Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2022/2069(REG)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0203/2022

Testi mressqa :

A9-0203/2022

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 06/07/2022 - 11.1
CRE 06/07/2022 - 11.1

Testi adottati :

P9_TA(2022)0281

Testi adottati
PDF 142kWORD 44k
L-Erbgħa, 6 ta' Lulju 2022 - Strasburgu
Emenda tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament fir-rigward tal-Artikolu 216 dwar il-laqgħat tal-kumitati
P9_TA(2022)0281A9-0203/2022

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2022 dwar l-emenda tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-Artikolu 216 dwar il-laqgħat tal-kumitati (2022/2069(REG))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-President tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2022,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 236 u 237 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A9-0203/2022),

1.  Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

2.  Jiddeċiedi li dawn l-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ fl-ewwel jum wara dak tal-adozzjoni tagħhom;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.

Test fis-seħħ   Emenda
Emenda 1
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 216 – paragrafu 1
1.  Kumitat għandu jiltaqa' meta jissejjaħ mill-president tiegħu jew fuq talba tal-President tal-Parlament.
1.  Kumitat għandu jiltaqa' meta jissejjaħ mill-president tiegħu jew fuq talba tal-President tal-Parlament.
Meta jsejjaħ tali laqgħa, il-president jista' jiddeċiedi, fuq bażi ta' każ b'każ u bl-approvazzjoni tal-koordinaturi li jirrappreżentaw maġġoranza tal-membri tal-kumitat, li l-attendenza għal-laqgħa tista' ssir ukoll b'mod remot, ħlief għal laqgħat tal-kumitati li jsiru bil-magħluq.
Meta jkun qed isejjaħ laqgħa, il-president għandu jressaq abbozz tal-aġenda. Il-kumitat għandu jieħu deċiżjoni fuq l-aġenda fil-bidu tal-laqgħa.
Meta jkun qed isejjaħ laqgħa, il-president għandu jressaq abbozz tal-aġenda, li fih għandu jiġi ddikjarat jekk l-attendenza għal-laqgħa tistax issir ukoll b'mod remot. Il-kumitat għandu jieħu deċiżjoni fuq l-aġenda fil-bidu tal-laqgħa.
Emenda 2
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 216 – paragrafu 4
4.  L-Artikolu 171(2) dwar l-allokazzjoni tal-ħin tad-diskors għandu japplika mutatis mutandis għall-kumitati.
4.  L-Artikolu 171(2) għandu japplika mutatis mutandis għall-kumitati. Madankollu, it-tieni sentenza tal-Artikolu 171(2) ma għandhiex tapplika għall-Membri li jkunu qed jattendu l-laqgħa b'mod remot.
Emenda 3
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 216 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.  Għal kwalunkwe reġim ta' parteċipazzjoni remota, għandu jiġi żgurat li:
—  il-Membri jkunu jistgħu jeżerċitaw il-mandat parlamentari tagħhom, inkluż, b'mod partikolari, id-dritt tagħhom li jitkellmu fil-kumitati mingħajr tfixkil;
—  is-soluzzjonijiet tat-teknoloġija tal-informatika għad-dispożizzjoni jkunu "teknoloġikament newtrali";
—  jintużaw mezzi elettroniċi siguri li huma ġestiti u ssorveljati mis-servizzi tal-Parlament direttament u internament;
—  it-tagħmir tekniku jippermetti l-kwalità awdjo u vidjo meħtieġa; u
—  l-intervent isir minn post xieraq.
Aġġornata l-aħħar: 30 ta' Novembru 2022Avviż legali - Politika tal-privatezza