Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0005(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0036/2022

Testi mressqa :

A9-0036/2022

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 09/03/2022 - 13
CRE 09/03/2022 - 13

Testi adottati :

P9_TA(2022)0061

Testi adottati
PDF 119kWORD 43k
L-Erbgħa, 9 ta' Marzu 2022 - Strasburgu
Rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud *
P9_TA(2022)0061A9-0036/2022

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 2022 dwar l-abbozz ta' direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud (14754/2021 – C9-0456/2021 – 2018/0005(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (14754/2021),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0020),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-3 ta' Ottubru 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9‑0456/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 82 u 84 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0036/2022),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 11, 13.1.2020, p. 211.

Aġġornata l-aħħar: 3 ta' Ġunju 2022Avviż legali - Politika tal-privatezza