Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-22 ta' Ġunju 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (COM(2021)0564 – C9-0328/2021 – 2021/0214(COD))(1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 1
(1) Fil-komunikazzjoni tagħha dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew31, il-Kummissjoni stabbiliet strateġija ġdida ta' tkabbir li għandha l-għan li tittrasforma l-Unjoni f'soċjetà ġusta u prospera, b'ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva, fejn ma jkunx hemm emissjonijiet netti ta' gassijiet serra fl-2050 u fejn it-tkabbir ekonomiku jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi. Il-Patt Ekoloġiku Ewropew għandu l-għan ukoll li jipproteġi, jippreserva u jsaħħaħ il-kapital naturali tal-UE, u jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u l-impatti relatati mal-ambjent. Fl-istess ħin, din it-trasformazzjoni trid tkun waħda ġusta u inklużiva biex ħadd ma jitħalla lura. Fil-Pjan ta' Azzjoni tagħha tal-UE, il-Kummissjoni ħabbret ukoll: Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, l-Ilma u l-Ħamrija32, il-promozzjoni ta' strumenti u inċentivi rilevanti biex jiġi implimentat aħjar il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas kif stabbilit fl-Artikolu 191(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("TFUE") u b'hekk titlesta t-tneħħija gradwali ta' "tniġġis għal xejn" bil-ħsieb li jiġu massimizzati s-sinerġiji bejn id-dekarbonizzazzjoni u l-ambizzjoni ta' tniġġis żero.
(1) Fil-komunikazzjoni tagħha dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew31, il-Kummissjoni stabbiliet strateġija ġdida ta' tkabbir li għandha l-għan li tittrasforma l-Unjoni f'soċjetà ġusta u prospera, b'ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva, fejn ma jkunx hemm emissjonijiet netti ta' gassijiet serra sa mhux aktar tard mill-2050 u fejn it-tkabbir ekonomiku jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi. Il-Patt Ekoloġiku Ewropew għandu l-għan ukoll li jipproteġi, jippreserva u jsaħħaħ il-kapital naturali tal-UE, u jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u l-impatti relatati mal-ambjent. Fl-istess ħin, din it-trasformazzjoni trid tkun waħda ġusta u inklużiva biex ħadd ma jitħalla lura. Fil-Pjan ta' Azzjoni tagħha tal-UE, il-Kummissjoni ħabbret ukoll: Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, l-Ilma u l-Ħamrija32, il-promozzjoni ta' strumenti u inċentivi rilevanti biex jiġi implimentat aħjar il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas kif stabbilit fl-Artikolu 191(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("TFUE") u b'hekk titlesta t-tneħħija gradwali ta' "tniġġis għal xejn" bil-ħsieb li jiġu massimizzati s-sinerġiji bejn id-dekarbonizzazzjoni u l-ambizzjoni ta' tniġġis żero.
__________________
__________________
31 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 dwar Il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019)0640 final).
31 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 dwar Il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019)0640 final).
32 Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-12 ta' Mejju 2021 dwar il-Perkors lejn Pjaneta b'Saħħitha għal Kulħadd (COM(2021)0400).
32 Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-12 ta' Mejju 2021 dwar il-Perkors lejn Pjaneta b'Saħħitha għal Kulħadd (COM(2021)0400).
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 2
(2) Il-Ftehim ta' Pariġi33, adottat f'Diċembru2015 taħt il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima ("UNFCCC") daħal fis-seħħ f'Novembru 2016. Il-Partijiet għall-Ftehim ta' Pariġi, fl-Artikolu 2 tiegħu, qablu li jżommu ż-żieda fit-temperatura medja globali sew taħt iż-2°C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u li jkomplu bl-isforzi biex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura għal 1,5°C 'il fuq mil-livelli preindustrijali.
(2) Il-Ftehim ta' Pariġi33, adottat f'Diċembru 2015 fl-ambitu tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima ("UNFCCC"), daħal fis-seħħ f'Novembru 2016. Il-Partijiet għall-Ftehim ta' Pariġi, fl-Artikolu 2 tiegħu, qablu li jżommu ż-żieda fit-temperatura medja globali sew taħt iż-2°C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u li jkomplu bl-isforzi biex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura għal 1,5°C 'il fuq mil-livelli preindustrijali. Skont il-Patt Klimatiku ta' Glasgow, adottat fit-13 ta' Novembru 2021, il-Partijiet irrikonoxxew ukoll li l-limitazzjoni taż-żieda fit-temperatura medja globali ta' 1,5 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali tnaqqas b'mod sinifikanti r-riskji u l-impatti tat-tibdil fil-klima, u impenjaw ruħhom li jsaħħu l-objettivi tal-2030 sa tmiem l-2022 biex titnaqqas id-diskrepanza fl-ambizzjoni.
__________________
__________________
33 ĠU L 282, 19.10.2016, p.4.
33 ĠU L 282, 19.10.2016, p.4.
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 5
(5) Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35 daħħal fil-leġiżlazzjoni l-mira tan-newtralità klimatika fl-ekonomija kollha sal-2050. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll impenn vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra ta' mill-inqas 55 fil-mija taħt il-livelli tal-1990 sal-2030.
(5) Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35 daħħal fil-leġiżlazzjoni l-mira tan-newtralità klimatika fl-ekonomija kollha sa mhux aktar tard mill-2050. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll impenn vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra ta' mill-inqas 55 fil-mija taħt il-livelli tal-1990 sal-2030.
__________________
__________________
35 Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 ("il-Liġi Ewropea dwar il-Klima") (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
35 Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 ("il-Liġi Ewropea dwar il-Klima") (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 6
(6) Ir-Rapport Speċjali tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) dwar l-impatti taż-żidiet fit-temperatura globali ta' 1,5°C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u l-perkorsi tal-emissjonijiet globali relatati tal-GHG36 jipprovdi bażi xjentifika b'saħħitha biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima u juri l-ħtieġa li tiżdied l-azzjoni klimatika. Dan ir-rapport jikkonferma li sabiex titnaqqas il-probabbiltà ta' avvenimenti estremi tat-temp, l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra jeħtieġ li jitnaqqsu b'mod urġenti, u li t-tibdil fil-klima jeħtieġ li jkun limitat għal żieda fit-temperatura globali ta' 1,5°C.
(6) Ir-Rapport Speċjali tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) dwar l-impatti taż-żidiet fit-temperatura globali ta' 1,5°C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u l-perkorsi tal-emissjonijiet globali relatati tal-GHG36 jipprovdi bażi xjentifika b'saħħitha biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima u juri l-ħtieġa li tiżdied l-azzjoni klimatika. Dan ir-rapport jikkonferma li l-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima u l-ħtieġa ta' miżuri ta' adattament se jkunu konsiderevolment ogħla jekk iż-żieda fit-temperatura medja globali tkun ogħla minn 1,5 °C, u li sabiex titnaqqas il-probabbiltà ta' fenomeni meteoroloġiċi estremi, l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra jeħtieġ li jitnaqqsu b'mod urġenti.
__________________
__________________
36 IPCC, 2018: Tisħin Globali ta' 1,5 °C. Rapport Speċjali tal-IPCC dwar l-impatti tat-tisħin globali ta' 1,5°C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u l-perkorsi relatati tal-emissjonijiet globali tal-gassijiet serra, fil-kuntest tat-tisħiħ tar-rispons globali għat-theddida tat-tibdil fil-klima, l-iżvilupp sostenibbli, u l-isforzi biex jinqered il-faqar [Masson-Delmotte, V., P. Zhai, H.-O. Pörtner, D. Roberts, J. Skea, P.R. Shukla, A. Pirani, W. Moufouma-Okia, C. Péan, R. Pidcock, S. Connors, J.B.R. Matthews, Y. Chen, X. Zhou, M.I. Gomis, E. Lonnoy, T. Maycock, M. Tignor, u T. Waterfield (eds.)].
36 IPCC, 2018: Tisħin Globali ta' 1,5 °C. Rapport Speċjali tal-IPCC dwar l-impatti tat-tisħin globali ta' 1,5°C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u l-perkorsi relatati tal-emissjonijiet globali tal-gassijiet serra, fil-kuntest tat-tisħiħ tar-rispons globali għat-theddida tat-tibdil fil-klima, l-iżvilupp sostenibbli, u l-isforzi biex jinqered il-faqar [Masson-Delmotte, V., P. Zhai, H.-O. Pörtner, D. Roberts, J. Skea, P.R. Shukla, A. Pirani, W. Moufouma-Okia, C. Péan, R. Pidcock, S. Connors, J.B.R. Matthews, Y. Chen, X. Zhou, M.I. Gomis, E. Lonnoy, T. Maycock, M. Tignor, u T. Waterfield (eds.)].
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 7a (ġdida)
(7a) Madwar 27 % tal-emissjonijiet globali ta' CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwil huma attwalment relatati ma' merkanzija nnegozjata fuq livell internazzjonali u, filwaqt li l-Unjoni naqqset b'mod sostanzjali l-emissjonijiet nazzjonali tagħha ta' gassijiet serra, l-emissjonijiet ta' gassijiet serra integrati fl-importazzjonijiet lejn l-Unjoni qegħdin jiżdiedu b'mod kostanti, u dan jimmina l-isforzi tal-Unjoni biex tnaqqas l-impronta globali tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tagħha. L-Unjoni għandha responsabbiltà li tkompli taqdi rwol ewlieni fl-azzjoni klimatika globali, f'kooperazzjoni mal-ekonomiji l-oħra kollha tad-dinja, billi huwa biss permezz ta' azzjonijiet min-naħa tal-Partijiet kollha li se jkun possibbli li jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fil-Ftehim ta' Pariġi.
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 8
(8) Sakemm għadd sinifikanti ta' sħab internazzjonali tal-Unjoni jkollhom approċċi ta' politika li ma jirriżultawx fl-istess livell ta' ambizzjoni klimatika, hemm riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju sseħħ jekk, għal raġunijiet ta' kostijiet relatati mal-politiki dwar il-klima, in-negozji f'ċerti setturi jew sottosetturi tal-industrija kellhom jittrasferixxu l-produzzjoni lejn pajjiżi oħra jew l-importazzjonijiet minn dawk il-pajjiżi jissostitwixxu prodotti ekwivalenti iżda inqas b'emissjonijiet ta' gassijiet serra. Dan jista' jwassal għal żieda fl-emissjonijiet totali tagħhom globalment, u b'hekk jipperikola t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG li huwa meħtieġ b'mod urġenti jekk irridu li t-temperatura medja globali tinżamm sew taħt iż-2°C 'il fuq mil-livelli preindustrijali.
(8) Sakemm għadd sinifikanti ta' sħab internazzjonali tal-Unjoni ma jiksbux l-istess livell ta' ambizzjoni klimatika, u filwaqt li l-Unjoni żżid l-ambizzjoni klimatika tagħha, jista' jkun hemm riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju sseħħ jekk, għal raġunijiet ta' kostijiet relatati mal-politiki dwar il-klima, in-negozji f'ċerti setturi jew sottosetturi tal-industrija kellhom jittrasferixxu l-produzzjoni lejn pajjiżi oħra jew l-importazzjonijiet minn dawk il-pajjiżi jissostitwixxu prodotti ekwivalenti iżda inqas b'emissjonijiet ta' gassijiet serra. Dan jista' jwassal għal żieda fl-emissjonijiet totali tagħhom globalment filwaqt li jimmina l-effikaċja tal-politiki tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, u b'hekk jipperikola t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG li huwa meħtieġ b'mod urġenti jekk irridu li t-temperatura medja globali tinżamm sew taħt iż-2°C 'il fuq mil-livelli preindustrijali.
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 9
(9) L-inizjattiva għal mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera ("CBAM") hija parti mill-"Pakkett Lest għall-Mira ta' 55 %". Dan il-mekkaniżmu għandu jservi bħala element essenzjali tas-sett ta' għodod tal-UE biex jintlaħaq l-objettiv ta' Unjoni newtrali għall-klima sal-2050 f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi billi jiġu indirizzati r-riskji ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju li jirriżultaw miż-żieda fl-ambizzjoni klimatika tal-Unjoni.
(9) L-inizjattiva għal mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri ("CBAM") hija parti mill-"Pakkett Lest għall-Mira ta' 55 %". Dan il-mekkaniżmu għandu jservi bħala element essenzjali tas-sett ta' għodod tal-UE biex jintlaħaq l-objettiv ta' Unjoni newtrali għall-klima sa mhux aktar tard mill-2050 f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi billi tiġi evitata r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju li jirriżultaw miż-żieda fl-ambizzjoni klimatika tal-Unjoni. Dan jista' jikkontribwixxi wkoll biex jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ekwivalenti għall-kostijiet tad-dekarbonizzazzjoni, biex tiżdied id-domanda għal prodotti u proċessi b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju, kif ukoll biex jiġu evitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u jiġi promoss il-kummerċ ġust.
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 10
(10) Il-mekkaniżmi eżistenti biex jiġi indirizzat ir-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju f'setturi jew sottosetturi f'riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju huma l-allokazzjoni tranżitorja mingħajr ħlas tal-kwoti tal-EU ETS u miżuri finanzjarji biex jikkumpensaw għall-kostijiet indiretti tal-emissjonijiet imġarrba mill-kostijiet tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mgħoddija fil-prezzijiet tal-elettriku rispettivament stabbiliti fl-Artikoli 10a(6) u 10b tad-Direttiva 2003/87/KE. Madankollu, l-allokazzjoni bla ħlas taħt l-EU ETS iddgħajjef is-sinjal tal-prezz li s-sistema tipprovdi għall-installazzjonijiet li jirċevuha meta mqabbla mal-irkant sħiħ u b'hekk taffettwa l-inċentivi għall-investiment f'aktar tnaqqis tal-emissjonijiet.
(10) Il-mekkaniżmi eżistenti biex jiġi indirizzat ir-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju f'setturi jew sottosetturi f'riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju huma l-allokazzjoni tranżitorja mingħajr ħlas tal-kwoti tal-EU ETS u miżuri finanzjarji biex jikkumpensaw għall-kostijiet indiretti tal-emissjonijiet imġarrba mill-kostijiet tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mgħoddija fil-prezzijiet tal-elettriku rispettivament stabbiliti fl-Artikoli 10a(6) u 10b tad-Direttiva 2003/87/KE. L-allokazzjoni bla ħlas fil-livell ta' dawk bl-aħjar prestazzjoni kienet strument ta' politika għal ċerti setturi industrijali biex jiġi indirizzat ir-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju fin-nuqqas ta' kundizzjonijiet ekwivalenti. Madankollu, kemm l-allokazzjoni bla ħlas fl-ambitu tal-EU ETS kif ukoll il-kumpens għall-kostijiet indiretti tal-emissjonijiet idgħajfu s-sinjal tal-prezz li s-sistema tipprovdi għall-installazzjonijiet li jirċevuhom, meta mqabbla mal-irkant sħiħ, u b'hekk inaqqsu l-inċentivi għall-investiment f'aktar tnaqqis tal-emissjonijiet.
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 11a (ġdida)
(11a) L-installazzjonijiet fl-ambitu tal-EU ETS qegħdin jiffaċċjaw prezz tal-karbonju dejjem jiżdied u l-kumpaniji jeħtieġu viżibbiltà, prevedibbiltà u ċertezza tad-dritt fit-tul biex jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom dwar l-investimenti. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit perkors ċar għall-inklużjoni gradwali tas-setturi u tas-sottosetturi li jifdal f'riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Dan se jsaħħaħ il-qafas ġuridiku l-ġdid għall-ġlieda kontra r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, jagħti ż-żmien meħtieġ biex tiġi żgurata implimentazzjoni bla intoppi tas-CBAM u jippermetti lill-installazzjonijiet u lill-kumpaniji jagħmlu l-investimenti meħtieġa fid-dekarbonizzazzjoni tal-proċessi industrijali f'kuntest ġuridiku stabbli u prevedibbli.
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 12
(12) Filwaqt li l-objettiv tas-CBAM huwa li jiġi evitat ir-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, dan ir-Regolament jinkoraġġixxi wkoll l-użu ta' aktar teknoloġiji effiċjenti fl-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra minn produtturi minn pajjiżi terzi, sabiex jiġu ġġenerati inqas emissjonijiet għal kull unità ta' output.
(12) Filwaqt li l-objettiv tas-CBAM huwa li jiġi evitat ir-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, dan ir-Regolament jinkoraġġixxi wkoll l-użu ta' aktar teknoloġiji effiċjenti fl-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra minn produtturi minn pajjiżi terzi, sabiex jiġu ġġenerati inqas emissjonijiet għal kull unità ta' output. Għal dik ir-raġuni, is-CBAM jista' jkun miżura effikaċi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fil-pajjiżi terzi filwaqt li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti għall-industrija tal-Unjoni.
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 13
(13) Bħala strument għall-prevenzjoni tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra, is-CBAM għandu jiżgura li l-prodotti importati jkunu soġġetti għal sistema regolatorja li tapplika kostijiet tal-karbonju ekwivalenti għal dawk li kieku kienu jinġarru taħt l-EU ETS. Is-CBAM huwa miżura klimatika li għandha tipprevjeni r-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u tappoġġa l-ambizzjoni akbar tal-Unjoni dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, filwaqt li tiżgura l-kompatibbiltà mad-WTO.
(13) Bħala strument għall-prevenzjoni tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra, is-CBAM jenħtieġ li jiżgura li l-prodotti importati jkunu soġġetti għal sistema regolatorja li tapplika kostijiet tal-karbonju ekwivalenti għal dawk li kieku kienu jinġarru fl-ambitu tal-EU ETS, li jirriżulta fi pprezzar tal-karbonju ekwivalenti għall-importazzjonijiet u għall-prodotti nazzjonali kif ukoll kundizzjonijiet ekwivalenti. Is-CBAM huwa miżura klimatika li jenħtieġ li tappoġġa t-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-Unjoni f'konformità mal-Patt Ekoloġiku Ewropew u r-Regolament (UE) 2021/1119 u tipprevjeni r-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, filwaqt li tiżgura l-kompatibbiltà mar-regoli tad-WTO.
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 13a (ġdida)
(13a) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tanalizza l-kostijiet amministrattivi mġarrba mis-CBAM, filwaqt li tiżgura li l-persunal jirċievi taħriġ adegwat biex jaqdi dmirijietu.
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 15
(15) Sabiex jiġu esklużi mis-CBAM pajjiżi terzi jew territorji kompletament integrati fil-EU ETS fil-każ ta' ftehimiet futuri, jew marbuta magħha, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-lista ta' pajjiżi fl-Anness II. Min-naħa l-oħra, dawk il-pajjiżi jew territorji terzi għandhom jiġu esklużi mil-lista fl-Anness II u jkunu soġġetti għas-CBAM fejn ma jitolbux ħlas effettiv tal-prezz tal-ETS fuq merkanzija esportata lejn l-Unjoni.
(15) Sabiex jiġu esklużi mis-CBAM pajjiżi terzi jew territorji kompletament integrati fl-EU ETS fil-każ ta' ftehimiet futuri, jew marbuta magħha, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-lista ta' pajjiżi fl-Anness II. Min-naħa l-oħra, dawk il-pajjiżi jew territorji terzi għandhom jiġu esklużi mil-lista fl-Anness II u jkunu soġġetti għas-CBAM fejn ma jitolbux ħlas effettiv tal-prezz tal-ETS fuq merkanzija esportata lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni se timmonitorja u tindirizza l-prattiki ta' ċirkomvenzjoni possibbli f'pajjiżi terzi.
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 15a (ġdida)
(15a) Bil-ħsieb li jiġi żgurat li t-tranżizzjoni ekoloġika fir-reġjuni ultraperiferiċi tkun akkumpanjata minn koeżjoni ekonomika u soċjali, jenħtieġ li titwettaq valutazzjoni tal-impatt qabel tmiem il-perjodu tranżitorju dwar l-impatti ekonomiċi u soċjali potenzjali speċifiċi għal dawk ir-reġjuni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura l-konformità mal-Artikolu 349 tat-TFUE u tipproponi miżuri xierqa għar-reġjuni ultraperiferiċi fl-implimentazzjoni tas-CBAM, b'mod partikolari minħabba l-arranġamenti doganali u tat-taxxa speċifiċi li japplikaw għar-reġjuni ultraperiferiċi.
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 17
(17) Jenħtieġ li l-emissjonijiet ta' gassijiet serra li għandhom jiġu rregolati mis-CBAM jikkorrispondu għal dawk l-emissjonijiet ta' gassijiet serra koperti mill-Anness I tal-EU ETS fid-Direttiva 2003/87/KE, jiġifieri d-diossidu tal-karbonju ("CO2") kif ukoll, fejn rilevanti, l-ossidu nitruż ("N2O") u l-perfluworokarburi (perfluorocarbons, "PFCs"). Jenħtieġ li s-CBAM inizjalment japplika għall-emissjonijiet diretti ta' dawk il-gassijiet b'effetti serra mill-produzzjoni ta' merkanzija sal-mument tal-importazzjoni fit-territorju doganali tal-Unjoni, u wara t-tmiem ta' perjodu ta' tranżizzjoni u wara valutazzjoni ulterjuri, kif ukoll għal emissjonijiet indiretti, li jirriflettu l-kamp ta' applikazzjoni tal-EU ETS.
(17) Jenħtieġ li l-emissjonijiet ta' gassijiet serra li għandhom jiġu rregolati mis-CBAM jikkorrispondu għal dawk l-emissjonijiet ta' gassijiet serra koperti mill-Anness I tal-EU ETS fid-Direttiva 2003/87/KE, jiġifieri d-diossidu tal-karbonju ("CO2") kif ukoll, fejn rilevanti, l-ossidu nitruż ("N2O") u l-perfluworokarburi (perfluorocarbons, "PFCs"). Jenħtieġ li s-CBAM jirrifletti reviżjonijiet futuri tal-EU ETS f'termini ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra regolati. Jenħtieġ li s-CBAM japplika għall-emissjonijiet diretti ta' dawk il-gassijiet b'effetti serra mill-produzzjoni ta' merkanzija sal-mument tal-importazzjoni fit-territorju doganali tal-Unjoni kif ukoll għal emissjonijiet indiretti, li jirriflettu l-kamp ta' applikazzjoni tal-EU ETS. Il-koerenza bejn is-CBAM u l-EU ETS hija essenzjali biex jiġu rispettati l-prinċipji tad-WTO.
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 19
(19) Madankollu, filwaqt li l-EU ETS tistabbilixxi limitu assolut fuq l-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-attivitajiet fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha u tippermetti n-negozjabbiltà tal-kwoti (l-hekk imsejħa "sistema ta' limitu u skambju"), jenħtieġ li s-CBAM ma jistabbilixxix limiti kwantitattivi għall-importazzjoni, sabiex jiġi żgurat li l-flussi tal-kummerċ ma jkunux ristretti. Barra minn hekk, filwaqt li l-EU ETS tapplika għal installazzjonijiet ibbażati fl-Unjoni, jenħtieġ li s-CBAM jiġi applikat għal ċerta merkanzija importata fit-territorju doganali tal-Unjoni.
(19) Madankollu, filwaqt li l-EU ETS tistabbilixxi limitu assolut fuq l-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-attivitajiet fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha u tippermetti n-negozjabbiltà tal-kwoti (l-hekk imsejħa "sistema ta' limitu u skambju"), jenħtieġ li s-CBAM ma jistabbilix limiti kwantitattivi għall-importazzjoni, sabiex jiġi żgurat li l-flussi tal-kummerċ ma jkunux ristretti jew imfixkla. Barra minn hekk, filwaqt li l-EU ETS tapplika għal installazzjonijiet ibbażati fl-Unjoni, jenħtieġ li s-CBAM jiġi applikat għal ċerta merkanzija importata fit-territorju doganali tal-Unjoni biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti u jiġi evitat ir-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju filwaqt li tiġi żgurata l-kompatibbiltà mar-regoli tad-WTO.
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 20
(20) Is-sistema tas-CBAM għandha xi karatteristiċi speċifiċi meta mqabbla mal-EU ETS, inkluż dwar il-kalkolu tal-prezz taċ-ċertifikati CBAM, dwar il-possibbiltajiet ta' negozjar taċ-ċertifikati u dwar il-validità tagħhom maż-żmien. Dawn huma dovuti għall-ħtieġa li tiġi ppreservata l-effettività tas-CBAM bħala miżura li tipprevjeni r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju maż-żmien u li jiġi żgurat li l-ġestjoni tas-sistema ma tkunx eċċessivament ta' piż f'termini ta' obbligi imposti fuq l-operaturi u r-riżorsi għall-amministrazzjoni, filwaqt li fl-istess ħin jinżamm livell ekwivalenti ta' flessibbiltà disponibbli għall-operaturi taħt l-EU ETS.
(20) Is-sistema tas-CBAM għandha xi karatteristiċi speċifiċi meta mqabbla mal-EU ETS, inkluż dwar il-kalkolu tal-prezz taċ-ċertifikati CBAM, dwar il-possibbiltajiet ta' negozjar taċ-ċertifikati u dwar il-validità tagħhom maż-żmien. Dawn huma dovuti għall-ħtieġa li tiġi ppreservata l-effettività tas-CBAM bħala miżura li tipprevjeni r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju maż-żmien u li jiġi żgurat li l-ġestjoni tas-sistema ma tkunx eċċessivament ta' piż f'termini ta' obbligi imposti fuq l-operaturi, b'mod partikolari l-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), u r-riżorsi għall-amministrazzjoni, filwaqt li fl-istess ħin jinżamm livell ekwivalenti ta' flessibbiltà disponibbli għall-operaturi fl-ambitu tal-EU ETS.
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 21
(21) Sabiex tiġi ppreservata l-effettività tagħha bħala miżura ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, is-CBAM jeħtieġ li jirrifletti mill-qrib il-prezz tal-EU ETS. Filwaqt li fis-suq tal-EU ETS il-prezz tal-kwoti jiġi ddeterminat permezz ta' rkanti, il-prezz taċ-ċertifikati CBAM għandu jirrifletti b'mod raġonevoli l-prezz ta' tali rkantijiet permezz ta' medji kkalkulati fuq bażi ta' kull ġimgħa. Dawn il-prezzijiet medji ta' kull ġimgħa jirriflettu mill-qrib iċ-ċaqliq fil-prezzijiet tal-EU ETS u jippermettu marġni raġonevoli għall-importaturi biex jieħdu vantaġġ mill-bidliet fil-prezzijiet tal-EU ETS filwaqt li fl-istess ħin jiżguraw li s-sistema tibqa' maniġġabbli għall-awtoritajiet amministrattivi.
(21) Sabiex tiġi ppreservata l-effettività tiegħu bħala miżura kontra r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u tiġi żgurata l-kompatibbiltà mar-regoli tad-WHO, is-CBAM jeħtieġ li jirrifletti mill-qrib il-prezz tal-EU ETS. Filwaqt li fis-suq tal-EU ETS il-prezz tal-kwoti jiġi ddeterminat permezz ta' rkanti, il-prezz taċ-ċertifikati CBAM għandu jirrifletti b'mod raġonevoli l-prezz ta' tali rkantijiet permezz ta' medji kkalkulati fuq bażi ta' kull ġimgħa. Dawn il-prezzijiet medji ta' kull ġimgħa jirriflettu mill-qrib iċ-ċaqliq fil-prezzijiet tal-EU ETS u jippermettu marġni raġonevoli għall-importaturi biex jieħdu vantaġġ mill-bidliet fil-prezzijiet tal-EU ETS filwaqt li fl-istess ħin jiżguraw li s-sistema tibqa' maniġġabbli għall-awtoritajiet amministrattivi.
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 23
(23) Minħabba li s-CBAM japplika għall-importazzjonijiet ta' merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni aktar milli għal installazzjonijiet, ċerti adattamenti u simplifikazzjonijiet ikollhom japplikaw ukoll fir-reġim tas-CBAM. Waħda minn dawk is-simplifikazzjonijiet jenħtieġ li tikkonsisti minn sistema dikjarattiva fejn l-importaturi jenħtieġ li jirrapportaw l-emissjonijiet totali verifikati ta' gassijiet serra inkorporati f'merkanzija importata f'sena kalendarja partikolari. Jenħtieġ li jiġi applikat ukoll kalendarju differenti meta mqabbel maċ-ċiklu ta' konformità tal-EU ETS sabiex jiġi evitat kwalunkwe ostaklu potenzjali li jirriżulta mill-obbligi għall-verifikaturi akkreditati skont dan ir-Regolament u l-EU ETS.
(23) Minħabba li s-CBAM japplika għall-importazzjonijiet ta' merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni aktar milli għal installazzjonijiet, ċerti adattamenti u semplifikazzjonijiet ikollhom japplikaw ukoll fir-reġim tas-CBAM. Waħda minn dawk is-semplifikazzjonijiet jenħtieġ li tikkonsisti minn sistema dikjarattiva sempliċi u aċċessibbli fejn l-importaturi jenħtieġ li jirrapportaw l-emissjonijiet totali verifikati ta' gassijiet serra integrati f'merkanzija importata f'sena kalendarja partikolari. Jenħtieġ li jiġi applikat ukoll kalendarju differenti meta mqabbel maċ-ċiklu ta' konformità tal-EU ETS sabiex jiġi evitat kwalunkwe ostaklu potenzjali li jirriżulta mill-obbligi għall-verifikaturi akkreditati skont dan ir-Regolament u l-EU ETS.
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 23a (ġdida)
(23a) Minħabba n-natura unika tas-CBAM u l-ħtieġa ta' koordinament mill-qrib tal-UE, jenħtieġ li tiġi stabbilita awtorità responsabbli mis-CBAM fil-livell tal-UE biex timplimenta u timmonitorja b'mod adegwat dan ir-Regolament.
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 24
(24) F'termini ta' sanzjonijiet, l-Istati Membri għandhom japplikaw penali għall-ksur ta' dan ir-Regolament u jiżguraw li dawn jiġu implimentati. L-ammont ta' dawn il-penali jenħtieġ li jkun identiku għall-penali attwalment applikati fl-Unjoni f'każ ta' ksur tal-EU ETS skont l-Artikolu 16(3) u (4) tad-Direttiva2003/87/KE.
(24) Is-CBAM jenħtieġ li jitfassal u jiġi ssorveljat bir-reqqa mill-awtorità responsabbli mis-CBAM u mill-awtoritajiet doganali, fost oħrajn, biex jiġi evitat, identifikat u ppenalizzat kwalunkwe tip ta' prattika ta' ċirkomvenzjoni, inklużi l-abbuż jew il-frodi. Jenħtieġ li l-awtorità responsabbli mis-CBAM u l-Istati Membri, f'konformità mad-dritt nazzjonali tagħhom, japplikaw penali amministrattivi jew kriminali għall-ksur ta' dan ir-Regolament u jiżguraw li dawn jiġu implimentati. L-ammont tal-penali għad-dikjaranti awtorizzati li jonqsu milli jċedu, sal-31 ta' Mejju ta' kull sena, għadd ta' ċertifikati CBAM li jikkorrispondu għall-emissjonijiet integrati f'merkanzija importata matul is-sena preċedenti jew li jippreżentaw informazzjoni falza relatata mal-emissjonijiet integrati lill-awtorità responsabbli mis-CBAM bil-ħsieb li jinkiseb trattament individwali favorevoli jenħtieġ li jkun ekwivalenti għal tliet darbiet il-prezz medju taċ-ċertifikati CBAM fis-sena preċedenti għal kull ċertifikat CBAM li d-dikjarant awtorizzat ma ċedix f'konformità mal-Artikolu22. Jenħtieġ li l-ħlas tal-penali ma jeħlisx lid-dikjarant awtorizzat mill-obbligu li jċedi l-għadd pendenti ta' ċertifikati CBAM lill-awtorità responsabbli mis-CBAM.
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 26
(26) Il-kopertura tal-prodott tas-CBAM għandu jirrifletti l-attivitajiet koperti mill-EU ETS billi dik l-iskema hija bbażata fuq kriterji kwantitattivi u kwalitattivi marbuta mal-objettiv ambjentali tad-Direttiva 2003/87/KE u hija l-aktar sistema regolatorja komprensiva tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fl-Unjoni.
(26) Il-kopertura tal-prodott tas-CBAM għandu jirrifletti l-attivitajiet koperti mill-EU ETS billi dik l-iskema hija bbażata fuq kriterji kwantitattivi u kwalitattivi marbuta mal-objettiv ambjentali tad-Direttiva 2003/87/KE u hija l-aktar sistema regolatorja komprensiva tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi pjan kronoloġiku għall-inklużjoni gradwali tal-merkanzija kollha fis-setturi koperti mid-Direttiva 2003/87/KE sal-1 ta' Jannar 2030. Jenħtieġ li tingħata prijorità lill-merkanzija li hija l-aktar esposta għar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u li hija bl-akbar intensità ta' karbonju.
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 29
(29) Jenħtieġ li l-merkanzija skont dan ir-Regolament jintgħażlu wara analiżi bir-reqqa tar-rilevanza tagħhom f'termini ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra akkumulati u r-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju fis-setturi korrispondenti tal-EU ETS filwaqt li jiġu limitati l-kumplessità u l-piż amministrattiv. B'mod partikolari, l-għażla attwali għandha tqis il-materjali bażiċi u l-prodotti bażiċi koperti mill-EU ETS bil-għan li jiġi żgurat li l-importazzjonijiet ta' prodotti intensivi fl-enerġija fl-Unjoni jkunu fuq l-istess livell tal-prodotti tal-UE f'termini tal-ipprezzar tal-karbonju tal-EU ETS, u biex jittaffew ir-riskji tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Kriterji rilevanti oħra biex titnaqqas l-għażla għandhom ikunu: L-ewwel nett, ir-rilevanza tas-setturi f'termini ta' emissjonijiet, jiġifieri jekk is-settur huwiex wieħed mill-akbar emittenti aggregati ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra; It-tieni, l-esponiment tas-settur għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, kif definit skont id-Direttiva 2003/87/KE; It-tielet, il-ħtieġa li tiġi bbilanċjata l-kopertura wiesgħa f'termini ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra filwaqt li jiġu limitati l-kumplessità u l-isforz amministrattiv.
(29) Jenħtieġ li l-merkanzija skont dan ir-Regolament tintgħażel wara analiżi bir-reqqa tar-rilevanza tagħha f'termini ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra akkumulati u r-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju fis-setturi korrispondenti tal-EU ETS filwaqt li jiġu limitati l-kumplessità u l-piż amministrattiv għall-industrija, għall-kumpaniji u għall-SMEs tal-Unjoni. B'mod partikolari, l-għażla attwali għandha tqis il-materjali bażiċi u l-prodotti bażiċi koperti mill-EU ETS bil-għan li jiġi żgurat li l-importazzjonijiet ta' prodotti intensivi fl-enerġija fl-Unjoni jkunu fuq l-istess livell tal-prodotti tal-UE f'termini tal-ipprezzar tal-karbonju tal-EU ETS, u biex jittaffew ir-riskji tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Kriterji rilevanti oħra biex titnaqqas l-għażla għandhom ikunu: l-ewwel nett, ir-rilevanza tas-setturi f'termini ta' emissjonijiet, jiġifieri jekk is-settur huwiex wieħed mill-akbar emittenti aggregati ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra; it-tieni, l-esponiment tas-settur għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, kif definit skont id-Direttiva 2003/87/KE; it-tielet, il-ħtieġa li tiġi bbilanċjata l-kopertura wiesgħa f'termini ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra filwaqt li jiġu limitati l-kumplessità u l-isforz amministrattiv. Jenħtieġ li tingħata wkoll attenzjoni speċifika biex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta' distorsjonijiet tas-suq bejn is-setturi differenti koperti mis-CBAM.
Emenda 24 Proposta għal regolament Premessa 30
(30) L-użu tal-ewwel kriterju jippermetti l-elenkar tas-settur industrijali li ġej f'termini ta' emissjonijiet akkumulati: Ħadid u azzar, raffineriji, siment, kimiċi bażiċi organiċi, u fertilizzanti.
(30) L-użu tal-ewwel kriterju jippermetti l-elenkar tas-settur industrijali li ġej f'termini ta' emissjonijiet akkumulati: ħadid u azzar, raffineriji, siment, aluminju, sustanzi kimiċi bażiċi organiċi, idroġenu, polimeri u fertilizzanti.
Emenda 25 Proposta għal regolament Premessa 32
(32) B'mod partikolari, is-sustanzi kimiċi organiċi mhumiex inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament minħabba limitazzjonijiet tekniċi li ma jippermettux li jiġu definiti b'mod ċar l-emissjonijiet integrati ta' merkanzija importata. Għal dawn l-oġġetti, il-parametru referenzjarju applikabbli skont l-EU ETS huwa parametru bażiku, li ma jippermettix allokazzjoni mhux ambigwa tal-emissjonijiet integrati f'merkanzija importata individwali. Allokazzjoni aktar immirata għal sustanzi kimiċi organiċi se teħtieġ aktar data u analiżi.
imħassar
Emenda 26 Proposta għal regolament Premessa 33
(33) Restrizzjonijiet tekniċi simili japplikaw għall-prodotti tar-raffineriji, li għalihom mhuwiex possibbli li jiġu assenjati mingħajr ambigwità l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra lil prodotti tal-output individwali. Fl-istess ħin, il-punt ta' riferiment rilevanti fl-EU ETS mhuwiex relatat direttament ma' prodotti speċifiċi, bħall-petrol, id-diżil jew il-pitrolju, iżda mal-output kollu tar-raffineriji.
(33) Xi restrizzjonijiet tekniċi japplikaw għall-prodotti tar-raffineriji, li għalihom mhuwiex possibbli li jiġu assenjati mingħajr ambigwità l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra lil prodotti tal-output individwali. Fl-istess ħin, il-punt ta' riferiment rilevanti fl-EU ETS mhuwiex relatat direttament ma' prodotti speċifiċi, bħall-petrol, id-diżil jew il-pitrolju, iżda mal-output kollu tar-raffineriji. Sabiex testendi l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament b'mod puntwali, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa metodoloġija ġusta biex tikkalkula l-emissjonijiet integrati mill-prodotti tar-raffineriji qabel tmiem il-fażi ta' tranżizzjoni.
Emenda 27 Proposta għal regolament Premessa 34
(34) Madankollu, il-prodotti tal-aluminju għandhom jiġu inklużi fis-CBAM billi huma esposti ħafna għar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Barra minn hekk, f'diversi applikazzjonijiet industrijali, huma jinsabu f'kompetizzjoni diretta mal-prodotti tal-azzar minħabba karatteristiċi li jixbhu mill-qrib dawk tal-prodotti tal-azzar. L-inklużjoni tal-aluminju hija rilevanti wkoll billi l-kamp ta' applikazzjoni tas-CBAM jista' jiġi estiż biex ikopri wkoll emissjonijiet indiretti fil-futur.
(34) Il-prodotti tal-aluminju għandhom jiġu inklużi fis-CBAM billi huma esposti ħafna għar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Barra minn hekk, f'diversi applikazzjonijiet industrijali, huma jinsabu f'kompetizzjoni diretta mal-prodotti tal-azzar minħabba karatteristiċi li jixbhu mill-qrib dawk tal-prodotti tal-azzar. L-inklużjoni tal-aluminju hija rilevanti wkoll billi l-kamp ta' applikazzjoni tas-CBAM ikopri wkoll emissjonijiet indiretti.
Emenda 28 Proposta għal regolament Premessa 36
(36) Min-naħa l-oħra, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal ċerti prodotti li l-produzzjoni tagħhom ma tinvolvix emissjonijiet sinifikanti bħal ruttam tal-ħadid (taħt il-kodiċi NM 7204), ligi tal-ħadid (kodiċi NM 7202) u ċerti fertilizzanti (taħt il-kodiċi NM 3105 60 00).
(36) Min-naħa l-oħra, dan ir-Regolament jenħtieġ li fl-ewwel stadju ma japplikax għal ċerti prodotti li l-produzzjoni tagħhom ma tinvolvix emissjonijiet sinifikanti bħal ruttam tal-ħadid (taħt il-kodiċi NM 7204), ligi tal-ħadid (kodiċi NM 7202) u ċerti fertilizzanti (taħt il-kodiċi NM 3105 60 00).
Emenda 29 Proposta għal regolament Premessa 40
(40) Dikjarant awtorizzat għandu jitħalla jitlob tnaqqis fl-għadd ta' ċertifikati CBAM li għandhom jiġu ċeduti li jikkorrispondu għall-prezz tal-karbonju diġà mħallas għal dawk l-emissjonijiet f'ġurisdizzjonijiet oħra.
(40) Jenħtieġ li dikjarant awtorizzat jitħalla jitlob tnaqqis fl-għadd ta' ċertifikati CBAM li għandhom jiġu ċeduti li jikkorrispondu għall-prezz espliċitu tal-karbonju diġà mħallas għal dawk l-emissjonijiet f'ġuriżdizzjonijiet oħra.
Emenda 30 Proposta għal regolament Premessa 45
(45) Il-karatteristiċi fiżiċi tal-elettriku bħala prodott, b'mod partikolari l-impossibbiltà li jiġi segwit il-fluss attwali tal-elettroni, jiġġustifika disinn kemxejn differenti għas-CBAM. Jenħtieġ li l-valuri prestabbiliti jintużaw bħala approċċ standard u għandu jkun possibbli għad-dikjaranti awtorizzati li jitolbu l-kalkolu tal-obbligi tagħhom ta' CBAM fuq il-bażi tal-emissjonijiet reali. Il-kummerċ fl-elettriku huwa differenti mill-kummerċ f'merkanzija oħra, b'mod partikolari minħabba li jiġi nnegozjat permezz ta' grilji tal-elettriku interkonnessi, bl-użu ta' skambji tal-enerġija u forom speċifiċi ta' negozjar. L-akkoppjament tas-swieq huwa forma ta' kummerċ tal-elettriku regolata b'mod intensiv li tippermetti li jiġu aggregati l-offerti u l-offerti madwar l-Unjoni.
(45) Il-karatteristiċi fiżiċi tal-elettriku bħala prodott, b'mod partikolari l-impossibbiltà li jiġi segwit il-fluss reali tal-elettroni, jiġġustifika disinn kemxejn differenti għas-CBAM. Jenħtieġ li jkun possibbli għad-dikjaranti awtorizzati li jitolbu l-kalkolu tal-obbligi tagħhom ta' CBAM fuq il-bażi tal-emissjonijiet reali vverifikati. Il-valuri prestabbiliti jenħtieġ li jintużaw biss jekk id-data dwar l-emissjonijiet reali ma tkunx disponibbli. Il-kummerċ fl-elettriku huwa differenti mill-kummerċ f'merkanzija oħra, b'mod partikolari minħabba li jiġi nnegozjat permezz ta' grilji tal-elettriku interkonnessi, bl-użu ta' skambji tal-enerġija u forom speċifiċi ta' negozjar. L-akkoppjament tas-swieq huwa forma ta' kummerċ tal-elettriku regolata b'mod intensiv li tippermetti li jiġu aggregati l-offerti u l-offerti madwar l-Unjoni.
Emenda 31 Proposta għal regolament Premessa 46a (ġdida)
(46a) Biex jitnaqqas ir-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju kif ukoll biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-industrija tal-Unjoni, il-prattiki kollha ta' ċirkomvenzjoni jenħtieġ li jiġu pprojbiti. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa r-riskju ta' prattiki ta' ċirkomvenzjoni fis-setturi kollha inklużi fl-Anness I, speċjalment il-probabbiltà ta' trażbord, mudelli kummerċjali modifikati lejn prodotti downstream, kif ukoll ir-riorganizzazzjoni tar-riżorsi, l-assorbiment tal-kostijiet, il-manipulazzjoni tad-data dwar l-emissjonijiet, it-tikkettar ħażin tal-merkanzija u l-modifiki ż-żgħar tal-prodott sabiex jiġi importat prodott taħt kodiċi differenti tan-nomenklatura magħquda ("NM"). Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta, meta jkun il-każ, atti delegati biex issaħħaħ il-miżuri kontra ċ-ċirkomvenzjoni.
Emenda 32 Proposta għal regolament Premessa 49
(49) Jenħtieġ li ġaladarba pajjiżi terzi jiġu integrati mill-qrib fis-suq tal-elettriku tal-Unjoni permezz ta' akkoppjament tas-suq, jinstabu soluzzjonijiet tekniċi biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tas-CBAM għall-elettriku esportat minn tali pajjiżi fit-territorju doganali tal-Unjoni. Jekk ma jkunux jistgħu jinstabu soluzzjonijiet tekniċi, jenħtieġ li l-pajjiżi terzi li huma akkoppjati fis-suq jibbenefikaw minn eżenzjoni limitata fiż-żmien mis-CBAM sa mhux aktar tard mill-2030 fir-rigward biss tal-esportazzjoni tal-elettriku, sakemm jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet. Madankollu, jenħtieġ li dawk il-pajjiżi terzi jiżviluppaw pjan direzzjonali u jimpenjaw ruħhom li jimplimentaw mekkaniżmu tal-ipprezzar tal-karbonju li jipprevedi prezz ekwivalenti bħall-ETS tal-UE, u jenħtieġ li jimpenjaw ruħhom li jiksbu n-newtralità tal-karbonju sal-2050 [kif ukoll?] biex jallinjaw ruħhom mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fl-oqsma tal-ambjent, il-klima, il-kompetizzjoni u l-enerġija. Din l-eżenzjoni għandha tiġi rtirata fi kwalunkwe ħin jekk ikun hemm raġunijiet biex wieħed jemmen li l-pajjiż inkwistjoni ma jissodisfax l-impenji tiegħu jew jekk sal-2030 ma jkunx adotta ETS ekwivalenti għall-EU ETS.
(49) Jenħtieġ li ġaladarba pajjiżi terzi jiġu integrati mill-qrib fis-suq tal-elettriku tal-Unjoni permezz ta' akkoppjament tas-swieq, jinstabu soluzzjonijiet tekniċi biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tas-CBAM għall-elettriku esportat minn tali pajjiżi fit-territorju doganali tal-Unjoni. Jekk ma jkunux jistgħu jinstabu soluzzjonijiet tekniċi, jenħtieġ li l-pajjiżi terzi li huma akkoppjati fis-suq jibbenefikaw minn eżenzjoni limitata fiż-żmien mis-CBAM sa mhux aktar tard mill-2030 fir-rigward biss tal-esportazzjoni tal-elettriku, sakemm jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet. Madankollu, jenħtieġ li dawk il-pajjiżi terzi jiżviluppaw pjan direzzjonali u jimpenjaw ruħhom li jimplimentaw mekkaniżmu tal-ipprezzar tal-karbonju espliċitu li jipprevedi prezz ekwivalenti bħall-EU ETS, u jenħtieġ li jimpenjaw ruħhom li jiksbu n-newtralità tal-karbonju sa mhux aktar tard mill-2050 biex jallinjaw ruħhom mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fl-oqsma tal-ambjent, il-klima, il-kompetizzjoni u l-enerġija. Din l-eżenzjoni għandha tiġi rtirata fi kwalunkwe ħin jekk ikun hemm raġunijiet biex wieħed jemmen li l-pajjiż inkwistjoni ma jissodisfax l-impenji tiegħu jew jekk sal-2030 ma jkunx adotta ETS ekwivalenti għall-EU ETS.
Emenda 34 Proposta għal regolament Premessa 51
(51) Sabiex jiġi ffaċilitat u żgurat il-funzjonament tajjeb tas-CBAM, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fit-twettiq tal-obbligi tagħhom.
imħassar
Emenda 35 Proposta għal regolament Premessa 51a (ġdida)
(51a) Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-partijiet affettwati mid-deċiżjonijiet meħuda mill-awtorità responsabbli mis-CBAM ikollhom aċċess għar-rimedji meħtieġa. Għalhekk jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu xieraq ta' appell sabiex id-deċiżjonijiet tal-awtorità responsabbli mis-CBAM ikunu jistgħu jiġu soġġetti għal appell quddiem Bord tal-Appell, li d-deċiżjonijiet tiegħu jistgħu jkunu soġġetti għal azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'konformità mat-TFUE.
Emenda 36 Proposta għal regolament Premessa 52
(52) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament qabel tmiem il-perjodu tranżitorju u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Jenħtieġ li r-rapport tal-Kummissjoni jiffoka b'mod partikolari fuq il-possibbiltajiet li jissaħħu l-azzjonijiet klimatiċi lejn l-objettiv ta' Unjoni newtrali għall-klima sal-2050. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, bħala parti minn din l-evalwazzjoni, tibda l-ġbir tal-informazzjoni meħtieġa biex possibbilment testendi l-kamp ta' applikazzjoni għall-emissjonijiet indiretti, kif ukoll għal merkanzija u servizzi oħra f'riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, u biex tiżviluppa metodi ta' kalkolu tal-emissjonijiet integrati fuq il-bażi tal-metodi tal-impronta ambjentali47.
(52) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament b'mod regolari u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Jenħtieġ li r-rapporti tal-Kummissjoni jiffukaw b'mod partikolari fuq il-possibbiltajiet li jissaħħu l-azzjonijiet klimatiċi lejn l-objettiv ta' Unjoni newtrali għall-klima sal-2050. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, bħala parti mill-ewwel evalwazzjoni, tibda l-ġbir tal-informazzjoni meħtieġa biex possibbilment testendi aktar il-kamp ta' applikazzjoni tal-Anness I, għal merkanzija u servizzi oħra f'riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, bħal prodotti downstream, u biex tiżviluppa metodi ta' kalkolu tal-emissjonijiet integrati fuq il-bażi tal-metodi tal-impronta ambjentali47. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiffoka l-evalwazzjonijiet sussegwenti tagħha fuq l-impatt fuq il-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni u l-industrija downstream, l-impatt fuq l-SMEs, il-piż amministrattiv sproporzjonat possibbli, il-prattiki possibbli ta' ċirkomvenzjoni, id-distorsjoni fil-mudelli kummerċjali u l-possibbiltajiet li jissaħħu l-azzjonijiet klimatiċi lejn Unjoni newtrali għall-klima sal-2050 u li dawk l-evalwazzjonijiet, meta jkun il-każ, ikunu akkumpanjati minn proposti leġiżlattivi;
__________________
__________________
47 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/179/UE tad-9 ta' April 2013 dwar l-użu ta' metodi komuni għall-kejl u l-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodotti u ta' organizzazzjonijiet (ĠU L 124, 4.5.2013, p. 1).
47 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/179/UE tad-9 ta' April 2013 dwar l-użu ta' metodi komuni għall-kejl u l-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodotti u ta' organizzazzjonijiet (ĠU L 124, 4.5.2013, p. 1).
Emenda 37 Proposta għal regolament Premessa 52a (ġdida)
(52a) Sabiex tippermetti risposta rapida u effikaċi għal ċirkostanzi imprevedibbli, eċċezzjonali u mhux provokati li għandhom konsegwenzi distruttivi għall-infrastruttura ekonomika u industrijali ta' pajjiż terz wieħed jew aktar soġġetti għas-CBAM, jenħtieġ li l-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva, kif xieraq, li temenda dan ir-Regolament. Tali proposta leġiżlattiva jenħtieġ li tistabbilixxi l-miżuri li huma l-aktar xierqa fid-dawl taċ-ċirkostanzi li l-pajjiż terz jew il-pajjiżi terzi għandu/hom quddiemu/hom, filwaqt li żżomm l-objettivi ta' dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jkunu limitati fiż-żmien.
Emenda 38 Proposta għal regolament Premessa 53a (ġdida)
(53a) Parallelament għad-djalogu mal-pajjiżi terzi, jenħtieġ li l-Kummissjoni, f'kull stadju wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, tidħol fi djalogu mal-partijiet ikkonċernati kollha tas-setturi koperti minn dan ir-Regolament, inklużi r-rappreżentanti tal-industrija, it-trade unions u s-soċjetà ċivili.
Emenda 39 Proposta għal regolament Premessa 54a (ġdida)
(54a) Jenħtieġ li l-Kummissjoni ssegwi b'mod attiv l-istabbiliment ta' "grupp tal-karbonju" internazzjonali biex tiżgura skambju kontinwu in bona fede mas-sħab kummerċjali tal-Unjoni. Jenħtieġ li dan il-grupp ikun forum internazzjonali miftuħ u mhux esklużiv, li jista' jkun taħt organizzazzjoni multilaterali xierqa bħal pereżempju d-WTO jew l-organu rilevanti u miftuħ tal-OECD. Jenħtieġ li l-objettiv tiegħu jkun li jippermetti t-tqabbil u l-koordinament tal-miżuri tal-ipprezzar tal-karbonju kif ukoll miżuri ta' pprezzar mhux tal-karbonju b'impatt fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet. Jenħtieġ li l-grupp tal-karbonju jappoġġa wkoll il-komparabbiltà tal-miżuri klimatiċi billi jiżgura l-kwalità tal-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-klima fost il-membri tiegħu. Jenħtieġ li s-sħubija fil-grupp tkun informali, miftuħa u fuq bażi volontarja għall-pajjiżi li jimmiraw lejn ambizzjoni klimatika għolja f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi. Peress li s-CBAM huwa l-ewwel miżura ta' tali natura, li hija maħsuba biex tkun għodda kooperattiva mfassla biex tiġġieled kontra r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, tali grupp tal-karbonju se jforni l-mezzi biex jippermetti l-impenn u t-trasparenza bejn l-Unjoni u s-sħab kummerċjali tagħha.
Emenda 40 Proposta għal regolament Premessa 55
(55) Billi s-CBAM għandu l-għan li jinkoraġġixxi proċessi ta' produzzjoni aktar nodfa, l-UE tinsab lesta li taħdem ma' pajjiżi bi dħul baxx u medju lejn id-dekarbonizzazzjoni tal-industriji tal-manifattura tagħhom. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Unjoni tappoġġa lill-pajjiżi inqas żviluppati bl-assistenza teknika meħtieġa sabiex tiffaċilita l-adattament tagħhom għall-obbligi l-ġodda stabbiliti minn dan ir-Regolament.
(55) Billi s-CBAM għandu l-għan li jinkoraġġixxi proċessi ta' produzzjoni aktar nodfa, l-UE tinsab lesta li taħdem ma' pajjiżi b'introjtu baxx u medju lejn id-dekarbonizzazzjoni tal-industriji tal-manifattura tagħhom. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Unjoni tappoġġa lill-pajjiżi inqas żviluppati bl-assistenza teknika meħtieġa sabiex tiffaċilita l-adattament tagħhom għall-obbligi l-ġodda stabbiliti minn dan ir-Regolament. Filwaqt li d-dħul iġġenerat mill-bejgħ taċ-ċertifikati CBAM se jidħol fil-baġit tal-Unjoni bħala introjtu ġenerali u jenħtieġ li ma jiġix assenjat għal xi nefqa speċifika tal-baġit tal-Unjoni, fid-dawl tal-prinċipju tal-universalità li jirregola l-baġit tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Unjoni tiffinanzja l-isforzi tal-pajjiżi l-anqas żviluppati favur id-dekarbonizzazzjoni tal-industriji tal-manifattura tagħhom b'ammont annwali li jikkorrispondi mill-inqas għal-livell ta' dħul iġġenerat mill-bejgħ taċ-ċertifikati CBAM. Jenħtieġ li tali finanzjament jiġi pprovdut permezz tal-appoġġ finanzjarju mogħti mill-Unjoni għall-finanzjament internazzjonali għall-klima u l-programmi ġeografiċi rilevanti u l-programm tematiku Sfidi Globali tal-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. L-aġġustamenti meħtieġa għall-approprjazzjoni baġitarja ta' tali strument jenħtieġ li jsiru permezz tal-proċedura baġitarja annwali tal-Unjoni sal-2027 u mbagħad jiġu inklużi fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali tal-UE li jmiss.
__________________
1a Ir-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 (ĠU L 209, 14.6.2021, p. 1).
Emenda 41 Proposta għal regolament Premessa 57a (ġdida)
(57a) Jenħtieġ li l-Kummissjoni timmonitorja regolarment kwalunkwe bidla fil-flussi kumemrċjali mill-pajjiżi l-anqas żviluppati attribwibbli għas-CBAM bil-għan li tiġi evalwata l-effiċjenza ta' dan ir-Regolament, inkluż il-kontribut tiegħu biex jevita rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u r-riperkussjonijiet tiegħu fuq il-flussi kummerċjali bejn l-Unjoni u l-pajjiżi l-anqas żviluppati.Jenħtieġ li l-Kummissjoni timmonitorja regolarment anki l-assistenza teknika fornuta lill-pajjiżi l-anqas żviluppati biex tevalwa l-effikaċja tal-kontribut tagħha fil-proċess ta' dekarbonizzazzjoni f'dawn il-pajjiżi.
Emenda 42 Proposta għal regolament Premessa 59
(59) Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201651. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
(59) Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell tal-esperti u tas-setturi industrijali rilevanti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet51. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
__________________
__________________
51 Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).
51 Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).
Emenda 43 Proposta għal regolament Premessa 61
(61) Jenħtieġ li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati matul iċ-ċiklu tan-nefqa, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u, meta xieraq, penali amministrattivi u finanzjarji.
(61) Jenħtieġ li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati matul iċ-ċiklu tan-nefqa, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u, meta xieraq, penali amministrattivi u finanzjarji. Skont l-Europol, il-frodi tal-kreditu tal-karbonju kkawżat telf ta' EUR 5 biljun fid-dħul pubbliku. Jenħtieġ għalhekk li s-sistema tas-CBAM tintroduċi mekkaniżmi xierqa u effikaċi biex tevita telf tad-dħul pubbliku.
Emenda 44 Proposta għal regolament Premessa 61a (ġdida)
(61a) Jenħtieġ li l-awtorità responsabbli mis-CBAM tiġi ffinanzjata b'mod li jiġi ggarantit il-funzjonament fattibbli tagħha, u jippermetti ġestjoni finanzjarja tajba. Kwalunkwe kost tal-istabbiliment u tal-operat tal-awtorità jenħtieġ li jitħallas mill-introjtu ġenerali tal-baġit tal-Unjoni.
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (is-"CBAM", "Carbon Border Adjustment Mechanism") biex jindirizza l-emissjonijiet tal-gassijiet serra inkorporati fil-merkanzija msemmija fl-Anness I, mal-importazzjoni tagħha fit-territorju doganali tal-Unjoni, sabiex jiġi evitat ir-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju.
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (is-"CBAM", "Carbon Border Adjustment Mechanism") biex jindirizza l-emissjonijiet tal-gassijiet serra integrati fil-merkanzija msemmija fl-Anness I, mal-importazzjoni tagħha fit-territorju doganali tal-Unjoni, sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet globali tal-karbonju u tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi billi jiġi evitat kwalunkwe riskju potenzjali ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju mill-Unjoni u jiġi inċentivat it-tnaqqis tal-emissjonijiet fil-pajjiżi terzi.Għal dan il-għan, is-CBAM għandu l-għan li jekwalizza l-ipprezzar tal-karbonju għall-importazzjonijiet u l-prodotti nazzjonali li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 3
3. Progressivament, il-mekkaniżmu se jsir alternattiva għall-mekkaniżmi stabbiliti skont id-Direttiva 2003/87/KE biex jipprevjeni r-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, partikolarment l-allokazzjoni ta' kwoti gratis f'konformità mal-Artikolu 10a ta' dik id-Direttiva.
3. Progressivament, il-mekkaniżmu se jissostitwixxi l-mekkaniżmi stabbiliti skont id-Direttiva 2003/87/KE biex jipprevjeni r-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, partikolarment l-allokazzjoni ta' kwoti gratis f'konformità mal-Artikolu 10a ta' dik id-Direttiva.
1a. Sal-1 ta' Jannar 2030 dan ir-Regolament għandu japplika għas-setturi kollha koperti mid-Direttiva 2003/87/KE.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 28 li jissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi pjan kronoloġiku għall-inklużjoni gradwali tal-oġġetti kollha fis-setturi koperti mid-Direttiva 2003/87/KE. F'tali att delegat il-Kummissjoni għandha tagħti prijorità lill-merkanzija li hija l-aktar esposta għar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u bl-akbar intensità ta' karbonju. Tali att delegat għandu jiġi adottat sat-30 ta' Ġunju 2025.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 28 li jissupplimenta l-Anness I billi żżid l-merkanzija kollha fis-setturi koperti mill-EU ETS.
Sa... [tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 28 li jissupplimenta l-Anness I billi żżid il-prodotti downstream tal-merkanzija elenkata fl-Anness I. Tali prodotti downstream għandu jkun fihom sehem sinifikanti ta' mill-inqas wieħed mill-merkanzija elenkati fl-Anness I.
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 6
6. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex tiddetermina l-kundizzjonijiet biex jiġi applikat is-CBAM għall-merkanzija msemmija fil-paragrafu 2. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 29(2).
6. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 28 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-kundizzjonijiet biex jiġi applikat is-CBAM għall-merkanzija msemmija fil-paragrafu 2.
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 7 – punt b
(b) id-dritt nazzjonali f'dak il-pajjiż terz jew it-territorju jimplimenta d-dispożizzjonijiet ewlenin tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-suq tal-elettriku, inkluż l-iżvilupp ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli u l-akkoppjament tas-swieq tal-elettriku;
(b) id-dritt nazzjonali f'dak il-pajjiż jew it-territorju terz jimplimenta d-dispożizzjonijiet ewlenin tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-suq tal-elettriku, inkluż l-iżvilupp ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli, l-akkoppjament tas-swieq tal-elettriku, u timplimenta l-acquis tal-Unjoni dwar il-klima, l-ambjent u l-kompetizzjoni, filwaqt li tirrispetta bis-sħiħ l-iskadenzi miftiehma;
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 7 – punt e
(e) il-pajjiż terz jew it-territorju, meta jimplimenta l-pjan direzzjonali skont il-punt (c), ikun wera progress sostanzjali lejn l-allinjament tal-leġiżlazzjoni domestika mad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-azzjoni klimatika fuq il-bażi ta' dak il-pjan direzzjonali, inkluż lejn l-ipprezzar tal-karbonju f'livell ekwivalenti bħall-Unjoni tal-inqas sa fejn hija kkonċernata l-ġenerazzjoni tal-elettriku. L-implimentazzjoni ta' sistema ta' skambju ta' kwoti tal-emissjonijiet għall-elettriku, bi prezz ekwivalenti għall-EU ETS, għandha tiġi ffinalizzata sal-1 ta' Jannar 2030;
(e) il-pajjiż jew it-territorju terz, meta jimplimenta l-pjan direzzjonali skont il-punt (c), ikun wera progress sostanzjali lejn l-allinjament tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-azzjoni klimatika fuq il-bażi ta' dak il-pjan direzzjonali, inkluż lejn l-ipprezzar tal-karbonju f'livell ekwivalenti bħall-Unjoni tal-inqas sa fejn hija kkonċernata l-ġenerazzjoni tal-elettriku. L-implimentazzjoni ta' sistema ta' skambju ta' kwoti tal-emissjonijiet għall-elettriku, bi prezz ekwivalenti għall-EU ETS, għandha tiġi ffinalizzata sal-1 ta' Jannar 2028;
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 8
8. Pajjiż terz jew territorju li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 7, il-punti minn (a) sa (f), għandu jiġi elenkat fl-Anness II, it-Taqsima B, ta' dan ir-Regolament, u għandu jippreżenta żewġ rapporti dwar l-issodisfar tal-kundizzjonijiet skont il-paragrafu 7, il-punti minn (a) sa (f), wieħed qabel l-1 ta' Lulju 2025 u ieħor qabel l-1 ta' Lulju 2029. Sal-31 ta' Diċembru 2025 u sal-31 ta' Diċembru 2029, il-Kummissjoni għandha tivvaluta, partikolarment fuq il-bażi tal-pjan direzzjonali skont il-paragrafu 7, il-punt (c), u r-rapporti li tirċievi mill-pajjiż terz jew it-territorju, jekk dak il-pajjiż terz jew it-territorju għadux jirrispetta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 7.
8. Pajjiż jew territorju terz li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 7, il-punti minn (a) sa (f), għandu jiġi elenkat fl-Anness II, it-Taqsima B, ta' dan ir-Regolament, u għandu jippreżenta tliet rapporti komprensivi dwar l-issodisfar tal-kundizzjonijiet skont il-paragrafu 7, il-punti minn (a) sa (f), wieħed qabel l-1 ta' Lulju 2024, wieħed qabel l-1 ta' Lulju 2027 u ieħor qabel l-1 ta' Lulju 2029. Sal-31 ta' Diċembru 2024, sal-31 ta' Diċembru 2027 u sal-31 ta' Diċembru2029, il-Kummissjoni għandha tivvaluta, partikolarment fuq il-bażi tal-pjan direzzjonali skont il-paragrafu 7, il-punt (c), u r-rapporti li tirċievi mill-pajjiż jew mit-territorju terz, jekk dak il-pajjiż jew it-territorju terz għadux jirrispetta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 7.
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 9 – punt ba (ġdid)
(ba) jekk il-Kummissjoni jkollha evidenza li, bħala riżultat ta' żieda fl-esportazzjonijiet tal-elettriku lejn l-Unjoni, l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku fil-pajjiż jew fit-territorju jkunu żdiedu.
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 12
12. L-Unjoni tista' tikkonkludi ftehimiet ma' pajjiżi terzi bil-ħsieb li tqis il-mekkaniżmi tal-ipprezzar tal-karbonju f'dawn il-pajjiżi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 9.
12. L-Unjoni tista' tikkonkludi ftehimiet ma' pajjiżi terzi bil-ħsieb li tqis il-mekkaniżmi tal-ipprezzar tal-karbonju f'dawn il-pajjiżi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 9. Tali ftehimiet ma għandhomx iwasslu għal trattament preferenzjali mhux dovut tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi fir-rigward taċ-ċertifikati CBAM li għandhom jiġu ċeduti u għandhom iqisu kwalunkwe mekkaniżmu tal-ipprezzar tal-karbonju li jitqies bħala prattika ta' ċirkomvenzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 27(2).
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 11
(11) "awtorità kompetenti" tfisser l-awtorità, maħtura minn kull Stat Membru f'konformità mal-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament;
(11) "awtorità responsabbli mis-CBAM" tfisser l-awtorità stabbilita f'konformità mal-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament;
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 15
(15) "emissjonijiet diretti" tfisser emissjonijiet mill-proċessi tal-produzzjoni ta' merkanzija li l-produttur ikollu kontroll dirett fuqhom;
(15) "emissjonijiet diretti" tfisser emissjonijiet mill-proċessi tal-produzzjoni ta' merkanzija li l-produttur ikollu kontroll dirett fuqhom, inklużi l-emissjonijiet mill-produzzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ ikkonsmati matul il-proċessi tal-produzzjoni;
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 16
(16) "emissjonijiet integrati" tfisser emissjonijiet diretti rilaxxati matul il-produzzjoni tal-merkanzija, ikkalkulati skont il-metodi stabbiliti fl-Anness III;
(16) "emissjonijiet integrati" tfisser emissjonijiet diretti u indiretti rilaxxati matul il-produzzjoni tal-merkanzija u l-elettriku kkonsmat matul il-proċessi tal-produzzjoni tal-merkanzija, ikkalkulati skont il-metodi stabbiliti fl-Anness III;
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 18
(18) "ċertifikat CBAM” tfisser ċertifikat f'format elettroniku li jikkorrispondi għal tunnellata ta' emissjonijiet integrati fil-merkanzija;
(18) "ċertifikat CBAM" tfisser ċertifikat, komuni għall-Istati Membri kollha, f'format elettroniku li jikkorrispondi għal tunnellata ta' emissjonijiet integrati fil-merkanzija;
Emenda 58 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 22
(22) "emissjonijiet reali" tfisser l-emissjonijiet ikkalkulati fuq il-bażi ta' data primarja mill-proċessi tal-produzzjoni tal-merkanzija;
(22) "emissjonijiet reali" tfisser l-emissjonijiet ikkalkulati u vverifikati fuq il-bażi ta' data primarja mill-proċessi tal-produzzjoni tal-merkanzija u mill-produzzjoni tal-elettriku kkunsmat matul il-proċessi ta' produzzjoni tal-merkanzija;
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 23
(23) "prezz tal-karbonju" tfisser l-ammont monetarju mħallas f'pajjiż terz fil-forma ta' taxxa jew kwoti tal-emissjonijiet skont sistema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet serra, ikkalkulat fuq gassijiet serra koperti minn tali miżura u rilaxxati matul il-produzzjoni tal-merkanzija;
(23) "prezz tal-karbonju" tfisser l-ammont monetarju mħallas f'pajjiż terz fil-forma ta' taxxa, tariffa jew kwoti tal-emissjonijiet skont sistema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet serra, ikkalkulat fuq gassijiet serra koperti minn tali miżura u rilaxxati matul il-produzzjoni tal-merkanzija;
Emenda 60 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 28
(28) "emissjonijiet indiretti" tfisser emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku, tat-tisħin u tat-tkessiħ, li jiġu kkunsmati matul il-proċessi tal-produzzjoni tal-merkanzija.
(28) "emissjonijiet indiretti" tfisser emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-proċessi tal-produzzjoni tal-elettriku li jiġi kkunsmati matul il-proċessi tal-produzzjoni tal-merkanzija;
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 28a (ġdid)
(28a) "Pajjiż l-anqas żviluppat" tfisser pajjiż inkluż fil-lista ta' tali pajjiżi stabbilita mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tan-Nazzjonijiet Uniti;
Emenda 62 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 28b (ġdid)
(28b) "Fattur CBAM" tfisser fattur li jnaqqas l-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti għall-installazzjonijiet li jipproduċu l-oġġetti koperti fl-Anness I.
Emenda 63 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 28c (ġdid)
(28c) "prodotti downstream" tfisser prodotti magħmula bl-użu tal-oġġetti elenkati fl-Anness I.
Emenda 64 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1
Il-merkanzija għandha tiġi importata biss fit-territorju doganali tal-Unjoni minn dikjarant li jkun awtorizzat mill-awtorità kompetenti f'konformità mal-Artikolu 17 ("dikjarant awtorizzat").
Il-merkanzija għandha tiġi importata biss fit-territorju doganali tal-Unjoni minn dikjarant li jkun awtorizzat mill-awtorità responsabbli mis-CBAM f'konformità mal-Artikolu 17 ("dikjarant awtorizzat").
(Id-deżinjazzjoni "awtorità responsabbli mis-CBAM" tapplika għat-test kollu. L-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)
Emenda 65 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1
1. Kull dikjarant, qabel ma jimporta l-merkanzija kif imsemmi fl-Artikolu 2, għandu japplika mal-awtorità kompetenti fil-post fejn huwa stabbilit, għal awtorizzazzjoni biex jimporta dik il-merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni.
1. Kull dikjarant, qabel ma jimporta l-merkanzija kif imsemmi fl-Artikolu 2, għandu japplika mal-awtorità responsabbli mis-CBAM fil-post fejn huwa stabbilit, għal awtorizzazzjoni biex jimporta dik il-merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni.
Emenda 66 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt e
(e) dikjarazzjoni fuq l-unur li d-dikjarant ma kien involut fl-ebda ksur serju jew ksur ripetut ta' leġiżlazzjoni doganali, regoli dwar it-tassazzjoni u regoli dwar l-abbuż tas-suq matul il-ħames snin qabel is-sena tal-applikazzjoni, inkluż li ma għandu l-ebda rekord ta' reati kriminali serji rigward l-attività ekonomika tiegħu;
(e) dikjarazzjoni fuq l-unur li d-dikjarant jew, fejn applikabbli, membru tal-bord tad-dikjarant ma kien involut fl-ebda ksur serju jew ksur ripetut ta' leġiżlazzjoni doganali, regoli dwar it-tassazzjoni u regoli dwar l-abbuż tas-suq matul il-ħames snin qabel is-sena tal-applikazzjoni, inkluż li ma għandu l-ebda rekord ta' reati rigward l-attività ekonomika tad-dikjarant;
Emenda 67 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt f
(f) informazzjoni meħtieġa biex tintwera l-kapaċità finanzjarja u operazzjonali biex jiġu ssodisfati l-obbligi tiegħu skont ir-Regolament u, jekk l-awtorità kompetenti tiddeċiedi hekk fuq il-bażi ta' valutazzjoni tar-riskju, dokumenti ta' sostenn li jikkonfermaw dik l-informazzjoni, bħar-rapport tal-introjtu u l-karta tal-bilanċi sal-aħħar tliet snin finanzjarji li għalihom kienu magħluqa l-kontijiet;
(f) informazzjoni meħtieġa biex tintwera l-kapaċità finanzjarja u operazzjonali biex jiġu ssodisfati l-obbligi tiegħu skont ir-Regolament u, jekk l-awtorità responsabbli mis-CBAM tiddeċiedi hekk fuq il-bażi ta' valutazzjoni tar-riskju, dokumenti ta' sostenn li jikkonfermaw dik l-informazzjoni, bħar-rapport tal-introjtu u l-karta tal-bilanċi sal-aħħar tliet snin finanzjarji li għalihom kienu magħluqa l-kontijiet;
Emenda 68 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 4
4. Fi kwalunkwe ħin, l-applikant jista' jirtira l-applikazzjoni tiegħu.
4. Fi kwalunkwe ħin, l-applikant jista' jimmodifika jew jirtira l-applikazzjoni tiegħu.
Emenda 69 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 5
5. Id-dikjarant awtorizzat għandu jinforma lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien bi kwalunkwe tibdil fl-informazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 3, li jirriżulta wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni, li jista' jinfluwenza d-deċiżjoni li tkun ittieħdet skont l-Artikolu 17 jew il-kontenut tal-awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 17.
5. Id-dikjarant awtorizzat għandu jinforma lill-awtorità responsabbli mis-CBAM mingħajr dewmien bi kwalunkwe tibdil fl-informazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 3, li jirriżulta wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni, li jista' jinfluwenza d-deċiżjoni li tkun ittieħdet skont l-Artikolu 17 jew il-kontenut tal-awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 17.
Emenda 70 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 6
6. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni, rigward il-format standard tal-applikazzjoni u d-dewmien u l-proċedura li l-awtorità kompetenti għandha ssegwi meta tipproċessa l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni f'konformità mal-paragrafu 1 u r-regoli għall-identifikazzjoni tad-dikjaranti għall-importazzjoni tal-elettriku mill-awtorità kompetenti. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 29(2).
6. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni, rigward il-format standard tal-applikazzjoni u d-dewmien u l-proċedura li l-awtorità responsabbli mis-CBAM għandha ssegwi meta tipproċessa l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni f'konformità mal-paragrafu 1 u r-regoli għall-identifikazzjoni tad-dikjaranti għall-importazzjoni tal-elettriku mill-awtorità responsabbli mis-CBAM. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 29(2).
Emenda 71 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1
1. Sal-31 ta' Mejju ta' kull sena, kull dikjarant awtorizzat għandu jippreżenta dikjarazzjoni ("dikjarazzjoni tas-CBAM"), għas-sena kalendarja preċedenti, lill-awtorità kompetenti.
1. Sal-31 ta' Mejju ta' kull sena, kull dikjarant awtorizzat għandu jippreżenta dikjarazzjoni ("dikjarazzjoni tas-CBAM"), għas-sena kalendarja preċedenti, lill-awtorità responsabbli mis-CBAM.
Emenda 72 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
(ca) kopja tar-rapport ta' verifika maħruġ mill-verifikatur skont l-Artikolu 8 u l-Anness V.
Emenda 73 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 5
5. Id-dikjarant awtorizzat għandu jżomm dawk ir-rekords tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, inkluż ir-rapport tal-verifikatur, sa tmiem ir-raba' sena wara s-sena li fiha d-dikjarazzjoni CBAM tkun ġiet ippreżentata jew kellha tiġi ppreżentata.
5. Id-dikjarant awtorizzat għandu jżomm dawk ir-rekords tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, inkluż ir-rapport tal-verifikatur, sa tmiem ir-raba' sena wara s-sena li fiha d-dikjarazzjoni CBAM tkun ġiet ippreżentata jew kellha tiġi ppreżentata. Dawk ir-rekords għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu lill-verifikaturi akkreditati jivverifikaw l-emissjonijiet integrati f'konformità mal-Artikolu 8 u jippermettu lill-awtorità responsabbli mis-CBAM tirrieżamina d-dikjarazzjoni CBAM f'konformità mal-Artikolu 19(1). Id-dikjarant awtorizzat għandu jżomm dawk ir-rekords għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 19(1) li fih l-awtorità responsabbli mis-CBAM tista' tirrieżamina d-dikjarazzjoni CBAM.
Emenda 74 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 6
6. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni li jikkonċernaw regoli dettaljati rigward l-elementi tal-metodi ta' kalkolu stabbiliti fl-Anness III, inkluż id-determinazzjoni tal-konfini tas-sistema tal-proċessi tal-produzzjoni, il-fatturi tal-emissjoni, il-valuri speċifiċi għall-installazzjoni tal-emissjonijiet reali u l-valuri prestabbiliti u l-applikazzjoni rispettiva tagħhom għall-merkanzija individwali kif ukoll l-istipular ta' metodi biex tiġi żgurata l-affidabbiltà tad-data li fuq il-bażi tagħha għandhom jiġu ddeterminati l-valuri prestabbiliti, inkluż il-livell ta' dettall u l-verifika tad-data. Meta meħtieġ, dawk l-atti għandhom jipprovdu li l-valuri prestabbiliti jistgħu jiġu adattati għal żoni, reġjuni jew pajjiżi partikolari biex jitqiesu fatturi oġġettivi speċifiċi bħall-ġeografija, ir-riżorsi naturali, il-kundizzjonijiet tas-suq, is-sorsi tal-enerġija prevalenti, jew il-proċessi industrijali. L-atti ta' implimentazzjoni għandhom jibnu fuq il-leġiżlazzjoni eżistenti għall-verifika tal-emissjonijiet u d-data dwar l-attivitajiet għall-installazzjonijiet koperti bid-Direttiva 2003/87/KE, b'mod partikolari r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2067.
6. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni li jikkonċernaw l-elementi tal-metodi ta' kalkolu stabbiliti fl-Anness III, inkluż id-determinazzjoni tal-konfini tas-sistema tal-proċessi tal-produzzjoni, il-fatturi tal-emissjoni, il-valuri speċifiċi għall-installazzjoni tal-emissjonijiet reali u l-valuri prestabbiliti u l-applikazzjoni rispettiva tagħhom għall-merkanzija individwali kif ukoll l-istipular ta' metodi biex tiġi żgurata l-affidabbiltà tad-data li fuq il-bażi tagħha għandhom jiġu ddeterminati l-valuri prestabbiliti, inkluż il-livell ta' dettall u l-verifika tad-data. Meta meħtieġ, dawk l-atti għandhom jipprovdu li l-valuri prestabbiliti jistgħu jiġu adattati għal żoni, reġjuni jew pajjiżi partikolari biex jitqiesu fatturi oġġettivi speċifiċi bħall-ġeografija, ir-riżorsi naturali, il-kundizzjonijiet tas-suq, is-sorsi tal-enerġija prevalenti, jew il-proċessi industrijali. L-atti ta' implimentazzjoni għandhom jibnu fuq il-leġiżlazzjoni eżistenti għall-verifika tal-emissjonijiet u d-data dwar l-attivitajiet għall-installazzjonijiet koperti bid-Direttiva 2003/87/KE, b'mod partikolari r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2067.
7a. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 28 li jissupplimentaw dan ir-Regolament fir-rigward tad-definizzjoni ta' metodu biex jiġu kkalkolati l-emissjonijiet integrati indiretti għal prodotti sempliċi u kumplessi u l-valuri prestabbiliti rilevanti, kif ukoll metodu biex jiġi ddeterminat il-prezz tas-CBAM tal-emissjonijiet indiretti integrati.
Emenda 76 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1
1. Id-dikjarant awtorizzat għandu jiżgura li l-emissjonijiet integrati totali ddikjarati fid-dikjarazzjoni CBAM ippreżentata skont l-Artikolu 6 huma verifikati minn verifikatur akkreditat skont l-Artikolu 18, fuq il-bażi tal-prinċipji ta' verifika stabbiliti fl-Anness V.
1. Id-dikjarant awtorizzat tas-CBAM għandu jiżgura li l-emissjonijiet integrati totali ddikjarati fid-dikjarazzjoni CBAM ippreżentata skont l-Artikoli 6 u 35, kif ukoll il-metodoloġija u d-data u d-dokumenti ta' sostenn, huma verifikati minn verifikatur akkreditat skont l-Artikolu 18, fuq il-bażi tal-prinċipji ta' verifika stabbiliti fl-Anness V.
1a. L-awtorità responsabbli mis-CBAM hija awtorizzata tivverifika l-akkuratezza tal-informazzjoni pprovduta fid-dikjarazzjoni CBAM skont dan l-Artikolu.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni dwar il-prinċipji ta' verifika msemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tal-possibbiltà li tingħata deroga mill-obbligu li l-verifikatur iżur l-installazzjoni fejn ġiet prodotta l-merkanzija rilevanti u l-obbligu li jiġu stabbiliti limiti għal deċiżjonijiet dwar jekk dikjarazzjonijiet skorretti jew nonkonformitajiet humiex materjali u dwar dokumenti ta' sostenn meħtieġa għar-rapport ta' verifika.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 28 li jissupplimentaw dan ir-Regolament dwar il-prinċipji ta' verifika msemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tal-possibbiltà li tingħata deroga mill-obbligu li l-verifikatur iżur l-installazzjoni fejn ġiet prodotta l-merkanzija rilevanti u l-obbligu li jiġu stabbiliti limiti għal deċiżjonijiet dwar jekk dikjarazzjonijiet skorretti jew nonkonformitajiet humiex materjali u dwar dokumenti ta' sostenn meħtieġa għar-rapport ta' verifika. Il-possibbiltà li tingħata deroga mill-obbligu li l-verifikatur akkreditat iżur l-installazzjoni fejn ġiet prodotta l-merkanzija rilevanti tista' tintuża biss f'ċirkostanzi debitament ġustifikati fejn l-installazzjoni jkollha profil standard magħruf sew fir-rigward tal-produzzjoni u t-teknoloġija, li jippermetti stima affidabbli tal-emissjonijiet integrati. Fi kwalunkwe każ, l-awtorità responsabbli mis-CBAM għandha tibqa' awtorizzata tivverifika l-akkuratezza tal-informazzjoni pprovduta fid-dikjarazzjoni CBAM. Id-dispożizzjonijiet stabbiliti f'tali atti delegati għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2067.
Emenda 81 Proposta għal regolament Artikolu 9 − paragrafu 1
1. Fid-dikjarazzjoni CBAM tiegħu, dikjarant awtorizzat jista' jitlob tnaqqis fl-għadd ta' ċertifikati CBAM li jridu jiġu ċeduti sabiex jitqies il-prezz tal-karbonju mħallas fil-pajjiż tal-oriġini għall-emissjonijiet integrati ddikjarati.
1. Fid-dikjarazzjoni CBAM tiegħu, dikjarant awtorizzat jista' jitlob tnaqqis fl-għadd ta' ċertifikati CBAM li jridu jiġu ċeduti sabiex jitqies il-prezz espliċitu tal-karbonju mħallas fil-pajjiż tal-oriġini għall-emissjonijiet integrati ddikjarati. Dan it-tnaqqis jista' jkun ukoll ta' 100 % jekk il-prezz tal-karbonju mħallas fil-pajjiż tal-oriġini jkun ekwivalenti għall-prezz tal-karbonju tal-UE jew ogħla minnu.
Emenda 82 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2
2. Id-dikjarant awtorizzat għandu jżomm rekords tad-dokumentazzjoni, iċċertifikata minn persuna indipendenti, meħtieġa biex turi li l-emissjonijiet integrati ddikjarati kienu soġġetti għal prezz tal-karbonju fil-pajjiż tal-oriġini tal-merkanzija u jżomm evidenza tal-prova tal-pagament attwali għal dak il-prezz tal-karbonju li ma kellux ikun soġġett għal ribass fuq l-esportazzjoni jew kwalunkwe forma oħra ta' kumpens fuq l-esportazzjoni.
2. Id-dikjarant awtorizzat għandu jżomm rekords tad-dokumentazzjoni, iċċertifikata minn verifikatur akkreditat, meħtieġa biex turi li l-emissjonijiet integrati ddikjarati kienu soġġetti għal prezz espliċitu tal-karbonju fil-pajjiż tal-oriġini tal-merkanzija u jżomm evidenza tal-prova tal-pagament attwali għal dak il-prezz tal-karbonju li ma kellux ikun soġġett għal ribass fuq l-esportazzjoni jew kwalunkwe forma oħra diretta jew indiretta ta' kumpens fuq l-esportazzjoni. L-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-verifikatur akkreditat għandhom jidhru fuq id-dokumentazzjoni. Id-dikjarant awtorizzat għandu jibgħat tali dokumentazzjoni lill-awtorità responsabbli mis-CBAM.
Emenda 83 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 4
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-metodoloġija għall-kalkolu tat-tnaqqis fl-għadd ta' ċertifikati CBAM li għandhom jiġu ċeduti, rigward il-konverżjoni f'euro tal-prezz tal-karbonju mħallas f'munita barranija bir-rata tal-kambju medja annwali f'konformità mal-paragrafu1, u rigward il-kwalifiki tal-persuna indipendenti li tiċċertifika l-informazzjoni kif ukoll elementi ta' prova tal-prezz tal-karbonju mħallas u n-nuqqas ta' ribassi fuq l-esportazzjoni jew forom oħra ta' kumpens fuq l-esportazzjoni applikati kif imsemmi fil-paragrafu 2. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 29(2).
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-metodoloġija għall-kalkolu tat-tnaqqis fl-għadd ta' ċertifikati CBAM li għandhom jiġu ċeduti, rigward il-konverżjoni f'euro tal-prezz tal-karbonju mħallas f'munita barranija bir-rata tal-kambju medja annwali f'konformità mal-paragrafu 1, u rigward il-kwalifiki tal-verifikatur akkreditat li tiċċertifika l-informazzjoni kif ukoll elementi ta' prova tal-prezz tal-karbonju mħallas u n-nuqqas ta' ribassi fuq l-esportazzjoni jew forom oħra diretti jew indiretti ta' kumpens fuq l-esportazzjoni applikati kif imsemmi fil-paragrafu 2. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 29(2).
Emenda 84 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1
1. Meta ssir talba mingħand operatur jew installazzjoni li jinsabu f'pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha tirreġistra l-informazzjoni dwar dak l-operatur u dwar l-installazzjoni tiegħu f'bażi ta' data ċentrali msemmija fl-Artikolu 14(4).
1. Meta ssir talba mingħand operatur jew installazzjoni li jinsabu f'pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha tirreġistra l-informazzjoni dwar dak l-operatur u dwar l-installazzjoni tiegħu f'reġistru CBAM imsemmi fl-Artikolu 14.
Emenda 85 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 6
6. Ir-rekords imsemmija fil-paragrafu 5, il-punt (c), għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu l-verifika f'konformità mal-paragrafu 5, il-punt (b), u biex jippermettu li kwalunkwe awtorità kompetenti tirrieżamina, f'konformità mal-Artikolu 19(1), id-dikjarazzjoni CBAM li tkun saret minn dikjarant awtorizzat li tkun ġiet żvelata l-informazzjoni rilevanti lilu f'konformità mal-paragrafu 8.
6. Ir-rekords imsemmija fil-paragrafu 5, il-punt (c), għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu l-verifika f'konformità mal-paragrafu 5, il-punt (b), u biex jippermettu li l-awtorità responsabbli mis-CBAM tirrieżamina u tivverifika, f'konformità mal-Artikolu 19(1), id-dikjarazzjoni CBAM li tkun saret minn dikjarant awtorizzat li tkun ġiet żvelata l-informazzjoni rilevanti lilu f'konformità mal-paragrafu 8.
Emenda 86 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 7
7. Operatur jista' jiżvela l-informazzjoni dwar il-verifika tal-emissjonijiet integrati msemmija fil-paragrafu 5 lil dikjarant awtorizzat. Id-dikjarant awtorizzat għandu jkun intitolat li jagħmel użu minn din l-informazzjoni żvelata biex jissodisfa l-obbligu msemmi fl-Artikolu 8.
7. L-informazzjoni dwar l-emissjonijiet integrati vverifikati msemmija fil-paragrafu 5 għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku permezz tar-reġistru CBAM. Id-dikjarant awtorizzat għandu jkun intitolat li jagħmel użu minn din l-informazzjoni biex jissodisfa l-obbligu msemmi fl-Artikolu 8.
Emenda 87 Proposta għal regolament Kapitolu III – titolu
Awtoritajiet kompetenti
L-awtorità responsabbli mis-CBAM
Emenda 88 Proposta għal regolament Artikolu 11 – titolu
Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli lista tal-awtoritajiet kompetenti kollha għall-Istati Membri u tippubblika din l-informazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
imħassar
Emenda 91 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 2
2. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-awtoritajiet kompetenti jiskambjaw kwalunkwe informazzjoni li tkun essenzjali jew rilevanti għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet u d-dmirijiet tagħhom.
imħassar
Emenda 92 Proposta għal regolament Artikolu 12
Artikolu 12
imħassar
Kummissjoni
Il-Kummissjoni għandha tassisti lill-awtoritajiet kompetenti fit-twettiq tal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament u tikkoordina l-attivitajiet tagħhom.
Emenda 93 Proposta għal regolament Artikolu 12a (ġdid)
Artikolu 12a
Deċiżjonijiet tal-awtorità responsabbli mis-CBAM
1. L-awtorità responsabbli mis-CBAM għandha, mingħajr dewmien, tieħu deċiżjonijiet sabiex timplimenta dan ir-Regolament.
2. Deċiżjoni tal-awtorità responsabbli mis-CBAM għandha tidħol fis-seħħ mid-data tan-notifika ta' dik id-deċiżjoni lid-destinatarju.
3. Jekk l-awtorità responsabbli mis-CBAM tqis li ma għandhiex l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tieħu deċiżjoni, hija għandha tikkuntattja lid-destinatarju tad-deċiżjoni u tispeċifika liema informazzjoni addizzjonali hija meħtieġa. F'każ bħal dan, id-destinatarju tad-deċiżjoni għandu, mingħajr dewmien, jissottometti l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa lill-awtorità responsabbli mis-CBAM.
4. Id-destinatarju tad-deċiżjoni għandu jinforma lill-awtorità responsabbli mis-CBAM mingħajr dewmien dwar kwalunkwe bidla fl-informazzjoni dment li tirriżulta wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni. F'każ bħal dan, l-awtorità responsabbli mis-CBAM għandha tivvaluta mill-ġdid id-deċiżjoni tagħha fid-dawl ta' dik l-informazzjoni u tikkonferma jew timmodifika dik id-deċiżjoni.
5. Meta l-awtorità responsabbli mis-CBAM tipproponi li tieħu deċiżjoni li taffettwa b'mod negattiv lid-destinatarju tad-deċiżjoni, hija għandha tistabbilixxi r-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata d-deċiżjoni proposta u għandha tinkludi fid-deċiżjoni referenza għad-dritt ta' appell previst fl-Artikolu 27a. Qabel ma tittieħed tali deċiżjoni, l-awtorità responsabbli mis-CBAM għandha tagħti lid-destinatarju tad-deċiżjoni proposta l-opportunità li jgħarraf il-fehma tiegħu lill-awtorità responsabbli mis-CBAM f'perjodu ta' żmien fiss. Wara li dak il-perjodu jiskadi, l-awtorità responsabbli mis-CBAM għandha tinnotifika lid-destinatarju bid-deċiżjoni.
6. L-awtorità responsabbli mis-CBAM tista', fi kwalunkwe ħin, tannulla, tirrevoka jew temenda d-deċiżjoni tagħha wara talba motivata mid-destinatarju tad-deċiżjoni jew fuq inizjattiva tagħha stess, jekk ikun xieraq.
7. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika aktar arranġamenti dettaljati u regoli proċedurali dwar dan l-Artikolu. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati f'konformità mal-Artikolu 28.
Emenda 94 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1
L-informazzjoni kollha li l-awtorità kompetenti tikseb matul it-twettiq tad-dmir tagħha li tkun min-natura tagħha kunfidenzjali jew li tkun ipprovduta fuq bażi kunfidenzjali għandha tkun koperta b'obbligu ta' segretezza professjonali. L-awtorità kompetenti ma għandiex tiżvela din l-informazzjoni mingħajr il-permess espliċitu tal-persuna jew tal-awtorità li tkun ipprovdietha. Tista' tiġi kondiviża mal-awtoritajiet doganali, mal-Kummissjoni u mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u għandha tiġi trattata f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97.
L-informazzjoni kollha li l-awtorità responsabbli mis-CBAM tikseb matul it-twettiq tad-dmir tagħha li tkun min-natura tagħha kunfidenzjali jew li tkun ipprovduta fuq bażi kunfidenzjali għandha tkun koperta b'obbligu ta' segretezza professjonali. L-awtorità responsabbli mis-CBAM ma għandiex tiżvela din l-informazzjoni mingħajr il-permess espliċitu tal-persuna jew tal-awtorità li tkun ipprovdietha. Tista' tiġi kondiviża mal-awtoritajiet doganali, mal-Kummissjoni u mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u għandha tiġi trattata f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97.
Emenda 95 Proposta għal regolament Artikolu 14
Artikolu 14
imħassar
Reġistri nazzjonali u bażi ta' data ċentrali
1. L-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha tistabbilixxi reġistru nazzjonali ta' dikjaranti awtorizzati f'dak l-Istat Membru fil-forma ta' bażi ta' data elettronika standardizzata li jkun fiha d-data dwar iċ-ċertifikati CBAM ta' dawk id-dikjaranti, u tipprevedi l-kunfidenzjalità f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13.
2. Il-bażi ta' data msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha kontijiet b'informazzjoni dwar kull dikjarant awtorizzat, b'mod partikolari:
(a) l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tad-dikjarant awtorizzat;
(b) in-numru EORI tad-dikjarant awtorizzat;
(c) in-numru tal-kont tas-CBAM;
(d) in-numru, il-prezz tal-bejgħ, id-data tax-xiri, id-data taċ-ċediment, jew id-data tax-xiri mill-ġdid, jew dik tal-kanċellazzjoni mill-awtorità kompetenti, taċ-ċertifikati CBAM għal kull dikjarant awtorizzat.
3. L-informazzjoni fil-bażi ta' data msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun kunfidenzjali.
4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi bażi ta' data ċentrali li tkun aċċessibbli għall-pubbliku li jkun fiha l-ismijiet, l-indirizzi u d-dettalji ta' kuntatt tal-operaturi u fejn jinsabu l-installazzjonijiet fil-pajjiżi terzi f'konformità mal-Artikolu 10(2). Operatur jista' jagħżel li ma jkollux ismu, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt aċċessibbli għall-pubbliku.
Emenda 96 Proposta għal regolament Artikolu 14a (ġdid)
Artikolu 14a
Reġistru CBAM
1. L-awtorità responsabbli mis-CBAM għandha tistabbilixxi reġistru CBAM għall-eżekuzzjoni tal-proċessi relatati maċ-ċertifikati CBAM, f'konformità mal-Artikoli 20, 21 u 22.
2. Ir-reġistru CBAM għandu jkun fih bażi ta' data elettronika b'informazzjoni dwar kull dikjarant awtorizzat, b'mod partikolari:
(a) l-isem u d-dettalji ta' kuntatt;
(b) in-numru EORI;
(c) in-numru tal-kont tas-CBAM;
(d) in-numru, il-prezz u d-data tax-xiri taċ-ċertifikati CBAM miżmuma.
3. Ir-reġistru CBAM għandu jkun fih ukoll, f'taqsima separata tal-bażi ta' data, l-ismijiet u d-dettalji addizzjonali tal-operaturi u tal-installazzjonijiet f'pajjiżi terzi rreġistrati f'konformità mal-Artikolu 10. Dik it-taqsima tal-bażi ta' data għandu jkun fiha b'mod partikolari l-emissjonijiet verifikati tal-installazzjoni fejn applikabbli.
4. L-informazzjoni fil-bażi ta' data għandha tkun kunfidenzjali ħlief għall-ismijiet tad-dikjaranti u l-operaturi awtorizzati, il-post u, fejn xieraq, l-isem tal-installazzjonijiet f'pajjiżi terzi u l-emissjonijiet verifikati tagħhom, li għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku f'format interoperabbli.
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jikkonċernaw l-infrastruttura u l-proċessi speċifiċi tar-reġistru CBAM u l-bażijiet ta' data elettroniċi li jkun fihom l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 29(2).
Emenda 97 Proposta għal regolament Artikolu 15
Artikolu 15
imħassar
L-Amministratur Ċentrali
1. Il-Kummissjoni għandha taġixxi bħala amministratur ċentrali biex iżżomm reġistru indipendenti tat-tranżazzjonijiet fejn tirreġistra x-xiri taċ-ċertifikati CBAM, il-pussess, iċ-ċediment, ix-xiri mill-ġdid u l-kanċellazzjoni tagħhom u tiżgura l-koordinazzjoni tar-reġistri nazzjonali.
2. L-amministratur ċentrali għandu jwettaq kontrolli bbażati fuq ir-riskju fuq tranżazzjonijiet irreġistrati fir-reġistri nazzjonali permezz ta' reġistru indipendenti tat-tranżazzjonijiet biex jiżgura li ma jkun hemm l-ebda irregolarità fix-xiri, il-pussess, ix-xiri mill-ġdid u l-kanċellazzjoni taċ-ċertifikati CBAM.
3. Meta jiġu identifikati irregolaritajiet b'riżultat tal-kontrolli mwettqa skont il-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru jew lill-Istati Membri kkonċernati b'investigazzjonijiet ulterjuri sabiex jiġu kkoreġuti l-irregolaritajiet identifikati.
Emenda 98 Proposta għal regolament Artikolu 16 – titolu
Kontijiet fir-reġistri nazzjonali
Kontijiet fir-reġistru CBAM
Emenda 99 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 1
1. L-awtorità kompetenti għandha tassenja numru tal-kont tas-CBAM uniku lil kull dikjarant awtorizzat.
1. L-awtorità responsabbli mis-CBAM għandha tassenja numru tal-kont tas-CBAM uniku lil kull dikjarant awtorizzat.
Emenda 100 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 2
2. Kull dikjarant awtorizzat għandu jingħata aċċess lill-kont tiegħu fir-reġistru.
2. Kull dikjarant awtorizzat għandu jingħata aċċess għall-kont tiegħu fir-reġistru CBAM.
Emenda 101 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 3
3. L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-kont hekk kif tingħata l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(1) u tinnotifika lid-dikjarant awtorizzat b'dan.
3. L-awtorità responsabbli mis-CBAM għandha tistabbilixxi l-kont hekk kif tingħata l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(1) u tinnotifika lid-dikjarant awtorizzat b'dan.
Emenda 102 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 4
4. Meta d-dikjarant awtorizzat ikun waqqaf l-attività ekonomika tiegħu jew l-awtorizzazzjoni tiegħu tkun ġiet revokata, l-awtorità kompetenti għandha tagħlaq il-kont ta' dan id-dikjarant.
4. Meta d-dikjarant awtorizzat ikun waqqaf l-attività ekonomika tiegħu jew l-awtorizzazzjoni tiegħu tkun ġiet revokata, l-awtorità responsabbli mis-CBAM għandha tagħlaq il-kont ta' dak id-dikjarant.
Emenda 103 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza dikjarant li jippreżenta applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 5(1), jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
1. L-awtorità responsabbli mis-CBAM għandha tawtorizza dikjarant li jippreżenta applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 5(1), jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
Emenda 104 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 2
2. Meta l-awtorità kompetenti ssib li l-kundizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1 ma jkunux ġew issodisfati, jew meta l-applikant ikun naqas milli jipprovdi l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 5(3), l-awtorizzazzjoni tad-dikjarant għandha tiġi rrifjutata.
2. Meta l-awtorità responsabbli mis-CBAM issib li l-kundizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1 ma jkunux ġew issodisfati, jew meta l-applikant ikun naqas milli jipprovdi l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 5(3), l-awtorizzazzjoni tad-dikjarant għandha tiġi rrifjutata.
Emenda 105 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 3
3. Meta l-awtorità kompetenti tirrifjuta li tawtorizza dikjarant, id-dikjarant li jitlob l-awtorizzazzjoni, qabel appell, jista' joġġezzjona quddiem l-awtorità rilevanti skont id-dritt nazzjonali, li għandha tavża lill-amministratur nazzjonali biex jiftaħ il-kont jew jikkonferma r-rifjut f'deċiżjoni motivata, soġġetta għar-rekwiżiti tad-dritt nazzjonali li jsegwu objettiv leġittimu li jkun kompatibbli ma' dan ir-Regolament u li jkunu proporzjonati.
imħassar
Emenda 106 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 4 – parti introduttorja
4. Deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li tawtorizza dikjarant għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja
4. Deċiżjoni tal-awtorità responsabbli mis-CBAM li tawtorizza dikjarant għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja
L-awtorità kompetenti għandha tirrikjedi l-provvediment ta' garanzija sabiex tawtorizza dikjarant f'konformità mal-paragrafu 1, jekk id-dikjarant ma jkunx ġie stabbilit matul is-sentejn finanzjarji ta' qabel is-sena meta tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 5(1).
L-awtorità responsabbli mis-CBAM għandha tirrikjedi l-provvediment ta' garanzija sabiex tawtorizza dikjarant f'konformità mal-paragrafu 1, jekk id-dikjarant ma jkunx ġie stabbilit matul is-sentejn finanzjarji ta' qabel is-sena meta tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 5(1).
L-awtorità kompetenti għandha tiffissa l-ammont ta' din il-garanzija għall-ammont massimu, kif stmat mill-awtorità kompetenti, tal-valur taċ-ċertifikati CBAM li d-dikjarant awtorizzat ikollu jċedi, f'konformità mal-Artikolu 22.
L-awtorità responsabbli mis-CBAM għandha tiffissa l-ammont ta' din il-garanzija għall-ammont massimu, kif stmat mill-awtorità responsabbli mis-CBAM, tal-valur taċ-ċertifikati CBAM li d-dikjarant awtorizzat ikollu jċedi, f'konformità mal-Artikolu 22.
Emenda 109 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 7
7. Il-garanzija għandha tiġi pprovduta bħala garanzija bankarja, pagabbli mal-ewwel talba, minn istituzzjoni finanzjarja li topera fl-Unjoni jew forma oħra ta' garanzija li tipprovdi assigurazzjoni ekwivalenti. Meta l-awtorità kompetenti tistabbilixxi li l-garanzija pprovduta ma tiżgurax, jew ma jkunx għadu ċert jew suffiċjenti li l-ammont tal-obbligi tas-CBAM jiġi żgurat, din għandha tirrikjedi li d-dikjarant awtorizzat jipprovdi garanzija addizzjonali jew jissostitwixxi l-garanzija inizjali b'garanzija ġdida, skont l-għażla tiegħu.
7. Il-garanzija għandha tiġi pprovduta bħala garanzija bankarja, pagabbli mal-ewwel talba, minn istituzzjoni finanzjarja li topera fl-Unjoni jew forma oħra ta' garanzija li tipprovdi assigurazzjoni ekwivalenti. Meta l-awtorità responsabbli mis-CBAM tistabbilixxi li l-garanzija pprovduta ma tiżgurax, jew ma jkunx għadu ċert jew suffiċjenti li l-ammont tal-obbligi tas-CBAM jiġi żgurat, din għandha tirrikjedi li d-dikjarant awtorizzat jipprovdi garanzija addizzjonali jew jissostitwixxi l-garanzija inizjali b'garanzija ġdida, skont l-għażla tiegħu.
Emenda 110 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 8
8. L-awtorità kompetenti għandha tirrilaxxa l-garanzija immedjatament wara l-31 ta' Mejju tat-tieni sena li fiha d-dikjarant awtorizzat ikun ċeda ċ-ċertifikati CBAM f'konformità mal-Artikolu 22.
8. L-awtorità responsabbli mis-CBAM għandha tirrilaxxa l-garanzija immedjatament wara l-31 ta' Mejju tat-tieni sena li fiha d-dikjarant awtorizzat ikun ċeda ċ-ċertifikati CBAM f'konformità mal-Artikolu 22.
8a. L-awtorità responsabbli mis-CBAM tista' tivverifika l-akkuratezza u l-kompletezza tal-informazzjoni mogħtija mill-applikant f'konformità mal-Artikolu 5(3) u l-eżistenza, l-awtentiċità, l-akkuratezza u l-validità ta' kwalunkwe dokument ta' sostenn. L-awtorità responsabbli mis-CBAM tista' twettaq tali kontrolli fil-bini tal-applikant.
Emenda 112 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 9
9. L-awtorità kompetenti għandha tirrevoka l-awtorizzazzjoni għal dikjarant li ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1, jew li jonqos milli jikkoopera ma' dik l-awtorità.
9. L-awtorità responsabbli mis-CBAM għandha tirrevoka l-awtorizzazzjoni għal dikjarant li ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1, jew li jonqos milli jikkoopera ma' dik l-awtorità jew li jkun instab li kiser dan ir-Regolament b'mod ripetut jew serju.
9a. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta l-arranġamenti prattiċi għall-applikazzjoni tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 u għall-garanziji msemmija fil-paragrafu 6. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 29(2).
Emenda 114 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 1
1. Kull persuna akkreditata skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2067 għandha titqies bħala verifikatur akkreditat skont dan ir-Regolament.
1. Kull persuna ġuridika akkreditata skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2067 għandha titqies bħala verifikatur akkreditat skont dan ir-Regolament.
Emenda 115 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 2
2. Apparti l-paragrafu 1, korp nazzjonali ta' akkreditament jista' jintalab jakkredita persuna bħala verifikatur skont dan ir-Regolament wara li jivverifika d-dokumentazzjoni li tiċċertifika l-kapaċità tiegħu li japplika l-prinċipji ta' verifika msemmija fl-Anness V biex iwettaq l-obbligi ta' kontroll tal-emissjonijiet integrati stabbiliti fl-Artikoli 8, 10 u 38.
imħassar
Emenda 116 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 3
3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 28 għall-akkreditament imsemmi fil-paragrafu 2, li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet għall-kontroll u s-sorveljanza tal-verifikaturi akkreditati, għall-irtirar tal-akkreditament u għar-rikonoxximent reċiproku u l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-korpi tal-akkreditament.
3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 28 għall-akkreditament imsemmi fil-paragrafu 1, li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet għall-kontroll u s-sorveljanza tal-verifikaturi akkreditati, għall-irtirar tal-akkreditament u għar-rikonoxximent reċiproku u l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-korpi tal-akkreditament.
Emenda 117 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 1
1. L-awtorità kompetenti tista' tirrieżamina d-dikjarazzjoni CBAM fil-perjodu li jintemm bir-raba' sena wara s-sena li fiha kellha tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni. Ir-rieżami jista' jikkonsisti fil-verifika tal-informazzjoni pprovduta fid-dikjarazzjoni CBAM fuq il-bażi tal-informazzjoni kkomunikata mill-awtoritajiet doganali f'konformità mal-Artikolu 25(2) u kwalunkwe evidenza rilevanti oħra, u fuq il-bażi ta' kwalunkwe awditu li jitqies meħtieġ, inkluż fil-bini tad-dikjarant awtorizzat.
1. L-awtorità reponsabbli mis-CBAM tista' tirrieżamina d-dikjarazzjoni CBAM fil-perjodu li jintemm bir-raba' sena wara s-sena li fiha kellha tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni. Ir-rieżami jista' jikkonsisti fil-verifika tal-informazzjoni pprovduta fid-dikjarazzjoni CBAM fuq il-bażi tal-informazzjoni kkomunikata mill-awtoritajiet doganali f'konformità mal-Artikolu 25(2) u kwalunkwe evidenza rilevanti oħra, u fuq il-bażi ta' kwalunkwe awditu li jitqies meħtieġ, inkluż fil-bini tad-dikjarant awtorizzat.
Emenda 118 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 3
3. Meta l-awtorità kompetenti tkun stabbiliet li l-għadd iddikjarat ta' ċertifikati CBAM li għandhom jiġu ċeduti ma jkunx korrett, jew li ma tkun ġiet ippreżentata l-ebda dikjarazzjoni CBAM skont il-paragrafu 2, din għandha taġġusta l-għadd taċ-ċertifikati CBAM dovuti mid-dikjarant awtorizzat. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lid-dikjarant awtorizzat bl-aġġustament u titlob li d-dikjarant awtorizzat għandu jċedi ċ-ċertifikati addizzjonali tas-CBAM fi żmien xahar.
3. Meta l-awtorità responsabbli mis-CBAM tkun stabbiliet li l-għadd iddikjarat ta' ċertifikati CBAM li għandhom jiġu ċeduti ma jkunx korrett, jew li ma tkun ġiet ippreżentata l-ebda dikjarazzjoni CBAM skont il-paragrafu 2, din għandha taġġusta l-għadd taċ-ċertifikati CBAM dovuti mid-dikjarant awtorizzat. L-awtorità responsabbli mis-CBAM għandha tinnotifika lid-dikjarant awtorizzat bl-aġġustament u titlob li d-dikjarant awtorizzat għandu jċedi ċ-ċertifikati addizzjonali tas-CBAM fi żmien xahar.
Emenda 119 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 4
4. Ir-riċevitur tan-notifika msemmija fil-paragrafu 3 jista' jressaq appell tan-notifika. Ir-riċevitur tan-notifika għandu jingħata l-informazzjoni rigward il-proċedura li għandha tiġi segwita fil-każ ta' appell.
imħassar
Emenda 120 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 5
5. Meta jkunu ġew ċeduti aktar ċertifikati CBAM mill-għadd dovut, l-awtorità kompetenti, mingħajr dewmien, għandha tirrimborża lid-dikjarant awtorizzat il-valur taċ-ċertifikati CBAM ċeduti b'mod eċċessiv, ikkalkulat bil-prezz medju mħallas għaċ-ċertifikati CBAM mid-dikjarant awtorizzat matul is-sena tal-importazzjoni.
5. Meta jkunu ġew ċeduti aktar ċertifikati CBAM mill-għadd dovut, l-awtorità responsabbli mis-CBAM, mingħajr dewmien, għandha tirrimborża lid-dikjarant awtorizzat il-valur taċ-ċertifikati CBAM ċeduti b'mod eċċessiv, ikkalkulat bil-prezz medju mħallas għaċ-ċertifikati CBAM mid-dikjarant awtorizzat għal dawk iċ-ċertifikati fil-mument tax-xiri.
Emenda 121 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1
1. L-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha tbigħ iċ-ċertifikati CBAM lid-dikjaranti awtorizzati f'dak l-Istat Membru bil-prezz ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 21.
1. L-awtorità responsabbli mis-CBAM għandha tbigħ iċ-ċertifikati CBAM lid-dikjaranti awtorizzati bil-prezz ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 21.
Emenda 122 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 2
2. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li kull ċertifikat CBAM jiġi assenjat kodiċi uniku ta' identifikazzjoni tal-unità meta jinħoloq u għandha tirreġistra n-numru uniku ta' identifikazzjoni tal-unità, il-prezz u d-data tal-bejgħ taċ-ċertifikat fir-reġistru nazzjonali fil-kont tad-dikjarant awtorizzat li jixtrih.
2. L-awtorità responsabbli mis-CBAM għandha tiżgura li kull ċertifikat CBAM jiġi assenjat kodiċi uniku ta' identifikazzjoni tal-unità meta jinħoloq u għandha tirreġistra n-numru uniku ta' identifikazzjoni tal-unità, il-prezz u d-data tal-bejgħ taċ-ċertifikat fir-reġistru CBAM fil-kont tad-dikjarant awtorizzat li jixtrih.
Emenda 123 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 3
3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tkompli tiddefinixxi l-metodoloġija għall-kalkolu tal-prezz medju taċ-ċertifikati CBAM u arranġamenti prattiċi għall-pubblikazzjoni tal-prezz. Dawnk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 29(2).
3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni biex timplimenta l-metodoloġija, prevista fil-paragrafu 1, għall-kalkolu tal-prezz medju taċ-ċertifikati CBAM u l-arranġamenti prattiċi għall-pubblikazzjoni tal-prezz. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 29(2).
Emenda 124 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 1
1. Sal-31 ta' Mejju ta' kull sena, id-dikjarant awtorizzat għandu jċedi għadd ta' ċertifikati CBAM lill-awtorità kompetenti li jikkorrispondi għall-emissjonijiet integrati ddikjarati f'konformità mal-Artikolu 6(2)(c) u vverifikati f'konformità mal-Artikolu 8 għas-sena kalendarja ta' qabel iċ-ċediment.
1. Sal-31 ta' Mejju ta' kull sena, id-dikjarant awtorizzat għandu jċedi għadd ta' ċertifikati CBAM lill-awtorità responsabbli mis-CBAM li jikkorrispondi għall-emissjonijiet integrati kkalkulati f'konformità mal-Anness IIIa u ddikjarati f'konformità mal-Artikolu 6(2)(c) u vverifikati f'konformità mal-Artikolu 8 għas-sena kalendarja ta' qabel iċ-ċediment.
Emenda 125 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, id-dikjarant awtorizzat għandu jiżgura li l-għadd rikjest ta' ċertifikati CBAM ikun disponibbli fil-kont tiegħu fir-reġistru nazzjonali. Barra minn hekk, id-dikjarant awtorizzat għandu jiżgura li l-għadd ta' ċertifikati CBAM fil-kont tiegħu fir-reġistru nazzjonali fl-aħħar ta' kull trimestru jikkorrispondi għal mill-inqas 80 fil-mija tal-emissjonijiet integrati, determinati b'referenza għall-valuri prestabbiliti f'konformità mal-metodi stabbiliti fl-Anness III, fil-merkanzija kollha li jkun importa mill-bidu tas-sena kalendarja.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, id-dikjarant awtorizzat għandu jiżgura li l-għadd rikjest ta' ċertifikati CBAM ikun disponibbli fil-kont tiegħu fir-reġistru CBAM. Barra minn hekk, id-dikjarant awtorizzat għandu jiżgura li l-għadd ta' ċertifikati CBAM fil-kont tiegħu fir-reġistru CBAM fl-aħħar ta' kull trimestru jikkorrispondi għal mill-inqas 80 fil-mija tal-emissjonijiet integrati, determinati b'referenza għall-valuri prestabbiliti f'konformità mal-metodi stabbiliti fl-Anness III, fil-merkanzija kollha li jkun importa mill-bidu tas-sena kalendarja.
Emenda 126 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 3
3. Meta l-awtorità kompetenti ssib li l-għadd ta' ċertifikati CBAM fil-kont ta' dikjarant awtorizzat ma jkunx konformi mal-obbligi skont il-paragrafu 2, it-tieni sentenza, dik l-awtorità għandha tinnotifika l-aġġustament u titlob li d-dikjarant awtorizzat iċedi ċ-ċertifikati addizzjonali tas-CBAM fi żmien xahar.
3. Meta l-awtorità responsabbli mis-CBAM ssib li l-għadd ta' ċertifikati CBAM fil-kont ta' dikjarant awtorizzat ma jkunx konformi mal-obbligi skont il-paragrafu 2, it-tieni sentenza, dik l-awtorità għandha tinnotifika l-aġġustament u titlob li d-dikjarant awtorizzat iċedi ċ-ċertifikati addizzjonali tas-CBAM fi żmien xahar.
Emenda 127 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 4
4. Ir-riċevitur tan-notifika msemmija fil-paragrafu 3 jista' jressaq appell tan-notifika. Ir-riċevitur tan-notifika għandu jingħata l-informazzjoni rigward il-proċedura li għandha tiġi segwita fil-każ ta' appell.
imħassar
Emenda 128 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 1
1. L-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru tista' tintalab minn dikjarant awtorizzat f'dak l-Istat Membru biex tixtri mill-ġdid iċ-ċertifikati CBAM eċċessivi li jifdal fil-kont tad-dikjarant fir-reġistru nazzjonali wara li ċ-ċertifikati jkunu ġew ċeduti f'konformità mal-Artikolu 22. It-talba għal xiri mill-ġdid għandha tiġi ppreżentata sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena meta jiġu ċeduti ċ-ċertifikati CBAM.
1. L-awtorità responsabbli mis-CBAM tista' tintalab minn dikjarant awtorizzat biex tixtri mill-ġdid iċ-ċertifikati CBAM eċċessivi li jifdal fil-kont tad-dikjarant fir-reġistru CBAM wara li ċ-ċertifikati jkunu ġew ċeduti f'konformità mal-Artikolu 22. It-talba għal xiri mill-ġdid għandha tiġi ppreżentata sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena meta jiġu ċeduti ċ-ċertifikati CBAM.
Emenda 129 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 1
Sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, l-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha tikkanċella kwalunkwe ċertifikat CBAM li jkun inxtara matul is-sena qabel is-sena kalendarja preċedenti u li jkun fadal fil-kontijiet fir-reġistru nazzjonali tad-dikjaranti awtorizzati f'dak l-Istat Membru.
Sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, l-awtorità responsabbli mis-CBAM għandha tikkanċella kwalunkwe ċertifikat CBAM li jkun inxtara matul is-sena qabel is-sena kalendarja preċedenti u li jkun fadal fil-kontijiet fir-reġistru CBAM tad-dikjaranti awtorizzati u għandha tinforma lid-dikjaranti awtorizzati kkonċernati b'dan mingħajr dewmien żejjed.
Emenda 130 Proposta għal regolament Artikolu 24a (ġdid)
Artikolu 24a
Dħul iġġenerat mill-bejgħ taċ-ċertifikati CBAM
1. Id-dħul iġġenerat mill-bejgħ taċ-ċertifikati CBAM ma għandux jikkostitwixxi dħul assenjat. Dan ir-Regolament ma għandux jipprevjeni li d-dħul iġġenerat mill-bejgħ taċ-ċertifikati CBAM jiġi ddefinit bħala riżorsi proprji f'konformità mal-Artikolu 311 tat-TFUE u li jiddaħħal fil-baġit tal-Unjoni bħala introjtu ġenerali.
2. Biex jiġi żgurat li s-CBAM jissodisfa l-għan tiegħu li jnaqqas l-emissjonijiet globali tal-karbonju u jgħin biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi u l-impenji internazzjonali tal-Unjoni, inkluż il-Ftehim ta' Pariġi, jingħata appoġġ finanzjarju tal-Unjoni biex jappoġġa l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih fil-pajjiżi l-anqas żviluppati, inklużi l-isforzi tagħhom lejn id-dekarbonizzazzjoni u t-trasformazzjoni tal-industriji tal-manifattura tagħhom mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1. Dan il-finanzjament isir disponibbli permezz tal-baġit tal-Unjoni sabiex jikkontribwixxi għall-finanzjament internazzjonali għall-klima billi jiffaċilita l-adattament tal-industriji kkonċernati għall-obbligi l-ġodda stabbiliti minn dan ir-Regolament u kkomplementati minn assistenza teknika, soġġett għall-implimentazzjoni u l-infurzar sħaħ tad-drittijiet tax-xogħol u soċjali rikonoxxuti internazzjonalment bħall-istandards ewlenin tax-xogħol tal-ILO fil-pajjiż destinatarju.
L-appoġġ finanzjarju l-ġdid mill-baġit tal-Unjoni għandu jiġi pprovdut fl-ambitu tal-programm ġeografiku u tematiku rilevanti tal-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/947 u ammont determinat fuq bażi annwali, li għandu jikkorrispondi mill-inqas għal-livell ta' dħul iġġenerat mill-bejgħ ta' ċertifikati CBAM.
3. Biex tkun żgurata t-trasparenza fl-użu tad-dħul iġġenerat mill-bejgħ taċ-ċertifikati CBAM, il-Kummissjoni għandha, fuq bażi annwali, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kif ikun intuża l-ammont ekwivalenti f'valur finanzjarju ta' dak id-dħul mis-sena preċedenti u kif dan ikun ikkontribwixxa għad-dekarbonizzazzjoni tal-industrija tal-manifattura fil-pajjiżi l-anqas żviluppati.
Emenda 131 Proposta għal regolament Artikolu 25
Artikolu 25
imħassar
Proċeduri mal-fruntiera meta tiġi importata l-merkanzija
1. L-awtoritajiet doganali ma għandhomx jippermettu l-importazzjoni ta' merkanzija sakemm id-dikjarant ma jkunx awtorizzat minn awtorità kompetenti mhux iktar tard mir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-merkanzija.
2. L-awtoritajiet doganali għandhom perjodikament jikkomunikaw informazzjoni dwar il-merkanzija ddikjarata għall-importazzjoni, li għandha tinkludi n-numru EORI u n-numru tal-kont tas-CBAM tad-dikjarant, il-kodiċi NM bi tmien ċifri tal-merkanzija, il-kwantità, il-pajjiż tal-oriġini, id-data tad-dikjarazzjoni u l-proċedura doganali, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun ġie awtorizzat id-dikjarant.
3. L-awtoritajiet doganali għandhom iwettqu kontrolli dwar il-merkanzija f'konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, inkluż il-kodiċi NM bi tmien ċifri, il-kwantità u l-pajjiż tal-oriġini tal-merkanzija importata. Il-Kummissjoni għandha tinkludi r-riskji relatati mas-CBAM fit-tfassil tal-kriterji u l-istandards komuni tar-riskju skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.
4. L-awtoritajiet doganali, f'konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, jistgħu jikkomunikaw informazzjoni kunfidenzjali akkwistata mill-awtoritajiet doganali matul il-qadi ta' dmirijiethom jew ipprovduta fuq bażi kunfidenzjali, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn id-dikjarant ikun ġie awtorizzat. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jittrattaw u jiskambjaw din l-informazzjoni f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97.
5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddefinixxu l-informazzjoni, it-twaqqit u l-mezzi għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni skont il-paragrafu 2. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 29(2).
Emenda 132 Proposta għal regolament Artikolu 25a (ġdid)
Artikolu 25a
Proċeduri mal-fruntiera meta tiġi importata l-merkanzija
1. L-awtoritajiet doganali għandhom jiżguraw li d-dikjarant tal-merkanzija jkun irreġistrat mal-awtorità responsabbli mis-CBAM meta l-merkanzija tiġi ddikjarata għall-importazzjoni u mhux aktar tard minn meta l-merkanzija tiġi rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera.
2. L-awtoritajiet doganali għandhom jikkomunikaw perjodikament lill-awtorità responsabbli mis-CBAM informazzjoni speċifika dwar il-merkanzija elenkata fl-Anness I li tkun iddikjarata għall-importazzjoni. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi mill-inqas il-kwantità, il-pajjiż tal-oriġini u d-dikjarant tal-merkanzija. L-awtoritajiet doganali jistgħu jikkomunikaw informazzjoni kunfidenzjali, kif imsemmi fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, lill-awtorità responsabbli mis-CBAM għall-fini ta' dan ir-Regolament.
3. Il-prodotti importati għandhom jitqiesu bħala li joriġinaw minn pajjiżi terzi f'konformità mar-regoli dwar l-oriġini mhux preferenzjali tal-merkanzija kif imsemmi fl-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.
4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-perjodiċità u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 29(2).
5. Mid-data tal-bidu ta' azzjoni skont l-Artikolu 26a jew 27, u wara li tkun infurmat lill-Istati Membri fi żmien xieraq, il-Kummissjoni tista' tagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali biex jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet, sabiex il-miżuri jkunu jistgħu sussegwentement jiġu applikati kontra dawk l-importazzjonijiet mid-data ta' tali reġistrazzjoni. Il-Kummissjoni tista' tagħmel l-importazzjonijiet soġġetti għal reġistrazzjoni wara talba mill-industrija tal-Unjoni li tkun tinkludi evidenza suffiċjenti li tiġġustifika tali azzjoni jew fuq inizjattiva proprja tal-Kummissjoni. Ir-reġistrazzjoni għandha tiġi introdotta b'deċiżjoni tal-Kummissjoni li għandha tispeċifika l-għan tal-azzjoni u, jekk ikun xieraq, l-ammont stmat ta' obbligazzjoni possibbli fil-futur. L-importazzjonijiet ma għandhomx ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni għal perjodu itwal minn disa' xhur.
Emenda 133 Proposta għal regolament Artikolu 26
Artikolu 26
imħassar
Penali
1. Dikjarant awtorizzat li, sal-31 ta' Mejju ta' kull sena, jonqos milli jċedi għadd ta' ċertifikati CBAM li jikkorrispondi għall-emissjonijiet integrati fil-merkanzija importata matul is-sena preċedenti għandu jkun soġġett għal penali identika għall-penali ta' emissjonijiet żejda stabbilita fl-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, miżjuda skont l-Artikolu 16(4) ta' dik id-Direttiva, fis-sena tal-importazzjoni tal-merkanzija, għal kull ċertifikat CBAM li d-dikjarant awtorizzat kellu jkun ċeda.
2. Kull persuna għajr dikjarant awtorizzat, li tintroduċi merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma ċċedi ċ-ċertifikati CBAM skont dan ir-Regolament għandha tkun soġġetta għall-penali msemmija fil-paragrafu 1 fis-sena tal-introduzzjoni tal-merkanzija, għal kull ċertifikat CBAM li l-persuna kellha tkun ċediet.
3. Il-pagament tal-penali fl-ebda każ ma għandu jirrilaxxa lid-dikjarant awtorizzat mill-obbligu li jċedi l-għadd pendenti ta' ċertifikati CBAM f'sena partikolari lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn id-dikjarant ikun ġie awtorizzat.
4. Meta l-awtorità kompetenti tiddetermina li dikjarant awtorizzat ikun naqas milli jikkonforma mal-obbligu li jċedi ċ-ċertifikati CBAM kif speċifikat fil-paragrafu 1, jew li persuna tkun introduċiet merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni kif speċifikat fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha timponi l-penali u tinnotifika lid-dikjarant awtorizzat jew, fis-sitwazzjoni skont il-paragrafu 2, lill-persuna:
(a) li l-awtorità kompetenti tkun ikkonkludiet li d-dikjarant awtorizzat jew il-persuna jkunu naqsu milli jikkonformaw mal-obbligu ta' ċediment taċ-ċertifikati CBAM għal sena partikolari;
(b) bir-raġunijiet għall-konklużjoni tagħha;
(c) bl-ammont tal-penali imposta fuq id-dikjarant awtorizzat jew fuq il-persuna;
(d) bid-data minn meta l-penali hija dovuta;
(e) bl-azzjoni li l-awtorità kompetenti tqis li jenħtieġ li d-dikjarant awtorizzat jew il-persuna jieħdu biex jikkonformaw mal-obbligu skont il-punt (a) skont il-fatti u ċ-ċirkustanzi tal-każ; kif ukoll
(f) bid-dritt tad-dikjarant awtorizzat jew tal-persuna li jappellaw skont ir-regoli nazzjonali.
5. L-Istati Membri jistgħu japplikaw sanzjonijiet amministrattivi jew kriminali għal nuqqas ta' konformità mal-leġiżlazzjoni tas-CBAM f'konformità mar-regoli nazzjonali tagħhom apparti l-penali msemmija fil-paragrafu 2. Dawn is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Emenda 134 Proposta għal regolament Artikolu 26a (ġdid)
Artikolu 26a
Penali
1. Dikjarant awtorizzat li, sal-31 ta' Mejju ta' kull sena, jonqos milli jċedi l-għadd ta' ċertifikati CBAM li jikkorrispondi għall-emissjonijiet integrati fil-merkanzija importata matul is-sena preċedenti jew jippreżenta lill-awtorità informazzjoni falza marbuta mal-emissjonijiet reali bil-ħsieb li jikseb trattament individwali favorevoli, għandu jinżamm responsabbli għall-ħlas ta' penali.
2. L-ammont tal-penali għandu jkun ekwivalenti għal tliet darbiet il-prezz medju taċ-ċertifikati CBAM fis-sena preċedenti għal kull ċertifikat CBAM li d-dikjarant awtorizzat ma jkunx ċeda f'konformità mal-Artikolu 22. Il-pagament tal-penali ma għandux jeħles lid-dikjarant awtorizzat mill-obbligu li jċedi l-għadd pendenti ta' ċertifikati CBAM lill-awtorità responsabbli mis-CBAM.
3. F'każ ta' reati ripetuti, l-awtorità responsabbli mis-CBAM tista' tiddeċiedi li tissospendi l-kont tas-CBAM tad-dikjarant awtorizzat.
4. Minbarra l-penali msemmija fil-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu japplikaw penali amministrattivi jew kriminali għal nuqqas ta' konformità mas-CBAM f'konformità mad-dritt nazzjonali tagħhom. Tali penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
5. Jekk l-awtorità responsabbli mis-CBAM tiddetermina li dikjarant awtorizzat ikun naqas milli jikkonforma mal-obbligu li jċedi ċ-ċertifikati CBAM jew ikun ippreżenta informazzjoni falza lill-awtorità, l-awtorità responsabbli mis-CBAM għandha timponi l-penali msemmija fil-paragrafu 2 u tinnotifika lid-dikjarant awtorizzat:
(a) li l-awtorità responsabbli mis-CBAM tkun ikkonkludiet li d-dikjarant awtorizzat naqas milli jikkonforma mal-obbligu li jċedi ċ-ċertifikati CBAM għal sena partikolari f'konformità mal-Artikolu 22 jew ikun ippreżenta informazzjoni falza lill-awtorità;
(b) bir-raġunijiet għall-konklużjoni tagħha;
(c) bl-ammont tal-penali imposta fuq id-dikjarant awtorizzat;
(d) bid-data minn meta l-penali hija dovuta;
(e) bl-azzjoni li l-awtorità kompetenti tqis li għandu jieħu d-dikjarant awtorizzat biex jikkonforma mal-obbligi tiegħu fl-ambitu tal-punt (a) skont il-fatti u ċ-ċirkostanzi tal-każ; kif ukoll
(f) bid-dritt tad-dikjarant awtorizzat li jappella skont id-dritt nazzjonali.
Emenda 135 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 2
2. Prattiki ta' ċirkomvenzjoni jinkludu sitwazzjonijiet fejn bidla fix-xejra tal-kummerċ fir-rigward tal-merkanzija inkluża fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ma jkollhiex raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr l-evitar tal-obbligi kif stipulati f'dan ir-Regolament u jikkonsistu fis-sostituzzjoni ta' dik il-merkanzija bi prodotti ftit modifikati, li mhumiex inklużi fil-lista tal-merkanzija fl-Anness I iżda li jappartjenu għal settur inkluż fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
2. Prattiki ta' ċirkomvenzjoni għandhom ikunu kwalunkwe miżura li jkollha l-għan li tevita kwalunkwe wieħed mill-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament. Dawn għandhom ikunu sitwazzjonijiet li jirriżultaw minn prattika, proċess jew ħidma li ma jkollhomx raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr l-evitar jew il-mitigazzjoni tal-obbligi kif stipulati f'dan ir-Regolament u jistgħu jikkonsistu minn, iżda mhumiex limitati għal:
Emenda 136 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt a (ġdid)
(a) sussidji diretti u indiretti, bħal arranġamenti tat-taxxa favorevoli, ipprezzar tal-enerġija, rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni jew forom oħra ta' kumpens fuq l-esportazzjoni, għal merkanzija koperta minn dan ir-Regolament sabiex jassorbu partijiet mill-kostijiet jew il-kostijiet kollha marbuta ma' prezz tas-CO2 imħallas fil-pajjiż terz;
Emenda 137 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt b (ġdid)
(b) prezz tas-CO2 imħallas f'pajjiż terz imqiegħed biss fuq merkanzija li trid tiġi esportata lill-Unjoni;
Emenda 138 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt c (ġdid)
(c) sostituzzjoni ta' dik il-merkanzija bi prodotti ftit modifikati, li mhumiex inklużi fil-lista tal-merkanzija fl-Anness I iżda li jappartjenu għal settur inkluż fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;
Emenda 139 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt d (ġdid)
(d) l-esternalizzazzjoni tal-produzzjoni ta' prodotti downstream li fihom oġġett wieħed jew aktar mill-merkanzija elenkata fl-Anness I bil-għan li jiġi evitat il-ħlas tal-prezz tas-CO2 fl-Unjoni;
Emenda 140 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt e (ġdid)
(e) il-konsenja tal-prodott ikkonċernat permezz ta' pajjiżi terzi fejn ma japplikawx obbligi jew fejn japplikaw obbligi aktar favorevoli; jew
Emenda 141 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt f (ġdid)
(f) ir-riorganizzazzjoni minn esportaturi jew produtturi tax-xejriet u l-kanali tal-bejgħ u l-produzzjoni tagħhom, jew kwalunkwe tip ieħor ta' prattiki doppji ta' produzzjoni u bejgħ.
Emenda 142 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 3
3. Stat Membru jew kwalunkwe parti affettwata jew li tibbenefika mis-sitwazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 2 tista' tinnotifika lill-Kummissjoni jekk, għal perjodu ta' xahrejn meta mqabbel mal-istess perjodu fis-sena preċedenti, tħabbat wiċċha ma' tnaqqis sinifikanti fil-volum tal-merkanzija importata inkluża fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u żieda fil-volum tal-importazzjonijiet ta' prodotti ftit modifikati, li mhumiex inklużi fil-lista tal-merkanzija fl-Anness I.Il-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ kontinwu ta' kull bidla sinifikanti fix-xejra tal-kummerċ tal-merkanzija u tal-prodotti ftit modifikati fil-livell tal-Unjoni.
3. Stat Membru jew kwalunkwe parti affettwata jew li tibbenefika minn kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 2 tista' tinnotifika lill-Kummissjoni jekk tkun qiegħda tiffaċċja prattiki ta' ċirkomvenzjoni. Il-partijiet interessati ħlief għall-partijiet affettwati direttament, bħal organizzazzjonijiet ambjentali u organizzazzjonijiet mhux governattivi, li jsibu evidenza konkreta ta' ċirkomvenzjoni ta' dan ir-Regolament, jistgħu wkoll jinnotifikaw lill-Kummissjoni.Il-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ kontinwu bil-ħsieb li tidentifika prattiki ta' ċirkomvenzjoni, inkluż permezz ta' sorveljanza tas-suq jew abbażi ta' kwalunkwe sors rilevanti ta' informazzjoni, bħal sottomissjonijiet minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u rapportar minnhom.
Emenda 143 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 4
4. In-notifika msemmija fil-paragrafu 3 għandha tiddikjara r-raġunijiet li tkun ibbażata fuqhom u għandha tinkludi data u statistika rilevanti dwar il-merkanzija u l-prodotti msemmija fil-paragrafu 2.
4. In-notifika msemmija fil-paragrafu 3 għandha tiddikjara r-raġunijiet li tkun ibbażata fuqhom u għandha tinkludi data u statistika rilevanti biex issostni d-dikjarazzjoni ta' ċirkomvenzjoni ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tibda investigazzjoni dwar tali talba stabbilita f'notifika minn Stat Membru, parti affettwata jew parti interessata, dment li n-notifika tkun tissodisfa r-rekwiżiti msemmija f'dan il-paragrafu, jew fejn il-Kummissjoni stess tiddetermina li tali investigazzjoni tkun meħtieġa.Fit-twettiq tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni tista' tiġi assistita mill-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet doganali. Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi l-investigazzjoni fi żmien disa' xhur mid-data tan-notifika. Meta tkun bdiet investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti kollha.
Emenda 144 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 5
5. Meta l-Kummissjoni, li tqis id-data, ir-rapporti u l-istatistika rilevanti, inkluż meta dawn ikunu pprovduti mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, ikollha biżżejjed raġunijiet biex temmen li ċ-ċirkustanzi msemmija fil-paragrafu 3 qed iseħħu fi Stat Membru wieħed jew aktar, hija għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 28 biex tissupplimenta l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sabiex tinkludi prodotti ftit modifikati għall-finijiet ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni.
5. Meta l-Kummissjoni, li tqis id-data, ir-rapporti u l-istatistika rilevanti, inkluż meta dawn ikunu pprovduti mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, ikollha biżżejjed raġunijiet biex temmen li ċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 2 qed iseħħu fi Stat Membru wieħed jew aktar, hija għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 28, biex tissupplimenta l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sabiex tinkludi prodotti ftit modifikati jew prodotti downstream li jkun fihom oġġett wieħed jew aktar mill-merkanzija kif elenkata fl-Anness I li jaqbżu livell limitu minimu għall-finijiet ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni.
5a. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-każijiet kollha ta' investigazzjonijiet ta' ċirkomvenzjoni u r-riżultati tagħhom f'rapport annwali. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll informazzjoni dwar l-istatus tal-proċeduri ta' appell li jkunu għaddejjin kontra penali u informazzjoni aggregata dwar l-intensità tal-emissjonijiet għal kull pajjiż ta' oriġini għall-oġġetti differenti tal-merkanzija elenkata fl-Anness I.
Emenda 146 Proposta għal regolament Kapitolu VIa (ġdid)
Kapitolu VIa
Appelli
Emenda 147 Proposta għal regolament Artikolu 27a (ġdid)
Artikolu 27a
Appelli kontra deċiżjonijiet meħuda mill-awtorità responsabbli mis-CBAM
1. Jista' jsir appell kontra deċiżjonijiet meħuda mill-awtorità responsabbli mis-CBAM. Għandu jsir appell minn deċiżjonijiet tal-awtorità responsabbli mis-CBAM li jaffettwaw ħażin lil kwalunkwe persuna interessata, inklużi deċiżjonijiet dwar penali, ċirkomvenzjoni u valuri reali tal-emissjonijiet. Dawk id-deċiżjonijiet għandhom jidħlu fis-seħħ biss mid-data tal-iskadenza tal-perjodu ta' appell ta' xahrejn.
2. Appell imressaq skont il-paragrafu 1 għandu jkollu l-effett ta' sospensjoni.
3. Il-prodotti kkonċernati minn appell għandhom ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni f'konformità mal-Artikolu 25a(5).
4. Kwalunkwe parti fi proċedimenti li tiġi milquta ħażin minn deċiżjoni tista' tappella. Il-partijiet l-oħrajn kollha fl-istess proċedimenti għandhom ikunu partijiet fil-proċedimenti tal-appell bi dritt.
5. Il-Bord tal-Appell għandu jitwaqqaf u jkun magħmul minn tliet membri sħaħ, president u żewġ membri supplenti. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jaħtru membru kull wieħed. Il-Kunsill għandu jaħtar il-president. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jaħtru membru supplenti addizzjonali kull wieħed.
6. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformita mal-Artikolu 28 li jissupplimentaw dan ir-Regolament sabiex tistabbilixxi l-kompożizzjoni, il-ħatra u r-regoli ta' proċedura tal-Bord tal-Appell, bil-ħsieb li tiżgura l-indipendenza tal-membri tiegħu, inkluż matul il-perjodu tranżizzjonali. Matul il-perjodu tranżizzjonali, il-Kummissjoni għandha l-funzjonijiet tal-Bord tal-Appell.
Emenda 148 Proposta għal regolament Artikolu 27b (ġdid)
Artikolu 27b
Eżami ta' appelli
1. Il-Bord tal-Appell għandu jeżamina jekk appell ikunx ammissibbli.
2. Fl-eżami ta' appell, il-Bord tal-Appell għandu jistieden lill-partijiet imsemmija fl-Artikolu 27a(4), kemm-il darba jkun meħtieġ, biex jippreżentaw osservazzjonijiet, fi żmien perjodu fiss li għandu jiġi stabbilit mill-Bord tal-Appell, fir-rigward tas-sottomissjonijiet magħmula mill-partijiet l-oħra għall-appell jew tal-komunikazzjonijiet maħruġa mill-Bord tal-Appell.
3. Wara li jsir l-eżami tal-ammissibbiltà ta' appell, il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi dwar l-appell. Il-Bord tal-Appell jista' jew jeżerċita kwalunkwe setgħa fil-kompetenza tal-awtorità responsabbli mis-CBAM jew jirreferi l-każ lil din tal-aħħar biex tittieħed azzjoni ulterjuri.
4. Jekk il-Bord tal-Appell jirrinvija l-każ lill-awtorità responsabbli mis-CBAM għal azzjoni ulterjuri, din tal-aħħar għandha tkun marbuta bil-konklużjonijiet tal-Bord tal-Appell, sa fejn il-fatti jkunu l-istess.
5. Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell għandha tidħol fis-seħħ biss mid-data tal-iskadenza ta' perjodu ta' xahrejn wara l-komunikazzjoni tad-deċiżjoni jew, jekk tkun tressqet kawża quddiem il-Qorti Ġenerali f'dak il-perjodu, mid-data taċ-ċaħda ta' tali kawża jew ta' kwalunkwe appell ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kontra d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali.
Emenda 149 Proposta għal regolament Artikolu 27c (ġdid)
Artikolu 27c
Kawżi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja
1. Tista' titressaq kawża quddiem il-Qorti Ġenerali jew il-Qorti tal-Ġustizzja, f'konformità mal-Artikolu 263 tat-TFUE, li tikkontesta deċiżjoni meħuda mill-Bord tal-Appell.
2. Jekk il-Bord tal-Appell jonqos milli jieħu deċiżjoni, il-proċedimenti għan-nuqqas ta' azzjoni jistgħu jitressqu quddiem il-Qorti Ġenerali jew il-Qorti tal-Ġustizzja f'konformità mal-Artikolu 265 tat-TFUE.
3. L-awtorità responsabbli mis-CBAM għandha tkun meħtieġa tieħu l-miżuri meħtieġa biex tikkonforma mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali jew, fil-każ ta' appell kontra dik is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja.
Emenda 150 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 2
2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 2(10), 2(11), 18(3) u 27(5) għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat.
2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 2(1a), 2(6), 2(10), 2(11), 7(7a), 8(3), 12a(7), 18(3), 27(5), 27a(6), 31(2) u 35(6) għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat.
Emenda 151 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 3
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 2(10), 2(11), 18(3) u 27(5) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 2(1a), 2(6), 2(10), 2(11), 7(7a), 8(3), 12a(7), 18(3), 27(5), 27a(6), 31(2) u 35(6) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
Emenda 152 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 7
7. Att delegat adottat skont l-Artikoli 2(10), 2(11), 18(3) u 27(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
7. Att delegat adottat skont l-Artikoli 2(1a), 2(6), 2(10), 2(11), 7(7a),8(3), 12a(7) 18(3), 27(5), 27a(6), 31(2) u 35(6) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 153 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 1
1. Il-Kummissjoni għandha tiġbor l-informazzjoni meħtieġa bil-ħsieb li testendi l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-emissjonijiet indiretti u l-merkanzija għajr dik elenkata fl-Anness I, u tiżviluppa metodi ta' kalkolu tal-emissjonijiet integrati fuq il-bażi ta' metodi tal-impronta ambjentali.
1. Il-Kummissjoni għandha tiġbor, f'konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, l-informazzjoni meħtieġa għall-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni għal setturi oħra u għal prodotti downstream stabbiliti fl-Artikolu 2(1)(a) ta' dan ir-Regolament, u għall-iżvilupp ta' metodi ta' kalkolu tal-emissjonijiet integrati fuq il-bażi ta' metodi tal-impronta ambjentali.
Emenda 260 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 2
2. Qabel tmiem il-perjodu tranżizzjonali, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi, b'mod partikolari, il-valutazzjoni tal-possibbiltajiet biex jiġi estiż aktar l-ambitu tal-emissjonijiet integrati għall-emissjonijiet indiretti u għal merkanzija oħra f'riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għajr dik diġà koperta b'dan ir-Regolament, kif ukoll valutazzjoni tas-sistema ta' governanza. Dan għandu jinkludi wkoll il-valutazzjoni tal-possibbiltà li jiġi estiż aktar l-ambitu għall-emissjonijiet integrati tas-servizzi tat-trasport kif ukoll għall-merkanzija aktar 'l isfel fil-katina tal-valur u s-servizzi li jistgħu jkunu soġġetti għar-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju fil-futur.
2. Qabel tmiem il-perjodu tranżizzjonali, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-ewwel rapport għandu b'mod partikolari jiffoka fuq il-possibbiltajiet li dan ir-Regolament jissaħħaħ lejn l-objettiv ta' Unjoni newtrali għall-klima sa mhux aktar tard mill-2050, u għandu jivvaluta l-possibbiltà li jiġi estiż aktar l-ambitu għall-emissjonijiet integrati tas-servizzi tat-trasport. Barra minn hekk, għandu jevalwa l-ispeċifiċitajiet tekniċi tal-kalkolu tal-emissjonijiet inkorporati għas-sustanzi kimiċi u l-polimeri organiċi, il-ktajjen tal-valur tagħhom u l-kapaċità tal-mekkaniżmu li jindirizza b'mod suffiċjenti r-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għal dawk is-setturi. Abbażi tar-rapport, il-Kummissjoni tista', jekk ikun xieraq, tressaq proposta leġiżlattiva biex taġġusta l-fattur tas-CBAM imsemmi fl-Artikolu 31 jew biex tiddifferixxi d-dħul fis-seħħ tal-Artikolu 36(3), il-punt (d), fir-rigward ta' dik il-merkanzija.
Emenda 157 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 3
3. Ir-rapport mill-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva.
3. Wara l-2028, il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-funzjonament tas-CBAM u tippreżenta rapport kull sentejn lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament tas-CBAM abbażi tal-elementi stabbiliti fil-paragrafu 2a.
3a. Meta jkun seħħ avveniment imprevedibbli, eċċezzjonali u mhux provokat barra mill-kontroll ta' pajjiż terz wieħed jew aktar soġġetti għas-CBAM, u dak l-avveniment ikollu konsegwenzi distruttivi fuq l-infrastruttura ekonomika u industrijali tal-pajjiżi kkonċernati, il-Kummissjoni għandha tivvaluta s-sitwazzjoni u tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, kif xieraq, li temenda dan ir-Regolament, biex tistabbilixxi l-miżuri proviżorji meħtieġa biex jiġu indirizzati dawk iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali.
Emenda 261 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 1 a (ġdid)
1a. Ma għandha tingħata l-ebda allokazzjoni bla ħlas b'rabta mal-produzzjoni fl-Unjoni ta' prodotti elenkati fl-Anness I mid-data tal-applikazzjoni tas-CBAM 'il quddiem, kif previst fl-Artikolu 36(3).
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, sal-2032, il-produzzjoni ta' dawk il-prodotti għandha tibbenefika minn allokazzjoni bla ħlas f'ammonti mnaqqsa. Għandu jiġi applikat fattur CBAM li jnaqqas l-allokazzjoni għall-produzzjoni ta' dawn il-prodotti. Il-fattur CBAM għandu jkun ugwali għal 100 % għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2023 sal-31 ta' Diċembru 2026 u dipendenti fuq l-applikazzjoni tal-Artikolu 36(3), il-punt (d), ta' dan ir-Regolament, 93 % fl-2027, 84 % fl-2028, 69 % fl-2029, 50 % fl-2030, 25 % fl-2031 u jilħaq 0 % fl-2032.
Il-fattur CBAM għall-merkanzija inkluża f'dan ir-Regolament wara... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], f'konformità mal-pjan kronoloġiku stabbilit skont l-Artikolu 2(1a) għandu jkun ugwali għal 100 % fl-ewwel sena, 93 % fit-tieni sena, 84 % fit-tielet sena, 69 % fir-raba' sena, 50 % fil-ħames sena, 25 % fis-sitt sena, u jilħaq 0 % wara 6 snin.
It-tnaqqis tal-allokazzjoni bla ħlas għandu jiġi kkalkolat kull sena bħala s-sehem medju tad-domanda għall-allokazzjoni bla ħlas għall-produzzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness I meta mqabbla mad-domanda totali għall-allokazzjoni bla ħlas ikkalkolata għall-installazzjonijiet kollha, għall-perjodu rilevanti msemmi fl-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, u l-fattur CBAM għandu jiġi applikat.
Emenda 262 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 1 b (ġdid)
1b. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni, b'deroga mill-paragrafu 1(c), l-ewwel u t-tieni subparagrafi, il-produzzjoni fl-Unjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament għandha tkompli tirċievi allokazzjoni bla ħlas, dment li tali prodotti jkunu prodotti għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi mingħajr mekkaniżmi tal-ipprezzar tal-karbonju simili għall-EU ETS.
Sal-31 ta' Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li fih għandha tipprovdi valutazzjoni dettaljata tal-effetti tal-EU ETS u tas-CBAM fuq il-produzzjoni fl-Unjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament li huma prodotti għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u fuq l-iżvilupp tal-emissjonijiet globali, kif ukoll valutazzjoni tal-kompatibbiltà tad-deroga stabbilita fl-ewwel subparagrafu mad-WTO.
Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, takkumpanja dak ir-rapport bi proposta leġiżlattiva li tipprevedi protezzjoni kontra r-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju li jkun ugwali għall-ipprezzar tal-karbonju għall-produzzjoni fl-Unjoni ta' prodotti elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament li jiġu prodotti għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi mingħajr mekkaniżmi ta' pprezzar tal-karbonju simili għall-EU ETS b'mod li jkun kompatibbli mad-WTO sal-31 ta' Diċembru 2026, filwaqt li tivvaluta b'mod partikolari l-mekkaniżmi potenzjali ta' aġġustament tal-esportazzjoni għall-installazzjonijiet li jappartjenu għall-10 % tal-installazzjonijiet li huma l-aktar effiċjenti, kif stabbilit fl-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE, fid-dawl tal-kompatibbiltà mad-WTO jew kwalunkwe proposta oħra li l-Kummissjoni tqis xierqa.
Emenda 160 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 2
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw metodoloġija ta' kalkolu għat-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 1. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 29(2).
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 28 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistipulaw metodoloġija ta' kalkolu għat-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 1.
2a. Kull sena mill-2025, bħala parti mir-rapport annwali tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 10(5) tad-Direttiva 2003/87/KE, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-effettività tas-CBAM fl-indirizzar tar-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għal merkanzija prodotta fl-Unjoni għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi li ma japplikawx l-EU ETS jew mekkaniżmu simili tal-ipprezzar tal-karbonju. Ir-rapport għandu b'mod partikolari jivvaluta l-iżvilupp tal-esportazzjonijiet tal-Unjoni fis-setturi tas-CBAM u l-iżviluppi fir-rigward tal-flussi kummerċjali u l-emissjonijiet integrati ta' dik il-merkanzija fis-suq globali. Meta r-rapport jikkonkludi li hemm riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għal merkanzija prodotta fl-Unjoni għall-esportazzjoni lejn tali pajjiżi terzi li ma japplikawx l-EU ETS jew mekkaniżmu simili tal-ipprezzar tal-karbonju, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva biex tindirizza dak ir-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju b'mod li jkun konformi mar-regoli tad-WTO u li jqis id-dekarbonizzazzjoni tal-installazzjonijiet fl-Unjoni.
Emenda 162 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 3
3. L-awtoritajiet doganali, permezz tal-mekkaniżmu ta' sorveljanza stabbilit skont l-Artikolu 56(5) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, għandhom jikkomunikaw informazzjoni dwar il-merkanzija importata, inklużi l-prodotti pproċessati li jirriżultaw mill-proċedura ta' proċedura tal-ipproċessar passiv, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-importazzjoni. Din l-informazzjoni għandha tinkludi n-numru EORI tad-dikjarant, il-kodiċi NM bi tmien ċifri, il-kwantità, il-pajjiż tal-oriġini u d-dikjarant tal-merkanzija, id-data tad-dikjarazzjoni u l-proċedura doganali.
3. L-awtoritajiet doganali, permezz tal-mekkaniżmu ta' sorveljanza stabbilit skont l-Artikolu 56(5) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, għandhom jikkomunikaw informazzjoni dwar il-merkanzija importata, inklużi l-prodotti pproċessati li jirriżultaw mill-proċedura tal-ipproċessar passiv, lill-awtorità responsabbli mis-CBAM. Din l-informazzjoni għandha tinkludi n-numru EORI tad-dikjarant, il-kodiċi NM bi tmien ċifri, il-kwantità, il-pajjiż tal-oriġini u d-dikjarant tal-merkanzija, id-data tad-dikjarazzjoni u l-proċedura doganali.
Emenda 163 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 1
1. Għal kull trimestru ta' sena kalendarja, kull dikjarant għandu jippreżenta rapport ("rapport CBAM") li jinkludi informazzjoni dwar il-merkanzija importata matul dak it-trimestru, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-importazzjoni jew, jekk il-merkanzija tkun ġiet importata f'aktar minn Stat Membru wieħed, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-għażla tad-dikjarant, mhux aktar tard minn xahar wara t-tmiem ta' kull trimestru.
1. Għal kull trimestru ta' sena kalendarja, kull dikjarant għandu jippreżenta rapport ("rapport CBAM") li jinkludi informazzjoni dwar il-merkanzija importata matul dak it-trimestru, lill-awtorità responsabbli mis-CBAM, mhux aktar tard minn xahar wara t-tmiem ta' kull trimestru.
Emenda 164 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 2 – punt c
(c) l-emissjonijiet indiretti inkorporati totali attwali, espressi f'tunnellati ta' emissjonijiet ekwivalenti ta' CO2 għal kull tunnellata ta' kull tip ta' merkanzija oħra, ikkalkulati f'konformità ma' metodu stabbilit f'att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 6;
(c) l-emissjonijiet indiretti integrati totali attwali, espressi f'tunnellati ta' emissjonijiet ekwivalenti ta' CO2 għal kull tunnellata ta' kull tip ta' merkanzija oħra, ikkalkulati f'konformità ma' metodu stabbilit f'att delegat imsemmi fil-paragrafu 6;
Emenda 165 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 3
3. L-awtorità kompetenti għandha tikkomunika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn xahrejn wara t-tmiem tat-trimestru kopert minn rapport.
3. L-awtorità responsabbli mis-CBAM għandha tikkomunika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn xahrejn wara t-tmiem tat-trimestru kopert minn rapport.
Emenda 166 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 4
4. L-awtorità kompetenti għandha timponi penali proporzjonata u dissważiva fuq id-dikjaranti li jonqsu milli jippreżentaw rapport CBAM.
4. L-awtorità responsabbli mis-CBAM għandha timponi penali proporzjonata u dissważiva fuq id-dikjaranti li jonqsu milli jippreżentaw rapport CBAM.
Emenda 167 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 5 – parti introduttorja
5. Meta l-awtorità kompetenti tiddetermina li dikjarant ikun naqas milli jikkonforma mal-obbligu li jippreżenta rapport CBAM kif speċifikat fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha timponi l-penali u tinnotifika lid-dikjarant:
5. Meta l-awtorità responsabbli mis-CBAM tiddetermina li dikjarant ikun naqas milli jikkonforma mal-obbligu li jippreżenta rapport CBAM kif speċifikat fil-paragrafu 1, l-awtorità responsabbli mis-CBAM għandha timponi l-penali u tinnotifika lid-dikjarant:
Emenda 168 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 5 – punt a
(a) li l-awtorità kompetenti tkun ikkonkludiet li d-dikjarant ikun naqas milli jikkonforma mal-obbligu li jippreżenta rapport għal trimestru partikolari;
(a) li l-awtorità responsabbli mis-CBAM tkun ikkonkludiet li d-dikjarant ikun naqas milli jikkonforma mal-obbligu li jippreżenta rapport għal trimestru partikolari;
Emenda 169 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 5 – punt e
(e) bl-azzjoni li l-awtorità kompetenti tqis li jenħtieġ li d-dikjarant jieħu biex jikkonforma mal-obbligu skont il-punt (a) skont il-fatti u ċ-ċirkustanzi tal-każ; kif ukoll
(e) bl-azzjoni li l-awtorità responsabbli mis-CBAM tqis li d-dikjarant għandu jieħu biex jikkonforma mal-obbligu skont il-punt (a) skont il-fatti u ċ-ċirkostanzi tal-każ; kif ukoll
Emenda 170 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 6
6. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni dwar l-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata, il-proċeduri għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 u l-konverżjoni f'euro tal-prezz tal-karbonju mħallas f'munita barranija bir-rata tal-kambju medja annwali. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa wkoll li tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tkompli tiddefinixxi l-elementi meħtieġa tal-metodu ta' kalkolu stabbilit fl-Anness III, inkluża d-determinazzjoni tal-konfini tas-sistema tal-proċessi tal-produzzjoni, il-fatturi tal-emissjoni, il-valuri speċifiċi għall-installazzjoni tal-emissjonijiet reali u l-applikazzjoni rispettiva tagħhom għall-merkanzija individwali kif ukoll l-istipular ta' metodi biex tiġi żgurata l-affidabbiltà tad-data, inkluż il-livell ta' dettall u l-verifika ta' din id-data. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa ulterjuri li tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tiżviluppa metodu ta' kalkolu għal emissjonijiet indiretti inkorporati fil-merkanzija importata.
6. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni dwar l-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata, il-proċeduri għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 u l-konverżjoni f'euro tal-prezz tal-karbonju mħallas f'munita barranija bir-rata tal-kambju medja annwali. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa wkoll li tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tkompli tiddefinixxi l-elementi meħtieġa tal-metodu ta' kalkolu stabbilit fl-Anness III, inkluża d-determinazzjoni tal-konfini tas-sistema tal-proċessi tal-produzzjoni, il-fatturi tal-emissjoni, il-valuri speċifiċi għall-installazzjoni tal-emissjonijiet reali u l-applikazzjoni rispettiva tagħhom għall-merkanzija individwali kif ukoll l-istipular ta' metodi biex tiġi żgurata l-affidabbiltà tad-data, inkluż il-livell ta' dettall u l-verifika ta' din id-data. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa ulterjuri li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 28 li jissupplimentaw dan ir-Regolament biex tiżviluppa metodu ta' kalkolu għal emissjonijiet indiretti integrati fil-merkanzija importata.
Emendi 198, 216 u 263 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 3 – punt a
(a) l-Artikolu minn 32 sa 34 għandhom japplikaw sal-31 ta' Diċembru 2025.
(a) l-Artikoli minn 32 sa 34 għandhom japplikaw sal-31 ta' Diċembru 2026.
Emendi 199 u 217 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 3 – punt b
(b) l-Artikolu 35 għandu japplika sat-28 ta' Frar 2026.
(b) l-Artikolu 35 għandu japplika sat-28 ta' Frar 2027.
Emenda 264 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 3 – punt c
(c) l-Artikoli 5 u 17 għandhom japplikaw sal-1 ta' Settembru 2025.
(c) l-Artikoli 5 u 17 għandhom japplikaw sal-1 ta' Settembru 2026.
Emendi 200, 218 u 265 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 3 – punt d
(d) l-Artikoli 4, 6, 7, 8, 9, 14, 15, 16, 19, 20, 21, 22, 23, 24, 25, 26, 27 u 31 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2026.
(d) l-Artikoli 4, 6, 7, 8, 9, 14, 15, 16, 19, 20, 21, 22, 23, 24, 25, 26, 27 u 31 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2027.
Emenda 175 Proposta għal regolament Anness I
Test propost mill-Kummissjoni
Lista ta' prodotti u gassijiet serra
1. Għall-fini tal-identifikazzjoni tal-prodotti, dan ir-Regolament għandu japplika għall-prodotti elenkati fis-setturi li ġejjin li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-nomenklatura magħquda ("NM") elenkati hawn taħt, u għandhom ikunu dawk tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1).
2. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-gassijiet serra relatati mal-prodotti li jaqgħu fis-setturi elenkati hawn taħt, għandhom ikunu dawk elenkati hawn taħt għal kull tip ta' prodott.
Siment
Kodiċi NM
Gass serra
2523 10 00 – Klinker tas-siment
Diossidu tal-karbonju
2523 21 00 – Siment abjad ta' Portland, ikkulurit b'mod artifiċjali jew le
Diossidu tal-karbonju
2523 29 00 – Siment ta' Portland ieħor
Diossidu tal-karbonju
2523 90 00 – Siment idrawliku ieħor
Diossidu tal-karbonju
Elettriku
Kodiċi NM
Gass serra
2716 00 00 – Enerġija elettrika
Diossidu tal-karbonju
Fertilizzanti
Kodiċi NM
Gass serra
2808 00 00 – Aċidu nitriku; Aċidi sulfonitriċi
Diossidu tal-karbonju u ossidu nitruż
2814 – Ammonja, anidru jew f'soluzzjoni milwiema
Diossidu tal-karbonju
2834 21 00 - Nitrati tal-potassju
Diossidu tal-karbonju u ossidu nitruż
3102 – Fertilizzanti minerali jew kimiċi, nitroġenużi
Diossidu tal-karbonju u ossidu nitruż
3105 – Fertilizzanti minerali jew kimiċi li jkun fihom tnejn jew tlieta mill-elementi fertilizzanti nitroġenu, fosfru u potassju; fertilizzanti oħra; prodotti f'dan il-kapitolu f'pilloli jew f'forom simili jew f'pakketti ta' piż gross ta' mhux aktar minn 10 kg
— Minbarra: 3105 60 00 – Fertilizzanti minerali jew kimiċi li fihom iż-żewġ elementi fertilizzanti fosfru u potassju
Diossidu tal-karbonju u ossidu nitruż
Ħadid u Azzar
Kodiċi NM
Gass serra
72 – Ħadid u azzar
Minbarra:
7202 – Ligi tal-ħadid
7204 – Skart u ruttam ferruż; tidwib mill-ġdid ta' ingotti tar-ruttam u azzar
Diossidu tal-karbonju
7301 - Gzuz ta' pjanċi (sheet piling) tal-ħadid jew tal-azzar, imtaqqba, imħaffra jew magħmulin minn elementi mmuntati jew le; angoli, forom u qatgħat iwweldjati, tal-ħadid jew tal-azzar
Diossidu tal-karbonju
7302 – Materjal tal-ħadid jew tal-azzar għall-kostruzzjoni tal-binarji tal-ferroviji jew tal-linji tat-tramm, dawn li ġejjin: binarji, check rails u rack rails, switch blades, crossing frogs, point rods u partijiet oħrajn tal-qsim, traversi tal-binarji (cross-ties), fish-plates, chairs, chair wedges, sole plates (base plates), klipep ferrovjarji, bedplates, irfid u materjal ieħor speċjalizzat għat-tgħaqqid flimkien jew l-iffissar ta' binarji
Diossidu tal-karbonju
7303 00 – Tubi, pajpijiet u profili vojta magħmula minn ħadid fondut
Diossidu tal-karbonju
7304 – Tubi, pajpijiet u profili vojta, mingħajr weldjatura, tal-ħadid (ħlief ħadid fondut) jew tal-azzar
Diossidu tal-karbonju
7305 – Tubi u pajpijiet oħrajn (pereżempju, iwweldjati, irbattuti jew magħluqin hekk), b'uċuħ ta' qatgħa tondi, bid-dijametru ta' barra ikbar minn 406,4 mm, tal-ħadid jew tal-azzar
Diossidu tal-karbonju
7306 – Tubi, pajpijiet u profili vojta oħrajn (pereżempju, mhux magħluqin (open seam) jew iwweldjati, irbattuti jew hekk magħluqin), tal-ħadid jew tal-azzar
Diossidu tal-karbonju
7307 – Tagħmir ta' tubi u pajpijiet (pereżempju, couplings, liwjiet minkeb, sleeves), tal-ħadid jew tal-azzar
Diossidu tal-karbonju
7308 – Strutturi (ħlief bini prefabbrikat tal-intestatura 9406) u partijiet ta' strutturi (pereż. pontijiet u qatgħat ta' pontijiet, xtiebi tal-mgħalaq (lock-gates), torrijiet, arbli kannizzata, soqfa, oqfsa għal tisqif, bibien u twieqi u l-gwarniċi tagħhom u għetiebi għal bibien, shutters, balavostri, pilastri u kolonni), tal-ħadid jew tal-azzar; pjanċi, vireg, angoli, forom, qatgħat, tubi u oħrajn simili, ippreparati għall-użu fi strutturi, tal-ħadid jew tal-azzar
Diossidu tal-karbonju
7309 – Ġibjuni, tankijiet, btieti u kontenituri simili għal kull materjal (ħlief gass ikkompressat jew imdewweb), tal-ħadid jew tal-azzar, li jesgħu aktar minn 300 l, inforrati jew iżolati għas-sħana jew le, iżda mhux mgħammrin b'tagħmir mekkaniku jew termali
Diossidu tal-karbonju
7310 – Tankijiet, btieti, ċilindri, bottijiet, kaxxi u kontenituri simili, għal kull materjal (ħlief gass ikkompressat jew imdewweb), tal-ħadid jew tal-azzar, li jesgħu mhux aktar minn 300 l, inforrati jew iżolati għas-sħana jew le, iżda mhux mgħammrin b'tagħmir mekkaniku jew termali
Diossidu tal-karbonju
7311 – Kontenituri għal gass ikkompressat jew imdewweb, tal-ħadid jew tal-azzar
Diossidu tal-karbonju
Aluminju
Kodiċi NM
Gass serra
7601 – Aluminju mhux maħdum
Diossidu tal-karbonju u perfluworokarbur
7603 – Trabijiet u qxur tal-aluminju
Diossidu tal-karbonju u perfluworokarbur
7604 – Biċċiet sħaħ tal-aluminju, vireg u profili
Diossidu tal-karbonju u perfluworokarbur
7605 – Wajer tal-aluminju
Diossidu tal-karbonju u perfluworokarbur
7606 – Pjanċi, folji u strixxa tal-aluminju, eħxen minn 0,2 mm
Diossidu tal-karbonju u perfluworokarbur
7607 – Fojl tal-aluminju (stampat jew rinfurzat b'karta, kartun, plastiks jew materjali simili ta' rinforz jew le) ta' ħxuna (mingħajr kull rinforz) mhux aktar minn 0,2 mm
Diossidu tal-karbonju u perfluworokarbur
7608 – Tubi u pajpijiet tal-aluminju
Diossidu tal-karbonju u perfluworokarbur
7609 00 00 – Fittings għal tubi u pajpijiet tal-aluminju (pereżempju, igganċjar, liwjiet minkeb, sleeves)
Diossidu tal-karbonju u perfluworokarbur
____________
1 Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
Emenda
Lista ta' prodotti u gassijiet serra
1. Għall-fini tal-identifikazzjoni tal-prodotti, dan ir-Regolament għandu japplika għall-prodotti elenkati fis-setturi li ġejjin li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-nomenklatura magħquda ("NM") elenkati hawn taħt, u għandhom ikunu dawk tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1).
2. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-gassijiet serra relatati mal-prodotti li jaqgħu fis-setturi elenkati hawn taħt, għandhom ikunu dawk elenkati hawn taħt għal kull tip ta' prodott.
Siment
Kodiċi NM
Gass serra
2523 30 00 – Siment tal-allumi
Diossidu tal-karbonju
2523 10 00 – Klinker tas-siment
Diossidu tal-karbonju
2523 21 00 – Siment abjad ta' Portland, ikkulurit b'mod artifiċjali jew le
Diossidu tal-karbonju
2523 29 00 – Siment ta' Portland ieħor
Diossidu tal-karbonju
2523 90 00 – Siment idrawliku ieħor
Diossidu tal-karbonju
Elettriku
Kodiċi NM
Gass serra
2716 00 00 – Enerġija elettrika
Diossidu tal-karbonju
Fertilizzanti
Kodiċi NM
Gass serra
2808 00 00 – Aċidu nitriku; Aċidi sulfonitriċi
Diossidu tal-karbonju u ossidu nitruż
2814 – Ammonja, anidru jew f'soluzzjoni milwiema
Diossidu tal-karbonju
2834 21 00 - Nitrati tal-potassju
Diossidu tal-karbonju u ossidu nitruż
3102 – Fertilizzanti minerali jew kimiċi, nitroġenużi
Diossidu tal-karbonju u ossidu nitruż
3105 – Fertilizzanti minerali jew kimiċi li jkun fihom tnejn jew tlieta mill-elementi fertilizzanti nitroġenu, fosfru u potassju; fertilizzanti oħra; prodotti f'dan il-kapitolu f'pilloli jew f'forom simili jew f'pakketti ta' piż gross ta' mhux aktar minn 10 kg
— Minbarra: 3105 60 00 – Fertilizzanti minerali jew kimiċi li fihom iż-żewġ elementi fertilizzanti fosfru u potassju
Diossidu tal-karbonju u ossidu nitruż
Ħadid u Azzar
Kodiċi NM
Gass serra
72 – Ħadid u azzar
Minbarra:
7202 – Ligi tal-ħadid
7204 – Skart u ruttam ferruż; tidwib mill-ġdid ta' ingotti tar-ruttam u azzar
Diossidu tal-karbonju
7301 - Gzuz ta' pjanċi (sheet piling) tal-ħadid jew tal-azzar, imtaqqba, imħaffra jew magħmulin minn elementi mmuntati jew le; angoli, forom u qatgħat iwweldjati, tal-ħadid jew tal-azzar
Diossidu tal-karbonju
7302 – Materjal tal-ħadid jew tal-azzar għall-kostruzzjoni tal-binarji tal-ferroviji jew tal-linji tat-tramm, dawn li ġejjin: binarji, check rails u rack rails, switch blades, crossing frogs, point rods u partijiet oħrajn tal-qsim, traversi tal-binarji (cross-ties), fish-plates, chairs, chair wedges, sole plates (base plates), klipep ferrovjarji, bedplates, irfid u materjal ieħor speċjalizzat għat-tgħaqqid flimkien jew l-iffissar ta' binarji
Diossidu tal-karbonju
7303 00 – Tubi, pajpijiet u profili vojta magħmula minn ħadid fondut
Diossidu tal-karbonju
7304 – Tubi, pajpijiet u profili vojta, mingħajr weldjatura, tal-ħadid (ħlief ħadid fondut) jew tal-azzar
Diossidu tal-karbonju
7305 – Tubi u pajpijiet oħrajn (pereżempju, iwweldjati, irbattuti jew magħluqin hekk), b'uċuħ ta' qatgħa tondi, bid-dijametru ta' barra ikbar minn 406,4 mm, tal-ħadid jew tal-azzar
Diossidu tal-karbonju
7306 – Tubi, pajpijiet u profili vojta oħrajn (pereżempju, mhux magħluqin (open seam) jew iwweldjati, irbattuti jew hekk magħluqin), tal-ħadid jew tal-azzar
Diossidu tal-karbonju
7307 – Tagħmir ta' tubi u pajpijiet (pereżempju, couplings, liwjiet minkeb, sleeves), tal-ħadid jew tal-azzar
Diossidu tal-karbonju
7308 – Strutturi (ħlief bini prefabbrikat tal-intestatura 9406) u partijiet ta' strutturi (pereż. pontijiet u qatgħat ta' pontijiet, xtiebi tal-mgħalaq (lock-gates), torrijiet, arbli kannizzata, soqfa, oqfsa għal tisqif, bibien u twieqi u l-gwarniċi tagħhom u għetiebi għal bibien, shutters, balavostri, pilastri u kolonni), tal-ħadid jew tal-azzar; pjanċi, vireg, angoli, forom, qatgħat, tubi u oħrajn simili, ippreparati għall-użu fi strutturi, tal-ħadid jew tal-azzar
Diossidu tal-karbonju
7309 – Ġibjuni, tankijiet, btieti u kontenituri simili għal kull materjal (ħlief gass ikkompressat jew imdewweb), tal-ħadid jew tal-azzar, li jesgħu aktar minn 300 l, inforrati jew iżolati għas-sħana jew le, iżda mhux mgħammrin b'tagħmir mekkaniku jew termali
Diossidu tal-karbonju
7310 – Tankijiet, btieti, ċilindri, bottijiet, kaxxi u kontenituri simili, għal kull materjal (ħlief gass ikkompressat jew imdewweb), tal-ħadid jew tal-azzar, li jesgħu mhux aktar minn 300 l, inforrati jew iżolati għas-sħana jew le, iżda mhux mgħammrin b'tagħmir mekkaniku jew termali
Diossidu tal-karbonju
7311 – Kontenituri għal gass ikkompressat jew imdewweb, tal-ħadid jew tal-azzar
Diossidu tal-karbonju
Aluminju
Kodiċi NM
Gass serra
7601 – Aluminju mhux maħdum
Diossidu tal-karbonju u perfluworokarbur
7603 – Trabijiet u qxur tal-aluminju
Diossidu tal-karbonju u perfluworokarbur
7604 – Biċċiet sħaħ tal-aluminju, vireg u profili
Diossidu tal-karbonju u perfluworokarbur
7605 – Wajer tal-aluminju
Diossidu tal-karbonju u perfluworokarbur
7606 – Pjanċi, folji u strixxa tal-aluminju, eħxen minn 0,2 mm
Diossidu tal-karbonju u perfluworokarbur
7607 – Fojl tal-aluminju (stampat jew rinfurzat b'karta, kartun, plastiks jew materjali simili ta' rinforz jew le) ta' ħxuna (mingħajr kull rinforz) mhux aktar minn 0,2 mm
Diossidu tal-karbonju u perfluworokarbur
7608 – Tubi u pajpijiet tal-aluminju
Diossidu tal-karbonju u perfluworokarbur
7609 00 00 – Fittings għal tubi u pajpijiet tal-aluminju (pereżempju, igganċjar, liwjiet minkeb, sleeves)
Diossidu tal-karbonju u perfluworokarbur
Sustanzi kimiċi
Kodiċi NM
Gass serra
29 - Sustanzi Kimiċi Organiċi
Diossidu tal-karbonju
2804 10 000 - Idroġenu
Diossidu tal-karbonju
2814 10 000 - Amonja anidru
Diossidu tal-karbonju
2814 20 00 - Amonja f'soluzzjoni milwiema
Diossidu tal-karbonju
Polimeri
Kodiċi NM
Gass serra
39 - Plastik u oġġetti magħmula minnu
diossidu tal-karbonju u ossidu nitruż
_______________
1 Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
Emenda 176 Proposta għal regolament Anness III - punt 2 - titolu
2. L-ikkalkolar tal-emissjonijiet inkorporati diretti attwali ta' prodotti sempliċi
2. L-ikkalkolar tal-emissjonijiet integrati attwali ta' prodotti sempliċi
Emenda 177 Proposta għal regolament Anness III – punt 2 – parti introduttorja
L-emissjonijiet inkorporati attwali speċifiċi ta' prodotti sempliċi li jkunu saru f'installazzjoni partikolari għandhom jiġu kkalkolati biss permezz tal-emissjonijiet diretti. Għal dan il-għan, għandha tiġi applikata l-ekwazzjoni li ġejja:
L-emissjonijiet integrati attwali speċifiċi ta' prodotti sempliċi li jkunu saru f'installazzjoni partikolari għandhom jiġu kkalkolati permezz tal-emissjonijiet diretti kif ukoll indiretti. Għal dan il-għan, għandha tiġi applikata l-ekwazzjoni li ġejja:
Emenda 178 Proposta għal regolament Anness III – punt 2 – paragrafu 3
"Emissjonijiet attribwiti" tfisser il-parti tal-emissjonijiet diretti tal-installazzjoni matul il-perjodu ta' rapportar li jiġu kkawżati mill-proċess ta' produzzjoni li jirriżulta fi prodotti g meta jiġu applikati l-konfini tas-sistema tal-proċess definit mill-atti ta' implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 7(6). L-emissjonijiet attribwiti għandhom jiġu kkalkolati bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:
"Emissjonijiet attribwiti" tfisser il-parti tal-emissjonijiet tal-installazzjoni matul il-perjodu ta' rapportar li jiġu kkawżati mill-proċess ta' produzzjoni li jirriżulta fi prodotti g meta jiġu applikati l-konfini tas-sistema tal-proċess definit mill-atti ta' implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 7(6). L-emissjonijiet attribwiti għandhom jiġu kkalkolati bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:
Attrg = DirEm + Emel–Emel,exp
Emenda 179 Proposta għal regolament Anness III - punt 3 - titolu
3. L-ikkalkolar tal-emissjonijiet inkorporati diretti attwali ta' prodotti kumplessi
3. L-ikkalkolar tal-emissjonijiet integrati attwali ta' prodotti kumplessi
Emenda 180 Proposta għal regolament Anness III – punt 4 – paragrafu 2
Għall-fini tad-determinazzjoni tal-valuri prestabbiliti, għandhom jintużaw biss il-valuri attwali għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet inkorporati. Fin-nuqqas ta' data attwali, jistgħu jintużaw valuri tal-letteratura. Il-Kummissjoni għandha tippubblika gwida għall-approċċ li jittieħed biex jiġu kkoreġuti gassijiet ta' skart jew gassijiet serra użati bħala input ta' proċess, qabel ma tinġabar id-data meħtieġa biex jiġu ddeterminati l-valuri awtomatiċi rilevanti għal kull tip ta' prodotti elenkati fl-Anness I. Il-valuri prestabbiliti għandhom ikunu bbażati fuq l-aħjar data disponibbli. Dawn għandhom jiġu riveduti perjodikament permezz ta' atti ta' implimentazzjoni bbażati fuq l-aktar informazzjoni aġġornata u affidabbli, inkluż fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta minn pajjiż terz jew grupp ta' pajjiżi terzi.
Għall-fini tad-determinazzjoni tal-valuri prestabbiliti, għandhom jintużaw biss il-valuri attwali mill-pajjiż fejn ikunu seħħew l-emissjonijiet reali, għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet integrati. Fin-nuqqas ta' data attwali jew meta l-użu ta' data reali jwassal għal valuri prestabbiliti baxxi li jiffavorixxu mġiba ta' parassitiżmu, jistgħu jintużaw valuri tal-letteratura. Il-Kummissjoni għandha tippubblika gwida għall-approċċ li jittieħed biex jiġu kkoreġuti gassijiet ta' skart jew gassijiet serra użati bħala input ta' proċess, qabel ma tinġabar id-data meħtieġa biex jiġu ddeterminati l-valuri awtomatiċi rilevanti għal kull tip ta' prodott elenkat fl-Anness I. Il-valuri prestabbiliti għandhom ikunu bbażati fuq l-aħjar data disponibbli. L-aħjar data disponibbli għandha tkun ibbażata, sa fejn ikun possibbli, fuq informazzjoni affidabbli u disponibbli pubblikament dwar it-tip ta' teknoloġija u proċessi użati, id-disinn tal-impjant, l-oriġini tal-materjali ta' input u l-prodotti sempliċi użati fil-proċess tal-produzzjoni, is-sors tal-enerġija u data oħra. Il-valuri prestabbiliti għandhom jiġu riveduti perjodikament permezz ta' atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(6) ibbażati fuq l-aktar informazzjoni aġġornata u affidabbli, inkluż fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta minn pajjiż terz jew grupp ta' pajjiżi terzi.
Emenda 181 Proposta għal regolament Anness III – punt 4 – punt 4.1 – paragrafu 1
Meta l-emissjonijiet attwali ma jkunux jistgħu jiġu ddeterminati b'mod adegwat mid-dikjarant awtorizzat, għandhom jintużaw valuri prestabbiliti. Dawn il-valuri għandhom jiġu stabbiliti skont l-intensità medja tal-emissjonijiet ta' kull pajjiż esportatur u għal kull wieħed mill-prodotti elenkati fl-Anness I għajr l-elettriku, miżjuda b'żieda, b'din tal-aħħar li għandha tiġi ddeterminata fl-atti ta' implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Meta ma tkunx tista' tiġi applikata data affidabbli għall-pajjiż esportatur għal tip ta' prodotti, il-valuri awtomatiċi għandhom ikunu bbażati fuq l-intensità medja tal-emissjonijiet tal-installazzjonijiet tal-UE bl-agħar prestazzjoni ta' 10 fil-mija għal dak it-tip ta' prodotti.
Meta l-emissjonijiet attwali ma jkunux jistgħu jiġu ddeterminati b'mod adegwat mid-dikjarant awtorizzat, għandhom jintużaw valuri prestabbiliti. Dawn il-valuri għandhom jiġu stabbiliti skont l-intensità medja tal-emissjonijiet tal-installazzjonijiet bl-agħar prestazzjoni ta' 10 % f'kull pajjiż esportatur u għal kull wieħed mill-prodotti elenkati fl-Anness I għajr l-elettriku, miżjuda b'żieda, u din tal-aħħar għandha tiġi ddeterminata fl-atti ta' implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Meta ma tkunx tista' tiġi applikata data affidabbli għall-pajjiż esportatur għal tip ta' prodotti, il-valuri awtomatiċi għandhom ikunu bbażati fuq l-intensità medja tal-emissjonijiet tal-installazzjonijiet tal-UE bl-agħar prestazzjoni ta' 5 fil-mija għal dak it-tip ta' prodott.Il-valuri prestabbiliti, fl-ebda ċirkostanza ma għandhom ikunu aktar baxxi mill-emissjonijiet integrati probabbli u l-esportatur ma għandux jibbenefika min-nuqqas li jipprovdi data affidabbli dwar l-emissjonijiet attwali sabiex jintużaw il-valuri prestabbiliti.
Emenda 182 Proposta għal regolament Anness III – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.1 – paragrafu 1
Il-valuri awtomatiċi speċifiċi għandhom ikunu bbażati fuq l-aħjar data disponibbli għall-Kummissjoni li tiddetermina l-fattur medju ta' emissjoni ta' CO2 f'tunnellati ta' CO2 għal kull megawatt siegħa ta' sorsi li jiffissaw il-prezzijiet fil-pajjiż terz, fil-grupp ta' pajjiżi terzi jew fir-reġjun f'pajjiż terz.
Il-valuri awtomatiċi speċifiċi għandhom ikunu bbażati fuq l-10 % tal-installazzjonijiet bl-agħar prestazzjoni li jipproduċu l-elettriku fil-pajjiż terz, fil-grupp ta' pajjiżi terzi jew fir-reġjun f'pajjiż terz.
Emenda 183 Proposta għal regolament Anness IIIa (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Anness IIIa
Metodoloġija għall-kalkolu tat-tnaqqis taċ-ċertifikati CBAM minħabba l-allokazzjoni bla ħlas fl-ambitu tal-EU ETS
Għadd ta' ċertifikati Prezz ta' ċertifikati Obbligu
u aġġustament
[ - ] xx =
-
=
Emenda 184 Proposta għal regolament Anness V – Parti 1 – paragrafu 1 – punt c
(c) iż-żjarat ta' installazzjoni mill-verifikatur għandhom ikunu obbligatorji ħlief meta jiġu ssodisfati kriterji speċifiċi għat-tneħħija taż-żjara ta' installazzjoni;
(c) iż-żjarat ta' installazzjoni mill-verifikatur għandhom ikunu obbligatorji ħlief meta jiġu ssodisfati kriterji speċifiċi għat-tneħħija taż-żjara ta' installazzjoni fl-ambitu tal-Artikolu 8(3);