Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2021/0429R(APP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0227/2022

Testi mressqa :

A9-0227/2022

Dibattiti :

PV 12/09/2022 - 20
CRE 12/09/2022 - 20

Votazzjonijiet :

PV 13/09/2022 - 7.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P9_TA(2022)0309

Testi adottati
PDF 222kWORD 59k
It-Tlieta, 13 ta' Settembru 2022 - Strasburgu
Rapport interim dwar il-proposta tal-2021 għal reviżjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali
P9_TA(2022)0309A9-0227/2022

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2022 dwar il-proposta tal-2021 għal reviżjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (COM(2021)05692021/0429R(APP))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 310, 311, 312 u 323 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-22 ta' Diċembru 2021 għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (COM(2021)0569),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-14 ta' Lulju 2021 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima (COM(2021)0568),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda(1) ("l-FII"),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport interim tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0227/2022),

A.  billi l-proposti tal-Kummissjoni tat-22 ta' Diċembru 2021 biex tiġi stabbilita l-ġenerazzjoni li jmiss ta' riżorsi proprji għall-baġit tal-Unjoni u biex jiġi rivedut il-qafas finanzjarju pluriennali ("il-QFP") għall-perjodu 2021-2027 huma marbuta b'mod inseparabbli mal-pakkett "lesti għall-mira ta' 55 %" imressaq fl-14 ta' Lulju 2021;

B.  billi, skont l-Artikolu 311 tat-TFUE, l-Unjoni jeħtiġilha tipprovdi għaliha nnifisha l-mezzi sabiex tilħaq l-għanijiet tagħha u twettaq il-politiki tagħha;

C.  billi, f'konformità mal-pożizzjoni li ilu jħaddan il-Parlament, jeħtieġ li l-impenji u l-objettivi ta' politika ġodda jiġu mqabbla ma' flus ġodda, u ma għandhomx jiġu ffinanzjati għad-detriment ta' programmi u prijoritajiet oħra tal-Unjoni;

D.  billi l-inkorporazzjoni sħiħa tal-Fond Soċjali għall-Klima fil-baġit tal-Unjoni hija rekwiżit tat-Trattat skont l-Artikolu 310(1) tat-TFUE u prerekwiżit, fost l-oħrajn, biex jiġi rispettat il-metodu Komunitarju, jiġu garantiti r-responsabbiltà, is-sorveljanza u l-kontroll parlamentari, jiġu żgurati l-prevedibbiltà tal-finanzjament u l-ipprogrammar pluriennali, u tiġi ssalvagwardjata t-trasparenza tad-deċiżjonijiet baġitarji meħuda fil-livell tal-Unjoni;

E.  billi, f'każ ta' żieda fil-prezz tal-karbonju meta mqabbel mas-suppożizzjoni inizjali, għandha ssir disponibbli allokazzjoni addizzjonali għall-Fond Soċjali għall-Klima fuq bażi annwali, b'mod proporzjonat mar-rata ta' żieda fil-prezz tal-karbonju, sabiex jiġu appoġġati aktar l-unitajiet domestiċi u l-utenti vulnerabbli tat-trasport fit-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika; billi tali rinforzi annwali għandhom jiġu akkomodati fi ħdan il-QFP permezz ta' aġġustament awtomatiku fil-fluttwazzjoni tal-prezzijiet tal-karbonju tal-limitu massimu tal-intestatura 3 "Riżorsi Naturali u Ambjent" u l-limitu massimu tal-pagamenti;

F.  billi, skont l-Artikolu 312(5) tat-TFUE, u kif definit aktar fil-FII, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni huma meħtieġa jieħdu kwalunkwe miżura meħtieġa biex jiffaċilitaw l-adozzjoni ta' QFP ġdid jew rivedut;

1.  Jesprimi l-pożizzjoni tiegħu biss dwar il-proposta tal-Kummissjoni tat-22 ta' Diċembru 2021 għal reviżjoni tal-QFP 2021-2027, u b'hekk jagħżel approċċ immirat limitat, u f'allinjament sħiħ, mal-pożizzjoni tiegħu dwar il-pakkett "lesti għall-mira ta' 55 %";

2.  Jiddikjara, madankollu, li hija meħtieġa reviżjoni usa' tal-QFP attwali peress li kien diġà ġġebbed sal-limiti tiegħu fl-ewwel sena tiegħu; jindika d-diversi kriżijiet u sfidi li l-Unjoni qed tindirizza, b'mod partikolari l-gwerra fl-Ukrajna u r-riperkussjonijiet tagħha, u l-ħtiġijiet finanzjarji sostanzjali li ġġenerat; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni twettaq rieżami fil-fond tal-funzjonament tal-QFP attwali u tipproċedi bi proposta leġiżlattiva għal reviżjoni komprensiva tal-QFP mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard mill-ewwel trimestru tal-2023; biħsiebu jagħti aktar dettalji dwar it-talbiet tiegħu għal dik ir-reviżjoni f'rapport iddedikat;

3.  Jappoġġa bis-sħiħ l-inkorporazzjoni tal-Fond Soċjali għall-Klima fil-baġit tal-Unjoni u fil-QFP bħala parti mill-pożizzjoni fit-tul tiegħu li l-programmi u l-fondi kollha tal-Unjoni għandhom jiġu inklużi fil-baġit; jilqa', għalhekk, il-proposta tal-Kummissjoni bħala punt tat-tluq fir-rigward taż-żieda tal-limitu massimu għall-approprjazzjonijiet ta' impenn tal-intestatura 3 "Riżorsi Naturali u Ambjent" u l-limitu massimu għall-approprjazzjonijiet ta' pagament, li hija prekundizzjoni neċessarja sabiex il-finanzjament tal-Fond Soċjali għall-Klima ma jkunx ta' detriment għal programmi u prijoritajiet oħra tal-Unjoni;

4.  Jissottolinja, madankollu, li huma meħtieġa xi modifiki biex jirriflettu l-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-pakkett "lesti għall-mira ta' 55 %", inkluż dwar il-pakkett finanzjarju rivedut tal-Fond Soċjali għall-Klima, li jirrifletti d-dispożizzjonijiet rilevanti fid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(2) kif emendata;

5.  Jappoġġa l-proposta għal aġġustament annwali speċifiku bbażat fuq riżorsi proprji ġodda; iqis li dan huwa konformi mal-prinċipju, kif stabbilit fil-FII, li n-nefqa mill-baġit tal-Unjoni relatata mal-ħlas lura tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru ma għandhiex twassal għal tnaqqis mhux dovut fin-nefqa tal-programm jew fl-istrumenti ta' investiment taħt il-QFP, filwaqt li taderixxi mal-prinċipju baġitarju tal-universalità tad-dħul; jafferma mill-ġdid, għalhekk, li aġġustament annwali bħal dan jiddependi fuq l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda f'konformità mal-pjan direzzjonali stabbilit fil-FII;

6.  Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iqisu r-rakkomandazzjonijiet u l-modifiki li ġejjin:

   (i) l-impatt tal-pakkett finanzjarju rivedut tal-Fond Soċjali għall-Klima għandu jiġi rifless f'dan ir-regolament, inkluż fl-anness tiegħu;
   (ii) għandu jiġi introdott aġġustament tekniku awtomatiku tal-limiti massimi għall-approprjazzjonijiet ta' impenn tal-intestatura 3 "Riżorsi Naturali u Ambjent" u l-limitu massimu għall-approprjazzjonijiet ta' pagament biex jiġi żgurat li jsiru disponibbli allokazzjonijiet addizzjonali għall-Fond Soċjali għall-Klima f'każ ta' żieda fil-prezz tal-karbonju għal livell ogħla mis-suppożizzjoni inizjali;
   (iii) l-aġġustament annwali speċifiku bbażat fuq riżorsi proprji ġodda għandu jiġi emendat biex jiġi żgurat li jkun jista' jiġi estiż f'każ ta' dewmien fl-adozzjoni tal-QFP li jmiss, f'konformità mal-Artikolu 312(4) TFUE;
   (iv) il-proposta għal regolament tal-Kunsill għandha tiġi modifikata kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni   Modifika
Modifika 1
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  L-introduzzjoni tal-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-UE għas-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq, kif stabbilit fid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14, tista' twassal għal impatti soċjali fuq terminu qasir. Biex tiġi indirizzata din l-isfida, ir-Regolament (UE) [XXX] finali tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill stabbilixxa15 Fond Soċjali għall-Klima, li għandu jiġi ffinanzjat mill-baġit ġenerali tal-Unjoni skont il-qafas finanzjarju pluriennali. Għalhekk, jenħtieġ li l-limitu massimu għall-approprjazzjonijiet ta' impenn tal-intestatura 3, "Riżorsi Naturali u Ambjent", u l-limitu massimu għall-approprjazzjonijiet ta' pagament jiġu adattati għas-snin 2025, 2026 u 2027.
(3)  L-introduzzjoni tal-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-UE għas-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq, kif stabbilit fid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14, tista' twassal għal impatti soċjali fuq terminu qasir. Biex tiġi indirizzata din l-isfida, ir-Regolament (UE) [XXX] finali tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill stabbilixxa15 Fond Soċjali għall-Klima, li għandu jiġi ffinanzjat mill-baġit ġenerali tal-Unjoni skont il-qafas finanzjarju pluriennali. Għalhekk, jenħtieġ li l-limitu massimu għall-approprjazzjonijiet ta' impenn tal-intestatura 3, "Riżorsi Naturali u Ambjent", u l-limitu massimu għall-approprjazzjonijiet ta' pagament jiġu adattati għas-snin 2024, 2025, 2026 u 2027. F'każ ta' prezz tal-karbonju ogħla meta mqabbel mas-suppożizzjoni inizjali, jenħtieġ li ssir disponibbli allokazzjoni addizzjonali għall-Fond Soċjali għall-Klima fuq bażi annwali, proporzjonalment mar-rata ta' żieda fil-prezz tal-karbonju, sabiex jiġu appoġġati aktar l-unitajiet domestiċi u l-utenti vulnerabbli tat-trasport fit-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika. Tali rinforzi annwali jenħtieġ li jiġu akkomodati fi ħdan il-qafas finanzjarju pluriennali permezz ta' aġġustament awtomatiku fil-fluttwazzjoni tal-prezzijiet tal-karbonju tal-limitu massimu għall-approprjazzjonijiet ta' impenn tal-intestatura 3 "Riżorsi Naturali u Ambjent", u l-limitu massimu għall-approprjazzjonijiet ta' pagament.
___________________
_______________________
14 Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
14 Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
5 ĠU […], […], p. […].
5 ĠU […], […], p. […].
Modifika 2
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
(3a)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta proposta għall-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid qabel l-1 ta' Lulju 2025 sabiex l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jadottawh kmieni biżżejjed qabel jibda l-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss. F'konformità mal-Artikolu 312(4) tat-TFUE, il-limiti massimi u dispożizzjonijiet oħra, inklużi l-aġġustamenti għall-qafas finanzjarju pluriennali stabbiliti fil-Kapitolu 2, li jikkorrispondu għall-aħħar sena tal-qafas finanzjarju pluriennali stabbilit f'dan ir-Regolament għandhom ikomplu japplikaw fil-każ li qafas finanzjarju pluriennali ġdid ma jiġix adottat qabel tmiem it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali stabbilit f'dan ir-Regolament.
Modifika 3
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
(1)  fl-Artikolu 4, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:
(1)  l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
(a)  fil-paragrafu 1, jiżdied il-punt li ġej:
'(f) kalkolu tal-allokazzjonijiet addizzjonali bbażat fuq il-fluttwazzjoni tal-prezz tal-karbonju u r-riżultat tal-aġġustament annwali msemmi fl-Artikolu 4b';
(b)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:
'4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 4a, 6 u 7, l-ebda aġġustament tekniku ieħor ma għandu jsir fir-rigward tas-sena inkwistjoni, la matul is-sena u lanqas bħala korrezzjonijiet ex post fis-snin sussegwenti.';
'4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 4a, 4b, 6 u 7, l-ebda aġġustament tekniku ieħor ma għandu jsir fir-rigward tas-sena inkwistjoni, la matul is-sena u lanqas bħala korrezzjonijiet ex post fis-snin sussegwenti.';
Modifika 4
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2
(2)  jiddaħħal l-Artikolu 4a li ġej:
(2)  jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:
'Artikolu 4a
'Artikolu 4a
Aġġustament annwali speċifiku bbażat fuq riżorsi proprji ġodda
Aġġustament annwali speċifiku bbażat fuq riżorsi proprji ġodda
1.  Mill-2024, wara l-preżentazzjoni tal-kontijiet proviżorji tas-sena n-1 skont l-Artikolu 245(3) tar-Regolament Finanzjarju, għandu jsir aġġustament 'il fuq għal-limitu massimu tan-nefqa għall-approprjazzjonijiet ta' impenn tas-subintestatura 2b u għal-limitu massimu għall-approprjazzjonijiet ta' pagament għas-sena kurrenti.
1.  Mill-2024, wara l-preżentazzjoni tal-kontijiet proviżorji tas-sena n-1 skont l-Artikolu 245(3) tar-Regolament Finanzjarju, għandu jsir aġġustament 'il fuq għal-limitu massimu tan-nefqa għall-approprjazzjonijiet ta' impenn tas-subintestatura 2b u għal-limitu massimu għall-approprjazzjonijiet ta' pagament għas-sena kurrenti.
2.  Dan l-aġġustament annwali għandu jkun tal-ammonti li ġejjin:
2.  Dan l-aġġustament annwali għandu jkun tal-ammonti li ġejjin:
(a)  għas-snin 2024, 2025 u 2026, ammont ekwivalenti għad-dħul li jkun iddaħħal fil-kontijiet proviżorji msemmija fil-paragrafu 1 li jirriżulta mir-riżorsi stabbiliti fl-Artikolu 2(1), il-punti (e), (f) u (g), tad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji.
(a)  għas-snin 2024, 2025 u 2026, ammont ekwivalenti għad-dħul li jkun iddaħħal fil-kontijiet proviżorji msemmija fil-paragrafu 1 li jirriżulta mir-riżorsi stabbiliti fl-Artikolu 2(1), il-punti (e), (f) u (g), tad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji.
(b)  għas-sena 2027, ammont ekwivalenti għad-dħul li ddaħħal fil-kontijiet proviżorji msemmija fil-paragrafu 1 li jirriżulta mir-riżorsi stabbiliti fl-Artikolu 2(1), il-punti (e), (f) u (g), tad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji, imnaqqas b'ammont fiss ta' EUR 8 000 miljun (fi prezzijiet tal-2018).
(b)  għas-sena 2027, ammont ekwivalenti għad-dħul li ddaħħal fil-kontijiet proviżorji msemmija fil-paragrafu 1 li jirriżulta mir-riżorsi stabbiliti fl-Artikolu 2(1), il-punti (e), (f) u (g), tad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji, imnaqqas b'ammont fiss ta' EUR 2 800 miljun (fi prezzijiet tal-2018).
L-aġġustamenti annwali msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx jaqbżu l-EUR 15 000 miljun (fi prezzijiet tal-2018) kull sena għas-snin mill-2024 sal-2027.
L-aġġustamenti annwali msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx jaqbżu l-EUR 15 000 miljun (fi prezzijiet tal-2018) kull sena għas-snin mill-2024 sal-2027.
3.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika r-riżultati tal-aġġustamenti annwali msemmija fil-paragrafu 2 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien 15-il jum mill-preżentazzjoni tal-kontijiet proviżorji għas-sena n-1 skont l-Artikolu 245(3) tar-Regolament Finanzjarju.';
3.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika r-riżultati tal-aġġustamenti annwali msemmija fil-paragrafu 2 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien 15-il jum mill-preżentazzjoni tal-kontijiet proviżorji għas-sena n-1 skont l-Artikolu 245(3) tar-Regolament Finanzjarju.';
Artikolu 4b
Aġġustament annwali speċifiku bbażat fuq il-flutwazzjoni tal-prezz tal-karbonju
1.  Mill-2025, għandu jsir aġġustament annwali 'l fuq għal-limitu massimu tan-nefqa għall-approprjazzjonijiet ta' impenn tal-intestatura 3 "Riżorsi Naturali u Ambjent" u għal-limitu massimu għall-approprjazzjonijiet ta' pagament għas-sena attwali fil-każ li l-prezz medju tal-karbonju kkalkulat fis-sena n-1 ikun ogħla mis-suppożizzjoni inizjali.
2.  L-aġġustament annwali 'l fuq imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jkun ekwivalenti għall-ammont ikkalkulat billi tiġi mmultiplikata l-allokazzjoni annwali li tirriżulta mill-pakkett finanzjarju stabbilit fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) [XXX] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima bil-perċentwal li bih il-prezz medju tal-karbonju kkalkulat fis-sena n-1 qabeż is-suppożizzjoni inizjali.';
Modifika 5
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3
(3)  fl-Artikolu 11(3), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:
(3)  fl-Artikolu 11(3), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:
'L-ammonti li jikkorrispondu mal-aġġustamenti 'l fuq msemmija mal-Artikolu 4a(1) u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) għandhom ikunu flimkien mal-ammonti massimi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.';
'L-ammonti li jikkorrispondu mal-aġġustamenti 'l fuq msemmija fl-Artikolu 4a(1), l-Artikolu 4b u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) għandhom ikunu flimkien mal-ammonti massimi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.';
Modifika 6
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 4
(4)  L-Anness I huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
(4)  L-Anness I huwa sostitwit b'dan li ġej:

'ANNESS I

QAFAS FINANZJARJU PLURIENNALI (UE-27)

(EUR miljuni - prezzijiet tal-2018)

APPROPRJAZZJONIJIET TA' IMPENN

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Total 2021-2027

1.  Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

19 712

 

19 133

18 633

18 518

18 646

18 473

133 326

2.  Koeżjoni, Reżiljenza u Valuri

49 741

51 920

52 194

53 954

55 182

56 787

58 809

378 587

2a.  Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

45 411

45 951

46 493

47 130

47 770

48 414

49 066

330 235

2b.  Reżiljenza u Valuri

4 330

5 969

5 701

6 824

7 412

8 373

9 743

48 352

3.  Riżorsi Naturali u Ambjent

55 242

52 214

51 489

[50 617]

[51 895]

[58 064]

[56 947]

[376 468]

li minnhom: Nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti

38 040

37 544

37 604

36 983

36 373

35 772

35 183

257 499

4.  Migrazzjoni u Ġestjoni tal-Fruntieri

2 324

2 947

3 164

3 282

3 672

3 682

3 736

22 807

5.  Sigurtà u Difiża

1 700

1 725

1 737

1 754

1 928

2 078

2 263

13 185

6.  Il-Viċinat u d-Dinja

15 309

15 522

14 789

14 056

13 323

12 592

12 828

98 419

7.  Amministrazzjoni Pubblika Ewropea

10 021

10 215

10 342

10 454

10 554

10 673

10 843

73 102

li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet

7 742

7 878

7 945

7 997

8 025

8 077

8 188

55 852

TOTAL TAL-APPROPRJAZZJONIJIET TA' IMPENN

154 049

154 754

152 848

[152 750]

[155 072]

[162 522]

[163 899]

[1 095 894]

TOTAL TAL-APPROPRJAZZJONIJIET TA' PAGAMENT

156 557

156 322

149 936

[149 936]

[152 112]

[159 068]

[158 722]

[1 082 652]

’.

7.  Jinsab lest li jidħol f'negozjati biex itejjeb il-proposta tal-Kummissjoni;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.
(2) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

Aġġornata l-aħħar: 18 ta' Jannar 2023Avviż legali - Politika tal-privatezza