Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fl-10 ta' Marzu 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-batteriji u l-iskart ta' batteriji, li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020 (COM(2020)0798 – C9-0400/2020 – 2020/0353(COD))(1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 2
(2) Il-batteriji huma b'hekk sors importanti ta' enerġija u wieħed mill-instigaturi ewlenin għall-iżvilupp sostenibbli, il-mobbiltà ekoloġika, l-enerġija nadifa u n-newtralità klimatika. Huwa mistenni li d-domanda għall-batteriji se tikber b'mod rapidu fis-snin li ġejjin, b'mod partikolari għall-vetturi elettriċi tat-trasport bit-triq li jużaw il-batteriji għall-ġbid, u b'hekk dan is-suq isir dejjem aktar strateġiku fil-livell globali. Se jkompli jkun hemm progress tekniku u xjentifiku sinifikanti fil-qasam tat-teknoloġija tal-batteriji. Fid-dawl tal-importanza strateġika tal-batteriji, u biex tiġi pprovduta ċertezza legali lill-operaturi kollha involuti u jiġu evitati d-diskriminazzjoni, l-ostakoli għall-kummerċ u d-distorsjonijiet fis-suq għall-batteriji, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar il-parametri tas-sostenibbiltà, il-prestazzjoni, is-sikurezza, il-ġbir, ir-riċiklaġġ u t-tieni ħajja tal-batteriji, kif ukoll dwar l-informazzjoni dwar il-batteriji. Jeħtieġ li jinħoloq qafas regolatorju armonizzat biex jittratta ċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-batteriji li jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni.
(2) Il-batteriji huma b'hekk sors importanti ta' enerġija u wieħed mill-instigaturi ewlenin għall-iżvilupp sostenibbli, il-mobbiltà ekoloġika, l-enerġija nadifa u n-newtralità klimatika. Huwa mistenni li d-domanda għall-batteriji se tikber b'mod rapidu fis-snin li ġejjin, b'mod partikolari għall-vetturi elettriċi tat-trasport bit-triq u għal mezzi tat-trasport ħfief li jużaw il-batteriji għall-ġbid, u b'hekk dan is-suq isir dejjem aktar strateġiku fil-livell globali. Se jkompli jkun hemm progress tekniku u xjentifiku sinifikanti fil-qasam tat-teknoloġija tal-batteriji. Fid-dawl tal-importanza strateġika tal-batteriji, u biex tiġi pprovduta ċertezza legali lill-operaturi kollha involuti u jiġu evitati d-diskriminazzjoni, l-ostakoli għall-kummerċ u d-distorsjonijiet fis-suq għall-batteriji, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar il-parametri tas-sostenibbiltà, il-prestazzjoni, is-sikurezza, il-ġbir, ir-riċiklaġġ u t-tieni ħajja tal-batteriji, kif ukoll dwar l-informazzjoni dwar il-batteriji għall-konsumaturi u għall-operaturi ekonomiċi. Jeħtieġ li jinħoloq qafas regolatorju armonizzat biex jittratta ċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-batteriji li jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni.
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 2a (ġdida)
(2a) Jeħtieġ ukoll li tiġi aġġornata l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-immaniġġar tal-iskart ta' batteriji u biex jittieħdu miżuri li jipproteġu l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem billi jiġu evitati jew jitnaqqsu l-impatti negattivi tal-ġenerazzjoni u l-immaniġġar tal-iskart, billi jitnaqqas l-impatt tal-użu tar-riżorsi u billi titjieb l-effiċjenza fir-riżorsi. Tali miżuri huma kruċjali għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u ekonomija newtrali għall-klima u ambjent ħieles minn sustanzi tossiċi, u biex jiġu garantiti l-kompetittività u l-awtonomija strateġika fit-tul tal-Unjoni. Dawn jistgħu joħolqu opportunitajiet ekonomiċi importanti, iżidu s-sinerġiji bejn l-ekonomija ċirkolari u l-politiki dwar l-enerġija, il-klima, it-trasport, l-industrija u r-riċerka, u jipproteġu l-ambjent u jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra.
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 10
(10) Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għat-tipi kollha ta' batteriji u akkumulaturi mqiegħda fis-suq jew fis-servizz fl-Unjoni, kemm jekk weħidhom jew inkorporati f'apparati jew inkella fornuti ma' vetturi u apparati elettriċi u elettroniċi. Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika irrispettivament minn jekk batterija tkunx iddisinjata speċifikament għal prodott jew tkunx ta' użu ġenerali u irrispettivament minn jekk tkunx inkorporata fi prodott jew tkunx fornuta flimkien ma' prodott li fih għandha tintuża jew inkella separatament minnu.
(10) Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għat-tipi kollha ta' batteriji u akkumulaturi mqiegħda fis-suq jew fis-servizz fl-Unjoni, irrispettivament jekk ikunux ġew prodotti fl-Unjoni jew importati, kemm jekk weħidhom jew inkorporati f'apparati jew inkella fornuti ma' vetturi u apparati elettriċi u elettroniċi. Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika irrispettivament minn jekk batterija tkunx iddisinjata speċifikament għal prodott jew tkunx ta' użu ġenerali u irrispettivament minn jekk tkunx inkorporata fi prodott jew tkunx fornuta flimkien ma' prodott li fih għandha tintuża jew inkella separatament minnu.
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 12
(12) Fil-kamp ta' applikazzjoni wiesa' tar-Regolament, huwa xieraq li ssir distinzjoni bejn kategoriji differenti ta' batteriji f'konformità mad-disinn u l-użu tagħhom, indipendentement mill-kimika tal-batteriji. Il-klassifikazzjoni f'batteriji portabbli, minn naħa waħda, u batteriji industrijali u batteriji awtomotivi, min-naħa l-oħra, skont id-Direttiva 2006/66/KE, jenħtieġ li tiġi żviluppata aktar biex tkun tirrifletti aħjar l-iżviluppi ġodda fl-użu tal-batteriji. Il-batteriji li jintużaw għat-trazzjoni f'vetturi elettriċi u li skont id-Direttiva 2006/66/KE jaqgħu fil-kategorija ta' batteriji industrijali, jikkostitwixxu parti tas-suq kbira u li qed tikber minħabba t-tkabbir rapidu ta' vetturi elettriċi tat-trasport bit-triq. Għalhekk huwa xieraq li dawk il-batteriji li jintużaw għat-trazzjoni f'vetturi tat-triq jiġu kklassifikati bħala kategorija ġdida ta' batteriji tal-vetturi elettriċi. Il-batteriji użati għat-trazzjoni f'vetturi oħra tat-trasport inkluż it-trasport bil-ferrovija, fuq l-ilma u bl-ajru, għadhom jaqgħu fil-kategorija ta' batteriji industrijali skont dan ir-Regolament. It-tip ta' batteriji industrijali jinkludi grupp wiesa' ta' batteriji, maħsuba biex jintużaw għall-attivitajiet industrijali, l-infrastruttura tal-komunikazzjoni, l-attivitajiet industrijali jew il-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija elettrika. Minnbarra din il-lista mhix eżawrjenti ta' eżempji, kwalunkwe batterija li la tkun batterija portabbli, la batterija awtomotiva u lanqas batterija ta' vetturi elettriċi jenħtieġ li tiġi kkunsidrata batterija industrijali. Il-batteriji użati għall-ħżin tal-enerġija f'ambjenti privati jew domestiċi huma kkunsidrati batteriji industrijali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li l-batteriji kollha użati fil-mezzi tat-trasport ħfief, bħal roti elettriċi u skuters, jiġu kklassifikati bħala batteriji portabbli, huwa meħtieġ li tiġi ċċarata d-definizzjoni ta' batteriji portabbli.
(12) Fil-kamp ta' applikazzjoni wiesa' tar-Regolament, huwa xieraq li ssir distinzjoni bejn kategoriji differenti ta' batteriji f'konformità mad-disinn u l-użu tagħhom, indipendentement mill-kimika tal-batteriji. Il-klassifikazzjoni f'batteriji portabbli, minn naħa waħda, u batteriji industrijali u batteriji awtomotivi, min-naħa l-oħra, skont id-Direttiva 2006/66/KE, jenħtieġ li tiġi żviluppata aktar biex tkun tirrifletti aħjar l-iżviluppi ġodda u l-firxa tas-suq fl-użu tal-batteriji. Il-batteriji li jintużaw għat-trazzjoni f'vetturi elettriċi u li skont id-Direttiva 2006/66/KE jaqgħu fil-kategorija ta' batteriji industrijali, jikkostitwixxu parti tas-suq kbira u li qed tikber minħabba t-tkabbir rapidu ta' vetturi elettriċi tat-trasport bit-triq. Għalhekk huwa xieraq li dawk il-batteriji li jintużaw għat-trazzjoni f'vetturi tat-triq jiġu kklassifikati bħala kategorija ġdida ta' batteriji tal-vetturi elettriċi. Il-batteriji użati għat-trazzjoni f'vetturi oħra tat-trasport inkluż it-trasport bil-ferrovija, fuq l-ilma u bl-ajru, għadhom jaqgħu fil-kategorija ta' batteriji industrijali skont dan ir-Regolament. Il-batteriji użati għat-trazzjoni f'mezzi tat-trasport ħfief, bħar-roti u l-iscooters elettriċi, ma ġewx ikklassifikati b'mod ċar bħala batteriji skont id-Direttiva 2006/66/KE, u jikkostitwixxu parti sinifikanti mis-suq minħabba l-użu dejjem akbar tagħhom fil-mobbiltà urbana sostenibbli. Għalhekk huwa xieraq li dawk il-batteriji li jintużaw għat-trazzjoni f'mezzi tat-trasport ħfief jiġu kklassifikati bħala kategorija ġdida ta' batteriji, jiġifieri batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief. It-tip ta' batteriji industrijali jinkludi grupp wiesa' ta' batteriji, maħsuba biex jintużaw għall-attivitajiet industrijali, l-infrastruttura tal-komunikazzjoni, l-attivitajiet industrijali jew il-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija elettrika. Minnbarra din il-lista mhix eżawrjenti ta' eżempji, kwalunkwe batterija li la tkun batterija portabbli, la batterija awtomotiva, la batterija għal mezzi tat-trasport ħfief u lanqas batterija ta' vetturi elettriċi jenħtieġ li tiġi kkunsidrata batterija industrijali. Il-batteriji użati għall-ħżin tal-enerġija f'ambjenti privati jew domestiċi huma kkunsidrati batteriji industrijali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 13
(13) Jenħtieġ li l-batteriji jiġu ddisinjati u manifatturati b'tali mod li jittejbu kemm jista' jkun il-prestazzjoni, id-durabbiltà u s-sikurezza tagħhom u li titnaqqas kemm jista' jkun l-impronta ambjentali tagħhom. Huwa xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi ta' sostenibbiltà għall-batteriji industrijali rikarikabbli u għall-batteriji tal-vetturi elettriċi b'memorja interna u b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh, billi tali batteriji jirrappreżentaw is-segment tas-suq li huwa mistenni li jiżdied l-aktar fis-snin li ġejjin.
(13) Jenħtieġ li l-batteriji jiġu ddisinjati u manifatturati b'tali mod li jittejbu kemm jista' jkun il-prestazzjoni, id-durabbiltà u s-sikurezza tagħhom u li titnaqqas kemm jista' jkun l-impronta ambjentali tagħhom. Huwa xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi ta' sostenibbiltà għall-batteriji industrijali, għal mezzi tat-trasport ħfief, u għall-batteriji tal-vetturi elettriċi billi tali batteriji jirrappreżentaw is-segment tas-suq li huwa mistenni li jiżdied l-aktar fis-snin li ġejjin.
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 15
(15) Jenħtieġ li l-użu ta' sustanzi perikolużi fil-batteriji jkun ristrett sabiex titħares is-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent u titnaqqas il-preżenza ta' sustanzi bħal dawn fl-iskart. Għalhekk, minbarra r-restrizzjonijiet stabbiliti fl-AnnessXVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29, huwa xieraq li jiġu stabbiliti restrizzjonijiet għall-merkurju u l-kadmju f'ċerti tipi ta' batteriji. Il-batteriji użati f'vetturi li jibbenefikaw minn eżenzjoni skont l-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill30 jenħtieġ li jiġu esklużi mill-projbizzjoni li jkun fihom il-kadmju.
(15) Jenħtieġ li l-użu ta' sustanzi perikolużi fil-batteriji jkun ristrett sabiex titħares is-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent u titnaqqas il-preżenza ta' sustanzi bħal dawn fl-iskart. Għalhekk, minbarra r-restrizzjonijiet stabbiliti fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29, huwa xieraq li jiġu stabbiliti restrizzjonijiet għall-merkurju, il-kadmju u ċ-ċomb f'ċerti tipi ta' batteriji. Il-batteriji użati f'vetturi li jibbenefikaw minn eżenzjoni skont l-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill30 jenħtieġ li jiġu esklużi mill-projbizzjoni li jkun fihom il-kadmju. Il-Kummissjoni jenħtieġ li, bl-assistenza tal-Aġenzija, tagħmel valutazzjoni olistika u sistemika ta' sustanzi perikolużi fil-batteriji. Jenħtieġ li din il-valutazzjoni tiffoka b'mod partikolari fuq il-kimiċi tal-batteriji li jintużaw fi kwantitajiet għolja fis-suq, kimiċi li qed jevolvu u emerġenti u d-disponibbiltà ta' alternattivi xierqa għall-batteriji industrijali u awtomotivi taċ-ċomb u l-aċidu u għall-batteriji industrijali tan-nikil u l-kadmju.
__________________
__________________
29 Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1)
29 Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1)
30 Id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2000 dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw (ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34).
30 Id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2000 dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw (ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34).
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 17
(17) Jenħtieġ li l-proċedura għall-adozzjoni ta' restrizzjonijiet ġodda u għall-emendar ta' dawk attwali dwar is-sustanzi perikolużi fil-batteriji tkun issimplifikata bis-sħiħ bir-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Sabiex tiżgura t-teħid tad-deċiżjonijiet, il-koordinazzjoni u l-ġestjoni effettivi tal-aspetti tekniċi, xjentifiċi u amministrattivi relatati ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 ("l-Aġenzija") twettaq kompiti speċifikati fir-rigward tal-evalwazzjoni tar-riskji minn sustanzi fil-manifattura u l-użu ta' batteriji u ta' dawk li jistgħu jseħħu wara tmiem il-ħajja tagħhom, kif ukoll fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-elementi soċjoekonomiċi u l-analiżi tal-alternattivi, f'konformità mal-gwida rilevanti mill-Aġenzija. Konsegwentement, jenħtieġ li l-Kumitati għall-Istima tar-Riskji u l-Analiżi Soċjoekonomika tal-Aġenzija jiffaċilitaw it-twettiq ta' ċerti kompiti konferiti lill-Aġenzija b'dan ir-Regolament.
(17) Jenħtieġ li l-proċedura għall-adozzjoni ta' restrizzjonijiet ġodda u għall-emendar ta' dawk attwali dwar is-sustanzi perikolużi fil-batteriji tkun issimplifikata bis-sħiħ bir-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Sabiex tiżgura t-teħid tad-deċiżjonijiet, il-koordinazzjoni u l-ġestjoni effettivi tal-aspetti tekniċi, xjentifiċi u amministrattivi relatati ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jkun hemm kooperazzjoni, koordinazzjoni u informazzjoni tajbin bejn l-Istati Membri, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 ("l-Aġenzija"), il-Kummissjoni u l-partijiet ikkonċernati. L-Istati Membri jew l-Aġenzija jenħtieġ li jwettqu kompiti speċifikati fir-rigward tal-evalwazzjoni tar-riskji minn sustanzi fil-manifattura u l-użu ta' batteriji u ta' dawk li jistgħu jseħħu wara tmiem il-ħajja tagħhom, kif ukoll fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-elementi soċjoekonomiċi u l-analiżi tal-alternattivi, f'konformità mal-gwida rilevanti mill-Aġenzija. Konsegwentement, jenħtieġ li l-Kumitati għall-Istima tar-Riskji u l-Analiżi Soċjoekonomika tal-Aġenzija jiffaċilitaw it-twettiq ta' ċerti kompiti konferiti lill-Aġenzija b'dan ir-Regolament.
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 17a (ġdida)
(17 a) Sabiex jiġi żgurat li dan ir-Regolament ikun koerenti ma' kwalunkwe emenda futura tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jew ma' leġiżlazzjoni futura oħra tal-Unjoni dwar il-kriterji ta' sostenibbiltà għal sustanzi perikolużi u sustanzi kimiċi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta jekk hijiex meħtieġa emenda tal-Artikolu 6, l-Artikolu 71 jew tal-Anness I ta' dan ir-Regolament jew dawk id-dispożizzjonijiet kollha. Għalhekk, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar ta' dawk ir-rekwiżiti fejn xieraq.
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 18
(18) Jenħtieġ li l-introduzzjoni massiva mistennija tal-batteriji f'setturi bħall-mobbiltà u l-ħażna tal-enerġija tnaqqas l-emissjonijiet tal-karbonju, iżda biex jiġi mmassimizzat dan il-potenzjal, huwa meħtieġ li ċ-ċiklu tal-ħajja ġenerali tagħhom ikollu impronta tal-karbonju baxxa. Skont ir-Regoli tal-Kategorija Marbutin mal-Impronta Ambjentali tal-Prodott għall-Batteriji Rikarikabbli b'Enerġija Speċifika Għolja għall-Applikazzjonijiet Mobbli31, it-tibdil fil-klima huwa t-tieni l-ogħla kategorija ta' impatt għall-batteriji wara l-użu tal-minerali u l-metalli.Għalhekk, id-dokumentazzjoni teknika għall-batteriji industrijali rikarikabbli u għall-batteriji u l-batteriji tal-vetturi elettriċi b'memorja interna u b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh imqiegħda fis-suq tal-Unjoni jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni tal-impronta tal-karbonju, li jenħtieġ li tkun speċifika, jekk ikun meħtieġ, għal kull lott tal-manifattura. Il-batteriji jiġu manifatturati f'lottijiet, magħmula f'ammonti speċifiċi f'ċerti perjodi ta' żmien. L-armonizzazzjoni tar-regoli tekniċi għall-kalkolu tal-impronta tal-karbonju għall-batteriji industrijali rikarikabbli u l-batteriji tal-vetturi elettriċi kollha b'memorja interna u b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh imqiegħda fis-suq tal-Unjoni hija prerekwiżit għall-introduzzjoni ta' rekwiżit sabiex id-dokumentazzjoni teknika tal-batteriji tkun tinkludi dikjarazzjoni tal-impronta tal-karbonju u, sussegwentement, għall-istabbiliment ta' klassijiet tal-prestazzjoni tal-impronta tal-karbonju li jippermettu l-identifikazzjoni tal-batteriji b'impronti tal-karbonju aktar baxxi b'mod ġenerali. Ir-rekwiżiti ta' informazzjoni u ta' tikkettar ċar dwar l-impronta tal-karbonju tal-batteriji minnhom infushom mhumiex mistennija li jwasslu għall-bidla fl-imġiba meħtieġa biex jiġi żgurat li jintlaħaq l-objettiv tal-Unjoni li tiddekarbonizza s-setturi tal-mobbiltà u tal-ħażna tal-enerġija, f'konformità mal-objettivi maqbula fil-livell internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima32. Għalhekk, se jiġu introdotti limiti massimi tal-karbonju, minbarra valutazzjoni tal-impatt dedikata biex jiġu ddeterminati dawk il-valuri. Billi tipproponi l-livell limitu massimu tal-impronta tal-karbonju, il-Kummissjoni, fost l-oħrajn, se tqis id-distribuzzjoni relattiva tal-valuri tal-impronta tal-karbonju fil-batteriji fis-suq, l-ammont ta' progress fit-tnaqqis tal-impronta tal-karbonju tal-batteriji mqiegħda fis-suq tal-Unjoni u l-kontribut effettiv u l-potenzjali ta' din il-miżura għall-objettivi tal-Unjoni dwar il-mobbiltà sostenibbli u n-newtralità klimatika sal-2050. Sabiex ikun hemm trasparenza dwar l-impronta tal-karbonju tal-batteriji, u biex is-suq tal-Unjoni jimxi lejn batteriji b'livell baxx ta' karbonju, irrispettivament minn fejn dawn jiġu prodotti, hija ġġustifikata żieda gradwali u kumulattiva fir-rekwiżiti tal-impronta tal-karbonju. B'riżultat ta' dawn ir-rekwiżiti, l-emissjonijiet tal-karbonju evitati fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-batteriji se jikkontribwixxu għall-objettiv tal-Unjoni li tilħaq in-newtralità klimatika sal-2050. Dan jista' jippermetti wkoll politiki oħrajn fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, bħal inċentivi jew kriterji tal-akkwist pubbliku ekoloġiku, li jrawmu l-produzzjoni ta' batteriji b'impatti ambjentali aktar baxxi.
(18) Jenħtieġ li l-introduzzjoni massiva mistennija tal-batteriji f'setturi bħall-mobbiltà u l-ħażna tal-enerġija tnaqqas l-emissjonijiet tal-karbonju, iżda biex jiġi mmassimizzat dan il-potenzjal, huwa meħtieġ li ċ-ċiklu tal-ħajja ġenerali tagħhom ikollu impronta tal-karbonju baxxa. Skont ir-Regoli tal-Kategorija Marbutin mal-Impronta Ambjentali tal-Prodott għall-Batteriji Rikarikabbli b'Enerġija Speċifika Għolja għall-Applikazzjonijiet Mobbli31, it-tieni l-ogħla kategorija ta' impatt għall-batteriji wara l-estrazzjoni u l-użu tal-minerali u l-metalli ġejja mill-aggravar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fuq it-tibdil fil-klima.Id-dokumentazzjoni teknika għall-batteriji industrijali, għall-batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief, u għall-batteriji tal-vetturi elettriċi imqiegħda fis-suq tal-Unjoni għalhekk jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni tal-impronta tal-karbonju. L-armonizzazzjoni tar-regoli tekniċi għall-kalkolu tal-impronta tal-karbonju għall-batteriji industrijali, għall-batteriji industrijali, għall-batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief, u għall-batteriji tal-vetturi elettriċi imqiegħda fis-suq tal-Unjoni hija prerekwiżit għall-introduzzjoni ta' rekwiżit sabiex id-dokumentazzjoni teknika tal-batteriji tkun tinkludi dikjarazzjoni tal-impronta tal-karbonju u, sussegwentement, għall-istabbiliment ta' klassijiet tal-prestazzjoni tal-impronta tal-karbonju li jippermettu l-identifikazzjoni tal-batteriji b'impronti tal-karbonju aktar baxxi b'mod ġenerali. Ir-rekwiżiti ta' informazzjoni u ta' tikkettar ċar dwar l-impronta tal-karbonju tal-batteriji minnhom infushom mhumiex mistennija li jwasslu għall-bidla fl-imġiba meħtieġa biex jiġi żgurat li jintlaħaq l-objettiv tal-Unjoni li tiddekarbonizza s-setturi tal-mobbiltà u tal-ħażna tal-enerġija, f'konformità mal-objettivi maqbula fil-livell internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima32. Għalhekk, se jiġu introdotti limiti massimi tal-karbonju, minbarra valutazzjoni tal-impatt dedikata biex jiġu ddeterminati dawk il-valuri. Billi tipproponi l-livell limitu massimu tal-impronta tal-karbonju, il-Kummissjoni, fost l-oħrajn, se tqis id-distribuzzjoni relattiva tal-valuri tal-impronta tal-karbonju fil-batteriji fis-suq, l-ammont ta' progress fit-tnaqqis tal-impronta tal-karbonju tal-batteriji mqiegħda fis-suq tal-Unjoni u l-kontribut effettiv u potenzjali ta' din il-miżura għall-objettivi tal-Unjoni dwar il-mobbiltà sostenibbli u n-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050. Sabiex ikun hemm trasparenza dwar l-impronta tal-karbonju tal-batteriji, u biex is-suq tal-Unjoni jimxi lejn batteriji b'livell baxx ta' karbonju, irrispettivament minn fejn dawn jiġu prodotti, hija ġġustifikata żieda gradwali u kumulattiva fir-rekwiżiti tal-impronta tal-karbonju. B'riżultat ta' dawn ir-rekwiżiti, l-emissjonijiet tal-karbonju evitati fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-batteriji se jikkontribwixxu għall-objettivi klimatiċi tal-Unjoni, b'mod partikolari dak li tilħaq in-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050. Dan jista' jippermetti wkoll politiki oħrajn fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, bħal inċentivi jew kriterji tal-akkwist pubbliku ekoloġiku, li jrawmu l-produzzjoni ta' batteriji b'impatti ambjentali aktar baxxi.
32 Il-Ftehim ta' Pariġi (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4) u l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, disponibbli fuq https://unfccc.int/resource/docs/convkp/conveng.pdf
32 Il-Ftehim ta' Pariġi (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4) u l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, disponibbli fuq https://unfccc.int/resource/docs/convkp/conveng.pdf
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 18a (ġdida)
(18 a) Il-limiti massimi tal-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja jenħtieġ li jibqgħu validi fil-futur u jevolvu progressivament bi qbil mal-aħjar proċessi ta' manifattura u ta' produzzjoni disponibbli. Għalhekk, meta jiġi adottat l-att delegat li jiddetermina l-limitu massimu tal-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja, il-Kummissjoni Ewropea jenħtieġ li tqis l-aħjar proċessi ta' manifattura u produzzjoni disponibbli u tiżgura li l-kriterji tekniċi magħżula jkunu konsistenti mal-objettiv ta' dan ir-Regolament li jiżgura li l-batteriji mqiegħda fis-suq tal-Unjoni jiggarantixxu livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, tas-sikurezza, tal-proprjetà u tal-ambjent.
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 19
(19) Ċerti sustanzi li jinsabu fil-batteriji, bħall-kobalt, iċ-ċomb, il-litju jew in-nikil, jinkisbu minn riżorsi skarsi li mhumiex faċilment disponibbli fl-Unjoni, u xi wħud huma meqjusa bħala materja prima kritika mill-Kummissjoni. Dan huwa qasam fejn l-Ewropa teħtieġ li ssaħħaħ l-awtonomija strateġika tagħha u żżid ir-reżiljenza tagħha bi tħejjija għat-tfixkil potenzjali fil-provvista minħabba kriżijiet tas-saħħa jew kriżijiet oħrajn. It-tisħiħ taċ-ċirkolarità u tal-effiċjenza fir-riżorsi b'żieda fir-riċiklaġġ u fl-irkupru ta' dik il-materja prima, se jikkontribwixxi biex jintlaħaq dak l-għan.
(19) Ċerti sustanzi li jinsabu fil-batteriji, bħall-kobalt, iċ-ċomb, il-litju jew in-nikil, jinkisbu minn riżorsi skarsi li mhumiex faċilment disponibbli fl-Unjoni, u xi wħud huma meqjusa bħala materja prima kritika mill-Kummissjoni. F'konformità mal-Istrateġija Industrijali tal-Unjoni, l-Ewropa teħtieġ li ssaħħaħ l-awtonomija strateġika tagħha, inkluż l-iffaċilitar tal-investimenti f'fabbriki li jipproduċu batteriji fuq skala massiva, u żżid ir-reżiljenza tagħha bi tħejjija għat-tfixkil potenzjali fil-provvista minħabba kriżijiet tas-saħħa jew kriżijiet oħrajn. It-tisħiħ taċ-ċirkolarità u tal-effiċjenza fir-riżorsi b'żieda fir-riċiklaġġ u fl-irkupru ta' dik il-materja prima, se jikkontribwixxi biex jintlaħaq dak l-għan. Is-sostituzzjoni tal-materja prima skarsa b'materjali alternattivi disponibbli b'mod aktar wiesa', inkluża l-materja prima rinnovabbli, tikkontribwixxi wkoll għat-tisħiħ tal-produzzjoni tal-batteriji u tal-awtonomija strateġika proprja tal-Unjoni. Għalhekk huwa kruċjali li l-Unjoni u l-Istati Membri jappoġġaw inizjattivi ta' riċerka u żvilupp rilevanti.
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 21
(21) Sabiex jitqies ir-riskju tal-provvista tal-kobalt, iċ-ċomb, il-litju u n-nikil u sabiex tiġi vvalutata d-disponibbiltà tagħhom, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-miri għas-sehem minimu tal-kobalt, iċ-ċomb, il-litju jew in-nikil irriċiklati preżenti f'materjali attivi fil-batteriji.
(21) Sabiex jitqies ir-riskju tal-provvista tal-kobalt, iċ-ċomb, il-litju u n-nikil u sabiex tiġi vvalutata d-disponibbiltà tagħhom, u fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku, il-Kummissjoni jenħtieġ li tevelwa jekk ikunx xieraq li ssir reviżjoni tal-miri għas-sehem minimu tal-kobalt, iċ-ċomb, il-litju jew in-nikil irriċiklati preżenti f'materjali attivi fil-batteriji u, meta jkun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva għal dak il-għan.
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 21a (ġdida)
(21a) Sabiex jitqiesu l-bidliet fit-teknoloġiji tal-batteriji li jħallu impatt fuq it-tipi ta' materjali li jistgħu jiġu rkuprati, jenħtieġ li s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tas-supplimentar ta' dan ir-Regolament biex tiġi nkluża l-materja prima addizzjonali u l-miri rispettivi fil-lista ta' ishma minimi ta' kontenut irriċiklat preżenti f'materjali attivi fil-batteriji.
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 22
(22) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kalkolu u l-verifika, għal kull mudell u lott ta' batteriji u għal kull impjant tal-manifattura, l-ammont ta' kobalt, ċomb, litju jew nikil irkuprat minn skart preżenti f'materjali attivi fil-batteriji u r-rekwiżiti ta' informazzjoni għad-dokumentazzjoni teknika, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni.
(22) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi madwar l-Unjoni kollha għad-dikjarazzjoni dwar il-materjali rkuprati li għandha tiġi pprovduta permezz ta' format armonizzat u għad-dokumentazzjoni teknika, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-format u d-dokumentazzjoni teknika għad-dikjarazzjoni dwar il-materjali rkuprati.
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 23
(23) Jenħtieġ li l-batteriji mqiegħda fis-suq tal-Unjoni jkunu durabbli u bi prestazzjoni għolja. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti parametri ta' prestazzjoni u durabbiltà għal batteriji portabbli ta' użu ġenerali, kif ukoll għal batteriji industrijali rikarikabbli u batteriji tal-vetturi elettriċi. Għall-batteriji tal-vetturi elettriċi, il-Grupp ta' Ħidma informali tal-UNECE dwar il-Vetturi Elettriċi u l-Ambjent qed jiżviluppa rekwiżiti ta' durabbiltà fil-vetturi, għalhekk, dan ir-Regolament qed joqgħod lura milli jistabbilixxi rekwiżiti ta' durabbiltà addizzjonali. Min-naħa l-oħra, fil-qasam tal-batteriji għall-ħżin tal-enerġija, il-metodi ta' kejl eżistenti biex jiġu ttestjati l-prestazzjoni u d-durabbiltà tal-batterija mhumiex meqjusa preċiżi u rappreżentattivi biżżejjed biex jippermettu l-introduzzjoni ta' rekwiżiti minimi. Jenħtieġ li l-introduzzjoni ta' rekwiżiti minimi relatati mal-prestazzjoni u d-durabbiltà ta' dawn il-batteriji tkun akkumpanjata minn standards armonizzati adegwati jew speċifikazzjonijiet komuni disponibbli.
(23) Jenħtieġ li l-batteriji mqiegħda fis-suq tal-Unjoni jkunu durabbli u bi prestazzjoni għolja. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti parametri ta' prestazzjoni u durabbiltà għal batteriji portabbli kif ukoll għal batteriji industrijali, batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief u batteriji tal-vetturi elettriċi. Għall-batteriji tal-vetturi elettriċi, il-Grupp ta' Ħidma informali tal-UNECE dwar il-Vetturi Elettriċi u l-Ambjent qed jiżviluppa rekwiżiti ta' durabbiltà fil-vetturi, għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun koerenti mal-konklużjonijiet tiegħu. Min-naħa l-oħra, fil-qasam tal-batteriji għall-ħżin tal-enerġija, il-metodi ta' kejl eżistenti biex jiġu ttestjati l-prestazzjoni u d-durabbiltà tal-batterija mhumiex meqjusa preċiżi u rappreżentattivi biżżejjed biex jippermettu l-introduzzjoni ta' rekwiżiti minimi. Jenħtieġ li l-introduzzjoni ta' rekwiżiti minimi relatati mal-prestazzjoni u d-durabbiltà ta' dawn il-batteriji tkun akkumpanjata minn standards armonizzati adegwati jew speċifikazzjonijiet komuni disponibbli.
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 24
(24) Sabiex jitnaqqsu l-batteriji b'impatt ambjentali tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-parametri tal-prestazzjoni u tad-durabbiltà u l-istabbiliment ta' valuri minimi għal dawk il-parametri għal batteriji portabbli ta' użu ġenerali u għal batteriji industrijali rikarikabbli.
(24) Sabiex jitnaqqsu l-batteriji b'impatt ambjentali tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-parametri tal-prestazzjoni u tad-durabbiltà u l-istabbiliment ta' valuri minimi għal dawk il-parametri għal batteriji portabbli, għal batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief u għal batteriji industrijali rikarikabbli.
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 24a (ġdida)
(24a) Sabiex jiġi żgurat li r-regoli tal-Unjoni dwar il-prestazzjoni elettrokimika u d-durabbiltà għall-batteriji tal-vetturi elettriċi jkunu koerenti fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-Grupp ta' Ħidma informali tal-UNECE dwar il-Vetturi Elettriċi u l-Ambjent u fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-parametri tal-prestazzjoni u tad-durabbiltà u tal-valuri minimi għal dawk il-parametri għall-batteriji tal-vetturi elettriċi.
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 25
(25) Xi batteriji mhux rikarikabbli ta' użu ġenerali jistgħu jimplikaw użu ineffiċjenti tar-riżorsi u tal-enerġija. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti oġġettivi fir-rigward tal-prestazzjoni u d-durabbiltà ta' batteriji bħal dawn sabiex jiġi żgurat li jitqiegħdu fis-suq inqas batteriji portabbli mhux rikarikabbli ta' użu ġenerali u bi prestazzjoni baxxa, b'mod partikolari, meta, abbażi ta' valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja, l-użu alternattiv ta' batteriji rikarikabbli jirriżulta f'benefiċċji ambjentali ġenerali.
(25) Xi batteriji mhux rikarikabbli ta' użu ġenerali jistgħu jimplikaw użu ineffiċjenti tar-riżorsi u tal-enerġija. Madankollu, għal xi tagħmir għadhom jintużaw batteriji mhux rikarikabbli. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti oġġettivi fir-rigward tal-prestazzjoni u d-durabbiltà ta' batteriji bħal dawn sabiex jiġi żgurat li jitqiegħdu fis-suq inqas batteriji portabbli mhux rikarikabbli ta' użu ġenerali u bi prestazzjoni baxxa. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta, fir-rigward ta' gruppi speċifiċi ta' prodotti li jużaw batteriji mhux rikarikabbli, abbażi ta' valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja, jekk l-użu alternattiv ta' batteriji rikarikabbli jirriżultax f'benefiċċji ambjentali ġenerali u għalhekk jekk l-użu ta' batteriji portabbli mhux rikarikabbli ta' użu ġenerali jenħtieġ li jiġi eliminat gradwalment. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jiġu kkomplementati bir-rekwiżiti stabbiliti permezz ta' miżuri ta' implimentazzjoni skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1 għal prodotti partikolari li jaħdmu bil-batteriji.
__________________
1 Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 26
(26) Sabiex jiġi żgurat li l-batteriji portabbli inkorporati fl-apparat ikunu soġġetti għal ġbir separat, trattament u riċiklaġġ ta' kwalità għolja xierqa ladarba jkunu saru skart, huma meħtieġa dispożizzjonijiet biex tiġi żgurata l-possibbiltà tagħhom li jinqalgħu u jiġu sostitwiti f'apparat bħal dan. Jenħtieġ li l-batteriji użati jkunu wkoll sostitwibbli sabiex jittawwal it-tul tal-ħajja mistenni tal-apparat li jkunu parti minnu. Id-dispożizzjonijiet ġenerali ta' dan ir-Regolament jistgħu jiġu kkumplimentati b'rekwiżiti stabbiliti għal prodotti partikolari li jaħdmu bil-batteriji fil-miżuri ta' implimentazzjoni skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill33. Fejn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni tistabbilixxi rekwiżiti aktar speċifiċi, għal raġunijiet ta' sikurezza, fir-rigward tat-tneħħija tal-batteriji minn prodotti (eż. ġugarelli), jenħtieġ li japplikaw dawk ir-regoli speċifiċi.
(26) Sabiex jiġi żgurat li l-batteriji portabbli inkorporati fl-apparat ikunu soġġetti għal ġbir separat, trattament u riċiklaġġ ta' kwalità għolja xierqa ladarba jkunu saru skart, huma meħtieġa dispożizzjonijiet biex tiġi żgurata l-possibbiltà tagħhom li jinqalgħu u jiġu sostitwiti f'apparat bħal dan. Jenħtieġ lijiġu stabbiliti wkoll regoli għal batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief. Jenħtieġ li l-batteriji użati jkunu wkoll sostitwibbli sabiex jittawwal it-tul tal-ħajja mistenni tal-apparat li jkunu parti minnu. Id-dispożizzjonijiet ġenerali ta' dan ir-Regolament jistgħu jiġu kkomplementati b'rekwiżiti stabbiliti għal prodotti partikolari li jaħdmu bil-batteriji fil-miżuri ta' implimentazzjoni skont id-Direttiva 2009/125/KE. Fejn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni tistabbilixxi rekwiżiti aktar speċifiċi, għal raġunijiet ta' sikurezza, fir-rigward tat-tneħħija tal-batteriji minn prodotti (eż. ġugarelli), jenħtieġ li japplikaw dawk ir-regoli speċifiċi. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll dispożizzjonijiet biex jiġi żgurat li l-batteriji industrijali, il-batteriji awtomotivi u l-batteriji tal-vetturi elettriċi jkunu jistgħu jitneħħew u sostitwiti, filwaqt li titqies in-natura differenti tagħhom u r-rekwiżiti speċifiċi ta' sikurezza.
__________________
33 Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 26a (ġdida)
(26a) Il-batteriji awtomotivi, il-batteriji għal vetturi elettriċi u l-batteriji industrijali jenħtieġ li jkunu jistgħu jitneħħew u jiġu sostitwiti minn operaturi indipendenti kwalifikati. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet li jiżguraw li tali batteriji jkunu jistgħu jitneħħew, jiġu sostitwiti u żarmati. Huwa importanti li s-sikurezza tali batteriji meta jiġu msewwija tkun tista' tiġi vvalutata abbażi ta' testijiet mhux distruttivi adattati għalihom. Sabiex tiġi ffaċilitata t-tiswija tal-batteriji awtomotivi, tal-batteriji għal vetturi elettriċi u tal-batteriji industrijali, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tas-supplimentar ta' dan ir-Regolament biex jiġu stabbiliti kriterji għat-tneħħija, is-sostituzzjoni u ż-żarmar ta' batteriji awtomotivi, batteriji għal vetturi elettriċi u għal batteriji industrijali. Sabiex tkun tista' tiġi vvalutata s-sikurezza ta' tali batteriji meta msewwija, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni, fir-rigward tad-definizzjoni ta' metodi ta' ttestjar non-distruttivi adegwati.
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 26b (ġdida)
(26b) Sabiex ikompli jitnaqqas l-iskart, l-interoperabbiltà tal-batteriji, tal-konnetturi u taċ-ċarġers f'kull tip ta' prodott jenħtieġ li tiġi promossa fil-leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni tal-ekodisinn speċifiku għall-prodott, u fil-politika dwar il-prodotti sostenibbli li jmiss.
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 26c (ġdida)
(26c) L-interoperabbiltà taċ-ċarġers f'kategoriji speċifiċi ta' batteriji tista' tnaqqas l-iskart u l-ispejjeż bla bżonn għall-benefiċċju tal-konsumaturi u ta' utenti finali oħra. Għalhekk jenħtieġ li jkun possibbli li l-batteriji jiġu ċċarġjati mill-ġdid għal vetturi elettriċi, mezzi tat-trasport ħfief, u batteriji rikarikabbli inkorporati f'kategoriji speċifiċi ta' tagħmir elettriku u elettroniku, bl-użu ta' ċarġers komuni li jippermettu l-interoperabbiltà f'kull kategorija ta' batteriji. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jinkludi dispożizzjonijiet li jirrikjedu li l-Kummissjoni tivvaluta kif l-aħjar tintroduċi standards armonizzati għal ċarġers komuni applikabbli mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2026 għal dawk il-kategoriji ta' batteriji. Din il-valutazzjoni jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn proposti leġiżlattivi fejn xieraq.
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 27
(27) Il-batteriji affidabbli huma fundamentali għall-operat u s-sikurezza ta' ħafna prodotti, apparat u servizzi. Għalhekk, jenħtieġ li l-batteriji jiġu ddisinjati u manifatturati biex jiżguraw l-operazzjoni u l-użu sikur tagħhom. Dan l-aspett huwa partikolarment rilevanti għas-sistemi għall-ħażna tal-enerġija f'batteriji stazzjonarji, li bħalissa mhumiex koperti minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Il-parametri li għandhom jiġu kkunsidrati fit-testijiet tas-sikurezza jenħtieġ li jiġu stipulati għal dawk is-sistemi għall-ħażna tal-enerġija.
(27) Il-batteriji affidabbli huma fundamentali għall-operat u s-sikurezza ta' ħafna prodotti, apparat u servizzi. Għalhekk, jenħtieġ li l-batteriji jiġu ddisinjati u manifatturati biex jiżguraw l-operazzjoni u l-użu sikur tagħhom, sabiex ma jikkawżawx ħsara jew dannu lill-bnedmin, lill-ambjent jew lill-proprjetà. Dan l-aspett huwa partikolarment rilevanti għal batteriji fi ħdan sistemi għall-ħażna tal-enerġija f'batteriji stazzjonarji, li bħalissa mhumiex koperti minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Il-parametri li għandhom jiġu kkunsidrati fit-testijiet tas-sikurezza jenħtieġ li għalhekk jiġu stipulati għal dawk il-batteriji u jiġu kkomplementati bi standards CEN, CENELEC u IEC applikabbli.
Emenda 24 Proposta għal regolament Premessa 28
(28) Sabiex l-utenti finali jingħataw informazzjoni trasparenti, affidabbli u ċara dwar il-batteriji u l-karatteristiċi ewlenin tagħhom, u dwar l-iskart ta' batteriji, biex l-utenti finali jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati meta jixtru u jarmu l-batteriji u biex l-operaturi tal-iskart ikunu jistgħu jittrattaw b'mod xieraq l-iskart ta' batteriji, jenħtieġ li l-batteriji jiġu ttikkettati. Jenħtieġ li l-batteriji jkunu ttikkettati bl-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-karatteristiċi ewlenin tagħhom, inklużi l-kapaċità u l-kontenut tagħhom ta' ċerti sustanzi perikolużi. Sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-informazzjoni matul iż-żmien, jenħtieġ li dik l-informazzjoni tkun magħmula disponibbli wkoll permezz tal-kodiċijiet QR.
(28) Sabiex l-utenti finali jingħataw informazzjoni trasparenti, affidabbli u ċara dwar il-batteriji u l-karatteristiċi ewlenin tagħhom, u dwar l-iskart ta' batteriji, biex l-utenti finali jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati meta jixtru u jarmu l-batteriji u biex l-operaturi tal-iskart ikunu jistgħu jittrattaw b'mod xieraq l-iskart ta' batteriji, jenħtieġ li l-batteriji jiġu ttikkettati. Jenħtieġ li l-batteriji jkunu ttikkettati bl-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-karatteristiċi ewlenin tagħhom, inklużi l-kapaċità, il-karatteristiċi ta' produzzjoni u l-kontenut tagħhom ta' ċerti sustanzi perikolużi. Sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-informazzjoni matul iż-żmien, jenħtieġ li dik l-informazzjoni tkun magħmula disponibbli wkoll permezz ta' kodiċijiet QR li jenħtieġ li jirrispettaw il-linji gwida tal-istandard ISO/IEC 18004.Jenħtieġ li l-kodiċi QR stampat jew imnaqqax fuq il-batteriji kollha jagħti aċċess għall-passaport tal-prodotti tal-batterija. It-tikketti u l-kodiċijiet QR jenħtieġ li jkunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1.
__________________
1 Id-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 70).
Emenda 25 Proposta għal regolament Premessa 29
(29) L-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-batteriji hija essenzjali biex jiġi żgurat li l-utenti finali bħala konsumaturi jkunu infurmati tajjeb u fil-ħin u, b'mod partikolari, li jkollhom bażi komuni biex iqabblu batteriji differenti qabel ma jixtru. Għalhekk, il-batteriji portabbli ta' użu ġenerali u l-batteriji awtomotivi jenħtieġ li jiġu mmarkati b'tikketta li jkun fiha l-informazzjoni dwar it-tul ta' żmien medju minimu tagħhom meta jintużaw f'applikazzjonijiet speċifiċi. Barra minn hekk, huwa importanti li l-utent finali jiġi ggwidat biex jarmi l-iskart ta' batteriji b'mod xieraq.
(29) L-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-batteriji hija essenzjali biex jiġi żgurat li l-utenti finali, speċjalment bħala konsumaturi jkunu infurmati tajjeb u fil-ħin u, b'mod partikolari, li jkollhom bażi komuni biex iqabblu batteriji differenti qabel ma jixtru. Għalhekk, il-batteriji portabbli, il-batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief u l-batteriji awtomotivi jenħtieġ li jiġu mmarkati b'tikketta li jkun fiha l-informazzjoni dwar it-tul ta' żmien medju minimu tagħhom meta jintużaw f'applikazzjonijiet speċifiċi u t-tul tal-ħajja mistenni tagħhom. Barra minn hekk, huwa importanti li l-utent finali jiġi ggwidat biex jarmi l-iskart ta' batteriji b'mod xieraq.
Emenda 26 Proposta għal regolament Premessa 30
(30) Jenħtieġ li l-batteriji industrijali rikarikabbli u l-batteriji tal-vetturi elettriċi b'memorja interna u b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh ikollhom sistema ta' ġestjoni tal-batterija li taħżen id-data sabiex l-istat tas-saħħa u t-tul tal-ħajja mistenni tal-batteriji jkunu jistgħu jiġu ddeterminati fi kwalunkwe ħin mill-utent finali jew minn kwalunkwe parti terza oħra li taġixxi f'ismu. Sabiex batterija tiġi adattata għal skop differenti jew manifatturata mill-ġdid, jenħtieġ li l-aċċess għas-sistema ta' ġestjoni tal-batterija jiġi pprovdut lill-persuna li tkun xtrat il-batterija jew lil kwalunkwe parti terza li taġixxi f'isimha fi kwalunkwe ħin għall-evalwazzjoni tal-valur residwu tal-batterija, l-iffaċilitar tal-użu mill-ġdid, l-adattament tal-batterija għal skop differenti jew il-manifattura mill-ġdid tagħha u t-tqegħid tal-batterija għad-dispożizzjoni tal-aggregaturi indipendenti, kif definiti fid-Direttiva (UE) 201/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34, li joperaw impjanti tal-enerġija virtwali fi grilji tal-elettriku. Jenħtieġ li dan ir-rekwiżit japplika flimkien mad-dritt tal-Unjoni dwar it-tip ta' approvazzjoni tal-vetturi, inklużi speċifikazzjonijiet tekniċi li jistgħu joriġinaw mix-xogħol tal-Grupp ta' Ħidma informali tal-UNECE dwar il-Vetturi Elettriċi u l-Ambjent dwar l-aċċess għad-data f'vetturi elettriċi.
(30) Il-batteriji f'sistemi ta' ħżin tal-enerġija f'batteriji stazzjonarji, batteriji ta' mezzi tat-trasport ħfief u batteriji tal-vetturi elettriċi fihom sistema ta' ġestjoni tal-batterija li taħżen id-data.Dik is-sistema ta' ġestjoni tal-batterija jenħtieġ li tinkludi informazzjoni dwar l-istat tas-saħħa, is-sikurezza u t-tul tal-ħajja mistenni tal-batteriji sabiex dawk l-aspetti jkunu jistgħu jiġu ddeterminati fi kwalunkwe ħin mill-utent finali jew minn kwalunkwe parti terza oħra li taġixxi f'ismu. Sabiex jiġu ffaċilitati l-użu mill-ġdid, l-adattament għal skop differenti jew il-manifattura mill-ġdid ta' batterija, jenħtieġ li d-data li tinqara biss mill-aċċess għas-sistema ta' ġestjoni tal-batterija tiġi pprovduta lill-persuna li tkun xtrat il-batterija jew lil kwalunkwe parti terza li taġixxi f'isimha fi kwalunkwe ħin għall-evalwazzjoni tal-valur residwu tal-batterija, l-iffaċilitar tal-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, l-użu mill-ġdid, il-preparazzjoni għal adattament għal skop differenti, l-adattament għal skop differenti jew il-manifattura mill-ġdid tal-batterija u għat-tqegħid tal-batterija għad-dispożizzjoni tal-aggregaturi indipendenti, kif definiti fid-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34, li joperaw impjanti tal-enerġija virtwali fi grilji tal-elettriku, inklużi l-elementi meħtieġa li jippermettu t-tħaddim ta' servizzi ta' vettura għall-grilja. Bil-għan li jiġu ffaċilitati l-adozzjoni u l-użu tagħhom fl-Unjoni, jenħtieġ li l-batteriji għal vetturi elettriċi u batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief jkollhom disponibbli, f'ħin reali, data li tinqara biss fil-vettura relatata mal-istat tas-saħħa tal-batterija, l-istat taċ-ċarġ tal-batterija, mal-valur programmat tal-potenza tal-batterija u mal-kapaċità tal-batterija. Is-sistema ta' ġestjoni tal-batterija għall-batteriji tal-vetturi elettriċi jenħtieġ li jkollha wkoll funzjoni ta' komunikazzjoni sabiex ikun possibbli li jkun hemm funzjonijiet ta' ċċarġjar intelliġenti bħall-iċċarġjar mill-vettura għall-grilja, mill-vettura għall-iċċarġjar b'batterija, mill-vettura għall-vettura, mill-vettura għall-powerbank u mill-vettura għall-bini. Jenħtieġ li dan ir-rekwiżit japplika flimkien mad-dritt tal-Unjoni dwar it-tip ta' approvazzjoni tal-vetturi, inklużi speċifikazzjonijiet tekniċi li jistgħu joriġinaw mix-xogħol tal-Grupp ta' Ħidma informali tal-UNECE dwar il-Vetturi Elettriċi u l-Ambjent dwar l-aċċess għad-data f'vetturi elettriċi. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi bbażati fuq ir-Regolamenti Tekniċi Globali tal-UNECE (UNECE GTR), ladarba jkunu applikabbli fid-dritt tal-Unjoni, jenħtieġ li jitqiesu bħala parametru referenzjajru għad-data dwar il-parametri għad-determinazzjoni tal-istat tas-saħħa u l-ħajja mistennija tal-batteriji fis-sistema ta' ġestjoni tal-batterija.
__________________
__________________
34 Id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125)
34 Id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125).
Emenda 27 Proposta għal regolament Premessa 31
(31) Għadd ta' rekwiżiti speċifiċi għall-prodott skont dan ir-Regolament, inkluż dwar il-prestazzjoni, id-durabbiltà, l-adattament għal skop differenti u s-sikurezza, jenħtieġ li jitkejlu bl-użu ta' metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli li jqisu l-metodoloġiji mill-aktar avvanzati tal-kejl u tal-kalkolu rikonoxxuti b'mod ġenerali. Sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm ostakli għall-kummerċ fis-suq intern, jenħtieġ li l-istandards jiġu armonizzati fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li tali metodi u standards, sa fejn ikun possibbli, iqisu l-użu tal-batteriji fil-ħajja reali, ikunu jirriflettu l-firxa medja tal-imġiba tal-konsumaturi u jkunu robusti sabiex jiskoraġġixxu ċ-ċirkomvenzjoni intenzjonali u mhux intenzjonali. Ladarba tkun ġiet adottata referenza għal tali standard skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35 u ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandha tiġi stabbilita preżunzjoni ta' konformità ma' dawk ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott adottati abbażi ta' dan ir-Regolament, dment li l-eżitu ta' tali metodi juri li jintlaħqu l-valuri minimi stabbiliti għal dawk ir-rekwiżiti sostantivi. Fin-nuqqas ta' standards ippubblikati fiż-żmien tal-applikazzjoni ta' rekwiżiti speċifiċi għall-prodott, jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta speċifikazzjonijiet komuni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni u jenħtieġ li l-konformità ma' tali speċifikazzjonijiet twassal ukoll għall-preżunzjoni tal-konformità. F'każijiet fejn jinstab, fi stadju aktar tard, li l-ispeċifikazzjonijiet komuni għandhom xi nuqqasijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, temenda jew tħassar l-ispeċifikazzjonijiet komuni inkwistjoni.
(31) Għadd ta' rekwiżiti speċifiċi għall-prodott skont dan ir-Regolament, inkluż dwar il-prestazzjoni, id-durabbiltà, l-adattament għal skop differenti u s-sikurezza, jenħtieġ li jitkejlu bl-użu ta' metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli li jqisu l-metodoloġiji mill-aktar avvanzati tal-kejl, tal-istandards u tal-kalkolu rikonoxxuti b'mod ġenerali. Sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm ostakli għall-kummerċ fis-suq intern, jenħtieġ li l-istandards jiġu armonizzati fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li tali metodi u standards, sa fejn ikun possibbli, iqisu l-użu tal-batteriji fil-ħajja reali, ikunu jirriflettu l-firxa medja tal-imġiba tal-konsumaturi u jkunu robusti sabiex jiskoraġġixxu ċ-ċirkomvenzjoni intenzjonali u mhux intenzjonali. Ladarba tkun ġiet adottata referenza għal tali standard skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35 u ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandha tiġi stabbilita preżunzjoni ta' konformità ma' dawk ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott adottati abbażi ta' dan ir-Regolament, dment li l-eżitu ta' tali metodi juri li jintlaħqu l-valuri minimi stabbiliti għal dawk ir-rekwiżiti sostantivi. Sabiex jiġi evitat l-irduppjar tal-istandards, biex tiġi massimizzata l-effiċjenza u biex jiġu inklużi l-ogħla għarfien espert u għarfien tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku, il-Kummissjoni jenħtieġ li tfittex li titlob organizzazzjoni jew organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex jabbozzaw standard f'każ li jkun hemm nuqqas ta' standard bħal dan. Fin-nuqqas ta' standards ippubblikati fiż-żmien tal-applikazzjoni ta' rekwiżiti speċifiċi għall-prodott, jew fl-eventwalità ta' risposta mhux sodisfaċenti mill-organizzazzjoni ta' standardizzazzjoni Ewropea rilevanti, jenħtieġ li l-Kummissjoni, f'każijiet eċċezzjonali u ġustifikati u wara li tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, tadotta speċifikazzjonijiet komuni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni u jenħtieġ li l-konformità ma' tali speċifikazzjonijiet twassal ukoll għall-preżunzjoni tal-konformità. F'każijiet fejn jinstab, fi stadju aktar tard, li l-ispeċifikazzjonijiet komuni għandhom xi nuqqasijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, temenda jew tħassar l-ispeċifikazzjonijiet komuni inkwistjoni.
__________________
__________________
35 Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12)
35 Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).
Emenda 28 Proposta għal regolament Premessa 31a (ġdida)
(31a) Involviment attiv fil-ħidma tal-kumitati tal-istandardizzazzjoni internazzjonali huwa prerekwiżit strateġiku importanti biex it-teknoloġiji futuri jitqiegħdu fis-suq. F'xi każijiet, il-parteċipazzjoni tal-Unjoni kienet sottorappreżentata f'dawn il-kumitati. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jappoġġjaw b'mod attiv il-ħidma tal-kumpaniji Ewropej f'dawn il-kumitati internazzjonali tal-istandardizzazzjoni. Qabel ma tikkunsidra l-adozzjoni ta' standards permezz ta' leġiżlazzjoni sekondarja, il-Kummissjoni jenħteiġ li tivvaluta bir-reqqa x-xogħol li jkun sar fuq livell internazzjonali.
Emenda 29 Proposta għal regolament Premessa 31b (ġdida)
(31b) Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura li jkun hemm konsistenza fir-rigward tal-istandards armonizzati u l-ispeċifikazzjonijiet komuni skont dan ir-Regolament u meta tkun qed tirrevedi r-Regolament (UE) Nru 1025/2012.
Emenda 30 Proposta għal regolament Premessa 32
(32) Sabiex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-informazzjoni għal finijiet ta' sorveljanza tas-suq, sabiex wieħed jadatta għal teknoloġiji ġodda u sabiex tiġi żgurata r-reżiljenza f'każ ta' kriżijiet globali, bħall-pandemija tal-Covid-19, jenħtieġ li jkun possibbli li tingħata informazzjoni rigward il-konformità mal-atti kollha tal-Unjoni applikabbli għall-batteriji online fil-forma ta' dikjarazzjoni tal-konformità unika tal-UE.
(32) Sabiex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-informazzjoni għal finijiet ta' sorveljanza tas-suq, sabiex wieħed jadatta għal teknoloġiji ġodda u sabiex tiġi żgurata r-reżiljenza f'każ ta' kriżijiet globali, bħall-pandemija tal-COVID-19, informazzjoni rigward il-konformità mal-atti kollha tal-Unjoni applikabbli għall-batteriji tkun tista' tingħata online fil-forma ta' dikjarazzjoni tal-konformità unika tal-UE.
Emenda 31 Proposta għal regolament Premessa 35
(35) Madankollu, il-moduli magħżula ma jirriflettux ċerti aspetti speċifiċi tal-batteriji u, b'hekk, huwa meħtieġ li jiġu adattati l-moduli magħżula għall-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità. Sabiex jitqiesu n-novità u l-kumplessità tar-rekwiżiti tas-sostenibbiltà, tas-sikurezza u tat-tikkettar stabbiliti f'dan ir-Regolament u sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-batteriji mqiegħda fis-suq mar-rekwiżiti legali, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' tal-emendar tal-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità billi jiżdiedu l-passi tal-verifiki jew billi jinbidel il-modulu tal-valutazzjoni, abbażi tal-iżviluppi fis-suq tal-batteriji jew fil-katina tal-valur tal-batteriji.
(35) Madankollu, il-moduli magħżula ma jirriflettux ċerti aspetti speċifiċi tal-batteriji u, b'hekk, huwa meħtieġ li jiġu adattati l-moduli magħżula għall-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità. Sabiex jitqiesu n-novità u l-kumplessità tar-rekwiżiti tas-sostenibbiltà, tas-sikurezza, tat-tikkettar uta' informazzjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament u sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-batteriji mqiegħda fis-suq mar-rekwiżiti legali, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' tal-emendar tal-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità billi jiżdiedu l-passi tal-verifiki jew billi jinbidel il-modulu tal-valutazzjoni, abbażi tal-iżviluppi fis-suq tal-batteriji jew fil-katina tal-valur tal-batteriji. Huma meħtieġa proċeduri robusti ta' valutazzjoni tal-konformità biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti sostenibbli u l-obbligi tad-diliġenza dovuta fil-katina tal-valur stabbiliti f'dan ir-Regolament.
Emenda 32 Proposta għal regolament Premessa 38
(38) Minħabba n-novità u l-kumplessità tar-rekwiżiti tas-sostenibbiltà, tas-sikurezza u tat-tikkettar għall-batteriji u sabiex jiġi żgurat livell konsistenti ta' kwalità fit-twettiq tal-valutazzjoni tal-konformità tal-batteriji, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti għall-awtoritajiet tan-notifika involuti fil-valutazzjoni, fin-notifika u fil-monitoraġġ tal-korpi nnotifikati. B'mod partikolari, jenħtieġ li jiġi żgurat li l-awtorità tan-notifika tkun oġġettiva u imparzjali fir-rigward tal-attività tagħha. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet tan-notifika jkunu meħtieġa jissalvagwardjaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li jiksbu, madankollu, jenħtieġ li jkunu jistgħu jiskambjaw informazzjoni dwar il-korpi nnotifikati mal-awtoritajiet nazzjonali, mal-awtoritajiet tan-notifika ta' Stati Membri oħrajn u mal-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-konsistenza fil-valutazzjoni tal-konformità.
(38) Minħabba n-novità u l-kumplessità tar-rekwiżiti tas-sostenibbiltà, tal-prestazzjoni, tas-sikurezza, tat-tikkettar u ta' informazzjoni għall-batteriji u sabiex jiġi żgurat livell konsistenti ta' kwalità fit-twettiq tal-valutazzjoni tal-konformità tal-batteriji, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti għall-awtoritajiet tan-notifika involuti fil-valutazzjoni, fin-notifika u fil-monitoraġġ tal-korpi nnotifikati. B'mod partikolari, jenħtieġ li jiġi żgurat li l-awtorità tan-notifika tkun oġġettiva u imparzjali fir-rigward tal-attività tagħha u jkollha numru suffiċjenti ta' membri tal-persunal kompetenti teknikament biex iwettqu l-kompiti tagħha. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet tan-notifika jkunu meħtieġa jissalvagwardjaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li jiksbu, madankollu, jenħtieġ li jkunu jistgħu jiskambjaw informazzjoni dwar il-korpi nnotifikati mal-awtoritajiet nazzjonali, mal-awtoritajiet tan-notifika ta' Stati Membri oħrajn u mal-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-konsistenza fil-valutazzjoni tal-konformità.
Emenda 33 Proposta għal regolament Premessa 39
(39) Huwa essenzjali li l-korpi nnotifikati kollha jwettqu l-funzjonijiet tagħhom fl-istess livell u f'kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta u awtonomija. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti għall-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità li jixtiequ jiġu nnotifikati sabiex jipprovdu attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti jkomplu japplikaw bħala prerekwiżit għaż-żamma tal-kompetenza tal-korp innotifikat. Sabiex tiġi żgurata l-awtonomija tiegħu, jenħtieġ li l-korp innotifikat u l-persunal li jimpjega jżommu l-indipendenza mill-operaturi ekonomiċi fil-katina tal-valur tal-batteriji u minn kumpaniji oħrajn, inklużi assoċjazzjonijiet tan-negozju u kumpaniji prinċipali u sussidjarji. Jenħtieġ li l-korp innotifikat jintalab jiddokumenta l-indipendenza tiegħu u jipprovdi dik id-dokumentazzjoni lill-awtorità tan-notifika.
(39) Huwa essenzjali li l-korpi nnotifikati kollha jwettqu l-funzjonijiet tagħhom fl-istess livell u f'kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta u awtonomija. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti għall-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità li jixtiequ jiġu nnotifikati sabiex jipprovdu attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti jkomplu japplikaw bħala prerekwiżit għaż-żamma tal-kompetenza tal-korp innotifikat. Sabiex tiġi żgurata l-awtonomija tiegħu, jenħtieġ li l-korp innotifikat u l-persunal li jimpjega jżommu l-indipendenza mill-operaturi ekonomiċi fil-katina tal-valur tal-batteriji u minn kumpaniji oħrajn, inklużi assoċjazzjonijiet tan-negozju u kumpaniji prinċipali u sussidjarji. Jenħtieġ li l-korp innotifikat jintalab jiddokumenta l-indipendenza tiegħu u jipprovdi dik id-dokumentazzjoni lill-awtorità tan-notifika. Jenħtieġ li jkunu rikjesti wkoll ir-rotazzjoni tat-timijiet u perjodi xierqa biex wieħed jerġa' jaħsibha.
Emenda 34 Proposta għal regolament Premessa 42
(42) Billi s-servizzi offruti minn korpi nnotifikati fi Stat Membru jistgħu jkunu relatati ma' batteriji mqiegħda fis-suq fl-Unjoni kollha, huwa xieraq li l-Istati Membri l-oħrajn u l-Kummissjoni jingħataw l-opportunità li jqajmu oġġezzjonijiet dwar korp innotifikat. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni sabiex titlob lill-awtorità tan-notifika tieħu azzjoni korrettiva fil-każ li korp innotifikat ma jissodisfax, jew ma jkunx għadu jissodisfa, ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
(42) Billi s-servizzi offruti minn korpi nnotifikati fi Stat Membru jistgħu jkunu relatati ma' batteriji mqiegħda fis-suq fl-Unjoni kollha, huwa xieraq li l-Istati Membri l-oħrajn, il-Kummissjoni, l-operaturi ekonomiċi u l-partijiet ikkonċernati rilevanti jingħataw l-opportunità li jqajmu oġġezzjonijiet dwar korp innotifikat. Il-Kummissjoni, waqt il-proċeduri tal-investigazzjoni, jenħtieġ li tikseb il-parir ta' Faċilità ta' Ttestjar tal-Unjoni maħtura f'konformità mar-Regolament (UE) 2019/1020. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni sabiex titlob lill-awtorità tan-notifika tieħu azzjoni korrettiva fil-każ li korp innotifikat ma jissodisfax, jew ma jkunx għadu jissodisfa, ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
Emenda 35 Proposta għal regolament Premessa 43
(43) Fl-interessi tal-iffaċilitar u l-aċċellerazzjoni tal-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità, taċ-ċertifikazzjoni u, fl-aħħar mill-aħħar, tal-aċċess għas-suq u, fid-dawl tan-novità u l-kumplessità tar-rekwiżiti tas-sostenibbiltà, tas-sikurezza u tat-tikkettar għall-batteriji, huwa kruċjali li l-korpi nnotifikati jkollhom aċċess kontinwu għat-tagħmir tal-ittestjar u l-faċilitajiet tal-ittestjar kollha meħtieġa u li huma japplikaw il-proċeduri mingħajr ma joħolqu piżijiet bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi. Għall-istess raġuni, u biex jiġi żgurat it-trattament ugwali tal-operaturi ekonomiċi, huwa meħtieġ li l-korpi nnotifikati japplikaw il-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità b'mod konsistenti.
(43) Fl-interessi tal-iffaċilitar u l-aċċellerazzjoni tal-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità, taċ-ċertifikazzjoni u, fl-aħħar mill-aħħar, tal-aċċess għas-suq u, fid-dawl tan-novità u l-kumplessità tar-rekwiżiti tas-sostenibbiltà, tas-sikurezza, tat-tikkettar uta' informazzjoni għall-batteriji, huwa kruċjali li l-korpi nnotifikati jkollhom aċċess kontinwu għat-tagħmir tal-ittestjar u l-faċilitajiet tal-ittestjar kollha meħtieġa u li huma japplikaw il-proċeduri mingħajr ma joħolqu piżijiet bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi. Għall-istess raġuni, u biex jiġi żgurat it-trattament ugwali tal-operaturi ekonomiċi, huwa meħtieġ li l-korpi nnotifikati japplikaw il-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità b'mod konsistenti.
Emenda 36 Proposta għal regolament Premessa 51
(51) Sabiex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq u l-konsumaturi, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi, bħala parti mid-dettalji ta' kuntatt tagħhom, jindikaw indirizz ta' sit web minbarra l-indirizz postali.
(51) Sabiex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq u l-konsumaturi, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi, bħala parti mid-dettalji ta' kuntatt tagħhom, jindikaw numru tat-telefon, l-indirizz postali, l-email u l-indirizz ta' sit web.
Emenda 37 Proposta għal regolament Premessa 52
(52) Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-batteriji minn pajjiżi terzi li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, kemm jekk ikunu importati bħala batteriji awtonomi kif ukoll jekk ikunu jinsabu fi prodotti, u b'mod partikolari li l-manifatturi jkunu wettqu proċeduri xierqa ta' valutazzjoni tal-konformità fir-rigward ta' dawk il-batteriji. Għalhekk, jenħtieġ li ssir dispożizzjoni għall-importaturi biex jiżguraw li l-batteriji li jqiegħdu fis-suq u fis-servizz ikunu konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u li l-markatura CE fuq il-batteriji u d-dokumentazzjoni mfassla mill-manifatturi jkunu disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali.
(52) Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-batteriji minn pajjiżi terzi li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, u mad-dritt applikabbli rilevanti tal-Unjoni, kemm jekk ikunu importati bħala batteriji awtonomi kif ukoll jekk ikunu jinsabu fi prodotti, u b'mod partikolari li l-manifatturi jkunu wettqu proċeduri xierqa ta' valutazzjoni tal-konformità fir-rigward ta' dawk il-batteriji. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali biex jiġi żgurat li l-awditjar minn parti terza tar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament relatati mal-proċess tal-produzzjoni tal-batteriji jkun robust u indipendenti. Għalhekk jenħtieġ li tiġi żgurata bis-sħiħ il-konformità mad-dikjarazzjoni tal-marka tal-karbonju, il-kontenut riċiklat, kif ukoll l-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-diliġenza dovuta għall-katina tal-valur tal-batterija stabbiliti f'dan ir-Regolament. Għalhekk, jenħtieġ li ssir dispożizzjoni għall-importaturi biex jiżguraw li l-batteriji li jqiegħdu fis-suq u fis-servizz ikunu konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u li l-markatura CE fuq il-batteriji u d-dokumentazzjoni mfassla mill-manifatturi jkunu disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali. Dawk l-awtoritajiet, b'mod partikolari meta jwettqu kontrolli fuq prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni minn pajjiżi terzi, jenħtieġ li jiżguraw li jkun hemm infurzar konsistenti tad-dritt tal-Unjoni permezz ta' livell effettiv u uniformi ta' kontroll, f'konformità mar-Regolament (UE) 2019/1020.
Emenda 38 Proposta għal regolament Premessa 53
(53) Meta jqiegħed batterija fis-suq jew fis-servizz, jenħtieġ li kull importatur jindika fuq il-batterija l-isem tal-importatur, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata, kif ukoll l-indirizz postali. Jenħtieġ li jiġu previsti eċċezzjonijiet f'każijiet fejn id-daqs tal-batterija ma jippermettix li jsir dan. Dan jinkludi każijiet fejn l-importatur ikollu jiftaħ l-imballaġġ biex ipoġġi l-isem u l-indirizz fuq il-batterija jew fejn il-batterija tkun żgħira wisq fid-daqs biex fuqha titwaħħal din l-informazzjoni.
(53) Meta jqiegħed batterija fis-suq jew fis-servizz, jenħtieġ li kull importatur jindika fuq il-batterija l-isem tal-importatur, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata, kif ukoll l-indirizz postali, l-email u n-numru tat-telefon. Jenħtieġ li jiġu previsti eċċezzjonijiet f'każijiet fejn id-daqs tal-batterija ma jippermettix li jsir dan minħabba li l-batterija tkun żgħira wisq biex titwaħħal din l-informazzjoni. Jenħtieġ li jiġu previsti wkoll eċċezzjonijiet f'każijiet fejn l-importatur ikollu jiftaħ l-imballaġġ biex ipoġġi l-isem u dettalji oħra ta' kuntatt. F'dawk il-każijiet eċċezzjonali, l-importatur jenħtieġ li jipprovdi din l-informazzjoni f'dokument li jakkumpanja l-batterija jew b'mod differenti li jkun aċċessibbli immedjatament.F'każ li jkun jeżisti imballaġġ, jenħtieġ li dan jintuża biex jindika din l-informazzjoni.
Emenda 39 Proposta għal regolament Premessa 56
(56) Id-distributuri u l-importaturi, minħabba li huma qrib is-suq, jenħtieġ li jkunu involuti fil-kompiti ta' sorveljanza tas-suq imwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali, u jenħtieġ li jkunu ppreparati biex jipparteċipaw b'mod attiv, billi jipprovdu lil dawk l-awtoritajiet bl-informazzjoni kollha meħtieġa relatata mal-batterija kkonċernata.
(56) Id-distributuri, l-importaturi u l-fornituri tas-servizzi ta' ġestjoni, inklużi s-swieq, minħabba li huma qrib is-suq, jenħtieġ li jkunu involuti fil-kompiti ta' sorveljanza tas-suq imwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali, u jenħtieġ li jkunu ppreparati biex jipparteċipaw b'mod attiv, billi jipprovdu lil dawk l-awtoritajiet bl-informazzjoni kollha meħtieġa relatata mal-batterija kkonċernata.
Emenda 40 Proposta għal regolament Premessa 57
(57) L-iżgurar tat-traċċabbiltà ta' batterija matul il-katina tal-provvista kollha jgħin biex is-sorveljanza tas-suq tkun aktar sempliċi u effiċjenti. Sistema ta' traċċabbiltà effettiva tiffaċilita l-kompitu tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jittraċċaw lill-operaturi ekonomiċi li qiegħdu fis-suq jew għamlu disponibbli fis-suq jew fis-servizz batteriji mhux konformi. Għalhekk, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jkunu meħtieġa jżommu l-informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet tagħhom ta' batteriji għal ċertu perjodu ta' żmien.
(57) L-iżgurar tat-traċċabbiltà ta' batterija matul il-katina tal-provvista kollha jgħin biex is-sorveljanza tas-suq tkun aktar sempliċi u effiċjenti, u jipprovdi trasparenza lill-konsumaturi. Sistema ta' traċċabbiltà effettiva tiffaċilita l-kompitu tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jittraċċaw lill-operaturi ekonomiċi li qiegħdu fis-suq jew għamlu disponibbli fis-suq jew fis-servizz batteriji mhux konformi. Għalhekk, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jkunu meħtieġa jżommu l-informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet tagħhom ta' batteriji għal ċertu perjodu ta' żmien, inkluż f'forma elettronika.
Emenda 41 Proposta għal regolament Premessa 59
(59) Huma ftit biss dawk il-pajjiżi li jfornu dawk il-materjali u, f'xi każijiet, l-istandards baxxi ta' governanza jistgħu jaggravaw il-problemi ambjentali u soċjali. L-estrazzjoni u r-raffinar tal-kobalt u tan-nikil huma relatati ma' firxa kbira ta' kwistjonijiet soċjali u ambjentali, inkluż il-potenzjal ta' periklu ambjentali u s-saħħa tal-bniedem. Filwaqt li l-impatti soċjali u ambjentali tal-grafit naturali huma inqas severi, l-estrazzjoni tiegħu għandha proporzjonijiet għoljin ta' operazzjonijiet artiġjanali u fuq skala żgħira, li jseħħu l-aktar f'kuntesti informali u jistgħu jwasslu għal impatti serji fuq is-saħħa u l-ambjent, inkluż l-ebda għeluq regolari tal-minjieri u l-ebda riabilitazzjoni, li jirriżultaw fil-qerda tal-ekosistemi u tal-ħamrija. Għal-litju, iż-żieda mistennija fl-użu tiegħu fil-manifattura tal-batteriji x'aktarx li tpoġġi pressjoni addizzjonali fuq l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni u raffinar, u dan jirrakkomanda li l-litju jiġi inkluż fil-kamp ta' applikazzjoni tal-obbligi ta' diliġenza dovuta għall-katina tal-provvista. Jenħtieġ li ż-żieda kbira ħafna mistennija fid-domanda għall-batteriji fl-Unjoni ma tikkontribwixxix għal żieda ta' tali riskji ambjentali u soċjali.
(59) Huma ftit biss dawk il-pajjiżi li jfornu dawk il-materjali u, f'xi każijiet, l-istandards baxxi ta' governanza jistgħu jaggravaw il-problemi ambjentali u soċjali. L-estrazzjoni u r-raffinar tal-kobalt, tar-ram, tan-nikil, tal-ħadid u tal-boksajt huma relatati ma' firxa kbira ta' kwistjonijiet soċjali u ambjentali, inkluż il-potenzjal ta' periklu ambjentali u s-saħħa tal-bniedem. Filwaqt li l-impatti soċjali u ambjentali tal-grafit naturali huma inqas severi, l-estrazzjoni tiegħu għandha proporzjonijiet għoljin ta' operazzjonijiet artiġjanali u fuq skala żgħira, li jseħħu l-aktar f'kuntesti informali u jistgħu jwasslu għal impatti serji fuq is-saħħa u l-ambjent, inkluż l-ebda għeluq regolari tal-minjieri u l-ebda riabilitazzjoni, li jirriżultaw fil-qerda tal-ekosistemi u tal-ħamrija. Għal-litju, iż-żieda mistennija fl-użu tiegħu fil-manifattura tal-batteriji x'aktarx li tpoġġi pressjoni addizzjonali fuq l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni u raffinar, u dan jirrakkomanda li l-litju jiġi inkluż fil-kamp ta' applikazzjoni tal-obbligi ta' diliġenza dovuta għall-katina tal-valur tal-batterija. Jenħtieġ li ż-żieda kbira ħafna mistennija fid-domanda għall-batteriji fl-Unjoni ma tikkontribwixxix għal żieda ta' tali riskji ambjentali u soċjali barra l-pajjiż.
Emenda 42 Proposta għal regolament Premessa 60
(60) Uħud mill-materji primi inkwistjoni, bħall-kobalt, il-litju u l-grafit naturali, huma meqjusa bħala materji primi kritiċi għall-UE38 u l-akkwist sostenibbli tagħhom huwa meħtieġ biex l-ekosistema tal-batteriji tal-UE tkun tista' taħdem b'mod xieraq.
(60) Uħud mill-materji primi inkwistjoni, bħall-boksajt, il-kobalt, il-litju u l-grafit naturali, huma meqjusa bħala materji primi kritiċi għall-UE38 u l-akkwist sostenibbli tagħhom huwa meħtieġ biex l-ekosistema tal-batteriji tal-UE tkun tista' taħdem b'mod xieraq.
__________________
__________________
38 Il-Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Ir-Reżiljenza tal-Materja Prima Kritika: It-Twittija tat-Triq lejn Sigurtà u Sostenibbiltà Akbar (COM(2020)0474 final).
38 Il-Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Ir-Reżiljenza tal-Materja Prima Kritika: It-Twittija tat-Triq lejn Sigurtà u Sostenibbiltà Akbar (COM(2020)0474 final).
Emenda 43 Proposta għal regolament Premessa 62
(62) Fl-Unjoni, ġew introdotti rekwiżiti ġenerali dwar id-diliġenza dovuta fir-rigward ta' ċerti minerali u metalli bir-Regolament (UE) Nru 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill39. Madankollu, dak ir-Regolament ma jindirizzax il-minerali u l-materjali użati għall-produzzjoni tal-batteriji.
(62) Il-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u d-Drittijiet tal-Bniedem u l-linji gwida OECD għall-intrapriżi multinazzjonali jistipulaw li l-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jwettqu diliġenza dovuta bħala mezz biex jissodisfaw ir-responsabbiltà korporattiva tagħhom fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent. Fl-Unjoni, ġew introdotti rekwiżiti ġenerali dwar id-diliġenza dovuta fir-rigward ta' ċerti minerali u metalli bir-Regolament (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill39. Madankollu, dak ir-Regolament ma jindirizzax il-minerali u l-materjali użati għall-produzzjoni tal-batteriji.
__________________
__________________
39 Ir-Regolament (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 li jistabbilixxi obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista għall-importaturi tal-Unjoni ta' landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli (ĠU L 130, 19.5.2017, p. 1)
39 Ir-Regolament (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 li jistabbilixxi obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista għall-importaturi tal-Unjoni ta' landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli (ĠU L 130, 19.5.2017, p. 1)
Emenda 44 Proposta għal regolament Premessa 63
(63) Għalhekk, fid-dawl tat-tkabbir esponenzjali mistenni fid-domanda għall-batteriji fl-UE, jenħtieġ li l-operatur ekonomiku li jqiegħed batterija fis-suq tal-UE jistabbilixxi politika ta' diliġenza dovuta għall-katina tal-provvista. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti, bl-objettiv li jiġu indirizzati r-riskji soċjali u ambjentali inerenti fl-estrazzjoni, l-ipproċessar u n-negozjar ta' ċerta materja prima għall-finijiet tal-manifattura tal-batteriji.
(63) Ir-responsabbiltà li jiġu rrispettati d-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet soċjali, is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent jenħtieġ li tapplika għall-operazzjonijiet ta' manifatturar u għar-relazzjonijiet kummerċjali kollha ta' operatur ekonomiku tul il-katina tal-valur tal-batterija. Għalhekk, fid-dawl tat-tkabbir esponenzjali mistenni fid-domanda għall-batteriji fl-UE u l-fatt li l-estrazzjoni, l-ipproċessar u n-negozjar ta' ċerta materja prima, kimiki u materja prima sekondarja użata fil-manifattura tal-batteriji u li jidhru fit-trattament tal-iskart tal-batteriji ġġorru magħhom riskji partikolari, ċerti rekwiżiti għall-proċess ta' diliġenza dovuta għall-katina tal-valur tal-batteriji jenħtieġ li jiġu stabbiliti, bl-objettiv li jiġu indirizzati r-riskji soċjali, ir-riskji għad-drittijiet tal-bniedem u ambjentali inerenti fl-estrazzjoni, l-ipproċessar u n-negozjar ta' ċerta materja prima, kimiki u materja prima sekondarja għall-finijiet tal-manifattura tal-batteriji, it-trattament tal-iskart tal-batteriji, il-proċess tal-manifattura nnifsu kif ukoll l-operazzjonijiet kummerċjali rilevanti kollha.
Emenda 45 Proposta għal regolament Premessa 64
(64) Meta tiġi implimentata politika ta' diliġenza dovuta bbażata fuq ir-riskji, jenħtieġ li din tkun ibbażata fuq prinċipji ta' diliġenza dovuta rikonoxxuti internazzjonalment fl-Għaxar Prinċipji tal-Patt Globali tan-Nazzjonijiet Uniti40, il-Linji Gwida għall-Valutazzjoni taċ-Ċiklu tal-Ħajja Soċjali tal-Prodotti41, id-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-ILO dwar il-Prinċipji li Jikkonċernaw l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali42, u l-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Imġiba Responsabbli fin-Negozju (RBC)43, li jirriflettu fehim komuni fost il-gvernijiet u l-partijiet ikkonċernati, u li jenħtieġ li jitfasslu għall-kuntest u ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' kull operatur ekonomiku. B'rabta mal-estrazzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċ tar-riżorsi minerali naturali użati għall-produzzjoni tal-batteriji, il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Ktajjen ta' Provvista Responsabbli tal-Minerali minn Żoni Affettwati mill-Kunflitti u Żoni ta' Riskju Għoli44 (il-"Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta") tirrappreżenta sforz li ilu għaddej mill-gvernijiet u mill-partijiet ikkonċernati biex jistabbilixxu prattika tajba f'dan il-qasam.
(64) Meta jiġi implimentat proċess ta' diliġenza dovuta bbażata fuq ir-riskji, jenħtieġ li dan ikun ibbażat fuq standards u prinċipji ta' diliġenza dovuta rikonoxxuti internazzjonalment fil-Prinċipji Gwida dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti, fl-Għaxar Prinċipji tal-Patt Globali tan-Nazzjonijiet Uniti40, il-Linji Gwida għall-Valutazzjoni taċ-Ċiklu tal-Ħajja Soċjali tal-Prodotti41, id-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-ILO dwar il-Prinċipji li Jikkonċernaw l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali42, il-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali, u l-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Imġiba Responsabbli fin-Negozju (RBC)43, li jirriflettu fehim komuni fost il-gvernijiet u l-partijiet ikkonċernati, u li jenħtieġ li jitfasslu għall-kuntest u ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' kull operatur ekonomiku. B'rabta mal-estrazzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċ tar-riżorsi minerali naturali minn żoni ta' riskju għoli użati għall-produzzjoni tal-batteriji, il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Ktajjen ta' Provvista Responsabbli tal-Minerali minn Żoni Affettwati mill-Kunflitti u Żoni ta' Riskju Għoli44 (il-"Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta") tirrappreżenta standard rikonoxxut internazzjonalment li jindirizza riskji speċifiċi ta' ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem relatati mal-akkwist u l-kummerċ ta' ċerta materja prima fil-kuntest ta' kunflitt u sforz li ilu għaddej mill-gvernijiet u mill-partijiet ikkonċernati biex jistabbilixxu prattika tajba f'dan il-qasam.
__________________
__________________
40L-Għaxar Prinċipji tal-Patt Globali tan-NU, disponibbli fuq https://www.unglobalcompact.org/what-is-gc/mission/principles
40Il-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, disponibbli fuq https://www.ohchr.org/documents/publications/guidingprinciplesbusinesshr_en.pdf
41 Il-Linji Gwida tal-UNEP għall-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja soċjali tal-prodotti, disponibbli fuq https://www.lifecycleinitiative.org/wp-content/uploads/2012/12/2009%20-%20Guidelines%20for%20sLCA%20-%20EN.pdf
41 Il-Linji Gwida tal-UNEP għall-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja soċjali tal-prodotti, disponibbli fuq https://www.lifecycleinitiative.org/wp-content/uploads/2012/12/2009%20-%20Guidelines%20for%20sLCA%20-%20EN.pdf
42Dikjarazzjoni Tripartitika dwar il-Prinċipji li jikkonċernaw l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali, disponibbli fuq https://www.ilo.org/wcmsp5/groups/public/---ed_emp/---emp_ent/---multi/documents/publication/wcms_094386.pdf
42Il-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali, disponibbli fuq http://mneguidelines.oecd.org/guidelines/
43 OECD (2018), Il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Imġiba Responsabbli fin-Negozju, disponibbli fuq http://mneguidelines.oecd.org/OECD-Due-Diligence-Guidance-for-Responsible-Business-Conduct.pdf
43 OECD (2018), Il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Imġiba Responsabbli fin-Negozju, disponibbli fuq http://mneguidelines.oecd.org/OECD-Due-Diligence-Guidance-for-Responsible-Business-Conduct.pdf
44 OECD (2016), il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Ktajjen ta' Provvista Responsabbli tal-Minerali minn Żoni Affettwati mill-Kunflitti u Żoni ta' Riskju Għoli: Tielet Edizzjoni, OECD Publishing, Paris, https://doi.org/10.1787/9789264252479-en.
44 OECD (2016), il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Ktajjen ta' Provvista Responsabbli tal-Minerali minn Żoni Affettwati mill-Kunflitti u Żoni ta' Riskju Għoli: Tielet Edizzjoni, OECD Publishing, Paris, https://doi.org/10.1787/9789264252479-en.
Emenda 46 Proposta għal regolament Premessa 65
(65) Skont il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta45, id-diliġenza dovuta hija proċess kontinwu, proattiv u reattiv li permezz tiegħu l-kumpaniji jistgħu jiżguraw li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u ma jikkontribwixxux għall-kunflitt46. Id-diliġenza dovuta bbażata fuq ir-riskju tirreferi għall-passi li jenħtieġ li jieħdu l-kumpaniji biex jidentifikaw u jindirizzaw ir-riskji attwali jew potenzjali sabiex jipprevjenu jew jimmitigaw l-impatti negattivi assoċjati mal-attivitajiet tagħhom jew mad-deċiżjonijiet dwar l-akkwist. Kumpanija tista' tivvaluta r-riskju li jinħoloq mill-attivitajiet u r-relazzjonijiet tagħha u tadotta miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskji f'konformità mal-istandards rilevanti pprovduti skont il-liġi nazzjonali u internazzjonali, ir-rakkomandazzjonijiet dwar l-imġiba responsabbli fin-negozju minn organizzazzjonijiet internazzjonali, l-għodod appoġġati mill-gvern, l-inizjattivi volontarji mis-settur privat u l-politiki u s-sistemi interni tal-kumpanija. Dan l-approċċ jgħin ukoll biex jiġi skalat l-eżerċizzju ta' diliġenza dovuta għad-daqs tal-attivitajiet jew għar-relazzjonijiet tal-katina tal-provvista tal-kumpanija.
(65) Skont l-istandards u l-prinċipji tan-NU, l-ILO u tal-OCED, id-diliġenza dovuta hija proċess kontinwu, proattiv u reattiv li permezz tiegħu l-kumpaniji jistgħu jiżguraw li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent u ma jikkontribwixxux għall-kunflitti46. Id-diliġenza dovuta bbażata fuq ir-riskju tirreferi għall-passi li jenħtieġ li jieħdu l-kumpaniji biex jidentifikaw, jipprevjenu, iwaqqfu, jimmitigaw u jispjegaw l-impatti negattivi assoċjati mal-attivitajiet tagħhom jew mad-deċiżjonijiet dwar l-akkwist. L-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jwettqu konsultazzjoni infurmata, effettiva u sinifikattiva mal-komunitajiet affettwati. Kumpanija tista' tivvaluta r-riskju li jinħoloq mill-attivitajiet u r-relazzjonijiet tagħha u tadotta miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskji, li jistgħu jinkludu r-rapportar ta' informazzjoni addizzjonali, in-negozjar bl-għan li tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni jew is-sospensjoni jew it-twaqqif tal-involviment mal-fornituri, f'konformità mal-istandards rilevanti pprovduti skont il-liġi nazzjonali u internazzjonali, ir-rakkomandazzjonijiet dwar l-imġiba responsabbli fin-negozju minn organizzazzjonijiet internazzjonali, l-għodod appoġġati mill-gvern, l-inizjattivi volontarji mis-settur privat u l-politiki u s-sistemi interni tal-kumpanija. Dan l-approċċ jgħin ukoll biex jiġi skalat l-eżerċizzju ta' diliġenza dovuta għad-daqs tal-attivitajiet jew għar-relazzjonijiet tal-katina tal-provvista tal-kumpanija. Ir-rekwiżiti ta' diliġenza dovuta għall-katina tal-valur tal-batteriji jenħtieġ li japplikaw għal kwalunkwe operatur ekonomiku, inklużi pjattaformi online, li jqiegħed il-batteriji fis-suq Ewropew.
__________________
__________________
45 Paġna 15 tal-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta.
46 OECD (2011), Il-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali, OECD, Paris; OECD (2006), Għodda tal-OECD għall-Konoxxenza tar-Riskju għal Intrapriżi Multinazzjonali fiż-Żoni ta' Governanza Dgħajfa OECD, Paris; u, Prinċipji Gwida dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem: L-Implimentazzjoni tal-Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti "Protezzjoni, Rispett u Rimedju" (ir-Rapport tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali dwar il-Kwistjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Korporazzjonijiet Transnazzjonali u Intrapriżi Kummerċjali oħrajn, John Ruggie, A/HRC/17/31, il-21 ta' Marzu 2011).
46 OECD (2011), Il-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali, OECD, Paris; OECD (2006), Għodda tal-OECD għall-Konoxxenza tar-Riskju għal Intrapriżi Multinazzjonali fiż-Żoni ta' Governanza Dgħajfa OECD, Paris; u, Prinċipji Gwida dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem: L-Implimentazzjoni tal-Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti "Protezzjoni, Rispett u Rimedju" (ir-Rapport tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali dwar il-Kwistjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Korporazzjonijiet Transnazzjonali u Intrapriżi Kummerċjali oħrajn, John Ruggie, A/HRC/17/31, il-21 ta' Marzu 2011).
Emenda 47 Proposta għal regolament Premessa 65a (ġdida)
(65a) Filwaqt li l-iskemi ta' diliġenza dovuta tas-settur privat jistgħu jappoġġaw lill-operaturi ekonomiċi fid-diliġenza dovuta tagħhom, l-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jkunu responsabbli individwalment għall-konformità mal-obbligi ta' diliġenza dovuta għall-katina tal-valur tal-batteriji stabbiliti f'dan ir-Regolament.
Emenda 48 Proposta għal regolament Premessa 65b (ġdida)
(65b) Jenħtieġ li tingħata assistenza teknika speċifika lill-operaturi ekonomiċi, speċjalment lill-kumpaniji żgħar u ta' daqs medju, mill-Istati Membri sabiex ikunu jistgħu jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-diliġenza dovuta għall-katina tal-valur tal-batteriji.
Emenda 49 Proposta għal regolament Premessa 66
(66) Jenħtieġ li l-politiki obbligatorji dwar id-diliġenza dovuta għall-katina tal-provvista jiġu adottati jew immodifikati u li jindirizzaw, mill-inqas, l-aktar kategoriji ta' riskji soċjali u ambjentali prevalenti. Jenħtieġ li dan ikopri l-impatti attwali u prevedibbli, minn naħa waħda, fuq il-ħajja soċjali, b'mod partikolari d-drittijiet tal-bniedem, is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem kif ukoll is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali u d-drittijiet tax-xogħol, u, min-naħa l-oħra, fuq l-ambjent, b'mod partikolari fuq l-użu tal-ilma, il-protezzjoni tal-ħamrija, it-tniġġis tal-arja u l-bijodiversità, inkluża l-ħajja komunitarja.
(66) Jenħtieġ li l-politiki obbligatorji dwar id-diliġenza dovuta għall-katina tal-valur tal-batteriji jiġu adottati jew immodifikati u li jindirizzaw, mill-inqas, l-aktar kategoriji ta' riskji soċjali u ambjentali prevalenti. Jenħtieġ li dan ikopri l-impatti attwali u prevedibbli, minn naħa waħda, fuq il-ħajja soċjali, b'mod partikolari d-drittijiet tal-bniedem, is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem kif ukoll is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali u d-drittijiet tax-xogħol, u, min-naħa l-oħra, fuq l-ambjent, b'mod partikolari fuq l-użu tal-ilma, il-protezzjoni tal-ħamrija, it-tniġġis tal-arja, it-tibdil fil-klima u l-bijodiversità, inkluża l-ħajja komunitarja.
Emenda 50 Proposta għal regolament Premessa 67
(67) Fir-rigward tal-kategoriji ta' riskju soċjali, jenħtieġ li l-politiki tad-diliġenza dovuta jindirizzaw ir-riskji fil-katina tal-provvista relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż is-saħħa tal-bniedem, il-protezzjoni tat-tfal u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, f'konformità mad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem47. Jenħtieġ li l-politiki ta' diliġenza dovuta jinkludu informazzjoni dwar kif l-operatur ekonomiku kkontribwixxa għall-prevenzjoni ta' abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u dwar l-istrumenti fis-seħħ mal-istruttura tan-negozju tal-operatur biex jiġu miġġielda l-korruzzjoni u t-tixħim. Il-politiki tad-diliġenza dovuta jenħtieġ li jiżguraw ukoll l-implimentazzjoni korretta tar-regoli tal-konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol48 kif elenkati fl-Anness I tad-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-ILO.
(67) Fir-rigward tal-kategoriji ta' riskju soċjali, jenħtieġ li l-politiki tad-diliġenza dovuta għall-katina tal-valur jindirizzaw ir-riskji fil-katina tal-valur tal-batterija relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi s-saħħa tal-bniedem, id-drittijiet tal-popli indiġeni, il-protezzjoni tat-tfal u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, f'konformità mad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem47. Jenħtieġ li l-politiki ta' diliġenza dovuta għall-katina tal-valur jinkludu informazzjoni dwar kif l-operatur ekonomiku kkontribwixxa għall-prevenzjoni ta' abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u dwar l-istrumenti fis-seħħ mal-istruttura tan-negozju tal-operatur biex jiġu miġġielda l-korruzzjoni u t-tixħim. Il-politiki tad-diliġenza għall-katina tal-valur dovuta jenħtieġ li jiżguraw ukoll l-implimentazzjoni korretta tar-regoli tal-konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol48 kif elenkati fl-AnnessI tad-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-ILO.
__________________
__________________
47 Inkluża d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità.
47 Inkluża d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, u d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni.
48 It-tmien Konvenzjonijiet fundamentali huma 1. Il-Konvenzjoni dwar il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni, 1948 (Nru. 87), 2. Il-Konvenzjoni dwar id-Dritt għall-Organizzazzjoni u n-Negozjar Kollettiv, 1949 (Nru. 98), 3. Il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat, 1930 (Nru. 29) (u l-Protokoll tagħha tal-2014), 4. Il-Konvenzjoni dwar l-Abolizzjoni tax-Xogħol Furzat, 1957 (Nru. 105), 5. Il-Konvenzjoni dwar l-Età Minima, 1973 (Nru. 138), 6. Il-Konvenzjoni dwar l-Agħar Forom tax-Xogħol tat-Tfal, 1999 (Nru. 182), 7. Il-Konvenzjoni dwar ir-Remunerazzjoni Indaqs, 1951 (Nru. 100), 8. Il-Konvenzjoni dwar id-Diskriminazzjoni (Impjiegi u Xogħol), 1958 (Nru. 111)
48 It-tmien Konvenzjonijiet fundamentali huma 1. Il-Konvenzjoni dwar il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni, 1948 (Nru. 87), 2. Il-Konvenzjoni dwar id-Dritt għall-Organizzazzjoni u n-Negozjar Kollettiv, 1949 (Nru. 98), 3. Il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat, 1930 (Nru. 29) (u l-Protokoll tagħha tal-2014), 4. Il-Konvenzjoni dwar l-Abolizzjoni tax-Xogħol Furzat, 1957 (Nru. 105), 5. Il-Konvenzjoni dwar l-Età Minima, 1973 (Nru. 138), 6. Il-Konvenzjoni dwar l-Agħar Forom tax-Xogħol tat-Tfal, 1999 (Nru. 182), 7. Il-Konvenzjoni dwar ir-Remunerazzjoni Indaqs, 1951 (Nru. 100), 8. Il-Konvenzjoni dwar id-Diskriminazzjoni (Impjiegi u Xogħol), 1958 (Nru. 111)
Emenda 51 Proposta għal regolament Premessa 68
(68) Fir-rigward tal-kategoriji ta' riskju ambjentali, jenħtieġ li l-politiki tad-diliġenza dovuta jindirizzaw ir-riskji fil-katina tal-provvista tal-batteriji relatati mal-protezzjoni tal-ambjent naturali u tad-diversità bijoloġika f'konformità mal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, li tinkludi wkoll il-konsiderazzjoni tal-komunitajiet lokali, u l-protezzjoni u l-iżvilupp ta' dawk il-komunitajiet.
(68) Fir-rigward tal-kategoriji ta' riskju ambjentali, jenħtieġ li l-politiki tad-diliġenza dovuta għall-katina tal-valur tal-batterija jindirizzaw ir-riskji fil-katina tal-valur tal-batteriji relatati mal-protezzjoni tal-ambjent naturali u tad-diversità bijoloġika f'konformità mal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, li tinkludi wkoll il-konsiderazzjoni tal-komunitajiet lokali, u l-protezzjoni u l-iżvilupp ta' dawk il-komunitajiet. Jenħtieġ li jindirizzaw ukoll ir-riskji b'rabta mat-tibdil fil-klima, f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi u mal-għan tiegħu li jillimita t-tisħin globali għal inqas minn 1,5 grad Celsius, meta mqabbel mal-livelli preindustrijali, kif ukoll ma' riskji ambjentali koperti minn konvenzjonijiet ambjentali internazzjonali oħrajn.
__________________
__________________
49 Kif stabbilit fil-Konvenzjoni dwar id-diversità, disponibbli fuq https://www.cbd.int/convention/text/ u, b'mod partikolari, id-Deċiżjoni COP VIII/28 Linji gwida volontarji dwar l-inklużjoni tal-kwistjonijiet relatati mal-Bijodiversità fil-valutazzjoni tal-impatt, disponibbli fuq https://www.cbd.int/decision/cop/?id=11042.
49 Kif stabbilit fil-Konvenzjoni dwar id-diversità, disponibbli fuq https://www.cbd.int/convention/text/ u, b'mod partikolari, id-Deċiżjoni COP VIII/28 Linji gwida volontarji dwar l-inklużjoni tal-kwistjonijiet relatati mal-Bijodiversità fil-valutazzjoni tal-impatt, disponibbli fuq https://www.cbd.int/decision/cop/?id=11042.
Emenda 52 Proposta għal regolament Premessa 69
(69) L-obbligi tad-diliġenza dovuta għall-katina tal-provvista dwar l-identifikazzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskji soċjali u ambjentali assoċjati mal-materja prima li tidħol fil-manifattura tal-batteriji jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 19 tal-UNEP dwar il-Governanza tar-Riżorsi Minerali, li tirrikonoxxi l-kontribut importanti tas-settur tal-estrazzjoni għall-kisba tal-Aġenda 2030 u tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli.
(69) L-obbligi tad-diliġenza dovuta għall-katina tal-valur tal-batterija dwar l-identifikazzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskji soċjali u ambjentali assoċjati mal-materja prima li tidħol fil-manifattura tal-batteriji jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 19 tal-UNEP dwar il-Governanza tar-Riżorsi Minerali, li tirrikonoxxi l-kontribut importanti tas-settur tal-estrazzjoni għall-kisba tal-Aġenda 2030 u tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli.
Emenda 53 Proposta għal regolament Premessa 69a (ġdida)
(69a) Anke meta tkun twettqet id-diliġenza dovuta tista' sseħħ ħsara. L-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jirrimedjaw b'mod attiv tali ħsara, waħedhom jew f'kooperazzjoni ma' atturi oħra. Dawn l-operaturi jenħtieġ li jkunu responsabbli għal kwalunkwe impatt avvers li huma jew l-entitajiet li jikkontrollaw jew li jkunu jistgħu jikkontrollaw, jikkawżaw jew jikkontribwixxu għalih. Jenħtieġ li l-persuni affettwati b'mod avvers ikunu intitolati għal rimedji u jenħtieġ li jingħataw aċċess għall-ġustizzja.
Emenda 54 Proposta għal regolament Premessa 70
(70) Strumenti leġiżlattivi oħra tal-UE li jistabbilixxu rekwiżiti rigward id-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista jenħtieġ li japplikaw sakemm ma jkunx hemm dispożizzjonijiet speċifiċi bl-istess objettiv, natura u effett f'dan ir-Regolament li jistgħu jiġu adattati fid-dawl tal-emendi leġiżlattivi futuri.
(70) Strumenti leġiżlattivi oħra tal-UE li jistabbilixxu rekwiżiti rigward id-diliġenza dovuta jenħtieġ li japplikaw sew għall-kumpaniji tal-Unjoni u sew għal dawk stabbiliti barra l-Unjoni li jkunu beħsiebhom iqiegħdu l-batteriji fis-suq tal-Unjoni, biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi, sakemm ma jkunx hemm dispożizzjonijiet speċifiċi bl-istess objettiv, natura u effett f'dan ir-Regolament li jistgħu jiġu adattati fid-dawl tal-emendi leġiżlattivi futuri.
Emenda 55 Proposta għal regolament Premessa 71
(71) Sabiex tadatta għall-iżviluppi fil-katina tal-valur tal-batteriji, inkluż għall-bidliet fil-ambitu u n-natura tar-riskji ambjentali u soċjali rilevanti, kif ukoll għall-progress tekniku u xjentifiku fil-batteriji u l-kimiki tal-batteriji, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-lista ta' materja prima u l-kategoriji ta' riskji u r-rekwiżiti ta' diliġenza dovuta għall-katina tal-provvista.
(71) Sabiex tadatta għall-iżviluppi fil-katina tal-valur tal-batteriji, inkluż għall-bidliet fil-ambitu u n-natura tar-riskji ambjentali u soċjali rilevanti, kif ukoll għall-progress tekniku u xjentifiku fil-batteriji u l-kimiki tal-batteriji, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-lista ta' materja prima u l-kategoriji ta' riskji u r-rekwiżiti ta' diliġenza dovuta għall-katina tal-valur tal-batterija.
Emenda 56 Proposta għal regolament Premessa 71a (ġdida)
(71a) Fl-eventwalità li tiġi adottata leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tistabbilixxi regoli ġenerali għal governanza korporattiva sostenibbli u d-diliġenza dovuta, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk dik il-leġiżlazzjoni l-ġdida tal-Unjoni teħtieġx emenda tal-paragrafi 2 sa 5 tal-Artikolu 39 jew tal-Anness X, jew tat-tnejn li huma. Jenħtieġ li s-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar ta' dawk ir-rekwiżiti kif meħtieġ.
Emenda 57 Proposta għal regolament Premessa 72
(72) Huma meħtieġa regoli armonizzati għall-immaniġġar tal-iskart biex jiġi żgurat li l-produtturi u operaturi ekonomiċi oħrajn ikunu soġġetti għall-istess regoli fl-Istati Membri kollha fl-implimentazzjoni tar-responsabbiltà estiża tal-produtturi għall-batteriji. Huwa neċessarju li jiġi mmassimizzat il-ġbir separat tal-iskart ta' batteriji u li jiġi żgurat li l-batteriji kollha miġbura jiġu riċiklati permezz ta' proċessi li jilħqu effiċjenzi minimi komuni ta' riċiklaġġ biex jinkiseb livell għoli ta' rkupru tal-materjal. L-evalwazzjoni tad-Direttiva 2006/66/KE sabet li wieħed min-nuqqasijiet tagħha huwa n-nuqqas ta' dettall fid-dispożizzjonijiet tagħha, li jwassal għal implimentazzjoni mhux uniformi u joħloq ostakli sinifikanti għall-funzjonament tas-swieq tar-riċiklaġġ u livelli subottimali ta' riċiklaġġ. Konsegwentement, jenħtieġ li regoli aktar dettaljati u armonizzati jevitaw id-distorsjoni tas-suq għall-ġbir, it-trattament u r-riċiklaġġ tal-iskart ta' batteriji, jiżguraw l-implimentazzjoni uniformi tar-rekwiżiti fl-Unjoni kollha, iżidu l-armonizzazzjoni tal-kwalità tas-servizzi tal-immaniġġar tal-iskart ipprovduti mill-operaturi ekonomiċi u jiffaċilitaw is-swieq tal-materja prima sekondarja.
(72) Huma meħtieġa regoli armonizzati għall-immaniġġar tal-iskart biex jiġi żgurat li l-produtturi u operaturi ekonomiċi oħrajn ikunu soġġetti għall-istess regoli fl-Istati Membri kollha fl-implimentazzjoni tar-responsabbiltà estiża tal-produtturi għall-batteriji u biex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent madwar l-Unjoni. Ir-responsabbiltà estiża tal-produttur tista' tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-użu ġenerali tar-riżorsi, b'mod partikolari billi jitnaqqsu l-ġenerazzjoni tal-iskart ta' batteriji u l-impatti negattivi marbuta mal-immaniġġar tal-iskart ta' batteriji. Huwa neċessarju li jiġi mmassimizzat il-ġbir separat tal-iskart ta' batteriji u li jiġi żgurat li l-batteriji kollha miġbura jiġu riċiklati permezz ta' proċessi li jilħqu effiċjenzi minimi komuni ta' riċiklaġġ biex jinkiseb livell għoli ta' rkupru tal-materjal. L-evalwazzjoni tad-Direttiva 2006/66/KE sabet li wieħed min-nuqqasijiet tagħha huwa n-nuqqas ta' dettall fid-dispożizzjonijiet tagħha, li jwassal għal implimentazzjoni mhux uniformi u joħloq ostakli sinifikanti għall-funzjonament tas-swieq tar-riċiklaġġ u livelli subottimali ta' riċiklaġġ. Konsegwentement, jenħtieġ li regoli aktar dettaljati u armonizzati jevitaw id-distorsjoni tas-suq għall-ġbir, it-trattament u r-riċiklaġġ tal-iskart ta' batteriji, jiżguraw l-implimentazzjoni uniformi tar-rekwiżiti fl-Unjoni kollha, iżidu l-armonizzazzjoni tal-kwalità tas-servizzi tal-immaniġġar tal-iskart ipprovduti mill-operaturi ekonomiċi u jiffaċilitaw is-swieq tal-materja prima sekondarja.
Emenda 58 Proposta għal regolament Premessa 73
(73) Dan ir-Regolament jibni fuq ir-regoli dwar l-immaniġġar tal-iskart u l-prinċipji ġenerali stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill50, li jenħtieġ li jiġu adattati biex jirriflettu s-sitwazzjoni speċifika tal-batteriji. Sabiex il-ġbir tal-iskart ta' batteriji jiġi organizzat bl-aktar mod effettiv, huwa importanti li dan isir b'konnessjoni mill-qrib mal-post fejn jinbiegħu l-batteriji fi Stat Membru, u qrib l-utent finali. L-iskart ta' batteriji jista' jinġabar kemm flimkien ma' skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku kif ukoll ma' vetturi li m'għadhomx jintużaw, permezz ta' skemi ta' ġbir nazzjonali stabbiliti abbażi tad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill51, u tad-Direttiva 2000/53/KE. Filwaqt li r-Regolament attwali jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-batteriji, hemm bżonn approċċ koerenti u komplementari, li jibni fuq u jarmonizza aktar l-istrutturi eżistenti tal-immaniġġar tal-iskart. Konsegwentement, u sabiex tiġi rrealizzata b'mod effettiv responsabbiltà estiża tal-produtturi relatata mal-immaniġġar tal-iskart, jenħtieġ li jiġu stabbiliti obbligi fir-rigward tal-Istat Membru fejn il-batteriji jitqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba.
(73) Dan ir-Regolament jibni fuq ir-regoli dwar l-immaniġġar tal-iskart u l-prinċipji ġenerali stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill50, li jenħtieġ li jiġu adattati biex jirriflettu s-sitwazzjoni n-natura speċifika tal-iskart tal-batteriji. Sabiex il-ġbir tal-iskart ta' batteriji jiġi organizzat bl-aktar mod effettiv, huwa importanti li dan isir b'konnessjoni mill-qrib mal-post fejn jinbiegħu l-batteriji fi Stat Membru, u qrib l-utent finali. L-iskart ta' batteriji jenħtieġ li jinġabar separatament minn flussi oħra ta' skart, bħall-metalli, il-karti u l-kartun, il-ħġieġ, il-plastik, l-injam, it-tessuti u l-bijoskart. L-iskart ta' batteriji jista' jinġabar kemm flimkien ma' skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku kif ukoll ma' vetturi li m'għadhomx jintużaw, permezz ta' skemi ta' ġbir nazzjonali stabbiliti abbażi tad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill51, u tad-Direttiva 2000/53/KE. Filwaqt li r-Regolament attwali jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-batteriji, hemm bżonn approċċ koerenti u komplementari, li jibni fuq u jarmonizza aktar l-istrutturi eżistenti tal-immaniġġar tal-iskart. Konsegwentement, u sabiex tiġi rrealizzata b'mod effettiv responsabbiltà estiża tal-produtturi relatata mal-immaniġġar tal-iskart, jenħtieġ li jiġu stabbiliti obbligi fir-rigward tal-Istat Membru fejn il-batteriji jitqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba.
__________________
__________________
50 Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
50 Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
51 Id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38).
51 Id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38).
Emenda 59 Proposta għal regolament Premessa 76
(76) Jenħtieġ li l-produtturi jkollhom responsabbiltà estiża tal-produtturi għall-immaniġġar tal-batteriji tagħhom fl-istadju ta' tmiem il-ħajja tagħhom. Għaldaqstant, jenħtieġ li huma jiffinanzjaw l-kostijiet tal-ġbir, tat-trattament u tar-riċiklaġġ tal-batteriji kollha miġbura, għar-rapportar dwar il-batteriji u l-iskart ta' batteriji u għall-għoti ta' informazzjoni lill-utenti finali u lill-operaturi tal-iskart dwar il-batteriji u l-użu mill-ġdid u l-immaniġġar xierqa tal-iskart ta' batteriji. Jenħtieġ li l-obbligi relatati mar-responsabbiltà estiża tal-produtturi japplikaw għall-forom kollha ta' provvista, inkluż il-bejgħ mill-bogħod. Jenħtieġ li l-produtturi jkunu jistgħu jeżerċitaw dawk l-obbligi b'mod kollettiv, permezz ta' organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jieħdu r-responsabbiltà f'isimhom. Jenħtieġ li l-produtturi jew l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jkunu soġġetti għal awtorizzazzjoni u li jiddokumentaw li għandhom il-mezzi finanzjarji biex ikopru l-kostijiet li jirriżultaw mir-responsabbiltà estiża tal-produtturi. Fejn ikun meħtieġ biex tiġi evitata d-distorsjoni tas-suq intern u biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-modulazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa lill-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi mill-produtturi, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni.
(76) Jenħtieġ li l-produtturi jkollhom responsabbiltà estiża tal-produtturi għall-immaniġġar tal-batteriji tagħhom fl-istadju ta' tmiem il-ħajja tagħhom. Dan jenħtieġ li jikkonsisti f'sett ta' regoli li jiddefinixxu obbligi operattivi u finanzjarji speċifiċi għall-produtturi ta' prodotti li fir-rigward tagħhom ir-responsabbiltà tal-produttur tiġi estiża għall-istadju ta' wara l-konsumatur taċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodott. Għaldaqstant, jenħtieġ li huma jiffinanzjaw mill-inqas il-kostijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 8a tad-Direttiva 2008/98/KE, inklużi l-kostijiet tal-organizzazzjoni tal-ġbir separat, il-preparazzjoni għal adattament għal skop differenti u l-manifattura mill-ġdid, it-trattament, il-preparazzjoni għal użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart ta' batteriji, għar-rapportar dwar il-batteriji u l-iskart ta' batteriji u għal kampanji ta' sensibilizzazzjoni biex l-utenti finali jiġu mħeġġa jarmu l-iskart ta' batteriji b'mod xieraq. Jenħtieġ li l-obbligi relatati mar-responsabbiltà estiża tal-produtturi japplikaw għall-forom kollha ta' provvista, inkluż il-bejgħ mill-bogħod u online. Jenħtieġ li l-produtturi jkunu jistgħu jeżerċitaw dawk l-obbligi b'mod kollettiv, permezz ta' organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jieħdu r-responsabbiltà f'isimhom. Jenħtieġ li l-produtturi jew l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jkunu soġġetti għal awtorizzazzjoni u li jiddokumentaw li għandhom il-mezzi finanzjarji biex ikopru l-kostijiet li jirriżultaw mir-responsabbiltà estiża tal-produtturi. Fejn ikun meħtieġ biex tiġi evitata d-distorsjoni tas-suq intern u biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-modulazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa lill-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi mill-produtturi, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni.
Emenda 60 Proposta għal regolament Premessa 76a (ġdida)
(76a) L-introduzzjoni ta' rekwiżiti ta' responsabbiltà tal-produttur jenħtieġ li tikkontribwixxi biex jitnaqqsu l-kostijiet u tingħata spinta lill-prestazzjoni, kif ukoll biex tiżgura li jkun hemm kundizzjonijiet ekwi, inkluż għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u l-intrapriżi tal-kummerċ elettroniku, u jiġu evitati ostakli għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern. Jenħtieġ li dawn jikkontribwixxu wkoll għall-inkorporazzjoni tal-kostijiet fi tmiem il-ħajja fil-prezzijiet tal-prodotti, u jipprovdu inċentivi għall-produtturi biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' sostenibbiltà jiddisinjaw il-prodotti tagħhom. B'mod ġenerali, tali rekwiżiti jenħtieġ li jtejbu l-governanza u t-trasparenza tal-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur u jnaqqsu l-possibbiltà li jinħolqu kunflitti ta' interess bejn l-organizzazzjonijiet ta' responsabbiltà estiża tal-produttur u l-operaturi tal-iskart li jikkuntrattaw. Ir-rekwiżiti jenħtieġ li japplikaw kemm għall-iskemi l-ġodda kif ukoll għal dawk diġà eżistenti ta' responsabbiltà estiża tal-produttur.
Emenda 61 Proposta għal regolament Premessa 77
(77) Jenħtieġ li dan ir-Regolament jirregola r-responsabbiltà estiża tal-produtturi għall-batteriji b'mod eżawrjenti u, għalhekk, jenħtieġ li r-regoli stipulati dwar l-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produtturi fid-Direttiva 2008/98/KE ma japplikawx għall-batteriji.
(77) Jenħtieġ li dan ir-Regolament jirregola r-responsabbiltà estiża tal-produtturi għall-batteriji b'mod eżawrjenti u, għalhekk, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat li jissupplimenta r-regoli stipulati dwar l-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produtturi fid-Direttiva 2008/98/KE, li għaldaqstant jenħtieġ li jitqiesu bħala rekwiżiti minimi.
Emenda 62 Proposta għal regolament Premessa 78
(78) Sabiex jiġi żgurat riċiklaġġ ta' kwalità għolja fil-ktajjen tal-provvista tal-batteriji, tingħata spinta lill-użu ta' materja prima sekondarja ta' kwalità u jitħares l-ambjent, jenħtieġ li livell għoli ta' ġbir u riċiklaġġ tal-iskart ta' batteriji jkun ir-regola. Il-ġbir tal-iskart ta' batteriji huwa pass kruċjali fundamentali biex jingħalaq iċ-ċirku għall-materjali ta' valur li jinsabu fil-batteriji permezz tar-riċiklaġġ tagħhom u biex tinżamm il-katina tal-valur tal-batteriji ġewwa l-Unjoni, u b'hekk jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-materjali rkuprati li jistgħu jintużaw aktar għall-manifattura ta' prodotti ġodda.
(78) Sabiex jiġi żgurat riċiklaġġ ta' kwalità għolja għall-ktajjen tal-valur tal-batteriji, tingħata spinta lill-użu ta' materja prima sekondarja ta' kwalità u jitħares l-ambjent, jenħtieġ li livell għoli ta' ġbir u riċiklaġġ tal-iskart ta' batteriji jkun ir-regola. Il-ġbir tal-iskart ta' batteriji huwa pass kruċjali fundamentali biex jingħalaq iċ-ċirku għall-materjali ta' valur li jinsabu fil-batteriji permezz tar-riċiklaġġ tagħhom u biex tinżamm il-katina tal-valur tal-batteriji ġewwa l-Unjoni u tingħata spinta lill-awtonomija strateġika tagħha f'dan is-settur, u jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-materjali rkuprati li jistgħu jintużaw aktar għall-manifattura ta' prodotti ġodda. Jenħtieġ li fil-pjanijiet nazzjonali għall-immaniġġar tal-iskart jiġu inklużi miżuri xierqa rigward il-ġbir, it-trattament, il-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, il-preparazzjoni għal adattament għal skop differenti u r-riċiklaġġ tal-iskart ta' batteriji. Il-pjanijiet tal-immaniġġar tal-iskart tal-Istati Membri għalhekk jenħtieġ li jiġu aġġornati abbażi tad-dispożizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament.
Emenda 63 Proposta għal regolament Premessa 79
(79) Jenħtieġ li l-produtturi tal-batteriji kollha jkunu responsabbli għall-finanzjament u l-organizzazzjoni tal-ġbir separat tal-iskart ta' batteriji. Jenħtieġ li huma jagħmlu dan billi jistabbilixxu netwerk ta' ġbir li jkopri t-territorju kollu tal-Istati Membri, li jkun qrib l-utent finali u li ma jimmirax biss lejn iż-żoni u l-batteriji fejn il-ġbir ikun profittabbli. Jenħtieġ li n-netwerk ta' ġbir jinkludi kwalunkwe distributur, faċilità ta' trattament awtorizzata għall-iskart ta' tagħmir elettriku u elettroniku u vetturi li ma għadhomx jintużaw, faċilitajiet għall-iskart goff u atturi oħrajn minn jeddhom, bħall-awtoritajiet pubbliċi u l-iskejjel. Sabiex tiġi vverifikata u mtejba l-effettività tan-netwerk tal-ġbir u l-kampanji ta' informazzjoni, jenħtieġ li jitwettaq stħarriġ regolari dwar il-kompożizzjoni tal-inqas fil-livell NUTS 253 dwar l-iskart muniċipali mħallat u l-iskart ta' tagħmir elettriku u elettroniku miġbur biex jiġi ddeterminat l-ammont ta' skart ta' batteriji portabbli fihom.
(79) Jenħtieġ li l-produtturi tal-batteriji kollha jkunu responsabbli għall-finanzjament u l-organizzazzjoni tal-ġbir separat tal-iskart ta' batteriji. Jenħtieġ li huma jagħmlu dan billi jistabbilixxu network ta' teħid lura ta' ġbir li jkopri t-territorju kollu tal-Istati Membri, li jkun qrib l-utent finali u li ma jimmirax biss lejn iż-żoni u l-batteriji fejn il-ġbir ikun profittabbli. Jenħtieġ li n-network ta' ġbir jinkludi kwalunkwe distributur, faċilità ta' trattament awtorizzata għall-iskart ta' tagħmir elettriku u elettroniku u vetturi li ma għadhomx jintużaw, faċilitajiet għall-iskart goff u atturi oħrajn minn jeddhom, bħall-awtoritajiet pubbliċi u l-iskejjel. Sabiex tiġi vverifikata u mtejba l-effettività tan-network tal-ġbir u l-kampanji ta' informazzjoni, jenħtieġ li jitwettaq stħarriġ regolari dwar il-kompożizzjoni tal-inqas fil-livell NUTS 253 dwar l-iskart muniċipali mħallat u l-iskart ta' tagħmir elettriku u elettroniku miġbur biex jiġi ddeterminat l-ammont ta' skart ta' batteriji portabbli fihom.
__________________
__________________
53 Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).
53 Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).
Emenda 64 Proposta għal regolament Premessa 81
(81) Meta wieħed iqis l-impatt ambjentali u t-telf ta' materjali minħabba li l-iskart ta' batteriji ma jinġabarx separatament, u konsegwentement ma jiġix ittrattat b'mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, jenħtieġ li l-mira tal-ġbir għall-batteriji portabbli diġà stabbilita skont id-Direttiva 2006/66/KE tkompli tapplika u tiżdied gradwalment. Dan ir-Regolament jinvolvi li l-batteriji portabbli jkunu jinkludu wkoll batteriji li jħaddmu mezzi tat-trasport ħfief. Billi ż-żieda attwali fil-bejgħ ta' dan it-tip ta' batteriji tagħmilha diffiċli li jiġi kkalkolat l-ammont tagħhom li jitqiegħdu fis-suq u jinġabru fi tmiem ħajjithom, jenħtieġ li dawn il-batteriji portabbli jiġu esklużi mir-rata tal-ġbir attwali għall-batteriji portabbli. Din l-esklużjoni għandha tiġi rieżaminata flimkien mal-mira tal-ġbir għall-iskart ta' batteriji portabbli, li tista' tindirizza wkoll il-bidliet fil-metodoloġija biex tiġi kkalkolata r-rata tal-ġbir għall-batteriji portabbli. Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport biex tirfed dawn ir-rieżamijiet.
(81) Meta wieħed iqis l-impatt ambjentali u t-telf ta' materjali minħabba li l-iskart ta' batteriji ma jinġabarx separatament, u konsegwentement ma jiġix ittrattat b'mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, jenħtieġ li l-mira tal-ġbir għall-batteriji portabbli diġà stabbilita skont id-Direttiva 2006/66/KE tkompli tapplika u tiżdied gradwalment. Sabiex jiġi massimizzat il-ġbir u jitnaqqsu r-riskji għas-sikurezza, jenħtieġ li jiġu vvalutati l-fattibbiltà u l-benefiċċji potenzjali tal-istabbiliment ta' sistema ta' ritorn tad-depożiti fl-Unjoni kollha għall-batteriji, b'mod partikolari għall-batteriji portabbli ta' użu ġenerali. Is-sistemi nazzjonali ta' ritorn tad-depożiti jenħtieġ li ma jipprevjenux l-adozzjoni ta' sistemi armonizzati għall-Unjoni kollha.
Emenda 65 Proposta għal regolament Premessa 82a (ġdida)
(82a) Sabiex tiġi aġġornata l-metodoloġija dwar il-kalkolu u l-verifika tal-mira tal-ġbir għall-iskart ta' batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief bil-ħsieb li tiġi riflessa l-kwantità disponibbli għall-ġbir, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Huwa kruċjali li l-metodoloġija l-ġdida żżomm jew iżżid il-livell ta' ambizzjoni ambjentali fir-rigward tal-ġbir tal-iskart ta' batteriji meta mqabbel mal-metodoloġija eżistenti.
Emenda 66 Proposta għal regolament Premessa 82b (ġdida)
(82b) Il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra wkoll l-introduzzjoni ta' metodoloġija ta' kalkolu sabiex tiġi kkalkolata r-rata ta' ġbir separat bil-ħsieb li tkun tirrifletti l-kwantità ta' skart ta' batteriji disponibbli għall-ġbir. Huwa kruċjali li l-metodoloġija l-ġdida żżomm jew iżżid il-livell ta' ambizzjoni ambjentali fir-rigward tal-ġbir tal-iskart ta' batteriji meta mqabbel mal-metodoloġija eżistenti.
Emenda 67 Proposta għal regolament Premessa 84
(84) Fid-dawl tal-ġerarkija tal-iskart kif stabbilita bl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE li tagħti prijorità lill-prevenzjoni, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ u f'konformità mal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2008/98/KE u l-Artikolu 5(3)(f) tad-Direttiva 1999/31/KE54, jenħtieġ li l-batteriji miġbura ma jiġux inċinerati jew jintremew fil-landfills.
(84) Fid-dawl tal-ġerarkija tal-iskart kif stabbilita bl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE li tagħti prijorità lill-prevenzjoni, il-preparazzjoni għal użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ u f'konformità mal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2008/98/KE u l-Artikolu 5(3)(f) tad-Direttiva 1999/31/KE54, jenħtieġ li l-batteriji miġbura ma jiġux soġġetti għal operazzjonijiet ta' rimi jew irkupru enerġetiku.
__________________
__________________
54 Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1).
54 Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1).
Emenda 68 Proposta għal regolament Premessa 87
(87) Jenħtieġ li jkun possibbli li jitwettaq trattament u riċiklaġġ barra l-Istat Membru kkonċernat jew barra l-Unjoni, fejn il-vjeġġ tal-iskart ta' batteriji jkun konformi mar-Regolament (KE) Nru1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill58 u mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru1418/200759 u fejn l-attivitajiet ta' trattament u riċiklaġġ jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli għal dan it-tip ta' skart, skont il-klassifikazzjoni tagħhom fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni2000/532/KE, kif emendata.60 Dik id-Deċiżjoni, kif emendata, jenħtieġ li tiġi riveduta biex tkun tirrifletti l-kimiki kollha tal-batteriji. Fejn tali trattament jew riċiklaġġ isir barra mill-Unjoni, sabiex jingħadd lejn l-effiċjenzi u l-miri tar-riċiklaġġ, jenħtieġ li l-operatur li għan-nom tiegħu jitwettaq ikun obbligat li jirrapporta dwaru lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rispettiv u li jagħti prova li t-trattament jitwettaq f'kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk skont dan ir-Regolament. Sabiex jiġi stabbilit x'inhuma r-rekwiżiti biex tali trattament jitqies bħala ekwivalenti, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta' regoli dettaljati li jkun fihom il-kriterji għall-valutazzjoni tal-kundizzjonijiet ekwivalenti.
(87) Jenħtieġ li jkun possibbli li jitwettaq trattament, preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, preparazzjoni għal użu għal skop ieħor u riċiklaġġ barra l-Istat Membru kkonċernat jew barra l-Unjoni, fejn il-vjeġġ tal-iskart ta' batteriji jkun konformi mar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill58 u mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1418/200759 u fejn l-attivitajiet ta' trattament u riċiklaġġ jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli għal dan it-tip ta' skart, skont il-klassifikazzjoni tagħhom fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE, kif emendata60. Dik id-Deċiżjoni, kif emendata, jenħtieġ li tiġi riveduta biex tirrifletti l-kimiki kollha tal-batteriji, inkluża ż-żieda ta' kodiċijiet għall-iskart ta' batteriji tal-joni tal-litju, sabiex jiġu ffaċilitati s-separazzjoni u r-rappurtar xierqa tal-iskart ta' batteriji tal-joni tal-litju. Fejn tali trattament jew riċiklaġġ isir barra mill-Unjoni, sabiex jingħadd lejn l-effiċjenzi u l-miri tar-riċiklaġġ, jenħtieġ li l-operatur li għan-nom tiegħu jitwettaq ikun obbligat li jirrapporta dwaru lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rispettiv u li jagħti prova, permezz ta' evidenza dokumentata approvata mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż ta' destinazzjoni, li t-trattament jitwettaq f'kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk skont dan ir-Regolament, u rekwiżiti ambjentali u tal-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem rilevanti fl-leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Sabiex jiġi stabbilit x'inhuma r-rekwiżiti biex tali trattament jitqies bħala ekwivalenti, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta' regoli dettaljati li jkun fihom il-kriterji għall-valutazzjoni tal-kundizzjonijiet ekwivalenti.
__________________
__________________
58 Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta' skart (ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1).
58 Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta' skart (ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1).
59 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1418/2007 tad-29 ta' Novembru 2007 li jikkonċerna l-esportazzjoni tal-irkupru ta' ċerti tipi ta' skart imniżżla fl-Anness III jew IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lejn pajjiżi fejn id-Deċiżjoni tal-OECD dwar il-kontroll ta' movimenti transkonfinali tal-iskart ma tapplikax (ĠU L 316, 4.12.2007, p. 6).
59 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1418/2007 tad-29 ta' Novembru 2007 li jikkonċerna l-esportazzjoni tal-irkupru ta' ċerti tipi ta' skart imniżżla fl-Anness III jew IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lejn pajjiżi fejn id-Deċiżjoni tal-OECD dwar il-kontroll ta' movimenti transkonfinali tal-iskart ma tapplikax (ĠU L 316, 4.12.2007, p. 6).
60 2000/532/KE: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Mejju 2000 li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabbilixxi lista ta' skart skont l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabbilixxi lista ta' skart perikoluż skont l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż, ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3.
60 2000/532/KE: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Mejju 2000 li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabbilixxi lista ta' skart skont l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabbilixxi lista ta' skart perikoluż skont l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż, ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3.
Emenda 69 Proposta għal regolament Premessa 87a (ġdida)
(87a) F'każ li l-iskart ta' batteriji jiġi esportat mill-Unjoni għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid, għat-tħejjija għal skop ġdid, jew għar-riċiklaġġ, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jagħmlu użu effettiv mis-setgħat previsti fl-Artikolu 50(4) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 biex jitolbu evidenza dokumentarja biex jaċċertaw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament. Jenħtieġ li jkun possibbli li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jikkooperaw ma' atturi rilevanti oħra, bħall-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż tad-destinazzjoni, il-korpi ta' verifika esterni indipendenti jew l-organizzazzjonijiet ta' responsabbiltà tal-produtturi stabbiliti skont skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, li jistgħu jwettqu verifiki fiżiċi u oħrajn tal-faċilitajiet f'pajjiżi terzi.
Emenda 70 Proposta għal regolament Premessa 88
(88) Batteriji industrijali u ta' vetturi elettriċi li ma għadhomx tajbin għall-iskop inizjali li għalih ġew manifatturati jistgħu jintużaw għal skop differenti bħala batteriji stazzjonarji għall-ħażna tal-enerġija. Qed jitfaċċa suq għat-tieni ħajja tal-batteriji industrijali u tal-vetturi elettriċi użati u sabiex tiġi appoġġata l-applikazzjoni prattika tal-ġerarkija tal-iskart, jenħtieġ li jiġu definiti regoli speċifiċi li jippermettu l-adattament responsabbli tal-batteriji użati għal skop differenti, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' prekawzjoni u tiġi żgurata s-sikurezza tal-użu għall-utenti finali. Jenħtieġ li kwalunkwe batterija użata bħal din tgħaddi minn valutazzjoni tal-istat tas-saħħa tagħha u tal-kapaċità disponibbli biex taċċerta l-adegwatezza tagħha għall-użu għal kwalunkwe skop ieħor għajr dak oriġinali tagħha. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mal-istima tal-istat tas-saħħa tal-batteriji, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni.
(88) Batteriji li ma għadhomx tajbin għall-iskop inizjali li għalih ġew manifatturati jistgħu jintużaw għal skop differenti bħala batteriji stazzjonarji għall-ħażna tal-enerġija. Qed jitfaċċa suq għat-tieni ħajja tal-batteriji użati u sabiex tiġi appoġġata l-applikazzjoni prattika tal-ġerarkija tal-iskart, jenħtieġ li jiġu definiti regoli speċifiċi li jippermettu l-adattament responsabbli tal-batteriji użati għal skop differenti, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' prekawzjoni u tiġi żgurata s-sikurezza tal-użu għall-utenti finali. Jenħtieġ li kwalunkwe batterija użata bħal din tgħaddi minn valutazzjoni tal-istat tas-saħħa tagħha u tal-kapaċità disponibbli biex taċċerta l-adegwatezza tagħha għall-użu għal kwalunkwe skop ieħor għajr dak oriġinali tagħha. Batteriji li jinstab li huma adatti għal użi differenti mill-iskop oriġinali tagħhom idealment jenħtieġ li jiġu adattati għal dak l-iskop differenti. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mal-istima tal-istat tas-saħħa tal-batteriji, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni.
Emenda 71 Proposta għal regolament Premessa 89
(89) Jenħtieġ li l-produtturi u d-distributuri jkunu involuti b'mod attiv fl-għoti ta' informazzjoni lill-utenti finali li jenħtieġ li l-batteriji jinġabru separatament, li l-iskemi ta' ġbir ikunu disponibbli u li l-utenti finali jkollhom rwol importanti fl-iżgurar ta' ġestjoni ambjentalment ottimali tal-iskart ta' batteriji. Kemm id-divulgazzjoni tal-informazzjoni lill-utenti finali kollha, kif ukoll ir-rapportar dwar il-batteriji jenħtieġ li jagħmlu użu minn teknoloġiji tal-informazzjoni moderni. Jenħtieġ li l-informazzjoni tingħata jew b'mezzi klassiċi, bħal fuq barra, posters u kampanji tal-midja soċjali, jew inkella b'mezzi aktar innovattivi, bħall-aċċess elettroniku għas-siti web ipprovduti mill-kodiċijiet QR imwaħħla mal-batterija.
(89) Jenħtieġ li l-produtturi u d-distributuri, inklużi l-postijiet tas-suq online, jkunu involuti b'mod attiv fl-għoti ta' informazzjoni lill-utenti finali li jenħtieġ li l-batteriji jinġabru separatament, li l-iskemi ta' ġbir ikunu disponibbli u li l-utenti finali jkollhom rwol importanti fl-iżgurar ta' ġestjoni ambjentalment ottimali tal-iskart ta' batteriji, b'mod partikolari billi jispjegaw kif il-flussi ta' skart jistgħu jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-esportazzjonijiet tal-iskart lejn pajjiżi terzi u għaċ-ċrieki tal-materjal magħluqa fi ħdan l-Unjoni. Kemm id-divulgazzjoni tal-informazzjoni lill-utenti finali kollha, kif ukoll ir-rapportar dwar il-batteriji jenħtieġ li jagħmlu użu minn teknoloġiji tal-informazzjoni moderni. Jenħtieġ li l-informazzjoni tingħata jew b'mezzi klassiċi, bħal fuq barra, posters u kampanji tal-midja soċjali, u/jew inkella b'mezzi aktar innovattivi, bħall-aċċess elettroniku għas-siti web ipprovduti mill-kodiċijiet QR imwaħħla mal-batterija b'mod aċċessibbli u li jinftiehem.
Emenda 72 Proposta għal regolament Premessa 90
(90) Sabiex tkun tista' ssir il-verifika tal-konformità mal-obbligi rigward il-ġbir u t-trattament tal-batteriji u l-effettività tagħhom, huwa meħtieġ li l-operaturi rispettivi jirrapportaw lura lill-awtoritajiet kompetenti. Jenħtieġ li l-produtturi tal-batteriji u operaturi oħrajn tal-immaniġġar tal-iskart li jiġbru l-batteriji jirrapportaw għal kull sena kalendarja, fejn applikabbli, id-data dwar il-batteriji mibjugħa u l-iskart ta' batteriji miġbur. Fir-rigward tat-trattament u r-riċiklaġġ, jenħtieġ li l-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart u r-riċiklaturi jkollhom obbligi ta' rapportar, rispettivament.
(90) Sabiex tkun tista' ssir il-verifika tal-konformità mal-obbligi rigward il-ġbir u t-trattament tal-batteriji u l-effettività tagħhom, huwa meħtieġ li l-operaturi rispettivi jirrapportaw lura lill-awtoritajiet kompetenti. Jenħtieġ li l-produtturi tal-batteriji u operaturi oħrajn tal-immaniġġar tal-iskart li jiġbru l-batteriji jirrapportaw għal kull sena kalendarja, fejn applikabbli, id-data dwar il-batteriji mibjugħa u l-iskart ta' batteriji miġbur. Fir-rigward tat-trattament u r-riċiklaġġ, jenħtieġ li l-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart u r-riċiklaturi jkollhom obbligi ta' rapportar, rispettivament. L-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart li jwettqu trattament skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu soġġetti għal proċedura ta' għażla mill-produtturi tal-batteriji rilevanti jew mill-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom, f'konformità mal-Artikoli 8 u 8a tad-Direttiva 2008/98/KE.
Emenda 73 Proposta għal regolament Premessa 95
(95) Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill62 jistabbilixxi regoli dwar is-sorveljanza tas-suq u l-kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni. Sabiex jiġi żgurat li l-prodotti li jibbenefikaw mill-moviment liberu tal-merkanzija jissodisfaw ir-rekwiżiti li jipprovdu livell għoli ta' protezzjoni tal-interessi pubbliċi, bħas-saħħa tal-bniedem, is-sikurezza, il-protezzjoni tal-proprjetà u tal-ambjent, jenħtieġ li dak ir-Regolament japplika għall-batteriji koperti minn dan ir-Regolament. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/1020 jiġi emendat kif xieraq.
(95) Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill62 jistabbilixxi regoli dwar is-sorveljanza tas-suq u l-kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni. Sabiex jiġi żgurat li l-prodotti li jibbenefikaw mill-moviment liberu tal-merkanzija jissodisfaw ir-rekwiżiti li jipprovdu livell għoli ta' protezzjoni tal-interessi pubbliċi, bħas-saħħa tal-bniedem, is-sikurezza, il-protezzjoni tal-proprjetà u tal-ambjent, jenħtieġ li dak ir-Regolament japplika għall-batteriji koperti minn dan ir-Regolament, inklużi batteriji prodotti barra mill-Unjoni u li jidħlu fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/1020 jiġi emendat kif xieraq.
__________________
__________________
62 Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1)
62 Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1)
Emenda 74 Proposta għal regolament Premessa 97
(97) Jenħtieġ li tkun teżisti proċedura li taħtha l-partijiet interessati jiġu informati b'miżuri li jkunu maħsuba li jittieħdu fir-rigward ta' batteriji li jippreżentaw riskju għas-saħħa tal-bniedem, għas-sikurezza, għall-proprjetà jew għall-ambjent. Jenħtieġ li din tippermetti wkoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fl-Istati Membri, b'kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, jaġixxu fi stadju bikri fir-rigward ta' tali batteriji. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni sabiex tiddetermina jekk il-miżuri nazzjonali fir-rigward tal-batteriji mhux konformi humiex ġustifikati jew le.
(97) Jenħtieġ li tkun teżisti proċedura li taħtha l-partijiet interessati jiġu informati b'miżuri li jkunu maħsuba li jittieħdu fir-rigward ta' batteriji li jippreżentaw riskju għas-saħħa tal-bniedem, għas-sikurezza, għall-proprjetà jew għall-ambjent. Jenħtieġ li din tippermetti wkoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fl-Istati Membri, b'kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, jaġixxu fi stadju bikri fir-rigward ta' tali batteriji. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni sabiex tiddetermina malajr jekk il-miżuri nazzjonali fir-rigward tal-batteriji mhux konformi humiex ġustifikati jew le.
Emenda 75 Proposta għal regolament Premessa 98
(98) Jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikollhom id-dritt li jitolbu lill-operaturi ekonomiċi jieħdu azzjonijiet korrettivi abbażi ta' sejbiet jew li l-batterija ma tkunx konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jew inkella li l-operatur ekonomiku jikser ir-regoli dwar id-disponibbiltà ta' batterija jew it-tqegħid tagħha fis-suq, jew dwar is-sostenibbiltà, is-sikurezza ut-tikkettar jew dwar id-diliġenza dovuta għall-katina tal-provvista.
(98) Jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikollhom id-dritt li jitolbu lill-operaturi ekonomiċi jieħdu azzjonijiet korrettivi abbażi ta' sejbiet jew li l-batterija ma tkunx konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jew inkella li l-operatur ekonomiku jikser ir-regoli dwar id-disponibbiltà ta' batterija jew it-tqegħid tagħha fis-suq, jew dwar is-sostenibbiltà, is-sikurezza, it-tikkettarul-informazzjoni jew dwar id-diliġenza dovuta għall-katina tal-provvista.
Emenda 76 Proposta għal regolament Premessa 98a (ġdida)
(98a) Sabiex jiġu żgurati l-effettività u l-konsistenza tal-ittestjar fl-Unjoni kollha fil-qafas tas-sorveljanza tas-suq stabbiliti mir-Regolament (UE) 2019/1020 fir-rigward tal-batteriji, kif ukoll biex jiġi pprovdut parir tekniku u xjentifiku indipendenti matul l-evalwazzjonijiet imwettqa fir-rigward tal-batteriji li jippreżentaw riskju, jenħtieġ li l-Kummissjoni taħtar faċilità tal-ittestjar tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-konformità mal-qafas leġiżlattiv tal-Unjoni dwar il-batteriji stabbilit b'dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi promossa wkoll fil-livell nazzjonali.
Emenda 77 Proposta għal regolament Premessa 98b (ġdida)
(98b) Il-moviment liberu tal-merkanzija fl-Unjoni spiss jiġi mfixkel minn ostakli stabbiliti fil-livell nazzjonali li jimpedixxu r-realizzazzjoni sħiħa tas-suq intern u jnaqqsu l-opportunitajiet għall-kumpaniji li jagħmlu negozju u jiżviluppaw, b'mod partikolari l-SMEs, li jirrappreżentaw is-sinsla tal-ekonomija tal-Unjoni. L-Istati Membri għalhekk jenħtieġ li jagħmlu użu sħiħ mill-possibbiltà li jidħlu fi ftehimiet ma' xulxin biex jippermettu proċeduri ta' arbitraġġ bil-għan li jsolvu malajr it-tilwim li jinqala' fir-rigward tal-aċċess għas-suq intern f'dak li għandu x'jaqsam mal-batteriji.
Emenda 78 Proposta għal regolament Premessa 99
(99) L-akkwist pubbliku jikkostitwixxi settur importanti fir-rigward tat-tnaqqis tal-impatti tal-attivitajiet tal-bniedem fuq l-ambjent u biex jistimula t-trasformazzjoni tas-suq lejn prodotti aktar sostenibbli. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kontraenti, kif definiti fid-Direttiva 2014/24/UE63 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u fid-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill64, u l-entitajiet kontraenti kif definiti fid-Direttiva 2014/25/UE jqisu l-impatti ambjentali meta jakkwistaw batteriji jew prodotti li fihom il-batteriji, sabiex jippromwovu u jistimulaw is-suq għal mobbiltà nadifa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija u l-ħażna tal-enerġija u, b'hekk, jikkontribwixxu għall-objettivi tal-politika dwar l-ambjent, il-klima u l-enerġija tal-Unjoni.
(99) L-akkwist pubbliku jikkostitwixxi settur importanti fir-rigward tat-tnaqqis tal-impatti tal-attivitajiet tal-bniedem fuq l-ambjent u biex jistimula t-trasformazzjoni tas-suq lejn prodotti aktar sostenibbli. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kontraenti, kif definiti fid-Direttiva 2014/24/UE63 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u fid-Direttiva 2014/25/UE64 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u l-entitajiet kontraenti kif definiti fid-Direttiva 2014/25/UE jqisu l-impatti ambjentali meta jakkwistaw batteriji jew prodotti li fihom il-batteriji u jiżguraw konformità effettiva ma' rekwiżiti soċjali u ambjentali min-naħa tal-operaturi ekonomiċi, sabiex jippromwovu u jistimulaw is-suq għal mobbiltà nadifa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija u l-ħażna tal-enerġija, u b'hekk jikkontribwixxu għall-objettivi tal-politika dwar l-ambjent, il-klima u l-enerġija tal-Unjoni. Barra minn hekk, it-titjib tal-aċċess tal-SMEs għall-akkwist pubbliku fis-suq tal-batteriji u l-inkoraġġiment ta' aktar partijiet ikkonċernati lokali u tal-Unjoni biex jissieħbu jikkontribwixxu wkoll b'mod sinifikanti biex jintlaħqu dawk l-objettivi.
__________________
__________________
63 Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65)
63 Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65)
64 Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243)
64 Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243)
Emenda 79 Proposta għal regolament Premessa 105
(105) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli minnufih li jiddeterminaw jekk miżura nazzjonali meħuda fir-rigward ta' batterija konformi li tippreżenta riskju hijiex ġustifikata jew le fejn, f'każijiet debitament ġustifikati relatati mal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, is-sikurezza, il-proprjetà jew l-ambjent, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta' urġenza li jirrikjedu dan.
(105) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli mingħajr dewmien li jiddeterminaw jekk miżura nazzjonali meħuda fir-rigward ta' batterija konformi li tippreżenta riskju hijiex ġustifikata jew le fejn, f'każijiet debitament ġustifikati relatati mal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, is-sikurezza, il-proprjetà jew l-ambjent, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta' urġenza li jirrikjedu dan.
Emenda 80 Proposta għal regolament Premessa 106
(106) Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u jiżguraw li dawk ir-regoli jiġu infurzati. Jenħtieġ li l-penali previsti jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
(106) Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u jiżguraw li dawk ir-regoli jiġu infurzati. Jenħtieġ li l-penali previsti jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni fl-infurzar madwar l-Unjoni, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-iżvilupp ta' kriterji armonizzati jew ta' gwida għal penalitajiet u għall-kumpens ta' danni kkawżati lil individwi.
Emenda 81 Proposta għal regolament Premessa 109a (ġdida)
(109a) Huwa importanti li fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jiġu kkunsidrati l-impatti ambjentali, soċjali u ekonomiċi. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li jkun hemm kundizzjonijiet ekwi, huwa importanti li fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament it-teknoloġiji disponibbli rilevanti kollha jitqiesu b'mod ugwali, sakemm dawk it-teknoloġiji jippermettu konformità sħiħa tal-batteriji ma' kwalunkwe rekwiżit rilevanti stabbilit f'dan ir-Regolament. Barra minn hekk, ma għandu jiġi impost l-ebda piż amministrattiv eċċessiv fuq l-operaturi ekonomiċi, b'mod partikolari fuq l-SMEs.
Emenda 82 Proposta għal regolament Premessa 110
(110) Billi l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jiggarantixxi l-funzjonament tas-suq intern, filwaqt li jiżgura li l-batteriji mqiegħda fis-suq jissodisfaw ir-rekwiżiti li jipprevedu livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, tas-sikurezza, tal-proprjetà u tal-ambjent, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri, iżda pjuttost jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, minħabba l-ħtieġa għall-armonizzazzjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv,
(110) Billi l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jiggarantixxi l-funzjonament tas-suq intern, u biex jiżgura li l-batteriji mqiegħda fis-suq kif ukoll l-operazzjonijiet marbuta mal-iskart ta' batteriji jissodisfaw ir-rekwiżiti li jipprevedu livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, tas-sikurezza, tal-proprjetà u tal-ambjent, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri, iżda pjuttost jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, minħabba l-ħtieġa għall-armonizzazzjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv,
Emenda 83 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti dwar is-sostenibbiltà, is-sikurezza, it-tikkettar u l-informazzjoni li jippermettu t-tqegħid ta' batteriji fis-suq jew fis-servizz, kif ukoll rekwiżiti għall-ġbir, it-trattament u r-riċiklaġġ tal-iskart ta' batteriji.
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti dwar is-sostenibbiltà ambjentali, ekonomika u soċjali, is-sikurezza, it-tikkettar u l-informazzjoni li jippermettu t-tqegħid ta' batteriji fis-suq jew fis-servizz.
1a. Barra minn hekk dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri għall-protezzjoni tal-ambjent u s-saħħa tal-bniedem biex jevita jew inaqqas il-ġenerazjoni tal-iskart ta' batteriji u tal-impatti negattivi tal-ġenerazzjoni u l-immaniġġar tal-iskart ta' tali batteriji u billi jnaqqas l-impatti ġenerali tal-użu tar-riżorsi u jtejjeb l-effiċjenza f'dan it-tip ta' użu.
Emenda 85 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 2
2. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-batteriji kollha, jiġifieri l-batteriji portabbli, il-batteriji awtomotivi, il-batteriji tal-vetturi elettriċi u l-batteriji industrijali, irrispettivament mill-forma, il-volum, il-piż, id-disinn, il-kompożizzjoni tal-materjal, l-użu jew l-iskop tagħhom. Huwa għandu japplika wkoll għal batteriji inkorporati fi prodotti oħrajn jew miżjuda magħhom.
2. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-batteriji kollha, jiġifieri l-batteriji portabbli, il-batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief, il-batteriji awtomotivi, il-batteriji tal-vetturi elettriċi u l-batteriji industrijali, irrispettivament mill-forma, il-volum, il-piż, id-disinn, il-kompożizzjoni tal-materjal, l-użu jew l-iskop tagħhom. Huwa għandu japplika wkoll għal batteriji inkorporati fi prodotti oħrajn jew miżjuda magħhom.
Emenda 86 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)
(ba) It-tagħmir maħsub speċifikament għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari, kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom1a.
__________________
1aId-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom tal-25 ta' Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari (ĠU L 172, 2.7.2009, p. 18).
3a. Bl-eċċezzjoni tal-Kapitolu VII, dan ir-regolament ma għandux japplika għal batteriji li l-produttur jista' jipprova li ġew prodotti qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Emenda 88 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1
(1) "batterija" tfisser kwalunkwe sors ta' enerġija elettrika ġġenerata permezz ta' konverżjoni diretta ta' enerġija kimika u li tikkonsisti f'ċellola tal-batteriji waħda jew aktar mhux rikarikabbli jew rikarikabbli jew fi gruppi tagħhom;
(1) "batterija" tfisser kwalunkwe sors ta' enerġija elettrika ġġenerata permezz ta' konverżjoni diretta ta' enerġija kimika u li tikkonsisti f'ċellola tal-batteriji waħda jew aktar mhux rikarikabbli jew rikarikabbli jew fi gruppi tagħhom, bħal pakketti ta' batteriji u moduli ta' batteriji;
Emenda 89 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6
(6) "batterija b'memorja interna" tfisser batterija mingħajr apparat estern imwaħħal għall-ħażna tal-enerġija;
imħassar
Emenda 90 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7 – inċiż 3
— mhijiex iddisinjata għal skopijiet industrijali; kif ukoll
— mhijiex iddisinjata esklużivament għal użi industrijali; kif ukoll
Emenda 91 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7 – inċiż 4
— la hija batterija ta' vettura elettrika u lanqas batterija awtomotiva;
— la hija batterija għal mezz ħafif tat-trasport u lanqas batterija ta' vettura elettrika u lanqas batterija awtomotiva;
Emenda 92 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8
(8) "batteriji portabbli ta' użu ġenerali" tfisser batteriji portabbli bil-formati komuni li ġejjin: 4,5 Volts (3R12), D, C, AA, AAA, AAAA, A23, 9 Volts (PP3);
(8) "batteriji portabbli ta' użu ġenerali" tfisser batteriji portabbli bil-formati komuni li ġejjin: 4,5 Volts (3R12), ċellula buttuna, D, C, AA, AAA, AAAA, A23, 9 Volts (PP3);
Emenda 93 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9
(9) "mezz ta' trasport ħafif" ifisser vetturi bir-roti li għandhom mutur elettriku ta' inqas minn 750 watt, li fuqhom il-vjaġġaturi jkunu bilqiegħda meta l-vettura tkun miexja u li jistgħu jitħaddmu bil-mutur elettriku waħdu jew b'kombinazzjoni ta' qawwa motorizzata u saħħa fiżika tal-bniedem;
(9) "batterija għal mezzi ta' trasport ħfief" tfisser kwalunkwe batterija f'vetturi li jistgħu jitħaddmu bil-mutur elettriku waħdu jew b'kombinazzjoni ta' qawwa motorizzata u saħħa fiżika tal-bniedem, inklużi vetturi tat-tip approvat lijappartjenu għall-kategoriji tal-vetturi stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, u b'piż anqas minn 25 kg;
____________
1a Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli(ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52).
Emenda 94 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10
(10) "batterija awtomotiva" tfisser kwalunkwe batterija li tintuża biss għall-istartjar, it-tidwil jew it-tqabbid tal-karozzi;
(10) "batterija awtomotiva" tfisser kwalunkwe batterija li primarjament tintuża għall-istartjar, it-tidwil jew it-tqabbid tal-karozzi jew ta' makkinarju mobbli mhux tat-triq jew funzjonijiet oħra ta' appoġġ;
Emenda 95 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 11
(11) "batterija industrijali" tfisser kwalunkwe batterija ddisinjata għal użi industrijali u kwalunkwe batterija oħra esklużi l-batteriji portabbli, il-batteriji tal-vetturi elettriċi u l-batteriji awtomotivi;
(11) "batterija industrijali" tfisser kwalunkwe batterija ddisinjata esklużivament għal użi industrijali u kwalunkwe batterija oħra, inklużi s-sistemi għall-ħżin tal-enerġija f'batteriji stazzjonarji, esklużi l-batteriji portabbli, il-batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief, il-batteriji tal-vetturi elettriċi u l-batteriji awtomotivi;
Emenda 96 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 12
(12) "batterija tal-vetturi elettriċi" tfisser kwalunkwe batterija ddisinjata speċifikament biex tipprovdi trazzjoni lil vetturi ibridi u elettriċi għat-trasport bit-triq;
(12) "batterija tal-vetturi elettriċi" tfisser kwalunkwe batterija ddisinjata speċifikament biex tipprovdi l-enerġija għat-trazzjoni lil vettura tal-kategorija L kif previst fir-Regolament (UE) Nru 168/2013 u b'piż ogħla minn 25 kg, jew lil vettura tal-kategoriji M, N jew O kif previst fir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a;
__________________
1a Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).
Emenda 97 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 13
(13) "sistema stazzjonarja għall-ħażna tal-enerġija tal-batterija" tfisser batterija industrijali rikarikabbli b'memorja interna ddisinjata speċifikament biex taħżen u twassal l-enerġija elettrika fil-grilja, irrispettivament minn fejn tintuża l-batterija u minn min;
(13) "batterija fi ħdan sistema stazzjonarja għall-ħażna tal-enerġija" tfisser batterija industrijali rikarikabbli b'memorja interna ddisinjata speċifikament biex taħżen u twassal l-enerġija elettrika meta tkun konnessa mal-grilja tal-elettriku, irrispettivament minn fejn tintuża din il-batterija u minn min;
Emenda 98 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21
(21) "kodiċi QR" ifisser barcode matriċi li jgħaqqad ma' informazzjoni dwar mudell ta' batterija;
(21) "kodiċi QR" ifisser kodiċi matriċi li jinqara mill-magni li jgħaqqad ma' informazzjoni kif mitlub minn dan ir-Regolament;
Emenda 99 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 22
(22) "sistema ta' ġestjoni tal-batterija" tfisser apparat elettroniku li jikkontrolla jew jimmaniġġa l-funzjonijiet elettriċi u termali tal-batterija, li jimmaniġġa u jaħżen id-data dwar il-parametri għad-determinazzjoni tal-istat tas-saħħa u tul tal-ħajja mistenni tal-batteriji stipulati fl-Anness VII u li jikkomunika mal-vettura jew mal-apparat fejn tkun inkorporata l-batterija;
(22) "sistema ta' ġestjoni tal-batterija" tfisser apparat elettroniku li jikkontrolla jew jimmaniġġa l-funzjonijiet elettriċi u termali tal-batterija biex jinfluwenza s-sikurezza, il-prestazzjoni u l-ħajja operattiva tal-batterija, li jimmaniġġa u jaħżen id-data dwar il-parametri għad-determinazzjoni tal-istat tas-saħħa u tul tal-ħajja mistenni tal-batteriji stipulati fl-Anness VII u li jikkomunika mal-vettura jew mal-apparat fejn tkun inkorporata l-batterija;
Emenda 100 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 26a (ġdid)
(26a) "preparazzjoni għal adattament għal skop differenti" tfisser kwalunkwe operazzjoni li biha partijiet minn skart ta' batterija jew it-totalità ta' skart ta' batterija jiġu ppreparati biex ikunu jistgħu jintużaw għal skop jew applikazzjoni differenti minn dawk li l-batterija kienet oriġinarjament iddisinjata għalihom;
Emenda 101 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 26b (ġdid)
(26b) "manifattura mill-ġdid" tfisser kwalunkwe operazzjoni ta' żarmar, ripristinu, tibdil ta' komponenti ta' pakketti ta' batteriji, moduli ta' batteriji u/jew ċelloli ta' batteriji użati biex batterija titreġġa' lura għal livell ta' prestazzjoni u kwalità ekwivalenti għall-batterija oriġinali, għall-iskop oriġinali jew wieħed differenti;
Emenda 102 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 38
(38) "organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi" tfisser entità ġuridika li torganizza b'mod finanzjarju jew operattiv it-twettiq tal-obbligi ta' responsabbiltà estiża tal-produtturi f'isem diversi produtturi;
(38) "organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi" tfisser entità ġuridika li torganizza b'mod finanzjarju jew b'mod finanzjarju u operattiv it-twettiq tal-obbligi ta' responsabbiltà estiża tal-produtturi f'isem diversi produtturi;
Emenda 103 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 39
(39) "skart ta' batteriji" tfisser kwalunkwe batterija li hija skart skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2008/98/KE;
(39) "skart ta' batteriji" tfisser kwalunkwe batterija jew ċellula ta' batterija koperta bid-definizzjoni ta' skart skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2008/98/KE;
Emenda 104 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 40
(40) "użu mill-ġdid" tfisser l-użu mill-ġdid dirett sħiħ jew parzjali tal-batterija għall-iskop oriġinali li għalih kienet iddisinjata l-batterija;
(40) "użu mill-ġdid" tfisser l-użu mill-ġdid dirett sħiħ jew parzjali tal-batterija li mhix skart għall-istess skop li għalih kienet iddisinjata l-batterija;
Emenda 105 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 41 – parti introduttorja
(41) "sustanza perikoluża" tfisser kwalunkwe sustanza li tissodisfa l-kriterji għal kwalunkwe waħda mill-klassijiet jew il-kategoriji stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill67:
(41) "sustanza perikoluża" tfisser kwalunkwe sustanza li tissodisfa l-kriterji għal kwalunkwe klassi jew kategorija stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill67:
__________________
__________________
67 Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1)
67 Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1)
Emenda 106 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 41 – punt a
(a) klassijiet ta' periklu 2.1 sa 2.4, 2.6 u 2.7, 2.8 tipi A u B, 2.9, 2.10, 2.12, 2.13 kategoriji 1 u 2, 2.14 kategoriji 1 u 2, 2.15 tipi A sa F;
imħassar
Emenda 107 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 41 – punt b
(b) klassijiet ta' periklu 3.1 sa 3.6, 3.7 effetti negattivi fuq il-funzjonament sesswali u l-fertilità jew fuq l-iżvilupp, 3.8 effetti oħrajn minbarra effetti narkotiċi, 3.9 u 3.10;
imħassar
Emenda 108 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 41 – punt c
(c) klassi ta' periklu 4.1;
imħassar
Emenda 109 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 41 –punt d
(d) klassi ta' periklu 5.1;
imħassar
Emenda 110 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 36
(36) "diliġenza dovuta għall-katina tal-provvista" tfisser l-obbligi tal-operatur ekonomiku li jqiegħed batterija industrijali rikarikabbli jew batterija tal-vetturi elettriċi fis-suq, b'rabta mas-sistema ta' ġestjoni tagħha, il-ġestjoni tar-riskji, il-verifiki ta' partijiet terzi minn korpi nnotifikati u d-divulgazzjoni tal-informazzjoni bl-għan li jiġu identifikati u indirizzati r-riskji attwali u potenzjali marbuta mal-akkwist, l-ipproċessar u n-negozjar tal-materja prima meħtieġa għall-manifattura tal-batteriji;
(36) "diliġenza dovuta għall-katina tal-valur tal-batteriji" tfisser l-obbligi tal-operatur ekonomiku li jqiegħed batterija fis-suq fir-rigward tal-kategoriji ta' riskji soċjali u ambjentali, b'rabta mas-sistema ta' ġestjoni tagħha, il-ġestjoni tar-riskji, il-verifiki ta' partijiet terzi minn korpi nnotifikati u d-divulgazzjoni tal-informazzjoni bl-għan li jiġu identifikati, evitati u indirizzati r-riskji attwali u potenzjali marbuta mal-akkwist, l-ipproċessar u n-negozjar tal-materja prima, is-sustanzi kimiċi u l-materja prima sekondarja meħtieġa għall-manifattura tal-batteriji u t-trattament tal-iskart ta' batteriji, b'rabta mal-operazzjonijiet tal-manifattura tagħhom u b'rabta mar-relazzjonijiet kummerċjali relatati;
Emenda 111 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 36a (ġdid)
(36 a) "relazzjonijiet kummerċjali" tfisser ir-relazzjonijiet bejn impriża u s-sussidjarji tagħha u r-relazzjonijiet kummerċjali ta' impriża tul il-katina tal-valur tagħha, inklużi fornituri u sottokuntratturi, u li huma direttament marbuta mal-operazzjonijiet tan-negozju, il-prodotti jew is-servizzi tal-impriża;
Emenda 112 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 36b (ġdid)
(36b) "żoni ta' riskju għoli" tfisser żoni fejn hemm governanza u sigurtà dgħajfin jew ineżistenti, bħal Stati falluti, jew żoni fejn hemm ksur mifrux u sistematiku tad-dritt internazzjonali, inklużi abbużi tad-drittijiet tal-bniedem;
Emenda 113 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri ma għandhomx, għal raġunijiet relatati mar-rekwiżiti tas-sostenibbiltà, is-sikurezza, it-tikkettar u l-informazzjoni tal-batteriji jew l-immaniġġar tal-iskart ta' batteriji koperti minn dan ir-Regolament, jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq jew fis-servizz ta' batteriji li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament.
1. L-Istati Membri ma għandhomx, għal raġunijiet relatati mar-rekwiżiti soċjali u ambjentali tas-sostenibbiltà, is-sikurezza, it-tikkettar u l-informazzjoni tal-batteriji jew l-immaniġġar tal-iskart ta' batteriji koperti minn dan ir-Regolament, jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq jew fis-servizz ta' batteriji li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament.
Emenda 114 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2
2. F'fieri kummerċjali, esibizzjonijiet, dimostrazzjonijiet jew avvenimenti simili, l-Istati Membri ma għandhomx jipprevjenu l-wiri ta' batteriji li ma jkunux konformi ma' dan ir-Regolament, dment li jkun hemm sinjal viżibbli li jindika b'mod ċar li tali batteriji ma jikkonformawx ma' dan ir-Regolament u li mhumiex għall-bejgħ sakemm isiru konformi.
2. F'fieri kummerċjali, esibizzjonijiet, dimostrazzjonijiet jew avvenimenti simili, l-Istati Membri ma għandhomx jipprevjenu l-wiri ta' batteriji li ma jkunux konformi ma' dan ir-Regolament, dment li jkun hemm sinjal viżibbli li jindika b'mod ċar li tali batteriji ma jikkonformawx ma' dan ir-Regolament u li ma jistgħux isiru disponibbli fis-suq sakemm isiru konformi. Waqt id-dimostrazzjonijiet, l-operatur ekonomiku rilevanti għandu jieħu miżuri adegwati biex jiżgura s-sikurezza tal-persuni.
Emenda 115 Proposta għal regolament Artikolu 4 – titolu
Rekwiżiti ta' sostenibbiltà, sikurezza, tikkettar u informazzjoni għall-batteriji
Rekwiżiti ta' sostenibbiltà, sikurezza, tikkettar, informazzjoni u diliġenza dovuta għall-batteriji
Emenda 116 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba) ir-rekwiżiti ta' diliġenza dovuta stabbiliti fl-Artikolu 39.
1a. Għall-batteriji tal-vetturi elettriċi u għall-batteriji awtomotivi mqiegħda fis-suq bħala sostituti għall-batteriji difettużi, għandhom japplikaw l-istess rekwiżiti bħal dawk għall-batteriji sostitwiti f'konformità mal-prinċipju "sewwi għal-livell tal-produzzjoni".
Emenda 118 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2
2. Għal kwalunkwe aspett mhux kopert mill-Kapitoli II u III, il-batteriji ma għandhomx jippreżentaw riskju għas-saħħa tal-bniedem, għas-sikurezza, għall-proprjetà jew għall-ambjent.
2. Għal kwalunkwe aspett mhux kopert mill-Kapitoli II u III u l-Artikolu 39, il-batteriji ma għandhomx jippreżentaw riskju għas-saħħa tal-bniedem, għas-sikurezza, għall-proprjetà jew għall-ambjent.
Kull Stat Membru għandu jaħtar ukoll punt ta' kuntatt wieħed, minn fost l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-ewwel subparagrafu, għall-fini ta' komunikazzjoni mal-Kummissjoni skont il-paragrafu 3.
Emenda 120 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 3
3. Sa [tliet xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti maħtura skont il-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed bi kwalunkwe bidla fl-ismijiet jew fl-indirizzi ta' dawk l-awtoritajiet kompetenti.
3. Sa [tliet xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-isem u l-indirizz tal-punt ta' kuntatt maħtur skont il-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed bi kwalunkwe bidla fl-isem jew fl-indirizz tal-punt ta' kuntatt.
5a. Fi żmien 6 xhur minn kwalunkwe emenda tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jew mid-dħul fis-seħħ ta' leġiżlazzjoni futura tal-Unjoni dwar kriterji ta' sostenibbiltà għal sustanzi perikolużi u sustanzi kimiċi, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk din l-emenda jew il-leġiżlazzjoni futura tal-Unjoni tirrikjedix emenda ta' dan l-Artikolu jew tal-Anness I għal dan ir-Regolament, jew it-tnejn, u tadotta, fejn xieraq, att delegat f'konformità mal-Artikolu 73 ta' dan ir-Regolament biex temenda dawk id-dispożizzjonijiet skont il-każ.
5b. Sal-31 ta' Diċembru 2025, il-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, għandha tirrieżamina b'mod sistematiku s-sustanzi perikolużi fil-batteriji biex tidentifika r-riskji potenzjali għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent. Din il-valutazzjoni għandha tqis sa liema punt l-użu ta' sustanza perikoluża huwa meħtieġ għas-saħħa, għas-sikurezza jew huwa kritiku għall-funzjonament tas-soċjetà kif ukoll id-disponibbiltà ta' alternattivi xierqa mil-lat tal-ambjent u tas-saħħa. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha tikkunsidra li tieħu l-miżuri xierqa, inkluż l-adozzjoni ta' atti delegati msemmija fit-tieni paragrafu.
Emenda 123 Proposta għal regolament Artikolu 7 – titolu
L-impronta tal-karbonju tal-batteriji tal-vetturi elettriċi u l-batteriji industrijali rikarikabbli
L-impronta tal-karbonju tal-batteriji tal-vetturi elettriċi, il-batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief u l-batteriji industrijali
Emenda 124 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
1. Il-batteriji tal-vetturi elettriċi u l-batteriji industrijali rikarikabbli b'memorja interna u b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumentazzjoni teknika li tinkludi, għal kull mudell ta' batterija u lott għal kull impjant tal-manifattura, dikjarazzjoni tal-impronta tal-karbonju mħejjija f'konformità mal-att delegat imsemmi fit-tieni subparagrafu u li jkun fiha, mill-inqas, l-informazzjoni li ġejja:
1. Il-batteriji tal-vetturi elettriċi, il-batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief u l-batteriji industrijali għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumentazzjoni teknika li tinkludi, għal kull mudell ta' batterija u għal kull impjant tal-manifattura, dikjarazzjoni tal-impronta tal-karbonju mħejjija f'konformità mal-att delegat imsemmi fit-tieni subparagrafu u li jkun fiha, mill-inqas, l-informazzjoni li ġejja:
Emenda 125 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca) informazzjoni dwar il-materja prima użata, inkluż is-sehem ta' kontenut rinnovabbli;
Emenda 126 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt d
(d) l-impronta tal-karbonju totali tal-batterija, ikkalkolata bħala kg ta' ekwivalenti għad-diossidu tal-karbonju;
(d) l-impronta tal-karbonju totali tal-batterija, ikkalkolata bħala kg ta' ekwivalenti għad-diossidu tal-karbonju u l-impronta tal-karbonju tal-batterija, ikkalkulata bħala kg tal-ekwivalenti tad-diossidu tal-karbonju għal kull kWh tal-enerġija totali pprovdut matul il-ħajja operattiva mistennija tas-sistema tal-batterija;
Ir-rekwiżit tad-dikjarazzjoni tal-impronta tal-karbonju fl-ewwel subparagrafu għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2024 għall-batteriji tal-vetturi elettriċi u għall-batteriji industrijali rikarikabbli.
Ir-rekwiżit tad-dikjarazzjoni tal-impronta tal-karbonju fl-ewwel subparagrafu għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2024 għall-batteriji tal-vetturi elettriċi, għall-batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief u għall-batteriji industrijali.
Emenda 128 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – parti introduttorja
Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2023, tadotta:
Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2023, tadotta:
Emenda 129 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – punt a
(a) att delegat f'konformità mal-Artikolu 73 biex jissupplimenta dan ir-Regolament billi jistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu tal-impronta tal-karbonju totali tal-batterija msemmija fil-punt (d), f'konformità mal-elementi essenzjali stabbiliti fl-Anness II;
(a) att delegat f’konformità mal-Artikolu 73 biex jissupplimenta dan ir-Regolament billi jistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu u l-verifika tal-impronta tal-karbonju tal-batterija msemmija fil-punt (d), f’konformità mal-elementi essenzjali stabbiliti fl-Anness II;
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 73 biex temenda r-rekwiżiti ta' informazzjoni stabbiliti fl-ewwel subparagrafu.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 73 biex temenda r-rekwiżiti ta' informazzjoni stabbiliti fl-ewwel subparagrafu fid-dawl tal-progress xjentifiku u diġitali.
Il-batteriji tal-vetturi elettriċi u l-batteriji industrijali rikarikabbli b'memorja interna u b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh għandu jkollhom tikketta li tidher sewwa, tinqara b'mod ċar u li ma titħassarx, li tindika l-klassi ta' prestazzjoni tal-impronta tal-karbonju li għaliha tikkorrespondi l-batterija individwali.
Il-batteriji tal-vetturi elettriċi, il-batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief u l-batteriji industrijali għandu jkollhom tikketta li tidher sewwa, tinqara b'mod ċar u li ma titħassarx, li tindika l-impronta tal-karbonju tal-batterija msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1 u l-klassi ta' prestazzjoni tal-impronta tal-karbonju li għaliha tikkorrespondi l-batterija individwali.
Ir-rekwiżiti tal-klassi ta' prestazzjoni tal-impronta tal-karbonju fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw mill-1ta' Jannar 2026 għall-batteriji tal-vetturi elettriċi u għall-batteriji industrijali rikarikabbli.
Ir-rekwiżiti tal-klassi ta' prestazzjoni tal-impronta tal-karbonju fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju2025 għall-batteriji tal-vetturi elettriċi, għall-batteriji għal mezzi ta' trasport ħfief u għall-batteriji industrijali.
Emenda 133 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 4 – parti introduttorja
Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2024, tadotta
Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2024, tadotta
Il-batteriji tal-vetturi elettriċi u l-batteriji industrijali rikarikabbli b'memorja interna u b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumentazzjoni teknika li turi, għal kull mudell ta' batterija u lott għal kull impjant tal-manifattura, li l-valur iddikjarat tal-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja jkun inqas mil-limitu massimu stabbilit fl-att delegat adottat mill-Kummissjoni skont it-tielet subparagrafu.
Il-batteriji tal-vetturi elettriċi, il-batteriji għal mezzi ta' trasport ħfief u l-batteriji industrijali b'enerġija nominali ta' aktar minn 2 kWh għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumentazzjoni teknika li turi, għal kull mudell ta' batterija għal kull impjant tal-manifattura, li l-valur iddikjarat tal-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja jkun inqas mil-limitu massimu stabbilit fl-att delegat adottat mill-Kummissjoni skont it-tielet subparagrafu.
Ir-rekwiżit għal limitu massimu tal-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja fl-ewwel subparagrafu għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2027 għall-batteriji tal-vetturi elettriċi u għall-batteriji industrijali rikarikabbli.
Ir-rekwiżit għal limitu massimu tal-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja fl-ewwel subparagrafu għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2027 għall-batteriji tal-vetturi elettriċi u l-batteriji għal mezzi ta' trasport ħfief kollha u għall-batteriji industrijali b'enerġija nominali ta' aktar minn 2 kWh.
Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2026, tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 73 li jissupplimenta lil dan ir-Regolament billi jiġi ddeterminat il-limitu massimu tal-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja msemmi fl-ewwel subparagrafu. Fit-tħejjija ta' dak l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Anness II.
Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2025, tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 73 li jissupplimenta lil dan ir-Regolament billi jiġi ddeterminat il-limitu massimu tal-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja msemmi fl-ewwel subparagrafu. Fit-tħejjija ta' dak l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Anness II.
L-introduzzjoni ta' limitu massimu tal-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja għandha tiskatta, jekk tkun meħtieġa, klassifikazzjoni mill-ġdid tal-klassijiet ta' prestazzjoni tal-impronta tal-karbonju tal-batteriji msemmija fil-paragrafu 2.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 73 biex temenda l-limitu massimu tal-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja msemmi fl-ewwel subparagrafu abbażi tal-aħħar data disponibbli rrapportata f'konformità mal-paragrafu 1. L-introduzzjoni ta' limitu massimu tal-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja għandha tiskatta, jekk tkun meħtieġa, klassifikazzjoni mill-ġdid tal-klassijiet ta' prestazzjoni tal-impronta tal-karbonju tal-batteriji msemmija fil-paragrafu 2.
3a. Sal-31 ta' Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-fattibbiltà li testendi r-rekwiżiti f'dan l-Artikolu għall-batteriji portabbli, u r-rekwiżit msemmi fil-paragrafu 3 għall-batteriji industrijali b'enerġija nominali ta' inqas minn 2 kWh. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha tikkunsidra li tieħu l-miżuri xierqa, inkluż l-adozzjoni tal-proposti leġiżlattivi.
Emenda 139 Proposta għal regolament Artikolu 8 – titolu
Kontenut riċiklat f'batteriji industrijali, batteriji tal-vetturi elettriċi u batteriji awtomotivi
Kontenut riċiklat f'batteriji portabbli, batteriji għal ta' trasport ħfief, batteriji industrijali, batteriji tal-vetturi elettriċi u batteriji awtomotivi
Mill-1 ta' Jannar2027, il-batteriji industrijali, il-batteriji tal-vetturi elettriċi u l-batteriji awtomotivi b'memorja interna u b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh li fihom il-kobalt, iċ-ċomb, il-litju jew in-nikil f'materjali attivi għandhom ikunu akkumpanjati b'dokumentazzjoni teknika li jkun fiha informazzjoni dwar l-ammont ta' kobalt, ċomb, litju jew nikil irkuprat minn skart li jkun preżenti f'materjali attivi f'kull mudell u lott ta' batteriji għal kull impjant tal-manifattura.
Mill-1 ta' Lulju2025, il-batteriji portabbli, bl-eċċezzjoni tal-batteriji portabbli ta' użu ġenerali, il-batteriji għal mezzi ta' trasport ħfief, il-batteriji industrijali, il-batteriji tal-vetturi elettriċi u l-batteriji awtomotivi li fihom il-kobalt, iċ-ċomb, il-litju jew in-nikil f'materjali attivi għandhom ikunu akkumpanjati b'dokumentazzjoni teknika li jkun fiha informazzjoni dwar l-ammont ta' kobalt, ċomb, litju jew nikil irkuprat minn skart li jkun preżenti f'materjali attivi f'kull mudell ta' batteriji għal kull impjant tal-manifattura.
Sal-31 ta' Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu u l-verifika tal-ammont ta' kobalt, ċomb, litju jew nikil irkuprat minn skart li jkun preżenti f'materjali attivi fil-batteriji msemmija fl-ewwel subparagrafu u l-format għad-dokumentazzjoni teknika. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 74(3).
Sal-31 ta' Diċembru 2023, il-Kummissjoni għandha tadotta:
(a) att delegat f'konformità mal-Artikolu 73 li jissupplimenta dan ir-Regolament billi jistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu u l-verifika tal-ammont ta' kobalt, ċomb, litju jew nikil irkuprat minn skart li jkun preżenti f'materjali attivi fil-batteriji msemmija fl-ewwel subparagrafu.
(b) att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-formatu d-dokumentazzjoni teknika għad-dikjarazzjoni dwar il-materjali rkuprati. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 74(3).
Emenda 142 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. Mill-1 ta' Jannar 2030, il-batteriji industrijali, il-batteriji tal-vetturi elettriċi u l-batteriji awtomotivi b'memorja interna u b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh li fihom kobalt, ċomb, litju jew nikil f'materjali attivi għandhom ikunu akkumpanjati b'dokumentazzjoni teknika li turi li dawk il-batteriji fihom is-sehem minimu li ġej ta' kobalt, ċomb, litju jew nikil irkuprat minn skart li jkun preżenti f'materjali attivi f'kull mudell u lott ta' batteriji għal kull impjant tal-manifattura:
2. Mill-1 ta' Jannar 2030, il-batteriji portabbli, bl-eċċezzjoni tal-batteriji portabbli ta' użu ġenerali, il-batteriji għal mezzi ta' trasport ħfief, il-batteriji industrijali, il-batteriji tal-vetturi elettriċi u l-batteriji awtomotivi li fihom kobalt, ċomb, litju jew nikil f'materjali attivi għandhom ikunu akkumpanjati b'dokumentazzjoni teknika li turi li dawk il-batteriji fihom is-sehem minimu li ġej ta' kobalt, ċomb, litju jew nikil irkuprat minn skart li jkun preżenti f'materjali attivi f'kull mudell ta' batteriji għal kull impjant tal-manifattura:
Emenda 143 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 3 – parti introduttorja
3. Mill-1 ta' Jannar 2035, il-batteriji industrijali, il-batteriji tal-vetturi elettriċi u l-batteriji awtomotivi b'memorja interna u b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh li fihom kobalt, ċomb, litju jew nikil f'materjali attivi għandhom ikunu akkumpanjati b'dokumentazzjoni teknika li turi li dawk il-batteriji fihom is-sehem minimu li ġej ta' kobalt, ċomb, litju jew nikil irkuprat minn skart li jkun preżenti f'materjali attivi f'kull mudell u lott ta' batteriji għal kull impjant tal-manifattura:
3. Mill-1 ta' Jannar 2035, il-batteriji portabbli, bl-eċċezzjoni tal-batteriji portabbli ta' użu ġenerali, il-batteriji għal mezzi ta' trasport ħfief, il-batteriji industrijali, il-batteriji tal-vetturi elettriċi u l-batteriji awtomotivi li fihom kobalt, ċomb, litju jew nikil f'materjali attivi għandhom ikunu akkumpanjati b'dokumentazzjoni teknika li turi li dawk il-batteriji fihom is-sehem minimu li ġej ta' kobalt, ċomb, litju jew nikil irkuprat minn skart li jkun preżenti f'materjali attivi f'kull mudell ta' batteriji għal kull impjant tal-manifattura:
Emenda 144 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 4
4. Fejn ġustifikat u xieraq minħabba d-disponibbiltà tal-kobalt, iċ-ċomb, il-litju jew in-nikil irkuprat mill-iskart, jew in-nuqqas tiegħu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, sal-31 ta' Diċembru 2027, att delegat f'konformità mal-Artikolu 73, biex temenda l-miri stipulati fil-paragrafi 2 u 3.
4. Wara l-istabbiliment tal-metodoloġija msemmija fil-paragrafu 1 u mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2027, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk, minħabba d-disponibbiltà eżistenti u prevista għall-2030 u l-2035 tal-kobalt, iċ-ċomb, il-litju jew in-nikil irkuprat mill-iskart, jew in-nuqqas tiegħu, u fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku, huwiex xieraq li jiġu riveduti l-miri stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll sa liema punt dawk il-miri jintlaħqu permezz ta' skart ta' qabel il-konsum jew ta' wara l-konsum, u jekk huwiex xieraq li l-kisba tal-miri tiġi limitata biss għall-iskart ta' wara l-konsum. Abbażi tal-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha, fejn ikun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva.
4a. Fejn ikun ġustifikat minn bidliet fit-teknoloġiji tal-batteriji li jkollhom impatt fuq it-tip ta' materjali li jistgħu jiġu rkuprati, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 73, sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi ddaħħal aktar materja prima u miri fil-listi stabbilita fil-paragrafi 2 u 3.
Emenda 146 Proposta għal regolament Artikolu 9 – titolu
Ir-rekwiżiti ta' prestazzjoni u durabbiltà għall-batteriji portabbli ta' użu ġenerali
Ir-rekwiżiti ta' prestazzjoni u durabbiltà għall-batteriji portabbli
Emenda 147 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1
1. Mill-1 ta' Jannar 2027, il-batteriji portabbli ta' użu ġenerali għandhom jissodisfaw il-valuri għall-parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà stabbiliti fl-Anness III kif stipulat fl-att delegat adottat mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 2.
1. Mill-1 ta' Jannar 2027, il-batteriji portabbli għandhom jissodisfaw il-valuri għall-parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà stabbiliti fl-Anness III kif stabbilit fl-att delegat adottat mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 2.
Sal-31 ta' Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 73 biex jissupplimenta dan ir-Regolament billi jistabbilixxi valuri minimi għall-parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà stipulati fl-Anness III li għandhom jiksbu l-batteriji portabbli ta' użu ġenerali.
Sal-1 ta' Lulju 2025, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 73 biex jissupplimenta dan ir-Regolament billi jistabbilixxi valuri minimi għall-parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà stipulati fl-Anness III li għandhom jiksbu l-batteriji portabbli, inklużi l-batteriji portabbli ta' użu ġenerali.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 73 biex temenda l-parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà stipulati fl-Anness III fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 73 biex temenda l-valuri minimu u żżid aktar parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà stipulati fl-Anness III fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku.
Meta tiġi biex tħejji l-att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-ħtieġa li jitnaqqas l-impatt ambjentali tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-batteriji portabbli ta' użu ġenerali u tqis l-istandards internazzjonali u l-iskemi ta' tikkettar rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll li d-dispożizzjonijiet stabbiliti b'dak l-att delegat ma jkollhomx impatt sinifikanti fuq il-funzjonalità ta' dawk il-batteriji jew l-apparati li fihom jiġu inkorporati dawk il-batteriji, l-affordabbiltà u l-kost għall-utent finali u l-kompetittività tal-industrija. Ma għandu jiġi impost l-ebda piż amministrattiv eċċessiv fuq il-manifatturi tal-batteriji u l-apparat ikkonċernat.
Meta tiġi biex tħejji l-att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-ħtieġa li jitnaqqas l-impatt ambjentali tul iċ-ċiklu tal-ħajja u ż-żieda fl-effiċjenza fir-riżorsi tal-batteriji portabbli u tqis l-istandards internazzjonali u l-iskemi ta' tikkettar rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll li d-dispożizzjonijiet stabbiliti b'dak l-att delegat ma jkollhomx impatt negattiv sinifikanti fuq is-sikurezza u l-funzjonalità ta' dawk il-batteriji jew l-apparati li fihom jiġu inkorporati dawk il-batteriji, l-affordabbiltà u l-kost għall-utent finali u l-kompetittività tal-industrija.
Emenda 151 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 3
3. Sal-31 ta' Diċembru 2030, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-fattibbiltà tal-miżuri għall-eliminazzjoni gradwali tal-użu ta' batteriji portabbli mhux rikarikabbli ta' użu ġenerali bil-ħsieb li jitnaqqas kemm jista' jkun l-impatt ambjentali tagħhom abbażi tal-metodoloġija ta' valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha tikkunsidra li tieħu l-miżuri xierqa, inkluż l-adozzjoni tal-proposti leġiżlattivi.
3. Sal-31 ta' Diċembru 2027, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-fattibbiltà tal-miżuri għall-eliminazzjoni gradwali tal-użu ta' batteriji portabbli mhux rikarikabbli ta' użu ġenerali bil-ħsieb li jitnaqqas kemm jista' jkun l-impatt ambjentali tagħhom abbażi tal-metodoloġija ta' valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja u l-alternattivi vijabbli għall-utenti finali. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha tikkunsidra li tieħu l-miżuri xierqa, inkluż l-adozzjoni tal-proposti leġiżlattivi għat-tneħħija gradwali, l-istabbiliment ta' rekwiżiti tal-ekodisinn, jew it-tnejn, meta jkun ta’ benefiċċju għall-ambjent.
Emenda 152 Proposta għal regolament Artikolu 10 – titolu
Ir-rekwiżiti ta' prestazzjoni u durabbiltà għall-batteriji industrijali rikarikabbli u l-batteriji tal-vetturi elettriċi
Ir-rekwiżiti ta' prestazzjoni u durabbiltà għall-batteriji industrijali, il-batteriji tal-vetturi elettriċi u l-batteriji għal mezzi ta' trasport ħfief
Minn [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament], il-batteriji industrijali rikarikabbli u l-batteriji tal-vetturi elettriċi b'memorja interna u b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumentazzjoni teknika li tinkludi l-valuri għall-parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà stipulati fil-Parti A tal-Anness IV.
Minn [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament], il-batteriji industrijali, il-batteriji għal mezzi ta' trasport ħfief u l-batteriji tal-vetturi elettriċi għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumentazzjoni teknika li tinkludi l-valuri għall-parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà stipulati fil-Parti A tal-Anness IV.
1a. Sal-1 ta' Jannar 2026, informazzjoni dwar il-prestazzjoni u d-durabbiltà tal-batteriji industrijali, tal-batteriji għal mezzi ta' trasport ħfief u tal-batteriji tal-vetturi elettriċi msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun disponibbli permezz tal-parti disponibbli għall-pubbliku tas-sistema ta' skambju elettroniku kif stabbilit fl-Artikolu 64 fl-Anness XIII. L-informazzjoni dwar il-prestazzjoni u d-durabbiltà ta' tali batteriji għandha tkun disponibbli għall-konsumaturi qabel ix-xiri.
1b. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 73 biex temenda l-parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà għall-batteriji tal-vetturi elettriċi stipulati fl-Anness IV fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku.
1c. Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 73 biex temenda l-parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà għall-batteriji tal-vetturi elettriċi stabbiliti fl-Anness IV, fi żmien 6 xhur wara l-adozzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-Grupp ta’ Ħidma informali tal-UNECE dwar il-Vetturi Elettriċi u l-Ambjent, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-koerenza tal-parametri tal-Anness IV u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-UNECE.
Emenda 157 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 2
2. Mill-1 ta' Jannar 2026, il-batteriji industrijali rikarikabbli b'memorja interna u b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh għandhom jissodisfaw il-valuri minimi stipulati fl-att delegat adottat mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3 għall-parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà stabbiliti fil-Parti A tal-Anness IV.
2. Mill-1 ta' Jannar 2026, il-batteriji industrijali, il-batteriji għal mezzi ta' trasport ħfief u l-batteriji tal-vetturi elettriċi għandhom jissodisfaw il-valuri minimi għat-tip speċifiku ta' batterija stipulati fl-att delegat adottat mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3 għall-parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà stabbiliti fil-Parti A tal-Anness IV.
Sal-31 ta' Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 73 biex jissupplimenta dan ir-Regolament billi jistabbilixxi valuri minimi għall-parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà stipulati fil-Parti A tal-Anness IV li għandhom jilħqu l-batteriji industrijali rikarikabbli b'memorja interna u b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh.
Sal-31 ta' Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 73 biex jissupplimenta dan ir-Regolament billi jistabbilixxi valuri minimi għall-parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà stipulati fil-Parti A tal-Anness IV li għandhom jilħqu l-batteriji għal mezzi ta' trasport ħfief, il-batteriji tal-vetturi elettriċi u l-batteriji industrijali.
Meta tiġi biex tħejji l-att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-ħtieġa li jitnaqqas l-impatt ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-batteriji industrijali rikarikabbli b'memorja interna u b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh u tiżgura li r-rekwiżiti stipulati fih ma jkollhomx impatt negattiv sinifikanti fuq il-funzjonalità ta' dawk il-batteriji jew l-apparat li fih jiġu inkorporati dawk il-batteriji, l-affordabbiltà tiegħu u l-kompetittività tal-industrija. Ma għandu jiġi impost l-ebda piż amministrattiv eċċessiv fuq il-manifatturi tal-batteriji u l-apparat ikkonċernat.
Meta tiġi biex tħejji l-att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-ħtieġa li jitnaqqas l-impatt ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-batteriji industrijali, tal-batteriji tal-vetturi elettriċi u tal-batteriji għal mezzi ta' trasport ħfief u tiżgura li r-rekwiżiti stipulati fih ma jkollhomx impatt negattiv sinifikanti fuq il-funzjonalità ta' dawk il-batteriji jew l-apparat li fih jiġu inkorporati dawk il-batteriji, l-affordabbiltà tiegħu u l-kompetittività tal-industrija.
3a. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 73 biex temenda l-prestazzjoni elettrokimika u l-valuri minimi tad-durabbiltà stabbiliti fl-Anness IV, bil-ħsieb tal-progress tekniku u xjentifiku, biex jiġu żgurati sinerġiji mal-valuri minimu li jistgħu joriġinaw mill-ħidma tal-Grupp ta' Ħidma informali tal-UNECE dwar il-Vetturi Elettriċi u l-Ambjent, u biex tiġi evitata sovrapożizzjoni bla bżonn. L-emenda tal-valuri minimi tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà ma għandhiex twassal għal livell imnaqqas ta’ prestazzjoni u durabbiltà għall-batteriji tal-vetturi elettriċi.
Emenda 161 Proposta għal regolament Artikolu 11 – titolu
Il-possibbiltà li l-batteriji portabbli jinqalgħu u jiġu sostitwiti
Il-possibbiltà li l-batteriji portabbli u l-batteriji għal mezzi ta' trasport ħfief jinqalgħu u jiġu sostitwiti
Il-batteriji portabbli inkorporati fl-apparat għandhom ikunu jistgħu jitneħħew u jinbidlu faċilment mill-utent finali jew minn operaturi indipendenti matul il-ħajja tal-apparat, jekk il-batteriji jkollhom tul tal-ħajja iqsar mill-apparat, jew mhux aktar tard mit-tmiem tat-tul tal-ħajja tal-apparat.
Sal-1 ta' Jannar 2024 il-batteriji portabbli inkorporati fl-apparat u l-batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li jew huma jkunu jistgħu jitneħħew u jinbidlu faċilment b'għodod bażiċi u disponibbli b'mod komuni u mingħajr ma tiġi kkawżata ħsara lill-apparat jew lill-batteriji. Il-batteriji portabbli għandhom ikunu jistgħu jitneħħew u jinbidlu faċilment mill-utent finali u l-batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief, għandhom ikunu jistgħu jitneħħew u jinbidlu mill-utenti finali jew minn operaturi indipendenti matul il-ħajja tal-apparat, jekk il-batteriji jkollhom tul tal-ħajja iqsar mill-apparat, jew mhux aktar tard mit-tmiem tat-tul tal-ħajja tal-apparat. Iċ-ċelloli ta' batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief għandhom ikunu jistgħu jitneħħew u jinbidlu minn operaturi indipendenti.
Batterija tkun tista' tinbidel faċilment meta, wara li titneħħa minn apparat, hija tkun tista' tiġi sostitwita minn batterija simili, mingħajr ma jiġu affettwati l-funzjonament jew il-prestazzjoni ta' dak l-apparat.
Batterija tkun tista' tinbidel faċilment meta, wara li titneħħa minn apparat jew mezz tat-trasport ħafif, hija tkun tista' tiġi sostitwita minn batterija kompatibbli mingħajr ma jiġu affettwati l-funzjonament, il-prestazzjoni jew is-sikurezza ta' dak l-apparat jew mezz tat-trasport ħafif.
Il-batteriji portabbli u l-batteriji għal mezzi ta' trasport ħfief, għandhom ikunu disponibbli bħala spare parts tat-tagħmir li jħaddmu għal minimu ta' 10 snin wara t-tqegħid fis-suq tal-aħħar unità tal-mudell, bi prezz raġonevoli u mhux diskriminatorju għall-operaturi indipendenti u għall-utenti finali.
1a. Għandhom jiġu pprovduti struzzjonijiet ċari u dettaljati għat-tneħħija u s-sostituzzjoni mill-operatur ekonomiku rilevanti fil-mument tax-xiri tal-apparat u għandhom ikunu disponibbli b'mod permanenti online b'mod li jinftiehem faċilment mill-utenti finali, inklużi l-konsumaturi, fuq is-sit web tiegħu għall-ħajja mistennija tal-prodott.
1b. Is-software ma għandux jintuża biex jaffettwa s-sostituzzjoni ta' batterija portabbli jew għal mezzi ta' trasport ħfief jew tal-komponenti ewlenin tagħhom b'batterija kompatibbli oħra jew komponenti ewlenin oħra.
Emenda 167 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt a
(a) il-kontinwità tal-provvista tal-enerġija tkun neċessarja u meta tkun meħtieġa konnessjoni permanenti bejn l-apparat u l-batterija portabbli għal raġunijiet ta' sikurezza, prestazzjoni, mediċi jew ta' integrità tad-data; or
(a) il-kontinwità tal-provvista tal-enerġija tkun neċessarja u tkun meħtieġa konnessjoni permanenti bejn l-apparat u l-batterija portabbli għal raġunijiet ta' sikurezza, u jkun jista' jiġi ppruvat mill-manifattur li ma hemm l-ebda alternattiva disponibbli fis-suq;
Emenda 168 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
(aa) il-kontinwità tal-provvista tal-enerġija tkun neċessarja u tkun meħtieġa konnessjoni permanenti bejn l-apparat u l-batterija portabbli għal raġunijiet mediċi jew tal-integrità tad-data, u jkun jista' jiġi ppruvat mill-manifattur li ma hemm l-ebda alternattiva disponibbli fis-suq;
Emenda 169 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt b
(b) il-funzjonament tal-batterija jkun possibbli biss meta l-batterija tkun integrata fl-istruttura tal-apparat.
(b) il-funzjonament tal-batterija jkun possibbli biss meta l-batterija tkun integrata fl-istruttura tal-apparat u jkun jista' jiġi ppruvat mill-manifattur li ma hemm l-ebda alternattiva disponibbli fis-suq.
L-operatur ekonomiku rilevanti għandu jinforma lill-utenti finali b'mod ċar u li jinftiehem fil-ħin tax-xiri tat-tagħmir, inkluż permezz tat-tikkettar, bi kwalunkwe każ fejn tapplika d-deroga prevista fl-ewwel subparagrafu. L-informazzjoni pprovduta għandha tindika t-tul tal-ħajja mistenni tal-batterija.
Emenda 171 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 3
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta gwida biex tiffaċilita l-applikazzjoni armonizzata tad-derogi stabbiliti fil-paragrafu 2.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta, mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, gwida biex tiffaċilita l-applikazzjoni armonizzata tad-derogi stabbiliti fil-paragrafu 2.
Emenda 172 Proposta għal regolament Artikolu 11a (ġdid)
Artikolu 11a
It-tneħħija u s-sostitwibbiltà tal-batteriji awtomotivi, tal-batteriji tal-vetturi elettriċi u l-batteriji industrijali
1. Il-batteriji awtomotivi, il-batteriji industrijali u l-batteriji tal-vetturi elettriċi għandhom ikunu jistgħu jitneħħew u jinbidlu faċilment, jekk il-batterija jkollha ħajja iqsar mill-apparat jew mill-vettura li fiha tintuża, minn operaturi indipendenti kwalifikati, li għandhom ikunu jistgħu jneħħu ċ-ċarġ mill-batterija b'mod sikur u mingħajr ma jkollhom iżarmaw minn qabel il-pakkett tal-batterija.
2. Il-batteriji industrijali u l-batteriji tal-vetturi elettriċi għandhom ikunu ddisinjati, inkluż fir-rigward tat-twaħħid, l-irbit u l-issiġillar, sabiex jippermettu t-tneħħija, is-sostitwibbiltà u ż-żarmar tal-casing, ta’ ċelloli individwali tal-batterija jew komponenti ewlenin oħra mingħajr ma ssir ħsara lill-batterija.
3. Is-software ma għandux jintuża biex jaffettwa s-sostituzzjoni ta' batteriji industrijali jew batteriji ta' vetturi elettriċi jew tal-komponenti ewlenin tagħhom b'batterija kompatibbli oħra jew komponenti ewlenin oħra.
4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 73 li jistabbilixxi regoli dettaljati li jissupplimentaw dawk stipulati fl-Artikolu, billi tistabbilixxi l-kriterji għat-tneħħija, is-sostitwibbiltà u ż-żarmar ta' batteriji awtomotivi, il-batteriji tal-vetturi elettriċi u l-batteriji industrijali, filwaqt li tqis il-progress tekniku u xjentifiku.
Emenda 173 Proposta għal regolament Artikolu 11b (ġdid)
Artikolu 11b
Is-sikurezza tal-batteriji awtomotivi msewwija, tal-batteriji industrijali, tal-batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief u tal-batteriji tal-vetturi elettriċi
1. Is-sikurezza tal-batteriji awtomotivi msewwija, tal-batteriji industrijali, tal-batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief u tal-batteriji tal-vetturi elettriċi għandha tiġi vvalutata abbażi ta’ testijiet mhux distruttivi adattati għalihom.
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 73 biex tiddefinixxi l-metodi ta' ttestjar xierqa biex jiġi żgurat li l-batteriji msewwija jkunu sikuri.
Emenda 174 Proposta għal regolament Artikolu 11c (ġdid)
Artikolu 11c
Ċarġers komuni
Sal-1 ta' Jannar 2024, il-Kummissjoni għandha tivvaluta kif l-aħjar tintroduċi standards armonizzati għal ċarġers komuni applikabbli mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2026, għal, rispettivament, batteriji rikarikabbli ddisinjati għall-vetturi elettriċi, għal mezzi ta' trasport ħfief, kif ukoll għal batteriji rikarikabbli inkorporati f'kategoriji speċifiċi ta' tagħmir elettriku u elettroniku kopert mid-Direttiva 2012/19/UE.
Fit-twettiq tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tqis id-daqs tas-suq, it-tnaqqis tal-iskart, id-disponibbiltà u t-tnaqqis tal-ispejjeż għall-konsumaturi u utenti finali oħra.
Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha tikkunsidra li tieħu l-miżuri xierqa, inkluż l-adozzjoni tal-proposti leġiżlattivi.
Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-adozzjoni ta’ kwalunkwe leġiżlazzjoni li tipprevedi l-introduzzjoni ta’ tali ċarġers komuni minn data aktar kmieni.
Emenda 175 Proposta għal regolament Artikolu 12 – titolu
Is-sikurezza tal-batteriji fi ħdan is-sistemi stazzjonarji għall-ħażna tal-enerġija
Emenda 176 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1
1. Is-sistemi għall-ħażna tal-enerġija f'batteriji stazzjonarji għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumentazzjoni teknika li turi li huma sikuri waqt l-operazzjoni u l-użu normali tagħhom, inkluża evidenza li jkunu ġew ittestjati b'suċċess għall-parametri tas-sikurezza stipulati fl-Anness V, li għalihom jenħtieġ li jintużaw metodoloġiji tal-ittestjar mill-aktar avvanzati.
1. Il-batteriji fi ħdan sistemi ta' ħażna tal-enerġija stazzjonarji għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumentazzjoni teknika li turi li huma sikuri waqt l-operazzjoni u l-użu normali tagħhom, inkluża evidenza li jkunu ġew ittestjati b'suċċess għall-parametri tas-sikurezza stipulati fl-Anness V, li għalihom għandhom jintużaw metodoloġiji tal-ittestjar mill-aktar avvanzati.
Emenda 177 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1
1. Mill-1 ta' Jannar 2027, il-batteriji għandhom ikunu mmarkati b'tikketta li jkun fiha l-informazzjoni stipulata fil-Parti A tal-Anness VI.
1. Minn ... [24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-batteriji għandhom ikunu mmarkati b'tikketta li jkun fiha l-informazzjoni stipulata fil-Parti A tal-Anness VI u l-informazzjoni speċifika meħtieġa skont ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Emenda 178 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 2
2. Mill-1 ta' Jannar 2027, il-batteriji portabbli u awtomotivi għandhom jiġu mmarkati b'tikketta li jkun fiha l-informazzjoni dwar il-kapaċità tagħhom u l-batteriji portabbli għandhom jiġu mmarkati b'tikketta li jkun fiha informazzjoni dwar it-tul ta' żmien medju minimu tagħhom meta jintużaw f'applikazzjonijiet speċifiċi.
2. Mill-1 ta' Jannar 2027, il-batteriji portabbli, il-batteriji għal mezzi ta' trasport ħfief u l-batteriji awtomotivi għandhom jiġu mmarkati b'tikketta li jkun fiha l-informazzjoni dwar il-kapaċità ta' enerġija nominali tagħhom u mmarkati b'tikketta li jkun fiha informazzjoni dwar it-tul ta' żmien medju minimu tagħhom meta jintużaw f'applikazzjonijiet speċifiċi u t-tul ta' ħajja mistenni f'termini ta' għadd ta' ċikli u snin kalendarji.
2a. Mill-1 ta' Jannar 2023, il-batteriji portabbli mhux rikarikabbli ta' użu ġenerali għandhom jiġu mmarkati b'tikketta li tindika "mhux rikarikabbli".
Fejn id-daqs tal-batterija jkun tali li s-simbolu jkun iżgħar minn 0,5 × 0,5 cm, ma jkunx hemm bżonn li l-batterija tkun immarkata, iżda għandu jiġi stampat simbolu b'daqs ta' mill-inqas 1 x 1 cm fuq l-imballaġġ.
Fejn id-daqs tal-batterija jkun tali li s-simbolu jkun iżgħar minn 0,47 × 0,47 cm, ma jkunx hemm bżonn li l-batterija tkun immarkata, iżda għandu jiġi stampat simbolu b'daqs ta' mill-inqas 1 x 1 cm fuq l-imballaġġ.
3a. Mill-1 ta' Lulju 2023, il-batteriji għandhom jiġu ttikkettati b'simbolu li jindika kodiċi tal-kulur armonizzat abbażi tat-tip ta' batterija u l-kompożizzjoni kimika tagħha.
Emenda 182 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 5 – punt aa (ġdid)
(- aa) mill-1 ta’ Jannar 2025, l-informazzjoni stipulata fil-Parti Aa tal-Anness VI;
Emenda 183 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 5 – punt b
(b) mill-1 ta' Jannar 2027, għal batteriji portabbli u awtomotivi, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2;
(b) mill-1 ta' Jannar 2027, għal batteriji portabbli, għal mezzi ta' trasport ħfief u għal batteriji awtomotivi, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2;
Emenda 184 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 5 – punt ba (ġdid)
(ba) mill-1 ta' Jannar 2023, għall-batteriji portabbli ta' użu ġenerali, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2a;
Emenda 185 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 5 – punt e
(e) minn [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], għal batteriji industrijali rikarikabbli u batteriji tal-vetturi elettriċi, ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 39(6);
(e) minn [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], għall-batteriji kollha, ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 39(6);
Emenda 186 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 5 – punt f
(f) mill-1 ta' Lulju 2024, għall-batteriji tal-vetturi elettriċi u għall-batteriji industrijali rikarikabbli b'memorja interna u b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh, id-dikjarazzjoni tal-impronta tal-karbonju msemmija fl-Artikolu 7(1);
(f) minn Lulju 2024, għall-batteriji tal-vetturi elettriċi, għall-batteriji għal mezzi ta' trasport ħfief u għall-batteriji industrijali, id-dikjarazzjoni tal-impronta tal-karbonju msemmija fl-Artikolu 7(1);
Emenda 187 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 5 – punt g
(g) mill-1 ta' Jannar2026, għall-batteriji tal-vetturi elettriċi u għall-batteriji industrijali rikarikabbli b'memorja interna u b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh, il-klassi tal-prestazzjoni tal-impronta tal-karbonju msemmija fl-Artikolu 7(2);
(g) mill-1 ta’ Lulju2025, għall-batteriji tal-vetturi elettriċi, l-mezzi ta' trasport ħfief u għall-batteriji industrijali b'memorja interna, il-klassi tal-prestazzjoni tal-impronta tal-karbonju msemmija fl-Artikolu 7(2);
Emenda 188 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 5 – punt h
(h) mill-1 ta' Jannar2027, għall-batteriji industrijali rikarikabbli, għall-batteriji awtomotivi rikarikabbli u għall-batteriji tal-vetturi elettriċi b'memorja interna u b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh, l-ammont ta' kobalt, ċomb, litju u nikil irkuprat mill-iskart u li jkun preżenti f'materjali attivi fil-batterija, f'konformità mal-Artikolu 8;
(h) mill-1 ta' Lulju2025, għall-batteriji portabbli, bl-eċċezzjoni tal-batteriji portabbli ta' użu ġenerali, il-batteriji għal mezzi ta' trasport ħfief, għall-batteriji industrijali, għall-batteriji awtomotivi rikarikabbli u għall-batteriji tal-vetturi elettriċi, l-ammont ta' kobalt, ċomb, litju u nikil irkuprat mill-iskart u li jkun preżenti f'materjali attivi fil-batterija, f'konformità mal-Artikolu 8
Emenda 189 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 5 – punt ja (ġdid)
(ja) mill-1 ta' Jannar 2026, għall-batteriji għal mezzi ta' trasport ħfief, għall-batteriji tal-vetturi elettriċi u għall-batteriji industrijali, l-informazzjoni li tinsab fil-passaport tal-batteriji msemmija fl-Artikolu 65.
Emenda 190 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 6
6. It-tikketti u l-kodiċi QR imsemmija fil-paragrafi minn 1 sa 5 għandhom jiġu stampati jew imnaqqxin b'mod viżibbli, b'mod li jkunu jistgħu jinqraw u ma jitħassrux fuq il-batterija. Fejn dan ma jkunx possibbli jew ma jkunx ġustifikat minħabba n-natura u d-daqs tal-batterija, it-tikketti għandhom jitwaħħlu mal-imballaġġ u mad-dokumenti li jakkumpanjaw il-batterija.
6. It-tikketti u l-kodiċi QR imsemmija fil-paragrafi minn 1 sa 5 għandhom jiġu stampati jew imnaqqxin b'mod viżibbli, b'mod li jkunu jistgħu jinqraw u ma jitħassrux fuq il-batterija. Fejn dan ma jkunx possibbli jew ma jkunx ġustifikat minħabba n-natura u d-daqs tal-batterija, it-tikketti għandhom jitwaħħlu mal-imballaġġ u mad-dokumenti li jakkumpanjaw il-batterija. Fil-każ ta' manifattura mill-ġdid jew adattament għal skop differenti, it-tikketti għandhom jinbidlu b'tikketta ġdida li tirrifletti l-istatus ġdid tal-batterija.
Meta l-batteriji jiġu inkorporati fl-apparati, it-tikketti u l-kodiċi QR imsemmija fil-paragrafi 1a, 2, 3 u 5 għandhom jiġu stampati jew imnaqqxin b'mod viżibbli, b'mod li jkunu jistgħu jinqraw u ma jitħassrux fuq l-apparati.
Il-kodiċi QR għandu jipprovdi wkoll aċċess għall-parti aċċessibbli għall-pubbliku tal-passaport tal-batterija stabbilit skont l-Artikolu 65.
6a. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 73 biex tipprevedi tipi alternattivi ta' kodiċi QR, jew flimkien miegħu, fid-dawl tal-progress teknoloġiku u xjentifiku f'dan il-qasam.
Emenda 192 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 7
7. Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2025, tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi speċifikazzjonijiet armonizzati għar-rekwiżiti tat-tikkettar imsemmija fil-paragrafi 1 u 2. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 74(3).
7. Il-Kummissjoni għandha, sal-1 ta' Lulju 2025, tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi speċifikazzjonijiet armonizzati għar-rekwiżiti tat-tikkettar imsemmija fil-paragrafi 1 u 2. Għall-batteriji portabbli ta’ użu ġenerali, tali tikkettar għandu jinkludi klassifikazzjoni li tingħaraf faċilment tal-prestazzjoni u d-durabbiltà tagħhom. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 74(3).
7a. Il-Kummissjoni għandha, sal-1 ta' Jannar 2023, tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi speċifikazzjonijiet armonizzati għar-rekwiżiti tat-tikkettar imsemmija fil-paragrafu 3 dwar il-kodiċi tal-kulur armonizzat. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 74(3).
Emenda 194 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 1
1. Il-batteriji industrijali rikarikabbli u l-batteriji tal-vetturi elettriċi b'memorja interna u b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh għandhom jinkludu sistema ta' ġestjoni tal-batterija li jkun fiha data dwar il-parametri għad-determinazzjoni tal-istat tas-saħħa u tul tal-ħajja mistenni tal-batteriji kif stipulat fl-Anness VII.
1. Il-batteriji fi ħdan sistemi ta' ħażna tal-enerġija, il-batteriji tal-vetturi elettriċi u l-batteriji għal mezzi ħfief ta' trasport li jinkludu sistema ta' ġestjoni tal-batterija għandhom jinkludu, fi ħdan is-sistema ta' ġestjoni tal-batterija, data f'ħin reali dwar il-parametri għad-determinazzjoni tal-istat tas-saħħa, is-sikurezza u tul tal-ħajja mistenni tal-batteriji kif stipulat fl-Anness VII.
Emenda 195 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. L-aċċess għad-data fis-sistema ta' ġestjoni tal-batterija msemmija fil-paragrafu 1 għandu jiġi pprovdut fuq bażi mhux diskriminatorja lill-persuna fiżika jew ġuridika li tkun akkwistat il-batterija legalment jew lil kwalunkwe parti terza li taġixxi f'isimha fi kwalunkwe ħin għall-fini ta':
2. L-aċċess ta' qari biss għad-data fis-sistema ta' ġestjoni tal-batterija msemmija fil-paragrafu 1, u f'batteriji portabbli li jinkludu sistema ta' ġestjoni tal-batterija, għandu jiġi pprovdut fuq bażi mhux diskriminatorja lill-persuna fiżika jew ġuridika li tkun akkwistat il-batterija legalment jew lil kwalunkwe parti terza li taġixxi f'isimha fi kwalunkwe ħin għall-fini ta':
Emenda 196 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt b
(b) l-iffaċilitar tal-użu mill-ġdid, l-adattament għal skop differenti jew il-manifattura mill-ġdid tal-batterija;
(b) l-iffaċilitar tal-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, l-użu mill-ġdid, il-preparazzjoni għal adattament għal skop differenti, l-adattament għal skop differenti jew il-manifattura mill-ġdid tal-batterija;
2a. Il-manifatturi għandhom jagħmlu disponibbli għal batteriji għal vetturi elettriċi u batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief li fihom sistema ta' ġestjoni tal-batterija, data f'ħin reali li tinqara biss fil-vettura relatata mal-istat tas-saħħa tal-batterija, l-istat taċ-ċarġ tal-batterija, mal-valur programmat tal-potenza tal-batterija u mal-kapaċità tal-batterija.
2b. Sal-1 ta' Jannar 2024, is-sistema ta' ġestjoni tal-batterija għall-batteriji tal-vetturi elettriċi għandha tiġi ddisinjata b'tali mod li tkun tista' tikkomunika ma' sistemi ta' ċċarġjar intelliġenti, inkluż billi jkollha funzjonijiet ta' ċċarġjar mill-vettura għall-grilja, mill-vettura għall-iċċarġjar b'batterija, mill-vettura għal vettura oħra, mill-vettura għal powerbank u mill-vettura għal binja.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 73 biex temenda l-parametri għad-determinazzjoni tal-istat ta' saħħa u t-tul tal-ħajja mistennija ta' batteriji kif stipulat fl-Anness VII, bil-ħsieb tal-progress tekniku u xjentifiku, u tiżgura sinerġiji mal-parametri jistgħu joriġinaw mill-ħidma tal-Grupp ta' Ħidma informali tal-UNECE dwar il-Vetturi Elettriċi u l-Ambjent.
Emenda 200 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 1
1. Għall-finijiet ta' konformità u verifika tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 9, 10, 12, 13 u 59(5)(a) ta' dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru bl-użu ta' metodu affidabbli, preċiż u riproduċibbli, li jqis il-metodi mill-aktar avvanzati rikonoxxuti b'mod ġenerali, u li r-riżultati tagħhom jitqiesu li għandhom livell baxx ta' inċertezza, inklużi l-metodi stabbiliti fl-istandards, li n-numri ta' referenza tagħhom ikunu ġew ippubblikati għal dak l-iskop f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
1. Għall-finijiet ta' konformità u verifika tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 9, 10, 11a, 12, 13 u 59(5)(a) ta' dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru bl-użu ta' metodu affidabbli, preċiż u riproduċibbli, li jqis il-metodi mill-aktar avvanzati rikonoxxuti b'mod ġenerali, u li r-riżultati tagħhom jitqiesu li għandhom livell baxx ta' inċertezza, inklużi l-metodi stabbiliti fl-istandards, li n-numri ta' referenza tagħhom ikunu ġew ippubblikati għal dak l-iskop f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 201 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 2
2. Il-batteriji li jiġu ttestjati skont standards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti li huma konformi mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 9, 10, 13 u 59(5)(a) sakemm dawk ir-rekwiżiti jkunu koperti minn tali standards armonizzati.
2. Il-batteriji li jiġu ttestjati skont standards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti li huma konformi mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 9, 10, 13 u 59(5)(a) sakemm dawk ir-rekwiżiti jkunu koperti minn tali standards armonizzati jew partijiet minnhom.
Emenda 202 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet komuni għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 9, 10, 12, 13, 59(5)(a) jew it-testijiet imsemmija fl-Artikolu 15(2), fejn:
1. Il-Kummissjoni tista' tadotta, f'każijiet eċċezzjonali, wara li tikkonsulta lill-organizzazzjonijiet Ewropej ta' standardizzazzjoni rilevanti u lill-organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati Ewropej li jirċievu finanzjament mill-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012, atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet komuni għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 9, 10, 11a, 12, 13, 59(5)(a) jew it-testijiet imsemmija fl-Artikolu 15(2), fejn:
Emenda 203 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b
(b) il-Kummissjoni tosserva dewmien bla bżonn fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati mitluba, jew tqis li l-istandards armonizzati rilevanti mhumiex biżżejjed; or
(b) il-Kummissjoni tosserva dewmien bla bżonn fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati mitluba, jiġifieri billi jinqabżu l-iskadenzi stabbiliti għall-organizzazzjoni tal-istandardizzazzjoni fit-talba għall-istandardizzazzjoni, jew tqis b'mod raġonevoli li l-istandards armonizzati rilevanti ma jissodisfawx biżżejjed il-kriterji deskritti fit-talba għall-istandardizzazzjoni; or
3a. Il-Kummissjoni għandha tappoġġja b'mod attiv lill-industrija tal-Unjoni u ssaħħaħ il-preżenza tagħha fl-organizzazzjonijiet internazzjonali tal-istandardizzazzjoni billi timmira għall-akbar koerenza possibbli bejn l-istandards internazzjonali u dawk Ewropej, u billi tippromwovi l-użu ġenerali tal-istandards Ewropej barra l-Unjoni.
Emenda 205 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1
1. Qabel ma batterija titqiegħed fis-suq jew fis-servizz, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jiżgura li titwettaq valutazzjoni tal-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti tal-Kapitoli II u III ta' dan ir-Regolament.
1. Qabel ma batterija titqiegħed fis-suq jew fis-servizz, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jiżgura li titwettaq valutazzjoni tal-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti tal-Kapitoli II u III u l-Artikolu 39 ta' dan ir-Regolament.
Emenda 206 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 2
2. Il-valutazzjoni tal-konformità tal-batteriji mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 6, 9, 10, 11, 12, 13 u 14 għandha titwettaq f'konformità mal-proċedura stabbilita fil-Parti A tal-Anness VIII.
2. Il-valutazzjoni tal-konformità tal-batteriji mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 6, 9, 11, 13 u 14 għandha titwettaq f'konformità mal-proċedura stabbilita fil-Parti A tal-Anness VIII.
Emenda 207 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 3
3. Il-valutazzjoni tal-konformità tal-batteriji mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 7, 8 u 39 għandha titwettaq f'konformità mal-proċedura stabbilita fil-Parti B tal-Anness VIII.
3. Il-valutazzjoni tal-konformità tal-batteriji mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 7, 8, 10, 12 u 39 għandha titwettaq f'konformità mal-proċedura stabbilita fil-Parti B tal-Anness VIII.
Emenda 208 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 5
5. Ir-rekords u l-korrispondenza relatati mal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jitfasslu b'lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-korp innotifikat li jwettaq il-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità msemmija fil-paragrafi 1 u 2, jew b'lingwa aċċettata minn dak il-korp.
5. Ir-rekords u l-korrispondenza relatati mal-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jitfasslu b'lingwa jew b'lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-korp innotifikat li jwettaq il-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità msemmija fil-paragrafi 1 u 2, jew b'lingwa aċċettata minn dak il-korp.
5a. Dan l-Artikolu għandu japplika 12-il xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni tal-lista tal-korpi notifikati msemmija fl-Artikolu 30(2).
Emenda 210 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 1
1. Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandha tiddikjara li jkun intwera li r-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u III ġew issodisfati.
1. Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandha tiddikjara li jkun intwera li r-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u III u l-Artikolu 39 ġew issodisfati.
Emenda 211 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 2
2. Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandu jkollha l-istruttura tal-mudell stabbilita fl-Anness IX, l-elementi speċifikati fil-moduli rilevanti stabbiliti fl-Anness VIII u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Hija għandha tiġi tradotta għal-lingwa jew il-lingwi meħtieġa mill-Istat Membru li fih il-batterija tkun tqiegħdet fis-suq jew tqiegħdet fis-servizz.
2. Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE tista' timtela elettronikament u għandu jkollha l-istruttura tal-mudell stabbilita fl-Anness IX, l-elementi speċifikati fil-moduli rilevanti stabbiliti fl-Anness VIII u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Hija għandha tiġi tradotta għal-lingwa jew il-lingwi meħtieġa mill-Istat Membru li fih il-batterija tkun tqiegħdet jew saret disponibbli fis-suq jew tqiegħdet fis-servizz.
Emenda 212 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità awtorizzati biex iwettqu l-valutazzjoni tal-konformità f'konformità ma' dan ir-Regolament
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità awtorizzati biex iwettqu l-valutazzjoni tal-konformità minn parti terza f'konformità ma' dan ir-Regolament.
Emenda 213 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 5
5. Awtorità tan-notifika għandu jkollha għadd suffiċjenti ta' membri tal-persunal kompetenti għad-dispożizzjoni tagħha għall-eżekuzzjoni xierqa tal-kompiti tagħha.
5. Awtorità tan-notifika għandu jkollha għadd suffiċjenti ta' membri tal-persunal kompetenti u biżżejjed finanzjament għad-dispożizzjoni tagħha għall-eżekuzzjoni xierqa tal-kompiti tagħha.
Emenda 214 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 3
3. Korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkun korp terz indipendenti minn kwalunkwe rabtiet kummerċjali u mill-mudell tal-batteriji li jivvaluta, b'mod partikolari mill-manifatturi tal-batteriji, l-imsieħba kummerċjali tal-manifatturi tal-batteriji, l-investituri azzjonarji fl-impjanti tal-manifatturi tal-batteriji u minn korpi nnotifikati oħrajn, kif ukoll mill-assoċjazzjonijiet kummerċjali tal-korpi nnotifikati, il-kumpaniji prinċipali jew is-sussidjarji.
3. Korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkun korp terz indipendenti minn kwalunkwe rabtiet kummerċjali u mill-batteriji li jivvaluta, b'mod partikolari mill-manifatturi tal-batteriji, l-imsieħba kummerċjali tal-manifatturi tal-batteriji, l-investituri azzjonarji fl-impjanti tal-manifatturi tal-batteriji u minn korpi nnotifikati oħrajn, kif ukoll mill-assoċjazzjonijiet kummerċjali tal-korpi nnotifikati, il-kumpaniji prinċipali jew is-sussidjarji.
Korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkun kapaċi jwettaq l-attivitajiet kollha ta' valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Anness VIII u li b'rabta magħhom ikun ġie nnotifikat, kemm jekk dawk il-kompiti jitwettqu mill-korp ta' valutazzjoni tal-konformità nnifsu kif ukoll jekk jitwettqu f'ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.
Korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkun kapaċi jwettaq il-kompiti kollha ta' valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Anness VIII u li b'rabta magħhom ikun ġie nnotifikat, kemm jekk dawk il-kompiti jitwettqu mill-korp ta' valutazzjoni tal-konformità nnifsu kif ukoll jekk jitwettqu f'ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.
Emenda 216 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 6 – subparagrafu 2 – punt a
(a) persunal intern b'għarfien tekniku u b'esperjenza suffiċjenti u xierqa biex iwettaq l-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità;
(a) persunal intern b'għarfien tekniku u b'esperjenza suffiċjenti u xierqa biex iwettaq il-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità;
Emenda 217 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 6 – subparagrafu 2 – punt c
(c) politiki u proċeduri xierqa li jiddistingwu bejn l-attivitajiet li jwettaq bħala korp innotifikat u attivitajiet oħrajn;
(c) politiki u proċeduri xierqa li jiddistingwu bejn l-attivitajiet li jwettaq bħala korp innotifikat u kompiti oħrajn;
Korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu dejjem ikollu aċċess għat-tagħmir jew il-faċilitajiet kollha tal-ittestjar meħtieġa għal kull proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità u kull mudell ta' batterija li b'rabta magħhom ikun ġie nnotifikat.
Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu dejjem ikollu aċċess għall-informazzjoni, għat-tagħmir jew il-faċilitajiet kollha tal-ittestjar meħtieġa għal kull proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità u kull mudell ta’ batterija li b’rabta magħhom ikun ġie nnotifikat.
Emenda 219 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 7 – punt c
(c) għarfien u fehim xierqa tar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u III tal-istandards armonizzati applikabbli msemmija fl-Artikolu 15 u tal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 16, kif ukoll tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni u tal-leġiżlazzjoni nazzjonali;
(c) għarfien u fehim xierqa tar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u III u fl-Artikolu 39, tal-istandards armonizzati applikabbli msemmija fl-Artikolu 15 u tal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 16, kif ukoll tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni u tal-leġiżlazzjoni nazzjonali;
Għandha tiġi garantita l-imparzjalità ta' korp tal-valutazzjoni tal-konformità, tal-maniġment superjuri tiegħu u tal-membri tal-persunal responsabbli biex iwettqu l-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità.
Għandha tiġi garantita l-imparzjalità ta' korp tal-valutazzjoni tal-konformità, tal-maniġment superjuri tiegħu u tal-membri tal-persunal responsabbli biex iwettqu l-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità.
Ir-remunerazzjoni tal-maniġment superjuri u tal-membri tal-persunal responsabbli biex iwettqu l-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità ma għandhiex tiddependi mill-għadd ta' valutazzjonijiet tal-konformità mwettqa jew mir-riżultati ta' dawk il-valutazzjonijiet.
Ir-remunerazzjoni tal-maniġment superjuri u tal-membri tal-persunal responsabbli biex iwettqu l-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità ma għandhiex tiddependi mill-għadd ta' valutazzjonijiet tal-konformità mwettqa jew mir-riżultati ta' dawk il-valutazzjonijiet.
Emenda 222 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 10
10. Il-membri tal-persunal ta' korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom josservaw is-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba fit-twettiq tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità f'konformità mal-Anness VIII, ħlief b'rabta mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih jitwettqu l-attivitajiet tiegħu. Id-drittijiet ta' proprjetà għandhom ikunu protetti.
10. Il-membri tal-persunal ta' korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom josservaw is-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba fit-twettiq tal-kompiti tal-valutazzjoni tal-konformità f'konformità mal-Anness VIII, ħlief b'rabta mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih jitwettqu l-attivitajiet tiegħu. Id-drittijiet ta' proprjetà għandhom ikunu protetti.
Emenda 223 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 11
11. Korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jipparteċipa fi, jew jiżgura li l-membri tal-persunal tiegħu responsabbli mit-twettiq tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità jkunu informati dwar, l-attivitajiet ta' standardizzazzjoni rilevanti u l-attivitajiet tal-grupp ta' koordinazzjoni tal-korp innotifikat stabbilit skont l-Artikolu 37 u għandu japplika, bħala gwida ġenerali, id-deċiżjonijiet amministrattivi u d-dokumenti prodotti bħala riżultat tax-xogħol ta' dak il-grupp.
11. Korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jipparteċipa fi, jew jiżgura li l-membri tal-persunal tiegħu responsabbli mit-twettiq tal-kompiti tal-valutazzjoni tal-konformità jkunu informati dwar, l-attivitajiet ta' standardizzazzjoni rilevanti u l-attivitajiet tal-grupp ta' koordinazzjoni tal-korp innotifikat stabbilit skont l-Artikolu 37 u għandu japplika, bħala gwida ġenerali, id-deċiżjonijiet amministrattivi u d-dokumenti prodotti bħala riżultat tax-xogħol ta' dak il-grupp.
Emenda 224 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 2
2. L-applikazzjoni għal notifika għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità, tal-moduli ta' valutazzjoni tal-konformità stabbiliti fl-Anness VIII u tal-mudell tal-batterija li għalihom il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità jiddikjara li huwa kompetenti, kif ukoll minn ċertifikat ta' akkreditament maħruġ minn korp nazzjonali ta' akkreditament li jattesta li l-korp ta' valutazzjoni tal-konformità jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 25.
2. L-applikazzjoni għal notifika għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità, tal-modulu jew tal-moduli ta' valutazzjoni tal-konformità stabbiliti fl-Anness VIII u tal-mudell tal-batterija li għalihom il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità jiddikjara li huwa kompetenti, kif ukoll minn ċertifikat ta' akkreditament maħruġ minn korp nazzjonali ta' akkreditament li jattesta li l-korp ta' valutazzjoni tal-konformità jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 25.
Emenda 225 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 1
1. Il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-każijiet kollha fejn ikollha dubju, jew fejn jinġieb dubju għall-attenzjoni tagħha, rigward il-kompetenza ta' korp innotifikat jew l-issodisfar kontinwu minn korp innotifikat tar-rekwiżiti u tar-responsabbiltajiet li għalihom huwa jkun soġġett.
1. Il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-każijiet kollha fejn ikollha dubju, jew fejn jinġieb dubju għall-attenzjoni tagħha, b'mod partikolari mill-operaturi ekonomiċi u minn partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, rigward il-kompetenza ta' korp innotifikat jew l-issodisfar kontinwu minn korp innotifikat tar-rekwiżiti u tar-responsabbiltajiet li għalihom huwa jkun soġġett.
Emenda 226 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 3
3. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni sensittiva kollha miksuba matul l-investigazzjonijiet tagħha tiġi ttrattata b'mod kunfidenzjali.
3. Il-Kummissjoni tista' titlob il-parir tal-faċilità tal-ittestjar tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 68a u għandha tiżgura li l-informazzjoni sensittiva kollha miksuba matul l-investigazzjonijiet tagħha tiġi ttrattata b'mod kunfidenzjali.
Korp innotifikat għandu jwettaq l-attivitajiet tiegħu b'mod proporzjonat, billi jevita piżijiet bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi, u b'kont meħud tad-daqs ta' impriża, is-settur li fih topera l-impriża, l-istruttura tal-impriża, il-grad ta' kumplessità tal-batterija li għandha tiġi vvalutata u n-natura tal-massa jew tas-serje tal-proċess tal-produzzjoni.
Korp innotifikat għandu jwettaq il-valutazzjonijiet tal-konformità b'mod proporzjonat, billi jevita piżijiet bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi, b'mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, u b'kont meħud tad-daqs ta' impriża, is-settur li fih topera l-impriża, l-istruttura tal-impriża, il-grad ta' kumplessità tal-batterija li għandha tiġi vvalutata u n-natura tal-massa jew tas-serje tal-proċess tal-produzzjoni.
Emenda 228 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 3
3. Meta korp innotifikat isib li r-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u III, l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 15, l-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 16 jew speċifikazzjonijiet tekniċi oħrajn ma jkunux ġew issodisfati minn manifattur, huwa għandu jesiġi li dak il-manifattur jieħu azzjoni korrettiva xierqa fid-dawl tat-tieni u l-aħħar deċiżjoni ta' ċertifikazzjoni, sakemm in-nuqqasijiet ma jkunux jistgħu jiġu rimedjati, f'liema każ iċ-ċertifikat ma jkunx jista' jinħareġ.
3. Meta korp innotifikat isib li r-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu II jew III jew fl-Artikolu 39, l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 15, l-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 16 jew speċifikazzjonijiet tekniċi oħrajn ma jkunux ġew issodisfati minn manifattur, huwa għandu jesiġi li l-manifattur jieħu azzjoni korrettiva xierqa fid-dawl tat-tieni u l-aħħar deċiżjoni ta' ċertifikazzjoni, sakemm in-nuqqasijiet ma jkunux jistgħu jiġu rimedjati, f'liema każ iċ-ċertifikat ma jkunx jista' jinħareġ.
Emenda 229 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 2
2. Korp innotifikat għandu jipprovdi lil korpi nnotifikati oħrajn li jwettqu attivitajiet simili ta' valutazzjoni tal-konformità li jkopru l-istess batteriji bl-informazzjoni rilevanti dwar kwistjonijiet relatati mar-riżultati negattivi u, fuq talba, pożittivi tal-valutazzjoni tal-konformità.
2. Korp innotifikat għandu jipprovdi lil korpi nnotifikati oħrajn skont dan ir-Regolament li jwettqu attivitajiet simili ta' valutazzjoni tal-konformità li jkopru l-istess batteriji bl-informazzjoni rilevanti dwar kwistjonijiet relatati mar-riżultati negattivi u, fuq talba, pożittivi tal-valutazzjoni tal-konformità.
Emenda 230 Proposta għal regolament Artikolu 36 – titolu
Skambju ta' esperjenza
Skambju ta' esperjenza u prattika tajba
Emenda 231 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 1
Il-Kummissjoni għandha tipprevedi l-organizzazzjoni ta' skambju ta' esperjenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri responsabbli għall-politika ta' notifika.
Il-Kummissjoni għandha tipprevedi l-organizzazzjoni ta' skambju ta' esperjenza u prattika tajba bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri responsabbli għall-politika ta' notifika.
Emenda 232 Proposta għal regolament Artikolu 37 – paragrafu 1
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jiġu stabbiliti koordinazzjoni u kooperazzjoni xierqa bejn il-korpi nnotifikati u li dawn jitħaddmu kif xieraq fil-forma ta' grupp settorjali jew gruppi tal-korpi nnotifikati.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jiġu stabbiliti koordinazzjoni u kooperazzjoni xierqa bejn il-korpi nnotifikati skont dan ir-Regolament u li dawn jitħaddmu kif xieraq fil-forma ta' grupp settorjali jew gruppi tal-korpi nnotifikati.
Emenda 233 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Meta jqiegħdu batterija fis-suq jew iqegħduha fis-servizz, inkluż għall-iskopijiet tal-manifatturi stess, il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-batterija:
1. Għall-batteriji kollha mqiegħda fis-suq tal-Unjoni jew imqiegħda fis-servizz fl-Unjoni, inkluż għall-iskopijiet tal-manifatturi stess, il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-batterija:
Madankollu, meta diversi batteriji jitwasslu simultanjament lil utent wieħed, il-lott ikkonċernat jew il-kunsinna kkonċernata jistgħu jkunu akkumpanjati minn kopja waħda tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE.
Madankollu, meta diversi batteriji jitwasslu simultanjament lil utent wieħed, il-kunsinna kkonċernata tista' tkun akkumpanjata minn kopja waħda tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE.
Emenda 235 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 8
8. Il-manifatturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tagħhom u l-indirizz postali u l-indirizz tal-web fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati fuq l-imballaġġ tal-batterija. L-indirizz postali għandu jindika punt uniku li fih jista' jiġi kkuntattjat il-manifattur. Tali informazzjoni għandha tkun b'lingwaġġ li jinftiehem faċilment mill-utenti finali u mill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq u għandha tkun ċara, tinftiehem u tinqara.
8. Il-manifatturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tagħhom u n-numru tat-telefon, l-indirizz postali, tal-posta elettronika u tal-web fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati fuq l-imballaġġ tal-batterija. L-indirizz postali għandu jindika punt uniku li fih jista' jiġi kkuntattjat il-manifattur. Tali informazzjoni għandha tkun b'lingwaġġ li jinftiehem faċilment mill-utenti finali u mill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq u għandha tkun ċara, tinftiehem u tinqara.
Emenda 236 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 11
11. Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li batterija li jkunu qiegħdu fis-suq jew fis-servizz ma tkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u III għandhom minnufih jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dik il-batterija ssir konformi, tiġi rtirata jew tissejjaħ lura mis-suq, kif xieraq. Barra minn hekk, meta l-batterija tippreżenta riskju, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtorità nazzjonali tal-Istat Membru li fih ikunu qiegħdu l-batterija fis-suq għal dak l-għan, billi jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nuqqas ta' konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.
11. Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li batterija li jkunu qiegħdu fis-suq jew fis-servizz ma tkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u III għandhom minnufih jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dik il-batterija ssir konformi, tiġi rtirata jew tissejjaħ lura mis-suq, kif xieraq. Barra minn hekk, meta jqisu jew ikollhom raġuni biex jemmnu li l-batterija tippreżenta riskju, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtorità nazzjonali tal-Istat Membru li fih ikunu qiegħdu l-batterija fis-suq għal dak l-għan, billi jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nuqqas ta' konformità u dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda.
(Emenda orizzontali: il-bidla "meta jqisu jew ikollhom raġuni biex jemmnu li l-batterija tippreżenta riskju" tapplika għat-test kollu. L-adozzjoni tagħha se tirrikjedi bidliet korrispondenti fit-test kollu.)
Emenda 237 Proposta għal regolament Artikolu 39 – titolu
Obbligu għall-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu fis-suq batteriji industrijali rikarikabbli u batteriji tal-vetturi elettriċi b'memorja interna u b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh biex jistabbilixxu politiki tad-diliġenza dovuta għall-katina tal-provvista
Obbligu fuq l-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu batteriji fis-suq biex iwettqu diliġenza dovuta għall-katina tal-valur
Emenda 238 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 1
1. Minn [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament] l-operatur ekonomiku li jqiegħed fis-suq batteriji industrijali rikarikabbli u batteriji tal-vetturi elettriċi b'memorja interna u b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh għandu jikkonforma mal-obbligi tad-diliġenza dovuta għall-katina tal-provvista stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu u għandu jżomm dokumentazzjoni li turi l-konformità rispettiva tiegħu ma' dawk l-obbligi, inkluż ir-riżultati tal-verifika minn parti terza mwettqa mill-korpi notifikati.
1. Minn [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament] l-operatur ekonomiku li jqiegħed batteriji fis-suq għandu jikkonforma mal-obbligi tad-diliġenza dovuta għall-katina tal-valur stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu u għandu jżomm dokumentazzjoni li turi l-konformità rispettiva tiegħu ma' dawk l-obbligi, inklużi r-riżultati tal-verifika minn parti terza mwettqa mill-korpi notifikati.
Emenda 239 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 2 – punt a
(a) jadotta, u jikkomunika b'mod ċar lill-fornituri u lill-pubbliku, politika tal-kumpanija għall-katina tal-provvista tal-materja prima indikata fil-punt 1 tal-Anness X;
(a) jadotta, u jikkomunika b'mod ċar lill-fornituri u lill-pubbliku, politika ta' diliġenza dovuta tal-kumpanija għall-katina tal-valur tal-batteriji, inkluż fir-rigward tal-materja prima indikata fil-punt 1 tal-Anness X, u għall-kategoriji ta' riskju soċjali u ambjentali assoċjati indikati fil-punt 2 tal-Anness X;
Emenda 240 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 2 – punt b
(b) jinkorpora fil-politika tal-katina tal-provvista tiegħu standards konsistenti mal-istandards stabbiliti fil-mudell tal-politika tal-katina tal-provvista fl-Anness II għall-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta;
Emenda 241 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 2 – punt c
(c) jistruttura s-sistemi ta' ġestjoni interna rispettivi tiegħu biex jappoġġaw id-diliġenza dovuta għall-katina tal-provvista billi jassenja r-responsabbiltà lill-maniġment superjuri biex jissorvelja l-proċess ta' diliġenza dovuta għall-katina tal-provvista, kif ukoll iżomm rekords ta' dawk is-sistemi għal minimu ta' ħames snin;
(c) jistruttura s-sistemi ta' ġestjoni interna rispettivi tiegħu biex jappoġġaw id-diliġenza dovuta għall-katina tal-valur billi jassenja r-responsabbiltà lill-maniġment superjuri biex jissorvelja l-proċess ta' diliġenza dovuta għall-katina tal-valur, kif ukoll iżomm rekords ta' dawk is-sistemi għal minimu ta' ħames snin;
Emenda 242 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 2 – punt d – subparagrafu 1
(d) jistabbilixxi u jħaddem sistema ta' kontrolli u trasparenza fuq il-katina tal-provvista, inkluża katina ta' kustodja jew sistema ta' traċċabbiltà jew l-identifikazzjoni ta' atturi upstream fil-katina tal-provvista.
(d) jistabbilixxi u jħaddem sistema ta' kontrolli u trasparenza fuq il-katina tal-valur, inkluża katina ta' kustodja jew sistema ta' traċċabbiltà, li tidentifika atturi upstream fil-katina tal-valur.
Emenda 243 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 2 – punt d – subparagrafu 2 – parti introduttorja
Sistema bħal din għandha tkun appoġġata minn dokumentazzjoni li tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:
Sistema bħal din għandha tkun appoġġata minn dokumentazzjoni li, mill-inqas, tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:
Emenda 244 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 2 – punt d – subparagrafu 2 – punt iiia (ġdid)
(iii a) meta l-materja prima toriġina minn żona ta' riskju għoli, informazzjoni addizzjonali f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-operaturi ekonomiċi upstream, kif stabbilit fil-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta, fejn rilevanti, bħall-minjiera tal-oriġini, il-postijiet fejn il-materja prima tiġi kkonsolidata, innegozjata u pproċessata, u t-taxxi, it-tariffi u r-royalties imħallsa;
Emenda 245 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 2 – punt d – subparagrafu 3
Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (d) attwali jistgħu jiġu implimentati permezz tal-parteċipazzjoni fi skemi mmexxija mill-industrija.
Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà individwali tal-operaturi ekonomiċi għall-proċessi ta' diliġenza dovuta tagħhom, ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (d) attwali jistgħu jiġu implimentati f'kollaborazzjoni ma' atturi oħrajn, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni fi skemi mmexxija mill-industrija, rikonoxxuti skont dan ir-Regolament.
Emenda 246 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 2 – punt e
(e) jinkorpora l-politika tal-katina tal-provvista tiegħu f'kuntratti u ftehimiet mal-fornituri, inklużi l-miżuri tagħhom tal-ġestjoni tar-riskji;
(e) jinkorpora l-politika tal-katina tal-valur tiegħu f'kuntratti u ftehimiet mal-fornituri, inklużi l-miżuri tagħhom tal-ġestjoni tar-riskji;
Emenda 247 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 2 – punt f
(f) jistabbilixxi mekkaniżmu ta' lmentar bħala sistema ta' sensibilizzazzjoni għar-riskji bi twissija bikrija jew jipprovdi mekkaniżmu bħal dan permezz ta' arranġamenti kollaborattivi ma' operaturi ekonomiċi jew organizzazzjonijiet oħrajn, jew billi jiffaċilita r-rikors għal espert jew korp estern, bħal ombudsman.
(f) jistabbilixxi mekkaniżmu ta' lmentar bħala sistema ta' sensibilizzazzjoni għar-riskji bi twissija bikrija, u bħala mekkaniżmu ta' rimedju f'konformità mal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem jew jipprovdi mekkaniżmi bħal dawn permezz ta' arranġamenti kollaborattivi ma' operaturi ekonomiċi jew organizzazzjonijiet oħrajn, jew billi jiffaċilita r-rikors għal espert jew korp estern, bħal ombudsman. Tali mekkaniżmi għandhom iqisu l-kriterji tal-mekkaniżmi ta' lmentar deskritti fil-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem.
Emenda 248 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a
(a) jidentifika u jivvaluta l-impatti negattivi assoċjati mal-kategoriji ta' riskju elenkati fil-punt 2 tal-Anness X fil-katina tal-provvista tiegħu abbażi tal-informazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 2 kontra l-istandards tal-politika tagħhom dwar il-katina tal-provvista;
(a) jidentifika u jivvaluta r-riskju tal-impatti negattivi assoċjati mal-kategoriji ta' riskju, inklużi dawk elenkati fil-punt 2 tal-Anness X, fil-katina tal-valur tiegħu abbażi tal-informazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 2, u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra li tkun disponibbli għall-pubbliku jew ipprovduta mill-partijiet ikkonċernati, kontra l-istandards tal-politika tagħhom dwar il-katina tal-valur;
Emenda 249 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b – parti introduttorja
(b) jimplimenta strateġija biex jirrispondi għar-riskji identifikati maħsuba biex tipprevjeni jew ittaffi l-impatti negattivi permezz ta':
(b) jimplimenta strateġija biex jirrispondi għar-riskji identifikati maħsuba biex tipprevjeni, ittaffi u tindirizza l-impatti negattivi billi:
Emenda 250 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b – punt i
(i) ir-rapportar tas-sejbiet tal-valutazzjoni tar-riskju tal-katina tal-provvista lill-maniġment superjuri maħtur għal dak l-iskop;
(i) jirrapporta s-sejbiet tal-valutazzjoni tar-riskju tal-katina tal-valur lill-maniġment superjuri maħtur għal dak l-iskop;
Emenda 251 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b – punt ii
(ii) l-adozzjoni ta' miżuri għall-ġestjoni tar-riskji konsistenti mal-Anness II għall-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta, billi titqies il-kapaċità tagħhom li jinfluwenzaw u, fejn meħtieġ, jittieħdu passi biex tiġi eżerċitata pressjoni fuq il-fornituri li jistgħu jipprevjenu jew itaffu r-riskju identifikat bl-aktar mod effettiv;
(ii) jadotta miżuri għall-ġestjoni tar-riskji konsistenti mal-istandards ta' diliġenza dovuta rikonoxxuti internazzjonalment elenkati fil-punt 3a tal-Anness X, billi titqies il-kapaċità tagħhom li jinfluwenzaw u, fejn meħtieġ, jieħu passi biex jeżerċita pressjoni fuq ir-relazzjonijiet kummerċjali li jistgħu jipprevjenu jew itaffu r-riskju identifikat bl-aktar mod effettiv;
Emenda 252 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b – punt iii
(iii) l-implimentazzjoni tal-pjan tal-ġestjoni tar-riskji, il-monitoraġġ u t-traċċar tal-prestazzjoni tal-isforzi tal-mitigazzjoni tar-riskji, ir-rapportar lura lill-maniġment superjuri maħtur għal dan l-iskop u l-kunsiderazzjoni tas-sospensjoni jew tat-twaqqif tal-involviment ma' fornitur wara tentattivi falluti ta' mitigazzjoni, abbażi ta' arranġamenti kuntrattwali rilevanti f'konformità mat-tieni subparagrafu għall-paragrafu 2 hawn fuq;
(iii) jimplimenta l-pjan tal-ġestjoni tar-riskji, iwettaq monitoraġġ u traċċar tal-prestazzjoni tal-isforzi tal-mitigazzjoni tar-riskji, jirrapporta lura lill-maniġment superjuri maħtur għal dan l-iskop u jikkunsidra s-sospensjoni jew it-twaqqif tal-involviment ma' relazzjoni kummerċjali wara tentattivi falluti ta' mitigazzjoni, abbażi ta' arranġamenti kuntrattwali rilevanti f'konformità mat-tieni subparagrafu għall-paragrafu 2;
Jekk l-operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 isegwi l-isforzi ta' mitigazzjoni tar-riskju filwaqt li jkompli l-kummerċ jew jissospendi l-kummerċ b'mod temporanju, dan għandu jikkonsulta mal-fornituri u mal-partijiet ikkonċernati, inklużi l-awtoritajiet tal-gvern lokali u ċentrali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà internazzjonali jew ċivili u l-partijiet terzi affettwati, u jaqbel dwar strateġija li tista' titkejjel ta' mitigazzjoni tar-riskju fil-pjan tal-ġestjoni tar-riskji.
Jekk l-operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 isegwi l-isforzi ta' mitigazzjoni tar-riskju filwaqt li jkompli l-kummerċ jew jissospendi l-kummerċ b'mod temporanju, dan għandu jikkonsulta r-relazzjonijiet kummerċjali tiegħu u mal-partijiet ikkonċernati, inklużi l-awtoritajiet tal-gvern lokali u ċentrali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà internazzjonali jew ċivili u l-komunitajiet affettwati, u jaqbel dwar strateġija li tista' titkejjel ta' mitigazzjoni tar-riskju fil-pjan tal-ġestjoni tar-riskji.
L-operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 għandu jidentifika u jivvaluta l-probabbiltà tal-impatti negattivi fil-kategoriji tar-riskju elenkati fl-Anness X, punt 2, fil-katina tal-provvista tiegħu abbażi tar-rapporti disponibbli mill-verifika minn parti terza magħmula minn korp notifikat dwar il-fornituri f'dik il-katina, u billi jivvaluta, fejn xieraq, il-prattiki tad-diliġenza dovuta tiegħu.Dawk ir-rapporti ta' verifika għandhom ikunu konformi mal-ewwel subparagrafu fil-paragrafu 4.Dawk ir-rapporti ta' verifika għandhom ikunu konformi mal-ewwel subparagrafu fil-paragrafu 4. Fin-nuqqas ta' tali rapporti ta' verifika minn partijiet terzi dwar il-fornituri, l-operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 għandu jidentifika u jivvaluta r-riskji fil-katina tal-provvista tiegħu bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni tar-riskju tiegħu stess. F'tali każijiet, l-operaturi ekonomiċi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom iwettqu verifiki minn parti terza tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista tagħhom stess permezz ta' korp notifikat f'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4.
L-operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 għandu jidentifika u jivvaluta l-probabbiltà tal-impatti negattivi fil-kategoriji tar-riskju elenkati fl-Anness X, punt 2, fil-katina tal-valur tiegħu. L-operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 għandu jidentifika u jivvaluta r-riskji fil-katina tal-valur tiegħu bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni tar-riskju tiegħu stess. F'tali każijiet, l-operaturi ekonomiċi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom iwettqu verifiki minn parti terza tad-diliġenza dovuta għall-ktajjen tagħhom stess permezz ta' korp notifikat f'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4. L-operatur ekonomiku jista' wkoll jagħmel użu mir-rapporti disponibbli mill-verifika minn parti terza magħmula minn korp notifikat dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali f'dik il-katina, u billi jivvaluta, fejn xieraq, il-prattiki ta' diliġenza dovuta tiegħu. Dawk ir-rapporti ta' verifika għandhom ikunu konformi mal-ewwel subparagrafu fil-paragrafu 4.Dawk ir-rapporti ta' verifika għandhom ikunu konformi mal-ewwel subparagrafu fil-paragrafu 4.
3a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkollhom fis-seħħ reġim ta' responsabbiltà li fl-ambitu tiegħu l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu, f'konformità mad-dritt nazzjonali, jinżammu responsabbli u jipprovdu rimedju għal kwalunkwe dannu li jirriżulta minn impatti negattivi potenzjali jew reali fuq id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent jew il-governanza tajba li huma, jew l-impriżi taħt il-kontroll tagħhom, ikunu kkawżaw jew ikkontribwew għalihom permezz ta' atti jew ommissjonijiet.
4. L-operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkollu l-politiki tiegħu ta' diliġenza vverifikati minn korp notifikat ("verifika minn parti terza").
4. L-operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkollu l-politika u l-prattiki tiegħu ta' diliġenza dovuta għall-katina tal-valur ivverifikati minn korp notifikat ("verifika minn parti terza").
Emenda 257 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – punt a
(a) tinkludi fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha l-attivitajiet, il-proċessi u s-sistemi kollha użati mill-operaturi ekonomiċi biex jimplimentaw ir-rekwiżiti tagħhom tad-diliġenza dovuta għall-katina tal-provvista f'konformità mal-paragrafi 2, 3 u 5;
(a) tinkludi fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha l-attivitajiet, il-proċessi u s-sistemi kollha użati mill-operaturi ekonomiċi biex jimplimentaw ir-rekwiżiti tagħhom tad-diliġenza dovuta għall-katina tal-valur f'konformità mal-paragrafi 2, 3 u 5.
Emenda 258 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – punt b
(b) ikollha bħala l-objettiv tagħha d-determinazzjoni tal-konformità tal-prattiki ta' diliġenza dovuta għall-katina tal-provvista tal-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu batteriji fis-suq mal-paragrafi 2, 3 u 5;
(b) ikollha bħala l-objettiv tagħha d-determinazzjoni tal-konformità tal-prattiki ta' diliġenza dovuta għall-katina tal-valur tal-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu batteriji fis-suq mal-paragrafi 2, 3 u 5, kif ukoll, fejn rilevanti, twettaq verifiki fuq l-impriżi u tiġbor informazzjoni mill-partijiet ikkonċernati;
Emenda 259 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – punt c
(c) tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu batteriji fis-suq dwar kif itejbu l-prattiki tagħhom ta' diliġenza dovuta għall-katina tal-provvista;
(c) tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu batteriji fis-suq dwar kif itejbu l-prattiki tagħhom ta' diliġenza dovuta għall-katina tal-valur;
Emenda 260 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 5
5. L-operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 għandu jagħmel disponibbli fuq talba lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru r-rapporti ta' kwalunkwe verifika minn parti terza mwettqa skont il-paragrafu 4 jew l-evidenza ta' konformità ma' skema ta' diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista rikonoxxuta mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 72.
5. L-operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 għandu jagħmel disponibbli fuq talba lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri r-rapporti ta' kwalunkwe verifika minn parti terza mwettqa f'konformità mal-paragrafu 4 jew l-evidenza ta' konformità ma' skema ta' diliġenza dovuta għall-katina tal-valur rikonoxxuta mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 72.
6. L-operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 għandu jagħmel disponibbli għax-xerrejja downstream diretti tiegħu l-informazzjoni kollha miksuba u miżmuma skont il-politiki tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista tiegħu b'kunsiderazzjoni xierqa għall-kunfidenzjalità tan-negozju u għal tħassib ieħor dwar il-kompetizzjoni.
6. L-operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 għandu jagħmel disponibbli għax-xerrejja downstream diretti tiegħu l-informazzjoni kollha miksuba u miżmuma skont il-politiki tad-diliġenza dovuta għall-katina tal-valur tiegħu b'kunsiderazzjoni xierqa għall-kunfidenzjalità tan-negozju u għal tħassib ieħor dwar il-kompetizzjoni.
L-operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 għandu fuq bażi annwali jirrapporta pubblikament bl-aktar mod wiesa' possibbli, inkluż fuq l-internet, dwar il-politiki tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista tiegħu. Dak ir-rapport għandu jkun fih il-passi meħuda minn dak l-operatur ekonomiku biex jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3, inklużi s-sejbiet ta' impatti negattivi sinifikanti fil-kategoriji ta' riskju elenkati fl-AnnessX, punt2, u kif dawn ġew indirizzati, kif ukoll rapport sommarju tal-verifiki minn partijiet terzi mwettqa skont il-punt 4, inkluż l-isem tal-korp notifikat, b'kunsiderazzjoni xierqa għall-kunfidenzjalità tan-negozju u għal tħassib ieħor dwar il-kompetizzjoni.
L-operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 għandu fuq bażi annwali jirrapporta pubblikament bl-aktar mod wiesa' possibbli, inkluż fuq l-internet, dwar il-politiki tad-diliġenza dovuta għall-katina tal-valur tiegħu, b'mod partikolari, fir-rigward tal-materja prima li tinsab f'kull mudell ta' batterija mqiegħed fis-suq. Dak ir-rapport għandu jkun fih, b'mod li jinftiehem faċilment mill-utenti finali u li jidentifika l-batteriji kkonċernati b'mod ċar, il-passi meħuda minn dak l-operatur ekonomiku biex jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3, inklużi s-sejbiet ta' impatti negattivi sinifikanti fil-kategoriji ta' riskju elenkati fil-punt2 tal-AnnessX, u kif dawn ġew indirizzati, kif ukoll rapport sommarju tal-verifiki minn partijiet terzi mwettqa f'konformità mal-punt 4, inkluż l-isem tal-korp notifikat, b'kunsiderazzjoni xierqa għall-kunfidenzjalità tan-negozju u għal tħassib ieħor dwar il-kompetizzjoni.
Emenda 263 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 7
7. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa gwida fir-rigward tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tad-diliġenza dovuta definiti fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, fir-rigward tar-riskji soċjali u ambjentali msemmija fl-AnnessX, il-punt2, u b'mod partikolari f'konformità mal-istrumenti internazzjonali msemmija fl-AnnessX, il-punt3.
7. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa gwida fir-rigward tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tad-diliġenza dovuta definiti fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, fir-rigward tar-riskji soċjali u ambjentali msemmija fil-punt2 tal-AnnessX, u b'mod partikolari f'konformità mal-istrumenti internazzjonali msemmija fil-punti3 u 3a tal-AnnessX.
7a. L-Istati Membri għandhom jipprovdu assistenza teknika speċifika lill-operaturi ekonomiċi, speċjalment lill-kumpaniji żgħar u ta' daqs medju, għall-finijiet ta' konformità mar-rekwiżiti tad-diliġenza dovuta għall-katina tal-valur stabbiliti f'dan l-Artikolu. L-Istati Membri jistgħu jkunu assistiti miċ-ċentri nazzjonali ta' kompetenza tal-batteriji tagħhom, stabbiliti skont l-Artikolu 68b, biex jipprovdu tali appoġġ tekniku.
7b. Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jiżguraw li jkun hemm konformità ma' dan ir-Regolament f'konformità mal-Artikolu 69, l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli mit-twettiq tal-kontrolli xierqa.
Il-kontrolli msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jitwettqu b'approċċ ibbażat fuq ir-riskju, inkluż f'każijiet meta awtorità kompetenti jkollha fil-pussess tagħha informazzjoni rilevanti, bħal pereżempju abbażi ta' tħassib issostanzjat ipprovdut minn partijiet terzi, dwar il-konformità ta' operatur ekonomiku ma' dan ir-Regolament.
Il-kontrolli msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu spezzjonijiet fuq il-post, inkluż fil-bini tal-operatur ekonomiku.
L-operaturi ekonomiċi għandhom joffru kull assistenza meħtieġa biex jiffaċilitaw it-twettiq tal-kontrolli msemmija fl-ewwel subparagrafu, b'mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-proprjetà u l-preżentazzjoni tad-dokumenti u r-rekords.
Sabiex tiżgura ċ-ċarezza tal-kompiti u l-konsistenza tal-azzjonijiet fost l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tipprepara linji gwida li jispjegaw il-passi li għandhom jiġu segwiti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jkunu qed iwettqu l-kontrolli msemmija fl-ewwel subparagrafu. Dawk il-linji gwida għandhom jinkludu, kif xieraq, mudelli għad-dokumenti li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.
L-Istat Membru għandu jżomm rekords tal-kontrolli msemmija fl-ewwel subparagrafu filwaqt li jindika, b'mod partikolari, in-natura u r-riżultati ta' tali kontrolli, kif ukoll ir-rekords ta' kwalunkwe notifika ta' azzjoni ta' rimedju maħruġa skont l-Artikolu 69.
Emenda 266 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 8 – punt aa (ġdid)
(aa) temenda l-lista ta' strumenti internazzjonali fl-Anness X f'konformità mal-iżviluppi fi ħdan il-fora internazzjonali rilevanti;
Emenda 267 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 8 – punt b
(b) temenda l-obbligi fuq l-operatur ekonomiku msemmija fil-paragrafu 1 li huma stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 4 fid-dawl tal-emendi tar-Regolament (UE) 2017/821 u l-bidliet fir-rakkomandazzjonijiet tad-diliġenza dovuta stabbiliti fl-Anness I tal-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta.
(b) temenda l-obbligi fuq l-operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 li huma stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 4 fid-dawl tal-emendi tar-Regolament (UE) 2017/821 u temenda l-lista ta' strumenti tad-diliġenza dovuta rikonoxxuti internazzjonalment stabbiliti fil-punt 3a tal-Anness X;
Emenda 268 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 8 – punt ba (ġdid)
(ba) tistabbilixxi u temenda lista ta' żoni ta' riskju għoli filwaqt li tqis il-linji gwida tal-OECD dwar id-diliġenza dovuta.
8a. Fil-każ li tiġi adottata leġiżlazzjoni futura tal-Unjoni li tistabbilixxi regoli ġenerali għal governanza korporattiva sostenibbli u diliġenza dovuta, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu u fl-Anness X għandhom jitqiesu bħala komplementari għal tali leġiżlazzjoni futura tal-Unjoni.
Fi żmien 6 xhur mid-dħul fis-seħħ ta' leġiżlazzjoni futura tal-Unjoni li tistabbilixxi regoli ġenerali għal governanza korporattiva sostenibbli u diliġenza dovuta, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk dik il-leġiżlazzjoni l-ġdida tal-Unjoni teħtieġx emenda tal-paragrafi 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu jew tal-Anness X, jew tat-tnejn, u tadotta, fejn xieraq, att delegat f'konformità mal-Artikolu 73 biex temenda dawk id-dispożizzjonijiet kif xieraq.
Dak l-att delegat għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu jew fl-Anness X li huma speċifiċi għall-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu batteriji fis-suq. Kwalunkwe obbligu ta' diliġenza dovuta addizzjonali fuq l-operaturi ekonomiċi li jiġi stabbilit f'dak l-att delegat għandu jkun tali li jiżgura mill-inqas l-istess livell ta' protezzjoni previst minn dan ir-regolament mingħajr ma joħloq ebda piż amministrattiv żejjed.
Emenda 270 Proposta għal regolament Artikolu 40 – paragrafu 4 – parti introduttorja
4. Rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jkun irċieva mingħand il-manifattur. Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jipprovdi kopja tal-mandat lill-awtorità kompetenti, fuq talba. Il-mandat għandu jippermetti lir-rappreżentant awtorizzat jagħmel mill-inqas dawn li ġejjin:
4. Rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jkun irċieva mingħand il-manifattur. Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jkollu l-mezzi finanzjarji u organizzattivi xierqa biex iwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat. Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jipprovdi kopja tal-mandat lill-awtorità kompetenti, fuq talba, b'lingwa tal-Unjoni ddeterminata mill-awtorità kompetenti. Il-mandat għandu jippermetti lir-rappreżentant awtorizzat jagħmel mill-inqas dan li ġej:
4a. Meta jqisu jew ikollhom raġuni biex jemmnu li batterija tippreżenta riskju, ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jinformaw immedjatament lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan.
Emenda 272 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 1
1. L-importaturi għandhom iqiegħdu fis-suq jew iqiegħdu fis-servizz batterija li tkun konformi mar-rekwiżiti tal-Kapitoli II u III
1. L-importaturi għandhom iqiegħdu fis-suq jew iqiegħdu fis-servizz batterija li tkun konformi mar-rekwiżiti tal-Kapitoli II u III u tal-Artikolu 39.
Meta importatur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li batterija mhijiex konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u III, l-importatur ma għandux iqiegħed tali batterija fis-suq jew fis-servizz qabel ma din issir konformi. Barra minn hekk, meta l-batterija tippreżenta riskju, l-importatur għandu jinforma b'dan lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.
Meta importatur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li batterija mhijiex konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u III u fl-Artikolu 39, l-importatur ma għandux iqiegħed tali batterija fis-suq jew fis-servizz qabel ma din issir konformi. Barra hekk, meta jqis jew ikollu raġuni biex jemmen li batterija tippreżenta riskju, l-importatur għandu jinforma immedjatament lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan.
Emenda 274 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 6
6. Meta jkun meqjus xieraq fir-rigward tar-riskji ppreżentati minn batterija, l-importaturi għandhom, biex jipproteġu s-saħħa tal-bniedem u s-sikurezza tal-konsumaturi, iwettqu ttestjar tal-kampjuni tal-batteriji mqiegħda fis-suq, jinvestigaw u, jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta' lmenti, tal-batteriji mhux konformi u s-sejħiet lura tal-batteriji, u għandhom iżommu lid-distributuri informati b'tali monitoraġġ.
6. Meta jkun meqjus xieraq fir-rigward tar-riskji ppreżentati minn batterija, l-importaturi għandhom, biex jipproteġu s-saħħa tal-bniedem, l-ambjent u s-sikurezza tal-konsumaturi, iwettqu ttestjar tal-kampjuni tal-batteriji mqiegħda fis-suq, jinvestigaw u, jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta' lmenti, tal-batteriji mhux konformi u s-sejħiet lura tal-batteriji, u għandhom iżommu lid-distributuri informati b'tali monitoraġġ.
Emenda 275 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 7
7. L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li batterija, li huma jkunu qiegħdu fis-suq jew fis-servizz, mhijiex konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u III, għandhom minnufih jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dik il-batterija ssir konformi, tiġi rtirata jew tissejjaħ lura mis-suq, kif xieraq. Barra minn hekk, meta l-batterija tippreżenta riskju, l-importaturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtorità nazzjonali tal-Istat Membru li fih ikunu qiegħdu l-batterija fis-suq għal dak l-għan, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nuqqas ta' konformità u dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda.
7. L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li batterija, li huma jkunu qiegħdu fis-suq jew fis-servizz, mhijiex konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u III u fl-Artikolu 39, għandhom minnufih jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dik il-batterija ssir konformi, tiġi rtirata jew tissejjaħ lura mis-suq, kif xieraq. Barra minn hekk, meta jqisu jew ikollhom raġuni biex jemmnu li l-batterija tippreżenta riskju, l-importaturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtorità nazzjonali tal-Istat Membru li fih ikunu qiegħdu l-batterija fis-suq għal dak l-għan, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nuqqas ta' konformità u dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda.
Emenda 276 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 2 – punt a
(a) il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur, l-importatur jew distributuri oħrajn ikunu rreġistrati fit-territorju ta' Stat Membru f'konformità mal-Artikolu 46;
(a) il-produttur ikun irreġistrat fit-territorju ta' Stat Membru f'konformità mal-Artikolu 46;
Emenda 277 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 3
3. Meta distributur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li batterija mhijiex konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u III, huwa ma għandux iqiegħed il-batterija fis-suq qabel ma din issir konformi. Barra minn hekk, meta l-batterija tippreżenta riskju, id-distributur għandu jinforma b'dan lill-manifattur jew lill-importatur, kif ukoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rilevanti.
3. Meta distributur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li batterija mhijiex konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u III u fl-Artikolu 39, huwa ma għandux iqiegħed il-batterija fis-suq qabel ma din issir konformi. Barra minn hekk, meta jqis jew ikollu raġuni biex jemmen li l-batterija tippreżenta riskju, id-distributur għandu jinforma lill-manifattur jew lill-importatur, kif ukoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rilevanti dwar dan.
Emenda 278 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 5
5. Distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li batterija, li huma jkunu qiegħdu fis-suq, ma tkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u III għandhom jiżguraw li tittieħed l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dik il-batterija ssir konformi, biex tiġi rtirata jew biex tissejjaħ lura mis-suq, kif xieraq. Barra minn hekk, meta l-batterija tippreżenta riskju, id-distributuri għandhom jinformaw minnufih b'dan lill-awtorità nazzjonali tal-Istati Membri fejn ikunu qiegħdu l-batterija fis-suq, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nuqqas ta' konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.
5. Distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li batterija, li huma jkunu qiegħdu fis-suq, ma tkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u III u fl-Artikolu 39 għandhom jiżguraw li tittieħed l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dik il-batterija ssir konformi, biex tiġi rtirata jew biex tissejjaħ lura mis-suq, kif xieraq. Barra minn hekk, meta jqisu jew ikollhom raġuni biex jemmnu li l-batterija tippreżenta riskju, id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-awtorità nazzjonali tal-Istati Membri fejn ikunu qiegħdu l-batterija fis-suq dwar dan, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nuqqas ta' konformità u dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda.
Emenda 279 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 6
6. Id-distributuri għandhom, wara talba motivata minn awtorità nazzjonali, jipprovdulha l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni teknika kollha meħtieġa biex juru l-konformità ta' batterija mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u III b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Dik l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni teknika għandhom jiġu pprovduti f'forma stampata jew f'forma elettronika. Id-distributuri għandhom jikkooperaw mal-awtorità nazzjonali, fuq talba tagħha, fuq kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-batteriji li huma jkunu qiegħdu fis-suq.
6. Id-distributuri għandhom, wara talba motivata minn awtorità nazzjonali, jipprovdu lil dik l-awtorità l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni teknika kollha meħtieġa biex juru l-konformità ta' batterija mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u III u fl-Artikolu 39 b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Dik l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni teknika għandhom jiġu pprovduti f'forma stampata jew f'forma elettronika. Id-distributuri għandhom jikkooperaw mal-awtorità nazzjonali, fuq talba tagħha, fuq kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-batteriji li huma jkunu qiegħdu fis-suq.
Emenda 280 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 1
Il-fornituri tas-servizzi ta' ġestjoni għandhom jiżguraw li, għall-batteriji li jimmaniġġaw, il-kundizzjonijiet waqt il-ħażna, l-imballaġġ, l-indirizzar jew id-dispaċċ ma jipperikolawx il-konformità tal-batteriji mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u III.
Il-fornituri tas-servizzi ta' ġestjoni, inklużi s-swieq online, għandhom jiżguraw li, għall-batteriji li jimmaniġġaw, il-kundizzjonijiet waqt il-ħażna, l-imballaġġ, l-indirizzar jew id-dispaċċ ma jipperikolawx il-konformità tal-batteriji mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II, III u VII.
Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-operaturi ekonomiċi rilevanti stabbiliti fil-Kapitolu VI, il-fornituri tas-servizzi ta' ġestjoni għandhom, minbarra r-rekwiżit imsemmi fl-ewwel subparagrafu, iwettqu l-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 40(4), il-punt (d), u fil-paragrafu 40(4a).
Emenda 281 Proposta għal regolament Artikolu 44 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Importatur jew distributur għandu jitqies bħala manifattur għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u dak l-importatur jew id-distributur għandu jkun soġġett għall-obbligi tal-manifattur skont l-Artikolu 40, fejn
Importatur jew distributur għandu jitqies bħala manifattur għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u dak l-importatur jew id-distributur għandu jkun soġġett għall-obbligi tal-manifattur skont l-Artikolu 38, meta tkun tapplika kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
Emenda 282 Proposta għal regolament Artikolu 44 – paragrafu 1 – punt b
(b) batterija li tkun diġà tqiegħdet fis-suq jew fis-servizz tiġi mmodifikata minn dak l-importatur jew id-distributur b'tali mod li tkun tista' tiġi affettwata l-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament;
(b) batterija li tkun diġà tqiegħdet fis-suq jew fis-servizz tiġi mmodifikata minn dak l-importatur jew id-distributur b'tali mod li tkun tista' tiġi affettwata l-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament; jew
Emenda 283 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt d
(d) it-tip ta' batteriji li l-produttur ikollu l-ħsieb li jqiegħed fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta' Stat Membru, jiġifieri batteriji portabbli, batteriji industrijali, batteriji tal-vetturi elettriċi, jew batteriji awtomotivi;
(d) it-tip ta' batteriji li l-produttur ikollu l-ħsieb li jqiegħed fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta' Stat Membru, jiġifieri batteriji portabbli, batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief, batteriji industrijali, batteriji tal-vetturi elettriċi, jew batteriji awtomotivi;
Emenda 284 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt da (ġdid)
(da) il-kompożizzjoni kimika ta' batteriji li l-produttur ikollu l-ħsieb li jqiegħed fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta' Stat Membru;
Emenda 285 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt b – parti introduttorja
(f) l-informazzjoni dwar kif il-produttur jissodisfa r-responsabbiltajiet tiegħu stabbiliti fl-Artikolu 47 u r-rekwiżiti skont l-Artikolu 48 u l-Artikolu 49, rispettivament:
(f) l-informazzjoni dwar kif il-produttur jissodisfa r-responsabbiltajiet tiegħu stabbiliti fl-Artikolu 47 u r-rekwiżiti skont l-Artikolu 48, l-Artikolu 48a u l-Artikolu 49, rispettivament:
Emenda 286 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt f – punt i – parti introduttorja
(i) għall-batteriji portabbli, ir-rekwiżiti ta' dan il-punt (f) għandhom jiġu ssodisfati billi jiġu pprovduti:
(i) għall-batteriji portabbli u l-batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief, ir-rekwiżiti ta' dan il-punt (f) għandhom jiġu ssodisfati billi jiġu pprovduti:
Emenda 287 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt f – punt i – inċiż 1
— dikjarazzjoni li turi l-miżuri stabbiliti mill-produttur biex jintlaħqu l-obbligi ta' responsabbiltà tal-produtturi stabbiliti fl-Artikolu 47, il-miżuri stabbiliti biex jiġu ssodisfati l-obbligi tal-ġbir separat stabbiliti fl-Artikolu 48(1) fir-rigward tal-ammont ta' batteriji li jforni l-produttur u s-sistema maħsuba biex tiżgura li d-data rrapportata lill-awtoritajiet kompetenti tkun affidabbli;
— dikjarazzjoni li turi l-miżuri stabbiliti mill-produttur biex jintlaħqu l-obbligi ta' responsabbiltà tal-produtturi stabbiliti fl-Artikolu 47, il-miżuri stabbiliti biex jiġu ssodisfati l-obbligi tal-ġbir separat stabbiliti fl-Artikolu 48(1) u fl-Artikolu 48a(1) fir-rigward tal-ammont ta' batteriji li jforni l-produttur u s-sistema maħsuba biex tiżgura li d-data rrapportata lill-awtoritajiet kompetenti tkun affidabbli;
Emenda 288 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt f – punt i – inċiż 2
— fejn applikabbli, l-isem u d-dettalji ta' kuntatt, inklużi l-kodiċi postali u l-post, it-triq u n-numru, il-pajjiż, in-numri tat-telefon u tal-fax, l-indirizz tal-internet u l-indirizz tal-posta elettronika u l-kodiċi ta' identifikazzjoni nazzjonali tal-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi fdata mill-produttur biex tissodisfa l-obbligi ta' responsabbiltà estiża tal-produtturi f'konformità mal-Artikolu 47(2), inklużi n-numru tar-reġistru kummerċjali jew numru tar-reġistrazzjoni uffiċjali ekwivalenti tal-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, inkluż in-numru tat-taxxa nazzjonali jew Ewropew tal-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, u l-mandat tal-produttur irrappreżentat;
— fejn applikabbli, l-isem u d-dettalji ta' kuntatt, inklużi l-indirizz postali, in-numri tat-telefon, l-indirizz tal-internet u l-indirizz tal-posta elettronika u l-kodiċi ta' identifikazzjoni nazzjonali tal-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi fdata mill-produttur biex tissodisfa l-obbligi ta' responsabbiltà estiża tal-produtturi f'konformità mal-Artikolu 47(2) u (4), inklużi n-numru tar-reġistru kummerċjali jew numru tar-reġistrazzjoni uffiċjali ekwivalenti tal-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, inkluż in-numru tat-taxxa nazzjonali jew Ewropew tal-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, u l-mandat tal-produttur irrappreżentat;
Emenda 289 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt f – punt i – inċiż 2a (ġdid)
— meta l-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi tirrappreżenta aktar minn produttur wieħed, hija għandha tindika separatament kif kull wieħed mill-produtturi rappreżentati jissodisfa r-responsabbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 47.
Emenda 290 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt f – punt ii – inċiż 2
— fejn applikabbli, il-kodiċi ta' identifikazzjoni nazzjonali tal-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi fdata mill-produttur biex tissodisfa l-obbligi ta' responsabbiltà estiża tal-produtturi f'konformità mal-paragrafi 2 u 4 tal-Artikolu 47, inklużi n-numru tar-reġistru kummerċjali jew numru tar-reġistrazzjoni uffiċjali ekwivalenti tal-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, inkluż in-numru tat-taxxa nazzjonali jew Ewropew tal-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, u l-mandat tal-produttur irrappreżentat;
— fejn applikabbli, l-isem u d-dettalji ta' kuntatt, inklużi l-indirizz postali, in-numru tat-telefon, u l-indirizz tal-posta elettronika u tal-web u l-kodiċi ta' identifikazzjoni nazzjonali tal-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi fdata mill-produttur biex tissodisfa l-obbligi ta' responsabbiltà estiża tal-produtturi f'konformità mal-paragrafi 2 u 4 tal-Artikolu 47, inklużi n-numru tar-reġistru kummerċjali jew numru tar-reġistrazzjoni uffiċjali ekwivalenti tal-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, inkluż in-numru tat-taxxa nazzjonali jew Ewropew tal-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, u l-mandat tal-produttur irrappreżentat;
2a. Il-produtturi li jfornu batteriji permezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod għandhom ikunu rreġistrati fl-Istat Membru li lilu jbigħu. Meta dawn il-produtturi ma jkunux irreġistrati fl-Istat Membru li lilu jbigħu, huma għandhom jiġu rreġistrati permezz tar-rappreżentant awtorizzat tagħhom.
Emenda 292 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 3 – punt da (ġdid)
(da) tista' tirrifjuta r-reġistrazzjoni pprovduta mill-produttur fil-każ ta' nuqqas ta' konformità jew konformità insuffiċjenti mal-obbligu stabbilit fil-paragrafu 2.
4a. Il-produtturi tal-batteriji għandhom jipprovdu lis-swieq online informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni tagħhom jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħhom fl-Istati Membri li lilhom ibigħu.
Emenda 294 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 1 – punt a
(a) jorganizzaw il-ġbir separat tal-iskart ta' batteriji f'konformità mal-Artikolu 48 u mal-Artikolu 49 u t-trasport, il-preparazzjoni għal adattament għal skop differenti u għall-manifattura mill-ġdid, it-trattament u r-riċiklaġġ sussegwenti tal-iskart ta' batteriji, inklużi l-miżuri ta' sikurezza meħtieġa, f'konformità mal-Artikolu 56;
(a) ikopru tal-anqas il-kostijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 8a tad-Direttiva 2008/98/KE, inklużi l-kostijiet tal-organizzazzjoni tal-ġbir separat tal-iskart ta' batteriji f'konformità mal-Artikolu 48, l-Artikolu 48a u l-Artikolu 49 u t-trasport, il-preparazzjoni għal adattament għal skop differenti u għall-manifattura mill-ġdid, it-trattament, il-preparazzjoni għal użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ sussegwenti tal-iskart ta' batteriji, u l-miżuri ta' sikurezza meħtieġa, f'konformità mal-Artikolu 56;
Emenda 295 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 1 – punt c
(c) jippromwovu l-ġbir separat tal-batteriji, inkluż billi jkopru l-ispejjeż tat-twettiq ta' stħarriġ biex jiġu identifikati batteriji mormija b'mod mhux adegwat mill-utenti finali skont l-Artikolu 48(1);
(c) jippromwovu l-ġbir separat tal-batteriji, inkluż billi jkopru l-kostijiet tal-ġbir tad-data u tat-twettiq ta' stħarriġ b'mod regolari biex jiġu identifikati batteriji mormija b'mod mhux adegwat mill-utenti finali skont l-Artikolu 48(1);
Emenda 296 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
(da) jistabbilixxu kampanji ta' sensibilizzazzjoni u/jew inċentivi ekonomiċi inklużi dawk elenkati fl-Anness IV a tad-Direttiva 2008/98/KE biex iħeġġu lill-utenti finali jarmu l-iskart ta' batteriji b'mod li jkun konformi mal-informazzjoni dwar il-prevenzjoni u l-immaniġġar tal-iskart ta' batteriji disponibbli għalihom f'konformità mal-Artikolu 60(1);
Emenda 297 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 1 – punt e
(e) jiffinanzjaw l-attivitajiet imsemmija fil-punti minn (a) sa (d).
(e) jiffinanzjaw l-attivitajiet imsemmija fil-punti minn (a) sa (da).
Emenda 298 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 3 – punt a
(a) ikollhom il-mezzi organizzattivi u finanzjarji meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produtturi msemmija fil-paragrafu 1;
(a) ikollhom il-mezzi finanzjarji jew finanzjarji u organizzattivi biex jissodisfaw l-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produtturi msemmija fil-paragrafu 1;
Emenda 299 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 4 – punt a
(a) ikunu modulati bħala minimu mit-tip ta' batterija u l-kimika tal-batterija u, kif xieraq, b'kont meħud tar-rikarikabbiltà u l-livell ta' kontenut riċiklat fil-manifattura tal-batteriji;
(a) ikunu modulati f'konformità mal-kriterji stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 8a(4) tad-Direttiva 2008/98/KE u skont it-tip ta' batterija u l-kimika tal-batterija u, kif xieraq, b'kont meħud tar-rikarikabbiltà, id-durabbiltà u l-livell ta' kontenut riċiklat fil-manifattura tal-batteriji, kif ukoll il-possibbiltà li jiġu manifatturati mill-ġdid jew adattati għal skop differenti, u l-impronta tal-karbonju tagħhom;
Emenda 300 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 4 – punt b
(b) jiġu aġġustati biex jitqies kwalunkwe dħul mill-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi mill-użu mill-ġdid u mill-bejgħ ta' materja prima sekondarja mill-batteriji u mill-iskart ta' batteriji;
(b) jiġu aġġustati biex jitqies kwalunkwe dħul mill-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi mill-użu mill-ġdid, mill-manifattura mill-ġdid, mill-adattament għal skop differenti u mill-bejgħ ta' materja prima sekondarja mill-batteriji u mill-iskart ta' batteriji;
Emenda 301 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 5
5. Fejn, f'konformità mal-Artikoli 48(2), 49(3), 53(1), 56(1), u mal-paragrafi 1, 2 u 3 tal-Artikolu 61, l-attivitajiet biex jitwettqu l-obbligi msemmija fil-punti minn (a) sa (d) tal-paragrafu 1 jitwettqu minn parti terza minbarra produttur jew organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, il-kostijiet li għandhom jiġu koperti mill-produtturi ma għandhomx jaqbżu l-kostijiet li huma meħtieġa biex dawk l-attivitajiet jiġu pprovduti b'mod kosteffiċjenti. Tali kostijiet għandhom jiġu stabbiliti b'mod trasparenti bejn il-produtturi u l-partijiet terzi kkonċernati u jiġu aġġustati sabiex jitqies kwalunkwe dħul mill-użu mill-ġdid u mill-bejgħ ta' materja prima sekondarja mill-batteriji u mill-iskart ta' batteriji.
5. Meta, f'konformità mal-Artikoli 48(2), 48a(2), 49(3), 53(1), 56(1), u mal-paragrafi 1, 2 u 3 tal-Artikolu 61, l-attivitajiet biex jitwettqu l-obbligi msemmija fil-punti minn (a) sa (d) tal-paragrafu 1 jitwettqu minn parti terza minbarra produttur jew organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, il-kostijiet li għandhom jiġu koperti mill-produtturi ma għandhomx jaqbżu l-kostijiet li huma meħtieġa biex dawk l-attivitajiet jiġu pprovduti b'mod kosteffiċjenti. Tali kostijiet għandhom jiġu stabbiliti b'mod trasparenti bejn il-produtturi u l-partijiet terzi kkonċernati u jiġu aġġustati sabiex jitqies kwalunkwe dħul mill-użu mill-ġdid, mill-manifattura mill-ġdid, mill-adattament għal skop differenti u mill-bejgħ ta' materja prima sekondarja mill-batteriji u mill-iskart ta' batteriji.
6. L-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom japplikaw għal awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti. L-awtorizzazzjoni għandha tingħata biss meta jintwera li l-miżuri stabbiliti mill-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jkunu biżżejjed biex jissodisfaw l-obbligi stabbiliti f'dan l-Artikolu fir-rigward tal-ammont ta' batteriji li jitqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta' Stat Membru mill-produtturi li f'isimhom taġixxi. L-awtorità kompetenti għandha, f'intervalli regolari, tivverifika jekk il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 1, 3, 4 u 5 għadhomx jiġu ssodisfati. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffissaw id-dettalji tal-proċedura ta' awtorizzazzjoni u l-modalitajiet għall-verifika tal-konformità, inkluża l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-produtturi għal dak il-għan.
6. Produttur jew organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li taġixxi f'ismu għandhom japplikaw għal awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti. L-awtorizzazzjoni għandha tingħata biss meta jintwera li l-miżuri stabbiliti mill-produttur jew mill-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jkunu biżżejjed u meta jkollu jew ikollha l-mezzi finanzjarji jew il-mezzi finanzjarji u organizzattivi neċessarji biex tissodisfa l-obbligi stabbiliti f'dan il-Kapitolu fir-rigward tal-ammont ta' batteriji li jitqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta' Stat Membru mill-produtturi li f'isimhom jaġixxu u jkunu konformi mal-kisba tal-miri rigward il-ġbir separat tal-iskart ta' batteriji, il-livell ta' riċiklaġġ u l-effiċjenzi tar-riċiklaġġ stabbiliti f'dan ir-Regolament. L-awtorità kompetenti għandha, f'intervalli regolari, u tal-anqas kull tliet snin, tivverifika jekk il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 1, 3, 4 u 5 għadhomx jiġu ssodisfati. L-awtorizzazzjoni tista' tiġi revokata meta l-miri tal-ġbir stabbiliti fl-Artikolu 48(4) jew l-Artikolu 48a(5) ma jintlaħqux jew jekk il-produttur jew l-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi tkun fi ksur tal-Artikolu 49(1), (2) jew (3).
L-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien bla bżonn dwar kwalunkwe bidla fl-informazzjoni li tinsab fl-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, dwar kwalunkwe bidla li tikkonċerna t-termini tal-awtorizzazzjoni u dwar il-waqfien permanenti tal-operazzjonijiet.
Il-produttur jew l-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'ismu għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien bla bżonn dwar kwalunkwe bidla fl-informazzjoni li tinsab fl-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, dwar kwalunkwe bidla li tikkonċerna t-termini tal-awtorizzazzjoni u dwar il-waqfien permanenti tal-operazzjonijiet.
Emenda 304 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 9 – punt c
(c) ir-rata ta' ġbir separat tal-iskart ta' batteriji, il-livell ta' riċiklaġġ u l-effiċjenzi tar-riċiklaġġ miksuba abbażi tal-ammont ta' batteriji li tqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba fl-Istat Membru mill-produtturi membri tagħhom;
(c) ir-rata ta' ġbir separat tal-iskart ta' batteriji, il-livell ta' riċiklaġġ, l-effiċjenzi tar-riċiklaġġ u l-livelli ta' materjali rkuprati miksuba abbażi tal-ammont ta' batteriji li tqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba fl-Istat Membru mill-produtturi membri tagħhom;
Emenda 305 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 9 – punt da (ġdid)
10a. Meta operatur iwettaq użu mill-ġdid, adattament għal skop differenti jew manifattura mill-ġdid ta' batterija, ir-responsabbiltà estiża tal-produttur għal dik il-batterija għandha tiġi trasferita mill-produttur għal dak l-operatur.
Emenda 307 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 13
13. L-Artikoli 8u 8a tad-Direttiva 2008/98/KE ma għandhomx japplikaw għall-batteriji.
13. Ir-rekwiżiti dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur u dwar ir-rekwiżiti minimi ġenerali għall-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur previsti rispettivament fl-Artikolu 8a tad-Direttiva 2008/98/KE għandhom jitqiesu bħala rekwiżiti minimi u għandhom jiġu ssupplimentati bid-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.
Emenda 308 Proposta għal regolament Artikolu 48 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Il-produtturi jew, fejn jinħatru f'konformità mal-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom, għandhom jiżguraw il-ġbir tal-iskart kollu ta' batteriji portabbli, irrispettivament min-natura, il-marka jew l-oriġini tagħhom fit-territorju ta' Stat Membru fejn huma jqiegħdu l-batteriji fis-suq għall-ewwel darba. Għal dak l-iskop, huma għandhom:
1. Il-produtturi jew, meta jkunu maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom, għandhom jiżguraw il-ġbir separat tal-iskart kollu ta' batteriji portabbli, irrispettivament min-natura, il-kompożizzjoni kimika, il-marka jew l-oriġini tagħhom fit-territorju ta' Stat Membru fejn huma jqiegħdu l-batteriji fis-suq għall-ewwel darba. Għal dak l-iskop, huma għandhom:
Emenda 309 Proposta għal regolament Artikolu 48 – paragrafu 1 – punt a
(a) jistabbilixxu punti ta' ġbir tal-iskart ta' batteriji portabbli;
(a) jistabbilixxu punti ta' teħid lura u ġbir tal-iskart ta' batteriji portabbli;
Emenda 310 Proposta għal regolament Artikolu 48 – paragrafu 3
3. L-utenti finali, meta jarmu l-iskart tal-batteriji portabbli fil-punti ta' ġbir imsemmija fil-paragrafu 2, ma għandhomx jintalbu jħallsu jew ikunu obbligati jixtru batterija ġdida.
3. L-utenti finali għandhom ikunu jistgħu jarmu l-iskart ta' batteriji portabbli fil-punti ta' ġbir imsemmija fil-paragrafu 2 u m'għandhomx jintalbu jħallsu jew ikunu obbligati jixtru batterija ġdida jew li jkunu xtraw il-batterija mill-produtturi li jkunu stabbilew il-punti ta' ġbir.
Emenda 311 Proposta għal regolament Artikolu 48 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
4. Il-produtturi jew, fejn maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom, għandhom jilħqu, u jżommu b'mod durabbli, mill-inqas il-miri tal-ġbir li ġejjin ta' skart tal-batteriji portabbli, ikkalkolati bħala persentaġġi tal-batteriji portabbli, minbarra l-batteriji minn mezzi tat-trasport ħfief, li tqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba fi Stat Membru mill-produttur rispettiv jew b'mod kollettiv mill-produtturi koperti minn organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi:
4. Il-produtturi jew, meta jkunu maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom, għandhom jilħqu, u jżommu kull sena, mill-inqas il-miri tal-ġbir li ġejjin ta' skart tal-batteriji portabbli, ikkalkolati bħala persentaġġi tal-batteriji portabbli, li tqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba fi Stat Membru mill-produttur rispettiv jew b'mod kollettiv mill-produtturi koperti minn organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi:
4a. Il-produtturi jew, meta jkunu maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom, għandhom jilħqu, u jżommu kull sena, mill-inqas il-miri tal-ġbir li ġejjin għal skart tal-batteriji portabbli ta' użu ġenerali, ikkalkolati bħala perċentwali tal-batteriji portabbli ta' użu ġenerali li tqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba fi Stat Membru mill-produttur rispettiv jew b'mod kollettiv mill-produtturi koperti minn organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi:
(a) 45 % sal-31 ta' Diċembru 2023;
(b) 70 % sal-31 ta' Diċembru 2025;
(c) 80 % sal-31 ta' Diċembru 2030.
Emenda 313 Proposta għal regolament Artikolu 48a (ġdid)
Artikolu 48a
Ġbir ta' skart ta' batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief
1. Il-produtturi jew, meta jkunu maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom, għandhom jiżguraw il-ġbir tal-iskart kollu ta' batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief irrispettivament min-natura, il-kompożizzjoni kimika, il-marka jew l-oriġini tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru fejn huma jqiegħdu l-batteriji fis-suq għall-ewwel darba.
2. Il-produtturi ta' batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief jew, meta jkunu maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom, għandhom jieħdu lura, mingħajr ħlas u mingħajr obbligu fuq l-utent finali li jixtri batterija ġdida, jew li jkun xtara l-batterija mingħandhom, il-batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief, irrispettivament mill-kompożizzjoni kimika, il-marka jew l-oriġini tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru fejn huma jqiegħdu l-batteriji fis-suq għall-ewwel darba. Għal dak il-għan, huma għandhom jieħdu lura l-iskart ta' batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief mill-utenti finali jew minn punti ta' teħid lura u ġbir ipprovduti f'kooperazzjoni ma':
(a) distributuri ta' batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief f'konformità mal-Artikolu 50(1);
(b) operaturi indipendenti li jsewwu mezzi tat-trasport ħfief;
(c) awtoritajiet pubbliċi jew partijiet terzi li jwettqu l-immaniġġar tal-iskart f'isimhom f'konformità mal-Artikolu 53.
3. L-arranġamenti għat-teħid lura stabbiliti f'konformità mal-paragrafu 2 għandhom ikopru t-territorju kollu ta' Stat Membru filwaqt li jitqiesu d-daqs u d-densità tal-popolazzjoni, il-volum mistenni ta' skart ta' batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief, u l-aċċessibbiltà għall-utenti finali u l-qrubija tagħhom. L-arranġamenti ta' teħid lura ma għandhomx ikunu limitati għal żoni fejn il-ġbir u l-immaniġġar sussegwenti tal-iskart ta' batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief huma l-aktar profittabbli.
4. L-utenti finali, meta jarmu l-iskart ta' batteriji ta' mezzi tat-trasport ħfief fil-punti ta' ġbir imsemmija fil-paragrafu 2, għandhom, fiċ-ċirkostanzi kollha, ikunu jistgħu jirritornaw kwalunkwe skart ta' batterija ta' mezzi tat-trasport ħfief fi kwalunkwe punt ta' ġbir u għandhom ikunu jistgħu jagħmlu dan mingħajr ħlas jew mingħajr l-obbligu li jixtru batterija ġdida.
5. Il-produtturi jew, meta jkunu maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom, għandhom jilħqu, u jżommu kull sena, mill-inqas il-miri li ġejjin ta' ġbir ta' skart ta' batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief, ikkalkolati bħala persentaġġi tal-kwantitajiet ta' batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief, imqiegħda fis-suq għall-ewwel darba fi Stat Membru mill-produttur rispettiv jew b'mod kollettiv mill-produtturi koperti minn organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi:
(a) 75 % sal-31 ta' Diċembru 2025;
(b) 85 % sal-31 ta' Diċembru 2030.
Il-produtturi jew, meta jkunu maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom, għandhom jikkalkolaw ir-rata tal-ġbir imsemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-att delegat adottat f'konformità mal-Artikolu 55(2b).
6. Il-punti ta' ġbir stabbiliti f'konformità mal-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta' reġistrazzjoni jew ta' permess tad-Direttiva 2008/98/KE.
7. Il-produtturi jew, meta jkunu maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom jitolbu awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti li għandha tivverifika l-konformità tal-arranġamenti stabbiliti biex tiġi żgurata l-konformità ma' dan l-Artikolu. Fejn l-awtorizzazzjoni tintalab minn organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, it-talba għall-awtorizzazzjoni għandha tidentifika b'mod ċar il-produtturi membri attivi li tkun qed tirrappreżenta.
8. L-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandha tiżgura li d-data fil-pussess tagħha fir-rigward tal-informazzjoni proprjetarja jew tal-informazzjoni attribwibbli direttament lill-produtturi individwali tibqa' kunfidenzjali. L-awtorità kompetenti tista' tistabbilixxi, fl-awtorizzazzjoni tagħha, il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati għal dak il-għan.
9. L-awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 6 tista' tingħata biss meta jintwera, billi tiġi pprovduta evidenza dokumentata, li r-rekwiżiti tal-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu huma ssodisfati u li hemm l-arranġamenti kollha fis-seħħ biex tal-inqas il-mira tal-ġbir imsemmija fil-paragrafu 5 tkun tista' tintlaħaq u tinżamm għal żmien twil. Meta l-awtorizzazzjoni tintalab minn organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, din għandha tinkiseb bħala parti mill-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 47(6).
10. L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi d-dettalji tal-proċedura għall-għoti tal-awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 7 biex tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 56. Dan għandu jinkludi r-rekwiżit ta' rapport ta' esperti indipendenti għal verifika ex ante tal-arranġamenti għall-ġbir skont dan l-Artikolu b'mod li tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti skont dan l-Artikolu. Dan għandu jinkludi wkoll il-perjodi ta' żmien għall-verifika tal-passi rispettivi u d-deċiżjoni li għandha tittieħed mill-awtorità kompetenti, li ma għandhomx jaqbżu s-sitt ġimgħat mill-preżentazzjoni ta' fajl tal-applikazzjoni komplet.
11. L-awtorità kompetenti għandha tirrieżamina regolarment, u tal-inqas kull tliet snin, jekk il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 7 għadhomx jiġu ssodisfati. L-awtorizzazzjoni tista' tiġi revokata meta l-mira tal-ġbir stabbilita fil-paragrafu 4 ma tintlaħaqx jew il-produttur jew l-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jkunu fi ksur materjali tal-obbligi tagħhom skont il-paragrafi 1 sa 3.
12. Il-produttur jew, meta jkunu maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), l-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li taġixxi f'ismu, għandhom jinnotifikaw minnufih lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe bidla fil-kundizzjonijiet koperti mill-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 7, bi kwalunkwe bidla li tikkonċerna t-termini tal-awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 8 u bil-waqfien permanenti tal-operazzjonijiet.
13. Kull ħames snin l-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġ dwar il-kompożizzjoni tal-inqas fil-livell NUTS 2 tal-flussi tal-iskart muniċipali mħallat miġbur u tal-iskart ta' tagħmir elettriku u elettroniku miġbur, biex hekk jiġi ddeterminat is-sehem ta' skart ta' batteriji portabbli fl-iskart muniċipali mħallat. L-ewwel stħarriġ għandu jitwettaq sal-31 ta' Diċembru 2023. Abbażi tal-informazzjoni miksuba, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jesiġu, meta jagħtu jew jirrieżaminaw awtorizzazzjoni skont il-paragrafi 7 u 10, li l-produtturi ta' batteriji portabbli jew l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jieħdu azzjoni korrettiva biex iżidu n-network tagħhom tal-punti tal-ġbir konnessi u jwettqu kampanji ta' informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 60(1) b'mod proporzjonat mas-sehem tal-flussi tal-iskart ta' batteriji portabbli fil-flussi tal-iskart muniċipali mħallat u tal-iskart ta' tagħmir elettriku u elettroniku identifikat fl-istħarriġ.
-1. Il-produtturi jew, meta jkunu maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom, għandhom jiżguraw il-ġbir tal-iskart kollu ta' batteriji awtomotivi, batteriji industrijali u batteriji tal-vetturi elettroniċi, irrispettivament min-natura, il-kompożizzjoni kimika, il-marka jew l-oriġini tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru fejn huma jqiegħdu l-batteriji fis-suq għall-ewwel darba.
Emenda 315 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
1. Il-produtturi tal-batteriji awtomotivi, tal-batteriji industrijali u tal-batteriji tal-vetturi elettriċi jew, fejn maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, għandhom jieħdu lura, mingħajr ħlas u mingħajr obbligu fuq l-utent finali li jixtri batterija ġdida, u lanqas li jkun xtara l-batterija mingħandhom, l-iskart kollu tal-batteriji awtomotivi, tal-batteriji industrijali u tal-batteriji tal-vetturi elettriċi tat-tip rispettiv li huma jkunu qiegħdu fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta' dak l-Istat Membru. Għal dak l-għan, huma għandhom jaċċettaw li jieħdu lura l-iskart tal-batteriji awtomotivi, tal-batteriji industrijali u tal-batteriji tal-vetturi elettriċi mingħand l-utenti finali, jew mill-punti ta' ġbir ipprovduti b'kooperazzjoni ma':
1. Il-produtturi tal-batteriji awtomotivi, tal-batteriji industrijali u tal-batteriji tal-vetturi elettriċi jew, meta jkunu maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, għandhom jieħdu lura, mingħajr ħlas u mingħajr obbligu fuq l-utent finali li jixtri batterija ġdida, u lanqas li jkun xtara l-batterija mingħandhom, l-iskart kollu tal-batteriji awtomotivi, tal-batteriji industrijali u tal-batteriji tal-vetturi elettriċi tat-tip rispettiv li huma jkunu qiegħdu fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta' dak l-Istat Membru. Għal dak il-għan, huma għandhom jaċċettaw li jieħdu lura l-iskart tal-batteriji awtomotivi, tal-batteriji industrijali u tal-batteriji tal-vetturi elettriċi mingħand l-utenti finali, jew mill-punti ta' teħid lura u ġbir ipprovduti b'kooperazzjoni ma':
Emenda 316 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa) l-operaturi indipendenti li jwettqu użu mill-ġdid, manifattura mill-ġdid jew adattament għal skop differenti ta' batteriji awtomotivi, batteriji industrijali u batteriji tal-vetturi elettriċi;
Meta l-iskart tal-batteriji industrijali jkun jirrikjedi ż-żarmar minn qabel fil-bini tal-utenti privati u mhux kummerċjali, l-obbligu tal-produttur li jieħu lura dawk il-batteriji għandu jinkludi l-kopertura tal-ispejjeż taż-żarmar u tal-ġbir tal-iskart tal-batteriji fil-bini ta' dawk l-utenti.
Meta l-iskart ta' batteriji industrijali jkun jirrikjedi ż-żarmar minn qabel fil-bini tal-utenti privati u mhux kummerċjali, l-obbligu tal-produttur, jew, meta jkunu maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, li jieħu lura dawk il-batteriji għandu jinkludi l-kopertura tal-kostijiet taż-żarmar u tal-ġbir tal-iskart ta' batteriji fil-bini ta' dawk l-utenti.
Emenda 318 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 3 – punt a
(a) jipprovdu lill-punti ta' ġbir imsemmija fil-paragrafu 1 b'infrastruttura tal-ġbir adegwata għall-ġbir separat tal-iskart ta' batteriji awtomotivi, batteriji industrijali u batteriji tal-vetturi elettriċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' sikurezza applikabbli u jkopru l-kostijiet meħtieġa mġarrba minn dawk il-punti ta' ġbir b'rabta mal-attivitajiet ta' teħid lura. Il-kontenituri għall-ġbir u l-ħażna temporanja ta' tali batteriji fil-punt tal-ġbir għandhom ikunu adegwati biex jipprovdu għall-volum u n-natura perikoluża tal-iskart ta' batteriji awtomotivi, batteriji industrijali u batteriji tal-vetturi elettriċi li x'aktarx jinġabru minn dawk il-punti ta' ġbir;
(a) jipprovdu lill-punti ta' teħid lura u ġbir imsemmija fil-paragrafu 1 b'infrastruttura tal-ġbir adegwata għall-ġbir separat tal-iskart ta' batteriji awtomotivi, batteriji industrijali u batteriji tal-vetturi elettriċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' sikurezza applikabbli u jkopru l-kostijiet meħtieġa mġarrba minn dawk il-punti ta' teħid lura u ġbir b'rabta mal-attivitajiet ta' teħid lura. Il-kontenituri għall-ġbir u l-ħażna temporanja ta' tali batteriji fil-punt tal-ġbir għandhom ikunu adegwati biex jipprovdu għall-volum u n-natura perikoluża tal-iskart ta' batteriji awtomotivi, batteriji industrijali u batteriji tal-vetturi elettriċi li x'aktarx jinġabru minn dawk il-punti ta' teħid lura u ġbir;
4a. L-Istati Membri għandhom jiġbru informazzjoni, inklużi stimi sostanzjati, fuq bażi annwali, dwar il-kwantitajiet u l-kategoriji ta' batteriji awtomotivi, batteriji industrijali u batteriji tal-vetturi elettriċi mqiegħda fis-swieq tagħhom, disponibbli għall-ġbir meta mqabbla mal-ammonti miġbura permezz tar-rotot kollha, ippreparati għall-użu mill-ġdid, riċiklati u rkuprati fl-Istat Membru, u dwar batteriji f'vetturi/prodotti industrijali esportati, skont il-piż u skont il-kompożizzjoni kimika.
Emenda 320 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 1
1. Id-distributuri għandhom jieħdu lura l-iskart ta' batteriji mingħand l-utent finali mingħajr ħlas u mingħajr obbligu li jixtru batterija ġdida, irrispettivament mill-kompożizzjoni kimika jew l-oriġini tagħhom. It-teħid lura għall-batteriji portabbli għandu jiġi pprovdut fl-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut tagħhom jew fil-viċinanza immedjata tiegħu. It-teħid lura għall-iskart ta' batteriji awtomotivi, batteriji industrijali u batteriji tal-vetturi elettriċi għandu jiġi pprovdut fl-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut tagħhom jew fil-viċinanza immedjata tiegħu. Dan l-obbligu huwa limitat għat-tipi ta' skart ta' batteriji li d-distributur għandu, jew kellu, bħal batteriji ġodda fl-offerta tiegħu u, għal batteriji portabbli, għall-kwantità li normalment jarmu l-utenti finali mhux professjonali.
1. Id-distributuri għandhom jieħdu lura l-iskart ta' batteriji mingħand l-utent finali mingħajr ħlas jew mingħajr obbligu li jkun xtara l-batterija mill-istess distributur, irrispettivament mill-kompożizzjoni kimika jew l-oriġini tagħhom. It-teħid lura għall-batteriji portabbli għandu jiġi pprovdut fl-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut tagħhom jew fil-viċinanza immedjata tiegħu. It-teħid lura għall-iskart ta' batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief, batteriji awtomotivi, batteriji industrijali u batteriji tal-vetturi elettriċi għandu jiġi pprovdut fl-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut tagħhom jew fil-viċinanza tiegħu. Dan l-obbligu huwa limitat għat-tipi ta' skart ta' batteriji li d-distributur għandu, jew kellu, bħal batteriji ġodda fl-offerta tiegħu u, għal batteriji portabbli, għall-kwantità li normalment jarmu l-utenti finali mhux professjonali.
Emenda 321 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 3
3. Id-distributuri għandhom jgħaddu l-iskart ta' batteriji li jkunu ħadu lura lill-produtturi jew lill-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li huma responsabbli għall-ġbir ta' dawk il-batteriji f'konformità mal-Artikoli 48 u 49, rispettivament, jew lil operatur tal-immaniġġar tal-iskart bil-ħsieb tat-trattament u r-riċiklaġġ tagħhom f'konformità mal-Artikolu 56.
3. Id-distributuri għandhom jgħaddu l-iskart ta' batteriji li jkunu ħadu lura lill-produtturi jew lill-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li huma responsabbli għall-ġbir ta' dawk il-batteriji f'konformità mal-Artikoli 48, 48a u 49, rispettivament, jew lil operatur tal-immaniġġar tal-iskart bil-ħsieb tat-trattament u r-riċiklaġġ tagħhom f'konformità mal-Artikolu 56. L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu l-possibbiltà għad-distributuri li jgħaddu skart ta' batteriji, skont it-tip tagħhom, lill-produtturi jew lill-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, jew lill-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali restrizzjonijiet ma jkollhomx impatt negattiv fuq is-sistemi ta' ġbir u ta' riċiklaġġ.
Emenda 322 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 4
4. L-obbligi skont dan l-Artikolu għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-operaturi li jfornixxu l-batteriji permezz ta' kuntratti mill-bogħod lill-utenti finali. Dawk l-operaturi għandhom jipprevedu għadd suffiċjenti ta' punti ta' ġbir li jkopru t-territorju kollu ta' Stat Membru u b'kont meħud tad-daqs u d-densità tal-popolazzjoni, il-volum mistenni tal-iskart ta' batteriji awtomotivi, batteriji industrijali u batteriji ta' vetturi elettriċi, l-aċċessibbiltà u l-qrubija għall-utenti finali li jippermettu lill-utenti finali jirritornaw il-batteriji.
4. L-obbligi skont dan l-Artikolu għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-operaturi li jfornixxu l-batteriji permezz ta' kuntratti mill-bogħod lill-utenti finali. Dawk l-operaturi għandhom jipprevedu għadd suffiċjenti ta' punti ta' ġbir li jkopru t-territorju kollu ta' Stat Membru u b'kont meħud tad-daqs u d-densità tal-popolazzjoni, il-volum mistenni tal-iskart ta' batteriji portabbli, għal mezzi tat-trasport ħfief, awtomotivi, industrijali u tal-vetturi elettriċi, l-aċċessibbiltà u l-qrubija għall-utenti finali li jippermettu lill-utenti finali jirritornaw il-batteriji.
4a. Fil-każ ta' bejgħ bil-kunsinna, id-distributuri għandhom joffru li jieħdu lura l-batteriji mingħajr ħlas. Meta jordna batterija, l-utent finali tal-batterija għandu jiġi infurmat dwar l-arranġamenti għat-teħid lura tal-batterija użata.
Emenda 324 Proposta għal regolament Artikolu 50a (ġdid)
Artikolu 50a
Sistemi ta' ritorn ta' depożitu għall-batteriji
Sal-31 ta' Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-fattibbiltà u l-benefiċċji potenzjali tal-istabbiliment ta' sistemi ta' depożitu għar-ritorn ta' batteriji fl-Unjoni kollha, b'mod partikolari għall-batteriji portabbli ta' użu ġenerali. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha tikkunsidra li tieħu l-miżuri xierqa, inkluża l-adozzjoni ta' proposti leġiżlattivi. L-Istati Membri, meta jimplimentaw sistemi nazzjonali ta' ritorn tad-depożitu għall-batteriji, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawk il-miżuri. Is-sistemi nazzjonali ta' ritorn tad-depożiti ma għandhomx jipprevjenu l-adozzjoni ta' sistemi armonizzati fl-Unjoni kollha.
Emenda 325 Proposta għal regolament Artikolu 51 – paragrafu 2
2. L-utenti finali għandhom jarmu l-iskart ta' batteriji f'punti ta' ġbir separat magħżula stabbiliti minn jew f'konformità mal-arranġamenti speċifiċi konklużi mal-produttur jew ma' organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, f'konformità mal-Artikoli 48 u 49.
2. L-utenti finali għandhom jarmu l-iskart ta' batteriji f'punti ta' ġbir separat magħżula stabbiliti minn jew f'konformità mal-arranġamenti speċifiċi konklużi mal-produttur jew ma' organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, f'konformità mal-Artikoli 48, 48a u 49.
Emenda 326 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 1
L-operaturi tal-faċilitajiet għat-trattament tal-iskart soġġetti għad-Direttivi 2000/53/KE u 2012/19/UE għandhom jgħaddu l-iskart ta' batteriji li jirriżulta mit-trattament ta' vetturi li ma għadhomx jintużaw u l-iskart ta' tagħmir elettriku u elettroniku lill-produtturi tal-batteriji rilevanti jew, fejn maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2) ta' dan ir-Regolament, lill-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom jew lill-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart bil-ħsieb tat-trattament u r-riċiklaġġ tagħhom f'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 56 ta' dan ir-Regolament. L-operaturi tal-faċilitajiet tat-trattament tal-iskart għandhom iżommu rekords ta' dawk it-tranżazzjonijiet.
L-operaturi tal-faċilitajiet għat-trattament tal-iskart soġġetti għad-Direttivi 2000/53/KE u 2012/19/UE għandhom jgħaddu l-iskart ta' batteriji li jirriżulta mit-trattament ta' vetturi li ma għadhomx jintużaw u l-iskart ta' tagħmir elettriku u elettroniku lill-produtturi tal-batteriji rilevanti jew, meta jkunu maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2) ta' dan ir-Regolament, lill-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom jew lill-operaturi awtorizzati tal-immaniġġar tal-iskart bil-ħsieb tat-trattament u r-riċiklaġġ tagħhom f'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 56 ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu l-possibbiltà għall-operaturi ta' faċilitajiet għat-trattament tal-iskart soġġetti għad-Direttiva 2000/53/KE jew għad-Direttiva 2012/19/UE li jgħaddu batteriji tal-iskart, skont it-tip tagħhom, jew lil produtturi jew lil organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, jew lil operatur ieħor tal-immaniġġar tal-iskart. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali restrizzjonijiet ma jkollhomx impatt negattiv fuq is-sistemi ta' ġbir u ta' riċiklaġġ. L-operaturi tal-faċilitajiet tat-trattament tal-iskart għandhom iżommu rekords ta' dawk it-tranżazzjonijiet.
Emenda 327 Proposta għal regolament Artikolu 53 – paragrafu 1
1. L-iskart ta' batteriji li joriġina minn utenti privati u mhux kummerċjali jista' jintrema f'punti tal-ġbir separat stabbiliti minn awtoritajiet pubbliċi tal-immaniġġar tal-iskart.
1. L-iskart ta' batteriji li joriġina minn utenti privati u mhux kummerċjali jista' jintrema f'punti tal-ġbir separat stabbiliti minn awtoritajiet pubbliċi tal-immaniġġar tal-iskart. Meta stabbiliti għal tip ta' batterija speċifiku, l-awtoritajiet pubbliċi tal-immaniġġar tal-iskart ma għandhom jirrifjutaw it-teħid lura ta' ebda skart ta' batteriji ta' dak it-tip, inklużi batteriji użati mill-ġdid, adattati għal skop differenti u manifatturati mill-ġdid.
Emenda 328 Proposta għal regolament Artikolu 53 – paragrafu 2
2. L-awtoritajiet pubbliċi tal-immaniġġar tal-iskart għandhom jgħaddu l-iskart ta' batteriji miġbur lill-produtturi jew, fejn maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), lill-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom, jew lill-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart bil-ħsieb tat-trattament u r-riċiklaġġ ta' dak l-iskart ta' batteriji f'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 56 jew iwettqu t-trattament u r-riċiklaġġ tagħhom huma stess f'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 56.
2. L-awtoritajiet pubbliċi tal-immaniġġar tal-iskart għandhom jgħaddu l-iskart ta' batteriji miġbur lill-produtturi jew, meta jkunu maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), lill-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom, jew lill-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart bil-ħsieb tat-trattament u r-riċiklaġġ ta' dak l-iskart ta' batteriji f'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 56 jew iwettqu t-trattament u r-riċiklaġġ tagħhom huma stess f'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 56. L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu l-kapaċità tal-awtoritajiet pubbliċi tal-immaniġġar tal-iskart li jgħaddu l-iskart ta' batteriji, skont it-tip tagħhom, jew lill-produtturi jew lill-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, jew lil operatur tal-immaniġġar tal-iskart, jew li jwettqu t-trattament u r-riċiklaġġ tagħhom huma stess. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali restrizzjonijiet ma jkollhomx impatt negattiv fuq is-sistemi ta' ġbir u ta' riċiklaġġ.
Emenda 329 Proposta għal regolament Artikolu 54 – paragrafu 1
Il-punti tal-ġbir volontarji tal-iskart ta' batteriji portabbli għandhom jgħaddu l-iskart ta' batteriji portabbli lill-produtturi tal-batteriji portabbli jew lil partijiet terzi li jaġixxu f'isimhom, inklużi organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, jew lill-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart bil-ħsieb tat-trattament u r-riċiklaġġ tagħhom f'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 56.
Il-punti tal-ġbir volontarji tal-iskart ta' batteriji portabbli għandhom jgħaddu l-iskart ta' batteriji portabbli lill-produtturi tal-batteriji portabbli jew lil partijiet terzi li jaġixxu f'isimhom, inklużi organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, jew lill-operaturi awtorizzati tal-immaniġġar tal-iskart bil-ħsieb tat-trattament u r-riċiklaġġ tagħhom f'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 56. L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu l-kapaċità għall-punti tal-ġbir volontarji tal-iskart ta' batteriji portabbli li jgħaddu dak l-iskart ta' batteriji portabbli jew lill-produtturi jew lill-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, jew lil operatur tal-immaniġġar tal-iskart. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali restrizzjonijiet ma jkollhomx impatt negattiv fuq is-sistemi ta' ġbir u ta' riċiklaġġ.
Emenda 330 Proposta għal regolament Artikolu 55 – titolu
Ir-rati tal-ġbir għall-iskart ta' batteriji portabbli
Ir-rati tal-ġbir għall-iskart ta' batteriji portabbli u għall-iskart ta' batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief
Emenda 331 Proposta għal regolament Artikolu 55 – paragrafu 1 – punt b
(b) 65 % sal-31 ta' Diċembru 2025;
(b) 70 % sal-31 ta' Diċembru 2025;
Emenda 332 Proposta għal regolament Artikolu 55 – paragrafu 1 – punt c
2b. Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2023, tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 73 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-kalkolu u l-verifika tal-miri tal-ġbir għall-iskart ta' batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief bil-ħsieb li tiġi riflessa l-kwantità ta' skart ta' batteriji disponibbli għall-ġbir.
Emenda 336 Proposta għal regolament Artikolu 55 – paragrafu 3
3. Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2030, tirrieżamina l-mira stabbilita fil-paragrafu 1(c) u, bħala parti minn dak ir-rieżami tikkunsidra l-istabbiliment ta' mira tal-ġbir għall-batteriji li jħaddmu mezzi ħfief ta' trasport, fid-dawl tal-evoluzzjoni tas-sehem mis-suq, bħala mira separata jew bħala parti minn reviżjoni tal-mira stabbilita fil-paragrafu 1(c) u fl-Artikolu 48(4). Dan ir-rieżami jista' jikkunsidra wkoll l-introduzzjoni ta' metodoloġija ta' kalkolu sabiex tiġi kkalkolata r-rata ta' ġbir separat bil-ħsieb li tkun tirrifletti l-kwantità ta' skart ta' batteriji disponibbli għall-ġbir. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-eżitu tar-rieżami akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva.
3. Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2024, tirrieżamina l-mira stabbilita fil-paragrafu 1(c).Dan ir-rieżami għandu jikkunsidra wkoll l-introduzzjoni ta' metodoloġija ta' kalkolu sabiex tiġi kkalkolata r-rata ta' ġbir separat bil-ħsieb li tkun tirrifletti l-kwantità ta' skart ta' batteriji portabbli disponibbli għall-ġbir. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-eżitu tar-rieżami akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva.
Emenda 337 Proposta għal regolament Artikolu 55 – paragrafu 4
4. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 73 biex temenda l-metodoloġija għall-kalkolu tar-rata tal-ġbir għall-batteriji portabbli stipulata fl-Anness XI.
imħassar
Emenda 338 Proposta għal regolament Artikolu 56 – paragrafu 1
1. L-iskart ta' batteriji miġbur ma għandux jintrema f'miżbla jew jiġi inċinerat.
1. L-iskart ta' batteriji miġbur ma għandux jintrema jew ikun soġġett għal operazzjoni ta' rkupru tal-enerġija.
4a. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu skemi ta' inċentivi għall-operaturi ekonomiċi li jiksbu rendimenti ogħla mil-limiti rispettivi stabbiliti fil-Partijiet B u C tal-Anness XII.
Emenda 340 Proposta għal regolament Artikolu 57 – paragrafu 1
1. L-iskart ta' batteriji kollu miġbur għandu jidħol fi proċess ta' riċiklaġġ.
1. L-iskart ta' batteriji kollu miġbur għandu jgħaddi minn preparazzjoni għal użu mill-ġdid, preparazzjoni għal adattament għal skop differenti jew proċess ta' riċiklaġġ, ħlief il-batteriji li jkun fihom il-merkurju, li għandhom jintremew b'mod li ma jinvolvi l-ebda impatt negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent.
3a. Sabiex jingħata lok għal rapportar u separazzjoni xierqa tal-iskart ta' batteriji tal-jon tal-litju, il-Kummissjoni għandha tinkludi l-iskart ta' batteriji tal-jon tal-litju fil-lista tal-iskart imsemmija fid-Deċiżjoni 2000/532/KE kif xieraq.
Emenda 342 Proposta għal regolament Artikolu 57 – paragrafu 4
4. Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2023, tadotta att ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-kalkolu u l-verifika tal-effiċjenzi tar-riċiklaġġ u l-irkupru tal-materjali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 74(3).
4. Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2023, tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 73 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-kalkolu u l-verifika tal-effiċjenzi tar-riċiklaġġ u l-irkupru tal-materjali.
Emenda 343 Proposta għal regolament Artikolu 57 – paragrafu 5
5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 73 biex temenda l-livelli minimi ta' materjali rkuprati għall-iskart ta' batteriji stipulati fl-Anness XII, il-Partijiet B u Ċ, fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku u t-teknoloġiji ġodda emerġenti fl-immaniġġar tal-iskart.
5. Sal-31 ta' Diċembru 2027, il-Kummissjoni għandha tevalwa u tippreżenta rapport dwar il-progress li sar fir-rigward tal-effiċjenzi tar-riċiklaġġ u l-livelli ta' materjali rkuprati għall-iskart ta' batteriji stipulati fil-Partijiet B u C tal-Anness XII, fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku u t-teknoloġiji ġodda emerġenti fl-immaniġġar tal-iskart. Jekk ikun xieraq, dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva biex jiżdiedu l-effiċjenzi minimi tar-riċiklaġġ u l-livelli minimi ta' materjali rkuprati.
5a. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 73, biex testendi l-lista ta' materjali u kompożizzjonijiet kimiċi tal-batteriji stipulata fil-Partijiet B u C tal-Anness XII, fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku u t-teknoloġiji ġodda emerġenti fl-immaniġġar tal-iskart.
Emenda 345 Proposta għal regolament Artikolu 58 – paragrafu 1
1. It-trattament u r-riċiklaġġ jistgħu jitwettqu barra l-Istat Membru kkonċernat jew barra l-Unjoni, sakemm il-vjeġġ tal-iskart ta' batteriji jkun konformi mar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u mar-Regolament (KE) Nru 1418/2007.
1. It-trattament, il-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, il-preparazzjoni għal adattament għal skop differenti u r-riċiklaġġ jistgħu jitwettqu barra l-Istat Membru kkonċernat jew barra l-Unjoni, sakemm il-vjeġġ tal-iskart ta' batteriji jkun konformi mar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u mar-Regolament (KE) Nru 1418/2007.
Emenda 346 Proposta għal regolament Artikolu 58 – paragrafu 2
2. L-iskart ta' batteriji esportat barra mill-Unjoni f'konformità mal-paragrafu 1 għandu jingħadd biss lejn l-issodisfar tal-obbligi, tal-effiċjenzi u tal-miri stabbiliti fl-Artikolu 56 u fl-Artikolu 57 jekk ir-riċiklatur jew detentur tal-iskart ieħor li jesporta l-iskart ta' batteriji għat-trattament u r-riċiklaġġ ikun jista' juri bil-provi li t-trattament seħħ f'kundizzjonijiet li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
2. L-iskart ta' batteriji esportat barra mill-Unjoni f'konformità mal-paragrafu 1 għandu jingħadd biss lejn l-issodisfar tal-obbligi, tal-effiċjenzi u tal-miri stabbiliti fl-Artikolu 56 u fl-Artikolu 57 jekk ir-riċiklatur jew detentur tal-iskart ieħor li jesporta l-iskart ta' batteriji għat-trattament, il-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, il-preparazzjoni għal adattament għal skop differenti u r-riċiklaġġ jipprovdi evidenza dokumentata approvata mill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni li t-trattament seħħ f'kundizzjonijiet li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u għar-rekwiżiti rilevanti ta' protezzjoni ambjentali u tas-saħħa tal-bniedem f'leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni.
Emenda 347 Proposta għal regolament Artikolu 58 – paragrafu 3
3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat, f'konformità mal-Artikolu 73, li jistabbilixxi regoli dettaljati li jissupplimentaw dawk fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, billi jistabbilixxu l-kriterji għall-valutazzjoni ta' kundizzjonijiet ekwivalenti.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat, f'konformità mal-Artikolu 73, li jistabbilixxi regoli dettaljati li jissupplimentaw dawk fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, billi tistabbilixxi l-kriterji għall-valutazzjoni ta' kundizzjonijiet ekwivalenti, mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2023.
Emenda 348 Proposta għal regolament Artikolu 59 – titolu
Rekwiżiti relatati mal-adattament għal skop differenti u l-manifattura mill-ġdid tal-batteriji industrijali u l-batteriji tal-vetturi elettriċi
Rekwiżiti relatati mal-adattament għal skop ġdid u l-manifattura mill-ġdid tal-batteriji ta' mezzi ta' trasport ħfief, tal-batteriji industrijali u l-batteriji tal-vetturi elettriċi
Emenda 349 Proposta għal regolament Artikolu 59 – paragrafu 1
1. L-operaturi indipendenti għandhom jingħataw aċċess għas-sistema ta' ġestjoni tal-batterija tal-batteriji industrijali rikarikabbli u tal-batteriji tal-vetturi elettriċi b'memorja interna b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh, b'termini u kundizzjonijiet ugwali, għall-fini tal-valutazzjoni u d-determinazzjoni tal-istat tas-saħħa u tat-tul tal-ħajja li jkun jifdal tal-batteriji, skont il-parametri stipulati fl-Anness VII.
1. L-operaturi indipendenti għandhom jingħataw aċċess read-only għas-sistema ta' ġestjoni tal-batterija tal-batteriji għal mezzi ta' trasport ħfief, u tal-batteriji fi ħdan sistemi għall-ħażna tal-enerġija f'batteriji stazzjonarji u l-batteriji tal-vetturi elettriċi, u f'batteriji portabbli li jinkludu sistema ta' ġestjoni tal-batterija, b'termini u kundizzjonijiet ugwali, għall-fini tal-valutazzjoni u d-determinazzjoni tal-istat tas-saħħa u tat-tul tal-ħajja li jkun jifdal tal-batteriji, skont il-parametri stipulati fl-Anness VII.
1a. Is-sistemi għall-ħżin tal-enerġija f'batteriji stazzjonarji u l-batteriji tal-vetturi elettriċi kollha użati għandhom jiġu vvalutati sabiex jiġi ddeterminat jekk ikunux adatti għall-użu mill-ġdid, l-adattament għal skop differenti jew il-manifattura mill-ġdid. Jekk il-valutazzjoni turi li tali batteriji jkunu adatti għall-użu mill-ġdid, dawn għandhom jerġgħu jintużaw. Jekk il-valutazzjoni turi li ma jkunux adatti għall-użu mill-ġdid, iżda jkunu adatti għal adattament għal skop differenti jew għall-manifattura mill-ġdid, dawn għandhom jiġu adattati għal skop differenti jew jiġu manifatturati mill-ġdid.
Emenda 351 Proposta għal regolament Artikolu 59 – paragrafu 2
2. L-operaturi indipendenti li jwettqu operazzjonijiet ta' adattament għal skop differenti jew manifattura mill-ġdid għandhom jingħataw aċċess adegwat b'termini u kundizzjonijiet ugwali, għall-informazzjoni rilevanti għall-immaniġġar u l-ittestjar tal-batteriji industrijali rikarikabbli u tal-batteriji tal-vetturi elettriċi, jew tal-apparat u l-vetturi li fihom ikunu inkorporati tali batteriji, kif ukoll tal-komponenti ta' tali batteriji, apparat jew vetturi, inklużi l-aspetti ta' sikurezza.
2. L-operaturi indipendenti li jwettqu operazzjonijiet ta' preparazzjoni għal adattament għal skop differenti, adattament għal skop differenti jew manifattura mill-ġdid għandhom jingħataw aċċess adegwat b'termini u kundizzjonijiet ugwali, għall-informazzjoni rilevanti għall-immaniġġar u l-ittestjar tal-batteriji ta' mezzi ta' trasport ħfief, tal-batteriji industrijali u tal-batteriji tal-vetturi elettriċi, jew tal-apparat u l-vetturi li fihom ikunu inkorporati tali batteriji, kif ukoll tal-komponenti ta' tali batteriji, apparat jew vetturi, inklużi l-aspetti ta' sikurezza.
Emenda 352 Proposta għal regolament Artikolu 59 – paragrafu 3
3. L-operaturi li jwettqu operazzjonijiet ta' adattament għal skop differenti jew manifattura mill-ġdid tal-batteriji għandhom jiżguraw li l-eżami, l-ittestjar tal-prestazzjoni, l-ippakkjar u l-vjeġġ tal-batteriji u tal-komponenti tagħhom jitwettqu wara kontroll tal-kwalità adegwat u skont l-istruzzjonijiet dwar is-sikurezza.
3. L-operaturi li jwettqu operazzjonijiet ta' preparazzjoni għal adattament għal skop differenti, adattament għal skop differenti jew manifattura mill-ġdid tal-batteriji għandhom jiżguraw li l-eżami, l-ittestjar tal-prestazzjoni u tas-sikurezza, l-ippakkjar u l-vjeġġ tal-batteriji u tal-komponenti tagħhom jitwettqu wara kontroll tal-kwalità adegwat u skont l-istruzzjonijiet dwar is-sikurezza.
4. L-operaturi li jwettqu operazzjonijiet ta' adattament għal skop differenti jew manifattura mill-ġdid tal-batteriji għandhom jiżguraw li l-batterija adattata għal skop differenti jew manifatturata mill-ġdid tkun konformi ma' dan ir-Regolament, mar-rekwiżiti relevanti tal-prodott, dawk ambjentali u tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem f'leġiżlazzjoni oħra u mar-rekwiżiti tekniċi għall-iskop speċifiku tal-użu tagħha meta titqiegħed fis-suq.
4. L-operaturi li jwettqu operazzjonijiet ta' preparazzjoni għal adattament għal skop differenti, adattament għal skop differenti jew manifattura mill-ġdid tal-batteriji għandhom jiżguraw li l-batterija adattata għal skop differenti jew manifatturata mill-ġdid tkun konformi ma' dan ir-Regolament, mar-rekwiżiti relevanti tal-prodott, dawk ambjentali u tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem f'leġiżlazzjoni oħra u mar-rekwiżiti tekniċi għall-iskop speċifiku tal-użu tagħha meta titqiegħed fis-suq.
Batterija li tkun ġiet adattata għal skop differenti jew manifatturata mill-ġdid ma għandhiex tkun soġġetta għall-obbligi stipulati fl-Artikolu 7(1), (2) u (3), fl-Artikolu 8(1), (2) u (3),fl-Artikolu 10(1) u (2) u fl-Artikolu 39(1) fejn l-operatur ekonomiku li jqiegħed fis-suq batterija adattata għal skop differenti jew manifatturata mill-ġdid jista' juri li l-batterija, qabel l-adattament tagħha għal skop differenti jew il-manifattura mill-ġdid tagħha, tqiegħdet fis-suq qabel id-dati li fihom dawk l-obbligi jsiru applikabbli f'konformità ma' dawk l-Artikoli.
Batterija li tkun ġiet adattata għal skop differenti jew manifatturata mill-ġdid ma għandhiex tkun soġġetta għall-obbligi stipulati fl-Artikolu 7(1), (2) u (3), fl-Artikolu 8(1), (2) u (3) u fl-Artikolu 39(1), fejn l-operatur ekonomiku li jqiegħed fis-suq batterija adattata għal skop differenti jew manifatturata mill-ġdid jista' juri li l-batterija, qabel l-adattament tagħha għal skop differenti jew il-manifattura mill-ġdid tagħha, tqiegħdet fis-suq qabel id-dati li fihom dawk l-obbligi jsiru applikabbli f'konformità ma' dawk l-Artikoli.
L-operaturi li jqiegħdu batteriji adattati għal skop differenti jew manifatturati mill-ġdid fis-suq għandhom jiġu kkunsidrati bħala l-produttur il-ġdid tal-batterija u għalhekk ikunu rreġistrati skont l-Artikolu 46 u għandu jkollhom responsabbiltà estiża tal-produttur f'konformità mal-Artikolu 47.
Emenda 356 Proposta għal regolament Artikolu 59 – paragrafu 5 – parti introduttorja
5. Sabiex jiddokumenta li l-iskart ta' batterija, soġġetta għal operazzjoni ta' adattament għal skop differenti jew ta' manifatturata mill-ġdid, ma għadux skart, is-sid tal-batterijagħandu juri dan li ġej fuq talba ta' awtorità kompetenti:
5. Sabiex jiddokumentaw li l-iskart ta' batterija, soġġetta għal operazzjoni ta' adattament għal skop differenti jew ta' manifattura mill-ġdid, ma għadux skart, l-operaturi li jwettqu operazzjonijiet ta' adattament għal skop differenti jew manifattura mill-ġdid għandhom juru dan li ġej fuq talba ta' awtorità kompetenti:
Emenda 357 Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a
(a) il-kontribut tal-utenti finali għall-prevenzjoni tal-iskart, inkluż permezz ta' informazzjoni dwar prattiki tajbin rigward l-użu tal-batteriji, bl-għan li jiġu estiżi l-fażi tal-użu tagħhom u l-possibbiltajiet ta' preparazzjoni għal użu mill-ġdid;
(a) il-kontribut tal-utenti finali għall-prevenzjoni tal-iskart, inkluż permezz ta' informazzjoni dwar prattiki tajbin u rakkomandazzjonijiet rigward l-użu tal-batteriji, bl-għan li jiġu estiżi l-fażi tal-użu tagħhom u l-possibbiltajiet ta' użu mill-ġdid, preparazzjoni għal użu mill-ġdid, preparazzjoni għal adattament għal skop differenti, adattament għal skop differenti u manifattura mill-ġdid;
Emenda 358 Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c
(c) il-ġbir separat, il-preparazzjoni għal użu mill-ġdid u s-sistemi ta' riċiklaġġ disponibbli għall-iskart ta' batteriji;
(c) is-sistemi ta' ġbir separat, punti ta' teħid lura u ġbir, il-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, il-preparazzjoni għal adattament għal skop differenti, l-adattament għal skop differenti, il-manifattura mill-ġdid u r-riċiklaġġ disponibbli għall-iskart ta' batteriji;
Emenda 359 Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt f
(f) l-impatt tas-sustanzi li jinsabu fil-batteriji fuq l-ambjent u fuq is-saħħa tal-bniedem, inkluż l-impatt minħabba r-rimi mhux xieraq tal-iskart ta' batteriji, bħal rimi tal-iskart jew rimi bħala skart muniċipali mhux isseparat.
(f) l-impatt tas-sustanzi, partikolarment tas-sustanzi perikolużi, li jinsabu fil-batteriji fuq l-ambjent u fuq is-saħħa tal-bniedem, inkluż l-impatt minħabba r-rimi mhux xieraq tal-iskart ta' batteriji, bħal rimi tal-iskart jew rimi bħala skart muniċipali mhux isseparat.
Emenda 360 Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b
(b) b'lingwa li tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħrajn, kif iddeterminata mill-Istat Membru kkonċernat.
(b) b'lingwa li tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħrajn, u aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità skont id-Direttiva (UE) 2019/882, kif iddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat.
Emenda 361 Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 2
2. Il-produtturi għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tad-distributuri u tal-operaturi msemmija fl-Artikoli 50, 52 u 53 u ta' operaturi oħrajn tal-immaniġġar tal-iskart li jwettqu l-attivitajiet ta' tiswija, manifattura mill-ġdid, preparazzjoni għal użu mill-ġdid, trattament u riċiklaġġ informazzjoni rigward il-miżuri ta' sikurezza u ta' protezzjoni, inkluż dwar is-sikurezza okkupazzjonali, applikabbli għall-ħażna u l-ġbir tal-iskart ta' batteriji.
2. Il-produtturi għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tad-distributuri u tal-operaturi msemmija fl-Artikoli 50, 52 u 53 u ta' operaturi oħrajn tal-immaniġġar tal-iskart li jwettqu l-attivitajiet ta' tiswija, manifattura mill-ġdid, preparazzjoni għal użu mill-ġdid, trattament u riċiklaġġ informazzjoni rigward il-komponenti u l-materjali tal-batteriji kif ukoll il-pożizzjonament tas-sustanzi perikolużi kollha fil-batteriji. Il-produtturi għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni informazzjoni rigward il-miżuri ta' sikurezza u ta' protezzjoni, inkluż dwar is-sikurezza okkupazzjonali, applikabbli għall-ħażna u l-ġbir tal-iskart ta' batteriji.
Emenda 362 Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
3. Mill-mument li mudell ta' batterija jiġi fornut fit-territorju ta' Stat Membru, il-produtturi għandhom jagħmlu disponibbli elettronikament, fuq talba, lill-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart li jwettqu attivitajiet ta' tiswija, manifattura mill-ġdid, preparazzjoni għal użu mill-ġdid, trattament u riċiklaġġ, sa fejn tkun meħtieġa minn dawk l-operaturi biex iwettqu dawk l-attivitajiet, l-informazzjoni speċifika li ġejja dwar il-mudell tal-batterija fir-rigward tat-trattament xieraq u li jirrispetta l-ambjent tal-iskart ta' batteriji:
3. Mill-mument li mudell ta' batterija jiġi fornut fit-territorju ta' Stat Membru, il-produtturi għandhom jagħmlu disponibbli elettronikament, bla ħlas u fuq talba, lill-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart li jwettqu attivitajiet ta' tiswija, manifattura mill-ġdid, preparazzjoni għal użu mill-ġdid, trattament u riċiklaġġ, sa fejn tkun meħtieġa minn dawk l-operaturi biex iwettqu dawk l-attivitajiet, l-informazzjoni speċifika li ġejja dwar il-mudell tal-batterija fir-rigward tat-trattament xieraq u li jirrispetta l-ambjent tal-iskart ta' batteriji:
Emenda 363 Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a
(a) il-proċessi biex jiġi żgurat li l-vetturi u l-apparati jiżżarmaw b'mod li jippermetti t-tneħħija tal-batteriji inkorporati;
(a) il-proċessi biex jiġi żgurat li l-mezzi ta' trasport ħfief, il-vetturi u l-apparati jiżżarmaw b'mod li jippermetti t-tneħħija tal-batteriji inkorporati;
Emenda 364 Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b
(b) il-miżuri tas-sikurezza u tal-protezzjoni, inkluż dwar is-sikurezza okkupazzjonali, applikabbli għall-proċessi tal-ħażna, it-trasport, it-trattament u r-riċiklaġġ għall-iskart ta' batteriji.
(b) il-miżuri tas-sikurezza u tal-protezzjoni, inkluż dwar is-sikurezza okkupazzjonali u l-protezzjoni min-nirien, applikabbli għall-proċessi tal-ħażna, it-trasport, it-trattament u r-riċiklaġġ għall-iskart ta' batteriji.
Emenda 365 Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 4
4. Id-distributuri li jfornu l-batteriji lill-utenti finali għandhom jipprovdu fil-ħwienet tal-imnut tagħhom, b'mod viżibbli, u permezz tas-swieq online tagħhom, l-informazzjoni elenkata fil-paragrafi 1 u 2, u informazzjoni dwar kif l-utenti finali jistgħu jirritornaw l-iskart ta' batteriji mingħajr ħlas lejn il-punti ta' ġbir rispettivi stabbiliti fil-ħwienet tal-imnut jew f'isem suq. Dak l-obbligu għandu jkun limitat għat-tipi ta' batteriji li d-distributur jew il-bejjiegħ bl-imnut għandu, jew kellu, bħala batteriji ġodda fl-offerta tiegħu.
4. Id-distributuri li jfornu l-batteriji lill-utenti finali għandhom jipprovdu b'mod permanenti fil-ħwienet tal-imnut tagħhom u permezz tas-swieq online tagħhom, b'mod faċilment aċċessibbli u viżibbli b'mod ċar għall-utenti finali tal-batterija, l-informazzjoni elenkata fil-paragrafi 1 u 2, u informazzjoni dwar kif l-utenti finali jistgħu jirritornaw l-iskart ta' batteriji mingħajr ħlas lejn il-punti ta' ġbir rispettivi stabbiliti fil-ħwienet tal-imnut jew f'isem suq. Dak l-obbligu għandu jkun limitat għat-tipi ta' batteriji li d-distributur jew il-bejjiegħ bl-imnut għandu, jew kellu, bħala batteriji ġodda fl-offerta tiegħu.
Emenda 366 Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 5
5. Il-kostijiet koperti mill-produttur skont l-Artikolu 47(1)(e) għandhom jintwerew separatament lill-utent finali fil-punt tal-bejgħ ta' batterija ġdida. Il-kostijiet imsemmija ma għandhomx jaqbżu l-aħjar stima tal-kostijiet reali mġarrba.
5. Il-kostijiet koperti mill-produttur skont l-Artikolu 47(1)(e) għandhom jintwerew separatament lill-utent finali fil-punt tal-bejgħ ta' batterija ġdida. Il-kostijiet imsemmija ma għandhomx jaqbżu l-aħjar stima tal-kostijiet reali mġarrba u ma għandhomx jiżdiedu mal-prezz finali tal-batterija li jintalab jitħallas mill-konsumatur fil-punt tal-bejgħ.
Emenda 367 Proposta għal regolament Artikolu 61 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
1. Il-produtturi tal-batteriji portabbli jew, fejn maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom għandhom jirrapportaw lill-awtorità kompetenti, għal kull sena kalendarja, l-informazzjoni li ġejja skont il-kimika tal-batterija, li tispeċifika l-ammonti ta' batteriji li jħaddmu mezzi tat-trasport ħfief:
1. Il-produtturi tal-batteriji portabbli jew, fejn maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom għandhom jirrapportaw lill-awtorità kompetenti, għal kull sena kalendarja, l-informazzjoni li ġejja skont il-kimika tal-batterija:
Emenda 368 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa) l-ammont ta' batteriji portabbli ta' użu ġenerali li jkunu tqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta' Stat Membru, minbarra batteriji portabbli ta' użu ġenerali li jkunu telqu mit-territorju ta' dak l-Istat Membru f'dik is-sena qabel ma jkunu nbiegħu lill-utenti finali;
Emenda 369 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba) l-ammont ta' skart ta' batteriji portabbli ta' użu ġenerali miġbur f'konformità mal-Artikolu 48, ikkalkulat abbażi tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness XI;
Emenda 370 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt da (ġdid)
(da) l-ammont ta' skart ta' batteriji portabbli miġbur u esportat lejn pajjiżi terzi għat-trattament, għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, għall-preparazzjoni għal adattament għal skop differenti jew għar-riċiklaġġ.
Meta l-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart minbarra produtturi jew, fejn maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom, jiġbru l-iskart ta' batteriji portabbli minn distributuri jew punti ta' ġbir oħrajn għall-iskart ta' batteriji portabbli, huma għandhom jirrapportaw lill-awtorità kompetenti għal kull sena kalendarja l-ammont tal-iskart ta' batteriji portabbli miġbur skont il-kimika tagħhom u jispeċifikaw l-ammonti ta' batteriji li jħaddmu mezzi tat-trasport ħfief.
Meta l-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart minbarra produtturi jew, fejn maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom, jiġbru l-iskart ta' batteriji portabbli minn distributuri jew punti ta' ġbir oħrajn għall-iskart ta' batteriji portabbli, huma għandhom jirrapportaw lill-awtorità kompetenti għal kull sena kalendarja l-ammont tal-iskart ta' batteriji portabbli miġbur skont il-kimika tagħhom.
1a. Il-produtturi tal-batteriji ta' mezzi ta' trasport ħfief jew, fejn maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom għandhom jirrapportaw lill-awtorità kompetenti, għal kull sena kalendarja, l-informazzjoni li ġejja skont il-kompożizzjoni kimika tal-batterija, li tispeċifika l-kwantitajiet ta' batteriji li jħaddmu mezzi tat-trasport ħfief:
(a) il-kwantità ta' batteriji - mezzi ta' trasport ħfief imqiegħda fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta' Stat Membru, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe batterija ta' mezzi ta' trasport ħfief li tkun ħarġet mit-territorju ta' dak l-Istat Membru f'dik is-sena qabel ma tkun inbiegħet lill-utenti finali;
(b) il-kwantità ta' batteriji ta' mezzi ta' trasport ħfief miġbura f'konformità mal-Artikolu 48a, ikkalkulata abbażi tal-metodoloġija stabbilita fl-att delegat li għandu jiġi adottat skont l-Artikolu 55(2b);
(c) il-mira tal-ġbir milħuqa mill-produttur jew mill-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li taġixxi f'isem il-membri tagħhom;
(d) il-kwantità ta' skart ta' batteriji ta' mezzi ta' trasport ħfief ikkonsenjat għat-trattament u r-riċiklaġġ f'faċilitajiet bil-permess; kif ukoll
(e) il-kwantità ta' batteriji kkonsenjati għal użu mill-ġdid, l-adattament għal skop differenti u l-manifattura mill-ġdid.
Meta l-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart minbarra l-produtturi jew, fejn maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produttur li jaġixxu f'isimhom, jiġbru batteriji ta' mezzi ta' trasport ħfief minn distributuri jew punti oħra ta' teħid lura u ġbir għall-batteriji ta' mezzi ta' trasport ħfief, huma għandhom jirrapportaw lill-awtorità kompetenti, għal kull sena kalendarja, il-kwantità ta' batteriji ta' mezzi ta' trasport ħfief miġbura skont il-kimika tagħhom u jispeċifikaw l-ammonti ta' batteriji li jħaddmu mezzi tat-trasport ħfief.
L-operaturi msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu għandhom jirrapportaw lill-awtorità kompetenti d-data msemmija fl-ewwel subparagrafu fi żmien erba' xhur minn tmiem is-sena tar-rapportar li għaliha tinġabar id-data. L-ewwel perjodu ta' rapportar għandu jikkonċerna l-ewwel sena kalendarja sħiħa wara l-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-format għar-rapportar lill-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikolu 62(5). L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-format u l-proċeduri li f'konformità magħhom id-data għandha tiġi rrapportata lilhom.
Emenda 373 Proposta għal regolament Artikolu 61 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
(ba) l-ammont ta' batteriji kkonsenjati għal użu mill-ġdid, l-adattament għal skop differenti u l-manifattura mill-ġdid.
Emenda 374 Proposta għal regolament Artikolu 61 – paragrafu 2 – punt bb (ġdid)
(bb) l-ammont ta' skart ta' batteriji tal-karozzi, batteriji industrijali u batteriji ta' vetturi elettriċi miġbur u esportat lejn pajjiżi terzi għat-trattament, għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, għall-preparazzjoni għal adattament għal skop differenti jew għar-riċiklaġġ.
Emenda 375 Proposta għal regolament Artikolu 61 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba) l-ammont ta' skart ta' batteriji tal-karozzi, batteriji industrijali u batteriji ta' vetturi elettriċi miġbur u esportat lejn pajjiżi terzi għat-trattament, għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, għall-preparazzjoni għal adattament għal skop differenti jew għar-riċiklaġġ.
Emenda 376 Proposta għal regolament Artikolu 61 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt b
(b) l-ammont ta' skart ta' batteriji li jidħol fil-proċessi tar-riċiklaġġ;
(b) l-ammont ta' skart ta' batteriji li jidħol fil-proċessi tal-preparazzjoni għal adattament għal skop differenti u tar-riċiklaġġ;
Emenda 377 Proposta għal regolament Artikolu 62 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, f'format aggregat għal kull sena kalendarja, id-data li ġejja dwar il-batteriji portabbli, il-batteriji awtomotivi, il-batteriji industrijali u l-batteriji tal-vetturi elettriċi skont it-tipi ta' batteriji u l-kimiki tagħhom u, fir-rigward tal-batteriji portabbli, filwaqt li jidentifikaw separatament il-batteriji li jħaddmu mezzi tat-trasport ħfief:
L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, f'format aggregat għal kull sena kalendarja, id-data li ġejja dwar il-batteriji portabbli, il-batteriji ta' mezzi ta' trasport ħfief, il-batteriji awtomotivi, il-batteriji industrijali u l-batteriji tal-vetturi elettriċi skont it-tipi ta' batteriji u l-kimiki tagħhom u, fir-rigward tal-batteriji portabbli, filwaqt li jidentifikaw separatament il-batteriji li jħaddmu mezzi tat-trasport ħfief:
Emenda 378 Proposta għal regolament Artikolu 62 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b
(b) l-ammont ta' skart ta' batteriji miġbur f'konformità mal-Artikoli 48 u 49, ikkalkolat abbażi tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness XI;
(b) l-ammont ta' skart ta' batteriji miġbur f'konformità mal-Artikoli 48, 48a u 49, ikkalkolat abbażi tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness XI;
1a. Is-sistema għandha sservi l-iskopijiet li ġejjin:
(a) appoġġ lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fit-twettiq tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament u l-atti delegati rilevanti, inkluż l-infurzar tar-Regolament min-naħa ta' dawk l-awtoritajiet;
(b) għoti ta' informazzjoni lill-pubbliku dwar il-batteriji mqiegħda fis-suq u r-rekwiżiti ta' sostenibbiltà u sikurezza tagħhom, u skedi ta' informazzjoni dwar il-batteriji;
(c) għoti ta' informazzjoni aġġornata dwar il-batteriji lill-Kummissjoni u lill-manifatturi mill-ġdid akkreditati, lill-operaturi tat-tieni ħajja u lir-riċiklaturi.
Emenda 380 Proposta għal regolament Artikolu 64 – paragrafu 2
2. Is-sistema għandu jkun fiha l-informazzjoni u d-data dwar il-batteriji industrijali rikarikabbli u l-batteriji tal-vetturi elettriċi b'memorja interna u b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh kif stipulat fl-Anness XIII. Dik l-informazzjoni u d-data għandhom ikunu jistgħu jiġu ssortjati u jitfittxu, filwaqt li jiġu rrispettati l-istandards miftuħa għall-użu minn partijiet terzi.
2. Is-sistema għandu jkun fiha l-informazzjoni u d-data dwar il-batteriji ta' mezzi ta' trasport ħfief, il-batteriji industrijali u l-batteriji tal-vetturi elettriċi kif stipulat fl-Anness XIII. Dik l-informazzjoni u d-data għandhom ikunu jistgħu jiġu ssortjati u jitfittxu, filwaqt li jiġu rrispettati l-istandards miftuħa għall-użu minn partijiet terzi. Is-sistema għandu jkun fiha wkoll bażi tad-data aġġornata regolarment għall-batteriji kollha li jaqgħu taħt dan ir-Regolament.
Emenda 381 Proposta għal regolament Artikolu 64 – paragrafu 3
3. L-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu fis-suq batterija industrijali rikarikabbli jew batterija ta' vetturi elettriċi b'memorja interna għandhom jagħmlu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 disponibbli b'mod elettroniku f'format li jista' jinqara minn magna bl-użu ta' servizzi ta' data interoperabbli u faċilment aċċessibbli fil-format stabbilit f'konformità mal-paragrafu 5.
3. L-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu fis-suq batterija ta' mezzi ta' trasport ħfief, batterija industrijali jew batterija ta' vetturi elettriċi għandhom jagħmlu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 disponibbli b'mod elettroniku f'format li jista' jinqara minn magna bl-użu ta' servizzi ta' data interoperabbli u faċilment aċċessibbli fil-format stabbilit f'konformità mal-paragrafu 5.
4a. Is-sistema ma għandhiex tissostitwixxi jew timmodifika r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.
Emenda 383 Proposta għal regolament Artikolu 64 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
5. Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2024, tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi:
5. Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2024, tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 73 li jissupplimenta dan ir-Regolament billi jistabbilixxi:
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 74(3).
imħassar
Emenda 385 Proposta għal regolament Artikolu 65 – paragrafu 1
1. Sal-1 ta' Jannar 2026, kull batterija industrijali u batterija ta' vetturi elettriċi mqiegħda fis-suq jew imqiegħda fis-servizz u li l-kapaċità tagħha tkun ogħla minn 2 kWh għandu jkollha rekord elettroniku ("passaport tal-batterija").
1. Sal-1 ta' Jannar 2026, kull batterija industrijali, batterija ta' vetturi elettriċi u batterija ta' mezzi ta' trasport ħfief imqiegħda fis-suq jew imqiegħda fis-servizz għandu jkollha rekord elettroniku ("passaport tal-batterija").
Emenda 386 Proposta għal regolament Artikolu 65 – paragrafu 3
3. Il-passaport tal-batterija għandu jkun marbut mal-informazzjoni dwar il-karatteristiċi bażiċi ta' kull tip u mudell ta' batterija maħżuna fis-sorsi tad-data tas-Sistema stabbilita skont l-Artikolu 64. L-operatur ekonomiku li jqiegħed batterija industrijali jew batterija ta' vetturi elettriċi fis-suq għandu jiżgura li d-data inkluża fil-passaport tal-batterija tkun preċiża, kompleta u aġġornata.
3. Għall-batteriji industrijali u l-batteriji ta' vetturi elettriċi, il-passaport tal-batterija għandu jkun marbut mal-informazzjoni dwar il-karatteristiċi bażiċi ta' kull tip ta' batterija u mudell maħżun fis-sorsi tad-data tas-Sistema stabbiliti skont l-Artikolu 64.L-operatur ekonomiku li jqiegħed batterija industrijali jew batterija ta' vetturi elettriċi fis-suq għandu jiżgura li d-data inkluża fil-passaport tal-batterija tkun preċiża, kompleta u aġġornata.
3a. Għal batteriji ta' mezzi ta' trasport ħfief, il-passaport tal-batterija għandu jkun fih l-informazzjoni deskritta fl-Artikolu 13(5), il-punti (a) sa (d) u l-punti (i) u (j), u informazzjoni aġġornata dwar il-batterija b'rabta ma' bidliet fl-istatus tagħha.
Emenda 388 Proposta għal regolament Artikolu 65 – paragrafu 4
4. Il-passaport tal-batterija għandu jkun aċċessibbli online, permezz ta' sistemi elettroniċi interoperabbli mas-Sistema stabbilita skont l-Artikolu 64.
4. Il-passaport tal-batterija għandu jkun aċċessibbli online, permezz ta' sistemi elettroniċi li jkunu interoperabbli mas-Sistema stabbilita skont l-Artikolu 64, u permezz tal-kodiċi QR imsemmi fl-Artikolu 13(5).
Emenda 389 Proposta għal regolament Artikolu 65 – paragrafu 5
5. Il-passaport tal-batterija għandu jippermetti aċċess għal informazzjoni dwar il-valuri għall-parametri tal-prestazzjoni u tad-durabbiltà msemmija fl-Artikolu 10(1), meta l-batterija titqiegħed fis-suq u meta tkun soġġetta għal bidliet fl-istatus tagħha.
5. Il-passaport tal-batterija għandu jippermetti aċċess għal informazzjoni dwar il-valuri għall-parametri tal-prestazzjoni u tad-durabbiltà msemmija fl-Artikolu 10(1), kif ukoll għal informazzjoni dwar l-istat tas-saħħa tal-batterija skont l-Artikolu 14, meta l-batterija titqiegħed fis-suq u meta tkun soġġetta għal bidliet fl-istatus tagħha.
Emenda 390 Proposta għal regolament Artikolu 65 – paragrafu 6
6. Meta l-bidla fl-istatus tkun dovuta għal attivitajiet ta' tiswija jew ta' adattament għal skop differenti, ir-responsabbiltà għar-reġistrazzjoni tal-batterija fil-passaport tal-batteriji għandha tiġi ttrasferita lill-operatur ekonomiku li jitqies li jqiegħed il-batterija industrijali jew il-batterija ta' vetturi elettriċi fis-suq jew li jqiegħda fis-servizz.
6. Meta l-bidla fl-istatus tkun dovuta għal attivitajiet ta' adattament għal skop differenti jew manifattura mill-ġdid, ir-responsabbiltà għar-reġistrazzjoni tal-batterija fil-passaport tal-batteriji għandha tiġi ttrasferita lill-operatur ekonomiku li jitqies li jqiegħed il-batterija industrijali, il-batterija ta' vetturi elettriċi jew il-batterija ta' mezzi ta' trasport ħfief fis-suq jew li jqiegħda fis-servizz. Ir-rekord tal-batteriji adattati għal skop differenti jew manifatturati mill-ġdid għandu jkun marbut mar-rekord tal-batterija oriġinali.
Emenda 391 Proposta għal regolament Artikolu 65 – paragrafu 7 – parti introduttorja
7. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi r-regoli għall-aċċess, il-kondiviżjoni, il-ġestjoni, l-esplorazzjoni, il-pubblikazzjoni u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni u tad-data aċċessibbli permezz tal-passaport tal-batteriji.
7. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 73 biex tistabbilixxi r-regoli għall-aċċess, il-kondiviżjoni, il-ġestjoni, l-esplorazzjoni, il-pubblikazzjoni u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni u tad-data aċċessibbli permezz tal-passaport tal-batteriji.
1. Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru wieħed ikollhom raġuni suffiċjenti biex jemmnu li batterija koperta minn dan ir-Regolament tippreżenta riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għas-sikurezza tal-persuni, għall-proprjetà jew għall-ambjent, huma għandhom iwettqu evalwazzjoni b'rabta mal-batterija kkonċernata li tkun tkopri r-rekwiżiti rilevanti kollha stipulati f'dan ir-Regolament.
1. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu kontrolli xierqa fuq il-batteriji li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni online u offline fuq skala adegwata, permezz ta' kontrolli dokumentarji u, fejn xieraq, kontrolli fiżiċi u fil-laboratorju abbażi ta' kampjuni adegwati, li jkopru r-rekwiżiti rilevanti kollha stipulati f'dan ir-Regolament. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jibagħtu batteriji fil-faċilità tal-ittestjar tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 68a għal tali evalwazzjoni.
Sa … [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet uniformi għall-kontrolli, il-kriterji għad-determinazzjoni tal-frekwenza tal-kontrolli u l-ammont ta' kampjuni li jridu jiġu vverifikati f'konformità mal-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) 2019/1020.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 74(3).
Emenda 395 Proposta għal regolament Artikolu 66 – paragrafu 2
2. Meta l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq iqisu li n-nuqqas ta' konformità ma jkunx ristrett għat-territorju nazzjonali tagħhom, huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bir-riżultati tal-evalwazzjoni u bl-azzjonijiet li jkunu talbu lill-operatur ekonomiku jieħu.
2. L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bir-riżultati tal-evalwazzjoni u bl-azzjonijiet li jkunu talbu lill-operatur ekonomiku jieħu.
Emenda 396 Proposta għal regolament Artikolu 66 – paragrafu 5 – punt a
(a) in-nuqqas tal-batterija li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu II jew III ta' dan ir-Regolament
(a) in-nuqqas tal-batterija li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu II jew III jew l-Artikolu 39 ta' dan ir-Regolament
8a. Il-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jdaħħlu informazzjoni dwar il-batteriji li huma ta' riskju għall-konsumaturi f'taqsima separata tas-Sistema Komunitarja tat-Tagħrif Imħaffef (RAPEX) prevista fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2001/95/KE. Il-Kummissjoni għandha tieħu kont kif xieraq l-informazzjoni li tirċievi u tiżgura segwitu, inkluż billi tittrażmetti l-informazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, jekk ikun il-każ.
Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 74(2) biex tistabbilixxi l-modalitajiet għat-trażmissjoni tal-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu kif ukoll għat-trażmissjoni ta' tali informazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għal segwitu.
1. Meta, ladarba titlesta l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 66(3) u (4), jitqajmu oġġezzjonijiet kontra miżura meħuda minn Stat Membru, jew meta l-Kummissjoni tqis li miżura nazzjonali tmur kontra l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f'konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-operatur ekonomiku jew l-operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Abbażi tar-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġustifikata jew le.
1. Meta, ladarba titlesta l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 66(3) u (4), jitqajmu oġġezzjonijiet kontra miżura meħuda minn Stat Membru, jew meta l-Kummissjoni tqis li miżura nazzjonali tmur kontra l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f'konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-operatur ekonomiku jew l-operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi dik l-evalwazzjoni fi żmien xahar. Abbażi tar-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġustifikata jew le.
Emenda 399 Proposta għal regolament Artikolu 68 – paragrafu 1
1. Fejn, wara li jkun wettaq evalwazzjoni skont l-Artikolu 67(1), Stat Membru jsib li għalkemm batterija hija konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u III, hija tippreżenta riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għas-sikurezza tal-persuni, għall-protezzjoni tal-proprjetà jew għall-ambjent, huwa għandu jitlob lill-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jiżgura li l-batterija kkonċernata, meta titqiegħed fis-suq, ma tibqax tippreżenta dak ir-riskju, biex il-batterija tiġi rtirata jew tissejjaħ lura mis-suq, f'perjodu ta' żmien raġonevoli li jkun proporzjonat man-natura ta' dak ir-riskju.
1. Fejn, wara li jkun wettaq evalwazzjoni skont l-Artikolu 67(1), Stat Membru jsib li għalkemm batterija hija konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u III, hija tippreżenta riskju jew tista' titqies raġonevolment li tippreżenta riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għas-sikurezza tal-persuni, għall-protezzjoni tal-proprjetà jew għall-ambjent, huwa għandu jitlob lill-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jiżgura li l-batterija kkonċernata, meta titqiegħed fis-suq, ma tibqax tippreżenta dak ir-riskju, biex il-batterija tiġi rtirata jew tissejjaħ lura mis-suq, f'perjodu ta' żmien raġonevoli li jkun proporzjonat man-natura ta' dak ir-riskju.
Emenda 400 Proposta għal regolament Artikolu 68 – paragrafu 3
3. L-Istat Membru għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b'mod partikolari d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-batteriji kkonċernati, l-oriġini u l-katina tal-provvista tal-batterija, in-natura tar-riskju involut u n-natura u d-durata tal-miżuri nazzjonali meħuda.
3. L-Istat Membru għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b'mod partikolari d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-batteriji kkonċernati, l-oriġini u l-katina tal-valur tal-batterija, in-natura tar-riskju involut u n-natura u d-durata tal-miżuri nazzjonali meħuda.
Emenda 401 Proposta għal regolament Artikolu 68a (ġdid)
Artikolu 68a
Faċilità ta' ttestjar tal-Unjoni
1. Sa ... [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha taħtar faċilità ta ttestjar tal-Unjoni speċjalizzata fil-batteriji f'konformità mal-Artikolu 21(2), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2019/1020.
2. Il-faċilità ta' ttestjar tal-Unjoni għandha sservi bħala ċentru ta' kompetenza biex:
(a) tipprovdi, b'deroga mill-Artikolu 21(6)(b) tar-Regolament (UE) 2019/1020, pariri tekniċi u xjentifiċi indipendenti lill-Kummissjoni matul l-investigazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 32 ta' dan ir-Regolament u matul l-evalwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 67(1) u 68(4) ta' dan ir-Regolament;
Emenda 402 Proposta għal regolament Artikolu 68b (ġdid)
Artikolu 68b
Ċentri nazzjonali ta' kompetenza għall-batteriji
1. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jaqblu mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-operaturi ekonomiċi u ċ-ċentri ta' riċerka biex jistabbilixxu ċentru nazzjonali ta' kompetenza għall-batteriji f'kull Stat Membru.
2. Iċ-ċentri nazzjonali ta' kompetenza għall-batteriji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom iwettqu attivitajiet li għandhom l-għan li jippromwovu l-konformità, jidentifikaw in-nuqqas ta' konformità, iqajmu kuxjenza u jipprovdu gwida u pariri tekniċi fir-rigward tar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Fejn rilevanti, partijiet ikkonċernati oħra, bħal organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-utenti finali, jistgħu jipparteċipaw ukoll fl-attivitajiet taċ-ċentri nazzjonali ta' kompetenza għall-batteriji.
3. F'konformità mal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2019/1020, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq u l-partijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiżguraw li l-attivitajiet imwettqa miċ-ċentri nazzjonali ta' kompetenza għall-batteriji ma jwasslux għal kompetizzjoni inġusta bejn l-operaturi ekonomiċi u ma jaffettwawx l-oġġettività, l-indipendenza u l-imparzjalità tal-partijiet.
Emenda 403 Proposta għal regolament Artikolu 69 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 66, meta Stat Membru jsib li batterija li taqa' barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 68 ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament jew li operatur ekonomiku jkun kiser obbligu stabbilit f'dan ir-Regolament, dan għandu jesiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jtemm in-nuqqas ta' konformità kkonċernat. Dawn in-nuqqasijiet ta' konformità għandhom jinkludu dawn li ġejjin:
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 66, meta Stat Membru jsib li batterija li taqa' barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 68 ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament jew li operatur ekonomiku jkun kiser obbligu stabbilit f'dan ir-Regolament, dan għandu jesiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jtemm in-nuqqas ta' konformità kkonċernat. Biex jiffaċilitaw dan il-kompitu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kanali ta' rapportar faċilment aċċessibbli għall-konsumaturi dwar in-nuqqas ta' konformità. Dawn in-nuqqasijiet ta' konformità għandhom jinkludu dawn li ġejjin:
Emenda 404 Proposta għal regolament Artikolu 69 – paragrafu 1 – punt k
(k) ir-rekwiżiti relatati mal-politika ta' diliġenza dovuta għall-katina tal-provvista fl-Artikolu 39 ma jiġux issodisfati.
(k) ir-rekwiżiti relatati mal-politika ta' diliġenza dovuta għall-katina tal-valur fl-Artikolu 39 ma jkunux issodisfati;
Emenda 405 Proposta għal regolament Artikolu 69 – paragrafu 1 – punt ka (ġdid)
(ka) ir-rekwiżiti dwar il-passaport tal-batterija msemmi fl-Artikolu 65 ma jkunux issodisfati.
3a. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jingħataw setgħat investigattivi f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2019/1020 biex iwettqu kontrolli xierqa, sew jekk ibbażati fuq ir-riskju jew abbażi ta' informazzjoni riċevuta, biex jidentifikaw nuqqas ta' konformità possibbli.
3b. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jikkooperaw biex jiżguraw l-infurzar transfruntier ta' dan ir-Regolament f'konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu VI tar-Regolament (UE) 2019/1020.
3c. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw f'network ta' infurzar biex jappoġġaw lil xulxin fil-proċedura ta' ksur f'każ ta' bejgħ transfruntier fl-Unjoni.
Emenda 409 Proposta għal regolament Artikolu 70 – paragrafu 1
1. L-awtoritajiet kontraenti, kif definiti fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24/UE jew fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2014/25/UE, jew l-entitajiet kontraenti, kif definiti fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/25/UE, meta jakkwistaw batteriji jew prodotti li fihom il-batteriji f'sitwazzjonijiet koperti minn dawk id-Direttivi, għandhom iqisu l-impatti ambjentali tal-batteriji matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom bil-ħsieb li jiżguraw li tali impatti tal-batteriji akkwistati jinżammu għal minimu.
1. L-awtoritajiet kontraenti, kif definiti fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24/UE jew fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2014/25/UE, jew l-entitajiet kontraenti, kif definiti fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/25/UE, meta jakkwistaw batteriji jew prodotti li fihom il-batteriji f'sitwazzjonijiet koperti minn dawk id-Direttivi, għandhom jagħtu preferenza lill-inqas batteriji li jagħmlu ħsara lill-ambjent abbażi taċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħhom bil-ħsieb li jiżguraw li tali impatti tal-batteriji akkwistati jinżammu għal minimu.
3a. Jekk Stat Membru jikkunsidra li l-użu ta' sustanza fil-manifattura tal-batteriji, jew il-preżenza ta' sustanza fil-batteriji meta jitqiegħdu fis-suq, jew matul l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja sussegwenti tagħhom, inkluża l-fażi tal-iskart, jippreżentaw riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, u li dak ir-riskju ma jkunx ikkontrollat b'mod adegwat u jeħtieġ jiġi indirizzat, huwa għandu jinnotifika lill-Aġenzija li tipproponi li tħejji dossier li jkun konformi mar-rekwiżiti ta' dossier ta' restrizzjonijiet. Jekk dak id-dossier juri li tkun meħtieġa azzjoni fuq bażi Komunitarja, lil hinn minn kwalunkwe miżura diġà stabbilita, l-Istat Membru għandu jippreżenta dak id-dossier lill-Aġenzija sabiex jinbeda l-proċess ta' restrizzjonijiet.
14a. Fi żmien 6 xhur minn kwalunkwe emenda tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jew mid-dħul fis-seħħ ta' leġiżlazzjoni futura tal-Unjoni dwar kriterji ta' sostenibbiltà għal sustanzi perikolużi u sustanzi kimiċi, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk dik l-emenda tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jew dik il-leġiżlazzjoni futura tal-Unjoni titlobx emenda ta' dan l-Artikolu, u tadotta, fejn xieraq, att delegat f'konformità mal-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament biex temenda dawk id-dispożizzjonijiet skont il-każ.
2a. Jistgħu jiġu rikonoxxuti biss skemi mmexxija mill-industrija li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 39 u li jkunu vverifikati minn atturi terzi.
Emenda 413 Proposta għal regolament Artikolu 73 – paragrafu 2
2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 6(2), 7(1), (2) u (3), 9(2), 10(3), 12(2), 17(4), 27(3), 39(8), 55(4), 56(4), 57(6), 58(3) u 70(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 6(2), 6(5a), 7(1) it-tielet subparagrafu, punt (a), 7(1), ir-raba' subparagrafu, 7(2) ir-raba' subparagrafu, punt (a), 7(3) it-tielet u r-raba' subparagrafu, 8(1) it-tieni subparagrafu, punt (a), 8(4a), 9(2) it-tieni subparagrafu, 10(1b) u (1c), 10(3) l-ewwel subparagrafu, 10(3a), 11a (4), 11b(2), 13(6a), 14(3) subparagrafu 1a, 12(2), 17(4), 39(8) u (8a), 55(2b), 56(4), 57(4), 57(5a), 58(3), 64(5), 65(7), 70(3), 71(14a) u 76(1b) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn … [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 414 Proposta għal regolament Artikolu 73 – paragrafu 3
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 6(2), 7(1), (2) u (3), 9(2), 10(3), 12(2), 17(4), 27(3), 39(8), 55(4), 56(4), 57(6), 58(3) u 70(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 6(2), 6(5a), 7(1) it-tielet subparagrafu, punt (a), 7(1), ir-raba' subparagrafu, 7(2) ir-raba' subparagrafu, punt (a), 7(3) it-tielet u r-raba' subparagrafu, 8(1) it-tieni subparagrafu, punt (a), 8(4a), 9(2) it-tieni subparagrafu, 10(1b) u (1c) , 10(3) l-ewwel subparagrafu, 10(3a), 11a (4), 11b(2), 13(6a), 14(3) subparagrafu 1a, 12(2), 17(4), 39(8) u (8a), 55(2b), 56(4), 57(4), 57(5a), 58(3), 64(5), 65(7), 70(3), 71(14a) u 76(1b) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
Emenda 415 Proposta għal regolament Artikolu 73 – paragrafu 6
6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 6(2), 7(1), (2) u (3), 9(2), 10(3), 12(2), 17(4), 27(3), 39(8), 55(4), 56(4), 57(6), 58(3) u 70(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew il-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 6(2), 6(5a), 7(1) it-tielet subparagrafu, punt (a), 7(1), ir-raba' subparagrafu, 7(2) ir-raba' subparagrafu, punt (a), 7(3) it-tielet u r-raba' subparagrafu, 8(1) it-tieni subparagrafu, punt (a), 8(4a), 9(2) it-tieni subparagrafu, 10(1b) u (1c), 10(3) l-ewwel subparagrafu, 10(3a), 11a(4), 11b(2), 13(6a), 14(3) subparagrafu 1a, 12(2), 17(4), 39(8) u (8a), 55(2b), 56(4), 57(4), 57(5a), 58(3), 64(5), 65(7), 70(3), 71(14a) u 76(1b) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew il-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 416 Proposta għal regolament Artikolu 75 – paragrafu 1 – punt 2 – parti introduttorja
(2) fl-Anness I, jiżdied il-punt 71 li ġej mal-lista ta' leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni:
(2) fl-Anness I, il-punt 21 tal-lista tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni huwa sostitwit b'dan li ġej:
Sal-1 ta' Jannar 2023, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa kriterji jew linji gwida armonizzati għal penali effettivi, proporzjonati u dissważivi u għall-kumpens għad-danni kkawżati lill-individwi.
Dawn il-kriterji għandhom, tal-anqas, ikopru t-tipi ta' ksur li ġejjin:
– dikjarazzjonijiet foloz matul il-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità stabbiliti fil-Kapitolu IV u l-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 66 u 68;
– falsifikazzjoni tar-riżultati ta' testijiet għal skopijiet ta' konformità jew sorveljanza tas-suq;
– nuqqas ta' divulgazzjoni ta' data jew speċifikazzjonijiet tekniċi li jistgħu jwasslu għas-sejħa lura tal-batterija jew tal-komponenti tagħha jew għar-rifjut jew l-irtirar tad-dikjarazzjoni ta' konformità.
Sal-1 ta' Jannar 2023, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 73 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu kriterji għal penali effettivi, proporzjonati u dissważivi u għall-kumpens għad-danni kkawżati lill-individwi li jkopru tal-anqas il-ksur elenkat fil-paragrafu 1a.
Emenda 419 Proposta għal regolament Artikolu 77 – paragrafu 1
1. Sal-31 ta' Diċembru 2030, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u l-impatt tiegħu fuq l-ambjent u fuq il-funzjonament tas-suq intern.
1. Sal-31 ta' Diċembru 2030,u kull 5 snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u l-impatt tiegħu fuq l-ambjent, fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq il-funzjonament tas-suq intern, u tissottomettih u tippreżentah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda 420 Proposta għal regolament Artikolu 77 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c
(c) ir-rekwiżiti ta' diliġenza dovuta għall-katina tal-provvista stabbiliti fl-Artikoli 39 u 72;
(c) ir-rekwiżiti ta' diliġenza dovuta għall-katina tal-valurtal-batteriji stabbiliti fl-Artikoli 39 u 72;
Emenda 421 Proposta għal regolament Artikolu 77 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt da (ġdid)
(da) il-miżuri dwar l-identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi stabbiliti fl-Artikolu 45;
Emenda 422 Proposta għal regolament Artikolu 77 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt db (ġdid)
(db) il-ksur u l-effikaċja, il-proporzjonalità u d-dissważività tal-penali kif stabbiliti fl-Artikolu 76;
Emenda 423 Proposta għal regolament Artikolu 77 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt dc (ġdid)
(dc) analiżi tal-impatt tar-Regolament fuq il-kompetittività u fuq l-investimenti fis-settur tal-batteriji, kif ukoll tal-piż amministrattiv.
Fejn xieraq, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva għall-emendar tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament.
Jekk ikun xieraq, ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva għall-emendar tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament.
Emenda 425 Proposta għal regolament Artikolu 79 – paragrafu 2
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2022.
Għandu japplika minn … [6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Emenda 426 Proposta għal regolament Anness I – tabella – ringiela 3a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2a. Ċomb
Il-batteriji portabbli, kemm jekk inkorporati f'tagħmir kif ukoll jekk le, ma għandux ikun fihom aktar minn 0,01 % kadmju (espress bħala metall tal-kadmju) skont il-piż.
Nru tal-CAS 7439-92-1
KE Nru 231-100-4 u l-komposti tiegħu
Emenda 427 Proposta għal regolament Anness II – punt 1 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca) "Klassifikazzjonijiet tal-kwalità tad-data" tfisser valutazzjoni semikwantitattiva tal-kriterji ta' kwalità ta' sett ta' data bbażata fuq ir-rappreżentattività teknoloġika, ir-rappreżentattività ġeografika, ir-rappreżentattività relatata mal-ħin, u l-preċiżjoni. Il-kwalità tad-data għandha titqies bħala dik tas-sett tad-data kif iddokumentata.
Emenda 428 Proposta għal regolament Anness II – punt 2 – paragrafu 2
Ir-regoli armonizzati tal-kalkolu msemmija fl-Artikolu 7 għandhom jibnu fuq l-elementi essenzjali inklużi f’dan l-Anness, ikunu konformi mal-aħħar verżjoni tal-metodu tal-Kummissjoni dwar l-Impronta Ambjentali tal-Prodotti80(il-PEF) u mar-Regoli tal-Kategorija rilevanti marbutin mal-Impronta Ambjentali tal-Prodott (PEFCRs)81 u jirriflettu l-ftehimiet internazzjonali u l-progress tekniku/xjentifiku fil-qasam tal-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja82.
Ir-regoli armonizzati tal-kalkolu msemmija fl-Artikolu 7 għandhom jibnu fuq l-elementi essenzjali inklużi f’dan l-Anness, ikunu konformi mal-aħħar verżjoni tal-metodu tal-Kummissjoni dwar l-Impronta Ambjentali tal-Prodotti80(il-PEF) u mar-Regoli tal-Kategorija rilevanti marbutin mal-Impronta Ambjentali tal-Prodott (PEFCRs)81 u jirriflettu l-ftehimiet internazzjonali u l-progress tekniku/xjentifiku fil-qasam tal-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja82. L-iżvilupp u l-aġġornament tal-metodi tal-PEF u tal-PEFCRs rilevanti jridu jkunu miftuħa u trasparenti, u jinvolvu rappreżentanza adegwata tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, tad-dinja akkademika u ta' partijiet interessati oħra.
82 Ara https://ec.europa.eu/environment/eussd/smgp/dev_methods.htm
82 Ara https://ec.europa.eu/environment/eussd/smgp/dev_methods.htm
Emenda 429 Proposta għal regolament Anness II – punt 2a (ġdid)
2a. Użu ta' enerġija u kontabilizzazzjoni
Fil-kalkolu tal-intensità tal-karbonju tal-enerġija użata fl-istadji u l-proċessi differenti taċ-ċiklu tal-ħajja tal-batteriji kif elenkati fil-punt 4, għandha tintuża d-data tal-emissjonijiet tal-karbonju medji għall-pajjiż fejn tkun seħħet l-attività jew il-proċess speċifiku. Fatturi ta' emissjonijiet aktar baxxi għandhom jintużaw biss meta l-attur ekonomiku jkun jista' juri b'mod affidabbli li r-reġjun fejn tkun seħħet l-attività speċifika u li tkun issupplixxiet l-enerġija lill-operatur ekonomiku jew il-proċessi individwali jew il-provvista tal-enerġija tiegħu jkollhom intensità inqas qawwija ta' karbonju mill-medja tal-pajjiż. Dan għandu jintwera permezz ta' prova li l-enerġija tkun meħuda minn dak ir-reġjun u li jkollha intensità inqas qawwija ta' karbonju jew permezz ta' konnessjoni diretta ma' sors ta' enerġija rinnovabbli jew b'livell aktar baxx ta' karbonju jew kuntratt li juri rabta temporali u ġeografika bejn il-provvista tal-enerġija u l-użu mill-operatur ekonomiku, li għandha tiġi vverifikata b'dikjarazzjoni ta' verifika minn parti terza.
Emenda 430 Proposta għal regolament Anness II – punt 4 – paragrafu 1 – tabella – ringiela 2
Test propost mill-Kummissjoni
L-akkwist u l-ipproċessar minn qabel tal-materja prima
Inkluż l-estrazzjoni u l-ipproċessar minn qabel, sal-manifattura ta' ċelloli u komponenti ta' batteriji (materjali attivi, separatur, elettrolit, kejsings, komponenti attivi u passivi tal-batteriji), u komponenti elettriċi/elettroniċi.
Emenda
L-akkwist u l-ipproċessar minn qabel tal-materja prima
Inkluż l-estrazzjoni u sorsi oħra rilevanti, l-ipproċessar minn qabel u t-trasport tal-materja prima u l-materjali attivi kollha, sal-manifattura ta' ċelloli u komponenti ta' batteriji (materjali attivi, separatur, elettrolit, kejsings, komponenti attivi u passivi tal-batteriji), u komponenti elettriċi/elettroniċi.
Emenda 431 Proposta għal regolament Anness II – punt 4 – paragrafu 3
Il-fażi tal-użu jenħtieġ li tiġi eskluża mill-kalkoli tal-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja, minħabba li ma tkunx taħt l-influwenza diretta tal-manifatturi, sakemm ma jintweriex li l-għażliet li jsiru mill-manifatturi tal-batteriji fl-istadju tad-disinn jistgħu jagħtu kontribut mhux negliġibbli għal dan l-impatt.
Il-fażi tal-użu tista' biss tiġi eskluża mill-kalkoli tal-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja metal-manifatturi jkunu jistgħu juru b'mod affidabbli li l-għażliet tad-disinn iwasslu biss għal kontribut negliġibbli għal dan l-impatt.
Emenda 432 Proposta għal regolament Anness II – punt 5 – paragrafu 2
B'mod partikolari, id-data kollha dwar l-attivitajiet relatata mal-anodu, il-katodu, l-elettrolit, is-separatur u l-kejsing taċ-ċelloli tal-batterija għandha tirreferi għal mudell speċifiku ta' batterija prodott f'impjant speċifiku tal-produzzjoni (jiġifieri, ma għandha tintuża l-ebda data awtomatika dwar l-attività). Id-data tal-attività speċifika għall-batterija għandha tintuża flimkien mas-settijiet ta' data sekondarji rilevanti konformi mal-Impronta Ambjentali tal-Prodott.
B'mod partikolari, id-data kollha dwar l-attivitajiet relatata mal-materja prima, l-anodu, il-katodu, l-elettrolit, is-separatur u l-kejsing taċ-ċelloli tal-batterija għandha tirreferi għal mudell speċifiku ta' batterija prodott f'impjant speċifiku tal-produzzjoni (jiġifieri, ma għandha tintuża l-ebda data awtomatika dwar l-attività). Id-data tal-attività speċifika għall-batterija għandha tintuża flimkien mas-settijiet ta' data sekondarji rilevanti konformi mal-Impronta Ambjentali tal-Prodott.
Emenda 433 Proposta għal regolament Anness II – punt 5 – paragrafu 5 – inċiż 1
— L-akkwist u l-ipproċessar minn qabel tal-materja prima
— L-akkwist, inkluż it-trasport, u l-ipproċessar minn qabel tal-materja prima
Emenda 434 Proposta għal regolament Anness II – punt 8 – paragrafu 1
Skont id-distribuzzjoni tal-valuri tad-dikjarazzjonijiet tal-impronta tal-karbonju tal-batteriji fis-suq intern tal-UE, se jiġu identifikati għadd sinifikanti ta' klassijiet tal-prestazzjoni, bil-kategorija A li hija l-aħjar klassi bl-inqas impatt tal-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja, sabiex ikun hemm lok għal differenzjazzjoni fis-suq.
Skont id-distribuzzjoni tal-valuri tad-dikjarazzjonijiet tal-impronta tal-karbonju u l-klassifikazzjonijiet tal-kwalità tad-data tal-batteriji fis-suq intern tal-UE, se jiġu identifikati għadd sinifikanti ta' klassijiet tal-prestazzjoni, bil-kategorija A li hija l-aħjar klassi bl-inqas impatt tal-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja, sabiex ikun hemm lok għal differenzjazzjoni fis-suq.
Emenda 435 Proposta għal regolament Anness III – titolu
Parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà għal batteriji portabbli ta' użu ġenerali
Parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà għal batteriji portabbli
Emenda 436 Proposta għal regolament Anness III – punt 1
1. Il-kapaċità tal-batterija, iċ-ċarġ elettriku li batterija tista' tipprovdi f'sett speċifiku ta' kundizzjonijiet.
1. Il-kapaċità tal-batterija, iċ-ċarġ elettriku li batterija tista' tipprovdi f'kundizzjonijiet tal-ħajja reali.
Emenda 437 Proposta għal regolament Anness III – punt 3
3. Il-ħajja fuq l-ixkaffa (prestazzjoni ta' skarika mdewwem), it-tnaqqis relattiv tad-durata medja minima wara perjodu definit ta' żmien u kundizzjonijiet speċifiċi.
3. Il-ħajja fuq l-ixkaffa (prestazzjoni ta' skariku mdewwem), it-tnaqqis relattiv tad-durata medja minima bil-kapaċità mkejla inizjalment bħala l-punt ta' referenza, wara perjodu definit ta' żmien u kundizzjonijiet speċifiċi.
Emenda 438 Proposta għal regolament Anness IV – titolu
Rekwiżiti tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà għal batteriji rikarikabbli industrijali u tal-vetturi elettriċi
Rekwiżiti tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà għal batteriji ta' mezzi ta' trasport ħfief u għal batteriji industrijali u tal-vetturi elettriċi
Emenda 439 Proposta għal regolament Anness IV – Parti A – paragrafu 1 – punt 3
3. Ir-reżistenza interna (f'ꭥ) u ż-żieda fir-reżistenza interna (f'%).
Emenda 440 Proposta għal regolament Anness IV – Parti A – paragrafu 1 – punt 5
5. Indikazzjoni tat-tul ta' ħajja mistenni tagħhom skont il-kundizzjonijiet li ġew iddisinjati għalihom.
5. It-tul ta' ħajja mistenni tagħhom fil-kundizzjonijietta' referenza li jkunu ġew iddisinjati għalihom f'termini ta' ċikli u snin kalendarji.
Emenda 441 Proposta għal regolament Anness IV – Parti A – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)
5a. Awtoskariku.
Emenda 442 Proposta għal regolament Anness IV – Parti A – paragrafu 2
"Kapaċità attribwita" tfisser l-għadd totali ta' sigħat ampere (Ah) li jistgħu jiġu rtirati minn batterija kompletament iċċarġjata f'kundizzjonijiet speċifiċi.
"Kapaċità attribwita" tfisser l-għadd totali ta' sigħat ampere (Ah) li jistgħu jiġu rtirati minn batterija kompletament iċċarġjata f'kundizzjonijiet ta' referenza speċifiċi.
Emenda 443 Proposta għal regolament Anness IV – Parti A – paragrafu 3
"Tbaxxija tal-kapaċità" tfisser it-tnaqqis matul iż-żmien u mal-użu tal-ammont ta' ċarġ li batterija tista' tforni bil-vultaġġ attribwit, fir-rigward tal-kapaċità speċifikata oriġinali ddikjarata mill-manifattur.
"Tbaxxija tal-kapaċità" tfisser it-tnaqqis matul iż-żmien u mal-użu tal-ammont ta' ċarġ li batterija tista' tforni bil-vultaġġ attribwit, fir-rigward tal-kapaċità speċifikata oriġinali.
Emenda 444 Proposta għal regolament Anness IV – Parti A – paragrafu 4
"Potenza" tfisser l-ammont ta' enerġija li batterija tista' tipprovdi matul perjodu ta' żmien partikolari.
"Potenza" tfisser l-ammont ta' enerġija li batterija tista' tipprovdi matul perjodu ta' żmien partikolari fil-kundizzjonijiet ta' referenza.
Emenda 445 Proposta għal regolament Anness IV – Parti A – paragrafu 6
"Reżistenza interna" tfisser l-oppożizzjoni għall-fluss tal-kurrent ġewwa ċellola jew batterija, jiġifieri, it-total tar-reżistenza elettronika u r-reżistenza jonika għall-kontribut għar-reżistenza effettiva totali inklużi l-proprjetajiet induttivi/kapaċitattivi.
"Reżistenza interna" tfisser l-oppożizzjoni għall-fluss tal-kurrent ġewwa ċellola jew batterija fil-kundizzjonijiet ta' referenza, jiġifieri, it-total tar-reżistenza elettronika u r-reżistenza jonika għall-kontribut għar-reżistenza effettiva totali inklużi l-proprjetajiet induttivi/kapaċitattivi.
Emenda 446 Proposta għal regolament Anness IV – Parti A – paragrafu 7a (ġdid)
"Awtoskariku" tfisser it-tnaqqis taċ-ċarġ elettriku maħżun meta l-elettrodi tal-batterija ma jkunux imqabbdin, pereżempju meta l-batterija tinħażen jew ma tintużax għal perjodu ta' żmien estiż, pereżempju 48 siegħa, 168 siegħa, 720 siegħa, bl-effett li ċ-ċarġ tal-batterija jonqos gradwalment maż-żmien.
Emenda 447 Proposta għal regolament Anness V – punt 6 – parti introduttorja
6. Propagazzjoni termali
6. Protezzjoni minn propagazzjoni termali
Emenda 448 Proposta għal regolament Anness V – punt 7 – paragrafu 1
7. Ħsara mekkanika minn forzi esterni (ta' twaqqigħ u ta' impatt)
7. Protezzjoni minn ħsara mekkanika
Dawn it-testijiet għandhom jissimulaw sitwazzjoni waħda jew aktar li fihom batterija titwaqqa' aċċidentalment jew tintlaqat minn tagħbija tqila u tibqa' operattiva għall-iskop li għalih tkun ġiet iddisinjata. Il-kriterji għas-simulazzjoni ta' dawn is-sitwazzjonijiet jenħtieġ li jirriflettu l-użi tal-ħajja reali.
Dawn it-testijiet għandhom jissimulaw sitwazzjoni waħda jew aktar li fihom batterija tiġi esposta aċċidentalment għal stress mekkaniku u tibqa' operattiva għall-iskop li għalih tkun ġiet iddisinjata. Il-kriterji għas-simulazzjoni ta' dawn is-sitwazzjonijiet jenħtieġ li jirriflettu l-użi tal-ħajja reali.
Emenda 449 Proposta għal regolament Anness V – punt 9a (ġdid)
9a. Test tan-nirien
L-għan tat-test tan-nirien huwa li jesponi l-batterija għan-nar u jivvaluta r-riskju ta' splużjoni. Il-kejl tal-enerġija rilaxxata huwa indikatur importanti tas-sikurezza.
Emenda 450 Proposta għal regolament Anness V – punt 9b (ġdid)
9b. Emissjoni ta' gassijiet – kejl ta' sustanzi perikolużi
Il-batteriji jista' jkun fihom ammonti sinifikanti ta' materjal potenzjalment perikoluż, pereżempju elettroliti li jieħdu n-nar malajr ħafna, komponenti korrużivi u tossiċi. Jekk tkun esposta għal ċerti kundizzjonijiet, l-integrità tal-batterija tista' tiġi kompromessa bir-rilaxx ta' gassijiet perikolużi. Għalhekk, huwa importanti li jiġu identifikati u kkwantifikati s-sustanzi li jiġu rilaxxati mill-batterija matul it-testijiet li jirrappreżentaw użu ħażin u abbuż.
Emenda 451 Proposta għal regolament Anness VI – Parti A – paragrafu 1 – punt 5
5. id-data tat-tqegħid fis-suq;
imħassar
Emenda 452 Proposta għal regolament Anness VI – Parti A – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)
5a. il-piż tal-batterija;
Emenda 453 Proposta għal regolament Anness VI – Parti A – paragrafu 1 – punt 7
7. sustanzi perikolużi li jinsabu fil-batterija għajr il-merkurju, il-kadmju jew iċ-ċomb;
7. sustanzi perikolużi li jinsabu fil-batterija f'konċentrazzjoni ta' aktar minn 0,1 % piż b'piż għajr il-merkurju, il-kadmju jew iċ-ċomb;
Emenda 454 Proposta għal regolament Anness VI – Parti A – paragrafu 1 – punt 8
8. materja prima kritika li tinsab fil-batterija.
imħassar
Emenda 455 Proposta għal regolament Anness VI – Parti Aa (ġdida)
Aa Informazzjoni addizzjonali dwar il-batteriji miksuba permezz tal-kodiċi QR:
1. Id-data tat-tqegħid fis-suq.
2. Materja prima kritika fil-batterija f'konċentrazzjoni ta' aktar minn 0,1 % piż b'piż.
3. Informazzjoni relatata mal-konsum ta' enerġija elettrika, forom oħra ta' enerġija u, fejn rilevanti, riżorsi essenzjali oħra waqt l-użu.
Emenda 456 Proposta għal regolament Anness VI – Parti C – paragrafu 1
Il-kodiċi QR għandu jkun 100 % iswed u ta' daqs li jista' jinqara faċilment minn qarrej tal-QR li jkun disponibbli b'mod wiesa', bħal dawk integrati f'apparat ta' komunikazzjoni li jinżamm fl-idejn.
Il-kodiċi QR għandu jkun ta' kulur b'kuntrast qawwi meta mqabbel mal-isfond tiegħu u ta' daqs li jista' jinqara faċilment minn qarrej tal-QR li jkun disponibbli b'mod wiesa', bħal dawk integrati f'apparat ta' komunikazzjoni li jinżamm fl-idejn.
Emenda 457 Proposta għal regolament Anness VIII – Parti A – punt 1 – paragrafu 1
Il-kontroll intern tal-produzzjoni huwa l-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità, li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3, u 4, u jiżgura u jiddikjara li l-batterija tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 6, 9, 10, 11, 12, 13 u 14 applikabbli għalihom.
Il-kontroll intern tal-produzzjoni huwa l-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità, li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3, u 4, u jiżgura u jiddikjara li l-batterija tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 6, 9, 11, 13 u 14 applikabbli għalihom.
Emenda 458 Proposta għal regolament Anness VIII – Parti B – punt 1 – paragrafu 1
Il-kontroll intern tal-produzzjoni flimkien mal-verifika taħt superviżjoni huwa l-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3, 4 u 5, u jiżgura u jiddikjara li l-batterija tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 7, 8 u 39 li japplikaw.
Il-kontroll intern tal-produzzjoni flimkien mal-verifika taħt superviżjoni huwa l-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3, 4 u 5, u jiżgura u jiddikjara li l-batterija tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 7, 8, 10, 12 u 39 li japplikaw.
Emenda 507 Proposta għar-regolament Anness IX – punt 4
4. L-oġġett tad-dikjarazzjoni (identifikazzjoni tal-batterija li tippermetti t-traċċabbiltà): deskrizzjoni tal-batterija.
4. L-oġġett tad-dikjarazzjoni (identifikazzjoni tal-batterija li tippermetti t-traċċabbiltà), u li jista', fejn xieraq, jinkludi immaġni tal-batterija): deskrizzjoni tal-batterija.
Emenda 459 Proposta għal regolament Anness X – punt 1 – punt aa (ġdid)
(aa) ħadid;
Emenda 460 Proposta għal regolament Anness X – punt 1 – punt ab (ġdid)
(ab) ram;
Emenda 461 Proposta għal regolament Anness X – punt 1 – punt ac (ġdid)
(ac) boksajt;
Emenda 462 Proposta għal regolament Anness X – punt 2 – punt a
(a) l-arja;
(a) l-arja, inkluż it-tniġġis tal-arja;
Emenda 463 Proposta għal regolament Anness X – punt 2 – punt b
(b) l-ilma;
(b) l-ilma, inkluż l-aċċess għall-ilma, it-tniġġis u t-tnaqqis tal-ilma ħelu, l-ilma tax-xorb, l-oċeani u l-ibħra;
Emenda 464 Proposta għal regolament Anness X – punt 2 – punt c
(c) il-ħamrija;
(c) il-ħamrija, inkluża l-kontaminazzjoni tal-ħamrija mir-rimi u t-trattament tal-iskart;
Emenda 465 Proposta għal regolament Anness X – punt 2 – punt d
(d) il-bijodiversità;
(d) il-bijodiversità, inkluża l-ħsara lill-organiżmi selvaġġi, il-flora, il-ħabitats naturali u l-ekosistemi;
Emenda 466 Proposta għal regolament Anness X – punt 2 – punt da (ġdid)
(da) il-klima, inklużi l-emissjonijiet ta' gassijiet serra;
Emenda 467 Proposta għal regolament Anness X – punt 2 – punt db (ġdid)
Emenda 468 Proposta għal regolament Anness X – punt 2 – punt i
(i) il-ħajja komunitarja.
(i) il-ħajja komunitarja, inkluża dik tal-popli indiġeni;
Emenda 469 Proposta għal regolament Anness X – punt 2 – punt ia (ġdid)
(ia) l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali.
Emenda 470 Proposta għal regolament Anness X – punt 3 – punt c
(c) Il-Konvenzjoni dwar id-Deċiżjoni tad-Diversità Bijoloġika COP VIII/28- Linji gwida volontarji dwar l-inklużjoni tal-kwistjonijiet relatati mal-Bijodiversità fil-valutazzjoni tal-impatt;
(c) Il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, inklużad-Deċiżjoni COP VIII/28- Linji gwida volontarji dwar l-inklużjoni tal-kwistjonijiet relatati mal-Bijodiversità fil-valutazzjoni tal-impatt;
Emenda 471 Proposta għal regolament Anness X – punt 3 – punt ca (ġdid)
(ca) Il-Ftehim ta' Pariġi tan-NU;
Emenda 472 Proposta għal regolament Anness X – punt 3 – punt cb (ġdid)
(cb) Tmien Konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO kif definiti fid-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol;
Emenda 473 Proposta għal regolament Anness X – punt 3 – punt cc (ġdid)
(cc) kwalunkwe konvenzjoni ambjentali internazzjonali oħra li torbot lill-Unjoni jew lill-Istati Membri tagħha,
Emenda 474 Proposta għal regolament Anness X – punt 3 – punt d
(d) Id-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-ILO dwar il-Prinċipji li Jikkonċernaw l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali;
imħassar
Emenda 475 Proposta għal regolament Anness X – punt 3 – punt e
(e) Il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Mġiba Responsabbli fin-Negozju; u
imħassar
Emenda 476 Proposta għal regolament Anness X – punt 3 – punt f
(f) Il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Ktajjen ta' Provvista Responsabbli tal-Minerali minn Żoni Affettwati mill-Kunflitti u Żoni ta' Riskju Għoli.
imħassar
Emenda 477 Proposta għal regolament Anness X – punt 3 – punt fa (ġdid)
(fa) kwalunkwe konvenzjoni ambjentali internazzjonali oħra li torbot lill-Unjoni jew lill-Istati Membri tagħha.
Emenda 478 Proposta għal regolament Anness X – punt 3a (ġdid)
3a. Il-prinċipji ta' diliġenza dovuta rikonoxxuti internazzjonalment u applikabbli għar-rekwiżiti ta' diliġenza dovuta stabbiliti fl-Artikolu 39 ta' dan ir-Regolament:
(a) il-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem;
(c) id-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-ILO dwar il-Prinċipji li Jikkonċernaw l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali;
(d) il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Imġiba Responsabbli fin-Negozju;
(e) il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Ktajjen ta' Provvista Responsabbli tal-Minerali minn Żoni Affettwati mill-Kunflitti u Żoni ta' Riskju Għoli.
Emenda 479 Proposta għal regolament Anness XI – punt 1
1. Il-produtturi jew, fejn maħtura skont l-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet dwar ir-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom, u l-Istati Membri għandhom jikkalkulaw ir-rata ta' ġbir bħala l-perċentwal miksub bid-diviżjoni tal-piż tal-iskart tal-batteriji portabbli eskluż l-iskart ta' batteriji minn mezzi ta' trasport ħfief, miġbura skont l-Artikolu 48 u l-Artikolu 55, rispettivament, f'sena kalendarja partikolari fi Stat Membru bil-piż medju ta' tali batteriji li l-produtturi jew ibigħu direttament lill-utenti finali jew jikkonsenjaw lil partijiet terzi sabiex ibigħuhom lill-utenti finali f'dak l-Istat Membru matul dik is-sena u s-sentejn kalendarji preċedenti.
1. Il-produtturi jew, fejn maħtura skont l-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet dwar ir-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom, u l-Istati Membri għandhom jikkalkulaw ir-rata ta' ġbir bħala l-perċentwal miksub bid-diviżjoni tal-piż tal-iskart tal-batteriji portabbli miġbura skont l-Artikolu 48 u l-Artikolu 55, rispettivament, f'sena kalendarja partikolari fi Stat Membru bil-piż medju ta' tali batteriji li l-produtturi jew ibigħu direttament lill-utenti finali jew jikkonsenjaw lil partijiet terzi sabiex ibigħuhom lill-utenti finali f'dak l-Istat Membru matul dik is-sena u s-sentejn kalendarji preċedenti.
Emenda 480 Proposta għal regolament Anness XI – punt 1a (ġdid)
1a. Il-produtturi jew, fejn maħtura skont l-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet dwar ir-responsabbiltà tal-produttur li jaġixxu f'isimhom, u l-Istati Membri, għandhom jikkalkulaw ir-rata ta' ġbir bħala l-perċentwal miksub bid-diviżjoni tal-piż tal-iskart tal-batteriji portabbli ta' użu ġenerali, miġbura skont l-Artikolu 48 u l-Artikolu 55, rispettivament, f'sena kalendarja partikolari fi Stat Membru bil-piż medju ta' tali batteriji li l-produtturi jbigħu direttament lill-utenti finali jew jikkonsenjaw lil partijiet terzi sabiex ibigħuhom lill-utenti finali f'dak l-Istat Membru matul dik is-sena u s-sentejn kalendarji preċedenti.
Emenda 481 Proposta għal regolament Anness XI – punt 2
2. Il-produtturi jew, fejn maħtura skont l-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet dwar ir-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom, u l-Istati Membri għandhom jikkalkulaw il-bejgħ annwali tal-batteriji portabbli,esklużi l-batteriji minn mezzi ħfief tat-trasport, lill-utenti finali f'sena partikolari, bħala l-piż ta' tali batteriji mqiegħda fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju tal-Istat Membru fis-sena kkonċernata, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe batterija portabbli li tkun telqet mit-territorju ta' dak l-Istat Membru f'dik is-sena qabel ma nbiegħet lill-utenti finali.
2. Il-produtturi jew, fejn maħtura skont l-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet dwar ir-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom, u l-Istati Membri, għandhom jikkalkulaw il-bejgħ annwali tal-batteriji portabbli lill-utenti finali f'sena partikolari bħala l-piż ta' tali batteriji mqiegħda fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju tal-Istat Membru fis-sena kkonċernata, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe batterija portabbli li tkun telqet mit-territorju ta' dak l-Istat Membru f'dik is-sena qabel ma nbiegħet lill-utenti finali.
Emenda 482 Proposta għal regolament Anness X – punt 2a (ġdid)
2a. Il-produtturi jew, fejn maħtura skont l-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet dwar ir-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom, u l-Istati Membri, għandhom jikkalkulaw il-bejgħ annwali ta' batteriji portabbli ta' użu ġenerali lill-utenti finali f'sena partikolari bħala l-piż ta' tali batteriji mqiegħda fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju tal-Istat Membru fis-sena kkonċernata, bl-esklużjoni ta' batteriji portabbli ta' użu ġenerali li jkunu telqu mit-territorju ta' dak l-Istat Membru f'dik is-sena qabel ma jkunu nbiegħu lill-utenti finali.
Emenda 483 Proposta għal regolament Anness XII – Parti A – punt 4
4. Għandu jkun hemm prekawzjonijiet speċjali u miżuri ta' sikurezza għat-trattament tal-iskart ta' batteriji abbażi tal-litju li għandu jkun protett mill-esponiment għal sħana eċċessiva, ilma, jew kwalunkwe tgħaffiġ jew ħsara fiżika waqt l-immaniġġjar, l-issortjar u l-ħżin.
4. Għandu jkun hemm prekawzjonijiet speċjali u miżuri ta' sikurezza għat-trattament tal-iskart ta' batteriji abbażi tal-litju li għandu jkun protett mill-esponiment għal sħana eċċessiva, ilma, jew kwalunkwe tgħaffiġ jew ħsara fiżika waqt l-immaniġġjar, l-issortjar u l-ħżin.Dan għandu jinħażen f'post xott, li ma jkunx espost għal temperaturi għoljin, nar jew dawl tax-xemx dirett, għandu jinżamm milqugħ mill-ilma u x-xita, maħżun fl-orjentazzjoni normalment installata u f'żoni b'ventilazzjoni tajba. L-iskart ta' batteriji bbażati fuq il-litju għandu jkun kopert ukoll b'tapit iżolanti adatt għal vultaġġ għoli.Il-ħżin tal-iskart ta' batteriji bbażati fuq il-litju għandu jkun immarkat b'sinjal ta' twissija u dawk il-batteriji li jkollhom iżolament suffiċjenti kontra xort fiċ-ċirkwit biss għandhom jinħażnu.
Emenda 484 Proposta għal regolament Anness XII – Parti B – punt 1 – punt ba (ġdid)
(ba) riċiklaġġ ta' 85 % skont il-piż medju ta' batteriji tan-nikil u l-kadmju;
Emenda 485 Proposta għal regolament Anness XII – Parti B – punt 2 – punt ba (ġdid)
(ba) riċiklaġġ ta' + 85 % skont il-piż medju ta' batteriji tan-nikil u l-kadmju;
Emenda 486 Proposta għal regolament Anness XII – Parti B – punt 2 – punt ba (ġdid)
(bb) riċiklaġġ ta' 70 % skont il-piż medju ta' skart ta' batteriji oħrajn.
Emenda 487 Proposta għal regolament Anness XII – Parti C – punt 1 – punt d
(d) 35 % għal-litju;
(d) 70 % għal-litju;
Emenda 488 Proposta għal regolament Anness XII – Parti C – punt 2 – punt d
(d) 70 % għal-litju;
(d) 90 % għal-litju;
Emenda 489 Proposta għal regolament Anness XIII – punt 1 – punt ra (ġdid)
Il-kwistjoni ġiet riferuta lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’ subparagrafu (A9-0031/2022).