazzjonali f'dawn l-oqsma;

45.  Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' data kredibbli dwar il-kriminalità organizzata fir-reġjun u jistieden lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent iżidu l-fehim tal-kriminalità organizzata billi jtejbu l-kapaċità tagħhom li jiġbru u jipproċessaw data affidabbli dwar il-kriminalità organizzata; jissottolinja l-ħtieġa ta' riċerka interdixxiplinari aktar fil-fond u approċċ intersezzjonali li jqis kwistjonijiet ta' ġeneru u jħeġġeġ lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent jaħdmu flimkien ma' sħab internazzjonali biex jistabbilixxu sistemi nazzjonali tal-istatistika li jirreġistraw u janalizzaw il-kriminalità organizzata sabiex ifasslu aħjar politiki effiċjenti u bbażati fuq l-evidenza għall-prevenzjoni u l-indirizzar tal-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni;

Ir-rwol tas-soċjetà ċivili u l-media

46.  Jissottolinja r-rwol kruċjali tas-CSOs, l-akkademiċi u l-ġurnalisti fil-monitoraġġ tal-ħidma tal-gvernijiet u l-aġenziji ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi u fil-valutazzjoni tar-riżultati miksuba fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata; jinnota li oqfsa legali u istituzzjonali għall-parteċipazzjoni tas-CSOs huma fil-biċċa l-kbira stabbiliti fil-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent iżda jiddispjaċih li l-potenzjal tagħhom mhux qed jintuża bis-sħiħ u li s-CSOs li jiffokaw fuq il-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata f'xi każijiet qed jiffaċċjaw ostilità mill-gvernijiet tagħhom; jitlob li s-CSOs jiġu inklużi aktar fil-proċess leġiżlattiv u li jkunu jistgħu jagħtu kontribut sinifikanti għal biċċiet ewlenin tal-leġiżlazzjoni; jistieden lill-awtoritajiet tal-Balkani tal-Punent biex, f'dan il-kuntest, jiżviluppaw, jadottaw u jimplimentaw b'mod urġenti liġijiet aħjar dwar l-aċċess liberu għall-informazzjoni permezz ta' proċessi inklużivi;

47.  Ifaħħar fir-rwol importanti tas-CSOs fit-twettiq ta' ħidma preventiva, fl-appoġġ għal gruppi vulnerabbli, fit-tfassil ta' politiki u fit-teħid ta' rwol ta' sorveljanza meta jkun hemm nuqqas ta' korpi pubbliċi indipendenti; jinsab imħasseb dwar il-kampanji ta' malafama, il-pressjoni u l-atti ta' intimidazzjoni, li jaċċelleraw it-tiċkin tal-ispazju li fih iridu joperaw is-CSOs;

48.  Iħeġġeġ lis-CSOs fil-Balkani tal-Punent jistabbilixxu networks aktar b'saħħithom fost l-atturi tas-soċjetà ċivili, jidentifikaw kontropartijiet lokali li jaħdmu fuq kwistjonijiet simili, u jikkondividu aktar esperjenzi u l-aħjar prattiki bil-ħsieb li jifhmu n-natura u l-kawżi tal-kriminalità organizzata u jappoġġjaw il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni fir-reġjun; jilqa' l-kontributi għall-kampanji ta' komunikazzjoni strateġika mill-partijiet ikkonċernati bħan-Network ta' Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni u n-Network Ewropew ta' Komunikazzjoni Strateġika;

49.  Jinnota li ħafna CSOs jiddependu mill-finanzjament privat u jiffaċċjaw diffikultajiet biex jiġbru biżżejjed fondi biex isostnu l-attivitajiet tagħhom; jirrikonoxxi li l-għotjiet ta' spiss jingħataw għal proġetti ta' żmien qasir u li ftit li xejn hemm appoġġ għal attivitajiet biex tiġi miġġielda l-kriminalità organizzata; jirrikonoxxi li l-finanzjament fuq terminu qasir iwassal biex il-persunal jiġi ingaġġat biss għal skopijiet speċifiċi għall-proġett, u dan iwassal għal nuqqas ta' standards ta' impjieg stabbli u ftit jipprovdi spazju biex il-persunal jiżviluppa ħiliet ewlenin, għad-detriment tal-ippjanar strateġiku fit-tul;

50.  Ifaħħar il-ħidma prezzjuża tal-ġurnalisti investigattivi li jirrapportaw dwar każijiet ta' profil għoli u jiżvelaw rabtiet bejn il-gruppi tal-kriminalità organizzata, il-politiċi u n-negozji; jikkundanna bil-qawwa l-atti ta' aggressjoni, inklużi l-każijiet ta' qtil immirat, l-intimidazzjoni, id-diskors ta' mibegħda u l-kampanji ta' malafama kontra l-ġurnalisti investigattivi u s-soċjetà ċivili; jinnota bi tħassib partikolari l-każijiet ta' diskors ta' mibegħda u l-kampanji ta' malafama minn uffiċjali tal-istat, Membri Parlamentari u r-rappreżentanti tal-gvernijiet, tal-partiti fil-gvern u tal-media li jkunu proprjetà tal-istat jew parzjalment iffinanzjati minnu; jistieden lill-awtoritajiet u lill-entitajiet tal-infurzar tal-liġi jiżguraw li l-ġurnalisti investigattivi u s-soċjetà ċivili jiġu protetti u jkunu jistgħu jaħdmu mingħajr xkiel u jħeġġeġ li l-forom kollha ta' diskors ta' mibegħda mmirati lejn il-minoranzi u l-gruppi vulnerabbli, speċjalment dawk ta' oriġini nazzjonali jew etnika, jiġu kkastigati; itenni s-sejħa tiegħu lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna biex isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom mas-soċjetà ċivili, l-NGOs, dawk li jfasslu l-politika u li jkunu orjentati lejn ir-riformi, l-akkademja u l-media indipendenti fuq il-post, u biex isaħħu l-appoġġ tagħhom għalihom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lid-delegazzjonijiet lokali tal-UE jaħdmu flimkien mal-partijiet ikkonċernati lokali biex itejbu l-proċeduri għall-monitoraġġ regolari tal-proċessi tal-każijiet ta' korruzzjoni u ta' kriminalità organizzata;

51.  Jiddispjaċih profondament dwar l-għadd dejjem jikber ta' kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika (SLAPPs), li spiss jintużaw biex jheddu lill-ġurnalisti u lill-individwi sabiex ma jħalluhomx jikxfu l-għemil ħażin ta' dawk fil-poter; jistieden lill-awtoritajiet tal-Balkani tal-Punent iżidu b'mod sinifikanti l-ħidma tagħhom biex jiżguraw it-trasparenza tas-sjieda tal-media u l-indipendenza tal-kmamar tal-aħbarijiet u jissalvagwardjaw il-libertà tal-media mill-interferenza politika, bħala elementi ewlenin f'soċjetà ħielsa u demokratika li huma essenzjali għas-suċċess tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni;

o
o   o

52.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, u lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent.

(1) ĠU L 293, 20.11.2018, p. 11.
(2) ĠU C 101, 16.3.2018, p. 47.
(3) ĠU C 362, 8.9.2021, p. 129.

Avviż legali - Politika tal-privatezza