Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Mejju 2022 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fil-qasam tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fir-Repubblika ta' Ċipru (COM(2021)0472 – C9-0350/2021 – 2021/0266(NLE))
(Konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2021)0472),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 3(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2003, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9‑0350/2021),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0082/2022),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.