Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2021/0218(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0208/2022

Testi mressqa :

A9-0208/2022

Dibattiti :

PV 13/09/2022 - 10
CRE 13/09/2022 - 10
PV 11/09/2023 - 20
CRE 11/09/2023 - 20

Votazzjonijiet :

PV 14/09/2022 - 8.2
CRE 14/09/2022 - 8.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 12/09/2023 - 6.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P9_TA(2022)0317
P9_TA(2023)0303

Testi adottati
PDF 508kWORD 157k
L-Erbgħa, 14 ta' Settembru 2022 - Strasburgu
Direttiva dwar l-enerġija rinnovabbli ***I
P9_TA(2022)0317A9-0208/2022
Test
 Test konsolidat

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2022 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 (COM(2021)0557 – C9-0329/2021 – 2021/0218(COD))(1)
EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(2)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

[Emenda 1, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor]

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat/kumitati responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A9-0208/2022).
(2)* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.


għall-proposta tal-Kummissjoni
---------------------------------------------------------
2021/0218 (COD)
Proposta għal
DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 114 u 194(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)  Il-Patt Ekoloġiku Ewropew(3) jistabbilixxi l-objettiv li l-Unjoni ssir newtrali għall-klima fl-2050 b'mod li jikkontribwixxi għall-ekonomija Ewropea, għat-tkabbir u għall-ħolqien tal-impjiegi. Dak l-objettiv, u l-objettiv ta' tnaqqis ta' mill-anqas 55 % fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra sal-2030 kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/1119 (il-Liġi Ewropea dwar il-Klima), jirrikjedi tranżizzjoni enerġetika u ishma ferm ogħla ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli f'sistema tal-enerġija integrata.

(1a)  It-tranżizzjoni enerġetika taffettwa lill-Istati Membri, lir-reġjuni, lis-setturi ekonomiċi u liċ-ċittadini b'mod differenti u skont is-sitwazzjoni partikolari tagħhom. Għalhekk, huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-Patt Ekoloġiku jiġi implimentat b'mod li jippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-Unjoni u li t-tranżizzjoni enerġetika tkun ġusta u inklużiva. B'mod partikolari, irid jiġi żgurat li t-tfixkil jiġi evitat f'setturi kritiċi li jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-ekonomija u tas-soċjetà, bħall-mobbiltà.

(1b)  L-enerġija hija fattur ta' produzzjoni essenzjali li huwa f'domanda kostanti u ta' importanza vitali f'termini ekonomiċi, soċjali u ambjentali. L-attivitajiet kollha tal-bniedem, inkluż it-trasport, jiddependu mid-disponibbiltà ta' enerġija suffiċjenti u għall-but ta' kulħadd meta tkun meħtieġa.

(1c)   Il-Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030 (it-tmien EAP) jistabbilixxi objettivi tematiċi prijoritarji għall-2030 fl-oqsma tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, l-adattament għat-tibdil fil-klima, il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità, ekonomija ċirkolari mhux tossika, ambjent mingħajr l-ebda tniġġis u l-minimizzazzjoni tal-pressjonijiet ambjentali mill-produzzjoni u l-konsum fis-setturi kollha tal-ekonomija, u jirrikonoxxi li dawn l-objettivi, li jindirizzaw kemm il-fatturi ewlenin kif ukoll l-impatti tal-ħsara ambjentali, huma interkonnessi b'mod inerenti. It-tmien EAP għandu wkoll objettiv prijoritarju fit-tul li, sa mhux aktar tard mill-2050, in-nies jgħixu tajjeb, fi ħdan il-limiti tal-pjaneta, f'ekonomija tal-benesseri fejn ma jinħela xejn, it-tkabbir ikun riġenerattiv, tkun inkisbet in-newtralità klimatika fl-Unjoni u l-inugwaljanzi jkunu tnaqqsu b'mod sinifikanti. Ambjent san huwa l-bażi tal-benesseri tan-nies kollha u huwa ambjent li fih il-bijodiversità tiġi kkonservata, l-ekosistemi jiffjorixxu, u n-natura tiġi protetta u restawrata, li jwassal għal reżiljenza akbar għat-tibdil fil-klima, għad-diżastri relatati mat-temp u l-klima u riskji ambjentali oħra.

(1d)   Il-Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030 ("it-tmien EAP"), il-qafas għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent u l-klima, għandu l-għan li jaċċellera t-tranżizzjoni ekoloġika lejn ekonomija ċirkolari newtrali għall-klima, sostenibbli, mhux tossika, effiċjenti fir-riżorsi, ibbażata fuq l-enerġija rinnovabbli, reżiljenti u kompetittiva b'mod ġust, ekwu u inklużiv, kif ukoll li jipproteġi, jirrestawra u jtejjeb l-istat tal-ambjent billi, fost oħrajn, iwaqqaf u jreġġa' lura t-telf tal-bijodiversità. Huwa jappoġġa u jsaħħaħ approċċ integrat ta' politika u ta' implimentazzjoni, abbażi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. It-tmien EAP jirrikonoxxi li l-kisba ta' din it-tranżizzjoni se tirrikjedi bidla sistemika li, skont l-EEA, tinvolvi bidla fundamentali, trasformattiva u trażversali li timplika bidliet kbar u orjentazzjoni mill-ġdid fl-għanijiet, l-inċentivi, it-teknoloġiji, il-prattiki soċjali u n-normi tas-sistema, kif ukoll fis-sistemi ta' għarfien u l-approċċi rigward il-governanza.

(1e)   L-iżgurar li l-inizjattivi leġiżlattivi, il-programmi, l-investimenti, il-proġetti u l-implimentazzjoni tagħhom ikunu konsistenti mal-objettivi tat-tmien EAP, jikkontribwixxu għalihom fejn rilevanti, u ma jagħmlux ħsara lill-ebda wieħed minnhom, huwa meħtieġ għall-ilħuq tal-objettivi. Barra minn hekk, l-iżgurar li l-inugwaljanzi soċjali li jirriżultaw minn impatti u politiki relatati mal-klima u l-ambjent jiġu mminimizzati u li l-miżuri meħuda biex jipproteġu l-ambjent u l-klima jitwettqu b'mod soċjalment ġust u inklużiv, kif ukoll l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-politiki dwar il-klima u l-ambjent, inkluż bl-inkorporazzjoni ta' perspettiva tal-ġeneri fl-istadji kollha tal-proċess tat-tfassil tal-politika, se jkunu meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi tat-tmien EAP u, bħala tali, huma wkoll stabbiliti bħala kundizzjonijiet abilitanti fit-tmien EAP.

(1f)   L-objettiv tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima għall-2030 tat-tmien EAP huwa tnaqqis rapidu u prevedibbli tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u, fl-istess ħin, it-titjib tal-assorbimenti mill-bjar naturali fl-Unjoni biex tintlaħaq il-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra għall-2030 kif stipulat fir-Regolament (UE) 2021/1119, f'konformità mal-objettivi tal-Unjoni dwar il-klima u l-ambjent, filwaqt li tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta li ma tħalli lil ħadd jibqa' lura. Biex jgħin fl-ilħuq tal-objettivi tiegħu, it-tmien EAP jistabbilixxi wkoll il-kundizzjoni abilitanti tat-tneħħija gradwali tas-sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent, inkluż billi tiġi stabbilita skadenza għat-tneħħija gradwali tas-sussidji tal-karburanti fossili konsistenti mal-ambizzjoni li t-tisħin globali jiġi limitat għal 1,5° C kif ukoll qafas vinkolanti tal-Unjoni biex jiġi mmonitorjat u jsiru rapporti dwar il-progress tal-Istati Membri lejn it-tneħħija gradwali tas-sussidji għall-karburanti fossili, abbażi ta' metodoloġija miftiehma.

(1g)  Din id-Direttiva għandha l-għan li tiżgura li, bħala parti mill-politika tal-enerġija tal-UE, l-investimenti fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli jiġu mħeġġa filwaqt li tinżamm is-sovranità tal-enerġija ta' kull Stat Membru.

(1h)  Id-direttiva dwar l-enerġija rinnovabbli hija parti mill-pakkett "Lesti għall-mira ta' 55 %", li se jkollu wkoll diversi effetti fuq l-Unjoni, inkluż fuq il-kompetittività, il-ħolqien tal-impjiegi, il-kapaċità tal-akkwist tal-unitajiet domestiċi, l-ilħuq tal-miri klimatiċi u l-kobor tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Għaldaqstant, jenħtieġ li fuq bażi regolari titwettaq evalwazzjoni komprensiva tal-impatt makroekonomiku aggregat tar-regolamenti li jiffurmaw il-pakkett "Lesti għall-mira ta' 55 %".

(2)  L-enerġija rinnovabbli għandha rwol fundamentali fit-twettiq tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u fl-ilħuq tan-newtralità klimatika sal-2050, peress li s-settur tal-enerġija jikkontribwixxi aktar minn 75 % tal-emissjonijiet totali ta' gassijiet serra fl-Unjoni. Billi tnaqqas dawk l-emissjonijiet ta' gassijiet serra, l-enerġija rinnovabbli tikkontribwixxi wkoll għall-indirizzar tal-isfidi relatati mal-ambjent bħat-telf tal-bijodiversità, it-tniġġis tal-art, tal-ilma u tal-arja, dment li l-użu tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli nfushom ma jaggravax dawk il-problemi. Il-kostijiet operatorji baxxi tal-enerġija rinnovabbli u l-esponiment imnaqqas għax-xokkijiet fil-prezzijiet meta mqabbla mal-karburanti fossili jagħtu lill-enerġija rinnovabbli rwol fundamentali fl-indirizzar tal-faqar enerġetiku.

(2a)  B'aktar pajjiżi li qed jimpenjaw ruħhom favur in-newtralità klimatika minn issa sa nofs is-seklu, kemm id-domanda nazzjonali kif ukoll dik globali għal teknoloġiji rinnovabbli huma mbassra li se jiżdiedu u joffru opportunitajiet sinifikanti għall-ħolqien tal-impjiegi, l-espansjoni ta' bażi industrijali Ewropea tas-sorsi rinnovabbli u t-tmexxija Ewropea kontinwa fir-riċerka u l-iżvilupp ta' teknoloġiji rinnovabbli innovattivi, li mbagħad isaħħu l-vantaġġ kompetittiv tal-kumpaniji Ewropej u l-indipendenza tal-enerġija tal-UE mill-importazzjonijiet tal-karburanti fossili.

(2b)  Is-sehem tal-konsum finali gross tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fl-UE laħaq it-22 % fl-2020(4), 2 punti perċentwali (pp) aktar mill-mira għas-sehem tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija għall-2020, kif stabbilit fid-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli.

(2c)   L-enerġija rinnovabbli hija faċilitatur ewlieni tal-iżvilupp sostenibbli, u tikkontribwixxi direttament u indirettament għal ħafna Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs), inkluż it-tnaqqis tal-faqar, l-edukazzjoni, l-ilma u s-sanità. Is-sorsi rinnovabbli jirriżultaw ukoll f'benefiċċji soċjoekonomiċi wiesgħa, joħolqu impjiegi ġodda u jrawmu l-industriji lokali.

(2d)  Fil-livell internazzjonali, fil-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (COP 26) tal-2021, il-Kummissjoni, flimkien mas-sħab globali, impenjat ruħha li ttemm l-appoġġ dirett għal proġetti internazzjonali ta' produzzjoni tal-enerġija mill-karburanti fossili b'emissjonijiet mhux imnaqqsa u li tuża dawn il-fondi għall-użu tal-enerġija rinnovabbli.

(2e)  Fil-COP26, il-Kummissjoni flimkien mal-mexxejja globali għollew il-livell ta' ambizzjoni globali għall-preservazzjoni u l-irkupru tal-foresti globali, u għal tranżizzjoni aċċellerata lejn trasport b'emissjonijiet żero.

(2f)   Il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli spiss issir fil-livell lokali u tiddependi mill-SMEs reġjonali; għaldaqstant, l-Istati Membri jenħtieġ li jinvolvu bis-sħiħ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali meta jistabbilixxu l-miri u jappoġġaw il-miżuri tal-politiki.

(2g)  Billi madwar 35 miljun Ewropew huma milquta mill-faqar enerġetiku(5), il-politiki dwar l-enerġija rinnovabbli għandhom rwol importanti fi kwalunkwe strateġija biex jiġu indirizzati l-faqar enerġetiku u l-vulnerabbiltà tal-konsumaturi.

(3)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) tistabbilixxi mira vinkolanti tal-Unjoni biex sal-2030 jintlaħaq sehem ta' mill-anqas 32 % tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija tal-Unjoni. Skont il-Pjan dwar il-Mira Klimatika, is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija jkun jeħtieġ li jiżdied għal 45 % sal-2030 sabiex tintlaħaq il-mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra(7). Għalhekk, il-mira stabbilita fl-Artikolu 3 ta' dik id-Direttiva trid tiżdied.

(3a)  F'konformità mar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2021 bit-titolu "Dwar l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel: minn prinċipji għall-prattika. Linji gwida u eżempji għall-implimentazzjoni tagħha fit-teħid tad-deċiżjonijiet fis-settur tal-enerġija u lil hinn minnu", din id-Direttiva jenħtieġ li tieħu approċċ integrat billi tippromwovi l-aktar sors rinnovabbli effiċjenti fl-enerġija għal kwalunkwe settur u applikazzjoni partikolari, kif ukoll billi tippromwovi l-effiċjenza tas-sistema, sabiex tkun meħtieġa l-inqas enerġija għal attivitajiet ekonomiċi differenti.

(3b)  F'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Mejju 2022 bit-titolu "Il-Pjan REPowerEU", it-tisħiħ tal-produzzjoni ta' bijometan sostenibbli għal mill-anqas 35 bcm sal-2030 huwa perkors kosteffiċjenti biex jiżdied is-sehem tal-enerġija rinnovabbli u tiġi diversifikata l-provvista tal-gass tal-UE, u b'hekk jiġu appoġġati s-sigurtà tal-provvista u l-ambizzjonijiet klimatiċi tal-UE. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżviluppa strateġija tal-UE biex tindirizza l-ostakli regolatorji għaż-żieda fil-produzzjoni tal-bijometan u għall-integrazzjoni tiegħu fis-suq intern tal-gass tal-UE.

(3c)  Biex jappoġġaw l-ilħuq kosteffettiv tal-għan tal-enerġija rinnovabbli u l-elettrifikazzjoni tas-setturi tal-użu finali, filwaqt li jagħtu s-setgħa lill-unitajiet domestiċi u lill-industriji biex ikollhom rwol attiv fl-iżgurar u d-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija tal-UE u jippremjawhom għal dan, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-qafas regolatorju nazzjonali jippermetti t-tnaqqis tad-domanda massima għall-elettriku permezz tal-attivazzjoni tal-flessibbiltà min-naħa tad-domanda fis-setturi kollha tal-użu finali. Għal dak il-għan, fil-pjanijiet integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu mira minima għat-tnaqqis tad-domanda massima għall-elettriku ta' mill-anqas 5 % sal-2030, biex tiżdied il-flessibbiltà tas-sistema, f'konformità mal-Artikolu 4(d)(3) tar-Regolament (UE) 2018/1999.

(3d)   Il-politika ta' koeżjoni għall-2021-2027 għandha bħala wieħed mill-ħames objettivi tagħha Ewropa aktar ekoloġika li tippromwovi l-investimenti fl-enerġija nadifa, l-ekonomija ċirkolari, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u t-trasport sostenibbli. Il-fondi tal-politika ta' koeżjoni, għalhekk, jenħtieġ li jkollhom l-għan li jipprevjenu ż-żieda fid-disparitajiet, billi jgħinu lil dawk ir-reġjuni li jerfgħu l-akbar piż tat-tranżizzjoni, jinkoraġġixxu l-investiment fl-infrastruttura, u jħarrġu lill-ħaddiema f'teknoloġiji ġodda biex jiżguraw li ħadd ma jitħalla jibqa' lura.

(3e)   Il-FEŻR ikollu jappoġġa l-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika u t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra, jippromwovi l-enerġija rinnovabbli, jiżviluppa sistemi u networks intelliġenti tal-enerġija, u jippromovi mobbiltà urbana multimodali sostenibbli, fil-kuntest tat-tranżizzjoni lejn ekonomija b'newtralità karbonika. L-FSE+ irid jikkontribwixxi għat-titjib tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ meħtieġa għall-adattament tal-ħiliet u l-kwalifiki, it-taħriġ mill-ġdid ta' kulħadd, inkluż il-forza tax-xogħol, il-ħolqien ta' impjiegi ġodda f'oqsma relatati mal-ambjent, il-klima, l-enerġija, l-ekonomija ċirkolari u l-bijoekonomija (l-Artikolu 4 tar-Regolament FSE+).

(3f)  Il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli għandha dimensjoni lokali qawwija. Għalhekk, huwa importanti li l-Istati Membri jinvolvu bis-sħiħ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-miżuri nazzjonali dwar il-klima, filwaqt li jiżguraw aċċess dirett għall-finanzjament u l-monitoraġġ tal-progress tal-miżuri adottati. Fejn applikabbli, jenħtieġ li l-Istati Membri jinkorporaw il-kontributi lokali u reġjonali fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom dwar l-enerġija u l-klima.

(3g)   Jirrikonoxxi r-rwol importanti li l-politika ta' koeżjoni għandha biex tikkontribwixxi sabiex ir-reġjuni insulari jiġu megħjuna jilħqu l-objettivi tan-newtralità klimatika, filwaqt li jitqiesu l-kostijiet addizzjonali marbuta ma' setturi bħall-enerġija u t-trasport, kif ukoll l-impatt tat-teknoloġija mobbli fuq is-sistemi tal-enerġija tagħhom, li jirrikjedu livell ta' investiment għall-ġestjoni tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli intermittenti li jkun, f'valuri proporzjonali, għoli ħafna.

(3h)   Jirrimarka li, minħabba d-daqs żgħir u s-sistemi tal-enerġija iżolati tagħhom, ir-reġjuni insulari l-aktar remoti, bħar-reġjuni ultraperiferiċi, jiffaċċaw sfida kbira fir-rigward tal-provvista tal-enerġija, peress li ġeneralment jiddependu mill-importazzjonijiet tal-karburanti fossili għall-ġenerazzjoni tal-elettriku, it-trasport u t-tisħin.

(3i)   Iqis li l-użu tal-enerġija rinnovabbli, inkluża l-enerġija mill-marea, jenħtieġ li jkun prijorità u jemmen li dan jista' jġib benefiċċji sostanzjali għall-gżejjer, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-komunitajiet lokali, inkluża l-preservazzjoni tal-arkitettura tradizzjonali tal-gżejjer u l-ħabitats lokali; jitlob, għalhekk, appoġġ għall-iżvilupp ta' firxa wiesgħa ta' sorsi tal-enerġija rinnovabbli abbażi tal-karatteristiċi ġeografiċi tagħhom; jilqa' l-programmi tal-idroġenu ekoloġiku li nedew il-gżejjer.

(4)  Hemm rikonoxximent dejjem akbar tal-ħtieġa għall-allinjament tal-politiki dwar il-bijoenerġija mal-prinċipju kaskata tal-użu tal-bijomassa(8), bil-għan li jiġi żgurat aċċess ġust għas-suq tal-materja prima tal-bijomassa għall-iżvilupp ta' soluzzjonijiet innovattivi u b'valur miżjud għoli bbażati fuq il-bijoenerġija u bijoekonomija ċirkolari sostenibbli. Meta jiżviluppaw skemi ta' appoġġ għall-bijoenerġija, l-Istati Membri jenħtieġ li għalhekk iqisu l-provvista sostenibbli disponibbli tal-bijomassa għall-użi enerġetiċi u mhux enerġetiċi u l-manutenzjoni tal-bjar tal-karbonju u tal-ekosistemi nazzjonali fil-foresti, il-protezzjoni tal-bijodiversità, kif ukoll il-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari u tal-użu kaskata tal-bijomassa, u l-ġerarkija tal-iskart stabbilita fid-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9). Madankollu, jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħtu appoġġ għall-produzzjoni tal-enerġija minn ġdur jew għeruq fil-każ ta' skart jew residwi derivati mill-implimentazzjoni ta' xogħlijiet imwettqa bl-objettiv primarju tal-konservazzjoni tan-natura u l-ġestjoni tal-pajsaġġ, bħal mill-ġnub tat-toroq. Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri jenħtieġ li jevitaw il-promozzjoni tal-użu ta' njam tond ta' kwalità għall-enerġija ħlief f'ċirkostanzi definiti sew, pereżempju l-prevenzjoni tan-nirien fil-foresti u l-qtugħ ta' salvataġġ. F'konformità mal-prinċipju kaskata, il-bijomassa tal-injam jenħtieġ li tintuża skont l-ogħla valur miżjud ekonomiku u ambjentali tagħha fl-ordni ta' prijoritajiet li ġejja: 1) prodotti bbażati fuq l-injam, 2) l-estensjoni tal-ħajja operattiva tagħhom, 3) l-użu mill-ġdid, 4) ir-riċiklaġġ, 5) il-bijoenerġija u 6) ir-rimi. Meta l-ebda użu ieħor għall-bijomassa tal-injam ma jkun ekonomikament vijabbli jew ambjentalment xieraq, l-irkupru tal-enerġija jgħin biex titnaqqas il-ġenerazzjoni tal-enerġija minn sorsi mhux rinnovabbli. L-iskemi ta' appoġġ tal-Istati Membri għall-bijoenerġija jenħtieġ li għalhekk jiġu diretti lejn tali materja prima li għaliha teżisti ftit kompetizzjoni fis-suq mas-setturi tal-materjali, u li l-akkwist tagħha jitqies pożittiv kemm għall-klima kif ukoll għall-bijodiversità, sabiex jiġu evitati inċentivi negattivi għal perkorsi tal-bijoenerġija mhux sostenibbli, kif identifikat fir-rapport tal-JRC "The use of woody biomass for energy production in the EU"(10). Min-naħa l-oħra, fid-definizzjoni tal-implikazzjonijiet ulterjuri tal-prinċipju kaskata, jeħtieġ li jiġu rikonoxxuti l-ispeċifiċitajiet nazzjonali, li jiggwidaw lill-Istati Membri fit-tfassil tal-iskemi ta' appoġġ tagħhom. Il-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart jenħtieġ li jkunu l-għażla ta' prijorità. L-Istati Membri jenħtieġ li jevitaw li joħolqu skemi ta' appoġġ li jmorru kontra l-miri dwar it-trattament tal-iskart u li jwasslu għal użu ineffiċjenti tal-iskart riċiklabbli. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat użu aktar effiċjenti tal-bijoenerġija, mill-2026 'il quddiem, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jagħtux aktar appoġġ lill-impjanti tal-elettriku biss, sakemm l-installazzjonijiet ma jkunux f'reġjuni bi status ta' użu speċifiku fir-rigward tat-tranżizzjoni tagħhom lil hinn mill-karburanti fossili, jekk ▌jużaw il-qbid u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju jew jekk l-installazzjonijiet ma jistgħux jiġu modifikati għall-koġenerazzjoni f'ċirkostanzi ġustifikati eċċezzjonali wara l-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

(5)  It-tkabbir rapidu u ż-żieda fil-kompetittività tal-kostijiet tal-produzzjoni tal-elettriku rinnovabbli jistgħu jissodisfaw sehem dejjem akbar tad-domanda għall-enerġija, pereżempju bl-użu ta' pompi tas-sħana għal tisħin tal-post jew ta' proċessi industrijali ta' temperatura baxxa, ta' vetturi elettriċi għat-trasport, jew ta' fran elettriċi f'ċerti industriji. L-elettriku rinnovabbli jista' jintuża wkoll biex jiġu prodotti karburanti sintetiċi għall-konsum f'setturi tat-trasport li diffiċli jiġu dekarbonizzati bħall-avjazzjoni u t-trasport marittimu. Jenħtieġ li jiġu żviluppati teknoloġiji innovattivi b'rabta ma' objettiv speċifiku, billi dawn jistgħu jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi għall-2030 kif ukoll l-objettivi klimatiċi għall-2050. Qafas għall-elettrifikazzjoni jrid jippermetti koordinazzjoni robusta u effiċjenti u li jespandi l-mekkaniżmi tas-suq biex jilħaq kemm il-provvista kif ukoll id-domanda fl-ispazju u fiż-żmien, jistimula l-investimenti fil-flessibbiltà, il-ħżin tal-enerġija, ir-rispons għad-domanda u mekkaniżmi oħra ta' flessibbiltà u jgħin fl-integrazzjoni ta' ishma kbar ta' ġenerazzjoni rinnovabbli varjabbli. Għalhekk, l-Istati Membri, f'konformità mal-prinċipju "l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel", jenħtieġ li jiżguraw li l-użu tal-elettriku rinnovabbli jkompli jiżdied b'pass adegwat biex tintlaħaq id-domanda dejjem tikber, inkluż billi jikkoordinaw strateġiji għall-importazzjonijiet fil-livell tal-Unjoni, filwaqt li jiżguraw ukoll li d-domanda tadatta b'mod flessibbli għall-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli. Għal dan, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu qafas li jinkludi mekkaniżmi kompatibbli mas-suq biex jindirizzaw l-ostakli li jifdal biex ikun hemm sistemi tal-elettriku sikuri u adegwati adatti għal livell għoli ta' enerġija rinnovabbli flessibbli, kif ukoll faċilitajiet ta' ħżin, integrati bis-sħiħ fis-sistema tal-elettriku. B'mod partikolari, dan il-qafas għandu jindirizza l-ostakli li jifdal, inklużi dawk mhux finanzjarji bħal riżorsi diġitali u umani insuffiċjenti tal-awtoritajiet għall-ipproċessar ta' għadd dejjem akbar ta' applikazzjonijiet għall-permessi.

(5a)  Teknoloġiji innovattivi, bħal pompi tas-sħana ibridi, jeħtieġ li jiġu żviluppati u użati fi ħdan il-kriterji tad-Direttiva (UE) 2018/2001, peress li jistgħu jintużaw bħala teknoloġija ta' tranżizzjoni lejn l-għanijiet klimatiċi għall-2030 kif ukoll jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-miri klimatiċi għall-2050.

(5b)   Il-qafas ta' governanza ekonomika tal-UE fil-futur jenħtieġ li jħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw ir-riformi meħtieġa biex jaċċelleraw it-tranżizzjoni ekoloġika, kif ukoll jippermetti li jsiru investimenti fit-teknoloġiji meħtieġa.

(6)  Meta jiġi kkalkulat is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fi Stat Membru, il-karburanti rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika jenħtieġ li jingħaddu fis-settur fejn jiġu kkunsmati (elettriku, tisħin u tkessiħ, jew trasport). Meta l-karburanti rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika jiġu kkunsmati fi Stat Membru li jkun differenti minn dak fejn ikunu ġew prodotti, l-enerġija ġġenerata bl-użu ta' karburanti rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika jenħtieġ li tammonta għal 80 % tal-volum tagħhom fil-pajjiż u s-settur fejn tiġi kkunsmata u għal 20 % tal-volum tagħhom fil-pajjiż fejn tiġi prodotta, sakemm l-Istati Membri kkonċernati ma jiftehmux mod ieħor. Il-ftehimiet bejn l-Istati Membri jistgħu jkunu fil-forma ta' ftehim speċifiku ta' kooperazzjoni magħmul permezz tal-Pjattaforma tal-Unjoni għall-Iżvilupp tal-Enerġija Rinnovabbli (URDP). Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiġi nnotifikata bi kwalunkwe ftehim bħal dan u tagħmel disponibbli informazzjoni dwaru, inklużi l-volumi eżatti tal-provvista u d-domanda, il-ħinijiet tat-trasferiment u d-data minn meta l-ftehim jidħol fis-seħħ. Għas-sottomiri, il-karburanti rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika jenħtieġ li jammontaw għal 100 % tal-volum tagħhom fil-pajjiż fejn jiġu kkunsmati. Biex jiġi evitat l-għadd doppju, l-elettriku rinnovabbli użat għall-produzzjoni ta' dawn il-karburanti jenħtieġ li ma jingħaddx. Dan jirriżulta f'armonizzazzjoni tar-regoli ta' kontabbiltà għal dawn il-karburanti fid-Direttiva kollha, irrispettivament minn jekk dawn jingħaddux għall-mira ġenerali tal-enerġija rinnovabbli jew għal kwalunkwe sottomira. Dan jippermetti wkoll li tiġi kkalkulata l-enerġija reali kkunsmata, filwaqt li jitqies it-telf tal-enerġija fil-proċess għall-produzzjoni ta' dawk il-karburanti. Barra minn hekk, dan jippermetti l-kontabbiltà tal-karburanti rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika importati fl-Unjoni u kkunsmati fiha.

(6a)  Peress li l-kurrent tal-iċċarġjar huwa sostenibbli biss jekk jiġi prodott minn enerġija nadifa, l-analiżijiet taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti elettrifikati fl-oqsma tas-sħana, tat-trasport u tal-industrija jenħtieġ li dejjem iqisu l-ishma tal-karburanti fossili li jkun jifdal mill-ġenerazzjoni tal-elettriku preċedenti.

(7)  Il-kooperazzjoni tal-Istati Membri għall-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli tista' tieħu l-forma ta' trasferimenti statistiċi, skemi ta' appoġġ jew proġetti konġunti. Dan jippermetti użu kosteffiċjenti tal-enerġija rinnovabbli madwar l-Ewropa u jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tas-suq. Minkejja l-potenzjal tagħha, il-kooperazzjoni kienet limitata ħafna, u b'hekk wasslet għal riżultati subottimali f'termini ta' effiċjenza fiż-żieda tal-enerġija rinnovabbli. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu obbligati jittestjaw il-kooperazzjoni permezz tal-implimentazzjoni ta' proġetti pilota sa Diċembru 2025 u, sal-2030, it-tielet proġett, għall-Istati Membri b'konsum annwali tal-elettriku ta' aktar minn 100 TWh. Il-proġetti ffinanzjati mill-kontribuzzjonijiet nazzjonali skont il-mekkaniżmu ta' finanzjament tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli stabbilit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1294(11) jissodisfaw dan l-obbligu għall-Istati Membri involuti.

(7a)   L-oqsma kollha tal-politiki tal-UE jridu jidderieġu l-azzjonijiet tagħhom lejn il-miri dwar il-klima li għadhom kemm ġew stabbiliti u jilħqu n-newtralità klimatika. Dan jgħodd għall-politika ta' koeżjoni li, għal aktar minn għoxrin sena, ikkontribwiet għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija, filwaqt li pprovdiet eżempji u l-aħjar prattiki li jistgħu jiġu riflessi f'dimensjonijiet oħra ta' politika, bħall-emendar ta' din id-Direttiva. Il-politika ta' koeżjoni mhux biss toffri opportunitajiet ta' investiment b'reazzjoni għall-ħtiġijiet lokali u reġjonali permezz tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (Fondi SIE), iżda tipprovdi wkoll qafas ta' politika integrat biex jitnaqqsu d-disparitajiet fl-iżvilupp bejn ir-reġjuni Ewropej u tgħinhom jindirizzaw id-diversi sfidi għall-iżvilupp tagħhom, inkluż permezz tal-ħarsien tal-ambjent, l-impjiegi ta' kwalità għolja u l-iżvilupp ekwu, inklużiv u sostenibbli.

(7b)  L-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol kruċjali f'sistemi tal-enerġija integrati u deċentralizzati. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tgħin lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jaħdmu bejn il-fruntieri billi tgħinhom jistabbilixxu mekkaniżmi ta' kooperazzjoni, inkluż ir-Raggruppament Ewropew ta' Kooperazzjoni Territorjali (REKT).

(7c)   Il-politika ta' koeżjoni tiżgura koerenza akbar u koordinazzjoni aħjar bejn il-politika ta' koeżjoni u oqsma leġiżlattivi oħra tal-UE, biex b'hekk tittejjeb l-integrazzjoni tal-politika tal-aspetti klimatiċi, jitfasslu politiki aktar effettivi bbażati fuq is-sorsi, jiġi pprovdut finanzjament immirat tal-UE u, konsegwentement, tittejjeb l-implimentazzjoni tal-politiki dwar il-klima fil-prattika.

(7d)   Huwa importanti ħafna li jiġu rispettati bis-sħiħ il-prinċipji tal-governanza f'diversi livelli u tas-sħubija fit-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima, peress li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom kompetenzi diretti rigward l-ambjent u t-tibdil fil-klima, billi jimplimentaw 90 % tal-adattament għat-tibdil fil-klima u 70 % tal-azzjonijiet ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Barra minn hekk, dawn l-awtoritajiet jiżviluppaw ukoll azzjonijiet biex jippromwovu mġiba li tirrispetta l-klima fost iċ-ċittadini, inklużi dawk marbuta mal-immaniġġjar tal-iskart, il-mobbiltà intelliġenti, l-akkomodazzjoni sostenibbli u l-konsum tal-enerġija.

(8)  L-Istrateġija dwar l-Enerġija Rinnovabbli Offshore tintroduċi objettiv ambizzjuż ta' 300 GW ta' enerġija offshore u ta' 40 GW ta' enerġija mill-oċeani fil-baċiri tal-baħar kollha tal-Unjoni sal-2050. Sabiex tiġi żgurata din il-bidla gradwali, l-Istati Membri se jkollhom bżonn jaħdmu flimkien bejn il-fruntieri fil-livell tal-baċir tal-baħar. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jiddefinixxu b'mod konġunt, u jallokaw spazju adegwat fil-pjan spazjali marittimu tagħhom, l-ammont ta' ġenerazzjoni rinnovabbli offshore li għandu jintuża f'kull baċir tal-baħar sal-2050, b'passi intermedji fl-2030 u fl-2040. Jekk ikun hemm diskrepanza possibbli bejn l-ammont potenzjali ta' riżorsi ta' enerġija rinnovabbli offshore tal-Istati Membri u l-ammont ippjanat ta' enerġija rinnovabbli offshore, il-Kummissjoni jenħtieġ li tieħu miżuri addizzjonali biex tnaqqas dik id-diskrepanza. Dawn l-objettivi jenħtieġ li jiġu riflessi fil-pjanijiet nazzjonali aġġornati dwar l-enerġija u l-klima li se jiġu ppreżentati fl-2023 u fl-2024 skont ir-Regolament (UE) 2018/1999. Fid-definizzjoni tal-ammont, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli offshore ta' kull baċir tal-baħar, il-fattibbiltà teknika u ekonomika tal-infrastruttura tal-grilja tat-trażmissjoni, il-ħarsien tal-ambjent, il-bijodiversità, l-adattament għat-tibdil fil-klima u użi oħrajn tal-baħar, speċjalment l-attivitajiet li diġà jsiru fiż-żoni affettwati u l-ħsara possibbli lill-ambjent, kif ukoll il-miri tad-dekarbonizzazzjoni tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkunsidraw dejjem aktar il-possibbiltà li jikkombinaw il-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli offshore ma' linji ta' trażmissjoni li jgħaqqdu lil diversi Stati Membri, fil-forma ta' proġetti ibridi jew, fi stadju aktar tard, grilja aktar densa. Dan jippermetti lill-elettriku jimxi f'direzzjonijiet differenti, u b'hekk jimmassimizza l-benesseri soċjoekonomiku, jottimizza n-nefqa infrastrutturali u jippermetti użu aktar sostenibbli tal-baħar. L-Istati Membri li jmissu ma' baċir tal-baħar jenħtieġ li jużaw il-proċess ta' ppjanar tal-ispazju marittimu biex jiżguraw approċċ b'saħħtu ta' parteċipazzjoni pubblika sabiex jitqiesu l-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati kollha u l-komunitajiet kostali.

(8a)  Il-kundizzjonijiet meqjusa neċessarji għall-isfruttament tal-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli fl-ibħra u l-oċeani Ewropej, inklużi dawk madwar il-gżejjer u r-reġjuni ultraperiferiċi qed ivarjaw. Għalhekk, l-Unjoni impenjata li tistabbilixxi teknoloġiji alternattivi kapaċi li ma jkollhomx impatt negattiv fuq l-ambjent tal-baħar għal dawn iż-żoni ta' interess partikolari.

(8b)   Jenħtieġ li jitqiesu d-diversità ġeografika u l-użi alternattivi tal-ambjent tal-baħar, sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli tal-ibħra u l-oċeani Ewropej kollha, u dan jeħtieġ sett ferm usa' ta' soluzzjonijiet teknoloġiċi. Dawn is-soluzzjonijiet jinkludu l-enerġija mill-parks eoliċi offshore li jżommu f'wiċċ l-ilma, farms solari, l-enerġija mill-mewġ, mill-kurrenti u mill-marea, id-differenzjali fi gradjenti termali jew ta' enerġija blu, it-tkessiħ u t-tisħin tal-baħar, u l-enerġija ġeotermali u l-bijomassa tal-baħar (algi).

(8c)  L-installazzjoni ta' proġetti tal-enerġija rinnovabbli fuq art rurali u fuq art agrikola b'mod ġenerali jenħtieġ li tkun irregolata mill-prinċipji tal-proporzjonalità, il-komplementarjetà u l-kumpens. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw il-varar ordnat ta' proġetti rinnovabbli sabiex jiġi evitat it-telf ta' art agrikola, u jinkoraġġixxu l-iżvilupp u l-użu ta' teknoloġiji xierqa li jagħmlu l-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli kompatibbli mal-produzzjoni agrikola u tal-bhejjem.

(9)  Is-suq għall-ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija rinnovabbli qed jikber b'mod rapidu u jipprovdi rotta komplementari għas-suq tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli flimkien ma' skemi ta' appoġġ mill-Istati Membri jew għall-bejgħ dirett fis-suq tal-elettriku bl-ingrossa. Fl-istess ħin, dawn il-ftehimiet jipprovdu lill-produttur bis-sigurtà ta' ċertu introjtu, filwaqt li l-utent jista' jibbenefika minn prezz stabbli tal-elettriku. Is-suq għall-ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija rinnovabbli għadu limitat għal għadd żgħir ta' Stati Membri u kumpaniji kbar, b'ostakli amministrattivi, tekniċi u finanzjarji sinifikanti li jifdal f'partijiet kbar tas-suq tal-Unjoni. Minbarra ftehimiet dwar ix-xiri ta' enerġija rinnovabbli, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-ostakli għall-introduzzjoni ta' ftehimiet dwar ix-xiri tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli, li se jkollhom rwol dejjem akbar biex jintlaħqu l-miri klimatiċi u tas-sorsi rinnovabbli tal-UE. Għalhekk, il-miżuri eżistenti fl-Artikolu 15 biex jinkoraġġixxu l-adozzjoni ta' ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija rinnovabbli jenħtieġ li jissaħħu ulterjorment, billi jiġi esplorat l-użu ta' garanziji ta' kreditu biex jitnaqqsu r-riskji finanzjarji ta' dawn il-ftehimiet, filwaqt li jitqies li dawn il-garanziji, fejn ikunu pubbliċi, jenħtieġ li ma jeskludux il-finanzjament privat.

(10)  Proċeduri amministrattivi kumplessi żżejjed u twal iżżejjed jikkostitwixxu ostaklu ewlieni għall-użu tal-enerġija rinnovabbli. Hemm bżonn ta' aktar simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi u dawk għall-għoti ta' permessi biex jittaffa l-piż amministrattiv kemm għall-proġetti ta' enerġija rinnovabbli kif ukoll għall-proġetti relatati tal-infrastruttura tal-grilja. Fi żmien sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrevedi l-linji gwida dwar l-għoti ta' permessi biex jitqassru u jiġu ssimplifikati l-proċessi għall-proġetti ġodda, il-proġetti ta' repowering u l-modernizzazzjoni tal-proġetti fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli. Jenħtieġ li jiġu żviluppati indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni fil-kuntest ta' dawn il-linji gwida.

(10a)   L-awtoritajiet lokali u reġjonali huma atturi ewlenin fl-isforzi intiżi biex l-Ewropa tersaq aktar viċin l-ilħuq tal-objettivi tagħha f'dak li jikkonċerna l-enerġija u l-klima. Il-produzzjoni tal-enerġija fil-livell lokali hija kruċjali biex titrawwem il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, titnaqqas id-dipendenza enerġetika minn sorsi esterni u jitnaqqsu r-rati tal-faqar enerġetiku.

(11)  Il-binjiet għandhom potenzjal kbir mhux sfruttat biex jikkontribwixxu b'mod effettiv għat-tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra fl-Unjoni. Id-dekarbonizzazzjoni tat-tisħin u tat-tkessiħ f'dan is-settur permezz ta' sehem akbar fil-produzzjoni u fl-użu tal-enerġija rinnovabbli, b'mod partikolari fil-kuntest lokali, se tkun meħtieġa biex tiġi ssodisfata l-ambizzjoni stabbilita fil-Liġi Ewropea dwar il-Klima biex jintlaħaq l-objettiv tal-Unjoni tan-newtralità klimatika. Madankollu, il-progress dwar l-użu ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli għat-tisħin u t-tkessiħ kien staġnat fl-aħħar deċennju, li fil-biċċa l-kbira jiddependi fuq użu akbar tal-bijomassa. Mingħajr l-istabbiliment ta' miri indikattivi biex jiżdiedu l-produzzjoni u l-użu tal-enerġija rinnovabbli fil-bini, mhux se jkun hemm kapaċità biex jiġi traċċat il-progress u jiġu identifikati l-konġestjonijiet fl-użu tal-enerġija rinnovabbli. Jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li jgħoddu s-sħana u l-kesħa mormija fil-mira indikattiva għall-enerġija rinnovabbli fil-bini, sa limitu ta' 20 %, b'limitu massimu ta' 54 %. Barra minn hekk, il-ħolqien ta' miri se jipprovdi sinjal fit-tul lill-investituri, inkluż għall-perjodu immedjatament wara l-2030. Dan se jikkomplementa l-obbligi relatati mal-effiċjenza enerġetika u r-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u jikkonforma mal-prinċipju "l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel". Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti miri indikattivi għall-użu tal-enerġija rinnovabbli fil-binjiet biex jiggwidaw u jinċentivaw l-isforzi tal-Istati Membri biex jisfruttaw il-potenzjal tal-użu u l-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli fuq il-post jew fil-qrib fil-binjiet u jinkoraġġixxu l-iżvilupp ▌ta' teknoloġiji li jipproduċu l-enerġija rinnovabbli u jgħinu l-integrazzjoni effiċjenti tagħhom fis-sistema tal-enerġija, filwaqt li jipprovdu ċertezza għall-investituri u l-involviment fil-livell lokali, kif ukoll jikkontribwixxu għall-effiċjenza tas-sistema. L-iskemi għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet huma mfassla biex iżidu l-kostijiet tal-enerġija fossili u jwasslu għal investimenti fl-iffrankar tal-enerġija xprunati mis-suq jew biex issir bidla għall-enerġija rinnovabbli. Jenħtieġ li jiġu evitati piżijiet doppji għall-konsumaturi permezz tal-iskemi għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet u miri oħra meħtieġa skont id-dritt tal-Unjoni.

(11a)  Wara l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja, l-argument favur tranżizzjoni enerġetika rapida qatt ma kien aktar b'saħħtu u ċar. Ir-Russja tipprovdi aktar minn 40 % tal-konsum totali ta' gass tal-UE, li jintuża l-aktar fis-settur tal-bini, li huwa responsabbli għal 40 % tal-konsum totali tal-enerġija tal-UE. Billi taċċellera t-tnedija tas-soqfa solari u l-pompi tas-sħana, l-UE tista' tiffranka ammonti sinifikanti ta' importazzjonijiet ta' karburanti fossili. Il-frontloading ta' tali investimenti se jaċċellera aktar it-tnaqqis tad-dipendenza tal-UE minn fornituri esterni. Skont REPowerEU, għall-2022 biss jistgħu jiġu ffrankati 2,5 bcm addizzjonali ta' gass billi jiġu installati sa 15 TWh ta' sistemi solari PV fuq il-bjut, u 12-il bcm addizzjonali b'kull 10 miljun pompa tas-sħana installata. Fl-istess ħin, dan jagħti spinta kbira lis-swieq tax-xogħol lokali; waħedha, tali mewġa ta' installazzjoni ta' soqfa solari tista' toħloq sa 225 000 impjieg lokali fin-negozju tal-installazzjoni(12).

(12)  Għadd insuffiċjenti ta' ħaddiema tas-sengħa, b'mod partikolari l-installaturi u d-disinjaturi ta' sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli, inaqqsu r-ritmu tas-sostituzzjoni ta' sistemi tat-tisħin tal-karburanti fossili b'sistemi bbażati fuq l-enerġija rinnovabbli u huma ostaklu ewlieni għall-integrazzjoni ta' sorsi rinnovabbli fil-binjiet, fl-industrija u fl-agrikoltura. L-Istati Membri jenħtieġ li jikkooperaw mas-sħab soċjali u mal-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli biex jantiċipaw il-ħiliet li se jkunu meħtieġa. Għadd suffiċjenti ta' strateġiji ta' titjib tal-ħiliet u tiġdid tal-ħiliet u programmi ta' taħriġ ta' kwalità għolja u effettivi u ta' possibbiltajiet ta' ċertifikazzjoni li jiżguraw installazzjoni xierqa u tħaddim affidabbli ta' firxa wiesgħa ta' sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli u teknoloġiji ta' ħżin, kif ukoll punti ta' ċċarġjar għall-vetturi elettriċi, jenħtieġ li jkunu disponibbli u mfassla b'mod li jattiraw il-parteċipazzjoni fi programmi ta' taħriġ u f'sistemi ta' ċertifikazzjoni bħal dawn. L-Istati Membri jenħtieġ li jikkunsidraw liema azzjonijiet jenħtieġ li jittieħdu biex jattiraw gruppi li bħalissa mhumiex irrappreżentati biżżejjed fl-oqsma tax-xogħol inkwistjoni. Il-lista ta' installaturi mħarrġa u ċċertifikati jenħtieġ li ssir pubblika biex jiġu żgurati kemm il-fiduċja tal-konsumatur kif ukoll l-aċċess faċli għal ħiliet ta' disinjaturi u ta' installaturi mfassla apposta li jiggarantixxu installazzjoni u tħaddim xierqa tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli.

(12a)  In-negozji agrikoli u ortikulturali għandhom l-ispazju u l-erja tas-soqfa u jipproduċu l-bijomassa. Dawn huma assi li jippermettulhom jaqdu rwol ewlieni fit-tranżizzjoni enerġetika taż-żoni rurali u fi ħdan il-komunitajiet rurali, speċjalment fid-dawl tal-produzzjoni deċentralizzata. Is-settur huwa utent relattivament żgħir tal-enerġija u jista' jipproduċi ferm aktar enerġija rinnovabbli milli jeħtieġ. Huwa għalhekk li l-introduzzjoni tal-kondiviżjoni tal-enerġija u tal-komunitajiet tal-enerġija jenħtieġ li tiġi mħeġġa u appoġġata aktar.

(13)  Il-garanziji tal-oriġini huma għodda ewlenija għall-informazzjoni tal-konsumatur kif ukoll għall-adozzjoni ulterjuri ta' ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija rinnovabbli. Sabiex tiġi stabbilita bażi koerenti tal-Unjoni għall-użu ta' garanziji tal-oriġini u sabiex jiġi pprovdut aċċess għal evidenza ta' sostenn xierqa għal persuni li jikkonkludu ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija rinnovabbli, il-produtturi kollha tal-enerġija rinnovabbli jenħtieġ li jkunu jistgħu jirċievu garanzija tal-oriġini mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Istati Membri li jqisu l-valur tas-suq tal-garanziji tal-oriġini jekk il-produtturi tal-enerġija jirċievu appoġġ finanzjarju. Is-sistema ta' garanziji tal-oriġini prevista mill-Istati Membri jenħtieġ li tkun sistema armonizzata applikabbli fl-Unjoni kollha. Sistema tal-enerġija aktar flessibbli u domandi dejjem akbar min-naħa tal-konsumaturi jeħtieġu għodda aktar innovattiva, diġitali, teknoloġikament avvanzata u affidabbli biex tappoġġa u tiddokumenta l-produzzjoni tiżdied tal-enerġija rinnovabbli. B'mod partikolari, it-teknoloġiji innovattivi jistgħu jiżguraw granularità spazjali u temporali ogħla tal-garanziji tal-oriġini. Biex jiffaċilitaw l-innovazzjoni diġitali f'dan il-qasam, l-Istati Membri jenħtieġ li jintroduċu granularità addizzjonali fir-rigward tad-daqs fl-iskemi tagħhom għall-garanziji tal-oriġini.

(13a)  F'konformità mal-Azzjoni Ewropea Konġunta għal enerġija aktar affordabbli, sikura u sostenibbli stabbilita fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Marzu 2022, fejn rilevanti, l-Istati Membri jenħtieġ li jivvalutaw il-ħtieġa li jestendu l-infrastruttura eżistenti tan-network tal-gass biex jiffaċilitaw l-integrazzjoni tal-gass minn sorsi rinnovabbli u biex inaqqsu d-dipendenza fuq il-karburanti fossili, b'mod partikolari jekk dik l-infrastruttura tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-interkonnessjoni bejn mill-anqas żewġ Stati Membri jew bejn Stat Membru u pajjiż terz.

(14)  L-iżvilupp tal-infrastruttura għan-networks tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali jenħtieġ li jissaħħaħ u jiġi orjentat lejn l-użu ta' firxa usa' ta' sorsi ta' sħana u ta' kesħa rinnovabbli b'mod effiċjenti u flessibbli sabiex jiżdied l-użu tal-enerġija rinnovabbli u tissaħħaħ l-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija. Għalhekk, huwa xieraq li tiġi aġġornata l-lista tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli li n-networks tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali jenħtieġ li jakkomodaw dejjem aktar u li wieħed jirrikjedi l-integrazzjoni tal-ħżin tal-enerġija termali bħala sors ta' flessibbiltà, effiċjenza akbar fl-enerġija u operazzjoni aktar kosteffettiva.

(14a)  L-azzjonijiet tal-Istati Membri biex jintegraw l-elettriku rinnovabbli intermittenti fil-grilja, filwaqt li jiżguraw l-istabbiltà tal-grilja u s-sigurtà tal-provvista, jistgħu jkunu relatati mal-iżvilupp ta' soluzzjonijiet bħal faċilitajiet ta' ħżin, ġestjoni min-naħa tad-domanda u impjanti tal-enerġija li jibbilanċjaw il-grilja u impjanti ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja li jipparteċipaw fl-ibbilanċjar tal-grilja b'appoġġ għall-elettriku rinnovabbli intermittenti.

(15)  B'aktar minn 30 miljun vettura elettrika mistennija fl-Unjoni sal-2030 jeħtieġ li jiġi żgurat li dawn ikunu jistgħu jikkontribwixxu bis-sħiħ għall-integrazzjoni tas-sistema tal-elettriku rinnovabbli, u b'hekk jippermettu li jintlaħqu ishma ogħla tal-elettriku rinnovabbli b'mod kostottimali. Il-potenzjal tal-vetturi elettriċi li jassorbu l-elettriku rinnovabbli fi żminijiet meta jkun abbundanti u jdaħħluh mill-ġdid fi grilja meta jkun hemm skarsezza jrid jiġi sfruttat bis-sħiħ, u dan jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tas-sistema ta' elettriku rinnovabbli varjabbli filwaqt li tiġi żgurata provvista sigura u affidabbli tal-elettriku. Għalhekk huwa neċessarju li jiġu introdotti miżuri speċifiċi dwar il-vetturi elettriċi u informazzjoni dwar l-enerġija rinnovabbli u kif u meta tiġi aċċessata, li jikkomplementaw dawk fid-Direttiva (UE) 2014/94 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13) u r-[Regolament propost dwar il-batteriji u l-iskart ta' batteriji, li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 2019/1020]. Barra minn hekk, il-vetturi elettriċi solari jistgħu jagħtu kontribut kruċjali għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport Ewropew. Dawn huma ferm aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija meta mqabbla ma' vetturi elettriċi bil-batterija tradizzjonali, ma jiddependux b'mod estensiv fuq il-grilja tal-elettriku għall-iċċarġjar, u jistgħu jiġġeneraw enerġija nadifa addizzjonali li tista' tiġi alimentata fil-grilja permezz ta' ċċarġjar bidirezzjonali, li jikkontribwixxi għall-indipendenza enerġetika tal-Ewropa u għall-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli. [Am. 26].

(15a)  Il-potenzjal ta' impjanti tal-enerġija li jibbilanċjaw il-grilja u impjanti ta' koġenerazzjoni li jipparteċipaw fl-ibbilanċjar tal-grilja b'appoġġ għall-elettriku rinnovabbli intermittenti, biex b'hekk jippermettu l-espansjoni ta' tali elettriku rinnovabbli, jenħtieġ li jintuża bis-sħiħ.

(16)  Sabiex is-servizzi ta' flessibbiltà u ta' bbilanċjar mill-aggregazzjoni tal-assi tal-ħżin distribwiti jiġu żviluppati b'mod kompetittiv, l-aċċess f'ħin reali għall-informazzjoni bażika dwar il-batteriji bħall-istat tas-saħħa, l-istat taċ-ċarġ, il-kapaċità u s-set point tal-potenza jenħtieġ li jiġi pprovdut skont termini mhux diskriminatorji, f'konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2016/679 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)(14), u bla ħlas lis-sidien jew lill-utenti tal-batteriji u lill-entitajiet li jaġixxu f'isimhom permezz ta' kunsens espliċitu, bħall-maniġers tas-sistemi tal-enerġija tal-binjiet, il-fornituri ta' servizzi ta' mobbiltà u parteċipanti oħrajn fis-suq tal-elettriku, bħall-utenti ta' vetturi elettriċi. Għalhekk huwa xieraq li jiġu introdotti miżuri li jindirizzaw il-ħtieġa ta' aċċess għal tali data għall-iffaċilitar tal-operazzjonijiet relatati mal-integrazzjoni ta' batteriji domestiċi u vetturi elettriċi, sistemi intelliġenti tat-tisħin u t-tkessiħ, u apparati intelliġenti oħra, li jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għad-data dwar il-batteriji relatati mal-iffaċilitar tal-adattament mill-ġdid tal-batteriji fi [ir-regolament propost tal-Kummissjoni dwar il-batteriji u l-iskart ta' batteriji, li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 2019/1020]. Id-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għad-data dwar il-batteriji tal-vetturi elettriċi jenħtieġ li japplikaw flimkien ma' kwalunkwe dispożizzjoni stabbilita fid-dritt tal-Unjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi.

(17)  L-għadd dejjem akbar ta' vetturi elettriċi f'modi ta' trasport bit-triq, bil-ferrovija, bil-baħar u b'modi oħra se jirrikjedi li l-operazzjonijiet tal-irriċarġjar jiġu ottimizzati u ġestiti b'mod li ma jikkawżax konġestjoni u li jisfrutta bis-sħiħ id-disponibbiltà tal-elettriku rinnovabbli u tal-prezzijiet baxxi tal-elettriku fis-sistema. F'sitwazzjonijiet fejn l-iċċarġjar intelliġenti u bidirezzjonali jassisti aktar penetrazzjoni tal-elettriku rinnovabbli mill-flotot ta' vetturi elettriċi fit-trasport u fis-sistema tal-elettriku b'mod ġenerali, tali funzjonalità jenħtieġ li tkun disponibbli wkoll. Fid-dawl tal-firxa twila ta' punti tal-irriċarġjar, ir-rekwiżiti għall-infrastruttura tal-iċċarġjar jenħtieġ li jinżammu aġġornati b'mod li jindirizza l-ħtiġijiet futuri u ma jirriżultawx f'effetti ta' intrappolament negattivi għall-iżvilupp tat-teknoloġija u tas-servizzi.

(18)  L-utenti ta' vetturi elettriċi li jidħlu fi ftehimiet kuntrattwali ma' fornituri ta' servizzi tal-elettromobbiltà u ma' parteċipanti fis-suq tal-elettriku jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jirċievu informazzjoni u spjegazzjonijiet dwar kif it-termini tal-ftehim se jaffettwaw l-użu tal-vettura tagħhom u l-istat tas-saħħa tal-batterija tagħha. Il-fornituri tas-servizzi tal-elettromobbiltà u l-parteċipanti fis-suq tal-elettriku jenħtieġ li jispjegaw b'mod ċar lill-utenti tal-vetturi elettriċi kif se jiġu rimunerati għall-flessibbiltà, għall-ibbilanċjar u għas-servizzi ta' ħżin ipprovduti lis-sistema u lis-suq tal-elettriku bl-użu tal-vettura elettrika tagħhom. L-utenti tal-vetturi elettriċi jeħtieġ li jkollhom ukoll id-drittijiet tal-konsumatur tagħhom garantiti meta jidħlu f'tali ftehimiet, b'mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali tagħhom bħall-post u d-drawwiet tas-sewqan, b'rabta mal-użu tal-vettura tagħhom. Il-preferenza tal-utenti tal-vetturi elettriċi fir-rigward tat-tip ta' elettriku mixtri għall-użu fil-vettura elettrika tagħhom, kif ukoll preferenzi oħra, jistgħu jkunu wkoll parti minn tali ftehimiet. Għar-raġunijiet ta' hawn fuq, huwa importanti li jiġi żgurat li l-infrastruttura tal-iċċarġjar li għandha tiġi varata tintuża bl-aktar mod effettiv. Sabiex tittejjeb il-fiduċja tal-konsumatur fil-mobbiltà elettrika, huwa essenzjali li l-utenti tal-vetturi elettriċi jkunu jistgħu jużaw l-abbonament tagħhom f'diversi punti tal-irriċarġjar. Dan jippermetti wkoll lill-fornitur tas-servizz tal-għażla tal-utent tal-vettura elettrika biex jintegra bl-aħjar mod il-vettura elettrika fis-sistema tal-elettriku, permezz ta' ppjanar u inċentivi prevedibbli bbażati fuq il-preferenzi tal-utent tal-vettura elettrika. Dan huwa wkoll konformi mal-prinċipji ta' sistema tal-enerġija bbażata fuq il-konsumatur u fuq il-prosumatur, u d-dritt tal-għażla tal-fornitur tal-utenti tal-vetturi elettriċi bħala klijenti finali skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2019/944.

(18a)  Lil hinn mill-batteriji domestiċi u tal-vetturi elettriċi, varjetà ta' apparati oħra bħal apparati intelliġenti għat-tisħin u t-tkessiħ, tankijiet tal-ilma sħun, unitajiet tal-ħżin tal-enerġija termali u apparati intelliġenti oħra għandhom potenzjal sinifikanti ta' rispons għad-domanda li jenħtieġ li jiġi sfruttat b'mod urġenti biex jippermetti lill-konsumaturi jipprovdu l-flessibbiltà tagħhom għas-sistema tal-enerġija. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu introdotti miżuri li jippermettu aċċess f'ħin reali għal data rilevanti għar-rispons għad-domanda għall-utenti, kif ukoll għal partijiet terzi li jaġixxu f'isem is-sidien u l-utenti, bħall-parteċipanti fis-suq tal-elettriku, b'termini mhux diskriminatorji u bla ħlas, f'konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2016/679.

(19)  Għaldaqstant, il-ġenerazzjoni distribwita u deċentralizzata, ir-rispons tad-domanda u l-assi tal-ħżin ▌, bħall-batteriji domestiċi u l-batteriji tal-vetturi elettriċi, is-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ intelliġenti u apparati intelliġenti oħrajn, kif ukoll il-ħżin tal-enerġija termali, għandhom il-potenzjal li joffru flessibbiltà konsiderevoli u servizzi ta' bbilanċjar lill-grilja permezz ta' aggregazzjoni. Sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta' tali apparati u servizzi relatati, id-dispożizzjonijiet regolatorji dwar il-konnessjoni u t-tħaddim tal-assi deċentralizzati tal-ġenerazzjoni u tal-ħżin, bħat-tariffi, il-ħinijiet ta' impenn u l-ispeċifikazzjonijiet tal-konnessjoni, jenħtieġ li jitfasslu b'mod li ma jfixkilx il-potenzjal tal-assi kollha tal-ħżin, inkluż dawk żgħar u mobbli, biex jiġu offruti servizzi ta' flessibbiltà u ta' bbilanċjar lis-sistema u biex jikkontribwixxu għall-penetrazzjoni ulterjuri tal-elettriku rinnovabbli, meta mqabbla ma' assi ta' ħżin stazzjonarji akbar. L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu wkoll kundizzjonijiet ekwi għal atturi iżgħar fis-suq, b'mod partikolari l-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw fis-suq mingħajr ma jiffaċċjaw piż amministrattiv jew regolatorju sproporzjonat.

(20)  Il-punti tal-irriċarġjar fejn il-vetturi elettriċi tipikament jiġu pparkjati għal perjodi ta' żmien estiżi, bħal fejn in-nies jipparkjaw għal raġunijiet ta' residenza jew ta' impjieg, huma rilevanti ħafna għall-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija, u għalhekk iridu jiġu żgurati funzjonalitajiet ta' ċċarġjar intelliġenti u bidirezzjonali. Jenħtieġ li jittieħdu inizjattivi speċifiċi biex jiżdied l-għadd ta' punti tal-irriċarġjar fiż-żoni rurali u skarsament popolati u biex tiġi żgurata distribuzzjoni adegwata fl-aktar żoni remoti u muntanjużi. F'dan ir-rigward, it-tħaddim ta' infrastruttura ta' ċċarġjar normali mhux aċċessibbli għall-pubbliku, pereżempju permezz ta' sistemi ta' kejl intelliġenti, huwa partikolarment importanti għall-integrazzjoni tal-vetturi elettriċi fis-sistema tal-elettriku peress li tinsab fejn il-vetturi elettriċi jiġu pparkjati ripetutament għal perjodi twal ta' żmien, bħal f'bini b'aċċess ristrett, faċilitajiet ta' parkeġġ jew ta' parkeġġ tal-impjegati mikrija lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi.

(21)  L-industrija tirrappreżenta 25 % tal-konsum tal-enerġija tal-Unjoni, u hija konsumatur ewlieni tat-tisħin u t-tkessiħ, li bħalissa 91 % minnu huwa fornut mill-karburanti fossili. Madankollu, 50 % tad-domanda għat-tisħin u għat-tkessiħ hija ta' temperatura baxxa (<200 °C) li għaliha hemm għażliet kosteffettivi tal-enerġija rinnovabbli, inkluż permezz tal-elettrifikazzjoni diretta abbażi tal-enerġija rinnovabbli, il-pompi tas-sħana industrijali u s-soluzzjonijiet ġeotermali. Barra minn hekk, l-industrija tuża sorsi mhux rinnovabbli bħala materja prima biex tipproduċi prodotti bħall-azzar jew sustanzi kimiċi. Id-deċiżjonijiet dwar l-investiment industrijali llum se jiddeterminaw il-proċessi industrijali futuri u l-għażliet enerġetiċi li jistgħu jitqiesu mill-industrija, u għalhekk huwa importanti li dawk id-deċiżjonijiet dwar l-investimenti jibqgħu validi fil-futur u li jiġi evitat il-ħolqien ta' assi mhux rekuperabbli. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti parametri referenzjarji biex jinċentivaw lill-industrija biex taqleb għal proċessi ta' produzzjoni bbażati fuq l-enerġija rinnovabbli li mhux biss huma mħaddma bl-enerġija rinnovabbli, iżda jużaw ukoll materja prima bbażata fuq sorsi ta' enerġija rinnovabbli bħall-idroġenu rinnovabbli. ▌

(21a)  L-Istati Membri jenħtieġ li jippromwovu l-istrumenti meħtieġa tal-ippjanar spazjali li jikklassifikaw il-ħamrija agrikola u jidentifikaw il-ħamrija ta' valur agrikolu għoli abbażi tal-karatteristiċi edafoloġiċi tagħha. Fil-politiki tagħhom għall-iżvilupp u l-promozzjoni tal-enerġiji rinnovabbli, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw l-għan li din il-ħamrija tiġi ppreservata għall-użu agrikolu u tal-bhejjem.

(22)  B'applikazzjoni tal-prinċipju "l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel", il-karburanti rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika jistgħu jintużaw għal finijiet ta' enerġija, iżda wkoll għal finijiet mhux ta' enerġija bħala feedstock jew materja prima f'industriji bħall-azzar jew is-sustanzi kimiċi. L-użu ta' karburanti rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika għaż-żewġ skopijiet jisfrutta l-potenzjal sħiħ tagħhom li jissostitwixxu l-karburanti fossili użati bħala materja prima u li jnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra fi proċessi industrijali li huma diffiċli li jiġu elettrifikati u għalhekk jenħtieġ li jiġu inklużi f'mira għall-użu ta' karburanti rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika. Il-miżuri nazzjonali biex jappoġġaw l-użu ta' karburanti rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika f'dawk is-setturi industrijali jenħtieġ li ma jirriżultawx f'żidiet netti fit-tniġġis minħabba domanda akbar għall-ġenerazzjoni tal-elettriku li hija ssodisfata mill-aktar karburanti fossili li jniġġsu, bħall-faħam, id-diżil, il-linjite, iż-żejt, il-pit u x-shale taż-żejt.

(22a)  Kif imsemmi fl-Istrateġija tal-UE għall-Idroġenu, il-karburanti b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju u l-idroġenu b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju jista' jkollhom rwol fit-tranżizzjoni enerġetika biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karburanti eżistenti. Peress li l-karburanti b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju u l-idroġenu b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju mhumiex karburanti rinnovabbli, ir-reviżjoni tad-Direttiva (UE) .../... [id-Direttiva dwar il-gass u l-idroġenu] jenħtieġ li tiddefinixxi d-dispożizzjonijiet komplementari dwar ir-rwol tal-karburanti b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju u l-idroġenu b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju biex in-newtralità karbonika tinkiseb sal-2050.

(23)  Iż-żieda fl-ambizzjoni fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ hija kruċjali biex tintlaħaq il-mira ġenerali tal-enerġija rinnovabbli minħabba li t-tisħin u t-tkessiħ jikkostitwixxu madwar nofs il-konsum tal-enerġija tal-Unjoni, li jkopri firxa wiesgħa ta' użi finali u teknoloġiji fil-binjiet, fl-industrija u fit-tisħin u fit-tkessiħ distrettwali. Sabiex titħaffef iż-żieda tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ, jenħtieġ li 1,1 ▌annwali jsir vinkolanti bħala minimu għall-Istati Membri kollha, b'mira indikattiva li titla' sa 2,3, skont il-livell REPowerEU. Għal dawk l-Istati Membri, li diġà għandhom ishma rinnovabbli ta' aktar minn 50 % fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ, jenħtieġ li jibqa' possibbli li tiġi applikata biss nofs ir-rata annwali vinkolanti ta' żieda u l-Istati Membri b'60 % jew aktar jistgħu jgħoddu kwalunkwe sehem bħal dan bħala li jissodisfa r-rata annwali medja ta' żieda f'konformità mal-punti b) u c) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 23. L-Istati Membri jenħtieġ li, bl-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u f'konformità mal-prinċipju "l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel", iwettqu valutazzjoni tal-potenzjal tagħhom ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ u tal-użu tas-sħana u l-kesħa mormija. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti żidiet speċifiċi għall-Istati Membri, biex jerġgħu jqassmu l-isforzi addizzjonali għal-livell mixtieq ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli fl-2030 fost l-Istati Membri abbażi tal-PDG u l-kosteffettività. Jenħtieġ li tiġi inkluża wkoll lista itwal ta' miżuri differenti fid-Direttiva (UE) 2018/2001 biex tiġi ffaċilitata ż-żieda tas-sehem ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ. L-Istati Membri jenħtieġ li jimplimentaw tliet miżuri mil-lista ta' miżuri. Meta jadottaw u jimplimentaw dawk il-miżuri, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw l-aċċessibbiltà tagħhom għall-konsumaturi kollha, b'mod partikolari dawk f'unitajiet domestiċi b'introjtu baxx jew vulnerabbli, u jenħtieġ li jirrikjedu li sehem sinifikanti ta' miżuri jiġu implimentati bħala prijorità f'unitajiet domestiċi b'introjtu baxx f'riskju ta' faqar enerġetiku u f'akkomodazzjoni soċjali [Am. 38].

(24)  Biex jiġi żgurat li rwol akbar tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali jkun akkumpanjat minn informazzjoni aħjar għall-konsumaturi, huwa xieraq li tiġi ċċarata u msaħħa d-divulgazzjoni tas-sehem tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli u l-emissjonijiet ta' gassijiet serra assoċjati, kif ukoll l-effiċjenza enerġetika ta' dawn is-sistemi.

(24a)  Is-settur agrikolu għandu l-potenzjal li jipproduċi elettriku rinnovabbli addizzjonali. Dan l-elettriku rinnovabbli huwa prodott b'mod deċentralizzat, li huwa opportunità fit-tranżizzjoni enerġetika. Sabiex dan l-elettriku jitqiegħed fil-grilja, din il-grilja jeħtieġ li jkollha kapaċità suffiċjenti. Madankollu, fiż-żoni rurali l-grilja spiss tintemm u għalhekk ma jkollhiex biżżejjed kapaċità biex takkomoda elettriku addizzjonali. It-tisħiħ tal-grilja fiż-żoni rurali jenħtieġ li jiġi mħeġġeġ bil-qawwa sabiex il-farms ikunu jistgħu fil-fatt jissodisfaw il-kontribut potenzjali tagħhom għat-tranżizzjoni enerġetika permezz tal-produzzjoni deċentralizzata tal-elettriku.

(24b)  L-installazzjonijiet tal-produzzjoni tal-enerġija fuq skala żgħira fil-farms għandhom potenzjal enormi li jżidu ċ-ċirkolarità fil-farms billi jittrasformaw il-flussi tal-iskart u tar-residwi tal-farms, fost l-oħrajn id-demel, fi sħana u elettriku. Għalhekk, jenħtieġ li jitneħħew l-ostakli kollha biex il-bdiewa jiġu mħeġġa jinvestu f'dawn it-teknoloġiji favur farms ċirkolari, bħad-diġesturi żgħar ħafna. Wieħed minn dawn l-ostakli huwa l-valorizzazzjoni tar-residwi tal-proċess, pereżempju l-irkupru tan-nitroġenu mid-demel (RENURE), kif ukoll is-sulfat tal-ammonju, li jenħtieġ li jkunu jistgħu jiġu kkategorizzati u użati bħala fertilizzanti.

(25)  Is-sistemi moderni tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali effiċjenti bbażati fuq is-sorsi ta' enerġija rinnovabbli wrew il-potenzjal tagħhom li jipprovdu soluzzjonijiet kosteffettivi għall-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli, aktar effiċjenza enerġetika u integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija, filwaqt li ffaċilitaw id-dekarbonizzazzjoni ġenerali tas-settur tat-tisħin u t-tkessiħ. Biex jiġi żgurat li dan il-potenzjal jiġi sfruttat, iż-żieda annwali tal-enerġija rinnovabbli u/jew tas-sħana mormija fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali jenħtieġ li tiżdied minn punt perċentwali wieħed għal 2,3 mingħajr ma tinbidel in-natura indikattiva ta' din iż-żieda, li jirrifletti l-iżvilupp mhux uniformi ta' dan it-tip ta' network madwar l-Unjoni.

(26)  Biex tiġi riflessa l-importanza akbar tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali u l-ħtieġa li l-iżvilupp ta' dawn in-networks jiġi orjentat lejn l-integrazzjoni ta' aktar enerġija rinnovabbli, huwa xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti biex tiġi żgurata l-konnessjoni ta' fornituri ta' partijiet terzi tal-enerġija rinnovabbli u s-sħana u l-kesħa mormija ma' sistemi ta' networks tat-tisħin jew it-tkessiħ distrettwali ta' aktar minn 25 MW.

(27)  Is-sħana u l-kesħa mormija ma jintużawx biżżejjed minkejja d-disponibbiltà wiesgħa tagħhom, u dan iwassal għal ħela ta' riżorsi, effiċjenza enerġetika aktar baxxa fis-sistemi nazzjonali tal-enerġija u konsum tal-enerġija ogħla milli meħtieġ fl-Unjoni. Ir-rekwiżiti għal koordinazzjoni aktar mill-qrib bejn l-operaturi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali, is-setturi industrijali u terzjarji, u l-awtoritajiet lokali jistgħu jiffaċilitaw id-djalogu u l-kooperazzjoni meħtieġa biex jiġu sfruttati l-potenzjali kosteffettivi tas-sħana u tal-kesħa mormija permezz ta' sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali.

(28)  Biex jiġi żgurat li t-tisħin u t-tkessiħ distrettwali jipparteċipaw bis-sħiħ fl-integrazzjoni tas-settur tal-enerġija, huwa meħtieġ li l-kooperazzjoni mal-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku tiġi estiża għall-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni tal-elettriku u li l-kamp ta' applikazzjoni tal-kooperazzjoni jitwessa' għall-ippjanar u s-swieq tal-investiment fil-grilja biex il-potenzjal tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali għall-forniment ta' servizzi ta' flessibbiltà fis-swieq tal-elettriku jintuża aħjar. Jenħtieġ li ssir possibbli wkoll kooperazzjoni ulterjuri mal-operaturi tan-network tal-gass, inkluż in-networks tal-idroġenu u networks oħrajn tal-enerġija, biex tiġi żgurata integrazzjoni usa' fost it-trasportaturi tal-enerġija u l-aktar użu kosteffettiv tagħhom.

(29)  L-użu tal-karburanti rinnovabbli u tal-elettriku rinnovabbli fit-trasport jista' jikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport tal-Unjoni b'mod kosteffettiv, u jtejjeb, fost l-oħrajn, id-diversifikazzjoni tal-enerġija f'dak is-settur filwaqt li jippromwovi l-innovazzjoni, it-tkabbir u l-impjiegi fl-ekonomija tal-Unjoni u jnaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet tal-enerġija. Bil-għan li tintlaħaq il-mira aktar ambizzjuża għall-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra definita mill-Unjoni, jenħtieġ li jiżdied il-livell ta' enerġija rinnovabbli pprovdut lill-modi kollha tat-trasport fl-Unjoni. L-espressjoni tal-mira tat-trasport bħala objettiv ta' tnaqqis tal-intensità tal-emissjonijiet tistimula użu dejjem akbar tal-karburanti l-aktar kosteffettivi u produttivi, f'termini ta' ffrankar ta' gassijiet serra, fit-trasport. Barra minn hekk, objettiv ta' tnaqqis tal-intensità tal-emissjonijiet jistimula l-innovazzjoni u jistabbilixxi parametru referenzjarju ċar biex jitqabblu t-tipi ta' karburant u l-elettriku rinnovabbli skont l-intensità ta' gassijiet serra tagħhom. Minbarra dan, iż-żieda fil-livell tal-mira bbażata fuq l-enerġija fuq il-bijokarburanti avvanzati u l-bijogass u l-introduzzjoni ta' mira għall-karburanti rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika jiżguraw użu akbar tal-karburanti rinnovabbli bl-iżgħar impatt ambjentali fil-modi tat-trasport li huma diffiċli biex jiġu elettrifikati. L-ilħuq ta' dawk il-miri jenħtieġ li jiġi żgurat permezz ta' obbligi fuq il-fornituri tal-karburanti kif ukoll permezz ta' miżuri oħrajn inklużi fir-[Regolament (UE) 2021/XXX dwar l-użu ta' karburanti rinnovabbli u b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu - FuelEU Maritime u r-Regolament (UE) 2021/XXX dwar l-iżgurar ta' kundizzjonijiet ekwi għat-trasport sostenibbli bl-ajru]. L-obbligi ddedikati fuq il-fornituri tal-karburanti tal-avjazzjoni jenħtieġ li jiġu stabbiliti biss skont [ir-Regolament (UE) 2021/XXX dwar l-iżgurar ta' kundizzjonijiet ekwi għat-trasport sostenibbli bl-ajru].

(29a)  Il-pandemija tal-COVID-19 uriet l-importanza strateġika tas-settur tat-trasport. L-implimentazzjoni ta' korsiji ħodor, li pprovdew ktajjen ta' provvista siguri għas-servizzi tal-kura tas-saħħa u tal-emerġenza, provvista tal-ikel essenzjali u prodotti farmaċewtiċi, kienet prattika tajba, li fil-futur jenħtieġ li tieħu preċedenza fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet fi żminijiet ta' kriżi.

(29b)  L-implimentazzjoni jew l-installazzjoni ta' sistemi ta' propulsjoni assistita mir-riħ u ta' propulsjoni bir-riħ titqies bħala sors ta' enerġija rinnovabbli u waħda mis-soluzzjonijiet ta' dekarbonizzazzjoni għat-trasport marittimu.

(30)  L-elettromobbiltà se jkollha rwol essenzjali fid-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport. Biex irawmu l-iżvilupp ulterjuri tal-elettromobbiltà, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu mekkaniżmu ta' kreditu li jippermetti lill-operaturi ta' punti ta' ċċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku jikkontribwixxu, billi jipprovdu elettriku rinnovabbli jew enerġija rinnovabbli, lejn it-twettiq tal-obbligu stabbilit mill-Istati Membri dwar il-fornituri tal-karburanti. L-Istati Membri jistgħu jinkludu stazzjonijiet tal-irriċarġjar privati f'dan il-mekkaniżmu, jekk ikun jista' jintwera li l-elettriku rinnovabbli fornut lil dawk l-istazzjonijiet tal-irriċarġjar ikun ipprovdut unikament lill-vetturi elettriċi. Filwaqt li jiġi appoġġat l-elettriku fit-trasport permezz ta' mekkaniżmu bħal dan, huwa importanti li l-Istati Membri jkomplu jistabbilixxu livell għoli ta' ambizzjoni għad-dekarbonizzazzjoni tat-taħlita tal-karburant likwidu tagħhom, b'mod partikolari fis-setturi tat-trasport li huwa diffiċli li jiġu dekarbonizzati, bħas-settur marittimu u dak tal-avjazzjoni, fejn l-elettrifikazzjoni diretta hija ferm aktar diffiċli.

(30a)  L-idroġenu jista' jintuża bħala materja prima jew sors tal-enerġija fi proċessi industrijali u kimiċi u fit-trasport bl-ajru u marittimu, u jiddekarbonizza setturi li fihom l-elettrifikazzjoni diretta mhijiex teknikament possibbli jew kompetittiva, kif ukoll għall-ħżin tal-enerġija biex tiġi bbilanċjata, fejn meħtieġ, is-sistema tal-enerġija, u għaldaqstant għandu rwol sinifikanti fl-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija.

(30b)  Il-qafas regolatorju tal-Unjoni u l-inizjattivi mmirati biex jintlaħqu l-objettivi ta' tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra jenħtieġ li jappoġġaw lill-industrija biex timxi lejn sistema tal-enerġija Ewropea aktar sostenibbli, speċjalment meta jiġu stabbiliti miri u limiti ġodda tal-produzzjoni.

(31)  Il-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija rinnovabbli għandha l-għan li tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima tal-Unjoni Ewropea f'termini tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra. Fl-ilħuq ta' dan l-għan, huwa essenzjali li jingħata kontribut ukoll għal objettivi ambjentali usa', u b'mod partikolari l-prevenzjoni tat-telf tal-bijodiversità, li hija affettwata b'mod negattiv mit-tibdil indirett fl-użu tal-art assoċjat mal-produzzjoni ta' ċerti bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti tal-bijomassa. Bl-istess mod, ippjanar inadegwat tal-installazzjonijiet ta' proġetti kbar tar-riħ jew fotovoltajċi jista' jkollu effetti mhux mixtieqa fuq il-bijodiversità, fuq il-pajsaġġi, u fuq il-komunitajiet lokali. Jenħtieġ li jitqiesu wkoll l-effetti indiretti tad-deforestazzjoni u l-kompattazzjoni tal-ħamrija, l-effetti tat-turbini tar-riħ u l-kunflitti tal-użu tal-art fir-rigward tal-parks solari. Il-kontribut għal dawn l-objettivi klimatiċi u ambjentali jikkostitwixxi tħassib profond u fit-tul interġenerazzjonali għaċ-ċittadini tal-Unjoni u għal-leġiżlatur tal-Unjoni. Għaldaqstant, l-Unjoni jenħtieġ li tippromwovi l-karburanti fi kwantitajiet li jibbilanċjaw l-ambizzjoni meħtieġa mal-ħtieġa li jiġi evitat li jingħata kontribut għal tibdil dirett u indirett fl-użu tal-art. B'konsegwenza ta' dan, il-bidliet fil-mod kif tiġi kkalkolata l-mira tat-trasport jenħtieġ li ma jaffettwawx il-limiti stabbiliti dwar kif għandu jitqies dak il-għan għal ċerti karburanti prodotti minn għelejjel tal-ikel u tal-għalf minn naħa waħda u karburanti b'riskju għoli ta' tibdil indirett fl-użu tal-art min-naħa l-oħra. Barra minn hekk, sabiex ma jinħoloq l-ebda inċentiv għall-użu ta' bijokarburanti u bijogass prodotti minn għelejjel tal-ikel u tal-għalf fit-trasport u biex titqies il-gwerra kontra l-Ukrajna, l-Istati Membri jenħtieġ li jkomplu jkunu jistgħu jagħżlu jekk jgħodduhomx jew le għall-mira fil-qasam tat-trasport. Jekk ma jgħodduhomx, dawn jistgħu jnaqqsu l-objettiv ta' tnaqqis tal-intensità tal-emissjonijiet kif xieraq, jekk wieħed jassumi li l-bijokarburanti bbażati fuq l-għelejjel tal-ikel u tal-għalf jiffrankaw 50 % tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra, li jikkorrispondi għall-valuri tipiċi stabbiliti f'anness ta' din id-Direttiva għall-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-aktar perkorsi tal-produzzjoni rilevanti ta' bijokarburanti bbażati fuq l-għelejjel tal-ikel u tal-għalf kif ukoll il-limitu minimu ta' ffrankar li japplika għall-biċċa l-kbira tal-installazzjonijiet li jipproduċu tali bijokarburanti. Barra minn hekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkunsidraw ukoll li jiżguraw provvista tal-ikel addizzjonali biex jistabbilizzaw is-swieq globali tal-prodotti bażiċi tal-ikel.

(31a)  Jenħtieġ li jitqies l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jirrikonoxxi l-vulnerabbiltà partikolari tar-reġjuni ultraperiferiċi li tirriżulta mill-pożizzjoni remota tagħhom mir-reġjuni kontinentali, l-insularità, id-daqs żgħir, it-topografija diffiċli u d-dipendenza fuq il-klima u d-dipendenza ekonomika fuq ftit prodotti, kombinazzjoni li tfixkel ħafna l-iżvilupp tagħhom u tiġġenera kostijiet żejda sostanzjali f'ħafna oqsma, b'mod partikolari għat-trasport. L-isforzi li qed isiru u l-miri stabbiliti fil-livell tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-gassijiet serra jridu jiġu adattati għal din is-sitwazzjoni diffiċli, filwaqt li l-objettivi ambjentali jiġu bbilanċjati mal-kostijiet soċjali għoljin għal dawn ir-reġjuni.

(32)  L-espressjoni tal-mira tat-trasport bħala objettiv ta' tnaqqis tal-intensità tal-emissjonijiet tagħmel l-użu ta' multiplikaturi mhux neċessarju biex jiġu promossi ċerti sorsi tal-enerġija rinnovabbli. Dan minħabba li sorsi differenti ta' enerġija rinnovabbli jiffrankaw ammonti differenti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u, għalhekk, jikkontribwixxu b'mod differenti għal mira. L-elettriku rinnovabbli jenħtieġ li jitqies li għandu emissjonijiet żero, li jfisser li jiffranka 100 % tal-emissjonijiet meta mqabbel mal-elettriku prodott mill-karburanti fossili. Dan joħloq inċentiv għall-użu tal-elettriku rinnovabbli peress li l-karburanti rinnovabbli u l-karburanti tal-karbonju riċiklat x'aktarx li ma jilħqux tali perċentwal għoli ta' ffrankar. L-elettrifikazzjoni li tiddependi fuq sorsi tal-enerġija rinnovabbli għalhekk issir l-aktar mod effiċjenti għad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport bit-triq. Barra minn hekk, sabiex jiġi promoss l-użu ta' bijokarburanti avvanzati u ta' bijogass u ta' karburanti rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika fil-modi tat-trasport bl-ajru u marittimu, li huma diffiċli li jiġu elettrifikati, huwa xieraq li jinżamm il-multiplikatur għal dawk il-karburanti fornuti f'dawk il-modi meta jingħaddu mal-miri speċifiċi stabbiliti għal dawk il-karburanti.

(33)  L-elettrifikazzjoni diretta tas-setturi tal-użu finali, inkluż is-settur tat-trasport, tikkontribwixxi għall-effiċjenza tas-sistema u tiffaċilita t-tranżizzjoni għal sistema tal-enerġija bbażata fuq l-enerġija rinnovabbli. Għalhekk hija minnha nnifisha mezz effettiv biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra. Għalhekk, il-ħolqien ta' qafas dwar l-addizzjonalità li japplika speċifikament għall-elettriku rinnovabbli fornut lil vetturi elettriċi fit-trasport mhuwiex meħtieġ [Am. 10].

(34)  Peress li l-karburanti rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika jridu jingħaddu bħala enerġija rinnovabbli irrispettivament mis-settur li fih jiġu kkunsmati, ir-regoli biex tiġi ddeterminata n-natura rinnovabbli tagħhom meta jiġu prodotti mill-elettriku, li kienu applikabbli biss għal dawk il-karburanti meta jiġu kkunsmati fis-settur tat-trasport, jenħtieġ li jiġu estiżi għall-karburanti rinnovabbli kollha ta' oriġini mhux bijoloġika, irrispettivament mis-settur fejn jiġu kkunsmati.

(34a)   L-elettriku miksub minn konnessjoni diretta ma' installazzjoni tal-ġenerazzjoni tal-elettriku rinnovabbli waħda jew ma' diversi minnhom jista' jingħadd bis-sħiħ bħala elettriku rinnovabbli fejn jintuża għall-produzzjoni ta' karburanti rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika. L-installazzjonijiet juru li l-elettriku kkonċernat ikun ġie fornut mingħajr ma ttieħed l-elettriku mill-grilja. L-elettriku meħud mill-grilja jista' jingħadd bħala rinnovabbli b'mod sħiħ dment li jkun prodott esklussivament minn sorsi rinnovabbli u l-proprjetajiet rinnovabbli u kriterji xierqa oħra jkunu ntwerew bil-konklużjoni ta' ftehim dwar ix-xiri tal-enerġija.. Sabiex ikun ikkwalifikat bis-sħiħ bħala karburant rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika, il-korrelazzjoni ġeografika jenħtieġ li tkun fil-livell tal-pajjiż pjuttost milli fil-livell taż-żona tal-offerti u jenħtieġ li tqis ukoll is-sitwazzjonijiet offshore. Il-proprjetajiet rinnovabbli ta' dak l-elettriku jenħtieġ li jiġu ddikjarati darba biss u f'settur tal-użu finali wieħed biss. L-istess jenħtieġ li japplika għall-karburanti rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika importati fl-Unjoni [Am. 11].

(35)  Biex tiġi żgurata effettività ambjentali ogħla tal-kriterji tal-Unjoni dwar is-sostenibbiltà u l-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra għall-karburanti tal-bijomassa solida f'installazzjonijiet li jipproduċu t-tisħin, l-elettriku u t-tkessiħ, il-limitu minimu għall-applikabbiltà ta' tali kriterji jenħtieġ li jitnaqqas mill-20 MW attwali għal 7,5 MW.

(36)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 saħħet il-qafas dwar is-sostenibbiltà tal-bijoenerġija u l-iffrankar tal-gassijiet serra billi stabbiliet kriterji għas-setturi kollha tal-użu finali. Hija stabbiliet regoli speċifiċi għall-bijokarburanti, għall-bijolikwidi u għall-karburanti tal-bijomassa prodotti mill-bijomassa tal-foresti, li jirrikjedu s-sostenibbiltà tal-operazzjonijiet ta' ħsad u l-kontabbiltà tal-emissjonijiet mit-tibdil fl-użu tal-art. Biex tinkiseb protezzjoni akbar tal-ħabitats b'bijodiversità u b'livell għoli ta' karbonju, bħall-foresti primarji u dawk qodma, foresti b'bijodiversità għolja, mergħat, torbieri u xagħriet, jenħtieġ li jiġu introdotti esklużjonijiet u limitazzjonijiet għall-bijomassa tal-foresti minn dawk iż-żoni, f'konformità mal-approċċ għall-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti tal-bijomassa prodotti mill-bijomassa agrikola. Barra minn hekk, il-kriterji għall-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra jenħtieġ li japplikaw ukoll għal installazzjonijiet eżistenti bbażati fuq il-bijomassa biex jiġi żgurat li l-produzzjoni tal-bijoenerġija f'dawn l-installazzjonijiet kollha twassal għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra meta mqabbla mal-enerġija prodotta mill-karburanti fossili. Foresti seminaturali bħala foresti jew art imsaġġra oħra li la huma foresta primarja u lanqas tisġir, u li huma predominantement magħmula minn siġar u speċijiet nattivi ta' arbuxelli li ma jkunux inżergħu, għandhom valur għoli għall-bijodiversità u l-klima u jenħtieġ li ma jiġux trasformati f'tisġir jew jiġu degradati b'xi mod ieħor. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lix-xjenza tal-foresti biex jiġu indirizzati mistoqsijiet miftuħa u tiġi pprovduta data, billi dan huwa kruċjali biex jiġu mifhum aħjar ir-rwol tas-siġar tagħna għall-klima, l-ambjent, l-ekonomija u s-soċjetà. Jenħtieġ li bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti tal-bijomassa prodotti minn bijomassa agrikola u tal-foresti, kif ukoll il-Karburanti Rinnovabbli ta' Oriġini Mhux Bijoloġika, jinkisbu minn artijiet jew foresti li għalihom ikunu rispettati d-drittijiet ta' partijiet terzi rigward l-użu u l-pussess tal-art jew il-foresta, billi jinkiseb il-kunsens liberu, minn qabel u infurmat ta' dawn il-partijiet terzi bil-parteċipazzjoni ta' istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet rappreżentattivi, filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet tal-bniedem u tal-ħaddiema tal-partijiet terzi u d-disponibbiltà tal-ikel u l-għalf ma tkunx f'riskju.

(37)  Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-produtturi ta' karburanti rinnovabbli u ta' karburanti tal-karbonju riċiklat u għall-Istati Membri, fejn skemi volontarji jew nazzjonali jkunu ġew rikonoxxuti mill-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni bħall-għoti ta' evidenza jew l-għoti ta' data preċiża dwar il-konformità mal-kriterji dwar is-sostenibbiltà u l-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra kif ukoll rekwiżiti oħra stabbiliti f'din id-Direttiva, l-Istati Membri jenħtieġ li jaċċettaw ir-riżultati taċ-ċertifikazzjoni maħruġa minn skemi bħal dawn fil-kamp ta' applikazzjoni tar-rikonoxximent tal-Kummissjoni. Sabiex jitnaqqas il-piż fuq installazzjonijiet żgħar, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu mekkaniżmu ta' verifika ssimplifikat għall-installazzjonijiet ta' bejn 5 MW u 20 MW.

(38)  Il-bażi tad-data tal-Unjoni li għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni għandha l-għan li tippermetti t-traċċar ta' karburanti rinnovabbli likwidi u gassużi u ta' karburanti tal-karbonju riċiklat. Il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu jenħtieġ li jiġi estiż mit-trasport għas-setturi l-oħrajn kollha tal-użu finali li fihom jiġu kkunsmati tali karburanti. Dan jenħtieġ li jagħti kontribut vitali għall-monitoraġġ komprensiv tal-produzzjoni u tal-konsum ta' dawk il-karburanti, filwaqt li jtaffi r-riskji ta' għadd doppju jew ta' irregolaritajiet tul il-ktajjen tal-provvista koperti mill-bażi tad-data tal-Unjoni. Barra minn hekk, sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta' asserzjonijiet doppji dwar l-istess gass rinnovabbli, jenħtieġ li titħassar garanzija tal-oriġini maħruġa għal kwalunkwe kunsinna ta' gass rinnovabbli rreġistrata fil-bażi tad-data. Din il-bażi tad-data jenħtieġ li tkun disponibbli għall-pubbliku b'mod miftuħ, trasparenti u faċli għall-utent. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tippubblika rapporti annwali għall-pubbliku ġenerali dwar l-informazzjoni rrapportata fil-bażi tad-data tal-Unjoni inklużi l-kwantitajiet, l-oriġini ġeografika u t-tip ta' materja prima tal-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti tal-bijomassa.

(38a)  Sabiex jiġu kkumpensati l-piżijiet regolatorji għaċ-ċittadini, l-amministrazzjonijiet u n-negozji introdotti minn din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni, fil-qafas tal-istħarriġ annwali tagħha dwar il-piżijiet imwettaq skont il-paragrafu 48 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, tirrieżamina l-qafas regolatorju fis-setturi kkonċernati f'konformità mal-prinċipju "one in, one out", kif stabbilit fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' April 2021 intitolata "Regolamentazzjoni Aħjar: Ningħaqdu flimkien biex nagħmlu liġijiet aħjar", u, fejn xieraq, tippreżenta proposti leġiżlattivi għall-emendar jew it-tħassir ta' dispożizzjonijiet f'atti leġiżlattivi oħra tal-Unjoni li jiġġeneraw kostijiet ta' konformità f'dawk is-setturi.

(38b)  Iridu jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet adegwati kontra l-frodi, b'mod partikolari fir-rigward taż-żejt tat-tisjir użat meta jitqies it-taħlit mifrux taż-żejt tal-palm. Peress li l-kxif u d-deterrenza tal-frodi huma essenzjali għall-prevenzjoni tal-kompetizzjoni inġusta u d-deforestazzjoni rampanti f'pajjiżi terzi, jenħtieġ li tiġi implimentata traċċabbiltà sħiħa u ċċertifikata.

(39)  Ir-Regolament dwar il-Governanza (UE) 2018/1999 jagħmel diversi referenzi f'għadd ta' postijiet għall-mira vinkolanti fil-livell tal-Unjoni ta' mill-anqas 32 % għas-sehem tal-enerġija rinnovabbli kkunsmat fl-Unjoni fl-2030. Peress li dik il-mira trid tiżdied sabiex tikkontribwixxi b'mod effettiv għall-ambizzjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra b'mill-anqas 55 % sal-2030, dawk ir-referenzi jenħtieġ li jiġu emendati. Kwalunkwe rekwiżit addizzjonali ta' ppjanar u rapportar stabbilit mhux se joħloq sistema ġdida ta' ppjanar u rapportar, iżda jenħtieġ li jkun soġġett għall-qafas eżistenti ta' ppjanar u rapportar skont ir-Regolament (UE) 2018/1999.

(40)  Il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15) jenħtieġ li jiġi emendat sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tar-rekwiżiti regolatorji fir-rigward tal-objettivi tad-dekarbonizzazzjoni tal-karburant tat-trasport u għall-allinjament mad-Direttiva (UE) 2018/2001.

(40a)  Huwa importanti wkoll li jitħeġġu r-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġiji nodfa bħall-idroġenu, sabiex tiġi ssodisfata d-domanda dejjem akbar għal karburanti alternattivi u, fuq kollox, biex fis-suq titqiegħed enerġija li tkun orħos minn dik tal-karburanti fossili bħad-diżil, iż-żejt kombustibbli u l-petrol, li llum il-ġurnata l-prezzijiet tagħhom qed jilħqu livelli rekord.

(41)  Id-definizzjonijiet tad-Direttiva 98/70/KE jenħtieġ li jiġu emendati sabiex jiġu allinjati mad-Direttiva (UE) 2018/2001 u b'hekk tiġi evitata l-applikazzjoni ta' definizzjonijiet differenti f'dawk iż-żewġ atti.

(42)  L-obbligi rigward it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u l-użu tal-bijokarburanti fid-Direttiva 98/70/KE jenħtieġ li jitħassru sabiex tiġi ssimplifikata u evitata regolamentazzjoni doppja fir-rigward tal-obbligi msaħħa tad-dekarbonizzazzjoni tal-karburant tat-trasport li huma previsti fid-Direttiva (UE) 2018/2001.

(43)  L-obbligi rigward il-monitoraġġ u r-rapportar dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra stabbiliti fid-Direttiva 98/70/KE jenħtieġ li jitħassru sabiex jiġi evitat li l-obbligi ta' rapportar jiġu regolati darbtejn.

(44)  Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652, li tipprovdi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni uniformi tal-Artikolu 7a tad-Direttiva 98/70/KE, jenħtieġ li titħassar peress li ssir obsoleta bit-tħassir tal-Artikolu 7a tad-Direttiva 98/70/KE minn din id-Direttiva.

(45)  Fir-rigward tal-komponenti b'bażi bijoloġika fil-karburant tad-diżil, ir-referenza fid-Direttiva 98/70/KE għall-karburant tad-diżil B7, jiġifieri l-karburant tad-diżil li fih sa 7 % esteri metiliċi tal-aċidi xaħmin (FAME), tillimita l-għażliet disponibbli biex jintlaħqu miri ta' inkorporazzjoni tal-bijokarburanti ogħla kif stabbilit fid-Direttiva (UE) 2018/2001. Dan minħabba l-fatt li kważi l-provvista kollha tal-Unjoni tal-karburant tad-diżil diġà hija B7. Għal dik ir-raġuni, is-sehem massimu ta' komponenti b'bażi bijoloġika jenħtieġ li jiżdied minn 7 % għal 10 %. Is-sostenn tal-adozzjoni mis-suq tal-B10, jiġifieri karburant tad-diżil li fih sa 10 % esteri metiliċi tal-aċidi xaħmin (FAME), jirrikjedi grad ta' protezzjoni ta' B7 madwar l-Unjoni għal 7 % FAME fil-karburant tad-diżil minħabba l-proporzjon imdaqqas ta' vetturi mhux kompatibbli mal-B10 li mistenni jkun preżenti fil-flotta sal-2030. Dan jenħtieġ li jiġi rifless fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 98/70/KE kif emendata b'dan l-att.

(45a)   Użu akbar tal-enerġija rinnovabbli jista' jżid ukoll is-sigurtà tal-enerġija u l-awtosuffiċjenza billi, fost oħrajn, inaqqas id-dipendenza fuq il-karburanti fossili. Madankollu, aktar tisħiħ u interkonnessjoni tas-sistema ta' trażmissjoni huma essenzjali għall-użu ġust u effiċjenti ta' din it-tranżizzjoni, sabiex il-benefiċċji li jirriżultaw jinfirxu b'mod uniformi mal-popolazzjoni tal-Unjoni u ma jwasslux għal faqar enerġetiku.

(46)  Id-dispożizzjonijiet tranżitorji jenħtieġ li jippermettu kontinwazzjoni ordnata tal-ġbir tad-data u t-twettiq tal-obbligi ta' rapportar fir-rigward tal-Artikoli tad-Direttiva 98/70/KE mħassra minn din id-Direttiva.

(47)  F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni(16), l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jżidu man-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom, f'każijiet ġustifikati, dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet ekwivalenti tal-istrumenti nazzjonali ta' traspożizzjoni. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta' tali dokumenti hija ġġustifikata, b'mod partikolari wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża l-Kummissjoni vs il-Belġju(17) (Kawża C-543/17).

(47a)   Hemm potenzjal enormi għall-Unjoni u l-pajjiżi sħab tagħha li qed jiżviluppaw f'termini ta' kooperazzjoni teknoloġika, proġetti ta' enerġija rinnovabbli u esportazzjonijiet ta' enerġija nadifa u l-iżvilupp ta' interkonnettività akbar ta' grilji tal-enerġija nadifa. Minkejja t-tkabbir kumplessiv kostanti tagħhom, l-investimenti fl-enerġija rinnovabbli għadhom ikkonċentrati f'numru ristrett ta' reġjuni u pajjiżi. Ir-reġjuni ddominati mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u dawk emerġenti jibqgħu konsistentement sottorappreżentati, u jattiraw biss madwar 15 % tal-investimenti globali fl-enerġija rinnovabbli(18). Jenħtieġ li s-sħubijiet tal-enerġija tal-Unjoni jkunu mmirati lejn proġetti ta' ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli kif ukoll jappoġġaw l-iżvilupp ta' proġetti tal-enerġija rinnovabbli u jistabbilixxu oqfsa legali u finanzjarji u jenħtieġ li jinkludu l-għoti tal-assistenza teknika meħtieġa u t-trasferiment tal-għarfien f'kooperazzjoni mill-qrib mas-settur privat. L-impenji marbuta mal-governanza tajba u l-prospettiva ta' kollaborazzjoni stabbli u fit-tul jenħtieġ li jkunu kundizzjoni għall-kooperazzjoni tal-Unjoni. Il-kooperazzjoni fil-qasam tal-enerġija sostenibbli jenħtieġ li tkun prijorità fundamentali għall-pajjiżi idonei fl-ambitu tal-inizjattiva Global Gateway [Am. 12].

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva (UE) 2018/2001

Id-Direttiva (UE) 2018/2001 hija emendata kif ġej:

(1)  fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu huwa emendat kif ġej:

(-a)  il-punt (1) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

‘(1) enerġija minn sorsi rinnovabbli" jew "enerġija rinnovabbli" tfisser enerġija minn sorsi rinnovabbli mhux fossili, jiġifieri enerġija mir-riħ, solari (solari termali u solari fotovoltajka) u enerġija ġeotermali, enerġija osmotika, enerġija mill-ambjent, marea, mewġ u enerġija oħra oċeanika, idroenerġija, bijomassa, gass tal-landfills, gass minn impjanti għat-trattament tad-drenaġġ, u bijogass;’;

"

(-aa)  fil-punt (16), il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(c) li l-għan ewlieni tagħha huwa li tipprovdi benefiċċji komunitarji ambjentali, ekonomiċi jew soċjali, f'konformità mal-prinċipju "l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel", għall-azzjonisti jew membri tagħha jew għaż-żoni lokali fejn topera, aktar milli għal profitti finanzjarji;";

"

(a)  il-punt (36) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(36) "karburanti rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika" tfisser karburanti likwidi u gassużi li l-kontenut ta' enerġija tagħhom huwa derivat minn sorsi rinnovabbli minbarra l-bijomassa;";

"

(b)  il-punt (47) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(47) "valur awtomatiku" tfisser valur idderivat minn valur tipiku permezz tal-applikazzjoni ta' fatturi determinati minn qabel u li jista', f'ċirkostanzi speċifikati f'din id-Direttiva, jintuża minflok valur reali;";

"

(c)  jiżdiedu l-punti li ġejjin:"

"(47a) "injam tond ta' kwalità" tfisser injam tond maqtugħ jew maħsud b'xi mod ieħor u mneħħi, li l-karatteristiċi tiegħu, bħall-ispeċi, id-dimensjonijiet, l-integrità, u d-densità tan-nodi, jagħmluh xieraq għall-użu industrijali, kif definit u debitament iġġustifikat mill-Istati Membri skont il-kundizzjonijiet rilevanti tal-foresti. Dan ma jinkludix operazzjonijiet ta' żbir ta' qabel il-kummerċjalizzazzjoni jew siġar estratti minn foresti affettwati minn nirien, pesti, mard jew ħsara minħabba fatturi abijotiċi;

   (47b) "teknoloġija innovattiva fir-rigward tal-enerġija rinnovabbli" tfisser teknoloġija ta' ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli li ttejjeb b'mill-anqas mod wieħed it-teknoloġiji l-aktar avvanzati komparabbli fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli jew li tippermetti l-isfruttament ta' riżorsa tal-enerġija rinnovabbli fil-biċċa l-kbira mhux sfruttata u tinvolvi livell ċar ta' riskju, f'termini teknoloġiċi, tas-suq jew finanzjarji, li jkun ogħla mir-riskju ġeneralment assoċjat ma' teknoloġiji jew attivitajiet komparabbli mhux innovattivi;
   (47c) "żona tal-offerti" tfisser żona tal-offerti kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (65) tar-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(19);
   (47d) "sistema ta' kejl intelliġenti" tfisser sistema ta' kejl intelliġenti kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (23) tad-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(20);
   (47e) "punt tal-irriċarġjar" tfisser punt tal-irriċarġjar kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (33) tad-Direttiva (UE) Nru 2019/944;
   (47f) "parteċipant tas-suq" tfisser parteċipant tas-suq kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (25) tar-Regolament (UE) 2019/943;
   (47g) "suq tal-elettriku" tfisser suq tal-elettriku kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (9) tad-Direttiva 2019/944;
   (47h) "batterija domestika" tfisser batterija rikarikabbli awtonoma b'kapaċità nominali ta' aktar minn 2 kwh, li hija adattata għall-installazzjoni u għall-użu f'ambjent domestiku;
   (47i) "batterija ta' vettura elettrika" tfisser batterija ta' vettura elettrika kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (12) tar-[Regolament propost dwar il-batteriji u l-iskart ta' batteriji, li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 2019/1020(21)];
   (47j) "batterija industrijali" tfisser batterija industrijali kif definita fil-punt (11) tal-Artikolu 2 tar-[Regolament propost dwar il-batteriji u l-iskart ta' batteriji, li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 2019/1020];
   (47k) "stat tas-saħħa" tfisser stat tas-saħħa kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (25) ta' [il-proposta għal Regolament dwar il-batteriji u l-iskart ta' batteriji, li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 2019/1020(22)];
   (47l) "stat taċ-ċarġ" tfisser stat taċ-ċarġ kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (24) tal-[proposta għal Regolament dwar il-batteriji u l-iskart ta' batteriji, li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020];
   (47m) "set point tal-potenza" tfisser l-informazzjoni miżmuma f'sistema ta' ġestjoni tal-batterija li tippreskrivi l-parametri tal-enerġija elettrika li fiha l-batterija topera matul operazzjoni ta' rriċarġjar jew ta' skarikar, sabiex l-istat tas-saħħa u l-użu operattiv tagħha jkunu ottimizzati;
   (47n) "iċċarġjar intelliġenti" tfisser operazzjoni ta' rriċarġjar li fiha l-intensità tal-elettriku fornut lill-batterija tiġi aġġustata f'ħin reali, abbażi tal-informazzjoni rċevuta permezz ta' komunikazzjoni elettronika u li tista' titwettaq b'veloċitajiet normali tal-iċċarġjar kif ukoll matul l-iċċarġjar rapidu permezz ta' rispons għal sinjali tal-prezz dinamiċi jew ottimizzazzjoni tal-fluss tal-enerġija;
   (47o) "awtorità regolatorja" tfisser awtorità regolatorja definita fl-Artikolu 2, il-punt (2) tar-Regolament (UE) 2019/943;
   (47p) "iċċarġjar bidirezzjonali" tfisser operazzjoni ta' ċċarġjar intelliġenti fejn id-direzzjoni tal-fluss tista' tinqaleb, sabiex l-elettriku jkun jista' jgħaddi mill-batterija għall-punt tal-irriċarġjar li tkun imqabbda miegħu;
   (47q) "punt tal-irriċarġjar b'enerġija normali" tfisser punt tal-irriċarġjar b'enerġija normali kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (31) ta' [il-proposta għal Regolament dwar l-użu ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi, li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE];
   (47r) "batterija tal-komunità" tfisser batterija rikarikabbli awtonoma b'kapaċità nominali ta' aktar minn 50 kWh, li hija adatta għall-installazzjoni u l-użu f'ambjent residenzjali, kummerċjali jew industrijali u li hija proprjetà ta' awtokonsumaturi ta' enerġija rinnovabbli li jaġixxu b'mod konġunt jew komunità tal-enerġija rinnovabbli;
   (47s) "ftehim dwar ix-xiri tal-enerġija rinnovabbli" tfisser kuntratt li permezz tiegħu persuna fiżika jew ġuridika taqbel li tixtri enerġija rinnovabbli direttament mingħand produttur, li jinkludi, iżda mhuwiex limitat għal, ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija rinnovabbli, ftehimiet dwar ix-xiri tal-idroġenu rinnovabbli u ftehimiet dwar ix-xiri tat-tisħin u t-tkessiħ minn sorsi rinnovabbli;
   (47t) "ftehim dwar ix-xiri tat-tisħin u t-tkessiħ minn sorsi rinnovabbli" tfisser kuntratt li permezz tiegħu persuna fiżika jew ġuridika taqbel li tixtri t-tisħin u t-tkessiħ minn sorsi rinnovabbli direttament mingħand produttur;
   (47u) "ftehim dwar ix-xiri tal-idroġenu minn sorsi rinnovabbli" tfisser kuntratt li permezz tiegħu persuna fiżika jew ġuridika taqbel li tixtri karburanti ta' oriġini mhux bijoloġika direttament mingħand produttur;
   (47v) "industrija" tfisser il-kumpaniji u l-prodotti li jaqgħu taħt it-taqsimiet B, C, F u J, id-diviżjoni (63) tal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi (NACE REV.2)(23);
   (47w) "skop mhux ta' enerġija" tfisser l-użu ta' karburanti bħala materja prima fi proċess industrijali, minflok ma jintużaw għall-produzzjoni tal-enerġija;
   (47x) "karburanti rinnovabbli" tfisser bijokarburanti, bijolikwidi, karburanti tal-bijomassa u karburanti rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika;
   (47y) "l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel" tfisser il-prinċipju li l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (18) tar-Regolament (UE) 2018/1999;
   (47z) "assi ibridu rinnovabbli offshore" tfisser assi ta' trażmissjoni li jaqdi l-iskop doppju li jgħaqqad il-ġenerazzjoni ta' enerġija rinnovabbli offshore u li jgħaqqad żewġ żoni tal-offerti jew aktar;
   (47aa) "tisħin u tkessiħ distrettwali bbażati fuq sorsi rinnovabbli" tfisser sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija li jaħdmu esklużivament b'sorsi ta' enerġija rinnovabbli;
   (47ab) "bijomassa tal-injam primarja" tfisser l-injam tond kollu maqtugħ jew maħsud u mneħħi b'xi mod ieħor. Tinkludi l-injam kollu miksub mit-tneħħija, jiġifieri, il-kwantitajiet imneħħija mill-foresti, inkluż l-injam irkuprat minħabba l-mortalità naturali u mit-tqaċċit u l-qtugħ tas-siġar għall-injam. Tinkludi wkoll l-injam kollu mneħħi bil-qoxra u mingħajrha, inkluż l-injam imneħħi fil-forma tonda tiegħu, jew maqsum, maqtugħ f'kaxxi jew f'xi forma oħra, eż, friegħi, għeruq, ġdur u għoqod (fejn dawn jinħasdu) u injam li jingħata forma raffa jew li jkun għall-ponta. Ma tinkludix il-bijomassa tal-injam miksuba minn miżuri sostenibbli ta' prevenzjoni ta' nirien fil-foresti f'żoni b'riskju għoli ta' nirien, bijomassa tal-injam miksuba minn miżuri ta' sigurtà tat-toroq u lanqas il-bijomassa tal-injam estratta minn foresti affettwati minn diżastri naturali, pesti attivi jew mard biex jiġi evitat it-tixrid tagħhom, filwaqt li tiġi mminimizzata l-estrazzjoni tal-injam u tiġi protetta d-diversità, li jirriżulta f'foresti aktar diversifikati u reżiljenti, abbażi ta' linji gwida tal-Kummissjoni [Am. 42];
   (47ac) "idroġenu rinnovabbli" tfisser idroġenu prodott permezz tal-elettroliżi tal-ilma (f'elettrolizzatur, li jaħdem bl-elettriku li joriġina minn sorsi rinnovabbli), jew permezz tar-riformar tal-bijogass jew tal-konverżjoni bijokimika tal-bijomassa, jekk f'konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
   (47ad) "foresta ta' tħawwil" tfisser foresta mħawla li hija ġestita b'mod intensiv u li tissodisfa, mat-tħawwil u mal-maturità, il-kriterji kollha li ġejjin: speċi waħda jew tnejn, klassi tal-età ugwali, u spazjar regolari. Tinkludi pjantaġġuni ta' rotazzjoni qasira għall-injam, għall-fibra u għall-enerġija, u teskludi l-foresti mħawla għall-protezzjoni jew għall-irkupru tal-ekosistema, kif ukoll il-foresti stabbiliti permezz tat-tħawwil jew tat-tiżrigħ li fil-maturità jixbhu jew se jixbhu foresti li jirriġeneraw b'mod naturali;
   (47ae) "foresta mħawla" tfisser foresta li fil-biċċa l-kbira hija magħmula minn siġar stabbiliti permezz tat-tħawwil u/jew taż-żrigħ intenzjonat sakemm is-siġar imħawla jew miżrugħa jkunu mistennija jikkostitwixxu aktar minn ħamsin fil-mija tal-injam wieqaf mal-maturità; tinkludi l-imsajġar minn siġar li oriġinarjament ikunu ġew imħawla jew miżrugħin; ▌
   (47af) "enerġija osmotika" tfisser enerġija maħluqa b'mod naturali mid-differenza fil-konċentrazzjoni tal-melħ bejn żewġ fluwidi, normalment ilma ħelu u ilma mielaħ;
   (47ag) "effiċjenza tas-sistema" tfisser sistema tal-enerġija li tintegra sorsi rinnovabbli varjabbli b'mod kosteffettiv u timmassimizza l-valur tal-flessibbiltà min-naħa tad-domanda biex tottimizza t-tranżizzjoni għan-newtralità klimatika, imkejla bħala tnaqqis tal-kostijiet ta' investiment u ta' operazzjoni tas-sistema, l-emissjonijiet ta' gassijiet serra u l-karburanti fossili f'kull taħlita tal-enerġija nazzjonali;
   (47ah) "impjant tal-enerġija ibrida rinnovabbli" tfisser kombinazzjoni ta' żewġ teknoloġiji ta' ġenerazzjoni rinnovabbli jew aktar li jaqsmu l-istess konnessjoni mal-grilja, u jistgħu jintegraw ukoll kapaċità ta' ħżin;
   (47ai) "proġett tal-ħżin tal-enerġija b'kolokazzjoni" tfisser proġett li jinkludi faċilità ta' ħżin tal-enerġija u faċilità li tipproduċi enerġija rinnovabbli konnessa wara l-istess punt ta' aċċess għall-grilja.";
   (47aj) "vettura elettrika solari" tfisser vettura bil-mutur effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija, mgħammra b'sistema ta' propulsjoni li fiha biss magni elettriċi mhux periferiċi bħala konvertitur tal-enerġija b'sistema ta' ħażna ta' enerġija elettrika rikarikabbli, li tista' tiġi rriċarġjata esternament; u mgħammra wkoll b'pannelli fotovoltajċi integrati fil-vettura [Am. 29];

"

(2)  L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"1. L-Istati Membri għandhom kollettivament jiżguraw li s-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija tal-Unjoni fl-2030 ikun ta' mill-anqas 45 %.

Sabiex jippromwovu l-produzzjoni u l-użu tal-enerġija rinnovabbli minn teknoloġiji innovattivi tal-enerġija rinnovabbli u biex jissalvagwardjaw il-kompetittività industrijali tal-Unjoni, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi mira indikattiva ta' mill-anqas 5 % tal-kapaċità installata ġdida tal-enerġija rinnovabbli bejn ... [id-dħul fis-seħħ tad-direttiva] u l-2030 bħala teknoloġija innovattiva tal-enerġija rinnovabbli.

Sabiex jiffaċilitaw aktar penetrazzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli u biex iżidu l-flessibbiltà u s-servizzi ta' bbilanċjar, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mira indikattiva għat-teknoloġiji tal-ħżin.

Biex jappoġġaw l-ilħuq kosteffettiv tal-mira msemmija fl-ewwel subparagrafu u l-kisba tal-effiċjenza tas-sistema, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mira nazzjonali indikattiva minima għall-flessibbiltà min-naħa tad-domanda li, sal-2030, tikkorrispondi għal tnaqqis ta' 5 % tad-domanda massima għall-elettriku. Dik il-mira għandha tintlaħaq permezz tal-attivazzjoni tal-flessibbiltà min-naħa tad-domanda fis-setturi kollha tal-użu finali, inkluż permezz tar-rinnovazzjoni tal-bini u l-effiċjenza enerġetika f'konformità mad-Direttiva (UE) .../... [id-Direttiva (UE) 2018/844 riveduta] u d-Direttiva (UE) .../... [id-Direttiva (UE) 2018/2002 riveduta].

L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-mira nazzjonali tagħhom ta' flessibbiltà min-naħa tad-domanda, inklużi l-istadji intermedji, fl-objettivi nazzjonali stabbiliti fil-pjanijiet integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima biex iżidu l-flessibbiltà tas-sistema, f'konformità mal-Artikolu 4, punt (d), punt (3) tar-Regolament (UE) 2018/1999. Meta jkun meħtieġ, il-Kummissjoni tista' tieħu miżuri komplementari biex tappoġġa lill-Istati Membri ħalli jilħqu l-mira tagħhom.

Kull Stat Membru għandu jidentifika fil-pjan integrat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima, f'konformità mal-Artikolu 4, punt (d), punt (3) tar-Regolament (UE) 2018/1999, il-miżuri meħtieġa biex jintlaħqu l-miri msemmija fit-tieni u t-tielet subparagrafi tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.’;

"

(b)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"3. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-enerġija mill-bijomassa tiġi prodotta b'mod li jimminimizza effetti distortivi bla bżonn fuq is-suq tal-materja prima tal-bijomassa u impatti dannużi fuq il-bijodiversità, l-ambjent u l-klima. Għal dak il-għan, huma għandhom iqisu l-ġerarkija tal-iskart kif stabbilita fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE u l-prinċipju kaskata msemmi fit-tielet subparagrafu.

Bħala parti mill-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu:

   (a) L-Istati Membri ma għandhom jagħtu l-ebda appoġġ għal:
   (i) l-użu ta' zkuk għas-serrar, zkuk għall-fuljetti, ġdur u għeruq għall-produzzjoni tal-enerġija;
   (ii) il-produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli prodotta mill-inċinerazzjoni tal-iskart jekk ma jkunux ġew irrispettati l-obbligi ta' ġbir separat u ta' ġerarkija tal-iskart stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE;
   (iii) prattiki li ma humiex konformi mal-att ta' implimentazzjoni msemmi fit-tielet subparagrafu.
   (b) Mill-31 ta' Diċembru 2026, u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6 u għall-obbligi fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri ma għandhom jagħtu l-ebda appoġġ lill-produzzjoni tal-elettriku mill-bijomassa tal-foresti f'installazzjonijiet tal-elettriku biss, sakemm tali elettriku ma jissodisfax mill-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
   (i) jiġi prodott f'reġjun identifikat fi pjan ta' tranżizzjoni territorjali ġusta approvat mill-Kummissjoni ▌, f'konformità mar-Regolament (UE) 2021/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta minħabba d-dipendenza tiegħu fuq karburanti fossili solidi, u jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 29, punt (11);
   (ii) jiġi prodott bl-applikazzjoni tal-Qbid u l-Ħżin tal-Bijomassa tas-CO2 u jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 29, punt (11).
   (iia) jiġi prodott minn impjanti li diġà qed joperaw fi ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva emendatorja], li għalihom mhumiex possibbli modifiki fid-direzzjoni tal-koġenerazzjoni minħabba n-nuqqas tal-kundizzjonijiet tal-infrastruttura u tad-domanda u jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 29, punt (11), dment li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-użu ta' tali eżenzjoni u jiġġustifikawha permezz ta' informazzjoni xjentifika u teknika verifikata u aġġornata u li l-Kummissjoni tapprova l-eżenzjoni.

Mhux aktar tard minn sena wara [id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva emendatorja], il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni ▌dwar kif għandu jiġi applikat il-prinċipju kaskata għall-bijomassa tal-foresti, b'mod partikolari dwar kif għandu jiġi mminimizzat l-użu ta' njam tond ta' kwalità għall-produzzjoni tal-enerġija, b'enfasi fuq skemi ta' appoġġ u b'kunsiderazzjoni xierqa tal-ogħla valur miżjud ekonomiku u ambjentali u tal-ispeċifiċitajiet nazzjonali, inklużi l-prevenzjoni tan-nirien fil-foresti u l-qtugħ ta' salvataġġ.

Sal-2026, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-impatt tal-iskemi ta' appoġġ tal-Istati Membri għall-bijomassa, inkluż dwar il-bijodiversità, il-klima, l-ambjent u d-distorsjonijiet possibbli tas-suq, u se tivvaluta l-iskemi ta' appoġġ għall-bijomassa tal-foresti.’;

"

(c)  jiddaħħal il-paragrafu 4a li ġej:"

"4a. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas, li jista' jinkludi skemi ta' appoġġ u l-iffaċilitar tal-adozzjoni ta' proġetti ta' ħżin tal-enerġija rinnovabbli u b'kolokazzjoni kif ukoll ftehimiet dwar ix-xiri ta' enerġija rinnovabbli u ftehimiet dwar ix-xiri tat-tisħin u t-tkessiħ minn sorsi rinnovabbli, li jippermettu l-użu tal-enerġija rinnovabbli għal livell li jkun konsistenti mal-kontribuzzjoni nazzjonali tal-Istat Membru msemmija fil-paragrafu 2 u b'pass li jkun konsistenti mat-trajettorji indikattivi msemmija fl-Artikolu 4(a)(2) tar-Regolament (UE) 2018/1999. B'mod partikolari, dak il-qafas għandu jindirizza l-ostakli li jifdal, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għall-għoti ta' permessi, l-istabbiliment ta' inizjattivi tal-komunità tal-enerġija u l-iżvilupp tan-networks meħtieġa għat-trasport tal-enerġija, biex jappoġġa livell għoli ta' provvista tal-enerġija rinnovabbli. Meta jfasslu dak il-qafas, l-Istati Membri għandhom iqisu l-elettriku rinnovabbli addizzjonali u l-infrastrutturi tal-ħżin meħtieġa biex tiġi ssodisfata d-domanda fis-setturi tat-trasport, tal-industrija, tal-binjiet u tat-tisħin u t-tkessiħ u għall-produzzjoni ta' karburanti rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika.";

F'konformità mal-prinċipju "l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel", l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konsum, il-kummerċ u l-ħżin flessibbli tal-elettriku rinnovabbli f'dawn is-setturi tal-użu finali biex jgħinu l-penetrazzjoni tiegħu b'mod kosteffettiv.

L-Istati Membri jistgħu jinkludu sommarju tal-politiki u l-miżuri fl-ambitu tal-qafas abilitanti u valutazzjoni tal-implimentazzjoni tagħhom rispettivament fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima u fir-rapporti ta' progress tagħhom, skont ir-Regolament (UE) 2018/1999.’;

"

(3)  L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(-a)  fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(c) konsum finali ta' enerġija minn sorsi u karburanti rinnovabbli fis-settur tat-trasport. ";

"

(a)  fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Fir-rigward tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), (b), jew (c), il-gass u l-elettriku minn sorsi rinnovabbli għandhom jitqiesu darba biss għall-finijiet tal-kalkolu tas-sehem tal-konsum finali gross tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli. L-enerġija prodotta minn karburanti rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika għandha titqies fis-settur - tal-elettriku, tat-tisħin u tat-tkessiħ jew tat-trasport - fejn tiġi kkunsmata. Meta l-karburanti rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika jiġu kkunsmati fi Stat Membru li jkun differenti minn dak fejn ikunu ġew prodotti, l-enerġija ġġenerata bl-użu ta' karburanti rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika għandha tammonta għal 80 % tal-volum tagħhom fil-pajjiż u s-settur fejn tiġi kkunsmata u għal 20 % tal-volum tagħhom fil-pajjiż fejn tiġi prodotta, sakemm l-Istati Membri kkonċernati ma jiftehmux mod ieħor. Sabiex timmonitorja tali ftehimiet u biex tevita kwalunkwe għadd doppju, il-Kummissjoni għandha tiġi nnotifikata bi kwalunkwe ftehim bħal dan, inkluż il-volumi eżatti tal-provvista u d-domanda, il-ħinijiet tat-trasferiment u d-data sa meta l-ftehim jidħol fis-seħħ. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli l-informazzjoni dwar il-ftehimiet konklużi, inkluż iż-żmien, il-volum, il-prezz u kwalunkwe kundizzjoni addizzjonali tagħhom.";

"

(aa)  fil-paragrafu 1, jiddaħħal is-subparagrafu li ġej wara t-tieni subparagrafu:"

"Għall-finijiet tal-miri msemmija fl-Artikoli 15a, 22a, 23(1), 24(4) u 25(1), il-karburanti rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika għandhom jammontaw għal 100 % tal-volum tagħhom fil-pajjiż fejn jiġu kkunsmati.";

"

(b)  fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), il-konsum finali gross tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli għandu jiġi kkalkolat bħala l-kwantità ta' elettriku prodott fi Stat Membru minn sorsi rinnovabbli, inkluża l-produzzjoni tal-elettriku minn awtokonsumaturi ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli u minn komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u l-elettriku minn karburanti rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika u minbarra l-produzzjoni tal-elettriku f'unitajiet ta' akkumulu ppompjat mill-ilma li qabel kien jiġi ppompjat 'il fuq kif ukoll l-elettriku użat għall-produzzjoni ta' karburanti rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika.";

"

(c)  fil-paragrafu 4, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(a) Il-konsum finali tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tat-trasport għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma tal-bijokarburanti, tal-bijogass u tal-karburanti rinnovabbli kollha ta' oriġini mhux bijoloġika kkunsmati fis-settur tat-trasport.";

"

(4)  L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)  jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:"

"1a. Kull Stat Membru għandu jidħol fi ftehimiet ta' kooperazzjoni biex jistabbilixxi proġetti konġunti ma' Stat Membru wieħed jew aktar għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, inklużi l-assi ibridi rinnovabbli offshore, kif ġej:

   (a) sal-31 ta' Diċembru 2025, l-Istati Membri b'konsum annwali tal-elettriku ta' 100 TWh jew anqas għandhom jistabbilixxu mill-anqas żewġ proġetti konġunti;
   (b) sal-2030, l-Istati Membri b'konsum annwali tal-elettriku ta' aktar minn 100 TWh għandhom jistabbilixxu t-tielet proġett konġunt. ▌;

Tali proġetti konġunti ma għandhomx jikkorrispondu għall-proġetti ta' interess komuni diġà adottati fl-ambitu tar-Regolament (UE) 2022/8691a. L-identifikazzjoni ta' proġetti konġunti għandha tkun ibbażata fuq il-ħtiġijiet identifikati fil-pjanijiet ta' żvilupp ta' network offshore integrat strateġiku ta' livell għoli għal kull baċir tal-baħar u l-Pjan ta' Għaxar Snin għall-Iżvilupp tan-Network iżda tista' tmur lil hinn minn dawk il-ħtiġijiet u tista' tinvolvi l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-operaturi privati.

Il-proġetti ffinanzjati mill-kontribuzzjonijiet nazzjonali skont il-mekkaniżmu ta' finanzjament tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli stabbilit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1294(24) għandhom jitqiesu għall-finijiet tal-issodisfar tar-rekwiżiti tal-ewwel subparagrafu għall-Istati Membri involuti f'dawk il-proġetti.

L-Istati Membri għandhom jaħdmu favur distribuzzjoni ġusta tal-kostijiet u l-benefiċċji ta' proġetti konġunti. Għal dak il-għan, il-kostijiet u l-benefiċċji rilevanti kollha tal-proġett komuni għandhom jitqiesu fil-ftehimiet ta' kooperazzjoni rilevanti.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-ftehimiet ta' kooperazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, inkluża d-data li fiha l-proġett mistenni jsir operazzjonali.

________

1a Ir-Regolament (UE) 2022/869 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2022 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2009, (UE) 2019/942 u (UE) 2019/943 u d-Direttivi 2009/73/KE u (UE) 2019/944, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 (ĠU L 152, 3.6.2022, p. 45).";

"

(b)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

"7a. L-Istati Membri li jmissu ma' baċir tal-baħar għandhom jikkooperaw sabiex jistabbilixxu b'mod konġunt, wara li jikkonsultaw lill-partijiet ikkonċernati, l-ammont ta' enerġija rinnovabbli offshore li jippjanaw li jipproduċu f'dak il-baċir tal-baħar sal-2050, b'passi intermedji u trajettorji għal kull baċir tal-baħar fl-2030 u fl-2040 f'konformità mar-Regolament (UE) 2022/869. Kull Stat Membru għandu jindika l-volumi li biħsiebu jikseb permezz ta' offerti tal-gvern, b'enfasi fuq il-fattibbiltà teknika u ekonomika għall-infrastruttura tal-grilja.

Fil-ftehimiet ta' kooperazzjoni tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw b'mod kollettiv li dawk il-pjanijiet ikunu konformi mal-ilħuq tal-objettivi stabbiliti fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Novembru 2020 bit-titolu "Strateġija tal-UE biex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta għal futur newtrali għall-klima", filwaqt li jirrispettaw il-liġi ambjentali tal-Unjoni u l-protezzjoni tal-bijodiversità, l-ispeċifiċitajiet u l-iżvilupp f'kull reġjun, speċjalment l-attivitajiet li diġà jsiru fiż-żoni affettwati, il-ħsara possibbli lill-ambjent, il-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli offshore tal-baċir tal-baħar u l-importanza li jiġi żgurat l-ippjanar integrat tal-grilja assoċjat. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dak l-ammont u l-grilja ppjanata fil-pjanijiet nazzjonali integrati aġġornati dwar l-enerġija u l-klima sottomessi skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999. Il-Kummissjoni tista' tieħu miżuri komplementari biex tappoġġa lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jallinjaw mat-trajettorji għal kull baċir tal-baħar.

Wara l-komunikazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali integrati u aġġornati għall-enerġija u l-klima, il-Kummissjoni għandha tivvaluta kwalunkwe diskrepanza bejn l-ammont potenzjali ta' riżorsi tal-enerġija rinnovabbli offshore tal-Istati Membri u l-ammont ta' enerġija rinnovabbli offshore ppjanata għall-2030, l-2040 u l-2050. Meta jkun xieraq, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri addizzjonali biex tnaqqas dak id-diskrepanza.

L-Istati Membri li l-fruntiera tagħhom tmiss ma' baċir tal-baħar għandhom, flimkien, jiddefinixxu l-ispazju adegwat għall-proġetti ta' enerġija rinnovabbli offshore u jallokaw dak l-ispazju fil-pjanijiet spazjali marittimi tagħhom filwaqt li jiżguraw approċċ qawwi ta' parteċipazzjoni tal-pubbliku sabiex jitqiesu l-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati u tal-komunitajiet kostali affettwati kollha, kif ukoll l-impatti fuq l-attivitajiet li diġà qed iseħħu fiż-żoni affettwati.

Sabiex jiffaċilitaw l-għoti tal-permessi għal proġetti konġunti tal-enerġija rinnovabbli offshore, l-Istati Membri għandhom inaqqsu l-kumplessità u jżidu l-effiċjenza u t-trasparenza tal-proċess tal-għoti tal-permessi u jsaħħu l-kooperazzjoni bejniethom, inkluż, meta jkun xieraq, billi jistabbilixxu punt uniku ta' kuntatt ("punt uniku ta' servizz") għal kull kuritur prijoritarju tal-grilja offshore.

Sabiex isaħħu l-aċċettazzjoni wiesgħa tal-pubbliku, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-possibbiltà li jinkludu l-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli fi proġetti konġunti ta' kooperazzjoni dwar l-enerġija rinnovabbli offshore.";

"

(5)  L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(-a)  il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)  l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe regola nazzjonali li tikkonċerna l-proċeduri ta' awtorizzazzjoni, ċertifikazzjoni u liċenzjar li huma applikati għall-impjanti, inklużi l-impjanti tal-enerġija rinnovabbli ibrida u n-networks assoċjati ta' trażmissjoni u distribuzzjoni għall-produzzjoni tal-elettriku, it-tisħin jew it-tkessiħ minn sorsi rinnovabbli, għall-proċess ta' trasformazzjoni tal-bijomassa f'bijokarburanti, bijolikwidi, karburanti mill-bijomassa jew prodotti tal-enerġija oħra, u għall-karburanti rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika tkun proporzjonata u meħtieġa u tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prinċipju "l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel.";

"

(-aa)  it-tieni subparagrafu huwa emendat kif ġej:

(i)  il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(a) il-proċeduri amministrattivi kollha huma simplifikati, inklużi l-proċessi reġjonali u muniċipali, u mħaffa fil-livell amministrattiv xieraq u jiġu stabbiliti perijodi ta' żmien prevedibbli għall-proċeduri msemmija fl-ewwel subparagrafu;";

"

(ii)  il-punti (c) u (d) huma sostitwiti b'dan li ġej:"

"(c) l-imposti amministrattivi kollha mħallsa mill-konsumaturi, il-pjanifikaturi, il-periti, il-bennejja u l-installaturi u fornituri tat-tagħmir u s-sistemi huma trasparenti u relatati mal-kost; u

   (d) proċeduri ta' awtorizzazzjoni simplifikati u inqas ta' xkiel, inkluża proċedura ta' notifika sempliċi u punti uniċi ta' kuntatt huma stabbiliti għal apparati deċentralizzati, u għall-produzzjoni u l-ħżin tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli.";

"

(a)  il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"2. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu b'mod ċar kwalunkwe speċifikazzjoni teknika li għandha tiġi ssodisfata minn tagħmir u sistemi ta' enerġija rinnovabbli biex jibbenefikaw minn skemi ta' sostenn u jkunu eleġibbli fl-ambitu tal-akkwist pubbliku. Fejn jeżistu standards regolatorji jew armonizzati jew standards Ewropej, inklużi sistemi ta' referenza teknika stabbiliti mill-organizzazzjonijiet ta' standardizzazzjoni Ewropej, dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu espressi skont dawk l-istandards. Għandha tingħata preċedenza lill-istandards regolatorji u armonizzati, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b'appoġġ għal-leġiżlazzjoni Ewropea, inklużi, pereżempju, ir-Regolament (UE) 2017/1369 jew id-Direttiva 2009/125/KE. Fin-nuqqas tagħhom, għandhom jintużaw standards armonizzati oħrajn u standards Ewropej, f'dik l-ordni. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ma għandhomx jippreskrivu fejn it-tagħmir u s-sistemi għandhom jiġu ċċertifikati u ma għandhomx jimpedixxu l-funzjonament tajjeb tas-suq intern";

"

(aa)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali jinkludu dispożizzjonijiet għall-integrazzjoni u l-użu tal-enerġija rinnovabbli, inkluż għall-awtokonsum tas-sorsi rinnovabbli u l-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, u l-użu tas-sħana u l-kesħa mormija inevitabbli fl-ippjanar, inkluż fl-ippjanar spazjali bikri, l-iddisinjar, il-bini u r-rinnovazzjoni ta' infrastruttura urbana, iż-żoni industrijali, kummerċjali jew residenzjali u fl-infrastruttura tal-enerġija u tat-trasport, inklużi n-networks tal-elettriku, tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali, tal-gass naturali u tal-karburanti alternattivi. L-Istati Membri, b'mod partikolari, għandhom jinkoraġġixxu l-korpi amministrattivi lokali u reġjonali biex jinkludu t-tisħin u t-tkessiħ minn sorsi rinnovabbli fl-ippjanar tal-infrastruttura ta' belt fejn xieraq, u biex jikkonsultaw lill-operaturi tan-network ħalli jirriflettu l-impatt tal-programmi ta' effiċjenza enerġetika u tar-rispons għad-domanda kif ukoll dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-awtokonsum ta' sorsi rinnovabbli u l-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, dwar il-pjanijiet għall-iżvilupp tal-infrastruttura tal-operaturi.";

"

(b)  il-paragrafi 4, 5, 6 u 7 huma mħassra:

(c)  il-paragrafu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"8. L-Istati Membri għandhom jivvalutaw l-ostakli regolatorji u amministrattivi għall-ftehimiet dwar ix-xiri ta' enerġija rinnovabbli fit-tul, inklużi l-ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija rinnovabbli, il-ftehimiet dwar ix-xiri tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli u l-ftehimiet dwar ix-xiri tal-idroġenu rinnovabbli, il-proġetti ta' ħżin tal-enerġija b'kolokazzjoni kif ukoll dawk transfruntiera.

Huma għandhom ineħħu l-ostakli fil-livell nazzjonali u transfruntier għall-iżvilupp tagħhom, bħall-ostakli għall-għoti ta' permessi, pereżempju għall-industriji intensivi fl-enerġija u l-SMEs, kif ukoll atturi u muniċipalitajiet iżgħar oħra, u jippromwovu l-adozzjoni ta' ftehimiet bħal dawn, inkluż billi jesploraw kif jitnaqqsu r-riskji finanzjarji assoċjati magħhom, b'mod partikolari billi jużaw garanziji ta' kreditu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-ftehimiet ma jkunux soġġetti għal proċeduri ▌sproporzjonati jew diskriminatorji jew kwalunkwe imposta jew miżata, u li kwalunkwe garanzija tal-oriġini assoċjata tkun tista' tiġi ttrasferita lix-xerrej tal-enerġija ▌skont ftehim dwar ix-xiri tal-enerġija rinnovabbli.

L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu l-politiki u l-miżuri tagħhom li jippromwovu l-adozzjoni ta' ftehimiet dwar ix-xiri ta' enerġija rinnovabbli fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima msemmija fl-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999 u fir-rapporti ta' progress ippreżentati skont l-Artikolu 17 ta' dak ir-Regolament. F'dawk ir-rapporti, huma għandhom jipprovdu wkoll indikazzjoni tal-volum tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli appoġġata mit-tipi differenti ta' ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija rinnovabbli.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkunu jistgħu jissottomettu d-dokumenti kollha rilevanti f'forma diġitali. Jekk applikant jagħżel l-applikazzjoni diġitali, il-proċess sħiħ tal-għoti ta' permess, inkluż il-proċessi interni amministrattivi, jeħtieġ li jsir b'mod diġitali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll id-diġitalizzazzjoni tas-seduti ta' smigħ pubbliċi u tal-proċeduri ta' parteċipazzjoni.’;

"

(d)  jiżdied il-paragrafu 9 li ġej:"

"9. Sa ... [sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva emendatorja], il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-linji gwida għall-Istati Membri dwar prattiki li jippermettu l-aċċellerazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-proċess għal proġetti ġodda u repowered. Dawk il-linji gwida għandhom jinkludu rakkomandazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-proċeduri amministrattivi stabbiliti fl-Artikoli 15 u 17 flimkien mal-applikazzjoni tagħhom għat-tisħin, it-tkessiħ u l-enerġija rinnovabbli u l-koġenerazzjoni rinnovabbli u sett ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) li jippermettu valutazzjoni u monitoraġġ trasparenti kemm tal-progress kif ukoll tal-effettività.

Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż mal-partijiet ikkonċernati rilevanti. Tali gwida għandha tinkludi wkoll informazzjoni dwar ir-riżorsi diġitali u umani tal-awtoritajiet tal-għoti ta' permessi, il-punti uniċi ta' kuntatt effettivi, l-ippjanar spazjali, il-limitazzjonijiet militari u tal-avjazzjoni ċivili, il-proċeduri tal-qorti u każijiet ta' riżoluzzjoni u medjazzjoni ċivili kif ukoll l-aġġustament u l-modifiki retroattivi tal-liġijiet dwar l-estrazzjoni minerarja, ix-xogħlijiet ġeoloġiċi kif ukoll l-iżgurar ta' kapaċità teknika adegwata biex dawk l-attivitajiet isiru.

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw valutazzjoni tal-proċess tagħhom tal-għoti ta' permessi u l-miżuri għal titjib li għandhom jittieħdu f'konformità mal-linji gwida fil-pjan nazzjonali integrat u aġġornat għall-enerġija u l-klima kif imsemmi fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament(UE) 2018/199 f'konformità mal-proċedura u mal-iskeda ta' żmien stabbiliti f'dak l-Artikolu.

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-miżuri korrettivi fil-pjanijiet u l-punteġġ ta' kull Stat Membru fl-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni. Il-valutazzjoni għandha tkun disponibbli għall-pubbliku.

Fil-każ ta' nuqqas ta' progress, il-Kummissjoni tista' tieħu miżuri addizzjonali biex tappoġġa lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tagħhom billi tgħinhom fir-riforma u fis-simplifikazzjoni tal-proċeduri tagħhom tal-għoti ta' permessi.";

"

(6)  jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

"L-Artikolu 15a

L-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fil-binjiet

1.  Sabiex jiġu promossi l-produzzjoni u l-użu tal-enerġija rinnovabbli u tas-sħana u l-kesħa mormija fis-settur tal-bini, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mira indikattiva għas-sehem ta' enerġija rinnovabbli prodotta fuq il-post jew fil-qrib, inkluż mill-grilja, fil-konsum finali tal-enerġija fis-settur tal-bini tagħhom fl-2030 li tkun konsistenti ma' mira indikattiva ta' sehem ta' mill-anqas 49 % ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli u sħana u kesħa mormija inevitabbli fis-settur tal-bini fil-konsum finali tal-enerġija tal-Unjoni fl-2030. L-Istati Membri li ma jipprezzawx il-karbonju b'mod espliċitu fis-settur tal-bini permezz ta' skema ta' taxxa jew għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet jew l-Istati Membri li temporanjament jagħżlu li ma jipparteċipawx fl-iskema Ewropea l-ġdida għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet għall-binjiet u għat-trasport għandhom jistabbilixxu sehem indikattiv ogħla ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli. Il-mira indikattiva nazzjonali għandha tiġi espressa f'termini ta' sehem mill-konsum finali nazzjonali tal-enerġija u għandha tiġi kkalkulata f'konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 7, li tista' tinkludi fil-kalkolu tas-sehem tal-konsum finali l-elettriku minn sorsi rinnovabbli li jinkludi l-awtokonsum, il-komunitajiet tal-enerġija, is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-taħlita tal-elettriku u s-sħana u l-kesħa mormija inevitabbli. L-Istati Membri għandhom jinkludu l-mira tagħhom fil-pjanijiet nazzjonali integrati aġġornati dwar l-enerġija u l-klima sottomessi skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999 kif ukoll informazzjoni dwar kif qed jippjanaw li jilħquha.

L-Istati Membri jistgħu jgħoddu s-sħana u l-kesħa mormija mal-mira msemmija fl-ewwel subparagrafu, sa limitu ta' 20 %. Jekk jiddeċiedu li jagħmlu dan, il-mira għandha tiżdied b'nofs il-perċentwal tas-sħana u l-kesħa mormija użat sa limitu massimu ta' 54 %.

2.  L-Istati Membri għandhom jintroduċu miżuri fir-regolamenti u l-kodiċijiet tal-bini tagħhom u, fejn applikabbli, fl-iskemi ta' appoġġ tagħhom, biex iżidu s-sehem tal-elettriku u t-tisħin u t-tkessiħ minn sorsi rinnovabbli prodotti kemm fuq il-post jew fil-qrib, inkluż mill-grilja, fl-istokk tal-bini, inklużi miżuri nazzjonali relatati ma' żidiet sostanzjali fl-awtokonsum tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli, il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, il-kondiviżjoni lokali tal-enerġija rinnovabbli u l-ħżin tal-enerġija lokali, l-iċċarġjar intelliġenti u bidirezzjonali, servizzi oħra ta' flessibbiltà bħar-rispons għad-domanda, u flimkien mat-titjib fl-effiċjenza enerġetika relatat mal-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja u mal-binjiet passivi, b'enerġija kważi żero u b'enerġija żero filwaqt li jitqiesu t-teknoloġiji innovattivi.

Biex jinkiseb is-sehem indikattiv ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli stabbilit fil-paragrafu 1, l-Istati Membri, fir-regolamenti u fil-kodiċijiet tagħhom dwar il-bini u, fejn applikabbli, fl-iskemi ta' appoġġ tagħhom jew b'mezzi oħra b'effett ekwivalenti, għandhom jirrikjedu l-użu ta' livelli minimi ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli prodotta kemm fuq il-post jew fil-qrib, inkluż mill-grilja, fil-binjiet ġodda u f'dawk soġġetti għal rinnovazzjoni kbira, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2010/31/UE u meta jkun ekonomikament, teknikament u funzjonalment fattibbli. L-Istati Membri għandhom jippermettu li dawk il-livelli minimi jiġu ssodisfati, fost l-oħrajn, permezz tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali effiċjenti.

Għall-binjiet eżistenti, l-ewwel subparagrafu għandu japplika għall-forzi armati biss dment li l-applikazzjoni tiegħu ma tikkawża l-ebda kunflitt man-natura u mal-għan prinċipali tal-attivitajiet tal-forzi armati u bl-eċċezzjoni ta' materjal użat b'mod esklussiv għal finijiet militari.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-binjiet pubbliċi fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, jissodisfaw rwol eżemplari fir-rigward tas-sehem tal-enerġija rinnovabbli użata, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2010/31/UE u l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2012/27/UE. L-Istati Membri jistgħu, fost l-oħrajn, jippermettu li dak l-obbligu jiġi ssodisfat billi jipprevedu li s-soqfa jew superfiċi u sottosuperfiċi kompatibbli oħra ta' binjiet pubbliċi jew pubbliċi privati mħallta jintużaw minn partijiet terzi għal installazzjonijiet li jipproduċu enerġija minn sorsi rinnovabbli.

L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u l-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tal-bini, b'mod partikolari permezz tal-użu tal-akkwist pubbliku. Tali appoġġ għandu jiġi indikat fil-Pjanijiet Nazzjonali għar-Rinnovazzjoni tal-Bini tal-Istati Membri skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva ... [EPBD].

4.  Sabiex jinkiseb is-sehem indikattiv tal-enerġija rinnovabbli stabbilit fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-użu ta' sistemi u tagħmir tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli inklużi teknoloġiji innovattivi għall-kuntest lokali speċifiku, bħas-sistemi u t-tagħmir tat-tisħin u t-tkessiħ elettrifikati, ibbażati fuq sorsi rinnovabbli u intelliġenti, ikkomplementati, meta applikabbli, bil-ġestjoni intelliġenti tas-sorsi tal-enerġija deċentralizzati kollha fil-bini, permezz ta' Sistemi ta' Ġestjoni tal-Enerġija fil-Bini li kapaċi jinteraġixxu mal-grilja tal-enerġija. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jużaw il-miżuri, l-għodod u l-inċentivi xierqa kollha, inklużi, fost l-oħrajn, it-tikketti tal-enerġija żviluppati skont ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(25), iċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija skont id-Direttiva 2010/31/UE, jew ċertifikati jew standards xierqa oħra żviluppati fil-livell nazzjonali jew tal-Unjoni, u għandhom jiżguraw l-għoti ta' informazzjoni u pariri adegwati, inkluż permezz ta' punti uniċi ta' servizz, dwar alternattivi rinnovabbli u effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija kif ukoll dwar l-istrumenti u l-inċentivi finanzjarji disponibbli għall-promozzjoni ta' rata ta' sostituzzjoni akbar ta' sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ antiki u bidla akbar għal soluzzjonijiet ibbażati fuq l-enerġija rinnovabbli.";

"

(7)  L-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:

(a)   il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b'dan li ġej:"

"3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi ta' ċertifikazzjoni jew skemi nazzjonali ekwivalenti ta' kwalifika jkunu disponibbli għall-installaturi u għad-disinjaturi tal-forom kollha ta' sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli fil-binjiet, fl-industrija u fl-agrikoltura, u għall-installaturi ta' teknoloġiji oħra tal-enerġija rinnovabbli, teknoloġiji ta' ħżin u rispons għad-domanda, inklużi stazzjonijiet tal-iċċarġjar. Dawk l-iskemi jistgħu jqisu l-iskemi u l-istrutturi eżistenti kif xieraq, u għandhom ikunu bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Anness IV. Kull Stat Membru għandu jivverifika r-rikonoxximent taċ-ċertifikazzjoni mogħtija minn Stati Membri oħra f'konformità ma' dawk il-kriterji.

Sal-31 ta' Diċembru 2023 u kull tliet snin wara dan, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw id-diskrepanza bejn il-professjonisti mħarrġa u kwalifikati fl-installazzjonijiet disponibbli u dawk meħtieġa, u fejn xieraq, jipprovdu rakkomandazzjonijiet biex kwalunkwe diskrepanza titneħħa. Dawk il-valutazzjonijiet u kwalunkwe rakkomandazzjoni għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kundizzjonijiet, inkluż permezz ta' strateġiji ta' titjib tal-ħiliet u tiġdid tal-ħiliet, biex jiżguraw li numru suffiċjenti ta' installaturi mħarrġa u kwalifikati msemmija fil-paragrafu 3 jkunu disponibbli ▌biex imantnu t-tkabbir tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli meħtieġ biex jikkontribwixxi għaż-żieda annwali fis-sehem tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ kif stabbilit fl-Artikolu 23 u għall-miri għall-enerġija rinnovabbli fil-bini stabbiliti fl-Artikolu 15a, fis-settur industrijali kif stabbilit fl-Artikolu 22a u fis-settur tat-trasport kif stabbilit fl-Artikolu 25, u biex jikkontribwixxi ħalli tintlaħaq il-mira ġenerali stabbilita fl-Artikolu 3.

Biex jinkiseb numru suffiċjenti ta' installaturi u disinjaturi, l-Istati Membri, dment li jkunu kompatibbli mal-iskemi nazzjonali ta' kwalifika u ċertifikazzjoni, għandhom jiżguraw li jkun hemm disponibbli programmi ta' taħriġ suffiċjenti li jwasslu għal kwalifika jew għal ċertifikazzjoni u li jkopru t-teknoloġiji tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli, u l-aħħar soluzzjonijiet innovattivi tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri biex jippromwovu l-parteċipazzjoni f'tali programmi, b'mod partikolari minn intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u dawk li jaħdmu għal rashom, kif ukoll jiżguraw il-bilanċ bejn il-ġeneri u jindirizzaw, b'mod partikolari, il-minoranzi sottorappreżentati. Jekk ikunu kompatibbli mal-iskemi ta' taħriġ u kwalifika li diġà jkunu fis-seħħ, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ftehimiet volontarji mal-fornituri u mal-bejjiegħa tat-teknoloġija rilevanti biex iħarrġu għadd suffiċjenti ta' installaturi, li jistgħu jkunu bbażati fuq stimi tal-bejgħ, fl-aktar soluzzjonijiet u teknoloġiji innovattivi riċenti disponibbli fis-suq.

L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu l-politiki u l-miżuri tagħhom li jippromwovu t-taħriġ effettiv, ta' kwalità għolja u inklużiv, it-tiġdid tal-ħiliet u t-titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema fil-qasam tal-enerġiji rinnovabbli fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima msemmija fl-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999 u fir-rapporti ta' progress ippreżentati skont l-Artikolu 17 ta' dak ir-Regolament.

4.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-informazzjoni dwar l-iskemi ta' ċertifikazzjoni jew l-iskemi ta' kwalifika nazzjonali ekwivalenti msemmija fil-paragrafu 3 disponibbli għall-pubbliku. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku wkoll, b'mod trasparenti u faċilment aċċessibbli, lista aġġornata regolarment tal-installaturi li jkunu kkwalifikati jew iċċertifikati f'konformità mal-paragrafu 3 tiġi aġġornata regolarment u ssir disponibbli għall-pubbliku ▌.";

"

(b)  jiżdied il-paragrafu li ġej:"

"6a. Kwalunkwe miżura meħuda skont dan l-Artikolu għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-miżuri meħuda skont id-Direttivi (UE) .../... [Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika] u (UE) .../... [EPBD].";

"

(8)  L-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:

(-a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"1. Għall-finijiet li l-klijenti finali jintwerew l-oriġini tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli f'taħlita tal-enerġija tal-fornitur tal-enerġija u fl-enerġija fornuta lill-konsumaturi skont kuntratti kkummerċjalizzati b'referenza għall-konsum tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-oriġini tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli tista' tkun garantita bħala tali fis-sens ta' din id-Direttiva, skont kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji.";

"

(a)  il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)  l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:"

‘Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tinħareġ garanzija tal-oriġini bi tweġiba għal talba minn produttur tal-enerġija minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli. L-Istati Membri għandhom jipprevedu sistema uniformi biex jinħarġu garanziji tal-oriġini għall-idroġenu rinnovabbli.

L-Istati Membri, għall-finijiet ta' kontabbiltà għall-valur tas-suq tal-garanzija tal-oriġini, jistgħu jiddeċiedu li ma joħorġux tali garanzija tal-oriġini lil produttur li jingħata appoġġ finanzjarju minn skema ta' appoġġ.

Il-Kummissjoni għandha tintroduċi informazzjoni supplementari għall-garanziji tal-oriġini, filwaqt li tevita l-għadd doppju.

Il-ħruġ ta' garanziji tal-oriġini jista' jkun soġġett għal limitu minimu ta' kapaċità. Garanzija tal-oriġini għandha tkun ta' ▌1 MWh bil-possibbiltà li jinħarġu frazzjonijiet tagħha. Dawn għandhom ikunu standardizzati kif xieraq permezz tal-istandard Ewropew CEN-EN16325 u jinħarġu fuq talba minn produttur tal-enerġija, sakemm dan ma jwassalx għal għadd doppju. Għandhom jiġu introdotti proċessi ta' reġistrazzjoni simplifikati u tariffi tar-reġistrazzjoni mnaqqsa għall-installazzjonijiet żgħar ta' inqas minn 50 kW u għall-komunitajiet tal-enerġija. Jistgħu jinħarġu garanziji tal-oriġini għal diversi installazzjonijiet żgħar miġbura flimkien.

Ma għandhiex tinħareġ aktar minn garanzija tal-oriġini waħda fir-rigward ta' kull unità ta' enerġija prodotta u l-istess unità ta' enerġija titqies darba biss.";

"

(ia)  it-tieni subparagrafu huma mħassar;

(ib)  fir-raba' subparagrafu, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(c) meta l-garanziji tal-oriġini ma jinħarġux direttament lill-produttur imma lil fornitur jew konsumatur li jixtri l-enerġija jew f'kuntest kompetittiv inkella fi ftehim dwar ix-xiri fit-tul tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli.";

"

(ii)  il-ħames subparagrafu huwa mħassar;

(aa)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

‘3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-garanziji tal-oriġini għandhom ikunu validi għal tranżazzjonijiet għal 12-il xahar wara l-produzzjoni tal-unità ta’ enerġija rilevanti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-garanziji tal-oriġini kollha li ma jkunux ġew ikkanċellati għandhom jiskadu sa mhux aktar tard minn 18-il xahar wara l-produzzjoni tal-unità ta’ enerġija. L-Istati Membri għandhom jinkludu l-garanziji tal-oriġini skaduti fil-kalkolu tat-taħlita tal-enerġija residwa.’;

"

(ab)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"4. Għall-finijiet tad-divulgazzjoni msemmija fil-paragrafi 8 u 13, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpanniji tal-enerġija jikkanċellaw il-garanziji tal-oriġini sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta' validità tal-garanzija tal-oriġini. Barra minn hekk, sa... [sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva emendatorja], l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data dwar it-taħlita residwa tagħhom tiġi ppubblikata fuq bażi annwali.";

"

(ac)  l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 7 huwa emendat kif ġej:

(i)  il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(a) is-sors tal-enerġija li minnu tkun ġiet prodotta l-enerġija u d-dati tal-bidu u tat-tmiem kemm jista' jkun qrib il-ħin reali, bl-għan li jinkisbu intervalli ta' mhux aktar minn siegħa ta' produzzjoni;";

"

(ii)  il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(c) l-identità, il-post, iż-żona tal-offerti għall-elettriku, it-tip u l-kapaċità tal-impjant fejn l-enerġija ġiet prodotta;";

"

(iii)  jiżdiedu l-punti li ġejjin:"

"(g) l-emissjonijiet ta' gassijiet serra matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-enerġija garantita skont l-istandard ISO 14067:2018;

   (h) il-granularità temporali rfinata;
   (i) it-tqabbil tal-lokazzjoni ġeografika.";

"

(b)  il-paragrafu 8 ▌huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Meta fornitur tal-elettriku jkun mitlub juri l-oriġini ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija tiegħu għall-finijiet tal-Artikolu 3(9), il-punt (a) tad-Direttiva 2009/72/KE, huwa għandu jagħmel dan billi juża garanziji tal-oriġini ħlief fir-rigward tas-sehem tat-taħlita tal-enerġija tiegħu li jikkorrispondi għal offerti kummerċjali mhux intraċċati, jekk ikun hemm, li għalihom il-fornitur jista' juża t-taħlita residwa.

Meta fornitur tal-gass ikun meħtieġ juri l-oriġini ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija tiegħu għall-finijiet tal-Anness 1, it-taqsima 5 tad-Direttiva (UE) .../... [dwar ir-regoli komuni għas-swieq interni tal-gassijiet rinnovabbli u naturali u tal-idroġenu kif proposta mid-dokument COM(2021)0803], għandu jagħmel dan billi juża garanziji tal-oriġini ħlief fir-rigward tas-sehem tat-taħlita tal-enerġija tiegħu li jikkorrispondi għal offerti kummerċjali mhux intraċċati, jekk ikun hemm, li għalihom il-fornitur jista' juża t-taħlita residwa.

Meta l-Istati Membri jkunu għamlu arranġament biex ikollhom garanziji tal-oriġini għal tipi oħra ta' enerġija, il-fornituri għandhom jużaw għad-divulgazzjoni l-istess tip ta' garanziji tal-oriġini bħall-enerġija fornuta. Barra minn hekk, meta l-klijent jikkonsma gass minn network tal-idroġenu jew tal-gass naturali, l-Istati Membri jistgħu jiżguraw li l-garanziji tal-oriġini kkanċellati jikkorrispondu għall-karatteristiċi rilevanti tan-network. Bl-istess mod, il-garanziji tal-oriġini maħluqa skont l-Artikolu 14(10) tad-Direttiva 2012/27/UE jistgħu jintużaw biex jissostanzjaw kwalunkwe rekwiżit biex tintwera l-kwantità tal-elettriku prodott mill-koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja. Għall-finijiet tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, meta l-elettriku jiġi ġġenerat mill-koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja bl-użu ta' sorsi rinnovabbli, tista' tinħareġ garanzija tal-oriġini waħda biss li tispeċifika ż-żewġ karatteristiċi.";

"

(ba)  il-paragrafu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"9. L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu l-garanziji tal-oriġini maħruġa minn Stati Membri oħra f'konformità ma' din id-Direttiva esklużivament bħala evidenza tal-elementi msemmija fil-paragrafu 1 u l-punti (a) sa (i) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 7. Stat Membru jista' jirrifjuta li jirrikonoxxi garanzija tal-oriġini biss meta jkollu dubji bbażati fuq raġunijiet sodi dwar l-eżattezza, l-affidabbiltà jew l-awtentiċità tagħha. L-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar tali rifjut u l-ġustifikazzjoni għalih.";

"

(bb)  il-paragrafu 11 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"11. L-Istati Membri ma għandhomx jirrikonoxxu garanziji tal-oriġini maħruġa minn pajjiżi terzi ħlief meta l-Unjoni tkun ikkonkludiet ftehim ma' dak il-pajjiż terz dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-garanziji tal-oriġini maħruġa fl-Unjoni u sistemi kompatibbli ta' garanziji tal-oriġini stabbiliti f'dak il-pajjiż terz, u biss meta jkun hemm importazzjoni jew esportazzjoni diretta tal-enerġija. Il-Kummissjoni għandha toħroġ linji gwida li jiċċaraw ir-rekwiżiti tal-Unjoni għar-rikonoxximent tal-garanziji tal-oriġini maħruġa minn pajjiż terz, inklużi l-arranġamenti sottostanti ta' governanza assoċjati, bil-għan li tissimplifika u taċċellera l-ilħuq ta' tali ftehimiet mal-pajjiżi terzi.

Sa ... [sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva emendatorja], il-Kummissjoni għandha toħroġ gwida dwar is-salvagwardji rilevanti għat-trasferimenti transfruntieri.";

"

(bc)  il-paragrafu 13 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"13. Il-Kummissjoni, sat-30 ta' Ġunju 2025, għandha tadotta rapport li jivvaluta l-opzjonijiet biex tiġi stabbilita tikketta ekoloġika għall-Unjoni kollha bil-ħsieb li tippromwovi l-użu ta' enerġija rinnovabbli minn installazzjonijiet ġodda. Il-fornituri għandhom jużaw l-informazzjoni li tinsab fil-garanziji tal-oriġini biex juru l-konformità mar-rekwiżiti ta' tali tikketta.";

"

(bd)  jiżdied il-paragrafu li ġej:"

"13a. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-funzjonament tas-sistema tal-garanziji tal-oriġini u, sat-30 ta' Ġunju 2025, għandha tivvaluta l-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda tal-garanziji tal-oriġini fis-suq u, fil-każ ta' żbilanċi, tidentifika l-fatturi rilevanti li jaffettwaw il-provvista u d-domanda u tipproponi miżuri li jirrettifikaw kwalunkwe żbilanċ strutturali potenzjali bil-ħsieb li jingħata appoġġ lis-swieq fl-iffukar fuq installazzjonijiet rinnovabbli ġodda.";

"

(9)  fl-Artikolu 20, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"3. Skont l-evalwazzjoni tagħhom inkluża fil-pjanijiet integrati nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima f'konformità mal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/1999, dwar in-neċessità li tinbena infrastruttura ġdida jew li tiġi modernizzata dik eżistenti għat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali minn sorsi rinnovabbli sabiex tintlaħaq il-mira tal-Unjoni stipulata fl-Artikolu 3(1) ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri, f'konformità mal-prinċipju "l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel", fejn rilevanti, għandhom jieħdu l-passi meħtieġa bil-għan li tiġi żviluppata infrastruttura distrettwali effiċjenti għat-tisħin u t-tkessiħ għall-promozzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli,▌ f'kombinazzjoni mal-ħżin tal-enerġija termali, is-sistemi ta' rispons għad-domanda u l-installazzjonijiet li jikkonvertu l-enerġija fi sħana.

3a.  F'konformità mal-liġi rilevanti dwar is-swieq tal-elettriku, l-Istati Membri, meta rilevanti, għandhom jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa biex jintegraw l-elettriku rinnovabbli intermittenti fil-grilja filwaqt li jiżguraw l-istabbiltà tal-grilja u s-sigurtà tal-provvista.";

"

(10)  jiddaħħal l-Artikolu 20a li ġej:"

“L-Artikolu 20a

Iffaċilitar tal-integrazzjoni tas-sistema tal-elettriku rinnovabbli"

"1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u, jekk teknikament disponibbli, l-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni fit-territorju tagħhom jagħmlu disponibbli informazzjoni dwar is-sehem tal-elettriku rinnovabbli u l-kontenut tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-elettriku fornut f'kull żona tal-offerti, bl-aktar mod preċiż possibbli u qrib il-ħin reali kemm jista' jkun iżda f'intervalli ta' ħin ta' mhux aktar minn siegħa, bit-tbassir fejn disponibbli. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni jkollhom aċċess għad-data meħtieġa. Jekk ma jkollhomx aċċess, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, għall-informazzjoni kollha meħtieġa, huma għandhom japplikaw is-sistema eżistenti ta' rapportar tad-data skont l-ENTSO-E, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2019/944. Madankollu, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u l-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni ma għandhomx ikunu responsabbli għal żbalji ta' tbassir, ta' stima jew ta' kalkolu minħabba ċirkostanzi esterni. L-Istati Membri għandhom jinċentivaw il-modernizzazzjoni tal-grilji intelliġenti biex jimmonitorjaw aħjar il-bilanċ tal-grilja jew jagħmlu disponibbli l-informazzjoni f'ħin reali.

Jekk teknikament disponibbli, l-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni għandhom jagħmlu disponibbli wkoll data anonimizzata u aggregata dwar il-potenzjal tar-rispons għad-domanda u l-elettriku rinnovabbli ġġenerat mill-awtokonsumaturi u mill-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u introdott fil-grilja.

1a.  L-informazzjoni u d-data msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu disponibbli b'mod diġitali b'mod li jiżgura l-interoperabbiltà bbażata fuq formati tad-data armonizzati u settijiet tad-data standardizzati sabiex ikunu jistgħu jintużaw b'mod mhux diskriminatorju mill-parteċipanti fis-suq tal-elettriku, mill-aggregaturi, mill-konsumaturi u mill-utenti finali, u li jkunu jistgħu jinqraw b'apparati ta' komunikazzjoni elettronika ▌.

2.  Minbarra r-rekwiżiti fi [il-proposta għal Regolament dwar il-batteriji u l-iskart ta' batteriji, li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 2019/1020], l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri li jirrikjedu li l-manifatturi ta' batteriji domestiċi u industrijali jippermettu aċċess f'ħin reali għal informazzjoni bażika dwar is-sistema tal-ġestjoni tal-batteriji, inkluż il-kapaċità tal-batteriji, l-istat tas-saħħa, l-istat taċ-ċarġ u s-set point tal-potenza, lis-sidien u lill-utenti tal-batteriji kif ukoll lil partijiet terzi li jaġixxu f'isimhom b'kunsens espliċitu u f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679, bħall-kumpaniji tal-ġestjoni tal-enerġija tal-binjiet u l-parteċipanti fis-suq tal-elettriku, skont termini mhux diskriminatorji u bla ħlas.

Sa ... [6 xhur mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva emendatorja], l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri li jirrikjedu li l-manifatturi tal-vetturi jagħmlu disponibbli, f'ħin reali, data fil-vettura relatata mal-istat tas-saħħa tal-batterija, mal-istat taċ-ċarġ tal-batterija, mal-valur programmat tal-enerġija tal-batterija u mal-kapaċità tal-batterija ▌għas-sidien u għall-utenti tal-vetturi elettriċi, kif ukoll għall-partijiet terzi li jaġixxu f'isem is-sidien u l-utenti b'kunsens espliċitu, bħall-parteċipanti fis-suq tal-elettriku u l-fornituri tas-servizzi tal-elettromobbiltà, skont termini mhux diskriminatorji u bla ħlas għas-sidien jew l-utenti tal-batteriji u l-entitajiet li jaġixxu f'isimhom, minbarra rekwiżiti ulterjuri fir-regolament dwar l-approvazzjoni tat-tip u s-sorveljanza tas-suq u f'konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet rilevanti fir-Regolament (UE) 2016/679. F'konformità mar-Regolament dwar il-Batteriji, id-data għandha tiġi kondiviża fil-modalità ta' "qari biss", u b'hekk tevita li partijiet terzi jimmodifikaw il-parametri tad-data.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ▌l-manifatturi tas-sistemi intelliġenti tat-tisħin u tat-tkessiħ, tal-unitajiet tal-ħżin tal-enerġija termali u ta' apparati intelliġenti oħra li jiffaċilitaw lill-konsumaturi jipprovdu rispons għad-domanda għas-sistema tal-enerġija biex jippermettu aċċess f'ħin reali għad-data rilevanti għar-rispons għad-domanda skont termini mhux diskriminatorji u bla ħlas lill-utenti, kif ukoll lill-partijiet terzi li jaġixxu f'isem is-sidien u l-utenti permezz ta' kunsens espliċitu u f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679.

3.  Minbarra r-rekwiżiti fi [il-proposta għal Regolament dwar l-użu ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi, li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE], l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-punti normali tal-irriċarġjar tal-enerġija mhux aċċessibbli għall-pubbliku installati fit-territorju tagħhom minn [l-iskadenza tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva emendatorja] ikunu jistgħu jappoġġaw funzjonalitajiet intelliġenti tal-iċċarġjar u jinteraġixxu ma' sistemi ta' kejl intelliġenti, meta varati mill-Istati Membri u, fejn xieraq abbażi ta' valutazzjoni mill-awtorità regolatorja, funzjonalitajiet tal-iċċarġjar bidirezzjonali kif stabbilit fl-Artikolu 14(4) tar-Regolament ... [ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Karburanti Alternattivi] u vvalutat mill-awtoritajiet regolatorji rigward il-kontribut potenzjali tiegħu.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mezzi kollha ta' ġenerazzjoni tal-elettriku, inklużi unitajiet ta' produzzjoni tal-elettriku rinnovabbli, ikunu involuti fil-forniment ta' sistemi u ta' servizzi ta' bbilanċjar. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-qafas regolatorju nazzjonali ma jiddiskriminax kontra l-parteċipazzjoni fis-swieq tal-elettriku, inklużi l-ġestjoni tal-konġestjoni u l-forniment ta' servizzi ta' flessibbiltà u ta' bbilanċjar għan-networks tal-elettriku u n-networks tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali, il-fornituri tal-ħżin u l-flessibbiltà tal-enerġija kif ukoll tas-servizzi ta' bbilanċjar, ta' sistemi żgħar jew mobbli bħall-batteriji domestiċi u tal-komunità u l-vetturi elettriċi, kif ukoll riżorsi ta' enerġija deċentralizzati b'kapaċità taħt il-1 MW li jipparteċipaw fis-sistema, l-unitajiet ta' ħżin tal-enerġija termali, il-gass bl-elettriku, il-pompi tas-sħana u teknoloġiji oħra li kapaċi jipprovdu flessibbiltà, kemm direttament kif ukoll permezz tal-aggregazzjoni. L-Istati Membri għandhom jipprovdu kundizzjonijiet ekwi għall-atturi iżgħar tas-suq, b'mod partikolari l-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw fis-suq mingħajr ma jiffaċċaw piż amministrattiv jew regolatorju sproporzjonat.";

4a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas regolatorju nazzjonali jippermetti lill-klijenti finali jidħlu fi ftehimiet kuntrattwali mal-parteċipanti fis-suq tal-elettriku u mal-fornituri tas-servizzi tal-elettromobbiltà biex jirċievu informazzjoni dwar it-termini tal-ftehim, inkluża l-protezzjoni tad-data personali tagħhom, kif ukoll l-implikazzjonijiet tagħha għall-konsumaturi, inkluż ir-remunerazzjoni għall-flessibbiltà.';

"

(11)  jiddaħħal l-Artikolu 22a li ġej:"

"L-Artikolu 22a

L-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fl-industrija

1.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex iżidu s-sehem tas-sorsi rinnovabbli fl-ammont ta' sorsi ta' enerġija użati għall-finijiet ta' enerġija u mhux ta' enerġija finali fis-settur tal-industrija b'żieda annwali medja indikattiva ta' 1,9 punt perċentwali sal-2030. Dik iż-żieda għandha tiġi kkalkulata bħala medja għall-perjodi ta' tliet snin, jiġifieri mill-2024 sal-2027 u mill-2027 sal-2030.

L-Istati Membri għandhom jinkludu l-politiki u l-miżuri ppjanati u meħuda biex tinkiseb tali żieda indikattiva fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima u fir-rapporti ta' progress ippreżentati skont l-Artikoli 3, 14 u 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999. Tali miżuri għandhom jinkludu l-elettrifikazzjoni bbażata fuq sorsi rinnovabbli tal-proċessi industrijali meta titqies bħala għażla kosteffettiva. Meta jadottaw miżuri biex iżidu s-sehem tal-enerġija rinnovabbli fl-industrija, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mal-prinċipju "l-Effiċjenzaġ Eneretika tiġi l-Ewwel".

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas regolatorju li jista' jinkludi miżuri ta' appoġġ għall-industrija f'konformità mal-Artikolu 3(4a) u jippromwovu l-użu ta' sorsi rinnovabbli u idroġenu rinnovabbli kkunsmat mill-industrija, filwaqt li jqisu bis-sħiħ l-effettività u l-kompetittività internazzjonali, bħala prekundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-konsum tal-enerġija rinnovabbli fl-industrija. B'mod partikolari, dak il-qafas għandu jindirizza l-ostakoli regolatorji, amministrattivi u ekonomiċi f'konformità mal-Artikolu 3(4a) u l-Artikolu 15(8).

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontribut ta' karburanti rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika użati għal finijiet ta' enerġija u mhux ta' enerġija finali ▌jkun ta' 50 % tal-idroġenu użat għal finijiet ta' enerġija u mhux ta' enerġija finali fl-industrija sal-2030. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sal-2035, il-kontribut tal-karburanti rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika użati għal finijiet ta' enerġija u mhux ta' enerġija finali jkun ta' mill-anqas 70 % tal-idroġenu użat għal finijiet ta' enerġija u mhux ta' enerġija finali fl-industrija. Il-Kummissjoni għandha tanalizza d-disponibbiltà ta' karburanti ta' oriġini mhux bijoloġika fl-2026 u kull sena wara dan.. Ir-regoli li ġejjin għandhom jintużaw biex jiġi kkalkulat ▌il-perċentwal [Am. 34]:

   (a) Għall-kalkolu tad-denominatur, għandu jitqies il-kontenut enerġetiku tal-idroġenu għal skopijiet ta' enerġija u mhux enerġija finali, minbarra l-idroġenu użat bħala prodotti intermedji għall-produzzjoni ta' karburanti tat-trasport konvenzjonali u l-idroġenu ġġenerat bħala prodott sekondarju jew derivat minn prodotti sekondarji f'installazzjonijiet industrijali.
   (b) Għall-kalkolu tan-numeratur, għandu jitqies il-kontenut enerġetiku tal-karburanti rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika kkunsmati fis-settur tal-industrija għal finijiet ta' enerġija u mhux ta' enerġija finali, minbarra l-karburanti rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika użati bħala prodotti intermedji għall-produzzjoni ta' karburanti tat-trasport ▌.
   (c) Għall-kalkolu kemm tan-numeratur kif ukoll tad-denominatur, għandhom jintużaw il-valuri li jirrigwardaw il-kontenut enerġetiku tal-karburanti għat-trasport kif stabbilit fl-Anness III.

Sal-31 ta' Jannar 2026, wara l-istabbiliment tar-regoli msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk, fid-dawl tal-iżvilupp regolatorju, tekniku u xjentifiku, ikunx xieraq u ġġustifikat li tadatta s-sottomira tal-RFNBOs tal-2030, u, fejn xieraq, għandha temenda dan l-artikolu għal dak il-għan, akkumpanjata minn valutazzjoni tal-impatt.

Biex jippromwovu l-użu ta' soluzzjonijiet ta' enerġija rinnovabbli għal sħana industrijali b'temperatura baxxa u medja, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom li jżidu d-disponibbiltà ta' alternattivi rinnovabbli ekonomikament vijabbli u teknikament fattibbli għall-użu tal-enerġija bbażata fuq il-karburanti fossili għal applikazzjonijiet tas-sħana industrijali bil-għan li jintemm l-użu ta' karburanti fossili għal applikazzjonijiet li jirrikjedu temperaturi massimi ta' tisħin sa 200 grad Celsius sa mhux aktar tard mill-2027.

1a.  Sa ... [sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva emendatorja], il-Kummissjoni għandha tiżviluppa strateġija globali ta' importazzjoni tal-idroġenu biex tippromwovi suq Ewropew tal-idroġenu. Din l-istrateġija għandha tikkomplementa inizjattivi li jippromwovu l-produzzjoni nazzjonali tal-idroġenu fl-Unjoni, filwaqt li tappoġġa l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u l-kisba tal-miri stabbiliti fiha, filwaqt li tqis kif xieraq is-sigurtà tal-provvista u l-awtonomija strateġika tal-Unjoni fir-rigward tal-enerġija. Il-miżuri inklużi fl-istrateġija għandu jkollhom l-għan li jippromwovu kundizzjonijiet ekwi, ibbażati fuq regoli jew standards ekwivalenti f'pajjiżi terzi f'termini ta' protezzjoni ambjentali, sostenibbiltà u mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. L-istrateġija għandha tinkludi stadji importanti u miżuri indikattivi għall-importazzjonijiet. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jimplimentaw l-istrateġija fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima u fir-rapporti ta' progress ippreżentati skont l-Artikoli 3, 14 u 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999. Barra minn hekk, l-istrateġija għandha tqis ukoll il-ħtieġa li jiġi żviluppat l-aċċess għall-enerġija għall-popolazzjoni lokali.";

"

(12)  L-Artikolu 23 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"1. Sabiex jippromwovi l-użu tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ, kull Stat Membru għandu jżid is-sehem ta' enerġija rinnovabbli f'dak is-settur b'2,3 punti perċentwali indikattivi bħala medja annwali kkalkulata għall-perjodi 2021-2025 u 2026-2030, billi jibda mis-sehem ta' enerġija rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ fl-2020, espress f'termini ta' sehem nazzjonali tal-konsum tal-enerġija finali u kkalkulat f'konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 7.

Dik iż-żieda għandha tkun ta' 2,8 punti perċentwali għall-Istati Membri fejn jintużaw is-sħana u l-kesħa mormija. F'dak il-każ, l-Istati Membri jistgħu jgħoddu s-sħana u l-kesħa mormija sa 40 % taż-żieda annwali medja.

"

(b)  jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:"

"1a. Sabiex il-Kummissjoni tingħata rendikont sħiħ tad-differenzi konsiderevoli fil-livell tad-domanda għat-tisħin industrijali madwar l-Unjoni, l-Istati Membri għandhom iwettqu valutazzjoni tal-potenzjal tagħhom ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli u tal-użu tas-sħana u l-kesħa mormija fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ, inkluża analiżi tal-kostbenefiċċji li tkopri l-esternalitajiet pożittivi kollha, u fejn xieraq, analiżi taż-żoni adatti għall-użu tagħhom f'riskju ekoloġiku baxx u tal-potenzjal għal proġetti domestiċi fuq skala żgħira. SMEs, simbjożi industrijali u tal-binjiet kummerċjali kif ukoll kwalunkwe rekwiżit rigward l-infrastruttura, bil-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Il-valutazzjoni għandha tikkunsidra t-teknoloġiji disponibbli u ekonomikament fattibbli għall-użi industrijali u domestiċi sabiex tistabbilixxi stadji importanti u miżuri biex jiżdied l-użu ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ u, fejn xieraq, l-użu tas-sħana u l-kesħa mormija permezz tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali u unitajiet domestiċi fuq skala żgħira u SMEs bil-għan li tiġi stabbilita strateġija nazzjonali fit-tul għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u t-tniġġis tal-arja li joriġina mit-tisħin u t-tkessiħ. Strateġija bħal din għandha tqis il-livell differenti ta' kwalità tas-sħana (temperatura għolja, medja, baxxa) speċifika għal diversi proċessi u użi. Il-valutazzjoni għandha tkun f'konformità mal-prinċipju "l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel" u parti mill-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima msemmija fl-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999, u għandha takkumpanja l-valutazzjoni komprensiva tat-tisħin u t-tkessiħ meħtieġa mill-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2012/27/UE.";

"

(c)  fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) huwa mħassar.

(ca)  fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:"

"L-Istati Membri għandhom b'mod partikolari jipprovdu informazzjoni lis-sidien jew lill-inkwilini tal-binjiet u lill-SMEs dwar miżuri kosteffettivi, u strumenti finanzjarji, biex itejbu l-użu tal-enerġija rinnovabbli fis-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni permezz ta' għodod konsultattivi aċċessibbli u trasparenti bbażati f'punti uniċi ta' servizz.";

"

(d)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"4. Sabiex tinkiseb iż-żieda annwali medja msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw minn tal-anqas tlieta mill-miżuri li ġejjin:

   (a) inkorporazzjoni fiżika tal-enerġija rinnovabbli jew tas-sħana u l-kesħa mormija fis-sorsi u fil-karburanti tal-enerġija fornuti għat-tisħin u t-tkessiħ;
   (b) l-installazzjoni ta' sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli effiċjenti ħafna fil-binjiet, il-konnessjoni tal-binjiet ma' sistemi effiċjenti ħafna tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali jew l-użu ta' enerġija rinnovabbli jew sħana u kesħa mormija fi proċessi tat-tisħin u t-tkessiħ industrijali;
   (c) miżuri koperti minn ċertifikati kummerċjabbli li jagħtu xhieda tal-konformità mal-obbligu stipulat fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, permezz ta' appoġġ għal miżuri ta' installazjoni skont il-punt (b) ta' dan il-paragrafu, imwettqa minn operatur ekonomiku ieħor bħal installatur tat-teknoloġija rinnovabbli indipendenti jew kumpanija tas-servizzi tal-enerġija li tipprovdi servizzi ta' installazzjoni tal-enerġija rinnovabbli;
   (d) il-bini tal-kapaċitajiet għall-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali biex jimmappjaw il-potenzjal lokali tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli u biex jippjanaw, jimplimentaw u jagħtu pariri dwar proġetti u infrastrutturi tal-enerġija rinnovabbli;
   (e) il-ħolqien ta' oqfsa tal-mitigazzjoni tar-riskju biex jitnaqqas il-kost tal-kapital għal proġetti tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli u tas-sħana u l-kesħa mormija, fost l-oħrajn, li jippermettu r-raggruppament ta' proġetti iżgħar kif ukoll li jorbtu tali proġetti b'mod aktar olistiku ma' miżuri oħra ta' effiċjenza enerġetika u ta' rinnovazzjoni tal-binjiet;
   (f) il-promozzjoni ta' ftehimiet dwar ix-xiri ta' tisħin u ta' tkessiħ rinnovabbli għal konsumaturi żgħar korporattivi u kollettivi;
   (g) skemi ta' sostituzzjoni ppjanati tas-sorsi tat-tisħin bil-karburanti fossili, tas-sistemi tat-tisħin mhux kompatibbli ma' sorsi rinnovabbli jew tal-iskemi ta' eliminazzjoni gradwali tal-karburanti fossili bi stadji importanti;
   (h) l-ippjanar tas-sħana rinnovabbli, li jinkludi t-tkessiħ, ir-rekwiżiti fil-livell lokali u reġjonali;
   (i) miżuri ta' politika oħrajn, b'effett ekwivalenti, inklużi miżuri fiskali, skemi ta' appoġġ jew inċentivi finanzjarji oħrajn li jikkontribwixxu għall-installazzjoni ta' tagħmir għat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli u l-iżvilupp ta' networks tal-enerġija li jfornu enerġija rinnovabbli għat-tisħin u t-tkessiħ fil-binjiet u fl-industrija;
   (j) il-promozzjoni tal-produzzjoni tal-bijogass u l-injezzjoni tiegħu fil-grilja tal-gass, minflok l-użu tiegħu għall-produzzjoni tal-elettriku;
   (k) miżuri li jippromwovu l-integrazzjoni ta' teknoloġiji tal-ħżin tal-enerġija termali fis-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ;
   (l) il-promozzjoni ta' networks tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali bbażati fuq sorsi rinnovabbli ta' proprjetà tal-konsumaturi, b'mod partikolari mill-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, inkluż permezz ta' miżuri regolatorji, arranġamenti ta' finanzjament u appoġġ.

Meta jadottaw u jimplimentaw dawk il-miżuri, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-aċċessibbiltà tagħhom għall-konsumaturi kollha inklużi dawk li huma inkwilini, b'mod partikolari dawk f'unitajiet domestiċi bi dħul baxx jew vulnerabbli u għandhom jirrikjedu l-implimentazzjoni ta' sehem sinifikanti ta' miżuri bħala prijorità fl-unitajiet domestiċi li jgħixu f'kundizzjoni ta' faqar enerġetiku kif iddefinit fir-[riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika] u fl-akkomodazzjoni soċjali, li kieku ma jkollhomx biżżejjed kapital bil-quddiem biex jibbenefikaw.";

"

(13)  L-Artikolu 24 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

‘1. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw ir-rinnovazzjoni u l-iżvilupp ta' networks eżistenti u effiċjenti ħafna tar-raba' u l-ħames ġenerazzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali rinnovabbli alimentati esklużivament minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli u sħana jew kesħa mormija inevitabbli, wara analiżi pożittiva tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji ekonomiċi u ambjentali mwettqa fi sħubija mal-awtoritajiet lokali involuti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-enerġija, l-emissjonijiet ta' gassijiet serra u s-sehem ta' enerġija rinnovabbli fis-sistemi ta' tisħin u ta' tkessiħ distrettwali tagħhom tingħata b'mod faċli u aċċessibbli lill-konsumaturi finali, bħal fuq kontijiet jew fuq is-siti web tal-fornituri u fuq talba. L-informazzjoni dwar is-sehem tal-enerġija rinnovabbli għandha tiġi espressa mill-anqas bħala perċentwal tal-konsum finali gross tat-tisħin u t-tkessiħ assenjat lill-klijenti ta’ sistema partikolari ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali, inkluż l-informazzjoni dwar kemm intużat enerġija biex tiġi kkonsenjata unità waħda ta’ tisħin lill-klijent jew lill-utent finali.";

"

(b)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

‘4.L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex iżidu s-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, inkluża s-sħana ġġenerata mill-elettriku minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli, u mis-sħana u l-kesħa mormija fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali b'mill-anqas 2,3 punti perċentwali bħala medja annwali kkalkulata għall-perjodu 2021 sa 2025 u għall-perjodu 2026 sa 2030, billi jibdew mis-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, inkluża s-sħana ġġenerata mill-elettriku minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli, u mis-sħana u l-kesħa mormija fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali fl-2020, u għandhom jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa għal dak il-għan. Is-sehem tal-enerġija rinnovabbli għandu jiġi espress f'termini ta' sehem tal-konsum finali gross tal-enerġija fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali aġġustat għall-kundizzjonijiet klimatiċi medji normali.

L-Istati Membri b'sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli u minn sorsi ta' sħana u kesħa mormija fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali ogħla minn 60 % jistgħu jgħoddu kwalunkwe tali sehem bħala li jissodisfa ż-żieda medja annwali msemmija fl-ewwel subparagrafu.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa biex jimplimentaw iż-żieda medja annwali msemmija fl-ewwel subparagrafu fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima skont l-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/1999.";

"

(c)  jiddaħħal il-paragrafu 4a li ġej:"

"4a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ta' sistemi ta' tisħin jew tkessiħ distrettwali ta' kapaċità ta' 'l fuq minn 25 MWth ikunu mħeġġa li jikkollegaw lil fornituri ta' partijiet terzi tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u minn sħana u kesħa mormija jew li jkunu mħeġġa li joffru li jikkollegaw u jixtru sħana jew kesħa minn sorsi rinnovabbli u minn sħana u kesħa mormija minn fornituri ta' partijiet terzi abbażi ta' kriterji mhux diskriminatorji li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istat Membru kkonċernat, jekk tali konnessjoni tkun teknikament u ekonomikament fattibbli u fejn dawn l-operaturi jridu jagħmlu waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

   (a) jissodisfaw id-domanda minn klijenti ġodda;
   (b) jissostitwixxu l-kapaċità eżistenti ta' ġenerazzjoni tas-sħana jew tal-kesħa;
   (c) jespandu l-kapaċità eżistenti ta' ġenerazzjoni tas-sħana jew tal-kesħa.";

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jgħoddu l-elettriku rinnovabbli użat għat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali fiż-żieda medja annwali stabbilita fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu. L-elettriku rinnovabbli li jingħadd fis-sens tal-Artikolu 7(1), punt (b) ma għandux jitqies għall-finijiet tal-ilħuq tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1), punt (a).

Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jgħoddu l-elettriku rinnovabbli użat għat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni qabel l-introduzzjoni ta' tali mekkaniżmu. L-Istati Membri għandhom jinkludu l-ammont ta' elettriku rinnovabbli użat fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali fir-rapporti ta' progress nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999.";

"

(d)  il-paragrafi 5 u 6 huma sostitwiti b'dan li ġej:"

"5. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lil operatur ta' sistema ta' tisħin jew tkessiħ distrettwali jirrifjuta li jikkonnettja u li jixtri sħana jew kesħa minn fornitur ta' parti terza fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

   (a) is-sistema ma jkollhiex il-kapaċità meħtieġa minħabba provvisti oħra ta' sħana jew ta' kesħa minn sorsi rinnovabbli jew ta' sħana u kesħa mormija;
   (b) is-sħana jew il-kesħa mill-fornitur terz ma tissodisfax il-parametri tekniċi meħtieġa għall-kollegament u biex jiġi żgurat operat affidabbli u sikur tas-sistema tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali;
   (c) l-operatur jista' juri li l-għoti ta' aċċess iwassal għal żieda eċċessiva fil-kost tat-tisħin jew tat-tkessiħ għall-klijenti finali meta mqabbel mal-kost tal-provvista lokali ewlenija ta' tisħin jew tkessiħ li magħha jikkompetu s-sors rinnovabbli jew is-sħana u l-kesħa mormija;
   (d) is-sistema tal-operatur tissodisfa d-definizzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali effiċjenti stabbilita fl-[Artikolu x tar-riformulazzjoni proposta tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika].

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta operatur ta' sistema tat-tisħin jew tkessiħ distrettwali jirrifjuta li jikkonnettja fornitur tat-tisħin jew tat-tkessiħ skont l-ewwel subparagrafu, l-informazzjoni dwar ir-raġunijiet għar-rifjut, kif ukoll il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati u l-miżuri li għandhom jittieħdu fis-sistema sabiex issir il-konnessjoni, tiġi pprovduta minn dak l-operatur lill-awtorità kompetenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ proċess xieraq għar-rimedju tar-rifjuti mhux ġustifikati.

6.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, fejn meħtieġ, qafas ta' koordinazzjoni bejn l-operaturi tas-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali u s-sorsi potenzjali tas-sħana u l-kesħa mormija fis-setturi industrijali u terzjarji biex jiffaċilitaw l-użu tas-sħana u l-kesħa mormija. Dak il-qafas ta' koordinazzjoni għandu jiżgura l-applikazzjoni tal-prinċipju "l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel" u jiffaċilita d-djalogu fir-rigward tal-użu tas-sħana u l-kesħa mormija li jinvolvi mill-anqas:

   (a) l-operaturi ta' sistemi tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali;
   (b) l-intrapriżi tas-settur industrijali u terzjarju li jiġġeneraw sħana u kesħa mormija li jistgħu jiġu rkuprati b'mod ekonomiku permezz ta' sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali, bħaċ-ċentri tad-data, l-impjanti industrijali, il-binjiet kummerċjali kbar, il-faċilitajiet għall-ħżin tal-enerġija, u t-trasport pubbliku; ▌
   (c) l-awtoritajiet lokali responsabbli għall-ippjanar u għall-approvazzjoni tal-infrastrutturi tal-enerġija;
   (d) l-esperti xjentifiċi li qed jaħdmu fuq l-aħħar sistemi mill-aktar avvanzati tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali bbażati għalkollox fuq sorsi ta' enerġija rinnovabbli u effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija;
   (e) il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli involuti fit-tisħin u t-tkessiħ.";

"

(e)  il-paragrafi 8, 9 u 10 huma sostitwiti b'dan li ġej:"

"8. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas li skontu l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni tal-elettriku jivvalutaw mill-anqas kull erba' snin, f'kooperazzjoni mal-operaturi tas-sistemi ta' tisħin jew tkessiħ distrettwali fl-oqsma rispettivi tagħhom, il-potenzjal għas-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali li jipprovdu servizzi ta' bbilanċjar u servizzi ta' sistemi oħra, inkluż ir-rispons għad-domanda u l-ħżin termali ta' elettriku żejjed minn sorsi rinnovabbli ċentralizzati u deċentralizzati, u jekk l-użu tal-potenzjal identifikat ikunx aktar effiċjenti fir-riżorsi u aktar kosteffiċjenti mis-soluzzjonijiet alternattivi, f'konformità mal-prinċipju "l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel".

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-elettriku jqisu kif xieraq ir-riżultati tal-valutazzjoni meħtieġa skont l-ewwel subparagrafu fl-ippjanar tal-grilja, fl-investiment fil-grilja u fl-iżvilupp tal-infrastruttura fit-territorji rispettivi tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-koordinazzjoni bejn l-operaturi ta' sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali u l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-elettriku biex jiżguraw li s-servizzi ta' bbilanċjar, ħżin u flessibbiltà oħra, bħar-rispons għad-domanda, ipprovduti mill-operaturi tas-sistemi ta' tisħin u ta' tkessiħ distrettwali, ikunu jistgħu jipparteċipaw fis-swieq tal-elettriku tagħhom fuq bażi mhux diskriminatorja.

L-Istati Membri jistgħu jestendu r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' koordinazzjoni skont l-ewwel u t-tielet subparagrafi għall-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-gass, inkluż in-networks tal-idroġenu u networks tal-enerġija oħrajn.

9.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet tal-konsumaturi u r-regoli għat-tħaddim tas-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali f'konformità ma' dan l-Artikolu jkunu definiti b'mod ċar u infurzati mill-awtorità kompetenti.

10.  Stat Membru ma għandux ikun mitlub japplika l-paragrafu 2 ▌meta tiġi ssodisfata tal-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

   (a) is-sehem tiegħu tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali kien anqas minn jew daqs 2 % tal-konsum finali gross tal-enerġija fit-tisħin u t-tkessiħ fl-24 ta' Diċembru 2018;
   (b) is-sehem tiegħu tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali jiżdied għal aktar minn 2 % tal-konsum finali gross tal-enerġija fit-tisħin u t-tkessiħ fl-24 ta' Diċembru 2018 bl-iżvilupp tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali effiċjenti ġdid ibbażat fuq il-pjan nazzjonali integrat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima skont l-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/1999 u l-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 23(1a) ta' din id-Direttiva;
   (c) 90 % tal-konsum finali gross tal-enerġija fis-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali jseħħ f'sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali li jissodisfaw id-definizzjoni stabbilita fl-[Artikolu x tar-riformulazzjoni proposta tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika].";

"

(14)  L-Artikolu 25 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 25

It-tnaqqis fl-intensità ta' gassijiet serra fis-settur tat-trasport mill-użu tal-enerġija rinnovabbli

1.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi obbligu fuq il-fornituri tal-karburanti biex jiżguraw li:

   (a) l-ammont ta' karburanti rinnovabbli u ta' elettriku rinnovabbli fornut lis-settur tat-trasport iwassal għal tnaqqis fl-intensità ta' gassijiet serra ta' mill-anqas 16 % sal-2030, meta mqabbel mal-linja bażi stabbilita fl-Artikolu 27(1), il-punt (b), f'konformità ma' trajettorja stabbilita mill-Istat Membru;
   (b) is-sehem ta' bijokarburanti u bijogass avvanzati prodotti mill-materja prima elenkata fil-Parti A tal-Anness IX fl-enerġija fornuta lis-settur tat-trasport huwa mill-anqas 0,5 % fl-2025 u mill-anqas 2,2 % fl-2030, u s-sehem ta' karburanti rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika huwa mill-anqas 2,6 % fl-2028 u mill-anqas 5,7 % fl-2030;
   (ba) mill-2030, il-fornituri tal-karburanti għandhom ifornu mill-anqas 1,2 % tal-karburanti rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika u idroġenu rinnovabbli lill-modi ta' trasport marittimi li għalihom ikun diffiċli li jitnaqqsulhom l-emissjonijiet. Stat Membru li ma jkollux portijiet marittimi fit-territorju tiegħu jista' jagħżel li ma japplikax din id-dispożizzjoni. Kwalunkwe Stat Membru li jkun biħsiebu juża dik id-deroga għandu jinnotifika lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn sena wara ... [id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva emendatorja]. Kwalunkwe bidla sussegwenti għandha wkoll tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni.

Jekk il-lista ta' materja prima stabbilita fil-Parti A tal-Anness IX tiġi emendata f'konformità mal-Artikolu 28(6), is-sehem minimu ta' bijokarburanti u bijogass avvanzati prodotti mill-materja prima fl-enerġija fornuta lis-settur tat-trasport imsemmi fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu għandu jiżdied kif meħtieġ u għandu jkun ibbażat fuq valutazzjoni tal-impatt imwettqa mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 bil-ħsieb li tressaq proposta leġiżlattiva sal-2025 biex iżżidu fejn ikun hemm aktar tnaqqis sostanzjali fl-ispejjeż tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, fejn ikun meħtieġ biex jiġu ssodisfati l-impenji internazzjonali tal-Unjoni għad-dekarbonizzazzjoni, jew fejn tnaqqis sinifikanti fil-konsum tal-enerġija fl-Unjoni jiġġustifika tali żieda.

Għall-kalkolu tat-tnaqqis imsemmi fil-punt (a) u s-sehem imsemmi fil-punt (b), l-Istati Membri għandhom iqisu l-karburanti rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika wkoll meta jintużaw bħala prodotti intermedji għall-produzzjoni ta' karburanti konvenzjonali għat-trasport. Għall-kalkolu tat-tnaqqis imsemmi fil-punt (a), l-Istati Membri jistgħu jqisu l-karburanti tal-karbonju riċiklat.

Meta jistabbilixxu l-obbligu dwar il-fornituri tal-karburanti, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-fornituri tal-karburanti li jfornu l-elettriku jew karburanti tat-trasport rinnovabbli likwidi u gassużi ta' oriġini mhux bijoloġika mir-rekwiżit li jikkonformaw mas-sehem minimu ta' bijokarburanti u bijogass avvanzati prodotti mill-materja prima elenkata fil-Parti A tal-Anness IX fir-rigward ta' dawk il-karburanti.

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu li jippermetti lill-fornituri tal-karburanti fit-territorju tagħhom jiskambjaw krediti għall-provvista ta' enerġija rinnovabbli lis-settur tat-trasport. L-operaturi ekonomiċi li jfornu elettriku rinnovabbli lil vetturi elettriċi ħfief u tqal permezz ta' stazzjonijiet pubbliċi tal-irriċarġjar jew ta' enerġija rinnovabbli għandhom jirċievu krediti, irrispettivament minn jekk l-operaturi ekonomiċi jkunux soġġetti għall-obbligu stabbilit mill-Istat Membru dwar il-fornituri tal-karburanti, u jistgħu jbigħu dawk il-krediti lill-fornituri tal-karburanti, li għandhom jitħallew jużaw il-krediti biex jissodisfaw l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jinkludu stazzjonijiet tal-irriċarġjar privati fil-mekkaniżmu msemmi fl-ewwel subparagrafu sakemm ikun jista' jiġi muri li l-elettriku rinnovabbli fornut lil dawk l-istazzjonijiet tal-irriċarġjar privati ikun ipprovdut unikament lill-vetturi elettriċi.";

"

(15)  L-Artikolu 26 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)  l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Għall-kalkolu tal-konsum finali gross tal-enerġija ta' Stat Membru minn sorsi rinnovabbli msemmija fl-Artikolu 7 u l-objettiv ta' tnaqqis tal-intensità ta' gassijiet serra msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 25(1), is-sehem ta' bijokarburanti u bijolikwidi, kif ukoll ta' karburanti tal-bijomassa kkunsmati fit-trasport, fejn jiġu prodotti minn għelejjel tal-ikel u tal-għalf, ma għandux ikun aktar minn punt perċentwali wieħed ogħla mis-sehem ta' tali karburanti fil-konsum finali ta' enerġija fis-settur tat-trasport fl-2020 f'dak l-Istat Membru, b'massimu ta' 7 % ta' konsum finali tal-enerġija fis-settur tat-trasport f'dak l-Istat Membru.";

Fuq talba ta' Stat Membru, il-Kummissjoni tista' tippermetti deroga mill-ewwel subparagrafu li tippermetti lill-Istati Membri jeskludu l-bijolikwidi użati għall-produzzjoni tal-elettriku fir-reġjuni ultraperiferiċi fis-sens tal-Artikolu 349 TFUE mill-kalkolu tal-limitu massimu ta' 7 % tal-konsum finali tal-enerġija fis-settur tat-trasport bit-triq u bil-ferrovija msemmi fl-ewwel subparagrafu, dment li tali deroga tkun iġġustifikata mill-ispeċifiċitajiet lokali. L-Istati Membri għandhom iressqu t-talba għad-deroga lill-Kummissjoni ... [id-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva emendatorja] u jipprovdu ġustifikazzjonijiet xjentifiċi u tekniċi aġġornati għal tali deroga. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar it-talba tal-Istat Membru fi żmien tliet xhur minn meta tirċeviha.";

"

(ia)  it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Meta s-sehem tal-bijokarburanti u l-bijolikwidi msemmija fl-ewwel subparagrafu jkun inqas minn 1 % fi Stat Membru, huwa jista' jiżdied sa massimu ta' 2 % tal-konsum finali tal-enerġija fis-setturi tat-trasport bit-triq u bil-ferrovija.";

"

(ii)  ir-raba' subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Meta s-sehem ta' bijokarburanti u bijolikwidi, kif ukoll ta' karburanti tal-bijomassa kkunsmati fit-trasport, prodotti minn għelejjel tal-ikel u tal-għalf fi Stat Membru jkun limitat għal sehem ta’ anqas minn 7 % jew Stat Membru jiddeċiedi li jillimita s-sehem aktar, dak l-Istat Membru jista' jnaqqas l-objettiv ta' tnaqqis tal-intensità tal-emissjonijiet imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 25(1), kif xieraq, fid-dawl tal-kontribut li dawn il-karburanti kienu jagħmlu f'termini tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom iqisu li dawk il-karburanti jiffrankaw 50 % tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra.";

"

(b)  il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)  fl-ewwel u l-ħames subparagrafi, "is-sehem minimu msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 25(1)" huwa sostitwit bi "l-objettiv ta' tnaqqis tal-intensità tal-emissjonijiet imsemmi fl-Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a)";

(ii)  it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Sa ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva emendatorja], dak il-limitu għandu jonqos għal 0 %."

"

(iii)  is-subparagrafu li ġej jiddaħħal wara r-raba' subparagrafu:"

"Sat-30 ta' Ġunju 2023, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill aġġornament tar-rapport dwar l-istatus ta' espansjoni fil-produzzjoni ta' għelejjel tal-ikel u tal-għalf rilevanti madwar id-dinja. Dak l-aġġornament għandu jinkludi l-aktar data reċenti mill-aħħar sentejn fir-rigward tad-deforestazzjoni u l-materja prima b'riskju għoli li jwassal għal bidla indiretta fl-użu tal-art, u għandu jindirizza prodotti bażiċi oħra b'riskju għoli fil-kategorija ta' materja prima b'riskju għoli li jwassal għal bidla indiretta fl-użu tal-art. Għall-finijiet tal-atti delegati msemmija fis-sitt subparagrafu, is-sehem massimu tal-espansjoni annwali medja taż-żona tal-produzzjoni globali f'ħażniet għoljin ta' karbonju għandu jkun ta' 7,9 %.";

"

(16)  L-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:

(a)  it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Ir-regoli għall-kalkolu fis-settur tat-trasport u fir-rigward ta' karburanti rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika irrispettivament mill-użu finali tagħhom";

"

(b)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"1. Għall-kalkolu tat-tnaqqis fl-intensità ta' gassijiet serra msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 25(1), għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

   (a) l-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
   (i) għall-bijokarburanti u għall-bijogass, billi jiġi mmultiplikat l-ammont ta' dawn il-karburanti fornuti lill-modi kollha tat-trasport bl-iffrankar tal-emissjonijiet tagħhom iddeterminat f'konformità mal-Artikolu 31;
   (ii) għall-karburanti rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika u għall-karburanti tal-karbonju riċiklat, billi jiġi mmultiplikat l-ammont ta' dawn il-karburanti li jiġu fornuti lill-modi kollha tat-trasport bl-iffrankar tal-emissjonijiet tagħhom iddeterminati f'konformità mal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 29a(3);
   (iii) għall-elettriku rinnovabbli, billi jiġi mmultiplikat l-ammont ta' elettriku rinnovabbli li jiġi pprovdut lill-modi kollha tat-trasport b'komparatur tal-karburanti fossili;

Il-komparatur ECF(e) stabbilit fl-Anness V għandu jintuża sal-31 ta' Diċembru 2029. Mill-1 ta' Jannar 2030 'il quddiem, għandu jintuża l-komparatur EF(t) stabbilit fl-Anness V.

Madankollu, l-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra miksub fl-2030 bl-użu tal-elettriku rinnovabbli fit-trasport, ikkalkulat bl-applikazzjoni tal-komparatur EF(t), għandu jikkostitwixxi kontribut addizzjonali tal-elettriku rinnovabbli ta' dak li diġà nkiseb sal-31 ta' Diċembru 2029 bil-komparatur ECF(e) għall-kalkolu tal-iffrankar tal-emissjonijiet mill-2030 'il quddiem.

   (b) il-linja bażi msemmija fl-Artikolu 25(1) għandha tiġi kkalkulata billi jiġi mmultiplikat l-ammont ta' enerġija fornuta lis-settur tat-trasport bil-komparatur tal-karburanti fossili EF(t) stabbilit fl-Anness V;
   (c) għall-kalkolu tal-ammonti ta' enerġija rilevanti, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:
   (i) sabiex jiġi ddeterminat l-ammont ta' enerġija fornuta lis-settur tat-trasport, għandhom jintużaw il-valuri fir-rigward tal-kontenut tal-enerġija tal-karburanti tat-trasport stabbiliti fl-Anness III;
   (ii) sabiex jiġi ddeterminat il-kontenut tal-enerġija tal-karburanti tat-trasport mhux inklużi fl-Anness III, l-Istati Membri għandhom jużaw l-istandards Ewropej rilevanti għad-determinazzjoni tal-valuri kalorifiċi tal-karburanti. Fejn l-ebda standard Ewropew ma jkun ġie adottat għal dak l-għan, għandhom jintużaw l-istandards tal-ISO rilevanti;
   (iii) l-ammont ta' elettriku rinnovabbli fornut lis-settur tat-trasport jiġi ddeterminat billi l-ammont ta' elettriku fornut lil dak is-settur jiġi mmultiplikat bis-sehem medju ta' elettriku rinnovabbli fornut fit-territorju tal-Istat Membru fis-sentejn preċedenti. Bħala eċċezzjoni, meta l-elettriku jinkiseb minn konnessjoni diretta ma' installazzjoni li tiġġenera elettriku rinnovabbli u jiġi fornut lis-settur tat-trasport, dak l-elettriku għandu jingħadd bis-sħiħ bħala rinnovabbli;
   (iv) is-sehem ta' bijokarburanti u ta' bijogass prodotti mill-materja prima elenkata fil-Parti B tal-Anness IX fil-kontenut tal-enerġija tal-karburanti u tal-elettriku fornuti lis-settur tat-trasport għandu, ħlief f'Ċipru u f'Malta, ikun limitat għal 1,7 %;

Jekk il-lista ta' materja prima stabbilita fil-Parti B tal-Anness IX tiġi emendata skont l-Artikolu 28(6), il-limitu massimu ta' tali bijokarburanti u bijogass għandu jiżdied kif meħtieġ u għandu jkun ibbażat fuq valutazzjoni tal-impatt imwettqa mill-Kummissjoni.

   (d) it-tnaqqis fl-intensità ta' gassijiet serra mill-użu tal-enerġija rinnovabbli jiġi ddeterminat billi l-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-użu tal-bijokarburanti, tal-bijogass u tal-elettriku rinnovabbli pprovdut lill-modi kollha tat-trasport jiġi diviż bil-linja bażi.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 35 biex tissuplimenta din id-Direttiva billi tadatta l-kontenut tal-enerġija tal-karburanti tat-trasport, kif stabbilit fl-Anness III, f'konformità mal-progress xjentifiku u tekniku;";

"

(c)  jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:"

"1a. Għall-kalkolu tal-miri msemmija fl-Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

   (a) għall-kalkolu tad-denominatur, jiġifieri l-ammont ta' enerġija kkunsmata fis-settur tat-trasport, għandhom jitqiesu l-elettriku u l-karburanti kollha fornuti lis-settur tat-trasport;
   (b) għall-kalkolu tan-numeratur, għandu jitqies il-kontenut ta' enerġija ta' bijokarburanti avvanzati u bijogass prodott mill-materja prima elenkata fil-Parti A tal-Anness IX u tal-karburanti rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika fornuti lill-modi kollha ta' trasport fit-territorju tal-Unjoni;
   (c) l-ishma ta' bijokarburanti u ta' bijogass avvanzati prodotti mill-materja prima elenkata fil-Parti A tal-Anness IX u ta' karburanti rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika fornuti fil-modi ta' avjazzjoni u marittimi għandhom jitqiesu bħala li huma 1,2 darbiet tal-kontenut tal-enerġija tagħhom.";

"

(d)  il-paragrafu 2 huwa mħassar;

(e)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

“3. Meta l-elettriku jintuża għall-produzzjoni ta' karburanti rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika, direttament jew għall-produzzjoni ta' prodotti intermedji, is-sehem medju ta' elettriku minn sorsi rinnovabbli fil-pajjiż tal-produzzjoni, kif imkejjel sentejn qabel is-sena inkwistjoni, għandu jintuża biex jiġi ddeterminat is-sehem tal-enerġija rinnovabbli.

L-elettriku miksub minn konnessjoni diretta ma' installazzjoni waħda jew bosta installazzjonijiet tal-ġenerazzjoni tal-elettriku rinnovabbli jista' jingħadd bis-sħiħ bħala elettriku rinnovabbli għall-produzzjoni ta' dawk il-karburanti rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika dment li l-installazzjoni turi li l-elettriku kkonċernat ġie fornut mingħajr ma ttieħed l-elettriku mill-grilja.

L-elettriku li ttieħed mill-grilja jista' jingħadd bħala rinnovabbli b'mod sħiħ sakemm ikun prodott esklussivament minn sorsi rinnovabbli u l-proprjetajiet rinnovabbli u kriterji xierqa oħra ntwerew, waqt li jiġi żgurat li l-karatteristiċi rinnovabbli ta' dak l-elettriku jiġu ddikjarati darba biss u biss f'settur ta' użu aħħari wieħed.

Dan jista' jinkiseb billi jkun hemm konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:

   (a) biex juru l-proprjetajiet rinnovabbli, il-produtturi tal-karburanti għandhom ikunu meħtieġa jikkonkludu ftehim wieħed jew aktar dwar ix-xiri tal-enerġija rinnovabbli ma' installazzjonijiet li jiġġeneraw l-elettriku għal ammont li jkun mill-inqas ekwivalenti għall-ammont ta' elettriku li jiġi ddikjarat bħala rinnovabbli b'mod sħiħ.
   (b) il-bilanċ bejn l-elettriku rinnovabbli mixtri permezz ta' ftehim wieħed jew aktar dwar ix-xiri tal-enerġija u l-ammont ta' elettriku meħud mill-grilja għall-produzzjoni tal-karburanti għandu jinkiseb fuq bażi trimestrali sabiex il-produzzjoni tkun ikkwalifikata bis-sħiħ bħala karburant rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika.

Mill-1 ta' Jannar 2030, il-bilanċ bejn l-elettriku rinnovabbli mixtri permezz ta' ftehim wieħed jew aktar dwar ix-xiri tal-enerġija u l-ammont ta' elettriku meħud mill-grilja għall-produzzjoni tal-karburanti għandu jinkiseb fuq bażi ta' kull xahar, kull tliet xhur jew kull sena sabiex il-produzzjoni tkun ikkwalifikata bis-sħiħ bħala karburant rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika. Il-korrelazzjoni temporali għandha tiddependi fuq valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni. Dan ir-rekwiżit għandu japplika għall-impjanti eżistenti kollha, inklużi dawk ikkummissjonati qabel l-2030.

Fir-rigward tal-post fejn jinsab l-elettrolizzatur, għandha tiġi ssodisfata mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

   (a) l-installazzjoni li tiġġenera l-elettriku rinnovabbli skont il-ftehim dwar ix-xiri tal-enerġija rinnovabbli tkun tinsab fl-istess pajjiż bħall-elettrolizzatur jew f'pajjiż ġar; jew
   (b) l-installazzjoni li tiġġenera l-elettriku rinnovabbli skont il-ftehim dwar ix-xiri tal-enerġija rinnovabbli tinsab f'żona tal-offerti offshore maġenb il-pajjiż fejn jinsab l-elettrolizzatur jew f'pajjiż ġar.

L-elettriku li ttieħed jew li ġie injettat mill-ġdid minn faċilità tal-ħżin tal-elettriku mill-grilja jista' jingħadd bħala rinnovabbli b'mod sħiħ sakemm ikun prodott esklussivament minn sorsi rinnovabbli u l-proprjetajiet rinnovabbli u kriterji xierqa oħra ntwerew, waqt li jiġi żgurat li l-proprjetajiet rinnovabbli ta' dak l-elettriku jiġu ddikjarati darba biss u f'settur ta' użu aħħari wieħed biss [Am. 13].

L-elettriku ġġenerat minn vettura elettrika solari u użat għall-moviment tal-vettura nnifisha jista' jingħadd bħala kompletament rinnovabbli.” [Am. 32]

"

;

(17)  L-Artikolu 28 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafi 2, 3 u 4 huma mħassra.

(b)  il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Sal-31 ta' Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 35 biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tispeċifika l-metodoloġija biex tiddetermina s-sehem tal-bijokarburant, u tal-bijogass għat-trasport, li jirriżultaw mill-bijomassa li tkun qed tiġi pproċessata ma' karburanti fossili fi proċess komuni.";

"

(ba)  fil-paragrafu 6, il-punti (c) u (d) huma sostitwiti b'dan li ġej:"

"(c) il-ħtieġa li jiġu evitati effetti distorsivi sinifikanti fuq is-swieq għal prodotti (sekondarji), skart jew residwi, filwaqt li titqies id-disponibbiltà futura tal-materja prima u l-ħtieġa li tiġi evitata distorsjoni tas-suq li twassal għal importazzjonijiet massivi ta' materja prima;

   (d) il-potenzjal li jwassal għall-iffrankar sostanzjali tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra meta mqabbla ma' karburanti fossili abbażi ta' valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-emissjonijiet, filwaqt li jitqiesu l-volumi disponibbli tal-materja prima u s-sehem tal-użi industrijali preeżistenti li jikkompetu, b'kunsiderazzjoni xierqa tal-ispeċifiċitajiet nazzjonali;";

"

(c)  fil-paragrafu 7, "stabbilit fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 25(1)" hija sostitwita bi "stabbilit fl-Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b)";

(18)  L-Artikolu 29 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(-i)   fl-ewwel subparagrafu, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"L-enerġija mill-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti tal-bijomassa għandha tiġi kkunsidrata għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) ta' dan is-subparagrafu biss jekk tissodisfa l-kriterji dwar is-sostenibbiltà u l-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra stipulati fil-paragrafi 2 sa 7 u 10 ta' dan l-Artikolu, u jekk tieħu kont tal-ġerarkija tal-iskart kif stipulat fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE u l-prinċipju kaskata msemmi fl-Artikolu 3;" [Am. 43];

"

(i)  fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(a) il-kontribut lejn is-sehem tal-enerġija rinnovabbli tal-Istati Membri u l-miri msemmija fl-Artikoli 3(1), 15a(1), 22a(1), 23(1), 24(4), u 25(1) ta' din id-Direttiva;";

"

(ia)   is-subparagrafu li ġej jiddaħħal wara l-ewwel subparagrafu:"

"L-enerġija mill-karburanti tal-bijomassa solida ma għandhiex tiġi kkunsidrata għall-finijiet imsemmija fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu jekk dawn ikunu dderivati mill-bijomassa primarja tal-injam kif iddefinit fl-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva"; Għall-fini li jikkontribwixxi għall-mira tas-sorsi rinnovabbli msemmija fl-Artikolu 3(1), is-sehem tal-enerġija minn karburanti tal-bijomassa solidi derivati minn bijomassa tal-injam primarja kif definit fl-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva ma għandux ikun aktar mis-sehem tal-konsum globali tal-enerġija tal-medja ta' tali karburant fl-2017–2022 abbażi tal-aħħar data disponibbli." [Am. 44]

"

(ib)   it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Madankollu, il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti tal-bijomassa prodotti mill-iskart u r-residwi, minbarra r-residwi li ġejjin mill-agrikoltura, l-akwakultura, is-sajd u l-forestrija, iridu jissodisfaw biss il-kriterji tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra stipulat fil-paragrafu 10 sabiex jitqiesu għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu. Madankollu, f'każ ta' skart imħallat, l-operaturi huma meħtieġa japplikaw sistemi ta' separazzjoni tal-iskart imħallat ta' kwalità ddefinita, bl-għan li jitneħħew il-materjali fossili. Dan is-subparagrafu għandu japplika wkoll għal skart u residwi li l-ewwel jiġu pproċessati fi prodott qabel ikomplu jiġu proċessati f'bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti tal-bijomassa.";

"

(ii)  ir-raba' subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Il-karburanti tal-bijomassa għandhom jissodisfaw il-kriterji dwar is-sostenibbiltà u l-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7 u 10 jekk jintużaw,

   (a) fil-każ ta' karburanti tal-bijomassa solida, f'installazzjonijiet li jipproduċu l-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ b'kapaċità termali kklassifikata totali ta' 7,5 MW jew aktar,
   (b) fil-każ ta' karburanti ta' bijomassa gassuża, f'installazzjonijiet li jipproduċu l-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ b'kapaċità termali kklassifikata totali ta' 2 MW jew aktar,
   (c) fil-każ ta' installazzjonijiet li jipproduċu karburanti ta' bijomassa gassuża bir-rata medja tal-fluss tal-bijometan li ġejja:
   (i) aktar minn 500 m3 ta' ekwivalenti ta' metan/siegħa mkejjel f'kundizzjonijiet standard ta' temperatura u pressjoni (jiġifieri 0ºC u pressjoni atmosferika ta' 1 bar);
   (ii) jekk il-bijogass ikun magħmul minn taħlita ta' metan u gassijiet oħra mhux kombustibbli, għar-rata tal-fluss tal-metan, il-limitu stabbilit fil-punt (i) ikkalkulat mill-ġdid b'mod proporzjonali għas-sehem volumetriku tal-metan fit-taħlita.";

"

(iii)  is-subparagrafu li ġej jiddaħħal wara r-raba' subparagrafu:"

"L-Istati Membri jistgħu japplikaw il-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra għal installazzjonijiet b'kapaċità termali kklassifikata totali jew rata ta' fluss tal-bijometan aktar baxxa.";

"

(aa)  fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa prodotti minn bijomassa agrikola kkunsidrati għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewswel subparagrafu tal-paragrafu 1 ma għandhomx isiru minn materja prima miksuba minn art b'valur għoli ta' bijodiversità, jiġifieri art li kellha status wieħed minn dawn li ġejjin f'Jannar 2008 jew warajh, kemm jekk l-art għad għandha dan l-istatus u kemm jekk le:

   (a) foresta primarja u qadima u art oħra msaġġra, jiġifieri foresta u art oħra msaġġra ta' speċijiet nattivi, fejn m'hemmx indikazzjoni ċarament viżibbli ta' attività tal-bniedem u l-proċessi ekoloġiċi mhumiex mittiefsa b'mod sinifikanti;
   (b) foresta b'bijodiversità għolja u art imsaġġra oħra rikka fl-ispeċijiet u mhux degradata, u li tkun ġiet identifikata bħala ta' bijodiversità għolja mill-awtorità kompetenti rilevanti, sakemm ma tkunx ipprovduta evidenza li l-produzzjoni ta' dik il-materja prima ma ħolqitx interferenza ma' dawk il-finijiet ta' ħarsien tan-natura;
   (c) żoni deżinjati:
   (i) mil-liġi jew mill-awtorità kompetenti rilevanti għal finijiet ta' ħarsien tan-natura; jew
   (ii) għall-protezzjoni ta' ekosistemi jew speċijiet rari, mhedda jew fil-periklu li jinqerdu li huma rikonoxxuti minn ftehimiet internazzjonali jew inklużi f'listi mfassla minn organizzazzjonijiet intergovernattivi jew l-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura, soġġett għar-rikonoxximent tagħhom skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(4), sakemm ma tkunx ipprovduta evidenza li l-produzzjoni ta' dik il-materja prima ma ħolqitx interferenza ma' dawk il-finijiet ta' ħarsien tan-natura;
   (d) bur b'bijodiversità għolja ta' aktar minn ettaru li huwa:
   (i) naturali, jiġifieri bur li se jibqa' bur fin-nuqqas ta' intervent tal-bniedem u li jżomm il-kompożizzjoni tal-ispeċijiet naturali u l-karatteristiċi u l-proċessi ekoloġiċi; jew
   (ii) mhux naturali, jiġifieri bur li mingħajr l-intervent tal-bniedem ma jibqax bur u li huwa rikk fl-ispeċijiet u mhux degradat u li ġie identifikat bħala ta' bijodiversità għolja mill-awtorità kompetenti rilevanti, sakemm ma tiġix ipprovduta evidenza li l-ħsad tal-materja prima jkun meħtieġ biex jinżamm l-istatus tiegħu ta' bur ta' bijodiversità għolja.
   (iii) xagħri li jżomm il-kompożizzjoni naturali tal-ispeċijiet u l-karatteristiċi u l-proċessi ekoloġiċi.";

"

(b)  fil-paragrafu 3, jiddaħħal is-subparagrafu li ġej wara l-ewwel subparagrafu:"

"Dan il-paragrafu, bl-eċċezzjoni tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), japplika wkoll għall-bijokarburanti, għall-bijolikwidi u għall-karburanti tal-bijomassa prodotti mill-bijomassa tal-foresti.";

"

(c)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"4. "Il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti tal-bijomassa prodotti minn bijomassa agrikola kkunsidrati għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ma għandhomx isiru minn materja prima miksuba minn art b'ħażna għolja ta' karbonju, jiġifieri art li kellha status wieħed minn dawn li ġejjin f'Jannar 2008 u li m'għadx għandha dak l-istatus:

   (a) artijiet mistagħdra, jiġifieri art li hija miksija jew saturata bl-ilma permanentement jew għal parti sinifikanti tas-sena;
   (b) żoni kontinwament ifforestati, jiġifieri art fuq firxa ikbar minn ettaru b'siġar ogħla minn ħames metri u b'kopertura ta' aktar minn 30 %, jew siġar li jistgħu jilħqu dawk il-limiti in situ;
   (c) art fuq firxa ikbar minn ettaru b'siġar ogħla minn ħames metri u b'kopertura ta' bejn 10 % u 30 %, jew siġar li jistgħu jilħqu dawn il-limiti in situ, sakemm ma tkunx ipprovduta evidenza li l-ħażna ta' karbonju taż-żona qabel u wara l-konverżjoni hija tali li, meta tiġi applikata l-metodoloġija stipulata fil-Parti C tal-Anness V, il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 10 ta' dan l-Artikolu jkunu ssodisfati;
   (ca) xagħri li jżomm il-kompożizzjoni naturali tal-ispeċijiet u l-karatteristiċi u l-proċessi ekoloġiċi.

Dan il-paragrafu ma għandux japplika jekk, fiż-żmien meta nkisbet il-materja prima, l-art kellha l-istess status li kellha f'Jannar 2008.

"L-ewwel subparagrafu, bl-eċċezzjoni tal-punti (b) u (c), u t-tieni subparagrafu japplikaw ukoll għall-bijokarburanti, għall-bijolikwidi u għall-karburanti tal-bijomassa prodotti mill-bijomassa tal-foresti.";

"

(d)  il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"5. Il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti tal-bijomassa prodotti mill-bijomassa agrikola jew tal-foresti kkunsidrati għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c), ma għandhomx isiru minn materja prima miksuba minn art li f'Jannar 2008 kienet torbiera, sakemm ma tkunx ipprovduta evidenza li turi li l-kultivazzjoni u l-ħsad ta' dik il-materja prima ma jinvolvux id-drenaġġ ta' ħamrija li qabel ma jkunx sarilha drenaġġ u l-konformità fl-livell nazzjonali jew subnazzjonali, f'konformità mal-kriterji biex jiġi mminimizzat ir-riskju li tintuża bijomassa tal-foresti dderivata minn produzzjoni mhux sostenibbli msemmija fil-paragrafu 6, tkun tista' tiġi rrappurtata mill-awtorità nazzjonali kompetenti.";

"

(da)   jiddaħħal il-paragrafu li ġej: "

"5a. Il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti tal-bijomassa prodotti mill-bijomassa agrikola meqjusa għall-finijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ma għandhomx isiru minn materja prima miksuba minn pajjiż li mhux Stat parti għall-Ftehim ta' Pariġi";

"

(e)  fil-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu huwa emendat b'dan li ġej:

(i)  il-kliem introduttorju jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"Il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa prodotti mill-bijomassa forestali kkunsidrati għall-finijiet msemmija fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ma għandhomx jiġu derivati minn bijomassa tal-injam primarja, għandhom jieħdu kont tal-ġerarkija tal-iskart kif stabbilita fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE u l-prinċipju ta' kaskata msemmi fl-Artikolu 3, u għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju ta' użu tal-bijomassa tal-injam li ġejja minn produzzjoni mhux sostenibbli: Għall-fini li jikkontribwixxi għall-miri rinnovabbli msemmija fl-Artikolu 3(1), is-sehem tal-enerġija minn karburanti tal-bijomassa, bijolikwidi u bijokarburanti derivati minn bijomassa tal-injam primarja kif definit fl-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva ma għandux ikun aktar mis-sehem tal-konsum globali tal-enerġija tal-medja ta' tali karburanti fl-2017–2022 abbażi tal-aħħar data disponibbli." [Am. 45]

"

(ii)   fil-punt (a), il-punt (iii) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

‘(iii) li ż-żoni deżinjati mil-liġi internazzjonali jew nazzjonali jew mill-awtorità kompetenti rilevanti għal finijiet ta' konservazzjoni tan-natura, inkluż fl-artijiet mistagħdra, mergħat, xagħri u torbiera, ikunu protetti bl-għan li tiġi preservata l-bijodiversità u li tiġi evitata l-qerda tal-ħabitats kif stipulat fid-Direttiva 2009/147/KE u d-Direttiva 92/43/KEE, li jiġi preservat l-istatus ambjentali tal-oċeani kif stipulat fid-Direttiva 2008/56/KE, kif ukoll l-istatus ekoloġiku tax-xmajjar kif stipulat fid-Direttiva 2000/60/KE;";

"

(iii)  fil-punt (a), il-punt (iv) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

‘(iv) li l-ħsad isir filwaqt li jiġi żgurat li tinżamm il-kwalità tal-ħamrija u tal-bijodiversità bil-għan li jiġu evitati l-impatti negattivi, b'mod li jevita l-ħsad tal-ġdur u tal-għeruq li ma jkunux xierqa għall-użu materjali eż. permezz tal-użu ta' prattiki sostenibbli ta' ġestjoni tal-foresti, id-degradazzjoni tal-foresti primarji u qodma jew il-konverżjoni tagħhom f'foresti ta' tħawwil, u l-ħsad fuq ħamriji vulnerabbli; li jevita tqaċċit tas-siġar, dment li dan ma jwassalx għal kundizzjonijiet favorevoli u xierqa għall-ekosistema, jiżgura limiti xierqa lokalment u ekoloġikament għall-estrazzjoni tal-injam niexef, u jiżgura rekwiżiti għall-użu ta' sistemi ta' qtugħ tas-siġar għall-injam li jimminimizzaw l-impatti fuq il-kwalità tal-ħamrija, inkluż il-kompattazzjoni tal-ħamrija, u fuq il-karatteristiċi u l-ħabitats tal-bijodiversità: ’;

"

(v)   fil-punt (b), il-punt (iv) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(iv) li l-ħsad isir filwaqt li jiġi żgurat li tinżamm il-kwalità tal-ħamrija u tal-bijodiversità bil-għan li jiġu evitati l-impatti negattivi, b'mod li jevita l-ħsad tal-ġdur u tal-għeruq li ma jkunux xierqa għall-użu materjali eż. permezz tal-użu ta' prattiki sostenibbli ta' ġestjoni tal-foresti, id-degradazzjoni tal-foresti primarji u qodma jew il-konverżjoni tagħhom f'foresti ta' tħawwil, u l-ħsad fuq ħamriji vulnerabbli; li jevita tqaċċit tas-siġar, dment li dan ma jwassalx għal kundizzjonijiet favorevoli u xierqa għall-ekosistema, jiżgura limiti xierqa lokalment u ekoloġikament għall-estrazzjoni tal-injam niexef, u jiżgura rekwiżiti għall-użu ta' sistemi ta' qtugħ tas-siġar għall-injam li jimminimizzaw l-impatti fuq il-kwalità tal-ħamrija, inkluż il-kompattazzjoni tal-ħamrija, u fuq il-karatteristiċi u l-ħabitats tal-bijodiversità:";

"

(fa)   jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

‘7a. Il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti tal-bijomassa prodotti mill-bijomassa tal-foresti ma għandhomx jaqbżu l-limitu massimu ddefinit fil-livell nazzjonali għall-użu tal-bijomassa tal-foresti li jkun konsistenti mal-miri tal-Istat Membru għat-tkabbir tal-bjar tal-karbonju, kif iddefinit fir-Regolament ... [ir-Regolament 2018/841 rivedut].’;

"

(g)  fil-paragrafu 10, l-ewwel subparagrafu, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

(d) mill-anqas 70 % għall-produzzjoni tal-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ mill-karburanti tal-bijomassa użati fl-installazzjonijiet li jibdew joperaw mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2025, u mill-anqas 85 % għall-installazzjonijiet li jibdew joperaw mill-1 ta' Jannar 2026. [Am. 46];;

"

(ga)  fil-paragrafu 11, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"11. L-elettriku mill-karburanti mill-bijomassa għandu jitqies għall-finijiet msemmija fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 biss jekk il-karburanti li qed jintużaw ma jinkludux il-bijomassa tal-injam primarja u jekk jissodisfa wieħed jew aktar mir-rekwiżiti li ġejjin. Għall-fini li jikkontribwixxi għall-miri rinnovabbli msemmija fl-Artikolu 3(1), is-sehem tal-elettriku minn karburanti tal-bijomassa derivati minn bijomassa tal-injam primarja kif definit fl-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva ma għandux ikun aktar mis-sehem tal-konsum globali tal-elettriku tal-medja ta' tali karburanti fl-2017–2022 abbażi tal-aħħar data disponibbli." [Am. 47];

"

(gb)   il-paragrafu 13 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

“13 Għall-finijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw, għal perjodu ta' żmien limitat, mill-kriterji stipulati fil-paragrafi 2 sa 7 u 10 u 11 ta' dan l-Artikolu billi jadottaw kriterji differenti għal:

   (a) installazzjonijiet li jinsabu f'reġjun ultraperiferiku kif imsemmi fl-Artikolu 349 tat-TFUE sa fejn tali faċilitajiet jipproduċu elettriku jew tisħin jew tkessiħ minn karburanti mill-bijomassa u bijolikwidi, u għall-bijokarburanti b'mod partikolari għas-settur spazjali u l-attivitajiet astrofiżiċi relatati; kif ukoll
   (b) karburanti mill-bijomassa u bijolikwidi użati fl-installazzjonijiet u bijokarburanti b'mod partikolari għas-settur spazjali u l-attivitajiet astrofiżiċi relatati msemmija fil-punt (a) ta' dan is-subparagrafu, irrispettivament mill-post ta' oriġini ta' dik il-bijomassa, sakemm tali kriterji jkunu oġġettivament iġġustifikati għal raġunijiet li l-għan tagħhom huwa l-iżgurar, għal dan ir-reġjun ultraperiferiku, tal-aċċess għal enerġija sikura u żgurata u l-inċentivar tat-tranżizzjoni mill-karburanti fossili għal karburanti mill-bijomassa u l-bijolikwidi sostenibbli.

Il-bijolikwidi, il-bijokarburanti u l-karburanti mill-bijomassa prodotti mill-bijomassa tal-injam primarja estratti b'mod sostenibbli u li jirriżultaw mill-ippjanar tal-użu tal-art f'reġjun ultraperiferiku fejn il-foresti jkopru mill-inqas 90 % tat-territorju ta' dak ir-reġjun ultraperiferiku għandhom jitqiesu għall-finijiet imsemmija fil-punt (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 29.

Sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-enerġija fir-reġjuni ultraperiferiċi, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jagħtu appoġġ għall-produzzjoni tal-elettriku mill-bijomassa tal-foresti f'installazzjonijiet tal-elettriku biss li jinsabu fir-reġjuni ultraperiferiċi kif imsemmi fl-Artikolu 349 TFUE. [Am. 33]"

"

(gc)  il-paragrafu 14 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

‘14. Għall-finijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jistabblilixu kriterji addizzjonali dwar is-sostenibbiltà għall-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa.";

"

(19)  jiddaħħal l-Artikolu 29a li ġej:"

"L-Artikolu 29a

Kriterji għall-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra għall-karburanti rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika u għall-karburanti tal-karbonju riċiklat

1.  L-enerġija minn karburanti rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika għandha tingħadd għall-ishma tal-Istati Membri tal-enerġija rinnovabbli u l-miri msemmija fl-Artikoli 3(1), 15a(1), 22a(1), 23(1), 24(4) u 25(1) biss jekk l-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-użu ta' dawk il-karburanti jkun ta' mill-anqas 70 %.

2.  L-enerġija mill-karburanti tal-karbonju riċiklat tista' tingħadd għall-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra msemmija fl-Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), biss jekk l-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-użu ta' dawk il-karburanti jkun ta' mill-anqas 70 %.

3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 35 biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tispeċifika l-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra minn karburanti rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika u minn karburanti tal-karbonju riċiklat. Il-metodoloġija għandha tiżgura li l-kreditu għall-emissjonijiet evitati ma jingħatax għas-CO2 li l-qbid tiegħu diġà rċieva kreditu tal-emissjonijiet skont dispożizzjonijiet oħra tal-liġi. Il-kontenut tal-karbonju tal-iskart u r-rilaxx tiegħu fl-atmosfera għandhom jiġu inklużi fil-metodoloġija.

Fi kwalunkwe każ, il-metodoloġija biex tivvaluta l-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-karburanti tal-karbonju riċiklati għandha tqis il-karbonju inkorporat, f'approċċ ta' ċiklu tal-ħajja.";

"

(19a)  jiddaħħal l-Artikolu 29b li ġej:"

"L-Artikolu 29b

Kriterji ta' sostenibbiltà għall-impjanti idroelettriċi

L-enerġija ġġenerata mill-idroelettriku għandha tiġi prodotta f'impjant li, f'konformità mad-Direttiva 2000/60/KE u b'mod partikolari l-Artikoli 4 u 11 ta' dik id-Direttiva, ikun implimenta l-miżuri kollha ta' mitigazzjoni teknikament fattibbli u ekoloġikament rilevanti biex jitnaqqsu l-impatti negattivi fuq l-ilma kif ukoll miżuri biex jittejbu l-ħabitats u l-ispeċijiet protetti li jiddependu direttament mill-ilma.’;

"

(20)  L-Artikolu 30 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-frażi introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:"

"Fejn il-karburanti rinnovabbli u l-karburanti tal-karbonju rriċiklat għandhom jingħaddu mal-miri msemmija fl-Artikoli 3(1), 15a(1), 22a(1), 23(1), 24(4) u 25(1), l-Istati Membri għandhom jesiġu lill-operaturi ekonomiċi juru, permezz ta' awditi indipendenti u disponibbli għall-pubbliku obbligatorji, li l-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra stabbiliti fl-Artikoli 29(2) sa (7) u (10) u 29a(1) u (2) għall-karburanti rinnovabbli u għall-karburanti tal-karbonju riċiklat ġew issodisfati. Għal dak il-għan, huma għandhom jesiġu li l-operaturi ekonomiċi jużaw sistema ta' bilanċ tal-massa li:";

"

(b)  fil-paragrafu 3, l-ewwel u t-tieni subparagrafi huma sostitwiti b'dan li ġej:"

"L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi jippreżentaw informazzjoni affidabbli dwar il-konformità mal-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra stabbiliti fl-Artikoli 29(2) sa (7) u (10) u 29a(1) u (2), jieħdu inkunsiderazzjoni l-miri tal-UE għall-bijodiversità, u li l-operaturi ekonomiċi jpoġġu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri rilevanti u tal-pubbliku, fuq talba, id-data li ntużat biex tkun żviluppata l-informazzjoni. L-Istati Membri għandhom jakkreditaw fornituri indipendenti ta' servizzi ta' assigurazzjoni, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008, biex jipprovdu opinjoni dwar l-informazzjoni sottomessa u biex jipprovdu evidenza li dan ikun sar. Sabiex ikun hemm konformità mal-Artikolu 29(3), punti (a), (b) u (d), mal-Artikolu 29(4), punt (a), mal-Artikolu 29(5), mal-Artikolu 29(6), punt (a) u mal-Artikolu 29(7), punt (a), l-awditjar tal-ewwel jew tat-tieni parti jista' jintuża sal-ewwel punt ta' ġbir tal-bijomassa tal-foresti. L-awditjar għandu jivverifika li s-sistemi użati mill-operaturi ekonomiċi huma preċiżi, affidabbli u mħarsa kontra l-frodi, inkluża verifika li tiżgura li l-materjali ma humiex mmodifikati jew mormija intenzjonalment sabiex il-kunsinna jew parti minnha tkun tista' ssir skart jew residwu. Dan għandu jevalwa l-frekwenza u l-metodoloġija tat-teħid tal-kampjuni u l-affidabbiltà tad-data.

L-obbligi stabbiliti f'dan il-paragrafu għandhom japplikaw irrispettivament minn jekk il-karburanti rinnovabbli u l-karburanti tal-karbonju riċiklat jkunux prodotti fl-Unjoni jew ikunux importati. L-informazzjoni dwar l-oriġini ġeografika u t-tip ta' materja prima tal-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti tal-bijomassa għal kull fornitur tal-karburanti għandha ssir disponibbli għall-konsumaturi b'mod aġġornat, faċilment aċċessibbli u faċli għall-utent fuq is-siti web tal-operaturi, tal-fornituri u tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti kif ukoll fl-istazzjonijiet ta' riforniment u għandha tiġi aġġornata fuq bażi annwali.";

"

(c)  fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li skemi nazzjonali jew internazzjonali volontarji li jistabbilixxu standards għall-produzzjoni ta' karburanti rinnovabbli u karburanti tal-karbonju riċiklat, jipprovdu data preċiża dwar l-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra għall-finijiet tal-Artikoli 29(10) u 29a (1) u (2), juru konformità mal-Artikoli 27(3) u 31a(5), jew juru li l-kunsinni ta' bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti tal-bijomassa jikkonformaw mal-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 29(2) sa (7). Meta juru li l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 29(6) u (7) huma ssodisfati, l-operaturi jistgħu jipprovdu l-evidenza meħtieġa direttament fil-livell taż-żona tas-sorsi. Il-Kummissjoni tista' tirrikonoxxi żoni għall-protezzjoni ta' ekosistemi jew ta' speċijiet rari, mhedda jew fil-periklu, rikonoxxuti minn ftehimiet internazzjonali jew inklużi f'listi mfassla minn organizzazzjonijiet intergovernattivi jew mill-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura għall-finijiet tal-Artikolu 29(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c)(ii).";

"

(ca)   fil-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li dawk l-iskemi jkollhom informazzjoni eżatta dwar il-miżuri meħuda għall-protezzjoni tal-ħamrija, tal-ilma u tal-arja, għar-restawr ta' art degradata u għall-evitar ta' konsum eċċessiv tal-ilma f'żoni fejn l-ilma hu skars ▌.";

"

(d)  il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

‘6. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu skemi nazzjonali fejn il-konformità mal-kriterji tas-sostenibbiltà u l-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra stabbiliti fl-Artikoli 29(2) sa (7) u (10) u 29a(1) u (2), f'konformità mal-metodoloġija żviluppata skont l-Artikolu 29a(3), hija vverifikata tul il-katina kollha tal-kustodja li tinvolvi lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Dawk l-iskemi jistgħu jintużaw ukoll biex tiġi vverifikata l-preċiżjoni u l-kompletezza tal-informazzjoni inkluża mill-operaturi ekonomiċi fil-bażi tad-data tal-Unjoni, biex tintwera l-konformità mal-Artikolu 27(3) u għaċ-ċertifikazzjoni ta' bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti tal-bijomassa b'riskju baxx ta' tibdil indirett fl-użu tal-art.

Stat Membru jista' jinnotifika tali skema nazzjonali lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħti prijorità lill-valutazzjoni ta' tali skema sabiex tiffaċilita r-rikonoxximent bilaterali u multilaterali reċiproku ta' dawk l-iskemi. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, jekk tali skema nazzjonali nnotifikata tikkonformax mal-kundizzjonijiet stipulati f'din id-Direttiva. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 34(3).

Fejn id-deċiżjoni tkun pożittiva, skemi oħrajn rikonoxxuti mill-Kummissjoni f'konformità ma' dan l-Artikolu ma għandhomx jirrifjutaw ir-rikonoxximent reċiproku mal-iskema nazzjonali ta' dak l-Istat Membru fir-rigward tal-verifika tal-konformità mal-kriterji li għalihom tkun ġiet rikonoxxuta mill-Kummissjoni.

Għall-installazzjonijiet li jipproduċu t-tisħin u t-tkessiħ tal-elettriku b'kapaċità termali kklassifikata totali ta' bejn 5 u 10 MW, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu skemi nazzjonali ssimplifikati ta' verifika biex jiżguraw l-issodisfar tal-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra stabbiliti fil-paragrafi (2) sa (7) u (10) tal-Artikolu 29.";

"

(e)  fil-paragrafu 9, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"9. "Meta operatur ekonomiku jipprovdi evidenza jew data miksuba f'konformità ma' skema li kienet is-suġġett ta' deċiżjoni skont il-paragrafu 4 jew 6, Stat Membru ma għandux jesiġi li l-operatur ekonomiku jipprovdi aktar evidenza ta' konformità mal-elementi koperti mill-iskema li għaliha l-iskema tkun ġiet rikonoxxuta mill-Kummissjoni.";

"

(f)  il-paragrafu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"10. "Fuq talba ta' Stat Membru, li tista' tkun ibbażata fuq it-talba ta' operatur ekonomiku, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-evidenza kollha disponibbli, teżamina jekk il-kriterji tas-sostenibbiltà u l-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra stabbiliti fl-Artikolu 29(2) sa (7) u (10) u fl-Artikolu 29a(1) u (2) fir-rigward ta' sors ta' karburanti rinnovabbli u ta' karburanti tal-karbonju riċiklat ġewx issodisfati.

Fi żmien sitt xhur mill-wasla ta' talba bħal din u f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 34(3), il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tiddeċiedi jekk l-Istat Membru kkonċernat jistax:

   (a) iqis il-karburanti rinnovabbli u l-karburanti tal-karbonju riċiklat minn dak is-sors għall-finijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 29(1); jew
   (b) b'deroga mill-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu, jesiġi li l-fornituri tas-sors ta' karburanti rinnovabbli u ta' karburanti tal-karbonju riċiklat għandhom jipprovdu aktar evidenza ta' konformità ma' dawk il-kriterji ta' sostenibbiltà u ta' ffrankar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u dawk il-limiti ta' ffrankar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra.";

"

(22)  jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

"L-Artikolu 31a

Bażi tad-data tal-Unjoni

1.  Sa ... [tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva emendatorja], il-Kummissjoni għandha tiżgura li tiġi stabbilita bażi tad-data tal-Unjoni li tippermetti t-traċċar ta' karburanti tal-bijomassa, ta' karburanti rinnovabbli likwidi u gassużi u ta' karburanti tal-karbonju riċiklat (il-"Bażi tad-Data tal-Unjoni").

2.  L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-operaturi ekonomiċi rilevanti f'dik il-bażi tad-data jdaħħlu fil-ħin informazzjoni preċiża dwar it-tranżazzjonijiet li jkunu saru u dwar il-kriterji ta' sostenibbiltà tal-karburanti soġġetti għal dawk it-tranżazzjonijiet, inklużi l-emissjonijiet tagħhom ta' gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja, mill-punt tal-produzzjoni tagħhom sal-mument li jiġu kkunsmati fl-Unjoni. Is-sistema tal-gass interkonnessa għandha titqies bħala sistema ta' bilanċ tal-massa waħda. L-informazzjoni dwar l-injezzjoni u l-irtirar għandha tiġi pprovduta fil-Bażi tad-Data tal-Unjoni għall-karburanti gassużi. L-informazzjoni dwar jekk ġiex ipprovdut appoġġ għall-produzzjoni ta' kunsinna speċifika ta' karburant, u jekk iva, dwar it-tip ta' skema ta' appoġġ, għandha tiġi inkluża wkoll fil-bażi tad-data.

Fejn xieraq biex tittejjeb it-traċċabbiltà tad-data tul il-katina tal-provvista kollha, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 35 biex testendi ulterjorment il-kamp ta' applikazzjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-bażi tad-data tal-Unjoni biex tkopri data rilevanti mill-punt tal-produzzjoni jew tal-ġbir tal-materja prima użata għall-produzzjoni tal-karburant.

L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-fornituri tal-karburanti jdaħħlu l-informazzjoni meħtieġa biex jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu, fil-bażi tad-data tal-Unjoni.

Minkejja s-subparagrafi 1 sa 3, għall-karburanti gassużi rinnovabbli u għall-karburanti gassużi injettati fis-sistema tal-gass Ewropea, l-operaturi ekonomiċi għandhom idaħħlu informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet li jkunu saru u l-kriterji ta' sostenibbiltà u informazzjoni rilevanti oħra bħall-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-karburanti sal-istadju ta' injezzjoni fis-sistema interkonnessa tal-gass, fejn is-sistema ta' traċċabbiltà tal-ibbilanċjar tal-massa tkun ikkomplementata minn garanziji tal-oriġini.

3.  L-Istati Membri għandu jkollhom aċċess għall-bażi tad-data tal-Unjoni għall-finijiet ta' monitoraġġ u verifika tad-data.

4.  Meta jkunu nħarġu garanziji tal-oriġini għall-produzzjoni ta' kunsinna ta' gassijiet rinnovabbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-garanziji tal-oriġini jiġu kkanċellati wara li l-kunsinna ta' gassijiet rinnovabbli tiġi rtirata mis-sistema interkonnessa tal-gass.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-preċiżjoni u l-kompletezza tal-informazzjoni inkluża mill-operaturi ekonomiċi fil-bażi tad-data tiġi vverifikata, pereżempju billi jintużaw skemi volontarji jew nazzjonali, li tista' tiġi kkomplementata b'sistema ta' garanziji tal-oriġini.

5a.  Il-bażi tad-data għandha tkun disponibbli għall-pubbliku b'mod miftuħ, trasparenti u faċli għall-utent kif ukoll tinżamm aġġornata.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapporti annwali għall-pubbliku ġenerali dwar l-informazzjoni rrapportata fil-bażi tad-data tal-Unjoni inklużi l-kwantitajiet, l-oriġini ġeografika u t-tip ta' materja prima tal-karburanti rinnovabbli u b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju.’;

"

(22a)  L-Artikolu 33 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:"

‘3. Fl-2025, il-Kummissjoni għandha tippreżenta, jekk xieraq, proposta leġiżlattiva dwar il-qafas regolatorju għall-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli għall-perjodu ta' wara l-2030.";

"

(b)  fil-paragrafu 3, jiżdied is-subparagrafu li ġej:"

"Meta tkun qed tħejji l-proposta leġiżlattiva msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tqis:

   (a) il-parir tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit skont l-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 401/2009;
   (b) il-baġit indikattiv previst tal-Unjoni għal gassijiet serra kif stipulat fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva (UE) 2021/1119;
   (c) il-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima ppreżentati mill-Istati Membri sat-30 ta' Ġunju 2024 skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) 2018/1999;
   (d) l-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, inklużi l-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra; u
   (e) l-iżviluppi teknoloġiċi fil-qasam tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli.";

"

(c)  jiżdied il-paragrafu li ġej:"

‘4a. Sa ... [sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva emendatorja] il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u tippubblika rapport li jistabbilixxi l-konklużjonijiet tar-rieżami tagħha. B'mod partikolari, dan ir-rieżami għandu jeżamina dan li ġej:

   (a) l-effetti esterni tal-użu tal-enerġija rinnovabbli u l-impatt tiegħu fuq l-ambjent;
   (b) il-benefiċċji soċjoekonomiċi tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva;
   (c) l-istatus tal-implimentazzjoni ta' inizjattivi relatati dwar l-enerġija rinnovabbli skont ir-RepowerEU;
   (d) jekk iż-żieda fid-domanda għall-elettriku fis-setturi tat-trasport, tal-industrija, tal-bini u tat-tisħin u t-tkessiħ u għall-produzzjoni ta' RFNBOs hjiex issodisfata b'ammonti ekwivalenti ta' kapaċitajiet ta' ġenerazzjoni rinnovabbli;
   (e) tnaqqis gradwali, sal-2030, tas-sehem ta' karburanti derivati minn bijomassa tal-injam primarja kif definit fl-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva, għall-fini tal-għadd għall-miri rinnovabbli msemmija fl-Artikolu 3(1), abbażi ta' valutazzjoni tal-impatt mill-Kummissjoni. Din ir-reviżjoni għal tnaqqis gradwali għandha tiġi ppreżentata sa mhux aktar tard minn... [ 3 snin wara t-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva emendatorja] [Am. 48].

Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom jadattaw kontinwament għall-aħjar prattiki amministrattivi fir-rigward ta' proċeduri amministrattivi u jieħdu l-miżuri l-oħra kollha biex jissimplifikaw l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u jnaqqsu l-kostijiet tal-konformità għall-atturi involuti u s-setturi affettwati għal livell minimu.";

"

(23)  L-Artikolu 35 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 8(3), it-tieni subparagrafu, fl-Artikolu 29a(3), fl-Artikolu 26(2), ir-raba' subparagrafu, fl-Artikolu 26(2), il-ħames subparagrafu, fl-Artikolu 27(1), it-tieni subparagrafu, fl-Artikolu 27(3), ir-raba' subparagrafu, fl-Artikolu 28(5), fl-Artikolu 28(6), it-tieni subparagrafu, fl-Artikolu 31(5), it-tieni subparagrafu, u fl-Artikolu 31a(2), it-tieni subparagrafu, għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn [id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva emendatorja]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża taċitament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.";

"

(b)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 7(3), il-ħames subparagrafu, fl-Artikolu 8(3), it-tieni subparagrafu, fl-Artikolu 29a(3), fl-Artikolu 26(2), ir-raba' subparagrafu, fl-Artikolu 26(2), il-ħames subparagrafu, fl-Artikolu 27(1), it-tieni subparagrafu, fl-Artikolu 27(3), ir-raba' subparagrafu, fl-Artikolu 28(5), fl-Artikolu 28(6), it-tieni subparagrafu, fl-Artikolu 31(5), u fl-Artikolu 31a(2), it-tieni subparagrafu, tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.";

"

(c)  il-paragrafu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Att delegat adottat skont l-Artikolu 7(3), il-ħames subparagrafu, l-Artikolu 8(3), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 29a(3), l-Artikolu 26(2), ir-raba' subparagrafu, l-Artikolu 26(2) il-ħames subparagrafu, l-Artikolu 27(1), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 27(3), ir-raba' subparagrafu, l-Artikolu 28(5), l-Artikolu 28(6), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 31(5), u l-Artikolu 31a(2), it-tieni subparagrafu għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.";

"

(24)  l-Annessi huma emendati f'konformità mal-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (UE) 2018/1999

(1)  L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-punt 11 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(11) "il-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030" tfisser il-mira vinkolanti tal-Unjoni ta' tnaqqis domestiku ta' mill-anqas 40 % fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra fl-ekonomija kollha meta mqabbel mal-1990 li trid tintlaħaq sal-2030, il-mira vinkolanti tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli fl-2030 kif imsemmi fl-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2018/2001, il-mira ewlenija fil-livell tal-Unjoni ta' mill-anqas 32,5 % għat-titjib fl-effiċjenza enerġetika fl-2030, u l-mira tal-interkonnessjoni tal-elettriku ta' 15 % għall-2030 jew kwalunkwe mira sussegwenti f'dan ir-rigward maqbula mill-Kunsill Ewropew jew mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill għall-2030.";

"

(b)  fil-punt 20, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(b) fil-kuntest tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni bbażati fuq il-valutazzjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 29(1) fir-rigward tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, l-implimentazzjoni bikrija tal-kontribut ta' Stat Membru lejn il-mira vinkolanti tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli fl-2030 kif imsemmi fl-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 u kif imkejjel mal-punti ta' referenza nazzjonali tagħha għall-enerġija rinnovabbli;";

"

(2)  Fl-Artikolu 4, il-punt (a)(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(2) fir-rigward tal-enerġija rinnovabbli:

Bl-għan li tintlaħaq il-mira vinkolanti tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli fl-2030 kif imsemmi fl-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2018/2001, kontribut għal dik il-mira f'termini tas-sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli tal-Istat Membru fil-konsum finali gross tal-enerġija fl-2030, bi trajettorja indikattiva għal dak il-kontribut mill-2021 'il quddiem. Sal-2022, it-trajettorja indikattiva għandha tilħaq punt ta' referenza ta' mill-anqas 18 % taż-żieda totali fis-sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli bejn il-mira nazzjonali vinkolanti għall-2020 ta' dak l-Istat Membru u l-kontribut tiegħu għall-mira tal-2030. Sal-2025, it-trajettorja indikattiva għandha tilħaq punt ta' referenza ta' mill-anqas 43 % taż-żieda totali fis-sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli bejn il-mira nazzjonali vinkolanti għall-2020 ta' dak l-Istat Membru u l-kontribut tiegħu għall-mira tal-2030. Sal-2027, it-trajettorja indikattiva għandha tilħaq punt ta' referenza ta' mill-anqas 65 % taż-żieda totali fis-sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli bejn il-mira nazzjonali vinkolanti għall-2020 ta' dak l-Istat Membru u l-kontribut tiegħu għall-mira tal-2030.

Sal-2030, it-trajettorja indikattiva għandha tilħaq mill-anqas il-kontribut ippjanat tal-Istat Membru. Jekk Stat Membru jistenna li jaqbeż il-mira nazzjonali vinkolanti tiegħu għall-2020, it-trajettorja indikattiva tiegħu tista' tibda fil-livell li tkun ipproġettata li tilħaq. It-trajettorji indikattivi tal-Istati Membri, meħudin flimkien, għandhom jikkorrispondu għall-punti ta' referenza tal-Unjoni fl-2022, fl-2025 u fl-2027 u għall-mira vinkolanti tal-Unjoni tal-enerġija rinnovabbli fl-2030 kif imsemmi fl-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2018/2001. B'mod separat mill-kontribut tiegħu għall-mira tal-Unjoni u t-trajettorja indikattiva tiegħu għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, Stat Membru għandu jkun liberu li jindika ambizzjonijiet ogħla għall-finijiet tal-politika nazzjonali.";

"

(3)  Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"2. "2. L-Istati Membri b'mod kollettiv għandhom jiżguraw li s-somma tal-kontribuzzjonijiet tagħhom tammonta għal mill-anqas il-livell tal-mira vinkolanti tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli fl-2030 kif imsemmi fl-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2018/2001.";

"

(4)  Fl-Artikolu 29, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"2. "2. Fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, bħala parti mill-valutazzjoni tagħha msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-progress li jkun sar fis-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-Unjoni abbażi ta' trajettorja indikattiva tal-Unjoni li tibda minn 20 % fl-2020, tilħaq punti ta' referenza ta' mill-anqas 18 % fl-2022, 43 % fl-2025 u 65 % fl-2027 taż-żieda totali fis-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli bejn il-mira tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli fl-2020 u l-mira tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli fl-2030, u tilħaq il-mira tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli fl-2030 kif imsemmi fl-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2018/2001.";

"

Artikolu 3

Emendi għad-Direttiva 98/70/KE

Id-Direttiva 98/70/KE hija emendata kif ġej:

(1)  L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

Din id-Direttiva tistabbilixxi, fir-rigward ta' vetturi tat-triq, u makkinarju mobbli mhux tat-triq (inklużi bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni meta ma jkunux fuq il-baħar), tratturi tal-biedja u tal-forestrija, u dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni meta ma jkunux fuq il-baħar, speċifikazzjonijiet tekniċi għal raġunijiet ambjentali u ta' saħħa għall-karburanti li għandhom jintużaw ma' magni "positive ignition" u magni "compression ignition", filwaqt li tqis ir-rekwiżiti tekniċi ta' dawk il-magni.";

"

(2)  L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-punti 1, 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:"

"1. "petrol" tfisser kull żejt minerali volatili maħsub għat-tħaddim ta' magni tal-kombustjoni interna positive ignition għall-propulsjoni ta' vetturi u li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 2710 12 41, 2710 12 45 u 2710 12 49;

2.  "karburanti tad-diżil" tfisser żjut tal-gass li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 2710 19 43(26) kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(27) u fir-Regolament (KE) 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(28) u li jintużaw għal vetturi awtopropulsivi;

"3. "żjut tal-gass maħsuba għall-użu minn makkinarju mobbli mhux tat-triq (inklużi bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni), tratturi tal-agrikoltura u tal-forestrija, u dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni" tfisser kwalunkwe likwidu derivat miż-żejt naturali, li jaqa' taħt il-kodiċijiet NM 2710 19 43(29), imsemmija fid-Direttiva 2013/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(30), fir-Regolament (UE) 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(31) u fir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(32) u maħsuba għall-użu f'magni compression ignition.";

"

(b)  il-punti 8 u 9 huma sostitwiti b'dan li ġej:"

"8. "fornitur" tfisser "fornitur tal-karburant" kif definit fl-Artikolu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punt (38) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(33);

"9. "bijokarburanti" tfisser "bijokarburanti" kif definiti fl-Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, il-punt (33) tad-Direttiva 2018/2001;";

"

(3)  L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)  Fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-fornituri jiżguraw it-tqegħid fis-suq tad-diżil b'kontenut ta' mhux aktar minn 7 % ta' ester metiliku tal-aċidi xaħmin (FAME)."

"

(b)  Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontenut massimu permissibbli ta' kubrit fiż-żjut tal-gass maħsuba għall-użu minn makkinarju mobbli mhux tat-triq (inklużi bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni), tratturi agrikoli u tal-forestrija u dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni jkun ta' 10 mg/kg. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-karburanti likwidi barra minn dawk iż-żjut tal-gass jistgħu jintużaw f'bastimenti għall-passaġġi tal-ilma interni u dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni biss jekk il-kontenut ta' kubrit f'dawn il-karburanti likwidi ma jaqbiżx il-kontenut massimu permissibbli ta' dawk iż-żjut tal-gass.";

"

(4)  l-Artikoli 7a sa 7e huma mħassra.

(5)  L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, il-punti (g), (h), (i) u (k) huma mħassra;

(b)  il-paragrafu 2 huwa mħassar;

(6)  L-Annessi I, II, IV u V huma emendati f'konformità mal-Anness I ta' din id-Direttiva.

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet tranżitorji

(1)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data miġbura u rrapportata lill-awtorità maħtura mill-Istat Membru fir-rigward tas-sena [ĠU: issostitwixxi bis-sena kalendarja li matulha jidħol fis-seħħ it-tħassir] jew parti minnha f'konformità mal-Artikolu 7a(1), it-tielet subparagrafu, u l-Artikolu 7a(7) tad-Direttiva 98/70/KE, li jitħassru mill-Artikolu 3(4) ta' din id-Direttiva, tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni.

(2)  Il-Kummissjoni għandha tinkludi d-data msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fi kwalunkwe rapport li hija obbligata tissottometti skont id-Direttiva 98/70/KE.

Artikolu 5

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2023. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew jinkludu referenza għaliha meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir dik ir-referenza.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 6

Tħassir

Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652(34) hi mħassra b'effett minn [ĠU: issostitwixxi bis-sena kalendarja li matulha jidħol fis-seħħ it-tħassir].

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Sa Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha tippreżenta valutazzjoni tal-impatt komprensiva dwar l-effetti kkombinati u kumulattivi tal-pakkett "lesti għall-mira ta' 55 %", inkluża din id-Direttiva.

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

L-Annessi tad-Direttiva (UE) 2018/2001 huma emendati kif ġej:

(1)  fl-Anness I, l-aħħar ringiela fit-tabella hija mħassra;

(3)  L-Anness III huwa sostitwit b'dan li ġej:

KONTENUT TA' ENERĠIJA FIL-KARBURANTI

Karburant

Kontenut ta' enerġija skont il-piż (valur kalorifiku aktar baxx, MJ/kg)

Kontenut ta' enerġija skont il-volum (valur kalorifiku aktar baxx, MJ/l)

KARBURANTI TAL-BIJOMASSA U/JEW OPERAZZJONIJIET TAL-IPPROĊESSAR TAL-BIJOMASSA

 

 

Bijopropan

46

24

Żejt veġetali pur (żejt prodott minn pjanti taż-żejt permezz tal-ippressar, l-estrazzjoni jew proċeduri paragunabbli, grezz jew raffinat imma mhux modifikat kimikament)

37

34

Bijodiżil - aċidu grass metilester (metilester prodott minn żejt ta' oriġini mill-bijomassa)

37

33

Bijodiżil - aċidu grass etilester (etilester prodott minn żejt ta' oriġini mill-bijomassa)

38

34

Bijogass li jista' jissaffa sa kwalità ta' gass naturali

50

Żejt idrotrattat (trattat termokimikament bl-idroġenu) ta' oriġini mill-bijomassa, li jintuża bħala sostitut għad-diżil

44

34

Żejt idrotrattat (trattat termokimikament bl-idroġenu) ta' oriġini mill-bijomassa, li jintuża bħala sostitut għall-petrol

45

30

Żejt idrotrattat (trattat termokimikament bl-idroġenu) ta' oriġini mill-bijomassa, li jintuża bħala sostitut għall-karburant tal-ġettijiet

44

34

Żejt idrotrattat (trattat termokimikament bl-idroġenu) ta' oriġini mill-bijomassa, li jintuża bħala sostitut għall-gass likwifikat miż-żejt

46

24

Żejt koproċessat (proċessat f'raffinerija fl-istess waqt ma' karburant fossili) ta' oriġini mill-bijomassa jew il-bijomassa pirolizzata li jintuża bħala sostitut għad-diżil

43

36

Żejt koproċessat (proċessat f'raffinerija fl-istess waqt ma' karburant fossili) ta' oriġini mill-bijomassa jew il-bijomassa pirolizzata li jintuża bħala sostitut għall-petrol

44

32

Żejt koproċessat (proċessat f'raffinerija fl-istess waqt ma' karburant fossili) ta' oriġini mill-bijomassa jew il-bijomassa pirolizzata li jintuża bħala sostitut għall-karburant tal-ġettijiet

43

33

Żejt koproċessat (proċessat f'raffinerija fl-istess waqt ma' karburant fossili) ta' oriġini mill-bijomassa jew il-bijomassa pirolizzata li jintuża bħala sostitut għall-gass likwifikat miż-żejt

46

23

KARBURANTI RINNOVABBLI LI JISTGĦU JIĠU PRODOTTI MINN SORSI RINNOVABBLI VARJI, INKLUŻ IL-BIJOMASSA

 

 

Metanol minn sorsi rinnovabbli

20

16

Etanol minn sorsi rinnovabbli

27

21

Propanol minn sorsi rinnovabbli

31

25

Butanol minn sorsi rinnovabbli

33

27

Diżil Fischer-Tropsch (idrokarbur sintetiku jew taħlita ta' idrokarburi sintetiċi li tintuża bħala sostitut għad-diżil)

44

34

Petrol Fischer-Tropsch (idrokarbur sintetiku jew taħlita ta' idrokarburi sintetiċi prodotta mill-bijomassa li tintuża bħala sostitut għall-petrol)

44

33

Karburant tal-ġettijiet Fischer-Tropsch (idrokarbur sintetiku jew taħlita ta' idrokarburi sintetiċi prodotta mill-bijomassa li tintuża bħala sostitut għall-karburant tal-avjazzjoni)

44

33

Gass likwifikat miż-żejt Fischer-Tropsch (idrokarbur sintetiku jew taħlita ta' idrokarburi sintetiċi li tintuża bħala sostitut għall-gass tal-petroljum likwifikat)

46

24

DME (dimetileter)

28

19

Idroġenu minn sorsi rinnovabbli

120

ETBE (etiltertjobutileter prodott abbażi tal-etanol)

36 (li minnu 37 % minn sorsi rinnovabbli)

27 (li minnu 37 % minn sorsi rinnovabbli)

MTBE (metiltertjobutileter prodott fuq il-bażi tal-metanol)

35 (li minnu 22 % minn sorsi rinnovabbli)

26 (li minnu 22 % minn sorsi rinnovabbli)

TAEE (amiletileterterzjarju prodott fuq il-bażi tal-etanol)

38 (li minnu 29 % minn sorsi rinnovabbli)

29 (li minnu 29 % minn sorsi rinnovabbli)

TAME (amilmetileterterzjarju prodott fuq il-bażi tal-metanol)

36 (li minnu 18 % minn sorsi rinnovabbli)

28 (li minnu 18 % minn sorsi rinnovabbli)

THxEE (eżiletileterterzjarju prodott fuq il-bażi tal-metanol)

38 (li minnu 25 % minn sorsi rinnovabbli)

30 (li minnu 25 % minn sorsi rinnovabbli)

THxME (eżilmetileterterzjarju prodott fuq il-bażi tal-metanol)

38 (li minnu 14 % minn sorsi rinnovabbli)

30 (li minnu 14 % minn sorsi rinnovabbli)

KARBURANTI MHUX RINNOVABBLI

 

 

Petrol

43

32

Diżil

43

36

Idroġenu minn sorsi mhux rinnovabbli

120

(4)  L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

a)  it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"TAĦRIĠ U ĊERTIFIKAZZJONI TAL-INSTALLATURI U D-DISINJATURI TA' INSTALLAZZJONIJIET RINNOVABBLI"

b)  is-sentenza introduttorja u l-ewwel punt huma sostitwiti b'dan li ġej:

"L-iskemi ta' ċertifikazzjoni u l-programmi ta' taħriġ imsemmija fl-Artikolu 18(3) għandhom ikunu bbażati fuq il-kriterji li ġejjin:

1.  Il-proċess ta' ċertifikazzjoni għandu jkun trasparenti u definit b'mod ċar mill-Istati Membri jew mill-korp amministrattiv maħtur minnhom.";

c)  Jiddaħħlu l-punti 1a u 1b li ġejjin:

‘1a. Iċ-ċertifikati maħruġa mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni għandhom ikunu definiti b'mod ċar u faċli biex jiġu identifikati l-ħaddiema u l-professjonisti li jkunu jixtiequ jiksbu ċ-ċertifikazzjoni.

1b.  Il-proċess ta' ċertifikazzjoni għandu jippermetti lill-installaturi jistabbilixxu installazzjonijiet ta' kwalità għolja li joperaw b'mod affidabbli.";

d)  Il-punti 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li gej:

"2. L-installaturi tal-bijomassa, tal-pompi tas-sħana, tal-enerġija ġeotermali tal-wiċċ, tal-enerġija termali solari u tat-teknoloġiji tal-ħżin u tar-rispons għad-domanda, inklużi l-istazzjonijiet tal-iċċarġjar, għandhom ikunu ċċertifikati minn programm ta' taħriġ jew minn fornitur tat-taħriġ akkreditat jew minn skemi ta' kwalifika formali skont il-liġi nazzjonali."

3.  L-akkreditazzjoni tal-programm ta' taħriġ jew tal-fornitur għandha ssir mill-Istati Membri jew mill-korp amministrattiv maħtur minnhom. Il-korp ta' akkreditazzjoni għandu jiżgura li l-programmi ta' taħriġ, ta' titjib tal-ħiliet u ta' tiġdid tal-ħiliet offruti mill-fornitur tat-taħriġ ikunu inklużivi u jkollhom kontinwità u kopertura reġjonali jew nazzjonali.

Il-fornitur tat-taħriġ għandu jkollu faċilitajiet tekniċi adegwati biex jipprovdi taħriġ prattiku, inkluż biżżejjed tagħmir tal-laboratorju jew faċilitajiet korrispondenti biex jipprovdi taħriġ prattiku.

Minbarra t-taħriġ bażiku, il-fornitur tat-taħriġ għandu joffri korsijiet iqsar ta' aġġornament u titjib tal-ħiliet organizzati f'moduli ta' taħriġ li jippermettu lill-installaturi u lid-disinjaturi jżidu kompetenzi ġodda, iwessgħu u jiddiversifikaw il-ħiliet tagħhom f'diversi teknoloġiji u l-kombinamenti tagħhom. Il-fornitur tat-taħriġ għandu jiżgura l-adattament tat-taħriġ għal teknoloġiji rinnovabbli ġodda fil-kuntest tal-bini, l-industrija u l-agrikoltura. Il-fornituri tat-taħriġ għandhom jirrikonoxxu l-ħiliet rilevanti miksuba.

Il-programmi u l-moduli ta' taħriġ għandhom jitfasslu b'tali mod li jippermettu t-tagħlim tul il-ħajja f'installazzjonijiet rinnovabbli u li jkunu kompatibbli mat-taħriġ vokazzjonali għal dawk li jkunu jfittxu impjieg għall-ewwel darba u l-adulti li jkunu qed ifittxu tiġdid tal-ħiliet jew impjieg ġdid.

Il-programmi ta' taħriġ għandhom jitfasslu sabiex jiffaċilitaw il-kisba ta' kwalifika f'teknoloġiji u f'soluzzjonijiet differenti u jevitaw speċjalizzazzjoni limitata f'marka jew teknoloġija speċifika. Il-fornitur tat-taħriġ jista' jkun il-manifattur tat-tagħmir jew tas-sistema, jew istitut jew assoċjazzjoni.";

da)  Il-punt 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"5. Il-kors ta' taħriġ għandu jintemm b'eżami li jwassal għal ċertifikat jew kwalifika. L-eżami għandu jinkludi valutazzjoni prattika ta' installazzjoni tajba ta' boilers u stoves tal-bijomassa, pompi tas-sħana, installazzjonijiet ġeotermali tal-wiċċ, installazzjonijiet termali solari jew teknoloġiji ta' rispons għad-domanda u l-ħżin, inklużi stazzjonijiet tal-iċċarġjar.";

e)  Fil-punt 6(c), jiżdiedu l-punti (iv) u (v) li ġejjin:

"(iv) konoxxenza tal-istudji tal-fattibbiltà u tad-disinn;

(v)  konoxxenza tat-tħaffir, f'każ ta' pompi tas-sħana ġeotermali.";

(5)  fl-Anness V, il-parti C hija emendata kif ġej:

a)  il-punti 5 u 6 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"5. L-emissjonijiet mill-estrazzjoni u l-kultivazzjoni ta' materja prima, eec, għandhom jinkludu l-emissjonijiet mill-proċess tal-estrazzjoni jew tal-kultivazzjoni nnifsu; mill-ġbir, tnixxif u ħżin ta' materja prima; mill-iskart u t-tnixxijiet; u mill-produzzjoni ta' sustanzi kimiċi jew prodotti użati fl-estrazzjoni jew fil-kultivazzjoni. Il-qbid ta' CO2 fil-kultivazzjoni ta' materja prima għandu jiġi eskluż. Jekk ikunu disponibbli, fil-kalkolu għandhom jiġu applikati l-valuri awtomatiċi diżaggregati għall-emissjonijiet ta' N2O fil-ħamrija stabbiliti fil-Parti D. Fin-nuqqas ta' informazzjoni rilevanti f'dawk ir-rapporti huwa permess li l-medji jiġu kkalkulati abbażi tal-prattiki tal-biedja lokali bbażati pereżempju fuq id-data ta' grupp ta' azjendi agrikoli, bħala alternattiva għall-użu tal-valuri attwali.";

6.  Għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fil-punt 1(a), l-iffrankar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra minn ġestjoni agrikola mtejba, esca, bħal pereżempju billi naqilbu għal tnaqqis jew tneħħija tal-ħrit, għal titjib tar-rotazzjoni tal-għelejjel, l-użu ta' wċuħ tar-raba', inkluża l-ġestjoni tar-residwu mill-għelejjel, u l-użu ta' sustanzi organiċi li jtejbu l-ħamrija (eż. kompost, diġestat tal-fermentazzjoni tad-demel), għandhom jiġu kkunsidrati biss jekk ma jaffettwawx il-bijodiversità b'mod negattiv. Għandha tiġi pprovduta aktar evidenza solida u verifikabbli li l-karbonju fil-ħamrija żdied, jew li huwa raġonevoli li wieħed jistenna li dan żdied matul il-perjodu li fih tkun ġiet ikkultivata l-materja prima kkonċernata filwaqt li jitqiesu l-emissjonijiet fejn dawn il-prattiki jwasslu għal żieda fl-użu tal-erbiċidi u tal-fertilizzanti(35).";

b)  il-punt 15 huwa mħassar:

c)  il-punt 18 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"18. Għall-finijiet tal-kalkoli msemmija fil-punt 17, l-emissjonijiet li jridu jiġu diviżi għandhom ikunu eec + el + esca + dawk il-frazzjonijiet ta' ep, etd, eccs u eccr li jintervjenu sal-istadju u fl-istadju tal-proċess ta' produzzjoni li fih il-prodott sekondarju jiġi prodott. Jekk tkun saret xi allokazzjoni għal prodotti sekondarji fi stadju ta' proċess preċedenti fiċ-ċiklu tal-ħajja, il-frazzjoni ta' dawk l-emissjonijiet assenjata f'dak l-aħħar stadju tal-proċess lill-prodott ta' karburant intermedju, għandha tintuża għal dawk l-għanijiet minflok mit-total ta' dawk l-emissjonijiet. Fil-każ ta' bijogass u bijometan, il-prodotti sekondarji kollha li ma jaqgħux taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-punt 7, għandhom ikunu kkunsidrati għall-finijiet ta' dak il-kalkolu. L-ebda emissjonijiet ma għandhom jiġu allokati għal skart u residwi. Il-prodotti sekondarji li għandhom kontenut ta' enerġija negattiva għandhom ikunu kkunsidrati li għandhom kontenut ta' enerġija żero għall-finijiet tal-kalkolu. L-iskart u r-residwi, inkluż l-iskart u r-residwi inklużi fl-Anness IX għandhom jitqiesu li għandhom emissjonijiet żero ta' gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja sal-proċess tal-ġbir ta' dawk il-materjali irrispettivament minn jekk humiex ipproċessati fi prodotti intermedji qabel jiġu ttrasformati fil-prodott finali. ▌Fil-każ ta' karburanti tal-bijomassa prodotti fir-raffineriji, minbarra l-kombinament ta' impjanti tal-ipproċessar ma' boilers jew unitajiet ta' koġenerazzjoni li jipprovdu s-sħana u/jew l-elettriku lill-impjant tal-ipproċessar, l-unità tal-analiżi għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fil-punt 17 għandha tkun ir-raffinerija";

(6)  Fl-Anness VI, il-Parti B hija emendata kif ġej:

a)  il-punti 5 u 6 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"5. L-emissjonijiet mill-estrazzjoni u l-kultivazzjoni ta' materja prima, eec, għandhom jinkludu l-emissjonijiet mill-proċess tal-estrazzjoni jew tal-kultivazzjoni nnifsu; mill-ġbir, tnixxif u ħżin ta' materja prima; mill-iskart u t-tnixxijiet; u mill-produzzjoni ta' sustanzi kimiċi jew prodotti użati fl-estrazzjoni jew fil-kultivazzjoni. Il-qbid ta' CO2 fil-kultivazzjoni ta' materja prima għandu jiġi eskluż. Jekk ikunu disponibbli, fil-kalkolu għandhom jiġu applikati l-valuri awtomatiċi diżaggregati għall-emissjonijiet ta' N2O fil-ħamrija stabbiliti fil-Parti D. Huwa permess li l-medji jiġu kkalkulati abbażi tal-prattiki tal-biedja lokali bbażati fuq id-data ta' grupp ta' azjendi agrikoli, bħala alternattiva għall-użu tal-valuri attwali.";

6.  Għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fil-punt 1(a), l-iffrankar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra minn ġestjoni agrikola mtejba, esca, bħal pereżempju billi naqilbu għal tnaqqis jew tneħħija tal-ħrit, għal titjib tar-rotazzjoni tal-għelejjel, l-użu ta' wċuħ tar-raba', inkluża l-ġestjoni tar-residwu mill-għelejjel, u l-użu ta' sustanzi organiċi li jtejbu l-ħamrija (eż. kompost, diġestat tal-fermentazzjoni tad-demel), għandhom jiġu kkunsidrati biss jekk ma jaffettwawx il-bijodiversità b'mod negattiv. Għandha tiġi pprovduta aktar evidenza solida u verifikabbli li l-karbonju fil-ħamrija żdied, jew li huwa raġonevoli li wieħed jistenna li dan żdied matul il-perjodu li fih tkun ġiet ikkultivata l-materja prima kkonċernata filwaqt li jitqiesu l-emissjonijiet fejn dawn il-prattiki jwasslu għal żieda fl-użu tal-erbiċidi u tal-fertilizzanti(36)";

b)  il-punt 15 huwa mħassar:

c)  il-punt 18 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"18. Għall-finijiet tal-kalkoli msemmija fil-punt 17, l-emissjonijiet li jridu jiġu diviżi għandhom ikunu eec + el + esca + dawk il-frazzjonijiet ta' ep, etd, eccs u eccr li jintervjenu sal-istadju u fl-istadju tal-proċess ta' produzzjoni li fih il-prodott sekondarju jiġi prodott. Jekk tkun saret xi allokazzjoni għal prodotti sekondarji fi stadju ta' proċess preċedenti fiċ-ċiklu tal-ħajja, il-frazzjoni ta' dawk l-emissjonijiet assenjata f'dak l-aħħar stadju tal-proċess lill-prodott ta' karburant intermedju, għandha tintuża għal dawk l-għanijiet minflok mit-total ta' dawk l-emissjonijiet.

Fil-każ ta' bijogass u bijometan, il-prodotti sekondarji kollha li ma jaqgħux taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-punt 7, għandhom ikunu kkunsidrati għall-finijiet ta' dak il-kalkolu. L-ebda emissjonijiet ma għandhom jiġu allokati għal skart u residwi. Il-prodotti sekondarji li għandhom kontenut ta' enerġija negattiva għandhom ikunu kkunsidrati li għandhom kontenut ta' enerġija żero għall-finijiet tal-kalkolu.

L-iskart u r-residwi, inkluż l-iskart u r-residwi inklużi fl-Anness IX għandhom jitqiesu li għandhom emissjonijiet żero ta' gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja sal-proċess tal-ġbir ta' dawk il-materjali irrispettivament minn jekk humiex ipproċessati fi prodotti intermedji qabel jiġu ttrasformati fil-prodott finali. ▌

Fil-każ ta' karburanti tal-bijomassa prodotti fir-raffineriji, minbarra l-kombinament ta' impjanti tal-ipproċessar ma' boilers jew unitajiet ta' koġenerazzjoni li jipprovdu s-sħana u/jew l-elettriku lill-impjant tal-ipproċessar, l-unità tal-analiżi għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fil-punt 17 għandha tkun ir-raffinerija."

(6a)   Fl-Anness VI, tiddaħħal il-parti Ba li ġejja:

‘Ba.

Il-materja prima għall-karburanti tal-bijomassa għall-użu f'installazzjonijiet stazzjonarji barra mis-settur tat-trasport, inklużi l-punti li ġejjin: 

1.  Frazzjoni ta' bijomassa ta' residwi u skart fl-industrija primarja tal-ipproċessar tal-ikel:

(a)  polpa tal-pitravi (għal użu proprju intern għas-settur biss)

(b)  ħwawar u weraq mill-ħasil tal-pitravi

(c)  ħlifiet taċ-ċereali u qxur tal-frott

(d)  frazzjoni ta' bijomassa ta' skart industrijali mhux tajjeb għall-użu fil-katina tal-ikel u tal-għalf

(e)  il-frazzjoni fibruża tal-pitrava ħelwa wara l-estrazzjoni tal-meraq tad-diffużjoni, il-weraq u t-trufijiet u likuri oħra miksuba wara l-estrazzjoni taz-zokkor

2.  Frazzjoni ta' bijomassa tal-ħama mit-trattament tal-ilma mormi fl-industrija primarja tal-ipproċessar tal-ikel;";

(7)  fl-Anness VII, fid-definizzjoni ta' "Qużabbli", ir-referenza għall-Artikolu 7(4) hija sostitwita b'referenza għall-Artikolu 7(3).

(8)  L-Anness IX huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-Parti A, il-frażi introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

"Materja prima għall-produzzjoni ta' bijogass għat-trasport u ta' bijokarburanti avvanzati:"

(b)  Fil-Parti B, il-frażi introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

"Il-materja prima għall-produzzjoni ta' bijokarburanti u ta' bijogass għat-trasport, li l-kontribut tagħha għall-mira ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra stabbilita fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 25, għandha tkun limitata:";

ANNESS II

L-Annessi I, II, IV u V tad-Direttiva 98/70/KE huma emendati kif ġej:

(1)  L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)  it-test tan-nota f'qiegħ il-paġna 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(1) Il-metodi tal-ittestjar għandhom ikunu dawk speċifikati f'EN 228:2012+A1:2017. L-Istati Membri jistgħu jadottaw il-metodu analitiku speċifikat minflok l-istandard EN 228:2012+A1:2017 jekk ikun jista' jintwera li jipprovdi għall-inqas l-istess eżattezza u għall-inqas l-istess livell ta' preċiżjoni bħall-metodu analitiku li jkun qed jissostitwixxi.";

(b)  it-test tan-nota f'qiegħ il-paġna 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(2) il-valuri kkwotati fl-ispeċifikazzjoni huma "valuri reali". Fl-istabbiliment tal-valuri ta' limitu tagħhom, it-termini ta' EN ISO 4259–1:2017/A1:2021 "Petroleum u prodotti relatati — Preċiżjoni tal-metodi ta' kejl u riżultati – Parti 1: Ġiet applikata determinazzjoni tad-data ta' preċiżjoni fir-rigward tal-metodi tat-test u sabiex jiġi ffissat valur minimu, tqieset differenza minima ta' 2R 'il fuq miż-żero (R = riproduċibbiltà). Ir-riżultati ta' kejl individwali għandhom ikunu interpretati fuq il-bażi tal-kriterji deskritti f'EN ISO 4259-2:2017/A1:2019.";

(c)  it-test tan-nota f'qiegħ il-paġna 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(6) Monoalkoħols u eteri oħra b'punt finali ta' togħlija li ma jkunx ogħla minn dak iddikjarat f'EN 228:2012 +A1:2017."

(2)  L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)  fl-aħħar linja tat-tabella, "Kontenut ta' FAME — EN 14078", l-entrata fl-aħħar kolonna "Limiti" "Massimu", "7,0" hija sostitwita bi "10,0";

(b)  it-test tan-nota f'qiegħ il-paġna 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(1) Il-metodi tal-ittestjar għandhom ikunu dawk speċifikati f'EN 590:2013+A1:2017. L-Istati Membri jistgħu jadottaw il-metodu analitiku speċifikat minflok l-istandard EN 590:2013+A1:2017 jekk ikun jista' jintwera li jipprovdi għall-inqas l-istess eżattezza u għall-inqas l-istess livell ta' preċiżjoni bħall-metodu analitiku li jkun qed jissostitwixxi.";

(c)  it-test tan-nota f'qiegħ il-paġna 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(2) Il-valuri kkwotati fl-ispeċifikazzjoni huma "valuri reali". Fl-istabbiliment tal-valuri ta' limitu tagħhom, it-termini ta' EN ISO 4259–1:2017/A1:2021 "Petroleum u prodotti relatati — Preċiżjoni tal-metodi ta' kejl u riżultati – Parti 1: Ġiet applikata determinazzjoni tad-data ta' preċiżjoni fir-rigward tal-metodi tat-test u sabiex jiġi ffissat valur minimu, tqieset differenza minima ta' 2R 'il fuq miż-żero (R = riproduċibbiltà). Ir-riżultati ta' kejl individwali għandhom ikunu interpretati fuq il-bażi tal-kriterji deskritti f'EN ISO 4259-2:2017/A1:2019.";

(3)  L-Annessi IV u V huma mħassra.

(1) ĠU C , , p. .
(2) ĠU C , , p. .
(3) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2019)0640 final tal-11.12.2019, Il-Patt Ekoloġiku Ewropew.
(4) https://ec.europa.eu/eurostat/web/products-eurostat-news/-/ddn-20220119-1
(5) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1563 tal-14 ta' Ottubru 2020 dwar il-faqar enerġetiku.
(6) Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82-209.
(7) Il-Punt 3 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2020)0562 final tas-17.9.2020, It-tisħiħ tal-ambizzjoni klimatika tal-Ewropa għall-2030 Ninvestu f'futur newtrali għall-klima għall-benefiċċju tal-popli tagħna.
(8) Il-prinċipju kaskata għandu l-għan li jikseb l-effiċjenza fir-riżorsi tal-użu tal-bijomassa permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-użu tal-materjal tal-bijomassa għall-użu tal-enerġija kull fejn ikun possibbli, u b'hekk jiżdied l-ammont ta' bijomassa disponibbli fis-sistema. F'konformità mal-prinċipju kaskata, il-bijomassa tal-injam jenħtieġ li tintuża skont l-ogħla valur miżjud ekonomiku u ambjentali tagħha fl-ordni ta' prijoritajiet li ġejja: 1) prodotti bbażati fuq l-injam, 2) l-estensjoni tal-ħajja operattiva tagħhom, 3) l-użu mill-ġdid, 4) ir-riċiklaġġ, 5) il-bijoenerġija u 6) ir-rimi.
(9) Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
(10) https://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/handle/JRC122719
(11) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1294 tal-15 ta' Settembru 2020 dwar il-mekkaniżmu ta' finanzjament tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni (ĠU L 303, 17.9.2020, p. 1).
(12) Il-Kummissjoni Ewropea, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (2020), Arnulf Jäger-Waldau: "The Untapped Area Potential for Photovoltaic Power in the European Union" (Il-Potenzjal taż-Żona mhux Sfruttata għall-Enerġija Fotovoltajka fl-Unjoni Ewropea).
(13) Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1).
(14) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.).
(15) Id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58).
(16) ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.
(17) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Lulju 2019, Kummissjoni vs il-Belġju, C-543/17, ECLI: EU: C:2019:573.
(18) Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (Irena) - rapport dwar ix-xenarju globali tal-finanzjament tal-enerġija rinnovabbli 2020, paġna 9.
(19) Ir-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 54).
(20) Id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125).
(21) COM(2020)0798 final
(22) Il-proposta għal Regolament tal-Kummissjoni "dwar il-batteriji u l-iskart ta' batteriji, li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020 (xxxx).
(23) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).";
(24) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1294 tal-15 ta' Settembru 2020 dwar il-mekkaniżmu ta' finanzjament tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni (ĠU L 303, 17.9.2020, p. 1).
(25) Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1).
(26) In-numerazzjoni ta' dawn il-kodiċijiet NM kif speċifikata fit-Tariffa Doganali Komuni, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana. (ĠU L 256 7.9.1987, p. 1).
(27) Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1).
(28) Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u magni fir-rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1);
(29) In-numerazzjoni ta' dawn il-kodiċijiet NM kif speċifikata fit-Tariffa Doganali Komuni, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana. (ĠU L 256 7.9.1987, p. 1).
(30) Id-Direttiva 2013/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali u li tħassar id-Direttiva 94/25/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 90).
(31) Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija, (ĠU L 060, 2.3.2013, p. 1).
(32) Ir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar ir-rekwiżiti relatati mal-limiti tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi u partikolati u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b'kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1024/2012 u (UE) Nru 167/2013, u li jemenda u jirrevoka d-Direttiva 97/68/KE, (ĠU L 252, 16.9.2016, p. 53).
(33) Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82.)
(34) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 tal-20 ta' April 2015 li tistabbilixxi l-metodi ta' kalkolu u r-rekwiżiti ta' rappurtar skont id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil, ĠU L 107, 25.4.2015, p. 26–67.
(35) Il-kejl tal-karbonju fil-ħamrija jista' jikkostitwixxi evidenza bħal din, eż. permezz tal-ewwel kejl qabel dak tal-kultivazzjoni u dawk sussegwenti f'intervalli regolari b'ħafna snin bejn kull wieħed. F'każ bħal dan, qabel ma jkun disponibbli t-tieni kejl, iż-żieda fil-karbonju fil-ħamrija tista' tiġi stmata fuq il-bażi ta' esperimenti jew kampjuni tal-ħamrija rappreżentattivi. Mit-tieni kejl 'il quddiem, il-kejl ikun jikkostitwixxi l-bażi biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta' żieda fil-karbonju fil-ħamrija u d-daqs tagħha.
(36) Il-kejl tal-karbonju fil-ħamrija jista' jikkostitwixxi evidenza bħal din, eż. permezz tal-ewwel kejl qabel dak tal-kultivazzjoni u dawk sussegwenti f'intervalli regolari b'ħafna snin bejn kull wieħed. F'każ bħal dan, qabel ma jkun disponibbli t-tieni kejl, iż-żieda fil-karbonju fil-ħamrija tista' tiġi stmata fuq il-bażi ta' esperimenti jew kampjuni tal-ħamrija rappreżentattivi. Mit-tieni kejl 'il quddiem, il-kejl ikun jikkostitwixxi l-bażi biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta' żieda fil-karbonju fil-ħamrija u d-daqs tagħha.

Aġġornata l-aħħar: 15 ta' Frar 2023Avviż legali - Politika tal-privatezza