Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' April 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif u l-operazzjoni ta' mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1053/2013 (COM(2021)0278 – C9-0349/2021 – 2021/0140(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2021)0278),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 70 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9‑0349/2021),
– wara li kkunsidra l-kontributi ppreżentati mis-Senat Ċek, mill-Parlament Spanjol, mill-Parlament Portugiż u mis-Senat Rumen dwar l-abbozz ta' att leġiżlattiv,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0054/2022),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
3. Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 1
(1) Iż-żona Schengen mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni tibbaża fuq l-applikazzjoni effettiva u effiċjenti tal-acquis ta' Schengen mill-Istati Membri. Dak l-acquis jinkludi miżuri fil-qasam tal-fruntieri esterni, miżuri ta' kumpens għan-nuqqas ta' kontrolli fil-fruntieri interni u qafas ta' monitoraġġ b'saħħtu, li flimkien jiffaċilitaw il-moviment liberu u jiżguraw livell għoli ta' sigurtà, ġustizzja u protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, inkluż il-protezzjoni tad-data personali.
(1) Iż-żona Schengen mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni tibbaża fuq l-applikazzjoni effettiva u effiċjenti tal-acquis ta' Schengen mill-Istati Membri. Dak l-acquis jinkludi miżuri fil-qasam tal-fruntieri esterni, miżuri ta' kumpens għan-nuqqas ta' kontrolli fil-fruntieri interni u qafas ta' monitoraġġ b'saħħtu, li flimkien jiżguraw il-moviment liberu kif ukoll livell għoli ta' sigurtà, ġustizzja u protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, inkluż il-protezzjoni tad-data personali.
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 4
(4) Sabiex iżid l-effettività u l-effiċjenza tiegħu, il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ ta' Schengen jenħtieġ li jittejjeb. Jenħtieġ li l-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ jimmira li jżomm livell għoli ta' fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri billi jiggarantixxi li l-Istati Membri japplikaw l-acquis ta' Schengen b'mod effettiv billi jsegwu l-istandards komuni maqbula u n-normi u l-prinċipji fundamentali, u b'hekk jikkontribwixxi għal żona Schengen li taħdem sew.
(4) Sabiex iżid l-effettività u l-effiċjenza tiegħu, il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ ta' Schengen jenħtieġ li jittejjeb. Jenħtieġ li l-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ jimmira li jżomm livell għoli ta' fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri billi jiggarantixxi li l-Istati Membri japplikaw l-acquis ta' Schengen b'mod effettiv billi jsegwu l-istandards komuni maqbula u n-normi u l-prinċipji fundamentali, sabiex tiġi żgurata żona Schengen li taħdem sew, b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali u mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni.
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 5
(5) Jenħtieġ li l-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ jikseb dawn l-għanijiet permezz ta' evalwazzjonijiet oġġettivi u imparzjali li jkunu jistgħu jidentifikaw f'qasir żmien in-nuqqasijiet fl-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen li jistgħu jfixklu t-tħaddim korrett taż-żona Schengen, jiżguraw li dawn in-nuqqasijiet jiġu indirizzati minnufih, u jipprovdu l-bażi għad-djalogu dwar it-tħaddim taż-żona Schengen kollha kemm hi. Dan jirrikjedi kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, distribuzzjoni bbilanċjata tar-responsabbiltajiet kondiviżi u li tinżamm in-natura tar-rieżami bejn il-pari tas-sistema. Jirrikjedi wkoll involviment aktar mill-qrib tal-Parlament Ewropew. Minħabba l-portata tal-bidliet, ir-Regolament (UE) Nru 1053/2013 jenħtieġ li jitħassar u jiġi sostitwit b'Regolament ġdid.
(5) Jenħtieġ li l-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ jikseb dawn l-għanijiet permezz ta' evalwazzjonijiet oġġettivi u imparzjali li jkunu jistgħu jidentifikaw f'qasir żmien in-nuqqasijiet fl-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen li jistgħu jfixklu t-tħaddim korrett taż-żona Schengen, jiżguraw li dawn in-nuqqasijiet jiġu indirizzati minnufih, u jipprovdu l-bażi għal djalogu politiku ġenwin bejn l-Istati Membri dwar it-tħaddim taż-żona Schengen kollha kemm hi. Dan jirrikjedi kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, distribuzzjoni bbilanċjata tar-responsabbiltajiet kondiviżi u li tinżamm in-natura tar-rieżami bejn il-pari tas-sistema. Jirrikjedi wkoll involviment aktar mill-qrib tal-Parlament Ewropew. Minħabba l-portata tal-bidliet, ir-Regolament (UE) Nru 1053/2013 jenħtieġ li jitħassar u jiġi sostitwit b'Regolament ġdid.
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 6
(6) Il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ jista' jkopri l-oqsma kollha tal-acquis ta' Schengen - preżent u futur - ħlief dawk fejn mekkaniżmu ta' evalwazzjoni speċifiku diġà jeżisti taħt il-liġi tal-Unjoni. Il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ jenħtieġ li jinkorpora l-leġiżlazzjoni rilevanti kollha u l-attivitajiet operazzjonali li jikkontribwixxu għat-tħaddim taż-żona Schengen.
(6) Il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ jenħtieġ li jkopri l-oqsma kollha tal-acquis ta' Schengen - preżent u futur - ħlief dawk fejn mekkaniżmu ta' evalwazzjoni speċifiku diġà jeżisti taħt il-liġi tal-Unjoni. Il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ jenħtieġ li jkopri kemm l-effiċjenza tal-kontrolli fil-fruntieri esterni kif ukoll in-nuqqas ta' kontrolli fil-fruntieri interni. Il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ jenħtieġ li jinkorpora l-leġiżlazzjoni rilevanti kollha u l-attivitajiet operazzjonali li jikkontribwixxu għat-tħaddim ta' żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni.
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 7
(7) It-tħaddim korrett tal-awtoritajiet li japplikaw l-acquis ta' Schengen jenħtieġ li jitqies fl-evalwazzjonijiet kollha f'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-1 u t-2 ta' Marzu 2012. L-evalwazzjoni jenħtieġ ukoll tkopri l-prattiki tal-entitajiet privati, bħal-linji tal-ajru jew il-fornituri esterni tas-servizzi, sa fejn ikunu involuti fl-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen jew affettwati minnu meta jikkooperaw mal-Istati Membri. Bl-istess mod, minħabba r-rwol akbar tal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen, jenħtieġ li l-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ jappoġġa l-ivverifikar tal-attivitajiet ta' dawn il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni sakemm iwettqu funzjonijiet għan-nom tal-Istati Membri biex jassistu fl-applikazzjoni operazzjonali tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen. L-ivverifikar ta' dawn l-attivitajiet f'dawn ir-rigward jenħtieġ li jkun inkorporat fl-evalwazzjoni tal-Istati Membri u jitwettaq mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet attribwiti lill-Kummissjoni u lill-korpi ta' governanza rilevanti tal-aġenziji, l-uffiċċji u l-korpi kkonċernati mir-regolamenti ta' twaqqif tagħhom u l-proċeduri ta' evalwazzjoni u monitoraġġ tagħhom stess li jinsabu fihom, kif ukoll b'rispett sħiħ tagħhom. Fl-eventwalità li l-evalwazzjonijiet jidentifikaw nuqqasijiet b'rabta mal-funzjonijiet imwettqa jew appoġġati mill-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tinforma lill-korpi ta' governanza rilevanti tagħhom.
(7) It-tħaddim korrett tal-awtoritajiet li japplikaw l-acquis ta' Schengen u l-konformità tagħhom mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-"Karta") jenħtieġ li jitqiesu fl-evalwazzjonijiet kollha f'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-1 u t-2 ta' Marzu 2012. L-evalwazzjoni jenħtieġ li tkopri wkoll il-prattiki tal-entitajiet privati, bħal-linji tal-ajru jew il-fornituri esterni tas-servizzi, sa fejn ikunu involuti fl-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen jew affettwati minnu meta jikkooperaw mal-Istati Membri. Bl-istess mod, minħabba r-rwol akbar tal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen, jenħtieġ li l-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ jappoġġa l-verifika tal-attivitajiet ta' dawn il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni sakemm iwettqu funzjonijiet għan-nom tal-Istati Membri biex jassistu fl-applikazzjoni operazzjonali tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen. Il-verifika ta' dawn l-attivitajiet f'dan ir-rigward jenħtieġ li tkun inkorporata fl-evalwazzjoni tal-Istati Membri u titwettaq mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet attribwiti lill-Kummissjoni u lill-korpi ta' governanza rilevanti tal-aġenziji, l-uffiċċji u l-korpi kkonċernati mir-regolamenti ta' twaqqif tagħhom u l-proċeduri ta' evalwazzjoni u monitoraġġ tagħhom stess li jinsabu fihom, kif ukoll b'rispett sħiħ tagħhom. Fl-eventwalità li l-evalwazzjonijiet jidentifikaw nuqqasijiet b'rabta mal-funzjonijiet imwettqa jew appoġġati mill-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tinkludi dan il-fatt fir-rapport ta' evalwazzjoni u tinvolvi lill-korpi ta' governanza rilevanti tagħhom.
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 9
(9) Il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà mwettqa mill-Frontex hija mekkaniżmu komplementari għall-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ stabbilit minn dan ir-Regolament biex jiggarantixxi l-kontroll tal-kwalità fil-livell tal-Unjoni u jiżgura li kemm il-livell tal-Unjoni kif ukoll dak nazzjonali, ikunu lesti jirrispondu għal kwalunkwe sfida fil-fruntieri esterni. Iż-żewġ mekkaniżmi jikkostitwixxu komponent tal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri. Jenħtieġ li s-sinerġiji bejn il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà u l-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ jiġu mmassimizzati bl-għan li tiġi stabbilita stampa mtejba tas-sitwazzjoni dwar it-tħaddim taż-żona Schengen, u jiġu evitati, sa fejn ikun possibbli, l-isforzi doppji u r-rakkomandazzjonijiet kunfliġġenti. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jkun hemm skambju ta' informazzjoni regolari bejn il-Frontex u l-Kummissjoni dwar ir-riżultati taż-żewġ mekkaniżmi. Iż-żieda fil-fokus strateġiku u t-tfassil aktar immirat tal-evalwazzjoni jirrikjedu wkoll iż-żieda ulterjuri tas-sinerġiji mal-mekkaniżmi u l-pjattaformi rilevanti operati mill-aġenziji tal-Unjoni u l-amministrazzjonijiet nazzjonali, bħall-Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali ("EMPACT") jew is-sorveljanza mwettqa mill-Kummissjoni bl-appoġġ ta' eu-LISA fir-rigward tat-tħejjija tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni tas-sistemi tal-IT rilevanti kif ukoll is-sejbiet tal-mekkaniżmi nazzjonali ta' kontroll tal-kwalità.
(9) Il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà mwettqa mill-Frontex hija mekkaniżmu komplementari għall-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ stabbilit minn dan ir-Regolament biex jiggarantixxi l-kontroll tal-kwalità fil-livell tal-Unjoni u jiżgura li kemm il-livell tal-Unjoni kif ukoll dak nazzjonali, ikunu lesti jirrispondu għal kwalunkwe sfida fil-fruntieri esterni. Dik il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà jenħtieġ li tikkontribwixxi għall-programm ta' evalwazzjoni annwali, u b'hekk tiżgura għarfien imtejjeb tas-sitwazzjoni. Iż-żewġ mekkaniżmi jikkostitwixxu komponent tal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri. Jenħtieġ li s-sinerġiji bejn il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà u l-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ jiġu mmassimizzati bl-għan li tiġi stabbilita stampa mtejba tas-sitwazzjoni dwar it-tħaddim taż-żona Schengen, u jiġu evitati, sa fejn ikun possibbli, l-isforzi doppji u r-rakkomandazzjonijiet kunfliġġenti. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jkun hemm skambju ta' informazzjoni regolari bejn il-Frontex u l-Kummissjoni dwar ir-riżultati taż-żewġ mekkaniżmi. Iż-żieda fil-fokus strateġiku u t-tfassil aktar immirat tal-evalwazzjoni jirrikjedu wkoll iż-żieda ulterjuri tas-sinerġiji mal-mekkaniżmi u l-pjattaformi rilevanti operati mill-aġenziji tal-Unjoni u l-amministrazzjonijiet nazzjonali, bħall-Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali ("EMPACT") jew is-sorveljanza mwettqa mill-Kummissjoni bl-appoġġ ta' eu-LISA fir-rigward tat-tħejjija tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni tas-sistemi tal-IT rilevanti kif ukoll is-sejbiet tal-mekkaniżmi nazzjonali ta' kontroll tal-kwalità.
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 10
(10) Matul l-evalwazzjoni, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari għall-ivverifikar tar-rispett tad-drittijiet fundamentali fl-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen minbarra l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni u l-applikazzjoni korretti tar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data tal-acquis ta' Schengen imwettqa permezz ta' evalwazzjonijiet separati. Jenħtieġ li jiġu implimentati miżuri addizzjonali biex tiżdied il-kapaċità tal-mekkaniżmu ta' monitoraġġ u evalwazzjoni li jidentifika l-ksur tad-drittijiet fundamentali fl-oqsma ta' politika rilevanti. Jenħtieġ li l-evalwaturi ta' Schengen jitħarrġu kif suppost f'dan ir-rigward, l-informazzjoni rilevanti mill-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali jenħtieġ li tiġi użata aħjar u l-esperti tagħha jkunu involuti b'mod aħjar fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-evalwazzjonijiet. Apparti minn hekk, jenħtieġ li evidenza li toħroġ fil-pubbliku jew tingħata permezz ta' mekkaniżmi ta' monitoraġġ indipendenti jew partijiet terzi rilevanti fuq inizjattiva tagħhom stess bħal ombudspersons, awtoritajiet li jwettqu monitoraġġ tar-rispett tad-drittijiet fundamentali, organizzazzjonijiet nongovernattivi u internazzjonali, titqies fil-programmazzjoni, fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-evalwazzjonijiet.
(10) Matul l-evalwazzjoni, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari għall-verifika tar-rispett tad-drittijiet fundamentali fl-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen minbarra l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni u l-applikazzjoni korretti tar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data tal-acquis ta' Schengen imwettqa permezz ta' evalwazzjonijiet separati. Jenħtieġ li jiġu implimentati miżuri addizzjonali biex tiżdied il-kapaċità tal-mekkaniżmu ta' monitoraġġ u evalwazzjoni li jidentifika l-ksur tad-drittijiet fundamentali fl-oqsma ta' politika rilevanti. Jenħtieġ li l-evalwaturi ta' Schengen jitħarrġu kif suppost f'dan ir-rigward, l-informazzjoni rilevanti mill-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali jenħtieġ li tiġi użata aħjar u l-esperti tagħha jkunu involuti b'mod aħjar fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-evalwazzjonijiet. B'mod partikolari, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, jenħtieġ li tiżviluppa parametri referenzjarji speċifiċi, biex jiġu inklużi fil-kwestjonarju standard, li permezz tagħhom tista' tiġi vvalutata l-konformità mad-drittijiet fundamentali. Apparti minn hekk, jenħtieġ li evidenza li toħroġ fil-pubbliku jew tingħata permezz ta' mekkaniżmi ta' monitoraġġ indipendenti jew partijiet terzi rilevanti fuq inizjattiva tagħhom stess bħal ombudspersons, awtoritajiet li jwettqu monitoraġġ tar-rispett tad-drittijiet fundamentali, organizzazzjonijiet nongovernattivi u internazzjonali, titqies fil-programmazzjoni, fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-evalwazzjonijiet.
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 12
(12) Jenħtieġ li l-għamliet tal-evalwazzjonijiet u l-metodi jsiru aktar flessibbli biex tiżdied l-effiċjenza tal-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ u l-kapaċità tiegħu li jadatta għal ċirkostanzi ġodda u żviluppi leġiżlattivi u biex jiġi ssimplifikat l-użu tar-riżorsi tal-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-evalwazzjonijiet perjodiċi permezz ta' żjarat ikunu l-mezz primarju ta' evalwazzjoni. Jenħtieġ li l-proporzjon ta' żjarat għal għarrieda u evalwazzjonijiet tematiċi jiżdied gradwalment biex jiġi żgurat użu bbilanċjat tal-għodod disponibbli. Jenħtieġ li l-għamliet tal-evalwazzjonijiet jiġu definiti b'mod ċar. Skont il-qasam ta' politika u n-natura tal-attività ta' evalwazzjoni u monitoraġġ, il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ jenħtieġ li jippermetti l-evalwazzjoni ta' diversi Stati Membri simultanjament u jwettaq evalwazzjonijiet mill-bogħod fl-intier tagħhom jew parzjalment kif ukoll jgħaqqad flimkien l-evalwazzjoni tal-oqsma ta' politika. Jenħtieġ li l-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ jara li jitfasslu rapporti ta' evalwazzjoni tal-Istati Membri li jkunu komprensivi li jivvalutaw il-prestazzjoni kumplessiva tal-Istat Membru fl-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen.
(12) Jenħtieġ li l-għamliet tal-evalwazzjonijiet u l-metodi jsiru aktar flessibbli biex tiżdied l-effiċjenza tal-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ u l-kapaċità tiegħu li jadatta għal ċirkostanzi ġodda u żviluppi leġiżlattivi u biex jiġi ssimplifikat l-użu tar-riżorsi tal-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-evalwazzjonijiet perjodiċi permezz ta' żjarat ikunu l-mezz primarju ta' evalwazzjoni. Jenħtieġ li l-proporzjon ta' żjarat għal għarrieda u evalwazzjonijiet tematiċi jiżdied gradwalment biex jiġi żgurat użu bbilanċjat tal-għodod disponibbli. Jenħtieġ li l-għamliet tal-evalwazzjonijiet jiġu definiti b'mod ċar. Skont il-qasam ta' politika u n-natura tal-attività ta' evalwazzjoni u monitoraġġ, il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ jenħtieġ li jippermetti l-evalwazzjoni ta' diversi Stati Membri simultanjament u jwettaq evalwazzjonijiet mill-bogħod fl-intier tagħhom jew parzjalment bħala metodi ta' evalwazzjoni komplementari għal żjarat fiżiċi, kif ukoll jgħaqqad flimkien l-evalwazzjoni tal-oqsma ta' politika. Jenħtieġ li l-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ jara li jitfasslu rapporti ta' evalwazzjoni tal-Istati Membri li jkunu komprensivi li jivvalutaw il-prestazzjoni kumplessiva tal-Istat Membru fl-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen.
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 13
(13) Jenħtieġ li l-evalwazzjonijiet tematiċi jintużaw aktar ta' spiss biex jipprovdu analiżi komparattiva tal-prattiki fl-Istati Membri. Jenħtieġ li jsiru biex jivvalutaw l-implimentazzjoni ta' bidliet leġiżlattivi kbar malli jibdew japplikaw u ta' inizjattivi ġodda, kif ukoll biex jivvalutaw kwistjonijiet minn fost l-oqsma ta' politika jew il-prattiki tal-Istati Membri li jkunu qegħdin jaffaċċjaw sfidi simili.
(13) Jenħtieġ li l-evalwazzjonijiet tematiċi jintużaw aktar ta' spiss biex jipprovdu analiżi komparattiva tal-prattiki fl-Istati Membri. Jenħtieġ li jsiru biex jivvalutaw l-implimentazzjoni ta' bidliet leġiżlattivi kbar malli jibdew japplikaw u ta' inizjattivi ġodda, kif ukoll biex jivvalutaw kwistjonijiet minn fost l-oqsma ta' politika jew politiki u prattiki simili fl-Istati Membri kollha.
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 14
(14) Jenħtieġ li ż-żjarat għal għarrieda, billi huma fost l-aktar għodod effettivi għall-ivverifikar tal-prattiki tal-Istati Membri, isiru, skont xi jkun l-iskop tagħhom, mingħajr notifika minn qabel lill-Istat Membru kkonċernat jew b'notifika qasira minn qabel biss. Jenħtieġ li ż-żjarat għal għarrieda mingħajr notifika minn qabel jsiru għal skopijiet "investigattivi" sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-obbligi skont l-acquis ta' Schengen, inkluż, bħala reazzjoni għal indikazzjonijiet fir-rigward ta' problemi sistemiċi li qegħdin ifeġġu li jistgħu potenzjalment ikollhom impatt sinifikanti fuq it-tħaddim taż-żona Schengen jew għal ksur tad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari allegazzjonijiet ta' ksur serju tad-drittijiet fundamentali fil-fruntieri esterni. F'każijiet bħal dawn, id-dispożizzjoni ta' avviż minn qabel ixxejjen l-objettiv taż-żjara. Żjarat għal għarrieda b'avviż minn qabel ta' 24 siegħa jenħtieġ li ssir jekk l-iskop ewlieni taż-żjara jkun li jsir kontroll aleatorju tal-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen mill-Istat Membru.
(14) Jenħtieġ li ż-żjarat għal għarrieda, billi huma fost l-aktar għodod effettivi għall-verifika tal-prattiki tal-Istati Membri, isiru skont xi jkun l-iskop tagħhom, mingħajr notifika minn qabel lill-Istat Membru kkonċernat. Jenħtieġ li jsiru żjarat għal għarrieda għal skopijiet "investigattivi" sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-obbligi skont l-acquis ta' Schengen, inkluż, bħala reazzjoni għal indikazzjonijiet fir-rigward ta' problemi sistemiċi li qegħdin ifeġġu li jistgħu potenzjalment ikollhom impatt negattiv fuq it-tħaddim taż-żona Schengen jew iwasslu għal ksur tad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari allegazzjonijiet ta' ksur serju tad-drittijiet fundamentali fil-fruntieri esterni.
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 14a (ġdida)
(14a) Jenħtieġ li Stat Membru jingħata avviż ta' massimu ta' 24 siegħa qabel ma ssir żjara fi żmien qasir, li hija għodda komplementari. Żjara fi żmien qasir jenħtieġ li ssir biss meta l-għan ewlieni taż-żjara jkun li jsir kontroll aleatorju tal-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen minn Stat Membru.
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 15
(15) Il-programmazzjoni tal-attivitajiet imwettqa taħt dan ir-Regolament permezz tal-programmi pluriennali u annwali diġà wriet il-valur miżjud tagħha biex tiġi żgurata l-prevedibbiltà u ċ-ċertezza. Għaldaqstant, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri jenħtieġ li tadotta l-programmi ta' evalwazzjoni pluriennali u annwali. Dawn il-programmi jenħtieġ ukoll li jipprovdu l-flessibbiltà meħtieġa biex maż-żmien ikunu jistgħu jadattaw għan-natura dinamika tal-acquis ta' Schengen. Fl-eventwalità ta' force majeure, jenħtieġ li jsiru aġġustamenti għall-programmi bi qbil mal-Istat Membru kkonċernat mingħajr il-ħtieġa ta' emenda formali tal-programmi. Il-programm ta' evalwazzjoni pluriennali, adottat għal seba' snin, jenħtieġ li jidentifika l-oqsma prijoritarji speċifiċi li għandhom jiġu koperti mill-evalwazzjonijiet perjodiċi. Dan l-approċċ huwa mistenni li jagħti lok għal aktar flessibilità, prijoritizzazzjoni aħjar u użu aktar ibbilanċjat u strateġiku tal-għodod kollha disponibbli. L-estensjoni tal-programm ta' evalwazzjoni pluriennali minn ħames għal seba' snin hija mistennija li twassal ukoll għal aktar monitoraġġ tal-Istati Membri li jkun aktar mill-qrib u aktar immirat mingħajr ma jitnaqqas il-livell ta' skrutinju.
(15) Il-programmazzjoni tal-attivitajiet imwettqa taħt dan ir-Regolament permezz tal-programmi pluriennali u annwali diġà wriet il-valur miżjud tagħha biex tiġi żgurata l-prevedibbiltà u ċ-ċertezza. Għaldaqstant, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri jenħtieġ li tadotta l-programmi ta' evalwazzjoni pluriennali u annwali. Dawn il-programmi jenħtieġ ukoll li jipprovdu l-flessibbiltà meħtieġa biex maż-żmien ikunu jistgħu jadattaw għan-natura dinamika tal-acquis ta' Schengen. Fl-eventwalità ta' force majeure, jenħtieġ li jsiru aġġustamenti għall-programmi bi qbil mal-Istat Membru kkonċernat mingħajr il-ħtieġa ta' emenda formali tal-programmi. Il-programm ta' evalwazzjoni pluriennali, adottat għal seba' snin, jenħtieġ li jidentifika l-oqsma prijoritarji speċifiċi li għandhom jiġu koperti mill-evalwazzjonijiet perjodiċi. Dan l-approċċ jenħtieġ li jagħti lok għal aktar flessibbiltà, adattabbiltà bbażata fuq l-informazzjoni aġġornata miġbura mid-diversi analiżijiet bil-ħsieb li tiġi stabbilita stampa mtejba tas-sitwazzjoni tat-tħaddim taż-żona Schengen, prijoritizzazzjoni aħjar kif ukoll użu aktar ibbilanċjat u strateġiku tal-għodod kollha disponibbli. L-estensjoni tal-programm ta' evalwazzjoni pluriennali minn ħames għal seba' snin hija mistennija li twassal ukoll għal aktar monitoraġġ tal-Istati Membri li jkun aktar mill-qrib u aktar immirat mingħajr ma jitnaqqas il-livell ta' skrutinju.
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 16
(16) Jenħtieġ li l-attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ isiru minn timijiet magħmula minn rappreżentanti tal-Kummissjoni u esperti maħtura mill-Istati Membri. Jenħtieġ li dawn ir-rappreżentanti u l-esperti jkollhom kwalifiki adegwati, inkluż għarfien teoretiku solidu u esperjenza prattika. Sabiex ikun żgurat li jieħdu sehem biżżejjed esperti bl-esperjenza b'mod aktar rapidu u inqas ikkumplikat, jenħtieġ li jiġi stabbilit grupp ta' esperti akkarigu tal-Kummissjoni f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri. Il-grupp jenħtieġ li jkun is-sors primarju minn fejn jinġiebu l-esperti għall-attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ.
(16) Jenħtieġ li l-attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ isiru minn timijiet magħmula minn rappreżentanti tal-Kummissjoni, minn esperti maħtura mill-Istati Membri u minn osservaturi tal-Unjoni. Jenħtieġ li dawn ir-rappreżentanti u l-esperti jkollhom kwalifiki adegwati, inkluż għarfien teoretiku solidu u esperjenza prattika, u jkunu għamlu t-taħriġ adegwat. Sabiex tiġi żgurata l-integrità tar-rapporti ta' evalwazzjoni mfassla mit-timijiet wara evalwazzjoni, fejn l-attivitajiet ta' korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni involuti fl-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen jiġu evalwati flimkien mal-awtoritajiet ta' Stat Membru, l-osservaturi tal-Unjoni jenħtieġ li ma jkollhom ebda kunflitt ta' interess. Sabiex ikun żgurat li jieħdu sehem biżżejjed esperti bl-esperjenza b'mod aktar rapidu u inqas ikkumplikat, jenħtieġ li jiġi stabbilit grupp ta' esperti akkarigu tal-Kummissjoni f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri. Il-grupp jenħtieġ li jkun is-sors primarju minn fejn jinġiebu l-esperti għall-attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ.
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 19
(19) Ir-rapporti ta' evalwazzjoni jenħtieġ li jkunu konċiżi u fil-qosor. Jenħtieġ li jiffukaw fuq in-nuqqasijietb'impatt sinifikanti u jenfasizzaw l-oqsma fejn jista' jsir titjib importanti. Is-sejbiet minuri mhumiex mistennija li jkunu parti mir-rapporti. Madankollu t-tim għandu jikkomunika dawn is-sejbiet lill-Istat Membru evalwat fi tmiem l-attività ta' evalwazzjoni, inkluż lill-awtoritajiet responsabbli għall-mekkaniżmu nazzjonali rilevanti ta' kontroll tal-kwalità. Jenħtieġ li t-tim ifittex b'mod attiv li jidentifika l-aħjar prattiki li huma mistennija li jiżdiedu fir-rapporti. B'mod partikolari, jenħtieġ li miżuri ġodda u innovattivi li jtejbu b'mod sinifikanti l-implimentazzjoni tar-regoli komuni u li jistgħu jiġu implimentati minn Stati Membri oħra jiġu enfasizzati bħala l-aħjar prattika għall-finijiet tar-rapport.
(19) Ir-rapporti ta' evalwazzjoni jenħtieġ li jkunu konċiżi u jagħtu rendikont tan-nuqqasijiet identifikati u jenfasizzaw l-oqsma fejn jenħtieġ li jsir titjib. Madankollu t-tim jenħtieġ li jikkomunika dawn is-sejbiet lill-Istat Membru evalwat fi tmiem l-attività ta' evalwazzjoni, inkluż lill-awtoritajiet responsabbli għall-mekkaniżmu nazzjonali rilevanti ta' kontroll tal-kwalità. Jenħtieġ li t-tim ifittex b'mod attiv li jidentifika l-aħjar prattiki li huma mistennija li jiżdiedu fir-rapporti. B'mod partikolari, jenħtieġ li miżuri ġodda u innovattivi li jtejbu b'mod sinifikanti l-implimentazzjoni tar-regoli komuni u li jistgħu jiġu implimentati minn Stati Membri oħra jiġu enfasizzati bħala l-aħjar prattika għall-finijiet tar-rapport.
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 20
(20) Jenħtieġ li, bħala regola, ir-rapporti ta' evalwazzjoni, jinkludu rakkomandazzjonijiet dwar kif għandhom jiġu rrimedjati n-nuqqasijiet identifikati (inkluż il-ksur tad-drittijiet fundamentali) u jiġu adottati f'att uniku mill-Kummissjoni bis-saħħa tal-atti ta' implimentazzjoni permezz tal-proċedura ta' eżami f'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/201136. Il-konsolidazzjoni tar-rapport u r-rakkomandazzjonijiet f'dokument uniku u soġġetta għal proċedura unika ta' adozzjoni tirrinforza r-rabta intrinsika bejn is-sejbiet tal-evalwazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet. Barra minn hekk, il-pubblikazzjoni mħaffa tar-rakkomandazzjonijiet hija mistennija li tippermetti lill-Istati Membri jindirizzaw in-nuqqasijiet b'mod aktar rapidu u b'effiċjenza akbar. Fl-istess waqt, l-użu tal-proċedura ta' eżami jenħtieġ li jiżgura l-involviment tal-Istat Membru fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet li jwassal għall-adozzjoni tar-rakkomandazzjonijiet.
(20) Jenħtieġ li, bħala regola, ir-rapporti ta' evalwazzjoni jinkludu rakkomandazzjonijiet dwar kif jiġu rrimedjati n-nuqqasijiet identifikati (inkluż il-ksur tad-drittijiet fundamentali) u jiġu adottati f'att uniku mill-Kummissjoni bis-saħħa tal-atti ta' implimentazzjoni permezz tal-proċedura ta' eżami f'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/201136u mingħajr dewmien indebitu. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-identifikazzjoni u r-rimedju ta' ksur tad-drittijiet fundamentali. Il-konsolidazzjoni tar-rapport u r-rakkomandazzjonijiet f'dokument uniku u soġġetta għal proċedura unika ta' adozzjoni tirrinforza r-rabta intrinsika bejn is-sejbiet tal-evalwazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet. Barra minn hekk, il-pubblikazzjoni mħaffa tar-rakkomandazzjonijiet hija mistennija li tippermetti lill-Istati Membri jindirizzaw in-nuqqasijiet b'mod aktar rapidu u b'effiċjenza akbar. Fl-istess waqt, l-użu tal-proċedura ta' eżami jenħtieġ li jiżgura l-involviment tal-Istat Membru fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet li jwassal għall-adozzjoni tar-rakkomandazzjonijiet.
__________________
__________________
36 ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
36 ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 22
(22) Barra minn hekk, meta l-evalwazzjonijiet jidentifikaw nuqqas serju, jenħtieġ li japplikaw dispożizzjonijiet speċifiċi biex tiġi żgurata l-adozzjoni fil-pront ta' miżuri ta' rimedju. Minħabba r-riskju li tali nuqqas jirrappreżenta, malli l-Istat Membru evalwat jiġi infurmat dwar nuqqas serju, l-Istat Membru evalwat jenħtieġ li jibda jimplimenta minnufih l-azzjonijiet ta' implimentazzjoni biex jirrimedja n-nuqqas, inkluż, meta meħtieġ, il-mobilizzazzjoni tal-mezzi operazzjonali u finanzjarji kollha disponibbli. Jenħtieġ li l-azzjoni ta' rimedju tkun soġġetta għal skadenzi aktar stretti u monitoraġġ u skrutinju politiku aktar mill-qrib tul il-proċess. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li l-Kummissjoni tinforma minnufih lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew meta evalwazzjoni tistabbilixxi l-eżistenza ta' nuqqas serju u torganizza żjara mill-ġdid minħabba "nuqqas serju" mhux aktar tard minn sena mid-data tal-evalwazzjoni biex tivverifika jekk Stat Membru jkunx irrimedja n-nuqqasijiet ikkonċernati. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta rapport taż-żjara mill-ġdid lill-Kunsill wara ż-żjara mill-ġdid.
(22) Barra minn hekk, meta l-evalwazzjonijiet jidentifikaw nuqqas serju, jenħtieġ li japplikaw dispożizzjonijiet speċifiċi biex tiġi żgurata l-adozzjoni fil-pront ta' miżuri ta' rimedju. Minħabba r-riskju li tali nuqqas jirrappreżenta, malli l-Istat Membru evalwat jiġi infurmat dwar nuqqas serju, l-Istat Membru evalwat jenħtieġ li jibda jimplimenta minnufih l-azzjonijiet ta' implimentazzjoni biex jirrimedja n-nuqqas, inkluż, meta meħtieġ, il-mobilizzazzjoni tal-mezzi operazzjonali u finanzjarji kollha disponibbli. Jenħtieġ li l-azzjoni ta' rimedju tkun soġġetta għal skadenzi aktar stretti u monitoraġġ u skrutinju politiku aktar mill-qrib tul il-proċess. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li l-Kummissjoni tinforma minnufih lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew meta evalwazzjoni tistabbilixxi l-eżistenza ta' nuqqas serju u tirrapporta dwar kwalunkwe proċedura ta' ksur li tkun għaddejja jew li tkun se titressaq kontra l-Istat Membru evalwat. Jenħtieġ li l-Kummissjoni torganizza wkoll żjara mill-ġdid minħabba "nuqqas serju" mhux aktar tard minn 180 jum mid-data tal-evalwazzjoni biex tivverifika jekk Stat Membru jkunx irrimedja n-nuqqasijiet ikkonċernati. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta rapport taż-żjara mill-ġdid lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew wara ż-żjara mill-ġdid. Meta jitqies l-impatt gravi li nuqqas serju jista' jkollu fuq iż-żona Schengen, jenħtieġ li l-Kummissjoni tvara mingħajr dewmien proċedura ta' ksur f'konformità mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea sabiex tindirizza n-nuqqasijiet identifikati.
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 23
(23) L-identifikazzjoni ta' nuqqas serju tirrikjedi valutazzjoni bir-reqqa każ b'każ abbażi ta' kriterji ċari rigward in-natura, l-iskala u l-impatt potenzjali tal-problemi, li jaf ikunu differenti għal kull qasam ta' politika. Elementi ewlenin differenti għall-implimentazzjoni effettiva tal-acquis ta' Schengen u taħlita differenti ta' fatturi jistgħu jwasslu biex sejba tiġi kklassifikata bħala nuqqas serju. Madankollu, jekk jitqies li nuqqas identifikat qiegħed ipoġġi f'riskju t-tħaddim kumplessiv taż-żona mingħajr fruntieri interni, jew jista' potenzjalment jagħmel hekk fuq żmien qasir, jew ikollu impatt negattiv sinifikanti fuq id-drittijiet tal-individwi, tali nuqqas għandu jitqies bħala nuqqas serju. Meta, f'rapport ta' evalwazzjoni, jiġi identifikat nuqqas serju fit-twettiq tal-kontroll fil-fruntieri esterni, jistgħu japplikaw l-Artikoli 21 u 29 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill37.
(23) L-identifikazzjoni ta' nuqqas serju tirrikjedi valutazzjoni bir-reqqa każ b'każ abbażi ta' kriterji ċari rigward in-natura, l-iskala u l-impatt potenzjali tal-problemi, li jaf ikunu differenti għal kull qasam ta' politika. Elementi ewlenin differenti għall-implimentazzjoni effettiva tal-acquis ta' Schengen u taħlita differenti ta' fatturi jistgħu jwasslu biex sejba tiġi kklassifikata bħala nuqqas serju. Madankollu, jekk jitqies li nuqqas identifikat qiegħed ipoġġi f'riskju t-tħaddim kumplessiv taż-żona mingħajr fruntieri interni, jew jista' potenzjalment jagħmel hekk fuq żmien qasir, jew ikollu impatt negattiv fuq id-drittijiet fundamentali jew ikollu impatt negattiv sinifikanti fuq id-drittijiet tal-individwi, tali nuqqas għandu jitqies bħala nuqqas serju. Meta, f'rapport ta' evalwazzjoni, jiġi identifikat nuqqas serju fit-twettiq tal-kontroll fil-fruntieri esterni, jistgħu japplikaw l-Artikoli 21 u 29 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill37.
__________________
__________________
37 Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).
37 Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 26
(26) Huwa essenzjali u opportun li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikollhom diskussjonijiet regolari fil-livell politiku sabiex jissensibilizzaw dwar l-importanza tal-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen, iżommu responsabbli lill-Istati Membri li b'mod persistenti jiksru r-regoli komuni, u jżidu l-pressjoni fuqhom biex jirrimedjaw in-nuqqasijiet identifikati. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi input adegwat biex tiffaċilita dawn id-diskussjonijiet inkluż permezz tal-adozzjoni ta' rapport annwali komprensiv li jkopri l-evalwazzjonijiet imwettqa matul is-sena preċedenti u l-istat ta' implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet, li jifforma parti mir-rapport dwar "l-Istat ta' Schengen". Il-Parlament Ewropew huwa mħeġġeġ jadotta riżoluzzjonijiet u l-Kunsill jenħtieġ li jadotta konklużjonijiet biex iżid il-pressjoni fuq l-Istati Membri li ma jagħmlux biżżejjed progress. Il-"Forum Schengen", bħala xena unika fejn jiġi diskuss Schengen f'livell għoli mar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, l-Istati Membri u l-Kummissjoni, jenħtieġ li jipprovdi pjattaforma għad-diskussjonijiet informali bl-għan li l-acquis ta' Schengen jiġi implimentat aħjar.
(26) Huwa essenzjali u opportun li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikollhom diskussjonijiet regolari fil-livell politiku sabiex jissensibilizzaw dwar l-importanza tal-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen, iżommu responsabbli lill-Istati Membri li b'mod persistenti jiksru r-regoli komuni, u jżidu l-pressjoni fuqhom biex jirrimedjaw in-nuqqasijiet identifikati. Iż-żewġ istituzzjonijiet jenħtieġ li jkunu informati b'mod sħiħ u ugwali dwar l-iżviluppi kollha fl-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen fl-Istati Membri. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi input adegwat biex tiffaċilita dawn id-diskussjonijiet inkluż permezz tal-adozzjoni ta' rapport annwali komprensiv li jkopri l-evalwazzjonijiet imwettqa matul is-sena preċedenti u l-istat ta' implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet, li jifforma parti mir-rapport dwar "l-Istat ta' Schengen". Il-Parlament Ewropew huwa mħeġġeġ jadotta riżoluzzjonijiet u l-Kunsill jenħtieġ li jadotta konklużjonijiet biex iżid il-pressjoni fuq l-Istati Membri li ma jagħmlux biżżejjed progress. Il-"Forum Schengen", bħala xena unika fejn iż-żona Schengen tiġi diskussa f'livell għoli mar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, l-Istati Membri u l-Kummissjoni, jenħtieġ li jipprovdi pjattaforma għad-diskussjonijiet informali bl-għan li l-acquis ta' Schengen jiġi implimentat aħjar.
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 28
(28) L-istatus tal-klassifikazzjoni tar-rapporti ta' evalwazzjoni u ta' żjara mill-ġdid jenħtieġ li jiġi ddeterminat f'konformità mar-regoli tas-sigurtà applikabbli stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/44438. L-Istat Membru evalwat jenħtieġ li jkun jista' xorta waħda jżomm il-possibbiltà li jitlob il-klassifikazzjoni tar-rapport kollu jew partijiet minnu f'konformità mar-regoli tas-sigurtà applikabbli.
(28) L-istatus tal-klassifikazzjoni tar-rapporti ta' evalwazzjoni u ta' żjara mill-ġdid jenħtieġ li jiġi ddeterminat f'konformità mar-regoli tas-sigurtà applikabbli stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/44438. L-Istat Membru evalwat, f'każijiet eċċezzjonali, jenħtieġ li jkun jista' xorta waħda jżomm il-possibbiltà li jitlob il-klassifikazzjoni tar-rapport kollu jew partijiet minnu f'konformità mar-regoli tas-sigurtà applikabbli.
__________________
__________________
38 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).
38 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 29
(29) Fid-dawl tar-rwol partikolari fdat lill-Parlament Ewropew u lill-parlamenti nazzjonali taħt l-aħħar sentenza tal-Artikolu 70 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif issottolinjat fl-Artikolu 12, il-punt (c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) fir-rigward tal-parlamenti nazzjonali, jenħtieġ li l-Kunsill u l-Kummissjoni jinformaw għalkollox lill-Parlament Ewropew u lill-parlamenti nazzjonali dwar il-kontenut u r-riżultati tal-evalwazzjonijiet. Barra minn hekk, fl-eventwalità li l-Kummissjoni tippreżenta proposta biex temenda dan ir-Regolament, il-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 19(7), il-punt (h), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu39, jikkonsulta lill-Parlament Ewropew sabiex jikkunsidra l-opinjoni tiegħu, kemm jista' jkun possibbli, qabel ma jadotta test finali.
(29) Fid-dawl tar-rwol partikolari fdat lill-Parlament Ewropew u lill-parlamenti nazzjonali taħt l-aħħar sentenza tal-Artikolu 70 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif issottolinjat fl-Artikolu 12, il-punt (c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) fir-rigward tal-parlamenti nazzjonali, jenħtieġ li l-Kunsill u l-Kummissjoni jinformaw għalkollox lill-Parlament Ewropew u lill-parlamenti nazzjonali dwar il-kontenut u r-riżultati tal-evalwazzjonijiet mhux aktar tard minn 14-il jum wara li l-proċedura ta' evalwazzjoni tkun ġiet konkluża. Barra minn hekk, fl-eventwalità li l-Kummissjoni tippreżenta proposta biex temenda dan ir-Regolament, il-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 19(7), il-punt (h), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu39, jikkonsulta lill-Parlament Ewropew sabiex jikkunsidra l-opinjoni tiegħu, kemm jista' jkun possibbli, qabel ma jadotta test finali.
__________________
__________________
39 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta' Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).
39 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta' Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ għall-fini li jiżgura li l-Istati Membri japplikaw l-acquis ta' Schengen b'mod effettiv, u b'hekk jikkontribwixxi għal żona li taħdem sew mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni.
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ għall-fini li jiżgura li l-Istati Membri japplikaw l-acquis ta' Schengen b'mod effettiv sabiex tiġi żgurata żona li taħdem sew mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni, u b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali.
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 3
3. L-evalwazzjonijiet jistgħu jkopru l-aspetti kollha tal-acquis ta' Schengen u jqisu t-tħaddim tal-awtoritajiet li japplikaw l-acquis ta' Schengen.
3. L-evalwazzjonijiet jistgħu jkopru l-aspetti kollha tal-acquis ta' Schengen, inkluża l-applikazzjoni effettiva u effiċjenti mill-Istati Membri tal-miżuri li jakkumpanjawh fl-oqsma tal-fruntieri esterni, il-politika dwar il-viżi, is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, il-protezzjoni tad-data, il-kooperazzjoni tal-pulizija, il-kooperazzjoni ġudizzjarja, kif ukoll in-nuqqas ta' kontrolli fil-fruntieri interni. L-evalwazzjonijiet kollha għandhom jinkludu valutazzjoni tal-konformità mad-drittijiet fundamentali fil-kuntest tal-aspetti koperti.
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d
(d) "evalwazzjoni għal għarrieda" tfisser evalwazzjoni, li mhijiex inkluża fil-programmi ta' evalwazzjoni pluriennali u annwali, biex tivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen minn Stat Membru wieħed jew aktar f'qasam ta' politika wieħed jew aktar;
(d) "evalwazzjoni għal għarrieda" tfisser evalwazzjoni, li ssir mingħajr ebda avviż minn qabel u li mhijiex inkluża fil-programmi ta' evalwazzjoni pluriennali u annwali, biex tivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen minn Stat Membru wieħed jew aktar f'qasam ta' politika wieħed jew aktar;
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)
(fa) "żjara fi żmien qasir" tfisser żjara, li ssir b'avviż minn qabel ta' massimu ta' 24 siegħa u bl-iskop li jsir kontroll aleatorju tal-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen minn Stat Membru;
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt i
(i) "nuqqas serju" tfisser nuqqas wieħed jew aktar li jirrigwarda l-applikazzjoni effettiva ta' elementi ewlenin tal-acquis ta' Schengen u li individwalment jew flimkien ma' oħrajn, għandu, jew hemm riskju li maż-żmien ikollu, impatt negattiv sinifikanti fuq id-drittijiet tal-individwi jew fuq it-tħaddim taż-żona Schengen;
(i) "nuqqas serju" tfisser nuqqas wieħed jew aktar li jirrigwarda l-applikazzjoni effettiva tal-acquis ta' Schengen, jew parti minnu, inkluż ir-rispett tal-Karta, u li individwalment jew flimkien ma' oħrajn għandu impatt negattiv jew hemm riskju li jkollu impatt negattiv fuq il-libertà tal-moviment, id-drittijiet tal-individwi jew fuq it-tħaddim taż-żona Schengen;
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt k
(k) "tim" tfisser grupp magħmul minn esperti maħtura mill-Istati Membri u rappreżentanti tal-Kummissjoni li jwettqu l-attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ.
(k) "tim" tfisser grupp magħmul minn esperti maħtura mill-Istati Membri u rappreżentanti tal-Kummissjoni u osservaturi maħtura minn istituzzjonijiet, korpi jew aġenziji tal-Unjoni rilevanti, li jwettqu l-attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ.
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ka (ġdid)
(ka) "osservatur tal-Unjoni" tfisser individwu maħtur minn istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 7(1) li jieħu sehem f'attività ta' evalwazzjoni jew monitoraġġ.
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 3
3. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw bis-sħiħ fl-istadji kollha tal-evalwazzjonijiet sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament.
3. L-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jikkooperaw bis-sħiħ fl-istadji kollha tal-evalwazzjonijiet sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament, filwaqt li jiżguraw li l-Parlament Ewropew jinżamm infurmat għalkollox dwar l-iżviluppi sostantivi kollha.
Għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni u t-timijiet li jwettqu l-attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ ikunu kapaċi jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod effettiv, b'mod partikolari billi jagħtu l-possibbiltà lill-Kummissjoni u lit-timijiet biex jindirizzaw direttament lill-persuni rilevanti u billi jipprovdu aċċess komplut u bla xkiel għaż-żoni, binjiet u dokumenti kollha li jkun intalab aċċess għalihom, inklużi struzzjonijiet u linji gwida nazzjonali u interni, anki dawk klassifikati.
Għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni u t-timijiet li jwettqu l-attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ ikunu kapaċi jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod effettiv, b'mod partikolari billi jagħtu l-possibbiltà lill-Kummissjoni u lit-timijiet biex jindirizzaw direttament u individwalment lill-persuni rilevanti u billi jipprovdu aċċess komplut u bla xkiel għaż-żoni, binjiet u dokumenti kollha li jkun intalab aċċess għalihom, inklużi struzzjonijiet u linji gwida nazzjonali u interni, anki dawk klassifikati.
Il-Kummissjoni għandha ġġarrab l-ispejjeż għall-ivvjaġġar u għall-akkomodazzjoni tal-esperti u l-osservatur imsemmi fl-Artikolu 16(2) li jieħdu sehem fiż-żjarat.
Il-Kummissjoni għandha ġġarrab l-ispejjeż għall-ivvjaġġar u għall-akkomodazzjoni tal-esperti kif ukoll tal-osservaturi msemmija fl-Artikolu 16(2) u tal-osservaturi tal-Unjoni li jieħdu sehem fiż-żjarat.
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca) evalwazzjonijiet imwettqa fi żmien qasir;
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a
(a) biex tevalwa l-prattiki fil-fruntieri interni;
(a) biex tevalwa l-prattiki fil-fruntieri interni, b'mod partikolari fejn il-kontrolli fil-fruntieri interni ilhom fis-seħħ għal aktar minn 180 jum u f'postijiet fejn ikun hemm evidenza ta' ksur tad-drittijiet fundamentali.
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b
(b) meta ssir taf b'xi problemi li feġġew jew problemi sistematiċi li potenzjalment jista' jkollhom impatt negattiv sinifikanti fuq it-tħaddim taż-żona Schengen;
(b) meta ssir taf b'xi problemi li feġġew jew problemi eżistenti li potenzjalment jista' jkollhom impatt negattiv sinifikanti fuq it-tħaddim taż-żona Schengen, inklużi ċirkostanzi li jistgħu jwasslu għal theddid għas-sigurtà interna.
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt c
(c) meta jkollha raġunijiet biex tqis li Stat Membru qiegħed jittraskura serjament l-obbligi tiegħu skont l-acquis ta' Schengen inkluż allegazzjonijiet ta' ksur serju tad-drittijiet fundamentali fil-fruntieri esterni.
(c) meta jkollha raġunijiet biex tqis li Stat Membru qiegħed jittraskura l-obbligi tiegħu skont l-acquis ta' Schengen,b'mod partikolari allegazzjonijiet ta' ksur serju tad-drittijiet fundamentali fil-fruntieri esterni.
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 3
3. Il-Kummissjoni tista' torganizza evalwazzjonijiet tematiċi, b'mod partikolari biex tivvaluta l-implimentazzjoni ta' bidliet leġiżlattivi sinifikanti, malli jibdew japplikaw, u ta' inizjattivi ġodda, jew biex tivvaluta kwistjonijiet minn fost l-oqsma ta' politika jew il-prattiki tal-Istati Membri li jkunu qegħdin jaffaċċjaw sfidi simili.
3. Il-Kummissjoni tista' torganizza evalwazzjonijiet tematiċi, b'mod partikolari biex tivvaluta l-implimentazzjoni ta' bidliet leġiżlattivi sinifikanti, malli jibdew japplikaw, u ta' inizjattivi ġodda, jew biex tivvaluta kwistjonijiet minn fost l-oqsma ta' politika, jew politiki u prattiki simili fost l-Istati Membri.
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 6 – subparagrafu 1
L-attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ imsemmija fl-Artikoli 4 u 5 jistgħu jitwettqu permezz ta' żjarat b'avviż minn qabel jew għal għarrieda, u kwestjonarji jew metodi mill-bogħod.
L-attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ imsemmija fl-Artikoli 4 u 5 jistgħu jitwettqu permezz ta' żjarat b'avviż minn qabel, fi żmien qasir jew għal għarrieda, u kwestjonarji jew metodi mill-bogħod. Dawn għandhom jintużaw biss meta ż-żjarat fiżiċi ma jitqisux meħtieġa.
Il-Kummissjoni tista' tagħmel arranġamenti mal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni biex tiffaċilita l-kooperazzjoni.
Il-Kummissjoni tista' tagħmel arranġamenti mal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni biex tiffaċilita l-kooperazzjoni u tistieden membru tal-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni biex jipparteċipa fit-timijiet li jwettqu attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ, meta jkun rilevanti.
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1
1. Sal-31 ta' Awwissu kull sena, il-Frontex għandha tippreżenta analiżi tar-riskju lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fid-dawl tal-programm ta' evalwazzjoni annwali msemmi fl-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament.
1. Sal-31 ta' Awwissu kull sena, il-Frontex għandha tippreżenta analiżijiet tar-riskju lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fid-dawl tal-programm ta' evalwazzjoni annwali msemmi fl-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament.
L-analiżi tar-riskju msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkopri l-aspetti rilevanti kollha relatati mal-ġestjoni integrata tal-fruntieri u għandha tinkludi wkoll rakkomandazzjonijiet għaż-żjarat għal għarrieda fis-sena ta' wara, irrispettivament mill-ordni tal-Istati Membri li għandhom jiġu evalwati kull sena, kif stabbilit fil-programm ta' evalwazzjoni pluriennali f'konformità mal-Artikolu 12.
L-analiżijiet tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikopru l-aspetti rilevanti kollha tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri Ewropej, kif stipulat fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2019/1896, u jinkludu komponent tad-drittijiet fundamentali, u għandhom jinkludu wkoll rakkomandazzjonijiet għaż-żjarat għal għarrieda jew fi żmien qasir fis-sena ta' wara, irrispettivament mill-ordni tal-Istati Membri li għandhom jiġu evalwati kull sena, kif stabbilit fil-programm ta' evalwazzjoni pluriennali f'konformità mal-Artikolu 12.
Dawk ir-rakkomandazzjonijiet jistgħu jirrigwardaw kwalunkwe reġjun jew qasam speċifiku u għandhom jinkludu lista ta' minn tal-anqas 10 sezzjonijiet speċifiċi tal-fruntieri esterni u minn tal-anqas 10 punti speċifiċi ta' qsim tal-fruntiera, siti speċifiċi rilevanti għall-evalwazzjoni tal-konformità mad-Direttiva 2008/115/KE47, u informazzjoni rilevanti oħra.
Dawk ir-rakkomandazzjonijiet jistgħu jirrigwardaw kwalunkwe reġjun jew żona speċifika u għandhom jinkludu lista ta' minn tal-anqas 10 sezzjonijiet speċifiċi tal-fruntieri esterni u minn tal-anqas 10 punti speċifiċi ta' qsim tal-fruntiera, siti speċifiċi rilevanti għall-evalwazzjoni tal-konformità mad-Direttiva 2008/115/KE47, u informazzjoni rilevanti oħra.
Il-Kummissjoni għandha tibgħat mingħajr dewmien l-analiżijiet tar-riskju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f'konformità mar-Regolament (UE) 2019/1896.
__________________
__________________
47 Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).
47 Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 9a (ġdid)
Artikolu 9a
Kooperazzjoni mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali
F'konformità mal-Artikolu 4(1)(a) u (d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/20071a, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għandha tippreżenta lill-Kummissjoni, sal-31 ta' Awwissu ta' kull sena, konklużjonijiet dwar il-valutazzjoni ġenerali tagħha tad-drittijiet fundamentali fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen bil-ħsieb li tipprovdilha l-konklużjonijiet tagħha meta tkun qed tfassal il-programm ta' evalwazzjoni annwali msemmi fl-Artikolu 13.
__________________
1a Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, (ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1).
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1
1. Il-Kummissjoni għandha tuża r-riżultati tal-mekkaniżmi u tal-istrumenti rilevanti, inkluż attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ tal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni li huma involuti fl-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen u tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll ta' mekkaniżmi nazzjonali indipendenti ta' monitoraġġ u ta' korpi u mekkaniżmi oħra nazzjonali ta' kontroll tal-kwalità fit-tħejjija tal-attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ, biex ittejjeb is-sensibilizzazzjoni dwar it-tħaddim taż-żona Schengen u biex tevita sforzi doppji u miżuri kunfliġġenti.
1. Il-Kummissjoni għandha tuża r-riżultati tal-mekkaniżmi u tal-istrumenti rilevanti, inkluż attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ tal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni li huma involuti fl-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen u tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll ta' mekkaniżmi u korpi nazzjonali indipendenti ta' monitoraġġ u mekkaniżmi oħra nazzjonali ta' kontroll tal-kwalità fit-tħejjija tal-attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ, fid-determinazzjoni tal-ħtieġa ta' evalwazzjoni għal għarrieda jew evalwazzjonijiet organizzati fi żmien qasir u biex ittejjeb is-sensibilizzazzjoni dwar it-tħaddim taż-żona Schengen u biex tevita sforzi doppji u miżuri kunfliġġenti.
Il-kondiviżjoni tal-informazzjoni għandha ssir f'konformità mal-mandati tal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni kkonċernati.
Il-kondiviżjoni tal-informazzjoni għandha ssir f'konformità mal-mandati tal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni kkonċernati. Tali kondiviżjoni tal-informazzjoni għandha sseħħ sabiex tiżgura għarfien imtejjeb tas-sitwazzjoni min-naħa tal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni kkonċernati, u rispons operazzjonali mtejjeb minnhom.
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 1
Tul il-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ, il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni pprovduta minn partijiet terzi, inkluż awtoritajiet indipendenti, organizzazzjonijiet nongovernattivi u organizzazzjonijiet internazzjonali.
Tul il-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ, b'mod partikolari fid-determinazzjoni tal-ħtieġa ta' evalwazzjonijiet għal għarrieda skont l-Artikolu 4(2) u (2a), il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet ipprovduti minn partijiet terzi rilevanti, inklużi awtoritajiet indipendenti, organizzazzjonijiet nongovernattivi u organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-istituzzjonijiet u l-korpi tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Kunsill tal-Ewropa.Meta l-evalwazzjoni tikkonferma nuqqasijiet evidenzjati minn partijiet terzi fl-informazzjoni li jipprovdu, l-Istati Membri għandu jkollhom l-opportunità li jikkummentaw.
F'kull ċiklu ta' evalwazzjoni pluriennali, kull Stat Membru għandu jkun soġġett għal evalwazzjoni perjodika waħda u minn tal-anqas evalwazzjoni għal għarrieda waħda jew evalwazzjoni tematika waħda.
F'kull ċiklu ta' evalwazzjoni pluriennali, kull Stat Membru għandu jkun soġġett għal evalwazzjoni perjodika waħda u minn tal-anqas evalwazzjoni għal għarrieda waħda jew żjara fi żmien qasir, kif ukoll evalwazzjoni tematika waħda jew aktar. Evalwazzjonijiet għal għarrieda skont l-Artikolu 4 għandhom jiġu organizzati mill-Kummissjoni kull meta jinqalgħu ċ-ċirkostanzi previsti f'dak l-Artikoli.
Il-programm ta' evalwazzjoni pluriennali għandu jidentifika l-oqsma prijoritarji speċifiċi li għandhom jiġu koperti mill-evalwazzjonijiet perjodiċi u għandu jinkludi skeda taż-żmien proviżorja ta' dawk l-evalwazzjonijiet.
Il-programm ta' evalwazzjoni pluriennali għandu jidentifika, skont l-Artikolu 4, dawk l-aspetti tal-acquis ta' Schengen li għandhom jiġu koperti mill-evalwazzjonijiet perjodiċi u għandu jinkludi skeda taż-żmien proviżorja ta' dawk l-evalwazzjonijiet.
Għandu jistabbilixxi lista proviżorja ta' Stati Membri li għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjonijiet perjodiċi, mingħajr preġudizzju għall-aġġustamenti skont il-paragrafu 4, f'sena partikolari. L-ordni proviżorju li fih l-Istati Membri għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjoni perjodika għandu jqis iż-żmien li jkun għadda mill-evalwazzjoni perjodika preċedenti. Għandu wkoll iqis l-eżitu tal-evalwazzjonijiet preċedenti, ir-ritmu tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni u informazzjoni rilevanti oħra għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-prattiki tal-Istati Membri.
Għandu jistabbilixxi lista proviżorja ta' Stati Membri li għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjonijiet perjodiċi, flimkien mal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni li jwettqu funzjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen fl-Istati Membri rilevanti, mingħajr preġudizzju għall-aġġustamenti magħmula skont il-paragrafu 4, f'sena partikolari. L-ordni proviżorju li fih l-Istati Membri għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjoni perjodika għandu jqis iż-żmien li jkun għadda mill-evalwazzjoni perjodika preċedenti. Għandu wkoll iqis l-eżitu tal-evalwazzjonijiet preċedenti, ir-ritmu tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni u informazzjoni rilevanti oħra għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-prattiki tal-Istati Membri.
Fit-tfassil tal-kwestjonarju, il-Kummissjoni tista' tikkonsulta lill-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 7.
Fit-tfassil tal-kwestjonarju, il-Kummissjoni tista' tikkonsulta lill-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 7. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, għandha tinkludi fil-kwestjonarju parametri referenzjarji speċifiċi li permezz tagħhom it-timijiet ta' evalwazzjoni jivvalutaw il-konformità tad-drittijiet fundamentali.
L-Istati Membri u l-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni rilevanti, għandhom jiżguraw li l-esperti tal-Istati Membri u r-rappreżentanti tal-Kummissjoni jirċievu taħriġ adegwat biex isiru evalwaturi ta' Schengen.
L-Istati Membri u l-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni rilevanti, għandhom jiżguraw li l-esperti tal-Istati Membri u r-rappreżentanti tal-Kummissjoni jirċievu taħriġ adegwat biex isiru evalwaturi ta' Schengen. It-tlestija ta' dak it-taħriġ għandha tkun obbligatorja għall-esperti kollha li jipparteċipaw f'tim li jwettaq attività ta' evalwazzjoni jew monitoraġġ skont l-Artikolu 18.
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 2
2. Għall-finijiet ta' taħriġ, kull tim li jwettaq evalwazzjonijiet perjodiċi jista' jinkludi "osservatur" minn Stat Membru jew inkella mill-Kummissjoni.
2. Għall-finijiet ta' taħriġ, kull tim li jwettaq evalwazzjonijiet perjodiċi jista' jinkludi "osservatur" minn Stat Membru, mill-Kummissjoni jew minn korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni involuti fl-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen.
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1
1. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tistabbilixxi, kull sena, grupp ta' esperti b'esperjenza professjonali li tkopri oqsma prijoritarji speċifiċi stabbiliti fil-programm ta' evalwazzjoni pluriennali.
1. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tistabbilixxi, kull sena, grupp ta' esperti b'esperjenza professjonali li tinkludi dawk l-aspetti tal-acquis ta' Schengen li jridu jiġu koperti skont il-programm ta' evalwazzjoni pluriennali.
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 2
2. B'mod parallel għat-twaqqif tal-programm ta' evalwazzjoni annwali f'konformità mal-Artikolu 13(1), meta jiġu mistiedna mill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jaħtru minn tal-anqas espert kwalifikat wieħed għal kull qasam speċifiku ddeterminat fil-programm ta' evalwazzjoni pluriennali għall-grupp ta' esperti tas-sena ta' wara.
2. B'mod parallel għat-twaqqif tal-programm ta' evalwazzjoni annwali f'konformità mal-Artikolu 13(1), meta jiġu mistiedna mill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jaħtru minn tal-anqas espert kwalifikat wieħed għal kull aspett tal-acquis ta' Schengen li jrid jiġi evalwat kif stabbilit fil-programm ta' evalwazzjoni pluriennali għall-grupp ta' esperti tas-sena ta' wara.
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 11
11. Il-Kummissjoni għandha żżomm aġġornata l-lista ta' esperti li jiffurmaw parti mill-grupp ta' esperti u tinforma lill-Istati Membri dwar l-għadd ta' esperti u l-profili tagħhom maħtura għal kull Stat Membru.
11. Il-Kummissjoni għandha żżomm aġġornata l-lista ta' esperti li jiffurmaw parti mill-grupp ta' esperti u tinforma lill-Istati Membri, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-għadd ta' esperti u l-profili tagħhom maħtura għal kull Stat Membru.
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 1
1. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-għadd ta' esperti tal-Istati Membri u r-rappreżentanti tal-Kummissjoni li jieħdu sehem f'tim abbażi tal-partikolaritajiet u l-ħtiġijiet tal-attività ta' evalwazzjoni u monitoraġġ. Il-Kummissjoni għandha tagħżel esperti minn grupp ta' esperti biex isiru membri ta' tim.
1. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-għadd ta' esperti tal-Istati Membri u r-rappreżentanti tal-Kummissjoni li jieħdu sehem f'tim abbażi tal-partikolaritajiet u l-ħtiġijiet tal-attività ta' evalwazzjoni u monitoraġġ. Il-Kummissjoni għandha tagħżel esperti minn grupp ta' esperti biex isiru membri ta' tim. Il-membri kollha tat-tim, bl-eċċezzjoni tal-osservaturi jew l-osservaturi tal-Unjoni, għandhom ikunu lestew it-taħriġ adegwat imsemmi fl-Artikolu 16(1).
L-esperti tal-Istati Membri ma għandhomx jieħdu sehem f'tim li jwettaq attività ta' evalwazzjoni jew monitoraġġ tal-Istat Membru li fih ikunu impjegati.
L-esperti tal-Istati Membri ma għandhomx jieħdu sehem f'tim li jwettaq attività ta' evalwazzjoni jew monitoraġġ tal-Istat Membru li fih ikunu impjegati. Barra minn hekk, meta l-attivitajiet ta' korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni preżenti fl-Istat Membru jkunu qed jiġu evalwati bħala parti mill-evalwazzjoni ta' dak l-Istat Membru, l-ebda espert jew osservatur minn dak il-korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni ma għandu jipparteċipa fl-evalwazzjoni.
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 4
4. Fil-każ ta' żjarat għal għarrieda, il-Kummissjoni għandha tibgħat l-istediniet mhux aktar tard minn ġimagħtejn qabel ma ż-żjara tkun skedata li tibda. L-esperti għandhom iwieġbu fi żmien 72 siegħa minn meta jirċievu l-istedina, bi qbil mal-awtoritajiet li jaħtruhom.
4. Fil-każ ta' żjarat għal għarrieda jew fi żmien qasir, il-Kummissjoni għandha tibgħat l-istediniet mhux aktar tard minn ġimagħtejn qabel ma ż-żjara tkun skedata li tibda. L-esperti għandhom iwieġbu fi żmien 72 siegħa minn meta jirċievu l-istedina, bi qbil mal-awtoritajiet li jaħtruhom.
6a. Il-Kummissjoni għandha tistieden ukoll lill-Parlament Ewropew jibgħat rappreżentant biex josserva ż-żjarat mill-ġdid bħala osservatur tal-Unjoni.
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 8
8. Jekk il-Kummissjoni ma jirnexxilhiex tikseb konferma tas-sehem tal-għadd meħtieġ ta' esperti mill-grupp ta' esperti minn tal-anqas sitt ġimgħat qabel ma tkun skedata li tibda l-attività ta' evalwazzjoni jew monitoraġġ, jew minn tal-anqas ġimgħa f'każ ta' żjarat għal għarrieda, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tistieden lill-Istati Membri kollha jinnominaw esperti kwalifikati li ma jkunux fil-grupp ta' esperti biex jimlew il-postijiet neqsin.
8. Jekk il-Kummissjoni ma jirnexxilhiex tikseb konferma tal-parteċipazzjoni tal-għadd meħtieġ ta' esperti mill-grupp ta' esperti minn tal-anqas sitt ġimgħat qabel ma tkun skedata li tibda l-attività ta' evalwazzjoni jew monitoraġġ, jew minn tal-anqas 7 ijiem f'każ ta' żjarat għal għarrieda jew fi żmien qasir, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tistieden lill-Istati Membri kollha jinnominaw esperti kwalifikati li ma jkunux fil-grupp ta' esperti biex jimlew il-postijiet neqsin.
Il-Kummissjoni għandha taħtar espert fit-tmun mill-Kummissjoni u tipproponi l-espert fit-tmun mill-Istati Membri. L-espert fit-tmun mill-Istati Membri għandu jinħatar mill-membri tat-tim mill-aktar fis possibbli wara li jiġi stabbilit it-tim.
Il-Kummissjoni għandha taħtar espert fit-tmun mill-Kummissjoni u tipproponi l-espert fit-tmun mill-Istati Membri. L-espert fit-tmun mill-Istati Membri għandu jinħatar mill-membri tat-tim mill-aktar fis possibbli wara li jiġi stabbilit it-tim. Il-Kummissjoni għandha taħtar espert responsabbli għall-elementi tad-drittijiet fundamentali taż-żjara jew tal-evalwazzjoni.
Il-programm dettaljat għal żjarat fi Stat Membru jew fil-konsolati tiegħu għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mill-qrib mal-esperti fit-tmun u mal-Istat Membru kkonċernat.
Il-programm dettaljat għal żjarat fi Stat Membru jew fil-konsolati tiegħu għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mill-qrib mal-esperti fit-tmun u mal-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-programm dettaljat lill-parlament nazzjonali rilevanti.
Iż-żjarat għal għarrieda għandhom isiru mingħajr notifika minn qabel lill-Istat Membru kkonċernat. Eċċezzjonalment, il-Kummissjoni tista' tinnotifika lill-Istat Membru kkonċernat minn tal-anqas 24 siegħa qabel ma tkun se ssir tali żjara meta l-iskop prinċipali taż-żjara għal għarrieda jkun dak ta' verifika aleatorja tal-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen.
Iż-żjarat għal għarrieda għandhom isiru mingħajr notifika minn qabel lill-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-programm dettaljat għaż-żjarat għal għarrieda.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-programm dettaljat għaż-żjarat għal għarrieda. Fil-każijiet li fihom ikunu ġew innotifikati l-Istati Membri, il-Kummissjoni tista' tikkonsulta l-iskeda ta' żmien u l-programm dettaljat mal-Istat Membru kkonċernat.
imħassar
Emenda 64 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 5
5. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tista' tistabbilixxi u taġġorna Linji gwida għat-twettiq taż-żjarat għal għarrieda.
5. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tista' tistabbilixxi u taġġorna linji gwida għat-twettiq taż-żjarat għal għarrieda jew fi żmien qasir u tista' tikkonsulta mal-Istati Membri.
Emenda 65 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1
Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tista' tistabbilixxi linji gwida biex twettaq attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ permezz ta' kwestjonarju jew metodi oħra mill-bogħod.
Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tista' tistabbilixxi linji gwida biex twettaq attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ permezz ta' kwestjonarju, jew metodi oħra mill-bogħod, bħala metodi komplementari.Il-metodi mill-bogħod għandhom jintużaw biss meta ż-żjarat fiżiċi ma jitqisux meħtieġa.
Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta' evalwazzjoni lill-parlamenti nazzjonali, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta' evalwazzjoni lill-parlamenti nazzjonali, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard minn 14-il jum wara li r-rapport ikun ġie adottat.
Emenda 67 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 5
5. Ir-rapport ta' evalwazzjoni għandu jkun fih rakkomandazzjonijiet għal azzjonijiet ta' rimedju bl-għan li jindirizzaw in-nuqqasijiet u l-oqsma għat-titjib identifikati matul l-evalwazzjoni u jagħti indikazzjoni tal-prijoritajiet għall-implimentazzjoni tagħhom. Ir-rapport ta' evalwazzjoni jista' jistabbilixxi skadenzi għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet. Meta l-evalwazzjoni tidentifika nuqqas serju, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 23.
5. Ir-rapport ta' evalwazzjoni għandu jkun fih rakkomandazzjonijiet għal azzjonijiet ta' rimedju bl-għan li jindirizzaw in-nuqqasijiet u l-oqsma għat-titjib identifikati matul l-evalwazzjoni u jagħti indikazzjoni tal-prijoritajiet għall-implimentazzjoni tagħhom. Ir-rapport ta' evalwazzjoni għandu wkoll jistabbilixxi skadenzi għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet. Meta l-evalwazzjoni tidentifika nuqqas serju, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 23.
Emenda 68 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 6
6. Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-abbozz tar-rapport ta' evalwazzjoni lill-Istat Membri evalwat fi żmien erba' ġimgħat minn tmiem l-attività ta' evalwazzjoni. L-Istat Membru evalwat għandu jipprovdi l-kummenti tiegħu dwar l-abbozz tar-rapport ta' evalwazzjoni fi żmien ġimagħtejn minn meta jirċevih. F'każ li ssir talba mingħand l-Istat Membru evalwat, għandha ssir laqgħa ta' abbozzar, mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol minn meta jaslu l-kummenti mingħand l-Istat Membru evalwat. Il-kummenti tal-Istat Membru evalwat jistgħu jiġu riflessi fl-abbozz tar-rapport ta' evalwazzjoni.
6. Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-abbozz tar-rapport ta' evalwazzjoni lill-Istat Membri evalwat fi żmien erba' ġimgħat minn tmiem l-attività ta' evalwazzjoni. L-Istat Membru evalwat għandu jipprovdi l-kummenti tiegħu dwar l-abbozz tar-rapport ta' evalwazzjoni fi żmien ġimagħtejn minn meta jirċevih. F'każ li ssir talba mingħand l-Istat Membru evalwat, għandha ssir laqgħa ta' abbozzar, mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol minn meta jaslu l-kummenti mingħand l-Istat Membru evalwat. Il-kummenti tal-Istat Membru evalwat għandhom jiġu riflessi għalkolloxfir-rapport ta' evalwazzjoni.
6a. Meta l-abbozz tar-rapport ta' evalwazzjoni jinkludi sejbiet relatati mal-attivitajiet ta' korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni involuti fl-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen, il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 6 għandha tapplika mutatis mutandis.
6b. Ir-rapporti ta' evalwazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu u l-Artikolu 23 ta' dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni u l-implimentazzjoni effettivi tal-Karta f'konformità mal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u l-Anness III tiegħu.
__________________
1a Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).
Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lit-tim li jkun wettaq l-attività ta' evalwazzjoni, għandha tipprovdi osservazzjonijiet dwar l-adegwatezza tal-pjan ta' azzjoni u, fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tiegħu, għandha tinforma lill-Istat Membru bl-osservazzjonijiet tagħha. Il-Kunsill jista' jistieden lill-Istati Membri jipprovdu kummenti dwar il-pjan ta' azzjoni.
Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lit-tim li jkun wettaq l-attività ta' evalwazzjoni, għandha tipprovdi osservazzjonijiet dwar l-adegwatezza tal-pjan ta' azzjoni u, fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tiegħu, għandha tinforma lill-Istat Membru bl-osservazzjonijiet tagħha. Il-Kunsill għandu jistieden Stati Membri oħrajn jikkummentaw dwar il-pjan ta' azzjoni fil-qafas ta' djalogu politiku msaħħaħ.
L-Istat Membru evalwat għandu jirrapporta lill-Kummissjoni u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni tiegħu kull sitt xhur mill-adozzjoni tar-rapport ta' evalwazzjoni sakemm il-Kummissjoni tikkunsidra l-pjan ta' azzjoni bħala implimentat mija fil-mija. Skont in-natura tan-nuqqasijiet u l-istat tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet, il-Kummissjoni jaf tirrikjedi lill-Istat Membru evalwat frekwenzi ta' rapportar differenti.
L-Istat Membru evalwat għandu jirrapporta lill-Kummissjoni u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni tiegħu kull sitt xhur mill-adozzjoni tar-rapport ta' evalwazzjoni sakemm il-Kummissjoni tikkunsidra l-pjan ta' azzjoni bħala implimentat mija fil-mija. Skont in-natura tan-nuqqasijiet u l-istat tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet, il-Kummissjoni jaf tirrikjedi lill-Istat Membru evalwat frekwenzi ta' rapportar differenti. Jekk, wara 24 xahar mill-adozzjoni tar-rapport ta' evalwazzjoni, il-Kummissjoni ma tqisx li r-rakkomandazzjonijiet kollha jkunu ġew indirizzati b'mod suffiċjenti u li l-pjan ta' azzjoni jkun ġie implimentat għalkollox, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jesprimu l-pożizzjoni tagħhom dwar il-kwistjoni permezz ta' deċiżjoni motivata.
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill minn tal-anqas darbtejn fis-sena dwar l-istat ta' implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni. Il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari tipprovdi informazzjoni dwar l-osservazzjonijiet tagħha rigward l-adegwatezza tal-pjanijiet ta' azzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-eżitu taż-żjarat mill-ġdid u ż-żjarat ta' verifika u jekk tosservax nuqqas konsiderevoli ta' progress fl-implimentazzjoni ta' pjan ta' azzjoni.
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill ulill-parlamenti nazzjonali kkonċernati minn tal-anqas darbtejn fis-sena dwar l-istat ta' implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni. Il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari tipprovdi informazzjoni dwar l-osservazzjonijiet tagħha rigward l-adegwatezza tal-pjanijiet ta' azzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-eżitu taż-żjarat mill-ġdid u ż-żjarat ta' verifika u jekk tosservax nuqqas konsiderevoli ta' progress fl-implimentazzjoni ta' pjan ta' azzjoni.
L-Istat Membru evalwat għandu jieħu azzjonijiet ta' rimedju minnufih inkluż, fejn meħtieġ, li jimmobilizza l-mezzi operazzjonali u finanzjarji kollha disponibbli. L-Istat Membru evalwat għandu jinforma mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar l-azzjonijiet ta' rimedju immedjati meħuda jew ippjanati. B'mod parallel, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni rispettivi msemmija fl-Artikolu 7 dwar in-nuqqas serju fid-dawl tal-appoġġ possibbli tagħhom lill-Istat Membru evalwat. Il-Kummissjoni għandha wkoll tinforma lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew.
L-Istat Membru evalwat għandu jieħu azzjonijiet ta' rimedju immedjati inkluż, fejn meħtieġ, li jimmobilizza l-mezzi operazzjonali u finanzjarji kollha disponibbli. L-Istat Membru evalwat għandu jinforma mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar l-azzjonijiet ta' rimedju immedjati meħuda jew ippjanati. B'mod parallel, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni rispettivi msemmija fl-Artikolu 7 dwar in-nuqqas serju fid-dawl tal-appoġġ possibbli tagħhom lill-Istat Membru evalwat. Il-Kummissjoni għandha wkoll tinforma immedjatament lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-parlamenti nazzjonali bin-nuqqas serju identifikat u bl-azzjonijiet ta' rimedju, jekk ikun hemm, li jkunu diġà ttieħdu mill-Istat Membru evalwat.
Il-Kunsill għandu jistabbilixxi limiti taż-żmien għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet relatati ma' nuqqas serju u jispeċifika l-frekwenza tar-rapportar mill-Istat Membru evalwat lill-Kummissjoni u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni tiegħu.
Il-Kunsill għandu jiddiskuti l-kwistjoni b'mod urġenti u jistabbilixxi limiti taż-żmien qosra għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet relatati ma' nuqqas serju u jispeċifika l-frekwenza tar-rapportar mill-Istat Membru evalwat lill-Kummissjoni u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni tiegħu.
L-Istat Membru evalwat għandu jippreżenta l-pjan ta' azzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill fi żmien xahar mill-adozzjoni tar-rakkomandazzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak il-pjan ta' azzjoni lill-Parlament Ewropew.
L-Istat Membru evalwat għandu jippreżenta l-pjan ta' azzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill fi żmien tliet ġimgħat mill-adozzjoni tar-rakkomandazzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak il-pjan ta' azzjoni lill-Parlament Ewropew mingħajr ebda dewmien.
Biex tivverifika l-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet relatati man-nuqqas serju, il-Kummissjoni għandha torganizza żjara mill-ġdid li għandha ssir mhux aktar tard minn sena mid-data tal-attività ta' evalwazzjoni.
Biex tivverifika l-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet relatati man-nuqqas serju, il-Kummissjoni għandha torganizza żjara mill-ġdid li għandha ssir mhux aktar tard minn 180 jum mid-data tal-attività ta' evalwazzjoni.
Emenda 79 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 8
8. Il-Kunsill għandu jesprimi l-pożizzjoni tiegħu fuq ir-rapport.
8. Il-Kunsill għandu jesprimi l-pożizzjoni tiegħu fuq ir-rapport ta' evalwazzjoni u jista' jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għal rakkomandazzjonijiet għal azzjonijiet ta' rimedju mmirati biex jindirizzaw in-nuqqasijiet serji persistenti identifikati fir-rapport ta' żjara mill-ġdid.Meta l-Kummissjoni tippreżenta tali proposta, għandhom japplikaw il-paragrafi 6 u 7.
8a. Meta, wara żjara mill-ġdid, Stat Membru ma jimplimentax b'mod sodisfaċenti pjan ta' azzjoni wara evalwazzjoni li tkun identifikat nuqqas serju, il-Kummissjoni għandha tniedi proċedura ta' ksur kontra dak l-Istat Membru f'konformità mat-TFUE meta tqis li dak l-Istat Membru jkun naqas milli jissodisfa obbligu.
Emenda 81 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 10
10. Jekk in-nuqqas serju jitqies li jikkostitwixxi theddida serja għall-ordni pubbliku jew għall-iskrutinju intern fiż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni, jew ksur sistematiku tad-drittijiet fundamentali, il-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħha stess jew jekk tintalab mill-Parlament Ewropew jew minn Stat Membru, għandha tinforma immedjatament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan.
10. Jekk in-nuqqas serju jitqies li jikkostitwixxi theddida serja għall-ordni pubbliku jew għall-iskrutinju intern fiż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni, jew ksur serju u sistematiku tad-drittijiet fundamentali, il-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħha stess jew jekk tintalab mill-Parlament Ewropew jew minn Stat Membru, għandha tinforma immedjatament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan u għandha tinformahom dwar il-proċeduri ta' ksur li jkunu għaddejjin jew li jkunu se jinfetħu kontra l-Istat Membru evalwat.
Emenda 82 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 2
2. L-istatus tal-klassifikazzjoni tar-rapporti għandu jiġi ddeterminat f'konformità mad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/444. Jistgħu jiġi kklassifikati wkoll bħala "EU RESTRICTED/RESTREINT UE" abbażi ta' rikjesta ġustifikata kif dovut tal-Istat Membru evalwat.
2. L-istatus tal-klassifikazzjoni tar-rapporti għandu jiġi ddeterminat f'konformità mad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/444. F'każijiet eċċezzjonali, partijiet mir-rapporti ta' evalwazzjoni jistgħu jiġu kklassifikati wkoll bħala "EU RESTRICTED/RESTREINT UE" fuq talba ġustifikata kif dovut tal-Istat Membru evalwat.
Emenda 83 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 3
3. It-trażmissjoni u t-trattament tal-informazzjoni u d-dokumenti klassifikati għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom iseħħu f'konformità mar-regoli tas-sigurtà applikabbli. Tali regoli ma għandhomx jipprekludu informazzjoni milli tkun disponibbli għall-Parlament Ewropew u għall-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 7.
3. It-trażmissjoni u t-trattament tal-informazzjoni u d-dokumenti klassifikati għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom iseħħu f'konformità mar-regoli tas-sigurtà applikabbli. Tali regoli ma għandhomx jipprekludu informazzjoni milli tkun disponibbli għall-Parlament Ewropew, għall-parlamenti nazzjonali u għall-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 7.
Emenda 84 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 1
Il-Kummissjoni twettaq rieżami tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport lill-Kunsill fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni tar-rapporti ta' evalwazzjoni kollha fir-rigward tal-evalwazzjonijiet koperti mill-ewwel programm ta' evalwazzjoni pluriennali adottat f'konformità ma' dan ir-Regolament. Tali rieżami għandu jkopri l-elementi kollha ta' dan ir-Regolament, inkluż it-tħaddim tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' atti taħt il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew.
Il-Kummissjoni twettaq rieżami tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport lill-Kunsill fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni tar-rapporti ta' evalwazzjoni kollha fir-rigward tal-evalwazzjonijiet koperti mill-ewwel programm ta' evalwazzjoni pluriennali adottat f'konformità ma' dan ir-Regolament. Tali rieżami għandu jkopri l-elementi kollha ta' dan ir-Regolament, inkluż it-tħaddim tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' atti taħt il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew mingħajr ebda dewmien.
Emenda 85 Proposta għal regolament Artikolu 30a (ġdid)
Artikolu 30a
Reviżjoni
Kwalunkwe proposta futura mill-Kummissjoni biex temenda dan il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ li jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen għandha tkun ibbażata fuq l-Artikolu 77(2)(b) tat-TFUE.