Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ April 2022 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2001/20/KE u 2001/83/KE fir-rigward ta’ derogi minn ċerti obbligi li jikkonċernaw id-disponibbiltà ta’ ċerti prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, kif ukoll f’Ċipru, fl-Irlanda u f’Malta (COM(2021)0997 – C9-0475/2021 – 2021/0431(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: L-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0997),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0475/2021),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-24 ta’ Frar 2022(1),
– wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-30 ta’ Marzu 2022, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 163 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;
3. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta’ April 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2022/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2001/20/KE u 2001/83/KE fir-rigward ta’ derogi minn ċerti obbligi li jikkonċernaw id-disponibbiltà ta’ ċerti prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, u f’Ċipru, fl-Irlanda u f’Malta
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, d-Direttiva (UE) 2022/642.)
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-provvista ta’ mediċini lil Ċipru, lill-Irlanda u lil Malta
Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ħoloq sfidi partikolari għal dawk l-Istati Membri (Ċipru, l-Irlanda u Malta) li tul bosta snin kienu qed jiġu fornuti b’mediċini minn partijiet tar-Renju Unit jew permezz tagħhom.
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-progress li sar minn Ċipru, mill-Irlanda u minn Malta u mill-operaturi industrijali biex jimplimentaw il-bidliet biex jiffaċilitaw il-provvista kontinwa ta’ mediċini wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE.
Sabiex tiġi żgurata sigurtà tal-provvista tal-mediċini fit-tul, il-Kummissjoni tisħaq il-ħtieġa għal sforzi msaħħa mill-partijiet ikkonċernati kollha fit-trawwim tal-adattament tal-ktajjen tal-provvista għall-qagħda wara l-ħruġ tar-Renju Unit.
Il-Kummissjoni tintrabat bis-sħiħ li takkumpanja lil Ċipru, lill-Irlanda u lil Malta fl-isforzi tagħhom lejn it-tneħħija gradwali tad-derogi temporanji previsti mir-Regolament ( UE) 2022/641(2) u mid-Direttiva (UE) 2022/642(3) fi żmien tliet snin.
Għaldaqstant, il-Kummissjoni, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u b’rispett sħiħ tad-distribuzzjoni tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri fil-qasam tal-mediċini għall-użu mill-bniedem, se ssegwi kontinwament l-iżviluppi fl-Istati Membri kkonċernati u se takkumpanja mill-qrib lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Ċipru, tal-Irlanda u ta’ Malta fl-isforzi tagħhom biex inaqqsu d-dipendenza tas-swieq domestiċi tagħhom fuq il-provvista ta’ prodotti mediċinali minn partijiet tar-Renju Unit jew permezz tagħhom għajr l-Irlanda ta’ Fuq.
Il-Kummissjoni se tistieden lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Ċipru, tal-Irlanda u ta’ Malta biex jipprovdulha, fuq bażi regolari, tagħrif dwar dawn l-isforzi.
Filwaqt li tqis din l-informazzjoni, il-Kummissjoni se tirrapporta bil-miktub lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien 18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2022/641 u tad-Direttiva (UE) 2022/642 dwar il-progress li sar f’Ċipru, fl-Irlanda u f’Malta lejn it-tneħħija gradwali sħiħa tad-derogi u l-azzjonijiet tal-Kummissjoni biex takkumpanja mill-qrib lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri f’dak ir-rigward.
Il-Kummissjoni se tfakkar lill-operaturi industrijali kkonċernati li għad baqgħalhom jagħmlu bidliet fil-ktajjen tal-provvista tagħhom li għandhom jagħmlu l-adattamenti meħtieġa b’mod urġenti biex jiżguraw l-aċċess għall-mediċini fis-swieq iżgħar. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni se timmonitorja l-progress li sar mill-operaturi involuti fil-provvista tal-mediċini f’dawn l-Istati Membri fir-rigward tal-ħila tagħhom li jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni li għalihom ir-Regolament (UE) 2022/641 u d-Direttiva (UE) 2022/642 jipprevedu derogi temporanji.
Kif imħabba fl-“Istrateġija farmaċewtika għall-Ewropa”(4), barra u lil hinn minn dawn il-passi immedjati u meħtieġa, il-Kummissjoni se tagħmel proposti sal-aħħar tal-2022 biex tirrevedi l-leġiżlazzjoni farmaċewtika tal-Unjoni. Dawn il-proposti se jfittxu jipprovdu soluzzjonijiet strutturali fuq żmien itwal, b’mod partikolari għall-kwistjoni tal-aċċess għall-mediċini, b’attenzjoni partikolari biex titjieb is-sigurtà tal-provvista u jiġi indirizzati r-riskji ta’ nuqqasijiet fis-swieq iż-żgħar tal-Unjoni.
Regolament (UE) 2022/641 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ April 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 536/2014 fir-rigward ta’ deroga minn ċerti obbligi li jikkonċernaw prodotti mediċinali fil-fażi ta’ investigazzjoni magħmula disponibbli fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq u f’Ċipru, fl-Irlanda u f’Malta (ĠU L 118, 20.4.2022, p. 1).
Direttiva (UE) 2022/642 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ April 2022 li temenda d-Direttivi 2001/20/KE u 2001/83/KE fir-rigward ta’ derogi minn ċerti obbligi li jikkonċernaw id-disponibbiltà ta’ ċerti prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, u f’Ċipru, fl-Irlanda u f’Malta (ĠU L 118, 20.4.2022, p. 4).
Prodotti mediċinali fil-fażi ta' investigazzjoni magħmula disponibbli fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta' Fuq, f'Ċipru, fl-Irlanda u f'Malta ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ April 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 536/2014 fir-rigward ta’ deroga minn ċerti obbligi li jikkonċernaw prodotti mediċinali fil-fażi ta’ investigazzjoni magħmula disponibbli fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq kif ukoll f’Ċipru, fl-Irlanda u f’Malta (COM(2021)0998 – C9‑0476/2021 – 2021/0432(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: L-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0998),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 175, it-tielet paragrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0476/2021),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-24 ta’ Frar 2022(1),
– wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-30 ta’ Marzu 2022, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 163 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;
3. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta’ April 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 536/2014 fir-rigward ta’ deroga minn ċerti obbligi li jikkonċernaw prodotti mediċinali fil-fażi ta’ investigazzjoni magħmula disponibbli fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq u f’Ċipru, fl-Irlanda u f’Malta
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2022/641.)
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-provvista ta’ mediċini lil Ċipru, lill-Irlanda u lil Malta
Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ħoloq sfidi partikolari għal dawk l-Istati Membri (Ċipru, l-Irlanda u Malta) li tul bosta snin kienu qed jiġu fornuti b’mediċini minn partijiet tar-Renju Unit jew permezz tagħhom.
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-progress li sar minn Ċipru, mill-Irlanda u minn Malta u mill-operaturi industrijali biex jimplimentaw il-bidliet biex jiffaċilitaw il-provvista kontinwa ta’ mediċini wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE.
Sabiex tiġi żgurata sigurtà tal-provvista tal-mediċini fit-tul, il-Kummissjoni tisħaq il-ħtieġa għal sforzi msaħħa mill-partijiet ikkonċernati kollha fit-trawwim tal-adattament tal-ktajjen tal-provvista għall-qagħda wara l-ħruġ tar-Renju Unit.
Il-Kummissjoni tintrabat bis-sħiħ li takkumpanja lil Ċipru, lill-Irlanda u lil Malta fl-isforzi tagħhom lejn it-tneħħija gradwali tad-derogi temporanji previsti mir-Regolament ( UE) 2022/641(2) u mid-Direttiva (UE) 2022/642(3) fi żmien tliet snin.
Għaldaqstant, il-Kummissjoni, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u b’rispett sħiħ tad-distribuzzjoni tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri fil-qasam tal-mediċini għall-użu mill-bniedem, se ssegwi kontinwament l-iżviluppi fl-Istati Membri kkonċernati u se takkumpanja mill-qrib lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Ċipru, tal-Irlanda u ta’ Malta fl-isforzi tagħhom biex inaqqsu d-dipendenza tas-swieq domestiċi tagħhom fuq il-provvista ta’ prodotti mediċinali minn partijiet tar-Renju Unit jew permezz tagħhom għajr l-Irlanda ta’ Fuq.
Il-Kummissjoni se tistieden lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Ċipru, tal-Irlanda u ta’ Malta biex jipprovdulha, fuq bażi regolari, tagħrif dwar dawn l-isforzi.
Filwaqt li tqis din l-informazzjoni, il-Kummissjoni se tirrapporta bil-miktub lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien 18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2022/641 u tad-Direttiva (UE) 2022/642 dwar il-progress li sar f’Ċipru, fl-Irlanda u f’Malta lejn it-tneħħija gradwali sħiħa tad-derogi u l-azzjonijiet tal-Kummissjoni biex takkumpanja mill-qrib lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri f’dak ir-rigward.
Il-Kummissjoni se tfakkar lill-operaturi industrijali kkonċernati li għad baqgħalhom jagħmlu bidliet fil-ktajjen tal-provvista tagħhom li għandhom jagħmlu l-adattamenti meħtieġa b’mod urġenti biex jiżguraw l-aċċess għall-mediċini fis-swieq iżgħar. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni se timmonitorja l-progress li sar mill-operaturi involuti fil-provvista tal-mediċini f’dawn l-Istati Membri fir-rigward tal-ħila tagħhom li jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni li għalihom ir-Regolament (UE) 2022/641 u d-Direttiva (UE) 2022/642 jipprevedu derogi temporanji.
Kif imħabba fl-“Istrateġija farmaċewtika għall-Ewropa”(4), barra u lil hinn minn dawn il-passi immedjati u meħtieġa, il-Kummissjoni se tagħmel proposti sal-aħħar tal-2022 biex tirrevedi l-leġiżlazzjoni farmaċewtika tal-Unjoni. Dawn il-proposti se jfittxu jipprovdu soluzzjonijiet strutturali fuq żmien itwal, b’mod partikolari għall-kwistjoni tal-aċċess għall-mediċini, b’attenzjoni partikolari biex titjieb is-sigurtà tal-provvista u jiġi indirizzati r-riskji ta’ nuqqasijiet fis-swieq iż-żgħar tal-Unjoni.
Regolament (UE) 2022/641 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ April 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 536/2014 fir-rigward ta’ deroga minn ċerti obbligi li jikkonċernaw prodotti mediċinali fil-fażi ta’ investigazzjoni magħmula disponibbli fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq u f’Ċipru, fl-Irlanda u f’Malta (ĠU L 118, 20.4.2022, p. 1).
Direttiva (UE) 2022/642 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ April 2022 li temenda d-Direttivi 2001/20/KE u 2001/83/KE fir-rigward ta’ derogi minn ċerti obbligi li jikkonċernaw id-disponibbiltà ta’ ċerti prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, u f’Ċipru, fl-Irlanda u f’Malta (ĠU L 118, 20.4.2022, p. 4).
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ April 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 223/2014 fir-rigward ta’ żieda fil-prefinanzjament mir-riżorsi tar-REACT-EU u l-istabbiliment ta’ kost unitarju (COM(2022)0145 – C9‑0127/2022 – COM(2022)0162 – C9-0136/2022 – 2022/0096(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2022)0145) u l-proposta emendata (COM(2022)0162),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 175, it-tielet paragrafu, u l-Artikolu 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0127/2022, C9-0136/2022),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekomomiku u Soċjali Ewropew,
– wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-6 ta’ April 2022, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 163 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta’ April 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 223/2014 fir-rigward ta’ żieda fil-prefinanzjament mir-riżorsi tar-REACT-EU u l-istabbiliment ta’ kost unitarju
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2022/613.)
Il-ħażna tal-gass ***I
101k
45k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ April 2022 li tirreferi l-kwistjoni lura lill-kumitat responsabbli għan-negozjati interistituzzjonali abbażi tal-proposta għal regolament mhux emendat tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u r-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali (COM(2022)0135 –C9-0126/2022 – 2022/0090(COD))(1)
Deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’ subparagrafu, tar-Regoli ta’ Proċedura (C9-0126/2022).
Protezzjoni tal-UE tat-tfal u ż-żgħażagħ li qed jaħarbu minħabba l-gwerra fl-Ukrajna
191k
60k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' April 2022 dwar il-protezzjoni tal-UE tat-tfal u ż-żgħażagħ li qed jaħarbu minħabba l-gwerra fl-Ukrajna (2022/2618(RSP))
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-20 ta' Novembru 1989 u l-Protokolli addizzjonali tagħha,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE,
– wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1004 tal-14 ta' Ġunju 2021 li tistabbilixxi Garanzija Ewropea għat-Tfal(1),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Marzu 2021 dwar strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal (COM(2021)0142),
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità tat-13 ta' Diċembru 2006,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2021 dwar il-Garanzija Ewropea għat-Tfal(2),
– wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/382 tal-4 ta' Marzu 2022 li tistabbilixxi l-eżistenza ta' influss bil-massa ta' persuni spostati mill-Ukrajna skont it-tifsira tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/55/KE, u li għandha l-effett li tintroduċi protezzjoni temporanja(3),
– wara li kkunsidra l-Istudju Globali tan-NU dwar it-Tfal Imċaħħda mil-Libertà ta' Lulju 2019,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar it-Tnaqqis tal-Apolidija tat-30 ta' Awwissu 1961,
– wara li kkunsidra l-Patt Globali tan-NU dwar ir-Rifuġjati tal-2018,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Mejju 2018 dwar il-protezzjoni tat-tfal migranti(4),
– wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni Ġenerali Nru 38 tal-Kumitat tan-NU għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa tas-6 ta' Novembru 2020 dwar it-traffikar ta' nisa u bniet fil-kuntest tal-migrazzjoni globali,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-isfruttament sesswali u l-prostituzzjoni u l-impatt tagħhom fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi(5),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Marzu 2022 bit-titolu "Nilqgħu lil dawk li qed jaħarbu mill-gwerra fl-Ukrajna: Inħejju l-Ewropa biex tkun tista' tissodisfa l-ħtiġijiet" (COM(2022)0131),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-invażjoni tal-Ukrajna mill-Federazzjoni Russa u l-immirar tal-popolazzjoni tal-Ukraina kkawżaw għadd kbir ta' nies u familji biex jaħarbu mill-Ukrajna, u kellhom impatt enormi, speċjalment fuq it-tfal u ż-żgħażagħ fir-reġjun usa';
B. billi, skont l-aħħar rapport tal-UNICEF(6), fid-data tal-25 ta' Marzu 2022, aktar minn 3,7 miljun rifuġjat ħarbu mill-Ukrajna sa mill-bidu tal-gwerra; billi din iċ-ċifra hija mistennija li tkompli tiżdied fil-ġimgħat li ġejjin; billi n-NU tistma wkoll li issa hemm kważi 6,5 miljun persuna li ġew spostati internament mill-bidu tal-gwerra, u 12,65 miljun persuna oħra affettwati direttament mill-kunflitt;
C. billi, skont l-aħħar rapport tal-UNICEF(7), in-nisa u t-tfal jirrappreżentaw 90 % tar-rifuġjati kollha li qed jaħarbu mill-Ukrajna; billi kważi nofs ir-rifuġjati li qed jaħarbu mill-Ukrajna huma tal-età tal-iskola(8); billi l-UNICEF tistma wkoll li aktar minn 2,5 miljun tifel u tifla ġew spostati internament mill-bidu tal-kunflitt;
D. billi mill-25 ta' Marzu 2022, il-pajjiżi ġirien kienu qed ilaħħqu ma' influss enormi ta' rifuġjati li qed jaħarbu mill-Ukrajna, b'aktar minn 2,2 miljun imorru l-Polonja, aktar minn 579 000 ir-Rumanija, aktar minn 379 000 il-Moldova, kważi 343 000 l-Ungerija, u aktar minn 545 000 lejn pajjiżi oħra(9);
E. billi b'tali ċifri għoljin, it-tfal, speċjalment meta ma jkunux akkumpanjati, jinsabu f'riskju akbar ta' vjolenza, abbuż u sfruttament u hemm riskju akbar li t-tfal jgħibu u jisfaw vittmi tat-traffikar, speċjalment huma u jaqsmu l-fruntieri;
F. billi aktar minn 100 000 tifel u tifla, nofshom b'diżabilità, jgħixu f'kura istituzzjonali u f'boarding schools fl-Ukrajna(10) u aktar minn 90 % ta' dawk it-tfal għandhom il-ġenituri; billi skont ċifri uffiċjali, bejn l-24 ta' Frar u l-bidu ta' Marzu twieldu 4 311-il tarbija fl-Ukrajna, u billi huwa stmat li kien hemm 265 000 mara tqila fil-bidu tal-kriżi, li madwar 80 000 minnhom huma mistennija jwelldu matul il-tliet xhur li ġejjin;
G. billi skont il-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Rifuġjati (UNHCR), fl-2021 kien hemm mill-inqas 35 875 persuna apolida u persuni ta' nazzjonalità mhux determinata fl-Ukrajna; billi madwar 10-20 % tal-400 000 persuna Rom li jgħixu fl-Ukrajna huma apolidi jew f'riskju ta' apolidija; billi 55 % tat-tfal imwielda f'Donetsk u Luhansk u 88 % tat-tfal imwielda fil-Krimea ġew irrappurtati li ma għandhomx ċertifikati tat-twelid jew dokumenti personali Ukreni, li jpoġġuhom f'riskju ta' apolidija(11); billi t-tfal f'migrazzjoni sfurzata jinsabu f'riskju akbar ta' apolidija minħabba kwistjonijiet marbuta ma' ostakli għar-reġistrazzjoni tat-twelid fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom jew matul l-ispostament u nuqqas ta' rikonoxximent tal-apolidija tal-ġenituri tagħhom; billi dan ir-riskju huwa aggravat għat-tfal mhux akkumpanjati fid-dawl tal-ostakli għad-dokumentazzjoni u r-reġistrazzjoni, inkluż in-nuqqas ta' prova ta' rabtiet familjari;
H. billi l-Garanzija Ewropea għat-Tfal hija strument tal-UE maħsub biex jipprevjeni u jiġġieled il-faqar u l-esklużjoni soċjali billi jiggarantixxi li t-tfal fil-bżonn ikollhom aċċess bla ħlas u effettiv għal servizzi ewlenin bħall-edukazzjoni u l-indukrar bikrin tat-tfal, attivitajiet edukattivi u bbażati fl-iskejjel, il-kura tas-saħħa u mill-inqas ikla waħda sana għal kull ġurnata tal-iskola, u li t-tfal kollha fil-bżonn ikollhom aċċess effettiv għal nutrizzjoni sana u akkomodazzjoni adegwata; billi l-objettivi tal-Garanzija għat-Tfal għandhom japplikaw għat-tfal kollha fl-Unjoni;
I. billi t-tfal tal-migranti u tar-rifuġjati spiss isibu ruħhom f'sitwazzjoni mhux definita fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, u minħabba f'hekk it-tfal jitħallew lura, u dan jista' jaggrava s-sottożvilupp soċjali tagħhom u jwassal għall-prekarjetà, kif ukoll għal riskju akbar li jiġu emarġinati, ittrattati ħażin u abbużati;
J. billi t-tfal li jikbru fi skarsezza ta' riżorsi u f'sitwazzjonijiet prekarji tal-familja huma aktar suxxettibbli li jesperjenzaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali, b'impatti estensivi fuq l-iżvilupp tagħhom u aktar tard fuq il-ħajja tagħhom ta' adulti, li jipperpetwa ċirku vizzjuż ta' faqar interġenerazzjonali; billi l-aħjar li jiġu indirizzati l-faqar u l-esklużjoni soċjali huwa permezz ta' politiki komprensivi b'applikazzjoni ristretta iżda b'kamp ta' applikazzjoni wiesa' li jkunu mmirati mhux biss lejn it-tfal iżda wkoll lejn il-familji u l-komunitajiet tagħhom, u billi tingħata prijorità lill-investimenti fil-ħolqien ta' opportunitajiet u soluzzjonijiet ġodda; billi s-setturi kollha tas-soċjetà jeħtiġilhom ikunu involuti fis-soluzzjoni ta' dawn il-problemi, mill-awtoritajiet lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej sas-soċjetà ċivili;
K. billi l-faqar fost it-tfal ġie identifikat minn organizzazzjonijiet internazzjonali kemm bħala kawża potenzjali kif ukoll bħala konsegwenza potenzjali tal-ksur tad-drittijiet tat-tfal, minħabba l-impatt li għandu fuq il-kapaċità tat-tfal li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u minħabba n-nuqqas ta' difiża ta' dawk id-drittijiet;
L. billi s'issa 378 istituzzjoni tal-edukazzjoni sekondarja u għolja nqerdu fl-Ukrajna minħabba l-bumbardamenti Russi(12);
M. billi l-iżgurar tal-integrazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ fi strutturi ta' kura u tagħlim għandu jibqa' prijorità għall-UE u l-Istati Membri tagħha;
N. billi hemm ksur serju kontra t-tfal fil-kuntest tal-kunflitt, inklużi dawk miżmuma f'kustodja; billi l-impatt qasir, medju u twil tal-kunflitt armat fuq it-tfal għandu jiġi indirizzat b'mod effettiv u komprensiv bl-użu ta' varjetà ta' għodod disponibbli għall-UE, inklużi linji gwida tal-UE ġodda u msaħħa dwar it-tfal u l-kunflitt armat;
O. billi l-bniet huma partikolarment f'riskju matul il-kriżi umanitarja u ta' spostament, peress li, b'mod sproporzjonat, ikomplu jkunu vittmi ta' diskriminazzjoni bbażata fuq in-normi tal-ġeneru u l-vjolenza sessista;
P. billi fil-Moldova t-tfal jirrappreżentaw nofs l-għadd ta' rifuġjati li qed jaħarbu mill-Ukrajna;
1. Jilqa' l-pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Marzu 2022 bit-titolu "Nilqgħu lil dawk li qed jaħarbu mill-gwerra fl-Ukrajna: Inħejju l-Ewropa biex tkun tista' tissodisfa l-ħtiġijiet", il-linji gwida operazzjonali għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/382(13) u l-pjan b'10 punti għal koordinazzjoni Ewropea aktar b'saħħitha biex jintlaqgħu r-rifuġjati mill-Ukrajna;
2. Ifakkar li l-UE u l-Istati Membri kollha rratifikaw il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u għaldaqstant għandhom l-obbligu li jirrispettaw, jipproteġu u jissodisfaw id-drittijiet stabbiliti fiha; jisħaq li, skont il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, l-aħjar interessi tat-tfal għandhom dejjem ikunu kunsiderazzjoni primarja fid-deċiżjonijiet kollha li jirrigwardaw it-tfal;
3. Jistieden lill-Istati Membri jittrattaw kull tifel u tifla li qed ifittxu rifuġju, l-ewwel u qabel kollox, bħala tfal, irrispettivament mill-isfond soċjali jew etniku tagħhom, il-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali, il-kapaċità, in-nazzjonalità jew l-istatus tal-migrazzjoni;
4. Jitlob li jinħolqu passaġġi sikuri u kurituri umanitarji għat-tfal li jkunu qed jaħarbu mill-kunflitt, kemm dawk li ma jkunux akkumpanjati kif ukoll dawk mal-familji, u li tingħata l-għajnuna urġenti meħtieġa mit-tfal li huma spostati internament, maqbuda jew li ma jistgħux jitilqu minn żoni mdawra;
5. Ifakkar li l-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal, il-Garanzija għat-Tfal, l-Istrateġija tal-UE dwar il-Ġlieda kontra t-Traffikar tal-Bnedmin, l-Istrateġija tal-UE għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità 2021-2030, kif ukoll l-istrumenti ġuridiċi eżistenti kollha tal-UE, inkluża d-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja(14) huma importanti biex jappoġġjaw lill-Istati Membri u jgħinuhom jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tat-tfal li qed jaħarbu mill-gwerra;
6. Jisħaq li huwa importanti li l-Istati Membri jaqsmu l-informazzjoni bejniethom f'konformità sħiħa mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u li jirrikonoxxu b'mod reċiproku r-reġistrazzjoni magħmula minn wieħed minnhom;
7. Jenfasizza li t-tfal kollha għandhom id-dritt li jkunu protetti mill-vjolenza, mill-isfruttament u mill-abbuż u li l-Istati Membri tal-UE jeħtiġilhom jiżguraw miżuri preventivi, b'mod partikolari għat-tfal f'riskju ta' traffikar u ta' ħtif, kif ukoll appoġġ għat-tfal li jkunu ġew esposti għall-vjolenza u t-trawmi; ifakkar li t-tfal f'ambjenti tal-familja huma ġeneralment aktar sikuri u jingħataw kura aħjar u jitlob, għalhekk, appoġġ akbar għall-familji u għall-isforzi ta' riunifikazzjoni tal-familja; ifakkar li fi kwalunkwe każ għandu dejjem ikun hemm valutazzjoni tal-aħjar interessi tat-tfal; jitlob, barra minn hekk, li jingħata appoġġ lis-superstiti tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru;
8. Jistieden lill-Kummissjoni tgħin lill-pajjiżi ġirien jistabbilixxu spazji adegwati u sikuri adatti għat-tfal b'uffiċjali għall-protezzjoni tat-tfal immedjatament wara l-fruntiera, bħaċ-ċentri Blue Dot li qed jiġu stabbiliti mill-UNICEF u l-UNHCR;
9. Jirrakkomanda bil-qawwa li l-uffiċjali għall-protezzjoni tat-tfal u servizzi kritiċi oħra jkunu preżenti u disponibbli fil-fruntiera sabiex jidentifikaw il-vulnerabbiltajiet ta' dawn it-tfal, b'mod partikolari billi jidentifikaw u jirreġistraw b'mod preċiż in-nazzjonalità, l-apolidija jew ir-riskju ta' apolidija tat-tfal mal-wasla tagħhom, u jirreferuhom għas-servizzi adegwati, inklużi l-appoġġ psikosoċjali, l-appoġġ għas-saħħa tal-ommijiet, il-protezzjoni kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, it-traċċar tal-familja u l-appoġġ għar-riunifikazzjoni tal-familja, u sabiex jiżguraw trasferiment xieraq għas-sistemi nazzjonali ta' protezzjoni tat-tfal, ħalli t-tfal jingħataw aċċess sħiħ għas-servizzi bażiċi kollha u kura xierqa f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-protezzjoni tat-tfal;
10. Iħeġġeġ lill-partijiet kollha jaħdmu mill-qrib mal-awtoritajiet Ukreni biex iħaffu l-evakwazzjoni tat-tfal li jinsabu fl-istituzzjonijiet u t-tfal li jeħtieġu kura medika u jiżguraw li dawn jiġu ttrasferiti f'ambjenti ta' kura bbażati fil-komunità jew fil-familja xierqa fl-Istati Membri sabiex ikunu jistgħu jirċievu l-kura xierqa;
11. Jisħaq li l-evakwazzjonijiet għandhom dejjem isiru b'rispett ta' miżuri speċjali li jqisu l-aħjar interessi tat-tfal, u li għandu jingħata l-kunsens tal-ġenituri tagħhom jew tal-persuni responsabbli għall-kura tagħhom;
12. Jisħaq fuq l-importanza li tiġi stabbilita strateġija tal-UE biex issaħħaħ l-azzjoni umanitarja fuq il-post bil-għan li ssalva l-familji u t-tfal, b'mod partikolari t-tfal vulnerabbli, inklużi dawk li jkunu ġejjin minn kuntesti soċjoekonomiċi żvantaġġati, dawk li qegħdin f'kura istituzzjonali u foster care, dawk li jinsabu l-isptar, kif ukoll it-tfal b'diżabilità, l-orfni u t-tfal mhux akkumpanjati, speċjalment f'żoni ta' ġlied;
13. Jesprimi tħassib dwar rapporti ta' żgħażagħ li għadhom qed jinżammu fiċ-ċentri ta' detenzjoni tal-immigrazzjoni fl-Ukrajna, li jinsabu f'riskju akbar fost l-ostilitajiet; jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-awtoritajiet Ukreni biex migranti żgħażagħ u persuni żgħażagħ li jfittxu l-ażil miżmuma fiċ-ċentri ta' detenzjoni tal-immigrazzjoni fl-Ukrajna jkunu jistgħu jinħelsu, u tiffaċilita l-evakwazzjoni sikura tagħhom;
14. Jilqa' t-tħabbira tal-Kummissjoni dwar l-istabbiliment tal-Pjattaforma ta' Solidarjetà għall-iskambju ta' informazzjoni dwar il-kapaċitajiet ta' akkoljenza tal-Istati Membri u n-numru ta' persuni li qed jibbenefikaw minn protezzjoni temporanja fit-territorji tagħhom;
15. Jissottolinja l-importanza tal-kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet Ukreni u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali u mhux governattivi rilevanti biex jiġu rreġistrati u identifikati t-tfal li jidħlu fl-UE mill-kura istituzzjonali fl-Ukrajna sabiex jiġu evitati t-traffikar tat-tfal, l-adozzjoni illegali u abbużi possibbli oħra, b'rispett sħiħ għall-istandards tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data; jisħaq fuq l-importanza tal-monitoraġġ tal-benesseri u tal-post fejn ikunu jinsabu dawn it-tfal wara l-wasla tagħhom fl-UE;
16. Jitlob li t-tfal mhux akkumpanjati u separati u t-tfal minn ambjenti ta' kura istituzzjonali fl-Ukrajna jiġu inklużi minnufih fis-sistemi ta' monitoraġġ għas-servizzi soċjali u tal-protezzjoni tat-tfal fl-Istati Membri ta' akkoljenza sabiex tiġi ffaċilitata r-riunifikazzjoni tal-familja meta dan ikun fl-aħjar interessi tagħhom fil-futur u biex jiġi ssorveljat l-għoti tal-kura tagħhom sabiex jiġu żgurati s-sikurezza u l-protezzjoni tagħhom;
17. Jisħaq fuq l-importanza li tinġabar data diżaggregata, bi qbil mal-istandards tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, sabiex jiġu identifikati l-gruppi vulnerabbli li ġejjin mill-Ukrajna, inklużi, iżda mhux biss: it-tfal f'kura istituzzjonali, it-tfal b'diżabilità, it-tfal minn komunitajiet Rom, it-tfal mingħajr dokumenti u tfal oħra mhux Ukreni, it-tfal apolidi u t-tfal f'riskju ta' apolidija, bil-ħsieb li jiġu identifikati l-ħtiġijiet ta' gruppi partikolari u jingħata appoġġ għat-traċċar u r-riunifikazzjoni ta' tfal mhux akkumpanjati, nisa u vittmi tat-traffikar;
18. Jinnota l-pjattaforma tal-UE għar-reġistrazzjoni, li għandha l-għan li tippermetti lill-Istati Membri jiskambjaw informazzjoni biex jiżguraw li l-persuni li jkunu qed jibbenefikaw minn protezzjoni temporanja jew adegwata skont il-liġi nazzjonali jkunu jistgħu jibbenefikaw b'mod effettiv mid-drittijiet tagħhom fl-Istati Membri kollha, filwaqt li jillimitaw l-abbużi possibbli;
19. Iħeġġeġ lill-Istati Membri ġirien jipprovdu lit-tfal b'informazzjoni adatta għat-tfal, f'lingwa li jistgħu jifhmu, dwar is-sitwazzjoni u d-drittijiet tagħhom u r-riskju li jistgħu jiffaċċjaw ta' traffikar u forom oħra ta' sfruttament; jenfasizza li l-informazzjoni pprovduta lill-adulti għandha tinkludi taqsimiet speċjali dwar it-traffikar tat-tfal sabiex dawk li jieħdu ħsiebhom ikunu avżati u jiġi ffaċilitat appoġġ imfassal apposta;
Kundizzjonijiet ta' akkoljenza u tfal vulnerabbli
20. Jenfasizza li t-tfal għandhom id-dritt u ħtieġa innata li jkunu qrib il-ġenituri tagħhom jew persuna li tieħu ħsiebhom b'mod kostanti; jisħaq fuq l-importanza li l-aħwa ma jiġux separati u għalhekk fuq l-importanza li t-tfal mhux akkumpanjati jiġu ospitati f'kollokamenti bbażati fil-familja u fil-komunità biex it-tfal kollha jkunu jistgħu jikbru mhux fl-istituzzjonijiet iżda fil-familji u fil-komunitajiet, b'mod li jimpedixxi s-separazzjoni bla bżonn tal-familji; jisħaq li meta t-tfal ma jkunux akkumpanjati, għandha tingħata prijorità lill-foster care jew lil kura oħra bbażata fil-komunità, u li meta dan ma jkunx possibbli, it-tfal għandhom jitqiegħdu f'faċilitajiet separati mill-adulti;
21. Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li jinħatar malajr tutur għat-tfal kollha mhux akkumpanjati mal-wasla tagħhom fl-ewwel pajjiż tagħhom, irrispettivament min-nazzjonalità jew l-istatus ta' immigrazzjoni tagħhom, u li l-informazzjoni kollha pprovduta mit-tutur tingħata b'mod adatt għat-tfal; huwa tal-fehma, f'dan ir-rigward, li l-Istati Membri ġirien għandhom jagħmlu użu sħiħ min-Network Ewropew tal-Kustodja eżistenti u, meta t-tuturi ma jkunux disponibbli fil-pajjiżi ospitanti, jirrakkomanda bil-qawwa l-ħatra ta' tuturi temporanji fil-kuntest tal-fruntiera sabiex jiġi żgurat trasferiment xieraq tar-responsabbiltajiet lis-sistemi nazzjonali ta' protezzjoni tat-tfal;
22. Jitlob li jkun hemm finanzjament disponibbli biex jingħataw servizzi essenzjali u vitali tas-saħħa sesswali u riproduttiva u servizzi immedjati għal superstiti ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru, f'konformità mal-pakkett ta' servizzi inizjali minimi (Minimum Initial Service Package, MISP), bil-għan li jiġu evitati u ġestiti l-konsegwenzi tal-vjolenza sesswali, titnaqqas it-trażmissjoni tal-HIV, jiġu evitati morbożità u mortalità eċċessivi tal-ommijiet u tat-trabi tat-twelid, u ppjanar għal servizzi komprensivi fil-qasam tas-saħħa riproduttiva; jitlob għall-faċilitazzjoni immedjata tal-aċċess transfruntier għall-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva u/jew għal tranżitu lejn Stati Membri oħra tal-UE fejn meħtieġ, sabiex jingħelbu r-restrizzjonijiet severi fl-Istati Membri ta' tranżitu u f'dawk li qed jospitaw lir-rifuġjati u jiġi żgurat li t-tfal u ż-żgħażagħ li qed jaħarbu mill-Ukrajna jkollhom aċċess għal servizzi komprensivi tas-saħħa sesswali u riproduttiva u għal prodotti sanitarji;
23. Jisħaq fuq l-importanza tal-komunitajiet u l-muniċipalitajiet lokali kif ukoll tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jinsabu fuq quddiem nett għall-akkoljenza, l-akkomodazzjoni u l-għoti ta' aċċess għall-edukazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tħaffef l-aċċess tagħhom għall-fondi eżistenti tal-UE;
24. Ifaħħar u jirrikonoxxi r-rwol essenzjali tas-soċjetà ċivili fl-akkoljenza, l-akkomodazzjoni, l-għoti ta' assistenza umanitarja u assistenza legali u l-inklużjoni soċjali tat-tfal u ż-żgħażagħ li qed jaħarbu mill-gwerra; ifakkar li l-awtoritajiet ma jistgħux jiddependu fuq iċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili waħedhom biex jorganizzaw l-akkoljenza u l-protezzjoni tat-tfal li qed jaħarbu mill-Ukrajna; jenfasizza l-importanza tas-sorveljanza mill-awtoritajiet tal-Istati Membri fl-akkoljenza tat-tfal mhux akkumpanjati;
25. Jistieden lill-Kummissjoni tgħin fit-tisħiħ tas-sistemi ta' protezzjoni tat-tfal fil-pajjiżi ospitanti sabiex ittejjeb l-appoġġ psikoloġiku u l-aċċess għas-servizzi bażiċi, bħall-edukazzjoni u s-saħħa, għat-tfal li qed jaħarbu mill-Ukrajna, fuq livell ugwali bħat-tfal tal-pajjiżi ospitanti, u tistabbilixxi mekkaniżmi ta' rilokazzjoni li jipprijoritizzaw ir-riunifikazzjoni tal-familja u r-rilokazzjoni tat-tfal vulnerabbli u oħrajn biex titnaqqas il-pressjoni minn fuq il-pajjiżi ġirien;
26. Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu appoġġjati s-sistemi tas-saħħa tal-pajjiżi ospitanti sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-kura għat-tfal u ż-żgħażagħ li qed jaħarbu mill-Ukrajna, b'mod partikolari billi tiġi pprovduta mediċina essenzjali, bħal pereżempju għall-pazjenti bl-HIV, bil-kanċer u b'mard rari; jistieden lill-Istati Membri jikkoordinaw l-isforzi mal-UNICEF u mal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa biex jipprovdu tilqim kontra mard bażiku lit-tfal u ż-żgħażagħ li qed jaħarbu mill-Ukrajna, inklużi l-poljo, il-ħosba u l-COVID-19;
27. Ifakkar li l-UE u l-Istati Membri kollha rratifikaw il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u għaldaqstant għandhom l-obbligu li jirrispettaw, jipproteġu u jissodisfaw id-drittijiet stabbiliti fiha; iħeġġeġ lill-Istati Membri jistabbilixxu miżuri speċifiċi biex jindirizzaw b'mod adegwat il-ħtiġijiet tat-tfal b'diżabilità, inklużi faċilitajiet adegwati u kura kostanti minn persuni li jieħdu ħsiebhom li jkunu għaddew minn proċess ta' għażla;
28. Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li jitqiesu l-ħtiġijiet tat-tfal u ż-żgħażagħ LGBTIQ+, b'mod partikolari billi jiġu pprovduti arranġamenti sikuri u xierqa ta' akkoljenza jew kura u jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni fil-punti ta' qsim tal-fruntieri; jenfasizza d-diffikultà speċifika li jiffaċċjaw in-nisa trans u l-familji qawsalla meta jaqsmu l-fruntieri; jisħaq li t-tfal ta' koppji tal-istess sess jissograw li jiġu separati minn ġenitur wieħed jew mit-tnejn li huma; jistieden lill-Istati Membri jqisu l-familji u s-sħubijiet de facto fl-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja;
29. Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tistabbilixxi mekkaniżmu ta' solidarjetà għat-trasferimenti mediċi intra-UE ta' rifuġjati u persuni spostati mill-Istati Membri li jmissu mal-Ukrajna, inklużi tfal u żgħażagħ li jeħtieġu trattamenti u terapiji vitali immedjati;
30. Jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-hotline Ewropew uniku eżistenti għat-tfal neqsin (116 000) u l-linja għall-għajnuna Ewropea li tipprovdi assistenza psikoloġika bla ħlas lit-tfal u ż-żgħażagħ li qed jaħarbu mill-Ukrajna (116 111); jinsisti fuq il-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-hotline 116 000 u fuq it-tisħiħ tal-azzjoni transkonfinali mmirata lejn l-identifikazzjoni u s-sejbien ta' tfal neqsin;
Riunifikazzjoni tal-familja
31. Jistieden lill-Istati Membri jimmaniġġjaw il-każijiet tat-tfal kollha li ħarbu mill-Ukrajna u li jinsabu temporanjament fil-kura tagħhom, bil-għan aħħari li jiffaċilitaw ir-riunifikazzjoni tal-familja, inkluż billi jiżguraw li l-awtoritajiet jivverifikaw il-bażijiet tad-data eżistenti b'mod regolari u f'konformità sħiħa mal-istandards tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, inklużi dawk li jiġbru informazzjoni dwar it-tfal neqsin; jisħaq li meta r-riunifikazzjoni fiżika ma tkunx immedjatament possibbli, il-kuntatt għandu jinżamm jew jiġi stabbilit mill-ġdid mill-aktar fis possibbli, inkluż mal-aħwa jew mal-familja estiża; huwa tal-fehma li dawn il-miżuri għandhom jinkludu mekkaniżmi robusti ta' protezzjoni u rappurtar, inkluża gwida dwar servizzi u riferimenti u talbiet b'rabta mas-sistemi nazzjonali ta' ġestjoni tal-każijiet ta' protezzjoni tat-tfal;
32. Jistieden lill-Istati Membri jwaqqfu l-adozzjonijiet tat-tfal sabiex jevitaw is-separazzjoni ulterjuri jew permanenti tat-tfal mill-ġenituri u l-familji tagħhom kontra l-aħjar interessi tagħhom;
Rilokazzjoni
33. Jappella għall-promozzjoni ta' mekkaniżmi ta' rilokazzjoni inkluż trasport sikur, rapidu u koordinat fl-Istati Membri kollha għat-tfal u għall-familji tagħhom li diġà jinsabu fl-Istati Membri ġirien, speċjalment għal tfal mhux akkumpanjati u tfal b'diżabilità, li jeħtieġu kura speċifika, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet Ukreni u s-servizzi konsulari Ukreni fl-UE, meta dan ikun meħtieġ għal raġunijiet ta' saħħa;
34. Jistieden lill-Kummissjoni tgħin lill-Istati Membri ġirien iwettqu valutazzjonijiet individwali tal-aħjar interessi għat-tfal u, meta jkunu akkumpanjati minn adult, kemm jekk ikun membru tal-familja, kif ukoll qarib jew sponsor privat, tiżgura li jkun hemm fis-seħħ sistema ta' skrutinju xierqa tal-familji ospitanti biex tipprovdi protezzjoni għat-tfal u tiżgura li dawn jiġu trasferiti b'mod sikur għand il-familji ospitanti tagħhom;
Integrazzjoni
35. Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw approċċ koordinat fl-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE u jiżguraw li l-finanzjament tal-UE jipprovdi rispons rapidu u dirett lill-fornituri ta' servizzi ta' appoġġ fil-pajjiżi l-aktar milquta, inklużi s-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet internazzjonali; jistieden lill-Istati Membri, barra minn hekk, iħaffu l-implimentazzjoni ta' tali miżuri u jiddedikaw ir-riżorsi nazzjonali kollha possibbli, ikkomplementati mill-fondi tal-UE bħall-Fond Soċjali Ewropew Plus, l-Assistenza fl-Irkupru għall-Koeżjoni u għat-Territorji tal-Ewropa (REACT-EU), il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, InvestEU, Erasmus +, il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u EU4Health, sabiex jiġi żgurat li r-rifuġjati jgawdu integrazzjoni soċjoekonomika, aċċess ugwali għal impjiegi ta' kwalità, edukazzjoni, taħriġ u kura, u jkunu protetti kontra l-faqar tat-tfal u l-esklużjoni soċjali; ifakkar li l-Istati Membri jeħtiġilhom jinkludu miżuri apposta biex jinvestu fit-tfal u ż-żgħażagħ fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza sabiex ikollhom aċċess għall-fond, skont il-pilastru Next Generation tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-Azzjoni ta' Koeżjoni għar-Rifuġjati fl-Ewropa (CARE); jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jipprovdu riżorsi addizzjonali jekk ikun meħtieġ;
36. Jirrikonoxxi l-isfidi li qed jiffaċċjaw l-Istati Membri fl-integrazzjoni tal-istudenti fis-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ tagħhom; iħeġġeġ lill-Istati Membri jintegraw malajr lill-istudenti ta' kull età fl-istrutturi ġenerali tat-tagħlim formali, informali u mhux formali, u jipprovdu appoġġ edukattiv speċjalizzat lil dawk bi ħtiġijiet addizzjonali, inklużi tfal minn komunitajiet emarġinati bħar-Rom, biex jiġi limitat it-tluq bikri mill-iskola u tiġi evitata s-segregazzjoni fl-edukazzjoni, li twassal għall-esklużjoni soċjali u għad-diskriminazzjoni; jirrikonoxxi li l-ostakli lingwistiċi jistgħu jfixklu r-reġistrazzjoni u l-prestazzjoni fl-iskola tat-tfal li qed jaħarbu mill-Ukrajna; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tappoġġja lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri biex jiżguraw interpretazzjoni bla ħlas, korsijiet tal-lingwa speċjali u programmi speċjali oħra għar-reklutaġġ ta' għalliema Ukreni kif ukoll ta' għalliema li jitkellmu bl-Ukren u/jew b'lingwi minoritarji rilevanti;
37. Jirrikonoxxi li l-għodod diġitali jistgħu jikkostitwixxu miżuri utli ħafna, flessibbli u adattati biex jipprovdu kontinwità edukattiva f'waqtha u appoġġ addizzjonali lit-tfal u liż-żgħażagħ f'sitwazzjonijiet vulnerabbli, u għandhom ikunu kompletament konformi mal-istandards dwar il-protezzjoni tad-data; jistieden lill-Kummissjoni tuża bl-aħjar mod l-għodod u t-tagħmir edukattivi diġitali eżistenti, speċjalment dawk żviluppati fl-Ukrajna, biex tiżgura li t-tfal kollha jkunu jistgħu jkomplu l-edukazzjoni tagħhom; itenni, madankollu, li dawn għandhom ikunu komplementari għall-istrutturi fiżiċi u jissottolinja l-fatt li l-edukazzjoni wiċċ imb wiċċ hija kruċjali, b'mod partikolari fil-kuntest attwali, fejn dawn it-tfal u ż-żgħażagħ jeħtieġu appoġġ psikosoċjali addizzjonali; jappella biex il-pajjiżi ospitanti jingħataw appoġġ koordinat biex isaħħu l-aċċess għal kura psikoloġika adegwata minn esperti kapaċi jittrattaw it-trawma relatata mal-gwerra; jistieden lill-Istati Membri, f'dan ir-rigward, jappoġġjaw lill-għalliema, lil min iħarreġ u l-membri l-oħra tal-persunal edukattiv li jaħdmu mat-tfal trawmatizzati;
38. Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li twessa' l-pjattaforma School Education Gateway biex tgħin tlaqqa' flimkien lill-Istati Membri biex jibdew jaqsmu l-esperjenzi u jidentifikaw dak li hu meħtieġ biex titkompla l-edukazzjoni tat-tfal spostati, bħala punt uniku ta' servizz għall-koordinament tal-materjal edukattiv bejn l-Ukrajna u l-Istati Membri fil-lingwa tal-istudent; jisħaq fuq il-ħtieġa li jintużaw il-kapaċitajiet ta' għalliema Ukreni minn fost dawk li waslu ġodda fl-Ewropa;
39. Jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu rikonoxxuti d-diplomi, il-kwalifiki u l-perjodi ta' apprendiment, inkluż għall-edukaturi u għall-ħaddiema tas-saħħa, peress li dawn huma strumentali għall-integrazzjoni bla xkiel fl-ambjent il-ġdid tagħhom tat-tfal u ż-żgħażagħ li qed jaħarbu mill-Ukrajna; iħeġġeġ lill-Istati Membri, fid-dawl taċ-ċirkostanzi attwali, juru flessibbiltà f'każijiet fejn id-dokumenti amministrattivi jkunu neqsin u jiżviluppaw modi innovattivi u prammatiċi, għall-avvanz ta' tali każijiet, li jikkombinaw kemm l-għażliet diġitali kif ukoll dawk stampati;
40. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib il-miżuri li ttieħdu b'rispons għall-ħtiġijiet edukattivi u soċjali tat-tfal u ż-żgħażagħ li qed jaħarbu mill-Ukrajna, filwaqt li tuża bl-aħjar mod il-ġbir ta' data aggregata u tiżgura konformità sħiħa mal-istandards tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data;
41. Jilqa' l-ewwel tentattivi tal-Kummissjoni biex tiffaċilita l-adattament tal-programmi ta' finanzjament eżistenti tal-UE bil-ħsieb li jappoġġjaw liż-żgħażagħ, b'mod partikolari Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, u jħeġġeġ biex dawn l-isforzi jinżammu jew jissaħħu skont l-iżviluppi u sakemm ikun meħtieġ; jenfasizza li, fl-ambitu tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ imsaħħa, iż-żgħażagħ kollha, mill-età ta' 15-il sena, għandhom jirċievu offerta ta' impjieg, edukazzjoni, traineeship jew apprendistat fi żmien erba' xhur minn meta jsiru qiegħda jew minn meta jieqfu mill-edukazzjoni formali; jistieden lill-Istati Membri, barra minn hekk, jimplimentaw il-Garanzija għaż-Żgħażagħ imsaħħa biex jiżguraw offerti ta' kwalità għolja, inkluż l-għoti ta' remunerazzjoni ġusta u aċċess għall-protezzjoni soċjali, filwaqt li jipprojbixxu l-abbuż ta' kuntratti atipiċi, u jiżguraw ambjenti tax-xogħol li huma adattati għall-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabilità;
42. Jenfasizza r-rwol tal-isport fil-proċess ta' integrazzjoni għar-rifuġjati, speċjalment it-tfal u ż-żgħażagħ, u jistieden lill-Istati Membri jiffaċilitaw l-aċċess għal attivitajiet u interventi sportivi għat-tfal u għaż-żgħażagħ, li jgħinuhom itejbu l-benesseri mentali tagħhom, jegħlbu t-trawma, jadattaw għall-ambjent il-ġdid tagħhom u joħolqu rabtiet mal-komunitajiet ospitanti;
43. Jilqa' l-isforzi minn xi pajjiżi biex jagħmlu disponibbli fondi apposta għal boroż ta' studju għall-istudenti Ukreni u jappella għal sforzi Ewropej komuni f'dan ir-rigward; jenfasizza l-importanza għall-istudenti kollha li qed jaħarbu mill-Ukrajna, inklużi l-istudenti internazzjonali, li jkunu jistgħu jagħmlu użu minn tali fondi u jlestu l-lawrji tagħhom, peress li huma wkoll jinsabu f'sitwazzjoni ta' emerġenza; jinsisti fuq l-importanza li jiġu appoġġjati t-tfal u ż-żgħażagħ kollha;
44. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jsegwu u jadottaw approċċ konsistenti biex jiffaċċjaw l-isfidi attwali u futuri maħluqa mill-gwerra kontra l-Ukrajna, u ma jinsewx it-tagħlimiet miksuba mir-rispons għal din il-gwerra, anzi jaġixxu fuqhom, inkluż billi japplikaw u jimplimentaw id-Direttiva dwar Protezzjoni Temporanja biex jiġi żgurat l-aċċess għall-protezzjoni tar-rifuġjati u tal-persuni li jfittxu l-ażil ta' kwalunkwe oriġini;
45. Jistieden lill-Istati Membri u, b'mod partikolari, lill-koordinaturi nazzjonali tal-UE fl-ambitu tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal jiżguraw aċċess għal servizzi bla ħlas, effettivi u ta' kwalità tajba għat-tfal li qed jaħarbu mill-Ukrajna, li jkunu tal-istess livell tas-servizzi li jingħataw lit-tfal l-oħra fil-pajjiżi ospitanti, f'konformità mar-rakkomandazzjoni biex jiġu żgurati miżuri nazzjonali integrati u jitqiesu l-iżvantaġġi speċifiċi; jenfasizza li l-kriżi tal-COVID-19 u l-wasla tar-rifuġjati wara l-gwerra fl-Ukrajna jistgħu jaggravaw is-sitwazzjoni tat-tfal f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali jew tat-tfal li jeħtieġu aċċess għal kura ta' kwalità tajba; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, għalhekk, iżidu b'mod urġenti l-finanzjament tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal b'baġit apposta ta' mill-inqas EUR 20 biljun għall-ġlieda kontra l-faqar li qed jaffettwa lit-tfal u lill-familji tagħhom u biex jikkontribwixxu għall-għan li l-faqar jitnaqqas mill-inqas bi 15-il miljun ruħ sal-2030 – liema għan ikun jinkludi mill-inqas 5 miljun tifel u tifla fl-Istati Membri kollha sal-2030; jistieden lill-Istati Membri kollha, f'dan ir-rigward, jallokaw aktar mill-minimu ta' 5 % tar-riżorsi tal-Fond Soċjali Ewropew Plus taħt ġestjoni kondiviża biex jappoġġjaw attivitajiet fl-ambitu tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal;
46. Jistieden lill-Istati Membri, f'dan il-kuntest, jagħtu spinta lill-investiment f'impjiegi sostenibbli u ta' kwalità u fl-appoġġ soċjali għaż-żgħażagħ u għall-ġenituri, u jimplimentaw politiki ta' impjieg speċifiċi li jiżguraw standard tal-għajxien deċenti, pagi u kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti, bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, suq tax-xogħol inklużiv u impjegabbiltà ogħla, inklużi l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali; jenfasizza li l-indukrar tat-tfal bikri bla ħlas għandu jiġi stabbilit biex jiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-ġenituri fis-suq tax-xogħol, b'mod partikolari tan-nisa, u biex jappoġġja l-iżvilupp soċjali tat-tfal; jisħaq fuq il-ħtieġa ta' ħidma mill-qrib mat-trade unions nazzjonali u Ewropej biex il-persuni kollha li qed jaħarbu mill-Ukrajna jiġu appoġġjati jeżerċitaw id-drittijiet soċjali u ta' impjieg tagħhom fl-Istati Membri;
47. Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw akkomodazzjoni adegwata u sikura għall-persuni kollha li qed jaħarbu mill-Ukrajna; jistieden lill-Istati Membri jipprijoritizzaw l-għoti ta' akkomodazzjoni permanenti lit-tfal u lill-familji tagħhom li jkunu f'riskju li jispiċċaw mingħajr dar, u jinkludu soluzzjonijiet ta' akkomodazzjoni, għal tfal li jkunu qed jesperjenzaw il-problema li jsibu ruħhom mingħajr dar u esklużjoni severa mill-akkomodazzjoni, fil-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali tagħhom fl-ambitu tal-Garanzija għat-Tfal; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li kull tifel u tifla, u żagħżugħ u żagħżugħa, li qed jaħarbu mill-Ukrajna jkollhom aċċess għall-ilma ġieri, għas-sanitazzjoni u għal faċilitajiet ta' iġjene personali, kemm id-dar kif ukoll l-iskola;
o o o
48. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
UNICEF, Ukraine Situation: Refugee Response in Neighbouring Countries – Humanitarian Situation Report No 3, (Is-Sitwazzjoni fl-Ukrajna: ir-Rispons tal-Pajjiżi Ġirien għar-Rifuġjati – Rapport dwar is-Sitwazzjoni Umanitarja Nru 3), 23 ta' Marzu 2022.
UNICEF, Ukraine Situation: Refugee Response in Neighbouring Countries – Humanitarian Situation Report No 3, (Is-Sitwazzjoni fl-Ukrajna: ir-Rispons tal-Pajjiżi Ġirien għar-Rifuġjati – Rapport dwar is-Sitwazzjoni Umanitarja Nru 3), 23 ta' Marzu 2022.
UNICEF, Ukraine Situation: Refugee Response in Neighbouring Countries – Humanitarian Situation Report No 3, (Is-Sitwazzjoni fl-Ukrajna: ir-Rispons tal-Pajjiżi Ġirien għar-Rifuġjati – Rapport dwar is-Sitwazzjoni Umanitarja Nru 3), 23 ta' Marzu 2022.
Ara UNICEF, "Unaccompanied and separated children fleeing escalating conflict in Ukraine must be protected" (It-tfal mhux akkumpanjati u mifrudin li qed jaħarbu minn kunflitt li qed jikber fl-Ukrajna jeħtiġilhom jiġu protetti), Dikjarazzjoni konġunta mid-Direttur Eżekuttiv tal-UNICEF Catherine Russell u l-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Rifuġjati Filippo Grandi, 7 ta' Marzu 2022, u Hope and Homes for Children, The Illusion of Protection: An Analytical Report Based on the Findings of a Comprehensive Study of the Child Protection System in Ukraine (L-Illużjoni ta' Protezzjoni: Rapport Analitiku Bbażat fuq is-Sejbiet ta' Studju Komprensiv tas-Sistema ta' Protezzjoni tat-Tfal fl-Ukrajna), 2017, aċċessat minn: http://www.openingdoors.eu/the-illusion-ofprotection-national-audit-of-the-child-protection-system-in-ukraine
Ara l-briefing tan-Network Ewropew dwar l-Apolidija, "Stateless people and people at risk of statelessness forcibly displaced from Ukraine" (Persuni apolidi u persuni f'riskju ta' apolidija spostati bil-forza mill-Ukrajna), 10 ta' Marzu 2022, u l-UNHCR, "Stateless Persons" (Persuni Apolidi), disponibbli fuq https://www.unhcr.org/ua/en/stateless-persons
Skola tal-Ekonomija ta' Kiev, "Direct damage caused to Ukraine's infrastructure during the war has already reached almost $63 billion. Global economic losses are about $543-600 billion" ("Il-ħsara diretta kkawżata lill-infrastruttura tal-Ukrajna matul il-gwerra diġà laħqet kważi $63 biljun. It-telf ekonomiku globali jammonta għal madwar $543-600 biljun), aċċessat online minn https://kse.ua/about-the-school/news/zbitki-naneseni-infrastrukturi-ukrayini-v-hodi-viyni-skladayut-mayzhe-63-mlrd/
Konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-24 u l-25 ta' Marzu 2022: inklużi l-aħħar żviluppi tal-gwerra fl-Ukrajna u s-sanzjonijiet tal-UE kontra r-Russja u l-implimentazzjoni tagħhom
155k
57k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' April 2022 dwar il-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-24 u l-25 ta' Marzu 2022: inklużi l-aħħar żviluppi tal-gwerra kontra l-Ukrajna u s-sanzjonijiet tal-UE kontra r-Russja u l-implimentazzjoni tagħhom (2022/2560(RSP))
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Russja u l-Ukrajna, b'mod partikolari dawk tas-16 ta' Diċembru 2021 dwar is-sitwazzjoni fil-fruntiera Ukrena u fit-territorji okkupati mir-Russja tal-Ukrajna(1) u tal-1 ta' Marzu 2022 dwar l-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna(2),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet dwar l-Ukrajna mill-mexxejja tal-Parlament Ewropew tas-16 u l-24 ta' Frar 2022,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-24 ta' Frar 2022 tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, f'isem l-UE, dwar l-invażjoni tal-Ukrajna mill-forzi armati tal-Federazzjoni Russa,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-President tal-Kunsill Ewropew u tal-President tal-Kummissjoni tal-24 ta' Frar 2022 dwar l-aggressjoni militari bla preċedent u mhux provokata tar-Russja kontra l-Ukrajna,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Versailles tal-11 ta' Marzu 2022,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta' Marzu 2022,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-4 ta' April 2022 tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, f'isem l-UE, dwar l-atroċitajiet Russi mwettqa f'Bucha u fi bliet oħra tal-Ukrajna,
– wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Kunsill dwar sanzjonijiet u miżuri restrittivi kontra r-Russja, li jinkludu miżuri diplomatiċi, miżuri restrittivi individwali bħall-iffriżar tal-assi u r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar, ir-restrizzjonijiet fuq ir-relazzjonijiet ekonomiċi mal-Krimea u Sevastopol u maż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern ta' Donetsk u Luhansk, sanzjonijiet ekonomiċi, restrizzjonijiet fuq il-media u restrizzjonijiet fuq il-kooperazzjoni ekonomika,
– wara li kkunsidra l-prinċipji ta' Nuremberg imfassla mill-Kummissjoni tad-Dritt Internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti, li jiddeterminaw x'jikkostitwixxi delitt tal-gwerra,
– wara li kkunsidra l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI),
– wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Ġinevra u l-protokolli addizzjonali tagħha,
– wara li kkunsidra l-Att Finali ta' Ħelsinki u d-dokumenti sussegwenti,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tat-2 ta' Marzu 2022 dwar l-aggressjoni kontra l-Ukrajna u tal-24 ta' Marzu 2022 dwar il-konsegwenzi umanitarji tal-aggressjoni kontra l-Ukrajna,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta' Ġenoċidju,
– wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja tan-NU tas-16 ta' Marzu 2022,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Memorandum ta' Budapest dwar Garanziji ta' Sigurtà u d-Dokument ta' Vjenna u l-protokolli addizzjonali tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi, f'konformità mal-Karta tan-NU u l-prinċipji tad-dritt internazzjonali, l-istati kollha jgawdu minn sovranità ugwali u "għandhom iżommu lura fir-relazzjonijiet internazzjonali tagħhom milli jirrikorru għat-theddid jew għall-użu tal-forza kontra l-integrità territorjali jew l-indipendenza politika ta' kwalunkwe Stat"; billi l-Federazzjoni Russa ilha mill-24 ta' Frar 2022 twettaq gwerra ta' aggressjoni illegali, mhux provokata u mhux ġustifikata kontra l-Ukrajna, u billi fis-16 ta' Marzu 2022, il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja ordnat lill-Federazzjoni Russa "tissospendi minnufih l-operazzjonijiet militari tagħha fit-territorju tal-Ukrajna";
B. billi eluf ta' ċivili Ukreni tilfu ħajjithom jew sfaw feruti fl-aggressjoni u fl-invażjoni Russa mill-24 ta' Frar 2022 'l hawn, filwaqt li kważi 6,5 miljun ċittadin Ukren ġew spostati internament u aktar minn 4 miljuni ħarbu lejn pajjiżi ġirien, li jżid mal-aktar minn 14 000 persuna, kemm mill-persunal militari kif ukoll mill-popolazzjoni ċivili, li tilfu ħajjithom fit-tmien snin preċedenti bħala riżultat tal-okkupazzjoni tal-Krimea mill-Federazzjoni Russa u l-kunflitt li ġġenerat fl-Ukrajna tal-lvant;
C. billi xahar wara li bdiet l-aggressjoni mir-Russja, il-gwerra fl-Ukrajna għadha tikkawża mwiet ta' persuni innoċenti; billi l-atroċitajiet mwettqa mit-truppi Russi qatt ma laħqu livell daqshekk baxx meta nhar il-Ħadd 3 ta' April 2022 ġew skoperti iġsma ta' rġiel u nisa ċivili mitluqin fit-toroq ta' Bucha, belt li għal kważi xahar ma kinitx aċċessibbli għall-armata Ukrena; billi dawn il-fatti jiġġustifikaw b'mod ċar it-twaqqif ta' kummissjoni internazzjonali biex tinvestiga r-reati kollha mwettqa mill-armata Russa sa mill-bidu tal-gwerra;
D. billi l-armata Russa qed tkompli twettaq bumbardamenti indiskriminatorji u attakki mill-ajru kontra żoni residenzjali u infrastruttura ċivili, bħal sptarijiet, skejjel u skejjel materni, li wasslu għall-qerda sħiħa jew kważi sħiħa ta' Mariupol, Volnovakha u bliet u villaġġi oħra;
E. billi l-Ukrajna s'issa wriet livelli bla preċedent ta' reżistenza u reżiljenza u ċaħdet lir-Russja milli jirnexxielha tilħaq l-objettiv inizjali tagħha għall-gwerra li tokkupa l-pajjiż kollu;
F. billi l-Kummissjoni pproponiet u ħabbret sanzjonijiet ġodda fil-5 ta' April 2022 u qed taħdem fuq pakketti oħra ta' sanzjonijiet; billi l-ewwel sanzjonijiet tal-UE kontra l-Federazzjoni Russa ġew imposti f'Marzu 2014 wara l-annessjoni illegali tal-Krimea fl-2014, u billi l-aħħar pakkett ġie adottat fil-15 ta' Marzu 2022 wara l-invażjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tal-Ukrajna mir-Russja, li varat fl-24 ta' Frar 2022; billi l-UE adottat ukoll sanzjonijiet kontra l-Belarussja b'reazzjoni għall-involviment tagħha fl-aggressjoni u fl-invażjoni Russa;
G. billi s-sanzjonijiet qed iħallu effett iżda x-xiri tal-fjuwils fossili mingħand ir-Russja min-naħa tal-UE għadu qiegħed jipprovdi lir-reġim b'mezzi li jgħinu jiffinanzjaw il-gwerra;
H. billi l-UE qed tħallas lir-Russja sa EUR 800 miljun kuljum għall-forniment ta' fjuwils fossili, li fis-sena jammontaw għal kważi EUR 300 biljun;
I. billi kważi 500 kumpanija u korporazzjoni internazzjonali għażlu li jissospendu l-operazzjonijiet tagħhom fir-Russja jew jirtiraw kompletament mis-suq Russu; billi, madankollu, xi kumpaniji baqgħu għaddejjin bin-negozju fir-Russja, u poġġew il-profitti minn operazzjonijiet fis-suq Russu qabel is-sigurtà u r-responsabbiltà soċjali, u b'hekk dgħajfu l-effetti tas-sanzjonijiet u mminaw il-kundanna tal-Federazzjoni Russa mill-komunità internazzjonali;
J. billi studji akkademiċi(3) juru li l-projbizzjoni tal-importazzjonijiet tal-fjuwils fossili mir-Russja jkollha impatt fuq it-tkabbir ekonomiku tal-UE, li jikkorrispondi għal telf stmat ta' inqas minn 3 % tal-PDG, filwaqt li t-telf potenzjali għall-ekonomija Russa matul l-istess perjodu jammonta għal 30 % tal-PDG u jkun strumentali biex titwaqqaf l-aggressjoni Russa;
K. billi l-President Metsola indirizzat lill-Verkhovna Rada fl-1 ta' April 2022 u ltaqgħet mal-President u mal-Prim Ministru tal-Ukrajna kif ukoll mal-mexxejja tal-fazzjonijiet politiċi f'isem il-Parlament Ewropew;
1. Jikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli l-gwerra ta' aggressjoni tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna, kif ukoll l-involviment tal-Belarussja f'din il-gwerra, u jeżiġi li r-Russja ttemm minnufih kull attività militari fl-Ukrajna u tirtira mingħajr kundizzjonijiet il-forzi u t-tagħmir militari kollha mit-territorju kollu rikonoxxut internazzjonalment tal-Ukrajna; jesprimi d-dispjaċir tiegħu għat-telf u t-tbatija ta' qsim il-qalb li qed jesperjenza l-poplu tal-Ukrajna;
2. Jissottolinja li l-aggressjoni u l-invażjoni militari jikkostitwixxu ksur serju tad-dritt internazzjonali, b'mod partikolari tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra u l-Protokolli addizzjonali tagħha u tal-Karta tan-NU, u jistieden lill-Federazzjoni Russa terġa' tibda tissodisfa r-responsabbiltajiet ta' membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fiż-żamma tal-paċi u s-sigurtà u tirrispetta l-impenji tagħha skont l-Att Finali ta' Ħelsinki, il-Karta ta' Pariġi għal Ewropa Ġdida u l-Memorandum ta' Budapest dwar Garanziji ta' Sigurtà; iqis l-invażjoni Russa tal-Ukrajna bħala attakk mhux biss kontra pajjiż sovran, iżda anki kontra l-prinċipji u l-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni u sigurtà fl-Ewropa u l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli, kif definit mill-Karta tan-NU;
3. Jesprimi r-rabja u l-indinjazzjoni tiegħu għall-atroċitajiet irrappurtati, inklużi l-istupru u l-eżekuzzjoni ta' ċivili, l-ispostament furzat, is-sakkeġġ u l-attakki fuq infrastruttura ċivili, bħal sptarijiet, faċilitajiet mediċi, skejjel, xelters u ambulanzi, u l-isparar fuq ċivili li qed jippruvaw jaħarbu miż-żoni ta' kunflitt permezz ta' kurituri umanitarji miftiehma minn qabel flimkien mal-forzi armati Russi f'għadd ta' bliet Ukreni okkupati, bħal Bucha; jinsisti li l-awturi ta' delitti tal-gwerra u ksur serju ieħor tad-drittijiet, kif ukoll l-uffiċjali tal-gvern u l-mexxejja militari responsabbli, iridu jinżammu responsabbli għal għemilhom; ifakkar li f'każ ta' delitti tal-gwerra u ġenoċidju, il-komunità internazzjonali hija obbligata taġixxi u għandha tuża l-għodod kollha għad-dispożizzjoni tagħha; jappoġġja bis-sħiħ l-investigazzjoni varata mill-Prosekutur tal-QKI dwar delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità, kif ukoll il-ħidma tal-Kummissjoni ta' Inkjesta tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem; jappella lill-istituzzjonijiet tal-UE jieħdu l-azzjoni kollha meħtieġa f'istituzzjonijiet u fi proċedimenti internazzjonali u fil-QKI jew tribunali jew qrati internazzjonali xierqa oħra biex jibdew proċedimenti kontra l-azzjonijiet ta' Vladimir Putin u Aliaksandr Lukashenka bħala delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità, u jipparteċipaw b'mod attiv fl-investigazzjoni tagħhom; jitlob li jitwaqqaf tribunal speċjali tan-NU għad-delitti fl-Ukrajna; iqis li jkun pertinenti li jittieħed vantaġġ mill-Mekkaniżmu Internazzjonali, Imparzjali u Indipendenti biex tingħata assistenza fi kwalunkwe investigazzjoni internazzjonali dwar delitti tal-gwerra mwettqa fl-Ukrajna; jistieden lill-Istati Membri u lill-UE jsaħħu l-kapaċità tagħhom li jiġġieldu b'mod effettiv l-impunità għal dawk li wettqu jew ipparteċipaw f'delitti tal-gwerra;
4. Itenni li l-kunsinni ta' armi jridu jkomplu u jiżdiedu biex l-Ukrajna tkun tista' tiddefendi ruħha b'mod effettiv; itenni l-appoġġ tiegħu għall-għajnuna difensiva kollha pprovduta lill-forzi armati tal-Ukrajna offruta individwalment mill-Istati Membri u kollettivament permezz tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF); jilqa' d-deċiżjoni li tiżdied l-assistenza lill-Ukrajna permezz tal-EPF b'EUR 500 miljun oħra u jitlob għal żieda ulterjuri f'kontribuzzjonijiet konkreti biex jissaħħu b'mod urġenti l-kapaċitajiet ta' difiża tal-Ukrajna, kemm b'mod bilaterali kif ukoll fl-ambitu tal-EPF;
5. Jitlob li jiġu stabbiliti passaġġi u kurituri umanitarji sikuri biex jiġu evakwati ċ-ċivili li jaħarbu l-bumbardamenti u li tingħata spinta lin-networks tal-għajnuna umanitarja tal-UE fl-Ukrajna (inkluż għall-fjuwil, l-ikel, il-mediċini, il-provvisti tal-ilma tax-xorb, il-ġeneraturi tal-enerġija u l-kampusijiet mobbli); jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tintroduċi skemi ta' għajnuna bejn il-pari għall-Ukrajna sabiex tiżdied l-effikaċja tal-assistenza; jitlob li tingħata attenzjoni partikolari lis-sitwazzjoni tat-tfal, kemm il-minorenni mhux akkumpanjati kif ukoll dawk li qed jaħarbu mal-familji tagħhom, u jitlob li kull tifel jew tifla li jfittxu kenn jiġu ttrattati l-ewwel u qabel kollox bħala tifel jew tifla, u li tiġi żgurata l-protezzjoni għall-persuni kollha li jaħarbu mill-Ukrajna, irrispettivament mill-isfond soċjali jew etniku tagħhom, mill-ġeneru, mill-orjentazzjoni sesswali, mill-kapaċità jew mill-istatus ta' migrazzjoni; ifaħħar lill-Istati Membri u lill-pajjiżi tal-viċinat tal-Ukrajna għar-rispons rapidu u pożittiv tagħhom għall-fluss ta' aktar minn 4 miljun rifuġjat li qed jaħarbu mill-gwerra; jilqa' l-attivazzjoni tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja(4) u jappella għall-promozzjoni ta' mekkaniżmi għar-rilokazzjoni tar-rifuġjati fost l-Istati Membri, inkluż it-trasport ikkoordinat malajr għar-rifuġjati, b'mod partikolari għal tfal mhux akkumpanjati u tfal b'diżabilità li jirrikjedu kura speċifika;
6. Jissottolinja li r-reazzjoni tal-UE u l-impenn politiku tagħha jridu jilqgħu l-isfida ostili u jikkorrispondu għall-isforz tas-sħab Ukreni tal-istess fehma tagħna, li qed jiġġieldu u jissagrifikaw ruħhom għall-valuri u l-prinċipji Ewropej, li jmorru lil hinn mis-sħubija preżenti tal-UE;
7. Jesprimi s-solidarjetà kollha tiegħu mal-poplu tal-Ukrajna u mal-aspirazzjonijiet qawwija taċ-ċittadini li jittrasformaw lil pajjiżhom fi Stat Ewropew demokratiku u prosperu; jirrikonoxxi r-rieda tal-Ukrajna li tkun involuta fil-proġett Ewropew, kif espressa permezz tal-applikazzjoni tagħha għal sħubija fl-UE ppreżentata fit-28 ta' Frar 2022; itenni t-talba tiegħu lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jaħdmu biex jagħtu l-istatus ta' kandidat tal-UE lill-Ukrajna, bħala sinjal politiku ċar tal-impenn tagħhom, f'konformità mal-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u abbażi tal-mertu, u, sadanittant, ikomplu jaħdmu favur l-integrazzjoni tagħha fis-suq uniku tal-UE f'konformità mal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni; jilqa' d-Dikjarazzjoni ta' Versailles tal-Kunsill Ewropew, li tiddikjara li l-Ukrajna hija membru tal-familja Ewropea tagħna;
8. Jikkundanna bil-qawwa r-retorika Russa li tindika rikors possibbli għall-użu ta' armi ta' qerda massiva mill-Federazzjoni Russa u jenfasizza li kwalunkwe użu bħal dan ma jkunx aċċettabbli u jkollu l-aktar konsegwenzi ħarxa; barra minn hekk, jikkundanna t-teħid mill-forzi Russi ta' faċilitajiet u siti nukleari attivi jew li ma għadhomx jintużaw fit-territorju tal-Ukrajna, filwaqt li jenfasizza li l-immaniġġjar tajjeb ta' dawn il-faċilitajiet huwa kwistjoni kruċjali tas-saħħa għar-reġjun kollu; jissottolinja r-rwol kruċjali tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) fl-iżgurar tas-sikurezza tal-faċilitajiet nukleari fl-Ukrajna; jappoġġja l-appell tal-awtoritajiet Ukreni lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU biex minnufih jieħu miżuri għad-demilitarizzazzjoni taż-żona ta' esklużjoni tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Chernobyl u jippermetti lill-IAEA tieħu minnufih il-kontroll sħiħ tas-sit tal-impjant tal-enerġija nukleari;
9. Jilqa' l-adozzjoni rapida tas-sanzjonijiet mill-Kunsill u jfaħħar l-għaqda tal-istituzzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri b'reazzjoni għall-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, kif ukoll il-livell għoli ta' koordinazzjoni fost il-G7; jistieden lis-sħab kollha, b'mod partikolari lill-pajjiżi kandidati tal-UE u lill-pajjiżi kandidati potenzjali, biex jallinjaw ruħhom mal-pakketti ta' sanzjonijiet; jilqa' b'sodisfazzjon it-Task Force dwar l-Elites, il-Proxies u l-Oligarki Russi li għadha kif ġiet stabbilita li l-għan tagħha huwa li tikkoordina l-ħidma tal-UE, tal-G7 u tal-Awstralja dwar sanzjonijiet kontra l-oligarki Russi u Belarussi; jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni jintensifikaw l-involviment tagħhom f'pajjiżi li għadhom ma ngħaqdux mal-UE fl-introduzzjoni ta' sanzjonijiet kontra l-Federazzjoni Russa, bl-użu tas-saħħa tal-UE u l-firxa sħiħa tal-għodod disponibbli tagħhom għal dak il-għan, u bl-għoti ta' assistenza jekk tkun meħtieġa; jiddeplora n-nuqqas ta' allinjament ta' ċerti pajjiżi kandidati tal-UE mas-sanzjonijiet tal-UE; jitlob li jiġi stabbilit pjan ċar ta' azzjoni vis-à-vis pajjiżi mhux tal-UE li qed jiffaċilitaw l-evażjoni tas-sanzjonijiet mill-Federazzjoni Russa; iħeġġeġ lill-Kunsill jadotta sanzjonijiet ħorox ulterjuri li jirriflettu l-eskalazzjoni bla waqfien tal-aggressjoni Russa u l-atroċitajiet xokkanti mwettqa mill-forzi militari Russi, li bla dubju jikkostitwixxu delitti tal-gwerra;
10. Jistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw il-fatt li jintbagħtu l-forzi taż-żamma tal-paċi tan-NU biex jipproteġu l-15-il reattur nukleari fl-Ukrajna, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-missjoni tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika; jenfasizza li skont ir-Riżoluzzjoni 377 tagħha, l-Assemblea Ġenerali tan-NU għandha setgħat ta' teħid ta' deċiżjonijiet sussidjarji meta l-Kunsill tas-Sigurtà ma jkunx f'pożizzjoni li jieħu deċiżjonijiet adegwati dwar kwistjonijiet ta' żamma tal-paċi;
11. Jistieden lill-mexxejja tal-UE u lill-mexxejja ta' stati oħra biex jeskludu lir-Russja mill-G20 u minn organizzazzjonijiet kooperattivi multilaterali oħra, bħall-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, l-Interpol, l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, il-UNESCO u oħrajn, bħala sinjal importanti li l-komunità internazzjonali mhux se terġa' tibda topera bħas-soltu mal-istat aggressur;
12. Jissottolinja li l-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tas-sanzjonijiet eżistenti fl-UE kollha u mill-alleati internazzjonali tal-UE issa trid tkun prijorità; jistieden lill-Istati Membri jidentifikaw u, fejn meħtieġ, joħolqu malajr bażi ġuridika biex, mingħajr dewmien, jiżguraw il-konformità sħiħa u effettiva mas-sanzjonijiet fil-ġuriżdizzjonijiet nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet superviżorji tal-UE jimmonitorjaw mill-qrib l-implimentazzjoni effettiva u komprensiva tas-sanzjonijiet kollha tal-UE mill-Istati Membri u jindirizzaw kwalunkwe prattika ta' ċirkomvenzjoni;
13. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li l-penali nazzjonali għall-ksur tas-sanzjonijiet tal-UE jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi; jilqa' t-tħabbira ta' repożitorju ta' informazzjoni dwar is-sanzjonijiet u ta' pjan direzzjonali (li jinkludi kriterji u skeda ta' żmien) għal tranżizzjoni mill-identifikazzjoni ta' nuqqasijiet ta' konformità sistematiċi mas-sanzjonijiet tal-UE għal proċeduri ta' ksur quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;
14. Jistieden lill-Kunsill jimponi aktar sanzjonijiet fuq personalitajiet pubbliċi li qed ixerrdu propaganda aggressiva fir-Russja b'appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna;
15. Ifakkar li d-dħul mit-taxxa mill-akbar kumpaniji barranin tar-Russja jikkostitwixxi parti sinifikanti mill-baġit tar-Russja u huwa stmat li jammonta għal terz tan-nefqa militari; jilqa', f'dan ir-rigward, id-deċiżjonijiet ta' bosta kumpaniji tal-Punent li jirrifjutaw li jwettqu negozju fir-Russja jew li jipprovdu l-prodotti u s-servizzi tagħhom hemmhekk; jistieden lin-negozji privati jirtiraw l-investimenti tagħhom, jirrilokaw is-siti ta' produzzjoni mir-Russja, u jnaqqsu l-kuntratti li għaddejjin bħalissa; jistieden lil kumpaniji kbar tal-IT jirrestrinġu b'mod sinifikanti jew sħiħ lill-utenti fir-Russja milli jaċċessaw il-prodotti, is-servizzi u s-sistemi operattivi tagħhom;
16. Jitlob li tiżdied l-effettività tas-sanzjonijiet eżistenti, fost l-oħrajn billi jiġu esklużi, f'koordinazzjoni mas-sħab internazzjonali tal-UE li jaħsbuha bl-istess mod, il-banek kollha mill-Federazzjoni Russa mis-sistema SWIFT u billi jiġi pprojbit kwalunkwe bastiment li jtajjar il-bandiera Russa, li r-reġistrazzjoni, is-sjieda, il-kirja jew l-operat tiegħu relatati mar-Russja, kwalunkwe bastiment li joriġina minn port Russu jew li jbaħħar lejh jew kwalunkwe bastiment li b'xi mod ieħor marbut mar-Russja, inkluż Sovicomflot, mid-dħul fl-ilmijiet territorjali tal-UE u mit-trakkar fil-portijiet tal-UE; jitlob il-projbizzjoni tat-trasport tal-merkanzija bit-triq minn u lejn it-territorju tar-Russja u l-Belarussja u jissuġġerixxi li l-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni tiġi estiża għall-konsenji li ġew ikkuntrattati qabel id-dħul fis-seħħ tas-sanzjonijiet, iżda li għadhom ma tlestewx għalkollox; jitlob b'insistenza l-introduzzjoni ta' sanzjonijiet sekondarji fuq l-entitajiet kollha rreġistrati fl-UE u f'pajjiżi mhux tal-UE li qed jgħinu lir-reġim Russu u r-reġim Belarussu jevitaw is-sanzjonijiet;
17. Jitlob embargo sħiħ immedjat fuq l-importazzjonijiet Russi ta' żejt, faħam. fjuwil nukleari, u gass, biex in-Nordstream 1 u 2 jiġu abbandunati għalkollox, u biex jiġi ppreżentat pjan biex tkompli tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tal-UE fuq perjodu ta' żmien qasir; jistieden lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Istati Membri jistabbilixxu pjan ta' azzjoni komprensiv għall-UE dwar sanzjonijiet ulterjuri u jikkomunikaw b'mod ċar il-limiti assoluti u l-passi korrispondenti għall-azzjonijiet biex ineħħu s-sanzjonijiet f'każ li r-Russja tieħu passi biex terġa' tistabbilixxi l-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna fil-fruntieri internazzjonalment rikonoxxuti tagħha u tneħħi kompletament it-truppi tagħha mit-territorju tal-Ukrajna;
18. Jisħaq, għal darb'oħra, fuq l-importanza tad-diversifikazzjoni tar-riżorsi tal-enerġija, tat-teknoloġiji u tar-rotot tal-provvista, flimkien ma' aktar investiment fl-effiċjenza enerġetika, fl-enerġija rinnovabbli, fis-soluzzjonijiet tal-ħżin tal-gass u tal-elettriku u f'investimenti sostenibbli fit-tul f'konformità mal-Patt Ekoloġiku Ewropew; jenfasizza l-importanza li jiġu żgurati provvisti tal-enerġija sostenibbli mis-sħab kummerċjali tal-UE permezz ta' ftehimiet ta' kummerċ ħieles eżistenti u futuri, li tkompli tnaqqas id-dipendenza tal-UE fuq ir-Russja, b'mod partikolari għall-materja prima; jitlob, barra minn hekk, li jiġu stabbiliti riżervi strateġiċi komuni tal-enerġija u mekkaniżmi għall-akkwist tal-enerġija fil-livell tal-UE bil-għan li tiżdied is-sigurtà tal-enerġija filwaqt li titnaqqas id-dipendenza esterna fuq l-enerġija u l-volatilità tal-prezzijiet; jitlob li tinbeda ħidma fuq il-ħolqien ta' unjoni tal-gass, ibbażata fuq xiri komuni ta' gass mill-Istati Membri;
19. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jtemmu l-kollaborazzjoni ma' kumpaniji Russi fuq proġetti nukleari eżistenti u ġodda, inkluż fil-Finlandja, fl-Ungerija u fil-Bulgarija, fejn l-esperti Russi jistgħu jiġu ssostitwiti b'oħrajn mill-Punent, u jeliminaw gradwalment l-użu tas-servizzi ta' Rosatom; jitlob li tintemm il-kooperazzjoni xjentifika mal-kumpaniji Russi tal-enerġija, bħal Rosatom, u ma' entitajiet xjentifiċi Russi rilevanti oħra; jitlob b'insistenza li s-sanzjonijiet fuq il-Belarussja jirriflettu dawk introdotti kontra r-Russja sabiex tingħalaq kwalunkwe lakuna li tippermetti lil Putin juża l-għajnuna ta' Lukashenka biex jevita s-sanzjonijiet;
20. Iħeġġeġ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali tal-enerġija jikkunsidraw mill-ġdid ir-rwol tar-Russja fl-attivitajiet tagħhom, inkluż li potenzjalment jissospendu proġetti ta' kooperazzjoni bejn ir-Russja u l-IAEA, kif ukoll is-sospensjoni tal-parteċipazzjoni tar-Russja fi proġetti multilaterali;
21. Jisħaq li l-assi kollha li jappartjenu għall-uffiċjali Russi jew għall-oligarki assoċjati mar-reġim ta' Putin, il-prokuraturi tagħhom u dawk li jaġixxu f'isimhom, kif ukoll dawk fil-Belarussja marbuta mar-reġim ta' Lukashenka, għandhom jiġu ssekwestrati u l-viżi tal-UE għandhom jiġu revokati bħala parti minn tmiem sħiħ u projbizzjoni immedjata għall-passaporti tad-deheb, il-viżi u l-permessi ta' residenza; jissottolinja li segment usa' ta' uffiċjali, gvernaturi, sindki u membri Russi tal-elite ekonomika li jirrispettaw il-politika attwali tar-reġim ta' Putin u li jibbenefikaw minnha għandhom ikunu fil-mira tas-sanzjonijiet;
22. Jitlob li tinbeda ħidma fuq fond simili għall-Pjan Marshall (il-Fond Fiduċjarju ta' Solidarjetà għall-Ukrajna) biex wara l-gwerra l-Ukrajna terġa' tinbena, jitnieda programm ta' investiment massiv u jiġi sfruttat il-potenzjal ta' tkabbir tal-pajjiż; iqis li l-fond għandu jkun ġeneruż u ffinanzjat inter alia mill-UE, l-Istati Membri tagħha, minn kontribuzzjonijiet tad-donaturi u kumpens mir-Russja għad-danni tal-gwerra, inklużi assi Russi li qabel kienu ġew ikkonfiskati b'riżultat ta' sanzjonijiet u li għandhom ikunu kkonfiskati legalment f'konformità mad-dritt internazzjonali;
23. Jistieden lill-UE żżid malajr it-trasparenza finanzjarja, tagħlaq il-lakuni kollha li għandhom l-għan li jaħbu s-sjieda benefiċjarja fi ħdan il-qafas tan-negozjati rigward il-pakkett leġiżlattiv dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u tiżgura li jiġi kkonfiskat kwalunkwe ammont ta' flus maħżun minn oligarki Russi fl-Unjoni; jitlob, f'dan il-kuntest, li kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja f'pajjiżi mhux tal-UE li tkun involuta fil-ħasil tal-flus jew li tippermetti li dan isir, titniżżel f'lista sewda;
24. Jitlob li jkun hemm mekkaniżmu ta' solidarjetà tal-UE biex jittratta l-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tal-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna u tas-sanzjonijiet imposti; jirrikonoxxi li sanzjonijiet effettivi kontra l-Federazzjoni Russa u l-fluss ta' miljuni ta' rifuġjati li qed jaħarbu mill-Ukrajna bħala riżultat tal-aggressjoni u l-invażjoni Russa qed jiġġeneraw sfidi ekonomiċi u soċjali inevitabbli madwar l-UE u l-Istati Membri tagħha; jappella għal miżuri ta' kumpens u provvisti alternattivi ta' merkanzija u sorsi tal-enerġija sabiex jitnaqqsu dawn l-impatti negattivi, kif ukoll għal miżuri effettivi kontra l-ispekulazzjoni inaċċettabbli li tkompli taggravahom, inkluż b’apprendimentmill-miżuri ta' suċċess implimentati mill-UE b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19;
25. Jilqa' d-dikjarazzjonijiet ta' ħafna bliet Ewropej li temmew l-iskemi ta' kooperazzjoni u sħubija tagħhom ma' bliet u organizzazzjonijiet Russi; jistieden lill-gvernijiet lokali u l-bliet jeżaminaw mill-ġdid u jitterminaw l-ftehimiet ta' sħubija tagħhom mal-bliet tal-Federazzjoni Russa, u minflok jistabbilixxu kooperazzjoni mal-bliet Ukreni;
26. Jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat li s-settur agrikolu tal-Ukrajna jkun jista' jiffunzjona kif suppost mill-ġdid malajr kemm jista' jkun, filwaqt li jsiru l-isforzi kollha possibbli biex jiġi ssalvagwardjat l-istaġun li jmiss taż-żrigħ u tal-produzzjoni u biex ikunu jistgħu jiġu ttrasportati u jiġu pprovduti kurituri tal-ikel u tal-fjuwil sikuri lejn u mill-pajjiż; jappella għall-ftuħ ta' kurituri tal-art ekoloġiċi biex tiddaħħal fl-Ukrajna kwalunkwe ħaġa meħtieġa biex tinżamm il-produzzjoni agrikola (eż. pestiċidi u fertilizzanti) u biex jinħarġu mill-Ukrajna l-prodotti agrikoli kollha li għadhom jistgħu jiġu esportati;
27. Jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu għad-deċiżjoni tal-Prosekutur tal-QKI li jiftaħ investigazzjoni dwar l-allegati delitti tal-gwerra u reati kontra l-umanità mwettqa fl-Ukrajna u jissottolinja l-importanza ta' ħidma u ta' progress b'ħeffa sabiex tiġi żgurata l-evidenza meħtieġa; jitlob, għalhekk, għal appoġġ finanzjarju u prattiku għall-ħidma importanti tal-QKI, eż. billi l-Missjoni ta' Konsulenza tal-UE għall-Ukrajna tiġi permessa tassisti bid-dokumentazzjoni tal-evidenza;
28. Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jistabbilixxu mekkaniżmu globali ta' sanzjonijiet kontra l-korruzzjoni u jadottaw malajr sanzjonijiet immirati kontra individwi responsabbli għall-korruzzjoni ta' livell għoli fir-Russja u fil-Belarussja;
29. Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jappoġġjaw il-proċessi leġittimi internazzjonali u nazzjonali kollha biex jiġu investigati l-allegati delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra mwettqa fl-Ukrajna bl-għan li l-awturi u l-kompliċi kollha jinżammu responsabbli quddiem qorti tal-ġustizzja;
30. Itenni li d-diżinformazzjoni mir-Russja hija parti mill-isforzi tal-gwerra tar-Russja fl-Ukrajna u li s-sanzjonijiet tal-UE kontra l-mezzi tal-media tar-Russja li huma proprjetà tal-Istat jistgħu faċilment jiġu evitati permezz tal-VPN, it-televiżjoni bis-satellita u l-funzjonijiet tat-televiżjoni intelliġenti; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ il-projbizzjoni fuq il-mezzi ta' propaganda tar-Russja li huma proprjetà tal-Istat;
31. Jitlob li r-rekwiżiti ta' divulgazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej jiġu estiżi sabiex l-awtoritajiet kompetenti jiġu infurmati dwar l-assi kollha miżmuma minn ċerti ċittadini Russi u Belarussi msemmija hawn fuq, u mhux biss id-depożiti tagħhom; ifakkar li ċ-ċittadini tal-UE jistgħu jużaw l-għodda għall-informaturi tal-Kummissjoni biex jirrapportaw b'mod anonimu ksur tas-sanzjonijiet tal-passat, attwali u ppjanati kontra individwi u entitajiet Russi u Belarussi; jemmen li l-kamp ta' applikazzjoni tal-listi ta' sanzjonijiet individwali għandu jiġi estiż għall-benefiċjarji attwali u preċedenti ta' rabtiet mill-qrib mal-Gvernijiet Russi u Belarussi; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ mill-qafas kontra l-ħasil tal-flus u tinkludi lir-Russja u lill-Belarussja fil-lista ta' ġuriżdizzjonijiet b'riskju għoli kif imsemmi fl-Artikolu 9 tar-raba' Direttiva Kontra l-Ħasil tal-Flus(5); jistieden lill-Kummissjoni tipproponi l-ħolqien ta' korp iddedikat biex jissorvelja l-infurzar tas-sanzjonijiet finanzjarji u ta' miżuri restrittivi oħra tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tidentifika u tippubblika l-assi ffriżati u ssekwestrati minn kull Stat Membru; jilqa' l-isforzi tas-soċjetà ċivili u tal-ġurnalisti investigattivi fl-iżvelar tal-assi li huma proprjetà tal-oligarki Russi;
32. Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjonijiet ta' organizzazzjonijiet internazzjonali, inkluż fil-qasam tal-kultura u l-isport, li jissospendu l-parteċipazzjoni tar-Russja; jistieden lill-Istati Membri jnaqqsu l-livell ta' rappreżentazzjoni tal-Federazzjoni Russa u jnaqqsu l-għadd ta' persunal diplomatiku u konsulari Russu u Belarussu fl-UE, b'mod partikolari fejn l-azzjonijiet tagħhom jinvolvu spjunaġġ, diżinformazzjoni jew kwistjonijiet militari; jitlob li jkun hemm koordinazzjoni kontinwa mal-alleati transatlantiċi u ma' sħab li jaħsbuha bl-istess mod bħal dawk fin-NATO, fil-G7 u fl-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, il-membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, l-Istati assoċjati u l-pajjiżi kandidati; jissottolinja li l-UE għandha tirreaġixxi b'mod deċiżiv meta s-sħab preżunti jonqsu milli jappoġġaw il-pożizzjonijiet tal-UE;
33. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lin-Nazzjonijiet Uniti, lin-NATO, lill-G7, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Ukrajna, lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Federazzjoni Russa u lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Belarussja.
Inkluż minn Bachmann et al., il-Bank Ċentrali Ewropew, Deutsche Bank Research, Oxford Economics, Goldman Sachs, etc. kif sar sommarju tiegħu minn Sachverständigenrat zur Begutachtung der gesamtwirtschaftlichen Entwicklung (Kunsill Ġermaniż tal-Esperti Ekonomiċi) fir-rapport tiegħu ta' Marzu 2022 bit-titlu "Auswirkungen eines möglichen Wegfalls russischer Rohstofflieferungen auf Energiesicherheit und Wirtschaftsleistung: Auszug aus der aktualisierten Konjunkturprognose 2022 und 2023".
Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta' Lulju 2001 dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta' influss bil-massa ta' persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta' dawn (ĠU L 212, 7.8.2001, p. 12).
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' April 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif u l-operazzjoni ta' mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1053/2013 (COM(2021)0278 – C9-0349/2021 – 2021/0140(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2021)0278),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 70 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9‑0349/2021),
– wara li kkunsidra l-kontributi ppreżentati mis-Senat Ċek, mill-Parlament Spanjol, mill-Parlament Portugiż u mis-Senat Rumen dwar l-abbozz ta' att leġiżlattiv,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0054/2022),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
3. Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 1
(1) Iż-żona Schengen mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni tibbaża fuq l-applikazzjoni effettiva u effiċjenti tal-acquis ta' Schengen mill-Istati Membri. Dak l-acquis jinkludi miżuri fil-qasam tal-fruntieri esterni, miżuri ta' kumpens għan-nuqqas ta' kontrolli fil-fruntieri interni u qafas ta' monitoraġġ b'saħħtu, li flimkien jiffaċilitaw il-moviment liberu u jiżguraw livell għoli ta' sigurtà, ġustizzja u protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, inkluż il-protezzjoni tad-data personali.
(1) Iż-żona Schengen mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni tibbaża fuq l-applikazzjoni effettiva u effiċjenti tal-acquis ta' Schengen mill-Istati Membri. Dak l-acquis jinkludi miżuri fil-qasam tal-fruntieri esterni, miżuri ta' kumpens għan-nuqqas ta' kontrolli fil-fruntieri interni u qafas ta' monitoraġġ b'saħħtu, li flimkien jiżguraw il-moviment liberu kif ukoll livell għoli ta' sigurtà, ġustizzja u protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, inkluż il-protezzjoni tad-data personali.
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 4
(4) Sabiex iżid l-effettività u l-effiċjenza tiegħu, il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ ta' Schengen jenħtieġ li jittejjeb. Jenħtieġ li l-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ jimmira li jżomm livell għoli ta' fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri billi jiggarantixxi li l-Istati Membri japplikaw l-acquis ta' Schengen b'mod effettiv billi jsegwu l-istandards komuni maqbula u n-normi u l-prinċipji fundamentali, u b'hekk jikkontribwixxi għal żona Schengen li taħdem sew.
(4) Sabiex iżid l-effettività u l-effiċjenza tiegħu, il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ ta' Schengen jenħtieġ li jittejjeb. Jenħtieġ li l-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ jimmira li jżomm livell għoli ta' fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri billi jiggarantixxi li l-Istati Membri japplikaw l-acquis ta' Schengen b'mod effettiv billi jsegwu l-istandards komuni maqbula u n-normi u l-prinċipji fundamentali, sabiex tiġi żgurata żona Schengen li taħdem sew, b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali u mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni.
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 5
(5) Jenħtieġ li l-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ jikseb dawn l-għanijiet permezz ta' evalwazzjonijiet oġġettivi u imparzjali li jkunu jistgħu jidentifikaw f'qasir żmien in-nuqqasijiet fl-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen li jistgħu jfixklu t-tħaddim korrett taż-żona Schengen, jiżguraw li dawn in-nuqqasijiet jiġu indirizzati minnufih, u jipprovdu l-bażi għad-djalogu dwar it-tħaddim taż-żona Schengen kollha kemm hi. Dan jirrikjedi kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, distribuzzjoni bbilanċjata tar-responsabbiltajiet kondiviżi u li tinżamm in-natura tar-rieżami bejn il-pari tas-sistema. Jirrikjedi wkoll involviment aktar mill-qrib tal-Parlament Ewropew. Minħabba l-portata tal-bidliet, ir-Regolament (UE) Nru 1053/2013 jenħtieġ li jitħassar u jiġi sostitwit b'Regolament ġdid.
(5) Jenħtieġ li l-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ jikseb dawn l-għanijiet permezz ta' evalwazzjonijiet oġġettivi u imparzjali li jkunu jistgħu jidentifikaw f'qasir żmien in-nuqqasijiet fl-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen li jistgħu jfixklu t-tħaddim korrett taż-żona Schengen, jiżguraw li dawn in-nuqqasijiet jiġu indirizzati minnufih, u jipprovdu l-bażi għal djalogu politiku ġenwin bejn l-Istati Membri dwar it-tħaddim taż-żona Schengen kollha kemm hi. Dan jirrikjedi kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, distribuzzjoni bbilanċjata tar-responsabbiltajiet kondiviżi u li tinżamm in-natura tar-rieżami bejn il-pari tas-sistema. Jirrikjedi wkoll involviment aktar mill-qrib tal-Parlament Ewropew. Minħabba l-portata tal-bidliet, ir-Regolament (UE) Nru 1053/2013 jenħtieġ li jitħassar u jiġi sostitwit b'Regolament ġdid.
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 6
(6) Il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ jista' jkopri l-oqsma kollha tal-acquis ta' Schengen - preżent u futur - ħlief dawk fejn mekkaniżmu ta' evalwazzjoni speċifiku diġà jeżisti taħt il-liġi tal-Unjoni. Il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ jenħtieġ li jinkorpora l-leġiżlazzjoni rilevanti kollha u l-attivitajiet operazzjonali li jikkontribwixxu għat-tħaddim taż-żona Schengen.
(6) Il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ jenħtieġ li jkopri l-oqsma kollha tal-acquis ta' Schengen - preżent u futur - ħlief dawk fejn mekkaniżmu ta' evalwazzjoni speċifiku diġà jeżisti taħt il-liġi tal-Unjoni. Il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ jenħtieġ li jkopri kemm l-effiċjenza tal-kontrolli fil-fruntieri esterni kif ukoll in-nuqqas ta' kontrolli fil-fruntieri interni. Il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ jenħtieġ li jinkorpora l-leġiżlazzjoni rilevanti kollha u l-attivitajiet operazzjonali li jikkontribwixxu għat-tħaddim ta' żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni.
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 7
(7) It-tħaddim korrett tal-awtoritajiet li japplikaw l-acquis ta' Schengen jenħtieġ li jitqies fl-evalwazzjonijiet kollha f'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-1 u t-2 ta' Marzu 2012. L-evalwazzjoni jenħtieġ ukoll tkopri l-prattiki tal-entitajiet privati, bħal-linji tal-ajru jew il-fornituri esterni tas-servizzi, sa fejn ikunu involuti fl-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen jew affettwati minnu meta jikkooperaw mal-Istati Membri. Bl-istess mod, minħabba r-rwol akbar tal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen, jenħtieġ li l-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ jappoġġa l-ivverifikar tal-attivitajiet ta' dawn il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni sakemm iwettqu funzjonijiet għan-nom tal-Istati Membri biex jassistu fl-applikazzjoni operazzjonali tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen. L-ivverifikar ta' dawn l-attivitajiet f'dawn ir-rigward jenħtieġ li jkun inkorporat fl-evalwazzjoni tal-Istati Membri u jitwettaq mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet attribwiti lill-Kummissjoni u lill-korpi ta' governanza rilevanti tal-aġenziji, l-uffiċċji u l-korpi kkonċernati mir-regolamenti ta' twaqqif tagħhom u l-proċeduri ta' evalwazzjoni u monitoraġġ tagħhom stess li jinsabu fihom, kif ukoll b'rispett sħiħ tagħhom. Fl-eventwalità li l-evalwazzjonijiet jidentifikaw nuqqasijiet b'rabta mal-funzjonijiet imwettqa jew appoġġati mill-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tinforma lill-korpi ta' governanza rilevanti tagħhom.
(7) It-tħaddim korrett tal-awtoritajiet li japplikaw l-acquis ta' Schengen u l-konformità tagħhom mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-"Karta") jenħtieġ li jitqiesu fl-evalwazzjonijiet kollha f'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-1 u t-2 ta' Marzu 2012. L-evalwazzjoni jenħtieġ li tkopri wkoll il-prattiki tal-entitajiet privati, bħal-linji tal-ajru jew il-fornituri esterni tas-servizzi, sa fejn ikunu involuti fl-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen jew affettwati minnu meta jikkooperaw mal-Istati Membri. Bl-istess mod, minħabba r-rwol akbar tal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen, jenħtieġ li l-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ jappoġġa l-verifika tal-attivitajiet ta' dawn il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni sakemm iwettqu funzjonijiet għan-nom tal-Istati Membri biex jassistu fl-applikazzjoni operazzjonali tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen. Il-verifika ta' dawn l-attivitajiet f'dan ir-rigward jenħtieġ li tkun inkorporata fl-evalwazzjoni tal-Istati Membri u titwettaq mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet attribwiti lill-Kummissjoni u lill-korpi ta' governanza rilevanti tal-aġenziji, l-uffiċċji u l-korpi kkonċernati mir-regolamenti ta' twaqqif tagħhom u l-proċeduri ta' evalwazzjoni u monitoraġġ tagħhom stess li jinsabu fihom, kif ukoll b'rispett sħiħ tagħhom. Fl-eventwalità li l-evalwazzjonijiet jidentifikaw nuqqasijiet b'rabta mal-funzjonijiet imwettqa jew appoġġati mill-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tinkludi dan il-fatt fir-rapport ta' evalwazzjoni u tinvolvi lill-korpi ta' governanza rilevanti tagħhom.
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 9
(9) Il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà mwettqa mill-Frontex hija mekkaniżmu komplementari għall-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ stabbilit minn dan ir-Regolament biex jiggarantixxi l-kontroll tal-kwalità fil-livell tal-Unjoni u jiżgura li kemm il-livell tal-Unjoni kif ukoll dak nazzjonali, ikunu lesti jirrispondu għal kwalunkwe sfida fil-fruntieri esterni. Iż-żewġ mekkaniżmi jikkostitwixxu komponent tal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri. Jenħtieġ li s-sinerġiji bejn il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà u l-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ jiġu mmassimizzati bl-għan li tiġi stabbilita stampa mtejba tas-sitwazzjoni dwar it-tħaddim taż-żona Schengen, u jiġu evitati, sa fejn ikun possibbli, l-isforzi doppji u r-rakkomandazzjonijiet kunfliġġenti. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jkun hemm skambju ta' informazzjoni regolari bejn il-Frontex u l-Kummissjoni dwar ir-riżultati taż-żewġ mekkaniżmi. Iż-żieda fil-fokus strateġiku u t-tfassil aktar immirat tal-evalwazzjoni jirrikjedu wkoll iż-żieda ulterjuri tas-sinerġiji mal-mekkaniżmi u l-pjattaformi rilevanti operati mill-aġenziji tal-Unjoni u l-amministrazzjonijiet nazzjonali, bħall-Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali ("EMPACT") jew is-sorveljanza mwettqa mill-Kummissjoni bl-appoġġ ta' eu-LISA fir-rigward tat-tħejjija tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni tas-sistemi tal-IT rilevanti kif ukoll is-sejbiet tal-mekkaniżmi nazzjonali ta' kontroll tal-kwalità.
(9) Il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà mwettqa mill-Frontex hija mekkaniżmu komplementari għall-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ stabbilit minn dan ir-Regolament biex jiggarantixxi l-kontroll tal-kwalità fil-livell tal-Unjoni u jiżgura li kemm il-livell tal-Unjoni kif ukoll dak nazzjonali, ikunu lesti jirrispondu għal kwalunkwe sfida fil-fruntieri esterni. Dik il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà jenħtieġ li tikkontribwixxi għall-programm ta' evalwazzjoni annwali, u b'hekk tiżgura għarfien imtejjeb tas-sitwazzjoni. Iż-żewġ mekkaniżmi jikkostitwixxu komponent tal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri. Jenħtieġ li s-sinerġiji bejn il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà u l-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ jiġu mmassimizzati bl-għan li tiġi stabbilita stampa mtejba tas-sitwazzjoni dwar it-tħaddim taż-żona Schengen, u jiġu evitati, sa fejn ikun possibbli, l-isforzi doppji u r-rakkomandazzjonijiet kunfliġġenti. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jkun hemm skambju ta' informazzjoni regolari bejn il-Frontex u l-Kummissjoni dwar ir-riżultati taż-żewġ mekkaniżmi. Iż-żieda fil-fokus strateġiku u t-tfassil aktar immirat tal-evalwazzjoni jirrikjedu wkoll iż-żieda ulterjuri tas-sinerġiji mal-mekkaniżmi u l-pjattaformi rilevanti operati mill-aġenziji tal-Unjoni u l-amministrazzjonijiet nazzjonali, bħall-Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali ("EMPACT") jew is-sorveljanza mwettqa mill-Kummissjoni bl-appoġġ ta' eu-LISA fir-rigward tat-tħejjija tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni tas-sistemi tal-IT rilevanti kif ukoll is-sejbiet tal-mekkaniżmi nazzjonali ta' kontroll tal-kwalità.
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 10
(10) Matul l-evalwazzjoni, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari għall-ivverifikar tar-rispett tad-drittijiet fundamentali fl-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen minbarra l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni u l-applikazzjoni korretti tar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data tal-acquis ta' Schengen imwettqa permezz ta' evalwazzjonijiet separati. Jenħtieġ li jiġu implimentati miżuri addizzjonali biex tiżdied il-kapaċità tal-mekkaniżmu ta' monitoraġġ u evalwazzjoni li jidentifika l-ksur tad-drittijiet fundamentali fl-oqsma ta' politika rilevanti. Jenħtieġ li l-evalwaturi ta' Schengen jitħarrġu kif suppost f'dan ir-rigward, l-informazzjoni rilevanti mill-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali jenħtieġ li tiġi użata aħjar u l-esperti tagħha jkunu involuti b'mod aħjar fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-evalwazzjonijiet. Apparti minn hekk, jenħtieġ li evidenza li toħroġ fil-pubbliku jew tingħata permezz ta' mekkaniżmi ta' monitoraġġ indipendenti jew partijiet terzi rilevanti fuq inizjattiva tagħhom stess bħal ombudspersons, awtoritajiet li jwettqu monitoraġġ tar-rispett tad-drittijiet fundamentali, organizzazzjonijiet nongovernattivi u internazzjonali, titqies fil-programmazzjoni, fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-evalwazzjonijiet.
(10) Matul l-evalwazzjoni, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari għall-verifika tar-rispett tad-drittijiet fundamentali fl-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen minbarra l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni u l-applikazzjoni korretti tar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data tal-acquis ta' Schengen imwettqa permezz ta' evalwazzjonijiet separati. Jenħtieġ li jiġu implimentati miżuri addizzjonali biex tiżdied il-kapaċità tal-mekkaniżmu ta' monitoraġġ u evalwazzjoni li jidentifika l-ksur tad-drittijiet fundamentali fl-oqsma ta' politika rilevanti. Jenħtieġ li l-evalwaturi ta' Schengen jitħarrġu kif suppost f'dan ir-rigward, l-informazzjoni rilevanti mill-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali jenħtieġ li tiġi użata aħjar u l-esperti tagħha jkunu involuti b'mod aħjar fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-evalwazzjonijiet. B'mod partikolari, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, jenħtieġ li tiżviluppa parametri referenzjarji speċifiċi, biex jiġu inklużi fil-kwestjonarju standard, li permezz tagħhom tista' tiġi vvalutata l-konformità mad-drittijiet fundamentali. Apparti minn hekk, jenħtieġ li evidenza li toħroġ fil-pubbliku jew tingħata permezz ta' mekkaniżmi ta' monitoraġġ indipendenti jew partijiet terzi rilevanti fuq inizjattiva tagħhom stess bħal ombudspersons, awtoritajiet li jwettqu monitoraġġ tar-rispett tad-drittijiet fundamentali, organizzazzjonijiet nongovernattivi u internazzjonali, titqies fil-programmazzjoni, fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-evalwazzjonijiet.
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 12
(12) Jenħtieġ li l-għamliet tal-evalwazzjonijiet u l-metodi jsiru aktar flessibbli biex tiżdied l-effiċjenza tal-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ u l-kapaċità tiegħu li jadatta għal ċirkostanzi ġodda u żviluppi leġiżlattivi u biex jiġi ssimplifikat l-użu tar-riżorsi tal-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-evalwazzjonijiet perjodiċi permezz ta' żjarat ikunu l-mezz primarju ta' evalwazzjoni. Jenħtieġ li l-proporzjon ta' żjarat għal għarrieda u evalwazzjonijiet tematiċi jiżdied gradwalment biex jiġi żgurat użu bbilanċjat tal-għodod disponibbli. Jenħtieġ li l-għamliet tal-evalwazzjonijiet jiġu definiti b'mod ċar. Skont il-qasam ta' politika u n-natura tal-attività ta' evalwazzjoni u monitoraġġ, il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ jenħtieġ li jippermetti l-evalwazzjoni ta' diversi Stati Membri simultanjament u jwettaq evalwazzjonijiet mill-bogħod fl-intier tagħhom jew parzjalment kif ukoll jgħaqqad flimkien l-evalwazzjoni tal-oqsma ta' politika. Jenħtieġ li l-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ jara li jitfasslu rapporti ta' evalwazzjoni tal-Istati Membri li jkunu komprensivi li jivvalutaw il-prestazzjoni kumplessiva tal-Istat Membru fl-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen.
(12) Jenħtieġ li l-għamliet tal-evalwazzjonijiet u l-metodi jsiru aktar flessibbli biex tiżdied l-effiċjenza tal-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ u l-kapaċità tiegħu li jadatta għal ċirkostanzi ġodda u żviluppi leġiżlattivi u biex jiġi ssimplifikat l-użu tar-riżorsi tal-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-evalwazzjonijiet perjodiċi permezz ta' żjarat ikunu l-mezz primarju ta' evalwazzjoni. Jenħtieġ li l-proporzjon ta' żjarat għal għarrieda u evalwazzjonijiet tematiċi jiżdied gradwalment biex jiġi żgurat użu bbilanċjat tal-għodod disponibbli. Jenħtieġ li l-għamliet tal-evalwazzjonijiet jiġu definiti b'mod ċar. Skont il-qasam ta' politika u n-natura tal-attività ta' evalwazzjoni u monitoraġġ, il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ jenħtieġ li jippermetti l-evalwazzjoni ta' diversi Stati Membri simultanjament u jwettaq evalwazzjonijiet mill-bogħod fl-intier tagħhom jew parzjalment bħala metodi ta' evalwazzjoni komplementari għal żjarat fiżiċi, kif ukoll jgħaqqad flimkien l-evalwazzjoni tal-oqsma ta' politika. Jenħtieġ li l-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ jara li jitfasslu rapporti ta' evalwazzjoni tal-Istati Membri li jkunu komprensivi li jivvalutaw il-prestazzjoni kumplessiva tal-Istat Membru fl-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen.
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 13
(13) Jenħtieġ li l-evalwazzjonijiet tematiċi jintużaw aktar ta' spiss biex jipprovdu analiżi komparattiva tal-prattiki fl-Istati Membri. Jenħtieġ li jsiru biex jivvalutaw l-implimentazzjoni ta' bidliet leġiżlattivi kbar malli jibdew japplikaw u ta' inizjattivi ġodda, kif ukoll biex jivvalutaw kwistjonijiet minn fost l-oqsma ta' politika jew il-prattiki tal-Istati Membri li jkunu qegħdin jaffaċċjaw sfidi simili.
(13) Jenħtieġ li l-evalwazzjonijiet tematiċi jintużaw aktar ta' spiss biex jipprovdu analiżi komparattiva tal-prattiki fl-Istati Membri. Jenħtieġ li jsiru biex jivvalutaw l-implimentazzjoni ta' bidliet leġiżlattivi kbar malli jibdew japplikaw u ta' inizjattivi ġodda, kif ukoll biex jivvalutaw kwistjonijiet minn fost l-oqsma ta' politika jew politiki u prattiki simili fl-Istati Membri kollha.
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 14
(14) Jenħtieġ li ż-żjarat għal għarrieda, billi huma fost l-aktar għodod effettivi għall-ivverifikar tal-prattiki tal-Istati Membri, isiru, skont xi jkun l-iskop tagħhom, mingħajr notifika minn qabel lill-Istat Membru kkonċernat jew b'notifika qasira minn qabel biss. Jenħtieġ li ż-żjarat għal għarrieda mingħajr notifika minn qabel jsiru għal skopijiet "investigattivi" sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-obbligi skont l-acquis ta' Schengen, inkluż, bħala reazzjoni għal indikazzjonijiet fir-rigward ta' problemi sistemiċi li qegħdin ifeġġu li jistgħu potenzjalment ikollhom impatt sinifikanti fuq it-tħaddim taż-żona Schengen jew għal ksur tad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari allegazzjonijiet ta' ksur serju tad-drittijiet fundamentali fil-fruntieri esterni. F'każijiet bħal dawn, id-dispożizzjoni ta' avviż minn qabel ixxejjen l-objettiv taż-żjara. Żjarat għal għarrieda b'avviż minn qabel ta' 24 siegħa jenħtieġ li ssir jekk l-iskop ewlieni taż-żjara jkun li jsir kontroll aleatorju tal-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen mill-Istat Membru.
(14) Jenħtieġ li ż-żjarat għal għarrieda, billi huma fost l-aktar għodod effettivi għall-verifika tal-prattiki tal-Istati Membri, isiru skont xi jkun l-iskop tagħhom, mingħajr notifika minn qabel lill-Istat Membru kkonċernat. Jenħtieġ li jsiru żjarat għal għarrieda għal skopijiet "investigattivi" sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-obbligi skont l-acquis ta' Schengen, inkluż, bħala reazzjoni għal indikazzjonijiet fir-rigward ta' problemi sistemiċi li qegħdin ifeġġu li jistgħu potenzjalment ikollhom impatt negattiv fuq it-tħaddim taż-żona Schengen jew iwasslu għal ksur tad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari allegazzjonijiet ta' ksur serju tad-drittijiet fundamentali fil-fruntieri esterni.
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 14a (ġdida)
(14a) Jenħtieġ li Stat Membru jingħata avviż ta' massimu ta' 24 siegħa qabel ma ssir żjara fi żmien qasir, li hija għodda komplementari. Żjara fi żmien qasir jenħtieġ li ssir biss meta l-għan ewlieni taż-żjara jkun li jsir kontroll aleatorju tal-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen minn Stat Membru.
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 15
(15) Il-programmazzjoni tal-attivitajiet imwettqa taħt dan ir-Regolament permezz tal-programmi pluriennali u annwali diġà wriet il-valur miżjud tagħha biex tiġi żgurata l-prevedibbiltà u ċ-ċertezza. Għaldaqstant, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri jenħtieġ li tadotta l-programmi ta' evalwazzjoni pluriennali u annwali. Dawn il-programmi jenħtieġ ukoll li jipprovdu l-flessibbiltà meħtieġa biex maż-żmien ikunu jistgħu jadattaw għan-natura dinamika tal-acquis ta' Schengen. Fl-eventwalità ta' force majeure, jenħtieġ li jsiru aġġustamenti għall-programmi bi qbil mal-Istat Membru kkonċernat mingħajr il-ħtieġa ta' emenda formali tal-programmi. Il-programm ta' evalwazzjoni pluriennali, adottat għal seba' snin, jenħtieġ li jidentifika l-oqsma prijoritarji speċifiċi li għandhom jiġu koperti mill-evalwazzjonijiet perjodiċi. Dan l-approċċ huwa mistenni li jagħti lok għal aktar flessibilità, prijoritizzazzjoni aħjar u użu aktar ibbilanċjat u strateġiku tal-għodod kollha disponibbli. L-estensjoni tal-programm ta' evalwazzjoni pluriennali minn ħames għal seba' snin hija mistennija li twassal ukoll għal aktar monitoraġġ tal-Istati Membri li jkun aktar mill-qrib u aktar immirat mingħajr ma jitnaqqas il-livell ta' skrutinju.
(15) Il-programmazzjoni tal-attivitajiet imwettqa taħt dan ir-Regolament permezz tal-programmi pluriennali u annwali diġà wriet il-valur miżjud tagħha biex tiġi żgurata l-prevedibbiltà u ċ-ċertezza. Għaldaqstant, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri jenħtieġ li tadotta l-programmi ta' evalwazzjoni pluriennali u annwali. Dawn il-programmi jenħtieġ ukoll li jipprovdu l-flessibbiltà meħtieġa biex maż-żmien ikunu jistgħu jadattaw għan-natura dinamika tal-acquis ta' Schengen. Fl-eventwalità ta' force majeure, jenħtieġ li jsiru aġġustamenti għall-programmi bi qbil mal-Istat Membru kkonċernat mingħajr il-ħtieġa ta' emenda formali tal-programmi. Il-programm ta' evalwazzjoni pluriennali, adottat għal seba' snin, jenħtieġ li jidentifika l-oqsma prijoritarji speċifiċi li għandhom jiġu koperti mill-evalwazzjonijiet perjodiċi. Dan l-approċċ jenħtieġ li jagħti lok għal aktar flessibbiltà, adattabbiltà bbażata fuq l-informazzjoni aġġornata miġbura mid-diversi analiżijiet bil-ħsieb li tiġi stabbilita stampa mtejba tas-sitwazzjoni tat-tħaddim taż-żona Schengen, prijoritizzazzjoni aħjar kif ukoll użu aktar ibbilanċjat u strateġiku tal-għodod kollha disponibbli. L-estensjoni tal-programm ta' evalwazzjoni pluriennali minn ħames għal seba' snin hija mistennija li twassal ukoll għal aktar monitoraġġ tal-Istati Membri li jkun aktar mill-qrib u aktar immirat mingħajr ma jitnaqqas il-livell ta' skrutinju.
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 16
(16) Jenħtieġ li l-attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ isiru minn timijiet magħmula minn rappreżentanti tal-Kummissjoni u esperti maħtura mill-Istati Membri. Jenħtieġ li dawn ir-rappreżentanti u l-esperti jkollhom kwalifiki adegwati, inkluż għarfien teoretiku solidu u esperjenza prattika. Sabiex ikun żgurat li jieħdu sehem biżżejjed esperti bl-esperjenza b'mod aktar rapidu u inqas ikkumplikat, jenħtieġ li jiġi stabbilit grupp ta' esperti akkarigu tal-Kummissjoni f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri. Il-grupp jenħtieġ li jkun is-sors primarju minn fejn jinġiebu l-esperti għall-attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ.
(16) Jenħtieġ li l-attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ isiru minn timijiet magħmula minn rappreżentanti tal-Kummissjoni, minn esperti maħtura mill-Istati Membri u minn osservaturi tal-Unjoni. Jenħtieġ li dawn ir-rappreżentanti u l-esperti jkollhom kwalifiki adegwati, inkluż għarfien teoretiku solidu u esperjenza prattika, u jkunu għamlu t-taħriġ adegwat. Sabiex tiġi żgurata l-integrità tar-rapporti ta' evalwazzjoni mfassla mit-timijiet wara evalwazzjoni, fejn l-attivitajiet ta' korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni involuti fl-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen jiġu evalwati flimkien mal-awtoritajiet ta' Stat Membru, l-osservaturi tal-Unjoni jenħtieġ li ma jkollhom ebda kunflitt ta' interess. Sabiex ikun żgurat li jieħdu sehem biżżejjed esperti bl-esperjenza b'mod aktar rapidu u inqas ikkumplikat, jenħtieġ li jiġi stabbilit grupp ta' esperti akkarigu tal-Kummissjoni f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri. Il-grupp jenħtieġ li jkun is-sors primarju minn fejn jinġiebu l-esperti għall-attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ.
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 19
(19) Ir-rapporti ta' evalwazzjoni jenħtieġ li jkunu konċiżi u fil-qosor. Jenħtieġ li jiffukaw fuq in-nuqqasijietb'impatt sinifikanti u jenfasizzaw l-oqsma fejn jista' jsir titjib importanti. Is-sejbiet minuri mhumiex mistennija li jkunu parti mir-rapporti. Madankollu t-tim għandu jikkomunika dawn is-sejbiet lill-Istat Membru evalwat fi tmiem l-attività ta' evalwazzjoni, inkluż lill-awtoritajiet responsabbli għall-mekkaniżmu nazzjonali rilevanti ta' kontroll tal-kwalità. Jenħtieġ li t-tim ifittex b'mod attiv li jidentifika l-aħjar prattiki li huma mistennija li jiżdiedu fir-rapporti. B'mod partikolari, jenħtieġ li miżuri ġodda u innovattivi li jtejbu b'mod sinifikanti l-implimentazzjoni tar-regoli komuni u li jistgħu jiġu implimentati minn Stati Membri oħra jiġu enfasizzati bħala l-aħjar prattika għall-finijiet tar-rapport.
(19) Ir-rapporti ta' evalwazzjoni jenħtieġ li jkunu konċiżi u jagħtu rendikont tan-nuqqasijiet identifikati u jenfasizzaw l-oqsma fejn jenħtieġ li jsir titjib. Madankollu t-tim jenħtieġ li jikkomunika dawn is-sejbiet lill-Istat Membru evalwat fi tmiem l-attività ta' evalwazzjoni, inkluż lill-awtoritajiet responsabbli għall-mekkaniżmu nazzjonali rilevanti ta' kontroll tal-kwalità. Jenħtieġ li t-tim ifittex b'mod attiv li jidentifika l-aħjar prattiki li huma mistennija li jiżdiedu fir-rapporti. B'mod partikolari, jenħtieġ li miżuri ġodda u innovattivi li jtejbu b'mod sinifikanti l-implimentazzjoni tar-regoli komuni u li jistgħu jiġu implimentati minn Stati Membri oħra jiġu enfasizzati bħala l-aħjar prattika għall-finijiet tar-rapport.
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 20
(20) Jenħtieġ li, bħala regola, ir-rapporti ta' evalwazzjoni, jinkludu rakkomandazzjonijiet dwar kif għandhom jiġu rrimedjati n-nuqqasijiet identifikati (inkluż il-ksur tad-drittijiet fundamentali) u jiġu adottati f'att uniku mill-Kummissjoni bis-saħħa tal-atti ta' implimentazzjoni permezz tal-proċedura ta' eżami f'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/201136. Il-konsolidazzjoni tar-rapport u r-rakkomandazzjonijiet f'dokument uniku u soġġetta għal proċedura unika ta' adozzjoni tirrinforza r-rabta intrinsika bejn is-sejbiet tal-evalwazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet. Barra minn hekk, il-pubblikazzjoni mħaffa tar-rakkomandazzjonijiet hija mistennija li tippermetti lill-Istati Membri jindirizzaw in-nuqqasijiet b'mod aktar rapidu u b'effiċjenza akbar. Fl-istess waqt, l-użu tal-proċedura ta' eżami jenħtieġ li jiżgura l-involviment tal-Istat Membru fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet li jwassal għall-adozzjoni tar-rakkomandazzjonijiet.
(20) Jenħtieġ li, bħala regola, ir-rapporti ta' evalwazzjoni jinkludu rakkomandazzjonijiet dwar kif jiġu rrimedjati n-nuqqasijiet identifikati (inkluż il-ksur tad-drittijiet fundamentali) u jiġu adottati f'att uniku mill-Kummissjoni bis-saħħa tal-atti ta' implimentazzjoni permezz tal-proċedura ta' eżami f'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/201136u mingħajr dewmien indebitu. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-identifikazzjoni u r-rimedju ta' ksur tad-drittijiet fundamentali. Il-konsolidazzjoni tar-rapport u r-rakkomandazzjonijiet f'dokument uniku u soġġetta għal proċedura unika ta' adozzjoni tirrinforza r-rabta intrinsika bejn is-sejbiet tal-evalwazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet. Barra minn hekk, il-pubblikazzjoni mħaffa tar-rakkomandazzjonijiet hija mistennija li tippermetti lill-Istati Membri jindirizzaw in-nuqqasijiet b'mod aktar rapidu u b'effiċjenza akbar. Fl-istess waqt, l-użu tal-proċedura ta' eżami jenħtieġ li jiżgura l-involviment tal-Istat Membru fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet li jwassal għall-adozzjoni tar-rakkomandazzjonijiet.
__________________
__________________
36 ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
36 ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 22
(22) Barra minn hekk, meta l-evalwazzjonijiet jidentifikaw nuqqas serju, jenħtieġ li japplikaw dispożizzjonijiet speċifiċi biex tiġi żgurata l-adozzjoni fil-pront ta' miżuri ta' rimedju. Minħabba r-riskju li tali nuqqas jirrappreżenta, malli l-Istat Membru evalwat jiġi infurmat dwar nuqqas serju, l-Istat Membru evalwat jenħtieġ li jibda jimplimenta minnufih l-azzjonijiet ta' implimentazzjoni biex jirrimedja n-nuqqas, inkluż, meta meħtieġ, il-mobilizzazzjoni tal-mezzi operazzjonali u finanzjarji kollha disponibbli. Jenħtieġ li l-azzjoni ta' rimedju tkun soġġetta għal skadenzi aktar stretti u monitoraġġ u skrutinju politiku aktar mill-qrib tul il-proċess. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li l-Kummissjoni tinforma minnufih lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew meta evalwazzjoni tistabbilixxi l-eżistenza ta' nuqqas serju u torganizza żjara mill-ġdid minħabba "nuqqas serju" mhux aktar tard minn sena mid-data tal-evalwazzjoni biex tivverifika jekk Stat Membru jkunx irrimedja n-nuqqasijiet ikkonċernati. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta rapport taż-żjara mill-ġdid lill-Kunsill wara ż-żjara mill-ġdid.
(22) Barra minn hekk, meta l-evalwazzjonijiet jidentifikaw nuqqas serju, jenħtieġ li japplikaw dispożizzjonijiet speċifiċi biex tiġi żgurata l-adozzjoni fil-pront ta' miżuri ta' rimedju. Minħabba r-riskju li tali nuqqas jirrappreżenta, malli l-Istat Membru evalwat jiġi infurmat dwar nuqqas serju, l-Istat Membru evalwat jenħtieġ li jibda jimplimenta minnufih l-azzjonijiet ta' implimentazzjoni biex jirrimedja n-nuqqas, inkluż, meta meħtieġ, il-mobilizzazzjoni tal-mezzi operazzjonali u finanzjarji kollha disponibbli. Jenħtieġ li l-azzjoni ta' rimedju tkun soġġetta għal skadenzi aktar stretti u monitoraġġ u skrutinju politiku aktar mill-qrib tul il-proċess. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li l-Kummissjoni tinforma minnufih lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew meta evalwazzjoni tistabbilixxi l-eżistenza ta' nuqqas serju u tirrapporta dwar kwalunkwe proċedura ta' ksur li tkun għaddejja jew li tkun se titressaq kontra l-Istat Membru evalwat. Jenħtieġ li l-Kummissjoni torganizza wkoll żjara mill-ġdid minħabba "nuqqas serju" mhux aktar tard minn 180 jum mid-data tal-evalwazzjoni biex tivverifika jekk Stat Membru jkunx irrimedja n-nuqqasijiet ikkonċernati. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta rapport taż-żjara mill-ġdid lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew wara ż-żjara mill-ġdid. Meta jitqies l-impatt gravi li nuqqas serju jista' jkollu fuq iż-żona Schengen, jenħtieġ li l-Kummissjoni tvara mingħajr dewmien proċedura ta' ksur f'konformità mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea sabiex tindirizza n-nuqqasijiet identifikati.
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 23
(23) L-identifikazzjoni ta' nuqqas serju tirrikjedi valutazzjoni bir-reqqa każ b'każ abbażi ta' kriterji ċari rigward in-natura, l-iskala u l-impatt potenzjali tal-problemi, li jaf ikunu differenti għal kull qasam ta' politika. Elementi ewlenin differenti għall-implimentazzjoni effettiva tal-acquis ta' Schengen u taħlita differenti ta' fatturi jistgħu jwasslu biex sejba tiġi kklassifikata bħala nuqqas serju. Madankollu, jekk jitqies li nuqqas identifikat qiegħed ipoġġi f'riskju t-tħaddim kumplessiv taż-żona mingħajr fruntieri interni, jew jista' potenzjalment jagħmel hekk fuq żmien qasir, jew ikollu impatt negattiv sinifikanti fuq id-drittijiet tal-individwi, tali nuqqas għandu jitqies bħala nuqqas serju. Meta, f'rapport ta' evalwazzjoni, jiġi identifikat nuqqas serju fit-twettiq tal-kontroll fil-fruntieri esterni, jistgħu japplikaw l-Artikoli 21 u 29 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill37.
(23) L-identifikazzjoni ta' nuqqas serju tirrikjedi valutazzjoni bir-reqqa każ b'każ abbażi ta' kriterji ċari rigward in-natura, l-iskala u l-impatt potenzjali tal-problemi, li jaf ikunu differenti għal kull qasam ta' politika. Elementi ewlenin differenti għall-implimentazzjoni effettiva tal-acquis ta' Schengen u taħlita differenti ta' fatturi jistgħu jwasslu biex sejba tiġi kklassifikata bħala nuqqas serju. Madankollu, jekk jitqies li nuqqas identifikat qiegħed ipoġġi f'riskju t-tħaddim kumplessiv taż-żona mingħajr fruntieri interni, jew jista' potenzjalment jagħmel hekk fuq żmien qasir, jew ikollu impatt negattiv fuq id-drittijiet fundamentali jew ikollu impatt negattiv sinifikanti fuq id-drittijiet tal-individwi, tali nuqqas għandu jitqies bħala nuqqas serju. Meta, f'rapport ta' evalwazzjoni, jiġi identifikat nuqqas serju fit-twettiq tal-kontroll fil-fruntieri esterni, jistgħu japplikaw l-Artikoli 21 u 29 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill37.
__________________
__________________
37 Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).
37 Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 26
(26) Huwa essenzjali u opportun li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikollhom diskussjonijiet regolari fil-livell politiku sabiex jissensibilizzaw dwar l-importanza tal-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen, iżommu responsabbli lill-Istati Membri li b'mod persistenti jiksru r-regoli komuni, u jżidu l-pressjoni fuqhom biex jirrimedjaw in-nuqqasijiet identifikati. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi input adegwat biex tiffaċilita dawn id-diskussjonijiet inkluż permezz tal-adozzjoni ta' rapport annwali komprensiv li jkopri l-evalwazzjonijiet imwettqa matul is-sena preċedenti u l-istat ta' implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet, li jifforma parti mir-rapport dwar "l-Istat ta' Schengen". Il-Parlament Ewropew huwa mħeġġeġ jadotta riżoluzzjonijiet u l-Kunsill jenħtieġ li jadotta konklużjonijiet biex iżid il-pressjoni fuq l-Istati Membri li ma jagħmlux biżżejjed progress. Il-"Forum Schengen", bħala xena unika fejn jiġi diskuss Schengen f'livell għoli mar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, l-Istati Membri u l-Kummissjoni, jenħtieġ li jipprovdi pjattaforma għad-diskussjonijiet informali bl-għan li l-acquis ta' Schengen jiġi implimentat aħjar.
(26) Huwa essenzjali u opportun li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikollhom diskussjonijiet regolari fil-livell politiku sabiex jissensibilizzaw dwar l-importanza tal-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen, iżommu responsabbli lill-Istati Membri li b'mod persistenti jiksru r-regoli komuni, u jżidu l-pressjoni fuqhom biex jirrimedjaw in-nuqqasijiet identifikati. Iż-żewġ istituzzjonijiet jenħtieġ li jkunu informati b'mod sħiħ u ugwali dwar l-iżviluppi kollha fl-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen fl-Istati Membri. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi input adegwat biex tiffaċilita dawn id-diskussjonijiet inkluż permezz tal-adozzjoni ta' rapport annwali komprensiv li jkopri l-evalwazzjonijiet imwettqa matul is-sena preċedenti u l-istat ta' implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet, li jifforma parti mir-rapport dwar "l-Istat ta' Schengen". Il-Parlament Ewropew huwa mħeġġeġ jadotta riżoluzzjonijiet u l-Kunsill jenħtieġ li jadotta konklużjonijiet biex iżid il-pressjoni fuq l-Istati Membri li ma jagħmlux biżżejjed progress. Il-"Forum Schengen", bħala xena unika fejn iż-żona Schengen tiġi diskussa f'livell għoli mar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, l-Istati Membri u l-Kummissjoni, jenħtieġ li jipprovdi pjattaforma għad-diskussjonijiet informali bl-għan li l-acquis ta' Schengen jiġi implimentat aħjar.
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 28
(28) L-istatus tal-klassifikazzjoni tar-rapporti ta' evalwazzjoni u ta' żjara mill-ġdid jenħtieġ li jiġi ddeterminat f'konformità mar-regoli tas-sigurtà applikabbli stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/44438. L-Istat Membru evalwat jenħtieġ li jkun jista' xorta waħda jżomm il-possibbiltà li jitlob il-klassifikazzjoni tar-rapport kollu jew partijiet minnu f'konformità mar-regoli tas-sigurtà applikabbli.
(28) L-istatus tal-klassifikazzjoni tar-rapporti ta' evalwazzjoni u ta' żjara mill-ġdid jenħtieġ li jiġi ddeterminat f'konformità mar-regoli tas-sigurtà applikabbli stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/44438. L-Istat Membru evalwat, f'każijiet eċċezzjonali, jenħtieġ li jkun jista' xorta waħda jżomm il-possibbiltà li jitlob il-klassifikazzjoni tar-rapport kollu jew partijiet minnu f'konformità mar-regoli tas-sigurtà applikabbli.
__________________
__________________
38 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).
38 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 29
(29) Fid-dawl tar-rwol partikolari fdat lill-Parlament Ewropew u lill-parlamenti nazzjonali taħt l-aħħar sentenza tal-Artikolu 70 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif issottolinjat fl-Artikolu 12, il-punt (c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) fir-rigward tal-parlamenti nazzjonali, jenħtieġ li l-Kunsill u l-Kummissjoni jinformaw għalkollox lill-Parlament Ewropew u lill-parlamenti nazzjonali dwar il-kontenut u r-riżultati tal-evalwazzjonijiet. Barra minn hekk, fl-eventwalità li l-Kummissjoni tippreżenta proposta biex temenda dan ir-Regolament, il-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 19(7), il-punt (h), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu39, jikkonsulta lill-Parlament Ewropew sabiex jikkunsidra l-opinjoni tiegħu, kemm jista' jkun possibbli, qabel ma jadotta test finali.
(29) Fid-dawl tar-rwol partikolari fdat lill-Parlament Ewropew u lill-parlamenti nazzjonali taħt l-aħħar sentenza tal-Artikolu 70 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif issottolinjat fl-Artikolu 12, il-punt (c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) fir-rigward tal-parlamenti nazzjonali, jenħtieġ li l-Kunsill u l-Kummissjoni jinformaw għalkollox lill-Parlament Ewropew u lill-parlamenti nazzjonali dwar il-kontenut u r-riżultati tal-evalwazzjonijiet mhux aktar tard minn 14-il jum wara li l-proċedura ta' evalwazzjoni tkun ġiet konkluża. Barra minn hekk, fl-eventwalità li l-Kummissjoni tippreżenta proposta biex temenda dan ir-Regolament, il-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 19(7), il-punt (h), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu39, jikkonsulta lill-Parlament Ewropew sabiex jikkunsidra l-opinjoni tiegħu, kemm jista' jkun possibbli, qabel ma jadotta test finali.
__________________
__________________
39 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta' Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).
39 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta' Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ għall-fini li jiżgura li l-Istati Membri japplikaw l-acquis ta' Schengen b'mod effettiv, u b'hekk jikkontribwixxi għal żona li taħdem sew mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni.
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ għall-fini li jiżgura li l-Istati Membri japplikaw l-acquis ta' Schengen b'mod effettiv sabiex tiġi żgurata żona li taħdem sew mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni, u b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali.
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 3
3. L-evalwazzjonijiet jistgħu jkopru l-aspetti kollha tal-acquis ta' Schengen u jqisu t-tħaddim tal-awtoritajiet li japplikaw l-acquis ta' Schengen.
3. L-evalwazzjonijiet jistgħu jkopru l-aspetti kollha tal-acquis ta' Schengen, inkluża l-applikazzjoni effettiva u effiċjenti mill-Istati Membri tal-miżuri li jakkumpanjawh fl-oqsma tal-fruntieri esterni, il-politika dwar il-viżi, is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, il-protezzjoni tad-data, il-kooperazzjoni tal-pulizija, il-kooperazzjoni ġudizzjarja, kif ukoll in-nuqqas ta' kontrolli fil-fruntieri interni. L-evalwazzjonijiet kollha għandhom jinkludu valutazzjoni tal-konformità mad-drittijiet fundamentali fil-kuntest tal-aspetti koperti.
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d
(d) "evalwazzjoni għal għarrieda" tfisser evalwazzjoni, li mhijiex inkluża fil-programmi ta' evalwazzjoni pluriennali u annwali, biex tivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen minn Stat Membru wieħed jew aktar f'qasam ta' politika wieħed jew aktar;
(d) "evalwazzjoni għal għarrieda" tfisser evalwazzjoni, li ssir mingħajr ebda avviż minn qabel u li mhijiex inkluża fil-programmi ta' evalwazzjoni pluriennali u annwali, biex tivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen minn Stat Membru wieħed jew aktar f'qasam ta' politika wieħed jew aktar;
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)
(fa) "żjara fi żmien qasir" tfisser żjara, li ssir b'avviż minn qabel ta' massimu ta' 24 siegħa u bl-iskop li jsir kontroll aleatorju tal-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen minn Stat Membru;
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt i
(i) "nuqqas serju" tfisser nuqqas wieħed jew aktar li jirrigwarda l-applikazzjoni effettiva ta' elementi ewlenin tal-acquis ta' Schengen u li individwalment jew flimkien ma' oħrajn, għandu, jew hemm riskju li maż-żmien ikollu, impatt negattiv sinifikanti fuq id-drittijiet tal-individwi jew fuq it-tħaddim taż-żona Schengen;
(i) "nuqqas serju" tfisser nuqqas wieħed jew aktar li jirrigwarda l-applikazzjoni effettiva tal-acquis ta' Schengen, jew parti minnu, inkluż ir-rispett tal-Karta, u li individwalment jew flimkien ma' oħrajn għandu impatt negattiv jew hemm riskju li jkollu impatt negattiv fuq il-libertà tal-moviment, id-drittijiet tal-individwi jew fuq it-tħaddim taż-żona Schengen;
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt k
(k) "tim" tfisser grupp magħmul minn esperti maħtura mill-Istati Membri u rappreżentanti tal-Kummissjoni li jwettqu l-attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ.
(k) "tim" tfisser grupp magħmul minn esperti maħtura mill-Istati Membri u rappreżentanti tal-Kummissjoni u osservaturi maħtura minn istituzzjonijiet, korpi jew aġenziji tal-Unjoni rilevanti, li jwettqu l-attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ.
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ka (ġdid)
(ka) "osservatur tal-Unjoni" tfisser individwu maħtur minn istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 7(1) li jieħu sehem f'attività ta' evalwazzjoni jew monitoraġġ.
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 3
3. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw bis-sħiħ fl-istadji kollha tal-evalwazzjonijiet sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament.
3. L-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jikkooperaw bis-sħiħ fl-istadji kollha tal-evalwazzjonijiet sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament, filwaqt li jiżguraw li l-Parlament Ewropew jinżamm infurmat għalkollox dwar l-iżviluppi sostantivi kollha.
Għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni u t-timijiet li jwettqu l-attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ ikunu kapaċi jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod effettiv, b'mod partikolari billi jagħtu l-possibbiltà lill-Kummissjoni u lit-timijiet biex jindirizzaw direttament lill-persuni rilevanti u billi jipprovdu aċċess komplut u bla xkiel għaż-żoni, binjiet u dokumenti kollha li jkun intalab aċċess għalihom, inklużi struzzjonijiet u linji gwida nazzjonali u interni, anki dawk klassifikati.
Għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni u t-timijiet li jwettqu l-attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ ikunu kapaċi jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod effettiv, b'mod partikolari billi jagħtu l-possibbiltà lill-Kummissjoni u lit-timijiet biex jindirizzaw direttament u individwalment lill-persuni rilevanti u billi jipprovdu aċċess komplut u bla xkiel għaż-żoni, binjiet u dokumenti kollha li jkun intalab aċċess għalihom, inklużi struzzjonijiet u linji gwida nazzjonali u interni, anki dawk klassifikati.
Il-Kummissjoni għandha ġġarrab l-ispejjeż għall-ivvjaġġar u għall-akkomodazzjoni tal-esperti u l-osservatur imsemmi fl-Artikolu 16(2) li jieħdu sehem fiż-żjarat.
Il-Kummissjoni għandha ġġarrab l-ispejjeż għall-ivvjaġġar u għall-akkomodazzjoni tal-esperti kif ukoll tal-osservaturi msemmija fl-Artikolu 16(2) u tal-osservaturi tal-Unjoni li jieħdu sehem fiż-żjarat.
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca) evalwazzjonijiet imwettqa fi żmien qasir;
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a
(a) biex tevalwa l-prattiki fil-fruntieri interni;
(a) biex tevalwa l-prattiki fil-fruntieri interni, b'mod partikolari fejn il-kontrolli fil-fruntieri interni ilhom fis-seħħ għal aktar minn 180 jum u f'postijiet fejn ikun hemm evidenza ta' ksur tad-drittijiet fundamentali.
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b
(b) meta ssir taf b'xi problemi li feġġew jew problemi sistematiċi li potenzjalment jista' jkollhom impatt negattiv sinifikanti fuq it-tħaddim taż-żona Schengen;
(b) meta ssir taf b'xi problemi li feġġew jew problemi eżistenti li potenzjalment jista' jkollhom impatt negattiv sinifikanti fuq it-tħaddim taż-żona Schengen, inklużi ċirkostanzi li jistgħu jwasslu għal theddid għas-sigurtà interna.
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt c
(c) meta jkollha raġunijiet biex tqis li Stat Membru qiegħed jittraskura serjament l-obbligi tiegħu skont l-acquis ta' Schengen inkluż allegazzjonijiet ta' ksur serju tad-drittijiet fundamentali fil-fruntieri esterni.
(c) meta jkollha raġunijiet biex tqis li Stat Membru qiegħed jittraskura l-obbligi tiegħu skont l-acquis ta' Schengen,b'mod partikolari allegazzjonijiet ta' ksur serju tad-drittijiet fundamentali fil-fruntieri esterni.
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 3
3. Il-Kummissjoni tista' torganizza evalwazzjonijiet tematiċi, b'mod partikolari biex tivvaluta l-implimentazzjoni ta' bidliet leġiżlattivi sinifikanti, malli jibdew japplikaw, u ta' inizjattivi ġodda, jew biex tivvaluta kwistjonijiet minn fost l-oqsma ta' politika jew il-prattiki tal-Istati Membri li jkunu qegħdin jaffaċċjaw sfidi simili.
3. Il-Kummissjoni tista' torganizza evalwazzjonijiet tematiċi, b'mod partikolari biex tivvaluta l-implimentazzjoni ta' bidliet leġiżlattivi sinifikanti, malli jibdew japplikaw, u ta' inizjattivi ġodda, jew biex tivvaluta kwistjonijiet minn fost l-oqsma ta' politika, jew politiki u prattiki simili fost l-Istati Membri.
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 6 – subparagrafu 1
L-attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ imsemmija fl-Artikoli 4 u 5 jistgħu jitwettqu permezz ta' żjarat b'avviż minn qabel jew għal għarrieda, u kwestjonarji jew metodi mill-bogħod.
L-attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ imsemmija fl-Artikoli 4 u 5 jistgħu jitwettqu permezz ta' żjarat b'avviż minn qabel, fi żmien qasir jew għal għarrieda, u kwestjonarji jew metodi mill-bogħod. Dawn għandhom jintużaw biss meta ż-żjarat fiżiċi ma jitqisux meħtieġa.
Il-Kummissjoni tista' tagħmel arranġamenti mal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni biex tiffaċilita l-kooperazzjoni.
Il-Kummissjoni tista' tagħmel arranġamenti mal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni biex tiffaċilita l-kooperazzjoni u tistieden membru tal-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni biex jipparteċipa fit-timijiet li jwettqu attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ, meta jkun rilevanti.
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1
1. Sal-31 ta' Awwissu kull sena, il-Frontex għandha tippreżenta analiżi tar-riskju lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fid-dawl tal-programm ta' evalwazzjoni annwali msemmi fl-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament.
1. Sal-31 ta' Awwissu kull sena, il-Frontex għandha tippreżenta analiżijiet tar-riskju lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fid-dawl tal-programm ta' evalwazzjoni annwali msemmi fl-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament.
L-analiżi tar-riskju msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkopri l-aspetti rilevanti kollha relatati mal-ġestjoni integrata tal-fruntieri u għandha tinkludi wkoll rakkomandazzjonijiet għaż-żjarat għal għarrieda fis-sena ta' wara, irrispettivament mill-ordni tal-Istati Membri li għandhom jiġu evalwati kull sena, kif stabbilit fil-programm ta' evalwazzjoni pluriennali f'konformità mal-Artikolu 12.
L-analiżijiet tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikopru l-aspetti rilevanti kollha tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri Ewropej, kif stipulat fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2019/1896, u jinkludu komponent tad-drittijiet fundamentali, u għandhom jinkludu wkoll rakkomandazzjonijiet għaż-żjarat għal għarrieda jew fi żmien qasir fis-sena ta' wara, irrispettivament mill-ordni tal-Istati Membri li għandhom jiġu evalwati kull sena, kif stabbilit fil-programm ta' evalwazzjoni pluriennali f'konformità mal-Artikolu 12.
Dawk ir-rakkomandazzjonijiet jistgħu jirrigwardaw kwalunkwe reġjun jew qasam speċifiku u għandhom jinkludu lista ta' minn tal-anqas 10 sezzjonijiet speċifiċi tal-fruntieri esterni u minn tal-anqas 10 punti speċifiċi ta' qsim tal-fruntiera, siti speċifiċi rilevanti għall-evalwazzjoni tal-konformità mad-Direttiva 2008/115/KE47, u informazzjoni rilevanti oħra.
Dawk ir-rakkomandazzjonijiet jistgħu jirrigwardaw kwalunkwe reġjun jew żona speċifika u għandhom jinkludu lista ta' minn tal-anqas 10 sezzjonijiet speċifiċi tal-fruntieri esterni u minn tal-anqas 10 punti speċifiċi ta' qsim tal-fruntiera, siti speċifiċi rilevanti għall-evalwazzjoni tal-konformità mad-Direttiva 2008/115/KE47, u informazzjoni rilevanti oħra.
Il-Kummissjoni għandha tibgħat mingħajr dewmien l-analiżijiet tar-riskju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f'konformità mar-Regolament (UE) 2019/1896.
__________________
__________________
47 Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).
47 Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 9a (ġdid)
Artikolu 9a
Kooperazzjoni mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali
F'konformità mal-Artikolu 4(1)(a) u (d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/20071a, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għandha tippreżenta lill-Kummissjoni, sal-31 ta' Awwissu ta' kull sena, konklużjonijiet dwar il-valutazzjoni ġenerali tagħha tad-drittijiet fundamentali fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen bil-ħsieb li tipprovdilha l-konklużjonijiet tagħha meta tkun qed tfassal il-programm ta' evalwazzjoni annwali msemmi fl-Artikolu 13.
__________________
1a Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, (ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1).
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1
1. Il-Kummissjoni għandha tuża r-riżultati tal-mekkaniżmi u tal-istrumenti rilevanti, inkluż attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ tal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni li huma involuti fl-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen u tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll ta' mekkaniżmi nazzjonali indipendenti ta' monitoraġġ u ta' korpi u mekkaniżmi oħra nazzjonali ta' kontroll tal-kwalità fit-tħejjija tal-attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ, biex ittejjeb is-sensibilizzazzjoni dwar it-tħaddim taż-żona Schengen u biex tevita sforzi doppji u miżuri kunfliġġenti.
1. Il-Kummissjoni għandha tuża r-riżultati tal-mekkaniżmi u tal-istrumenti rilevanti, inkluż attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ tal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni li huma involuti fl-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen u tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll ta' mekkaniżmi u korpi nazzjonali indipendenti ta' monitoraġġ u mekkaniżmi oħra nazzjonali ta' kontroll tal-kwalità fit-tħejjija tal-attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ, fid-determinazzjoni tal-ħtieġa ta' evalwazzjoni għal għarrieda jew evalwazzjonijiet organizzati fi żmien qasir u biex ittejjeb is-sensibilizzazzjoni dwar it-tħaddim taż-żona Schengen u biex tevita sforzi doppji u miżuri kunfliġġenti.
Il-kondiviżjoni tal-informazzjoni għandha ssir f'konformità mal-mandati tal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni kkonċernati.
Il-kondiviżjoni tal-informazzjoni għandha ssir f'konformità mal-mandati tal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni kkonċernati. Tali kondiviżjoni tal-informazzjoni għandha sseħħ sabiex tiżgura għarfien imtejjeb tas-sitwazzjoni min-naħa tal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni kkonċernati, u rispons operazzjonali mtejjeb minnhom.
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 1
Tul il-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ, il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni pprovduta minn partijiet terzi, inkluż awtoritajiet indipendenti, organizzazzjonijiet nongovernattivi u organizzazzjonijiet internazzjonali.
Tul il-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ, b'mod partikolari fid-determinazzjoni tal-ħtieġa ta' evalwazzjonijiet għal għarrieda skont l-Artikolu 4(2) u (2a), il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet ipprovduti minn partijiet terzi rilevanti, inklużi awtoritajiet indipendenti, organizzazzjonijiet nongovernattivi u organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-istituzzjonijiet u l-korpi tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Kunsill tal-Ewropa.Meta l-evalwazzjoni tikkonferma nuqqasijiet evidenzjati minn partijiet terzi fl-informazzjoni li jipprovdu, l-Istati Membri għandu jkollhom l-opportunità li jikkummentaw.
F'kull ċiklu ta' evalwazzjoni pluriennali, kull Stat Membru għandu jkun soġġett għal evalwazzjoni perjodika waħda u minn tal-anqas evalwazzjoni għal għarrieda waħda jew evalwazzjoni tematika waħda.
F'kull ċiklu ta' evalwazzjoni pluriennali, kull Stat Membru għandu jkun soġġett għal evalwazzjoni perjodika waħda u minn tal-anqas evalwazzjoni għal għarrieda waħda jew żjara fi żmien qasir, kif ukoll evalwazzjoni tematika waħda jew aktar. Evalwazzjonijiet għal għarrieda skont l-Artikolu 4 għandhom jiġu organizzati mill-Kummissjoni kull meta jinqalgħu ċ-ċirkostanzi previsti f'dak l-Artikoli.
Il-programm ta' evalwazzjoni pluriennali għandu jidentifika l-oqsma prijoritarji speċifiċi li għandhom jiġu koperti mill-evalwazzjonijiet perjodiċi u għandu jinkludi skeda taż-żmien proviżorja ta' dawk l-evalwazzjonijiet.
Il-programm ta' evalwazzjoni pluriennali għandu jidentifika, skont l-Artikolu 4, dawk l-aspetti tal-acquis ta' Schengen li għandhom jiġu koperti mill-evalwazzjonijiet perjodiċi u għandu jinkludi skeda taż-żmien proviżorja ta' dawk l-evalwazzjonijiet.
Għandu jistabbilixxi lista proviżorja ta' Stati Membri li għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjonijiet perjodiċi, mingħajr preġudizzju għall-aġġustamenti skont il-paragrafu 4, f'sena partikolari. L-ordni proviżorju li fih l-Istati Membri għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjoni perjodika għandu jqis iż-żmien li jkun għadda mill-evalwazzjoni perjodika preċedenti. Għandu wkoll iqis l-eżitu tal-evalwazzjonijiet preċedenti, ir-ritmu tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni u informazzjoni rilevanti oħra għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-prattiki tal-Istati Membri.
Għandu jistabbilixxi lista proviżorja ta' Stati Membri li għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjonijiet perjodiċi, flimkien mal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni li jwettqu funzjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen fl-Istati Membri rilevanti, mingħajr preġudizzju għall-aġġustamenti magħmula skont il-paragrafu 4, f'sena partikolari. L-ordni proviżorju li fih l-Istati Membri għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjoni perjodika għandu jqis iż-żmien li jkun għadda mill-evalwazzjoni perjodika preċedenti. Għandu wkoll iqis l-eżitu tal-evalwazzjonijiet preċedenti, ir-ritmu tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni u informazzjoni rilevanti oħra għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-prattiki tal-Istati Membri.
Fit-tfassil tal-kwestjonarju, il-Kummissjoni tista' tikkonsulta lill-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 7.
Fit-tfassil tal-kwestjonarju, il-Kummissjoni tista' tikkonsulta lill-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 7. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, għandha tinkludi fil-kwestjonarju parametri referenzjarji speċifiċi li permezz tagħhom it-timijiet ta' evalwazzjoni jivvalutaw il-konformità tad-drittijiet fundamentali.
L-Istati Membri u l-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni rilevanti, għandhom jiżguraw li l-esperti tal-Istati Membri u r-rappreżentanti tal-Kummissjoni jirċievu taħriġ adegwat biex isiru evalwaturi ta' Schengen.
L-Istati Membri u l-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni rilevanti, għandhom jiżguraw li l-esperti tal-Istati Membri u r-rappreżentanti tal-Kummissjoni jirċievu taħriġ adegwat biex isiru evalwaturi ta' Schengen. It-tlestija ta' dak it-taħriġ għandha tkun obbligatorja għall-esperti kollha li jipparteċipaw f'tim li jwettaq attività ta' evalwazzjoni jew monitoraġġ skont l-Artikolu 18.
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 2
2. Għall-finijiet ta' taħriġ, kull tim li jwettaq evalwazzjonijiet perjodiċi jista' jinkludi "osservatur" minn Stat Membru jew inkella mill-Kummissjoni.
2. Għall-finijiet ta' taħriġ, kull tim li jwettaq evalwazzjonijiet perjodiċi jista' jinkludi "osservatur" minn Stat Membru, mill-Kummissjoni jew minn korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni involuti fl-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen.
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1
1. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tistabbilixxi, kull sena, grupp ta' esperti b'esperjenza professjonali li tkopri oqsma prijoritarji speċifiċi stabbiliti fil-programm ta' evalwazzjoni pluriennali.
1. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tistabbilixxi, kull sena, grupp ta' esperti b'esperjenza professjonali li tinkludi dawk l-aspetti tal-acquis ta' Schengen li jridu jiġu koperti skont il-programm ta' evalwazzjoni pluriennali.
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 2
2. B'mod parallel għat-twaqqif tal-programm ta' evalwazzjoni annwali f'konformità mal-Artikolu 13(1), meta jiġu mistiedna mill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jaħtru minn tal-anqas espert kwalifikat wieħed għal kull qasam speċifiku ddeterminat fil-programm ta' evalwazzjoni pluriennali għall-grupp ta' esperti tas-sena ta' wara.
2. B'mod parallel għat-twaqqif tal-programm ta' evalwazzjoni annwali f'konformità mal-Artikolu 13(1), meta jiġu mistiedna mill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jaħtru minn tal-anqas espert kwalifikat wieħed għal kull aspett tal-acquis ta' Schengen li jrid jiġi evalwat kif stabbilit fil-programm ta' evalwazzjoni pluriennali għall-grupp ta' esperti tas-sena ta' wara.
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 11
11. Il-Kummissjoni għandha żżomm aġġornata l-lista ta' esperti li jiffurmaw parti mill-grupp ta' esperti u tinforma lill-Istati Membri dwar l-għadd ta' esperti u l-profili tagħhom maħtura għal kull Stat Membru.
11. Il-Kummissjoni għandha żżomm aġġornata l-lista ta' esperti li jiffurmaw parti mill-grupp ta' esperti u tinforma lill-Istati Membri, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-għadd ta' esperti u l-profili tagħhom maħtura għal kull Stat Membru.
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 1
1. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-għadd ta' esperti tal-Istati Membri u r-rappreżentanti tal-Kummissjoni li jieħdu sehem f'tim abbażi tal-partikolaritajiet u l-ħtiġijiet tal-attività ta' evalwazzjoni u monitoraġġ. Il-Kummissjoni għandha tagħżel esperti minn grupp ta' esperti biex isiru membri ta' tim.
1. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-għadd ta' esperti tal-Istati Membri u r-rappreżentanti tal-Kummissjoni li jieħdu sehem f'tim abbażi tal-partikolaritajiet u l-ħtiġijiet tal-attività ta' evalwazzjoni u monitoraġġ. Il-Kummissjoni għandha tagħżel esperti minn grupp ta' esperti biex isiru membri ta' tim. Il-membri kollha tat-tim, bl-eċċezzjoni tal-osservaturi jew l-osservaturi tal-Unjoni, għandhom ikunu lestew it-taħriġ adegwat imsemmi fl-Artikolu 16(1).
L-esperti tal-Istati Membri ma għandhomx jieħdu sehem f'tim li jwettaq attività ta' evalwazzjoni jew monitoraġġ tal-Istat Membru li fih ikunu impjegati.
L-esperti tal-Istati Membri ma għandhomx jieħdu sehem f'tim li jwettaq attività ta' evalwazzjoni jew monitoraġġ tal-Istat Membru li fih ikunu impjegati. Barra minn hekk, meta l-attivitajiet ta' korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni preżenti fl-Istat Membru jkunu qed jiġu evalwati bħala parti mill-evalwazzjoni ta' dak l-Istat Membru, l-ebda espert jew osservatur minn dak il-korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni ma għandu jipparteċipa fl-evalwazzjoni.
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 4
4. Fil-każ ta' żjarat għal għarrieda, il-Kummissjoni għandha tibgħat l-istediniet mhux aktar tard minn ġimagħtejn qabel ma ż-żjara tkun skedata li tibda. L-esperti għandhom iwieġbu fi żmien 72 siegħa minn meta jirċievu l-istedina, bi qbil mal-awtoritajiet li jaħtruhom.
4. Fil-każ ta' żjarat għal għarrieda jew fi żmien qasir, il-Kummissjoni għandha tibgħat l-istediniet mhux aktar tard minn ġimagħtejn qabel ma ż-żjara tkun skedata li tibda. L-esperti għandhom iwieġbu fi żmien 72 siegħa minn meta jirċievu l-istedina, bi qbil mal-awtoritajiet li jaħtruhom.
6a. Il-Kummissjoni għandha tistieden ukoll lill-Parlament Ewropew jibgħat rappreżentant biex josserva ż-żjarat mill-ġdid bħala osservatur tal-Unjoni.
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 8
8. Jekk il-Kummissjoni ma jirnexxilhiex tikseb konferma tas-sehem tal-għadd meħtieġ ta' esperti mill-grupp ta' esperti minn tal-anqas sitt ġimgħat qabel ma tkun skedata li tibda l-attività ta' evalwazzjoni jew monitoraġġ, jew minn tal-anqas ġimgħa f'każ ta' żjarat għal għarrieda, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tistieden lill-Istati Membri kollha jinnominaw esperti kwalifikati li ma jkunux fil-grupp ta' esperti biex jimlew il-postijiet neqsin.
8. Jekk il-Kummissjoni ma jirnexxilhiex tikseb konferma tal-parteċipazzjoni tal-għadd meħtieġ ta' esperti mill-grupp ta' esperti minn tal-anqas sitt ġimgħat qabel ma tkun skedata li tibda l-attività ta' evalwazzjoni jew monitoraġġ, jew minn tal-anqas 7 ijiem f'każ ta' żjarat għal għarrieda jew fi żmien qasir, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tistieden lill-Istati Membri kollha jinnominaw esperti kwalifikati li ma jkunux fil-grupp ta' esperti biex jimlew il-postijiet neqsin.
Il-Kummissjoni għandha taħtar espert fit-tmun mill-Kummissjoni u tipproponi l-espert fit-tmun mill-Istati Membri. L-espert fit-tmun mill-Istati Membri għandu jinħatar mill-membri tat-tim mill-aktar fis possibbli wara li jiġi stabbilit it-tim.
Il-Kummissjoni għandha taħtar espert fit-tmun mill-Kummissjoni u tipproponi l-espert fit-tmun mill-Istati Membri. L-espert fit-tmun mill-Istati Membri għandu jinħatar mill-membri tat-tim mill-aktar fis possibbli wara li jiġi stabbilit it-tim. Il-Kummissjoni għandha taħtar espert responsabbli għall-elementi tad-drittijiet fundamentali taż-żjara jew tal-evalwazzjoni.
Il-programm dettaljat għal żjarat fi Stat Membru jew fil-konsolati tiegħu għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mill-qrib mal-esperti fit-tmun u mal-Istat Membru kkonċernat.
Il-programm dettaljat għal żjarat fi Stat Membru jew fil-konsolati tiegħu għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mill-qrib mal-esperti fit-tmun u mal-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-programm dettaljat lill-parlament nazzjonali rilevanti.
Iż-żjarat għal għarrieda għandhom isiru mingħajr notifika minn qabel lill-Istat Membru kkonċernat. Eċċezzjonalment, il-Kummissjoni tista' tinnotifika lill-Istat Membru kkonċernat minn tal-anqas 24 siegħa qabel ma tkun se ssir tali żjara meta l-iskop prinċipali taż-żjara għal għarrieda jkun dak ta' verifika aleatorja tal-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen.
Iż-żjarat għal għarrieda għandhom isiru mingħajr notifika minn qabel lill-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-programm dettaljat għaż-żjarat għal għarrieda.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-programm dettaljat għaż-żjarat għal għarrieda. Fil-każijiet li fihom ikunu ġew innotifikati l-Istati Membri, il-Kummissjoni tista' tikkonsulta l-iskeda ta' żmien u l-programm dettaljat mal-Istat Membru kkonċernat.
imħassar
Emenda 64 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 5
5. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tista' tistabbilixxi u taġġorna Linji gwida għat-twettiq taż-żjarat għal għarrieda.
5. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tista' tistabbilixxi u taġġorna linji gwida għat-twettiq taż-żjarat għal għarrieda jew fi żmien qasir u tista' tikkonsulta mal-Istati Membri.
Emenda 65 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1
Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tista' tistabbilixxi linji gwida biex twettaq attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ permezz ta' kwestjonarju jew metodi oħra mill-bogħod.
Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tista' tistabbilixxi linji gwida biex twettaq attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ permezz ta' kwestjonarju, jew metodi oħra mill-bogħod, bħala metodi komplementari.Il-metodi mill-bogħod għandhom jintużaw biss meta ż-żjarat fiżiċi ma jitqisux meħtieġa.
Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta' evalwazzjoni lill-parlamenti nazzjonali, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta' evalwazzjoni lill-parlamenti nazzjonali, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard minn 14-il jum wara li r-rapport ikun ġie adottat.
Emenda 67 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 5
5. Ir-rapport ta' evalwazzjoni għandu jkun fih rakkomandazzjonijiet għal azzjonijiet ta' rimedju bl-għan li jindirizzaw in-nuqqasijiet u l-oqsma għat-titjib identifikati matul l-evalwazzjoni u jagħti indikazzjoni tal-prijoritajiet għall-implimentazzjoni tagħhom. Ir-rapport ta' evalwazzjoni jista' jistabbilixxi skadenzi għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet. Meta l-evalwazzjoni tidentifika nuqqas serju, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 23.
5. Ir-rapport ta' evalwazzjoni għandu jkun fih rakkomandazzjonijiet għal azzjonijiet ta' rimedju bl-għan li jindirizzaw in-nuqqasijiet u l-oqsma għat-titjib identifikati matul l-evalwazzjoni u jagħti indikazzjoni tal-prijoritajiet għall-implimentazzjoni tagħhom. Ir-rapport ta' evalwazzjoni għandu wkoll jistabbilixxi skadenzi għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet. Meta l-evalwazzjoni tidentifika nuqqas serju, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 23.
Emenda 68 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 6
6. Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-abbozz tar-rapport ta' evalwazzjoni lill-Istat Membri evalwat fi żmien erba' ġimgħat minn tmiem l-attività ta' evalwazzjoni. L-Istat Membru evalwat għandu jipprovdi l-kummenti tiegħu dwar l-abbozz tar-rapport ta' evalwazzjoni fi żmien ġimagħtejn minn meta jirċevih. F'każ li ssir talba mingħand l-Istat Membru evalwat, għandha ssir laqgħa ta' abbozzar, mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol minn meta jaslu l-kummenti mingħand l-Istat Membru evalwat. Il-kummenti tal-Istat Membru evalwat jistgħu jiġu riflessi fl-abbozz tar-rapport ta' evalwazzjoni.
6. Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-abbozz tar-rapport ta' evalwazzjoni lill-Istat Membri evalwat fi żmien erba' ġimgħat minn tmiem l-attività ta' evalwazzjoni. L-Istat Membru evalwat għandu jipprovdi l-kummenti tiegħu dwar l-abbozz tar-rapport ta' evalwazzjoni fi żmien ġimagħtejn minn meta jirċevih. F'każ li ssir talba mingħand l-Istat Membru evalwat, għandha ssir laqgħa ta' abbozzar, mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol minn meta jaslu l-kummenti mingħand l-Istat Membru evalwat. Il-kummenti tal-Istat Membru evalwat għandhom jiġu riflessi għalkolloxfir-rapport ta' evalwazzjoni.
6a. Meta l-abbozz tar-rapport ta' evalwazzjoni jinkludi sejbiet relatati mal-attivitajiet ta' korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni involuti fl-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen, il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 6 għandha tapplika mutatis mutandis.
6b. Ir-rapporti ta' evalwazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu u l-Artikolu 23 ta' dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni u l-implimentazzjoni effettivi tal-Karta f'konformità mal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u l-Anness III tiegħu.
__________________
1a Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).
Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lit-tim li jkun wettaq l-attività ta' evalwazzjoni, għandha tipprovdi osservazzjonijiet dwar l-adegwatezza tal-pjan ta' azzjoni u, fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tiegħu, għandha tinforma lill-Istat Membru bl-osservazzjonijiet tagħha. Il-Kunsill jista' jistieden lill-Istati Membri jipprovdu kummenti dwar il-pjan ta' azzjoni.
Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lit-tim li jkun wettaq l-attività ta' evalwazzjoni, għandha tipprovdi osservazzjonijiet dwar l-adegwatezza tal-pjan ta' azzjoni u, fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tiegħu, għandha tinforma lill-Istat Membru bl-osservazzjonijiet tagħha. Il-Kunsill għandu jistieden Stati Membri oħrajn jikkummentaw dwar il-pjan ta' azzjoni fil-qafas ta' djalogu politiku msaħħaħ.
L-Istat Membru evalwat għandu jirrapporta lill-Kummissjoni u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni tiegħu kull sitt xhur mill-adozzjoni tar-rapport ta' evalwazzjoni sakemm il-Kummissjoni tikkunsidra l-pjan ta' azzjoni bħala implimentat mija fil-mija. Skont in-natura tan-nuqqasijiet u l-istat tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet, il-Kummissjoni jaf tirrikjedi lill-Istat Membru evalwat frekwenzi ta' rapportar differenti.
L-Istat Membru evalwat għandu jirrapporta lill-Kummissjoni u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni tiegħu kull sitt xhur mill-adozzjoni tar-rapport ta' evalwazzjoni sakemm il-Kummissjoni tikkunsidra l-pjan ta' azzjoni bħala implimentat mija fil-mija. Skont in-natura tan-nuqqasijiet u l-istat tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet, il-Kummissjoni jaf tirrikjedi lill-Istat Membru evalwat frekwenzi ta' rapportar differenti. Jekk, wara 24 xahar mill-adozzjoni tar-rapport ta' evalwazzjoni, il-Kummissjoni ma tqisx li r-rakkomandazzjonijiet kollha jkunu ġew indirizzati b'mod suffiċjenti u li l-pjan ta' azzjoni jkun ġie implimentat għalkollox, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jesprimu l-pożizzjoni tagħhom dwar il-kwistjoni permezz ta' deċiżjoni motivata.
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill minn tal-anqas darbtejn fis-sena dwar l-istat ta' implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni. Il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari tipprovdi informazzjoni dwar l-osservazzjonijiet tagħha rigward l-adegwatezza tal-pjanijiet ta' azzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-eżitu taż-żjarat mill-ġdid u ż-żjarat ta' verifika u jekk tosservax nuqqas konsiderevoli ta' progress fl-implimentazzjoni ta' pjan ta' azzjoni.
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill ulill-parlamenti nazzjonali kkonċernati minn tal-anqas darbtejn fis-sena dwar l-istat ta' implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni. Il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari tipprovdi informazzjoni dwar l-osservazzjonijiet tagħha rigward l-adegwatezza tal-pjanijiet ta' azzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-eżitu taż-żjarat mill-ġdid u ż-żjarat ta' verifika u jekk tosservax nuqqas konsiderevoli ta' progress fl-implimentazzjoni ta' pjan ta' azzjoni.
L-Istat Membru evalwat għandu jieħu azzjonijiet ta' rimedju minnufih inkluż, fejn meħtieġ, li jimmobilizza l-mezzi operazzjonali u finanzjarji kollha disponibbli. L-Istat Membru evalwat għandu jinforma mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar l-azzjonijiet ta' rimedju immedjati meħuda jew ippjanati. B'mod parallel, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni rispettivi msemmija fl-Artikolu 7 dwar in-nuqqas serju fid-dawl tal-appoġġ possibbli tagħhom lill-Istat Membru evalwat. Il-Kummissjoni għandha wkoll tinforma lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew.
L-Istat Membru evalwat għandu jieħu azzjonijiet ta' rimedju immedjati inkluż, fejn meħtieġ, li jimmobilizza l-mezzi operazzjonali u finanzjarji kollha disponibbli. L-Istat Membru evalwat għandu jinforma mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar l-azzjonijiet ta' rimedju immedjati meħuda jew ippjanati. B'mod parallel, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni rispettivi msemmija fl-Artikolu 7 dwar in-nuqqas serju fid-dawl tal-appoġġ possibbli tagħhom lill-Istat Membru evalwat. Il-Kummissjoni għandha wkoll tinforma immedjatament lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-parlamenti nazzjonali bin-nuqqas serju identifikat u bl-azzjonijiet ta' rimedju, jekk ikun hemm, li jkunu diġà ttieħdu mill-Istat Membru evalwat.
Il-Kunsill għandu jistabbilixxi limiti taż-żmien għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet relatati ma' nuqqas serju u jispeċifika l-frekwenza tar-rapportar mill-Istat Membru evalwat lill-Kummissjoni u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni tiegħu.
Il-Kunsill għandu jiddiskuti l-kwistjoni b'mod urġenti u jistabbilixxi limiti taż-żmien qosra għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet relatati ma' nuqqas serju u jispeċifika l-frekwenza tar-rapportar mill-Istat Membru evalwat lill-Kummissjoni u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni tiegħu.
L-Istat Membru evalwat għandu jippreżenta l-pjan ta' azzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill fi żmien xahar mill-adozzjoni tar-rakkomandazzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak il-pjan ta' azzjoni lill-Parlament Ewropew.
L-Istat Membru evalwat għandu jippreżenta l-pjan ta' azzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill fi żmien tliet ġimgħat mill-adozzjoni tar-rakkomandazzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak il-pjan ta' azzjoni lill-Parlament Ewropew mingħajr ebda dewmien.
Biex tivverifika l-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet relatati man-nuqqas serju, il-Kummissjoni għandha torganizza żjara mill-ġdid li għandha ssir mhux aktar tard minn sena mid-data tal-attività ta' evalwazzjoni.
Biex tivverifika l-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet relatati man-nuqqas serju, il-Kummissjoni għandha torganizza żjara mill-ġdid li għandha ssir mhux aktar tard minn 180 jum mid-data tal-attività ta' evalwazzjoni.
Emenda 79 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 8
8. Il-Kunsill għandu jesprimi l-pożizzjoni tiegħu fuq ir-rapport.
8. Il-Kunsill għandu jesprimi l-pożizzjoni tiegħu fuq ir-rapport ta' evalwazzjoni u jista' jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għal rakkomandazzjonijiet għal azzjonijiet ta' rimedju mmirati biex jindirizzaw in-nuqqasijiet serji persistenti identifikati fir-rapport ta' żjara mill-ġdid.Meta l-Kummissjoni tippreżenta tali proposta, għandhom japplikaw il-paragrafi 6 u 7.
8a. Meta, wara żjara mill-ġdid, Stat Membru ma jimplimentax b'mod sodisfaċenti pjan ta' azzjoni wara evalwazzjoni li tkun identifikat nuqqas serju, il-Kummissjoni għandha tniedi proċedura ta' ksur kontra dak l-Istat Membru f'konformità mat-TFUE meta tqis li dak l-Istat Membru jkun naqas milli jissodisfa obbligu.
Emenda 81 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 10
10. Jekk in-nuqqas serju jitqies li jikkostitwixxi theddida serja għall-ordni pubbliku jew għall-iskrutinju intern fiż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni, jew ksur sistematiku tad-drittijiet fundamentali, il-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħha stess jew jekk tintalab mill-Parlament Ewropew jew minn Stat Membru, għandha tinforma immedjatament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan.
10. Jekk in-nuqqas serju jitqies li jikkostitwixxi theddida serja għall-ordni pubbliku jew għall-iskrutinju intern fiż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni, jew ksur serju u sistematiku tad-drittijiet fundamentali, il-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħha stess jew jekk tintalab mill-Parlament Ewropew jew minn Stat Membru, għandha tinforma immedjatament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan u għandha tinformahom dwar il-proċeduri ta' ksur li jkunu għaddejjin jew li jkunu se jinfetħu kontra l-Istat Membru evalwat.
Emenda 82 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 2
2. L-istatus tal-klassifikazzjoni tar-rapporti għandu jiġi ddeterminat f'konformità mad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/444. Jistgħu jiġi kklassifikati wkoll bħala "EU RESTRICTED/RESTREINT UE" abbażi ta' rikjesta ġustifikata kif dovut tal-Istat Membru evalwat.
2. L-istatus tal-klassifikazzjoni tar-rapporti għandu jiġi ddeterminat f'konformità mad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/444. F'każijiet eċċezzjonali, partijiet mir-rapporti ta' evalwazzjoni jistgħu jiġu kklassifikati wkoll bħala "EU RESTRICTED/RESTREINT UE" fuq talba ġustifikata kif dovut tal-Istat Membru evalwat.
Emenda 83 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 3
3. It-trażmissjoni u t-trattament tal-informazzjoni u d-dokumenti klassifikati għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom iseħħu f'konformità mar-regoli tas-sigurtà applikabbli. Tali regoli ma għandhomx jipprekludu informazzjoni milli tkun disponibbli għall-Parlament Ewropew u għall-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 7.
3. It-trażmissjoni u t-trattament tal-informazzjoni u d-dokumenti klassifikati għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom iseħħu f'konformità mar-regoli tas-sigurtà applikabbli. Tali regoli ma għandhomx jipprekludu informazzjoni milli tkun disponibbli għall-Parlament Ewropew, għall-parlamenti nazzjonali u għall-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 7.
Emenda 84 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 1
Il-Kummissjoni twettaq rieżami tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport lill-Kunsill fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni tar-rapporti ta' evalwazzjoni kollha fir-rigward tal-evalwazzjonijiet koperti mill-ewwel programm ta' evalwazzjoni pluriennali adottat f'konformità ma' dan ir-Regolament. Tali rieżami għandu jkopri l-elementi kollha ta' dan ir-Regolament, inkluż it-tħaddim tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' atti taħt il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew.
Il-Kummissjoni twettaq rieżami tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport lill-Kunsill fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni tar-rapporti ta' evalwazzjoni kollha fir-rigward tal-evalwazzjonijiet koperti mill-ewwel programm ta' evalwazzjoni pluriennali adottat f'konformità ma' dan ir-Regolament. Tali rieżami għandu jkopri l-elementi kollha ta' dan ir-Regolament, inkluż it-tħaddim tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' atti taħt il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew mingħajr ebda dewmien.
Emenda 85 Proposta għal regolament Artikolu 30a (ġdid)
Artikolu 30a
Reviżjoni
Kwalunkwe proposta futura mill-Kummissjoni biex temenda dan il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ li jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen għandha tkun ibbażata fuq l-Artikolu 77(2)(b) tat-TFUE.
Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Korea ta' Fuq, inkluża lpersekuzzjoni tal-minoranzi reliġjużi
147k
52k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' April 2022 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Korea ta' Fuq, inkluża l-persekuzzjoni tal-minoranzi reliġjużi (2022/2620(RSP))
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-25 ta' Marzu 2022 tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-G7 u tar-Rappreżentant Għoli tal-UE dwar l-illanċjar ta' missila ballistika interkontinentali mir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tal-1 ta' April 2022 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Josep Borrell, tal-25 ta' Marzu 2022 dwar l-illanċjar ta' missila ballistika interkontinentali (ICBM),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kelliem għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna tal-11 ta' Jannar 2022 dwar l-illanċjar ta' missili mir-RDPK,
– wara li kkunsidra s-sanzjonijiet l-aktar riċenti tat-22 ta' Marzu 2021 imposti mill-UE minħabba l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDPK,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-1 ta' April 2022 tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDPK,
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2356 (2017), 2270 (2016), 2371 (2017), 2375 (2017) u 2397 (2017), li jipprojbixxu b'mod espliċitu t-testijiet nukleari mir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea,
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tas-16 ta' Diċembru 2021 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Intolleranza u Diskriminazzjoni abbażi ta' Reliġjon jew Twemmin tal-1981,
– wara li kkunsidra r-rapport tas-7 ta' Frar 2014 tal-Kummissjoni ta' Inkjesta tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra tal-1984,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi r-RDPK għadha wieħed mill-pajjiżi l-aktar ripressivi fid-dinja; billi fir-RDPK, l-istat jeżerċita kontroll assolut fuq kull aspett ta' ħajjet iċ-ċittadini tiegħu, iżomm monopolju assolut fuq l-informazzjoni, u jikkontrolla l-moviment ġewwa u barra l-pajjiż kif ukoll il-ħajja soċjali taċ-ċittadini tiegħu, filwaqt li jżomm l-ubbidjenza billi jinstiga l-biża' fil-popolazzjoni permezz ta' theddid ta' eżekuzzjoni, priġunerija, għajbien furzat u xogħol iebes furzat fil-kampijiet ta' detenzjoni u ta' priġunerija;
B. billi r-RDPK għandha sistema tas-sigurtà estensiva u strutturata tajjeb li tissorvelja mill-qrib il-ħajja ta' kważi kull ċittadin u ma tippermetti l-ebda tip ta' libertà bażika fil-pajjiż;
C. billi l-Kummissjoni ta' Inkjesta investigat "il-ksur sistematiku, mifrux u serju tad-drittijiet tal-bniedem" fir-RDPK u ħarġet rapport fis-7 ta' Frar 2014; billi l-Kummissjoni ta' Inkjesta kkonkludiet fir-rapport tagħha li l-gravità, l-iskala u n-natura tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' Pyongyang ''jiżvelaw Stat li ma għandu l-ebda parallel fid-dinja kontemporanja'';
D. billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDPK ma tjibitx minn meta nħareġ ir-rapport tal-Kummissjoni ta' Inkjesta fl-2014; billi l-eżekuzzjoni ekstraġudizzjarja, it-tortura, il-vjolenza sesswali, l-iskjavitù u d-detenzjonijiet arbitrarji mwettqa mir-reġim tar-RDPK, inkluża l-persekuzzjoni għal raġunijiet ta' twemmin reliġjuż, għadhom għaddejjin u huma sistematiċi; billi skont is-sistema ta' songbun tagħha, il-prattikanti reliġjużi jappartjenu għall-klassi ''ostili'' u jitqiesu bħala għedewwa tal-istat, li jistħoqqilhom ''diskriminazzjoni, pieni, iżolament, u saħansitra eżekuzzjoni''; billi d-dokumentazzjoni minn organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) turi li s-segwaċi tax-xamaniżmu u tal-Kristjaneżmu huma partikolarment vulnerabbli għall-persekuzzjoni;
E. billi r-reġim qed jimmira b'mod sistematiku t-twemmin reliġjuż u l-minoranzi, inklużi x-xamaniżmu, il-Buddiżmu Korean, il-Kattoliċiżmu, iċ-Ċeondożmu u l-Protestantiżmu; billi eżempji ta' tali mmirar sistematiku jinkludu l-eżekuzzjoni ta' xi qassisin Kattoliċi u mexxejja Protestanti mhux barranin li ma rrinunzjawx għat-twemmin tagħhom u li ġew maqtula bħala ''spiji Amerikani'';
F. billi minbarra l-ksur imġarrab mill-popolazzjoni ġenerali, in-nisa u l-bniet fil-Korea ta' Fuq huma l-mira potenzjali ta' firxa ta' abbużi sesswali u abbażi tal-ġeneru, bl-uffiċjali tal-gvern kemm iwettqu kif ukoll jonqsu milli jirrispondu b'mod effettiv għall-ksur tad-drittijiet, inklużi d-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru mifruxa;
G. billi l-Gvern tar-RDPK ma jippermettix oppożizzjoni politika, elezzjonijiet ħielsa u ġusti, media ħielsa, libertà reliġjuża, libertà ta' assoċjazzjoni, negozjar kollettiv jew libertà ta' moviment u għalhekk ma jirrispettax il-prinċipju tal-istat tad-dritt; billi kien hemm rapporti ta' repressjoni severa ta' persuni involuti f'attivitajiet reliġjużi pubbliċi u privati, inklużi l-privazzjoni arbitrarja tal-libertà, it-tortura, ix-xogħol furzat u l-eżekuzzjoni; billi l-kwanliso (kampijiet ta' priġunerija politiċi) għadhom operattivi u huma fundamentali għall-kontroll u r-repressjoni tal-popolazzjoni, skont ir-Rapporteur Speċjali tan-NU; billi skont ir-Rapporteur Speċjali, "Ħafna minn dan il-ksur jinvolvi delitti kontra l-umanità li qed jitwettqu fir-RDPK. Proċessi konkreti ta' obbligu ta' rendikont huma meħtieġa b'mod urġenti, jew fil-livell nazzjonali jew f'dak internazzjonali'';
H. billi l-awtoritajiet statali tar-RDPK sistematikament jiċħdu d-drittijiet bażiċi tal-priġunieri u jwettqu eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji, detenzjoni arbitrarja u għajbien furzat, inkluż fil-forma ta' ħtif ta' ċittadini barranin, filwaqt li internaw dak li huwa stmat minn xi sorsi bħala aktar minn 100 000 persuna f'sistema penali estensiva ta' ċentri ta' priġunerija u detenzjoni, kampijiet ta' taħriġ tax-xogħol, kampijiet ta' priġunerija politiċi u kampijiet ta' riedukazzjoni, fost faċilitajiet oħra; billi r-reġim tar-RDPK b'mod regolari u sistematiku jirrikjedi xogħol furzat minn ħafna mill-popolazzjoni tiegħu biex isostni l-ekonomija tiegħu, b'mod partikolari l-persuni miżmuma fil-kwanliso;
I. billi r-reġim tar-RDPK irrifjuta r-riżoluzzjonijiet kollha tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem, tal-Assemblea Ġenerali u tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU rigward is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-territorju tiegħu;
J. billi l-pandemija tal-COVID-19 intużat mir-RDPK biex tkompli tiżola l-pajjiż mid-dinja ta' barra, u dan irriżulta fi u kompla jikkonsolida l-ksur aggravat tad-drittijiet tal-bniedem u wassal għal impatt negattiv fuq is-saħħa tal-poplu tiegħu; billi l-organizzazzjonijiet umanitarji għadhom ma jistgħux jirritornaw lejn ir-RDPK; billi l-preżenza internazzjonali limitata fil-pajjiż u t-tnaqqis sinifikanti fl-għadd ta' persuni li ħarbu li jaslu fir-Repubblika tal-Korea jagħmlu d-dokumentazzjoni tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem aktar diffiċli minn qatt qabel; billi r-RDPK għalqet il-fruntieri tagħha għall-qsim estern kollu biex tevita t-tixrid tal-COVID-19 u ma qassmet l-ebda vaċċin kontra l-COVID-19 lill-poplu tagħha, filwaqt li sostniet li l-virus ma jeżistix fil-pajjiż; billi, sa mill-bidu tal-pandemija, il-Korea ta' Fuq saret saħansitra aktar iżolata mill-bqija tad-dinja minħabba li l-infrastruttura tas-saħħa tagħha tibqa' magħrufa li hija dgħajfa u minħabba n-nuqqas ta' tilqim tal-popolazzjoni tagħha; billi skont l-aħħar rapport tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU ppubblikat f'Marzu 2022, il-Korea ta' Fuq hija aktar iżolata minn qatt qabel minħabba l-għeluq fit-tul tal-fruntieri fuq skala kbira u r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar bejn il-bliet u r-reġjuni imposti f'Jannar 2020; billi l-kontroll oppressiv tal-popolazzjoni kompla jissaħħaħ;
K. billi l-poplu tar-RDPK ġie espost għal għexieren ta' snin ta' sottożvilupp, b'kura tas-saħħa fqira u livelli għoljin ta' malnutrizzjoni materna u tat-tfal, f'kuntest ta' iżolament politiku u ekonomiku u nuqqasijiet ta' ikel u fjuwil; billi l-insigurtà kronika tal-ikel għadha mifruxa u x'aktarx marret għall-agħar bit-tnaqqis sinifikanti tal-kummerċ wara l-għeluq tal-fruntieri tal-pajjiż; billi partijiet tal-popolazzjoni, speċjalment popolazzjonijiet vulnerabbli, jistgħu jkunu qed jiffaċċjaw ġuħ u karestija;
L. billi l-UE hija difensur u promotur tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja; billi d-djalogi politiċi bejn l-UE u r-RDPK saru l-aħħar f'Ġunju 2015; billi l-Gvern Ċiniż iqis il-parti l-kbira tar-rifuġjati tal-Korea ta' Fuq bħala migranti ekonomiċi illegali u jirripatrija xi wħud minnhom jekk jiġu skoperti, mingħajr ma jqis ir-riskju tagħhom ta' persekuzzjoni malli jirritornaw; billi n-Nord Koreani fir-Russja qed jiffaċċjaw ripatrijazzjoni lejn il-pajjiż ta' oriġini tagħhom, peress li l-pulizija Russa għandha storja ta' arrest ta' Nord Koreani fuq talba ta' Pyongyang; billi din il-prattika tikser direttament l-obbligi taċ-Ċina u tar-Russja skont il-Konvenzjoni tan-NU dwar ir-Rifuġjati tal-1951 u l-Protokoll tagħha tal-1967; billi ħafna persuni li jaħarbu mill-Korea ta' Fuq jgħaddu minn diffikultajiet tremendi fiċ-Ċina u fil-pajjiżi ġirien tagħha, mingħajr identità uffiċjali jew status legali, u huma estremament vulnerabbli għat-traffikar ta' bnedmin, il-ħtif u l-isfruttament sesswali;
M. billi r-RDPK kompliet issegwi l-kapaċitajiet nukleari u l-programm tal-missili ballistiċi tagħha, kif intwera reċentement miż-żieda fl-ittestjar tal-missili fil-bidu tal-2022; billi l-UE imponiet sanzjonijiet fuq 57 individwu elenkat u disa' entitajiet elenkati talli kkontribwew għall-programmi tar-RDPK relatati ma' kapaċitajiet nukleari u ta' missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva, jew talli evitaw sanzjonijiet; billi l-proliferazzjoni tal-armi nukleari, kimiċi u bijoloġiċi u l-mezzi ta' twassil tagħhom jirrappreżentaw theddida għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali; billi r-RDPK rtirat mit-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (TNP) fl-2003, ilha tmexxi provi nukleari mill-2006 u uffiċjalment iddikjarat fl-2009 li kienet żviluppat arma nukleari, li jfisser li t-theddida tal-avvanz tal-kapaċitajiet nukleari tagħha ċarament amplifikat; billi fl-20 ta' April 2018, ir-RDPK ħabbret li kienet se tissospendi immedjatament l-ittestjar nukleari u tal-missili u tagħlaq is-sit ta' Punggye-ri li kien intuża għal sitt testijiet nukleari preċedenti; billi l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kkundanna l-illanċjar mir-RDPK ta' missila ballistika interkontinentali fl-24 ta' Marzu 2022 bħala ksur tas-sospensjoni tal-illanċjar ta' missili ballistiċi interkontinentali mwiegħda mir-RDPK u ksur tas-sanzjonijiet tan-NU; billi fit-22 ta' Marzu 2022, l-UE imponiet iffriżar tal-assi u projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar skont ir-Reġim Globali ta' Sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem fuq żewġ individwi u entità waħda fir-RDPK;
N. billi l-President uxxenti tar-Repubblika tal-Korea Moon Jae-in ippropona dikjarazzjoni ta' "tmiem il-gwerra" lir-RDPK biex jiġi ddikjarat tmiem formali tal-Gwerra Koreana li ntemmet fl-1953 mingħajr trattat ta' paċi;
O. billi l-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-G7 u r-Rappreżentant Għoli tal-UE ddikjaraw b'mod konġunt li s-sitwazzjoni umanitarja mwiegħra fir-RDPK hija minħabba li r-RDPK tuża r-riżorsi tagħha għal armi ta' qerda massiva u għal programmi ta' missili ballistiċi aktar milli għall-benesseri tal-poplu tagħha;
1. Itenni l-kundanna qawwija tiegħu għar-ripressjoni statali li ilha għaddejja għal għexieren ta' snin u hija eżerċitata b'mod sistematiku mill-Mexxejja Supremi u mill-amministrazzjoni tar-RDPK, kemm dawk attwali kif ukoll dawk tal-passat; jistieden lil Kim Jong-un iwaqqaf il-politika ta' esterminazzjoni, qtil, skjavitù, tortura, priġunerija, stupru, aborti furzati u vjolenza sesswali oħra, persekuzzjoni għal raġunijiet politiċi, reliġjużi, razzjali u tal-ġeneru, it-trasferiment furzat tal-popolazzjonijiet, l-għajbien furzat ta' persuni, l-att inuman li konxjament jiġi kkawżat karestija fit-tul u l-impunità istituzzjonalizzata għall-awturi ta' dawn l-atti; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tar-RDPK iwaqqfu d-delitti kontinwi tagħhom kontra l-umanità, inkluż permezz tas-sistema tal-kwanliso, u jwettqu proċess ta' riforma fejn id-drittijiet tal-bniedem kollha jiġu rispettati u protetti; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiżżarmaw il-kwanliso; jappella biex tiġi ppubblikata informazzjoni dettaljata dwar dawn il-kampijiet u li l-korpi ta' monitoraġġ internazzjonali indipendenti jingħataw l-opportunità li jżuruhom;
2. Jikkundanna bil-qawwa l-użu sistematiku u fuq skala kbira tal-piena kapitali fir-RDPK; jistieden lill-Gvern tar-RDPK jiddikjara moratorju fuq l-eżekuzzjonijiet kollha, bil-għan li jabolixxi l-piena tal-mewt fil-ġejjieni qrib; jistieden lir-RDPK ttemm l-eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarja u l-għajbien furzat, teħles lill-priġunieri politiċi u tippermetti liċ-ċittadini tagħha jivvjaġġaw liberament, kemm fil-pajjiż kif ukoll barra minnu; jistieden lill-RDPK tippermetti l-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-istampa għall-media nazzjonali u internazzjonali, kif ukoll aċċess għall-internet mingħajr ċensura liċ-ċittadini kollha tagħha; jitlob lir-RDPK tieqaf takkuża bi "tradiment" lil dawk li jaħarbu min-nazzjon jew titlob li dawk li jaħarbu lejn iċ-Ċina jiġu rritornati lejn ir-RDPK;
3. Iħeġġeġ lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, f'konformità mal-obbligi tagħhom bħala Stati partijiet għall-Konvenzjoni tan-NU dwar ir-Rifuġjati, biex ir-rifuġjati tal-Korea ta' Fuq li jaqsmu l-fruntiera lejn iċ-Ċina u r-Russja ma jiġux miċħuda d-dritt tagħhom li jfittxu ażil jew li jiġu rritornati bil-forza lejn il-Korea ta' Fuq, iżda biex jipproteġu d-drittijiet fundamentali tal-bniedem tagħhom; itenni t-talba tiegħu lill-pajjiżi li huma riċevituri ta' rifuġjati mir-RDPK biex jirrispettaw il-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951 u l-Protokoll tagħha tal-1967 u biex b'mod imperattiv joqogħdu lura milli jikkooperaw fi kwalunkwe forma mal-amministrazzjoni tar-RDPK dwar l-estradizzjoni jew ir-ripatrijazzjoni taċ-ċittadini tal-Korea ta' Fuq;
4. Jikkundanna r-restrizzjonijiet ħarxa fuq il-libertà tal-moviment, tal-espressjoni, tal-informazzjoni, ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni, kif ukoll id-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sistema songbun li tikklassifika lin-nies abbażi ta' klassi soċjali u twelid assenjati mill-Istat, u tinkludi wkoll kunsiderazzjoni tal-opinjonijiet politiċi u tar-reliġjon; jinsab imħasseb ħafna dwar il-ksur sistematiku tal-libertà ta' reliġjon u twemmin li jaffettwa x-Xamaniżmu u l-Kristjaneżmu kif ukoll reliġjonijiet oħra fil-Korea ta' Fuq; jiddenunzja l-arresti arbitrarji, id-detenzjoni fit-tul, it-tortura, it-trattament ħażin, il-vjolenza sesswali u l-qtil ta' persuni reliġjużi; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tar-RDPK iwaqqfu kull vjolenza kontra minoranzi reliġjużi u jagħtuhom id-dritt tal-libertà ta' reliġjon u twemmin, id-dritt ta' assoċjazzjoni u d-dritt tal-libertà ta' espressjoni; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-awturi ta' dawn l-atti vjolenti jinżammu responsabbli, inklużi l-Ministeru għas-Sigurtà Soċjali tal-Poplu u l-Ministeru għas-Sigurtà tal-Istat li huma strumentali fil-persekuzzjoni tal-komunitajiet reliġjużi;
5. Iħeġġeġ lill-Gvern tar-RDPK iwaqqaf il-programm tiegħu ta' xogħol furzat sponsorjat mill-Istat li permezz tiegħu pajjiżi barranin ibbenefikaw minn għexieren ta' eluf ta' ħaddiema mill-Korea ta' Fuq f'kundizzjonijiet prekarji, u b'hekk iġġeneraw valuta fiżika bħala għajnuna biex jiġi sostnut ir-reġim; jissottolinja li, f'dan il-każ, ir-responsabiltà għall-ħarsien tad-drittijiet tax-xogħol testendi għall-istati ospitanti li għandhom jiżguraw il-ħarsien tal-istandards tax-xogħol u tad-drittijiet tal-bniedem;
6. Jesprimi t-tħassib partikolari tiegħu dwar il-kundizzjonijiet tad-detenzjoni fis-sistema penali kollha, inkluż iċ-ċaħda tal-kura tas-saħħa, it-tortura flimkien ma' trattament u pieni krudili, inumani u degradanti, il-privazzjoni arbitrarja tal-libertà, ix-xogħol furzat, l-istupru u forom oħra ta' vjolenza sesswali, iċ-ċaħda tad-dritt għall-ħajja u għal proċess ġust u l-ksur tad-drittijiet tad-detenuti vulnerabbli, inklużi nisa, persuni b'diżabilità u minorenni; jistieden lill-awtoritajiet tar-RDPK jiżguraw li l-osservaturi indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem ikollhom aċċess għas-sistema penali tagħha u jikkooperaw magħhom bil-għan li jaħdmu mal-atturi internazzjonali rilevanti biex jirriformaw is-sistemi penali u ġudizzjarji tagħha;
7. Jikkundanna l-istrumentalizzazzjoni tal-pandemija, li wasslet għall-impożizzjoni ta' restrizzjonijiet ulterjuri u għal miżuri severi, bla bżonn u estremi li l-Gvern tal-Korea ta' Fuq stabbilixxa apparentement biex jipproteġi kontra l-COVID-19, li jkomplu jirrestrinġu d-drittijiet intrinsikament soppressi għall-ikel u s-saħħa, u d-drittijiet għal-libertà ta' moviment u l-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni; ifaħħar il-ħidma tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet 1718 li malajr approva t-talbiet kollha għal eżenzjoni mis-sanzjonijiet relatati mal-COVID-19 biex tingħata assistenza umanitarja lir-RDPK; jistieden lir-RDPK taħdem ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, inkluża l-inizjattiva dwar l-Aċċess Globali għall-Vaċċini (COVAX) għall-Coronavirus (COVID-19), biex tiżgura t-twassil u d-distribuzzjoni f'waqthom tal-vaċċini kontra l-COVID-19 lill-poplu tagħha;
8. Jesprimi t-tħassib partikolari tiegħu dwar il-gravità tas-sitwazzjoni tal-ikel li l-pajjiż qiegħed iħabbat wiċċu magħha u l-impatt tagħha fuq id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali tal-popolazzjoni; jistieden lill-awtoritajiet tal-RDPK jiżguraw l-aċċess liċ-ċittadini kollha għall-ikel u l-għajnuna umanitarja abbażi tal-ħtieġa, skont il-prinċipji umanitarji;
9. Jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat l-obbligu ta' rendikont għad-delitti tal-passat u dawk li għadhom għaddejjin kontra l-umanità; iħeġġeġ bil-qawwa lir-RDPK tikkonforma bis-sħiħ mal-obbligi legali kollha li jirriżultaw mir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; jappella lill-membri kollha tan-NU biex jieħdu azzjoni biex jimplimentaw bis-sħiħ is-sanzjonijiet eżistenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; jappella biex isiru sforzi biex is-sitwazzjoni fir-RDPK tiġi riferuta lill-Qorti Kriminali Internazzjonali jew biex jinħoloq tribunal ad hoc, jew mekkaniżmu komparabbli, sabiex tiġi ddeterminata r-responsabbiltà kriminali tal-uffiċjali tal-gvern, inklużi l-ogħla awtoritajiet; jinsisti fuq il-ħtieġa li l-Kunsill jadotta sanzjonijiet severi addizzjonali relatati mad-drittijiet tal-bniedem fl-ambitu tar-Reġim Globali ta' Sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem, immirati lejn l-individwi identifikati bħala responsabbli għal dak il-ksur; jieħu nota tal-opinjoni tar-Rapporteur Speċjali tan-NU biex jiġi żgurat li s-sanzjonijiet kontra l-pajjiż ma jkollhomx impatt detrimentali fuq id-drittijiet għall-ikel, is-saħħa, l-ilma u s-sanità, l-akkomodazzjoni u l-iżvilupp, kif ukoll biex jiġi evitat kwalunkwe impatt negattiv fuq l-assistenza umanitarja, inkluż fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19;
10. Jikkundanna bil-qawwa li fl-24 ta' Marzu 2022 l-RDPK tella' ICBM bħala provokazzjoni bla bżonn u perikoluża, li hija ksur ta' diversi riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u theddida serja għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali u reġjonali; jistieden lir-RDPK tabbanduna l-armi ta' qerda massiva u l-programmi ta' missili ballistiċi tagħha b'mod sħiħ, verifikabbli u irriversibbli;
11. Jistieden lir-RDPK tkompli timpenja ruħha b'mod kostruttiv mal-interlokuturi internazzjonali bil-ħsieb li jiġu promossi titjibiet konkreti fis-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-prattika, inkluż permezz ta' djalogi, żjarat uffiċjali lejn il-pajjiż u aktar kuntatti bejn il-persuni;
12. Ikompli jappoġġja riżoluzzjoni paċifika għall-kunflitt fil-Peniżola Koreana, li għandha tinvolvi denuklearizzazzjoni flimkien ma' titjib fis-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDPK; jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Istati Membri tal-UE jappoġġjaw l-istrutturi tan-NU u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jiżguraw l-obbligu ta' rendikont għar-reati mwettqa permezz tal-ġbir kontinwu ta' evidenza u dokumentazzjoni tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-passat u fil-preżent fil-pajjiż, bil-ħsieb li tintemm l-impunità għall-abbużi serji tar-RDPK;
13. Jilqa' t-tiġdid tal-mandat tar-Rapporteur Speċjali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDPK; jiddispjaċih għall-fatt li l-uffiċċju fil-post ġewwa Seoul tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) għadu nieqes mill-persunal, u jħeġġeġ lill-membri tan-NU u tal-OHCHR jappoġġjaw il-mekkaniżmu u jiżguraw li dan jiġi pprovdut bil-persunal u r-riżorsi kollha meħtieġa;
14. Jirrakkomanda li jsir progress lejn ir-rikonċiljazzjoni u l-istabbiliment ta' proċess xieraq ta' rimedju; jistieden lill-istati affettwati joħorġu "Dikjarazzjoni ta' tmiem il-Gwerra" biex jintemm il-kunflitt militari mhux riżolt;
15. Jilqa' r-reġim ta' sanzjonijiet tal-UE, kif ukoll ir-rieda espressa tal-UE li tappoġġja kwalunkwe proċess diplomatiku sinifikanti; jinkoraġġixxi lill-UE u lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġija li tikkomplementa r-reġim ta' sanzjonijiet tal-UE, skont l-Istrateġija Globali tal-UE, u b'kont meħud tat-tkomplija tad-djalogu politiku mal-Korea ta' Fuq meta jkun wasal iż-żmien, bil-ħsieb li jiġu integrati d-drittijiet tal-bniedem, id-denuklearizzazzjoni u l-inizjattivi ta' paċi fl-impenn tagħha mar-RDPK;
16. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tal-Korea, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Istati Uniti, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Federazzjoni Russa, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Ġappun, lir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u lis-Segretarju Ġenerali tan-NU.
Is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika tal-Gwatemala
135k
49k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' April 2022 dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika tal-Gwatemala (2022/2621(RSP))
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Gwatemala, partikolarment dik tal-14 ta' Marzu 2019 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Gwatemala(1),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kelliem tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fil-Gwatemala tal-11 ta' Frar 2022, u dwar id-deterjorament tal-istat tad-dritt fil-Gwatemala tat-23 ta' Marzu 2022,
– wara li kkunsidra l-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerka Ċentrali, min-naħa l-oħra(2), u b'mod partikolari l-klawżola li fih dwar id-drittijiet tal-bniedem,
– wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem tat-28 ta' Frar 2022 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Gwatemala,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni attribwibbli lill-kelliem għas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar il-Gwatemala, tal-11 ta' Frar 2022,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (IACHR) tat-22 ta' Frar 2022 li tesprimi tħassib dwar ksur ġdid tal-indipendenza ġudizzjarja fil-Gwatemala, u dik tal-IACHR u tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar l-indipendenza tal-imħallfin u l-avukati tad-9 ta' Marzu 2022 li tħeġġeġ lill-Gwatemala tiggarantixxi l-indipendenza u l-imparzjalità fil-ħatra tal-avukat ġenerali l-ġdid tal-pajjiż,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-konvenzjonijiet tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-protokolli fakultattivi tagħhom,
– wara li kkunsidra l-Patt tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966,
– wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Gwatemala,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-Gwatemala hija sieħeb importanti u tal-istess fehma tal-UE, kif muri mir-rwol ewlieni tal-pajjiż fl-integrazzjoni reġjonali fl-Amerka Ċentrali permezz tal-presidenza pro tempore tiegħu tas-Sistema ta' Integrazzjoni Reġjonali tal-Amerka Ċentrali, it-tkabbir tal-kooperazzjoni kummerċjali bejn l-UE u l-Gwatemala, is-solidarjetà tal-pajjiż mal-Ukrajna u l-Ewropa u l-kundanna qawwija tiegħu tal-invażjoni Russa tal-Ukrajna, u r-rwol attiv tiegħu fil-fora internazzjonali, kif ukoll id-djalogu kostruttiv mal-Ambaxxata tal-Gwatemala fi Brussell fil-kuntest tad-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Amerka Ċentrali;
B. billi fl-2019, il-gvern tar-Repubblika tal-Gwatemala ddeċieda unilateralment li jtemm il-mandat tal-Kummissjoni Internazzjonali Kontra l-Impunità fil-Gwatemala (CICIG), li kienet ilha topera għal 12 il-sena fil-pajjiż; billi matul il-perjodu meta l-awtoritajiet ikkollaboraw mas-CICIG, il-Gwatemala wriet progress kontinwu fil-prosekuzzjoni ta' każijiet tad-drittijiet tal-bniedem u tal-korruzzjoni;
C. billi minn dak iż-żmien 'l hawn, il-Gwatemala sofriet proċess kontinwu ta' kooptazzjoni istituzzjonali u ż-żarmar tal-istat tad-dritt, l-ostruzzjoni u l-fastidju sistematiċi tal-ħidma leġittima tal-imħallfin u l-prosekuturi, kampanji ta' malafama, arresti u intimidazzjoni tal-operaturi tal-ġustizzja, b'mod partikolari dawk tas-CICIG, l-Uffiċċju tal-Prosekutur tad-Drittijiet tal-Bniedem, u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjali kontra l-Impunità (FECI), u intensifikazzjoni u żieda tal-aggressjonijiet kontra l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll il-kriminalizzazzjoni tagħhom;
D. billi l-prosekuturi tal-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata li jinvolvu uffiċjali għolja tal-istat u sidien ta' negozji ġew kriminalizzati f'bosta proċedimenti kriminali permezz ta' lmenti quddiem il-Bord Dixxiplinari Ġudizzjarju u proċessi preliminari promossi mill-Ministeru Pubbliku tal-Gwatemala sabiex jarrestawhom jew jirtirawlhom l-immunità ġudizzjarja tagħhom; billi l-proliferazzjoni ta' dawn il-proċedimenti legali kontra mħallfin, prosekuturi u avukati indipendenti u n-nuqqas ta' rispons fil-pront u effiċjenti u miżuri ta' protezzjoni huma allarmanti;
E. billi t-theddid, il-fastidju u r-riskju ta' detenzjoni arbitrarja wasslu biex aktar minn 20 imħallef ħabbru l-eżilju tagħhom mill-Gwatemala biex jipproteġu s-sikurezza u l-integrità fiżika u psikoloġika tagħhom, u biex jevitaw rappreżalji mill-awtoritajiet tal-Istat tal-Gwatemala; billi l-każijiet tal-imħallef Erika Aifán, l-eks avukati ġenerali Claudia Paz u Thelma Aldana, u Juan Francisco Sandoval, li kien imexxi l-FECI, huma biss ftit eżempji ta' fastidju kontra operaturi ġudizzjarji fil-Gwatemala;
F. billi l-Artikolu 203 tal-Kostituzzjoni tal-Gwatemala jenfasizza li l-funzjoni ġudizzjarja trid tiġi eżerċitata esklużivament mill-Qorti Suprema tal-Ġustizzja u tribunali oħra stipulati mil-liġi; billi hemm nuqqas ta' progress fl-elezzjoni ta' mħallfin għas-siġġijiet vakanti fil-Qorti Suprema u fil-Qorti tal-Appell; billi din is-sena, il-President u l-Kungress se jaħtru tliet karigi ewlenin: l-avukat ġenerali, l-ombudsperson tad-drittijiet tal-bniedem, u l-kontrollur ġenerali;
G. billi f'Mejju 2022, se jiġi elett l-avukat ġenerali l-ġdid tar-Repubblika tal-Gwatemala; billi l-Kostituzzjoni tal-Gwatemala tistipula li l-ħatra tal-avukat ġenerali ssir permezz ta' kummissjoni nominanti li tkun magħmula mill-president tal-Qorti Suprema, dekani tal-iskejjel tal-liġi, membri tal-kamra tal-avukati, u membri tas-soċjetà ċivili; billi f'Settembru 2021, l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika tal-Gwatemala u kandidat għall-elezzjoni mill-ġdid, María Consuelo Porras, kif ukoll is-Segretarju Ġenerali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku, Angel Pineda, ġew inklużi mid-Dipartiment tal-Istat tal-Istati Uniti fuq il-Lista Engel bħala atturi korrotti u mhux demokratiċi li jostakolaw il-prosekuzzjoni kriminali ta' każijiet ta' korruzzjoni; billi l-avukat ġenerali għandu rwol fundamentali biex jiggarantixxi l-istat tad-dritt, il-protezzjoni u d-difiża tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-impunità;
H. billi l-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u r-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar l-indipendenza tal-imħallfin u l-maġistrati għamlu diversi rakkomandazzjonijiet biex titwettaq riforma kostituzzjonali rigward il-proċeduri għall-elezzjoni tal-avukat ġenerali u l-imħallfin tal-qrati superjuri tal-pajjiż f'konformità mal-istandards internazzjonali ta' indipendenza u imparzjalità;
I. billi l-Gvern tal-Gwatemala għamel sforzi biex jimplimenta politiki li jippromwovu t-trasparenza, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ġlieda kontra l-impunità permezz tal-ħolqien tal-Kumitat Presidenzjali kontra l-Korruzzjoni u l-Kumitat Presidenzjali għall-Paċi u d-Drittijiet tal-Bniedem, li għandhom joħorġu b'riżultati konkreti;
J. billi skont Transparency International, il-Gwatemala waqgħet 59 pożizzjoni fl-Indiċi dwar il-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni matul l-aħħar 10 snin, mill-91 post (2010) għall-150 post minn 180 pajjiż;
K. billi d-Digriet 4-202, magħruf bħala l-Liġi dwar l-NGOs, li daħal fis-seħħ fi Frar 2022, għandu l-għan li jirrestrinġi l-attivitajiet tal-NGOs, filwaqt li jissikka s-superviżjoni tal-gvern u jiftaħ il-bieb għall-abolizzjoni tal-NGOs li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti amministrattivi;
L. billi l-vjolenza u l-estorsjoni minn organizzazzjonijiet kriminali b'saħħithom għadhom problemi serji fil-Gwatemala u billi l-vjolenza relatata mal-gangs hija fattur importanti li jwassal lin-nies jitilqu mill-pajjiż;
M. billi fl-2021, l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) iddokumenta 103 attakki kontra difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u sitt każijiet ta' qtil, kif ukoll 33 attakk kontra ġurnalisti; billi d-difensuri tal-ambjent u tal-art, il-popli indiġeni u l-komunitajiet u d-difensuri tad-drittijiet tan-nisa qed jiffaċċjaw theddid serju; billi l-OHCHR qed jenfasizza ż-żieda fl-użu ħażin tal-liġi kriminali minn atturi statali u mhux statali kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġurnalisti biex jippenalizzawhom jew jimpedixxu l-eżerċizzju leġittimu ta' xogħolhom;
N. billi l-popli indiġeni għadhom jiffaċċjaw diversi forom ta' diskriminazzjoni u inugwaljanzi ekonomiċi u soċjali; billi hemm bżonn li tissaħħaħ ir-relazzjoni ta' fiduċja bejn l-istituzzjonijiet pubbliċi u l-popli indiġeni permezz tal-implimentazzjoni ta' miżuri għall-protezzjoni u t-twettiq tad-drittijiet tagħhom inkluż id-dritt għal kunsens liberu u infurmat minn qabel;
O. billi l-vjolenza sessista u sesswali kontra n-nisa u l-bniet huma problemi mifruxa u b'għeruq profondi; billi fit-8 ta' Marzu 2022, il-Kungress tal-Gwatemala approva d-Digriet 18-2022, l-hekk imsejjaħ "Liġi għall-Protezzjoni tal-Ħajja u tal-Familja", li jikkriminalizza l-abort fiċ-ċirkostanzi kollha, b'sentenzi tal-ħabs ta' bejn 5 u 25 sena, u li jipprojbixxi d-diversità tal-ġeneru u l-edukazzjoni sesswali fl-iskejjel; billi wara diversi protesti fil-livell nazzjonali u internazzjonali, il-President esprima l-intenzjoni tiegħu li jeżerċita veto fuq id-digriet u fil-15 ta' Marzu 2022, il-Kungress tal-Gwatemala vvota biex jissospendi l-liġi kontroversjali;
P. billi l-Gwatemala għandha waħda mill-ogħla rati ta' inugwaljanza u fost l-agħar faqar, malnutrizzjoni u rati ta' mortalità materna u tat-tfal fir-reġjun; billi l-Gwatemala tinsab fis-sitt post għall-malnutrizzjoni kronika fid-dinja;
Q. billi l-UE għadha waħda mis-sħab ewlenin ta' kooperazzjoni tal-Gwatemala, u allokat EUR 152 miljun taħt il-perjodu ta' programmazzjoni tal-Istrument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (2014-2020) li jiffoka fuq is-sigurtà tal-ikel, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-paċi u s-sigurtà, u l-kompetittività;
R. billi Aura Lolita Chávez, difensur ambjentali indiġena mill-Gwatemala u finalista tal-Premju Sakharov tal-Parlament Ewropew fl-2017, telqet minn pajjiżha wara attakki serji, theddid ta' qtil u malafama, u qed tiffaċċja diversi proċessi ġudizzjarji li kieku kellha tirritorna l-Gwatemala; billi s-sikurezza legali u fiżika tagħha għandha tiġi żgurata jekk tiddeċiedi li tirritorna;
1. Jinsab imħasseb dwar id-deterjorament tal-istat tad-dritt fil-Gwatemala u l-azzjonijiet legali mibdija mill-Qorti Suprema tal-Ġustizzja u l-prosekutur ġenerali kontra mħallfin, avukati u prosekuturi indipendenti li jinvestigaw jew iressqu quddiem il-prosekuzzjoni strutturi kriminali b'rabtiet ma' uffiċjali għolja tal-istat u sidien ta' negozji;
2. Jikkundanna l-kriminalizzazzjoni, id-detenzjoni u l-kampanji ta' diskreditazzjoni fuq il-media, it-theddid u l-atti ta' fastidju kontra l-operaturi ġudizzjarji involuti fil-prosekuzzjoni ta' każijiet ta' korruzzjoni u l-ġlieda kontra l-impunità, kif ukoll dawk kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġurnalisti; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Gwatemala jtemmu dawn l-azzjonijiet u jirrispettaw l-istat tad-dritt u r-rispett sħiħ għall-indipendenza tal-fergħat tal-poter bħala elementi ewlenin fil-ġlieda kontra l-impunità u l-korruzzjoni;
3. Jistieden lill-awtoritajiet tal-Gwatemala jwettqu investigazzjonijiet immedjati, bir-reqqa u imparzjali tat-theddid, l-atti ta' fastidju u l-kampanji ta' stigmatizzazzjoni kontra uffiċjali tal-ġustizzja u atturi tas-soċjetà ċivili, sabiex jidentifikaw lil dawk responsabbli u jressquhom quddiem tribunali kompetenti, indipendenti u imparzjali;
4. Jistieden lill-awtoritajiet tal-Gwatemala jieħdu l-miżuri meħtieġa b'mod urġenti biex jiżguraw is-sikurezza u l-integrità tal-imħallfin, il-prosekuturi, l-avukati – inklużi eks avukati tas-CICIG – u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u ta' dawk li qed jiġu detenuti, u jissalvagwardjaw id-dritt tagħhom għal proċess ġust; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jiżguraw ir-ritorn sikur ta' dawk li ġew imġiegħla jitilqu mill-pajjiż minħabba l-biża' għas-sikurezza tagħhom;
5. Ifakkar fl-indispensabilità ta' kanali ta' djalogu mtejba u effettivi fil-qafas tal-istituzzjonijiet tal-Gwatemala sabiex jiġu promossi l-valuri demokratiċi, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem;
6. Jafferma mill-ġdid li l-proċess tal-għażla u l-ħatra tal-imħallfin irid ikun trasparenti u parteċipattiv u li l-kandidati għandhom jintgħażlu abbażi tal-merti tagħhom u rekord ippruvat ta' rispett għad-drittijiet tal-bniedem, f'konformità mal-istandards internazzjonali u l-Kostituzzjoni tal-Gwatemala; jistieden lill-awtoritajiet tal-Gwatemala, f'dan is-sens, jiggarantixxu l-elezzjoni ġusta tal-imħallfin, b'mod partikolari fir-rigward tal-elezzjoni tal-prosekutur ġenerali u l-ombudsperson tad-drittijiet tal-bniedem;
7. Jenfasizza li l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni restrittiva bħal-Liġi dwar l-NGOs tista' tikkontribwixxi għaż-żarmar tas-sistema ta' protezzjoni għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, filwaqt li ssaħħaħ l-impunità; jitlob li dawn il-liġijiet jitħassru;
8. Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Gwatemala jieħu l-miżuri meħtieġa biex isaħħaħ il-leġiżlazzjoni u l-politiki biex jipproteġi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-difensuri ambjentali u l-ġurnalisti, u jiżviluppa politika pubblika għall-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem f'konformità ma' deċiżjoni tal-2014 tal-Qorti Inter-Amerikana tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-impenn meħud mill-Gwatemala stess quddiem il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fl-2018; jirrakkomanda li l-Gvern tal-Gwatemala jirratifika l-Ftehim ta' Escazú;
9. Jilqa' l-ħolqien mill-awtoritajiet tal-Gwatemala tal-Kumitat Presidenzjali kontra l-Korruzzjoni u l-Kumitat Presidenzjali għall-Paċi u d-Drittijiet tal-Bniedem, bħala pilastri ewlenin tal-pjan nazzjonali tal-Gvern għall-innovazzjoni u l-iżvilupp, u bil-ħsieb li jiġu implimentati politiki li jippromwovu t-trasparenza, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ġlieda kontra l-impunità; iħeġġeġ lil dawn il-kumitati jagħtu riżultati konkreti;
10. Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Gwatemala jikkoopera aktar mal-mekkaniżmi tan-NU u reġjonali kollha tad-drittijiet tal-bniedem sabiex imexxi 'l quddiem il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż; jirrakkomanda li l-Gvern tal-Gwatemala jġedded il-mandat tal-OHCHR fil-Gwatemala għal perjodu ta' żmien raġonevoli;
11. Jilqa' l-azzjoni meħuda mill-ambaxxati tal-Istati Membri tal-UE u d-Delegazzjoni tal-UE għall-Gwatemala fir-rigward tal-miżuri ta' protezzjoni għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-Kummissjoni tespandi b'mod sostanzjali u timplimenta b'mod aktar attiv miżuri ta' protezzjoni, inkluż it-twessigħ tal-osservazzjoni tas-seduti ta' smigħ tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem kriminalizzati, b'mod partikolari d-difensuri ambjentali u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem nisa billi, fost affarijiet oħra, iżżid l-appoġġ tagħha għall-organizzazzjonijiet indipendenti tas-soċjetà ċivili;
12. Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jużaw il-mekkaniżmi stabbiliti fil-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni u Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni biex jinkoraġġixxu bil-qawwa lill-Gwatemala twettaq aġenda ambizzjuża dwar id-drittijiet tal-bniedem u tiġġieled l-impunità bil-għan li ttejjeb is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż;
13. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana, lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tal-Gwatemala, lis-Segretarjat tal-Amerka Ċentrali għall-Integrazzjoni Ekonomika u lill-Parlament tal-Amerka Ċentrali.
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Russja,
– wara li kkunsidra l-Karta tan-NU, id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem,
– wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Federazzjoni Russa,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) Josep Borrell tat-28 ta' Marzu 2022 dwar il-gazzetta indipendenti Russa Novaya Gazeta,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE tat-22 ta' Marzu 2022 dwar id-deċiżjoni li l-priġunerija politikament motivata ta' Alexei Navalny tiġi estiża b'disa' snin oħra,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa tal-24 ta' Marzu 2022 li tesprimi apprezzament għall-ħidma kuraġġuża tal-ġurnalisti u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi dawk mill-Federazzjoni Russa u l-Belarussja,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant tal-Libertà tal-Media tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa tat-3 ta' Marzu 2022 dwar il-ksur serju tad-dritt għal-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-media fir-Russja fil-kuntest tal-attakk militari tal-pajjiż kontra l-Ukrajna,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar l-aħħar żviluppi fir-Russja u fl-Ukrajna,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-Federazzjoni Russa kisret ripetutament id-dritt internazzjonali u l-impenji internazzjonali tagħha u nediet gwerra illegali, mhux provokata u mhux ġustifikata ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna u wettqet massakri kontra ċ-ċittadini tagħha; billi r-restrizzjonijiet leġiżlattivi, il-projbizzjonijiet fuq il-media, il-kriminalizzazzjoni ta' rappurtar indipendenti u opinjoni ħielsa, u prosekuzzjonijiet politiċi oħra laħqu skala totalitarja f'dawn l-aħħar xhur, li rriżultaw fid-diżintegrazzjoni tal-ispazju ċivili indipendenti u pluralistiku fir-Russja;
B. billi r-reġim Russu intensifika, b'mod mingħajr preċedent, ir-repressjoni tiegħu fuq dimostranti paċifiċi, ġurnalisti u blogers indipendenti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u attivisti tas-soċjetà ċivili fi sforz biex isikktu kwalunkwe kritika u oppożizzjoni kontra l-aggressjoni militari illegali, mhux provokata u mhux ġustifikata tagħha kontra l-Ukrajna; billi eluf ħarbu mir-Russja minħabba ż-żieda drastika fir-riskju ta' arrest u prosekuzzjoni arbitrarji; billi din ir-repressjoni kellha effett devastanti fuq il-ħajja u l-libertajiet tal-minoranzi, tal-persuni LGBTQI+, tan-nisa, u tal-persuni kollha mmarkati mill-gvern u s-soċjetà bħallikieku jiddevjaw mir-regoli u l-aspettattivi tal-imġiba jew dawk normattivi imposti jew talli kkritikaw ir-reġim u l-politiki tal-awtoritajiet Russi;
C. billi d-drittijiet fundamentali tal-bniedem, inklużi l-libertà ta' assoċjazzjoni u l-libertà tal-espressjoni, huma minquxa fil-Kostituzzjoni tal-Federazzjoni Russa, kif ukoll f'bosta strumenti legali internazzjonali li r-Russja impenjat ruħha għalihom; billi l-awtoritajiet Russi huma responsabbli għal snin ta' kampanji ta' propaganda sistematika kontra l-Ukrajna, l-Ewropa u l-valuri demokratiċi liberali, li jwasslu għall-qerda ta' kwalunkwe traċċi ta' soċjetà ċivili vibranti, politikament attiva u indipendenti;
D. billi mill-24 ta' Frar 2022, l-awtoritajiet Russi arrestaw arbitrarjament aktar minn 15 400 dimostrant paċifiku kontra l-gwerra madwar il-pajjiż, u xi wħud minnhom ġew soġġetti għal trattament ħażin serju u ksur ieħor tad-drittijiet tal-bniedem; billi minn dak iż-żmien 'l hawn diġà tressqu aktar minn 60 każ kriminali;
E. billi bosta liġijiet imposti matul dawn l-aħħar ftit snin, bħal-liġi dwar l-"aġenti barranin" u l-varjazzjonijiet tagħha, ir-regolamentazzjoni u l-aġġudikazzjoni tal-hekk imsejħa "organizzazzjonijiet estremisti" u għadd kbir ta' digrieti mir-regolatur responsabbli għas-sorveljanza tal-media (Roskomnadzor) intużaw mill-awtoritajiet Russi għar-repressjoni kkonċentrata tagħhom fuq is-soċjetà ċivili indipendenti u l-media attivi fir-Russja, immirati b'mod partikolari lejn organizzazzjonijiet nongovernattivi (NGOs), difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ġurnalisti, avukati, kif ukoll attivisti għad-drittijiet tan-nisa, tal-LGBTQI+ u ambjentali, u attivisti ta' minoranzi etniċi u kulturali; billi l-impożizzjoni ta' din il-leġiżlazzjoni, tar-regolamentazzjoni u tal-piżijiet ġudizzjarji u amministrattivi kollha qed iġġiegħel lill-atturi tas-soċjetà ċivili jirrifjutaw finanzjament barrani, jinvolvu ruħhom f'awtoċensura u jnaqqsu kemm il-viżibbiltà pubblika tagħhom kif ukoll l-attivitajiet tagħhom minħabba biża' ta' ritaljazzjoni mill-istat;
F. billi fl-4 ta' Marzu 2022, il-Parlament Russu emenda l-Kodiċi Kriminali biex jimponi piena ta' mhux aktar minn 15-il sena ħabs għat-tixrid ta' informazzjoni allegatament "falza" dwar il-gwerra fl-Ukrajna; billi fit-22 ta' Marzu 2022, il-liġi twessgħet biex tikkriminalizza l-kondiviżjoni ta' "aħbarijiet foloz" dwar kwalunkwe attività tal-korpi uffiċjali tar-Russja barra mill-pajjiż; billi fl-4 ta' Marzu 2022, id-Duma Russa pprojbiet dimostrazzjonijiet kontra l-gwerra fl-Ukrajna; billi r-riformi legali Russi introduċew reati amministrattivi u kriminali għal ċittadini u entitajiet ġuridiċi Russi li jitolbu sanzjonijiet internazzjonali kontra l-istat Russu, iċ-ċittadini tiegħu jew kwalunkwe entità ġuridika Russa;
G. billi l-awtoritajiet Russi ġiegħlu lil diversi mezzi tal-media indipendenti jissospendu l-attivitajiet tagħhom, jagħlqu jew iċaqalqu l-attivitajiet tagħhom barra mill-pajjiż, filwaqt li jimblukkaw l-aċċess għal oħrajn fil-kuntest ta' ċensura, kontroll u iżolament dejjem akbar tal-internet, u b'hekk ċaħħdu lill-popolazzjoni Russa minn informazzjoni imparzjali dwar il-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna u d-delitti tal-gwerra mwettqa hemmhekk f'isem il-Federazzjoni Russa; billi dawn jinkludu, b'mod partikolari, l-istazzjon tar-radju Echo ta' Moska, l-istazzjon televiżiv Dozhd u l-gazzetta Novaya Gazeta; billi l-awtoritajiet imblukkaw il-media soċjali barranija fir-Russja u poġġew fuq blacklist lil Meta, il-kumpanija omm ta' Facebook, Instagram u WhatsApp, u ttikkettawha bħala "estremista";
H. billi mill-bidu tal-gwerra tar-Russja fl-Ukrajna, mijiet ta' ġurnalisti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, attivisti u oħrajn telqu mir-Russja minħabba r-riskju drastikament akbar ta' arrest u prosekuzzjoni arbitrarji, inkluż wara li l-President Putin irrefera għal dawk li qed jiddefendu l-gwerra bħala "tradituri nazzjonali" u "l-ħames kolonna";
I. billi fis-16 ta' Marzu 2022, il-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa ddeċieda li jirrevoka s-sħubija tal-Federazzjoni Russa fil-Kunsill tal-Ewropa, b'mod effettiv minnufih; billi l-Federazzjoni Russa, min-naħa tagħha, iddeċidiet li titlaq mill-Kunsill tal-Ewropa fil-15 ta' Marzu 2022, u b'hekk iċċaħħad liċ-ċittadini Russi mill-protezzjoni minquxa fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u ċċaħħadhom mill-aċċess għal rimedji ġudizzjarji quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem;
J. billi Alexei Navalny, avukat Russu, politiku tal-oppożizzjoni u attivist kontra l-korruzzjoni, u rebbieħ tal-Premju Sakharov 2021, ġie arrestat f'Jannar 2021 u ilu l-ħabs minn Frar 2021, fejn qed jiskonta sentenza arbitrarja u motivata politikament u ġie ripetutament soġġett għal tortura u trattament inuman; billi l-UE kkundannat l-avvelenament u l-priġunerija politikament motivata ta' Alexei Navalny bl-aktar mod qawwi possibbli, imponiet sanzjonijiet immirati u għadha titlob investigazzjoni indipendenti dwar l-avvelenament tiegħu;
K. billi fit-22 ta' Marzu 2022, il-Qorti Lefortovski ta' Moska, wara sessjoni straordinarja li saret f'kamp ta' ħabs u għalhekk barra mill-faċiliatjiet tas-soltu tal-qorti, ikkundannat lil Alexei Navalny għal disa' snin ħabs f'ħabs b'sigurtà massima u tagħtu multa amministrattiva ta' RUB 1,2 miljun (madwar EUR 12 838); billi din is-sentenza tikser b'mod ċar id-dritt internazzjonali u l-Kostituzzjoni Russa u hija illegali, arbitrarja u politikament motivata daqs is-sentenza preċedenti;
L. billi għadd ta' attivisti ġew arrestati u mħarrka jew ġew mhedda b'dan talli appoġġaw jew ikkollaboraw ma' Alexei Navalny jew talli appoġġaw l-ideat tiegħu, bħall-istrateġija ta' votazzjoni intelliġenti; billi ġew akkużati u mħarrka għal tali appoġġ permezz tal-applikazzjoni retroattiva ta' liġijiet jew deċiżjonijiet amministrattivi ġodda fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet tagħhom fuq il-media soċjali, u ħafna minnhom telqu mir-Russja wara li ffaċċjaw akkużi kriminali; billi l-Fondazzjoni Kontra l-Korruzzjoni ta' Alexei Navalny ġiet ikklassifikata bħala "estremista";
1. Jikkundanna r-repressjoni interna tar-reġim Russu, li marret għall-agħar wara l-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna; jitlob li l-awtoritajiet Russi jwaqqfu l-fastidju, l-intimidazzjoni u l-attakki kontra d-dimostranti kontra l-gwerra, l-organizzazzjonijiet indipendenti tas-soċjetà ċivili, l-NGOs, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġurnalisti u l-avukati kollha, kif ukoll l-attivisti favur id-drittijiet tan-nisa, l-LGBTQI+ u l-ambjent fir-Russja; jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-forzi demokratiċi fir-Russja, li huma impenjati favur soċjetà miftuħa u ħielsa, u jissottolinja l-appoġġ tiegħu għall-individwi u l-organizzazzjonijiet kollha li kienu fil-mira ta' attakki u repressjoni;
2. Jikkundanna l-pożizzjoni ideoloġika neo-totalitarja u imperjalista promossa mill-Gvern Russu u l-propagandisti tiegħu; jenfasizza li l-attakk kontra d-demokrazija u n-nuqqas ta' rispett għad-drittijiet ta' nazzjonijiet oħra witta t-triq tar-Russja lejn id-despotiżmu, l-aggressjoni internazzjonali u d-delitti tal-gwerra; jenfasizza li Russja mhux demokratika tikkostitwixxi theddida kostanti għas-sigurtà u l-istabbiltà tal-Ewropa;
3. Jiddeplora l-leġiżlazzjoni Russa, inklużi dik dwar "aġenti barranin", il-bidliet fil-Kodiċi Kriminali introdotti fl-4 ta' Marzu u t-22 ta' Marzu 2022, u l-Liġi dwar il-Media tal-Massa, li jintużaw biex jitwettaq fastidju ġudizzjarju fuq vuċijiet kritiċi fil-pajjiż u barra mill-pajjiż u biex jimminaw il-media indipendenti; jenfasizza li dawn l-iżviluppi huma f'kontradizzjoni sfaċċata mal-impenji li ħadet ir-Russja b'mod volontarju fl-ambitu tad-dritt internazzjonali u inklużi fil-Kostituzzjoni tagħha stess;
4. Jiddenunzja ċ-ċensura kontinwa u li qed tiżdied mill-awtoritajiet Russi, inkluż fuq l-internet, u jħeġġiġhom itemmu minnufih il-kontroll u ċ-ċensura tagħhom;
5. Jikkundanna l-imġiba tal-awtoritajiet Russi fil-persekuzzjoni tal-ommijiet ta' suldati Russi u l-organizzazzjonijiet stabbiliti tagħhom, peress li qed iċaħħdu lill-ġenituri Russi minn informazzjoni dwar fejn jinsabu wliedhom u qed jirrifjutaw li jikkooperaw mal-awtoritajiet Ukreni sabiex jirritornaw il-fdalijiet tas-suldati Russi maqtula fl-azzjoni;
6. Jikkundanna r-rwol tal-Patrijark Kirill ta’ Moska, kap tal-Knisja Ortodossa Russa, talli pprovda kopertura teoloġika għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna; ifaħħar il-kuraġġ tat-300 qassis tal-Knisja Ortodossa Russa li ffirmaw ittra li tikkundanna l-aggressjoni, u li fiha esprimew dieqa kbira minħabba l-esperjenza kiefra li għaddej minnha l-poplu Ukren u talbu li “titwaqqaf il-gwerra”;
7. Jikkundanna bil-qawwa l-priġunerija tar-rebbieħ tal-Premju Sakharov, Alexei Navalny, u jtenni t-talba tiegħu għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tiegħu, kif ukoll tal-mijiet ta' ċittadini Russi oħra li ġew detenuti mingħajr motivi iżda sempliċement talli kellhom il-kuraġġ li jipprotestaw favur id-demokrazija u l-paċi jew biex itejbu d-drittijiet tagħhom, inklużi d-drittijiet għal-libertà tal-espressjoni u tal-għaqda paċifika; jistieden lill-awtoritajiet Russi jtejbu l-kundizzjonijiet fil-ħabsijiet u fil-faċilitajiet ta' detenzjoni sabiex jissodisfaw l-istandards internazzjonali; iqis li s-sitwazzjoni umanitarja, ta' saħħa u ta' sikurezza ta' Alexei Navalny tikkostitwixxi tħassib prijoritarju għall-UE; jistieden lill-awtoritajiet Russi jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiggarantixxu bis-sħiħ id-drittijiet tiegħu matul id-detenzjoni illegali tiegħu; jikkundanna l-fatt li l-proċess kontra Alexei Navalny ma rrispettax id-dritt tiegħu għal proċess ġust u jtenni t-talba tiegħu għal investigazzjoni trasparenti u mingħajr dewmien dwar l-avvelenament ta' Alexei Navalny;
8. Iqis li r-ripressjoni kontra Alexei Navalny, is-sostenituri tiegħu, il-media u s-soċjetà ċivili hija kollha kemm hi intiża bħala parti minn preludju għall-gwerra kriminali ta' aggressjoni tar-Russja, u jtenni li l-pluraliżmu politiku u l-media ħielsa huma l-aħjar salvagwardji u ostakli kontra l-aggressjoni internazzjonali minn gvern mhux demokratiku; iqis li l-isforzi tagħna biex nappoġġaw il-libertà tal-opinjoni u l-media għaċ-ċittadini Russi huma parti intrinsika tal-isforzi tagħna biex niġġieldu l-gwerra u l-aggressjoni fl-Ukrajna;
9. Jikkundanna bil-qawwa d-deċiżjonijiet tal-qrati Russi li wasslu għall-għeluq ta' Memorial Internazzjonali u ċ-Ċentru tad-Drittijiet tal-Bniedem ta' "Memorial", flimkien waħda mill-eqdem u l-aktar organizzazzjoni prominenti tad-drittijiet tal-bniedem tar-Russja u rebbieħa tal-Premju Sakharov; jikkundanna t-twissijiet kontinwi minn Roskomnadzor kontra Novaya Gazeta dwar iċ-ċensura u l-allegat ksur tal-liġi dwar l-"aġenti barranin", li rriżultaw fit-tħabbira tal-gazzetta li se twaqqaf l-operazzjonijiet sa tmiem il-gwerra fl-Ukrajna; jiddeplora bl-istess mod it-talba tal-Prosekutur Ġenerali Russu biex Roskomnadzor jirrestrinġi l-aċċess għal Echo of Moscow u Dozhd minħabba l-kopertura tagħhom tal-gwerra fl-Ukrajna; ifaħħar ir-rwol ta' dawn l-istabbilimenti, kif ukoll ta' tant organizzazzjonijiet indipendenti u stabbilimenti tal-aħbarijiet oħra li ngħalqu minn dak iż-żmien 'l hawn, fl-iżvelar tal-verità u fil-provvediment ta' fatti dwar id-delitti tar-reġim Sovjetiku u tal-Gvern Russu, kif ukoll l-impenn tagħhom favur id-drittijiet tal-bniedem; jitlob li tintemm ir-ripressjoni sistematika tal-istituzzjonijiet ġurnalistiċi u tal-media indipendenti, li jikkostitwixxu l-pilastri fundamentali tal-libertà u d-demokrazija;
10. Jistieden lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU jinvestiga bis-sħiħ u b'urġenza l-ksur tad-dritt għall-informazzjoni u l-libertà tal-espressjoni mwettaq mir-reġim Russu;
11. Jesprimi tħassib serju dwar kif ir-ripressjoni fuq is-soċjetà ċivili Russa, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-attivisti favur id-drittijiet tan-nisa, l-attivisti favur is-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati u l-komunitajiet LGBTQI + qed tkompli taggrava s-sitwazzjoni ta' gruppi diġà vulnerabbli u persegwitati fil-pajjiż;
12. Itenni li l-ħidma ħielsa u indipendenti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tal-media hija pedament ta' soċjetà demokratika; jistieden lir-Russja, għalhekk, tistabbilixxi qafas legali ċar kif ukoll ambjent sikur għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, id-dimostranti, il-media u l-atturi politiċi f'konformità mal-Kostituzzjoni u l-obbligi internazzjonali tar-Russja u mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, biex dawn ikunu jistgħu jwettqu l-ħidma leġittima u utli tagħhom mingħajr indħil; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi garantit rimedju ġuridiku effiċjenti għad-dimostranti, l-attivisti tas-soċjetà ċivili u l-ġurnalisti li d-drittijiet fundamentali tagħhom ġew miksura;
13. Jistieden lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u lill-Istati Membri jimmonitorjaw mill-qrib is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, jipprovdu assistenza ta' emerġenza u jżidu l-appoġġ għas-soċjetà ċivili, l-NGOs indipendenti, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-media indipendenti li għadhom attivi fir-Russja, inkluża assistenza finanzjarja sostenibbli u flessibbli; jistieden lid-Delegazzjoni tal-UE u lir-rappreżentanzi tal-Istati Membri fir-Russja juru pubblikament solidarjetà ma' dawk ippersegwitati;
14. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-protezzjoni għad-drittijiet u l-integrità fiżika tal-attivisti, il-ġurnalisti indipendenti u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-mira tar-repressjoni tal-awtoritajiet Russi, u jipprovdulhom viżi ta' emerġenza li jippermettulhom jitilqu mill-pajjiż u jsibu kenn temporanju fl-UE, kif ukoll jippermettu lill-NGOs u lill-media Russi mhedda jew ipprojbiti jkomplu l-ħidma tagħhom immedjatament mit-territorju tal-UE jekk ikun meħtieġ;
15. Jistieden lill-VP/RGħ u lill-Kunsill jagħmlu użu effettiv mill-Mekkaniżmu ta' Sanzjonijiet Globali tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u jimponu miżuri restrittivi fuq l-uffiċjali Russi kollha involuti fir-repressjoni kontra s-soċjetà ċivili u l-media indipendenti u d-dimostranti paċifiċi, kif ukoll fl-aħħar każ reċenti kontra Alexei Navalny;
16. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprevjenu u jiġġieldu t-tixrid tad-diżinformazzjoni, inkluża l-propaganda, u jsaħħu l-media indipendenti; jilqa', għalhekk, l-iżvilupp ta' pjattaformi u aħbarijiet speċifiċi bir-Russu u bl-Ukren; jitlob li jittejbu l-komunikazzjonijiet strateġiċi tal-UE u li jiġu esplorati modi effettivi biex tiġi miġġielda l-propaganda tal-gwerra li toriġina mir-Russja minn strumenti bħal Rossija, Channel One Russia u NTV, li jxerrdu kontenut li japprova l-gwerra tal-aggressjoni u li jxerrdu diżinformazzjoni dwarha man-nies; jistieden lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lis-SEAE jkomplu jsaħħu l-informazzjoni alternattiva online bil-lingwa Russa dwar l-iżviluppi li qed iseħħu sabiex tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni, ikomplu jiżguraw li d-dikjarazzjonijiet pubbliċi tal-UE u tal-Istati Membri jiġu tradotti bir-Russu u jindirizzaw lil udjenzi u pjattaformi bil-lingwa Russa;
17. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jospitaw fl-UE timijiet tal-media pprojbiti u jiżviluppaw pjattaforma konġunta għall-media fl-eżilju, kif ukoll jappoġġaw teknoloġiji li jippermettu lin-nies jużaw l-internet biex jeżerċitaw id-drittijiet fundamentali tagħhom, b'mod partikolari l-libertà tal-informazzjoni u tal-espressjoni, u jappoġġaw it-tfittxija tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt, billi jistabbilixxu mezzi teknoloġiċi biex jevitaw is-sorveljanza tal-komunikazzjoni u l-imblukkar ta' siti web u applikazzjonijiet fir-Russja, inklużi dawk b'teknoloġija baxxa, permezz ta' M-waves, pjattaforma VPN Russia, networks ta' anonimizzazzjoni u televiżjoni bis-satellita;
18. Jistieden lid-Delegazzjoni tal-UE u lir-rappreżentanzi diplomatiċi nazzjonali fir-Russja jimmonitorjaw mill-qrib is-sitwazzjoni fil-post u kif jiġu ttrattati l-proċessi, u joffru lil dawk ikkonċernati kwalunkwe appoġġ li jista' jkollhom bżonn, inkluża assistenza finanzjarja diretta biex iħallsu għall-avukati u l-esperti; jistieden lill-gvernijiet kollha jirrifjutaw kwalunkwe talba futura ta' estradizzjoni għal ċittadini Russi b'rabta ma' reati skont il-Kodiċi Kriminali u l-Kodiċi dwar ir-Reati Amministrattivi;
19. Iħeġġeġ lill-Istati Membri, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jiżguraw status umanitarju u joħolqu possibbiltajiet ta' migrazzjoni sikura għall-oppożizzjoni Russa, is-soċjetà ċivili u r-rappreżentanti tal-media mhedda, inkluż l-iżgurar ta' opportunitajiet biex igawdu minn residenza u xogħol fit-tul fl-Unjoni Ewropea; jistieden lill-Istati Membri jfasslu mekkaniżmu għall-protezzjoni tas-suldati Russi li jiddeċiedu li jiddiżertaw; jistieden lill-istituzzjonijiet finanzjarji, il-banek, il-kumpaniji tal-karti tal-kreditu u l-awtoritajiet tal-gvern jintroduċu proċeduri ta' skrinjar għall-applikazzjoni mfassla apposta ta' sanzjonijiet kontra ċ-ċittadini Russi fl-UE sabiex jippermettu lill-attivisti tal-oppożizzjoni, lis-soċjetà ċivili indipendenti u lir-rappreżentanti tal-media jżommu l-aċċess għall-assi finanzjarji tagħhom meħtieġa biex jiżguraw l-eżistenza tagħhom fl-Unjoni Ewropea;
20. Ifakkar li l-kollaborazzjoni akkademika u kulturali fil-livell individwali, anke fi żminijiet ta' kunflitt, tista' tgħin biex issaħħaħ l-ilħna pluralistiċi f'ċirkostanzi anti-demokratiċi u sservi bħala bażi biex jiġi ffaċilitat l-istabbiliment mill-ġdid ta' relazzjonijiet wara l-kunflitt; jissottolinja li l-komunità xjentifika Russa kienet mira primarja ta' repressjoni mir-reġim ta' Putin;
21. Jenfasizza l-valur strateġiku tal-kontribut tal-akkademiċi Russi li jopponu l-gwerra sabiex jiġi analizzat aħjar ir-reġim ta' Putin u kif għandu jiġi miġġieled; jitlob strateġija tal-UE li tippermetti lill-istudenti u lill-professuri Russi jkomplu l-istudji u l-ħidma tagħhom b'mod uffiċjali fl-universitajiet Ewropej, b'mod partikolari fid-dixxiplini umanitarji, u li jirċievu d-diplomi korrispondenti tagħhom;
22. Jitlob lis-SEAE, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintegraw id-drittijiet tal-bniedem u l-konsultazzjoni tas-soċjetà ċivili fid-djalogi kollha bejn l-UE, l-Istati Membri tagħha u r-Russja, u jirrispettaw l-impenn tagħhom favur l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri;
23. Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jkomplu jinvolvu ruħhom mal-poplu tar-Russja u mas-soċjetà ċivili Russa fl-eżilju; iħeġġeġ lill-UE turi r-rieda tagħha li tappoġġa lis-soċjetà ċivili Russa fl-isforzi tagħha biex tibni Russja demokratika, u tilqa' lura fil-komunità internazzjonali Russja demokratika u responsabbli;
24. Jistieden lill-UE taħtar mibgħut speċjali għal Russja demokratika, li għandu jkun responsabbli għar-relazzjonijiet mal-poplu Russu, b'mod partikolari mad-difensuri tad-demokrazija fl-eżilju u ma' dawk li baqgħu fir-Russja u li jridu li l-pajjiż jerġa' lura fit-triq tad-demokrazija;
25. Jistieden lill-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mas-SEAE, tgħin fl-istabbiliment u l-appoġġ ta' Ċentru għal Russja Demokratika sabiex ikun hemm djalogu kontinwu mal-komunità demokratika Russa, b'mod partikolari mal-kumitat ta' kontra l-gwerra stabbilit mill-attivisti tal-oppożizzjoni demokratika Russa, sabiex jipprovdi komunikazzjoni diretta mal-poplu Russu, jiżviluppa flimkien mas-soċjetà ċivili strateġija tal-UE għal Russja demokratika futura, itejjeb l-integrazzjoni ta' emigranti ġodda mir-Russja permezz ta' programmi edukattivi, u jorganizza summits annwali tal-UE mar-Russja demokratika fl-eżilju;
26. Iħeġġeġ lill-VP/RGħ u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni koordinata ma' pajjiżi tal-istess fehma biex iqajmu kuxjenza dwar ir-restrizzjonijiet tal-libertajiet fundamentali u tad-drittijiet tal-bniedem u l-oppożizzjoni tagħhom min-naħa tal-awtoritajiet Russi, inkluż permezz ta' interventi ta' livell għoli u pubbliċi, inizjattivi kkoordinati, skrutinju sostnut fil-fora internazzjonali u reġjonali tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll valutazzjonijiet regolari tal-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem biex jiġi żgurat li l-involviment mar-Russja ma jimminax l-objettivi tad-drittijiet tal-bniedem u ma jikkontribwixxix, direttament jew indirettament, għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem;
27. Jinnota li skont iċ-Ċentru ta' Levada, 83 % tar-Russi jappoġġaw il-gwerra ta' Putin fl-Ukrajna, filwaqt li l-perċentwal tar-Russi li jgħidu li l-pajjiż qed jimxi fid-direzzjoni t-tajba żdied minn 52 % għal 69 %, l-ogħla livell irreġistrat mill-1996; ifaħħar, f'dan ir-rigward, lil dawk l-individwi kuraġġużi li jipprotestaw b'mod miftuħ u jopponu l-imperjaliżmu Russu fl-aktar forma reċenti tiegħu, jiġifieri l-invażjoni tal-Ukrajna, minkejja l-brutalità tal-politika dwar l-irvellijiet, kif ukoll pressjonijiet mill-media u soċjali; iħeġġeġ liċ-ċittadini tal-UE, madankollu, ma jqabblux liċ-ċittadini Russi kollha mal-azzjonijiet brutali tat-tmexxija u tal-militar tagħhom fl-Ukrajna; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw u jipproteġu l-ilħna kritiċi fi ħdan id-dijaspora Russa li qed iħabbtu wiċċhom ma' theddid mill-awtoritajiet Russi; jikkundanna l-manifestazzjonijiet organizzati mid-dijaspori Russi b'appoġġ għall-gwerra jew bi protesta kontra l-aċċettazzjoni tar-rifuġjati Ukreni;
28. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, u lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Federazzjoni Russa.
Id-dritt għat-tiswija
155k
50k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' April 2022 dwar id-dritt għat-tiswija (2022/2515(RSP))
– wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta' oġġetti(1) ("id-Direttiva dwar il-Bejgħ ta' Oġġetti"),
– wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali u ta' servizzi diġitali(2) ("id-Direttiva dwar Kontenut Diġitali"),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija(3) ("id-Direttiva dwar l-Ekodisinn"),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern ("id-Direttiva dwar il-Prattiki Kummerċjali Żleali")(4), u b'mod partikolari l-Anness I tagħha,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2020 "Lejn suq uniku aktar sostenibbli għall-impriżi u l-konsumaturi"(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Frar 2021 dwar il-Pjan ta' Azzjoni ġdid għall-Ekonomija Ċirkolari(6),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Lulju 2017 dwar ħajja itwal għall-prodotti: benefiċċji għall-konsumaturi u l-kumpaniji(7),
– wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar id-dritt għat-tiswija (O-000010/2022 – B9-0010/2022),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 136(5) u 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur,
A. billi l-Parlament saħaq f'diversi okkażjonijiet(8) fuq l-importanza li l-konsumaturi jingħataw dritt għat-tiswija bħala pilastru ewlieni tal-aġenda tal-Ekonomija Ċirkolari fil-qafas tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, peress li jrawwem użu aktar effiċjenti u sostenibbli tar-riżorsi, jipprevjeni u jnaqqas l-iskart u jinkoraġġixxi l-użu u l-użu mill-ġdid estiż tal-prodotti u tal-ekonomija kollaborattiva, filwaqt li jsaħħaħ ukoll id-drittijiet u l-benesseri tal-konsumatur;
B. billi l-ittra ta' intenzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istat tal-Unjoni 2021(9) tħabbar proposta leġiżlattiva għal dritt għat-tiswija bħala waħda mill-inizjattivi ewlenin għall-2022 u billi din il-proposta għandha tiġi adottata f'koordinazzjoni mill-qrib ma' inizjattivi leġiżlattivi relatati, bħall-Inizjattiva dwar il-Prodotti Sostenibbli u l-inizjattiva "L-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi fit-tranżizzjoni ekoloġika", li kollha għandhom l-għan li jiksbu prodotti u xejriet ta' konsum aktar sostenibbli;
C. billi l-Kummissjoni nediet konsultazzjoni pubblika sal-5 ta' April 2022 dwar il-konsum sostenibbli tal-oġġetti - il-promozzjoni tat-tiswija u l-użu mill-ġdid; billi l-Kummissjoni għandha l-għan li tipproponi Direttiva li temenda d-Direttiva dwar il-bejgħ tal-oġġetti u qed tikkunsidra li tipproponi att leġiżlattiv separat dwar id-dritt għat-tiswija;
D. billi d-Direttiva dwar il-Kontenut Diġitali u d-Direttiva dwar il-Bejgħ ta' Oġġetti fihom oqfsa komprensivi li jkopru elementi essenzjali tad-dritt kuntrattwali tal-konsumatur bħal dwar ir-rekwiżiti għall-konformità mal-kuntratt u r-rimedji disponibbli għall-konsumaturi minħabba nuqqas ta' konformità, inklużi dispożizzjonijiet dwar it-tiswija, is-sostituzzjoni, l-introduzzjoni ta' kontenut jew ta' servizzi diġitali f'konformità, it-tnaqqis fil-prezzijiet u t-terminazzjoni tal-kuntratt, kif ukoll regoli dwar il-modalitajiet ewlenin għall-eżerċitar ta' tali rimedji u dwar garanziji kummerċjali;
E. billi 79 % taċ-ċittadini tal-UE jaħsbu li l-manifatturi għandhom jintalbu jiffaċilitaw it-tiswija ta' apparati diġitali jew is-sostituzzjoni tal-partijiet individwali tagħhom; billi 77 % taċ-ċittadini tal-UE jippreferu jsewwu l-apparati tagħhom milli jissostitwixxuhom; billi n-negozji tat-tiswija jistgħu jkunu sors ta' impjiegi lokali u ta' għarfien espert speċifiku fl-Ewropa;
F. billi l-kriżi tal-COVID-19 uriet il-ħtieġa li jiġu stabbiliti mudelli kummerċjali ġodda u aktar reżiljenti u li jiġu appoġġjati n-negozji Ewropej, u b'mod partikolari l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs), il-mikrointrapriżi u dawk li jaħdmu għal rashom;
G. billi l-għoti tad-dritt għat-tiswija lill-konsumaturi jkun strumentali biex titmexxa 'l quddiem it-tranżizzjoni industrijali tal-Ewropa u fit-tisħiħ tar-reżiljenza tagħha u fl-awtonomija strateġika miftuħa; billi l-inkoraġġiment ta' kultura ta' tiswija joffri sorsi ta' opportunitajiet ekonomiċi u soċjali f'termini ta' intraprenditorija u ta' ħolqien ta' impjiegi; billi l-prodotti sostenibbli huma ta' benefiċċju kemm għan-negozji kif ukoll għall-konsumaturi billi jagħtu spinta lid-domanda fl-oġġetti sostenibbli u l-provvista tagħhom;
H. billi għadd ta' ostakli jipprevjenu lill-konsumaturi milli jagħżlu tiswija, inkluż in-nuqqas ta' disponibbiltà ta' informazzjoni, in-nuqqas ta' aċċess għall-parts tal-bdil, in-nuqqas ta' standardizzazzjoni u interoperabbiltà, jew ostakli tekniċi oħra, u l-ispejjeż tat-tiswija;
I. billi l-e-skart huwa l-fluss tal-iskart li qed jikber l-aktar malajr fid-dinja, b'aktar minn 53 miljun tunnellata ta' skart elettroniku mormi fl-2019;
1. Jenfasizza li dritt effettiv għat-tiswija għandu jindirizza aspetti taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott u jiġi indirizzat minn oqsma ta' politika interkonnessi differenti, inkluż id-disinn tal-prodott, il-prinċipji etiċi ewlenin tal-produzzjoni, l-istandardizzazzjoni, l-informazzjoni għall-konsumatur, inkluż it-tikkettar dwar il-possibbiltà ta' tiswija, u dwar il-ħajja tal-prodott fejn possibbli u xieraq, id-drittijiet u l-garanziji tal-konsumatur, u l-akkwist pubbliku;
2. Jenfasizza li l-inizjattiva dwar id-dritt għat-tiswija trid tkun proporzjonata, ibbażata fuq l-evidenza u kosteffiċjenti, u tibbilanċja l-prinċipji tas-sostenibbiltà, tal-protezzjoni tal-konsumatur u ta' ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna sabiex il-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha jħaddnu l-opportunitajiet inerenti għat-tranżizzjoni ekoloġika;
3. Jenfasizza li dritt effettiv għat-tiswija għandu joħloq vantaġġi kompetittivi sinifikanti għan-negozji Ewropej filwaqt li jżomm lura milli jpoġġi kwalunkwe forma ta' piż finanzjarju sproporzjonat fuqhom, u għandu jispira l-innovazzjoni u jħeġġeġ l-investiment f'teknoloġiji sostenibbli, filwaqt li jqis l-iżviluppi tas-suq u l-ħtiġijiet li qed jevolvu tal-konsumaturi;
Id-disinn ta' prodotti li jdumu aktar u li jistgħu jissewwew
4. Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tadotta Inizjattiva dwar il-Prodotti Sostenibbli li tirrevedi d-Direttiva dwar l-Ekodisinn u li twessa' l-kamp ta' applikazzjoni tagħha lil hinn mill-prodotti relatati mal-enerġija;
5. Ifakkar li l-manifattura ta' prodotti konformi, sostenibbli u sikuri hija vantaġġ ewlieni tas-suq uniku tal-UE li hija ta' benefiċċju kemm għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozji; jistieden lill-Kummissjoni tirrikjedi li l-manifatturi jiddisinjaw il-prodotti tagħhom b'tali mod li jdumu aktar, ikunu jistgħu jissewwew b'mod sikur u l-partijiet tagħhom ikunu jistgħu jiġu aċċessati u mneħħija faċilment;
6. Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat aċċess aħjar mill-utenti finali u mill-fornituri indipendenti tas-servizzi ta' tiswija għall-parts tal-bdil u għall-manwali tal-istruzzjonijiet fi żmien raġonevoli u bi spiża raġonevoli, għal perjodu li jikkorrispondi għat-tul ta' ħajja mistenni tal-prodott;
7. Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra r-rekwiżiti tad-durabbiltà u tat-tiswija f'Direttiva futura dwar l-Ekodisinn b'kamp ta' applikazzjoni usa'; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu analizzati bir-reqqa r-rekwiżiti prodott bi prodott biex jiġi żgurat li jintgħażel l-aktar rekwiżit adatt għall-iskop, filwaqt li jiġi nnotat pereżempju li għal xi prodotti d-disinn modulari se jagħmel it-tiswijiet aktar faċli u jtawwal il-ħajja tal-prodott, filwaqt li għal prodotti oħrajn id-disinn modulari jew l-obbligu li tiġi żgurata t-tiswija jistgħu jikkompromettu d-durabbiltà;
8. Jenfasizza li fl-2019 ġew adottati għadd ta' miżuri ta' implimentazzjoni skont id-Direttiva dwar l-Ekodisinn li jintroduċu perjodu obbligatorju għall-forniment ta' parts tal-bdil u żminijiet massimi għall-konsenja, kif ukoll rekwiżiti tad-disinn dwar iż-żarmar/l-assemblaġġ tal-komponenti; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, testendi l-kamp ta' applikazzjoni ta' tali miżuri għal kategoriji oħra ta' prodotti, inklużi prodotti mhux relatati mal-enerġija, filwaqt li tqis l-ispeċifiċitajiet tagħhom;
9. Ifakkar li l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni għall-atturi kollha fis-settur tat-tiswija huwa kruċjali biex il-konsumaturi jingħataw aċċess akbar għas-servizzi ta' tiswija; jinsisti għalhekk li "dritt għat-tiswija" xieraq għandu jipprovdi lill-atturi fl-industrija tat-tiswija, inklużi s-sewwejja indipendenti, u lill-konsumaturi b'aċċess għall-informazzjoni meħtieġa dwar it-tiswija u l-manutenzjoni mingħajr ħlas, inkluża informazzjoni dwar għodod dijanjostiċi, parts tal-bdil, software u aġġornamenti, meħtieġa biex jitwettqu tiswijiet u manutenzjoni; ifakkar fl-importanza ta' ambjent tan-negozju innovattiv u r-rispett għas-sigrieti tal-mestier;
10. Jenfasizza li l-oġġetti b'elementi diġitali jirrikjedu attenzjoni speċjali; jisħaq b'mod partikolari li l-aġġornamenti tas-software għandhom ikunu disponibbli għal perjodu minimu f'konformità mad-Direttiva dwar il-Kontenut Diġitali; jinsisti li l-konsumaturi għandhom ikunu infurmati bis-sħiħ dwar id-disponibbiltà ta' aġġornamenti fil-ħin tax-xiri; iżid jgħid li l-aġġornamenti tal-funzjonalità għandhom ikunu riversibbli u ma jwasslux għal tnaqqis fil-prestazzjoni; jinnota li l-prattiki li jillimitaw bla bżonn id-dritt għat-tiswija jew li jwasslu għall-obsolexxenza jistgħu jitqiesu bħala prattiki kummerċjali żleali u għalhekk jiżdiedu mal-Anness I tad-Direttiva dwar il-Prattiki Kummerċjali Żleali;
L-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi biex jagħżlu prodotti li jissewwew
11. Huwa tal-fehma li t-titjib tal-informazzjoni għall-konsumatur dwar il-possibbiltà ta' tiswija tal-prodotti huwa kruċjali biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jkollhom rwol aktar attiv fl-ekonomija ċirkolari; iqis li informazzjoni mtejba għall-konsumatur tippermetti lill-konsumaturi jieħdu deċiżjonijiet infurmati aħjar dwar ix-xiri, li jistgħu jixprunaw is-suq lejn prodotti b'possibbiltà akbar ta' tiswija; jilqa' għalhekk l-inizjattiva mħabbra tal-Kummissjoni dwar l-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi fit-tranżizzjoni ekoloġika;
12. Jissottolinja li l-konsumaturi għandhom jirċievu informazzjoni affidabbli, ċara u li tinftiehem faċilment fil-punt tal-bejgħ dwar id-durabbiltà u l-possibbiltà ta' tiswija ta' prodott, biex tgħinhom iqabblu u jidentifikaw l-aktar prodotti sostenibbli disponibbli fis-suq; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi regoli armonizzati għal tali informazzjoni għall-konsumatur, inkluż, fost informazzjoni oħra, punteġġi ta' tiswija, informazzjoni dwar it-tul ta' ħajja stmat, informazzjoni dwar il-parts tal-bdil, informazzjoni dwar is-servizzi ta' tiswija u l-perjodu li matulu l-aġġornamenti tas-software jkunu disponibbli fil-każ ta' oġġetti b'elementi diġitali, filwaqt li jitqiesu l-imperattivi tas-sikurezza tal-konsumatur; jinnota li, sabiex tkun utli, tali informazzjoni għandha ssir disponibbli fil-ħin tax-xiri;
13. Jitlob lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tiżgura li l-informazzjoni dwar il-prodott tkun ibbażata fuq kejl standardizzat, pereżempju għad-durabbiltà, u tibda l-iżvilupp ta' standards fejn dawn ma jeżistux;
14. Jenfasizza r-rwol ewlieni tal-ekotikketta tal-UE fit-tħeġġiġ tal-adozzjoni mill-industrija tal-politiki tat-tikkettar li jwasslu informazzjoni ewlenija lill-konsumaturi dwar il-ħajja tal-oġġetti, filwaqt li jiġu bbilanċjati l-obbligi fuq il-kumpaniji b'inċentivi kummerċjali pożittivi b'saħħithom biex tinbena l-fiduċja tal-konsumatur; jinnota, madankollu, li din l-iskema ta' tikkettar hija biss volontarja;
15. Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-proposta ta' rekwiżiti għall-manifatturi biex jistabbilixxu mezzi ta' tikkettar intelliġenti bħall-kodiċijiet QR u l-passaporti diġitali tal-prodotti fil-leġiżlazzjoni l-ġdida kollha dwar il-prodotti u fir-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn; jitlob li jiġi żgurat bilanċ fl-iżvilupp ta' inizjattivi bħall-"passaport tal-prodotti" diġitali Ewropew permezz ta' kooperazzjoni mill-qrib mal-industrija u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, filwaqt li jitqies b'mod partikolari l-prinċipju tal-proporzjonalità u tingħata attenzjoni speċjali biex jitqiesu l-ħtiġijiet tal-SMEs;
16. Jinsisti li l-konsumaturi li jixtru prodotti online għandhom jirċievu livell simili ta' informazzjoni għal dawk li jixtru offline u li l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jinfurzaw li l-bejjiegħa online jinkludu l-informazzjoni meħtieġa fuq is-siti web tagħhom u meta joffru l-prodotti tagħhom fis-swieq online;
17. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva biex tinkoraġġixxi l-adozzjoni ta' akkwist pubbliku ekoloġiku; iqis li prodotti użati mill-ġdid, imsewwija, manifatturati mill-ġdid, irranġati u prodotti u soluzzjonijiet oħra effiċjenti fl-użu tar-riżorsi li jimminimizzaw l-impatti ambjentali tal-prodotti u s-soluzzjonijiet tul iċ-ċiklu ta' ħajja tagħhom u l-għażla prestabbilita fl-akkwist pubbliku, f'konformità mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, u jekk dawn ma jkunux ippreferuti, għandu japplika l-prinċipju "ikkonforma jew spjega";
18. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali jassistu u jipprovdu appoġġ finanzjarju lill-awtoritajiet, il-kumpaniji u l-assoċjazzjonijiet lokali u reġjonali biex iwettqu kampanji ta' sensibilizzazzjoni għall-konsumaturi dwar l-estensjoni tat-tul ta' ħajja tal-prodotti, b'mod partikolari billi jipprovdu informazzjoni ċara u affidabbli, pariri u servizzi bħal manutenzjoni, tiswija u użu mill-ġdid;
19. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw inċentivi finanzjarji għas-servizzi ta' tiswija biex jagħmlu t-tiswijiet konvenjenti u attraenti għall-konsumaturi;
It-tisħiħ tad-drittijiet tal-konsumatur u l-garanziji għal użu aktar fit-tul tal-oġġetti
20. Jenfasizza li l-konsumaturi Ewropej jista' jkollhom l-oġġetti tagħhom imsewwija jew il-kontenut u s-servizzi diġitali li jinġiebu f'konformità skont id-Direttiva dwar il-Bejgħ ta' Oġġetti u d-Direttiva dwar il-Kontenut Diġitali; jisħaq li filwaqt li l-konsumaturi għandhom id-dritt li jagħżlu bejn it-tiswija u s-sostituzzjoni għal oġġetti difettużi skont id-Direttiva dwar il-Bejgħ ta' Oġġetti, it-tiswija tista' f'ħafna każijiet tkun għażla aktar effiċjenti fir-riżorsi u newtrali għall-klima; jinnota li l-konsumaturi fil-prattika normalment jippreferu s-sostituzzjoni mit-tiswija, li tista' tkun minħabba l-ispiża għolja tat-tiswija; jisħaq li s-sostituzzjoni tal-prodott għandha tibqa' alternattiva jekk konsumatur u bejjiegħ jaqblu dwar dan, peress li t-tiswija tista' tieħu wisq ħin;
21. Jitlob lill-Kummissjoni, għalhekk, tipproponi fl-inizjattiva tagħha dwar id-dritt għat-tiswija firxa ta' miżuri bil-għan li tippromwovi u tħeġġeġ lill-konsumaturi, lill-produtturi u lill-kummerċjanti biex jagħżlu li jsewwu minflok jibdlu; jissottolinja li meta tipproponi miżuri bħal dawn, il-Kummissjoni għandha dejjem tqis l-ogħla livell possibbli ta' protezzjoni tal-konsumatur u ta' benesseri tal-konsumatur;
22. Jinnota li r-rieżami li jmiss tad-Direttiva dwar il-Bejgħ ta' Oġġetti jista', fost l-oħrajn, jinkludi miżuri li għandhom l-għan li jinkoraġġixxu lill-konsumaturi jagħżlu li jsewwu minflok jibdlu, bħall-obbligu li jipprevedu prodott ta' sostituzzjoni waqt li jkunu qed jissewwew ċerti prodotti; iqis li sabiex tiġi mħeġġa t-tiswija tal-prodott, għandhom jiġu offruti ċerti inċentivi lill-konsumaturi li jagħżlu li jsewwu minflok jibdlu; iqis li garanzija estiża tista' tipprovdi inċentiv biex tintgħażel it-tiswija minflok is-sostituzzjoni; iżid jgħid li l-bejjiegħa għandhom dejjem jinfurmaw lill-konsumaturi dwar l-għażliet kollha disponibbli għalihom b'mod ugwali, inklużi d-drittijiet għat-tiswija u ta' garanzija relatati;
23. Jistieden lill-Kummissjoni tistudja l-fattibbiltà tal-introduzzjoni ta' mekkaniżmu konġunt ta' responsabbiltà bejn il-manifatturi u l-bejjiegħa fil-każ ta' nuqqas ta' konformità tal-prodott;
24. Jinnota li l-qafas legali attwali skont id-Direttiva dwar il-Bejgħ ta' Oġġetti jipprevedi perjodu minimu ta' responsabbiltà ta' sentejn biss għal oġġetti difettużi u jħeġġeġ lill-Istati Membri jestenduh; jissottolinja li din hija regola ta' armonizzazzjoni minima u li għadd limitat biss ta' Stati Membri jmorru lil hinn minn dak il-perjodu; jemmen għalhekk li r-rieżami tad-Direttiva dwar il-Bejgħ ta' Oġġetti għandu jipproponi wkoll l-estensjoni tal-garanzija legali lil hinn minn sentejn għal xi kategoriji ta' prodotti; jinnota wkoll l-importanza ta' armonizzazzjoni sħiħa tal-perjodu ta' garanzija legali;
25. Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta sa liema punt jista' jiġi propost id-dritt għat-tiswija sabiex l-operaturi tas-suq ikunu jistgħu joffru aċċess faċli u bi prezz raġonevoli għat-tiswijiet anke lil hinn mill-perjodu ta' garanzija;
26. Jisħaq li kwalunkwe proposta għandha tkun akkumpanjata minn valutazzjoni tal-impatt xierqa li tinkludi l-analiżijiet xierqa tal-ispejjeż u l-benefiċċji kemm għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozji, tqabbil tal-aħjar prattiki fil-livell nazzjonali u ma' pajjiżi mhux tal-UE u l-impatt kwantifikat fuq il-benesseri ġenerali tal-konsumatur, l-ambjent u n-negozji, inklużi l-SMEs, fost aspetti oħra; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dwar l-ispejjeż tat-tiswijiet għall-kumpaniji tal-UE fis-suq uniku; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi pprovduta l-informazzjoni rilevanti kollha u li jiġu proposti wkoll indikaturi kwantifikabbli sabiex jitkejjel l-impatt ta' kwalunkwe leġiżlazzjoni futura;
27. Ifakkar li bħalissa ma hemm l-ebda regola speċifika għat-tiswija ta' oġġetti manifatturati mill-ġdid jew irranġati; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri li jippremjaw lin-negozjanti talli jipprovdu possibbiltajiet ta' tiswija għal oġġetti manifatturati mill-ġdid jew irranġati sabiex tiżdied il-fiduċja tal-konsumatur; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra tagħmir bħall-miters tal-użu u tipprojbixxi l-qerda ta' oġġetti mhux mibjugħa biex tiffaċilita l-użu mill-ġdid u t-tiswija tal-prodotti;
o o o
28. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Riżoluzzjoni tal-25 ta' Novembru 2020 "Lejn suq uniku aktar sostenibbli għall-impriżi u l-konsumaturi"; ir-riżoluzzjoni tal-10 ta' Frar 2021 dwar il-Pjan ta' Azzjoni ġdid għall-Ekonomija Ċirkolari.
– wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(1) (ir-“Regolament Finanzjarju”),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta' Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027(2),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda(3),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea(4),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Bureau tal-Parlament Ewropew fl-4 ta' Ottubru 2021 u fit-22 ta' Novembru 2021;
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill tal-10 ta' Diċembru 2021 dwar sforzi komplementari għat-Tisħiħ tar-Reżiljenza u l-Ġlieda kontra t-Theddid Ibridu;
– wara li kkunsidra t-Tbassir Ekonomiku tax-Xitwa 2022 tal-Kummissjoni ppubblikat fl-10 ta' Frar 2022;
— wara li kkunsidra l-ittra mibgħuta fis-7 ta' Lulju 2020 li fiha l-Membri tal-PE ħeġġew lill-President Sassoli u lis-Segretarju Ġenerali Welle biex itejbu l-mobilità attiva sostenibbli u sikura fil-Parlament Ewropew;
— wara li kkunsidra l-Istrateġija ta' Nofs it-Terminu 2024 tal-EMAS adottata mill-Kumitat ta' Tmexxija għall-Ġestjoni Ambjentali fi Brussell fil-15 ta' Diċembru 2020,
— wara li kkunsidra r-rekwiżiti tal-addizzjonalità fid-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli), b'mod partikolari l-Premessa 90 u l-Artikolu 27 tagħha,
— wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Strateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti – inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur (COM(2020)0789), b'mod partikolari l-paragrafu 9 dwar l-ivvjaġġar kollettiv,
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2021 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2022(5),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Ottubru 2021 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022(6),
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022(7) u d-dikjarazzjonijiet komuni maqbula bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni li huma annessi miegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali lill-Bureau bl-għan li jitħejja l-abbozz preliminari tal-estimi tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2023,
– wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-estimi mħejji mill-Bureau fis-7 ta' Marzu 2022 skont l-Artikolu 25(7) u l-Artikolu 102(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament,
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-estimi mħejji mill-Kumitat għall-Baġits skont l-Artikolu 102(2) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 102 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0087/2022),
A. billi l-baġit propost fl-14 ta' Frar 2022 mis-Segretarju Ġenerali għall-abbozz preliminari tal-estimi tal-Parlament għall-2023 jirrappreżenta żieda ta' 4,9 %;
B. billi l-Kummissjoni kkalkulat, fit-Tbassir Ekonomiku tax-Xitwa 2022 tagħha, li r-rata ta' inflazzjoni tal-UE kienet 4,9 % fl-aħħar trimestru tal-2021 u 2,9 % għas-sena kollha; billi l-Kummissjoni tistma li wara l-ogħla livell fi tmiem l-2021 u l-bidu tal-2022, l-inflazzjoni se tistabbilizza għal 3,9 % fl-2022 u 1,9 % fl-2023; billi l-livell ta' inflazzjoni għall-2023 bħalissa huwa volatili ħafna u estremament imprevedibbli; billi l-Kumitat għall-Baġits se jimmonitorja l-evoluzzjoni tiegħu, u jirreaġixxi kif xieraq jekk ikun meħtieġ;
C. billi l-kredibbiltà tal-Parlament u tal-Membri tiegħu f'għajnejn iċ-ċittadini Ewropej tiddependi fuq il-kapaċità proprja tal-Parlament li jiżgura l-kwalità tal-ħidma leġiżlattiva u ta' skrutinju u li jikkomunika r-riżultati tagħha; billi l-Parlament jeħtieġlu wkoll jagħti eżempju fil-konfront tal-istituzzjonijiet l-oħra u għalhekk jippjana u jeżegwixxi wkoll in-nefqa tiegħu bi prudenza u b'effiċjenza u b'mod li jirrifletti r-realtajiet ekonomiċi prevalenti;
D. billi l-baġit tal-Parlament għandu jiġi stabbilit fuq bażi realistika u għandu jkun konformi mal-prinċipji ta' dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja tajba;
E. billi huwa ta' importanza kruċjali li jiġi protett il-leħen demokratiku tal-Parlament, b'mod partikolari minħabba s-sitwazzjoni ġeopolitika attwali, speċifikament l-attakk militari illeġittimu tar-Russja fuq l-Ukrajna u l-elezzjonijiet għall-Parlament li ġejjin; billi t-theddid ċibernetiku kontra l-Parlament, inkluż minn gruppi sostnuti mill-istat, qiegħed jiżdied b'mod esponenzjali kemm fin-numru kif ukoll fis-sofistikazzjoni tagħhom; billi l-istandard tal-industrija jirrikjedi li 10 % tal-baġit sħiħ għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) għandu jintnefaq fuq iċ-ċibersigurtà; billi l-Bureau, fil-laqgħa tiegħu tal-4 ta' Ottubru 2021, approva l-ħolqien ta' direttorat ġdid għaċ-ċibersigurtà, u b'mod partikolari l-Unità għat-theddid għaċ-ċibersigurtà, il-monitoraġġ tar-riskju u l-konformità tal-protezzjoni tad-data tar-rappurtar, fi ħdan id-Direttorat Ġenerali għall-Innovazzjoni u s-Sostenn Teknoloġiku (DĠ ITEC) u l-allokazzjoni tar-riżorsi neċessarji;
F. billi l-attakki ċibernetiċi huma theddid mhux biss diretti lejn il-Parlament iżda wkoll lejn l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni Ewropea; billi l-kooperazzjoni interistituzzjonali hija essenzjali għall-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-monitoraġġ ta' u r-rispons xierqa għal tali theddid; billi d-Direttur Ġenerali tad-DĠ ITEC huwa l-President tal-Iskwadra ta' Rispons f'Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji Ewropej (CERT-EU), korp interistituzzjonali fil-qasam taċ-ċibersigurtà; billi l-Parlament huwa impenjat bis-sħiħ li jfittex sinerġiji u kooperazzjoni addizzjonali ma' istituzzjonijiet oħra, billi, fost oħrajn, jibni l-ħiliet ta' CERT-EU bit-trasferiment ta' żewġ impjegati tal-Parlament, kif maqbul mill-Bureau, fil-laqgħa tiegħu tal-4 ta' Ottubru 2021;
G. billi l-attakki ċibernetiċi huma biss tip wieħed ta' theddid ċibernetiku; billi t-theddid ibridu issa huwa t-thedded ewlieni għall-Parlament Ewropew u l-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-Unjoni; billi theddid ibridu jirreferi għal attakki ċibernetiċi, spjunaġġ, interferenza fl-elezzjonijiet u kampanji ta' diżinformazzjoni, inkluż fuq il-midja soċjali; billi l-Kunsill, fil-konklużjonijiet tal-laqgħa tiegħu tal-10 ta' Diċembru 2021 dwar sforzi komplementari għat-Tisħiħ tar-Reżiljenza u l-Ġlieda kontra t-Theddid Ibridu stieden lill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni, appoġġati mill-Istati Membri, biex jiżguraw il-kapaċità tal-Unjoni li tipproteġi l-integrità tagħha u ssaħħaħ is-sigurtà tan-networks tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u l-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Unjoni minn kull tip ta' attività malizzjuża, abbażi ta' valutazzjoni komprensiva tat-theddid; billi l-Bureau, fil-laqgħa tiegħu tat-22 ta' Novembru 2021, approva r-riorganizzazzjoni tad-Direttorat Ġenerali Direttorat Ġenerali għas-Sigurtà u l-Protezzjoni (DĠ SAFE), li jinvolvi l-ħolqien ta' direttorat ġdid għas-Sigurtà tat-Teknoloġija u l-Informazzjoni li jinkludi u jikkoordina l-kollegament operazzjonali u l-iskambju tal-informazzjoni mas-servizzi tas-sigurtà ta' istituzzjonijiet, korpi u aġenziji oħra tal-Unjoni, kif ukoll mal-pulizija u mas-servizzi tas-sigurtà tal-pajjiżi ospitanti u Stati Membri oħra, li jikkomplementa l-attivitajiet ta' difiża tad-DĠ ITEC fiċ-ċibersigurtà;
H. billi r-rata ta' parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew tal-2019 żdiedet bi tmien punti perċentwali meta mqabbla mal-elezzjonijiet tal-2014; billi l-2023 hija sena importanti għat-tħejjija tal-elezzjonijiet tal-2024;
I. billi "L-Istrateġija tal-Bini wara l-2019" tiffoka fuq il-bżonnijiet li għadhom ma ġewx indirizzati biżżejjed, bħall-adattament tal-faċilitajiet għall-modernizzazzjoni tal-mudelli tal-laqgħat parlamentari, il-prossimità b'mod partikolari grazzi għall-integrazzjoni ta' "Europa Experience" fl-Uffiċċji ta' Kollegament; it-titjib kontinwu tas-sigurtà tal-bini tal-Parlament u l-interkonnessjoni tal-bini ċentrali u l-bżonn għall-manutenzjoni tal-bini sabiex jintlaħqu l-istandards attwali tas-sikurezza u l-bżonnijiet reali tal-utenti tagħhom;
Qafas ġenerali
1. Ifakkar li l-akbar sehem tal-baġit tal-Parlament huwa stabbilit permezz ta' obbligi statutarji jew kuntrattwali; jinnota li 65 % tal-baġit huwa soġġett għal indiċjar annwali, li jfisser żieda ta' EUR 67 miljun fl-2023 fl-abbozz preliminari tal-estimi propost mis-Segretarju Ġenerali fl-14 ta' Frar 2022; ifakkar li l-previżjonijiet attwali dwar l-indiċjar tas-salarji mill-Kummissjoni, f'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal u l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew, għal Lulju 2022, April 2023 u Lulju 2023 jammontaw għal 4,3 %, 1,1 % u 2,6 % rispettivament; jinnota li, minħabba l-perspettiva ekonomika attwali, l-Parlament jipprevedi indiċjar tas-salarji ta’ 6 % minn Lulju 2022; ifakkar li, bi qbil mal-previżjonijiet tal-Kummissjoni, il-baġit tal-2022 inkluda indiċjar tas-salarju ta' 2,5 % biss għall-2022;
2. Japprova l-ftehim milħuq fil-Konċiljazzjoni bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits fit-30 ta' Marzu 2022 biex iż-żieda fuq il-baġit 2022 tiġi stabbilita għal 6,24 %, li tikkorrispondi għal livell ġenerali ta' estimi ta' EUR 2 244 696 416 għall-2023, biex jitnaqqas il-livell tan-nefqa tal-abbozz preliminari tal-estimi approvat mill-Bureau fis-7 ta' Marzu 2022 bi EUR 33,96 miljun, biex jiġu previsti 60 post tax-xogħol ġdid fir-rigward taċ-ċibersigurtà u s-sigurtà iżda jitlob biss 52 post tax-xogħol fit-tabella tal-persunal għall-2023 minħabba li 8 postijiet tax-xogħol ġew rilokati minn servizzi amministrattivi oħra u biex jitnaqqsu kif xieraq l-approprjazzjonijiet proposti fil-linji baġitarji li ġejjin:
1 0 0 4 - Spejjeż għall-vjaġġi regolari, 1 2 0 0 — Remunerazzjoni u allowances, 1 4 0 5 — Nefqa fuq l-interpretazzjoni, 1 4 2 — Servizzi esterni tat-traduzzjoni, 2 0 0 7 — Kostruzzjoni ta' bini u sistemazzjoni fil-binjiet, 2 1 0 2 — L-informatika u t-telekomunikazzjonijiet — Attivitajiet rikorrenti tal-funzjonament — Sostenn ġenerali lill-utenti, 2 1 0 3 — Informatika u telekomunikazzjonijiet — Attivitajiet rikorrenti tal-funzjonament — Applikazzjonijiet ICT, 2 1 0 4 — Informatika u telekomunikazzjonijiet — Investimenti fl-infrastrutturi, 2 1 0 5 — Informatika u telekomunikazzjonijiet — Investimenti fil-proġetti, 2 1 2 — Għamara, 2 1 4 — Materjal u installazzjonijiet tekniċi, 2 1 6 — Trasport ta' Membri, persuni oħra u ta' beni, 2 3 7 — Rilokazzjonijiet, 2 3 8 — Nefqiet amministrattivi oħra, 3 0 0 — Nefqiet għall-missjonijiet tal-istaff u vjaġġar fuq xogħol bejn it-tliet postijiet ta' xogħol, 3 2 0 — Akkwist tal-opinjoni tal-esperti, 3 2 1 — Nefqa għas-Servizzi ta' Riċerka Parlamentari, inklużi l-bibljoteka, l-arkivji storiċi, il-valutazzjoni tal-għażliet xjentifiċi u teknoloġiċi (STOA) u ċ-Ċentru Ewropew tal-Midja Xjentifika (STOA), 3 2 4 1 — Pubblikazzjonijiet diġitali u tradizzjonali, 3 2 4 2 — Nefqiet għall-pubblikazzjoni, it-tagħrif u l-parteċipazzjoni f'manifestazzjonijiet pubbliċi, 3 2 4 3 — Ċentri għall-Viżitaturi tal-Parlament Ewropew, 3 2 4 4 — L-Organizzazzjoni u l-ospitalità ta' gruppi ta' viżitaturi, il-programm Euroscola u stediniet għall-multiplikaturi tal-opinjoni minn pajjiżi terzi, 3 2 4 8 — In-nefqa għall-informazzjoni awdjoviżiva, 4 0 0 — Nefqa amministrattiva kurrenti u nefqa marbuta mal-attivitajiet politiċi ta' informazzjoni tal-gruppi politiċi u tal-Membri mhux affiljati
Barra minn hekk, minħabba l-effetti straordinarji tal-kriżi internazzjonali fuq l-inflazzjoni, l-ispejjeż statutorji u l-ħtieġa li tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-Parlament, b'mod partikolari billi jsir investiment fis-sigurtà u ċ-ċibersigurtà, billi jiżdied b'EUR 62 miljun il-livell tan-nefqa tal-abbozz preliminari tal-estimi approvat mill-Bureau fis-7 ta' Marzu 2022 u billi jiżdiedu kif xieraq l-approprjazzjonijiet proposti fil-linji baġitarji li ġejjin:
3. Iqis li ż-żieda ġenerali ta' 6,24 % meta mqabbla mal-2022 għandha titqies bħala żieda ta' 2,46 % għall-parti f'kundizzjonijiet normali u, minħabba ż-żmien eċċezzjonali attwali, żieda ta' EUR 79,8 miljun li tikkorrispondi għall-parti mill-kriżi biex tkopri l-inflazzjoni eċċezzjonali, iż-żieda li tirriżulta fl-ispejjeż statutorji u l-investimenti fis-sigurtà u ċ-ċibersigurtà.
4. Jissottolinja li, matul dawn l-aħħar snin, ir-rata ta' żieda tal-baġit tal-Parlament kienet inqas mir-rata ta' żieda tal-Intestatura 7; jinnota li l-Parlament ma għamilx użu tal-20 % tal-Intestatura 7 li huwa intitolat għalih;
5. Jissottolinja li l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni jeħtieġu li jikkonformaw mad-dixxiplina baġitarja meta jistabbilixxu l-ħtiġijiet finanzjarji tagħhom għas-sena sussegwenti;
Sigurtà kontra theddid ibridu li qiegħed dejjem jikber
6. Jissottolinja li ċ-ċibersigurtà tal-Parlament hija prijorità ewlenija, speċjalment fid-dawl tat-tensjonijiet ġeopolitiċi attwali; jiddeċiedi għaldaqstant li jappoġġja l-proposta tas-Segretarju Ġenerali li jsaħħaħ b'40 post tax-xogħol lil DĠ ITEC biex jiżdiedu l-ħiliet ta' difiża ċibernetika tal-Parlament u jintlaħaq livell adegwat ta' kapaċità interna; ifakkar it-tnaqqis globali b'6 % tal-persunal tal-Parlament matul il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020, li kien sostnut primarjament mill-amministrazzjoni tiegħu; jemmen li huwa neċessarju li jiżdiedu r-riżorsi tal-Parlament fis-sigurtà sabiex tiġi protetta l-integrità tas-sistemi tal-ICT tiegħu; jinnota li l-impatt tal-40 post tax-xogħol għall-2023 se jkun ta' EUR 4,3 miljun u li l-investimenti ta' EUR 5 miljun fl-operazzjonijiet ta' u l-investimenti fiċ-ċibersigurtà huma fil-baġit għall-2023;
7. F'dan il-kuntest, itenni t-talba tiegħu lis-servizzi rilevanti biex jintegraw u jużaw soluzzjonijiet għal messaġġeriji istantanji u laqgħat virtwali li jkunu bbażati fuq sors miftuħ, ospitati fis-servers tal-Parlament u li jippermettu komunikazzjoni sigura, bħal Matrix u Jitsi, sabiex tiżdied b'mod sinifikanti l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet interni;
8. Iqis li l-kooperazzjoni interistituzzjonali hija essenzjali biex jiżdiedu s-sinerġiji fost l-amministrazzjonijiet u jiġu protetti l-istituzzjonijiet tal-Unjoni mit-theddid ċibernetiku b'mod adegwat; jappoġġja bil-qawwa li jiġu trasferiti temporanjament 2 postijiet tax-xogħol AD (minn 40 post tax-xogħol addizzjonali fiċ-ċibersigurtà) għal CERT-EU flimkien ma' baġit annwali addizzjonali ta' EUR 1,564 miljun; iqis li ż-żieda fil-kapaċità tal-Parlament fiċ-ċibersigurtà se tkun ta' benefiċċju għall-istituzzjonijiet kollha billi tipprevjeni, tidentifika, tikkondividi u tipproteġi aħjar l-interessi tal-Unjoni kontra t-theddid ċibernetiku, inkluża l-proposta l-ġdida tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri għal livell għoli komuni ta' ċibersigurtà fl-istituzzjonijiet, fil-korpi, fl-uffiċċji u fl-aġenziji tal-Unjoni;
9. Ifakkar li t-theddid qiegħed jevolvi f'theddid ibridu; jappoġġja bil-qawwa l-20 post tax-xogħol addizzjonali għad-DĠ SAFE sabiex jissaħħu l-kapaċità u l-ħila tal-Parlament li jsib, jipprevjeni u jirreaġixxi għal dan it-theddid ġdid ta' natura ibrida u jimmodernizza u jiddiġitalizza l-proċessi ta' sigurtà; jieħu nota tat-Task Force Interistituzzjonali għall-Counter-Intelligence Umana, Diġitali u Ibrida li għandha l-għan li ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-koordinazzjoni mas-servizzi tal-intelligence u s-sigurtà tal-Istati Membri;
10. Jistieden lis-Segretarju Ġenerali jagħmel użu mis-sinerġiji possibbli sabiex tiżdied l-effiċjenza fi ħdan l-amministrazzjoni, u sabiex janalizza kif id-diġitalizzazzjoni u metodi ġodda ta' ħidma jgħinu biex jiġu ssimplifikati d-direttorati u jippermettu t-trasferiment ta' postijiet tax-xogħol lejn oqsma ta' prijorità; f'dan il-kuntest, jilqa' t-test pilota tal-pjattaforma "EU Voice", pjattaforma ta' mikroblogging interkonnessa b'sors miftuħ u li ġiet stabbilita mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data biex din tikkontribwixxi għall-privatezza tal-utent, is-sigurtà u r-reżiljenza tal-IT, is-sovranità teknoloġika tal-Unjoni, l-interoperabilità, il-kompetizzjoni u l-għażla tal-utenti;
Strateġija ta' komunikazzjoni maċ-ċittadini
11. Jaċċentwa r-rwol tal-Parlament fil-bini ta' kuxjenza politika Ewropea u fil-promozzjoni tal-valuri tal-Unjoni;
12. Jissottolinja li l-komunikazzjoni mill-partiti politiċi u l-Membri nfushom huwa wieħed mill-fatturi ewlenin għal rata ta' parteċipazzjoni għolja u għall-involviment u l-interess taċ-ċittadini tal-Unjoni fl-elezzjonijiet Ewropej; jitlob li jkun hemm koordinazzjoni bejn id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni (DĠ COMM) u s-servizzi tal-istampa tal-gruppi politiċi, bl-appoġġ tal-kontenut mid-Direttorat Ġenerali għas-Servizzi ta' Riċerka Parlamentari (DĠ EPRS) u bl-appoġġ tekniku mid-Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni (DĠ TRAD), biex jiġi żgurat li l-messaġġ ikun ikkoordinat, adegwat u ċar għaċ-ċittadini;
13. Jieħu nota tar-riżorsi addizzjonali (EUR 27,5 miljun) allokati lid-DĠ COMM għall-istrateġija ta' komunikazzjoni relatata mal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew tal-2024 sabiex jispjega r-rwol u l-funzjonijiet tal-Unjoni u b'mod partikolari tal-Parlament, l-impatt konkret fuq il-ħajja taċ-ċittadini u għaliex il-votazzjoni fl-elezzjonijiet tista' tagħmel differenza u sabiex jiżgura li l-istrutturi, l-għodod u l-pjattaformi kollha jkunu implimentati u lesti fl-2024;
14. Jitlob li jkun hemm kawtela fil-mument meta l-livell tal-ispejjeż ta' komunikazzjoni jiġi marbut mal-parteċipazzjoni fl-elezzjoni Ewropea, jew li dan jintrabat b'mod koerenti, inkluż fil-każ ta' tnaqqis fir-rata ta' varjazzjoni fil-parteċipazzjoni;
15. Iqis tal-ikbar importanza li l-Parlament ikun ippreparat sew għad-diżinformazzjoni; jitlob kooperazzjoni mtejba bejn id-DĠ ITEC, id-DĠ SAFE u d-DĠ COMM biex jidentifikaw, jimmonitorjaw u jirreaġixxu kif xieraq, fil-pront u biċ-ċar għall-kampanji ta' diżinformazzjoni, b'mod partikolari fuq il-midja soċjali; jitlob kooperazzjoni kontinwa mal-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna rigward id-diżinformazzjoni;
16. Jappoġġja l-istabbiliment ta' Europa Experiences fl-Istati Membri kollha sal-2024; jappoġġja l-amministrazzjoni fil-politika tagħha maħsuba biex timmassimizza s-sinerġiji; jistenna li l-impatt baġitarju fit-tul tal-Europa Experiences f'termini ta' spejjeż operattivi jiġi ppreżentat lill-Kumitat għall-Baġits kemm jista' jkun malajr; ifakkar li l-Europa Experiences għandhom jippermettu liċ-ċittadini kollha jifhmu aħjar il-funzjonament tal-istituzzjonijiet Ewropej u għalhekk huma parti integrali mill-pjan ta' komunikazzjoni għall-kampanja elettorali; ifakkar li huwa tal-akbar importanza li l-Parlament kontinwament jinvolvi ruħu maċ-ċittadini tal-Unjoni permezz ta' mezzi varji ta' komunikazzjoni, fl-ispirtu ta' djalogu politiku b'diversi aspetti, mhux biss matul is-sena tal-elezzjonijiet iżda matul il-leġiżlatura kollha kemm hi; jemmen li l-posponiment ta' kwalunkwe proġett għandu jiġi deċiż abbażi ta' kriterji stabbiliti li fosthom il-bilanċ ġeografiku fost l-Istati Membri għandu jkun ta' importanza kbira; itenni l-ħtieġa li l-Parlament, f'kollaborazzjoni mal-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, ikun preżenti b'kampanji ta' informazzjoni attiva fil-pajjiżi li applikaw formalment biex jissieħbu fl-Unjoni, jiġifieri r-Repubblika tal-Moldova, l-Ukrajna u l-Ġeorġia;
17. Jistieden lis-Segretarju Ġenerali jagħti l-informazzjoni kollha kif jirrikjedi l-Artikolu 266(6) tar-Regolament Finanzjarju b'relazzjoni mas-self ta' EUR 37,9 miljun propost biex jiffinanzja x-xiri tal-bini tal-Europa Experience f'Dublin kemm jista' jkun malajr;
18. Iqis li l-Uffiċċji ta' Kollegament tal-Parlament Ewropew (EPLOs) għandhom jinvolvu ruħhom aktar ma' ċittadini ta' kull età; jitlob lill-Parlament biex joħloq aktar laqgħat u avvenimenti bejn il-Membri u ċ-ċittadini fil-livell lokali permezz tal-EPLOs tiegħu; itenni l-ħtieġa li l-EPLOs jipprovdu lill-Membri b’appoġġ adegwat għall-istabbiliment ta' aġendi tal-laqgħat u avvenimenti;
19. Iqis li l-EPLOs għandhom jipprovdu wkoll informazzjoni f'lingwi barranin lill-komunitajiet Ewropej li jgħixu f'pajjiżi Ewropej oħra; jissottolinja l-ħtieġa li l-EPLOs jinvolvu ruħhom f'azzjonijiet ulterjuri rigward l-edukazzjoni ċivika u l-parteċipazzjoni fil-komunitajiet lokali, l-iskejjel jew l-universitajiet.
20. Jitlob biex ikun hemm servizz iddedikat għall-anzjani li jenfasizza l-programmi u l-politiki tal-Unjoni li jkun ta' benefiċċju għat-tixjiħ attiv;
L-ekoloġizzazzjoni u l-indipendenza enerġetika
21. Itenni l-konvinzjoni tiegħu li l-Parlament jeħtieġ li jkun minn ta' quddiem nett fl-adozzjoni ta' metodi ta' ħidma u prattiki ta' laqgħat aktar diġitali, flessibbli u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, billi jittieħdu t-tagħlimiet mill-esperjenzi tal-pandemija tal-COVID-19 u jiġu kapitalizzati l-investimenti teknoloġiċi li diġà ġew implimentati; jitlob għal valutazzjoni strateġika tal-kost tal-politika immobiljari, b'mod partikolari billi jitqiesu l-modi ġodda ta' ħidma, bħat-telexogħol, li kienu konsegwenza tal-pandemija tal-COVID-19, filwaqt li jkun rikonoxxut li l-preżenza fiżika għal negozjati politiċi, dibattiti jew skambju ta' fehmiet għadha aktar effiċjenti għat-tfassil tal-politika pubblika; jesprimi tħassib dwar il-kwalità mhux uniformi tal-faċilitajiet ta' interpretazzjoni u l-problemi tekniċi bl-Interactio; jappella biex isir investiment urġenti u mmirati biex jiġi żgurat l-ogħla livell possibbli ta' multilingwiżmu; jenfasizza li wara l-kriżijiet politiċi, tas-saħħa u ekonomiċi, l-ispejjeż tal-enerġija żdiedu drastikament u b'konsegwenzi fit-tul; jitlob li jitqies l-impatt finanzjarju fuq il-bini tal-Parlament; jirrakkomanda li l-ippjanar tal-baġit annwali jqis ir-rinnovazzjoni regolari tal-bini kollu; jirrimarka li tali allokazzjoni tifforma parti minn politika immobiljari proattiva, li trid tiffoka fuq ir-rinnovazzjoni ekoloġika tal-istokk tal-bini u tiggarantixxi li l-Parlament jistinka biex jimmassimizza l-effiċjenza enerġetika, biex b'hekk inaqqas il-konsum tal-enerġija u l-ispiża tal-faċilitajiet tal-Parlament; f'dak ir-rigward, jissottolinja l-ħtieġa li l-bini Trèves I jiġi aġġornat għall-aħħar normi enerġetiċi u ambjentali; ifakkar fl-importanza ta' proċess deċiżjonali trasparenti u ġust fil-qasam tal-politika immobiljari, b'kunsiderazzjoni dovuta għall-Artikolu 266 tar-Regolament Finanzjarju rigward il-politika immobiljari tal-Parlament; ifakkar fid-deċiżjoni tal-Bureau tat-2 ta' Lulju 2018 dwar ir-riabilitazzjoni tal-bini Paul-Henri Spaak; jitlob lill-Bureau jgħarraf id-deċiżjoni tiegħu dwar dak il-bini b'mod f'waqtu;
22. Ifakkar li, fil-laqgħa tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2019, il-Bureau approva l-miri aġġornati tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni ambjentali tal-EMAS bid-data ta' mira unifikata tal-2024, inkluż tnaqqis, mil-livelli tal-2006, ta' 40 % tal-emissjonijiet totali tal-karbonju; ifakkar li l-istrateġija ta' nofs it-terminu tal-EMAS tinkludi klawżola ta' rieżami biex tiżdied l-ambizzjoni ambjentali abbażi tal-prestazzjoni osservata; jitlob reviżjoni 'l fuq tal-miri tal-EMAS għall-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni peress li ħafna mill-miri stabbiliti fl-2019 diġà ntlaħqu, kif ukoll fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19 u l-ħtieġa li jitħaffu l-miżuri tal-effiċjenza enerġetika u li titnaqqas id-dipendenza tagħna fuq il-gass; itenni t-talba tiegħu biex jiġi emendat il-pjan attwali tiegħu għat-tnaqqis tas-CO2 biex tintlaħaq in-newtralità karbonika bl-użu ta' metodu rikonoxxut internazzjonalment meta jkun ġie vvalidat bħala, pereżempju, mekkaniżmu ta' Pprezzar Intern tal-Karbonju li permezz tiegħu l-kumpaniji volontarjament jipprezzaw l-impronta tal-karbonju tagħhom u b'hekk jagħtu valur lill-emissjonijiet tagħhom ta' gassijiet serra;
23. Ifakkar li kważi żewġ terzi tal-impronta tal-karbonju tal-Parlament joriġinaw mit-trasport ta' persuni u oġġetti; jappella għall-promozzjoni ta' modi ta' trasport b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju għall-missjonijiet; itenni t-twemmin tiegħu li d-deċiżjonijiet dwar l-ivvjaġġar iridu jqisu l-importanza tal-preżenza parlamentari, it-tħassib dwar is-saħħa, il-prezz u l-ħin meħtieġ; jissottolinja li l-ivvjaġġar ta' ħafna Membri mill-kostitwenzi tagħhom lejn il-postijiet tax-xogħol tal-Parlament jirrikjedi vjaġġi twal u jista' jsir biss bl-ajruplan; ifakkar ukoll fl-għan tal-Parlament li jkompli jnaqqas l-emissjonijiet tiegħu u jissottolinja li t-titjiriet diretti u biljetti flessibbli tal-ajru huma l-għażla li tippermetti l-mod tal-ivvjaġġar bl-ajru meħtieġ li jniġġes l-inqas;
24. Jistieden lill-Amministrazzjoni tkompli tistudja l-iffrankar tal-ispejjeż u l-effiċjenzi tal-konsum; jappella għal pjan direzzjonali għat-tneħħija gradwali tal-fjuwils fossili; jistieden lill-Parlament ikompli jżid is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-taħlita enerġetika tiegħu u b'mod partikolari l-produzzjoni tal-enerġija u jistenna l-installazzjoni ta' pannelli fotovoltajċi tal-ogħla livell fuq il-bjut biex jinkiseb l-ogħla potenzjal possibbli; jilqa' l-investiment li qed isir bħalissa; itenni l-istedina tiegħu lis-servizzi tal-Parlament biex ikomplu jnaqqsu l-konsum tal-karti billi jersqu lejn ambjent mingħajr karti, kollettiv u online għal-laqgħat kollha, kif ukoll billi jimplimentaw aktar arranġamenti għall-firma elettronika, u jiffukaw biex iżommu t-tnaqqis fin-"normalità ġdida"; itenni t-talba tiegħu biex titwettaq analiżi ta' soluzzjonijiet alternattivi għall-bagolli f'konformità mal-objettiv tal-EMAS għal Parlament "mingħajr karti" kemm jista' jkun malajr; jistenna li l-prinċipji tal-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel u tal-Ekonomija Ċirkolari jiġu applikati għall-investimenti kollha, inklużi dawk diġitali, u għad-deċiżjonijiet ta' ġestjoni; jitlob sforzi msaħħa biex tiġi implimentata bis-sħiħ l-istrateġija tal-immaniġġjar tal-iskart tal-Parlament f'konformità mal-prinċipji tal-ġerarkija tal-iskart; iqis li s-sensibilizzazzjoni internament, anke permezz ta' taħriġ speċifiku, hija essenzjali biex jinkisbu riżultati sodisfaċenti u tippermetti l-aġġornament tal-miri tal-EMAS f'dak il-qasam; jitlob l-implimentazzjoni sħiħa ta' miżuri biex il-Parlament ikun ħieles mill-plastik li jintuża darba biss hekk kif aktar nies qed jirritornaw għax-xogħol u jużaw is-servizzi tal-forniment tal-ikel fil-Parlament;
25. Jilqa' t-titjib fl-infrastruttura tar-roti fil-bini tal-Parlament; iħeġġeġ lis-servizzi jkomplu jtejbu dik l-infrastruttura billi jimmodernizzaw il-faċilitajiet tal-parkeġġ tar-roti inkluż għar-roti tal-merkanzija fil-bini kollu, u billi joħolqu inċentivi addizzjonali għall-ivvjaġġar bir-roti; jilqa' l-isforzi tal-Parlament biex jippromwovi t-trasport pubbliku permezz tal-politika l-ġdida tiegħu dwar il-parking, billi jżid l-għotjiet għall-abbonamenti tat-trasport pubbliku u jippromwovi l-użu tal-vetturi elettriċi permezz tal-installazzjoni ta' stazzjonijiet tal-iċċarġjar elettriku; jitlob, f'dak il-kuntest, żieda xierqa fl-għadd ta' ċarġers tal-vetturi elettriċi f'konformità mad-domanda preżenti u futura fi Brussell, fi Strasburgu u fil-Lussemburgu; jinnota li l-politika attwali dwar il-parkeġġ ma tipprovdix inċentivi finanzjarji għal mobilità attiva; jistieden lis-servizzi jevalwaw is-suċċess tal-politika l-ġdida dwar il-parkeġġ u jintroduċu aktar inċentivi mmirati fejn meħtieġ;
26. Itenni t-talba tiegħu lill-Parlament, bħala impjegatur ewlieni, biex ikollu rwol attiv fid-dibattiti u l-konsultazzjonijiet dwar l-ippjanar urban b'enfasi speċjali fuq il-promozzjoni tal-mobilità attiva permezz ta' infrastruttura sikura, komda u kontinwa, it-titjib tal-benesseri permezz ta' spazju pubbliku ta' kwalità, u l-adattament għat-tibdil fil-klima bl-evitar ta' heat islands; jenfasizza l-opportunitajiet għal djalogu offruti fil-kuntest tal-pjan ta' Brussell GoodMove u l-pjan li jsegwi l-Plan d'Aménagement Directeur Loi, iżda wkoll fir-rigward tal-iżvilupp ulterjuri tal-hekk imsejjaħ Archipel fil-viċinat ta' Wacken ġewwa Strasburgu, u r-relazzjonijiet li għaddejjin mal-Fonds Kirchberg ġewwa l-Lussemburgu;
Kwistjonijiet oħrajn
27. Jinnota li fuq l-inizjattiva tal-ex President Sassoli, gruppi ta' riflessjoni dwar "Rivalutazzjoni tad-Demokrazija Parlamentari - Parlament Ewropew aktar b'saħħtu wara l-COVID-19" iddiskutew il-futur tal-ħidma fi ħdan il-Parlament bejn April u Lulju 2021 relatata ma' kull wieħed mill-oqsma ta' azzjoni tagħhom: il-plenarja, il-prerogattivi parlamentari, il-komunikazzjoni, id-diplomazija esterna u l-organizzazzjoni interna; jilqa' l-fatt li l-gruppi ta' riflessjoni ppreżentaw rapport finali li jinkludi rakkomandazzjonijiet, li l-implimentazzjoni tagħhom se tiġi diskussa mill-Bureau filwaqt li tingħata l-attenzjoni dovuta għall-ispiża tagħha, jekk ikun meħtieġ jiġi involut il-Kumitat dwar il-Baġits fil-valutazzjoni minn qabel tiegħu;
28. Ifakkar fl-appoġġ tal-maġġoranza tal-Membri għal sede waħda; ifakkar fil-ħtieġa li jinstabu soluzzjonijiet sabiex jiġu ottimizzati l-ħidma istituzzjonali, l-ispejjeż finanzjarji u l-impronta tal-karbonju tal-Parlament; ifakkar li skont it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew għandu jkollu s-sede tiegħu fi Strasburgu; jinnota li bidliet permanenti jkunu jeħtieġu bidla fit-Trattat;
29. Itenni t-talba tiegħu lill-Bureau, adottata fil-livell tal-Plenarja f'diversi okkażjonijiet, biex tinbeda l-ħidma fuq ir-reviżjoni tar-Regoli ta' Proċedura li tippermetti lill-Membri jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jivvutaw b'mod remot, waqt li jkunu qed jibbenefikaw mil-liv tal-maternità jew tal-paternità, waqt mard fit-tul jew f'każijiet ta' force majeure; jieħu nota tal-bidliet fir-Regoli ta' Proċedura tal-20 ta' Diċembru 2020 li jippermettu l-votazzjoni remota; jesprimi dispjaċir li l-votazzjoni remota fil-kumitat bħalissa mhijiex prevista skont ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament sakemm il-President ma jistabbilix l-eżistenza ta' ċirkostanzi straordinarji;
30. Itenni t-talba tiegħu lis-Segretarju Ġenerali biex jinsisti dwar l-importanza li kull reklutaġġ ikun ibbażat fuq il-kompetenza, filwaqt li jirrispetta l-ħtieġa ta' bilanċ ġeografiku bejn l-Istati Membri kollha fil-livelli kollha tal-persunal; jinsab imħasseb dwar id-diffikultajiet li nqalgħu biex jiġu rreklutati ċerti nazzjonalitajiet u biex jitressqu ċerti profili ta' xogħol internament; jitlob aktar sforzi biex jiġi żgurat li l-impjieg fil-Parlament ikun attraenti ndaqs għan-nazzjonalitajiet kollha tal-Unjoni filwaqt li jibqa' bbażat fuq proċessi objettivi; jistieden lill-Parlament jibni l-ħila tiegħu li jilħaq in-nies, bl-għan li jiġbed lejn il-kompetizzjonijiet il-kandidati ta' kwalità meħtieġa mill-Parlament, f'termini ta' profil, età, ġeneru u nazzjonalità, u speċjalment minn pajjiżi sottorappreżentati; fir-rigward tar-reklutaġġ ta' persunal ġdid, jitlob lis-Segretarju Ġenerali jissimplifika l-passi amministrattivi u jqassar il-proċess;
31. Jistieden lill-Parlament iwettaq valutazzjonijiet regolari tal-ħtiġijiet tal-organizzazzjoni u tal-persunal tas-Segretarjat tiegħu, jalloka mill-ġdid il-postijiet tax-xogħol battala bejn id-direttorati sabiex iwettaq kompiti ġodda f'livelli kostanti ta' persunal;
32. Jistieden lis-Segretarju Ġenerali jivvaluta r-riskji relatati mal-impjieg ta' għadd dejjem jikber ta' aġenti kuntrattwali, inkluż il-periklu li tinħoloq struttura tal-persunal b'żewġ livelli fi ħdan il-Parlament;
33. Jilqa' l-miżuri meħuda mid-DĠ INLO matul il-pandemija tal-COVID-19, immirati lejn il-mitigazzjoni tar-riskji ta' kontaġju fil-bini tal-Parlament u l-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-miżuri konkreti ta' solidarjetà deċiżi mill-Bureau;
34. Itenni li madwar 50 miljun persuna jappartjenu għal diversi minoranzi lingwistiċi u komunitajiet fl-Unjoni; ifakkar li l-Parlament iħeġġeġ l-involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, inklużi l-minoranzi nazzjonali, reġjonali u lingwistiċi, fl-Unjoni; ifakkar li l-Parlament jappoġġja bil-qawwa l-multilingwiżmu u jippromwovi d-drittijiet tal-minoranzi nazzjonali, reġjonali u lingwistiċi; iqis li l-Parlament jista' jikkontribwixxi b'mod attiv għall-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni billi jipprovdi informazzjoni wkoll fil-lingwi tal-minoranzi u tal-komunitajiet lingwistiċi, fejn xieraq; iħeġġeġ lill-Bureau jikkunsidra li jappoġġja attivitajiet ta' komunikazzjoni li jkunu konformi mal-ħtiġijiet tal-minoranzi nazzjonali, reġjonali u lingwistiċi fl-Istati Membri;
35. Jistieden lis-Segretarju Ġenerali janalizza l-fattibbiltà tal-introduzzjoni tal-interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali internazzjonali għad-dibattiti plenarji kollha, f'konformità mat-talbiet adottati mill-Plenarja, u jimplimenta din id-deċiżjoni fid-dawltal-prinċipju ta' aċċess ugwali għaċ-ċittadini kollha;
36. Jinsab imħasseb dwar il-kwalità tar-Reġistru tat-Trasparenza tal-UE; ifakkar li, skont ir-Rapporti Annwali tar-Reġistru ta' Trasparenza, madwar nofs l-entrati kollha fir-Reġistru huma żbaljati; jitlob lill-Parlament jieħu miżuri biex iżid l-eżattezza tar-Reġistru kif ukoll biex jimmonitorjah b'mod regolari fir-rigward tal-entitajiet li jirrappreżentaw l-interessi ta' persuni u entitajiet sanzjonati u jipproċedi għat-tneħħija immedjata tagħhom sabiex ikun jista' jissodisfa l-iskop tiegħu li jipprovdi aktar trasparenza tal-attivitajiet tar-rappreżentanti ta' gruppi ta' interess; itenni t-talba tiegħu li l-Parlament jabbozza rapport annwali dettaljat dwar ir-rappreżentanti ta' interess u organizzazzjonijiet oħra li jkunu ngħataw aċċess għall-bini tal-Parlament, u jippubblikah f'konformità mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data(8);
37. Ifakkar li l-Parlament ivvota f'diversi okkażjonijiet biex jirriforma l-Allowance għall-Ispejjeż Ġenerali (GEA); jistieden lill-Bureau jevalwa d-deċiżjoni tiegħu tal-2019 dwar il-GEA abbażi tal-esperjenza miksuba matul id-9 leġiżlatura parlamentari u jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex iżid it-trasparenza u r-responsabbiltà; jilqa' t-tħabbira mill-President li twaqqaf Grupp ta' Ħidma ad hoc tal-Bureau dwar l-Allowance għall-Ispejjeż Ġenerali biex jaħdem fuq ir-reviżjoni tar-regoli preċedenti;
38. Itenni, fil-kuntest tal-proċedura ta' reviżjoni għaddejja bħalissa tad-Dispożizzjonijiet ġenerali ta' implimentazzjoni dwar ir-rimborż tal-ispejjeż tal-missjonijiet u tal-ivvjaġġar fuq xogħol u r-regoli interni li jirregolaw il-missjonijiet u l-ivvjaġġar fuq xogħol minn uffiċjali u aġenti oħra tal-Parlament Ewropew, ir-rieda tal-Plenarja espressa f'diversi okkażjonijiet dwar l-ammont tal-allowances imħallsa lill-assistenti akkreditati għall-missjonijiet li jwettqu bejn it-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-Bureau jallinjaha fil-livell tas-sistemi ta' allowances għall-impjegati taċ-ċivil u aġenti oħra;
39. Jistieden għal darb'oħra lill-Konferenza tal-Presidenti u lill-Bureau jirrevedu rispettivament id-Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni li jirregolaw il-ħidma tad-delegazzjonijiet u l-missjonijiet barra l-Unjoni Ewropea u d-deċiżjoni "Missjonijiet tal-Kumitati barra t-tliet postijiet tax-xogħol"; jissottolinja li tali reviżjoni għandha tqis il-possibbiltà li l-assistenti akkreditati, soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet, jakkumpanjaw lill-Membri f'delegazzjonijiet u f'missjonijiet uffiċjali tal-Parlament;
40. Ifakkar fl-Artikolu 27(1) u (2) tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew(9) li jiddikjara li "l-fond għall-pensjoni volontarja mwaqqaf mill-Parlament Ewropew għandu jinżamm wara d-dħul fis-seħħ ta' dan l-Istatut għall-Membri jew ex Membri li diġà kisbu drittijiet jew jeddijiet futuri f'dak il-fond" u li "drittijiet miksuba u drittijiet futuri għandhom jinżammu fl-intier tagħhom"; jinnota li, skont is-Servizz Legali tal-Parlament, minn żewġ sentenzi jirriżulta li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkonferma li d-drittijiet miksuba bħala tali, tal-Membri li diġà ssodisfaw il-kundizzjonijiet kollha meħtieġa biex jakkwistaw id-dritt għall-pensjoni volontarja addizzjonali, huma protetti bis-sħiħ skont il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni; jinnota, madankollu, li s-sentenzi jikkonfermaw ukoll li dan ma jżommx lill-Bureau milli jimmodifika l-kundizzjonijiet kif ukoll il-modalitajiet ta' dan il-grupp ta' Membri bil-kundizzjoni li l-prinċipju tal-proporzjonalità jiġi rrispettat kif xieraq, kif ukoll għal dawk il-Membri li għadhom ma ssodisfawx il-kundizzjonijiet kollha biex jakkwistaw id-drittijiet tal-pensjoni u li għalhekk għandhom biss intitolamenti futuri skont l-iskema tal-pensjoni; iħeġġeġ għalhekk lill-Bureau u lill-amministrazzjoni biex jipproponu b'mod urġenti soluzzjoni futura adattata li tqis is-sitwazzjoni tal-pensjoni u tal-għajxien tal-Membri u l-ex Membri intitolati kif ukoll il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba u l-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja; jistieden lill-partijiet ikkonċernati kollha biex isibu minnufih soluzzjoni sostenibbli u fattibbli;
41. Jilqa' l-politika tal-Parlament li għandha l-għan li tiżgura l-użu kompletament indipendenti tal-bini tal-Parlament minn persuni b'diżabilità u jappoġġa aktar miżuri u adattamenti li se jkunu meħtieġa f'dan ir-rigward;
42. Jinnota li d-deċiżjoni li titwaqqaf id-distribuzzjoni ta' ilma sħun fl-uffiċċji tal-Membri fi Brussell u Strasburgu ttieħdet mill-Kwesturi fl-24 ta' Ottubru 2017 b'rabta mar-riskju għas-saħħa li tinħoloq il-preżenza ta' batterji tal-legionella li jagħmlu l-ħsara lis-sistemi idrawliċi tal-bini li qed jeqdiemu u jiddeterjoraw;
43. Jissottolinja li l-Parlament għandu jkun ta' eżempju dwar il-politiki li niddefendu u nippromwovu bħall-ambjent, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-trasparenza;
o o o
44. Jadotta l-estimi għas-sena finanzjarja 2023;
45. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni u l-estimi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2005 li tadotta l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (2005/684/KE, Euratom) (ĠU L 262, 7.10.2005, p. 1).
Is-sitwazzjoni fl-Afganistan, b'mod partikolari s-sitwazzjoni dwar id-drittijiet tan-nisa
147k
52k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' April 2022 dwar is-sitwazzjoni fl-Afganistan, b'mod partikolari s-sitwazzjoni tad-drittijiet tan-nisa (2022/2571(RSP))
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Afganistan,
– wara li kkunsidra t-tħabbira tat-Talibani dwar il-ħolqien tal-gvern interim tal-Afganistan tas-7 ta' Settembru 2021,
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2626 (2022) tan-NU tas-17 ta' Marzu 2022 dwar l-estensjoni tal-mandat tal-Missjoni ta' Assistenza tan-NU fl-Afganistan,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni għall-istampa tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tas-27 ta' Marzu 2022 dwar l-Afganistan,
– wara li kkunsidra l-lista tal-finalisti għall-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb tal-Parlament Ewropew għas-sena 2021,
– wara li kkunsidra l-Jiem tan-Nisa Afgani fil-Parlament Ewropew fl-1 u t-2 ta' Frar 2022,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-President tad-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għar-Relazzjonijiet mal-Afganistan tat-23 ta' Marzu 2022 dwar it-tħabbira min-naħa tat-Talibani biex tiġi estiża l-projbizzjoni mill-edukazzjoni għal studenti bniet mis-sitt grad 'il fuq, u d-dikjarazzjoni relatata tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) tat-23 ta' Marzu 2022,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-VP/RGħ f'isem l-Unjoni Ewropea tat-28 ta' Marzu 2022 li titlob il-ftuħ mill-ġdid immedjat tal-iskejjel sekondarji għall-bniet,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tal-1951 dwar ir-Rifuġjati,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-1979 dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa,
– wara li kkunsidra l-Patt Globali tan-NU għal Migrazzjoni Sikura, Ordnata u Regolari u l-Patt Globali tan-NU dwar ir-Rifuġjati, li segwew id-Dikjarazzjoni ta' New York għar-Rifuġjati u l-Migranti adottata unanimament mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fid-19 ta' Settembru 2016,
– wara li kkunsidra l-linji gwida tematiċi tal-UE dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal, u dwar il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta' diskriminazzjoni kontrihom,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-Ministeru tal-Edukazzjoni tat-Talibani ħabbar f'dikjarazzjoni tal-21 ta' Marzu 2022 li "huwa impenjat lejn id-dritt għall-edukazzjoni taċ-ċittadini kollha tiegħu" u kien qed jaħdem biex "jelimina kull tip ta' diskriminazzjoni";
B. billi l-awtoritajiet de facto tal-Afganistan fil-15 ta' Jannar 2022 wiegħdu li se jippermettu lill-bniet jirritornaw l-iskola fil-livelli kollha wara l-bidu tas-sena skolastika l-ġdida fit-tieni nofs ta' Marzu 2022;
C. billi l-bniet fl-Afganistan kellhom jirritornaw l-iskola fit-23 ta' Marzu 2022; billi t-Talibani estendew b'mod indefinit il-projbizzjoni li l-istudenti nisa jitħallew jattendu s-seba' grad 'l fuq sakemm ikunu jistgħu jiddeċiedu liema uniformijiet huma l-iktar xierqa għall-bniet; billi dan iċaħħad lil iktar minn miljun tifla mill-edukazzjoni fil-livell sekondarju u huwa ksur tad-dritt fundamentali għall-edukazzjoni għat-tfal kollha, kif minqux fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem;
D. billi l-Afganistan huwa kklassifikat fl-aħħar post fl-Indiċi Globali tan-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà, u b'hekk huwa l-iktar pajjiż perikoluż għan-nisa; billi skont il-Proċeduri Speċjali tan-NU, il-mexxejja Talibani qed jippruvaw ineħħu n-nisa u l-bniet mill-ħajja pubblika permezz ta' diskriminazzjoni sistematika abbażi tal-ġeneru u vjolenza;
E. billi mindu ħadu f'idejhom il-pajjiż fil-15 ta' Awwissu 2021, it-Talibani għalqu l-Ministeru għall-Affarijiet tan-Nisa u stabbilew mill-ġdid lill-eks Ministeru dwar il-Vizzju u l-Virtù; billi t-Talibani abolixxew de facto l-liġijiet kollha infurzati preċedentement, inklużi dawk li jipproteġu lin-nisa, u imponew restrizzjonijiet ħorox fuq l-eżerċizzju, id-dritt għal għaqda paċifika, il-libertà ta' espressjoni u d-dritt tan-nisa għax-xogħol, l-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa; billi l-Kummissjoni Indipendenti għad-Drittijiet tal-Bniedem fl-Afganistan (AIHRC) ilha magħluqa mit-teħid tal-poter mit-Talibani;
F. billi skont direttiva ġdida, in-nisa Afgani ma jistgħux jivvjaġġaw distanzi ta' iktar minn 45 mil (72 km) minn darhom mingħajr ma jkunu akkumpanjati minn qarib raġel; billi din id-direttiva ssegwi direttiva maħruġa f'Novembru 2021 li pprojbiet lill-istazzjonijiet televiżivi milli jxandru programmi b'atturi nisa;
G. billi l-protesti paċifiċi għad-drittijiet tan-nisa fl-Afganistan qed jitrażżnu bil-forza; billi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem inħatfu u ma ġiet kondiviża l-ebda informazzjoni dwar fejn jinsabu minkejja l-appelli ripetuti għar-rilaxx tagħhom; billi dawk li nħelsu mill-kustodja għadhom jibżgħu għal ħajjithom;
H. billi l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem qed jiġi rrappurtat kuljum, inklużi arresti, detenzjoni, ħtif, tortura, theddid, estorsjoni, qtil ekstraġudizzjarju, u attakki fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-membri tal-familja tagħhom; billi għad hemm nuqqas sħiħ ta' obbligu ta' rendikont għal tali ksur; billi d-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem ġew affettwati b'mod speċjali; billi l-gruppi ta' minoranza, bħall-komunità Hazara, ġew fil-mira b'mod speċifiku;
I. billi l-faqar wassal biex il-familji Afgani jorganizzaw żwiġijiet u jiġbru doti għal uliedhom u billi kien hemm żieda ta' 500 % fiż-żwiġijiet tat-tfal fl-Afganistan mill-implimentazzjoni tal-projbizzjoni skolastika għall-bniet; billi qabel it-teħid tal-poter mit-Talibani, 35 % tal-bniet kienu miżżewġin qabel l-età ta' 18-il sena, u 9 % qabel l-età ta' 15-il sena;
J. billi l-Afganistan għandu waħda mill-ogħla rati ta' mortalità tat-trabi fid-dinja, fejn eluf ta' nisa qed imutu kull sena minn kawżi relatati mat-tqala li faċilment jistgħu jiġu evitati; billi s-sitwazzjoni soċjoekonomika, li diġà kienet prekarja qabel it-teħid tal-poter mit-Talibani, iddeterjorat b'mod drammatiku taħt l-amministrazzjoni de facto u l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19, nixfiet severi u xitwa ħarxa;
K. billi l-kriżi umanitarja fl-Afganistan hija waħda mill-kriżijiet li qed jiddeterjoraw l-iktar malajr fid-dinja u qed taffettwa b'mod sproporzjonat lin-nisa u l-bniet; billi kważi 100 % tal-unitajiet domestiċi Afgani mmexxija min-nisa qed jiffaċċjaw nuqqas ta' sigurtà tal-ikel; billi l-politiki l-ġodda introdotti mill-gvern tat-Talibani affettwaw ħafna l-kapaċità tan-nisa li jaqilgħu l-għajxien tagħhom, u dan faqqarhom iktar, filwaqt li ħafna nisa kapijiet ta' unità domestika ntlaqtu b'mod partikolarment iebes;
L. billi skont ir-rapport ta' Marzu 2022 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni, iktar minn 1,258 miljun Afgan ħarbu minn pajjiżhom fl-2021, id-doppju ta' dawk li ħarbu f'dawn l-aħħar snin; billi fl-istess ħin, in-numru ta' persuni spustati internament li rritornaw lejn darhom ittrippla, u fl-2021 laħaq rekord ta' 3,06 miljun ritorn; billi fir-reġjun kollu, kważi 5 miljun Afgan għadhom spustati barra mill-pajjiż, u 90 % minnhom huma ospitati fil-Pakistan u fl-Iran;
M. billi skont il-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Rifuġjati, 35 % tan-nisa u l-bniet irrappurtaw li ma jħossuhomx sikuri minħabba l-vjolenza abbażi tal-ġeneru meta jfittxu rifuġju fil-pajjiżi ġirien tal-Iran u l-Pakistan; billi 70 % biss tal-bniet huma rreġistrati fi skejjel hemmhekk, meta mqabbla ma' 92 % tas-subien;
N. billi l-UE żiedet l-appoġġ tagħha lill-popolazzjoni billi nediet proġetti li jiswew iktar minn EUR 268,3 miljun li jiffukaw fuq iż-żamma tal-edukazzjoni, is-sostenn tal-għajxien u l-protezzjoni tas-saħħa pubblika; billi dawn il-proġetti huma parti mill-pakkett globali ta' appoġġ tal-UE ta' EUR 1 biljun imħabbar mill-Kummissjoni f'Ottubru 2021, li jinkludi għajnuna għar-rifuġjati, il-migranti u l-persuni spustati internament u appoġġ lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;
O. billi skont Reporters Without Borders, 231 stabbiliment tal-midja ngħalqu fl-Afganistan, li jammonta għal 40 % tal-ħwienet totali fil-pajjiż; billi 80 % tas-6 400 ġurnalist li tilfu l-impjieg tagħhom huma nisa; billi ġew imposti restrizzjonijiet li jipprojbixxu l-midja lokali u internazzjonali, bħall-BBC, u l-ġurnalisti ġew arrestati, detenuti u msawta;
P. billi s-sanzjonijiet kontra entitajiet u individwi relatati mat-Talibani m'għandhomx jipprevjenu tranżazzjonijiet finanzjarji relatati mal-assistenza umanitarja u l-forniment ta' servizzi bażiċi minn organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs);
Q. billi sal-15 ta' Awwissu 2021, taħt dik li kienet ir-Repubblika tal-Afganistan, in-nisa avvanzaw f'pożizzjonijiet ta' livell għoli bħal Membri tal-Parlament, Ministri, imħallfin, gvernaturi, avukati u ambaxxaturi; billi l-forzi Talibani neħħew bil-forza uffiċjali leġittimi tal-gvern preċedenti u ma inkludewx lin-nisa fil-gvern de facto l-ġdid mhux rikonoxxut tagħhom; billi dawn l-awtoritajiet de facto m'għandhomx rappreżentanza inklużiva tas-soċjetà diversa tal-Afganistan;
R. billi l-aġenziji tal-intelligence wissew li l-Afganistan jeħtieġlu ma jsirx rifuġju sikur għall-gruppi terroristiċi;
1. Huwa mħasseb ħafna dwar il-kriżi umanitarja u tad-drittijiet tal-bniedem li ilha għaddejja fl-Afganistan mit-teħid tal-poter mit-Talibani; itenni s-solidarjetà soda tiegħu mal-poplu tal-Afganistan u l-impenn tiegħu fil-konfront tal-poplu Afgan; jisħaq li d-drittijiet u l-libertajiet bażiċi li l-poplu Afgan gawda matul dawn l-aħħar 20 sena għandhom jiġu rrispettati;
2. Jikkundanna l-fatt li s-sitwazzjoni tan-nisa u tal-bniet fl-Afganistan ilha tiddeterjora b'mod kostanti mit-teħid tal-poter mit-Talibani; jikkundanna l-enfasi persistenti tat-Talibani biex ineħħu lin-nisa u lill-bniet mill-ħajja pubblika u jċaħħduhom mill-iktar drittijiet fundamentali tagħhom inkluż d-dritt għall-edukazzjoni, ix-xogħol u l-kura tas-saħħa;
3. Jikkundanna, bl-aktar mod qawwi, id-deċiżjoni tat-Talibani li jipposponu r-ritorn lejn l-iskola tal-bniet 'l fuq mis-sitt grad b'mod indefinit, minkejja l-impenn preċedenti tagħhom li jippermettu lil kull ċittadin jaċċessa l-edukazzjoni; iħeġġeġ lit-Talibani jreġġgħu lura d-deċiżjonijiet u r-restrizzjonijiet tagħhom immirati speċifikament lejn in-nisa u l-bniet u jiftħu mill-ġdid il-Ministeru għall-Affarijiet tan-Nisa;
4. Jisħaq fuq il-fatt li l-aċċess għall-edukazzjoni għan-nisa u l-bniet jeħtieġ, min-naħa tal-UE u l-Istati Membri tagħha, jikkostitwixxi kundizzjoni essenzjali għal kwalunkwe impenn ulterjuri mal-awtoritajiet Afgani de facto;
5. Jistieden lit-Talibani jżommu l-impenn tagħhom li jiżguraw id-dritt għall-edukazzjoni għaċ-ċittadini Afgani kollha, inklużi n-nisa u l-bniet;
6. Jiddeplora r-repressjoni min-naħa tat-Talibani tal-protesti paċifiċi favur id-drittijiet tan-nisa fl-Afganistan; jitlob il-ħelsien immedjat tal-uffiċjal tal-pulizija mara Alia Azizi, li ġiet arrestata f'Herat f'Ottubru 2021, kif ukoll il-ħelsien ta' kwalunkwe attivisti oħra tad-drittijiet tan-nisa li jistgħu jiġu arrestati, u li l-intimidazzjoni u l-fastidju ta' dawn l-attivisti jitwaqqfu; jitlob li jintemmu l-fastidji, it-theddid u l-attakki kontra l-għalliema u l-istudenti;
7. Jappella lill-awtoritajiet de facto jiggarantixxu lin-nisa u lill-bniet kollha d-drittijiet sħaħ u l-aċċess għall-kura tas-saħħa riproduttiva madwar l-Afganistan;
8. Jesprimi tħassib serju li mindu t-Talibani ħadu il-poter f'idejhom, in-nisa u l-bniet ġew iffaċċjati b'riskju akbar ta' sfruttament, inkluż ir-riskju li jiġu ttraffikati għall-finijiet ta' żwieġ furzat, sfruttament sesswali u xogħol furzat; jikkundanna l-vjolenza u d-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru;
9. Jistieden lill-awtoritajiet Afgani de facto biex jiffurmaw gvern inklużiv li jinvolvi lin-nisa fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet fil-livelli kollha; jinsisti fuq il-ħtieġa li tiġi żviluppata strateġija ġdida tal-UE għall-Afganistan li tkun adattata għas-sitwazzjoni tan-nisa u tal-bniet fil-pajjiż sabiex jiġu promossi b'mod konkret id-drittijiet tan-nisa u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja pubblika;
10. Ifakkar li l-UE għandha pożizzjoni soda fir-rigward ta' kwalunkwe impenn politiku mat-Talibani, iggwidata minn parametri referenzjarji tematiċi għal involviment ibbażat fuq il-prinċipji ta' aderenza mad-drittijiet tal-bniedem għal kulħadd u l-istat tad-dritt; huwa tal-fehma li, mill-15 ta' Awwissu 2021 'il hawn, kien hemm biss deterjorament f'dawn il-parametri referenzjarji, li ma jista' jiġġustifika ebda rikonoxximent de facto ta' gvern tat-Talibani;
11. Jilqa' r-Riżoluzzjoni 2626 (2022) tan-NU, li ġiet adottata fis-17 ta' Marzu 2022 u li estendiet il-mandat tal-Missjoni ta' Assistenza tan-NU fl-Afganistan; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha, jappoġġjaw il-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali għall-Afganistan, inkluż billi jiddjalogaw mal-atturi u l-partijiet ikkonċernati rilevanti Afgani kollha biex jiġi żgurat il-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel għall-istudenti bniet kollha mingħajr aktar dewmien;
12. Jieħu nota tat-taħditiet ta' Oslo ta' Jannar 2022 bejn l-uffiċjali Ewropej u dawk tal-Istati Uniti u delegazzjoni tat-Talibani, kif ukoll it-tħassir reċenti min-naħa tal-Istati Uniti tat-Taħditiet ta' Doha b'reazzjoni għad-deċiżjoni tat-Talibani li ma jerġgħux jiftħu l-iskejjel għall-bniet; jenfasizza li kwalunkwe taħditiet nazzjonali ulterjuri mat-Talibani għandhom jinkludu rappreżentanti nisa Afgani;
13. Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jappoġġjaw u jipproteġu lil dawk li qed jaħarbu mill-Afganistan; itenni l-ħtieġa li jiġi garantit l-istatus ta' avukati nisa Afgani, mexxejja tas-soċjetà ċivili, artisti, atleti u persuni vulnerabbli oħra, speċjalment dawk li ħajjithom tinsab f'riskju, bħall-persuni LGBTQI+; itenni t-talba tiegħu għal programm speċjali dwar il-viżi, skemi ta' risistemazzjoni msaħħa u protezzjoni garantita effettiva għar-rifuġjati Afgani;
14. Jisħaq fuq l-importanza li tiġi indirizzata l-problema tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru li jħabbtu wiċċhom magħha n-nisa u l-bniet Afgani fil-pajjiżi ospitanti, b'mod partikolari fl-Iran u fil-Pakistan, kif ukoll li jiġi żgurat li jattendu l-iskola, jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol u jkollhom aċċess għas-servizzi tas-saħħa, inklużi s-servizzi tas-saħħa mentali; ifakkar li r-rifuġjati u dawk fi tranżitu huma partikolarment esposti għar-riskju li jesperjenzaw vjolenza abbażi tal-ġeneru; jitlob għalhekk li jiġi allokat finanzjament akbar għall-organizzazzjonijiet u l-aġenziji umanitarji li jwettqu ħidma ta' protezzjoni;
15. Jappella lill-pajjiżi biex itemmu minnufih ir-ritorni ta' individwi lejn l-Afganistan jew lejn pajjiżi terzi fejn jaf ikunu f'riskju li jiġu ritornati lejn l-Afganistan; jitlob monitoraġġ mill-qrib taċ-ċittadini Afgani li diġà ġew ritornati, b'mod partikolari t-tfal;
16. Jikkundanna l-għadd dejjem jikber ta' rapporti ta' qtil, fastidju u intimidazzjoni ta' minoranzi etniċi u reliġjużi;
17. Jinsab imħasseb ħafna li t-Talibani għal darb' oħra qed jipprovdu rifuġju sikur lill-gruppi terroristiċi; jinsisti li t-Talibani u l-awtoritajiet de facto tal-Afganistan jeħtiġilhom jissodisfaw l-impenji tagħhom kontra t-terroriżmu;
18. Ifakkar fl-istruzzjoni tiegħu lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) biex iwassal il-messaġġ lit-tmexxija tal-Pakistan li ġġorr responsabbiltà għas-sigurtà u l-istabbiltà fl-Afganistan u li jeħtiġilha tuża l-influwenza tagħha fuq it-Talibani biex jintlaħqu dawk l-għanijiet, inkluż l-iżgurar tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem għan-nisa u l-bniet Afgani;
19. Jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li l-UE ssaħħaħ il-kooperazzjoni mal-pajjiżi tal-Asja Ċentrali u tħeġġeġ ir-rwol prattiku kostruttiv tagħhom fis-sistemazzjoni tar-rifuġjati Afgani; jisħaq fuq il-fatt li din il-kooperazzjoni ma għandhiex iddgħajjef id-difiża tal-UE tal-valuri fundamentali u tal-istat tad-dritt;
20. Jenfasizza li l-ħelsien tan-nisa u tal-bniet se jibqa' ma jistax jintlaħaq sakemm tkompli l-katastrofi umanitarja; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jindirizzaw il-fatturi ewlenin tal-kriżi umanitarja li għaddejja billi jagħmlu kull sforz biex jespandu l-assistenza umanitarja, isegwu approċċ sensittiv għall-ġeneru, jerġgħu jistabbilixxu l-likwidità u jżommu servizzi soċjali bażiċi; jitlob it-tneħħija tal-iffriżar tal-assi Afgani u ż-żieda fl-appoġġ finanzjarju għal programmi bħall-assistenza mid-Direttorat Ġenerali għas-Sħubijiet Internazzjonali (DĠ INTPA), li tiffoka fuq il-ħtiġijiet bażiċi u l-għajxien u l-Fond Fiduċjarju tal-Bank Dinji għar-Rikostruzzjoni tal-Afganistan; jissottolinja li l-finanzjament umanitarju għandu jsir aċċessibbli b'mod flessibbli permezz ta' sistema bankarja li tiffunzjona u għandu jiġi pprovdut lil NGOs kredibbli u lil organizzazzjonijiet ibbażati fil-komunità li joperaw fl-Afganistan, inklużi organizzazzjonijiet lokali tan-nisa;
21. Jieħu nota tal-preżenza stabbilita mill-ġdid fuq il-post tad-Delegazzjoni tal-UE f'Kabul għall-fini tal-koordinazzjoni tal-għajnuna umanitarja u l-monitoraġġ tas-sitwazzjoni umanitarja; jissottolinja bil-qawwa li dan ma jikkostitwixxix rikonoxximent tar-reġim tat-Talibani mill-UE;
22. Jiddispjaċih għall-fatt li, fil-31 ta' Marzu 2022, id-donaturi internazzjonali, inklużi l-UE u l-Istati Membri tagħha, wiegħdu biss USD 2,44 biljun b'rispons għall-appell tan-NU ta' USD 4,4 biljun għall-Pjan ta' Rispons Umanitarju 2022 tagħha biex tingħata għajnuna umanitarja fl-Afganistan; iħeġġeġ lill-Kummissjoni talloka fondi adegwati u speċifiċi, u timplimenta, il-programmi u l-proġetti tad-drittijiet tan-nisa bħala parti minn impenn komprensiv u fit-tul għall-appoġġ tad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tan-nisa fl-Afganistan;
23. Jinsisti fuq il-ħtieġa ta' aċċess umanitarju mingħajr xkiel biex jiġi żgurat li l-fondi impenjati jilħqu tassew lil dawk affettwati; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jirrevedu u jaġġustaw il-miżuri attwali kif xieraq; ifakkar li l-għajnuna umanitarja trid tkun newtrali, imparzjali, umana u indipendenti u qatt ma għandha tkun soġġetta għal ebda kundizzjonalità; jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE jwasslu b'mod konsistenti l-messaġġ li l-għoti ta' assistenza umanitarja mhuwiex kundizzjonali fuq il-ħames parametri referenzjarji tal-Kunsill għall-interazzjoni mat-Talibani;
24. Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha, fid-dawl tal-Avveniment ta' Livell Għoli b'Appell għal Wegħdiet ta' Donazzjonijiet tan-NU dwar l-Appoġġ għar-Rispons Umanitarju fl-Afganistan, li sar fil-31 ta' Marzu 2022, biex jieħdu passi ulterjuri bil-għan li l-għajnuna umanitarja ssir aktar trasparenti u effettiva; iqis, għalhekk, li huwa essenzjali li jiġi żgurat l-aċċess għall-finanzjament umanitarju permezz ta' sistema bankarja funzjonali sabiex jiġu pprovduti fondi lil NGOs affidabbli li jaħdmu fil-pajjiż;
25. Ifaħħar il-qlubija tal-bniet u n-nisa li jieħdu sehem fil-protesti; jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni jiddjalogaw mal-awtoritajiet de facto tal-Afganistan biex jitolbu informazzjoni dwar l-attivisti tad-drittijiet tan-nisa li huma maħsuba li ġew detenuti u sparixxew, u jitolbu l-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tagħhom; jitlob li t-Talibani jwaqqfu minnufih dawn il-prattiki arbitrarji u extraġudizzjarji u jiżguraw il-libertà ta' għaqda paċifika u ta' espressjoni;
26. Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jżidu l-appoġġ tagħhom lill-attivisti tad-drittijiet tan-nisa fl-Afganistan u jimplimentaw bis-sħiħ il-Linji Gwida tal-UE dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż billi jiżguraw li tinżamm ir-responsabbiltà għall-ksur permezz ta' promozzjoni privata u pubblika dwar każijiet individwali;
27. Jitlob li r-Rapporteur Speċjali l-ġdid dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Afganistan jingħata biżżejjed fondi, għarfien espert u appoġġ diplomatiku biex iwettaq il-mandat tiegħu; jistieden lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU jistabbilixxi kummissjoni ta' inkjesta internazzjonali indipendenti b'mandat pluriennali u riżorsi adegwati biex tiddokumenta, tirrapporta u tiġbor evidenza ta' ksur, inkluż ksur tad-drittijiet tan-nisa;
28. Jilqa' t-tnedija tal-Forum tal-Mexxejja Nisa Afgani; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jiffaċilitaw l-organizzazzjoni tal-ewwel Konferenza Internazzjonali tan-Nisa Afgani sabiex isemmgħu leħinhom fl-Afganistan u internazzjonalment, jibnu mill-ġdid in-networks tan-nisa u jappoġġjaw il-ħidma tal-Forum tal-Mexxejja Nisa Afgani b'mod aktar inklużiv; jappoġġja l-istabbiliment tal-Università Online għall-Afgani f'Eżilju, b'appoġġ finanzjarju mill-UE;
29. Jistieden lill-membri parlamentari Afgani, lill-eks uffiċjali tal-gvern u lill-attivisti tas-soċjetà ċivili, b'mod partikolari l-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb għas-sena 2021, jinvolvu ruħhom b'mod attiv mad-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għar-relazzjonijiet mal-Afganistan, il-kumitati rilevanti u korpi oħra fi sforz biex jiġi żgurat li l-politika tal-UE b'appoġġ għall-Afganistan twieġeb għall-ħtiġijiet tal-poplu Afgan;
30. Jappoġġja t-talbiet tas-soċjetà ċivili Afgana, b'mod partikolari dawk tal-parteċipanti fil-Jiem tan-Nisa Afgani fil-Parlament Ewropew, biex il-gvern de facto tat-Talibani jinżamm responsabbli għal reati preċedenti u biex l-atroċitajiet li wettaq ma jintesewx;
31. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Membri tal-Assemblea Nazzjonali Afgana, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-uffiċċju politiku tat-Talibani f'Doha.