Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-3 ta' Mejju 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Annessi IV u V tar-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-pollutanti organiċi persistenti (COM(2021)0656 – C9-0396/2021 – 2021/0340(COD))(1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 2
(2) Fis-seba' laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni, li saret bejn l-4 u l-15 ta' Mejju 2015, kien hemm qbil li l-pentaklorofenol, l-imlieħ u l-esteri tiegħu ("pentaklorofenol") jiġu inklużi fl-Anness A tal-Konvenzjoni. Fid-disa' laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni, li saret mid-29 ta' April sal-10 ta' Mejju 2019, ġie miftiehem li d-dikofol kif ukoll l-aċidu perfluworoottanojku (PFOA), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFOA jiġu inklużi fl-Anness A tal-Konvenzjoni. Fid-dawl ta' dawk l-emendi għall-Konvenzjoni u biex jiġi żgurat li l-iskart li jkun fih dawk is-sustanzi jiġi ġestit f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni, huwa meħtieġ li jiġu emendati wkoll l-Annessi IV u V tar-Regolament (UE) 2019/1021 billi jiġu inklużi l-pentaklorofenol, id-dikofol u l-aċidu perfluworoottanojku (PFOA), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFOA fl-Annessi u li jindikaw il-limiti ta' konċentrazzjoni korrispondenti tagħhom.
(2) Fis-seba' laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni, li saret bejn l-4 u l-15 ta' Mejju 2015, kien hemm qbil li l-pentaklorofenol, l-imlieħ u l-esteri tiegħu ("pentaklorofenol") jiġu inklużi fl-Anness A tal-Konvenzjoni. Fid-disa' laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni, li saret mid-29 ta' April sal-10 ta' Mejju 2019, ġie miftiehem li d-dikofol kif ukoll l-aċidu perfluworoottanojku (PFOA), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFOA jiġu inklużi fl-Anness A tal-Konvenzjoni. Fid-dawl ta' dawk l-emendi għall-Konvenzjoni u biex jiġi żgurat li l-iskart li jkun fih dawk is-sustanzi jiġi ġestit f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni, huwa meħtieġ li jiġu emendati wkoll l-Annessi IV u V tar-Regolament (UE) 2019/1021 billi jiġu inklużi l-pentaklorofenol, id-dikofol u l-aċidu perfluworoottanojku (PFOA), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFOA fl-Annessi u li jiġu indikati wkoll il-limiti ta' konċentrazzjoni korrispondenti tagħhom.
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 3
(3) Il-pentaklorofenol kien preċedentement elenkat fl-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23 bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/63624, b'valur tal-Anness IV ta' 100 mg/kg u b'valur tal-Anness V ta' 1 000 mg/kg. Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tħassar bir-Regolament (UE) 2019/1021, iżda l-pentaklorofenol tħalla barra b'mod mhux intenzjonat minn dak ir-Regolament. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu emendati l-Annessi IV u V tar-Regolament (UE) 2019/1021 biex jinkludu l-pentaklorofenol.
(3) Il-pentaklorofenol kien preċedentement elenkat fl-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23 bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/63624, b'valur tal-Anness IV ta' 100 mg/kg u b'valur tal-Anness V ta' 1 000 mg/kg. Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tħassar bir-Regolament (UE) 2019/1021, iżda l-pentaklorofenol tħalla barra b'mod mhux intenzjonat minn dak ir-Regolament. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu emendati l-Annessi IV u V tar-Regolament (UE) 2019/1021 biex issa jinkludu l-pentaklorofenol.
_________________
_________________
23 Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7).
23 Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7).
24 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/636 tat-23 ta' April 2019 li jemenda l-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 109, 24.4.2019, p. 6).
24 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/636 tat-23 ta' April 2019 li jemenda l-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 109, 24.4.2019, p. 6).
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 4
(4) L-Annessi IV u V tar-Regolament (UE) 2019/1021 diġà fihom limiti ta' konċentrazzjoni għas-sustanzi jew għall-gruppi ta' sustanzi li ġejjin: a) is-somma tal-konċentrazzjonijiet ta' etere tat-tetrabromodifenil, etere tal-pentabromodifenil, etere tal-eżabromodifenil, etere tal-ettabromodifenil u etere tad-dekabromodifenil (bl-eċċezzjoni tal-aħħar, li ma huwiex elenkat fl-Anness V ta' dak ir-Regolament); b) Eżabromoċiklododekan; c) Alkani C10-C13, kloro (paraffini klorurati ta' katina qasira) (SCCPs); u d) Dibenżo-p-diossini u dibenżofurani poliklorurati (PCDD/PCDF) Skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) 2019/1021, huwa xieraq li jiġu emendati l-limiti ta' konċentrazzjoni fl-Anness IV għal dawk is-sustanzi biex jadattaw il-valuri limitu tagħhom għall-progress xjentifiku u tekniku. Għal raġunijiet ta' konsistenza mal-lista tal-eteri tad-difenil polibromurati (PBDEs) elenkati fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2019/1021, is-sustanza etere tad-dekabromodifenil jenħtieġ li tiġi inkluża fost il-PBDEs elenkati fit-tielet kolonna tal-Anness V ta' dak ir-Regolament.
(4) L-Annessi IV u V tar-Regolament (UE) 2019/1021 diġà fihom limiti ta' konċentrazzjoni għas-sustanzi jew għall-gruppi ta' sustanzi li ġejjin: a) is-somma tal-konċentrazzjonijiet ta' etere tat-tetrabromodifenil, etere tal-pentabromodifenil, etere tal-eżabromodifenil, etere tal-ettabromodifenil u etere tad-dekabromodifenil (bl-eċċezzjoni tal-aħħar, li ma huwiex elenkat fl-Anness V ta' dak ir-Regolament); b) Eżabromoċiklododekan; c) Alkani C10-C13, kloro (paraffini klorurati ta' katina qasira) (SCCPs); u d) Dibenżo-p-diossini u dibenżofurani poliklorurati (PCDD/PCDF) Skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) 2019/1021, huwa xieraq li jiġu emendati l-limiti ta' konċentrazzjoni fl-Anness IV għal dawk is-sustanzi biex jadattaw il-valuri limitu tagħhom skont il-progress xjentifiku u tekniku. Għal raġunijiet ta' konsistenza mal-lista tal-eteri tad-difenil polibromurati (PBDEs) elenkati fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2019/1021, is-sustanza etere tad-dekabromodifenil jenħtieġ li tiġi inkluża fost il-PBDEs elenkati fit-tielet kolonna tal-Anness V ta' dak ir-Regolament.
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 5a (ġdida)
(5a) L-aċidu perfluworoeżan sulfoniku (PFHxS), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFHxS ġew proposti mill-Kumitat ta' Rieżami tal-Pollutanti Organiċi Persistenti (POPRC) biex jiġu elenkati taħt l-Anness A tal-Konvenzjoni mingħajr eżenzjonijiet speċifiċi5a wara t-tlestija tal-profil tar-riskju u l-evalwazzjoni tal-ġestjoni tar-riskju għal dawk is-sustanzi. Deċiżjoni biex jiġu inklużi l-PFHxS, l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFHxS hija prevista li tittieħed fil-Konvenzjoni ta' Stokkolma COP-10, li inizjalment kienet skedata għal Lulju 2021, u issa hija skedata li ssir f'Ġunju 2022 minħabba l-evoluzzjoni negattiva tal-pandemija tal-COVID-19 f'ħafna pajjiżi Ewropej. Fir-rigward tal-objettivi tal-Konvenzjoni,għalhekk huwa xieraq, abbażi tal-valutazzjoni tal-impatt attwali5b u biex jiġi żgurat li l-iskart li jkun fih dawk is-sustanzi jiġi ġestit f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni, li l-Annessi IV u V tar-Regolament (UE) 2019/1021 jiġu emendati minn issa bl-inklużjoni tal-aċidu perfluworoeżan sulfoniku (PFHxS), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFHxS fl-Annessi u li jiġu indikati l-limiti ta' konċentrazzjoni korrispondenti tagħhom.Il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrifletti dawk l-emendi għall-Annessi IV u V f'Annessi oħra tar-Regolament (UE) 2019/1021 biex tiżgura l-konsistenza.
_________________
5aPOPRC-15/1
5bSWD(2021) 300 final
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 6
(6) Il-limiti ta' konċentrazzjoni proposti fl-Annessi IV u V tar-Regolament (UE) 2019/1021 ġew stabbiliti bl-applikazzjoni tal-istess metodoloġija li ntużat biex jiġu stabbiliti l-limiti ta' konċentrazzjoni fl-emendi preċedenti tal-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 850/2004. Il-limiti ta' konċentrazzjoni proposti jenħtieġ li jilħqu l-objettiv ta' livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent assoċjat mal-qerda jew mat-trasformazzjoni irriversibbli tas-sustanzi kkonċernati. Dawk il-limiti jenħtieġ li jqisu wkoll l-objettiv ta' politika usa' li tinkiseb ekonomija newtrali għall-klima u ċirkolari, minqux fil-Patt Ekoloġiku Ewropew26.
(6) Il-limiti ta' konċentrazzjoni proposti fl-Annessi IV u V tar-Regolament (UE) 2019/1021 ġew stabbiliti bl-applikazzjoni tal-istess metodoloġija li ntużat biex jiġu stabbiliti l-limiti ta' konċentrazzjoni fl-emendi preċedenti tal-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 850/2004. Il-limiti ta' konċentrazzjoni proposti jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-prinċipju ta' prekawzjoni kif stabbilit fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u jkollhom l-għan li jeliminaw, fejn fattibbli, ir-rilaxx ta' POPs fl-ambjent, sabiex jilħqu l-objettiv ta' livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent assoċjat mal-qerda jew mat-trasformazzjoni irriversibbli tas-sustanzi kkonċernati. Dawk il-limiti jenħtieġ li jqisu wkoll l-objettiv ta' politika usa', li tinkiseb l-ambizzjoni ta' tniġġis żero għal ambjent ħieles mis-sustanzi tossiċi,żieda fir-riċiklaġġ, tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra, żvilupp ta' ċikli ta' materjal mhux tossiku fejn jenħtieġ li sustanzi pprojbiti ma jerġgħux jiġu introdotti fis-suq tal-UE permezz ta' attivitajiet ta' riċiklaġġ, u ekonomija ċirkolari, minqux fil-Patt Ekoloġiku Ewropew26.
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 6a (ġdida)
(6a) Il-limiti ta' konċentrazzjoni speċifikati fl-Annessi IV u V tar-Regolament (UE) 2019/1021 jenħtieġ li jkunu koerenti u li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Ottubru 2020 bit-titolu "Strateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà - Lejn Ambjent Ħieles mit-Tossiċità" li tipproponi sett komprensiv ta' azzjonijiet biex jiġi indirizzat l-użu tas-sustanzi perfluworoalkossialkilati u polifluworoalkossialkilati u l-kontaminazzjoni bihom.
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 6b (ġdida)
(6b) Biex jiġi evitat it-taħlit ta' skart kontaminat ma' skart ieħor jew ma' materjali oħra u biex tiġi żgurata traċċabbiltà aħjar u trattament effettiv tal-iskart li jkun fih il-pollutanti organiċi persistenti, teżisti l-ħtieġa li tiġi evitata l-inkonsistenza bejn id-dispożizzjonijiet rigward l-iskart li fih il-pollutanti organiċi persistenti kif stabbiliti oriġinarjament fir-Regolament (KE) Nru 850/2004, issa mħassar bir-Regolament (UE) 2019/1021, u dawk stabbiliti wara. Il-Kummissjoni, għalhekk, jenħtieġ li tivvaluta jekk ikunx xieraq li tirrikonoxxi li l-iskart li fih kwalunkwe pollutant organiku persistenti li jaqbeż il-limiti ta' konċentrazzjoni speċifikati fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2019/1021 għandu jiġi kklassifikat bħala perikoluż u tressaq, jekk ikun xieraq, proposta leġiżlattiva biex temenda d-Direttiva 2009/98/KE jew id-Deċiżjoni 2014/955/UE, jew it-tnejn, skont dan;
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 1a (ġdid)
Artikolu 1a
"Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk ikunx xieraq li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart jew id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/955/UE1a, jew it-tnejn, biex jiġi rikonoxxut li l-iskart li jkun fih kwalunkwe pollutant organiku persistenti li jaqbeż il-limiti ta' konċentrazzjoni indikati fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2019/1021 għandu jiġi kklassifikat bħala perikoluż, u, jekk xieraq, abbażi ta' dik il-valutazzjoni u mhux aktar tard minn 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din il-leġiżlazzjoni, tressaq proposta leġiżlattiva biex temenda d-Direttiva jew id-Deċiżjoni, jew it-tnejn, kif meħtieġ.
_________________
1a Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2000/532/KE dwar il-lista ta' skart skont id-Direttiva 2008/98/KE
Emenda 9 Proposta għal regolament Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt a – tabella Regolament (UE) 2019/1021 Anness IV – tabella
Test propost mill-Kummissjoni
"Pentaklorofenol u l-imlieħ u l-esteri tiegħu
87-86-5 u oħrajn
201-778-6 u oħrajn
100 mg/kg
Dikofol
115-32-2
204-082-0
50 mg/kg
Aċidu perfluworoottanojku (PFOA), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFOA
335-67-1 u oħrajn
206-397-9 u oħrajn
1 mg/kg
(PFOA u l-imlieħ tiegħu),
40 mg/kg
(komposti relatati mal-PFOA)"
Emenda
"Pentaklorofenol (PCP), l-imlieħ u l-esteri tiegħu
87-86-5 u oħrajn
201-778-6 u oħrajn
100 mg/kg
Dikofol
115-32-2
204-082-0
50 mg/kg
Aċidu perfluworoottanojku (PFOA), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFOA
335-67-1 u oħrajn
206-397-9 u oħrajn
0,1 mg/kg
(PFOA u l-imlieħ tiegħu),
20 mg/kg
(is-somma tal-komposti relatati mal-PFOA)
Aċidu perfluworoeżan sulfoniku (PFHxS), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFHxS
355-46-4 u oħrajn
355-46-4 u oħrajn
0,1 mg/kg
(PFHxS u l-imlieħ tiegħu),
20 mg/kg
(komposti relatati mal-PFHxS)"
Emenda 10 Proposta għal regolament Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt b – tabella Regolament (UE) 2019/1021 Anness IV – tabella
Test propost mill-Kummissjoni
"Alkani C10-C13, kloro (paraffini klorurati ta' katina qasira) (SCCPs)
85535-84-8
287-476-5
1 500 mg/kg"
Emenda
"Alkani C10-C13, kloro (paraffini klorurati ta' katina qasira) (SCCPs)
85535-84-8
287-476-5
420 mg/kg"
Emenda 11 Proposta għal regolament Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt c – tabella Regolament (UE) 2019/1021 Anness IV – tabella
Test propost mill-Kummissjoni
"Etere tat-tetrabromodifenil C12H6Br4O
40088-47-9
u oħrajn
254-787-2
u oħrajn
Is-somma tal-konċentrazzjonijiet ta' etere tat-tetrabromodifenil, etere tal-pentabromodifenil, etere tal-eżabromodifenil, etere tal-ettabromodifenil u etere tad-dekabromodifenil:
(a) sa [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġobkom daħħlu d-data tal-jum ta' qabel id-data fil-punt li ġej], 500 mg/kg
(b) minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġobkom daħħlu d-data ta' ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], 200 mg/kg jew, jekk ogħla, is-somma tal-konċentrazzjoni ta' dawk is-sustanzi fejn ikunu preżenti f'taħlitiet jew f'oġġetti, kif stabbilit fl-Anness I, ir-raba' kolonna, il-punt 2 għas-sustanzi etere tat-tetrabromodifenil, etere tal-pentabromodifenil, etere tal-eżabromodifenil, etere tal-ettabromodifenil u etere tad-dekabromodifenil."
Emenda
"Etere tat-tetrabromodifenil C12H6Br4O
40088-47-9
u oħrajn
254-787-2
u oħrajn
Is-somma tal-konċentrazzjonijiet ta' etere tat-tetrabromodifenil C12H6Br4O, etere tal-pentabromodifenil C12H5Br5O, etere tal-eżabromodifenil C12H4Br6O, etere tal-ettabromodifenil C12H3Br7O u etere tad-dekabromodifenil C12Br10O:
(a) sa [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġobkom daħħlu d-data tal-jum ta' qabel id-data fil-punt li ġej], 200 mg/kg
Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dak il-limitu ta' konċentrazzjoni u, meta xieraq u f'konformità mat-Trattati, għandha tadotta proposta leġiżlattiva biex dak il-valur jitbaxxa mhux aktar tard minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġobkom daħħlu d-data ta' ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].
(b) imħassar
Emenda 12 Proposta għal regolament Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt d – tabella Regolament (UE) 2019/1021 Anness IV – tabella
Test propost mill-Kummissjoni
"Dibenżo-p-diossini u dibenżofurani poliklorurati (PCDD/PCDF) u bifenili poliklorurati simili għad-diossini (dl-PCBs)
5 µg/kg(2)
________________
(2) Il-limitu huwa kkalkulat bħala s-somma ta' PCDD, PCDF u dl-PCBs skont il-fatturi ta' ekwivalenza tossika (TEFs) stabbiliti fil-Parti 2, fit-tielet subparagrafu, fit-tabella, tal-Anness V."
Emenda
"Dibenżo-p-diossini u dibenżofurani poliklorurati (PCDD/PCDF) u bifenili poliklorurati simili għad-diossini (dl-PCBs)
1 µg/kg (2)
_______________
(2) Il-limitu huwa kkalkulat bħala s-somma ta' PCDD, PCDF u dl-PCBs skont il-fatturi ta' ekwivalenza tossika (TEFs) stabbiliti fil-Parti 2, fit-tielet subparagrafu, fit-tabella, tal-Anness V."
Emenda 13 Proposta għal regolament Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt e – tabella Regolament (UE) 2019/1021 Anness IV – tabella
(a) sa [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġobkom daħħlu d-data tal-jum ta' qabel id-data fil-punt li ġej], 200 mg/kg
Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dak il-limitu ta' konċentrazzjoni u, meta xieraq u f'konformità mat-Trattati, għandha tadotta proposta leġiżlattiva biex dak il-valur jitbaxxa għal 100 mg/kg sa mhux aktar tard minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġobkom daħħlu d-data ta' ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].
Emenda 14 Proposta għal regolament Anness I – paragrafu 1 – punt 2 – punt a – punt iv (ġdid) Regolament (UE) 2019/1021 Anness V – Parti 2 – Tabella
Aċidu perfluworoeżan sulfoniku (PFHxS), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFHxS 50 mg/kg (PFHxS u l-imlieħ tiegħu), 2 000 mg/kg (komposti relatati mal-PFHxS).