Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-7 ta' Lulju 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta' kundizzjonijiet ekwi għal trasport bl-ajru sostenibbli (COM(2021)0561 – C9-0332/2021 – 2021/0205(COD))(1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 1
(1) Matul l-aħħar deċennji, it-trasport bl-ajru kellu rwol kruċjali fl-ekonomija tal-Unjoni u fil-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini tal-Unjoni, bħala wieħed mis-setturi bl-aħjar prestazzjoni u l-aktar dinamiċi tal-ekonomija tal-Unjoni. Dan huwa xprunatur b'saħħtu għat-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi, il-kummerċ u t-turiżmu, kif ukoll għall-konnettività u l-mobbiltà kemm tan-negozji kif ukoll taċ-ċittadini bl-istess mod, b'mod partikolari fi ħdan is-suq intern tal-avjazzjoni tal-Unjoni. It-tkabbir fis-servizzi tat-trasport bl-ajru kkontribwixxa b'mod sinifikanti għat-titjib fil-konnettività fl-Unjoni u ma' pajjiżi terzi u kien faċilitatur sinifikanti tal-ekonomija tal-Unjoni.
(1) Matul l-aħħar deċennji, it-trasport bl-ajru kellu rwol kruċjali fl-ekonomija tal-Unjoni u fil-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini tal-Unjoni, bħala wieħed mis-setturi bl-aħjar prestazzjoni u l-aktar dinamiċi tal-ekonomija tal-Unjoni. Dan huwa xprunatur b'saħħtu għat-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi, il-kummerċ u t-turiżmu, kif ukoll għall-konnettività u l-mobbiltà kemm tan-negozji kif ukoll taċ-ċittadini bl-istess mod, kif ukoll wieħed mill-konnetturi ewlenin bejn ir-reġjuni ultraperiferiċi u l-kontinent, b'mod partikolari fi ħdan is-suq intern tal-avjazzjoni tal-Unjoni. It-tkabbir fis-servizzi tat-trasport bl-ajru kkontribwixxa b'mod sinifikanti għat-titjib fil-konnettività, filwaqt li rawwem il-koeżjoni u naqqas disparitajiet reġjonali fl-Unjoni, b'mod partikolari għar-reġjuni periferiċi, ultraperiferiċi, b'densità baxxa tal-popolazzjoni u insulari, kif ukoll ma' pajjiżi terzi u kien faċilitatur sinifikanti tal-ekonomija tal-Unjoni.
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 2
(2) Mill-2020, it-trasport bl-ajru kien wieħed mill-aktar setturi milquta mill-kriżi tal-COVID-19. Bil-perspettiva li tintemm il-pandemija fil-qrib, huwa mistenni li t-traffiku tal-ajru se jerġa' jibda gradwalment fis-snin li ġejjin u jirkupra għal-livelli tiegħu ta' qabel il-kriżi. Fl-istess ħin, l-emissjonijiet mis-settur ilhom jiżdiedu mill-1990 u x-xejra ta' żieda fl-emissjonijiet tista' terġa' lura hekk kif aħna negħlbu l-pandemija. Għalhekk, jeħtieġ li wieħed iħejji għall-futur u jagħmel l-aġġustamenti meħtieġa biex jiġi żgurat suq tat-trasport bl-ajru li jiffunzjona tajjeb u li jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-għanijiet klimatiċi tal-Unjoni, b'livelli għoljin ta' konnettività, sikurezza u sigurtà.
(2) L-Unjoni stabbiliet obbligi legali permezz tar-Regolament (UE) 2021/1119 biex tikseb in-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050 u biex, sal-2030, tikseb tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra netti b'mill-inqas 55 % meta mqabbel mal-1990. Sabiex dan jinkiseb, is-setturi ekonomiċi kollha, inkluż is-settur tat-trasport, jeħtiġilhom jieħdu passi rapidi biex jiddekarbonizzaw. Għas-settur tal-avjazzjoni, dan jeħtieġ żieda qawwija fil-produzzjoni, il-provvista u l-użu ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli. Mill-2020, it-trasport bl-ajru kien wieħed mill-aktar setturi milquta mill-kriżi tal-COVID-19. Huwa mistenni li t-traffiku tal-ajru se jerġa' jibda gradwalment fis-snin li ġejjin u jirkupra għal-livelli tiegħu ta' qabel il-kriżi. L-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali tistma tkabbir fl-Ewropa sa 3 % fis-sena sal-2050 għat-traffiku tal-passiġġieri, u 2,4 % għat-traffiku tal-merkanzija. Fl-istess ħin, l-emissjonijiet mis-settur ilhom jiżdiedu mill-1990 u x-xejra ta' żieda fl-emissjonijiet tista' terġa' lura malajr hekk kif aħna negħlbu l-pandemija. Għalhekk, huwa fundamentali li wieħed iħejji għall-futur u jagħmel l-aġġustamenti meħtieġa biex jiġi żgurat settur tat-trasport bl-ajru li jiffunzjona tajjeb u li jikkontribwixxi bis-sħiħ għall-ilħuq tal-għanijiet klimatiċi tal-Unjoni, b'livelli għoljin ta' konnettività, affordabbiltà, sikurezza u sigurtà.
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 3
(3) Il-funzjonament tas-settur tat-trasport bl-ajru tal-Unjoni huwa ddeterminat min-natura transfruntiera tiegħu madwar l-Unjoni, u mid-dimensjoni globali tiegħu. Is-suq intern tal-avjazzjoni huwa wieħed mill-aktar setturi integrati fl-Unjoni, regolat minn regoli uniformi dwar l-aċċess għas-suq u kundizzjonijiet operattivi. Il-politika esterna tat-trasport bl-ajru hija regolata minn regoli stabbiliti fil-livell globali fl-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), kif ukoll minn ftehimiet multilaterali jew bilaterali komprensivi bejn l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, u pajjiżi terzi.
(3) Il-funzjonament tas-settur tat-trasport bl-ajru tal-Unjoni huwa ddeterminat min-natura transfruntiera tiegħu madwar l-Unjoni, u mid-dimensjoni globali tiegħu. Is-suq intern tal-avjazzjoni huwa wieħed mill-aktar setturi integrati fl-Unjoni, regolat minn regoli uniformi dwar l-aċċess għas-suq u kundizzjonijiet operattivi. Il-politika esterna tat-trasport bl-ajru tal-Unjoni hija regolata minn regoli stabbiliti fil-livell globali fl-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), u fi ftehimiet multilaterali jew bilaterali komprensivi bejn l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, u pajjiżi terzi. Għalhekk, huwa importanti li l-Unjoni ssostni l-isforzi li saru fil-livell internazzjonali, multilaterali u bilaterali biex jiġi promoss livell għoli ta' ambizzjoni u konverġenza fl-użu ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli, filwaqt li tipprevedi kundizzjonijiet ekwi internazzjonali.
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 4
(4) Is-suq tat-trasport bl-ajru huwa soġġett għal kompetizzjoni b'saħħitha bejn l-atturi ekonomiċi madwar l-Unjoni, li għalihom kundizzjonijiet ekwi huma indispensabbli. L-istabbiltà u l-prosperità tas-suq tat-trasport bl-ajru u l-atturi ekonomiċi tiegħu jiddependu minn qafas ta' politika ċar u armonizzat fejn l-operaturi tal-inġenji tal-ajru, l-ajruporti u atturi oħra tal-avjazzjoni jistgħu joperaw abbażi ta' opportunitajiet indaqs. Fejn iseħħu distorsjonijiet fis-suq, dawn jirriskjaw li jqiegħdu lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru jew lill-ajruportifi żvantaġġ mal-kompetituri interni jew esterni. Min-naħa tiegħu, dan jista' jirriżulta f'telf ta' kompetittività tal-industrija tat-trasport bl-ajru, u f'telf ta' konnettività bl-ajru għaċ-ċittadini u għan-negozji.
(4) Is-suq tat-trasport bl-ajru huwa soġġett għal kompetizzjoni b'saħħitha bejn l-atturi ekonomiċi globalment u madwar l-Unjoni, li għalihom kundizzjonijiet ekwi huma indispensabbli. L-istabbiltà u l-prosperità tas-suq tat-trasport bl-ajru u l-atturi ekonomiċi tiegħu jiddependu minn qafas ta' politika ċar u armonizzat fejn l-operaturi tal-inġenji tal-ajru, l-ajruporti u atturi oħra tal-avjazzjoni jistgħu joperaw abbażi ta' regoli u opportunitajiet indaqs, li jwasslu għal settur vibranti u għal opportunitajiet ta' impjieg. Fil-biċċa l-kbira, it-titjiriet intra-UE huma parti minn itinerarji globali stabbiliti f'suq globali. L-istess jgħodd għall-itinerarji minn destinazzjonijiet mhux fl-UE għal destinazzjonijiet mhux fl-UE li jgħaddu minn ajruporti Ewropej. Fejn iseħħu distorsjonijiet fis-suq, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jew l-ajruporti jitpoġġew f'riskju ta' żvantaġġ mal-kompetituri interni jew esterni. Min-naħa tiegħu, dan jista' jirriżulta f'telf ta' kompetittività tal-industrija tat-trasport bl-ajru u jpoġġi f'riskju n-negozju u l-impjiegi tat-trasport bl-ajru, u f'telf ta' konnettività bl-ajru u għażliet ta' trasport għaċ-ċittadini u għan-negozji.
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 5
(5) B'mod partikolari, huwa essenzjali li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fis-suq tat-trasport bl-ajru tal-Unjoni fir-rigward tal-fjuwil tal-avjazzjoni, li jammonta għal sehem sostanzjali tal-kostijiet tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru. Il-varjazzjonijiet fil-prezzijiet tal-fjuwil jistgħu jaffettwaw b'mod sinifikanti l-prestazzjoni ekonomika tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru u jkollhom impatt negattiv fuq il-kompetizzjoni fis-suq. Fejn jeżistu differenzi fil-prezzijiet tal-fjuwil tal-avjazzjoni bejn l-ajruporti tal-Unjoni jew bejn l-ajruporti tal-Unjoni u dawk mhux tal-Unjoni, dan jista' jwassal lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru biex jadattaw l-istrateġiji ta' riforniment tagħhom minħabba raġunijiet ekonomiċi. It-tankering tal-fjuwil iżid il-konsum tal-fjuwil tal-inġenji tal-ajru u jirriżulta f'emissjonijiet mhux meħtieġa ta' gassijiet serra. Għaldaqstant, it-tankering tal-fjuwil mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru jdgħajjef l-isforzi tal-Unjoni għall-protezzjoni ambjentali. Xi operaturi tal-inġenji tal-ajru jistgħu jużaw prezzijiet favorevoli tal-fjuwil tal-avjazzjoni fil-bażi residenzjali tagħhom bħala vantaġġ kompetittiv għal linji tal-ajru oħra li joperaw rotot simili. Dan jista' jkollu effetti detrimentali fuq il-kompetittività tas-settur u jkun ta' ħsara għall-konnettività tal-ajru. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi miżuri biex jipprevjeni prattiki bħal dawn sabiex tiġi evitata ħsara ambjentali bla bżonn kif ukoll biex jiġu restawrati u ppreservati l-kundizzjonijiet għal kompetizzjoni ġusta fis-suq tat-trasport bl-ajru.
(5) B'mod partikolari, huwa essenzjali li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fis-suq tat-trasport bl-ajru tal-Unjoni fir-rigward tal-fjuwil tal-avjazzjoni, li jammonta għal sehem sostanzjali tal-kostijiet tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru. Il-varjazzjonijiet fil-prezzijiet tal-fjuwil jistgħu jaffettwaw b'mod sinifikanti l-prestazzjoni ekonomika tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru u jkollhom impatt negattiv fuq il-kompetizzjoni fis-suq, inaqqsu l-attraenza tas-settur tal-avjazzjoni u għalhekk il-mobbiltà, bi prezzijiet għoljin tal-fjuwil li jissarrfu direttament f'nollijiet għoljin għall-konsumatur aħħari. Fejn jeżistu differenzi fil-prezzijiet tal-fjuwil tal-avjazzjoni bejn l-ajruporti tal-Unjoni jew bejn l-ajruporti tal-Unjoni u dawk mhux tal-Unjoni, dan jista' jwassal lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru biex jadattaw l-istrateġiji ta' riforniment tagħhom minħabba raġunijiet ekonomiċi. It-tankering tal-fjuwil iżid il-konsum tal-fjuwil tal-inġenji tal-ajru u jirriżulta f'emissjonijiet mhux meħtieġa ta' gassijiet serra. Għaldaqstant, għal raġunijiet ekonomiċi, it-tankering tal-fjuwil mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru jdgħajjef l-isforzi tal-Unjoni għall-protezzjoni ambjentali. Xi operaturi tal-inġenji tal-ajru jistgħu jużaw prezzijiet favorevoli tal-fjuwil tal-avjazzjoni fil-bażi residenzjali tagħhom bħala vantaġġ kompetittiv għal linji tal-ajru oħra li joperaw rotot simili. Dan jista' jkollu effetti detrimentali fuq il-kompetittività tas-settur, li jwassal għal distorsjonijiet tas-suq u jkun ta' ħsara għall-konnettività tal-ajru. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi miżuri biex jipprevjeni prattiki bħal dawn sabiex tiġi evitata ħsara ambjentali bla bżonn kif ukoll biex jiġu restawrati u ppreservati l-kundizzjonijiet għal kompetizzjoni ġusta fis-suq tat-trasport bl-ajru. Madankollu, dan ir-Regolament jenħtieġ li jqis ukoll il-fatt li t-tankering tal-fjuwil xi drabi jseħħ sabiex ikun hemm konformità mar-regoli dwar is-sikurezza tal-fjuwil u, f'każijiet bħal dawn, huwa ġġustifikat minn raġunijiet ta' sikurezza. Barra minn hekk, it-tankering tal-fjuwil jista' jkun il-konsegwenza ta' diffikultajiet operattivi speċifiċi għal xi operaturi tal-inġenji tal-ajru f'xi ajruporti, fost l-oħrajn f'termini ta' ħin ta' tidwir itwal sproporzjonat għall-inġenji tal-ajru jew kapaċità mnaqqsa tal-ajruport fl-eqqel ħinijiet. Il-Kummissjoni, għalhekk, jenħtieġ li timmonitorja mill-qrib, tevalwa u tanalizza każijiet ta' tankering tal-fjuwil u r-raġunijiet sottostanti tagħhom u, fejn xieraq, tressaq proposti leġiżlattivi biex temenda dan ir-Regolament.
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 6
(6) Objettiv ewlieni tal-politika komuni dwar it-trasport huwa l-iżvilupp sostenibbli. Dan jeħtieġ metodu integrat li għandu l-għan li jiżgura kemm il-funzjonament effettiv tas-sistemi ta' trasport tal-Unjoni kif ukoll il-protezzjoni tal-ambjent. L-iżvilupp sostenibbli tat-trasport bl-ajru jeħtieġ l-introduzzjoni ta' miżuri li għandhom l-għan li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju minn inġenji tal-ajru li jagħmlu titjiriet minn ajruporti tal-Unjoni. Tali miżuri jenħtieġ li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi tal-Unjoni sal-2030 u l-2050.
(6) Objettiv ewlieni tal-politika komuni dwar it-trasport huwa l-iżvilupp sostenibbli. Dan jeħtieġ metodu integrat li għandu l-għan li jiżgura kemm il-funzjonament effettiv tas-sistemi ta' trasport tal-Unjoni, il-konformità mar-regoli soċjali u tax-xogħol, kif ukoll il-protezzjoni tal-ambjent. L-iżvilupp sostenibbli tat-trasport bl-ajru jeħtieġ l-introduzzjoni ta' miżuri, inklużi strumenti ekonomiċi, li jkollhom l-għan li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju minn inġenji tal-ajru li jagħmlu titjiriet minn ajruporti tal-Unjoni u li jiżviluppaw suq għall-produzzjoni u l-provvista ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli. Tali miżuri jenħtieġ li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi tal-Unjoni sal-2030 u l-2050.
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 7
(7) Il-Komunikazzjoni dwar Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti10 adottata mill-Kummissjoni f'Diċembru 2020 tistabbilixxi kors ta' azzjoni għas-sistema tat-trasport tal-UE sabiex tikseb it-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali tagħha u ssir aktar reżiljenti. Id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport bl-ajru hija proċess meħtieġ u ta' sfida, speċjalment fuq terminu qasir. L-avvanzi teknoloġiċi, segwiti fil-programmi Ewropej u nazzjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-avjazzjoni kkontribwew għal tnaqqis importanti fl-emissjonijiet fl-aħħar deċennji. Madankollu, it-tkabbir globali tat-traffiku tal-ajru qabeż it-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-settur. Filwaqt li t-teknoloġiji l-ġodda huma mistennija jgħinu fit-tnaqqis tad-dipendenza tal-avjazzjoni fuq distanzi qosra mill-enerġija fossili fid-deċennji li ġejjin, il-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli joffru l-unika soluzzjoni għad-dekarbonizzazzjoni sinifikanti tal-firxiet kollha tat-titjiriet, diġà fuq terminu qasir. Madankollu, dan il-potenzjal bħalissa fil-biċċa l-kbira tiegħu ma huwiex sfruttat.
(7) Il-Komunikazzjoni dwar Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti10 adottata mill-Kummissjoni f'Diċembru 2020 tistabbilixxi kors ta' azzjoni għas-sistema tat-trasport tal-UE sabiex tikseb it-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali tagħha u ssir aktar reżiljenti. Id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport bl-ajru hija proċess meħtieġ u ta' sfida, speċjalment fuq terminu qasir. L-avvanzi teknoloġiċi, u impenn ċar mill-industrija, segwiti fil-programmi Ewropej u nazzjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-avjazzjoni kkontribwew għal tnaqqis importanti fl-emissjonijiet fl-aħħar deċennji. Madankollu, it-tkabbir globali tat-traffiku tal-ajru qabeż it-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-settur. Filwaqt li t-teknoloġiji l-ġodda, inkluż l-iżvilupp ta' inġenji tal-ajru b'emissjonijiet żero li jaħdmu bl-elettriku jew bl-idroġenu, huma mistennija jgħinu fit-tnaqqis tad-dipendenza tal-avjazzjoni fuq distanzi qosra mill-enerġija fossili fid-deċennji li ġejjin u jista' jkollhom rwol importanti fl-avjazzjoni kummerċjali fuq terminu medju u twil, il-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli joffru soluzzjoni promettenti għad-dekarbonizzazzjoni sinifikanti tal-firxiet kollha tat-titjiriet, kemm fuq terminu qasir kif ukoll fuq terminu medju u twil. Madankollu, dan il-potenzjal bħalissa fil-biċċa l-kbira tiegħu ma huwiex sfruttat u jeħtieġ appoġġ maż-żmien għall-iżvilupp ulterjuri u l-użu ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli u għar-riċerka dwar magni tal-inġenji tal-ajru ġodda u teknoloġiji ġodda.
__________________
__________________
10 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti – inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur (COM/2020/789 final), 9.12.2020.
10 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti – inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur (COM(2020)0789), 9.12.2020.
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 7a (ġdida)
(7a) Il-prinċipju ġenerali "l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel" jenħtieġ li jiġi implimentat fis-setturi kollha, lil hinn mis-sistema tal-enerġija b'mod li jiġi inkluż is-settur tat-trasport u b'mod partikolari l-avjazzjoni.B'mod partikolari, jenħtieġ li dan jagħmel parti integrali mid-deċiżjonijiet ta' politika, ta' ppjanar u ta' investiment relatati mal-użu ta' magni aktar effiċjenti fl-enerġija u ta' fjuwils u teknoloġiji alternattivi sostenibbli, inkluż fir-rigward tal-iżvilupp rapidu ta' ajruplani mħaddma b'elettriku rinnovabbli jew idroġenu ekoloġiku.
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 8
(8) Il-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli huma fjuwils likwidi, ta' sostituzzjoni, kompletament funġibbli ma' fjuwil tal-avjazzjoni konvenzjonali u kompatibbli mal-magni tal-inġenji tal-ajru eżistenti. Diversi perkorsi ta' produzzjoni ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli ġew iċċertifikati fil-livell globali għall-użu fl-avjazzjoni ċivili jew militari. Il-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli huma lesti mill-aspett teknoloġiku biex ikollhom rwol importanti fit-tnaqqis tal-emissjonijiet mit-trasport bl-ajru diġà fuq terminu qasir ħafna. Dawn mistennija jkunu jammontaw għal parti kbira mit-taħlita tal-fjuwil tal-avjazzjoni fit-terminu medju u fit-tul. Barra minn hekk, bl-appoġġ ta' standards internazzjonali tal-fjuwils xierqa, il-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli jistgħu jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-kontenut aromatiku tal-fjuwil finali użat minn operatur, u b'hekk jgħinu sabiex jitnaqqsu emissjonijiet oħrajn mhux tas-CO2. Alternattivi oħra biex jitħaddmu l-inġenji tal-ajru, bħall-elettriku jew l-idroġenu likwidu huma mistennija jikkontribwixxu progressivament għad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport bl-ajru, li tibda b'titjiriet fuq distanzi qosra.
(8) Il-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli huma fjuwils tal-avjazzjoni li jinkludu fjuwils likwidi, ta' sostituzzjoni, kompletament funġibbli ma' fjuwil tal-avjazzjoni konvenzjonali u kompatibbli mal-magni tal-inġenji tal-ajru eżistenti, kif ukoll l-idroġenu u l-elettriku. Diversi perkorsi ta' produzzjoni ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli ġew iċċertifikati fil-livell globali għall-użu fl-avjazzjoni ċivili jew militari. Il-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli huma lesti mill-aspett teknoloġiku biex ikollhom rwol importanti fit-tnaqqis tal-emissjonijiet mit-trasport bl-ajru diġà fuq terminu qasir ħafna. Dawn mistennija jkunu jammontaw għal parti kbira mit-taħlita tal-fjuwil tal-avjazzjoni fit-terminu medju u fit-tul. Barra minn hekk, bl-appoġġ ta' standards internazzjonali tal-fjuwils xierqa u l-appoġġ tal-EASA għat-tfassil ta' dawk l-istandards, il-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli jistgħu jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-kontenut aromatiku tal-fjuwil finali użat minn operatur, u b'hekk jgħinu sabiex jitnaqqsu emissjonijiet oħrajn mhux tas-CO2. Fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli oħra, bħall-elettriku jew l-idroġenu, huma teknoloġiji promettenti ħafna u huma mistennija jikkontribwixxu progressivament għad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport bl-ajru, li tibda b'titjiriet fuq distanzi qosra. Dan ir-Regolament se jaċċelera aktar l-iżvilupp xjentifiku u l-użu ta' dawn it-teknoloġiji, kif ukoll l-innovazzjoni kummerċjali fir-rigward tagħhom, billi jippermetti lill-operaturi ekonomiċi jqisu dawk it-teknoloġiji fir-rigward tal-mandat dwar il-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli, kif stabbilit f'dan ir-Regolament, meta dawk it-teknoloġiji jsiru maturi u disponibbli kummerċjalment. Dan se jżid ukoll iċ-ċertezza u l-prevedibbiltà tas-suq u jaġixxi bħala inċentiv għall-investimenti f'dawk it-teknoloġiji ġodda li huma meħtieġa.
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 9
(9) L-introduzzjoni gradwali ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli fis-suq tat-trasport bl-ajru se tirrappreżenta kost addizzjonali tal-fjuwil għal-linji tal-ajru, peress li tali teknoloġiji tal-fjuwil bħalissa huma aktar għaljin biex jiġu prodotti mill-fjuwil tal-avjazzjoni konvenzjonali. Dan mistenni jaggrava l-kwistjonijiet li diġà jeżistu ta' kundizzjonijiet ekwi fis-suq tat-trasport bl-ajru fir-rigward tal-fjuwil tal-avjazzjoni, u jikkawża aktar distorsjonijiet fost l-operaturi tal-inġenji tal-ajru u l-ajruporti. Dan ir-regolament jenħtieġ li jieħu miżuri biex jipprevjeni li l-introduzzjoni ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli taffettwa b'mod negattiv il-kompetittività tas-settur tal-avjazzjoni billi jiddefinixxi rekwiżiti armonizzati madwar l-Unjoni.
(9) L-introduzzjoni gradwali ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli fis-suq tat-trasport bl-ajru se tirrappreżenta kost addizzjonali tal-fjuwil għal-linji tal-ajru, peress li tali teknoloġiji tal-fjuwil bħalissa huma aktar għaljin biex jiġu prodotti mill-fjuwil tal-avjazzjoni konvenzjonali. Dan mistenni jaggrava l-kwistjonijiet li diġà jeżistu ta' kundizzjonijiet ekwi fis-suq tat-trasport bl-ajru fir-rigward tal-fjuwil tal-avjazzjoni, u jikkawża aktar distorsjonijiet fost l-operaturi tal-inġenji tal-ajru u l-ajruporti, anki fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-iskemi tal-emissjonijiet CORSIA u ETS. Dan ir-regolament jenħtieġ li jieħu miżuri biex jipprevjeni li l-introduzzjoni ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli taffettwa b'mod negattiv il-kompetittività tas-settur tal-avjazzjoni billi jiddefinixxi rekwiżiti armonizzati madwar l-Unjoni, inklużi definizzjonijiet komuni u l-iffissar ta' miri komuni fil-livell tal-UE.
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 10
(10) Fil-livell globali, il-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli huma rregolati fl-ICAO. B'mod partikolari, l-ICAO tistabbilixxi rekwiżiti dettaljati dwar is-sostenibbiltà, it-traċċabbiltà u l-kontabbiltà ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli għall-użu fuq titjiriet koperti mill-Iskema ta' Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA). Filwaqt li l-inċentivi huma stabbiliti fil-CORSIA u l-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli huma kkunsidrati bħala pilastru integrali tal-ħidma dwar il-fattibbiltà ta' Għan ta' Aspirazzjoni fit-Tul għall-avjazzjoni internazzjonali, bħalissa ma hemm l-ebda skema obbligatorja dwar l-użu ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli għal titjiriet internazzjonali. Ftehimiet multilaterali jew bilaterali komprensivi dwar it-trasport bl-ajru bejn l-UE jew l-Istati Membri tagħha, u pajjiżi terzi ġeneralment jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni ambjentali. Madankollu, għalissa, tali dispożizzjonijiet ma jimponu l-ebda rekwiżit vinkolanti fuq il-partijiet kontraenti dwar l-użu ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli.
(10) Fil-livell globali, il-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli huma rregolati u definiti fl-ICAO, fejn il-pajjiżi jaqblu dwar rekwiżiti dettaljati dwar is-sostenibbiltà, it-traċċabbiltà u l-kontabbiltà ta' perkorsi għal fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli ċertifikati għall-użu fuq titjiriet koperti mill-Iskema ta' Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA). Filwaqt li l-inċentivi huma stabbiliti fil-CORSIA u l-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli huma kkunsidrati bħala pilastru integrali tal-ħidma dwar il-fattibbiltà ta' Għan ta' Aspirazzjoni fit-Tul għall-avjazzjoni internazzjonali, bħalissa ma hemm l-ebda skema obbligatorja dwar l-użu ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli għal titjiriet internazzjonali. Ftehimiet multilaterali jew bilaterali komprensivi dwar it-trasport bl-ajru bejn l-UE jew l-Istati Membri tagħha, u pajjiżi terzi ġeneralment jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni ambjentali. Attwalment, tali dispożizzjonijiet ma jimponu l-ebda rekwiżit vinkolanti fuq il-partijiet kontraenti dwar l-użu ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli.
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 10a (ġdida)
(10a) Sabiex jiġu prevenuti distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq tal-avjazzjoni internazzjonali li jistgħu jwasslu għat-telf tal-flussi tat-traffiku li jgħaddu mill-ajruporti tal-UE u għar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u sabiex jinħoloq suq globali ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli, il-politika tal-avjazzjoni esterna tal-Unjoni jenħtieġ li tassumi rwol ta' tmexxija globali fil-bidla lejn l-użu ta' fjuwils sostenibbli, tinvolvi ruħha f'negozjati internazzjonali biex jiġu armonizzati d-definizzjonijiet u l-istandards ta' fjuwils tal-ajru sostenibbli u tippromwovi l-konverġenza internazzjonali dwar ir-regoli li jikkonċernaw il-produzzjoni, l-użu u l-ippumpjar ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli. Għalhekk, huwa importanti li l-Unjoni ssostni l-isforzi tagħha fl-ICAO u tistinka għal sistema globali ambizzjuża li tippromwovi l-użu ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli u tipprevedi kundizzjonijiet ekwi internazzjonali. Għalhekk, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jinsistu fl-Assemblea Ġenerali tal-ICAO biex jibdew minnufih in-negozjati għal qafas ta' politika globali ambizzjuż fil-livell tal-ICAO għall-użu ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli. Ladarba tali qafas ta' politika globali jiġi adottat, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ikunu kompatibbli, konsistenti u komplementari għall-qafas globali u l-istandards internazzjonali, u b'hekk tiżgura implimentazzjoni koerenti u kundizzjonijiet ekwi fil-livell internazzjonali. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jkollhom l-għan li jiżguraw li ftehimiet multilaterali u bilaterali komprensivi dwar it-trasport bl-ajru u s-servizzi tal-ajru jintegraw dispożizzjonijiet ekwivalenti u vinkolanti dwar mandat ta' taħlit għall-użu ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta regolarment jekk id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhomx effett negattiv fuq il-funzjonament tas-suq intern tal-avjazzjoni, il-kompetittività tas-settur, il-kundizzjonijiet ekwi internazzjonali fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru u l-hubs tal-ajruporti u r-ridirezzjonar possibbli tar-rotoa li jwassal għar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u, fejn xieraq, tippreżenta rimedji biex tindirizza dawn l-effetti negattivi.
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 12
(12) Għalhekk, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli uniformi għas-suq intern tal-avjazzjoni biex jikkomplementaw id-Direttiva (UE) 2018/2001 u jintlaħqu l-objettivi ġenerali tagħha billi jiġu indirizzati l-ħtiġijiet u r-rekwiżiti speċifiċi li jirriżultaw mis-suq intern tal-avjazzjoni tal-UE. B'mod partikolari, dan ir-Regolament għandu l-għan li jevita frammentazzjoni tas-suq tal-avjazzjoni, jipprevjeni distorsjonijiet kompetittivi possibbli bejn l-atturi ekonomiċi, jew prattiki inġusti ta' evitar tal-kostijiet fir-rigward tar-riforniment tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru.
(12) Għalhekk, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli uniformi għas-suq intern tal-avjazzjoni biex jikkomplementaw id-Direttiva (UE) 2018/2001 u jintlaħqu l-objettivi ġenerali tagħha billi jiġu indirizzati l-ħtiġijiet u r-rekwiżiti speċifiċi li jirriżultaw mis-suq intern tal-avjazzjoni tal-UE u li jippromwovu fjuwils sostenibbli fl-avjazzjoni. B'mod partikolari, dan ir-Regolament għandu l-għan li jevita frammentazzjoni tas-suq tal-avjazzjoni tal-Unjoni, jipprevjeni distorsjonijiet kompetittivi possibbli bejn l-atturi ekonomiċi, jew prattiki inġusti ta' evitar tal-kostijiet fir-rigward tar-riforniment tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru u jippromwovi l-innovazzjoni u l-produzzjoni fl-Unjoni. Huma meħtieġa appoġġ u finanzjament immirati fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali, kif ukoll l-inċentivar tas-sħubijiet pubbliċi u privati sabiex jaċċeleraw l-użu tal-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli.
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 15
(15) Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika għall-inġenji tal-ajru involuti fl-avjazzjoni ċivili, li jwettqu titjiriet kummerċjali tat-trasport bl-ajru. Jenħtieġ li ma japplikax għal inġenji tal-ajru bħal inġenji tal-ajru militari u inġenji tal-ajru involuti f'operazzjonijiet għal finijiet umanitarji, ta' tiftix, ta' salvataġġ, ta' għajnuna f'diżastri jew mediċi, kif ukoll operazzjonijiet doganali, tal-pulizija u tat-tifi tan-nar. Tabilħaqq, it-titjiriet operati f'ċirkostanzi bħal dawn huma ta’ natura eċċezzjonali u għalhekk mhux dejjem jistgħu jiġu ppjanati bl-istess mod bħal titjiriet regolari. Minħabba n-natura tal-operazzjonijiet tagħhom, dawn mhux dejjem jistgħu jkunu f'pożizzjoni li jissodisfaw l-obbligi skont dan ir-Regolament, peress li jistgħu jirrappreżentaw piż bla bżonn. Sabiex ikun hemm kundizzjonijiet ekwi madwar is-suq uniku tal-avjazzjoni tal-UE, dan ir-regolament jenħtieġ li jkopri l-akbar sehem possibbli ta' traffiku tal-ajru kummerċjali operat minn ajruporti li jinsabu fit-territorju tal-UE. Fl-istess ħin, sabiex tiġi ssalvagwardjata l-konnettività bl-ajru għall-benefiċċji taċ-ċittadini, tan-negozji u tar-reġjuni tal-UE, huwa importanti li tiġi evitata l-impożizzjoni ta' piż żejjed fuq l-operazzjonijiet tat-trasport bl-ajru f'ajruporti żgħar. Jenħtieġ li jiġi ddefinit limitu tat-traffiku annwali tal-ajru tal-passiġġieri u tat-traffiku tal-merkanzija, li taħtu l-ajruporti ma jkunux koperti minn dan ir-Regolament; madankollu, il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament jenħtieġ li jkopri mill-inqas 95 % tat-traffiku totali li jitlaq mill-ajruporti fl-Unjoni. Minħabba l-istess raġunijiet, jenħtieġ li jiġi definit limitu biex jiġu eżentati l-operaturi tal-inġenji tal-ajru li huma responsabbli għal għadd baxx ħafna ta' vjaġġi li jitilqu minn ajruporti li jinsabu fit-territorju tal-UE.
(15) Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma japplikax għall-inġenji tal-ajru involuti f'operazzjonijiet għal skopijiet umanitarji, ta' tiftix, ta' salvataġġ, ta' għajnuna f'każ ta' diżastru jew mediċi, peress li titjiriet operati f'ċirkostanzi bħal dawn huma ta' natura eċċezzjonali u bħala tali mhux dejjem jistgħu jiġu ppjanati bl-istess mod bħal titjiriet regolari. Minħabba n-natura tal-operazzjonijiet tagħhom, mhux dejjem jistgħu jkunu f'pożizzjoni li jissodisfaw l-obbligi fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, peress li jistgħu jirrappreżentaw piż bla bżonn. Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika għall-inġenji tal-ajru involuti fl-avjazzjoni ċivili, li jwettqu titjiriet kummerċjali tat-trasport bl-ajru. Jenħtieġ li ma japplikax għal inġenji tal-ajru militari jew għal inġenji tal-ajru involuti f'operazzjonijiet doganali, tal-pulizija u tat-tifi tan-nar. Sabiex ikun hemm kundizzjonijiet ekwi madwar is-suq uniku tal-avjazzjoni tal-UE u biex jiġi ffavorit l-iżvilupp tas-suq SAF u l-infrastruttura meħtieġa għall-SAF fl-UE kollha kemm hi, jenħtieġ li jkopri t-traffiku tal-ajru kummerċjali kollu operat minn ajruporti li jinsabu fit-territorju tal-UE. Fl-istess ħin, sabiex tiġi ssalvagwardjata l-konnettività bl-ajru għall-benefiċċji taċ-ċittadini, tan-negozji u tar-reġjuni tal-UE, biex tingħata l-flessibbiltà meħtieġa ħalli l-fornituri tal-fjuwil ikunu jistgħu jipprovdu, u l-linji tal-ajru jkunu jistgħu jippumpjaw, fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli bl-aktar mod kosteffettiv, u biex tiġi evitata l-impożizzjoni ta' piż żejjed fuq l-operazzjonijiet tat-trasport bl-ajru f'ajruporti żgħar, jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' flessibbiltà, inklużi elementi "book and claim", bħala fażi tranżitorja. Sabiex jiġu prevenuti distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni fis-suq intern, wara dak il-perjodu tranżitorju r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw b'mod ugwali fuq perjodu ta' żmien twil għall-ajruporti kollha tal-Unjoni u għall-operaturi kollha tal-inġenji tal-ajru li jitilgħu jew jinżlu f'ajruport tal-Unjoni.
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 15a (ġdida)
(15a) Huwa essenzjali li reġjuni Ewropej inqas konnessi, bħar-reġjuni insulari u ultraperiferiċi, li spiss jiddependu fuq l-avjazzjoni bħala l-uniku mezz ta' konnessjoni, ma jkunux affettwati b'mod sproporzjonat mill-obbligi li jirriżultaw minn dan ir-Regolament u li l-aċċess ta' dawn ir-reġjuni għall-prodotti u s-servizzi essenzjali jkun żgurat. Sabiex tingħata għajnuna fis-salvagwardja tal-konnettività bl-ajru tar-reġjuni b'inqas għażliet alternattivi ta' trasport, jenħtieġ li tingħata attenzjoni għall-effetti possibbli tad-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament fir-rigward tal-affordabbiltà, il-kompetittività u ż-żidiet potenzjali fil-prezzijiet tar-rotot tal-ajru li jgħaqqdu reġjuni remoti u żoni oħra tal-Unjoni.
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 16a (ġdida)
(16a) Huwa essenzjali li l-ġabra ta' materja prima sostenibbli eliġibbli tkun inklużiva kemm jista' jkun, sabiex jiġi massimizzat il-potenzjal biex tiżdied il-produzzjoni ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli bi prezz raġonevoli. Jenħtieġ li l-lista ta' materja prima eliġibbli skont dan ir-Regolament ma tkunx statika iżda tevolvi maż-żmien biex tinkludi materja prima sostenibbli ġdida. Għal dak il-għan, f'konformità mal-Artikolu 28(6) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel rieżami, mill-inqas kull sentejn, tal-lista ta' materja prima stabbilita fil-Partijiet A u B tal-Anness IX bil-ħsieb li żżid materja prima ġdida. Materja prima ġdida miżjuda mal-Anness IX jenħtieġ li ssir eliġibbli direttament għall-produzzjoni ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli skont dan ir-Regolament.
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 17
(17) Minħabba raġunijiet ta' sostenibbiltà, il-fjuwils ibbażati fuq l-għelejjel tal-għalf u tal-ikel jenħtieġ li ma jkunux eliġibbli. B'mod partikolari, il-bidla indiretta fl-użu tal-art isseħħ meta l-kultivazzjoni tal-għelejjel għall-bijofjuwils tieħu post il-produzzjoni tradizzjonali tal-għelejjel għal skopijiet ta' ikel u għalf. Tali domanda addizzjonali żżid il-pressjoni fuq l-art u tista' twassal għall-estensjoni tal-art agrikola f'żoni b'ħażna kbira ta' karbonju, bħal foresti, artijiet mistagħdra u torbiera, filwaqt li toħloq emissjonijiet addizzjonali ta' gassijiet serra u tħassib dwar it-telfien tal-bijodiversità. Ir-riċerka wriet li l-iskala tal-effett tiddependi minn varjetà ta' fatturi, inklużi t-tip ta' materja prima użata għall-produzzjoni tal-fjuwil, il-livell ta' domanda addizzjonali għall-materja prima kkawżata mill-użu tal-bijofjuwils u sa liema punt l-art b'ħażna kbira ta' karbonju hija protetta madwar id-dinja. L-akbar riskji ta' tibdil indirett fl-użu tal-art ġew identifikati għall-bijofjuwils prodotti minn materja prima li għalihom ġiet osservata espansjoni sinifikanti taż-żona tal-produzzjoni f'art b'ħażna kbira ta' karbonju. Għaldaqstant, il-fjuwils ibbażati fuq l-għelejjel tal-għalf u tal-ikel jenħtieġ li ma jiġux promossi. Dan l-approċċ huwa konformi mal-politika tal-Unjoni u b'mod partikolari mad-Direttiva (UE) 2018/2001 li tillimita u tistabbilixxi limitu massimu fuq l-użu ta' tali bijofjuwils fit-trasport bit-triq u bil-ferrovija, meta jiġu kkunsidrati l-benefiċċji ambjentali aktar baxxi tagħhom, prestazzjoni aktar baxxa f'termini ta' potenzjal ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u tħassib usa' dwar is-sostenibbiltà. Minbarra l-emissjonijiet ta' gassijiet serra marbuta mat-tibdil indirett fl-użu tal-art – li huwa kapaċi jċaħħad parti mit-tnaqqis jew it-tnaqqis kollu tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra ta' bijofjuwils individwali – it-tibdil indirett fl-użu tal-art joħloq riskji wkoll għall-bijodiversità. Dan ir-riskju huwa partikolarment serju b'rabta ma' espansjoni potenzjalment kbira tal-produzzjoni ddeterminata minn żieda sinifikanti fid-domanda. Is-settur tal-avjazzjoni bħalissa għandu livelli insinifikanti ta' domanda għall-bijofjuwils ibbażati fuq l-għelejjel tal-ikel u tal-għalf, peress li aktar minn 99 % tal-fjuwils tal-avjazzjoni użati bħalissa huma ta' oriġini fossili. Għalhekk huwa xieraq li jiġi evitat il-ħolqien ta' domanda potenzjalment kbira ta' bijofjuwils ibbażati fuq l-għelejjel tal-ikel u tal-għalf billi jiġi promoss l-użu tagħhom skont dan ir-Regolament. In-nuqqas ta' eliġibbiltà tal-bijofjuwils ibbażati fuq l-għelejjel skont dan ir-Regolament jimminimizza wkoll kwalunkwe riskju li jitnaqqas ir-ritmu tad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport bit-triq, li altrimenti jista' jirriżulta minn bidla ta' bijofjuwils ibbażati fuq l-għelejjel mit-triq għas-settur tal-avjazzjoni. Huwa essenzjali li tiġi minimizzata bidla bħal din, peress li t-trasport bit-triq bħalissa għadu bil-bosta l-aktar settur tat-trasport li jniġġes.
(17) Minħabba raġunijiet ta' sostenibbiltà, il-fjuwils ibbażati fuq l-għelejjel tal-għalf u tal-ikel, inklużi l-bijofjuwils b'riskju għoli ta' tibdil indirett fl-użu tal-art bħal dawk derivati miż-żejt tal-palm, jenħtieġ li ma jkunux eliġibbli. B'mod partikolari, il-bidla indiretta fl-użu tal-art isseħħ meta l-kultivazzjoni tal-għelejjel għall-bijofjuwils tieħu post il-produzzjoni tradizzjonali tal-għelejjel għal skopijiet ta' ikel u għalf. Tali domanda addizzjonali żżid il-pressjoni fuq l-art u tista' twassal għall-estensjoni tal-art agrikola f'żoni b'ħażna kbira ta' karbonju, bħal foresti, artijiet mistagħdra u torbiera, filwaqt li toħloq emissjonijiet addizzjonali ta' gassijiet serra u tħassib dwar it-telfien tal-bijodiversità. Ir-riċerka wriet li l-iskala tal-effett tiddependi minn varjetà ta' fatturi, inklużi t-tip ta' materja prima użata għall-produzzjoni tal-fjuwil, il-livell ta' domanda addizzjonali għall-materja prima kkawżata mill-użu tal-bijofjuwils u sa liema punt l-art b'ħażna kbira ta' karbonju hija protetta madwar id-dinja. L-akbar riskji ta' tibdil indirett fl-użu tal-art ġew identifikati għall-bijofjuwils prodotti minn materja prima li għalihom ġiet osservata espansjoni sinifikanti taż-żona tal-produzzjoni f'art b'ħażna kbira ta' karbonju. Għaldaqstant, il-fjuwils ibbażati fuq l-għelejjel tal-għalf u tal-ikel jenħtieġ li ma jiġux promossi. Dan l-approċċ huwa konformi mal-politika tal-Unjoni u b'mod partikolari mad-Direttiva (UE) 2018/2001 li tillimita u tistabbilixxi limitu massimu fuq l-użu ta' tali bijofjuwils fit-trasport bit-triq u bil-ferrovija, meta jiġu kkunsidrati l-benefiċċji ambjentali aktar baxxi tagħhom, prestazzjoni aktar baxxa f'termini ta' potenzjal ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u tħassib usa' dwar is-sostenibbiltà. Minbarra l-emissjonijiet ta' gassijiet serra marbuta mat-tibdil indirett fl-użu tal-art – li huwa kapaċi jċaħħad parti mit-tnaqqis jew it-tnaqqis kollu tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra ta' bijofjuwils individwali – it-tibdil indirett fl-użu tal-art joħloq riskji wkoll għall-bijodiversità. Dan ir-riskju huwa partikolarment serju b'rabta ma' espansjoni potenzjalment kbira tal-produzzjoni ddeterminata minn żieda sinifikanti fid-domanda. Is-settur tal-avjazzjoni bħalissa għandu livelli insinifikanti ta' domanda għall-bijofjuwils ibbażati fuq l-għelejjel tal-ikel u tal-għalf, peress li aktar minn 99 % tal-fjuwils tal-avjazzjoni użati bħalissa huma ta' oriġini fossili. Għalhekk huwa xieraq li jiġi evitat il-ħolqien ta' domanda potenzjalment kbira ta' bijofjuwils ibbażati fuq l-għelejjel tal-ikel u tal-għalf billi jiġi promoss l-użu tagħhom skont dan ir-Regolament. In-nuqqas ta' eliġibbiltà tal-bijofjuwils ibbażati fuq l-għelejjel skont dan ir-Regolament jimminimizza wkoll kwalunkwe riskju li jitnaqqas ir-ritmu tad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport bit-triq, li altrimenti jista' jirriżulta minn bidla ta' bijofjuwils ibbażati fuq l-għelejjel mit-triq għas-settur tal-avjazzjoni. Huwa essenzjali li tiġi minimizzata bidla bħal din, peress li t-trasport bit-triq bħalissa għadu bil-bosta l-aktar settur tat-trasport li jniġġes.
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 17a (ġdida)
(17a) Informazzjoni preċiża u korretta dwar il-karatteristiċi tal-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli hija ta' importanza kbira għall-funzjonament xieraq ta' dan ir-Regolament. Sabiex tiġi promossa l-fiduċja tal-konsumatur u jiġu żgurati t-trasparenza u t-traċċabbiltà, il-fornituri tal-fjuwil huma responsabbli biex jipprovdu l-informazzjoni korretta fir-rigward tal-karatteristiċi tal-fjuwil fornut, il-karatteristiċi tas-sostenibbiltà tiegħu u l-oriġini tal-materja prima użata fil-produzzjoni tal-fjuwil. Dik l-informazzjoni hija rrapportata fil-Bażi ta' Data tal-Unjoni, stabbilita skont l-Artikolu 28 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 (id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli). Fornituri tal-fjuwil li jkun ġie ppruvat li pprovdew informazzjoni qarrieqa jew mhux preċiża dwar il-karatteristiċi jew l-oriġini tal-fjuwils li jipprovdu jenħtieġ li jkunu soġġetti għal penali. L-Istati Membri jeħtiġilhom jiżguraw li l-fornituri tal-fjuwil idaħħlu informazzjoni f'waqtha u preċiża fil-Bażi ta' Data tal-Unjoni u li dik l-informazzjoni tiġi vverifikata u awditjata. Sabiex tiġi miġġielda l-possibbiltà ta' frodi u peress li parti sostanzjali tal-materja prima meħtieġa għall-produzzjoni ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli tiġi minn barra l-Unjoni, huwa meħtieġ li l-Istati Membri, b'kooperazzjoni mal-korpi Ewropej rilevanti, isaħħu l-mekkaniżmu ta' kontroll għall-vjeġġi, inkluż billi jwettqu spezzjonijiet fuq il-post. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni se tippubblika Regolament ta' Implimentazzjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni tas-sostenibbiltà f'konformità mal-Artikolu 30(8) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 sabiex tkompli tarmonizza u ssaħħaħ ir-regoli dwar l-affidabbiltà, it-trasparenza u l-awditjar indipendenti kif ukoll dwar il-kooperazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fis-superviżjoni tal-awditi.
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 18
(18) Huwa meħtieġ qafas ta' sostenibbiltà uniku, ċar u sod biex tiġi pprovduta ċertezza għall-atturi tal-industriji tal-avjazzjoni u tal-fjuwils, dwar l-eliġibbiltà ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli skont dan ir-Regolament. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ma' politiki relatati oħrajn tal-UE, l-eliġibbiltà ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli jenħtieġ li tiġi determinata skont il-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 2018/200112.
(18) Huwa meħtieġ qafas ta' sostenibbiltà uniku, ċar u sod biex tiġi pprovduta ċertezza u kontinwità legali għall-atturi tal-industriji tal-avjazzjoni u tal-fjuwils, dwar l-eliġibbiltà ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli skont dan ir-Regolament. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ma' politiki relatati oħrajn tal-UE, l-eliġibbiltà ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli jenħtieġ li tiġi determinata skont il-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/200112.
(19) Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkollu l-għan li jiżgura li l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jkunu jistgħu jikkompetu abbażi ta' opportunitajiet indaqs fir-rigward tal-aċċess għal fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli. Sabiex tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni fis-suq tas-servizzi tal-ajru, l-ajruporti kollha tal-Unjoni koperti minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu pprovduti b'ishma minimi uniformi ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli. Filwaqt li s-suq huwa liberu li jforni u juża kwantitajiet akbar ta' fjuwils sostenibbli, dan ir-Regolament jenħtieġ li jiżgura li l-ishma minimi obbligatorji ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli jkunu l-istess madwar l-ajruporti kollha koperti. Dan jissostitwixxi kwalunkwe rekwiżit stabbilit direttament jew indirettament fil-livell nazzjonali jew reġjonali li jeħtieġ li l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jew il-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni jużaw jew ifornu fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli b'miri differenti minn dawk stabbiliti skont dan ir-Regolament. Sabiex jinħoloq qafas legali ċar u prevedibbli u b'hekk jiġu mħeġġa l-iżvilupp u l-użu tas-suq tal-aktar teknoloġiji sostenibbli u innovattivi b'potenzjal ta' tkabbir biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet futuri tal-fjuwil, dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi ishma minimi li jiżdiedu gradwalment tal-fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi maż-żmien. L-istabbiliment ta' obbligu sekondarju ddedikat għall-fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi huwa meħtieġ fid-dawl tal-potenzjal sinifikanti ta' dekarbonizzazzjoni ta' tali fjuwils, u fid-dawl tal-kostijiet tal-produzzjoni stmati attwali tagħhom. Meta jiġu prodotti mill-elettriku rinnovabbli u mill-karbonju li jinqabad direttament mill-arja, il-fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi jistgħu jiksbu tnaqqis fl-emissjonijiet ta' 100 % meta mqabbel mal-fjuwil tal-avjazzjoni konvenzjonali. Dawn għandhom ukoll vantaġġi notevoli meta mqabbla ma' tipi oħra ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli fir-rigward tal-effiċjenza fir-riżorsi (b'mod partikolari għall-ħtiġijiet tal-ilma) tal-proċess tal-produzzjoni. Madankollu, il-kostijiet tal-produzzjoni tal-fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi bħalissa huma stmati għal bejn tlieta u sitt darbiet ogħla mill-prezz tas-suq tal-fjuwil tal-avjazzjoni konvenzjonali. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi obbligu sekondarju ddedikat għal din it-teknoloġija. Tipi oħra ta' fjuwils sintetiċi, bħal fjuwils sintetiċi b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju li jiksbu tnaqqis kbir ta' gassijiet serra, jistgħu jiġu kkunsidrati għall-inklużjoni fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament matul ir-reviżjonijiet futuri, fejn tali fjuwils jiġu ddefiniti skont id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli.
(19) Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkollu l-għan li jiżgura li l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jkunu jistgħu jikkompetu abbażi ta' opportunitajiet indaqs fir-rigward tal-aċċess għal fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli. Sabiex tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni fis-suq tas-servizzi tal-ajru, l-ajruporti kollha tal-Unjoni koperti minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu pprovduti b'ishma minimi uniformi ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli. Filwaqt li s-suq huwa liberu li jforni u juża kwantitajiet akbar ta' fjuwils sostenibbli, dan ir-Regolament jenħtieġ li jiżgura li l-ishma minimi obbligatorji ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli jkunu l-istess madwar l-ajruporti kollha koperti. Id-disponibbiltà tal-materja prima u l-kapaċità tal-produzzjoni tal-fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli mhumiex illimitati. Sitwazzjoni li fiha xi Stati Membri jadottaw obbligi ġenerali ogħla ta' provvista ta' fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli fil-livell nazzjonali tintensifika l-kompetizzjoni għall-materja prima ma' setturi oħra tat-trasport u tal-enerġija u tista' twassal għal nuqqasijiet ta' provvista f'reġjuni oħra. Dan jimmina l-kapaċità tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru f'dawn ir-reġjuni li jiddekarbonizzaw, u jżid b'mod inġust l-ispiża għal dawk l-operaturi tal-inġenji tal-ajru tal-konformità b'mod partikolari mal-EU ETS, u jwassal għal distorsjonijiet tas-suq u żvantaġġ kompetittiv ġenerali. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit iffissar ta' miri komuni fil-livell tal-UE għall-produzzjoni ġenerali u għall-użu ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli. Dan ir-Regolament jissostitwixxi kwalunkwe rekwiżit stabbilit direttament jew indirettament fil-livell nazzjonali jew reġjonali li jeħtieġ li l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jew il-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni jużaw jew ifornu fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli b'miri differenti minn dawk stabbiliti skont dan ir-Regolament. Sabiex jinħoloq qafas legali ċar u prevedibbli u b'hekk jiġu mħeġġa l-iżvilupp u l-użu tas-suq tal-aktar teknoloġiji sostenibbli u innovattivi b'potenzjal ta' tkabbir biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet futuri tal-fjuwil, dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi ishma minimi li jiżdiedu gradwalment tal-fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi maż-żmien. L-istabbiliment ta' obbligu sekondarju ddedikat għall-fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi huwa meħtieġ fid-dawl tal-potenzjal sinifikanti ta' dekarbonizzazzjoni ta' tali fjuwils, u fid-dawl tal-kostijiet tal-produzzjoni stmati attwali tagħhom. Meta jiġu prodotti mill-elettriku rinnovabbli u mill-karbonju li jinqabad direttament mill-arja, il-fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi jistgħu jiksbu tnaqqis fl-emissjonijiet ta' 100 % meta mqabbel mal-fjuwil tal-avjazzjoni konvenzjonali. Dawn għandhom ukoll vantaġġi notevoli meta mqabbla ma' tipi oħra ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli fir-rigward tal-effiċjenza fir-riżorsi (b'mod partikolari għall-ħtiġijiet tal-ilma) tal-proċess tal-produzzjoni. Madankollu, il-kostijiet tal-produzzjoni tal-fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi bħalissa huma stmati għal bejn tlieta u sitt darbiet ogħla mill-prezz tas-suq tal-fjuwil tal-avjazzjoni konvenzjonali. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi obbligu sekondarju ddedikat għal din it-teknoloġija. Tipi oħra ta' fjuwils sintetiċi, bħal fjuwils sintetiċi b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju li jiksbu tnaqqis kbir ta' gassijiet serra, jistgħu jiġu kkunsidrati għall-inklużjoni fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament matul ir-reviżjonijiet futuri, fejn tali fjuwils jiġu ddefiniti skont id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli. Barra minn hekk, il-fjuwils sintetiċi tal-avjazzjoni b'CO2 derivat minn qbid mill-arja (DAC) jista' jkollhom rwol importanti minħabba l-kapaċità tagħhom li jiksbu l-karbonju minn sorsi sostenibbli u jenħtieġ li jiġu promossi ulterjorment.
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 19a (ġdida)
(19a) Id-disponibbiltà tal-materja prima u l-kapaċità tal-produzzjoni tal-fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli mhumiex illimitati. Kompetizzjoni intensifikata għal materja prima limitata tista' twassal għal nuqqasijiet ta' provvista u distorsjonijiet tas-suq u b'hekk taffettwa b'mod negattiv il-kompetittività tas-settur tal-avjazzjoni kollu kemm hu. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi u tiġi evitata frammentazzjoni tas-suq intern, jenħtieġ li japplikaw rekwiżiti armonizzati fl-Unjoni kollha dwar l-ishma minimi tal-użu tal-SAF. Madankollu, filwaqt li jiżguraw il-kisba ta' dawn l-ishma ta' volum armonizzati tal-UE f'konformità mal-Anness I, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri nazzjonali, politiki u inizjattivi ta' appoġġ bil-għan li jżidu l-livell ta' produzzjoni u l-użu ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli, inklużi fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi, fit-territorju tagħhom, pereżempju billi jipprovdu appoġġ finanzjarju. Tali azzjonijiet nazzjonali jenħtieġ li jkunu trasparenti, nondiskriminatorji, proporzjonati u ta' natura ġenerali miftuħa għall-intrapriżi kollha. Barra minn hekk, peress li dan ir-Regolament ma jiddefinix sehem massimu ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli, il-linji tal-ajru u l-fornituri tal-fjuwil jistgħu jsegwu politiki ambjentali aktar ambizzjużi b'użu u provvista ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli ogħla fin-network ġenerali tal-operazzjonijiet tagħhom, filwaqt li jevitaw it-tankering tal-fjuwil. Għal dan il-għan, il-linji tal-ajru u l-fornituri tal-fjuwil jistgħu, permezz ta' arranġamenti kuntrattwali, jaqblu dwar impenji reċiproċi biex jipproduċu, ifornu u jixtru kwantitajiet predeterminati ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli, inklużi dawk li jaqbżu l-ishma tal-volum minimu stabbiliti fl-Anness I. Tali arranġamenti kuntrattwali jistgħu jkopru wkoll ir-responsabbiltà u jistabbilixxu kundizzjonijiet għal kumpens finanzjarju f'każijiet ta' nuqqas ta' konsenja.
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 19b (ġdida)
(19b) Id-domanda tal-konsumatur jista' jkollha rwol importanti fl-iżvilupp lejn avjazzjoni aktar sostenibbli. Madankollu, biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata, hija meħtieġa informazzjoni aktar robusta, affidabbli, indipendenti u armonizzata dwar l-impatt ambjentali tat-titjiriet, f'konformità mal-Pjan ta' Azzjoni għal Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti. Għal dan il-għan, jenħtieġ li tiġi stabbilita sistema komprensiva ta' tikkettar tal-Unjoni għall-prestazzjoni ambjentali tal-avjazzjoni li tista' tipprovdi lill-utenti tas-servizzi tal-avjazzjoni informazzjoni ċara, trasparenti, komprensiva, faċli biex tintuża u li tinftiehem faċilment dwar il-prestazzjoni ambjentali tal-avjazzjoni. Dan jiggwida l-għażliet tal-konsumaturi u jippromwovi aktar l-użu ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli u miżuri oħra ta' sostenibbiltà mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru. L-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA) diġà hija responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni ambjentali tal-inġenji tal-ajru u ilha taħdem flimkien mal-partijiet ikkonċernati biex tiżviluppa sistema ta' tikkettar ambjentali għall-avjazzjoni li tkopri inġenji tal-ajru, operaturi tal-inġenji tal-ajru u titjiriet kummerċjali. L-EASA jenħtieġ li tkun inkarigata bl-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-funzjonament ulterjuri ta' sistema bħal din biex tiżgura l-indipendenza, ir-robustezza teknika u s-sinerġiji ma' miżuri oħra tal-UE.
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 20
(20) Huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-ishma minimi ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli jkunu jistgħu jiġu fornuti b'suċċess lis-suq tal-avjazzjoni mingħajr nuqqas ta' provvista. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jiġi ppjanat biżżejjed żmien ta' tħejjija biex l-industrija tal-fjuwils rinnovabbli tkun tista' tiżviluppa l-kapaċità tal-produzzjoni kif xieraq. Il-provvista ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli jenħtieġ li ssir obbligatorja mill-2025. Bl-istess mod, sabiex is-suq jiġi pprovdut b'ċertezza u prevedibbiltà legali u l-investimenti jiġu xprunati b'mod durabbli lejn il-kapaċità ta' produzzjoni sostenibbli tal-fjuwils tal-avjazzjoni, it-termini ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu stabbli fuq perjodu ta' żmien twil.
(20) Huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-ishma minimi ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli jkunu jistgħu jiġu fornuti b'suċċess lis-suq tal-avjazzjoni mingħajr nuqqas ta' provvista. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jiġi ppjanat biżżejjed żmien ta' tħejjija u jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' flessibbiltà biex l-industrija tal-fjuwils rinnovabbli tkun tista' tiżviluppa l-kapaċità tal-produzzjoni kif xieraq u l-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni u l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jkunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom bl-aktar mod kosteffettiv, mingħajr ma jitnaqqsu l-ambizzjonijiet ambjentali ġenerali ta' dan ir-Regolament. Il-provvista ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli jenħtieġ li tibda fl-2025, bil-flessibbiltà prevista fil-mekkaniżmu ta' flessibbiltà tal-SAF. Bl-istess mod, sabiex is-suq jiġi pprovdut b'ċertezza u prevedibbiltà legali u l-investimenti jiġu xprunati b'mod durabbli lejn il-kapaċità ta' produzzjoni sostenibbli tal-fjuwils tal-avjazzjoni, it-termini ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu stabbli fuq perjodu ta' żmien twil.
Emenda 24 Proposta għal regolament Premessa 21
(21) Bl-introduzzjoni u ż-żieda ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli fl-ajruporti tal-Unjoni, il-prattiki tat-tankering tal-fjuwil jistgħu jiġu aggravati bħala konsegwenza taż-żidiet fil-kostijiet tal-fjuwil tal-avjazzjoni. Il-prattiki tat-tankering tal-fjuwil ma humiex sostenibbli u jenħtieġ li jiġu evitati peress li jimminaw l-isforzi tal-Unjoni biex tnaqqas l-impatti ambjentali mit-trasport. Dawn imorru kontra l-objettivi tad-dekarbonizzazzjoni tal-avjazzjoni peress li żieda fil-piż tal-inġenji tal-ajru żżid il-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet relatati fuq titjira partikolari. Il-prattiki tat-tankering ipoġġu wkoll f'riskju l-kundizzjonijiet ekwi fl-Unjoni bejn l-operaturi tal-inġenji tal-ajru, u anke bejn l-ajruporti. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jeħtieġ li l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jagħmlu riforniment qabel ma jitilqu minn ajruport partikolari tal-Unjoni. L-ammont ta' fjuwil li jkun ġie ppumpjat qabel it-tluq minn ajruport partikolari tal-Unjoni jenħtieġ li jkun proporzjonat mal-ammont ta' fjuwil meħtieġ biex jiġu operati t-titjiriet li jitilqu minn dak l-ajruport, filwaqt li titqies il-konformità meħtieġa mar-regoli dwar is-sikurezza tal-fjuwil. Ir-rekwiżit jiżgura li l-kundizzjonijiet ugwali għall-operazzjonijiet fl-Unjoni japplikaw bl-istess mod għall-operaturi tal-Unjoni u dawk barranin, filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni ambjentali. Peress li r-Regolament ma jiddefinixxix sehem massimu ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli fil-fjuwils kollha tal-avjazzjoni, il-linji tal-ajru u l-fornituri tal-fjuwil jistgħu jsegwu politiki ambjentali aktar ambizzjużi b'użu u provvista ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli ogħla fin-network ġenerali tal-operazzjonijiet tagħhom, filwaqt li jevitaw it-tankering tal-fjuwil.
(21) Bl-introduzzjoni u ż-żieda ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli fl-ajruporti tal-Unjoni, il-prattiki tat-tankering tal-fjuwil għal raġunijiet ekonomiċi jistgħu jiġu aggravati bħala konsegwenza taż-żidiet fil-kostijiet tal-fjuwil tal-avjazzjoni. Il-prattiki tat-tankering tal-fjuwil għal raġunijiet ekonomiċi ma humiex sostenibbli u jenħtieġ li jiġu evitati peress li jimminaw l-isforzi tal-Unjoni biex tnaqqas l-impatti ambjentali mit-trasport. Dawn imorru kontra l-objettivi tad-dekarbonizzazzjoni tal-avjazzjoni peress li żieda fil-piż tal-inġenji tal-ajru żżid il-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet relatati fuq titjira partikolari. Il-prattiki tat-tankering ipoġġu wkoll f'riskju l-kundizzjonijiet ekwi fl-Unjoni bejn l-operaturi tal-inġenji tal-ajru, u anke bejn l-ajruporti. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jirrikjedi li l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jagħmlu riforniment qabel ma jitilqu minn ajruport partikolari tal-Unjoni. L-ammont ta' fjuwil li jkun ġie ppumpjat qabel it-tluq minn ajruport partikolari tal-Unjoni jenħtieġ li jkun proporzjonat mal-ammont ta' fjuwil meħtieġ biex jiġu operati t-titjiriet li jitilqu minn dak l-ajruport, filwaqt li titqies il-konformità meħtieġa mar-regoli dwar is-sikurezza tal-fjuwil. Ir-rekwiżit jiżgura li l-kundizzjonijiet ugwali għall-operazzjonijiet fl-Unjoni japplikaw bl-istess mod għall-operaturi tal-Unjoni u dawk barranin, filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni ambjentali. Peress li r-Regolament ma jiddefinix sehem massimu ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli fil-fjuwils kollha tal-avjazzjoni, il-linji tal-ajru u l-fornituri tal-fjuwil jistgħu jsegwu politiki ambjentali aktar ambizzjużi b'użu u provvista ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli ogħla fin-network ġenerali tal-operazzjonijiet tagħhom, filwaqt li jevitaw it-tankering tal-fjuwil. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi kemm għat-titjiriet intra-UE kif ukoll għal dawk extra-UE, jenħtieġ li l-Kummissjoni timmonitorja, tevalwa u tirrapporta regolarment dwar il-każijiet ta' tankering tal-fjuwil.
Emenda 25 Proposta għal regolament Premessa 21a (ġdida)
(21a) L-użu ulterjuri ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli, li tipikament ikollhom konċentrazzjonijiet aromatiċi aktar baxxi u kontenut ta' kubrit aktar baxx, jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-impatti klimatiċi mhux tas-CO2. Tnaqqis ulterjuri tal-kontenut aromatiku u ta' kubrit fil-fjuwils tal-avjazzjoni jista' jnaqqas l-formazzjoni ta' sħab ta' kondensazzjoni tat-tip cirrus, itejjeb il-kwalità tal-arja fl-ajruporti u madwarhom, u jtejjeb il-kwalità tal-fjuwil għall-benefiċċju tal-linji tal-ajru, kemm permezz tad-densità għolja tal-enerġija kif ukoll minħabba spejjeż ta' manutenzjoni aktar baxxi minħabba livelli aktar baxxi ta' nugrufun. Madankollu, it-tnaqqis tal-konċentrazzjonijiet aromatiċi fil-fjuwils tal-avjazzjoni jeħtieġ li jsir filwaqt li jiġu rispettati r-regoli internazzjonali dwar is-sikurezza tal-fjuwil u jiġu ppreservati kundizzjonijiet ekwi internazzjonali. Għalhekk, l-EASA jenħtieġ li timmonitorja l-kontenut ta' sustanzi aromatiċi u kubrit fil-fjuwils konvenzjonali tal-avjazzjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2025, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta miżuri possibbli, inklużi, fejn xieraq, proposti leġiżlattivi u standards tal-kwalità tal-fjuwil, biex jiġi ottimizzat il-kontenut aromatiku fil-fjuwil tal-avjazzjoni.
Emenda 26 Proposta għal regolament Premessa 21b (ġdida)
(21b) Minbarra l-effetti tagħha ta' tisħin klimatiku, l-avjazzjoni għandha wkoll impatt negattiv fuq il-kwalità tal-arja.L-aktar sustanzi li jniġġsu sinifikanti huma l-materja partikolata (PM), inklużi l-partikuli ultrafini, l-ossidi tan-nitroġenu (NOX) u l-komposti organiċi volatili (VOCs), u wħud minn dawn is-sustanzi li jniġġsu primarji jipproduċu sustanzi li jniġġsu oħra1a.Filwaqt li hemm bżonn li ssir aktar riċerka dwar l-effetti tal-partikuli ultrafini fuq is-saħħa, diversi studji kkonstataw effetti fuq perjodu ta' żmien qasir u fit-tul tal-esponiment għall-partikuli ultrafini, inklużi l-mortalità, il-mard iskemiku tal-qalb u l-morbożità pulmonari1b.It-tniġġis tal-arja jikkontribwixxi wkoll għat-telfien tal-bijodiversità permezz tal-ħsara lill-ekosistemi.
_________________
1aEASA, Avjazzjoni u tniġġis tal-arja:https://www.easa.europa.eu/eaer/topics/adapting-changing-climate/air-quality
1bLinji gwida tad-WHO dwar il-Kwalità tal-Arja Globali 2021:https://apps.who.int/iris/bitstream/handle/10665/345329/9789240034228-eng.pdf?sequence=1&isAllowed=y
Emenda 27 Proposta għal regolament Premessa 22
(22) L-ajruporti koperti minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jiżguraw li tiġi prevista l-infrastruttura kollha meħtieġa għall-kunsinna, għall-ħżin u għar-riforniment tal-avjazzjoni sostenibbli, sabiex ma jkunx hemm ostaklu fir-rigward tal-użu ta' tali fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli. Jekk ikun meħtieġ, l-Aġenzija jenħtieġ li tkun tista' teħtieġ lil ajruport tal-Unjoni jipprovdi informazzjoni dwar l-infrastruttura disponibbli li tippermetti distribuzzjoni u riforniment ta' fjuwil bla xkiel tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru bi fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli. Ir-rwol tal-Aġenzija jenħtieġ li jippermetti lill-ajruporti u lil-linji tal-ajru jkollhom punt fokali komuni, fil-każ fejn tkun meħtieġa kjarifika teknika dwar id-disponibbiltà tal-infrastruttura tal-fjuwil.
(22) Huwa importanti li jiġi żgurat li tiġi prevista l-infrastruttura kollha meħtieġa għall-kunsinna, għall-ħżin u għar-riforniment tal-avjazzjoni sostenibbli, kif ukoll aċċess kontinwu u mingħajr interruzzjonijiet għal-fornituri tal-fjuwil biex jittrasportaw l-infrastruttura tal-fjuwil, sabiex ma jkunx hemm ostaklu fir-rigward tal-użu ta' tali fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jqis kif xieraq id-diversi mudelli ta' governanza għall-ajruporti madwar l-Unjoni. F'dan ir-rigward, l-ajruporti koperti minn dan ir-Regolament, jew, fejn applikabbli, il-korp ta' ġestjoni rilevanti li għalih l-infrastruttura ċentralizzata tal-ajruport ġiet riżervata mill-Istat Membru kkonċernat kif imsemmi fl-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE ("id-Direttiva tal-Groundhandling"), jenħtieġ għalhekk li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipprovdu l-infrastruttura meħtieġa għall-kunsinna, il-ħżin u l-ippumpjar ta' tali fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli u l-aċċess tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru għalihom. Fejn ir-responsabbiltà aħħarija għall-forniment tal-infrastruttura tal-fjuwil fl-ajruport tal-Unjoni tittieħed, skont arranġamenti kuntrattwali, minn entità għajr l-ajruport tal-Unjoni, jew fejn applikabbli, il-korp ta' amministrazzjoni ta' ajruport, dik l-entità jenħtieġ li tkun responsabbli skont l-arranġament kuntrattwali għall-konformità mal-obbligu skont l-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament. Jekk ikun meħtieġ, l-Aġenzija jenħtieġ li tkun tista' tirrikjedi lil ajruport tal-Unjoni jipprovdi informazzjoni dwar l-infrastruttura disponibbli li tippermetti distribuzzjoni u riforniment ta' fjuwil bla xkiel tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru bi fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli. Ir-rwol tal-Aġenzija jenħtieġ li jippermetti lill-ajruporti u lil-linji tal-ajru jkollhom punt fokali komuni, fil-każ fejn tkun meħtieġa kjarifika teknika dwar id-disponibbiltà tal-infrastruttura tal-fjuwil. Meta inġenji tal-ajru li jaħdmu bl-elettriku jew bl-idroġenu jsiru maturi u disponibbli kummerċjalment, ikun meħtieġ li l-ajruporti koperti minn dan ir-Regolament jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiffaċilitaw infrastruttura xierqa għall-iċċarġjar tal-idroġenu u elettriku għall-inġenji tal-ajru, skont il-pjan ta' użu rispettiv tal-qafas ta' politika nazzjonali, kif stabbilit fir-Regolament propost dwar l-użu ta' infrastruttura ta' fjuwils alternattivi. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi żgurat il-forniment tal-provvista tal-elettriku lil inġenji tal-ajru stazzjonarji, f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament XXX [ir-Regolament AFIR].
Emenda 28 Proposta għal regolament Premessa 22a (ġdida)
(22a) Ħafna ajruporti tal-Unjoni jiġu fornuti bil-fjuwil tal-avjazzjoni prinċipalment permezz ta' pipelines minn raffineriji jew stazzjonijiet ta' taħlit fejn jeħtieġ li jsir it-taħlit tal-SAF biex jiġu ssodisfati l-ispeċifikazzjonijiet tas-sikurezza u tas-sostenibbiltà. Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jippermettu l-aċċess kontinwu u mingħajr interruzzjonijiet tal-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni għall-infrastruttura tal-fjuwils tal-avjazzjoni tat-trasport ċivili biex jipprovdu kemm fjuwils tal-avjazzjoni konvenzjonali kif ukoll fjuwils tal-avjazzjoni li jkun fihom ishma ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli. Il-konsenja tal-SAF lill-ajruporti tal-Unjoni fi kwantitajiet suffiċjenti biex jissodisfaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I b'mezzi alternattivi bħal bit-triq/bit-trakk mir-raffineriji u mill-istazzjonijiet ta' taħlit hija loġistikament, prattikament u minn perspettiva ta' kost u ta' penali tas-CO2 mhux fattibbli. Se jkun essenzjali li jintużaw dawn il-pipelines minbarra l-pipelines li huma proprjetà tal-fornituri tal-fjuwil - fejn jeżistu - kif ukoll il-faċilitajiet ferrovjarji diġà stabbiliti, sabiex jitwassal l-SAF minimu meħtieġ skont dan ir-Regolament.
Emenda 29 Proposta għal regolament Premessa 24
(24) L-operaturi tal-inġenji tal-ajru jenħtieġ li jkunu meħtieġa wkoll jirrapportaw kull sena dwar l-ippumpjar reali tagħhom tal-fjuwil tal-avjazzjoni għal kull ajruport tal-Unjoni, sabiex jagħtu prova li ma kien hemm l-ebda tankering tal-fjuwil. Jenħtieġ li r-rapporti jiġu vverifikati minn verifikaturi indipendenti u jiġu trażmessi lill-Aġenzija għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-konformità. Jenħtieġ li l-verifikaturi jiddeterminaw l-akkuratezza tal-fjuwil tal-avjazzjoni annwali meħtieġ irrapportat mill-operaturi permezz ta' għodda approvata mill-Kummissjoni.
(24) L-operaturi tal-inġenji tal-ajru jenħtieġ li jkunu meħtieġa wkoll jirrapportaw kull sena dwar l-ippumpjar reali tagħhom tal-fjuwil tal-avjazzjoni għal kull ajruport tal-Unjoni, sabiex jagħtu prova li ma kien hemm l-ebda tankering tal-fjuwil għal raġunijiet ekonomiċi. Jenħtieġ li r-rapporti jiġu vverifikati minn verifikaturi indipendenti u jiġu trażmessi lill-Aġenzija għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-konformità. Jenħtieġ li l-verifikaturi jiddeterminaw l-akkuratezza tal-fjuwil tal-avjazzjoni annwali meħtieġ irrapportat mill-operaturi permezz ta' għodda approvata mill-Kummissjoni.
Emenda 30 Proposta għal regolament Premessa 26a (ġdida)
(26a) L-introduzzjoni fl-Unjoni ta' mandat dwar l-użu ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli tista' twassal għal żvantaġġ kompetittiv mhux xieraq għal-linji tal-ajru tal-UE li joperaw titjiriet diretti fit-tul minn ajruport tal-Unjoni meta mqabbla mal-kompetituri tagħhom li jagħmlu konnessjonijiet permezz ta' hub ta' ajruport barra l-Unjoni. Sabiex jiġi promoss ulterjorment l-użu ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli fl-Unjoni, li għalihom ikun hemm previżjoni ta' differenza sostenibbli fil-prezz meta mqabbel ma' fjuwil konvenzjonali, il-linji tal-ajru jenħtieġ li jkunu intitolati jiksbu kwoti b'xejn għall-ippumpjar tal-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli taħt l-iskema ETS.
Emenda 31 Proposta għal regolament Premessa 27
(27) Huwa essenzjali li l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jkunu jistgħu jitolbu l-użu ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli fl-ambitu ta' skemi ta' gassijiet serra bħall-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet jew CORSIA, skont ir-rotta tat-titjiriet tagħhom. Madankollu, huwa essenzjali li dan ir-regolament ma jwassalx għal għadd doppju ta' tnaqqis fl-emissjonijiet. L-operaturi tal-inġenji tal-ajru jenħtieġ li jitħallew biss jitolbu benefiċċji għall-użu ta' lott identiku ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli darba. Il-fornituri tal-fjuwil jenħtieġ li jintalbu jipprovdu mingħajr ħlas lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru kwalunkwe informazzjoni li tappartjeni għall-proprjetajiet tal-fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli mibjugħ lil dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru u li tkun rilevanti għall-finijiet ta' rapportar mill-operatur tal-inġenji tal-ajru skont dan ir-Regolament jew l-iskemi ta' gassijiet serra.
(27) Sabiex jiġi promoss l-użu ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli, li għandhom differenza sostanzjali fil-prezz meta mqabbla mal-fjuwils konvenzjonali, huwa essenzjali li l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jkunu jistgħu jitolbu l-użu ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli fl-ambitu ta' skemi ta' gassijiet serra bħall-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet jew CORSIA, skont ir-rotta tat-titjiriet tagħhom. Madankollu, huwa essenzjali li dan ir-regolament ma jwassalx għal għadd doppju ta' tnaqqis fl-emissjonijiet. L-operaturi tal-inġenji tal-ajru jenħtieġ li jitħallew biss jitolbu benefiċċji għall-użu ta' lott identiku ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli darba. Il-fornituri tal-fjuwil jenħtieġ li jintalbu jipprovdu mingħajr ħlas lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru kwalunkwe informazzjoni li tappartjeni għall-proprjetajiet tal-fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli mibjugħ lil dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru u li tkun rilevanti għall-finijiet ta' rapportar mill-operatur tal-inġenji tal-ajru skont dan ir-Regolament jew l-iskemi ta' gassijiet serra.
Emenda 32 Proposta għal regolament Premessa 28
(28) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi tas-suq intern tal-avjazzjoni u l-aderenza mal-ambizzjonijiet klimatiċi tal-Unjoni, dan ir-Regolament jenħtieġ li jintroduċi penali effettivi, proporzjonati u dissważivi fuq il-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni u l-operaturi tal-inġenji tal-ajru f'każ ta' nuqqas ta' konformità. Il-livell tal-penali jeħtieġ li jkun proporzjonat għall-ħsara ambjentali u għall-preġudizzju għall-kundizzjonijiet ekwi tas-suq intern ikkawżati min-nuqqas ta' konformità. Meta jimponu multi amministrattivi, l-awtoritajiet jenħtieġ li jqisu l-evoluzzjoni tal-prezz tal-fjuwil tal-avjazzjoni u tal-fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli fis-sena ta' rapportar;
(28) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi tas-suq intern tal-avjazzjoni u l-aderenza mal-ambizzjonijiet klimatiċi tal-Unjoni, dan ir-Regolament jenħtieġ li jintroduċi penali effettivi, proporzjonati u dissważivi fuq il-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni u l-operaturi tal-inġenji tal-ajru f'każ ta' nuqqas ta' konformità. Il-livell tal-penali jeħtieġ li jkun proporzjonat għall-ħsara ambjentali u għall-preġudizzju għall-kundizzjonijiet ekwi tas-suq intern ikkawżati min-nuqqas ta' konformità. Meta jimponu multi amministrattivi u penali oħra, l-awtoritajiet jenħtieġ li jqisu l-evoluzzjoni tal-prezz tal-fjuwil tal-avjazzjoni u tal-fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli fis-sena ta' rapportar u jistgħu jqisu wkoll il-grad ta' nuqqas ta' konformità, pereżempju fil-każ ta' ksur ripetut.
Emenda 33 Proposta għal regolament Premessa 29
(29) Il-penali għall-fornituri li jonqsu milli jilħqu l-miri stabbiliti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu kkomplementati mill-obbligu li s-suq jiġi pprovdut bin-nuqqas tal-ilħuq tal-kwota fis-sena sussegwenti;
(29) Il-penali għall-fornituri li jonqsu milli jilħqu l-miri stabbiliti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu kkomplementati mill-obbligu li s-suq jiġi pprovdut bin-nuqqas tal-ilħuq tal-kwota fis-sena sussegwenti. Madankollu, sabiex tiġi evitata penali doppja mhux dovuta f'każijiet li huma barra mill-kontroll dirett tal-fornitur tal-fjuwil, l-obbligu li s-suq jiġi pprovdut bin-nuqqas jenħtieġ li ma japplikax meta l-Kummissjoni tivvaluta li dan in-nuqqas huwa kkawżat minn nuqqas ta' riżorsi disponibbli.
Emenda 34 Proposta għal regolament Premessa 29a (ġdida)
(29a) It-tranżizzjoni b'suċċess lejn l-avjazzjoni sostenibbli teħtieġ approċċ integrat u l-ambjent xieraq li jippermetti li tiġi stimulata l-innovazzjoni, li jinvolvi investiment kemm pubbliku kif ukoll privat fir-riċerka u l-iżvilupp u appoġġ għall-installazzjoni mill-ġdid, it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema, kif ukoll miżuri teknoloġiċi u operazzjonali, u l-użu ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli u ta' teknoloġiji b'emissjonijiet żero, inkluża l-infrastruttura meħtieġa ta' riforniment u ċċarġjar fl-ajruporti, filwaqt li jitqies il-prinċipju "l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel". Għal dan l-iskop, id-dħul iġġenerat mill-penali skont dan ir-Regolament u jenħtieġ li jiġu allokati lil Fond għall-Avjazzjoni Sostenibbli ġdid. Barra minn hekk, l-istabbiliment, fuq bażi volontarja u taħt il-koordinazzjoni tal-Kummissjoni, ta' Alleanza Ewropea tal-SAF, fi żmien sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jista' jgħin biex jitrawmu aktar żvilupp u tkabbir tal-produzzjoni tal-SAF fl-Ewropa, inter alia billi tingħaqad il-katina tal-valur industrijali kollha, tiġi inkoraġġita l-introduzzjoni tal-aktar teknoloġiji innovattivi u jiġu identifikati l-politiki u l-iżviluppi tas-suq, filwaqt li jitqies il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika.
Emenda 35 Proposta għal regolament Premessa 29b (ġdida)
(29b) Ir-riċerka u l-innovazzjoni se jkollhom rwol sostanzjali fl-iżvilupp ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli u sintetiċi u l-bini tal-kapaċitajiet tal-produzzjoni. Jenħtieġ li fil-programmi ta' finanzjament rilevanti tal-Unjoni identifikati mill-Kummissjoni, tiġi stabbilita b'mod ċar prijorità ta' investiment rispettiva.
Emenda 36 Proposta għal regolament Premessa 29c (ġdida)
(29c) L-iżvilupp u l-produzzjoni ta' fjuwils sostenibbli tal-avjazzjoni jridu jiżdiedu b'mod esponenzjali fis-snin li ġejjin. Jenħtieġ li l-Unjoni u l-Istati Membri jinvestu fir-riċerka u l-produzzjoni ta' proġetti ta' fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli peress li dawn jippreżentaw opportunità kemm ambjentali kif ukoll industrijali. Jenħtieġ li l-produzzjoni ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli tkun ikkonċentrata fl-Unjoni, u toħloq opportunitajiet industrijali, tax-xogħol u tar-riċerka fl-Istati Membri kollha.
Emenda 37 Proposta għal regolament Premessa 30
(30) Dan ir-Regolament jenħtieġ li jinkludi dispożizzjonijiet għal rapporti perjodiċi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-evoluzzjoni tas-swieq tal-avjazzjoni u tal-fjuwils, l-effettività tal-karatteristiċi ewlenin tar-Regolament bħall-ishma minimi ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli, il-livell ta' multi amministrattivi jew ta' żviluppi ta' politika dwar l-użu sostenibbli tal-fjuwils tal-avjazzjoni fil-livell internazzjonali. Tali elementi huma kruċjali biex jipprovdu sitwazzjoni ċara tas-suq tal-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli u jenħtieġ li jitqiesu meta tiġi kkunsidrata reviżjoni tar-Regolament.
(30) Dan ir-Regolament jenħtieġ li jinkludi dispożizzjonijiet għal rapporti perjodiċi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-evoluzzjoni tas-swieq tal-avjazzjoni u tal-fjuwils, l-effettività tal-karatteristiċi ewlenin tar-Regolament bħall-ishma minimi ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli, il-livell ta' multi amministrattivi jew ta' żviluppi ta' politika dwar l-użu sostenibbli tal-fjuwils tal-avjazzjoni fil-livell internazzjonali, filwaqt li jqis b'mod dovut il-prinċipju ta' "one in, one out" u l-għar tas-simplifikazzjoni regolatorja. Tali elementi huma kruċjali biex jipprovdu sitwazzjoni ċara tas-suq tal-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli u jenħtieġ li jitqiesu meta tiġi kkunsidrata reviżjoni tar-Regolament.
Emenda 38 Proposta għal regolament Premessa 31
(31) Jenħtieġ li jiġi pprovdut perjodu tranżitorju ta' ħames snin biex jippermetti ammont raġonevoli ta' żmien għall-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni, għall-ajruporti tal-Unjoni u għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru biex jagħmlu l-investimenti teknoloġiċi u loġistiċi meħtieġa. Matul din il-fażi, il-fjuwil tal-avjazzjoni li jkun fih ishma akbar ta' fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli jista' jintuża biex jikkumpensa għal ishma iżgħar ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli jew għat-tnaqqis ta' disponibbiltà ta' fjuwil tal-avjazzjoni konvenzjonali f'ajruporti oħra.
(31) Jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' flessibbiltà b'perjodu tranżitorju ta' 10 snin mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-fornituri tal-fjuwil u l-operaturi tal-inġenji tal-ajru biex jippermettilhom ammont raġonevoli ta' żmien biex jagħmlu l-investimenti teknoloġiċi u loġistiċi meħtieġa. Matul din il-fażi, jistgħu jintużaw elementi ta' sistema "book and claim", li jippermettu lill-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni jużaw fjuwil li jkun fih ishma akbar ta' fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli biex jikkumpensa għal ishma iżgħar ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli jew għat-tnaqqis ta' disponibbiltà ta' fjuwil tal-avjazzjoni konvenzjonali f'ajruporti minuri jew limitati loġistikament, u għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru biex jixtru ċertifikat marbut mal-ammont ta' SAF miksub, filwaqt li jiggarantixxu livell għoli ta' integrità ambjentali. Dak il-mekkaniżmu ta' flessibbiltà jgħin ukoll biex jissalvagwardja l-konnettività bl-ajru billi jipprevjeni li reġjuni Ewropej inqas konnessi b'inqas trasport alternattiv jiġu affettwati b'mod sproporzjonat. Sabiex l-atturi tas-suq ma jitħallewx jabbużaw minn kwalunkwe pożizzjoni dominanti possibbli fis-suq, matul dan il-perjodu tranżitorju, il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel użu sħiħ mis-setgħat tal-kompetizzjoni tagħha skont l-Artikolu 102 tat-TFUE. Wara dak il-perjodu tranżitorju, sabiex jiġu prevenuti distorsjonijiet mingħajr bżonn tal-kompetizzjoni fis-suq intern, l-ajruporti kollha tal-Unjoni koperti minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu fornuti b'ishma minimi uniformi ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli.
Emenda 39 Proposta għal regolament Premessa 31a (ġdida)
(31a) Sabiex jintlaħqu l-miri klimatiċi tal-Unjoni għall-2030 u l-2050 u l-mira ta' 1,5 °C tal-Ftehim ta' Pariġi, jenħtieġ li l-Kummissjoni jenħtieġ li tiżviluppa pjan direzzjonali dwar kif u meta tinkiseb l-avjazzjoni ħielsa mill-fossili.
Emenda 40 Proposta għal regolament Premessa 31b (ġdida)
(31b) It-tranżizzjoni lejn fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli se jkollha wkoll l-effett sekondarju li tnaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet tal-fjuwils fossili minn pajjiżi terzi, u b'hekk iżżid is-sigurtà tal-enerġija tal-Unjoni. Il-ħtieġa ta' dan il-mossa hija aċċentwata aktar mis-sitwazzjoni politika internazzjonali attwali.
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 1 – titolu
Suġġett
Suġġett u objettiv
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru, għall-ajruporti tal-Unjoni, u għall-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni.
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru, għall-ajruporti tal-Unjoni, jew fejn applikabbli, il-korp ta' amministrazzjoni ta' ajruport, u għall-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni.
— "ajruport tal-Unjoni" tfisser ajruport kif definit fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2009/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fejn il-livell ta' traffiku tal-passiġġieri kien ogħla minn miljun passiġġier jew fejn il-livell ta' traffiku tal-merkanzija kien ogħla minn 100 000 tunnellata fil-perjodu ta' rapportar, u ma jkunx jinsab f'reġjun ultraperiferiku, kif elenkat fl-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
— "ajruport tal-Unjoni" tfisser ajruport kif definit fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill13, li ma jkunx jinsab f'reġjun ultraperiferiku, kif elenkat fl-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jew ajruport li jkun jinsab f'reġjun ultraperiferiku li ġie nnotifikat bħala ajruport tal-Unjoni lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija u lill-awtoritajiet kompetenti.
__________________
__________________
13 Id-Direttiva 2009/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-imposti tal-ajruporti
13 Id-Direttiva 2009/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-imposti tal-ajruporti
— "operatur tal-inġenji tal-ajru" tfisser persuna li operat mill-anqas 729 titjira ta' trasport kummerċjali bl-ajru li jitilqu minn ajruporti tal-Unjoni fil-perjodu ta' rapportar jew, meta dik il-persuna ma tkunx tista' tiġi identifikata, is-sid tal-inġenju tal-ajru;
— "operatur tal-inġenji tal-ajru" tfisser persuna li operat mill-inqas 52 titjira ta' trasport kummerċjali bl-ajru li jitilqu minn ajruporti tal-Unjoni fil-perjodu ta' rapportar jew, meta dik il-persuna ma tkunx tista' tiġi identifikata, is-sid tal-inġenju tal-ajru, jew persuna li operat titjiriet tat-trasport bl-ajru li jitilqu minn ajruport tal-Unjoni, li talbet lill-Kummissjoni biex tiġi ttrattata bħala operatur tal-inġenji tal-ajru għall-fini ta' dan ir-Regolament u li infurmat kif xieraq lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija u lill-awtoritajiet kompetenti;
— "Korp ta' amministrazzjoni tal-ajruport" tfisser il-korp ta' amministrazzjoni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/67/KE jew korp ieħor li għalih l-Istat Membru kkonċernat ikun irriżerva l-ġestjoni tal-infrastrutturi ċentralizzati għas-sistemi ta' distribuzzjoni tal-fjuwil skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 96/67/KE;
— "fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli" ("SAF") tfisser fjuwils tal-avjazzjoni ta' sostituzzjoni li huma jew fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi, bijofjuwils avvanzati kif definiti fil-punt 34 tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001, jew bijofjuwils prodotti mill-materja prima elenkata fil-Parti B tal-Anness IX ta' dik id-Direttiva, li jikkonformaw mal-kriterji dwar is-sostenibbiltà u l-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbiliti fl-Artikolu 29(2) sa (7) ta' dik id-Direttiva u li huma ċċertifikati f'konformità mal-Artikolu 30 ta' din id-Direttiva;
— "fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli" ("SAF") tfisser fjuwils tal-avjazzjoni ta' sostituzzjoni li huma jew: fjuwils tal-avjazzjoni ta' sostituzzjoni, fjuwils likwidi jew gassużi li huma prodotti minn gass mill-ipproċessar tal-iskart u gass tal-egżost ta' oriġini mhux rinnovabbli li jiġu prodotti bħala konsegwenza inevitabbli u mhux intenzjonata tal-proċess ta' produzzjoni fl-installazzjonijiet industrijali, kif imsemmi fil-punt 35 tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001, li jikkonformaw mal-limiti tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra msemmija fl-Artikolu 25(2), tat-tieni subparagrafu ta' dik id-Direttiva, bijofjuwils avvanzati kif definiti fil-punt 34 tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001, jew bijofjuwils prodotti mill-materja prima elenkata fil-Parti B tal-Anness IX ta' dik id-Direttiva, li jikkonformaw mal-kriterji dwar is-sostenibbiltà u l-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra stabbiliti fl-Artikolu 29(2) sa (7) ta' dik id-Direttiva u li huma ċċertifikati f'konformità mal-Artikolu 30 ta' din id-Direttiva. Sal-31 ta' Diċembru 2034 il-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli jistgħu jinkludu wkoll bijofjuwils li jikkonformaw mal-kriterji tas-sostenibbiltà u l-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbiliti fl-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 u li jkunu ċċertifikati f'konformità mal-Artikolu 30 ta' dik id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-bijofjuwils prodotti minn "għelejjel tal-ikel u tal-għalf" kif definiti fil-punt 40 tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 ta' dik id-Direttiva;
— "fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi" tfisser fjuwils li huma fjuwils rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika, kif definiti fil-punt 36 tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001, użati fl-avjazzjoni;
— "fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi" tfisser idroġenu rinnovabbli jew elettriku rinnovabbli jew fjuwils li huma fjuwils rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika, kif definiti fil-punt 36 tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001, użati fl-avjazzjoni.
— "elettriku minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli" jew "elettriku rinnovabbli" tfisser elettriku prodott minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli kif definit fil-punt 1, tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
— "idroġenu minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli" jew "idroġenu rinnovabbli" tfisser idroġenu prodott minn elettriku rinnovabbli jew minn fjuwils li huma likwidi rinnovabbli jew fjuwils gassużi ta' oriġini mhux bijoloġika, kif definit fil-punt 36, tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
— "fjuwil tal-avjazzjoni annwali meħtieġ" tfisser l-ammont ta' fjuwil tal-avjazzjoni meħtieġ biex operatur tal-inġenji tal-ajru jopera t-titjiriet ta' trasport kummerċjali bl-ajru kollha, li jitilqu minn ajruport partikolari tal-Unjoni, matul perjodu ta' rapportar;
— "fjuwil tal-avjazzjoni annwali meħtieġ" tfisser l-ammont ta' fjuwil tal-avjazzjoni definit bħala "fjuwil tal-vjaġġ" u "fjuwil tat-taxiing" skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1296, meħtieġ biex operatur tal-inġenji tal-ajru jopera t-titjiriet ta' trasport kummerċjali bl-ajru kollha, li jitilqu minn ajruport partikolari tal-Unjoni, matul perjodu ta' rapportar;
— "Mekkaniżmu ta' flessibbiltà tal-SAF" tfisser sistema li għandha tiġi stabbilita għal perjodu ta' 10 snin mid-data tal-applikazzjoni tal-Artikolu 4 u l-Artikolu 5 skont l-Artikolu 15 li biha l-provvista u l-użu ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli huma xprunati mil-libertà tas-suq bi flessibbiltà għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru u l-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni biex jirranġaw id-distribuzzjoni u l-użu ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli b'mod kosteffettiv fl-ajruporti tal-Unjoni tal-għażla tagħhom u fi proporzjon mal-ħtiġijiet tagħhom. Tali sistema, filwaqt li tinkorpora elementi ta' skema book & claim, tista' tippermetti lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru jixtru fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli permezz ta' arranġamenti kuntrattwali mal-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni u jitolbu l-użu tagħhom fl-ajruporti tal-Unjoni, fejn applikabbli, taħt skema ta' gassijiet serra f'konformità mal-Artikolu [...] tad-Direttiva (UE) 2021/0207.
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1
Il-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni għandhom jiżguraw li l-fjuwil tal-avjazzjoni kollu li jsir disponibbli għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru f'kull ajruport tal-Unjoni jkun fih sehem minimu ta' fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli, inkluż sehem minimu ta' fjuwil tal-avjazzjoni sintetiku f'konformità mal-valuri u d-dati tal-applikazzjoni stabbiliti fl-Anness I.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13, il-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni għandhom jiżguraw li l-fjuwil tal-avjazzjoni kollu li jsir disponibbli għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru f'kull ajruport tal-Unjoni jkun fih sehem minimu ta' fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli, inkluż sehem minimu ta' fjuwil tal-avjazzjoni sintetiku f'konformità mal-valuri u d-dati tal-applikazzjoni stabbiliti fl-Anness I.
Il-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli li ġejjin għandhom jiġu esklużi mill-kalkolu tal-ishma minimi ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli stabbiliti fl-Anness I:
Fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli magħmula minn għelejjel tal-ikel u tal-għalf, għelejjel intermedji, distillat tal-aċidi xaħmin tal-palm u l-materjali kollha derivati mill-palm mis-sojja, u stokk tas-sapun u d-derivattivi tiegħu
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 11(3) u (4), meta fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni jonqos milli jforni l-ishma minimi stabbiliti fl-Anness I għal perjodu ta' rapportar partikolari, huwa għandu tal-inqas jikkomplementa dak in-nuqqas fil-perjodu ta' rapportar sussegwenti.
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 11(3) u (4), meta fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni jonqos milli jforni l-ishma minimi stabbiliti fl-Anness I għal perjodu ta' rapportar partikolari, huwa għandu jirrapporta n-nuqqas, u r-raġunijiet għalih, lill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea. Fejn il-Kummissjoni tivvaluta li dan in-nuqqas mhuwiex ikkawżat minn nuqqas ta' disponibbiltà ta' riżorsi, il-fornitur tal-fjuwil għandu jagħmel kull sforz possibbli biex tal-inqas jikkomplementa dak in-nuqqas fil-perjodu ta' rapportar sussegwenti.
Il-fornituri tal-fjuwils jistgħu juru konformità mal-obbligu li jinsab fil-paragrafu 1 billi jużaw is-sistema tal-bilanċ tal-massa msemmija fl-Artikolu 30 tad-Direttiva (UE) 2018/2001.
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1
Il-kwantità annwali ta' fjuwil tal-avjazzjoni ppumpjat minn operatur ta' inġenji tal-ajru partikolari f'ajruport partikolari tal-Unjoni għandha tkun mill-inqas 90 % tal-fjuwil tal-avjazzjoni annwali meħtieġ.
Il-kwantità annwali ta' fjuwil tal-avjazzjoni ppumpjat minn operatur ta' inġenji tal-ajru partikolari f'ajruport partikolari tal-Unjoni għandha tkun mill-inqas 90 % tal-fjuwil tal-avjazzjoni annwali meħtieġ, filwaqt li titqies il-konformità meħtieġa mar-regoli dwar is-sikurezza tal-fjuwil.
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 6 – titolu
Obbligi tal-ajruporti tal-Unjoni li jipprovdu l-infrastruttura
Obbligi ta' provvosta ta' infrastruttura fl-ajruporti tal-Unjoni
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1
L-ajruporti tal-Unjoni għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru għall-fjuwils tal-avjazzjoni li jkun fihom ishma ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli f'konformità mal-Anness I u, għandhom jipprovdu l-infrastruttura meħtieġa għall-kunsinna, għall-ħżin u għall-ippumpjar tat-tali fjuwils.
L-ajruporti tal-Unjoni, jew fejn applikabbli, il-korp ta' amministrazzjoni ta' ajruport, għandhom jieħdu l-miżurikollha meħtieġa biex jiffaċilitaw l-aċċess tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru għall-fjuwils tal-avjazzjoni li jkun fihom ishma ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli f'konformità mal-Anness I u, għandhom jiffaċilitaw il-provvista tal-infrastruttura meħtieġa għall-kunsinna, għall-ħżin u għall-ippumpjar ta' tali fjuwils, inkluża infrastruttura xierqa għar-riforniment tal-idroġenu u r-riċarġjar tal-elettriku għall-inġenji tal-ajru, proporzjonata mal-użu ta' dawk l-inġenji tal-ajru, f'konformità mal-pjan ta' użu rispettiv tal-qafas ta' politika nazzjonali, kif stabbilit fl-Artikolu 13(l) tar-Regolament [… ] dwar l-użu ta' infrastruttura ta' fjuwils alternattivi [AFIR].
Emenda 58 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2
Meta l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jirrapportaw diffikultajiet lill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea ("l-Aġenzija") fl-aċċess għall-fjuwils tal-avjazzjoni li jkun fihom fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli f'ajruport partikolari tal-Unjoni għal nuqqas ta' infrastruttura adegwata tal-ajruport, l-Aġenzija tista' titlob lill-ajruport tal-Unjoni jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa sabiex tingħata prova tal-konformità mal-paragrafu 1. L-ajruport tal-Unjoni kkonċernat għandu jipprovdi l-informazzjoni mingħajr dewmien żejjed.
Meta l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jirrapportaw diffikultajiet lill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea ("l-Aġenzija") fl-aċċess għall-fjuwils tal-avjazzjoni li jkun fihom fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli f'ajruport partikolari tal-Unjoni għal nuqqas ta' infrastruttura adegwata tal-ajruport, l-Aġenzija għandha, fejn xieraq, titlob lill-ajruport tal-Unjoni, jew fejn applikabbli, lill-korp ta' amministrazzjoni tal-ajruport, jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi ppruvata l-konformità mal-paragrafu 1. L-ajruport tal-Unjoni, jew fejn applikabbli, il-korp ta' amministrazzjoni tal-ajruport, ikkonċernat għandhom jipprovdu l-informazzjoni mingħajr dewmien żejjed.
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 3
L-Aġenzija għandha tivvaluta l-informazzjoni li tirċievi u tinforma lill-Kummissjoni jekk tali informazzjoni tippermetti li jiġi konkluż li l-ajruport tal-Unjoni ma jissodisfax l-obbligi tiegħu. L-ajruporti tal-Unjoni għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jidentifikaw u jindirizzaw in-nuqqas ta' infrastruttura adegwata tal-ajruport fi żmien ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament jew wara s-sena meta jaqbżu wieħed mil-limiti fl-Artikolu 3(a).
L-Aġenzija għandha tivvaluta l-informazzjoni li tirċievi u tinforma lill-Kummissjoni jekk tali informazzjoni tippermetti li jiġi konkluż li l-ajruport tal-Unjoni, jew fejn applikabbli, il-korp ta' amministrazzjoni tal-ajruport, ma jissodisfawx l-obbligi tagħhom. L-ajruporti tal-Unjoni, jew fejn applikabbli, il-korp ta' amministrazzjoni tal-ajruport, għandhom jieħdu l-miżurikollha meħtieġa biex jidentifikaw u jindirizzaw in-nuqqas ta' infrastruttura adegwata tal-ajruport fi żmien 3 snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament.
Emenda 60 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Sal-31 ta' Marzu ta' kull sena ta' rapportar, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jirrapportaw l-informazzjoni li ġejja lill-Aġenzija:
Sal-31 ta' Marzu ta' kull sena ta' rapportar, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jirrapportaw l-informazzjoni li ġejja relattiva għall-perjodu ta' rapportar lill-Aġenzija:
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a
(a) L-ammont totali ta' fjuwil tal-avjazzjoni ppumpjat f'kull ajruport tal-Unjoni, espress f'tunnellati;
(a) L-ammont totali ta' fjuwil tal-avjazzjoni ppumpjat f'kull ajruport tal-Unjoni, espress f'tunnellati ta' ekwivalenti ta' pitrolju;
Emenda 62 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b
(b) Il-fjuwil tal-avjazzjoni annwali meħtieġ, għal kull ajruport tal-Unjoni, espress f'tunnellati;
(b) Il-fjuwil tal-avjazzjoni annwali meħtieġ, għal kull ajruport tal-Unjoni, espress f'tunnellati ta' ekwivalenti ta' pitrolju;
Emenda 63 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt d
(d) L-ammont totali ta' fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli mixtri mill-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni, għall-fini tal-operat tat-titjiriet tagħhom li jitilqu minn ajruporti tal-Unjoni, espress f'tunnellati.
(d) L-ammont totali ta' fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli mixtri mill-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni, għall-fini tal-operat tat-titjiriet tagħhom li jitilqu minn ajruporti tal-Unjoni, espress f'tunnellati ta' ekwivalenti ta' pitrolju.
Emenda 64 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt e
(e) Għal kull xirja ta' fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli, l-isem tal-fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni, l-ammont mixtri espress f'tunnellati, it-teknoloġija ta' konverżjoni, il-karatteristiċi u l-oriġini tal-materja prima użata għall-produzzjoni, u l-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli. Meta xirja waħda tinkludi fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli b'karatteristiċi differenti, ir-rapport għandu jipprovdi din l-informazzjoni għal kull tip ta' fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli.
(e) Għal kull xirja ta' fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli, l-isem tal-fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni, l-ammont totali mixtri espress f'tunnellati ta' ekwivalenti ta' pitrolju, it-teknoloġija ta' konverżjoni, il-karatteristiċi u l-oriġini tal-materja prima użata għall-produzzjoni, u l-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli. Meta xirja waħda tinkludi fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli b'karatteristiċi differenti, ir-rapport għandu jipprovdi din l-informazzjoni għal kull tip ta' fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli.
Emenda 65 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 – parti introduttorja
L-operaturi tal-inġenji tal-ajru ma għandhomx jitolbu benefiċċji għall-użu ta' lott identiku ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli taħt aktar minn skema waħda ta' gassijiet serra. Flimkien mar-rapport imsemmi fl-Artikolu 7, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jipprovdu lill-Aġenzija bi:
L-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom ikunu intitolati jitolbu l-allokazzjoni ta' kwoti b'xejn taħt l-iskema ETS għall-ippumpjar ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli f'konformità ma' [l-Artikolu 3c(5a))] tad-Direttiva 2003/87/KE. L-operaturi tal-inġenji tal-ajru ma għandhomx jitolbu benefiċċji għall-użu ta' lott identiku ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli taħt aktar minn skema waħda ta' gassijiet serra. Flimkien mar-rapport imsemmi fl-Artikolu 7, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jipprovdu lill-Aġenzija bi:
Emenda 66 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2
Għall-finijiet tar-rapportar tal-użu sostenibbli ta' fjuwils tal-avjazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament, jew skont skema ta' gassijiet serra, il-fornituri ta' fjuwils tal-avjazzjoni għandhom jipprovdu lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru bl-informazzjoni rilevanti mingħajr ħlas.
Għall-finijiet tar-rapportar tal-użu sostenibbli ta' fjuwils tal-avjazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament, jew skont skema ta' gassijiet serra, il-fornituri ta' fjuwils tal-avjazzjoni għandhom jipprovdu lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru bl-informazzjoni rilevanti, relattiva għall-perjodu ta' rapportar mingħajr ħlas, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar ta' kull sena ta' rapportar.
Emenda 67 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Sal-31 ta' Marzu ta' kull sena ta' rapportar, il-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni għandhom jirrapportaw fil-Bażi ta' Data tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 28 tad-Direttiva (UE) 2018/2001, l-informazzjoni li ġejja relatata mal-perjodu ta' rapportar:
Sal-31 ta' Jannar ta' kull sena ta' rapportar, il-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni għandhom jirrapportaw fil-Bażi ta' Data tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 28 tad-Direttiva (UE) 2018/2001, l-informazzjoni li ġejja relatata mal-perjodu ta' rapportar:
Emenda 68 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a
(a) Il-volum ta' fjuwil tal-avjazzjoni fornut f'kull ajruport tal-Unjoni;
(a) L-ammont ta' fjuwil tal-avjazzjoni fornut f'kull ajruport tal-Unjoni, espress f'tunnellati ta' ekwivalenti ta' pitrolju;
Emenda 69 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b
(b) Il-volum ta' fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli fornut f'kull ajruport tal-Unjoni, u għal kull tip ta' fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli, kif dettaljat fil-punt c);
(b) L-ammont ta' fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli fornut f'kull ajruport tal-Unjoni espress f'tunnellati ta' ekwivalenti ta' pitrolju, u għal kull tip ta' fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli, kif dettaljat fil-punt (c);
Emenda 70 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt c
(c) L-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja, l-oriġini tal-proċess tal-materja prima u tal-konverżjoni ta' kull tip ta' fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli fornut fl-ajruporti tal-Unjoni.
(c) L-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja, il-karatteristiċi u l-oriġini tal-proċess tal-materja prima u tal-konverżjoni ta' kull tip ta' fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli fornut fl-ajruporti tal-Unjoni.
Emenda 71 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca) Fejn applikabbli, l-ammont ta' idroġenu u/jew elettriku fornut f'kull ajruport tal-Unjoni, espress f'tunnellati ta' ekwivalenti ta' pitrolju;
Emenda 72 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)
(cb) Il-kontenut medju aromatiku, ta' naftalen u kubrit tal-fjuwil tal-avjazzjoni għal kull lott fornut f'ajruport tal-Unjoni;
Emenda 73 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1
(1) L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-infurzar tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u għall-impożizzjoni ta' multi għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru, għall-ajruporti tal-Unjoni u għall-fornituri tal-fjuwil. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.
(1) L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtorità jew, fejn applikabbli u f'konformità mad-dritt nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-infurzar tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u għall-impożizzjoni ta' multi fuq l-operaturi tal-inġenji tal-ajru, fuq l-ajruporti tal-Unjoni, jew, fejn applikabbli, fuq il-korpi ta' amministrazzjoni tal-ajruporti, u fuq il-fornituri tal-fjuwil. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.
Emenda 74 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 2
(2) L-Aġenzija għandha tibgħat id-data li tirċievi skont l-Artikoli 7 u 9 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. L-Aġenzija għandha tibgħat ukoll lill-awtoritajiet kompetenti d-data aggregata għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru u għall-fornituri tal-fjuwils tal-avjazzjoni li għalihom l-awtoritajiet huma kompetenti skont il-paragrafi 3, 4 u 5.
(2) L-Aġenzija għandha tibgħat id-data li tirċievi skont l-Artikoli 7 u 9 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. L-Aġenzija għandha tibgħat ukoll lill-awtorità jew awtoritajiet kompetenti d-data aggregata għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru u għall-fornituri tal-fjuwils tal-avjazzjoni li għalihom l-awtoritajiet huma kompetenti skont il-paragrafi 3, 4 u 5.
Emenda 75 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3
(3) L-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta' operatur ta' inġenji tal-ajru għandhom jiġu ddeterminati skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 748/200916 .
(3) L-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta' operatur ta' inġenji tal-ajru għandhom jiġu ddeterminati skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 748/200916 .
__________________
__________________
16 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 748/2009 tal-5 ta' Awwissu 2009 dwar il-lista ta' operaturi ta' inġenji tal-ajru li wettqu attività ta' avjazzjoni elenkata fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE
16 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 748/2009 tal-5 ta' Awwissu 2009 dwar il-lista ta' operaturi ta' inġenji tal-ajru li wettqu attività ta' avjazzjoni elenkata fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE
Emenda 76 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 4
(4) L-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-ajruporti tal-Unjoni għandhom jiġu ddeterminati abbażi tal-ġuriżdizzjoni territorjali rispettiva.
(4) L-awtorità jew awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-ajruporti tal-Unjoni għandhom jiġu ddeterminati abbażi tal-ġuriżdizzjoni territorjali rispettiva.
Emenda 77 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 5
(5) L-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni għandhom jiġu ddeterminati skont l-Istat Membru ta' stabbiliment tagħhom.
(5) L-awtorità jew awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni għandhom jiġu ddeterminati skont l-Istat Membru ta' stabbiliment tagħhom.
Emenda 78 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 1
(1) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta' dispożizzjonijiet adottati skont dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2023 u għandhom jinnotifikawha wkoll, mingħajr dewmien, b'kull emenda li taffettwahom.
(1) Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta' dispożizzjonijiet adottati skont dan ir-Regolament u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Il-Kummissjoni għandha twassal dawn id-dispożizzjonijiet lill-Istati Membri sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2023 u għandha tinnotifikahom, mingħajr dewmien, b'kull emenda sussegwenti li taffettwahom.
Emenda 79 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 2
(2) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe operatur ta' inġenji tal-ajru li jonqos milli jikkonforma mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 5 ikun responsabbli għal multa amministrattiva. Dik il-multa għandha tkun mill-inqas id-doppju tal-multiplikazzjoni tal-prezz medju annwali tal-fjuwil tal-avjazzjoni għal kull tunnellata u tal-kwantità annwali totali mhux ippumpjata fit-tank;
(2) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe operatur ta' inġenji tal-ajru li jonqos milli jikkonforma mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 5 ikun responsabbli għal multa amministrattiva. Dik il-multa għandha tkun mill-inqas id-doppju tal-multiplikazzjoni tal-prezz medju annwali tal-fjuwil tal-avjazzjoni għal kull tunnellata u tal-kwantità annwali totali mhux ippumpjata fit-tank. Operatur tal-inġenji tal-ajru jista' jiġi eżentat minn multa amministrattiva jekk jista' jipprova li n-nuqqas tiegħu li jikkonforma mal-obbligi stipulati fl-Artikolu 5 huwa kkawżat minn ċirkostanzi eċċezzjonali u imprevedibbli, barra mill-kontroll tiegħu, li l-effetti tagħhom ma setgħux jiġu evitati anki kieku ttieħdu l-miżuri raġonevoli kollha;
(2a) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe ajruport tal-Unjoni, jew fejn applikabbli l-korp ta' amministrazzjoni ta' ajruport, li jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 6 ikunu soġġetti għal multa amministrattiva.
Emenda 81 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 3
(3) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni li jonqos milli jikkonforma mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4 fir-rigward tas-sehem minimu ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli jkun soġġett għal multa amministrattiva. Dik il-multa għandha tkun mill-inqas id-doppju tal-multiplikazzjoni tad-differenza bejn il-prezz medju annwali tal-fjuwil tal-avjazzjoni sostenibblu u tal-fjuwil tal-avjazzjoni konvenzjonali għal kull tunnellata u tal-kwantità ta' fjuwils tal-avjazzjoni li ma jikkonformawx mas-sehem minimu msemmi fl-Artikolu 4 u fl-Anness I;
(3) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni li jonqos milli jikkonforma mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4 fir-rigward tas-sehem minimu ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli jew kwalunkwe fornitur ta' fjuwil li jkun ġie pprovat li pprovda informazzjoni qarrieqa jew mhux preċiża rigward il-karatteristiċi jew l-oriġini tal-fjuwil li jkunu fornew, ikunu soġġetti għal multa amministrattiva Dik il-multa għandha tkun mill-inqas id-doppju tal-multiplikazzjoni tad-differenza bejn il-prezz medju annwali tal-fjuwil tal-avjazzjoni sostenibblu u tal-fjuwil tal-avjazzjoni konvenzjonali għal kull tunnellata u tal-kwantità ta' fjuwils tal-avjazzjoni li ma jikkonformawx mas-sehem minimu msemmi fl-Artikolu 4 u fl-Anness I;
Emenda 82 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 4
(4) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni li jonqos milli jikkonforma mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4 fir-rigward tas-sehem minimu ta' fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi jkun soġġett għal multa amministrattiva. Dik il-multa għandha tkun mill-inqas id-doppju tal-multiplikazzjoni tad-differenza bejn il-prezz medju annwali tal-fjuwil tal-avjazzjoni sintetiku u tal-fjuwil tal-avjazzjoni konvenzjonali għal kull tunnellata u tal-kwantità tal-fjuwil tal-avjazzjoni li ma jikkonformax mas-sehem minimu msemmi fl-Artikolu 4 u l-Anness I;
(4) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni li jonqos milli jikkonforma mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4 fir-rigward tas-sehem minimu ta' fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi jkun soġġett għal multa amministrattiva. Dik il-multa għandha tkun mill-inqas id-doppju tal-multiplikazzjoni tad-differenza bejn il-prezz medju annwali tal-fjuwil tal-avjazzjoni sintetiku u tal-fjuwil tal-avjazzjoni konvenzjonali għal kull tunnellata u tal-kwantità tal-fjuwil tal-avjazzjoni li ma jikkonformax mas-sehem minimu msemmi fl-Artikolu 4 u l-Anness I;
(5a) L-Istati Membri għandu jkollhom il-qafas legali u amministrattiv meħtieġ stabbilit fil-livell nazzjonali biex jiżguraw li l-informazzjoni mdaħħla mill-fornituri tal-fjuwil fil-Bażi ta' Data tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 28 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tkun preċiża, ivverifikata u awditjata.
Emenda 84 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 6
(6) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni li kien soġġett għal nuqqas mill-obbligu stabbilit fl-Artikolu 4 fir-rigward tas-sehem minimu ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli jew ta' fjuwils sintetiċi f'perjodu ta' rapportar partikolari, għandu jforni lis-suq fil-perjodu ta' rapportar sussegwenti bi kwantità ta' dak il-fjuwil rispettiv ugwali għal dak in-nuqqas, minbarra l-obbligu tiegħu tal-perjodu ta' rapportar. L-issodisfar ta' dan l-obbligu ma għandux jeżonera lill-fornitur tal-fjuwil mill-obbligu li jħallas il-penali stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu;
(6) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni li kien soġġett għal nuqqas mill-obbligu stabbilit fl-Artikolu 4 fir-rigward tas-sehem minimu ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli jew ta' fjuwils sintetiċi f'perjodu ta' rapportar partikolari, fejn il-Kummissjoni tivvaluta li dan in-nuqqas ma jkunx ikkawżat min-nuqqas ta' riżorsi disponibbli, għandu jagħmel kull sforz possibbli biex iforni lis-suq fil-perjodu ta' rapportar sussegwenti bi kwantità ta' dak il-fjuwil rispettiv ugwali għal dak in-nuqqas, minbarra l-obbligu tiegħu tal-perjodu ta' rapportar. L-issodisfar ta' dan l-obbligu ma għandux jeżonera lill-fornitur tal-fjuwil mill-obbligu li jħallas il-penali stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu;
Emenda 85 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 7
(7) L-Istati Membri għandu jkollhom il-qafas legali u amministrattiv meħtieġ stabbilit fil-livell nazzjonali biex jiżguraw l-issodisfar tal-obbligi u l-ġbir tal-multi amministrattivi. L-Istati Membri għandhom jittrasferixxu l-ammont miġbur permezz ta' dawk il-multi amministrattivi bħala kontribuzzjoni għall-Faċilità ta' Investiment għal Tranżizzjoni Ekoloġika tal-InvestEU, bħala żieda għall-garanzija tal-UE.
(7) L-Istati Membri għandu jkollhom il-qafas legali u amministrattiv meħtieġ stabbilit fil-livell nazzjonali biex jiżguraw l-issodisfar tal-obbligi u l-ġbir tal-multi amministrattivi. L-Istati Membri għandhom jittrasferixxu l-ammont miġbur permezz ta' dawk il-multi amministrattivi bħala kontribuzzjoni għall-Fond għall-Avjazzjoni Sostenibbli, stabbilit taħt l-Artikolu 11a.
Emenda 86 Proposta għal regolament Artikolu 11a (ġdid)
Artikolu 11a
Fond għall-Avjazzjoni Sostenibbli
1. Għandu jiġi stabbilit Fond għall-Avjazzjoni Sostenibbli ("il-Fond") għall-perjodu mill-2023 sal-2050 biex tiġi aċċellerata d-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-avjazzjoni mingħajr ma jiġi mfixkel is-suq intern integrat ħafna tiegħu, u b'mod partikolari biex jiġi appoġġat l-investiment f'teknoloġiji u infrastruttura innovattivi għall-produzzjoni, l-użu, l-introduzzjoni u l-ħżin ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli, teknoloġiji innovattivi oħra ta' propulsjoni tal-inġenji tal-ajru, inklużi l-idroġenu u l-elettriku, ir-riċerka f'magni ġodda u teknoloġija ta' qbid mill-arja, proċess li bih is-CO2 jinqabad direttament mill-arja u mhux minn sorsi lokalizzati, u sforzi jitnaqqsu l-effetti mhux tas-CO2 tal-avjazzjoni. L-investiment kollu appoġġat mill-Fond għandu jsir pubbliku u għandu jkun konsistenti mal-għanijiet ta' dan ir-Regolament.
2. Il-Fond għandu jikkostitwixxi parti integrali mill-baġit tal-UE u għandu jkun ibbaġitjat fil-limiti massimi tal-QFP. Id-dħul iġġenerat mill-penali skont dan ir-Regolament għandhom jiġu allokati lill-Fond.
3. Il-Fond għandu jiġi mmaniġġjat ċentralment permezz ta' korp tal-Unjoni li l-istruttura ta' governanza u l-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tiegħu għandhom ikunu trasparenti u inklużivi, b'mod partikolari fl-istabbiliment ta' oqsma ta' prijorità, kriterji u proċeduri ta' allokazzjoni ta' għotjiet. Il-partijiet ikkonċernati rilevanti għandu jkollhom rwol konsultattiv xieraq. L-informazzjoni kollha dwar l-investimenti u l-informazzjoni rilevanti l-oħra kollha dwar il-funzjonament tal-Fond għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.
Emenda 87 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt a
(a) L-ammont ta' fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli mixtri mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru fil-livell tal-Unjoni b'mod aggregat, għall-użu fuq titjiriet li jitilqu minn ajruport tal-Unjoni, u mill-ajruport tal-Unjoni;
(a) L-ammont ta' fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli mixtri mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru fil-livell tal-Unjoni b'mod aggregat, għall-użu fuq titjiriet koperti minn dan ir-Regolament li jitilqu minn ajruport tal-Unjoni, u mill-ajruport tal-Unjoni;
Emenda 88 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt b
(b) L-ammont ta' fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli u ta' fjuwil tal-avjazzjoni sintetiku fornut fil-livell tal-Unjoni b'mod aggregat u skont l-ajruport tal-Unjoni;
(b) L-ammont ta' fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli u ta' fjuwil tal-avjazzjoni sintetiku fornut fil-livell tal-Unjoni b'mod aggregat, skont l-Istati Membri, skont il-materja prima tal-fjuwil, u skont l-ajruport tal-Unjoni;
Emenda 89 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba) Fejn disponibbli, l-ammont ta' fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli fornut u mixtri minn operaturi tal-inġenji tal-ajru fil-pajjiżi ġirien tal-Unjoni li magħhom ikun ġie konkluż Ftehim Ewropew dwar is-Servizzi tal-Ajru;
Emenda 90 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt c
(c) L-istat tas-suq, inkluż informazzjoni dwar il-prezzijiet, u x-xejriet fil-produzzjoni u l-użu sostenibbli tal-fjuwil tal-avjazzjoni fl-Unjoni;
(c) L-istat tas-suq, inkluż informazzjoni dwar il-prezzijiet, u x-xejriet fil-produzzjoni u l-użu sostenibbli tal-fjuwil tal-avjazzjoni fl-Unjoni, u skont l-Istati Membri;
Emenda 91 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt d
(d) L-istatus tal-konformità tal-ajruporti, jew fejn applikabbli, il-korp ta' amministrazzjoni ta' ajruport, rigward l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 6;
Emenda 92 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt e
(e) L-istatus ta' konformità ta' kull operatur tal-inġenji tal-ajru u fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni li jkollhom obbligu skont dan ir-Regolament fil-perjodu ta' rapportar;
(e) L-istatus ta' konformità ta' kull operatur tal-inġenji tal-ajru u fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni li jkollhom obbligu skont dan ir-Regolament fil-perjodu ta' rapportar, inklużi dawk li ġew notifikati bħala operatur ta' inġenji tal-ajru, skont l-Artikolu 3, paragrafu 1, inċiż 2;
Emenda 93 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt f
(f) L-oriġini u l-karatteristiċi tal-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli kollha mixtrija mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru għall-użu fuq titjiriet li jitilqu minn ajruporti tal-Unjoni.
(f) L-oriġini u l-karatteristiċi tal-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli kollha mixtrija mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru għall-użu fuq titjiriet koperti skont dan ir-Regolament li jitilqu minn ajruporti tal-Unjoni.
Emenda 94 Proposta għal regolament Artikolu 12 - paragrafu 1 - punt fa (ġdid)
(fa) L-ammont ta' kontenut aromatiku, ta' naftalen u kubrit fil-fjuwil tal-avjazzjoni, fornut fil-livell tal-Unjoni b'mod aggregat u skont l-ajruporti tal-Unjoni;
Emenda 95 Proposta għal regolament Artikolu 12a (ġdid)
Artikolu 12a
Sistema ta' tikkettar tal-Unjoni għall-prestazzjoni ambjentali tal-avjazzjoni
1. Sabiex tkompli tippromwovi d-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-avjazzjoni u żżid it-trasparenza tal-informazzjoni lill-konsumaturi rigward il-prestazzjoni ambjentali mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema komprensiva ta' tikkettar tal-Unjoni għall-prestazzjoni ambjentali tal-avjazzjoni, li għandha tiġi żviluppata u implimentata mill-EASA u li għandha tiġi applikata għal operaturi tal-inġenji tal-ajru u titjiriet kummerċjali tat-trasport bl-ajru soġġett għal dan ir-Regolament.
2. Sal-1 ta' Jannar 2024, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 13a (ġdid) biex tissupplementa dan ir-Regolament billi tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet dettaljati u l-istandards tekniċi għall-funzjonament tas-sistema ta' tikkettar tal-Unjoni għall-prestazzjoni ambjentali ta' inġenji tal-ajru, operaturi tal-inġenji tal-ajru u titjiriet kummerċjali.
Emenda 96 Proposta għal regolament Artikolu 13 – titolu
Perjodu tranżitorju
Mekkaniżmu ta' flessibbiltà tal-SAF
Emenda 97 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1
B'deroga mill-Artikolu 4, mill-1 ta' Jannar 2025 sal-31 ta'Diċembru2029, għal kull perjodu ta' rapportar, fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni jista' jforni s-sehem minimu ta' fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli ddefinit fl-Anness I bħala medja ponderata fuq il-fjuwil tal-avjazzjoni kollu li jkun forna fl-ajruporti tal-Unjoni għal dak il-perjodu ta' rapportar.
B'deroga mill-Artikolu 4, u matul il-perjodu ta' 10snin mid-data tal-applikazzjoni għall-Artikoli4 u 5 f'konformità mal-Artikolu15, għal kull perjodu ta' rapportar, fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni jista' jiġġustifika l-provvista tiegħu tal-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli ddefiniti fl-Anness I b'referenza għal mekkaniżmu ta' flessibbiltà tal-SAF, definit fl-Artikolu 3, inċiż 16a (ġdid).
Sal-1 ta' Jannar 2025, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a biex tissupplementa dan ir-Regolament billi tistabbilixxi arranġamenti dettaljati għall-mekkaniżmu ta' flessibbiltà tal-SAF, filwaqt li tiggarantixxi kundizzjonijiet ekwi u livell għoli ta' integrità ambjentali, kif ukoll timminimizza r-riskju ta' frodi, irregolaritajiet u talbiet doppji. Tali arranġamenti dettaljati, li jinkorporaw elementi ta' book & claim, jistgħu jippermettu l-istabbiliment ta' sistema ta' negozjabbiltà ta' fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli, inklużi regoli dettaljati dwar ir-reġistrazzjoni, l-allokazzjoni, il-kontabbiltà u r-rapportar tal-provvista u l-użu ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli.
Matul il-perijodu stabbilit fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha timmonitorja regolarment l-integrità u t-trasparenza tas-suq għall-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli, billi tibbaża, fejn xieraq, fuq informazzjoni li tinsab fil-Bażi ta' Data tal-Unjoni u data oħra rrapportata lill-awtoritajiet kompetenti. Il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari teżamina l-funzjonament tas-suq, inkluż fir-rigward ta' kwalunkwe volatilità tas-suq, evoluzzjoni mhux tas-soltu tal-prezzijiet jew imġiba kummerċjali tal-parteċipanti fis-suq li tista' tindika mġiba monopolistika possibbli, filwaqt li tagħmel użu sħiħ mis-setgħat tagħha skont l-Artikolu 102 tat-TFUE biex tipprevjeni lill-atturi fis-suq milli jabbużaw minn pożizzjoni dominanti fis-suq.
Emenda 100 Proposta għal regolament Artikolu 13a (ġdid)
Artikolu 13a
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 12a u 13 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].
3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 12a u 13 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għanda taffettwa l-validità ta' ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 12a u 13 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dan l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dan il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahar fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 101 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 1
Sal-1 ta' Jannar 2028 u kull ħames snin wara dan, is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jippreżentaw rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, dwar l-evoluzzjoni tas-suq tal-fjuwils tal-avjazzjoni u l-impatt tiegħu fuq is-suq intern tal-avjazzjoni tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tal-estensjoni possibbli tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal sorsi oħra tal-enerġija, u tipi oħra ta' fjuwils sintetiċi ddefiniti skont id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli, ir-reviżjoni possibbli tal-ishma minimi fl-Artikolu 4 u fl-Anness I, u l-livell ta' multi amministrattivi. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni, fejn ikun disponibbli, dwar l-iżvilupp ta' qafas ta' politika potenzjali għall-użu ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli fil-livell tal-ICAO. Ir-rapport għandu jinforma wkoll dwar l-avvanzi teknoloġiċi fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-industrija tal-avjazzjoni li huma rilevanti għall-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli, inkluż fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet li ma humiex tas-CO2. Ir-rapport jista' jikkunsidra jekk dan ir-Regolament jenħtiġx li jiġi emendat u, għażliet għal emendi, fejn ikun xieraq, f'konformità ma' qafas ta' politika potenzjali dwar l-adozzjoni ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli fil-livell tal-ICAO.
Sal-1 ta' Jannar 2026 u kull tliet snin wara dan, is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jippreżentaw rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-evoluzzjoni tas-suq tal-fjuwils tal-avjazzjoni u l-impatt fuq il-kompetittività u l-funzjonament tas-suq intern tal-avjazzjoni tal-Unjoni, inkluż, fejn xieraq, fir-rigward tal-għażliet ta' politika disponibbli biex jiġu indirizzati sorsi oħra tal-enerġija, u tipi oħra ta' fjuwils sintetiċi ddefiniti skont id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli, filwaqt li jitqiesu l-prinċipju tan-newtralità teknoloġika, ir-reviżjoni possibbli tal-ishma minimi fl-Artikolu 4 u fl-Anness I, il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament u l-livell ta' multi amministrattivi. Ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, tal-impatt ta' dan ir-Regolament, kif ukoll tal-impatt komprensiv u l-interazzjoni tiegħu mal-qafas leġiżlattiv adattat applikabbli għas-settur kollu kemm hu, dwar il-funzjonament tas-suq intern fl-avjazzjoni, il-kompetittività tas-settur, ir-ridirezzjonar possibbli li jwassal għar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, il-kundizzjonijiet ekwi internazzjonali fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru u l-hubs tal-ajruporti, l-effett fuq il-mobbiltà u l-konnettività bl-ajru, il-kosteffettività tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra, il-ħtiġijiet ta' investiment u l-impatti soċjoekonomiċi, kif ukoll il-ħtiġijiet relatati tal-impjiegi u t-taħriġ u, fejn disponibbli, informazzjoni dwar l-iżvilupp ta' qafas ta' politika potenzjali għall-użu ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli fil-livell tal-ICAO. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dettaljata dwar l-infurzar ta' dan ir-Regolament.Ir-rapport għandu jinforma wkoll dwar l-avvanzi teknoloġiċi fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-industrija tal-avjazzjoni li huma rilevanti għall-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli, inkluż fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet li ma humiex tas-CO2jewteknoloġiji tal-qbid mill-arja (DAC). Ir-rapport għandu, fejn xieraq, ikun akkumpanjat minn proposti leġiżlattivi biex jemendaw dan ir-Regolament fejn ikun xieraq, f'konformità ma' qafas ta' politika potenzjali dwar l-adozzjoni ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli fil-livell tal-ICAO. Ir-rapport għandu jevalwa wkoll b'mod speċifiku l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq il-konnettività bl-ajru ta' reġjuni u gżejjer remoti inqas konnessi, inklużi l-effetti tiegħu fuq id-disponibbiltà u l-affordabbiltà tat-trasport bl-ajru lejn u minn dawn it-territorji. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja, tevalwa u tanalizza regolarment każijiet ta' tankering tal-fjuwil. Kull sena, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jkun fih is-sejbiet tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Sa mhux aktar tard minn [tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha, abbażi ta' dawn is-sejbiet, tevalwa d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw it-tankering tal-fjuwil u, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva biex temendahom.
Emenda 102 Proposta għal regolament Anness I
Anness I (ismha tal-volum)
Anness I (ishma tal-volum armonizzati tal-UE)
(a) Mill-1 ta' Jannar 2025, sehem minimu ta' 2 % ta' SAF;
(a) Mill-1 ta' Jannar 2025, sehem minimu ta' 2 % ta' SAF; li minnhom sehem minimu ta' 0,04 % fi fjuwils sintetiċi;
(b) Mill-1 ta' Jannar 2030, sehem minimu ta' 5 % ta' SAF, li jkollu sehem minimu ta' 0.7 % ta' fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi;
(b) Mill-1 ta' Jannar 2030, sehem minimu ta' 6 % ta' SAF, li jkollu sehem minimu ta' 2 % ta' fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi;
(c) Mill-1 ta' Jannar 2035, sehem minimu ta' 20 % ta' SAF, li jkollu sehem minimu ta' 5 % ta' fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi;
(c) Mill-1 ta' Jannar 2035, sehem minimu ta' 20 % ta' SAF, li jkollu sehem minimu ta' 5 % ta' fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi;
(d) Mill-1 ta' Jannar 2040, sehem minimu ta' 32 % ta' SAF, li jkollu sehem minimu ta' 8 % ta' fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi;
(d) Mill-1 ta' Jannar 2040, sehem minimu ta' 37 % ta' SAF, li jkollu sehem minimu ta' 13 % ta' fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi;
(e) Mill-1 ta' Jannar 2045, sehem minimu tal-volum ta' 38 % ta' SAF, li jkollu sehem minimu ta' 11 % ta' fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi.
(e) Mill-1 ta' Jannar 2045, sehem minimu tal-volum ta' 54 % ta' SAF, li jkollu sehem minimu ta' 27 % ta' fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi.
(f) Mill-1 ta' Jannar 2045, sehem minimu tal-volum ta' 63 % ta' SAF, li jkollu sehem minimu ta' 28 % ta' fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi.
(f) Mill-1 ta' Jannar 2050, sehem minimu tal-volum ta' 85 % ta' SAF, li jkollu sehem minimu ta' 50 % ta' fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi
Emenda 103 Proposta għal regolament Anness II
Test propost mill-Kummissjoni
Anness II – Mudell għar-rapportar tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru
Ajruport tal-Unjoni
Kodiċi ICAO tal-ajruport tal-Unjoni
Fjuwil tal-avjazzjoni meħtieġ fis-sena (tunnellati)