Indiċi 
Testi adottati
Il-Ħamis, 10 ta' Marzu 2022 - Strasburgu
Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030 ***I
 Qafas strateġiku ġdid tal-UE dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali wara l-2020
 Twaqqif ta' kumitat speċjali dwar il-pandemija tal-COVID-19: tagħlimiet li nsiltu u rakkomandazzjonijiet għall-futur
 Twaqqif ta' kumitat speċjali dwar l-interferenza barranija fil-proċessi demokratiċi kollha fl-Unjoni Ewropea, inkluża d-diżinformazzjoni
 Twaqqif ta' kumitat ta' inkjesta biex jinvestiga l-użu tal-Pegasus u ta’ software ta' spjunaġġ għas-sorveljanza ekwivalenti
 L-Integrazzjoni ta' Kwistjonijiet ta' Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fil-Parlament Ewropew - rapport annwali 2020
 Il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar il-Ġeneru III
 L-istat tad-dritt u l-konsegwenzi tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
 Qafas Ewropew dwar it-Taxxa Minn Ras il-Għajn
 Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: stħarriġ annwali dwar it-tkabbir sostenibbli 2022
 Il-batteriji u l-iskart ta' batteriji ***I
 Is-sitwazzjoni tal-ġurnalisti u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-Messiku
 Myanmar, sena wara l-kolp ta' stat
 Il-qerda tal-wirt kulturali fin-Nagorno-Karabakh
 Ir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE tal-2020
 Tassazzjoni ġusta u sempliċi li tappoġġja l-istrateġija ta' rkupru

Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030 ***I
PDF 132kWORD 47k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2022 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030 (COM(2020)0652 – C9-0329/2020 – 2020/0300(COD))
P9_TA(2022)0067A9-0203/2021

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2020)0652),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0329/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta' Jannar 2021(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-5 ta' Frar 2021(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-10 ta' Diċembru 2021, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0203/2021),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(3);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta’ Marzu 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030

P9_TC1-COD(2020)0300


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, d-Deċiżjoni (UE) 2022/591.)

(1) ĠU C 123, 9.4.2021, p. 76.
(2) ĠU C 106, 26.3.2021, p. 44.
(3) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-8 ta’ Lulju 2021 (Testi adottati, P9_TA(2021)0352).


Qafas strateġiku ġdid tal-UE dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali wara l-2020
PDF 256kWORD 83k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2022 dwar qafas strateġiku ġdid tal-UE dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali wara l-2020 (inkluża protezzjoni aħjar tal-ħaddiema mill-esponiment għal sustanzi ta' ħsara, mill-istress okkupazzjonali u minn leżjonijiet minħabba movimenti ripetittivi) (2021/2165(INI))
P9_TA(2022)0068A9-0023/2022

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 153 u 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tal-Karta Soċjali Ewropea tal-Kunsill tal-Ewropa,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol,

–  wara li kkunsidra l Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-Nazzjonijiet Uniti għall-2030, b'mod partikolari l-mira 8.8 bit-titolu "Protezzjoni tad-drittijiet tax-xogħol u promozzjoni ta' ambjenti tax-xogħol sikuri",

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità (UNCRPD) li għaliha l-UE u l-Istati Membri kollha tagħha huma partijiet,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) tan-NU bit-titolu "AR6 Climate Change 2021: the Physical Science Basis" (Is-sitt Rapport ta' Valutazzjoni dwar it-Tibdil fil-Klima 2021: il-Bażi tax-Xjenza Fiżika),

–  wara li kkunsidra l-Qafas Ewropew għal Azzjoni dwar is-Saħħa Mentali 2021-2025 tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO)(1),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol(2),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Frar 2021 bit-titolu "Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer" (COM(2021)0044),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ġunju 2021 bit-titolu "Qafas strateġiku tal-UE dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol 2021-2027 – Is-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali għal dinja tax-xogħol li qed tinbidel" (COM(2021)0323),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Grupp ta' Esperti tal-Kummissjoni dwar modi effettivi ta' investiment fis-saħħa tat-23 ta' Ġunju 2021 bit-titolu "Supporting mental health of health workforce and other essential workers" (Nappoġġjaw is-saħħa mentali tal-ħaddiema tas-saħħa u ħaddiema essenzjali oħra),

–  wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, b'mod partikolari l-prinċipji 5 sa 10 tiegħu, ipproklamat b'mod konġunt fis-17 ta' Novembru 2017 mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni (il-Pilastru),

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali tal-4 ta' Marzu 2021,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Porto tal-Kunsill Ewropew tat-8 ta' Mejju 2021,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Ottubru 2019 dwar "L-Ekonomija tal-Benesseri", li jissottolinjaw l-importanza kruċjali tal-promozzjoni tas-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-20 ta' Ottubru 2021 bit-titolu "Health & Safety at Work – EU Strategic Framework (2021-2027)" (Saħħa u Sikurezza fuq il-Post tax-Xogħol – Qafas Strateġiku tal-UE (2021-2027)),

–  wara li kkunsidra l-qafas tal-UE għal azzjoni dwar is-saħħa u l-benesseri mentali, adottat fil-konferenza finali dwar l-Azzjoni Konġunta dwar is-Saħħa u l-Benesseri Mentali tal-21-22 ta' Jannar 2016(3),

–  wara li kkunsidra l-istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità 2021-2030,

–  wara li kkunsidra l-ewwel rapport konġunt dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim Qafas tas-Sħab Soċjali Ewropej dwar id-Diġitalizzazzjoni (2021),

–  wara li kkunsidra l-linji gwida tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) tal-24 ta' April 2020 bit-titolu "COVID-19: lura lejn il-post tax-xogħol – L-adattament tal-postijiet tax-xogħol u l-protezzjoni tal-ħaddiema",

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-EU-OSHA tat-22 ta' Ottubru 2021 bit-titolu "Telework and health risks in the context of the COVID-19 pandemic: evidence from the field and policy implications" (It-telexogħol u r-riskji għas-saħħa fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19: evidenza minn fuq il-post u implikazzjonijiet tal-politika),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Settembru 2018 dwar il-mezzi possibbli ta' reintegrazzjoni tal-ħaddiema li qed jirkupraw minn korriment u mard f'impjieg ta' kwalità(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Ġunju 2020 dwar il-protezzjoni Ewropea tal-ħaddiema transfruntieri u staġjonali fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar Ewropa soċjali b'saħħitha għal Tranżizzjonijiet Ġusti(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Jannar 2021 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar id-dritt għall-iskonnessjoni(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Settembru 2021 dwar kundizzjonijiet tax-xogħol ekwi, drittijiet u protezzjoni soċjali għall-ħaddiema tal-pjattaformi – forom ġodda ta' impjieg marbuta mal-iżvilupp diġitali(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2021 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mill-asbestos(9),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A9-0023/2022),

A.  billi fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni jrid ikun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem;

B.  billi skont il-Kostituzzjoni tad-WHO, "is-saħħa hija stat ta' benesseri komplet fiżiku, mentali u soċjali u mhux sempliċement in-nuqqas ta' mard jew diżabilità"(10);

C.  billi skont id-WHO, "is-saħħa mentali hija stat tal-benesseri li fih l-individwu juża l-kapaċitajiet tiegħu, jista' jlaħħaq mal-istress normali tal-ħajja, jista' jaħdem b'mod produttiv u jista' jagħti kontribut lill-komunità tiegħu"(11);

D.  billi fl-2018 kien hemm aktar minn 3 300 aċċident fatali u 3,1 miljun aċċident mhux fatali fl-UE-27; billi aktar minn 200 000 ħaddiem imutu kull sena minn mard relatat max-xogħol(12); billi din id-data ma tinkludix l-aċċidenti kollha kkawżati minn xogħol mhux iddikjarat, li jagħmilha plawsibbli li wieħed jassumi li n-numri veri jiżbqu bil-kbir l-istatistika uffiċjali(13); billi fl-2017, skont il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), 20 % tal-impjiegi fl-Ewropa kienu ta' "kwalità ħażina" u poġġew is-saħħa fiżika jew mentali tal-ħaddiema f'riskju akbar; billi 14 % tal-ħaddiema ġew esposti għal livell għoli ta' riskji psikosoċjali(14); billi 23 % tal-ħaddiema Ewropej jemmnu li s-sikurezza jew is-saħħa tagħhom hija f'riskju minħabba xogħolhom; billi fl-2015, l-Istħarriġ Ewropew dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol sab li 21 % tal-impjiegi fl-Ewropa kienu "impjiegi ta' kwalità għolja"(15); billi x-xogħol fuq il-post tal-Istħarriġ Ewropew dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol 2020 twaqqaf minħabba t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19, iżda tnieda mill-ġdid f'Lulju 2021 bil-ħsieb li jiġi ppubblikat fl-aħħar tal-2022;

E.  billi r-riskju ta' korriment relatat max-xogħol huwa aktar minn tliet darbiet ogħla għall-ħaddiema li ilhom jaħdmu fl-impjieg tagħhom għal inqas minn erba' ġimgħat milli għal dawk li ilhom jaħdmu fl-impjieg tagħhom għal aktar minn sena(16);

F.  billi mhux il-pajjiżi kollha jsegwu l-istess xejra ta' tnaqqis fl-aċċidenti u l-imwiet fuq il-post tax-xogħol;

G.  billi l-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer għandu l-għan li jnaqqas il-piż tal-kanċer għall-pazjenti, il-familji tagħhom u s-sistemi tas-saħħa; billi l-kanċer huwa l-kawża ewlenija ta' mewt relatat max-xogħol, li jirrappreżenta 52 % tal-każijiet kollha ta' mewt relatat max-xogħol fl-UE; billi, skont stimi, il-karċinoġeni jikkontribwixxu għal 100 000 każ ta' mewt okkupazzjonali minħabba l-kanċer fil-postijiet tax-xogħol kull sena(17); billi bejn 50 u 70 sustanza jew grupp ta' sustanzi ġew identifikati minn aġenziji u partijiet ikkonċernati differenti, u mid-WHO f'listi prijoritarji ta' karċinoġeni, mutaġeni u sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol li għalihom huma meħtieġa valuri ta' limitu vinkolanti; billi fuq il-post tax-xogħol, il-ħaddiema jistgħu jiġu esposti għal taħlita ta' sustanzi li jistgħu jżidu r-riskji għas-saħħa, jikkawżaw effetti negattivi fuq is-sistemi riproduttivi tagħhom inkluż tfixkil fil-fertilità jew l-infertilità, u għandhom impatt negattiv fuq l-iżvilupp tal-fetu u l-produzzjoni tal-ħalib għat-treddigħ;

H.  billi l-esponiment għall-asbestos jikkawża l-mewt ta' madwar 88 000 persuna fl-Ewropa kull sena, u dan jammonta għal bejn 55 u 75 % tal-kanċers tal-pulmun li jiżviluppaw fuq il-post tax-xogħol, u billi l-asbestos huwa l-kawża ewlenija tal-kanċer tal-pulmun, responsabbli għal 45 % tal-każijiet(18); billi huwa stmat li r-rati tal-mortalità minn dan l-esponiment se jkomplu jiżdiedu lejn l-aħħar tas-snin 20 u s-snin 30 tas-seklu 21(19); billi għalkemm l-asbestos ilu pprojbit fl-UE mill-2005, għadu sikwit preżenti f'binjiet amministrattivi, skejjel, djar, infrastruttura, faċilitajiet tat-trasport pubbliku u networks tal-provvista tal-ilma; billi 80 % tal-każijiet ta' kanċers okkupazzjonali rikonoxxuti fl-Istati Membri huma relatati mal-asbestos;

I.  billi fatturi bħar-radjazzjoni, l-istress, l-organizzazzjoni tax-xogħol u l-kundizzjonijiet tax-xogħol kollha ġew marbuta mal-kanċer relatat max-xogħol; billi l-każijiet tal-kanċer tal-ġilda bħala waħda mill-aktar mard okkupazzjonali mifruxa qed jiżdiedu minħabba diversi fatturi inkluż it-tibdil fil-klima, filwaqt li proporzjon żgħir ħafna ta' tumuri tal-ġilda relatati max-xogħol huwa rikonoxxut bħala marda okkupazzjonali; billi l-ħaddiema li jaħdmu fuq barra, b'mod partikolari dawk li jaħdmu fis-setturi tal-agrikoltura, tal-forestrija, tal-kostruzzjoni u tat-turiżmu, jiffaċċjaw riskju sinifikanti li jiżviluppaw kanċer tal-ġilda mhux tal-melanoma minħabba livelli għoljin ta' esponiment għar-radjazzjoni UV; billi l-ħaddiema fis-settur tal-kura tas-saħħa u tal-emerġenza, li għandhom rwol fundamentali fit-tħejjija u r-rispons għall-emerġenzi, bħall-ħaddiema tat-tifi tan-nar u l-infermiera, jiffaċċjaw ukoll esponimenti simili kif ukoll stress addizzjonali minħabba żieda fl-ammont ta' xogħol li jista' jżid ir-riskji psikosoċjali; billi għad m'hemmx approċċ Ewropew komuni lejn il-prevenzjoni tal-esponiment għar-radjazzjoni UV(20); billi attwalment hemm nuqqas ta' data affidabbli u komparabbli fil-livell tal-UE dwar l-esponiment fuq il-post tax-xogħol għall-fatturi ta' riskju tal-kanċer(21); billi 2 % tal-piż Ewropew tal-kanċer jista' jiġi attribwit għar-radjazzjoni jonizzanti u li l-esponiment għar-radon ġewwa bini u l-prodotti tad-diżintegrazzjoni tiegħu huwa t-tieni kawża ewlenija tal-kanċer tal-pulmun fl-Ewropa(22)(23);

J.  billi t-tibdil fil-klima diġà kellu u se jibqa' jkollu effetti ta' detriment fuq is-saħħa tal-bniedem, is-sikurezza fuq il-post tax-xogħol u fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol; billi skont l-aħħar rapport tal-IPCC, il-kundizzjonijiet tax-xogħol se jiġu affettwati dejjem aktar minn bidliet sinifikanti fix-xejriet tat-temp bħal mewġiet ta' sħana u xita qawwija; billi żieda fl-esponiment għal temperaturi għolja fuq il-post tax-xogħol taggrava r-riskji ta' kolpi ta' sħana, deidratazzjoni, għeja, nuqqas ta' konċentrazzjoni u kumplikazzjonijiet ta' mard kroniku; billi l-mard relatat max-xogħol marbut ma' aġenti bijoloġiċi huwa affettwat ukoll mit-tibdil fil-klima, minħabba li ż-żieda fit-temperaturi, pereżempju, tista' taffettwa d-distribuzzjoni ġeografika tal-vetturi ta' aġenti bijoloġiċi (qurdien, nemus), u b'hekk tiffaċilita t-tixrid ta' mard li jkun ġdid għal reġjun partikolari; billi huwa essenzjali li l-prattiki tax-xogħol jiġu adattati biex iqisu l-effetti tat-tibdil fil-klima(24);

K.  billi ambjent tax-xogħol psikosoċjali tajjeb isaħħaħ il-benesseri mentali u fiżiku tal-ħaddiema; billi jistgħu jinħolqu riskji psikosoċjali minn disinn tax-xogħol, organizzazzjoni u ġestjoni ħżiena, kif ukoll minn kuntest tax-xogħol soċjali ħażin, u jistgħu jirriżultaw f'eżiti psikosoċjali, fiżiċi u soċjali negattivi bħall-istress, l-ansjetà, l-eżawriment u d-dipressjoni, li jappartjenu għat-tieni l-akbar grupp ta' problemi tas-saħħa awtorappurtati relatati max-xogħol(25); billi l-istress relatat max-xogħol jista' jżid b'mod sinifikanti r-riskju li jwassal għal mard muskoloskeletali (MSD), mard tal-qalb, mard awtoimmuni jew mard rewmatiku/infjammatorju kroniku, u li jaggravahom(26); billi, skont l-Eurofound u l-EU-OHSA, 25 % tal-ħaddiema fl-Ewropa jesperjenzaw stress eċċessiv relatat max-xogħol; billi 51 % tal-ħaddiema tal-UE jgħidu li l-istress huwa komuni fuq il-post tax-xogħol tagħhom u kważi 80 % tal-maniġers huma mħassba dwar l-istress relatat max-xogħol(27), li juri li r-riskji psikosoċjali huma ta' tħassib għall-maġġoranza tal-kumpaniji(28); billi aktar minn nofs il-jiem tax-xogħol kollha mitlufa fl-UE huma kkawżati minn stress relatat max-xogħol(29); billi l-approċċi u l-leġiżlazzjoni dwar ir-riskji psikosoċjali jvarjaw b'mod sinifikanti fi Stati Membri differenti; billi s-saħħa mentali u l-benesseri tal-popolazzjoni Ewropea jistgħu jiġu affettwati b'mod pożittiv billi tingħata attenzjoni lill-istrateġiji implimentati fuq il-post tax-xogħol; billi l-prevenzjoni tal-problemi tas-saħħa mentali u l-promozzjoni tas-saħħa mentali jikkontribwixxu wkoll għat-tnaqqis fl-imġiba ta' riskju għas-saħħa assoċjata bħall-użu tal-alkoħol, id-droga u t-tabakk, l-inattività fiżika u dieta ħażina; billi livelli mtejba ta' benesseri psikoloġiku u fiżiku huma direttament assoċjati ma' prestazzjoni aħjar fuq il-post tax-xogħol;

L.  billi l-postijiet tax-xogħol jista' jkollhom rwol importanti fis-saħħa pubblika, skont ir-riżorsi loġistiċi tagħhom, billi jippromwovu stili ta' ħajja tajbin għas-saħħa, jinkoraġġixxu l-prattika tal-isport u l-attivitajiet fiżiċi u jippromwovu s-saħħa fl-aspetti kollha tagħha b'mod aktar wiesa' fost l-impjegati;

M.  billi l-litteriżmu fis-saħħa għandu rwol fundamentali fit-tħejjija u l-mitigazzjoni tal-impatt ta' theddidiet għas-saħħa u jikkontribwixxi biex il-popolazzjoni tifhem aħjar il-kontromiżuri u l-valutazzjoni tar-riskju ta' theddidiet differenti għas-saħħa;

N.  billi l-pandemija tal-COVID-19 uriet biċ-ċar il-ħtieġa li jiġu żgurati s-sikurezza u l-protezzjoni tal-ħaddiema, inkluż tas-saħħa mentali tagħhom; billi enfasizzat l-importanza tal-investiment fis-saħħa pubblika; billi l-pandemija tal-COVID-19 ikkawżat żieda rapida fit-telexogħol, bi kważi nofs l-impjegati kollha fl-UE jaħdmu mill-inqas parti mill-ħin tax-xogħol tagħhom mid-dar(30) matul il-lockdowns, filwaqt li ħadu aktar responsabbiltajiet ta' kura; billi x-xogħol mill-bogħod huwa ppruvat li għandu impatt qawwi fuq l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol billi jżid il-flessibbiltà u d-disponibbiltà kostanti tal-ħaddiema(31), li spiss iwassal għal kunflitt bejn il-ħin tal-ħajja tal-familja u dak tax-xogħol; billi huwa mistenni li l-adozzjoni tax-xogħol mill-bogħod u tat-telexogħol se tibqa' ogħla milli kienet qabel il-kriżi tal-COVID-19 jew saħansitra se tkompli tiżdied(32); billi x-xogħol mill-bogħod serva bħala lqugħ matul il-kriżi u ppreżerva impjiegi li inkella kienu jintilfu(33); billi t-telexogħol jagħti wkoll lill-ħaddiema l-libertà li jadattaw is-sigħat u l-iskeda tax-xogħol tagħhom biex jissodisfaw il-ħtiġijiet personali u tal-familja tagħhom stess(34); billi xi studji jissuġġerixxu li l-perċezzjonijiet tax-xogħol mill-bogħod tjiebu sostanzjalment mill-bidu tal-pandemija, u dan issarraf fi preferenza ġeneralizzata għal arranġamenti ta' xogħol ibridu(35);

O.  billi l-persuni li jaħdmu regolarment mid-dar huma darbtejn aktar probabbli li jaħdmu aktar minn 48 siegħa fil-ġimgħa u huma f'riskju li jistrieħu inqas minn 11-il siegħa bejn il-ġranet tax-xogħol; billi kważi 30 % tat-teleħaddiema jirrappurtaw li jaħdmu fil-ħin liberu tagħhom kuljum jew diversi drabi matul il-ġimgħa, meta mqabbla ma' inqas minn 5 % tal-ħaddiema bbażati f'uffiċju u li huwa aktar probabbli li t-teleħaddiema jaħdmu sigħat irregolari; billi r-riskji psikosoċjali huma r-riskji għas-saħħa l-aktar prevalenti assoċjati mat-telexogħol(36); billi prevalenza ogħla tat-telexogħol irriżultat ukoll fi prevalenza ogħla ta problemi fiżiċi bħall-MSD b'rabta ma' mġiba sedentarja, kundizzjonijiet ergonomiċi ħżiena, sigħat twal tax-xogħol u stress relatat max-xogħol;

P.  billi suq tax-xogħol li qed jinbidel jista' jkollu impatti potenzjali fuq is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali u fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol permezz ta' żviluppi demografiċi, l-introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda bħan-nanoteknoloġiji u l-intelliġenza artifiċjali, kif ukoll ġenerazzjonijiet ta' għodod jew makkinarju eżistenti, il-preżenza ta' sustanzi u prodotti kimiċi ġodda u tipi ġodda ta' impjiegi; billi aktar ħaddiema qegħdin jgħaddu għal xogħol fuq pjattaforma diġitali, xogħol mhux tradizzjonali jew impjiegi atipiċi;

Q.  billi l-kriżi tal-COVID-19 kixfet il-vulnerabbiltà tal-ħaddiema mhux standard, inklużi dawk li jaħdmu permezz ta' pjattaformi tax-xogħol diġitali u dawk li jaħdmu għal rashom; billi hemm probabbiltà kbira li s-sehem tax-xogħol fuq pjattaforma diġitali fis-suq tax-xogħol se jkompli jikber; billi l-ħaddiema li jaħdmu għal rashom huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-qafas strateġiku għas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, peress li mhumiex koperti mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali; billi l-ħaddiema tal-pjattaformi jistgħu jkunu soġġetti għal riskji akbar għas-saħħa u s-sikurezza li mhumiex limitati għas-saħħa fiżika iżda li jistgħu jaffettwaw ukoll is-saħħa psikosoċjali b'sigħat tax-xogħol mhux prevedibbli, intensità ta' xogħol, ambjenti kompetittivi, informazzjoni eċċessiva u iżolament; billi l-ġestjoni algoritmika tippreżenta sfidi ġodda għall-futur tax-xogħol li jistgħu jiġġeneraw pressjoni eċċessiva fir-rigward ta' veloċità u effiċjenza fuq il-ħaddiema; billi dan l-istil ta' ġestjoni jista' jpoġġi s-sikurezza fit-toroq tal-ħaddiema tal-pjattaformi fis-settur tat-trasport u tal-konsenja f'riskju, b'mod partikolari ċ-ċiklisti bħala utenti vulnerabbli tat-triq, kif ukoll jipperikola s-sikurezza ta' utenti oħra tat-triq; billi l-ħaddiema nisa tal-pjattaformi, b'mod partikolari s-sewwieqa nisa u n-nisa li jipprovdu servizzi ta' tindif u kura f'residenzi privati, jista' jkollhom riskju akbar li jkunu vittmi ta' fastidju u l-vjolenza sesswali u jistgħu joqogħdu lura milli jirrappurtaw tali okkorrenzi minħabba nuqqas ta' għodod ta' rappurtar jew kuntatt ma' maniġer uman jew minħabba l-biża' li jirċievu klassifikazzjonijiet ħżiena u l-biża li jitilfu xogħol futur; billi l-fastidju u l-vjolenza sesswali mhumiex irrappurtati biżżejjed fix-xogħol fuq pjattaformi(37);

R.  billi l-pandemija tal-COVID-19 uriet li l-postijiet tax-xogħol huma wkoll ċentri ewlenin għat-tixrid tal-kontaġju; billi l-prekarjetà tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien tal-ħaddiema staġjonali fl-Ewropa, b'mod partikolari fis-settur agrikolu, kienet diġà dokumentata sew qabel il-kriżi tal-COVID-19(38); billi matul il-pandemija rapporti inkwetanti dwar ksur tad-drittijiet tal-ħaddiema transfruntiera u staġjonali f'termini ta' kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien urew li s-sitwazzjoni tagħhom kompliet tmur għall-agħar; billi l-ħaddiema fuq xogħol għal żmien qasir ħafna drabi jgħixu f'akkomodazzjoni fi grupp, fejn it-tbegħid soċjali jkun diffiċli u dan iżid ir-riskju ta' infezzjoni tagħhom; billi tifqigħat kbar ta' infezzjonijiet tal-COVID-19 seħħew f'industriji bħall-ipproċessar tal-ikel; billi forom prekarji ta' impjieg bħal xogħol interim, impjieg indipendenti fittizju jew ix-xogħol f'katini ta' sottokuntrattar jeskludu regolarment lill-ħaddiema minn servizzi u taħriġ fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali; billi l-objettiv tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol huwa li tiżgura mobilità ġusta tal-forza tax-xogħol billi tassisti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fl-applikazzjoni u l-infurzar effettivi tad-dritt tal-Unjoni relatat mal-mobilità tal-forza tax-xogħol u l-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali fl-UE, inkluż ir-rappurtar dwar irregolaritajiet suspettati bħal ksur tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u r-regoli tas-saħħa u s-sikurezza, jekk isiru jafu dwar tali irregolaritajiet waqt it-twettiq tal-kompiti tagħhom;

S.  billi l-prevenzjoni, is-sensibilizzazzjoni, l-attivitajiet ta' benesseri u l-promozzjoni tal-kultura tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol jistgħu jipprovdu eżiti pożittivi fit-titjib tas-saħħa tal-impjegati kif ukoll opportunitajiet ġodda ta' impjieg jew volontarjat;

T.  billi l-ispezzjonijiet tax-xogħol għandhom rwol importanti fl-implimentazzjoni tal-politiki tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali fil-livell reġjonali u lokali; billi r-rakkomandazzjoni tal-ILO tippromwovi spettur tax-xogħol għal kull 10 000 ħaddiem sabiex jitwettqu spezzjonijiet effettivi u f'waqthom imfassla biex jinqered kull forma ta' abbuż; billi skont ir-riċerka tal-EU-OSHA, 88 % tal-impjegaturi jiddikjaraw li l-konformità mal-leġiżlazzjoni hija r-raġuni ewlenija għaliex jiġġestixxu s-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali(39);

U.  billi l-pandemija tal-COVID-19 għamlet eżiġenzi straordinarji fuq il-ħaddiema tal-kura tas-saħħa; billi ambjent tax-xogħol eżiġenti u biżgħat għas-sikurezza personali u tal-familja wasslu għal impatt psikoloġiku negattiv; billi l-professjonisti tal-kura tas-saħħa qed jesperjenzaw livelli ogħla ta' stress, ansjetà u dipressjoni meta mqabbla ma' professjonisti minn setturi oħra(40); billi l-Unjoni Ewropea jeħtiġilha titgħallem mill-kriżi tal-COVID-19 u tistabbilixxi sistema effettiva għall-koordinazzjoni tar-rispons għal kwalunkwe tip ta' theddida futura għas-saħħa pubblika, inklużi l-prevenzjoni, it-tħejjija u l-ippjanar tar-rispons fuq ix-xogħol;

V.  billi l-pandemija tal-COVID-19 xeħtet dawl fuq id-differenza bejn il-ġeneri u aggravatha; billi l-maġġoranza tal-ħaddiema essenzjali tal-ewwel linja fis-setturi tas-saħħa, soċjali, tal-edukazzjoni u tal-kura huma nisa; billi matul il-quċċata tal-pandemija dawn il-ħaddiema nisa ffaċċjaw sigħat twal ta' xogħol u rrappurtaw problemi biex jirrikonċiljaw ix-xogħol u l-ħajja privata; billi għalkemm meqjusa bħala essenzjali, dawn il-professjonijiet għadhom uħud mill-aktar impjiegi sottovalutati u li ma jitħallsux biżżejjed fl-UE; billi n-nisa kienu f'riskju partikolarment għoli mill-kriżi tal-COVID-19 u huma affettwati b'mod aktar sever mill-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali li jirriżultaw minnha(41);

W.  billi huwa importanti li tiġi applikata perspettiva tal-ġeneru għas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol peress li l-ħaddiema jistgħu jkunu aktar esposti u aktar vulnerabbli għal tipi differenti ta' sustanzi jew riskji skont il-ġeneru tagħhom; billi l-aspetti tal-ġeneru għandhom jiġu indirizzati fil-kuntest tad-dritt għall-iskonnessjoni;

X.  billi l-indirizzar tal-esponiment għal sustanzi perikolużi u fatturi ta' riskju oħra fuq il-post tax-xogħol huwa partikolarment rilevanti biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi fis-saħħa, peress li xi kategoriji ta' ħaddiema li huma fost dawk l-aktar vulnerabbli jistgħu jbatu wkoll minn żieda fl-esponiment għal tali fatturi ta' riskju; billi l-persuni b'diżabilità, iż-żgħażagħ u l-anzjani huma partikolarment vulnerabbli fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19; billi għandhom probabbiltà akbar li jbatu b'mod sproporzjonat u li jkollhom ħtiġijiet ta' appoġġ partikolari li jridu jitqiesu fi strateġija dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali waqt ir-rispons għall-pandemija; billi l-persuni b'diżabilità jew b'mard kroniku, jew dawk li qed jirkupraw minn korriment jew mard, jistgħu jitolbu appoġġ individwalizzat u adattament tal-post tax-xogħol jekk jixtiequ jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol; billi r-riċerka turi li dawn il-gruppi huma f'riskju kbir li jiżviluppaw problemi relatati mas-saħħa mentali; billi n-nuqqas ta' provvediment għal aġġustamenti fuq il-post tax-xogħol u akkomodazzjoni raġonevoli, inklużi proċeduri ta' evakwazzjoni ta' emerġenza, b'mod partikolari għall-ħaddiema b'diżabilità, jista' jirriżulta fi pressjonijiet fiżiċi, mentali u psikoloġiċi li jistgħu jipperikolaw is-saħħa u s-sikurezza ta' dawn il-ħaddiema, speċjalment meta tkun għadha ma nkisbitx l-aċċessibbiltà sħiħa tal-għodod diġitali relatati max-xogħol għall-persuni b'diżabilità;

Y.  billi l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, li daħlet fis-seħħ fl-UE fl-2011, tiddikjara li "l-Istati Partijiet għandhom jieħdu miżuri effettivi u adegwati, inkluż permezz ta' appoġġ bejn il-pari, biex jippermettu li l-persuni b'diżabilità jiksbu u jżommu indipendenza massima, abbiltà fiżika, mentali, soċjali u vokazzjonali sħiħa, u inklużjoni u parteċipazzjoni sħaħ fl-aspetti kollha tal-ħajja", u "jagħrfu d-dritt tal-persuni b'diżabilità biex jaħdmu, fuq bażi ugwali ma' ħaddieħor, inkluż id-dritt għall-opportunità għal qligħ ta' għajxien permezz ta' xogħol magħżul b'mod liberu u aċċettat f'suq tax-xogħol u ambjent tax-xogħol miftuħ, inklużiv u aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità";

Z.  billi ċ-ċittadini tal-UE, skont il-Eurofound(42), mhumiex ugwali fil-kapaċità tagħhom li jirritornaw għax-xogħol matul jew wara korriment jew mard; billi wieħed minn kull tliet ħaddiema biss fl-UE li l-attivitajiet ta' kuljum tagħhom huma limitati serjament jew kemxejn limitati minn mard kroniku jirrappurtaw li l-post tax-xogħol tagħhom ġie adattat biex jakkomoda l-problemi tas-saħħa tagħhom; billi l-Eurofound indikat ukoll li l-ħaddiema b'livell edukattiv milħuq baxx u dawk f'impjiegi b'livell baxx ta' ħiliet mhux biss għandhom probabbiltà akbar li jkollhom marda kronika u jesperjenzaw limitazzjonijiet fl-attivitajiet ta' kuljum tagħhom iżda għandhom ukoll probabbiltà iżgħar li jibbenefikaw minn akkomodazzjoni fuq il-post tax-xogħol;

AA.  billi l-għarfien xjentifiku dwar l-esponiment għal diversi perikli kiber b'mod notevoli matul dawn l-aħħar snin; billi l-lista tal-UE ta' mard okkupazzjonali għandha għalhekk tiġi aġġornata; billi r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/670/KE tat-19 ta' Settembru 2003 dwar l-Iskeda Ewropea ta' Mard Okkupazzjonali(43) tirrakkomanda li l-Istati Membri jintroduċu, malajr kemm jista' jkun, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi dwar mard okkupazzjonali għal kumpens fil-liġijiet nazzjonali tagħhom; billi l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu, fil-liġijiet nazzjonali tagħhom, li kull ħaddiem ikollu d-dritt għal kumpens fir-rigward ta' mard okkupazzjonali jekk ikun qed isofri minn marda li tista' tiġi ppruvata li hija ta' oriġini u natura okkupazzjonali; billi n-nuqqas ta' armonizzazzjoni eżistenti dwar ir-rikonoxximent tal-mard okkupazzjonali jista' jwassal għal diskriminazzjoni ta' xi ħaddiema fl-UE, fejn il-pajjiżi tagħhom għandhom livelli ta' rikonoxximent ogħla jew aktar baxxi tal-mard okkupazzjonali;

AB.  billi standards tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali għoljin, bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, ambjent tax-xogħol adattat għall-età, eżiġenzi kwantitattivi aktar baxxi u awtonomija tal-ħin tax-xogħol jistgħu jippermettu u jinkoraġġixxu lill-anzjani jibqgħu b'mod volontarju fis-suq tax-xogħol; billi jeħtieġ li tingħata attenzjoni speċifika għall-ħtiġijiet tal-ħaddiema f'impjiegi li huma eżiġenti ħafna mill-aspett fiżiku jew psikoloġiku;

AC.  billi l-inċidenti fit-toroq b'vetturi bil-mutur relatati max-xogħol iseħħu fuq il-post tax-xogħol u waqt is-sewqan assoċjat max-xogħol, u jinvolvu l-aktar vetturi tal-kumpanija; billi l-aċċidenti fatali relatati max-xogħol u l-imwiet fit-toroq huma rrappurtati b'mod differenti fost l-Istati Membri u dan jagħmel it-tqabbil tal-istatistika dwar l-inċidenti fit-toroq relatati max-xogħol diffiċli; billi huwa stmat li l-inċidenti fit-toroq relatati max-xogħol jikkontribwixxu għal bejn kwart sa aktar minn terz tal-imwiet kollha relatati max-xogħol; billi ma hemm l-ebda definizzjoni standardizzata tal-UE ta' mwiet fit-toroq relatati max-xogħol; billi jeżistu diversi miri madwar l-Ewropa biex titnaqqas il-mortalità minn inċidenti fit-toroq, iżda l-ebda waħda ma tikkonċerna direttament aċċidenti fit-toroq relatati max-xogħol;

AD.  billi riskji tradizzjonali għas-saħħa bħat-tqandil manwali ta' tagħbijiet tqal, l-istorbju, qagħdiet skomdi waqt ix-xogħol jew movimenti ripetittivi tal-idejn u tad-driegħ għadhom theddida għal ħafna ħaddiema u kienu enfasizzati bħala tali fil-ħames stħarriġ dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-Eurofound(44); billi fatturi ta' riskju għal mard rewmatiku u muskoloskeletali fuq il-post tax-xogħol jinkludu l-vibrazzjoni, l-irfigħ ta' piżijiet tqal, ix-xogħol b'apparat ta' wiri fuq skrin, l-użu ta' makkinarju u tagħmir tqil; billi mill-kundizzjonijiet okkupazzjonali kollha, il-mard rewmatiku u muskoloskeletali jikkawża l-ogħla telf ta' produttività(45);

AE.  billi l-mard kardjovaskulari u respiratorju relatat max-xogħol huwa t-tieni l-akbar kontributur għal imwiet relatati max-xogħol; billi eżiġenzi psikoloġiċi għoljin, pressjoni fuq ix-xogħol, sigħat tax-xogħol twal, disturbi mentali, prekarjetà fuq ix-xogħol u inattività fiżika huma kollha assoċjati miegħu(46);

AF.  billi s-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol iridu jitqiesu bħala dmir etiku u soċjali kif ukoll rekwiżit statutorju strett li għandu jiġi ssodisfat mill-intraprendituri;

1.  Jilqa' l-qafas strateġiku tal-Kummissjoni u, b'mod partikolari, l-introduzzjoni tal-approċċ "Viżjoni Żero" għall-aċċidenti u l-mard relatati max-xogħol inkluż l-indikatur tat-tabella ta' valutazzjoni soċjali l-ġdida li jmiss dwar aċċidenti fatali fuq il-post tax-xogħol; jesprimi d-dispjaċir tiegħu, madankollu, li l-livell ta' ambizzjoni tal-istrateġija dwar is-Sikurezza u s-Saħħa Okkupazzjonali ma jikkorrispondix mal-objettiv tagħha ta' "Viżjoni Żero" u jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti li jaqblu ma' din l-ambizzjoni; jappella għall-istabbiliment ta' pjan direzzjonali għat-tnaqqis tal-aċċidenti u l-imwiet fuq il-post tax-xogħol, b'finanzjament adegwat tal-UE u nazzjonali għall-Istati Membri biex itemmu t-tranżizzjoni lejn "żero fatalitajiet"; jenfasizza li l-approċċ "Viżjoni Żero" ma għandux iwassal għas-sottorappurtar ta' aċċidenti u mard relatat max-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni tkopri l-korrimenti u l-aċċidenti kollha kif ukoll l-attrizzjoni fiżika u mentali fl-approċċ "Viżjoni Żero"; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu b'mod sinifikanti l-enfasi tagħhom fuq strateġiji ta' prevenzjoni, bħal pereżempju t-tisħiħ tal-ispettorati tax-xogħol, is-servizzi nazzjonali tas-saħħa u s-sikurezza u d-djalogu bejn is-sħab soċjali biex jiġi żgurat li l-impjegati kollha, irrispettivament mit-tip jew id-daqs tal-impjegatur, ikollhom dritt għall-ogħla livell ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza possibbli; jappella għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ambizzjużi tal-qafas strateġiku ġdid dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol 2021-2027, anke fid-dawl tal-impatt tal-pandemija tal-COVID-19; jappella għal aġġornamenti regolari tal-qafas strateġiku u għat-titjib tal-istrateġiji nazzjonali attwali f'konformità mal-evoluzzjoni tas-swieq tax-xogħol u t-tranżizzjoni doppja diġitali u ekoloġika; jemmen li hemm bżonn ta' kooperazzjoni b'saħħitha mas-sħab soċjali u azzjoni leġiżlattiva dwar diversi aspetti tal-politika tal-UE relatata mas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali sabiex tikkomplementa l-varjetà ta' miżuri mhux vinkolanti previsti sabiex il-"Viżjoni Żero" ssir realtà; jitlob li jkun hemm enfasi ċara fuq il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema u fuq it-tisħiħ tal-konsultazzjoni mas-sħab soċjali fl-approċċ "Viżjoni Żero"; jilqa' l-fatt li s-summit dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali fl-2023 ser jiffoka speċjalment fuq il-progress tal-approċċ "Viżjoni Żero";

2.  Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-ambizzjonijiet tagħha fir-rigward tal-kanċer relatat max-xogħol fil-Pjan Ewropew biex Jingħeleb il-Kanċer; jitlob li d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-esponiment għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol(47) tiġi aġġornata fuq bażi kontinwa u f'perjodu ta' żmien ambizzjuż, inkluż billi jiġu stabbiliti valuri limitu ta' esponiment okkupazzjonali għal mill-inqas 25 sustanza ta' prijorità addizzjonali fid-direttiva mingħajr dewmien, wara l-preżentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni u sa tmiem l-2022, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv għas-Saħħa u s-Sikurezza fuq il-Post tax-Xogħol; jenfasizza f'dan ir-rigward il-ħtieġa li l-Kummissjoni tiżgura biżżejjed persunal, inkluż fl-unitajiet u l-awtoritajiet rilevanti; jenfasizza li l-istabbiliment ta' reġistri nazzjonali komprensivi għall-Istati Membri kollha jista' jippermetti l-ġbir ta' data fl-Ewropa kollha dwar il-karċinoġeni rilevanti kollha; jappella għal kooperazzjoni mill-qrib bejn l-istituzzjonijiet u l-aġenziji rilevanti tal-UE, l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati rilevanti, u bl-involviment qawwi tas-sħab soċjali fl-użu attiv tal-ġbir tad-data biex dan jiġi segwit minn miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi neċessarji biex jiġu miġġielda l-kanċers relatati max-xogħol; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-ħaddiema kollha jkollhom id-dritt li jieqfu mix-xogħol meta jiffaċċjaw periklu imminenti u kundizzjonijiet tax-xogħol perikolużi eċċezzjonali, f'konformità mal-prattiki nazzjonali;

3.  Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni fid-Direttiva 2004/37/KE li tirrevedi l-valuri ta' limitu ta' esponiment għaċ-ċomb kif ukoll għall-komposti u d-diisoċjanati tiegħu; jinnota li, filwaqt li l-Kumitat għall-Istima tar-Riskji (RAC) tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) jirrakkomanda valur ta' limitu atmosferiku ta' 4 µg/m³ u valur ta' limitu bijoloġiku ta' 150 µg ta' ċomb għal kull litru ta' demm, u li dan jistabbilixxi pass fid-direzzjoni t-tajba, il-valur ta' limitu bijoloġiku propost ma jipproteġix lin-nisa u speċjalment lin-nisa tqal b'mod xieraq(48); jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li kwalunkwe proposta għal valuri ta' limitu ta' esponiment riveduti għaċ-ċomb u l-komposti tiegħu għandha tistabbilixxi protezzjoni ugwali għall-ħaddiema kollha irrispettivament mill-ġeneru; jilqa' l-impenn mill-Kummissjoni li żżid l-interferenti endokrinali bħala kategorija ta' sustanzi ta' tħassib serju ħafna taħt ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006(49) (ir-Regolament REACH) kif ukoll biex tikklassifikahom taħt ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008(50) (ir-Regolament CLP); jenfasizza li l-ħaddiema għandhom ikunu protetti kontra l-esponiment għall-interferenti endokrinali mil-leġiżlazzjoni tal-UE; jindika li l-awtomatizzazzjoni u r-robotizzazzjoni ta' ċerti attivitajiet jistgħu jnaqqsu b'mod sinifikanti r-riskju li l-ħaddiema jkunu esposti għal karċinoġeni fuq il-postijiet tax-xogħol; jenfasizza l-ħtieġa li tittieħed aktar azzjoni biex jiġu evitati, identifikati u rikonoxxuti aħjar kanċers okkupazzjonali relatati ma' xogħol bix-shift ta' billejl; jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lil segmenti tal-popolazzjoni li huma partikolarment esposti għal sustanzi perikolużi bħall-ħaddiema fl-industriji kimiċi u agrikoli, jew partikolarment vulnerabbli bħall-ħaddiema tqal jew li qed ireddgħu;

4.  Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li tippreżenta proposta leġiżlattiva fl-2022 biex tkompli tnaqqas l-esponiment tal-ħaddiema għall-asbestos; jistieden lill-Kummissjoni żżid l-ambizzjonijiet tagħha u tippreżenta proposta għal strateġija Ewropea għat-tneħħija tal-asbestos kollu f'konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mill-asbestos; jistieden lill-Kummissjoni tkun ambizzjuża fl-isforzi tagħha biex tikseb it-tneħħija tal-asbestos kollu u biex tirrevedi d-Direttiva 2009/148/KE(51) fir-rigward tar-rekwiżiti minimi għat-taħriġ iċċertifikat tal-ħaddiema esposti għall-asbestos, u, bħala kwistjoni ta' prijorità, taġġorna l-limitu ta' esponiment għall-asbestos, li għandu jiġi stabbilit għal 0,001 fibra/cm3 (1 000 fibra/m3); jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta għal direttiva qafas tal-UE dwar strateġiji nazzjonali għat-tneħħija tal-asbestos; jistieden lill-Kummissjoni taġġorna d-Direttiva 2010/31/UE(52) għall-iskrinjar obbligatorju tal-bini u t-tneħħija sussegwenti tal-asbestos u ta' sustanzi perikolużi oħra qabel ma jkunu jistgħu jibdew ix-xogħlijiet ta' rinnovazzjoni, u b'hekk tipprojbixxi l-issiġillar u l-inkapsulament ta' materjali li fihom l-asbestos li teknikament jistgħu jitneħħew; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta leġiżlattiva li tqis ir-regolamenti nazzjonali eżistenti kif ukoll valutazzjoni tal-impatt dwar l-aktar mudelli effiċjenti għall-iskrinjar obbligatorju tal-bini, li jikkonsisti minn dijanjożi tal-wiċċ għall-preżenza ta' asbestos imwettaq minn entità professjonali bil-kwalifiki u l-permessi xierqa, qabel il-bejgħ jew il-kiri ta' bini, u għall-istabbiliment ta' rekwiżiti minimi għal ċertifikati tal-asbestos għall-bini mibni qabel l-2005 jew qabel is-sena ta' projbizzjoni nazzjonali ekwivalenti tal-asbestos; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw rikonoxximent u kumpens aħjar tal-mard relatat mal-asbestos għall-ħaddiema kollha esposti sabiex fit-tranżizzjoni ekoloġika tiġi protetta s-saħħa tal-ħaddiema tal-kostruzzjoni u ta' ħaddiema oħra; jappella għall-użu, fejn possibbli, tal-mikroskopija elettronika bi trażmissjoni analitika jew metodi simili avvanzati biex jingħaddu l-fibri;

5.  Jemmen li d-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex jinkoraġġixxu titjib fis-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol(53) tista' ma tkunx effettiva biżżejjed għad-dinja tax-xogħol fis-seklu 21 u l-aħħar żviluppi fis-swieq tax-xogħol, inklużi l-valutazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji psikosoċjali; jemmen, għalhekk, li dan għandu jiġi kkomplementat biex jissaħħaħ dan l-aspett; ifakkar fit-talba tiegħu li l-Kummissjoni tinkludi d-dritt għall-iskonnessjoni fil-qafas strateġiku dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali u, b'mod espliċitu, tiżviluppa miżuri psikosoċjali ġodda bħala parti mill-qafas; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, iżżid l-ambizzjoni tal-qafas strateġiku għas-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi, f'konsultazzjoni mas-sħab soċjali, direttiva dwar ir-riskji psikosoċjali u l-benesseri fuq il-post tax-xogħol immirata lejn il-prevenzjoni effiċjenti tar-riskji psikosoċjali fuq il-post tax-xogħol, bħall-ansjetà, id-dipressjoni, l-eżawriment u l-istress, inklużi riskji kkawżati minn problemi strutturali bħall-organizzazzjoni tax-xogħol (jiġifieri ġestjoni ħażina, tfassil ħażin tax-xogħol jew nuqqas ta' tqabbil xieraq tal-għarfien u l-kapaċitajiet tal-ħaddiema mal-kompiti assenjati); jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jistabbilixxu mekkaniżmi għall-prevenzjoni ta' tali riskji u r-riintegrazzjoni tal-impjegati affettwati fil-post tax-xogħol, u jaqilbu minn azzjonijiet fil-livell individwali għal approċċ ta' organizzazzjoni tax-xogħol f'konformità mal-prinċipji tal-ġerarkija tal-prevenzjoni inklużi fid-Direttiva 89/391/KEE; jistieden lill-Kummissjoni tħejji linji gwida fir-rigward tal-għadd minimu ta' persunal li jipprovdi servizzi tas-saħħa okkupazzjonali li huma meħtieġa biex tiġi żgurata sorveljanza adegwata tas-saħħa okkupazzjonali(54); iqis li l-protezzjoni u l-promozzjoni tas-saħħa mentali għandhom ikunu parti integrali mill-pjanijiet ta' tħejjija tas-saħħa u sikurezza okkupazzjonali għal kriżijiet futuri tas-saħħa; jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni speċifika lis-saħħa mentali tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa u ta' ħaddiema essenzjali oħra; jilqa', f'dan ir-rigward, il-kontribut tal-grupp ta' esperti dwar modi effettivi ta' investiment fis-saħħa fl-opinjoni tiegħu dwar l-appoġġ tas-saħħa mentali tal-ħaddiema tas-saħħa u ħaddiema essenzjali oħra; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw segwitu u implimentazzjoni adegwati ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet;

6.  Jisħaq fuq l-importanza li jiġu żgurati għażliet xierqa ta' talba għal kumpens għall-ħaddiema f'każijiet ta' mard okkupazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni, f'konsultazzjoni mas-sħab soċjali, tirrevedi r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-2003 dwar l-Iskeda Ewropea tal-Mard Okkupazzjonali b'żidiet bħal disturbi muskoloskeletali relatati max-xogħol, disturbi tas-saħħa mentali relatati max-xogħol, b'mod partikolari d-dipressjoni, l-eżawriment, l-ansjetà u l-istress, il-mard kollu relatat mal-asbestos u l-kanċers tal-ġilda u l-infjammazzjoni rewmatika u kronika; jistieden lill-Kummissjoni tittrasforma din ir-rakkomandazzjoni, wara konsultazzjoni mas-sħab soċjali, f'direttiva li toħloq lista minima ta' mard okkupazzjonali u li tistabbilixxi rekwiżiti minimi għar-rikonoxximent tagħhom u kumpens adegwat għall-individwi kkonċernati;

7.  Jisħaq fuq il-fatt li l-ħaddiema nisa jiffaċċjaw sfidi dejjem akbar għas-saħħa u l-benesseri okkupazzjonali, b'mod partikolari fis-setturi tas-saħħa u tal-kura; jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni qed issaħħaħ l-approċċ reattiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru għas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintegraw il-perspettiva tal-ġeneru u jqisu d-differenzi bejn il-ġeneri fil-miżuri kollha tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tibbaża l-inizjattiva leġiżlattiva li jmiss dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru kontra n-nisa u l-vjolenza domestika fuq il-ftehim qafas dwar il-fastidju u l-vjolenza fuq il-post tax-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-miżuri preventivi u protettivi mmirati biex jeqirdu l-vjolenza, id-diskriminazzjoni u l-fastidju fid-dinja tax-xogħol, inklużi l-vjolenza u l-fastidju minn partijiet terzi (jiġifieri minn klijenti, viżitaturi jew pazjenti), fejn applikabbli, japplikaw irrispettivament mir-raġuni u l-kawża tal-fastidju u li mhumiex limitati għal każijiet ibbażati fuq raġunijiet diskriminatorji; jistieden lill-Istati Membri jirratifikaw il-Konvenzjoni Nru 190 tal-ILO u r-Rakkomandazzjoni Nru 206 dwar il-vjolenza u l-fastidju u biex idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet u l-miżuri ta' politika meħtieġa biex jipprojbixxu, jipprevjenu u jindirizzaw il-vjolenza u l-fastidju fid-dinja tax-xogħol;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji biex iħejju għal forza tax-xogħol li qed tixjieħ, prevalenza ogħla ta' impjegati b'mard kroniku u l-ħtieġa li l-post tax-xogħol jiġi adattat għall-ħtiġijiet tal-impjegati b'diżabilità, jappoġġjaw b'mod attiv ir-riintegrazzjoni u n-nondiskriminazzjoni, u jadattaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-persuni b'diżabilità jew b'mard kroniku, u għal dawk li jkunu qed jirkupraw mill-mard; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu definiti u implimentati strateġiji mfassla apposta u individwalizzati biex jiffaċilitaw il-proċessi ta' rkupru u ta' riabilitazzjoni tal-ħaddiema; jissottolinja li tali strateġiji għandhom jinkludu l-promozzjoni tal-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja għall-persuni ta' kull età, kif ukoll bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, u l-promozzjoni ta' skambji interġenerazzjonali fuq il-post tax-xogħol; jenfasizza li għandha tingħata wkoll attenzjoni speċjali lill-indokraturi;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni, fil-qafas tal-Istrateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità 2021-2030, toffri linji gwida ċari u ambizzjużi lill-Istati Membri u lill-impjegaturi dwar it-twettiq ta' aġġustamenti fuq il-post tax-xogħol u l-provvista ta' akkomodazzjoni raġonevoli għall-persuni b'diżabilità; jistieden lill-Kummissjoni twettaq reviżjoni ambizzjuża tad-Direttiva 2000/78/KE dwar it-trattament ugwali f'dan ir-rigward; jinsisti li huwa daqstant importanti li tingħata attenzjoni għas-sitwazzjoni tal-ħaddiema b'mard kroniku;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lill-ħaddiema żgħażagħ fl-istrateġiji tagħhom dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, b'enfasi speċjali fuq il-ħaddiema taħt it-18-il sena; ifakkar li l-istatistika turi li dawk li għandhom bejn it-18 u l-24 sena għandhom probabbiltà akbar li jkollhom aċċident serju fuq ix-xogħol minn adulti akbar fl-età minħabba esperjenza, taħriġ u superviżjoni insuffiċjenti, nuqqas ta' kuxjenza dwar id-drittijiet tagħhom u dwar id-dmirijiet tal-impjegaturi, nuqqas ta' għarfien tal-ħtiġijiet tagħhom mill-impjegaturi, u l-esponiment għal kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji, li b'hekk iwassal għall-iżvilupp ta' mard okkupazzjonali waqt li jkunu għadhom żgħar jew aktar tard fil-ħajja(55);

11.  Ifakkar li l-ħaddiema tal-pjattaformi jistgħu jkunu soġġetti għal riskji miżjuda għas-saħħa u s-sikurezza għal xogħol fuq il-pjattaformi kemm fuq il-post kif ukoll online; jisħaq li dawn ir-riskji mhumiex limitati għas-saħħa fiżika iżda jistgħu jaffettwaw ukoll is-saħħa psikosoċjali, fejn is-sigħat tax-xogħol mhux prevedibbli, l-intensità tax-xogħol, l-ambjenti kompetittivi, l-informazzjoni eċċessiva u l-iżolament huma fatturi ta' riskju emerġenti; jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva dwar titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol fix-xogħol fuq il-pjattaformi biex ittejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tal-pjattaformi; jenfasizza li l-ħaddiema kollha tal-pjattaformi għandhom ikunu intitolati li jirċievu kumpens f'każ ta' aċċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard okkupazzjonali, u jiġu pprovduti bi protezzjoni soċjali, inkluża kopertura tal-assigurazzjoni tal-mard u tal-invalidità, bl-introduzzjoni ta' preżunzjoni konfutabbli ta' relazzjoni ta' impjieg għall-ħaddiema tal-pjattaformi, f'konformità mad-definizzjonijiet nazzjonali kif stabbiliti fil-leġiżlazzjoni jew fil-ftehimiet kollettivi rispettivi tal-Istati Membri; itenni, f'dan ir-rigward, ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu mfassla fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Settembru 2021 dwar kundizzjonijiet tax-xogħol ekwi, drittijiet u protezzjoni soċjali għall-ħaddiema tal-pjattaformi – forom ġodda ta' impjieg marbuta mal-iżvilupp diġitali,

12.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-ħaddiema kollha li għandhom kuntratt ta' impjieg jew relazzjoni ta' impjieg kif definit mil-liġi nazzjonali, il-ftehimiet kollettivi jew il-prattika, inklużi l-ħaddiema mhux standard(56), kif ukoll il-ħaddiema indipendenti ġenwini u fittizji, u l-ħaddiema mobbli, ikunu koperti mil-leġiżlazzjoni u l-politiki dwar is-saħħa u sikurezza okkupazzjonali; jisħaq fuq ir-rwol kritiku tan-negozjar kollettiv biex jiġu żgurati l-ogħla standards tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali; jenfasizza li d-drittijiet tal-bniedem Ewropej u internazzjonali jiggarantixxu lill-ħaddiema kollha d-dritt li jorganizzaw, jiffurmaw u jissieħbu ma' trade union, jinvolvu ruħhom f'negozjar kollettiv, jieħdu azzjoni kollettiva biex jiddefendu d-drittijiet tagħhom u jgawdu l-protezzjoni fil-qafas ta' ftehimiet kollettivi, irrispettivament mill-istatus ta' impjieg tagħhom(57);

13.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi s-saħħa u s-sikurezza fl-istrateġiji u l-politiki rilevanti kollha tal-UE dwar it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, inklużi dawk dwar l-intelliġenza artifiċjali (IA); jenfasizza li s-soluzzjonijiet tal-IA fuq il-post tax-xogħol iridu jkunu etiċi u ċċentrati fuq il-bniedem, trasparenti, ġusti u jevitaw kwalunkwe implikazzjoni negattiva għas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li tippreżenta inizjattiva leġiżlattiva, wara li tikkonsulta mas-sħab soċjali, biex tiċċara r-responsabbiltajiet tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali fir-rigward tas-sistemi tal-IA u ta' modi ġodda ta' ħidma; jenfasizza li l-edukazzjoni u t-taħriġ għall-ħaddiema u l-miżuri biex jiżguraw strateġiji effettivi tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali huma meħtieġa għall-introduzzjoni u l-użu tal-IA mill-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol; jenfasizza li l-IA u d-diġitalizzazzjoni jiffaċilitaw b'mod plawżibbli s-sinerġiji bejn il-bniedem u l-magni u joffru benefiċċji ekonomiċi u soċjetali kif ukoll opportunitajiet ġodda għan-negozji, kif ukoll joħolqu tħassib dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali bħall-emerġenza ta' forom ġodda ta' monitoraġġ u ġestjoni tal-ħaddiema abbażi tal-ġbir ta' ammonti kbar ta' data f'ħin reali li jistgħu jwasslu għal kwistjonijiet legali, regolatorji u etiċi; jappella, b'mod partikolari, għall-introduzzjoni ta' salvagwardji kontra l-impatti negattivi tal-ġestjoni algoritmika fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema; jenfasizza li l-algoritmi implimentati fl-oqsma tax-xogħol iridu jkunu trasparenti, nondiskriminatorji u etiċi, u li d-deċiżjonijiet algoritmiċi jridu jkunu responsabbli, kontestabbli u, fejn rilevanti, riversibbli, u konsegwentement iridu jkunu soġġetti għal sorveljanza umana; jisħaq fuq ir-rwol tas-sħab soċjali fl-antiċipazzjoni ta' riskji okkupazzjonali emerġenti li jirriżultaw mill-iżvilupp ta' teknoloġiji rivoluzzjonarji;

14.  Ifakkar li t-tibdil fil-klima għandu impatti diretti fuq il-ħaddiema; ifakkar li l-intensifikazzjoni ta' avvenimenti estremi tat-temp se twassal għal aktar korrimenti fiżiċi u li t-tibdil fil-klima jista' jżid ukoll ir-riskju tal-kanċer tal-ġilda, l-esponiment għat-trab u r-riskji psikosoċjali; jinsisti li anke l-organizzazzjoni inadegwata tax-xogħol tista' taggrava s-sitwazzjoni; jisħaq fuq ir-rwol tas-sħab soċjali fl-antiċipazzjoni ta' riskji okkupazzjonali emerġenti minħabba t-tibdil fil-klima; ifakkar li s-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema hija kompetenza tal-UE u li f'konformità mad-Direttiva 89/391/KEE, il-ħaddiema għandhom ikunu protetti minn kwalunkwe riskju, inkluż minn riskji emerġenti; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta bir-reqqa u b'urġenza r-riskji ġodda u emerġenti tat-tibdil fil-klima fuq is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali sabiex tipproteġi aħjar lill-ħaddiema minn esponiment għal temperaturi għoljin, radjazzjoni UV naturali u perikli oħra relatati għas-sikurezza;

15.  Jappella għat-tisħiħ tal-protezzjoni mill-esponiment għar-radjazzjoni UV fil-livell tal-UE, speċjalment fil-qafas tal-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali għall-ħaddiema li jaħdmu fuq barra; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tirrevedi d-Direttiva 2006/25/KE dwar l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jirriżultaw mill-aġenti fiżiċi (radjazzjoni ottika artifiċjali)(58) u biex tinkludi r-radjazzjoni solari fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-implimentazzjoni u l-effikaċja tal-miżuri attwali għall-protezzjoni tal-ħaddiema esposti għar-radjazzjoni jonizzanti bħall-ekwipaġġi tal-linji tal-ajru, il-ħaddiema tal-impjanti tal-enerġija nukleari, il-ħaddiema f'ambjenti industrijali rilevanti u r-riċerkaturi u l-professjonisti tas-saħħa u veterinarji li jaħdmu fis-setturi tar-radjoloġija, tar-radjoterapija jew tal-mediċina nukleari, u biex tirrieżaminahom fejn ikun meħtieġ, sabiex tistabbilixxi miżuri proporzjonati;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi mekkaniżmu ta' twissija bikrija fi ħdan l-istruttura interistituzzjonali attwali biex tidentifika fejn ikunu meħtieġa aġġustamenti u reviżjonijiet għad-direttivi eżistenti dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali li jittrattaw oqsma fi stat kostanti ta' bidla, u li jistgħu jiġu influwenzati, pereżempju, minn data xjentifika ġdida dwar prodotti perikolużi jew l-evoluzzjoni tas-swieq tax-xogħol u l-kundizzjonijiet tax-xogħol fi ħdan it-tranżizzjoni doppja: diġitali u ekoloġika; jissottolinja l-ħtieġa partikolari li jiġu involuti s-sħab soċjali settorjali f'dan il-mekkaniżmu billi dawn huma l-ewwel li jiġu kkonfrontati b'sitwazzjonijiet li jinbidlu;

17.  Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw politiki nazzjonali li jissalvagwardjaw is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali bħala parti fundamentali tal-akkwist pubbliku;

18.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-kwistjoni aktar wiesa' tax-xogħol deċenti fil-ftehimiet kummerċjali futuri tal-UE u tiżgura li l-istandards tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali jitqiesu kif xieraq bħala parti minn impenji vinkolanti dwar l-istandards soċjali u tax-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-pajjiżi kandidati fl-allinjament tal-oqfsa legali tagħhom mal-acquis tal-UE dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkooperaw mill-qrib mal-ILO u mad-WHO biex jippromwovu d-dritt għal kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri u tajbin għas-saħħa fil-qafas tal-prinċipji u d-drittijiet ewlenin tax-xogħol tal-ILO u biex jissalvagwardjaw ir-rispett għal dawn il-prinċipji mill-atturi fil-ktajjen tal-provvista globali; jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipproponi projbizzjoni fl-UE kollha fuq il-prodotti magħmula minn xogħol furzat;

19.  Jilqa' l-għan tat-tisħiħ tal-involviment mal-pajjiżi sħab tal-UE, l-organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali u fora internazzjonali oħra biex jiżdiedu l-istandards dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali fuq livell globali; jitlob l-involviment attiv tal-Kummissjoni fl-appoġġ tal-integrazzjoni tad-dritt għal kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri u tajbin għas-saħħa fil-qafas tal-ILO tal-prinċipji fundamentali u d-drittijiet tax-xogħol;

20.  Iqis li fir-reġjuni transfruntiera, għandhom jiġu promossi t-taħriġ transfruntier konġunt u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki għall-persunal tal-kura tas-saħħa u l-persunal tas-saħħa pubblika;

Pjan ta' tħejjija għal kriżijiet futuri tas-saħħa: tagħlimiet meħuda mill-pandemija tal-COVID-19 u l-impatt tagħha fuq ix-xogħol

21.  Jenfasizza li huwa essenzjali li jinsiltu tagħlimiet mill-pandemija tal-COVID-19 u li tiżdied it-tħejjija għal kriżijiet tas-saħħa futuri potenzjali; jappoġġja l-istedina lill-Istati Membri biex ifasslu pjanijiet ta' tħejjija għal kriżijiet futuri fl-istrateġiji nazzjonali tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali tagħhom, f'konsultazzjoni mas-sħab soċjali nazzjonali, inkluża l-implimentazzjoni ta' linji gwida u għodod tal-UE; jisħaq fuq il-ħtieġa ta' mekkaniżmi effettivi tal-UE biex jikkoordinaw dawn il-pjanijiet; iqis li t-titjib tal-komunikazzjoni ta' informazzjoni vverifikata għandu jkun fil-qalba ta' kwalunkwe pjan ta' tħejjija għas-saħħa; iqis li l-protezzjoni u l-promozzjoni tas-saħħa mentali għandhom ikunu parti integrali tal-pjanijiet ta' tħejjija tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali għal kriżijiet futuri tas-saħħa, u jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni speċifika lis-saħħa mentali tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa u ta' ħaddiema essenzjali oħrajn; jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tniedi valutazzjoni dettaljata tal-effetti tal-pandemija u l-effiċjenza tal-oqfsa tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali nazzjonali u tal-UE biex jiġu żviluppati proċeduri ta' emerġenza u gwida għat-tnedija rapida, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta' miżuri fi kriżijiet tas-saħħa potenzjali futuri, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-atturi tas-saħħa pubbliċi; jistieden lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lir-reġjuni transfruntiera bil-għan li tissaħħaħ il-kooperazzjoni; iqis li d-dikjarazzjoni ta' sitwazzjoni ta' emerġenza tas-saħħa pubblika fl-UE, kif prevista mir-regolament futur(59) dwar theddid transfruntier serju għas-saħħa, għandha tiskatta l-implimentazzjoni u l-koordinazzjoni tal-UE tal-miżuri pprovduti fil-pjanijiet ta' tħejjija nazzjonali dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali tal-Istati Membri;

22.  Ifakkar fl-impenn tal-Kummissjoni li tivvaluta l-ħtieġa ta' aktar azzjonijiet biex jittejjeb il-funzjonament tal-qafas regolatorju eżistenti tal-UE għas-saħħa u s-sikurezza u l-ħtieġa li tiġi emendata d-Direttiva 2000/54/KE dwar l-Aġenti Bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni twettaq, mingħajr dewmien, reviżjoni mmirata ta' din id-Direttiva billi tibbaża fuq it-tagħlimiet meħuda mill-pandemija tal-COVID-19 bil-ħsieb li jkun hemm tħejjija u ppjanar ta' reazzjoni aħjar u tiżdied ir-reżiljenza fi kriżijiet tas-saħħa fil-postijiet tax-xogħol kollha; jenfasizza li r-reviżjoni għandha tiżgura li d-direttiva tkun adegwata biex tirripsondi għal sitwazzjonijiet ta' pandemija, tiffaċilita t-twaqqif ta' pjanijiet ta' emerġenza nazzjonali f'każ ta' tifqigħa ta' pandemija u ta' struzzjonijiet bil-miktub f'lingwi differenti mill-impjegaturi dwar ir-riskji għas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, il-miżuri sanitarji u l-organizzazzjoni tax-xogħol lill-ħaddiema kollha f'każ ta' tali tifqigħa; jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni tinkludi l-COVID-19 fir-Rakkomandazzjoni dwar l-iskeda Ewropea tal-mard okkupazzjonali;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu prijorità qawwija u jiffinanzjaw b'mod adegwat it-tisħiħ tar-riċerka u l-ġbir tad-data kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak nazzjonali dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, b'mod partikolari dwar il-kawżi u l-impatti fuq is-saħħa mentali, ir-riskji psikosoċjali, ergonomiċi u d-disturbi muskoloskeletali, il-mard kardjovaskulari okkupazzjonali, il-kanċer relatat max-xogħol, il-mard infjammatorju kroniku fis-setturi kollha, u jwettqu valutazzjoni dettaljata tal-problemi, kif ukoll l-impatt ta' dinja tax-xogħol li qed tinbidel, inklużi l-opportunitajiet u l-isfidi relatati mas-saħħa u s-sikurezza assoċjati max-xogħol mill-bogħod u t-telexogħol u d-dritt għall-iskonnessjoni, bil-ħsieb li jiġi analizzat l-impatt tal-ġeneru, l-età u d-diżabilità; jistieden lill-Kummissjoni tagħti segwitu għal tali riċerka billi tniedi miżuri kemm leġiżlattivi kif ukoll mhux leġiżlattivi biex tipproteġi s-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema, wara li tikkonsulta mas-sħab soċjali;

24.  Jistieden lill-Kummissjoni twettaq riċerka addizzjonali dwar l-ispejjeż ekonomiċi tas-saħħa u tal-esklużjoni fuq il-post tax-xogħol;

25.  Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi qafas leġiżlattiv bil-għan li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi għat-telexogħol madwar l-Unjoni filwaqt li l-kundizzjonijiet tal-impjieg tat-teleħaddiema ma jiġux affettwati ħażin; jinnota li dan il-qafas għandu jiġi żviluppat f'konsultazzjoni mal-Istati Membri u s-sħab soċjali Ewropej, b'rispett sħiħ tal-mudelli tas-suq tax-xogħol nazzjonali u filwaqt li jitqiesu l-ftehimiet qafas tas-sħab soċjali dwar it-telexogħol u dwar id-diġitalizzazzjoni; jenfasizza li tali qafas għandu jiċċara l-kundizzjonijiet tax-xogħol, inkluż fir-rigward tal-provvista u l-użu u r-responsabbiltà tat-tagħmir, u jkopri l-għodod diġitali eżistenti u dawk ġodda, u li għandu jiżgura li dan ix-xogħol isir fuq bażi volontarja u li d-drittijiet, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, l-ammont ta' xogħol u l-istandards ta' prestazzjoni tat-teleħaddiema jkunu ekwivalenti għal dawk ta' ħaddiema komparabbli fuq il-post tax-xogħol; jenfasizza li din l-inizjattiva leġiżlattiva għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni komprensiva, inkluż tar-riskji psikosoċjali assoċjati mal-prattiki tax-xogħol diġitali u mill-bogħod u mal-ambjenti tax-xogħol permeabbli; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw miżuri ta' prevenzjoni dwar l-aċċessibbiltà u t-teknoloġija inklużiva għall-persuni b'diżabilità li jkunu fit-tranżizzjoni lejn it-telexogħol u/jew ikunu għaddejjin minn taħriġ vokazzjonali mill-bogħod;

26.  Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi, f'konsultazzjoni mas-sħab soċjali, direttiva dwar standards u kundizzjonijiet minimi biex jiġi żgurat li l-ħaddiema kollha jkunu jistgħu jeżerċitaw b'mod effettiv id-dritt tagħhom għall-iskonnessjoni u biex jiġi rregolat l-użu ta' għodod diġitali eżistenti u ġodda għal skopijiet ta' xogħol f'konformità mar-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Jannar 2021 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar id-dritt għall-iskonnessjoni u filwaqt li jitqies il-ftehim qafas tas-sħab soċjali dwar id-diġitalizzazzjoni;

27.  Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li timmodernizza l-qafas leġiżlattiv tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali billi tirrieżamina d-Direttiva 89/654/KEE(60) u d-Direttiva 90/270/KEE(61) li tistabbilixxi rekwiżiti minimi ta' sikurezza u saħħa għall-post tax-xogħol u għal xogħol b'tagħmir li għandu display screen; jistieden lill-Kummissjoni tkun aktar ambizzjuża f'dan ir-rigward u tipproponi direttiva aktar wiesa' u aktar komprensiva dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' mard muskoloskeletali u mard rewmatiku relatat max-xogħol mingħajr aktar dewmien, u lill-Istati Membri biex iżidu r-riċerka u l-ġbir tad-data tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li r-riskji kollha relatati max-xogħol li jistgħu jirriżultaw f'mard rewmatikuinfjammatorju kroniku u muskoloskeletali jkunu koperti fid-direttiva, bħall-irfigħ ta' piżijiet tqal, il-movimenti ripetittivi, il-vibrazzjoni jew li wieħed joqgħod bilqiegħda jew bilwieqfa għal ħinijiet twal; ifakkar li huwa aktar probabbli li l-ħaddiema nisa jiġu affettwati mill-MSD; ifakkar lill-Kummissjoni li proposta dwar mard muskoloskeletali relatat max-xogħol trid tinkludi dimensjoni tal-ġeneru b'saħħitha fil-valutazzjoni, il-prevenzjoni u t-trattament ta' dan il-mard; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw l-introduzzjoni ta' skedi tax-xogħol flessibbli għall-ħaddiema li jbatu minn disturbi muskoloskeletali jew kundizzjonijiet infjammatorji rewmatiċi u/jew kroniċi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw ir-riskji okkupazzjonali relatati mal-mard kardjovaskulari;

28.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jħeġġu lill-kumpaniji jaġixxu għall-promozzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema, billi jużaw ir-riżorsi loġistiċi għad-dispożizzjoni tagħhom, billi jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar stili ta' ħajja tajbin għas-saħħa, jinkoraġġixxu l-prattika tal-attività fiżika billi jipprovdu aċċess għal żoni ddedikati fil-bini jew billi jiffaċilitaw l-aċċess għal strutturi esterni ddedikati, jinkoraġġixxu l-ħolqien ta' timijiet sportivi interni, jipprovdu garaxxijiet għar-roti, jinkoraġġixxu l-konsum ta' nutrizzjoni tajba permezz tal-provvista ta' platti tajbin għas-saħħa, ibbilanċjati u varjati fil-kantin tal-kumpanija u ta' distributuri tax-xorb naturali, jinstallaw sinjali li jistiednu lill-impjegati biex iżommu ż-żoni madwar entraturi u ħruġ komuni ħielsa minn sustanzi ta' ħsara bħad-duħħan tas-sigaretti, u bi kwalunkwe miżura edukattiva oħra li tista' sservi dan il-għan, bħall-promozzjoni tal-Kodiċi Ewropew Kontra l-Kanċer; jisħaq fuq l-impatt pożittiv tal-edukazzjoni u t-taħriġ xierqa tal-maniġers u l-ħaddiema li għandhom responsabbiltajiet ta' persunal biex jipprevjenu r-riskji psikosoċjali u l-fastidju fuq il-post tax-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-maniġers u l-ħaddiema li għandhom responsabbiltajiet ta' persunal jirċievu jew ikunu lestew taħriġ relevanti, inkluż taħriġ fil-prevenzjoni ta' riskji psikosoċjali u korsijiet kontra l-fastidju, qabel ma jibdew jaqdu dmirijiethom fuq il-post tax-xogħol; jistieden lill-Istati Membri u lis-sħab soċjali jieħdu inizjattivi biex itejbu t-taħriġ dwar is-saħħa u s-sikurezza tar-rappreżentanti u tal-maniġers f'konformità mal-liġi u l-prattiki nazzjonali; jistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw l-involviment attiv tal-impjegati fl-implimentazzjoni tal-miżuri preventivi tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali u jiżguraw li r-rappreżentanti tas-saħħa u s-sikurezza jkunu jistgħu jirċievu taħriġ lil hinn mill-moduli bażiċi;

29.  Ifakkar fid-diversi każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-ħaddiema waqt il-pandemija tal-COVID-19, speċjalment tad-drittijiet tal-ħaddiema mobbli, inklużi dawk transfruntiera, l-ħaddiema staġjonali u l-ħaddiema migranti, li ġew esposti għal kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol mhux tajbin għas-saħħa jew mhux sikuri, bħal akkomodazzjoni ħażina jew akkomodazzjoni ffullata żżejjed, u li ma ġewx mogħtija informazzjoni adegwata dwar drittijiethom; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni urġenti ħalli ttejjeb il-kundizzjonijiet tal-impjieg, tax-xogħol u tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema mobbli u migranti, bħal dawk transfruntiera, stazzjonati u staġjonali, inkluż billi tirrieżamina r-rwol tal-aġenziji tax-xogħol temporanju, tal-aġenziji tar-reklutaġġ, u ta' intermedjarji u sottokuntratturi oħra, bil-ħsieb li tidentifika lakuni fil-protezzjoni fid-dawl tal-prinċipju tat-trattament indaqs u l-isfidi għas-saħħa u s-sikurezza partikolari ffaċċjati mill-ħaddiema mobbli u migranti, bħall-aċċess għal tagħmir u faċilitajiet adegwati, akkomodazzjoni ta' kwalità, trasport sikur u ikliet deċenti(62), u billi tindirizza l-ħtieġa li jiġi rivedut il-qafas leġiżlattiv eżistenti sabiex jingħalqu l-lakuni identifikati kif ukoll biex tiġi żgurata l-protezzjoni minn pandemiji, filwaqt li jitqiesu t-tagħlimiet misluta mill-pandemija tal-COVID-19; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-akkomodazzjoni tal-ħaddiema, meta tiġi organizzata mill-impjegatur, tkun sikura, deċenti u tissodisfa l-istandards minimi; jenfasizza r-rwol tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol meta tassisti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, fl-applikazzjoni u fl-infurzar effettivi tal-liġi tal-UE relatata mal-mobilità tal-forza tax-xogħol u l-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali fl-UE; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi kkunsidrat li ssir reviżjoni tal-mandat tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol fil-kuntest tal-evalwazzjoni mistennija fl-2024, biex jiġu inklużi dispożizzjonijiet dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali; jistieden lill-EU-OSHA u lill-Awtorità Ewropea tax-Xogħol jaħdmu flimkien biex jappoġġjaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fit-titjib tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali tal-ħaddiema mobbli u migranti; jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga kif l-għodod diġitali jistgħu jgħinu fit-tisħiħ tal-infurzar transfruntier tal-istandards tas-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali għall-ħaddiema mobbli kollha, inkluż dawk li jaħdmu għal rashom u ċittadini ta' pajjiżi terzi mobbli li huma koperti mir-regoli tal-UE dwar il-mobilità tal-forza tax-xogħol fl-UE; jistieden lill-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol u wara valutazzjoni xierqa, tressaq proposta leġiżlattiva għal pass Ewropew tas-sigurtà soċjali għall-ħaddiema mobbli kollha u għaċ-ċittadini mhux tal-UE li huma koperti mir-regoli tal-UE dwar il-mobilità intra-UE, li jipprovdi lill-awtoritajiet nazzjonali u lis-sħab soċjali rilevanti strument biex itejbu l-infurzar tar-regoli tal-UE dwar il-mobilità tal-forza tax-xogħol u l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali fis-suq tax-xogħol b'mod ġust u effettiv sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fl-UE, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema mobbli, skont ir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-25 ta' Novembru 2021 dwar l-introduzzjoni ta' pass Ewropew tas-sigurtà soċjali biex jitjiebu l-infurzar diġitali tad-drittijiet tas-sigurtà soċjali u l-mobilità ġusta(63);

30.  Jissottolinja l-ħtieġa li tiġi żgurata l-integrazzjoni tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali fl-akkwist pubbliku u jitlob lill-Istati Membri, f'dan ir-rigward, biex iressqu politiki nazzjonali biex jissalvagwardaw dan; jistieden lill-Kummissjoni tikkondividi l-aħjar prattiki dwar kif is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali tista' tiġi integrata fir-regoli dwar l-akkwist pubbliku u dwar kif il-klawżoli tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali jistgħu jiġu inklużi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali f'konformità mad-Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku;

Implimentazzjoni u infurzar

31.  Jissottolinja r-rwol essenzjali tal-ispettorati nazzjonali tax-xogħol fl-iżgurar tal-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza u fil-prevenzjoni tal-mard u tal-korrimenti relatati max-xogħol; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm finanzjament adegwat għall-ispettorati nazzjonali tax-xogħol u jimplimentaw ir-rakkomandazzjoni tal-ILO dwar spettur tax-xogħol għal kull 10 000 ħaddiem, bil-ħsieb li jitwettqu spezzjonijiet effettivi u f'waqthom biex jintemmu l-forom kollha ta' abbuż; jistieden lill-Kummissjoni twettaq studju dwar kif l-ispettorati tax-xogħol nazzjonali jwettqu l-ispezzjonijiet tagħhom u dwar il-kamp ta' applikazzjoni u l-kontenut ta' dawn l-ispezzjonijiet, u xxerred ir-riżultati tiegħu, inkluż fir-rigward tal-għadd ta' ksur identifikat u l-impożizzjoni ta' penali effettivi, proporzjonati u dissważivi, sabiex tiġi identifikata l-kapaċità tagħhom li jinfurzaw ir-regoli eżistenti dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali bil-għan li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għal protezzjoni suffiċjenti; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi grupp ta' ħidma tripartitiku ddedikat dwar l-infurzar fi ħdan il-mandat tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol bħala segwitu għal dan l-istudju; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jissimplifikaw l-istandards dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali fil-politiki kollha, kif ukoll biex itejbu l-miżuri preventivi u l-infurzar tar-regoli u l-leġiżlazzjoni eżistenti dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali; jissottolinja r-rwol tas-sħab soċjali u tas-servizzi nazzjonali tas-saħħa u s-sikurezza f'dan ir-rigward; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw aktar koordinazzjoni, kooperazzjoni u taħriġ fil-livell Ewropew;

32.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw finanzjament u aċċess adegwati lill-ħaddiema kollha għall-faċilitajiet ta' taħriġ u tagħlim dwar is-saħħa u s-sikurezza sabiex jiġu miġġielda l-aċċidenti u l-mard fuq il-post tax-xogħol; jisħaq fuq il-ħtieġa ta' kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali f'dan ir-rigward;

33.  Jistieden lill-Kummissjoni tindirizza d-diskrepanzi bejn il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol li jwasslu għal kompetizzjoni inġusta, mhux biss fis-suq intern iżda wkoll fir-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi;

34.  Jistieden lill-Kummissjoni tibda valutazzjoni tal-ħidma tas-servizzi tas-saħħa u s-sikurezza u t-tagħlimiet meħuda fil-qasam tal-provvista ta' servizzi esterni tas-saħħa u s-sikurezza mill-introduzzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 89/391/KEE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tfassal rakkomandazzjonijiet għat-tisħiħ tal-provvista nazzjonali ta' servizzi esterni tas-saħħa u s-sikurezza bil-għan li ttejjeb il-prevenzjoni tar-riskju fuq il-post tax-xogħol;

35.  Jistieden lill-Istati Membri jirrappurtaw lura dwar il-miri stabbiliti fl-istrateġiji nazzjonali tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali tagħhom u jiżguraw finanzjament adegwat biex tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni tagħhom; jenfasizza li s-sħab soċjali għandhom ikunu involuti bis-sħiħ fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali jew fil-proċessi ta' segwitu għalihom; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu rikonoxxuti u involuti s-sħab soċjali u r-rappreżentanti tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol fit-tfassil, fl-implimentazzjoni u fl-infurzar tal-qafas leġiżlattiv dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tibda riċerka dwar il-kunċetti u l-prattiki li jippermettu li jkun hemm parteċipazzjoni aħjar tal-ħaddiema u tar-rappreżentanti tagħhom fit-trade unions u fil-kunsilli tax-xogħol fil-fażijiet kollha tal-valutazzjoni tar-riskju u l-politiki dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali fil-livell tal-kumpanija, u biex tniedi programmi ffinanzjati għat-titjib tal-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fl-attivitajiet tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali tal-kumpaniji; jistieden lill-Istati Membri jneħħu kwalunkwe leġiżlazzjoni nazzjonali li tfixkel in-negozjar kollettiv, inkluż billi jiżguraw li t-trade unions ikollhom aċċess għall-postijiet tax-xogħol għall-finijiet tal-organizzazzjoni, il-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-konsultazzjoni, it-tisħiħ tar-rappreżentanza tal-ħaddiema u b'hekk jiżguraw standards tas-saħħa u s-sikurezza xierqa fil-post tax-xogħol;

36.  Jenfasizza li l-pakkett dwar il-mobilità u l-inizjattivi tiegħu, inklużi l-linji gwida tal-Kummissjoni dwar ir-regoli dwar il-ħin tas-sewqan u tal-mistrieħ, jistgħu jtejbu s-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali; jistieden lill-Istati Membri jżidu s-sorveljanza tat-toroq u jiżguraw il-konformità ma' dawn ir-regoli, inkluż li jiżguraw li l-impjegaturi jiggarantixxu skedi xierqa għas-sewwieqa biex jipprevjenu li jkun hemm ammonti tax-xogħol eċċessivi, u b'hekk iżidu s-sikurezza fit-toroq; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex fl-istrateġiji nazzjonali tagħhom għas-sikurezza fit-toroq jistabbilixxu miri ċari dwar it-tnaqqis tal-imwiet fit-toroq għal aċċidenti relatati max-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta inizjattivi simili biex ittejjeb is-saħħa u s-sikurezza għall-ħaddiema fl-industrija marittima u fl-industrija tal-avjazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istati Membri jirrappurtaw u jipprovdu statistika dwar aċċidenti fit-toroq relatati max-xogħol;

37.  Jenfasizza li l-ħaddiema kollha għandhom ikunu protetti b'mod adegwat irrispettivament mid-daqs tal-intrapriża u li għandu jingħata appoġġ b'mod partikolari lill-mikrointrapriżi u l-SMEs biex jiġu megħjuna fl-applikazzjoni korretta tar-regoli tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali; jenfasizza r-rwol tal-EU-OSHA f'li tipprovdi lill-mikrointrapriżi u lill-SMEs l-għodod u l-istandards li jeħtieġu biex jivvalutaw ir-riskji għall-forza tax-xogħol tagħhom u jimplimentaw miżuri ta' prevenzjoni adegwati; iqis li l-EU-OSHA għandha tissaħħaħ biex tippromwovi aħjar postijiet tax-xogħol tajbin għas-saħħa u sikuri madwar l-Unjoni u tiżviluppa aktar inizjattivi biex itejbu l-prevenzjoni fuq il-post tax-xogħol fis-setturi ta' attività kollha;

o
o   o

38.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) Abbozz ta' riżoluzzjoni dwar il-qafas Ewropew tad-WHO għal azzjoni dwar is-saħħa mentali 2021-2025, il-71 Kumitat Reġjonali għall-Ewropa, 13-15 ta' Settembru 2021.
(2) ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.
(3) https://ec.europa.eu/research/participants/data/ref/h2020/other/guides_for_applicants/h2020-SC1-BHC-22-2019-framework-for-action_en.pdf
(4) ĠU C 433, 23.12.2019, p. 9.
(5) ĠU C 362, 8.9.2021, p. 82.
(6) ĠU C 445, 29.10.2021, p. 75.
(7) ĠU C 456, 10.11.2021, p. 161.
(8) Testi adottati, P9_TA(2021)0385.
(9) Testi adottati, P9_TA(2021)0427.
(10) https://www.who.int/about/governance/constitution
(11) Skeda informattiva tad-WHO bit-titolu "Mental health: strengthening our response" (Is-saħħa mentali: insaħħu r-rispons tagħna), Marzu 2018. https://www.who.int/news-room/fact-sheets/detail/mental-health-strengthening-our-response
(12) Stqarrija għall-istampa tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-sikurezza u s-saħħa u okkupazzjonali f'dinja tax-xogħol li qed tinbidel, 28 ta' Ġunju 2021. https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/en/IP_21_3170
(13) Eurostat, Statistika dwar l-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol, Novembru 2020.
(14) Eurofound, Sixth European Working Conditions Survey – Overview report (2017 update) (Is-Sitt Stħarriġ Ewropew dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol – Rapport ġenerali (aġġornament tal-2017)), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2017.
(15) Ix-xejriet tal-kwalità tal-impjiegi jissuġġerixxu li l-istampa tirrifletti differenzi sottili minflok polarizzazzjoni sempliċi bejn l-impjiegi ta' kwalità għolja u dawk ta' kwalità baxxa. L-analiżi tiġbor lill-ħaddiema f'ħames profili tal-kwalità tal-impjiegi: impjiegi "ta' kwalità għolja" (li jinkludu 21 % tal-ħaddiema); impjiegi "li jiffunzjonaw bla xkiel" (25 %); impjiegi "manwali attivi" (21 %); impjiegi "taħt pressjoni" (13 %); u impjiegi "ta' kwalità baxxa" (20 %). Ix-xejra tal-punteġġi tal-kwalità tal-impjiegi bejn il-profili huwa differenti, u dan isaħħaħ il-premessa li l-kwalità tal-impjiegi tinkludi dimensjonijiet differenti.
(16) https://www.safetyandhealthmagazine.com/articles/14053-new-workers-higher-risk
(17) EU-OSHA, An international comparison of the cost of work-related accidents and illnesses (Tqabbil internazzjonali tal-kost ta' aċċidenti u mard relatati max-xogħol), 2017
(18) Takala, J., dokument ta' ħidma – Eliminating occupational cancer in Europe and global (L-eliminazzjoni tal-kanċer okkupazzjonali fl-Ewropa u globalment), 2015, p. 6.
(19) "Global Asbestos Disaster" (Id-diżastru globali tal-asbestos), International Journal of Environmental Research and Public Health, 2018.
(20) https://www.euractiv.com/section/health-consumers/infographic/the-economic-impact-of-non-melanoma-skin-cancer-on-the-society-and-the-welfare-system/
(21) EU-OSHA, stħarriġ tal-ħaddiema dwar l-esponiment għal fatturi ta' riskju tal-kanċer, 20 ta' Mejju 2020.
(22) Skeda informattiva tad-WHO bit-titolu "Radon and health" (Ir-radon u s-saħħa), 2 ta' Frar 2021. https://www.who.int/news-room/fact-sheets/detail/radon-and-health
(23) Parlament Ewropew, DĠ IPOL, Strengthening Europe in the fight against cancer – Going further, faster (It-tisħiħ tal-Ewropa fil-ġlieda kontra l-kanċer: imorru lil hinn, b'rata aktar mgħaġġla), Lulju 2020. https://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2020/642388/IPOL_STU(2020)642388_EN.pdf
(24) IPCC, is-sitt rapport ta' valutazzjoni, skeda informattiva reġjonali – Ewropa. https://www.ipcc.ch/report/ar6/wg1/downloads/factsheets/IPCC_AR6_WGI_Regional_Fact_Sheet_Europe.pdf
(25) Eurostat, Self-reported work-related health problems and risk factors - key statistics (Problemi tas-saħħa relatati max-xogħol awtorappurtati u fatturi ta' riskju - statistika ewlenija), Settembru 2021.
(26) EU-OSHA, Musculoskeletal disorders: association with psychosocial risk factors at work (Mard Muskoskeletali: assoċjazzjoni ma' fatturi ta' riskju psikosoċjali fuq il-post tax-xogħol) 2021.
(27) Eurofound u EU-OSHA, Psychosocial risks in Europe: Prevalence and strategies for prevention (Riskji psikosoċjali fl-Ewropa: Prevalenza u strateġiji għall-prevenzjoni), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2014.
(28) EU-OSHA Psychosocial risks and stress at work" (Ir-riskji psikosoċjali u l-istress fuq il-post tax-xogħol), https://osha.europa.eu/en/themes/psychosocial-risks-and-stress
(29) EU-OSHA, OSH figures: stress at work - facts and figures (Ċifri tas-saħħa u sikurezza okkupazzjonali: l-istress fuq ix-xogħol – fatti u ċifri), 2009.
(30) Eurofound, Living, working and COVID-19 (L-għajxien, ix-xogħol u l-COVID-19), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2020.
(31) Eurofound u l-Uffiċċju Internazzjonali tax-Xogħol, Working anytime, anywhere: The effects on the world of work (Ix-xogħol fi kwalunkwe ħin, kullimkien: L-effetti fuq id-dinja tax-xogħol), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, u l-Uffiċċju Internazzjonali tax-Xogħol, Ġinevra, 2017.
(32) Istitut Ewropew tat-Trade Unions, Teleworking in the aftermath of the Covid-19 pandemic: enabling conditions for a successful transition (It-telexogħol wara l-pandemija tal-COVID-19: kundizzjonijiet abilitanti għal tranżizzjoni b'suċċess) 2021.
(33) Eurofound u Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea, What just happened? COVID-19 lockdowns and change in the labour market (X'għadu kemm ġara? Il-lockdowns minħabba l-COVID-19 u t-tibdil fis-suq tax-xogħol), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2021.
(34) Eurofound, Telework and ICT-based mobile work: Flexible working in the digital age, New forms of employment series, (It-telexogħol u x-xogħol mobbli bbażat fuq l-ICT: Xogħol flessibbli fl-era diġitali, Sensiela dwar forom ġodda ta' impjiegi), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2020.
(35) Microsoft Work Trend Index, The next great disruption is hybrid work - are we ready?" (It-tfixkil il-kbir li jmiss huwa x-xogħol ibridu - aħna lesti għal dan?), 2021.
(36) EU-OSHA Telework and health risks in the context of the COVID-19 pandemic: evidence from the field and policy implications (It-telexogħol u r-riskji għas-saħħa fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19: evidenza mill-implikazzjonijiet ta' fuq il-post u tal-politika), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2021.
(37) Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, World Employment and Social Outlook 2021, The role of digital labour platform in transforming the world of work (Prospettiva dinjija dwar l-impjiegi u kwistjonijiet soċjali 2021, Ir-rwol tal-pjattaformi diġitali tax-xogħol fit-trasformazzjoni tad-dinja tax-xogħol). https://www.ilo.org/global/research/global-reports/weso/2021/lang--en/index.htm https://eige.europa.eu/publications/gender-equality-index-2020-digitalisation-and-future-work
(38) Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions, Nota ta' informazzjoni bit-titolu "National measures targeting seasonal workers to address labour shortages (particularly in the agricultural sector)" (Miżuri nazzjonali mmirati lejn ħaddiema staġjonali biex jindirizzaw in-nuqqas ta' ħaddiema (b'mod partikolari fis-settur agrikolu)), 29 ta' Mejju 2020. https://www.etuc.org/sites/default/files/publication/file/2020-05/Covid-19%20Briefing%20Seasonal%20Workers%20Final_updated%2029%20May%202020.pdf
(39) EU-OSHA, Third European Survey of Enterprises on New and Emerging Risks (ESENER 3) (It-Tielet Stħarriġ Ewropew ta' Intrapriżi dwar Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER 3)), 2019. https://www.enshpo.eu/pdfs/news01.pdf
(40) da Silva Neto, AM et al, "Psychological effects caused by the COVID-19 pandemic in health professionals: A systematic review with meta-analysis" (Effetti psikoloġiċi kkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 fuq il-professjonisti tas-saħħa: Rieżami sistematiku b'metaanaliżi), Progress in neuro-psychopharmacology & biological psychiatry. 10 ta' Jannar 2021.
(41) Infografika tal-Parlament Ewropew, "Nifhmu l-impatt tal-COVID-19 fuq in-nisa", 1 ta' Marzu 2021. https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/society/20210225STO98702/nifhmu-l-impatt-tal-covid-19-fuq-in-nisa-infografiki; L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi. https://eige.europa.eu/covid-19-and-gender-equality/essential-workers
(42) Eurofound, artiklu tal-aħbarijiet bit-titolu "Just one in three workers with limiting chronic disease in adapted workplace" (Wieħed minn kull tliet ħaddiema biss b'limitazzjoni ta' mard kroniku huma f'post tax-xogħol adattat), 15 ta' Ottubru 2019, https://www.eurofound.europa.eu/news/news-articles/just-one-in-three-workers-with-limiting-chronic-disease-in-adapted-workplace
(43) ĠU L 238, 25.9.2003, p. 28.
(44) Eurofound, European working conditions survey 2021 (Stħarriġ Ewropew dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol 2021, https://www.eurofound.europa.eu/surveys/2021/european-working-conditions-survey-2021;
(45) https://eular.org/myUploadData/files/eular_vision_paper_on_eu_health_policy_branded.pdf
(46) Niedhammer I, Bertrais S, Witt K (2021), Psychosocial work exposures and health outcomes: a meta-review of 72 literature reviews with meta-analysis (Esponimenti għal xogħol psikosoċjali u eżiti għas-saħħa: metarieżami ta' 72 rieżami tal-letteratura b'metaanaliżi), Scand J Work Environ Health 2021;47(7):489-508.
(47) Id-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 50).
(48) Istitut Ewropew tat-Trade Unions, Occupational Exposure Limits (OELs) for lead and lead compounds & equality of treatment of women and men at work, (Limiti ta' Esponiment Okkupazzjonali (OEL) għaċ-ċomb u l-komposti taċ-ċomb u t-trattament ugwali tan-nisa u l-irġiel fuq il-post tax-xogħol), 14 ta' Diċembru 2020.
(49) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) (ĠU L 396, 30.12.2006, p 1).
(50) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(51) Id-Direttiva 2009/148/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi mal-espożizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol (ĠU L 330, 16.12.2009, p. 28).
(52) Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).
(53) ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1.
(54) Rakkomandazzjoni Nru 171 tal-ILO dwar is-Servizzi tas-Saħħa Okkupazzjonali. https://www.ilo.org/dyn/normlex/en/f?p=NORMLEXPUB:12100:0::NO::P12100_INSTRUMENT_ID:312509
(55) https://osha.europa.eu/en/themes/young-workers
(56) https://www.ilo.org/global/topics/non-standard-employment/lang--en/index.htm
(57) L-Artikolu 23 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem jiddikjara li "kulħadd għandu d-dritt li jifforma trade unions u jissieħeb fihom għall-protezzjoni tal-interessi tiegħu"; Il-Konvenzjoni Nru 87 tal-ILO dwar il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni; u l-Konvenzjoni Nru 98 tal-ILO dwar id-Dritt ta' Organizzazzjoni u tal-Innegozjar Kollettiv.
(58) Id-Direttiva 2006/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta' April 2006 dwar il-ħtiġijiet minimi ta' saħħa u sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jirriżultaw mill-aġenti fiżiċi (radjazzjoni ottika artifiċjali) (ĠU L 114, 27.4.2006, p. 38).
(59) Proposta tal-Kummissjoni tal-11 ta' Novembru 2020 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE (COM(2020)0727). Il-Parlament adotta emendi għall-proposta fl-14 ta' Settembru u fil-11 ta' Novembru 2021 (Testi adottati, P9_TA(2021)0377 u P9_TA(2021)0449).
(60) Id-Direttiva tal-Kunsill 89/654/KEE tat-30 ta' Novembru 1989 dwar il-ħtiġijiet minimi ta' sigurtà u ta' saħħa fuq il-post tax-xogħol (ĠU L 393, 30.12.1989, p. 1).
(61) Id-Direttiva tal-Kunsill 90/270/KEE tad-29 ta' Mejju 1990 dwar il-ħtiġijiet minimi ta' saħħa u sigurtà għax-xogħol b'tagħmir li għandu display screen (ĠU L 156, 21.6.1990, p. 14).
(62) https://www.ilo.org/global/about-the-ilo/newsroom/news/WCMS_075505/lang--en/index.htm
(63) Testi adottati, P9_TA(2021)0473.


Twaqqif ta' kumitat speċjali dwar il-pandemija tal-COVID-19: tagħlimiet li nsiltu u rakkomandazzjonijiet għall-futur
PDF 153kWORD 48k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2022 dwar it-twaqqif ta' kumitat speċjali dwar Il-pandemija tal-COVID-19: tagħlimiet meħuda u rakkomandazzjonijiet għall-futur, ir-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni numerika u l-mandat tiegħu (2022/2584(RSO))
P9_TA(2022)0069B9-0139/2022

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' April 2020 dwar azzjoni koordinata tal-UE biex tikkumbatti l-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi tagħha(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Ġunju 2020 dwar is-sitwazzjoni fiż-żona Schengen wara t-tifqigħa tal-COVID-19(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Ġunju 2020 dwar il-protezzjoni Ewropea tal-ħaddiema transfruntiera u staġjonali fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Lulju 2020 dwar l-istrateġija tal-UE dwar is-saħħa pubblika wara l-COVID-19(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Settembru 2020 dwar "COVID-19: koordinazzjoni tal-valutazzjonijiet tas-saħħa u tal-klassifikazzjoni tar-riskji fl-UE u l-konsegwenzi għaż-żona Schengen u s-suq uniku"(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Novembru 2020 dwar l-impatt tal-miżuri tal-COVID-19 fuq id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Ġunju 2021 dwar l-indirizzar tal-isfida globali tal-COVID-19: l-effetti tad-deroga mill-Ftehim TRIPS tad-WTO fuq il-vaċċini, it-trattament u t-tagħmir għall-COVID-19 u fuq iż-żieda fil-kapaċità ta' produzzjoni u ta' manifattura fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Ottubru 2021 dwar it-trasparenza tal-UE fir-rigward tal-iżvilupp, ix-xiri u d-distribuzzjoni ta' vaċċini kontra l-COVID-19(8),

–  wara li kkunsidra s-sett ta' proposti tal-Kummissjoni dwar l-Unjoni Ewropea tas-Saħħa tal-11 ta' Novembru 2020 u l-proposta tagħha għal regolament dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa (COM(2020)0727),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 207 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi t-tixrid tal-COVID-19 wassal għall-mewt traġika ta' miljuni ta' nies fl-Ewropa u fid-dinja, ikkawża ħsara irreparabbli u aktar minn biljun persuna spiċċaw ikkonfinati fi djarhom;

B.  billi ttieħdu ħafna azzjonijiet fil-livell tal-UE, inkluż permezz tal-Istrateġija tal-UE għall-Vaċċini u l-koordinazzjoni ta' rispons Ewropew komuni;

C.  billi Tim Ewropa huwa wieħed mill-kontributuri ewlenin għall-COVAX, l-inizjattiva globali maħsuba biex tiżgura aċċess ġust u ekwu għall-vaċċini kontra l-COVID-19;

D.  billi, fid-dawl tal-ammont kbir ħafna ta' finanzjament li jindirizza l-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19, it-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont tal-infiq pubbliku huma importanti;

E.  billi l-COVID-19 affettwat b'mod sproporzjonat lin-nisa, liż-żgħażagħ, lill-persuni b'diżabilità u lill-gruppi vulnerabbli u żiedet l-inugwaljanzi globali;

1.  Jiddeċiedi li jwaqqaf kumitat speċjali dwar "Il-pandemija tal-COVID-19: tagħlimiet meħuda u rakkomandazzjonijiet għall-futur", bil-kompitu li jeżamina kif ir-rispons Ewropew għall-pandemija u t-tagħlimiet meħuda jistgħu jikkontribwixxu għal azzjoni futura fl-oqsma li ġejjin:

  

Is-saħħa

   (a) ir-rispons tal-UE, tal-istituzzjonijiet u tal-aġenziji tagħha, għall-pandemija, abbażi tal-pakkett dwar l-Unjoni tas-Saħħa biex jissaħħu l-prevenzjoni ta' kriżijiet, it-tħejjija u r-rispons tal-UE għal theddid transfruntier għas-saħħa;
   (b) il-livell ta' koordinazzjoni u solidarjetà fost l-Istati Membri u l-istat ta' tħejjija tas-sistemi tas-saħħa biex jindirizzaw il-pandemija u theddid transfruntier għas-saħħa fil-futur;
   (c) l-impatt tal-pandemija fuq is-saħħa, inkluż fuq il-kontinwità tal-kura tas-saħħa u l-prevenzjoni, l-iskrinjar, id-dijanjożi, it-trattament u l-monitoraġġ ta' mard mhux komunikabbli, is-saħħa mentali, il-"COVID fit-tul", u s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati;
   (d) l-impatt ta' nuqqas ta' persunal fuq l-għoti tal-kura tas-saħħa u d-disponibbiltà ta' mediċini u apparati mediċi, inkluż tagħmir protettiv, u l-impatt tal-pandemija fuq is-servizzi tal-kura, ir-residenti fid-djar tal-kura, il-ħaddiema, il-persuni li jindukraw b'mod informali u d-dipendenti tagħhom;
   (e) l-impatt tal-pandemija fuq iż-żieda fl-użu tas-saħħa diġitali, it-telemediċina u t-telekonsultazzjoni, il-monitoraġġ remot, l-apparati konnessi, il-pjattaformi tas-saħħa diġitali u l-apps tas-saħħa;
   (f) l-istrateġija tal-UE dwar il-vaċċini kontra l-COVID-19 u kif din kienet kapaċi tiżgura l-konsenja ta' vaċċini sikuri u effettivi, inkluż in-negozjar ta' Ftehimiet ta' Xiri bil-Quddiem u Ftehimiet ta' Xiri Konġunt, it-trasparenza u l-infurzar ta' kuntratti u ftehimiet għall-ħruġ ta' liċenzji, u l-produzzjoni, il-ħżin u d-distribuzzjoni tal-vaċċini, kif ukoll il-kwistjoni tar-responsabbiltà legali u r-rwol tal-industrija farmaċewtika fl-elementi msemmija hawn fuq, kif ukoll fit-trasferiment tat-teknoloġija, f'aspetti tal-protezzjoni tal-privattivi u fit-trasparenza tal-lobbying;
   (g) kooperazzjoni dwar miżuri ta' mmaniġġjar tar-riskji bbażati fuq ix-xjenza u kkoordinati, inkluż il-panel konsultattiv dwar il-COVID-19;
   (h) ir-rwol u l-mandat tal-Awtorità Ewropea għat-Tħejjija u għar-Rispons f'Każ ta' Emerġenza tas-Saħħa (HERA), l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) u ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), u l-Istrateġija dwar il-Prodotti Terapewtiċi kontra l-COVID-19 fl-iżvilupp ta' prodotti aċċessibbli u affordabbli;
   (i) l-eżitazzjoni għall-vaċċinazzjoni u t-tixrid tal-miżinformazzjoni fil-ġlieda kontra l-pandemija u miżuri addizzjonali tal-UE biex jindirizzaw dawn il-fenomeni fil-futur;
   (j) l-interkonnessjoni tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa tal-bniedem, b'mod partikolari fir-rigward tal-mard żoonotiku, skont approċċ "Saħħa Waħda";
  

Approċċ koordinat li jirrispetta d-demokrazija u d-drittijiet fundamentali

   (k) in-neċessità u l-proporzjonalità tal-għeluq tal-fruntieri tal-Istati Membri u restrizzjonijiet oħra tal-moviment liberu tal-persuni u s-suq intern u kif jiġu evitati restrizzjonijiet bla bżonn fil-futur, permezz, fost l-oħrajn, tal-iżvilupp ta' approċċ konġunt għall-miżuri tal-ivvjaġġar;
   (l) l-impatt fuq id-drittijiet individwali u fundamentali tal-gruppi vulnerabbli u fuq l-inugwaljanza b'mod ġenerali;
   (m) l-approċċi differenti għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' għodod teknoloġiċi fil-ġlieda kontra l-COVID-19, bħall-apps għat-traċċar tal-kuntatti u ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE;
   (n) l-użu ta' settijiet ta' data differenti mill-Istati Membri, u t-tagħlimiet li għandhom jittieħdu fir-rigward tal-użu tal-istess data u kriterji, speċjalment ir-rwol tas-settijiet ta' data provduti mill-ECDC;
   (o) is-sorveljanza demokratika tar-rispons għall-pandemija, inkluża l-inklużjoni tal-Parlament Ewropew u tal-parlamenti fl-Istati Membri fit-teħid tad-deċiżjonijiet u t-trasparenza, filwaqt li titqies il-ħidma tal-Grupp ta' Kuntatt dwar il-COVID-19;
  

L-impatt soċjetali u ekonomiku

   (p) l-impatt fuq l-organizzazzjoni tax-xogħol, it-telexogħol u l-futur tax-xogħol u l-konsegwenzi tal-pandemija fuq il-faqar, l-inugwaljanza u l-esklużjoni soċjali, u l-impatt tal-pandemija fuq is-sistemi ta' protezzjoni soċjali;
   (q) soluzzjonijiet biex jingħelbu l-ostakli fl-użu tat-teknoloġiji diġitali u biex jiżdiedu t-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema;
   (r) l-impatt fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, inkluż fuq dawk f'riskju ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru u abbuż domestiku u l-attenzjoni mogħtija għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneru fl-immaniġġjar tal-kriżi, fir-rispons għal theddid transfruntier għas-saħħa fil-futur;
   (s) l-impatt tal-pandemija fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ u l-iżvilupp tat-tfal u taż-żgħażagħ;
   (t) miżuri biex jiġu żgurati l-awtonomija strateġika tal-UE fil-qasam tas-saħħa u r-reżiljenza tal-ktajjen tal-provvista, inkluż għal prodotti farmaċewtiċi u mediċi kritiċi u oġġetti essenzjali oħra, u biex jiġu appoġġati u adattati l-politiki ta' riċerka tal-UE fil-qasam tas-saħħa biex tiġi indirizzata l-kriżi attwali u jiġi evitat li terġa' tiżviluppa, bħala parti importanti minn politika industrijali tal-UE b'saħħitha;
   (u) l-impatt fuq dawk is-setturi li ntlaqtu l-agħar mill-pandemija, bħall-kultura, l-ospitalità, it-turiżmu u t-trasport u l-ħeffa u l-adegwatezza tar-rispons tal-UE;
  

L-UE u d-Dinja

   (v) ir-rwol ta' mmaniġġjar u koordinazzjoni tal-UE, fost l-Istati Membri, b'rabta mal-aspetti internazzjonali tal-pandemija, inkluż fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) u inizjattivi multilaterali oħra bħall-COVAX, u l-possibbiltà ta' trattat internazzjonali dwar il-pandemiji, ir-reviżjoni tar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (IHR) u l-ħtieġa ta' approċċ armonizzat fir-rigward ta' nies li jivvjaġġaw lejn l-UE minn pajjiżi terzi;
   (w) l-approċċ għad-diplomazija dwar il-vaċċini u sa liema punt din tikkontribwixxi għas-solidarjetà globali, l-aċċess universali u ekwu għal prodotti mediċi u vaċċini essenzjali, u l-kunċett li "ħadd mhu sikur qabel kulħadd ikun sikur";
   (x) ir-rwol tal-UE u tal-Istati Membri tagħha fl-indirizzar tal-provvista inadegwata u l-aċċess inekwu għall-vaċċini u l-prodotti mediċi kontra l-COVID-19 madwar id-dinja, billi jindirizzaw l-affordabbiltà u d-disponibbiltà tagħhom, ir-restrizzjonijiet fil-ktajjen tal-provvista, l-ostakli relatati mal-kummerċ, l-infrastruttura u billi jiżguraw it-trasparenza tal-ktajjen tal-provvista u jipprovdu għarfien espert u għarfien espert tekniku;

2.  Jisħaq li r-rakkomandazzjonijiet tal-kumitat speċjali għandhom jiġu segwiti mill-kumitati permanenti tal-Parlament;

3.  Jiddeċiedi li s-setgħat, il-persunal u r-riżorsi disponibbli tal-kumitati permanenti tal-Parlament b'responsabbiltà għal kwistjonijiet li jikkonċernaw l-adozzjoni, il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni relatata mal-oqsma ta' responsabbiltà tal-kumitat speċjali mhux se jiġu affettwati, u għalhekk jibqgħu l-istess; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu żgurati kooperazzjoni u fluss ta' informazzjoni effikaċi bejn il-kumitat speċjali u l-kumitati permanenti rilevanti;

4.  Jiddeċiedi li, kull meta l-ħidma tal-kumitat speċjali tinkludi s-smigħ ta' evidenza ta' natura kunfidenzjali, xhieda li tinvolvi data personali, jew skambji ta' fehmiet jew seduti ta' smigħ ma' awtoritajiet u korpi dwar informazzjoni kunfidenzjali, il-laqgħat tiegħu għandhom isiru bil-magħluq; jiddeċiedi, barra minn hekk, li x-xhieda u l-esperti għandu jkollhom id-dritt li jagħmlu dikjarazzjoni jew jixhdu bil-magħluq;

5.  Jiddeċiedi li l-aġendi, il-lista tal-persuni mistiedna għal-laqgħat pubbliċi, il-lista ta' dawk li jattendu dawn il-laqgħat u l-minuti ta' tali laqgħat għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku;

6.  Jiddeċiedi li d-dokumenti kunfidenzjali li l-kumitat speċjali jkun irċieva għandhom jiġu vvalutati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 221 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu; jiddeċiedi, barra minn hekk, li tali informazzjoni għandha tintuża esklużivament għall-finijiet tat-tfassil tar-rapport finali tal-kumitat speċjali;

7.  Jiddeċiedi li l-kumitat speċjali għandu jkollu 38 membru;

8.  Jiddeċiedi li l-mandat tal-kumitat speċjali għandu jkun ta' 12-il xahar, u li fi tmiemu għandu jippreżenta rapport lill-Parlament li jkun fih, kif xieraq, rakkomandazzjonijiet dwar azzjonijiet jew inizjattivi li għandhom jittieħdu.

(1) ĠU C 316, 6.8.2021, p. 2.
(2) ĠU C 362, 8.9.2021, p. 77.
(3) ĠU C 362, 8.9.2021, p. 82.
(4) ĠU C 371, 15.9.2021, p. 102.
(5) ĠU C 385, 22.9.2021, p. 159.
(6) ĠU C 415, 13.10.2021, p. 36.
(7) ĠU C 67, 8.2.2022, p. 64.
(8) Testi adottati, P9_TA(2021)0435.


Twaqqif ta' kumitat speċjali dwar l-interferenza barranija fil-proċessi demokratiċi kollha fl-Unjoni Ewropea, inkluża d-diżinformazzjoni
PDF 135kWORD 47k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2022 dwar it-twaqqif ta' kumitat speċjali dwar l-indħil barrani fil-proċessi demokratiċi kollha fl-Unjoni Ewropea, inkluża d-diżinformazzjoni (INGE 2), u d-definizzjoni tar-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni numerika u t-tul tal-mandat tiegħu (2022/2585(RSO))
P9_TA(2022)0070B9-0140/2022

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-pjan ta' azzjoni Ewropew għad-Demokrazija (COM(2020)0790),

–  wara li kkunsidra l-pakkett tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali, inkluża l-proposta għal regolament dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (COM(2020)0825), u l-proposta għal regolament dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali (l-Att dwar is-Swieq Diġitali) (COM(2020)0842),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2021 dwar il-Media tal-Ewropa fid-Deċennju Diġitali: Pjan ta' Azzjoni b'Appoġġ għall-Irkupru u t-Trasformazzjoni(1),

–  wara li kkunsidra l-Kodiċi ta' Prattika dwar id-Diżinformazzjoni tal-2018 u l-Gwida għat-Tisħiħ tal-Kodiċi ta' Prattika dwar id-Diżinformazzjoni tal-2021 (COM(2021)0262), u r-Rakkomandazzjonijiet għall-Kodiċi ta' Prattika dwar id-Diżinformazzjoni l-Ġdid maħruġa mill-Grupp ta' Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva f'Ottubru 2021,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2020 għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi (COM(2020)0829),

–  wara li kkunsidra s-sett ta' għodod tal-UE ta' miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskji dwar iċ-ċibersigurtà tan-networks tal-5G,

–  wara li kkunsidra r-Rapporti Speċjali 09/2021 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar "Id-diżinformazzjoni taffettwa lill-UE: qed tiġi indirizzata iżda mhux mitigata",

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tal-10 ta' Ġunju 2020 bit-titlu "Nindirizzaw id-diżinformazzjoni dwar il-COVID-19 - X'inhuma l-fatti" (JOIN(2020)0008),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat Speċjali dwar l-Indħil Barrani fil-Proċessi Demokratiċi kollha fl-Unjoni Ewropea, inkluża d-Diżinformazzjoni (A9-0022/2022),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 207 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-indħil barrani jikkostitwixxi ksur serju tal-valuri u l-prinċipji universali li fuqhom hija bbażata l-UE, bħad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, l-ugwaljanza, is-solidarjetà, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, id-demokrazija u l-istat tad-dritt; billi l-evidenza turi li atturi statali jew mhux statali barranin malizzjużi u awtoritarji, qed jużaw il-manipulazzjoni tal-informazzjoni u tattiki oħra biex jindaħlu fil-proċessi demokratiċi tal-UE; billi dawn l-attakki, jiżgwidaw u jqarrqu liċ-ċittadini u jaffettwaw l-imġiba tagħhom waqt il-votazzjonijiet, jamplifikaw id-dibattiti diviżivi, jifirdu, jippolarizzaw u jisfruttaw il-vulnerabbiltajiet tas-soċjetajiet, jippromwovu d-diskors ta' mibegħda, jaggravaw is-sitwazzjoni ta' gruppi vulnerabbli li għandhom probabbiltà akbar li jsiru vittmi ta' diżinformazzjoni, jgħawwġu l-integrità tal-elezzjonijiet u r-referendi demokratiċi, joħolqu nuqqas ta' fiduċja fil-gvernijiet nazzjonali, fl-awtoritajiet pubbliċi u fl-ordni demokratiku liberali u għandhom l-għan li jiddestabbilizzaw id-demokrazija Ewropea;

B.  billi r-Russja nediet kampanja ta' diżinformazzjoni malizzjuża u fuq skala kbira mingħajr preċedent bl-għan li tqarraq kemm liċ-ċittadini domestiċi kif ukoll lill-komunità internazzjonali tal-Istati kollha kemm hi, sa minn qabel il-bidu u matul il-gwerra ta' aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna fl-24 ta' Frar 2022;

C.  billi t-tentattivi minn atturi statali minn pajjiżi terzi u minn atturi mhux statali biex jindaħlu fil-funzjonament tad-demokrazija fl-UE u fl-Istati Membri tagħha, u biex jagħmlu pressjoni fuq il-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea permezz ta' ndħil malizzjuż, huma parti minn tendenza usa' esperjenzata mid-demokraziji madwar id-dinja;

D.  billi atturi malizzjużi jfittxu li jkomplu jindaħlu fil-proċessi elettorali u jisfruttaw il-ftuħ u l-pluraliżmu tas-soċjetajiet tagħna biex jattakkaw il-proċessi demokratiċi u r-reżiljenza tal-UE u tal-Istati Membri tagħha;

E.  billi l-UE u l-Istati Membri tagħha bħalissa ma għandhomx reġim speċifiku ta' sanzjonijiet rigward l-indħil barrani u l-kampanji tad-diżinformazzjoni orkestrati minn atturi statali barranin, li jfisser li dawn l-atturi jinsabu f'pożizzjoni li jserrħu moħħhom milli jġarrbu kwalunkwe konsegwenza b'reazzjoni għall-kampanji ta' destabbilizzazzjoni tagħhom kontra l-UE;

F.  billi hemm nuqqas ta' definizzjoni u fehim komuni ta' dan il-fenomenu u għad fadal bosta lakuni fil-leġiżlazzjoni u l-politiki attwali fil-livell tal-UE u f'dak nazzjonali, biex jidentifikaw, jipprevjenu u jiġġieldu l-indħil barrani;

G.  billi huwa mistenni li l-indħil barrani, id-diżinformazzjoni, u l-bosta attakki u theddid kontra d-demokrazija se jkomplu jiżdiedu u se jużaw modi aktar sofistikati fil-perjodu ta' tħejjija għall-elezzjonijiet lokali, reġjonali u nazzjonali u għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2024;

H.  billi r-rakkomandazzjonijiet preċedenti tal-Parlament biex jiġu miġġielda l-operazzjonijiet ta' indħil barrani malizzjuż fil-proċessi demokratiċi tal-UE kkontribwew għal fehim ġenerali tal-UE u għal sensibilizzazzjoni akbar dwar il-kwistjoni;

I.  billi s-seduti ta' smigħ u l-ħidma tal-Kumitat Speċjali INGE kkontribwew biex dawn il-kwistjonijiet jiġu rikonoxxuti pubblikament u kkuntestwalizzati u sawru b'suċċess id-dibattitu Ewropew dwar l-indħil barrani fil-proċessi demokratiċi u d-diżinformazzjoni;

J.  billi jeħtieġ li dawn ir-rakkomandazzjonijiet ikomplu jiġu mmonitorjati;

K.  billi jeħtieġ li jkun hemm kooperazzjoni globali u multilaterali u appoġġ fost is-sħab tal-istess fehma, inkluż bejn il-parlamentari, bil-għan li jiġu indirizzati l-indħil barrani malizzjuż u d-diżinformazzjoni; billi d-demokraziji żviluppaw ħiliet avvanzati u kontrostrateġiji biex jindirizzaw dak it-theddid;

1.  Jiddeċiedi li jwaqqaf kumitat speċjali dwar l-indħil barrani fil-proċessi demokratiċi kollha fl-Unjoni Ewropea, inkluża d-diżinformazzjoni (INGE 2), li jingħata r-responsabbiltajiet li ġejjin:

   (a) li jiskrutinizza, f'kooperazzjoni u f'konsultazzjoni mal-kumitati permanenti rigward kwistjonijiet marbuta mas-setgħat u r-responsabbiltajiet tagħhom skont l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura, il-leġiżlazzjoni u l-politiki eżistenti u ppjanati biex jiġu identifikati lakuni, diskrepanzi u duplikazzjonijiet possibbli li jistgħu jiġu sfruttati għal indħil malizzjuż fil-proċessi demokratiċi, inkluż fir-rigward tal-kwistjonijiet li ġejjin:
   (i) il-politiki li jikkontribwixxu għall-proċessi demokratiċi tal-UE, għar-reżiljenza permezz ta' għarfien tas-sitwazzjoni, għal-litteriżmu tal-media u ta' informazzjoni, għall-pluraliżmu tal-media, il-ġurnaliżmu indipendenti u l-edukazzjoni,
   (ii) l-indħil bl-użu ta' pjattaformi online, b'mod partikolari fl-evalwazzjoni approfondita tar-responsabbiltà u l-effetti li l-pjattaformi online kbar ħafna għandhom fuq id-demokrazija u l-proċessi demokratiċi fl-UE,
   (iii) l-infrastruttura kritika u s-setturi strateġiċi,
   (iv) l-indħil matul il-proċessi elettorali,
   (v) il-finanzjament bil-moħbi ta' attivitajiet politiċi minn atturi u donaturi barranin,
   (vi) iċ-ċibersigurtà u r-reżiljenza fir-rigward ta' attakki ċibernetiċi, b'rabta mal-proċessi demokratiċi,
   (vii) ir-rwol tal-atturi mhux statali,
   (viii) l-impatt tal-indħil fuq id-drittijiet tal-minoranzi u ta' gruppi diskriminati oħra,
   (ix) l-indħil minn atturi globali permezz tal-ħtif tar-riżorsi mill-elit, tad-dijaspori nazzjonali, tal-universitajiet u tal-avvenimenti kulturali,
   (x) id-deterrenza, l-imputazzjoni u l-kontromiżuri kollettivi, inklużi sanzjonijiet,
   (xi) il-viċinat u l-kooperazzjoni globali u l-multilateraliżmu,
   (xii) l-indħil minn atturi bbażati fl-UE f'pajjiżi tal-UE u f'pajjiżi terzi,
   (b) li jiżviluppa, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-kumitati permanenti skont il-prattiki ta' ħidma tal-kumitat speċjali INGE 1, suġġerimenti dwar kif jistgħu jiġu rimedjati dawn il-lakuni sabiex titrawwem ir-reżiljenza legali tal-UE u dwar kif jista' jittejjeb il-qafas istituzzjonali tal-UE;
   (c) li jaħdem mill-qrib ma' istituzzjonijiet oħra tal-UE, mal-awtoritajiet tal-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet internazzjonali, is-soċjetà ċivili, kif ukoll mas-sħab statali u mhux statali f'pajjiżi terzi sabiex tissaħħaħ l-azzjoni tal-UE kontra t-theddid ibridu u d-diżinformazzjoni filwaqt li l-attivitajiet pubbliċi kollha tal-kumitat speċjali INGE 2 jirrispettaw il-prijoritajiet stabbiliti f'din id-deċiżjoni;
   (d) li jagħti segwitu dettaljat u rigoruż tal-implimentazzjoni tar-rapport tal-kumitat speċjali INGE 1 b'evalwazzjoni tal-passi meħuda mill-istituzzjonijiet tal-UE;
   (e) li jikkontribwixxi għar-reżiljenza istituzzjonali ġenerali kontra l-indħil barrani, it-theddid ibridu u d-diżinformazzjoni fit-tħejjija għall-elezzjonijiet Ewropej tal-2024;

2.  Jiddeċiedi li, kull meta l-ħidma tal-kumitat speċjali tinkludi s-smigħ ta' evidenza ta' natura kunfidenzjali, xhieda li tinvolvi data personali jew skambji ta' fehmiet jew seduti ta' smigħ ma' awtoritajiet u korpi dwar informazzjoni kunfidenzjali, inklużi studji xjentifiċi jew partijiet minnhom mogħtija status ta' kunfidenzjalità skont l-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(2), il-laqgħat għandhom isiru bil-magħluq; jiddeċiedi, barra minn hekk, li x-xhieda u l-esperti għandu jkollhom id-dritt li jagħmlu dikjarazzjoni jew jixhdu bil-magħluq;

3.  Jiddeċiedi li l-lista tal-persuni mistiedna għal-laqgħat pubbliċi, il-lista ta' dawk li jattendu dawk il-laqgħat u l-minuti tagħhom għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku;

4.  Jiddeċiedi li d-dokumenti kunfidenzjali li l-kumitat speċjali jkun irċieva għandhom jiġu vvalutati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 221 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu; jiddeċiedi, barra minn hekk, li tali informazzjoni għandha tintuża esklussivament għall-finijiet tat-tfassil tar-rapport finali tal-kumitat speċjali;

5.  Jiddeċiedi li l-kumitat speċjali se jkun magħmul minn 33 membru;

6.  Jiddeċiedi li l-mandat tal-kumitat speċjali għandu jkun ta' 12-il xahar u li dan il-mandat għandu jibda mid-data tal-laqgħa kostituttiva tiegħu;

7.  Jiddeċiedi li l-kumitat speċjali għandu, wara li jkun skrutinizza l-implimentazzjoni tar-rapport tal-kumitat speċjali INGE 1 u l-leġiżlazzjoni eżistenti u wara li jkun identifika lakuni, diskrepanzi u duplikazzjonijiet, jidentifika l-bażi legali xierqa għal kwalunkwe att legali meħtieġ u jħejji raġunijiet għal soluzzjonijiet istituzzjonali permanenti tal-UE biex jiġu indirizzati l-indħil malizzjuż u d-diżinformazzjoni barranin u, jekk ikun meħtieġ, jitlob li jittieħdu passi istituzzjonali speċifiċi mill-Kummissjoni, billi jabbozza, skont l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura, rapport fuq inizjattiva proprja li jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta proposta xierqa f'dan ir-rigward.

(1) Testi adottati, P9_TA(2021)0428.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1)


Twaqqif ta' kumitat ta' inkjesta biex jinvestiga l-użu tal-Pegasus u ta’ software ta' spjunaġġ għas-sorveljanza ekwivalenti
PDF 153kWORD 49k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2022 dwar it-twaqqif ta' kumitat ta' inkjesta biex jinvestiga l-użu tal-Pegasus u ta' software ta' spjunaġġ għas-sorveljanza ekwivalenti, u d-definizzjoni tas-suġġett tal-inkjesta, kif ukoll ir-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni numerika u l-mandat tal-Kumitat (2022/2586(RSO))
P9_TA(2022)0071B9-0138/2022

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba ppreżentata minn 290 Membru biex jitwaqqaf kumitat ta' inkjesta biex janalizza u jinvestiga allegazzjonijiet ta' kontravenzjonijiet, jew amministrazzjoni ħażina, fl-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-użu tal-Pegasus u ta’ software ta' spjunaġġ għas-sorveljanza ekwivalenti li jiġi installat fuq apparati mobbli permezz tal-isfruttament ta' vulnerabbiltajiet fl-IT ("software ta' spjunaġġ għas-sorveljanza ekwivalenti"),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 226 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 95/167/KE, Euratom, KEFA tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tad-19 ta' April 1995 dwar id-dispożizzjonijiet dettaljati li jirregolaw l-eżerċizzju tad-dritt ta' inkjesta tal-Parlament Ewropew(1),

–  wara li kkunsidra r-rabta tal-Unjoni Ewropea mal-valuri u l-prinċipji tal-libertà, id-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u tal-istat tad-dritt kif minquxa fil-preambolu tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u b'mod partikolari fl-Artikoli 2, 6 u 21 ta' dan it-Trattat,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 4(2) tat-TUE, li jirriafferma l-kompetenza esklużiva tal-Istati Membri fiż-żamma tal-ordni pubbliku u fis-salvagwardja tas-sigurtà nazzjonali,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 16 u 223 tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”), u b'mod partikolari l-Artikoli 7, 8, 11, 21 u 47 tagħha, li jirrikonoxxu d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji speċifiċi minquxa fiha, bħar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja u l-protezzjoni tad-data personali, il-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni, id-dritt għan-nondiskriminazzjoni, kif ukoll id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, u li japplikaw bis-sħiħ għall-Istati Membri meta jkunu qegħdin jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni, u l-Artikolu 52(1) tagħha li jippermetti limitazzjonijiet partikolari fuq l-eżerċizzju tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika)(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)(3),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI(4),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/797 tas-17 ta' Mejju 2019 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha (5) kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/796 tas-17 ta' Mejju 2021(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2021 li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-tranżitu u t-trasferiment ta' oġġetti b'użu doppju(7),

–  wara li kkunsidra l-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett(8),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, u b'mod partikolari l-Artikoli 8, 9, 13 u 17 tagħha, u l-Protokolli ta' din il-Konvenzjoni,

–  wara li kkunsidra l-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-12 ta' Marzu 2014 dwar il-programm ta' sorveljanza tal-NSA tal-Istati Uniti, il-korpi ta' sorveljanza f'diversi Stati Membri u l-impatt tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-UE u dwar il-kooperazzjoni transatlantika fil-Ġustizzja u l-Intern(10) u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu rigward it-tisħiħ tas-sigurtà tal-IT fl-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 208 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi rivelazzjonijiet reċenti żvelaw li diversi pajjiżi, inklużi Stati Membri, użaw is-software ta' spjunaġġ għas-sorveljanza Pegasus fuq ġurnalisti, politiċi, uffiċjali tal-infurzar tal-liġi, diplomatiċi, avukati, negozjanti, atturi tas-soċjetà ċivili u atturi oħra, u li prattiki bħal dawn huma estremament allarmanti filwaqt li jidhru li jikkonfermaw il-perikli tal-użu ħażin tat-teknoloġija ta' sorveljanza biex jimminaw id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija;

1.  Jiddeċiedi li jwaqqaf kumitat ta' inkjesta biex jinvestiga l-allegazzjonijiet ta' kontravenzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, jew ta' amministrazzjoni ħażina fl-implimentazzjoni tagħha, fir-rigward tal-użu tal-Pegasus u ta’ software ta’ spjunaġġ għas-sorveljanza ekwivalenti, bla preġudizzju għall-ġuriżdizzjoni tal-qrati nazzjonali jew tal-Unjoni;

2.  Jiddeċiedi li l-kumitat ta' inkjesta għandu:

   jinvestiga l-ambitu tal-allegazzjonijiet ta' kontravenzjonijiet, fl-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni jew amministrazzjoni ħażina tagħha li jirriżultaw mill-użu tal-Pegasus u ta’ software ta' spjunaġġ għas-sorveljanza ekwivalenti, jiġbor informazzjoni dwar kemm l-Istati Membri, inklużi l-Ungerija u l-Polonja, iżda mhux dawn biss, jew pajjiżi terzi jużaw sorveljanza intrużiva b'mod li jikser id-drittijiet u l-libertajiet minquxa fil-Karta, kif ukoll jivvaluta l-livell ta' riskju li dan joħloq għall-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE, bħad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem;
   għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, jiġbor u janalizza informazzjoni biex jaċċerta:
   l-użu u l-funzjonament tal-Pegasus u ta’ software ta' spjunaġġ għas-sorveljanza ekwivalenti u l-allegat impatt negattiv tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali minquxa fil-Karta, f'każijiet fejn l-Istati Membri kienu qegħdin jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni;
   il-qafas legali eżistenti li fi ħdanu l-Istati Membri akkwistaw u użaw il-Pegasus u software ta' spjunaġġ għas-sorveljanza ekwivalenti;
   jekk l-awtoritajiet tal-Istati Membri użawx il-Pegasus u software ta' spjunaġġ għas-sorveljanza ekwivalenti għal finijiet politiċi, ekonomiċi jew oħrajn mhux ġustifikati biex iwettqu spjunaġġ fuq ġurnalisti, politiċi, uffiċjali tal-infurzar tal-liġi, diplomatiċi, avukati, negozjanti, atturi tas-soċjetà ċivili jew atturi oħra, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni u tal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE, jew tad-drittijiet minquxa fil-Karta;
   jekk l-użu, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, tal-Pegasus u ta’ software ta' spjunaġġ għas-sorveljanza ekwivalenti kellux impatt negattiv fuq il-proċessi demokratiċi fl-Istati Membri matul elezzjonijiet fil-livell lokali, nazzjonali u Ewropew;
   l-allegazzjonijiet ta' kontravenzjonijiet tad-Direttiva 2002/58/KE jew amministrazzjoni ħażina mill-Istati Membri, li huma riżultat tal-użu tal-Pegasus u ta’ software ta' spjunaġġ għas-sorveljanza ekwivalenti, b'mod partikolari fir-rigward tal-prinċipju ta' kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet u l-projbizzjoni ta' smigħ, tappjar, ħżin jew tipi oħra ta' interċettazzjoni jew sorveljanza ta' komunikazzjonijiet u t-traffiku tad-data relatata tal-persuni;
   jekk l-użu tal-Pegasus u ta’ software ta' spjunaġġ għas-sorveljanza ekwivalenti mill-Istati Membri kkostitwiex, irriżultax jew kixifx ksur tad-Direttiva (UE) 2016/680 u tar-Regolament (UE) 2016/679;
   jekk il-Kummissjoni kellhiex evidenza tal-użu tal-Pegasus u ta’ software ta' spjunaġġ għas-sorveljanza ekwivalenti fuq persuni;
   jekk l-Istati Membri żgurawx biżżejjed salvagwardji istituzzjonali u legali biex jiġi evitat l-użu illegali ta' software ta' spjunaġġ, u jekk persuni li jissuspettaw li d-drittijiet tagħhom inkisru bl-użu ta' software ta' spjunaġġ għandhomx aċċess għal rimedju effettiv;
   l-allegat nuqqas tal-Istati Membri li jaġixxu fir-rigward tal-involviment ta' entitajiet fl-UE fl-iżvilupp, it-tixrid jew il-finanzjament tal-Pegasus u ta’ software ta' spjunaġġ għas-sorveljanza ekwivalenti, inkluża l-katina tal-provvista f'termini ta' teknoloġija u l-isfruttament tagħha, sakemm dan ikun jikser id-dritt tal-Unjoni, inkluż ir-Regolament (UE) 2021/821, u inkluż meta software ta' sorveljanza li jkun kummerċjalizzat għal ċertu skop (pereżempju l-ġlieda kontra t-terroriżmu) jintuża f'kuntest ieħor;
   ir-rwol tal-gvern tal-Iżrael u ta' pajjiżi terzi oħra fil-forniment tal-Pegasus u ta’ software ta' spjunaġġ għas-sorveljanza ekwivalenti lill-Istati Membri;
   jekk l-użu tal-Pegasus jew ta’ software ta' spjunaġġ għas-sorveljanza ekwivalenti mill-awtoritajiet tal-Istati Membri rriżultax fit-trasferiment ta' data personali lil pajjiżi terzi, b'mod partikolari lill-Grupp NSO, iżda mhux lilu biss, kif ukoll lil gvernijiet ta' pajjiżi terzi;
   jekk l-użu tal-Pegasus jew ta’ software ta' spjunaġġ għas-sorveljanza ekwivalenti, li jinvolvi direttament jew indirettament entitajiet marbuta mal-UE, ikkontribwiex għal spjunaġġ illegali fuq ġurnalisti, politiċi, uffiċjali tal-infurzar tal-liġi, diplomatiċi, avukati, negozjanti, atturi tas-soċjetà ċivili jew atturi oħra f'pajjiżi terzi u jekk dan wassalx għal ksur jew abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, li huma ta' tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta' sigurtà komuni tal-UE, u jekk tali użu kienx bi ksur tal-valuri minquxa fl-Artikolu 21 tat-TUE u fil-Karta, anki b'kunsiderazzjoni dovuta tal-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u drittijiet oħra minquxa fid-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem;
   jekk kienx hemm biżżejjed raġunijiet biex il-Kunsill jadotta miżuri restrittivi jew sanzjonijiet fil-qafas tal-politika estera u ta' sigurtà komuni tal-UE kontra pajjiż terz wieħed jew aktar fejn deċiżjoni, adottata f'konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-TUE kienet tipprevedi l-interruzzjoni jew it-tnaqqis tar-relazzjoni ekonomika jew finanzjarja, f'konformità mal-Artikolu 215(1) tat-TFUE;
   jekk l-użu tal-Pegasus jew ta’ software ta' spjunaġġ għas-sorveljanza ekwivalenti minn pajjiżi terzi kellux impatt fuq id-drittijiet fundamentali żgurati mid-dritt tal-Unjoni u jekk kienx hemm biżżejjed raġunijiet biex il-Kunsill jirrivaluta kwalunkwe ftehim ta' kooperazzjoni internazzjonali fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja konkluż ma' pajjiżi terzi skont l-Artikolu 218 tat-TFUE;
   jagħmel kwalunkwe rakkomandazzjoni li jidhirlu li tkun meħtieġa f'dan ir-rigward;
   jagħmel rakkomandazzjonijiet għall-protezzjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE u l-Membri u l-persunal tagħha kontra tali software ta' spjunaġġ għas-sorveljanza;

3.  Jiddeċiedi li l-kumitat ta' inkjesta għandu jippreżenta r-rapport finali tiegħu fi żmien 12-il xahar mill-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni;

4.  Jiddeċiedi li l-kumitat ta' inkjesta għandu jqis f'ħidmietu kwalunkwe żvilupp rilevanti li jfeġġ matul il-mandat tal-kumitat u li jkun fil-kompetenza tiegħu;

5.  Jissottolinja li sabiex jiġu żgurati kooperazzjoni tajba u fluss tajjeb ta' informazzjoni bejn il-kumitat ta' inkjesta u l-kumitati u s-sottokumitati permanenti rilevanti, il-President u r-Rapporteur tal-kumitat ta' inkjesta jistgħu jiġu involuti f'dibattiti rilevanti tal-kumitati u s-sottokumitati permanenti, u viċi versa, b'mod partikolari għas-seduti ta' smigħ tal-kumitat ta' inkjesta;

6.  Jiddeċiedi li kwalunkwe rakkomandazzjoni mfassla mill-kumitat ta' inkjesta għandha tiġi riferuta lill-kumitati u s-sottokumitati permanenti rilevanti fl-oqsma ta' kompetenza rispettivi tagħhom kif definiti fl-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura;

7.  Jiddeċiedi li l-kumitat ta' inkjesta għandu jkollu 38 Membru;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiżgura li din id-deċiżjoni tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(1) ĠU L 113, 19.5.1995, p. 1.
(2) ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.
(3) ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.
(4) ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89.
(5) ĠU L 129 I, 17.5.2019, p. 13.
(6) ĠU L 174 I, 18.5.2021, p. 1.
(7) ĠU L 206, 11.6.2021, p. 1.
(8) ĠU L 278, 8.10.1976, p. 5.
(9) https://www.ohchr.org/Documents/Publications/GuidingPrinciplesBusinessHR_EN.pdf
(10) ĠU C 378, 9.11.2017, p. 104.


L-Integrazzjoni ta' Kwistjonijiet ta' Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fil-Parlament Ewropew - rapport annwali 2020
PDF 192kWORD 61k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2022 dwar l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-Parlament Ewropew – rapport annwali 2020 (2021/2039(INI))
P9_TA(2022)0072A9-0021/2022

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 8, 10 u 19 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 21 u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul), li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Awwissu 2014,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Marzu 2020 intitolata "Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija ta' Ugwaljanza Bejn is-Sessi għall-2020-2025" (COM(2020)0152),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, tat-2 ta' Lulju 2008 għal direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (COM(2008)0426 – id-direttiva orizzontali kontra d-diskriminazzjoni),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-14 ta' Novembru 2012 għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati f'borża u miżuri relatati (COM(2012)0614 – id-direttiva dwar in-nisa fuq il-bordijiet),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/1158 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE(1) (id-direttiva dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tal-2021 intitolat "L-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-baġit tal-UE: wasal iż-żmien li l-kliem jissarraf f'azzjoni – Rapport Speċjali Nru 10, 2021",

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Ombudsman Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2018 dwar id-dinjità fuq il-post tax-xogħol fl-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE,

–   wara li kkunsidra l-istudju tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew (EPRS) tal-2021 intitolat "Gender mainstreaming in the European Parliament: state of play",

–   wara li kkunsidra l-istudju tal-2021 ikkummissjonat mid-Dipartiment Tematiku għad-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Affarijiet Kostituzzjonali tal-Parlament fuq talba tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (FEMM) intitolat "Gender equality: economic value of care from the perspective of the applicable EU funds",

–  wara li kkunsidra l-fuljett dwar in-Nisa fil-Parlament Ewropew tal-2021,

–  wara li kkunsidra s-sessjoni ta' ħidma tas-16 ta' Marzu 2021 mitlub mill-Kumitat FEMM intitolat "Applying gender mainstreaming in the EU recovery package",

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2003 dwar l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-Parlament Ewropew(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Jannar 2007 dwar l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fix-xogħol tal-Kumitati(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' April 2009 dwar l-appoġġ integrat għat-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fil-qafas tal-ħidma tal-kumitati u d-delegazzjonijiet(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Mejju 2009 dwar l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fir-relazzjonijiet barranin tal-UE u fil-konsolidazzjoni tal-paċi u tal-istrutturi tal-Istat(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2019 dwar l-Integrazzjoni ta' Kwistjonijiet ta' Ugwaljanza bejn is-Sessi fil-Parlament Ewropew(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Novembru 2016 dwar l-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni ta' Istanbul dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Novembru 2019 dwar l-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni ta' Istanbul u l-miżuri l-oħra biex tiġi miġġielda l-vjolenza abbażi tal-ġeneru(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2017 dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Settembru 2018 dwar miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-fastidju morali u l-fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol, fi spazji pubbliċi, u fil-ħajja politika fl-UE(10),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Jannar 2021 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri(11),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar il-ħtieġa ta' konfigurazzjoni speċifika tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri(12),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Novembru 2020 dwar analiżi tal-elezzjonijiet Ewropej(13),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Jannar 2021 dwar il-perspettiva tal-ġeneru fil-kriżi tal-COVID-19 u fil-perjodu ta' wara l-kriżi(14),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċeduri tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A9-0021/2022),

A.  billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija prinċipju fundamentali tal-UE; billi l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri hija strateġija rikonoxxuta globalment biex tiżgura l-integrazzjoni ta' perspettiva tal-ġeneru fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki, il-programmi u l-miżuri kollha li jippromwovu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni; billi l-kwistjonijiet dwar il-ġeneru jinsabu kullimkien, inklużi f'oqsma li mhumiex fiċ-ċentru tal-attenzjoni, bħat-tassazzjoni, il-kummerċ u t-tranżizzjoni ekoloġika; billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri trid tinkiseb bl-użu ta' approċċ trasversali li jintegra l-oqsma kollha tax-xogħol fi ħdan il-Parlament;

B.  billi minkejja l-progress fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri f'xi oqsma, in-nisa għadhom isofru diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' ġeneru fl-isferi pubbliċi u privati u għad hemm aktar lok għal titjib, inkluża l-implimentazzjoni frammentata tal-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-oqsma ta' politika u l-istituzzjonijiet kollha fil-livell nazzjonali u tal-UE;

C.  billi d-diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' ġeneru sikwit tingħaqad ma' tipi oħra ta' diskriminazzjoni għal raġunijiet oħra u dan iwassal għal forom multipli u akbar ta' diskriminazzjoni kontra gruppi speċifiċi, li joperaw u jinteraġixxu ma' xulxin fl-istess ħin b'tali mod li jkunu inseparabbli;

D.  billi l-miżuri tal-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri jinkludu, fost l-oħrajn, kwoti, miżuri ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, politiki kontra l-fastidju, proċeduri ta' reklutaġġ reattivi għal kwistjonijiet ta' ġeneru, valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tal-ġeneri, indikaturi tal-ġeneru, ibbaġitjar skont il-ġeneru u evalwazzjonijiet reattivi għal kwistjonijiet ta' ġeneru għall-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni reattiva għal kwistjonijiet ta' ġeneru, użu ta' lingwaġġ li juża ġens newtrali u komunikazzjoni reattiva għal kwistjonijiet ta' ġeneru;

E.  billi l-OECD tiddefinixxi l-bilanċ bejn il-ġeneri bħala distribuzzjoni ekwa tal-opportunitajiet u r-riżorsi tal-ħajja bejn in-nisa u l-irġiel, u/jew ir-rappreżentanza ugwali tan-nisa u l-irġiel;

F.  billi l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) jiddefinixxi s-segregazzjoni orizzontali bħala l-konċentrazzjoni tan-nisa u l-irġiel f'setturi u professjonijiet differenti;

G.  billi l-progress biex jiġu indirizzati l-fastidju sesswali u l-vjolenza sesswali wara erba' snin tal-moviment #MeToo mhuwiex biżżejjed u għad hemm aktar xi jsir, fl-istituzzjonijiet tal-UE u lil hinn minnhom; billi r-riċerka turi li l-fastidju huwa mifrux aktar milli hu maħsub b'mod komuni u mhuwiex irrapportat biżżejjed b'mod sinifikanti;

H.  billi l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri trid tiġi applikata anke fil-proċess baġitarju; billi l-ibbaġitjar sensittiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru ma jikkonsistix biss fil-finanzjament ta' inizjattivi espliċiti għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri, iżda anke fil-fehim tal-impatt tad-deċiżjonijiet baġitarji u ta' politika dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u fl-aġġustament tal-infiq u d-dħul pubbliku kif xieraq; billi r-riżorsi baġitarji u l-forniment ta' servizzi għandhom jiġu allokati skont l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet immexxija mid-data, inkluża d-data kwalitattiva dwar l-impatti fuq il-ġeneru;

I.  billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri indikat li ċ-ċiklu baġitarju tal-UE ma kkunsidrax b'mod adegwat l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; billi l-Qorti tal-Awdituri rrakkomandat lill-Kummissjoni tivvaluta u tirrapporta jekk il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri jindirizzawx l-ugwaljanza bejn il-ġeneri;

J.  billi l-istituzzjonijiet kollha tal-UE huma ggwidati mit-Trattati u mill-istrateġija tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri 2020-2025; billi l-Parlament għandu jkun ta' eżempju għall-korpi parlamentari oħra fil-promozzjoni tiegħu tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, jitgħallem mill-aħjar prattiki tal-korpi parlamentari oħra fl-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-istrutturi u l-proċessi tiegħu u jikkunsidra l-eżempji tajbin tal-implimentazzjoni tal-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri fis-setturi pubbliċi u privati u fis-soċjetà ċivili; billi l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri għadha mhix integrata bis-sħiħ fil-prattiki u r-regoli tal-Parlament(15); billi fis-seduti ta' smigħ organizzati mill-biċċa l-kbira tal-kumitati tal-Parlament mill-bidu tal-leġiżlatura attwali sa Novembru 2020, in-nisa kienu jammontaw għal inqas minn 50 % ta' dawk preżenti; billi għall-Kumitati għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, għas-Sajd, għall-Petizzjonijiet u għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, fost l-oħrajn, il-proporzjon kien ta' inqas minn 25 %;

K.  billi l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata fil-Parlament ġie affettwat ħafna mill-pandemija tal-COVID-19, u bis-saħħa ta' għodod diġitali sikwit irriżulta f'sigħat tax-xogħol itwal kemm għall-Membri kif ukoll għall-persunal; billi x-xogħol mid-dar ma jistax jieħu post l-indukrar tat-tfal; billi l-Parlament, bħala impjegatur u istituzzjoni li jagħmilha ta' mudell għas-soċjetà kollha, jista' jibbenefika minn forza tax-xogħol motivata u ambjent san u l-impjegati għandu jkollhom aċċess għal bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tul il-karriera kollha tagħhom;

Rimarki ġenerali

1.  Jafferma mill-ġdid l-impenn qawwi tiegħu favur l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u japprova l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala wieħed mill-approċċi ta' politika uffiċjali tiegħu biex jiżguraha; jiddeplora l-implimentazzjoni frammentata tal-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-oqsma ta' politika u fl-istituzzjonijiet kollha fil-livell tal-UE; jisħaq li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija responsabbiltà konġunta li tirrikjedi azzjoni mill-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri u l-aġenziji kollha, bi sħab mas-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet tan-nisa, is-sħab soċjali u s-settur privat;

2.  Jissottolinja li n-nisa jirrappreżentaw nofs il-popolazzjoni u, għalhekk, huma esposti għal diversi forom intersezzjonali ta' diskriminazzjoni; jisħaq li l-miżuri biex tiġi żgurata l-ugwaljanza bejn il-ġeneri jeħtieġ li jinkorporaw approċċ intersezzjonali bil-għan li ħadd ma jitħalla jibqa' lura u li tiġi eliminata kull forma ta' diskriminazzjoni, inklużi l-forom intersezzjonali; jisħaq fuq il-ħtieġa li anke jinħolqu proċessi parteċipattivi li jinvolvu l-atturi rilevanti kollha u li jikkombinaw approċċi minn fuq għal isfel u minn isfel għal fuq;

3.  Jilqa' l-għadd dejjem akbar ta' nisa involuti fil-politika, iżda jisħaq li għadna 'l bogħod mili nilħqu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u li n-nisa bi profil pubbliku, bħal politiċi u attivisti, sikwit ikunu fil-mira ta' fastidju bl-intenzjoni li l-preżenza tagħhom fil-ħajja pubblika u fl-isfera deċiżjonali tkun skuraġġuta; jisħaq li liġijiet jew politiki femministi, li jkollhom l-għan li jiksbu ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-oqsma kollha, ma jistgħux jitfasslu mingħajr il-preżenza tan-nisa fil-proċess deċiżjonali; ifakkar fl-importanza li jkun hemm ambjent tax-xogħol reattiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru biex tittejjeb ir-rappreżentanza tan-nisa fil-livelli kollha tal-Parlament, inkluż fil-gruppi politiċi u fl-uffiċċji tal-Membri tal-PE;

4.  Jinnota n-nuqqas ta' data kwantitattiva u kwalitattiva dwar l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE lil hinn mid-data dwar l-għadd ta' nisa f'pożizzjonijiet differenti; jitlob, għalhekk, li tinġabar statistika komprensiva dwar il-ġeneri u jimpenja ruħu li joħloq indikaturi kwalitattivi dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri ħalli tinġabar data addizzjonali diżaggregata skont il-ġeneru biex l-ugwaljanza bejn il-ġeneri tkompli tittejjeb;

5.  Jilqa' s-sett ta' għodod tal-EIGE "Parlamenti sensittivi għall-ġeneru" li jiffoka fuq ħames oqsma ewlenin li għandhom jiġu indirizzati: opportunitajiet ugwali biex persuna tidħol il-parlament, opportunitajiet ugwali biex persuna tinfluwenza l-proċeduri ta' ħidma tal-parlament, spazju adegwat fl-aġenda parlamentari għall-interessi u t-tħassib tan-nisa, il-produzzjoni ta' leġiżlazzjoni sensittiva għall-ġeneru u konformità mal-funzjoni simbolika tal-parlament;

6.  Jilqa' l-adozzjoni ta' pjan ta' azzjoni dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri mill-kumitati kollha tal-Parlament; jinnota, madankollu, in-nuqqas ta' sorveljanza u implimentazzjoni ta' dawn il-pjanijiet; jistieden għalhekk lill-kumitati jimmonitorjaw il-pjanijiet ta' azzjoni dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri biex ikejlu l-progress u jiżguraw li dawn il-pjanijiet qed jiġu implimentati; jenfasizza li n-Network tal-Parlament għall-Integrazzjoni ta' Kwistjonijiet ta' Ugwaljanza bejn il-Ġeneri huwa responsabbli għall-integrazzjoni ta' approċċ inklużiv rigward l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-ambjent u fil-ħidma tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet;

7.  Jilqa' d-dispożizzjoni l-ġdida tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, adottata fl-2019, li tistabbilixxi l-obbligu li jiġi adottat pjan ta' azzjoni dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri bil-għan li jinkorpora perspettiva tal-ġeneru fil-livelli u l-istadji kollha tal-attivitajiet kollha tal-Parlament; jilqa' l-adozzjoni ta' pjan ta' azzjoni dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri f'Lulju 2020 u pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni tiegħu f'April 2021; jitlob it-tħejjija ta' rapporti li jimmonitorjaw b'mod regolari l-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jiddispjaċih li l-pjan ta' azzjoni u l-pjan direzzjonali dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri mhumiex disponibbli għall-pubbliku u li l-biċċa l-kbira tal-miżuri inklużi huma fformulati bħala prinċipji mingħajr miri u obbligi ċari u dan jindika nuqqas ta' impenn politiku fl-implimentazzjoni tagħhom;

8.  Jitlob kooperazzjoni strutturata saħansitra aktar b'saħħitha bejn l-istituzzjonijiet kollha tal-UE fl-applikazzjoni tal-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri biex din l-ugwaljanza tinkiseb aħjar; jemmen li l-Parlament u l-gruppi politiċi għandhom jingħaqdu flimkien biex itejbu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u jiġġieldu l-movimenti antifemministi u kontra l-ġeneru, li dejjem ikunu anke antidemokratiċi, kemm fl-Ewropa kif ukoll madwar id-dinja;

Opportunitajiet ta' dħul fil-Parlament

9.  Jinnota li minn tmiem l-aħħar leġiżlatura l-perċentwal ta' nisa Membri naqas bi ftit, minn madwar 39,6 % għal 39,1 %; jilqa', madankollu, l-eżempju mogħti mill-Parlament f'dan il-qasam, inkluż il-progress tiegħu fir-rappreżentanza politika femminili, li hija ogħla mill-medja ta' 30,4 % fil-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri u ferm ogħla mill-medja dinjija ta' 25,2 % għall-parlamenti nazzjonali; jilqa' l-fatt li xi Stati Membri u partiti politiċi introduċew regoli biex jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri fil-listi elettorali tagħhom u jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri permezz ta' listi żippjati jew metodi ekwivalenti oħra fir-reviżjoni li jmiss tal-liġi elettorali tal-UE(16), dan biex il-kandidati nisa u rġiel ikollhom l-istess ċans li jiġu eletti;

10.   Iħeġġeġ lill-Istati Membri jqisu l-ħtieġa ta' parlamenti inklużivi tal-ġeneri meta jabbozzaw ir-reviżjonijiet għal-liġijiet elettorali tagħhom; iħeġġeġ ukoll lill-partiti politiċi nazzjonali jintroduċu kwoti meta jiddeċiedu dwar il-kandidati elettorali, anke jekk il-liġi ma tipprevedix dan; jitlob li l-mekkaniżmi ta' appoġġ u l-aħjar prattiki jiġu kondiviżi mal-partiti politiċi għal dak il-għan; jisħaq li biex tiġi żgurata l-preżenza ta' kandidati nisa, l-organizzazzjoni u l-proċeduri interni tal-partiti jridu jkunu reattivi għal kwistjonijiet ta' ġeneru billi jinkludu miżuri li jindirizzaw b'mod espliċitu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fir-regoli tal-partiti, jistabbilixxu kwoti tal-ġeneru għar-rwoli deċiżjonali u jiżguraw l-eżistenza ta' fora li jiffunzjonaw tajjeb għal-lobbjar, il-promozzjoni u d-diskussjoni, inklużi l-fergħat u l-kumitati tan-nisa;

11.  Jiddeplora n-nuqqas ta' proċeduri ta' reklutaġġ reattivi għal kwistjonijiet ta' ġeneru fil-Parlament u jitlob li s-servizzi tal-Parlament u l-gruppi politiċi jaħdmu aktar fuq dawn il-proċeduri biex tiġi evitata d-diskriminazzjoni u tiżdied il-preżenza tan-nisa f'oqsma fejn huma sottorappreżentati, kemm fl-amministrazzjoni kif ukoll fil-gruppi politiċi; jitlob l-adozzjoni ta' miżuri konkreti biex jitnaqqas id-distakk;

Opportunitajiet biex jiġu influwenzati l-proċeduri ta' ħidma tal-Parlament

12.  Jilqa' l-fatt li l-Bureau tal-Parlament hu kompletament ibbilanċjat bejn il-ġeneri peress li, minn 14-il Viċi President, tmienja huma nisa, u minn ħames Kwesturi, tnejn huma nisa; jinnota, madankollu, li tlieta minn seba' gruppi politiċi tal-Parlament biss għandhom presidenti jew kopresidenti nisa, tmienja minn 25 kumitat huma attwalment ippreseduti minn nisa u 15 minn 43 president tad-delegazzjonijiet huma nisa; jitlob li jittejjeb il-bilanċ bejn il-ġeneri fit-tmexxija tal-kumitati, tad-delegazzjonijiet u tal-gruppi politiċi; jilqa' l-emenda għall-Artikolu 213(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament li tirrikjedi li l-bureau ta' kull kumitat ikun ibbilanċjat bejn il-ġeneri; jiddispjaċih, madankollu, li din l-emenda mhix se tidħol fis-seħħ qabel l-ewwel sessjoni parzjali wara l-elezzjonijiet li jmiss tal-Parlament, li għandhom isiru fl-2024;

13.  Jitlob li jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli kollha tal-ħidma tal-plenarja, tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet, inkluż fil-ħatra ta' koordinaturi, rapporteurs u shadow rapporteurs u fit-tqassim tal-ħin għad-diskorsi;

14.  Jitlob li jiġu stabbiliti miżuri biex tiġi indirizzata s-segregazzjoni orizzontali u b'hekk jiġi żgurat il-bilanċ bejn il-ġeneri f'kumitati differenti u tintemm il-konċentrazzjoni sessista tal-portafolli, fejn oqsma bi proporzjon ogħla ta' nisa huma inqas apprezzati;

15.  Jistieden lill-gruppi politiċi u lis-segretarjati tagħhom jistabbilixxu regoli interni u miżuri rilevanti oħra, bħal kodiċijiet ta' kondotta u għodod għall-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri, taħriġ u monitoraġġ biex tiġi żgurata l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-funzjonament intern tagħhom, speċjalment rigward il-ħatriet u t-tqassim tar-rwoli u r-responsabbiltajiet; jitlob li l-gwidi u l-pariri dwar l-aħjar prattika, inkluż taħriġ għall-persunal u l-Membri dwar l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri, ikunu disponibbli għall-gruppi politiċi biex ikunu jistgħu jifhmu aħjar il-kunċett tal-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri u jimplimentawh fil-funzjonament intern tagħhom;

16.  Jistieden lid-Direttorati Ġenerali rilevanti jiżguraw li l-għażla tal-awturi tal-istudju tkun ibbilanċjata bejn il-ġeneri;

17.  Jinnota li minkejja l-progress u l-isforzi kollha li saru, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-livelli maniġerjali kollha tal-amministrazzjoni tal-Parlament għadha ma ntlaħqitx; jilqa' l-fatt li fil-livell tad-diretturi ntlaħqet il-parità, iżda jiddispjaċih li n-nisa jirrappreżentaw biss 23,1 % tad-Diretturi Ġenerali u 39,3 % tal-Kapijiet tal-Unità; ifaħħar, f'dan ir-rigward, il-mira tal-amministrazzjoni tal-Parlament li sal-2024 in-nisa jkunu jammontaw għal 50 % tal-pożizzjonijiet maniġerjali medji u superjuri u 40 % tal-ogħla karigi maniġerjali fl-amministrazzjoni; jitlob li n-nisa jingħataw prijorità għar-reklutaġġ meta jkunu sottorappreżentati u l-merti rispettivi tal-kandidati jkunu ugwali; jisħaq fuq il-ħtieġa li jinbena u jissaħħaħ l-għarfien espert dwar il-ġeneru fil-livell maniġerjali; jitlob li jiġu implimentati programmi ta' mentoraġġ;

18.  Jitlob li tinġabar data dwar ir-rappreżentanza vertikali u orizzontali tal-persunal tal-gruppi politiċi u data anonimizzata dwar id-differenzi fil-pagi għall-assistenti tal-Membri, il-persunal tal-gruppi u dak amministrattiv biex tiġi żgurata t-trasparenza fil-pagi;

19.  Jitlob li tinġabar b'mod regolari data diżaggregata skont il-ġeneru dwar il-proporzjon tal-persunal parlamentari li qed jaħdem part-time; jitlob li tittieħed azzjoni bbażata fuq id-data eżistenti(17) biex jiġu indirizzati l-iżbilanċi sinifikanti u jiġi vvalutat kif il-Parlament jista' jipprovdi appoġġ addizzjonali jekk il-persunal ikun jixtieq jerġa' jaħdem full-time;

20.  Jisħaq li l-fastidju fuq il-post tax-xogħol jikkostitwixxi attakk serju fuq is-saħħa psikoloġika u fiżika tal-persuna u dan jista' jġiegħel li l-persuna tħossha mhux sigura fuq il-post tax-xogħol u, f'xi każijiet, iwaqqafha milli tagħmel xogħolha; jinnota li n-nisa għandhom probabbiltà akbar mill-irġiel li jkunu soġġetti għal fastidju sesswali; iqis li, minkejja l-isforzi kollha li saru s'issa biex tiġi żgurata politika ta' fastidju żero, xorta għad hemm każijiet ta' fastidju sesswali fil-Parlament u li għandhom jiżdiedu l-isforzi għall-prevenzjoni tal-fastidju sesswali; itenni, għalhekk, l-appelli tiegħu biex jiġu implimentati l-miżuri li ġejjin biex jittejbu l-politiki kontra l-fastidju:

   (a) tiġi ppubblikata l-valutazzjoni esterna mwettqa fil-Kumitat Konsultattiv li jittratta l-ilmenti ta' fastidju li jikkonċernaw lill-Membri;
   (b) titwettaq evalwazzjoni indipendenti, minn awdituri esterni u magħżula b'mod trasparenti, tal-Kumitat Kontra l-Fastidju eżistenti tal-Parlament li jittratta l-ilmenti dwar il-fastidju sesswali fost il-persunal rigward l-effikaċja tiegħu u, jekk meħtieġ, kwalunkwe modifika għandha tiġi proposta malajr kemm jista' jkun u qabel it-tmiem ta' din il-leġiżlatura biex jiġu żgurati l-indipendenza mill-influwenza politika u l-bilanċ bejn il-ġeneri u jiġu eviti kunflitti ta' interess fl-istrutturi eżistenti;
   (c) tiġi żgurata analiżi aktar komprensiva u olistika tal-ilmenti u r-rimedji, u tinbidel il-kompożizzjoni tal-Kumitati Konsultattivi u ta' Kontra l-Fastidju biex jiġi żgurat li l-esperti indipendenti b'għarfien espert ippruvat li huma kapaċi jindirizzaw il-kwistjonijiet ta' fastidju fuq il-post tax-xogħol, inklużi tobba, terapisti u esperti legali, ikunu membri formali bi drittijiet sħaħ tal-vot;
   (d) jiġi introdott taħriġ obbligatorju u faċilment aċċessibbli kontra l-fastidju għall-Membri kollha, permezz tat-taħriġ disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha jew bl-interpretazzjoni u tal-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni mmirati għal delegazzjonijiet individwali u gruppi politiċi;
   (e) jiġi introdott taħriġ obbligatorju dwar il-politika tal-Parlament ta' fastidju żero għall-persuni kollha li jaħdmu fil-bini tal-Parlament fuq bażi regolari, li se jipprovdilhom l-għodod biex jirrikonoxxu u jirrappurtaw kull forma ta' fastidju, inkluż u b'mod partikolari, il-fastidju sesswali, kif ukoll informazzjoni mfassla apposta dwar l-istrutturi ta' appoġġ disponibbli u dan iwassal biex dawn l-istrutturi ta' appoġġ isiru aktar magħrufa u faċilment aċċessibbli;

21.  Jimpenja ruħu li jiggarantixxi bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-Membri, il-persunal tal-grupp, l-assistenti parlamentari akkreditati u l-persunal amministrattiv, pereżempju bħall-adozzjoni ta' sigħat tax-xogħol li jwasslu għal bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u l-involviment tiegħu mal-Kummissjoni u l-Kunsill biex tinstab soluzzjoni komuni għal-laqgħat li jinvolvu t-tliet istituzzjonijiet; jitlob reviżjoni tal-miżuri ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata sabiex jittejjeb u jissaħħaħ il-qafas attwali, filwaqt li jitqiesu, fost l-oħrajn, l-effetti tat-telexogħol wara l-pandemija tal-COVID-19 u l-ibbilanċjar tal-istrutturi tax-xogħol flessibbli mar-rekwiżiti ta' Parlament b'saħħtu u li jiffunzjona tajjeb;

22.  Jitlob żieda fil-liv tal-maternità u tal-paternità mhux trasferibbli għall-persunal tal-Parlament wara t-twelid ta' tarbija, għal total ta' sitt xhur għal kull ġenitur li għandu jittieħed matul l-ewwel sena; jisħaq li s-sitt xhur tal-liv tal-ġenituri għandhom ikunu disponibbli matul l-ewwel tliet snin tal-ħajja tal-wild; jiddispjaċih li meta l-persunal tal-istituzzjonijiet tal-UE jieħdu l-liv tal-ġenituri, dawn jirċievu biss benefiċċju fiss minflok is-salarju kollu tagħhom, li huwa diżinċentiv kbir għall-użu ta' dan il-liv; jitlob li l-liv tal-ġenituri jkun imħallas b'mod sħiħ; jilqa' l-benefiċċji li huma disponibbli għall-familji tal-impjegati tal-Parlament;

23.  Jitlob, b'mod partikolari, li l-liv tal-maternità, tal-paternità u tal-ġenituri jiġu rikonoxxuti għall-Membri tal-Parlament permezz ta' emenda tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew; jitlob, barra minn hekk, l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet li jiggarantixxu lill-Membri l-kapaċità li jkomplu jaħdmu waqt li jkunu bil-liv tal-maternità, tal-paternità jew tal-ġenituri, pereżempju tinżamm il-possibbiltà ta' votazzjoni remota waqt li jkunu bil-liv jew tiġi esplorata l-possibbiltà ta' sostituzzjoni temporanja, li tiżgura li l-kostitwenti jkunu rappreżentati waqt li l-Membru tagħhom ikun bil-liv u li l-Membri ma jkunux taħt pressjoni biex jirritornaw għax-xogħol immedjatament; jisħaq li d-deċiżjoni dwar l-użu tas-sostituzzjoni temporanja tkun l-għażla tal-Membru rilevanti;

24.  Jitlob lis-servizzi tal-Parlament jeżaminaw l-impatt li l-menopawża għandha fuq il-ħajja tax-xogħol tal-impjegati tal-Parlament; jisħaq li dan għandu jkun ibbażat fuq l-evidenza u jinkludi gwida dwar il-ġestjoni medika u tal-istil ta' ħajja tas-sintomi tal-mezz'età u tal-menopawża permezz ta' linji gwida nazzjonali u internazzjonali; jitlob li l-menopawża tiġi kkunsidrata fil-politiki ta' ġestjoni tal-mard u tal-attendenza;

Il-prominenza tal-perspettiva tal-ġeneru fl-attivitajiet parlamentari

25.  Jilqa' l-ħidma tal-Kumitat FEMM, il-Grupp ta' Livell Għoli dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u d-Diversità u n-Network għall-Integrazzjoni ta' Kwistjonijiet ta' Ugwaljanza bejn il-Ġeneri bħala l-korpi ewlenin biex tiġi żgurata l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-Parlament; jitlob, madankollu, kooperazzjoni u koordinazzjoni aktar mill-qrib u aktar strutturati bejn dawn il-korpi, speċjalment f'ċirkostanzi straordinarji bħall-kriżi tal-COVID-19 u l-konsegwenzi tagħha, permezz ta' laqgħat regolari biex tiġi kondiviża l-informazzjoni u jinħarġu rapporti tematiċi konġunti;

26.  Jilqa' l-inizjattiva l-ġdida tal-Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet li tistieden lid-delegazzjonijiet kollha jaħtru membri biex ikunu inkarigati mill-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri u jfaħħar il-kooperazzjoni bejn in-Network għall-Integrazzjoni ta' Kwistjonijiet ta' Ugwaljanza bejn il-Ġeneri u l-Membri responsabbli għall-ġeneru u d-diversità fid-delegazzjonijiet;

27.  Jitlob l-inklużjoni tan-Network għall-Integrazzjoni ta' Kwistjonijiet ta' Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fir-Regoli ta' Proċedura biex jirrifletti r-rwol tiegħu fil-promozzjoni tal-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-attivitajiet tal-kumitati u d-delegazzjonijiet parlamentari; jitlob li jiġu allokati r-riżorsi meħtieġa biex dan iwettaq il-funzjonijiet tiegħu u jipproduċi rakkomandazzjonijiet rilevanti; jitlob l-inklużjoni ta' punt permanenti għad-diskussjoni fl-aġendi tal-laqgħat tal-kumitati;

28.  Jilqa' s-sessjoni ta' taħriġ tal-EIGE għall-Membri dwar il-valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tal-ġeneri u l-ibbaġitjar skont il-ġeneru, li tfasslet apposta għall-Parlament; iħeġġeġ ħidma aktar mill-qrib mal-EIGE permezz ta' taħriġ regolari dwar l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri għall-Membri, il-persunal tal-gruppi, l-assistenti parlamentari, is-servizzi parlamentari u l-persunal tas-segretarjati tal-kumitati; ifakkar fl-importanza li jiġu offruti programmi adattati għall-ħtiġijiet u l-għarfien konkreti kemm fil-livell politiku kif ukoll f'dak amministrattiv;

29.  Jirrimarka li l-Kumitat FEMM, bħala kumitat inkarigat kompletament mid-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, jaħdem fuq ħafna kwistjonijiet orizzontali li sikwit jolqtu l-ħidma ta' kumitati oħra; jinnota li l-inklużjoni tas-suġġerimenti tal-Kumitat FEMM fil-forma ta' opinjonijiet jew emendi tvarja bejn kumitati oħra; jilqa' l-impenn tal-pjan direzzjonali li, permezz tas-servizzi u l-korpi rilevanti, jiġbor indikaturi ċari biex jitkejjel jekk il-kontribut mill-Kumitat FEMM huwiex qed jiġi inkorporat fil-ħidma ta' kumitati oħra u fil-pożizzjoni finali tal-Parlament; jitlob monitoraġġ sistematiku, trasparenti u responsabbli tal-integrazzjoni tas-suġġerimenti tal-Kumitat FEMM, li huwa essenzjali biex jiġi żgurat li l-prinċipji tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri jiġu implimentati kif xieraq;

30.  Jisħaq fuq l-importanza tal-emendi li l-Kumitat FEMM jipproduċi fl-opinjonijiet tiegħu biex jiżgura l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri; jitlob, fil-kuntest tar-rapporti fuq inizjattiva proprja, titjib fil-kooperazzjoni bejn il-kumitati fl-istabbiliment tal-kalendarju biex jiġi żgurat żmien suffiċjenti bejn meta l-abbozz ta' rapport tal-kumitat ewlieni jkun disponibbli u l-votazzjoni tal-kumitat sabiex il-Kumitat FEMM ikun jista' jipproduċi l-pożizzjoni tiegħu fil-forma ta' emendi għall-abbozz ta' rapport; jisħaq li l-Membri fin-Network għall-Integrazzjoni ta' Kwistjonijiet ta' Ugwaljanza bejn il-Ġeneri huma responsabbli biex jiġu inklużi l-miżuri ta' integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-kumitati tagħhom; jiddispjaċih li s'issa din il-ħidma hija ad hoc ħafna u jemmen li għandha tiġi implimentata fuq bażi aktar strutturata;

31.  Jitlob li l-missjonijiet kollha tal-kumitati u d-delegazzjonijiet ikunu bbilanċjati bejn il-ġeneri u li jiġu eżaminati d-dimensjonijiet tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tad-drittijiet tan-nisa; jitlob, barra minn hekk, l-inklużjoni ta' laqgħat ma' organizzazzjonijiet li jippromwovu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-programmi ta' missjoni;

32.  Jilqa' l-impenn meħud fil-pjan direzzjonali tal-pjan ta' azzjoni dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u biex jiġi żgurat li l-kumitati u korpi oħra li jorganizzaw seduti ta' smigħ, sessjonijiet ta' ħidma u konferenzi jinkludu esperti u panels ibbilanċjati bejn il-ġeneri u kwalifikati biex jeżaminaw id-dimensjonijiet tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tad-drittijiet tan-nisa fil-qasam speċifiku ta' interess; jitlob li jiġu stabbiliti miri ċari biex tiġi implimentata din id-dispożizzjoni;

33.  Ifaħħar il-Ġimgħa tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, li saret għall-ewwel darba fl-2020 fil-Parlament, li matulha l-kumitati parlamentari u d-delegazzjonijiet kollha ġew mistiedna jorganizzaw avvenimenti li jindirizzaw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-oqsma ta' kompetenza tagħhom; jilqa' l-kontinwazzjoni ta' din l-inizjattiva ta' suċċess u l-fatt li 16-il kumitat u sitt delegazzjonijiet ipparteċipaw fl-edizzjoni tal-2021 u li matulha ġew organizzati 21 avveniment; jitlob li l-korpi kollha tal-Parlament, inklużi l-kumitati u d-delegazzjonijiet li għadhom ma għamlux dan, jingħaqdu u jikkontribwixxu f'din l-inizjattiva, li tqajjem kuxjenza u ssaħħaħ il-kooperazzjoni, fuq bażi regolari;

34.  Jitlob lin-Network għall-Integrazzjoni ta' Kwistjonijiet ta' Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, lill-Grupp ta' Livell Għoli dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u d-Diversità, lill-Kumitat FEMM u lill-Kumitati għall-Baġits u għall-Kontroll tal-Baġit jiżviluppaw u jadottaw linji gwida ddedikati biex tiġi implimentata l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-ibbaġitjar skont il-ġeneru;

35.  Jilqa' l-istudju tal-EPRS dwar l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-Parlament; jinnota, madankollu, li l-EPRS jeħtieġ jirrepeti dan l-istudju b'mod regolari u bbażat fuq statistika kwantitattiva u kwalitattiva dwar il-ġeneru u data diżaggregata skont il-ġeneru u dawn għandhom jinġabru b'mod sistematiku u jkunu disponibbli mis-servizzi tal-Parlament skont il-pjan ta' azzjoni u l-pjan direzzjonali tiegħu dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri;

36.  Jilqa' t-traduzzjoni tal-linji gwida għal lingwaġġ li juża ġens newtrali bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE; jiddeplora n-nuqqas ta' implimentazzjoni ta' dawn il-linji gwida u jitlob azzjonijiet addizzjonali ta' sensibilizzazzjoni u taħriġ speċifiku għall-ġuristi lingwisti tal-Parlament; jitlob reviżjoni regolari tal-linji gwida u t-traduzzjonijiet tagħhom sabiex ikun garantit li dawn jirriflettu l-iżviluppi f'kull lingwa u jibqgħu preċiżi;

37.  Jimpenja ruħu li jiżgura l-allokazzjoni ta' biżżejjed fondi u riżorsi umani għall-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri u li jtejjeb il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn id-diversi korpi li jaħdmu fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-diversità fil-Parlament;

It-twettiq ta' leġiżlazzjoni b'perspettiva tal-ġeneru

38.  Jisħaq fuq l-importanza ta' valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tal-ġeneri biex jitfasslu l-proposti leġiżlattivi u l-evalwazzjonijiet reattivi għal kwistjonijiet ta' ġeneru tal-inizjattivi leġiżlattivi; jiddispjaċih li l-impatti fuq il-ġeneru rarament jiġu indirizzati bħala parti mill-valutazzjonijiet tal-impatt tal-Kummissjoni u li l-linji gwida tal-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni għall-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2021-2027 jirrakkomandaw li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri għandha titqies fit-tfassil tal-politika meta jkun "proporzjonat" biss; jitlob lill-Kummissjoni tbiddel l-approċċ tagħha, twettaq u tippubblika valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tal-ġeneri għal kull proposta leġiżlattiva u tinkludi b'mod espliċitu objettivi relatati mal-ġeneru u indikaturi tal-prestazzjoni fil-proposti tagħha; jimpenja ruħu li jwettaq valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tal-ġeneri għal kull rapport leġiżlattiv fuq inizjattiva proprja bil-għan li tiġi inkluża perspettiva tal-ġeneru; jimpenja ruħu li jirriċerka metodi u għodod ġodda biex tittejjeb l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-proċess leġiżlattiv;

39.  Jiddispjaċih li, b'mod ġenerali, l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri għadha ma ġietx applikata fil-baġit kollu tal-UE u l-kontribut tal-baġit biex tinkiseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri ma ġiex immonitorjat b'mod adegwat; jitlob implimentazzjoni sistematika tal-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-baġit tal-UE; jissottolinja li l-perspettiva tal-ġeneru trid tiġi integrata fil-livelli kollha tal-proċess baġitarju sabiex id-dħul u l-infiq jintużaw biex jintlaħqu l-għanijiet tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jilqa' l-azzjonijiet previsti fil-pjan ta' azzjoni tal-Parlament dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u rigward l-ibbaġitjar skont il-ġeneru u jitlob l-implimentazzjoni tagħhom malajr kemm jista' jkun;

40.  Ifaħħar lin-negozjaturi tal-Parlament talli inkludew l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala prinċipju orizzontali fil-QFP 2021-2027; jilqa', b'mod partikolari, l-impenn tal-Kummissjoni li tistabbilixxi metodoloġija biex tkejjel in-nefqa rilevanti tal-programmi ffinanzjati permezz tal-QFP 2021-2027 sa mhux aktar tard minn tmiem l-2022; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb ir-responsabbiltà u t-trasparenza baġitarja, tapplika l-metodoloġija l-ġdida għall-programmi kollha ta' finanzjament tal-UE u timplimenta l-ibbaġitjar skont il-ġeneru fir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-QFP attwali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni taġixxi fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri f'dan ir-rigward;

41.  Jilqa' l-fatt li l-objettiv ġenerali biex jittaffa l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi tal-COVID-19, b'mod partikolari fuq in-nisa, u r-rekwiżit li tiġi inkluża spjegazzjoni ta' kif il-miżuri fil-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza jikkontribwixxu għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri, ġew inklużi fir-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza(18); jiddispjaċih, madankollu, li t-talba tal-Kumitat FEMM biex jiġi inkluż kapitolu speċifiku dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-pjanijiet nazzjonali ma ġietx inkluża; jenfasizza li rapportar reattiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru u miżuri tal-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri ma jistgħux jiġu sostitwiti minn traċċar soċjali u investimenti soċjali biss; jemmen li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri jistħoqqilha l-metodoloġija ta' integrazzjoni tagħha stess bħala parti mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, u jfakkar li l-EIGE żviluppa metodoloġija xierqa;

42.  Jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, b'mod partikolari rigward id-dispożizzjonijiet eżistenti marbuta mal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, u tinkludi indikaturi rilevanti fit-tabella ta' valutazzjoni tal-irkupru u r-reżiljenza biex timmonitorja l-impatt tal-pjanijiet nazzjonali fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-ammont ta' fondi allokati biex jiġi appoġġjat dan l-għan u kemm ikunu ntefqu minnhom; jenfasizza l-ħtieġa tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-arkitettura tal-governanza ekonomika tal-UE u fis-Semestru Ewropew;

43.  Jiddispjaċih li diversi programmi ta' finanzjament tal-UE li għandhom potenzjal sinifikanti li jikkontribwixxu għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri, bħall-fondi strutturali u ta' investiment Ewropej, il-politika agrikola komuni u l-Erasmus, ma qisux l-ugwaljanza bejn il-ġeneri b'mod effettiv;

44.  Jisħaq li d-djalogu soċjali huwa strument ewlieni għall-partijiet kollha involuti fil-proċessi deċiżjonali u għalhekk huwa essenzjali biex tittejjeb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-istituzzjonijiet kollha tal-UE;

45.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-qafas istituzzjonali għall-appoġġ tal-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri u ssarraf l-impenn tagħha għall-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri f'azzjonijiet speċifiċi; jitlob lill-Kummissjoni tadotta pjan biex timplimenta l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri f'kull qasam ta' politika;

46.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni m'għandha l-ebda strateġija kompleta għat-taħriġ dwar l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri, u toffri biss kors introduttorju wieħed u mhux obbligatorju lill-persunal tagħha; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija tat-taħriġ dwar l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri, tiżgura li t-taħriġ ikun disponibbli għall-persunal kollu u tagħmel użu sħiħ mill-għodod u l-għarfien espert tal-EIGE dwar l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri;

47.  Jistieden lill-Kummissjoni twettaq diżaggregazzjoni sistematika tad-data skont il-ġeneru mal-ġbir ta' tali data u tqis id-dimensjoni tal-ġeneru meta tevalwa l-programmi tal-UE u tirrapporta dwarhom; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi fil-proposti leġiżlattivi li ġejjin ir-rekwiżit li jinġabru sistematikament data diżaggregata skont il-ġeneru u indikaturi rilevanti tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri għall-programmi kollha u tinkludi rekwiżiti ta' monitoraġġ u evalwazzjoni reattivi għal kwistjonijiet ta' ġeneru; jenfasizza l-importanza ta' monitoraġġ u evalwazzjoni reattivi għal kwistjonijiet ta' ġeneru biex jintlaħqu aħjar l-għanijiet tal-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri;

48.  Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' impenn tal-Kunsill li jwettaq leġiżlazzjoni b'perspettiva tal-ġeneru u jtenni t-talbiet tiegħu li jiżblokka r-ratifika tal-UE tal-Konvenzjoni ta' Istanbul, id-direttiva orizzontali kontra d-diskriminazzjoni, li se tiżgura li titqies id-dimensjoni intersezzjonali fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' ġeneru, u d-direttiva dwar in-nisa fuq il-bordijiet;

49.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jittrasponu u jimplimentaw bis-sħiħ id-direttiva dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u jistieden lill-Kummissjoni timmonitorjaha b'mod effettiv;

50.  Itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill u lill-Kunsill Ewropew biex jistabbilixxu konfigurazzjoni tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, peress li l-UE teħtieġ pjattaforma għall-iskambju intergovernattiv dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u forum formali għall-ministri u s-segretarji tal-istat responsabbli għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri, biex tissaħħaħ l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-politiki u l-leġiżlazzjoni kollha tal-UE, jiġu żviluppati djalogu u kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, jiġu skambjati l-aħjar prattiki u leġiżlazzjoni, jiġu żblukkati n-negozjati dwar il-fajls ewlenin relatati mal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, jitwasslu reazzjonijiet komuni għall-problemi madwar l-UE kollha u jiġi żgurat li l-kwistjonijiet tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri jiġu diskussi fl-ogħla livell politiku;

51.  Jitlob li l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri tiġi implimentata aħjar u b'mod aktar effiċjenti fil-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, permezz ta' aktar koordinazzjoni bejn il-korpi parlamentari rilevanti biex tissaħħaħ id-dimensjoni tal-ġeneru tal-kontributi tal-gruppi ta' ħidma u tad-dibattiti u l-proposti tal-plenarja tal-konferenza;

52.  Jitlob, barra minn hekk, miżuri li jiżguraw l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri u miżuri speċifiċi mmirati biex tinkiseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, bħal leġiżlazzjoni, rakkomandazzjonijiet u politiki relatati mal-vjolenza abbażi tal-ġeneru, it-trasparenza fil-pagi u l-kura;

L-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-diversità fil-funzjoni simbolika tal-Parlament

53.  Jisħaq li, biex il-Parlament ikun sensittiv għall-ġeneru, għandu jkun konxju u jagħti attenzjoni lit-tifsiriet simboliċi espressi fi ħdan l-istituzzjoni u minnhom permezz tal-istrateġija ta' komunikazzjoni tiegħu u t-tfassil ta' spazji fiżiċi; jitlob li jiżdiedu l-isforzi tiegħu f'dawn l-oqsma;

54.  Jitlob li jiġu adottati miri konkreti biex jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri meta jissemmew jew jissemmew mill-ġdid il-binjiet, il-kmamar u spazji fiżiċi oħra tal-Parlament;

55.  Jilqa' l-impenn meħud fil-pjan direzzjonali biex titwettaq analiżi tal-ispazji ddedikati għall-indukrar tat-tfal fil-bini tal-Parlament, inklużi l-ispazji għat-treddigħ, u jitlob impenn biex jitfasslu mill-ġdid jekk ikun meħtieġ ladarba tkun ġiet prodotta bi qbil l-analiżi preċedenti tal-istatus attwali tagħhom;

56.  Jitlob li ssir analiżi tat-tqassim u t-tfassil tat-tojlits tal-Parlament biex tiġi vvalutata l-ħtieġa li jiġu adattati għar-rekwiżiti tal-ġeneri kollha, inklużi permezz ta' miżuri bħall-introduzzjoni ta' tojlits newtrali għall-ġeneru u ż-żieda fl-għadd ta' tojlits li jkollhom laned taż-żibel u sinkijiet individwali biex jiġi ffaċilitat l-użu tat-tazzi mestruwali u prodotti sanitarji oħra;

57.  Jitlob li l-istrateġija ta' komunikazzjoni tal-Parlament tiġi riveduta, inkluż permezz ta' miżuri bħall-istabbiliment ta' protokoll biex tinbeka t-telfa tal-vittmi tal-femminiċidju u r-reviżjoni tas-sit web tal-Parlament biex jinkludi taqsima speċifika dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-menu tal-paġna ewlenija, informazzjoni rilevanti dwar fajls ewlenin, bħall-proċess ta' ratifika tal-UE tal-Konvenzjoni ta' Istanbul, u aġġornament tal-informazzjoni dwar l-istorja u l-kompożizzjoni tal-Parlament biex jitqies l-ġeneru;

Rimarki tal-għeluq

58.  Itenni t-talba tiegħu biex jitwettaq awditu(19) bil-għan li tinħoloq mappa tas-sitwazzjoni attwali f'termini tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tal-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri u biex isiru rakkomandazzjonijiet kemm mil-lat politiku kif ukoll dak amministrattiv tal-attivitajiet tal-Parlament; jissuġġerixxi li dan l-awditu għandu jkopri l-oqsma u l-indikaturi kollha żviluppati fis-sett ta' għodod tal-EIGE "Parlamenti sensittivi għall-ġeneru" u jidentifika r-regoli li jiffaċilitaw jew jimblukkaw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri f'kull qasam ta' analiżi, bil-għan li jiġu aġġornati l-pjan ta' azzjoni u l-pjan direzzjonali tal-Parlament dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jitlob li f'dan l-awditu tiġi inkluża valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tal-ġeneri dwar l-implimentazzjoni ta' rekwiżit fiss ta' bilanċ bejn il-ġeneri fl-istrutturi parlamentari kollha, inklużi l-kumitati, id-delegazzjonijiet u l-missjonijiet;

59.  Jirrimarka li xi oqsma koperti mill-pjan ta' azzjoni u l-pjan direzzjonali dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri huma marbuta b'mod inerenti mal-organizzazzjoni politika tal-gruppi u għalhekk jeħtieġu deliberazzjoni politika li tinvolvi l-gruppi kollha; jitlob li jitwaqqaf grupp ta' ħidma temporanju fil-qafas il-Konferenza tal-Presidenti, magħmul minn rappreżentanti ta' kull grupp politiku u presedut mir-rapporteurs permanenti tal-Parlament għall-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri biex imexxi l-ħidma f'dak il-qasam, jimplimenta din ir-riżoluzzjoni u jikkoordina mal-Grupp ta' Livell Għoli dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u d-Diversità, il-Bureau tal-Parlament, il-Kumitat FEMM u n-Network għall-Integrazzjoni ta' Kwistjonijiet ta' Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, fejn rilevanti; iħeġġeġ lill-gruppi politiċi jistitwixxu dan il-grupp ta' ħidma sa nofs l-2022;

o
o   o

60.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 188, 12.7.2019, p. 79.
(2) ĠU C 61 E, 10.3.2004, p. 384.
(3) ĠU C 244 E, 18.10.2007, p. 225.
(4) ĠU C 184 E, 8.7.2010, p. 18.
(5) ĠU C 212 E, 5.8.2010, p. 32.
(6) ĠU C 411, 27.11.2020, p. 13.
(7) ĠU C 224, 27.6.2018, p. 96.
(8) ĠU C 232, 16.6.2021, p. 48.
(9) ĠU C 346, 27.9.2018, p. 192.
(10) ĠU C 433, 23.12.2019, p. 31.
(11) ĠU C 456, 10.11.2021, p. 208.
(12) ĠU C 445, 29.10.2021, p. 150.
(13) ĠU C 425, 20.10.2021, p. 98.
(14) ĠU C 456, 10.11.2021, p. 191.
(15) Ahrens, P., "Working against the tide? Institutionalizing Gender Mainstreaming in the European Parliament", Gendering the European Parliament: Structures, Policies, and Practices, eds. P. Ahrens u A. L. Rolandsen, Rowman & Littlefield International, 2019, p. 85-101.
(16) F'konformità mal-Artikolu 223 tat-TFUE u l-liġi elettorali tal-UE kif stabbilita fl-Att Elettorali tal-1976 li jikkonċerna l-elezzjoni tar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett tal-1976, kif emendat fl-2002 (ĠU L 278, 8.10.1976, p. 5).
(17) Kif ikkumpilat fil-fuljett dwar in-Nisa fil-Parlament Ewropew tal-2021.
(18) ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17.
(19) ĠU C 323, 11.8.2021, p. 33.


Il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar il-Ġeneru III
PDF 235kWORD 77k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Marzu 2022 dwar il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar il-Ġeneru III (2021/2003(INI))
P9_TA(2022)0073A9-0025/2022

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) tat-18 ta' Diċembru 1979, u r-Rakkomandazzjoni ġenerali Nru 30 dwar in-nisa fil-prevenzjoni tal-kunflitti, f'sitwazzjonijiet ta' kunflitt u ta' wara kunflitt tal-Kumitat tan-NU għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa tat-18 ta' Ottubru 2013,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing tal-1995 adottati fir-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa, u l-eżiti tal-konferenzi ta' rieżami,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD) u d-dħul fis-seħħ tagħha fl-UE fil-21 ta' Jannar 2011 f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta' Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità(1),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2021 bit-titolu "Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità 2021-2030" (COM(2021)0101),

–  wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli, adottata f'Settembru 2015, u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tagħha, b'mod partikolari l-għanijiet 1, 4, 5, 8, 10 u 17;

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Nru 100 tal-1951 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar ir-Remunerazzjoni Indaqs,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Nru 111 tal-1958 tal-ILO dwar id-Diskriminazzjoni (Impjiegi u Xogħol),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Nru 190 tal-2019 tal-ILO dwar il-Vjolenza u l-Fastidju,

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni Nru 202 tal-2012 tal-ILO dwar il-Protezzjoni Soċjali Bażika,

–  wara li kkunsidra r-Raba' Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar il-protezzjoni ta' persuni pajżani fi żmien ta' gwerra tat-12 ta' Awwissu 1949,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet 1325 (2000), 1820 (2008), 1888 (2009), 1889 (2009), 1960 (2010), 2106 (2013), 2122 (2013), 2242 (2015), 2467 (2019) u 2493 (2019) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza Fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul) tal-11 ta' Mejju 2011,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Ġlieda kontra t-Traffikar tal-Bnedmin tas-16 ta' Mejju 2005 u dwar il-Protezzjoni tat-Tfal kontra l-Isfruttament u l-Abbuż Sesswali tal-25 ta' Ottubru 2007,

–  wara li kkunsidra l-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp (ICPD) li saret fl-1994 fil-Kajr, il-programm ta' azzjoni tagħha u l-eżiti tal-konferenzi ta' rieżami tagħha, u s-Summit ta' Nairobi tal-2019 (ICPD+25) li ċċelebra l-25 anniversarju tal-Konferenza tal-Kajr,

–  wara li kkunsidra l-Aġenda ta' Azzjoni ta' Addis Ababa tat-Tielet Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp ta' Lulju 2015,

–  wara li kkunsidra l-Inizjattiva konġunta Spotlight tal-UE u n-NU li għandha l-għan li telimina kull forma ta' vjolenza fuq in-nisa u l-bniet,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 8, 153(1) u 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea ta' Ġunju 2016,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tal-25 ta' Novembru 2020 bit-titolu "Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar il-Ġeneru (GAP) III – aġenda ambizzjuża għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-għoti tas-setgħa lin-nisa fl-azzjoni esterna tal-UE 2021-2025" (JOIN(2020)0017), u d-dokument ta' ħidma konġunt tal-persunal li jakkumpanjaha bit-titolu "Objectives and Indicators to frame the implementation of the Gender Action Plan III (2021-25)" (Objettivi u Indikaturi biex titfassal l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Ġeneru III (2021-25) (SWD(2020)0284),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019)0640),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/522 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Marzu 2021 li jistabbilixxi Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (il-"Programm l-UE għas-Saħħa") għall-perjodu 2021-2027, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 282/2014(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU bit-titolu "The Impact of COVID-19 on Women" (L-impatt tal-COVID-19 fuq in-Nisa) tad-9 ta' April 2020,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Fond tan-NU għall-Popolazzjoni (UNFPA) bit-titolu "Impact of the COVID-19 Pandemic on Family Planning and Ending Gender-based Violence, Female Genital Mutilation and Child Marriage" (L-impatt tal-Pandemija tal-COVID-19 fuq l-Ippjanar tal-Familja u t-Tmiem tal-Vjolenza abbażi tal-Ġeneru, il-Mutilazzjoni Ġenitali Femminili u ż-Żwieġ tat-Tfal), ippubblikat fis-27 ta' April 2020,

–  wara li kkunsidra l-istrateġija globali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) biex titħaffef l-eliminazzjoni tal-kanċer ċervikali bħala problema tas-saħħa pubblika, li ġiet varata f'Novembru 2020,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Marzu 2020 bit-titolu "Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija ta' Ugwaljanza Bejn is-Sessi għall-2020-2025" (COM(2020)0152),

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà (WPS) 2019-2024 tal-5 ta' Lulju 2019,

–  wara li kkunsidra l-Forum Ġenerazzjoni Ugwaljanza li sar bejn id-29 u l-31 ta' Marzu 2021 fil-Belt tal-Messiku u bejn it-30 ta' Ġunju u t-2 ta' Lulju 2021 f'Pariġi, u l-impenji mħabbra biex jitħaffef il-progress fil-kisba tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri madwar id-dinja, kif ukoll il-"Pjan għall-Aċċelerazzjoni Globali għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri" u l-"Patt il-ġdid dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà u l-Azzjoni Umanitarja" varati b'riżultat tal-Forum,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE)  2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-31 ta' Mejju 2018 dwar l-implimentazzjoni tad-Dokument ta' Ħidma Konġunt tal-Persunal (SWD(2015)0182) – L-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri u t-Tisħiħ tal-Pożizzjoni tan-Nisa: Nittrasformaw il-Ħajjiet tal-Bniet u tan-Nisa permezz tar-Relazzjonijiet Esterni tal-UE 2016-2020(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Frar 2020 dwar strateġija tal-UE biex tintemm il-mutilazzjoni ġenitali femminili fid-dinja kollha(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Frar 2020 dwar il-prijoritajiet tal-UE għall-64 sessjoni tal-Kummissjoni tan-NU dwar l-Istatus tan-Nisa(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2020 dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fil-politika estera u ta' sigurtà komuni tal-UE(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Jannar 2021 dwar il-perspettiva tal-ġeneru fil-kriżi tal-COVID-19 u fil-perjodu ta' wara l-kriżi(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Jannar 2021 dwar tnaqqis tad-disparità bejn il-ġeneri fil-qasam diġitali: il-parteċipazzjoni tan-nisa fl-ekonomija diġitali(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ġunju 2021 dwar il-25 anniversarju tal-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp (ICPD25) (is-Summit ta' Nairobi)(10),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ġunju 2021 dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati fl-UE, fil-kuntest tas-saħħa tan-nisa(11),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Baġits,

–  wara li kkunsidra r-rapport konġunt tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A9-0025/2022),

A.  billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija valur tal-Unjoni Ewropea u dritt fundamentali u universali tal-bniedem;

B.  billi l-vjolenza abbażi tal-ġeneru fil-forom kollha tagħha, b'mod partikolari l-femminiċidju, hija l-aktar forma estrema ta' inugwaljanza bejn il-ġeneri; billi l-vjolenza abbażi tal-ġeneru għandha titqies bħala forma estrema ta' diskriminazzjoni u ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

C.  billi jeħtieġ li d-drittijiet tan-nisa jitħarsu u li jittieħdu passi biex jiġu miġġielda l-forom kollha ta' sfruttament, vjolenza, oppressjoni u inugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel; billi l-prevenzjoni tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru tirrikjedi li jiġu sfidati n-normi tal-ġeneru li jipperpetwaw l-inugwaljanzi u li dan jissarraf fl-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' miżuri u riformi leġiżlattivi effettivi, fost miżuri oħra;

D.  billi l-vjolenza abbażi tal-ġeneru hija kemm kawża kif ukoll konsegwenza tal-inugwaljanzi strutturali u n-nuqqas ta' distribuzzjoni ugwali tal-poter; billi l-ġlieda kontra l-vjolenza tirrikjedi fehim tal-kawżi tagħha u tal-fatturi li jikkontribwixxu għaliha; billi l-inugwaljanza bejn il-ġeneri hija stabbilita sew fil-valuri tas-soċjetà mibnija fuq stereotipi marbuta mal-ġeneru; billi l-involviment tal-irġiel u s-subien fir-rigward tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri huwa kemm għan kif ukoll prerekwiżit biex tinkiseb ugwaljanza sostenibbli u effettiva;

E.  billi l-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet timmanifesta ruħha f'forom differenti u mhux reċiprokament esklużivi, inkluża l-vjolenza online; billi skont l-istimi, aktar minn nofs (58 %) ta' 14 000 mara u tifla f'31 pajjiż ġew iffastidjati u abbużati online;

F.  billi n-nisa b'identitajiet u vulnerabbiltajiet li jintersezzjonaw jiffaċċjaw riskju akbar ta' vjolenza u fastidju;

G.  billi l-UE u n-NU varaw l-Inizjattiva Spotlight bl-għan li jiġġieldu l-vjolenza, inkluża l-vjolenza sesswali, kontra n-nisa u l-bniet;

H.  billi l-isfruttament sesswali huwa forma serja ta' vjolenza li taffettwa l-aktar lin-nisa u lill-bniet; billi jeħtieġ li l-UE tappoġġa lill-pajjiżi sħab sabiex dawn iżidu l-finanzjament għall-appoġġ soċjali u l-aċċess għas-servizzi għall-vittmi tat-traffikar u l-isfruttament sesswali, b'appoġġ psikoloġiku u soċjali mill-ispeċjalisti, u li tintroduċi servizzi speċjalizzati ddedikati għall-inklużjoni soċjali u ekonomika sħiħa tan-nisa u l-bniet vulnerabbli biex jiġu liberati mill-isfruttament sesswali;

I.  billi fir-rigward tas-servizzi tal-kura tas-saħħa u s-servizzi relatati mas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati (SRHR), l-aċċess irid ikun universali; billi d-drittijiet tas-saħħa, b'mod partikolari d-drittijiet tas-saħħa sesswali u riproduttiva, huma drittijiet fundamentali tan-nisa li jenħtieġ li jissaħħu u ma jistgħu jiddgħajfu jew jiġu rtirati b'ebda mod; billi ċertu diskors li jhedded ir-rispett tad-drittijiet sesswali u riproduttivi kemm fl-UE kif ukoll barra l-UE qed jiżdied;

J.  billi n-nisa, fid-diversità kollha tagħhom, jiffaċċjaw diskriminazzjoni strutturali intersezzjonali abbażi tar-razza, l-etniċità, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, is-saħħa, l-isfond soċjoekonomiku, l-istatus tat-twelid, l-età, il-klassi, l-istatus ta' rifuġjat jew ta' migrazzjoni u l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru, li jeħtieġ li tiġi rikonoxxuta bħala ostaklu għat-tgawdija sħiħa tad-drittijiet fundamentali;

K.  billi huwa essenzjali għall-għarfien u l-governanza globali li tinġabar data diżaggregata u kwantifikabbli dwar l-inugwaljanza bejn il-ġeneri, filwaqt li jitqiesu l-fatturi intersezzjonali;

L.  billi d-drittijiet tan-nisa u tal-bniet huma mhedda u l-ispazju għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ), speċjalment dawk li jiddefendu d-drittijiet tan-nisa, kif ukoll l-organizzazzjonijiet femministi u ta' bażi, qed jiċkien f'ħafna pajjiżi kemm fl-UE kif ukoll barra l-UE; billi qed tiġi osservata rigressjoni inkwetanti fid-dinja kollha fir-rigward tad-drittijiet tan-nisa u tal-persuni LGBTIQ+, li tinvolvi l-limitazzjoni tal-SRHR u l-projbizzjoni tal-edukazzjoni sesswali u l-istudji dwar il-ġeneri;

M.  billi t-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-OSĊ u l-għoti ta' finanzjament adegwat lill-OSĊ li jiddefendu d-drittijiet tan-nisa u l-bniet fil-pajjiżi sħab huma essenzjali biex jiġu ġġenerati attitudnijiet soċjetali ġodda u kunsens li jiffaċilitaw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; billi l-involviment attiv ta' organizzazzjonijiet tan-nisa fil-prattika huwa essenzjali għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-GAP III;

N.  billi n-nisa u l-bniet huma affettwati b'mod sproporzjonat mill-għadd jiżdied ta' sitwazzjonijiet ta' emerġenza bħal dawk li jirriżultaw mill-kunflitti armati, id-diżastri naturali u t-tibdil fil-klima;

O.  billi l-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri sussegwenti ta' lockdown kellhom impatt gravi fuq in-nisa u l-bniet u aggravaw l-inugwaljanzi eżistenti bejn il-ġeneri, u kellhom impatt akbar fuq l-aċċess għall-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa, speċjalment l-SRHR, kif ukoll fuq il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; billi dan qed jirriżulta f'żieda fil-vjolenza abbażi tal-ġeneru u fl-inugwaljanzi soċjali u ekonomiċi;

P.  billi l-pandemija kellha impatt sproporzjonat fuq in-nisa; billi madwar 70 % tal-ħaddiema soċjali u tas-saħħa li qed jiġġieldu l-COVID-19 fuq quddiem nett, kemm jekk infermiera, tobba jew ħaddiema li jnaddfu, huma nisa; billi n-nisa li qed jaħdmu mid-dar, li huma qiegħda jew li qed jaħdmu part-time huma taħt pressjoni saħansitra akbar, peress li komplew iwettqu l-maġġoranza tal-faċendi tad-dar u tad-dmirijiet ta' indukrar tal-familja; billi d-data disponibbli turi li l-għadd ta' nisa li sfaw vittmi ta' vjolenza u/jew fastidju żdied matul il-lockdown minħabba l-COVID-19;

Q.  billi hemm nuqqas ta' studenti nisa fl-oqsma ta' studju tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM);

R.  billi r-rappreżentanza, il-parteċipazzjoni u l-influwenza ndaqs tan-nisa u l-irġiel fil-ħajja politika huma prekundizzjoni għal soċjetà verament demokratika; billi l-parteċipazzjoni kostruttiva tan-nisa u l-bniet fil-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti u fir-rikostruzzjoni wara l-kunflitti żżid is-sostenibbiltà tal-paċi;

S.  billi l-miżuri għall-ġlieda kontra l-inugwaljanzi se tkun ta' importanza fundamentali għall-irkupru wara l-pandemija; billi l-parteċipazzjoni, ir-rappreżentanza u t-tmexxija tan-nisa u l-bniet għandhom ikunu prijorità fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta' tali miżuri;

T.  billi l-kisba tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri għadha sfida; billi ebda pajjiż fid-dinja mhu se joqrob lejn il-kisba tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri qabel l-2030;

U.  billi l-GAP III jenħtieġ li jkun il-qafas għal kontribut attiv tal-azzjoni esterna tal-UE fil-ġlieda kontra l-inugwaljanza bejn il-ġeneri; billi l-GAP III jenħtieġ li jiġi implimentat bis-sħiħ bħala strument ewlieni biex jiskoraġġixxi d-diskriminazzjoni u l-emarġinazzjoni, u biex jiżgura d-dinjità tan-nisa u l-bniet, jippromwovi l-integrazzjoni tal-kwistjonijiet tal-ġeneru fil-programmi ta' kooperazzjoni internazzjonali kollha u l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-pjanijiet u l-istrateġiji nazzjonali, b'kollaborazzjoni mas-sħab lokali u l-OSĊ;

V.  billi jenħtieġ li jkun hemm approċċ aktar strateġiku, koordinat u sistematiku għal kif l-UE u l-Istati Membri jaħdmu flimkien fuq kwistjonijiet ta' ġeneru fil-pajjiżi sħab; billi l-missjonijiet u d-delegazzjonijiet tal-UE jinsabu fuq quddiem nett fl-isforzi ta' implimentazzjoni tal-GAP III, u l-għarfien espert tal-persunal tad-delegazzjonijiet u l-missjonijiet huwa element fundamentali għall-implimentazzjoni b'suċċess tiegħu; billi l-Kummissjoni jenħtieġ li tagħti lid-delegazzjonijiet assistenza teknika biex jibdew il-pjanijiet ta' implimentazzjoni fil-livell tal-pajjiż (CLIPs);

1.  Jilqa' l-Pjan ta' Azzjoni l-ġdid tal-UE dwar il-Ġeneru III għall-2021-2025 u l-appell tiegħu għal dinja b'ugwaljanza bejn il-ġeneri, bħala kontinwazzjoni tal-ħidma, it-tagħlimiet meħuda u l-kisbiet tal-GAP II, u bħala pjan li jibni fuqhom; jilqa' t-titjib, l-impenji u l-objettivi komprensivi tal-GAP III, b'mod partikolari l-bidla tiegħu minn dokument ta' ħidma għal komunikazzjoni konġunta, kif mitlub mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2020 dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fil-politika estera u ta' sigurtà komuni tal-UE;

2.  Jilqa' n-natura inklużiva tal-proċess ta' konsultazzjoni mwettaq bħala bażi għall-abbozzar tal-GAP III u r-riflessjoni fih tar-rakkomandazzjonijiet ipprovduti mill-Parlament, l-Istati Membri, il-punti fokali tal-ġeneru tal-UE u, b'mod partikolari, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili dwar id-drittijiet tan-nisa (WCSOs);

3.  Jiddeplora l-fatt li l-Kunsill naqas milli jikseb unanimità dwar il-konklużjonijiet, minħabba l-oġġezzjonijiet minn erba' Stati Membri għall-kelma "ġeneru", u b'hekk ostakola l-approvazzjoni formali tal-Pjan ta' Azzjoni, u jisħaq li dan juri sinjali ċari tar-rigressjoni fir-rigward tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tan-nisa; itenni l-appell tiegħu għall-istabbiliment ta' konfigurazzjoni ġdida tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri li tlaqqa' lill-ministri u s-segretarji tal-Istat tal-UE responsabbli għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri sabiex tiffaċilita l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-politiki kollha tal-UE, inkluża l-politika estera u ta' sigurtà komuni u l-politika tal-iżvilupp; jitlob li jsiru sforzi favur pożizzjoni konġunta tal-UE u li tittieħed azzjoni b'saħħitha biex tiġi ddenunzjata b'mod inekwivokabbli r-rigressjoni fir-rigward tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri;

4.  Jirrimarka li l-UE għandha rwol importanti fil-kisba ta' dinja b'ugwaljanza bejn il-ġeneri billi tappoġġa lill-pajjiżi sħab biex jindirizzaw id-diskriminazzjoni bejn il-ġeneri; jitlob lill-UE tmexxi bl-eżempju u jħeġġeġ lis-sitt Stati Membri li għadhom ma rratifikawx u ma implimentawx il-Konvenzjoni ta' Istanbul biex jagħmlu dan fl-iqsar żmien possibbli; jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jippromwovi r-ratifika tal-Konvenzjoni ta' Istanbul fi ħdan id-djalogu politiku tiegħu mal-pajjiżi sħab tal-Kunsill tal-Ewropa;

5.  Jikkundanna bil-qawwa l-irtirar tat-Turkija mill-Konvenzjoni ta' Istanbul; iqis li d-denunzja tal-Konvenzjoni ta' Istanbul hija pass ieħor li joħloq dubji dwar l-istatus tat-Turkija bħala kandidat għas-sħubija fl-UE;

Impenn aktar effettiv tal-UE u implimentazzjoni effiċjenti

6.  Jappella għall-implimentazzjoni u l-prijoritizzazzjoni sħaħ tal-GAP III f'kull aspett tal-azzjoni esterna tal-UE permezz ta' approċċ intersezzjonali u trasformattiv fir-rigward tal-ġeneru, kemm f'termini tal-kopertura ġeografika u tal-oqsma tal-azzjoni tal-GAP III, kif ukoll f'termini tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fl-oqsma kollha tal-azzjoni esterna, kemm jekk kummerċ, politika tal-iżvilupp, għajnuna umanitarja, sigurtà jew setturi bħall-enerġija u l-agrikoltura; itenni li l-azzjonijiet biex jiġi implimentat il-GAP III jridu jkunu ggwidati mill-ħtieġa li jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tal-inugwaljanzi bejn il-ġeneri, u jippermettu l-parteċipazzjoni u l-inklużjoni sinifikanti tal-irġiel, in-nisa u l-gruppi żvantaġġati, u li l-fondi limitati u n-nuqqas ta' persunal huma fost l-ostakli fundamentali għall-implimentazzjoni tal-objettivi tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri; itenni li kwalunkwe sforz biex jintlaħqu l-għanijiet tal-GAP III jrid iqis id-diversità tan-nisa; ifakkar li l-GAP III għandu jiżgura l-Koerenza Politika għall-Iżvilupp permezz ta' valutazzjonijiet sistematiċi tal-impatt fuq il-ġeneru sabiex jiġi evitat kwalunkwe impatt negattiv tal-politiki tal-UE fuq id-drittijiet tan-nisa u l-bniet u fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi l-għodod prattiċi u politiċi meħtieġa biex tiżgura li l-prinċipji tal-GAP III jissarrfu mingħajr xkiel f'azzjonijiet u fil-prattika; jitlob li l-UE tkun ambizzjuża fil-promozzjoni ta' għanijiet li jwasslu għall-osservanza tad-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza reali bejn il-ġeneri fost is-sħab esterni li l-UE trid taħdem magħhom;

7.  Jitlob li jiġi stabbilit programm ta' taħriġ estensiv u komprensiv li jsostni l-implimentazzjoni tal-GAP III b'mod partikolari dwar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, l-ibbaġitjar skont il-ġeneru u l-valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tal-ġeneri, kif ukoll dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru; jisħaq fuq il-ħtieġa li jsir investiment fl-għarfien, fir-riżorsi u fl-għarfien espert intern dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fid-delegazzjonijiet tal-UE sabiex ikunu jistgħu jimplimentaw il-GAP III b'mod adegwat; jitlob li dawn il-programmi ta' taħriġ jitfasslu kemm jista' jkun għall-kuntest lokali u nazzjonali li l-GAP III jkun qed jiġi implimentat fih; jitlob li dawn il-korsijiet ta' taħriġ u l-għodod relatati jkunu disponibbli liberament u faċilment għas-sħab lokali interessati;

8.  Jisħaq fuq il-ħtieġa ta' valutazzjoni regolari, esterna u indipendenti tar-riżultati tal-GAP III, f'kull livell u f'kull stadju, meta mqabbla mal-objettivi speċifiċi u li jistgħu jitkejlu stabbiliti, u li l-kontribut tas-soċjetà ċivili, l-NGOs u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra fil-post jitqies b'mod trasparenti u inklużiv; jitlob l-implimentazzjoni sistematika ta' analiżi rigoruża tal-ġeneru u l-użu ta' indikaturi u statistika sensittivi għall-ġeneru u diżaggregata skont is-sessi; jinsisti li l-valutazzjoni tal-GAP III għandha tevalwa l-implimentazzjoni tal-politiki kollha tal-UE rilevanti għall-azzjoni esterna tal-UE; jitlob li l-GAP III jinkorpora għodod ċari biex iżomm rendikont tal-ammont totali ta' nfiq fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u jivvaluta l-impatt kwalitattiv ta' dawn l-inizjattivi f'termini ta' promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jistenna li l-linji bażi, l-indikaturi, l-azzjonijiet u l-miri speċifiċi u li jistgħu jitkejlu nieqsa jiżdiedu mad-Dokument ta' Ħidma mingħajr aktar dewmien, flimkien mal-pjanijiet direzzjonali u l-iskedi ta' żmien rispettivi għall-objettivi kollha; jisħaq fuq l-importanza tal-eżerċizzju ta' programmazzjoni tal-istrument Ewropa Globali bħala opportunità unika biex l-objettivi tal-GAP III jiġu implimentati;

9.  Jistieden lill-missjonijiet u lid-delegazzjonijiet tal-UE, lill-Istati Membri, lill-pajjiżi sħab u lill-gvernijiet lokali u reġjonali jikkooperaw mill-qrib fl-implimentazzjoni tal-GAP III bl-użu tal-għodod diplomatiċi u programmatiċi kollha għad-dispożizzjoni tagħhom, permezz ta' gwida xierqa mfassla u kondiviża permezz tad-delegazzjonijiet; ifakkar fl-importanza kbira tal-punti fokali tal-ġeneru u jitlob li r-rwol u l-viżibbiltà tagħhom jissaħħu; jilqa' l-introduzzjoni tas-CLIPs u jinsisti li s-CLIPs kollha jsiru pubbliċi u jiġu tradotti sabiex tiġi żgurata l-aċċessibbiltà għas-soċjetà ċivili lokali u l-organizzazzjonijiet ta' bażi;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ is-sinerġiji man-NU, il-pajjiżi sħab u l-partijiet ikkonċernati internazzjonali, biex b'mod konġunt tmexxi 'l quddiem u tilħaq il-miri internazzjonali relatati mal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-Aġenda 2030 u l-SDGs tagħha, fid-Dikjarazzjoni ta' Beijing u l-Pjattaforma ta' Azzjoni tagħha, u fil-Programm ta' Azzjoni tal-ICPD u l-konferenzi ta' rieżami tagħha;

11.  Jitlob li jiġu stabbiliti rabtiet mill-qrib mal-OSĊ lokali, speċjalment dawk li jaħdmu biex jiddefendu d-drittijiet tan-nisa u l-bniet, inklużi dawk minn komunitajiet vulnerabbli, u mal-ministeri, il-gvernijiet reġjonali u lokali fil-pajjiżi sħab sabiex jissaħħu l-effikaċja u s-sjieda nazzjonali tal-implimentazzjoni tal-GAP III u s-CLIPs tiegħu; jitlob, barra minn hekk, djalogu annwali politiku u dwar il-politika mal-Parlament Ewropew rigward l-implimentazzjoni tal-GAP III, li jinkludi l-partijiet ikkonċernati u, b'mod partikolari, l-awtoritajiet lokali, is-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet tan-nisa; itenni l-istedina tiegħu lill-missjonijiet u lid-delegazzjonijiet tal-UE biex jibdew djalogu sinifikanti mal-OSĊ u biex jagħtu u jiskambjaw informazzjoni dwar il-mod kif l-input tagħhom intuża u ssarraf f'politiki relatati mal-ġeneru;

12.  Jilqa' l-enfasi tal-GAP III fuq iż-żgħażagħ bħala xprunaturi tal-bidla; jitlob lill-UE tiżgura li n-nisa u l-bniet, kif ukoll l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa u ta' bażi, b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet immexxija mill-bniet u miż-żgħażagħ u l-persuni tal-ewwel rispons umanitarju tal-ewwel linja mmexxija min-nisa, jipparteċipaw b'mod sinifikanti u jkollhom rwol ewlieni fl-implimentazzjoni tal-GAP III fil-pajjiżi tagħhom, permezz ta' finanzjament u taħriġ; itenni l-importanza u l-valur miżjud tal-għarfien espert tal-attivisti lokali, l-organizzazzjonijiet ta' bażi u/jew esperti u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, u l-involviment fit-tul magħhom, dwar kwistjonijiet relatati mal-ġeneru, sabiex il-proġetti relatati mal-ġeneru jiġu adattati għall-kuntest soċjoekonomiku u kulturali lokali;

13.  Jappella għal kollaborazzjoni aktar b'saħħitha u sistematika bejn il-partijiet ikkonċernati involuti fl-implimentazzjoni tal-GAP III, inkluż bejn id-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-UE jikkunsidraw lill-gvernijiet lokali u reġjonali bħala atturi ewlenin fil-politika tal-iżvilupp, peress li huma l-livell demokratiku l-aktar qrib iċ-ċittadini u huma fl-aħjar pożizzjoni biex jippromwovu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-iżvilupp sostenibbli; jisħaq fuq il-ħtieġa ta' ħidma mill-qrib mal-komunitajiet rurali u l-mexxejja tal-komunità biex titrawwem il-firxa ta' programmi ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri kullimkien;

14.  Jappella għall-inklużjoni ta' mira speċifika għall-finanzjament tal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u s-soċjetà ċivili; jappella għal finanzjament pluriennali, flessibbli, dirett, adegwat u suffiċjenti għall-OSĊ u n-networks lokali fid-diversità kollha tagħhom, speċjalment dawk li jaħdmu biex jiddefendu d-drittijiet tan-nisa, tal-bniet u ta' komunitajiet vulnerabbli oħra, u l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem li jaħdmu biex itejbu l-qafas legali tal-pajjiżi; jistieden lill-Kummissjoni tressaq mekkaniżmi u prattiki ta' finanzjament simplifikati biex l-organizzazzjonijiet iżgħar ta' bażi jkunu jistgħu jaċċessaw il-finanzjament tal-UE għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jikkundanna kull forma ta' ripressjoni ta' attivisti favur id-drittijiet tan-nisa, inklużi d-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem, u jħeġġeġ lill-gvernijiet kollha jipproteġu u jappoġġaw lis-soċjetà ċivili, u jikkooperaw magħha;

15.  Jisħaq li d-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem jinsabu f'pożizzjoni estremament vulnerabbli, speċjalment f'żoni ta' kunflitt u f'sitwazzjonijiet ta' kunflitt u ta' wara kunflitt; jilqa' l-appell għal kollaborazzjoni mad-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem, u għal promozzjoni ta' ambjent sikur għalihom, u jistieden lill-Kummissjoni tipproteġihom permezz ta' azzjonijiet u mekkaniżmi adegwati, flimkien mal-allokazzjoni ta' riżorsi ddedikati lid-delegazzjonijiet tal-UE;

16.  Jistieden lid-delegazzjonijiet tal-UE jimplimentaw b'mod strett il-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem fir-rigward ta' attivisti li jiddefendu d-drittijiet tan-nisa, speċjalment rigward id-dmirijiet li jirrapportaw dwar korpi governattivi responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u li jipprovdu perkorsi legali lill-attivisti meta u kif meħtieġ; jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) jirrapporta kull sena lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni tal-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem;

17.  Jissottolinja li huwa meħtieġ finanzjament suffiċjenti permezz tal-proċess ta' programmazzjoni tal-UE għall-implimentazzjoni effettiva tal-GAP III; jappella bil-qawwa biex il-GAP III jkun koordinat iktar mill-qrib ma' inizjattivi oħra, bħall-Inizjattiva Spotlight, li l-baġit tagħha għandu jiżdied, filwaqt li l-effikaċja tiegħu jeħtieġ li tittejjeb f'konformità mal-valutazzjoni reċenti ta' nofs it-terminu tiegħu, u billi jittieħdu tagħlimiet mill-kuntest il-ġdid maħluq mill-pandemija tal-COVID-19; jilqa' l-Inizjattiva Spotlight u l-għan tagħha li telimina kull forma ta' vjolenza kontra n-nisa u l-bniet; jitlob li l-fondi allokati għall-Inizjattiva Spotlight jiġġeddu wara li l-programm attwali jintemm fl-2022, u li l-programm jittawwal matul il-perjodu ta' finanzjament pluriennali kollu u fis-sottoreġjuni kollha;

18.  Jissottolinja li l-SDG 5 għandu jikseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u jsaħħaħ il-pożizzjoni tan-nisa u l-bniet kollha, u li dan l-għan irid jiġi integrat fid-diversi oqsma li fihom l-UE għandha s-setgħa li taġixxi; jiddeplora l-fatt li l-SDG 5 huwa wieħed mit-tliet SDGs bl-inqas finanzjament; jinnota b'apprezzament li l-GAP III jqis l-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala prijorità trażversali tal-azzjoni esterna tal-UE fil-ħidma tagħha ta' politika u programmazzjoni; itenni l-ħtieġa li l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri tiġi integrata b'mod xieraq fis-setturi kollha tal-azzjoni esterna tal-UE, u li l-prijoritajiet ta' Ewropa Globali fil-pajjiżi sħab, kif ukoll l-Inizjattivi ta' Tim Ewropa, għandhom ikunu trasformattivi fir-rigward tal-ġeneru, f'konformità mal-GAP III, u speċjalment fil-każ tal-għajnuna umanitarja;

19.  Jilqa' l-fatt li 85 % tal-azzjonijiet esterni ġodda kollha se jkunu obbligati jinkorporaw il-ġeneru bħala objettiv sinifikanti jew prinċipali; jilqa' l-għan tal-Kummissjoni li, għal 5 % tal-programmi ta' azzjoni esterna l-ġodda tagħha, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri tkun l-objettiv ewlieni; jilqa' wkoll l-inklużjoni ta' mill-inqas inizjattiva waħda għal kull pajjiż li jkollha l-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala objettiv ewlieni tagħha; ifakkar li l-mira ta' 5 % diġà nkisbet fl-2019 u jitlob li fil-GAP III jiġu inklużi ambizzjoni akbar, appoġġ akbar u finanzjament allokat konkret għal inizjattivi relatati mal-ġeneru; jitlob li 20 % tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) f'kull pajjiż tiġi allokata għal programmi li jkollhom l-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala wieħed mill-objettivi prinċipali tagħhom; jitlob li tiġi stabbilita mira speċifika ta' 85 % tal-finanzjament tal-ODA tal-UE li tiġi ddedikata għal programmi li jkollhom l-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala objettiv prinċipali jew sinifikanti; jistenna, u għalhekk jitlob, li l-UE u l-Istati Membri jimpenjaw ruħhom li ebda ODA ma tintefaq fuq proġetti li jistgħu jreġġgħu lura jew jagħmlu ħsara lill-kisbiet fir-rigward tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jisħaq li l-objettivi stabbiliti għandhom jiġu kkwantifikati wkoll f'termini ta' finanzjament dedikat u mhux biss bħala perċentwal tal-programmi globali;

20.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lis-SEAE jmexxu bl-eżempju u jiffukaw fuq l-istrutturi interni tagħhom stess; jisħaq fuq l-importanza ta' tmexxija reattiva għal kwistjonijiet ta' ġeneru fil-kisba tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-implimentazzjoni xierqa tal-GAP III; jilqa' l-impenn li tiġi żgurata ġestjoni bilanċjata bejn il-ġeneri fil-kwartieri ġenerali tas-SEAE u fis-servizzi esterni tal-Kummissjoni, fid-delegazzjonijiet tal-UE u fil-missjonijiet tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK); jiddispjaċih għall-fatt, madankollu, li s-SEAE għadu 'l bogħod milli jilħaq il-mira li 50 % tal-persuni f'pożizzjonijiet maniġerjali jkunu nisa u jistieden lill-VP/RGħ attwali jimplimenta bis-sħiħ l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-livelli kollha, kif ippjanat; jilqa' l-impenn li jiġi introdott taħriġ dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-GAP III għall-maniġers kollha fil-kwartieri ġenerali u fid-delegazzjonijiet tal-UE, u jitlob li din il-miżura tkun obbligatorja u tiġi estiża għall-persunal kollu li jaħdem fl-azzjoni esterna tal-UE;

21.  Jinnota li s-SEAE għandu jkun minn ta' quddiem biex il-ġeneru jsir komponent ewlieni tal-azzjoni esterna, u li għandu jinċentiva u jappoġġa politikament lid-delegazzjonijiet tal-UE biex jagħmlu l-istess fil-livell tal-pajjiżi sħab; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-ittri ta' missjoni u d-deskrizzjonijiet tal-impjiegi tal-Kapijiet ta' Delegazzjoni jinkludu referenza speċifika għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-implimentazzjoni tal-GAP III, u l-importanza li d-delegazzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri jaħdmu flimkien u jikkonsultaw lil xulxin b'mod sistematiku sabiex jiżguraw l-integrazzjoni sħiħa tal-GAP u l-approċċ trasformattiv fir-rigward tal-ġeneru, ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem u intersezzjonali tiegħu, fl-ippjanar tal-programmi indikattivi pluriennali; jilqa' l-impenn tal-GAP III li jiżgura li s-servizzi esterni kollha tad-delegazzjonijiet u l-kwartieri ġenerali tal-EU jkollhom Konsulenti dwar il-Ġeneru / Persuni/Punti Fokali dwar il-Ġeneru (GFP), iżda jisħaq fuq il-ħtieġa li dawn il-pożizzjonijiet ikunu fuq bażi full-time u jkollhom riżorsi suffiċjenti biex iwettqu l-kompiti tagħhom; jitlob għal darb'oħra li l-konsulenti dwar il-ġeneru jinħatru wkoll f'missjonijiet militari tal-PSDK;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jiġbru data rilevanti dwar ir-riżorsi umani, diżaggregata skont il-ġeneru, biex jivvalutaw in-numru ta' nomini, kandidati fil-lista qasira, selezzjonijiet, estensjonijiet ta' kuntratti u t-tul tal-istazzjonament, fost kriterji oħra, u jsegwu l-progress, kif ukoll iwettqu intervisti sistematiċi man-nisa u l-persuni li jappartjenu għal gruppi żvantaġġati dwar ir-raġunijiet tagħhom għat-tluq mill-karigi;

23.  Jiddispjaċih għall-fatt li l-kwistjoni importanti tad-diversità ġiet raggruppata fir-rwol tal-Konsulent tas-SEAE dwar il-Ġeneru u d-Diversità, u jistieden lis-SEAE jagħti l-importanza meħtieġa kemm lill-ugwaljanza bejn il-ġeneri kif ukoll lill-Aġenda WPS, kif ukoll lid-diversità u l-inklużjoni, u jistabbilixxi rwol wieħed għal kull waħda minn dawn il-kwistjonijiet, u jsaħħaħ dawn ir-rwoli, il-mandati, ir-riżorsi u s-setgħat tagħhom; jappella għall-ħatra ta' konsulent dedikat dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri f'kull direttorat tas-SEAE, li jirrapporta direttament lill-Konsulent tas-SEAE dwar il-Ġeneri u d-Diversità, u jħeġġeġ kollaborazzjoni mill-qrib mal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi;

24.  Jisħaq li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija dritt tal-bniedem, kruċjali għall-iżvilupp sostenibbli u l-ekonomiji intelliġenti, li minnhom jibbenefikaw kemm in-nisa kif ukoll l-irġiel, fid-diversità kollha tagħhom, inkluża l-komunità LGBTIQ+; jinnota li l-inugwaljanza bejn il-ġeneri hija aggravata minn forom oħra ta' inugwaljanza; jisħaq li l-inugwaljanzi għandhom konsegwenzi soċjoekonomiċi estensivi għas-soċjetajiet kollha u li dan għandu jitqies mill-partijiet ikkonċernati reżistenti għall-bidla; jenfasizza li l-impenji kollha tal-UE jkunu aktar effettivi jekk l-azzjoni tal-UE tieħu approċċ intersezzjonali għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri; itenni l-appell biex l-azzjoni kollha tal-UE tqis l-identitajiet intersezzjonali u tirrikonoxxi li n-nisa u l-bniet fid-diversità kollha tagħhom mhumiex affettwati b'mod ugwali mill-inugwaljanzi bejn il-ġeneri;

25.  Jilqa' l-inklużjoni tal-intersezzjonalità bħala prinċipju ewlieni tal-GAP III, iżda jesprimi dispjaċir għan-nuqqas ta' miri, indikaturi u azzjonijiet speċifiċi sabiex tiġi implimentata; jenfasizza l-impenn tal-Kummissjoni u tas-SEAE li jipproteġu lill-persuni LGBTIQ+ u jippermettulhom jasserixxu d-drittijiet tagħhom madwar id-dinja;

26.  Jilqa' r-referenza li saret fil-GAP III għall-potenzjal tal-proċess ta' adeżjoni tal-UE għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-pajjiżi kandidati u f'pajjiżi kandidati potenzjali; jisħaq fuq il-ħtieġa ta' djalogu politiku b'saħħtu u assistenza teknika biex l-ugwaljanza bejn il-ġeneri tiddaħħal fil-politiki tat-tkabbir u tal-viċinat; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jagħmlu użu akbar min-negozjati tal-adeżjoni bħala lieva biex it-tkabbir ikun ta' suċċess għan-nisa;

27.  Jilqa' l-fatt li l-GAP III jindirizza l-vulnerabbiltà estrema tan-nisa u tal-bniet migranti; jitlob li tingħata attenzjoni partikolari lis-sitwazzjoni tan-nisa u tal-bniet mobbli, fir-rotot migratorji jew fil-kampijiet, u jitlob speċifikament li jiġi ggarantit l-aċċess tagħhom għall-ilma, għas-sanità u għall-iġjene, għall-SRHR u għall-kura tas-saħħa materna;

Seba' oqsma ta' azzjoni

L-eliminazzjoni tal-forom kollha ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru

28.  Jilqa' l-fatt li l-ewwel qasam ta' impenn tal-GAP III jiffoka fuq l-eliminazzjoni tal-forom kollha ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru; jitlob li tiżdied l-azzjoni msaħħa, koordinata u olistika biex jiġu miġġielda l-femminiċidju u l-forom kollha ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru online u offline, b'mod partikolari f'sitwazzjonijiet ta' kunflitt u ta' emerġenza fejn in-nisa u l-bniet ikunu f'sitwazzjonijiet aktar vulnerabbli, u li ssir enfasi fuq in-nisa u l-bniet li huma aktar probabbli li jkunu vittmi ta' vjolenza bħan-nisa u l-bniet b'diżabilità; jisħaq fuq il-ħtieġa li ssir ħidma mal-pajjiżi sħab bl-għan li jiġu kriminalizzati l-forom kollha ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru;

29.  Jitlob li ttieħed azzjoni urġenti biex jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, b'approċċ trasformattiv u intersezzjonali fir-rigward tal-ġeneru, speċjalment meta titqies iż-żieda sostanzjali fil-femminiċidju u f'forom oħra ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru fil-kuntest tal-pandemija; jilqa' l-enfasi tal-Kummissjoni fuq il-promozzjoni tal-prevenzjoni billi tisfida n-normi dannużi tal-ġeneru; jisħaq, f'dan ir-rigward, li huwa essenzjali li ssir ħidma mal-pajjiżi sħab u mal-OSĊ biex jiġu miġġielda l-istereotipi marbuta mal-ġeneru f'kull aspett tal-ħajja soċjali; jistieden lid-delegazzjonijiet u lill-Istati Membri tal-UE jużaw il-mezzi diplomatiċi kollha possibbli biex jippromwovu l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni li tipprevedi l-ugwaljanza strutturali bejn il-ġeneri f'kull aspett;

30.  Ifakkar li t-taħriġ obbligatorju għall-persunal kollu fis-SEAE, fil-Kummissjoni, fid-delegazzjonijiet tal-UE u fil-missjonijiet u fl-operazzjonijiet tal-PSDK għandu jinkludi programmi komprensivi għall-identifikazzjoni tal-vittmi ta' vjolenza sesswali u/jew abbażi tal-ġeneru relatata mal-kunflitti kif ukoll programmi ta' prevenzjoni, minbarra t-taħriġ għall-persunal kollu tal-UE, inkluż persunal militari u tal-pulizija; iħeġġeġ lill-UE teżerċita l-influwenza kollha possibbli biex tiżgura li l-awturi ta' stupri tal-massa fil-gwerra jiġu rrappurtati, identifikati, soġġetti għal proċeduri kriminali u kkastigati f'konformità mad-dritt kriminali internazzjonali; ifakkar li l-Istatut ta' Ruma jipprovdi qafas legali permanenti biex il-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru (SGBV) tiġi indirizzata b'mod estensiv bħala delitt kontra l-umanità u jistieden, għalhekk, lill-UE tappoġġa b'mod attiv l-attività indipendenti u essenzjali tal-Qorti Kriminali Internazzjonali kemm politikament kif ukoll finanzjarjament; jilqa' l-inklużjoni tal-SGBV fil-kriterji għall-impożizzjoni ta' sanzjonijiet fil-qafas tar-Reġim Globali ta' Sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu użu effettiv minnu;

31.  Jisħaq li ż-żwieġ furzat u tat-tfal huwa ksur tad-drittijiet tal-bniedem li jagħmel lill-bniet partikolarment vulnerabbli għall-vjolenza u l-abbuż; jirrimarka li l-mutilazzjoni ġenitali femminili (MĠF) hija rikonoxxuta fuq livell internazzjonali bħala ksur tad-drittijiet tal-bniedem, b'200 miljun vittma fid-dinja kollha u 500 000 vittma fl-UE biss, u mill-inqas tliet miljun tifla huma f'riskju li jkunu soġġetti għal mutilazzjoni ġenitali kull sena; jissottolinja li l-MĠF u ż-żwieġ furzat huma affront għad-dinjità tan-nisa bħala persuni; jitlob li tittieħed azzjoni integrata biex jiżdied l-għarfien dwar il-MĠF u ż-żwiġijiet furzati, u biex dawn jiġu evitati, b'mod partikolari f'kuntesti ta' kunflitt u ta' emerġenza; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura approċċ koerenti fit-tul biex il-MĠF titwaqqaf kemm fl-UE kif ukoll barra l-UE billi jittejbu s-sinerġiji bejn il-programmi interni u esterni tal-UE; itenni t-talba tiegħu li jiġu inkorporati miżuri ta' prevenzjoni tal-MĠF fl-oqsma kollha ta' politika fl-azzjoni esterna tagħha;

32.  Jirrimarka li n-nisa u l-bniet jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-vittmi tat-traffikar u l-isfruttament sesswali; jappella għal kapaċità ta' tmexxija u monitoraġġ akbar mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri, u għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali biex jintemmu l-prattiki dannużi msemmija hawn fuq li jwasslu għal tali forom ta' skjavitù; ifakkar li l-vulnerabbiltà tan-nisa għat-traffikar u l-isfruttament sesswali hija aggravata fi żminijiet ta' tbatija ekonomika, kunflitt armat u sitwazzjonijiet ta' emerġenza; jappella għal aktar integrazzjoni tal-ġlieda kontra t-traffikar tan-nisa u tal-bniet fl-objettivi tal-GAP III u għal sinerġiji akbar mal-Istrateġija tal-UE dwar il-Ġlieda Kontra t-Traffikar ta' Bnedmin (2021-2025);

L-iżgurar tal-aċċess tan-nisa għall-kura tas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi

33.  Itenni li l-SRHR huma drittijiet tal-bniedem u jikkostitwixxu elementi fundamentali tad-dinjità tal-bniedem u tat-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa; jesprimi tħassib dwar ir-rigressjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tan-nisa, u ż-żieda tar-retorika konservattiva misoġinista u ta' gruppi organizzati reliġjużi u oħrajn, li taf tikkomprometti, fost affarijiet oħra, l-aċċess għall-SRHR kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll barra minnha; jisħaq li r-retroattività leġiżlattiva dwar l-abort timmina l-protezzjoni tas-saħħa, id-drittijiet u d-dinjità tan-nisa, u tpoġġi lin-nisa l-aktar soċjalment u ekonomikament vulnerabbli f'riskju akbar; jinnota li l-UE għandha tkun eżempju ewlieni fid-dinja f'termini ta' promozzjoni tal-SRHR, ħielsa mill-koerċizzjoni, il-vjolenza, id-diskriminazzjoni u l-abbuż; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri kollha jiżguraw aċċess universali għall-SRHR fit-territorji tagħhom;

34.  Jiddeplora l-fatt li, f'ħafna reġjuni fid-dinja, l-aċċess għas-saħħa sesswali u riproduttiva, inkluż għal abort sikur u legali, ġie limitat immens u spiss ġie kriminalizzat; jisħaq li n-nisa fqar, minn żoni rurali u li ġejjin minn minoranzi huma l-vittmi prinċipali; jissottolinja l-ħtieġa li ssir enfasi fuq il-gruppi kollha ta' età, inklużi l-bniet u n-nisa żgħażagħ, u li jiġu pprovduti informazzjoni, edukazzjoni u aċċess rilevanti għall-SRHR, inklużi l-kura ta' qabel it-twelid, l-abort sikur u legali u l-kontraċezzjoni; jisħaq fuq l-importanza li jibqgħu jiġu sfidati n-normi diskriminatorji li jagħmluha diffiċli għan-nisa, il-bniet u l-persuni LGBTIQ+ li jgawdu l-SRHR tagħhom, kif ukoll l-istereotipi li jwasslu għal diskriminazzjoni kontra nisa emarġinati waqt il-ħlas;

35.  Jisħaq fuq l-importanza li tittejjeb id-disponibbiltà ta' metodi ta' kontraċezzjoni fil-pajjiżi sħab, speċjalment għall-bniet adolexxenti; jafferma li n-nisa u l-bniet adolexxenti kollha għandhom id-dritt jagħmlu l-għażliet liberi u infurmati tagħhom fir-rigward tal-SRHR tagħhom; ifakkar li l-kwalità tal-kura tas-saħħa materna hija indikatur importanti tal-iżvilupp ta' pajjiż; jemmen li l-UE għandha tgħin lill-pajjiżi sħab jirrispettaw id-dritt għas-saħħa fil-kuntest tat-tqala u l-ħlas permezz tal-istabbiliment ta' servizzi tas-saħħa materna deċenti li jnaqqsu b'mod effettiv il-mortalità tat-trabi u l l-imwiet relatati ma' kumplikazzjonijiet waqt il-ħlas;

36.  Jitlob li l-GAP III jagħti prijorità għolja lill-ugwaljanza bejn il-ġeneri u lill-SRHR fir-rispons tal-għajnuna umanitarja tal-UE u tal-Istati Membri, kif ukoll obbligu ta' rendikont u aċċess għall-ġustizzja u rimedju għal ksur tad-drittijiet sesswali u riproduttivi u għal vjolenza abbażi tal-ġeneru, kemm f'termini ta' għoti ta' taħriġ lill-atturi umanitarji kif ukoll f'termini ta' finanzjament;

37.  Jitlob li l-GAP III jagħti importanza akbar lill-SRHR, minħabba r-riperkussjonijiet serji li l-pandemija kellha fuq in-nisa u l-bniet fil-pajjiżi sħab, u jikkoordina u jallokalhom finanzjament adegwat, flessibbli u kontinwu u mmirat meta jiġi pprogrammat l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali; jistieden lill-Kummissjoni, lis-SEAE u lill-Istati Membri jikkunsidraw l-SRHR bħala prijorità fil-proċess ta' programmazzjoni tal-azzjoni esterna tal-UE, inkluż fil-programmazzjoni konġunta; jissottolinja r-rwol kruċjali tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi bħala fornituri tas-servizzi, u jippromwovi l-SRHR;

38.  Jisħaq fuq l-importanza tal-SRHR fir-rigward tal-ġisem u l-awtonomija tan-nisa u l-bniet, u jinsisti li l-SRHR jiġu ttrattati bħala kwistjonijiet ta' saħħa pubblika aċċessibbli għal kulħadd mingħajr diskriminazzjoni; jappella għal aċċess universali għal edukazzjoni sesswali komprensiva (CSE) adatta għall-età, kontraċezzjoni effettiva, il-prevenzjoni tal-HIV u tal-infezzjonijiet trażmessi sesswalment, u l-abort sikur u legali; jitlob li l-programmi CSE jindirizzaw ir-relazzjonijiet interpersonali, l-orjentazzjoni sesswali, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, in-normi tal-ġeneru, il-prevenzjoni tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-kunsens, u jipprovdu informazzjoni dwar il-pubertà, iċ-ċiklu mestrwali, it-tqala u l-ħlas, il-kontraċezzjoni u l-prevenzjoni tal-mard trażmess sesswalment;

39.  Jaċċentwa l-ħtieġa li l-età titqies f'azzjonijiet relatati mal-SRHR, pereżempju billi jiġu żgurati informazzjoni u servizzi aċċessibbli u favur iż-żgħażagħ; jisħaq li l-UE għandha tħeġġeġ lill-pajjiżi sħab jinkludu dawn il-kwistjonijiet fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom għas-saħħa pubblika; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jimpenjaw ruħhom favur l-objettivi tal-GAP III dwar l-SRHR u jħejju "pjanijiet ta' implimentazzjoni fil-livell tal-pajjiż" li jagħtu prijorità lill-SRHR;

40.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi promoss l-aċċess għall-edukazzjoni fil-livelli kollha u fil-kuntesti kollha sabiex jitnaqqsu ż-żwieġ bikri, it-tqala fost it-tfajliet adolexxenti u d-dipendenza ekonomika; jitlob li jissaħħu l-isforzi biex jiġi pprevenut l-assenteiżmu sabiex il-bniet li jsiru ommijiet ikunu jistgħu jerġgħu lura l-iskola u jlestu l-edukazzjoni tagħhom u jiġu inklużi fis-suq tax-xogħol;

41.  Jappella għal miżuri kontra l-assenteiżmu tal-bniet mill-iskola waqt il-mestrwazzjoni tagħhom billi jittejbu s-sanità tal-ilma, is-servizzi tal-iġjene u l-faċilitajiet tal-iġjene mestrwali fl-iskejjel, u billi jiġi indirizzat il-faqar mestrwali u tiġi miġġielda l-istigmatizzazzjoni f'dan il-qasam, inkluż il-ħidma ma' nisa, bniet u ma' rġiel u subien; jitlob sinerġiji akbar bejn il-programmi li jindirizzaw is-saħħa, l-SRHR u s-servizzi tal-ilma, is-sanità u l-iġjene fl-iskejjel u l-appoġġ personali għall-bniet;

42.  Jiġbed l-attenzjoni għall-inugwaljanzi u d-disparitajiet intersezzjonali bejn in-nisa u l-irġiel fl-aċċess għall-kura tas-saħħa u l-kwalità tal-kura tas-saħħa pprovduta, filwaqt li jitqies in-nuqqas ta' kura tas-saħħa u servizzi reattivi għal kwistjonijiet ta' ġeneru; jappella għal aċċess universali għal faċilitajiet għall-informazzjoni dwaril-mard tan-nisa, bħall-endometrijożi u l-kanċer ċervikali, u l-mard trażmess sesswalment, bħall-HIV, u l-prevenzjoni, id-dijanjożi, il-kura u t-trattament tiegħu,; jitlob lill-Unjoni Ewropea tappoġġja l-implimentazzjoni tal-istrateġija globali tal-WHO biex jingħeleb il-kanċer ċervikali;

43.  Jistieden lill-pajjiżi sħab jiffinanzjaw b'mod adegwat, isaħħu s-sistemi pubbliċi tagħhom u jwettqu riċerka dwar is-saħħa tan-nisa madwar id-dinja sabiex isir progress fl-għarfien ta' kwistjonijiet ta' ġeneru u sess fl-oqsma tal-prevenzjoni, id-dijanjożi, it-trattament u r-riċerka tal-mard; jitlob ukoll li titqajjem il-kuxjenza tal-pubbliku dwar kwistjonijiet ta' saħħa relatati mal-ġeneru;

44.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Istati Membri jadottaw politika tas-saħħa pubblika li tqiegħed enfasi speċjali fuq il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard billi tiggarantixxi kura tas-saħħa universali u ta' kwalità għolja u tiżgura d-disponibbiltà tar-riżorsi meħtieġa biex jiġu miġġielda l-problemi ewlenin tas-saħħa pubblika;

Il-promozzjoni tad-drittijiet u l-ugwaljanza ekonomiċi u soċjali u l-iżgurar tal-awtonomija tan-nisa u l-bniet

45.  Itenni li l-kriżi u l-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali li jirriżultaw mill-pandemija tal-COVID-19 qed iħallu impatt sproporzjonat fuq l-aċċess tan-nisa għas-suq tax-xogħol; jisħaq fuq l-importanza u l-ħtieġa li l-UE tappoġġja l-iżvilupp u l-inklużjoni ta' dimensjoni tal-ġeneru intersezzjonali fil-pjanijiet kollha ta' rkupru wara l-COVID-19 fil-pajjiżi sħab u fl-inizjattivi ta' Tim Ewropa; jenfasizza l-ħtieġa ta' rispons sensittiv għall-ġeneru għall-COVID-19 fl-implimentazzjoni tal-GAP III biex jitqiesu ċ-ċirkostanzi uniċi tan-nisa u tal-bniet u biex jiġu stimulati opportunitajiet ta' wara l-kriżi; jistieden lill-Kummissjoni tintegra d-dimensjoni tal-ġeneru u tinkludi azzjonijiet trasformattivi fir-rigward tal-ġeneru fil-miżuri kollha relatati mal-pandemija tal-COVID-19 fil-pajjiżi sħab, inkluż fil-pjanijiet u l-miżuri ta' rkupru, u tappoġġja proġetti, inklużi dawk finanzjarji, b'tali mod li jinkludu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jisħaq li forom ġodda ta' finanzjament bħal bonds tal-ġeneru jistgħu jagħtu spinta lil ekonomiji nazzjonali filwaqt li jippermettu t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa;

46.  Huwa tal-fehma li x-xogħol huwa ċentrali biex tiġi indirizzata l-inugwaljanza; jappoġġja n-negozjar kollettiv bħala mezz mhux biss biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol iżda wkoll biex tiġi indirizzata l-inugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa;

47.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tirrikjedi konformità mal-konvenzjonijiet rilevanti tal-ILO u tan-NU fir-rigward tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fir-rieżami li jmiss tagħha tar-Regolament dwar Skema Ġeneralizzata ta' Preferenzi; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi b'mod effettiv l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-kapitoli kollha dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli u tiżgura li l-kummerċ u l-investiment ma jżidux l-inugwaljanza bejn il-ġeneri; jisħaq li l-valutazzjonijiet kollha tal-impatt marbuta mal-kummerċ għandhom iqisu l-fehmiet tal-OSĊ;

48.  Jisħaq li l-appoġġ finanzjarju għan-nisa għandu jimxi id f'id mat-taħriġ, l-aċċess għall-informazzjoni, it-tisħiħ tal-ħiliet tagħhom u l-għarfien tad-drittijiet fundamentali tagħhom;

49.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu mal-pajjiżi sħab biex jipprevjenu u jindirizzaw il-fastidju fuq in-nisa fuq il-post tax-xogħol, kif ukoll biex jippromwovu r-ratifika tal-Konvenzjoni tal-ILO dwar il-Vjolenza u l-Fastidju (Nru 190);

50.  Jappella biex il-GAP III jippromwovi l-attivitajiet ekonomiċi tan-nisa u l-aċċess tagħhom għall-għodda ekonomiċi u soċjali meħtieġa, u għar-riżorsi u l-protezzjoni soċjali, speċjalment fil-kuntesti ta' emerġenza; jisħaq fuq l-importanza tal-parteċipazzjoni tan-nisa fl-ekonomija madwar id-dinja għall-iżvilupp sostenibbli u t-tkabbir ekonomiku inklużiv u sostnut, intrinsikament marbuta mal-għan globali tal-qerda tal-faqar kif deskritt fl-SDGs; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw u jippromwovu mekkaniżmi ta' protezzjoni soċjali reattivi għal kwistjonijiet ta' ġeneru, inklużi trasferimenti ta' flus, biex tittejjeb il-kapaċità tal-pajjiżi sħab fir-rispons għall-kriżijiet u x-xokkijiet esterni;

51.  Jistieden lill-UE u lill-pajjiżi sħab jadottaw miżuri li jgħinu biex in-nisa jsiru aktar impjegabbli u jipprovdulhom impjiegi deċenti, aċċess għal finanzjament u opportunitajiet ta' negozju, inkluż billi jappoġġjaw organizzazzjonijiet lokali mmexxija min-nisa, u jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni tagħhom fit-trade unions u fil-union tax-xogħol; jenfasizza l-importanza li jissaħħaħ l-aċċess għal, pereżempju, il-mikrokreditu bil-għan li jiġu ffaċilitati u stimulati l-kreattività u l-intraprenditorja tan-nisa fuq skala iżgħar;

52.  Jenfasizza l-ħtieġa li titqies il-komplementarjetà ta' azzjonijiet oħra biex tiġi żgurata l-effettività tagħhom, bħan-nuqqas ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru, l-aċċess għal xogħol deċenti u għall-indukrar tat-tfal u l-anzjani affordabbli; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jsaħħu l-pożizzjoni tal-ommijiet u l-missirijiet madwar id-dinja, u jipproteġuhom, u jaħdmu ma' pajjiżi sħab biex jiggarantixxu liv xieraq tal-maternità, tal-paternità u tal-ġenituri, u jadottaw miżuri prattiċi biex jiżguraw dik il-protezzjoni, flimkien mal-investiment fis-servizzi tal-indukrar tat-tfal u tal-edukazzjoni;

53.  Jisħaq li l-UE għandha tappoġġja l-ħolqien ta' Strument Vinkolanti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem fi ħdan il-qafas tan-NU sabiex tiggarantixxi bis-sħiħ it-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet tan-nisa;

54.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu ma' pajjiżi sħab biex jiffinanzjaw u jippromwovu miżuri li jindirizzaw il-piż sproporzjonat tax-xogħol mhux imħallas li n-nisa jridu jġorru, u jappoġġjaw azzjonijiet li jgħinu lill-ħaddiema nisa jgħaddu mill-ekonomija informali għall-ekonomija formali; jissottolinja li n-nisa u l-irġiel għandhom jikkondividu b'mod ugwali r-responsabbiltajiet domestiċi u ta' indukrar mhux imħallsa; jitlob li jsiru passi konkreti lejn ir-rikonoxximent, it-tnaqqis u r-ridistribuzzjoni tal-indukrar u tax-xogħol domestiku mhux imħallsin;

55.  Jitlob li jiġu promossi b'mod attiv ir-rwol tan-nisa fl-ekonomija u fis-soċjetà kif ukoll il-parteċipazzjoni tagħhom fihom, u r-rikonoxximent tad-drittijiet ċivili u legali tagħhom, inkluż id-dritt li jkollhom proprjetà, l-aċċess għall-kreditu bankarju u d-dritt li jipparteċipaw f'setturi ekonomiċi differenti u fil-ħajja politika, l-iktar permezz tal-promozzjoni ta' politiki makroekonomiċi reattivi għal kwistjonijiet ta' ġeneru; jiddispjaċih għall-fatt li d-dritt għal paga ugwali għal xogħol ugwali ta' valur ugwali mhuwiex awtomatiku f'ħafna ċirkostanzi, kemm ġewwa kif ukoll barra l-UE, anke meta mnaqqax fil-liġi, u jisħaq li l-kawża ewlenija ta' din id-diskriminazzjoni jeħtieġ li tiġi indirizzata;

56.  Jissottolinja li huwa essenzjali li s-settur privat jiġi involut fil-kisba tal-objettivi stabbiliti fil-GAP III u jinżamm responsabbli fil-każ ta' ksur tad-drittijiet tan-nisa mwettqa matul attivitajiet korporattivi; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi l-perspettiva tal-ġeneru fil-proposta leġiżlattiva li jmiss tagħha dwar id-diliġenza dovuta korporattiva;

57.  Jisħaq li l-awtonomija ekonomika u soċjali tan-nisa hija kruċjali għal tkabbir sostenibbli u inklużiv; jappella għal sforz komprensiv biex jiġu pprovdut aċċess għall-edukazzjoni ta' kwalità għolja għall-bniet u għan-nisa u għal taħriġ ta' kwalità dwar il-ħiliet, u għodda effettivi li jikkontribwixxu għall-aċċess tagħhom għas-suq tax-xogħol, b'mod partikolari f'ambjenti ta' emerġenza u ta' spostament; jirrakkomanda bil-qawwa li l-pajjiżi sħab jagħtu spinta lill-investiment fl-edukazzjoni ta' kwalità u inklużiva, b'appoġġ mill-baġit tal-UE; jissottolinja li l-appoġġ baġitarju tal-UE, li wera l-effiċjenza tiegħu fil-qasam tal-edukazzjoni, jibqa' l-mezz ppreferut biex ikun possibbli l-aċċess għal edukazzjoni inklużiva u ta' kwalità għal kulħadd fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jilqa' l-intenzjoni li jiżdied il-finanzjament ġenerali għall-edukazzjoni b'10 % tal-baġit għall-għajnuna umanitarja ddedikat għal finanzjament għall-edukazzjoni f'emerġenzi;

58.  Jisħaq fuq il-ħtieġa ta' appoġġ għall-investiment sostanzjali fis-servizzi tas-saħħa u tal-edukazzjoni, l-akkomodazzjoni affordabbli u trasport pubbliku sikur, affordabbli u aċċessibbli, kemm fiż-żoni rurali kif ukoll f'dawk urbani, bil-ħsieb li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet pubbliċi u jingħata kontribut għall-indipendenza, l-ugwaljanza u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa; ifakkar li trid tingħata attenzjoni speċjali lil dawn il-kwistjonijiet fi Stati fraġli u ta' wara l-kunflitt, fejn l-UE se timplimenta wkoll proġetti ta' żvilupp biex tgħin tindirizza n-nuqqas ta' drittijiet għal akkomodazzjoni, art u proprjetà għan-nisa;

59.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar iż-żieda fid-distakk diġitali bejn il-ġeneri f'ħafna pajjiżi, li timpedixxi l-aċċess ugwali għall-informazzjoni u s-servizzi diġitali; jisħaq fuq l-importanza tal-promozzjoni tal-litteriżmu diġitali, kif ukoll l-aċċess għall-għodod diġitali u l-affordabbiltà tagħhom u l-aċċess għas-suq tax-xogħol; jitlob żieda fil-finanzjament immirat u boroż ta' studju biex il-bniet u n-nisa jkunu jistgħu jaċċessaw l-edukazzjoni għolja u t-taħriġ vokazzjonali, b'mod partikolari bil-għan li tiġi promossa l-edukazzjoni diġitali u teknoloġika fost il-bniet, u l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-setturi STEM, u biex jiġu appoġġjati proġetti mmexxija min-nisa; jilqa' r-rieda tal-GAP II li jitnaqqas id-distakk diġitali bejn il-ġeneri bil-għan li titmexxa 'l quddiem trasformazzjoni diġitali tassew inklużiva;

60.  Ifakkar li n-nisa, speċifikament dawk li jiffaċċjaw diskriminazzjoni intersezzjonali, jistgħu jiffaċċjaw diffikultajiet biex jaċċessaw is-servizzi diġitali u l-infrastruttura relatata; jitlob li n-nisa u l-bniet, speċjalment dawk li jgħixu f'żoni rurali u remoti, jingħataw aċċess aħjar, universali, sikur u sigur għall-għodod diġitali u t-taħriġ fl-użu tagħhom;

61.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi appoġġjat l-għoti ta' servizzi pubbliċi u privati permezz ta' kanali, teknoloġiji u servizzi diġitali reattivi għal kwistjonijiet ta' ġeneru (pereżempju gvern elettroniku, servizzi finanzjarji diġitali) li se jsaħħu l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tan-nisa u tal-bniet fis-soċjetà; jistieden lill-Istati Membri jindirizzaw l-esklużjoni diġitali tal-gruppi vulnerabbli kollha fis-soċjetà u jagħmlu l-edukazzjoni fit-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni aċċessibbli għalihom, filwaqt li jitqiesu d-diversi fatturi li jiddeterminaw l-aċċess tan-nisa għall-edukazzjoni, kif ukoll billi jinħolqu punti ta' aċċess diġitali mingħajr ħlas;

62.  Jitlob li l-modernizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjoni tal-pajjiżi sħab jiġu appoġġjati mill-UE, b'mod partikolari sabiex dawn il-pajjiżi kollha jkollhom reġistri ċivili affidabbli, li jirreġistraw kull twelid;

63.  Jirrikonoxxi li l-emerġenzi, bħal kunflitti armati u kriżijiet ekonomiċi, u ambjenti ta' spostament, ipoġġu l-edukazzjoni u t-taħriġ tan-nisa u l-bniet f'riskju; itenni li l-aċċess tan-nisa għall-għajxien u għall-opportunitajiet tax-xogħol huwa affettwat serjament matul l-emerġenzi u jisħaq, għalhekk, fuq l-importanza li jiġu allokati l-fondi meħtieġa f'każijiet bħal dawn, speċjalment għall-organizzazzjonijiet lokali mmexxija min-nisa u għall-istrutturi eżistenti, sabiex jittejbu l-istrutturi li jiżguraw l-iżvilupp tajjeb tal-edukazzjoni, il-ħiliet u l-aċċess għall-impjiegi tagħhom fit-tul;

64.  Jinnota li n-nuqqas ta' sigurtà tal-ikel jaffettwa lin-nisa b'mod asimmetriku, u li b'mod sproporzjonat huma għandhom inqas art, bhejjem u assi oħra; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw l-għan li tinkiseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fis-settur tal-ikel u l-agrikoltura, l-opportunitajiet finanzjarji u l-aċċess għat-taħriġ sabiex tissaħħaħ il-pożizzjoni tan-nisa fl-agrikoltura; jinnota l-importanza li jiġu appoġġjati l-isforzi tal-pajjiżi sħab fir-riformi legali, ta' politika u istituzzjonali biex in-nisa jingħataw drittijiet ugwali għar-riżorsi ekonomiċi, b'mod partikolari l-aċċess għall-art u għal forom oħra ta' proprjetà, u kontroll tagħhom;

65.  Jistieden lill-UE tippromwovi politiki ekonomiċi u kummerċjali konsistenti mal-SDGs u l-objettivi tal-GAP III; ifakkar fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu dwar il-kummerċ u l-ġeneru kif deskritt fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2018 dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-ftehimiet kummerċjali tal-UE(12); jitlob lill-UE tkompli tappoġġja u tintroduċi politiki kummerċjali li jnaqqsu d-distakki soċjoekonomiċi u jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni u rispett għal-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem, inkluża l-ugwaljanza bejn il-ġeneri;

66.  Jilqa' l-fatt li l-GAP III jappella għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri permezz tal-politika kummerċjali tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lis-SEAE jippromwovu u jappoġġjaw l-inklużjoni ta' kapitolu speċifiku dwar il-ġeneru fil-ftehimiet kummerċjali u ta' investiment kollha tal-UE, inklużi l-impenji għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi l-impatt fuq il-ġeneru tal-politika u l-ftehimiet kummerċjali tal-UE fil-valutazzjonijiet tal-impatt ex ante u ex post;

67.  Jisħaq fuq il-pożizzjoni preċedenti tiegħu li tappella għal kapitolu speċifiku dwar il-kummerċ u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa fl-aġġornament li jmiss tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Ċilì; josserva b'interess il-progress li sar fir-rigward ta' kapitolu dwar il-kummerċ u l-ġeneru fin-negozjati;

68.  Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali fil-Ftehimiet ta' Kummerċ Internazzjonali(13),

69.  Jinnota li l-politika kummerċjali mhijiex newtrali għall-ġeneru u li ġbir aħjar ta' data diżaggregata skont il-ġeneru, flimkien ma' indikaturi ċari, huwa meħtieġ biex jiġu vvalutati b'mod adegwat l-impatti differenti tal-politika kummerċjali fuq in-nisa u l-irġiel; itenni t-talba tiegħu biex l-UE u l-Istati Membri tagħha jieħdu ispirazzjoni mis-sett ta' għodod żviluppati mill-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp u biex jinkludu fil-valutazzjonijiet tal-impatt ex ante u fl-evalwazzjonijiet ex post tagħhom l-impatt tal-politika u tal-ftehimiet kummerċjali tal-UE fuq il-ġeneru skont il-pajjiż u skont is-settur; jistieden lill-Kummissjoni taħdem flimkien mas-sħab internazzjonali, bħad-WTO, u l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet lokali biex jiġbru data, janalizzaw l-impatt tal-kummerċ fuq in-nisa u jsarrfu d-data fi proposti konkreti biex jittejjeb ir-rwol tan-nisa fis-sistema kummerċjali internazzjonali u jkun promoss tkabbir ekonomiku inklużiv; jisħaq fuq il-fatt li kooperazzjoni intensifikata bejn organizzazzjonijiet internazzjonali bħad-WTO, iċ-Ċentru Internazzjonali għall-Kummerċ u n-NU, u l-ħolqien ta' networks li jinvolvu l-akkademja, l-OSĊ u l-parlamenti jistgħu jwasslu għal kondiviżjoni aħjar tal-aħjar prattiki u tal-metodi għall-ġbir tad-data, kif ukoll għall-inklużjoni ta' perspettiva tal-ġeneru fil-kummerċ; jinsisti li l-kwistjonijiet marbuta mal-ugwaljanza bejn il-ġeneri m'għandhomx ikunu limitati għall-kapitolu dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli;

70.  Jitlob lill-Kummissjoni tinvolvi ruħha b'mod attiv fil-Grupp ta' Ħidma Informali tad-WTO dwar il-Kummerċ u l-Ġeneru stabbilit reċentement biex issir ħidma favur Dikjarazzjoni Ministerjali b'saħħitha fit-12-il Konferenza Ministerjali li tista' sservi bħala pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni ta' Buenos Aires tal-2017; jissottolinja li l-Grupp ta' Ħidma Informali dwar il-Kummerċ u l-Ġeneru huwa l-ewwel pass lejn pjattaforma aktar permanenti fid-WTO għad-diskussjoni ta' kwistjonijiet relatati mal-kummerċ u l-ġeneru; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tinvolvi ruħha b'mod proattiv ma' membri oħra tad-WTO biex tikkontribwixxi għall-attività tal-Grupp ta' Ħidma Informali, u tesplora l-possibbiltà li jiġi stabbilit grupp ta' ħidma permanenti;

71.  Ifakkar fl-appell tiegħu lill-Kummissjoni li l-kompożizzjoni tal-Gruppi Konsultattivi Nazzjonali tkun ibbilanċjata bejn il-ġeneri, li r-rwol ta' monitoraġġ tagħhom jiġi estiż aktar, u li jiġi stabbilit Kumitat għall-Kummerċ u l-Ġeneru fl-ambitu ta' kull Ftehim ta' Kummerċ Ħieles biex jiġu identifikati n-nuqqasijiet;

72.  Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa bir-reqqa l-impatt tal-ftehimiet kummerċjali fuq setturi b'perċentwal għoli ta' ħaddiema nisa, bħas-setturi tal-ħwejjeġ u tal-agrikoltura fuq skala żgħira; ifakkar li l-kriżi ekonomika kkawżata mill-COVID-19 affettwat b'mod qawwi lil dawn is-setturi u aggravat ir-riskju li jiżdiedu l-inugwaljanza, id-diskriminazzjoni kontra l-ħaddiema nisa u l-isfruttament tagħhom;

73.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li jkun hemm biżżejjed riżorsi disponibbli, u tiżvela r-riżorsi allokati, tippromwovi l-valur ewlieni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-politiki kummerċjali u ta' investiment tagħha u tiżgura li s-segretarjati tal-istituzzjonijiet tal-UE responsabbli għall-politika kummerċjali u għan-negozjati kummerċjali jkollhom l-għarfien u l-kapaċità teknika biex jinkorporaw il-perspettiva tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-proċess kollu tan-negozjati kummerċjali u l-formulazzjoni tal-politika, billi jaħtru punti fokali tal-ġeneri fl-istituzzjonijiet u d-delegazzjonijiet tal-UE;

74.  Jitlob l-inklużjoni ta' dispożizzjonijiet infurzabbli fil-kapitoli kollha dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli bbażati fuq ir-rispett tal-istandards fundamentali tax-xogħol tal-ILO u tal-konvenzjonijiet rilevanti, b'mod partikolari l-Konvenzjoni Nru 189 dwar il-Ħaddiema Domestiċi, il-Konvenzjoni Nru 156 dwar il-Ħaddiema b'Responsabbiltajiet tal-Familja, is-CEDAW, il-Konvenzjoni Nru 111 dwar id-Diskriminazzjoni (fl-Impjiegi u x-Xogħol), il-Konvenzjoni Nru 100 dwar ir-Remunerazzjoni Indaqs u l-Konvenzjoni Nru 190 dwar il-Vjolenza u l-Fastidju, u li dawn il-konvenzjonijiet jiġu inklużi fil-lista ta' konvenzjonijiet fir-rieżami tal-SĠP+;

75.  Jilqa' pożittivament il-Ftehim tal-Workshop Internazzjonali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO/IWA 34) dwar id-definizzjonijiet globali relatati mal-intraprenditorija fost in-nisa, li għandu l-għan li jiffaċilita t-tfassil tal-politika, il-ġbir tad-data u l-aċċess għall-bini tal-kapaċità, il-finanzjamenti u s-swieq għat-tisħiħ tal-pożizzjoni ekonomika tan-nisa.

76.  Jilqa' pożittivament il-kisbiet li saru s'issa fir-rigward tal-ġeneru fil-politiki ta' self tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u jappella lill-BEI jżid l-isforzi tiegħu u b'mod partikolari jqis kemm jista' jkun l-għanijiet tal-politika tal-GAP III fil-mandat ta' self estern tiegħu;

77.  Jisħaq li l-BEI u istituzzjonijiet finanzjarji ta' żvilupp Ewropew rilevanti oħrajn għandhom ikunu allinjati bis-sħiħ mal-GAP III; jistieden lill-BEI jqis l-objettivi tal-GAP III meta jipprovdi appoġġ lill-impriżi f'pajjiżi sħab permezz ta' valutazzjonijiet tal-impatt li għandhom jitwettqu għal kull proġett iffinanzjat mill-BEI, u jitlob li l-operazzjonijiet fil-post jiġu mmonitorjati kontinwament;

Il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tan-nisa, tal-bniet u tat-tfajliet u t-tmexxija minnhom

78.  Jisħaq fuq l-importanza tat-tmexxija u l-parteċipazzjoni tan-nisa u l-bniet fil-livelli kollha tat-teħid tad-deċiżjonijiet u li l-parteċipazzjoni ugwali tan-nisa fil-ħajja pubblika u politika hija essenzjali għall-governanza tajba u t-tfassil tal-politika; jissottolinja l-importanza li n-nisa jkunu rappreżentati fuq iż-żewġ naħat tal-mejda tan-negozjati fil-livelli kollha tal-azzjoni esterna; itenni li meta n-nisa u l-bniet imexxu b'mod ugwali, komunitajiet sħaħ jibbenefikaw minn soluzzjonijiet aħjar u aktar dejjiema; jinnota li n-nisa mhumiex rappreżentati biżżejjed fil-livelli kollha tal-ħajja politika u pubblika u li l-progress isir bil-mod;

79.  Jappella għall-finanzjament ta' programmi biex jinkoraġġixxu t-taħriġ, l-impenn ċiviku u l-parteċipazzjoni tan-nisa, inkluż l-appoġġ għal approċċi parteċipattivi fil-livell komunitarju u attivitajiet edukattivi speċifiċi għall-bniet u għat-tfajliet, peress li huma fost l-iktar milquta mid-diskriminazzjoni; jitlob l-inklużjoni tan-nisa fil-livelli kollha tat-teħid tad-deċiżjonijiet, tal-gvern, tat-tmexxija u tal-pożizzjonijiet ta' poter, permezz ta' riformi, programmi u attivitajiet tal-amministrazzjoni pubblika bħan-networking, l-iskambji, il-mentoraġġ u l-isponsorizzazzjoni, u huwa favur l-inklużjoni ta' organizzazzjonijiet lokali tad-drittijiet tan-nisa u ta' rispons umanitarju tal-ewwel linja mmexxija min-nisa fl-istrutturi ta' koordinazzjoni umanitarja u ta' teħid tad-deċiżjonijiet;

L-involviment tan-nisa fl-inizjattivi ta' konsolidazzjoni tal-paċi u ta' sigurtà?

80.  Jisħaq fuq l-importanza tar-rwol tan-nisa u tas-soċjetà ċivili fil-promozzjoni tad-djalogu, l-iffurmar ta' koalizzjonijiet, il-medjazzjoni għall-paċi, u l-ħolqien ta' perspettivi differenti dwar il-paċi u s-sigurtà, b'mod partikolari fil-prevenzjoni, ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti u fir-rikostruzzjoni ta' wara l-kunflitti; jappella lill-UE tippromwovi parteċipazzjoni akbar tan-nisa fil-proċessi taż-żamma u l-konsolidazzjoni tal-paċi, u tappoġġja u tirrikonoxxi lin-nisa, lit-tfajliet u lill-bniet u lid-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem bħala xprunaturi ewlenin tal-bidla, u biex tappoġġjahom u tipproteġihom; jisħaq li r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem tan-nisa u t-twettiq sħiħ tagħhom huma s-sisien ta' soċjetà demokratika u inklużiva;

81.  Jilqa' l-integrazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-WPS fil-GAP III u jitlob l-implimentazzjoni effettiva tiegħu; jenfasizza r-rwol importanti li għandhom l-inizjattivi lokali eżistenti u ta' suċċess għall-konsolidazzjoni tal-paċi mmexxija min-nisa u d-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem, u jistieden lill-UE tappoġġja, issaħħaħ u tinkludi sistematikament dawn l-inizjattivi fil-konsultazzjonijiet, il-koordinazzjoni u t-teħid ta' deċiżjonijiet tal-konsolidazzjoni tal-paċi;

82.  Jistieden lis-SEAE jwettaq analiżi sistematika tal-kunflitti b'perspettiva integrata tal-ġeneru bbażata fuq analiżi tal-ġeneru u analiżi tal-kunflitti inklużiva fir-rigward tal-ġeneru, b'mod partikolari fir-rigward tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK u l-attivitajiet fl-ambitu tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi; jisħaq fuq il-ħtieġa ta' riżorsi suffiċjenti biex jinbnew u jissaħħu l-għarfien espert u l-kapaċità tal-UE li twettaq analiżijiet tar-riskji u tal-kunflitti b'perspettiva integrata tal-ġeneru, u dan għandu jinvolvi l-għoti ta' attenzjoni speċifika lill-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-iżgurar tal-parteċipazzjoni sinifikanti tan-nisa u tal-gruppi żvantaġġati;

83.  Jindika l-importanza li l-kunċett tas-sigurtà tal-bniedem u l-approċċ tal-ġeneru jintrabtu flimkien; jappella lill-UE tuża l-kunċett tas-sigurtà tal-bniedem kif stabbilit fir-Riżoluzzjoni 66/290 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU u fl-aġenda tagħha dwar id-WPS; jinsisti li s-sigurtà trid tiffoka fuq il-ħajjiet tal-bnedmin u l-protezzjoni tagħhom minn theddid bħall-vjolenza, in-nuqqas ta' edukazzjoni, il-kura tas-saħħa, l-ikel jew l-indipendenza ekonomika; jistieden lill-Kummissjoni, lis-SEAE u lill-Istati Membri jiżviluppaw u jippromwovu l-aġenda tad-diżarm tan-NU; jinsisti li jkun hemm politika barranija femminista id-diżarm u n-nonproliferazzjoni;

84.  Jindika li n-nisa huma affettwati b'mod sproporzjonat mill-vjolenza sesswali b'rabta mal-kunflitti u minn ksur ieħor tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq b'impunità, inkluż riskju akbar ta' traffikar ta' bnedmin; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li n-nisa u l-bniet li kienu vittmi ta' vjolenza sesswali f'żoni u f'pajjiżi ta' kunflitt, jingħataw kura u trattament xierqa u olistiċi, u kumpens effettiv u fil-pront; jinnota li din is-sistema diġà qed taħdem fejn hija applikata u li tippermetti wkoll li dawn il-vittmi jerġgħu jiġu integrati fis-soċjetà; ifakkar fl-importanza tal-ġlieda kontra l-istigmatizzazzjoni tal-vittmi; jappella għall-kontinwità tal-appoġġ għal miżuri li jipprovdu lin-nisa f'kuntesti ta' kunflitt u ta' emerġenza b'pakketti ta' assistenza fir-rigward tal-SRHR, billi jiġu ffinanzjati u appoġġjati organizzazzjonijiet tal-ewwel linja u organizzazzjonijiet immexxija min-nisa;

85.  Ifakkar li n-nisa u l-bniet huma affettwati b'mod sproporzjonat minn kunflitti armati; jiddeplora l-użu tal-vjolenza sesswali bħala arma tal-gwerra u jinsisti fil-ħtieġa urġenti li din tiġi miġġielda kif ukoll li tiġi miġġielda l-impunità, billi l-awturi jitressqu quddiem il-ġustizzja; jisħaq ukoll li n-nisa spiss huma l-ewwel vittmi tal-ispostament tal-popolazzjoni f'żoni ta' kunflitt, u spiss huma mċaħħda mill-awtonomija ekonomika tagħhom u mill-aċċess għall-edukazzjoni u għal servizzi ta' saħħa sesswali u riproduttiva affidabbli; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat aċċess għall-edukazzjoni u l-impjiegi għal popolazzjonijiet spostati minn kunflitti jew diżastri naturali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu mal-pajjiżi sħab u mal-forzi armati tagħhom biex jiżguraw l-infurzar xieraq tar-Raba' Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar il-protezzjoni ta' persuni fi żmien ta' gwerra, b'enfasi speċifika fuq il-prevenzjoni u l-ikkastigar tal-vjolenza sesswali;

86.  Jesprimi dispjaċir għan-nuqqas ta' kunsiderazzjoni fil-GAP III tal-wirt kulturali bejn il-pajjiżi u r-rwol tan-nisa fil-protezzjoni u l-iżvilupp tiegħu; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jiżviluppaw programmi li għandhom l-għan li jipproteġu u jirrikonoxxu l-wirt u t-tradizzjonijiet kulturali żviluppati min-nisa, li ta' spiss ma jiġux innutati, speċjalment matul iċ-ċiklu kollu tal-kunflitt;

L-iżgurar ta' azzjoni umanitarja reattiva għal kwistjonijiet ta' ġeneru

87.  Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-komunikazzjoni reċenti tal-Kummissjoni dwar l-azzjoni umanitarja tal-UE: sfidi ġodda, l-istess prinċipji (COM(2021)0110), ma tindirizzax biżżejjed il-perspettiva tal-ġeneru f'kuntesti umanitarji; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi proposti aktar konkreti dwar nefqa, programmi, traċċar u valutazzjoni speċifiċi ta' attivitajiet relatati mal-ġeneru f'kuntesti umanitarji, u telabora miżuri biex tkompli tiżviluppa azzjoni umanitarja tal-UE adattata u effiċjenti u reattiva għal kwistjonijiet ta' ġeneru, fid-dawl tal-opportunità ppreżentata mill-approċċ tar-rabta tripla bejn l-aspett umanitarju, l-iżvilupp u l-paċi biex jiġu protetti d-drittijiet tan-nisa u tal-bniet u tiġi promossa l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-kuntesti kollha;

Il-bini ta' soċjetà ekoloġika u diġitali

88.  Jilqa' l-inklużjoni fil-GAP III tal-qasam ta' prijorità dwar it-tibdil fil-klima, peress li t-tibdil fil-klima mhuwiex newtrali fir-rigward tal-ġeneru, minħabba li jaġixxi bħala amplifikatur tal-inugwaljanzi eżistenti bejn il-ġeneri, speċjalment għall-foqra, iż-żgħażagħ u l-popli indiġeni, u speċjalment f'ambjenti fraġli; japprezza d-determinazzjoni tal-UE li tindirizza kwistjonijiet tal-ġeneru fil-kuntest tat-tranżizzjoni ekoloġika, minħabba l-impatt intersezzjonali u sproporzjonat tat-tibdil fil-klima fuq in-nisa u l-bniet, b'mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jisħaq fuq il-ħtieġa li n-nisa u l-bniet jiġu inklużi, jinstemgħu u tissaħħaħ il-pożizzjoni tagħhom fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' approċċi effettivi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u għall-adattament għalih fil-pajjiżi sħab, biex b'hekk tiġi żgurata azzjoni klimatika effettiva u trasformattiva fir-rigward tal-ġeneru; jistieden lill-UE tmexxi bl-eżempju billi tinkludi, mingħajr dewmien, perspettiva tal-ġeneru u miri dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-Patt Ekoloġiku Ewropew u f'inizjattivi relatati;

89.  Itenni li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija prerekwiżit għall-iżvilupp sostenibbli u biex tinkiseb tranżizzjoni ekwa u ġusta li ma tħalli lil ħadd jibqa' lura; itenni, għalhekk, it-talba tiegħu li l-Patt Ekoloġiku Ewropew jiġi segwit malajr minn "Diplomazija dwar il-Patt Ekoloġiku" li b'mod sistematiku tinkludi perspettiva intersezzjonali u tal-ġeneru, u tinvolvi lin-nisa u l-bniet, inklużi n-nisa tal-popli indiġeni, fit-teħid ta' deċiżjonijiet strateġiċi dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima;

90.  Jindika li n-nisa u l-organizzazzjonijiet tan-nisa jinsabu fuq quddiem nett fis-soluzzjonijiet u fl-għoti ta' għarfien espert fl-oqsma tal-agrikoltura, il-klima, l-enerġija u l-konservazzjoni tal-bijodiversità, u jinsabu fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima; jappella biex jingħataw appoġġ permezz ta' finanzjament adegwat u flessibbli, dispożizzjonijiet għal oqfsa leġiżlattivi u aċċess għall-art u għar-riżorsi, u kooperazzjoni mas-setturi privati u finanzjarji; itenni r-rwol tal-adattament reattiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru, inklużi l-agrikoltura intelliġenti fil-livell klimatiku, it-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri, l-ekonomija ċirkolari u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali;

91.  Jappella għall-promozzjoni tal-aċċess tan-nisa u l-bniet għall-għodod diġitali u għal taħriġ dwarhom, u għall-promozzjoni tan-nisa fil-professjonijiet STEM;

92.  Jisħaq li n-networks soċjali huma sors ta' diskriminazzjoni u ta' fastidju abbażi tal-ġeneru; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-gvernijiet isaħħu l-isforzi biex jirregolaw aħjar dawn in-networks, flimkien ma' pjattaformi diġitali sabiex tiġi miġġielda l-vjolenza u l-bullying abbażi tal-ġeneru online; jirrikonoxxi li dan huwa ostaklu kbir għall-aċċess tan-nisa u tal-bniet għall-ispazji diġitali u l-parteċipazzjoni tagħhom online u jfixkel b'mod sever il-parteċipazzjoni politika, speċjalment għan-nisa u l-bniet b'identitajiet intersezzjonali, li jirrappurtaw rati ogħla ta' fastidju online; jitlob li jkun hemm mekkaniżmi ta' protezzjoni mmirati għan-nisa online u għal involviment ikbar tan-nisa fid-disinn, il-manifattura u l-iżvilupp tal-applikazzjonijiet tal-intelliġenza artifiċjali biex jiġu miġġielda l-perpetwazzjoni tal-istereotipi u l-preġudizzji tal-ġeneri; jitlob li jiġu infurzati d-dispożizzjonijiet xierqa tal-liġi kriminali għall-ġlieda kontra l-abbuż online, il-messaġġi ta' theddid, il-fastidju sesswali u l-kondiviżjoni ta' stampi privati mingħajr kunsens;

93.  Jinnota li l-kummerċ elettroniku għandu l-potenzjal li jgħaqqad aktar imprendituri nisa mas-swieq internazzjonali; jitlob, madankollu, lill-Kummissjoni tappoġġja lin-nisa fl-adozzjoni ta' teknoloġiji ġodda bħall-blockchain li, minħabba n-natura "peer-to-peer", l-anonimità u l-effiċjenza tagħha, jistgħu jgħinu lil ċerti nisa jegħlbu xi ostakli legali u kulturali ta' natura diskriminatorja għall-kummerċ, itejbu l-aċċess tagħhom għall-finanzjament u jgħinuhom jintegraw fil-ktajjen ta' valur globali;

Il-ħolqien ta' Ġenerazzjoni Ugwaljanza reali

94.  Itenni r-rwol ewlieni li jrid ikollha l-UE fil-livell multilaterali favur id-diplomazija tan-nisa sabiex jiġu implimentati ftehimiet internazzjonali rigward id-drittijiet u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u l-bniet; jitlob lill-UE, lill-Istati Membri tagħha, lill-Kummissjoni u lis-SEAE jimpenjaw ruħhom li javvanzaw lejn politika estera, ta' sigurtà u ta' żvilupp femminista li tinvolvi viżjoni trasformattiva fir-rigward tal-ġeneru u li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri ssir parti ewlenija mill-azzjonijiet u l-prijoritajiet esterni tagħhom;

95.  Jilqa' l-fatt li ġew imwiegħda EUR 33 biljun mill-gvernijiet madwar id-dinja, is-settur privat u s-soċjetà ċivili fil-Forum Ġenerazzjoni Ugwaljanza f'Pariġi; jappella għal sistema kontabilistika internazzjonali u effiċjenti, u jappella lill-Kummissjoni biex tissorvelja l-impenji deċiżi tagħha u l-implimentazzjoni korretta tagħhom kull sena;

96.  Ifakkar fl-impenn tal-Kummissjoni li tiddedika EUR 4 biljun mill-baġit estern għan-nisa u l-bniet u li żżid il-finanzjament tal-organizzazzjonijiet tan-nisa; jitlob li dawn l-impenji jiġu ċċarati, immonitorjati b'mod adegwat u tradotti fil-prattika, u li jiġu stabbiliti linja bażi u miri ċari;

97.  Jindika darb'oħra li d-djalogu interġenerazzjonali u l-inklużjoni kif ukoll l-impenn tal-irġiel u s-subien biex javvanzaw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri huma kruċjali biex iġibu bidla fis-soċjetà u tinħoloq Ġenerazzjoni Ugwaljanza reali;

98.  Jilqa' r-rikonoxximent mill-GAP III tal-importanza li l-irġiel u s-subien jiġu involuti b'mod attiv biex jippromwovu l-bidla fl-attitudnijiet soċjali u, b'riżultat ta' dan, bidla strutturali usa'; jenfasizza l-importanza li jinħolqu modi prattiċi biex l-irġiel u s-subien jiġu involuti bħala aġenti tal-bidla permezz tat-twaqqif ta' indikaturi u miri addizzjonali relatati mal-involviment tal-irġiel u tas-subien u l-iżgurar li l-GAP III jagħti riżultati pożittivi għalihom ukoll;

o
o   o

99.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

(1) ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35.
(2) ĠU L 107, 26.3.2021, p. 1.
(3) ĠU L 209, 14.6.2021, p. 1.
(4) ĠU C 76, 9.3.2020, p. 168.
(5) ĠU C 294, 23.7.2021, p. 8.
(6) ĠU C 294, 23.7.2021, p. 58.
(7) ĠU C 404, 6.10.2021, p. 202.
(8) ĠU C 456, 10.11.2021, p. 191.
(9) ĠU C 456, 10.11.2021, p. 232.
(10) ĠU C 81, 18.2.2022, p. 63.
(11) ĠU C 81, 18.2.2022, p. 43.
(12) ĠU C 162, 10.5.2019, p. 9.
(13) ĠU C 99 E, 3.4.2012, p. 31.


L-istat tad-dritt u l-konsegwenzi tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
PDF 142kWORD 50k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2022 dwar l-istat tad-dritt u l-konsegwenzi tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (2022/2535(RSP))
P9_TA(2022)0074B9-0134/2022

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 2, 3(1), 4(3), 6, 7, 13, 14(1), 16(1), 17(1), 17(3), 17(8), 19(1) it-tieni subparagrafu u l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), kif ukoll l-Artikoli 265, 310, 317 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni(1) (ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2021 dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092, il-mekkaniżmu ta' kondizzjonalità marbut mal-istat tad-dritt(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Ġunju 2021 dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea u l-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 dwar il-Kondizzjonalità (UE, Euratom)(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Lulju 2021 dwar it-tfassil ta' linji gwida għall-applikazzjoni tar-reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni(4),

–  wara li kkunsidra r-rikors tiegħu ppreżentat fid-29 ta' Ottubru 2021, għan-nuqqas ta' azzjoni fil-Kawża C-657/21, Il-Parlament Ewropew vs Il-Kummissjoni Ewropea, li hija attwalment pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE),

–  wara li kkunsidra r-Rapporti tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt tat-30 ta' Settembru 2020 (COM(2020)0580), u tal-20 ta' Lulju 2021 COM(2021)0700,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew adottati fil-11 ta' Diċembru 2020,

–  wara li kkunsidra l-ġurisprudenza‑tal-QĠUE u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra s-sentenzi tal-QĠUE tas-16 ta' Frar 2022 fil-kawżi C-156/21 u C-157/21(5),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-QĠUE tat-3 ta' Ġunju 2021 fil-Kawża C-650/18 li tiċħad ir-rikors tal-Ungerija kontra r-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-12 ta' Settembru 2018 li tiskatta l-proċedura għad-determinazzjoni tal-eżistenza ta' riskju ċar ta' ksur serju minn Stat Membru tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea(6),

–  wara li kkunsidra d-digriet tal-QĠUE tal-14 ta' Lulju 2021 u d-deċiżjoni tagħha tal-15 ta' Lulju 2021(7), li tistipula li s-sistema dixxiplinari għall-imħallfin fil-Polonja mhijiex kompatibbli mad-dritt tal-UE,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2018 dwar proposta li titlob lill-Kunsill jiddetermina, skont l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-eżistenza ta' riskju ċar ta' ksur serju mill-Ungerija tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni(8),

–  wara li kkunsidra l-proposta motivata tal-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 2017 skont l-Artikolu 7(1) tat-TUE rigward l-istat tad-dritt fil-Polonja: proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar id-determinazzjoni ta' riskju ċar ta' ksur gravi tal-istat tad-dritt mir-Repubblika tal-Polonja (COM(2017)0835),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Marzu 2018 dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex jiġi attivat l-Artikolu 7(1) tat-TUE minħabba s-sitwazzjoni fil-Polonja(9),

–  wara li kkunsidra l-ittri tas-17 ta' Novembru 2021 mibgħuta mill-Kummissjoni lill-Polonja u lill-Ungerija skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jappartjenu għal minoranzi, kif minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE;

B.  billi f'konformità mar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt, l-istat tad-dritt irid jinftiehem fid-dawl tal-valuri u l-prinċipji minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE, b'mod partikolari d-drittijiet fundamentali u n-nondiskriminazzjoni; huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tuża l-għodod kollha għad-dispożizzjoni tagħha, inkluż ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt, biex tindirizza l-ksur persistenti tad-demokrazija u tad-drittijiet fundamentali kullimkien fl-Unjoni, inklużi attakki kontra l-libertà tal-media u l-ġurnalisti, il-migranti, id-drittijiet tan-nisa, id-drittijiet tal-persuni LGBTIQ, u l-libertà ta' assoċjazzjoni u ta' għaqda; jistieden lill-Kummissjoni taġixxi u tqis dan fl-applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt;

C.  billi kwalunkwe riskju ċar ta' ksur serju min-naħa ta' Stat Membru tal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE ma jikkonċernax biss lill-Istat Membru individwali fejn jimmaterjalizza r-riskju, iżda għandu impatt ukoll fuq l-Istati Membri l-oħra, fuq il-fiduċja reċiproka ta' bejniethom, u fuq in-natura nnifsha tal-Unjoni u d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tagħha skont id-dritt tal-Unjoni;

D.  billi l-valuri li jinsabu fl-Artikolu 2 tat-TUE jiddefinixxu l-identità nnifisha tal-Unjoni Ewropea bħala ordinament ġuridiku komuni u għalhekk l-Unjoni Ewropea jeħtiġilha tkun tista' tiddefendi dawn il-valuri, fil-limiti tas-setgħat tagħha kif mogħtija mit-Trattati;

E.  billi r-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2021 u ilu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha minn dik id-data;

F.  billi l-applikabbiltà, l-għan u l-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt huma definiti b'mod ċar fih; billi, skont l-Artikolu 17(1) tat-TUE, il-Kummissjoni "għandha tiżgura l-applikazzjoni tat-Trattati, u tal-miżuri adottati fl-ambitu tagħhom mill-istituzzjonijiet";

G.  billi n-nuqqas tal-President tal-Kummissjoni mid-dibattitu fil-plenarja tas-16 ta' Frar 2022 juri nuqqas ta' rispett għall-obbligu tal-Kummissjoni li tagħti prijorità lill-preżenza tagħha, jekk mitluba, fis-seduti plenarji tal-Parlament, f'avvenimenti jew stediniet oħra li jseħħu fl-istess ħin, kif minqux fil-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea(10);

H.  billi fid-dikjarazzjoni tagħha għall-istampa tas-16 ta' Frar 2022, il-President von der Leyen ħabbret li filwaqt li tqis is-sentenzi tal-QĠUE, il-Kummissjoni "se tadotta fil-ġimgħat li ġejjin linji gwida li jipprovdu aktar ċarezza dwar kif napplikaw il-mekkaniżmu fil-prattika";

I.  billi l-applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt mhijiex soġġetta għall-adozzjoni ta' linji gwida, li mhumiex parti mir-regolament, u billi kwalunkwe linja gwida ma tridx iddgħajjef l-intenzjoni tal-koleġiżlaturi, jew tbiddel, tespandi jew tnaqqas il-kamp ta' applikazzjoni tat-test tar-regolament;

J.  billi r-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt huwa maħsub biex jipproteġi l-baġit tal-Unjoni u l-interessi finanzjarji tal-Unjoni minn effetti li jirriżultaw mill-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt;

K.  billi huwa inaċċettabbli li minn Diċembru 2021, il-Kummissjoni u l-Kunsill irrifjutaw li jidħlu f'negozjati dwar ftehim interistituzzjonali dwar mekkaniżmu uniku, ibbażat fuq l-evidenza u mifrux mal-UE kollha dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, kif mitlub mill-Parlament fl-inizjattiva leġiżlattiva tiegħu tas-7 ta' Ottubru 2020(11);

L.   billi t-tliet kundizzjonijiet biex jiġu żburżati l-fondi tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza lill-Polonja msemmija mill-President tal-Kummissjoni fid-19 ta' Ottubru 2021 għadhom ma ġewx issodisfati;

M.  billi skont l-Artikolu 319 tat-TFUE, "il-Parlament Ewropew, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill, għandu jagħti kwittanza lill-Kummissjoni rigward l-implementazzjoni tal-baġit";

N.  billi l-gwerra li qed tiżviluppa fl-Ukrajna tfakkarna fid-dmir komuni tagħna li nipproteġu b'mod effettiv id-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-valuri tagħna kif minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE bil-mezzi kollha għad-dispożizzjoni tagħna;

O.  billi, skont l-Artikolu 234 tat-TFUE, il-Parlament Ewropew għandu d-dritt li jivvota dwar mozzjoni ta' ċensura tal-Kummissjoni;

P.  billi l-Kummissjoni sfortunatament iddeċidiet li tirrispetta l-konklużjonijiet mhux vinkolanti tal-Kunsill Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2020, minkejja li "għandha twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha b'indipendenza totali" u l-membri tagħha "la għandhom ifittxu u lanqas għandhom jaċċettaw istruzzjonijiet minn xi gvern, xi istituzzjoni, korp jew organu" (l-Artikolu 17(3) tat-TUE, l-Artikolu 245 tat-TFUE) u barra minn hekk "għandha tkun responsabbli quddiem il-Parlament Ewropew" (l-Artikolu 17(8) tat-TUE) u "għandha tissorvelja l-applikazzjoni tat-Trattati kif ukoll tal-miżuri adottati mill-Istituzzjonijiet skond dawn it-Trattati" (l-Artikolu 17(1) tat-TUE);

1.  Jilqa' s-sentenzi tal-QĠUE tas-16 ta' Frar 2022(12) u l-konklużjonijiet tagħha li l-Mekkaniżmu ta' Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt huwa konformi mad-dritt tal-UE, li jikkonferma l-adegwatezza tal-bażi ġuridika, il-kompatibbiltà tar-reġim mal-Artikolu 7 tat-TUE u l-prinċipju taċ-ċertezza tad-dritt, kif ukoll il-kompetenzi tal-UE rigward l-istat tad-dritt fl-Istati Membri, u l-konklużjoni li r-rikorsi mressqa mill-Ungerija u l-Polonja kontra r-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt għandhom jiġu miċħuda;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni urġenti u tapplika immedjatament il-Mekkaniżmu ta' Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt billi tibgħat notifika bil-miktub skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt, filwaqt li tinforma direttament lill-Parlament minn hemm 'il quddiem, u jistenna li l-okkorrenzi kollha li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regolament fl-14-il xahar mid-dħul fis-seħħ tiegħu f'Jannar 2021 iridu jiffurmaw parti min-notifika; jissottolinja li wasal iż-żmien li l-Kummissjoni tissodisfa d-dmirijiet tagħha bħala l-gwardjan tat-Trattati u tirreaġixxi minnufih għall-ksur serju li għaddej tal-prinċipji tal-istat tad-dritt f'xi Stati Membri, li jirrappreżenta periklu serju għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni rigward id-distribuzzjoni ġusta, legali u imparzjali tal-fondi tal-UE, b'mod partikolari dawk taħt ġestjoni kondiviża; iwissi li kwalunkwe dewmien ulterjuri jista' jkollu konsegwenzi serji;

3.  Jisħaq li n-nuqqas ta' azzjoni u l-approċċ laxk lejn strutturi oligarkiċi u l-ksur sistemiku tal-istat tad-dritt jdgħajfu l-Unjoni Ewropea kollha u idgħajfu l-fiduċja taċ-ċittadini tagħha; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-flus il-kontribwenti qatt ma jispiċċaw fil-bwiet ta' dawk li jdgħajfu l-valuri komuni tal-UE;

4.  Jiddispjaċih dwar ir-rispons inadegwat tal-Kummissjoni għad-deċiżjonijiet tal-QĠUE tas-16 ta' Frar 2022, minkejja l-impenn tagħha li tiffinalizza l-linji gwida dwar l-applikazzjoni tal-Mekkaniżmu tal-Istat tad-Dritt; itenni, madankollu, li t-test tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt huwa ċar u ma jeħtieġx interpretazzjoni addizzjonali sabiex jiġi applikat u li l-koleġiżlaturi ma ddelegawx lill-Kummissjoni kwalunkwe setgħa għal dan l-għan; jissottolinja li l-QĠUE rrikonoxxiet, b'mod partikolari, li l-Istati Membri ma jistgħux isostnu li mhumiex f'pożizzjoni li jiddeterminaw bi preċiżjoni suffiċjenti l-kontenut essenzjali u r-rekwiżiti li jirriżultaw mir-regolament; jenfasizza, f'dan il-kuntest, li l-proċess li jiġu żviluppati linji gwida, li mhumiex legalment vinkolanti u li mhumiex parti mir-regolament, ma jrid fl-ebda każ jikkawża aktar dewmien fl-applikazzjoni tar-regolament, u jirrimarka b'mod partikolari li l-Kummissjoni għandha d-dmir li timplimenta l-leġiżlazzjoni tal-UE irrispettivament mill-iskedi elettorali fl-Istati Membri;

5.  Jinnota li f'Ottubru 2021, skont l-Artikolu 265 tat-TFUE, il-Parlament nieda azzjoni kontra l-Kummissjoni quddiem il-QĠUE minħabba n-nuqqas tagħha li tieħu azzjoni u tapplika r-regolament, li fl-2021 kienet ġiet mitluba f'żewġ riżoluzzjonijiet u li kienu segwitu tat-tweġibiet mhux sodisfaċenti mill-Kummissjoni u t-tentattiv tagħha biex tikseb iktar ħin; ifakkar li dan il-każ(13) bħalissa jinsab fil-fażi bil-miktub tal-proċedura, fejn il-partijiet involuti – il-Kummissjoni u l-Parlament – jippreżentaw l-argumenti tagħhom bil-miktub; jiddispjaċih għall-fatt li l-Kummissjoni għadha ma weġbitx għas-sejħa tal-Parlament biex jiġi attivat l-Artikolu 6(1) tar-Regolament u ma bagħtitx notifiki bil-miktub lill-Istati Membri kkonċernati, iżda bagħtet biss talbiet għal informazzjoni lill-Ungerija u lill-Polonja f'Novembru 2021;

6.  Jiddispjaċih dwar l-inabbiltà tal-Kunsill li jwettaq progress sinifikanti fl-infurzar tal-valuri tal-Unjoni fil-proċeduri tal-Artikolu 7 li għaddejjin bħalissa b'rispons għat-theddid għall-valuri komuni Ewropej fil-Polonja u fl-Ungerija; jirrimarka li dan in-nuqqas min-naħa tal-Kunsill li jagħmel użu effettiv mill-Artikolu 7 tat-TUE qed ikompli jdgħajjef l-integrità tal-valuri komuni Ewropej, il-fiduċja reċiproka u l-kredibbiltà tal-Unjoni kollha kemm hi; iħeġġeġ lill-Presidenza Franċiża u lis-suċċessuri tagħha jorganizzaw seduti ta' smigħ fuq bażi regolari; jilqa', f'dan ir-rigward, l-ewwel seduta ta' smigħ imsejħa mill-Presidenza Franċiża fit-22 ta' Frar 2022 u t-tieni waħda, li ġiet ippjanata għat-30 ta' Mejju 2022; jirrakkomanda lill-Kunsill jindirizza rakkomandazzjonijiet konkreti lill-Istati Membri inkwistjoni, kif previst fl-Artikolu 7(1) tat-TUE, bħala segwitu għas-seduti ta' smigħ, u li jindika l-iskadenzi għall-implimentazzjoni ta' dawk ir-rakkomandazzjonijiet;

7.  Jistieden, għalhekk, lill-Presidenza Franċiża tissodisfa l-impenn tagħha għal "Ewropa aktar umana" u tikkontribwixxi b'mod riżolut għat-tisħiħ tal-istat tad-dritt u għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, kif minquxa fil-programm tagħha tal-presidenza tal-UE, fejn l-istat tad-dritt huwa deskritt bħala "prerekwiżit essenzjali għall-funzjonament tajjeb tal-Unjoni"; iħeġġeġ lill-Presidenza Franċiża tappoġġja l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni rapidi u tajbin tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt;

8.  Jissottolinja li s-sitwazzjoni li qed tiddeterjora rigward l-istat tad-dritt f'xi Stati Membri teħtieġ djalogu kostruttiv dwar l-evoluzzjoni ulterjuri tas-sett ta' għodod tal-UE dwar l-istat tad-dritt;

9.  Jisħaq li fit-teħid ta' kwalunkwe azzjoni skont ir-regolament, il-Kummissjoni għandha tiżgura trasparenza sħiħa u tinforma lill-Parlament b'mod sħiħ u f'waqtu, għall-kuntrarju tal-approċċ meħud mill-Kummissjoni meta tibgħat ittri li jitolbu informazzjoni skont ir-regolament f'Novembru 2021;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li r-riċevituri jew il-benefiċjarji finali tal-fondi tal-UE ma jiġux miċħuda l-benefiċċji tal-fondi tal-UE fil-każ li jiġu applikati sanzjonijiet skont il-Mekkaniżmu ta' Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt, kif stabbilit fl-Artikolu 5, subparagrafi (4) u (5), tar-regolament;

11.  Jisħaq li l-Mekkaniżmu ta' Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt għandu jiġi applikat kemm għall-baġit tal-Unjoni kif ukoll għan-Next Generation EU; jisħaq wkoll li l-approvazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali skont il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandha tiddependi fuq it-twettiq tal-11-il kriterju kollha stabbiliti fl-Artikolu 19 fl-Anness V tar-regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza; jistenna li l-Kummissjoni teskludi r-riskji kollha tal-programmi taħt il-politika ta' koeżjoni li jikkontribwixxu għall-użu ħażin tal-fondi tal-UE jew għall-ksur tal-istat tad-dritt qabel ma tapprova l-ftehimiet ta' sħubija u l-programmi tal-politika ta' koeżjoni; jistieden lill-Kummissjoni tapplika r-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni u r-Regolament Finanzjarju b'mod aktar strett sabiex tindirizza l-użu diskriminatorju tal-fondi tal-UE b'mod partikolari kwalunkwe użu ta' natura politikament motivata;

12.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

(1) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 1.
(2) ĠU C 494, 8.12.2021, p. 61.
(3) ĠU C 67, 8.2.2022, p. 86.
(4) ĠU C 99, 1.3.2022, p. 146.
(5) Is-sentenza tas-16 ta' Frar 2022, L-Ungerija vs Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, C-156/21, ECLI:EU:C:2022:97 u s-sentenza tas-16 ta' Frar 2022, Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, C-157/21, ECLI:EU:C:2022:98.
(6) Is-sentenza tat-3 ta' Ġunju 2021, L-Ungerija vs Il-Parlament, C-650/18, ECLI:EU:C:2021:426.
(7) Id-digriet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Lulju 2021, Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja, C-204/21 R, ECLI:EU:C:2021:593 u s-sentenza tal-15 ta' Lulju 2021, Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja, C-791/19, ECLI:EU:C:2021:596
(8) ĠU C 433, 23.12.2019, p. 66.
(9) ĠU C 129, 5.4.2019, p. 13.
(10) ĠU L 304, 20.11.2010, p. 47.
(11) ĠU C 395, 29.9.2021, p. 2.
(12) Fil-kawżi C-156/21 u C-157/21, kif imsemmi hawn fuq.
(13) C-657/21.


Qafas Ewropew dwar it-Taxxa Minn Ras il-Għajn
PDF 179kWORD 60k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2022 dwar Qafas Ewropew dwar it-Taxxa Minn Ras il-Għajn (2021/2097(INI))
P9_TA(2022)0075A9-0011/2022

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 12, 45, 49, 58, 63, 64, 65, 113, 115 u 116 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-11 ta' Novembru 2011 għal Direttiva tal-Kunsill dwar sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta' imgħax u ta' royalties li jsiru bejn kumpaniji assoċjati ta' Stati Membri differenti (COM(2011)0714),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2011/96/UE tat-30 ta' Novembru 2011 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpaniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti(1) (id-Direttiva dwar il-Kumpaniji Prinċipali u Sussidjarji),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta' Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta' evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern(2) u d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/952 tad-29 ta' Mejju 2017 li temenda d-Direttiva (UE) 2016/1164 fir-rigward ta' diskrepanzi ibridi ma' pajjiżi terzi(3);

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2003/49/KE tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta' imgħax u ta' royalties bejn kumpaniji assoċjati ta' Stati Membri differenti(4) (id-Direttiva dwar l-Imgħax u r-Royalties),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE tad-9 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni(5),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2018/822 tal-25 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar l-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni fir-rigward ta' arranġamenti transkonfinali rapportabbli(6),

–  wara li kkunsidra l-proposti tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ottubru 2016 dwar Bażi Komuni għat-Taxxa Korporattiva (COM(2016)0685) u tal-25 ta' Ottubru 2016 dwar Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva (COM(2016)0683), il-pakkett tat-tassazzjoni diġitali(7), u l-pożizzjoni tal-Parlament dwar dan,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Mejju 2021 bit-titlu "It-Tassazzjoni tal-Intrapriżi għas-Seklu 21" (COM(2021)0251),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Settembru 2012 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta' imgħax u ta' royalties li jsiru bejn kumpaniji assoċjati ta' Stati Membri differenti(8),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2017 lill-Kunsill Ewropew u lill-Kummissjoni wara l-inkjesta dwar il-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa(9),

–  wara li kkunsidra s-segwitu mogħti mill-Kummissjoni għal kull waħda mir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament imsemmijin hawn fuq(10),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq tat-23 ta' Settembru 2020 dwar l-iskemi cum/ex, cum/cum u l-irkupru tat-taxxa minn ras il-għajn,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ottubru 2009 dwar proċeduri għall-ħelsien mit-taxxa minn ras il-għajn(11),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Novembru 2011 bit-titlu "Taxxa Doppja fis-Suq Uniku" (COM(2011)0712),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Lulju 2020 bit-titlu "Pjan ta' Azzjoni għal Tassazzjoni Ġusta u Sempliċi li Tappoġġa l-Istrateġija ta' Rkupru" (COM(2020)0312),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Settembru 2020 bit-titlu "Unjoni tas-Swieq Kapitali għall-persuni u n-negozji – pjan ta' azzjoni ġdid" (COM(2020)0590),

–  wara li kkunsidra l-Kodiċi ta' Kondotta tal-Kummissjoni dwar it-Taxxa minn Ras il-Għajn tal-2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Awtorità Bankarja Ewropea tal-11 ta' Mejju 2020 dwar l-iskemi cum/ex, cum/cum u tal-irkupru tat-taxxa minn ras il-għajn,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq tat-23 ta' Settembru 2020 dwar ir-Rieżami tal-MAR (ir-Regolament dwar l-abbuż tas-suq),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-24 ta' Marzu 2017 bit-titlu "Aċċelerazzjoni tal-unjoni tas-swieq kapitali: indirizzar tal-barrieri nazzjonali għall-flussi kapitali" (COM(2017)0147),

–  wara li kkunsidra l-istudju tal-Osservatorju tat-Taxxa tal-UE ta' Ottubru 2021 bit-titlu "Revenue effects of the global minimum tax: country-by-country estimates" (L-effetti tad-dħul mit-taxxa minima globali: stimi għal kull pajjiż),

–  wara li kkunsidra l-istudju tal-Osservatorju tat-Taxxa tal-UE tat-22 ta' Novembru 2021 bit-titlu "New forms of tax competition in the European Union: An empirical investigation" (Forom ġodda ta' kompetizzjoni tat-taxxa fl-Unjoni Ewropea: investigazzjoni empirika),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza(12),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-22 ta' Jannar 2021 bit-titlu "Guidance to Member States Recovery and Resilience Plans" (Gwida għall-Istati Membri dwar il-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza ta) (SWD(2021)0012),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-1 ta' Lulju 2021 mill-Qafas Inklużiv tal-G20/Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) dwar l-Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa u Trasferiment tal-Profitti (BEPS) dwar Soluzzjoni b'Żewġ Pilastri biex jiġu Indirizzati l-Isfidi tat-Taxxa li Jirriżultaw mid-Diġitalizzazzjoni tal-Ekonomija,

–  wara li kkunsidra l-proġett TRACE (Grupp għall-Ħelsien mit-Taxxa skont it-trattati u għat-Tisħiħ tal-Konformità) tal-OECD,

–  wara li kkunsidra l-valutazzjoni tal-impatt tal-bidu tal-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2021 dwar l-inizjattiva bit-titlu "New EU system for the avoidance of double taxation and prevention of tax abuse in the field of withholding taxes" (Sistema ġdida tal-UE għall-evitar tat-tassazzjoni doppja u l-prevenzjoni tal-abbuż tat-taxxa fil-qasam tat-taxxi minn ras il-għajn),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2015 dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili(13),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2016 dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili(14),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Novembru 2018 dwar l-iskandlu cum-ex: il-kriminalità finanzjarja u l-lakuni fil-qafas legali kurrenti(15),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-kriminalità finanzjarja, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa(16),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Jannar 2021 dwar ir-riforma tal-lista tal-UE tar-rifuġji fiskali(17),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Settembru 2021 dwar l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-UE għall-iskambju ta' informazzjoni dwar it-taxxa: il-progress, it-tagħlimiet miksuba u l-ostakli li jridu jingħelbu(18),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regolament ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0011/2022),

A.  billi l-Istati Membri qed ikomplu jitilfu d-dħul mit-taxxa minħabba prattiki tat-taxxa dannużi, u l-istimi tad-dħul mitluf minħabba li l-evitar tat-taxxa korporattiva jvarja minn EUR 36-37 biljun(19) għal EUR 160-190 biljun fis-sena(20);

B.  billi riċerka indipendenti(21) tissuġġerixxi li b'mod kollettiv l-Istati Membri tal-UE jitilfu iktar sħul mit-taxxa korporattiva minn pajjiżi terzi;

C.  billi flussi kbar ta' royalties, imgħax jew pagamenti ta' dividendi permezz ta' ċerta ġuriżdizzjoni jindikaw li l-profitti qed jiġu ridirezzjonati bl-għan uniku li jitnaqqas il-piż tat-taxxa;

D.  billi l-istrutturi ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa jistgħu jinġabru fi tliet mezzi ewlenin: (i) pagamenti ta' royalties, (ii) pagamenti ta' imgħax u (iii) ipprezzar ta' trasferiment(22), li juru l-importanza ta' flussi ta' introjtu passiv fl-evitar u l-evażjoni tat-taxxa;

E.  billi l-Qafas Inklużiv tal-OECD/G20 dwar il-BEPS qabel dwar il-komponenti ewlenin ta' riforma fuq żewġ pilastri tas-sistema tat-taxxa internazzjonali sabiex jiġu indirizzati l-isfidi li jirriżultaw mid-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija, inkluża rata tat-taxxa korporattiva effettiva minima ta' 15 %;

F.  billi l-Osservatorju tat-Taxxa tal-UE stima li l-implimentazzjoni tal-Pilastru II tal-ftehim OECD/G20 se twassal għal żieda immedjata ta' EUR 63,9 biljun fi dħul mit-taxxa għas-27 Stat Membru;

G.  billi t-taxxi minn ras il-għajn jistgħu jnaqqsu r-riskju tal-evażjoni u tal-evitar tat-taxxa, iżda jistgħu jwasslu wkoll għal tassazzjoni doppja; billi tali taxxi jirrappreżentaw sors ta' dħul għall-Istati Membri biex jiffinanzjaw l-infiq pubbliku, u huma għodda effettiva biex tiġi żgurata bażi ta' taxxa nazzjonali u jiġi miġġieled it-trasferiment tal-profitt lejn ġuriżdizzjonijiet b'rata baxxa ta' taxxa;

H.  billi l-bidliet fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri fis-sistema tat-taxxa minn ras il-għajn jenħtieġ li jiġu integrati mad-dispożizzjonijiet eżistenti u futuri kontra l-evitar tat-taxxa, bħall-implimentazzjoni tal-ftehim imsemmi hawn fuq mill-Qafas Inklużiv dwar il-BEPS OECD/G20;

I.  billi kemm l-iskema cum-ex kif ukoll l-iskema cum-cum involvu rkupru ta' taxxa minn ras il-għajn fuq id-dividendi li l-benefiċjarji ma kinux intitolati għalihom u huma stmati li rrappreżentaw spiża totali għall-kontribwenti ta' madwar EUR 140 biljun bejn l-2000 u l-2020; billi l-biċċa l-kbira min dan l-irkupru tqies bħala illegali u r-rivelazzjonijiet jikkostitwixxu l-akbar skandlu ta' frodi tat-taxxa fl-Unjoni Ewropea;

J.  billi proċeduri ta' rifużjoni kumplessi, twal, għaljin u mhux standardizzati jżidu r-riskju ta' skemi ta' frodi u evitar tat-taxxa, kif muri mir-rivelazzjonijiet cum-ex, filwaqt li jżidu wkoll il-piż amministrattiv għall-investimenti transfruntiera, b'mod partikolari għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u l-investituri fil-livell tal-konsumatur, u jistgħu jiskoraġġixxu l-investimenti transfruntiera u joħolqu ostaklu għall-integrazzjoni tas-suq u l-avvanz tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali;

K.  billi l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-Unjoni tas-Swieq Kapitali hija stabbilita fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ottubru 2020 bit-titlu "Żvilupp ulterjuri tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU): titjib tal-aċċess għall-finanzjament fis-swieq kapitali, b'mod partikolari mill-SMEs, u żieda ulterjuri fil-parteċipazzjoni tal-investituri fil-livell tal-konsumatur"(23); billi l-UE tibqa' impenjata li tlesti l-Unjoni tas-Swieq Kapitali u li tippromwovi suq Ewropew ġenwin li jħeġġeġ l-investimenti transfruntiera; billi l-Kummissjoni ħabbret l-objettiv li ttaffi l-piż assoċjat mat-taxxa fl-investimenti transfruntiera bħala wieħed mill-punti ta' azzjoni ewlenin fil-komunikazzjoni tagħha tal-2020 bit-titlu "Unjoni tas-Swieq Kapitali għaċ-ċittadini u n-negozji – pjan ta' azzjoni ġdid";

L.  billi l-Kummissjoni introduċiet miżuri mhux vinkolanti biex tiffaċilita l-proċeduri ta' talba għal rifużjoni tat-taxxa fil-passat, inkluż Kodiċi ta' Kondotta dwar it-taxxa minn ras il-għajn u rakkomandazzjoni dwar is-simplifikazzjoni tal-proċeduri biex jintalab ħelsien mit-taxxa minn ras il-għajn transfruntier, li taw biss riżultati limitati; billi l-pakkett TRACE tal-OECD(24) lanqas ma huwa applikat b'mod wiesa';

M.  billi l-Kummissjoni stmat li l-ispejjeż totali tal-proċeduri ta' rifużjoni tat-taxxa minn ras il-għajn kienu ta' madwar EUR 8,4 biljun fl-2016, li kien prinċipalment dovut għall-ħelsien mit-taxxa mitluf, l-ispejjeż ta' proċeduri ta' rkupru u l-kostijiet tal-opportunità(25), li wasslu biex il-prospettiva ta' investimenti transfruntiera jsiru inqas attraenti;

N.  billi kemm id-Direttiva dwar l-Imgħax u r-Royalties (IRD) kif ukoll id-Direttiva dwar il-Kumpaniji Prinċipali u Sussidjarji (PSD) jeżentaw ċerti pagamenti transfruntiera li jseħħu fl-UE u huma relatati mal-imgħax, ir-royalties u d-dividendi mit-taxxa minn ras il-għajn bil-għan li tiġi eliminata t-tassazzjoni doppja;

O.  billi fis-26 ta' Frar 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ħarġet deċiżjonijiet b'rabta ma' diversi kawżi relatati mar-reġim tat-taxxa minn ras il-għajn tad-Danimarka fir-rigward tad-dividendi u l-imgħax imħallsa minn kumpaniji Daniżi lil kumpaniji fi Stati Membri oħra tal-UE b'konsegwenzi importanti għall-applikazzjoni tal-IRD u l-PSD; billi dawn il-kawżi jikkonfermaw l-importanza ta' informazzjoni affidabbli dwar is-sjieda benefiċjarja u ta' sustanza ekonomika min-naħa tar-riċevitur ta' introjtu passiv;

P.  billi l-premessa 3 tal-IRD tiddikjara li "jeħtieġ li jkun assigurat li l-pagamenti ta' imgħax u royalties ikunu suġġetti għat-taxxa darba fi Stat Membru";

Q.  billi n-negozjati dwar ir-reviżjoni tal-IRD ilhom staġnati fil-Kunsill mill-2012 minħabba fehmiet diverġenti fost l-Istati Membri dwar il-possibbiltà li tiġi inkluża rata tat-taxxa minima effettiva għar-royalties u l-imgħax; billi l-Kummissjoni tqis li t-traspożizzjoni tal-Pilastru 2 tal-Qafas Inklużiv OECD/G20 dwar il-BEPS jenħtieġ li twitti t-triq biex jintlaħaq qbil dwar il-proposta pendenti għar-riformulazzjoni tal-IRD(26),

R.  billi l-Kummissjoni wegħdet li tipproponi inizjattiva leġiżlattiva għall-introduzzjoni ta' sistema komuni, standardizzata u mifruxa mal-UE kollha għall-ħelsien mit-taxxa minn ras il-għajn, akkumpanjata minn mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni u kooperazzjoni fost l-amministrazzjonijiet tat-taxxa(27);

S.  billi standards għoljin ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fir-rigward tat-tassazzjoni, fi ħdan il-konfini tat-Trattati u l-qafas legali Ewropew, jibqgħu kruċjali għall-protezzjoni u s-salvagwardja tal-integrità tas-suq uniku;

It-tmiem tal-prattiki ta' trasferiment tal-profitti

1.  Jinnota li minkejja sforzi kontinwi, is-sistema ta' taxxi minn ras il-għajn fost l-Istati Membri baqgħet fil-biċċa l-kbira frammentata f'termini ta' rati u proċeduri tal-ħelsien mit-taxxa, u dan ħoloq lakuni u inċertezza legali; jinnota wkoll li s-sistema attwali qed tiġi abbużata biex tittrasferixxi l-profitti, tippermetti ppjanar aggressiv tat-taxxa u toħloq l-effett mhux mixtieq ta' tassazzjoni doppja flimkien ma' ostakli għal investimenti transfruntiera fis-suq uniku;

2.  Jilqa' l-progress konsiderevoli li sar fil-ġlieda kontra prattiki tat-taxxa dannużi f'dawn l-aħħar snin, kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak internazzjonali, filwaqt li jenfasizza li hija meħtieġa applikazzjoni aħjar tal-liġijiet eżistenti u, fid-dawl tal-evidenza dejjem tikber ta' trasferiment tal-profitt, kompetizzjoni tat-taxxa dannuża, u frodi, b'mod partikolari wara r-rivelazzjonijiet cum-ex, tista' tkun meħtieġa azzjoni leġiżlattiva, flimkien ma' sforzi biex jiġu indirizzati l-ostakli bbażati fuq it-tassazzjoni għall-investimenti transfruntiera;

3.  Jilqa' l-ftehim li ntlaħaq mill-Qafas Inklużiv tal-OECD/G20 dwar riforma b'żewġ pilastri, inkluża rata tat-taxxa korporattiva effettiva minima globali; iqis li dan huwa pass importanti lejn it-tmiem tal-prattika tat-trasferiment tal-profitti lejn ġuriżdizzjonijiet b'taxxa baxxa, it-tnaqqis tal-kompetizzjoni dannuża fil-qasam tat-taxxa fost it-territorji u l-iżgurar li l-kumpaniji jħallsu s-sehem ġust tagħhom ta' taxxa f'kull ġuriżdizzjoni; jinnota, madankollu, li l-ftehim jinkludi klawżoli ta' esklużjoni fiskali u esklużjoni de minimis u li l-kamp ta' applikazzjoni huwa ffokat fuq intrapriżi multinazzjonali b'fatturat globali kkonsolidat ta' mill-inqas EUR 750 miljun;

4.  jinsab kuntent li 137 pajjiż u ġuriżdizzjoni appoġġaw il-Ftehim Qafas Inklużiv tal-OECD/G20 dwar riforma b'żewġ pilastri; jinnota b'sodisfazzjon il-fatt li l-Membri kollha tal-G20 u tal-OECD u l-Istati Membri kollha tal-UE huma parti tal-ftehim; jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni ressqet proposta leġiżlattiva għall-implimentazzjoni tal-Pilastru II f'konformità mal-ftehim ftit wara li l-OECD żviluppat ir-regoli mudell tagħha; jistieden lill-Kunsill jadotta malajr tali proposti, filwaqt li titqies il-pożizzjoni tal-Parlament, sabiex ikun effettiv mill-2023; jemmen li l-istabbiliment ta' limitu fuq il-kompetizzjoni fil-qasam tat-taxxa huwa parti mill-implimentazzjoni tal-ftehim internazzjonali;

5.  Ifakkar li t-taxxi minn ras il-għajn jistgħu jkunu miżura difensiva li l-Istati Membri jieħdu kontra l-pajjiżi msemmija fil-lista tal-UE ta' ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta' taxxa; jitlob li l-Kummissjoni tikkunsidra li tressaq proposta leġiżlattiva li ttejjeb miżuri difensivi koordinati fil-konfront tal-pajjiżi elenkati, peress li l-applikazzjoni diskrezzjonali mill-Istati Membri individwali kienet inqas effettiva milli previst; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-implimentazzjoni tal-ftehim OECD/G20, b'mod partikolari l-Pilastru II, trid titqies ukoll;

6.  Itenni t-talba tiegħu li l-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva għal taxxa minn ras l-għajn fl-UE kollha sabiex jiġi żgurat li l-pagamenti ġġenerati fl-Unjoni jiġu intaxxati mill-inqas darba qabel ma jinħarġu l-barra mill-Unjoni(28); iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkludi miżuri qawwija kontra l-abbuż f'din il-proposta;

7.  Jinnota li sistema tat-taxxa sempliċi, konsistenti u ġusta hija fattur ewlieni fit-tisħiħ tal-kompetittività tal-UE; jiddispjaċih li l-erożjoni tal-bażi u t-trasferiment tal-profitti għadhom għaddejjin u huma ffaċilitati minn nuqqas ta' taxxa minn ras il-għajn komuni fuq pagamenti ħerġin lil pajjiżi terzi u n-nuqqas ta' regoli u proċeduri komuni li jiżguraw b'mod aktar effettiv it-tassazzjoni ta' flussi intra-UE ta' dividendi, royalties u mgħax, inkluża l-possibbiltà ta' rata tat-taxxa effettiva minima; jissottolinja li l-indirizzar tat-trasferiment tal-profitt għandu jkun wieħed mill-kompiti ewlenin tal-UE għas-snin li ġejjin;

8.  Ifakkar li l-Kummissjoni, fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u l-valutazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza, sabet li huma meħtieġa aktar riformi sabiex jiġi indirizzat l-ippjanar aggressiv tat-taxxa f'sitt Stati Membri, fejn in-nuqqas jew l-applikazzjoni limitata ta' taxxi minn ras il-għajn fuq pagamenti ħerġin aktarx li jintużaw ħażin għall-ippjanar aggressiv tat-taxxa u l-għażla opportunistika tat-trattat;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni tinsisti fuq l-implimentazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u l-valutazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza rigward l-ippjanar aggressiv tat-taxxa, u b'mod partikolari l-pagamenti ta' imgħax, royalties u dividendi;

10.  Jenfasizza li r-reġim fis-seħħ fl-ambitu tal-IRD u l-PSD, flimkien man-nuqqas ta' regoli u proċeduri komuni li jiżguraw it-tassazzjoni ta' flussi intra-UE ta' pagamenti ta' dividendi, imgħax u royalties, jistgħu jipprovdu mezzi biex dawn il-flussi jħallu lill-UE mhux intaxxata għal ġuriżdizzjonijiet terzi b'taxxa baxxa, li jirriżulta f'telf sinifikanti ta' dħul; jenfasizza l-ħtieġa li din il-kwistjoni tiġi indirizzata tal-anqas permezz ta' regoli kontra l-erożjoni tal-bażi;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu qafas komuni u standardizzat ta' taxxa minn ras il-għajn li jnaqqas il-kumplessità għall-investituri, iwaqqaf il-prattika ta' għażla opportunistika tat-trattati u jiżgura li d-dividendi, l-imgħax, il-qligħ kapitali, il-pagamenti ta' royalties, il-pagamenti ta' servizzi professjonali u l-pagamenti kuntrattwali rilevanti kollha ġġenerati fl-UE jiġu intaxxati b'rata effettiva;

12.  Ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu adottata fl-ewwel qari tal-11 ta' Settembru 2012 dwar ir-reviżjoni tal-IRD; jiddispjaċih li n-negozjati dwar ir-reviżjoni ta' din id-direttiva ilhom imblukkati fil-Kunsill mill-2012 minħabba fehmiet diverġenti fost l-Istati Membri dwar il-possibbiltà li tiġi inkluża rata tat-taxxa minima effettiva għar-royalties u l-imgħax; iħeġġeġ lill-Kunsill jerġa' jibda u jikkonkludi malajr in-negozjati dwar l-IRD fid-dawl tal-implimentazzjoni mill-UE tal-Pilastru II;

13.  Jinnota li n-nuqqas ta' rata tat-taxxa minima effettiva fuq il-pagamenti tad-dividendi lill-azzjonisti ħoloq ambjent li jista' jiffavorixxi l-evitar tat-taxxa; jistieden lill-Kummissjoni tanalizza din il-kwistjoni u tivvaluta l-aħjar għażliet leġiżlattivi biex tindirizzaha, inkluża l-possibbiltà li tirrevedi l-PSD;

14.  Ifakkar li riċerka reċenti(29) turi differenzi kbar fl-applikazzjoni tat-taxxi minn ras il-għajn fl-Istati Membri – ir-rati jistgħu jvarjaw bejn 0 % u 35 % – u jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li r-rati tat-taxxa minn ras il-għajn fit-trattati dwar it-taxxa spiss ikunu aktar baxxi mir-rati standard;

15.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jlestu r-ratifika tal-Konvenzjoni Multilaterali għall-Implimentazzjoni ta' Miżuri Relatati mat-Trattat dwar it-Taxxa għall-Prevenzjoni tal-Erożjoni tal-Bażi u t-Trasferiment tal-Profitt (MLI); jistieden lill-Kummissjoni tinkludi dawn l-istandards tal-MLI fir-riforma tal-lista tal-UE ta' ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa li ma jikkooperawx u l-kriterji tagħha;

16.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jirrieżaminaw it-trattati kollha dwar it-taxxa fis-seħħ iffirmati ma' pajjiżi terzi biex tiġi żgurata l-konformità ma' standards globali ġodda; jitlob lill-Kummissjoni tissuġġerixxi miżuri proporzjonati għall-Istati Membri rigward it-trattati fiskali bilaterali eżistenti tagħhom biex jiġi żgurat li dawn jinkludu regoli ġenerali kontra l-abbuż;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-iżvilupp ta' linji gwida tal-UE għan-negozjar ta' trattati dwar it-taxxa bejn Stati Membri u pajjiżi li qed jiżviluppaw fid-dawl tar-"Regola Soġġett għat-Taxxa" inkluża fil-Pilastru 2;

L-intensifikar tal-ġlieda kontra l-arbitraġġ tad-dividendi

18.  Ifakkar li f'Ottubru 2018, investigazzjoni żvelat li 11-il Stat Membru kienu tilfu sa EUR 55,2 biljun fi dħul mit-taxxa bħala riżultat ta' skemi cum-ex u cum-cum, iżda li stimi ġodda minn investigazzjoni ppubblikata f'Ottubru 2021 stabbilixxew l-ammont ta' telf ta' dħul pubbliku għal EUR 140 biljun għall-perjodu 2000-2020; jinsab imħasseb li dawn l-iskemi għadhom qed jiġu sfruttati għad-detriment tal-finanzi pubbliċi tal-UE; jinsab imħasseb dwar l-eżistenza possibbli ta' skemi oħrajn b'impatt dannuż simili, bħal cum-fake; jinnota li l-Qorti tal-Ġustizzja Ġermaniża f'Karlsruhe ddeċidiet f'Lulju 2021 li skemi cum-ex huma illegali u għalhekk jikkostitwixxu frodi tat-taxxa;

19.  Jinnota l-inkjesta u r-rapport finali mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) u mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) dwar l-iskemi cum-ex, cum-cum u l-irkupru tat-taxxa minn ras il-għajn, kif mitlub mill-Parlament; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta soluzzjonijiet possibbli li jindirizzaw dawn l-iskemi, bħall-possibbiltà tar-rabta tal-irkupru tat-taxxa mad-distribuzzjoni sottostanti tad-dividendi, b'mod partikolari permezz ta' identifikatur uniku u/jew billi tafda entità waħda f'kull Stat Membru b'responsabbiltà għall-ġbir tat-taxxa minn ras il-għajn u għall-ħruġ taċ-ċertifikat tat-taxxa rilevanti biex jiġi żgurat li ma jkunx jista' jsir irkupru multiplu tat-taxxa fuq distribuzzjoni waħda u li l-proċeduri ta' abbuż tal-irkupru jiġu identifikati faċilment mill-amministrazzjonijiet tat-taxxa;

20.  Jisħaq li r-rivelazzjonijiet cum-ex kellhom impatt fuq l-integrità tas-suq u l-fiduċja tal-investituri; jistieden lill-Kummissjoni tirrifletti dwar il-konklużjonijiet tar-rapport finali tal-ESMA dwar ir-rieżami tar-Regolament dwar l-Abbuż tas-Suq (MAR) biex tanalizza jekk ir-regolament inkisirx, u biex tikkunsidra jekk humiex meħtieġa emendi għall-MAR f'dan ir-rigward; jenfasizza li l-awtoritajiet Ewropej, inklużi l-EBA u l-ESMA, iridu jinżammu responsabbli għar-rwol superviżorju tagħhom;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri biex issaħħaħ il-kooperazzjoni u l-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet tat-taxxa, l-awtoritajiet superviżorji tas-suq finanzjarju u, fejn xieraq, il-korpi tal-infurzar tal-liġi rigward l-identifikazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' skemi ta' rkupru tat-taxxa minn ras il-għajn; jenfasizza r-rakkomandazzjoni tal-ESMA(30) lill-Kummissjoni biex tneħħi l-limitazzjonijiet legali attwali għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji tas-suq finanzjarju u l-awtoritajiet tat-taxxa; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi bażi legali għall-iskambju ta' informazzjoni rilevanti bejn dawn l-awtoritajiet, b'mod partikolari biex jiġu indikati attivitajiet suspettużi, fil-proposti leġiżlattivi li ġejjin;

22.  Jikkondividi t-tħassib tal-ESMA li l-iskemi ta' rkupru tat-taxxa minn ras il-għajn rarament huma limitati għall-fruntieri tal-UE(31) u għalhekk jenfasizza l-importanza ta' kooperazzjoni internazzjonali kontinwa dwar din il-kwistjoni;

23.  Jenfasizza l-isforzi tal-Kummissjoni u l-inizjattivi tal-Parlament biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni dwar it-taxxa bejn l-Istati Membri, filwaqt li l-programm Fiscalis jitqies bħala eżempju ta' dan;

24.  Jisħaq li għalkemm id-Direttiva 2014/107/UE ffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni, jeżistu ostakli oħra għad-detezzjoni ta' skemi cum-ex u cum-cum, inkluż id-dewmien fis-saldu fi tranżazzjonijiet ta' titoli, l-ambitu tal-iskambju ta' informazzjoni dwar il-qligħ kapitali, u l-iskambju spontanju insuffiċjenti ta' informazzjoni; itenni r-rakkomandazzjonijiet fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Settembru 2021 bit- "L-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-UE għall-iskambju ta' informazzjoni dwar it-taxxa: il-progress, it-tagħlimiet miksuba u l-ostakli li jridu jingħelbu";

25.  Jenfasizza li r-rwol tal-intermedjarji għandu jiġi kkunsidrat u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw miżuri xierqa biex jipprevjenu r-rwol tagħhom fl-iffaċilitar tal-abbuż tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa; ifakkar li d-Direttiva (UE) 2018/822 (DAC 6) introduċiet regoli obbligatorji ta' żvelar għal arranġamenti transfruntiera, li joħolqu obbligu fuq l-intermedjarji biex jirrappurtaw arranġamenti fiskali potenzjalment dannużi; jistieden lill-Kummissjoni tevalwa sa liema punt dawn ir-regoli kkontribwew għall-iżvelar ta' arranġamenti fiskali dannużi bħal skemi cum-cum u cum-ex u sa liema punt kellhom effett deterrenti;

26.  Jitlob lill-Kummissjoni testendi l-iskambju ta' informazzjoni obbligatorju għall-iskemi ta' arbitraġġ tad-dividendi u l-informazzjoni kollha dwar il-qligħ kapitali, inkluż l-għoti ta' rifużjonijiet tat-taxxa fuq id-dividendi u l-qligħ kapitali; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tivvaluta l-impatt tal-estensjoni tar-rekwiżiti ta' rapportar għal arranġamenti transfruntiera għall-ġestjoni tal-assi ta' klijenti li huma persuni fiżiċi, filwaqt li tqis il-piż amministrattiv li jinħoloq; jenfasizza, f'dan il-qafas, l-importanza ta' informazzjoni preċiża u kompleta dwar is-sjieda benefiċjarja;

It-tneħħija tal-ostakli għall-investimenti transfruntiera fis-suq uniku

27.  Jilqa' bis-saħħa l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tressaq proposta sa tmiem l-2022 li tistabbilixxi sistema komuni u standardizzata għat-taxxa minn ras il-għajn, akkumpanjata minn mekkaniżmu għall-iskambju ta' informazzjoni u kooperazzjoni fost l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, b'rispett sħiħ għall-kompetenzi tal-UE, tagħmel ħilitha wkoll biex tindirizza d-diverġenzi fit-taxxi minn ras il-għajn fl-UE;

28.  Jitlob li tali proposta tindirizza l-ħtieġa għal implimentazzjoni armonizzata li għandha tissostitwixxi t-trattati dwar it-taxxa bejn l-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi gwida dwar id-dispożizzjonijiet tat-trattat li tista' tintuża mill-Istati Membri fil-ftehimiet bilaterali tagħhom ma' pajjiżi terzi;

29.  Ifakkar fl-impenn tal-Kummissjoni li tikkompleta l-Unjoni tas-Swieq Kapitali; jitlob lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward u sal-2022, twettaq valutazzjoni tal-impatt tal-implimentazzjoni tal-miżuri inklużi fil-pjan ta' azzjoni varat fl-2019;

30.  Jinnota li r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni biex jiġu implimentati proċeduri ta' ħelsien mis-sors li jiffunzjonaw tajjeb jew, fejn dan ma jkunx possibbli, li jiġu stabbiliti proċeduri ta' rifużjoni rapidi u standardizzati, li saret bħala parti mir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ottubru 2009 dwar proċeduri ta' ħelsien mit-taxxa minn ras il-għajn, għadha ma ġietx implimentata b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri;

31.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta proċedura komuni u standardizzata tal-UE għar-rifużjonijiet tat-taxxa minn ras il-għajn għall-Istati Membri kollha; jenfasizza li armonizzazzjoni bħal din tkun partikolarment ta' għajnuna għall-investituri fil-livell tal-konsumatur, li spiss jiġu skoraġġuti milli jlestu l-proċeduri ta' rifużjoni minħabba piż eċċessiv ikkawżat minn dawn id-diskrepanzi, u b'hekk ittejjeb l-ekwivalenza tal-kundizzjonijiet;

32.  Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi, fost affarijiet oħra u bħala parti minn din l-armonizzazzjoni, regoli dwar l-eżenzjonijiet u t-tnaqqis u f'format u proċess standardizzati għal talbiet għal irkupru, u biex tindirizza n-nuqqas ta' definizzjoni uniformi ta' "sid benefiċjarju", in-nuqqas ta' allinjament tal-perjodi ta' żmien għat-talba u l-irkupru, u l-ostakli lingwistiċi; jenfasizza l-importanza tal-prevenzjoni tal-possibbiltà ta' frodi fil-qafas il-ġdid;

33.  Iqis li r-ripagamenti tat-taxxi minn ras il-għajn jibqgħu fil-biċċa l-kbira proċess ibbażat fuq il-karti, li mhux biss jipproċedi aktar bil-mod u huwa aktar ta' piż għall-kontribwenti, u jkompli jikkumplika l-proċess għall-investituri mhux nazzjonali, iżda huwa wkoll aktar suxxettibbli għall-frodi; jenfasizza li proċeduri ta' rifużjoni tat-taxxa minn ras il-għajn li jiffunzjonaw tajjeb, faċli biex jintużaw, rapidi, standardizzati u diġitali u kooperazzjoni mtejba fost l-amministrazzjonijiet tat-taxxa nazzjonali jistgħu jnaqqsu l-piż amministrattiv, l-inċertezza fl-investimenti transfruntiera u l-evażjoni tat-taxxa, filwaqt li jħaffu l-proċeduri kemm għall-investituri kif ukoll għall-awtoritajiet tat-taxxa, u b'hekk jikkostitwixxu titjib fuq l-istatus quo;

34.  Jieħu nota tal-potenzjal tat-teknoloġija ta' reġistru distribwit (DLT) biex is-sistema ta' tnaqqis minn ras il-għajn issir aktar effiċjenti f'kull pajjiż, iżda wkoll biex jiġu ffaċilitati proċeduri bla xkiel bejn sistemi nazzjonali differenti u tiġi evitata attività frodulenti; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tqis is-soluzzjonijiet diġitali eżistenti fl-Istati Membri, tivvaluta kif se tagħmel użu mit-teknoloġiji blockchain biex tipprevjeni l-evitar u l-evażjoni tat-taxxa, filwaqt li jiġu rrispettati bis-sħiħ ir-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, u tikkunsidra l-istabbiliment ta' proġett pilota; jenfasizza, madankollu, li t-teknoloġija waħedha ma tistax tindirizza bis-sħiħ il-problemi li jirriżultaw min-nuqqas ta' qafas komuni;

35.  Jirrimarka li l-PSD u l-IRD gradwalment neħħew it-taxxi minn ras il-għajn fuq il-pagamenti ta' dividendi, imgħax u royalties bejn kumpaniji assoċjati fl-UE li jilħqu ċerti limiti, bil-għan li jitnaqqas ir-riskju ta' tassazzjoni doppja; jinnota li t-taxxi minn ras il-għajn għadhom qed jiżdiedu fuq investituri taħt dawn il-limiti u li l-proċeduri għal eżenzjoni jew ħelsien mit-taxxa huma rregolati minn konvenzjonijiet dwar it-taxxa doppja f'dan il-każ;

36.  Jilqa' l-għażla deskritta mill-Kummissjoni li tistabbilixxi sistema komuni sħiħa tal-UE għall-ħelsien minn ras il-għajn, li tista' tkun soluzzjoni affidabbli fit-tul; jenfasizza li pass lejn dan it-tip ta' sistema ma jistax ikun ta' detriment għall-ġlieda kontra l-abbuż tat-taxxa jew jiffaċilita, direttament jew indirettament, it-trasferiment tal-profitt lejn ġuriżdizzjonijiet b'rata baxxa ta' taxxa jew nontassazzjoni doppja; jisħaq li, fiċ-ċirkostanzi kollha, il-konformità mill-Istat Membru tad-destinazzjoni mal-leġiżlazzjoni tal-UE li timplimenta l-ftehim milħuq mill-Qafas Inklużiv tal-OECD/G20 għandha tkun prerekwiżit għall-ħelsien minn ras il-għajn;

37.  Ifakkar fil-prinċipju tal-OECD tal-intaxxar tal-attività tan-negozju fejn din isseħħ; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri janalizzaw għażliet oħra bħal sistema alternattiva ta' "ħelsien fir-residenza", li fiha t-taxxi kollha minn ras il-għajn imħallsa lill-Istat Membru ta' oriġini jiġu kkumpensati permezz ta' kreditu tat-taxxa mill-Istat Membru ta' residenza fejn jiġi ddikjarat id-dħul, filwaqt li jiġi ggarantit li ma sseħħ l-ebda tassazzjoni doppja u jiġi limitat ir-riskju ta' abbuż;

38.  Jieħu nota tal-inizjattiva TRACE tal-OECD, li tagħti s-setgħa lill-intermedjarji awtorizzati li jirkupraw pretensjonijiet tat-taxxa minn ras il-għajn fuq l-investimenti tal-portafoll; ifakkar li Stat Membru wieħed biss implimenta t-TRACE; iħeġġeġ lil oħrajn jivvalutaw ir-riżultati f'termini ta' tnaqqis tal-piż amministrattiv, l-impatt fuq id-dħul mit-taxxa u r-riskji ta' frodi;

o
o   o

39.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 345, 29.12.2011, p. 8.
(2) ĠU L 193, 19.7.2016, p. 1.
(3) ĠU L 144, 7.6.2017, p. 1.
(4) ĠU L 157, 26.6.2003, p. 49.
(5) ĠU L 359, 16.12.2014, p. 1.
(6) ĠU L 139, 5.6.2018, p. 1.
(7) Il-pakkett jikkonsisti fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Marzu 2018 bit-titlu "Wasal iż-żmien li jiġi stabbilit standard modern, ġust u effiċjenti tat-tassazzjoni għall-ekonomija diġitali" (COM(2018)0146), il-proposta tal-Kummissjoni tal-21 ta' Marzu 2018 għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi r-regoli dwar it-tassazzjoni korporattiva ta' preżenza diġitali sinifikanti (COM(2018)0147), il-proposta tal-Kummissjoni tal-21 ta' Marzu 2018 għal direttiva tal-Kunsill dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq is-servizzi diġitali fir-rigward tad-dħul li jirriżulta mill-provvista ta' ċerti servizzi diġitali (COM(2018)0148) u r-rakkommandazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Marzu 2018 dwar it-tassazzjoni korporattiva ta' preżenza diġitali sinifikanti (C(2018)1650).
(8) ĠU C 353 E, 3.12.2013, p. 196.
(9) ĠU C 369, 11.10.2018, p. 132.
(10) Is-segwitu konġunt tas-16 ta' Marzu 2016 dwar li ndaħħlu t-trasparenza, il-koordinazzjoni u l-konverġenza fil-politiki tat-tassazzjoni korporattiva fl-Unjoni u r-riżoluzzjonijiet TAXE 1, is-segwitu tas-16 ta' Novembru 2016 għar-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili, is-segwitu ta' April 2018 għar-rakkomandazzjoni tal-Kumitat PANA, is-segwitu tas-26 ta' Marzu 2019 għar-riżoluzzjoni dwar l-iskandlu cum-ex u s-segwitu tas-27 ta' Awwissu 2019 għar-riżoluzzjoni TAX3.
(11) ĠU L 279, 24.10.2009, p. 8.
(12) ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17.
(13) ĠU C 366, 27.10.2017, p. 51.
(14) ĠU C 101, 16.3.2018, p. 79.
(15) ĠU C 363, 28.10.2020, p. 102.
(16) ĠU C 108, 26.3.2021, p. 8.
(17) ĠU C 456, 10.11.2021, p. 177.
(18) Testi adottati, P9_TA(2021)0392.
(19) Ir-rapport tal-Kummissjoni tat-18 ta' Mejju 2021 bit-titlu "Annual Report on Taxation 2021" (Rapport Annwali dwar it-Tassazzjoni 2021).
(20) Dover, R. et al., "Bringing transparency, coordination and convergence to corporate tax policies in the European Union, Part I: Assessment of the magnitude of aggressive corporate tax planning" (Inwasslu t-trasparenza, il-koordinazzjoni u l-konverġenza tal-politiki tat-taxxa fl-Unjoni Ewropea, Parti I: Valutazzjoni tal-iskala kbira tal-ippjanar aggressiv tat-taxxa korporattiva", il-Parlament Ewropew, id-Direttorat Ġenerali għas-Servizzi ta' Riċerka Parlamentari, l-Unità tal-Valur Miżjud Ewropew, Settembru 2015.
(21) Tørsløv, T., Wier, L. u Zucman, G., "The Missing Profits of Nations" (Il-profitti neqsin tan-Nazzjonijiet), Dokument ta' Ħidma 24701, Ġunju 2018, disponibbli hawnhekk: https://www.nber.org/papers/w24701.
(22) https://ec.europa.eu/taxation_customs/system/files/2018-03/taxation_papers_71_atp_.pdf
(23) ĠU C 395, 29.9.2021, p. 89.
(24) Dikjarazzjoni tal-ftuħ mis-Sur Paul Gisby (Accountancy Europe) waqt is-smigħ pubbliku tas-Sottokumitat FISC fil-Parlament Ewropew fis-27 ta' Ottubru 2021.
(25) Ir-rapport tal-Kummissjoni tal-24 ta' Marzu 2017 bit-titlu "Aċċelerazzjoni tal-unjoni tas-swieq kapitali: indirizzar tal-barrieri nazzjonali għall-flussi kapitali" (COM(2017)0147)
(26) Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Mejju 2021 bit-titlu "It-tassazzjoni tal-Intrapriżi għas-Seklu 21" (COM(2021)0251).
(27) Pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni għal tassazzjoni ġusta u sempliċi li tappoġġa l-istrateġija ta' rkupru.
(28) Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2016 dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili, il-paragrafu 26.
(29) Van 't Riet, M. u Lejour, A., "A Common Withholding Tax On Dividend, Interest And Royalties In The European Union" (Taxxa Minn Ras il-Għajn Komuni għad-Dividendi, l-Imgħax u r-Royalties fl-Unjoni Ewropea), 2020.
(30) Ir-rapport tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq tat-23 ta' Settembru 2020 dwar ir-Rieżami tal-MAR (ir-Regolament dwar l-abbuż tas-suq), il-paragrafu 624.
(31) Ibid., paragrafu 617.


Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: stħarriġ annwali dwar it-tkabbir sostenibbli 2022
PDF 161kWORD 54k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2022 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: stħarriġ annwali dwar it-tkabbir sostenibbli 2022 (2022/2006(INI))
P9_TA(2022)0076A9-0034/2022

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 121(2) u 136 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 1 tat-Trattati dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 2 tat-Trattati dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Pariġi tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE tat-8 ta' Novembru 2011 dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1177/2011 tat-8 ta' Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1173/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1174/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro(4),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet tal-budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom(7),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjani baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro(8),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni(9) (ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza(10) (ir-Regolament dwar l-RRF),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Mejju 2020 bit-titolu "Il-mument tal-Ewropa: Tiswija u Tħejjija għall-Ġenerazzjoni li Jmiss" (COM(2020)0456),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ġunju 2021 bit-titolu "Il-Koordinazzjoni tal-Politika Ekonomika fl-2021: biex tingħeleb il-COVID-19, ikun appoġġat l-irkupru u tkun modernizzata l-ekonomija tagħna" (COM(2021)0500),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Marzu 2021 bit-titolu "Il-Pjan ta' Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali" (COM(2021)0102),

–  wara li kkunsidra l-Impenn Soċjali ta' Porto tas-7 ta' Mejju 2021 tal-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Parlament u s-sħab soċjali,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Novembru 2021 bit-titolu "Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir Sostenibbli 2022" (COM(2021)0740),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-24 ta' Novembru 2021 bit-titolu "Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija 2022" (COM(2021)0741) u r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Novembru 2021 għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro (COM(2021)0742),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tas-16 ta' Frar 2021 bit-titolu "Financial Stability implications of support measures to protect the real economy from the COVID-19 pandemic",

–  wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tas-27 ta' Mejju 2020 bit-titolu "Identifying Europe's recovery needs",

–  wara li kkunsidra t-tbassir ekonomiku tal-Kummissjoni tal-ħarifa 2021 tal-11 ta' Novembru 2021,

–  wara li kkunsidra l-valutazzjoni tal-Bord Fiskali Ewropew tas-16 ta' Ġunju 2021 dwar il-pożizzjoni fiskali xierqa għaż-żona tal-euro fl-2022,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Ġunju 2021 bit-titolu "L-iskrutinju tal-Parlament dwar il-valutazzjoni li qed issir mill-Kummissjoni u mill-Kunsill tal-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza",

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Novembru 2020 dwar il-Pjan ta' Investiment għal Ewropa Sostenibbli - Kif niffinanzjaw il-Patt Ekoloġiku,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Bord Fiskali Ewropew tal-10 ta' Novembru 2021,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Lulju 2021 dwar ir-rieżami tal-qafas leġiżlattiv makroekonomiku għal impatt aħjar fuq l-ekonomija reali tal-Ewropa u trasparenza aħjar tat-teħid ta' deċiżjonijiet u tal-akkontabbiltà demokratika(11),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Marzu 2022 dwar l-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna(12),

–  wara li kkunsidra r-Regola 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0034/2022),

A.  billi s-Semestru Ewropew għandu rwol importanti fil-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi u baġitarji fl-Istati Membri, u b'hekk jissalvagwardja l-istabbiltà makroekonomika tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja; billi dan il-proċess ma għandux jinjora l-objettivi tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u tal-Patt Ekoloġiku Ewropew kif ukoll kwistjonijiet oħra relatati mas-settur finanzjarju u mat-tassazzjoni; billi l-integrazzjoni ta' dawn il-kwistjonijiet ma għandhiex tnaqqas min-natura prinċipalment ekonomika u fiskali tas-Semestru Ewropew;

B.  billi jfakkar li skont it-tbassir ekonomiku tal-Kummissjoni tax-xitwa, ir-rata ta' tkabbir tal-PDG għall-2022 hija mistennija li tkun 4,0 % tal-PDG kemm għaż-żona tal-euro kif ukoll għall-EU-27, iżda hija mistennija li tonqos għal 2,7 % għaż-żona tal-euro u 2,8 % għall-EU-27 rispettivament fl-2023;

C.  billi t-tbassir ekonomiku tal-Kummissjoni tax-xitwa juri differenza sinifikanti fir-ritmu tal-irkupru bejn l-Istati Membri fl-2021, b'disparità fit-tkabbir tal-PDG li tvarja minn 2,8 % sa 13,7 %;

D.  billi l-kriżi kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19 wasslet għal żieda fl-inugwaljanzi soċjali, territorjali, interġenerazzjonali, ekonomiċi u abbażi tal-ġeneru;

E.  billi skont it-tbassir ekonomiku tal-Kummissjoni tax-xitwa, ir-rata medja tal-qgħad naqset għal 7,0 % fiż-żona tal-euro u għal 6,4 % fl-EU-27 fl-2021; ;

F.  billi r-reċessjoni ekonomika bla preċedent fl-2020 u l-miżuri meħuda b'reazzjoni għall-pandemija żiedu l-proporzjon tad-dejn għall-PDG tal-gvern fl-2021 għal 100 % fiż-żona tal-euro u għal 92,1 % fl-EU-27;

G.  billi t-tisħiħ tal-produttività u l-kompetittività globali tal-UE jirrikjedi riformi strutturali, soċjalment ibbilanċjati, li jsaħħu t-tkabbir u sostenibbli kif ukoll livell adegwat ta' investiment;

H.  billi l-irkupru ekonomiku ta' wara l-pandemija jirrikjedi l-implimentazzjoni rapida u effiċjenti tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF); billi l-pjanijiet kollha għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom jindirizzaw kull wieħed mis-sitt pilastri kif ukoll l-objettivi ġenerali u speċifiċi tar-Regolament dwar l-RRF u jirrispettaw il-prinċipji orizzontali tiegħu;

I.  billi l-isfidi relatati mal-istat tad-dritt ġew identifikati matul il-proċess tas-Semestru Ewropew;

J.  billi l-aspetti relatati mal-futur possibbli tal-qafas fiskali tal-UE ġew indirizzati f'rapport fuq inizjattiva proprja tal-Parlament Ewropew speċifiku għal dan il-għan;

K.  billi l-aspetti soċjali u tal-impjiegi tal-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir sostenibbli ġew indirizzati mir-rapport doppju tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali tal-Parlament bit-titolu "Is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: aspetti soċjali u tal-impjiegi fl-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir sostenibbli 2022";

L.  billi l-aspetti relatati mal-implimentazzjoni tal-RRF se jiġu indirizzati f'rapport fuq inizjattiva proprja tal-Parlament Ewropew speċifiku għal dan il-għan;

Prospetti ekonomiċi għall-UE

1.  Jinnota li l-ekonomija Ewropea qed tirkupra aktar malajr milli mistenni mill-impatt devastanti tal-pandemija globali tal-COVID-19; jissottolinja l-importanza kruċjali li kellhom u se jibqa' jkollhom l-interventi ta' politiki innovattivi u f'waqthom biex itaffu l-impatt tal-pandemija fuq l-ekonomija Ewropea;

2.  Jisħaq li l-kunflitt fl-Ukrajna u s-sanzjonijiet severi kontra l-Federazzjoni Russa inevitabbilment se jinvolvu effetti negattivi fuq l-ekonomija tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tidentifika u tiffaċilita mezzi u modi biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tas-sanzjonijiet;

3.  Jinsab imħasseb dwar varjanti emerġenti ġodda, lockdowns lokalizzati minħabba l-pandemija, żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija, pressjoni inflazzjonarja, interruzzjonijiet min-naħa tal-provvista u nuqqas emerġenti ta' ħaddiema; jinnota li dawn ir-riskji joħolqu ammont sinifikanti ta' inċertezza u jistgħu jfixklu l-prospetti ta' tkabbir ekonomiku fix-xhur li ġejjin u jdewmu t-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar sostenibbli, diġitali, kompetittiva u valida fil-futur;

4.  Jinnota li l-Istati Membri kollha huma mistennija jilħqu l-livell ta' produzzjoni tagħhom ta' qabel il-pandemija sa tmiem l-2022; huwa mwissi bil-fatt li r-ritmu tal-irkupru kien varjat fost l-Istati Membri u r-reġjuni, b'differenzi sinifikanti u b'disparità fost l-Istati Membri fl-2021; jinnota, madankollu, li l-irkupru mistenni jkun aktar uniformi fl-2022 u fl-2023; jissottolinja l-fatt li r-rati ta' tkabbir imbassra għall-UE fl-2022 u fl-2023 huma aktar baxxi mit-tkabbir ekonomiku globali previst fil-PDG;

5.  Jirrikonoxxi li l-kriżi kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19 kienet partikolarment severa għall-intrapriżi, l-aktar għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), fit-turiżmu, fl-ospitalità u fil-kultura; jisħaq li l-Istati Membri li kienu aktar dipendenti fuq dawn is-servizzi sofrew l-agħar impatt ekonomiku;

6.  Jirrikonoxxi l-kunċett ta' solidarjetà Ewropea li tirfed l-istabbiliment tal-RRF; jirrimarka li l-implimentazzjoni trasparenti u b'suċċess tal-RRF se tgħin biex l-ekonomiji u s-soċjetajiet tal-UE jsiru aktar għonja, sostenibbli, inklużivi, kompetittivi, reżiljenti u mħejjija aħjar għat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali, u se tgħin biex trawwem koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

Politiki fiskali responsabbli u sostenibbli

7.  Jinnota li l-klawżola liberatorja ġenerali tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir se tibqa' tiġi applikata fl-2022 u mistennija tiġi diżattivata mill-2023, dment li tintemm il-ġustifikazzjoni li abbażi tagħha ġiet attivata;

8.  Jemmen li r-rieżami tal-qafas ta' governanza ekonomika tal-UE huwa neċessarju; jaqbel mal-Bord Fiskali Ewropew dwar l-importanza li jkun hemm perkors ċar lejn qafas fiskali rieżaminat, preferibbilment qabel id-diżattivazzjoni tal-klawżola liberatorja ġenerali;

9.  Jieħu nota tal-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipprovdi gwida dwar il-politiki fiskali għall-perjodu li jwassal għad-diżattivazzjoni tal-klawżola liberatorja ġenerali, li tirrifletti sew is-sitwazzjoni ekonomika speċifika ta' kull Stat Membru u sew id-diskussjonijiet dwar il-qafas ta' governanza ekonomika; ifakkar, f'dan ir-rigward, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Lulju 2021 dwar ir-rieżami tal-qafas leġiżlattiv makroekonomiku;

10.  Huwa konvint li l-koordinazzjoni tal-politiki fiskali nazzjonali tibqa' kruċjali biex tirfed l-irkupru; jinnota li l-pożizzjoni fiskali kumplessiva, filwaqt li jitqiesu l-baġits nazzjonali u l-RRF, hija mistennija li tibqa' ta' appoġġ fl-2022 biex issostni l-irkupru u tiżgura bidla gradwali fil-politika fiskali; jaqbel mal-Kummissjoni li l-Istati Membri b'livelli baxxi jew medji ta' dejn għandhom isegwu jew iżommu pożizzjoni fiskali ta' appoġġ, u li l-Istati Membri b'livelli għolja ta' dejn għandhom jużaw l-RRF biex jiffinanzjaw investiment addizzjonali biex jappoġġaw l-irkupru, filwaqt li jsegwu politika fiskali prudenti li, madankollu, ma tkunx ta' impediment għall-investiment pubbliku meħtieġ biex jiġu ffinanzjati setturi ta' importanza strateġika għall-irkupru u r-reżiljenza tal-ekonomiji u s-soċjetajiet Ewropej; jaqbel mal-Kummissjoni li l-Istati Membri kollha għandhom jippreservaw jew jippreservaw b'mod wiesa' l-investiment nazzjonali tagħhom iffinanzjat fil-livell nazzjonali;

11.  Jisħaq li sew id-dħul pubbliku u sew l-infiq pubbliku huma essenzjali biex tiġi garantita s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi; jistieden lill-Istati Membri jieħdu azzjoni biex jindirizzaw il-frodi tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-ħasil tal-flus, u jsegwu riformi sostenibbli, soċjalment ibbilanċjati u li jsaħħu t-tkabbir;

Riformi strutturali u investiment li jsaħħu t-tkabbir, ibbilanċjati, inklużivi u sostenibbli

12.  Iqis li huwa kruċjali li jiġu kkoordinati l-isforzi nazzjonali ta' riforma u ta' investiment kif ukoll l-iskambju tal-aħjar prattiki sabiex jiżdiedu l-konverġenza u r-reżiljenza tal-ekonomiji tagħna, jiġi promoss tkabbir sostenibbli u inklużiv, u jittejbu l-oqfsa istituzzjonali biex jiżdiedu s-sjieda u l-akkontabbiltà fil-livell nazzjonali;

13.  Jenfasizza li l-RRF tippreżenta opportunità unika u bla preċedent għall-Istati Membri kollha biex jindirizzaw l-isfidi strutturali ewlenin u l-ħtiġijiet ta' investiment, inklużi t-tranżizzjoni ġusta, dik ekoloġika u dik diġitali; jinsisti li l-pjanijiet kollha għall-irkupru u r-reżiljenza jindirizzaw ir-rekwiżiti kollha tar-Regolament dwar l-RRF, b'mod partikolari s-sitt pilastri; jenfasizza l-interazzjoni bejn is-Semestru Ewropew u l-RRF; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu l-aħjar użu minn din l-opportunità u jużawha biex jittrasformaw l-ekonomiji tagħhom u jagħmluhom sostenibbli, aktar kompetittivi u aktar reżiljenti għal xokkijiet futuri; jenfasizza r-rwol tal-Parlament Ewropew fl-implimentazzjoni tal-RRF, kif minqux fir-Regolament dwar l-RRF;

14.  Ifakkar li l-RRF u kull wieħed mill-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom jirrispettaw bis-sħiħ ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt u li l-miżuri stabbiliti f'dawk il-pjanijiet ma għandhomx imorru kontra l-valuri tal-UE minquxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; jinsisti li għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tiżgura li ebda proġett jew miżura ma jmorru kontra dawn il-valuri sew matul il-fażijiet ta' valutazzjoni u sew matul dawk ta' implimentazzjoni u jitlob li tieħu azzjoni xierqa għal rieżami;

15.  Jenfasizza li l-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt sinifikanti fuq in-nisa; jenfasizza l-importanza li tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fl-ekonomija, inkluża l-parteċipazzjoni inklużiva fl-ekonomija u t-trasformazzjoni diġitali, u li jiġi żgurat tkabbir aktar inklużiv bħala parti mis-soluzzjoni għall-irkupru ta' wara l-pandemija, li se jikkontribwixxu għaż-żieda tal-impjiegi, il-prosperità ekonomika u l-kompetittività madwar l-UE;

16.  Jinnota li ħafna Stati Membri qed ikollhom jiffaċċjaw sew livell subottimali ta' investiment privat u pubbliku u sew sfidi strutturali antiki u ġodda li qed ixekklu l-potenzjal tat-tkabbir tagħhom; jenfasizza, għalhekk, li l-indirizzar tal-isfidi strutturali u żieda fl-investiment privat u pubbliku huma kruċjali għal irkupru sostenibbli u tkabbir kontinwu; huwa tal-fehma li l-implimentazzjoni ta' riformi biex jiġu indirizzati vulnerabbiltajiet strutturali antiki u ġodda hija kruċjali mhux biss biex titjieb il-kapaċità li wieħed jiflaħ għall-isfidi eżistenti u jlaħħaq magħhom, iżda wkoll biex it-tranżizzjoni doppja titwettaq b'mod sostenibbli, ġust u inklużiv u biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi soċjali; jindika n-nuqqas ta' sjieda nazzjonali bħala waħda mid-dgħufijiet ewlenin fil-promulgazzjoni tar-riformi mmirati biex jindirizzaw in-nuqqasijiet strutturali;

17.  Jinsab imħasseb li l-Kummissjoni identifikat vulnerabbiltajiet makroekonomiċi relatati ma' żbilanċi u żbilanċi eċċessivi fi 12-il Stat Membru; jinsab imħasseb li n-natura u s-sors tal-iżbilanċi tal-Istati Membri jibqgħu fil-biċċa l-kbira l-istess bħal qabel il-pandemija u li jista' jkun ukoll li l-pandemija qed tiggrava l-iżbilanċi u d-diverġenzi ekonomiċi; jistieden lill-Istati Membri jieħdu vantaġġ mill-opportunità bla preċedent provduta mill-RRF biex inaqqsu b'mod sinifikanti l-iżbilanċi makroekonomiċi eżistenti, b'mod partikolari billi jinkludu miżuri ta' riforma ambizzjużi fil-pjanijiet nazzjonali tal-Istati Membri kollha; jisħaq li eżekuzzjoni tajba hija essenzjali biex isir użu sħiħ minn din l-opportunità;

18.  Jinnota li livelli għoljin ta' dejn pubbliku jistgħu jsiru element ta' instabbiltà makroekonomika, speċjalment jekk il-politika monetarja tal-Bank Ċentrali Ewropew kellha ssir inqas akkomodanti; jenfasizza l-importanza ta' qafas regolatorju u strateġiji ta' politika xierqa li jistgħu jikkombinaw tnaqqis tal-proporzjon tad-dejn għall-PDG ma' livell adegwat ta' investiment privat u pubbliku li jkun kapaċi jiżgura tkabbir ekonomiku sostnut, kompetittività għolja u koeżjoni soċjali;

19.  Jirrikonoxxi l-importanza tal-proċedura ta' żbilanċ makroekonomiku fl-identifikazzjoni, il-prevenzjoni u l-indirizzar tal-iżbilanċi makroekonomiċi fl-UE; jenfasizza li se jkunu meħtieġa monitoraġġ u viġilanza kontinwi u li l-Istati Membri għandhom jindirizzaw l-iżbilanċi emerġenti permezz ta' riformi li jsaħħu r-reżiljenza ekonomika u soċjali u jippromwovu t-trasformazzjoni diġitali, it-tranżizzjoni ekoloġika u t-tranżizzjoni ġusta; jisħaq li l-Kummissjoni għandha rwol importanti biex il-gvernijiet jinżammu responsabbli f'dan ir-rigward;

20.  Ifakkar li ċ-ċiklu tas-Semestru Ewropew huwa qafas stabbilit sew għall-Istati Membri tal-UE biex jikkoordinaw il-politiki tagħhom fl-oqsma fiskali, ekonomiċi, soċjali, ekonomiċi u tal-impjiegi; jisħaq li mingħajr sforzi kkoordinati biex jiġu implimentati t-tranżizzjonijiet diġitali u ambjentali u biex jiġu indirizzati ċerti kwistjonijiet relatati mas-settur finanzjarju, l-ekonomiji Ewropej jistgħu jsofru ħsara fit-tul, u b'hekk jikkompromettu kwalunkwe tentattiv biex jiġu promossi politiki fiskali sostenibbli u kredibbli; Jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tikkunsidra b'mod adegwat dawn l-elementi kollha fil-proċessi futuri tas-Semestru Ewropew, mingħajr ma tikkomprometti l-approċċ attwali bbażat fuq politiki fiskali u baġitarji;

Semestru Ewropew aktar demokratiku

21.  Jenfasizza l-importanza tal-involviment f'dibattitu sħiħ u li sew il-parlamenti nazzjonali u sew il-Parlament Ewropew jiġu involuti b'mod xieraq fil-proċess tas-Semestru Ewropew; itenni t-talba tiegħu biex jissaħħaħ ir-rwol demokratiku tal-Parlament fil-qafas tal-governanza ekonomika u jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jqisu kif xieraq ir-riżoluzzjonijiet tiegħu;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni żżomm sew lill-Parlament u sew lill-Kunsill, bħala koleġiżlaturi, infurmati tajjeb u bl-istess mod dwar l-aspetti kollha relatati mal-applikazzjoni tal-qafas ta' governanza ekonomika tal-UE, inkluż dwar l-istadji preparatorji;

23.  Jinnota li l-Kummissjoni, il-Kunsill u l-President tal-Grupp tal-Euro għandhom jidhru regolarment quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament biex jipprovdu informazzjoni u jiskambjaw fehmiet dwar l-aħħar eventi ekonomiċi u politiċi;

24.  Jappella għal koordinazzjoni impenjata mas-sħab soċjali u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra sew fil-livell nazzjonali u sew f'dak Ewropew sabiex jissaħħu l-akkontabbiltà demokratika u t-trasparenza;

o
o   o

25.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 41.
(2) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 33.
(3) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 1.
(4) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 8.
(5) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 12.
(6) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25.
(7) ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1.
(8) ĠU L 140, 27.5.2013, p. 11.
(9) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 1.
(10) ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17.
(11) ĠU C 99, 1.2.2022, p. 191.
(12) Testi adottati, P9_TA(2022)0052.


Il-batteriji u l-iskart ta' batteriji ***I
PDF 671kWORD 186k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fl-10 ta' Marzu 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-batteriji u l-iskart ta' batteriji, li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020 (COM(2020)0798 – C9-0400/2020 – 2020/0353(COD))(1)
P9_TA(2022)0077A9-0031/2022

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 2
(2)  Il-batteriji huma b'hekk sors importanti ta' enerġija u wieħed mill-instigaturi ewlenin għall-iżvilupp sostenibbli, il-mobbiltà ekoloġika, l-enerġija nadifa u n-newtralità klimatika. Huwa mistenni li d-domanda għall-batteriji se tikber b'mod rapidu fis-snin li ġejjin, b'mod partikolari għall-vetturi elettriċi tat-trasport bit-triq li jużaw il-batteriji għall-ġbid, u b'hekk dan is-suq isir dejjem aktar strateġiku fil-livell globali. Se jkompli jkun hemm progress tekniku u xjentifiku sinifikanti fil-qasam tat-teknoloġija tal-batteriji. Fid-dawl tal-importanza strateġika tal-batteriji, u biex tiġi pprovduta ċertezza legali lill-operaturi kollha involuti u jiġu evitati d-diskriminazzjoni, l-ostakoli għall-kummerċ u d-distorsjonijiet fis-suq għall-batteriji, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar il-parametri tas-sostenibbiltà, il-prestazzjoni, is-sikurezza, il-ġbir, ir-riċiklaġġ u t-tieni ħajja tal-batteriji, kif ukoll dwar l-informazzjoni dwar il-batteriji. Jeħtieġ li jinħoloq qafas regolatorju armonizzat biex jittratta ċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-batteriji li jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni.
(2)  Il-batteriji huma b'hekk sors importanti ta' enerġija u wieħed mill-instigaturi ewlenin għall-iżvilupp sostenibbli, il-mobbiltà ekoloġika, l-enerġija nadifa u n-newtralità klimatika. Huwa mistenni li d-domanda għall-batteriji se tikber b'mod rapidu fis-snin li ġejjin, b'mod partikolari għall-vetturi elettriċi tat-trasport bit-triq u għal mezzi tat-trasport ħfief li jużaw il-batteriji għall-ġbid, u b'hekk dan is-suq isir dejjem aktar strateġiku fil-livell globali. Se jkompli jkun hemm progress tekniku u xjentifiku sinifikanti fil-qasam tat-teknoloġija tal-batteriji. Fid-dawl tal-importanza strateġika tal-batteriji, u biex tiġi pprovduta ċertezza legali lill-operaturi kollha involuti u jiġu evitati d-diskriminazzjoni, l-ostakoli għall-kummerċ u d-distorsjonijiet fis-suq għall-batteriji, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar il-parametri tas-sostenibbiltà, il-prestazzjoni, is-sikurezza, il-ġbir, ir-riċiklaġġ u t-tieni ħajja tal-batteriji, kif ukoll dwar l-informazzjoni dwar il-batteriji għall-konsumaturi u għall-operaturi ekonomiċi. Jeħtieġ li jinħoloq qafas regolatorju armonizzat biex jittratta ċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-batteriji li jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2a (ġdida)
(2a)  Jeħtieġ ukoll li tiġi aġġornata l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-immaniġġar tal-iskart ta' batteriji u biex jittieħdu miżuri li jipproteġu l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem billi jiġu evitati jew jitnaqqsu l-impatti negattivi tal-ġenerazzjoni u l-immaniġġar tal-iskart, billi jitnaqqas l-impatt tal-użu tar-riżorsi u billi titjieb l-effiċjenza fir-riżorsi. Tali miżuri huma kruċjali għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u ekonomija newtrali għall-klima u ambjent ħieles minn sustanzi tossiċi, u biex jiġu garantiti l-kompetittività u l-awtonomija strateġika fit-tul tal-Unjoni. Dawn jistgħu joħolqu opportunitajiet ekonomiċi importanti, iżidu s-sinerġiji bejn l-ekonomija ċirkolari u l-politiki dwar l-enerġija, il-klima, it-trasport, l-industrija u r-riċerka, u jipproteġu l-ambjent u jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għat-tipi kollha ta' batteriji u akkumulaturi mqiegħda fis-suq jew fis-servizz fl-Unjoni, kemm jekk weħidhom jew inkorporati f'apparati jew inkella fornuti ma' vetturi u apparati elettriċi u elettroniċi. Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika irrispettivament minn jekk batterija tkunx iddisinjata speċifikament għal prodott jew tkunx ta' użu ġenerali u irrispettivament minn jekk tkunx inkorporata fi prodott jew tkunx fornuta flimkien ma' prodott li fih għandha tintuża jew inkella separatament minnu.
(10)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għat-tipi kollha ta' batteriji u akkumulaturi mqiegħda fis-suq jew fis-servizz fl-Unjoni, irrispettivament jekk ikunux ġew prodotti fl-Unjoni jew importati, kemm jekk weħidhom jew inkorporati f'apparati jew inkella fornuti ma' vetturi u apparati elettriċi u elettroniċi. Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika irrispettivament minn jekk batterija tkunx iddisinjata speċifikament għal prodott jew tkunx ta' użu ġenerali u irrispettivament minn jekk tkunx inkorporata fi prodott jew tkunx fornuta flimkien ma' prodott li fih għandha tintuża jew inkella separatament minnu.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  Fil-kamp ta' applikazzjoni wiesa' tar-Regolament, huwa xieraq li ssir distinzjoni bejn kategoriji differenti ta' batteriji f'konformità mad-disinn u l-użu tagħhom, indipendentement mill-kimika tal-batteriji. Il-klassifikazzjoni f'batteriji portabbli, minn naħa waħda, u batteriji industrijali u batteriji awtomotivi, min-naħa l-oħra, skont id-Direttiva 2006/66/KE, jenħtieġ li tiġi żviluppata aktar biex tkun tirrifletti aħjar l-iżviluppi ġodda fl-użu tal-batteriji. Il-batteriji li jintużaw għat-trazzjoni f'vetturi elettriċi u li skont id-Direttiva 2006/66/KE jaqgħu fil-kategorija ta' batteriji industrijali, jikkostitwixxu parti tas-suq kbira u li qed tikber minħabba t-tkabbir rapidu ta' vetturi elettriċi tat-trasport bit-triq. Għalhekk huwa xieraq li dawk il-batteriji li jintużaw għat-trazzjoni f'vetturi tat-triq jiġu kklassifikati bħala kategorija ġdida ta' batteriji tal-vetturi elettriċi. Il-batteriji użati għat-trazzjoni f'vetturi oħra tat-trasport inkluż it-trasport bil-ferrovija, fuq l-ilma u bl-ajru, għadhom jaqgħu fil-kategorija ta' batteriji industrijali skont dan ir-Regolament. It-tip ta' batteriji industrijali jinkludi grupp wiesa' ta' batteriji, maħsuba biex jintużaw għall-attivitajiet industrijali, l-infrastruttura tal-komunikazzjoni, l-attivitajiet industrijali jew il-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija elettrika. Minnbarra din il-lista mhix eżawrjenti ta' eżempji, kwalunkwe batterija li la tkun batterija portabbli, la batterija awtomotiva u lanqas batterija ta' vetturi elettriċi jenħtieġ li tiġi kkunsidrata batterija industrijali. Il-batteriji użati għall-ħżin tal-enerġija f'ambjenti privati jew domestiċi huma kkunsidrati batteriji industrijali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li l-batteriji kollha użati fil-mezzi tat-trasport ħfief, bħal roti elettriċi u skuters, jiġu kklassifikati bħala batteriji portabbli, huwa meħtieġ li tiġi ċċarata d-definizzjoni ta' batteriji portabbli.
(12)  Fil-kamp ta' applikazzjoni wiesa' tar-Regolament, huwa xieraq li ssir distinzjoni bejn kategoriji differenti ta' batteriji f'konformità mad-disinn u l-użu tagħhom, indipendentement mill-kimika tal-batteriji. Il-klassifikazzjoni f'batteriji portabbli, minn naħa waħda, u batteriji industrijali u batteriji awtomotivi, min-naħa l-oħra, skont id-Direttiva 2006/66/KE, jenħtieġ li tiġi żviluppata aktar biex tkun tirrifletti aħjar l-iżviluppi ġodda u l-firxa tas-suq fl-użu tal-batteriji. Il-batteriji li jintużaw għat-trazzjoni f'vetturi elettriċi u li skont id-Direttiva 2006/66/KE jaqgħu fil-kategorija ta' batteriji industrijali, jikkostitwixxu parti tas-suq kbira u li qed tikber minħabba t-tkabbir rapidu ta' vetturi elettriċi tat-trasport bit-triq. Għalhekk huwa xieraq li dawk il-batteriji li jintużaw għat-trazzjoni f'vetturi tat-triq jiġu kklassifikati bħala kategorija ġdida ta' batteriji tal-vetturi elettriċi. Il-batteriji użati għat-trazzjoni f'vetturi oħra tat-trasport inkluż it-trasport bil-ferrovija, fuq l-ilma u bl-ajru, għadhom jaqgħu fil-kategorija ta' batteriji industrijali skont dan ir-Regolament. Il-batteriji użati għat-trazzjoni f'mezzi tat-trasport ħfief, bħar-roti u l-iscooters elettriċi, ma ġewx ikklassifikati b'mod ċar bħala batteriji skont id-Direttiva 2006/66/KE, u jikkostitwixxu parti sinifikanti mis-suq minħabba l-użu dejjem akbar tagħhom fil-mobbiltà urbana sostenibbli. Għalhekk huwa xieraq li dawk il-batteriji li jintużaw għat-trazzjoni f'mezzi tat-trasport ħfief jiġu kklassifikati bħala kategorija ġdida ta' batteriji, jiġifieri batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief. It-tip ta' batteriji industrijali jinkludi grupp wiesa' ta' batteriji, maħsuba biex jintużaw għall-attivitajiet industrijali, l-infrastruttura tal-komunikazzjoni, l-attivitajiet industrijali jew il-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija elettrika. Minnbarra din il-lista mhix eżawrjenti ta' eżempji, kwalunkwe batterija li la tkun batterija portabbli, la batterija awtomotiva, la batterija għal mezzi tat-trasport ħfief u lanqas batterija ta' vetturi elettriċi jenħtieġ li tiġi kkunsidrata batterija industrijali. Il-batteriji użati għall-ħżin tal-enerġija f'ambjenti privati jew domestiċi huma kkunsidrati batteriji industrijali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  Jenħtieġ li l-batteriji jiġu ddisinjati u manifatturati b'tali mod li jittejbu kemm jista' jkun il-prestazzjoni, id-durabbiltà u s-sikurezza tagħhom u li titnaqqas kemm jista' jkun l-impronta ambjentali tagħhom. Huwa xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi ta' sostenibbiltà għall-batteriji industrijali rikarikabbli u għall-batteriji tal-vetturi elettriċi b'memorja interna u b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh, billi tali batteriji jirrappreżentaw is-segment tas-suq li huwa mistenni li jiżdied l-aktar fis-snin li ġejjin.
(13)  Jenħtieġ li l-batteriji jiġu ddisinjati u manifatturati b'tali mod li jittejbu kemm jista' jkun il-prestazzjoni, id-durabbiltà u s-sikurezza tagħhom u li titnaqqas kemm jista' jkun l-impronta ambjentali tagħhom. Huwa xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi ta' sostenibbiltà għall-batteriji industrijali, għal mezzi tat-trasport ħfief, u għall-batteriji tal-vetturi elettriċi billi tali batteriji jirrappreżentaw is-segment tas-suq li huwa mistenni li jiżdied l-aktar fis-snin li ġejjin.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 15
(15)  Jenħtieġ li l-użu ta' sustanzi perikolużi fil-batteriji jkun ristrett sabiex titħares is-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent u titnaqqas il-preżenza ta' sustanzi bħal dawn fl-iskart. Għalhekk, minbarra r-restrizzjonijiet stabbiliti fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29, huwa xieraq li jiġu stabbiliti restrizzjonijiet għall-merkurju u l-kadmju f'ċerti tipi ta' batteriji. Il-batteriji użati f'vetturi li jibbenefikaw minn eżenzjoni skont l-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill30 jenħtieġ li jiġu esklużi mill-projbizzjoni li jkun fihom il-kadmju.
(15)  Jenħtieġ li l-użu ta' sustanzi perikolużi fil-batteriji jkun ristrett sabiex titħares is-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent u titnaqqas il-preżenza ta' sustanzi bħal dawn fl-iskart. Għalhekk, minbarra r-restrizzjonijiet stabbiliti fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29, huwa xieraq li jiġu stabbiliti restrizzjonijiet għall-merkurju, il-kadmju u ċ-ċomb f'ċerti tipi ta' batteriji. Il-batteriji użati f'vetturi li jibbenefikaw minn eżenzjoni skont l-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill30 jenħtieġ li jiġu esklużi mill-projbizzjoni li jkun fihom il-kadmju. Il-Kummissjoni jenħtieġ li, bl-assistenza tal-Aġenzija, tagħmel valutazzjoni olistika u sistemika ta' sustanzi perikolużi fil-batteriji. Jenħtieġ li din il-valutazzjoni tiffoka b'mod partikolari fuq il-kimiċi tal-batteriji li jintużaw fi kwantitajiet għolja fis-suq, kimiċi li qed jevolvu u emerġenti u d-disponibbiltà ta' alternattivi xierqa għall-batteriji industrijali u awtomotivi taċ-ċomb u l-aċidu u għall-batteriji industrijali tan-nikil u l-kadmju.
__________________
__________________
29 Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1)
29 Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1)
30 Id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2000 dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw (ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34).
30 Id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2000 dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw (ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34).
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 17
(17)  Jenħtieġ li l-proċedura għall-adozzjoni ta' restrizzjonijiet ġodda u għall-emendar ta' dawk attwali dwar is-sustanzi perikolużi fil-batteriji tkun issimplifikata bis-sħiħ bir-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Sabiex tiżgura t-teħid tad-deċiżjonijiet, il-koordinazzjoni u l-ġestjoni effettivi tal-aspetti tekniċi, xjentifiċi u amministrattivi relatati ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 ("l-Aġenzija") twettaq kompiti speċifikati fir-rigward tal-evalwazzjoni tar-riskji minn sustanzi fil-manifattura u l-użu ta' batteriji u ta' dawk li jistgħu jseħħu wara tmiem il-ħajja tagħhom, kif ukoll fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-elementi soċjoekonomiċi u l-analiżi tal-alternattivi, f'konformità mal-gwida rilevanti mill-Aġenzija. Konsegwentement, jenħtieġ li l-Kumitati għall-Istima tar-Riskji u l-Analiżi Soċjoekonomika tal-Aġenzija jiffaċilitaw it-twettiq ta' ċerti kompiti konferiti lill-Aġenzija b'dan ir-Regolament.
(17)  Jenħtieġ li l-proċedura għall-adozzjoni ta' restrizzjonijiet ġodda u għall-emendar ta' dawk attwali dwar is-sustanzi perikolużi fil-batteriji tkun issimplifikata bis-sħiħ bir-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Sabiex tiżgura t-teħid tad-deċiżjonijiet, il-koordinazzjoni u l-ġestjoni effettivi tal-aspetti tekniċi, xjentifiċi u amministrattivi relatati ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jkun hemm kooperazzjoni, koordinazzjoni u informazzjoni tajbin bejn l-Istati Membri, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 ("l-Aġenzija"), il-Kummissjoni u l-partijiet ikkonċernati. L-Istati Membri jew l-Aġenzija jenħtieġ li jwettqu kompiti speċifikati fir-rigward tal-evalwazzjoni tar-riskji minn sustanzi fil-manifattura u l-użu ta' batteriji u ta' dawk li jistgħu jseħħu wara tmiem il-ħajja tagħhom, kif ukoll fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-elementi soċjoekonomiċi u l-analiżi tal-alternattivi, f'konformità mal-gwida rilevanti mill-Aġenzija. Konsegwentement, jenħtieġ li l-Kumitati għall-Istima tar-Riskji u l-Analiżi Soċjoekonomika tal-Aġenzija jiffaċilitaw it-twettiq ta' ċerti kompiti konferiti lill-Aġenzija b'dan ir-Regolament.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 17a (ġdida)
(17 a)  Sabiex jiġi żgurat li dan ir-Regolament ikun koerenti ma' kwalunkwe emenda futura tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jew ma' leġiżlazzjoni futura oħra tal-Unjoni dwar il-kriterji ta' sostenibbiltà għal sustanzi perikolużi u sustanzi kimiċi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta jekk hijiex meħtieġa emenda tal-Artikolu 6, l-Artikolu 71 jew tal-Anness I ta' dan ir-Regolament jew dawk id-dispożizzjonijiet kollha. Għalhekk, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar ta' dawk ir-rekwiżiti fejn xieraq.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 18
(18)  Jenħtieġ li l-introduzzjoni massiva mistennija tal-batteriji f'setturi bħall-mobbiltà u l-ħażna tal-enerġija tnaqqas l-emissjonijiet tal-karbonju, iżda biex jiġi mmassimizzat dan il-potenzjal, huwa meħtieġ li ċ-ċiklu tal-ħajja ġenerali tagħhom ikollu impronta tal-karbonju baxxa. Skont ir-Regoli tal-Kategorija Marbutin mal-Impronta Ambjentali tal-Prodott għall-Batteriji Rikarikabbli b'Enerġija Speċifika Għolja għall-Applikazzjonijiet Mobbli31, it-tibdil fil-klima huwa t-tieni l-ogħla kategorija ta' impatt għall-batteriji wara l-użu tal-minerali u l-metalli. Għalhekk, id-dokumentazzjoni teknika għall-batteriji industrijali rikarikabbli u għall-batteriji u l-batteriji tal-vetturi elettriċi b'memorja interna u b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh imqiegħda fis-suq tal-Unjoni jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni tal-impronta tal-karbonju, li jenħtieġ li tkun speċifika, jekk ikun meħtieġ, għal kull lott tal-manifattura. Il-batteriji jiġu manifatturati f'lottijiet, magħmula f'ammonti speċifiċi f'ċerti perjodi ta' żmien. L-armonizzazzjoni tar-regoli tekniċi għall-kalkolu tal-impronta tal-karbonju għall-batteriji industrijali rikarikabbli u l-batteriji tal-vetturi elettriċi kollha b'memorja interna u b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh imqiegħda fis-suq tal-Unjoni hija prerekwiżit għall-introduzzjoni ta' rekwiżit sabiex id-dokumentazzjoni teknika tal-batteriji tkun tinkludi dikjarazzjoni tal-impronta tal-karbonju u, sussegwentement, għall-istabbiliment ta' klassijiet tal-prestazzjoni tal-impronta tal-karbonju li jippermettu l-identifikazzjoni tal-batteriji b'impronti tal-karbonju aktar baxxi b'mod ġenerali. Ir-rekwiżiti ta' informazzjoni u ta' tikkettar ċar dwar l-impronta tal-karbonju tal-batteriji minnhom infushom mhumiex mistennija li jwasslu għall-bidla fl-imġiba meħtieġa biex jiġi żgurat li jintlaħaq l-objettiv tal-Unjoni li tiddekarbonizza s-setturi tal-mobbiltà u tal-ħażna tal-enerġija, f'konformità mal-objettivi maqbula fil-livell internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima32. Għalhekk, se jiġu introdotti limiti massimi tal-karbonju, minbarra valutazzjoni tal-impatt dedikata biex jiġu ddeterminati dawk il-valuri. Billi tipproponi l-livell limitu massimu tal-impronta tal-karbonju, il-Kummissjoni, fost l-oħrajn, se tqis id-distribuzzjoni relattiva tal-valuri tal-impronta tal-karbonju fil-batteriji fis-suq, l-ammont ta' progress fit-tnaqqis tal-impronta tal-karbonju tal-batteriji mqiegħda fis-suq tal-Unjoni u l-kontribut effettiv u l-potenzjali ta' din il-miżura għall-objettivi tal-Unjoni dwar il-mobbiltà sostenibbli u n-newtralità klimatika sal-2050. Sabiex ikun hemm trasparenza dwar l-impronta tal-karbonju tal-batteriji, u biex is-suq tal-Unjoni jimxi lejn batteriji b'livell baxx ta' karbonju, irrispettivament minn fejn dawn jiġu prodotti, hija ġġustifikata żieda gradwali u kumulattiva fir-rekwiżiti tal-impronta tal-karbonju. B'riżultat ta' dawn ir-rekwiżiti, l-emissjonijiet tal-karbonju evitati fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-batteriji se jikkontribwixxu għall-objettiv tal-Unjoni li tilħaq in-newtralità klimatika sal-2050. Dan jista' jippermetti wkoll politiki oħrajn fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, bħal inċentivi jew kriterji tal-akkwist pubbliku ekoloġiku, li jrawmu l-produzzjoni ta' batteriji b'impatti ambjentali aktar baxxi.
(18)  Jenħtieġ li l-introduzzjoni massiva mistennija tal-batteriji f'setturi bħall-mobbiltà u l-ħażna tal-enerġija tnaqqas l-emissjonijiet tal-karbonju, iżda biex jiġi mmassimizzat dan il-potenzjal, huwa meħtieġ li ċ-ċiklu tal-ħajja ġenerali tagħhom ikollu impronta tal-karbonju baxxa. Skont ir-Regoli tal-Kategorija Marbutin mal-Impronta Ambjentali tal-Prodott għall-Batteriji Rikarikabbli b'Enerġija Speċifika Għolja għall-Applikazzjonijiet Mobbli31, it-tieni l-ogħla kategorija ta' impatt għall-batteriji wara l-estrazzjoni u l-użu tal-minerali u l-metalli ġejja mill-aggravar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fuq it-tibdil fil-klima. Id-dokumentazzjoni teknika għall-batteriji industrijali, għall-batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief, u għall-batteriji tal-vetturi elettriċi imqiegħda fis-suq tal-Unjoni għalhekk jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni tal-impronta tal-karbonju. L-armonizzazzjoni tar-regoli tekniċi għall-kalkolu tal-impronta tal-karbonju għall-batteriji industrijali, għall-batteriji industrijali, għall-batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief, u għall-batteriji tal-vetturi elettriċi imqiegħda fis-suq tal-Unjoni hija prerekwiżit għall-introduzzjoni ta' rekwiżit sabiex id-dokumentazzjoni teknika tal-batteriji tkun tinkludi dikjarazzjoni tal-impronta tal-karbonju u, sussegwentement, għall-istabbiliment ta' klassijiet tal-prestazzjoni tal-impronta tal-karbonju li jippermettu l-identifikazzjoni tal-batteriji b'impronti tal-karbonju aktar baxxi b'mod ġenerali. Ir-rekwiżiti ta' informazzjoni u ta' tikkettar ċar dwar l-impronta tal-karbonju tal-batteriji minnhom infushom mhumiex mistennija li jwasslu għall-bidla fl-imġiba meħtieġa biex jiġi żgurat li jintlaħaq l-objettiv tal-Unjoni li tiddekarbonizza s-setturi tal-mobbiltà u tal-ħażna tal-enerġija, f'konformità mal-objettivi maqbula fil-livell internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima32. Għalhekk, se jiġu introdotti limiti massimi tal-karbonju, minbarra valutazzjoni tal-impatt dedikata biex jiġu ddeterminati dawk il-valuri. Billi tipproponi l-livell limitu massimu tal-impronta tal-karbonju, il-Kummissjoni, fost l-oħrajn, se tqis id-distribuzzjoni relattiva tal-valuri tal-impronta tal-karbonju fil-batteriji fis-suq, l-ammont ta' progress fit-tnaqqis tal-impronta tal-karbonju tal-batteriji mqiegħda fis-suq tal-Unjoni u l-kontribut effettiv u potenzjali ta' din il-miżura għall-objettivi tal-Unjoni dwar il-mobbiltà sostenibbli u n-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050. Sabiex ikun hemm trasparenza dwar l-impronta tal-karbonju tal-batteriji, u biex is-suq tal-Unjoni jimxi lejn batteriji b'livell baxx ta' karbonju, irrispettivament minn fejn dawn jiġu prodotti, hija ġġustifikata żieda gradwali u kumulattiva fir-rekwiżiti tal-impronta tal-karbonju. B'riżultat ta' dawn ir-rekwiżiti, l-emissjonijiet tal-karbonju evitati fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-batteriji se jikkontribwixxu għall-objettivi klimatiċi tal-Unjoni, b'mod partikolari dak li tilħaq in-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050. Dan jista' jippermetti wkoll politiki oħrajn fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, bħal inċentivi jew kriterji tal-akkwist pubbliku ekoloġiku, li jrawmu l-produzzjoni ta' batteriji b'impatti ambjentali aktar baxxi.
__________________
__________________
31 L-Impronta Ambjentali tal-Prodott — Regoli tal-Kategorija għall-Batteriji Rikarikabbli b'Enerġija Speċifika Għolja għall-Applikazzjonijiet Mobbli https://ec.europa.eu/environment/eussd/smgp/pdf/PEFCR_Batteries.pdf
31 L-Impronta Ambjentali tal-Prodott — Regoli tal-Kategorija għall-Batteriji Rikarikabbli b'Enerġija Speċifika Għolja għall-Applikazzjonijiet Mobbli https://ec.europa.eu/environment/eussd/smgp/pdf/PEFCR_Batteries.pdf
32 Il-Ftehim ta' Pariġi (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4) u l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, disponibbli fuq https://unfccc.int/resource/docs/convkp/conveng.pdf
32 Il-Ftehim ta' Pariġi (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4) u l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, disponibbli fuq https://unfccc.int/resource/docs/convkp/conveng.pdf
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 18a (ġdida)
(18 a)  Il-limiti massimi tal-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja jenħtieġ li jibqgħu validi fil-futur u jevolvu progressivament bi qbil mal-aħjar proċessi ta' manifattura u ta' produzzjoni disponibbli. Għalhekk, meta jiġi adottat l-att delegat li jiddetermina l-limitu massimu tal-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja, il-Kummissjoni Ewropea jenħtieġ li tqis l-aħjar proċessi ta' manifattura u produzzjoni disponibbli u tiżgura li l-kriterji tekniċi magħżula jkunu konsistenti mal-objettiv ta' dan ir-Regolament li jiżgura li l-batteriji mqiegħda fis-suq tal-Unjoni jiggarantixxu livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, tas-sikurezza, tal-proprjetà u tal-ambjent.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 19
(19)  Ċerti sustanzi li jinsabu fil-batteriji, bħall-kobalt, iċ-ċomb, il-litju jew in-nikil, jinkisbu minn riżorsi skarsi li mhumiex faċilment disponibbli fl-Unjoni, u xi wħud huma meqjusa bħala materja prima kritika mill-Kummissjoni. Dan huwa qasam fejn l-Ewropa teħtieġ li ssaħħaħ l-awtonomija strateġika tagħha u żżid ir-reżiljenza tagħha bi tħejjija għat-tfixkil potenzjali fil-provvista minħabba kriżijiet tas-saħħa jew kriżijiet oħrajn. It-tisħiħ taċ-ċirkolarità u tal-effiċjenza fir-riżorsi b'żieda fir-riċiklaġġ u fl-irkupru ta' dik il-materja prima, se jikkontribwixxi biex jintlaħaq dak l-għan.
(19)  Ċerti sustanzi li jinsabu fil-batteriji, bħall-kobalt, iċ-ċomb, il-litju jew in-nikil, jinkisbu minn riżorsi skarsi li mhumiex faċilment disponibbli fl-Unjoni, u xi wħud huma meqjusa bħala materja prima kritika mill-Kummissjoni. F'konformità mal-Istrateġija Industrijali tal-Unjoni, l-Ewropa teħtieġ li ssaħħaħ l-awtonomija strateġika tagħha, inkluż l-iffaċilitar tal-investimenti f'fabbriki li jipproduċu batteriji fuq skala massiva, u żżid ir-reżiljenza tagħha bi tħejjija għat-tfixkil potenzjali fil-provvista minħabba kriżijiet tas-saħħa jew kriżijiet oħrajn. It-tisħiħ taċ-ċirkolarità u tal-effiċjenza fir-riżorsi b'żieda fir-riċiklaġġ u fl-irkupru ta' dik il-materja prima, se jikkontribwixxi biex jintlaħaq dak l-għan. Is-sostituzzjoni tal-materja prima skarsa b'materjali alternattivi disponibbli b'mod aktar wiesa', inkluża l-materja prima rinnovabbli, tikkontribwixxi wkoll għat-tisħiħ tal-produzzjoni tal-batteriji u tal-awtonomija strateġika proprja tal-Unjoni. Għalhekk huwa kruċjali li l-Unjoni u l-Istati Membri jappoġġaw inizjattivi ta' riċerka u żvilupp rilevanti.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 21
(21)  Sabiex jitqies ir-riskju tal-provvista tal-kobalt, iċ-ċomb, il-litju u n-nikil u sabiex tiġi vvalutata d-disponibbiltà tagħhom, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-miri għas-sehem minimu tal-kobalt, iċ-ċomb, il-litju jew in-nikil irriċiklati preżenti f'materjali attivi fil-batteriji.
(21)  Sabiex jitqies ir-riskju tal-provvista tal-kobalt, iċ-ċomb, il-litju u n-nikil u sabiex tiġi vvalutata d-disponibbiltà tagħhom, u fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku, il-Kummissjoni jenħtieġ li tevelwa jekk ikunx xieraq li ssir reviżjoni tal-miri għas-sehem minimu tal-kobalt, iċ-ċomb, il-litju jew in-nikil irriċiklati preżenti f'materjali attivi fil-batteriji u, meta jkun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva għal dak il-għan.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 21a (ġdida)
(21a)  Sabiex jitqiesu l-bidliet fit-teknoloġiji tal-batteriji li jħallu impatt fuq it-tipi ta' materjali li jistgħu jiġu rkuprati, jenħtieġ li s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tas-supplimentar ta' dan ir-Regolament biex tiġi nkluża l-materja prima addizzjonali u l-miri rispettivi fil-lista ta' ishma minimi ta' kontenut irriċiklat preżenti f'materjali attivi fil-batteriji.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 22
(22)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kalkolu u l-verifika, għal kull mudell u lott ta' batteriji u għal kull impjant tal-manifattura, l-ammont ta' kobalt, ċomb, litju jew nikil irkuprat minn skart preżenti f'materjali attivi fil-batteriji u r-rekwiżiti ta' informazzjoni għad-dokumentazzjoni teknika, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni.
(22)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi madwar l-Unjoni kollha għad-dikjarazzjoni dwar il-materjali rkuprati li għandha tiġi pprovduta permezz ta' format armonizzat u għad-dokumentazzjoni teknika, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-format u d-dokumentazzjoni teknika għad-dikjarazzjoni dwar il-materjali rkuprati.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 23
(23)  Jenħtieġ li l-batteriji mqiegħda fis-suq tal-Unjoni jkunu durabbli u bi prestazzjoni għolja. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti parametri ta' prestazzjoni u durabbiltà għal batteriji portabbli ta' użu ġenerali, kif ukoll għal batteriji industrijali rikarikabbli u batteriji tal-vetturi elettriċi. Għall-batteriji tal-vetturi elettriċi, il-Grupp ta' Ħidma informali tal-UNECE dwar il-Vetturi Elettriċi u l-Ambjent qed jiżviluppa rekwiżiti ta' durabbiltà fil-vetturi, għalhekk, dan ir-Regolament qed joqgħod lura milli jistabbilixxi rekwiżiti ta' durabbiltà addizzjonali. Min-naħa l-oħra, fil-qasam tal-batteriji għall-ħżin tal-enerġija, il-metodi ta' kejl eżistenti biex jiġu ttestjati l-prestazzjoni u d-durabbiltà tal-batterija mhumiex meqjusa preċiżi u rappreżentattivi biżżejjed biex jippermettu l-introduzzjoni ta' rekwiżiti minimi. Jenħtieġ li l-introduzzjoni ta' rekwiżiti minimi relatati mal-prestazzjoni u d-durabbiltà ta' dawn il-batteriji tkun akkumpanjata minn standards armonizzati adegwati jew speċifikazzjonijiet komuni disponibbli.
(23)  Jenħtieġ li l-batteriji mqiegħda fis-suq tal-Unjoni jkunu durabbli u bi prestazzjoni għolja. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti parametri ta' prestazzjoni u durabbiltà għal batteriji portabbli kif ukoll għal batteriji industrijali, batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief u batteriji tal-vetturi elettriċi. Għall-batteriji tal-vetturi elettriċi, il-Grupp ta' Ħidma informali tal-UNECE dwar il-Vetturi Elettriċi u l-Ambjent qed jiżviluppa rekwiżiti ta' durabbiltà fil-vetturi, għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun koerenti mal-konklużjonijiet tiegħu. Min-naħa l-oħra, fil-qasam tal-batteriji għall-ħżin tal-enerġija, il-metodi ta' kejl eżistenti biex jiġu ttestjati l-prestazzjoni u d-durabbiltà tal-batterija mhumiex meqjusa preċiżi u rappreżentattivi biżżejjed biex jippermettu l-introduzzjoni ta' rekwiżiti minimi. Jenħtieġ li l-introduzzjoni ta' rekwiżiti minimi relatati mal-prestazzjoni u d-durabbiltà ta' dawn il-batteriji tkun akkumpanjata minn standards armonizzati adegwati jew speċifikazzjonijiet komuni disponibbli.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 24
(24)  Sabiex jitnaqqsu l-batteriji b'impatt ambjentali tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-parametri tal-prestazzjoni u tad-durabbiltà u l-istabbiliment ta' valuri minimi għal dawk il-parametri għal batteriji portabbli ta' użu ġenerali u għal batteriji industrijali rikarikabbli.
(24)  Sabiex jitnaqqsu l-batteriji b'impatt ambjentali tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-parametri tal-prestazzjoni u tad-durabbiltà u l-istabbiliment ta' valuri minimi għal dawk il-parametri għal batteriji portabbli, għal batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief u għal batteriji industrijali rikarikabbli.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 24a (ġdida)
(24a)  Sabiex jiġi żgurat li r-regoli tal-Unjoni dwar il-prestazzjoni elettrokimika u d-durabbiltà għall-batteriji tal-vetturi elettriċi jkunu koerenti fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-Grupp ta' Ħidma informali tal-UNECE dwar il-Vetturi Elettriċi u l-Ambjent u fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-parametri tal-prestazzjoni u tad-durabbiltà u tal-valuri minimi għal dawk il-parametri għall-batteriji tal-vetturi elettriċi.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 25
(25)  Xi batteriji mhux rikarikabbli ta' użu ġenerali jistgħu jimplikaw użu ineffiċjenti tar-riżorsi u tal-enerġija. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti oġġettivi fir-rigward tal-prestazzjoni u d-durabbiltà ta' batteriji bħal dawn sabiex jiġi żgurat li jitqiegħdu fis-suq inqas batteriji portabbli mhux rikarikabbli ta' użu ġenerali u bi prestazzjoni baxxa, b'mod partikolari, meta, abbażi ta' valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja, l-użu alternattiv ta' batteriji rikarikabbli jirriżulta f'benefiċċji ambjentali ġenerali.
(25)  Xi batteriji mhux rikarikabbli ta' użu ġenerali jistgħu jimplikaw użu ineffiċjenti tar-riżorsi u tal-enerġija. Madankollu, għal xi tagħmir għadhom jintużaw batteriji mhux rikarikabbli. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti oġġettivi fir-rigward tal-prestazzjoni u d-durabbiltà ta' batteriji bħal dawn sabiex jiġi żgurat li jitqiegħdu fis-suq inqas batteriji portabbli mhux rikarikabbli ta' użu ġenerali u bi prestazzjoni baxxa. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta, fir-rigward ta' gruppi speċifiċi ta' prodotti li jużaw batteriji mhux rikarikabbli, abbażi ta' valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja, jekk l-użu alternattiv ta' batteriji rikarikabbli jirriżultax f'benefiċċji ambjentali ġenerali u għalhekk jekk l-użu ta' batteriji portabbli mhux rikarikabbli ta' użu ġenerali jenħtieġ li jiġi eliminat gradwalment. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jiġu kkomplementati bir-rekwiżiti stabbiliti permezz ta' miżuri ta' implimentazzjoni skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1 għal prodotti partikolari li jaħdmu bil-batteriji.
__________________
1 Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 26
(26)  Sabiex jiġi żgurat li l-batteriji portabbli inkorporati fl-apparat ikunu soġġetti għal ġbir separat, trattament u riċiklaġġ ta' kwalità għolja xierqa ladarba jkunu saru skart, huma meħtieġa dispożizzjonijiet biex tiġi żgurata l-possibbiltà tagħhom li jinqalgħu u jiġu sostitwiti f'apparat bħal dan. Jenħtieġ li l-batteriji użati jkunu wkoll sostitwibbli sabiex jittawwal it-tul tal-ħajja mistenni tal-apparat li jkunu parti minnu. Id-dispożizzjonijiet ġenerali ta' dan ir-Regolament jistgħu jiġu kkumplimentati b'rekwiżiti stabbiliti għal prodotti partikolari li jaħdmu bil-batteriji fil-miżuri ta' implimentazzjoni skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill33. Fejn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni tistabbilixxi rekwiżiti aktar speċifiċi, għal raġunijiet ta' sikurezza, fir-rigward tat-tneħħija tal-batteriji minn prodotti (eż. ġugarelli), jenħtieġ li japplikaw dawk ir-regoli speċifiċi.
(26)  Sabiex jiġi żgurat li l-batteriji portabbli inkorporati fl-apparat ikunu soġġetti għal ġbir separat, trattament u riċiklaġġ ta' kwalità għolja xierqa ladarba jkunu saru skart, huma meħtieġa dispożizzjonijiet biex tiġi żgurata l-possibbiltà tagħhom li jinqalgħu u jiġu sostitwiti f'apparat bħal dan. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll regoli għal batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief. Jenħtieġ li l-batteriji użati jkunu wkoll sostitwibbli sabiex jittawwal it-tul tal-ħajja mistenni tal-apparat li jkunu parti minnu. Id-dispożizzjonijiet ġenerali ta' dan ir-Regolament jistgħu jiġu kkomplementati b'rekwiżiti stabbiliti għal prodotti partikolari li jaħdmu bil-batteriji fil-miżuri ta' implimentazzjoni skont id-Direttiva 2009/125/KE. Fejn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni tistabbilixxi rekwiżiti aktar speċifiċi, għal raġunijiet ta' sikurezza, fir-rigward tat-tneħħija tal-batteriji minn prodotti (eż. ġugarelli), jenħtieġ li japplikaw dawk ir-regoli speċifiċi. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll dispożizzjonijiet biex jiġi żgurat li l-batteriji industrijali, il-batteriji awtomotivi u l-batteriji tal-vetturi elettriċi jkunu jistgħu jitneħħew u sostitwiti, filwaqt li titqies in-natura differenti tagħhom u r-rekwiżiti speċifiċi ta' sikurezza.
__________________
33 Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 26a (ġdida)
(26a)  Il-batteriji awtomotivi, il-batteriji għal vetturi elettriċi u l-batteriji industrijali jenħtieġ li jkunu jistgħu jitneħħew u jiġu sostitwiti minn operaturi indipendenti kwalifikati. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet li jiżguraw li tali batteriji jkunu jistgħu jitneħħew, jiġu sostitwiti u żarmati. Huwa importanti li s-sikurezza tali batteriji meta jiġu msewwija tkun tista' tiġi vvalutata abbażi ta' testijiet mhux distruttivi adattati għalihom. Sabiex tiġi ffaċilitata t-tiswija tal-batteriji awtomotivi, tal-batteriji għal vetturi elettriċi u tal-batteriji industrijali, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tas-supplimentar ta' dan ir-Regolament biex jiġu stabbiliti kriterji għat-tneħħija, is-sostituzzjoni u ż-żarmar ta' batteriji awtomotivi, batteriji għal vetturi elettriċi u għal batteriji industrijali. Sabiex tkun tista' tiġi vvalutata s-sikurezza ta' tali batteriji meta msewwija, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni, fir-rigward tad-definizzjoni ta' metodi ta' ttestjar non-distruttivi adegwati.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 26b (ġdida)
(26b)  Sabiex ikompli jitnaqqas l-iskart, l-interoperabbiltà tal-batteriji, tal-konnetturi u taċ-ċarġers f'kull tip ta' prodott jenħtieġ li tiġi promossa fil-leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni tal-ekodisinn speċifiku għall-prodott, u fil-politika dwar il-prodotti sostenibbli li jmiss.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 26c (ġdida)
(26c)  L-interoperabbiltà taċ-ċarġers f'kategoriji speċifiċi ta' batteriji tista' tnaqqas l-iskart u l-ispejjeż bla bżonn għall-benefiċċju tal-konsumaturi u ta' utenti finali oħra. Għalhekk jenħtieġ li jkun possibbli li l-batteriji jiġu ċċarġjati mill-ġdid għal vetturi elettriċi, mezzi tat-trasport ħfief, u batteriji rikarikabbli inkorporati f'kategoriji speċifiċi ta' tagħmir elettriku u elettroniku, bl-użu ta' ċarġers komuni li jippermettu l-interoperabbiltà f'kull kategorija ta' batteriji. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jinkludi dispożizzjonijiet li jirrikjedu li l-Kummissjoni tivvaluta kif l-aħjar tintroduċi standards armonizzati għal ċarġers komuni applikabbli mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2026 għal dawk il-kategoriji ta' batteriji. Din il-valutazzjoni jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn proposti leġiżlattivi fejn xieraq.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 27
(27)  Il-batteriji affidabbli huma fundamentali għall-operat u s-sikurezza ta' ħafna prodotti, apparat u servizzi. Għalhekk, jenħtieġ li l-batteriji jiġu ddisinjati u manifatturati biex jiżguraw l-operazzjoni u l-użu sikur tagħhom. Dan l-aspett huwa partikolarment rilevanti għas-sistemi għall-ħażna tal-enerġija f'batteriji stazzjonarji, li bħalissa mhumiex koperti minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Il-parametri li għandhom jiġu kkunsidrati fit-testijiet tas-sikurezza jenħtieġ li jiġu stipulati għal dawk is-sistemi għall-ħażna tal-enerġija.
(27)  Il-batteriji affidabbli huma fundamentali għall-operat u s-sikurezza ta' ħafna prodotti, apparat u servizzi. Għalhekk, jenħtieġ li l-batteriji jiġu ddisinjati u manifatturati biex jiżguraw l-operazzjoni u l-użu sikur tagħhom, sabiex ma jikkawżawx ħsara jew dannu lill-bnedmin, lill-ambjent jew lill-proprjetà. Dan l-aspett huwa partikolarment rilevanti għal batteriji fi ħdan sistemi għall-ħażna tal-enerġija f'batteriji stazzjonarji, li bħalissa mhumiex koperti minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Il-parametri li għandhom jiġu kkunsidrati fit-testijiet tas-sikurezza jenħtieġ li għalhekk jiġu stipulati għal dawk il-batteriji u jiġu kkomplementati bi standards CEN, CENELEC u IEC applikabbli.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 28
(28)  Sabiex l-utenti finali jingħataw informazzjoni trasparenti, affidabbli u ċara dwar il-batteriji u l-karatteristiċi ewlenin tagħhom, u dwar l-iskart ta' batteriji, biex l-utenti finali jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati meta jixtru u jarmu l-batteriji u biex l-operaturi tal-iskart ikunu jistgħu jittrattaw b'mod xieraq l-iskart ta' batteriji, jenħtieġ li l-batteriji jiġu ttikkettati. Jenħtieġ li l-batteriji jkunu ttikkettati bl-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-karatteristiċi ewlenin tagħhom, inklużi l-kapaċità u l-kontenut tagħhom ta' ċerti sustanzi perikolużi. Sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-informazzjoni matul iż-żmien, jenħtieġ li dik l-informazzjoni tkun magħmula disponibbli wkoll permezz tal-kodiċijiet QR.
(28)  Sabiex l-utenti finali jingħataw informazzjoni trasparenti, affidabbli u ċara dwar il-batteriji u l-karatteristiċi ewlenin tagħhom, u dwar l-iskart ta' batteriji, biex l-utenti finali jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati meta jixtru u jarmu l-batteriji u biex l-operaturi tal-iskart ikunu jistgħu jittrattaw b'mod xieraq l-iskart ta' batteriji, jenħtieġ li l-batteriji jiġu ttikkettati. Jenħtieġ li l-batteriji jkunu ttikkettati bl-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-karatteristiċi ewlenin tagħhom, inklużi l-kapaċità, il-karatteristiċi ta' produzzjoni u l-kontenut tagħhom ta' ċerti sustanzi perikolużi. Sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-informazzjoni matul iż-żmien, jenħtieġ li dik l-informazzjoni tkun magħmula disponibbli wkoll permezz ta' kodiċijiet QR li jenħtieġ li jirrispettaw il-linji gwida tal-istandard ISO/IEC 18004. Jenħtieġ li l-kodiċi QR stampat jew imnaqqax fuq il-batteriji kollha jagħti aċċess għall-passaport tal-prodotti tal-batterija. It-tikketti u l-kodiċijiet QR jenħtieġ li jkunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1.
__________________
1 Id-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 70).
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 29
(29)  L-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-batteriji hija essenzjali biex jiġi żgurat li l-utenti finali bħala konsumaturi jkunu infurmati tajjeb u fil-ħin u, b'mod partikolari, li jkollhom bażi komuni biex iqabblu batteriji differenti qabel ma jixtru. Għalhekk, il-batteriji portabbli ta' użu ġenerali u l-batteriji awtomotivi jenħtieġ li jiġu mmarkati b'tikketta li jkun fiha l-informazzjoni dwar it-tul ta' żmien medju minimu tagħhom meta jintużaw f'applikazzjonijiet speċifiċi. Barra minn hekk, huwa importanti li l-utent finali jiġi ggwidat biex jarmi l-iskart ta' batteriji b'mod xieraq.
(29)  L-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-batteriji hija essenzjali biex jiġi żgurat li l-utenti finali, speċjalment bħala konsumaturi jkunu infurmati tajjeb u fil-ħin u, b'mod partikolari, li jkollhom bażi komuni biex iqabblu batteriji differenti qabel ma jixtru. Għalhekk, il-batteriji portabbli, il-batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief u l-batteriji awtomotivi jenħtieġ li jiġu mmarkati b'tikketta li jkun fiha l-informazzjoni dwar it-tul ta' żmien medju minimu tagħhom meta jintużaw f'applikazzjonijiet speċifiċi u t-tul tal-ħajja mistenni tagħhom. Barra minn hekk, huwa importanti li l-utent finali jiġi ggwidat biex jarmi l-iskart ta' batteriji b'mod xieraq.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 30
(30)  Jenħtieġ li l-batteriji industrijali rikarikabbli u l-batteriji tal-vetturi elettriċi b'memorja interna u b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh ikollhom sistema ta' ġestjoni tal-batterija li taħżen id-data sabiex l-istat tas-saħħa u t-tul tal-ħajja mistenni tal-batteriji jkunu jistgħu jiġu ddeterminati fi kwalunkwe ħin mill-utent finali jew minn kwalunkwe parti terza oħra li taġixxi f'ismu. Sabiex batterija tiġi adattata għal skop differenti jew manifatturata mill-ġdid, jenħtieġ li l-aċċess għas-sistema ta' ġestjoni tal-batterija jiġi pprovdut lill-persuna li tkun xtrat il-batterija jew lil kwalunkwe parti terza li taġixxi f'isimha fi kwalunkwe ħin għall-evalwazzjoni tal-valur residwu tal-batterija, l-iffaċilitar tal-użu mill-ġdid, l-adattament tal-batterija għal skop differenti jew il-manifattura mill-ġdid tagħha u t-tqegħid tal-batterija għad-dispożizzjoni tal-aggregaturi indipendenti, kif definiti fid-Direttiva (UE) 201/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34, li joperaw impjanti tal-enerġija virtwali fi grilji tal-elettriku. Jenħtieġ li dan ir-rekwiżit japplika flimkien mad-dritt tal-Unjoni dwar it-tip ta' approvazzjoni tal-vetturi, inklużi speċifikazzjonijiet tekniċi li jistgħu joriġinaw mix-xogħol tal-Grupp ta' Ħidma informali tal-UNECE dwar il-Vetturi Elettriċi u l-Ambjent dwar l-aċċess għad-data f'vetturi elettriċi.
(30)  Il-batteriji f'sistemi ta' ħżin tal-enerġija f'batteriji stazzjonarji, batteriji ta' mezzi tat-trasport ħfief u batteriji tal-vetturi elettriċi fihom sistema ta' ġestjoni tal-batterija li taħżen id-data. Dik is-sistema ta' ġestjoni tal-batterija jenħtieġ li tinkludi informazzjoni dwar l-istat tas-saħħa, is-sikurezza u t-tul tal-ħajja mistenni tal-batteriji sabiex dawk l-aspetti jkunu jistgħu jiġu ddeterminati fi kwalunkwe ħin mill-utent finali jew minn kwalunkwe parti terza oħra li taġixxi f'ismu. Sabiex jiġu ffaċilitati l-użu mill-ġdid, l-adattament għal skop differenti jew il-manifattura mill-ġdid ta' batterija, jenħtieġ li d-data li tinqara biss mill-aċċess għas-sistema ta' ġestjoni tal-batterija tiġi pprovduta lill-persuna li tkun xtrat il-batterija jew lil kwalunkwe parti terza li taġixxi f'isimha fi kwalunkwe ħin għall-evalwazzjoni tal-valur residwu tal-batterija, l-iffaċilitar tal-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, l-użu mill-ġdid, il-preparazzjoni għal adattament għal skop differenti, l-adattament għal skop differenti jew il-manifattura mill-ġdid tal-batterija u għat-tqegħid tal-batterija għad-dispożizzjoni tal-aggregaturi indipendenti, kif definiti fid-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34, li joperaw impjanti tal-enerġija virtwali fi grilji tal-elettriku, inklużi l-elementi meħtieġa li jippermettu t-tħaddim ta' servizzi ta' vettura għall-grilja. Bil-għan li jiġu ffaċilitati l-adozzjoni u l-użu tagħhom fl-Unjoni, jenħtieġ li l-batteriji għal vetturi elettriċi u batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief jkollhom disponibbli, f'ħin reali, data li tinqara biss fil-vettura relatata mal-istat tas-saħħa tal-batterija, l-istat taċ-ċarġ tal-batterija, mal-valur programmat tal-potenza tal-batterija u mal-kapaċità tal-batterija. Is-sistema ta' ġestjoni tal-batterija għall-batteriji tal-vetturi elettriċi jenħtieġ li jkollha wkoll funzjoni ta' komunikazzjoni sabiex ikun possibbli li jkun hemm funzjonijiet ta' ċċarġjar intelliġenti bħall-iċċarġjar mill-vettura għall-grilja, mill-vettura għall-iċċarġjar b'batterija, mill-vettura għall-vettura, mill-vettura għall-powerbank u mill-vettura għall-bini. Jenħtieġ li dan ir-rekwiżit japplika flimkien mad-dritt tal-Unjoni dwar it-tip ta' approvazzjoni tal-vetturi, inklużi speċifikazzjonijiet tekniċi li jistgħu joriġinaw mix-xogħol tal-Grupp ta' Ħidma informali tal-UNECE dwar il-Vetturi Elettriċi u l-Ambjent dwar l-aċċess għad-data f'vetturi elettriċi. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi bbażati fuq ir-Regolamenti Tekniċi Globali tal-UNECE (UNECE GTR), ladarba jkunu applikabbli fid-dritt tal-Unjoni, jenħtieġ li jitqiesu bħala parametru referenzjajru għad-data dwar il-parametri għad-determinazzjoni tal-istat tas-saħħa u l-ħajja mistennija tal-batteriji fis-sistema ta' ġestjoni tal-batterija.
__________________
__________________
34 Id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125)
34 Id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125).
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 31
(31)  Għadd ta' rekwiżiti speċifiċi għall-prodott skont dan ir-Regolament, inkluż dwar il-prestazzjoni, id-durabbiltà, l-adattament għal skop differenti u s-sikurezza, jenħtieġ li jitkejlu bl-użu ta' metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli li jqisu l-metodoloġiji mill-aktar avvanzati tal-kejl u tal-kalkolu rikonoxxuti b'mod ġenerali. Sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm ostakli għall-kummerċ fis-suq intern, jenħtieġ li l-istandards jiġu armonizzati fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li tali metodi u standards, sa fejn ikun possibbli, iqisu l-użu tal-batteriji fil-ħajja reali, ikunu jirriflettu l-firxa medja tal-imġiba tal-konsumaturi u jkunu robusti sabiex jiskoraġġixxu ċ-ċirkomvenzjoni intenzjonali u mhux intenzjonali. Ladarba tkun ġiet adottata referenza għal tali standard skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35 u ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandha tiġi stabbilita preżunzjoni ta' konformità ma' dawk ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott adottati abbażi ta' dan ir-Regolament, dment li l-eżitu ta' tali metodi juri li jintlaħqu l-valuri minimi stabbiliti għal dawk ir-rekwiżiti sostantivi. Fin-nuqqas ta' standards ippubblikati fiż-żmien tal-applikazzjoni ta' rekwiżiti speċifiċi għall-prodott, jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta speċifikazzjonijiet komuni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni u jenħtieġ li l-konformità ma' tali speċifikazzjonijiet twassal ukoll għall-preżunzjoni tal-konformità. F'każijiet fejn jinstab, fi stadju aktar tard, li l-ispeċifikazzjonijiet komuni għandhom xi nuqqasijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, temenda jew tħassar l-ispeċifikazzjonijiet komuni inkwistjoni.
(31)  Għadd ta' rekwiżiti speċifiċi għall-prodott skont dan ir-Regolament, inkluż dwar il-prestazzjoni, id-durabbiltà, l-adattament għal skop differenti u s-sikurezza, jenħtieġ li jitkejlu bl-użu ta' metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli li jqisu l-metodoloġiji mill-aktar avvanzati tal-kejl, tal-istandards u tal-kalkolu rikonoxxuti b'mod ġenerali. Sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm ostakli għall-kummerċ fis-suq intern, jenħtieġ li l-istandards jiġu armonizzati fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li tali metodi u standards, sa fejn ikun possibbli, iqisu l-użu tal-batteriji fil-ħajja reali, ikunu jirriflettu l-firxa medja tal-imġiba tal-konsumaturi u jkunu robusti sabiex jiskoraġġixxu ċ-ċirkomvenzjoni intenzjonali u mhux intenzjonali. Ladarba tkun ġiet adottata referenza għal tali standard skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35 u ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandha tiġi stabbilita preżunzjoni ta' konformità ma' dawk ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott adottati abbażi ta' dan ir-Regolament, dment li l-eżitu ta' tali metodi juri li jintlaħqu l-valuri minimi stabbiliti għal dawk ir-rekwiżiti sostantivi. Sabiex jiġi evitat l-irduppjar tal-istandards, biex tiġi massimizzata l-effiċjenza u biex jiġu inklużi l-ogħla għarfien espert u għarfien tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku, il-Kummissjoni jenħtieġ li tfittex li titlob organizzazzjoni jew organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex jabbozzaw standard f'każ li jkun hemm nuqqas ta' standard bħal dan. Fin-nuqqas ta' standards ippubblikati fiż-żmien tal-applikazzjoni ta' rekwiżiti speċifiċi għall-prodott, jew fl-eventwalità ta' risposta mhux sodisfaċenti mill-organizzazzjoni ta' standardizzazzjoni Ewropea rilevanti, jenħtieġ li l-Kummissjoni, f'każijiet eċċezzjonali u ġustifikati u wara li tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, tadotta speċifikazzjonijiet komuni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni u jenħtieġ li l-konformità ma' tali speċifikazzjonijiet twassal ukoll għall-preżunzjoni tal-konformità. F'każijiet fejn jinstab, fi stadju aktar tard, li l-ispeċifikazzjonijiet komuni għandhom xi nuqqasijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, temenda jew tħassar l-ispeċifikazzjonijiet komuni inkwistjoni.
__________________
__________________
35 Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12)
35 Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 31a (ġdida)
(31a)  Involviment attiv fil-ħidma tal-kumitati tal-istandardizzazzjoni internazzjonali huwa prerekwiżit strateġiku importanti biex it-teknoloġiji futuri jitqiegħdu fis-suq. F'xi każijiet, il-parteċipazzjoni tal-Unjoni kienet sottorappreżentata f'dawn il-kumitati. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jappoġġjaw b'mod attiv il-ħidma tal-kumpaniji Ewropej f'dawn il-kumitati internazzjonali tal-istandardizzazzjoni. Qabel ma tikkunsidra l-adozzjoni ta' standards permezz ta' leġiżlazzjoni sekondarja, il-Kummissjoni jenħteiġ li tivvaluta bir-reqqa x-xogħol li jkun sar fuq livell internazzjonali.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 31b (ġdida)
(31b)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura li jkun hemm konsistenza fir-rigward tal-istandards armonizzati u l-ispeċifikazzjonijiet komuni skont dan ir-Regolament u meta tkun qed tirrevedi r-Regolament (UE) Nru 1025/2012.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 32
(32)  Sabiex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-informazzjoni għal finijiet ta' sorveljanza tas-suq, sabiex wieħed jadatta għal teknoloġiji ġodda u sabiex tiġi żgurata r-reżiljenza f'każ ta' kriżijiet globali, bħall-pandemija tal-Covid-19, jenħtieġ li jkun possibbli li tingħata informazzjoni rigward il-konformità mal-atti kollha tal-Unjoni applikabbli għall-batteriji online fil-forma ta' dikjarazzjoni tal-konformità unika tal-UE.
(32)  Sabiex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-informazzjoni għal finijiet ta' sorveljanza tas-suq, sabiex wieħed jadatta għal teknoloġiji ġodda u sabiex tiġi żgurata r-reżiljenza f'każ ta' kriżijiet globali, bħall-pandemija tal-COVID-19, informazzjoni rigward il-konformità mal-atti kollha tal-Unjoni applikabbli għall-batteriji tkun tista' tingħata online fil-forma ta' dikjarazzjoni tal-konformità unika tal-UE.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 35
(35)  Madankollu, il-moduli magħżula ma jirriflettux ċerti aspetti speċifiċi tal-batteriji u, b'hekk, huwa meħtieġ li jiġu adattati l-moduli magħżula għall-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità. Sabiex jitqiesu n-novità u l-kumplessità tar-rekwiżiti tas-sostenibbiltà, tas-sikurezza u tat-tikkettar stabbiliti f'dan ir-Regolament u sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-batteriji mqiegħda fis-suq mar-rekwiżiti legali, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' tal-emendar tal-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità billi jiżdiedu l-passi tal-verifiki jew billi jinbidel il-modulu tal-valutazzjoni, abbażi tal-iżviluppi fis-suq tal-batteriji jew fil-katina tal-valur tal-batteriji.
(35)  Madankollu, il-moduli magħżula ma jirriflettux ċerti aspetti speċifiċi tal-batteriji u, b'hekk, huwa meħtieġ li jiġu adattati l-moduli magħżula għall-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità. Sabiex jitqiesu n-novità u l-kumplessità tar-rekwiżiti tas-sostenibbiltà, tas-sikurezza, tat-tikkettar u ta' informazzjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament u sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-batteriji mqiegħda fis-suq mar-rekwiżiti legali, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' tal-emendar tal-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità billi jiżdiedu l-passi tal-verifiki jew billi jinbidel il-modulu tal-valutazzjoni, abbażi tal-iżviluppi fis-suq tal-batteriji jew fil-katina tal-valur tal-batteriji. Huma meħtieġa proċeduri robusti ta' valutazzjoni tal-konformità biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti sostenibbli u l-obbligi tad-diliġenza dovuta fil-katina tal-valur stabbiliti f'dan ir-Regolament.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 38
(38)  Minħabba n-novità u l-kumplessità tar-rekwiżiti tas-sostenibbiltà, tas-sikurezza u tat-tikkettar għall-batteriji u sabiex jiġi żgurat livell konsistenti ta' kwalità fit-twettiq tal-valutazzjoni tal-konformità tal-batteriji, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti għall-awtoritajiet tan-notifika involuti fil-valutazzjoni, fin-notifika u fil-monitoraġġ tal-korpi nnotifikati. B'mod partikolari, jenħtieġ li jiġi żgurat li l-awtorità tan-notifika tkun oġġettiva u imparzjali fir-rigward tal-attività tagħha. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet tan-notifika jkunu meħtieġa jissalvagwardjaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li jiksbu, madankollu, jenħtieġ li jkunu jistgħu jiskambjaw informazzjoni dwar il-korpi nnotifikati mal-awtoritajiet nazzjonali, mal-awtoritajiet tan-notifika ta' Stati Membri oħrajn u mal-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-konsistenza fil-valutazzjoni tal-konformità.
(38)  Minħabba n-novità u l-kumplessità tar-rekwiżiti tas-sostenibbiltà, tal-prestazzjoni, tas-sikurezza, tat-tikkettar u ta' informazzjoni għall-batteriji u sabiex jiġi żgurat livell konsistenti ta' kwalità fit-twettiq tal-valutazzjoni tal-konformità tal-batteriji, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti għall-awtoritajiet tan-notifika involuti fil-valutazzjoni, fin-notifika u fil-monitoraġġ tal-korpi nnotifikati. B'mod partikolari, jenħtieġ li jiġi żgurat li l-awtorità tan-notifika tkun oġġettiva u imparzjali fir-rigward tal-attività tagħha u jkollha numru suffiċjenti ta' membri tal-persunal kompetenti teknikament biex iwettqu l-kompiti tagħha. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet tan-notifika jkunu meħtieġa jissalvagwardjaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li jiksbu, madankollu, jenħtieġ li jkunu jistgħu jiskambjaw informazzjoni dwar il-korpi nnotifikati mal-awtoritajiet nazzjonali, mal-awtoritajiet tan-notifika ta' Stati Membri oħrajn u mal-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-konsistenza fil-valutazzjoni tal-konformità.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Premessa 39
(39)  Huwa essenzjali li l-korpi nnotifikati kollha jwettqu l-funzjonijiet tagħhom fl-istess livell u f'kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta u awtonomija. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti għall-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità li jixtiequ jiġu nnotifikati sabiex jipprovdu attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti jkomplu japplikaw bħala prerekwiżit għaż-żamma tal-kompetenza tal-korp innotifikat. Sabiex tiġi żgurata l-awtonomija tiegħu, jenħtieġ li l-korp innotifikat u l-persunal li jimpjega jżommu l-indipendenza mill-operaturi ekonomiċi fil-katina tal-valur tal-batteriji u minn kumpaniji oħrajn, inklużi assoċjazzjonijiet tan-negozju u kumpaniji prinċipali u sussidjarji. Jenħtieġ li l-korp innotifikat jintalab jiddokumenta l-indipendenza tiegħu u jipprovdi dik id-dokumentazzjoni lill-awtorità tan-notifika.
(39)  Huwa essenzjali li l-korpi nnotifikati kollha jwettqu l-funzjonijiet tagħhom fl-istess livell u f'kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta u awtonomija. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti għall-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità li jixtiequ jiġu nnotifikati sabiex jipprovdu attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti jkomplu japplikaw bħala prerekwiżit għaż-żamma tal-kompetenza tal-korp innotifikat. Sabiex tiġi żgurata l-awtonomija tiegħu, jenħtieġ li l-korp innotifikat u l-persunal li jimpjega jżommu l-indipendenza mill-operaturi ekonomiċi fil-katina tal-valur tal-batteriji u minn kumpaniji oħrajn, inklużi assoċjazzjonijiet tan-negozju u kumpaniji prinċipali u sussidjarji. Jenħtieġ li l-korp innotifikat jintalab jiddokumenta l-indipendenza tiegħu u jipprovdi dik id-dokumentazzjoni lill-awtorità tan-notifika. Jenħtieġ li jkunu rikjesti wkoll ir-rotazzjoni tat-timijiet u perjodi xierqa biex wieħed jerġa' jaħsibha.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Premessa 42
(42)  Billi s-servizzi offruti minn korpi nnotifikati fi Stat Membru jistgħu jkunu relatati ma' batteriji mqiegħda fis-suq fl-Unjoni kollha, huwa xieraq li l-Istati Membri l-oħrajn u l-Kummissjoni jingħataw l-opportunità li jqajmu oġġezzjonijiet dwar korp innotifikat. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni sabiex titlob lill-awtorità tan-notifika tieħu azzjoni korrettiva fil-każ li korp innotifikat ma jissodisfax, jew ma jkunx għadu jissodisfa, ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
(42)  Billi s-servizzi offruti minn korpi nnotifikati fi Stat Membru jistgħu jkunu relatati ma' batteriji mqiegħda fis-suq fl-Unjoni kollha, huwa xieraq li l-Istati Membri l-oħrajn, il-Kummissjoni, l-operaturi ekonomiċi u l-partijiet ikkonċernati rilevanti jingħataw l-opportunità li jqajmu oġġezzjonijiet dwar korp innotifikat. Il-Kummissjoni, waqt il-proċeduri tal-investigazzjoni, jenħtieġ li tikseb il-parir ta' Faċilità ta' Ttestjar tal-Unjoni maħtura f'konformità mar-Regolament (UE) 2019/1020. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni sabiex titlob lill-awtorità tan-notifika tieħu azzjoni korrettiva fil-każ li korp innotifikat ma jissodisfax, jew ma jkunx għadu jissodisfa, ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Premessa 43
(43)  Fl-interessi tal-iffaċilitar u l-aċċellerazzjoni tal-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità, taċ-ċertifikazzjoni u, fl-aħħar mill-aħħar, tal-aċċess għas-suq u, fid-dawl tan-novità u l-kumplessità tar-rekwiżiti tas-sostenibbiltà, tas-sikurezza u tat-tikkettar għall-batteriji, huwa kruċjali li l-korpi nnotifikati jkollhom aċċess kontinwu għat-tagħmir tal-ittestjar u l-faċilitajiet tal-ittestjar kollha meħtieġa u li huma japplikaw il-proċeduri mingħajr ma joħolqu piżijiet bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi. Għall-istess raġuni, u biex jiġi żgurat it-trattament ugwali tal-operaturi ekonomiċi, huwa meħtieġ li l-korpi nnotifikati japplikaw il-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità b'mod konsistenti.
(43)  Fl-interessi tal-iffaċilitar u l-aċċellerazzjoni tal-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità, taċ-ċertifikazzjoni u, fl-aħħar mill-aħħar, tal-aċċess għas-suq u, fid-dawl tan-novità u l-kumplessità tar-rekwiżiti tas-sostenibbiltà, tas-sikurezza, tat-tikkettar u ta' informazzjoni għall-batteriji, huwa kruċjali li l-korpi nnotifikati jkollhom aċċess kontinwu għat-tagħmir tal-ittestjar u l-faċilitajiet tal-ittestjar kollha meħtieġa u li huma japplikaw il-proċeduri mingħajr ma joħolqu piżijiet bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi. Għall-istess raġuni, u biex jiġi żgurat it-trattament ugwali tal-operaturi ekonomiċi, huwa meħtieġ li l-korpi nnotifikati japplikaw il-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità b'mod konsistenti.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Premessa 51
(51)  Sabiex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq u l-konsumaturi, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi, bħala parti mid-dettalji ta' kuntatt tagħhom, jindikaw indirizz ta' sit web minbarra l-indirizz postali.
(51)  Sabiex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq u l-konsumaturi, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi, bħala parti mid-dettalji ta' kuntatt tagħhom, jindikaw numru tat-telefon, l-indirizz postali, l-email u l-indirizz ta' sit web.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Premessa 52
(52)  Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-batteriji minn pajjiżi terzi li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, kemm jekk ikunu importati bħala batteriji awtonomi kif ukoll jekk ikunu jinsabu fi prodotti, u b'mod partikolari li l-manifatturi jkunu wettqu proċeduri xierqa ta' valutazzjoni tal-konformità fir-rigward ta' dawk il-batteriji. Għalhekk, jenħtieġ li ssir dispożizzjoni għall-importaturi biex jiżguraw li l-batteriji li jqiegħdu fis-suq u fis-servizz ikunu konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u li l-markatura CE fuq il-batteriji u d-dokumentazzjoni mfassla mill-manifatturi jkunu disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali.
(52)  Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-batteriji minn pajjiżi terzi li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, u mad-dritt applikabbli rilevanti tal-Unjoni, kemm jekk ikunu importati bħala batteriji awtonomi kif ukoll jekk ikunu jinsabu fi prodotti, u b'mod partikolari li l-manifatturi jkunu wettqu proċeduri xierqa ta' valutazzjoni tal-konformità fir-rigward ta' dawk il-batteriji. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali biex jiġi żgurat li l-awditjar minn parti terza tar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament relatati mal-proċess tal-produzzjoni tal-batteriji jkun robust u indipendenti. Għalhekk jenħtieġ li tiġi żgurata bis-sħiħ il-konformità mad-dikjarazzjoni tal-marka tal-karbonju, il-kontenut riċiklat, kif ukoll l-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-diliġenza dovuta għall-katina tal-valur tal-batterija stabbiliti f'dan ir-Regolament. Għalhekk, jenħtieġ li ssir dispożizzjoni għall-importaturi biex jiżguraw li l-batteriji li jqiegħdu fis-suq u fis-servizz ikunu konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u li l-markatura CE fuq il-batteriji u d-dokumentazzjoni mfassla mill-manifatturi jkunu disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali. Dawk l-awtoritajiet, b'mod partikolari meta jwettqu kontrolli fuq prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni minn pajjiżi terzi, jenħtieġ li jiżguraw li jkun hemm infurzar konsistenti tad-dritt tal-Unjoni permezz ta' livell effettiv u uniformi ta' kontroll, f'konformità mar-Regolament (UE) 2019/1020.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Premessa 53
(53)  Meta jqiegħed batterija fis-suq jew fis-servizz, jenħtieġ li kull importatur jindika fuq il-batterija l-isem tal-importatur, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata, kif ukoll l-indirizz postali. Jenħtieġ li jiġu previsti eċċezzjonijiet f'każijiet fejn id-daqs tal-batterija ma jippermettix li jsir dan. Dan jinkludi każijiet fejn l-importatur ikollu jiftaħ l-imballaġġ biex ipoġġi l-isem u l-indirizz fuq il-batterija jew fejn il-batterija tkun żgħira wisq fid-daqs biex fuqha titwaħħal din l-informazzjoni.
(53)  Meta jqiegħed batterija fis-suq jew fis-servizz, jenħtieġ li kull importatur jindika fuq il-batterija l-isem tal-importatur, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata, kif ukoll l-indirizz postali, l-email u n-numru tat-telefon. Jenħtieġ li jiġu previsti eċċezzjonijiet f'każijiet fejn id-daqs tal-batterija ma jippermettix li jsir dan minħabba li l-batterija tkun żgħira wisq biex titwaħħal din l-informazzjoni. Jenħtieġ li jiġu previsti wkoll eċċezzjonijiet f'każijiet fejn l-importatur ikollu jiftaħ l-imballaġġ biex ipoġġi l-isem u dettalji oħra ta' kuntatt. F'dawk il-każijiet eċċezzjonali, l-importatur jenħtieġ li jipprovdi din l-informazzjoni f'dokument li jakkumpanja l-batterija jew b'mod differenti li jkun aċċessibbli immedjatament. F'każ li jkun jeżisti imballaġġ, jenħtieġ li dan jintuża biex jindika din l-informazzjoni.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Premessa 56
(56)  Id-distributuri u l-importaturi, minħabba li huma qrib is-suq, jenħtieġ li jkunu involuti fil-kompiti ta' sorveljanza tas-suq imwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali, u jenħtieġ li jkunu ppreparati biex jipparteċipaw b'mod attiv, billi jipprovdu lil dawk l-awtoritajiet bl-informazzjoni kollha meħtieġa relatata mal-batterija kkonċernata.
(56)  Id-distributuri, l-importaturi u l-fornituri tas-servizzi ta' ġestjoni, inklużi s-swieq, minħabba li huma qrib is-suq, jenħtieġ li jkunu involuti fil-kompiti ta' sorveljanza tas-suq imwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali, u jenħtieġ li jkunu ppreparati biex jipparteċipaw b'mod attiv, billi jipprovdu lil dawk l-awtoritajiet bl-informazzjoni kollha meħtieġa relatata mal-batterija kkonċernata.
Emenda 40
Proposta għal regolament
Premessa 57
(57)  L-iżgurar tat-traċċabbiltà ta' batterija matul il-katina tal-provvista kollha jgħin biex is-sorveljanza tas-suq tkun aktar sempliċi u effiċjenti. Sistema ta' traċċabbiltà effettiva tiffaċilita l-kompitu tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jittraċċaw lill-operaturi ekonomiċi li qiegħdu fis-suq jew għamlu disponibbli fis-suq jew fis-servizz batteriji mhux konformi. Għalhekk, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jkunu meħtieġa jżommu l-informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet tagħhom ta' batteriji għal ċertu perjodu ta' żmien.
(57)  L-iżgurar tat-traċċabbiltà ta' batterija matul il-katina tal-provvista kollha jgħin biex is-sorveljanza tas-suq tkun aktar sempliċi u effiċjenti, u jipprovdi trasparenza lill-konsumaturi. Sistema ta' traċċabbiltà effettiva tiffaċilita l-kompitu tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jittraċċaw lill-operaturi ekonomiċi li qiegħdu fis-suq jew għamlu disponibbli fis-suq jew fis-servizz batteriji mhux konformi. Għalhekk, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jkunu meħtieġa jżommu l-informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet tagħhom ta' batteriji għal ċertu perjodu ta' żmien, inkluż f'forma elettronika.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Premessa 59
(59)  Huma ftit biss dawk il-pajjiżi li jfornu dawk il-materjali u, f'xi każijiet, l-istandards baxxi ta' governanza jistgħu jaggravaw il-problemi ambjentali u soċjali. L-estrazzjoni u r-raffinar tal-kobalt u tan-nikil huma relatati ma' firxa kbira ta' kwistjonijiet soċjali u ambjentali, inkluż il-potenzjal ta' periklu ambjentali u s-saħħa tal-bniedem. Filwaqt li l-impatti soċjali u ambjentali tal-grafit naturali huma inqas severi, l-estrazzjoni tiegħu għandha proporzjonijiet għoljin ta' operazzjonijiet artiġjanali u fuq skala żgħira, li jseħħu l-aktar f'kuntesti informali u jistgħu jwasslu għal impatti serji fuq is-saħħa u l-ambjent, inkluż l-ebda għeluq regolari tal-minjieri u l-ebda riabilitazzjoni, li jirriżultaw fil-qerda tal-ekosistemi u tal-ħamrija. Għal-litju, iż-żieda mistennija fl-użu tiegħu fil-manifattura tal-batteriji x'aktarx li tpoġġi pressjoni addizzjonali fuq l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni u raffinar, u dan jirrakkomanda li l-litju jiġi inkluż fil-kamp ta' applikazzjoni tal-obbligi ta' diliġenza dovuta għall-katina tal-provvista. Jenħtieġ li ż-żieda kbira ħafna mistennija fid-domanda għall-batteriji fl-Unjoni ma tikkontribwixxix għal żieda ta' tali riskji ambjentali u soċjali.
(59)  Huma ftit biss dawk il-pajjiżi li jfornu dawk il-materjali u, f'xi każijiet, l-istandards baxxi ta' governanza jistgħu jaggravaw il-problemi ambjentali u soċjali. L-estrazzjoni u r-raffinar tal-kobalt, tar-ram, tan-nikil, tal-ħadid u tal-boksajt huma relatati ma' firxa kbira ta' kwistjonijiet soċjali u ambjentali, inkluż il-potenzjal ta' periklu ambjentali u s-saħħa tal-bniedem. Filwaqt li l-impatti soċjali u ambjentali tal-grafit naturali huma inqas severi, l-estrazzjoni tiegħu għandha proporzjonijiet għoljin ta' operazzjonijiet artiġjanali u fuq skala żgħira, li jseħħu l-aktar f'kuntesti informali u jistgħu jwasslu għal impatti serji fuq is-saħħa u l-ambjent, inkluż l-ebda għeluq regolari tal-minjieri u l-ebda riabilitazzjoni, li jirriżultaw fil-qerda tal-ekosistemi u tal-ħamrija. Għal-litju, iż-żieda mistennija fl-użu tiegħu fil-manifattura tal-batteriji x'aktarx li tpoġġi pressjoni addizzjonali fuq l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni u raffinar, u dan jirrakkomanda li l-litju jiġi inkluż fil-kamp ta' applikazzjoni tal-obbligi ta' diliġenza dovuta għall-katina tal-valur tal-batterija. Jenħtieġ li ż-żieda kbira ħafna mistennija fid-domanda għall-batteriji fl-Unjoni ma tikkontribwixxix għal żieda ta' tali riskji ambjentali u soċjali barra l-pajjiż.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Premessa 60
(60)  Uħud mill-materji primi inkwistjoni, bħall-kobalt, il-litju u l-grafit naturali, huma meqjusa bħala materji primi kritiċi għall-UE38 u l-akkwist sostenibbli tagħhom huwa meħtieġ biex l-ekosistema tal-batteriji tal-UE tkun tista' taħdem b'mod xieraq.
(60)  Uħud mill-materji primi inkwistjoni, bħall-boksajt, il-kobalt, il-litju u l-grafit naturali, huma meqjusa bħala materji primi kritiċi għall-UE38 u l-akkwist sostenibbli tagħhom huwa meħtieġ biex l-ekosistema tal-batteriji tal-UE tkun tista' taħdem b'mod xieraq.
__________________
__________________
38 Il-Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Ir-Reżiljenza tal-Materja Prima Kritika: It-Twittija tat-Triq lejn Sigurtà u Sostenibbiltà Akbar (COM(2020)0474 final).
38 Il-Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Ir-Reżiljenza tal-Materja Prima Kritika: It-Twittija tat-Triq lejn Sigurtà u Sostenibbiltà Akbar (COM(2020)0474 final).
Emenda 43
Proposta għal regolament
Premessa 62
(62)  Fl-Unjoni, ġew introdotti rekwiżiti ġenerali dwar id-diliġenza dovuta fir-rigward ta' ċerti minerali u metalli bir-Regolament (UE) Nru 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill39. Madankollu, dak ir-Regolament ma jindirizzax il-minerali u l-materjali użati għall-produzzjoni tal-batteriji.
(62)  Il-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u d-Drittijiet tal-Bniedem u l-linji gwida OECD għall-intrapriżi multinazzjonali jistipulaw li l-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jwettqu diliġenza dovuta bħala mezz biex jissodisfaw ir-responsabbiltà korporattiva tagħhom fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent. Fl-Unjoni, ġew introdotti rekwiżiti ġenerali dwar id-diliġenza dovuta fir-rigward ta' ċerti minerali u metalli bir-Regolament (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill39. Madankollu, dak ir-Regolament ma jindirizzax il-minerali u l-materjali użati għall-produzzjoni tal-batteriji.
__________________
__________________
39 Ir-Regolament (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 li jistabbilixxi obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista għall-importaturi tal-Unjoni ta' landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli (ĠU L 130, 19.5.2017, p. 1)
39 Ir-Regolament (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 li jistabbilixxi obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista għall-importaturi tal-Unjoni ta' landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli (ĠU L 130, 19.5.2017, p. 1)
Emenda 44
Proposta għal regolament
Premessa 63
(63)  Għalhekk, fid-dawl tat-tkabbir esponenzjali mistenni fid-domanda għall-batteriji fl-UE, jenħtieġ li l-operatur ekonomiku li jqiegħed batterija fis-suq tal-UE jistabbilixxi politika ta' diliġenza dovuta għall-katina tal-provvista. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti, bl-objettiv li jiġu indirizzati r-riskji soċjali u ambjentali inerenti fl-estrazzjoni, l-ipproċessar u n-negozjar ta' ċerta materja prima għall-finijiet tal-manifattura tal-batteriji.
(63)  Ir-responsabbiltà li jiġu rrispettati d-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet soċjali, is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent jenħtieġ li tapplika għall-operazzjonijiet ta' manifatturar u għar-relazzjonijiet kummerċjali kollha ta' operatur ekonomiku tul il-katina tal-valur tal-batterija. Għalhekk, fid-dawl tat-tkabbir esponenzjali mistenni fid-domanda għall-batteriji fl-UE u l-fatt li l-estrazzjoni, l-ipproċessar u n-negozjar ta' ċerta materja prima, kimiki u materja prima sekondarja użata fil-manifattura tal-batteriji u li jidhru fit-trattament tal-iskart tal-batteriji ġġorru magħhom riskji partikolari, ċerti rekwiżiti għall-proċess ta' diliġenza dovuta għall-katina tal-valur tal-batteriji jenħtieġ li jiġu stabbiliti, bl-objettiv li jiġu indirizzati r-riskji soċjali, ir-riskji għad-drittijiet tal-bniedem u ambjentali inerenti fl-estrazzjoni, l-ipproċessar u n-negozjar ta' ċerta materja prima, kimiki u materja prima sekondarja għall-finijiet tal-manifattura tal-batteriji, it-trattament tal-iskart tal-batteriji, il-proċess tal-manifattura nnifsu kif ukoll l-operazzjonijiet kummerċjali rilevanti kollha.
Emenda 45
Proposta għal regolament
Premessa 64
(64)  Meta tiġi implimentata politika ta' diliġenza dovuta bbażata fuq ir-riskji, jenħtieġ li din tkun ibbażata fuq prinċipji ta' diliġenza dovuta rikonoxxuti internazzjonalment fl-Għaxar Prinċipji tal-Patt Globali tan-Nazzjonijiet Uniti40, il-Linji Gwida għall-Valutazzjoni taċ-Ċiklu tal-Ħajja Soċjali tal-Prodotti41, id-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-ILO dwar il-Prinċipji li Jikkonċernaw l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali42, u l-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Imġiba Responsabbli fin-Negozju (RBC)43, li jirriflettu fehim komuni fost il-gvernijiet u l-partijiet ikkonċernati, u li jenħtieġ li jitfasslu għall-kuntest u ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' kull operatur ekonomiku. B'rabta mal-estrazzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċ tar-riżorsi minerali naturali użati għall-produzzjoni tal-batteriji, il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Ktajjen ta' Provvista Responsabbli tal-Minerali minn Żoni Affettwati mill-Kunflitti u Żoni ta' Riskju Għoli44 (il-"Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta") tirrappreżenta sforz li ilu għaddej mill-gvernijiet u mill-partijiet ikkonċernati biex jistabbilixxu prattika tajba f'dan il-qasam.
(64)  Meta jiġi implimentat proċess ta' diliġenza dovuta bbażata fuq ir-riskji, jenħtieġ li dan ikun ibbażat fuq standards u prinċipji ta' diliġenza dovuta rikonoxxuti internazzjonalment fil-Prinċipji Gwida dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti, fl-Għaxar Prinċipji tal-Patt Globali tan-Nazzjonijiet Uniti40, il-Linji Gwida għall-Valutazzjoni taċ-Ċiklu tal-Ħajja Soċjali tal-Prodotti41, id-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-ILO dwar il-Prinċipji li Jikkonċernaw l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali42, il-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali, u l-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Imġiba Responsabbli fin-Negozju (RBC)43, li jirriflettu fehim komuni fost il-gvernijiet u l-partijiet ikkonċernati, u li jenħtieġ li jitfasslu għall-kuntest u ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' kull operatur ekonomiku. B'rabta mal-estrazzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċ tar-riżorsi minerali naturali minn żoni ta' riskju għoli użati għall-produzzjoni tal-batteriji, il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Ktajjen ta' Provvista Responsabbli tal-Minerali minn Żoni Affettwati mill-Kunflitti u Żoni ta' Riskju Għoli44 (il-"Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta") tirrappreżenta standard rikonoxxut internazzjonalment li jindirizza riskji speċifiċi ta' ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem relatati mal-akkwist u l-kummerċ ta' ċerta materja prima fil-kuntest ta' kunflitt u sforz li ilu għaddej mill-gvernijiet u mill-partijiet ikkonċernati biex jistabbilixxu prattika tajba f'dan il-qasam.
__________________
__________________
40 L-Għaxar Prinċipji tal-Patt Globali tan-NU, disponibbli fuq https://www.unglobalcompact.org/what-is-gc/mission/principles
40 Il-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, disponibbli fuq https://www.ohchr.org/documents/publications/guidingprinciplesbusinesshr_en.pdf
41 Il-Linji Gwida tal-UNEP għall-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja soċjali tal-prodotti, disponibbli fuq https://www.lifecycleinitiative.org/wp-content/uploads/2012/12/2009%20-%20Guidelines%20for%20sLCA%20-%20EN.pdf
41 Il-Linji Gwida tal-UNEP għall-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja soċjali tal-prodotti, disponibbli fuq https://www.lifecycleinitiative.org/wp-content/uploads/2012/12/2009%20-%20Guidelines%20for%20sLCA%20-%20EN.pdf
42 Dikjarazzjoni Tripartitika dwar il-Prinċipji li jikkonċernaw l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali, disponibbli fuq https://www.ilo.org/wcmsp5/groups/public/---ed_emp/---emp_ent/---multi/documents/publication/wcms_094386.pdf
42 Il-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali, disponibbli fuq http://mneguidelines.oecd.org/guidelines/
43 OECD (2018), Il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Imġiba Responsabbli fin-Negozju, disponibbli fuq http://mneguidelines.oecd.org/OECD-Due-Diligence-Guidance-for-Responsible-Business-Conduct.pdf
43 OECD (2018), Il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Imġiba Responsabbli fin-Negozju, disponibbli fuq http://mneguidelines.oecd.org/OECD-Due-Diligence-Guidance-for-Responsible-Business-Conduct.pdf
44 OECD (2016), il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Ktajjen ta' Provvista Responsabbli tal-Minerali minn Żoni Affettwati mill-Kunflitti u Żoni ta' Riskju Għoli: Tielet Edizzjoni, OECD Publishing, Paris, https://doi.org/10.1787/9789264252479-en.
44 OECD (2016), il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Ktajjen ta' Provvista Responsabbli tal-Minerali minn Żoni Affettwati mill-Kunflitti u Żoni ta' Riskju Għoli: Tielet Edizzjoni, OECD Publishing, Paris, https://doi.org/10.1787/9789264252479-en.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Premessa 65
(65)  Skont il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta45, id-diliġenza dovuta hija proċess kontinwu, proattiv u reattiv li permezz tiegħu l-kumpaniji jistgħu jiżguraw li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u ma jikkontribwixxux għall-kunflitt46. Id-diliġenza dovuta bbażata fuq ir-riskju tirreferi għall-passi li jenħtieġ li jieħdu l-kumpaniji biex jidentifikaw u jindirizzaw ir-riskji attwali jew potenzjali sabiex jipprevjenu jew jimmitigaw l-impatti negattivi assoċjati mal-attivitajiet tagħhom jew mad-deċiżjonijiet dwar l-akkwist. Kumpanija tista' tivvaluta r-riskju li jinħoloq mill-attivitajiet u r-relazzjonijiet tagħha u tadotta miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskji f'konformità mal-istandards rilevanti pprovduti skont il-liġi nazzjonali u internazzjonali, ir-rakkomandazzjonijiet dwar l-imġiba responsabbli fin-negozju minn organizzazzjonijiet internazzjonali, l-għodod appoġġati mill-gvern, l-inizjattivi volontarji mis-settur privat u l-politiki u s-sistemi interni tal-kumpanija. Dan l-approċċ jgħin ukoll biex jiġi skalat l-eżerċizzju ta' diliġenza dovuta għad-daqs tal-attivitajiet jew għar-relazzjonijiet tal-katina tal-provvista tal-kumpanija.
(65)  Skont l-istandards u l-prinċipji tan-NU, l-ILO u tal-OCED, id-diliġenza dovuta hija proċess kontinwu, proattiv u reattiv li permezz tiegħu l-kumpaniji jistgħu jiżguraw li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent u ma jikkontribwixxux għall-kunflitti46. Id-diliġenza dovuta bbażata fuq ir-riskju tirreferi għall-passi li jenħtieġ li jieħdu l-kumpaniji biex jidentifikaw, jipprevjenu, iwaqqfu, jimmitigaw u jispjegaw l-impatti negattivi assoċjati mal-attivitajiet tagħhom jew mad-deċiżjonijiet dwar l-akkwist. L-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jwettqu konsultazzjoni infurmata, effettiva u sinifikattiva mal-komunitajiet affettwati. Kumpanija tista' tivvaluta r-riskju li jinħoloq mill-attivitajiet u r-relazzjonijiet tagħha u tadotta miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskji, li jistgħu jinkludu r-rapportar ta' informazzjoni addizzjonali, in-negozjar bl-għan li tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni jew is-sospensjoni jew it-twaqqif tal-involviment mal-fornituri, f'konformità mal-istandards rilevanti pprovduti skont il-liġi nazzjonali u internazzjonali, ir-rakkomandazzjonijiet dwar l-imġiba responsabbli fin-negozju minn organizzazzjonijiet internazzjonali, l-għodod appoġġati mill-gvern, l-inizjattivi volontarji mis-settur privat u l-politiki u s-sistemi interni tal-kumpanija. Dan l-approċċ jgħin ukoll biex jiġi skalat l-eżerċizzju ta' diliġenza dovuta għad-daqs tal-attivitajiet jew għar-relazzjonijiet tal-katina tal-provvista tal-kumpanija. Ir-rekwiżiti ta' diliġenza dovuta għall-katina tal-valur tal-batteriji jenħtieġ li japplikaw għal kwalunkwe operatur ekonomiku, inklużi pjattaformi online, li jqiegħed il-batteriji fis-suq Ewropew.
__________________
__________________
45 Paġna 15 tal-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta.
46 OECD (2011), Il-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali, OECD, Paris; OECD (2006), Għodda tal-OECD għall-Konoxxenza tar-Riskju għal Intrapriżi Multinazzjonali fiż-Żoni ta' Governanza Dgħajfa OECD, Paris; u, Prinċipji Gwida dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem: L-Implimentazzjoni tal-Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti "Protezzjoni, Rispett u Rimedju" (ir-Rapport tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali dwar il-Kwistjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Korporazzjonijiet Transnazzjonali u Intrapriżi Kummerċjali oħrajn, John Ruggie, A/HRC/17/31, il-21 ta' Marzu 2011).
46 OECD (2011), Il-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali, OECD, Paris; OECD (2006), Għodda tal-OECD għall-Konoxxenza tar-Riskju għal Intrapriżi Multinazzjonali fiż-Żoni ta' Governanza Dgħajfa OECD, Paris; u, Prinċipji Gwida dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem: L-Implimentazzjoni tal-Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti "Protezzjoni, Rispett u Rimedju" (ir-Rapport tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali dwar il-Kwistjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Korporazzjonijiet Transnazzjonali u Intrapriżi Kummerċjali oħrajn, John Ruggie, A/HRC/17/31, il-21 ta' Marzu 2011).
Emenda 47
Proposta għal regolament
Premessa 65a (ġdida)
(65a)  Filwaqt li l-iskemi ta' diliġenza dovuta tas-settur privat jistgħu jappoġġaw lill-operaturi ekonomiċi fid-diliġenza dovuta tagħhom, l-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jkunu responsabbli individwalment għall-konformità mal-obbligi ta' diliġenza dovuta għall-katina tal-valur tal-batteriji stabbiliti f'dan ir-Regolament.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Premessa 65b (ġdida)
(65b)  Jenħtieġ li tingħata assistenza teknika speċifika lill-operaturi ekonomiċi, speċjalment lill-kumpaniji żgħar u ta' daqs medju, mill-Istati Membri sabiex ikunu jistgħu jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-diliġenza dovuta għall-katina tal-valur tal-batteriji.
Emenda 49
Proposta għal regolament
Premessa 66
(66)  Jenħtieġ li l-politiki obbligatorji dwar id-diliġenza dovuta għall-katina tal-provvista jiġu adottati jew immodifikati u li jindirizzaw, mill-inqas, l-aktar kategoriji ta' riskji soċjali u ambjentali prevalenti. Jenħtieġ li dan ikopri l-impatti attwali u prevedibbli, minn naħa waħda, fuq il-ħajja soċjali, b'mod partikolari d-drittijiet tal-bniedem, is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem kif ukoll is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali u d-drittijiet tax-xogħol, u, min-naħa l-oħra, fuq l-ambjent, b'mod partikolari fuq l-użu tal-ilma, il-protezzjoni tal-ħamrija, it-tniġġis tal-arja u l-bijodiversità, inkluża l-ħajja komunitarja.
(66)  Jenħtieġ li l-politiki obbligatorji dwar id-diliġenza dovuta għall-katina tal-valur tal-batteriji jiġu adottati jew immodifikati u li jindirizzaw, mill-inqas, l-aktar kategoriji ta' riskji soċjali u ambjentali prevalenti. Jenħtieġ li dan ikopri l-impatti attwali u prevedibbli, minn naħa waħda, fuq il-ħajja soċjali, b'mod partikolari d-drittijiet tal-bniedem, is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem kif ukoll is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali u d-drittijiet tax-xogħol, u, min-naħa l-oħra, fuq l-ambjent, b'mod partikolari fuq l-użu tal-ilma, il-protezzjoni tal-ħamrija, it-tniġġis tal-arja, it-tibdil fil-klima u l-bijodiversità, inkluża l-ħajja komunitarja.
Emenda 50
Proposta għal regolament
Premessa 67
(67)  Fir-rigward tal-kategoriji ta' riskju soċjali, jenħtieġ li l-politiki tad-diliġenza dovuta jindirizzaw ir-riskji fil-katina tal-provvista relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż is-saħħa tal-bniedem, il-protezzjoni tat-tfal u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, f'konformità mad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem47. Jenħtieġ li l-politiki ta' diliġenza dovuta jinkludu informazzjoni dwar kif l-operatur ekonomiku kkontribwixxa għall-prevenzjoni ta' abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u dwar l-istrumenti fis-seħħ mal-istruttura tan-negozju tal-operatur biex jiġu miġġielda l-korruzzjoni u t-tixħim. Il-politiki tad-diliġenza dovuta jenħtieġ li jiżguraw ukoll l-implimentazzjoni korretta tar-regoli tal-konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol48 kif elenkati fl-Anness I tad-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-ILO.
(67)  Fir-rigward tal-kategoriji ta' riskju soċjali, jenħtieġ li l-politiki tad-diliġenza dovuta għall-katina tal-valur jindirizzaw ir-riskji fil-katina tal-valur tal-batterija relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi s-saħħa tal-bniedem, id-drittijiet tal-popli indiġeni, il-protezzjoni tat-tfal u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, f'konformità mad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem47. Jenħtieġ li l-politiki ta' diliġenza dovuta għall-katina tal-valur jinkludu informazzjoni dwar kif l-operatur ekonomiku kkontribwixxa għall-prevenzjoni ta' abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u dwar l-istrumenti fis-seħħ mal-istruttura tan-negozju tal-operatur biex jiġu miġġielda l-korruzzjoni u t-tixħim. Il-politiki tad-diliġenza għall-katina tal-valur dovuta jenħtieġ li jiżguraw ukoll l-implimentazzjoni korretta tar-regoli tal-konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol48 kif elenkati fl-Anness I tad-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-ILO.
__________________
__________________
47 Inkluża d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità.
47 Inkluża d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, u d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni.
48 It-tmien Konvenzjonijiet fundamentali huma 1. Il-Konvenzjoni dwar il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni, 1948 (Nru. 87), 2. Il-Konvenzjoni dwar id-Dritt għall-Organizzazzjoni u n-Negozjar Kollettiv, 1949 (Nru. 98), 3. Il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat, 1930 (Nru. 29) (u l-Protokoll tagħha tal-2014), 4. Il-Konvenzjoni dwar l-Abolizzjoni tax-Xogħol Furzat, 1957 (Nru. 105), 5. Il-Konvenzjoni dwar l-Età Minima, 1973 (Nru. 138), 6. Il-Konvenzjoni dwar l-Agħar Forom tax-Xogħol tat-Tfal, 1999 (Nru. 182), 7. Il-Konvenzjoni dwar ir-Remunerazzjoni Indaqs, 1951 (Nru. 100), 8. Il-Konvenzjoni dwar id-Diskriminazzjoni (Impjiegi u Xogħol), 1958 (Nru. 111)
48 It-tmien Konvenzjonijiet fundamentali huma 1. Il-Konvenzjoni dwar il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni, 1948 (Nru. 87), 2. Il-Konvenzjoni dwar id-Dritt għall-Organizzazzjoni u n-Negozjar Kollettiv, 1949 (Nru. 98), 3. Il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat, 1930 (Nru. 29) (u l-Protokoll tagħha tal-2014), 4. Il-Konvenzjoni dwar l-Abolizzjoni tax-Xogħol Furzat, 1957 (Nru. 105), 5. Il-Konvenzjoni dwar l-Età Minima, 1973 (Nru. 138), 6. Il-Konvenzjoni dwar l-Agħar Forom tax-Xogħol tat-Tfal, 1999 (Nru. 182), 7. Il-Konvenzjoni dwar ir-Remunerazzjoni Indaqs, 1951 (Nru. 100), 8. Il-Konvenzjoni dwar id-Diskriminazzjoni (Impjiegi u Xogħol), 1958 (Nru. 111)
Emenda 51
Proposta għal regolament
Premessa 68
(68)  Fir-rigward tal-kategoriji ta' riskju ambjentali, jenħtieġ li l-politiki tad-diliġenza dovuta jindirizzaw ir-riskji fil-katina tal-provvista tal-batteriji relatati mal-protezzjoni tal-ambjent naturali u tad-diversità bijoloġika f'konformità mal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, li tinkludi wkoll il-konsiderazzjoni tal-komunitajiet lokali, u l-protezzjoni u l-iżvilupp ta' dawk il-komunitajiet.
(68)  Fir-rigward tal-kategoriji ta' riskju ambjentali, jenħtieġ li l-politiki tad-diliġenza dovuta għall-katina tal-valur tal-batterija jindirizzaw ir-riskji fil-katina tal-valur tal-batteriji relatati mal-protezzjoni tal-ambjent naturali u tad-diversità bijoloġika f'konformità mal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, li tinkludi wkoll il-konsiderazzjoni tal-komunitajiet lokali, u l-protezzjoni u l-iżvilupp ta' dawk il-komunitajiet. Jenħtieġ li jindirizzaw ukoll ir-riskji b'rabta mat-tibdil fil-klima, f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi u mal-għan tiegħu li jillimita t-tisħin globali għal inqas minn 1,5 grad Celsius, meta mqabbel mal-livelli preindustrijali, kif ukoll ma' riskji ambjentali koperti minn konvenzjonijiet ambjentali internazzjonali oħrajn.
__________________
__________________
49 Kif stabbilit fil-Konvenzjoni dwar id-diversità, disponibbli fuq https://www.cbd.int/convention/text/ u, b'mod partikolari, id-Deċiżjoni COP VIII/28 Linji gwida volontarji dwar l-inklużjoni tal-kwistjonijiet relatati mal-Bijodiversità fil-valutazzjoni tal-impatt, disponibbli fuq https://www.cbd.int/decision/cop/?id=11042.
49 Kif stabbilit fil-Konvenzjoni dwar id-diversità, disponibbli fuq https://www.cbd.int/convention/text/ u, b'mod partikolari, id-Deċiżjoni COP VIII/28 Linji gwida volontarji dwar l-inklużjoni tal-kwistjonijiet relatati mal-Bijodiversità fil-valutazzjoni tal-impatt, disponibbli fuq https://www.cbd.int/decision/cop/?id=11042.
Emenda 52
Proposta għal regolament
Premessa 69
(69)  L-obbligi tad-diliġenza dovuta għall-katina tal-provvista dwar l-identifikazzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskji soċjali u ambjentali assoċjati mal-materja prima li tidħol fil-manifattura tal-batteriji jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 19 tal-UNEP dwar il-Governanza tar-Riżorsi Minerali, li tirrikonoxxi l-kontribut importanti tas-settur tal-estrazzjoni għall-kisba tal-Aġenda 2030 u tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli.
(69)  L-obbligi tad-diliġenza dovuta għall-katina tal-valur tal-batterija dwar l-identifikazzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskji soċjali u ambjentali assoċjati mal-materja prima li tidħol fil-manifattura tal-batteriji jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 19 tal-UNEP dwar il-Governanza tar-Riżorsi Minerali, li tirrikonoxxi l-kontribut importanti tas-settur tal-estrazzjoni għall-kisba tal-Aġenda 2030 u tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli.
Emenda 53
Proposta għal regolament
Premessa 69a (ġdida)
(69a)  Anke meta tkun twettqet id-diliġenza dovuta tista' sseħħ ħsara. L-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jirrimedjaw b'mod attiv tali ħsara, waħedhom jew f'kooperazzjoni ma' atturi oħra. Dawn l-operaturi jenħtieġ li jkunu responsabbli għal kwalunkwe impatt avvers li huma jew l-entitajiet li jikkontrollaw jew li jkunu jistgħu jikkontrollaw, jikkawżaw jew jikkontribwixxu għalih. Jenħtieġ li l-persuni affettwati b'mod avvers ikunu intitolati għal rimedji u jenħtieġ li jingħataw aċċess għall-ġustizzja.
Emenda 54
Proposta għal regolament
Premessa 70
(70)  Strumenti leġiżlattivi oħra tal-UE li jistabbilixxu rekwiżiti rigward id-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista jenħtieġ li japplikaw sakemm ma jkunx hemm dispożizzjonijiet speċifiċi bl-istess objettiv, natura u effett f'dan ir-Regolament li jistgħu jiġu adattati fid-dawl tal-emendi leġiżlattivi futuri.
(70)  Strumenti leġiżlattivi oħra tal-UE li jistabbilixxu rekwiżiti rigward id-diliġenza dovuta jenħtieġ li japplikaw sew għall-kumpaniji tal-Unjoni u sew għal dawk stabbiliti barra l-Unjoni li jkunu beħsiebhom iqiegħdu l-batteriji fis-suq tal-Unjoni, biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi, sakemm ma jkunx hemm dispożizzjonijiet speċifiċi bl-istess objettiv, natura u effett f'dan ir-Regolament li jistgħu jiġu adattati fid-dawl tal-emendi leġiżlattivi futuri.
Emenda 55
Proposta għal regolament
Premessa 71
(71)  Sabiex tadatta għall-iżviluppi fil-katina tal-valur tal-batteriji, inkluż għall-bidliet fil-ambitu u n-natura tar-riskji ambjentali u soċjali rilevanti, kif ukoll għall-progress tekniku u xjentifiku fil-batteriji u l-kimiki tal-batteriji, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-lista ta' materja prima u l-kategoriji ta' riskji u r-rekwiżiti ta' diliġenza dovuta għall-katina tal-provvista.
(71)  Sabiex tadatta għall-iżviluppi fil-katina tal-valur tal-batteriji, inkluż għall-bidliet fil-ambitu u n-natura tar-riskji ambjentali u soċjali rilevanti, kif ukoll għall-progress tekniku u xjentifiku fil-batteriji u l-kimiki tal-batteriji, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-lista ta' materja prima u l-kategoriji ta' riskji u r-rekwiżiti ta' diliġenza dovuta għall-katina tal-valur tal-batterija.
Emenda 56
Proposta għal regolament
Premessa 71a (ġdida)
(71a)  Fl-eventwalità li tiġi adottata leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tistabbilixxi regoli ġenerali għal governanza korporattiva sostenibbli u d-diliġenza dovuta, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk dik il-leġiżlazzjoni l-ġdida tal-Unjoni teħtieġx emenda tal-paragrafi 2 sa 5 tal-Artikolu 39 jew tal-Anness X, jew tat-tnejn li huma. Jenħtieġ li s-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar ta' dawk ir-rekwiżiti kif meħtieġ.
Emenda 57
Proposta għal regolament
Premessa 72
(72)  Huma meħtieġa regoli armonizzati għall-immaniġġar tal-iskart biex jiġi żgurat li l-produtturi u operaturi ekonomiċi oħrajn ikunu soġġetti għall-istess regoli fl-Istati Membri kollha fl-implimentazzjoni tar-responsabbiltà estiża tal-produtturi għall-batteriji. Huwa neċessarju li jiġi mmassimizzat il-ġbir separat tal-iskart ta' batteriji u li jiġi żgurat li l-batteriji kollha miġbura jiġu riċiklati permezz ta' proċessi li jilħqu effiċjenzi minimi komuni ta' riċiklaġġ biex jinkiseb livell għoli ta' rkupru tal-materjal. L-evalwazzjoni tad-Direttiva 2006/66/KE sabet li wieħed min-nuqqasijiet tagħha huwa n-nuqqas ta' dettall fid-dispożizzjonijiet tagħha, li jwassal għal implimentazzjoni mhux uniformi u joħloq ostakli sinifikanti għall-funzjonament tas-swieq tar-riċiklaġġ u livelli subottimali ta' riċiklaġġ. Konsegwentement, jenħtieġ li regoli aktar dettaljati u armonizzati jevitaw id-distorsjoni tas-suq għall-ġbir, it-trattament u r-riċiklaġġ tal-iskart ta' batteriji, jiżguraw l-implimentazzjoni uniformi tar-rekwiżiti fl-Unjoni kollha, iżidu l-armonizzazzjoni tal-kwalità tas-servizzi tal-immaniġġar tal-iskart ipprovduti mill-operaturi ekonomiċi u jiffaċilitaw is-swieq tal-materja prima sekondarja.
(72)  Huma meħtieġa regoli armonizzati għall-immaniġġar tal-iskart biex jiġi żgurat li l-produtturi u operaturi ekonomiċi oħrajn ikunu soġġetti għall-istess regoli fl-Istati Membri kollha fl-implimentazzjoni tar-responsabbiltà estiża tal-produtturi għall-batteriji u biex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent madwar l-Unjoni. Ir-responsabbiltà estiża tal-produttur tista' tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-użu ġenerali tar-riżorsi, b'mod partikolari billi jitnaqqsu l-ġenerazzjoni tal-iskart ta' batteriji u l-impatti negattivi marbuta mal-immaniġġar tal-iskart ta' batteriji. Huwa neċessarju li jiġi mmassimizzat il-ġbir separat tal-iskart ta' batteriji u li jiġi żgurat li l-batteriji kollha miġbura jiġu riċiklati permezz ta' proċessi li jilħqu effiċjenzi minimi komuni ta' riċiklaġġ biex jinkiseb livell għoli ta' rkupru tal-materjal. L-evalwazzjoni tad-Direttiva 2006/66/KE sabet li wieħed min-nuqqasijiet tagħha huwa n-nuqqas ta' dettall fid-dispożizzjonijiet tagħha, li jwassal għal implimentazzjoni mhux uniformi u joħloq ostakli sinifikanti għall-funzjonament tas-swieq tar-riċiklaġġ u livelli subottimali ta' riċiklaġġ. Konsegwentement, jenħtieġ li regoli aktar dettaljati u armonizzati jevitaw id-distorsjoni tas-suq għall-ġbir, it-trattament u r-riċiklaġġ tal-iskart ta' batteriji, jiżguraw l-implimentazzjoni uniformi tar-rekwiżiti fl-Unjoni kollha, iżidu l-armonizzazzjoni tal-kwalità tas-servizzi tal-immaniġġar tal-iskart ipprovduti mill-operaturi ekonomiċi u jiffaċilitaw is-swieq tal-materja prima sekondarja.
Emenda 58
Proposta għal regolament
Premessa 73
(73)  Dan ir-Regolament jibni fuq ir-regoli dwar l-immaniġġar tal-iskart u l-prinċipji ġenerali stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill50, li jenħtieġ li jiġu adattati biex jirriflettu s-sitwazzjoni speċifika tal-batteriji. Sabiex il-ġbir tal-iskart ta' batteriji jiġi organizzat bl-aktar mod effettiv, huwa importanti li dan isir b'konnessjoni mill-qrib mal-post fejn jinbiegħu l-batteriji fi Stat Membru, u qrib l-utent finali. L-iskart ta' batteriji jista' jinġabar kemm flimkien ma' skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku kif ukoll ma' vetturi li m'għadhomx jintużaw, permezz ta' skemi ta' ġbir nazzjonali stabbiliti abbażi tad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill51, u tad-Direttiva 2000/53/KE. Filwaqt li r-Regolament attwali jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-batteriji, hemm bżonn approċċ koerenti u komplementari, li jibni fuq u jarmonizza aktar l-istrutturi eżistenti tal-immaniġġar tal-iskart. Konsegwentement, u sabiex tiġi rrealizzata b'mod effettiv responsabbiltà estiża tal-produtturi relatata mal-immaniġġar tal-iskart, jenħtieġ li jiġu stabbiliti obbligi fir-rigward tal-Istat Membru fejn il-batteriji jitqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba.
(73)  Dan ir-Regolament jibni fuq ir-regoli dwar l-immaniġġar tal-iskart u l-prinċipji ġenerali stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill50, li jenħtieġ li jiġu adattati biex jirriflettu s-sitwazzjoni n-natura speċifika tal-iskart tal-batteriji. Sabiex il-ġbir tal-iskart ta' batteriji jiġi organizzat bl-aktar mod effettiv, huwa importanti li dan isir b'konnessjoni mill-qrib mal-post fejn jinbiegħu l-batteriji fi Stat Membru, u qrib l-utent finali. L-iskart ta' batteriji jenħtieġ li jinġabar separatament minn flussi oħra ta' skart, bħall-metalli, il-karti u l-kartun, il-ħġieġ, il-plastik, l-injam, it-tessuti u l-bijoskart. L-iskart ta' batteriji jista' jinġabar kemm flimkien ma' skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku kif ukoll ma' vetturi li m'għadhomx jintużaw, permezz ta' skemi ta' ġbir nazzjonali stabbiliti abbażi tad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill51, u tad-Direttiva 2000/53/KE. Filwaqt li r-Regolament attwali jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-batteriji, hemm bżonn approċċ koerenti u komplementari, li jibni fuq u jarmonizza aktar l-istrutturi eżistenti tal-immaniġġar tal-iskart. Konsegwentement, u sabiex tiġi rrealizzata b'mod effettiv responsabbiltà estiża tal-produtturi relatata mal-immaniġġar tal-iskart, jenħtieġ li jiġu stabbiliti obbligi fir-rigward tal-Istat Membru fejn il-batteriji jitqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba.
__________________
__________________
50 Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
50 Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
51 Id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38).
51 Id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38).
Emenda 59
Proposta għal regolament
Premessa 76
(76)  Jenħtieġ li l-produtturi jkollhom responsabbiltà estiża tal-produtturi għall-immaniġġar tal-batteriji tagħhom fl-istadju ta' tmiem il-ħajja tagħhom. Għaldaqstant, jenħtieġ li huma jiffinanzjaw l-kostijiet tal-ġbir, tat-trattament u tar-riċiklaġġ tal-batteriji kollha miġbura, għar-rapportar dwar il-batteriji u l-iskart ta' batteriji u għall-għoti ta' informazzjoni lill-utenti finali u lill-operaturi tal-iskart dwar il-batteriji u l-użu mill-ġdid u l-immaniġġar xierqa tal-iskart ta' batteriji. Jenħtieġ li l-obbligi relatati mar-responsabbiltà estiża tal-produtturi japplikaw għall-forom kollha ta' provvista, inkluż il-bejgħ mill-bogħod. Jenħtieġ li l-produtturi jkunu jistgħu jeżerċitaw dawk l-obbligi b'mod kollettiv, permezz ta' organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jieħdu r-responsabbiltà f'isimhom. Jenħtieġ li l-produtturi jew l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jkunu soġġetti għal awtorizzazzjoni u li jiddokumentaw li għandhom il-mezzi finanzjarji biex ikopru l-kostijiet li jirriżultaw mir-responsabbiltà estiża tal-produtturi. Fejn ikun meħtieġ biex tiġi evitata d-distorsjoni tas-suq intern u biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-modulazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa lill-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi mill-produtturi, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni.
(76)  Jenħtieġ li l-produtturi jkollhom responsabbiltà estiża tal-produtturi għall-immaniġġar tal-batteriji tagħhom fl-istadju ta' tmiem il-ħajja tagħhom. Dan jenħtieġ li jikkonsisti f'sett ta' regoli li jiddefinixxu obbligi operattivi u finanzjarji speċifiċi għall-produtturi ta' prodotti li fir-rigward tagħhom ir-responsabbiltà tal-produttur tiġi estiża għall-istadju ta' wara l-konsumatur taċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodott. Għaldaqstant, jenħtieġ li huma jiffinanzjaw mill-inqas il-kostijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 8a tad-Direttiva 2008/98/KE, inklużi l-kostijiet tal-organizzazzjoni tal-ġbir separat, il-preparazzjoni għal adattament għal skop differenti u l-manifattura mill-ġdid, it-trattament, il-preparazzjoni għal użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart ta' batteriji, għar-rapportar dwar il-batteriji u l-iskart ta' batteriji u għal kampanji ta' sensibilizzazzjoni biex l-utenti finali jiġu mħeġġa jarmu l-iskart ta' batteriji b'mod xieraq. Jenħtieġ li l-obbligi relatati mar-responsabbiltà estiża tal-produtturi japplikaw għall-forom kollha ta' provvista, inkluż il-bejgħ mill-bogħod u online. Jenħtieġ li l-produtturi jkunu jistgħu jeżerċitaw dawk l-obbligi b'mod kollettiv, permezz ta' organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jieħdu r-responsabbiltà f'isimhom. Jenħtieġ li l-produtturi jew l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jkunu soġġetti għal awtorizzazzjoni u li jiddokumentaw li għandhom il-mezzi finanzjarji biex ikopru l-kostijiet li jirriżultaw mir-responsabbiltà estiża tal-produtturi. Fejn ikun meħtieġ biex tiġi evitata d-distorsjoni tas-suq intern u biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-modulazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa lill-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi mill-produtturi, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni.
Emenda 60
Proposta għal regolament
Premessa 76a (ġdida)
(76a)  L-introduzzjoni ta' rekwiżiti ta' responsabbiltà tal-produttur jenħtieġ li tikkontribwixxi biex jitnaqqsu l-kostijiet u tingħata spinta lill-prestazzjoni, kif ukoll biex tiżgura li jkun hemm kundizzjonijiet ekwi, inkluż għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u l-intrapriżi tal-kummerċ elettroniku, u jiġu evitati ostakli għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern. Jenħtieġ li dawn jikkontribwixxu wkoll għall-inkorporazzjoni tal-kostijiet fi tmiem il-ħajja fil-prezzijiet tal-prodotti, u jipprovdu inċentivi għall-produtturi biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' sostenibbiltà jiddisinjaw il-prodotti tagħhom. B'mod ġenerali, tali rekwiżiti jenħtieġ li jtejbu l-governanza u t-trasparenza tal-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur u jnaqqsu l-possibbiltà li jinħolqu kunflitti ta' interess bejn l-organizzazzjonijiet ta' responsabbiltà estiża tal-produttur u l-operaturi tal-iskart li jikkuntrattaw. Ir-rekwiżiti jenħtieġ li japplikaw kemm għall-iskemi l-ġodda kif ukoll għal dawk diġà eżistenti ta' responsabbiltà estiża tal-produttur.
Emenda 61
Proposta għal regolament
Premessa 77
(77)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jirregola r-responsabbiltà estiża tal-produtturi għall-batteriji b'mod eżawrjenti u, għalhekk, jenħtieġ li r-regoli stipulati dwar l-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produtturi fid-Direttiva 2008/98/KE ma japplikawx għall-batteriji.
(77)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jirregola r-responsabbiltà estiża tal-produtturi għall-batteriji b'mod eżawrjenti u, għalhekk, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat li jissupplimenta r-regoli stipulati dwar l-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produtturi fid-Direttiva 2008/98/KE, li għaldaqstant jenħtieġ li jitqiesu bħala rekwiżiti minimi.
Emenda 62
Proposta għal regolament
Premessa 78
(78)  Sabiex jiġi żgurat riċiklaġġ ta' kwalità għolja fil-ktajjen tal-provvista tal-batteriji, tingħata spinta lill-użu ta' materja prima sekondarja ta' kwalità u jitħares l-ambjent, jenħtieġ li livell għoli ta' ġbir u riċiklaġġ tal-iskart ta' batteriji jkun ir-regola. Il-ġbir tal-iskart ta' batteriji huwa pass kruċjali fundamentali biex jingħalaq iċ-ċirku għall-materjali ta' valur li jinsabu fil-batteriji permezz tar-riċiklaġġ tagħhom u biex tinżamm il-katina tal-valur tal-batteriji ġewwa l-Unjoni, u b'hekk jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-materjali rkuprati li jistgħu jintużaw aktar għall-manifattura ta' prodotti ġodda.
(78)  Sabiex jiġi żgurat riċiklaġġ ta' kwalità għolja għall-ktajjen tal-valur tal-batteriji, tingħata spinta lill-użu ta' materja prima sekondarja ta' kwalità u jitħares l-ambjent, jenħtieġ li livell għoli ta' ġbir u riċiklaġġ tal-iskart ta' batteriji jkun ir-regola. Il-ġbir tal-iskart ta' batteriji huwa pass kruċjali fundamentali biex jingħalaq iċ-ċirku għall-materjali ta' valur li jinsabu fil-batteriji permezz tar-riċiklaġġ tagħhom u biex tinżamm il-katina tal-valur tal-batteriji ġewwa l-Unjoni u tingħata spinta lill-awtonomija strateġika tagħha f'dan is-settur, u jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-materjali rkuprati li jistgħu jintużaw aktar għall-manifattura ta' prodotti ġodda. Jenħtieġ li fil-pjanijiet nazzjonali għall-immaniġġar tal-iskart jiġu inklużi miżuri xierqa rigward il-ġbir, it-trattament, il-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, il-preparazzjoni għal adattament għal skop differenti u r-riċiklaġġ tal-iskart ta' batteriji. Il-pjanijiet tal-immaniġġar tal-iskart tal-Istati Membri għalhekk jenħtieġ li jiġu aġġornati abbażi tad-dispożizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament.
Emenda 63
Proposta għal regolament
Premessa 79
(79)  Jenħtieġ li l-produtturi tal-batteriji kollha jkunu responsabbli għall-finanzjament u l-organizzazzjoni tal-ġbir separat tal-iskart ta' batteriji. Jenħtieġ li huma jagħmlu dan billi jistabbilixxu netwerk ta' ġbir li jkopri t-territorju kollu tal-Istati Membri, li jkun qrib l-utent finali u li ma jimmirax biss lejn iż-żoni u l-batteriji fejn il-ġbir ikun profittabbli. Jenħtieġ li n-netwerk ta' ġbir jinkludi kwalunkwe distributur, faċilità ta' trattament awtorizzata għall-iskart ta' tagħmir elettriku u elettroniku u vetturi li ma għadhomx jintużaw, faċilitajiet għall-iskart goff u atturi oħrajn minn jeddhom, bħall-awtoritajiet pubbliċi u l-iskejjel. Sabiex tiġi vverifikata u mtejba l-effettività tan-netwerk tal-ġbir u l-kampanji ta' informazzjoni, jenħtieġ li jitwettaq stħarriġ regolari dwar il-kompożizzjoni tal-inqas fil-livell NUTS 253 dwar l-iskart muniċipali mħallat u l-iskart ta' tagħmir elettriku u elettroniku miġbur biex jiġi ddeterminat l-ammont ta' skart ta' batteriji portabbli fihom.
(79)  Jenħtieġ li l-produtturi tal-batteriji kollha jkunu responsabbli għall-finanzjament u l-organizzazzjoni tal-ġbir separat tal-iskart ta' batteriji. Jenħtieġ li huma jagħmlu dan billi jistabbilixxu network ta' teħid lura ta' ġbir li jkopri t-territorju kollu tal-Istati Membri, li jkun qrib l-utent finali u li ma jimmirax biss lejn iż-żoni u l-batteriji fejn il-ġbir ikun profittabbli. Jenħtieġ li n-network ta' ġbir jinkludi kwalunkwe distributur, faċilità ta' trattament awtorizzata għall-iskart ta' tagħmir elettriku u elettroniku u vetturi li ma għadhomx jintużaw, faċilitajiet għall-iskart goff u atturi oħrajn minn jeddhom, bħall-awtoritajiet pubbliċi u l-iskejjel. Sabiex tiġi vverifikata u mtejba l-effettività tan-network tal-ġbir u l-kampanji ta' informazzjoni, jenħtieġ li jitwettaq stħarriġ regolari dwar il-kompożizzjoni tal-inqas fil-livell NUTS 253 dwar l-iskart muniċipali mħallat u l-iskart ta' tagħmir elettriku u elettroniku miġbur biex jiġi ddeterminat l-ammont ta' skart ta' batteriji portabbli fihom.
__________________
__________________
53 Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).
53 Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).
Emenda 64
Proposta għal regolament
Premessa 81
(81)  Meta wieħed iqis l-impatt ambjentali u t-telf ta' materjali minħabba li l-iskart ta' batteriji ma jinġabarx separatament, u konsegwentement ma jiġix ittrattat b'mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, jenħtieġ li l-mira tal-ġbir għall-batteriji portabbli diġà stabbilita skont id-Direttiva 2006/66/KE tkompli tapplika u tiżdied gradwalment. Dan ir-Regolament jinvolvi li l-batteriji portabbli jkunu jinkludu wkoll batteriji li jħaddmu mezzi tat-trasport ħfief. Billi ż-żieda attwali fil-bejgħ ta' dan it-tip ta' batteriji tagħmilha diffiċli li jiġi kkalkolat l-ammont tagħhom li jitqiegħdu fis-suq u jinġabru fi tmiem ħajjithom, jenħtieġ li dawn il-batteriji portabbli jiġu esklużi mir-rata tal-ġbir attwali għall-batteriji portabbli. Din l-esklużjoni għandha tiġi rieżaminata flimkien mal-mira tal-ġbir għall-iskart ta' batteriji portabbli, li tista' tindirizza wkoll il-bidliet fil-metodoloġija biex tiġi kkalkolata r-rata tal-ġbir għall-batteriji portabbli. Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport biex tirfed dawn ir-rieżamijiet.
(81)  Meta wieħed iqis l-impatt ambjentali u t-telf ta' materjali minħabba li l-iskart ta' batteriji ma jinġabarx separatament, u konsegwentement ma jiġix ittrattat b'mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, jenħtieġ li l-mira tal-ġbir għall-batteriji portabbli diġà stabbilita skont id-Direttiva 2006/66/KE tkompli tapplika u tiżdied gradwalment. Sabiex jiġi massimizzat il-ġbir u jitnaqqsu r-riskji għas-sikurezza, jenħtieġ li jiġu vvalutati l-fattibbiltà u l-benefiċċji potenzjali tal-istabbiliment ta' sistema ta' ritorn tad-depożiti fl-Unjoni kollha għall-batteriji, b'mod partikolari għall-batteriji portabbli ta' użu ġenerali. Is-sistemi nazzjonali ta' ritorn tad-depożiti jenħtieġ li ma jipprevjenux l-adozzjoni ta' sistemi armonizzati għall-Unjoni kollha.
Emenda 65
Proposta għal regolament
Premessa 82a (ġdida)
(82a)  Sabiex tiġi aġġornata l-metodoloġija dwar il-kalkolu u l-verifika tal-mira tal-ġbir għall-iskart ta' batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief bil-ħsieb li tiġi riflessa l-kwantità disponibbli għall-ġbir, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Huwa kruċjali li l-metodoloġija l-ġdida żżomm jew iżżid il-livell ta' ambizzjoni ambjentali fir-rigward tal-ġbir tal-iskart ta' batteriji meta mqabbel mal-metodoloġija eżistenti.
Emenda 66
Proposta għal regolament
Premessa 82b (ġdida)
(82b)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra wkoll l-introduzzjoni ta' metodoloġija ta' kalkolu sabiex tiġi kkalkolata r-rata ta' ġbir separat bil-ħsieb li tkun tirrifletti l-kwantità ta' skart ta' batteriji disponibbli għall-ġbir. Huwa kruċjali li l-metodoloġija l-ġdida żżomm jew iżżid il-livell ta' ambizzjoni ambjentali fir-rigward tal-ġbir tal-iskart ta' batteriji meta mqabbel mal-metodoloġija eżistenti.
Emenda 67
Proposta għal regolament
Premessa 84
(84)  Fid-dawl tal-ġerarkija tal-iskart kif stabbilita bl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE li tagħti prijorità lill-prevenzjoni, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ u f'konformità mal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2008/98/KE u l-Artikolu 5(3)(f) tad-Direttiva 1999/31/KE54, jenħtieġ li l-batteriji miġbura ma jiġux inċinerati jew jintremew fil-landfills.
(84)  Fid-dawl tal-ġerarkija tal-iskart kif stabbilita bl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE li tagħti prijorità lill-prevenzjoni, il-preparazzjoni għal użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ u f'konformità mal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2008/98/KE u l-Artikolu 5(3)(f) tad-Direttiva 1999/31/KE54, jenħtieġ li l-batteriji miġbura ma jiġux soġġetti għal operazzjonijiet ta' rimi jew irkupru enerġetiku.
__________________
__________________
54 Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1).
54 Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1).
Emenda 68
Proposta għal regolament
Premessa 87
(87)  Jenħtieġ li jkun possibbli li jitwettaq trattament u riċiklaġġ barra l-Istat Membru kkonċernat jew barra l-Unjoni, fejn il-vjeġġ tal-iskart ta' batteriji jkun konformi mar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill58 u mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1418/200759 u fejn l-attivitajiet ta' trattament u riċiklaġġ jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli għal dan it-tip ta' skart, skont il-klassifikazzjoni tagħhom fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE, kif emendata.60 Dik id-Deċiżjoni, kif emendata, jenħtieġ li tiġi riveduta biex tkun tirrifletti l-kimiki kollha tal-batteriji. Fejn tali trattament jew riċiklaġġ isir barra mill-Unjoni, sabiex jingħadd lejn l-effiċjenzi u l-miri tar-riċiklaġġ, jenħtieġ li l-operatur li għan-nom tiegħu jitwettaq ikun obbligat li jirrapporta dwaru lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rispettiv u li jagħti prova li t-trattament jitwettaq f'kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk skont dan ir-Regolament. Sabiex jiġi stabbilit x'inhuma r-rekwiżiti biex tali trattament jitqies bħala ekwivalenti, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta' regoli dettaljati li jkun fihom il-kriterji għall-valutazzjoni tal-kundizzjonijiet ekwivalenti.
(87)  Jenħtieġ li jkun possibbli li jitwettaq trattament, preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, preparazzjoni għal użu għal skop ieħor u riċiklaġġ barra l-Istat Membru kkonċernat jew barra l-Unjoni, fejn il-vjeġġ tal-iskart ta' batteriji jkun konformi mar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill58 u mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1418/200759 u fejn l-attivitajiet ta' trattament u riċiklaġġ jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli għal dan it-tip ta' skart, skont il-klassifikazzjoni tagħhom fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE, kif emendata60. Dik id-Deċiżjoni, kif emendata, jenħtieġ li tiġi riveduta biex tirrifletti l-kimiki kollha tal-batteriji, inkluża ż-żieda ta' kodiċijiet għall-iskart ta' batteriji tal-joni tal-litju, sabiex jiġu ffaċilitati s-separazzjoni u r-rappurtar xierqa tal-iskart ta' batteriji tal-joni tal-litju. Fejn tali trattament jew riċiklaġġ isir barra mill-Unjoni, sabiex jingħadd lejn l-effiċjenzi u l-miri tar-riċiklaġġ, jenħtieġ li l-operatur li għan-nom tiegħu jitwettaq ikun obbligat li jirrapporta dwaru lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rispettiv u li jagħti prova, permezz ta' evidenza dokumentata approvata mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż ta' destinazzjoni, li t-trattament jitwettaq f'kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk skont dan ir-Regolament, u rekwiżiti ambjentali u tal-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem rilevanti fl-leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Sabiex jiġi stabbilit x'inhuma r-rekwiżiti biex tali trattament jitqies bħala ekwivalenti, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta' regoli dettaljati li jkun fihom il-kriterji għall-valutazzjoni tal-kundizzjonijiet ekwivalenti.
__________________
__________________
58 Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta' skart (ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1).
58 Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta' skart (ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1).
59 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1418/2007 tad-29 ta' Novembru 2007 li jikkonċerna l-esportazzjoni tal-irkupru ta' ċerti tipi ta' skart imniżżla fl-Anness III jew IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lejn pajjiżi fejn id-Deċiżjoni tal-OECD dwar il-kontroll ta' movimenti transkonfinali tal-iskart ma tapplikax (ĠU L 316, 4.12.2007, p. 6).
59 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1418/2007 tad-29 ta' Novembru 2007 li jikkonċerna l-esportazzjoni tal-irkupru ta' ċerti tipi ta' skart imniżżla fl-Anness III jew IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lejn pajjiżi fejn id-Deċiżjoni tal-OECD dwar il-kontroll ta' movimenti transkonfinali tal-iskart ma tapplikax (ĠU L 316, 4.12.2007, p. 6).
60 2000/532/KE: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Mejju 2000 li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabbilixxi lista ta' skart skont l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabbilixxi lista ta' skart perikoluż skont l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż, ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3.
60 2000/532/KE: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Mejju 2000 li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabbilixxi lista ta' skart skont l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabbilixxi lista ta' skart perikoluż skont l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż, ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3.
Emenda 69
Proposta għal regolament
Premessa 87a (ġdida)
(87a)  F'każ li l-iskart ta' batteriji jiġi esportat mill-Unjoni għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid, għat-tħejjija għal skop ġdid, jew għar-riċiklaġġ, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jagħmlu użu effettiv mis-setgħat previsti fl-Artikolu 50(4) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 biex jitolbu evidenza dokumentarja biex jaċċertaw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament. Jenħtieġ li jkun possibbli li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jikkooperaw ma' atturi rilevanti oħra, bħall-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż tad-destinazzjoni, il-korpi ta' verifika esterni indipendenti jew l-organizzazzjonijiet ta' responsabbiltà tal-produtturi stabbiliti skont skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, li jistgħu jwettqu verifiki fiżiċi u oħrajn tal-faċilitajiet f'pajjiżi terzi.
Emenda 70
Proposta għal regolament
Premessa 88
(88)  Batteriji industrijali u ta' vetturi elettriċi li ma għadhomx tajbin għall-iskop inizjali li għalih ġew manifatturati jistgħu jintużaw għal skop differenti bħala batteriji stazzjonarji għall-ħażna tal-enerġija. Qed jitfaċċa suq għat-tieni ħajja tal-batteriji industrijali u tal-vetturi elettriċi użati u sabiex tiġi appoġġata l-applikazzjoni prattika tal-ġerarkija tal-iskart, jenħtieġ li jiġu definiti regoli speċifiċi li jippermettu l-adattament responsabbli tal-batteriji użati għal skop differenti, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' prekawzjoni u tiġi żgurata s-sikurezza tal-użu għall-utenti finali. Jenħtieġ li kwalunkwe batterija użata bħal din tgħaddi minn valutazzjoni tal-istat tas-saħħa tagħha u tal-kapaċità disponibbli biex taċċerta l-adegwatezza tagħha għall-użu għal kwalunkwe skop ieħor għajr dak oriġinali tagħha. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mal-istima tal-istat tas-saħħa tal-batteriji, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni.
(88)  Batteriji li ma għadhomx tajbin għall-iskop inizjali li għalih ġew manifatturati jistgħu jintużaw għal skop differenti bħala batteriji stazzjonarji għall-ħażna tal-enerġija. Qed jitfaċċa suq għat-tieni ħajja tal-batteriji użati u sabiex tiġi appoġġata l-applikazzjoni prattika tal-ġerarkija tal-iskart, jenħtieġ li jiġu definiti regoli speċifiċi li jippermettu l-adattament responsabbli tal-batteriji użati għal skop differenti, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' prekawzjoni u tiġi żgurata s-sikurezza tal-użu għall-utenti finali. Jenħtieġ li kwalunkwe batterija użata bħal din tgħaddi minn valutazzjoni tal-istat tas-saħħa tagħha u tal-kapaċità disponibbli biex taċċerta l-adegwatezza tagħha għall-użu għal kwalunkwe skop ieħor għajr dak oriġinali tagħha. Batteriji li jinstab li huma adatti għal użi differenti mill-iskop oriġinali tagħhom idealment jenħtieġ li jiġu adattati għal dak l-iskop differenti. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mal-istima tal-istat tas-saħħa tal-batteriji, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni.
Emenda 71
Proposta għal regolament
Premessa 89
(89)  Jenħtieġ li l-produtturi u d-distributuri jkunu involuti b'mod attiv fl-għoti ta' informazzjoni lill-utenti finali li jenħtieġ li l-batteriji jinġabru separatament, li l-iskemi ta' ġbir ikunu disponibbli u li l-utenti finali jkollhom rwol importanti fl-iżgurar ta' ġestjoni ambjentalment ottimali tal-iskart ta' batteriji. Kemm id-divulgazzjoni tal-informazzjoni lill-utenti finali kollha, kif ukoll ir-rapportar dwar il-batteriji jenħtieġ li jagħmlu użu minn teknoloġiji tal-informazzjoni moderni. Jenħtieġ li l-informazzjoni tingħata jew b'mezzi klassiċi, bħal fuq barra, posters u kampanji tal-midja soċjali, jew inkella b'mezzi aktar innovattivi, bħall-aċċess elettroniku għas-siti web ipprovduti mill-kodiċijiet QR imwaħħla mal-batterija.
(89)  Jenħtieġ li l-produtturi u d-distributuri, inklużi l-postijiet tas-suq online, jkunu involuti b'mod attiv fl-għoti ta' informazzjoni lill-utenti finali li jenħtieġ li l-batteriji jinġabru separatament, li l-iskemi ta' ġbir ikunu disponibbli u li l-utenti finali jkollhom rwol importanti fl-iżgurar ta' ġestjoni ambjentalment ottimali tal-iskart ta' batteriji, b'mod partikolari billi jispjegaw kif il-flussi ta' skart jistgħu jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-esportazzjonijiet tal-iskart lejn pajjiżi terzi u għaċ-ċrieki tal-materjal magħluqa fi ħdan l-Unjoni. Kemm id-divulgazzjoni tal-informazzjoni lill-utenti finali kollha, kif ukoll ir-rapportar dwar il-batteriji jenħtieġ li jagħmlu użu minn teknoloġiji tal-informazzjoni moderni. Jenħtieġ li l-informazzjoni tingħata jew b'mezzi klassiċi, bħal fuq barra, posters u kampanji tal-midja soċjali, u/jew inkella b'mezzi aktar innovattivi, bħall-aċċess elettroniku għas-siti web ipprovduti mill-kodiċijiet QR imwaħħla mal-batterija b'mod aċċessibbli u li jinftiehem.
Emenda 72
Proposta għal regolament
Premessa 90
(90)  Sabiex tkun tista' ssir il-verifika tal-konformità mal-obbligi rigward il-ġbir u t-trattament tal-batteriji u l-effettività tagħhom, huwa meħtieġ li l-operaturi rispettivi jirrapportaw lura lill-awtoritajiet kompetenti. Jenħtieġ li l-produtturi tal-batteriji u operaturi oħrajn tal-immaniġġar tal-iskart li jiġbru l-batteriji jirrapportaw għal kull sena kalendarja, fejn applikabbli, id-data dwar il-batteriji mibjugħa u l-iskart ta' batteriji miġbur. Fir-rigward tat-trattament u r-riċiklaġġ, jenħtieġ li l-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart u r-riċiklaturi jkollhom obbligi ta' rapportar, rispettivament.
(90)  Sabiex tkun tista' ssir il-verifika tal-konformità mal-obbligi rigward il-ġbir u t-trattament tal-batteriji u l-effettività tagħhom, huwa meħtieġ li l-operaturi rispettivi jirrapportaw lura lill-awtoritajiet kompetenti. Jenħtieġ li l-produtturi tal-batteriji u operaturi oħrajn tal-immaniġġar tal-iskart li jiġbru l-batteriji jirrapportaw għal kull sena kalendarja, fejn applikabbli, id-data dwar il-batteriji mibjugħa u l-iskart ta' batteriji miġbur. Fir-rigward tat-trattament u r-riċiklaġġ, jenħtieġ li l-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart u r-riċiklaturi jkollhom obbligi ta' rapportar, rispettivament. L-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart li jwettqu trattament skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu soġġetti għal proċedura ta' għażla mill-produtturi tal-batteriji rilevanti jew mill-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom, f'konformità mal-Artikoli 8 u 8a tad-Direttiva 2008/98/KE.
Emenda 73
Proposta għal regolament
Premessa 95
(95)  Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill62 jistabbilixxi regoli dwar is-sorveljanza tas-suq u l-kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni. Sabiex jiġi żgurat li l-prodotti li jibbenefikaw mill-moviment liberu tal-merkanzija jissodisfaw ir-rekwiżiti li jipprovdu livell għoli ta' protezzjoni tal-interessi pubbliċi, bħas-saħħa tal-bniedem, is-sikurezza, il-protezzjoni tal-proprjetà u tal-ambjent, jenħtieġ li dak ir-Regolament japplika għall-batteriji koperti minn dan ir-Regolament. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/1020 jiġi emendat kif xieraq.
(95)  Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill62 jistabbilixxi regoli dwar is-sorveljanza tas-suq u l-kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni. Sabiex jiġi żgurat li l-prodotti li jibbenefikaw mill-moviment liberu tal-merkanzija jissodisfaw ir-rekwiżiti li jipprovdu livell għoli ta' protezzjoni tal-interessi pubbliċi, bħas-saħħa tal-bniedem, is-sikurezza, il-protezzjoni tal-proprjetà u tal-ambjent, jenħtieġ li dak ir-Regolament japplika għall-batteriji koperti minn dan ir-Regolament, inklużi batteriji prodotti barra mill-Unjoni u li jidħlu fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/1020 jiġi emendat kif xieraq.
__________________
__________________
62 Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1)
62 Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1)
Emenda 74
Proposta għal regolament
Premessa 97
(97)  Jenħtieġ li tkun teżisti proċedura li taħtha l-partijiet interessati jiġu informati b'miżuri li jkunu maħsuba li jittieħdu fir-rigward ta' batteriji li jippreżentaw riskju għas-saħħa tal-bniedem, għas-sikurezza, għall-proprjetà jew għall-ambjent. Jenħtieġ li din tippermetti wkoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fl-Istati Membri, b'kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, jaġixxu fi stadju bikri fir-rigward ta' tali batteriji. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni sabiex tiddetermina jekk il-miżuri nazzjonali fir-rigward tal-batteriji mhux konformi humiex ġustifikati jew le.
(97)  Jenħtieġ li tkun teżisti proċedura li taħtha l-partijiet interessati jiġu informati b'miżuri li jkunu maħsuba li jittieħdu fir-rigward ta' batteriji li jippreżentaw riskju għas-saħħa tal-bniedem, għas-sikurezza, għall-proprjetà jew għall-ambjent. Jenħtieġ li din tippermetti wkoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fl-Istati Membri, b'kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, jaġixxu fi stadju bikri fir-rigward ta' tali batteriji. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni sabiex tiddetermina malajr jekk il-miżuri nazzjonali fir-rigward tal-batteriji mhux konformi humiex ġustifikati jew le.
Emenda 75
Proposta għal regolament
Premessa 98
(98)  Jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikollhom id-dritt li jitolbu lill-operaturi ekonomiċi jieħdu azzjonijiet korrettivi abbażi ta' sejbiet jew li l-batterija ma tkunx konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jew inkella li l-operatur ekonomiku jikser ir-regoli dwar id-disponibbiltà ta' batterija jew it-tqegħid tagħha fis-suq, jew dwar is-sostenibbiltà, is-sikurezza u t-tikkettar jew dwar id-diliġenza dovuta għall-katina tal-provvista.
(98)  Jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikollhom id-dritt li jitolbu lill-operaturi ekonomiċi jieħdu azzjonijiet korrettivi abbażi ta' sejbiet jew li l-batterija ma tkunx konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jew inkella li l-operatur ekonomiku jikser ir-regoli dwar id-disponibbiltà ta' batterija jew it-tqegħid tagħha fis-suq, jew dwar is-sostenibbiltà, is-sikurezza, it-tikkettar u l-informazzjoni jew dwar id-diliġenza dovuta għall-katina tal-provvista.
Emenda 76
Proposta għal regolament
Premessa 98a (ġdida)
(98a)  Sabiex jiġu żgurati l-effettività u l-konsistenza tal-ittestjar fl-Unjoni kollha fil-qafas tas-sorveljanza tas-suq stabbiliti mir-Regolament (UE) 2019/1020 fir-rigward tal-batteriji, kif ukoll biex jiġi pprovdut parir tekniku u xjentifiku indipendenti matul l-evalwazzjonijiet imwettqa fir-rigward tal-batteriji li jippreżentaw riskju, jenħtieġ li l-Kummissjoni taħtar faċilità tal-ittestjar tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-konformità mal-qafas leġiżlattiv tal-Unjoni dwar il-batteriji stabbilit b'dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi promossa wkoll fil-livell nazzjonali.
Emenda 77
Proposta għal regolament
Premessa 98b (ġdida)
(98b)  Il-moviment liberu tal-merkanzija fl-Unjoni spiss jiġi mfixkel minn ostakli stabbiliti fil-livell nazzjonali li jimpedixxu r-realizzazzjoni sħiħa tas-suq intern u jnaqqsu l-opportunitajiet għall-kumpaniji li jagħmlu negozju u jiżviluppaw, b'mod partikolari l-SMEs, li jirrappreżentaw is-sinsla tal-ekonomija tal-Unjoni. L-Istati Membri għalhekk jenħtieġ li jagħmlu użu sħiħ mill-possibbiltà li jidħlu fi ftehimiet ma' xulxin biex jippermettu proċeduri ta' arbitraġġ bil-għan li jsolvu malajr it-tilwim li jinqala' fir-rigward tal-aċċess għas-suq intern f'dak li għandu x'jaqsam mal-batteriji.
Emenda 78
Proposta għal regolament
Premessa 99
(99)  L-akkwist pubbliku jikkostitwixxi settur importanti fir-rigward tat-tnaqqis tal-impatti tal-attivitajiet tal-bniedem fuq l-ambjent u biex jistimula t-trasformazzjoni tas-suq lejn prodotti aktar sostenibbli. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kontraenti, kif definiti fid-Direttiva 2014/24/UE63 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u fid-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill64, u l-entitajiet kontraenti kif definiti fid-Direttiva 2014/25/UE jqisu l-impatti ambjentali meta jakkwistaw batteriji jew prodotti li fihom il-batteriji, sabiex jippromwovu u jistimulaw is-suq għal mobbiltà nadifa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija u l-ħażna tal-enerġija u, b'hekk, jikkontribwixxu għall-objettivi tal-politika dwar l-ambjent, il-klima u l-enerġija tal-Unjoni.
(99)  L-akkwist pubbliku jikkostitwixxi settur importanti fir-rigward tat-tnaqqis tal-impatti tal-attivitajiet tal-bniedem fuq l-ambjent u biex jistimula t-trasformazzjoni tas-suq lejn prodotti aktar sostenibbli. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kontraenti, kif definiti fid-Direttiva 2014/24/UE63 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u fid-Direttiva 2014/25/UE64 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u l-entitajiet kontraenti kif definiti fid-Direttiva 2014/25/UE jqisu l-impatti ambjentali meta jakkwistaw batteriji jew prodotti li fihom il-batteriji u jiżguraw konformità effettiva ma' rekwiżiti soċjali u ambjentali min-naħa tal-operaturi ekonomiċi, sabiex jippromwovu u jistimulaw is-suq għal mobbiltà nadifa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija u l-ħażna tal-enerġija, u b'hekk jikkontribwixxu għall-objettivi tal-politika dwar l-ambjent, il-klima u l-enerġija tal-Unjoni. Barra minn hekk, it-titjib tal-aċċess tal-SMEs għall-akkwist pubbliku fis-suq tal-batteriji u l-inkoraġġiment ta' aktar partijiet ikkonċernati lokali u tal-Unjoni biex jissieħbu jikkontribwixxu wkoll b'mod sinifikanti biex jintlaħqu dawk l-objettivi.
__________________
__________________
63 Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65)
63 Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65)
64 Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243)
64 Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243)
Emenda 79
Proposta għal regolament
Premessa 105
(105)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli minnufih li jiddeterminaw jekk miżura nazzjonali meħuda fir-rigward ta' batterija konformi li tippreżenta riskju hijiex ġustifikata jew le fejn, f'każijiet debitament ġustifikati relatati mal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, is-sikurezza, il-proprjetà jew l-ambjent, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta' urġenza li jirrikjedu dan.
(105)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli mingħajr dewmien li jiddeterminaw jekk miżura nazzjonali meħuda fir-rigward ta' batterija konformi li tippreżenta riskju hijiex ġustifikata jew le fejn, f'każijiet debitament ġustifikati relatati mal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, is-sikurezza, il-proprjetà jew l-ambjent, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta' urġenza li jirrikjedu dan.
Emenda 80
Proposta għal regolament
Premessa 106
(106)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u jiżguraw li dawk ir-regoli jiġu infurzati. Jenħtieġ li l-penali previsti jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
(106)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u jiżguraw li dawk ir-regoli jiġu infurzati. Jenħtieġ li l-penali previsti jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni fl-infurzar madwar l-Unjoni, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-iżvilupp ta' kriterji armonizzati jew ta' gwida għal penalitajiet u għall-kumpens ta' danni kkawżati lil individwi.
Emenda 81
Proposta għal regolament
Premessa 109a (ġdida)
(109a)  Huwa importanti li fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jiġu kkunsidrati l-impatti ambjentali, soċjali u ekonomiċi. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li jkun hemm kundizzjonijiet ekwi, huwa importanti li fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament it-teknoloġiji disponibbli rilevanti kollha jitqiesu b'mod ugwali, sakemm dawk it-teknoloġiji jippermettu konformità sħiħa tal-batteriji ma' kwalunkwe rekwiżit rilevanti stabbilit f'dan ir-Regolament. Barra minn hekk, ma għandu jiġi impost l-ebda piż amministrattiv eċċessiv fuq l-operaturi ekonomiċi, b'mod partikolari fuq l-SMEs.
Emenda 82
Proposta għal regolament
Premessa 110
(110)  Billi l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jiggarantixxi l-funzjonament tas-suq intern, filwaqt li jiżgura li l-batteriji mqiegħda fis-suq jissodisfaw ir-rekwiżiti li jipprevedu livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, tas-sikurezza, tal-proprjetà u tal-ambjent, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri, iżda pjuttost jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, minħabba l-ħtieġa għall-armonizzazzjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv,
(110)  Billi l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jiggarantixxi l-funzjonament tas-suq intern, u biex jiżgura li l-batteriji mqiegħda fis-suq kif ukoll l-operazzjonijiet marbuta mal-iskart ta' batteriji jissodisfaw ir-rekwiżiti li jipprevedu livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, tas-sikurezza, tal-proprjetà u tal-ambjent, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri, iżda pjuttost jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, minħabba l-ħtieġa għall-armonizzazzjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv,
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti dwar is-sostenibbiltà, is-sikurezza, it-tikkettar u l-informazzjoni li jippermettu t-tqegħid ta' batteriji fis-suq jew fis-servizz, kif ukoll rekwiżiti għall-ġbir, it-trattament u r-riċiklaġġ tal-iskart ta' batteriji.
1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti dwar is-sostenibbiltà ambjentali, ekonomika u soċjali, is-sikurezza, it-tikkettar u l-informazzjoni li jippermettu t-tqegħid ta' batteriji fis-suq jew fis-servizz.
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Barra minn hekk dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri għall-protezzjoni tal-ambjent u s-saħħa tal-bniedem biex jevita jew inaqqas il-ġenerazjoni tal-iskart ta' batteriji u tal-impatti negattivi tal-ġenerazzjoni u l-immaniġġar tal-iskart ta' tali batteriji u billi jnaqqas l-impatti ġenerali tal-użu tar-riżorsi u jtejjeb l-effiċjenza f'dan it-tip ta' użu.
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2
2.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-batteriji kollha, jiġifieri l-batteriji portabbli, il-batteriji awtomotivi, il-batteriji tal-vetturi elettriċi u l-batteriji industrijali, irrispettivament mill-forma, il-volum, il-piż, id-disinn, il-kompożizzjoni tal-materjal, l-użu jew l-iskop tagħhom. Huwa għandu japplika wkoll għal batteriji inkorporati fi prodotti oħrajn jew miżjuda magħhom.
2.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-batteriji kollha, jiġifieri l-batteriji portabbli, il-batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief, il-batteriji awtomotivi, il-batteriji tal-vetturi elettriċi u l-batteriji industrijali, irrispettivament mill-forma, il-volum, il-piż, id-disinn, il-kompożizzjoni tal-materjal, l-użu jew l-iskop tagħhom. Huwa għandu japplika wkoll għal batteriji inkorporati fi prodotti oħrajn jew miżjuda magħhom.
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)
(ba)  It-tagħmir maħsub speċifikament għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari, kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom1a.
__________________
1a Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom tal-25 ta' Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari (ĠU L 172, 2.7.2009, p. 18).
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Bl-eċċezzjoni tal-Kapitolu VII, dan ir-regolament ma għandux japplika għal batteriji li l-produttur jista' jipprova li ġew prodotti qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1
(1)  "batterija" tfisser kwalunkwe sors ta' enerġija elettrika ġġenerata permezz ta' konverżjoni diretta ta' enerġija kimika u li tikkonsisti f'ċellola tal-batteriji waħda jew aktar mhux rikarikabbli jew rikarikabbli jew fi gruppi tagħhom;
(1)  "batterija" tfisser kwalunkwe sors ta' enerġija elettrika ġġenerata permezz ta' konverżjoni diretta ta' enerġija kimika u li tikkonsisti f'ċellola tal-batteriji waħda jew aktar mhux rikarikabbli jew rikarikabbli jew fi gruppi tagħhom, bħal pakketti ta' batteriji u moduli ta' batteriji;
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6
(6)  "batterija b'memorja interna" tfisser batterija mingħajr apparat estern imwaħħal għall-ħażna tal-enerġija;
imħassar
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7 – inċiż 3
—  mhijiex iddisinjata għal skopijiet industrijali; kif ukoll
—  mhijiex iddisinjata esklużivament għal użi industrijali; kif ukoll
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7 – inċiż 4
—  la hija batterija ta' vettura elettrika u lanqas batterija awtomotiva;
—  la hija batterija għal mezz ħafif tat-trasport u lanqas batterija ta' vettura elettrika u lanqas batterija awtomotiva;
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8
(8)  "batteriji portabbli ta' użu ġenerali" tfisser batteriji portabbli bil-formati komuni li ġejjin: 4,5 Volts (3R12), D, C, AA, AAA, AAAA, A23, 9 Volts (PP3);
(8)  "batteriji portabbli ta' użu ġenerali" tfisser batteriji portabbli bil-formati komuni li ġejjin: 4,5 Volts (3R12), ċellula buttuna, D, C, AA, AAA, AAAA, A23, 9 Volts (PP3);
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9
(9)  "mezz ta' trasport ħafif" ifisser vetturi bir-roti li għandhom mutur elettriku ta' inqas minn 750 watt, li fuqhom il-vjaġġaturi jkunu bilqiegħda meta l-vettura tkun miexja u li jistgħu jitħaddmu bil-mutur elettriku waħdu jew b'kombinazzjoni ta' qawwa motorizzata u saħħa fiżika tal-bniedem;
(9)  "batterija għal mezzi ta' trasport ħfief" tfisser kwalunkwe batterija f'vetturi li jistgħu jitħaddmu bil-mutur elettriku waħdu jew b'kombinazzjoni ta' qawwa motorizzata u saħħa fiżika tal-bniedem, inklużi vetturi tat-tip approvat li jappartjenu għall-kategoriji tal-vetturi stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, u b'piż anqas minn 25 kg;
____________
1a Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52).
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10
(10)  "batterija awtomotiva" tfisser kwalunkwe batterija li tintuża biss għall-istartjar, it-tidwil jew it-tqabbid tal-karozzi;
(10)  "batterija awtomotiva" tfisser kwalunkwe batterija li primarjament tintuża għall-istartjar, it-tidwil jew it-tqabbid tal-karozzi jew ta' makkinarju mobbli mhux tat-triq jew funzjonijiet oħra ta' appoġġ;
Emenda 95
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 11
(11)  "batterija industrijali" tfisser kwalunkwe batterija ddisinjata għal użi industrijali u kwalunkwe batterija oħra esklużi l-batteriji portabbli, il-batteriji tal-vetturi elettriċi u l-batteriji awtomotivi;
(11)  "batterija industrijali" tfisser kwalunkwe batterija ddisinjata esklużivament għal użi industrijali u kwalunkwe batterija oħra, inklużi s-sistemi għall-ħżin tal-enerġija f'batteriji stazzjonarji, esklużi l-batteriji portabbli, il-batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief, il-batteriji tal-vetturi elettriċi u l-batteriji awtomotivi;
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 12
(12)  "batterija tal-vetturi elettriċi" tfisser kwalunkwe batterija ddisinjata speċifikament biex tipprovdi trazzjoni lil vetturi ibridi u elettriċi għat-trasport bit-triq;
(12)  "batterija tal-vetturi elettriċi" tfisser kwalunkwe batterija ddisinjata speċifikament biex tipprovdi l-enerġija għat-trazzjoni lil vettura tal-kategorija L kif previst fir-Regolament (UE) Nru 168/2013 u b'piż ogħla minn 25 kg, jew lil vettura tal-kategoriji M, N jew O kif previst fir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a;
__________________
1a Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).
Emenda 97
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 13
(13)  "sistema stazzjonarja għall-ħażna tal-enerġija tal-batterija" tfisser batterija industrijali rikarikabbli b'memorja interna ddisinjata speċifikament biex taħżen u twassal l-enerġija elettrika fil-grilja, irrispettivament minn fejn tintuża l-batterija u minn min;
(13)  "batterija fi ħdan sistema stazzjonarja għall-ħażna tal-enerġija" tfisser batterija industrijali rikarikabbli b'memorja interna ddisinjata speċifikament biex taħżen u twassal l-enerġija elettrika meta tkun konnessa mal-grilja tal-elettriku, irrispettivament minn fejn tintuża din il-batterija u minn min;
Emenda 98
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21
(21)  "kodiċi QR" ifisser barcode matriċi li jgħaqqad ma' informazzjoni dwar mudell ta' batterija;
(21)  "kodiċi QR" ifisser kodiċi matriċi li jinqara mill-magni li jgħaqqad ma' informazzjoni kif mitlub minn dan ir-Regolament;
Emenda 99
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 22
(22)  "sistema ta' ġestjoni tal-batterija" tfisser apparat elettroniku li jikkontrolla jew jimmaniġġa l-funzjonijiet elettriċi u termali tal-batterija, li jimmaniġġa u jaħżen id-data dwar il-parametri għad-determinazzjoni tal-istat tas-saħħa u tul tal-ħajja mistenni tal-batteriji stipulati fl-Anness VII u li jikkomunika mal-vettura jew mal-apparat fejn tkun inkorporata l-batterija;
(22)  "sistema ta' ġestjoni tal-batterija" tfisser apparat elettroniku li jikkontrolla jew jimmaniġġa l-funzjonijiet elettriċi u termali tal-batterija biex jinfluwenza s-sikurezza, il-prestazzjoni u l-ħajja operattiva tal-batterija, li jimmaniġġa u jaħżen id-data dwar il-parametri għad-determinazzjoni tal-istat tas-saħħa u tul tal-ħajja mistenni tal-batteriji stipulati fl-Anness VII u li jikkomunika mal-vettura jew mal-apparat fejn tkun inkorporata l-batterija;
Emenda 100
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 26a (ġdid)
(26a)  "preparazzjoni għal adattament għal skop differenti" tfisser kwalunkwe operazzjoni li biha partijiet minn skart ta' batterija jew it-totalità ta' skart ta' batterija jiġu ppreparati biex ikunu jistgħu jintużaw għal skop jew applikazzjoni differenti minn dawk li l-batterija kienet oriġinarjament iddisinjata għalihom;
Emenda 101
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 26b (ġdid)
(26b)  "manifattura mill-ġdid" tfisser kwalunkwe operazzjoni ta' żarmar, ripristinu, tibdil ta' komponenti ta' pakketti ta' batteriji, moduli ta' batteriji u/jew ċelloli ta' batteriji użati biex batterija titreġġa' lura għal livell ta' prestazzjoni u kwalità ekwivalenti għall-batterija oriġinali, għall-iskop oriġinali jew wieħed differenti;
Emenda 102
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 38
(38)  "organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi" tfisser entità ġuridika li torganizza b'mod finanzjarju jew operattiv it-twettiq tal-obbligi ta' responsabbiltà estiża tal-produtturi f'isem diversi produtturi;
(38)  "organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi" tfisser entità ġuridika li torganizza b'mod finanzjarju jew b'mod finanzjarju u operattiv it-twettiq tal-obbligi ta' responsabbiltà estiża tal-produtturi f'isem diversi produtturi;
Emenda 103
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 39
(39)  "skart ta' batteriji" tfisser kwalunkwe batterija li hija skart skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2008/98/KE;
(39)  "skart ta' batteriji" tfisser kwalunkwe batterija jew ċellula ta' batterija koperta bid-definizzjoni ta' skart skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2008/98/KE;
Emenda 104
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 40
(40)  "użu mill-ġdid" tfisser l-użu mill-ġdid dirett sħiħ jew parzjali tal-batterija għall-iskop oriġinali li għalih kienet iddisinjata l-batterija;
(40)  "użu mill-ġdid" tfisser l-użu mill-ġdid dirett sħiħ jew parzjali tal-batterija li mhix skart għall-istess skop li għalih kienet iddisinjata l-batterija;
Emenda 105
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 41 – parti introduttorja
(41)  "sustanza perikoluża" tfisser kwalunkwe sustanza li tissodisfa l-kriterji għal kwalunkwe waħda mill-klassijiet jew il-kategoriji stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill67:
(41)  "sustanza perikoluża" tfisser kwalunkwe sustanza li tissodisfa l-kriterji għal kwalunkwe klassi jew kategorija stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill67:
__________________
__________________
67 Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1)
67 Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1)
Emenda 106
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 41 – punt a
(a)  klassijiet ta' periklu 2.1 sa 2.4, 2.6 u 2.7, 2.8 tipi A u B, 2.9, 2.10, 2.12, 2.13 kategoriji 1 u 2, 2.14 kategoriji 1 u 2, 2.15 tipi A sa F;
imħassar
Emenda 107
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 41 – punt b
(b)  klassijiet ta' periklu 3.1 sa 3.6, 3.7 effetti negattivi fuq il-funzjonament sesswali u l-fertilità jew fuq l-iżvilupp, 3.8 effetti oħrajn minbarra effetti narkotiċi, 3.9 u 3.10;
imħassar
Emenda 108
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 41 – punt c
(c)  klassi ta' periklu 4.1;
imħassar
Emenda 109
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 41 –punt d
(d)  klassi ta' periklu 5.1;
imħassar
Emenda 110
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 36
(36)  "diliġenza dovuta għall-katina tal-provvista" tfisser l-obbligi tal-operatur ekonomiku li jqiegħed batterija industrijali rikarikabbli jew batterija tal-vetturi elettriċi fis-suq, b'rabta mas-sistema ta' ġestjoni tagħha, il-ġestjoni tar-riskji, il-verifiki ta' partijiet terzi minn korpi nnotifikati u d-divulgazzjoni tal-informazzjoni bl-għan li jiġu identifikati u indirizzati r-riskji attwali u potenzjali marbuta mal-akkwist, l-ipproċessar u n-negozjar tal-materja prima meħtieġa għall-manifattura tal-batteriji;
(36)  "diliġenza dovuta għall-katina tal-valur tal-batteriji" tfisser l-obbligi tal-operatur ekonomiku li jqiegħed batterija fis-suq fir-rigward tal-kategoriji ta' riskji soċjali u ambjentali, b'rabta mas-sistema ta' ġestjoni tagħha, il-ġestjoni tar-riskji, il-verifiki ta' partijiet terzi minn korpi nnotifikati u d-divulgazzjoni tal-informazzjoni bl-għan li jiġu identifikati, evitati u indirizzati r-riskji attwali u potenzjali marbuta mal-akkwist, l-ipproċessar u n-negozjar tal-materja prima, is-sustanzi kimiċi u l-materja prima sekondarja meħtieġa għall-manifattura tal-batteriji u t-trattament tal-iskart ta' batteriji, b'rabta mal-operazzjonijiet tal-manifattura tagħhom u b'rabta mar-relazzjonijiet kummerċjali relatati;
Emenda 111
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 36a (ġdid)
(36 a)  "relazzjonijiet kummerċjali" tfisser ir-relazzjonijiet bejn impriża u s-sussidjarji tagħha u r-relazzjonijiet kummerċjali ta' impriża tul il-katina tal-valur tagħha, inklużi fornituri u sottokuntratturi, u li huma direttament marbuta mal-operazzjonijiet tan-negozju, il-prodotti jew is-servizzi tal-impriża;
Emenda 112
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 36b (ġdid)
(36b)  "żoni ta' riskju għoli" tfisser żoni fejn hemm governanza u sigurtà dgħajfin jew ineżistenti, bħal Stati falluti, jew żoni fejn hemm ksur mifrux u sistematiku tad-dritt internazzjonali, inklużi abbużi tad-drittijiet tal-bniedem;
Emenda 113
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri ma għandhomx, għal raġunijiet relatati mar-rekwiżiti tas-sostenibbiltà, is-sikurezza, it-tikkettar u l-informazzjoni tal-batteriji jew l-immaniġġar tal-iskart ta' batteriji koperti minn dan ir-Regolament, jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq jew fis-servizz ta' batteriji li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament.
1.  L-Istati Membri ma għandhomx, għal raġunijiet relatati mar-rekwiżiti soċjali u ambjentali tas-sostenibbiltà, is-sikurezza, it-tikkettar u l-informazzjoni tal-batteriji jew l-immaniġġar tal-iskart ta' batteriji koperti minn dan ir-Regolament, jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq jew fis-servizz ta' batteriji li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament.
Emenda 114
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2
2.  F'fieri kummerċjali, esibizzjonijiet, dimostrazzjonijiet jew avvenimenti simili, l-Istati Membri ma għandhomx jipprevjenu l-wiri ta' batteriji li ma jkunux konformi ma' dan ir-Regolament, dment li jkun hemm sinjal viżibbli li jindika b'mod ċar li tali batteriji ma jikkonformawx ma' dan ir-Regolament u li mhumiex għall-bejgħ sakemm isiru konformi.
2.  F'fieri kummerċjali, esibizzjonijiet, dimostrazzjonijiet jew avvenimenti simili, l-Istati Membri ma għandhomx jipprevjenu l-wiri ta' batteriji li ma jkunux konformi ma' dan ir-Regolament, dment li jkun hemm sinjal viżibbli li jindika b'mod ċar li tali batteriji ma jikkonformawx ma' dan ir-Regolament u li ma jistgħux isiru disponibbli fis-suq sakemm isiru konformi. Waqt id-dimostrazzjonijiet, l-operatur ekonomiku rilevanti għandu jieħu miżuri adegwati biex jiżgura s-sikurezza tal-persuni.
Emenda 115
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – titolu
Rekwiżiti ta' sostenibbiltà, sikurezza, tikkettar u informazzjoni għall-batteriji
Rekwiżiti ta' sostenibbiltà, sikurezza, tikkettar, informazzjoni u diliġenza dovuta għall-batteriji
Emenda 116
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba)  ir-rekwiżiti ta' diliġenza dovuta stabbiliti fl-Artikolu 39.
Emenda 117
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Għall-batteriji tal-vetturi elettriċi u għall-batteriji awtomotivi mqiegħda fis-suq bħala sostituti għall-batteriji difettużi, għandhom japplikaw l-istess rekwiżiti bħal dawk għall-batteriji sostitwiti f'konformità mal-prinċipju "sewwi għal-livell tal-produzzjoni".
Emenda 118
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2
2.  Għal kwalunkwe aspett mhux kopert mill-Kapitoli II u III, il-batteriji ma għandhomx jippreżentaw riskju għas-saħħa tal-bniedem, għas-sikurezza, għall-proprjetà jew għall-ambjent.
2.  Għal kwalunkwe aspett mhux kopert mill-Kapitoli II u III u l-Artikolu 39, il-batteriji ma għandhomx jippreżentaw riskju għas-saħħa tal-bniedem, għas-sikurezza, għall-proprjetà jew għall-ambjent.
Emenda 119
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)
Kull Stat Membru għandu jaħtar ukoll punt ta' kuntatt wieħed, minn fost l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-ewwel subparagrafu, għall-fini ta' komunikazzjoni mal-Kummissjoni skont il-paragrafu 3.
Emenda 120
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3
3.  Sa [tliet xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti maħtura skont il-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed bi kwalunkwe bidla fl-ismijiet jew fl-indirizzi ta' dawk l-awtoritajiet kompetenti.
3.  Sa [tliet xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-isem u l-indirizz tal-punt ta' kuntatt maħtur skont il-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed bi kwalunkwe bidla fl-isem jew fl-indirizz tal-punt ta' kuntatt.
Emenda 121
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.  Fi żmien 6 xhur minn kwalunkwe emenda tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jew mid-dħul fis-seħħ ta' leġiżlazzjoni futura tal-Unjoni dwar kriterji ta' sostenibbiltà għal sustanzi perikolużi u sustanzi kimiċi, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk din l-emenda jew il-leġiżlazzjoni futura tal-Unjoni tirrikjedix emenda ta' dan l-Artikolu jew tal-Anness I għal dan ir-Regolament, jew it-tnejn, u tadotta, fejn xieraq, att delegat f'konformità mal-Artikolu 73 ta' dan ir-Regolament biex temenda dawk id-dispożizzjonijiet skont il-każ.
Emenda 122
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 5b (ġdid)
5b.  Sal-31 ta' Diċembru 2025, il-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, għandha tirrieżamina b'mod sistematiku s-sustanzi perikolużi fil-batteriji biex tidentifika r-riskji potenzjali għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent. Din il-valutazzjoni għandha tqis sa liema punt l-użu ta' sustanza perikoluża huwa meħtieġ għas-saħħa, għas-sikurezza jew huwa kritiku għall-funzjonament tas-soċjetà kif ukoll id-disponibbiltà ta' alternattivi xierqa mil-lat tal-ambjent u tas-saħħa. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha tikkunsidra li tieħu l-miżuri xierqa, inkluż l-adozzjoni ta' atti delegati msemmija fit-tieni paragrafu.
Emenda 123
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – titolu
L-impronta tal-karbonju tal-batteriji tal-vetturi elettriċi u l-batteriji industrijali rikarikabbli
L-impronta tal-karbonju tal-batteriji tal-vetturi elettriċi, il-batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief u l-batteriji industrijali
Emenda 124
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
1.  Il-batteriji tal-vetturi elettriċi u l-batteriji industrijali rikarikabbli b'memorja interna u b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumentazzjoni teknika li tinkludi, għal kull mudell ta' batterija u lott għal kull impjant tal-manifattura, dikjarazzjoni tal-impronta tal-karbonju mħejjija f'konformità mal-att delegat imsemmi fit-tieni subparagrafu u li jkun fiha, mill-inqas, l-informazzjoni li ġejja:
1.  Il-batteriji tal-vetturi elettriċi, il-batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief u l-batteriji industrijali għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumentazzjoni teknika li tinkludi, għal kull mudell ta' batterija u għal kull impjant tal-manifattura, dikjarazzjoni tal-impronta tal-karbonju mħejjija f'konformità mal-att delegat imsemmi fit-tieni subparagrafu u li jkun fiha, mill-inqas, l-informazzjoni li ġejja:
Emenda 125
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca)  informazzjoni dwar il-materja prima użata, inkluż is-sehem ta' kontenut rinnovabbli;
Emenda 126
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt d
(d)  l-impronta tal-karbonju totali tal-batterija, ikkalkolata bħala kg ta' ekwivalenti għad-diossidu tal-karbonju;
(d)  l-impronta tal-karbonju totali tal-batterija, ikkalkolata bħala kg ta' ekwivalenti għad-diossidu tal-karbonju u l-impronta tal-karbonju tal-batterija, ikkalkulata bħala kg tal-ekwivalenti tad-diossidu tal-karbonju għal kull kWh tal-enerġija totali pprovdut matul il-ħajja operattiva mistennija tas-sistema tal-batterija;
Emenda 127
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Ir-rekwiżit tad-dikjarazzjoni tal-impronta tal-karbonju fl-ewwel subparagrafu għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2024 għall-batteriji tal-vetturi elettriċi u għall-batteriji industrijali rikarikabbli.
Ir-rekwiżit tad-dikjarazzjoni tal-impronta tal-karbonju fl-ewwel subparagrafu għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2024 għall-batteriji tal-vetturi elettriċi, għall-batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief u għall-batteriji industrijali.
Emenda 128
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – parti introduttorja
Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2023, tadotta:
Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2023, tadotta:
Emenda 129
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – punt a
(a)  att delegat f'konformità mal-Artikolu 73 biex jissupplimenta dan ir-Regolament billi jistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu tal-impronta tal-karbonju totali tal-batterija msemmija fil-punt (d), f'konformità mal-elementi essenzjali stabbiliti fl-Anness II;
(a)  att delegat f’konformità mal-Artikolu 73 biex jissupplimenta dan ir-Regolament billi jistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu u l-verifika tal-impronta tal-karbonju tal-batterija msemmija fil-punt (d), f’konformità mal-elementi essenzjali stabbiliti fl-Anness II;
Emenda 130
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 4
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 73 biex temenda r-rekwiżiti ta' informazzjoni stabbiliti fl-ewwel subparagrafu.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 73 biex temenda r-rekwiżiti ta' informazzjoni stabbiliti fl-ewwel subparagrafu fid-dawl tal-progress xjentifiku u diġitali.
Emenda 131
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Il-batteriji tal-vetturi elettriċi u l-batteriji industrijali rikarikabbli b'memorja interna u b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh għandu jkollhom tikketta li tidher sewwa, tinqara b'mod ċar u li ma titħassarx, li tindika l-klassi ta' prestazzjoni tal-impronta tal-karbonju li għaliha tikkorrespondi l-batterija individwali.
Il-batteriji tal-vetturi elettriċi, il-batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief u l-batteriji industrijali għandu jkollhom tikketta li tidher sewwa, tinqara b'mod ċar u li ma titħassarx, li tindika l-impronta tal-karbonju tal-batterija msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1 u l-klassi ta' prestazzjoni tal-impronta tal-karbonju li għaliha tikkorrespondi l-batterija individwali.
Emenda 132
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 3
Ir-rekwiżiti tal-klassi ta' prestazzjoni tal-impronta tal-karbonju fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2026 għall-batteriji tal-vetturi elettriċi u għall-batteriji industrijali rikarikabbli.
Ir-rekwiżiti tal-klassi ta' prestazzjoni tal-impronta tal-karbonju fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2025 għall-batteriji tal-vetturi elettriċi, għall-batteriji għal mezzi ta' trasport ħfief u għall-batteriji industrijali.
Emenda 133
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 4 – parti introduttorja
Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2024, tadotta
Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2024, tadotta
Emenda 134
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Il-batteriji tal-vetturi elettriċi u l-batteriji industrijali rikarikabbli b'memorja interna u b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumentazzjoni teknika li turi, għal kull mudell ta' batterija u lott għal kull impjant tal-manifattura, li l-valur iddikjarat tal-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja jkun inqas mil-limitu massimu stabbilit fl-att delegat adottat mill-Kummissjoni skont it-tielet subparagrafu.
Il-batteriji tal-vetturi elettriċi, il-batteriji għal mezzi ta' trasport ħfief u l-batteriji industrijali b'enerġija nominali ta' aktar minn 2 kWh għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumentazzjoni teknika li turi, għal kull mudell ta' batterija għal kull impjant tal-manifattura, li l-valur iddikjarat tal-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja jkun inqas mil-limitu massimu stabbilit fl-att delegat adottat mill-Kummissjoni skont it-tielet subparagrafu.
Emenda 135
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Ir-rekwiżit għal limitu massimu tal-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja fl-ewwel subparagrafu għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2027 għall-batteriji tal-vetturi elettriċi u għall-batteriji industrijali rikarikabbli.
Ir-rekwiżit għal limitu massimu tal-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja fl-ewwel subparagrafu għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2027 għall-batteriji tal-vetturi elettriċi u l-batteriji għal mezzi ta' trasport ħfief kollha u għall-batteriji industrijali b'enerġija nominali ta' aktar minn 2 kWh.
Emenda 136
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 3
Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2026, tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 73 li jissupplimenta lil dan ir-Regolament billi jiġi ddeterminat il-limitu massimu tal-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja msemmi fl-ewwel subparagrafu. Fit-tħejjija ta' dak l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Anness II.
Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2025, tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 73 li jissupplimenta lil dan ir-Regolament billi jiġi ddeterminat il-limitu massimu tal-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja msemmi fl-ewwel subparagrafu. Fit-tħejjija ta' dak l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Anness II.
Emenda 137
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 4
L-introduzzjoni ta' limitu massimu tal-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja għandha tiskatta, jekk tkun meħtieġa, klassifikazzjoni mill-ġdid tal-klassijiet ta' prestazzjoni tal-impronta tal-karbonju tal-batteriji msemmija fil-paragrafu 2.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 73 biex temenda l-limitu massimu tal-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja msemmi fl-ewwel subparagrafu abbażi tal-aħħar data disponibbli rrapportata f'konformità mal-paragrafu 1. L-introduzzjoni ta' limitu massimu tal-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja għandha tiskatta, jekk tkun meħtieġa, klassifikazzjoni mill-ġdid tal-klassijiet ta' prestazzjoni tal-impronta tal-karbonju tal-batteriji msemmija fil-paragrafu 2.
Emenda 138
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Sal-31 ta' Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-fattibbiltà li testendi r-rekwiżiti f'dan l-Artikolu għall-batteriji portabbli, u r-rekwiżit msemmi fil-paragrafu 3 għall-batteriji industrijali b'enerġija nominali ta' inqas minn 2 kWh. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha tikkunsidra li tieħu l-miżuri xierqa, inkluż l-adozzjoni tal-proposti leġiżlattivi.
Emenda 139
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – titolu
Kontenut riċiklat f'batteriji industrijali, batteriji tal-vetturi elettriċi u batteriji awtomotivi
Kontenut riċiklat f'batteriji portabbli, batteriji għal ta' trasport ħfief, batteriji industrijali, batteriji tal-vetturi elettriċi u batteriji awtomotivi
Emenda 140
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Mill-1 ta' Jannar 2027, il-batteriji industrijali, il-batteriji tal-vetturi elettriċi u l-batteriji awtomotivi b'memorja interna u b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh li fihom il-kobalt, iċ-ċomb, il-litju jew in-nikil f'materjali attivi għandhom ikunu akkumpanjati b'dokumentazzjoni teknika li jkun fiha informazzjoni dwar l-ammont ta' kobalt, ċomb, litju jew nikil irkuprat minn skart li jkun preżenti f'materjali attivi f'kull mudell u lott ta' batteriji għal kull impjant tal-manifattura.
Mill-1 ta' Lulju 2025, il-batteriji portabbli, bl-eċċezzjoni tal-batteriji portabbli ta' użu ġenerali, il-batteriji għal mezzi ta' trasport ħfief, il-batteriji industrijali, il-batteriji tal-vetturi elettriċi u l-batteriji awtomotivi li fihom il-kobalt, iċ-ċomb, il-litju jew in-nikil f'materjali attivi għandhom ikunu akkumpanjati b'dokumentazzjoni teknika li jkun fiha informazzjoni dwar l-ammont ta' kobalt, ċomb, litju jew nikil irkuprat minn skart li jkun preżenti f'materjali attivi f'kull mudell ta' batteriji għal kull impjant tal-manifattura.
Emenda 141
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Sal-31 ta' Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu u l-verifika tal-ammont ta' kobalt, ċomb, litju jew nikil irkuprat minn skart li jkun preżenti f'materjali attivi fil-batteriji msemmija fl-ewwel subparagrafu u l-format għad-dokumentazzjoni teknika. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 74(3).
Sal-31 ta' Diċembru 2023, il-Kummissjoni għandha tadotta:
(a)  att delegat f'konformità mal-Artikolu 73 li jissupplimenta dan ir-Regolament billi jistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu u l-verifika tal-ammont ta' kobalt, ċomb, litju jew nikil irkuprat minn skart li jkun preżenti f'materjali attivi fil-batteriji msemmija fl-ewwel subparagrafu.
(b)  att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-format u d-dokumentazzjoni teknika għad-dikjarazzjoni dwar il-materjali rkuprati. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 74(3).
Emenda 142
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2.  Mill-1 ta' Jannar 2030, il-batteriji industrijali, il-batteriji tal-vetturi elettriċi u l-batteriji awtomotivi b'memorja interna u b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh li fihom kobalt, ċomb, litju jew nikil f'materjali attivi għandhom ikunu akkumpanjati b'dokumentazzjoni teknika li turi li dawk il-batteriji fihom is-sehem minimu li ġej ta' kobalt, ċomb, litju jew nikil irkuprat minn skart li jkun preżenti f'materjali attivi f'kull mudell u lott ta' batteriji għal kull impjant tal-manifattura:
2.  Mill-1 ta' Jannar 2030, il-batteriji portabbli, bl-eċċezzjoni tal-batteriji portabbli ta' użu ġenerali, il-batteriji għal mezzi ta' trasport ħfief, il-batteriji industrijali, il-batteriji tal-vetturi elettriċi u l-batteriji awtomotivi li fihom kobalt, ċomb, litju jew nikil f'materjali attivi għandhom ikunu akkumpanjati b'dokumentazzjoni teknika li turi li dawk il-batteriji fihom is-sehem minimu li ġej ta' kobalt, ċomb, litju jew nikil irkuprat minn skart li jkun preżenti f'materjali attivi f'kull mudell ta' batteriji għal kull impjant tal-manifattura:
Emenda 143
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 3 – parti introduttorja
3.  Mill-1 ta' Jannar 2035, il-batteriji industrijali, il-batteriji tal-vetturi elettriċi u l-batteriji awtomotivi b'memorja interna u b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh li fihom kobalt, ċomb, litju jew nikil f'materjali attivi għandhom ikunu akkumpanjati b'dokumentazzjoni teknika li turi li dawk il-batteriji fihom is-sehem minimu li ġej ta' kobalt, ċomb, litju jew nikil irkuprat minn skart li jkun preżenti f'materjali attivi f'kull mudell u lott ta' batteriji għal kull impjant tal-manifattura:
3.  Mill-1 ta' Jannar 2035, il-batteriji portabbli, bl-eċċezzjoni tal-batteriji portabbli ta' użu ġenerali, il-batteriji għal mezzi ta' trasport ħfief, il-batteriji industrijali, il-batteriji tal-vetturi elettriċi u l-batteriji awtomotivi li fihom kobalt, ċomb, litju jew nikil f'materjali attivi għandhom ikunu akkumpanjati b'dokumentazzjoni teknika li turi li dawk il-batteriji fihom is-sehem minimu li ġej ta' kobalt, ċomb, litju jew nikil irkuprat minn skart li jkun preżenti f'materjali attivi f'kull mudell ta' batteriji għal kull impjant tal-manifattura:
Emenda 144
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 4
4.  Fejn ġustifikat u xieraq minħabba d-disponibbiltà tal-kobalt, iċ-ċomb, il-litju jew in-nikil irkuprat mill-iskart, jew in-nuqqas tiegħu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, sal-31 ta' Diċembru 2027, att delegat f'konformità mal-Artikolu 73, biex temenda l-miri stipulati fil-paragrafi 2 u 3.
4.  Wara l-istabbiliment tal-metodoloġija msemmija fil-paragrafu 1 u mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2027, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk, minħabba d-disponibbiltà eżistenti u prevista għall-2030 u l-2035 tal-kobalt, iċ-ċomb, il-litju jew in-nikil irkuprat mill-iskart, jew in-nuqqas tiegħu, u fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku, huwiex xieraq li jiġu riveduti l-miri stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll sa liema punt dawk il-miri jintlaħqu permezz ta' skart ta' qabel il-konsum jew ta' wara l-konsum, u jekk huwiex xieraq li l-kisba tal-miri tiġi limitata biss għall-iskart ta' wara l-konsum. Abbażi tal-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha, fejn ikun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva.
Emenda 145
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  Fejn ikun ġustifikat minn bidliet fit-teknoloġiji tal-batteriji li jkollhom impatt fuq it-tip ta' materjali li jistgħu jiġu rkuprati, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 73, sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi ddaħħal aktar materja prima u miri fil-listi stabbilita fil-paragrafi 2 u 3.
Emenda 146
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – titolu
Ir-rekwiżiti ta' prestazzjoni u durabbiltà għall-batteriji portabbli ta' użu ġenerali
Ir-rekwiżiti ta' prestazzjoni u durabbiltà għall-batteriji portabbli
Emenda 147
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1
1.  Mill-1 ta' Jannar 2027, il-batteriji portabbli ta' użu ġenerali għandhom jissodisfaw il-valuri għall-parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà stabbiliti fl-Anness III kif stipulat fl-att delegat adottat mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 2.
1.  Mill-1 ta' Jannar 2027, il-batteriji portabbli għandhom jissodisfaw il-valuri għall-parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà stabbiliti fl-Anness III kif stabbilit fl-att delegat adottat mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 2.
Emenda 148
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Sal-31 ta' Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 73 biex jissupplimenta dan ir-Regolament billi jistabbilixxi valuri minimi għall-parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà stipulati fl-Anness III li għandhom jiksbu l-batteriji portabbli ta' użu ġenerali.
Sal-1 ta' Lulju 2025, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 73 biex jissupplimenta dan ir-Regolament billi jistabbilixxi valuri minimi għall-parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà stipulati fl-Anness III li għandhom jiksbu l-batteriji portabbli, inklużi l-batteriji portabbli ta' użu ġenerali.
Emenda 149
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 73 biex temenda l-parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà stipulati fl-Anness III fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 73 biex temenda l-valuri minimu u żżid aktar parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà stipulati fl-Anness III fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku.
Emenda 150
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 3
Meta tiġi biex tħejji l-att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-ħtieġa li jitnaqqas l-impatt ambjentali tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-batteriji portabbli ta' użu ġenerali u tqis l-istandards internazzjonali u l-iskemi ta' tikkettar rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll li d-dispożizzjonijiet stabbiliti b'dak l-att delegat ma jkollhomx impatt sinifikanti fuq il-funzjonalità ta' dawk il-batteriji jew l-apparati li fihom jiġu inkorporati dawk il-batteriji, l-affordabbiltà u l-kost għall-utent finali u l-kompetittività tal-industrija. Ma għandu jiġi impost l-ebda piż amministrattiv eċċessiv fuq il-manifatturi tal-batteriji u l-apparat ikkonċernat.
Meta tiġi biex tħejji l-att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-ħtieġa li jitnaqqas l-impatt ambjentali tul iċ-ċiklu tal-ħajja u ż-żieda fl-effiċjenza fir-riżorsi tal-batteriji portabbli u tqis l-istandards internazzjonali u l-iskemi ta' tikkettar rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll li d-dispożizzjonijiet stabbiliti b'dak l-att delegat ma jkollhomx impatt negattiv sinifikanti fuq is-sikurezza u l-funzjonalità ta' dawk il-batteriji jew l-apparati li fihom jiġu inkorporati dawk il-batteriji, l-affordabbiltà u l-kost għall-utent finali u l-kompetittività tal-industrija.
Emenda 151
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3
3.  Sal-31 ta' Diċembru 2030, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-fattibbiltà tal-miżuri għall-eliminazzjoni gradwali tal-użu ta' batteriji portabbli mhux rikarikabbli ta' użu ġenerali bil-ħsieb li jitnaqqas kemm jista' jkun l-impatt ambjentali tagħhom abbażi tal-metodoloġija ta' valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha tikkunsidra li tieħu l-miżuri xierqa, inkluż l-adozzjoni tal-proposti leġiżlattivi.
3.  Sal-31 ta' Diċembru 2027, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-fattibbiltà tal-miżuri għall-eliminazzjoni gradwali tal-użu ta' batteriji portabbli mhux rikarikabbli ta' użu ġenerali bil-ħsieb li jitnaqqas kemm jista' jkun l-impatt ambjentali tagħhom abbażi tal-metodoloġija ta' valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja u l-alternattivi vijabbli għall-utenti finali. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha tikkunsidra li tieħu l-miżuri xierqa, inkluż l-adozzjoni tal-proposti leġiżlattivi għat-tneħħija gradwali, l-istabbiliment ta' rekwiżiti tal-ekodisinn, jew it-tnejn, meta jkun ta’ benefiċċju għall-ambjent.
Emenda 152
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – titolu
Ir-rekwiżiti ta' prestazzjoni u durabbiltà għall-batteriji industrijali rikarikabbli u l-batteriji tal-vetturi elettriċi
Ir-rekwiżiti ta' prestazzjoni u durabbiltà għall-batteriji industrijali, il-batteriji tal-vetturi elettriċi u l-batteriji għal mezzi ta' trasport ħfief
Emenda 153
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Minn [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament], il-batteriji industrijali rikarikabbli u l-batteriji tal-vetturi elettriċi b'memorja interna u b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumentazzjoni teknika li tinkludi l-valuri għall-parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà stipulati fil-Parti A tal-Anness IV.
Minn [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament], il-batteriji industrijali, il-batteriji għal mezzi ta' trasport ħfief u l-batteriji tal-vetturi elettriċi għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumentazzjoni teknika li tinkludi l-valuri għall-parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà stipulati fil-Parti A tal-Anness IV.
Emenda 154
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Sal-1 ta' Jannar 2026, informazzjoni dwar il-prestazzjoni u d-durabbiltà tal-batteriji industrijali, tal-batteriji għal mezzi ta' trasport ħfief u tal-batteriji tal-vetturi elettriċi msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun disponibbli permezz tal-parti disponibbli għall-pubbliku tas-sistema ta' skambju elettroniku kif stabbilit fl-Artikolu 64 fl-Anness XIII. L-informazzjoni dwar il-prestazzjoni u d-durabbiltà ta' tali batteriji għandha tkun disponibbli għall-konsumaturi qabel ix-xiri.
Emenda 155
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1b (ġdid)
1b.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 73 biex temenda l-parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà għall-batteriji tal-vetturi elettriċi stipulati fl-Anness IV fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku.
Emenda 156
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1c (ġdid)
1c.  Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 73 biex temenda l-parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà għall-batteriji tal-vetturi elettriċi stabbiliti fl-Anness IV, fi żmien 6 xhur wara l-adozzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-Grupp ta’ Ħidma informali tal-UNECE dwar il-Vetturi Elettriċi u l-Ambjent, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-koerenza tal-parametri tal-Anness IV u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-UNECE.
Emenda 157
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2
2.  Mill-1 ta' Jannar 2026, il-batteriji industrijali rikarikabbli b'memorja interna u b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh għandhom jissodisfaw il-valuri minimi stipulati fl-att delegat adottat mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3 għall-parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà stabbiliti fil-Parti A tal-Anness IV.
2.  Mill-1 ta' Jannar 2026, il-batteriji industrijali, il-batteriji għal mezzi ta' trasport ħfief u l-batteriji tal-vetturi elettriċi għandhom jissodisfaw il-valuri minimi għat-tip speċifiku ta' batterija stipulati fl-att delegat adottat mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3 għall-parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà stabbiliti fil-Parti A tal-Anness IV.
Emenda 158
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Sal-31 ta' Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 73 biex jissupplimenta dan ir-Regolament billi jistabbilixxi valuri minimi għall-parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà stipulati fil-Parti A tal-Anness IV li għandhom jilħqu l-batteriji industrijali rikarikabbli b'memorja interna u b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh.
Sal-31 ta' Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 73 biex jissupplimenta dan ir-Regolament billi jistabbilixxi valuri minimi għall-parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà stipulati fil-Parti A tal-Anness IV li għandhom jilħqu l-batteriji għal mezzi ta' trasport ħfief, il-batteriji tal-vetturi elettriċi u l-batteriji industrijali.
Emenda 159
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Meta tiġi biex tħejji l-att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-ħtieġa li jitnaqqas l-impatt ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-batteriji industrijali rikarikabbli b'memorja interna u b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh u tiżgura li r-rekwiżiti stipulati fih ma jkollhomx impatt negattiv sinifikanti fuq il-funzjonalità ta' dawk il-batteriji jew l-apparat li fih jiġu inkorporati dawk il-batteriji, l-affordabbiltà tiegħu u l-kompetittività tal-industrija. Ma għandu jiġi impost l-ebda piż amministrattiv eċċessiv fuq il-manifatturi tal-batteriji u l-apparat ikkonċernat.
Meta tiġi biex tħejji l-att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-ħtieġa li jitnaqqas l-impatt ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-batteriji industrijali, tal-batteriji tal-vetturi elettriċi u tal-batteriji għal mezzi ta' trasport ħfief u tiżgura li r-rekwiżiti stipulati fih ma jkollhomx impatt negattiv sinifikanti fuq il-funzjonalità ta' dawk il-batteriji jew l-apparat li fih jiġu inkorporati dawk il-batteriji, l-affordabbiltà tiegħu u l-kompetittività tal-industrija.
Emenda 160
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 73 biex temenda l-prestazzjoni elettrokimika u l-valuri minimi tad-durabbiltà stabbiliti fl-Anness IV, bil-ħsieb tal-progress tekniku u xjentifiku, biex jiġu żgurati sinerġiji mal-valuri minimu li jistgħu joriġinaw mill-ħidma tal-Grupp ta' Ħidma informali tal-UNECE dwar il-Vetturi Elettriċi u l-Ambjent, u biex tiġi evitata sovrapożizzjoni bla bżonn. L-emenda tal-valuri minimi tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà ma għandhiex twassal għal livell imnaqqas ta’ prestazzjoni u durabbiltà għall-batteriji tal-vetturi elettriċi.
Emenda 161
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – titolu
Il-possibbiltà li l-batteriji portabbli jinqalgħu u jiġu sostitwiti
Il-possibbiltà li l-batteriji portabbli u l-batteriji għal mezzi ta' trasport ħfief jinqalgħu u jiġu sostitwiti
Emenda 162
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Il-batteriji portabbli inkorporati fl-apparat għandhom ikunu jistgħu jitneħħew u jinbidlu faċilment mill-utent finali jew minn operaturi indipendenti matul il-ħajja tal-apparat, jekk il-batteriji jkollhom tul tal-ħajja iqsar mill-apparat, jew mhux aktar tard mit-tmiem tat-tul tal-ħajja tal-apparat.
Sal-1 ta' Jannar 2024 il-batteriji portabbli inkorporati fl-apparat u l-batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li jew huma jkunu jistgħu jitneħħew u jinbidlu faċilment b'għodod bażiċi u disponibbli b'mod komuni u mingħajr ma tiġi kkawżata ħsara lill-apparat jew lill-batteriji. Il-batteriji portabbli għandhom ikunu jistgħu jitneħħew u jinbidlu faċilment mill-utent finali u l-batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief, għandhom ikunu jistgħu jitneħħew u jinbidlu mill-utenti finali jew minn operaturi indipendenti matul il-ħajja tal-apparat, jekk il-batteriji jkollhom tul tal-ħajja iqsar mill-apparat, jew mhux aktar tard mit-tmiem tat-tul tal-ħajja tal-apparat. Iċ-ċelloli ta' batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief għandhom ikunu jistgħu jitneħħew u jinbidlu minn operaturi indipendenti.
Emenda 163
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Batterija tkun tista' tinbidel faċilment meta, wara li titneħħa minn apparat, hija tkun tista' tiġi sostitwita minn batterija simili, mingħajr ma jiġu affettwati l-funzjonament jew il-prestazzjoni ta' dak l-apparat.
Batterija tkun tista' tinbidel faċilment meta, wara li titneħħa minn apparat jew mezz tat-trasport ħafif, hija tkun tista' tiġi sostitwita minn batterija kompatibbli mingħajr ma jiġu affettwati l-funzjonament, il-prestazzjoni jew is-sikurezza ta' dak l-apparat jew mezz tat-trasport ħafif.
Emenda 164
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)
Il-batteriji portabbli u l-batteriji għal mezzi ta' trasport ħfief, għandhom ikunu disponibbli bħala spare parts tat-tagħmir li jħaddmu għal minimu ta' 10 snin wara t-tqegħid fis-suq tal-aħħar unità tal-mudell, bi prezz raġonevoli u mhux diskriminatorju għall-operaturi indipendenti u għall-utenti finali.
Emenda 165
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Għandhom jiġu pprovduti struzzjonijiet ċari u dettaljati għat-tneħħija u s-sostituzzjoni mill-operatur ekonomiku rilevanti fil-mument tax-xiri tal-apparat u għandhom ikunu disponibbli b'mod permanenti online b'mod li jinftiehem faċilment mill-utenti finali, inklużi l-konsumaturi, fuq is-sit web tiegħu għall-ħajja mistennija tal-prodott.
Emenda 166
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1b (ġdid)
1b.  Is-software ma għandux jintuża biex jaffettwa s-sostituzzjoni ta' batterija portabbli jew għal mezzi ta' trasport ħfief jew tal-komponenti ewlenin tagħhom b'batterija kompatibbli oħra jew komponenti ewlenin oħra.
Emenda 167
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt a
(a)  il-kontinwità tal-provvista tal-enerġija tkun neċessarja u meta tkun meħtieġa konnessjoni permanenti bejn l-apparat u l-batterija portabbli għal raġunijiet ta' sikurezza, prestazzjoni, mediċi jew ta' integrità tad-data; or
(a)  il-kontinwità tal-provvista tal-enerġija tkun neċessarja u tkun meħtieġa konnessjoni permanenti bejn l-apparat u l-batterija portabbli għal raġunijiet ta' sikurezza, u jkun jista' jiġi ppruvat mill-manifattur li ma hemm l-ebda alternattiva disponibbli fis-suq;
Emenda 168
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
(aa)  il-kontinwità tal-provvista tal-enerġija tkun neċessarja u tkun meħtieġa konnessjoni permanenti bejn l-apparat u l-batterija portabbli għal raġunijiet mediċi jew tal-integrità tad-data, u jkun jista' jiġi ppruvat mill-manifattur li ma hemm l-ebda alternattiva disponibbli fis-suq;
Emenda 169
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt b
(b)  il-funzjonament tal-batterija jkun possibbli biss meta l-batterija tkun integrata fl-istruttura tal-apparat.
(b)  il-funzjonament tal-batterija jkun possibbli biss meta l-batterija tkun integrata fl-istruttura tal-apparat u jkun jista' jiġi ppruvat mill-manifattur li ma hemm l-ebda alternattiva disponibbli fis-suq.
Emenda 170
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)
L-operatur ekonomiku rilevanti għandu jinforma lill-utenti finali b'mod ċar u li jinftiehem fil-ħin tax-xiri tat-tagħmir, inkluż permezz tat-tikkettar, bi kwalunkwe każ fejn tapplika d-deroga prevista fl-ewwel subparagrafu. L-informazzjoni pprovduta għandha tindika t-tul tal-ħajja mistenni tal-batterija.
Emenda 171
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 3
3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta gwida biex tiffaċilita l-applikazzjoni armonizzata tad-derogi stabbiliti fil-paragrafu 2.
3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, gwida biex tiffaċilita l-applikazzjoni armonizzata tad-derogi stabbiliti fil-paragrafu 2.
Emenda 172
Proposta għal regolament
Artikolu 11a (ġdid)
Artikolu 11a
It-tneħħija u s-sostitwibbiltà tal-batteriji awtomotivi, tal-batteriji tal-vetturi elettriċi u l-batteriji industrijali
1.  Il-batteriji awtomotivi, il-batteriji industrijali u l-batteriji tal-vetturi elettriċi għandhom ikunu jistgħu jitneħħew u jinbidlu faċilment, jekk il-batterija jkollha ħajja iqsar mill-apparat jew mill-vettura li fiha tintuża, minn operaturi indipendenti kwalifikati, li għandhom ikunu jistgħu jneħħu ċ-ċarġ mill-batterija b'mod sikur u mingħajr ma jkollhom iżarmaw minn qabel il-pakkett tal-batterija.
2.  Il-batteriji industrijali u l-batteriji tal-vetturi elettriċi għandhom ikunu ddisinjati, inkluż fir-rigward tat-twaħħid, l-irbit u l-issiġillar, sabiex jippermettu t-tneħħija, is-sostitwibbiltà u ż-żarmar tal-casing, ta’ ċelloli individwali tal-batterija jew komponenti ewlenin oħra mingħajr ma ssir ħsara lill-batterija.
3.  Is-software ma għandux jintuża biex jaffettwa s-sostituzzjoni ta' batteriji industrijali jew batteriji ta' vetturi elettriċi jew tal-komponenti ewlenin tagħhom b'batterija kompatibbli oħra jew komponenti ewlenin oħra.
4.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 73 li jistabbilixxi regoli dettaljati li jissupplimentaw dawk stipulati fl-Artikolu, billi tistabbilixxi l-kriterji għat-tneħħija, is-sostitwibbiltà u ż-żarmar ta' batteriji awtomotivi, il-batteriji tal-vetturi elettriċi u l-batteriji industrijali, filwaqt li tqis il-progress tekniku u xjentifiku.
Emenda 173
Proposta għal regolament
Artikolu 11b (ġdid)
Artikolu 11b
Is-sikurezza tal-batteriji awtomotivi msewwija, tal-batteriji industrijali, tal-batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief u tal-batteriji tal-vetturi elettriċi
1.  Is-sikurezza tal-batteriji awtomotivi msewwija, tal-batteriji industrijali, tal-batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief u tal-batteriji tal-vetturi elettriċi għandha tiġi vvalutata abbażi ta’ testijiet mhux distruttivi adattati għalihom.
2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 73 biex tiddefinixxi l-metodi ta' ttestjar xierqa biex jiġi żgurat li l-batteriji msewwija jkunu sikuri.
Emenda 174
Proposta għal regolament
Artikolu 11c (ġdid)
Artikolu 11c
Ċarġers komuni
Sal-1 ta' Jannar 2024, il-Kummissjoni għandha tivvaluta kif l-aħjar tintroduċi standards armonizzati għal ċarġers komuni applikabbli mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2026, għal, rispettivament, batteriji rikarikabbli ddisinjati għall-vetturi elettriċi, għal mezzi ta' trasport ħfief, kif ukoll għal batteriji rikarikabbli inkorporati f'kategoriji speċifiċi ta' tagħmir elettriku u elettroniku kopert mid-Direttiva 2012/19/UE.
Fit-twettiq tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tqis id-daqs tas-suq, it-tnaqqis tal-iskart, id-disponibbiltà u t-tnaqqis tal-ispejjeż għall-konsumaturi u utenti finali oħra.
Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha tikkunsidra li tieħu l-miżuri xierqa, inkluż l-adozzjoni tal-proposti leġiżlattivi.
Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-adozzjoni ta’ kwalunkwe leġiżlazzjoni li tipprevedi l-introduzzjoni ta’ tali ċarġers komuni minn data aktar kmieni.
Emenda 175
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – titolu
Is-sikurezza tas-sistemi għall-ħażna tal-enerġija f'batteriji stazzjonarji
Is-sikurezza tal-batteriji fi ħdan is-sistemi stazzjonarji għall-ħażna tal-enerġija
Emenda 176
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1
1.  Is-sistemi għall-ħażna tal-enerġija f'batteriji stazzjonarji għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumentazzjoni teknika li turi li huma sikuri waqt l-operazzjoni u l-użu normali tagħhom, inkluża evidenza li jkunu ġew ittestjati b'suċċess għall-parametri tas-sikurezza stipulati fl-Anness V, li għalihom jenħtieġ li jintużaw metodoloġiji tal-ittestjar mill-aktar avvanzati.
1.  Il-batteriji fi ħdan sistemi ta' ħażna tal-enerġija stazzjonarji għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumentazzjoni teknika li turi li huma sikuri waqt l-operazzjoni u l-użu normali tagħhom, inkluża evidenza li jkunu ġew ittestjati b'suċċess għall-parametri tas-sikurezza stipulati fl-Anness V, li għalihom għandhom jintużaw metodoloġiji tal-ittestjar mill-aktar avvanzati.
Emenda 177
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1
1.  Mill-1 ta' Jannar 2027, il-batteriji għandhom ikunu mmarkati b'tikketta li jkun fiha l-informazzjoni stipulata fil-Parti A tal-Anness VI.
1.  Minn ... [24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-batteriji għandhom ikunu mmarkati b'tikketta li jkun fiha l-informazzjoni stipulata fil-Parti A tal-Anness VI u l-informazzjoni speċifika meħtieġa skont ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Emenda 178
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2
2.  Mill-1 ta' Jannar 2027, il-batteriji portabbli u awtomotivi għandhom jiġu mmarkati b'tikketta li jkun fiha l-informazzjoni dwar il-kapaċità tagħhom u l-batteriji portabbli għandhom jiġu mmarkati b'tikketta li jkun fiha informazzjoni dwar it-tul ta' żmien medju minimu tagħhom meta jintużaw f'applikazzjonijiet speċifiċi.
2.  Mill-1 ta' Jannar 2027, il-batteriji portabbli, il-batteriji għal mezzi ta' trasport ħfief u l-batteriji awtomotivi għandhom jiġu mmarkati b'tikketta li jkun fiha l-informazzjoni dwar il-kapaċità ta' enerġija nominali tagħhom u mmarkati b'tikketta li jkun fiha informazzjoni dwar it-tul ta' żmien medju minimu tagħhom meta jintużaw f'applikazzjonijiet speċifiċi u t-tul ta' ħajja mistenni f'termini ta' għadd ta' ċikli u snin kalendarji.
Emenda 179
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Mill-1 ta' Jannar 2023, il-batteriji portabbli mhux rikarikabbli ta' użu ġenerali għandhom jiġu mmarkati b'tikketta li tindika "mhux rikarikabbli".
Emenda 180
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3 – subparagrafu 4
Fejn id-daqs tal-batterija jkun tali li s-simbolu jkun iżgħar minn 0,5 × 0,5 cm, ma jkunx hemm bżonn li l-batterija tkun immarkata, iżda għandu jiġi stampat simbolu b'daqs ta' mill-inqas 1 x 1 cm fuq l-imballaġġ.
Fejn id-daqs tal-batterija jkun tali li s-simbolu jkun iżgħar minn 0,47 × 0,47 cm, ma jkunx hemm bżonn li l-batterija tkun immarkata, iżda għandu jiġi stampat simbolu b'daqs ta' mill-inqas 1 x 1 cm fuq l-imballaġġ.
Emenda 181
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Mill-1 ta' Lulju 2023, il-batteriji għandhom jiġu ttikkettati b'simbolu li jindika kodiċi tal-kulur armonizzat abbażi tat-tip ta' batterija u l-kompożizzjoni kimika tagħha.
Emenda 182
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 5 – punt aa (ġdid)
(- aa)  mill-1 ta’ Jannar 2025, l-informazzjoni stipulata fil-Parti Aa tal-Anness VI;
Emenda 183
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 5 – punt b
(b)  mill-1 ta' Jannar 2027, għal batteriji portabbli u awtomotivi, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2;
(b)  mill-1 ta' Jannar 2027, għal batteriji portabbli, għal mezzi ta' trasport ħfief u għal batteriji awtomotivi, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2;
Emenda 184
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 5 – punt ba (ġdid)
(ba)  mill-1 ta' Jannar 2023, għall-batteriji portabbli ta' użu ġenerali, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2a;
Emenda 185
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 5 – punt e
(e)  minn [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], għal batteriji industrijali rikarikabbli u batteriji tal-vetturi elettriċi, ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 39(6);
(e)  minn [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], għall-batteriji kollha, ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 39(6);
Emenda 186
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 5 – punt f
(f)  mill-1 ta' Lulju 2024, għall-batteriji tal-vetturi elettriċi u għall-batteriji industrijali rikarikabbli b'memorja interna u b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh, id-dikjarazzjoni tal-impronta tal-karbonju msemmija fl-Artikolu 7(1);
(f)  minn Lulju 2024, għall-batteriji tal-vetturi elettriċi, għall-batteriji għal mezzi ta' trasport ħfief u għall-batteriji industrijali, id-dikjarazzjoni tal-impronta tal-karbonju msemmija fl-Artikolu 7(1);
Emenda 187
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 5 – punt g
(g)  mill-1 ta' Jannar 2026, għall-batteriji tal-vetturi elettriċi u għall-batteriji industrijali rikarikabbli b'memorja interna u b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh, il-klassi tal-prestazzjoni tal-impronta tal-karbonju msemmija fl-Artikolu 7(2);
(g)  mill-1 ta’ Lulju 2025, għall-batteriji tal-vetturi elettriċi, l-mezzi ta' trasport ħfief u għall-batteriji industrijali b'memorja interna, il-klassi tal-prestazzjoni tal-impronta tal-karbonju msemmija fl-Artikolu 7(2);
Emenda 188
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 5 – punt h
(h)  mill-1 ta' Jannar 2027, għall-batteriji industrijali rikarikabbli, għall-batteriji awtomotivi rikarikabbli u għall-batteriji tal-vetturi elettriċi b'memorja interna u b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh, l-ammont ta' kobalt, ċomb, litju u nikil irkuprat mill-iskart u li jkun preżenti f'materjali attivi fil-batterija, f'konformità mal-Artikolu 8;
(h)  mill-1 ta' Lulju 2025, għall-batteriji portabbli, bl-eċċezzjoni tal-batteriji portabbli ta' użu ġenerali, il-batteriji għal mezzi ta' trasport ħfief, għall-batteriji industrijali, għall-batteriji awtomotivi rikarikabbli u għall-batteriji tal-vetturi elettriċi, l-ammont ta' kobalt, ċomb, litju u nikil irkuprat mill-iskart u li jkun preżenti f'materjali attivi fil-batterija, f'konformità mal-Artikolu 8
Emenda 189
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 5 – punt ja (ġdid)
(ja)  mill-1 ta' Jannar 2026, għall-batteriji għal mezzi ta' trasport ħfief, għall-batteriji tal-vetturi elettriċi u għall-batteriji industrijali, l-informazzjoni li tinsab fil-passaport tal-batteriji msemmija fl-Artikolu 65.
Emenda 190
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 6
6.  It-tikketti u l-kodiċi QR imsemmija fil-paragrafi minn 1 sa 5 għandhom jiġu stampati jew imnaqqxin b'mod viżibbli, b'mod li jkunu jistgħu jinqraw u ma jitħassrux fuq il-batterija. Fejn dan ma jkunx possibbli jew ma jkunx ġustifikat minħabba n-natura u d-daqs tal-batterija, it-tikketti għandhom jitwaħħlu mal-imballaġġ u mad-dokumenti li jakkumpanjaw il-batterija.
6.  It-tikketti u l-kodiċi QR imsemmija fil-paragrafi minn 1 sa 5 għandhom jiġu stampati jew imnaqqxin b'mod viżibbli, b'mod li jkunu jistgħu jinqraw u ma jitħassrux fuq il-batterija. Fejn dan ma jkunx possibbli jew ma jkunx ġustifikat minħabba n-natura u d-daqs tal-batterija, it-tikketti għandhom jitwaħħlu mal-imballaġġ u mad-dokumenti li jakkumpanjaw il-batterija. Fil-każ ta' manifattura mill-ġdid jew adattament għal skop differenti, it-tikketti għandhom jinbidlu b'tikketta ġdida li tirrifletti l-istatus ġdid tal-batterija.
Meta l-batteriji jiġu inkorporati fl-apparati, it-tikketti u l-kodiċi QR imsemmija fil-paragrafi 1a, 2, 3 u 5 għandhom jiġu stampati jew imnaqqxin b'mod viżibbli, b'mod li jkunu jistgħu jinqraw u ma jitħassrux fuq l-apparati.
Il-kodiċi QR għandu jipprovdi wkoll aċċess għall-parti aċċessibbli għall-pubbliku tal-passaport tal-batterija stabbilit skont l-Artikolu 65.
Emenda 191
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 6a (ġdid)
6a.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 73 biex tipprevedi tipi alternattivi ta' kodiċi QR, jew flimkien miegħu, fid-dawl tal-progress teknoloġiku u xjentifiku f'dan il-qasam.
Emenda 192
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 7
7.  Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2025, tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi speċifikazzjonijiet armonizzati għar-rekwiżiti tat-tikkettar imsemmija fil-paragrafi 1 u 2. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 74(3).
7.  Il-Kummissjoni għandha, sal-1 ta' Lulju 2025, tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi speċifikazzjonijiet armonizzati għar-rekwiżiti tat-tikkettar imsemmija fil-paragrafi 1 u 2. Għall-batteriji portabbli ta’ użu ġenerali, tali tikkettar għandu jinkludi klassifikazzjoni li tingħaraf faċilment tal-prestazzjoni u d-durabbiltà tagħhom. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 74(3).
Emenda 193
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 7a (ġdid)
7a.  Il-Kummissjoni għandha, sal-1 ta' Jannar 2023, tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi speċifikazzjonijiet armonizzati għar-rekwiżiti tat-tikkettar imsemmija fil-paragrafu 3 dwar il-kodiċi tal-kulur armonizzat. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 74(3).
Emenda 194
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1
1.  Il-batteriji industrijali rikarikabbli u l-batteriji tal-vetturi elettriċi b'memorja interna u b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh għandhom jinkludu sistema ta' ġestjoni tal-batterija li jkun fiha data dwar il-parametri għad-determinazzjoni tal-istat tas-saħħa u tul tal-ħajja mistenni tal-batteriji kif stipulat fl-Anness VII.
1.  Il-batteriji fi ħdan sistemi ta' ħażna tal-enerġija, il-batteriji tal-vetturi elettriċi u l-batteriji għal mezzi ħfief ta' trasport li jinkludu sistema ta' ġestjoni tal-batterija għandhom jinkludu, fi ħdan is-sistema ta' ġestjoni tal-batterija, data f'ħin reali dwar il-parametri għad-determinazzjoni tal-istat tas-saħħa, is-sikurezza u tul tal-ħajja mistenni tal-batteriji kif stipulat fl-Anness VII.
Emenda 195
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2.  L-aċċess għad-data fis-sistema ta' ġestjoni tal-batterija msemmija fil-paragrafu 1 għandu jiġi pprovdut fuq bażi mhux diskriminatorja lill-persuna fiżika jew ġuridika li tkun akkwistat il-batterija legalment jew lil kwalunkwe parti terza li taġixxi f'isimha fi kwalunkwe ħin għall-fini ta':
2.  L-aċċess ta' qari biss għad-data fis-sistema ta' ġestjoni tal-batterija msemmija fil-paragrafu 1, u f'batteriji portabbli li jinkludu sistema ta' ġestjoni tal-batterija, għandu jiġi pprovdut fuq bażi mhux diskriminatorja lill-persuna fiżika jew ġuridika li tkun akkwistat il-batterija legalment jew lil kwalunkwe parti terza li taġixxi f'isimha fi kwalunkwe ħin għall-fini ta':
Emenda 196
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt b
(b)  l-iffaċilitar tal-użu mill-ġdid, l-adattament għal skop differenti jew il-manifattura mill-ġdid tal-batterija;
(b)  l-iffaċilitar tal-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, l-użu mill-ġdid, il-preparazzjoni għal adattament għal skop differenti, l-adattament għal skop differenti jew il-manifattura mill-ġdid tal-batterija;
Emenda 197
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Il-manifatturi għandhom jagħmlu disponibbli għal batteriji għal vetturi elettriċi u batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief li fihom sistema ta' ġestjoni tal-batterija, data f'ħin reali li tinqara biss fil-vettura relatata mal-istat tas-saħħa tal-batterija, l-istat taċ-ċarġ tal-batterija, mal-valur programmat tal-potenza tal-batterija u mal-kapaċità tal-batterija.
Emenda 198
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 2b (ġdid)
2b.  Sal-1 ta' Jannar 2024, is-sistema ta' ġestjoni tal-batterija għall-batteriji tal-vetturi elettriċi għandha tiġi ddisinjata b'tali mod li tkun tista' tikkomunika ma' sistemi ta' ċċarġjar intelliġenti, inkluż billi jkollha funzjonijiet ta' ċċarġjar mill-vettura għall-grilja, mill-vettura għall-iċċarġjar b'batterija, mill-vettura għal vettura oħra, mill-vettura għal powerbank u mill-vettura għal binja.
Emenda 199
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 73 biex temenda l-parametri għad-determinazzjoni tal-istat ta' saħħa u t-tul tal-ħajja mistennija ta' batteriji kif stipulat fl-Anness VII, bil-ħsieb tal-progress tekniku u xjentifiku, u tiżgura sinerġiji mal-parametri jistgħu joriġinaw mill-ħidma tal-Grupp ta' Ħidma informali tal-UNECE dwar il-Vetturi Elettriċi u l-Ambjent.
Emenda 200
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1
1.  Għall-finijiet ta' konformità u verifika tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 9, 10, 12, 13 u 59(5)(a) ta' dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru bl-użu ta' metodu affidabbli, preċiż u riproduċibbli, li jqis il-metodi mill-aktar avvanzati rikonoxxuti b'mod ġenerali, u li r-riżultati tagħhom jitqiesu li għandhom livell baxx ta' inċertezza, inklużi l-metodi stabbiliti fl-istandards, li n-numri ta' referenza tagħhom ikunu ġew ippubblikati għal dak l-iskop f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
1.  Għall-finijiet ta' konformità u verifika tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 9, 10, 11a, 12, 13 u 59(5)(a) ta' dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru bl-użu ta' metodu affidabbli, preċiż u riproduċibbli, li jqis il-metodi mill-aktar avvanzati rikonoxxuti b'mod ġenerali, u li r-riżultati tagħhom jitqiesu li għandhom livell baxx ta' inċertezza, inklużi l-metodi stabbiliti fl-istandards, li n-numri ta' referenza tagħhom ikunu ġew ippubblikati għal dak l-iskop f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 201
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 2
2.  Il-batteriji li jiġu ttestjati skont standards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti li huma konformi mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 9, 10, 13 u 59(5)(a) sakemm dawk ir-rekwiżiti jkunu koperti minn tali standards armonizzati.
2.  Il-batteriji li jiġu ttestjati skont standards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti li huma konformi mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 9, 10, 13 u 59(5)(a) sakemm dawk ir-rekwiżiti jkunu koperti minn tali standards armonizzati jew partijiet minnhom.
Emenda 202
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
1.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet komuni għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 9, 10, 12, 13, 59(5)(a) jew it-testijiet imsemmija fl-Artikolu 15(2), fejn:
1.  Il-Kummissjoni tista' tadotta, f'każijiet eċċezzjonali, wara li tikkonsulta lill-organizzazzjonijiet Ewropej ta' standardizzazzjoni rilevanti u lill-organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati Ewropej li jirċievu finanzjament mill-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012, atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet komuni għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 9, 10, 11a, 12, 13, 59(5)(a) jew it-testijiet imsemmija fl-Artikolu 15(2), fejn:
Emenda 203
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b
(b)  il-Kummissjoni tosserva dewmien bla bżonn fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati mitluba, jew tqis li l-istandards armonizzati rilevanti mhumiex biżżejjed; or
(b)  il-Kummissjoni tosserva dewmien bla bżonn fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati mitluba, jiġifieri billi jinqabżu l-iskadenzi stabbiliti għall-organizzazzjoni tal-istandardizzazzjoni fit-talba għall-istandardizzazzjoni, jew tqis b'mod raġonevoli li l-istandards armonizzati rilevanti ma jissodisfawx biżżejjed il-kriterji deskritti fit-talba għall-istandardizzazzjoni; or
Emenda 204
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Il-Kummissjoni għandha tappoġġja b'mod attiv lill-industrija tal-Unjoni u ssaħħaħ il-preżenza tagħha fl-organizzazzjonijiet internazzjonali tal-istandardizzazzjoni billi timmira għall-akbar koerenza possibbli bejn l-istandards internazzjonali u dawk Ewropej, u billi tippromwovi l-użu ġenerali tal-istandards Ewropej barra l-Unjoni.
Emenda 205
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1
1.  Qabel ma batterija titqiegħed fis-suq jew fis-servizz, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jiżgura li titwettaq valutazzjoni tal-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti tal-Kapitoli II u III ta' dan ir-Regolament.
1.  Qabel ma batterija titqiegħed fis-suq jew fis-servizz, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jiżgura li titwettaq valutazzjoni tal-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti tal-Kapitoli II u III u l-Artikolu 39 ta' dan ir-Regolament.
Emenda 206
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 2
2.  Il-valutazzjoni tal-konformità tal-batteriji mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 6, 9, 10, 11, 12, 13 u 14 għandha titwettaq f'konformità mal-proċedura stabbilita fil-Parti A tal-Anness VIII.
2.  Il-valutazzjoni tal-konformità tal-batteriji mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 6, 9, 11, 13 u 14 għandha titwettaq f'konformità mal-proċedura stabbilita fil-Parti A tal-Anness VIII.
Emenda 207
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3
3.  Il-valutazzjoni tal-konformità tal-batteriji mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 7, 8 u 39 għandha titwettaq f'konformità mal-proċedura stabbilita fil-Parti B tal-Anness VIII.
3.  Il-valutazzjoni tal-konformità tal-batteriji mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 7, 8, 10, 12 u 39 għandha titwettaq f'konformità mal-proċedura stabbilita fil-Parti B tal-Anness VIII.
Emenda 208
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 5
5.  Ir-rekords u l-korrispondenza relatati mal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jitfasslu b'lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-korp innotifikat li jwettaq il-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità msemmija fil-paragrafi 1 u 2, jew b'lingwa aċċettata minn dak il-korp.
5.  Ir-rekords u l-korrispondenza relatati mal-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jitfasslu b'lingwa jew b'lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-korp innotifikat li jwettaq il-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità msemmija fil-paragrafi 1 u 2, jew b'lingwa aċċettata minn dak il-korp.
Emenda 209
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.  Dan l-Artikolu għandu japplika 12-il xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni tal-lista tal-korpi notifikati msemmija fl-Artikolu 30(2).
Emenda 210
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1
1.  Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandha tiddikjara li jkun intwera li r-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u III ġew issodisfati.
1.  Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandha tiddikjara li jkun intwera li r-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u III u l-Artikolu 39 ġew issodisfati.
Emenda 211
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 2
2.  Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandu jkollha l-istruttura tal-mudell stabbilita fl-Anness IX, l-elementi speċifikati fil-moduli rilevanti stabbiliti fl-Anness VIII u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Hija għandha tiġi tradotta għal-lingwa jew il-lingwi meħtieġa mill-Istat Membru li fih il-batterija tkun tqiegħdet fis-suq jew tqiegħdet fis-servizz.
2.  Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE tista' timtela elettronikament u għandu jkollha l-istruttura tal-mudell stabbilita fl-Anness IX, l-elementi speċifikati fil-moduli rilevanti stabbiliti fl-Anness VIII u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Hija għandha tiġi tradotta għal-lingwa jew il-lingwi meħtieġa mill-Istat Membru li fih il-batterija tkun tqiegħdet jew saret disponibbli fis-suq jew tqiegħdet fis-servizz.
Emenda 212
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità awtorizzati biex iwettqu l-valutazzjoni tal-konformità f'konformità ma' dan ir-Regolament
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità awtorizzati biex iwettqu l-valutazzjoni tal-konformità minn parti terza f'konformità ma' dan ir-Regolament.
Emenda 213
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 5
5.  Awtorità tan-notifika għandu jkollha għadd suffiċjenti ta' membri tal-persunal kompetenti għad-dispożizzjoni tagħha għall-eżekuzzjoni xierqa tal-kompiti tagħha.
5.  Awtorità tan-notifika għandu jkollha għadd suffiċjenti ta' membri tal-persunal kompetenti u biżżejjed finanzjament għad-dispożizzjoni tagħha għall-eżekuzzjoni xierqa tal-kompiti tagħha.
Emenda 214
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 3
3.  Korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkun korp terz indipendenti minn kwalunkwe rabtiet kummerċjali u mill-mudell tal-batteriji li jivvaluta, b'mod partikolari mill-manifatturi tal-batteriji, l-imsieħba kummerċjali tal-manifatturi tal-batteriji, l-investituri azzjonarji fl-impjanti tal-manifatturi tal-batteriji u minn korpi nnotifikati oħrajn, kif ukoll mill-assoċjazzjonijiet kummerċjali tal-korpi nnotifikati, il-kumpaniji prinċipali jew is-sussidjarji.
3.  Korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkun korp terz indipendenti minn kwalunkwe rabtiet kummerċjali u mill-batteriji li jivvaluta, b'mod partikolari mill-manifatturi tal-batteriji, l-imsieħba kummerċjali tal-manifatturi tal-batteriji, l-investituri azzjonarji fl-impjanti tal-manifatturi tal-batteriji u minn korpi nnotifikati oħrajn, kif ukoll mill-assoċjazzjonijiet kummerċjali tal-korpi nnotifikati, il-kumpaniji prinċipali jew is-sussidjarji.
Emenda 215
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 6 – subparagrafu 1
Korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkun kapaċi jwettaq l-attivitajiet kollha ta' valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Anness VIII u li b'rabta magħhom ikun ġie nnotifikat, kemm jekk dawk il-kompiti jitwettqu mill-korp ta' valutazzjoni tal-konformità nnifsu kif ukoll jekk jitwettqu f'ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.
Korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkun kapaċi jwettaq il-kompiti kollha ta' valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Anness VIII u li b'rabta magħhom ikun ġie nnotifikat, kemm jekk dawk il-kompiti jitwettqu mill-korp ta' valutazzjoni tal-konformità nnifsu kif ukoll jekk jitwettqu f'ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.
Emenda 216
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 6 – subparagrafu 2 – punt a
(a)  persunal intern b'għarfien tekniku u b'esperjenza suffiċjenti u xierqa biex iwettaq l-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità;
(a)  persunal intern b'għarfien tekniku u b'esperjenza suffiċjenti u xierqa biex iwettaq il-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità;
Emenda 217
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 6 – subparagrafu 2 – punt c
(c)  politiki u proċeduri xierqa li jiddistingwu bejn l-attivitajiet li jwettaq bħala korp innotifikat u attivitajiet oħrajn;
(c)  politiki u proċeduri xierqa li jiddistingwu bejn l-attivitajiet li jwettaq bħala korp innotifikat u kompiti oħrajn;
Emenda 218
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 6 – subparagrafu 3
Korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu dejjem ikollu aċċess għat-tagħmir jew il-faċilitajiet kollha tal-ittestjar meħtieġa għal kull proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità u kull mudell ta' batterija li b'rabta magħhom ikun ġie nnotifikat.
Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu dejjem ikollu aċċess għall-informazzjoni, għat-tagħmir jew il-faċilitajiet kollha tal-ittestjar meħtieġa għal kull proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità u kull mudell ta’ batterija li b’rabta magħhom ikun ġie nnotifikat.
Emenda 219
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 7 – punt c
(c)  għarfien u fehim xierqa tar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u III tal-istandards armonizzati applikabbli msemmija fl-Artikolu 15 u tal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 16, kif ukoll tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni u tal-leġiżlazzjoni nazzjonali;
(c)  għarfien u fehim xierqa tar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u III u fl-Artikolu 39, tal-istandards armonizzati applikabbli msemmija fl-Artikolu 15 u tal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 16, kif ukoll tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni u tal-leġiżlazzjoni nazzjonali;
Emenda 220
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 8 – subparagrafu 1
Għandha tiġi garantita l-imparzjalità ta' korp tal-valutazzjoni tal-konformità, tal-maniġment superjuri tiegħu u tal-membri tal-persunal responsabbli biex iwettqu l-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità.
Għandha tiġi garantita l-imparzjalità ta' korp tal-valutazzjoni tal-konformità, tal-maniġment superjuri tiegħu u tal-membri tal-persunal responsabbli biex iwettqu l-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità.
Emenda 221
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 8 – subparagrafu 2
Ir-remunerazzjoni tal-maniġment superjuri u tal-membri tal-persunal responsabbli biex iwettqu l-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità ma għandhiex tiddependi mill-għadd ta' valutazzjonijiet tal-konformità mwettqa jew mir-riżultati ta' dawk il-valutazzjonijiet.
Ir-remunerazzjoni tal-maniġment superjuri u tal-membri tal-persunal responsabbli biex iwettqu l-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità ma għandhiex tiddependi mill-għadd ta' valutazzjonijiet tal-konformità mwettqa jew mir-riżultati ta' dawk il-valutazzjonijiet.
Emenda 222
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 10
10.  Il-membri tal-persunal ta' korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom josservaw is-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba fit-twettiq tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità f'konformità mal-Anness VIII, ħlief b'rabta mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih jitwettqu l-attivitajiet tiegħu. Id-drittijiet ta' proprjetà għandhom ikunu protetti.
10.  Il-membri tal-persunal ta' korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom josservaw is-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba fit-twettiq tal-kompiti tal-valutazzjoni tal-konformità f'konformità mal-Anness VIII, ħlief b'rabta mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih jitwettqu l-attivitajiet tiegħu. Id-drittijiet ta' proprjetà għandhom ikunu protetti.
Emenda 223
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 11
11.  Korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jipparteċipa fi, jew jiżgura li l-membri tal-persunal tiegħu responsabbli mit-twettiq tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità jkunu informati dwar, l-attivitajiet ta' standardizzazzjoni rilevanti u l-attivitajiet tal-grupp ta' koordinazzjoni tal-korp innotifikat stabbilit skont l-Artikolu 37 u għandu japplika, bħala gwida ġenerali, id-deċiżjonijiet amministrattivi u d-dokumenti prodotti bħala riżultat tax-xogħol ta' dak il-grupp.
11.  Korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jipparteċipa fi, jew jiżgura li l-membri tal-persunal tiegħu responsabbli mit-twettiq tal-kompiti tal-valutazzjoni tal-konformità jkunu informati dwar, l-attivitajiet ta' standardizzazzjoni rilevanti u l-attivitajiet tal-grupp ta' koordinazzjoni tal-korp innotifikat stabbilit skont l-Artikolu 37 u għandu japplika, bħala gwida ġenerali, id-deċiżjonijiet amministrattivi u d-dokumenti prodotti bħala riżultat tax-xogħol ta' dak il-grupp.
Emenda 224
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 2
2.  L-applikazzjoni għal notifika għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità, tal-moduli ta' valutazzjoni tal-konformità stabbiliti fl-Anness VIII u tal-mudell tal-batterija li għalihom il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità jiddikjara li huwa kompetenti, kif ukoll minn ċertifikat ta' akkreditament maħruġ minn korp nazzjonali ta' akkreditament li jattesta li l-korp ta' valutazzjoni tal-konformità jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 25.
2.  L-applikazzjoni għal notifika għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità, tal-modulu jew tal-moduli ta' valutazzjoni tal-konformità stabbiliti fl-Anness VIII u tal-mudell tal-batterija li għalihom il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità jiddikjara li huwa kompetenti, kif ukoll minn ċertifikat ta' akkreditament maħruġ minn korp nazzjonali ta' akkreditament li jattesta li l-korp ta' valutazzjoni tal-konformità jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 25.
Emenda 225
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-każijiet kollha fejn ikollha dubju, jew fejn jinġieb dubju għall-attenzjoni tagħha, rigward il-kompetenza ta' korp innotifikat jew l-issodisfar kontinwu minn korp innotifikat tar-rekwiżiti u tar-responsabbiltajiet li għalihom huwa jkun soġġett.
1.  Il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-każijiet kollha fejn ikollha dubju, jew fejn jinġieb dubju għall-attenzjoni tagħha, b'mod partikolari mill-operaturi ekonomiċi u minn partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, rigward il-kompetenza ta' korp innotifikat jew l-issodisfar kontinwu minn korp innotifikat tar-rekwiżiti u tar-responsabbiltajiet li għalihom huwa jkun soġġett.
Emenda 226
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 3
3.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni sensittiva kollha miksuba matul l-investigazzjonijiet tagħha tiġi ttrattata b'mod kunfidenzjali.
3.  Il-Kummissjoni tista' titlob il-parir tal-faċilità tal-ittestjar tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 68a u għandha tiżgura li l-informazzjoni sensittiva kollha miksuba matul l-investigazzjonijiet tagħha tiġi ttrattata b'mod kunfidenzjali.
Emenda 227
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Korp innotifikat għandu jwettaq l-attivitajiet tiegħu b'mod proporzjonat, billi jevita piżijiet bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi, u b'kont meħud tad-daqs ta' impriża, is-settur li fih topera l-impriża, l-istruttura tal-impriża, il-grad ta' kumplessità tal-batterija li għandha tiġi vvalutata u n-natura tal-massa jew tas-serje tal-proċess tal-produzzjoni.
Korp innotifikat għandu jwettaq il-valutazzjonijiet tal-konformità b'mod proporzjonat, billi jevita piżijiet bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi, b'mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, u b'kont meħud tad-daqs ta' impriża, is-settur li fih topera l-impriża, l-istruttura tal-impriża, il-grad ta' kumplessità tal-batterija li għandha tiġi vvalutata u n-natura tal-massa jew tas-serje tal-proċess tal-produzzjoni.
Emenda 228
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 3
3.  Meta korp innotifikat isib li r-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u III, l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 15, l-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 16 jew speċifikazzjonijiet tekniċi oħrajn ma jkunux ġew issodisfati minn manifattur, huwa għandu jesiġi li dak il-manifattur jieħu azzjoni korrettiva xierqa fid-dawl tat-tieni u l-aħħar deċiżjoni ta' ċertifikazzjoni, sakemm in-nuqqasijiet ma jkunux jistgħu jiġu rimedjati, f'liema każ iċ-ċertifikat ma jkunx jista' jinħareġ.
3.  Meta korp innotifikat isib li r-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu II jew III jew fl-Artikolu 39, l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 15, l-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 16 jew speċifikazzjonijiet tekniċi oħrajn ma jkunux ġew issodisfati minn manifattur, huwa għandu jesiġi li l-manifattur jieħu azzjoni korrettiva xierqa fid-dawl tat-tieni u l-aħħar deċiżjoni ta' ċertifikazzjoni, sakemm in-nuqqasijiet ma jkunux jistgħu jiġu rimedjati, f'liema każ iċ-ċertifikat ma jkunx jista' jinħareġ.
Emenda 229
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 2
2.  Korp innotifikat għandu jipprovdi lil korpi nnotifikati oħrajn li jwettqu attivitajiet simili ta' valutazzjoni tal-konformità li jkopru l-istess batteriji bl-informazzjoni rilevanti dwar kwistjonijiet relatati mar-riżultati negattivi u, fuq talba, pożittivi tal-valutazzjoni tal-konformità.
2.  Korp innotifikat għandu jipprovdi lil korpi nnotifikati oħrajn skont dan ir-Regolament li jwettqu attivitajiet simili ta' valutazzjoni tal-konformità li jkopru l-istess batteriji bl-informazzjoni rilevanti dwar kwistjonijiet relatati mar-riżultati negattivi u, fuq talba, pożittivi tal-valutazzjoni tal-konformità.
Emenda 230
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – titolu
Skambju ta' esperjenza
Skambju ta' esperjenza u prattika tajba
Emenda 231
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 1
Il-Kummissjoni għandha tipprevedi l-organizzazzjoni ta' skambju ta' esperjenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri responsabbli għall-politika ta' notifika.
Il-Kummissjoni għandha tipprevedi l-organizzazzjoni ta' skambju ta' esperjenza u prattika tajba bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri responsabbli għall-politika ta' notifika.
Emenda 232
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 1
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jiġu stabbiliti koordinazzjoni u kooperazzjoni xierqa bejn il-korpi nnotifikati u li dawn jitħaddmu kif xieraq fil-forma ta' grupp settorjali jew gruppi tal-korpi nnotifikati.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jiġu stabbiliti koordinazzjoni u kooperazzjoni xierqa bejn il-korpi nnotifikati skont dan ir-Regolament u li dawn jitħaddmu kif xieraq fil-forma ta' grupp settorjali jew gruppi tal-korpi nnotifikati.
Emenda 233
Proposta għal regolament
Artikolu 38 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Meta jqiegħdu batterija fis-suq jew iqegħduha fis-servizz, inkluż għall-iskopijiet tal-manifatturi stess, il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-batterija:
1.  Għall-batteriji kollha mqiegħda fis-suq tal-Unjoni jew imqiegħda fis-servizz fl-Unjoni, inkluż għall-iskopijiet tal-manifatturi stess, il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-batterija:
Emenda 234
Proposta għal regolament
Artikolu 38 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
Madankollu, meta diversi batteriji jitwasslu simultanjament lil utent wieħed, il-lott ikkonċernat jew il-kunsinna kkonċernata jistgħu jkunu akkumpanjati minn kopja waħda tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE.
Madankollu, meta diversi batteriji jitwasslu simultanjament lil utent wieħed, il-kunsinna kkonċernata tista' tkun akkumpanjata minn kopja waħda tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE.
Emenda 235
Proposta għal regolament
Artikolu 38 – paragrafu 8
8.  Il-manifatturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tagħhom u l-indirizz postali u l-indirizz tal-web fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati fuq l-imballaġġ tal-batterija. L-indirizz postali għandu jindika punt uniku li fih jista' jiġi kkuntattjat il-manifattur. Tali informazzjoni għandha tkun b'lingwaġġ li jinftiehem faċilment mill-utenti finali u mill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq u għandha tkun ċara, tinftiehem u tinqara.
8.  Il-manifatturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tagħhom u n-numru tat-telefon, l-indirizz postali, tal-posta elettronika u tal-web fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati fuq l-imballaġġ tal-batterija. L-indirizz postali għandu jindika punt uniku li fih jista' jiġi kkuntattjat il-manifattur. Tali informazzjoni għandha tkun b'lingwaġġ li jinftiehem faċilment mill-utenti finali u mill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq u għandha tkun ċara, tinftiehem u tinqara.
Emenda 236
Proposta għal regolament
Artikolu 38 – paragrafu 11
11.  Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li batterija li jkunu qiegħdu fis-suq jew fis-servizz ma tkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u III għandhom minnufih jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dik il-batterija ssir konformi, tiġi rtirata jew tissejjaħ lura mis-suq, kif xieraq. Barra minn hekk, meta l-batterija tippreżenta riskju, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtorità nazzjonali tal-Istat Membru li fih ikunu qiegħdu l-batterija fis-suq għal dak l-għan, billi jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nuqqas ta' konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.
11.  Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li batterija li jkunu qiegħdu fis-suq jew fis-servizz ma tkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u III għandhom minnufih jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dik il-batterija ssir konformi, tiġi rtirata jew tissejjaħ lura mis-suq, kif xieraq. Barra minn hekk, meta jqisu jew ikollhom raġuni biex jemmnu li l-batterija tippreżenta riskju, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtorità nazzjonali tal-Istat Membru li fih ikunu qiegħdu l-batterija fis-suq għal dak l-għan, billi jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nuqqas ta' konformità u dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda.
(Emenda orizzontali: il-bidla "meta jqisu jew ikollhom raġuni biex jemmnu li l-batterija tippreżenta riskju" tapplika għat-test kollu. L-adozzjoni tagħha se tirrikjedi bidliet korrispondenti fit-test kollu.)
Emenda 237
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – titolu
Obbligu għall-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu fis-suq batteriji industrijali rikarikabbli u batteriji tal-vetturi elettriċi b'memorja interna u b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh biex jistabbilixxu politiki tad-diliġenza dovuta għall-katina tal-provvista
Obbligu fuq l-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu batteriji fis-suq biex iwettqu diliġenza dovuta għall-katina tal-valur
Emenda 238
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 1
1.  Minn [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament] l-operatur ekonomiku li jqiegħed fis-suq batteriji industrijali rikarikabbli u batteriji tal-vetturi elettriċi b'memorja interna u b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh għandu jikkonforma mal-obbligi tad-diliġenza dovuta għall-katina tal-provvista stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu u għandu jżomm dokumentazzjoni li turi l-konformità rispettiva tiegħu ma' dawk l-obbligi, inkluż ir-riżultati tal-verifika minn parti terza mwettqa mill-korpi notifikati.
1.  Minn [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament] l-operatur ekonomiku li jqiegħed batteriji fis-suq għandu jikkonforma mal-obbligi tad-diliġenza dovuta għall-katina tal-valur stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu u għandu jżomm dokumentazzjoni li turi l-konformità rispettiva tiegħu ma' dawk l-obbligi, inklużi r-riżultati tal-verifika minn parti terza mwettqa mill-korpi notifikati.
Emenda 239
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 2 – punt a
(a)  jadotta, u jikkomunika b'mod ċar lill-fornituri u lill-pubbliku, politika tal-kumpanija għall-katina tal-provvista tal-materja prima indikata fil-punt 1 tal-Anness X;
(a)  jadotta, u jikkomunika b'mod ċar lill-fornituri u lill-pubbliku, politika ta' diliġenza dovuta tal-kumpanija għall-katina tal-valur tal-batteriji, inkluż fir-rigward tal-materja prima indikata fil-punt 1 tal-Anness X, u għall-kategoriji ta' riskju soċjali u ambjentali assoċjati indikati fil-punt 2 tal-Anness X;
Emenda 240
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 2 – punt b
(b)  jinkorpora fil-politika tal-katina tal-provvista tiegħu standards konsistenti mal-istandards stabbiliti fil-mudell tal-politika tal-katina tal-provvista fl-Anness II għall-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta;
(b)  jinkorpora fil-politika tal-katina tal-valur tiegħu standards konsistenti mal-istandards stabbiliti fl-istandards ta' diliġenza dovuta rikonoxxuti internazzjonalment elenkati fil-punt 3a tal-Anness X;
Emenda 241
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 2 – punt c
(c)  jistruttura s-sistemi ta' ġestjoni interna rispettivi tiegħu biex jappoġġaw id-diliġenza dovuta għall-katina tal-provvista billi jassenja r-responsabbiltà lill-maniġment superjuri biex jissorvelja l-proċess ta' diliġenza dovuta għall-katina tal-provvista, kif ukoll iżomm rekords ta' dawk is-sistemi għal minimu ta' ħames snin;
(c)  jistruttura s-sistemi ta' ġestjoni interna rispettivi tiegħu biex jappoġġaw id-diliġenza dovuta għall-katina tal-valur billi jassenja r-responsabbiltà lill-maniġment superjuri biex jissorvelja l-proċess ta' diliġenza dovuta għall-katina tal-valur, kif ukoll iżomm rekords ta' dawk is-sistemi għal minimu ta' ħames snin;
Emenda 242
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 2 – punt d – subparagrafu 1
(d)  jistabbilixxi u jħaddem sistema ta' kontrolli u trasparenza fuq il-katina tal-provvista, inkluża katina ta' kustodja jew sistema ta' traċċabbiltà jew l-identifikazzjoni ta' atturi upstream fil-katina tal-provvista.
(d)  jistabbilixxi u jħaddem sistema ta' kontrolli u trasparenza fuq il-katina tal-valur, inkluża katina ta' kustodja jew sistema ta' traċċabbiltà, li tidentifika atturi upstream fil-katina tal-valur.
Emenda 243
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 2 – punt d – subparagrafu 2 – parti introduttorja
Sistema bħal din għandha tkun appoġġata minn dokumentazzjoni li tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:
Sistema bħal din għandha tkun appoġġata minn dokumentazzjoni li, mill-inqas, tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:
Emenda 244
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 2 – punt d – subparagrafu 2 – punt iiia (ġdid)
(iii a)  meta l-materja prima toriġina minn żona ta' riskju għoli, informazzjoni addizzjonali f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-operaturi ekonomiċi upstream, kif stabbilit fil-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta, fejn rilevanti, bħall-minjiera tal-oriġini, il-postijiet fejn il-materja prima tiġi kkonsolidata, innegozjata u pproċessata, u t-taxxi, it-tariffi u r-royalties imħallsa;
Emenda 245
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 2 – punt d – subparagrafu 3
Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (d) attwali jistgħu jiġu implimentati permezz tal-parteċipazzjoni fi skemi mmexxija mill-industrija.
Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà individwali tal-operaturi ekonomiċi għall-proċessi ta' diliġenza dovuta tagħhom, ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (d) attwali jistgħu jiġu implimentati f'kollaborazzjoni ma' atturi oħrajn, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni fi skemi mmexxija mill-industrija, rikonoxxuti skont dan ir-Regolament.
Emenda 246
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 2 – punt e
(e)  jinkorpora l-politika tal-katina tal-provvista tiegħu f'kuntratti u ftehimiet mal-fornituri, inklużi l-miżuri tagħhom tal-ġestjoni tar-riskji;
(e)  jinkorpora l-politika tal-katina tal-valur tiegħu f'kuntratti u ftehimiet mal-fornituri, inklużi l-miżuri tagħhom tal-ġestjoni tar-riskji;
Emenda 247
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 2 – punt f
(f)  jistabbilixxi mekkaniżmu ta' lmentar bħala sistema ta' sensibilizzazzjoni għar-riskji bi twissija bikrija jew jipprovdi mekkaniżmu bħal dan permezz ta' arranġamenti kollaborattivi ma' operaturi ekonomiċi jew organizzazzjonijiet oħrajn, jew billi jiffaċilita r-rikors għal espert jew korp estern, bħal ombudsman.
(f)  jistabbilixxi mekkaniżmu ta' lmentar bħala sistema ta' sensibilizzazzjoni għar-riskji bi twissija bikrija, u bħala mekkaniżmu ta' rimedju f'konformità mal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem jew jipprovdi mekkaniżmi bħal dawn permezz ta' arranġamenti kollaborattivi ma' operaturi ekonomiċi jew organizzazzjonijiet oħrajn, jew billi jiffaċilita r-rikors għal espert jew korp estern, bħal ombudsman. Tali mekkaniżmi għandhom iqisu l-kriterji tal-mekkaniżmi ta' lmentar deskritti fil-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem.
Emenda 248
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a
(a)  jidentifika u jivvaluta l-impatti negattivi assoċjati mal-kategoriji ta' riskju elenkati fil-punt 2 tal-Anness X fil-katina tal-provvista tiegħu abbażi tal-informazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 2 kontra l-istandards tal-politika tagħhom dwar il-katina tal-provvista;
(a)  jidentifika u jivvaluta r-riskju tal-impatti negattivi assoċjati mal-kategoriji ta' riskju, inklużi dawk elenkati fil-punt 2 tal-Anness X, fil-katina tal-valur tiegħu abbażi tal-informazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 2, u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra li tkun disponibbli għall-pubbliku jew ipprovduta mill-partijiet ikkonċernati, kontra l-istandards tal-politika tagħhom dwar il-katina tal-valur;
Emenda 249
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b – parti introduttorja
(b)  jimplimenta strateġija biex jirrispondi għar-riskji identifikati maħsuba biex tipprevjeni jew ittaffi l-impatti negattivi permezz ta':
(b)  jimplimenta strateġija biex jirrispondi għar-riskji identifikati maħsuba biex tipprevjeni, ittaffi u tindirizza l-impatti negattivi billi:
Emenda 250
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b – punt i
(i)  ir-rapportar tas-sejbiet tal-valutazzjoni tar-riskju tal-katina tal-provvista lill-maniġment superjuri maħtur għal dak l-iskop;
(i)  jirrapporta s-sejbiet tal-valutazzjoni tar-riskju tal-katina tal-valur lill-maniġment superjuri maħtur għal dak l-iskop;
Emenda 251
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b – punt ii
(ii)  l-adozzjoni ta' miżuri għall-ġestjoni tar-riskji konsistenti mal-Anness II għall-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta, billi titqies il-kapaċità tagħhom li jinfluwenzaw u, fejn meħtieġ, jittieħdu passi biex tiġi eżerċitata pressjoni fuq il-fornituri li jistgħu jipprevjenu jew itaffu r-riskju identifikat bl-aktar mod effettiv;
(ii)  jadotta miżuri għall-ġestjoni tar-riskji konsistenti mal-istandards ta' diliġenza dovuta rikonoxxuti internazzjonalment elenkati fil-punt 3a tal-Anness X, billi titqies il-kapaċità tagħhom li jinfluwenzaw u, fejn meħtieġ, jieħu passi biex jeżerċita pressjoni fuq ir-relazzjonijiet kummerċjali li jistgħu jipprevjenu jew itaffu r-riskju identifikat bl-aktar mod effettiv;
Emenda 252
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b – punt iii
(iii)  l-implimentazzjoni tal-pjan tal-ġestjoni tar-riskji, il-monitoraġġ u t-traċċar tal-prestazzjoni tal-isforzi tal-mitigazzjoni tar-riskji, ir-rapportar lura lill-maniġment superjuri maħtur għal dan l-iskop u l-kunsiderazzjoni tas-sospensjoni jew tat-twaqqif tal-involviment ma' fornitur wara tentattivi falluti ta' mitigazzjoni, abbażi ta' arranġamenti kuntrattwali rilevanti f'konformità mat-tieni subparagrafu għall-paragrafu 2 hawn fuq;
(iii)  jimplimenta l-pjan tal-ġestjoni tar-riskji, iwettaq monitoraġġ u traċċar tal-prestazzjoni tal-isforzi tal-mitigazzjoni tar-riskji, jirrapporta lura lill-maniġment superjuri maħtur għal dan l-iskop u jikkunsidra s-sospensjoni jew it-twaqqif tal-involviment ma' relazzjoni kummerċjali wara tentattivi falluti ta' mitigazzjoni, abbażi ta' arranġamenti kuntrattwali rilevanti f'konformità mat-tieni subparagrafu għall-paragrafu 2;
Emenda 253
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Jekk l-operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 isegwi l-isforzi ta' mitigazzjoni tar-riskju filwaqt li jkompli l-kummerċ jew jissospendi l-kummerċ b'mod temporanju, dan għandu jikkonsulta mal-fornituri u mal-partijiet ikkonċernati, inklużi l-awtoritajiet tal-gvern lokali u ċentrali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà internazzjonali jew ċivili u l-partijiet terzi affettwati, u jaqbel dwar strateġija li tista' titkejjel ta' mitigazzjoni tar-riskju fil-pjan tal-ġestjoni tar-riskji.
Jekk l-operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 isegwi l-isforzi ta' mitigazzjoni tar-riskju filwaqt li jkompli l-kummerċ jew jissospendi l-kummerċ b'mod temporanju, dan għandu jikkonsulta r-relazzjonijiet kummerċjali tiegħu u mal-partijiet ikkonċernati, inklużi l-awtoritajiet tal-gvern lokali u ċentrali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà internazzjonali jew ċivili u l-komunitajiet affettwati, u jaqbel dwar strateġija li tista' titkejjel ta' mitigazzjoni tar-riskju fil-pjan tal-ġestjoni tar-riskji.
Emenda 254
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 3 – subparagrafu 3
L-operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 għandu jidentifika u jivvaluta l-probabbiltà tal-impatti negattivi fil-kategoriji tar-riskju elenkati fl-Anness X, punt 2, fil-katina tal-provvista tiegħu abbażi tar-rapporti disponibbli mill-verifika minn parti terza magħmula minn korp notifikat dwar il-fornituri f'dik il-katina, u billi jivvaluta, fejn xieraq, il-prattiki tad-diliġenza dovuta tiegħu. Dawk ir-rapporti ta' verifika għandhom ikunu konformi mal-ewwel subparagrafu fil-paragrafu 4.Dawk ir-rapporti ta' verifika għandhom ikunu konformi mal-ewwel subparagrafu fil-paragrafu 4. Fin-nuqqas ta' tali rapporti ta' verifika minn partijiet terzi dwar il-fornituri, l-operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 għandu jidentifika u jivvaluta r-riskji fil-katina tal-provvista tiegħu bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni tar-riskju tiegħu stess. F'tali każijiet, l-operaturi ekonomiċi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom iwettqu verifiki minn parti terza tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista tagħhom stess permezz ta' korp notifikat f'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4.
L-operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 għandu jidentifika u jivvaluta l-probabbiltà tal-impatti negattivi fil-kategoriji tar-riskju elenkati fl-Anness X, punt 2, fil-katina tal-valur tiegħu. L-operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 għandu jidentifika u jivvaluta r-riskji fil-katina tal-valur tiegħu bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni tar-riskju tiegħu stess. F'tali każijiet, l-operaturi ekonomiċi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom iwettqu verifiki minn parti terza tad-diliġenza dovuta għall-ktajjen tagħhom stess permezz ta' korp notifikat f'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4. L-operatur ekonomiku jista' wkoll jagħmel użu mir-rapporti disponibbli mill-verifika minn parti terza magħmula minn korp notifikat dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali f'dik il-katina, u billi jivvaluta, fejn xieraq, il-prattiki ta' diliġenza dovuta tiegħu. Dawk ir-rapporti ta' verifika għandhom ikunu konformi mal-ewwel subparagrafu fil-paragrafu 4.Dawk ir-rapporti ta' verifika għandhom ikunu konformi mal-ewwel subparagrafu fil-paragrafu 4.
Emenda 255
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkollhom fis-seħħ reġim ta' responsabbiltà li fl-ambitu tiegħu l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu, f'konformità mad-dritt nazzjonali, jinżammu responsabbli u jipprovdu rimedju għal kwalunkwe dannu li jirriżulta minn impatti negattivi potenzjali jew reali fuq id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent jew il-governanza tajba li huma, jew l-impriżi taħt il-kontroll tagħhom, ikunu kkawżaw jew ikkontribwew għalihom permezz ta' atti jew ommissjonijiet.
Emenda 256
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
4.  L-operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkollu l-politiki tiegħu ta' diliġenza vverifikati minn korp notifikat ("verifika minn parti terza").
4.  L-operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkollu l-politika u l-prattiki tiegħu ta' diliġenza dovuta għall-katina tal-valur ivverifikati minn korp notifikat ("verifika minn parti terza").
Emenda 257
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – punt a
(a)  tinkludi fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha l-attivitajiet, il-proċessi u s-sistemi kollha użati mill-operaturi ekonomiċi biex jimplimentaw ir-rekwiżiti tagħhom tad-diliġenza dovuta għall-katina tal-provvista f'konformità mal-paragrafi 2, 3 u 5;
(a)  tinkludi fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha l-attivitajiet, il-proċessi u s-sistemi kollha użati mill-operaturi ekonomiċi biex jimplimentaw ir-rekwiżiti tagħhom tad-diliġenza dovuta għall-katina tal-valur f'konformità mal-paragrafi 2, 3 u 5.
Emenda 258
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – punt b
(b)  ikollha bħala l-objettiv tagħha d-determinazzjoni tal-konformità tal-prattiki ta' diliġenza dovuta għall-katina tal-provvista tal-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu batteriji fis-suq mal-paragrafi 2, 3 u 5;
(b)  ikollha bħala l-objettiv tagħha d-determinazzjoni tal-konformità tal-prattiki ta' diliġenza dovuta għall-katina tal-valur tal-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu batteriji fis-suq mal-paragrafi 2, 3 u 5, kif ukoll, fejn rilevanti, twettaq verifiki fuq l-impriżi u tiġbor informazzjoni mill-partijiet ikkonċernati;
Emenda 259
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – punt c
(c)  tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu batteriji fis-suq dwar kif itejbu l-prattiki tagħhom ta' diliġenza dovuta għall-katina tal-provvista;
(c)  tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu batteriji fis-suq dwar kif itejbu l-prattiki tagħhom ta' diliġenza dovuta għall-katina tal-valur;
Emenda 260
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 5
5.  L-operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 għandu jagħmel disponibbli fuq talba lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru r-rapporti ta' kwalunkwe verifika minn parti terza mwettqa skont il-paragrafu 4 jew l-evidenza ta' konformità ma' skema ta' diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista rikonoxxuta mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 72.
5.  L-operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 għandu jagħmel disponibbli fuq talba lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri r-rapporti ta' kwalunkwe verifika minn parti terza mwettqa f'konformità mal-paragrafu 4 jew l-evidenza ta' konformità ma' skema ta' diliġenza dovuta għall-katina tal-valur rikonoxxuta mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 72.
Emenda 261
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 6 – subparagrafu 1
6.  L-operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 għandu jagħmel disponibbli għax-xerrejja downstream diretti tiegħu l-informazzjoni kollha miksuba u miżmuma skont il-politiki tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista tiegħu b'kunsiderazzjoni xierqa għall-kunfidenzjalità tan-negozju u għal tħassib ieħor dwar il-kompetizzjoni.
6.  L-operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 għandu jagħmel disponibbli għax-xerrejja downstream diretti tiegħu l-informazzjoni kollha miksuba u miżmuma skont il-politiki tad-diliġenza dovuta għall-katina tal-valur tiegħu b'kunsiderazzjoni xierqa għall-kunfidenzjalità tan-negozju u għal tħassib ieħor dwar il-kompetizzjoni.
Emenda 262
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 6 – subparagrafu 2
L-operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 għandu fuq bażi annwali jirrapporta pubblikament bl-aktar mod wiesa' possibbli, inkluż fuq l-internet, dwar il-politiki tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista tiegħu. Dak ir-rapport għandu jkun fih il-passi meħuda minn dak l-operatur ekonomiku biex jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3, inklużi s-sejbiet ta' impatti negattivi sinifikanti fil-kategoriji ta' riskju elenkati fl-Anness X, punt 2, u kif dawn ġew indirizzati, kif ukoll rapport sommarju tal-verifiki minn partijiet terzi mwettqa skont il-punt 4, inkluż l-isem tal-korp notifikat, b'kunsiderazzjoni xierqa għall-kunfidenzjalità tan-negozju u għal tħassib ieħor dwar il-kompetizzjoni.
L-operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 għandu fuq bażi annwali jirrapporta pubblikament bl-aktar mod wiesa' possibbli, inkluż fuq l-internet, dwar il-politiki tad-diliġenza dovuta għall-katina tal-valur tiegħu, b'mod partikolari, fir-rigward tal-materja prima li tinsab f'kull mudell ta' batterija mqiegħed fis-suq. Dak ir-rapport għandu jkun fih, b'mod li jinftiehem faċilment mill-utenti finali u li jidentifika l-batteriji kkonċernati b'mod ċar, il-passi meħuda minn dak l-operatur ekonomiku biex jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3, inklużi s-sejbiet ta' impatti negattivi sinifikanti fil-kategoriji ta' riskju elenkati fil-punt 2 tal-Anness X, u kif dawn ġew indirizzati, kif ukoll rapport sommarju tal-verifiki minn partijiet terzi mwettqa f'konformità mal-punt 4, inkluż l-isem tal-korp notifikat, b'kunsiderazzjoni xierqa għall-kunfidenzjalità tan-negozju u għal tħassib ieħor dwar il-kompetizzjoni.
Emenda 263
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 7
7.  Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa gwida fir-rigward tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tad-diliġenza dovuta definiti fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, fir-rigward tar-riskji soċjali u ambjentali msemmija fl-Anness X, il-punt 2, u b'mod partikolari f'konformità mal-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Anness X, il-punt 3.
7.  Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa gwida fir-rigward tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tad-diliġenza dovuta definiti fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, fir-rigward tar-riskji soċjali u ambjentali msemmija fil-punt 2 tal-Anness X, u b'mod partikolari f'konformità mal-istrumenti internazzjonali msemmija fil-punti 3 u 3a tal-Anness X.
Emenda 264
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 7a (ġdid)
7a.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu assistenza teknika speċifika lill-operaturi ekonomiċi, speċjalment lill-kumpaniji żgħar u ta' daqs medju, għall-finijiet ta' konformità mar-rekwiżiti tad-diliġenza dovuta għall-katina tal-valur stabbiliti f'dan l-Artikolu. L-Istati Membri jistgħu jkunu assistiti miċ-ċentri nazzjonali ta' kompetenza tal-batteriji tagħhom, stabbiliti skont l-Artikolu 68b, biex jipprovdu tali appoġġ tekniku.
Emenda 265
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 7b (ġdid)
7b.  Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jiżguraw li jkun hemm konformità ma' dan ir-Regolament f'konformità mal-Artikolu 69, l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli mit-twettiq tal-kontrolli xierqa.
Il-kontrolli msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jitwettqu b'approċċ ibbażat fuq ir-riskju, inkluż f'każijiet meta awtorità kompetenti jkollha fil-pussess tagħha informazzjoni rilevanti, bħal pereżempju abbażi ta' tħassib issostanzjat ipprovdut minn partijiet terzi, dwar il-konformità ta' operatur ekonomiku ma' dan ir-Regolament.
Il-kontrolli msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu spezzjonijiet fuq il-post, inkluż fil-bini tal-operatur ekonomiku.
L-operaturi ekonomiċi għandhom joffru kull assistenza meħtieġa biex jiffaċilitaw it-twettiq tal-kontrolli msemmija fl-ewwel subparagrafu, b'mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-proprjetà u l-preżentazzjoni tad-dokumenti u r-rekords.
Sabiex tiżgura ċ-ċarezza tal-kompiti u l-konsistenza tal-azzjonijiet fost l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tipprepara linji gwida li jispjegaw il-passi li għandhom jiġu segwiti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jkunu qed iwettqu l-kontrolli msemmija fl-ewwel subparagrafu. Dawk il-linji gwida għandhom jinkludu, kif xieraq, mudelli għad-dokumenti li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.
L-Istat Membru għandu jżomm rekords tal-kontrolli msemmija fl-ewwel subparagrafu filwaqt li jindika, b'mod partikolari, in-natura u r-riżultati ta' tali kontrolli, kif ukoll ir-rekords ta' kwalunkwe notifika ta' azzjoni ta' rimedju maħruġa skont l-Artikolu 69.
Emenda 266
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 8 – punt aa (ġdid)
(aa)  temenda l-lista ta' strumenti internazzjonali fl-Anness X f'konformità mal-iżviluppi fi ħdan il-fora internazzjonali rilevanti;
Emenda 267
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 8 – punt b
(b)  temenda l-obbligi fuq l-operatur ekonomiku msemmija fil-paragrafu 1 li huma stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 4 fid-dawl tal-emendi tar-Regolament (UE) 2017/821 u l-bidliet fir-rakkomandazzjonijiet tad-diliġenza dovuta stabbiliti fl-Anness I tal-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta.
(b)  temenda l-obbligi fuq l-operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 li huma stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 4 fid-dawl tal-emendi tar-Regolament (UE) 2017/821 u temenda l-lista ta' strumenti tad-diliġenza dovuta rikonoxxuti internazzjonalment stabbiliti fil-punt 3a tal-Anness X;
Emenda 268
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 8 – punt ba (ġdid)
(ba)  tistabbilixxi u temenda lista ta' żoni ta' riskju għoli filwaqt li tqis il-linji gwida tal-OECD dwar id-diliġenza dovuta.
Emenda 269
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 8a (ġdid)
8a.  Fil-każ li tiġi adottata leġiżlazzjoni futura tal-Unjoni li tistabbilixxi regoli ġenerali għal governanza korporattiva sostenibbli u diliġenza dovuta, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu u fl-Anness X għandhom jitqiesu bħala komplementari għal tali leġiżlazzjoni futura tal-Unjoni.
Fi żmien 6 xhur mid-dħul fis-seħħ ta' leġiżlazzjoni futura tal-Unjoni li tistabbilixxi regoli ġenerali għal governanza korporattiva sostenibbli u diliġenza dovuta, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk dik il-leġiżlazzjoni l-ġdida tal-Unjoni teħtieġx emenda tal-paragrafi 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu jew tal-Anness X, jew tat-tnejn, u tadotta, fejn xieraq, att delegat f'konformità mal-Artikolu 73 biex temenda dawk id-dispożizzjonijiet kif xieraq.
Dak l-att delegat għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu jew fl-Anness X li huma speċifiċi għall-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu batteriji fis-suq. Kwalunkwe obbligu ta' diliġenza dovuta addizzjonali fuq l-operaturi ekonomiċi li jiġi stabbilit f'dak l-att delegat għandu jkun tali li jiżgura mill-inqas l-istess livell ta' protezzjoni previst minn dan ir-regolament mingħajr ma joħloq ebda piż amministrattiv żejjed.
Emenda 270
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 4 – parti introduttorja
4.  Rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jkun irċieva mingħand il-manifattur. Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jipprovdi kopja tal-mandat lill-awtorità kompetenti, fuq talba. Il-mandat għandu jippermetti lir-rappreżentant awtorizzat jagħmel mill-inqas dawn li ġejjin:
4.  Rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jkun irċieva mingħand il-manifattur. Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jkollu l-mezzi finanzjarji u organizzattivi xierqa biex iwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat. Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jipprovdi kopja tal-mandat lill-awtorità kompetenti, fuq talba, b'lingwa tal-Unjoni ddeterminata mill-awtorità kompetenti. Il-mandat għandu jippermetti lir-rappreżentant awtorizzat jagħmel mill-inqas dan li ġej:
Emenda 271
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  Meta jqisu jew ikollhom raġuni biex jemmnu li batterija tippreżenta riskju, ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jinformaw immedjatament lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan.
Emenda 272
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 1
1.  L-importaturi għandhom iqiegħdu fis-suq jew iqiegħdu fis-servizz batterija li tkun konformi mar-rekwiżiti tal-Kapitoli II u III
1.  L-importaturi għandhom iqiegħdu fis-suq jew iqiegħdu fis-servizz batterija li tkun konformi mar-rekwiżiti tal-Kapitoli II u III u tal-Artikolu 39.
Emenda 273
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Meta importatur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li batterija mhijiex konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u III, l-importatur ma għandux iqiegħed tali batterija fis-suq jew fis-servizz qabel ma din issir konformi. Barra minn hekk, meta l-batterija tippreżenta riskju, l-importatur għandu jinforma b'dan lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.
Meta importatur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li batterija mhijiex konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u III u fl-Artikolu 39, l-importatur ma għandux iqiegħed tali batterija fis-suq jew fis-servizz qabel ma din issir konformi. Barra hekk, meta jqis jew ikollu raġuni biex jemmen li batterija tippreżenta riskju, l-importatur għandu jinforma immedjatament lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan.
Emenda 274
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 6
6.  Meta jkun meqjus xieraq fir-rigward tar-riskji ppreżentati minn batterija, l-importaturi għandhom, biex jipproteġu s-saħħa tal-bniedem u s-sikurezza tal-konsumaturi, iwettqu ttestjar tal-kampjuni tal-batteriji mqiegħda fis-suq, jinvestigaw u, jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta' lmenti, tal-batteriji mhux konformi u s-sejħiet lura tal-batteriji, u għandhom iżommu lid-distributuri informati b'tali monitoraġġ.
6.  Meta jkun meqjus xieraq fir-rigward tar-riskji ppreżentati minn batterija, l-importaturi għandhom, biex jipproteġu s-saħħa tal-bniedem, l-ambjent u s-sikurezza tal-konsumaturi, iwettqu ttestjar tal-kampjuni tal-batteriji mqiegħda fis-suq, jinvestigaw u, jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta' lmenti, tal-batteriji mhux konformi u s-sejħiet lura tal-batteriji, u għandhom iżommu lid-distributuri informati b'tali monitoraġġ.
Emenda 275
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 7
7.  L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li batterija, li huma jkunu qiegħdu fis-suq jew fis-servizz, mhijiex konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u III, għandhom minnufih jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dik il-batterija ssir konformi, tiġi rtirata jew tissejjaħ lura mis-suq, kif xieraq. Barra minn hekk, meta l-batterija tippreżenta riskju, l-importaturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtorità nazzjonali tal-Istat Membru li fih ikunu qiegħdu l-batterija fis-suq għal dak l-għan, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nuqqas ta' konformità u dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda.
7.  L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li batterija, li huma jkunu qiegħdu fis-suq jew fis-servizz, mhijiex konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u III u fl-Artikolu 39, għandhom minnufih jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dik il-batterija ssir konformi, tiġi rtirata jew tissejjaħ lura mis-suq, kif xieraq. Barra minn hekk, meta jqisu jew ikollhom raġuni biex jemmnu li l-batterija tippreżenta riskju, l-importaturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtorità nazzjonali tal-Istat Membru li fih ikunu qiegħdu l-batterija fis-suq għal dak l-għan, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nuqqas ta' konformità u dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda.
Emenda 276
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 2 – punt a
(a)  il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur, l-importatur jew distributuri oħrajn ikunu rreġistrati fit-territorju ta' Stat Membru f'konformità mal-Artikolu 46;
(a)  il-produttur ikun irreġistrat fit-territorju ta' Stat Membru f'konformità mal-Artikolu 46;
Emenda 277
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 3
3.  Meta distributur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li batterija mhijiex konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u III, huwa ma għandux iqiegħed il-batterija fis-suq qabel ma din issir konformi. Barra minn hekk, meta l-batterija tippreżenta riskju, id-distributur għandu jinforma b'dan lill-manifattur jew lill-importatur, kif ukoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rilevanti.
3.  Meta distributur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li batterija mhijiex konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u III u fl-Artikolu 39, huwa ma għandux iqiegħed il-batterija fis-suq qabel ma din issir konformi. Barra minn hekk, meta jqis jew ikollu raġuni biex jemmen li l-batterija tippreżenta riskju, id-distributur għandu jinforma lill-manifattur jew lill-importatur, kif ukoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rilevanti dwar dan.
Emenda 278
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 5
5.  Distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li batterija, li huma jkunu qiegħdu fis-suq, ma tkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u III għandhom jiżguraw li tittieħed l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dik il-batterija ssir konformi, biex tiġi rtirata jew biex tissejjaħ lura mis-suq, kif xieraq. Barra minn hekk, meta l-batterija tippreżenta riskju, id-distributuri għandhom jinformaw minnufih b'dan lill-awtorità nazzjonali tal-Istati Membri fejn ikunu qiegħdu l-batterija fis-suq, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nuqqas ta' konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.
5.  Distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li batterija, li huma jkunu qiegħdu fis-suq, ma tkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u III u fl-Artikolu 39 għandhom jiżguraw li tittieħed l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dik il-batterija ssir konformi, biex tiġi rtirata jew biex tissejjaħ lura mis-suq, kif xieraq. Barra minn hekk, meta jqisu jew ikollhom raġuni biex jemmnu li l-batterija tippreżenta riskju, id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-awtorità nazzjonali tal-Istati Membri fejn ikunu qiegħdu l-batterija fis-suq dwar dan, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nuqqas ta' konformità u dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda.
Emenda 279
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 6
6.  Id-distributuri għandhom, wara talba motivata minn awtorità nazzjonali, jipprovdulha l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni teknika kollha meħtieġa biex juru l-konformità ta' batterija mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u III b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Dik l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni teknika għandhom jiġu pprovduti f'forma stampata jew f'forma elettronika. Id-distributuri għandhom jikkooperaw mal-awtorità nazzjonali, fuq talba tagħha, fuq kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-batteriji li huma jkunu qiegħdu fis-suq.
6.  Id-distributuri għandhom, wara talba motivata minn awtorità nazzjonali, jipprovdu lil dik l-awtorità l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni teknika kollha meħtieġa biex juru l-konformità ta' batterija mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u III u fl-Artikolu 39 b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Dik l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni teknika għandhom jiġu pprovduti f'forma stampata jew f'forma elettronika. Id-distributuri għandhom jikkooperaw mal-awtorità nazzjonali, fuq talba tagħha, fuq kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-batteriji li huma jkunu qiegħdu fis-suq.
Emenda 280
Proposta għal regolament
Artikolu 43 – paragrafu 1
Il-fornituri tas-servizzi ta' ġestjoni għandhom jiżguraw li, għall-batteriji li jimmaniġġaw, il-kundizzjonijiet waqt il-ħażna, l-imballaġġ, l-indirizzar jew id-dispaċċ ma jipperikolawx il-konformità tal-batteriji mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u III.
Il-fornituri tas-servizzi ta' ġestjoni, inklużi s-swieq online, għandhom jiżguraw li, għall-batteriji li jimmaniġġaw, il-kundizzjonijiet waqt il-ħażna, l-imballaġġ, l-indirizzar jew id-dispaċċ ma jipperikolawx il-konformità tal-batteriji mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II, III u VII.
Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-operaturi ekonomiċi rilevanti stabbiliti fil-Kapitolu VI, il-fornituri tas-servizzi ta' ġestjoni għandhom, minbarra r-rekwiżit imsemmi fl-ewwel subparagrafu, iwettqu l-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 40(4), il-punt (d), u fil-paragrafu 40(4a).
Emenda 281
Proposta għal regolament
Artikolu 44 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Importatur jew distributur għandu jitqies bħala manifattur għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u dak l-importatur jew id-distributur għandu jkun soġġett għall-obbligi tal-manifattur skont l-Artikolu 40, fejn
Importatur jew distributur għandu jitqies bħala manifattur għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u dak l-importatur jew id-distributur għandu jkun soġġett għall-obbligi tal-manifattur skont l-Artikolu 38, meta tkun tapplika kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
Emenda 282
Proposta għal regolament
Artikolu 44 – paragrafu 1 – punt b
(b)  batterija li tkun diġà tqiegħdet fis-suq jew fis-servizz tiġi mmodifikata minn dak l-importatur jew id-distributur b'tali mod li tkun tista' tiġi affettwata l-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament;
(b)  batterija li tkun diġà tqiegħdet fis-suq jew fis-servizz tiġi mmodifikata minn dak l-importatur jew id-distributur b'tali mod li tkun tista' tiġi affettwata l-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament; jew
Emenda 283
Proposta għal regolament
Artikolu 46 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt d
(d)  it-tip ta' batteriji li l-produttur ikollu l-ħsieb li jqiegħed fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta' Stat Membru, jiġifieri batteriji portabbli, batteriji industrijali, batteriji tal-vetturi elettriċi, jew batteriji awtomotivi;
(d)  it-tip ta' batteriji li l-produttur ikollu l-ħsieb li jqiegħed fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta' Stat Membru, jiġifieri batteriji portabbli, batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief, batteriji industrijali, batteriji tal-vetturi elettriċi, jew batteriji awtomotivi;
Emenda 284
Proposta għal regolament
Artikolu 46 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt da (ġdid)
(da)  il-kompożizzjoni kimika ta' batteriji li l-produttur ikollu l-ħsieb li jqiegħed fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta' Stat Membru;
Emenda 285
Proposta għal regolament
Artikolu 46 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt b – parti introduttorja
(f)  l-informazzjoni dwar kif il-produttur jissodisfa r-responsabbiltajiet tiegħu stabbiliti fl-Artikolu 47 u r-rekwiżiti skont l-Artikolu 48 u l-Artikolu 49, rispettivament:
(f)  l-informazzjoni dwar kif il-produttur jissodisfa r-responsabbiltajiet tiegħu stabbiliti fl-Artikolu 47 u r-rekwiżiti skont l-Artikolu 48, l-Artikolu 48a u l-Artikolu 49, rispettivament:
Emenda 286
Proposta għal regolament
Artikolu 46 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt f – punt i – parti introduttorja
(i)  għall-batteriji portabbli, ir-rekwiżiti ta' dan il-punt (f) għandhom jiġu ssodisfati billi jiġu pprovduti:
(i)  għall-batteriji portabbli u l-batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief, ir-rekwiżiti ta' dan il-punt (f) għandhom jiġu ssodisfati billi jiġu pprovduti:
Emenda 287
Proposta għal regolament
Artikolu 46 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt f – punt i – inċiż 1
—  dikjarazzjoni li turi l-miżuri stabbiliti mill-produttur biex jintlaħqu l-obbligi ta' responsabbiltà tal-produtturi stabbiliti fl-Artikolu 47, il-miżuri stabbiliti biex jiġu ssodisfati l-obbligi tal-ġbir separat stabbiliti fl-Artikolu 48(1) fir-rigward tal-ammont ta' batteriji li jforni l-produttur u s-sistema maħsuba biex tiżgura li d-data rrapportata lill-awtoritajiet kompetenti tkun affidabbli;
—  dikjarazzjoni li turi l-miżuri stabbiliti mill-produttur biex jintlaħqu l-obbligi ta' responsabbiltà tal-produtturi stabbiliti fl-Artikolu 47, il-miżuri stabbiliti biex jiġu ssodisfati l-obbligi tal-ġbir separat stabbiliti fl-Artikolu 48(1) u fl-Artikolu 48a(1) fir-rigward tal-ammont ta' batteriji li jforni l-produttur u s-sistema maħsuba biex tiżgura li d-data rrapportata lill-awtoritajiet kompetenti tkun affidabbli;
Emenda 288
Proposta għal regolament
Artikolu 46 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt f – punt i – inċiż 2
—  fejn applikabbli, l-isem u d-dettalji ta' kuntatt, inklużi l-kodiċi postali u l-post, it-triq u n-numru, il-pajjiż, in-numri tat-telefon u tal-fax, l-indirizz tal-internet u l-indirizz tal-posta elettronika u l-kodiċi ta' identifikazzjoni nazzjonali tal-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi fdata mill-produttur biex tissodisfa l-obbligi ta' responsabbiltà estiża tal-produtturi f'konformità mal-Artikolu 47(2), inklużi n-numru tar-reġistru kummerċjali jew numru tar-reġistrazzjoni uffiċjali ekwivalenti tal-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, inkluż in-numru tat-taxxa nazzjonali jew Ewropew tal-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, u l-mandat tal-produttur irrappreżentat;
—  fejn applikabbli, l-isem u d-dettalji ta' kuntatt, inklużi l-indirizz postali, in-numri tat-telefon, l-indirizz tal-internet u l-indirizz tal-posta elettronika u l-kodiċi ta' identifikazzjoni nazzjonali tal-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi fdata mill-produttur biex tissodisfa l-obbligi ta' responsabbiltà estiża tal-produtturi f'konformità mal-Artikolu 47(2) u (4), inklużi n-numru tar-reġistru kummerċjali jew numru tar-reġistrazzjoni uffiċjali ekwivalenti tal-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, inkluż in-numru tat-taxxa nazzjonali jew Ewropew tal-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, u l-mandat tal-produttur irrappreżentat;
Emenda 289
Proposta għal regolament
Artikolu 46 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt f – punt i – inċiż 2a (ġdid)
—  meta l-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi tirrappreżenta aktar minn produttur wieħed, hija għandha tindika separatament kif kull wieħed mill-produtturi rappreżentati jissodisfa r-responsabbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 47.
Emenda 290
Proposta għal regolament
Artikolu 46 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt f – punt ii – inċiż 2
—  fejn applikabbli, il-kodiċi ta' identifikazzjoni nazzjonali tal-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi fdata mill-produttur biex tissodisfa l-obbligi ta' responsabbiltà estiża tal-produtturi f'konformità mal-paragrafi 2 u 4 tal-Artikolu 47, inklużi n-numru tar-reġistru kummerċjali jew numru tar-reġistrazzjoni uffiċjali ekwivalenti tal-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, inkluż in-numru tat-taxxa nazzjonali jew Ewropew tal-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, u l-mandat tal-produttur irrappreżentat;
—  fejn applikabbli, l-isem u d-dettalji ta' kuntatt, inklużi l-indirizz postali, in-numru tat-telefon, u l-indirizz tal-posta elettronika u tal-web u l-kodiċi ta' identifikazzjoni nazzjonali tal-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi fdata mill-produttur biex tissodisfa l-obbligi ta' responsabbiltà estiża tal-produtturi f'konformità mal-paragrafi 2 u 4 tal-Artikolu 47, inklużi n-numru tar-reġistru kummerċjali jew numru tar-reġistrazzjoni uffiċjali ekwivalenti tal-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, inkluż in-numru tat-taxxa nazzjonali jew Ewropew tal-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, u l-mandat tal-produttur irrappreżentat;
Emenda 291
Proposta għal regolament
Artikolu 46 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Il-produtturi li jfornu batteriji permezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod għandhom ikunu rreġistrati fl-Istat Membru li lilu jbigħu. Meta dawn il-produtturi ma jkunux irreġistrati fl-Istat Membru li lilu jbigħu, huma għandhom jiġu rreġistrati permezz tar-rappreżentant awtorizzat tagħhom.
Emenda 292
Proposta għal regolament
Artikolu 46 – paragrafu 3 – punt da (ġdid)
(da)  tista' tirrifjuta r-reġistrazzjoni pprovduta mill-produttur fil-każ ta' nuqqas ta' konformità jew konformità insuffiċjenti mal-obbligu stabbilit fil-paragrafu 2.
Emenda 293
Proposta għal regolament
Artikolu 46 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  Il-produtturi tal-batteriji għandhom jipprovdu lis-swieq online informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni tagħhom jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħhom fl-Istati Membri li lilhom ibigħu.
Emenda 294
Proposta għal regolament
Artikolu 47 – paragrafu 1 – punt a
(a)  jorganizzaw il-ġbir separat tal-iskart ta' batteriji f'konformità mal-Artikolu 48 u mal-Artikolu 49 u t-trasport, il-preparazzjoni għal adattament għal skop differenti u għall-manifattura mill-ġdid, it-trattament u r-riċiklaġġ sussegwenti tal-iskart ta' batteriji, inklużi l-miżuri ta' sikurezza meħtieġa, f'konformità mal-Artikolu 56;
(a)  ikopru tal-anqas il-kostijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 8a tad-Direttiva 2008/98/KE, inklużi l-kostijiet tal-organizzazzjoni tal-ġbir separat tal-iskart ta' batteriji f'konformità mal-Artikolu 48, l-Artikolu 48a u l-Artikolu 49 u t-trasport, il-preparazzjoni għal adattament għal skop differenti u għall-manifattura mill-ġdid, it-trattament, il-preparazzjoni għal użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ sussegwenti tal-iskart ta' batteriji, u l-miżuri ta' sikurezza meħtieġa, f'konformità mal-Artikolu 56;
Emenda 295
Proposta għal regolament
Artikolu 47 – paragrafu 1 – punt c
(c)  jippromwovu l-ġbir separat tal-batteriji, inkluż billi jkopru l-ispejjeż tat-twettiq ta' stħarriġ biex jiġu identifikati batteriji mormija b'mod mhux adegwat mill-utenti finali skont l-Artikolu 48(1);
(c)  jippromwovu l-ġbir separat tal-batteriji, inkluż billi jkopru l-kostijiet tal-ġbir tad-data u tat-twettiq ta' stħarriġ b'mod regolari biex jiġu identifikati batteriji mormija b'mod mhux adegwat mill-utenti finali skont l-Artikolu 48(1);
Emenda 296
Proposta għal regolament
Artikolu 47 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
(da)  jistabbilixxu kampanji ta' sensibilizzazzjoni u/jew inċentivi ekonomiċi inklużi dawk elenkati fl-Anness IV a tad-Direttiva 2008/98/KE biex iħeġġu lill-utenti finali jarmu l-iskart ta' batteriji b'mod li jkun konformi mal-informazzjoni dwar il-prevenzjoni u l-immaniġġar tal-iskart ta' batteriji disponibbli għalihom f'konformità mal-Artikolu 60(1);
Emenda 297
Proposta għal regolament
Artikolu 47 – paragrafu 1 – punt e
(e)  jiffinanzjaw l-attivitajiet imsemmija fil-punti minn (a) sa (d).
(e)  jiffinanzjaw l-attivitajiet imsemmija fil-punti minn (a) sa (da).
Emenda 298
Proposta għal regolament
Artikolu 47 – paragrafu 3 – punt a
(a)  ikollhom il-mezzi organizzattivi u finanzjarji meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produtturi msemmija fil-paragrafu 1;
(a)  ikollhom il-mezzi finanzjarji jew finanzjarji u organizzattivi biex jissodisfaw l-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produtturi msemmija fil-paragrafu 1;
Emenda 299
Proposta għal regolament
Artikolu 47 – paragrafu 4 – punt a
(a)  ikunu modulati bħala minimu mit-tip ta' batterija u l-kimika tal-batterija u, kif xieraq, b'kont meħud tar-rikarikabbiltà u l-livell ta' kontenut riċiklat fil-manifattura tal-batteriji;
(a)  ikunu modulati f'konformità mal-kriterji stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 8a(4) tad-Direttiva 2008/98/KE u skont it-tip ta' batterija u l-kimika tal-batterija u, kif xieraq, b'kont meħud tar-rikarikabbiltà, id-durabbiltà u l-livell ta' kontenut riċiklat fil-manifattura tal-batteriji, kif ukoll il-possibbiltà li jiġu manifatturati mill-ġdid jew adattati għal skop differenti, u l-impronta tal-karbonju tagħhom;
Emenda 300
Proposta għal regolament
Artikolu 47 – paragrafu 4 – punt b
(b)  jiġu aġġustati biex jitqies kwalunkwe dħul mill-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi mill-użu mill-ġdid u mill-bejgħ ta' materja prima sekondarja mill-batteriji u mill-iskart ta' batteriji;
(b)  jiġu aġġustati biex jitqies kwalunkwe dħul mill-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi mill-użu mill-ġdid, mill-manifattura mill-ġdid, mill-adattament għal skop differenti u mill-bejgħ ta' materja prima sekondarja mill-batteriji u mill-iskart ta' batteriji;
Emenda 301
Proposta għal regolament
Artikolu 47 – paragrafu 5
5.  Fejn, f'konformità mal-Artikoli 48(2), 49(3), 53(1), 56(1), u mal-paragrafi 1, 2 u 3 tal-Artikolu 61, l-attivitajiet biex jitwettqu l-obbligi msemmija fil-punti minn (a) sa (d) tal-paragrafu 1 jitwettqu minn parti terza minbarra produttur jew organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, il-kostijiet li għandhom jiġu koperti mill-produtturi ma għandhomx jaqbżu l-kostijiet li huma meħtieġa biex dawk l-attivitajiet jiġu pprovduti b'mod kosteffiċjenti. Tali kostijiet għandhom jiġu stabbiliti b'mod trasparenti bejn il-produtturi u l-partijiet terzi kkonċernati u jiġu aġġustati sabiex jitqies kwalunkwe dħul mill-użu mill-ġdid u mill-bejgħ ta' materja prima sekondarja mill-batteriji u mill-iskart ta' batteriji.
5.  Meta, f'konformità mal-Artikoli 48(2), 48a(2), 49(3), 53(1), 56(1), u mal-paragrafi 1, 2 u 3 tal-Artikolu 61, l-attivitajiet biex jitwettqu l-obbligi msemmija fil-punti minn (a) sa (d) tal-paragrafu 1 jitwettqu minn parti terza minbarra produttur jew organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, il-kostijiet li għandhom jiġu koperti mill-produtturi ma għandhomx jaqbżu l-kostijiet li huma meħtieġa biex dawk l-attivitajiet jiġu pprovduti b'mod kosteffiċjenti. Tali kostijiet għandhom jiġu stabbiliti b'mod trasparenti bejn il-produtturi u l-partijiet terzi kkonċernati u jiġu aġġustati sabiex jitqies kwalunkwe dħul mill-użu mill-ġdid, mill-manifattura mill-ġdid, mill-adattament għal skop differenti u mill-bejgħ ta' materja prima sekondarja mill-batteriji u mill-iskart ta' batteriji.
Emenda 302
Proposta għal regolament
Artikolu 47 – paragrafu 6 – subparagrafu 1
6.  L-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom japplikaw għal awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti. L-awtorizzazzjoni għandha tingħata biss meta jintwera li l-miżuri stabbiliti mill-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jkunu biżżejjed biex jissodisfaw l-obbligi stabbiliti f'dan l-Artikolu fir-rigward tal-ammont ta' batteriji li jitqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta' Stat Membru mill-produtturi li f'isimhom taġixxi. L-awtorità kompetenti għandha, f'intervalli regolari, tivverifika jekk il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 1, 3, 4 u 5 għadhomx jiġu ssodisfati. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffissaw id-dettalji tal-proċedura ta' awtorizzazzjoni u l-modalitajiet għall-verifika tal-konformità, inkluża l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-produtturi għal dak il-għan.
6.  Produttur jew organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li taġixxi f'ismu għandhom japplikaw għal awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti. L-awtorizzazzjoni għandha tingħata biss meta jintwera li l-miżuri stabbiliti mill-produttur jew mill-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jkunu biżżejjed u meta jkollu jew ikollha l-mezzi finanzjarji jew il-mezzi finanzjarji u organizzattivi neċessarji biex tissodisfa l-obbligi stabbiliti f'dan il-Kapitolu fir-rigward tal-ammont ta' batteriji li jitqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta' Stat Membru mill-produtturi li f'isimhom jaġixxu u jkunu konformi mal-kisba tal-miri rigward il-ġbir separat tal-iskart ta' batteriji, il-livell ta' riċiklaġġ u l-effiċjenzi tar-riċiklaġġ stabbiliti f'dan ir-Regolament. L-awtorità kompetenti għandha, f'intervalli regolari, u tal-anqas kull tliet snin, tivverifika jekk il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 1, 3, 4 u 5 għadhomx jiġu ssodisfati. L-awtorizzazzjoni tista' tiġi revokata meta l-miri tal-ġbir stabbiliti fl-Artikolu 48(4) jew l-Artikolu 48a(5) ma jintlaħqux jew jekk il-produttur jew l-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi tkun fi ksur tal-Artikolu 49(1), (2) jew (3).
Emenda 303
Proposta għal regolament
Artikolu 47 – paragrafu 6 – subparagrafu 2
L-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien bla bżonn dwar kwalunkwe bidla fl-informazzjoni li tinsab fl-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, dwar kwalunkwe bidla li tikkonċerna t-termini tal-awtorizzazzjoni u dwar il-waqfien permanenti tal-operazzjonijiet.
Il-produttur jew l-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'ismu għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien bla bżonn dwar kwalunkwe bidla fl-informazzjoni li tinsab fl-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, dwar kwalunkwe bidla li tikkonċerna t-termini tal-awtorizzazzjoni u dwar il-waqfien permanenti tal-operazzjonijiet.
Emenda 304
Proposta għal regolament
Artikolu 47 – paragrafu 9 – punt c
(c)  ir-rata ta' ġbir separat tal-iskart ta' batteriji, il-livell ta' riċiklaġġ u l-effiċjenzi tar-riċiklaġġ miksuba abbażi tal-ammont ta' batteriji li tqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba fl-Istat Membru mill-produtturi membri tagħhom;
(c)  ir-rata ta' ġbir separat tal-iskart ta' batteriji, il-livell ta' riċiklaġġ, l-effiċjenzi tar-riċiklaġġ u l-livelli ta' materjali rkuprati miksuba abbażi tal-ammont ta' batteriji li tqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba fl-Istat Membru mill-produtturi membri tagħhom;
Emenda 305
Proposta għal regolament
Artikolu 47 – paragrafu 9 – punt da (ġdid)
(da)  il-proċedura tal-għażla għall-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart.
Emenda 306
Proposta għal regolament
Artikolu 47 – paragrafu 10a (ġdid)
10a.  Meta operatur iwettaq użu mill-ġdid, adattament għal skop differenti jew manifattura mill-ġdid ta' batterija, ir-responsabbiltà estiża tal-produttur għal dik il-batterija għandha tiġi trasferita mill-produttur għal dak l-operatur.
Emenda 307
Proposta għal regolament
Artikolu 47 – paragrafu 13
13.  L-Artikoli 8 u 8a tad-Direttiva 2008/98/KE ma għandhomx japplikaw għall-batteriji.
13.  Ir-rekwiżiti dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur u dwar ir-rekwiżiti minimi ġenerali għall-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur previsti rispettivament fl-Artikolu 8a tad-Direttiva 2008/98/KE għandhom jitqiesu bħala rekwiżiti minimi u għandhom jiġu ssupplimentati bid-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.
Emenda 308
Proposta għal regolament
Artikolu 48 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Il-produtturi jew, fejn jinħatru f'konformità mal-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom, għandhom jiżguraw il-ġbir tal-iskart kollu ta' batteriji portabbli, irrispettivament min-natura, il-marka jew l-oriġini tagħhom fit-territorju ta' Stat Membru fejn huma jqiegħdu l-batteriji fis-suq għall-ewwel darba. Għal dak l-iskop, huma għandhom:
1.  Il-produtturi jew, meta jkunu maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom, għandhom jiżguraw il-ġbir separat tal-iskart kollu ta' batteriji portabbli, irrispettivament min-natura, il-kompożizzjoni kimika, il-marka jew l-oriġini tagħhom fit-territorju ta' Stat Membru fejn huma jqiegħdu l-batteriji fis-suq għall-ewwel darba. Għal dak l-iskop, huma għandhom:
Emenda 309
Proposta għal regolament
Artikolu 48 – paragrafu 1 – punt a
(a)  jistabbilixxu punti ta' ġbir tal-iskart ta' batteriji portabbli;
(a)  jistabbilixxu punti ta' teħid lura u ġbir tal-iskart ta' batteriji portabbli;
Emenda 310
Proposta għal regolament
Artikolu 48 – paragrafu 3
3.  L-utenti finali, meta jarmu l-iskart tal-batteriji portabbli fil-punti ta' ġbir imsemmija fil-paragrafu 2, ma għandhomx jintalbu jħallsu jew ikunu obbligati jixtru batterija ġdida.
3.  L-utenti finali għandhom ikunu jistgħu jarmu l-iskart ta' batteriji portabbli fil-punti ta' ġbir imsemmija fil-paragrafu 2 u m'għandhomx jintalbu jħallsu jew ikunu obbligati jixtru batterija ġdida jew li jkunu xtraw il-batterija mill-produtturi li jkunu stabbilew il-punti ta' ġbir.
Emenda 311
Proposta għal regolament
Artikolu 48 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
4.  Il-produtturi jew, fejn maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom, għandhom jilħqu, u jżommu b'mod durabbli, mill-inqas il-miri tal-ġbir li ġejjin ta' skart tal-batteriji portabbli, ikkalkolati bħala persentaġġi tal-batteriji portabbli, minbarra l-batteriji minn mezzi tat-trasport ħfief, li tqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba fi Stat Membru mill-produttur rispettiv jew b'mod kollettiv mill-produtturi koperti minn organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi:
4.  Il-produtturi jew, meta jkunu maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom, għandhom jilħqu, u jżommu kull sena, mill-inqas il-miri tal-ġbir li ġejjin ta' skart tal-batteriji portabbli, ikkalkolati bħala persentaġġi tal-batteriji portabbli, li tqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba fi Stat Membru mill-produttur rispettiv jew b'mod kollettiv mill-produtturi koperti minn organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi:
Emenda 312
Proposta għal regolament
Artikolu 48 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  Il-produtturi jew, meta jkunu maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom, għandhom jilħqu, u jżommu kull sena, mill-inqas il-miri tal-ġbir li ġejjin għal skart tal-batteriji portabbli ta' użu ġenerali, ikkalkolati bħala perċentwali tal-batteriji portabbli ta' użu ġenerali li tqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba fi Stat Membru mill-produttur rispettiv jew b'mod kollettiv mill-produtturi koperti minn organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi:
(a)  45 % sal-31 ta' Diċembru 2023;
(b)  70 % sal-31 ta' Diċembru 2025;
(c)  80 % sal-31 ta' Diċembru 2030.
Emenda 313
Proposta għal regolament
Artikolu 48a (ġdid)
Artikolu 48a
Ġbir ta' skart ta' batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief
1.  Il-produtturi jew, meta jkunu maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom, għandhom jiżguraw il-ġbir tal-iskart kollu ta' batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief irrispettivament min-natura, il-kompożizzjoni kimika, il-marka jew l-oriġini tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru fejn huma jqiegħdu l-batteriji fis-suq għall-ewwel darba.
2.  Il-produtturi ta' batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief jew, meta jkunu maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom, għandhom jieħdu lura, mingħajr ħlas u mingħajr obbligu fuq l-utent finali li jixtri batterija ġdida, jew li jkun xtara l-batterija mingħandhom, il-batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief, irrispettivament mill-kompożizzjoni kimika, il-marka jew l-oriġini tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru fejn huma jqiegħdu l-batteriji fis-suq għall-ewwel darba. Għal dak il-għan, huma għandhom jieħdu lura l-iskart ta' batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief mill-utenti finali jew minn punti ta' teħid lura u ġbir ipprovduti f'kooperazzjoni ma':
(a)  distributuri ta' batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief f'konformità mal-Artikolu 50(1);
(b)  operaturi indipendenti li jsewwu mezzi tat-trasport ħfief;
(c)  awtoritajiet pubbliċi jew partijiet terzi li jwettqu l-immaniġġar tal-iskart f'isimhom f'konformità mal-Artikolu 53.
3.  L-arranġamenti għat-teħid lura stabbiliti f'konformità mal-paragrafu 2 għandhom ikopru t-territorju kollu ta' Stat Membru filwaqt li jitqiesu d-daqs u d-densità tal-popolazzjoni, il-volum mistenni ta' skart ta' batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief, u l-aċċessibbiltà għall-utenti finali u l-qrubija tagħhom. L-arranġamenti ta' teħid lura ma għandhomx ikunu limitati għal żoni fejn il-ġbir u l-immaniġġar sussegwenti tal-iskart ta' batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief huma l-aktar profittabbli.
4.  L-utenti finali, meta jarmu l-iskart ta' batteriji ta' mezzi tat-trasport ħfief fil-punti ta' ġbir imsemmija fil-paragrafu 2, għandhom, fiċ-ċirkostanzi kollha, ikunu jistgħu jirritornaw kwalunkwe skart ta' batterija ta' mezzi tat-trasport ħfief fi kwalunkwe punt ta' ġbir u għandhom ikunu jistgħu jagħmlu dan mingħajr ħlas jew mingħajr l-obbligu li jixtru batterija ġdida.
5.  Il-produtturi jew, meta jkunu maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom, għandhom jilħqu, u jżommu kull sena, mill-inqas il-miri li ġejjin ta' ġbir ta' skart ta' batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief, ikkalkolati bħala persentaġġi tal-kwantitajiet ta' batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief, imqiegħda fis-suq għall-ewwel darba fi Stat Membru mill-produttur rispettiv jew b'mod kollettiv mill-produtturi koperti minn organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi:
(a)  75 % sal-31 ta' Diċembru 2025;
(b)  85 % sal-31 ta' Diċembru 2030.
Il-produtturi jew, meta jkunu maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom, għandhom jikkalkolaw ir-rata tal-ġbir imsemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-att delegat adottat f'konformità mal-Artikolu 55(2b).
6.  Il-punti ta' ġbir stabbiliti f'konformità mal-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta' reġistrazzjoni jew ta' permess tad-Direttiva 2008/98/KE.
7.  Il-produtturi jew, meta jkunu maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom jitolbu awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti li għandha tivverifika l-konformità tal-arranġamenti stabbiliti biex tiġi żgurata l-konformità ma' dan l-Artikolu. Fejn l-awtorizzazzjoni tintalab minn organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, it-talba għall-awtorizzazzjoni għandha tidentifika b'mod ċar il-produtturi membri attivi li tkun qed tirrappreżenta.
8.  L-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandha tiżgura li d-data fil-pussess tagħha fir-rigward tal-informazzjoni proprjetarja jew tal-informazzjoni attribwibbli direttament lill-produtturi individwali tibqa' kunfidenzjali. L-awtorità kompetenti tista' tistabbilixxi, fl-awtorizzazzjoni tagħha, il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati għal dak il-għan.
9.  L-awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 6 tista' tingħata biss meta jintwera, billi tiġi pprovduta evidenza dokumentata, li r-rekwiżiti tal-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu huma ssodisfati u li hemm l-arranġamenti kollha fis-seħħ biex tal-inqas il-mira tal-ġbir imsemmija fil-paragrafu 5 tkun tista' tintlaħaq u tinżamm għal żmien twil. Meta l-awtorizzazzjoni tintalab minn organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, din għandha tinkiseb bħala parti mill-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 47(6).
10.  L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi d-dettalji tal-proċedura għall-għoti tal-awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 7 biex tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 56. Dan għandu jinkludi r-rekwiżit ta' rapport ta' esperti indipendenti għal verifika ex ante tal-arranġamenti għall-ġbir skont dan l-Artikolu b'mod li tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti skont dan l-Artikolu. Dan għandu jinkludi wkoll il-perjodi ta' żmien għall-verifika tal-passi rispettivi u d-deċiżjoni li għandha tittieħed mill-awtorità kompetenti, li ma għandhomx jaqbżu s-sitt ġimgħat mill-preżentazzjoni ta' fajl tal-applikazzjoni komplet.
11.  L-awtorità kompetenti għandha tirrieżamina regolarment, u tal-inqas kull tliet snin, jekk il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 7 għadhomx jiġu ssodisfati. L-awtorizzazzjoni tista' tiġi revokata meta l-mira tal-ġbir stabbilita fil-paragrafu 4 ma tintlaħaqx jew il-produttur jew l-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jkunu fi ksur materjali tal-obbligi tagħhom skont il-paragrafi 1 sa 3.
12.  Il-produttur jew, meta jkunu maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), l-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li taġixxi f'ismu, għandhom jinnotifikaw minnufih lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe bidla fil-kundizzjonijiet koperti mill-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 7, bi kwalunkwe bidla li tikkonċerna t-termini tal-awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 8 u bil-waqfien permanenti tal-operazzjonijiet.
13.  Kull ħames snin l-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġ dwar il-kompożizzjoni tal-inqas fil-livell NUTS 2 tal-flussi tal-iskart muniċipali mħallat miġbur u tal-iskart ta' tagħmir elettriku u elettroniku miġbur, biex hekk jiġi ddeterminat is-sehem ta' skart ta' batteriji portabbli fl-iskart muniċipali mħallat. L-ewwel stħarriġ għandu jitwettaq sal-31 ta' Diċembru 2023. Abbażi tal-informazzjoni miksuba, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jesiġu, meta jagħtu jew jirrieżaminaw awtorizzazzjoni skont il-paragrafi 7 u 10, li l-produtturi ta' batteriji portabbli jew l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jieħdu azzjoni korrettiva biex iżidu n-network tagħhom tal-punti tal-ġbir konnessi u jwettqu kampanji ta' informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 60(1) b'mod proporzjonat mas-sehem tal-flussi tal-iskart ta' batteriji portabbli fil-flussi tal-iskart muniċipali mħallat u tal-iskart ta' tagħmir elettriku u elettroniku identifikat fl-istħarriġ.
Emenda 314
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 1 (ġdid)
-1.  Il-produtturi jew, meta jkunu maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom, għandhom jiżguraw il-ġbir tal-iskart kollu ta' batteriji awtomotivi, batteriji industrijali u batteriji tal-vetturi elettroniċi, irrispettivament min-natura, il-kompożizzjoni kimika, il-marka jew l-oriġini tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru fejn huma jqiegħdu l-batteriji fis-suq għall-ewwel darba.
Emenda 315
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
1.  Il-produtturi tal-batteriji awtomotivi, tal-batteriji industrijali u tal-batteriji tal-vetturi elettriċi jew, fejn maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, għandhom jieħdu lura, mingħajr ħlas u mingħajr obbligu fuq l-utent finali li jixtri batterija ġdida, u lanqas li jkun xtara l-batterija mingħandhom, l-iskart kollu tal-batteriji awtomotivi, tal-batteriji industrijali u tal-batteriji tal-vetturi elettriċi tat-tip rispettiv li huma jkunu qiegħdu fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta' dak l-Istat Membru. Għal dak l-għan, huma għandhom jaċċettaw li jieħdu lura l-iskart tal-batteriji awtomotivi, tal-batteriji industrijali u tal-batteriji tal-vetturi elettriċi mingħand l-utenti finali, jew mill-punti ta' ġbir ipprovduti b'kooperazzjoni ma':
1.  Il-produtturi tal-batteriji awtomotivi, tal-batteriji industrijali u tal-batteriji tal-vetturi elettriċi jew, meta jkunu maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, għandhom jieħdu lura, mingħajr ħlas u mingħajr obbligu fuq l-utent finali li jixtri batterija ġdida, u lanqas li jkun xtara l-batterija mingħandhom, l-iskart kollu tal-batteriji awtomotivi, tal-batteriji industrijali u tal-batteriji tal-vetturi elettriċi tat-tip rispettiv li huma jkunu qiegħdu fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta' dak l-Istat Membru. Għal dak il-għan, huma għandhom jaċċettaw li jieħdu lura l-iskart tal-batteriji awtomotivi, tal-batteriji industrijali u tal-batteriji tal-vetturi elettriċi mingħand l-utenti finali, jew mill-punti ta' teħid lura u ġbir ipprovduti b'kooperazzjoni ma':
Emenda 316
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa)  l-operaturi indipendenti li jwettqu użu mill-ġdid, manifattura mill-ġdid jew adattament għal skop differenti ta' batteriji awtomotivi, batteriji industrijali u batteriji tal-vetturi elettriċi;
Emenda 317
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Meta l-iskart tal-batteriji industrijali jkun jirrikjedi ż-żarmar minn qabel fil-bini tal-utenti privati u mhux kummerċjali, l-obbligu tal-produttur li jieħu lura dawk il-batteriji għandu jinkludi l-kopertura tal-ispejjeż taż-żarmar u tal-ġbir tal-iskart tal-batteriji fil-bini ta' dawk l-utenti.
Meta l-iskart ta' batteriji industrijali jkun jirrikjedi ż-żarmar minn qabel fil-bini tal-utenti privati u mhux kummerċjali, l-obbligu tal-produttur, jew, meta jkunu maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, li jieħu lura dawk il-batteriji għandu jinkludi l-kopertura tal-kostijiet taż-żarmar u tal-ġbir tal-iskart ta' batteriji fil-bini ta' dawk l-utenti.
Emenda 318
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 3 – punt a
(a)  jipprovdu lill-punti ta' ġbir imsemmija fil-paragrafu 1 b'infrastruttura tal-ġbir adegwata għall-ġbir separat tal-iskart ta' batteriji awtomotivi, batteriji industrijali u batteriji tal-vetturi elettriċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' sikurezza applikabbli u jkopru l-kostijiet meħtieġa mġarrba minn dawk il-punti ta' ġbir b'rabta mal-attivitajiet ta' teħid lura. Il-kontenituri għall-ġbir u l-ħażna temporanja ta' tali batteriji fil-punt tal-ġbir għandhom ikunu adegwati biex jipprovdu għall-volum u n-natura perikoluża tal-iskart ta' batteriji awtomotivi, batteriji industrijali u batteriji tal-vetturi elettriċi li x'aktarx jinġabru minn dawk il-punti ta' ġbir;
(a)  jipprovdu lill-punti ta' teħid lura u ġbir imsemmija fil-paragrafu 1 b'infrastruttura tal-ġbir adegwata għall-ġbir separat tal-iskart ta' batteriji awtomotivi, batteriji industrijali u batteriji tal-vetturi elettriċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' sikurezza applikabbli u jkopru l-kostijiet meħtieġa mġarrba minn dawk il-punti ta' teħid lura u ġbir b'rabta mal-attivitajiet ta' teħid lura. Il-kontenituri għall-ġbir u l-ħażna temporanja ta' tali batteriji fil-punt tal-ġbir għandhom ikunu adegwati biex jipprovdu għall-volum u n-natura perikoluża tal-iskart ta' batteriji awtomotivi, batteriji industrijali u batteriji tal-vetturi elettriċi li x'aktarx jinġabru minn dawk il-punti ta' teħid lura u ġbir;
Emenda 319
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  L-Istati Membri għandhom jiġbru informazzjoni, inklużi stimi sostanzjati, fuq bażi annwali, dwar il-kwantitajiet u l-kategoriji ta' batteriji awtomotivi, batteriji industrijali u batteriji tal-vetturi elettriċi mqiegħda fis-swieq tagħhom, disponibbli għall-ġbir meta mqabbla mal-ammonti miġbura permezz tar-rotot kollha, ippreparati għall-użu mill-ġdid, riċiklati u rkuprati fl-Istat Membru, u dwar batteriji f'vetturi/prodotti industrijali esportati, skont il-piż u skont il-kompożizzjoni kimika.
Emenda 320
Proposta għal regolament
Artikolu 50 – paragrafu 1
1.  Id-distributuri għandhom jieħdu lura l-iskart ta' batteriji mingħand l-utent finali mingħajr ħlas u mingħajr obbligu li jixtru batterija ġdida, irrispettivament mill-kompożizzjoni kimika jew l-oriġini tagħhom. It-teħid lura għall-batteriji portabbli għandu jiġi pprovdut fl-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut tagħhom jew fil-viċinanza immedjata tiegħu. It-teħid lura għall-iskart ta' batteriji awtomotivi, batteriji industrijali u batteriji tal-vetturi elettriċi għandu jiġi pprovdut fl-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut tagħhom jew fil-viċinanza immedjata tiegħu. Dan l-obbligu huwa limitat għat-tipi ta' skart ta' batteriji li d-distributur għandu, jew kellu, bħal batteriji ġodda fl-offerta tiegħu u, għal batteriji portabbli, għall-kwantità li normalment jarmu l-utenti finali mhux professjonali.
1.  Id-distributuri għandhom jieħdu lura l-iskart ta' batteriji mingħand l-utent finali mingħajr ħlas jew mingħajr obbligu li jkun xtara l-batterija mill-istess distributur, irrispettivament mill-kompożizzjoni kimika jew l-oriġini tagħhom. It-teħid lura għall-batteriji portabbli għandu jiġi pprovdut fl-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut tagħhom jew fil-viċinanza immedjata tiegħu. It-teħid lura għall-iskart ta' batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief, batteriji awtomotivi, batteriji industrijali u batteriji tal-vetturi elettriċi għandu jiġi pprovdut fl-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut tagħhom jew fil-viċinanza tiegħu. Dan l-obbligu huwa limitat għat-tipi ta' skart ta' batteriji li d-distributur għandu, jew kellu, bħal batteriji ġodda fl-offerta tiegħu u, għal batteriji portabbli, għall-kwantità li normalment jarmu l-utenti finali mhux professjonali.
Emenda 321
Proposta għal regolament
Artikolu 50 – paragrafu 3
3.  Id-distributuri għandhom jgħaddu l-iskart ta' batteriji li jkunu ħadu lura lill-produtturi jew lill-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li huma responsabbli għall-ġbir ta' dawk il-batteriji f'konformità mal-Artikoli 48 u 49, rispettivament, jew lil operatur tal-immaniġġar tal-iskart bil-ħsieb tat-trattament u r-riċiklaġġ tagħhom f'konformità mal-Artikolu 56.
3.  Id-distributuri għandhom jgħaddu l-iskart ta' batteriji li jkunu ħadu lura lill-produtturi jew lill-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li huma responsabbli għall-ġbir ta' dawk il-batteriji f'konformità mal-Artikoli 48, 48a u 49, rispettivament, jew lil operatur tal-immaniġġar tal-iskart bil-ħsieb tat-trattament u r-riċiklaġġ tagħhom f'konformità mal-Artikolu 56. L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu l-possibbiltà għad-distributuri li jgħaddu skart ta' batteriji, skont it-tip tagħhom, lill-produtturi jew lill-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, jew lill-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali restrizzjonijiet ma jkollhomx impatt negattiv fuq is-sistemi ta' ġbir u ta' riċiklaġġ.
Emenda 322
Proposta għal regolament
Artikolu 50 – paragrafu 4
4.  L-obbligi skont dan l-Artikolu għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-operaturi li jfornixxu l-batteriji permezz ta' kuntratti mill-bogħod lill-utenti finali. Dawk l-operaturi għandhom jipprevedu għadd suffiċjenti ta' punti ta' ġbir li jkopru t-territorju kollu ta' Stat Membru u b'kont meħud tad-daqs u d-densità tal-popolazzjoni, il-volum mistenni tal-iskart ta' batteriji awtomotivi, batteriji industrijali u batteriji ta' vetturi elettriċi, l-aċċessibbiltà u l-qrubija għall-utenti finali li jippermettu lill-utenti finali jirritornaw il-batteriji.
4.  L-obbligi skont dan l-Artikolu għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-operaturi li jfornixxu l-batteriji permezz ta' kuntratti mill-bogħod lill-utenti finali. Dawk l-operaturi għandhom jipprevedu għadd suffiċjenti ta' punti ta' ġbir li jkopru t-territorju kollu ta' Stat Membru u b'kont meħud tad-daqs u d-densità tal-popolazzjoni, il-volum mistenni tal-iskart ta' batteriji portabbli, għal mezzi tat-trasport ħfief, awtomotivi, industrijali u tal-vetturi elettriċi, l-aċċessibbiltà u l-qrubija għall-utenti finali li jippermettu lill-utenti finali jirritornaw il-batteriji.
Emenda 323
Proposta għal regolament
Artikolu 50 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  Fil-każ ta' bejgħ bil-kunsinna, id-distributuri għandhom joffru li jieħdu lura l-batteriji mingħajr ħlas. Meta jordna batterija, l-utent finali tal-batterija għandu jiġi infurmat dwar l-arranġamenti għat-teħid lura tal-batterija użata.
Emenda 324
Proposta għal regolament
Artikolu 50a (ġdid)
Artikolu 50a
Sistemi ta' ritorn ta' depożitu għall-batteriji
Sal-31 ta' Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-fattibbiltà u l-benefiċċji potenzjali tal-istabbiliment ta' sistemi ta' depożitu għar-ritorn ta' batteriji fl-Unjoni kollha, b'mod partikolari għall-batteriji portabbli ta' użu ġenerali. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha tikkunsidra li tieħu l-miżuri xierqa, inkluża l-adozzjoni ta' proposti leġiżlattivi. L-Istati Membri, meta jimplimentaw sistemi nazzjonali ta' ritorn tad-depożitu għall-batteriji, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawk il-miżuri. Is-sistemi nazzjonali ta' ritorn tad-depożiti ma għandhomx jipprevjenu l-adozzjoni ta' sistemi armonizzati fl-Unjoni kollha.
Emenda 325
Proposta għal regolament
Artikolu 51 – paragrafu 2
2.  L-utenti finali għandhom jarmu l-iskart ta' batteriji f'punti ta' ġbir separat magħżula stabbiliti minn jew f'konformità mal-arranġamenti speċifiċi konklużi mal-produttur jew ma' organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, f'konformità mal-Artikoli 48 u 49.
2.  L-utenti finali għandhom jarmu l-iskart ta' batteriji f'punti ta' ġbir separat magħżula stabbiliti minn jew f'konformità mal-arranġamenti speċifiċi konklużi mal-produttur jew ma' organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, f'konformità mal-Artikoli 48, 48a u 49.
Emenda 326
Proposta għal regolament
Artikolu 52 – paragrafu 1
L-operaturi tal-faċilitajiet għat-trattament tal-iskart soġġetti għad-Direttivi 2000/53/KE u 2012/19/UE għandhom jgħaddu l-iskart ta' batteriji li jirriżulta mit-trattament ta' vetturi li ma għadhomx jintużaw u l-iskart ta' tagħmir elettriku u elettroniku lill-produtturi tal-batteriji rilevanti jew, fejn maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2) ta' dan ir-Regolament, lill-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom jew lill-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart bil-ħsieb tat-trattament u r-riċiklaġġ tagħhom f'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 56 ta' dan ir-Regolament. L-operaturi tal-faċilitajiet tat-trattament tal-iskart għandhom iżommu rekords ta' dawk it-tranżazzjonijiet.
L-operaturi tal-faċilitajiet għat-trattament tal-iskart soġġetti għad-Direttivi 2000/53/KE u 2012/19/UE għandhom jgħaddu l-iskart ta' batteriji li jirriżulta mit-trattament ta' vetturi li ma għadhomx jintużaw u l-iskart ta' tagħmir elettriku u elettroniku lill-produtturi tal-batteriji rilevanti jew, meta jkunu maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2) ta' dan ir-Regolament, lill-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom jew lill-operaturi awtorizzati tal-immaniġġar tal-iskart bil-ħsieb tat-trattament u r-riċiklaġġ tagħhom f'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 56 ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu l-possibbiltà għall-operaturi ta' faċilitajiet għat-trattament tal-iskart soġġetti għad-Direttiva 2000/53/KE jew għad-Direttiva 2012/19/UE li jgħaddu batteriji tal-iskart, skont it-tip tagħhom, jew lil produtturi jew lil organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, jew lil operatur ieħor tal-immaniġġar tal-iskart. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali restrizzjonijiet ma jkollhomx impatt negattiv fuq is-sistemi ta' ġbir u ta' riċiklaġġ. L-operaturi tal-faċilitajiet tat-trattament tal-iskart għandhom iżommu rekords ta' dawk it-tranżazzjonijiet.
Emenda 327
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 1
1.  L-iskart ta' batteriji li joriġina minn utenti privati u mhux kummerċjali jista' jintrema f'punti tal-ġbir separat stabbiliti minn awtoritajiet pubbliċi tal-immaniġġar tal-iskart.
1.  L-iskart ta' batteriji li joriġina minn utenti privati u mhux kummerċjali jista' jintrema f'punti tal-ġbir separat stabbiliti minn awtoritajiet pubbliċi tal-immaniġġar tal-iskart. Meta stabbiliti għal tip ta' batterija speċifiku, l-awtoritajiet pubbliċi tal-immaniġġar tal-iskart ma għandhom jirrifjutaw it-teħid lura ta' ebda skart ta' batteriji ta' dak it-tip, inklużi batteriji użati mill-ġdid, adattati għal skop differenti u manifatturati mill-ġdid.
Emenda 328
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 2
2.  L-awtoritajiet pubbliċi tal-immaniġġar tal-iskart għandhom jgħaddu l-iskart ta' batteriji miġbur lill-produtturi jew, fejn maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), lill-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom, jew lill-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart bil-ħsieb tat-trattament u r-riċiklaġġ ta' dak l-iskart ta' batteriji f'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 56 jew iwettqu t-trattament u r-riċiklaġġ tagħhom huma stess f'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 56.
2.  L-awtoritajiet pubbliċi tal-immaniġġar tal-iskart għandhom jgħaddu l-iskart ta' batteriji miġbur lill-produtturi jew, meta jkunu maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), lill-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom, jew lill-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart bil-ħsieb tat-trattament u r-riċiklaġġ ta' dak l-iskart ta' batteriji f'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 56 jew iwettqu t-trattament u r-riċiklaġġ tagħhom huma stess f'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 56. L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu l-kapaċità tal-awtoritajiet pubbliċi tal-immaniġġar tal-iskart li jgħaddu l-iskart ta' batteriji, skont it-tip tagħhom, jew lill-produtturi jew lill-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, jew lil operatur tal-immaniġġar tal-iskart, jew li jwettqu t-trattament u r-riċiklaġġ tagħhom huma stess. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali restrizzjonijiet ma jkollhomx impatt negattiv fuq is-sistemi ta' ġbir u ta' riċiklaġġ.
Emenda 329
Proposta għal regolament
Artikolu 54 – paragrafu 1
Il-punti tal-ġbir volontarji tal-iskart ta' batteriji portabbli għandhom jgħaddu l-iskart ta' batteriji portabbli lill-produtturi tal-batteriji portabbli jew lil partijiet terzi li jaġixxu f'isimhom, inklużi organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, jew lill-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart bil-ħsieb tat-trattament u r-riċiklaġġ tagħhom f'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 56.
Il-punti tal-ġbir volontarji tal-iskart ta' batteriji portabbli għandhom jgħaddu l-iskart ta' batteriji portabbli lill-produtturi tal-batteriji portabbli jew lil partijiet terzi li jaġixxu f'isimhom, inklużi organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, jew lill-operaturi awtorizzati tal-immaniġġar tal-iskart bil-ħsieb tat-trattament u r-riċiklaġġ tagħhom f'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 56. L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu l-kapaċità għall-punti tal-ġbir volontarji tal-iskart ta' batteriji portabbli li jgħaddu dak l-iskart ta' batteriji portabbli jew lill-produtturi jew lill-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, jew lil operatur tal-immaniġġar tal-iskart. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali restrizzjonijiet ma jkollhomx impatt negattiv fuq is-sistemi ta' ġbir u ta' riċiklaġġ.
Emenda 330
Proposta għal regolament
Artikolu 55 – titolu
Ir-rati tal-ġbir għall-iskart ta' batteriji portabbli
Ir-rati tal-ġbir għall-iskart ta' batteriji portabbli u għall-iskart ta' batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief
Emenda 331
Proposta għal regolament
Artikolu 55 – paragrafu 1 – punt b
(b)  65 % sal-31 ta' Diċembru 2025;
(b)  70 % sal-31 ta' Diċembru 2025;
Emenda 332
Proposta għal regolament
Artikolu 55 – paragrafu 1 – punt c
(c)  70 % sal-31 ta' Diċembru 2030.
(c)  80 % sal-31 ta' Diċembru 2030.
Emenda 333
Proposta għal regolament
Artikolu 55 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  L-Istati Membri għandhom jilħqu l-miri minimi ta' ġbir li ġejjin għall-iskart ta' batteriji portabbli ta' użu ġenerali:
(a)  45 % sal-31 ta' Diċembru 2023;
(b)  70 % sal-31 ta' Diċembru 2025;
(c)  80 % sal-31 ta' Diċembru 2030.
Emenda 334
Proposta għal regolament
Artikolu 55 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  L-Istati Membri għandhom jilħqu l-miri minimi ta' ġbir li ġejjin għall-iskart ta' batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief:
(a)  75 % sal-31 ta' Diċembru 2025;
(b)  85 % sal-31 ta' Diċembru 2030.
Emenda 335
Proposta għal regolament
Artikolu 55 – paragrafu 2b (ġdid)
2b.  Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2023, tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 73 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-kalkolu u l-verifika tal-miri tal-ġbir għall-iskart ta' batteriji għal mezzi tat-trasport ħfief bil-ħsieb li tiġi riflessa l-kwantità ta' skart ta' batteriji disponibbli għall-ġbir.
Emenda 336
Proposta għal regolament
Artikolu 55 – paragrafu 3
3.  Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2030, tirrieżamina l-mira stabbilita fil-paragrafu 1(c) u, bħala parti minn dak ir-rieżami tikkunsidra l-istabbiliment ta' mira tal-ġbir għall-batteriji li jħaddmu mezzi ħfief ta' trasport, fid-dawl tal-evoluzzjoni tas-sehem mis-suq, bħala mira separata jew bħala parti minn reviżjoni tal-mira stabbilita fil-paragrafu 1(c) u fl-Artikolu 48(4). Dan ir-rieżami jista' jikkunsidra wkoll l-introduzzjoni ta' metodoloġija ta' kalkolu sabiex tiġi kkalkolata r-rata ta' ġbir separat bil-ħsieb li tkun tirrifletti l-kwantità ta' skart ta' batteriji disponibbli għall-ġbir. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-eżitu tar-rieżami akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva.
3.  Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2024, tirrieżamina l-mira stabbilita fil-paragrafu 1(c).Dan ir-rieżami għandu jikkunsidra wkoll l-introduzzjoni ta' metodoloġija ta' kalkolu sabiex tiġi kkalkolata r-rata ta' ġbir separat bil-ħsieb li tkun tirrifletti l-kwantità ta' skart ta' batteriji portabbli disponibbli għall-ġbir. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-eżitu tar-rieżami akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva.
Emenda 337
Proposta għal regolament
Artikolu 55 – paragrafu 4
4.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 73 biex temenda l-metodoloġija għall-kalkolu tar-rata tal-ġbir għall-batteriji portabbli stipulata fl-Anness XI.
imħassar
Emenda 338
Proposta għal regolament
Artikolu 56 – paragrafu 1
1.  L-iskart ta' batteriji miġbur ma għandux jintrema f'miżbla jew jiġi inċinerat.
1.  L-iskart ta' batteriji miġbur ma għandux jintrema jew ikun soġġett għal operazzjoni ta' rkupru tal-enerġija.
Emenda 339
Proposta għal regolament
Artikolu 56 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu skemi ta' inċentivi għall-operaturi ekonomiċi li jiksbu rendimenti ogħla mil-limiti rispettivi stabbiliti fil-Partijiet B u C tal-Anness XII.
Emenda 340
Proposta għal regolament
Artikolu 57 – paragrafu 1
1.  L-iskart ta' batteriji kollu miġbur għandu jidħol fi proċess ta' riċiklaġġ.
1.  L-iskart ta' batteriji kollu miġbur għandu jgħaddi minn preparazzjoni għal użu mill-ġdid, preparazzjoni għal adattament għal skop differenti jew proċess ta' riċiklaġġ, ħlief il-batteriji li jkun fihom il-merkurju, li għandhom jintremew b'mod li ma jinvolvi l-ebda impatt negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent.
Emenda 341
Proposta għal regolament
Artikolu 57 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Sabiex jingħata lok għal rapportar u separazzjoni xierqa tal-iskart ta' batteriji tal-jon tal-litju, il-Kummissjoni għandha tinkludi l-iskart ta' batteriji tal-jon tal-litju fil-lista tal-iskart imsemmija fid-Deċiżjoni 2000/532/KE kif xieraq.
Emenda 342
Proposta għal regolament
Artikolu 57 – paragrafu 4
4.  Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2023, tadotta att ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-kalkolu u l-verifika tal-effiċjenzi tar-riċiklaġġ u l-irkupru tal-materjali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 74(3).
4.  Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2023, tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 73 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-kalkolu u l-verifika tal-effiċjenzi tar-riċiklaġġ u l-irkupru tal-materjali.
Emenda 343
Proposta għal regolament
Artikolu 57 – paragrafu 5
5.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 73 biex temenda l-livelli minimi ta' materjali rkuprati għall-iskart ta' batteriji stipulati fl-Anness XII, il-Partijiet B u Ċ, fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku u t-teknoloġiji ġodda emerġenti fl-immaniġġar tal-iskart.
5.  Sal-31 ta' Diċembru 2027, il-Kummissjoni għandha tevalwa u tippreżenta rapport dwar il-progress li sar fir-rigward tal-effiċjenzi tar-riċiklaġġ u l-livelli ta' materjali rkuprati għall-iskart ta' batteriji stipulati fil-Partijiet B u C tal-Anness XII, fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku u t-teknoloġiji ġodda emerġenti fl-immaniġġar tal-iskart. Jekk ikun xieraq, dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva biex jiżdiedu l-effiċjenzi minimi tar-riċiklaġġ u l-livelli minimi ta' materjali rkuprati.
Emenda 344
Proposta għal regolament
Artikolu 57 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 73, biex testendi l-lista ta' materjali u kompożizzjonijiet kimiċi tal-batteriji stipulata fil-Partijiet B u C tal-Anness XII, fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku u t-teknoloġiji ġodda emerġenti fl-immaniġġar tal-iskart.
Emenda 345
Proposta għal regolament
Artikolu 58 – paragrafu 1
1.  It-trattament u r-riċiklaġġ jistgħu jitwettqu barra l-Istat Membru kkonċernat jew barra l-Unjoni, sakemm il-vjeġġ tal-iskart ta' batteriji jkun konformi mar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u mar-Regolament (KE) Nru 1418/2007.
1.  It-trattament, il-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, il-preparazzjoni għal adattament għal skop differenti u r-riċiklaġġ jistgħu jitwettqu barra l-Istat Membru kkonċernat jew barra l-Unjoni, sakemm il-vjeġġ tal-iskart ta' batteriji jkun konformi mar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u mar-Regolament (KE) Nru 1418/2007.
Emenda 346
Proposta għal regolament
Artikolu 58 – paragrafu 2
2.  L-iskart ta' batteriji esportat barra mill-Unjoni f'konformità mal-paragrafu 1 għandu jingħadd biss lejn l-issodisfar tal-obbligi, tal-effiċjenzi u tal-miri stabbiliti fl-Artikolu 56 u fl-Artikolu 57 jekk ir-riċiklatur jew detentur tal-iskart ieħor li jesporta l-iskart ta' batteriji għat-trattament u r-riċiklaġġ ikun jista' juri bil-provi li t-trattament seħħ f'kundizzjonijiet li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
2.  L-iskart ta' batteriji esportat barra mill-Unjoni f'konformità mal-paragrafu 1 għandu jingħadd biss lejn l-issodisfar tal-obbligi, tal-effiċjenzi u tal-miri stabbiliti fl-Artikolu 56 u fl-Artikolu 57 jekk ir-riċiklatur jew detentur tal-iskart ieħor li jesporta l-iskart ta' batteriji għat-trattament, il-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, il-preparazzjoni għal adattament għal skop differenti u r-riċiklaġġ jipprovdi evidenza dokumentata approvata mill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni li t-trattament seħħ f'kundizzjonijiet li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u għar-rekwiżiti rilevanti ta' protezzjoni ambjentali u tas-saħħa tal-bniedem f'leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni.
Emenda 347
Proposta għal regolament
Artikolu 58 – paragrafu 3
3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat, f'konformità mal-Artikolu 73, li jistabbilixxi regoli dettaljati li jissupplimentaw dawk fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, billi jistabbilixxu l-kriterji għall-valutazzjoni ta' kundizzjonijiet ekwivalenti.
3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat, f'konformità mal-Artikolu 73, li jistabbilixxi regoli dettaljati li jissupplimentaw dawk fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, billi tistabbilixxi l-kriterji għall-valutazzjoni ta' kundizzjonijiet ekwivalenti, mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2023.
Emenda 348
Proposta għal regolament
Artikolu 59 – titolu
Rekwiżiti relatati mal-adattament għal skop differenti u l-manifattura mill-ġdid tal-batteriji industrijali u l-batteriji tal-vetturi elettriċi
Rekwiżiti relatati mal-adattament għal skop ġdid u l-manifattura mill-ġdid tal-batteriji ta' mezzi ta' trasport ħfief, tal-batteriji industrijali u l-batteriji tal-vetturi elettriċi
Emenda 349
Proposta għal regolament
Artikolu 59 – paragrafu 1
1.  L-operaturi indipendenti għandhom jingħataw aċċess għas-sistema ta' ġestjoni tal-batterija tal-batteriji industrijali rikarikabbli u tal-batteriji tal-vetturi elettriċi b'memorja interna b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh, b'termini u kundizzjonijiet ugwali, għall-fini tal-valutazzjoni u d-determinazzjoni tal-istat tas-saħħa u tat-tul tal-ħajja li jkun jifdal tal-batteriji, skont il-parametri stipulati fl-Anness VII.
1.  L-operaturi indipendenti għandhom jingħataw aċċess read-only għas-sistema ta' ġestjoni tal-batterija tal-batteriji għal mezzi ta' trasport ħfief, u tal-batteriji fi ħdan sistemi għall-ħażna tal-enerġija f'batteriji stazzjonarji u l-batteriji tal-vetturi elettriċi, u f'batteriji portabbli li jinkludu sistema ta' ġestjoni tal-batterija, b'termini u kundizzjonijiet ugwali, għall-fini tal-valutazzjoni u d-determinazzjoni tal-istat tas-saħħa u tat-tul tal-ħajja li jkun jifdal tal-batteriji, skont il-parametri stipulati fl-Anness VII.
Emenda 350
Proposta għal regolament
Artikolu 59 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Is-sistemi għall-ħżin tal-enerġija f'batteriji stazzjonarji u l-batteriji tal-vetturi elettriċi kollha użati għandhom jiġu vvalutati sabiex jiġi ddeterminat jekk ikunux adatti għall-użu mill-ġdid, l-adattament għal skop differenti jew il-manifattura mill-ġdid. Jekk il-valutazzjoni turi li tali batteriji jkunu adatti għall-użu mill-ġdid, dawn għandhom jerġgħu jintużaw. Jekk il-valutazzjoni turi li ma jkunux adatti għall-użu mill-ġdid, iżda jkunu adatti għal adattament għal skop differenti jew għall-manifattura mill-ġdid, dawn għandhom jiġu adattati għal skop differenti jew jiġu manifatturati mill-ġdid.
Emenda 351
Proposta għal regolament
Artikolu 59 – paragrafu 2
2.  L-operaturi indipendenti li jwettqu operazzjonijiet ta' adattament għal skop differenti jew manifattura mill-ġdid għandhom jingħataw aċċess adegwat b'termini u kundizzjonijiet ugwali, għall-informazzjoni rilevanti għall-immaniġġar u l-ittestjar tal-batteriji industrijali rikarikabbli u tal-batteriji tal-vetturi elettriċi, jew tal-apparat u l-vetturi li fihom ikunu inkorporati tali batteriji, kif ukoll tal-komponenti ta' tali batteriji, apparat jew vetturi, inklużi l-aspetti ta' sikurezza.
2.  L-operaturi indipendenti li jwettqu operazzjonijiet ta' preparazzjoni għal adattament għal skop differenti, adattament għal skop differenti jew manifattura mill-ġdid għandhom jingħataw aċċess adegwat b'termini u kundizzjonijiet ugwali, għall-informazzjoni rilevanti għall-immaniġġar u l-ittestjar tal-batteriji ta' mezzi ta' trasport ħfief, tal-batteriji industrijali u tal-batteriji tal-vetturi elettriċi, jew tal-apparat u l-vetturi li fihom ikunu inkorporati tali batteriji, kif ukoll tal-komponenti ta' tali batteriji, apparat jew vetturi, inklużi l-aspetti ta' sikurezza.
Emenda 352
Proposta għal regolament
Artikolu 59 – paragrafu 3
3.  L-operaturi li jwettqu operazzjonijiet ta' adattament għal skop differenti jew manifattura mill-ġdid tal-batteriji għandhom jiżguraw li l-eżami, l-ittestjar tal-prestazzjoni, l-ippakkjar u l-vjeġġ tal-batteriji u tal-komponenti tagħhom jitwettqu wara kontroll tal-kwalità adegwat u skont l-istruzzjonijiet dwar is-sikurezza.
3.  L-operaturi li jwettqu operazzjonijiet ta' preparazzjoni għal adattament għal skop differenti, adattament għal skop differenti jew manifattura mill-ġdid tal-batteriji għandhom jiżguraw li l-eżami, l-ittestjar tal-prestazzjoni u tas-sikurezza, l-ippakkjar u l-vjeġġ tal-batteriji u tal-komponenti tagħhom jitwettqu wara kontroll tal-kwalità adegwat u skont l-istruzzjonijiet dwar is-sikurezza.
Emenda 353
Proposta għal regolament
Artikolu 59 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
4.  L-operaturi li jwettqu operazzjonijiet ta' adattament għal skop differenti jew manifattura mill-ġdid tal-batteriji għandhom jiżguraw li l-batterija adattata għal skop differenti jew manifatturata mill-ġdid tkun konformi ma' dan ir-Regolament, mar-rekwiżiti relevanti tal-prodott, dawk ambjentali u tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem f'leġiżlazzjoni oħra u mar-rekwiżiti tekniċi għall-iskop speċifiku tal-użu tagħha meta titqiegħed fis-suq.
4.  L-operaturi li jwettqu operazzjonijiet ta' preparazzjoni għal adattament għal skop differenti, adattament għal skop differenti jew manifattura mill-ġdid tal-batteriji għandhom jiżguraw li l-batterija adattata għal skop differenti jew manifatturata mill-ġdid tkun konformi ma' dan ir-Regolament, mar-rekwiżiti relevanti tal-prodott, dawk ambjentali u tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem f'leġiżlazzjoni oħra u mar-rekwiżiti tekniċi għall-iskop speċifiku tal-użu tagħha meta titqiegħed fis-suq.
Emenda 354
Proposta għal regolament
Artikolu 59 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
Batterija li tkun ġiet adattata għal skop differenti jew manifatturata mill-ġdid ma għandhiex tkun soġġetta għall-obbligi stipulati fl-Artikolu 7(1), (2) u (3), fl-Artikolu 8(1), (2) u (3), fl-Artikolu 10(1) u (2) u fl-Artikolu 39(1) fejn l-operatur ekonomiku li jqiegħed fis-suq batterija adattata għal skop differenti jew manifatturata mill-ġdid jista' juri li l-batterija, qabel l-adattament tagħha għal skop differenti jew il-manifattura mill-ġdid tagħha, tqiegħdet fis-suq qabel id-dati li fihom dawk l-obbligi jsiru applikabbli f'konformità ma' dawk l-Artikoli.
Batterija li tkun ġiet adattata għal skop differenti jew manifatturata mill-ġdid ma għandhiex tkun soġġetta għall-obbligi stipulati fl-Artikolu 7(1), (2) u (3), fl-Artikolu 8(1), (2) u (3) u fl-Artikolu 39(1), fejn l-operatur ekonomiku li jqiegħed fis-suq batterija adattata għal skop differenti jew manifatturata mill-ġdid jista' juri li l-batterija, qabel l-adattament tagħha għal skop differenti jew il-manifattura mill-ġdid tagħha, tqiegħdet fis-suq qabel id-dati li fihom dawk l-obbligi jsiru applikabbli f'konformità ma' dawk l-Artikoli.
Emenda 355
Proposta għal regolament
Artikolu 59 – paragrafu 4 – subparagrafu 2a (ġdid)
L-operaturi li jqiegħdu batteriji adattati għal skop differenti jew manifatturati mill-ġdid fis-suq għandhom jiġu kkunsidrati bħala l-produttur il-ġdid tal-batterija u għalhekk ikunu rreġistrati skont l-Artikolu 46 u għandu jkollhom responsabbiltà estiża tal-produttur f'konformità mal-Artikolu 47.
Emenda 356
Proposta għal regolament
Artikolu 59 – paragrafu 5 – parti introduttorja
5.  Sabiex jiddokumenta li l-iskart ta' batterija, soġġetta għal operazzjoni ta' adattament għal skop differenti jew ta' manifatturata mill-ġdid, ma għadux skart, is-sid tal-batterija għandu juri dan li ġej fuq talba ta' awtorità kompetenti:
5.  Sabiex jiddokumentaw li l-iskart ta' batterija, soġġetta għal operazzjoni ta' adattament għal skop differenti jew ta' manifattura mill-ġdid, ma għadux skart, l-operaturi li jwettqu operazzjonijiet ta' adattament għal skop differenti jew manifattura mill-ġdid għandhom juru dan li ġej fuq talba ta' awtorità kompetenti:
Emenda 357
Proposta għal regolament
Artikolu 60 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a
(a)  il-kontribut tal-utenti finali għall-prevenzjoni tal-iskart, inkluż permezz ta' informazzjoni dwar prattiki tajbin rigward l-użu tal-batteriji, bl-għan li jiġu estiżi l-fażi tal-użu tagħhom u l-possibbiltajiet ta' preparazzjoni għal użu mill-ġdid;
(a)  il-kontribut tal-utenti finali għall-prevenzjoni tal-iskart, inkluż permezz ta' informazzjoni dwar prattiki tajbin u rakkomandazzjonijiet rigward l-użu tal-batteriji, bl-għan li jiġu estiżi l-fażi tal-użu tagħhom u l-possibbiltajiet ta' użu mill-ġdid, preparazzjoni għal użu mill-ġdid, preparazzjoni għal adattament għal skop differenti, adattament għal skop differenti u manifattura mill-ġdid;
Emenda 358
Proposta għal regolament
Artikolu 60 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c
(c)  il-ġbir separat, il-preparazzjoni għal użu mill-ġdid u s-sistemi ta' riċiklaġġ disponibbli għall-iskart ta' batteriji;
(c)  is-sistemi ta' ġbir separat, punti ta' teħid lura u ġbir, il-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, il-preparazzjoni għal adattament għal skop differenti, l-adattament għal skop differenti, il-manifattura mill-ġdid u r-riċiklaġġ disponibbli għall-iskart ta' batteriji;
Emenda 359
Proposta għal regolament
Artikolu 60 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt f
(f)  l-impatt tas-sustanzi li jinsabu fil-batteriji fuq l-ambjent u fuq is-saħħa tal-bniedem, inkluż l-impatt minħabba r-rimi mhux xieraq tal-iskart ta' batteriji, bħal rimi tal-iskart jew rimi bħala skart muniċipali mhux isseparat.
(f)  l-impatt tas-sustanzi, partikolarment tas-sustanzi perikolużi, li jinsabu fil-batteriji fuq l-ambjent u fuq is-saħħa tal-bniedem, inkluż l-impatt minħabba r-rimi mhux xieraq tal-iskart ta' batteriji, bħal rimi tal-iskart jew rimi bħala skart muniċipali mhux isseparat.
Emenda 360
Proposta għal regolament
Artikolu 60 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b
(b)  b'lingwa li tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħrajn, kif iddeterminata mill-Istat Membru kkonċernat.
(b)  b'lingwa li tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħrajn, u aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità skont id-Direttiva (UE) 2019/882, kif iddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat.
Emenda 361
Proposta għal regolament
Artikolu 60 – paragrafu 2
2.  Il-produtturi għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tad-distributuri u tal-operaturi msemmija fl-Artikoli 50, 52 u 53 u ta' operaturi oħrajn tal-immaniġġar tal-iskart li jwettqu l-attivitajiet ta' tiswija, manifattura mill-ġdid, preparazzjoni għal użu mill-ġdid, trattament u riċiklaġġ informazzjoni rigward il-miżuri ta' sikurezza u ta' protezzjoni, inkluż dwar is-sikurezza okkupazzjonali, applikabbli għall-ħażna u l-ġbir tal-iskart ta' batteriji.
2.  Il-produtturi għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tad-distributuri u tal-operaturi msemmija fl-Artikoli 50, 52 u 53 u ta' operaturi oħrajn tal-immaniġġar tal-iskart li jwettqu l-attivitajiet ta' tiswija, manifattura mill-ġdid, preparazzjoni għal użu mill-ġdid, trattament u riċiklaġġ informazzjoni rigward il-komponenti u l-materjali tal-batteriji kif ukoll il-pożizzjonament tas-sustanzi perikolużi kollha fil-batteriji. Il-produtturi għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni informazzjoni rigward il-miżuri ta' sikurezza u ta' protezzjoni, inkluż dwar is-sikurezza okkupazzjonali, applikabbli għall-ħażna u l-ġbir tal-iskart ta' batteriji.
Emenda 362
Proposta għal regolament
Artikolu 60 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
3.  Mill-mument li mudell ta' batterija jiġi fornut fit-territorju ta' Stat Membru, il-produtturi għandhom jagħmlu disponibbli elettronikament, fuq talba, lill-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart li jwettqu attivitajiet ta' tiswija, manifattura mill-ġdid, preparazzjoni għal użu mill-ġdid, trattament u riċiklaġġ, sa fejn tkun meħtieġa minn dawk l-operaturi biex iwettqu dawk l-attivitajiet, l-informazzjoni speċifika li ġejja dwar il-mudell tal-batterija fir-rigward tat-trattament xieraq u li jirrispetta l-ambjent tal-iskart ta' batteriji:
3.  Mill-mument li mudell ta' batterija jiġi fornut fit-territorju ta' Stat Membru, il-produtturi għandhom jagħmlu disponibbli elettronikament, bla ħlas u fuq talba, lill-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart li jwettqu attivitajiet ta' tiswija, manifattura mill-ġdid, preparazzjoni għal użu mill-ġdid, trattament u riċiklaġġ, sa fejn tkun meħtieġa minn dawk l-operaturi biex iwettqu dawk l-attivitajiet, l-informazzjoni speċifika li ġejja dwar il-mudell tal-batterija fir-rigward tat-trattament xieraq u li jirrispetta l-ambjent tal-iskart ta' batteriji:
Emenda 363
Proposta għal regolament
Artikolu 60 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a
(a)  il-proċessi biex jiġi żgurat li l-vetturi u l-apparati jiżżarmaw b'mod li jippermetti t-tneħħija tal-batteriji inkorporati;
(a)  il-proċessi biex jiġi żgurat li l-mezzi ta' trasport ħfief, il-vetturi u l-apparati jiżżarmaw b'mod li jippermetti t-tneħħija tal-batteriji inkorporati;
Emenda 364
Proposta għal regolament
Artikolu 60 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b
(b)  il-miżuri tas-sikurezza u tal-protezzjoni, inkluż dwar is-sikurezza okkupazzjonali, applikabbli għall-proċessi tal-ħażna, it-trasport, it-trattament u r-riċiklaġġ għall-iskart ta' batteriji.
(b)  il-miżuri tas-sikurezza u tal-protezzjoni, inkluż dwar is-sikurezza okkupazzjonali u l-protezzjoni min-nirien, applikabbli għall-proċessi tal-ħażna, it-trasport, it-trattament u r-riċiklaġġ għall-iskart ta' batteriji.
Emenda 365
Proposta għal regolament
Artikolu 60 – paragrafu 4
4.  Id-distributuri li jfornu l-batteriji lill-utenti finali għandhom jipprovdu fil-ħwienet tal-imnut tagħhom, b'mod viżibbli, u permezz tas-swieq online tagħhom, l-informazzjoni elenkata fil-paragrafi 1 u 2, u informazzjoni dwar kif l-utenti finali jistgħu jirritornaw l-iskart ta' batteriji mingħajr ħlas lejn il-punti ta' ġbir rispettivi stabbiliti fil-ħwienet tal-imnut jew f'isem suq. Dak l-obbligu għandu jkun limitat għat-tipi ta' batteriji li d-distributur jew il-bejjiegħ bl-imnut għandu, jew kellu, bħala batteriji ġodda fl-offerta tiegħu.
4.  Id-distributuri li jfornu l-batteriji lill-utenti finali għandhom jipprovdu b'mod permanenti fil-ħwienet tal-imnut tagħhom u permezz tas-swieq online tagħhom, b'mod faċilment aċċessibbli u viżibbli b'mod ċar għall-utenti finali tal-batterija, l-informazzjoni elenkata fil-paragrafi 1 u 2, u informazzjoni dwar kif l-utenti finali jistgħu jirritornaw l-iskart ta' batteriji mingħajr ħlas lejn il-punti ta' ġbir rispettivi stabbiliti fil-ħwienet tal-imnut jew f'isem suq. Dak l-obbligu għandu jkun limitat għat-tipi ta' batteriji li d-distributur jew il-bejjiegħ bl-imnut għandu, jew kellu, bħala batteriji ġodda fl-offerta tiegħu.
Emenda 366
Proposta għal regolament
Artikolu 60 – paragrafu 5
5.  Il-kostijiet koperti mill-produttur skont l-Artikolu 47(1)(e) għandhom jintwerew separatament lill-utent finali fil-punt tal-bejgħ ta' batterija ġdida. Il-kostijiet imsemmija ma għandhomx jaqbżu l-aħjar stima tal-kostijiet reali mġarrba.
5.  Il-kostijiet koperti mill-produttur skont l-Artikolu 47(1)(e) għandhom jintwerew separatament lill-utent finali fil-punt tal-bejgħ ta' batterija ġdida. Il-kostijiet imsemmija ma għandhomx jaqbżu l-aħjar stima tal-kostijiet reali mġarrba u ma għandhomx jiżdiedu mal-prezz finali tal-batterija li jintalab jitħallas mill-konsumatur fil-punt tal-bejgħ.
Emenda 367
Proposta għal regolament
Artikolu 61 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
1.  Il-produtturi tal-batteriji portabbli jew, fejn maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom għandhom jirrapportaw lill-awtorità kompetenti, għal kull sena kalendarja, l-informazzjoni li ġejja skont il-kimika tal-batterija, li tispeċifika l-ammonti ta' batteriji li jħaddmu mezzi tat-trasport ħfief:
1.  Il-produtturi tal-batteriji portabbli jew, fejn maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom għandhom jirrapportaw lill-awtorità kompetenti, għal kull sena kalendarja, l-informazzjoni li ġejja skont il-kimika tal-batterija:
Emenda 368
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa)  l-ammont ta' batteriji portabbli ta' użu ġenerali li jkunu tqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta' Stat Membru, minbarra batteriji portabbli ta' użu ġenerali li jkunu telqu mit-territorju ta' dak l-Istat Membru f'dik is-sena qabel ma jkunu nbiegħu lill-utenti finali;
Emenda 369
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba)  l-ammont ta' skart ta' batteriji portabbli ta' użu ġenerali miġbur f'konformità mal-Artikolu 48, ikkalkulat abbażi tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness XI;
Emenda 370
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt da (ġdid)
(da)   l-ammont ta' skart ta' batteriji portabbli miġbur u esportat lejn pajjiżi terzi għat-trattament, għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, għall-preparazzjoni għal adattament għal skop differenti jew għar-riċiklaġġ.
Emenda 371
Proposta għal regolament
Artikolu 61 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Meta l-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart minbarra produtturi jew, fejn maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom, jiġbru l-iskart ta' batteriji portabbli minn distributuri jew punti ta' ġbir oħrajn għall-iskart ta' batteriji portabbli, huma għandhom jirrapportaw lill-awtorità kompetenti għal kull sena kalendarja l-ammont tal-iskart ta' batteriji portabbli miġbur skont il-kimika tagħhom u jispeċifikaw l-ammonti ta' batteriji li jħaddmu mezzi tat-trasport ħfief.
Meta l-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart minbarra produtturi jew, fejn maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom, jiġbru l-iskart ta' batteriji portabbli minn distributuri jew punti ta' ġbir oħrajn għall-iskart ta' batteriji portabbli, huma għandhom jirrapportaw lill-awtorità kompetenti għal kull sena kalendarja l-ammont tal-iskart ta' batteriji portabbli miġbur skont il-kimika tagħhom.
Emenda 372
Proposta għal regolament
Artikolu 61 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Il-produtturi tal-batteriji ta' mezzi ta' trasport ħfief jew, fejn maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jaġixxu f'isimhom għandhom jirrapportaw lill-awtorità kompetenti, għal kull sena kalendarja, l-informazzjoni li ġejja skont il-kompożizzjoni kimika tal-batterija, li tispeċifika l-kwantitajiet ta' batteriji li jħaddmu mezzi tat-trasport ħfief:
(a)  il-kwantità ta' batteriji - mezzi ta' trasport ħfief imqiegħda fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta' Stat Membru, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe batterija ta' mezzi ta' trasport ħfief li tkun ħarġet mit-territorju ta' dak l-Istat Membru f'dik is-sena qabel ma tkun inbiegħet lill-utenti finali;
(b)  il-kwantità ta' batteriji ta' mezzi ta' trasport ħfief miġbura f'konformità mal-Artikolu 48a, ikkalkulata abbażi tal-metodoloġija stabbilita fl-att delegat li għandu jiġi adottat skont l-Artikolu 55(2b);
(c)  il-mira tal-ġbir milħuqa mill-produttur jew mill-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li taġixxi f'isem il-membri tagħhom;
(d)  il-kwantità ta' skart ta' batteriji ta' mezzi ta' trasport ħfief ikkonsenjat għat-trattament u r-riċiklaġġ f'faċilitajiet bil-permess; kif ukoll
(e)  il-kwantità ta' batteriji kkonsenjati għal użu mill-ġdid, l-adattament għal skop differenti u l-manifattura mill-ġdid.
Meta l-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart minbarra l-produtturi jew, fejn maħtura f'konformità mal-Artikolu 47(2), l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produttur li jaġixxu f'isimhom, jiġbru batteriji ta' mezzi ta' trasport ħfief minn distributuri jew punti oħra ta' teħid lura u ġbir għall-batteriji ta' mezzi ta' trasport ħfief, huma għandhom jirrapportaw lill-awtorità kompetenti, għal kull sena kalendarja, il-kwantità ta' batteriji ta' mezzi ta' trasport ħfief miġbura skont il-kimika tagħhom u jispeċifikaw l-ammonti ta' batteriji li jħaddmu mezzi tat-trasport ħfief.
L-operaturi msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu għandhom jirrapportaw lill-awtorità kompetenti d-data msemmija fl-ewwel subparagrafu fi żmien erba' xhur minn tmiem is-sena tar-rapportar li għaliha tinġabar id-data. L-ewwel perjodu ta' rapportar għandu jikkonċerna l-ewwel sena kalendarja sħiħa wara l-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-format għar-rapportar lill-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikolu 62(5). L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-format u l-proċeduri li f'konformità magħhom id-data għandha tiġi rrapportata lilhom.
Emenda 373
Proposta għal regolament
Artikolu 61 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
(ba)  l-ammont ta' batteriji kkonsenjati għal użu mill-ġdid, l-adattament għal skop differenti u l-manifattura mill-ġdid.
Emenda 374
Proposta għal regolament
Artikolu 61 – paragrafu 2 – punt bb (ġdid)
(bb)  l-ammont ta' skart ta' batteriji tal-karozzi, batteriji industrijali u batteriji ta' vetturi elettriċi miġbur u esportat lejn pajjiżi terzi għat-trattament, għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, għall-preparazzjoni għal adattament għal skop differenti jew għar-riċiklaġġ.
Emenda 375
Proposta għal regolament
Artikolu 61 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba)  l-ammont ta' skart ta' batteriji tal-karozzi, batteriji industrijali u batteriji ta' vetturi elettriċi miġbur u esportat lejn pajjiżi terzi għat-trattament, għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, għall-preparazzjoni għal adattament għal skop differenti jew għar-riċiklaġġ.
Emenda 376
Proposta għal regolament
Artikolu 61 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt b
(b)  l-ammont ta' skart ta' batteriji li jidħol fil-proċessi tar-riċiklaġġ;
(b)  l-ammont ta' skart ta' batteriji li jidħol fil-proċessi tal-preparazzjoni għal adattament għal skop differenti u tar-riċiklaġġ;
Emenda 377
Proposta għal regolament
Artikolu 62 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, f'format aggregat għal kull sena kalendarja, id-data li ġejja dwar il-batteriji portabbli, il-batteriji awtomotivi, il-batteriji industrijali u l-batteriji tal-vetturi elettriċi skont it-tipi ta' batteriji u l-kimiki tagħhom u, fir-rigward tal-batteriji portabbli, filwaqt li jidentifikaw separatament il-batteriji li jħaddmu mezzi tat-trasport ħfief:
L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, f'format aggregat għal kull sena kalendarja, id-data li ġejja dwar il-batteriji portabbli, il-batteriji ta' mezzi ta' trasport ħfief, il-batteriji awtomotivi, il-batteriji industrijali u l-batteriji tal-vetturi elettriċi skont it-tipi ta' batteriji u l-kimiki tagħhom u, fir-rigward tal-batteriji portabbli, filwaqt li jidentifikaw separatament il-batteriji li jħaddmu mezzi tat-trasport ħfief:
Emenda 378
Proposta għal regolament
Artikolu 62 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b
(b)  l-ammont ta' skart ta' batteriji miġbur f'konformità mal-Artikoli 48 u 49, ikkalkolat abbażi tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness XI;
(b)  l-ammont ta' skart ta' batteriji miġbur f'konformità mal-Artikoli 48, 48a u 49, ikkalkolat abbażi tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness XI;
Emenda 379
Proposta għal regolament
Artikolu 64 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Is-sistema għandha sservi l-iskopijiet li ġejjin:
(a)  appoġġ lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fit-twettiq tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament u l-atti delegati rilevanti, inkluż l-infurzar tar-Regolament min-naħa ta' dawk l-awtoritajiet;
(b)  għoti ta' informazzjoni lill-pubbliku dwar il-batteriji mqiegħda fis-suq u r-rekwiżiti ta' sostenibbiltà u sikurezza tagħhom, u skedi ta' informazzjoni dwar il-batteriji;
(c)  għoti ta' informazzjoni aġġornata dwar il-batteriji lill-Kummissjoni u lill-manifatturi mill-ġdid akkreditati, lill-operaturi tat-tieni ħajja u lir-riċiklaturi.
Emenda 380
Proposta għal regolament
Artikolu 64 – paragrafu 2
2.  Is-sistema għandu jkun fiha l-informazzjoni u d-data dwar il-batteriji industrijali rikarikabbli u l-batteriji tal-vetturi elettriċi b'memorja interna u b'kapaċità ta' aktar minn 2 kWh kif stipulat fl-Anness XIII. Dik l-informazzjoni u d-data għandhom ikunu jistgħu jiġu ssortjati u jitfittxu, filwaqt li jiġu rrispettati l-istandards miftuħa għall-użu minn partijiet terzi.
2.  Is-sistema għandu jkun fiha l-informazzjoni u d-data dwar il-batteriji ta' mezzi ta' trasport ħfief, il-batteriji industrijali u l-batteriji tal-vetturi elettriċi kif stipulat fl-Anness XIII. Dik l-informazzjoni u d-data għandhom ikunu jistgħu jiġu ssortjati u jitfittxu, filwaqt li jiġu rrispettati l-istandards miftuħa għall-użu minn partijiet terzi. Is-sistema għandu jkun fiha wkoll bażi tad-data aġġornata regolarment għall-batteriji kollha li jaqgħu taħt dan ir-Regolament.
Emenda 381
Proposta għal regolament
Artikolu 64 – paragrafu 3
3.  L-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu fis-suq batterija industrijali rikarikabbli jew batterija ta' vetturi elettriċi b'memorja interna għandhom jagħmlu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 disponibbli b'mod elettroniku f'format li jista' jinqara minn magna bl-użu ta' servizzi ta' data interoperabbli u faċilment aċċessibbli fil-format stabbilit f'konformità mal-paragrafu 5.
3.  L-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu fis-suq batterija ta' mezzi ta' trasport ħfief, batterija industrijali jew batterija ta' vetturi elettriċi għandhom jagħmlu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 disponibbli b'mod elettroniku f'format li jista' jinqara minn magna bl-użu ta' servizzi ta' data interoperabbli u faċilment aċċessibbli fil-format stabbilit f'konformità mal-paragrafu 5.
Emenda 382
Proposta għal regolament
Artikolu 64 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  Is-sistema ma għandhiex tissostitwixxi jew timmodifika r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.
Emenda 383
Proposta għal regolament
Artikolu 64 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
5.  Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2024, tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi:
5.  Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2024, tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 73 li jissupplimenta dan ir-Regolament billi jistabbilixxi:
Emenda 384
Proposta għal regolament
Artikolu 64 – paragrafu 5 – subparagrafu 2
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 74(3).
imħassar
Emenda 385
Proposta għal regolament
Artikolu 65 – paragrafu 1
1.  Sal-1 ta' Jannar 2026, kull batterija industrijali u batterija ta' vetturi elettriċi mqiegħda fis-suq jew imqiegħda fis-servizz u li l-kapaċità tagħha tkun ogħla minn 2 kWh għandu jkollha rekord elettroniku ("passaport tal-batterija").
1.  Sal-1 ta' Jannar 2026, kull batterija industrijali, batterija ta' vetturi elettriċi u batterija ta' mezzi ta' trasport ħfief imqiegħda fis-suq jew imqiegħda fis-servizz għandu jkollha rekord elettroniku ("passaport tal-batterija").
Emenda 386
Proposta għal regolament
Artikolu 65 – paragrafu 3