Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2021/0202(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0045/2022

Testi mressqa :

A9-0045/2022

Dibattiti :

PV 04/04/2022 - 15
CRE 04/04/2022 - 15
PV 13/03/2023 - 15
CRE 13/03/2023 - 15

Votazzjonijiet :

PV 05/04/2022 - 7.6
CRE 05/04/2022 - 7.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 14/03/2023 - 7.8

Testi adottati :

P9_TA(2022)0101
P9_TA(2023)0067

Testi adottati
PDF 187kWORD 54k
It-Tlieta, 5 ta' April 2022 - Strasburgu
Reviżjoni tar-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq għas-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet ***I
P9_TA(2022)0101A9-0045/2022

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-5 ta’ April 2022 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 fir-rigward tal-ammont ta' kwoti li għandhom jitqiegħdu fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema tal-Unjoni għan-negozjar ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra sal-2030 (COM(2021)0571 – C9-0325/2021 – 2021/0202(COD))(1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 1
(1)  Il-Ftehim ta' Pariġi, adottat f'Diċembru 2015 skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) daħal fis-seħħ f'Novembru 2016 ("il-Ftehim ta' Pariġi")3. Il-Partijiet għall-Ftehim ta' Pariġi qablu li jżommu ż-żieda fit-temperatura medja globali sew taħt 2 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u jagħmlu sforzi biex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura sa 1,5 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali.
(1)  Il-Ftehim ta' Pariġi, adottat f'Diċembru 2015 skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) daħal fis-seħħ f'Novembru 2016 ("il-Ftehim ta' Pariġi")3. Il-Partijiet għall-Ftehim ta' Pariġi qablu li jżommu ż-żieda fit-temperatura medja globali sew taħt 2 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u jagħmlu sforzi biex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura sa 1,5 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali. Bl-adozzjoni tal-Patt Klimatiku ta' Glasgow, il-Partijiet għall-Ftehim ta' Pariġi rrikonoxxew li l-limitazzjoni taż-żieda fit-temperatura medja globali għal 1,5 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali tnaqqas b'mod sinifikanti r-riskji u l-impatti tat-tibdil fil-klima, u impenjaw ruħhom li jsaħħu l-miri tagħhom għall-2030 sa tmiem l-2022 biex inaqqsu d-diskrepanza fl-ambizzjoni, f'konformità mas-sejbiet tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC). Dan għandu jsir b'mod li jkun ekwu u jirrispetta l-prinċipju ta' responsabbiltajiet komuni iżda differenzjati u kapaċitajiet rispettivi, fid-dawl taċ-ċirkostanzi nazzjonali differenti. Ir-reviżjoni tal-Iskema tal-Unjoni Ewropea għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet (EU ETS), inkluża r-riżerva tal-istabbiltà tas-suq tagħha, hija opportunità unika biex tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-azzjoni dwar il-klima tal-Unjoni qabel is-27 sessjoni tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni tal-Partijiet (COP 27) għall-UNFCCC fl-Eġittu.
__________________
__________________
3 Il-Ftehim ta' Pariġi (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4).
3 Il-Ftehim ta' Pariġi (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4).
Emenda 2
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 1a (ġdida)
(1a)  L-urġenza tal-ħtieġa li l-għan tal-Ftehim ta' Pariġi ta' 1,5 °C jinżamm ħaj saret aktar sinifikanti wara s-sejbiet tal-IPCC fir-rapport tiegħu tas-7 ta' Awwissu 2021 bit-titolu "Climate Change 2021: The Physical Science Basis" (It-Tibdil fil-Klima 2021: Il-Bażi tax-Xjenza Fiżika). L-IPCC sab li t-temperatura globali se tilħaq jew taqbeż il-marka ta' 1,5 °C aktar kmieni milli kien antiċipat preċedentement, jiġifieri fl-20 sena li ġejjin. Dan sab ukoll li sakemm ma jkunx hemm tnaqqis immedjat u ambizzjuż fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra, mhux se jkun aktar possibbli li t-tisħin globali jiġi limitat għal qrib 1,5 °C jew saħansitra 2 °C.
Emenda 3
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 1b (ġdida)
(1b)  Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Novembru 2019 dwar l-emerġenza klimatika u ambjentali1a, il-Parlament Ewropew ħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu azzjoni immedjata u ambizzjuża biex tillimita t-tisħin globali għal 1,5 °C u tevita telfien kbir tal-bijodiversità, inkluż billi tindirizza l-inkonsistenzi fil-politiki attwali tal-Unjoni dwar l-emerġenza klimatika u ambjentali u billi tiżgura li l-proposti leġiżlattivi u baġitarji futuri rilevanti kollha jkunu allinjati bis-sħiħ mal-objettiv li t-tisħin globali jiġi limitat għal inqas minn 1,5 °C u li ma jikkontribwux għat-telfien tal-bijodiversità.
__________________
1a ĠU C 232, 16.6.2021, p. 28.
Emenda 4
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 1c (ġdida)
(1c)  Il-ħtieġa ta' azzjoni urġenti hija intensifikata aktar biż-żieda fil-frekwenza u l-intensità tal-kundizzjonijiet tat-temp estremi b'riżultat dirett tat-tibdil fil-klima. Skont l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tnaqqis tar-Riskju tad-Diżastri, l-għadd ta' diżastri rreġistrati madwar id-dinja u l-iskala tat-telf ekonomiku globali kważi rduppjaw f'dawn l-aħħar 20 sena, u ħafna minn din iż-żieda tikkorrispondi għaż-żieda sinifikanti fin-numru ta' diżastri relatati mal-klima.
Emenda 5
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 1d (ġdida)
(1d)  Għalhekk, jenħtieġ li l-Unjoni tindirizza din l-urġenza billi żżid l-isforzi tagħha u tistabbilixxi lilha nnifisha bħala mexxej internazzjonali fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, filwaqt li tirrifletti l-prinċipji ta' ekwità u ta' responsabbiltajiet komuni iżda differenzjati u kapaċitajiet rispettivi, kif stabbilit fl-Artikolu 2(2) tal-Ftehim ta' Pariġi.
Emenda 6
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 2
(2)  L-indirizzar tal-isfidi relatati mal-klima u mal-ambjent u l-ilħuq tal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi huma fil-qalba tal-Komunikazzjoni dwar il-"Patt Ekoloġiku Ewropew", adottata mill-Kummissjoni fil-11 ta' Diċembru 20194.
(2)  L-indirizzar tal-isfidi relatati mal-klima u mal-ambjent u l-ilħuq tal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi huma għalhekk fil-qalba tal-Komunikazzjoni dwar il-"Patt Ekoloġiku Ewropew", adottata mill-Kummissjoni fil-11 ta' Diċembru 20194.
__________________
__________________
4 COM(2019)0640.
4 COM(2019)0640.
Emenda 7
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 3
(3)  Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jgħaqqad sett komprensiv ta' miżuri u inizjattivi ta' tisħiħ reċiproku mmirati lejn il-kisba tan-newtralità klimatika fl-UE sal-2050, u jistabbilixxi strateġija ġdida ta' tkabbir li għandha l-għan li tittrasforma l-Unjoni f'soċjetà ġusta u prospera, b'ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva, fejn it-tkabbir ekonomiku jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi. Għandu wkoll l-għan li jipproteġi, jikkonserva u jsaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni, u jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u minn impatti relatati mal-ambjent. Fl-istess ħin, din it-tranżizzjoni taffettwa lin-nisa u lill-irġiel b'mod differenti u għandha impatt partikolari fuq xi gruppi żvantaġġati, bħall-anzjani, il-persuni b'diżabbiltà u l-persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju. Għalhekk irid jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tkun ġusta u inklużiva, u ma tħalli lil ħadd jibqa' lura.
(3)  Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jipprovdi l-punt tat-tluq għall-ilħuq tal-objettiv tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sa mhux aktar tard mill-2050, u l-għan li jinkisbu emissjonijiet negattivi minn hemm 'il quddiem, kif stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. Dan jistabbilixxi strateġija ġdida ta' tkabbir li għandha l-għan li tittrasforma l-Unjoni f'soċjetà ġusta u prospera, b'ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva, filwaqt li ħadd ma jitħalla jibqa' lura fi tranżizzjoni ġusta li tindirizza wkoll il-faqar enerġetiku. Għandu wkoll l-għan li jipproteġi, jikkonserva u jsaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni, u jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u minn impatti relatati mal-ambjent. Din it-tranżizzjoni taffettwa lil ħaddiema minn diversi setturi u lil kull ġeneru b'mod differenti u għandha impatt partikolari fuq xi gruppi żvantaġġati u vulnerabbli, bħall-anzjani, il-persuni b'diżabbiltà, il-persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju u l-individwi u l-unitajiet domestiċi bi dħul baxx u medju inferjuri. Din timponi wkoll sfidi akbar fuq ċerti reġjuni, b'mod partikolari r-reġjuni strutturalment żvantaġġati u periferiċi, kif ukoll dawk insulari. Għalhekk irid jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tkun ġusta u inklużiva.
_______________
1a Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 ("il-Liġi Ewropea dwar il-Klima") (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
Emenda 8
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 4
(4)  Il-ħtieġa u l-valur tal-Patt Ekoloġiku Ewropew kibru biss fid-dawl tal-effetti serji ħafna tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-saħħa, il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol u l-benesseri taċ-ċittadini tal-Unjoni, li wrew li s-soċjetà tagħna u l-ekonomija tagħna jeħtieġ li jtejbu r-reżiljenza tagħhom għax-xokkijiet esterni u jaġixxu kmieni biex jipprevjenuhom jew jimmitigawhom. Iċ-ċittadini Ewropej għadhom jesprimu fehmiet qawwija li dan japplika b'mod partikolari għat-tibdil fil-klima5.
(4)  Il-ħtieġa u l-valur ta' Patt Ekoloġiku Ewropew implimentat sew, jekk xejn, kibru fid-dawl tal-effetti serji ħafna tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-saħħa, il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol u l-benesseri taċ-ċittadini tal-Unjoni, li wrew li s-soċjetà tagħna u l-ekonomija tagħna jeħtieġ li jtejbu r-reżiljenza tagħhom għax-xokkijiet esterni u jaġixxu kmieni biex jipprevjenuhom jew jimmitigawhom b'mod ġust u li jwassal biex ħadd ma jitħalla jibqa' lura, inklużi dawk f'riskju ta' faqar enerġetiku. Iċ-ċittadini Ewropej għadhom jesprimu fehmiet qawwija li dan japplika b'mod partikolari għat-tibdil fil-klima5.
__________________
__________________
5 Ewrobarometru Speċjali 513 dwar it-Tibdil fil-Klima, 2021 (https://ec.europa.eu/clima/citizens/support_mt).
5 Ewrobarometru Speċjali 513 dwar it-Tibdil fil-Klima, 2021 (https://ec.europa.eu/clima/citizens/support_mt).
Emenda 9
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 4a (ġdida)
(4a)  Il-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi (IPBES), fir-rapport tagħha tad-29 ta' Ottubru 2020 bit-titolu "Biodiversity and Pandemics" (Il-bijodiversità u l-pandemiji), irrimarkat li l-kawżi sottostanti tal-pandemiji huma l-istess bidliet ambjentali globali li jixprunaw it-telfien tal-bijodiversità u t-tibdil fil-klima. It-tibdil fil-klima għandu għalhekk jiġi mmitigat sabiex tiġi sostnuta u mtejba s-saħħa tal-bijodiversità tagħna, u b'hekk tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem.
Emenda 10
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 6
(6)  Fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill7, l-Unjoni stabbiliet il-mira tan-newtralità klimatika fl-ekonomija kollha sal-2050 fil-leġiżlazzjoni. Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll impenn vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis domestiku tal-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra (emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) ta' mill-inqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030.
(6)  Fir-Regolament (UE) 2021/1119, l-Unjoni stabbiliet fil-leġiżlazzjoni l-mira tan-newtralità klimatika fl-ekonomija kollha sa mhux aktar tard mill-2050, u l-għan li jinkisbu emissjonijiet negattivi wara dan. Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll impenn vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis domestiku tal-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra (emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) ta' mill-inqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030. Dan jenħtieġ li jitwettaq bħala tranżizzjoni ġusta fejn ħadd ma jitħalla jibqa' lura.
__________________
7 Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 ("Il-Liġi Ewropea dwar il-Klima") (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
Emenda 11
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 7
(7)  Is-setturi kollha tal-ekonomija jridu jikkontribwixxu biex jinkiseb dak it-tnaqqis fl-emissjonijiet. Għalhekk, l-ambizzjoni tal-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta' Kwoti ta' Emissjonijiet (EU ETS), stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill8, jenħtieġ li tiġi aġġustata biex tkun konformi mal-impenn nett għall-2030 għat-tnaqqis tal-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra madwar l-ekonomija kollha.
(7)  Is-setturi kollha tal-ekonomija jridu jikkontribwixxu biex jinkiseb dak it-tnaqqis fl-emissjonijiet. Għalhekk, l-ambizzjoni tal-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta' Kwoti ta' Emissjonijiet (EU ETS), stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill8, jenħtieġ li tiġi aġġustata biex tkun konformi mal-impenn nett għall-2030 għat-tnaqqis tal-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra madwar l-ekonomija kollha, mal-objettiv tan-newtralità klimatika fl-Unjoni li għandu jintlaħaq sa mhux aktar tard mill-2050, u mal-għan li jinkisbu emissjonijiet negattivi wara dan, kif stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119.
__________________
__________________
8 Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
8 Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
Emenda 12
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 8
(8)  Sabiex jiġi indirizzat l-iżbilanċ strutturali bejn il-provvista u d-domanda tal-kwoti fis-suq, id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill9 stabbiliet riżerva tal-istabbiltà tas-suq (ir-"riżerva") fl-2018, li ilha operattiva mill-2019.
(8)  Sabiex jiġi indirizzat l-iżbilanċ strutturali bejn il-provvista u d-domanda tal-kwoti fis-suq, li dgħajjef l-EU ETS permezz ta' prezzijiet tal-karbonju aktar baxxi, u b'hekk ipprevjena li l-EU ETS tipprovdi inċentivi b'saħħithom għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill9 stabbiliet riżerva tal-istabbiltà tas-suq (ir-"riżerva") fl-2018, li ilha operattiva mill-2019. Il-ħolqien tar-riżerva kkontribwixxa għat-tnaqqis tas-surplus tal-kwoti fiċ-ċirkolazzjoni b'29 % fl-2019 meta mqabbel mal-livell rekord tal-2013. Madankollu, skont ir-Rapport tal-2021 dwar is-Suq tal-Karbonju, l-għadd totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni reġa' żdied fl-2020 għal 1 579 biljun kwota, meta mqabbel ma' 1 385 biljun kwota fl-2019. Dik iż-żieda qawwija fis-surplus ġenerali ġiet marbuta ma' domanda aktar baxxa minħabba l-kriżi tal-COVID-19. Il-Kummissjoni tistma li l-assorbiment tas-surplus addizzjonali tal-2020 se jieħu mhux inqas minn erba' snin, u dan se jkompli jdewwem il-ħtieġa urġenti li jiġi assorbit is-surplus storiku u li l-EU ETS issir adatta għall-iskop tagħha. Għalhekk, u mingħajr preġudizzju għal reviżjonijiet ulterjuri tar-riżerva bħala parti mir-reviżjoni ġenerali tad-Direttiva 2003/87/KE u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 li se ssir fl-2022, jenħtieġ li l-Kummissjoni timmonitorja kontinwament il-funzjonament tar-riżerva u tiżgura li r-riżerva tinżamm adattata għall-iskop tagħha f'każ ta' xokkijiet esterni imprevedibbli futuri.
__________________
__________________
9 Id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta' riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta' negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva 2003/87/KE (ĠU L 264, 9.10.2015, p. 1).
9 Id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta' riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta' negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva 2003/87/KE (ĠU L 264, 9.10.2015, p. 1).
Emenda 13
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 8a (ġdida)
(8a)  Riżerva robusta u li tħares 'il quddiem hija essenzjali biex tiġi żgurata l-integrità tal-EU ETS u biex din tiġi ġestita b'mod effettiv sabiex tikkontribwixxi, bħala għodda ta' politika, għall-ilħuq tal-objettiv tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sa mhux aktar tard mill-2050, u għall-għan li jinkisbu emissjonijiet negattivi wara dan stabbilit fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) 2021/1119. Jenħtieġ li l-EU ETS, u għalhekk ir-riżerva, jiġu allinjati wkoll mal-isforzi biex iż-żieda fit-temperatura globali tiġi limitata għal 1,5 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali, filwaqt li jiġi rikonoxxut li dan inaqqas b'mod sinifikanti r-riskji u l-impatti tat-tibdil fil-klima, filwaqt li jiġu riflessi l-ekwità u l-prinċipju ta' responsabbiltajiet komuni iżda differenzjati u kapaċitajiet rispettivi, fid-dawl taċ-ċirkostanzi nazzjonali differenti, kif stabbilit fl-Artikolu 2 tal-Ftehim ta' Pariġi.
Emenda 14
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 10
(10)  Meta l-għadd ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni jkun ogħla mil-limitu massimu stabbilit, ammont ta' kwoti li jikkorrispondi għal perċentwal partikolari ta' dawn il-kwoti jitnaqqas mill-volumi ta' kwoti li għandhom jiġu rkantati u mqiegħda fir-riżerva. Sadanittant, għadd korrispondenti ta' kwoti jiġi rilaxxat mir-riżerva lill-Istati Membri, u jiżdied mal-volumi tal-kwoti li għandhom jiġu rkantati, jekk l-għadd totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni jaqa' taħt il-limitu l-aktar baxx stabbilit.
(10)  Attwalment, meta l-għadd ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni jkun ogħla mil-limitu massimu stabbilit, ammont ta' kwoti li jikkorrispondi għal perċentwal partikolari ta' dawn il-kwoti jitnaqqas mill-volumi ta' kwoti li għandhom jiġu rkantati u mqiegħda fir-riżerva. Sadanittant, għadd korrispondenti ta' kwoti jiġi rilaxxat mir-riżerva lill-Istati Membri, u jiżdied mal-volumi tal-kwoti li għandhom jiġu rkantati, jekk l-għadd totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni jaqa' taħt il-limitu l-aktar baxx stabbilit.
Emenda 15
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 11
(11)  Id-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill10 emendat id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 billi rduppjat ir-rata perċentwali li għandha tintuża għad-determinazzjoni tal-għadd ta' kwoti li għandhom jitqiegħdu kull sena fir-riżerva minn 12 % għal 24 % sal-31 ta' Diċembru 2023.
(11)  Id-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill10 emendat id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 billi rduppjat ir-rata perċentwali li għandha tintuża għad-determinazzjoni tal-għadd ta' kwoti li għandhom jitqiegħdu kull sena fir-riżerva minn 12 % għal 24 % sal-31 ta' Diċembru 2023, bħala mod biex jiġi assorbit malajr is-surplus storiku sabiex jiġi pprovdut sinjal tal-prezz aktar b'saħħtu ħalli l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jitnaqqsu b'mod kosteffiċjenti. Dik id-deċiżjoni ttieħdet fil-kuntest tal-mira klimatika preċedenti tal-Unjoni għall-2030 li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-ekonomija kollha jitnaqqsu b'mill-inqas 40 % meta mqabbla mal-livelli tal-1990.
__________________
__________________
10 Id-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2018 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jiżdiedu t-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u l-investimenti għal emissjonijiet baxxi ta' karbonju, u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 (ĠU L 76, 19.3.2018, p. 3).
10 Id-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2018 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jiżdiedu t-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u l-investimenti għal emissjonijiet baxxi ta' karbonju, u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 (ĠU L 76, 19.3.2018, p. 3).
Emenda 16
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 14
(14)  L-analiżi mwettqa fil-kuntest tar-rieżami tar-riżerva u l-iżviluppi mistennija rilevanti għas-suq tal-karbonju juru li rata ta' 12 % tal-għadd totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni li għandhom jitqiegħdu fir-riżerva kull sena wara l-2023 hija insuffiċjenti biex tipprevjeni żieda sinifikanti fis-surplus ta' kwoti fl-EU ETS. Għalhekk, wara l-2023, iċ-ċifra perċentwali jenħtieġ li tkompli tkun 24 %, u l-għadd minimu ta' kwoti li għandhom jitqiegħdu fir-riżerva jenħtieġ li jkompli jkun 200 miljun.
(14)  L-analiżi mwettqa fil-kuntest tar-rieżami tar-riżerva u l-iżviluppi mistennija rilevanti għas-suq tal-karbonju juru li rata ta' 12 % tal-għadd totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni li għandhom jitqiegħdu fir-riżerva kull sena wara l-2023 hija insuffiċjenti biex tipprevjeni żieda sinifikanti fis-surplus ta' kwoti fl-EU ETS. Jekk ir-rata tal-għadd totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni li għandhom jitqiegħdu fir-riżerva kull sena terġa' lura għal 12 % wara l-2023, surplus sinifikanti u dannuż ta' kwoti fl-EU ETS jista' jfixkel l-istabbiltà tas-suq u l-funzjonament tajjeb tal-EU ETS, u b'riżultat ta' dan jipperikola l-kisba tat-tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra neċessarju biex jintlaħqu l-miri klimatiċi legalment vinkolanti, kif imsemmi fil-valutazzjoni tal-impatt li twettqet mill-Kummissjoni għal din id-Deċiżjoni.
Emenda 17
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 15
(15)  Jekk ir-rata tal-għadd totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni li għandhom jitqiegħdu fir-riżerva kull sena terġa' lura għal 12 % wara l-2023, surplus ta' kwoti fl-EU ETS, li potenzjalment jagħmel ħsara, jista' jfixkel l-istabbiltà tas-suq. Barra minn hekk, ir-rata ta' 24 % wara l-2023 jenħtieġ li tiġi stabbilita separatament mir-rieżami ġenerali tad-Direttiva 2003/87/KE u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 biex tissaħħaħ l-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta' Kwoti ta' Emissjonijiet f'konformità mal-ambizzjoni klimatika akbar tal-Unjoni għall-2030 biex tiġi żgurata l-prevedibbiltà tas-suq.
(15)   Għalhekk, huwa importanti li jiġi żgurat li r-rata ma terġax lura għal inqas minn 24 % wara l-2023 u li l-għadd minimu ta' kwoti li għandhom jitqiegħdu fir-riżerva ma jaqax taħt il-200 miljun. Dan jenħtieġ li jsir separatament mir-rieżami ġenerali tad-Direttiva 2003/87/KE u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 biex tissaħħaħ l-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta' Kwoti ta' Emissjonijiet f'konformità mal-ambizzjoni klimatika akbar tal-Unjoni għall-2030 biex jiġi żgurat id-dħul fis-seħħ tempestiv tagħha, u b'hekk tiġi pprovduta l-prevedibbiltà tas-suq billi jiġi eliminat ir-riskju li r-rata terġa' taqa' taħt l-24 %. Iż-żamma tar-rata ta' 24 % f'din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal reviżjonijiet ulterjuri tar-riżerva, inkluża, jekk ikun xieraq, ir-reviżjoni tar-rata ta' kwoti li għandhom jitqiegħdu fir-riżerva, bħala parti mir-reviżjoni ġenerali tad-Direttiva 2003/87/KE u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 li se ssir fl-2022.
Emenda 18
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 15a (ġdida)
(15a)  Ir-rata ta' 24 % wara l-2023 jenħtieġ li tiġi stabbilita separatament mir-rieżami ġenerali tad-Direttiva 2003/87/KE u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 biex tissaħħaħ l-EU ETS f'konformità mal-ambizzjoni klimatika akbar tal-Unjoni għall-2030 biex jiġi żgurat li jkun hemm prevedibbiltà tas-suq.
Emenda 19
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 15b (ġdida)
(15b)  Minħabba li l-għan ta' din id-Deċiżjoni, jiġifieri l-kontinwazzjoni tal-parametri attwali tar-riżerva ta' stabbiltà tas-suq kif stabbilit skont id-Direttiva (UE) 2018/410, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista', minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 59(4), ir-rabà subparagrafu (A9-0045/2022).

Aġġornata l-aħħar: 26 ta' Awwissu 2022Avviż legali - Politika tal-privatezza