– wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti,
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2014 dwar is-setgħat u r-responsabbiltajiet tal-kumitati permanenti(1) u d-deċiżjoni tiegħu tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar it-twaqqif ta' sottokumitat għal kwistjonijiet fiskali(2),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 206 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
1. Jiddeċiedi li l-kompożizzjoni numerika tal-kumitati permanenti u tas-sottokumitati tkun kif ġej:
2. Jiddeċiedi, b'referenza għad-deċiżjonijiet tal-Konferenza tal-Presidenti tat-30 ta' Ġunju 2019 u tad-9 ta' Jannar 2020 dwar il-kompożizzjoni tal-bureaux tal-kumitati, li l-bureaux tal-kumitati jista' jkollhom sa erba' viċi presidenti;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.
Ħatra proposta ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri - Jan Gregor
119k
43k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Jannar 2022 dwar il-ħatra proposta ta’ Jan Gregor għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C9-0405/2021 – 2021/0802(NLE))
– wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9‑0405/2021),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 129 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0002/2022),
A. billi, bl-ittra tal-5 ta' Novembru 2021, il-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament Ewropew dwar il-ħatra ta' Jan Gregor għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri;
B. billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
C. billi dan il-Kumitat imbagħad, fl-10 ta' Jannar 2022, ipproċeda b'seduta ta' smigħ tal-kandidat, li matulha dan għamel stqarrija preliminari, u wara wieġeb għall-mistoqsijiet li saru mill-membri tal-Kumitat;
1. Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill dwar il-ħatra ta' Jan Gregor għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.
Ħatra proposta ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri - Marek Opioła
119k
42k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Jannar 2022 dwar il-ħatra proposta ta' Marek Opiola għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C9-0406/2021 – 2021/0803(NLE))
– wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0406/2021),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 129 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0004/2022),
A. billi, bl-ittra tal-5 ta' Novembru 2021, il-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament Ewropew dwar il-ħatra ta' Marek Opiola għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri;
B. billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
C. billi dan il-Kumitat imbagħad, fl-10 ta' Jannar 2022, ipproċeda b'seduta ta' smigħ tal-kandidat, li matulha dan għamel stqarrija preliminari, u wara wieġeb għall-mistoqsijiet li saru mill-membri tal-Kumitat;
1. Jagħti opinjoni negattiva dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' Marek Opiola għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri u jitlob lill-Kunsill biex jirtira l-proposta tiegħu u biex jippreżenta waħda ġdida lill-Parlament;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.
Ħatra proposta ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri - Mihails Kozlovs
119k
42k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Jannar 2022 dwar il-ħatra proposta ta' Mihails Kozlovs għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C9-0407/2021 – 2021/0804(NLE))
– wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0407/2021),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 129 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0003/2022),
A. billi, bl-ittra tal-5 ta' Novembru 2021, il-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament Ewropew dwar il-ħatra ta' Mihails Kozlovs għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri;
B. billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
C. billi dan il-Kumitat imbagħad, fl-10 ta' Jannar 2022, ipproċeda b'seduta ta' smigħ tal-kandidat, li matulha dan għamel stqarrija preliminari, u wara wieġeb għall-mistoqsijiet li saru mill-membri tal-Kumitat;
1. Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' Mihails Kozlovs bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.
Ħatra proposta ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri - Jorg Kristijan Petrovič
119k
42k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Jannar 2022 dwar il-ħatra proposta ta' Jorg Kristijan Petrovič għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C9-0408/2021 – 2021/0805(NLE))
– wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9‑0408/2021),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 129 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0005/2022),
A. billi, bl-ittra tal-5 ta' Novembru 2021, il-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament Ewropew dwar il-ħatra ta' Jorg Kristijan Petrovič għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri;
B. billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
C. billi dan il-Kumitat imbagħad, fl-10 ta' Jannar 2022, ipproċeda b'seduta ta' smigħ tal-kandidat, li matulha dan għamel stqarrija preliminari, u wara wieġeb għall-mistoqsijiet li saru mill-membri tal-Kumitat;
1. Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' Jorg Kristijan Petrovič għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Jannar 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rwol imsaħħaħ għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fit-tħejjija għall-kriżijiet u fil-maniġġar tagħhom għall-prodotti mediċinali u għall-apparati mediċi (COM(2020)0725 – C9-0365/2020 – 2020/0321(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0725),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 u l-Artikolu 168(4), il-punt (c), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0365/2020),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mis-Senat Franċiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta' April 2021(1),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-7 ta' Mejju 2021(2),
– wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-10 ta’ Novembru 2021, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0216/2021),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(3);
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-20 ta’ Jannar 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rwol imsaħħaħ għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fit-tħejjija għall-kriżijiet u fil-maniġġar tagħhom għall-prodotti mediċinali u għall-apparati mediċi
Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-8 ta’ Lulju 2021 (Testi adottati, P9_TA(2021)0351).
Oġġezzjoni għal att delegat: Determinazzjoni ta' każijiet fejn id-data tal-identità tista' titqies l-istess jew simili għall-fini tad-detezzjoni ta' identitajiet multipli skont ir-Regolament (UE) 2019/817
124k
43k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Jannar 2022 dwar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tad-29 ta' Settembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni ta' każijiet fejn id-data tal-identità tista' titqies l-istess jew simili għall-fini tad-detezzjoni ta' identitajiet multipli (C(2021)05056 – 2021/2913(DEA))
– wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (C(2021)05056),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam ta' fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 28(5) u 73(6) tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 111(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
A. billi l-Artikolu 3 tar-regolament delegat tal-Kummissjoni jipprevedi li l-każijiet fejn id-data tal-identità tista' titqies simili huma stabbiliti fl-Anness II tiegħu;
B. billi l-punt 2 tal-Anness II tar-regolament delegat tal-Kummissjoni jipprevedi li "eu-LISA għandha tuża algoritmu sabiex tikkalkula s-similarità bejn id-data tal-identità f'kampijiet tad-data differenti mis-sistemi ta' informazzjoni differenti tal-UE.";
C. billi l-punt 2 tal-Anness II tar-regolament delegat tal-Kummissjoni jipprevedi wkoll li "[d]ak l-algoritmu għandu jkun ibbażat fuq limiti stabbiliti minn qabel ta' similarità.";
D. billi l-punt 2 tal-Anness II tar-regolament delegat tal-Kummissjoni barra minn hekk jipprevedi li "[s]abiex tiddefinixxi dak l-algoritmu, eu-LISA għandha tkun assistita u mogħtija pariri minn esperti mill-Kummissjoni, mill-Istati Membri u mill-aġenziji tal-Unjoni li jużaw is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE u l-komponenti ta' interoperabbiltà.";
E. billi l-Artikolu 28(5) tar-Regolament (UE) 2019/817 jirrikjedi li l-Kummissjoni tadotta atti delegati li jistabbilixxu l-proċeduri biex jiġu ddeterminati l-każijiet li fihom id-data tal-identità tista' titqies l-istess jew simili;
F. billi jidher b'mod ċar li r-regolament delegat tal-Kummissjoni ma jistabbilixxix il-proċeduri biex jiġu ddeterminati l-każijiet fejn id-data tal-identità tista' titqies simili, iżda jissottodelega dik is-setgħa lill-eu-LISA u lill-esperti mill-Kummissjoni, mill-Istati Membri u mill-aġenziji tal-Unjoni li jużaw is-sistemi tal-informazzjoni tal-UE u l-komponenti tal-interoperabbiltà;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kumissjoni u tinnotifikaha li r-regolament delegat ma jistax jidħol fis-seħħ;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
Oġġezzjoni għal att delegat: Determinazzjoni ta' każijiet fejn id-data tal-identità tista' titqies l-istess jew simili għall-fini tad-detezzjoni ta' identitajiet multipli skont ir-Regolament (UE) 2019/818
123k
43k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Jannar 2022 dwar ir-Regolament delegat tal-Kummissjoni tad-29 ta' Settembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni ta' każijiet fejn id-data tal-identità tista' titqies l-istess jew simili għall-fini tad-detezzjoni ta' identitajiet multipli (C(2021)05057 – 2021/2912(DEA))
– wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2021)05057),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra ir-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 28(5) u 69(6) tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 111(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
A. billi l-Artikolu 3 tar-Regolament delegat tal-Kummissjoni jipprevedi li l-każijiet fejn id-data tal-identità tista' titqies simili huma stabbiliti fl-Anness II tiegħu;
B. billi l-punt 2 tal-Anness II tar-Regolament delegat tal-Kummissjoni jipprevedi li "eu-LISA għandha tuża algoritmu sabiex tikkalkula s-similarità bejn id-data tal-identità f'kampijiet tad-data differenti mis-sistemi ta' informazzjoni differenti tal-UE";
C. billi l-punt 2 tal-Anness II tar-Regolament delegat tal-Kummissjoni jipprevedi wkoll li "[d]ak l-algoritmu għandu jkun ibbażat fuq limiti stabbiliti minn qabel ta' similarità";
D. billi l-punt 2 tal-Anness II tar-Regolament delegat tal-Kummissjoni barra minn hekk jipprevedi li "[s]abiex tiddefinixxi dak l-algoritmu, eu-LISA għandha tkun assistita u mogħtija pariri minn esperti mill-Kummissjoni, mill-Istati Membri u mill-aġenziji tal-Unjoni li jużaw is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE u l-komponenti ta' interoperabbiltà";
E. billi l-Artikolu 28(5) tar-Regolament (UE) 2019/818 jirrikjedi li l-Kummissjoni tadotta atti delegati li jistabbilixxu l-proċeduri biex jiġu ddeterminati l-każijiet fejn id-data tal-identità tista' titqies l-istess jew simili;
F. billi r-Regolament delegat tal-Kummissjoni b'mod ċar ma jistabbilixxix il-proċeduri biex jiġu ddeterminati l-każijiet fejn id-data tal-identità tista' titqies simili, iżda jissottodelega dik is-setgħa lill-eu-LISA u lill-esperti mill-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni li jużaw is-sistemi tal-informazzjoni tal-UE u l-komponenti tal-interoperabbiltà;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kumissjoni u tinnotifikaha li r-Regolament delegat ma jistax jidħol fis-seħħ;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
Ebda oġġezzjoni għal att delegat: rekwiżiti addizzjonali għall-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għall-2023–2027 u r-regoli għall-istandard 1 tal-KAAT
125k
45k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tas-7 ta' Diċembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'rekwiżiti addizzjonali għal ċerti tipi ta' intervent speċifikati mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għall-perjodu mill-2023 sal-2027 skont dak ir-Regolament kif ukoll regoli dwar il-proporzjon għall-istandard 1 tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (KAAT) (C(2021)09115 – 2021/3008(DEA))
– wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2021)09115),
– wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tas-7 ta' Diċembru 2021, li permezz tagħha talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat,
– wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati tal-11 ta' Jannar 2022,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(8), l-Artikolu 13(3), l-Artikolu 37(5), l-Artikolu 38(5), l-Artikolu 39(3), l-Artikolu 45, punti (a) sa (i), l-Artikolu 56, punti (a), (b) u (c) u l-Artikolu 84, punti (a) u (b), tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,
– wara li kkunsidra l-fatt li ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li skada fit-20 ta’ Jannar 2022,
A. billi r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jirrikjedi li l-Istati Membri jippreżentaw il-Pjanijiet Strateġiċi nazzjonali ("Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK") għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni;
B. billi r-Regolament (UE) 2021/2115 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta rekwiżiti addizzjonali għat-tfassil tal-interventi li jridu jiġu speċifikati fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, fil-qasam tal-pagamenti diretti, ta' ċerti setturi agrikoli msemmija fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(2) u fil-qasam tal-iżvilupp rurali, kif ukoll regoli komuni għal dawn l-oqsma fir-rigward tal-proporzjon għall-istandard 1 tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (KAAT).
C. billi dawk ir-rekwiżiti addizzjonali kollha għandhom jiġu kkunsidrati mill-Istati Membri meta jfasslu l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom li jeħtieġ li jiġu trażmessi jew ikkonfermati lill-Kummissjoni mill-aktar fis possibbli;
D. billi r-Regolament delegat jistabbilixxi rekwiżiti addizzjonali għal ċerti tipi ta' interventi speċifikati mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għall-perjodu mill-2023 sal-2027, kif ukoll regoli dwar il-proporzjon għall-istandard 1 tal-KAAT; billi huwa għalhekk xieraq li dawk il-ħtiġiet addizzjonali jiġu kkunsidrati bħala neċessarji għal kollox u attwalment urġenti;
1. Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1).
Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).
Ebda oġġezzjoni għal att delegat: regoli dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħrajn, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro
122k
43k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir l-ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tas-7 ta' Diċembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'regoli dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħrajn, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (C(2021)09119 – 2021/3009(DEA))
– wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (C(2021)09119),
– wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tas-7 ta' Diċembru 2021, li permezz tagħha talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat,
– wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati tal-11 ta' Jannar 2022,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1), l-Artikolu 23(2), l-Artikolu 38(2), l-Artikolu 40(3), l-Artikolu 41(3), l-Artikolu 47(1), l-Artikolu 52(1), l-Artikolu 54(4), l-Artikolu 55(6), l-Artikolu 64(3), l-Artikolu 76(2), l-Artikolu 94(5) u (6) u l-Artikolu 102 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,
– wara li kkunsidra l-fatt li ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba’ inċiż tal-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li skada fl-20 ta’ Jannar 2022,
A. billi r-Regolament (UE) 2021/2116 jistabbilixxi regoli dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro;
B. billi r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(2) jirrikjedi li l-Istati Membri jippreżentaw il-Pjanijiet Strateġiċi tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) tagħhom għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni;
C. billi, fl-abbozz ta' regolament delegat, ir-regoli dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro, hemm rabta sostantiva u interkonnessjoni bejniethom fil-ġestjoni ta' kuljum tan-nefqa tal-PAK, u għalhekk huwa xieraq li dawk ir-regoli jiġu stabbiliti fl-istess regolament delegat;
D. billi, fl-abbozz ta' regolament delegat, ir-regoli dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro huma stabbiliti għall-ġestjoni ta' kuljum tal-PAK il-ġdida, li l-Istati Membri jeħtieġ li jsarrfu fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom u billi, għalhekk, huwa xieraq li dawk ir-regoli jitqiesu bħala urġenti;
1. Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187).
Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika Agrikola Komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1).
Ksur tal-libertajiet fundamentali f'Hong Kong
154k
55k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Jannar 2022 dwar il-ksur tal-libertajiet fundamentali f'Hong Kong (2022/2503(RSP))
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti kollha tiegħu dwar Hong Kong, b'mod partikolari dawk tat-8 ta' Lulju 2021 dwar Hong Kong, b'mod partikolari l-każ ta' Apple Daily(1), tal-21 ta' Jannar 2021 dwar ir-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika f'Hong Kong(2), tad-19 ta' Ġunju 2020 dwar il-liġi tal-PRC dwar is-sigurtà nazzjonali għal Hong Kong u l-ħtieġa li l-UE tiddefendi l-livell għoli ta' awtonomija(3) ta' Hong Kong, tat-18 ta' Lulju 2019 dwar is-sitwazzjoni f'Hong Kong(4), u tal-24 ta' Novembru 2016 dwar il-każ ta' Gui Minhai, pubblikatur inkarċerat fiċ-Ċina(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar iċ-Ċina, b'mod partikolari dawk tas-16 ta' Settembru 2021 dwar strateġija UE-Ċina ġdida(6), tal-20 ta' Mejju 2021 dwar il-kontrosanzjonijiet Ċiniżi fuq entitajiet tal-UE, Membri tal-PE u Deputati nazzjonali(7), tat-12 ta' Settembru 2018 dwar il-qagħda tar-relazzjonijiet UE-Ċina(8), u tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar ir-relazzjonijiet UE-Ċina(9),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni / ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) Josep Borrell tal-20 ta' Diċembru 2021 dwar l-Elezzjoni tal-Kunsill Leġiżlattiv li saret fid-19 ta' Diċembru 2021, u tad-9 ta' Ġunju 2021 dwar il-bidliet fis-sistema elettorali ta' Hong Kong, id-dikjarazzjoni tiegħu f'isem l-UE tal-11 ta' Marzu 2021 dwar is-sistema elettorali ta' Hong Kong, u l-istqarrijiet u d-dikjarazzjonijiet l-oħra kollha tiegħu dwar is-sitwazzjoni f'Hong Kong,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kelliem tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tat-23 ta' Ġunju 2021 l-għeluq tal-operazzjonijiet f'Hong Kong ta' Apple Daily,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kelliem tas-SEAE tal-21 ta' Ottubru 2021 dwar it-tkeċċija ta' kunsilliera distrettwali eletti demokratikament u l-ispazju dejjem jiċkien għas-soċjetà ċivili,
– wara li kkunsidra l-11-il Djalogu Strateġiku UE-Ċina tat-28 ta' Settembru 2021 bejn il-VP/RGħ Josep Borrell u l-Kunsillier tal-Istat Ċiniż/il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Wang Yi,
– wara li kkunsidra r-rimarki tal-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel wara l-laqgħa tal-mexxejja UE-Ċina tal-14 ta' Settembru 2020,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-President Michel u l-President von der Leyen dwar id-difiża tal-interessi u l-valuri tal-UE fi sħubija kumplessa u vitali wara t-22 Summit UE-Ċina li sar fit-22 ta' Ġunju 2020,
– wara li kkunsidra l-Liġi Bażika tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali (SAR) ta' Hong Kong, li ġiet adottata fl-4 ta' April 1990, u li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1997,
– wara li kkunsidra d-d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u tal-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (PRC) tad-19 ta' Diċembru 1984 dwar il-Kwistjoni ta' Hong Kong, magħrufa wkoll bħala d-Dikjarazzjoni Konġunta Sino-Brittanika, li ġiet irreġistrata mill-Gvernijiet Ċiniżi u Brittaniċi fin-Nazzjonijiet Uniti fit-12 ta' Ġunju 1985,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Hong Kong tat-28 ta' Lulju 2020,
– wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tas-16 ta' Diċembru 1966, u t-tħassib imqajjem mill-Kumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fil-Lista ta' Kwistjonijiet tiegħu, tas-26 ta' Awwissu 2020 fir-rigward tar-raba' rapport perjodiku ta' Hong Kong, iċ-Ċina,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-10 ta' Diċembru 1948,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-promozzjoni u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt għandhom jibqgħu fil-qalba tar-relazzjoni twila ta' bejn l-UE u ċ-Ċina, bi qbil mal-impenn tal-UE li tiddefendi dawn il-valuri fl-azzjonijiet esterni tagħha u l-interess li wriet iċ-Ċina li tirrispettahom fl-iżvilupp u fil-kooperazzjoni internazzjonali tagħha;
B. billi Hong Kong huwa marbut bil-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u għandu obbligu legali li jirrispetta d-drittijiet għal-libertà ta' informazzjoni, ta' espressjoni u ta' assoċjazzjoni, kif ukoll li jiggarantixxi proċess ġust; billi Hong Kong dalwaqt se jiġi rieżaminat rigward it-twettiq tal-obbligi tiegħu skont il-Patt;
C. billi bejn l-1 ta' Lulju 2020 u tmiem tal-2021, il-pulizija f'Hong Kong arrestaw jew ordnaw l-arrest ta' mill-inqas 139 persuna b'rabta mal-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali (LSN); billi fi tmiem l-2021, 94 persuna ġew akkużati formalment, b'60 minnhom jkunu miżmuma taħt arrest preventiv; billi l-espressjoni politika paċifika ġiet ristretta b'mod sproporzjonat u saħansitra kriminalizzata taħt il-LSN; billi attivisti prominenti, bħal Chow Hang-tung, ġew akkużati li ħeġġew liċ-ċittadini jixgħelu xemgħat biex jikkommemoraw il-vittmi tal-Pjazza Tiananmen u billi l-Alleanza ta' Hong Kong b'Appoġġ għall-Movimenti Demokratiċi Patrijottiċi taċ-Ċina ġiet xolta wara li l-awtoritajiet użaw il-velja annwali bix-xemgħat ta' Tiananmen li l-grupp kien ilu jorganizza għal 30 sena bħala evidenza li din kienet "qed tipperikola s-sigurtà nazzjonali"; billi l-LSN tikser b'mod flagranti l-prinċipju ta' "Pajjiż Wieħed, Żewġ Sistemi' kif ukoll id-Dikjarazzjoni Konġunta Sino-Brittanika;
D. billi l-oppożizzjoni politika f'Hong Kong ġiet effettivament eradikata b'segwitu għall-arresti ta' 55 persuna skont il-LSN fis-6 u s-7 ta' Jannar 2021, li l-biċċa l-kbira minnhom kienu leġiżlaturi u attivisti favur id-demokrazija;
E. billi fis-17 ta' Ġunju 2021, 500 uffiċjal tal-pulizija rrejdjaw il-bini ta' Apple Daily, ħadu kompjuters u dokumenti, inklużi xi wħud li kien fihom materjal ġurnalistiku, u arrestaw ħames eżekuttivi tal-gazzetta; billi kollha ġew akkużati b' "kollużjoni ma' pajjiż barrani jew ma' elementi esterni biex jipperikolaw is-sigurtà nazzjonali" skont il-LSN; billi fit-23 ta' Ġunju 2021, Apple Daily ħabbret li kienet se tagħlaq wara 26 sena; billi l-akkuża ta' "konfoffa biex jiġi distribwit materjal sedizzjuż" fil-konfront ta' Jimmy Lai, attivist favur id-demokrazija u eks proprjetarju ta' Apple Daily, u kontra sitt eks ġurnalisti ta' Apple Daily, tirrappreżenta attakk ieħor fuq il-libertà tal-istampa f'Hong Kong;
F. billi fid-29 ta' Diċembru 2021, 200 uffiċjal tal-pulizija rrejdjaw l-uffiċċju ta' Stand News, ħadu l-kompjuters u d-dokumenti tagħha, u arrestaw seba' persuni, li kollha kemm huma kienu membri għolja jew eks membri għolja tal-persunal tal-kumpanija, fuq akkuża ta' konfoffa biex jippubblikaw materjal sedizzjuż; billi Stand News ingħalqet immedjatament; billi l-organizzazzjoni tal-midja online ta' Hong Kong, DB Channel, waqfet topera fil-belt, peress li l-kofundatur tagħha Frankie Fung, jinsab detenut u qed jistenna li jiġi pproċessat skont il-LSN; billi Citizen News, organizzazzjoni tal-midja online oħra favur id-demokrazija, dan l-aħħar ħabbret li kienet se tagħlaq, minħabba "ambjent tal-midja li qed jiddeterjora";
G. billi minħabba l-LSN, Amnesty International spiċċat għalqet iż-żewġ uffiċċji tagħha f'Hong Kong lejn tmiem l-2021, peress li din għamlitha impossibbli għall-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem li jaħdmu liberament u mingħajr biża' ta' rappreżalji serji mill-gvern; billi iktar minn 60 organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili għalqu minħabba repressjoni bejn l-1 ta' Jannar 2021 u l-4 ta' Jannar 2022, fosthom tnax-il trejdunjin, tmien organizzazzjonijiet tal-midja, tmien gruppi tal-viċinat, seba' gruppi professjonali, ħames organizzazzjonijiet tal-istudenti u erba' gruppi reliġjużi;
H. billi għexieren ta' attivisti favur id-demokrazija f'Hong Kong bħal Ma Chun-man, Tony Chung Hon-lam u Chow Hang-tung, intbagħtu l-ħabs talli istigaw is-seċessjoni u s-sovverżjoni tal-istat abbażi tal-LSN;
I. billi l-Unjoni Ewropea għad għandha tħassib serju rigward il-LSN tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal Hong Kong; billi din hija kwistjoni sensittiva, b'konsegwenzi estensivi għal Hong Kong u l-poplu tiegħu, għaċ-ċittadini tal-UE u dawk barranin, għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-UE u dawk internazzjonali, u għall-fiduċja kummerċjali f'Hong Kong; billi d-dħul fis-seħħ tal-LSN żied ir-riskji għaċ-ċittadini tal-UE f'Hong Kong;
J. billi l-Unjoni Ewropea għandha interess qawwi fl-istabbiltà u l-prosperità kontinwa ta' Hong Kong skont il-prinċipju ta' "Pajjiż Wieħed, Żewġ Sistemi" u tagħti importanza kbira lill-preservazzjoni tal-livell għoli ta' awtonomija ta' Hong Kong, f'konformità mal-Liġi Bażika u l-impenji internazzjonali; billi fl-ambjent attwali teżisti probabbiltà li dawk il-prinċipji jiddgħajfu b'mod irriversibbli;
K. billi fid-19 ta' Diċembru 2021, saru l-elezzjonijiet tal-Kunsill Leġiżlattiv "għall-patrijotti biss" skont regoli ġodda imposti minn Beijing, li effettivament waqqfu lill-partiti favur id-demokrazija milli joħorġu għall-elezzjoni, ikkriminalizzaw is-sejħiet għall-votanti biex jibbojkottjaw jew jivvotaw billi jixħtu karti tal-vot vojta, raw lil Hong Kong SAR jhedded lill-organizzazzjonijiet tal-midja internazzjonali milli jkopru l-elezzjoni, estenda d-dritt għall-vot għal persuni minn Hong Kong residenti fiċ-Ċina kontinentali, u li wassal biex ivvotaw 30 % biss tal-votanti rreġistrati; billi l-bidliet reċenti fis-sistema elettorali jmorru kontra l-impenji favur rappreżentanza demokratika ikbar minquxa fil-Liġi Bażika; billi Hong Kong tħalla mingħajr ebda oppożizzjoni favur id-demokrazija peress li r-rappreżentanti tagħha jew huma pprojbiti milli jieħdu sehem fl-elezzjonijiet jew ġew arrestati;
L. billi f'Lulju 2021, 21 kandidat favur id-demokrazija ġew skwalifikati milli joħorġu għall-elezzjoni fl-elezzjonijiet leġiżlattivi tal-Macao; billi fit-12 ta' Settembru 2021, saru l-elezzjonijiet għas-seba' Assemblea Leġiżlattiva tal-Macao mingħajr oppożizzjoni politika reali, fatt li jista' jwassal għal instabbiltà soċjali fit-tul, u rriżulta f'rata baxxa ta' parteċipazzjoni tal-votanti ta' 42,38 %; billi ġurnalisti li jaħdmu max-xandar pubbliku tal-Macao ġew ordnati jippromwovu "l-patrijottiżmu, ir-rispett u l-imħabba" lejn iċ-Ċina, u mill-inqas sitt ġurnalisti rriżenjaw mill-introduzzjoni ta' regoli editorjali ġodda, liema fatt juri li t-tħassib dwar il-LSN jaffettwa wkoll reġjuni oħra; billi l-Liġi Bażika tal-Macao tipproteġi wkoll il-libertà tal-istampa u se tibqa' fis-seħħ sal-2049;
M. billi l-pressjoni fuq is-soċjetà ċivili ta' Hong Kong intensifikat, kif rifless mix-xoljiment tal-Konfederazzjoni tat-Trejdjunjins ta' Hong Kong, l-Alleanza ta' Hong Kong b'Appoġġ għall-Movimenti Demokratiċi Patrijottiċi taċ-Ċina, il-Grupp ta' Tħassib tal-Avukati tad-Drittijiet tal-Bniedem taċ-Ċina, l-Unjoni tal-Għalliema Professjonali ta' Hong Kong u l-Front Ċivili tad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll l-għeluq tal-uffiċċju ta' Amnesty International;
N. billi l-Kap Eżekuttiv ta' Hong Kong, Carrie Lam, indikat li s-SAR se jintroduċi l-Artikolu 23 tal-LSN, li se jikkriminalizza organizzazzjonijiet politiċi barranin u jiskoraġġihom milli jwettqu attivitajiet f'Hong Kong;
O. billi l-indipendenza tal-ġudikatura trid tiġi garantita, minħabba r-rwol kruċjali tagħha fis-salvagwardja tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali f'Hong Kong;
P. billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Lulju 2021, il-Parlament stieden "lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri jirrifjutaw l-istediniet indirizzati lil rappreżentanti tal-gvern u lil diplomatiċi biex jattendu l-Olimpjadi tax-Xitwa f'Beijing fl-2022 sakemm il-Gvern Ċiniż ma jurix titjib verifikabbli fis-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'Hong Kong";
Q. billi ċ-Ċina ilha tagħmel użu minn retorika aggressiva u introduċiet projbizzjoni de facto mhux spjegata u mhux iddikjarata li tipprevjeni prodotti magħmula mil-Litwanja milli jidħlu fis-suq Ċiniż; billi tali azzjonijiet u prattiki mhux leġiżlattivi jiksru mhux biss ir-regoli tal-kummerċ internazzjonali u tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ kollha, iżda wkoll jimpattaw b'mod dirett il-prinċipji sottostanti tas-suq uniku tal-UE;
1. Jikkundanna bl-iktar mod qawwi l-fatt li l-libertà ta' espressjoni, il-libertà ta' assoċjazzjoni u l-libertà tal-istampa f'Hong Kong huma ristretti immens daqs kemm huma fiċ-Ċina, u jtenni s-solidarjetà tiegħu mal-poplu ta' Hong Kong fil-ġlieda tiegħu għal-libertà u d-demokrazija; jiddeplora l-persekuzzjoni politika li għaliha ġew soġġetti ħafna ġurnalisti, li issa jinsabu f'eżilju jew fil-ħabs; jistieden liċ-Ċina tiżgura li l-ġurnalisti kollha jkunu jistgħu jwettqu xogħolhom b'mod liberu u mingħajr xkiel jew biża' ta' rappreżalji; jisħaq li għandha tiġi żgurata l-libertà tal-istampa u tal-midja;
2. Jistieden lill-Gvern ta' Hong Kong jeħles lill-priġunieri politiċi kollha f'Hong Kong; jitlob il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet u li jitwaqqgħu l-akkużi kollha li hemm kontra d-dimostranti paċifiċi kollha ta' Hong Kong arrestati f'dawn l-aħħar snin, li sempliċement eżerċitaw id-dritt tagħhom għal-libertà tal-espressjoni jew drittijiet tal-bniedem oħra, bħal Joshua Wong, Koo Sze-yiu, Martin Lee, Albert Ho, Margaret Ng u Kok Tsz-Lun, li huwa ċittadin doppju, Ċiniż u Portugiż u, għalhekk, ċittadin tal-UE, li fl-2020 ġie kkundannat f'Shenzhen għal seba' xhur ħabs talli allegatament ipprova jaħrab minn Hong Kong fuq dgħajsa u bħalissa qed jistenna li jiġi pproċessat waqt li jinsab f'detenzjoni f'Hong Kong; jikkundanna l-kawżi li għaddejjin bħalissa, inklużi dawk tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem Chow Hang-tung, Lee Cheuk-yan u Albert Ho; jappella għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tal-bejjiegħ tal-kotba Żvediż, Gui Minhai, li jinsab il-ħabs fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina;
3. Jenfasizza li l-LSN tipprevjeni relazzjoni ta' fiduċja bejn iċ-Ċina u l-UE, li qed iddgħajjef il-kooperazzjoni futura u twassal biex tkompli titnaqqar il-kredibilità ta' Beijing fix-xena internazzjonali, filwaqt li tagħmel ukoll ħsara sinifikanti lill-istatus u r-reputazzjoni internazzjonali ta' Hong Kong u tal-Makao; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Ċiniżi jirrevokaw l-LSN, li huwa ksur tal-impenji u l-obbligi tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina fl-ambitu tad-dritt internazzjonali, jiġifieri d-Dikjarazzjoni Konġunta Sino-Brittanika u d-Dikjarazzjoni Konġunta Sino-Portugiża rispettivament, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet ta' Hong Kong u tal-Macao jirrispettaw bis-sħiħ l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi u l-grad għoli ta' awtonomija skont il-prinċipju ta' "Pajjiż wieħed, żewġ Sistemi", kif minqux fil-Liġijiet Bażiċi ta' Hong Kong u tal-Makao u f'konformità mal-obbligi domestiċi u internazzjonali tagħhom; jinnota bi tħassib it-tentattivi dejjem jiżdiedu tal-Gvern Ċiniż biex is-sistema awtoritarja tiegħu irendiha leġittima internament u esternament billi jikkooptja, jiddefinixxi mill-ġdid u jgħawweġ għadd ta' ideat politiċi, inklużi l-prinċipji tad-demokrazija, permezz ta' kunċetti bħal "demokrazija b'karatteristiċi ta' Hong Kong" jew "demokrazija tal-poplu bi proċess sħiħ" u jqis tali tentattivi bħala farsa politika;
4. Jiddispjaċih bil-kbir għall-modifiki li saru dan l-aħħar fil-liġi elettorali ta' Hong Kong u dwar il-fastidju u l-arresti ta' rappreżentanti tal-oppożizzjoni prodemokratika, li de jure u de facto jipprevjenu elezzjonijiet ħielsa u ġusti fil-livelli kollha u wasslu għaż-żarmar tal-forom kollha ta' oppożizzjoni politika; jenfasizza li dan imur kontra l-impenji għal rappreżentanza demokratika akbar minquxa fil-Liġi Bażika ta' Hong Kong;
5. Jiddeplora d-deċiżjoni tal-awtoritajiet ta' Hong Kong li jipprojbixxu, għal dawn l-aħħar sentejn, il-vġili annwali tal-Pjazza Tiananmen tal-4 ta' Ġunju u l-marċ annwali tat-1 ta' Lulju, kif ukoll id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell Finali tal-Macao li tipprojbixxi l-vġili annwali tal-belt tal-Pjazza Tiananmen; jiddispjaċih bil-kbir għall-fatt li l-Università ta' Hong Kong neħħiet mill-bini tagħha monument għall-vittmi tal-Pjazza Tiananmen, il-Pilastru tal-Mistħija, u jara dan bħala parti minn attakk kontinwu fuq il-libertà akkademika f'Hong Kong u tentattiv biex l-istorja u l-memorja kollettiva jiġu mħassra;
6. Jistieden lill-Kap Eżekuttiv ta' Hong Kong jirtira l-pjanijiet għall-introduzzjoni tal-Artikolu 23 tal-LSN u jerġa' jimpenja ruħu li jirrispetta l-Liġi Bażika, li tiggarantixxi l-libertà tal-assoċjazzjoni, il-libertà tal-għaqda, il-libertà tal-espressjoni u l-libertà tar-reliġjon u tat-twemmin;
7. Jissottolinja li l-indipendenza tal-ġudikatura trid tiġi salvagwardjata u li l-politiċizzazzjoni tal-qrati trid tiġi evitata bħala prijorità ewlenija; itenni t-talba tiegħu li s-SEAE jħejji rapport pubbliku dettaljat dwar l-istat tad-dritt u l-indipendenza tal-ġudikatura flimkien mar-rapport annwali ta' Hong Kong; jistieden lis-SEAE jinkludi diskussjonijiet dwar id-deterjorament tas-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt f'Hong Kong u s-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE fil-laqgħat annwali ta' djalogu strutturat bejn il-Gvern tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta' Hong Kong u l-UE;
8. Jesprimi tħassib dwar il-ħatra tal-kap tal-persunal tal-forza tal-pulizija armata f'Xinjiang, Peng Jingtang, bħala l-kmandant tat-truppi tal-għassa ta' Hong Kong tal-Armata għal-Liberazzjoni tal-Poplu u dwar kummenti li huwa se jiffoka fuq allegati attivitajiet terroristiċi f'Hong Kong;
9. Jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw l-infurzar tal-LNS bħala prijorità ewlenija fl-aġenda tal-laqgħat kollha bejn l-UE u ċ-Ċina, inkluż fil-konsultazzjonijiet diplomatiċi bi tħejjija għal dawk il-laqgħat; ifakkar kemm huwa importanti li, f'kull djalogu politiku u f'kull djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-awtoritajiet Ċiniżi, l-UE tkompli tqajjem il-kwistjoni tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b'mod partikolari fil-każ tal-minoranzi fix-Xinjiang u fit-Tibet, u li tagħmel dan f'konformità mal-impenn tagħha li titkellem b'vuċi waħda, ċara u b'saħħitha fl-approċċ tagħha lejn iċ-Ċina; ifakkar li ċ-Ċina ffirmat firxa wiesgħa ta' trattati u konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u għalhekk jenfasizza kemm huwa importanti li jitkompla d-djalogu maċ-Ċina biex jiġi żgurat li ċ-Ċina twettaq l-impenn tagħha li tikkonforma mal-qafas internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem;
10. Jinsab estremament imħasseb dwar it-tentattivi tal-awtoritajiet Ċiniżi biex jimmiraw għal-komunitajiet tad-dijaspora ta' Hong Kong, inklużi difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, fl-Istati Membri tal-UE; itenni l-appell tiegħu lill-Istati Membri tal-UE biex jissospendu t-trattati attivi ta' estradizzjoni mar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u Hong Kong;
11. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jeżaminaw mill-ġdid il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ħong Kong, fiċ-Ċina dwar il-kooperazzjoni u l-għajnuna amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali(10) u l-appoġġ tal-UE għas-sede ta' Hong Kong fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, fid-dawl tal-qerda tal-awtonomija li t-territorju kellu taħt il-"Mudell ta' Pajjiż Wieħed, Żewġ Sistemi" li kien stabbilit preċedentement;
12. Itenni t-tħassib serju tiegħu dwar id-diversi abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina u jfakkar li r-rispett sħiħ għall-valuri universali huwa essenzjali;
13. Jistieden lill-Kunsill jintroduċi sanzjonijiet immirati skont ir-Reġim Globali ta' Sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (is-sanzjonijiet tal-UE tal-istil Magnitsky) kontra l-uffiċjali ta' Hong Kong u tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina responsabbli għar-repressjoni tad-drittijiet tal-bniedem li għaddejja bħalissa, inklużi Carrie Lam, Teresa Cheng Yeuk-wah, Xia Baolong, Zhang Xiaoming, Luo Huining, Zheng Yanxiong, Chris Tang Ping-keung u John Lee Ka-chiu; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jaqblu li jfasslu lista ta' kumpaniji li għandhom ikunu soġġetti għal sanzjonijiet u projbizzjonijiet ta' investiment għall-kompliċità tagħhom fir-repressjoni li għaddejja bħalissa tad-drittijiet tal-bniedem f'Hong Kong;
14. Itenni l-pożizzjoni preċedenti tiegħu li kwalunkwe ratifika tal-ftehim komprensiv bejn l-UE u ċ-Ċina dwar l-investiment trid tqis is-sitwazzjoni attwali tad-drittijiet tal-bniedem f'Hong Kong u l-impenn taċ-Ċina għad-Dikjarazzjoni Konġunta Sino-Brittanika, u tinkludi impenn ċar u vinkolanti għad-drittijiet tal-ħaddiema sabiex tirratifika u timplimenta l-Konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol Nru 29 dwar ix-xogħol furzat, Nru 105 dwar l-abolizzjoni tax-xogħol furzat, Nru 87 dwar il-libertà ta' assoċjazzjoni u l-protezzjoni tad-dritt ta' organizzazzjoni u Nru 98 dwar id-dritt ta' organizzazzjoni u n-negozjar kollettiv;
15. Jesprimi tħassib li l-għeluq ta' Stand News u Citizen News se jwassal għal żieda fil-pressjoni mill-awtoritajiet Ċiniżi fuq il-pubblikazzjonijiet tal-aħbarijiet lokali li fadal;
16. Jappoġġja bis-sħiħ il-proposti biex issir sessjoni speċjali jew dibattitu urġenti tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem li qed tiddeterjora fiċ-Ċina, inkluż fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-LSN f'Hong Kong u l-Macao u l-adozzjoni ta' riżoluzzjoni biex jinħoloq mekkaniżmu ta' monitoraġġ u rappurtar f'konformità ma' sejħa globali minn mijiet ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mir-reġjuni kollha u sejħa għall-azzjoni minn għadd bla preċedent ta' proċeduri speċjali tan-NU;
17. Jistieden lill-VP/RGħ jikkoopera mill-qrib ma' pajjiżi u sħab tal-istess fehma biex is-sitwazzjoni tal-libertajiet ta' Hong Kong tieqaf tiddeterjora; jilqa' d-djalogu bilaterali li għadu kif ġie stabbilit bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar iċ-Ċina u jinsisti li koordinazzjoni aktar b'saħħitha dwar id-drittijiet tal-bniedem, inkluż b'enfasi fuq is-sitwazzjoni f'Hong Kong, għandha tkun objettiv ewlieni;
18. Itenni l-appell tiegħu lill-Istati Membri tal-UE biex jimplimentaw il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-UE tal-28 ta' Lulju 2020 u jintroduċu skemi ta' dgħajjes tas-salvataġġ għall-attivisti prodemokratiċi u l-ġurnalisti ta' Hong Kong li għadhom f'riskju ta' priġunerija taħt ir-ripressjoni li għadha għaddejja tad-drittijiet tal-bniedem; itenni l-ħtieġa li tiġi stabbilita skeda ta' żmien ċara għall-implimentazzjoni tal-pakkett ta' miżuri ta' Lulju 2020 u jistieden lis-SEAE jkompli jżomm l-implimentazzjoni tiegħu fuq l-aġenda u jħejji reazzjonijiet konkreti għall-effetti extraterritorjali possibbli tal-LSN;
19. Jikkundanna l-koerċizzjoni u l-intimidazzjoni min-naħa taċ-Ċina lill-Litwanja; jilqa' d-dikjarazzjonijiet reċenti ta' solidarjetà mal-Litwanja mmirati biex jirreżistu l-azzjonijiet koerċittivi taċ-Ċina; iħeġġeġ lill-UE tiddefendi l-prinċipji bażiċi tas-suq uniku kontra l-intimidazzjoni Ċiniża;
20. Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri jirrifjutaw l-istediniet biex rappreżentanti ta' gvern u diplomatiċi jattendu l-Olimpjadi tax-Xitwa ta' Beijing 2022 peress li l-Gvern Ċiniż ma wriex titjib verifikabbli fis-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'Hong Kong, fil-Macao, fir-Reġjun Uyghur tax-Xinjiang, fit-Tibet u fi bnadi oħra fiċ-Ċina;
21. Jistieden lis-SEAE jinvestiga l-istatus tal-attivisti prodemokratiċi prominenti ta' Hong Kong li bħalissa ma jinsabux il-ħabs, iżda li ma jistgħux jitilqu mit-territorju b'riżultat tal-fatt li l-awtoritajiet baqgħu jikkonfiskaw id-dokumenti tal-ivvjaġġar tagħhom u jissoġġettawhom għal projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar; jistieden lis-SEAE u lill-Istati Membri japplikaw bis-sħiħ il-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, inkluż billi jitolbu żjarat fil-ħabs, josservaw il-proċessi, jirrilaxxaw dikjarazzjonijiet pubbliċi u jqajmu l-każijiet mal-awtoritajiet fil-livelli kollha; jistieden lis-SEAE jiżgura riżorsi adegwati għall-Uffiċċju tal-Unjoni Ewropea għal Hong Kong u l-Makao biex ikun jista' jkompli jwettaq u jżid b'mod adegwat l-osservazzjoni tal-proċessi u l-monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem;
22. Jenfasizza, b'mod partikolari, l-importanza li jiżdied l-appoġġ għall-akkademja billi jiġu estiżi il-boroż ta' studju u tipi oħra ta' strumenti ta' appoġġ għall-akkademiċi u għall-istudenti ta' Hong Kong sabiex ikunu jistgħu jiġu jinkitbu fi programmi ta' skambju u jikkooperaw mal-universitajiet tal-UE; jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni jiżviluppaw u jikkoordinaw miżuri biex jipproteġu l-libertà akkademika tal-istudenti u x-xjenzjati ta' Hong Kong fl-universitajiet tal-UE kontra l-pressjoni mill-awtoritajiet Ċiniżi;
23. Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jżidu l-applikazzjoni ta' mekkaniżmi xierqa ta' kontroll tal-esportazzjoni u jaħdmu fuqhom biex iċaħħdu liċ-Ċina u lil Hong Kong mill-aċċess għat-teknoloġiji użati biex jiksru d-drittijiet tal-bniedem; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tiffinalizza t-tħejjija ta' leġiżlazzjoni tal-UE effettiva dwar id-diliġenza dovuta korporattiva li timponi obbligi ta' diliġenza dovuta fuq il-kumpaniji tal-UE u fuq il-kumpaniji li joperaw fis-suq uniku tal-UE;
24. Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jgħinu biex tiġi salvata l-memorja demokratika ta' Hong Kong billi jassistu fl-arkivjar, fl-ippubbliċizzar u fid-dokumentazzjoni tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, u biex jikkontrobattu l-azzjonijiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina billi lill-kotba li huma pprojbiti f'Hong Kong jagħmluhom disponibbli b'mod wiesa' online; jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-isforzi li qed jagħmlu stazzjonijiet televiżivi internazzjonali, bħad-Deutsche Welle u France 24, biex jirrappurtaw regolarment dwar l-iżviluppi f'Hong Kong;
25. Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri jikkooperaw mas-sħab internazzjonali biex jgħinu ħalli tiġi żgurata d-demokrazija fit-Tajwan, b'mod partikolari fid-dawl tal-iżviluppi reċenti fir-relazzjonijiet bejn il-Litwanja u t-Tajwan orkestrati mill-Gvern Ċiniż u l-erożjoni tal-libertajiet ta' Hong Kong taħt il-politika taċ-Ċina li tabbanduna l-approċċ "Pajjiż wieħed, Żewġ sistemi";
26. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif ukoll lill-Kap Eżekuttiv u lill-Assemblea tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta' Hong Kong.
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Frar 2021 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Każakistan(1) u r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Każakistan tal-14 ta' Marzu 2019(2), tat-18 ta' April 2013(3), tal-15 ta' Marzu 2012(4) u tas-17 ta' Settembru 2009(5),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni (EPCA) bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra, li ġie ffirmat f'Astana fil-21 ta' Diċembru 2015 u li daħal fis-seħħ b'mod sħiħ fl-1 ta' Marzu 2020 wara r-ratifika tiegħu mill-Istati Membri kollha,
– wara li kkunsidra t-18-il laqgħa tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni UE-Każakistan tal-10 ta' Mejju 2021, it-13-il laqgħa tad-Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem UE-Każakistan li saret fit-2 u t-3 ta' Diċembru 2021, u t-18-il laqgħa tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni Parlamentari UE-Każakistan tal-11 ta' Ottubru 2021,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3(5), 21, 24, 29 u 31 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 10 u 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jimpenjaw lill-UE u lill-Istati Membri tagħha li, fir-relazzjonijiet tagħhom mad-dinja inġenerali, jiddefendu u jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem universali u l-protezzjoni tal-individwi, u li jadottaw miżuri restrittivi fil-każijiet ta' ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2019 dwar l-Istrateġija l-ġdida tal-UE għall-Asja Ċentrali,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà (VP/RGħ) tat-8 ta' Jannar 2022 u d-dikjarazzjoni tal-Kelliem tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tal-5 ta' Jannar 2022 dwar l-aħħar żviluppi fil-Każakistan,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem tas-6 ta' Jannar 2022,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, u l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura,
– wara li kkunsidra r-Rieżami Perjodiku Universali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU dwar il-Każakistan tat-12 ta' Marzu 2020,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi fit-2 ta' Jannar 2022 eluf ta' persuni bdew jipprotestaw b'mod paċifiku fil-belt ta' Zhanaozen, u opponew id-deċiżjoni tal-gvern li jneħħi l-limitu massimu fuq il-prezz tal-gass likwifikat miż-żejt, li wassal għal żieda qawwija fil-prezzijiet; billi l-protesti nfirxu malajr f'aktar minn 60 belt u lokalità u bdew jesiġu bidla politika ġenwina, elezzjonijiet ġusti u miżuri effettivi biex tiġi indirizzata l-korruzzjoni mifruxa;
B. billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Każakistan marret għall-agħar f'xejra perikoluża matul il-protesti reċenti, fejn id-dimostranti kkwotaw in-nuqqas ta' rappreżentanza demokratika fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-gvern, id-deterjorament tal-korruzzjoni u l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet politiċi bħala kawżi sottostanti tal-ilmenti tagħhom;
C. billi huwa magħruf sew li saret protesta simili fl-2011 fil-belt ta' Zhanaozen, meta grupp ta' persuni organizzati ħafna rrikorrew għall-vjolenza, li aktar tard intużat mill-awtoritajiet biex jiġġustifikaw repressjoni vjolenti bl-użu ta' armi letali fuq dimostranti paċifiċi; billi l-awtoritajiet tal-Każakistan naqsu milli jinvestigaw l-avvenimenti tal-massakru ta' Zhanaozen fl-2011 minkejja talbiet mill-Parlament Ewropew; billi s-sistema ġudizzjarja u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ma investigawx dawn l-avvenimenti, u dan iqajjem dubji dwar il-probabbiltà li dawk responsabbli għat-tixrid tad-demm attwali jitressqu quddiem qorti u jiġu kkastigati;
D. billi l-4 u l-5 ta' Jannar 2022 kienu mument ta' bidla fl-avvenimenti, b'eskalazzjoni tal-vjolenza b'mod partikolari f'Almaty, l-akbar belt tal-pajjiż, u d-dehra rrappurtata ta' atturi ġodda fil-protesti, bħal gruppi kriminali, gruppi marġinalizzati u gruppi armati, li ħadu vantaġġ mis-sitwazzjoni biex jinvolvu ruħhom f'azzjoni vjolenti bħal raids, ħruq u serq, inklużi ta' għases tal-pulizija u faċilitajiet militari; billi l-awtoritajiet tal-Każakistan irreaġixxew għall-protesti, inklużi dawk li kienu leġittimi u paċifiċi, bi vjolenza sproporzjonata; billi r-reazzjoni tal-forzi tas-sigurtà għall-protesti paċifiċi kienet ħarxa ħafna, bl-użu frekwenti ta' forza eċċessiva, bla bżonn u indiskriminata, inkluża l-forza letali, bħall-użu estensiv ta' gass tad-dmugħ, lenbubi, granati ta' sturdament u kanuni tal-ilma; billi fit-3 u l-4 ta' Jannar 2022 seħħew mill-inqas 206 każijiet ta' persekuzzjoni politika bil-għan li n-nies ma jitħallewx jipparteċipaw fid-dimostrazzjonijiet paċifiċi, minkejja d-dikjarazzjonijiet tal-awtoritajiet li huma jirrispettaw id-dritt għal assemblea paċifika; billi fil-5 ta' Jannar 2022 gruppi ta' dimostranti vjolenti ħatfu l-ajruport u attakkaw bini uffiċjali bħall-Kunsill ta' Almaty;
E. billi mill-bidu tal-protesti, kważi 10 000 persuna ġew detenuti fil-pajjiż kollu, u mill-inqas 225 persuna nqatlu, inklużi tfal, persuni li ma pparteċipawx fi protesti u 19-il uffiċjal tal-infurzar tal-liġi; billi ċ-ċifri reali probabbilment huma ogħla u diffiċli biex jiġu vverifikati minħabba informazzjoni uffiċjali mhux affidabbli kif ukoll interruzzjonijiet tas-servizzi tal-internet u tat-telefonija ċellulari; billi hemm rapporti kontinwi li l-arresti, l-intimidazzjoni u t-tortura ta' attivisti ċivili u persuni ordinarji li bdew matul il-manifestazzjonijiet ta' Jannar 2022 għadhom għaddejjin; billi l-attivisti Nuraliya Aitkulova, Aitbay Aliyev u mill-inqas 12 oħra ġew allegatament maqtula minn uffiċjali tal-infurzar tal-liġi waqt il-protesti; billi ċ-ċivili paċifiċi Nurbolat Seitkulov, Altynai Yetayeva u binthom ta' 15-il sena nqatlu mill-militar f'Taldykorgan fit-8 ta' Jannar 2022;
F. billi fl-4 ta' Jannar 2022 l-awtoritajiet tal-Każakistan imponew restrizzjonijiet fuq l-internet mobbli u n-networks soċjali; billi fil-5 ta' Jannar 2022 il-President Kassym-Jomart Tokayev iddikjara stat ta' emerġenza fil-pajjiż kollu li jinkludi curfew, restrizzjonijiet temporanji fuq il-moviment u projbizzjoni fuq il-ġemgħat tal-massa; billi ġie rrappurtat blackout tal-internet ta' ħamest ijiem maħsub biex ifixkel il-komunikazzjonijiet tad-dimostranti;
G. billi fis-6 ta' Jannar 2022 ġew skjerati forzi mill-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar is-Sigurtà Kollettiva (CSTO) fil-Każakistan fuq talba formali biex jassistu lill-Gvern tal-Każakistan kontra d-dimostranti, li jimmarka l-ewwel darba li l-alleanza militari mmexxija mir-Russja ntalbet tintervjeni f'pajjiż membru;
H. billi fil-11 ta' Jannar 2022 il-President Tokayev ħabbar l-irtirar sħiħ tal-forzi tas-CSTO mill-pajjiż sat-23 ta' Jannar 2022; billi l-Gvern Russu, filwaqt li kkwota t-tixrid ta' marda virali fost il-bhejjem, impona projbizzjoni fuq l-importazzjonijiet ta' laħam u prodotti tal-ħalib mill-Każakistan jum wara t-tħabbira tal-President Tokayev tal-11 ta' Jannar;
I. billi mill-4 ta' Jannar 2022 l-awtoritajiet tal-Każakistan bdew kampanja ta' diżinformazzjoni mifruxa, u imblokk fuq l-internet u l-media biex jaħbu l-involviment tal-istat fil-vjolenza kontra l-poplu tiegħu stess u biex jiskreditaw id-dimostrazzjonijiet paċifiċi u r-rieda ġenwina tal-poplu tal-Każakistan li jfittex il-ġustizzja, id-dinjità u r-rispett għad-drittijiet tiegħu;
J. billi fis-7 ta' Jannar 2022 il-President Tokayev ħareġ ordni ta' "spara biex toqtol" kontra d-dimostranti, li huwa ddeskriva bħala terroristi internazzjonali; billi tali ordni tikser l-obbligi legali internazzjonali tal-Każakistan li jirrispetta u jipproteġi d-dritt għall-ħajja; billi l-awtoritajiet tal-Każakistan użaw interpretazzjonijiet vagi u wiesgħa żżejjed tal-liġijiet dwar it-terroriżmu u l-estremiżmu u miżuri biex jirrestrinġu b'mod arbitrarju l-espressjoni libera u d-dissens paċifiku; billi fil-11 ta' Jannar 2022 l-esperti tan-NU ddenunzjaw l-użu wiesa' żżejjed tal-kelma "terroriżmu" kontra d-dimostranti, l-attivisti tas-soċjetà ċivili, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġurnalisti u l-partiti politiċi;
K. billi l-awtoritajiet tal-Każakistan jippersegwitaw politikament l-avversarji tagħhom li ġew imġiegħla jgħixu barra mill-pajjiż;
L. billi l-ġurnalisti nazzjonali u internazzjonali u l-uffiċċji tal-media ġew ikkritikati u attakkati mill-Gvern u l-forzi statali tal-Każakistan, filwaqt li korrispondenti barranin ma tħallewx jidħlu fil-pajjiż; billi l-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi li ma kinux qed juru l-identifikazzjoni tagħhom sparaw fuq ġurnalist tat-TV Rain, Vasilyi Polonskyi, u fotografu, Vasilyi Krestiyaninov, filwaqt li kienu qed jagħmlu xogħolhom qrib il-kamra mortwarja f'Almaty; billi għadd ta' ġurnalisti ġew detenuti jew iffastidjati minn uffiċjali tal-infurzar tal-liġi għall-kopertura tagħhom tal-protesti, inklużi Saniya Toiken, Makhambet Abzhan, Lukpan Akhmediyarov, Kassym Amanzhol, Darkhan Omirbek u oħrajn;
M. billi l-awtoritajiet tal-Każakistan ilhom żmien twil jirrestrinġu d-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għal protesta paċifika, il-libertà ta' assoċjazzjoni u l-libertà tal-espressjoni; billi l-Każakistan huwa kklassifikat fil-155 post minn 180 pajjiż fl-Indiċi tal-Libertà tal-Istampa 2021 ta' Reporters Without Borders; billi 13-il attivist assoċjat mal-Koshe Partiyasy u l-Għażla Demokratika tal-Każakistan (DCK), li huma movimenti paċifiċi tal-oppożizzjoni, ġew ikkundannati, inklużi l-priġunieri politiċi Kairat Klyshev, Noyan Rakhimzhanov, Askhat Zheksebayev u Abai Begimbetov, li ġew ikkundannati għal ħames snin ħabs immedjatament wara ż-żjara fil-Każakistan mir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem u tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Asja Ċentrali; billi l-proċessi politiċi tagħhom saru online u l-ebda deċiżjoni tal-qorti li tipprojbixxi d-DCK u l-Koshe Partiyasy ma ġiet ippreżentata b'appoġġ għall-akkużi;
N. billi l-President Tokayev akkuża lill-attivisti, lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u lill-media ħielsa li jinċitaw l-inkwiet; billi matul dawn l-aħħar snin is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Każakistan iddeterjorat drastikament; billi diversi NGOs prominenti tad-drittijiet tal-bniedem, il-media u l-organizzazzjonijiet ta' osservazzjoni elettorali fil-Każakistan ġew soġġetti għal pressjoni dejjem akbar u fastidju ġudizzjarju mill-awtoritajiet tal-pajjiż; billi din hija parti minn repressjoni akbar fuq is-soċjetà ċivili, it-trade unions u d-drittijiet demokratiċi fundamentali, b'mod partikolari fuq il-libertajiet tal-espressjoni, tal-assoċjazzjoni u tal-għaqda, fuq il-pluraliżmu politiku, id-dritt għall-parteċipazzjoni fl-affarijiet pubbliċi u l-istat tad-dritt;
O. billi d-difensur tad-drittijiet tal-bniedem Raigul Sadyrbayeva, li jinsab f'qagħda ħażina, tqiegħed f'detenzjoni qabel il-proċess matul l-investigazzjoni ta' każ kriminali politikament motivat għall-monitoraġġ tal-protesti f'Semey u qed jiffaċċja sentenza twila ta' ħabs; billi d-difensur tad-drittijiet tal-bniedem Aliya Isenova ġiet sparata fid-driegħ minn uffiċjali tal-infurzar tal-liġi waqt li kienet qed tissorvelja protesta f'Semey u issa huwa rrappurtat li qed tiffaċċja wkoll sentenza twila ta' ħabs f'każ kriminali politikament motivat;
P. billi minkejja d-dikjarazzjonijiet mill-Ministeru tal-Intern tal-Każakistan lid-Direttur tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR) tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) li se jkun hemm titjib fil-kundizzjonijiet fil-faċilitajiet ta' detenzjoni u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, ma nkiseb l-ebda riżultat tanġibbli; billi minkejja memorandum iffirmat mis-sistema penitenzjarja tal-Każakistan u d-difensur tad-drittijiet tal-bniedem Elena Semenova, it-tortura u t-trattament ħażin fil-faċilitajiet ta' detenzjoni għadhom sistematiċi, kif ukoll l-impunità għal dawn id-delitti, minħabba li l-awtoritajiet għadhom jonqsu milli jinvestigaw b'mod kredibbli l-allegazzjonijiet ta' tortura;
Q. billi l-awtoritajiet regolarment jippruvaw jiħħekkjaw il-kontijiet tal-media soċjali tal-attivisti ċivili, tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-oppożizzjoni; billi l-Każakistan jipprova jiċċensura l-oppożizzjoni u l-kontenut tad-drittijiet tal-bniedem fuq il-media soċjali;
R. billi l-Unjoni Ewropea u l-Każakistan ilhom sħab mill-indipendenza tal-pajjiż fl-1991; billi l-Unjoni Ewropea u l-Każakistan iffirmaw Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni (EPCA), l-ewwel wieħed tat-tip tiegħu ma' sieħeb tal-Asja Ċentrali, li żviluppa r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Każakistan u rrappreżenta pass importanti f'aktar minn 25 sena ta' relazzjonijiet bejn l-UE u l-Każakistan; billi l-EPCA, irratifikat mill-Istati Membri kollha tal-UE u mill-Parlament Ewropew, daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2020;
1. Jiddispjaċih ħafna għat-telf ta' ħajjiet u jikkundanna bil-qawwa l-atti mifruxa ta' vjolenza li faqqgħu wara protesti paċifiċi fil-Każakistan; jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lill-vittmi u l-familji tagħhom;
2. Jappoġġa lill-poplu tal-Każakistan, li għandu jgawdi bis-sħiħ id-dritt li jorganizza dimostrazzjoni paċifika bi protesta kontra n-nuqqas ta' riformi fil-Każakistan u b'difiża ta' futur prosperu għall-pajjiż; jikkundanna bil-qawwa s-sitwazzjoni drammatika tad-drittijiet tal-bniedem fil-Każakistan, li qed tiddeterjora kontinwament, inklużi l-libertà tal-espressjoni u d-drittijiet tal-ħaddiema u d-drittijiet soċjali; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Każakistan biex josservaw l-obbligi internazzjonali tagħhom u jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali;
3. Jistieden lill-Gvern tal-Każakistan iwaqqa' akkużi politikament motivati u jtemm il-forom kollha ta' detenzjoni arbitrarja, rappreżalji u fastidju kontra difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, attivisti, organizzazzjonijiet reliġjużi, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, trade unions, ġurnalisti u movimenti tal-oppożizzjoni politika, u biex jippermetti lin-nies jesprimu liberament il-fehmiet politiċi, reliġjużi u fehmiet oħrajn tagħhom;
4. Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Każakistan jeħles minnufih lid-dimostranti u lill-attivisti miżmuma f'detenzjoni arbitrarja; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Każakistan jeħilsu minnufih u jirriabilitaw bis-sħiħ il-priġunieri politiċi kollha, inklużi Bekizhan Mendygaziyev, Erulan Amirov, Igor Chuprina, Ruslan Ginatullin, Yerzhan Yelshibayev, Saltanat Kusmankyzy, Baurzhan Jussupov, Nataliya Dauletiyarova, Rinat Batkayev, Yerbol Yeskhozin, Askar Kayyrbek, Ulasbek Akhmetov, Askhat Zheksebayev, Kairat Klyshev, Noyan Rakhimzhanov, Abai Begimbetov u Raigul Sadyrbayeva; jitlob lill-awtoritajiet ineħħu l-miżuri li jobbligaw l-arrest preventiv, id-detenzjoni domiċiljari u r-restrizzjonijiet fuq il-libertà imposti fuq l-attivisti tas-soċjetà ċivili;
5. Jikkundanna l-ksur tal-libertajiet fundamentali u tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-awtoritajiet tal-Każakistan kontra d-dimostranti, il-ħaddiema tal-media u l-attivisti, inkluż l-użu indiskriminat ta' forza letali mill-forzi tas-sigurtà; jikkundanna r-retorika xewwiexa tal-President Tokayev, inkluża r-rappreżentazzjoni ġenerali tiegħu tad-dimostranti bħala "terroristi", dikjarazzjonijiet mhux sostanzjati u eżaġerati tan-numri tagħhom (allegatament madwar 20 000) u t-theddida li "joqtluhom"; iħeġġu jikkanċella pubblikament kwalunkwe ordni ta' sparar biex joqtlu mingħajr twissija;
6. Jistieden lill-awtoritajiet jiżvelaw informazzjoni relatata mal-arresti u d-diżgrazzji li jirriżultaw mill-protesti, u jiżguraw li dawk kollha li jitressqu l-qorti jkollhom aċċess għal avukat u jingħataw proċessi ġusti f'konformità mad-dritt internazzjonali;
7. Jistieden lill-awtoritajiet tal-Każakistan jirrevedu l-liġi dwar l-assemblej pubbliċi sabiex jiggarantixxu d-dritt għal protesta paċifika f'konformità mal-istandards internazzjonali sabiex jippermettu lin-nies fil-Każakistan jipparteċipaw fi protesti paċifiċi mingħajr biża' ta' arrest jew fastidju u interferenza mill-pulizija u jiżguraw li l-media indipendenti, il-gruppi tas-soċjetà ċivili, il-gruppi tal-oppożizzjoni politika, l-attivisti, it-trejdjunjonisti u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem ikunu jistgħu jwettqu l-attivitajiet tagħhom mingħajr indħil indebitu mill-gvern jew biża' ta' fastidju jew prosekuzzjoni politikament motivata; jitlob f'dan ir-rigward riforma bir-reqqa tas-sistema ġudizzjarja u, kif rakkomandat min-NU u l-OSKE, ir-revoka ta' artikoli mill-kodiċi kriminali li jintużaw għal prosekuzzjonijiet politikament motivati; jistieden lill-awtoritajiet tal-Każakistan iħassru d-deċiżjonijiet tal-qorti dwar il-movimenti paċifiċi tal-oppożizzjoni Kohe Partiyasy u DCK;
8. Jistieden lill-awtoritajiet tal-Każakistan iwaqqfu l-persekuzzjoni politika tal-gruppi tad-drittijiet tal-bniedem bħal Bostandyq Kz, Qaharman, Femina Virtute, Veritas, 405, Elimay u Article 14;
9. Jappella lill-UE u lill-komunità internazzjonali jibdew minnufih investigazzjoni internazzjonali xierqa dwar id-delitti mwettqa kontra l-poplu tal-Każakistan matul il-ġimagħtejn ta' dimostrazzjonijiet fil-Każakistan, u fost affarijiet oħra biex jinvestigaw l-għajbien, kif ukoll ir-rapporti ta' tortura, detenzjoni arbitrarja u snipers li qatlu jew darbu dimostranti paċifiċi, fosthom minorenni, f'Almaty u fi bliet kbar u żgħar oħra tal-Każakistan;
10. Jistieden lis-SEAE u lill-Istati Membri jużaw fora multilaterali biex jissorveljaw is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Każakistan, inkluż il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU jew l-OSKE;
11. Jistieden lill-Istati Membri jieħdu l-inizjattiva li jinvokaw il-Mekkaniżmu ta' Moska tal-OSKE) sabiex jippermettu inkjesta dwar il-fatti u ċ-ċirkostanzi marbuta mal-mewt tad-dimostranti u tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi f'Almaty f'Jannar 2022 u allegazzjonijiet oħra ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem mill-bidu tal-moviment ta' protesta paċifika fil-Każakistan kollu;
12. Jistieden lill-awtoritajiet tal-Każakistan jistiednu proċeduri speċjali tan-NU u esperti tal-OSKE biex jagħmlu żjarat fuq il-post u jikkooperaw bis-sħiħ magħhom, u jikkunsidraw li jwaqqfu grupp ta' ħidma permanenti taħt l-awspiċji tal-OSKE biex jivvaluta jekk l-inkwiet kienx riżultat ta' interferenza barranija jew taqbidiet interni tal-poter u jindirizza l-kawża ewlenija tagħhom;
13. Jesprimi tħassib dwar is-sitwazzjoni inaċċettabbli tal-libertà tal-media fil-pajjiż; jistieden lill-Gvern tal-Każakistan jipprovdi ambjent ħieles u sikur għall-ġurnalisti indipendenti; jikkundanna bil-qawwa l-użu tal-għeluq tal-internet biex irażżan id-dissens u jikser il-libertà tal-espressjoni u tal-għaqda, bi ksur tal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-awtoritajiet tal-Każakistan jerġgħu jistabbilixxu aċċess mhux ristrett għall-internet, jiżblokkaw il-forom l-oħra kollha ta' komunikazzjoni u jwaqqfu r-rappreżalja kontra dawk li jikkondividu l-aħbarijiet b'mod indipendenti; jistieden lill-President Tokayev jirrikonoxxi pubblikament u jirrispetta bis-sħiħ l-importanza u r-rwol tal-media ħielsa fil-Każakistan;
14. Jikkundanna l-prattika tat-tortura u t-trattament ħażin fil-faċilitajiet ta' detenzjoni u jħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Każakistan jiggarantixxu d-dritt taċ-ċittadini għall-ħelsien mit-tortura u t-trattament ħażin, jiżguraw li l-kundizzjonijiet ta' detenzjoni jkunu f'konformità sħiħa mal-istandards internazzjonali, jinvestigaw bir-reqqa l-inċidenti ta' tortura u jtemmu l-impunità; jistieden lill-awtoritajiet tal-Każakistan jipprovdu lir-rappreżentanti mill-Mekkaniżmu Nazzjonali ta' Prevenzjoni u lill-Ombudsman aċċess immedjat u mingħajr xkiel għal dawk kollha detenuti;
15. Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Każakistan iżommu lura milli jressqu akkużi ta' terroriżmu "abbażi ta' interpretazzjonijiet wiesgħa żżejjed tat-terminu u biex jiddistingwu bejn dimostranti paċifiċi u dawk li użaw il-vjolenza u wettqu delitti skont normi internazzjonali"; itenni t-talba tiegħu biex tiġi riveduta d-definizzjoni ta' estremiżmu biex tiġi allinjata mal-obbligi internazzjonali tal-Każakistan; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Każakistan jieqfu jużaw l-Artikolu 405 tal-Kodiċi Kriminali tal-Każakistan biex jimmiraw membri perċepiti jew reali ta' gruppi "estremisti" pprojbiti, jagħmlu stħarriġ tal-projbizzjoni arbitrarja imposta mill-qorti fuq movimenti politiċi paċifiċi; jikkummissjonaw stħarriġ indipendenti tal-kundanni kollha mogħtija fuq akkużi ta' organizzazzjoni jew parteċipazzjoni f'organizzazzjoni "estremista" pprojbita u jistiednu lill-qrati jwarrbu l-kundanni kollha imposti fuq persuni sempliċement għal allegata sħubija jew appoġġ għal oppożizzjoni politika paċifika jew grupp ta' difiża;
16. Jitlob li d-drittijiet tal-bniedem ikunu prijorità għall-impenn tal-UE mal-Każakistan; jissottolinja li relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi aktar profondi mal-UE, kif previst mill-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni, iridu jkunu bbażati fuq valuri kondiviżi u jikkorrispondu għal impenn attiv u konkret mill-Każakistan għar-riformi demokratiċi, li jirriżultaw mill-obbligi u l-impenji internazzjonali tiegħu; iħeġġeġ lill-VP/RGħ, lis-SEAE u lill-Istati Membri jappellaw kontinwament lill-Każakistan biex jirrevoka jew jemenda l-liġijiet kollha inkompatibbli mal-istandards internazzjonali, u biex iqajmu kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fil-laqgħat bilaterali rilevanti kollha;
17. Jistieden lid-Delegazzjoni tal-UE u lir-rappreżentanzi tal-Istati Membri fil-Każakistan jimmonitorjaw mill-qrib is-sitwazzjoni, iżuru u jipprovdu appoġġ lid-dimostranti detenuti u lill-priġunieri politiċi, jinvolvu ruħhom b'mod attiv mal-membri lokali tas-soċjetà ċivili billi jorganizzaw laqgħat regolari mingħajr diskriminazzjoni u jieħdu rwol biex jiffaċilitaw djalogu bejn il-gvern u s-soċjetà ċivili; iħeġġiġhom, barra minn hekk, jimmonitorjaw b'mod attiv u jirreaġixxu malajr għall-ksur kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem u jieħdu pożizzjoni pubblika dwar tali ksur billi jipprovdu assistenza lill-vittmi ta' prosekuzzjoni politika u attivisti miżmuma l-ħabs kif ukoll jattendu proċessi ta' kritiċi tal-gvern u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u jżuru postijiet ta' detenzjoni; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiżviluppaw b'urġenza programm komprensiv li jappoġġa s-soċjetà ċivili u l-forzi demokratiċi tal-Każakistan;
18. Jistieden lid-Delegazzjoni tal-UE u lill-ambaxxati tal-Istati Membri tal-UE fil-Każakistan jikkoordinaw u jaġixxu malajr biex jiżguraw il-ħruġ ta' viżi għal difensuri tad-drittijiet tal-bniedem f'riskju li jeħtieġu rilokazzjoni temporanja barra mill-Każakistan; jistieden lid-Delegazzjoni tal-UE u lill-ambaxxati tal-Istati Membri tal-UE fil-Każakistan jinvolvu ruħhom mal-awtoritajiet tal-Każakistan biex jiżguraw il-ħelsien immedjat ta' mijiet ta' priġunieri u detenuti politiċi fil-Każakistan, it-tneħħija tar-restrizzjonijiet fuq il-libertà imposti fuq is-soċjetà ċivili u l-attivisti tal-oppożizzjoni, u l-eradikazzjoni tat-tortura u t-trattament ħażin fil-ħabsijiet;
19. Jilqa' l-offerta tal-VP/RGħ ta' "assistenza għal riżoluzzjoni paċifika tal-kriżi" fid-dikjarazzjoni tiegħu tat-8 ta' Jannar 2022 iżda jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' inizjattiva diplomatika; iħeġġeġ lis-SEAE jinvesti fil-bini tal-kapaċitajiet u juża l-potenzjal eżistenti għall-medjazzjoni, ir-riżoluzzjoni paċifika ta' kriżijiet u għodod oħra, bħax-shuttle diplomacy, inkluż mill-VP/RGħ jew mir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Asja Ċentrali;
20. Jistieden lis-SEAE jippromwovi l-kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni fil-Każakistan fis-sessjoni li jmiss tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU bl-adozzjoni sussegwenti ta' riżoluzzjoni dwar is-sitwazzjoni;
21. Jistieden lill-awtoritajiet tal-Każakistan jikkonformaw mal-istandards internazzjonali fir-rigward tal-qafas ġuridiku għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u jindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Missjoni Limitata ta' Osservazzjoni Elettorali tal-ODIHR dwar il-libertajiet fundamentali ggarantiti b'mod kostituzzjonali, il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili, il-pluraliżmu politiku, l-imparzjalità tal-amministrazzjoni elettorali, l-eliġibilità għall-votazzjoni u l-kandidatura għall-elezzjonijiet, ir-reġistrazzjoni tal-votanti, il-media u l-pubblikazzjoni tar-riżultati tal-elezzjonijiet;
22. Jistieden lill-Każakistan jimplimenta riformi urġenti bil-għan li jiġġieled il-korruzzjoni u ż-żieda fl-inugwaljanzi; jappella lill-istituzzjonijiet tal-UE jħaffu l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni kontra l-korruzzjoni biex jimmiraw uffiċjali korrotti u s-sostenituri tagħhom fil-Każakistan għal raġunijiet ta' abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u l-ħasil tal-flus;
23. Ifakkar fir-Reġim Globali ta' Sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem tal-UE, li ġie approvat reċentement, li jippermetti lill-UE timmira lil dawk li jwettqu abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja, li, fil-każ tal-Każakistan, jippermetti li jiġu mmirati individwi, entitajiet u korpi involuti fi ksur mifrux u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem jew assoċjati miegħu; jistieden lill-Kunsill jimponi sanzjonijiet immirati fuq uffiċjali tal-Każakistan ta' livell għoli responsabbli għall-ksur serju mwettaq matul il-protesti ta' Jannar 2022;
24. Jinnota t-tħabbira tal-President Tokayev dwar ir-riformi soċjoekonomiċi u politiċi u jistenna li l-gvern u l-awtoritajiet isegwu l-implimentazzjoni tagħhom sabiex itejbu l-istandards tal-għajxien taċ-ċittadini u jindirizzaw l-iskuntentizza tagħhom, u jistieden lill-President jipprovdi kjarifika ulterjuri dwar ir-riformi politiċi u l-istruttura tal-fond ġdid imsejjaħ "Fond Għall-Persuni tal-Każakistan" mill-aktar fis possibbli; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Każakistan ifittex kooperazzjoni mal-UE, l-OSKE u l-Kunsill tal-Ewropa f'dan il-proċess ta' riforma, u jitlob lis-SEAE jkun lest jipprovdi kwalunkwe appoġġ rilevanti f'dan il-proċess;
25. Jistieden lill-ġirien tal-Każakistan iżommu lura minn kull interferenza li jista' jkollha impatt negattiv fuq l-affarijiet interni tal-Każakistan;
26. Jistieden lill-istituzzjonijiet u l-aġenziji Ewropej, inklużi s-SEAE u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, u lill-Bank Dinji biex iwaqqfu l-programmi ta' finanzjament fil-Każakistan sakemm il-gvern jagħmel sforzi sostanzjali u tanġibbli biex itejjeb ir-rekord tiegħu tad-drittijiet tal-bniedem, inkluża l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet kollha mill-Parlament Ewropew, in-NU u l-OSKE, b'mod li ma jaffettwax l-appoġġ dirett lis-soċjetà ċivili indipendenti, lill-attivisti, lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u lill-media;
27. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Asja Ċentrali, il-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Każakistan.
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Sudan,
– wara li kkunsidra d-diskussjoni dwar is-Sudan tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tat-12 ta' Jannar 2022,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-4 ta' Jannar 2022 mill-UE, ir-Renju Unit, in-Norveġja u l-Istati Uniti wara r-riżenja tal-Prim Ministru Sudaniż,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni attribwibbli lir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali għas-Sudan tat-8 ta' Jannar 2022 dwar it-tħabbir ta' taħditiet dwar it-tranżizzjoni politika fis-Sudan,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-21 ta' Novembru 2021 mill-President tal-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana dwar il-ftehim politiku li ntlaħaq fis-Sudan,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-18 ta' Jannar 2022 mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) dwar l-aħħar avvenimenti fis-Sudan,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-18 ta' Novembru 2021 mill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem li tikkundanna l-qtil tad-dimostranti paċifiċi fis-Sudan,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 2524 (2020) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU li tistabbilixxi l-Missjoni Integrata tan-NU għall-Assistenza għat-Tranżizzjoni fis-Sudan (UNITAMS),
– wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966, li tiegħu s-Sudan huwa parti,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,
– wara li kkunsidra l-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli,
– wara li kkunsidra l-Kodiċi ta' Kondotta tan-NU għall-Uffiċjali tal-Infurzar tal-Liġi,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Kostituzzjonali tas-Sudan ta' Awwissu 2019,
– wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Juba għall-Paċi fis-Sudan ta' Ottubru 2020,
– wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli,
– wara li kkunsidra l-istrateġija konġunta UE-Afrika,
— wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-11 ta' Marzu 2021 tal-Assemblea Parlamentari Konġunta tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) u tal-UE dwar id-demokrazija u r-rispett għall-kostituzzjonijiet fil-pajjiżi tal-UE u tal-AKP,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi qabel il-kolp ta' Stat tal-25 ta' Ottubru 2021, il-mexxejja militari u ċivili Sudaniżi kienu ilhom jikkondividu l-poter minn Awwissu 2019 wara li l-mexxej awtoritarju Omar al-Bashir tneħħa insegwitu ta' dimostrazzjonijiet favur tmexxija ċivili; billi l-ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-poter bejn l-atturi militari u ċivili wassal għall-istabbiliment tal-Kunsill ta' Sovranità, li jaqdi b'mod kollettiv ir-rwol ta' Kap ta' Stat tal-pajjiż;
B. billi l-Kunsill ta' Sovranità kien oriġinarjament magħmul minn ħames ċivili magħżula mill-Forzi għal-Libertà u l-Bidla (FFC), ħames rappreżentanti militari magħżula mill-Kunsill Militari ta' Tranżizzjoni (TMC), u persuna ċivili waħda magħżula bi ftehim bejn l-FFC u t-TMC; billi skont id-Dikjarazzjoni Kostituzzjonali Sudaniża tal-2019, għall-ewwel 21 xahar tal-perjodu tranżitorju ta' 39 xahar, il-president tal-Kunsill ta' Sovranità kellu jintgħażel mill-ħames membri militari tal-kunsill, u għat-18-il xahar ta' wara, il-president kellu jintgħażel mill-ħames membri ċivili magħżula mill-FFC; billi t-tranżizzjoni mill-president attwali, il-Ġeneral Abdel Fattah Al-Burhan, għat-tmexxija ċivili kellha sseħħ fid-9 ta' Diċembru 2021; billi f'konformità mad-dokument kostituzzjonali li jirregola l-perjodu ta' tranżizzjoni, l-elezzjonijiet ġenerali huma mistennija li jsiru fis-Sudan sa Lulju 2023;
C. billi l-ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-poter tal-2019 ġie kompletament xolt fil-25 ta' Ottubru 2021 meta l-mexxej militari, il-Ġeneral Abdel Fattah Al-Burhan, wettaq kolp ta' Stat, iddikjara stat ta' emerġenza, żarma l-Kunsill ta' Sovranità li kien qed jorganizza l-kondiviżjoni tal-poter, keċċa l-gvern ċivili u żamm temporanjament f'detenzjoni l-Prim Ministru Abdalla Hamdok u t-tim ministerjali tiegħu kif ukoll attivisti u personalitajiet politiċi oħra, u dan kollu wassal għal kundanna internazzjonali u ħafna protesti fis-Sudan; billi dan il-kolp ta' Stat temm it-tranżizzjoni lejn Kunsill ta' Sovranità mmexxi minn persuni ċivili;
D. billi fil-21 ta' Novembru 2021, Hamdok iffirma ftehim mal-Ġeneral Al-Burhan, li ħelsu mill-arrest domiċiljari u ppermettilu jkompli bħala prim ministru; billi Hamdok qabel li jerġa' jassumi l-pożizzjoni tiegħu sabiex ikompli r-riformi demokratiċi u jmexxi kabinett teknokratiku ġdid sakemm ikunu jistgħu jsiru l-elezzjonijiet; billi ħafna attivisti favur id-demokrazija, gruppi tas-soċjetà ċivili u mexxejja ċivili rrifjutaw dan il-ftehim; billi l-Prim Ministru Hamdok irriżenja fit-2 ta' Jannar 2022 wara protesti favur id-demokrazija fil-pajjiż kollu, minħabba, skontu, ir-reżistenza mill-ġenerali militari għal aktar tmexxija ċivili;
E. billi l-Ġeneral Al-Burhan ħatar personalitajiet marbuta mar-reġim al-Bashir f'pożizzjonijiet ewlenin inkluż fil-midja tal-gvern u fil-bank ċentrali, u keċċa lill-avukat ġenerali u lill-mexxejja ta' kumitat li kien qed jinvestiga gwadanji finanzjarji illeċiti li saru matul l-amministrazzjoni li damet tliet deċennji ta' al-Bashir; billi fl-24 ta' Diċembru 2021, Al-Burhan ta lis-servizzi tal-intelligence, lill-Forzi ta' Appoġġ Rapidu u lill-armata s-setgħat ta' tfittix, detenzjoni, interrogazzjoni u konfiska ta' proprjetà, setgħat li qabel kienu mogħtija biss lill-pulizija u lill-prosekuturi; billi l-membri ta' dawn il-forzi ngħataw ukoll l-immunità mill-prosekuzzjoni, li tista' titneħħa biss mill-mexxejja tal-Kunsill ta' Sovranità nnifsu;
F. billi wara l-kolp ta' Stat militari tal-25 ta' Ottubru 2021, iċ-ċittadini qed ikomplu jorganizzaw dimostrazzjonijiet paċifiċi tal-massa kontra l-forza militari, li kompliet tirreaġixxi bi vjolenza u forza estrema, u anki użat munizzjon attiv, gass tad-dmugħ u granati ta' diżorjentazzjoni, u dan wassal għall-mewt ta' mill-inqas 70 dimostrant u għal mijiet oħra midruba u miżmuma l-ħabs;
G. billi hemm rapporti li l-forzi tas-sigurtà użaw il-vjolenza sesswali, u n-NU attwalment qed jinvestigaw rapporti minn 13-il mara u tifla li allegatament kienu vittmi ta' stupru jew stupru minn gruppi, filwaqt li nisa oħra ġew iffastiditi sesswalment mill-forzi tas-sigurtà matul id-dimostrazzjonijiet f'Khartoum fid-19 ta' Diċembru 2021; billi kien hemm ħafna qtugħ tal-internet u tfixkil tal-komunikazzjonijiet flimkien ma' rapporti ta' ġurnalisti mmirati u arrestati u attakkati arbitrarjament;
H. billi n-nisa u ż-żgħażagħ Sudaniżi kellhom rwol ewlieni fil-mixja tal-pajjiż lejn id-demokrazija; billi n-nisa, b'mod partikolari matul il-jiem preċedenti tal-moviment demokratiku, kemm il-darba spiċċaw vittmi ta' vjolenza, anki vjolenza sesswali, u l-awturi ta' dawn ir-reati inumani għadhom ma ġewx ikkastigati;
I. billi kien hemm rapporti allarmanti li forzi tas-sigurtà daħlu fl-isptarijiet biex jarrestaw lid-dimostranti, jipprevjenu lill-persuni midruba milli jirċievu trattament, u jheddu u jintimidaw il-persunal mediku; billi l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa rrappurtat 15-il attakk fuq il-ħaddiema fil-qasam tal-kura tas-saħħa u l-faċilitajiet tas-saħħa minn Novembru 2021;
J. billi r-rispons għall-protesti jikser id-dritt għal-libertà ta' għaqda, ta' assoċjazzjoni u ta' espressjoni, id-dritt għal-libertà personali u l-projbizzjoni tat-tortura u tat-trattament ħażin, fost drittijiet fundamentali oħra, li huma ggarantiti fi trattati reġjonali u internazzjonali li tagħhom is-Sudan huwa parti;
K. billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sudan qed tkompli tiddeterjora u l-attivisti tas-soċjetà ċivili Sudaniżi kienu dejjem aktar fil-mira f'dawn l-aħħar xhur; billi ġie rrappurtat li diversi attivisti għebu u li wara l-kadavri tagħhom instabu b'sinjali ċari ta' tortura; billi ċ-ċivili, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-attivisti, il-ġurnalisti u l-mexxejja politiċi ġew arbitrarjament arrestati u detenuti f'iżolament;
L. billi fit-8 ta' Jannar 2022, l-UNITAMS nediet konsultazzjonijiet biex terġa' tistabbilixxi t-tranżizzjoni demokratika bil-għan li tistieden lill-militar, lill-gruppi ribelli, lill-partiti politiċi, lill-movimenti ta' protesta, lis-soċjetà ċivili u lill-gruppi tan-nisa biex jipparteċipaw fil-proċess; billi għalkemm din l-inizjattiva ġiet milqugħa tajjeb b'mod ġenerali kemm fis-Sudan kif ukoll internazzjonalment, xi partijiet tas-soċjetà għadhom ferm kontra kwalunkwe arranġament ta' kondiviżjoni tal-poter ma' personalitajiet militari;
M. billi ċ-ċittadini Sudaniżi għadhom qed jiffaċċjaw inflazzjoni dejjem akbar, u l-Programm Dinji tal-Ikel tan-NU (WFP) irrapporta żieda ta' aktar minn 300 % fis-sena u żidiet estremi fil-prezz tal-fjuwil u l-prodotti bażiċi, flimkien ma' nuqqas ta' servizzi bażiċi, u dan kollu qed jirriżulta fil-fatt li ħafna ma jistgħux jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi tagħhom u jiżguraw l-għajxien tagħhom, u dan iżid is-sens ta' frustrazzjoni fost id-dimostranti; billi l-Prim Ministru Hamdok kellu rwol ewlieni fin-negozjar tas-serħan mid-dejn u kkonvinċa lill-Istati Uniti biex ineħħu lis-Sudan mil-lista tal-isponsors Statali tat-terroriżmu; billi ġie rrapportat li bosta kmandanti militari jikkontrollaw madwar 250 kumpanija f'oqsma vitali tal-ekonomija Sudaniża, bħall-esportazzjoni tad-deheb, tal-gomma u tal-laħam;
N. billi fl-2021, il-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) ta lis-Sudan USD 2,5 biljun f'self, u flimkien mal-Bank Dinji approva t-talba tas-Sudan għal serħan mid-dejn fil-qafas tal-Inizjattiva għall-Pajjiżi Fqar b'Ħafna Dejn, li rrikjeda l-adozzjoni ta' riformi ekonomiċi estensivi, inkluża l-eliminazzjoni ta' ċerti sussidji; billi hemm ir-riskju li dan se jiġi mminat mill-kolp ta' Stat;
O. billi wara l-kolp ta' Stat, l-Unjoni Afrikana ssospendiet lis-Sudan mill-attivitajiet kollha tiegħu; billi diversi Stati u organizzazzjonijiet multilaterali, inkluż il-FMI, waqqfu l-għajnuna barranija u waqqfu l-iżborżi; billi l-UE ħabbret li l-appoġġ tagħha għas-Sudan se jiġi kompromess jekk l-ordni kostituzzjonali ma jiġix restawrat; billi bosta pajjiżi mhux tal-UE huma involuti b'mod attiv fis-Sudan inkluż permezz ta' provvisti tal-armi, appoġġ politiku u flussi finanzjarji marbuta mal-materja prima u d-deheb; billi dawn il-pajjiżi għandhom rwol fl-istabbiltà tar-reġjun u jirrappreżentaw objettivi differenti u strateġiji fit-tul; billi l-interessi konfliġġenti tagħhom huma sfida għall-iżvilupp ulterjuri tas-Sudan u tar-reġjun u qed jaggravaw it-tensjonijiet diġà kbar fil-Qarn tal-Afrika, u dan mhux se jiffaċilita soluzzjoni politika għas-sitwazzjoni fl-Etjopja;
P. billi s-sitwazzjoni tas-sigurtà fis-Sudan qed tkompli tiddeterjora, b'mod partikolari fil-Lvant tad-Darfur fejn mijiet ta' persuni ċivili nqatlu u eluf ġew spostati flimkien ma' spostamenti fuq skala kbira u qtil fil-Kordofan t'Isfel; billi skont in-NU, 6,2 miljun persuna ċivili se jkunu jeħtieġu għajnuna umanitarja fl-2022 u, skont id-WFP, 2,7 miljun persuna huma f'sitwazzjoni ta' insigurtà tal-ikel akuta; billi s-sitwazzjoni umanitarja ġiet aggravata mill-kriżi tal-COVID-19 u mill-influss ta' rifuġjati mill-kunflitt fl-Etjopja;
Q. billi l-Kabinett Sudaniż kien qabel unanimament fl-4 ta' Awwissu 2021 li jsir Stat parti għall-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI), jekk dan jiġi approvat mill-Kunsill ta' Sovranità, u b'hekk ikun meħtieġ, jekk dan isir, jgħaddi s-suspettati kollha akkużati mill-QKI minn reati mwettqa fid-Darfur mill-2003 sal-2004, inkluż l-ex President Omar al-Bashir; billi sfortunatament ma sar l-ebda progress fl-istabbiliment tal-Qorti Kriminali Speċjali tad-Darfur, kif previst fil-Ftehim ta' Juba;
R. billi fit-3 ta' Ġunju 2021, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU estenda l-mandat tal-UNITAMS, li kellha l-kompitu li tassisti lill-awtoritajiet Sudaniżi matul it-tranżizzjoni għad-demokrazija, sa Ġunju 2022;
S. billi minn Settembru 2019, l-UE pprovdiet, l-aktar permezz tal-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza tal-UE għall-Afrika, aktar minn EUR 88 miljun f'assistenza għall-iżvilupp biex tappoġġa r-riformi politiċi u ekonomiċi ħalli tikkontribwixxi għall-paċi u l-istabbiltà fis-Sudan;
T. billi fit-12 ta' Novembru 2021, il-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem Michelle Bachelet ħatret lil Adama Dieng bħala espert dwar id-drittijiet tal-bniedem fis-Sudan; billi Dieng huwa inkarigat li jħejji rapport bil-miktub li l-Kummissarju Għoli se tippreżenta lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fil-50 sessjoni tiegħu f'Ġunju 2022;
1. Jiddeplora l-qtil ta' ħafna dimostranti Sudaniżi u l-korrimenti kkawżati lil mijiet oħra, inkluż l-użu tal-vjolenza sesswali, li s-servizzi tas-sigurtà u gruppi armati oħra ilhom iwettqu mill-kolp ta' stat militari tal-25 ta' Ottubru 2021; jissottolinja d-dritt tal-poplu Sudaniż li jinġabar u jeżerċita d-drittijiet fundamentali tiegħu biex tiġi stabbilita mill-ġdid id-demokrazija u jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet bażiċi tagħhom; jistieden lill-partijiet interessati Sudaniżi kollha jirrispettaw l-istat tad-dritt kif stipulat fid-Dikjarazzjoni Kostituzzjonali tal-2019;
2. Jikkundanna l-kolp ta' stat militari tal-25 ta' Ottubru 2021 u jfakkar fil-ħtieġa urġenti li t-tmexxija militari tas-Sudan timpenja ruħha mill-ġdid għat-tranżizzjoni demokratika tal-pajjiż u twieġeb it-talbiet tal-poplu Sudaniż għal-libertà, il-paċi u l-ġustizzja; jitlob li t-tmexxija militari Sudaniża tidentifika skedi ta' żmien u proċessi ċari għal ritorn għat-tranżizzjoni miftiehma preċedentement, inkluż billi tistabbilixxi l-fergħat eżekuttivi, leġiżlattivi u ġudizzjarji tal-gvern, toħloq mekkaniżmi ta' responsabbiltà u tistabbilixxi l-bażi għall-elezzjonijiet;
3. Jikkundanna l-atti kollha ta' vjolenza kontra d-dimostranti paċifiċi, l-attivisti, il-ġurnalisti u l-oħrajn kollha li jeżerċitaw b'mod paċifiku d-dritt tagħhom għal-libertà ta' espressjoni, ta' assoċjazzjoni jew ta' għaqda; jappella għall-ħelsien immedjat ta' dawk li bħalissa jinsabu detenuti mingħajr akkuża jew proċess, biex dawk li qed jiffaċċjaw akkużi jingħataw aċċess sħiħ għar-rappreżentanza legali u biex l-istat ta' emerġenza jitneħħa immedjatament; jistieden lill-awtoritajiet Sudaniżi jwaqqfu minnufih id-detenzjoni illegali u l-għajbien sfurzat kollu; ifakkar li l-forzi armati tas-Sudan ma għandhom l-ebda awtorità legali li jżommu persuni ċivili jew iwettqu funzjonijiet ta' infurzar tal-liġi peress li s-setgħat ta' arrest u detenzjoni ta' persuni ċivili ilhom limitati għall-pulizija u l-prosekuturi mill-21 ta' Jannar 2021; jikkundanna l-għeluq kontinwu tas-servizzi tal-internet;
4. Jikkundanna bil-qawwa l-attakki rrappurtati mill-forzi tas-sigurtà fuq il-faċilitajiet mediċi; jistieden lill-awtoritajiet Sudaniżi jippermettu lill-persuni kollha midruba jirċievu trattament; ifakkar li l-attakki mmirati fuq il-ħaddiema tal-kura tas-saħħa, il-pazjenti u l-faċilitajiet huma ksur flagranti tad-dritt umanitarju internazzjonali;
5. Jitlob li jsiru investigazzjonijiet indipendenti dwar l-imwiet u l-vjolenza assoċjata u li l-awturi tar-reati jinżammu responsabbli; jappoġġa s-sejħiet għal missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni internazzjonali indipendenti biex tinvestiga rapporti ta' vjolenza li ilha titwettaq kontra d-dimostranti mill-kolp ta' stat militari ta' Ottubru 2021; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jimpenjaw ruħhom ma' korpi reġjonali u internazzjonali biex jiffaċilitaw dan u jimmonitorjaw mill-qrib l-avvenimenti fil-pajjiż, filwaqt li jiżguraw li l-ksur kollu tad-drittijiet tal-bniedem jiġi investigat sabiex l-awturi tar-reati jkunu jistgħu jitħarrku; jissottolinja li jridu jkomplu jsiru investigazzjonijiet simili dwar id-delitti li twettqu kemm matul il-ħakma ta' Omar al-Bashir kif ukoll matul il-perjodu ta' tranżizzjoni tal-2019;
6. Jappoġġa bil-qawwa l-isforzi mill-UNITAMS biex tiffaċilita d-diskussjonijiet ħalli tissolva l-kriżi politika; jistieden lill-atturi politiċi Sudaniżi kollha jimpenjaw ruħhom f'dan id-djalogu biex jerġgħu jistabbilixxu t-tranżizzjoni lejn tmexxija ċivili f'konformità mad-Dikjarazzjoni Kostituzzjonali tal-2019 u jaħdmu favur ix-xewqa taċ-ċittadini Sudaniżi għal aktar libertà, demokrazija, paċi, ġustizzja u prosperità; huwa tal-fehma soda li l-ħatriet ta' prim ministru u ta' kabinett ċivili ġodda għandhom iseħħu fid-dawl ta' tali djalogu intern Sudaniż sabiex tiġi żgurata l-kredibbiltà u l-aċċettazzjoni tagħhom fost is-soċjetà ċivili Sudaniża, li għamlitha ċara li tiċħad kwalunkwe forma ta' gvern awtoritarju u li trid tranżizzjoni vera u permanenti għad-demokrazija; jistieden lill-atturi reġjonali kollha jaġixxu in bona fide, jappoġġaw gvern ċivili u joqogħdu lura milli jappoġġaw il-Forzi ta' Appoġġ Rapidu, li l-membri tagħhom iridu jitneħħew immedjatament miż-żamma tal-ordni u mill-infurzar tal-liġi fl-interess tas-sikurezza pubblika fis-Sudan;
7. Jenfasizza li f'konformità mad-Dikjarazzjoni Kostituzzjonali tal-2019, il-proċess ta' riforma jrid ikun inklużiv u mmexxi mis-Sudan, filwaqt li jidentifika skedi ta' żmien u proċessi ċari għall-istabbiliment ta' ġudikatura leġiżlattiva u indipendenti, joħloq mekkaniżmi ta' responsabbiltà u jwettaq elezzjonijiet inklużivi, ġusti u trasparenti malajr kemm jista' jkun; jenfasizza li d-djalogu jrid ikun kompletament inklużiv u rappreżentattiv ta' gruppi li qabel kienu emarġinati, inklużi n-nisa, iż-żgħażagħ u l-minoranzi; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jappoġġaw b'mod attiv dan il-proċess;
8. Jikkundanna u jesprimi tħassib serju dwar iż-żieda allarmanti fil-vjolenza f'Darfur u f'Kordofan tan-Nofsinhar; jistieden lill-osservaturi internazzjonali biex jiffokaw mill-ġdid l-attenzjoni tagħhom fuq Darfur u Kordofan tan-Nofsinhar sabiex jipproteġu l-popolazzjoni lokali mill-vjolenza, il-ħsara u l-ispostament tal-massa;
9. Jeżiġi li s-servizzi tas-sigurtà u gruppi armati oħra jieqfu minnufih milli jużaw il-vjolenza kontra ċ-ċivili u l-ħaddiema umanitarji fil-pajjiż kollu, b'mod partikolari fid-Darfur; jikkundanna s-sakkeġġ tad-29 ta' Diċembru 2021 mill-milizzja lokali tal-maħżen tal-ikel tad-WFP tan-NU f'El Fasher fit-Tramuntana ta' Darfur, li fih ikel maħsub għal mijiet ta' eluf ta' persuni b'nuqqas ta' sigurtà alimentari f'dik iż-żona, u jissottolinja bil-qawwa li l-ebda kunflitt ma għandu jkollu l-għajnuna umanitarja fil-mira;
10. Itenni t-talba biex l-ex President Omar al-Bashir jinżamm responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem kontra ċ-ċivili Sudaniżi mwettaq taħt it-tmexxija awtoritarja tiegħu, inklużi l-ġenoċidju, id-delitti tal-gwerra u d-delitti kontra l-umanità; jappoġġa l-estradizzjoni tiegħu kif ukoll dik tal-ex Ministru tad-Difiża Abdelrahim Mohamed Hussein u l-ex Ministru tal-Istat għall-Affarijiet Umanitarji Ahmed Haroun biex jidhru quddiem il-QKI għall-kompliċità tagħhom fil-gwerra ta' Darfur;
11. Itenni t-talba tiegħu li s-Sudan għandu jirratifika l-Istatut ta' Ruma tal-QKI, jikkoopera bis-sħiħ mal-QKI u jimplimenta l-mandati ta' arrest pendenti; jistieden lis-Sudan ikeċċi uffiċjali u uffiċjali tal-forza tas-sigurtà implikati fi ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u delitti tal-gwerra; iħeġġeġ lill-atturi politiċi kollha jagħtu prijorità lill-ħolqien tal-Qorti Kriminali Speċjali ta' Darfur kif stabbilit fid-Dikjarazzjoni ta' Juba tal-2006 dwar l-Unità u l-Integrazzjoni bejn l-Armata għal-Liberazzjoni tal-Poplu tas-Sudan u l-Forzi tad-Difiża tas-Sudan t'Isfel;
12. Jistieden lis-Sudan jiddenunzja l-isforzi mill-militar Sudaniż biex iżomm is-sjieda u l-kontroll tal-industriji u l-kumpaniji strateġiċi, u b'hekk ireġġa' lura l-proċess ta' riforma; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi mekkaniżmi ta' diliġenza dovuta bir-reqqa fir-rigward ta' negozjati ma' tali setturi u, fejn xieraq, tagħmel użu sħiħ mid-dispożizzjonijiet fir-Reġim Globali ta' Sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem kontra individwi;
13. Jikkundanna t-tentattiv tal-militar li jimmina l-istituzzjonijiet tas-Sudan billi jneħħi l-impjegati taċ-ċivil li nħatru matul il-perjodu tranżitorju u jissostitwihom b'oħrajn allinjati mar-reġim preċedenti ta' al-Bashir; jissottolinja li l-impjegati taċ-ċivil li tkeċċew mir-reġim jeħtiġilhom jerġgħu jiddaħħlu;
14. Jappoġġa d-dikjarazzjoni tal-VP/RGħ tat-18 ta' Novembru 2021 li, jekk l-ordni kostituzzjonali ma jiġix restawrat kompletament, ikun hemm konsegwenzi serji għall-appoġġ finanzjarju tal-UE; jissottolinja l-ħtieġa, madankollu, għal assistenza kontinwa tal-UE fl-għoti ta' servizzi bażiċi bħas-saħħa u l-edukazzjoni; jilqa', għalhekk, il-kontribuzzjoni ta' EUR 10 miljun għall-assistenza alimentari li ssalva l-ħajjiet li saret lid-WFP fis-Sudan f'Diċembru 2021 permezz tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Protezzjoni Ċivili u l-Operazzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja, flimkien mal-kontribuzzjoni ta' EUR 13-il miljun riċevuta fil-bidu tal-2021;
15. Jinsab imħasseb li l-kooperazzjoni tal-UE mas-Sudan dwar il-migrazzjoni tintuża mir-reġim militari bħala skuża biex isaħħaħ il-kapaċità tiegħu li jikkontrolla u jrażżan lin-nies, pereżempju billi jsaħħaħ il-kapaċitajiet ta' sorveljanza, inkluż fil-fruntieri, u billi jipprovdi tagħmir; jitlob li l-UE, għaldaqstant, tiżgura trasparenza sħiħa fir-rigward ta' proġetti li jinvolvu s-Sudan fil-qasam tas-sigurtà, inklużi l-attivitajiet u l-benefiċjarji ppjanati kollha tal-finanzjament nazzjonali jew dak tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi eżaminat kontinwament l-approċċ tal-UE għall-migrazzjoni, l-iżvilupp sostenibbli, l-għajnuna umanitarja u l-governanza tajba, filwaqt li tissaħħaħ is-soċjetà ċivili u jitħeġġew riformi demokratiċi bil-għan li jitwettaq żvilupp politiku inklużiv fis-Sudan;
16. Itenni l-appell tiegħu għal projbizzjoni mill-UE kollha fuq l-esportazzjoni, il-bejgħ, l-aġġornament u l-manutenzjoni ta' kwalunkwe forma ta' tagħmir tas-sigurtà li tista' tintuża għar-repressjoni interna, inkluża t-teknoloġija ta' sorveljanza tal-internet, fir-rigward ta' stati li għandhom storja xejn sabiħa fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, bħalma huwa s-Sudan; jitlob b'urġenza li pajjiżi oħra fir-reġjun jagħmlu l-istess;
17. Jistieden lill-komunità internazzjonali tingħaqad mal-UE biex tappoġġa s-soċjetà ċivili u l-atturi demokratiċi, u jfakkar lill-pajjiżi mhux tal-UE, speċjalment l-atturi reġjonali bi preżenza u influwenza qawwija fis-Sudan, fir-responsabbiltà internazzjonali tagħhom u fil-kontribut importanti li jistgħu jagħtu għal Sudan ħieles, paċifiku u demokratiku li jkun fl-interess fit-tul tal-partijiet interessati kollha msemmija hawn fuq;
18. Jistieden lid-delegazzjoni tal-UE għas-Sudan u lir-rappreżentanza tal-Istati Membri fis-Sudan japplikaw bis-sħiħ il-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, inkluż billi jitolbu żjarat fil-ħabs, josservaw il-proċessi, jirrilaxxaw dikjarazzjonijiet pubbliċi, iqajmu l-każijiet mal-awtoritajiet fil-livelli kollha u joħorġu viżi ta' emerġenza fejn xieraq;
19. Jappella għal diskussjoni attiva tas-sitwazzjoni fis-Sudan matul il-laqgħa li jmiss tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-UE fl-24 ta' Jannar 2022;
20. Jirrikonoxxi u jilqa' l-isforzi ta' Annette Weber, ir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Qarn tal-Afrika, Volker Perthes, ir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għas-Sudan u l-Kap tal-UNITAMS, fir-rwol tiegħu ta' bon offiċji, u Adama Dieng, l-Espert tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem għas-Sudan, u jtenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-ħidma importanti tagħhom; jesprimi gratitudni għall-ħidma sinifikanti li saret mill-persunal tad-Delegazzjoni tal-UE għas-Sudan, kif ukoll mill-uffiċċji tan-NU u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra;
21. Jesprimi l-gratitudni tiegħu lis-Sudan għall-isforzi tiegħu biex jipprovdi kenn għal madwar 70 000 refuġjat mill-Etjopja li bħalissa jgħixu fis-Sudan;
22. Jistieden lill-Unjoni Afrikana u organizzazzjonijiet reġjonali oħra bħall-Awtorità Intergovernattiva għall-Iżvilupp u s-Suq Komuni għal-Lvant u n-Nofsinhar tal-Afrika jimpenjaw ruħhom b'mod attiv mas-Sudan u jappoġġaw l-isforzi biex tiġi żgurata tranżizzjoni demokratika paċifika u dejjiema;
23. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-awtoritajiet Sudaniżi, lill-Unjoni Afrikana, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Awtorità Intergovernattiva għall-Iżvilupp, lis-Suq Komuni għall-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar, lill-gvern u lill-parlament tal-Eġittu, lill-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf, lill-Kopresidenti tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE u lill-Parlament Pan-Afrikan.
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fl-20 ta' Jannar 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (COM(2020)0825 – C9-0418/2020 – 2020/0361(COD))(1)
(1) Is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni u speċjalment is-servizzi intermedjarji saru parti importanti tal-ekonomija tal-Unjoni u tal-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini tal-Unjoni. Għoxrin sena wara l-adozzjoni tal-qafas legali eżistenti applikabbli għal tali servizzi stabbilit fid-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25, permezz ta' mudelli u servizzi kummerċjali ġodda u innovattivi, bħal pereżempju networks soċjali u postijiet tas-suq online, l-utenti kummerċjali u l-konsumaturi setgħu jipprovdu u jaċċessaw informazzjoni u jinvolvu ruħhom fi tranżazzjonijiet b'modi ġodda. Il-biċċa l-kbira taċ-ċittadini tal-Unjoni issa jużaw dawk is-servizzi kuljum. Madankollu, it-trasformazzjoni diġitali u ż-żieda fl-użu ta' dawk is-servizzi taw lok ukoll għal riskji u sfidi ġodda, kemm għall-utenti individwali kif ukoll għas-soċjetà kollha kemm hi.
(1) Is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni u speċjalment is-servizzi intermedjarji saru parti importanti tal-ekonomija tal-Unjoni u tal-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini tal-Unjoni. Għoxrin sena wara l-adozzjoni tal-qafas legali eżistenti applikabbli għal tali servizzi stabbilit fid-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25, permezz ta' mudelli u servizzi kummerċjali ġodda u innovattivi, bħal pereżempju networks soċjali u postijiet tas-suq online, l-utenti kummerċjali u l-konsumaturi setgħu jipprovdu u jaċċessaw informazzjoni u jinvolvu ruħhom fi tranżazzjonijiet b'modi ġodda u innovattivi, li jittrasformaw id-drawwiet ta' komunikazzjoni, il-konsum u n-negozju tagħhom. Il-biċċa l-kbira taċ-ċittadini tal-Unjoni issa jużaw dawk is-servizzi kuljum. Madankollu, it-trasformazzjoni diġitali u ż-żieda fl-użu ta' dawk is-servizzi taw lok ukoll għal riskji u sfidi ġodda, għall-utenti individwali, għall-kumpaniji kif ukoll għas-soċjetà kollha kemm hi.
__________________
__________________
25 Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).
25 Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 2
(2) L-Istati Membri qed jintroduċu aktar u aktar, jew qed jikkunsidraw li jintroduċu, liġijiet nazzjonali dwar il-kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament, li jimponu, b'mod partikolari, rekwiżiti ta' diliġenza għall-fornituri tas-servizzi intermedjarji. Dawk il-liġijiet nazzjonali diverġenti jaffettwaw b'mod negattiv is-suq intern, li, skont l-Artikolu 26 tat-Trattat, huwa żona mingħajr fruntieri interni li tiżgura l-moviment liberu tal-oġġetti u tas-servizzi u l-libertà tal-istabbiliment, filwaqt li tqis in-natura intrinsikament transfruntiera tal-internet, li ġeneralment jintuża biex jiġu fornuti dawk is-servizzi. Il-kundizzjonijiet għall-forniment tas-servizzi intermedjarji fis-suq intern jenħtieġ li jiġu armonizzati biex in-negozji jkollhom aċċess għal swieq u opportunitajiet ġodda biex jisfruttaw il-benefiċċji tas-suq intern, filwaqt li l-konsumaturi u riċevituri oħra tas-servizzi jkollhom għażla akbar.
(2) L-Istati Membri qed jintroduċu aktar u aktar, jew qed jikkunsidraw li jintroduċu, liġijiet nazzjonali dwar il-kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament, li jimponu, b'mod partikolari, rekwiżiti ta' diliġenza għall-fornituri tas-servizzi intermedjarji, u li jirriżultaw fi frammentazzjoni tas-suq intern. Dawk il-liġijiet nazzjonali diverġenti jaffettwaw b'mod negattiv is-suq intern, li, skont l-Artikolu 26 tat-Trattat, huwa żona mingħajr fruntieri interni li tiżgura l-moviment liberu tal-oġġetti u tas-servizzi u l-libertà tal-istabbiliment, filwaqt li tqis in-natura intrinsikament transfruntiera tal-internet, li ġeneralment jintuża biex jiġu fornuti dawk is-servizzi. Il-kundizzjonijiet għall-forniment tas-servizzi intermedjarji fis-suq intern jenħtieġ li jiġu armonizzati biex in-negozji jkollhom aċċess għal swieq u opportunitajiet ġodda biex jisfruttaw il-benefiċċji tas-suq intern, filwaqt li l-konsumaturi u riċevituri oħra tas-servizzi jkollhom għażla akbar, mingħajr effetti ta' intrappolament, u jnaqqsu l-piż amministrattiv għas-servizzi intermedjarji, speċjalment għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju.
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 3
(3) Imġiba responsabbli u diliġenti mill-fornituri tas-servizzi intermedjarji hija essenzjali għal ambjent online sikur, prevedibbli u affidabbli u biex iċ-ċittadini tal-Unjoni u persuni oħra jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet fundamentali tagħhom garantiti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ("il-Karta"), b'mod partikolari l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni u l-libertà li wieħed imexxi negozju, u d-dritt ta' nondiskriminazzjoni.
(3) Imġiba responsabbli u diliġenti mill-fornituri tas-servizzi intermedjarji hija essenzjali għal ambjent online sikur, aċċessibbli, prevedibbli u affidabbli u biex iċ-ċittadini tal-Unjoni u persuni oħra jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tagħhom garantiti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ("il-Karta"), b'mod partikolari d-drittijiet għall-privatezza, għall-protezzjoni tad-data personali, għar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, għall-ħajja privata u tal-familja, il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, il-libertà u l-pluraliżmu tal-media, u l-libertà li wieħed imexxi negozju, livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u d-dritt ta' nondiskriminazzjoni. It-tfal għandhom drittijiet partikolari minquxa fl-Artikolu 24 tal-Karta u fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal (UNCRC). Bħala tali, l-aħjar interessi tat-tfal jenħtieġ li jkunu l-konsiderazzjoni primarja fil-kwistjonijiet kollha li jaffettwawhom. Il-Kumment Ġenerali tal-UNCRC Nru 25 dwar id-drittijiet tat-tfal fir-rigward tal-ambjent diġitali jistabbilixxi formalment kif dawn id-drittijiet japplikaw għad-dinja diġitali.
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 4
(4) Għalhekk, biex jiġi salvagwardjat u jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern, jenħtieġ li jiġi stabbilit sett immirat ta' regoli obbligatorji fil-livell tal-Unjoni li jkunu uniformi, effettivi u proporzjonati. Dan ir-Regolament jipprevedi l-kundizzjonijiet li skonthom ikunu jistgħu jitfaċċaw u jespandu servizzi diġitali innovattivi fis-suq intern. L-approssimazzjoni tal-miżuri regolatorji nazzjonali fil-livell tal-Unjoni dwar ir-rekwiżiti għall-fornituri tas-servizzi intermedjarji hija meħtieġa biex tiġi evitata u tintemm il-frammentazzjoni tas-suq intern u biex tiġi żgurata ċ-ċertezza tad-dritt, u b'hekk tonqos l-inċertezza għall-iżviluppaturi u titrawwem l-interoperabbiltà. Meta jintużaw rekwiżiti li huma newtrali fir-rigward tat-teknoloġija, jenħtieġ li ma tiġix ostakolata l-innovazzjoni iżda minflok tiġi stimulata.
(4) Biex jiġi salvagwardjat u jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern, jenħtieġ li jiġi stabbilit sett immirat ta' regoli obbligatorji fil-livell tal-Unjoni li jkunu uniformi, effettivi u proporzjonati. Dan ir-Regolament jipprevedi l-kundizzjonijiet li skonthom ikunu jistgħu jitfaċċaw u jespandu servizzi diġitali innovattivi fis-suq intern. L-approssimazzjoni tal-miżuri regolatorji nazzjonali fil-livell tal-Unjoni dwar ir-rekwiżiti għall-fornituri tas-servizzi intermedjarji hija meħtieġa biex tiġi evitata u tintemm il-frammentazzjoni tas-suq intern u biex tiġi żgurata ċ-ċertezza tad-dritt, u b'hekk tonqos l-inċertezza għall-iżviluppaturi, jiġu protetti l-konsumaturi u titrawwem l-interoperabbiltà. Meta jintużaw rekwiżiti li huma newtrali fir-rigward tat-teknoloġija, jenħtieġ li ma tiġix ostakolata l-innovazzjoni iżda minflok tiġi stimulata, filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali.
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 4a (ġdida)
(4a) Minħabba l-importanza tas-servizzi diġitali, huwa essenzjali li dan ir-Regolament jiżgura qafas regolatorju li jiżgura aċċess sħiħ, ugwali u mingħajr restrizzjonijiet għas-servizzi intermedjarji għar-riċevituri kollha tas-servizzi, inklużi l-persuni b'diżabilità. Għalhekk, huwa importanti li r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għas-servizzi intermedjarji, inklużi l-interfaċċi tal-utenti tagħhom, ikunu konsistenti mal-liġi eżistenti tal-Unjoni, bħall-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà u d-Direttiva dwar l-Aċċessibbiltà tal-Web u li l-liġi tal-Unjoni tiġi żviluppata aktar, sabiex ħadd ma jitħalla jibqa' lura b'riżultat tal-innovazzjoni diġitali.
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 6
(6) Fil-prattika, ċerti fornituri tas-servizzi intermedjarji jintermedjaw fir-rigward ta' servizzi li jistgħu jew ma jistgħux jiġu fornuti b'mezzi elettroniċi, bħal pereżempju servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni mill-bogħod, servizzi ta' trasport, ta' akkomodazzjoni jew ta' konsenja. Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika biss għas-servizzi intermedjarji u li ma jaffettwax ir-rekwiżiti stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni jew fil-liġi nazzjonali relatata mal-prodotti jew mas-servizzi intermedjati permezz tas-servizzi intermedjarji, inkluż f'sitwazzjonijiet fejn is-servizz intermedjarju jikkostitwixxi parti integrali ta' servizzi ieħor li mhuwiex servizz intermedjarju kif speċifikat fil-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
(6) Fil-prattika, ċerti fornituri tas-servizzi intermedjarji jintermedjaw fir-rigward ta' servizzi li jistgħu jew ma jistgħux jiġu fornuti b'mezzi elettroniċi, bħal pereżempju servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni mill-bogħod, servizzi ta' trasport ta' persuni u ta' oġġetti, ta' akkomodazzjoni jew ta' konsenja. Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika biss għas-servizzi intermedjarji u li ma jaffettwax ir-rekwiżiti stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni jew fil-liġi nazzjonali relatata mal-prodotti jew mas-servizzi intermedjati permezz tas-servizzi intermedjarji, inkluż f'sitwazzjonijiet fejn is-servizz intermedjarju jikkostitwixxi parti integrali ta' servizzi ieħor li mhuwiex servizz intermedjarju kif speċifikat fil-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 8
(8) Tali konnessjoni sostanzjali mal-Unjoni jenħtieġ li titqies eżistenti meta l-fornitur tas-servizzi jkollu stabbiliment fl-Unjoni jew, fin-nuqqas tiegħu, abbażi tal-eżistenza ta' għadd sinifikanti ta' utenti fi Stat Membru wieħed jew aktar, jew l-immirar tal-attivitajiet lejn Stat Membru wieħed jew aktar. L-immirar tal-attivitajiet lejn Stat Membru wieħed jew aktar jista' jiġi determinat abbażi taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inkluż fatturi bħal pereżempju l-użu ta' lingwa jew munita li ġeneralment jintużaw f'dak l-Istat Membru, jew il-possibbiltà li jiġu ordnati prodotti jew servizzi, jew l-użu ta' dominju nazzjonali tal-ogħla livell. L-immirar tal-attivitajiet lejn Stat Membru jista' jiġi determinat ukoll mid-disponibbiltà ta' applikazzjoni fil-ħanut tal-applikazzjonijiet nazzjonali rilevanti, mill-forniment ta' reklamar lokali jew reklamar bil-lingwa li tintuża f'dak l-Istat Membru, jew mill-immaniġġjar tar-relazzjonijiet mal-klijenti bħal pereżempju billi jiġi pprovdut servizz tal-klijent bil-lingwa li ġeneralment tintuża f'dak l-Istat Membru. Jenħtieġ li tiġi preżunta konnessjoni sostanzjali wkoll meta fornitur tas-servizzi jidderieġi l-attivitajiet tiegħu lejn Stat Membru wieħed jew aktar kif stabbilit fl-Artikolu 17(1)(c) tar-Regolament (UE) 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27. Min-naħa l-oħra, sempliċi aċċessibbiltà teknika ta' sit web mill-Unjoni ma tistax, għal dik ir-raġuni biss, titqies bħala stabbiliment ta' konnessjoni sostanzjali mal-Unjoni.
(8) Tali konnessjoni sostanzjali mal-Unjoni jenħtieġ li titqies eżistenti meta l-fornitur tas-servizzi jkollu stabbiliment fl-Unjoni jew, fin-nuqqas tiegħu, abbażi tad-direzzjonar tal-attivitajiet lejn Stat Membru wieħed jew aktar. Id-direzzjonar tal-attivitajiet lejn Stat Membru wieħed jew aktar jista' jiġi determinat abbażi taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inkluż fatturi bħal pereżempju l-użu ta' lingwa jew munita li ġeneralment jintużaw f'dak l-Istat Membru, jew il-possibbiltà li jiġu ordnati prodotti jew servizzi, jew l-użu ta' dominju nazzjonali tal-ogħla livell. Id-direzzjonar tal-attivitajiet lejn Stat Membru jista' jiġi determinat ukoll mid-disponibbiltà ta' applikazzjoni fil-ħanut tal-applikazzjonijiet nazzjonali rilevanti, mill-forniment ta' reklamar lokali jew reklamar bil-lingwa li tintuża f'dak l-Istat Membru, jew mill-immaniġġjar tar-relazzjonijiet mal-klijenti bħal pereżempju billi jiġi pprovdut servizz tal-klijent bil-lingwa li ġeneralment tintuża f'dak l-Istat Membru. Jenħtieġ li tiġi preżunta konnessjoni sostanzjali wkoll meta fornitur tas-servizzi jidderieġi l-attivitajiet tiegħu lejn Stat Membru wieħed jew aktar kif stabbilit fl-Artikolu 17(1)(c) tar-Regolament (UE) 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27. Min-naħa l-oħra, sempliċi aċċessibbiltà teknika ta' sit web mill-Unjoni ma tistax, għal dik ir-raġuni biss, titqies bħala stabbiliment ta' konnessjoni sostanzjali mal-Unjoni.
__________________
__________________
27 Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).
27 Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 9
(9) Jenħtieġ li dan ir-Regolament jikkumplimenta, iżda ma jaffettwax l-applikazzjoni tar-regoli li jirriżultaw minn atti oħra tal-liġi tal-Unjoni li jirregolaw ċerti aspetti tal-forniment tas-servizzi intermedjarji, b'mod partikolari d-Direttiva 2000/31/KE, bl-eċċezzjoni ta' dawk il-bidliet introdotti b'dan ir-Regolament, id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif emendata28, u r-Regolament (UE) …/.. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29 – ir-Regolament propost dwar il-Kontenut Terroristiku Online. Għalhekk, dan ir-Regolament ma jaffettwax lil dawk l-atti l-oħra, li jridu jitqiesu bħala lex specialis b'rabta mal-qafas ġeneralment applikabbli stabbilit f'dan ir-Regolament. Madankollu, ir-regoli ta' dan ir-Regolament japplikaw fir-rigward ta' kwistjonijiet li mhumiex indirizzati jew li mhumiex indirizzati kompletament minn dawk l-atti l-oħra kif ukoll kwistjonijiet li għalihom dawk l-atti l-oħra jħallu l-possibbiltà lill-Istati Membri li jadottaw ċerti miżuri fil-livell nazzjonali.
(9) Jenħtieġ li dan ir-Regolament jikkumplimenta, iżda ma jaffettwax l-applikazzjoni tar-regoli li jirriżultaw minn atti oħra tal-liġi tal-Unjoni li jirregolaw ċerti aspetti tal-forniment tas-servizzi intermedjarji, b'mod partikolari d-Direttiva 2000/31/KE, bl-eċċezzjoni ta' dawk il-bidliet introdotti b'dan ir-Regolament, id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif emendata,28 u r-Regolament (UE) 2021/784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29. Għalhekk, dan ir-Regolament ma jaffettwax lil dawk l-atti l-oħra, li jridu jitqiesu bħala lex specialis b'rabta mal-qafas ġeneralment applikabbli stabbilit f'dan ir-Regolament. Madankollu, ir-regoli ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw fir-rigward ta' kwistjonijiet li mhumiex indirizzati jew li mhumiex indirizzati kompletament minn dawk l-atti l-oħra kif ukoll kwistjonijiet li għalihom dawk l-atti l-oħra jħallu l-possibbiltà lill-Istati Membri li jadottaw ċerti miżuri. Sabiex tassisti lill-Istati Membri u lill-fornituri tas-servizzi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi linji gwida dwar kif għandhom jiġu interpretati l-interazzjoni u n-natura komplementari bejn l-atti legali differenti tal-Unjoni u dan ir-Regolament u kif tista' tiġi evitata kwalunkwe duplikazzjoni tar-rekwiżiti dwar il-fornituri jew kunflitti potenzjali fl-interpretazzjoni ta' rekwiżiti simili.B'mod partikolari, jenħtieġ li l-linji gwida jiċċaraw kwalunkwe kunflitt potenzjali bejn il-kundizzjonijiet u l-obbligi stabbiliti fl-atti legali, imsemmija f'dan ir-Regolament, filwaqt li jispjegaw liema att legali jenħtieġ li jipprevali.
__________________
__________________
28 Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva), ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1.
28 Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva), ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1.
29 Ir-Regolament (UE) …/.. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill – ir-Regolament propost dwar il-Kontenut Terroristiku Online.
29 Regolament (UE) 2021/784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 dwar l-indirizzar tad-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku online (ĠU L 172, 17.5.2021, p. 79).
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 9a (ġdida)
(9a) F'konformità mal-Artikolu 167(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li jitqiesu l-aspetti kulturali, b'mod partikolari sabiex tiġi rispettata u promossa d-diversità kulturali u lingwistika. Huwa essenzjali li dan ir-Regolament jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, tal-libertà tal-media u għat-trawwim tal-pluraliżmu tal-media kif ukoll tad-diversità kulturali u lingwistika.
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 10
(10) Għal raġunijiet ta' ċarezza, jenħtieġ li jiġi speċifikat ukoll li dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2019/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill30 u għar-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill31, għad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32 u għar-Regolament […/…] dwar deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/58/KE33 kif ukoll għal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, b'mod partikolari d-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34, id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35 u d-Direttiva 93/13/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill36, kif emendata mid-Direttiva (UE) 2019/2161 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill37, u dwar il-protezzjoni tad-data personali, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill38. Il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali hija regolata biss mir-regoli tal-liġi tal-Unjoni dwar dak is-suġġett, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE. Dan ir-Regolament huwa wkoll mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-liġi tal-Unjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol.
(10) Għal raġunijiet ta' ċarezza, jenħtieġ li jiġi speċifikat ukoll li dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2019/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill30 u għar-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill31, għad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32 u għar-Regolament […/…] dwar deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/58/KE33, id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill33a, kif ukoll għal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, b'mod partikolari d-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34, id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35 u d-Direttiva 93/13/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill36, kif emendata mid-Direttiva (UE) 2019/2161 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill37, id-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (UE) 2019/1020, id-Direttiva 2001/95/KE, id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (UE) 2017/239437a, u dwar il-protezzjoni tad-data personali, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill38. Il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali hija regolata biss mir-regoli tal-liġi tal-Unjoni dwar dak is-suġġett, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE. Dan ir-Regolament huwa wkoll mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol.
__________________
__________________
30 Ir-Regolament (UE) 2019/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prekursuri tal-isplussivi, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 1).
30 Ir-Regolament (UE) 2019/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prekursuri tal-isplussivi, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 1).
31 Ir-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 57).
31 Ir-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 57).
32 Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.
32 Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.
33 Ir-Regolament […/…] dwar deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/58/KE.
33 Ir-Regolament […/…] dwar deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/58/KE.
33a Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Riformulazzjoni) (ĠU L 321, 17.12.2018, p. 36).
34 Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ("Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali") (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22)..
34 Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ("Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali") (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).
35 Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).
35 Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).
36 Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993 dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur (ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29).
36 Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993 dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur (ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29).
37 Id-Direttiva (UE) 2019/2161 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2019 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttivi 98/6/KE, 2005/29/KE u 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar aħjar u mmodernizzar tar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur (ĠU L 328, 18.12.2019, p. 7).
37 Id-Direttiva (UE) 2019/2161 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2019 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttivi 98/6/KE, 2005/29/KE u 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar aħjar u mmodernizzar tar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur (ĠU L 328, 18.12.2019, p. 7).
37a Ir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1).
38 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.
38 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 11
(11) Jenħtieġ li jiġi ċċarat li dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-liġi tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, li jistabbilixxu regoli u proċeduri speċifiċi li jenħtieġ li ma jiġux affettwati.
(11) Jenħtieġ li jiġi ċċarat li dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-liġi tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, b'mod partikolari d-Direttiva (UE) 2019/790 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jistabbilixxu regoli u proċeduri speċifiċi li jenħtieġ li ma jiġux affettwati.
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 12
(12) Biex jintlaħaq l-objettiv li jiġi żgurat ambjent online sikur, prevedibbli u affidabbli, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-kunċett ta' "kontenut illegali" jenħtieġ li jiġi definit b'mod wiesa' u jkopri wkoll l-informazzjoni relatata ma' kontenut, prodotti, servizzi u attivitajiet illegali. B'mod partikolari, jenħtieġ li dak il-kunċett jinftiehem li jirreferi għal informazzjoni, irrispettivament mill-forma tagħha, li skont il-liġi applikabbli tkun minnha nnifisha illegali, bħal pereżempju diskors ta' mibegħda illegali jew kontenut terroristiku u kontenut diskriminatorju illegali, jew li tkun relatata ma' attivitajiet li huma illegali, bħal pereżempju l-kondiviżjoni ta' stampi li juru abbuż sesswali tat-tfal, il-kondiviżjoni mhux kunsenswali u illegali ta' stampi privati, l-online stalking, il-bejgħ ta' prodotti mhux konformi jew kontrafatti, l-użu mhux awtorizzat ta' materjal protett bid-drittijiet tal-awtur jew attivitajiet li jinvolvu ksur tal-liġi dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi. F'dan ir-rigward, huwa immaterjali jekk l-illegalità tal-informazzjoni jew tal-attività tirriżultax mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi nazzjonali li hija konsistenti mal-liġi tal-Unjoni u xi jkunu n-natura jew is-suġġett preċiżi tal-liġi inkwistjoni.
(12) Biex jintlaħaq l-objettiv li jiġi żgurat ambjent online sikur, aċċessibbli, prevedibbli u affidabbli, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-kunċett ta' "kontenut illegali" jenħtieġ li jirfed l-idea ġenerali li dak li huwa illegali offline jenħtieġ li jkun illegali online wkoll. Jenħtieġ li l-kunċett ta' "kontenut illegali" jiġi definit b'mod xieraq u jenħtieġ li jkopri l-informazzjoni relatata ma' kontenut, prodotti, servizzi u attivitajiet illegali. B'mod partikolari, jenħtieġ li dak il-kunċett jinftiehem li jirreferi għal informazzjoni, irrispettivament mill-forma tagħha, li skont il-liġi applikabbli tal-Unjoni jew nazzjonali tkun minnha nnifisha illegali, bħal pereżempju diskors ta' mibegħda illegali jew kontenut terroristiku u kontenut diskriminatorju illegali, jew li ma tkunx konformi mal-liġi tal-Unjoni peress li tirreferi għal attivitajiet li huma illegali, bħal pereżempju l-kondiviżjoni ta' stampi li juru abbuż sesswali tat-tfal, il-kondiviżjoni mhux kunsenswali u illegali ta' stampi privati, l-online stalking, il-bejgħ ta' prodotti mhux konformi jew kontrafatti, il-kummerċ illegali ta' annimali, pjanti u sustanzi, l-użu mhux awtorizzat ta' materjal protett bid-drittijiet tal-awtur jew attivitajiet li jinvolvu ksur tal-liġi dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-forniment ta' servizzi illegali b'mod partikolari fil-qasam tas-servizzi ta' akkomodazzjoni fuq pjattaformi tal-kiri għal żmien qasir li mhumiex konformi mal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali. F'dan ir-rigward, huwa immaterjali jekk l-illegalità tal-informazzjoni jew tal-attività tirriżultax mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi nazzjonali li hija konformi mal-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Karta, u xi jkunu n-natura jew is-suġġett preċiżi tal-liġi inkwistjoni.
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 13
(13) Meta wieħed iqis il-karatteristiċi partikolari tas-servizzi kkonċernati u l-ħtieġa korrispondenti biex il-fornituri tagħhom ikunu soġġetti għal ċerti obbligi speċifiċi, jeħtieġ issir distinzjoni, fi ħdan il-kategorija usa' tal-fornituri ta' servizzi ta' hosting kif definiti f'dan ir-Regolament, bejn is-subkategoriji tal-pjattaformi online. Il-pjattaformi online, bħal pereżempju n-networks soċjali jew il-postijiet tas-suq online, jenħtieġ li jiġu definiti bħala fornituri ta' servizzi ta' hosting li mhux biss jaħżnu l-informazzjoni pprovduta mir-riċevituri tas-servizz fuq talba tagħhom, iżda li jxerrdu wkoll dik l-informazzjoni lill-pubbliku, fuq talba tagħhom ukoll. Madankollu, biex tiġi evitata l-impożizzjoni ta' obbligi wesgħin wisq, il-fornituri ta' servizzi ta' hosting jenħtieġ li ma jitqisux bħala pjattaformi online meta d-disseminazzjoni lill-pubbliku tkun sempliċiment karatteristika minuri u purament anċillari ta' servizz ieħor u li, għal raġunijiet tekniċi oġġettivi, dik il-karatteristika ma tkunx tista' tintuża mingħajr dak is-servizz ewlieni l-ieħor, u l-integrazzjoni ta' dik il-karatteristika ma tkunx mezz biex tiġi evitata l-applikabbiltà tar-regoli ta' dan ir-Regolament applikabbli għall-pjattaformi online. Pereżempju, it-taqsima tal-kummenti f'gazzetta online tista' tikkostitwixxi karatteristika bħal din, fejn huwa ċar li hija anċillari għas-servizz ewlieni li qed jiġi rrappreżentat mill-pubblikazzjoni tal-aħbarijiet li huma fir-responsabbiltà editorjali tal-pubblikatur.
(13) Meta wieħed iqis il-karatteristiċi partikolari tas-servizzi kkonċernati u l-ħtieġa korrispondenti biex il-fornituri tagħhom ikunu soġġetti għal ċerti obbligi speċifiċi, jeħtieġ issir distinzjoni, fi ħdan il-kategorija usa' tal-fornituri ta' servizzi ta' hosting kif definiti f'dan ir-Regolament, bejn is-subkategoriji tal-pjattaformi online. Il-pjattaformi online, bħal pereżempju n-networks soċjali jew il-postijiet tas-suq online, jenħtieġ li jiġu definiti bħala fornituri ta' servizzi ta' hosting li mhux biss jaħżnu l-informazzjoni pprovduta mir-riċevituri tas-servizz fuq talba tagħhom, iżda li jxerrdu wkoll dik l-informazzjoni lill-pubbliku, fuq talba tagħhom ukoll. Madankollu, biex tiġi evitata l-impożizzjoni ta' obbligi wesgħin wisq, il-fornituri ta' servizzi ta' hosting jenħtieġ li ma jitqisux bħala pjattaformi online meta d-disseminazzjoni lill-pubbliku tkun sempliċiment karatteristika minuri jew purament anċillari ta' servizz ieħor jew funzjonalità oħra tas-servizz prinċipali u li, għal raġunijiet tekniċi oġġettivi, dik il-karatteristika jew funzjonalità ma tkunx tista' tintuża mingħajr dak is-servizz ewlieni l-ieħor, u l-integrazzjoni ta' dik il-karatteristika jew funzjonalità ma tkunx mezz biex tiġi evitata l-applikabbiltà tar-regoli ta' dan ir-Regolament applikabbli għall-pjattaformi online. Pereżempju, it-taqsima tal-kummenti f'gazzetta online tista' tikkostitwixxi karatteristika bħal din, fejn huwa ċar li hija anċillari għas-servizz ewlieni li qed jiġi rrappreżentat mill-pubblikazzjoni tal-aħbarijiet li huma fir-responsabbiltà editorjali tal-pubblikatur. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li s-servizzi tal-cloud computing ma jitqisux bħala pjattaforma online f'każijiet fejn id-disseminazzjoni ta' kontenut speċifiku tikkostitwixxi karatteristika minuri jew anċillari. Barra minn hekk, servizzi tal-cloud computing meta jservi bħala infrastruttura, pereżempju bħala s-servizzi tal-ħżin u tal-computing infrastrutturali sottostanti ta' applikazzjoni bbażata fuq l-internet jew pjattaforma online, jenħtieġ li ma jitqiesx fih innifsu bħala d-disseminazzjoni lill-pubbliku tal-informazzjoni maħżuna jew ipproċessata fuq talba ta' riċevitur ta' applikazzjoni jew pjattaforma online li jospita.
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 14
(14) Il-kunċett ta' "disseminazzjoni lill-pubbliku", kif użat f'dan ir-Regolament, jenħtieġ li jinkludi t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' informazzjoni lil għadd potenzjalment illimitat ta' persuni, jiġifieri, li l-informazzjoni ssir aċċessibbli faċilment għall-utenti inġenerali mingħajr azzjoni ulterjuri mir-riċevitur tas-servizz li jkun qed jipprovdi l-informazzjoni rikjesta, irrispettivament minn jekk dawk il-persuni jaċċessawx effettivament l-informazzjoni inkwistjoni. Is-sempliċi possibbiltà li jinħolqu gruppi ta' utenti ta' servizzi partikolari jenħtieġ li ma tinftihemx, minnha nnifisha, li tfisser li l-informazzjoni disseminata b'dak il-mod ma tkunx disseminata lill-pubbliku. Madankollu, il-kunċett jenħtieġ li jeskludi d-disseminazzjoni ta' informazzjoni fi ħdan gruppi magħluqin li jikkonsistu minn għadd limitat ta' persuni predeterminati. Is-servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali, kif definit fid-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,39 bħal pereżempju emails jew servizzi ta' trażmissjoni ta' messaġġi privati, jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-informazzjoni titqies disseminata lill-pubbliku skont it-tifsira ta' dan ir-Regolament biss meta dik d-disseminazzjoni sseħħ fuq talba diretta mir-riċevitur tas-servizz li jkun ipprovda l-informazzjoni.
(14) Il-kunċett ta' "disseminazzjoni lill-pubbliku", kif użat f'dan ir-Regolament, jenħtieġ li jinkludi t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' informazzjoni lil għadd potenzjalment illimitat ta' persuni, jiġifieri, li l-informazzjoni ssir aċċessibbli faċilment għall-utenti inġenerali mingħajr azzjoni ulterjuri mir-riċevitur tas-servizz li jkun qed jipprovdi l-informazzjoni rikjesta, irrispettivament minn jekk dawk il-persuni jaċċessawx effettivament l-informazzjoni inkwistjoni. Għaldaqstant, fejn l-aċċess għall-informazzjoni jirrikjedi reġistrazzjoni jew ammissjoni għal grupp ta' utenti, jenħtieġ li dik l-informazzjoni titqies li hija disseminata lill-pubbliku biss meta l-utenti li jfittxu li jaċċessaw l-informazzjoni huma awtomatikament reġistrati jew ammessi mingħajr deċiżjoni jew għażla mill-bniedem dwar lil min jingħata l-aċċess. L-informazzjoni skambjata bl-użu tas-servizz ta' komunikazzjonijiet interpersonali, kif definit fid-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,39 bħal pereżempju emails jew servizzi ta' trażmissjoni ta' messaġġi privati, mhumiex meqjusa li ġew disseminati lill-pubbliku. Jenħtieġ li l-informazzjoni titqies disseminata lill-pubbliku skont it-tifsira ta' dan ir-Regolament biss meta dik d-disseminazzjoni sseħħ fuq talba diretta mir-riċevitur tas-servizz li jkun ipprovda l-informazzjoni.
__________________
__________________
39 Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (riformulazzjoni), ĠU L 321, 17.12.2018, p. 36.
39 Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (riformulazzjoni), ĠU L 321, 17.12.2018, p. 36.
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 16
(16) Iċ-ċertezza legali prevista mill-qafas orizzontali tal-eżenzjonijiet kondizzjonali mir-responsabbiltà għall-fornituri tas-servizzi intermedjarji, stipulati fid-Direttiva 2000/31/KE, ippermettiet li fis-suq intern jitfaċċaw u jespandu bosta servizzi ġodda. Għalhekk jenħtieġ li dak il-qafas jiġi preservat. Madankollu, fid-dawl tad-diverġenzi fit-traspożizzjoni u fl-applikazzjoni tar-regoli rilevanti fil-livell nazzjonali, u għal raġunijiet ta' ċarezza u ta' koerenza, jenħtieġ li dak il-qafas jiġi inkorporat f'dan ir-Regolament. Huwa wkoll meħtieġ li jiġu ċċarati ċerti elementi ta' dak il-qafas, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
(16) Iċ-ċertezza legali prevista mill-qafas orizzontali tal-eżenzjonijiet kondizzjonali mir-responsabbiltà għall-fornituri tas-servizzi intermedjarji, stipulati fid-Direttiva 2000/31/KE, ippermettiet li fis-suq intern jitfaċċaw u jespandu bosta servizzi ġodda. Għalhekk jenħtieġ li dak il-qafas jiġi preservat. Madankollu, fid-dawl tad-diverġenzi fit-traspożizzjoni u fl-applikazzjoni tar-regoli rilevanti fil-livell nazzjonali, u għal raġunijiet ta' ċarezza, ta' konsistenza, ta' prevedibbiltà, ta' aċċessibbiltà u ta' koerenza, jenħtieġ li dak il-qafas jiġi inkorporat f'dan ir-Regolament. Huwa wkoll meħtieġ li jiġu ċċarati ċerti elementi ta' dak il-qafas, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll żviluppi teknoloġiċi u tas-suq.
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 18
(18) L-eżenzjonijiet mir-responsabbiltà stabbiliti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li ma japplikawx meta l-fornitur tas-servizzi intermedjarji, minflok ma jillimita ruħu li jipprovdi is-servizzi b'mod newtrali, sempliċiment permezz ta' pproċessar tekniku u awtomatiku tal-informazzjoni pprovduta mir-riċevitur tas-servizz, dan ikollu rwol attiv tali li jgħarrfu b'dik l-informazzjoni jew jagħtih kontroll fuq dik l-informazzjoni. Għaldaqstant dawk l-eżenzjonijiet jenħtieġ li ma jkunux disponibbli fir-rigward tar-responsabbiltà relatata mal-informazzjoni pprovduta mhux mir-riċevitur tas-servizz iżda mill-fornitur tas-servizzi intermedjarju nnifsu, inkluż meta l-informazzjoni tkun ġiet żviluppata fir-responsabbiltà editorjali ta' dak il-fornitur.
(18) L-eżenzjonijiet mir-responsabbiltà stabbiliti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li ma japplikawx meta l-fornitur tas-servizzi intermedjarji, minflok ma jillimita ruħu li jipprovdi s-servizzi b'mod newtrali, sempliċiment permezz ta' pproċessar tekniku u awtomatiku tal-informazzjoni pprovduta mir-riċevitur tas-servizz, dan ikollu rwol attiv tali li jgħarrfu b'dik l-informazzjoni jew jagħtih kontroll fuq dik l-informazzjoni. Madankollu, jenħtieġ li s-sempliċi klassifikazzjoni jew wiri f'ordni, jew l-użu ta' sistema ta' rakkomandazzjoni, ma jitqisux bħala li għandhom kontroll fuq informazzjoni. Għaldaqstant dawk l-eżenzjonijiet jenħtieġ li ma jkunux disponibbli fir-rigward tar-responsabbiltà relatata mal-informazzjoni pprovduta mhux mir-riċevitur tas-servizz iżda mill-fornitur tas-servizzi intermedjarju nnifsu, inkluż meta l-informazzjoni tkun ġiet żviluppata fir-responsabbiltà editorjali ta' dak il-fornitur.
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 20
(20) Fornitur tas-servizzi intermedjarji li jikkollabora deliberatament ma' riċevitur tas-servizzi biex iwettaq attivitajiet illegali, ma jfornix is-servizz tiegħu b'mod newtrali u għalhekk jenħtieġ li ma jkunx jista' jibbenefika mill-eżenzjonijiet mir-responsabbiltà previsti f'dan ir-Regolament.
(20) Fejn fornitur tas-servizzi intermedjarji jikkollabora deliberatament ma' riċevitur tas-servizzi biex iwettaq attivitajiet illegali, jenħtieġ li s-servizz jitqies li ma ġiex ipprovdut b'mod newtrali u l-fornitur għalhekk jenħtieġ li ma jkunx jista' jibbenefika mill-eżenzjonijiet mir-responsabbiltà previsti f'dan ir-Regolament.
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 21
(21) Fornitur jenħtieġ li jkun jista' jibbenefika mill-eżenzjonijiet mir-responsabbiltà għal servizzi ta' "sempliċi conduit" u ta' "caching" meta dan ma jkun involut bl-ebda mod mal-informazzjoni trażmessa. Dan jirrikjedi, fost affarijiet oħra, li l-fornitur ma jimmodifikax l-informazzjoni li jittrażmetti. Madankollu, dan ir-rekwiżit jenħtieġ li ma jinftihemx li jkopri l-manipulazzjonijiet ta' natura teknika li jsiru matul it-trażmissjoni, peress li tali manipulazzjonijiet ma jbiddlux l-integrità tal-informazzjoni trażmessa.
(21) Fornitur jenħtieġ li jkun jista' jibbenefika mill-eżenzjonijiet mir-responsabbiltà għal servizzi ta' "sempliċi conduit" u ta' "caching" meta dan ma jkun involut bl-ebda mod fil-kontenut tal-informazzjoni trażmessa. Dan jirrikjedi, fost affarijiet oħra, li l-fornitur ma jimmodifikax l-informazzjoni li jittrażmetti. Madankollu, dan ir-rekwiżit jenħtieġ li ma jinftihemx li jkopri l-manipulazzjonijiet ta' natura teknika li jsiru matul it-trażmissjoni, peress li tali manipulazzjonijiet ma jbiddlux l-integrità tal-informazzjoni trażmessa.
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 22
(22) Biex jibbenefika mill-eżenzjoni mir-responsabbiltà għal servizzi ta' hosting, jenħtieġ li l-fornitur, malli effettivament isir jaf jew isir konxju b'xi kontenut illegali, jaġixxi mingħajr dewmien biex ineħħi jew jiddiżattiva l-aċċess għal dak il-kontenut. It-tneħħija jew id-diżattivazzjoni tal-aċċess jenħtieġ li jitwettqu b'rispett tal-prinċipju tal-libertà tal-espressjoni. Il-fornitur jista' jikseb tali għarfien jew konoxxenza effettivi, b'mod partikolari permezz tal-inizjattivi proprji tiegħu jew tal-avviżi sottomessi lilu minn individwi jew entitajiet f'konformità ma' dan ir-Regolament diment li dawk l-avviżi jkunu preċiżi biżżejjed u sostanzjati b'mod xieraq biex jippermettu li operatur ekonomiku diliġenti jidentifika b'mod raġonevoli, jaċċessa u fejn xieraq jaġixxi kontra l-kontenut allegatament illegali.
(22) Biex jibbenefika mill-eżenzjoni mir-responsabbiltà għal servizzi ta' hosting, jenħtieġ li l-fornitur, wara li jsir konxju tan-natura illegali tal-kontenut u b'hekk effettivament isir jaf jew isir konxju, jaġixxi mingħajr dewmien biex ineħħi jew jiddiżattiva l-aċċess għal dak il-kontenut. It-tneħħija jew id-diżattivazzjoni tal-aċċess jenħtieġ li jitwettqu b'rispett ta' livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, inkluż tal-prinċipju tal-libertà ta' espressjon u d-dritt li wieħed jirċievi u jgħaddi informazzjoni u ideat mingħajr interferenza mill-awtorità pubblika. Il-fornitur jista' jikseb għarfien jew konoxxenza effettivi, tan-natura illegali tal-kontenut, b'mod partikolari permezz tal-inizjattivi proprji tiegħu jew tal-avviżi sottomessi lilu minn individwi jew entitajiet f'konformità ma' dan ir-Regolament diment li dawk l-avviżi jkunu preċiżi biżżejjed u sostanzjati b'mod xieraq biex jippermettu li fornitur ta' servizzi ta' hosting diliġenti jidentifika b'mod raġonevoli, jaċċessa u fejn xieraq jaġixxi kontra l-kontenut allegatament illegali. Sakemm il-fornituri jaġixxu malli jiksbu għarfien reali, huma jenħtieġ li jibbenefikaw mill-eżenzjonijiet mir-responsabbiltà msemmija f'dan ir-Regolament.
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 23
(23) Biex tiġi żgurata l-protezzjoni effettiva tal-konsumaturi meta jinvolvu ruħhom fi tranżazzjonijiet kummerċjali intermedjati online, ċerti fornituri ta' servizzi ta' hosting, jiġifieri, il-pjattaformi online li jippermettu lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod mal-kummerċjanti, jenħtieġ li ma jkunux jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni mir-responsabbiltà għall-fornituri ta' servizzi ta' hosting stabbilita f'dan ir-Regolament, sakemm dawk il-pjattaformi online jippreżentaw l-informazzjoni rilevanti relatata mat-tranżazzjonijiet inkwistjoni b'tali mod li din twassal lill-konsumaturi jemmnu li l-informazzjoni ġiet ipprovduta minn dawk il-pjattaformi online nnifishom jew mir-riċevituri tas-servizzi li jaġixxu bl-awtorità jew bil-kontroll tagħhom, u dawk il-pjattaformi online b'hekk ikollhom għarfien tal-informazzjoni jew kontroll fuqha, anki jekk fir-realtà dan jista' ma jkunx il-każ. F'dak ir-rigward, jenħtieġ li jiġi determinat oġġettivament, abbażi taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, jekk il-preżentazzjoni tistax twassal għal tali twemmin min-naħa ta' konsumatur medju u informat raġonevolment sew.
(23) Biex tiġi żgurata l-protezzjoni effettiva tal-konsumaturi meta jinvolvu ruħhom fi tranżazzjonijiet kummerċjali intermedjati online, ċerti fornituri ta' servizzi ta' hosting, jiġifieri, il-pjattaformi online li jippermettu lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod mal-kummerċjanti, jenħtieġ li ma jkunux jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni mir-responsabbiltà għall-fornituri ta' servizzi ta' hosting stabbilita f'dan ir-Regolament, sakemm dawk il-pjattaformi online jippreżentaw l-informazzjoni rilevanti relatata mat-tranżazzjonijiet inkwistjoni b'tali mod li din twassal lill-konsumaturi jemmnu li l-informazzjoni ġiet ipprovduta minn dawk il-pjattaformi online nnifishom jew mir-riċevituri tas-servizzi li jaġixxu bl-awtorità jew bil-kontroll tagħhom, u dawk il-pjattaformi online b'hekk ikollhom għarfien tal-informazzjoni jew kontroll fuqha, anki jekk fir-realtà dan jista' ma jkunx il-każ. F'dak ir-rigward, jenħtieġ li jiġi determinat oġġettivament, abbażi taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, jekk il-preżentazzjoni tistax twassal għal tali twemmin min-naħa ta' konsumatur. Tali twemmin jista' jinħoloq, pereżempju, meta l-pjattaforma online li tippermetti kuntratti mill-bogħod mal-kummerċjanti tonqos milli turi b'mod ċar l-identità tal-kummerċjant skont dan ir-Regolament, jew tkun qed tikkummerċjalizza l-prodott jew is-servizz f'isimha stess minflok tuża l-isem tal-kummerċjant li se jfornih, jew fejn il-fornitur jiddetermina l-prezz finali tal-prodotti jew is-servizzi offruti mill-kummerċjant.
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 25
(25) Biex tinħoloq ċertezza tad-dritt u biex ma jiġux skoraġġuti l-attivitajiet maħsuba biex jiddetettaw, jidentifikaw u jaġixxu kontra l-kontenut illegali li l-fornituri tas-servizzi intermedjarji jistgħu jwettqu b'mod volontarju, jenħtieġ li jiġi ċċarat li s-sempliċi fatt li l-fornituri jwettqu tali attivitajiet ma jwassalx għan-nuqqas ta' disponibbiltà tal-eżenzjonijiet mir-responsabbiltà stabbiliti f'dan ir-Regolament, diment li dawk l-attivitajiet jitwettqu in bona fide u b'mod diliġenti. Barra minn hekk, huwa xieraq li jiġi ċċarat li s-sempliċi fatt li dawk il-fornituri jieħdu miżuri, in bona fide, biex jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-liġi tal-Unjoni, inkluż dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament fir-rigward l-implimentazzjoni tat-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, jenħtieġ li ma jwassalx għan-nuqqas ta' disponibbiltà ta' dawk l-eżenzjonijiet mir-responsabbiltà. Għalhekk, kwalunkwe attivitajiet u miżuri bħal dawn li fornitur speċifiku jaf ikun ħa, jenħtieġ li ma jitqisux meta jiġi determinat jekk il-fornitur jistax jiddependi minn eżenzjoni mir-responsabbiltà, b'mod partikolari fir-rigward ta' jekk il-fornitur ifornix is-servizzi tiegħu b'mod newtrali u għalhekk jistax jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjoni rilevanti, iżda mingħajr ma din ir-regola timplika li l-fornitur jista' neċessarjament jiddependi minnha.
(25) Biex tinħoloq ċertezza tad-dritt u biex ma jiġux skoraġġuti l-attivitajiet maħsuba biex jiddetettaw, jidentifikaw u jaġixxu kontra l-kontenut illegali li l-fornituri tas-servizzi intermedjarji jistgħu jwettqu b'mod volontarju, jenħtieġ li jiġi ċċarat li s-sempliċi fatt li l-fornituri jwettqu tali attivitajiet ma jwassalx għan-nuqqas ta' disponibbiltà tal-eżenzjonijiet mir-responsabbiltà stabbiliti f'dan ir-Regolament, għas-sempliċi raġuni li jkunu qed iwettqu investigazzjonijiet volontarji fuq inizjattiva proprja, għas-sempliċi raġuni li jkunu qed iwettqu investigazzjonijiet volontarji fuq inizjattiva proprja, diment li dawk l-attivitajiet ikunu akkumpanjati b'salvagwardji addizzjonali u jkunu akkumpanjati minn salvagwardji addizzjonali kontra t-tneħħija żejda ta' kontenut legali. Jenħtieġ li l-fornituri ta' servizzi intermedjarji jagħmlu l-aħjar sforzi biex jiżguraw li fejn jintużaw għodod awtomatizzati għall-moderazzjoni tal-kontenut, it-teknoloġija tkun affidabbli biżżejjed biex tillimita kemm jista' jkun ir-rata ta' żbalji fejn l-informazzjoni titqies b'mod żbaljat bħala kontenut illegali. Barra minn hekk, huwa xieraq li jiġi ċċarat li s-sempliċi fatt li dawk il-fornituri jieħdu miżuri, in bona fide, biex jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-liġi tal-Unjoni, inkluż dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament fir-rigward l-implimentazzjoni tat-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, jenħtieġ li ma jwassalx għan-nuqqas ta' disponibbiltà ta' dawk l-eżenzjonijiet mir-responsabbiltà. Għalhekk, kwalunkwe attivitajiet u miżuri bħal dawn li fornitur speċifiku jaf ikun ħa, jenħtieġ li ma jitqisux meta jiġi determinat jekk il-fornitur jistax jiddependi minn eżenzjoni mir-responsabbiltà, b'mod partikolari fir-rigward ta' jekk il-fornitur ifornix is-servizzi tiegħu b'mod newtrali u għalhekk jistax jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjoni rilevanti, iżda mingħajr ma din ir-regola timplika li l-fornitur jista' neċessarjament jiddependi minnha.
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 26
(26) Filwaqt li r-regoli tal-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament jikkonċentraw fuq l-eżenzjoni mir-responsabbiltà tal-fornituri tas-servizzi intermedjarji, huwa importanti li wieħed ifakkar li, minkejja r-rwol ġeneralment importanti li jaqdu dawk il-fornituri, il-problema tal-kontenut u tal-attivitajiet illegali online jenħtieġ li ma tiġix indirizzata billi tingħata attenzjoni biss lir-responsabbiltajiet tagħhom. Fejn ikun possibbli, il-partijiet terzi affettwati mill-kontenut illegali trażmess jew maħżun online jenħtieġ li jippruvaw isolvu l-kunflitti relatati ma' tali kontenut mingħajr ma jinvolvu lill-fornituri tas-servizzi intermedjarji inkwistjoni. Jenħtieġ li r-riċevituri tas-servizzi jinżammu responsabbli, meta jipprevedu hekk ir-regoli applikabbli tal-liġi tal-Unjoni u tal-liġi nazzjonali li jiddeterminaw tali responsabbiltà, għall-kontenut illegali li jipprovdu u li jistgħu jxerrdu permezz tas-servizzi intermedjarji. Fejn xieraq, atturi oħrajn, bħal pereżempju l-moderaturi tal-gruppi f'ambjenti online magħluqa, b'mod partikolari fil-każ ta' gruppi kbar, jenħtieġ li jgħinu wkoll biex tiġi evitata d-disseminazzjoni ta' kontenut illegali online, f'konformità mal-liġi applikabbli. Barra minn hekk, fejn ikun meħtieġ li jiġu involuti l-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, inkluż il-fornituri tas-servizzi intermedjarji, kwalunkwe talbiet jew ordnijiet għal tali involviment jenħtieġ li, bħala regola ġenerali, jiġu diretti lejn l-attur li jkollu l-abbiltà teknika u operattiva li jaġixxi kontra elementi speċifiċi tal-kontenut illegali, biex jiġu evitati u minimizzati kwalunkwe effetti negattivi possibbli għad-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni li mhijiex kontenut illegali.
(26) Filwaqt li r-regoli tal-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament jikkonċentraw fuq l-eżenzjoni mir-responsabbiltà tal-fornituri tas-servizzi intermedjarji, huwa importanti li wieħed ifakkar li, minkejja r-rwol ġeneralment importanti li jaqdu dawk il-fornituri, il-problema tal-kontenut u tal-attivitajiet illegali online jenħtieġ li ma tiġix indirizzata billi tingħata attenzjoni biss lir-responsabbiltajiet tagħhom. Fejn ikun possibbli, il-partijiet terzi affettwati mill-kontenut illegali trażmess jew maħżun online jenħtieġ li jippruvaw isolvu l-kunflitti relatati ma' tali kontenut mingħajr ma jinvolvu lill-fornituri tas-servizzi intermedjarji inkwistjoni. Jenħtieġ li r-riċevituri tas-servizzi jinżammu responsabbli, meta jipprevedu hekk ir-regoli applikabbli tal-liġi tal-Unjoni u tal-liġi nazzjonali li jiddeterminaw tali responsabbiltà, għall-kontenut illegali li jipprovdu u li jistgħu jxerrdu permezz tas-servizzi intermedjarji. Fejn xieraq, atturi oħrajn, bħal pereżempju l-moderaturi tal-gruppi f'ambjenti online magħluqa u miftuħa, b'mod partikolari fil-każ ta' gruppi kbar, jenħtieġ li jgħinu wkoll biex tiġi evitata d-disseminazzjoni ta' kontenut illegali online, f'konformità mal-liġi applikabbli. Barra minn hekk, fejn ikun meħtieġ li jiġu involuti l-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, inkluż il-fornituri tas-servizzi intermedjarji, kwalunkwe talba jew ordni għal tali involviment jenħtieġ li, bħala regola ġenerali, tiġi diretta lejn il-fornitur speċifiku li jkollu l-abbiltà teknika u operattiva li jaġixxi kontra elementi speċifiċi tal-kontenut illegali, biex jiġu evitati u minimizzati kwalunkwe effett negattiv possibbli għad-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni li mhijiex kontenut illegali. Konsegwentement, jenħtieġ li l-fornituri jaġixxu fejn ikunu fl-aħjar pożizzjoni biex jagħmlu dan.
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 27
(27) Mis-sena 2000 'l hawn, tfaċċaw teknoloġiji ġodda li jtejbu d-disponibbiltà, l-effiċjenza, il-veloċità, l-affidabbiltà, il-kapaċità u s-sigurtà tas-sistemi għat-trażmissjoni u għall-ħżin tad-data online, u dan wassal għal ekosistema diġitali dejjem aktar kumplessa. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li wieħed ifakkar li l-fornituri tas-servizzi li jistabbilixxu u jiffaċilitaw l-arkitettura loġika sottostanti u l-funzjonament tajjeb tal-internet, inkluż il-funzjonijiet awżiljarji tekniċi, jistgħu wkoll jibbenefikaw mill-eżenzjonijiet mir-responsabbiltà stabbiliti f'dan ir-Regolament, diment li s-servizzi tagħhom jikkwalifikaw bħala servizzi ta' "sempliċi conduits", "caching" jew "hosting". Tali servizzi jinkludu, skont il-każ, in-networks ta' żona lokali mingħajr fili, is-servizzi tas-sistema tal-ismijiet ta' dominji (DNS), ir-reġistri ta' ismijiet ta' dominji tal-ogħla livell, l-awtoritajiet ta' ċertifikazzjoni li joħorġu ċertifikati diġitali jew networks tat-twassil tal-kontenut, li jiffaċilitaw jew itejbu l-funzjonijiet ta' fornituri oħra tas-servizzi intermedjarji. B'mod simili, is-servizzi li jintużaw għal skopijiet ta' komunikazzjoni, u l-mezzi tekniċi għat-twassil tagħhom, evolvew b'mod konsiderevoli wkoll, u dan irriżulta f'servizzi online bħal pereżempju l-Vuċi fuq IP, is-servizzi ta' trażmissjoni ta' messaġġi u s-servizzi ta' email ibbażati fuq il-web, fejn il-komunikazzjoni titwassal b'servizzi ta' aċċess għall-internet. Dawk is-servizzi wkoll jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjonijiet mir-responsabbiltà, diment li jikkwalifikaw bħala servizzi ta' "sempliċi conduit", "caching" jew "hosting".
(27) Mis-sena 2000 'l hawn, tfaċċaw teknoloġiji ġodda li jtejbu d-disponibbiltà, l-effiċjenza, il-veloċità, l-affidabbiltà, il-kapaċità u s-sigurtà tas-sistemi għat-trażmissjoni u għall-ħżin tad-data online, u dan wassal għal ekosistema diġitali dejjem aktar kumplessa. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li wieħed ifakkar li l-fornituri tas-servizzi li jistabbilixxu u jiffaċilitaw l-arkitettura loġika sottostanti u l-funzjonament tajjeb tal-internet, inkluż il-funzjonijiet awżiljarji tekniċi, jistgħu wkoll jibbenefikaw mill-eżenzjonijiet mir-responsabbiltà stabbiliti f'dan ir-Regolament, diment li s-servizzi tagħhom jikkwalifikaw bħala servizzi ta' "sempliċi conduits", "caching" jew "hosting". Tali servizzi jinkludu, skont il-każ u fost affarijiet oħra, in-networks ta' żona lokali mingħajr fili, is-servizzi tas-sistema tal-ismijiet ta' dominji (DNS), ir-reġistri ta' ismijiet ta' dominji tal-ogħla livell, l-awtoritajiet ta' ċertifikazzjoni li joħorġu ċertifikati diġitali, Networks Privati Virtwali, servizzi tal-infrastruttura tal-cloud jew networks tat-twassil tal-kontenut, li jiffaċilitaw jew itejbu l-funzjonijiet ta' fornituri oħra tas-servizzi intermedjarji. B'mod simili, is-servizzi li jintużaw għal skopijiet ta' komunikazzjoni, u l-mezzi tekniċi għat-twassil tagħhom, evolvew b'mod konsiderevoli wkoll, u dan irriżulta f'servizzi online bħal pereżempju l-Vuċi fuq IP, is-servizzi ta' trażmissjoni ta' messaġġi u s-servizzi ta' email ibbażati fuq il-web, fejn il-komunikazzjoni titwassal b'servizzi ta' aċċess għall-internet. Dawk is-servizzi wkoll jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjonijiet mir-responsabbiltà, diment li jikkwalifikaw bħala servizzi ta' "sempliċi conduit", "caching" jew "hosting".
Emenda 24 Proposta għal regolament Premessa 27a (ġdida)
(27a) Paġna web unika jew sit web uniku jistgħu jinkludu elementi li jikkwalifikaw b'mod differenti bejn "sempliċi conduit", "caching" jew servizzi ta' hosting u r-regoli għall-eżenzjonijiet mir-responsabbiltà jenħtieġ li japplikaw għal kull wieħed minnhom kif xieraq. Pereżempju, magna tat-tiftix tista' taġixxi biss bħala servizz ta' "caching" fir-rigward tal-informazzjoni inkluża fir-riżultati ta' tiftixa. Madankollu, l-elementi murija flimkien ma' dawk ir-riżultati, bħar-reklamar online, xorta jikkwalifikaw bħala servizz ta' hosting.
Emendi 25 u 517/rev Proposta għal regolament Premessa 28
(28) Il-fornituri tas-servizzi intermedjarji jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal obbligu ta' monitoraġġ fir-rigward tal-obbligi ta' natura ġenerali. Dan ma jikkonċernax l-obbligi ta' monitoraġġ f'każ speċifiku u, b'mod partikolari, ma jaffettwax l-ordnijiet mill-awtoritajiet nazzjonali f'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-ebda ħaġa f'dan ir-Regolament ma tiġi interpretata bħala impożizzjoni ta' obbligu ta' monitoraġġ ġenerali jew ta' tiftix attiv tal-fatti, jew bħala obbligu ġenerali biex il-fornituri jieħdu miżuri proattivi fir-rigward tal-kontenut illegali.
(28) Il-fornituri tas-servizzi intermedjarji jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal obbligu ta' monitoraġġ, la de jure u lanqas de facto fir-rigward tal-obbligi ta' natura ġenerali. Dan ma jikkonċernax l-obbligi ta' monitoraġġ speċifiċi u identifikati kif xieraq f'każ speċifiku, meta stabbiliti f'atti tal-Unjoni u, b'mod partikolari, ma jaffettwax l-ordnijiet mill-awtoritajiet nazzjonali f'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali li jimplimentaw atti tal-Unjoni, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u liġi oħra tal-Unjoni meqjusa bħala lex specialis. Jenħtieġ li l-ebda ħaġa f'dan ir-Regolament ma tiġi interpretata bħala impożizzjoni ta' obbligu ta' monitoraġġ ġenerali jew ta' tiftix attiv tal-fatti, jew bħala obbligu ġenerali biex il-fornituri jieħdu miżuri proattivi fir-rigward tal-kontenut illegali. Bl-istess mod, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jipprevjenux lill-fornituri ta' servizzi intermedjarji milli jipprovdu servizzi kriptati minn tarf sa tarf. L-applikazzjoni ta' kriptaġġ effettiv minn tarf sa tarf għad-data hija essenzjali għall-fiduċja u s-sigurtà fuq l-Internet, u tipprevjeni b'mod effettiv l-aċċess mhux awtorizzat minn partijiet terzi. Barra minn hekk, biex tiġi żgurata privatezza diġitali effettiva, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jimponux obbligu ġenerali fuq il-fornituri ta' servizzi intermedjarji biex jillimitaw l-użu anonimu tas-servizzi tagħhom. F'konformità mal-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data u sabiex jiġu evitati d-divulgazzjoni mhux awtorizzata, is-serq tal-identità u forom oħra ta' abbuż tad-data personali, ir-riċevituri jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jużaw u li jħallsu għal servizzi b'mod anonimu kull meta sforzi raġonevoli jistgħu jagħmlu dan possibbli. Jenħtieġ li dan japplika mingħajr preġudizzju għall-obbligi fil-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali. Il-fornituri jistgħu jippermettu l-użu anonimu tas-servizzi tagħhom billi joqogħdu lura milli jiġbru data personali dwar ir-riċevitur u l-attivitajiet online tagħhom u billi ma jwaqqfux lir-riċevituri milli jużaw networks ta' anonimizzazzjoni għall-aċċess għas-servizz. Il-ħlas anonimu jista' jsir pereżempju permezz ta' ħlas fi flus, billi jintużaw vawċers imħallsa bi flus jew strumenti ta' ħlas minn qabel.
Emenda 26 Proposta għal regolament Premessa 29
(29) Skont is-sistema legali ta' kull Stat Membru u l-qasam tal-liġi inkwistjoni, l-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi nazzjonali jistgħu jordnaw lill-fornituri tas-servizzi intermedjarji biex jaġixxu kontra ċerti elementi speċifiċi tal-kontenut illegali jew biex jipprovdu ċerti elementi speċifiċi ta' informazzjoni. Il-liġijiet nazzjonali li abbażi tagħhom jinħarġu tali ordnijiet ivarjaw b'mod konsiderevoli u l-ordnijiet huma indirizzati aktar u aktar f'sitwazzjonijiet transfruntieri. Biex jiġi żgurat li dawk l-ordnijiet jkunu jistgħu jiġu rispettati b'mod effettiv u effiċjenti, biex l-awtoritajiet pubbliċi kkonċernati jkunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom u l-fornituri ma jkunux soġġetti għal piżijiet sproporzjonati, mingħajr ma jiġu affettwati bla bżonn id-drittijiet u l-interessi leġittimi ta' kwalunkwe partijiet terzi, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti ċerti kundizzjonijiet li jenħtieġ li jissodisfaw dawk l-ordnijiet u ċerti rekwiżiti kumplimentari relatati mal-ipproċessar ta' dawn l-ordnijiet.
(29) Skont is-sistema legali ta' kull Stat Membru u l-qasam tal-liġi inkwistjoni, l-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi nazzjonali jistgħu jordnaw lill-fornituri tas-servizzi intermedjarji biex jaġixxu kontra ċerti elementi speċifiċi tal-kontenut illegali jew biex jipprovdu ċerti elementi speċifiċi ta' informazzjoni. Il-liġijiet nazzjonali f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, inkluża l-Karta li abbażi tagħhom jinħarġu tali ordnijiet ivarjaw b'mod konsiderevoli u l-ordnijiet huma indirizzati aktar u aktar f'sitwazzjonijiet transfruntieri. Biex jiġi żgurat li dawk l-ordnijiet jkunu jistgħu jiġu rispettati b'mod effettiv u effiċjenti, biex l-awtoritajiet pubbliċi kkonċernati jkunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom u l-fornituri ma jkunux soġġetti għal piżijiet sproporzjonati, mingħajr ma jiġu affettwati bla bżonn id-drittijiet u l-interessi leġittimi ta' kwalunkwe partijiet terzi, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti ċerti kundizzjonijiet li jenħtieġ li jissodisfaw dawk l-ordnijiet u ċerti rekwiżiti kumplimentari relatati mal-ipproċessar effettiv ta' dawn l-ordnijiet.
Emenda 27 Proposta għal regolament Premessa 30
(30) L-ordnijiet għall-azzjoni kontra l-kontenut illegali jew għall-provvista ta' informazzjoni jenħtieġ li jinħarġu f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 u l-projbizzjoni ta' obbligi ta' monitoraġġ ġenerali tal-informazzjoni jew biex isir tiftix attiv tal-fatti jew taċ-ċirkostanzi li jindikaw attività illegali stabbilita f'dan ir-Regolament. Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament li japplikaw għall-ordnijiet għall-azzjoni kontra l-kontenut illegali huma mingħajr preġudizzju għal atti oħrajn tal-Unjoni li jipprevedu sistemi simili għall-azzjoni kontra tipi speċifiċi ta' kontenut illegali, bħal pereżempju r-Regolament (UE) …/…. [ir-Regolament propost dwar l-indirizzar tad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online], jew ir-Regolament (UE) 2017/2394 li jikkonferixxi setgħat speċifiċi biex tiġi ordnata l-provvista ta' informazzjoni dwar l-awtoritajiet ta' infurzar tal-liġi dwar il-konsumaturi tal-Istati Membri, filwaqt li l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti li japplikaw għall-ordnijiet biex tiġi pprovduta informazzjoni huma mingħajr preġudizzju għal atti oħra tal-Unjoni li jipprevedu regoli rilevanti simili għal setturi speċifiċi. Dawn il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti jenħtieġ li jkunu mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar ir-ritenzjoni u l-preservazzjoni skont il-liġi nazzjonali applikabbli, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni u mat-talbiet għall-kunfidenzjalità mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi relatati man-nondivulgazzjoni ta' informazzjoni.
(30) L-ordnijiet għall-azzjoni kontra l-kontenut illegali jew għall-provvista ta' informazzjoni jenħtieġ li jinħarġu f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, inkluż il-Karta u b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 u l-projbizzjoni ta' obbligi ta' monitoraġġ ġenerali tal-informazzjoni jew biex isir tiftix attiv tal-fatti jew taċ-ċirkostanzi li jindikaw attività illegali stabbilita f'dan ir-Regolament. Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament li japplikaw għall-ordnijiet għall-azzjoni kontra l-kontenut illegali huma mingħajr preġudizzju għal atti oħrajn tal-Unjoni li jipprevedu sistemi simili għall-azzjoni kontra tipi speċifiċi ta' kontenut illegali, bħal pereżempju r-Regolament (UE) 2021/784 dwar l-indirizzar tad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online], jew ir-Regolament (UE) 2017/2394 li jikkonferixxi setgħat speċifiċi biex tiġi ordnata l-provvista ta' informazzjoni dwar l-awtoritajiet ta' infurzar tal-liġi dwar il-konsumaturi tal-Istati Membri, filwaqt li l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti li japplikaw għall-ordnijiet biex tiġi pprovduta informazzjoni huma mingħajr preġudizzju għal atti oħra tal-Unjoni li jipprevedu regoli rilevanti simili għal setturi speċifiċi. Dawn il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti jenħtieġ li jkunu mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar ir-ritenzjoni u l-preservazzjoni skont il-liġi nazzjonali applikabbli, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni u mat-talbiet għall-kunfidenzjalità mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi relatati man-nondivulgazzjoni ta' informazzjoni.
Emenda 28 Proposta għal regolament Premessa 31
(31) Il-kamp ta' applikazzjoni territorjali ta' tali ordnijiet għall-azzjoni kontra l-kontenut illegali jenħtieġ li jiġi stabbilit b'mod ċar abbażi tal-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi nazzjonali applikabbli li tippermetti l-ħruġ tal-ordni u jenħtieġ li ma jaqbiżx dak li huwa strettament meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi tiegħu. F'dak ir-rigward, l-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva nazzjonali li tkun qed toħroġ l-ordni jenħtieġ li tibbilanċja l-objettiv li l-ordni tipprova tilħaq, f'konformità mal-bażi ġuridika li tippermetti l-ħruġ tagħha, mad-drittijiet u l-interessi leġittimi tal-partijiet terzi kollha li jistgħu jiġu affettwati mill-ordni, b'mod partikolari d-drittijiet fundamentali tagħhom skont il-Karta. Barra minn hekk, meta l-ordni li tirreferi għall-informazzjoni speċifika jista' jkollha effetti lil hinn mit-territorju tal-Istat Membru tal-awtorità kkonċernata, jenħtieġ li l-awtorità tivvaluta jekk huwiex probabbli li l-informazzjoni inkwistjoni tikkostitwixxi kontenut illegali fi Stati Membri oħra kkonċernati u, fejn rilevanti, tqis ir-regoli rilevanti tal-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi internazzjonali u l-interessi tal-korteżija internazzjonali.
(31) Il-kamp ta' applikazzjoni territorjali ta' tali ordnijiet għall-azzjoni kontra l-kontenut illegali jenħtieġ li jiġi stabbilit b'mod ċar abbażi tal-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi nazzjonali applikabbli f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, inklużi d-Direttiva 2000/31/KE u l-Karta, li tippermetti l-ħruġ tal-ordni u jenħtieġ li ma jaqbiżx dak li huwa strettament meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi tiegħu. F'dak ir-rigward, l-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva nazzjonali li tkun qed toħroġ l-ordni jenħtieġ li tibbilanċja l-objettiv li l-ordni tipprova tilħaq, f'konformità mal-bażi ġuridika li tippermetti l-ħruġ tagħha, mad-drittijiet u l-interessi leġittimi tal-partijiet terzi kollha li jistgħu jiġu affettwati mill-ordni, b'mod partikolari d-drittijiet fundamentali tagħhom skont il-Karta. Fuq bażi eċċezzjonali, meta l-ordni li tirreferi għall-informazzjoni speċifika jista' jkollha effetti lil hinn mit-territorju tal-Istat Membru tal-awtorità kkonċernata, jenħtieġ li l-awtorità tivvaluta jekk huwiex probabbli li l-informazzjoni inkwistjoni tikkostitwixxi kontenut illegali fi Stati Membri oħra kkonċernati u, fejn rilevanti, tqis ir-regoli rilevanti tal-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi internazzjonali u l-interessi tal-korteżija internazzjonali.
Emenda 29 Proposta għal regolament Premessa 32
(32) L-ordnijiet biex tiġi pprovduta informazzjoni li huma regolati minn dan ir-Regolament jikkonċernaw il-produzzjoni ta' informazzjoni speċifika dwar riċevituri individwali tas-servizz intermedjarju kkonċernat, u li huma identifikati f'dawk l-ordnijiet bl-iskop li tiġi determinata l-konformità mir-riċevituri tas-servizzi mar-regoli tal-Unjoni jew mar-regoli nazzjonali applikabbli. Għalhekk, l-ordnijiet dwar l-informazzjoni fuq grupp ta' riċevituri tas-servizz li mhumiex identifikati b'mod speċifiku, inkluż l-ordnijiet biex tiġi pprovduta informazzjoni aggregata meħtieġa għal skopijiet statistiċi jew għat-tfassil tal-politika abbażi ta' evidenza, jenħtieġ li jibqgħu mhux affettwati mir-regoli ta' dan ir-Regolament dwar l-għoti tal-informazzjoni.
(32) L-ordnijiet biex tiġi pprovduta informazzjoni li huma regolati minn dan ir-Regolament jikkonċernaw il-produzzjoni ta' informazzjoni speċifika dwar riċevituri individwali tas-servizz intermedjarju kkonċernat, u li huma identifikati f'dawk l-ordnijiet bl-iskop li tiġi determinata l-konformità mir-riċevituri tas-servizzi mar-regoli tal-Unjoni jew mar-regoli nazzjonali applikabbli. Għalhekk, l-ordnijiet dwar l-informazzjoni fuq grupp ta' riċevituri tas-servizz li mhumiex identifikati b'mod speċifiku, inkluż l-ordnijiet biex tiġi pprovduta informazzjoni aggregata meħtieġa għal skopijiet statistiċi jew għat-tfassil tal-politika abbażi ta' evidenza, jenħtieġ li jibqgħu mhux affettwati mir-regoli ta' dan ir-Regolament dwar l-għoti tal-informazzjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tal-qafas legali tal-Unjoni dwar il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet u l-privatezza online, kif ukoll dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali minqux fid-Direttiva (UE) 2016/680. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-Istati Membri jirrispettaw id-drittijiet tal-individwi u l-ġurnalisti u joqogħdu lura milli jfittxu informazzjoni li tista' tagħmel ħsara lil-libertà tal-media jew il-libertà tal-espressjoni.
Emenda 30 Proposta għal regolament Premessa 33
(33) L-ordnijiet għall-azzjoni kontra l-kontenut illegali u biex tiġi pprovduta l-informazzjoni huma soġġetti għar-regoli li jissalvagwardjaw il-kompetenza tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-fornitur tas-servizz indirizzat u li jistabbilixxu derogi possibbli minn dik il-kompetenza f'ċerti każijiet, stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/31/KE, biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjoni ta' dak l-Artikolu. Peress li l-ordnijiet inkwistjoni huma relatati ma' elementi speċifiċi tal-kontenut u tal-informazzjoni illegali, rispettivament, meta dawn ikunu indirizzati lill-fornituri tas-servizzi intermedjarji stabbiliti fi Stat Membru ieħor, fil-prinċipju, dawn ma jirrestrinġux il-libertà ta' dawk il-fornituri fil-forniment tas-servizzi tagħhom bejn il-fruntieri. Għalhekk, ir-regoli stipulati fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/31/KE, inkluż dawk li jirrigwardaw il-ħtieġa li jiġu ġustifikati l-miżuri li jidderogaw mill-kompetenza tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-fornitur tas-servizz, għal ċerti raġunijiet speċifiċi u rigward in-notifika ta' tali miżuri, ma japplikawx fir-rigward ta' dawk l-ordnijiet.
(33) L-ordnijiet għall-azzjoni kontra l-kontenut illegali u biex tiġi pprovduta l-informazzjoni huma soġġetti għar-regoli li jissalvagwardjaw il-kompetenza tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-fornitur tas-servizz indirizzat u li jistabbilixxu derogi possibbli minn dik il-kompetenza f'ċerti każijiet, stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/31/KE, biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjoni ta' dak l-Artikolu. Peress li l-ordnijiet inkwistjoni huma relatati ma' elementi speċifiċi tal-kontenut u tal-informazzjoni illegali, kif definiti fil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali f'konformità mad-dritt tal-Unjoni, rispettivament, meta dawn ikunu indirizzati lill-fornituri tas-servizzi intermedjarji stabbiliti fi Stat Membru ieħor, fil-prinċipju, jenħtieġ li dawn ma jirrestrinġux il-libertà ta' dawk il-fornituri fil-forniment tas-servizzi tagħhom bejn il-fruntieri. Jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tittrażmetti l-ordnijiet biex taġixxi kontra kontenut illegali u biex tipprovdi informazzjoni direttament lid-destinatarju rilevanti bi kwalunkwe mezz elettroniku li kapaċi jipproduċi rekord bil-miktub taħt kundizzjonijiet li jippermettu lill-fornitur ta' servizz jistabbilixxi l-awtentiċità, inkluża l-akkuratezza tad-data u l-ħin ta' meta tintbagħat l-ordni, bħal permezz ta' posta elettronika sikura u pjattaformi jew kanali garantiti oħra, inklużi dawk magħmula disponibbli mill-fornitur tas-servizz, f'konformità mar-regoli li jipproteġu d-data personali. Jenħtieġ li dan ir-rekwiżit jiġi ssodisfat b'mod partikolari bl-użu ta' servizzi elettroniċi kwalifikati ta' konsenja rreġistrati kif previst fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar ir-rikonoxximent reċiproku u l-infurzar ta' sentenzi, jiġifieri fir-rigward tad-dritt li jiġi rrifjutat ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' ordni għal azzjoni kontra kontenut illegali, b'mod partikolari fejn tali ordni tmur kontra l-ordni pubbliku fl-Istat Membru fejn qed jintalab ir-rikonoxximent jew l-infurzar.
Emenda 31 Proposta għal regolament Premessa 33a (ġdida)
(33a) Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jipprevjenix lill-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi nazzjonali rilevanti abbażi tal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni, milli joħorġu ordni biex jerġa' jiġi stabbilit il-kontenut, fejn tali kontenut ikun konformi mat-termini u l-kundizzjonijiet tal-fornitur tas-servizzi intermedjarju, iżda jkun ġie kkunsidrat bi żball bħala illegali mill-fornitur tas-servizz u jkun tneħħa.
Emenda 32 Proposta għal regolament Premessa 33b (ġdida)
(33b) Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-ordnijiet ta' azzjoni kontra l-kontenut illegali u l-għoti ta' informazzjoni jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni, inkluż mal-Karta. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi rispons effettiv għall-ksur tad-dritt tal-Unjoni permezz ta' proċedimenti ta' ksur.
Emenda 33 Proposta għal regolament Premessa 34
(34) Biex jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament, u b'mod partikolari biex jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern u biex jiġi żgurat ambjent online sikur u trasparenti, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit sett ċar u bilanċjat ta' obbligi armonizzati ta' diliġenza dovuta għall-fornituri tas-servizzi intermedjarji. Dawk l-obbligi jenħtieġ li jimmiraw b'mod partikolari l-garanzija ta' objettivi differenti tal-politika pubblika bħal pereżempju s-sikurezza u l-fiduċja tar-riċevituri tas-servizz, inkluż il-minuri u l-utenti vulnerabbli, il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali rilevanti minquxa fil-Karta, l-iżgurar ta' akkontabbiltà sinifikattiva ta' dawk il-fornituri u l-għoti tas-setgħa lir-riċevituri u lil partijiet affettwati oħrajn, filwaqt li tiġi ffaċilitata s-superviżjoni meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti.
(34) Biex jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament, u b'mod partikolari biex jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern u biex jiġi żgurat ambjent online sikur u trasparenti, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit sett ċar, effettiv, prevedibbli u bilanċjat ta' obbligi armonizzati ta' diliġenza dovuta għall-fornituri tas-servizzi intermedjarji. Dawk l-obbligi jenħtieġ li jimmiraw b'mod partikolari l-garanzija ta' objettivi differenti tal-politika pubblika bħal pereżempju livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, is-sikurezza u l-fiduċja tar-riċevituri tas-servizz, inkluż il-minuri u l-utenti vulnerabbli, il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali rilevanti minquxa fil-Karta, l-akkontabbiltà sinifikattiva ta' dawk il-fornituri u l-għoti tas-setgħa lir-riċevituri u lil partijiet affettwati oħrajn, filwaqt li tiġi ffaċilitata s-superviżjoni meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti.
Emenda 34 Proposta għal regolament Premessa 35
(35) F'dak ir-rigward, huwa importanti li l-obbligi ta' diliġenza dovuta jiġu adattati għat-tip u għan-natura tas-servizz intermedjarju kkonċernat. Għalhekk dan ir-Regolament jistabbilixxi obbligi bażiċi applikabbli għall-fornituri kollha tas-servizzi intermedjarji, kif ukoll obbligi addizzjonali għall-fornituri ta' servizzi ta' hosting u, b'mod aktar speċifiku, għall-pjattaformi online u għall-pjattaformi online kbar ħafna. Sal-punt li l-fornituri tas-servizzi intermedjarji jistgħu jaqgħu f'dawk il-kategoriji differenti fid-dawl tan-natura u tad-daqs tas-servizzi tagħhom, jenħtieġ li dawn jikkonformaw mal-obbligi korrispondenti kollha ta' dan ir-Regolament. Dawk l-obbligi armonizzati ta' diliġenza dovuta, li jenħtieġ li jkunu raġonevoli u mhux arbitrarji, huma meħtieġa biex jiġi indirizzat it-tħassib identifikat ta' politika pubblika, bħal pereżempju s-salvagwardja tal-interessi leġittimi tar-riċevituri tas-servizz, l-indirizzar tal-prattiki illegali u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali online.
(35) F'dak ir-rigward, huwa importanti li l-obbligi ta' diliġenza dovuta jiġu adattati għat-tip, għan-natura u għad-daqs tas-servizz intermedjarju kkonċernat. Għalhekk dan ir-Regolament jistabbilixxi obbligi bażiċi applikabbli għall-fornituri kollha tas-servizzi intermedjarji, kif ukoll obbligi addizzjonali għall-fornituri ta' servizzi ta' hosting u, b'mod aktar speċifiku, għall-pjattaformi online u għall-pjattaformi online kbar ħafna. Sal-punt li l-fornituri tas-servizzi intermedjarji jistgħu jaqgħu f'dawk il-kategoriji differenti fid-dawl tan-natura u tad-daqs tas-servizzi tagħhom, jenħtieġ li dawn jikkonformaw mal-obbligi korrispondenti kollha ta' dan ir-Regolament fir-rigward ta' dawk is-servizzi. Dawk l-obbligi armonizzati ta' diliġenza dovuta, li jenħtieġ li jkunu raġonevoli u mhux arbitrarji, huma meħtieġa biex jiġi indirizzat it-tħassib identifikat ta' politika pubblika, bħal pereżempju s-salvagwardja tal-interessi leġittimi tar-riċevituri tas-servizz, l-indirizzar tal-prattiki illegali u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali online.
Emenda 35 Proposta għal regolament Premessa 36
(36) Biex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni bla xkiel u effiċjenti rigward kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament, il-fornituri tas-servizzi intermedjarji jenħtieġ li jkunu meħtieġa jistabbilixxu punt uniku ta' kuntatt u jippubblikaw l-informazzjoni rilevanti relatata mal-punt ta' kuntatt tagħhom, inkluż il-lingwi li jridu jintużaw f'tali komunikazzjonijiet. Il-punt ta' kuntatt jista' jintuża wkoll minn sinjalaturi fdati u minn entitajiet professjonali li għandhom relazzjoni speċifika mal-fornitur tas-servizzi intermedjarji. B'kuntrast għar-rappreżentant legali, il-punt ta' kuntatt jenħtieġ li jservi skopijiet operattivi u mhux neċessarjament jenħtieġ li jkun jinsab f'post fiżiku.
(36) Biex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni bla xkiel u effiċjenti rigward kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament, il-fornituri tas-servizzi intermedjarji jenħtieġ li jkunu meħtieġa jaħtru punt uniku ta' kuntatt u jippubblikaw l-informazzjoni rilevanti u aġġornata relatata mal-punt ta' kuntatt tagħhom, inkluż il-lingwi li jridu jintużaw f'tali komunikazzjonijiet. Jenħtieġ li tali informazzjoni tiġi nnotifikata lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali fl-Istat Membru tal-istabbiliment. Il-punt ta' kuntatt jista' jintuża wkoll minn sinjalaturi fdati u minn entitajiet professjonali li għandhom relazzjoni speċifika mal-fornitur tas-servizzi intermedjarji. Jenħtieġ li jkun possibbli li dan il-punt ta' kuntatt ikun l-istess punt ta' kuntatt kif meħtieġ skont atti oħra tal-Unjoni. B'kuntrast għar-rappreżentant legali, il-punt ta' kuntatt jenħtieġ li jservi skopijiet operattivi u mhux neċessarjament jenħtieġ li jkun jinsab f'post fiżiku.
Emenda 36 Proposta għal regolament Premessa 36a (ġdida)
(36a) Il-fornituri ta' servizzi intermedjarji jenħtieġ li jkunu meħtieġa wkoll li jaħtru punt uniku ta' kuntatt għar-riċevituri tas-servizzi, li jippermetti komunikazzjoni rapida, diretta u effiċjenti b'mod partikolari b'mezzi faċilment aċċessibbli bħal numru tat-telefon, indirizzi tal-posta elettronika, formoli ta' kuntatt elettroniku, chatbots jew messaġġi istantanji. Jenħtieġ li jiġi indikat b'mod espliċitu meta utent jikkomunika ma' chatbots. Sabiex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni rapida, diretta u effiċjenti, ir-riċevituri tas-servizzi jenħtieġ li ma jkunux iffaċċjati b'menus telefoniċi twal jew b'informazzjoni ta' kuntatt moħbija. B'mod partikolari, il-menus telefoniċi jenħtieġ li dejjem jinkludu l-għażla li wieħed jitkellem ma' bniedem. Il-fornituri ta' servizzi intermedjarji jenħtieġ li jippermettu lir-riċevituri tas-servizzi jagħżlu mezzi ta' komunikazzjoni diretta u effiċjenti ma jiddependux biss minn għodod awtomatizzati. Jenħtieġ li dan ir-rekwiżit ma jaffettwax l-organizzazzjoni interna tal-fornituri ta' servizzi intermedjarji, inkluż l-abbiltà li jużaw servizzi ta' partijiet terzi biex jipprovdu din is-sistema ta' komunikazzjoni, bħal fornituri esterni tas-servizzi u ċentri telefoniċi.
Emenda 37 Proposta għal regolament Premessa 37
(37) Il-fornituri tas-servizzi intermedjarji li huma stabbiliti f'pajjiż terz li joffru servizzi fl-Unjoni jenħtieġ jiddeżinjaw rappreżentant legali li jkollu mandat suffiċjenti fl-Unjoni u jipprovdu informazzjoni relatata mar-rappreżentanti tagħhom, biex jippermettu li jkun hemm sorveljanza effettiva u, fejn meħtieġ, infurzar ta' dan ir-Regolament b'rabta ma' dawk il-fornituri. Jenħtieġ li jkun possibbli għar-rappreżentant legali biex jiffunzjona wkoll bħala punt ta' kuntatt, diment li r-rekwiżiti rilevanti ta' dan ir-Regolament jiġu rispettati.
(37) Il-fornituri tas-servizzi intermedjarji li huma stabbiliti f'pajjiż terz li joffru servizzi fl-Unjoni jenħtieġ jiddeżinjaw rappreżentant legali li jkollu mandat suffiċjenti fl-Unjoni u jipprovdu informazzjoni relatata mar-rappreżentanti tagħhom, biex jippermettu li jkun hemm sorveljanza effettiva u, fejn meħtieġ, infurzar ta' dan ir-Regolament b'rabta ma' dawk il-fornituri. Jenħtieġ li jkun possibbli għar-rappreżentant legali biex jiffunzjona wkoll bħala punt ta' kuntatt, diment li r-rekwiżiti rilevanti ta' dan ir-Regolament jiġu rispettati. Jenħtieġ li jkun possibbli li rappreżentant legali jingħata mandat minn aktar minn fornitur wieħed ta' servizzi intermedjarji, f'konformità mal-liġi nazzjonali, dment li tali fornituri jikkwalifikaw bħala intrapriżi mikro, żgħar jew ta' daqs medju kif definit fir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.
Emenda 38 Proposta għal regolament Premessa 38
(38) Filwaqt li l-libertà kuntrattwali tal-fornituri tas-servizzi intermedjarji jenħtieġ li tiġi rispettata fil-prinċipju, huwa xieraq li jiġu stabbiliti ċerti regoli dwar il-kontenut, l-applikazzjoni u l-infurzar tat-termini u l-kundizzjonijiet ta' dawk il-fornituri fl-interessi tat-trasparenza, tal-protezzjoni tar-riċevituri tas-servizz u tal-evitar ta' eżiti inġusti jew arbitrarji.
(38) Filwaqt li l-libertà kuntrattwali tal-fornituri tas-servizzi intermedjarji jenħtieġ li tiġi rispettata fil-prinċipju, huwa xieraq li jiġu stabbiliti ċerti regoli dwar il-kontenut, l-applikazzjoni u l-infurzar tat-termini u l-kundizzjonijiet ta' dawk il-fornituri fl-interessi tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, tat-trasparenza, tal-protezzjoni tar-riċevituri tas-servizz u tal-evitar ta' eżiti diskriminatorji, inġusti jew arbitrarji. B'mod partikolari, huwa importanti li jiġi żgurat li t-termini u l-kundizzjonijiet jitfasslu b'lingwaġġ ċar u mhux ambigwu f'konformità mal-liġi tal-Unjoni u nazzjonali applikabbli. It-termini u l-kundizzjonijiet jenħtieġ li jinkludu informazzjoni dwar kwalunkwe politika, proċedura, miżura u għodda użati għall-fini tal-moderazzjoni tal-kontenut, inkluż it-teħid ta' deċiżjonijiet algoritmiċi, ir-rieżami uman, kif ukoll dwar id-dritt li jitterminaw l-użu tas-servizz. Il-fornituri ta' servizzi intermedjarji jenħtieġ li jipprovdu wkoll lir-riċevituri tas-servizzi sommarju konċiż u li jinqara faċilment tal-elementi ewlenin tat-termini u l-kundizzjonijiet, inklużi r-rimedji disponibbli, bl-użu, fejn xieraq, ta' elementi grafiċi, bħal ikoni.
Emenda 39 Proposta għal regolament Premessa 39
(39) Biex jiġi żgurat livell xieraq ta' trasparenza u akkontabbiltà, il-fornituri tas-servizzi intermedjarji jenħtieġ li jirrappurtaw annwalment, f'konformità mar-rekwiżiti armonizzati ta' dan ir-Regolament, dwar il-moderazzjoni tal-kontenut li jinvolvu ruħhom fiha, inkluż il-miżuri meħuda bħala riżultat tal-applikazzjoni u tal-infurzar tat-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom. Madankollu, biex jiġu evitati piżijiet sproporzjonati, jenħtieġ li dawk l-obbligi ta' rappurtar dwar it-trasparenza ma japplikawx għall-fornituri li huma intrapriżi mikro jew żgħar kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE.40
(39) Biex jiġi żgurat livell xieraq ta' trasparenza u akkontabbiltà, il-fornituri tas-servizzi intermedjarji jenħtieġ li jfasslu rapport annwalif'format standardizzat u li jinqara mill-magni, f'konformità mar-rekwiżiti armonizzati ta' dan ir-Regolament, dwar il-moderazzjoni tal-kontenut li jinvolvu ruħhom fiha, inkluż il-miżuri meħuda bħala riżultat tal-applikazzjoni u tal-infurzar tat-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom. Madankollu, biex jiġu evitati piżijiet sproporzjonati, jenħtieġ li dawk l-obbligi ta' rappurtar dwar it-trasparenza ma japplikawx għall-fornituri li huma intrapriżi mikro jew żgħar kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE40li lanqas ma jikkwalifikaw bħala pjattaformi online kbar ħafna.
__________________
__________________
40 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
40 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
Emenda 40 Proposta għal regolament Premessa 39a (ġdida)
(39a) Jenħtieġ li r-riċevituri ta' servizz ikunu jistgħu jagħmlu deċiżjonijiet jew għażliet liberi, awtonomi u infurmati meta jużaw servizz u l-fornituri ta' servizzi intermedjarji ma għandhom jużaw l-ebda mezz, inkluż permezz tal-interfaċċa tiegħu, biex jgħawġu jew ifixklu dak it-teħid ta' deċiżjonijiet. B'mod partikolari, jenħtieġ li r-riċevituri tas-servizz jingħataw is-setgħa li jieħdu tali deċiżjonijiet fost l-oħrajn rigward l-aċċettazzjoni u t-tibdil fit-termini u l-kundizzjonijiet, fil-prattiki tar-reklamar, fil-privatezza u f'ambjenti oħra, fis-sistemi ta' rakkomandazzjoni meta jinteraġixxu ma' servizzi intermedjarji. Madankollu, ċerti prattiki tipikament jisfruttaw il-preġudizzji konjittivi u r-riċevituri immedjati tas-servizz biex jixtru oġġetti u servizzi li ma jridux jew jiżvelaw informazzjoni personali li jippreferu ma jiżvelawx. Għalhekk, jenħtieġ li l-fornituri ta' servizzi intermedjarji jkunu pprojbiti milli jqarrqu jew iħajru r-riċevituri tas-servizz u milli jgħawġu jew ifixklu l-awtonomija, it-teħid ta' deċiżjonijiet, jew l-għażla tar-riċevituri tas-servizz permezz tal-istruttura, id-disinn jew il-funzjonalitajiet ta' interfaċċa online jew parti minnha ("xejriet dubjużi"). Dan jenħtieġ li jinkludi, iżda jenħtieġ li ma jkunx limitat għal, għażliet ta' disinn ta' sfruttament biex ir-riċevitur jiġi ddireġut lejn azzjonijiet li jkunu ta' benefiċċju għall-fornitur tas-servizzi intermedjarji, iżda li jistgħu ma jkunux fl-interess tar-riċevituri, li jippreżentaw għażliet b'mod mhux newtrali, bħall-għoti ta' aktar prominenza viżiva lil għażla ta' kunsens, it-talba ripetuta jew it-tħeġġiġ tar-riċevitur biex jieħu deċiżjoni bħal pereżempju li l-proċedura ta' kanċellazzjoni ta' servizz issir ferm aktar ikkumplikata mill-abbonament għalih. Madankollu, jenħtieġ li r-regoli li jipprevjenu dark patterns ma jinftiehmux bħala li jipprevjenu lill-fornituri milli jinteraġixxu direttament mal-utenti u joffrulhom servizzi ġodda jew addizzjonali. B'mod partikolari, jenħtieġ li jkun possibbli li utent jerġa' jiġi avviċinat fi żmien raġonevoli, anki jekk l-utent ikun ċaħad il-kunsens għal finijiet speċifiċi tal-ipproċessar tad-data, f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta att delegat biex tiddefinixxi prattiki li jistgħu jitqiesu bħala dark patterns.
Emenda 512 Proposta għal regolament Premessa 39b (ġdida)
(39 b) Biex tiġi żgurata applikazzjoni effiċjenti u xierqa tal-obbligu tat-traċċabbiltà tal-utenti kummerċjali, mingħajr ma jiġu imposti piżijiet sproporzjonati, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi intermedjarji jwettqu kontrolli ta' diliġenza dovuta qabel l-użu tas-servizz tagħhom biex jivverifikaw l-affidabbiltà tal-informazzjoni pprovduta mill-utent kummerċjali kkonċernat, b'mod partikolari billi jużaw bażijiet tad-data online jew interfaċċi online uffiċjali aċċessibbli b'mod liberu, bħal pereżempju r-reġistri kummerċjali nazzjonali jew billi jitolbu lill-utent kummerċjali kkonċernat jipprovdi dokumenti ġustifikattivi affidabbli, bħal kopji tad-dokumenti ta' identità, rendikonti bankarji ċċertifikati, ċertifikati tal-kumpanija u ċertifikati tar-reġistru kummerċjali. Jistgħu wkoll jużaw sorsi oħra, disponibbli għall-użu mill-bogħod, li joffru livell simili ta' affidabbiltà bl-iskop li jikkonformaw ma' dan l-obbligu.
Emenda 41 Proposta għal regolament Premessa 40
(40) Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting jaqdu rwol partikolarment importanti fl-indirizzar tal-kontenut illegali online, minħabba li jaħżnu l-informazzjoni pprovduta mir-riċevituri tas-servizzi u fuq talba tagħhom u tipikament jagħtu aċċess għaliha lil riċevituri oħra, xi kultant fuq skala kbira. Huwa importanti li l-fornituri kollha ta' servizzi ta' hosting, irrispettivament mid-daqs tagħhom, jistabbilixxu mekkaniżmi ta' avviż u azzjoni faċli għall-utent li jiffaċilitaw in-notifika ta' elementi speċifiċi ta' informazzjoni, li l-parti notifikanti tqis li huma kontenut illegali, lill-fornitur ta' servizzi ta' hosting ikkonċernat ("avviż"), skont liema dak il-fornitur ikun jista' jiddeċiedi jekk jaqbilx ma' dik il-valutazzjoni u jixtieqxineħħi jew jiddiżattiva l-aċċess għal dak il-kontenut ("azzjoni"). Diment li r-rekwiżiti jew l-avviżi jiġu ssodisfati, jenħtieġ li jkun possibbli li l-individwi jew l-entitajiet jinnotifikaw bosta elementi speċifiċi ta' kontenut allegatament illegali permezz ta' avviż wieħed. L-obbligu li jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta' avviż u azzjoni jenħtieġ li japplika, pereżempju, għas-servizzi tal-ħżin u tal-kondiviżjoni ta' fajls, għas-servizzi ta' web hosting, għas-servers tar-reklamar u l-pastebins, diment li jikkwalifikaw bħala fornituri ta' servizzi ta' hosting koperti minn dan ir-Regolament.
(40) Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting jaqdu rwol partikolarment importanti fl-indirizzar tal-kontenut illegali online, minħabba li jaħżnu l-informazzjoni pprovduta mir-riċevituri tas-servizzi u fuq talba tagħhom u tipikament jagħtu aċċess għaliha lil riċevituri oħra, xi kultant fuq skala kbira. Huwa importanti li l-fornituri kollha ta' servizzi ta' hosting, irrispettivament mid-daqs tagħhom, jistabbilixxu mekkaniżmi ta' avviż u azzjoni aċċessibbli faċilment, komprensivi u faċli għall-utent li jiffaċilitaw in-notifika ta' elementi speċifiċi ta' informazzjoni, li l-parti notifikanti tqis li huma kontenut illegali, lill-fornitur ta' servizzi ta' hosting ikkonċernat ("avviż"), skont liema dak il-fornitur ikun jista' jistabbilixxi li l-kontenut inkwistjoni huwa evidentement illegali mingħajr eżami legali jew fattwali addizzjonali tal-informazzjoni indikata fl-avviż u jneħħi jew jiddiżattiva l-aċċess għal dak il-kontenut ("azzjoni"). Jenħtieġ li tali mekkaniżmu jinkludi mekkaniżmu ta' rappurtar identifikabbli b'mod ċar, li jinsab qrib il-kontenut inkwistjoni li jippermetti li jiġu nnotifikati malajr u faċilment punti ta' informazzjoni meqjusa bħala kontenut illegali skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali. Diment li r-rekwiżiti jew l-avviżi jiġu ssodisfati, jenħtieġ li jkun possibbli li l-individwi jew l-entitajiet jinnotifikaw bosta elementi speċifiċi ta' kontenut allegatament illegali permezz ta' avviż wieħed sabiex tiġi żgurata l-operazzjoni effettiva tal-mekkaniżmi ta' avviż u ta' azzjoni. Filwaqt li jenħtieġ li l-individwi dejjem ikunu jistgħu jissottomettu avviżi b'mod anonimu, jenħtieġ li tali avviżi ma jwasslux għal għarfien reali, ħlief fil-każ ta' informazzjoni meqjusa li tinvolvi wieħed mir-reati msemmija fid-Direttiva 2011/93/UE. L-obbligu li jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta' avviż u azzjoni jenħtieġ li japplika, pereżempju, għas-servizzi tal-ħżin u tal-kondiviżjoni ta' fajls, għas-servizzi ta' web hosting, għas-servers tar-reklamar u l-pastebins, diment li jikkwalifikaw bħala fornituri ta' servizzi ta' hosting koperti minn dan ir-Regolament.
Emenda 42 Proposta għal regolament Premessa 40a (ġdida)
(40a) Madankollu, jenħtieġ li l-avviżi jiġu diretti lejn l-attur li jkollu l-kapaċità teknika u operazzjonali li jaġixxi u l-eqreb relazzjoni mar-riċevitur tas-servizz li pprovda l-informazzjoni jew il-kontenut. Jenħtieġ li tali fornituri ta' servizzi ta' hosting jidderieġu mill-ġdid tali avviżi lill-pjattaforma online partikolari u jinformaw lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali.
Emenda 43 Proposta għal regolament Premessa 40b (ġdida)
(40b) Barra minn hekk, jenħtieġ li l-fornituri ta' hosting ifittxu li jaġixxu biss kontra l-elementi ta' informazzjoni nnotifikati. Fejn it-tneħħija jew id-diżattivazzjoni tal-aċċess għal oġġetti individwali ta' informazzjoni ma tkunx tista' tinkiseb mill-aspett tekniku jew operazzjonali minħabba raġunijiet legali jew teknoloġiċi, bħal fajls kriptati u servizzi ta' ħżin u kondiviżjoni tad-data, jenħtieġ li l-fornituri ta' hosting jinfurmaw lir-riċevitur tas-servizz bin-notifika u jfittxu azzjoni.
Emenda 44 Proposta għal regolament Premessa 41
(41) Ir-regoli dwar dawn il-mekkaniżmi ta' avviż u azzjoni jenħtieġ li jiġu armonizzati fil-livell tal-Unjoni, biex jipprevedu l-ipproċessar fil-ħin, diliġenti u oġġettiv tal-avviżi abbażi ta' regoli li huma uniformi, trasparenti u ċari u li jipprevedu salvagwardji robusti biex jipproteġu d-drittijiet u l-interessi leġittimi tal-partijiet kollha affettwati, b'mod partikolari d-drittijiet fundamentali tagħhom garantiti mill-Karta, irrispettivament mill-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti jew li fih jirrisjedu dawk il-partijiet u mill-qasam tal-liġi inkwistjoni. Id-drittijiet fundamentali jinkludu, skont il-każ, id-dritt għal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u għall-ħajja tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, id-dritt ta' nondiskriminazzjoni u d-dritt għal rimedju effettiv tar-riċevituri tas-servizz; il-libertà li wieħed imexxi negozju, inkluż il-libertà kuntrattwali, tal-fornituri tas-servizzi; kif ukoll id-dritt għad-dinjità tal-bniedem, id-drittijiet tat-tfal, id-dritt għall-protezzjoni tal-proprjetà, inkluż il-proprjetà intellettwali u d-dritt ta' nondiskriminazzjoni tal-partijiet affettwati mill-kontenut illegali.
(41) Ir-regoli dwar dawn il-mekkaniżmi ta' avviż u azzjoni jenħtieġ li jiġu armonizzati fil-livell tal-Unjoni, biex jipprevedu l-ipproċessar fil-ħin, diliġenti, mhux arbitrarju u mhux diskriminatorju tal-avviżi abbażi ta' regoli li huma uniformi, trasparenti u ċari u li jipprevedu salvagwardji robusti biex jipproteġu d-drittijiet u l-interessi leġittimi tal-partijiet kollha affettwati, b'mod partikolari d-drittijiet fundamentali tagħhom garantiti mill-Karta, irrispettivament mill-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti jew li fih jirrisjedu dawk il-partijiet u mill-qasam tal-liġi inkwistjoni. Id-drittijiet fundamentali jinkludu, skont il-każ, id-dritt għal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u għall-ħajja tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, id-dritt ta' nondiskriminazzjoni u d-dritt għal rimedju effettiv tar-riċevituri tas-servizz; il-libertà li wieħed imexxi negozju, inkluż il-libertà kuntrattwali, tal-fornituri tas-servizzi; kif ukoll id-dritt għad-dinjità tal-bniedem, id-drittijiet tat-tfal, id-dritt għall-protezzjoni tal-proprjetà, inkluż il-proprjetà intellettwali u d-dritt ta' nondiskriminazzjoni tal-partijiet affettwati mill-kontenut illegali.
Emenda 45 Proposta għal regolament Premessa 41a (ġdida)
(41a) Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting jenħtieġ li jaġixxu fuq avviżi mingħajr dewmien żejjed, filwaqt li jqisu t-tip ta' kontenut illegali li jkun qed jiġi nnotifikat u l-urġenza li tittieħed azzjoni. Il-fornitur ta' servizzi ta' hosting jenħtieġ li jinforma lill-individwu jew lill-entità li tinnotifika l-kontenut speċifiku bid-deċiżjoni tiegħu mingħajr dewmien żejjed wara li jieħu deċiżjoni jekk jaġixxix rigward l-avviż jew le.
Emenda 46 Proposta għal regolament Premessa 42
(42) Meta fornitur ta' servizzi ta' hosting jiddeċiedi li jneħħi jew li jiddiżattiva l-informazzjoni pprovduta minn riċevitur tas-servizz, pereżempju wara li jkun wasallu avviż jew meta jaġixxi b'inizjattiva proprja, inkluż permezz tal-użu ta' mezzi awtomatiċi, dak il-fornitur jenħtieġ li jinforma lir-riċevitur bid-deċiżjoni tiegħu, ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu u l-possibbiltajiet ta' rimedju disponibbli biex ir-riċevitur ikun jista' jikkontesta d-deċiżjoni, fid-dawl tal-konsegwenzi negattivi li tali deċiżjonijiet jista' jkollhom għar-riċevitur, inkluż fir-rigward tal-eżerċizzju tad-dritt fundamentali tiegħu għal-libertà tal-espressjoni. Dak l-obbligu jenħtieġ li japplika irrispettivament mir-raġunijiet għad-deċiżjoni, b'mod partikolari jekk l-azzjoni tkunx ittieħdet minħabba li l-informazzjoni nnotifikata titqies bħala kontenut illegali jew inkompatibbli mat-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli. Ir-riżorsi disponibbli biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting jenħtieġ li jinkludu dejjem ir-rimedju ġudizzjarju.
(42) Meta fornitur ta' servizzi ta' hosting jiddeċiedi li jneħħi informazzjoni pprovduta minn riċevitur tas-servizz, li jiddiżattiva l-aċċess għaliha, inaqqas il-livell tagħha jew jimponi miżuri oħra fir-rigward ta' dik l-informazzjoni, pereżempju wara li jkun wasallu avviż jew meta jaġixxi b'inizjattiva proprja, inkluż permezz tal-użu ta' mezzi awtomatiċi li jkunu ġew ippruvati li huma effiċjenti, proporzjonati u preċiżi, dak il-fornitur jenħtieġ li jinforma lir-riċevitur bid-deċiżjoni tiegħu b'mod ċar u faċli għall-utent, ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu u l-possibbiltajiet ta' rimedju disponibbli biex ir-riċevitur ikun jista' jikkontesta d-deċiżjoni, fid-dawl tal-konsegwenzi negattivi li tali deċiżjonijiet jista' jkollhom għar-riċevitur, inkluż fir-rigward tal-eżerċizzju tad-dritt fundamentali tiegħu għal-libertà tal-espressjoni. Dak l-obbligu jenħtieġ li japplika irrispettivament mir-raġunijiet għad-deċiżjoni, b'mod partikolari jekk l-azzjoni tkunx ittieħdet minħabba li l-informazzjoni nnotifikata titqies bħala kontenut illegali jew inkompatibbli mat-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli. Ir-riżorsi disponibbli biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting jenħtieġ li jinkludu dejjem ir-rimedju ġudizzjarju. Madankollu, l-obbligu jenħtieġ li ma japplikax f'għadd ta' sitwazzjonijiet, jiġifieri meta l-kontenut ikun qarrieqi jew parti minn volum għoli ta' kontenut kummerċjali, jew meta jkun intalab minn awtorità ġudizzjarja jew tal-infurzar tal-liġi biex ma jinformax lir-riċevitur minħabba investigazzjoni kriminali li tkun għaddejja sakemm tingħalaq l-investigazzjoni kriminali. Meta fornitur ta' servizz ta' hosting ma jkollux l-informazzjoni meħtieġa biex jinforma lir-riċevitur b'mezz durabbli, jenħtieġ li dan ma jkunx meħtieġ jagħmel dan.
Emenda 47 Proposta għal regolament Premessa 42a (ġdida)
(42a) Fornitur ta' servizzi ta' hosting jista' f'xi każijiet isir konxju, pereżempju permezz ta' avviż minn parti notifikanti jew permezz tal-miżuri volontarji tiegħu stess, ta' informazzjoni relatata ma' ċerta attività ta' riċevituri tas-servizz, bħal pereżempju l-provvista ta' ċerti tipi ta' kontenut illegali, li tiġġustifika b'mod raġonevoli, meta jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha li hija konxja tagħhom il-pjattaforma, is-suspett li r-riċevitur seta' wettaq, jista' jkun li qed iwettaq jew aktarx se jwettaq reat kriminali serju li jinvolvi theddida imminenti għall-ħajja jew għas-sikurezza ta' persuna, bħal pereżempju r-reati speċifikati fid-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1. F'tali każijiet, jenħtieġ li l-fornitur ta' servizzi ta' hosting jinforma mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi bit-tali suspett, filwaqt li jipprovdi fuq talba tagħhom, l-informazzjoni kollha rilevanti li jkollu disponibbli, inkluż, fejn rilevanti, il-kontenut inkwistjoni u spjegazzjoni tas-suspett tiegħu u sakemm ma jingħatax struzzjonijiet mod ieħor, jenħtieġ li jneħħi jew jiddiżattiva l-kontenut. Jenħtieġ li l-informazzjoni notifikata mill-fornitur ta' servizzi ta' hosting ma tintuża għall-ebda skop għajr dak relatat direttament mar-reat kriminali serju individwali nnotifikat. Dan ir-Regolament ma jipprevedix il-bażi ġuridika għat-tfassil ta' profili tar-riċevituri tas-servizzi bil-ħsieb li possibbilment jiġu identifikati reati kriminali mill-fornitur ta' servizzi ta' hosting tal-pjattaformi online. Jenħtieġ li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting jirrispettaw ukoll regoli applikabbli oħra tal-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi nazzjonali għall-protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet tal-individwi meta jinfurmaw lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi. Sabiex tiġi ffaċilitata n-notifika ta' suspetti ta' reati kriminali, jenħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-lista tal-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi jew dawk ġudizzjarji.
__________________
1 Id-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI (ĠU L 335, 17.12.2011, p. 1).
Emenda 48 Proposta għal regolament Premessa 43a (ġdida)
(43a) Bl-istess mod, sabiex jiġi żgurat li l-obbligi jiġu applikati biss għal dawk il-fornituri tas-servizzi intermedjarji fejn il-benefiċċju jkun akbar mill-piż fuq il-fornitur, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li toħroġ eżenzjoni għar-rekwiżiti tal-Kapitolu III, Taqsima 3, b'mod sħiħ jew parzjali, lil dawk il-fornituri ta' servizzi intermedjarji mingħajr skop ta' qligħ, jew li huma intrapriżi ta' daqs medju, iżda li ma jippreżentaw l-ebda riskju sistemiku relatat mal-kontenut illegali u li għandhom esponiment limitat għal kontenut illegali. Jenħtieġ li l-fornituri jippreżentaw raġunijiet ġustifikati għaliex għandhom jingħataw eżenzjoni u l-ewwel jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom lill-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment tagħhom għal valutazzjoni preliminari. Jenħtieġ li l-Kummissjoni teżamina tali applikazzjoni filwaqt li tqis valutazzjoni preliminari mwettqa mill-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment. Jenħtieġ li l-valutazzjoni preliminari tintbagħat flimkien mal-applikazzjoni lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni timmonitorja l-applikazzjoni tar-rinunzja u jkollha d-dritt tirrevoka rinunzja fi kwalunkwe ħin. Jenħtieġ li l-Kummissjoni żżomm lista pubblika tar-rinunzji kollha maħruġa u l-kundizzjonijiet tagħhom.
Emenda 49 Proposta għal regolament Premessa 44
(44) Ir-riċevituri tas-servizzi jenħtieġ li jkunu jistgħu jikkontestaw b'mod faċli u effettiv ċerti deċiżjonijiet tal-pjattaformi online li jaffettwawhom b'mod negattiv. Għalhekk, il-pjattaformi online jenħtieġ li jiġu rikjesti li jipprevedu sistemi interni għall-immaniġġjar tal-ilmenti, li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet biex jiġi żgurat li s-sistemi jkunu aċċessibbli faċilment u jwasslu għal eżiti rapidi u ġusti. Barra minn hekk, jenħtieġ li tiġi prevista l-possibbiltà ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, inkluż dak it-tilwim li ma jistax jissolva b'mod sodisfaċenti permezz tas-sistemi interni għall-immaniġġjar tal-ilmenti, minn korpi ċċertifikati li għandhom l-indipendenza meħtieġa, il-mezzi u l-għarfien espert biex iwettqu l-attivitajiet tagħhom b'mod ġust, rapidu u kosteffettiv. Il-possibbiltajiet b'hekk maħluq biex jiġu kkontestati d-deċiżjonijiet tal-pjattaformi online jenħtieġ li jikkumplimentaw, iżda ma jaffettwaw bl-ebda mod, il-possibbiltà li wieħed ifittex rimedju ġudizzjarju f'konformità mal-liġijiet tal-Istat Membru kkonċernat.
(44) Ir-riċevituri tas-servizzi jenħtieġ li jkunu jistgħu jikkontestaw b'mod faċli u effettiv ċerti deċiżjonijiet, tal-pjattaformi online li jaffettwawhom b'mod negattiv. Jenħtieġ li dan jinkludi deċiżjonijiet ta' pjattaformi online li jippermettu lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod ma' kummerċjanti biex jissospendu l-forniment tas-servizzi tagħhom lill-kummerċjanti. Għalhekk, il-pjattaformi online jenħtieġ li jiġu rikjesti li jipprevedu sistemi interni għall-immaniġġjar tal-ilmenti, li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet biex jiġi żgurat li s-sistemi jkunu aċċessibbli faċilment u jwasslu għal eżiti rapidi, mhux diskriminatorji, mhux arbitrarji u ġusti fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol li jibdew mid-data li fiha l-pjattaforma online tkun irċeviet l-ilment. Barra minn hekk, jenħtieġ li tiġi prevista l-possibbiltà li tiddaħħal, in bona fide, ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, inkluż dak it-tilwim li ma jistax jissolva b'mod sodisfaċenti permezz tas-sistemi interni għall-immaniġġjar tal-ilmenti, minn korpi ċċertifikati li għandhom l-indipendenza meħtieġa, il-mezzi u l-għarfien espert biex iwettqu l-attivitajiet tagħhom b'mod ġust, rapidu u kosteffettiv u f'perjodu ta' żmien raġonevoli. Il-possibbiltajiet b'hekk maħluq biex jiġu kkontestati d-deċiżjonijiet tal-pjattaformi online jenħtieġ li jikkumplimentaw, iżda ma jaffettwaw bl-ebda mod, il-possibbiltà li wieħed ifittex rimedju ġudizzjarju f'konformità mal-liġijiet tal-Istat Membru kkonċernat.
Emenda 50 Proposta għal regolament Premessa 46
(46) Tista' tittieħed azzjoni aktar rapida u b'mod aktar affidabbli kontra l-kontenut illegali meta l-pjattaformi online jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-avviżi sottomessi minn sinjalaturi fdati permezz tal-mekkaniżmi ta' avviż u azzjoni rikjesti minn dan ir-Regolament ikunu trattati bi prijorità, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżit li jiġu pproċessati l-avviżi kollha sottomessi permezz ta' dawk il-mekkaniżmi u tittieħed deċiżjoni dwarhom fil-ħin u b'mod diliġenti u oġġettiv. Tali status ta' sinjalatur fdat jenħtieġ li jingħata biss lill-entitajiet, u mhux lill-individwi, li juru, fost affarijiet oħrajn, li għandhom għarfien espert u kompetenza partikolari fl-indirizzar tal-kontenut illegali, li jirrappreżentaw l-interessi kollettivi u li jaħdmu b'mod diliġenti u oġġettiv. Tali entitajiet jistgħu jkunu pubbliċi fin-natura tagħhom, bħal pereżempju, għall-kontenut terroristiku, l-unitajiet ta' indikazzjoni ta' kontenut fuq l-internet tal-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi jew tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi ("Europol") jew jistgħu jkunu organizzazzjonijiet mhux governattivi u korpi semi-pubbliċi, bħal pereżempju l-parti tal-organizzazzjonijiet tan-network ta' hotlines INHOPE għar-rappurtar tal-materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal u l-organizzazzjonijiet impenjati biex jinnotifikaw espressjonijiet razzisti u ksenofobiċi online. Għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, l-organizzazzjonijiet tal-industrija u tad-detentur tad-dritt jistgħu jingħataw l-istatus ta' sinjalaturi fdati, meta jkunu wrew li jissodisfaw il-kundizzjonijiet applikabbli. Ir-regoli ta' dan ir-Regolament dwar is-sinjalaturi fdati jenħtieġ li ma jinftehmux li jipprevjenu lill-pjattaformi online milli jagħtu trattament simili għall-avviżi sottomessi minn entitajiet jew individwi li ma jkunux ingħataw status ta' sinjalaturi fdati skont dan ir-Regolament, milli jikkooperaw b'mod ieħor ma' entitajiet oħrajn, f'konformità mal-liġi applikabbli, inkluż dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill43.
(46) Tista' tittieħed azzjoni aktar rapida u b'mod aktar affidabbli kontra l-kontenut illegali meta l-pjattaformi online jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-avviżi sottomessi minn sinjalaturi fdati, filwaqt li jaġixxu fil-qasam deżinjat tal-għarfien espert tagħhom, permezz tal-mekkaniżmi ta' avviż u azzjoni rikjesti minn dan ir-Regolament ikunu trattati bi prijorità, u mingħajr dewmien, filwaqt li jitqies il-proċess dovut u mingħajr preġudizzju għar-rekwiżit li jiġu pproċessati l-avviżi kollha sottomessi permezz ta' dawk il-mekkaniżmi b'mod oġġettiv. Tali status ta' sinjalatur fdat jenħtieġ li jingħata biss, għal perjodu ta' sentejn, lill-entitajiet, u mhux lill-individwi, li juru, fost affarijiet oħrajn, li għandhom għarfien espert u kompetenza partikolari fl-indirizzar tal-kontenut illegali, li jirrappreżentaw l-interessi kollettivi u li jaħdmu b'mod diliġenti u oġġettiv u li għandhom struttura ta' finanzjament trasparenti. Jenħtieġ li l-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali jitħalla jġedded l-istatus fejn is-sinjalatur fdat ikkonċernat ikompli jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Tali entitajiet jistgħu jkunu pubbliċi fin-natura tagħhom, bħal pereżempju, għall-kontenut terroristiku, l-unitajiet ta' indikazzjoni ta' kontenut fuq l-internet tal-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi jew tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi ("Europol") jew jistgħu jkunu organizzazzjonijiet mhux governattivi, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, u korpi semi-pubbliċi, bħal pereżempju l-parti tal-organizzazzjonijiet tan-network ta' hotlines INHOPE għar-rappurtar tal-materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal u l-organizzazzjonijiet impenjati biex jinnotifikaw espressjonijiet razzisti u ksenofobiċi online. Jenħtieġ li s-sinjalaturi fdati jippubblikaw rapporti dettaljati u li jinftiehmu faċilment dwar l-avviżi sottomessi f'konformità mal-Artikolu 14. Jenħtieġ li dawk ir-rapporti jindikaw informazzjoni bħal avviżi kategorizzati mill-entità tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting, it-tip ta' kontenut innotifikat, id-dispożizzjonijiet legali allegatament miksura mill-kontenut inkwistjoni, u l-azzjoni meħuda mill-fornitur. Jenħtieġ li r-rapporti jinkludu wkoll informazzjoni dwar kwalunkwe kunflitt ta' interess potenzjali u sorsi ta' finanzjament kif ukoll il-proċedura stabbilita mill-indikatur fdat biex iżomm l-indipendenza tiegħu. Għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, l-organizzazzjonijiet tal-industrija u tad-detentur tad-dritt jistgħu jingħataw l-istatus ta' sinjalaturi fdati, meta jkunu wrew li jissodisfaw il-kundizzjonijiet applikabbli u r-rispett għall-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Ir-regoli ta' dan ir-Regolament dwar is-sinjalaturi fdati jenħtieġ li ma jinftehmux li jipprevjenu lill-pjattaformi online milli jagħtu trattament simili għall-avviżi sottomessi minn entitajiet jew individwi li ma jkunux ingħataw status ta' sinjalaturi fdati skont dan ir-Regolament, milli jikkooperaw b'mod ieħor ma' entitajiet oħrajn, f'konformità mal-liġi applikabbli, inkluż dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill43. Sabiex jiġu evitati abbużi tal-istatus ta' sinjalatur fdat, jenħtieġ li jkun possibbli li tali status jiġi sospiż meta Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment jiftaħ investigazzjoni abbażi ta' raġunijiet leġittimi. Jenħtieġ li s-sospensjoni ma tkunx itwal miż-żmien meħtieġ biex titwettaq l-investigazzjoni u jenħtieġ li tinżamm jekk il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment jikkonkludi li l-entità inkwistjoni xorta tista' titqies bħala sinjalatur fdat.
__________________
__________________
43 Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI, ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53.
43 Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI, ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53.
Emenda 51 Proposta għal regolament Premessa 46a (ġdida)
(46a) L-applikazzjoni stretta tad-disinn universali għat-teknoloġiji u s-servizzi l-ġodda kollha jenħtieġ li tiżgura aċċess sħiħ, ugwali u mhux ristrett għall-konsumaturi potenzjali kollha, inklużi l-persuni b'diżabilità, b'mod li jqis b'mod sħiħ id-dinjità u d-diversità inerenti tagħhom. Huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-fornituri tal-pjattaformi online, li joffru servizzi fl-Unjoni, ifasslu u jipprovdu dawk is-servizzi f'konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà, stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2019/882. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-fornituri tal-pjattaformi online jiżguraw li l-informazzjoni pprovduta, il-formoli pprovduti u l-proċeduri li jkunu stabbiliti jkunu disponibbli b'mod li jkunu faċli biex jinstabu, jinftiehmu faċilment, u aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità.
Emenda 52 Proposta għal regolament Premessa 47
(47) L-użu ħażin tas-servizzi tal-pjattaformi online billi jiġi pprovdut b'mod frekwenti kontenut manifestament illegali jew billi jiġu sottomessi b'mod frekwenti avviżi jew ilmenti manifestament infondati permezz tal-mekkaniżmi u tas-sistemi, rispettivament, stabbiliti skont dan ir-Regolament jimmina l-fiduċja u jagħmel ħsara lid-drittijiet u lill-interessi leġittimi tal-partijiet ikkonċernati. Għalhekk, hemm il-ħtieġa li jiġu stabbiliti salvagwardji xierqa u proporzjonati kontra tali użu ħażin. L-informazzjoni jenħtieġ li titqies bħala kontenut manifestament illegali u l-avviżi u l-ilmenti jenħtieġ li jitqiesu manifestament infondati meta jkun evidenti għal persuna mhux esperta, mingħajr l-ebda analiżi sostantiva, li l-kontenut huwa illegali jew li l-avviżi jew l-ilmenti huma infondati. F'ċerti kundizzjonijiet, il-pjattaformi online jenħtieġ li jissospendu temporanjament l-attivitajiet rilevanti tagħhom fir-rigward tal-persuna involuta fi mġiba abbużiva. Dan huwa mingħajr preġudizzju għal-libertà mill-pjattaformi online biex jiddeterminaw it-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom u jistabbilixxu miżuri aktar stretti fil-każ ta' kontenut manifestament illegali relatat ma' reati serji. Għal raġunijiet ta' trasparenza, jenħtieġ li din il-possibbiltà tiġi stabbilita, b'mod ċar u b'dettall suffiċjenti, fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-pjattaformi online. Jenħtieġ li r-rimedju jkun dejjem miftuħ għad-deċiżjonijiet meħuda f'dan ir-rigward mill-pjattaformi online u jenħtieġ li dawn ikunu soġġetti għal sorveljanza mill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali kompetenti. Jenħtieġ li r-regoli ta' dan ir-Regolament dwar l-użu ħażin ma jipprevjenux lill-pjattaformi online milli jieħdu miżuri oħra biex jindirizzaw il-provvista ta' kontenut illegali mir-riċevituri tas-servizz tagħhom jew użu ħażin ieħor tas-servizzi tagħhom, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni u mal-liġi nazzjonali applikabbli. Dawk ir-regoli huma mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe possibbiltà li l-persuni involuti fl-użu ħażin jinżammu responsabbli, inkluż għad-danni, prevista fil-liġi tal-Unjoni jew fil-liġi nazzjonali.
(47) L-użu ħażin tas-servizzi tal-pjattaformi online billi jiġi pprovdut b'mod frekwenti kontenut illegali jew billi jiġu sottomessi b'mod frekwenti avviżi jew ilmenti manifestament infondati permezz tal-mekkaniżmi u tas-sistemi, rispettivament, stabbiliti skont dan ir-Regolament jimmina l-fiduċja u jagħmel ħsara lid-drittijiet u lill-interessi leġittimi tal-partijiet ikkonċernati. Għalhekk, hemm il-ħtieġa li jiġu stabbiliti salvagwardji xierqa, proporzjonati u effettivi kontra tali użu ħażin. L-użu ħażin ta' servizzi ta' pjattaformi online jista' jiġi stabbilit fir-rigward ta' kontenut illegali pprovdut ta' spiss fejn ikun evidenti li dak il-kontenut huwa illegali mingħajr ma titwettaq analiżi legali jew fattwali dettaljata. L-avviżi u l-ilmenti jenħtieġ li jitqiesu manifestament infondati meta jkun evidenti għal persuna mhux esperta, mingħajr l-ebda analiżi sostantiva, li l-kontenut huwa illegali jew li l-avviżi jew l-ilmenti huma infondati. F'ċerti kundizzjonijiet, il-pjattaformi online jenħtieġ li jkunu intitolati temporanjament jew, f'għadd limitat ta' sitwazzjonijiet, jissospendu b'mod permanenti l-attivitajiet rilevanti tagħhom fir-rigward tal-persuna involuta fi mġiba abbużiva. Dan huwa mingħajr preġudizzju għal-libertà mill-pjattaformi online biex jiddeterminaw it-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom u jistabbilixxu miżuri aktar stretti fil-każ ta' kontenut illegali relatat ma' reati serji. Għal raġunijiet ta' trasparenza, jenħtieġ li din il-possibbiltà tiġi stabbilita, b'mod ċar u b'dettall suffiċjenti, fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-pjattaformi online. Jenħtieġ li r-rimedju jkun dejjem miftuħ għad-deċiżjonijiet meħuda f'dan ir-rigward mill-pjattaformi online u jenħtieġ li dawn ikunu soġġetti għal sorveljanza mill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali kompetenti. Jenħtieġ li r-regoli ta' dan ir-Regolament dwar l-użu ħażin ma jipprevjenux lill-pjattaformi online milli jieħdu miżuri oħra biex jindirizzaw il-provvista ta' kontenut illegali mir-riċevituri tas-servizz tagħhom jew użu ħażin ieħor tas-servizzi tagħhom, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni u mal-liġi nazzjonali applikabbli. Dawk ir-regoli huma mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe possibbiltà li l-persuni involuti fl-użu ħażin jinżammu responsabbli, inkluż għad-danni, prevista fil-liġi tal-Unjoni jew fil-liġi nazzjonali.
Emenda 53 Proposta għal regolament Premessa 48
(48) F'ċerti każijiet, pjattaforma online tista' ssir konxja, pereżempju permezz ta' avviż minn parti notifikanti jew permezz tal-miżuri volontarji tagħha stess, ta' informazzjoni relatata ma' ċerta attività ta' riċevituri tas-servizz, bħal pereżempju l-provvista ta' ċerti tipi ta' kontenut illegali, li tiġġustifika b'mod raġonevoli, meta jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha li hija konxja tagħhom il-pjattaforma, is-suspett li r-riċevitur seta' wettaq, jista' jkun li qed iwettaq jew aktarx se jwettaq reat kriminali serju li jinvolvi theddida għall-ħajja jew għas-sikurezza ta' persuna, bħal pereżempju r-reati speċifikati fid-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. F'tali każijiet, jenħtieġ li l-pjattaforma online tinforma mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi bit-tali suspett, filwaqt li tipprovdi l-informazzjoni kollha rilevanti li jkollha disponibbli, inkluż, fejn rilevanti, il-kontenut inkwistjoni u spjegazzjoni tas-suspett tagħha. Dan ir-Regolament ma jipprevedix il-bażi ġuridika għat-tfassil ta' profili tar-riċevituri tas-servizzi bil-ħsieb li l-pjattaformi online jkunu jistgħu jidentifikaw r-reati kriminali. Jenħtieġ li l-pjattaformi online jirrispettaw ukoll regoli applikabbli oħra tal-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi nazzjonali għall-protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet tal-individwi meta jinfurmaw lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.
imħassar
___________
1 Id-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI (ĠU L 335, 17.12.2011, p. 1).
Emenda 54 Proposta għal regolament Premessa 49
(49) Biex jikkontribwixxu għal ambjent online sikur, affidabbli u trasparenti għall-konsumaturi, kif ukoll għal partijiet interessati oħra bħal pereżempju l-kummerċjanti kompetituri u d-detenturi tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, u biex jiskoraġġixxu lill-kummerċjanti milli jbigħu prodotti jew servizzi bi ksur tar-regoli applikabbli, jenħtieġ li l-pjattaformi online li jippermettu lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod mal-kummerċjanti jiżguraw li tali kummerċjanti jkunu traċċabbli. Għalhekk jenħtieġ li l-kummerċjant jiġi rikjest li jipprovdi ċerta informazzjoni essenzjali lill-pjattaforma online, inkluż biex tippromwovi messaġġi dwar prodotti jew biex joffru prodotti. Jenħtieġ li dak ir-rekwiżit ikun applikabbli għall-kummerċjanti li jippromwovu messaġġi dwar prodotti jew servizzi f'isem id-ditti, abbażi ta' ftehimiet sottostanti. Jenħtieġ li dawk il-pjattaformi online jaħżnu l-informazzjoni kollha b'mod sigur għal perjodu raġonevoli ta' żmien li ma jaqbiżx dak li huwa meħtieġ, biex tkun tista' tiġi aċċessata, f'konformità mal-liġi applikabbli, inkluż dwar il-protezzjoni tad-data personali, mill-awtoritajiet pubbliċi u mill-partijiet privati b'interess leġittimu, inkluż permezz tal-ordnijiet li tiġi pprovduta informazzjoni msemmijin f'dan ir-Regolament.
(49) Biex jikkontribwixxu għal ambjent online sikur, affidabbli u trasparenti għall-konsumaturi, kif ukoll għal partijiet ikkonċernati oħra bħal pereżempju l-kummerċjanti kompetituri u d-detenturi tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, u biex jiskoraġġixxu lill-kummerċjanti milli jbigħu prodotti jew servizzi bi ksur tar-regoli applikabbli, jenħtieġ li l-pjattaformi online li jippermettu lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod mal-kummerċjanti jiksbu informazzjoni addizzjonali dwar il-kummerċjant u l-prodotti u s-servizzi li beħsiebhom joffru fuq il-pjattaforma Il-pjattaforma online għalhekk jenħtieġ li tkun meħtieġa tikseb informazzjoni dwar l-isem, in-numru tat-telefon u l-posta elettronika tal-operatur ekonomiku u t-tip ta' prodott jew servizz li l-kummerċjant beħsiebu joffri fuq il-pjattaforma online. Qabel ma joffri s-servizzi tiegħu lill-kummerċjant, l-operatur tal-pjattaforma online jenħtieġ li jagħmel l-aħjar sforzi biex jivvaluta jekk l-informazzjoni pprovduta mill-kummerċjant hijiex affidabbli. Barra minn hekk, il-pjattaforma jenħtieġ li tieħu miżuri adegwati, bħal, fejn applikabbli, kontrolli aleatorji, biex tidentifika u tipprevjeni li l-kontenut illegali jidher fuq l-interfaċċa tagħhom. It-twettiq tal-obbligi dwar it-traċċabbiltà tal-kummerċjanti, tal-prodotti u tas-servizzi jenħtieġ li jiffaċilita l-konformità mill-pjattaformi li jippermettu lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod mal-obbligu li jinfurmaw lill-konsumaturi dwar l-identità tal-parti kontraenti tagħhom stabbilita skont id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll l-obbligi stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 fir-rigward tal-Istat Membru li fih il-konsumaturi jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom bħala konsumaturi. Jenħtieġ li r-rekwiżit ikun applikabbli għall-kummerċjanti li jippromwovu messaġġi dwar prodotti jew servizzi f'isem id-ditti, abbażi ta' ftehimiet sottostanti. Jenħtieġ li dawk il-pjattaformi online jaħżnu l-informazzjoni kollha b'mod sigur għal perjodu raġonevoli ta' żmien li ma jaqbiżx dak li huwa meħtieġ u mhux aktar minn sitt xhur wara t-tmiem ta' relazzjoni mal-kummerċjant, biex tkun tista' tiġi aċċessata, f'konformità mal-liġi applikabbli, inkluż dwar il-protezzjoni tad-data personali, mill-awtoritajiet pubbliċi u mill-partijiet privati b'interess dirett leġittimu, inkluż permezz tal-ordnijiet li tiġi pprovduta informazzjoni msemmijin f'dan ir-Regolament.
Emenda 55 Proposta għal regolament Premessa 50
(50) Biex tiġi żgurata applikazzjoni effiċjenti u xierqa ta' dak l-obbligu, mingħajr ma jiġu imposti piżijiet sproporzjonati, jenħtieġ li l-pjattaformi online jagħmlu sforzi raġonevoli biex jivverifikaw l-affidabbiltà tal-informazzjoni pprovduta mill-kummerċjanti kkonċernati, b'mod partikolari billi jużaw bażijiet tad-data online u interfaċċi online uffiċjali disponibbli b'mod liberu, bħal pereżempju r-reġistri kummerċjali nazzjonali u s-Sistema ta' Skambju ta' Informazzjoni dwar il-VAT45, jew billi jitolbu lill-kummerċjanti kkonċernati jipprovdu dokumenti ta' identità, rendikonti bankarji ċċertifikati, ċertifikati tal-kumpanija u ċertifikati tar-reġistru kummerċjali. Jistgħu wkoll jużaw sorsi oħra, disponibbli għall-użu mill-bogħod, li joffru livell simili ta' affidabbiltà bl-iskop li jikkonformaw ma' dan l-obbligu. Madankollu, jenħtieġ li l-pjattaformi online koperti ma jiġux rikjesti li jinvolvu ruħhom f'eżerċizzji online ta' tiftix tal-fatti eċċessivi jew għaljin jew li jwettqu verifiki fuq il-post. Lanqas ma jenħtieġ li l-pjattaformi online, li jkunu għamlu l-isforzi raġonevoli rikjesti minn dan ir-Regolament, jinftiehmu li qed jiggarantixxu l-affidabbiltà tal-informazzjoni lejn il-konsumaturi jew lejn partijiet interessati oħra. Jenħtieġ ukoll li tali pjattaformi online jfasslu u jorganizzaw l-interfaċċa online tagħhom b'mod li jippermetti lill-kummerċjanti jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 6 u 8 tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill46 , fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2005/29/KE talParlament Ewropew u tal-Kunsill47 u fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill48.
(50) Biex tiġi żgurata applikazzjoni effiċjenti u xierqa ta' dak l-obbligu, mingħajr ma jiġu imposti piżijiet sproporzjonati, jenħtieġ li l-pjattaformi online, qabel ma jippermettu l-wiri tal-prodott jew tas-servizzi fuq l-interfaċċa online tagħhom, jagħmlu sforzi raġonevoli biex jaċċessaw l-affidabbiltà tal-informazzjoni pprovduta mill-kummerċjanti kkonċernati, b'mod partikolari billi jużaw bażijiet tad-data online u interfaċċi online uffiċjali disponibbli b'mod liberu, bħal pereżempju r-reġistri kummerċjali nazzjonali u s-Sistema ta' Skambju ta' Informazzjoni dwar il-VAT45, jew billi jitolbu lill-kummerċjanti kkonċernati jipprovdu dokumenti ta' identità, rendikonti bankarji ċċertifikati, ċertifikati tal-kumpanija u ċertifikati tar-reġistru kummerċjali. Jistgħu wkoll jużaw sorsi oħra, disponibbli għall-użu mill-bogħod, li joffru livell simili ta' affidabbiltà bl-iskop li jikkonformaw ma' dan l-obbligu. Madankollu, jenħtieġ li l-pjattaformi online koperti ma jiġux rikjesti li jinvolvu ruħhom f'eżerċizzji online ta' tiftix tal-fatti eċċessivi jew għaljin jew li jwettqu verifiki fuq il-post. Lanqas ma jenħtieġ li l-pjattaformi online, li jkunu għamlu l-aħjar sforzi rikjesti minn dan ir-Regolament, jinftiehmu li qed jiggarantixxu l-affidabbiltà tal-informazzjoni lejn il-konsumaturi jew lejn partijiet interessati oħra. Jenħtieġ ukoll li l-pjattaformi online jfasslu u jorganizzaw l-interfaċċa online tagħhom b'mod faċli għall-utent li jippermetti lill-kummerċjanti jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 6 u 8 tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill46 , fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill47 u fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill48 .
46 Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).
46 Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).
47 Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilltal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).
47 Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilltal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).
48 Id-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta' prodotti offruti lill-konsumaturi (ĠU L 80, 18.3.1998, p. 27).
48 Id-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta' prodotti offruti lill-konsumaturi (ĠU L 80, 18.3.1998, p. 27).
Emenda 56 Proposta għal regolament Premessa 50a (ġdida)
(50a) Jenħtieġ li l-pjattaformi online li jippermettu lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod mal-kummerċjanti juru l-aħjar sforzi tagħhom biex jipprevjenu d-disseminazzjoni ta' prodotti u servizzi illegali mill-kummerċjanti, f'konformità mal-prinċipju tal-ebda monitoraġġ ġenerali. Jenħtieġ li l-pjattaformi online koperti jinfurmaw lir-riċevituri meta s-servizz jew il-prodott li jkunu akkwistaw permezz tas-servizzi tagħhom ikunu illegali.
Emendi 57 u 498 Proposta għal regolament Premessa 52
(52) Ir-reklamar online għandu rwol importanti fl-ambjent online, inkluż b'rabta mal-forniment tas-servizzi tal-pjattaformi online. Madankollu, ir-reklamar online jista' jikkontribwixxi għal riskji sinifikanti, li jvarjaw minn reklamar li huwa kontenut illegali fih innifsu, għal reklamar li jikkontribwixxi għal inċentivi finanzjarji għall-pubblikazzjoni jew għall-amplifikazzjoni ta' kontenut u attivitajiet online illegali jew dannużi b'mod ieħor, jew it-turija diskriminatorja ta' reklamar b'impatt fuq it-trattament u l-opportunitajiet indaqs taċ-ċittadini. Minbarra r-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Artikolu 6 tad-Direttiva 2000/31/KE, jenħtieġ li l-pjattaformi online jiġu rikjesti li jiżguraw li r-riċevituri tas-servizz ikollhom ċerta informazzjoni individwalizzata meħtieġa biex jifhmu meta u f'isem min qed jintwera r-reklam. Barra minn hekk, ir-riċevituri tas-servizz jenħtieġ li jkollhom informazzjoni dwar il-parametri ewlenin użati biex jiġi determinat ir-reklamar speċifiku li jrid jintwera lilhom, filwaqt li jiġu pprovduti spjegazzjonijiet sinifikattivi tal-loġika użata għal dak il-għan, inkluż meta din tkun ibbażata fuq it-tfassil tal-profili. Ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament dwar il-provvista ta' informazzjoni relatata mar-reklamar huma mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2016/679, b'mod partikolari dawk li jirrigwardaw id-dritt ta' oġġezzjoni, it-teħid individwali awtomatizzat ta' deċiżjonijiet, inkluż it-tfassil ta' profili u speċifikament il-ħtieġa li jinkiseb kunsens tas-soġġett tad-data qabel l-ipproċessar tad-data personali għar-reklamar immirat. B'mod simili, dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2002/58/KE b'mod partikolari dawk li jirrigwardaw il-ħżin tal-informazzjoni fit-tagħmir terminali u l-aċċess għall-informazzjoni maħżuna hemmhekk.
(52) Ir-reklamar online għandu rwol importanti fl-ambjent online, inkluż b'rabta mal-forniment tas-servizzi tal-pjattaformi online. Madankollu, ir-reklamar online jista' jikkontribwixxi għal riskji sinifikanti, li jvarjaw minn reklamar li huwa kontenut illegali fih innifsu, għal reklamar li jikkontribwixxi għal inċentivi finanzjarji għall-pubblikazzjoni jew għall-amplifikazzjoni ta' kontenut u attivitajiet online illegali jew dannużi b'mod ieħor, jew it-turija diskriminatorja ta' reklamar b'impatt fuq it-trattament u l-opportunitajiet indaqs taċ-ċittadini. Mudelli ta' reklamar ġodda ġġeneraw bidliet fil-mod kif tiġi ppreżentata l-informazzjoni u ħolqu xejriet ġodda ta' ġbir tad-data personali u mudelli kummerċjali ġodda li jistgħu jaffettwaw il-privatezza, l-awtonomija personali, id-demokrazija, ir-rappurtar ta' kwalità tal-aħbarijiet u jiffaċilitaw il-manipulazzjoni u d-diskriminazzjoni. Għalhekk, jeħtieġ li jkun hemm aktar trasparenza fis-swieq tar-reklamar online u fir-riċerka indipendenti biex tiġi vvalutata l-effettività tar-reklamar li jagħraf l-imġiba. Minbarra r-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Artikolu 6 tad-Direttiva 2000/31/KE, jenħtieġ li l-pjattaformi online jiġu rikjesti li jiżguraw li r-riċevituri tas-servizz ikollhom ċerta informazzjoni individwalizzata meħtieġa biex jifhmu meta u f'isem min qed jintwera r-reklam, kif ukoll il-persuna fiżika jew ġuridika li tiffinanzja r-reklam. Barra minn hekk, ir-riċevituri tas-servizz jenħtieġ li jkollhom aċċess faċli għall-informazzjoni dwar il-parametri ewlenin użati biex jiġi determinat ir-reklamar speċifiku li jrid jintwera lilhom, filwaqt li jiġu pprovduti spjegazzjonijiet sinifikattivi tal-loġika użata għal dak il-għan, inkluż meta din tkun ibbażata fuq it-tfassil tal-profili. Ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament dwar il-provvista ta' informazzjoni relatata mar-reklamar huma mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2016/679, b'mod partikolari dawk li jirrigwardaw id-dritt ta' oġġezzjoni, it-teħid individwali awtomatizzat ta' deċiżjonijiet, inkluż it-tfassil ta' profili u speċifikament il-ħtieġa li jinkiseb kunsens tas-soġġett tad-data qabel l-ipproċessar tad-data personali għar-reklamar immirat. B'mod simili, dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2002/58/KE b'mod partikolari dawk li jirrigwardaw il-ħżin tal-informazzjoni fit-tagħmir terminali u l-aċċess għall-informazzjoni maħżuna hemmhekk. Minbarra dawn l-obbligi ta' informazzjoni, jenħtieġ li l-pjattaformi online jiżguraw li r-riċevituri tas-servizz ikunu jistgħu jirrifjutaw jew jirtiraw il-kunsens tagħhom għal skopijiet ta' reklamar immirat, f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 b'mod li ma jkunx aktar diffiċli jew jieħu ħafna ħin milli jagħtu l-kunsens tagħhom. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-pjattaformi online ma jużawx data personali għal skopijiet kummerċjali relatati mal-kummerċjalizzazzjoni diretta, mat-tfassil ta' profili u mar-reklamar immirat lejn l-imġiba tal-minorenni. Jenħtieġ li l-pjattaforma online ma tkunx obbligata li żżomm, takkwista jew tipproċessa informazzjoni addizzjonali sabiex tivvaluta l-età tar-riċevitur tas-servizz. Ir-rifjut ta' kunsens fl-ipproċessar ta' data personali għall-finijiet ta' reklamar jenħtieġ li ma jwassalx biex l-aċċess għall-funzjonalitajiet tal-pjattaforma jiġi diżattivat. Jenħtieġ li l-għażliet alternattivi ta' aċċess jkunu ġusti u raġonevoli kemm għall-utenti regolari kif ukoll għal dawk ta' darba, bħal għażliet ibbażati fuq reklamar mingħajr traċċar. Jenħtieġ li l-immirar ta' individwi abbażi ta' kategoriji speċjali ta' data li jippermettu l-immirar ta' gruppi vulnerabbli ma jkunx permess.
Emenda 58 Proposta għal regolament Premessa 52a (ġdida)
(52a) Parti ewlenija tan-negozju tal-pjattaforma online hija l-mod li bih l-informazzjoni tiġi prijoritizzata u ppreżentata fuq l-interfaċċa online tagħha biex jiġi ffaċilitat u ottimizzat l-aċċess għall-informazzjoni għar-riċevituri tas-servizz. Dan isir, pereżempju, billi l-informazzjoni tiġi ssuġġerita, klassifikata u prijoritizzata b'mod algoritmiku, u ssir distinzjoni fit-test jew f'rappreżentazzjonijiet viżivi oħra, jew billi l-informazzjoni pprovduta mir-riċevituri tiġi organizzata b'xi mod ieħor. Tali sistemi ta' rakkomandazzjoni jistgħu jkollhom impatt sinifikanti fuq il-kapaċità tar-riċevituri li jiġbru u jinteraġixxu mal-informazzjoni online. Jaqdu wkoll rwol importanti fl-amplifikazzjoni ta' ċerti messaġġi, fid-disseminazzjoni virali tal-informazzjoni u fl-istimolu tal-imġiba online. Konsegwentement, jenħtieġ li l-pjattaformi online jiżguraw li r-riċevituri jkunu jistgħu jifhmu kif is-sistema ta' rakkomandazzjoni jkollha impatt fuq il-mod kif tintwera l-informazzjoni, u jistgħu jinfluwenzaw kif l-informazzjoni tiġi ppreżentata lilhom. Jenħtieġ li jippreżentaw b'mod ċar il-parametri għat-tali sistemi ta' rakkomandazzjoni b'mod li jinftiehem faċilment biex jiżguraw li r-riċevituri jifhmu kif tiġi prijoritizzata l-informazzjoni għalihom.
Emenda 59 Proposta għal regolament Premessa 53
(53) Minħabba l-importanza tal-pjattaformi online kbar ħafna, dovuta għall-ilħuq tagħhom, b'mod partikolari espress f'għadd ta' riċevituri tas-servizz, fil-faċilitazzjoni tad-dibattitu pubbliku, tat-tranżazzjonijiet ekonomiċi u tad-disseminazzjoni ta' informazzjoni, opinjonijiet u ideat u minħabba li jinfluwenzaw il-mod ta' kif ir-riċevituri jiksbu u jikkomunikaw l-informazzjoni online, huwa meħtieġ li jiġu imposti obbligi speċifiċi fuq dawk il-pjattaformi, minbarra l-obbligi applikabbli għall-pjattaformi online kollha. Dawk l-obbligi addizzjonali fuq il-pjattaformi online kbar ħafna huma meħtieġa biex jiġi indirizzat dak it-tħassib tal-politika pubblika, peress li ma jeżistu l-ebda miżuri alternattivi u inqas restrittivi li jistgħu jiksbu l-istess riżultat b'mod effettiv.
(53) Minħabba l-importanza tal-pjattaformi online kbar ħafna, dovuta għall-ilħuq tagħhom, b'mod partikolari espress f'għadd ta' riċevituri tas-servizz, fil-faċilitazzjoni tad-dibattitu pubbliku, tat-tranżazzjonijiet ekonomiċi u tad-disseminazzjoni ta' informazzjoni, opinjonijiet u ideat u minħabba li jinfluwenzaw il-mod ta' kif ir-riċevituri jiksbu u jikkomunikaw l-informazzjoni online, huwa meħtieġ li jiġu imposti obbligi speċifiċi fuq dawk il-pjattaformi, minbarra l-obbligi applikabbli għall-pjattaformi online kollha. Dawk l-obbligi addizzjonali fuq il-pjattaformi online kbar ħafna huma meħtieġa biex jiġi indirizzat dak it-tħassib tal-politika pubblika, peress li ma jeżistu l-ebda miżuri proporzjonati alternattivi u inqas restrittivi li jistgħu jiksbu l-istess riżultat b'mod effettiv.
Emenda 60 Proposta għal regolament Premessa 54
(54) Il-pjattaformi online kbar ħafna jistgħu jikkawżaw riskji soċjetali, differenti fl-ambitu u fl-impatt tagħhom minn dawk ikkawżati minn pjattaformi iżgħar. Ladarba l-għadd ta' riċevituri ta' pjattaformi jilħaq sehem sinifikanti tal-popolazzjoni tal-Unjoni, ir-riskji sistemiċi li toħloq il-pjattaforma jkollhom impatt sproporzjonatament negattiv fl-Unjoni. Tali ilħuq sinifikanti jenħtieġ li jitqies li jeżisti meta l-għadd ta' riċevituri jaqbeż livell limitu operattiv stabbilit għal 45 miljun, jiġifieri, numru ekwivalenti għal 10 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni. Il-livell limitu operattiv jenħtieġ li jinżamm aġġornat permezz ta' emendi promulgati minn atti delegati, fejn meħtieġ. Għalhekk jenħtieġ li tali pjattaformi online kbar ħafna jkollhom l-ogħla standard ta' obbligi ta' diliġenza dovuta, b'mod proporzjonat għall-impatt soċjetali u għall-mezzi tagħhom.
(54) Il-pjattaformi online kbar ħafna jistgħu jikkawżaw riskji soċjetali, differenti fl-ambitu u fl-impatt tagħhom minn dawk ikkawżati minn pjattaformi iżgħar. Ladarba l-għadd ta' riċevituri ta' pjattaformi jilħaq sehem sinifikanti tal-popolazzjoni tal-Unjoni, ir-riskji sistemiċi li toħloq il-pjattaforma jkollhom impatt sproporzjonatament negattiv fl-Unjoni. Tali ilħuq sinifikanti jenħtieġ li jitqies li jeżisti meta l-għadd ta' riċevituri jaqbeż livell limitu operattiv stabbilit għal 45 miljun, jiġifieri, numru ekwivalenti għal 10 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni. Il-livell limitu operattiv jenħtieġ li jinżamm aġġornat permezz ta' emendi promulgati minn atti delegati, fejn meħtieġ. Għalhekk jenħtieġ li tali pjattaformi online kbar ħafna jkollhom l-ogħla standard ta' obbligi ta' diliġenza dovuta, b'mod proporzjonat għall-impatt soċjetali u għall-mezzi tagħhom. Għaldaqstant, l-għadd medju ta' riċevituri ta' kull xahar tas-servizz jenħtieġ li jirrifletti r-riċevituri effettivament milħuqa mis-servizz billi jiġu esposti għall-kontenut jew billi jipprovdu kontenut imxerred fuq l-interfaċċa tal-pjattaformi f'dak il-perjodu ta' żmien.
Emenda 61 Proposta għal regolament Premessa 56
(56) Il-pjattaformi online kbar ħafna jintużaw b'mod li jinfluwenza b'mod qawwi s-sikurezza online, l-iffurmar tal-opinjoni u tad-diskors pubbliċi, kif ukoll il-kummerċ online. Il-mod kif ifasslu s-servizzi tagħhom ġeneralment jiġi ottimizzat biex jibbenefika l-mudelli kummerċjali tagħhom li ta' spiss huma xprunati mir-reklamar u li dan jista' jikkawża tħassib soċjetali. Fin-nuqqas ta' regolamentazzjoni u infurzar effettivi, dawn jistgħu jistabbilixxu r-regoli tal-logħba, mingħajr ma jidentifikaw u jimmitigaw b'mod effettiv ir-riskji u d-dannu soċjetali u ekonomiku li jistgħu jikkawżaw. Għalhekk, skont dan ir-Regolament, il-pjattaformi online kbar ħafna jenħtieġ li jivvalutaw ir-riskji sistemiċi li jirriżultaw mill-funzjonament u mill-użu tas-servizz tagħhom, kif ukoll mill-użu ħażin potenzjali tar-riċevituri tas-servizz, u jieħdu miżuri ta' mitigazzjoni xierqa.
(56) Il-pjattaformi online kbar ħafna jintużaw b'mod li jinfluwenza b'mod qawwi s-sikurezza online, l-iffurmar tal-opinjoni u tad-diskors pubbliċi, kif ukoll il-kummerċ online. Il-mod kif ifasslu s-servizzi tagħhom ġeneralment jiġi ottimizzat biex jibbenefika l-mudelli kummerċjali tagħhom li ta' spiss huma xprunati mir-reklamar u li dan jista' jikkawża tħassib soċjetali. Fin-nuqqas ta' regolamentazzjoni u infurzar effettivi, dawn jistgħu jistabbilixxu r-regoli tal-logħba, mingħajr ma jidentifikaw u jimmitigaw b'mod effettiv ir-riskji u d-dannu soċjetali u ekonomiku li jistgħu jikkawżaw. Għalhekk, skont dan ir-Regolament, il-pjattaformi online kbar ħafna jenħtieġ li jivvalutaw ir-riskji sistemiċi li jirriżultaw mill-funzjonament u mill-użu tas-servizz tagħhom, kif ukoll mill-użu ħażin potenzjali tar-riċevituri tas-servizz, u jieħdu miżuri ta' mitigazzjoni xierqa meta l-mitigazzjoni tkun possibbli mingħajr ma jkun hemm impatt negattiv fuq id-drittijiet fundamentali.
Emenda 62 Proposta għal regolament Premessa 57
(57) Jenħtieġ li jiġu vvalutati fil-fond tliet kategoriji ta' riskji sistemiċi. Kategorija waħda tikkonċerna r-riskji assoċjati mal-użu ħażin tas-servizz tagħhom permezz tad-disseminazzjoni ta' kontenut illegali, bħal pereżempju d-disseminazzjoni ta' materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal jew diskors ta' mibegħda illegali, u permezz tat-twettiq ta' attivitajiet illegali, bħal pereżempju l-bejgħ ta' prodotti jew ta' servizzi projbiti mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi nazzjonali, inkluż il-prodotti kontrafatti. Pereżempju, u mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà personali tar-riċevituri tas-servizz ta' pjattaformi online kbar ħafna għall-illegalità possibbli tal-attività tiegħu jew tagħha skont il-liġi applikabbli, tali disseminazzjoni jew attivitajiet jistgħu jikkostitwixxu riskju sistemiku meta l-aċċess għal tali kontenut jista' jiġi amplifikat permezz ta' kontijiet bi lħuq partikolarment wiesa'. It-tieni kategorija tikkonċerna l-impatt tas-servizz fuq l-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali, kif protetti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, inkluż il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, id-dritt għal ħajja privata, id-dritt ta' nondiskriminazzjoni u d-drittijiet tat-tfal. Tali riskji jistgħu jinħolqu, pereżempju, b'rabta mat-tfassil tas-sistemi algoritmiċi użati mill-pjattaforma online kbira ħafna jew l-użu ħażin tas-servizz tagħhom permezz tas-sottomissjoni ta' avviżi abbużivi jew metodi oħra biex jitwaqqaf id-diskors jew biex tiġi ostakolata l-kompetizzjoni. It-tielet kategorija ta' riskji tikkonċerna l-manipulazzjoni intenzjonali u, ta' spiss, ikkoordinata tas-servizz tal-pjattaforma, b'impatt prevedibbli fuq is-saħħa, id-diskors ċiviku, il-proċessi elettorali, is-sigurtà pubblika u l-protezzjoni tal-minuri, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-ħtieġa li jiġi salvagwardjat l-ordni pubbliku, tiġi protetta l-privatezza u jiġu miġġielda l-prattiki kummerċjali frodulenti u qarrieqa. Tali riskji jistgħu jinħolqu, pereżempju, permezz tal-ħolqien ta' kontijiet foloz, l-użu ta' bots, u mġiba awtomatika jew parzjalment awtomatika oħra, li jistgħu jwasslu għad-disseminazzjoni rapida u mifruxa ta' informazzjoni li hija kontenut illegali jew inkompatibbli mat-termini u l-kundizzjonijiet ta' pjattaforma online.
(57) Jenħtieġ li jiġu vvalutati fil-fond erba' kategoriji ta' riskji sistemiċi. Kategorija waħda tikkonċerna r-riskji assoċjati mal-użu ħażin tas-servizz tagħhom permezz tad-disseminazzjoni u l-amplifikazzjoni ta' kontenut illegali, bħal pereżempju d-disseminazzjoni ta' materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal jew diskors ta' mibegħda illegali, u permezz tat-twettiq ta' attivitajiet illegali, bħal pereżempju l-bejgħ ta' prodotti jew ta' servizzi projbiti mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi nazzjonali, inkluż il-prodotti perikolużi u kontrafatti u l-annimali ttraffikati b'mod illegali. Pereżempju, u mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà personali tar-riċevituri tas-servizz ta' pjattaformi online kbar ħafna għall-illegalità possibbli tal-attività tiegħu jew tagħha skont il-liġi applikabbli, tali disseminazzjoni jew attivitajiet jistgħu jikkostitwixxu riskju sistemiku meta l-aċċess għal tali kontenut jista' jiġi amplifikat permezz ta' kontijiet bi lħuq partikolarment wiesa'. It-tieni kategorija tikkonċerna l-impatt reali u prevedibbli tas-servizz fuq l-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali, kif protetti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, inkluż il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, il-libertà tal-istampa, id-dinjità tal-bniedem, id-dritt għal ħajja privata, id-dritt tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, id-dritt ta' nondiskriminazzjoni u d-drittijiet tat-tfal. Tali riskji jistgħu jinħolqu, pereżempju, b'rabta mat-tfassil tas-sistemi algoritmiċi użati mill-pjattaforma online kbira ħafna jew l-użu ħażin tas-servizz tagħhom permezz tas-sottomissjoni ta' avviżi abbużivi jew metodi oħra biex jitwaqqaf id-diskors jew biex tiġi ostakolata l-kompetizzjoni. It-tielet kategorija ta' riskji tikkonċerna l-manipulazzjoni intenzjonali u, ta' spiss, ikkoordinata tas-servizz tal-pjattaforma, b'impatt prevedibbli fuq id-diskors ċiviku, il-proċessi elettorali, is-sigurtà pubblika u l-protezzjoni tal-minuri, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-ħtieġa li jiġi salvagwardjat l-ordni pubbliku, tiġi protetta l-privatezza u jiġu miġġielda l-prattiki kummerċjali frodulenti u qarrieqa. Tali riskji jistgħu jinħolqu, pereżempju, permezz tal-ħolqien ta' kontijiet foloz, l-użu ta' bots, u mġiba awtomatika jew parzjalment awtomatika oħra, li jistgħu jwasslu għad-disseminazzjoni rapida u mifruxa ta' informazzjoni li hija kontenut illegali jew inkompatibbli mat-termini u l-kundizzjonijiet ta' pjattaforma online. Ir-raba' kategorija ta' riskji tikkonċerna kwalunkwe effett negattiv reali u prevedibbli fuq il-protezzjoni tas-saħħa pubblika, inklużi d-dipendenzi komportamentali minħabba l-użu eċċessiv ta' servizz jew effetti negattivi serji oħra fuq il-benessri fiżiku, mentali, soċjali u finanzjarju tal-persuna.
Emenda 63 Proposta għal regolament Premessa 58
(58) Il-pjattaformi online kbar ħafna jenħtieġ li jużaw il-mezzi meħtieġa biex jimmitigaw b'mod diliġenti r-riskji sistemiċi identifikati fil-valutazzjoni tar-riskji. Għal dawn il-miżuri ta' mitigazzjoni, il-pjattaformi online kbar ħafna jenħtieġ li jqisu, pereżempju, it-tisħiħ jew l-adattament b'mod ieħor tat-tfassil u tal-funzjonament tal-moderazzjoni tal-kontenut, tas-sistemi ta' rakkomandazzjoni algoritmika u tal-interfaċċi online tagħhom, biex jiskoraġġixxu u jillimitaw id-disseminazzjoni ta' kontenut illegali, l-adattament tal-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet tagħhom jew l-adattament tat-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom. Jistgħu wkoll jinkludu miżuri korrettivi, bħal pereżempju d-diskontinwità tad-dħul mir-reklamar għal kontenut speċifiku, jew azzjonijiet oħrajn, bħat-titjib tal-viżibbiltà tas-sorsi ta' informazzjoni awtorevoli. Il-pjattaformi online kbar ħafna jistgħu jsaħħu l-proċessi interni jew is-superviżjoni ta' kull waħda mill-attivitajiet tagħhom b'mod partikolari fir-rigward tad-detezzjoni tar-riskji sistemiċi. Jistgħu wkoll jibdew jew iżidu l-kooperazzjoni mas-sinjalaturi fdati, jorganizzaw sessjonijiet ta' taħriġ u skambji mal-organizzazzjonijiet tas-sinjalaturi fdati u jikkoperaw ma' fornituri tas-servizzi oħrajn, inkluż billi jibdew jew jingħaqdu mal-kodiċijiet ta' kondotta eżistenti jew miżuri awtoregolatorji oħra. Jenħtieġ li kwalunkwe miżuri adottati jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti ta' diliġenza dovuta ta' dan ir-Regolament u jkunu effettivi u xierqa għall-mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi identifikati, fl-interess li jiġi salvagwardjat l-ordni pubbliku, tiġi protetta l-privatezza u jiġu miġġielda l-prattiki kummerċjali frodulenti u qarrieqa, u jenħtieġ li jkunu proporzjonati fid-dawl tal-kapaċità ekonomika tal-pjattaforma online kbira ħafna u fid-dawl tal-ħtieġa li jiġu evitati restrizzjonijiet mhux meħtieġa fuq l-użu tas-servizz tagħhom, filwaqt li jitqiesu kif dovut l-effetti negattivi potenzjali fuq id-drittijiet fundamentali tar-riċevituri tas-servizz.
(58) Il-pjattaformi online kbar ħafna jenħtieġ li jużaw il-mezzi meħtieġa biex jimmitigaw b'mod diliġenti r-riskji sistemiċi identifikati fil-valutazzjoni tar-riskji fejn il-mitigazzjoni hija possibbli mingħajr ma jkun hemm impatt negattiv fuq id-drittijiet fundamentali. Għal dawn il-miżuri ta' mitigazzjoni, il-pjattaformi online kbar ħafna jenħtieġ li jqisu, pereżempju, it-tisħiħ jew l-adattament b'mod ieħor tat-tfassil u tal-funzjonament tal-moderazzjoni tal-kontenut, tas-sistemi ta' rakkomandazzjoni algoritmika u tal-interfaċċi online tagħhom, biex jiskoraġġixxu u jillimitaw id-disseminazzjoni ta' kontenut illegali u ta' kontenut li huwa inkompatibbli mat-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom. Jenħtieġ li jikkunsidraw ukoll miżuri ta' mitigazzjoni f'każ ta' manipulazzjoni u sfruttament ħażin jew intenzjonali tas-servizz, jew f'każ ta' riskji inerenti għall-operat maħsub tas-servizz, inkluż l-amplifikazzjoni tal-kontenut illegali, ta' kontenut li jikser it-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom jew kwalunkwe kontenut ieħor li jkollu effetti negattivi, bl-adattament tal-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet tagħhom jew l-adattament tat-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom u l-politiki ta' moderazzjoni tal-kontenut u kif dawk il-politiki jiġu infurzati, filwaqt li jkunu kompletament trasparenti għar-riċevituri tas-servizz. Jistgħu wkoll jinkludu miżuri korrettivi, bħal pereżempju d-diskontinwità tad-dħul mir-reklamar għal kontenut speċifiku, jew azzjonijiet oħrajn, bħat-titjib tal-viżibbiltà tas-sorsi ta' informazzjoni awtorevoli. Il-pjattaformi online kbar ħafna jistgħu jsaħħu l-proċessi interni jew is-superviżjoni ta' kull waħda mill-attivitajiet tagħhom b'mod partikolari fir-rigward tad-detezzjoni tar-riskji sistemiċi. Jistgħu wkoll jibdew jew iżidu l-kooperazzjoni mas-sinjalaturi fdati, jorganizzaw sessjonijiet ta' taħriġ u skambji mal-organizzazzjonijiet tas-sinjalaturi fdati u jikkoperaw ma' fornituri tas-servizzi oħrajn, inkluż billi jibdew jew jingħaqdu mal-kodiċijiet ta' kondotta eżistenti jew miżuri awtoregolatorji oħra. Jenħtieġ li d-deċiżjoni dwar l-għażla tal-miżuri tibqa' f'idejn il-pjattaforma online kbira ħafna. Jenħtieġ li kwalunkwe miżuri adottati jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti ta' diliġenza dovuta ta' dan ir-Regolament u jkunu effettivi u xierqa għall-mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi identifikati, fl-interess li jiġi salvagwardjat l-ordni pubbliku, tiġi protetta l-privatezza u jiġu miġġielda l-prattiki kummerċjali frodulenti u qarrieqa, u jenħtieġ li jkunu proporzjonati fid-dawl tal-kapaċità ekonomika tal-pjattaforma online kbira ħafna u fid-dawl tal-ħtieġa li jiġu evitati restrizzjonijiet mhux meħtieġa fuq l-użu tas-servizz tagħhom, filwaqt li jitqiesu kif dovut l-effetti negattivi potenzjali fuq id-drittijiet fundamentali tar-riċevituri tas-servizz. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa l-implimentazzjoni u l-effettività tal-miżuri ta' mitigazzjoni u toħroġ rakkomandazzjonijiet meta l-miżuri implimentati jitqiesu mhux xierqa jew ineffettivi biex jindirizzaw ir-riskju sistemiku inkwistjoni.
Emenda 64 Proposta għal regolament Premessa 59
(59) Fejn xieraq, jenħtieġ li l-pjattaformi online kbar ħafna jwettqu l-valutazzjonijiet tar-riskji tagħhom u jfasslu l-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskji tagħhom bl-involviment tar-rappreżentanti tar-riċevituri tas-servizz, tar-rappreżentanti tal-gruppi potenzjalment milquta mis-servizzi tagħhom, ta' esperti indipendenti u ta' organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili.
(59) Fejn xieraq, jenħtieġ li l-pjattaformi online kbar ħafna jwettqu l-valutazzjonijiet tar-riskji tagħhom u jfasslu l-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskji tagħhom bl-involviment tar-rappreżentanti tar-riċevituri tas-servizz, ta' esperti indipendenti u ta' organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili.
Emenda 65 Proposta għal regolament Premessa 60
(60) Minħabba l-ħtieġa li tiġi żgurata l-verifika minn esperti indipendenti, jenħtieġ li l-pjattaformi online kbar ħafna jkunu akkontabbli, permezz ta' awditjar indipendenti, għall-konformità mal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament u, fejn rilevanti, ma' kwalunkwe impenji kumplimentari meħuda skont il-kodiċijiet ta' kondotta u l-protokolli għall-kriżijiet. Jenħtieġ li jagħtu aċċess lill-awditur għad-data rilevanti kollha meħtieġa għat-twettiq tal-awditu kif suppost. Jenħtieġ li l-awdituri jkunu jistgħu jużaw sorsi oħrajn ta' informazzjoni oġġettiva, inkluż studji minn riċerkaturi verifikati. Jenħtieġ li l-awdituri jiggarantixxu l-kunfidenzjalità, is-sigurtà u l-integrità tal-informazzjoni, bħal pereżempju s-sigrieti kummerċjali, li jiksbu meta jkunu qed iwettqu l-kompiti tagħhom u jkollhom l-għarfien espert meħtieġ fil-qasam tal-ġestjoni tar-riskji u l-kompetenza teknika biex jawditjaw l-algoritmi. Jenħtieġ li l-awdituri jkunu indipendenti, biex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod xieraq u affidabbli. Jekk ikun hemm dubju dwar l-indipendenza tagħhom, jenħtieġ li jirriżenjaw jew jastjenu mill-impenn ta' awditu.
(60) Minħabba l-ħtieġa li tiġi żgurata l-verifika minn esperti indipendenti, jenħtieġ li l-pjattaformi online kbar ħafna jkunu akkontabbli, permezz ta' awditjar indipendenti estern, għall-konformità mal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-awditi jivvalutaw iċ-ċarezza, il-koerenza u l-infurzar prevedibbli tat-termini ta' servizz, il-kompletezza, il-metodoloġija u l-konsistenza tal-obbligi ta' rappurtar tat-trasparenza, il-preċiżjoni, il-prevedibbiltà u ċ-ċarezza tas-segwitu tal-fornitur għar-riċevituri tas-servizz u l-fornituri tal-avviżi fir-rigward tal-avviżi ta' kontenut illegali u t-termini ta' ksur tas-servizz, l-akkuratezza tal-klassifikazzjoni tal-informazzjoni mneħħija, il-mekkaniżmu intern għat-trattament tal-ilmenti, l-interazzjoni ma' sinjalaturi fdati u l-valutazzjoni tal-preċiżjoni tagħhom, id-diliġenza fir-rigward tal-verifika tat-traċċabbiltà tal-kummerċjanti, l-adegwatezza u l-korrettezza tal-miżuri ta' riskju meħuda u, fejn rilevanti, ma' kwalunkwe impenji kumplimentari meħuda skont il-kodiċijiet ta' kondotta u l-protokolli għall-kriżijiet. Jenħtieġ li jagħtu aċċess lill-awditur verifikat għad-data rilevanti kollha meħtieġa għat-twettiq tal-awditu kif suppost. Jenħtieġ li l-awdituri jkunu jistgħu jużaw sorsi oħrajn ta' informazzjoni oġġettiva, inkluż studji minn riċerkaturi verifikati. Jenħtieġ li l-awdituri verifikati jiggarantixxu l-kunfidenzjalità, is-sigurtà u l-integrità tal-informazzjoni, bħal pereżempju s-sigrieti kummerċjali, li jiksbu meta jkunu qed iwettqu l-kompiti tagħhom u jkollhom l-għarfien espert meħtieġ fil-qasam tal-ġestjoni tar-riskji u l-kompetenza teknika biex jawditjaw l-algoritmi. Jenħtieġ li din il-garanzija ma tkunx mezz biex tiġi evitata l-applikabbiltà tal-obbligi tal-awditjar f'dan ir-Regolament applikabbli għal pjattaformi online kbar ħafna. Jenħtieġ li l-awdituri jkunu legalment u finanzjarjament indipendenti u jenħtieġ li ma jkollhomx kunflitt ta' interess li jinvolvi l-pjattaforma online kbira ħafna kkonċernata u pjattaformi online kbar ħafna oħra, biex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod xieraq u affidabbli. Barra minn hekk, l-awdituri verifikati u l-impjegati tagħhom ma kellhom jipprovdu l-ebda servizz lill-pjattaforma online kbira ħafna awditjata għal 12-il xahar qabel l-awditu. Jenħtieġ li jimpenjaw ruħhom li ma jaħdmux għall-pjattaforma online kbira ħafna awditjata jew għal organizzazzjoni professjonali jew assoċjazzjoni tan-negozju li tagħha l-pjattaforma hija membru għal 12-il xahar wara li tkun intemmet il-pożizzjoni tagħhom fl-organizzazzjoni ta' awditjar. Jekk ikun hemm dubju dwar l-indipendenza tagħhom, jenħtieġ li jirriżenjaw jew jastjenu mill-impenn ta' awditu.
Emenda 66 Proposta għal regolament Premessa 61
(61) Jenħtieġ li r-rapport dwar l-awditu jkun sostanzjat, biex jingħata rendikont sinifikattiv tal-attivitajiet imwettqa u l-konklużjonijiet misluta. Jenħtieġ li dan jgħin biex jinforma, u fejn xieraq jissuġġerixxi titjib fil-miżuri meħuda mill-pjattaforma online kbira ħafna biex tikkonforma mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament. Ir-rapport jenħtieġ li jiġi trażmess lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment u lill-Bord mingħajr dewmien, flimkien mal-valutazzjoni tar-riskji u l-miżuri ta' mitigazzjoni, kif ukoll il-pjanijiet tal-pjattaforma biex tindirizza r-rakkomandazzjonijiet tal-awditu. Ir-rapport jenħtieġ ikun jinkludi opinjoni tal-awditu bbażata fuq il-konklużjonijiet misluta mill-evidenza tal-awditu miksuba. Jenħtieġ li tingħata opinjoni pożittiva meta l-evidenza kollha turi li l-pjattaforma online kbira ħafna tikkonforma mal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament jew, fejn applikabbli, ma' kwalunkwe impenji li tkun ħadet skont kodiċi ta' kondotta jew protokoll għall-kriżijiet, b'mod partikolari billi tidentifika, tevalwa u timmitiga r-riskji sistemiċi maħluqa mis-sistema u mis-servizzi tagħha. Meta l-awditur ikun jixtieq jinkludi rimarki li ma għandhomx effett sostanzjali fuq l-eżitu tal-awditu, mal-opinjoni pożittiva jenħtieġ jiżdiedu xi kummenti. Jenħtieġ li tingħata opinjoni negattiva meta l-awditur iqis li l-pjattaforma online kbira ħafna ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament jew mal-impenji meħuda.
(61) Jenħtieġ li r-rapport dwar l-awditu jkun sostanzjat, biex jingħata rendikont sinifikattiv tal-attivitajiet imwettqa u l-konklużjonijiet misluta. Jenħtieġ li dan jgħin biex jinforma, u fejn xieraq jissuġġerixxi titjib fil-miżuri meħuda mill-pjattaforma online kbira ħafna biex tikkonforma mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament. Ir-rapport jenħtieġ li jiġi trażmess lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment u lill-Bord mingħajr dewmien, flimkien mal-valutazzjoni tar-riskji u l-miżuri ta' mitigazzjoni, kif ukoll il-pjanijiet tal-pjattaforma biex tindirizza r-rakkomandazzjonijiet tal-awditu. Fejn applikabbli, ir-rapport jenħtieġ li jinkludi deskrizzjoni ta' elementi speċifiċi li ma setgħux jiġu awditjati, u spjegazzjoni tar-raġuni għaliex dawn ma setgħux jiġu awditjati. Ir-rapport jenħtieġ ikun jinkludi opinjoni tal-awditu bbażata fuq il-konklużjonijiet misluta mill-evidenza tal-awditu miksuba. Jenħtieġ li tingħata opinjoni pożittiva meta l-evidenza kollha turi li l-pjattaforma online kbira ħafna tikkonforma mal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament jew, fejn applikabbli, ma' kwalunkwe impenji li tkun ħadet skont kodiċi ta' kondotta jew protokoll għall-kriżijiet, b'mod partikolari billi tidentifika, tevalwa u timmitiga r-riskji sistemiċi maħluqa mis-sistema u mis-servizzi tagħha. Meta l-awditur ikun jixtieq jinkludi rimarki li ma għandhomx effett sostanzjali fuq l-eżitu tal-awditu, mal-opinjoni pożittiva jenħtieġ jiżdiedu xi kummenti. Jenħtieġ li tingħata opinjoni negattiva meta l-awditur iqis li l-pjattaforma online kbira ħafna ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament jew mal-impenji meħuda. Meta l-opinjoni tal-awditu ma setgħetx tasal għal konklużjoni għal elementi speċifiċi li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-awditu, dikjarazzjoni tar-raġunijiet għan-nuqqas li tintlaħaq tali konklużjoni jenħtieġ li tiġi inkluża fl-opinjoni tal-awditu.
Emenda 67 Proposta għal regolament Premessa 62
(62) Parti ewlenija tan-negozju tal-pjattaforma online kbira ħafna huwa l-mod li bih l-informazzjoni tiġi prijoritizzata u ppreżentata fuq l-interfaċċa online tagħha biex jiġi ffaċilitat u ottimizzat l-aċċess għall-informazzjoni għar-riċevituri tas-servizz. Dan isir, pereżempju, billi l-informazzjoni tiġi ssuġġerita, klassifikata u prijoritizzata b'mod algoritmiku, u ssir distinzjoni fit-test jew f'rappreżentazzjonijiet viżivi oħra, jew billi l-informazzjoni pprovduta mir-riċevituri tiġi organizzata b'xi mod ieħor. Tali sistemi ta' rakkomandazzjoni jistgħu jkollhom impatt sinifikanti fuq il-kapaċità tar-riċevituri li jiġbru u jinteraġixxu mal-informazzjoni online. Jaqdu wkoll rwol importanti fl-amplifikazzjoni ta' ċerti messaġġi, fid-disseminazzjoni virali tal-informazzjoni u fl-istimolu tal-imġiba online. Konsegwentement, il-pjattaformi online kbar ħafna jenħtieġ li jiżguraw li r-riċevituri jiġu infurmati b'mod xieraq, u li jkunu jistgħu jinfluwenzaw l-informazzjoni ppreżentata lilhom. Jenħtieġ li jippreżentaw b'mod ċar il-parametri ewlenin għat-tali sistemi ta' rakkomandazzjoni b'mod li jinftiehem faċilment biex jiżguraw li r-riċevituri jifhmu kif tiġi prijoritizzata l-informazzjoni għalihom. Jenħtieġ li jiżguraw ukoll li r-riċevituri jkollhom għażliet alternattivi għall-parametri ewlenin, inkluż għażliet li mhumiex ibbażati fuq it-tfassil ta' profil tar-riċevitur.
(62) Parti ewlenija tan-negozju tal-pjattaforma online kbira ħafna huwa l-mod li bih l-informazzjoni tiġi prijoritizzata u ppreżentata fuq l-interfaċċa online tagħha biex jiġi ffaċilitat u ottimizzat l-aċċess għall-informazzjoni għar-riċevituri tas-servizz. Dan isir, pereżempju, billi l-informazzjoni tiġi ssuġġerita, klassifikata u prijoritizzata b'mod algoritmiku, u ssir distinzjoni fit-test jew f'rappreżentazzjonijiet viżivi oħra, jew billi l-informazzjoni pprovduta mir-riċevituri tiġi organizzata b'xi mod ieħor. Tali sistemi ta' rakkomandazzjoni jistgħu jkollhom impatt sinifikanti fuq il-kapaċità tar-riċevituri li jiġbru u jinteraġixxu mal-informazzjoni online. Ħafna drabi, jiffaċilitaw it-tfittxija għal kontenut rilevanti għar-riċevituri tas-servizz u jikkontribwixxu għal esperjenza mtejba tal-utent. Jaqdu wkoll rwol importanti fl-amplifikazzjoni ta' ċerti messaġġi, fid-disseminazzjoni virali tal-informazzjoni u fl-istimolu tal-imġiba online. Konsegwentement, il-pjattaformi online kbar ħafna jenħtieġ li jħallu lir-riċevituri jiddeċiedu jekk iridux ikunu soġġetti għal sistemi ta' rakkomandazzjoni bbażati fuq it-tfassil ta' profili u jiżguraw li jkun hemm għażla li mhijiex ibbażata fuq it-tfassil ta' profili. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-pjattaformi online jiżguraw li r-riċevituri jiġu infurmati b'mod xieraq, dwar l-użu ta' sistemi ta' rakkomandazzjoni, u li r-riċevituri jistgħu jinfluwenzaw l-informazzjoni ppreżentata lilhom billi jagħmlu għażliet attivi. Jenħtieġ li jippreżentaw b'mod ċar il-parametri ewlenin għal tali sistemi ta' rakkomandazzjoni b'mod li jinftiehem faċilment u faċli għall-utent biex jiġi żgurat li r-riċevituri jifhmu kif l-informazzjoni hija prijoritizzata għalihom, ir-raġuni għaliex, u kif għandhom jiġu mmodifikati l-parametri użati biex jitrażżan il-kontenut ippreżentat għar-riċevituri. Jenħtieġ li l-pjattaformi online kbar ħafna jimplimentaw miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jiżguraw li s-sistemi ta' rakkomandazzjoni jitfasslu b'mod faċli għall-konsumatur u ma jinfluwenzawx l-imġiba tal-utenti aħħarin permezz ta' dark patterns.
Emenda 68 Proposta għal regolament Premessa 63
(63) Is-sistemi tar-reklamar użati mill-pjattaformi online kbar ħafna joħolqu riskji partikolari u jirrikjedu superviżjoni pubblika u regolatorja ulterjuri minħabba l-iskala tagħhom u l-kapaċità tagħhom li jimmiraw u jilħqu r-riċevituri tas-servizz abbażi tal-imġiba tagħhom fi ħdan u barra mill-interfaċċa online ta' dik il-pjattaforma. Jenħtieġ li l-pjattaformi online kbar ħafna jiżguraw l-aċċess pubbliku għar-repożitorji tar-reklami li jintwerew fuq l-interfaċċi online tagħhom biex jiffaċilitaw is-superviżjoni u r-riċerka dwar ir-riskji emerġenti maħluqa mid-distribuzzjoni tar-reklamar online, pereżempju b'rabta mar-reklami illegali jew mat-tekniki manipulattivi u d-diżinformazzjoni b'impatt negattiv reali u prevedibbli fuq is-saħħa pubblika, is-sigurtà pubblika, id-diskors ċivili, il-parteċipazzjoni politika u l-ugwaljanza. Ir-repożitorji jenħtieġ li jinkludu l-kontenut tar-reklami u d-data relatata dwar ir-reklamatur u t-twassil tar-reklam, b'mod partikolari meta jkun ikkonċernat ir-reklamar immirat.
(63) Is-sistemi tar-reklamar użati mill-pjattaformi online kbar ħafna joħolqu riskji partikolari u jirrikjedu superviżjoni pubblika u regolatorja ulterjuri minħabba l-iskala tagħhom u l-kapaċità tagħhom li jimmiraw u jilħqu r-riċevituri tas-servizz abbażi tal-imġiba tagħhom fi ħdan u barra mill-interfaċċa online ta' dik il-pjattaforma. Jenħtieġ li l-pjattaformi online kbar ħafna jiżguraw l-aċċess pubbliku għar-repożitorji tar-reklami li jintwerew fuq l-interfaċċi online tagħhom biex jiffaċilitaw is-superviżjoni u r-riċerka dwar ir-riskji emerġenti maħluqa mid-distribuzzjoni tar-reklamar online, pereżempju b'rabta mar-reklami illegali jew mat-tekniki manipulattivi u d-diżinformazzjoni b'impatt negattiv reali u prevedibbli fuq is-saħħa pubblika, is-sigurtà pubblika, id-diskors ċivili, il-parteċipazzjoni politika u l-ugwaljanza. Ir-repożitorji jenħtieġ li jinkludu l-kontenut tar-reklami, inkluż l-isem tal-prodott, is-servizz jew il-marka kummerċjali u l-oġġett tar-reklam, u d-data relatata dwar ir-reklamatur u, jekk differenti, il-persuna fiżika jew ġuridika li ħallset għar-reklam, u t-twassil tar-reklam, b'mod partikolari meta jkun ikkonċernat ir-reklamar immirat. Barra minn hekk, il-pjattaformi online kbar ħafna jenħtieġ li jimmarkaw kull vidjow, awdjo jew fajl ieħor li huma deepfakes bħala tali.
Emenda 69 Proposta għal regolament Premessa 64
(64) Biex tiġi sorveljata b'mod xieraq il-konformità tal-pjattaformi online kbar ħafna mal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament, il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment jew il-Kummissjoni jistgħu jirrikjedu l-aċċess għal data speċifika jew rappurtar dwarha. Tali rekwiżit jista' jinkludi, pereżempju, id-data meħtieġa biex jiġu vvalutati r-riskji u d-danni possibbli maħluqa mis-sistemi tal-pjattaforma, data dwar l-akkuratezza, il-funzjonament u l-ittestjar tas-sistemi algoritmiċi għall-moderazzjoni tal-kontenut, tas-sistemi ta' rakkomandazzjoni jew tas-sistemi tar-reklamar, jew data dwar il-proċessi u l-outputs tal-moderazzjoni tal-kontenut jew tas-sistemi interni għall-immaniġġjar tal-ilmenti skont it-tifsira ta' dan ir-Regolament. L-investigazzjonijiet tar-riċerkaturi dwar l-evoluzzjoni u s-severità tar-riskji sistemiċi online huma partikolarment importanti biex jitnaqqsu l-asimmetriji tal-informazzjoni u biex tiġi stabbilita sistema reżiljenti għall-mitigazzjoni tar-riskji, biex jiġu infurmati l-pjattaformi online, il-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali, awtoritajiet kompetenti oħra, il-Kummissjoni u l-pubbliku. Għalhekk ir-Regolament jipprevedi qafas li jobbliga lill-pjattaformi online kbar ħafna jagħtu aċċess għad-data lir-riċerkaturi verifikati. Ir-rekwiżiti kollha għall-aċċess għad-data skont dak il-qafas jenħtieġ li jkunu proporzjonati u jipproteġu b'mod xieraq id-drittijiet u l-interessi leġittimi, inkluż is-sigrieti kummerċjali u informazzjoni kunfidenzjali oħra, tal-pjattaforma u ta' partijiet oħra kkonċernati, inkluż ir-riċevituri tas-servizz.
(64) Biex tiġi sorveljata b'mod xieraq il-konformità tal-pjattaformi online kbar ħafna mal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament, il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment jew il-Kummissjoni jistgħu jirrikjedu l-aċċess għal data u algoritmi speċifiċi jew rappurtar dwarhom. Tali rekwiżit jista' jinkludi, pereżempju, id-data meħtieġa biex jiġu vvalutati r-riskji u d-danni possibbli maħluqa mis-sistemi tal-pjattaforma, data dwar l-akkuratezza, il-funzjonament u l-ittestjar tas-sistemi algoritmiċi għall-moderazzjoni tal-kontenut, tas-sistemi ta' rakkomandazzjoni jew tas-sistemi tar-reklamar, jew data dwar il-proċessi u l-outputs tal-moderazzjoni tal-kontenut jew tas-sistemi interni għall-immaniġġjar tal-ilmenti skont it-tifsira ta' dan ir-Regolament. L-investigazzjonijiet tar-riċerkaturi verifikati, korpi, organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet verifikati mingħajr skop ta' qligħ, dwar l-evoluzzjoni u s-severità tar-riskji sistemiċi online huma partikolarment importanti biex jitnaqqsu l-asimmetriji tal-informazzjoni u biex tiġi stabbilita sistema reżiljenti għall-mitigazzjoni tar-riskji, biex jiġu infurmati l-pjattaformi online, il-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali, awtoritajiet kompetenti oħra, il-Kummissjoni u l-pubbliku. Għalhekk ir-Regolament jipprevedi qafas li jobbliga lill-pjattaformi online kbar ħafna jagħtu aċċess għad-data lir-riċerkaturi verifikati, korpi, organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ. Ir-rekwiżiti kollha għall-aċċess għad-data skont dak il-qafas jenħtieġ li jkunu proporzjonati u jipproteġu b'mod xieraq id-drittijiet u l-interessi leġittimi, inkluż id-data personali, is-sigrieti kummerċjali u informazzjoni kunfidenzjali oħra, tal-pjattaforma u ta' partijiet oħra kkonċernati, inkluż ir-riċevituri tas-servizz. Jenħtieġ li r-riċerkaturi verifikati, il-korpi, l-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ jiggarantixxu l-kunfidenzjalità, is-sigurtà u l-integrità tal-informazzjoni, bħas-sigrieti kummerċjali, li huma jiksbu meta jwettqu l-kompiti tagħhom.
Emenda 70 Proposta għal regolament Premessa 66
(66) Biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni effettiva u konsistenti tal-obbligi f'dan ir-Regolament li jistgħu jirrikjedu implimentazzjoni permezz ta' mezzi teknoloġiċi, huwa importanti li jiġu promossi standards volontarji tal-industrija li jkopru ċerti proċeduri tekniċi, fejn l-industrija tista' tgħin biex jiġu żviluppati mezzi standardizzati biex wieħed jikkonforma ma' dan ir-Regolament, bħal pereżempju billi jippermettu s-sottomissjoni ta' avviżi, inkluż permezz ta' interfaċċi għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet, jew dwar l-interoperabbiltà tar-repożitorji tar-reklamar. Tali standards jistgħu b'mod partikolari jkunu utli għal fornituri relattivament żgħar tas-servizzi intermedjarji. L-istandards jistgħu jiddistingwu bejn tipi differenti ta' kontenut illegali jew tipi differenti ta' servizzi intermedjarji, kif xieraq.
(66) Biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni effettiva u konsistenti tal-obbligi f'dan ir-Regolament li jistgħu jirrikjedu implimentazzjoni permezz ta' mezzi teknoloġiċi, huwa importanti li jiġu promossi standards volontarji li jkopru ċerti proċeduri tekniċi, fejn l-industrija tista' tgħin biex jiġu żviluppati mezzi standardizzati biex wieħed jikkonforma ma' dan ir-Regolament, bħal pereżempju billi jippermettu s-sottomissjoni ta' avviżi, inkluż permezz ta' interfaċċi għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet, dwar l-interoperabbiltà tar-repożitorji tar-reklamar, jew dwar it-termini u l-kundizzjonijiet. Tali standards jistgħu b'mod partikolari jkunu utli għal fornituri relattivament żgħar tas-servizzi intermedjarji. L-istandards jistgħu jiddistingwu bejn tipi differenti ta' kontenut illegali jew tipi differenti ta' servizzi intermedjarji, kif xieraq. Fin-nuqqas ta' standards rilevanti maqbula fi żmien [24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi permezz ta' atti ta' implimentazzjoni sakemm jintlaħaq qbil dwar standard volontarju.
Emenda 71 Proposta għal regolament Premessa 67
(67) Il-Kummissjoni u l-Bord jenħtieġ li jinkoraġġixxu t-tfassil ta' kodiċijiet ta' kondotta biex jikkontribwixxu għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Filwaqt li l-implimentazzjoni tal-kodiċijiet ta' kondotta jenħtieġ li tkun tista' titkejjel u tkun soġġetta għas-sorveljanza pubblika, dan jenħtieġ li ma jtellifx in-natura volontarja ta' tali kodiċijiet u l-libertà tal-partijiet interessati li jiddeċiedu jekk iridux jipparteċipaw. F'ċerti ċirkostanzi, huwa importanti li l-pjattaformi online kbar ħafna jikkooperaw fit-tfassil u jaderixxu ma' kodiċijiet speċifiċi ta' kondotta. L-ebda ħaġa f'dan ir-Regolament ma tipprevjeni lil fornituri oħra tas-servizz milli jaderixxu mal-istess standards ta' diliġenza dovuta, milli jadottaw l-aqwa prattiki u milli jibbenefikaw mill-gwida pprovduta mill-Kummissjoni u mill-Bord, billi jipparteċipaw fl-istess kodiċijiet ta' kondotta.
(67) Il-Kummissjoni u l-Bord jenħtieġ li jinkoraġġixxu t-tfassil ta' kodiċijiet ta' kondotta kif ukoll il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dawn il-kodiċijiet biex jikkontribwixxu għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Bord jimmiraw li l-kodiċijiet ta' kondotta jiddefinixxu b'mod ċar in-natura tal-objettivi ta' interess pubbliku li jkunu qed jiġu indirizzati, li jkun fihom mekkaniżmi għal evalwazzjoni indipendenti tal-kisba ta' dawn l-objettivi u li r-rwol tal-awtoritajiet kompetenti jkun definit b'mod ċar. Filwaqt li l-implimentazzjoni tal-kodiċijiet ta' kondotta jenħtieġ li tkun tista' titkejjel u tkun soġġetta għas-sorveljanza pubblika, dan jenħtieġ li ma jtellifx in-natura volontarja ta' tali kodiċijiet u l-libertà tal-partijiet interessati li jiddeċiedu jekk iridux jipparteċipaw. F'ċerti ċirkostanzi, huwa importanti li l-pjattaformi online kbar ħafna jikkooperaw fit-tfassil u jaderixxu ma' kodiċijiet speċifiċi ta' kondotta. L-ebda ħaġa f'dan ir-Regolament ma tipprevjeni lil fornituri oħra tas-servizz milli jaderixxu mal-istess standards ta' diliġenza dovuta, milli jadottaw l-aqwa prattiki u milli jibbenefikaw mill-gwida pprovduta mill-Kummissjoni u mill-Bord, billi jipparteċipaw fl-istess kodiċijiet ta' kondotta.
Emenda 72 Proposta għal regolament Premessa 68
(68) Huwa xieraq li dan ir-Regolament jidentifika ċerti oqsma ta' kunsiderazzjoni għal tali kodiċijiet ta' kondotta. B'mod partikolari, il-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskji dwar tipi speċifiċi ta' kontenut illegali jenħtieġ li jiġu eżaminati permezz ta' ftehimiet awtoregolatorji u koregolatorji. Qasam ieħor li jrid jiġi kkunsidrat huwa l-impatti negattivi possibbli tar-riskji sistemiċi fuq is-soċjetà u fuq id-demokrazija, bħal pereżempju d-diżinformazzjoni jew l-attivitajiet manipulattivi u abbużivi. Dan jinkludi operazzjonijiet koordinati bil-mira li jamplifikaw l-informazzjoni, inkluż id-diżinformazzjoni, bħal pereżempju l-użu ta' bots jew kontijiet foloz għall-ħolqien ta' informazzjoni falza jew qarrieqa, xi kultant bl-iskop li jinkiseb gwadann ekonomiku, li huma partikolarment dannużi għar-riċevituri vulnerabbli tas-servizz, bħal pereżempju t-tfal. B'rabta ma' tali oqsma, l-aderenza u l-konformità ma' kodiċi ta' kondotta speċifiku minn pjattaforma online kbira ħafna jistgħu jitqiesu bħala miżura xierqa għall-mitigazzjoni tar-riskji. Ir-rifjut mingħajr spjegazzjonijiet xierqa minn pjattaforma online tat-talba tal-Kummissjoni biex tipparteċipa fl-applikazzjoni ta' tali kodiċi ta' kondotta jista' jitqies, fejn rilevanti, meta jkun qed jiġi determinat jekk il-pjattaforma online tkunx kisret l-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament.
(68) Huwa xieraq li dan ir-Regolament jidentifika ċerti oqsma ta' kunsiderazzjoni għal tali kodiċijiet ta' kondotta. B'mod partikolari, il-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskji dwar tipi speċifiċi ta' kontenut illegali jenħtieġ li jiġu eżaminati permezz ta' ftehimiet awtoregolatorji u koregolatorji. Qasam ieħor li jrid jiġi kkunsidrat huwa l-impatti negattivi possibbli tar-riskji sistemiċi fuq is-soċjetà u fuq id-demokrazija, bħal pereżempju d-diżinformazzjoni, jew l-attivitajiet manipulattivi u abbużivi. Dan jinkludi operazzjonijiet koordinati bil-mira li jamplifikaw l-informazzjoni, inkluż id-diżinformazzjoni, bħal pereżempju l-użu ta' bots jew kontijiet foloz għall-ħolqien ta' informazzjoni intenzjonalment mhux preċiża jew qarrieqa, xi kultant bl-iskop li jinkiseb gwadann ekonomiku, li huma partikolarment dannużi għar-riċevituri vulnerabbli tas-servizz, bħal pereżempju l-minorenni. B'rabta ma' tali oqsma, l-aderenza u l-konformità ma' kodiċi ta' kondotta speċifiku minn pjattaforma online kbira ħafna jistgħu jitqiesu bħala miżura xierqa għall-mitigazzjoni tar-riskji.
Emenda 73 Proposta għal regolament Premessa 69
(69) Ir-regoli dwar il-kodiċijiet ta' kondotta skont dan ir-Regolament jistgħu jservu bħala bażi għal sforzi awtoregolatorji diġà stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, inkluż il-Wegħda dwar is-Sikurezza tal-Prodott, il-Memorandum ta' Qbil kontra l-oġġetti kontrafatti, il-Kodiċi ta' Kondotta kontra d-diskors ta' mibegħda illegali kif ukoll il-Kodiċi ta' Prattika dwar id-Diżinformazzjoni. B'mod partikolari għal dan tal-aħħar, il-Kummissjoni se toħroġ gwida għat-tisħiħ tal-Kodiċi ta' Prattika dwar id-Diżinformazzjoni kif imħabbar fil-Pjan ta' Azzjoni għad-Demokrazija Ewropea.
(69) Ir-regoli dwar il-kodiċijiet ta' kondotta skont dan ir-Regolament jistgħu jservu bħala bażi għal sforzi awtoregolatorji diġà stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, inkluż il-Wegħda dwar is-Sikurezza tal-Prodott, il-Memorandum ta' Qbil kontra l-oġġetti kontrafatti, il-Kodiċi ta' Kondotta kontra d-diskors ta' mibegħda illegali kif ukoll il-Kodiċi ta' Prattika dwar id-Diżinformazzjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tinkoraġġixxi wkoll l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta biex tiffaċilita l-konformità mal-obbligi f'oqsma, bħall-protezzjoni tal-minorenni jew il-kiri għal żmien qasir. Oqsma oħra li għandhom jiġu kkunsidrati jistgħu jkunu l-promozzjoni tad-diversità tal-informazzjoni permezz tal-appoġġ ta' ġurnaliżmu ta' kwalità għolja u t-trawwim tal-kredibbiltà tal-informazzjoni, filwaqt li tiġi rispettata l-kunfidenzjalità tas-sorsi ġurnalistiċi. Barra minn hekk, huwa importanti li tiġi żgurata l-konsistenza ma' mekkaniżmi ta' infurzar diġà eżistenti, bħal dawk fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika jew tal-media u ma' strutturi regolatorji indipendenti f'dawn l-oqsma kif definiti mil-liġi tal-Unjoni u nazzjonali.
Emenda 74 Proposta għal regolament Premessa 70
(70) Il-provvista ta' reklamar online ġeneralment tinvolvi bosta atturi, inkluż servizzi intermedjarji li jikkollegaw il-pubblikaturi tar-reklamar mar-reklamaturi. Jenħtieġ li l-kodiċijiet ta' kondotta jappoġġjaw u jikkumplimentaw l-obbligi ta' trasparenza relatati mar-reklamar għall-pjattaformi online u għall-pjattaformi online kbar ħafna stabbiliti f'dan ir-Regolament biex jiġu previsti mekkaniżmi flessibbli u effettivi biex tiġi ffaċilitata u msaħħa l-konformità ma' dawn l-obbligi, b'mod partikolari fir-rigward tal-modalitajiet tat-trażmissjoni tal-informazzjoni rilevanti. L-involviment ta' firxa wiesgħa ta' partijiet ikkonċernati jenħtieġ li jiżgura li dawk il-kodiċijiet ta' kondotta jiġu appoġġjat b'mod mifrux, ikunu teknikament sodi, effettivi u joffru l-ogħla livelli ta' faċilità tal-użu għall-utent biex jiġi żgurat li l-obbligi ta' trasparenza jiksbu l-objettivi tagħhom.
(70) Il-provvista ta' reklamar online ġeneralment tinvolvi bosta atturi, inkluż servizzi intermedjarji li jikkollegaw il-pubblikaturi tar-reklamar mar-reklamaturi. Jenħtieġ li l-kodiċijiet ta' kondotta jappoġġjaw u jikkumplimentaw l-obbligi ta' trasparenza relatati mar-reklamar għall-pjattaformi online u għall-pjattaformi online kbar ħafna stabbiliti f'dan ir-Regolament biex jiġu previsti mekkaniżmi flessibbli u effettivi biex tiġi ffaċilitata u msaħħa l-konformità ma' dawn l-obbligi, b'mod partikolari fir-rigward tal-modalitajiet tat-trażmissjoni tal-informazzjoni rilevanti. L-involviment ta' firxa wiesgħa ta' partijiet ikkonċernati jenħtieġ li jiżgura li dawk il-kodiċijiet ta' kondotta jiġu appoġġjat b'mod mifrux, ikunu teknikament sodi, effettivi u joffru l-ogħla livelli ta' faċilità tal-użu għall-utent biex jiġi żgurat li l-obbligi ta' trasparenza jiksbu l-objettivi tagħhom. L-effettività tal-kodiċijiet tal-imġiba jenħtieġ li tkun ivvalutata b'mod regolari. B'differenza mil-leġiżlazzjoni, il-kodiċijiet ta' kondotta mhumiex soġġetti għal skrutinju demokratiku u l-konformità tagħhom mad-drittijiet fundamentali mhijiex soġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju. Sabiex jittejbu l-obbligu ta' rendikont, il-parteċipazzjoni u t-trasparenza, huma meħtieġa salvagwardji proċedurali għat-tfassil ta' kodiċijiet ta' kondotta. Qabel ma tibda jew tiffaċilita t-tfassil jew ir-reviżjoni ta' kodiċijiet ta' kondotta, il-Kummissjoni tista' tistieden fejn xieraq, lill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali jew lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data biex jesprimu l-opinjoni tagħhom.
Emenda 75 Proposta għal regolament Premessa 71
(71) Fil-każ ta' ċirkostanzi straordinarji li jaffettwaw is-sigurtà pubblika jew is-saħħa pubblika, il-Kummissjoni tista' tagħti bidu għat-tfassil ta' protokolli għall-kriżijiet biex tikkoordina rispons rapidu, kollettiv u transfruntier fl-ambjent online. Iċ-ċirkostanzi straordinarji jistgħu jinkludu kwalunkwe avveniment mhux prevedibbli, bħal pereżempju terremoti, uragani, pandemiji u theddid serju transfruntier ieħor għas-saħħa pubblika, gwerer u atti ta' terroriżmu, fejn, pereżempju, il-pjattaformi online jistgħu jintużaw ħażin għad-disseminazzjoni rapida ta' kontenut illegali jew għad-diżinformazzjoni jew fejn rapida ta' informazzjoni affidabbli. Fid-dawl tar-rwol importanti tal-pjattaformi online kbar ħafna fid-disseminazzjoni ta' informazzjoni fis-soċjetajiet tagħna u bejn il-fruntieri, tali pjattaformi jenħtieġ li jitħeġġu biex ifasslu u japplikaw protokolli speċifiċi għall-kriżijiet. Tali protokolli għall-kriżijiet jenħtieġ li jiġu attivati għal perjodu limitat ta' żmien biss u l-miżuri adottati jenħtieġ li jkunu limitati wkoll għal dak li huwa strettament meħtieġ biex tiġi indirizzata ċ-ċirkostanza straordinarja. Dawn il-miżuri jenħtieġ li jkunu konsistenti ma' dan ir-Regolament, u jenħtieġ li ma jammontawx għal obbligu ġenerali għall-pjattaformi online kbar ħafna parteċipanti biex jimmonitorjaw l-informazzjoni li jittrażmettu jew li jaħżnu, u lanqas biex ifittxu attivament fatti jew ċirkostanzi li jindikaw kontenut illegali.
(71) Fil-każ ta' ċirkostanzi straordinarji li jaffettwaw is-sigurtà pubblika jew is-saħħa pubblika, il-Kummissjoni tista' tagħti bidu għat-tfassil ta' protokolli għall-kriżijiet volontarja biex tikkoordina rispons rapidu, kollettiv u transfruntier fl-ambjent online. Iċ-ċirkostanzi straordinarji jistgħu jinkludu kwalunkwe avveniment mhux prevedibbli, bħal pereżempju terremoti, uragani, pandemiji u theddid serju transfruntier ieħor għas-saħħa pubblika, gwerer u atti ta' terroriżmu, fejn, pereżempju, il-pjattaformi online jistgħu jintużaw ħażin għad-disseminazzjoni rapida ta' kontenut illegali jew għad-diżinformazzjoni jew fejn rapida ta' informazzjoni affidabbli. Fid-dawl tar-rwol importanti tal-pjattaformi online kbar ħafna fid-disseminazzjoni ta' informazzjoni fis-soċjetajiet tagħna u bejn il-fruntieri, tali pjattaformi jenħtieġ li jitħeġġu biex ifasslu u japplikaw protokolli speċifiċi għall-kriżijiet. Tali protokolli għall-kriżijiet jenħtieġ li jiġu attivati għal perjodu limitat ta' żmien biss u l-miżuri adottati jenħtieġ li jkunu limitati wkoll għal dak li huwa strettament meħtieġ biex tiġi indirizzata ċ-ċirkostanza straordinarja. Dawn il-miżuri jenħtieġ li jkunu konsistenti ma' dan ir-Regolament, u jenħtieġ li ma jammontawx għal obbligu ġenerali għall-pjattaformi online kbar ħafna parteċipanti biex jimmonitorjaw l-informazzjoni li jittrażmettu jew li jaħżnu, u lanqas biex ifittxu attivament fatti jew ċirkostanzi li jindikaw kontenut illegali.
Emenda 76 Proposta għal regolament Premessa 72
(72) Il-kompitu tal-iżgurar ta' sorveljanza u infurzar xierqa tal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li fil-prinċipju jiġi attribwit lill-Istati Membri. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jaħtru mill-inqas awtorità waħda bil-kompitu li tapplika u tinforza dan ir-Regolament. Madankollu, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jinkarigaw aktar minn awtorità kompetenti waħda, b'kompiti speċifiċi ta' sorveljanza jew ta' infurzar u b'kompetenzi dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, pereżempju għal setturi speċifiċi, bħar-regolaturi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, ir-regolaturi tal-media jew l-awtoritajiet tal-protezzjoni tal-konsumatur, filwaqt li jirriflettu l-istruttura domestika kostituzzjonali, organizzattiva u amministrattiva tagħhom.
(72) Il-kompitu tal-iżgurar ta' sorveljanza u infurzar xierqa tal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li fil-prinċipju jiġi attribwit lill-Istati Membri. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jaħtru mill-inqas awtorità waħda bil-kompitu li tapplika u tinforza dan ir-Regolament. Madankollu, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jinkarigaw aktar minn awtorità kompetenti waħda, b'kompiti speċifiċi ta' sorveljanza jew ta' infurzar u b'kompetenzi dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, pereżempju għal setturi speċifiċi, bħar-regolaturi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, ir-regolaturi tal-media jew l-awtoritajiet tal-protezzjoni tal-konsumatur, filwaqt li jirriflettu l-istruttura domestika kostituzzjonali, organizzattiva u amministrattiva tagħhom.
Emenda 77 Proposta għal regolament Premessa 73
(73) Minħabba n-natura transfruntiera tas-servizzi inkwistjoni u l-firxa orizzontali tal-obbligi introdotti b'dan ir-Regolament, l-awtorità maħtura bil-kompitu li tissorvelja l-applikazzjoni u, fejn meħtieġ, tinforza dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi identifikata bħala Koordinatur tas-Servizzi Diġitali f'kull Stat Membru. Meta tinħatar aktar minn awtorità kompetenti waħda biex tapplika u tinforza dan ir-Regolament, jenħtieġ li awtorità waħda biss f'dak l-Istat Membru tiġi identifikata bħala Koordinatur tas-Servizzi Diġitali. Il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali jenħtieġ li jaġixxi bħala l-punt uniku ta' kuntatt fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha relatati mal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-Kummissjoni, għall-Bord, għall-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali ta' Stati Membri oħra, kif ukoll għal awtoritajiet kompetenti oħra tal-Istat Membru inkwistjoni. B'mod partikolari, meta bosta awtoritajiet kompetenti jiġu inkarigati b'kompiti skont dan ir-Regolament fi Stat Membru speċifiku, il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali jenħtieġ li jikkoordina u jikkoopera ma' dawk l-awtoritajiet f'konformità mal-liġi nazzjonali li tistabbilixxi l-kompiti rispettivi tagħhom, u jenħtieġ li jiżgura involviment effettiv tal-awtoritajiet rilevanti kollha fis-superviżjoni u l-infurzar fil-livell tal-Unjoni.
(73) Minħabba n-natura transfruntiera tas-servizzi inkwistjoni u l-firxa orizzontali tal-obbligi introdotti b'dan ir-Regolament, l-awtorità maħtura bil-kompitu li tissorvelja l-applikazzjoni u, fejn meħtieġ, tinforza dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi identifikata bħala Koordinatur tas-Servizzi Diġitali f'kull Stat Membru. Meta tinħatar aktar minn awtorità kompetenti waħda biex tapplika u tinforza dan ir-Regolament, jenħtieġ li awtorità waħda biss f'dak l-Istat Membru tiġi deżinjata bħala Koordinatur tas-Servizzi Diġitali. Il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali jenħtieġ li jaġixxi bħala l-punt uniku ta' kuntatt fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha relatati mal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-Kummissjoni, għall-Bord, għall-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali ta' Stati Membri oħra, kif ukoll għal awtoritajiet kompetenti oħra tal-Istat Membru inkwistjoni. B'mod partikolari, meta bosta awtoritajiet kompetenti jiġu inkarigati b'kompiti skont dan ir-Regolament fi Stat Membru speċifiku, il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali jenħtieġ li jikkoordina u jikkoopera ma' dawk l-awtoritajiet f'konformità mal-liġi nazzjonali li tistabbilixxi l-kompiti rispettivi tagħhom, u jenħtieġ li jiżgura involviment effettiv tal-awtoritajiet rilevanti kollha fis-superviżjoni u l-infurzar fil-livell tal-Unjoni.
Emenda 78 Proposta għal regolament Premessa 74
(74) Il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali, kif ukoll awtoritajiet kompetenti oħra deżinjati skont dan ir-Regolament, jaqdu rwol kruċjali fl-iżgurar tal-effettività tad-drittijiet u tal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament u fil-kisba tal-objettivi tiegħu. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li dawk l-awtoritajiet jaġixxu b'indipendenza sħiħa mill-korpi privati u pubbliċi, mingħajr l-obbligu jew il-possibbiltà li jfittxu jew li jirċievu struzzjonijiet, inkluż mill-gvern, mingħajr preġudizzju għad-dmirijiet speċifiċi li jikkooperaw ma' awtoritajiet kompetenti oħra, mal-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali, mal-Bord u mal-Kummissjoni. Min-naħa l-oħra, jenħtieġ li l-indipendenza ta' dawn l-awtoritajiet ma tkunx tfisser li ma jistgħux ikunu soġġetti, f'konformità mal-kostituzzjonijiet nazzjonali u mingħajr ma tiġi pperikolata l-kisba tal-objettivi ta' dan ir-Regolament, għal mekkaniżmi nazzjonali ta' kontroll jew ta' monitoraġġ fir-rigward tan-nefqa finanzjarja tagħhom jew għal stħarriġ ġudizzjarju, jew li jenħtieġ ma jkollhomx il-possibbiltà li jikkonsultaw ma' awtoritajiet nazzjonali oħra inkluż l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew l-awtoritajiet tal-ġestjoni tal-kriżijiet, fejn xieraq.
(74) Il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali, kif ukoll awtoritajiet kompetenti oħra deżinjati skont dan ir-Regolament, jaqdu rwol kruċjali fl-iżgurar tal-effettività tad-drittijiet u tal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament u fil-kisba tal-objettivi tiegħu. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi żgurat li dawk l-awtoritajiet ikollhom ir-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament. Huwa meħtieġ ukoll li jiġi żgurat li dawk l-awtoritajiet jaġixxu b'indipendenza sħiħa mill-korpi privati u pubbliċi, mingħajr l-obbligu jew il-possibbiltà li jfittxu jew li jirċievu struzzjonijiet, inkluż mill-gvern, mingħajr preġudizzju għad-dmirijiet speċifiċi li jikkooperaw ma' awtoritajiet kompetenti oħra, mal-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali, mal-Bord u mal-Kummissjoni. Min-naħa l-oħra, jenħtieġ li l-indipendenza ta' dawn l-awtoritajiet ma tkunx tfisser li ma jistgħux ikunu soġġetti, f'konformità mal-kostituzzjonijiet nazzjonali u mingħajr ma tiġi pperikolata l-kisba tal-objettivi ta' dan ir-Regolament, għal mekkaniżmi nazzjonali ta' kontroll jew ta' monitoraġġ fir-rigward tan-nefqa finanzjarja tagħhom jew għal stħarriġ ġudizzjarju, jew li jenħtieġ ma jkollhomx il-possibbiltà li jikkonsultaw ma' awtoritajiet nazzjonali oħra inkluż l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew l-awtoritajiet tal-ġestjoni tal-kriżijiet, fejn xieraq.
Emenda 79 Proposta għal regolament Premessa 75
(75) L-Istati Membri jistgħu ddeżinjaw awtorità nazzjonali eżistenti bil-funzjoni tal-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali, jew b'kompiti speċifiċi biex tapplika u tinforza dan ir-Regolament, diment li kwalunkwe awtorità maħtura bħal din tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, bħal pereżempju fir-rigward tal-indipendenza tagħha. Barra minn hekk, fil-prinċipju, l-Istati Membri mhumiex preklużi milli jamalgamaw il-funzjonijiet fi ħdan awtorità eżistenti, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni. Il-miżuri għal dak il-għan jistgħu jinkludu, inter alia, il-preklużjoni li jitkeċċa l-President jew membru tal-bord ta' korp kolleġġjali ta' awtorità eżistenti qabel l-iskadenza tal-mandat tagħhom, għall-unika raġuni li twettqet riforma istituzzjonali li tinvolvi l-amalgamazzjoni ta' funzjonijiet differenti fi ħdan awtorità waħda, fin-nuqqas ta' kwalunkwe regoli li jiggarantixxu li tali tkeċċija ma tipperikolax l-indipendenza u l-imparzjalità ta' tali membri.
(75) L-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw awtorità nazzjonali eżistenti bil-funzjoni tal-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali, jew b'kompiti speċifiċi biex tissorvelja l-applikazzjoni u tinforza dan ir-Regolament, diment li kwalunkwe awtorità maħtura bħal din tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament, bħal pereżempju fir-rigward tal-indipendenza tagħha. Barra minn hekk, fil-prinċipju, l-Istati Membri mhumiex preklużi milli jamalgamaw il-funzjonijiet fi ħdan awtorità eżistenti, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni. Il-miżuri għal dak il-għan jistgħu jinkludu, inter alia, il-preklużjoni li jitkeċċa l-President jew membru tal-bord ta' korp kolleġġjali ta' awtorità eżistenti qabel l-iskadenza tal-mandat tagħhom, għall-unika raġuni li twettqet riforma istituzzjonali li tinvolvi l-amalgamazzjoni ta' funzjonijiet differenti fi ħdan awtorità waħda, fin-nuqqas ta' kwalunkwe regoli li jiggarantixxu li tali tkeċċija ma tipperikolax l-indipendenza u l-imparzjalità ta' tali membri.
Emenda 80 Proposta għal regolament Premessa 76
(76) Fin-nuqqas ta' rekwiżiti ġenerali għall-fornituri tas-servizzi intermedjarji biex jiżguraw preżenza fiżika fit-territorju ta' wieħed mill-Istati Membri, hemm il-ħtieġa li tiġi żgurata ċarezza dwar liema Stat Membru għandu ġurisdizzjoni fuq dawk il-fornituri għall-finijiet ta' infurzar tar-regoli stabbiliti fil-Kapitoli III u IV mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Jenħtieġ li fornitur ikun fil-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru fejn tinsab is-sede prinċipali tiegħu, jiġifieri, fejn il-fornitur ikollu l-uffiċċju prinċipali jew l-uffiċċju reġistrat li fih jiġu eżerċitati l-funzjonijiet finanzjarji ewlenin u l-kontroll operattiv. Fir-rigward tal-fornituri li ma għandhomx stabbiliment fl-Unjoni iżda li joffru servizzi fl-Unjoni u għalhekk jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Istat Membru fejn dawk il-fornituri jkunu ħatru r-rappreżentant legali tagħhom jenħtieġ li jkollu l-ġuriżdizzjoni, filwaqt li titqies il-funzjoni tar-rappreżentanti legali skont dan ir-Regolament. Madankollu, fl-interess tal-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Istati Membri kollha jkollhom ġurisdizzjoni fir-rigward tal-fornituri li naqsu milli jiddeżinjaw rappreżentant legali, diment li jiġi rispettat il-prinċipju ne bis in idem. Għal dak il-għan, jenħtieġ li kull Stat Membru li jeżerċita ġuriżdizzjoni fir-rigward ta' tali fornituri, mingħajr dewmien żejjed, jinforma lill-Istati Membri l-oħra kollha bil-miżuri li jkunu ħadu fl-eżerċizzju ta' dik il-ġuriżdizzjoni.
(76) Fin-nuqqas ta' rekwiżiti ġenerali għall-fornituri tas-servizzi intermedjarji biex jiżguraw preżenza fiżika fit-territorju ta' wieħed mill-Istati Membri, hemm il-ħtieġa li tiġi żgurata ċarezza dwar liema Stat Membru għandu ġuriżdizzjoni fuq dawk il-fornituri għall-finijiet ta' infurzar tar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Jenħtieġ li fornitur ikun fil-ġuriżdizzjoni tal-Istat Membru fejn tinsab is-sede prinċipali tiegħu, jiġifieri, fejn il-fornitur ikollu l-uffiċċju prinċipali jew l-uffiċċju reġistrat li fih jiġu eżerċitati l-funzjonijiet finanzjarji ewlenin u l-kontroll operattiv. Fir-rigward tal-fornituri li ma għandhomx stabbiliment fl-Unjoni iżda li joffru servizzi fl-Unjoni u għalhekk jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Istat Membru fejn dawk il-fornituri jkunu ħatru r-rappreżentant legali tagħhom jenħtieġ li jkollu l-ġuriżdizzjoni, filwaqt li titqies il-funzjoni tar-rappreżentanti legali skont dan ir-Regolament. Madankollu, fl-interess tal-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Istati Membri kollha jkollhom ġuriżdizzjoni fir-rigward tal-fornituri li naqsu milli jiddeżinjaw rappreżentant legali, diment li jiġi rispettat il-prinċipju ne bis in idem. Għal dak il-għan, jenħtieġ li kull Stat Membru li jeżerċita ġuriżdizzjoni fir-rigward ta' tali fornituri, mingħajr dewmien żejjed, jinforma lill-Istati Membri l-oħra kollha bil-miżuri li jkunu ħadu fl-eżerċizzju ta' dik il-ġuriżdizzjoni.
Emenda 81 Proposta għal regolament Premessa 77
(77) Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali, u lil kwalunkwe awtorità kompetenti oħra deżinjati skont dan ir-Regolament, setgħat u mezzi suffiċjenti biex jiżguraw investigazzjoni u infurzar effettivi. B'mod partikolari jenħtieġ li l-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali jkunu jistgħu jfittxu u jiksbu informazzjoni li tinsab fit-territorju tagħhom, inkluż fil-kuntest ta' investigazzjoni konġunti, b'kunsiderazzjoni dovuta għall-fatt li l-miżuri ta' sorveljanza u ta' infurzar dwar fornitur fil-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru ieħor jenħtieġ li jiġu adottati mill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali ta' dak l-Istat Membru l-ieħor, fejn rilevanti f'konformità mal-proċeduri relatati mal-kooperazzjoni transfruntiera.
(77) Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali, u lil kwalunkwe awtorità kompetenti oħra deżinjati skont dan ir-Regolament, setgħat u mezzi suffiċjenti biex jiżguraw investigazzjoni u infurzar effettivi. B'mod partikolari jenħtieġ li l-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali jkunu jistgħu jadottaw miżuri interim proporzjonati f'każ ta' riskju ta' ħsara serja, kif ukoll ifittxu u jiksbu informazzjoni li tinsab fit-territorju tagħhom, inkluż fil-kuntest ta' investigazzjoni konġunti, b'kunsiderazzjoni dovuta għall-fatt li l-miżuri ta' sorveljanza u ta' infurzar dwar fornitur fil-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru ieħor jenħtieġ li jiġu adottati mill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali ta' dak l-Istat Membru l-ieħor, fejn rilevanti f'konformità mal-proċeduri relatati mal-kooperazzjoni transfruntiera.
Emenda 82 Proposta għal regolament Premessa 78
(78) Jenħtieġ li fil-liġi nazzjonali tagħhom, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni u b'mod partikolari dan ir-Regolament u l-Karta, l-Istati Membri jistabbilixxu l-kundizzjonijiet u l-limiti dettaljati għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' investigazzjoni u ta' infurzar tal-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali tagħhom, u ta' awtoritajiet kompetenti oħra fejn rilevanti, skont dan ir-Regolament.
(78) Jenħtieġ li fil-liġi nazzjonali tagħhom, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni u b'mod partikolari dan ir-Regolament u l-Karta, l-Istati Membri jistabbilixxu l-kundizzjonijiet u l-limiti dettaljati għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' investigazzjoni u ta' infurzar tal-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali tagħhom, u ta' awtoritajiet kompetenti oħra fejn rilevanti, skont dan ir-Regolament. Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti u uniformi ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta gwida dwar ir-regoli u l-proċeduri relatati mas-setgħat tal-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali.
Emenda 83 Proposta għal regolament Premessa 79
(79) Matul l-eżerċizzju ta' dawk is-setgħat, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jikkonformaw mar-regoli nazzjonali applikabbli dwar il-proċeduri u kwistjonijiet bħal pereżempju l-ħtieġa għal awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel biex wieħed jidħol f'ċertu bini u l-privileġġ professjonali legali. B'mod partikolari jenħtieġ li dawk id-dispożizzjonijiet jiżguraw ir-rispett għad-drittijiet fundamentali għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali, inkluż id-drittijiet ta' difiża, u d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata. F'dan ir-rigward, il-garanziji previsti b'rabta mal-proċedimenti tal-Kummissjoni skont dan ir-Regolament jistgħu jservu bħala punt ta' referenza xieraq. Jenħtieġ li proċedura minn qabel, ġusta u imparzjali tkun garantita qabel ma tittieħed kwalunkwe deċiżjoni finali, inkluż id-dritt ta' smigħ tal-persuni kkonċernati, u d-dritt li jkollhom aċċess għall-fajl, filwaqt li jiġu rispettati l-kunfidenzjalità u s-sigrieti professjonali u kummerċjali, kif ukoll l-obbligu li jingħataw raġunijiet sinifikattivi għad-deċiżjonijiet. Madankollu, dan jenħtieġ li ma jipprekludix it-teħid ta' miżuri f'każijiet ta' urġenza sostanzjati kif dovut u soġġett għal kundizzjonijiet u arranġament proċedurali xierqa. Jenħtieġ li l-eżerċizzju tas-setgħat ikun ukoll proporzjonat għal, inter alia, in-natura u d-dannu ġenerali reali jew potenzjali kkawżat mill-ksur jew mill-ksur issuspettat. Fil-prinċipju, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jqisu l-fatti u ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha tal-każ, inkluż l-informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra.
(79) Matul l-eżerċizzju ta' dawk is-setgħat, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jikkonformaw mar-regoli nazzjonali applikabbli dwar il-proċeduri u kwistjonijiet bħal pereżempju l-ħtieġa għal awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel biex wieħed jidħol f'ċertu bini u l-privileġġ professjonali legali. B'mod partikolari jenħtieġ li dawk id-dispożizzjonijiet jiżguraw ir-rispett għad-drittijiet fundamentali għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali, inkluż id-drittijiet ta' difiża, u d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata. F'dan ir-rigward, il-garanziji previsti b'rabta mal-proċedimenti tal-Kummissjoni skont dan ir-Regolament jistgħu jservu bħala punt ta' referenza xieraq. Jenħtieġ li proċedura minn qabel, ġusta u imparzjali tkun garantita qabel ma tittieħed kwalunkwe deċiżjoni finali, inkluż id-dritt ta' smigħ tal-persuni kkonċernati, u d-dritt li jkollhom aċċess għall-fajl, filwaqt li jiġu rispettati l-kunfidenzjalità u s-sigrieti professjonali u kummerċjali, kif ukoll l-obbligu li jingħataw raġunijiet sinifikattivi għad-deċiżjonijiet. Madankollu, dan jenħtieġ li ma jipprekludix it-teħid ta' miżuri f'każijiet ta' urġenza sostanzjati kif dovut u soġġett għal kundizzjonijiet u arranġament proċedurali xierqa. Jenħtieġ li l-eżerċizzju tas-setgħat ikun ukoll proporzjonat għal, inter alia, in-natura u d-dannu ġenerali reali jew potenzjali kkawżat mill-ksur jew mill-ksur issuspettat. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jqisu l-fatti u ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha tal-każ, inkluż l-informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra.
Emenda 84 Proposta għal regolament Premessa 80
(80) Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-ksur tal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament ikunu jistgħu jiġu sanzjonati b'mod li jkun effettiv, proporzjonat u dissważiv, filwaqt li jitqiesu n-natura, is-serjetà, ir-rikorrenza u t-tul tal-ksur, fid-dawl tal-interess pubbliku segwit, l-ambitu u t-tip ta' attivitajiet imwettqa, kif ukoll il-kapaċità ekonomika tal-kontraventur. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-penali jqisu jekk il-fornituri tas-servizzi intermedjarji kkonċernat jonqosx sistematikament jew b'mod rikorrenti milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, kif ukoll, fejn rilevanti, jekk il-fornitur huwiex attiv f'bosta Stati Membri.
(80) Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-ksur tal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament ikunu jistgħu jiġu sanzjonati b'mod li jkun effettiv, proporzjonat u dissważiv, filwaqt li jitqiesu n-natura, is-serjetà, ir-rikorrenza u t-tul tal-ksur, fid-dawl tal-interess pubbliku segwit, l-ambitu u t-tip ta' attivitajiet imwettqa, kif ukoll il-kapaċità ekonomika tal-kontraventur. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-penali jqisu jekk il-fornituri tas-servizzi intermedjarji kkonċernat jonqosx sistematikament jew b'mod rikorrenti milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, kif ukoll, fejn rilevanti, l-għadd ta' riċevituri affettwati, il-karattru intenzjonali jew negliġenti tal-ksur u jekk il-fornitur huwiex attiv f'bosta Stati Membri Jenħtieġ li l-Kummissjoni toħroġ gwida lill-Istati Membri dwar il-kriterji u l-kundizzjonijiet biex jiġu imposti penali proporzjonati.
Emenda 85 Proposta għal regolament Premessa 81
(81) Biex jiġi żgurat infurzar effettiv ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-individwi jew l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi jkunu jistgħu jressqu kwalunkwe ilment relatat mal-konformità ma' dan ir-Regolament lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali fit-territorju fejn ikunu rċevew is-servizz, mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-ġurisdizzjoni ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-ilmenti jipprovdu ħarsa ġenerali preċiża tat-tħassib relatat mal-konformità ta' fornitur partikolari tas-servizzi intermedjarji u jistgħu wkoll jinfurmaw lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali dwar kwistjonijiet trasversali oħrajn. Il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali jenħtieġ li jinvolvi awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra kif ukoll il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali ta' Stat Membru ieħor, u b'mod partikolari dak tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-fornitur tas-servizzi intermedjarji kkonċernat, jekk il-kwistjoni tirrikjedi kooperazzjoni transfruntiera.
(81) Biex jiġi żgurat infurzar effettiv tal-obbligi, stabbiliti f'dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-individwi jew l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi jkunu jistgħu jressqu kwalunkwe ilment relatat mal-konformità ma' dan ir-Regolament lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali fit-territorju fejn ikunu rċevew is-servizz, mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-ilmenti jipprovdu ħarsa ġenerali preċiża tat-tħassib relatat mal-konformità ta' fornitur partikolari tas-servizzi intermedjarji u jistgħu wkoll jinfurmaw lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali dwar kwistjonijiet trasversali oħrajn. Il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali jenħtieġ li jinvolvi awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra kif ukoll il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali ta' Stat Membru ieħor, u b'mod partikolari dak tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-fornitur tas-servizzi intermedjarji kkonċernat, jekk il-kwistjoni tirrikjedi kooperazzjoni transfruntiera. Jenħtieġ li l-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment jivvaluta l-ilment fil-ħin u jinforma lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-Istat Membru fejn jirrisjedi jew huwa stabbilit ir-riċevitur, dwar kif ġie ttrattat l-ilment.
Emenda 86 Proposta għal regolament Premessa 82
(82) Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali jkunu jistgħu jieħdu miżuri li huma effettivi fl-indirizzar ta' ċertu ksur partikolarment serju u persistenti u proporzjonati għalihom. Speċjalment meta dawk il-miżuri jistgħu jaffettwaw id-drittijiet u l-interessi tal-partijiet terzi, kif jista' jkun il-każ b'mod partikolari meta l-aċċess għall-interfaċċi online jkun ristrett, huwa xieraq li jiġi rikjest li l-miżuri jiġu ordnati minn awtorità ġudizzjarja kompetenti fuq talba tal-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali u jkunu soġġetti għal salvagwardji addizzjonali. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-partijiet terzi potenzjalment affettwati jingħataw l-opportunità li jinstemgħu u tali ordnijiet jenħtieġ li jinħarġu biss meta s-setgħat biex jittieħdu tali miżuri kif previst minn atti oħra tal-liġi tal-Unjoni u mil-liġi nazzjonali, pereżempju biex jiġu protetti l-interessi kollettivi tal-konsumaturi, biex tiġi żgurata t-tneħħija immedjata ta' paġni web li fihom jew ixerrdu l-pornografija tat-tfal, jew biex jiġi diżattivat l-aċċess għas-servizzi li qed jintużaw minn parti terza biex tikser dritt ta' proprjetà intellettwali, ma jkunux disponibbli b'mod raġonevoli.
(82) Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali jkunu jistgħu jieħdu miżuri li huma effettivi fl-indirizzar ta' ċertu ksur partikolarment serju u persistenti ta' dan ir-Regolament u proporzjonati għalih. Speċjalment meta dawk il-miżuri jistgħu jaffettwaw id-drittijiet u l-interessi tal-partijiet terzi, kif jista' jkun il-każ b'mod partikolari meta l-aċċess għall-interfaċċi online jkun ristrett, huwa xieraq li jiġi rikjest li l-miżuri jiġu ordnati minn awtorità ġudizzjarja kompetenti fuq talba tal-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali u jkunu soġġetti għal salvagwardji addizzjonali. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-partijiet terzi potenzjalment affettwati jingħataw l-opportunità li jinstemgħu u tali ordnijiet jenħtieġ li jinħarġu biss meta s-setgħat biex jittieħdu tali miżuri kif previst minn atti oħra tal-liġi tal-Unjoni u mil-liġi nazzjonali, pereżempju biex jiġu protetti l-interessi kollettivi tal-konsumaturi, biex tiġi żgurata t-tneħħija immedjata ta' paġni web li fihom jew ixerrdu l-pornografija tat-tfal, jew biex jiġi diżattivat l-aċċess għas-servizzi li qed jintużaw minn parti terza biex tikser dritt ta' proprjetà intellettwali, ma jkunux disponibbli b'mod raġonevoli.
Emenda 87 Proposta għal regolament Premessa 83a (ġdida)
(83a) Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar l-eżenzjoni mir-responsabbiltà, previsti f'dan ir-Regolament fir-rigward tal-informazzjoni trażmessa jew maħżuna fuq talba ta' riċevitur tas-servizz, il-fornituri ta' servizzi intermedjarji jenħtieġ li jkunu responsabbli għall-ksur tal-obbligi tagħhom stabbiliti f'dan ir-Regolament. Ir-riċevituri tas-servizz u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom jenħtieġ li jkunu intitolati li jkollhom aċċess għal rimedji proporzjonati u effettivi. Jenħtieġ li b'mod partikolari jkollhom id-dritt li jfittxu, f'konformità mal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni, kumpens mingħand dawk il-fornituri ta' servizzi intermedjarji kontra kwalunkwe dannu jew telf dirett imġarrab minħabba ksur minn fornituri ta' servizzi intermedjarji tal-obbligi stabbiliti skont dan ir-Regolament.
Emenda 88 Proposta għal regolament Premessa 84
(84) Jenħtieġ li l-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali jippubblika b'mod regolari rapport dwar l-attivitajiet imwettqa skont dan ir-Regolament. Minħabba li l-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali jiġi mgħarraf ukoll dwar l-ordnijiet biex tittieħed azzjoni kontra kontenut illegali jew biex tiġi pprovduta informazzjoni, kif regolati minn dan ir-Regolament, bis-sistema ta' kondiviżjoni tal-informazzjoni, jenħtieġ li fir-rapport annwali tiegħu l-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali jinkludi l-għadd u l-kategoriji ta' dawn l-ordnijiet indirizzati lill-fornituri tas-servizzi intermedjarji maħruġa mill-awtoritajiet ġudizzjarji u amministrattivi fl-Istat Membru tiegħu.
(84) Jenħtieġ li l-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali jippubblika b'mod regolari rapport f'format standardizzat u li jinqara mill-magni dwar l-attivitajiet imwettqa skont dan ir-Regolament. Minħabba li l-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali jiġi mgħarraf ukoll dwar l-ordnijiet biex tittieħed azzjoni kontra kontenut illegali jew biex tiġi pprovduta informazzjoni, kif regolati minn dan ir-Regolament, bis-sistema ta' kondiviżjoni tal-informazzjoni, ibbażata fuq is-sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern, jenħtieġ li fir-rapport annwali tiegħu l-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali jinkludi l-għadd u l-kategoriji ta' dawn l-ordnijiet indirizzati lill-fornituri tas-servizzi intermedjarji maħruġa mill-awtoritajiet ġudizzjarji u amministrattivi fl-Istat Membru tiegħu.
Emenda 89 Proposta għal regolament Premessa 86
(86) Biex jiġu ffaċilitati s-superviżjoni transfruntiera u l-investigazzjonijiet li jinvolvu bosta Stati Membri, jenħtieġ li l-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali jkunu jistgħu jipparteċipaw, b'mod permanenti jew temporanju, f'attivitajiet konġunti ta' sorveljanza jew ta' investigazzjoni li jirrigwardaw il-kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament. Dawk l-attivitajiet jistgħu jinkludu awtoritajiet kompetenti oħra u jistgħu jkopru bosta kwistjonijiet, li jvarjaw minn eżerċizzji kkoordinati għall-ġbir tad-data, għal talbiet għall-informazzjoni jew għal spezzjonijiet fl-istabbilimenti, skont il-limiti u l-ambitu tas-setgħat disponibbli għal kull awtorità parteċipanti. Il-Bord jista' jintalab jipprovdi parir b'rabta ma' dawk l-attivitajiet, pereżempju billi jipproponi pjanijiet direzzjonali u skedi ta' żmien għall-attivitajiet jew jipproponi task forces ad hoc bil-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet involuti.
(86) Biex jiġu ffaċilitati s-superviżjoni transfruntiera u l-investigazzjonijiet li jinvolvu bosta Stati Membri, jenħtieġ li l-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali jkunu jistgħu jipparteċipaw, b'mod permanenti jew temporanju, f'attivitajiet konġunti ta' sorveljanza jew ta' investigazzjoni li jirrigwardaw il-kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament abbażi ta' ftehim bejn l-Istati Membri kkonċernati, u fin-nuqqas ta' ftehim, taħt l-awtorità tal-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-Istat Membru tal-istabbiliment. Dawk l-attivitajiet jistgħu jinkludu awtoritajiet kompetenti oħra u jistgħu jkopru bosta kwistjonijiet, li jvarjaw minn eżerċizzji kkoordinati għall-ġbir tad-data, għal talbiet għall-informazzjoni jew għal spezzjonijiet fl-istabbilimenti, skont il-limiti u l-ambitu tas-setgħat disponibbli għal kull awtorità parteċipanti. Il-Bord jista' jintalab jipprovdi parir b'rabta ma' dawk l-attivitajiet, pereżempju billi jipproponi pjanijiet direzzjonali u skedi ta' żmien għall-attivitajiet jew jipproponi task forces ad hoc bil-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet involuti.
Emenda 90 Proposta għal regolament Premessa 88
(88) Biex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti ta' dan ir-Regolament, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit grupp konsultattiv indipendenti fil-livell tal-Unjoni, li jenħtieġ jappoġġja lill-Kummissjoni u jgħin fil-koordinazzjoni tal-azzjonijiet tal-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali. Jenħtieġ li l-Bord Ewropew għas-Servizzi Diġitali jkun jikkonsisti mill-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali fil-laqgħat tiegħu jistiednu jew jaħtru delegati ad hoc minn awtoritajiet kompetenti oħra inkarigati b'kompiti speċifiċi skont dan ir-Regolament, meta dak ikun meħtieġ skont l-allokazzjoni nazzjonali tagħhom tal-kompiti u tal-kompetenzi. Fil-każ ta' parteċipanti multipli minn Stat Membru wieħed, jenħtieġ li d-dritt tal-vot jibqa' limitat għal rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru.
(88) Biex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti ta' dan ir-Regolament, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit grupp konsultattiv indipendenti fil-livell tal-Unjoni, li jenħtieġ jappoġġja lill-Kummissjoni u jgħin fil-koordinazzjoni tal-azzjonijiet tal-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali. Jenħtieġ li l-Bord Ewropew għas-Servizzi Diġitali jkun jikkonsisti mill-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali fil-laqgħat tiegħu jistiednu jew jaħtru delegati ad hoc minn awtoritajiet kompetenti oħra inkarigati b'kompiti speċifiċi skont dan ir-Regolament, meta dak ikun meħtieġ skont l-allokazzjoni nazzjonali tagħhom tal-kompiti u tal-kompetenzi. Fil-każ ta' parteċipanti multipli minn Stat Membru wieħed, jenħtieġ li d-dritt tal-vot jibqa' limitat għal rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru. Jenħtieġ li r-regoli ta' proċedura tal-Bord jiżguraw ir-rispett tal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni.
Emenda 91 Proposta għal regolament Premessa 90
(90) Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Bord ikun jista' jadotta opinjonijiet, talbiet u rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali jew lil awtoritajiet kompetenti oħra. Għalkemm dawn mhumiex legalment vinkolanti, id-deċiżjoni ta' deroga minnhom jenħtieġ tkun spjegata sew u tkun tista' titqies mill-Kummissjoni fil-valutazzjoni tal-konformità tal-Istat Membru kkonċernat ma' dan ir-Regolament.
(90) Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Bord ikun jista' jadotta opinjonijiet, talbiet u rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali jew lil awtoritajiet kompetenti oħra. Għalkemm dawn mhumiex legalment vinkolanti, id-deċiżjoni ta' deroga minnhom jenħtieġ tkun spjegata sew u tkun tista' titqies mill-Kummissjoni fil-valutazzjoni tal-konformità tal-Istat Membru kkonċernat ma' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Bord ifassal rapport annwali dwar l-attivitajiet tiegħu.
Emenda 92 Proposta għal regolament Premessa 91
(91) Jenħtieġ li l-Bord jiġbor flimkien ir-rappreżentanti tal-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali u ta' awtoritajiet kompetenti oħra possibbli taħt il-presidenza tal-Kummissjoni, fid-dawl li jiżgura valutazzjoni tal-kwistjonijiet sottomessi lilu f'dimensjoni kompletament Ewropea. Fid-dawl ta' elementi trasversali possibbli li jistgħu jkunu ta' rilevanza għal oqfsa regolatorji oħra fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Bord jitħalla jikkoopera ma' korpi, uffiċċji, aġenziji u gruppi konsultattivi oħra tal-Unjoni b'responsabbiltajiet f'oqsma bħal pereżempju l-ugwaljanza, inkluż l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, u n-nondiskriminazzjoni, il-protezzjoni tad-data, il-komunikazzjonijiet elettroniċi, is-servizzi awdjoviżivi, id-detezzjoni u l-investigazzjoni tal-frodi kontra l-baġit tal-UE fir-rigward tad-dazji doganali, jew il-protezzjoni tal-konsumatur, kif meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.
(91) Jenħtieġ li l-Bord jiġbor flimkien ir-rappreżentanti tal-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali u ta' awtoritajiet kompetenti oħra possibbli taħt il-presidenza tal-Kummissjoni, fid-dawl li jiżgura valutazzjoni tal-kwistjonijiet sottomessi lilu f'dimensjoni kompletament Ewropea. Fid-dawl ta' elementi trasversali possibbli li jistgħu jkunu ta' rilevanza għal oqfsa regolatorji oħra fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Bord jitħalla jikkoopera ma' korpi, uffiċċji, aġenziji u gruppi konsultattivi oħra tal-Unjoni b'responsabbiltajiet f'oqsma bħal pereżempju l-ugwaljanza, inkluż l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, u n-nondiskriminazzjoni, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u n-nondiskriminazzjoni, il-qerda ta' kull forma ta' vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u forom oħra ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru, il-protezzjoni tad-data, ir-rispett għall-proprjetà intellettwali, il-kompetizzjoni, il-komunikazzjonijiet elettroniċi, is-servizzi awdjoviżivi, is-sorveljanza tas-suq, id-detezzjoni u l-investigazzjoni tal-frodi kontra l-baġit tal-UE fir-rigward tad-dazji doganali, jew il-protezzjoni tal-konsumatur, kif meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.
Emenda 93 Proposta għal regolament Premessa 96
(96) Meta l-ksur tad-dispożizzjoni li tapplika biss għall-pjattaformi online kbar ħafna ma jkunx indirizzat b'mod effettiv minn dik il-pjattaforma skont il-pjan ta' azzjoni, il-Kummissjoni biss tista', b'inizjattiva tagħha stess jew skont parir tal-Bord, tiddeċiedi li tinvestiga ulterjorment il-ksur ikkonċernat u l-miżuri li ħadet il-pjattaforma sussegwentement, bl-esklużjoni tal-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment. Wara li tkun wettqet l-investigazzjonijiet meħtieġa, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' toħroġ deċiżjonijiet li jikkonkludu li kien hemm ksur u li timponi sanzjonijiet fir-rigward ta' pjattaformi online kbar ħafna fejn dak ikun ġustifikat. Jenħtieġ ukoll li jkollha possibbiltà li tintervjeni f'sitwazzjonijiet transfruntieri fejn il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment ma jkun ħa l-ebda miżura minkejja t-talba tal-Kummissjoni, jew f'sitwazzjonijiet fejn il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment innifsu jkun talab lill-Kummissjoni tintervjeni, fir-rigward ta' ksur ta' kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta' dan ir-Regolament imwettaq minn pjattaforma online kbira ħafna.
(96) Meta l-ksur tad-dispożizzjoni li tapplika biss għall-pjattaformi online kbar ħafna ma jkunx indirizzat b'mod effettiv minn dik il-pjattaforma skont il-pjan ta' azzjoni, il-Kummissjoni biss jenħtieġ li, b'inizjattiva tagħha stess jew skont parir tal-Bord, tniediinvestigazzjoni oħra dwar il-ksur ikkonċernat u l-miżuri li ħadet il-pjattaforma sussegwentement, bl-esklużjoni tal-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment. Wara li tkun wettqet l-investigazzjonijiet meħtieġa, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' toħroġ deċiżjonijiet li jikkonkludu li kien hemm ksur u li timponi sanzjonijiet fir-rigward ta' pjattaformi online kbar ħafna fejn dak ikun ġustifikat. Jenħtieġ ukoll li tintervjeni f'sitwazzjonijiet transfruntieri fejn il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment ma jkun ħa l-ebda miżura minkejja t-talba tal-Kummissjoni, jew f'sitwazzjonijiet fejn il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment innifsu jkun talab lill-Kummissjoni tintervjeni, fir-rigward ta' ksur ta' kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta' dan ir-Regolament imwettaq minn pjattaforma online kbira ħafna. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tibda proċedimenti fid-dawl tal-possibbiltà tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet fir-rigward tal-imġiba rilevanti mill-pjattaforma online kbira ħafna pereżempju fejn dik il-pjattaforma hija suspettata li kisret dan ir-Regolament inkluż fejn instab li l-pjattaforma ma timplimentax ir-rakkomandazzjonijiet operazzjonali mill-awditu indipendenti li jkun ġie approvat mill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment u fejn il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment ma ħa l-ebda miżura investigattiva jew ta' infurzar.
Emenda 94 Proposta għal regolament Premessa 97
(97) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tibqa' libera li tiddeċiedi jekk tixtieqx tintervjeni fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet fejn għandha s-setgħa tintervjeni skont dan ir-Regolament. Ladarba l-Kummissjoni tkun tat bidu għall-proċedimenti, il-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment ikkonċernati jenħtieġ li jiġu preklużi milli jeżerċitaw is-setgħat ta' investigazzjoni u ta' infurzar tagħhom fir-rigward tal-kondotta rilevanti tal-pjattaforma online kbira ħafna kkonċernata, biex jiġu evitati l-irduppjar, l-inkonsistenzi u r-riskji mill-perspettiva tal-prinċipju ne bis in idem. Madankollu, fl-interess tal-effettività, dawk il-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali jenħtieġ ma jiġux preklużi milli jeżerċitaw is-setgħat tagħhom jew biex jassistu lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha, fit-twettiq tal-kompiti ta' superviżjoni tagħha, jew fir-rigward ta' kondotta oħra, inkluż il-kondotta mill-istess pjattaforma online kbira ħafna li hija suspettata li tikkostitwixxi ksur ġdid. Dawk il-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali, kif ukoll il-Bord u Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali oħra fejn rilevanti, jenħtieġ li jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni u l-assistenza kollha meħtieġa biex tkun tista' twettaq il-kompiti tagħha b'mod effettiv, filwaqt li min-naħa l-oħra jenħtieġ li l-Kummissjoni żżommhom infurmati dwar l-eżerċizzju tas-setgħat tagħha kif xieraq. F'dak ir-rigward, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis, fejn xieraq, kwalunkwe valutazzjonijiet rilevanti mwettqa mill-Bord jew mill-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali kkonċernati u kwalunkwe evidenza u informazzjoni rilevanti miġbura minnhom, mingħajr preġudizzju għas-setgħat u għar-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni li twettaq investigazzjonijiet addizzjonali kif meħtieġ.
(97) Ladarba l-Kummissjoni tkun tat bidu għall-proċedimenti, il-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment ikkonċernati jenħtieġ li jiġu preklużi milli jeżerċitaw is-setgħat ta' investigazzjoni u ta' infurzar tagħhom fir-rigward tal-kondotta rilevanti tal-pjattaforma online kbira ħafna kkonċernata, biex jiġu evitati l-irduppjar, l-inkonsistenzi u r-riskji mill-perspettiva tal-prinċipju ne bis in idem. Madankollu, fl-interess tal-effettività, dawk il-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali jenħtieġ ma jiġux preklużi milli jeżerċitaw is-setgħat tagħhom jew biex jassistu lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha, fit-twettiq tal-kompiti ta' superviżjoni tagħha, jew fir-rigward ta' kondotta oħra, inkluż il-kondotta mill-istess pjattaforma online kbira ħafna li hija suspettata li tikkostitwixxi ksur ġdid. Dawk il-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali, kif ukoll il-Bord u Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali oħra fejn rilevanti, jenħtieġ li jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni u l-assistenza kollha meħtieġa biex tkun tista' twettaq il-kompiti tagħha b'mod effettiv, filwaqt li min-naħa l-oħra jenħtieġ li l-Kummissjoni żżommhom infurmati dwar l-eżerċizzju tas-setgħat tagħha kif xieraq. F'dak ir-rigward, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis, fejn xieraq, kwalunkwe valutazzjonijiet rilevanti mwettqa mill-Bord jew mill-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali kkonċernati u kwalunkwe evidenza u informazzjoni rilevanti miġbura minnhom, mingħajr preġudizzju għas-setgħat u għar-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni li twettaq investigazzjonijiet addizzjonali kif meħtieġ.
Emenda 95 Proposta għal regolament Premessa 97a (ġdida)
(97a) Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura li tkun indipendenti u imparzjali fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha fir-rigward kemm tal-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali kif ukoll tal-fornituri tas-servizzi skont dan ir-Regolament.
Emenda 96 Proposta għal regolament Premessa 99
(99) B'mod partikolari, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha aċċess għal kwalunkwe dokumenti, data u informazzjoni rilevanti meħtieġa biex tiftaħ u twettaq investigazzjoni u biex timmonitorja l-konformità mal-obbligi rilevanti stabbiliti f'dan ir-Regolament, irrispettivament minn min ikollu d-dokumenti, id-data jew l-informazzjoni inkwistjoni, u irrispettivament mill-forma jew mill-format tagħhom, mill-mezz tal-ħżin tagħhom jew mill-post preċiż fejn jinħażnu. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' titlob direttament li l-pjattaforma online kbira ħafna kkonċernata jew il-partijiet terzi rilevanti, jew l-individwi, jipprovdu kwalunkwe evidenza, data u informazzjoni rilevanti. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' titlob kwalunkwe informazzjoni rilevanti mingħand kwalunkwe awtorità pubblika, korp jew aġenzija fl-Istat Membru, jew mingħand kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa biex titlob l-aċċess għall-bażijiet tad-data u għall-algoritmi tal-persuni rilevanti u l-ispjegazzjonijiet relatati magħhom, u li tintervista, bil-kunsens tagħhom, kwalunkwe persuni li jista' jkollhom informazzjoni utli u li tirreġistra d-dikjarazzjonijiet li jsiru. Jenħtieġ ukoll li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li twettaq tali verifiki li jkunu meħtieġa biex tinforza d-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament. Dawk is-setgħat ta' investigazzjoni għandhom l-għan li jikkumplimentaw il-possibbiltà tal-Kummissjoni li titlob lill-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali u lil awtoritajiet oħra tal-Istati Membri għall-assistenza, pereżempju billi jipprovdu informazzjoni jew fl-eżerċizzju ta' dawk is-setgħat.
(99) B'mod partikolari, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha aċċess għal kwalunkwe dokumenti, data u informazzjoni rilevanti meħtieġa biex tiftaħ u twettaq investigazzjoni u biex timmonitorja l-konformità mal-obbligi rilevanti stabbiliti f'dan ir-Regolament, irrispettivament minn min ikollu d-dokumenti, id-data jew l-informazzjoni inkwistjoni, u irrispettivament mill-forma jew mill-format tagħhom, mill-mezz tal-ħżin tagħhom jew mill-post preċiż fejn jinħażnu. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tirrikjedi direttament li l-pjattaforma online kbira ħafna kkonċernata jew il-partijiet terzi rilevanti, jew li l-individwi, jipprovdu kwalunkwe evidenza, data u informazzjoni rilevanti. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' titlob kwalunkwe informazzjoni rilevanti mingħand kwalunkwe awtorità pubblika, korp jew aġenzija fl-Istat Membru, jew mingħand kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa biex tirrikjedi l-aċċess għall-bażijiet tad-data u għall-algoritmi tal-persuni rilevanti u l-ispjegazzjonijiet relatati magħhom, u li tintervista, bil-kunsens tagħhom, kwalunkwe persuni li jista' jkollhom informazzjoni utli u li tirreġistra d-dikjarazzjonijiet li jsiru. Jenħtieġ ukoll li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li twettaq tali verifiki li jkunu meħtieġa biex tinforza d-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament. Dawk is-setgħat ta' investigazzjoni għandhom l-għan li jikkomplementaw il-possibbiltà tal-Kummissjoni li titlob lill-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali u lil awtoritajiet oħra tal-Istati Membri għall-assistenza, pereżempju billi jipprovdu informazzjoni jew fl-eżerċizzju ta' dawk is-setgħat.
Emenda 97 Proposta għal regolament Premessa 100
(100) Il-konformità mal-obbligi rilevanti imposti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun tista' tiġi infurzata permezz ta' multi u pagamenti perjodiċi ta' penali. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll livelli xierqa ta' multi u ta' pagamenti perjodiċi ta' penali għan-nuqqas ta' konformità mal-obbligi u għall-ksur tar-regoli proċedurali, soġġetti għal perjodi ta' limitazzjoni xierqa.
(100) Il-konformità mal-obbligi rilevanti imposti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun tista' tiġi infurzata permezz ta' multi u pagamenti perjodiċi ta' penali. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll livelli xierqa ta' multi u ta' pagamenti perjodiċi ta' penali għan-nuqqas ta' konformità mal-obbligi u għall-ksur tar-regoli proċedurali, soġġetti għal perjodi ta' limitazzjoni xierqa. Jenħtieġ li l-Kummissjoni b'mod partikolari tiżgura li l-penali jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, filwaqt li tqis in-natura, il-gravità, ir-rikorrenza u d-dewmien tal-ksur, fid-dawl tal-interess pubbliku segwit, l-ambitu u n-natura tal-attivitajiet imwettqa, l-għadd ta' riċevituri affettwati, il-karattru intenzjonali jew negliġenti tal-ksur kif ukoll il-kapaċità ekonomika tal-kontraventur.
Emenda 98 Proposta għal regolament Premessa 102
(102) Fl-interess tal-effettività u tal-effiċjenza, minbarra l-evalwazzjoni ġenerali tar-Regolament, li trid titwettaq fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ, wara l-fażi tal-bidu inizjali u abbażi tal-ewwel tliet snin ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq ukoll evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-Bord u tal-istruttura tiegħu.
(102) Jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ġenerali ta' dan ir-Regolament u tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Jenħtieġ li dan ir-rapport jindirizza b'mod partikolari d-definizzjoni ta' pjattaformi online kbar ħafna u l-għadd medju ta' riċevituri attivi fix-xahar tas-servizz. Jenħtieġ li dan ir-rapport jindirizza wkoll l-implimentazzjoni tal-kodiċijiet ta' kondotta, kif ukoll l-obbligu li jiġi deżinjat rappreżentant, stabbilit fl-Unjoni u li jiġi vvalutat l-effett ta' obbligi simili imposti minn pajjiżi terzi fuq il-fornituri tas-servizzi Ewropej li joperaw barra mill-pajjiż. B'mod partikolari, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta kwalunkwe impatt tal-ispejjeż għall-fornituri ta' servizzi Ewropej ta' kwalunkwe rekwiżit simili, inkluż il-ħatra ta' rappreżentant legali, introdott minn pajjiżi terzi u kwalunkwe ostaklu ġdid għall-aċċess għas-suq mhux tal-Unjoni wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta wkoll l-impatt fuq il-kapaċità tan-negozji u l-konsumaturi Ewropej li jaċċessaw u jixtru prodotti u servizzi minn barra l-Unjoni. Fl-interess tal-effettività u tal-effiċjenza, minbarra l-evalwazzjoni ġenerali tar-Regolament, li trid titwettaq fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ, wara l-fażi tal-bidu inizjali u abbażi tal-ewwel tliet snin ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq ukoll evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-Bord u tal-istruttura tiegħu.
Emenda 99 Proposta għal regolament Artikolu 1 – titolu
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
Suġġett
Emenda 100 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt c
(c) regoli dwar l-implimentazzjoni u l-infurzar ta' dan ir-Regolament, inkluż rigward il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti.
(c) regoli dwar l-implimentazzjoni u l-infurzar tar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, inkluż rigward il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti.
Emenda 101 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt b
(b) jistabbilixxi regoli uniformi għal ambjent online sikur, prevedibbli u fdat, li jħares b'mod effettiv id-drittijiet fundamentali minquxa fil-Karta.
(b) jistabbilixxi regoli armonizzati għal ambjent online sikur, aċċessibbli, prevedibbli u fdat, li jħares b'mod effettiv id-drittijiet fundamentali minquxa fil-Karta;
Emenda 102 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
(ba) jippromwovi livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u jikkontribwixxi għal aktar għażla tal-konsumatur filwaqt li jiffaċilita l-innovazzjoni, jappoġġja t-tranżizzjoni diġitali u jinkoraġġixxi t-tkabbir ekonomiku fis-suq intern.
Emenda 103 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 3
3. Dan ir-Regolament għandu japplika għas-servizzi intermedjarji pprovduti lir-riċevituri tas-servizz li għandhom il-post ta' stabbiliment jew ta' residenza tagħhom fl-Unjoni, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment tal-fornituri ta' dawk is-servizzi.
imħassar
Emenda 104 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 4
4. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal xi servizz li mhux servizz intermedjarju jew għal rekwiżiti impost fir-rigward ta' servizz bħal dan, irrispettivament minn jekk is-servizz hux ipprovdut permezz tal-użu ta' servizz intermedjarju.
imħassar
Emenda 105 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 5
5. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-regoli stabbiliti minn dawn li ġejjin:
imħassar
(a) id-Direttiva 2000/31/KE;
(b) id-Direttiva 2010/13/KE;
(c) il-liġi tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati;
(d) Ir-Regolament (UE) .../... ir-Regolament (UE).../... dwar il-prevenzjoni tad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online [TCO ladarba jiġi adottat];
(e) ir-Regolament (UE)…/… dwar l-Ordnijiet ta' Produzzjoni u ta' Preservazzjoni Ewropej għal evidenza elettronika f'materji kriminali u d-Direttiva (UE)…/… li tistabbilixxi regoli armonizzati dwar il-ħatra ta' rappreżentanti legali għall-fini tal-ġbir tal-evidenza fi proċedimenti kriminali [evidenza elettronika ladarba tiġi adottata]
(f) ir-Regolament (UE) 2019/1148;
(g) ir-Regolament (UE) 2019/1150;
(h) il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u s-sikurezza tal-prodotti, inkluż ir-Regolament (UE) 2017/2394;
(i) il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE.
Emenda 106 Proposta għal regolament Artikolu 1a (ġdid)
Artikolu 1a
Kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għas-servizzi intermedjarji pprovduti lir-riċevituri tas-servizz li għandhom il-post ta' stabbiliment jew ta' residenza tagħhom fl-Unjoni, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment tal-fornituri ta' dawk is-servizzi.
2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal xi servizz li mhux servizz intermedjarju jew għal rekwiżiti imposti fir-rigward ta' servizz bħal dan, irrispettivament minn jekk is-servizz hux ipprovdut permezz tal-użu ta' servizz intermedjarju.
3. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-regoli stabbiliti minn dawn li ġejjin:
(a) id-Direttiva 2000/31/KE;
(b) id-Direttiva 2010/13/KE;
(c) il-liġi tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, b'mod partikolari d-Direttiva (UE) 2019/790 dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-Suq Uniku Diġitali;
(d) Ir-Regolament (UE) 2021/784 dwar l-indirizzar tad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online.
(e) ir-Regolament (UE)…/… dwar l-Ordnijiet ta' Produzzjoni u ta' Preservazzjoni Ewropej għal evidenza elettronika f'materji kriminali u d-Direttiva (UE)…/… li tistabbilixxi regoli armonizzati dwar il-ħatra ta' rappreżentanti legali għall-fini tal-ġbir tal-evidenza fi proċedimenti kriminali [evidenza elettronika ladarba tiġi adottata]
(f) ir-Regolament (UE) 2019/1148;
(g) ir-Regolament (UE) 2019/1150;
(h) il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u s-sikurezza tal-prodotti, inkluż ir-Regolament (UE) 2017/2394, ir-Regolament (UE) 2019/1020 u d-Direttiva 2001/95/KE dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti;
(i) il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE.
(j) id-Direttiva (UE) 2019/882;
(k) id-Direttiva (UE) 2018/1972;
(l) id-Direttiva 2013/11/UE.
4. Sa [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] il-Kummissjoni għandha tippubblika linji gwida fir-rigward tar-relazzjoni bejn dan ir-Regolament u l-atti legali msemmija fl-Artikolu 1a(3).
Emenda 107 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a
(a) "servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni" tfisser servizzi skont it-tifsiratal-Artikolu 1(1)(b) tad-Direttiva (UE) 2015/1535;
(a) "servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni" tfisser servizzi kif definitifl-Artikolu 1(1)(b) tad-Direttiva (UE) 2015/1535;
Emenda 108 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b
(b) "riċevitur tas-servizz" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tuża s-servizz intermedjarju rilevanti;
(b) "riċevitur tas-servizz" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tuża s-servizz intermedjarju rilevanti sabiex tfittex informazzjoni jew tagħmilha aċċessibbli;
Emenda 109 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c
(c) "konsumatur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika li taġixxi għal finijiet li huma 'l barra min-negozju, mill-kummerċ jew mill-professjoni tagħha;
(c) "konsumatur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika li taġixxi għal finijiet li huma 'l barra min-negozju, mill-kummerċ, mis-sengħa jew mill-professjoni tagħha;
Emenda 110 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d – parti introduttorja
(d) "biex jiġu offruti servizzi fl-Unjoni" tfisser li persuni ġuridiċi jew fiżiċi fi Stat Membru wieħed jew aktar ikunu jistgħu jużaw is-servizzi tal-fornitur tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jkollu konnessjoni sostanzjali mal-Unjoni; din il-konnessjoni sostanzjali titqies li teżisti meta l-fornitur ikollu stabbiliment fl-Unjoni; fin-nuqqas ta' dan l-istabbiliment, il-valutazzjoni ta' konnessjoni sostanzjali hija bbażata fuq kriterji fattwali speċifiċi, bħal:
(d) "biex jiġu offruti servizzi fl-Unjoni" tfisser li persuni ġuridiċi jew fiżiċi fi Stat Membru wieħed jew aktar ikunu jistgħu jużaw is-servizzi ta'fornitur tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jkollu konnessjoni sostanzjali mal-Unjoni;
Emenda 111 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d – inċiż 1
— għadd sinifikanti ta' utenti fi Stat Membru wieħed jew aktar; jew
imħassar
Emenda 112 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d – inċiż 2
— l-immirar ta' attivitajiet lejn Stat Membru wieħed jew aktar.
imħassar
Emenda 113 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
(da) "konnessjoni sostanzjali mal-Unjoni" tfisser il-konnessjoni ta' fornitur ma' Stat Membru wieħed jew aktar li tirriżulta jew mill-istabbiliment tiegħu fl-Unjoni, jew fin-nuqqas ta' tali stabbiliment, mill-fatt li l-fornitur jidderieġi l-attivitajiet tiegħu lejn Stat Membru wieħed jew aktar;
Emenda 114 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e
(e) "kummerċjant" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, irrispettivament jekk tkunx suġġett pubbliku jew privat, li taġixxi, anki permezz ta' persuna li tkun qed taġixxi f'isimha jew għall-interessi tagħha, għal finijiet relatati mal-kummerċ, man-negozju, mas-sengħa jew mal-professjoni tagħha;
(e) "kummerċjant" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, irrispettivament jekk tkunx suġġett pubbliku jew privat, li taġixxi, anki permezz ta' persuna li tkun qed taġixxi f'isimha jew għall-interessi tagħha, għal finijiet relatati direttament mal-kummerċ, man-negozju, mas-sengħa jew mal-professjoni tagħha;
Emenda 115 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt f – inċiż 1
— servizz ta' "sempliċi conduit" li jikkonsisti fit-trażmissjoni f'network tal-komunikazzjoni ta' informazzjoni pprovduta minn riċevitur tas-servizz, jew il-forniment ta' aċċess għal network tal-komunikazzjoni;
— servizz ta' "sempliċi conduit" li jikkonsisti fit-trażmissjoni f'network tal-komunikazzjoni ta' informazzjoni pprovduta minn riċevitur tas-servizz, jew il-forniment ta' aċċess għal network tal-komunikazzjoni, inklużi servizzi funzjonali awżiljarji tekniċi;
Emenda 116 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt f – inċiż 2
— servizz ta' "caching" li jikkonsisti fit-trażmissjoni f'network tal-komunikazzjoni ta' informazzjoni pprovduta minn riċevitur tas-servizz, li tinvolvi l-ħażna awtomatika, intermedjarja jew temporanja ta' dik l-informazzjoni, għall-uniku fini li tagħmel aktar effiċjenti t-trażmissjoni 'l quddiem tal-informazzjoni lil riċevituri oħra meta jitolbuha;
— servizz ta' "caching" li jikkonsisti fit-trażmissjoni f'network tal-komunikazzjoni ta' informazzjoni pprovduta minn riċevitur tas-servizz, li tinvolvi l-ħażna awtomatika, intermedjarja jew temporanja ta' dik l-informazzjoni, imwettqa għall-uniku fini li tagħmel aktar effiċjenti t-trażmissjoni 'l quddiem tal-informazzjoni lil riċevituri oħra meta jitolbuha;
Emenda 117 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt g
(g) "kontenut illegali" tfisser kwalunkwe informazzjoni, li minnha nnifisha jew bir-referenza tagħha għal attività, inkluż il-bejgħ ta' prodotti jew il-forniment ta' servizzi, mhix konformi mal-liġi tal-Unjoni jew mal-liġi ta' Stat Membru, irrispettivament mis-suġġett preċiż jew in-natura ta' dik il-liġi;
(g) "kontenut illegali" tfisser kwalunkwe informazzjoni jew attività, inkluż il-bejgħ ta' prodotti jew il-forniment ta' servizzi, li mhix konformi mal-liġi tal-Unjoni jew mal-liġi ta' Stat Membru, irrispettivament mis-suġġett preċiż jew in-natura ta' dik il-liġi;
Emenda 118 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt h
(h) "pjattaforma online" tfisser fornitur ta' servizz ta' hosting li, meta jintalab minn riċevitur tas-servizz, jaħżen u jiddissemina informazzjoni lill-pubbliku, sakemm dik l-attività ma tkunx karatteristika minuri u purament anċillari ta' servizz ieħor u, għal raġunijiet oġġettivi u tekniċi ma tistax tintuża mingħajr dak is-servizz l-ieħor, u l-integrazzjoni tal-karatteristika fis-servizz l-ieħor mhix mezz biex tkun evitata l-applikabbiltà ta' dan ir-Regolament.
(h) "pjattaforma online" tfisser fornitur ta' servizz ta' hosting li, meta jintalab minn riċevitur tas-servizz, jaħżen u jiddissemina informazzjoni lill-pubbliku, sakemm dik l-attività ma tkunx karatteristika minuri jew purament anċillari ta' servizz jew funzjonalità oħra tas-servizz prinċipali u, għal raġunijiet oġġettivi u tekniċi, ma tistax tintuża mingħajr dak is-servizz l-ieħor, u l-integrazzjoni tal-karatteristika jew tal-funzjonalità fis-servizz l-ieħor mhix mezz biex tkun evitata l-applikabbiltà ta' dan ir-Regolament.
Emenda 119 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt k
(k) "interfaċċa online" tfisser kwalunkwe software, inkluż sit web jew parti minnu, u applikazzjonijiet, inkluż applikazzjonijiet mobbli;
(k) "interfaċċa online" tfisser kwalunkwe software, inkluż sit web jew parti minnu, u applikazzjonijiet, inkluż applikazzjonijiet mobbli, li jippermetti lir-riċevituri tas-servizz jaċċessaw u jinteraġixxu mas-servizz intermedjarju rilevanti;
Emenda 120 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ka (ġdid)
(ka) "sinjalatur fdat" tfisser entità li tkun ingħatat tali status minn Koordinatur tas-Servizzi Diġitali;
Emenda 121 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt n
(n) "reklam" tfisser informazzjoni mfassla biex tippromwovi l-messaġġ ta' persuna ġuridika jew fiżika, irrispettivament minn jekk din tilħaqx finijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali, u murija minn pjattaforma online fuq l-interfaċċa online tagħha bi ħlas speċifiku għall-promozzjoni ta' dik l-informazzjoni;
(n) "reklam" tfisser informazzjoni mfassla u mxerrda biex tippromwovi l-messaġġ ta' persuna ġuridika jew fiżika, irrispettivament minn jekk din tilħaqx finijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali, u murija minn pjattaforma online fuq l-interfaċċa online tagħha bi ħlas speċifiku bi skambju għall-promozzjoni ta' dak il-messaġġ;
Emenda 122 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt na (ġdid)
(na) "remunerazzjoni" tfisser kumpens ekonomiku li jikkonsisti fi ħlas dirett jew indirett għas-servizz ipprovdut, inkluż fejn il-fornitur tas-servizzi intermedjarji ma jkunx direttament ikkumpensat mir-riċevitur tas-servizz jew fejn ir-riċevitur tas-servizz jipprovdi data lill-fornitur tas-servizz, ħlief fejn tali data tinġabar għall-iskop uniku li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti legali;
Emenda 123 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt o
(o) "sistema ta' rakkomandazzjoni" tfisser sistema kompletament jew parzjalment awtomatizzata użata minn pjattaforma online biex tissuġġerixxi informazzjoni speċifika fl-interfaċċa online tagħha lir-riċevituri tas-servizz, inkluż bħala riżultat ta' tfittxija mibdija mir-riċevitur jew inkella li tiddetermina l-ordni relattiva jew il-prominenza tal-informazzjoni murija;
(o) "sistema ta' rakkomandazzjoni" tfisser sistema kompletament jew parzjalment awtomatizzata użata minn pjattaforma online biex tissuġġerixxi, tagħti prijorità jew trażżan informazzjoni speċifika fl-interfaċċa online tagħha lir-riċevituri tas-servizz, inkluż bħala riżultat ta' tfittxija mibdija mir-riċevitur jew inkella li tiddetermina l-ordni relattiva jew il-prominenza tal-informazzjoni murija;
Emenda 124 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt p
(p) "moderazzjoni tal-kontenut" tfisser l-attivitajiet imwettqa mill-fornituri tas-servizzi intermedjarji maħsuba biex jiddetettaw, jidentifikaw u jindirizzaw kontenut illegali jew informazzjoni inkompatibbli mat-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, ipprovduti mir-riċevituri tas-servizz, inkluż il-miżuri meħuda li jaffettwaw id-disponibbiltà, il-viżibbiltà u l-aċċessibbiltà ta' dak il-kontenut illegali jew ta' dik l-informazzjoni, bħad-demozzjoni, id-diżattivazzjoni tal-aċċess għalihom, jew it-tneħħija tagħhom, jew il-kapaċità tar-riċevituri li jipprovdu dik l-informazzjoni, bħat-terminazzjoni jew is-sospensjoni ta' kont tar-riċevitur;
(p) "moderazzjoni tal-kontenut" tfisser l-attivitajiet, jew awtomatizzati jew mhux awtomatizzati, imwettqa mill-fornituri tas-servizzi intermedjarji maħsuba biex jiddetettaw, jidentifikaw u jindirizzaw kontenut illegali jew informazzjoni inkompatibbli mat-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, ipprovduti mir-riċevituri tas-servizz, inkluż il-miżuri meħuda li jaffettwaw id-disponibbiltà, il-viżibbiltà u l-aċċessibbiltà ta' dak il-kontenut illegali jew ta' dik l-informazzjoni, bħad-demozzjoni, id-diżattivazzjoni tal-aċċess għalihom, it-tneħħija mil-lista, id-demonetizzazzjoni jew it-tneħħija tagħhom, jew il-kapaċità tar-riċevituri li jipprovdu dik l-informazzjoni, bħat-terminazzjoni jew is-sospensjoni ta' kont tar-riċevitur;
Emenda 125 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt q
(q) "termini u kundizzjonijiet" tfisser it-termini u l-kundizzjonijiet jew l-ispeċifikazzjonijiet kollha, irrispettivament mill-isem jew il-forma tagħhom, li jirregolaw ir-relazzjoni kuntrattwali bejn il-fornitur tas-servizzi intermedjarji u r-riċevituri tas-servizzi.
(q) "termini u kundizzjonijiet" tfisser it-termini u l-kundizzjonijiet jew l-ispeċifikazzjonijiet kollha, mill-fornitur tas-servizz irrispettivament mill-isem jew il-forma tagħhom, li jirregolaw ir-relazzjoni kuntrattwali bejn il-fornitur tas-servizzi intermedjarji u r-riċevituri tas-servizzi.
Emenda 126 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt qa (ġdid)
(qa) "persuni b'diżabilità" tfisser persuni b'diżabilità skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2019/882.
Emenda 127 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 3
3. Dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa l-possibbiltà li qorti jew awtorità amministrattiva, f'konformità mas-sistemi legali tal-Istati Membri, jeżiġu li l-fornitur tas-servizz jittermina jew jipprevjeni xi ksur.
3. Dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa l-possibbiltà li awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva, f'konformità mas-sistemi legali tal-Istati Membri, jeżiġu li l-fornitur tas-servizz jittermina jew jipprevjeni xi ksur.
Emenda 128 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Meta jkun ipprovdut servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni li jkun jikkonsisti fit-trażmissjoni f'network tal-komunikazzjoni ta' informazzjoni pprovduta minn riċevitur tas-servizz, il-fornitur tas-servizz ma għandux ikun responsabbli għall-ħażna awtomatika, intermedjarja jew temporanja ta' dik l-informazzjoni, imwettqa biss għall-uniku fini li tagħmel aktar effiċjenti t-trażmissjoni 'l quddiem tal-informazzjoni lil riċevituri oħra tas-servizz meta jitolbuha, diment li:
1. Meta jkun ipprovdut servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni li jkun jikkonsisti fit-trażmissjoni f'network tal-komunikazzjoni ta' informazzjoni pprovduta minn riċevitur tas-servizz, il-fornitur tas-servizz ma għandux ikun responsabbli għall-ħażna awtomatika, intermedjarja jew temporanja ta' dik l-informazzjoni, imwettqa biss għall-uniku fini li tagħmel aktar effiċjenti jew sigura t-trażmissjoni 'l quddiem tal-informazzjoni lil riċevituri oħra tas-servizz meta jitolbuha, diment li l-fornitur:
Emenda 129 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a
(a) il-fornitur ma jimmodifikax l-informazzjoni;
(a) ma jimmodifikax l-informazzjoni;
Emenda 130 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b
(b) il-fornitur jikkonforma mal-kundizzjonijiet dwar l-aċċess tal-informazzjoni;
(b) jikkonforma mal-kundizzjonijiet dwar l-aċċess tal-informazzjoni;
Emenda 131 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c
(c) il-fornitur jikkonforma ma' regoli dwar l-aġġornament tal-informazzjoni, speċifikati kif rikonoxxut u użat b'mod estensiv mill-industrija;
(c) jikkonforma ma' regoli dwar l-aġġornament tal-informazzjoni, speċifikati kif rikonoxxut u użat b'mod estensiv mill-industrija;
Emenda 132 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d
(d) il-fornitur ma jindaħalx fl-użu legali tat-teknoloġija, rikonoxxuta u użata b'mod estensiv mill-industrija, biex jikseb data dwar l-użu tal-informazzjoni; kif ukoll
(d) ma jindaħalx fl-użu legali tat-teknoloġija, rikonoxxuta u użata b'mod estensiv mill-industrija, biex jikseb data dwar l-użu tal-informazzjoni; kif ukoll
Emenda 133 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt e
(e) il-fornitur jaġixxi malajr biex ineħħi jew iwaqqaf aċċess għall-informazzjoni li jkun ħażen malli jikseb għarfien effettiv tal-fatt li l-informazzjoni fis-sors inizjali tat-trażmissjoni tneħħiet min-network, jew l-aċċess għaliha jkun ġie diżattivat, jew li qorti jew awtorità amministrattiva tkun ordnat dik it-tneħħija jew id-diżattivazzjoni.
(e) jaġixxi malajr biex ineħħi jew iwaqqaf aċċess għall-informazzjoni li jkun ħażen malli jikseb għarfien effettiv tal-fatt li l-informazzjoni fis-sors inizjali tat-trażmissjoni tneħħiet min-network, jew l-aċċess għaliha jkun ġie diżattivat, jew li qorti jew awtorità amministrattiva tkun ordnat dik it-tneħħija jew id-diżattivazzjoni.
Emenda 134 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2
2. Dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa l-possibbiltà li qorti jew awtorità amministrattiva, f'konformità mas-sistemi legali tal-Istati Membri, jeżiġu li l-fornitur tas-servizz jittermina jew jipprevjeni xi ksur.
2. Dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa l-possibbiltà li awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva, f'konformità mas-sistemi legali tal-Istati Membri, jeżiġu li l-fornitur tas-servizz jittermina jew jipprevjeni xi ksur.
Emenda 135 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 3
3. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fir-rigward tar-responsabbiltà skont il-liġi dwar il-protezzjoni tal-konsumatur ta' pjattaformi online li jippermettu li l-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod ma' kummerċjanti, meta din il-pjattaforma online tippreżenta l-oġġett speċifiku tal-informazzjoni jew inkella tippermetti t-tranżazzjoni speċifika inkwistjoni b'mod li twassal lil konsumatur medju u raġonevolment infurmat tajjeb biex jemmen li l-informazzjoni, jew il-prodott jew is-servizz li huwa l-oġġett tat-tranżazzjoni, hija pprovduta mill-pjattaforma online nnifisha jew minn riċevitur tas-servizz li qed jaġixxi bl-awtorità jew bil-kontroll tagħha.
3. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fir-rigward tar-responsabbiltà skont il-liġi dwar il-protezzjoni tal-konsumatur ta' pjattaformi online li jippermettu li l-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod ma' kummerċjanti, meta din il-pjattaforma online tippreżenta l-oġġett speċifiku tal-informazzjoni jew inkella tippermetti t-tranżazzjoni speċifika inkwistjoni b'mod li twassal lil konsumatur biex jemmen li l-informazzjoni, jew il-prodott jew is-servizz li huwa l-oġġett tat-tranżazzjoni, hija pprovduta mill-pjattaforma online nnifisha jew minn riċevitur tas-servizz li qed jaġixxi bl-awtorità jew bil-kontroll tagħha.
Emenda 136 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 4
4. Dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa l-possibbiltà li qorti jew awtorità amministrattiva, f'konformità mas-sistemi legali tal-Istati Membri, jeżiġu li l-fornitur tas-servizz jittermina jew jipprevjeni xi ksur.
4. Dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa l-possibbiltà li awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva, f'konformità mas-sistemi legali tal-Istati Membri, jeżiġu li l-fornitur tas-servizz jittermina jew jipprevjeni xi ksur.
Emenda 137 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1
Il-fornituri tas-servizzi intermedjarji ma għandhomx jitqiesu ineliġibbli għall-eżenzjonijiet mir-responsabbiltà msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5 unikament għax iwettqu investigazzjonijiet volontarji b'inizjattiva proprja jew attivitajiet oħra mmirati biex jiddetettaw, jidentifikaw u jneħħu kontenut illegali, jew jiddiżattivaw l-aċċess għal kontenut illegali, jew jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-liġi tal-Unjoni, inkluż dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament.
1. Il-fornituri tas-servizzi intermedjarji ma għandhomx jitqiesu ineliġibbli għall-eżenzjonijiet mir-responsabbiltà msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5 unikament għax iwettqu investigazzjonijiet volontarji b'inizjattiva proprja jew jieħdu miżuri mmirati biex jiddetettaw, jidentifikaw u jneħħu kontenut illegali, jew jiddiżattivaw l-aċċess għal kontenut illegali, jew jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni, inkluż il-Karta u r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.
1a. Il-fornituri ta' servizzi intermedjarji għandhom jiżguraw li l-investigazzjonijiet fuq inizjattiva proprja volontarji mwettqa u l-miżuri meħuda skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu effettivi u speċifiċi. Tali investigazzjonijiet u miżuri fuq inizjattiva proprja għandhom ikunu akkumpanjati minn salvagwardji xierqa, bħas-sorveljanza minn bniedem, id-dokumentazzjoni, jew kwalunkwe miżura addizzjonali biex jiġi żgurat u muri li dawk l-investigazzjonijiet u l-miżuri huma preċiżi, mhux diskriminatorji, proporzjonati, trasparenti u ma jwasslux għat-tneħħija żejda tal-kontenut. Il-fornituri ta' servizzi intermedjarji għandhom jagħmlu l-aħjar sforzi biex jiżguraw li meta jintużaw mezzi awtomatizzati, it-teknoloġija tkun affidabbli biżżejjed biex tillimita kemm jista' jkun ir-rata ta' żbalji meta l-informazzjoni titqies b'mod żbaljat bħala kontenut illegali.
Emenda 139 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1
Fuq dawk il-fornituri ma għandu jiġi impost l-ebda obbligu ta' monitoraġġ tal-informazzjoni li jittrażmettu jew jaħżnu l-fornituri tas-servizzi intermedjarji, jew ta' tiftix attiv tal-fatti jew ta' ċirkostanzi li jindikaw attività illegali.
1. Fuq dawk il-fornituri ma għandu jiġi impost l-ebda obbligu, la de jure u lanqas de facto, permezz ta' mezzi awtomatizzati jew mhux awtomatizzati, ta' monitoraġġ tal-informazzjoni li jittrażmettu jew jaħżnu l-fornituri tas-servizzi intermedjarji, jew ta' tiftix attiv tal-fatti jew ta' ċirkostanzi li jindikaw attività illegali jew għall-monitoraġġ tal-imġiba ta' persuni fiżiċi.
1a. Il-fornituri tas-servizzi intermedjarji ma għandhomx ikunu obbligati li jużaw għodod awtomatizzati għall-moderazzjoni tal-kontenut jew għall-monitoraġġ tal-imġiba ta' persuni fiżiċi.
1c. L-Istati Membri ma għandhomx jimponu obbligu ġenerali fuq il-fornituri ta' servizzi intermedjarji biex jillimitaw l-użu anonimu tas-servizzi tagħhom. L-Istati Membri ma għandhomx jobbligaw lill-fornituri tas-servizzi intermedjarji biex b'mod ġenerali u mingħajr diskriminazzjoni jżommu data personali tar-riċevituri tas-servizzi tagħhom. Kwalunkwe żamma mmirata tad-data ta' riċevitur speċifiku għandha tiġi ordnata minn awtorità ġudizzjarja f'konformità mal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali.
Emenda 520/rev Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 d (ġdid)
1d. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE, il-fornituri għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex jippermettu l-użu ta' dak is-servizz u l-ħlas għalih mingħajr ma jiġbru data personali tar-riċevitur.
Emenda 143 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1
1. Il-fornituri tas-servizzi intermedjarji għandhom, malli jirċievu ordni biex jaġixxu kontra oġġett speċifiku ta' kontenut illegali, maħruġ mill-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi nazzjonali rilevanti, abbażi tal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, jinformaw lill-awtorità li toħroġ l-ordni bl-effett mogħti lill-ordnijiet, mingħajr dewmien żejjed, u jispeċifikaw l-azzjoni meħuda u l-mument meta ttieħdet l-azzjoni.
1. Il-fornituri tas-servizzi intermedjarji għandhom, malli jirċievu permezz ta' mezz ta' komunikazzjoni sigur ordni biex jaġixxu kontra oġġett speċifiku wieħed jew aktar ta' kontenut illegali, riċevuti minn u maħruġa mill-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi nazzjonali rilevanti, abbażi tal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, jinformaw lill-awtorità li toħroġ l-ordni bl-effett mogħti lill-ordnijiet, mingħajr dewmien żejjed, u jispeċifikaw l-azzjonijiet meħuda u l-mument meta ttieħdu l-azzjonijiet.
Emenda 144 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt a – inċiż 1 (ġdid)
— referenza għall-bażi ġuridika għall-ordni;
Emenda 145 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt a – inċiż 1
— dikjarazzjoni tar-raġunijiet li tispjega għalfejn l-informazzjoni hija kontenut illegali, b'referenza għad-dispożizzjoni speċifika tal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali miksura;
— dikjarazzjoni dettaljata biżżejjed tar-raġunijiet li tispjega għalfejn l-informazzjoni hija kontenut illegali, b'referenza għad-dispożizzjoni speċifika tal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, miksura f'konformità mal-liġi tal-Unjoni;
Emenda 146 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt a – inċiż 1a (ġdid)
— identifikazzjoni tal-awtorità emittenti inklużi d-data, il-kronogramma u l-firma elettronika tal-awtorità, li tippermetti lir-riċevitur jawtentika l-ordni u d-dettalji ta' kuntatt ta' persuna ta' kuntatt fi ħdan l-awtorità msemmija;
Emenda 147 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt a – inċiż 2
— lokalizzatur preċiż wieħed jew aktar tar-riżorsi uniformi u, meta meħtieġ, informazzjoni addizzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni tal-kontenut illegali kkonċernat;
— indikazzjoni ċara tal-post elettroniku eżatt ta' dik l-informazzjoni, bħall-URL jew il-URLs eżatti fejn xieraq jew meta l-post elettroniku eżatt ma jkunx identifikabbli b'mod preċiż; lokalizzatur preċiż wieħed jew aktar tar-riżorsi uniformi u, meta meħtieġ, informazzjoni addizzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni tal-kontenut illegali kkonċernat;
Emenda 148 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt a – inċiż 3
— informazzjoni dwar rimedju disponibbli għall-fornitur tas-servizz u għar-riċevitur tas-servizz li pprovda l-kontenut;
— informazzjoni li tinftiehem faċilment dwar mekkaniżmi ta' rimedju disponibbli għall-fornitur tas-servizz u għar-riċevitur tas-servizz li pprovda l-kontenut, inklużi l-iskadenzi għall-appell;
Emenda 149 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt a – inċiż 3a (ġdid)
— meta meħtieġ u proporzjonat, id-deċiżjoni li ma għandu jkun hemm l-ebda divulgazzjoni ta' informazzjoni dwar it-tneħħija jew id-diżattivazzjoni tal-aċċess għall-kontenut minħabba raġunijiet ta' sigurtà pubblika, bħall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reat serju, ta' mhux aktar minn sitt ġimgħat minn dik id-deċiżjoni;
Emenda 150 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt b
(b) il-kamp ta' applikazzjoni territorjali tal-ordni, abbażi tar-regoli applikabbli tal-liġi tal-Unjoni u nazzjonali, inkluż il-Karta, u, fejn rilevanti, il-prinċipji ġenerali tal-liġi internazzjonali, ma jkunx jaqbeż dak strettament meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv tiegħu;
(b) il-kamp ta' applikazzjoni territorjali tal-ordni abbażi tar-regoli applikabbli tal-liġi tal-Unjoni u nazzjonali f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, inkluż il-Karta, u, meta rilevanti, il-prinċipji ġenerali tal-liġi internazzjonali, ma jkunx jaqbeż dak meħtieġ strettament biex jintlaħaq l-objettiv tiegħu; il-kamp ta' applikazzjoni territorjali tal-ordni għandu jkun limitat għat-territorju tal-Istat Membru li joħroġ l-ordni sakemm l-illegalità tal-kontenut ma tkunx ġejja direttament mid-dritt tal-Unjoni jew id-drittijiet inkwistjoni ma jkunux jirrikjedu kamp ta' applikazzjoni territorjali usa', f'konformità mal-liġi tal-Unjoni u dik internazzjonali;
Emenda 151 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt c
(c) l-ordni hija abbozzata bil-lingwa ddikjarata mill-fornitur u tintbagħat lill-punt ta' kuntatt, maħtur mill-fornitur, f'konformità mal-Artikolu 10.
(c) l-ordni hija abbozzata bil-lingwa ddikjarata mill-fornitur u tintbagħat lill-punt ta' kuntatt, maħtur mill-fornitur, f'konformità mal-Artikolu 10, jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li joħroġ l-ordni kontra l-oġġett speċifiku ta' kontenut illegali; f'każ bħal dan, il-punt ta' kuntatt tal-fornitur tas-servizz jista' jitlob lill-awtorità kompetenti biex tipprovdi traduzzjoni fil-lingwa ddikjarata mill-fornitur;
Emenda 152 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
(ca) l-ordni tkun konformi mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/31/KE;
Emenda 153 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt cb (ġdid)
(cb) fejn aktar minn fornitur wieħed ta' servizzi intermedjarji jkun responsabbli għall-ospitar ta' oġġetti speċifiċi ta' kontenut illegali, l-ordni tinħareġ lill-aktar fornitur xieraq li għandu l-abbiltà teknika u operazzjonali li jaġixxi kontra dawk l-oġġetti speċifiċi.
2a. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni f'konformità mal-Artikolu 70, wara konsultazzjoni mal-Bord, li jistabbilixxu mudell u formola speċifiċi għall-ordnijiet, imsemmija fil-paragrafu 1.
2b. Il-fornituri ta' servizzi intermedjarji li rċevew ordni għandu jkollhom id-dritt għal rimedju effettiv. Il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-Istat Membru tal-istabbiliment jista' jagħżel li jintervjeni f'isem il-fornitur fi kwalunkwe rimedju, appell jew proċess legali ieħor fir-rigward tal-ordni.
Il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-Istat Membru tal-istabbiliment jista' jitlob lill-awtorità li toħroġ l-ordni biex tirtira jew tħassar l-ordni jew taġġusta l-kamp ta' applikazzjoni territorjali tal-ordni għal dak li huwa strettament meħtieġ. Meta talba bħal din tiġi rifjutata, il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-Istat Membru tal-istabbiliment għandu jkun intitolat li jitlob l-annullament, il-waqfien jew l-aġġustament tal-effett tal-ordni quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri li joħorġu l-ordni. Tali proċedimenti għandhom jintemmu mingħajr dewmien żejjed.
2c. Jekk il-fornitur ma jistax jikkonforma mal-ordni ta' tneħħija minħabba li fiha żbalji evidenti jew ma fihiex informazzjoni suffiċjenti għall-eżekuzzjoni tagħha, huwa għandu, mingħajr dewmien żejjed, jinforma lill-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva li ħarġet l-ordni fejn jitlob il-kjarifika meħtieġa.
2d. L-awtorità li toħroġ l-ordni għandha tittrażmetti dik l-ordni u l-informazzjoni riċevuta mill-fornitur ta' servizzi intermedjarji dwar l-effett li l-Istat Membru tal-awtorità emittenti jkun ta lill-ordni lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali.
Emenda 158 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 4
4. Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti skont il-liġi proċedurali kriminali nazzjonali f'konformità mal-liġi tal-Unjoni.
4. Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti skont il-liġi proċedurali kriminali nazzjonali u l-liġi proċedurali amministrattiva f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, inkluża l-Karta. Filwaqt li jaġixxu f'konformità ma' dawn il-liġijiet, l-awtoritajiet ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jiksbu l-objettivi segwiti.
4a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet rilevanti jistgħu, fuq talba ta' applikant li d-drittijiet tiegħu jinkisru mill-kontenut illegali, joħorġu ordni ta' inġunzjoni kontra l-fornitur rilevanti tas-servizzi intermedjarji f'konformità ma' dan l-Artikolu biex jitneħħa jew jiġi diżattivat l-aċċess għal dak il-kontenut.
Emenda 160 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1
1. Il-fornituri tas-servizzi intermedjarji għandhom, malli jirċievu ordni biex jipprovdu element speċifiku ta' informazzjoni dwar riċevitur individwali speċifiku wieħed jew aktar tas-servizz, maħruġa mill-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi nazzjonali rilevanti abbażi tal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, jinformaw mingħajr dewmien żejjed lill-awtorità li toħroġ l-ordni bil-wasla tagħha u bl-effett mogħti lill-ordni.
1. Il-fornituri tas-servizzi intermedjarji għandhom, malli jirċievu permezz ta' mezz ta' komunikazzjoni sigur ta' ordni biex jipprovdu element speċifiku ta' informazzjoni dwar riċevitur individwali speċifiku wieħed jew aktar tas-servizz, riċevuta minn u maħruġa mill-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi nazzjonali rilevanti abbażi tal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, mingħajr dewmien żejjed lill-awtorità li toħroġ l-ordni bil-wasla tagħha u bl-effett mogħti lill-ordni.
Emenda 161 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a – inċiż 1 (ġdid)
— id-dettalji ta' identifikazzjoni tal-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva li toħroġ l-ordni u l-awtentikazzjoni tal-ordni minn dik l-awtorità, inklużi d-data, il-kronogramma u l-firma elettronika tal-awtorità li toħroġ l-ordni biex tiġi pprovduta l-informazzjoni;
Emenda 162 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a – inċiż -1a (ġdid)
— referenza għall-bażi ġuridika għall-ordni;
Emenda 163 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a – inċiż 1b (ġdid)
— indikazzjoni ċara tal-post elettroniku preċiż, l-isem tal-kont, jew identifikatur uniku tar-riċevitur li fuqu tintalab l-informazzjoni;
Emenda 164 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a – inċiż 1
— dikjarazzjoni tar-raġunijiet li tispjega l-objettiv għalfejn hemm bżonn l-informazzjoni u għalfejn ir-rekwiżit li tiġi pprovduta l-informazzjoni huwa meħtieġ u proporzjonat biex tiġi determinata l-konformità tar-riċevituri tas-servizzi intermedjarji mar-regoli applikabbli tal-Unjoni jew nazzjonali, sakemm din id-dikjarazzjoni ma tkunx tista' tiġi pprovduta għal raġunijiet relatati mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali;
— dikjarazzjoni dettaljata biżżejjed tar-raġunijiet li tispjega l-objettiv għalfejn hemm bżonn l-informazzjoni u għalfejn ir-rekwiżit li tiġi pprovduta l-informazzjoni huwa meħtieġ u proporzjonat biex tiġi determinata l-konformità tar-riċevituri tas-servizzi intermedjarji mar-regoli applikabbli tal-Unjoni jew nazzjonali, sakemm din id-dikjarazzjoni ma tkunx tista' tiġi pprovduta għal raġunijiet relatati mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali;
Emenda 165 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a – inċiż 1a (ġdid)
— meta l-informazzjoni mitluba tikkostitwixxi data personali skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1), tar-Regolament (UE) 2016/679 jew l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2016/680, ġustifikazzjoni li l-ordni huwa f'konformità mal-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data;
Emenda 166 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a – inċiż 2
— informazzjoni dwar rimedju disponibbli għall-fornitur u għar-riċevitur tas-servizz ikkonċernat;
— informazzjoni dwar rimedju disponibbli għall-fornitur u għar-riċevitur tas-servizz ikkonċernat inklużi l-iskadenzi għall-appell;
Emenda 167 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a – inċiż 2a (ġdid)
— indikazzjoni dwar jekk il-fornitur għandux jinforma mingħajr dewmien żejjed lir-riċevitur tas-servizz ikkonċernat, inkluża informazzjoni dwar id-data li qed tintalab; meta tintalab informazzjoni fil-kuntest ta' proċedimenti kriminali, it-talba għal dik l-informazzjoni għandha tkun konformi mad-Direttiva (UE) 2016/680, u l-informazzjoni lir-riċevitur tas-servizz ikkonċernat dwar dik it-talba tista' tiġi ttardjata sakemm ikun meħtieġ u proporzjonat biex jiġi evitat li jiġu ostakolati l-proċedimenti kriminali rilevanti, filwaqt li jitqiesu d-drittijiet tal-persuni suspettati u akkużati u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tad-difiża u rimedji legali effettivi. Tali talba għandha tkun debitament ġustifikata, tispeċifika t-tul ta' żmien tal-obbligu ta' kunfidenzjalità u tkun soġġetta għal rieżami perjodiku.
Emenda 168 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt c
(c) l-ordni hija abbozzata bil-lingwa ddikjarata mill-fornitur u tintbagħat lill-punt ta' kuntatt, maħtur mill-fornitur, f'konformità mal-Artikolu 10.
(c) l-ordni hija abbozzata bil-lingwa ddikjarata mill-fornitur u tintbagħat lill-punt ta' kuntatt, maħtur mill-fornitur, f'konformità mal-Artikolu 10, jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li joħroġ l-ordni kontra l-oġġett ta' kontenut illegali. f'każ bħal dan, il-punt ta' kuntatt jista' jitlob lill-awtorità kompetenti tipprovdi traduzzjoni fil-lingwa ddikjarata mill-fornitur;
2b. Il-fornitur ta' servizzi intermedjarji li rċevew ordni għandu jkollu d-dritt għal rimedju effettiv. Dak id-dritt għandu jinkludi d-dritt ta' kontestazzjoni tal-ordni quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istat Membru tal-awtorità kompetenti emittenti, b'mod partikolari fejn tali ordni ma tkunx konformi mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/31/KE. Il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali jista' jagħżel li jintervjeni f'isem il-fornitur fi kwalunkwe rimedju, appell jew proċediment legali ieħor fir-rigward tal-ordni.
Il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-Istat Membru tal-istabbiliment jista' jitlob lill-awtorità li toħroġ l-ordni biex tirtira jew tħassar l-ordni jew taġġusta l-ordni. Meta talba bħal din tiġi rifjutata, il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-Istat Membru tal-istabbiliment għandu jkun intitolat li jitlob l-annullament, il-waqfien jew l-aġġustament tal-effett tal-ordni quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri tal-ordni. Tali proċedimenti għandhom jitlestew mingħajr dewmien żejjed.
2c. Jekk il-fornitur ma jistax jikkonforma mal-ordni minħabba li fiha żbalji evidenti jew ma fihiex informazzjoni suffiċjenti biex tkun tista' tiġi eżegwita, huwa għandu, mingħajr dewmien żejjed, jinforma lill-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva li ħarġet dik l-ordni ta' informazzjoni u jitlob il-kjarifiki meħtieġa.
2d. L-awtorità li toħroġ l-ordni għall-forniment ta' element speċifiku ta' informazzjoni għandha tittrażmetti dik l-ordni u l-informazzjoni riċevuta mill-fornitur ta' servizzi intermedjarji dwar l-effett mogħti lill-ordni lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali mill-Istat Membru tal-awtorità emittenti.
Emenda 173 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 4
4. Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti skont il-liġi proċedurali kriminali nazzjonali f'konformità mal-liġi tal-Unjoni.
4. Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti skont il-liġi proċedurali kriminali u amministrattiva nazzjonali jew il-liġi proċedurali amministrattiva f'konformità mal-liġi tal-Unjoni.
Emenda 174 Proposta għal regolament Artikolu 9a (ġdid)
9a
Rimedji effettivi għal dawk li jirċievu s-servizz
1. Ir-riċevituri tas-servizz li l-kontenut tagħhom tneħħa skont l-Artikolu 8 jew li l-informazzjoni tagħhom intalbet skont l-Artikolu 9 għandu jkollhom id-dritt għal rimedji effettivi kontra ordnijiet bħal dawn, inkluż, fejn applikabbli, restawr ta' kontenut fejn tali kontenut kien f'konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet, iżda jkun ġie kkunsidrat b'mod żbaljat bħala illegali mill-fornitur tas-servizz, mingħajr preġudizzju għar-rimedji disponibbli skont id-Direttiva (UE) 2016/680 u r-Regolament (UE) 2016/679.
2. Tali dritt għal rimedju effettiv għandu jiġi eżerċitat quddiem l-awtorità ġudizzjarja fl-Istat Membru emittenti f'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu u għandu jinkludi l-possibbiltà li tiġi kkontestata l-legalità tal-miżura, inklużi n-neċessità u l-proporzjonalità tagħha.
3. Il-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali għandhom jiżviluppaw għodod u gwida nazzjonali għar-riċevituri tas-servizz fir-rigward tal-mekkaniżmi ta' lment u rimedju applikabbli fit-territorju rispettiv tagħhom.
Emenda 175 Proposta għal regolament Kapitolu III – titolu
Obbligi tad-diliġenza dovuta għal ambjent online trasparenti u sikur
Obbligi tad-diliġenza dovuta għal ambjent online trasparenti,aċċessibbli u sikur
Emenda 176 Proposta għal regolament Artikolu 10 – titolu
Punti ta' kuntatt
Punti ta' kuntatt għall-awtoritajiet tal-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Bord
Emenda 177 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1
1. Il-fornituri tas-servizzi intermedjarji għandhom jistabbilixxu punt uniku ta' kuntatt li jippermetti komunikazzjoni diretta, b'mezzi elettroniċi, mal-awtoritajiet tal-Istati Membri, mal-Kummissjoni u mal-Bord imsemmi fl-Artikolu 47 għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
1. Il-fornituri ta' servizzi intermedjarji għandhom jiddeżinjaw punt uniku ta' kuntatt elettroniku li jippermettilhom jikkomunikaw direttament, b'mezzi elettroniċi, mal-awtoritajiet tal-Istati Membri, mal-Kummissjoni u mal-Bord imsemmi fl-Artikolu 47 għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Emenda 178 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 2
2. Il-fornituri tas-servizzi intermedjarji għandhom jippubblikaw l-informazzjoni meħtieġa biex jidentifikaw u jikkomunikaw faċilment mal-punti uniċi ta' kuntatt tagħhom.
2. Il-fornituri tas-servizzi intermedjarji għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet tal-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Bord, l-informazzjoni meħtieġa biex jidentifikaw u jikkomunikaw faċilment mal-punti uniċi ta' kuntatt tagħhom, inkluż l-isem, l-indirizz elettroniku, l-indirizz fiżiku u n-numru tat-telefon, u għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tinżamm aġġornata.
2a. Il-fornituri ta' servizzi intermedjarji jistgħu jistabbilixxu l-istess punt ta' kuntatt uniku għal dan ir-Regolament u punt ta' kuntatt uniku ieħor kif meħtieġ skont liġi oħra tal-Unjoni. Meta jagħmel dan, il-fornitur għandu jinforma lill-Kummissjoni b'din id-deċiżjoni.
Emenda 180 Proposta għal regolament Artikolu 10a (ġdid)
Article 10a
Punti ta' kuntatt għar-riċevituri tas-servizzi
1. Il-fornituri ta' servizzi intermedjarji għandhom jiddeżinjaw punt uniku ta' kuntatt li jippermetti lir-riċevituri tas-servizzi jikkomunikaw direttament magħhom.
2. B'mod partikolari, il-fornituri ta' servizzi intermedjarji għandhom jippermettu lir-riċevituri tas-servizzi jikkomunikaw magħhom billi jipprovdu mezzi ta' komunikazzjoni rapidi, diretti u effiċjenti bħan-numru tat-telefon, l-indirizzi tal-posta elettronika, il-formoli ta' kuntatt elettroniku, iċ-chatbots jew il-messaġġi istantanji kif ukoll l-indirizz fiżiku tal-istabbiliment tal-fornitur tas-servizzi intermedjarji, b'mod faċli għall-utent, u faċilment aċċessibbli. Il-fornituri ta' servizzi intermedjarji għandhom jippermettu wkoll lir-riċevituri tas-servizzi jagħżlu l-mezzi ta' komunikazzjoni diretta, li ma għandhomx jiddependu biss minn għodod awtomatizzati.
3. Il-fornituri ta' servizzi intermedjarji għandhom jagħmlu l-isforzi raġonevoli kollha biex jiggarantixxu li jiġu allokati biżżejjed riżorsi umani u finanzjarji ħalli jiżguraw li l-komunikazzjoni, imsemmija fil-paragrafu 1 titwettaq fil-ħin u b'mod effiċjenti.
Emenda 181 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 1
1. Il-fornituri tas-servizzi intermedjarji li ma għandhomx stabbiliment fl-Unjoni iżda li joffru servizzi fl-Unjoni għandhom jiddeżinjaw, bil-miktub, persuna ġuridika jew fiżika bħala r-rappreżentant legali tagħhom f'wieħed mill-Istati Membri fejn il-fornitur joffri s-servizzi tiegħu.
1. Il-fornituri tas-servizzi intermedjarji li ma għandhomx stabbiliment fl-Unjoni iżda li joffru servizzi fl-Unjoni jistgħu jiddeżinjaw, bil-miktub, persuna ġuridika jew fiżika biex taġixxi bħala r-rappreżentant legali tagħhom f'wieħed mill-Istati Membri fejn il-fornitur joffri s-servizzi tiegħu.
Emenda 182 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 2
2. Il-fornituri tas-servizzi intermedjarji għandhom jagħtu mandat lir-rappreżentanti legali tagħhom biex jiġu indirizzati flimkien mal-fornitur jew minfloku min-naħa tal-awtoritajiet tal-Istati Membri, tal-Kummissjoni u tal-Bord fejn jidħlu l-kwistjonijiet kollha meħtieġa għall-wasla, għall-konformità jew għall-infurzar tad-deċiżjonijiet maħruġa fir-rigward ta' dan ir-Regolament. Il-fornituri tas-servizzi intermedjarji għandhom jipprovdu s-setgħat u r-riżorsi meħtieġa lir-rappreżentant legali tagħhom biex jikkoopera mal-awtoritajiet tal-Istati Membri, mal-Kummissjoni u mal-Bord u jikkonforma ma' dawk id-deċiżjonijiet.
2. Il-fornituri tas-servizzi intermedjarji għandhom jagħtu mandat lir-rappreżentanti legali tagħhom biex jiġu indirizzati flimkien mal-fornitur jew minfloku min-naħa tal-awtoritajiet tal-Istati Membri, tal-Kummissjoni u tal-Bord fejn jidħlu l-kwistjonijiet kollha meħtieġa għall-wasla, għall-konformità jew għall-infurzar tad-deċiżjonijiet maħruġa fir-rigward ta' dan ir-Regolament. Il-fornituri tas-servizzi intermedjarji għandhom jipprovdu s-setgħat meħtieġa u r-riżorsi suffiċjenti lir-rappreżentant legali tagħhom sabiex jiggarantixxu l-kooperazzjoni effiċjenti u f'waqtha tagħhom mal-awtoritajiet tal-Istati Membri, mal-Kummissjoni u mal-Bord u l-konformità ma' kwalunkwe waħda minn dawk id-deċiżjonijiet.
Emenda 183 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 4
4. Il-fornituri tas-servizzi intermedjarji għandhom jinnotifikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz tal-email u n-numru tat-telefown tar-rappreżentant legali tagħhom lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali fl-Istat Membru fejn jirrisjedi jew ikun stabbilit dak ir-rappreżentant legali. Dawn għandhom jiżguraw li dik l-informazzjoni tkun aġġornata.
4. Il-fornituri tas-servizzi intermedjarji għandhom jinnotifikaw l-isem, l-indirizz tal-posta, l-indirizz tal-email u n-numru tat-telefown tar-rappreżentant legali tagħhom lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali fl-Istat Membru fejn jirrisjedi jew ikun stabbilit dak ir-rappreżentant legali. Dawn għandhom jiżguraw li dik l-informazzjoni tinżamm aġġornata. Il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali fl-Istat Membru fejn jirrisjedi jew huwa stabbilit dak ir-rappreżentant legali għandu, malli jirċievi dik l-informazzjoni, jagħmel sforzi raġonevoli biex jivvaluta l-validità tagħha.
Emenda 477 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 5 a (ġdid)
5a. Il-fornituri tas-servizzi intermedjarji li jikkwalifikaw bħala intrapriżi mikro, żgħar jew ta' daqs medju (SMEs) skont it-tifsira tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE, u li ma rnexxilhomx jiksbu s-servizzi ta' rappreżentant legali wara sforz raġonevoli, għandhom ikunu jistgħu jitolbu li l-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-Istat Membru fejn l-intrapriża beħsiebha tistabbilixxi rappreżentant legali jiffaċilita aktar kooperazzjoni u jirrakkomanda soluzzjonijiet possibbli, inklużi possibbiltajiet għal rappreżentanza kollettiva.
Emenda 513 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1
1. Il-fornituri tas-servizzi intermedjarji għandhom jinkludu informazzjoni, fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, dwar kull restrizzjoni li jimponu b'rabta mal-użu tas-servizz tagħhom fir-rigward tal-informazzjoni pprovduta mir-riċevituri tas-servizz.Dik l-informazzjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar kull prassi, proċedura, miżura u għodda li tintuża għall-fini ta' moderazzjoni tal-kontenut, inkluż it-teħid algoritmiku tad-deċiżjonijiet u r-rieżami mill-bniedem. Din għandha tiġi stabbilita b'lingwaġġ ċar u mhux ambigwu u għandha tkun disponibbli għall-pubbliku b'format aċċessibbli faċilment.
1. Il-fornituri tas-servizzi intermedjarji għandhom jużaw termini u kundizzjonijiet ġusti, mhux diskriminatorji u trasparenti.Il-fornituri tas-servizzi intermedjarji għandhom jabbozzaw dawk it-termini u l-kundizzjonijiet b'lingwaġġ ċar, sempliċi, faċli għall-utent u mhux ambigwi u għandhom jagħmluhom disponibbli għall-pubbliku b'format aċċessibbli faċilment u li jinqara mill-magni fil-lingwi tal-Istat Membru li lejh huwa dirett is-servizz.Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi intermedjarji għandhom jirrispettaw il-libertà tal-espressjoni, il-libertà u l-pluraliżmu tal-midja, u drittijiet u libertajiet fundamentali oħra, kif minquxa fil-Karta kif ukoll ir-regoli applikabbli għall-midja fl-Unjoni.
1a. Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi intermedjarji għandhom jinkludu informazzjoni dwar kull restrizzjoni u modifika li jimponu b'rabta mal-użu tas-servizz tagħhom fir-rigward tal-kontenut ipprovdut mir-riċevituri tas-servizz. Il-fornituri tas-servizzi intermedjarji għandhom jinkludu wkoll informazzjoni faċilment aċċessibbli dwar id-dritt tar-riċevituri li jtemmu l-użu tas-servizz tagħhom. Il-fornituri ta' servizzi intermedjarji għandhom jinkludu wkoll informazzjoni dwar kull prassi, proċedura, miżura u għodda li tintuża mill-fornitur tas-servizz intermedjarju għall-fini ta' moderazzjoni tal-kontenut, inkluż it-teħid algoritmiku tad-deċiżjonijiet u r-rieżami mill-bniedem.
1b. Il-fornituri tas-servizzi intermedjarji għandhom jinnotifikaw minnufih lir-riċevituri tas-servizz bi kwalunkwe bidla sinifikanti fit-termini u l-kundizzjonijiet u jipprovdu spjegazzjoni dwar dan.
1c. Meta servizz intermedjarju jkun primarjament immirat lejn minorenni jew ikun użat minn qabel minnhom, il-fornitur għandu jispjega l-kundizzjonijiet u r-restrizzjonijiet dwar l-użu tas-servizz b'mod li l-minorenni jkunu jistgħu jifhmu.
Emenda 189 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 2
2. Il-fornituri tas-servizzi intermedjarji għandhom jaġixxu b'mod diliġenti, oġġettiv u proporzjonat fl-applikazzjoni u fl-infurzar tar-restrizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, b'kunsiderazzjoni xierqa għad-drittijiet u għall-interessi leġittimi tal-partijiet kollha involuti, inkluż id-drittijiet fundamentali applikabbli tar-riċevituri tas-servizz kif minqux fil-Karta.
2. Il-fornituri tas-servizzi intermedjarji għandhom jaġixxu b'mod ġust, trasparenti, koerenti, diliġenti, f'waqtu, mhux arbitrarju, mhux diskriminatorju u proporzjonat fl-applikazzjoni u fl-infurzar tar-restrizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, b'kunsiderazzjoni xierqa għad-drittijiet u għall-interessi leġittimi tal-partijiet kollha involuti, inkluż id-drittijiet fundamentali applikabbli tar-riċevituri tas-servizz kif minqux fil-Karta.
2a. Il-fornituri tas-servizzi intermedjarji għandhom jipprovdu lir-riċevituri tas-servizzi b'sommarju konċiż, faċilment aċċessibbli u f'format li jinqara mill-magni tat-termini u l-kundizzjonijiet, b'lingwaġġ ċar, faċli għall-utent u mhux ambigwu. Dak is-sommarju għandu jidentifika l-elementi ewlenin tar-rekwiżiti ta' informazzjoni, inkluża l-possibbiltà ta' esklużjoni faċli mill-klawżoli fakultattivi u r-rimedji u l-mekkaniżmi ta' rimedju disponibbli.
2b. Il-fornituri tas-servizzi intermedjarji jistgħu jużaw elementi grafiċi, bħal ikoni jew immaġnijiet, biex juru l-elementi ewlenin tar-rekwiżiti tal-informazzjoni.
2c. Il-pjattaformi online kbar ħafna kif definiti fl-Artikolu 25 għandhom jippubblikaw it-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom fil-lingwi uffiċjali tal-Istati Membri kollha li fihom joffru s-servizzi tagħhom.
2d. Il-fornituri tas-servizzi intermedjarji ma għandhomx jirrikjedu lir-riċevituri tas-servizz, għajr il-kummerċjanti, jagħmlu l-identità legali tagħhom pubblika sabiex jużaw is-servizz.
Emenda 538 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 2 e (ġdid)
2e. It-termini u l-kundizzjonijiet tal-fornituri ta' servizzi intermedjarji għandhom jirrispettaw il-prinċipji essenzjali tad-drittijiet fundamentali minquxa fil-Karta.
Emenda 539 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 2 f (ġdid)
2f. Termini li ma jkunux konformi ma' dan l-Artikolu ma għandhomx ikunu vinkolanti fuq ir-riċevituri.
Emenda 194 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Il-fornituri tas-servizzi intermedjarji għandhom jippubblikaw, mill-inqas darba fis-sena, rapporti ċari, li jinftiehmu faċilment u dettaljati dwar kull moderazzjoni tal-kontenut li tkun saret tul il-perjodu rilevanti. Dawk ir-rapporti għandhom jinkludu, b'mod partikolari, informazzjoni dwar dan li ġej, kif applikabbli:
1. Il-fornituri tas-servizzi intermedjarji għandhom jippubblikaw b'format standardizzat u li jinqara mill-magni u b'mod faċilment aċċessibbli, mill-inqas darba fis-sena, b'format standardizzat u li jinqara mill-magni, rapporti ċari, li jinftiehmu faċilment u dettaljati dwar kull moderazzjoni tal-kontenut li tkun saret tul il-perjodu rilevanti. Dawk ir-rapporti għandhom jinkludu, b'mod partikolari, informazzjoni dwar dan li ġej, kif applikabbli:
Emenda 195 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt a
(a) l-għadd ta' ordnijiet riċevuti mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, ikkategorizzati skont it-tip ta' kontenut illegali kkonċernat, inkluż l-ordnijiet maħruġa f'konformità mal-Artikoli 8 u 9, u ż-żmien medju meħtieġ għat-teħid tal-azzjoni speċifikata f'dawk l-ordnijiet;
(a) l-għadd ta' ordnijiet riċevuti mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, ikkategorizzati skont it-tip ta' kontenut illegali kkonċernat, inkluż l-ordnijiet maħruġa f'konformità mal-Artikoli 8 u 9, u ż-żmien medju meħtieġ biex tiġi infurmata l-awtorità li toħroġ l-ordni dwar ir-riċevuta tagħha u l-effett mogħti għall-ordni;
Emenda 196 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa) fejn applikabbli, in-numru sħiħ ta' moderaturi tal-kontenut allokati għal kull lingwa uffiċjali għal kull Stat Membru, u deskrizzjoni kwalitattiva ta' jekk jintużawx u kif jintużaw għodod awtomatizzati għall-moderazzjoni tal-kontenut f'kull lingwa uffiċjali;
Emenda 197 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt b
(b) l-għadd ta' notifiki sottomessi f'konformità mal-Artikolu 14, ikkategorizzati skont it-tip ta' kontenut illegali allegat ikkonċernat, kull azzjoni meħuda skont l-avviżi billi ssir distinzjoni bejn l-azzjonijiet meħuda abbażi tal-liġi u l-azzjonijiet meħuda abbażi tat-termini u l-kundizzjonijiet tal-fornitur, u ż-żmien medju meħtieġ biex tittieħed l-azzjoni;
(b) l-għadd ta' notifiki sottomessi f'konformità mal-Artikolu 14, ikkategorizzati skont it-tip ta' kontenut illegali allegat ikkonċernat, l-għadd ta' avvizi sottomessi mis-sinjalaturi fdati, kull azzjoni meħuda skont l-avviżi billi ssir distinzjoni bejn l-azzjonijiet meħuda abbażi tal-liġi u l-azzjonijiet meħuda abbażi tat-termini u l-kundizzjonijiet tal-fornitur, u ż-żmien medju u medjan meħtieġ biex tittieħed l-azzjoni; il-fornituri tas-servizzi intermedjarji jistgħu jżidu informazzjoni addizzjonali dwar ir-raġunijiet għaż-żmien medju biex tittieħed l-azzjoni.
Emenda 198 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt c
(c) il-moderazzjoni tal-kontenut li ssir bl-inizjattiva proprja tal-fornitur, inkluż l-għadd u t-tip ta' miżuri meħuda li jaffettwaw id-disponibbiltà, il-viżibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni pprovduta mir-riċevituri tas-servizz u l-kapaċità tar-riċevituri li jipprovdu informazzjoni, ikkategorizzati skont it-tip ta' raġuni u l-bażi għat-teħid ta' dawk il-miżuri;
(c) informazzjoni sinifikattiva u komprensibbli dwar il-moderazzjoni tal-kontenut li ssir bl-inizjattiva proprja tal-fornitur, inkluż l-użu ta' għodod awtomatizzati, l-għadd u t-tip ta' miżuri meħuda li jaffettwaw id-disponibbiltà, il-viżibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni pprovduta mir-riċevituri tas-servizz u l-kapaċità tar-riċevituri li jipprovdu informazzjoni, ikkategorizzati skont it-tip ta' raġuni u l-bażi għat-teħid ta' dawk il-miżuri, kif ukoll, fejn applikabbli, il-miżuri meħuda biex jipprovdu taħriġ u assistenza lill-membri tal-persunal li huma involuti fil-moderazzjoni tal-kontenut, u jiżguraw li l-kontenut mingħajr ksur ma jiġix affettwat;
Emenda 199 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt d
(d) l-għadd ta' lmenti riċevuti mis-sistema interna għall-immaniġġjar tal-ilmenti msemmija fl-Artikolu 17, il-bażi għal dawk l-ilmenti, id-deċiżjonijiet meħuda b'rabta ma' dawk l-ilmenti, iż-żmien medju meħtieġ għat-teħid ta' dawk id-deċiżjonijiet u l-għadd ta' każijiet meta dawk id-deċiżjonijiet treġġgħu lura.
(d) l-għadd ta' lmenti riċevuti mis-sistema interna għall-immaniġġjar tal-ilmenti msemmija fl-Artikolu 17, il-bażi għal dawk l-ilmenti, id-deċiżjonijiet meħuda b'rabta ma' dawk l-ilmenti, iż-żmien medju u medjan meħtieġ għat-teħid ta' dawk id-deċiżjonijiet u l-għadd ta' każijiet meta dawk id-deċiżjonijiet treġġgħu lura.
1a. L-informazzjoni pprovduta għandha tiġi ppreżentata skont l-Istat Membru li fih jiġu offruti s-servizzi u fl-Unjoni kollha kemm hi.
Emenda 201 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 2
2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-fornituri tas-servizzi intermedjarji li jikkwalifikaw bħala intrapriżi mikro jew żgħar skont it-tifsira fl-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.
2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-fornituri ta' servizzi intermedjarji li jikkwalifikaw bħala intrapriżi mikro jew żgħar skont it-tifsira fl-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE, li ma jikkwalifikawx ukoll bħala pjattaformi online kbar ħafna.
Emenda 202 Proposta għal regolament Artikolu 13a (ġdid)
Article 13a
Disinn u organizzazzjoni ta' interfaċċi online
1. Il-fornituri tas-servizzi intermedjarji ma għandhomx jużaw l-istruttura, il-funzjoni jew il-mod tal-operat tal-interfaċċa online tagħhom, jew kwalunkwe parti minnha, biex jgħawġu jew ifixklu l-kapaċità tar-riċevituri tas-servizzi li jieħdu deċiżjoni jew jagħmlu għażla ħielsa, awtonoma u infurmata. B'mod partikolari, il-fornituri tas-servizzi intermedjarji għandhom iżommu lura milli:
(a) jagħtu aktar prominenza viżwali lil kwalunkwe waħda mill-għażliet ta' kunsens meta jitolbu deċiżjoni lir-riċevitur tas-servizz;
(b) ripetutament jitolbu li riċevitur tas-servizz jagħti l-kunsens tiegħu għall-ipproċessar tad-data, fejn tali kunsens ikun ġie rrifjutat, skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2016/679, irrispettivament mill-kamp ta' applikazzjoni jew l-għan ta' tali pproċessar, speċjalment billi jippreżentaw pop-up li jinterferixxi mal-esperjenza tal-utent;
(c) iħeġġu lil riċevitur tas-servizz jibdel setting jew konfigurazzjoni tas-servizz wara li r-riċevitur ikun diġà għamel għażla;
(d) jagħmlu l-proċedura tat-terminazzjoni ta' servizz sinifikament aktar diffiċli mill-abbonament għalih; or
(e) it-talba għal kunsens fejn ir-riċevitur tas-servizz jeżerċita d-dritt tiegħu li joġġezzjona b'mezzi awtomatizzati bl-użu ta' speċifikazzjonijiet tekniċi, f'konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE) 2016/679.
Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/679.
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat biex taġġorna l-lista ta' prattiki msemmija fil-paragrafu 1.
3. Fejn applikabbli, il-fornituri ta' servizzi intermedjarji għandhom jadattaw il-karatteristiċi tad-disinn tagħhom biex jiżguraw livell għoli ta' privatezza, sikurezza u sigurtà skont id-disinn għall-minorenni.
Emenda 203 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. Il-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu jiffaċilitaw is-sottomissjoni ta' avviżi preċiżi biżżejjed u sostanzjati kif xieraq, li abbażi tagħhom operatur ekonomiku diliġenti jista' jidentifika l-illegalità tal-kontenut inkwistjoni. Għal dak il-għan, il-fornituri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippermettu u jiffaċilitaw is-sottomissjoni ta' avviżi li jkun fihom l-elementi kollha li ġejjin:
2. Il-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu tali li jiffaċilitaw is-sottomissjoni ta' avviżi preċiżi biżżejjed u sostanzjati b'mod kif xieraq. Għal dak il-għan, il-fornituri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippermettu u jiffaċilitaw is-sottomissjoni ta' avviżi validi li jkun fihom l-elementi kollha li ġejjin:
Emenda 204 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
(aa) fejn possibbli, evidenza li tissostanzja l-pretensjoni;
Emenda 205 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt b
(b) indikazzjoni ċara tal-post elettroniku ta' dik l-informazzjoni, b'mod partikolari l-URL jew il-URLs eżatti u, meta meħtieġ, informazzjoni addizzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni tal-kontenut illegali;
(b) fejn ikun rilevanti, indikazzjoni ċara tal-post elettroniku eżatt ta' dik l-informazzjoni, pereżempju l-URL jew il-URLs eżatti jew, meta meħtieġ, informazzjoni addizzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni tal-kontenut illegali kif applikabbli għat-tip ta' kontenut u għat-tip speċifiku ta' servizz ta' hosting;
Emenda 206 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 3
3. Avviżi li fihom l-elementi msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jitqiesu li jwasslu għal għarfien jew konoxxenza effettivi għall-finijiet tal-Artikolu 5 dwar l-oġġett speċifiku tal-informazzjoni kkonċernat.
3. Avviżi li fihom l-elementi msemmija fil-paragrafu 2, li abbażi tagħhom fornitur ta' servizzi ta' hosting diliġenti jkun jista' jistabbilixxi l-illegalità tal-kontenut inkwistjoni mingħajr ma jwettaq eżami legali jew fattwali, għandhom jitqiesu li jwasslu għal għarfien jew konoxxenza effettiva għall-finijiet tal-Artikolu 5 dwar l-oġġett speċifiku tal-informazzjoni kkonċernat.
3a. L-informazzjoni li kienet is-suġġett ta' avviż għandha tibqa' aċċessibbli filwaqt li l-valutazzjoni tal-legalità tagħha tkun għadha pendenti, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-fornituri ta' servizzi ta' hosting li japplikaw it-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom. Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting ma għandhomx jinżammu responsabbli għan-nuqqas ta' tneħħija tal-informazzjoni notifikata, filwaqt li l-valutazzjoni tal-legalità tkun għadha pendenti.
Emenda 208 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 4
4. Meta l-avviż ikun fih l-isem u l-indirizz tal-email tal-individwu jew tal-entità li jkunu ssottomettewh, il-fornitur ta' servizzi ta' hosting għandu jibgħat minnufih konferma tal-wasla tal-avviż lil dak l-individwu jew l-entità.
4. Meta l-avviż ikun fih l-isem u l-indirizz tal-email tal-individwu jew tal-entità li jkunu ssottomettewh, il-fornitur ta' servizzi ta' hosting għandu, mingħajr dewmien żejjed, jibgħat konferma tal-wasla tal-avviż lil dak l-individwu jew l-entità.
Emenda 209 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 5
5. Il-fornitur għandu wkoll, mingħajr dewmien żejjed, javża lil dak l-individwu jew l-entità bid-deċiżjoni tiegħu rigward l-informazzjoni li l-avviż jirrelata magħha, u jipprovdi informazzjoni dwar il-possibbiltajiet ta' rimedju rigward dik id-deċiżjoni.
5. Il-fornitur għandu, mingħajr dewmien żejjed, javża lil dak l-individwu jew l-entità bl-azzjoni tiegħu rigward l-informazzjoni li l-avviż jirrelata magħha, u jipprovdi informazzjoni dwar il-possibbiltajiet ta' rimedju.
5a. L-anonimità ta' individwi li ppreżentaw avviż għandha tiġi żgurata fil-konfront tar-riċevitur tas-servizz li pprovda l-kontenut, ħlief f'każijiet ta' allegat ksur tad-drittijiet tal-personalità jew tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.
Emenda 211 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 6
6. Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jipproċessaw kull avviż li jirċievu bil-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1, u jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom rigward l-informazzjoni li l-avviżi jirrelataw magħha, fil-ħin, b'mod diliġenti u b'mod oġġettiv. Meta jużaw mezzi awtomatizzati għal dak l-ipproċessar jew it-teħid tad-deċiżjonijiet, dawn għandhom jinkludu informazzjoni dwar dan l-użu fl-avviż imsemmi fil-paragrafu 4.
6. Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jipproċessaw kull avviż li jirċievu skont il-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1, u jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom rigward l-informazzjoni li għandhom x'jaqsmu magħha l-avviżi, fil-ħin, b'mod diliġenti, mhux diskriminatorju u mhux arbitrarju. Meta jużaw mezzi awtomatizzati għal dak l-ipproċessar jew it-teħid tad-deċiżjonijiet, dawn għandhom jinkludu informazzjoni dwar dan l-użu fl-avviż imsemmi fil-paragrafu 4. Meta l-fornitur ma jkollu l-ebda kapaċità teknika, operattiva jew kuntrattwali li jaġixxi kontra oġġetti speċifiċi ta' kontenut illegali, huwa jista' jgħaddi avviż lill-fornitur li jkollu kontroll dirett ta' oġġetti speċifiċi ta' kontenut illegali, filwaqt li jinforma lill-persuna jew l-entità notifikanti u lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali rilevanti.
Emenda 212 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 1
1. Meta fornitur ta' servizzi ta' hosting jiddeċiedi li jneħħi jew jiddiżattiva l-aċċess għal oġġetti speċifiċi tal-informazzjoni pprovduti mir-riċevituri tas-servizz, irrispettivament mill-mezzi użati għad-detezzjoni, l-identifikazzjoni jew it-tneħħija jew id-diżattivazzjoni tal-aċċess għal dik l-informazzjoni u r-raġuni għad-deċiżjoni tiegħu, dan għandu jinforma lir-riċevitur, sa mhux aktar tard mill-mument tat-tneħħija jew tad-diżattivazzjoni tal-aċċess, bid-deċiżjoni u jipprovdi dikjarazzjoni ċara u speċifika tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni.
1. Meta fornitur ta' servizzi ta' hosting jiddeċiedi li jneħħi, jiddiżattiva l-aċċess għal, jiddiżattiva jew jimponi miżuri oħra fir-rigwardta' oġġetti speċifiċi tal-informazzjoni pprovduti mir-riċevituri tas-servizz, irrispettivament mill-mezzi użati għad-detezzjoni, l-identifikazzjoni jew it-tneħħija jew id-diżattivazzjoni tal-aċċess għal dik l-informazzjoni u r-raġuni għad-deċiżjoni tiegħu, dan għandu jinforma lir-riċevitur, sa mhux aktar tard mill-mument tat-tneħħija jew tad-diżattivazzjoni tal-aċċess, bid-deċiżjoni u jipprovdi dikjarazzjoni ċara u speċifika tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni.
Dan l-obbligu ma għandux japplika fejn il-kontenut ikun kontenut kummerċjali ta' volum għoli li jqarraq, jew ikun intalab minn awtorità ġudizzjarja jew tal-infurzar tal-liġi biex ma tinformax lir-riċevitur minħabba investigazzjonijiet kriminali li jkunu għaddejjin sakemm jingħalqu l-investigazzjonijiet kriminali.
Emenda 213 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt a
(a) jekk id-deċiżjoni tinvolvix it-tneħħija tal-informazzjoni jew id-diżattivazzjoni tal-aċċess għall-informazzjoni u, meta rilevanti, l-kamp ta' applikazzjoni territorjali tad-diżattivazzjoni tal-aċċess;
(a) jekk l-azzjoni tinvolvix jew it-tneħħija tal-informazzjoni, id-diżattivazzjoni tal-aċċess, id-dimozzjoni ta', jew timponix miżuri oħra fir-rigward ta' informazzjoni u, fejn rilevanti, il-kamp ta' applikazzjoni territorjali tal-azzjoni u t-tul tagħha, inkluż, fejn ittieħdet azzjoni skont l-Artikolu 14, spjegazzjoni dwar għaliex l-azzjoni ma qabżitx dak li kien strettament meħtieġ biex jintlaħaq l-għan tagħha;
Emenda 214 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt b
(b) il-fatti u ċ-ċirkostanzi invokati fit-teħid tad-deċiżjoni, inkluż meta rilevanti jekk id-deċiżjoni tteħditx skont avviż sottomess f'konformità mal-Artikolu 14;
(b) il-fatti u ċ-ċirkostanzi invokati fit-teħid tal-azzjoni, inkluż meta rilevanti jekk l-azzjoni tteħditx skont avviż sottomess f'konformità mal-Artikolu 14 jew abbażi ta' investigazzjonijiet volontarji fuq inizjattiva proprja jew ta' ordni maħruġa f'konformità mal-Artikolu 8 u fejn xieraq, l-identità tan-notifikant;
Emenda 215 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt c
(c) meta applikabbli, informazzjoni dwar l-użu li sar minn mezzi awtomatizzati fit-teħid tad-deċiżjoni, inkluż meta d-deċiżjoni ttieħdet rigward kontenut detettat jew identifikat bl-użu ta' mezzi awtomatizzati;
(c) meta applikabbli, informazzjoni dwar l-użu li sar minn mezzi awtomatizzati fit-teħid tal-azzjoni, inkluż meta l-azzjoni ttieħdet rigward kontenut detettat jew identifikat bl-użu ta' mezzi awtomatizzati;
Emenda 216 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt d
(d) meta d-deċiżjoni tkun tikkonċerna kontenut allegatament illegali, referenza għall-bażi legali invokata u spjegazzjonijiet dwar għalfejn l-informazzjoni titqies bħala kontenut illegali fuq dik il-bażi;
(d) meta l-azzjoni tkun tikkonċerna kontenut allegatament illegali, referenza għall-bażi legali invokata u spjegazzjonijiet dwar għalfejn l-informazzjoni titqies bħala kontenut illegali fuq dik il-bażi.
Emenda 217 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt e
(e) meta d-deċiżjoni tkun ibbażata fuq l-allegata inkompatibbiltà tal-informazzjoni mat-termini u l-kundizzjonijiet tal-fornitur, referenza għar-raġuni kuntrattwali invokata u spjegazzjonijiet għalfejn l-informazzjoni titqies inkompatibbli ma' dik ir-raġuni;
(e) meta l-azzjoni tkun ibbażata fuq l-allegata inkompatibbiltà tal-informazzjoni mat-termini u l-kundizzjonijiet tal-fornitur, referenza għar-raġuni kuntrattwali invokata u spjegazzjonijiet għalfejn l-informazzjoni titqies inkompatibbli ma' dik ir-raġuni;
Emenda 218 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt f
(f) informazzjoni dwar il-possibbiltajiet ta' rimedju disponibbli għar-riċevitur tas-servizz fir-rigward tad-deċiżjoni, b'mod partikolari bil-mekkaniżmi interni tat-trattament tal-ilmenti, b'soluzzjoni alternattiva għat-tilwim barra mill-qorti u b'rimedju ġudizzjarju.
(f) informazzjoni ċara u faċli għall-utent dwar il-possibbiltajiet ta' rimedju disponibbli għar-riċevitur tas-servizz fir-rigward tal-azzjoni, b'mod partikolari, fejn applikabbli bil-mekkaniżmi interni tat-trattament tal-ilmenti, b'soluzzjoni alternattiva għat-tilwim barra mill-qorti u b'rimedju ġudizzjarju.
Emenda 219 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 4
4. Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jippubblikaw id-deċiżjonijiet u d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet, imsemmija fil-paragrafu 1 f'bażi tad-data aċċessibbli għall-pubbliku ġestita mill-Kummissjoni. Dik l-informazzjoni ma għandhiex tinkludi data personali.
4. Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jippubblikaw mill-inqas darba fis-sena l-azzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet, imsemmija fil-paragrafu 1 f'bażi tad-data aċċessibbli għall-pubbliku, li tinqara mill-magni ġestita u ppubblikata mill-Kummissjoni. Dik l-informazzjoni ma għandhiex tinkludi data personali.
Emenda 220 Proposta għal regolament Artikolu 15a (ġdid)
Artikolu 15a
Notifika ta' suspetti ta' reati kriminali
1. Meta fornitur ta' servizzi ta' hosting isir jaf bi kwalunkwe informazzjoni li twassal għal suspett li jkun seħħ, li qed iseħħ jew li huwa ppjanat li jseħħ reat kriminali serju li jinvolvi theddida imminenti għall-ħajja jew għas-sikurezza ta' persuni, dan għandu jinforma minnufih lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew lill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istat Membru jew tal-Istati Membri kkonċernati bis-suspett tiegħu u jipprovdi, fuq talba tagħhom, l-informazzjoni rilevanti kollha disponibbli.
2. Meta l-fornitur ta' servizzi ta' hosting ma jkunx jista' jidentifika b'ċertezza raġonevoli l-Istat Membru kkonċernat, dan għandu jinforma lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit jew fejn ikollu r-rappreżentant legali tiegħu u jista' jinforma lill-Europol.
Għall-fini ta' dan l-Artikolu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jkun l-Istat Membru fejn huwa suspettat li jkun seħħ, li qed iseħħ jew li huwa ppjanat li jseħħ ir-reat, jew l-Istat Membru fejn jirrisjedi jew jinsab is-suspettat awtur tar-reat, jew l-Istat Membru fejn tirrisjedi jew tinsab il-vittma tas-suspettat reat. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar il-lista tal-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi jew ġudizzjarji tagħhom.
3. Sakemm ma jingħatax struzzjonijiet mod ieħor mill-awtorità informata, il-fornitur ta' servizzi ta' hosting għandu jneħħi jew jiddiżattiva l-kontenut.
4. L-informazzjoni miksuba minn awtorità ġudizzjarja jew tal-infurzar tal-liġi ta' Stat Membru f'konformità mal-paragrafu 1 ma għandhiex tintuża għal kwalunkwe skop ieħor minbarra dawk relatati mar-reat kriminali serju individwali notifikat.
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi mudell għan-notifiki skont il-paragrafu 1.
Emenda 221 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 1
Din it-Taqsima ma għandhiex tapplika għall-pjattaformi online li jikkwalifikaw bħala intrapriżi mikro jew żgħar skont it-tifsira fl-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.
1. Din it-Taqsima m'għandhiex tapplika għall-pjattaformi online li jikkwalifikaw bħala intrapriżi mikro jew żgħar skont it-tifsira fl-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE u li ma jikkwalifikawx bħala pjattaformi online kbar ħafna kif definit fl-Artikolu 25 ta' dan ir-Regolament.
2. Il-fornituri ta' servizzi intermedjarji jistgħu jissottomettu applikazzjoni akkumpanjata minn ġustifikazzjoni għal eżenzjoni mir-rekwiżiti ta' din it-taqsima sakemm:
(a) ma jippreżentawx riskji sistemiċi sinifikanti u għandhom esponiment limitat għal kontenut illegali; u
(b) jikkwalifikaw bħala mingħajr skop ta' qligħ jew jikkwalifikaw bħala intrapriża ta' daqs medju skont it-tifsira tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.
3. L-applikazzjoni għandha titressaq lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment li għandu jwettaq valutazzjoni preliminari. Il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-applikazzjoni akkumpanjata mill-valutazzjoni tiegħu u fejn applikabbli, rakkomandazzjoni dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha teżamina tali applikazzjoni u, wara li tikkonsulta lill-Bord, tista' toħroġ eżenzjoni totali jew parzjali mir-rekwiżiti ta' din it-Taqsima.
4. Fejn il-Kummissjoni tagħti eżenzjoni bħal din, hija għandha timmonitorja l-użu tar-rinunzja mill-fornitur tas-servizzi intermedjarji biex tiżgura li jiġu rispettati l-kundizzjonijiet għall-użu tar-rinunzja.
5. Fuq talba tal-Bord, il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment jew il-fornitur, jew fuq inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni tista' tirrieżamina jew tirrevoka r-rinunzja kollha jew parti minnha.
6. Il-Kummissjoni għandha żżomm lista tar-rinunzji kollha maħruġa u l-kundizzjonijiet tagħhom u għandha tagħmel il-lista disponibbli għall-pubbliku.
7. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat skont l-Artikolu 69 fir-rigward tal-proċess u l-proċedura għall-implimentazzjoni tas-sistema ta' eżenzjoni fir-rigward ta' dan l-Artikolu.
Emenda 222 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt a
(a) deċiżjonijiet biex titneħħa l-informazzjoni jew jiġi diżattivat l-aċċess għall-informazzjoni;
(a) deċiżjonijiet biex jitneħħa, jitnaqqas, jiġi diżattivat l-aċċess għal miżuri oħra li jirrestrinġu l-viżibbiltà, id-disponibbiltà jew l-aċċessibbiltà għall-informazzjoni, jew l-impożizzjoni tagħhom;
Emenda 223 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt b
(b) deċiżjonijiet għal sospensjoni jew terminazzjoni tal-forniment tas-servizz, kollu jew parti minnu, lir-riċevituri;
(b) deċiżjonijiet għal sospensjoni jew terminazzjoni, jew limitazzjoni tal-forniment tas-servizz, kollu jew parti minnu, lir-riċevituri, jew deċiżjonijiet biex dan ma jsirx;
Emenda 224 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca) deċiżjonijiet biex tiġi ristretta l-kapaċità li jiġi mmonetizzat il-kontenut fornut mir-riċevituri.
1a. Il-perjodu ta' mill-inqas sitt xhur kif stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jitqies li jibda fil-jum li fih ir-riċevitur tas-servizz jiġi infurmat dwar id-deċiżjoni f'konformità mal-Artikolu 15.
Emenda 226 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 2
2. Il-pjattaformi online għandhom jiżguraw li s-sistemi interni tagħhom għall-immaniġġjar tal-ilmenti jkunu jistgħu jiġu aċċessati faċilment, ikunu faċli għall-utent, u jkunu jippermettu u jiffaċilitaw is-sottomissjoni ta' lmenti preċiżi biżżejjed u sostanzjati kif xieraq.
2. Il-pjattaformi online għandhom jiżguraw li s-sistemi interni tagħhom għall-immaniġġjar tal-ilmenti jkunu jistgħu jiġu aċċessati faċilment, ikunu faċli għall-utent, inkluż għall-persuni b'diżabilità u l-minorenni, mhux diskriminatorji u jkunu jippermettu u jiffaċilitaw is-sottomissjoni ta' lmenti preċiżi biżżejjed u sostanzjati kif xieraq. Il-pjattaformi online għandhom jistabbilixxu r-regoli ta' proċedura tas-sistema interna tagħhom tat-trattament tal-ilmenti fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom b'mod ċar, faċli għall-utent u aċċessibbli faċilment.
Emenda 227 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 3
3. Il-pjattaformi online għandhom jittrattaw l-ilmenti sottomessi mis-sistema interna tagħhom għall-immaniġġjar tal-ilmenti fil-ħin, b'mod diliġenti u b'mod oġġettiv. Meta lment ikun fih biżżejjed raġunijiet biex il-pjattaforma online tqis li l-informazzjoni li magħha jirrelata l-ilment ma tkunx illegali u ma tkunx inkompatibbli mat-termini u l-kundizzjonijiet tagħha, jew ikun fiha informazzjoni li tindika li l-imġiba tal-ilmentatur ma tiġġustifikax is-sospensjoni jew it-terminazzjoni tas-servizz jew tal-kont, din għandha treġġa' lura d-deċiżjoni tagħha msemmija fil-paragrafu 1 mingħajr dewmien żejjed.
3. Il-pjattaformi online għandhom jittrattaw l-ilmenti sottomessi mis-sistema interna tagħhom għall-immaniġġjar tal-ilmenti fil-ħin, mhux diskriminatorju, b'mod diliġenti u mhux arbitrarju u fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol li jibdew mid-data li fiha l-pjattaforma online tkun irċeviet l-ilment. Meta lment ikun fih biżżejjed raġunijiet biex il-pjattaforma online tqis li l-informazzjoni li magħha jirrelata l-ilment ma tkunx illegali u ma tkunx inkompatibbli mat-termini u l-kundizzjonijiet tagħha, jew ikun fiha informazzjoni li tindika li l-imġiba tal-ilmentatur ma tiġġustifikax is-sospensjoni jew it-terminazzjoni tas-servizz jew tal-kont, din għandha treġġa' lura d-deċiżjoni tagħha msemmija fil-paragrafu 1 mingħajr dewmien żejjed.
Emenda 228 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 5
5. Il-pjattaformi online għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet, imsemmija fil-paragrafu 4, ma jittiħdux unikament abbażi ta' mezzi awtomatizzati.
5. Il-pjattaformi online għandhom jiżguraw li r-riċevituri tas-servizz jingħataw il-possibbiltà, fejn ikun meħtieġ, li jikkuntattjaw interlokutur uman meta jissottomettu l-ilment u li d-deċiżjonijiet, imsemmija fil-paragrafu 4, ma jittiħdux unikament abbażi ta' mezzi awtomatizzati. Il-pjattaforma online għandha tiżgura li d-deċiżjonijiet jittieħdu minn persunal ikkwalifikat.
5a. Ir-riċevituri tas-servizz għandu jkollhom il-possibbiltà li jfittxu rimedju ġudizzjarju rapidu f'konformità mal-liġijiet tal-Istati Membri kkonċernati.
Emenda 230 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Ir-riċevituri tas-servizz indirizzati bid-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 17(1), għandhom ikunu intitolati li jagħżlu kwalunkwe korp għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti li jkun ġie ċċertifikat f'konformità mal-paragrafu 2 biex isolvu tilwim relatat ma' dawk id-deċiżjonijiet, inkluż ilmenti li ma setgħux jissolvew bis-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti msemmija f'dak l-Artikolu. Il-pjattaformi online għandhom jimpenjaw ruħhom, in bona fede, mal-korp magħżul bil-għan li jsolvu t-tilwim u għandhom ikunu marbuta bid-deċiżjoni li jieħu l-korp.
1. Ir-riċevituri tas-servizz indirizzati bid-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 17(1), meħuda mill-pjattaforma online minħabba li l-informazzjoni pprovduta mir-riċevituri hija kontenut illegali jew inkompatibbli mat-termini u l-kundizzjonijiet tagħha, għandhom ikunu intitolati li jagħżlu kwalunkwe korp għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti li jkun ġie ċċertifikat f'konformità mal-paragrafu 2 biex isolvu tilwim relatat ma' dawk id-deċiżjonijiet, inkluż ilmenti li ma setgħux jissolvew bis-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti msemmija f'dak l-Artikolu.
1a. Iż-żewġ partijiet għandhom jimpenjaw ruħhom, in bona fede, mal-korp ċertifikat indipendenti u estern magħżul bil-għan li jsolvu t-tilwim u għandhom ikunu marbuta bid-deċiżjoni meħuda mill-korp. Il-possibbiltà li jintgħażel kwalunkwe korp għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti għandha tkun aċċessibbli faċilment fuq l-interfaċċa online tal-pjattaforma online b'mod ċar u faċli għall-utent.
Emenda 232 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. Il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit il-korp għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti għandu, meta jintalab minn dak il-korp, jiċċertifika l-korp, meta l-korp ikun wera li jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
2. Il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit il-korp għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti għandu, meta jintalab minn dak il-korp, jiċċertifika l-korp għal massimu ta' tliet snin, li jista' jiġġedded, meta l-korp u l-persuni inkarigati mill-korp għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qortijkun wera li jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
Emenda 233 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt a
(a) ikun imparzjali u indipendenti mill-pjattaformi online umir-riċevituri tas-servizz ipprovdut mill-pjattaformi online;
(a) ikun indipendenti, inkluż indipendent finanzjarjament, u imparzjali fil-konfront tal-pjattaformi online, tar-riċevituri tas-servizz ipprovduti mill-pjattaformi online u tal-individwi jew entitajiet li jkunu ssottomettew avviżi;
Emenda 234 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
(ba) il-membri tiegħu jiġu rimunerati b'mod li ma jkunx marbut mal-eżitu tal-proċedura;
Emenda 235 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt bb (ġdid)
(bb) il-persuni fiżiċi responsabbli għas-soluzzjoni tat-tilwim jintrabtu li ma jaħdmux għall-pjattaforma online jew għal organizzazzjoni professjonali jew assoċjazzjoni kummerċjali li l-pjattaforma online hija membru tagħha għal perjodu ta' tliet snin wara li l-pożizzjoni tagħhom fl-entità tas-soluzzjoni tat-tilwim tkun intemmet, u ma jkunux ħadmu għal tali organizzazzjoni għal sentejn qabel ma jieħdu dan ir-rwol;
Emenda 236 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt c
(c) is-soluzzjoni għat-tilwim tkun aċċessibbli faċilment permezz tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni elettronika;
(c) is-soluzzjoni għat-tilwim tkun aċċessibbli faċilment, inkluż għall-persuni b'diżabilità, permezz tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni elettronika u tipprevedi l-possibbiltà li jitressaq ilment u d-dokumenti ta' sostenn meħtieġa online;
Emenda 237 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt e
(e) is-soluzzjoni għat-tilwim issir f'konformità ma' regoli ta' proċedura ċari u ġusti.
(e) is-soluzzjoni għat-tilwim issir f'konformità ma' regoli ta' proċedura ċari u ġusti li jkunu viżibbli b'mod ċar u aċċessibbli faċilment u pubblikament.
2a. Il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali għandu jevalwa mill-ġdid fuq bażi annwali jekk il-korp iċċertifikat għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti jkomplix jissodisfa l-kundizzjonijiet, imsemmija fil-paragrafu 2. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali għandu jirrevoka l-istatus ta' korp għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti.
2b. Il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali għandu jfassal rapport kull sentejn li jelenka l-għadd ta' lmenti li l-korp għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti jkun irċieva kull sena, l-eżiti tad-deċiżjonijiet mogħtija, kwalunkwe problema sistematika jew settorjali identifikata, u ż-żmien medju meħud biex jissolva t-tilwim. Ir-rapport għandu, b'mod partikolari:
(a) jidentifika l-aħjar prattiki tal-korpi għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti;
(b) jirrapporta, fejn xieraq, dwar kwalunkwe nuqqas, appoġġjat mill-istatistika, li jfixkel il-funzjonament tal-korpi għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti kemm għat-tilwim domestiku kif ukoll għal dak transfruntier;
(c) jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar kif jista' jtejjeb il-funzjonament effettiv u effiċjenti tal-korpi għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti, fejn xieraq.
2c. Korpi ċċertifikati għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti għandhom jikkonkludu proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim f'perjodu ta' żmien raġonevoli u mhux aktar tard minn 90 jum kalendarju wara d-data li fiha l-korp iċċertifikat ikun irċieva l-ilment. Il-proċedura għandha titqies mitmuma fid-data li fiha l-korp iċċertifikat ikun għamel disponibbli d-deċiżjoni tal-proċedura ta' soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti.
Emenda 241 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 3 – parti introduttorja
3. Jekk il-korp jiddeċiedi t-tilwima favur ir-riċevitur tas-servizz, il-pjattaforma online għandha tirrimborża lir-riċevitur kwalunkwe tariffa u spejjeż raġonevoli oħra li r-riċevitur ikun ħallas jew irid jħallas b'rabta mas-soluzzjoni tat-tilwim. Jekk il-korp jiddeċiedi t-tilwima favur il-pjattaforma online, ir-riċevitur ma għandux jintalab jirrimborża xi tariffa jew spejjeż oħra li l-pjattaforma online ħallset jew li trid tħallas b'rabta mas-soluzzjoni tat-tilwim.
3. Jekk il-korp jiddeċiedi t-tilwima favur ir-riċevitur tas-servizz, l-individwi jew l-entitajiet b'mandat skont l-Artikolu 68 li jkunu ppreżentaw avviżi, il-pjattaforma online għandha tirrimborża lir-riċevitur kwalunkwe tariffa u spejjeż raġonevoli oħra li r-riċevitur jew l-individwi jew l-entitajiet li ppreżentaw avviżi jkunu ħallsu jew għandhom iħallsu b'rabta mas-soluzzjoni tat-tilwim. Jekk il-korp jiddeċiedi t-tilwima favur il-pjattaforma online, u l-korp ma jsibx li r-riċevitur aġixxa in mala fede fit-tilwim, ir-riċevitur jew l-individwi jew l-entitajiet li ppreżentaw l-avviżi ma għandhomx jintalbu jirrimborżaw xi tariffa jew spejjeż oħra li l-pjattaforma online ħallset jew li trid tħallas b'rabta mas-soluzzjoni tat-tilwim.
It-tariffi imposti mill-korp għas-soluzzjoni tat-tilwim għandhom ikunu raġonevoli u fi kwalunkwe każ ma għandhomx jaqbżu l-kostijiet tagħhom.
It-tariffi imposti mill-korp għas-soluzzjoni tat-tilwim għandhom ikunu raġonevoli u fi kwalunkwe każ ma għandhomx jaqbżu l-kostijiet tagħhom għall-pjattaformi online. Il-proċeduri ta' soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti għandhom ikunu mingħajr ħlas jew disponibbli bi ħlas nominali għar-riċevitur tas-servizz.
Emenda 243 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 5
5. Il-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-korpi għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti li jkunu ċċertifikaw f'konformità mal-paragrafu 2, inkluż meta applikabbli, l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu ta' dak il-paragrafu. Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista ta' dawk il-korpi, inkluż dawk l-ispeċifikazzjonijiet, fuq sit web apposta, u żżommha aġġornata.
5. Il-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-korpi għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti li jkunu ċċertifikaw f'konformità mal-paragrafu 2, inkluż meta applikabbli, l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu ta' dak il-paragrafu kif ukoll korpi għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti li l-istatus tagħhom ikun ġie revokat. Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista ta' dawk il-korpi, inkluż dawk l-ispeċifikazzjonijiet, fuq sit web apposta, u żżommha aġġornata.
Emenda 244 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 1
1. Il-pjattaformi online għandhom jieħdu l-miżuri tekniċi u organizzattivi meħtieġa biex jiżguraw li l-avviżi sottomessi minn sinjalaturi fdati bil-mekkaniżmi msemmija fl-Artikolu 14, jiġu pproċessati u deċiżi bi prijorità u mingħajr dewmien.
1. Il-pjattaformi online għandhom jieħdu l-miżuri tekniċi u organizzattivi meħtieġa biex jiżguraw li l-avviżi sottomessi minn sinjalaturi fdati li jaġixxu fil-qasam deżinjat tal-għarfien espert tagħhom, bil-mekkaniżmi msemmija fl-Artikolu 14, jiġu pproċessati u deċiżi bi prijorità u malajr, filwaqt li jitqies il-proċess xieraq.
1a. Il-pjattaformi online għandhom jieħdu l-miżuri tekniċi u organizzattivi meħtieġa biex jiżguraw li s-sinjalaturi fdati jkunu jistgħu joħorġu avviżi ta' korrezzjoni ta' tneħħija, ta' restrizzjoni jew ta' diżattivazzjoni skorretta tal-aċċess għall-kontenut, jew ta' sospensjonijiet jew terminazzjonijiet ta' kontijiet, u li dawk l-avviżi għar-restawr tal-informazzjoni jiġu pproċessati u tittieħed deċiżjoni dwarhom bi prijorità u mingħajr dewmien.
Emenda 246 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. L-istatus ta' sinjalaturi fdati skont dan ir-Regolament għandu jingħata, wara applikazzjoni minn xi entità, mill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-applikant, meta l-applikant ikun wera li jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
2. L-istatus ta' sinjalaturi fdati skont dan ir-Regolament għandu jingħata, wara applikazzjoni minn xi entità, mill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-applikant, meta l-applikant ikun wera li jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
Emenda 247 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 2 – punt c
(c) ikun iwettaq l-attivitajiet tiegħu għall-finijiet ta' sottomissjoni tal-avviżi fil-ħin, b'mod diliġenti u b'mod oġġettiv.
(c) ikun iwettaq l-attivitajiet tiegħu għall-finijiet ta' sottomissjoni tal-avviżi b'mod preċiż u oġġettiv.
Emenda 248 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
(ca) ikollu struttura ta' finanzjament trasparenti, inkluż il-pubblikazzjoni tas-sorsi u l-ammonti tad-dħul kollu kull sena;
Emenda 249 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 2 – punt cb (ġdid)
(cb) jippubblika, mill-inqas darba fis-sena, rapporti ċari, li jinftiehmu faċilment, dettaljati u standardizzati dwar l-avviżi kollha sottomessi f'konformità mal-Artikolu 14 matul il-perjodu rilevanti. Dan ir-rapport għandu jinkludi:
— avviżi kategorizzati skont l-identità tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting;
— kwalunkwe kunflitt ta' interess potenzjali u sorsi ta' finanzjament, u spjegazzjoni tal-proċeduri stabbiliti biex jiġi żgurat li s-sinjalatur fdat iżomm l-indipendenza tiegħu.
Ir-rapporti msemmija fil-punt (cb) għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni li għandha tagħmilhom disponibbli għall-pubbliku.
Emenda 250 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 3
3. Il-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Bord l-ismijiet, l-indirizzi u l-indirizzi tal-email tal-entitajiet li lilhom ikunu taw l-istatus ta' sinjalatur fdat f'konformità mal-paragrafu 2.
3. Il-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali għandhom jagħtu l-istatus ta' sinjalatur fdat għal perjodu ta' sentejn, li matulu l-istatus jista' jiġġedded meta s-sinjalatur fdat ikkonċernat ikompli jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Il-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Bord l-ismijiet, l-indirizzi u l-indirizzi tal-email tal-entitajiet li lilhom ikunu taw l-istatus ta' sinjalatur fdat f'konformità mal-paragrafu 2 jew li jkun ġie revokat f'konformità mal-paragrafu 6. Il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-Istat Membru tal-istabbiliment tal-pjattaforma għandu jinvolvi ruħu fi djalogu mal-pjattaformi u mal-partijiet ikkonċernati għaż-żamma tal-akkuratezza u l-effikaċja ta' sistema ta' sinjalazzjoni fdata.
Emenda 251 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 4
4. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 f'bażi tad-data disponibbli għall-pubbliku u żżommha aġġornata.
4. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 f'bażi tad-data disponibbli għall-pubbliku b'format aċċessibbli faċilment u li jinqara mill-magni u żżommha aġġornata.
Emenda 252 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 5
5. Meta pjattaforma online jkollha informazzjoni li tindika li sinjalatur fdat issottometta għadd sinifikanti ta' avviżi mhux preċiżi biżżejjed jew mhux sostanzjati kif xieraq bil-mekkaniżmi msemmija fl-Artikolu 14, inkluż informazzjoni miġbura b'rabta mal-ipproċessar tal-ilmenti permezz tas-sistemi interni għall-immaniġġjar tal-ilmenti msemmija fl-Artikolu 17(3), din għandha tikkomunika dik l-informazzjoni lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali li jkun ta l-istatus ta' sinjalatur fdat lill-entità kkonċernata, filwaqt li tipprovdi l-ispjegazzjonijiet u d-dokumenti ġustifikattivi meħtieġa.
5. Meta pjattaforma online jkollha informazzjoni li tindika li sinjalatur fdat issottometta għadd mhux insinifikanti ta' avviżi mhux preċiżi biżżejjed, mhux preċiżi jew mhux sostanzjati kif xieraq bil-mekkaniżmi msemmija fl-Artikolu 14, inkluż informazzjoni miġbura b'rabta mal-ipproċessar tal-ilmenti permezz tas-sistemi interni għall-immaniġġjar tal-ilmenti msemmija fl-Artikolu 17(3), din għandha tikkomunika dik l-informazzjoni lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali li jkun ta l-istatus ta' sinjalatur fdat lill-entità kkonċernata, filwaqt li tipprovdi l-ispjegazzjonijiet u d-dokumenti ġustifikattivi meħtieġa. Malli jirċievi l-informazzjoni mill-pjattaformi online u jekk il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali jqis li hemm raġunijiet leġittimi biex tinfetaħ investigazzjoni, l-istatus ta' sinjalatur fdat għandu jiġi sospiż matul il-perjodu tal-investigazzjoni.
Emenda 253 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 6
6. Il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali li ta l-istatus ta' sinjalatur fdat lil entità għandu jirrevoka dak l-istatus jekk jiddetermina, wara investigazzjoni jew b'inizjattiva tiegħu stess jew abbażi ta' informazzjoni riċevuta mingħand partijiet terzi, inkluż informazzjoni pprovduta minn pjattaforma online skont il-paragrafu 5, li l-entità ma għadhiex tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2. Qabel jirrevoka dak l-istatus, il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali għandu jagħti l-opportunità lill-entità biex tirreaġixxi għas-sejbiet tal-investigazzjoni tiegħu u l-intenzjoni tiegħu li tirrevoka l-istatus tal-entità bħala sinjalatur fdat.
6. Il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali li ta l-istatus ta' sinjalatur fdat lil entità għandu jirrevoka dak l-istatus jekk jiddetermina, wara investigazzjoni jew b'inizjattiva tiegħu stess jew abbażi ta' informazzjoni riċevuta minn partijiet terzi, inkluż informazzjoni pprovduta minn pjattaforma online skont il-paragrafu 5, imwettqa mingħajr dewmien żejjed, li l-entità ma għadhiex tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2. Qabel jirrevoka dak l-istatus, il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali għandu jagħti l-opportunità lill-entità biex tirreaġixxi għas-sejbiet tal-investigazzjoni tiegħu u l-intenzjoni tiegħu li tirrevoka l-istatus tal-entità bħala sinjalatur fdat.
Emenda 254 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 7
7. Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Bord, tista' toħroġ gwida biex tassisti lill-pjattaformi online u lill-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali fl-applikazzjoni tal-paragrafi 5 u 6.
7. Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Bord, għandha toħroġ gwida biex tassisti lill-pjattaformi online u lill-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali fl-applikazzjoni tal-paragrafi 2,5 u 6.
Emenda 255 Proposta għal regolament Artikolu 19a (ġdid)
Artikolu 19a
Rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għal pjattaformi online
1. Il-fornituri tal-pjattaformi online li joffru servizzi fl-Unjoni għandhom jiżguraw li jfasslu u jipprovdu servizzi f'konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti fit-Taqsima III, it-Taqsima IV, it-Taqsima VI, u t-Taqsima VII tal-Anness I tad-Direttiva (UE) 2019/882.
2. Il-fornituri tal-pjattaformi online għandhom iħejju l-informazzjoni meħtieġa f'konformità mal-Anness V tad-Direttiva (UE) 2019/882 u għandhom jispjegaw kif is-servizzi jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli. L-informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-pubbliku b'mod aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità. Il-fornituri tal-pjattaformi online għandhom iżommu dik l-informazzjoni sakemm ikun qed jitħaddem is-servizz.
3. Il-fornituri tal-pjattaformi online għandhom jiżguraw li l-informazzjoni, il-formoli u l-miżuri pprovduti skont dan ir-Regolament ikunu disponibbli b'mod li jkunu faċli biex jinstabu, jinftiehmu faċilment u aċċessibbli għal persuni b'diżabilità.
4. Il-fornituri tal-pjattaformi online li joffru servizzi fl-Unjoni għandhom jiżguraw li jkunu stabbiliti proċeduri sabiex il-provvista ta' servizzi tibqa' f'konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli. Bidliet fil-karatteristiċi tal-provvista tas-servizz, bidliet fir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli u bidliet fl-istandards armonizzati jew fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li b'referenza għalihom servizz jiġi ddikjarat li jissodisfa r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għandhom jitqiesu b'mod adegwat mill-fornitur tas-servizzi intermedjarji.
5. Fil-każ ta' nonkonformità, il-fornituri tal-pjattaformi online għandhom jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex iġibu s-servizz f'konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli.
6. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba ta' dik l-awtorità, fir-rigward ta' kwalunkwe azzjoni meħuda biex is-servizz jinġieb f'konformità ma' dawk ir-rekwiżiti.
7. Il-pjattaformi online li jkunu f'konformità mal-istandards armonizzati jew partijiet minnhom derivati mid-Direttiva (UE) 2019/882, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti li jkunu f'konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' dan ir-Regolament sa fejn dawk l-istandards jew partijiet minnhom ikopru dawk ir-rekwiżiti.
8. Il-pjattaformi online li jkunu f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew partijiet minnhom adottati għad-Direttiva (UE) 2019/882 għandhom ikunu preżunti li jkunu f'konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' dan ir-Regolament sa fejn dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew partijiet minnhom ikopru dawk ir-rekwiżiti.
Emenda 256 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1
1. Il-pjattaformi online għandhom jissospendu, għal perjodu ta' żmien raġonevoli u wara li jkunu ħarġu twissija minn qabel, il-forniment tas-servizzi tagħhom lir-riċevituri tas-servizz li spiss jipprovdu kontenut manifestament illegali.
1. Il-pjattaformi online għandhom ikunu intitolati li jissospendu, għal perjodu ta' żmien raġonevoli u wara li jkunu ħarġu twissija minn qabel, il-forniment tas-servizzi tagħhom lir-riċevituri tas-servizz li spiss jipprovdu kontenut illegali, li għalih l-illegalità tista' tiġi stabbilita mingħajr ma jsir eżami legali jew fattwali jew li għalih ikunu rċevew żewġ ordnijiet jew aktar biex jaġixxu fir-rigward tal-kontenut illegali fit-12-il xahar preċedenti, sakemm dawk l-ordnijiet ma jkunux ġew mibdula aktar tard.
Emenda 257 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 2
2. Il-pjattaformi online għandhom jissospendu, għal perjodu ta' żmien raġonevoli u wara li jkunu ħarġu twissija minn qabel, l-ipproċessar ta' avviżi u lmenti sottomessi bil-mekkaniżmi ta' avviż u azzjoni u bis-sistemi interni għall-immaniġġjar tal-ilmenti msemmija fl-Artikoli 14 u 17, rispettivament, minn individwi jew entitajiet jew minn ilmentaturi li spiss jissottomettu avviżi jew ilmenti li jkunu manifestament infondati.
2. Il-pjattaformi online għandhom ikunu intitolati li jissospendu, għal perjodu ta' żmien raġonevoli u wara li jkunu ħarġu twissija minn qabel, l-ipproċessar ta' avviżi u lmenti sottomessi bil-mekkaniżmi ta' avviż u azzjoni u bis-sistemi interni għall-immaniġġjar tal-ilmenti msemmija fl-Artikoli 14 u 17, rispettivament, minn individwi jew entitajiet jew minn ilmentaturi li ripetutament jissottomettu avviżi jew ilmenti li jkunu manifestament infondati.
Emenda 258 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 3 – parti introduttorja
3. Il-pjattaformi online għandhom jivvalutaw, abbażi ta' każ b'każ u fil-ħin, b'mod diliġenti u b'mod oġġettiv, jekk riċevitur, individwu, entità jew ilmentatur hux involut fl-użu ħażin imsemmi fil-paragrafi 1 u 2, filwaqt li jitqiesu l-fatti u ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha li jirriżultaw mill-informazzjoni disponibbli għall-pjattaforma online. Dawk iċ-ċirkostanzi għandhom jinkludu mill-inqas dan li ġej:
3. Meta jiddeċiedu dwar is-sospensjoni, il-fornituri tal-pjattaformi online għandhom jivvalutaw, abbażi ta' każ b'każ u fil-ħin, b'mod diliġenti u b'mod oġġettiv, jekk riċevitur, individwu, entità jew ilmentatur hux involut fl-użu ħażin imsemmi fil-paragrafi 1 u 2, filwaqt li jitqiesu l-fatti u ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha li jirriżultaw mill-informazzjoni disponibbli għall-fornitur tal-pjattaforma online. Dawk iċ-ċirkostanzi għandhom jinkludu mill-inqas dan li ġej:
Emenda 259 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 3 – punt a
(a) l-għadd assolut ta' oġġetti ta' kontenut manifestament illegali jew avviżi jew ilmenti manifestament infondati, sottomessi fis-sena ta' qabel;
(a) l-għadd assolut ta' oġġetti ta' kontenut illegali jew avviżi jew ilmenti manifestament infondati, sottomessi fis-sena ta' qabel;
Emenda 260 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 3 – punt d
(d) l-intenzjoni tar-riċevitur, tal-individwu, tal-entità jew tal-ilmentatur.
(d) meta tkun tista' tiġi identifikata l-intenzjoni tar-riċevitur, tal-individwu, tal-entità jew tal-ilmentatur;
Emenda 261 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 3 – punt da (ġdid)
(da) jekk in-notifika kinitx sottomessa minn utent individwali jew minn entità jew persuni b'għarfien espert speċifiku relatat mal-kontenut inkwistjoni jew wara l-użu ta' sistema awtomatizzata ta' rikonoxximent tal-kontenut.
3a. Is-sospensjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jiġu ddikjarati permanenti meta:
(a) ikun hemm raġunijiet imperattivi ta' liġi jew ta' ordni pubbliku, inklużi investigazzjonijiet kriminali li jkunu għaddejjin;
(b) l-oġġetti li tneħħew kienu komponenti ta' kampanji ta' volum għoli biex iqarrqu bl-utenti jew jimmanipulaw l-isforzi tal-moderazzjoni tal-kontenut tal-pjattaforma;
(c) kummerċjant ikun ripetutament offra prodotti u servizzi li ma jikkonformawx mal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali;
(d) l-oġġetti mneħħija kienu relatati ma' reati serji.
Emenda 263 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 4
4. Il-pjattaformi online għandhom jistabbilixxu, b'mod ċar u dettaljat, il-prassi tagħhom fir-rigward tal-użu ħażin imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, inkluż fir-rigward tal-fatti u ċ-ċirkostanzi li jqisu meta jivvalutaw jekk ċerta mġiba tikkostitwixxix użu ħażin u t-tul ta' żmien tas-sospensjoni.
4. Il-fornituri ta' pjattaformi online għandhom jistabbilixxu, b'mod ċar, faċli għall-utent u dettaljat, filwaqt li jqisu l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 12(2), il-prassi tagħhom fir-rigward tal-użu ħażin imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 fit-termini u l-kondizzjonijiet tagħhom, inkluż eżempji tal-fatti u ċ-ċirkostanzi li jqisu meta jivvalutaw jekk ċerta mġiba tikkostitwixxix użu ħażin u t-tul ta' żmien tas-sospensjoni.
Emenda 264 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Meta pjattaforma online tippermetti li l-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod ma' kummerċjanti, din għandha tiżgura li l-kummerċjanti jkunu jistgħu jużaw biss is-servizzi tagħha biex jippromwovu messaġġi dwar prodotti jew servizzi jew biex joffru prodotti jew servizzi lill-konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni jekk, qabel l-użu tas-servizzi tagħha, il-pjattaforma online tkun kisbetl-informazzjoni li ġejja:
1. Il-pjattaformi online li jippermettu li l-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod ma' kummerċjanti, dawn għandhom jiżguraw li l-kummerċjanti jkunu jistgħu jużaw biss is-servizzi tagħhom biex jippromwovu messaġġi dwar prodotti jew servizzi jew biex joffru prodotti jew servizzi lill-konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni jekk, qabel l-użu tas-servizzi tagħhom, għal dawk l-iskopijiet, ikunu ġew ipprovduti bl-informazzjoni li ġejja:
Emenda 265 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt d
(d) l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefown u l-indirizz tal-email tal-operatur ekonomiku, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(13) u tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill51 jew xi att rilevanti tal-liġi tal-Unjoni;
(d) l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefown u l-indirizz tal-email tal-operatur ekonomiku, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(13) u tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill51 jew xi att rilevanti tal-liġi tal-Unjoni, inkluż fil-qasam tas-sikurezza tal-prodotti;
__________________
__________________
51 Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).
51 Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).
Emenda 266 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt f
(f) awtoċertifikazzjoni mill-kummerċjant li jimpenja ruħu li joffri biss prodotti jew servizzi li jikkonformaw mar-regoli applikabbli tal-liġi tal-Unjoni.
(f) awtoċertifikazzjoni mill-kummerċjant li jimpenja ruħu li joffri biss prodotti jew servizzi li jikkonformaw mar-regoli applikabbli tal-liġi tal-Unjoni u fejn applikabbli konferma li l-prodotti kollha ġew iċċekkjati ma' bażijiet ta' data disponibbli, bħas-Sistema ta' Twissija Rapida tal-Unjoni għall-prodotti mhux tal-ikel ta' periklu (RAPEX).
Emenda 267 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)
(fa) it-tip ta' prodotti jew servizzi li l-kummerċjant beħsiebu joffri fuq il-pjattaforma online.
Emenda 268 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2
2. Il-pjattaforma online għandha, malli tirċievi dik l-informazzjoni, tagħmel sforzi raġonevoli biex tivvaluta jekk l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (d) u (e) tal-paragrafu 1 hix affidabbli permezz tal-użu ta' xi bażi tad-data online uffiċjali aċċessibbli mingħajr ħlas jew interfaċċa online li ssir disponibbli minn Stat Membru jew mill-Unjoni jew permezz ta' talbiet lill-kummerċjant biex jipprovdi dokumenti ġustifikattivi mingħand sorsi affidabbli.
2. Il-pjattaforma online li tippermetti lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod mal-kummerċjanti għandha, malli tirċievi dik l-informazzjoni qabel ma tippermetti l-wiri tal-prodott jew tas-servizz fuq l-interfaċċa online tiegħu, u sa tmiem ir-relazzjoni kuntrattwali, tagħmel l-aħjar sforzi biex tivvaluta jekk l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (fa) tal-paragrafu 1 hix affidabbli u kompluta. Il-pjattaforma online għandha tagħmel l-aħjar sforzi biex tivverifika l-informazzjoni pprovduta mill-kummerċjant permezz tal-użu ta' xi bażi tad-data online uffiċjali aċċessibbli mingħajr ħlas jew interfaċċa online li ssir disponibbli minn amministratur awtorizzat jew minn Stat Membru jew mill-Unjoni jew permezz ta' talbiet diretti lill-kummerċjant biex jipprovdi dokumenti ġustifikattivi mingħand sorsi affidabbli.
Mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista tal-bażijiet tad-data online u l-interfaċċi online msemmija fil-paragrafu ta' hawn fuq u żżommha aġġornata. L-obbligi għall-pjattaformi online msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw fir-rigward ta' kummerċjanti ġodda u eżistenti.
2a. Il-pjattaforma online għandha tagħmel l-aħjar sforzi biex tidentifika u tipprevjeni d-disseminazzjoni, mill-kummerċjant li jużaw is-servizz tagħha, ta' offerti għal prodotti jew servizzi li ma jikkonformawx mal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali permezz ta' miżuri bħal kontrolli aleatorji fuq il-prodotti u s-servizzi offruti lill-konsumaturi flimkien mal-obbligi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.
Emenda 270 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 3 – parti introduttorja
3. Meta l-pjattaforma online tikseb indikazzjonijiet li xi oġġett tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 miksub mingħand il-kummerċjant ikkonċernat ma jkunx preċiż jew ma jkunx komplut, dik il-pjattaforma għandha titlob lill-kummerċjant biex jikkoreġi l-informazzjoni sa fejn ikun meħtieġ biex ikun żgurat li l-informazzjoni kollha tkun preċiża u kompluta, mingħajr dewmien jew fil-perjodu ta' żmien stabbilit mil-liġi tal-Unjoni u nazzjonali.
3. Meta l-pjattaforma online tikseb indikazzjonijiet, jew ikollha raġuni suffiċjenti biex temmen, li xi oġġett tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 miksub mingħand il-kummerċjant ikkonċernat ma jkunx preċiż jew ma jkunx komplut, dik il-pjattaforma għandha titlob lill-kummerċjant biex jikkoreġi l-informazzjoni sa fejn ikun meħtieġ biex ikun żgurat li l-informazzjoni kollha tkun preċiża u kompluta, mingħajr dewmien jew fil-perjodu ta' żmien stabbilit mil-liġi tal-Unjoni u nazzjonali.
Meta l-kummerċjant jonqos milli jikkoreġi jew jikkompleta dik l-informazzjoni, il-pjattaforma online għandha tissospendi l-forniment tas-servizz tagħha lill-kummerċjant sakemm it-talba tiġi ssodisfata.
Meta l-kummerċjant jonqos milli jikkoreġi jew jikkompleta dik l-informazzjoni, il-pjattaforma online għandha tissospendi malajr il-forniment tas-servizz tagħha lill-kummerċjant fir-rigward tal-offerta ta' prodotti jew servizzi lill-konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni sakemm it-talba tiġi ssodisfata bis-sħiħ.
3a. Jekk pjattaforma online tirrifjuta applikazzjoni għas-servizzi jew tissospendi s-servizzi lil kummerċjant, il-kummerċjant għandu jagħmel rikors għall-mekkaniżmi skont l-Artikolu 17 u l-Artikolu 43 ta' dan ir-Regolament.
3b. Pjattaformi online li jippermettu lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mal-kummerċjanti għandhom jiżguraw li l-identità, bħat-trademark jew il-logo, tal-utent kummerċjali li jipprovdi kontenut, prodotti jew servizzi tkun viżibbli b'mod ċar flimkien mal-kontenut, il-prodotti jew is-servizzi offruti. Għal dan il-għan, il-pjattaforma online għandha tistabbilixxi interfaċċa standardizzata għall-utenti kummerċjali.
3c. Il-kummerċjanti għandhom ikunu unikament responsabbli għall-akkuratezza tal-informazzjoni pprovduta u għandhom jinformaw mingħajr dewmien lill-pjattaforma online bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni pprovduta.
Emenda 275 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 4
4. Il-pjattaforma online għandha taħżen l-informazzjoni miksuba skont il-paragrafi 1 u 2 b'mod sigur għat-tul tar-relazzjoni kuntrattwali tagħha mal-kummerċjant ikkonċernat. Dawn għandhom sussegwentement iħassru l-informazzjoni.
4. Il-pjattaforma online għandha taħżen l-informazzjoni miksuba skont il-paragrafi 1 u 2 b'mod sigur għat-tul tar-relazzjoni kuntrattwali tagħha mal-kummerċjant ikkonċernat. Jenħtieġ li dawn sussegwentement iħassru l-informazzjoni mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-konklużjoni finali tal-kuntratt mill-bogħod.
Emenda 276 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 6
6. Il-pjattaforma online għandha tagħmel l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (d), (e) u (f) tal-paragrafu 1 disponibbli għar-riċevituri tas-servizz, b'mod ċar, aċċessibbli faċilment u komprensibbli.
6. Il-pjattaforma online għandha tagħmel l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (d), (e), (f), u (fa) tal-paragrafu 1 aċċessibbli faċilment għar-riċevituri tas-servizz, b'mod ċar, aċċessibbli faċilment u komprensibbli f'konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà tal-Anness I tad-Direttiva (UE) 2019/882.
Emenda 277 Proposta għal regolament Artikolu 22a (ġdid)
Article 22a
Obbligu li l-konsumaturi u l-awtoritajiet jiġu infurmati dwar prodotti u servizzi illegali
1. Meta pjattaforma online li tippermetti lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod mal-kummerċjanti ssir taf, irrispettivament mill-mezzi użati għalihom, li prodott jew servizz offrut minn kummerċjant fuq l-interfaċċa ta' dik il-pjattaforma jkun illegali fir-rigward tar-rekwiżiti applikabbli fil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali, din għandha:
(a) tneħħi malajr il-prodott jew is-servizz illegali mill-interfaċċa tagħha u, fejn xieraq, tinforma lill-awtoritajiet rilevanti, bħall-awtorità tas-sorveljanza tas-suq jew l-awtorità doganali bid-deċiżjoni meħuda;
(b) meta l-pjattaforma online jkollha d-dettalji ta' kuntatt tar-riċevitur tas-servizzi, tinforma lil dawk ir-riċevituri tas-servizz li jkunu akkwistaw tali prodott jew servizz dwar l-illegalità, l-identità tal-kummerċjant u l-għażliet biex wieħed ifittex rimedju;
(c) tiġbor, u tagħmel pubblikament disponibbli permezz ta' interfaċċi tal-ipprogrammar tal-applikazzjoni, repożitorju li jkun fih l-informazzjoni dwar il-prodotti u s-servizzi illegali mneħħija mill-pjattaforma tagħha fl-aħħar tnax-il xahar flimkien ma' informazzjoni dwar il-kummerċjant ikkonċernat u għażliet għar-rimedju.
2. Il-pjattaformi online li jippermettu lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod ma' kummerċjanti għandhom iżommu bażi ta' data interna ta' prodotti u servizzi illegali mneħħija u/jew riċevituri sospiżi skont l-Artikolu 20.
Emenda 278 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa) l-għadd ta' lmenti riċevuti mis-sistema interna għall-immaniġġjar tal-ilmenti msemmija fl-Artikolu 17, il-bażi għal dawk l-ilmenti, id-deċiżjonijiet meħuda b'rabta ma' dawk l-ilmenti, iż-żmien medju u medjan meħtieġ għat-teħid ta' dawk id-deċiżjonijiet u l-għadd ta' każijiet meta dawk id-deċiżjonijiet treġġgħu lura;
Emenda 279 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt b
(b) l-għadd ta' sospensjonijiet imposti skont l-Artikolu 20, li jiddistingwu bejn sospensjonijiet promulgati għall-forniment ta' kontenut manifestament illegali, is-sottomissjoni ta' avviżi manifestament infondati u s-sottomissjoni ta' lmenti manifestament infondati;
(b) l-għadd ta' sospensjonijiet imposti skont l-Artikolu 20, li jiddistingwu bejn sospensjonijiet promulgati għall-forniment ta' kontenut illegali, is-sottomissjoni ta' avviżi manifestament infondati u s-sottomissjoni ta' lmenti manifestament infondati;
Emenda 280 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca) l-għadd ta' reklami li tneħħew, ġew ittikkettati jew diżattivati mill-pjattaforma online u ġustifikazzjoni tad-deċiżjonijiet.
Emenda 281 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 2
2. Il-pjattaformi online għandhom jippubblikaw, mill-inqas darba kull sitt xhur, informazzjoni dwar ir-riċevituri attivi medji fix-xahar tas-servizz f'kull Stat Membru, ikkalkulata bħala medja tul il-perjodu tal-aħħar sitt xhur, f'konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 25(2).
2. Il-pjattaformi online għandhom jippubblikaw, mill-inqas darba kull tnax-il xahar, informazzjoni dwar ir-riċevituri attivi medji fix-xahar tas-servizz f'kull Stat Membru, ikkalkulata bħala medja tul il-perjodu tal-aħħar tnax-il xahar, f'konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 25(2).
2a. L-Istati Membri għandhom joqogħdu lura milli jimponu obbligi ta' rappurtar ta' trasparenza addizzjonali fuq il-pjattaformi online, għajr talbiet speċifiċi b'rabta mal-eżerċizzju tas-setgħat superviżorji tagħhom.
Emenda 283 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 4
4. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi mudelli dwar il-forma, il-kontenut u dettalji oħra tar-rapporti skont il-paragrafu 1.
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi sett ta' indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin u tistabbilixxi mudelli dwar il-forma, il-kontenut u dettalji oħra tar-rapporti skont il-paragrafu 1.
Emenda 284 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Il-pjattaformi online li juru reklamar fuq l-interfaċċi online tagħhom għandhom jiżguraw li r-riċevituri tas-servizz ikunu jistgħu jidentifikaw, għal kull reklam speċifiku muri lil kull riċevitur individwali, b'mod ċar u mhux ambigwu u f'ħin reali:
1. Il-pjattaformi online li juru reklamar fuq l-interfaċċi online tagħhom għandhom jiżguraw li r-riċevituri tas-servizz ikunu jistgħu jidentifikaw, għal kull reklam speċifiku muri lil kull riċevitur individwali, b'mod ċar, konċiż u mhux ambigwu u f'ħin reali:
Emenda 285 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt a
(a) li l-informazzjoni murija hija reklam;
(a) li l-informazzjoni murija fuq l-interfaċċa jew partijiet minnha hija reklam online, inkluż permezz ta' mmarkar prominenti u armonizzat;
Emenda 286 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba) il-persuna fiżika jew ġuridika li tiffinanzja r-reklam meta din il-persuna tkun differenti mill-persuna fiżika jew ġuridika msemmija fil-punt (b);
Emenda 287 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt c
(c) informazzjoni sinifikanti dwar il-parametri ewlenin użati biex jiġi ddeterminat ir-riċevitur li lilu qed jintwera r-reklam.
(c) informazzjoni ċara, sinifikanti u uniformi dwar il-parametri użati biex jiġi ddeterminat ir-riċevitur li lilu qed jintwera r-reklam, u fejn applikabbli dwar kif għandhom jinbidlu dawk il-parametri.
Emenda 499 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 1 a (ġdid)
1a. Il-pjattaformi online għandhom jiżguraw li r-riċevituri tas-servizzi jkunu jistgħu faċilment jagħmlu għażla infurmata meta jeżerċitaw il-kunsens tagħhom, kif definit fl-Artikolu 4(11) u l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2016/679, għall-ipproċessar tad-data personali tagħhom għall-finijiet ta' reklamar billi jipprovdulhom informazzjoni sinifikattiva, inkluża informazzjoni dwar kif id-data tagħhom se tiġi monetizzata. Il-pjattaformi online għandhom jiżguraw li r-rifjut tal-kunsens ma jkunx aktar diffiċli jew jieħu aktar ħin mill-għoti tal-kunsens. F'każ li r-riċevituri jirrifjutaw li jagħtu l-kunsens, jew jirtiraw il-kunsens, ir-riċevituri għandhom jingħataw għażliet ġusti u raġonevoli oħra biex jaċċessaw il-pjattaforma online.
Emenda 500 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 1 b (ġdid)
1b. Tekniki ta' mmirar jew amplifikazzjoni li jipproċessaw, jiżvelaw jew jinferixxu data personali ta' minorenni jew data personali msemmija fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 għall-fini taù wiri ta' reklamar huma pprojbiti.
Emenda 290 Proposta għal regolament Artikolu 24a (ġdid)
Artikolu 24a
Trasparenza tas-sistemi ta' rakkomandazzjoni
1. Il-pjattaformi online għandhom jistabbilixxu fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom u permezz ta' riżorsa online deżinjata li tista' tintlaħaq direttament u tinstab faċilment mill-interfaċċa online tal-pjattaforma online meta l-kontenut ikun rakkomandat, b'mod ċar, aċċessibbli u li jinftiehem faċilment il-parametri ewlenin użati fis-sistemi ta' rakkomandazzjoni tagħhom, kif ukoll kull alternattiva għar-riċevitur tas-servizz biex jimmodifika jew jinfluwenza dawk il-parametri ewlenin li jkunu għamlu disponibbli.
2. Il-parametri ewlenin imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu, mill-inqas:
(a) il-kriterji ewlenin użati mis-sistema rilevanti li individwalment jew kollettivament huma l-aktar sinifikanti fid-determinazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet;
(b) l-importanza relattiva ta' dawk il-parametri;
(c) għal liema objettivi ġiet ottimizzata s-sistema rilevanti; kif ukoll
(d) jekk applikabbli, spjegazzjoni tar-rwol li għandha l-imġiba tar-riċevituri tas-servizz fil-mod kif is-sistema rilevanti tipproduċi l-outputs tagħha.
Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.
3. Meta jkun hemm diversi alternattivi disponibbli skont il-paragrafu 1, il-pjattaformi online għandhom jipprovdu funzjoni ċara u aċċessibbli faċilment fuq l-interfaċċa online tagħhom biex ir-riċevitur tas-servizz ikun jista' jagħżel u jimmodifika fi kwalunkwe ħin l-alternattiva ppreferuta tagħhom għal kull waħda mis-sistemi ta' rakkomandazzjoni li tiddetermina l-ordni relattiva tal-informazzjoni ppreżentata lilhom.
Emenda 291 Proposta għal regolament Artikolu 24b (ġdid)
Artikolu 24b
Obbligi addizzjonali għal pjattaformi użati primarjament għad-disseminazzjoni ta' kontenut pornografiku ġġenerat mill-utent
Meta pjattaforma online tintuża primarjament għad-disseminazzjoni ta' kontenut pornografiku ġġenerat mill-utent, il-pjattaforma għandha tieħu l-miżuri tekniċi u organizzattivi meħtieġa biex tiżgura:
(a) li l-utenti li jxerrdu l-kontenut ikunu vverifikaw lilhom infushom permezz ta' email doppja dwar l-inklużjoni fakultattiva u r-reġistrazzjoni tal-mowbajl;
(b) il-moderazzjoni professjonali tal-kontenut uman, imħarreġ biex jidentifika abbuż sesswali bbażat fuq l-istampi, inkluż kontenut li għandu probabbiltà għolja li jkun illegali;
(c) l-aċċessibilità ta' proċedura ta' notifika kkwalifikata b'tali mod li minbarra l-mekkaniżmu msemmi fl-Artikolu 14, l-individwi jkunu jistgħu jinnotifikaw lill-pjattaforma bl-istqarrija li materjal viżiv li juri lilhom jew li jagħti x'jifhem li qed juri lilhom qed jinxtered mingħajr il-kunsens tagħhom u jipprovdu lill-pjattaforma b'evidenza prima facie tal-identità fiżika tagħhom; il-kontenut notifikat permezz ta' din il-proċedura għandu jiġi sospiż mingħajr dewmien żejjed.
Emenda 292 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 1
1. Din it-Taqsima għandha tapplika għall-pjattaformi online li jipprovdu s-servizzi tagħhom lil għadd ta' riċevituri attivi medji fix-xahar tas-servizz fl-Unjoni li jilħaq il-45 miljun jew iżjed, ikkalkulati f'konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-atti delegati msemmija fil-paragrafu 3.
1. Din it-Taqsima għandha tapplika għall-pjattaformi online li:
(a) jipprovdu għal mill-inqas erba' xhur konsekuttivi s-servizzi tagħhom lil għadd ta' riċevituri attivi medji fix-xahar tas-servizz fl-Unjoni li jilħaq il-45 miljun jew iżjed, ikkalkulati f'konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-atti delegati msemmija fil-paragrafu 3. Tali metodoloġija għandha tqis, b'mod partikolari:
(i) in-numru ta' riċevituri attivi għandu jkun ibbażat fuq kull servizz individwalment;
(ii) ir-riċevituri attivi konnessi fuq apparati multipli jingħaddu darba biss;
(iii) l-użu indirett ta' servizz, permezz ta' parti terza jew konnessjoni, ma għandux jingħadd;
(iv) li meta pjattaforma online tkun ospitata minn fornitur ieħor ta' servizzi intermedjarji, ir-riċevituri attivi jiġu assenjati biss għall-pjattaforma online l-aktar qrib tar-riċevitur;
(v) li l-interazzjonijiet awtomatizzati, kontijiet jew scans tad-data minn entità mhux umana ("bots") ma jiġux inklużi.
Emenda 293 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 3
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 69, wara konsultazzjoni mal-Bord, biex tistabbilixxi metodoloġija speċifika għall-kalkolu tal-għadd ta' riċevituri attivi medji fix-xahar tas-servizz fl-Unjoni, għall-finijiet tal-paragrafu 1. Il-metodoloġija għandha tispeċifika, b'mod partikolari, kif trid tiġi ddeterminata l-popolazzjoni tal-Unjoni u l-kriterji biex jiġu ddeterminati r-riċevituri attivi medji fix-xahar tas-servizz fl-Unjoni, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi differenti tal-aċċessibbiltà.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 69, wara konsultazzjoni mal-Bord, biex tistabbilixxi metodoloġija speċifika għall-kalkolu tal-għadd ta' riċevituri attivi medji fix-xahar tas-servizz fl-Unjoni, għall-finijiet tal-paragrafu 1(a). Il-metodoloġija għandha tispeċifika, b'mod partikolari, kif trid tiġi ddeterminata l-popolazzjoni tal-Unjoni u l-kriterji biex jiġu ddeterminati r-riċevituri attivi medji fix-xahar tas-servizz fl-Unjoni, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi differenti tal-aċċessibbiltà.
Emenda 294 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Il-pjattaformi online kbar ħafna għandhom jidentifikaw, janalizzaw u jivvalutaw, mid-data tal-applikazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 25(4), mill-inqas darba fis-sena wara dan, kull riskju sistemiku sinifikanti li jirriżulta mill-funzjonament u l-użu li jsir mis-servizzi tagħhom fl-Unjoni. Din il-valutazzjoni tar-riskju għandha tkun speċifika għas-servizzi tagħhom u għandha tinkludi r-riskji sistemiċi li ġejjin:
1. Il-pjattaformi online kbar ħafna għandhom jidentifikaw, janalizzaw u jivvalutaw b'mod effettiv u diliġenti, mid-data tal-applikazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 25(4), mill-inqas darba fis-sena wara dan, u fi kwalunkwe każ qabel ma jniedu servizzi ġodda, il-probabbiltà u s-severità ta' kull riskju sistemiku sinifikanti li jirriżulta mid-disinn, mis-sistemi algoritmiċi, mill-karatteristiċi intrinsiċi, mill-funzjonament u l-użu li jsir mis-servizzi tagħhom fl-Unjoni. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tqis ir-riskji għal kull Stat Membru li jiġu offruti fih is-servizzi u fl-Unjoni kollha f'daqqa, b'mod partikolari għal lingwa jew reġjun speċifiku. Din il-valutazzjoni tar-riskju għandha tkun speċifika għas-servizzi u l-attivitajiet tagħhom, inklużi d-disinn tat-teknoloġija, l-għażliet tal-mudell tan-negozju, u għandha tinkludi r-riskji sistemiċi li ġejjin:
Emenda 295 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt a
(a) id-disseminazzjoni tal-kontenut illegali permezz tas-servizzi tagħhom;
(a) id-disseminazzjoni tal-kontenut illegali permezz tas-servizzi jew il-kontenut tagħhom bi ksur tat-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom;
Emenda 296 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt b
(b) kull effett negattiv għall-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja, il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni u d-drittijiet tat-tfal, kif minquxa fl-Artikoli 7, 11, 21 u 24 tal-Karta, rispettivament;
(b) kull effett negattiv reali u prevedibbli għall-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali, inkluż għall-protezzjoni tal-konsumatur, għar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, tal-ħajja privata u tal-familja, għall-protezzjoni tad-data personali u għal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, kif ukoll għal-libertà u l-pluraliżmu tal-media, il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni, id-dritt għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri, u d-drittijiet tat-tfal, kif minquxa fl-Artikoli 1, 7, 8, 11, 21, 23, 24 u 38 tal-Karta, rispettivament;
Emenda 297 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt c
(c) manipulazzjoni intenzjonata tas-servizz tagħhom, inkluż bl-użu inawtentiku jew bi sfruttament awtomatizzat tas-servizz, b'effett negattiv attwali jew prevedibbli fuq il-protezzjoni tas-saħħa pubblika, il-minorenni, id-diskors ċiviku, jew l-effetti proprja jew prevedibbli relatati ma' proċessi elettorali u s-sigurtà pubblika.
(c) kwalunkwe manipulazzjoni difettuża jew intenzjonata tas-servizz tagħhom, inkluż bl-użu inawtentiku jew bi sfruttament awtomatizzat tas-servizz jew riskji inerenti għall-operat maħsub tas-servizz, inkluża l-amplifikazzjoni ta' kontenut illegali, ta' kontenut li jikser it-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom jew kwalunkwe kontenut ieħor, b'effett negattiv attwali jew prevedibbli fuq il-protezzjoni tal-minorenni u ta' gruppi vulnerabbli oħra ta' riċevituri tas-servizz, fuq il-valuri demokratiċi, il-libertà tal-media, il-libertà tal-espressjoni u d-diskors ċiviku, jew l-effetti proprja jew prevedibbli relatati ma' proċessi elettorali u s-sigurtà pubblika.
Emenda 298 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca) kwalunkwe effett negattiv reali u prevedibbli fuq il-protezzjoni tas-saħħa pubblika kif ukoll tad-dipendenza mill-imġiba jew konsegwenzi negattivi serji oħra għall-benessri fiżiku, mentali, soċjali u finanzjarju tal-persuna.
Emenda 299 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 2
2. Meta jwettqu valutazzjonijiet tar-riskju, il-pjattaformi online kbar ħafna għandhom iqisu, b'mod partikolari, kif is-sistemi ta' moderazzjoni tal-kontenut tagħhom, is-sistemi ta' rakkomandazzjoni u s-sistemi għall-għażla u t-turija tar-reklamar jinfluwenzaw xi wieħed mir-riskji sistemiċi msemmija fil-paragrafu 1, inkluż id-disseminazzjoni potenzjalment rapida u wiesgħa ta' kontenut illegali u ta' informazzjoni li hija inkompatibbli mat-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom.
2. Meta jwettqu valutazzjonijiet tar-riskju, il-pjattaformi online kbar ħafna għandhom iqisu, b'mod partikolari, jekk u kif is-sistemi ta' moderazzjoni tal-kontenut tagħhom, it-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, l-istandards komunitarji, is-sistemi algoritmiċi, is-sistemi ta' rakkomandazzjoni u s-sistemi għall-għażla u t-turija tar-reklamar, kif ukoll il-ġbir, l-ipproċessar u t-tfassil ta' profili tad-data sottostanti, jinfluwenzaw xi wieħed mir-riskji sistemiċi msemmija fil-paragrafu 1, inkluż id-disseminazzjoni potenzjalment rapida u wiesgħa ta' kontenut illegali u ta' informazzjoni li hija inkompatibbli mat-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom.
2a. Meta jitwettqu l-valutazzjonijiet tar-riskju, il-pjattaformi online kbar ħafna għandhom jikkonsultaw, fejn xieraq, ir-rappreżentanti tar-riċevituri tas-servizz, ir-rappreżentanti ta' gruppi potenzjalment milquta mis-servizzi tagħhom, l-esperti indipendenti u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. L-involviment tagħhom għandu jkun imfassal għar-riskji sistemiċi speċifiċi li l-pjattaforma online kbira ħafna għandha l-għan li tivvaluta.
2b. Id-dokumenti ta' sostenn tal-valutazzjoni tar-riskju għandhom jiġu kkomunikati lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment u lill-Kummissjoni.
2c. L-obbligi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhom iwasslu bl-ebda mod għal obbligu ta' monitoraġġ ġenerali.
Emenda 303 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Il-pjattaformi online kbar ħafna għandhom jistabbilixxu miżuri ta' mitigazzjoni raġonevoli, proporzjonati u effettivi, imfassla għar-riskji sistemiċi speċifiċi identifikati skont l-Artikolu 26. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu, meta applikabbli:
1. Il-pjattaformi online kbar ħafna għandhom jistabbilixxu miżuri ta' mitigazzjoni raġonevoli, trasparenti, proporzjonati u effettivi, imfassla għar-riskji sistemiċi speċifiċi identifikati skont l-Artikolu 26. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu, meta applikabbli:
Emenda 304 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 1 – punt a
(a) l-adattament tas-sistemi ta' moderazzjoni tal-kontenut jew ta' rakkomandazzjoni, il-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom, il-karatteristiċi jew il-funzjonament tas-servizzi tagħhom, jew it-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom;
(a) l-adattament tas-sistemi ta' moderazzjoni tal-kontenut, is-sistemi algoritmiċi, jew ta' rakkomandazzjoni u l-interfaċċi online, il-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom, id-disinn, il-karatteristiċi jew il-funzjonament tas-servizzi tagħhom, il-mudell ta' reklamar tagħhom jew it-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom;
Emenda 305 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
(aa) l-iżgurar ta' riżorsi xierqa biex jiġu ttrattati l-avviżi u l-ilmenti interni, inklużi miżuri jew kapaċitajiet tekniċi u operazzjonali xierqa;
Emenda 306 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 1 – punt b
(b) miżuri mmirati bil-għan li jillimitaw il-wiri tar-reklami flimkien mas-servizz li jipprovdu;
(b) miżuri mmirati bil-għan li jillimitaw il-wiri tar-reklami flimkien mas-servizz li jipprovdu, jew it-tqegħid alternattiv u l-wiri tar-reklami ta' servizz pubbliku jew informazzjoni fattwali oħra relatata;
Emenda 307 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba) fejn rilevanti, miżuri mmirati li għandhom l-għan li jadattaw interfaċċi u karatteristiċi online biex jipproteġu l-minorenni;
Emenda 308 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 1 – punt c
(c) it-tisħiħ tal-proċessi interni jew is-superviżjoni ta' kull waħda mill-attivitajiet tagħhom b'mod partikolari fir-rigward tad-detezzjoni ta' riskju sistemiku;
(c) it-tisħiħ tal-proċessi interni, u r-riżorsi, l-ittestjar, id-dokumentazzjoni jew is-superviżjoni ta' kull waħda mill-attivitajiet tagħhom b'mod partikolari fir-rigward tad-detezzjoni ta' riskju sistemiku;
1a. Fejn xieraq, il-pjattaformi online kbar ħafna għandhom ifasslu l-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskji tagħhom bl-involviment tar-rappreżentanti tar-riċevituri tas-servizz, ta' esperti indipendenti u ta' organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili. Fejn ma jiġi previst l-ebda involviment bħal dan, dan għandu jkun ċar fir-rapport ta' trasparenza msemmi fl-Artikolu 33.
1b. Il-pjattaformi online kbar ħafna għandhom jipprovdu lista dettaljata tal-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskji meħuda u l-ġustifikazzjoni tagħhom lill-awdituri indipendenti sabiex iħejju r-rapport tal-awditjar imsemmi fl-Artikolu 28.
1c. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni u l-effettività tal-miżuri ta' mitigazzjoni meħuda mill-pjattaformi online kbar ħafna msemmija fl-Artikolu 27(1) u fejn meħtieġ, tista' toħroġ rakkomandazzjonijiet.
Emenda 312 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. Il-Bord, b'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, għandu jippubblika rapporti komprensivi, darba fis-sena, li għandhom jinkludu dan li ġej:
2. Il-Bord, b'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, għandu jippubblika rapporti komprensivi, darba fis-sena. Ir-rapporti għandhom jinkludu dan li ġej:
Emenda 313 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt a
(a) l-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-aktar riskji sistemiċi prominenti u rikorrenti rrapportati mill-pjattaformi online kbar ħafna jew identifikati permezz ta' sorsi oħra ta' informazzjoni, b'mod partikolari dawk ipprovduti f'konformità mal-Artikoli 31 u 33;
(a) l-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-aktar riskji sistemiċi prominenti u rikorrenti rrapportati mill-pjattaformi online kbar ħafna jew identifikati permezz ta' sorsi oħra ta' informazzjoni, b'mod partikolari dawk ipprovduti f'konformità mal-Artikoli 30, 31 u 33;
Ir-rapporti għandhom jiġu ppreżentati għal kull Stat Membru li fih seħħew ir-riskji sistemiċi u fl-Unjoni kollha kemm hi. Ir-rapporti għandhom jiġu ppubblikati fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Istati Membri tal-Unjoni.
Emenda 315 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 3
3. Il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali, tista' toħroġ linji gwida ġenerali dwar l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 fir-rigward ta' riskji speċifiċi, b'mod partikolari biex tippreżenta l-aqwa prattiki u tirrakkomanda miżuri possibbli, b'kunsiderazzjoni xierqa tal-konsegwenzi possibbli tal-miżuri fuq id-drittijiet fundamentali minquxa fil-Karta tal-partijiet kollha involuti. Meta tħejji dawk il-linji gwida, il-Kummissjoni għandha torganizza konsultazzjonijiet pubbliċi.
3. Il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali, u wara l-konsultazzjonijiet pubbliċi għandha toħroġ linji gwida ġenerali dwar l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 fir-rigward ta' riskji speċifiċi, b'mod partikolari biex tippreżenta l-aqwa prattiki u tirrakkomanda miżuri possibbli, b'kunsiderazzjoni xierqa tal-konsegwenzi possibbli tal-miżuri fuq id-drittijiet fundamentali minquxa fil-Karta tal-partijiet kollha involuti.
3a. Ir-rekwiżit biex jiġu stabbiliti miżuri ta' mitigazzjoni ma għandux iwassal għal obbligu ġenerali ta' monitoraġġ jew għal obbligi attivi ta' ġbir ta' informazzjoni.
Emenda 317 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Il-pjattaformi online kbar ħafna għandhom ikunu soġġetti, bi spejjeż tagħhom stess u mill-inqas darba fis-sena, għal awditi biex jivvalutaw il-konformità ma' dawn li ġejjin:
1. Il-pjattaformi online kbar ħafna għandhom ikunu soġġetti, bi spejjeż tagħhom stess u mill-inqas darba fis-sena, għal awditi indipendenti biex jivvalutaw il-konformità ma' dawn li ġejjin:
1a. Il-pjattaformi online kbar ħafna għandhom jiżguraw li l-awdituri jkollhom aċċess għad-data rilevanti kollha meħtieġa biex l-awditu jitwettaq kif suppost.
Emenda 319 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. L-awditi mwettqa skont il-paragrafu 1 għandhom jitwettqu minn organizzazzjonijiet li:
2. L-awditi mwettqa skont il-paragrafu 1 għandhom jitwettqu minn organizzazzjonijiet li jkunu ġew rikonoxxuti u eżaminati mill-Kummissjoni u li:
Emenda 320 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 2 – punt a
(a) huma indipendenti mill-pjattaforma online kbira ħafna kkonċernata;
(a) huma legalment u finanzjarjament indipendenti mill-pjattaforma online kbira ħafna kkonċernata u minn pjattaformi online kbar ħafna oħra, u ma għandhomx kunflitti ta' interessmagħhom;
Emenda 321 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
(aa) l-awdituri u l-impjegati tagħhom ma pprovdew l-ebda servizz ieħor lill-pjattaforma online kbira ħafna awditjata 12-il xahar qabel l-awditu u jimpenjaw ruħhom li ma jaħdmux għall-pjattaforma online kbira ħafna awditjata jew organizzazzjoni professjonali jew assoċjazzjoni tan-negozju li tagħha l-pjattaforma hija membru għal perjodu ta' 12-il xahar wara li tkun intemmet il-pożizzjoni tagħhom fl-organizzazzjoni ta' awditjar.
Emenda 322 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 3 – parti introduttorja
3. L-organizzazzjonijiet li jwettqu l-awditi għandhom jistabbilixxu rapport tal-awditu għal kull awditu. Ir-rapport għandu jsir bil-miktub u jkun jinkludi mill-inqas dan li ġej:
3. L-organizzazzjonijiet li jwettqu l-awditi għandhom jistabbilixxu rapport tal-awditu għal kull suġġett tal-awditu kif imsemmi fil-paragrafu 1. Ir-rapport għandu jsir bil-miktub u jkun jinkludi mill-inqas dan li ġej:
Emenda 323 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)
(ba) dikjarazzjoni ta' interessi;
Emenda 324 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 3 – punt d
(d) deskrizzjoni tas-sejbiet ewlenin misluta mill-awditu;
(d) deskrizzjoni tas-sejbiet ewlenin misluta mill-awditu u sommarju tas-sejbiet ewlenin;
Emenda 325 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 3 – punt da (ġdid)
(da) deskrizzjoni tal-partijiet terzi kkonsultati bħala parti mill-awditu;
Emenda 326 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 3 – punt fa (ġdid)
(fa) deskrizzjoni ta' elementi speċifiċi li ma setgħux jiġu awditjati, u spjegazzjoni tar-raġuni għaliex dawn ma setgħux jiġu awditjati;
Emenda 327 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 3 – punt fb (ġdid)
(fb) meta l-opinjoni tal-awditu ma setgħetx tasal għal konklużjoni għal elementi speċifiċi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-awditu, dikjarazzjoni tar-raġunijiet għaliex naqset milli tintlaħaq tali konklużjoni.
4b. Meta pjattaforma online kbira ħafna tirċievi rapport tal-awditjar pożittiv, hija għandha tkun intitolata titlob lill-Kummissjoni siġill ta' eċċellenza.
Emenda 330 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 1
1. Il-pjattaformi online kbar ħafna li jużaw sistemi ta' rakkomandazzjoni għandhom jistabbilixxu fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, b'mod ċar, aċċessibbli u li jinftiehem faċilment, il-parametri ewlenin użati fis-sistemi ta' rakkomandazzjoni tagħhom, kif ukoll kull alternattiva għar-riċevituri tas-servizz biex jimmodifikaw jew jinfluwenzaw dawk il-parametri ewlenin li setgħu għamlu disponibbli, inkluż mill-inqas alternattiva waħda li mhix ibbażata fuq it-tfassil tal-profili, skont it-tifsira tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2016/679.
1. Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24a, il-pjattaformi online kbar ħafna li jużaw sistemi ta' rakkomandazzjoni għandhom jipprovdu mill-inqas sistema waħda ta' rakkomandazzjoni li mhix ibbażata fuq it-tfassil ta' profili, skont it-tifsira tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2016/679, kif ukoll funzjonalità aċċessibbli faċilment fuq l-interfaċċa online tagħhom biex ir-riċevitur tas-servizz ikun jista' jagħżel u jimmodifika fi kwalunkwe ħin l-alternattiva ppreferuta tiegħu għal kull waħda mis-sistemi ta' rakkomandazzjoni li tiddetermina l-ordni relattiva tal-informazzjoni ppreżentata lilu.
Emenda 331 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 2
2. Meta jkun hemm diversi alternattivi disponibbli skont il-paragrafu 1, il-pjattaformi online kbar ħafna għandhom jipprovdu funzjonalità aċċessibbli faċilment fuq l-interfaċċa online tagħhom biex ir-riċevitur tas-servizz ikun jista' jagħżel u jimmodifika fi kwalunkwe ħin l-alternattiva ppreferuta tagħhom għal kull waħda mis-sistemi ta' rakkomandazzjoni li tiddetermina l-ordni relattiva tal-informazzjoni ppreżentata lilhom.
imħassar
Emenda 332 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 1
1. Il-pjattaformi online kbar ħafna li juru reklamar fuq l-interfaċċi online tagħhom għandhom jikkompilaw u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku permezz tal-interfaċċi tal-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet, repożitorju li jkun fih l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, sa sena wara li r-reklam ikun intwera għall-aħħar darba fuq l-interfaċċi online tagħhom. Għandhom jiżguraw li r-repożitorju ma jkun fih l-ebda data personali tar-riċevituri tas-servizz li lilhom ikun intwera jew seta' ntwera r-reklam.
1. Il-pjattaformi online kbar ħafna li juru reklamar fuq l-interfaċċi online tagħhom għandhom jikkompilaw u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku u li jistgħu jsiru tfittxijiet fuqu permezz ta' għodod faċli għall-aċċess, effiċjenti u affidabbli permezz tal-interfaċċi tal-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet, repożitorju li jkun fih l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, sa ħames snin wara li r-reklam ikun intwera għall-aħħar darba fuq l-interfaċċi online tagħhom. Għandhom jiżguraw li jistgħu jsiru talbiet b'ħafna kriterji għal kull min jirreklama u skont il-punti kollha tad-data preżenti fir-reklam, il-mira tar-reklam, u l-udjenza li dak li jirreklama jixtieq jilħaq. Huma għandhom jiżguraw li r-repożitorju ma jkun fih l-ebda data personali tar-riċevituri tas-servizz li lilhom ikun intwera jew seta' ntwera r-reklam u għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex jiżguraw li l-informazzjoni tkun preċiża u kompluta.
Emenda 333 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt a
(a) il-kontenut tar-reklam;
(a) il-kontenut tar-reklam, inkluż l-isem tal-prodott, is-servizz jew il-marka u l-oġġett tar-reklam;
Emenda 334 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
(ba) il-persuna fiżika jew ġuridika li ħallset għar-reklam, meta dik il-persuna tkun differenti minn dik imsemmija fil-punt (b);
Emenda 335 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt d
(d) jekk ir-reklam kienx maħsub biex jintwera speċifikament lil grupp wieħed jew aktar ta' riċevituri tas-servizz u jekk iva, il-parametri ewlenin użati għal dak il-għan;
(d) jekk ir-reklam kienx maħsub biex jintwera speċifikament lil grupp wieħed jew aktar ta' riċevituri tas-servizz u jekk iva, il-parametri ewlenin użati għal dak il-għan inkluż kwalunkwe parametru użat biex jeskludi gruppi partikolari;
Emenda 336 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)
(da) fejn tiġi żvelata, kopja tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet kummerċjali ppubblikati fuq il-pjattaformi online kbar ħafna li mhumiex kummerċjalizzati, mibjugħa jew organizzati mill-pjattaforma online kbira ħafna, li permezz ta' kanali xierqa ġew iddikjarati bħala tali lill-pjattaforma online kbira ħafna;
Emenda 337 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)
(ea) każijiet fejn ir-reklam ikun tneħħa abbażi ta' avviż sottomess f'konformità mal-Artikolu 14 jew ordni maħruġa skont l-Artikolu 8.
2a. Il-Bord għandu, wara li jikkonsulta ma' riċerkaturi verifikati, jippubblika linji gwida dwar l-istruttura u l-organizzazzjoni fuq ir-repożitorji maħluqa skont il-paragrafu 1.
Emenda 339 Proposta għal regolament Artikolu 30a (ġdid)
Artikolu 30a
Deep fakes
Fejn pjattaforma online kbira ħafna tiskopri li biċċa kontenut hija kontenut ta' immaġni, awdjo jew vidjo ġġenerat jew immanipulat li jixbah b'mod konsiderevoli lil persuni, oġġetti, postijiet jew entitajiet jew avvenimenti oħra eżistenti u jidher b'mod falz li persuna hija awtentika jew vera (deep fakes), il-fornitur għandu jittikketta l-kontenut b'tali mod li jinforma li l-kontenut mhuwiex awtentiku u li jkun viżibbli b'mod ċar għal min jirċievi s-servizzi.
Emenda 340 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 1
1. Il-pjattaformi online kbar ħafna għandhom jipprovdu lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment jew lill-Kummissjoni, meta ssir talba motivata minnhom u fi żmien raġonevoli, kif speċifikat fit-talba, aċċess għad-data meħtieġa għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-konformità ma' dan ir-Regolament. Dak il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali u l-Kummissjoni għandhom jużaw dik id-data biss għal dawk il-finijiet.
1. Il-pjattaformi online kbar ħafna għandhom jipprovdu lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment jew lill-Kummissjoni, meta ssir talba motivata minnhom u fi żmien raġonevoli, u mingħajr dewmien, kif speċifikat fit-talba, aċċess għad-data meħtieġa għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-konformità ma' dan ir-Regolament. Dak il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali u l-Kummissjoni għandhom jitolbu, jaċċessaw, u jużaw dik id-data biss għal dawk il-finijiet.
1a. Il-pjattaforma online kbira ħafna għandha tkun obbligata tispjega d-disinn, il-loġika u l-funzjonament tal-algoritmi jekk dan jiġi mitlub mill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment.
Emenda 342 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 2
2. Meta ssir talba motivata mill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment jew mill-Kummissjoni, il-pjattaformi online kbar ħafna għandhom, fi żmien raġonevoli, kif speċifikat fit-talba, jipprovdu aċċess għad-data lir-riċerkaturi verifikati li jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, għall-uniku fini biex titwettaq riċerka li tikkontribwixxi għall-identifikazzjoni u l-fehim tar-riskji sistemiċi kif stabbilit fl-Artikolu 26(1).
2. Meta ssir talba motivata mill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment jew mill-Kummissjoni, il-pjattaformi online kbar ħafna għandhom, fi żmien raġonevoli, kif speċifikat fit-talba, jipprovdu aċċess għad-data lir-riċerkaturi verifikati, lill-korpi, lill-organizzazzjonijiet jew lill-assoċjazzjonijiet verifikati mingħajr skop ta' qligħ, li jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, għall-uniku fini biex titwettaq riċerka li tikkontribwixxi għall-identifikazzjoni, il-mitigazzjoni u l-fehim tar-riskji sistemiċi kif stabbilit fl-Artikolu 26(1) u l-Artikolu 27(1).
2a. Ir-riċerkaturi verifikati, il-korpi, l-organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet verifikati mingħajr skop ta' qligħ għandu jkollhom aċċess għal numri aggregati għaż-żjarat totali u r-rata ta' żjarat tal-kontenut qabel it-tneħħija abbażi tal-ordnijiet maħruġa f'konformità mal-Artikolu 8 jew il-moderazzjoni tal-kontenut involuti fl-inizjattiva tal-fornitur stess u skont it-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu.
Emenda 344 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 3
3. Il-pjattaformi online kbar ħafna għandhom jipprovdu aċċess għad-data skont il-paragrafi 1 u 2 permezz ta' bażijiet tad-data online jew interfaċċi għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet, kif xieraq.
3. Il-pjattaformi online kbar ħafna għandhom jipprovdu aċċess għad-data skont il-paragrafi 1 u 2 għal żmien limitat u permezz ta' bażijiet tad-data online jew interfaċċi għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet, kif xieraq, u b'mekkaniżmu faċilment aċċessibbli u faċli għall-utent biex ifittex diversi kriterji.
Emenda 345 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 4
4. Biex jiġu verifikati, ir-riċerkaturi għandhom ikunu affiljati ma' istituzzjonijiet akkademiċi, ikunu indipendenti minn interessi kummerċjali, ikollhom rekords ippruvati ta' għarfien espert fl-oqsma relatati mar-riskji investigati jew ma' metodoloġiji tar-riċerka relatati, u għandhom jimpenjaw ruħhom u jkunu f'kapaċità li jippreservaw ir-rekwiżiti speċifiċi tas-sigurtà u l-kunfidenzjalità tad-data korrispondenti għal kull talba.
4. Biex jiġu verifikati mill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment jew mill-Kummissjoni, ir-riċerkaturi, il-korpi, l-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ għandhom:
(a) ikunu affiljati ma' istituzzjonijiet akkademiċi jew organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jirrappreżentaw l-interess pubbliku u li jissodisfaw ir-rekwiżiti skont l-Artikolu 68;
(b) ikunu indipendenti minn interessi kummerċjali, inkluż minn kwalunkwe pjattaforma online kbira ħafna;
(c) jiżvelaw il-finanzjament li jiffinanzja r-riċerka;
(d) ikunu indipendenti minn kwalunkwe gvern, korp amministrattiv jew korpi statali oħra, barra l-istituzzjoni akkademika ta' affiljazzjoni jekk pubblika;
(e) ikollhom rekords ippruvati ta' għarfien espert fl-oqsma relatati mar-riskji investigati jew ma' metodoloġiji tar-riċerka relatati; u
(f) jippreservaw ir-rekwiżiti speċifiċi tas-sigurtà u l-kunfidenzjalità tad-data korrispondenti għal kull talba.
4a. Fejn pjattaforma online kbira ħafna jkollha raġunijiet biex temmen li riċerkatur, korp mingħajr skop ta' qligħ, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni qed taġixxi barra mill-iskop tal-paragrafu 2 jew ma għadhiex tirrispetta l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 4, din għandha tinforma minnufih lill-awtorità rilevanti, jew lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment jew lill-Kummissjoni, li għandhom jiddeċiedu mingħajr dewmien żejjed jekk l-aċċess għandux jiġi rtirat u meta l-aċċess għandu jiġi restawrat u taħt liema kundizzjonijiet.
4b. Meta l-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment, jew il-Kummissjoni jkollhom raġunijiet biex jemmnu li riċerkatur, korp mingħajr skop ta' qligħ, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni qed jaġixxu barra mill-iskop tal-paragrafu 2 jew ma għadhomx jirrispettaw il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 4, għandhom jinformaw immedjatament lill-pjattaforma online kbira ħafna. Il-pjattaforma online kbira ħafna għandha tkun intitolata tirtira l-aċċess għad-data malli tirċievi l-informazzjoni. Il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment, jew il-Kummissjoni għandhom jiddeċiedu jekk u meta għandu jiġi rrestawrat l-aċċess u taħt liema kundizzjonijiet.
Emenda 348 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 5
5. Il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta lill-Bord, tadotta atti delegati li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tekniċi li skonthom il-pjattaformi online kbar ħafna għandhom jikkondividu d-data skont il-paragrafi 1 u 2 u l-għanijiet li għalihom tista' tintuża d-data. Dawk l-atti delegati għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet speċifiċi li skonthom tista' ssir il-kondiviżjoni tad-data ma' riċerkaturi verifikati f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679, filwaqt li jitqiesu d-drittijiet u l-interessi tal-pjattaformi online kbar ħafna u tar-riċevituri tas-servizz ikkonċernati, inkluż il-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali, b'mod partikolari s-sigrieti kummerċjali, u ż-żamma tas-sigurtà tas-servizz tagħhom.
5. Il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta lill-Bord, u mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din il-leġiżlazzjoni, tadotta atti delegati li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tekniċi li skonthom il-pjattaformi online kbar ħafna għandhom jikkondividu d-data skont il-paragrafi 1 u 2 u l-għanijiet li għalihom tista' tintuża d-data. Dawk l-atti delegati għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet speċifiċi li skonthom tista' ssir il-kondiviżjoni tad-data ma' riċerkaturi verifikati, jew korpi, organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679, filwaqt li jitqiesu d-drittijiet u l-interessi tal-pjattaformi online kbar ħafna u tar-riċevituri tas-servizz ikkonċernati, inkluż il-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali, u ż-żamma tas-sigurtà tas-servizz tagħhom.
Emenda 349 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 6 – punt b
(b) l-għoti ta' aċċess għad-data jkun se jwassal għal vulnerabbiltajiet sinifikanti għas-sigurtà tas-servizz tagħha jew għall-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali, b'mod partikolari s-sigrieti kummerċjali.
(b) l-għoti ta' aċċess għad-data jkun se jwassal għal vulnerabbiltajiet sinifikanti għas-sigurtà tas-servizz tagħha jew għall-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali.
7a. Il-Koordinaturi tas-Servizz Diġitali u l-Kummissjoni għandhom, darba fis-sena, jirrapportaw l-informazzjoni li ġejja:
(a) in-numru ta' talbiet magħmula lilhom kif imsemmi fil-paragrafi 1,2 u 6;
(b) in-numru ta' talbiet bħal dawn li ġew irrifjutati jew irtirati mill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali jew mill-Kummissjoni, inklużi r-raġunijiet li għalihom ġew irrifjutati jew irtirati, inkluż wara talba lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali jew lill-Kummissjoni minn pjattaforma online kbira ħafna biex tiġi emendata talba kif imsemmi fil-paragrafi 1, 2 u 6.
7b. Meta jlestu r-riċerka tagħhom, ir-riċerkaturi verifikati li ngħataw aċċess għad-data għandhom jippubblikaw is-sejbiet tagħhom mingħajr ma jiżvelaw data kunfidenzjali u f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679.
Emenda 352 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 2
2. Il-pjattaformi online kbar ħafna għandhom jaħtru biss, bħala uffiċjali għall-konformità, persuni bi kwalifiki professjonali, bl-għarfien, bl-esperjenza u bil-kapaċità meħtieġa biex iwettqu l-kompiti msemmija fil-paragrafu 3. L-uffiċjali għall-konformità jistgħu jkunu membri tal-persunal tal-pjattaforma online kbira ħafna kkonċernata, jew iwettqu dawk il-kompiti abbażi ta' kuntratt mal-pjattaforma online kbira ħafna kkonċernata.
2. Il-pjattaformi online kbar ħafna għandhom jaħtru biss persuni bi kwalifiki professjonali, bl-għarfien, bl-esperjenza u bil-kapaċità meħtieġa biex iwettqu l-kompiti msemmija fil-paragrafu 3 bħala uffiċjali għall-konformità. L-uffiċjali għall-konformità jistgħu jkunu membri tal-persunal tal-pjattaforma online kbira ħafna kkonċernata, jew iwettqu dawk il-kompiti abbażi ta' kuntratt mal-pjattaforma online kbira ħafna kkonċernata.
Emenda 353 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 3 – punt a
(a) jikkooperaw mal-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment u mal-Kummissjoni għall-fini ta' dan ir-Regolament;
(a) jikkooperaw mal-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment, mal-Bord u mal-Kummissjoni għall-fini ta' dan ir-Regolament;
Emenda 354 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 1
1. Il-pjattaformi online kbar ħafna għandhom jippubblikaw ir-rapporti msemmija fl-Artikolu 13 fi żmien sitt xhur mid-data tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(4), u minn hemm 'il quddiem kull sitt xhur.
1. Il-pjattaformi online kbar ħafna għandhom jippubblikaw ir-rapporti msemmija fl-Artikolu 13 fi żmien sitt xhur mid-data tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(4), u minn hemm 'il quddiem kull sitt xhur b'format standardizzat, li jinqara mill-magni u aċċessibbli faċilment.
1a. Tali rapporti għandhom jinkludu informazzjoni dwar il-moderazzjoni tal-kontenut separata u ppreżentata għal kull Stat Membru li fih jiġu offruti s-servizzi u għall-Unjoni kollha kemm hi. Ir-rapporti għandhom jiġu ppubblikati tal-inqas b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni li fihom jiġu offruti s-servizzi.
Emenda 356 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 2 – punt b
(b) il-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju relatati identifikati u implimentati skont l-Artikolu 27;
(b) il-miżuri ta' mitigazzjoni speċifiċi identifikati u implimentati skont l-Artikolu 27;
Emenda 357 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)
(da) fejn xieraq, informazzjoni dwar ir-rappreżentanti tar-riċevituri tas-servizz, l-esperti indipendenti u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, ikkonsultati għall-valutazzjoni tar-riskju f'konformità mal-Artikolu 26.
Emenda 358 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 3
3. Meta pjattaforma online kbira ħafna tqis li l-pubblikazzjoni ta' informazzjoni skont il-paragrafu 2 tista' twassal fl-iżvelar ta' informazzjoni kunfidenzjali ta' dik il-pjattaforma jew tar-riċevituri tas-servizz, tista' tikkawża vulnerabbiltajiet sinifikanti għas-sigurtà tas-servizz tagħha, tista' timmina s-sigurtà pubblika jew tista' tagħmel ħsara lir-riċevituri, il-pjattaforma tista' tneħħi din l-informazzjoni mir-rapporti. F'dak il-każ, dik il-pjattaforma għandha tibgħat ir-rapporti kompluti lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment u lill-Kummissjoni, flimkien ma' dikjarazzjoni tar-raġunijiet għat-tneħħija tal-informazzjoni mir-rapporti pubbliċi.
3. Meta pjattaforma online kbira ħafna tqis li l-pubblikazzjoni ta' informazzjoni skont il-paragrafu 2 tista' twassal fl-iżvelar ta' informazzjoni kunfidenzjali ta' dik il-pjattaforma jew tar-riċevituri tas-servizz, tista' tikkawża vulnerabbiltajiet sinifikanti għas-sigurtà tas-servizz tagħha, tista' timmina s-sigurtà pubblika jew tista' tagħmel ħsara lir-riċevituri, il-pjattaforma tista' tneħħi din l-informazzjoni mir-rapporti. F'dak il-każ, dik il-pjattaforma għandha tibgħat ir-rapporti kompluti lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment u lill-Kummissjoni, flimkien ma' dikjarazzjoni tar-raġunijiet għat-tneħħija tal-informazzjoni mir-rapporti pubbliċi, f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679.
Emenda 359 Proposta għal regolament Artikolu 34 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Il-Kummissjoni għandha tappoġġja u tippromwovi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' standards volontarji tal-industrija stabbiliti minn korpi tal-istandardizzazzjoni Ewropej u internazzjonali rilevanti tal-anqas għal dawn li ġejjin:
1. Il-Kummissjoni għandha tappoġġja u tippromwovi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' standards volontarji stabbiliti minn korpi tal-istandardizzazzjoni Ewropej u internazzjonali rilevanti, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, tal-anqas għal dawn li ġejjin:
Emenda 360 Proposta għal regolament Artikolu 34 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa) it-termini u l-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 12, inkluż fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta' dawk it-termini u l-kundizzjonijiet u l-bidliet fihom;
Emenda 361 Proposta għal regolament Artikolu 34 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)
(ab) informazzjoni dwar it-traċċabbiltà tal-kummerċjanti skont l-Artikolu 22;
Emenda 362 Proposta għal regolament Artikolu 34 – paragrafu 1 – punt ac (ġdid)
(ac) prattiki ta' reklamar skont l-Artikolu 24 u sistemi ta' rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 24a;
Emenda 363 Proposta għal regolament Artikolu 34 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)
(fa) l-obbligi ta' rapportar ta' trasparenza skont l-Artikolu 13;
Emenda 364 Proposta għal regolament Artikolu 34 – paragrafu 1 – punt fb (ġdid)
(fb) speċifikazzjonijiet tekniċi biex jiġi żgurat li s-servizzi intermedjarji għandhom ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità f'konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà tad-Direttiva (UE) 2019/882.
1a. Il-Kummissjoni għandha tappoġġja u tippromwovi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' standards volontarji stabbiliti mill-korpi ta' standardizzazzjoni Ewropej u internazzjonali rilevanti mmirati lejn il-protezzjoni tal-minorenni.
2a. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet komuni għall-elementi elenkati fil-punti (a) sa (fb) tal-paragrafu 1 meta l-Kummissjoni tkun talbet lil organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex tabbozza standard armonizzat u ma jkunx hemm pubblikazzjoni tar-referenza għal dak l-istandard f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi żmien [24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] jew it-talba ma tkun ġiet aċċettata minn ebda waħda mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni.
Emenda 367 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 1
1. Il-Kummissjoni u l-Bord għandhom jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw it-tfassil ta' kodiċijiet ta' kondotta fil-livell tal-Unjoni biex jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa ta' dan ir-Regolament, filwaqt li jitqiesu b'mod partikolari l-isfidi speċifiċi li jiġu indirizzati tipi differenti ta' kontenut illegali u riskji sistemiċi, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari dwar il-kompetizzjoni u l-protezzjoni tad-data personali.
1. Il-Kummissjoni u l-Bord għandhom jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw it-tfassil ta' kodiċijiet ta' kondotta volontarji fil-livell tal-Unjoni biex jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa ta' dan ir-Regolament, filwaqt li jitqiesu b'mod partikolari l-isfidi speċifiċi li jiġu indirizzati tipi differenti ta' kontenut illegali u riskji sistemiċi, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni. Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex jiġu evitati effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni ġusta, l-aċċess għad-data u s-sigurtà, il-projbizzjoni ġenerali ta' monitoraġġ u l-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali. Il-Kummissjoni u l-Bord għandhom jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw ukoll ir-rieżami u l-adattament regolari tal-Kodiċijiet ta' kondotta biex jiżguraw li huma adatti għall-iskop tagħhom.
Emenda 368 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 2
2. Meta jirriżulta riskju sistemiku sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 26(1) u dan ikun jikkonċerna diversi pjattaformi online kbar ħafna, il-Kummissjoni tista' tistieden lill-pjattaformi online kbar ħafna kkonċernati, lil pjattaformi online kbar ħafna oħrajn, lil pjattaformi online oħra u lil fornituri oħra tas-servizzi intermedjarji, kif xieraq, kif ukoll lil organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u partijiet interessati oħra, biex jieħdu sehem fit-tfassil ta' kodiċijiet ta' kondotta, inkluż billi jistabbilixxu impenji biex jittieħdu miżuri speċifiċi ta' mitigazzjoni tar-riskju, kif ukoll qafas ta' rappurtar regolari dwar il-miżuri meħuda u l-eżiti tagħhom.
2. Meta jirriżulta riskju sistemiku sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 26(1) u dan ikun jikkonċerna diversi pjattaformi online kbar ħafna, il-Kummissjoni tista' titlob lill-pjattaformi online kbar ħafna kkonċernati, lil pjattaformi online kbar ħafna oħrajn, lil pjattaformi online oħra u lil fornituri oħra tas-servizzi intermedjarji, kif xieraq, kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, biex jieħdu sehem fit-tfassil ta' kodiċijiet ta' kondotta, inkluż billi jistabbilixxu impenji biex jittieħdu miżuri speċifiċi ta' mitigazzjoni tar-riskju, kif ukoll qafas ta' rappurtar regolari dwar il-miżuri meħuda u l-eżiti tagħhom.
Emenda 369 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 3
3. Meta jagħtu effett lill-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni u l-Bord għandu jkollhom l-għan li jiżguraw li l-kodiċijiet ta' kondotta jistabbilixxu l-objettivi tagħhom b'mod ċar, ikun fihom indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex ikejlu l-kisba ta' dawk l-objettivi u jqisu kif xieraq il-ħtiġijiet u l-interessi tal-partijiet interessati kollha, inkluż iċ-ċittadini, fil-livell tal-Unjoni. Il-Kummissjoni u l-Bord għandu jkollhom l-għan li jiżguraw li l-parteċipanti jirrappurtaw regolarment lill-Kummissjoni u lill-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali rispettivi tagħhom dwar il-miżuri meħuda u l-eżiti tagħhom, kif imkejla skont l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li jkun fihom.
3. Meta jagħtu effett lill-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni u l-Bord għandu jkollhom l-għan li jiżguraw li l-kodiċijiet ta' kondotta jistabbilixxu l-objettivi speċifiċi tagħhom b'mod ċar, jiddefinixxu n-natura tal-objettiv ta' politika pubblika segwit u, fejn xieraq, ir-rwol tal-awtoritajiet kompetenti, ikun fihom indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex ikejlu l-kisba ta' dawk l-objettivi u jqisu bis-sħiħ il-ħtiġijiet u l-interessi tal-partijiet interessati kollha, u b'mod partikolari taċ-ċittadini, fil-livell tal-Unjoni. Il-Kummissjoni u l-Bord għandu jkollhom l-għan li jiżguraw li l-parteċipanti jirrappurtaw regolarment lill-Kummissjoni u lill-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali rispettivi tagħhom dwar il-miżuri meħuda u l-eżiti tagħhom, kif imkejla skont l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li jkun fihom. L-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u l-impenji tar-rappurtar għandhom iqisu d-differenzi fid-daqs u l-kapaċità bejn parteċipanti differenti.
Emenda 370 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 4
4. Il-Kummissjoni u l-Bord għandhom jivvalutaw jekk il-kodiċijiet ta' kondotta jissodisfawx l-għanijiet speċifikati fil-paragrafi 1 u 3, u għandhom jimmonitorjaw u jevalwaw b'mod regolari l-kisba tal-objettivi tagħhom. Dawn għandhom jippubblikaw il-konklużjonijiet tagħhom.
4. Il-Kummissjoni u l-Bord għandhom jivvalutaw jekk il-kodiċijiet ta' kondotta jissodisfawx l-għanijiet speċifikati fil-paragrafi 1 u 3, u għandhom jimmonitorjaw u jevalwaw b'mod regolari l-kisba tal-objettivi tagħhom. Dawn għandhom jippubblikaw il-konklużjonijiet tagħhom u jirrikjedu li l-organizzazzjonijiet involuti jemendaw il-kodiċi ta' kondotta tagħhom skont dan.
Emenda 371 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 5
5. Il-Bord għandu jimmonitorja u jevalwa b'mod regolari l-kisba tal-objettivi tal-kodiċijiet ta' kondotta, filwaqt li jqis l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li jista' jkun fihom.
5. Il-Kummissjoni u l-Bord għandhom jimmonitorjaw u jevalwaw b'mod regolari l-kisba tal-objettivi tal-kodiċijiet ta' kondotta, filwaqt li jqisu l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li jista' jkun fihom. F'każ ta' nuqqas sistematiku ta' konformità mal-Kodiċi ta' Kondotta, il-Kummissjoni u l-Bord jistgħu jieħdu deċiżjoni li temporanjament jissospendu jew jeskludu b'mod definittiv pjattaformi li ma jissodisfawx l-impenji tagħhom bħala firmatarji tal-kodiċijiet ta' kondotta.
Emenda 372 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 1
1. Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ u tiffaċilita t-tfassil ta' kodiċijiet ta' kondotta fil-livell tal-Unjoni bejn pjattaformi online u fornituri oħra ta' servizzi rilevanti, bħal fornituri tas-servizzi intermedjarji tar-reklamar online jew organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lir-riċevituri tas-servizz u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew awtoritajiet rilevanti biex jikkontribwixxu għal aktar trasparenza fir-reklamar online lil hinn mir-rekwiżiti tal-Artikoli 24 u 30.
1. Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ u tiffaċilita t-tfassil ta' kodiċijiet ta' kondotta volontarji fil-livell tal-Unjoni bejn pjattaformi online u fornituri oħra ta' servizzi rilevanti, bħal fornituri tas-servizzi intermedjarji tar-reklamar online jew organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lir-riċevituri tas-servizz u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew awtoritajiet rilevanti biex jikkontribwixxu għal aktar trasparenza għall-atturi kollha fl-ekosistema tar-reklamar online lil hinn mir-rekwiżiti tal-Artikoli 24 u 30.
Emenda 373 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. Il-Kummissjoni għandu jkollha l-għan li tiżgura li l-kodiċijiet ta' kondotta jsegwu trażmissjoni effettiva tal-informazzjoni, b'rispett sħiħ għad-drittijiet u l-interessi tal-partijiet kollha involuti, u ambjent kompetittiv, trasparenti u ġust fir-reklamar online, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni u nazzjonali, b'mod partikolari dwar il-kompetizzjoni u l-protezzjoni tad-data personali. Il-Kummissjoni għandu jkollha l-għan li tiżgura li l-kodiċijiet ta' kondotta jindirizzaw mill-inqas:
2. Il-Kummissjoni għandu jkollha l-għan li tiżgura li l-kodiċijiet ta' kondotta jsegwu trażmissjoni effettiva tal-informazzjoni, b'rispett sħiħ għad-drittijiet u l-interessi tal-partijiet kollha involuti, u ambjent kompetittiv, trasparenti u ġust fir-reklamar online, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni u nazzjonali, b'mod partikolari dwar il-kompetizzjoni u l-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali. Il-Kummissjoni għandu jkollha l-għan li tiżgura li l-kodiċijiet ta' kondotta jindirizzaw mill-inqas:
Emenda 374 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
(ba) it-tipi differenti ta' data li jistgħu jintużaw.
Emenda 375 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 3
3. Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi l-iżvilupp tal-kodiċijiet ta' kondotta fi żmien sena wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u l-applikazzjoni tagħhom mhux aktar tard minn sitt xhur wara dik id-data.
3. Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi l-iżvilupp tal-kodiċijiet ta' kondotta fi żmien sena wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u l-applikazzjoni tagħhom mhux aktar tard minn sitt xhur wara dik id-data. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-applikazzjoni ta' dawk il-kodiċijiet tliet snin wara l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
3a. Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi lill-atturi kollha fl-ekosistema tar-reklamar online msemmija fil-paragrafu 1 biex japprovaw l-impenji ddikjarati fil-kodiċijiet ta' kondotta u jikkonformaw magħhom.
Emenda 377 Proposta għal regolament Artikolu 37 – paragrafu 1
1. Il-Bord jista' jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex tibda t-tfassil, f'konformità mal-paragrafi 2, 3 u 4, ta' protokolli ta' kriżi biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet ta' kriżi strettament limitati għal ċirkostanzi straordinarji li jaffettwaw is-sigurtà pubblika jew is-saħħa pubblika.
1. Il-Bord jista' jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex tibda t-tfassil, f'konformità mal-paragrafi 2, 3 u 4, ta' protokolli ta' kriżi volontarji biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet ta' kriżi strettament limitati għal ċirkostanzi straordinarji li jaffettwaw is-sigurtà pubblika jew is-saħħa pubblika.
Emenda 378 Proposta għal regolament Artikolu 37 – paragrafu 4 – punt fa (ġdid)
(fa) miżuri li jiżguraw l-aċċessibbiltà għal persuni b'diżabilità matul l-implimentazzjoni ta' protokolli ta' kriżi, inkluż billi tiġi pprovduta deskrizzjoni aċċessibbli dwar dawn il-protokolli.
Emenda 379 Proposta għal regolament Artikolu 37 – paragrafu 5
5. Jekk il-Kummissjoni jkun jidhrilha li protokoll ta' kriżi jonqos milli jindirizza b'mod effettiv is-sitwazzjoni ta' kriżi, jew milli jissalvagwardja l-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali msemmi fil-punt (e) tal-paragrafu 4, din tista' titlob lill-parteċipanti biex jirrevedu l-protokoll ta' kriżi, inkluż billi jieħdu miżuri addizzjonali.
5. Jekk il-Kummissjoni jkun jidhrilha li protokoll ta' kriżi jonqos milli jindirizza b'mod effettiv is-sitwazzjoni ta' kriżi, jew milli jissalvagwardja l-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali msemmi fil-punt (e) tal-paragrafu 4, din għandha titlob lill-parteċipanti biex jirrevedu l-protokoll ta' kriżi, inkluż billi jieħdu miżuri addizzjonali.
4a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti, imsemmija fil-paragrafu 1 u b'mod partikolari l-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali tagħhom, ikollhom riżorsi umani u finanzjarji tekniċi adegwati biex iwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament.
Emenda 381 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali tagħhom iwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament b'mod imparzjali, trasparenti u fil-ħin. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali tagħhom ikollhom riżorsi tekniċi, finanzjarji u umani adegwati biex iwettqu l-kompiti tagħhom.
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali tagħhom iwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament b'mod imparzjali, trasparenti u fil-ħin.
Emenda 382 Proposta għal regolament Artikolu 40 – paragrafu 1
1. L-Istat Membru tal-istabbiliment ewlieni tal-fornitur tas-servizzi intermedjarji għandu jkollu ġurisdizzjoni għall-finijiet tal-Kapitoli III u IV ta' dan ir-Regolament.
1. L-Istat Membru tal-istabbiliment ewlieni tal-fornitur tas-servizzi intermedjarji għandu jkollu ġuriżdizzjoni għall-finijiet tas-superviżjoni u l-infurzar mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, f'konformità ma' dan il-Kapitolu, tal-obbligi imposti fuq l-intermedjarji skont dan ir-Regolament.
Emenda 383 Proposta għal regolament Artikolu 40 – paragrafu 2
2. Fornitur tas-servizzi intermedjarji li ma jkollux stabbiliment fl-Unjoni iżda li joffri servizzi fl-Unjoni għandu, għall-finijiet tal-Kapitoli III u IV, jitqies li jaqa' fil-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru fejn jirrisjedi jew ikun stabbilit ir-rappreżentant legali tiegħu.
2. Fornitur tas-servizzi intermedjarji li ma jkollux stabbiliment fl-Unjoni iżda li joffri servizzi fl-Unjoni għandu, għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, jitqies li jaqa' fil-ġuriżdizzjoni tal-Istat Membru fejn jirrisjedi jew ikun stabbilit ir-rappreżentant legali tiegħu.
Emenda 384 Proposta għal regolament Artikolu 40 – paragrafu 3
3. Meta fornitur tas-servizzi intermedjarji jonqos milli jaħtar rappreżentant legali f'konformità mal-Artikolu 11, l-Istati Membri kollha għandu jkollhom ġurisdizzjoni għall-finijiet tal-Kapitoli III u IV. Meta Stat Membru jiddeċiedi li jeżerċita ġurisdizzjoni skont dan il-paragrafu, dan għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra kollha u jiżgura li jiġi rispettat il-prinċipju ta' ne bis in idem.
3. Meta fornitur tas-servizzi intermedjarji jonqos milli jaħtar rappreżentant legali f'konformità mal-Artikolu 11, l-Istati Membri kollha għandu jkollhom ġuriżdizzjoni għall-finijiet ta' dan l-Artikolu. Meta Stat Membru jiddeċiedi li jeżerċita ġuriżdizzjoni skont dan il-paragrafu, dan għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra kollha u jiżgura li jiġi rispettat il-prinċipju ta' ne bis in idem.
Emenda 385 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 1 – punt a
(a) is-setgħa li jitolbu li dawk il-fornituri, u kull persuna oħra li taġixxi għal finijiet relatati mal-kummerċ, man-negozju, mas-sengħa jew mal-professjoni tagħhom li jaf b'mod raġonevoli jkollha konoxxenza ta' informazzjoni relatata ma' suspettat ksur ta' dan ir-Regolament, inkluż organizzazzjonijiet li jwettqu l-awditi msemmija fl-Artikoli 28 u 50(3), biex jipprovdu din l-informazzjoni fi żmien raġonevoli;
(a) is-setgħa li jirrikjedu li dawk il-fornituri, u kull persuna oħra li taġixxi għal finijiet relatati mal-kummerċ, man-negozju, mas-sengħa jew mal-professjoni tagħhom li jaf b'mod raġonevoli jkollha konoxxenza ta' informazzjoni relatata ma' suspettat ksur ta' dan ir-Regolament, inkluż organizzazzjonijiet li jwettqu l-awditi msemmija fl-Artikoli 28 u 50(3), biex jipprovdu din l-informazzjoni mingħajr dewmien żejjed, jew sa mhux aktar tard minn tliet xhur;
Emenda 386 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 2 – punt e
(e) is-setgħa li jiġu adottati miżuri interim biex ikun evitat ir-riskju ta' ħsara serja.
(e) is-setgħa li jiġu adottati miżuri interim proporzjonati jew li titlob lill-awtorità ġudizzjarja rilevanti biex tagħmel dan, biex ikun evitat ir-riskju ta' ħsara serja.
Fir-rigward tal-punti (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu, il-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali għandu jkollhom ukoll is-setgħat ta' infurzar stabbiliti f'dawk il-punti fir-rigward tal-persuni l-oħra msemmija fil-paragrafu 1 għal nuqqas ta' konformità ma' xi ordni maħruġa lilhom skont dak il-paragrafu. Dawn għandhom jeżerċitaw dawk is-setgħat ta' infurzar biss wara li jkunu pprovdew lil dawk il-persuni l-oħra fi żmien xieraq l-informazzjoni rilevanti kollha relatata ma' dawn l-ordnijiet, inkluż il-perjodu ta' żmien applikabbli, il-multi jew il-pagamenti perjodiċi li jistgħu jiġu imposti għal nuqqas ta' konformità, u l-possibbiltajiet ta' rimedju.
Fir-rigward tal-punti (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu, il-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali għandu jkollhom ukoll is-setgħat ta' infurzar stabbiliti f'dawk il-punti fir-rigward tal-persuni l-oħra msemmija fil-paragrafu 1 għal nuqqas ta' konformità ma' xi ordni maħruġa lilhom skont dak il-paragrafu. Dawn għandhom jeżerċitaw dawk is-setgħat ta' infurzar biss wara li jkunu pprovdew lil dawk il-persuni l-oħra fi żmien xieraq l-informazzjoni rilevanti kollha relatata ma' dawn l-ordnijiet, inkluż il-perjodu ta' żmien applikabbli, il-multi jew il-pagamenti perjodiċi li jistgħu jiġu imposti għal nuqqas ta' konformità, u l-possibbiltajiet ta' rimedju.
Emenda 388 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 3 – parti introduttorja
3. Meta jkun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħhom, il-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali għandu jkollhom ukoll, fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi intermedjarji fil-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru tagħhom, meta jkunu ġew eżawriti s-setgħat l-oħra kollha skont dan l-Artikolu li jwasslu għall-waqfien ta' ksur, il-ksur jippersisti u jikkawża ħsara serja li ma tistax tkun evitata bl-eżerċizzju ta' setgħat oħra disponibbli skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali, is-setgħa li jieħdu l-miżuri li ġejjin:
3. Meta jkun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħhom, il-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali għandu jkollhom ukoll, fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi intermedjarji fil-ġuriżdizzjoni tal-Istat Membru tagħhom, meta jkunu ġew eżawriti s-setgħat l-oħra kollha skont dan l-Artikolu li jwasslu għall-waqfien ta' ksur, il-ksur jippersisti jew jiġi ripetut kontinwament u jikkawża ħsara serja li ma tistax tkun evitata bl-eżerċizzju ta' setgħat oħra disponibbli skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali, is-setgħa li jieħdu l-miżuri li ġejjin:
Emenda 389 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 3 – punt a
(a) jeżiġu li l-korp maniġerjali tal-fornituri, fi żmien raġonevoli, jeżamina s-sitwazzjoni, jadotta u jippreżenta pjan ta' azzjoni li jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa biex jintemm il-ksur, jiżgura li l-fornitur jieħu dawk il-miżuri, u jirrapporta dwar il-miżuri meħuda;
(a) jeżiġu li l-korp maniġerjali tal-fornituri, fi żmien raġonevoli, li fi kwalunkwe każ ma għandux jaqbeż it-tliet xhur, jeżamina s-sitwazzjoni, jadotta u jippreżenta pjan ta' azzjoni li jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa biex jintemm il-ksur, jiżgura li l-fornitur jieħu dawk il-miżuri, u jirrapporta dwar il-miżuri meħuda;
Emenda 390 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 3 – punt b
(b) meta l-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali jidhirlu li l-fornitur ma kkonformax biżżejjed mar-rekwiżiti tal-ewwel inċiż, li l-ksur għadu qed jippersisti u jikkawża ħsara serja, u li l-ksur jinvolvi reat kriminali serju li jinvolvi theddida għall-ħajja jew għas-sigurtà tal-persuni, jitlob lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti ta' dak l-Istat Membru tordna r-restrizzjoni temporanja tal-aċċess tar-riċevituri tas-servizz ikkonċernat mill-ksur jew, biss meta dan ma jkunx fattibbli teknikament, għall-interfaċċa online tal-fornitur tas-servizzi intermedjarji li fuqhom iseħħ il-ksur.
(b) meta l-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali jidhirlu li l-fornitur ma kkonformax mar-rekwiżiti tal-ewwel inċiż, li l-ksur għadu qed jippersisti jew jiġi ripetut kontinwament u jikkawża ħsara serja, u li l-ksur jinvolvi reat kriminali serju li jinvolvi theddida għall-ħajja jew għas-sigurtà tal-persuni, jitlob lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti ta' dak l-Istat Membru tordna r-restrizzjoni temporanja tal-aċċess tar-riċevituri tas-servizz ikkonċernat mill-ksur jew, biss meta dan ma jkunx fattibbli teknikament, għall-interfaċċa online tal-fornitur tas-servizzi intermedjarji li fuqhom iseħħ il-ksur.
6a. Il-Kummissjoni għandha tippubblika linji gwida sa [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] dwar is-setgħat tal-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali u l-proċeduri applikabbli għalihom.
Emenda 392 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 2
2. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli u dwar dawk il-miżuri, u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kull emenda sussegwenti li taffettwahom.
2. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Bord dwar dawk ir-regoli u dwar dawk il-miżuri, u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kull emenda sussegwenti li taffettwahom.
Emenda 393 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 3
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ammont massimu ta' penali imposti għal nuqqas ta' konformità mal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament ma għandux jaqbeż is-6 % tal-introjtu jew tal-fatturat annwali tal-fornitur tas-servizzi intermedjarji kkonċernat. Il-penali għall-għoti ta' informazzjoni skorretta, mhux kompluta jew qarrieqa, għan-nuqqas ta' tweġiba jew rettifika ta' informazzjoni skorretta, mhux kompluta jew qarrieqa u għan-nuqqas ta' sottomissjoni għal spezzjoni fuq il-post ma għandhomx jaqbżu l-1 % tal-introjtu jew tal-fatturat annwali tal-fornitur ikkonċernat.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ammont massimu ta' penali imposti għal nuqqas ta' konformità mal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament ma għandux jaqbeż is-6 % tal-fatturat annwali dinji tal-fornitur tas-servizzi intermedjarji kkonċernat. Il-penali għall-għoti ta' informazzjoni skorretta, mhux kompluta jew qarrieqa, għan-nuqqas ta' tweġiba jew rettifika ta' informazzjoni skorretta, mhux kompluta jew qarrieqa u għan-nuqqas ta' sottomissjoni għal spezzjoni fuq il-post ma għandhomx jaqbżu l-1 % tal-fatturat annwali dinji tal-fornitur ikkonċernat.
Emenda 394 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 4
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ammont massimu ta' pagament perjodiku ta' penali ma għandux jaqbeż il-5 % tal-fatturat medju ta' kuljum tal-fornitur tas-servizzi intermedjarji kkonċernat fis-sena finanzjarja preċedenti għal kull jum, ikkalkulat mid-data speċifikata fid-deċiżjoni kkonċernata.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ammont massimu ta' pagament perjodiku ta' penali ma għandux jaqbeż il-5 % tal-fatturat medju dinji ta' kuljum tal-fornitur tas-servizzi intermedjarji kkonċernat fis-sena finanzjarja preċedenti għal kull jum, ikkalkulat mid-data speċifikata fid-deċiżjoni kkonċernata.
4a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji li joħorġu l-ordnijiet skont l-Artikoli 8 u 9 għandhom jimponu penali jew multi f'konformità ma' dan l-Artikolu.
Emenda 396 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 1
Ir-riċevituri tas-servizz għandu jkollhom id-dritt li jressqu lment kontra l-fornituri tas-servizzi intermedjarji biex jallegaw ksur ta' dan ir-Regolament mal-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-Istat Membru fejn jirrisjedi jew ikun stabbilit ir-riċevitur. Il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali għandu jivvaluta l-ilment u, meta xieraq, jgħaddih lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment. Meta l-ilment ikun fir-responsabbiltà ta' awtorità kompetenti oħra fl-Istat Membru tiegħu, il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali li jirċievi l-ilment għandu jgħaddih lil dik l-awtorità.
1. Ir-riċevituri tas-servizz, għandu jkollhom id-dritt li jressqu lment kontra l-fornituri tas-servizzi intermedjarji biex jallegaw ksur ta' dan ir-Regolament mal-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-Istat Membru fejn jirrisjedi jew ikun stabbilit ir-riċevitur. Matul dawn il-proċedimenti, iż-żewġ partijiet għandu jkollhom id-dritt li jinstemgħu u jirċievu informazzjoni xierqa dwar l-istatus tal-proċedimenti. Il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali għandu jivvaluta l-ilment u, meta xieraq, jgħaddih lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment mingħajr dewmien żejjed. Meta l-ilment ikun fir-responsabbiltà ta' awtorità kompetenti oħra fl-Istat Membru tiegħu, il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali li jirċievi l-ilment għandu jgħaddih lil dik l-awtorità mingħajr dewmien żejjed.
1a. Malli jirċievi l-ilment, trażmess skont il-paragrafu 1, il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment għandu jivvaluta l-kwistjoni fil-ħin u għandu jinforma fi żmien sitt xhur lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-Istat Membru fejn jirrisjedi jew huwa stabbilit ir-riċevitur jekk beħsiebu jipproċedi b'investigazzjoni. Jekk jiftaħ investigazzjoni, għandu jipprovdi aġġornament mill-inqas kull tliet xhur. Konsegwentement, il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-Istat Membru fejn jirrisjedi jew ikun stabbilit ir-riċevitur għandu jinforma lir-riċevitur.
Emenda 398 Proposta għal regolament Artikolu 43a (ġdid)
Artikolu 43a
Kumpens
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5, ir-riċevituri tas-servizz għandu jkollhom id-dritt li jfittxu, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni u nazzjonali rilevanti, kumpens mingħand il-fornituri ta' servizzi intermedjarji, kontra kwalunkwe dannu jew telf dirett imġarrab minħabba ksur mill-fornituri tas-servizzi intermedjarji tal-obbligi stabbiliti skont dan ir-Regolament.
Emenda 399 Proposta għal regolament Artikolu 44 – paragrafu 1
1. Il-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali għandhom ifasslu rapport annwali dwar l-attivitajiet tagħhom skont dan ir-Regolament. Ir-rapporti annwali għandhom jagħmluhom disponibbli għall-pubbliku, u għandhom jikkomunikawhom lill-Kummissjoni u lill-Bord.
1. Il-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali għandhom ifasslu rapport annwali dwar l-attivitajiet tagħhom skont dan ir-Regolament. Ir-rapporti annwali għandhom jagħmluhom f'format standardizzat u li jinqara mill-magni disponibbli għall-pubbliku, u għandhom jikkomunikawhom lill-Kummissjoni u lill-Bord.
Emenda 400 Proposta għal regolament Artikolu 44 – paragrafu 2 – punt a
(a) l-għadd u s-suġġett tal-ordnijiet għal azzjoni kontra kontenut illegali u tal-ordnijiet għal għoti tal-informazzjoni maħruġa f'konformità mal-Artikoli 8 u 9 minn xi awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva nazzjonali tal-Istat Membru tal-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali kkonċernat;
(a) l-għadd u s-suġġett tal-ordnijiet għal azzjoni kontra kontenut illegali u tal-ordnijiet għal għoti tal-informazzjoni maħruġa f'konformità mal-Artikoli 8 u 9 minn xi awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva nazzjonali tal-Istat Membru tal-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali kkonċernat, inkluża informazzjoni dwar l-isem tal-awtorità emittenti, l-isem tal-fornitur u t-tip ta' azzjoni speċifikata fl-ordni, kif ukoll ġustifikazzjoni li l-ordni tikkonforma mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/31/KE;
Emenda 401 Proposta għal regolament Artikolu 44 – paragrafu 2 – punt b
(b) l-effetti mogħtija lil dawk l-ordnijiet, kif ikkomunikati lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali skont l-Artikoli 8 u 9.
(b) l-effetti mogħtija lil dawk l-ordnijiet, kif ikkomunikati lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali skont l-Artikoli 8 u 9, in-numru ta' appelli li saru kontra dawn l-ordnijiet, kif ukoll l-eżitu tal-appelli.
2a. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku rapport biennali li janalizza r-rapporti annwali, ikkomunikat skont il-paragrafu 1 u għandha tippreżentah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Meta l-Bord ikollu raġunijiet biex jissuspetta li fornitur tas-servizzi intermedjarji jkun kiser dan ir-Regolament b'mod li jinvolvi mill-inqas tliet Stati Membri, dan jista' jirrakkomanda lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment biex jivvaluta l-kwistjoni u jieħu l-miżuri investigattivi u ta' infurzar meħtieġa biex jiżgura l-konformità ma' dan ir-Regolament.
Meta l-Bord ikollu raġunijiet biex jissuspetta li fornitur tas-servizzi intermedjarji jkun kiser dan ir-Regolament b'mod li jinvolvi mill-inqas tliet Stati Membri, dan għandu jitlob lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment biex jivvaluta l-kwistjoni u jieħu l-miżuri investigattivi u ta' infurzar meħtieġa biex jiżgura l-konformità ma' dan ir-Regolament.
Emenda 404 Proposta għal regolament Artikolu 45 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. Talba jew rakkomandazzjoni skont il-paragrafu 1 għandha mill-inqas tindika:
2. Talba skont il-paragrafu 1 għandha mill-inqas tindika:
2a. Talba skont il-paragrafu 1 għandha fl-istess ħin tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni. Fejn il-Kummissjoni temmen li t-talba mhijiex ġustifikata jew fejn il-Kummissjoni bħalissa qed tieħu azzjoni dwar l-istess kwistjoni, il-Kummissjoni tista' titlob li t-talba tiġi rtirata.
Emenda 406 Proposta għal regolament Artikolu 45 – paragrafu 3
3. Il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment għandu jqis it-talba jewir-rakkomandazzjoni bl-akbar reqqa skont il-paragrafu 1. Meta jidhirlu li ma hemmx biżżejjed informazzjoni biex jaġixxi fuq it-talba jewir-rakkomandazzjoni u jkollu raġunijiet biex iqis li l-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali li bagħat it-talba, jew il-Bord, jista' jipprovdi informazzjoni addizzjonali, dan jista' jitlob din l-informazzjoni. Il-perjodu ta' żmien stabbilit fil-paragrafu 4 għandu jiġi sospiż sakemm tingħata dik l-informazzjoni addizzjonali.
3. Il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment għandu jqis it-talba bl-akbar reqqa skont il-paragrafu 1. Meta jidhirlu li ma hemmx biżżejjed informazzjoni biex jaġixxi fuq it-talba u jkollu raġunijiet biex iqis li l-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali li bagħat it-talba, jew il-Bord, jista' jipprovdi informazzjoni addizzjonali, dan jista' jitlob din l-informazzjoni. Il-perjodu ta' żmien stabbilit fil-paragrafu 4 għandu jiġi sospiż sakemm tingħata dik l-informazzjoni addizzjonali.
Emenda 407 Proposta għal regolament Artikolu 45 – paragrafu 4
4. Il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment għandu, mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ sa mhux aktar tard minn xahrejn mill-wasla tat-talba jew tar-rakkomandazzjoni, jikkomunika lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali li bagħat it-talba, jew lill-Bord, il-valutazzjoni tiegħu tas-suspettat ksur, jew il-valutazzjoni ta' xi awtorità kompetenti oħra skont il-liġi nazzjonali meta rilevanti, u spjegazzjoni ta' kull miżura investigatorja jew ta' infurzar meħuda jew prevista b'rabta ma' dan biex tkun żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament.
4. Il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment għandu, mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ sa mhux aktar tard minn xahar mill-wasla tat-talba, jikkomunika lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali li bagħat it-talba, jew lill-Bord, il-valutazzjoni tiegħu tas-suspettat ksur, jew il-valutazzjoni ta' xi awtorità kompetenti oħra skont il-liġi nazzjonali meta rilevanti, u spjegazzjoni ta' kull miżura investigatorja jew ta' infurzar meħuda jew prevista b'rabta ma' dan biex tkun żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament.
Emenda 408 Proposta għal regolament Artikolu 45 – paragrafu 5
5. Meta l-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali li bagħat it-talba jew, meta xieraq, il-Bord, ma jkunx irċieva tweġiba fil-perjodu ta' żmien stabbilit fil-paragrafu 4 jew meta ma jkunx jaqbel mal-valutazzjoni tal-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment, dan jista' jirreferi l-kwistjoni lill-Kummissjoni, billi jipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi mill-inqas it-talba jew ir-rakkomandazzjoni mibgħuta lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment, kull informazzjoni addizzjonali pprovduta skont il-paragrafu 3 u l-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 4.
5. Meta l-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali li bagħat it-talba jew, meta xieraq, il-Bord, ma jkunx irċieva tweġiba fil-perjodu ta' żmien stabbilit fil-paragrafu 4 jew meta ma jkunx jaqbel mal-valutazzjoni tal-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment, dan jista' jirreferi l-kwistjoni lill-Kummissjoni, billi jipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi mill-inqas it-talba mibgħuta lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment, kull informazzjoni addizzjonali pprovduta skont il-paragrafu 3 u l-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 4.
Emenda 409 Proposta għal regolament Artikolu 45 – paragrafu 7
7. Meta, skont il-paragrafu 6, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-valutazzjoni jew il-miżuri investigattivi jew ta' infurzar meħuda jew previsti skont il-paragrafu 4 huma inkompatibbli ma' dan ir-Regolament, din għandha titlob lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment biex jivvaluta aktar il-kwistjoni u jieħu l-miżuri investigattivi jew ta' infurzar meħtieġa biex jiżgura l-konformità ma' dan ir-Regolament, u biex jinfurmah dwar dawk il-miżuri meħuda fi żmien xahrejn minn dik it-talba.
7. Meta, skont il-paragrafu 6, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-valutazzjoni jew il-miżuri investigattivi jew ta' infurzar meħuda jew previsti skont il-paragrafu 4 huma inkompatibbli ma' dan ir-Regolament, din għandha titlob lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment biex jivvaluta aktar il-kwistjoni u jieħu l-miżuri investigattivi jew ta' infurzar meħtieġa biex jiżgura l-konformità ma' dan ir-Regolament, u biex jinfurmah dwar dawk il-miżuri meħuda fi żmien xahrejn minn dik it-talba. Din l-informazzjoni għandha tiġi trażmessa wkoll lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali jew lill-Bord li jkun beda l-proċedimenti skont il-paragrafu 1.
Dawn l-investigazzjonijiet konġunti huma mingħajr preġudizzju għall-kompiti u s-setgħat tal-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali parteċipanti u r-rekwiżiti applikabbli għat-twettiq ta' dawk il-kompiti u l-eżerċitar ta' dawk is-setgħat previsti f'dan ir-Regolament. Il-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali parteċipanti għandhom jagħmlu r-riżultati tal-investigazzjonijiet konġunti disponibbli għal Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali oħra, għall-Kummissjoni u għall-Bord bis-sistema prevista fl-Artikolu 67 għat-twettiq tal-kompiti rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament.
1a. Meta Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment ikollu raġunijiet biex jissuspetta li fornitur ta' servizzi intermedjarji jkun kiser dan ir-Regolament b'mod li jinvolvi mill-inqas Stat Membru ieħor, huwa jista' jipproponi lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tad-destinazzjoni kkonċernat biex iniedi investigazzjoni konġunta. L-investigazzjoni konġunta għandha tkun ibbażata fuq ftehim bejn l-Istati Membri kkonċernati.
1b. Fuq talba tal-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tad-destinazzjoni li għandu raġunijiet biex jissuspetta li fornitur ta' servizzi intermedjarji kiser dan ir-Regolament fl-Istat Membru tiegħu, il-Bord jista' jirrakkomanda lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment biex iniedi investigazzjoni konġunta mal-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tad-destinazzjoni kkonċernat. L-investigazzjoni konġunta għandha tkun ibbażata fuq ftehim bejn l-Istati Membri kkonċernati.
Fejn ma jintlaħaqx ftehim fi żmien xahar, l-investigazzjoni konġunta għandha tkun taħt is-superviżjoni tal-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment.
Dawn l-investigazzjonijiet konġunti huma mingħajr preġudizzju għall-kompiti u s-setgħat tal-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali parteċipanti u r-rekwiżiti applikabbli għat-twettiq ta' dawk il-kompiti u l-eżerċitar ta' dawk is-setgħat previsti f'dan ir-Regolament. Il-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali parteċipanti għandhom jagħmlu r-riżultati tal-investigazzjonijiet konġunti disponibbli għal Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali oħra, għall-Kummissjoni u għall-Bord bis-sistema prevista fl-Artikolu 67 għat-twettiq tal-kompiti rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament.
Emenda 413 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 2 – punt b
(b) koordinazzjoni u kontribut għal gwida u analiżi tal-Kummissjoni u tal-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali u ta' awtoritajiet kompetenti oħra dwar kwistjonijiet emerġenti fis-suq intern rigward kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament;
(b) koordinazzjoni u għoti ta' gwida u analiżi lill-Kummissjoni u lill-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali u ta' awtoritajiet kompetenti oħra dwar kwistjonijiet emerġenti fis-suq intern rigward kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament;
Emenda 414 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
(ba) kontribut għall-applikazzjoni effettiva tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/31/KE biex tiġi pprevenuta l-frammentazzjoni tas-suq uniku diġitali;
Emenda 415 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
(ca) kontribut għall-kooperazzjoni effettiva mal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali.
Emenda 416 Proposta għal regolament Artikolu 48 – paragrafu 1
1. Il-Bord għandu jkun magħmul mill-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali, li għandhom ikunu rrappreżentati minn uffiċjali ta' livell għoli. Meta previst mil-liġi nazzjonali, fil-Bord għandhom jipparteċipaw awtoritajiet kompetenti oħra fdati b'responsabbiltajiet operazzjonali speċifiċi għall-applikazzjoni u l-infurzar ta' dan ir-Regolament flimkien mal-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali. Awtoritajiet nazzjonali oħrajn jistgħu jiġu mistiedna għal-laqgħat, meta l-kwistjonijiet diskussi jkunu rilevanti għalihom.
1. Il-Bord għandu jkun magħmul mill-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali, li għandhom ikunu rrappreżentati minn uffiċjali ta' livell għoli. Meta previst mil-liġi nazzjonali, fil-Bord jistgħu jipparteċipaw awtoritajiet kompetenti oħra fdati b'responsabbiltajiet operazzjonali speċifiċi għall-applikazzjoni u l-infurzar ta' dan ir-Regolament flimkien mal-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali. Awtoritajiet nazzjonali oħrajn jistgħu jiġu mistiedna għal-laqgħat, meta l-kwistjonijiet diskussi jkunu rilevanti għalihom. Il-laqgħa għandha titqies valida meta mill-inqas żewġ terzi tal-membri tagħha jkunu preżenti.
1a. Il-Kummissjoni għandha tippresjedi fuq il-Bord. Il-Kummissjoni għandha ssejjaħ il-laqgħat u tħejji l-aġenda f'konformità mal-kompiti tal-Bord skont dan ir-Regolament u mar-regoli ta' proċedura tiegħu.
Emenda 418 Proposta għal regolament Artikolu 48 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. Kull Stat Membru għandu jkollu vot wieħed. Il-Kummissjoni ma għandux ikollha drittijiet tal-vot.
2. Kull Stat Membru għandu jkollu vot wieħed, li għandu jintefa' mill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali. Il-Kummissjoni ma għandux ikollha drittijiet tal-vot.
Emenda 419 Proposta għal regolament Artikolu 48 – paragrafu 3
3. Il-Kummissjoni għandha tippresjedi fuq il-Bord. Il-Kummissjoni għandha ssejjaħ il-laqgħat u tħejji l-aġenda skont il-kompiti tal-Bord f'konformità ma' dan ir-Regolament u mar-regoli ta' proċedura tiegħu.
imħassar
Emendi 420 u 562/REV Proposta għal regolament Artikolu 48 – paragrafu 5
5. Il-Bord jista' jistieden esperti u osservaturi biex jattendu l-laqgħat tiegħu, u jista' jikkoopera ma' korpi, uffiċċji, aġenziji u gruppi konsultattivi oħra tal-Unjoni, kif ukoll ma' esperti esterni kif xieraq. Il-Bord għandu jagħmel ir-riżultati ta' din il-kooperazzjoni disponibbli għall-pubbliku.
5. Il-Bord jista' jistieden esperti u osservaturi biex jattendu l-laqgħat tiegħu, u għandu jikkoopera ma' korpi, uffiċċji, aġenziji u gruppi konsultattivi oħra tal-Unjoni, kif ukoll ma' esperti esterni kif xieraq. Il-Bord għandu jagħmel ir-riżultati ta' din il-kooperazzjoni disponibbli għall-pubbliku.
5a. Il-Bord għandu, fejn xieraq, jikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati u għandu jagħmel ir-riżultati ta' dik il-konsultazzjoni disponibbli għall-pubbliku.
Emenda 422 Proposta għal regolament Artikolu 48 – paragrafu 6
6. Il-Bord għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu, wara l-kunsens tal-Kummissjoni.
6. Il-Bord għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu stess b'maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu, wara l-kunsens tal-Kummissjoni.
Emenda 423 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca) joħroġ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 13a;
Emenda 424 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt d
(d) jagħti parir lill-Kummissjoni biex tieħu l-miżuri msemmija fl-Artikolu 51 u, meta mitlub mill-Kummissjoni, jadotta opinjonijiet dwar abbozz ta' miżuri tal-Kummissjoni li jikkonċernaw lil pjattaformi online kbar ħafna f'konformità ma' dan ir-Regolament;
(d) jagħti parir lill-Kummissjoni biex tieħu l-miżuri msemmija fl-Artikolu 51 u jadotta opinjonijiet dwar abbozz ta' miżuri tal-Kummissjoni li jikkonċernaw lil pjattaformi online kbar ħafna f'konformità ma' dan ir-Regolament;
Emenda 425 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
(da) jissorvelja l-konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-miżuri meħuda minn Stat Membru li jirrestrinġu l-libertà li jiġu pprovduti servizzi ta' fornituri ta' servizzi intermedjarji minn Stat Membru ieħor u jiżgura li dawk il-miżuri jkunu strettament meħtieġa u ma jirrestrinġux l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;
Emenda 426 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt e
(e) jappoġġja u jippromwovi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' standards, linji gwida, rapporti, mudelli u kodiċi ta' kondotta Ewropej kif previst f'dan ir-Regolament, kif ukoll l-identifikazzjoni ta' kwistjonijiet emerġenti, fir-rigward ta' kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament.
(e) jappoġġja u jippromwovi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' standards, linji gwida, rapporti, mudelli u kodiċi ta' kondotta Ewropej f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kif previst f'dan ir-Regolament, inkluż billi joħroġ opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet jew pariri dwar kwistjonijiet relatati mal-Artikolu 34, kif ukoll l-identifikazzjoni ta' kwistjonijiet emerġenti, fir-rigward ta' kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament.
Emenda 427 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 2
2. Il-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali u awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra li ma jimxux mal-opinjonijiet, mat-talbiet jew mar-rakkomandazzjonijiet indirizzati lilhom adottati mill-Bord għandhom jipprovdu r-raġunijiet għal din l-għażla meta jirrapportaw skont dan ir-Regolament jew meta jadottaw id-deċiżjonijiet rilevanti tagħhom, kif xieraq.
2. Il-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali u awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra li ma jimxux mal-opinjonijiet, mat-talbiet jew mar-rakkomandazzjonijiet indirizzati lilhom adottati mill-Bord għandhom jipprovdu r-raġunijiet għal din l-għażla u spjegazzjoni dwar l-investigazzjonijiet, l-azzjonijiet u l-miżuri li jkunu implimentaw meta jirrapportaw skont dan ir-Regolament jew meta jadottaw id-deċiżjonijiet rilevanti tagħhom, kif xieraq.
Emenda 428 Proposta għal regolament Artikolu 49a (ġdid)
Artikolu 49a
Rapporti
1. Il-Bord għandu jfassal rapport annwali dwar l-attivitajiet tiegħu. Ir-rapport għandu jsir pubbliku u jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.
2. Ir-rapport annwali għandu jinkludi, fost informazzjoni oħra, rieżami tal-applikazzjoni prattika tal-opinjonijiet, il-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet, il-pariri u kwalunkwe miżura oħra meħuda skont l-Artikolu 49(1).
Il-Kummissjoni li taġixxi b'inizjattiva tagħha stess, jew il-Bord li jaġixxi b'inizjattiva tiegħu stess jew wara talba ta' mill-inqas tliet Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali tad-destinazzjoni, jistgħu, meta jkollhom raġunijiet biex jissuspettaw li pjattaforma online kbira ħafna kisret xi waħda minn dawk id-dispożizzjonijiet, jirrakkomandaw lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment biex jinvestiga s-suspettat ksur ħalli l-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali jadotta din id-deċiżjoni f'perjodu ta' żmien raġonevoli.
Il-Kummissjoni li taġixxi b'inizjattiva tagħha stess, jew il-Bord li jaġixxi b'inizjattiva tiegħu stess jew wara talba ta' mill-inqas tliet Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali tad-destinazzjoni, jistgħu, meta jkollhom raġunijiet biex jissuspettaw li pjattaforma online kbira ħafna kisret xi waħda mid-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu III, jirrakkomandaw lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment biex jinvestiga s-suspettat ksur ħalli l-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali jadotta din id-deċiżjoni f'perjodu ta' żmien raġonevoli u mhux aktar tard minn tliet xhur.
Emenda 430 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 2
2. Meta jikkomunika d-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 lill-pjattaforma online kbira ħafna kkonċernata, il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment għandu jitlobha tfassal u tikkomunika pjan ta' azzjoni lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment, lill-Kummissjoni u lill-Bord, fi żmien xahar minn dik id-deċiżjoni, li jkun jispeċifika kif dik il-pjattaforma beħsiebha ttemm jew tirrimedja l-ksur. Il-miżuri stabbiliti fil-pjan ta' azzjoni jistgħu jinkludu, meta xieraq, il-parteċipazzjoni f'kodiċi ta' kondotta kif previst fl-Artikolu 35.
2. Meta jikkomunika d-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 lill-pjattaforma online kbira ħafna kkonċernata, il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment għandu jitlobha tfassal u tikkomunika pjan ta' azzjoni lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment, lill-Kummissjoni u lill-Bord, fi żmien xahar minn dik id-deċiżjoni, li jkun jispeċifika kif dik il-pjattaforma beħsiebha ttemm jew tirrimedja l-ksur. Il-miżuri stabbiliti fil-pjan ta' azzjoni jistgħu jirrakkomandaw, meta xieraq, il-parteċipazzjoni f'kodiċi ta' kondotta kif previst fl-Artikolu 35.
Emenda 431 Proposta għal regolament Artikolu 51 – titolu
Intervent mill-Kummissjoni u ftuħ ta' proċedimenti
Ftuħ ta' proċedimenti mill-Kummissjoni
Emenda 432 Proposta għal regolament Artikolu 51 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skont ir-rakkomandazzjoni tal-Bord jew b'inizjattiva tagħha stess wara li tikkonsulta lill-Bord, tista' tibda proċedimenti fid-dawl tal-adozzjoni possibbli ta' deċiżjonijiet skont l-Artikoli 58 u 59 fir-rigward tal-imġiba rilevanti mill-pjattaforma online kbira ħafna li hi:
1. Il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skont ir-rakkomandazzjoni tal-Bord jew b'inizjattiva tagħha stess wara li tikkonsulta lill-Bord, għandha tibda proċedimenti fid-dawl tal-adozzjoni possibbli ta' deċiżjonijiet skont l-Artikoli 58 u 59 fir-rigward tal-imġiba rilevanti mill-pjattaforma online kbira ħafna li hi:
Emenda 433 Proposta għal regolament Artikolu 51 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li tibda proċedimenti skont il-paragrafu 1, din għandha tinnotifika lill-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali kollha, lill-Bord u lill-pjattaforma online kbira ħafna kkonċernata.
2. Meta l-Kummissjoni tibda proċedimenti skont il-paragrafu 1, din għandha tinnotifika lill-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali kollha, lill-Bord u lill-pjattaforma online kbira ħafna kkonċernata.
Emenda 434 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 1
1. Biex twettaq il-kompiti assenjati lilha skont din it-Taqsima, il-Kummissjoni tista', b'talba sempliċi jew b'deċiżjoni, titlob lill-pjattaformi online kbar ħafna kkonċernati, u lil xi persuni oħra li jaġixxu għal finijiet relatati mal-kummerċ, man-negozju, mas-sengħa jew mal-professjoni tagħhom li jaf b'mod raġonevoli ikollhom konoxxenza ta' informazzjoni relatata mal-ksur jew mas-suspettat ksur, kif applikabbli, inkluż l-organizzazzjonijiet li jwettqu l-awditi msemmija fl-Artikoli 28 u 50(3), biex jipprovdu din l-informazzjoni fi żmien raġonevoli.
1. Biex twettaq il-kompiti assenjati lilha skont din it-Taqsima, il-Kummissjoni tista', b'talba motivata jew b'deċiżjoni, tirrikjedi lill-pjattaformi online kbar ħafna kkonċernati, lir-rappreżentanti legali tagħhom, u lil xi persuni oħra li jaġixxu għal finijiet relatati mal-kummerċ, man-negozju, mas-sengħa jew mal-professjoni tagħhom li jaf b'mod raġonevoli jkollhom konoxxenza ta' informazzjoni relatata mal-ksur jew mas-suspettat ksur, kif applikabbli, inkluż l-organizzazzjonijiet li jwettqu l-awditi msemmija fl-Artikoli 28 u 50(3), biex jipprovdu din l-informazzjoni fi żmien raġonevoli.
3a. L-għan tat-talba għandu jinkludi raġunament dwar għaliex u kif l-informazzjoni hija meħtieġa u proporzjonata għall-objettiv segwit u għaliex ma tistax tiġi riċevuta b'mezzi oħra.
Emenda 436 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 4
4. Is-sidien tal-pjattaforma online kbira ħafna kkonċernata jew persuna oħra msemmija fl-Artikolu 52(1) jew ir-rappreżentanti tagħhom u, fil-każ ta' persuni ġuridiċi, kumpaniji jew ditti, jew meta ma jkollhom l-ebda personalità ġuridika, il-persuni awtorizzati biex jirrappreżentawhom bil-liġi jew bil-kostituzzjoni tagħhom għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba f'isem il-pjattaforma online kbira ħafna kkonċernata jew persuna oħra msemmija fl-Artikolu 52(1). Avukati debitament awtorizzati li jaġixxu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni f'isem il-klijenti tagħhom. Dawn tal-aħħar għandhom jibqgħu responsabbli b'mod sħiħ jekk l-informazzjoni mogħtija tkun mhux kompluta, skorretta jew qarrieqa.
4. Is-sidien tal-pjattaforma online kbira ħafna kkonċernata jew persuna oħra msemmija fl-Artikolu 52(1) jew ir-rappreżentanti tagħhom u, fil-każ ta' persuni ġuridiċi, kumpaniji jew ditti, jew meta ma jkollhom l-ebda personalità ġuridika, il-persuni awtorizzati biex jirrappreżentawhom bil-liġi jew bil-kostituzzjoni tagħhom għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba f'isem il-pjattaforma online kbira ħafna kkonċernata jew persuna oħra msemmija fl-Artikolu 52(1).
Emenda 437 Proposta għal regolament Artikolu 55 – paragrafu 1
1. Fil-kuntest ta' proċedimenti li jistgħu jwasslu għall-adozzjoni ta' deċiżjoni ta' nuqqas ta' konformità skont l-Artikolu 58(1), meta jkun hemm urġenza minħabba r-riskju ta' ħsara serja għar-riċevituri tas-servizz, il-Kummissjoni tista' tordna miżuri interim, b'deċiżjoni, kontra l-pjattaforma online kbira ħafna kkonċernata abbażi ta' konstatazzjoni prima facie ta' ksur.
1. Fil-kuntest ta' proċedimenti li jistgħu jwasslu għall-adozzjoni ta' deċiżjoni ta' nuqqas ta' konformità skont l-Artikolu 58(1), meta jkun hemm urġenza minħabba r-riskju ta' ħsara serja għar-riċevituri tas-servizz, il-Kummissjoni tista' tordna miżuri interim proporzjonati, b'deċiżjoni, f'konformità mad-drittijiet fundamentali kontra l-pjattaforma online kbira ħafna kkonċernata abbażi ta' konstatazzjoni prima facie ta' ksur.
Emenda 438 Proposta għal regolament Artikolu 56 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. Meta tintalab jew b'inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni tista' tiftaħ mill-ġdid il-proċedimenti meta:
2. Il-Kummissjoni għandha tiftaħ mill-ġdid il-proċedimenti meta:
Emenda 439 Proposta għal regolament Artikolu 58 – paragrafu 1 – punt b
(b) il-miżuri interim ordnati skont l-Artikolu 55;
(b) il-miżuri interim ordnati skont l-Artikolu 55; jew
Emenda 440 Proposta għal regolament Artikolu 58 – paragrafu 3
3. Fid-deċiżjoni adottata skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tordna lill-pjattaforma online kbira ħafna kkonċernata tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura l-konformità mad-deċiżjoni skont il-paragrafu 1 fi żmien raġonevoli u biex tipprovdi informazzjoni dwar il-miżuri li dik il-pjattaforma beħsiebha tieħu biex tikkonforma mad-deċiżjoni.
3. Fid-deċiżjoni adottata skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tordna lill-pjattaforma online kbira ħafna kkonċernata tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura l-konformità mad-deċiżjoni skont il-paragrafu 1 fi żmien xahar u biex tipprovdi informazzjoni dwar il-miżuri li dik il-pjattaforma beħsiebha tieħu biex tikkonforma mad-deċiżjoni.
Emenda 441 Proposta għal regolament Artikolu 58 – paragrafu 5
5. Meta l-Kummissjoni ssib li l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma jkunux ġew issodisfati, din għandha tagħlaq l-investigazzjoni b'deċiżjoni.
5. Meta l-Kummissjoni ssib li l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma jkunux ġew issodisfati, din għandha tagħlaq l-investigazzjoni b'deċiżjoni. Id-deċiżjoni għandha tapplika b'effett immedjat.
Emenda 442 Proposta għal regolament Artikolu 59 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Fid-deċiżjoni skont l-Artikolu 58, il-Kummissjoni tista' timponi multi fuq il-pjattaforma online kbira ħafna kkonċernata li ma jkunux jaqbżu s-6 % tal-fatturat totali tagħha fis-sena finanzjarja preċedenti meta ssib li dik il-pjattaforma, intenzjonalment jew b'negliġenza:
1. Fid-deċiżjoni skont l-Artikolu 58, il-Kummissjoni tista' timponi multi fuq il-pjattaforma online kbira ħafna kkonċernata li ma jkunux jaqbżu s-6 % tal-fatturat globali totali tagħha fis-sena finanzjarja preċedenti meta ssib li l-pjattaforma, intenzjonalment jew b'negliġenza:
Emenda 443 Proposta għal regolament Artikolu 59 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. Il-Kummissjoni tista' timponi multi b'deċiżjoni fuq il-pjattaforma online kbira ħafna kkonċernata jew fuq persuna oħra msemmija fl-Artikolu 52(1) li ma jkunux jaqbżu l-1 % tal-fatturat totali fis-sena finanzjarja preċedenti, meta din intenzjonalment jew b'negliġenza:
2. Il-Kummissjoni tista' timponi multi b'deċiżjoni u f'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità fuq il-pjattaforma online kbira ħafna kkonċernata jew fuq persuna oħra msemmija fl-Artikolu 52(1) li ma jkunux jaqbżu l-1 % tal-fatturat totali dinji fis-sena finanzjarja preċedenti, meta din intenzjonalment jew b'negliġenza:
Emenda 444 Proposta għal regolament Artikolu 59 – paragrafu 4
4. Meta tiffissa l-ammont tal-multa, il-Kummissjoni għandha tqis in-natura, il-gravità, it-tul ta' żmien u r-rikorrenza tal-ksur u, għall-multi imposti skont il-paragrafu 2, id-dewmien ikkawżat lill-proċedimenti.
4. Meta tiffissa l-ammont tal-multa, il-Kummissjoni għandha tqis in-natura, il-gravità, it-tul ta' żmien u r-rikorrenza tal-ksur kwalunkwe multa maħruġa skont l-Artikolu 42 għall-istess ksur u, għall-multi imposti skont il-paragrafu 2, id-dewmien ikkawżat lill-proċedimenti.
Emenda 445 Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Il-Kummissjoni tista' timponi pagamenti perjodiċi ta' penali b'deċiżjoni fuq il-pjattaforma online kbira ħafna kkonċernata jew fuq persuna oħra msemmija fl-Artikolu 52(1), kif applikabbli, li ma jkunux jaqbżu l-5 % tal-fatturat medju ta' kuljum fis-sena finanzjarja preċedenti għal kull jum, ikkalkulati mid-data maħtura bid-deċiżjoni, biex iġġegħelha:
1. Il-Kummissjoni tista' timponi pagamenti perjodiċi ta' penali b'deċiżjoni fuq il-pjattaforma online kbira ħafna kkonċernata jew fuq persuna oħra msemmija fl-Artikolu 52(1), kif applikabbli, li ma jkunux jaqbżu l-5 % tal-fatturat medju dinji ta' kuljum fis-sena finanzjarja preċedenti għal kull jum, ikkalkulati mid-data maħtura bid-deċiżjoni, biex iġġegħelha:
Emenda 446 Proposta għal regolament Artikolu 64 – paragrafu 1
1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-deċiżjonijiet li tadotta skont l-Artikoli 55(1), 56(1), 58, 59 u 60. Din il-pubblikazzjoni għandha tiddikjara l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut ewlieni tad-deċiżjoni, inkluż kull penali impost.
1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-deċiżjonijiet li tadotta skont l-Artikoli 55(1), 56(1), 58, 59 u 60. Din il-pubblikazzjoni għandha tiddikjara l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut ewlieni tad-deċiżjoni, inkluż kull penali impost, flimkien, fejn possibbli u ġustifikat, ma' dokumenti mhux kunfidenzjali jew forom oħra ta' informazzjoni li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni.
Qabel ma tagħmel din it-talba lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-partijiet interessati biex jissottomettu osservazzjonijiet bil-miktub fi żmien li ma għandux ikun inqas minn ġimagħtejn, ħalli jiddeskrivu l-miżuri li jkun beħsiebhom jitolbu u jidentifikaw id-destinatarju jew id-destinatarji intenzjonati tagħhom.
Qabel ma tagħmel din it-talba lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-partijiet interessati biex jissottomettu osservazzjonijiet bil-miktub fi żmien li ma għandux ikun inqas minn erbatax-il jum ta' xogħol, il-miżuri li jkun beħsiebhom jitolbu u jidentifikaw id-destinatarju jew id-destinatarji intenzjonati tagħhom.
Emenda 448 Proposta għal regolament Artikolu 66 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca) l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' standards previsti fl-Artikolu 34.
Emenda 449 Proposta għal regolament Artikolu 68 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2020/XX/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill52, ir-riċevituri tas-servizzi intermedjarji għandu jkollhom id-dritt li jagħtu mandat lil korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni biex teżerċita d-drittijiet imsemmija fl-Artikoli 17, 18 u 19 f'isimhom, diment li l-korp, l-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni tkun tissodisfa kull kundizzjoni li ġejja:
Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2020/1818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill52, ir-riċevituri tas-servizzi intermedjarji għandu jkollhom id-dritt li jagħtu mandat jew lil korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni biex teżerċita d-drittijiet imsemmija fl-Artikoli 8, 12, 13, 14, 15, 17, 18, 19, 43 u 43a f'isimhom, diment li l-korp, l-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni tkun tissodisfa kull kundizzjoni li ġejja:
__________________
__________________
52 [Referenza]
52 [Referenza]
Emenda 450 Proposta għal regolament Artikolu 69 – paragrafu 2
2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 23, 25 u 31 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien mhux determinat minn [id-data tal-adozzjoni mistennija tar-Regolament].
2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 13a, 16, 23, 25 u 31 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal ħames snin minn [id-data tal-adozzjoni mistennija tar-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel jintemm il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal din l-estensjoni sa tliet xhur qabel jintemm kull perjodu.
Emenda 451 Proposta għal regolament Artikolu 69 – paragrafu 3
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 23, 25 u 31 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ il-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 13a, 16, 23, 25 u 31 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ il-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
Emenda 452 Proposta għal regolament Artikolu 69 – paragrafu 5
5. Att delegat adottat skont l-Artikoli 23, 25 u 31 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkun hemm l-ebda oġġezzjoni espressa mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
5. Att delegat adottat skont l-Artikoli 13a, 16, 23, 25 u 31 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkun hemm l-ebda oġġezzjoni espressa mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien erba' xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 453 Proposta għal regolament Artikolu 70 – paragrafu 1
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tas-Servizzi Diġitali. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat tas-Servizzi Diġitali. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Emenda 454 Proposta għal regolament Artikolu 73 – paragrafu 1
1. Sa mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u mbagħad kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tevalwa dan ir-Regolament u tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.
1. Sa mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u mbagħad kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tevalwa dan ir-Regolament u tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan ir-rapport għandu jindirizza b'mod partikolari:
1a. Fejn ikun xieraq, ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun akkumpanjat minn proposta għal emenda ta' dan ir-Regolament.
Emenda 456 Proposta għal regolament Artikolu 73 – paragrafu 3
3. Fit-twettiq tal-evalwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tqis il-pożizzjonijiet u s-sejbiet tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, u ta' korpi jew sorsi rilevanti oħra.
3. Fit-twettiq tal-evalwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tqis il-pożizzjonijiet u s-sejbiet tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, u ta' korpi jew sorsi rilevanti oħra, u tagħti attenzjoni speċifika lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u lill-pożizzjoni tal-kompetituri l-ġodda.
Emenda 457 Proposta għal regolament Artikolu 74 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. Għandu japplika minn [data – tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ].
2. Għandu japplika minn [data - sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ].
Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu. (A9-0356/2021).
Protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport
225k
70k
Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Jannar 2022 lil Kunsill u lil Kummissjoni wara l-investigazzjoni ta' allegazzjonijiet ta' kontravvenzjonijiet u ta' amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport fl-Unjoni u lil hinn minnha (2021/2736(RSP))
– wara li kkunsidra l-Artikoli 13 u 226 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 95/167/KE, Euratom, KEFA tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tad-19 ta' April 1995 dwar id-dispożizzjonijiet dettaljati li jirregolaw l-eżerċizzju tad-dritt ta' inkjesta tal-Parlament Ewropew(1),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2020/1089 tiegħu tad-19 ta' Ġunju 2020 dwar it-twaqqif ta' Kumitat ta' Inkjesta inkarigat biex jinvestiga allegazzjonijiet ta' kontravvenzjoni u ta' amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni fir-rigward tal-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport fl-Unjoni u lil hinn minnha, u d-definizzjoni tar-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni numerika u t-tul tal-mandat tiegħu(2),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati(3),
– wara li kkunsidra l-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Akkwatiċi tal-2015 tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tal-Annimali, il-kapitolu 7.2, it-Trattament Xieraq tal-Ħut Imrobbi Waqt it-Trasport,
– wara li kkunsidra l-linji gwida tal-Pjattaforma tal-UE dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali tat-3 ta' Novembru 2020 dwar il-moviment kummerċjali tal-qtates u tal-klieb bl-art,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' rakkomandazzjoni tal-Kumitat ta' Inkjesta dwar il-Protezzjoni tal-Annimali waqt it-Trasport fl-Unjoni u lil hinn minnha,
– wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Kumitat ta' Inkjesta dwar il-Protezzjoni tal-Annimali waqt it-Trasport fl-Unjoni u lil hinn minnha (A9-0350/2021),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 208(12) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
Sejbiet ġenerali
1. Jisħaq li l-kundizzjonijiet kollha meħtieġa biex jiġi ggarantit it-trattament xieraq tal-annimali waqt it-trasport iridu jiġu żgurati f'kull ħin għall-annimali kollha ttrasportati, irrispettivament mill-ispeċi, l-età, il-kategorija jew il-kundizzjoni fiżika tagħhom, il-mezz tat-trasport użat, it-tul tal-vjaġġ, jew il-post tad-destinazzjoni, inklużi pajjiżi terzi; jinnota li l-bdiewa ġeneralment għandhom interess partikolari li jiżguraw li l-annimali jaslu fid-destinazzjoni tagħhom fl-aħjar kundizzjoni possibbli;
2. Jistieden lill-Kummissjoni tqis ir-rapport u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta' Inkjesta dwar il-Protezzjoni tal-Annimali waqt it-Trasport meta twettaq il-kontroll tal-idoneità tagħha tal-leġiżlazzjoni dwar it-trattament xieraq tal-annimali, b'mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 1/2005;
3. Jisħaq li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha huma konvinti li l-annimali huma ħlejjaq senzjenti bi bżonnijiet speċjali li għandhom jiġu kkunsidrati, f'konformità mal-Artikolu 13 tat-TFUE;
4. Jinnota li kull sena miljuni ta' annimali ħajjin jiġu ttrasportati fi ħdan l-Istati Membri u lejn pajjiżi terzi fuq distanzi twal għat-tgħammir, it-trobbija, it-tismin ulterjuri u l-iskarnar;
5. Jisħaq li ċ-ċittadini tal-UE huma dejjem aktar ħerqana biex jaraw konformità mal-istandards tat-trattament xieraq tal-annimali, b'mod speċjali fit-trasport tal-annimali ħajjin;
6. Jaqbel mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li għalkemm l-UE għandha xi wħud mill-ogħla standards tat-trattament xieraq tal-annimali fid-dinja, dawn mhumiex implimentati b'mod adegwat fl-Istati Membri kollha(4); jisħaq li dawn l-istandards isiru effettivi biss jekk jiġu infurzati bis-sħiħ, implimentati b'mod armonizzat, u jirriflettu l-aħħar għarfien xjentifiku; iqis li jeħtieġ li l-UE żżid l-isforzi tagħha biex tiżgura li t-trattament xieraq tal-annimali waqt it-trasport jiġi rrispettat bis-sħiħ f'kull Stat Membru, f'kull ħin, u minn kull parti kkonċernata, mill-post tal-oriġini sad-destinazzjoni finali; jisħaq li l-prattika ħażina mhijiex preżenti fl-industrija kollha; jirrikonoxxi li t-trasport ta' annimali ħajjin bħalissa għandu rwol essenzjali fid-dimensjoni ekonomika u soċjali ta' xi żoni rurali, b'mod partikolari dawk li fil-biċċa l-kbira tagħhom huma agrikoli, aktar remoti jew depopolati;
7. Jisħaq li l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) irrikonoxxiet in-nuqqas ta' letteratura xjentifika dwar it-trattament xieraq tal-annimali(5) u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-ġenerazzjoni ta' studji xjentifiċi li jżidu l-għarfien u jiffaċilitaw garanziji aħjar tat-trattament xieraq tal-annimali fl-Ewropa;
8. Jisħaq li l-UE jeħtiġilha taħdem biex toħloq il-kundizzjonijiet meħtieġa li jippermettu perjodu ta' tranżizzjoni ġust u adegwat lejn sistema aktar effiċjenti, ekonomika u etika li tiffavorixxi t-trasport ta' semen jew embrijuni fuq stokk għat-tgħammir, u karkassi u laħam aktar milli annimali fi tranżitu lejn l-iskarnar, kull fejn possibbli;
9. Jinnota li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 mhumiex allinjati mal-istrateġija mill-Għalqa sal-Platt u jilqa' l-kontroll tal-idoneità propost mill-Kummissjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE bħala parti mill-istrateġija; jisħaq li r-Regolament (KE) Nru 1/2005 rivedut għandu jiġi allinjat mal-istrateġija mill-Għalqa sal-Platt; jissottolinja li l-mixja lejn is-sostituzzjoni, sa fejn hu possibbli, tat-trasport ta' annimali ħajjin bit-trasport ta' karkassi u prodotti tal-laħam u ta' materjal ġenetiku tkun konformi mal-objettiv ewlieni tal-istrateġija li jinbnew ktajjen tal-provvista tal-ikel qosra aktar reżiljenti u sostenibbli li huma anqas dipendenti mit-trasport fit-tul tal-annimali; iqis, barra minn hekk, li t-trasport ta' prodotti ġerminali, li jieħdu inqas spazju, jista' jnaqqas l-impatt ambjentali f'termini ta' emissjonijiet tas-CO2 u konsum tal-fjuwil; jemmen ukoll li enfasi fuq il-farms żgħar u fuq in-networks reġjonali tal-biċċeriji tista' tikkontribwixxi għat-tnaqqis tat-trasport tal-annimali bħala parti mill-ilħuq tal-għan ta' sistema tal-ikel reżiljenti u sostenibbli li tagħti lill-bdiewa standards ta' għajxien deċenti; jinnota li l-istrateġija mill-Għalqa sal-Platt tfakkar fl-importanza li nimxu lejn konsum tal-ikel aktar tajjeb għas-saħħa, ibbażat fuq il-pjanti, ibbilanċjat u sostenibbli;
10. Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta b'mod urġenti, u mhux aktar tard mill-2023, pjan ta' azzjoni li jidentifika b'mod ċar il-forzi li jmexxu t-trasport tal-annimali u li jipproponi azzjonijiet ta' politika konkreti, inklużi azzjonijiet regolatorji, u li jistabbilixxi skeda ta' żmien u stadji importanti preċiżi, bil-għan li jiġu mmitigati dawk il-forzi, u titnaqqas il-ħtieġa li jiġu ttrasportati annimali ħajjin u li jippermettu s-sostituzzjoni tat-trasport ħaj b'kummerċ kemm jista' jkun ta' laħam, karkassi u materjal ġenetiku; ifakkar fil-ħtieġa li jiġu mminimizzati l-impatti soċjoekonomiċi ta' tali bidla, billi jiġu diretti fondi differenti, inkluż mill-politika agrikola komuni (PAK), għal dan l-objettiv, u billi jiġu pprovduti l-inċentivi korretti biex il-bdiewa u t-trasportaturi jiġu mħeġġa u jkunu permessi jwettqu din it-tranżizzjoni b'mod effiċjenti; jisħaq li t-tranżizzjoni hija possibbli biss jekk tiġi adottata azzjoni multidixxiplinari li tmur lil hinn mir-Regolament (KE) Nru 1/2005 biex tiffaċilita u tappoġġja t-tranżizzjoni, sabiex isseħħ bla xkiel u b'mod soċjalment konxju;
11. Jissottolinja l-vantaġġi tat-trasport ta' materjal ġenetiku (semen u embrijuni) fit-tixrid tat-titjib ġenetiku ta' xi speċijiet; ifakkar, madankollu, li t-trasport tal-annimali jista' jikkontribwixxi għal wirt ġenetiku usa' fil-farms, pereżempju f'pajjiżi terzi, u jinnota li f'xi każijiet, it-tgħammir naturali tal-ispeċijiet u/jew il-linji materni jeħtieġ li jiġu ttrasportati min-nukleu, mill-unitajiet ta' "riproduzzjoni" u minn farms għal farms oħra; ifakkar li dan it-trasport għadu importanti għall-għajxien tal-farms fuq skala żgħira u mmexxija mill-familji fl-UE; jirrimarka, barra minn hekk, li l-PAK u fondi oħra jeħtieġ li jintużaw biex jiġu żviluppati u stimulati teknoloġiji ġodda, u innovazzjonijiet dwar il-ġestjoni u t-trasport ta' materjal ġenetiku u biex jiġu appoġġjati n-nissiela;
12. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji dwar kif għandu jitnaqqas l-għadd ta' stadji tat-trasport li l-bhejjem jridu jgħaddu minnhom billi jnaqqsu d-diviżjoni fi stabbilimenti tat-tnissil, tas-simna u tal-iskarnar, jistabbilixxu "sistemi ta' konteniment magħluqa", inaqqsu d-distanzi bejn dawn l-istabbilimenti, u jintroduċu mill-ġdid approċċ aktar reġjonali għat-tnissil tal-bhejjem;
13. Ifakkar lill-Istati Membri li, skont il-ġurisprudenza stabbilita(6), huma permessi jintroduċu regoli nazzjonali aktar stretti għall-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport, sakemm dawn ir-regoli jkunu konformi mal-objettiv ewlieni tar-Regolament (KE) Nru 1/2005;
14. Iqis li l-operaturi fis-settur u l-partijiet kollha involuti fit-trasport ta' annimali ħajjin, inklużi l-bdiewa, jeħtieġ li jkollhom sett ċar ta' regoli u definizzjonijiet x'jirrispettaw, prevedibbiltà, u perjodi ta' tranżizzjoni adegwati biex jimplimentaw il-bidliet; jistieden lill-Kummissjoni tqis dan meta tirrevedi u tipproponi regolament ġdid;
15. Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi bir-reqqa d-definizzjonijiet tal-post tat-tluq u tal-post tad-destinazzjoni sabiex jiġu riflessi l-ħinijiet attwali tal-proċess kollu tat-trasport mill-farm tal-oriġini sal-farm tad-destinazzjoni jew sal-post tal-iskarnar, inkluż il-ħin imqatta' f'ċentri ta' assemblaġġ, u sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni ta' regoli speċifiċi dwar il-ħinijiet tal-vjaġġ u ta' projbizzjonijiet fuq it-trasport lejn ċerti pajjiżi permezz tar-ridirezzjonar tar-rotta tat-trasport minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi;
16. Iqis li responsabbiltà aktar ċara u espliċita għat-trattament xieraq tal-annimali fl-istituzzjonijiet tal-UE tkun ta' importanza kbira biex jittejbu l-infurzar tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar it-trattament xieraq tal-annimali, l-identifikazzjoni ta' lakuni rilevanti, u l-elaborazzjoni ta' proposti meħtieġa biex jiġu pprovduti reazzjonijiet effettivi meta jkun meħtieġ;
17. Jistieden lill-Kummissjoni tiddedika fondi minn programmi eżistenti, inklużi fondi tal-Pilastru II mill-PAK, u tipprevedi strumenti ġodda ta' finanzjament fl-istrumenti finanzjarji li ġejjin allokati għal riċerka u evidenza xjentifiċi aktar dedikati, filwaqt li tipprovdi taħriġ adegwat lil dawk kollha involuti fit-trasport tal-annimali, inklużi uffiċjali u sewwieqa, ittejjeb it-trattament xieraq tal-annimali matul it-trasport, kif ukoll tibni faċilitajiet ta' skarnar, inklużi dawk mobbli, f'reġjuni b'konċentrazzjonijiet għoljin ta' annimali, filwaqt li ttejjeb il-ħin u l-kwalità tat-trasport, kif ukoll tal-għajxien f'żoni rurali, u miżuri li jippromwovu bidla għal trasport ta' laħam, karkassi u materjal ġenetiku; itenni l-importanza tal-ktajjen tal-valur reġjonali għat-trattament xieraq tal-annimali;
18. Jappella biex ir-riforma tal-PAK li jmiss iżżomm u ssaħħaħ ir-rabta bejn il-pagamenti miżjuda tal-PAK u kundizzjonijiet imtejba tat-trattament xieraq tal-annimali li jirrispettaw bis-sħiħ l-istandards tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 jew imorru lil hinn minnhom;
19. Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa kampanji u inizjattivi biex tinforma b'mod xieraq liċ-ċittadini tal-UE u żżid l-għarfien tagħhom dwar it-trattament xieraq tal-annimali fil-farms u matul it-trasport, dwar il-ħtieġa li jittejbu u jiġu infurzati kif xieraq l-istandards tal-UE u jiġu appoġġjati dawk li jaħdmu fl-industrija tat-trasport tal-annimali sabiex jiġu megħjuna jgħollu l-istandards, u dwar l-implikazzjonijiet ekonomiċi u soċjali tat-trasport ta' annimali ħajjin; iqis li l-għan primarju huwa li titrawwem fiduċja akbar fil-konsumaturi fir-rigward tal-valur u l-kwalità għolja tas-settur agrikolu u alimentari Ewropew billi tiġi pprovduta komunikazzjoni aħjar u trasparenti, kemm direttament mill-bdiewa kif ukoll indirettament permezz tal-istituzzjonijiet tal-UE;
20. Jisħaq li s-sensibilizzazzjoni u l-fehim tal-pubbliku dwar it-trattament xieraq tal-annimali fil-produzzjoni tal-ikel jittejbu b'mod sinifikanti billi tiġi pprovduta informazzjoni fl-iskejjel u jitnedew kampanji ta' reklamar;
21. Iwissi li l-bidliet fir-Regolament (KE) Nru 1/2005 għandhom impatti aktar b'saħħithom fuq reġjuni bħar-reġjuni ultraperiferiċi, jiġifieri minħabba d-distanza, l-insularità u d-daqs żgħir tagħhom, fost fatturi oħra; jinsisti li skont l-Artikolu 349 tat-TFUE, il-karatteristiċi u r-restrizzjonijiet speċjali tar-reġjuni ultraperiferiċi jridu jitqiesu meta jiġu applikati politiki komuni għalihom, inkluż ir-Regolament (KE) Nru 1/2005;
22. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu protezzjoni speċjali lill-individwi li jaħdmu fis-settur tat-trasport jew lil dawk li jwettqu kontrolli veterinarji meta josservaw u jirrapportaw ksur tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-annimali matul il-ħidma tagħhom;
23. Jilqa' l-isforzi biex tiġi żviluppata marka ta' ċertifikazzjoni uniformi għat-trattament xieraq tal-annimali fl-Unjoni, li għandha tinkludi l-aspett tat-trasport u tkun ibbażata fuq kriterji armonizzati u teknikament sodi;
24. Jappella għal marka ta' ċertifikazzjoni tat-trattament xieraq tal-annimali li tinkludi informazzjoni dwar il-metodi ta' produzzjoni u għażla ta' indikaturi tat-trattament xieraq tal-annimali xjentifikament sostanzjati li jkunu relatati, fost l-oħrajn, mas-sistemi tal-biedja u t-trasport;
25. Jistieden lill-Kummissjoni testendi l-lista ta' reati ambjentali sabiex tinkludi l-ksur tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 li jirriżulta fl-atti ta' moħqrija, korriment serju u abbandun;
26. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrevedu r-Regolament (KE) Nru 1/2005 sabiex jiżguraw li s-sewwieqa ma jkollhomx bżonn jiddeċiedu bejn li jsegwu r-regoli u li jissalvagwardjaw it-trattament xieraq tal-annimali, jiġifieri l-ħtieġa ta' waqfien għall-mistrieħ li xi drabi jista' jkun ta' detriment għat-trattament xieraq tal-annimali;
27. Jappella biex ir-responsabbiltà għat-trattament xieraq tal-annimali ssir espliċita fit-titolu tal-Kummissarju rilevanti tal-UE u fl-isem tad-Direttorat Ġenerali rilevanti tal-Kummissjoni sabiex dawn jirriflettu s-sinifikat ta' din il-kwistjoni għaċ-ċittadini Ewropej u jiġi żgurat li tingħatalha biżżejjed attenzjoni politika;
28. Ifakkar fil-fatt li t-trattament xieraq tal-annimali huwa marbut mas-sigurtà tal-ikel fuq perjodu ta' żmien medju u twil permezz tal-kontribut tiegħu għar-reżiljenza, l-effiċjenza fir-riżorsi u l-ugwaljanza soċjali;
29. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jesploraw il-possibbiltà li jintroduċu sistema ta' tikkettar trasparenti u armonizzata dwar it-trattament xieraq tal-annimali għall-prodotti ta' oriġini mill-annimali u prodotti derivati mill-annimali, li għandha tqis ukoll il-kundizzjonijiet tat-trasport u tal-iskarnar;
L-infurzar tar-Regolament (KE) Nru 1/2005
30. Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha, speċjalment dawk fejn l-infurzar regolatorju huwa partikolarment nieqes, u lill-Kummissjoni, biex jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex itejbu l-implimentazzjoni u l-infurzar u l-applikazzjoni sħiħa tal-qafas regolatorju eżistenti, inkluż billi jistabbilixxu proċedura ta' kontroll rigoruża u armonizzata fil-livell tal-UE; jinnota li l-leġiżlazzjoni eżistenti dwar it-trasport tal-annimali hija implimentata b'mod differenti minn Stat Membru għal ieħor; iqis li l-mod ewlieni ta' kif għandhom jiġu indirizzati wħud mill-kwistjonijiet dwar it-trattament xieraq tal-annimali matul it-trasport b'mod armonizzat madwar l-UE, li għandu jikkunsidra l-aħħar riċerka, għarfien u rakkomandazzjonijiet xjentifiċi, huwa permezz ta' reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1/2005, bil-għan li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet li jkunu jistgħu jiġu implimentati u infurzati għall-annimali kollha li jkunu qed jiġu ttrasportati;
31. Jinnota li kontrolli stretti fuq it-trasport tal-annimali minn pajjiżi terzi jistgħu jnaqqsu l-kompetizzjoni inġusta għad-detriment tal-produtturi tal-UE u jħeġġu lil pajjiżi terzi jtejbu l-istandards tagħhom tat-trasport tal-annimali;
32. Jistieden lill-Istati Membri kollha jadottaw miżuri nazzjonali aktar stretti biex itejbu t-trattament xieraq tal-annimali matul it-trasport;
33. Jirrikonoxxi l-impenn tal-Kummissjoni li tirrevedi l-leġiżlazzjoni dwar it-trattament xieraq tal-annimali, inkluż ir-Regolament (KE) Nru 1/2005, sabiex tallinjaha mal-aħħar għarfien xjentifiku, rakkomandazzjonijiet u esperjenza prattika, u li twessa' l-kamp ta' applikazzjoni tagħha, tagħmilha aktar faċli li tiġi infurzata u fl-aħħar mill-aħħar tiżgura livell ogħla ta' trattament xieraq tal-annimali; jisħaq li t-trattament xieraq tal-annimali jittejjeb jekk il-leġiżlazzjoni dwar it-trasport tal-annimali ħajjin tiġi implimentata kif xieraq;
34. Jissottolinja li ħafna mill-problemi attwali bl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 huma dovuti għal interpretazzjonijiet differenti u jistieden lill-Kummissjoni, meta tipproponi reviżjoni tar-regolament, tistabbilixxi standards ċari, li jistgħu jitkejlu u li jistgħu jiġu kkwantifikati sabiex jinkiseb infurzar armonizzat madwar l-UE, kif ukoll indikaturi innovattivi bbażati fuq il-trattament xieraq tal-annimali; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tikkunsidra l-aktar għarfien xjentifiku reċenti, inkluża l-valutazzjoni li jmiss tal-EFSA dwar it-trattament xieraq tal-annimali matul it-trasport fl-UE;
35. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni takkumpanja r-reviżjoni tagħha tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 b'valutazzjoni tal-impatt ex ante bbażata fuq investigazzjoni xjentifika rigoruża dwar l-impatt tat-trasport fuq l-annimali tal-ispeċijiet u l-etajiet kollha u fuq valutazzjoni tal-impatt fil-fond soċjoekonomika, ambjentali u fuq is-saħħa filwaqt li titqies id-diversità tas-sitwazzjonijiet u l-ispeċifiċitajiet ġeografiċi, inklużi l-gżejjer, ir-reġjuni remoti u ultraperiferiċi, u l-mudelli tal-biedja madwar l-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel ir-riżultati ta' dawn il-valutazzjonijiet disponibbli malajr għall-pubbliku sabiex il-bdiewa jingħataw iċ-ċertezza u l-prevedibbiltà li jeħtieġu biex jippjanaw u jingħataw iż-żmien biex jitgħallmu kif għandhom jadattaw għal regolamenti ġodda, mingħajr ma jikkompromettu t-trattament xieraq tal-annimali;
36. Jappella għal sistema trasparenti ta' monitoraġġ u rapportar tal-UE biex kemm l-Istati Membri kif ukoll il-Kummissjoni jkollhom obbligu ta' rendikont sħiħ għall-implimentazzjoni u l-infurzar tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 u biex jiġi żgurat li każijiet ta' ksur jiġu indirizzati u mmitigati b'mod effettiv;
37. Jinnota li l-iskarnar tal-annimali u l-ipproċessar tal-laħam qrib il-post tat-trobbija mhux biss jikkontribwixxu għat-trattament xieraq tal-annimali, billi jillimitaw il-ħinijiet tal-vjaġġ, iżda jnaqqsu wkoll l-emissjonijiet ta' gassijiet serra;
38. Jinnota li l-għajbien ta' biċċeriji lokali, li huwa fattur fi vjaġġi b'ħinijiet itwal, huwa kwistjoni li l-Unjoni u l-Istati Membri jeħtiġilhom jindirizzaw; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu mekkaniżmi ta' finanzjament biex jiżguraw li l-biċċeriji lokali jkunu ekonomikament vijabbli, qrib il-farms u distribwiti b'mod ugwali minn perspettiva ġeografika;
39. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw l-iżvilupp ta' skarnar fil-farm, bl-użu ta' biċċeriji mobbli, sabiex titneħħa l-ħtieġa li jiġu ttrasportati annimali ħajjin kull fejn ikun possibbli;
40. Huwa konxju min-nuqqas tal-letteratura xjentifika dwar it-trattament xieraq tal-annimali matul it-trasport u jħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiffaċilitaw għarfien xjentifiku aktar aġġornat dwar dan is-suġġett;
41. Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-kwistjoni tal-annimali li ma għadhomx tajbin għat-trasport meta tirrevedi r-regoli u tfittex għarfien espert biex issib soluzzjonijiet għal kif din għandha tiġi indirizzata;
42. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw proċeduri armonizzati għall-approvazzjoni tat-trasport u jieħdu passi biex jipprevjenu t-tixrid ta' mard infettiv tal-annimali matul it-trasport, kemm fl-Unjoni kif ukoll minn pajjiżi terzi;
43. Jistieden lill-Kummissjoni teżerċita setgħat ta' infurzar aktar b'saħħithom meta tkun iffaċċjata b'każijiet ta' ksur rikorrenti u ripetuti tar-Regolament (KE) Nru 1/2005, u tibda proċedimenti ta' ksur u tapplika sanzjonijiet effettivi kontra l-Istati Membri li jonqsu milli japplikaw ir-regolament b'mod korrett; iqis li s-sanzjonijiet għandu jkollhom bħala l-iskop ewlieni tagħhom ir-rettifika ta' problemi eżistenti u jkollhom effett dissważiv kontra ksur futur;
44. Jistieden lill-Istati Membri jħarrġu u jimpjegaw b'mod xieraq biżżejjed veterinarji uffiċjali u uffiċjali tal-pulizija biex jiżguraw kontrolli effettivi u frekwenti fit-triq, u biex jiggarantixxu l-preżenza ta' veterinarju matul it-tagħbija qabel kull vjaġġ;
45. Jistieden lill-Istati Membri u lit-trasportaturi jippromwovu u japplikaw bis-sħiħ il-gwidi tat-trasport tal-annimali tal-UE approvati mill-Kummissjoni sad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 rivedut, li għandhom l-għan li jistabbilixxu l-aħjar prattiki biex jappoġġjaw lill-industrija fit-titjib tat-trattament xieraq tal-annimali waqt it-trasport; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi t-traduzzjoni tal-gwidi fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE, tħeġġeġ skambji ta' esperjenzi fil-qasam, u tippromwovi l-aħjar prattiki u linji gwida eżistenti biex tgħin lill-awtoritajiet kompetenti u lill-atturi involuti fit-trasport ta' annimali ħajjin jimplimentaw u jirrispettaw aħjar l-istandards tat-trattament xieraq tal-annimali;
46. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-linji gwida jiġu aġġornati skont l-aħħar evidenza xjentifika u jkunu konformi mar-Regolament (KE) Nru 1/2005; ifakkar, madankollu, fil-fatt li l-linji gwida mfassla biex jeliminaw il-lakuni fil-leġiżlazzjoni mhumiex legalment vinkolanti u jistieden lill-Kummissjoni tinkludi dispożizzjonijiet biex tipproteġi b'mod xieraq l-ispeċijiet li mhumiex koperti kif xieraq mil-leġiżlazzjoni, bħat-tjur, il-fniek u l-ħut;
47. Iqis li taħriġ adegwat u tagħlim kontinwu għal kwalunkwe persuna awtorizzata li taħdem fis-settur tat-trasport tal-annimali huwa rekwiżit essenzjali għas-salvagwardja tal-benesseri tal-annimali waqt it-trasport; jinsisti, għalhekk, fuq l-iżvilupp ta' sistema ta' taħriġ armonizzata obbligatorja għall-persuni kollha involuti fl-operazzjonijiet tat-trasport tal-annimali, li għandha tkun prerekwiżit għall-awtorizzazzjoni tat-trasport; jitlob, barra minn hekk, li dan it-taħriġ ikun jinkludi l-aspetti kollha tal-proċess tat-trasport, bħall-mezz tat-trasport, it-tip u n-natura tal-vjaġġ, l-immaniġġjar xieraq tal-annimali u l-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-valutazzjonijiet tal-idoneità għat-trasport u r-rekwiżiti relatati mal-ispeċijiet, il-kategorija, l-età, il-kundizzjoni tal-ġisem, l-imġiba, il-fiżjoloġija tal-annimali u l-mekkaniżmi għall-immaniġġjar tal-istress;
48. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li t-taħriġ biex jinkiseb iċ-ċertifikat ta' kompetenza jkun speċifiku għall-ispeċi, għall-kategorija u għall-età u validu għal massimu ta' ħames snin, u li jiġi stabbilit kors ta' aġġornament obbligatorju sabiex dan jiġi mġedded;
49. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprovdu taħriġ speċifiku lill-ħaddiema tas-salvataġġ dwar kif għandhom jiġu salvati l-annimali u jiżguraw li l-ħaddiema tas-salvataġġ li jirrispondu għall-aċċidenti jitħallew jaċċessaw is-siti, il-vetturi u l-bastimenti involuti sabiex iwettqu l-ħidma tagħhom;
50. Jistieden lill-Kummissjoni, meta tadotta atti delegati skont ir-Regolament (UE) 2017/625(7), tiżgura li d-dispożizzjonijiet dwar l-infurzar previsti fir-regolament u fl-atti delegati tiegħu jkunu mill-inqas stretti daqs dawk dovuti għar-revoka;
Il-proċeduri ta' awtorizzazzjoni u l-approvazzjoni tal-mezzi tat-trasport
51. Jinsisti li d-dispożizzjonijiet dwar iż-żmien u l-mezzi tat-trasport dejjem iridu jqisu l-istatus speċifiku għall-ispeċi u l-istatus fiżjoloġiku tal-annimal, l-għadd ta' annimali li għandhom jiġu ttrasportati kif ukoll il-varjazzjoni tar-razza fi ħdan l-ispeċijiet, is-sess u l-età tal-annimali; jisħaq li l-metodi ta' trasport użati għandhom dejjem jirrispettaw il-ħtiġijiet fiżjoloġiċi, tal-imġiba u mentali u l-benesseri tal-annimal;
52. Jappella għad-dħul fir-Regolament (KE) Nru 1/2005 tar-rekwiżiti tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru għat-trasport intra-UE u barra mill-UE tal-annimali, inklużi l-annimali taż-żoo;
53. Jinsisti li l-allokazzjonijiet ta' spazju, id-densitajiet tal-istokkjar u d-dispożizzjonijiet dwar il-marġni ta' manuvra jeħtieġ li jiġu allinjati mad-data xjentifika l-aktar reċenti u mar-regolament rilevanti tal-UE dwar il-piż u l-għoli massimu tat-trakkijiet, b'regoli li għandhom jiġu stabbiliti fir-regolament b'mod preċiż li jneħħi l-ambigwità, ma jħalli l-ebda lok għal interpretazzjonijiet differenti u jqis il-ħtiġijiet speċifiċi għall-ispeċi; jappella għal aktar studji dwar dawn il-kwistjonijiet; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-għoli intern tal-vetturi tat-trasport jissodisfa l-istandards minimi;
54. Ifakkar fir-rakkomandazzjoni tal-EFSA dwar l-użu ta' ekwazzjonijiet allumetriċi fid-definizzjoni tal-allokazzjonijiet ta' spazju għall-bhejjem tal-ifrat, għan-nagħaġ u għall-ħnieżer u l-erja għal kull kg għaż-żwiemel; jemmen li l-użu ta' dawn il-kalkoli aktar oġġettivi jtejjeb l-istandards tat-trattament xieraq tal-annimali u jippromwovi interpretazzjoni aktar konsistenti mit-trasportaturi u mill-awtoritajiet ta' kontroll;
55. Iqis li hija meħtieġa aktar evidenza xjentifika biex jinkisbu soluzzjonijiet aħjar u biex jinkiseb titjib fid-disinn tal-mezzi tat-trasport, inkluż it-tagħmir tat-tagħbija u tal-ħatt, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti speċifiċi għall-ispeċi u għall-kategorija kif ukoll dawk fiżjoloġiċi, tal-imġiba u tal-età u l-varjazzjonijiet fir-razez fl-ispeċijiet; jemmen li tali disinn tat-trasport għandu jkun ibbażat ukoll fuq il-kundizzjonijiet ġeografiċi taż-żona u l-fatt li l-farms żgħar spiss ikollhom jittrasportaw annimali individwali jew għadd ta' annimali ta' speċijiet differenti fl-istess ħin; jenfasizza li l-kwalità tal-ambjent fil-vetturi tat-trasport tal-annimali hija importanti ħafna għat-trattament xieraq tal-annimali;
56. Iqis li huma meħteġa disinn aħjar tal-mezzi tat-trasport u distanzi iqsar tat-trasport sabiex tiġi evitata t-trażmissjoni tal-mard, filwaqt li titqies it-theddida serja tar-reżistenza għall-antimikrobiċi;
57. Jistieden lill-Kummissjoni tiddefinixxi u tipproponi sett ta' kriterji armonizzati u standards minimi żviluppati flimkien ma' panel ta' esperti madwar l-UE, li jinkludi veterinarji inklużi professjonisti kwalifikati mill-organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti, inġiniera tekniċi, awtoritajiet marittimi, trasportaturi tal-merkanzija, manifatturi u membri tal-awtoritajiet kompetenti, li jistgħu jintużaw mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti meta japprovaw il-mezzi kollha tat-trasport u l-kontejners tal-annimali;
58. Jappella li tinħoloq sistema ċentralizzata madwar l-UE għall-approvazzjoni tal-bastimenti skont proċedura uniformi, fid-dawl tan-natura multidixxiplinari taċ-ċertifikazzjonijiet tal-bastimenti li jinvolvu kemm lill-inġiniera kif ukoll lill-veterinarji; iqis li huwa fundamentali li r-rakkomandazzjonijiet tad-dokument tan-network dwar l-approvazzjoni u l-ispezzjoni tal-bastimenti tal-bhejjem(8) għandhom jiġu implimentati fl-Istati Membri kollha; iqis li hija kwistjoni ta' urġenza li l-bastimenti ma jitħallewx joperaw taħt isem differenti u b'hekk jitolbu liċenzji ġodda, speċjalment meta jkunu involuti fi ksur serju tar-Regolament (KE) Nru 1/2005;
59. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-monitoraġġ tal-konformità tal-bastimenti għall-ġarr tal-bhejjem mal-istandards tas-sikurezza marittima; jistieden lill-Istati Membri, b'mod partikolari, biex ikunu aktar stretti fil-proċeduri ta' ċertifikazzjoni tal-bastimenti tagħhom;
60. Jinnota li l-Istati Membri ma għandhomx jawtorizzaw l-użu ta' vetturi u bastimenti li jittrasportaw l-annimali li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1/2005; jistieden lill-Istati Membri jkunu aktar rigorużi fil-proċeduri kemm ta' ċertifikazzjoni kif ukoll ta' approvazzjoni għall-vetturi u l-bastimenti u fl-għoti taċ-ċertifikati ta' kompetenza lis-sewwieqa; jistieden lill-Istati Membri jkunu aktar rigorużi fir-rifjut taċ-ċertifikazzjoni u l-approvazzjonijiet f'każ ta' nuqqas ta' konformità u jirtiraw awtorizzazzjonijiet li jkunu diġà nħarġu, fejn meħtieġ; jistieden lill-Kummissjoni tkun aktar rigoruża fis-sanzjonar tal-Istati Membri li japprovaw mezzi tat-trasport li mhumiex konformi mal-ħtiġijiet tat-trattament xieraq tal-annimali;
61. Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda vojt bejn l-art jew il-ħajt tal-vettura u d-diviżjonijiet fil-vetturi tat-trasport;
62. Jistieden lill-Istati Membri joħolqu l-kundizzjonijiet sabiex jiżguraw li l-inġiniera jkunu jistgħu jappoġġjaw b'mod xieraq lill-veterinarji jew persuni awtorizzati oħra biċ-ċertifikazzjoni matul l-approvazzjoni tal-mezzi tat-trasport fir-rigward ta' oġġetti speċifiċi, bħas-sistemi ta' ventilazzjoni, il-kundizzjonament u t-tisħin tal-arja, il-provvisti tal-ilma u tal-għalf, it-tagħmir ta' monitoraġġ u manutenzjoni tal-kwalità tal-ilma u sistemi ta' emerġenza tal-bastimenti, kif ukoll is-sorsi primarji tal-enerġija assoċjati;
63. Iqis li t-tagħmir tal-mezzi tat-trasport b'sistema ta' CCTV, għal vjaġġi twal, b'enfasi partikolari fuq l-operazzjonijiet ta' tagħbija u ħatt, għandu jkun obbligatorju għal raġunijiet tal-protezzjoni tat-trattament xieraq tal-annimali u sabiex l-operaturi li jikkonformaw mar-regoli jiġu ssalvagwardjati minn kompetizzjoni inġusta; jisħaq li d-drittijiet tal-protezzjoni tad-data u tal-privatezza, inklużi ta' dawk il-persuni li mhumiex involuti fit-trasport ta' annimali li jistgħu jiġu rrekordjati mingħajr ma jkunu jafu, iridu jiġu żgurati mill-awtoritajiet kompetenti matul il-proċess kollu; iqis li t-trasportaturi jeħtiġilhom iżommu l-vidjos irrekordjati għal perjodu stabbilit u jagħmluhom disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti fuq talba;
64. Iqis li l-pjanijiet ta' kontinġenza ppreżentati mit-trasportaturi għandhom ikopru t-tipi kollha ta' inċidenti u xenarji ta' emerġenza li jistgħu jseħħu waqt it-trasport, kemm jekk naturali kif ukoll jekk iseħħu bħala riżultat ta' azzjoni umana, inkluż ir-rimedju ta' problemi mekkaniċi, il-ġestjoni tad-dewmien, l-istabbiliment ta' rotot alternattivi jekk ikun meħtieġ, u l-iżgurar ta' provvista meħtieġa ta' ikel u ilma, fost għanijiet oħra; iqis li l-pjanijiet ta' kontinġenza jridu jiġu adattati biex jirriflettu l-ispeċifiċitajiet ta' kull vjaġġ; iqis li huwa essenzjali li jiġu stabbiliti regoli ċari li jipprojbixxu l-awtorizzazzjoni ta' trasport li jinkludi pjanijiet ta' emerġenza mhux realistiċi, mhux plawżibbli jew neqsin u jistieden lill-Istati Membri jirrifjutaw kwalunkwe ġurnal tal-vjaġġ li ma jkollux pjan ta' kontinġenza kredibbli jew komplet;
65. Jistieden lill-Kummissjoni tipprojbixxi t-trasport f'punti ta' qsim tal-fruntieri u f'portijiet jew f'postijiet ewlenin perikolużi oħra fejn ikun impossibbli li l-annimali jinħattu, jingħataw kenn, jingħalfu jew jingħataw l-ilma;
66. Jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom jispezzjonaw kif xieraq l-operazzjonijiet ta' tagħbija kif meħtieġ mill-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1/2005;
Il-kontrolli u l-ġbir u l-iskambju tad-data
67. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa malajr bażi tad-data ċentrali tat-trasportaturi awtorizzati u taċ-ċertifikati ta' kompetenza fl-UE; jappella li jiġi ppubblikat rapport annwali dwar każijiet ta' ksur tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 u s-sanzjonijiet applikati, li għandhom jitqiesu wkoll għar-regolament futur; iqis li ċ-ċertifikati ta' kompetenza għandhom ikunu f'format uniformi u multilingwi, li għandu jiġi definit mil-leġiżlazzjoni tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tfassal skema Ewropea ta' ċertifikazzjoni għall-bastimenti tal-merkanzija u għall-ekwipaġġi tagħhom, filwaqt li tiżgura li dawk tal-ewwel ikunu mgħammra biżżejjed u dawk tal-aħħar ikunu mħarrġa biżżejjed għat-trasport ta' annimali ħajjin; jistieden lill-Kummissjoni tiġbor lista ta' operaturi li huma ħatja ta' ksur serju u frekwenti tar-regolament, li għandha tiġi aġġornata regolarment u kondiviża mal-awtoritajiet nazzjonali;
68. Jistieden lill-Istati Membri jtejbu u jinfurzaw użu aktar effettiv, trasparenti u sistematiku tas-Sistema tal-Kontroll tal-Kummerċ u tal-Esperti veterinarji (TRACES) u jieħdu vantaġġ mill-karatteristiċi l-ġodda tagħha sabiex itejbu l-immirar tal-ispezzjonijiet u/jew tal-awditi tagħhom abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju, jappoġġjaw it-tħejjija tal-analiżijiet tar-riskju għall-kontrolli tat-trasport tal-annimali ħajjin mill-Istati Membri, u jiżguraw kontrolli effettivi tal-plawżibbiltà meta japprovaw il-ġurnali tal-vjaġġ u jwettqu kontrolli retrospettivi; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura aċċess faċli għall-pjattaforma TRACES, filwaqt li tagħti aċċess usa' għall-utenti awtorizzati kollha u tagħmilha faċilment aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti, u tgħin fl-armonizzazzjoni tal-proċeduri bejn l-Istati Membri; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw taħriġ aħjar għall-operaturi li jużaw is-sistema; iqis li TRACES għandha tintuża għat-trasport kollu li jinvolvi l-ivvjaġġar marittimu;
69. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu ssimplifikati l-proċessi tal-ippjanar tal-ġurnal tal-vjaġġi; jappella li ssir tranżizzjoni rapida minn ġurnali tal-vjaġġi stampati għal ġurnali tal-vjaġġi diġitali li, ladarba jiġu approvati minn veterinarju uffiċjali, għandhom jintbagħtu lill-awtoritajiet kompetenti u jkunu aċċessibbli mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw li l-ġurnali tal-vjaġġ ikun fihom informazzjoni realistika, u b'hekk jikkonformaw mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2005, u jiżguraw li l-ippjanar tat-trasport ikun jinkludi prova ta' riżerva f'post ta' kontroll, inklużi l-għalf u l-ilma;
70. Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi qafas komuni minimu dwar l-għadd ta' kontrolli fuq il-vjaġġi tat-trasport tal-annimali, filwaqt li tiżgura li l-għadd ta' kontrolli nazzjonali u tal-UE jkun proporzjonat għall-għadd ta' annimali li jitilqu minn kull Stat Membru; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tipproponi għażliet ta' kontroll li ma jinvolvux ostakoli amministrattivi addizzjonali li jistgħu jipperikolaw it-trattament xieraq tal-annimali maħsuba għat-trasport jew l-uniformità tal-kontrolli fl-Unjoni kollha; iqis li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi ta' kontroll li jivverifikaw l-eżistenza, il-kwalità u l-implimentazzjoni tal-analiżijiet tar-riskju meta jiddelegaw il-kontrolli lil awtoritajiet oħra;
71. Jisħaq li l-espansjoni tal-biċċeriji reġjonali għandha tiġi promossa u l-iskarnar fil-farms agrikola għandu jiġi approvat sabiex jiġi evitat it-trasport fuq distanzi twal u b'hekk jittejjeb aktar it-trattament xieraq tal-bhejjem;
72. Jisħaq li l-pjanijiet ta' azzjoni ppreżentati mill-Istati Membri biex jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 irid jkun fihom inizjattivi konkreti bi skadenzi stretti għat-tlestija tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni twettaq segwitu bir-reqqa tal-pjanijiet sabiex tiggarantixxi li l-azzjonijiet jitlestew u l-objettivi jintlaħqu bis-sħiħ; jissottolinja li l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jimponu regoli stretti biex jiżguraw it-trattament xieraq tal-annimali ħajjin matul it-trasport;
73. Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi u tistabbilixxi sistema ta' sanzjonijiet armonizzata u effettiva madwar l-UE, b'definizzjoni ta' kriterji minimi komuni għal sanzjonijiet għall-ksur tar-regolament, sabiex jiġu stabbiliti l-pedamenti għal sistema effettiva, proporzjonata u dissważiva madwar l-UE, u li tqis fi ħdan is-sistema ta' sanzjonijiet in-natura, il-gravità, l-iskala u t-tul tal-ksur, u l-okkorrenza ta' ksur preċedenti;
74. Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-forzi tal-pulizija nazzjonali tagħhom jiġu mħarrġa biex jidentifikaw b'mod attiv kwalunkwe ksur tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar it-trasport tal-annimali;
75. Jisħaq fuq il-ħtieġa ta' taħriġ uniformi tal-forzi tal-pulizija madwar l-Istati Membri biex jiġu żgurati kontrolli xierqa fl-istadji kollha tal-vjaġġi;
76. Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri biex tiżgura spezzjonijiet komprensivi u uniformi tal-konformità mar-regoli tat-trasport biex jiġi evitat id-dumping tal-annimali fl-Unjoni;
77. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw proċedura biex jirtiraw malajr il-liċenzji tal-kumpaniji li jwettqu ksur serju u ripetut tar-Regolament (KE) Nru 1/2005, li jwassal ukoll għal kompetizzjoni inġusta;
78. Jappella għal indikaturi tat-trattament xieraq bbażati fuq l-annimali bħal indiċijiet fiżiċi, fiżjoloġiċi u tal-imġiba (jiġifieri bbażati fuq osservazzjonijiet tal-annimali), kif ukoll l-użu possibbli ta' monitors li jintlibsu u ta' markaturi bijokimiċi: li għandhom jiġu inkorporati fir-Regolament (KE) Nru 1/2005, u li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti u mill-Kummissjoni għal finijiet ta' ġbir ta' data, spetturi veterinarji, u trasportaturi u operaturi taħt kundizzjonijiet kummerċjali; iqis li tali għodod ikunu meħtieġa biex jiġi vvalutat il-benesseri tal-annimali qabel, matul u wara t-trasport; jinnota li diġà jeżistu xi indikaturi bħal dawn, filwaqt li oħrajn qed jiġu żviluppati miċ-ċentri ta' referenza Ewropej, iżda jisħaq fuq il-ħtieġa li ssir aktar riċerka u ġbir tad-data fil-qasam;
79. Iqis li l-aċċess f'ħin reali għas-sistemi ta' navigazzjoni bis-satellita u għar-reġistrazzjonijiet tat-temperatura huwa fundamentali għall-awtoritajiet kompetenti u għat-trasportaturi fi kwalunkwe punt fi vjaġġ; iqis li l-mezzi tat-trasport għandhom ikunu mgħammra b'sistemi ta' kontroll aktar aġġornati mmonitorjati mill-awtoritajiet kompetenti, inkluż kejl tat-temperatura u tal-indiċi tal-umdità ġewwa u barra l-vettura, informazzjoni dwar il-provvista tal-ilma u r-reġistrazzjoni tal-operazzjonijiet ta' tagħbija u ħatt; ifakkar li l-protezzjoni tad-data u d-drittijiet tal-privatezza jridu jiġu żgurati mill-awtoritajiet kompetenti matul il-proċess kollu;
80. Jinsisti li l-awtoritajiet kompetenti jeħtiġilhom jingħataw aċċess f'ħin reali għad-data elettronika oriġinali mill-organizzatur jew mit-trasportatur, mid-dispaċċ tal-kunsinna fil-post tat-tluq sakemm l-annimali jinħattu fil-post tad-destinazzjoni, biex jiġi żgurat aċċess għal data li ma tistax tiġi mmanipulata;
81. Jistieden lill-Istati Membri jwettqu kontrolli mhux imħabbra permezz tal-awtoritajiet kompetenti tal-ippjanar u l-implimentazzjoni tat-trasport tal-annimali;
82. Jisħaq li l-kunsinni intra-UE għandhom jiġu spezzjonati wkoll mat-tagħbija; jitlob li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw mat-tagħbija li r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 dwar l-ispazju ta' art u l-marġni ta' manuvra qed jiġu osservati, li s-sistemi ta' ventilazzjoni u tal-ilma qed joperaw kif suppost, li l-apparat għax-xorb qed jaħdem kif suppost u li huwa adegwat għall-ispeċijiet li jkunu qed jinġarru, li ma jitgħabba l-ebda annimal li mhuwiex f'kundizzjoni fiżika tajba, u li qed jiġu pprovduti biżżejjed għalf u marqad;
83. Għal raġunijiet ta' trattament xieraq tal-annimali, iħeġġeġ lill-Istati Membri jwettqu kontrolli retrospettivi biex jivverifikaw jekk l-annimali kinux inħattu għall-ħin kollu ta' mistrieħ meħtieġ mil-leġiżlazzjoni tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tagħti ordni ċara lill-Istati Membri biex iġiegħlu lill-awtoritajiet kompetenti jaġixxu b'mod armonizzat sabiex ma jawtorizzaw l-ebda trasport fejn il-kontrolli retrospettivi ma jitwettqux regolarment;
Il-ħinijiet tal-ivvjaġġar u l-perjodi ta' mistrieħ
84. Jirrakkomanda li tiġi stabbilita proċedura bbażata fuq l-ispeċijiet madwar l-UE għar-reġistrazzjoni tal-frekwenza tal-għalf u tat-tisqija mill-aħħar għalf qabel it-tagħbija fil-farm tal-oriġini sa tmiem il-vjaġġ, mingħajr ma jiġu kkawżati dewmien addizzjonali jew stress miżjud jew matul il-waqfiet jew matul it-tagħbija jew il-ħatt; jinsisti li l-Kummissjoni tieħu miżuri biex tiżgura li l-Istati Membri jissanzjonaw kif xieraq il-ksur meta jinqabżu l-ħinijiet tal-vjaġġ;
85. Jistieden lill-Istati Membri jispezzjonaw it-trasport intra-UE meta l-annimali jiġu mgħobbija fuq vetturi sabiex jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1/2005;
86. Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li hemm għadd suffiċjenti ta' faċilitajiet tax-xorb aċċessibbli, nodfa u li jiffunzjonaw f'konformità mal-ħtiġijiet ta' kull speċi ta' annimal, li t-tank tal-ilma jkun imtela u li hemm kwantità suffiċjenti ta' mifrex frisk;
87. Jirrakkomanda li, fil-leġiżlazzjoni futura, il-ħin tal-vjaġġ għall-annimali domestiċi li se jiġu skarnati ma għandux, fil-prinċipju, jaqbeż it-tmien sigħat, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi ġeografiċi speċifiċi ta' xi reġjuni, bħall-gżejjer, ir-reġjuni ultraperiferiċi, ir-reġjuni remoti, u ż-żoni fejn l-infrastruttura hija sottożviluppata; jisħaq li l-ħin massimu tal-vjaġġ irid japplika għall-mezzi kollha tat-trasport, ħlief għat-trasport bil-baħar;
88. Jinsisti li d-dispożizzjonijiet dwar it-tul massimu tal-vjaġġ għandhom jiġu riveduti, biex tiġi integrata l-evidenza minn studji xjentifiċi eżistenti u li għadhom għaddejjin u jitqiesu l-evidenza bbażata fuq l-annimali, u l-ispeċi, l-età u l-ħtiġijiet speċifiċi għall-kategorija;
89. Jappella biex jitwarrbu fondi eżistenti tal-UE biex jipprovdu appoġġ finanzjarju għal biċċeriji mobbli fuq skala żgħira, lokali u kollettivi u għal unitajiet ta' pproċessar sabiex l-annimali jkunu jistgħu jinqatlu fil-farms jew qrib kemm jista' jkun tal-post tat-trobbija tagħhom; iħeġġeġ bil-qawwa strateġiji alternattivi għat-trasport fuq distanzi twal, bħall-bini ta' faċilitajiet lokali u ekonomikament vijabbli għall-iskarnar u l-ipproċessar f'aktar postijiet, inċentivati u appoġġjati mill-fondi tal-UE fejn xieraq, kif ukoll inizjattivi leġiżlattivi fl-Istati Membri biex jiffaċilitaw l-iskarnar fil-farm; jistieden lill-Istati Membri jippermettu l-iskarnar ta' emerġenza direttament fil-farms tal-bhejjem u tat-tismin, fejn xieraq, f'każ li annimal jinstab li mhuwiex tajjeb biex jiġi ttrasportat;
90. Jirrakkomanda li l-Istati Membri joħolqu korsiji rapidi għat-trasport tal-annimali fil-fruntieri fi ħdan l-UE sabiex jitnaqqsu l-ħinijiet tal-vjaġġ;
91. Jappella għal definizzjoni ta' "ħin tal-vjaġġ" bħala l-ħin kollu tal-moviment minbarra l-ħin tat-tagħbija f'mezz tat-trasport, u tal-ħatt mill-mezz tat-trasport, ladarba jasal fid-destinazzjoni finali; jistieden lill-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw jekk il-ħinijiet ippjanati ta' tagħbija/ħatt humiex realistiċi, proporzjonati għall-għadd ta' annimali li għandhom jitgħabbew jew jinħattu, u ddikjarati b'mod preċiż fil-ġurnal tal-vjaġġ; iqis li huwa importanti, barra minn hekk, li jiġu adottati miżuri li jipprevjenu "vjaġġar minn ċentru tal-assemblaġġ għall-ieħor" bil-għan li jiġu evitati l-limiti tal-ivvjaġġar għad-destinazzjoni finali;
92. Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tikkunsidra evidenza bbażata fuq ix-xjenza biex ittejjeb il-kwalità tat-trasport kollu tal-annimali ħajjin, filwaqt li tiffoka fuq l-aspetti negattivi assoċjati li huma l-kawża ta' kwistjonijiet ta' trattament xieraq, bħall-idoneità għat-trasport, l-għalf u t-tisqija, il-perjodi ta' mistrieħ u l-ambjent termali, filwaqt li ssir distinzjoni bejn il-mezzi tat-trasport fejn rilevanti;
93. Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi dispożizzjonijiet fir-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 dwar l-għażla tal-iqsar rotta u l-aktar waħda xierqa lejn id-destinazzjoni finali;
It-temperatura waqt it-trasport
94. Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw temperaturi ottimali fil-vetturi għall-ispeċijiet ittrasportati f'kull ħin matul il-vjaġġ, kemm jekk il-mezz tat-trasport ikun stazzjonarju kif ukoll jekk ikun qed jiċċaqlaq u tkun xi tkun it-temperatura ta' barra; jistieden lill-Istati Membri, barra minn hekk, japplikaw b'mod strett it-temperatura minima u massima fil-mezz tat-trasport kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1/2005; iqis li l-Istati Membri għandhom jagħtu approvazzjoni ta' vjaġġ, ġurnali tal-vjaġġ u pjanijiet tal-ivvjaġġar biss meta t-temperaturi jkunu previsti li jkunu fil-medda ta' 5 ºC u 30 ºC, għat-tul tal-vjaġġ kollu, irrispettivament mit-tip ta' trasport użat, sakemm il-mezz tat-trasport użat ma jkunx mgħammar b'sistemi ta' kontroll tal-klima li kapaċi jżommu t-temperaturi fil-medda xierqa;
95. Jirrikonoxxi li s-sħana tal-ġisem tal-annimali tista' żżid it-temperaturi f'mezz ta' trasport, li jwassal għal temperaturi potenzjalment ogħla ġewwa minn barra;
96. Jistieden lill-Istati Membri jwettqu kontrolli addizzjonali u adegwati matul il-mewġiet tas-sħana u jitlob li jsiru studji biex jiġu eliminati l-lakuni fl-għarfien dwar l-impatt tat-temperaturi fuq it-trattament xieraq tal-annimali;
97. Jistieden lill-Kummissjoni tagħmilha ċara li r-regola dwar it-temperatura tal-vettura tapplika fi kwalunkwe punt matul vjaġġ sad-destinazzjoni finali; jisħaq li l-Kummissjoni għandha tiżgura, inkluż permezz ta' azzjoni legali, li l-Istati Membri ma jinjorawx din ir-regola;
98. Jappella li tiġi żviluppata sistema uniformi ta' tbassir tat-temp ibbażata fuq data miċ-Ċentru Ewropew għall-Previżjonijiet Metereoloġiċi fuq Perijodu Medju sabiex jiġi ssimplifikat il-kontroll tal-plawżibbiltà mwettaq mill-veterinarji uffiċjali;
99. Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-vetturi tat-trasport jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar l-ispazju minimu stabbiliti fil-Kapitolu VII tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1/2005, u li, kif xieraq, fil-każ ta' temperaturi għoljin l-annimali jitħallew ikollhom aktar spazju;
100. Iqis li huwa essenzjali li jiġu żviluppati regoli aktar speċifiċi fil-futur dwar l-aħjar meded ta' temperaturi fil-vetturi tat-trasport, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet differenti speċifiċi għall-ispeċi, l-età u l-kategorija, kif ukoll l-istatus fiżjoloġiku tal-annimal, il-varjazzjonijiet tar-razza bejn l-ispeċi, l-età, is-sess u l-adattamenti ambjentali, u r-regolazzjoni tat-temperatura tal-annimali; iqis li l-medda tat-temperatura approvata għandha tkun ibbażata fuq it-temperatura effettiva, jiġifieri l-kombinazzjoni tat-temperatura u l-umdità; jirrakkomanda, barra minn hekk, li t-temperatura, l-umdità u l-ammonijaka jiġu rreġistrati permezz ta' apparati ta' kontroll imqiegħda fil-kompartimenti differenti tal-mezzi tat-trasport irrispettivament minn jekk it-trasport iseħħx bil-baħar, bl-ajru jew bit-triq; jisħaq li l-istrumenti għall-monitoraġġ tat-temperatura jridu jiġu spezzjonati, ikkalibrati u ċċertifikati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti;
Idoneità għat-trasport u kategoriji ta' annimali vulnerabbli: annimali li ma nfatmux, tqal u annimali li jkunu waslu fi tmiem il-ħajja utli tagħhom
101. Iqis li hija meħtieġa aktar riċerka biex jiġu identifikati l-intervalli xierqa għall-għalf, it-tmigħ u l-ixtarr, ir-regolazzjoni termali, il-ħtiġijiet ta' mistrieħ u l-kapaċità fiżika biex jiġi ttollerat it-trasport mingħajr ħsara għall-ispeċijiet u l-kategoriji kollha tal-annimali li jkunu qed jiġu ttrasportati; jemmen li t-trattament xieraq tal-annimali għandu jkun it-tħassib primarju u li l-lakuni fl-għarfien għandhom jiġu eliminati permezz ta' ammont akbar ta' riċerka xjentifika;
102. Iqis li jeħtieġ li ssir aktar riċerka b'enfasi fuq it-titjib tal-għarfien dwar il-ħtiġijiet speċjali u speċifiċi tat-trasport ta' annimali żgħar u mhux miftuma, b'mod partikolari fir-rigward tal-aħjar ħin tal-ivvjaġġar, skont il-mezz tat-trasport użat, l-aħjar allokazzjoni ta' spazju, l-età t-tajba, l-apparat tax-xorb xieraq, is-sostituti xierqa tal-ħalib, il-ġestjoni xierqa tal-għalf fiċ-ċentri tal-ġbir, l-intervalli tat-tmigħ matul it-trasport u l-kundizzjonijiet ottimali għat-trobbija tal-annimali fil-farm tal-oriġini, u l-valutazzjoni tal-idoneità tal-annimali għat-trasport li jeħtieġ li tiġi żgurata kif xieraq;
103. Jappella biex id-definizzjoni ta' annimali mhux miftuma tiġi ċċarata biex tispeċifika dawk l-annimali li mhumiex kapaċi jieħdu għalf solidu u ilma suffiċjenti b'mod indipendenti u b'età minima ċara f'ġimgħat, skont l-ispeċi u filwaqt li jitqies l-aktar għarfien xjentifiku reċenti dwar is-sistemi immuni u l-ħtiġijiet tal-għalf ta' dawn l-annimali;
104. Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi, bl-appoġġ ta' studji xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari, limiti ta' żmien tal-ivvjaġġar għall-annimali mhux miftuma; iqis li t-trasport ta' annimali mhux miftuma għandu jiġi evitat u ma jiġix permess għal għoġġiela ta’ inqas minn erba’ ġimgħat, ħlief fil-każ ta’ trasport li jsir mill-bdiewa għal distanza ta’ inqas minn 50 km; iqis li l-limitazzjoni tat-trasport għal dawn l-annimali jeħtieġ li titqies b'mod qawwi fir-regolament futur, filwaqt li titqies ukoll il-ħtieġa li jittieħdu azzjonijiet biex jiġi żgurat li l-annimali kollha jirċievu kura xierqa fil-farm tal-oriġini;
105. Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu biċċeriji mobbli f'żoni remoti, b'mod partikolari f'żoni muntanjużi u gżejjer; ifakkar li biċċeriji mobbli bħal dawn itejbu t-trattament xieraq tal-annimali midruba li ma jistgħux jiġu ttrasportati lejn il-biċċeriji u jippromwovu l-bejgħ dirett;
106. Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tipprovdi lill-EFSA b'mandat biex tiżviluppa linji gwida obbligatorji komuni tal-UE biex jiġi vvalutat jekk l-annimali humiex tajbin għat-trasport sabiex jiġi żgurat approċċ armonizzat madwar l-UE; jemmen, barra minn hekk, li l-użu ta' dawn il-linji gwida jrid jiġi vverifikat u marbut ma' sistemi ta' sanzjonijiet;
107. Jirrikonoxxi d-differenzi bejn it-trasport tal-annimali bit-triq u bil-baħar; jappella li ssir aktar riċerka biex jinftiehmu aħjar l-effetti ta' kull mezz ta' trasport fuq it-trattament xieraq tal-annimali;
108. Iqis li s-sitwazzjoni ġeografika partikolarment diffiċli tal-gżejjer u tar-reġjuni ultraperiferiċi tfisser li t-trobbija lokali u ktajjen tal-provvista qosra għandhom jiġu mħeġġa sabiex jitnaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar tal-annimali;
109. Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu biċċeriji mobbli fil-gżejjer, b'mod partikolari fir-reġjuni ultraperiferiċi; jinnota li l-użu ta' tali biċċeriji mobbli jnaqqas b'mod konsiderevoli t-trasport bit-triq u bil-baħar ta' annimali ħajjin f'dawk ir-reġjuni;
110. Jisħaq fuq il-vulnerabbiltà tal-annimali femminili tqal, li għandhom ħtiġijiet bijoloġiċi speċifiċi ħafna u li huma partikolarment vulnerabbli fit-trasport, li jista' jikkawża korriment jew ħlas matul il-vjaġġ, b'riskju tal-mewt tal-omm jew tal-annimal żgħir; iqis li t-trasport ta' annimali tqal għandu jiġi evitat u jemmen li t-trasport ta' annimali tqal fl-aħħar terz tal-ġestazzjoni għandu jkun ristrett sa massimu ta' erba' sigħat, minħabba li jkunu jinsabu f'riskju akbar li jsofru nuqqas ta' trattament xieraq matul it-trasport; jappella li ssir aktar riċerka biex jiġu żviluppati metodi aktar preċiżi għad-determinazzjoni tal-età tal-ġestazzjoni u għall-valutazzjoni tal-idoneità għat-trasport skont l-istadju tal-ġestazzjoni; jistieden lill-awtoritajiet tal-Istati Membri jkunu viġilanti ħafna biex jiżguraw li annimali mhux idonei ma jiġux ittrasportati, b'mod partikolari annimali tqal li jaqbżu l-perjodu massimu ta' ġestazzjoni permess mir-Regolament (KE) Nru 1/2005;
111. Iqis li r-riskji ta' livelli aktar baxxi ta' protezzjoni ta' annimali vulnerabbli, b'valur inqas ekonomiku, b'mod partikolari annimali fi tmiem il-ħajja produttiva tagħhom, huma reali ħafna u għalhekk dan għandu jitqies fir-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet, flimkien mal-evitar tat-trasport fit-tul ta' dawn l-annimali, minħabba d-diffikultà li tiġi vvalutata l-idoneità tagħhom, kif ukoll il-kapaċità tagħhom li jibqgħu fi stat ta' saħħa tajjeb matul it-trasport; iqis li t-trasport ta' annimali li jkunu waslu fi tmiem il-ħajja utli tagħhom għandu jkun permess biss sal-eqreb biċċerija disponibbli xierqa għall-ispeċi; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi inizjattivi u investimenti biex ittejjeb in-network ta' biċċeriji mobbli, lokali u reġjonali, sabiex jiġi żgurat li fil-futur ikun jista' jintlaħaq limitu massimu ta' erba' sigħat ta' trasport għall-annimali li jkunu waslu fi tmiem il-ħajja utli tagħhom;
112. Jinsisti li fil-każ ta' annimali li jimirdu jew li jweġġgħu waqt it-trasport, is-sewwieqa jridu javżaw minnufih lil veterinarju, u l-annimali kkonċernati jridu jitqiesu bħala "mhux f'saħħithom" għat-trasport u jiġu separati mill-annimali l-oħra u jirċievu trattament tal-ewwel għajnuna;
Speċijiet mhux koperti b'mod adegwat mir-Regolament (KE) Nru 1/2005
113. Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tfassal proposti leġiżlattivi abbażi tal-aħħar għarfien xjentifiku dwar il-ħtiġijiet tal-ħut u ta' annimali akkwatiċi oħra u dwar il-metodi tat-trasport sabiex tiġi mminimizzata t-tbatija tagħhom matul it-trasport; jisħaq li d-dispożizzjonijiet il-ġodda għandhom jipprovdu lista ta' kontroll dettaljata għall-ippjanar u t-tħejjija ta' qabel it-trasport, dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw il-parametri tal-kwalità tal-ilma, id-densità, l-immaniġġjar matul it-tagħbija u l-ħatt, u kontrolli tat-trattament xieraq ta' wara t-trasport; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-linji gwida li tippubblika jiġu aġġornati abbażi tal-aħħar evidenza xjentifika u jkunu konformi mar-Regolament (KE) Nru 1/2005 u jappella għal rekwiżiti speċifiċi għall-moviment kummerċjali tal-ħut; jisħaq, barra minn hekk, li għandhom jiġu pprovduti taħriġ u ċertifikazzjoni speċifiċi fir-rigward tat-trasport tal-ħut;
114. Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi dispożizzjonijiet fir-Regolament (KE) Nru 1/2005 biex tipproteġi kif xieraq l-ispeċijiet li mhumiex diġà koperti b'mod adegwat mil-leġiżlazzjoni; ifakkar li l-linji gwida biex jiġu eliminati l-lakuni leġiżlattivi, jiġifieri dwar speċijiet speċifiċi, mhumiex legalment vinkolanti u jistieden lill-Kummissjoni tinkludi dispożizzjonijiet biex tipproteġi b'mod xieraq speċijiet li mhumiex koperti sew fil-leġiżlazzjoni, bħat-tjur u l-fniek; jappella wkoll għal dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ispeċi fil-każijiet li ġejjin, inklużi, fejn rilevanti, ħinijiet massimi tal-ivvjaġġar skont ir-raġuni għat-trasport; iqis li huma meħtieġa kontenituri speċifiċi għat-tjur, li jippermettu lill-għasafar joqogħdu bil-wieqfa fil-pożizzjoni naturali tagħhom u li jkollhom biżżejjed arja li tiċċirkola 'l fuq mill-irjus tagħhom, b'regoli għal immaniġġjar xieraq, b'mod partikolari meta jinqabdu qabel it-trasport; jinnota li n-nuqqas ta' dispożizzjonijiet fir-regolament dwar il-fniek xi drabi jirriżulta fl-użu inadegwat tal-kontenituri tat-tjur għat-trasport tal-fniek; iqis li t-trasport tat-tjur u tal-fniek għandu jkun permess biss sal-eqreb biċċerija disponibbli xierqa għall-ispeċi; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi inizjattivi u investimenti biex ittejjeb in-network ta' biċċeriji mobbli, lokali u reġjonali, sabiex jiġi żgurat li fil-futur ikun jista' jintlaħaq limitu massimu ta' erba' sigħat ta' trasport għal dawn l-annimali;
115. Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li tiġi vvalutata l-aktar informazzjoni xjentifika reċenti dwar it-trattament xieraq tal-annimali tad-dar matul it-trasport; iqis li hija meħtieġa aktar riċerka dwar il-ħtiġijiet tal-annimali tad-dar f'konformità mad-dispożizzjoni fir-Regolament (KE) Nru 1/2005 dwar il-pubblikazzjoni tal-opinjonijiet tal-EFSA dwar il-ħtiġijiet tal-qtates u tal-klieb; jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-moviment kummerċjali tal-annimali tad-dar abbażi tal-għarfien xjentifiku attwali, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lis-separazzjoni tal-annimali u l-allokazzjonijiet ta' spazju, l-istivar, il-marqad, firxa xierqa ta' temperatura u umdità biex jiġi żgurat it-trattament xieraq tal-annimali, kif ukoll taħriġ xieraq għall-persunal responsabbli għall-immaniġġjar u t-trasport tal-annimali;
116. Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li tiġi vvalutata l-aktar informazzjoni xjentifika reċenti dwar il-ħtiġijiet u t-trattament xieraq taż-żwiemel matul it-trasport; jistenna li l-Kummissjoni tqis dawn l-ispeċijiet billi tipproponi rekwiżiti speċifiċi għall-ispeċi fir-Regolament (KE) Nru 1/2005 rivedut;
Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar it-trasport bil-baħar
117. Jappella għal miżuri li jippermettu bidla lejn kummerċ ta' laħam, karkassi u materjal ġenetiku, fejn xieraq, li jista' jissostitwixxi l-ħtieġa tat-trasport bil-baħar; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ttejjeb u tiċċara d-dispożizzjonijiet dwar it-trasport marittimu, b'mod partikolari dwar il-proċess ta' awtorizzazzjoni, id-definizzjoni u l-identifikazzjoni tal-organizzaturi u t-trasportaturi u tal-obbligi tagħhom, sabiex tiġi stabbilita katina ċara ta' responsabbiltà u komunikazzjoni trasparenti bejn il-bdiewa, it-trasportaturi u l-veterinarji mal-awtoritajiet kompetenti; jappella għall-introduzzjoni ta' miżuri dissważivi, inklużi penali finanzjarji, biex jiġi evitat li annimali mejta jintremew fil-baħar jew fuq rotot tat-trasport f'konformità mal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (il-Konvenzjoni Marpol);
118. Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw l-istabbiliment ta' faċilitajiet xierqa u suffiċjenti f'żona ta' 30 km mill-fruntieri jew il-portijiet biex iħottu, jitimgħu u jisqu l-annimali u jippermettulhom jistrieħu kif suppost, u b'hekk jissalvagwardjaw it-trattament xieraq tal-annimali meta jkun hemm dewmien; jistieden lill-Istati Membri ma japprovawx it-trasport f'każ ta' nuqqas ta' tali faċilitajiet;
119. Jistieden lill-Kummissjoni tfassal lista ta' portijiet b'faċilitajiet adegwati ta' spezzjoni tal-annimali abbażi ta' informazzjoni mill-Istati Membri u monitoraġġ xieraq mill-Kummissjoni;
120. Jappella għall-Istati Membri biex jiżguraw li tali faċilitajiet fil-fatt jintużaw, meta jkun meħtieġ il-ħatt, qabel it-tagħbija tal-annimali fuq il-bastimenti u li l-annimali ma jinżammux fit-trakkijiet għal perjodi twal waqt li jkunu qed jistennew li jitgħabbew fuq bastiment;
121. Jistieden lill-Istati Membri biex, barra minn hekk, jikkooperaw aħjar fl-ippjanar tat-trasport tal-bhejjem sabiex jipprevjenu akkumulazzjoni eċċessiva fil-kontrolli fil-fruntieri;
122. Jinnota l-ħtieġa li jiġu eżaminati opportunitajiet għat-titjib tal-kwalità tat-trasport bil-baħar għal annimali għat-tnissil fi stat ta' saħħa tajjeb ħafna u li dawn jitħallew jistrieħu fil-vettura fejn il-ħatt tagħhom jista' jikkomprometti l-istatus tas-saħħa tagħhom;
123. Jistieden lill-Istati Membri tal-fruntiera jew tal-port, li huma responsabbli għall-kontroll tal-vetturi tat-triq u tal-bastimenti li jmorru lejn pajjiżi terzi, biex jippenalizzaw kwalunkwe ksur tal-leġiżlazzjoni tal-UE;
124. Iqis il-preżenza obbligatorja ta' veterinarju indipendenti bħala essenzjali, proporzjonata għall-għadd ta' annimali, matul il-perjodi ta' mistrieħ f'faċilitajiet uffiċjali ta' kenn tal-annimali, u t-tagħbija u l-ħatt, b'mod partikolari għat-trasport fuq distanzi twal; jistieden lill-Istati Membri jintroduċu dispożizzjonijiet obbligatorji għall-vjaġġi bil-baħar, filwaqt li jiżguraw il-preżenza ta' veterinarji jew, bħala l-aħħar alternattiva, ta' professjonist iċċertifikat b'ħiliet xierqa, abbord għat-tul kollu tal-vjaġġ bil-baħar, sabiex tiġi vverifikata l-implimentazzjoni tal-istandards rilevanti dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali u jiġi pprovdut appoġġ f'ħin reali għall-annimali morda jew midruba fuq il-bastimenti, kif ukoll biex it-tisqija u l-għalf tal-annimali jiġu aġġustati għall-ħtiġijiet immedjati tagħhom;
125. Jappella għal dispożizzjonijiet obbligatorji dwar it-twettiq ta' spezzjonijiet wara t-tagħbija ta' bastiment sabiex jiġu evitati l-aċċidenti;
126. Iqis li l-preżenza obbligatorja ta' veterinarju indipendenti hija fundamentali fit-tagħbija u fid-destinazzjoni finali ta' vjaġġi twal lejn pajjiżi mhux tal-UE; jisħaq li l-preżenza ta' veterinarju tippermetti r-rivalutazzjoni tal-idoneità għat-trasport u tista' tgħin biex tiġi żgurata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE u l-infurzar tas-sentenza rilevanti tal-QĠUE;
It-trasport ta' annimali ħajjin lejn pajjiżi terzi
127. Jistieden lill-Istati Membri jispezzjonaw il-kunsinni kollha fil-punt tat-tagħbija u fil-punt tal-wasla fid-destinazzjoni finali għal vjaġġi twal lejn pajjiżi mhux tal-UE u jivvalutaw bir-reqqa sabiex jiżviluppaw proċeduri għall-ispezzjonijiet, li jkopru oqsma bħall-ammont ta' għalf u ilma għat-tul tal-vjaġġ, l-ispazju u l-marġni ta' manuvra għall-annimali, il-kwalità, il-post fejn jitpoġġew u l-funzjonament tajjeb tal-apparati għax-xorb skont il-ħtiġijiet tal-annimali li jkunu qed jiġu ttrasportati, il-kwalità tal-marqad, u biex jiżguraw li ma jitgħabba l-ebda annimal li ma jkunx f'saħħtu; jistieden lill-Kummissjoni tintervjeni kontra Stati Membri li japprovaw l-esportazzjonijiet ħajjin meta l-infurzar tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-424/13(9) ma jkunx jista' jiġi ggarantit;
128. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiġbru data komprensiva u jinkludu fir-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 rekwiżit li jiġu prodotti rapporti dwar l-istat tas-saħħa tal-annimali u l-mortalità tagħhom mal-wasla fil-post tad-destinazzjoni;
129. Jinsisti fuq il-ħolqien u l-implimentazzjoni ta' korsija ta' prijorità fil-fruntieri esterni kollha, kif ukoll fil-fruntieri interni tal-UE, maħsuba speċifikament għat-trasport tal-annimali, inklużi faċilitajiet ta' mistrieħ adegwati skont ir-rekwiżiti tal-annimali li jkunu qed jiġu ttrasportati, sabiex jitnaqqas it-tul tal-vjaġġ u jiġu eliminati l-ħinijiet ta' stennija, biex jiġi minimizzat, kemm jista' jkun, kwalunkwe dewmien li jista' jkollu impatt negattiv fuq it-trattament xieraq tal-annimali u biex jitnaqqas it-tul ta' żmien ġenerali tal-vjaġġ; jirrakkomanda li d-dokumenti jintbagħtu minn qabel f'format elettroniku lill-awtoritajiet riċeventi;
130. Jinsisti li fir-rigward tat-trasport ta' annimali ħajjin lejn pajjiżi terzi, il-kunsinni għandhom jiġu awtorizzati biss ladarba l-awtorità kompetenti tkun kisbet assigurazzjoni li l-ġurnal tal-vjaġġ sottomess ikun komplut għalkollox, realistiku b'evidenza li tista' tiġi ppruvata u assigurazzjoni li r-Regolament (KE) Nru 1/2005 se jiġi implimentat b'mod effettiv sad-destinazzjoni finali inkluż matul l-istadji tal-vjaġġ li jseħħu barra mill-UE, f'konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-424/13; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li r-regoli li japplikaw fl-UE japplikaw ukoll għall-vjaġġi tat-trasport tal-annimali li jitilqu mill-Unjoni; jinnota li reċentement xi pajjiżi/reġjuni ddefendew id-deċiżjoni tagħhom li jirrestrinġu t-trasport fit-tul tal-annimali, jiġifieri fir-rigward tal-esportazzjonijiet ħajjin u t-trasport ta' kategoriji speċifiċi ta' annimali, b'mod partikolari meta l-vjaġġi jkunu jirrikjedu waqfa ta' 24 siegħa, minħabba n-nuqqas ta' postijiet ta' kontroll f'pajjiżi terzi;
131. Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa lista ta' pajjiżi terzi li japplikaw regoli tal-inqas protettivi daqs dawk fl-UE, fejn l-esportazzjoni ta' annimali ħajjin tal-irziezet tista' tiġi awtorizzata direttament abbażi ta' ftehim internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni, fl-istess ħin, tindirizza l-kwistjoni ta' pajjiżi mhux tal-UE li jużaw iċ-ċertifikazzjoni tagħhom biex jaġixxu bħala ċentri ta' tranżitu għat-trasport tal-annimali lejn pajjiżi terzi mhux iċċertifikati; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi, għal każijiet oħra, sistema ta' kontroll iċċertifikata li tiżgura l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE fi kwalunkwe parti tal-vjaġġ fil-każ ta' trasport lejn pajjiżi terzi; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tivvaluta eżempji tal-aħjar prattika fir-rigward ta' strumenti ta' ċertifikazzjoni u awditjar biex tiżgura t-traċċabbiltà u t-trattament xieraq matul it-trasport ta' annimali ħajjin lejn pajjiżi terzi;
132. Jirrikonoxxi li bħalissa ma hemm l-ebda sistema ta' kontroll stabbilita għat-trasport lejn pajjiżi terzi, li twassal għal sitwazzjonijiet fejn l-esportazzjonijiet tal-annimali lejn pajjiżi terzi spiss ma jirrispettawx ir-Regolament (KE) Nru 1/2005 u spiss jiksru s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja C-424/13 dwar din il-kwistjoni; jappella għal trasport ta' annimali bejn l-UE u pajjiżi terzi li jkun permess biss meta jkunu jistgħu jiġu żgurati l-istandards Ewropej kif stabbiliti mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja C-424/13;
133. Jistieden lill-Kummissjoni tfittex standards uniformi dwar it-trattament xieraq tal-annimali matul it-trasport bejn l-UE u pajjiżi mhux tal-UE f'negozjati kummerċjali bilaterali sabiex il-bdiewa Ewropej ma jitħallewx jaqgħu vittmi ta' kompetizzjoni inġusta;
134. Jisħaq fuq il-ħtieġa li jissaħħu l-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni ma' pajjiżi terzi, b'mod partikolari dwar l-assistenza reċiproka u l-kondiviżjoni rapida tal-informazzjoni, u dwar it-twettiq ta' inizjattivi differenti bl-għan li tiżdied is-sensibilizzazzjoni u tiġi promossa l-implimentazzjoni tal-istandards tal-UE f'pajjiżi terzi, speċjalment għal prodotti tal-laħam jew tal-annimali importati fl-UE;
135. Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tqabbad lill-awdituri tagħha, li jinkludu veterinarji u inġiniera tekniċi, iwettqu spezzjonijiet u valutazzjonijiet fil-fond sabiex tiġi żviluppata lista ċentralizzata, awditjata u akkreditata tal-faċilitajiet ta' mistrieħ disponibbli f'pajjiżi terzi, f'konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1/2005; jistieden lill-Istati Membri ma japprovawx ġurnali tal-vjaġġ fil-futur jekk ma tkun ingħatat l-ebda konferma li l-faċilitajiet ta' mistrieħ proposti huma fil-fatt inklużi fil-lista msemmija hawn fuq u għalhekk jiġu żgurati l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-ħatt tal-annimali; jisħaq, barra minn hekk, li l-konferma ta' riżerva ta' prenotazzjoni għal kull faċilità ta' mistrieħ hija essenzjali biex tiggarantixxi li jkun hemm biżżejjed spazju disponibbli għall-annimali kollha deskritti fil-pjan tat-trasport;
136. Jinnota l-ħtieġa li jiġu eżaminati opportunitajiet għat-titjib tal-kwalità tat-trasport għal annimali tat‑tnissil bi stat ta' saħħa tajjeb ħafna u li jitħallew jistrieħu fil-vettura fejn il-ħatt tagħhom jista' jikkomprometti l-istatus tas-saħħa tagħhom;
137. Iqis li ż-żieda fl-appoġġ finanzjarju għall-għajnuna barranija u l-kooperazzjoni internazzjonali huwa essenzjali, b'mod partikolari għall-pajjiżi terzi li jirrikjedu investiment fir-rigward, pereżempju, tat-tkessiħ tal-karkassi jew tat-trattament ta' prodotti ġerminali;
138. Itenni l-importanza tal-kapitoli infurzabbli dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli fil-ftehimiet kummerċjali kollha tal-UE bħala mezz biex jiġi ggarantit li ambizzjonijiet regolatorji akbar imressqa jkunu konsistenti mal-politika kummerċjali tal-UE u li l-pajjiżi terzi li ffirmaw ftehimiet kummerċjali mal-UE jkunu konformi magħhom; jissottolinja li l-kapitoli dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli għandhom iqisu wkoll l-istandards ta' produzzjoni ekwivalenti, b'mod partikolari t-trattament xieraq tal-annimali;
139. Jistieden lill-Kummissjoni tuża l-politika kummerċjali tal-UE bħala ingranaġġ biex iżżid il-konformità mar-Regolament (KE) Nru 1/2005 barra mill-UE, filwaqt li żżomm l-objettiv tat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi fl-UE u tiggarantixxi li dawk l-ispejjeż ta' konformità ma jaffettwawx b'mod sproporzjonat lin-negozji tal-UE;
140. Jappella għal konformità obbligatorja mal-istandards tal-UE dwar il-protezzjoni u t-trattament xieraq tal-annimali, inkluż għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, sabiex tiġi żgurata l-kompetittività tal-produtturi Ewropej;
Rapportar
141. Jitlob li l-Istati Membri kollha jirrapportaw lill-Kummissjoni kull sena dwar l-għadd ta' speċijiet ta' annimali ttrasportati fl-UE u esportati barra minnha, il-kontrolli mwettqa matul dan it-trasport b'evidenza ta' dan, il-każijiet ta' ksur identifikati matul dan it-trasport b'evidenza ta' dan u l-azzjoni ta' segwitu meħuda mill-Istati Membri, li għandha ssir disponibbli għall-pubbliku mill-Kummissjoni fi żmien xahrejn mis-sottomissjoni mill-Istat Membru;
142. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrapportaw kull sena lill-Parlament dwar l-azzjonijiet tagħhom biex itejbu l-protezzjoni u t-trattament xieraq tal-annimali waqt it-trasport;
o o o
143. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-rakkomandazzjoni u r-rapport finali tal-Kumitat ta' Inkjesta lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.
Rapport Speċjali Nru 31/2018 tal-14 ta' Novembru 2018 bit-titolu "Il-benessri tal-annimali fl-UE: tnaqqis tad-distakk bejn għanijiet ambizzjużi u implimentazzjoni prattika".
Ara s-sentenza tal-Qorti (l-Ewwel Awla) tal-14 ta' Ottubru 2004, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tan-Netherlands, C-113/02, ECLI:EU:C:2004:616 u s-sentenza tal-Qorti (it-Tielet Awla) tat-8 ta' Mejju 2008, Danske Svineproducenter vs Justitsministeriet, il-Kawża C-491/06, ECLI:EU:C:2008:263.
Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).
Id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, l-Awditjar u l-Analiżi tas-Saħħa u l-Ikel, Unità F2: Annimali, dokument tan-network mill-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali bit-titolu "Network document on livestock vessels" (Dokument tan-network dwar bastimenti għall-ġarr tal-bhejjem), 2020,