Indiċi 
Testi adottati
L-Erbgħa, 4 ta' Mejju 2022 - Strasburgu
Is-segwitu għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa
 Tisħiħ tal-mandat tal-Europol: il-kooperazzjoni tal-Europol ma' partijiet privati, l-ipproċessar ta' data personali, u l-appoġġ fir-riċerka u fl-innovazzjoni ***I
 Sussidji barranin distorsivi ***I
 Kwittanza 2020: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi
 Kwittanza 2020: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Parlament Ewropew
 Kwittanza 2020: Baġit ġenerali tal-UE – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill
 Kwittanza 2020: Baġit ġenerali tal-UE – Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
 Kwittanza 2020: Baġit ġenerali tal-UE – Il-Qorti tal-Awdituri
 Kwittanza 2020: Baġit ġenerali tal-UE – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
 Kwittanza 2020: Baġit ġenerali tal-UE – Il-Kumitat tar-Reġjuni
 Kwittanza 2020: Baġit ġenerali tal-UE – L-Ombudsman Ewropew
 Kwittanza 2020: Baġit ġenerali tal-UE – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
 Kwittanza 2020: Baġit ġenerali tal-UE – Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
 Kwittanza 2020 - Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop)
 Kwittanza 2020: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound)
 Kwittanza 2020: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali
 Kwittanza 2020: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga
 Kwittanza 2020 - L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent
 Kwittanza 2020: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EUOSHA)
 Kwittanza 2020 - Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea
 Kwittanza 2020: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini
 Kwittanza 2020: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust)
 Kwittanza 2020: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ
 Kwittanza 2020: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima
 Kwittanza 2020 - L-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea
 Kwittanza 2020: L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel
 Kwittanza 2020 - Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard
 Kwittanza 2020: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA)
 Kwittanza 2020: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji
 Kwittanza 2020 - L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL)
 Kwittanza 2020: L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta
 Kwittanza 2020: L-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (Mill-1 ta' Jannar 2021, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali)
 Kwittanza 2020: L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd
 Kwittanza 2020: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi
 Kwittanza 2020: L-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom
 Kwittanza 2020: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol)
 Kwittanza 2020: L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi
 Kwittanza 2020 - L-Awtorità Bankarja Ewropea
 Kwittanza 2020: L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol
 Kwittanza 2020: L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq
 Kwittanza 2020: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija
 Kwittanza 2020 - L-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (L-Uffiċċju BEREC)
 Kwittanza 2020: L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija
 Kwittanza 2020 - L-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil
 Kwittanza 2020: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA)
 Kwittanza 2020: L-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni
 Kwittanza 2020: L-Impriża Konġunta SESAR
 Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 (issa l-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa) għas-sena finanzjarja 2020
 Kwittanza 2020: L-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika
 Kwittanza 2020: L-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2
 Kwittanza 2020: L-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2
 Kwittanza 2020: L-Impriża Konġunta Shift2Rail
 Kwittanza 2020: L-Impriża Konġunta ECSEL
 Kwittanza 2020: L-Impriża Konġunta għall-Computing ta' Prestazzjoni Għolja Ewropew
 Kwittanza 2020: Baġit ġenerali tal-UE – It-8, id-9, l-10 u l-11-il FEŻ
 Kwittanza 2020: Prestazzjoni, ġestjoni finanzjarja u kontroll tal-aġenziji tal-UE
 Ebda oġġezzjoni għal att delegat: dispożizzjonijiet tranżitorji għaċ-ċertifikati ta' spezzjoni maħruġa fl-Ukrajna

Is-segwitu għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa
PDF 133kWORD 47k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Mejju 2022 dwar is-segwitu għall-konklużjonijiet tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa (2022/2648(RSP))
P9_TA(2022)0141B9-0228/2022

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regoli ta' Proċedura tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa ("il-Konferenza"), kif approvati mill-Bord Eżekuttiv u ppubblikati fuq il-Pjattaforma Diġitali Multilingwi tal-Konferenza,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tad-disa' gruppi ta' ħidma tematiċi tal-Konferenza, kif approvati fit-30 ta' April 2022 mill-Plenarja tal-Konferenza,

–  wara li kkunsidra r-rapport ta' attività tal-Pjattaforma Diġitali Multilingwi tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, ippubblikat fi Frar 2022,

–  wara li kkunsidra l-Kontributi għal kull Stat Membru dwar il-Pjattaforma Diġitali Multilingwi tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, ippubblikati fi Frar 2022,

–  wara li kkunsidra r-rapporti tal-Panels taċ-Ċittadini Nazzjonali u l-avvenimenti nazzjonali, kif ippubblikati fuq il-Pjattaforma Diġitali Multilingwi tal-Konferenza,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Ideat taż-Żgħażagħ għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, ippubblikat bħala riżultat tal-Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ tat-8 u tad-9 ta' Ottubru 2021,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Panel 1 taċ-Ċittadini Ewropej "Ekonomija aktar b'saħħitha, ġustizzja soċjali u impjiegi / Edukazzjoni, kultura, żgħażagħ u sport / Trasformazzjoni diġitali",

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Panel 2 taċ-Ċittadini Ewropej "Demokrazija / Valuri Ewropej, drittijiet, stat tad-dritt, sigurtà",

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Panel 3 taċ-Ċittadini Ewropej "It-tibdil fil-klima, l-ambjent / Is-saħħa",

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Panel 4 taċ-Ċittadini Ewropej "L-UE fid-dinja / Migrazzjoni",

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2020 dwar il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew rigward il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar it-titjib tal-funzjonament tal-Unjoni Ewropea bl-isfruttament tal-potenzjal tat-Trattat ta' Liżbona(2), tas-16 ta' Frar 2017 dwar evoluzzjonijiet u aġġustamenti possibbli tal-istruttura istituzzjonali attwali tal-Unjoni Ewropea(3), tat-13 ta' Frar 2019 dwar l-istat tad-dibattitu dwar il-Futur tal-Ewropa(4) u tas-26 ta' Novembru 2020 dwar analiżi tal-elezzjonijiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Unjoni Ewropea qed tgħix f'sitwazzjoni mingħajr preċedent meta mqabbla ma' meta tnieda l-proċess tal-Konferenza, li jirrikjedi impetu ġdid għall-integrazzjoni Ewropea, bil-ħtieġa ta' azzjoni u solidarjetà komuni aktar b'saħħithom, peress li l-gwerra qed terġa' lura fil-kontinent Ewropew;

B.  billi l-UE se tiġi ġġudikata fuq il-kapaċità tagħha li toħroġ mill-kriżijiet attwali u għalhekk għandu jkollha l-għan li ssir aktar b'saħħitha;

C.  billi l-Parlament Ewropew impenja ruħu bis-sħiħ għall-Konferenza, filwaqt li jemmen bis-sħiħ li l-UE jeħtieġ li tiġi riformata sabiex tkun tista' tindirizza mhux biss l-isfidi attwali, iżda wkoll dawk futuri;

D.  billi l-konklużjonijiet tal-Konferenza se jkollhom bżonn jindirizzaw ukoll il-konsegwenzi kollha tal-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja, f'kuntest diġà impenjattiv ħafna wara l-pandemija;

E.  billi l-proposti li joħorġu mill-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, kif tradotti fil-konklużjonijiet finali tal-Konferenza, jitolbu li l-Unjoni Ewropea ssir aktar demokratika, sigura, effettiva, prospera, aktar ġusta, sostenibbli, aktar kapaċi li taġixxi u attur aktar influwenti fid-dinja;

F.  billi l-UE għandha tkun mgħammra b'mezzi suffiċjenti u xierqa biex tilħaq l-għanijiet imsemmija hawn fuq, li jenfasizza għal darb'oħra l-ħtieġa li jittejjeb il-mod kif jaħdmu l-istituzzjonijiet;

G.  billi l-UE għandha għalhekk tingħata s-setgħa b'għodod li jippermettulha taġixxi fuq sfidi transnazzjonali importanti fl-oqsma tas-sigurtà, is-saħħa, it-tibdil fil-klima u l-ambjent, il-migrazzjoni, id-diġitalizzazzjoni, id-difiża, it-tassazzjoni, il-ġlieda kontra l-inugwaljanzi, il-politiki ekonomiċi u soċjali, u l-ġeopolitika;

H.  billi minbarra l-proposti leġiżlattivi, il-ftuħ ta' proċess ta' riformi istituzzjonali huwa meħtieġ sabiex jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet u l-aspettattivi tal-proċess ta' parteċipazzjoni taċ-ċittadini;

I.  billi politiki ġodda u, f'xi każijiet, bidliet fit-Trattati, huma meħtieġa mhux bħala mezz fihom infushom, iżda fl-interess tal-Ewropej kollha, billi jimmiraw li jsawru mill-ġdid l-UE b'mod li jiggarantixxi l-awtonomija strateġika miftuħa tagħha, is-sigurtà, is-sostenibbiltà u l-kompetittività, it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol, u r-rispett għall-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali;

J.  billi l-Konferenza turi, għal darb'oħra, li kwalunkwe riforma tal-Unjoni titlob l-involviment sħiħ tal-Parlament, tal-Kummissjoni, tal-Kunsill u tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, kif ukoll l-involviment dirett maċ-ċittadini;

K.  billi l-esperjenza tal-Konferenza tikkonferma l-importanza li jissaħħu l-mezzi kollha possibbli ta' djalogu u kooperazzjoni bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali;

1.  Jilqa' l-konklużjonijiet tal-Konferenza kif approvati mill-Plenarja tal-Konferenza fit-30 ta' April 2022;

2.  Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu bil-proposti ambizzjużi u kostruttivi fformulati mill-Konferenza, ibbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet u l-ideat li joħorġu mill-Panels taċ-Ċittadini Ewropej u nazzjonali, l-Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ u mill-pjattaforma online; jilqa' l-fatt li l-konklużjonijiet tal-Konferenza ġew abbozzati fi proċess immexxi miċ-ċittadini u jenfasizza l-importanza tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fid-demokrazija Ewropea;

3.  Iqis li l-Konferenza wasslet għal parteċipazzjoni innovattiva u b'suċċess miċ-ċittadini Ewropej u pprovdiet opportunità addizzjonali għall-istituzzjonijiet Ewropej, li wasslet għal djalogu komprensiv bejn iċ-ċittadini, il-parlamenti nazzjonali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, is-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili dwar il-futur tal-Unjoni;

4.  Jenfasizza l-importanza tad-dimensjoni parlamentari tal-proċess tal-Konferenza u jesprimi x-xewqa tiegħu li jrawwem u jsaħħaħ id-djalogu u l-kooperazzjoni bejn il-parlamenti nazzjonali u l-Parlament Ewropew;

5.  Jemmen li rwol akbar fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE jimxi id f'id ma' istituzzjonijiet tal-UE aktar demokratiċi, trasparenti u responsabbli; jappoġġa, barra minn hekk, l-involviment kontinwu tal-parteċipazzjoni u l-konsultazzjoni taċ-ċittadini f'dan il-proċess;

6.  Jirrimarka li l-aktar kriżijiet reċenti jitolbu soluzzjonijiet Ewropej komuni; jemmen li l-Konferenza rrappreżentat opportunità unika biex tipprovdi lill-UE bi proposti li jħarsu 'l quddiem f'dan ir-rigward;

7.  Iqis li l-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna turi l-ħtieġa ta' UE ġeopolitika aktar b'saħħitha, li titkellem b'vuċi waħda fid-dinja u ssegwi politiki komuni fl-oqsma tas-sigurtà, id-difiża, l-enerġija u l-migrazzjoni, abbażi ta' azzjoni komuni u solidarjetà sħiħa;

8.  Ifakkar li b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19, l-UE wriet il-kapaċità tagħha li taġixxi u tippromwovi soluzzjonijiet innovattivi u komuni fir-rigward tas-saħħa, it-tkabbir ekonomiku u l-koeżjoni soċjali; huwa tal-fehma li dawn l-azzjonijiet pożittivi jeħtieġ li jiġu ttrasformati f'qafas istituzzjonali u ta' politika permanenti ġdid;

9.  Jenfasizza li l-konklużjonijiet tal-Konferenza juru l-ħtieġa urġenti li l-UE jkollha rwol ewlieni fl-indirizzar tat-tibdil fil-klima, il-protezzjoni tal-bijodiversità u l-promozzjoni tas-sostenibbiltà;

10.  Jenfasizza l-ħtieġa li jinkisbu riżultati dwar il-konklużjonijiet tal-Konferenza u dwar l-aspettattivi taċ-ċittadini billi naħdmu fuq bidliet ambizzjużi f'xi wħud mill-aktar politiki kruċjali tagħna;

11.  Jemmen li integrazzjoni politika aktar profonda u demokrazija ġenwina, kif enfasizzat fil-konklużjonijiet tal-Konferenza, jistgħu jinkisbu permezz ta' dritt ta' inizjattiva leġiżlattiva għall-Parlament Ewropew u l-abolizzjoni tal-unanimità fil-Kunsill;

12.  Jirrikonoxxi li l-konklużjonijiet tal-Konferenza jirrikjedu bidliet fit-Trattati, fost l-oħrajn, fir-rigward tas-simplifikazzjoni tal-arkitettura istituzzjonali tal-UE, aktar trasparenza u responsabbiltà fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u riflessjoni ġdida dwar il-kompetenzi tal-UE;

13.  Jappoġġa, kif enfasizzat fil-konklużjonijiet tal-gruppi ta' ħidma tal-Konferenza, bidla lejn mudell ta' tkabbir sostenibbli, inklużiv u reżiljenti; it-tisħiħ tal-kompetittività u r-reżiljenza tal-ekonomija tal-UE, b'attenzjoni speċjali għall-SMEs bħala s-sinsla tal-ekonomija tagħna, u kontroll tal-kompetittività; l-implimentazzjoni sħiħa tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, inklużi l-miri ewlenin rilevanti tiegħu għall-2030; Protokoll dwar il-Progress Soċjali; u l-promozzjoni ta' investimenti orjentati lejn il-futur iffokati fuq it-tranżizzjonijiet ġusti, ekoloġiċi u diġitali, b'dimensjoni soċjali b'saħħitha, inkluża l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, filwaqt li jitqiesu wkoll l-eżempji ta' NextGenerationEU u l-istrument Ewropew għal Appoġġ temporanju biex jittaffew ir-Riskji ta' Qgħad f'Emerġenza (SURE);

14.  Jemmen li huwa essenzjali li wieħed jiffoka fuq is-segwitu għall-proposti tal-Konferenza, sabiex jitwettqu t-talbiet taċ-ċittadini; jistenna li l-istituzzjonijiet Ewropej kollha jimpenjaw ruħhom għal approċċ kostruttiv u ambizzjuż, skont ir-rwoli u l-kompetenzi rispettivi tagħhom, f'kull stadju tas-segwitu, inkluż billi jagħmlu proposti leġiżlattivi;

15.  Jinsab lest li jwettaq ir-rwol tiegħu u jiżgura segwitu xieraq għall-eżitu tal-Konferenza; jitlob, għalhekk, li tissejjaħ Konvenzjoni billi tiġi attivata l-proċedura għar-reviżjoni tat-Trattati prevista fl-Artikolu 48 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali tiegħu biex iniedi l-proċedura meħtieġa kif xieraq;

16.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU C 270, 7.7.2021, p. 71.
(2) ĠU C 252, 18.7.2018, p. 215.
(3) ĠU C 252, 18.7.2018, p. 201.
(4) ĠU C 449, 23.12.2020, p. 90.
(5) ĠU C 425, 20.10.2021, p. 98.


Tisħiħ tal-mandat tal-Europol: il-kooperazzjoni tal-Europol ma' partijiet privati, l-ipproċessar ta' data personali, u l-appoġġ fir-riċerka u fl-innovazzjoni ***I
PDF 150kWORD 59k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Mejju 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/794, fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-Europol ma' partijiet privati, tal-ipproċessar ta' data personali mill-Europol b'appoġġ għal investigazzjonijiet kriminali, u tar-rwol tal-Europol fir-riċerka u fl-innovazzjoni (COM(2020)0796 – C9-0401/2020 – 2020/0349(COD))
P9_TA(2022)0142A9-0290/2021

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0796),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 88 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0401/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-11 ta’ Frar 2022, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0290/2021),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni, li se jiġu ppubblikati fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kunsill annessa ma' din ir-riżoluzzjoni, li se tiġi ppubblikata fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' Mejju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/794, fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-Europol ma’ partijiet privati, tal-ipproċessar ta’ data personali mill-Europol b’appoġġ għal investigazzjonijiet kriminali, u tar-rwol tal-Europol fir-riċerka u fl-innovazzjoni

P9_TC1-COD(2020)0349


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2022/991.)

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar ir-Regolament (UE) 2022/991 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(1)

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu għall-Europol biex tipproponi l-ħruġ ta’ allerti fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen

Bħala parti mill-evalwazzjoni li l-Kummissjoni se twettaq skont l-Artikolu 68(3) tar-Regolament (UE) 2016/794, tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament li jemenda r-Regolament (UE) 2016/794, il-Kummissjoni se tirrapporta dwar l-impatt operazzjonali tal-mekkaniżmu l-ġdid stabbilit fl-Artikolu 4(1)(r) tar-Regolament (UE) 2016/794. Permezz ta’ dan il-mekkaniżmu, l-Europol tista’ tipproponi lill-Istati Membri, abbażi ta’ data li l-Europol irċeviet minn pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, biex idaħħlu allerti ta’ informazzjoni fl-interess tal-Unjoni fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen dwar persuni involuti fit-terroriżmu jew fil-kriminalità serja u organizzata. Il-Kummissjoni se twettaq din l-evalwazzjoni abbażi ta’ rapporti li l-Europol se tipprovdi dwar il-proposti magħmula għal allerti fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen u dwar l-allerti sussegwenti mdaħħla mill-Istati Membri fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Europol u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

Fil-fehma tal-Kummissjoni, id-dispożizzjonijiet dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Europol u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”), kif stabbiliti fl-Artikolu 20a tar-Regolament (UE) 2016/794, ma jistgħux jillimitaw l-obbligi fuq l-Europol li jirriżultaw mill-Artikolu 24(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939, u għandhom jiġu interpretati u applikati f’konformità ma’ dan l-Artikolu tal-aħħar.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-dispożizzjonijiet għall-kooperazzjoni tal-Europol ma’ pajjiżi terzi

Fir-rigward tar-regoli għall-kooperazzjoni tal-Europol ma’ pajjiżi terzi, il-Kummissjoni tinnota li kwalunkwe trasferiment ta’ data personali mill-Europol għal pajjiż terz abbażi ta’ “strument legalment vinkolanti” jeħtieġ ftehim internazzjonali skont l-Artikolu 218 tat-Trattat, kif diġà previst fl-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (UE) 2016/794. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li kwalunkwe trasferiment ta’ data personali mill-Europol għal pajjiż terz abbażi ta’ valutazzjoni tas-salvagwardji xierqa mill-Europol irid jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti mill-ġurisprudenza(2) tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u b’hekk jirrikjedi li l-Europol tikkonkludi li l-livell ta’ protezzjoni tad-data personali fil-pajjiż terz jipprovdi ekwivalenza essenzjali f’termini ta’ protezzjoni tad-data. Il-possibbiltà ta’ trasferimenti ta’ data abbażi ta’ valutazzjoni mingħajr il-ħtieġa ta’ qbil minn qabel mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data kif previst fl-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) 2016/794 se toħloq riskji ta’ intervent sussegwenti mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data abbażi ta’ valutazzjoni diverġenti tas-salvagwardji tal-protezzjoni tad-data u tista’ taffettwa b’mod negattiv il-kooperazzjoni tal-infurzar tal-liġi.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni Europol-Interpol

Il-Kummissjoni tfakkar li fin-negozjati li għaddejjin għal ftehim ta’ kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Pulizija Kriminali (ICPO-INTERPOL), u f’konformità mad-direttivi ta’ negozjati mogħtija mill-Kunsill(3), il-Kummissjoni tfittex li ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Europol u l-Interpol, filwaqt li tqis l-aħħar żviluppi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata serja transfruntiera u transnazzjonali, kif ukoll il-ħtiġijiet operazzjonali attwali u l-mandat tal-Europol. Il-Kummissjoni tfittex li tiżgura, f’konformità mad-direttivi ta’ negozjati mogħtija mill-Kunsill(4), li l-ftehim jipprovdi l-bażi ġuridika għall-awtorizzazzjoni tal-Europol biex taċċessa l-bażijiet tad-data rilevanti tal-Interpol għat-twettiq tal-kompiti tagħha.

Dikjarazzjoni tal-Kunsill dwar l-avviżi ħomor tal-Interpol fil-qafas tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/991 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5)

Fil-kuntest tal-kooperazzjoni li għaddejja bejn l-UE u l-Interpol, il-Kunsill jilqa' l-progress li sar mill-Interpol fl-istabbiliment ta' mekkaniżmi interni biex jiġi vvalutat, qabel il-pubblikazzjoni u d-diffużjoni ta' avviżi ħomor, kwalunkwe ksur tal-kostituzzjoni tal-Interpol. L-Istati Membri ser ikomplu jappoġġaw lill-Interpol f'dawn l-isforzi, u jilqgħu l-fatt li ngħatat informazzjoni minn rappreżentant tal-Interpol fil-livell ta' grupp ta' ħidma tal-Kunsill dwar dawn l-isforzi mwettqa fl-Interpol għall-prevenzjoni tal-abbuż tal-avviżi ħomor għal raġunijiet politiċi jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem, u jappellaw għal skambju kontinwu u regolari dwar il-kwistjoni bejn l-Interpol u l-"Uffiċċji Ċentrali Nazzjonali" tagħha, biex ikun hemm aktar sensibilizzazzjoni dwar l-azzjoni li għandha tittieħed mill-Istati Membri f'kooperazzjoni mal-Interpol. Il-Kunsill ser ikompli jappoġġa lill-Interpol fil-promozzjoni tal-istandards u l-proċeduri eżistenti tal-INTERPOL għall-kwalità u l-konformità tad-data u ser jistieden lill-Interpol biex tinforma regolarment lill-Kunsill fil-livell ta' grupp ta' ħidma.

(1) Regolament (UE) 2022/991 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/794, fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-Europol ma’ partijiet privati, tal-ipproċessar ta’ data personali mill-Europol b’appoġġ għal investigazzjonijiet kriminali, u tar-rwol tal-Europol fir-riċerka u fl-innovazzjoni (ĠU L 169, 27.6.2022, p. 1).
(2) L-Opinjoni 1/15, il-Ftehim PNR bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada, EU:C:2017:592 (26.7.2017); is-sentenza tas-6 ta’ Ottubru 2015, Schrems, C‑362/14, EU:C:2015:650; is-sentenza tas-16 ta’ Lulju 2020, C‑311/18, Schrems II, EU:C:2020:559.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1312 tad-19 ta’ Lulju 2021 li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati għal ftehim ta’ kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Pulizija Kriminali (ICPO-INTERPOL).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1312 tad-19 ta’ Lulju 2021 li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati għal ftehim ta’ kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Pulizija Kriminali (ICPO-INTERPOL).
(5) Regolament (UE) 2022/991 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/794, fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-Europol ma’ partijiet privati, tal-ipproċessar ta’ data personali mill-Europol b’appoġġ għal investigazzjonijiet kriminali, u tar-rwol tal-Europol fir-riċerka u fl-innovazzjoni (ĠU L 169, 27.6.2022, p. 1).


Sussidji barranin distorsivi ***I
PDF 256kWORD 76k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fl-4 ta' Mejju 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern (COM(2021)0223 – C9-0167/2021 – 2021/0114(COD))(1)
P9_TA(2022)0143A9-0135/2022

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 2
(2)  Fl-istess ħin, l-impriżi jistgħu jirċievu sussidji minn pajjiżi terzi, li jipprovdu fondi pubbliċi li mbagħad jintużaw, pereżempju, biex jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi fis-suq intern fi kwalunkwe settur tal-ekonomija, bħal pereżempju l-parteċipazzjoni f'offerti tal-akkwist pubbliku, jew akkwiżizzjonijiet ta' impriżi, inklużi dawk b'assi strateġiċi bħall-infrastruttura kritika u t-teknoloġiji innovattivi. Dawn is-sussidji bħalissa mhumiex soġġetti għar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.
(2)  Fl-istess ħin, l-impriżi jistgħu jirċievu sussidji minn pajjiżi terzi li mbagħad jintużaw, pereżempju, biex jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi fis-suq intern fi kwalunkwe settur tal-ekonomija, bħal pereżempju l-parteċipazzjoni f'offerti tal-akkwist pubbliku, jew akkwiżizzjonijiet ta' impriżi, inklużi dawk b'assi strateġiċi bħall-infrastruttura kritika u t-teknoloġiji innovattivi. Dawn is-sussidji bħalissa mhumiex soġġetti għar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat. Tħassib simili japplika fir-rigward tal-intrapriżi statali.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2a (ġdida)
(2a)  Għalkemm dan ir-Regolament jenħtieġ li jkopri s-setturi ekonomiċi kollha, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lis-setturi li huma ta' interess strateġiku għall-Unjoni u għall-infrastrutturi kritiċi, bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 4(1), punt (a) tar-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 5a (ġdida)
(5a)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun koerenti u kkoordinat mal-istrumenti eżistenti, bħar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/20041a, id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b, ir-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1c jew ir-Regolament (UE) 2022/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. Fl-applikazzjoni tagħha tal-istrumenti differenti, il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħti attenzjoni biex tiżgura kondiviżjoni effiċjenti tal-informazzjoni meħtieġa biex jiġi ssalvagwardjat approċċ komprensiv.
__________________
1a Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1).
1b Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
1c Ir-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2019 li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni (ĠU L 79I, 21.3.2019, p. 1).
1d Ir-Regolament (UE) 2022/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess ta' operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għas-suq tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-operaturi ekonomiċi, il-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku ta' pajjiżi terzi (Strument għal Akkwist Internazzjonali – IPI) (ĠU L ...).
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli u proċeduri għall-investigazzjoni ta' sussidji barranin li realment jew potenzjalment joħolqu distorsjoni fis-suq intern u, fejn rilevanti, tali distorsjonijiet jiġu rimedjati. Is-sussidji barranin jistgħu joħolqu distorsjoni fis-suq intern jekk l-impriża li tibbenefika mis-sussidju barrani tkun involuta f'attività ekonomika fl-Unjoni. Għaldaqstant jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-impriżi kollha li jieħdu sehem f'attività ekonomika fl-Unjoni. Minħabba s-sinifikanza tal-attivitajiet ekonomiċi mwettqa mill-SMEs, u l-kontribut tagħhom għat-twettiq tal-għanijiet ta' politika ewlenin tal-Unjoni, qed tingħata attenzjoni speċjali għall-impatt li dan ir-Regolament se jkollu fuqhom.
(6)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli u proċeduri għall-investigazzjoni ta' sussidji barranin li realment jew potenzjalment joħolqu distorsjoni fis-suq intern u, fejn rilevanti, tali distorsjonijiet jiġu rimedjati. Is-sussidji barranin jistgħu joħolqu distorsjoni fis-suq intern jekk l-impriża li tibbenefika mis-sussidju barrani tkun involuta f'attività ekonomika fl-Unjoni. L-applikazzjoni u l-infurzar xierqa ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxu għar-reżiljenza tas-suq intern kontra d-distorsjonijiet ikkawżati minn sussidji barranin u b'hekk isaħħu l-awtonomija strateġika miftuħa tal-Unjoni. Għaldaqstant jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-impriżi kollha li jieħdu sehem f'attività ekonomika fl-Unjoni. Minħabba s-sinifikanza tal-attivitajiet ekonomiċi mwettqa mill-SMEs, u l-kontribut tagħhom għat-twettiq tal-għanijiet ta' politika ewlenin tal-Unjoni, qed tingħata attenzjoni speċjali għall-impatt li dan ir-Regolament se jkollu fuqhom.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
(7a)  Minħabba li l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri huma parti integrali mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet tagħhom jikkooperaw u jikkoordinaw b'mod effettiv mal-Kummissjoni fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tistabbilixxi kooperazzjoni strutturata biex tikkondividi l-informazzjoni u tikkoordina.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 9
(9)  Irid ikun hemm kontribuzzjoni finanzjarja diretta jew indiretta li tingħata mill-awtoritajiet pubbliċi ta' pajjiż terz. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tista' tingħata permezz ta' entitajiet pubbliċi jew privati. Jekk entità pubblika hix tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja jenħtieġ li jiġi ddeterminat fuq bażi ta' każ b'każ b'kunsiderazzjoni xierqa għal elementi bħall-karatteristiċi tal-entità rilevanti u l-ambjent legali u ekonomiku li jkun jipprevali fil-pajjiż li fih l-entità topera, inkluż ir-rwol tal-gvern fl-ekonomija. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji jistgħu jingħataw ukoll permezz ta' entità privata jekk l-azzjonijiet tagħha jistgħu jiġu attribwiti lill-pajjiż terz.
(9)  Jenħtieġ li jkun hemm kontribuzzjoni finanzjarja diretta jew indiretta li tingħata minn pajjiż terz. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tista' tingħata permezz ta' entitajiet pubbliċi jew privati. Jekk entità pubblika hix tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja jenħtieġ li jiġi ddeterminat fuq bażi ta' każ b'każ b'kunsiderazzjoni xierqa għal elementi bħall-karatteristiċi tal-entità rilevanti u l-ambjent legali u ekonomiku li jkun jipprevali fil-pajjiż terz li fih l-entità topera, inkluż ir-rwol tal-gvern fl-ekonomija ta' dak il-pajjiż terz. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji jistgħu jingħataw ukoll permezz ta' entità privata jekk l-azzjonijiet tagħha jistgħu jiġu attribwiti lill-pajjiż terz. Il-miżuri ta' appoġġ li huma ekonomikament ekwivalenti għal kontribuzzjoni finanzjarja jenħtieġ li jitqiesu wkoll bħala kontribuzzjoni finanzjarja. Tali kontribuzzjoni finanzjarja tista' tinkludi sitwazzjoni fejn il-benefiċjarju jkollu aċċess privileġġat għas-suq domestiku tiegħu, jiġifieri permezz ta' drittijiet esklużivi jew speċjali kif ukoll eċċezzjonijiet selettivi de jure jew de facto għal regoli applikabbli jew miżuri ekwivalenti, għall-provvista ta' prodotti jew servizzi fil-pajjiż terz mogħtija mil-liġi nazzjonali jew il-benefiċċju ta' suq kaptiv domestiku minħabba l-kundizzjonijiet legali u ekonomiċi prevalenti. Dan jista' jwassal għal vantaġġ kompetittiv artifiċjali li jista' jiġi sfruttat fis-suq intern u b'hekk jaggrava l-effett distorsiv ta' kwalunkwe sussidju.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Tali kontribuzzjoni finanzjarja trid tkun tagħti benefiċċju lil impriża involuta f'attività ekonomika fis-suq intern. Kontribuzzjoni finanzjarja li tibbenefika entità involuta f'attivitajiet mhux ekonomiċi ma tikkostitwix sussidju barrani. L-eżistenza ta' benefiċċju jenħtieġ li tiġi determinata abbażi ta' parametri referenzjarji komparattivi, bħall-prattika tal-investiment ta' investituri privati, rati għall-finanzjament li jista' jinkiseb fis-suq, trattament tat-taxxa kumparabbli, jew ir-remunerazzjoni adegwata għal prodott jew servizz partikolari. Jekk ma jkunx hemm disponibbli parametri referenzjarji direttament komparabbli, il-parametri referenzjarji eżistenti jistgħu jiġu aġġustati jew jistgħu jiġu stabbiliti parametri referenzjarji alternattivi abbażi ta' metodi ta' valutazzjoni ġeneralment aċċettati.
(10)  Kontribuzzjoni finanzjarja jenħtieġ li tagħti benefiċċju lil impriża involuta f'attività ekonomika fis-suq intern. Kontribuzzjoni finanzjarja li tibbenefika entità involuta f'attivitajiet mhux ekonomiċi ma tikkostitwix sussidju barrani. L-eżistenza ta' benefiċċju jenħtieġ li tiġi determinata abbażi ta' parametri referenzjarji komparattivi, bħall-prattika tal-investiment ta' investituri privati, rati għall-finanzjament li jista' jinkiseb fis-suq, trattament tat-taxxa kumparabbli, jew ir-remunerazzjoni adegwata għal prodott jew servizz partikolari. Jekk ma jkunx hemm disponibbli parametri referenzjarji direttament komparabbli, il-parametri referenzjarji eżistenti jistgħu jiġu aġġustati jew jistgħu jiġu stabbiliti parametri referenzjarji alternattivi abbażi ta' metodi ta' valutazzjoni ġeneralment aċċettati. L-ipprezzar tat-trasferimenti jista' jagħti benefiċċju u jitqies bħala ekwivalenti għal kontribuzzjoni finanzjarja jekk ma jkunx konformi mal-kundizzjonijiet normali tas-suq.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 11a (ġdida)
(11a)  Sussidju barrani jitqies mogħti mill-mument li l-benefiċjarju jkollu intitolament li jirċievi s-sussidju. Il-ħlas attwali tas-sussidju mhuwiex kundizzjoni meħtieġa biex jingħata sussidju fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)  Meta tapplika dawn l-indikaturi, il-Kummissjoni tista' tqis elementi differenti, bħad-daqs tas-sussidju f'termini assoluti jew f'relazzjoni mad-daqs tas-suq jew mal-valur tal-investiment. Pereżempju, konċentrazzjoni li fil-kuntest tagħha sussidju barrani jkopri parti sostanzjali mill-prezz tax-xiri tal-entità fil-mira, aktarx li jkun distorsiv. Bl-istess mod, is-sussidji barranin li jkopru parti sostanzjali tal-valur stmat ta' kuntratt li għandu jingħata fi proċedura ta' akkwist pubbliku x'aktarx li jikkawżaw distorsjonijiet. Jekk jingħata sussidju barrani għall-ispejjeż operatorji, jidher li jkun aktar probabbli li joħloq distorsjonijiet milli jekk jingħata għal spejjeż ta' investiment. Sussidji barranin li jingħataw lil impriżi żgħar u medji jistgħu jitqiesu anqas probabbli li joħolqu distorsjonijiet minn sussidji barranin lil impriżi kbar. Barra minn hekk, il-karatteristiċi tas-suq, u b'mod partikolari l-kundizzjonijiet kompetittivi fis-suq, bħall-ostakli għad-dħul, iridu jittieħdu inkonsiderazzjoni. Is-sussidji barranin li jwasslu għal kapaċità żejda billi jsostnu assi mhux ekonomiċi jew billi jinkoraġġixxu l-investiment fl-espansjonijiet tal-kapaċità li kieku mod ieħor ma kinux jinbnew aktarx li jikkawżaw distorsjonijiet. Sussidju barrani lil benefiċjarju li juri livell baxx ta' attività fis-suq intern, imkejjel pereżempju f'termini tal-fatturat miksub fl-Unjoni, huwa inqas probabbli li jikkawża distorsjonijiet minn sussidju barrani lil benefiċjarju li għandu livell ta' attività aktar sinifikanti fis-suq intern. Finalment, jenħtieġ li sussidji barranin li ma jaqbżux EUR 5 miljun jitqiesu bħala mhux probabbli li joħolqu distorsjoni fis-suq intern skont it-tifsira ta' dan ir-Regolament.
(14)  Meta tapplika dawn l-indikaturi, il-Kummissjoni tista' tqis elementi differenti, bħad-daqs tas-sussidju f'termini assoluti jew f'relazzjoni mad-daqs tas-suq jew mal-valur tal-investiment. Pereżempju, konċentrazzjoni li fil-kuntest tagħha sussidju barrani jkopri parti sostanzjali mill-prezz tax-xiri tal-entità fil-mira, aktarx li jkun distorsiv. Bl-istess mod, is-sussidji barranin li jkopru parti sostanzjali tal-valur stmat ta' kuntratt li għandu jingħata fi proċedura ta' akkwist pubbliku x'aktarx li jikkawżaw distorsjonijiet. Jekk jingħata sussidju barrani għall-ispejjeż operatorji, jidher li jkun aktar probabbli li joħloq distorsjonijiet milli jekk jingħata għal spejjeż ta' investiment. Sussidji barranin li jingħataw lil impriżi żgħar u medji jistgħu jitqiesu anqas probabbli li joħolqu distorsjonijiet minn sussidji barranin lil impriżi kbar. Barra minn hekk, il-karatteristiċi tas-suq, u b'mod partikolari l-kundizzjonijiet kompetittivi fis-suq, bħall-ostakli għad-dħul, iridu jittieħdu inkonsiderazzjoni. Is-sussidji barranin li jwasslu għal kapaċità żejda billi jsostnu assi mhux ekonomiċi jew billi jinkoraġġixxu l-investiment fl-espansjonijiet tal-kapaċità li kieku mod ieħor ma kinux jinbnew jew jinxtraw aktarx li jikkawżaw distorsjonijiet. Sussidju barrani lil benefiċjarju li juri livell baxx ta' attività fis-suq intern, imkejjel pereżempju f'termini tal-fatturat miksub fl-Unjoni, huwa inqas probabbli li jikkawża distorsjonijiet minn sussidju barrani lil benefiċjarju li għandu livell ta' attività aktar sinifikanti fis-suq intern. L-evoluzzjoni tal-attività ekonomika tista' titqies ukoll biex il-Kummissjoni tkun tista' tieħu azzjoni meta l-livell ta' attività ta' impriża jkun żgħir, iżda jkun mistenni li jikber b'mod qawwi. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tikkunsidra fil-valutazzjoni tagħha ta' distorsjoni jekk pajjiż terz għandux sistema effettiva għall-kontroll ta' sussidji fis-seħħ li tkun mill-inqas ekwivalenti għas-sistema fl-Unjoni u li tagħmel is-sussidji mogħtija minn tali pajjiż terz inqas probabbli li joħolqu distorsjoni tas-suq intern skont it-tifsira ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li għalhekk il-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-pajjiżi terzi biex jiżviluppaw tali sistemi ta' kontroll tas-sussidji, inkluż billi tikkonkludi u tinforza ftehimiet bilaterali li jinkludu dispożizzjonijiet sostantivi ta' kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni u billi tħeġġeġ lill-pajjiżi terzi jikkonformaw mal-obbligi ta' sussidju internazzjonali u jallinjaw mal-Unjoni dwar inizjattivi fir-rigward tat-titjib tar-regoli internazzjonali dwar is-sussidji u n-newtralità kompetittiva, b'mod partikolari fi ħdan id-WTO. Jenħtieġ li sussidji barranin li ma jaqbżux l-EUR 4 miljun jitqiesu bħala mhux probabbli li joħolqu distorsjoni fis-suq intern skont it-tifsira ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tabbozza u tippubblika linji gwida b'aktar dettalji għall-valutazzjoni tan-natura distorsiva ta' sussidju sabiex tipprovdi ċertezza legali għall-parteċipanti kollha fis-suq. Il-linji gwida jenħtieġ li jipprovdu wkoll eżempji u każijiet tipiċi ta' sussidji distorsivi u mhux distorsivi.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 16
(16)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis l-effetti pożittivi tas-sussidju barrani fuq l-iżvilupp tal-attività ekonomika sussidjata relevanti. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżen dawn l-effetti pożittivi kontra l-effetti negattivi ta' sussidju barrani f'termini ta' distorsjoni fis-suq intern sabiex tiddetermina, jekk applikabbli, il-miżura ta' rimedju xierqa jew taċċetta l-impenji. Dan l-eżerċizzju ta' bbilanċjar jista' wkoll iwassal għall-konklużjoni li ma għandha tiġi imposta l-ebda miżura ta' rimedju. Il-kategoriji ta' sussidji barranin li jitqiesu l-aktar probabbli li joħolqu distorsjoni fis-suq intern huma inqas probabbli li jkollhom aktar effetti pożittivi milli negattivi.
(16)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tqis l-effetti pożittivi tas-sussidju barrani fuq l-iżvilupp tal-attività ekonomika sussidjata rilevanti fuq is-suq intern u l-kontribut tiegħu għall-kisba tal-objettivi tal-ordni pubbliku, inklużi l-objettivi soċjali u ambjentali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżen dawn l-effetti pożittivi kontra l-effetti negattivi ta' sussidju barrani f'termini ta' distorsjoni fis-suq intern sabiex tiddetermina, jekk applikabbli, il-miżura ta' rimedju xierqa jew taċċetta l-impenji. Jenħtieġ li dan l-eżerċizzju ta' bbilanċjar iqis l-effetti kemm fuq terminu qasir kif ukoll fit-tul u jsegwi l-objettiv ġenerali li jiġu indirizzati d-distorsjonijiet maħluqa mis-sussidji barranin. Fl-analiżi tagħha, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis il-prinċipji ġenerali applikati meta tiġi vvalutata l-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat mas-suq uniku. Dan l-eżerċizzju ta' bbilanċjar jista' wkoll iwassal għall-konklużjoni li ma għandha tiġi imposta l-ebda miżura ta' rimedju. Il-kategoriji ta' sussidji barranin li jitqiesu l-aktar probabbli li joħolqu distorsjoni fis-suq intern huma inqas probabbli li jkollhom aktar effetti pożittivi milli negattivi. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis ukoll l-effetti pożittivi tas-sussidji mogħtija biex jirrimedjaw taqlib serju nazzjonali jew globali tal-ekonomija, bħal dawk ikkawżati minn kriżijiet tas-saħħa globali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida dwar l-applikazzjoni tat-test tal-ibbilanċjar, inkluż dwar il-kriterji li għandhom jintużaw.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 20a (ġdida)
(20a)  L-impriża li tkun qed tiġi investigata tista' toffri li tinnotifika lill-Kummissjoni, jew il-Kummissjoni tista' tirrikjedi lill-impriżi kkonċernati li jinnotifikawha dwar il-parteċipazzjoni tagħhom fi proċeduri futuri ta' akkwist pubbliku fl-Unjoni għal perjodu ta' żmien xieraq. Is-sottomissjoni ta' tali notifika, jew ir-rispons jew in-nuqqas ta' rispons mill-Kummissjoni ma jistgħux jagħtu lok għal aspettattivi leġittimi min-naħa tal-impriża li l-Kummissjoni ma tistax tibda aktar tard investigazzjoni ta' sussidji barranin eventwali lill-impriża li tkun qed tipparteċipa fil-proċedura ta' akkwist pubbliku.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 21
(21)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li, fuq inizjattiva tagħha stess, teżamina kwalunkwe informazzjoni dwar sussidji barranin. Għal dan il-għan, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita proċedura li tikkonsisti f'żewġ stadji, jiġifieri rieżami preliminari u investigazzjoni fil-fond.
(21)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li, fuq inizjattiva tagħha stess, teżamina kwalunkwe informazzjoni dwar sussidji barranin. Għal dan il-għan, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita proċedura li tikkonsisti f'żewġ stadji, jiġifieri rieżami preliminari u investigazzjoni fil-fond. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tippubblika gwida dwar il-kriterji biex tinfetaħ proċedura bħal din. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' taġixxi fuq informazzjoni li tirċievi minn kwalunkwe sors rilevanti, inklużi l-Istati Membri u l-impriżi jew is-sħab soċjali madwar l-UE. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi punt ta' kuntatt għal dak il-għan.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 22
(22)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat investigattivi adegwati biex tiġbor l-informazzjoni kollha meħtieġa. Għaldaqstant jenħtieġ li jkollha s-setgħa li titlob informazzjoni minn kwalunkwe impriża jew assoċjazzjoni ta' impriżi matul il-proċedura kollha kemm hi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li timponi multi u ħlasijiet perjodiċi ta' penali għal nuqqas ta' forniment f'waqtu tal-informazzjoni mitluba jew għall-għoti ta' informazzjoni mhux kompluta, skorretta jew qarrieqa. Il-Kummissjoni tista' wkoll tindirizza mistoqsijiet lill-Istati Membri jew lil pajjiżi terzi. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tagħmel żjarat għall-ġbir ta' informazzjoni fil-bini tal-Unjoni tal-impriża, jew, soġġett għal qbil mill-impriża u mill-pajjiż terz ikkonċernat, fil-bini tal-impriża fil-pajjiż terz. Il-Kummissjoni għandu jkollha wkoll is-setgħa li tieħu deċiżjonijiet abbażi tal-fatti disponibbli jekk l-impriża inkwistjoni ma tikkooperax.
(22)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat investigattivi u riżorsi xierqa biex tiġbor l-informazzjoni kollha meħtieġa. Għaldaqstant jenħtieġ li jkollha s-setgħa li titlob informazzjoni minn kwalunkwe impriża jew assoċjazzjoni ta' impriżi matul il-proċedura kollha kemm hi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li timponi multi u ħlasijiet perjodiċi ta' penali għal nuqqas ta' forniment f'waqtu tal-informazzjoni mitluba jew għall-għoti ta' informazzjoni mhux kompluta, skorretta jew qarrieqa. Sabiex jissaħħaħ il-karattru dissważiv ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jkun hemm il-possibbiltà li jiġu applikati miżuri ta' rimedju, impenji, multi u pagamenti perjodiċi ta' penali fl-istess ħin jekk ikun meħtieġ. Il-Kummissjoni tista' wkoll tindirizza mistoqsijiet lill-Istati Membri jew lil pajjiżi terzi. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tagħmel żjarat għall-ġbir ta' informazzjoni fil-bini tal-Unjoni tal-impriża, jew, soġġett għal qbil mill-pajjiż terz ikkonċernat, fil-bini tal-impriża fil-pajjiż terz. Il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha wkoll is-setgħa li tieħu deċiżjonijiet abbażi tal-fatti disponibbli jekk l-impriża inkwistjoni ma tikkooperax.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 26
(26)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha l-istrumenti xierqa biex tiżgura l-effettività tal-impenji u l-miżuri ta' rimedju. Jekk l-impriża kkonċernata ma tikkonformax ma' deċiżjoni b'impenji, deċiżjoni li timponi miżuri ta' rimedju, jew deċiżjoni li tordna miżuri interim, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li timponi multi u ħlasijiet perjodiċi ta' penali.
(26)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha l-istrumenti xierqa biex tiżgura l-effettività tal-impenji u l-miżuri ta' rimedju. Jekk l-impriża kkonċernata ma tikkonformax ma' deċiżjoni b'impenji, deċiżjoni li timponi miżuri ta' rimedju, jew deċiżjoni li tordna miżuri interim, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li timponi multi u ħlasijiet perjodiċi ta' penali ta' natura dissważiva biżżejjed. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis każijiet ta' nuqqas ta' konformità ripetut meta timponi tali multi u ħlasijiet perjodiċi ta' penali. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrieżamina l-effettività tal-miżuri.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 31
(31)  Taħt il-livelli limitu ta' notifika, il-Kummissjoni tista' tirrikjedi n-notifika ta' konċentrazzjonijiet potenzjalment sussidjati li kienu għadhom ma ġewx implimentati jew in-notifika ta' offerti potenzjalment sussidjati qabel l-għoti ta' kuntratt pubbliku, jekk tqis li l-konċentrazzjoni jew l-offerta tkun timmerita rieżami ex ante minħabba l-impatt tagħha fl-Unjoni. Il-Kummissjoni għandu jkollha wkoll il-possibbiltà li twettaq rieżami fuq inizjattiva tagħha stess ta' konċentrazzjonijiet diġà implimentati jew kuntratti pubbliċi li jkunu ngħataw.
(31)  Taħt il-livelli limitu ta' notifika, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrikjedi n-notifika ta' konċentrazzjonijiet potenzjalment sussidjati li kienu għadhom ma ġewx implimentati jew in-notifika ta' offerti potenzjalment sussidjati qabel l-għoti ta' kuntratt pubbliku, jekk tqis li l-konċentrazzjoni jew l-offerta jkun ħaqqa rieżami ex ante minħabba l-impatt tagħha fl-Unjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha wkoll il-possibbiltà li twettaq rieżami fuq inizjattiva tagħha stess ta' konċentrazzjonijiet diġà implimentati jew kuntratti pubbliċi li jkunu ngħataw.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 32a (ġdida)
(32a)  Fil-kuntest tal-mekkaniżmu ta' rieżami ex ante għall-konċentrazzjonijiet, jenħtieġ li l-impriżi kkonċernati jkunu jistgħu jitolbu konsultazzjonijiet ta' qabel in-notifika mal-Kummissjoni abbażi tal-bona fide, bl-għan esklużiv li jirċievu gwida dwar jekk ikunux intlaħqu jew le l-livelli limitu formali ta' notifika.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 35
(35)  Jenħtieġ li jiġi żgurat li l-prinċipji li jirregolaw l-akkwist pubbliku, partikolarment il-proporzjonalità, in-nondiskriminazzjoni, it-trattament indaqs, u t-trasparenza, jiġu rrispettati fir-rigward tal-impriżi kollha involuti fil-proċedura tal-akkwist pubbliku, irrispettivament mill-investigazzjonijiet mibdija u pendenti bis-saħħa ta' dan ir-Regolament.
(35)  Jenħtieġ li jiġi żgurat li l-prinċipji li jirregolaw l-akkwist pubbliku, partikolarment il-proporzjonalità, in-nondiskriminazzjoni, it-trattament indaqs, u t-trasparenza, jiġu rrispettati fir-rigward tal-impriżi kollha involuti fil-proċedura tal-akkwist pubbliku, irrispettivament mill-investigazzjonijiet mibdija u pendenti bis-saħħa ta' dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2014/23/UE, 2014/24/UE u 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-obbligi applikabbli fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 36
(36)  Is-sussidji barranin li jippermettu lil impriża tissottometti offerta li tkun indebitament vantaġġuża fir-rigward tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi kkonċernati jenħtieġ li jitqiesu li effettivament jew potenzjalment joħolqu distorsjoni fi proċedura ta' akkwist pubbliku. Jenħtieġ għalhekk li dawn id-distorsjonijiet jiġu vvalutati abbażi tas-sett mhux eżawrjenti ta' indikaturi deskritti fil-premessi (13) u (14) kif ukoll abbażi tal-kunċett ta' offerta indebitament vantaġġuża. Jenħtieġ li l-indikaturi jippermettu li jiddeterminaw kif sussidju barrani joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni billi jtejjeb il-pożizzjoni kompetittiva ta' impriża u jippermettilha tippreżenta offerta indebitament vantaġġuża. L-impriżi jenħtieġ li jingħataw l-opportunità li jiġġustifikaw li l-offerta mhijiex indebitament vantaġġuża, u inkluż billi jippreżentaw l-elementi msemmija fl-Artikolu 69(2) tad-Direttiva 2014/24/UE. Il-projbizzjoni tal-għoti jenħtieġ li tapplika biss meta n-natura vantaġġuża tal-offerta li tibbenefika minn sussidji barranin ma tkunx tista' tiġi ġġustifikata, l-offerta tingħata l-kuntratt u l-impriża offerenti ma offrietx impenji meqjusa xierqa u suffiċjenti biex ineħħu d-distorsjoni effettivament u għalkollox.
(36)  Is-sussidji barranin li jippermettu lil impriża tissottometti offerta li tkun indebitament vantaġġuża fir-rigward tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi kkonċernati jenħtieġ li jitqiesu li effettivament jew potenzjalment joħolqu distorsjoni fi proċedura ta' akkwist pubbliku. Jenħtieġ għalhekk li dawn id-distorsjonijiet jiġu vvalutati abbażi tas-sett mhux eżawrjenti ta' indikaturi deskritti fil-premessi (13) u (14) kif ukoll abbażi tal-kunċett ta' offerta indebitament vantaġġuża. Jenħtieġ li l-indikaturi jippermettu li jiddeterminaw kif sussidju barrani joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni billi jtejjeb il-pożizzjoni kompetittiva ta' impriża u jippermettilha tippreżenta offerta indebitament vantaġġuża. L-impriżi jenħtieġ li jingħataw l-opportunità li jiġġustifikaw li l-offerta mhijiex indebitament vantaġġuża, u inkluż billi jippreżentaw l-elementi msemmija fl-Artikolu 69(2) tad-Direttiva 2014/24/UE. Il-projbizzjoni tal-għoti jenħtieġ li tapplika biss meta n-natura vantaġġuża tal-offerta li tibbenefika minn sussidji barranin ma tkunx tista' tiġi ġġustifikata, l-offerta tingħata l-kuntratt u l-impriża offerenti ma offrietx impenji meqjusa xierqa u suffiċjenti biex ineħħu d-distorsjoni effettivament u għalkollox. L-adozzjoni ta' deċiżjoni li tipprojbixxi l-għoti tal-kuntratt tirriżulta fl-esklużjoni tal-impriża kkonċernata mill-parteċipazzjoni fil-proċedura tal-akkwist pubbliku.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 37
(37)  Meta titqies in-natura tal-mekkaniżmu ta' rieżami ex ante għall-konċentrazzjonijiet u l-għoti ta' kuntratti pubbliċi, u l-ħtieġa taċ-ċertezza tad-dritt rigward dawn it-tranżazzjonijiet speċifiċi, konċentrazzjoni jew offerta għal akkwist pubbliku notifikati u vvalutati taħt il-proċeduri rispettivi ma jistgħux jerġgħu jiġu rieżaminati mill-Kummissjoni fuq inizjattiva tagħha stess. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li l-Kummissjoni tkun ġiet infurmata dwarhom permezz tal-proċedura ta' notifika jistgħu madankollu jkunu rilevanti barra mill-konċentrazzjoni jew il-proċedura tal-akkwist. Sabiex tiġbor informazzjoni dwar sussidji barranin, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà li tniedi investigazzjonijiet rigward setturi speċifiċi tal-ekonomija, tipi partikolari ta' attività ekonomika jew l-użu ta' strumenti ta' sussidju barranin partikolari.
(37)  Meta titqies in-natura tal-mekkaniżmu ta' rieżami ex ante għall-konċentrazzjonijiet u l-għoti ta' kuntratti pubbliċi, u l-ħtieġa taċ-ċertezza tad-dritt rigward dawn it-tranżazzjonijiet speċifiċi, konċentrazzjoni jew offerta għal akkwist pubbliku notifikati u vvalutati taħt il-proċeduri rispettivi ma jistgħux jerġgħu jiġu rieżaminati mill-Kummissjoni fuq inizjattiva tagħha stess. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li l-Kummissjoni tkun ġiet infurmata dwarhom permezz tal-proċedura ta' notifika jistgħu madankollu jkunu rilevanti barra mill-konċentrazzjoni jew il-proċedura tal-akkwist. Sabiex tiġbor informazzjoni dwar sussidji barranin, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà li tniedi investigazzjonijiet rigward setturi speċifiċi tal-ekonomija, tipi partikolari ta' attività ekonomika jew l-użu ta' strumenti ta' sussidju barranin partikolari. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' tuża l-informazzjoni miksuba minn tali investigazzjonijiet tas-suq biex tagħmel rieżami ta' ċerti tranżazzjonijiet fil-qafas tal-proċeduri skont dan ir-Regolament.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 43
(43)  L-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament mill-Unjoni jenħtieġ li tkun konformi mad-dritt tal-Unjoni, mal-Ftehim tad-WTO u tkun konsistenti mal-impenji li jkunu saru skont ftehimiet kummerċjali u ta' investiment oħra li l-Unjoni jew l-Istati Membri jkunu partijiet tagħhom.
(43)  L-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament mill-Unjoni jenħtieġ li tkun konformi mad-dritt tal-Unjoni, mal-Ftehim tad-WTO u tkun konsistenti mal-impenji li jkunu saru skont ftehimiet kummerċjali u ta' investiment oħra li l-Unjoni jew l-Istati Membri jkunu partijiet tagħhom. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-iżvilupp ta' regoli multilaterali biex jiġu indirizzati s-sussidji distorsivi.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 43a (ġdida)
(43a)   Sabiex jitħeġġeġ l-iżvilupp ta' regoli multilaterali biex jiġu indirizzati s-sussidji distorsivi u l-kawżi fundamentali tagħhom, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit djalogu ma' pajjiżi terzi. Meta l-Kummissjoni tiskopri jew tissuspetta l-eżistenza ta' sussidji barranin, distortivi u sistemiċi, jenħtieġ li tkun tista' tidħol fi djalogu mal-pajjiż terz inkwistjoni biex tesplora għażliet immirati lejn il-kisba tal-waqfien jew il-modifika tas-sussidji distortivi bil-ħsieb li jiġu eliminati l-effetti distorsivi tagħhom fis-suq intern. Fejn ftehim bilaterali bejn l-Unjoni u pajjiż terz jipprevedi mekkaniżmu ta' konsultazzjoni li jkopri sussidji barranin, distortivi u sistemiċi li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, dan il-mekkaniżmu jenħtieġ li jintuża biex jiffaċilita d-djalogu ma' pajjiż terz. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' wkoll tagħmel ħilitha biex tikseb il-waqfien jew il-modifika tas-sussidji barranin u distortivi billi tqajjem il-kwistjoni fi kwalunkwe forum internazzjonali rilevanti jew permezz ta' kooperazzjoni ma' kwalunkwe pajjiż terz ieħor affettwat mill-istess sussidji distortivi u sistemiċi, jew ma' kwalunkwe pajjiż terz interessat. Dan id-djalogu jeħtieġ li ma jipprekludix lill-Kummissjoni milli tiftaħ jew tkompli investigazzjonijiet skont dan ir-Regolament, u jenħtieġ li lanqas ma jikkostitwixxi alternattiva għal miżuri ta' rimedju. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tinforma mingħajr dewmien mhux dovut lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-iżviluppi rilevanti.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 47
(47)  Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħat ta' implimentazzjoni f'konformità mal-Artikolu 291 tat-Trattat. Jenħtieġ li dawn is-setgħat jiġu eżerċitati biex jistabbilixxu l-forma u l-kontenut tan-notifiki dwar konċentrazzjonijiet kif ukoll ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi, dettalji ta' divulgazzjoni, il-forma u l-kontenut tar-rekwiżiti tat-trasparenza, il-kalkolu tal-limiti ta' żmien, il-kundizzjonijiet u l-limiti ta' żmien għall-impenji u regoli dettaljati dwar il-passi proċedurali rigward l-investigazzjonijiet dwar proċeduri ta' akkwist pubbliku. Jenħtieġ li dawn is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.
(47)  Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħat ta' implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawn is-setgħat jiġu eżerċitati biex jistabbilixxu l-forma u l-kontenut tan-notifiki dwar konċentrazzjonijiet kif ukoll ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi, dettalji ta' divulgazzjoni, il-forma u l-kontenut tar-rekwiżiti tat-trasparenza, il-kalkolu tal-limiti ta' żmien, il-kundizzjonijiet u l-limiti ta' żmien għall-impenji u regoli dettaljati dwar il-passi proċedurali rigward l-investigazzjonijiet dwar proċeduri ta' akkwist pubbliku. Jenħtieġ li dawn is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011. Il-Kummissjoni jenħtieġ li teżerċita dawk is-setgħat ta' implimentazzjoni għall-ewwel darba mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 47a (ġdida)
(47a)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha l-possibbiltà li tistabbilixxi proċedura simplifikata li skontha tittratta ċerti konċentrazzjonijiet jew proċeduri ta' akkwist pubbliku fuq il-bażi li jidhru inqas probabbli li jagħtu lok għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern minħabba sussidji barranin.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 48
(48)  Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni fis-suq intern anke fit-tul, bil-ħsieb li tiġi żgurata kopertura adegwata ta' każijiet investigati kemm permezz ta' notifiki kif ukoll ex officio, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-limiti ta' notifika għall-konċentrazzjonijiet u għall-proċeduri ta' akkwist pubbliku, fir-rigward tal-eżenzjoni ta' ċerti kategoriji ta' impriżi mill-obbligi ta' notifika skont dan ir-Regolament, kif ukoll fir-rigward tal-emendar tal-limiti ta' żmien għar-rieżami preliminari u l-investigazzjonijiet fil-fond ta' konċentrazzjonijiet notifikati jew ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji notifikati fil-kuntest ta' proċedura għall-akkwist pubbliku. Fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest ta' proċedura ta' akkwist pubbliku, is-setgħa li jiġu adottati tali atti jenħtieġ li tiġi eżerċitata b'mod li jitqiesu l-interessi tal-SMEs. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa tul it-tħejjija ta' dawn l-atti, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet47. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
(48)  Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni fis-suq intern anke fit-tul, bil-ħsieb li tiġi żgurata kopertura adegwata ta' każijiet investigati kemm permezz ta' notifiki kif ukoll ex officio, il-Kummissjoni jenħtieġ li tevalwa l-funzjonament u l-effettività ta' dan ir-Regolament, inkluż tal-limiti minimi ta' notifika stabbiliti fl-Artikoli 18 u 27, mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ tiegħu, u kull tliet snin wara dan, u tippreżenta dik l-evalwazzjoni permezz ta' rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport jenħtieġ li jinkludi valutazzjoni ta' jekk dan ir-Regolament jeħtieġx li jiġi emendat jew le. Fejn ir-rapport jipproponi l-emendar tar-Regolament, dan jista' jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva, b'mod partikolari fir-rigward tal-emendar tal-limiti minimi ta' notifika għall-konċentrazzjonijiet u għall-proċeduri ta' akkwist pubbliku, fir-rigward tal-eżenzjoni ta' ċerti kategoriji ta' impriżi mill-obbligi ta' notifika skont dan ir-Regolament, l-introduzzjoni ta' limiti minimi ta' notifika aktar baxxi speċifiċi għal ċerti setturi ekonomiċi jew limiti minimi differenzjati għal tipi differenti ta' kuntratti ta' akkwist pubbliku, kif ukoll fir-rigward tal-emendar tal-limiti ta' żmien għar-rieżami preliminari u l-investigazzjonijiet fil-fond ta' konċentrazzjonijiet notifikati jew ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji notifikati fil-kuntest ta' proċedura għall-akkwist pubbliku. Fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest ta' proċedura ta' akkwist pubbliku, l-evalwazzjoni jenħtieġ li titwettaq b'mod li jitqiesu l-interessi tal-SMEs. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel użu wkoll minn analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji kwantifikata u analiżi ex ante dwar l-impatt fuq l-investimenti u l-benesseri tal-konsumatur. Matul l-evalwazzjoni tagħha, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra li tħassar dan ir-Regolament, jekk tqis li l-iżvilupp ta' regoli multilaterali biex jindirizzaw sussidji distortivi wassal biex dan ir-Regolament isir kompletament superfluwu.
______________________
47 Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
(1)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri għall-investigazzjoni ta' sussidji barranin li joħolqu distorsjonijiet fis-suq intern u għar-rimedju ta' tali distorsjonijiet. Tali distorsjonijiet jistgħu jinqalgħu fir-rigward ta' kwalunkwe attività ekonomika, u b'mod partikolari f'konċentrazzjonijiet u fi proċeduri ta' akkwist pubbliku.
(1)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri għall-investigazzjoni ta' sussidji barranin li joħolqu distorsjonijiet fis-suq intern u għar-rimedju ta' tali distorsjonijiet, bil-għan li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni. Tali distorsjonijiet jistgħu jinqalgħu fir-rigward ta' kwalunkwe attività ekonomika, u b'mod partikolari f'konċentrazzjonijiet u fi proċeduri ta' akkwist pubbliku.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a – parti introduttorja
(a)  kontribuzzjoni finanzjarja għandha tinkludi:
(a)  kontribuzzjoni finanzjarja għandha tinkludi, inter alia:
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a – punt i
(i)  it-trasferiment ta' fondi jew obbligazzjonijiet, bħal injezzjonijiet ta' kapital, għotjiet, self, garanziji ta' self, inċentivi fiskali, tpaċija ta' telf operattiv, kumpens għal piżijiet finanzjarji imposti mill-awtoritajiet pubbliċi, maħfra ta' dejn, swaps ta' dejn għall-ekwità, jew skedar mill-ġdid;
(i)  it-trasferiment ta' fondi jew obbligazzjonijiet, bħal injezzjonijiet ta' kapital, għotjiet, self, garanziji ta' self, inċentivi fiskali, eżenzjonijiet mit-taxxa, tpaċija ta' telf operattiv, kumpens għal piżijiet finanzjarji imposti mill-awtoritajiet pubbliċi, maħfra ta' dejn, swaps ta' dejn għall-ekwità, jew skedar mill-ġdid;
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a – punt ii
(ii)  ir-rinunzja tad-dħul li jkun dovut mod ieħor; jew
(ii)  ir-rinunzja tad-dħul li jkun dovut mod ieħor;
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a – punt -iia (ġdid)
(iia)  drittijiet speċjali jew esklussivi remunerati inadegwatament; or
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a – punt iii
(iii)  il-forniment ta' prodotti jew servizzi jew ix-xiri ta' prodotti u servizzi;
(iii)  il-forniment ta' prodotti jew servizzi jew ix-xiri ta' prodotti jew servizzi, sakemm tali forniment jew xiri ma jsirx wara proċedura ta' sejħa għall-offerti kompetittiva, trasparenti, nondiskriminatorja u inkondizzjonata;
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja
(1)  Distorsjoni fis-suq intern għandha titqies li teżisti meta sussidju barrani jista' jtejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tal-impriża fis-suq intern u meta, b'dan il-mod, effettivament jew potenzjalment jaffettwa b'mod negattiv il-kompetizzjoni fis-suq intern. Jekk hemmx distorsjoni fis-suq intern għandu jiġi ddeterminat skont indikaturi, li jistgħu jinkludu dawn li ġejjin:
(1)  Distorsjoni fis-suq intern għandha titqies li teżisti meta sussidju barrani jista' jtejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tal-impriża fis-suq intern u meta, b'dan il-mod, effettivament jew potenzjalment jaffettwa b'mod negattiv il-kompetizzjoni fis-suq intern. Jekk hemmx distorsjoni fis-suq intern għandu jiġi ddeterminat skont indikaturi, li għandhom jinkludu, inter alia, dawn li ġejjin:
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c
(c)  is-sitwazzjoni tal-impriża u tas-swieq ikkonċernati;
(c)  is-sitwazzjoni tal-impriża, inkluż id-daqs tagħha, u tas-swieq ikkonċernati u b'mod partikolari valutazzjoni dwar jekk l-impriża kkonċernata toperax taħt is-sjieda, il-kontroll jew is-superviżjoni jew il-gwida tal-politika tal-awtoritajiet tal-pajjiż terz;
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d
(d)  il-livell ta' attività ekonomika tal-impriża kkonċernata fis-suq intern.
(d)  il-livell u l-evoluzzjoni ta' attività ekonomika tal-impriża kkonċernata fis-suq intern u fis-suq domestiku tagħha.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2
(2)  Sussidju barrani aktarx li ma joħloqx distorsjoni fis-suq intern jekk l-ammont totali tiegħu jkun inqas minn EUR 5 miljun matul kwalunkwe perjodu konsekuttiv ta' tliet snin fiskali.
(2)  Sussidju barrani aktarx li ma joħloqx distorsjoni fis-suq intern jekk l-ammont totali tiegħu jkun inqas minn EUR 4 miljun matul kwalunkwe perjodu konsekuttiv ta' tliet snin fiskali.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)
(2a)  Il-Kummissjoni tista' tikkunsidra jekk il-pajjiż terz għandux fis-seħħ sistema għar-rieżami tas-sussidji, li l-Kummissjoni kkonstatat li tipprovdi garanziji, fil-liġi u fil-prattika, li l-livell ta' protezzjoni kontra l-intervent mhux dovut mill-Istat fil-forzi tas-suq u l-kompetizzjoni inġusta huwa tal-inqas ekwivalenti għal-livell ta' protezzjoni fl-Unjoni, jekk is-sussidju ġiex approvat skont dik is-sistema u jekk dik l-approvazzjoni tidhirx rilevanti wkoll għall-effetti fis-suq intern.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3b (ġdid)
(2b)  Sabiex jiġu żgurati l-effiċjenza u t-trasparenza, il-Kummissjoni għandha tippubblika linji gwida dwar l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu mhux aktar tard minn 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, inklużi spjegazzjonijiet u eżempji ta' kif għandu jiġi applikat kull indikatur. Il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, taġġorna regolarment dawk il-linji gwida u żżomm infurmati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)
(2a)  sussidju ta' finanzjament għall-esportazzjoni mogħti minn pajjiż terz li mhuwiex firmatarju tal-Arranġament tal-OECD għal krediti għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati;
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 2b (ġdid)
(2b)  sussidju barrani għal impriża attiva f'settur ikkaratterizzat minn kapaċità strutturali eċċessiva;
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1
(1)  Il-Kummissjoni għandha, fejn ġustifikat, tibbilanċja l-effetti negattivi ta' sussidju barrani f'termini ta' distorsjoni fis-suq intern bl-effetti pożittivi fuq l-iżvilupp tal-attività ekonomika rilevanti.
(1)  Il-Kummissjoni tista', fejn ġustifikat, tibbilanċja l-effetti negattivi ta' sussidju barrani f'termini ta' distorsjoni fis-suq intern bl-effetti pożittivi fuq l-iżvilupp tal-attività ekonomika rilevanti fis-suq intern.
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)
(2a)  Sa mhux aktar tard minn 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippubblika linji gwida dwar l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inkluż dwar il-kriterji li jintużaw fl-ibbilanċjar. Il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, taġġorna regolarment dawk il-linji gwida u żżomm infurmati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1
(1)  Sabiex tirrimedja d-distorsjoni fis-suq intern realment jew potenzjalment ikkawżata minn sussidju barrani, il-Kummissjoni tista' timponi miżuri ta' rimedju. L-impriża kkonċernata tista' wkoll toffri impenji.
(1)  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5, il-Kummissjoni għandha timponi miżuri ta' rimedju sabiex tirrimedja d-distorsjoni fis-suq intern realment jew potenzjalment ikkawżata minn sussidju barrani, sakemm ma tkunx aċċettat impenji offruti mill-impriża kkonċernata skont il-paragrafu 1a.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)
(1a)  Il-Kummissjoni tista' taċċetta impenji offruti mill-impriża kkonċernata, fejn tali impenji jirrimedjaw b'mod sħiħ u effettiv id-distorsjoni fis-suq intern. Meta taċċetta dawn l-impenji, il-Kummissjoni għandha tagħmilhom vinkolanti fuq l-impriża f'deċiżjoni b'impenji skont l-Artikolu 9(3). Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-konformità tal-impriża mal-impenji miftiehma.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2
(2)  L-impenji jew il-miżuri ta' rimedju għandhom jirrimedjaw kompletament u effettivament id-distorsjoni kkawżata minn sussidju barrani fis-suq intern.
(2)  L-impenji jew il-miżuri ta' rimedju għandhom jirrimedjaw kompletament u effettivament id-distorsjoni kkawżata realment jew potenzjalment minn sussidju barrani fis-suq intern.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3 – parti introduttorja
(3)  L-impenji jew il-miżuri ta' rimedju jistgħu jikkonsistu f'dan li ġej:
(3)  L-impenji jew il-miżuri ta' rimedju jistgħu jikkonsistu, fost l-oħrajn, f'dan li ġej:
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt a
(a)  l-għoti ta' aċċess b'kundizzjonijiet ġusti u mhux diskriminatorji lil infrastruttura li tkun ġiet akkwistata permezz tas-sussidji barranin distorsivi jew appoġġata minnhom dment li tali aċċess ġust u mhux diskriminatorju diġà jkun previst minn leġiżlazzjoni fis-seħħ fl-Unjoni;
(a)  l-għoti ta' aċċess b'kundizzjonijiet ġusti u mhux diskriminatorji lil infrastruttura jew faċilità li tkun ġiet akkwistata permezz tas-sussidji barranin distorsivi jew appoġġata minnhom dment li tali aċċess ġust u mhux diskriminatorju diġà jkun previst minn leġiżlazzjoni fis-seħħ fl-Unjoni;
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt b
(b)  it-tnaqqis tal-kapaċità jew tal-preżenza fis-suq;
(b)  it-tnaqqis tal-kapaċità jew tal-preżenza fis-suq, inkluż permezz ta' restrizzjoni temporanja fuq l-attività kummerċjali fis-suq intern;
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt ha (ġdid)
(ha)  ir-rekwiżit li l-impriżi kkonċernati jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe parteċipazzjoni fi proċeduri futuri ta' akkwist pubbliku fl-Unjoni għal perjodu ta' żmien xieraq fejn il-valur stmat tal-kuntratt pubbliku jkun taħt il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 27.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt hb (ġdid)
(hb)  ir-rekwiżit li l-impriżi kkonċernati jadattaw l-istruttura ta' governanza tagħhom.
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 4
(4)  Il-Kummissjoni tista' timponi rekwiżiti ta' rappurtar u trasparenza.
(4)  Il-Kummissjoni għandha timponi rekwiżiti ta' rappurtar u trasparenza.
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 5
(5)  Jekk impriża toffri impenji li jirrimedjaw kompletament u effettivament id-distorsjoni fis-suq intern, il-Kummissjoni tista' taċċettahom u tagħmilhom vinkolanti fuq l-impriża f'deċiżjoni b'impenji f'konformità mal-Artikolu 9(3).
imħassar
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 6
(6)  Fejn l-impriża kkonċernata tipproponi li tħallas lura s-sussidju barrani inkluża rata tal-imgħax xierqa, il-Kummissjoni għandha taċċetta dak il-ħlas lura bħala impenn jekk tista' taċċerta ruħha li l-ħlas lura huwa trasparenti u effettiv, hija u tieħu kont tar-riskju ta' ċirkomvenzjoni.
(6)  Fejn l-impriża kkonċernata tipproponi li tħallas lura s-sussidju barrani inkluża rata tal-imgħax xierqa, il-Kummissjoni għandha taċċetta dak il-ħlas lura bħala impenn biss meta tista' taċċerta ruħha li l-ħlas lura huwa trasparenti u jirrimedja b'mod effettiv u adegwat l-effetti distortivi, hija u tieħu kont tar-riskju ta' ċirkomvenzjoni.
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1
Fuq inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni tista' teżamina informazzjoni minn kwalunkwe sors rigward allegati sussidji barranin distorsivi.
Fuq inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni tista' teżamina informazzjoni minn kwalunkwe sors, inkluż minn Stati Membri u impriżi jew minn sħab soċjali fil-livell tal-Unjoni, rigward allegati sussidji barranin distorsivi.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi punt ta' kuntatt li permezz tiegħu din l-informazzjoni tista' tiġi rrappurtata b'mod kunfidenzjali.
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità pubblika dwar is-segwitu li jkun ingħata.
L-awtoritajiet pubbliċi kompetenti għandhom jiġbru u jiskambjaw data mal-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika linji gwida dwar il-kriterji għall-ftuħ ta' rieżami ex officio sa 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt b
(b)  tinforma lill-impriża kkonċernata; u
(b)  tinforma lill-impriża kkonċernata u fejn xieraq lill-Istati Membri wkoll; u
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 3
(3)  Fejn il-Kummissjoni, wara valutazzjoni preliminari, tikkonkludi li ma hemmx raġunijiet suffiċjenti biex tinbeda l-investigazzjoni fil-fond, jew minħabba li ma hemm l-ebda sussidju barrani jew minħabba li ma hemm l-ebda indikazzjoni ta' distorsjoni reali jew potenzjali fis-suq intern, hija għandha tagħlaq ir-rieżami preliminari u tinforma lill-impriża kkonċernata.
(3)  Fejn il-Kummissjoni, wara valutazzjoni preliminari, tikkonkludi li ma hemmx raġunijiet suffiċjenti biex tinbeda l-investigazzjoni fil-fond, jew minħabba li ma hemm l-ebda sussidju barrani jew minħabba li ma hemm l-ebda indikazzjoni ta' distorsjoni reali jew potenzjali fis-suq intern, hija għandha tagħlaq ir-rieżami preliminari u tinforma lill-impriża u lill-Istati Membri kkonċernati, u l-Parlament Ewropew.
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2
(2)  Meta l-Kummissjoni ssib li sussidju barrani joħloq distorsjoni fis-suq intern skont l-Artikoli minn 3 sa 5, tista' timponi miżuri ta' rimedju (“deċiżjoni b'miżuri ta' rimedju”).
(2)  Meta l-Kummissjoni ssib li sussidju barrani joħloq distorsjoni fis-suq intern skont l-Artikoli 3 u 4 u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5, hija għandha timponi miżuri ta' rimedju ("deċiżjoni b'miżuri ta' rimedju"), sakemm ma taċċettax impenji skont il-paragrafu 3.
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Il-Kummissjoni tista' tieħu miżuri interim, meta:
Il-Kummissjoni tista' tieħu miżuri interim, inkluż matul il-perjodu ta' rieżami preliminari, meta:
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)
Il-miżuri interim għandhom ikunu limitati fiż-żmien u jistgħu jiġu estiżi fejn jibqgħu jeżistu indikazzjoni ta' effetti ta' distorsjoni jew riskju serju ta' ħsara sostanzjali u irreparabbli għall-kompetizzjoni fis-suq intern.
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1
(1)  Il-Kummissjoni tista' twettaq l-ispezzjonijiet tal-impriżi li jkunu meħtieġa.
(1)  Sabiex taqdi d-dmirijiet assenjati lilha b'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, fejn ikun meħtieġ, twettaq l-ispezzjonijiet tal-impriżi.
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt a
(a)  li jidħlu fi kwalunkwe bini jew art tal-impriża kkonċernata;
(a)  li jidħlu fi kwalunkwe bini, art jew mezzi ta' trasport tal-impriża kkonċernata;
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1
Sabiex twettaq id-dmirijiet li dan ir-Regolament jassenjalha, il-Kummissjoni tista' twettaq spezzjonijiet fit-territorju ta' pajjiż terz, dment li l-impriża kkonċernata tkun tat il-kunsens tagħha u li l-gvern tal-pajjiż terz ikun ġie nnotifikat uffiċjalment u jkun qabel mal-ispezzjoni. L-Artikoli 12(1), (2) u (3), il-punti (a) u (b) għandhom japplikaw mutatis mutandis.
Sabiex twettaq id-dmirijiet li dan ir-Regolament jassenjalha,, il-Kummissjoni tista' twettaq spezzjonijiet fit-territorju ta' pajjiż terz, dment li l-gvern tal-pajjiż terz ikun ġie nnotifikat uffiċjalment u jkun qabel mal-ispezzjoni. L-Artikoli 12(1), (2) u (3), punti (a) u (b) għandhom japplikaw mutatis mutandis.
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1 – parti introduttorja
(1)  Il-Kummissjoni tista' timponi b'deċiżjoni multi jew ħlasijiet perjodiċi ta' penali meta impriża kkonċernata jew assoċjazzjoni ta' impriżi, intenzjonalment jew b'negliġenza: (a)
1.  Il-Kummissjoni għandha timponi b'deċiżjoni multi jew ħlasijiet perjodiċi ta' penali meta impriża jew assoċjazzjoni ta' impriżi kkonċernati, intenzjonalment jew b'negliġenza: (a)
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 5 – parti introduttorja
(5)  Fejn impriża kkonċernata ma tikkonformax ma' deċiżjoni b'impenji skont l-Artikolu 9(3), deċiżjoni li tordna miżuri interim skont l-Artikolu 10 jew deċiżjoni li timponi miżuri ta' rimedju skont l-Artikolu 9(2), il-Kummissjoni tista' timponi permezz ta' deċiżjoni:
5.  Fejn impriża jew assoċjazzjoni ta' impriżi kkonċernati ma jikkonformawx ma' deċiżjoni b'impenji skont l-Artikolu 9(3), deċiżjoni li tordna miżuri interim skont l-Artikolu 10 jew deċiżjoni li timponi miżuri ta' rimedju skont l-Artikolu 9(2), il-Kummissjoni tista' timponi permezz ta' deċiżjoni:
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 3 – punt a
(a)  l-impriża akkwistata jew mill-inqas waħda mill-impriżi li għaddejjin minn fużjoni tkun stabbilita fl-Unjoni u tiġġenera fatturat aggregat fl-Unjoni ta' mill-inqas EUR 500 miljun; u
(a)  l-impriża akkwistata jew mill-inqas waħda mill-impriżi li għaddejjin minn fużjoni tkun stabbilita fl-Unjoni u tiġġenera fatturat aggregat fl-Unjoni ta' mill-inqas EUR 400 miljun; u
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 3 – punt b
(b)  l-impriżi kkonċernati rċevew kontribuzzjoni finanzjarja aggregata minn pajjiżi terzi fit-tliet snin kalendarji qabel in-notifika ta' aktar minn EUR 50 miljun.
(b)  l-impriżi kollha kkonċernati jkunu ngħataw kontribuzzjoni finanzjarja aggregata minn pajjiżi terzi fit-tliet snin kalendarji qabel in-notifika ta' aktar minn EUR 50 miljun.
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 4 – punt a
(a)  l-impriża konġunta nnifisha jew waħda mill-impriżi prinċipali tagħha tkun stabbilita fl-Unjoni u tiġġenera fatturat aggregat fl-Unjoni ta' mill-inqas EUR 500 miljun; u
(a)  l-impriża konġunta nnifisha tkun stabbilita fl-Unjoni u tiġġenera fatturat aggregat fl-Unjoni ta' mill-inqas EUR 400 miljun; u
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 4 – punt b
(b)  l-impriża konġunta nnifisha u l-impriżi prinċipali tagħha rċevew kontribuzzjoni finanzjarja aggregata minn pajjiżi terzi fit-tliet snin kalendarji qabel in-notifika ta' aktar minn EUR 50 miljun.
(b)  l-impriża konġunta nnifisha u l-impriżi prinċipali tagħha jkunu ngħataw kontribuzzjoni finanzjarja aggregata minn pajjiżi terzi fit-tliet snin kalendarji qabel in-notifika ta' aktar minn EUR 50 miljun.
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 4
(4)  Jekk l-impriżi kkonċernati jonqsu milli jissodisfaw l-obbligu tagħhom li jinnotifikaw, il-Kummissjoni tista' tirrieżamina konċentrazzjoni notifikabbli skont dan ir-Regolament billi titlob in-notifika ta' dik il-konċentrazzjoni. F'dak il-każ il-Kummissjoni m'għandhiex tkun marbuta bil-limiti ta' żmien imsemmija fl-Artikolu 23(1) u (4).
(4)  Jekk l-impriżi kkonċernati jonqsu milli jissodisfaw l-obbligu tagħhom li jinnotifikaw, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina konċentrazzjoni notifikabbli skont dan ir-Regolament billi titlob in-notifika ta' dik il-konċentrazzjoni. F'dak il-każ il-Kummissjoni m'għandhiex tkun marbuta bil-limiti ta' żmien imsemmija fl-Artikolu 23(1) u (4).
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 5
(5)  Il-Kummissjoni tista' titlob in-notifika minn qabel ta' kwalunkwe konċentrazzjoni li mhijiex konċentrazzjoni notifikabbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 fi kwalunkwe ħin qabel l-implimentazzjoni tagħha meta l-Kummissjoni tissuspetta li l-impriżi kkonċernati setgħu bbenefikaw minn sussidji barranin fit-tliet snin qabel il-konċentrazzjoni. Dik il-konċentrazzjoni għandha titqies bħala konċentrazzjoni notifikabbli għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.
(5)  Il-Kummissjoni tista' titlob in-notifika minn qabel ta' kwalunkwe konċentrazzjoni li mhijiex konċentrazzjoni notifikabbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 fi kwalunkwe ħin qabel l-implimentazzjoni tagħha meta l-Kummissjoni tissuspetta li l-impriżi kkonċernati setgħu ngħataw sussidji barranin fit-tliet snin qabel il-konċentrazzjoni. Dik il-konċentrazzjoni għandha titqies bħala konċentrazzjoni notifikabbli għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 2
(2)  Għall-iskop tal-Artikolu 28, kontribuzzjoni finanzjarja barranija notifikabbli fi proċedura ta' akkwist pubbliku tal-UE għandha titqies li sseħħ meta l-valur stmat ta' dak l-akkwist pubbliku huwa ugwali jew akbar minn EUR 250 miljun.
(2)  Għall-iskop tal-Artikolu 28 ta' dan ir-Regolament, kontribuzzjoni finanzjarja barranija notifikabbli fi proċedura ta' akkwist pubbliku tal-UE għandha titqies li sseħħ meta l-valur totali stmat ta' dak l-akkwist pubbliku, ikkalkulat skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2014/24/UE u l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2014/25/UE, ikun ugwali għal, jew akbar minn EUR 200 miljun.
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 2
(2)  L-obbligu ta' notifika tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin skont dan il-paragrafu għandu jestendi għall-operaturi ekonomiċi, il-gruppi ta' operaturi ekonomiċi msemmija fl-Artikolu 26(2) tad-Direttiva 2014/23/UE, l-Artikolu 19(2) tad-Direttiva 2014/24/UE u l-Artikolu 37(2) tad-Direttiva 2014/25/UE, is-sottokuntratturi ewlenin u l-fornituri ewlenin. Sottokuntrattur jew fornitur għandu jitqies bħala ewlieni fejn il-parteċipazzjoni tiegħu tiżgura elementi ewlenin tal-prestazzjoni tal-kuntratt u fi kwalunkwe każ fejn is-sehem ekonomiku tal-kontribuzzjoni tiegħu jaqbeż it-30 % tal-valur stmat tal-kuntratt.
(2)  L-obbligu ta' notifika tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin skont dan il-paragrafu għandu jestendi għall-operaturi ekonomiċi, il-gruppi ta' operaturi ekonomiċi msemmija fl-Artikolu 26(2) tad-Direttiva 2014/23/UE, l-Artikolu 19(2) tad-Direttiva 2014/24/UE u l-Artikolu 37(2) tad-Direttiva 2014/25/UE, is-sottokuntratturi ewlenin u l-fornituri ewlenin. Sottokuntrattur jew fornitur għandu jitqies bħala ewlieni fejn is-sehem ekonomiku tal-kontribuzzjoni tiegħu jaqbeż l-20 % tal-valur stmat tal-kuntratt.
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 3
(3)  Għal gruppi ta' operaturi ekonomiċi, sottokuntratturi ewlenin u fornituri ewlenin, l-operatur ekonomiku ewlieni għandu jiżgura n-notifika.
(3)  Għal gruppi ta' operaturi ekonomiċi, sottokuntratturi ewlenin u fornituri ewlenin, l-operatur ekonomiku ewlieni għandu jiżgura n-notifika. L-operatur ekonomiku ewlieni ma għandux ikun responsabbli għall-informazzjoni pprovduta mis-sottokuntratturi ewlenin jew il-fornituri ewlenin tiegħu.
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 6
(6)  Fejn il-Kummissjoni tissuspetta li impriża setgħet ibbenefikat minn sussidji barranin fit-tliet snin qabel il-preżentazzjoni tal-offerta jew talba biex tipparteċipa fil-proċedura ta' akkwist pubbliku, hija tista' titlob in-notifika tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin riċevuti minn dik l-impriża fi kwalunkwe proċedura ta' akkwist pubbliku li mhumiex notifikabbli skont l-Artikolu 27(2) jew li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, fi kwalunkwe ħin qabel l-għoti tal-kuntratt. Ladarba l-Kummissjoni tkun talbet in-notifika ta' tali kontribuzzjoni finanzjarja, din titqies bħala kontribuzzjoni finanzjarja barranija notifikabbli fi proċedura ta' akkwist pubbliku.
(6)  Fejn il-Kummissjoni tissuspetta li impriża setgħet ingħatat sussidji barranin fit-tliet snin qabel il-preżentazzjoni tal-offerta jew talba biex tipparteċipa fil-proċedura ta' akkwist pubbliku, hija tista' titlob in-notifika tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin riċevuti minn dik l-impriża fi kwalunkwe proċedura ta' akkwist pubbliku li mhumiex notifikabbli skont l-Artikolu 27(2) jew li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, fi kwalunkwe ħin qabel l-għoti tal-kuntratt. Ladarba l-Kummissjoni tkun talbet in-notifika ta' tali kontribuzzjoni finanzjarja, din titqies bħala kontribuzzjoni finanzjarja barranija notifikabbli fi proċedura ta' akkwist pubbliku.
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 2
(2)  Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami preliminari mhux aktar tard minn 60 jum wara li tkun irċeviet in-notifika.
(2)  Il-Kummissjoni għandha tikkompleta rieżami preliminari mhux aktar tard minn 40 jum wara li tkun irċeviet in-notifika.
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 4
(4)  Il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni li tagħlaq l-investigazzjoni fil-fond mhux aktar tard minn 200 jum wara li tkun irċeviet in-notifika. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, dan il-limitu ta' żmien jista' jiġi estiż wara konsultazzjoni mal-awtorità kontraenti jew entità kontraenti kkonċernata.
(4)  Il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni li tagħlaq l-investigazzjoni fil-fond mhux aktar tard minn 120 jum wara li tkun irċeviet in-notifika. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, dan il-limitu ta' żmien jista' jiġi estiż b'20 jum wara konsultazzjoni mal-awtorità kontraenti jew entità kontraenti kkonċernata.
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 3
(3)  Il-kuntratt jista' jingħata lil impriża li tippreżenta dikjarazzjoni skont l-Artikolu 28 qabel ma l-Kummissjoni tieħu kwalunkwe waħda mid-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 30 jew qabel ma jiskadi l-limitu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu 29(4) biss jekk l-evalwazzjoni tal-offerta tkun stabbiliet li l-impriża inkwistjoni tkun fi kwalunkwe każ ippreżentat l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża.
(3)  Il-kuntratt jista' jingħata lil impriża li tippreżenta dikjarazzjoni skont l-Artikolu 28 qabel ma l-Kummissjoni tieħu kwalunkwe waħda mid-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 30 jew qabel ma jiskadi l-limitu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu 29(4) ta' dan ir-Regolament biss jekk l-evalwazzjoni tal-offerta tkun stabbiliet li l-impriża inkwistjoni tkun fi kwalunkwe każ ippreżentat l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża, kif definit fl-Artikolu 67(2) tad-Direttiva 2014/24/UE u l-Artikolu 82(2) tad-Direttiva 2014/25/UE. Informazzjoni relatata ma' sussidji barranin distorsivi, inkluż kwalunkwe suspett li tkun saret dikjarazzjoni falza, tista' tiġi rrapportata lill-Kummissjoni.
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 6
(6)  Fil-każijiet kollha, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha tinforma lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni relatata mar-riżultat tal-proċedura ta' akkwist pubbliku.
(6)  Fil-każijiet kollha, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha tinforma mingħajr dewmien żejjed lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni relatata mar-riżultat tal-proċedura ta' akkwist pubbliku.
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 7
(7)  Il-prinċipji li jirregolaw l-akkwist pubbliku, inklużi l-proporzjonalità, in-nondiskriminazzjoni, it-trattament ugwali, u t-trasparenza, għandhom jiġu osservati fir-rigward tal-impriżi kollha involuti fil-proċedura ta' akkwist pubbliku. L-investigazzjoni ta' sussidji barranin skont dan ir-Regolament m'għandhiex tirriżulta f'li l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tittratta lill-impriża kkonċernata b'mod li jmur kontra dawk il-prinċipji.
(7)  Il-prinċipji li jirregolaw il-proċeduri tal-akkwist pubbliku, inklużi l-proporzjonalità, in-nondiskriminazzjoni, it-trattament ugwali u t-trasparenza, kif ukoll il-konformità mal-obbligi relatati mal-liġi u l-istandards ambjentali, soċjali u tal-impjieg applikabbli fit-twettiq tal-kuntratt, għandhom jiġu osservati fir-rigward tal-impriżi kollha involuti fil-proċedura ta' akkwist pubbliku. L-investigazzjoni ta' sussidji barranin skont dan ir-Regolament m'għandhiex tirriżulta f'li l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tittratta lill-impriża kkonċernata b'mod li jmur kontra dawk il-prinċipji.
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 2
(2)  Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' timponi b'deċiżjoni fuq l-impriżi kkonċernati multi li ma jaqbżux il-1 % tal-fatturat aggregat tagħhom fis-sena kummerċjali preċedenti, fejn huma intenzjonalment jew b'negliġenza jipprovdu informazzjoni mhux korretta jew qarrieqa f'notifika skont l-Artikolu 28 jew suppliment għaliha;
2.  Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' timponi b'deċiżjoni fuq l-impriżi kkonċernati multi li ma jaqbżux il-1 % tal-fatturat aggregat tagħhom fis-sena kummerċjali preċedenti, fejn huma intenzjonalment jew b'negliġenza jipprovdu informazzjoni mhux korretta jew qarrieqa f'notifika u dikjarazzjonijiet skont l-Artikolu 28 jew suppliment għaliha;
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 1
(1)  Kontribuzzjoni finanzjarja notifikata fil-kuntest ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 19 tista' tkun rilevanti u vvalutata mill-ġdid fir-rigward ta' attività ekonomika oħra.
1.  Kontribuzzjoni finanzjarja notifikata fil-kuntest ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 19 tista' tkun rilevanti u vvalutata mill-ġdid skont dan ir-Regolament fir-rigward ta' attività ekonomika oħra.
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 2
(2)  Kontribuzzjoni finanzjarja notifikata fil-kuntest ta' proċedura ta' akkwist pubbliku skont l-Artikolu 28 tista' tkun rilevanti u vvalutata mill-ġdid fir-rigward ta' attività ekonomika oħra.
2.  Kontribuzzjoni finanzjarja notifikata fil-kuntest ta' proċedura ta' akkwist pubbliku skont l-Artikolu 28 tista' tkun rilevanti u vvalutata mill-ġdid skont dan ir-Regolament fir-rigward ta' attività ekonomika oħra.
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 1
(1)  Fejn l-informazzjoni disponibbli tissostanzja suspett raġonevoli li s-sussidji barranin f'settur partikolari, għal tip partikolari ta' attività ekonomika jew abbażi ta' strument ta' sussidju partikolari jistgħu joħolqu distorsjoni fis-suq intern, il-Kummissjoni tista' twettaq investigazzjoni tas-suq fis-settur partikolari, it-tip ta' attività ekonomika partikolari jew l-użu tal-istrument ta' sussidju kkonċernat. Matul dik l-investigazzjoni tas-suq, il-Kummissjoni tista' titlob lill-impriżi jew lill-assoċjazzjonijiet ta' impriżi kkonċernati biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa u tista' twettaq l-ispezzjonijiet meħtieġa. Il-Kummissjoni tista' titlob ukoll lill-Istat Membru jew lill-pajjiż terz ikkonċernat biex jipprovdi informazzjoni.
(1)  Fejn l-informazzjoni disponibbli tissostanzja suspett raġonevoli li s-sussidji barranin f'settur partikolari, għal tip partikolari ta' attività ekonomika jew abbażi ta' strument ta' sussidju partikolari jistgħu joħolqu distorsjoni fis-suq intern, il-Kummissjoni għandha twettaq investigazzjoni tas-suq fis-settur partikolari, it-tip ta' attività ekonomika partikolari jew l-użu tal-istrument ta' sussidju kkonċernat. Matul dik l-investigazzjoni tas-suq, il-Kummissjoni għandha titlob lill-impriżi jew lill-assoċjazzjonijiet ta' impriżi kkonċernati biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa u tista' twettaq l-ispezzjonijiet meħtieġa. Il-Kummissjoni tista' titlob ukoll lill-Istat Membru jew lill-pajjiż terz ikkonċernat biex jipprovdi informazzjoni.
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 2
(2)  Il-Kummissjoni tista' tippubblika rapport dwar ir-riżultati tal-investigazzjoni tas-suq tagħha f'setturi partikolari, tipi partikolari ta' attività ekonomika jew strumenti partikolari ta' sussidju u tistieden kummenti minn partijiet interessati.
(2)  Il-Kummissjoni għandha, fejn rilevanti, tippubblika rapport dwar ir-riżultati tal-investigazzjoni tas-suq tagħha f'setturi partikolari, tipi partikolari ta' attività ekonomika jew strumenti partikolari ta' sussidju u tistieden kummenti minn partijiet interessati.
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 34a (ġdid)
Artikolu 34a
Djalogu ma' pajjiżi terzi
1.   Fejn, wara investigazzjoni tas-suq skont l-Artikolu 34, il-Kummissjoni tiskopri l-eżistenza ta' sussidji barranin distorsivi sistemiċi, jew fejn informazzjoni oħra disponibbli tissostanzja suspett raġonevoli dwar l-eżistenza ta' tali sussidji, il-Kummissjoni, f'isem l-Unjoni, tista' tidħol fi djalogu mal-pajjiż terz inkwistjoni biex tesplora għażliet immirati lejn il-kisba tal-waqfien jew il-modifika tas-sussidju bil-ħsieb li telimina l-effetti distorsivi tagħhom fuq is-suq intern.
2.   Dak id-djalogu ma għandux jipprevjeni lill-Kummissjoni milli tieħu azzjoni ulterjuri skont dan ir-Regolament, inkluż il-ftuħ jew il-kontinwazzjoni ta' investigazzjonijiet jew l-applikazzjoni ta' miżuri interim jew ta' rimedju.
3.   Il-Kummissjoni tista' tfittex li tikseb il-waqfien jew il-modifika tas-sussidji distorsivi sistemiċi anke billi tqajjem il-kwistjoni fi kwalunkwe forum internazzjonali rilevanti.
4.   Il-Kummissjoni tista' tidħol f'konsultazzjonijiet jew kooperazzjoni, f'isem l-Unjoni, ma' kwalunkwe pajjiż terz ieħor affettwat mill-istess sussidji distorsivi sistemiċi jew ma' kwalunkwe pajjiż terz interessat, bil-ħsieb li tikseb il-waqfien jew il-modifika tas-sussidji. Dan jista' jinvolvi, fejn xieraq, koordinazzjoni f'fora internazzjonali rilevanti u koordinazzjoni b'reazzjoni għas-sussidji distorsivi sistemiċi.
5.   Il-Kummissjoni għandha tinforma mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-iżviluppi rilevanti.
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 1
(1)  Is-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 għandhom ikunu soġġetti għal perjodu ta' limitazzjoni ta' għaxar snin, li jibda mill-jum li fih jingħata sussidju barrani lill-impriża kkonċernata. Kwalunkwe azzjoni meħuda mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 8, 11, 12 jew 13 fir-rigward ta' sussidju barrani għandha tinterrompi l-perjodu ta' limitazzjoni. Wara kull interruzzjoni, il-perjodu ta' limitazzjoni għandu jerġa' jibda jiddekorri mill-ġdid.
(1)  Is-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 għandhom ikunu soġġetti għal perjodu ta' limitazzjoni ta' għaxar snin, li jibda mill-jum li fih jingħata sussidju barrani lill-impriża kkonċernata. Kwalunkwe azzjoni meħuda mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 8, 11, 12, 13 jew 34 fir-rigward ta' sussidju barrani għandha tinterrompi l-perjodu ta' limitazzjoni. Wara kull interruzzjoni, il-perjodu ta' limitazzjoni għandu jerġa' jibda jiddekorri mill-ġdid.
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 3a (ġdid)
(3a)  Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.
__________________
1a Ir-Regolament (UE) 2022/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess ta' operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għas-suq tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-operaturi ekonomiċi, il-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku ta' pajjiżi terzi (Strument għal Akkwist Internazzjonali – IPI) (ĠU L ...).
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 7
(7)  Investigazzjoni skont dan ir-Regolament ma għandhiex titwettaq u ma għandhomx jiġu imposti jew jinżammu miżuri fejn tali investigazzjoni jew miżuri jmorru kontra l-obbligi tal-Unjoni li jirriżultaw minn kwalunkwe ftehim internazzjonali rilevanti li tkun daħlet fih. B'mod partikolari, ma għandha tittieħed l-ebda azzjoni skont dan ir-Regolament li tkun tammonta għal azzjoni speċifika kontra sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 32.1 tal-Ftehim dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji. Dan ir-Regolament ma għandux jimpedixxi lill-Unjoni milli teżerċita d-drittijiet tagħha jew milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont ftehimiet internazzjonali.
(7)  Investigazzjoni skont dan ir-Regolament ma għandhiex titwettaq u ma għandhomx jiġu imposti jew jinżammu miżuri fejn tali investigazzjoni jew miżuri jmorru kontra l-obbligi tal-Unjoni li jirriżultaw minn kwalunkwe ftehim internazzjonali rilevanti li tkun daħlet fih. B'mod partikolari, ma għandha tittieħed l-ebda azzjoni skont dan ir-Regolament li tkun tammonta għal azzjoni speċifika kontra sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 32.1 tal-Ftehim dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji u mogħtija minn pajjiż terz li jkun membru tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Dan ir-Regolament ma għandux jimpedixxi lill-Unjoni milli teżerċita d-drittijiet tagħha jew milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont ftehimiet internazzjonali.
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 1 – punt a
(a)  il-forma, il-kontenut u d-dettalji proċedurali tan-notifiki tal-konċentrazzjonijiet skont l-Artikolu 19;
(a)  il-forma, il-kontenut u d-dettalji proċedurali tan-notifiki tal-konċentrazzjonijiet skont l-Artikolu 19, inkluża proċedura simplifikata possibbli;
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 1 – punt b
(b)  il-forma, il-kontenut u d-dettalji proċedurali tan-notifiki tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku skont l-Artikolu 28;
(b)  il-forma, il-kontenut u d-dettalji proċedurali tan-notifiki tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku skont l-Artikolu 28, inkluża proċedura simplifikata possibbli;
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 1a (ġdid)
(1a)  L-ewwel att jew atti ta' implimentazzjoni, li jkopri l-elementi kollha msemmija fil-paragrafu 1, għandu jiġi adottat mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 44
Artikolu 44
imħassar
Atti ddelegati
(1)  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati għall-finijiet ta':
(a)  l-emendar tal-limiti għan-notifiki kif stabbilit fl-Artikoli 18 u 27, fid-dawl tal-prattika tal-Kummissjoni matul l-ewwel ħames snin tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, u b'kont meħud tal-effettività tal-applikazzjoni;
(b)  l-eżenzjoni ta' ċerti kategoriji ta' impriżi kkonċernati mill-obbligu ta' notifika skont l-Artikoli 19 u 28, fid-dawl tal-prattika tal-Kummissjoni fl-ewwel ħames snin tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, f'każ li din il-prattika tippermetti li jiġu identifikati attivitajiet ekonomiċi fejn is-sussidji barranin x'aktarx ma jfixklux is-suq intern;
(c)  l-emendar tal-iskedi ta' żmien għal rieżami u investigazzjonijiet fil-fond kif stabbilit fl-Artikoli 24 u 29.
(2)  Atti delegati msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati f'konformità mal-Artikolu 45.
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 45
Artikolu 45
imħassar
Eżerċitar tad-delega
(1)  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
(2)  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 44 għal perjodu ta' żmien indeterminat li jibda sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(3)  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 44 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
(4)  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
(5)  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
(6)  Att delegat adottat skont l-Artikolu 44 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 46 – paragrafu 1
Sa mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, akkumpanjat, fejn il-Kummissjoni tqis li jkun xieraq, minn proposti leġiżlattivi rilevanti.
1.   Sa mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tirrevedi u tevalwa l-funzjonament u l-effettività ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tiegħu. Dan ir-rieżami għandu jinkludi valutazzjoni tal-limiti ta' notifika stabbiliti fl-Artikoli 18 u 27 u l-effetti tagħhom fuq il-kapaċità tal-Kummissjoni li timplimenta dan ir-Regolament b'mod effettiv.
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 46 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.   Fejn ir-rapport jirrakkomanda emendi għal dan ir-Regolament u fejn il-Kummissjoni tqis li dan ikun xieraq fid-dawl tal-prattika tagħha matul l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u b'kont meħud tal-effettività tal-applikazzjoni, ir-rapport jista' jkun akkumpanjat minn proposti leġiżlattivi rilevanti, inkluż:
a)   biex jiġu emendati l-limiti għan-notifiki kif stabbilit fl-Artikoli 18 u 27;
b)   għall-eżenzjoni ta' ċerti kategoriji ta' impriżi kkonċernati, bħal fondi bona fide ta' investiment jew ta' pensjoni sovrani, mill-obbligu ta' notifika skont l-Artikoli 19 u 28, speċjalment meta l-prattika tal-Kummissjoni tippermetti li jiġu identifikati attivitajiet ekonomiċi fejn is-sussidji barranin x'aktarx ma jfixklux is-suq intern;
c)   għall-istabbiliment ta' limiti speċifiċi għan-notifiki għal ċerti setturi ekonomiċi jew limiti minimi differenzjati għal tipi differenti ta' kuntratti ta' akkwist pubbliku, speċjalment fejn il-prattika tal-Kummissjoni tippermetti l-identifikazzjoni ta' attivitajiet ekonomiċi fejn huwa aktar probabbli li s-sussidji barranin ifixklu s-suq intern, inkluż fir-rigward ta' setturi strateġiċi u infrastruttura kritika;
d)   biex jiġu emendati l-iskedi ta' żmien għal rieżami u investigazzjonijiet fil-fond kif stabbilit fl-Artikoli 24 u 29.
e)   għat-tħassir ta' dan ir-Regolament, jekk il-Kummissjoni tqis li r-regoli multilaterali biex jiġu indirizzati s-sussidji distorsivi wasslu biex dan ir-Regolament sar kompletament superfluwu.
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 47 – paragrafu 1
(1)  Dan ir-Regolament għandu japplika għal sussidji barranin mogħtija fl-għaxar snin qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fejn tali sussidji barranin ifixklu s-suq intern wara l-bidu tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
(1)  Dan ir-Regolament għandu japplika għal sussidji barranin mogħtija fis-seba' snin ta' qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fejn tali sussidji barranin ifixklu s-suq intern wara l-bidu tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 59(4), ir-rabà subparagrafu (A9-0135/2022).


Kwittanza 2020: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi
PDF 353kWORD 112k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima III – Il-Kummissjoni (2021/2106(DEC))
P9_TA(2022)0144A9-0127/2022

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2021)0381 – C9‑0258/2021)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2021)0405) u t-tweġibiet dettaljati għat-talbiet speċifiċi magħmula mill-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-2020 tal-Kummissjoni dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni għall-Baġit tal-UE (COM(2021)0301),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2020 (COM(2021)0292), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2021)132),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3), ir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-prestazzjoni tal-baġit tal-UE – Status fi tmiem l-2020, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(4), u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06001/2022 – C9-0061/2022),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0127/2022),

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, flimkien mar-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (attwalment l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura) għas-sena finanzjarja 2020 (2021/2106(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020(7),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2021)0381 – C9‑0258/2021)(8),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2020(9),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2021)0405) u t-tweġibiet dettaljati għat-talbiet speċifiċi magħmula mill-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2020 (COM(2021)0292), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2021)132),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(10),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(11) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06004/2022 – C9-0103/2022),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(12), u b'mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/776/UE tal-Kummissjoni tat-18 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura u li tħassar id-Deċiżjoni 2009/336/KE(15),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/173 tat-12 ta' Frar 2021 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, u l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2013/801/UE, 2013/771/UE, 2013/778/UE, 2013/779/UE, 2013/776/UE u 2013/770/UE(16),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0127/2022),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, flimkien mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima III – Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (attwalment l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs) għas-sena finanzjarja 2020 (2021/2106(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020(17),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2021)0381 – C9‑0258/2021)(18),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji għas-sena finanzjarja 2020(19),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2021)0405) u t-tweġibiet dettaljati għat-talbiet speċifiċi magħmula mill-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2020 (COM(2021)0292), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2021)132),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(20),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(21) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06004/2022 – C9-0103/2022),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(22), u b'mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(23), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(24), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/771/UE tas-17 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2004/20/KE u 2007/372/KE(25),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/173 tat-12 ta' Frar 2021 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, u l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2013/801/UE, 2013/771/UE, 2013/778/UE, 2013/779/UE, 2013/776/UE u 2013/770/UE(26),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0127/2022),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, flimkien mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima III – Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

4. Deciżjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għas-sena finanzjarja 2020 (2021/2106(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020(27),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2021)0381 – C9‑0258/2021)(28),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għas-sena finanzjarja 2020(29),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2021)0405) u t-tweġibiet dettaljati għat-talbiet speċifiċi magħmula mill-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2020 (COM(2021)0292), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2021)132),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(30),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(31) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06004/2022 – C9-0103/2022),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(32), u b'mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(33), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(34), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/770/UE tas-17 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/858/KE(35),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/927/UE tas-17 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/770/UE sabiex l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel tiġi ttrasformata fl-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel(36),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/173 tat-12 ta' Frar 2021 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, u l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2013/801/UE, 2013/771/UE, 2013/778/UE, 2013/779/UE, 2013/776/UE u 2013/770/UE(37),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0127/2022),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2020;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima III – Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

5. Deciżjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2020 (2021/2106(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020(38),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2021)0381 – C9‑0258/2021)(39),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2020(40),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2021)0405) u t-tweġibiet dettaljati għat-talbiet speċifiċi magħmula mill-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2020 (COM(2021)0292), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2021)132),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(41),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(42) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06004/2022 – C9-0103/2022),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(43), u b'mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(44), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(45), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/779/UE tas-17 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2008/37/KE(46),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/173 tat-12 ta' Frar 2021 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, u l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2013/801/UE, 2013/771/UE, 2013/778/UE, 2013/779/UE, 2013/776/UE u 2013/770/UE(47),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0127/2022),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2020;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, flimkien mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima III – Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

6. Deciżjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (attwalment l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka) għas-sena finanzjarja 2020 (2021/2106(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020(48),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2021)0381 – C9‑0258/2021)(49),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2020(50),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2021)0405) u t-tweġibiet dettaljati għat-talbiet speċifiċi magħmula mill-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2020 (COM(2021)0292), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2021)132),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(51),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(52) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06004/2022 – C9-0103/2022),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(53), u b'mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(54), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(55), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/778/UE tat-13 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2008/46/KE(56),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/173 tat-12 ta' Frar 2021 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, u l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2013/801/UE, 2013/771/UE, 2013/778/UE, 2013/779/UE, 2013/776/UE u 2013/770/UE(57),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0127/2022),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, flimkien mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima III – Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

7. Deciżjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Networks (attwalment l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent) għas-sena finanzjarja 2020 (2021/2106(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020(58),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2021)0381 – C9‑0258/2021)(59),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Networks għas-sena finanzjarja 2020(60),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2021)0405) u t-tweġibiet dettaljati għat-talbiet speċifiċi magħmula mill-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2020 (COM(2021)0292), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2021)132),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(61),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(62) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06004/2022 – C9-0103/2022),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(63), u b'mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(64), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(65), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/801/UE tat-23 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Networks u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/60/KE kif emendata bid-Deċiżjoni 2008/593/KE(66),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/173 tat-12 ta' Frar 2021 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, u l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2013/801/UE, 2013/771/UE, 2013/778/UE, 2013/779/UE, 2013/776/UE u 2013/770/UE(67),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0127/2022),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, flimkien mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima III – Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

8. Deciżjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima III – Il-Kummissjoni (2021/2106(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020(68),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2021)0381 – C9‑0258/2021)(69),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2021)0405) u t-tweġibiet dettaljati għat-talbiet speċifiċi magħmula mill-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-2020 tal-Kummissjoni dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni għall-Baġit tal-UE (COM(2021)0301),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2020 (COM(2021)0292), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2021)132),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(70), u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(71) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06001/2022 – C9-0061/2022),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06004/2022 – C9-0103/2022),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(72), u b'mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(73), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(2) u (3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0127/2022),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

9. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi (2021/2106(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima III – Il-Kummissjoni,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġits tal-aġenziji eżekuttivi għas-sena finanzjarja 2020,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0127/2022),

A.  billi l-baġit tal-Unjoni huwa strument sinifikanti biex jintlaħqu l-objettivi ta' politika komuni, u bħala medja jirrappreżenta 1,1 % tal-introjtu nazzjonali gross tal-Unjoni jew 2,4 % tan-nefqa tal-gvern estiż tal- Membri u l-infiq pubbliku totali fl-Unjoni;

B.  billi, meta l-Parlament jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni, huwa jivverifika u jevalwa jekk il-fondi ntużawx b'mod korrett u jekk l-għanijiet ta' politika ntlaħqux wara awditi interni u esterni, u b'hekk jikkonferma r-regolarità u l-prestazzjoni tal-infiq tal-Kummissjoni f'termini ta' valur għall-flus;

Prijoritajiet politiċi

1.  Ifakkar fl-impenn qawwi tiegħu għall-prinċipji fundamentali minquxa fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), inkluża t-tmexxija finanzjarja tajba kif stabbilit fl-Artikolu 317 u l-ġlieda kontra l-frodi kif stabbilit fl-Artikolu 325;

2.  Jenfasizza l-importanza tal-baġit tal-Unjoni biex jinkisbu l-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, kif ukoll ir-rwol tiegħu biex jassisti lill-Istati Membri f'sitwazzjonijiet mhux previsti bħall-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi tagħha; jisħaq li implimentazzjoni soda u f'waqtha tal-baġit tikkontribwixxi biex jiġu indirizzati b'mod aktar effiċjenti u effettiv il-ħtiġijiet u l-isfidi f'oqsma ta' politika differenti; iwissi li l-implimentazzjoni tal-baġit taħt pressjoni ta' żmien tista' twassal għal żieda fl-iżbalji u l-irregolaritajiet;

3.  Jissottolinja r-rilevanza tar-rappurtar dwar il-prestazzjoni tal-programmi tal-baġit tal-Unjoni għall-proċedura ta' kwittanza; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-valur miżjud tar-riżorsi investiti huwa marbut mill-qrib mar-riżultati miksuba u l-kontribut tagħhom għat-titjib tal-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini tal-Unjoni;

4.  Itenni t-tħassib profond tiegħu rigward is-sitwazzjoni dwar l-istat tad-dritt f'għadd ta' Stati Membri, li hija inkwetanti ħafna fiha nnifisha u twassal għal telf serju għall-baġit tal-Unjoni u jissottolinja t-talbiet tiegħu lill-Kummissjoni biex tuża l-għodod kollha disponibbli ħalli twaqqaf il-każijiet kollha ta' ksur serju li għaddejjin tal-istat tad-dritt u tillimita r-riskju ta' dan it-telf. Dan għandu jinkludi l-applikazzjoni immedjata u sħiħa tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 dwar reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (ir-"Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt")(74) billi tintbagħat notifika bil-miktub skont l-Artikolu 6(1) ta' dak ir-Regolament lill-Istati Membri kkonċernati;

5.  Jisħaq li, fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar ir-Rapport tal-2020 tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt, il-Parlament diġà stieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni immedjata skont ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt u tagħmel użu sħiħ mill-għodod ta' investigazzjoni eżistenti tagħha mingħajr aktar dewmien sabiex tindirizza n-nuqqasijiet fl-istat tad-dritt fl-Istati Membri li jaffettwaw jew jirriskjaw serjament li jaffettwaw il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni; jinnota s-sentenza reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-Qorti tal-Ġustizzja) li tikkonferma li r-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt huwa konformi mat-Trattati tal-UE u b'mod partikolari jirrimarka li l-konformità mal-valuri komuni li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea ma tistax tiġi ridotta għal obbligu ta' adeżjoni mal-Unjoni u li tista' tinjora wara l-adeżjoni; jinnota bi tħassib kbir li minkejja li s-sentenza reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja, u diversi talbiet mill-Parlament, il-Kummissjoni għadha ma applikatx ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt; jinnota li l-Kummissjoni fl-aħħar ħabbret, f'April 2022, l-iskattar tal-Mekkaniżmu ta' Kondizzjonalità għall-ewwel darba u jfakkar fl-importanza tal-protezzjoni tad-drittijiet tar-riċevituri u l-benefiċjarji finali tal-finanzjament tal-UE; huwa tal-fehma li billi ma applikatx dak ir-Regolament, il-Kummissjoni qed iddum biex twettaq dmirijietha bħala Gwardjan tat-Trattati;

6.  Jemmen li r-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt huwa għodda utli għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri kollha u għal raġunijiet simili; jesprimi t-tħassib tiegħu, madankollu, li r-rapport se jonqos milli jtejjeb is-sitwazzjoni fl-Istati Membri mingħajr rakkomandazzjonijiet ċari u speċifiċi lill-gvernijiet tal-UE; jisħaq ukoll li r-rapporti annwali jeħtieġ li jagħmlu distinzjoni ċara bejn nuqqasijiet iżolati u nuqqasijiet sistemiċi tal-Istat tad-Dritt; jistieden lill-Kummissjoni timplimenta r-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament tal-24 ta' Ġunju 2021 dwar ir-rapport tal-Kummissjoni tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt;

7.  Jinsisti li l-Kummissjoni tiżgura li l-organizzazzjonijiet kollha (tal-Unjoni jew internazzjonali) li jwasslu l-għajnuna esterna jirrispettaw l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi li jirċievu dik l-għajnuna; jisħaq, b'mod partikolari, fuq il-ħtieġa li jiġi ggarantit li ebda fond minn partijiet terzi u/jew persuni naturali ma jkun allokat jew marbut ma' kwalunkwe kawża jew forma ta' terroriżmu u/jew radikalizzazzjoni reliġjuża u politika;

8.  Jissottolinja li aktar inizjattivi biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni saru saħansitra aktar essenzjali bid-dħul fis-seħħ tal-istrument NextGenerationEU, li permezz tiegħu l-iżborżi totali mill-baġit tal-Unjoni se jsiru ħafna akbar matul is-snin li ġejjin; jenfasizza li, f'dan l-isfond, il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll li l-OLAF, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (il-"Qorti") u l-UPPE jkollhom il-mezzi u l-persunal meħtieġa biex jinvestigaw każijiet potenzjali ta' frodi kontra l-baġit tal-Unjoni; jinnota li l-OLAF ittrasferixxa 9 membri tal-persunal fl-2020 u 9 membri tal-persunal addizzjonali fl-2021 lill-UPPE; jinsab imħasseb li dan it-tnaqqis sinifikanti fil-persunal jista' jikkomprometti l-kapaċità tal-OLAF li jwettaq il-mandat tiegħu b'mod effiċjenti minħabba nuqqas ta' persunal u piż eċċessiv; jitlob għalhekk żieda fit-tabella tal-persunal (b'mod partikolari esperti forensiċi u tal-IT) tal-OLAF biex tikkumpensa għat-trasferimenti tal-persunal lill-UPPE;

9.  Jinnota li, abbażi tal-Artikolu 22 tar-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza(75) ( Ir-Regolament RRF), l-Istati Membri huma responsabbli biex jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni; jinnota li l-Kummissjoni għandha rwol importanti biex tiżgura li s-sistemi ta' awditjar nazzjonali jipprovdu informazzjoni kredibbli, affidabbli u rilevanti; jisħaq li l-kapaċitajiet amministrattivi tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni jeħtieġ li jissaħħew biex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja tajba, li tinkludi l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni effettivi tal-frodi, il-korruzzjoni u l-kunflitti ta' interess, kif ukoll l-evitar ta' finanzjament doppju; jinnota li l-Kummissjoni hija responsabbli biex tipprovdi assistenza teknika u servizzi ta' konsulenza biex ittejjeb il-kapaċitajiet amministrattivi rispettivi tal-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-awtorità ta' kwittanza b'ħarsa ġenerali tal-miżuri speċifiċi li ttieħdu biex jiġi żgurat persunal xieraq fil-Kummissjoni fl-istituzzjonijiet rilevanti (jiġifieri l-OLAF, il-UPPE, il-Europol u l-Eurojust) biex iwettqu r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar id-data tal-prestazzjoni għall-implimentazzjoni tal-Faċilità fir-Rapport Annwali tagħha dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni (AMPR);

10.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tuża fil-pront il-mezzi għad-dispożizzjoni tagħha, bħall-użu ta' strumenti ta' sospensjoni f'każijiet fejn ikun ġie kkonfermat li jeżistu nuqqasijiet serji fis-sistemi ta' ġestjoni u kontroll;

11.  Jissottolinja li l-fatt li l-Kummissjoni, wara talbiet ripetuti mill-Parlament biex tagħmel dan, għadha ma tistax tippreżenta lista ta' riċevituri li jirċievu l-akbar sehem ta' fondi tal-Unjoni taħt ġestjoni kondiviża, jippreżenta ostaklu kbir kemm għall-valutazzjoni tar-riskji relatati man-nefqa tal-Unjoni kif ukoll għat-trasparenza ġenerali tal-infiq tagħha; iqis li t-tweġibiet u l-ispjegazzjonijiet dwar din il-kwistjoni offruti lill-Parlament mill-Kummissjoni mhumiex adegwati u li l-isforzi tal-Kummissjoni biex tistabbilixxi bażi tad-data bħal din mhumiex effiċjenti u ma rnexxewx;

12.  Iqis it-tilwima fit-tul dwar il-kunflitt ta' interess bejn il-Kummissjoni u Andrej Babis, l-ex Prim Ministru taċ-Ċekja, bħala ineffiċjenti u mġebbda bla bżonn; itenni li ma ttieħdet l-ebda azzjoni deċiżiva dwar il-kunflitt ta' interess tal-Prim Ministru Babis u li l-fatt li fl-aħħar, l-elezzjonijiet temmew il-kunflitt ta' interess tiegħu, ma jirriflettix b'mod pożittiv fuq il-Kummissjoni; jindika l-fatt li l-Prim Ministru Babis sadanittant innegozja l-QFP u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) f'isem iċ-Ċekja;

13.  Jisħaq fuq ir-riskju serju li l-ammont ta' impenji pendenti (RAL) kompla jiżdied fi tmiem l-2020 u li dawn laħqu rekord għoli ġdid ta' EUR 303,2 biljun; jirrikonoxxi li ċertu livell ta' impenji pendenti huwa konsegwenza naturali tas-sistema baġitarja tal-Unjoni b'approprjazzjonijiet ta' impenn u b'approprjazzjonijiet ta' pagament iżda jissottolinja li ammont ta' impenji pendenti, li huwa ugwali għal sentejn sħaħ ta' approprjazzjonijiet ta' pagament, joħloq riskju għall-operat bla xkiel tal-baġit fil-futur, li jispiċċa taħt pressjoni serja, u possibbilment joħloq riskju serju għal-likwidità tal-baġit tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib il-progress tal-implimentazzjoni fl-Istati Membri, b'mod partikolari f'każijiet ta' sottoimplimentazzjoni u rati baxxi ta' assorbiment u tipprovdi analiżi pajjiż b'pajjiż lill-awtorità ta' kwittanza, filwaqt li tidentifika l-problemi rikorrenti, kif ukoll il-miżuri meħuda biex is-sitwazzjoni tiġi ottimizzata; iqis iż-żieda annwali regolari ta' impenji pendenti, fid-dawl tal-istrument Next Generation EU li jmiss u tal-infiq tal-Unjoni ferm akbar, kwistjoni ta' prijorità għall-Kummissjoni biex tħejji pjan dettaljat ta' azzjonijiet sabiex tnaqqas l-ammont ta' impenji pendenti; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta dak il-pjan lill-awtorità ta' kwittanza;

14.  Jiddispjaċih li, fi tmiem l-2020, minkejja l-esperjenza miksuba mill-QFP preċedenti u l-għajnuna u l-kooperazzjoni pprovduti mill-Kummissjoni permezz ta' assistenza teknika, ir-rata kumulattiva ta' assorbiment mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) għadha madwar 7 % inqas minn dik taħt il-QFP preċedenti 2007–2013; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli l-ħidma tagħha mal-Istati Membri, inkluż permezz ta' assistenza teknika, sabiex iżżid il-kapaċità tal-Istati Membri li jagħmlu użu mill-fondi allokati lilhom u biex tintensifika l-isforz biex iżżid ir-rata ta' assorbiment tal-FSIE mingħajr ma tikkomprometti l-kwalità tal-proġetti u l-isforzi mwettqa biex jiġu evitati l-użu ħażin u l-frodi tal-fondi tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tassisti lill-pajjiżi, fejn meħtieġ, biex isibu proġetti eliġibbli, speċjalment dawk b'valur miżjud Ewropew ċar; jistieden lill-Kummissjoni tniedi mill-ġdid it-taskforce għal implimentazzjoni aħjar (TFBI) biex iżżid ir-rata ta' assorbiment u tiżviluppa l-aħjar prattiki fost l-Istati Membri;

15.  Jissottolinja t-talbiet b'saħħithom u ripetuti tiegħu lill-Kummissjoni u lill-aġenziji eżekuttivi biex jiżguraw il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni billi jagħmlu użu globali u sistematiku mis-sistemi diġitali u awtomatizzati għar-rappurtar, il-monitoraġġ u l-awditjar; jirrimarka li dan għandu jinkludi l-istabbiliment ta' bażi ta' data interoperabbli unika obbligatorja li jkun fiha l-benefiċjarji tal-fondi mill-programmi kollha tal-Unjoni; jirrikonoxxi li l-Kummissjoni pproponiet li tagħmel l-użu ta' għodda unika tal-estrazzjoni tad-data u l-valutazzjoni tar-riskju obbligatorju għall-fondi taħt ġestjoni kondiviża u l-RRF; jinnota li dan ma nżammx fit-testi adottati; jenfasizza li sistema bħal din għandha tibni fuq identifikaturi uniċi għar-riċevituri kollha, inkluża informazzjoni dwar il-benefiċjarji finali tagħhom u għandha wkoll tiżgura awtomatikament l-użu ta' sistemi li jinkludu, iżda mhux biss, l-għodda tal-estrazzjoni tad-data, ARACHNE, sabiex tiġi prevista l-aqwa protezzjoni possibbli tal-finanzi tal-Unjoni; jissottolinja li din is-sistema integrata u interoperabbli trid tippermetti l-aggregazzjoni tal-ammonti individwali kollha riċevuti mill-istess benefiċjarju jew mill-istess sid benefiċjarju f'somma totali waħda; jinnota li din id-diġitalizzazzjoni jmissha ġa saret u hija indispensabbli minħabba n-natura transfruntiera tal-użu ħażin tal-fondi, il-frodi, l-approprjazzjonijiet ħżiena, il-kunflitti ta' interess, il-finanzjament doppju u problemi sistemiċi oħrajn; jissottolinja li din l-għodda unika tal-estrazzjoni tad-data għandha tkun tista' tiġi mfittxija u tkun disponibbli faċilment għall-OLAF, l-UPPE u l-Kummissjoni, sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni u tan-Next Generation EU kontra l-irregolaritajiet, il-frodi u l-kunflitti ta' interess;

16.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jitkabbru ż-żoni fejn tintuża s-Sistema ta' Identifikazzjoni Bikrija u ta' Esklużjoni (EDES) lil hinn mill-ġestjoni diretta u jitlob lill-Kummissjoni tużaha għall-fondi kollha tal-Unjoni inklużi l-fondi taħt ġestjoni kondiviża; jinnota li, l-EDES trid tintuża sistematikament biex jiġi żgurat li l-kumpaniji u s-sidien benefiċjarji li jkunu nstabu ħatja fir-rigward ta' frodi, korruzzjoni jew attivitajiet kriminali ekonomiċi serji oħra ma jkunux jistgħu jibbenefikaw mill-fondi tal-Unjoni; jenfasizza l-ħtieġa li l-indikaturi fl-ARACHNE jiġu armonizzati mar-raġunijiet ta' esklużjoni tal-EDES biex jiġi żgurat li l-operaturi ekonomiċi esklużi jkunu viżibbli wkoll fl-ARACHNE; jitlob interoperabbiltà massima bejn l-ARACHNE, l-EDES u software ieħor biex titnaqqas il-ħtieġa li jiddaħħlu punti ta' informazzjoni f'diversi sistemi tal-IT diversi drabi filwaqt li l-piż amministrattiv jinżamm għall-minimu possibbli;

17.  Jitlob lill-Kummissjoni tagħti segwitu għar-rapport ta' inizjattiva tal-Parlament rigward ir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju(76) u r-rapport ta' inizjattiva leġiżlattiva tal-Parlament (INL) dwar id-diġitalizzazzjoni tar-rappurtar, il-monitoraġġ u l-awditjar Ewropew(77), li jinvolvi suġġerimenti speċifiċi għar-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju;

18.  Jilqa' l-pubblikazzjoni tal-gwida dwar l-evitar tal-kunflitti ta' interess fl-ambitu tar-Regolament Finanzjarju f'April 2021 – wara d-distribuzzjoni lill-Istati Membri f'Awwissu 2020 – li tippromwovi l-interpretazzjoni uniformi tar-regoli fil-modi kollha ta' ġestjoni; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżgura evalwazzjoni xierqa tal-miżuri preventivi meħuda mill-Istati Membri biex jevitaw il-kunflitti ta' interess; jenfasizza li l-forom kollha ta' kunflitti ta' interess għandhom jiġu indirizzati b'mod effiċjenti u effettiv inkluż fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

19.  Ifakkar li r-rapporti tal-awditjar tal-Kummissjoni, inkluż għal każijiet ta' kunflitt ta' interess, għandhom jiġu ppubblikati fi żmien raġonevoli, peress li dan jgħin biex jiġi żgurat li l-azzjonijiet korrettivi u ta' segwitu rakkomandati jiġu implimentati minn dawk awditjati; ifakkar fil-pożizzjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, li anke qabel il-finalizzazzjoni ta' awditu, il-Kummissjoni għandha tikkondividi l-informazzjoni mal-Parlament fuq talba sabiex il-Parlament ikun jista' jeżerċita l-funzjoni tiegħu ta' skrutinju politiku;

20.  Jinnota li l-pandemija tal-COVID-19 iġġustifikat bidliet konsiderevoli fil-baġit tal-2020 fil-forma ta' trasferimenti u baġits emendatorji sabiex l-Unjoni tagħti kontribut robust bil-għan li tgħin biex jittaffew l-isfidi li jirriżultaw mill-pandemija tal-COVID-19, mhux l-inqas permezz tal-iżvilupp rapidu tal-vaċċini; jinnota, barra minn hekk, li l-pandemija tal-COVID-19 fissret li l-awditi kellhom prinċipalment isiru b'mod remot; jilqa' ż-żieda fid-diġitalizzazzjoni fil-proċeduri tal-awditjar, il-kisbiet fl-effiċjenza u l-iffrankar tal-ispejjeż mill-awditi remoti, iżda jissottolinja li l-awditi remoti ma jistgħux jissostitwixxu bis-sħiħ il-kontrolli fuq il-post; jinnota wkoll li l-Kummissjoni, abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju speċifika tagħha relatata mal-COVID-19 imwettqa fl-2020, tqis li l-livell ta' assigurazzjoni ġie salvagwardjat u li r-riskju stmat tagħha fil-waqt tal-pagament u r-riskju fl-għeluq huma rappreżentattivi tal-livell ta' żball fit-tranżazzjonijiet finanzjarji;

21.  Jinnota li r-rapporti annwali tal-Qorti kemm tal-2019 kif ukoll tal-2020 jiċċertifikaw "żball pervażiv fin-nefqa" u jagħtu opinjoni avversa dwar il-legalità u r-regolarità tan-nefqa; ifakkar fil-konstatazzjoni ripetuta tal-Qorti li fi l-mekkaniżmi ta' kontroll tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri sempliċiment mhumiex affidabbli biżżejjed;

22.  Jirrikonoxxi t-tranżizzjoni gradwali tar-regoli ta' diżimpenn għall-perjodu ta' programmazzjoni 2021–2027 mill-N+3 (2021–2026) għall-N+2 (2027) għall-fondi taħt ġestjoni kondiviża skont ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni(78) (RDK), kif appoġġjat mill-Parlament; jitlob lill-Kummissjoni tikkoopera u tassisti lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tempestiva tal-programmi tagħhom; jissottolinja li r-regola N+3 attwali m'għandhiex tintuża biex tnaqqas ir-ritmu jew idewwem l-implimentazzjoni, iżda biex tiżgura żmien suffiċjenti biex il-proġetti jitwettqu;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtorità tal-baġit jiżguraw l-għoti ta' finanzjament suffiċjenti għall-awditi u l-kontrolli tal-fondi tal-Unjoni fid-dawl taż-żieda enormi fil-fondi li għandhom jiġu żborżati matul is-snin li ġejjin skont l-istrument ikkombinat tal-QFP u Next Generation EU; jinnota li l-Kummissjoni se tivvaluta s-sistemi ta' kontroll tal-Istati Membri u tipprovdi gwida biex jiġu stabbiliti sistemi sodi ta' monitoraġġ u kontroll; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-awtorità ta' kwittanza valutazzjonijiet dettaljati tas-sistemi ta' awditjar u kontroll għal kull Stat Membru;

24.  Itenni t-tħassib tiegħu li l-Kummissjoni tivverifika biss il-kisba tal-istadji importanti u tal-miri qabel ma tħallas il-fondi tal-RRF filwaqt li tħalli f'idejn l-Istati Membri biex jiżguraw li jkun hemm konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku jew dwar l-għajnuna mill-Istat; jinnota li l-Kummissjoni se twettaq awditi tas-sistema biex tiżgura li l-Istati Membri jkunu implimentaw kontrolli b'saħħithom għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni kontra l-kunflitti ta' interess jew l-irregolaritajiet serji; huwa, madankollu, tal-fehma li l-Kummissjoni, bħala l-Gwardjan tat-Trattati, ma għandhiex tiddependi biss fuq l-awditi tal-Istati Membri dwar il-konformità mar-regoli applikabbli biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-investimenti taħt l-RRF; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni testendi l-attivitajiet ta' awditjar tagħha lil hinn mill-awditi tas-sistema biex tinkludi kontrolli fuq l-akkwist pubbliku u r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat skont l-approċċ tagħha bbażat fuq ir-riskju; ifakkar, f'dan ir-rigward, fil-lakuni severi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali f'ċerti Stati Membri fir-rigward tal-effiċjenza tal-kontrolli u l-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess;

25.  Itenni l-ħtieġa li tiġi bbilanċjata aħjar is-simplifikazzjoni ulterjuri tar-regoli u l-proċeduri b'kontrolli mtejba fuq l-aktar oqsma ripetuti ta' nfiq irregolari, jiġu żviluppati sessjonijiet ta' taħriġ u informazzjoni prattika għall-applikanti, b'mod partikolari applikanti ġodda, u jittejbu l-assistenza u l-linji gwida għall-SMEs, l-ispin-offs, in-negozji ġodda, l-aġenziji tal-amministrazzjoni u tal-pagamenti u l-partijiet interessati rilevanti l-oħra kollha; jirrikonoxxi l-progress miksub permezz tar-reviżjoni tal-2018 tar-Regolament Finanzjarju u t-titjib introdott għall-programmi ta' nfiq 2021–2027;

26.  Jisħaq fuq l-importanza akbar tal-indikaturi tal-prestazzjoni, inklużi l-għażla tal-indikaturi, id-definizzjoni tal-miri u l-istadji importanti u l-monitoraġġ u r-rappurtar fid-dawl tal-mudelli l-ġodda ta' implimentazzjoni għall-RRF u l-Politika Agrikola Komuni riformata; jilqa', f'dan ir-rigward, il-ħidma tal-Kummissjoni biex ittejjeb il-monitoraġġ u r-rappurtar dwar il-prestazzjoni tal-baġit tal-Unjoni b'indikaturi aktar simplifikati u kwalitattivi, kif rifless fl-atti bażiċi adottati tal-programmi ta' nfiq 2021–2027; jinnota li l-istadji importanti u l-miri kif ukoll l-indikaturi tal-output huma differenti fin-natura tagħhom; jinnota li l-RRF tintroduċi divrenzjar ulterjuri bejn l-investimenti u r-riformi; jenfasizza li l-awditjar tal-prestazzjoni huwa għodda ġdida għall-awtoritajiet tal-awditjar rispettivi; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi ħarsa ġenerali lejn iċ-ċiklu sħiħ tal-awditjar fi ħdan l-Istati Membri u l-Kummissjoni kif ukoll ħarsa ġenerali lejn il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-awditjar rispettivi fosthom il-Qorti, kif ukoll l-OLAF u l-UPPE;

27.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Qorti u lill-Kunsill jaħdmu ħalli jaċċelleraw il-proċess ta' kwittanza għall-N+1, filwaqt li jfakkarhom li dan m'għandux jikkomprometti l-kwalità tal-proċess;

28.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tippromwovi bilanċ bejn il-ġeneri u approċċ ta' bbaġitjar reattiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru fl-oqsma kollha ta' nfiq tal-Unjoni b'mod konċiż u konkret; jilqa' l-progress tal-Kummissjoni lejn il-metodoloġija tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u l-iżvilupp ta' metodoloġija pilota għat-traċċar tan-nefqa relatata mal-ġeneru fl-ambitu tal-QFP 2021–2027; jitlob lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament dwar it-test tal-fattibbiltà tagħha fuq il-programmi ta' finanzjament tal-Unjoni fil-kuntest tal-abbozz ta' baġit 2023;

29.  Itenni l-ħtieġa li jiżdiedu l-isforzi fil-ġlieda kontra l-frodi kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak tal-Istati Membri, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-UPPE u l-OLAF; japprezza l-isforzi notevoli u jisħaq fuq ir-rwol tal-UPPE fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' frodi u reati kriminali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; ifakkar fl-importanza li l-UPPE u l-OLAF jiġu pprovduti riżorsi finanzjarji u umani suffiċjenti;

30.  Jilqa' l-istabbiliment ta' dħul proprju ġdid sabiex jitħallas lura, mill-2028, is-self mogħti taħt Next Generation EU (madwar EUR 15-il biljun fis-sena sal-2050) bil-għan li tiġi żgurata protezzjoni aħjar tal-baġit tal-Unjoni; jinnota li permezz ta' dan, il-piż tad-dejn tal-Unjoni mhux se jiġġarrab mill-ġenerazzjonijiet futuri u programmi essenzjali tal-Unjoni, bħal Orizzont Ewropa, FSE+ u Erasmus+, mhux se jkollhom jitnaqqsu;

31.  Huwa partikolarment imħasseb dwar is-sejbiet ripetuti tal-Qorti li x-xogħol ta' xi awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar jew korpi ta' ċertifikazzjoni huwa meqjus bħala suxxettibbli wisq għall-iżbalji u għaldaqstant mhux affidabbli, u dan jikkomprometti l-affidabbiltà tad-data għall-AMPR; jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma tatx segwitu għal dan il-kumment speċifiku, li kien inkluż fir-riżoluzzjoni ta' kwittanza lill-Kummissjoni għall-2019; jistenna li l-Kummissjoni tipprovdi kjarifiki dwar dan l-aspett;

Id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tal-Qorti u l-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

32.  Jilqa' l-fatt li, għas-sena 2020, il-Qorti ssib li l-kontijiet tal-Unjoni huma affidabbli, f'konformità mar-Regolament Finanzjarju u li, in-naħa tad-dħul tal-baġit hija ħielsa minn kwalunkwe żball materjali;

33.  Jiddispjaċih li, għas-sena 2020, il-Qorti reġgħet ħarġet opinjoni avversa dwar il-legalità u r-regolarità tan-naħa tan-nefqa tal-baġit u fl-istess ħin jisħaq li l-livell ta' żball ta' 2,7 % fl-2020, li huwa l-istess bħal dak għas-sena 2019, jista' jkun biss il-livell minimu ta' żball minħabba r-riskju tad-detezzjoni marbut mal-fatt li l-Qorti ma setgħetx twettaq kontrolli fuq il-post minħabba r-restrizzjonijiet imposti b'riżultat tal-pandemija tal-COVID-19; jissottolinja, madankollu, li rata ta' żball ma timplikax awtomatikament frodi u jinnota li, fl-2020, ġew irrapportati sitt każijiet possibbli ta' frodi mill-Qorti lill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) meta mqabbla ma' disgħa fl-2019; itenni l-ħtieġa li jiżdiedu l-isforzi fil-ġlieda kontra l-frodi kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak tal-Istati Membri, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-UPPE u l-OLAF;

34.  Jinnota li l-Qorti awditjat tranżazzjonijiet ta' EUR 147,8 biljun meta mqabbla mal-infiq attwali ta' EUR 173,3 biljun u li n-nefqa b'riskju għoli, li primarjament hija bbażata fuq ir-rimborż, kienet tirrappreżenta EUR 87,2 biljun tal-popolazzjoni awditjata filwaqt li n-nefqa b'riskju baxx, li primarjament hija nefqa bbażata fuq l-intitolamenti, kienet tirrappreżenta EUR 60,6 biljun;

35.  Jinnota bi tħassib li abbażi ta' 728 tranżazzjoni awditjata vverifikati mill-Qorti, il-livell ta' żball stmat ta' 4,0 % għan-nefqa b'riskju għoli għadu ferm ogħla mil-livell limitu ta' materjalità filwaqt li l-livell ta' żball stmat huwa taħt il-livell limitu ta' materjalità għan-nefqa b'riskju baxx;

36.  Itenni t-talbiet li saru mill-Parlament lill-Qorti fir-riżoluzzjonijiet ta' kwittanza f'dawn l-aħħar snin, jiġifieri biex tiddefinixxi r-rata ta' żball anke għall-pagamenti b'riskju baxx, u għal kull nefqa fil-QFP, biex testendi l-kapitolu dwar "Amministrazzjoni" sabiex ikun hemm analiżi aktar fil-fond dwar l-istituzzjonijiet kollha u biex tikkwalifika l-impatt tal-miżuri korrettivi fuq il-livell ġenerali ta' żball;

37.  Jinnota bi tħassib dejjem akbar li l-karta tal-bilanċ tal-Unjoni turi li l-obbligazzjonijiet totali fi tmiem l-2020 kienu ta' EUR 313,5 biljun, żieda ta' EUR 62,0 biljun jew 24,7 % meta mqabbla mas-sena preċedenti (EUR 251,5 biljun);

38.  Jinnota li r-Renju Unit ħareġ mill-Unjoni fl-1 ta' Frar 2020 u li l-kontijiet tal-Unjoni fil-31 ta' Diċembru 2020 urew ammont riċevibbli nett dovut mir-Renju Unit ta' EUR 47,5 biljun, abbażi tal-obbligi definiti fil-Ftehim dwar il-Ħruġ;

39.  Jinnota li l-2020 kienet l-aħħar sena tal-QFP 2014–2020; jenfasizza li l-baġit għall-2020 u l-baġits emendatorji ammontaw għal total ta' EUR 173,9 biljun f'impenji li minnhom EUR 172,9 biljun kienu fil-fatt impenjati filwaqt li l-baġit u l-baġits emendatorji ammontaw għal EUR 164,1 biljun f'pagamenti li minnhom fil-fatt intefqu EUR 161,8 biljun; jinnota, barra minn hekk, li saru pagamenti ta' EUR 9,9 biljun fi dħul assenjat u ta' EUR 1,6 biljun f'riporti, u dan iġib il-pagamenti totali għal EUR 172,4 biljun;

40.  Jinnota bi tħassib li jidher li ftit li xejn sar progress fir-rata ta' assorbiment kumulattiva għall-fondi tal-FSIE, li kienet għadha biss 55 % (7 % inqas minn dik fi tmiem l-aħħar sena tal-QFP preċedenti), għalkemm ir-rata ta' assorbiment annwali fl-2020 kienet l-istess bħas-sena finali tal-QFP 2007–2013 preċedenti (15 %); jinnota li, fi tmiem l-2020, 45 % tal-impenji totali taħt il-fondi tal-FEIS għall-perjodu 2014–2020 ugwali għal EUR 209 biljun kienu għadhom ma tħallsux u jikkostitwixxu l-parti ewlenija tal-impenji pendenti totali (RAL) ta' EUR 303 biljun;

41.  Jieħu nota tar-risposti dettaljati għat-talbiet speċifiċi magħmula mill-Parlament li jikkomplementaw ir-rapport mill-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2021)0405 final);

Ċirkostanzi speċjali minħabba l-pandemija tal-COVID-19

42.  Jinnota li l-pandemija tal-COVID-19 irriżultat fl-illaxkar tar-regoli applikabbli biex tiġi pprovduta likwidità addizzjonali, kif ukoll flessibbiltà eċċezzjonali u meħtieġa għan-nefqa relatata mal-COVID-19, inkluż fil-livell tar-regoli u l-kontrolli amministrattivi fl-interess ta' reazzjoni rapida; jinsab imħasseb li dan iżid ir-riskju ta' proċeduri mhux trasparenti, użu ħażin u frodi minn strutturi kriminali li jippruvaw jabbużaw mis-sitwazzjoni ta' kriżi; jinnota l-informazzjoni mill-OLAF dwar attivitajiet kriminali li jikkonċernaw tagħmir tas-saħħa u s-sikurezza personali u offerti ta' vaċċini foloz; jisħaq fuq il-ħtieġa ta' kontrolli u awditi ex post f'dan ir-rigward;

43.  Jinnota li skont informazzjoni mhux ippubblikata pprovduta lill-Qorti, il-Kummissjoni pprovdiet EUR 12,9 biljun f'impenji taħt ġestjoni diretta u indiretta u EUR 34,2 biljun f'impenji taħt ġestjoni kondiviża għal skopijiet relatati mal-pandemija tal-COVID-19 matul l-2020; jiddispjaċih li l-Kummissjoni għadha ma ppubblikatx rapport dwar in-nefqa relatata mal-COVID-19;

44.  Jiddispjaċih li l-pandemija tal-COVID-19 għamlitha ferm aktar diffiċli biex jitwettqu l-kontrolli u l-awditi fuq il-post; jinnota madankollu li l-Kummissjoni, abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju speċifika tagħha relatata mal-COVID-19 imwettqa fl-2020, tqis li l-livell ta' assigurazzjoni ġie salvagwardjat u li r-riskju stmat tagħha fil-waqt tal-pagament u r-riskju fl-għeluq huma rappreżentattivi tal-livell ta' żball fit-tranżazzjonijiet finanzjarji; jissottolinja l-ħtieġa ta' aktar żjarat ta' awditjar wiċċ imb wiċċ fil-perjodu li ġej biex tiġi żgurata ġestjoni tajba tal-awditjar;

Ċirkostanzi speċjali minħabba l-istrument Next Generation EU

45.  Jinnota li l-istrument Next Generation EU flimkien mal-QFP 2021–2027 se jżidu b'mod sinifikanti l-allokazzjoni ta' finanzjament ikkombinat għal aktar minn EUR 1 800 biljun;

46.  Jinnota wkoll li ħafna mir-regolamentazzjoni għall-programmi ta' nfiq ta' bażi għall-perjodu tal-QFP il-ġdid ġiet adottata b'mod komparabbli aktar tard milli matul l-Oqfsa Finanzjarji Pluriennali preċedenti, u dan inevitabbilment se jwassal għal dewmien fl-ipprogrammar u fl-implimentazzjoni;

47.  Jisħaq li l-effett ikkombinat tal-istrument il-ġdid Next Generation EU u d-dewmien fl-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni jaf joħloq pressjoni serja fuq il-kapaċitajiet amministrattivi fl-Istati Membri u fil-Kummissjoni, u dan jista' jerġa' jwassal għal aktar żbalji, inqas kontroll u telf potenzjali għall-baġit tal-Unjoni;

48.  Jinnota li l-użu ta' sistemi ta' estrazzjoni ta' data u valutazzjoni tar-riskju bħall-ARACHNE jistgħu jgħinu fil-prevenzjoni u s-salvagwardja kontra l-kunflitti ta' interess, il-frodi, il-korruzzjoni u l-finanzjament doppju; jinnota li l-informazzjoni dwar il-benefiċjarji tal-programm kif ukoll id-data dwar is-sid benefiċjarju jeħtieġ li jinġabru mill-Istati Membri; id-Direttiva dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus tirrikjedi pjattaforma ċentrali tal-Unjoni, li ġiet stabbilita, iżda s'issa mhux l-Istati Membri qabdu magħha; jinnota li r-reġistri ċentrali tad-data tal-benefiċjarji jeżistu fl-Istati Membri, iżda mhux kollha fihom data dwar is-sidien benefiċjarji;

49.  Jinnota li l-għodod ta' monitoraġġ huma essenzjali għall-awditjar tal-implimentazzjoni tal-istadji importanti u l-miri; jinnota li l-Istati Membri huma meħtieġa jużaw is-sistema FENIX żviluppata u magħmula disponibbli mill-Kummissjoni; jilqa’ t-Tabella ta' Valutazzjoni għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita mill-Kummissjoni biex tipprovdi ħarsa ġenerali viżiva u faċli għall-utent tal-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza li trawwem it-trasparenza, l-iskrutinju pubbliku u l-obbligu ta' rendikont tal-Faċilità;

50.  Jinnota li, skont l-Artikolu 60 tar-Regolament dwar l-RRF, il-Kummissjoni għandha tibgħat, soġġett għall-approvazzjoni fir-rigward ta' informazzjoni sensittiva jew kunfidenzjali, jew għal arranġamenti ta' kunfidenzjalità xierqa jekk ikun meħtieġ, dokumenti u informazzjoni rilevanti simultanjament u fuq termini ugwali lill-Parlament u lill-Kunsill;

51.  Jinnota li l-Parlament Ewropew stabbilixxa grupp ta' ħidma dwar l-RRF, li jistabbilixxi djalogu bejn il-Membri tal-Kumitati rispettivi u l-Kummissjoni; jinnota li l-involviment tal-Parlament u tal-Kunsill huwa kruċjali biex jiġu żgurati s-sorveljanza u l-iskrutinju demokratiċi; jisħaq li t-trażmissjoni bikrija u kompleta tad-dokumenti lill-Parlament u lill-Kunsill se tkun element importanti u deċiżiv fil-proċedura ta' kwittanza;

52.  Jinnota li, skont l-Artikolu 31 tar-Regolament dwar l-RRF, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità lill-Parlament u lill-Kunsill sal-31 ta' Lulju 2022;

53.  Jinnota li l-Qorti tistma li l-iskopertura totali tal-baġit tal-Unjoni minħabba l-istrument Next Generation EU se tiżdied b'mod sinifikanti matul is-snin li ġejjin u tista' tilħaq EUR 940 biljun sa tmiem l-2023, u dan jirrappreżenta żieda kbira minn EUR 132 biljun fi tmiem l-2020;

54.  Jitlob lill-Kummissjoni tidentifika possibbiltajiet addizzjonali biex tkompli ssaħħaħ il-kapaċitajiet ta' assorbiment tal-Istati Membri billi tinvesti fil-kapaċitajiet amministrattivi, fit-taħriġ u fid-diġitalizzazzjoni tal-ġestjoni tal-fondi;

Rakkomandazzjonijiet

55.  Jistieden lill-Kummissjoni biex:

   a. twettaq analiżi għal kull Stat Membru individwali tal-fondi riċevuti u l-istatus tal-implimentazzjoni, sa mhux aktar tard minn Mejju għas-sena baġitarja preċedenti, fil-kuntest ta' rapport annwali previst skont l-Artikolu 31 tar-Regolament RRF; jistenna li l-Kummissjoni tippubblika r-rapport annwali għall-ewwel darba kmieni fit-tieni nofs tal-2022 u tinforma minnufih lill-awtorità ta' kwittanza dwar is-sejbiet;
   b. tiżgura l-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni billi tagħmel użu ġenerali u sistematiku minn sistemi diġitali u awtomatizzati għar-rappurtar, il-monitoraġġ u l-awditjar u tistabbilixxi b'mod urġenti sistema obbligatorja integrata u interoperabbli li tibni fuq, iżda mhux esklużivament, għodod u bażijiet ta' data eżistenti fil-kuntest tar-reviżjonijiet li jmiss tar-Regolament Finanzjarju; tiżviluppa t-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza biex tiżgura li d-deskrizzjoni tal-istadji importanti u l-mira u l-eżitu tal-awditu jkunu trasparenti; tiżgura li l-Istati Membri kollha jużaw is-sistemi u r-reġistri ċentrali biex jirrapportaw dwar is-sidien benefiċjarji u l-benefiċjarji finali;
   c. twettaq sensiela ta' kontrolli ex post fuq il-post u kontrolli ta' akkwisti pubbliċi nazzjonali bl-użu ta' fondi tal-Unjoni u tieħu nota tal-awditi jew tar-rapporti tal-media li diġà twettqu, li jindikaw riskju konsiderevoli għal-legalità ta' dawn il-proċeduri;
   d. tittrażmetti, soġġett għall-approvazzjoni fir-rigward ta' informazzjoni sensittiva jew kunfidenzjali, jew għal arranġamenti ta' kunfidenzjalità xierqa jekk ikun meħtieġ, dokumenti rilevanti bħas-Sommarju tal-Awditi u informazzjoni lill-awtorità ta' kwittanza b'mod tempestiv;
   e. tissimplifika r-regoli u l-proċeduri, tiżviluppa sessjonijiet ta' taħriġ obbligatorji u informazzjoni prattika għall-applikanti, b'mod partikolari applikanti ġodda, u ttejjeb l-assistenza u l-linji gwida għall-SMEs, l-impriżi spin-off, in-negozji ġodda, l-aġenziji tal-amministrazzjoni u tal-pagamenti u l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha; tipprovdi lill-awtorità ta' kwittanza ħarsa ġenerali lejn it-taħriġ imwettaq;
   f. tagħti segwitu għar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Qorti, inkluż rappurtar komprensiv u standardizzat dwar in-nefqa relatata mal-pandemija tal-COVID-19;
   g. tikkondividi l-eżiti rigward il-kontenut tal-kontroll tal-baġit fid-dawl tar-rapport ta' rieżami mal-awtorità ta' kwittanza billi tagħmel laqgħa mal-kumitat rispettiv;
   h. tintensifika l-ħidma tagħha biex tiżgura li l-fondi taħt l-RRF jintużaw għal proġetti li jwasslu għal riformi strutturali u investimenti li jiksbu valur miżjud tal-Unjoni u li jiġi evitat il-finanzjament doppju tal-proġetti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex ma tiddependix biss fuq l-awditi tal-konformità mwettqa mill-Istati Membri dwar regoli applikabbli bħall-akkwist pubbliku u r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, iżda testendi l-attività tal-awditjar tagħha lil hinn mill-awditi tas-sistema f'approċċ ibbażat fuq ir-riskju;
   i. tiżgura li r-rappurtar tagħha dwar l-iskopertura finanzjarja totali tal-baġit tal-Unjoni jkun ċar u tempestiv sabiex l-awtoritajiet tal-awditjar u l-pubbliku b'mod ġenerali jkollhom stampa ċara ta' kif tiżviluppa l-iskopertura fis-snin li ġejjin;
   j. tiżviluppa metodoloġija u timmultiplika l-kontrolli ex post u l-missjonijiet fuq il-post fir-rigward tal-użu tal-fondi ta' Next Generation EU u l-impatti tagħhom fuq l-irkupru tal-Istati Membri;
   k. iżżid il-kapaċità amministrattiva tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri u tipproponi linji baġitarji adegwati għall-Qorti, l-UPPE u l-OLAF fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-kompiti l-ġodda li jmiss relatati mal-istrument Next Generation EU sabiex jiġu protetti l-finanzi tal-Unjoni;
   l. tiffinalizza metodoloġija konċiża u konkreta għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri għall-użu fil-baġit kollu permezz ta' inċentivi mmirati u effettivi sa mhux aktar tard minn tmiem l-2022, u ssegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti fir-Rapport Speċjali tagħha dwar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-baġit tal-Unjoni;

Rapport annwali dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni u l-prestazzjoni tal-baġit tal-Unjoni

56.  Jinnota li l-Qorti tibbaża l-AMPR tagħha fuq l-informazzjoni miksuba minn diversi rapporti mill-Kummissjoni; jinnota li l-Qorti tissupplimenta din l-informazzjoni b'sejbiet reċenti mill-awditjar u x-xogħol ta' rieżami tagħha stess; jinnota li l-Qorti teżamina mill-ġdid l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-Kummissjoni għall-plawżibbiltà u l-konsistenza mas-sejbiet tagħhom, iżda mhux għall-affidabbiltà tagħha;

57.  Jieħu nota li, għall-2020, minn 51 direttur ġenerali (jew ekwivalenti), 11-il direttur ġenerali ħarġu total ta' 19-il riżerva u li l-impatt finanzjarju totali tar-riżervi kien ta' EUR 1,219 miljun;

58.  Jissottolinja li l-awditjar tal-prestazzjoni tal-baġit tal-Unjoni huwa importanti daqs l-awditjar tal-konformità sabiex tinkiseb stampa komprensiva, mhux biss tal-legalità tal-infiq kif ukoll tal-effettività, tal-effiċjenza u tal-ekonomija tal-infiq, iżda wkoll tar-riżultati miksuba u l-prijoritajiet u l-miri milħuqa; jindika l-għadd kbir ta' rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Qorti, kif ukoll mill-awtorità ta' kwittanza, li l-Kummissjoni għandha tagħti ħafna aktar attenzjoni lill-valutazzjoni tar-riżultati, l-eżiti u l-impatti tal-politiki u l-programmi tagħha (effettività), lil hinn mill-preżentazzjoni ta' għadd kbir ta' fondi minfuqa jew persuni involuti fi programmi individwali (effiċjenza);

59.  Jinnota li l-approċċ għal regolamentazzjoni aħjar jgħin lill-Kummissjoni tidentifika t-tagħlimiet meħuda mill-implimentazzjoni tal-imgħoddi tal-politiki u l-programmi; jenfasizza li l-programmi ta' nfiq kollha għandhom jiġu rieżaminati mill-Kummissjoni, jirrimarka li l-kosteffettività u l-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji huma għodod importanti fil-kontroll tal-baġit biex jiġi rieżaminat l-infiq; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi aktar informazzjoni kwalitattiva li turi l-valur miżjud tal-Unjoni tal-programmi ta' nfiq; jilqa' l-fatt li l-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju jikkontribwixxi għat-titjib tal-kwalità tal-evalwazzjonijiet u tal-valutazzjonijiet tal-impatt; jistieden lill-Kummissjoni timplimenta r-rakkomandazzjonijiet mogħtija mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju u tiġġustifika b'mod suffiċjenti meta l-kummenti ma jkunux ġew meqjusa;

60.  Jinnota li l-RDK għas-seba' fondi ta' ġestjoni kondiviża għall-perjodu 2021–2027, ma kienx soġġett għal valutazzjoni tal-impatt, peress li l-RDK jistabbilixxi regoli komuni u mekkaniżmi eżekuttivi għal politiki oħra; jilqa' l-fatt li r-regolamenti relatati mal-fondi kienu akkumpanjati mill-valutazzjonijiet tal-impatt tagħhom stess; jinnota li evalwazzjonijiet importanti tal-PAK ma kinux disponibbli qabel ma saret il-valutazzjoni tal-impatt dwar ir-riforma tal-PAK;

61.  Jissottolinja li huwa importanti li l-Kummissjoni tkompli tislet it-tagħlimiet mill-prestazzjoni tal-programmi anki wara t-tmiem tal-perjodu tal-QFP minħabba li xi riżultati u impatti jistgħu jkunu evidenti biss bosta snin wara t-tmiem tal-perjodu tal-QFP speċjalment għal programmi b'ammonti kbar ta' impenji pendenti u tinkludi dawn l-osservazzjonijiet u l-konklużjonijiet fir-rapporti tagħha li għandha tikkondividi mal-awtorità ta' kwittanza;

62.  Jieħu nota tal-fatt li l-Qorti, fir-Rapport Annwali ta' din is-sena, eżaminat mill-ġdid ir-rappurtar tal-Kummissjoni dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji u l-irkupri u jinsab imħasseb għax sabet li dan kien kumpless u mhux dejjem ċar; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li r-rappurtar tagħha jagħti idea ċara tal-ammont ta' nefqa irregolari kkoreġuta u rritornata fil-baġit tal-Unjoni;

63.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti segwitu aktar preċiż għar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Qorti u tinvolvi ruħha fil-proċessi affidabbli ta' skrutinju u ta' kwittanza tal-Parlament sabiex tikkontrolla aħjar l-eżekuzzjoni tal-mudelli l-ġodda ta' implimentazzjoni, kif ukoll l-RRF u l-Politika Agrikola Komuni riformata;

64.  Itenni t-tħassib tiegħu dwar il-valutazzjoni tal-Qorti li d-data ta' monitoraġġ mill-Istati Membri, li fuqha huma bbażati d-dikjarazzjonijiet tal-programmi u l-AMPR tal-Kummissjoni, mhijiex totalment affidabbli; jiddispjaċih, b'mod partikolari, rigward l-evalwazzjoni mtennija tal-Qorti dwar l-AMPR fl-oqsma tal-Koeżjoni, minħabba nuqqasijiet fix-xogħol tal-awtoritajiet tal-awditjar u l-problemi identifikati fir-rigward tar-rati ta' żball residwu rrappurtati fir-Rapporti Annwali tal-Attività (RAA) tad-DĠ EMPL u tad-DĠ REGIO;

65.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li mhijiex meħtieġa tallinja l-metodoloġija tagħha ma' dik użata mill-Qorti, iżda jiddispjaċih li din twassal għal ċifri differenti ħafna, b'mod partikolari fil-qasam tal-kompetittività, fejn l-istima tar-riskju mill-Kummissjoni fil-waqt tal-pagament għal din l-intestatura tal-QFP hija saħansitra taħt il-firxa tal-Qorti għal-livell ta' żball stmat; jistieden lill-Kummissjoni tabbanduna rekwiżit strettament legali u tinvolvi ruħha serjament fi proċess ta' riflessjoni dwar il-metodoloġija tagħha biex tiżgura li ċ-ċifri tal-Qorti u tal-Kummissjoni jistgħu jkunu aktar komparabbli;

66.  Jissottolinja t-talbiet b'saħħithom u ripetuti tiegħu biex tkun żgurata l-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni billi jsir użu globali u sistematiku mis-sistemi diġitali u awtomatizzati għar-rappurtar, il-monitoraġġ u l-awditjar; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi sistema integrata u interoperabbli li tibni fuq, iżda mhux esklużivament, għodod u bażijiet ta' data eżistenti;

Dħul

67.  Jieħu nota li d-dħul kien jammonta għal EUR 174,3 biljun fl-2020: minn dan l-ammont, EUR 123 biljun (70,6 %) kienu jinkludu riżorsi proprji bbażati fuq l-introjtu nazzjonali gross, EUR 19,9 biljun (11,4 %) riżorsi proprji tradizzjonali (RPT), EUR 17,2 biljun (9,9 %) riżorsi proprji bbażati fuq it-taxxa fuq il-valur miżjud, EUR 8,2 biljun (4,7 %) kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet marbuta mal-ftehimiet u l-programmi tal-Unjoni, EUR 3,2 biljun (1,8 %) surplus mis-sena preċedenti, u EUR 2,8 biljun (1,6 %) dħul ieħor;

68.  Jinnota li l-Qorti eżaminat kampjun ta' 55 ordni ta' rkupru tal-Kummissjoni, imfassla biex ikunu rappreżentattivi tas-sorsi kollha ta' dħul, kif ukoll is-sistemi tal-Kummissjoni, il-kontabbiltà tar-RPT fi tliet Stati Membri, u r-RAA tad-Direttorat Ġenerali għall-Baġit (DĠ BUDG) u tal-Eurostat; jilqa' l-fatt li l-ebda wieħed mill-elementi tal-kampjun ma ġie milqut minn żball kwantifikabbli; jilqa' l-fatt li għad-dħul, il-Qorti sabet li l-livell ta' żball ma kienx materjali u li s-sistemi relatati mad-dħul kienu ġeneralment effettivi;

69.  Jissottolinja li l-ammonti evażi li ma jinqabdux mis-sistemi kontabilistiċi tar-RPT tal-Istati Membri, ma jaqgħux fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-opinjoni tal-awditjar tal-Qorti dwar id-dħul; jieħu nota li peress li d-differenza bejn il-livell teoretiku tad-dazju fuq l-importazzjoni li għandu jinġabar għall-ekonomija kollha kemm hi u d-dazju fuq l-importazzjoni attwali miġbur (id-"distakk doganali") tista' taffettwa l-ammonti ta' dazji stabbiliti mill-Istati Membri, il-Qorti vvalutat, għat-tieni sena konsekuttiva, l-azzjoni tal-Unjoni meħuda biex tnaqqas id-distakk u ttaffi r-riskju li r-RPT ma jkunux kompluti;

70.  Jinnota bi tħassib kbir li l-Qorti sabet li fl-2020, il-Kummissjoni għalqet iċ-ċiklu ta' verifika tagħha fir-rigward tad-data tal-ING għar-riżorsi proprji mis-sena 2010, distakk ta' 10 snin; jenfasizza li b'riżultat tal-għeluq taċ-ċiklu ta' verifikazzjoni, il-Kummissjoni stabbiliet għadd kbir ta' riżervi tal-ING fir-rigward ta' proċeduri speċifiċi ta' kompilazzjoni fl-Istati Membri li appellaw għal titjib; jirrimarka li dan iżid b'mod sinifikanti l-inċertezza baġitarja fil-baġits nazzjonali fir-rigward tal-kontribuzzjoni bbażata fuq l-ING; jinsab imħasseb dwar is-sejba tal-Qorti li l-impatt tal-globalizzazzjoni fuq l-ING mhuwiex indirizzat kif xieraq u d-dħul tal-Unjoni jista' jiġi affettwat b'riżultat ta' dan;

71.  Jinnota bi tħassib li hemm armonizzazzjoni insuffiċjenti tas-sistemi ta' kontroll biex jiġu ssalvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-Unjoni prinċipalment minħabba dgħufijiet li jippermettu lill-Istati Membri jvarjaw b'mod sinifikanti fil-mod kif jimplimentawhom; jinnota li l-Qorti sabet dgħufijiet persistenti fl-effettività tas-sistemi ta' kontroll fil-livell kemm tal-Kummissjoni kif ukoll tal-Istati Membri, li l-aktar importanti minnhom jaffettwaw l-għeluq mill-Kummissjoni taċ-ċiklu ta' verifikazzjoni tal-ING u l-affidabbiltà tad-dikjarazzjonijiet dwar ir-RPT fi Stat Membru wieħed;

72.  Jinsab imħasseb li minkejja t-titjib, l-għadd ta' riżervi tal-VAT u ta' punti miftuħa tar-RPT għadu għoli, u li għad hemm dgħufijiet fil-kontabbiltà u fil-ġestjoni tal-Istati Membri tar-RPT; jinnota bi tħassib li l-Qorti sabet nuqqas ta' monitoraġġ sistematiku tad-data dwar l-importazzjoni u kontrolli doganali mhux armonizzati biżżejjed fil-livell tal-Unjoni;

73.  Jinnota bi tħassib li għall-ħames sena konsekuttiva, id-DĠ BUDG żamm ir-riżerva li l-ammonti tar-RPT li ġew ittrasferiti għall-baġit tal-Unjoni mhumiex preċiżi minħabba s-sottovalwazzjoni ta' tessuti u żraben importati miċ-Ċina matul il-perjodu mill-2011 sal-2017; jinnota s-sentenza tal-Qorti tat-8 ta' Marzu 2022 li tiddikjara li r-Renju Unit naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu billi ma applikax miżuri effettivi ta' kontroll doganali u billi naqas milli jagħmel l-ammont korrett ta' riżorsi proprji tradizzjonali disponibbli għall-Kummissjoni, fir-rigward tal-importazzjonijiet ikkonċernati;

74.  Jinnota li l-Qorti parzjalment irrifjutat il-kalkolu tal-Kummissjoni minħabba inċertezza konsiderevoli rigward il-preċiżjoni tal-ammonti ta' riżorsi proprji ddikjarati mill-Kummissjoni, u li l-Kummissjoni ma stabbilietx l-ammonti sħaħ suffiċjentement kif meħtieġ mil-liġi; jinnota li l-Qorti approvat il-metodu użat mill-Kummissjoni għall-istima tal-ammont ta' telf ta' RPT għal parti mill-perjodu ta' ksur u ddikjarat li hija l-Kummissjoni li għandha tikkalkula mill-ġdid it-telf ta' riżorsi proprji tal-Unjoni li għadhom dovuti; jistieden lill-Kummissjoni tispjega lill-awtorità ta' kwittanza fiex kienu jikkonsistu l-iżbalji fil-kalkolu, kif biħsiebha tirrimedja l-iżball fil-kalkolu tat-telf suffiċjentement kif meħtieġ mil-liġi u tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultat tal-kalkoli l-ġodda;

Rakkomandazzjonijiet

75.  Jistieden lill-Kummissjoni biex:

   a. tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-kontrolli doganali, u tiżviluppa u timplimenta kapaċità sħiħa ta' analiżi u koordinament fil-livell tal-Unjoni;
   b. tirrieżamina u taġġorna l-approċċ tagħha għall-verifika tad-data tal-ING tal-Istati Membri f'ċikli pluriennali futuri biex tkompli tissimplifika l-proċess u tnaqqas il-perjodu li matulu d-data tal-ING tibqa' miftuħa wara t-tmiem taċ-ċiklu;
   c. f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tkompli ttejjeb il-kopertura tal-globalizzazzjoni fil-kontijiet nazzjonali biex tiġi indirizzata r-riżerva tal-ING f'dan il-qasam għas-snin 2018 'il quddiem, u jekk ikun meħtieġ, tivvaluta mill-ġdid il-kwalità tad-data tal-ING tas-snin preċedenti, biex l-awtorità baġitarja tiġi infurmata bl-implikazzjonijiet possibbli tal-istatistika riveduta li tirriżulta għall-baġit tad-dħul mill-2010;
   d. tiżgura li għall-Istati Membri kollha d-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar u ta' kull tliet xhur dwar ir-RPT tagħhom ikunu affidabbli, billi jsolvu d-dgħufijiet fis-sistema tal-IT doganali tagħhom b'rabta man-nuqqas ta' rendikont tal-entrati, ir-riskju ta' entrati doppji, u l-allokazzjoni skorretta tal-pagamenti parzjali;
   e. tieħu azzjoni fil-ġlieda kontra l-frodi fil-kummerċ elettroniku u l-ġbir tal-VAT, b'mod partikolari billi tagħmel użu mill-benefiċċji addizzjonali tal-mezzi diġitali disponibbli għat-traċċar tal-fatturi u l-pagamenti tal-VAT;
   f. tiżgura l-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni billi tagħmel użu ġenerali u sistematiku minn sistemi diġitali u awtomatizzati għar-rappurtar, il-monitoraġġ u l-awditjar u tistabbilixxi b'mod urġenti sistema integrata u interoperabbli li tibni fuq, iżda mhux esklużivament, għodod u bażijiet ta' data eżistenti;

Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

76.  Jinnota li s-sottointestatura 1a "Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi" tal-QFP tikkorrispondi għal 13,9 % tal-baġit tal-Unjoni, jiġifieri EUR 24,1 biljun: minn dan l-ammont, EUR 13,6 biljun (56,4 %) jintefqu fuq ir-riċerka, EUR 3,1 biljun (12,8 %) fuq l-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport, EUR 2,4 biljun (10,2 %) fuq it-trasport u l-enerġija, EUR 1,6 biljun (6,5 %) fuq l-ispazju, u l-bqija fuq azzjonijiet u programmi oħra; ifakkar li t-total tan-nefqa ppjanata fl-ambitu ta' din is-sottointestatura tal-QFP 2014–2020 hu ta' EUR 142 biljun, li minnhom EUR 104,6 biljun tħallsu sa tmiem l-2020;

77.  Jirrikonoxxi li l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) għandhom ikunu fil-qalba ta' kwalunkwe kunsiderazzjoni li tikkonċerna l-kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi, peress li l-SMEs jipprovdu 6 minn kull 10 impjiegi u 8 minn kull 10 apprendistati f'xi Stati Membri, u huma responsabbli għal kważi 60 % tal-valur miżjud maħluq fl-Unjoni;

78.  Jinnota li l-Qorti eżaminat kampjun ta' 133 tranżazzjoni, imfassal biex ikun rappreżentattiv tal-firxa sħiħa ta' nfiq fl-ambitu ta' din is-sottointestatura tal-QFP; jinnota li l-Qorti eżaminat ukoll ir-regolarità tal-informazzjoni fir-RAA tad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (DĠ RTD), tad-Direttorat Ġenerali għan-Networks tal-Komunikazzjonijiet, il-Kontenut u t-Teknoloġija (DĠ CONNECT) u tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Networks (INEA), li l-Kummissjoni mbagħad inkludiet fl-AMPR tagħha;

79.  Jinnota bi tħassib li l-Qorti stmat li l-livell ta' żball huwa ta' 3,9 %, prinċipalment derivat minn żbalji relatati ma' spejjeż ineliġibbli, nuqqas ta' dokumenti ta' sostenn essenzjali, jew kwistjonijiet rigward l-avviżi tal-kuntratti dwar id-dokumenti tal-offerti; jissottolinja li l-Qorti sabet li l-infiq tal-FP7 u ta' Orizzont 2020 għadu ta' riskju ogħla u huwa s-sors ewlieni ta' żbalji;

80.  Jinnota bi tħassib li l-ispejjeż tal-persunal għadhom jikkostitwixxu s-sors prinċipali ta' żbalji, b'mod partikolari fin-nefqa fuq ir-riċerka; jesprimi dispjaċir għall-fatt li r-regoli għad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż tal-persunal fl-ambitu ta' Orizzont 2020 għadhom kumplessi, minkejja l-isforzi ta' simplifikazzjoni; jilqa' għadd ta' simplifikazzjonijiet immirati speċifikament lejn l-SMEs fl-ambitu ta' Orizzont 2020, bħal rata fissa unika għall-ispejjeż indiretti, inklużi l-ispejjeż tal-persunal;

81.  Jinnota li l-benefiċjarji jistgħu jitolbu biss l-ispejjeż tal-persunal għal kompiti mwettqa minn persuna fiżika li taħdem b'kuntratt dirett, filwaqt li l-ispejjeż għall-kompiti sottokuntrattati mhumiex eliġibbli; jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti li l-SMEs, li ma għandhomx biżżejjed persunal proprju, huma partikolarment suxxettibbli għall-iżball li jitolbu l-ispejjeż tas-servizzi tal-konsulenti esterni jew tal-freelancers bħala spejjeż tal-persunal;

82.  Jinnota li l-Kummissjoni saħħet il-kampanja ta' informazzjoni tagħha mmirata lejn benefiċjarji suxxettibbli għall-iżbalji, bħall-SMEs u dawk li japplikaw għall-ewwel darba b'esperjenza u riżorsi limitati għall-proċess ta' applikazzjoni; jinnota li l-Kummissjoni organizzat sitt webinars fl-2020 li laħqu madwar 7 500 parteċipant dirett; huwa tal-fehma li l-Kummissjoni tista' testendi aktar l-attivitajiet ta' informazzjoni tagħha; jissottolinja l-importanza li tiġi pprovduta informazzjoni lill-applikanti potenzjali fil-lingwa nattiva tagħhom, b'mod partikolari dwar regoli kumplessi bħall-ispejjeż tal-persunal u l-ispejjeż tas-sottokuntrattar;

83.  Ifakkar li l-Kummissjoni għandha l-għan li tistabbilixxi rwol aktar b'saħħtu għall-Unjoni bħala attur ewlieni fis-settur spazjali matul il-QFP 2021–2027; jisħaq fuq l-importanza tal-SMEs u tan-negozji ġodda fl-aspetti kollha tal-politika spazjali, b'mod partikolari l-infrastruttura tal-illanċjar, ir-rokits, is-satelliti kif ukoll is-servizzi upstream u downstream; jinsab imħasseb dwar l-offerti mnedija fil-qasam tal-politika spazjali, b'mod partikolari fir-rigward tas-sistema ta' konnettività bbażata fuq is-satelliti tal-Unjoni li eskludiet lill-SMEs bl-introduzzjoni ta' piżijiet eċċezzjonalment għoljin li l-ebda intrapriża żgħira ma setgħet tissodisfa; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi ħarsa ġenerali lejn a) l-eżiti tal-offerti kollha fl-2020, b) kemm intrebħu offerti parzjalment jew totalment minn SMEs jew negozji ġodda, c) kemm intrebħu offerti mingħajr ebda parteċipazzjoni minn SMEs jew negozji ġodda, d) kemm intrebħu offerti minn kumpaniji kbar, u e) ħarsa ġenerali lejn l-offerti kollha fl-2020 li eskludew lill-SMEs bid-disinn tal-offerta;

84.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li madwar 20 % tal-awditi ex post tal-familja sħiħa ta' Orizzont 2020 jitwettqu mis-Servizz ta' Awditjar Komuni tad-DĠ RTD, u 80 % jitwettqu f'ismu minn ditti privati tal-awditjar; jinnota bi tħassib li l-Qorti sabet li t-teħid ta' kampjuni fil-livell tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż awditjati mhux dejjem kien konformi mal-proċeduri stabbiliti, u jenfasizza li minkejja t-titjib introdott mill-Kummissjoni, ir-rata ta' żball rappreżentattiva hija potenzjalment sottovalutata; jesprimi tħassib rigward il-fatt li d-dgħufijiet fl-awditi ex post mis-Servizz ta' Awditjar Komuni għadhom jippersistu;

85.  Jiddispjaċih li l-livell ta' eċċellenza fir-riċerka għadu jvarja b'mod sinifikanti madwar l-Istati Membri; jinnota li l-istudji rrakkomandaw li r-riċerkaturi, l-esperti u atturi nazzjonali oħra minn istituzzjonijiet b'livelli aktar baxxi ta' eċċellenza jiġu mħeġġa jipparteċipaw b'mod attiv f'timijiet konġunti ta' riċerka li jkunu jinkludu riċerkaturi u istituzzjonijiet bl-ogħla livell ta' eċċellenza; huwa konxju li r-responsabbiltà ewlenija hija tal-Istati Membri u l-investiment tagħhom fl-edukazzjoni, iżda jissottolinja li l-Kummissjoni tista' tikkontribwixxi għat-tixrid tal-eċċellenza; jilqa' ż-żieda fil-baġit għat-twessigħ tal-attivitajiet għal Orizzont Ewropa;

86.  Jieħu nota tal-fatt li l-ħidma tal-awditjar fuq l-FP7 hija kompluta; jesprimi dispjaċir għall-fatt li r-RAA tad-DĠ RTD u tad-DĠ CONNECT jikkonfermaw li r-rata ta' żball residwu kumulattiva għall-FP7 hija ogħla minn 2 %; jirrikonoxxi li minħabba l-livell limitu de minimis li ġie introdott fl-2019 għar-riżervi finanzjarji, l-ebda wieħed mid-DĠ ma rrapporta riżerva kwantifikata;

87.  Jinnota bi tħassib li fir-rigward ta' Orizzont 2020, id-DĠ RTD irrapporta rata ta' żball rappreżentattiva mistennija ta' 2,95 % għad-DĠ kollha u għal korpi oħra tal-Unjoni li jimmaniġġjaw l-infiq fir-riċerka tal-Unjoni; jinnota li r-rata ta' żball residwu hija ta' 2,24 % għad-DĠ RTD u ta' 2,20 % għad-DĠ CONNECT; jinnota bi tħassib li l-Kummissjoni ma tqisx li jeħtieġ li tiġi stabbilita riżerva għan-nefqa fuq Orizzont 2020; jieħu nota li l-korpi ta' implimentazzjoni jagħmlu ħilithom biex jipprovdu assigurazzjonijiet raġonevoli ta' riskju ta' żball f'firxa ta' bejn 2 % u 5 %;

88.  Jilqa' r-rapport tal-Qorti dwar il-prestazzjoni tal-Erasmus+, li jirrappreżenta 13,3 % tal-pagamenti totali magħmula sa tmiem l-2020 għal din l-intestatura tal-QFP, abbażi tal-AMPR tal-2020, id-dikjarazzjonijiet tal-programm għall-abbozz tal-baġit tal-2022, u l-evalwazzjonijiet ewlenin u rapporti oħra;

89.  Jilqa' l-valutazzjoni tal-Qorti li l-iskala u l-kamp ta' applikazzjoni tal-Erasmus+ ħolqu valur miżjud u li l-effiċjenza tiegħu ssaħħet permezz tas-simplifikazzjoni tiegħu meta mqabbel mal-programmi predeċessuri; jinnota l-fehma tal-Qorti li l-Kummissjoni ma qisitx l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-aspetti kollha tal-Erasmus+, u li d-dikjarazzjoni tal-programm għall-Erasmus+ ma pprovdietx stima finanzjarja tal-kontribut tal-programm għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri; ifakkar li filwaqt li hemm differenzi sinifikanti bejn il-ġeneri fost l-oqsma ta' studju, 58 % tal-għadd totali ta' parteċipanti fil-programm huma nisa;

90.  Jinnota bi tħassib li r-riċerkaturi nisa huma sottorappreżentati f'Orizzont 2020 u jirrappreżentaw biss 36 % tar-riċerkaturi (28 % fi proġetti mill-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERC), 42 % fl-għotjiet Marie-Sklodovska Curie u 31 % fil-partijiet l-oħra tal-Programm);

91.  Japprezza l-fatt li l-Premju Nobel għall-Kimika 2020 ingħata lil riċerkatur iffinanzjat minn Orizzont 2020, li kien l-10 parteċipant iffinanzjat minn dan il-programm li ġie onorat bil-Premju Nobel s'issa;

92.  Jinnota li, fl-2020, 1 173 proġett ġew iffinanzjati permezz tal-programm tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka f'Orizzont 2020 u 1 255 investigatur prinċipali rċevew finanzjament; jinnota wkoll li bħalissa fost l-istituzzjonijiet ospitanti hemm istituzzjonijiet minn 25 Stat Membru u fost l-investigaturi prinċipali hemm ċittadini ta' 23 Stat Membru; jinnota wkoll li mill-2014 l-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie appoġġjaw il-mobilità u t-taħriġ ta' madwar 69 000 riċerkatur u b'hekk il-programm qabeż il-mira tiegħu ta' 65 000 riċerkatur;

93.  Jilqa' l-fatt li l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) użat infrastrutturi tas-servizzi diġitali li jiżguraw l-interoperabbiltà transfruntiera tas-servizzi online għaċ-ċittadini, għan-negozji u għall-amministrazzjonijiet pubbliċi fl-Unjoni; jissottolinja li kważi EUR 630 miljun ġew investiti fl-interoperabbiltà madwar l-Unjoni kollha ta' servizzi diġitali speċifiċi bħall-e-Saħħa, id-data pubblika miftuħa, l-identifikazzjoni elettronika u ċ-ċibersigurtà;

94.  Jissottolinja l-importanza li jsir investiment f'networks tat-trasport sostenibbli biex jingħata lok għall-bidla meħtieġa lejn modi ta' trasport aktar sostenibbli; iħeġġeġ lill-FNE 2021–2027 temula r-riżultati kbar miksuba mill-FNE; jinnota l-ħtieġa li jittejjeb il-livell ta' għarfien tar-regoli ta' eliġibbiltà tal-FNE fost il-benefiċjarji;

95.  Jilqa' l-fatt li fil-perjodu 2014–2020, il-kofinanzjament tat-Trasport tal-FNE, li jammonta għal EUR 23,03 biljun, ġie allokat għal 959 azzjoni, u filwaqt li indirizza l-infrastruttura kemm fin-network ewlieni kif ukoll fin-network komprensiv tan-Network trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T), il-programm iffoka l-appoġġ tiegħu fuq in-network ewlieni, b'aktar minn 170 taqsima kkonċernata;

Rakkomandazzjonijiet

96.  Jistieden lill-Kummissjoni biex:

   a. testendi l-kamp ta' applikazzjoni taċ-ċertifikati dwar ir-rapporti finanzjarji biex jiġu inklużi l-kategoriji ta' spejjeż unitarji għall-programm qafas għar-riċerka l-ġdid, Orizzont Ewropa, sabiex jiżdied il-livell ta' identifikazzjoni u korrezzjoni ta' żbalji fl-ispejjeż unitarji; titlob is-simplifikazzjoni tar-regoli dwar l-ispejjeż tal-persunal fl-ambitu ta' Orizzont Ewropa;
   b. timplimenta azzjonijiet, inklużi rieżami perjodiku tal-kawżi prinċipali ta' żball fir-rapporti finanzjarji, tipprovdi gwida dwar kwistjonijiet kumplessi bħar-regoli ta' sottokuntrattar, u twettaq kampanji ta' informazzjoni sabiex tnaqqas ir-rata ta' żball għal Orizzont 2020;
   c. tkompli ttejjeb il-kwalità tal-awditi ex post billi tindirizza d-dgħufijiet fil-proċeduri tat-teħid ta' kampjuni fil-livell tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż u tapplika l-korrezzjonijiet għall-metodu għall-kalkolu tal-iżbalji għal Orizzont Ewropa;
   d. tkompli taħdem lejn il-kisba ta' livell ta' żball ta' inqas minn 2 % f'dan il-qasam tan-nefqa;
   e. tissimplifika r-regoli u l-proċeduri, tiżviluppa sessjonijiet ta' taħriġ obbligatorji u informazzjoni prattika għall-applikanti, b'mod partikolari applikanti ġodda, u ttejjeb l-assistenza u l-linji gwida għall-SMEs, l-spin-offs, in-negozji ġodda, l-aġenziji tal-amministrazzjoni u tal-pagamenti u l-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra kollha; tiżviluppa kompendju diġitali għal SMEs u kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja Ewropej għal informazzjoni regolatorja dwar l-appoġġ għall-opportunitajiet ta' impjiegi u tkabbir fi ħdan il-QFP u l-qafas tal-RRF simili għall-assistent kummerċjali Access2Markets;
   f. tieħu approċċ aħjar għall-bilanċ bejn il-ġeneri fir-rigward tal-benefiċjarji tal-fondi ta' Orizzont Ewropa, u għall-bilanċ ġeografiku minn Stati Membri sottorappreżentati u tipprovdi appoġġ aħjar għar-riċerka u l-kooperazzjoni fl-universitajiet fl-Istati Membri kollha; tirrapporta lill-Parlament dwar il-proporzjon ta' riċerkaturi rġiel u riċerkaturi nisa li jipparteċipaw fil-programm;
   g. tiżgura l-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni billi tagħmel użu ġenerali u sistematiku tas-sistemi diġitali u awtomatizzati għar-rappurtar, il-monitoraġġ u l-awditjar; u tistabbilixxi b'mod urġenti sistema integrata u interoperabbli li tibni fuq, iżda mhux esklużivament, għodod u bażijiet ta' data eżistenti;
   h. timmaniġġja l-aspettattivi billi tissettja objettivi u miri realistiċi u li jistgħu jintlaħqu; iqis li l-Garanzija għaż-Żgħażagħ tal-UE msaħħa l-ġdida għandu jkollha riżultati aktar pożittivi fuq l-aċċess taż-żgħażagħ għas-suq tax-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni tikkoopera aħjar mal-Istati Membri biex tiżviluppa Erasmus+ għat-taħriġ professjonali, speċjalment għal ċerti professjonijiet tekniċi, l-artiġjani, eċċ.; jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lir-Renju Unit jerġa' jingħaqad mal-programm Erasmus; jitlob ukoll l-iżvilupp ta' skambji ta' studenti u xjentifiċi għall-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, speċjalment l-Ukrajna; tkompli żżid l-attivitajiet tagħha ta' twessigħ biex ittejjeb l-aċċess għall-eċċellenza fl-Unjoni kollha u tirrapporta lura lill-awtorità ta' kwittanza;
   i. toħloq linja baġitarja ġdida għat-turiżmu, biex tappoġġja l-irkupru ta' settur li ntlaqat b'mod serju mill-kriżi tal-COVID-19, biex dan jibqa' validu fil-futur u jsir diġitalizzat u sostenibbli;
   j. tkompli l-azzjoni tagħha dwar ix-xiri flimkien ta' vaċċini biex jipproteġu kontra l-COVID-19 li jippermetti l-iffrankar u tiżviluppa l-awtonomija sovrana tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa u li tista' tiġi estiża għal oqsma oħra bħall-enerġija, is-semikondutturi jew l-elementi terrestri rari;
   k. tiżgura li jkun hemm biżżejjed riżorsi disponibbli għal Orizzont Ewropa u l-pilastri tiegħu, l-IPCEIs u strumenti u proġetti oħra ta' finanzjament anke fir-rigward tal-ħolqien tal-impjiegi, filwaqt li tiżgura sinerġiji mal-pjanijiet nazzjonali ta' rkupru sabiex tippromwovi r-riċerka u tiżviluppa strateġija ta' tkabbir u tniedi sħubijiet ġodda tal-Unjoni f'oqsma bħall-idroġenu nadif, iċ-ċelloli tal-fjuwil, l-enerġija mir-riħ, it-trazzjoni elettrika, l-enerġija fotovoltajka, ir-robotika, id-drones, l-istampar 3D ta' batteriji, l-avjazzjoni nadifa, il-ferroviji, il-mobbiltà konnessa u awtomatizzata, it-trasport bit-triq u fuq l-ilma b'emissjonijiet żero u l-firxa wiesgħa ta' teknoloġiji diġitali, b'mod partikolari għall-Programm ta' Ħidma 2021–2022, u jilqa' l-progress ta' Orizzont Ewropa f'dan is-sens; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu appoġġjati proġetti li jikkontribwixxu, b'mod partikolari, għal network Ewropew tat-trasport li jibqa' validu fil-futur, sostenibbli, intelliġenti kompetittiv, affordabbli u li ma jagħmilx ħsara lill-klima;
   l. tipproponi mekkaniżmu ġdid orjentat lejn ir-riżultati, li jinkludi l-ippjanar u l-assistenza teknika fuq terminu qasir, medju u fit-tul, kif ukoll tisħiħ tar-rabta bejn il-finanzjament u l-kisba tal-istadji importanti ta' proġett, biex jiżdied il-valur miżjud tal-Fondi Ewropej u biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jilħqu l-miri ta' tlestija għall-2030 u l-2050 għan-network ewlieni u n-network komprensiv TEN-T rispettivament;

Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

97.  Jinnota li s-sottointestatura 1b "Il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali" tal-QFP tikkorrispondi għal 34,3 % tal-baġit tal-Unjoni, jiġifieri EUR 59,5 biljun: minn dan l-ammont, EUR 32,4 biljun (54,5 %) jintefqu fuq il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), EUR 10,2 biljun (17,1 %) fuq il-Fond ta' Koeżjoni (FK), EUR 14,7 biljun (24,7 %) fuq il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u EUR 2,2 biljun (3,7 %) fuq azzjonijiet oħra;

98.  Ifakkar fir-rwol importanti tal-infiq relatata mas-Subintestatura 1b tal-QFP "Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali", li jimmira li jnaqqas id-distakk bejn il-livelli ta' żvilupp tad-diversi Stati Membri u reġjuni tal-Unjoni, kif ukoll li jsaħħaħ il-kompetittività tar-reġjuni kollha;

99.  Jinnota li l-Qorti eżaminat kampjun ta' 227 tranżazzjoni, imfassal biex ikun statistikament rappreżentattiv tal-firxa sħiħa ta' nfiq fl-ambitu ta' din is-sottointestatura tal-QFP; jinnota li l-Qorti eżaminat ukoll ir-regolarità tal-informazzjoni mogħtija fir-rapporti annwali tal-attività tad-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana (DĠ REGIO) u d-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni (DĠ EMPL) kif ukoll l-AMPR tal-Kummissjoni;

100.  Jinnota bi tħassib li meta jitqiesu l-iżbalji li qabel kienu identifikati mill-awtoritajiet tal-awditjar u l-korrezzjonijiet applikati mill-awtoritajiet tal-programm, il-Qorti stmat li l-livell ta' żball huwa ta' 3,5 %, ferm ogħla mill-materjalità; jilqa' l-fatt li dan madankollu jirrappreżenta tnaqqis fir-rata ta' żball meta mqabbla mar-rata ta' żball ta' 4,4 % irrapportata fl-eżerċizzju tal-2019; jieħu nota li l-iżbalji identifikati jikkonċernaw spejjeż ineliġibbli, akkwist pubbliku, żbalji ta' kontabbiltà u kalkolu, għajnuna mill-Istat, u dokumenti ta' sostenn nieqsa;

101.  Jinnota bi tħassib id-data ppreżentata fit-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Uniku għall-2020 dwar l-akkwist pubbliku, li turi li l-proporzjon ta' kuntratti mogħtija b'offerent uniku biss huwa partikolarment allarmanti: 19-il Stat Membru laħqu jew qabżu l-limitu ta' 20 % u sitt Stati Membri (iċ-Ċekja, il-Greċja, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovenja) kellhom livell ta' bejn 39 % u 51 %; jinnota li l-proporzjon ta' kuntratti ta' akkwist innegozjati ma' kumpanija mingħajr ebda sejħa għall-offerti laħaq jew qabeż il-limitu ta' 10 % fi 8 Stati Membri, b'erba' minnhom (il-Bulgarija, Ċipru, ir-Rumanija u s-Slovenja) jilħqu livelli ta' bejn 22 % u 29 %; jinnota li l-proporzjon ta' kuntratti mogħtija wara sejħa għall-offerti li l-isem u l-kundizzjoni tagħha ma kinux ċari kien ogħla mil-limitu ta' 3 % f'għaxar Stati Membri b'livelli ta' bejn 8 % u 9 % f'erba' Stati Membri (il-Belġju, il-Bulgarija, Malta u s-Slovenja);

102.  Jinsab imħasseb ħafna dwar dawn l-osservazzjonijiet peress li jindikaw dgħufijiet severi u sistemiċi fil-proċeduri ta' akkwist pubbliku f'diversi Stati Membri, li x'aktarx ikollhom impatt ukoll fuq il-ġestjoni u l-infiq tal-fondi tal-Unjoni; jinnota f'dan ir-rigward l-osservazzjoni tal-Qorti dwar awditu preventiv bikri tas-sistema dwar il-verifiki tal-ġestjoni tal-akkwist pubbliku fl-Ungerija, li rriżulta f'korrezzjoni b'rata fissa ta' 10 % għall-kuntratti kollha affettwati li tkopri perjodu ta' erba' snin għal ammont ta' madwar EUR 770 000 000.

103.  Jinsab imħasseb li 72 % tal-iżbalji jirriżultaw minn proġetti u spejjeż ineliġibbli u 27 % minn ksur tar-regoli tas-suq intern (b'mod partikolari nuqqas ta' konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat); jinnota li ħames proġetti kisru r-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat; jieħu nota tal-fatt li l-Qorti hija tal-opinjoni li żewġ proġetti ma kellhom jiksbu l-ebda finanzjament pubbliku mill-Unjoni u/jew mill-Istat Membru; jenfasizza li dawn il-proġetti ammontaw għal 1.0 punti perċentwali tal-livell ta' żball stmat;

104.  Jilqa' l-fatt li, fl-2020, is-sejħa pluriennali għal proposti tal-2019 fl-ambitu tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa tlestiet b'suċċess, billi ntgħażlu 125 proġett b'kontribuzzjoni ġenerali ta' aktar minn EUR 2 biljun; jinnota li aktar minn 90 % tal-kontribuzzjoni tal-FNE ġew allokati għal proġetti li mistennija jindirizzaw l-objettivi relatati mal-klima u b'mod partikolari l-infrastrutturi ferrovjarji, tal-passaġġi fuq l-ilma interni u tal-portijiet marittimi u t-twettiq ta' infrastruttura tal-fjuwils alternattiva;

105.  Jieħu nota li d-DĠ REGIO rrapporta rata ta' żball medja pponderata ta' 2,1 % u "rata massima" ta' 2,6 %, u d-DĠ EMPL irrapporta rata ta' żball medja pponderata ta' 1,4 % u "rata massima" ta' 1,9 %; jindika li skont il-Qorti, id-DĠ EMPL ma qiesx bis-sħiħ l-iżbalji possibbli lil hinn minn dawk identifikati, f'liema każ ir-rata massima kienet tkun ta' 2,1 %; jenfasizza s-sejba tal-Qorti li r-rata ta' żball residwu ġenerali rrapportata mill-Kummissjoni għandha titqies bħala rata minima; jenfasizza li korrezzjonijiet futuri jistgħu ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw li fl-għeluq ma jibqa' l-ebda livell ta' żball materjali;

106.  Jesprimi t-tħassib tiegħu li l-għadd u l-impatt tal-iżbalji li ġew identifikati juru li l-kontrolli stabbiliti għadhom ma jtaffux biżżejjed ir-riskju inerenti għoli ta' żball f'dan il-qasam; jinsab imħasseb li dan jikkonċerna b'mod partikolari lill-awtoritajiet maniġerjali li l-verifikazzjonijiet tagħhom mhumiex effettivi fil-prevenzjoni jew l-identifikazzjoni ta' irregolaritajiet fin-nefqa ddikjarata mill-benefiċjarji; jinnota bi tħassib li l-Qorti tqis ukoll li żbalji oħra huma r-riżultat ta' deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet maniġerjali nfushom;

107.  Jinnota bi tħassib li l-Qorti kkonkludiet li r-rati ta' żball residwu li l-awtoritajiet tal-awditjar irrapportaw mhux dejjem kienu affidabbli u li għad hemm nuqqasijiet fil-mod kif l-awtoritajiet tal-awditjar iwettqu u jiddokumentaw il-ħidma tagħhom; jissottolinja s-sejba tal-Qorti li l-awtoritajiet tal-awditjar jeħtieġ li jżommu rendikont aħjar tar-riskju ta' frodi fl-awditi tal-operazzjonijiet tagħhom;

108.  Itenni d-diżapprovazzjoni profonda tiegħu tal-prattika, f'xi Stati Membri, ta' prenotazzjoni żejda sistematika tal-programmi u t-trasferiment tal-proġetti problematiċi jew illegali fil-baġit nazzjonali wara li l-Kummissjoni jew l-OLAF ikunu identifikaw irregolaritajiet jew użu ħażin; jikkundanna l-fatt li l-kontribwenti nazzjonali jitħallew iġorru l-piż tal-ħlas għall-proġetti li jbatu minn kunflitti ta' interess, frodi jew nuqqasijiet oħra;

109.  Jieħu nota li l-Qorti, fir-Rapport Speċjali tagħha 07/2020 "Implimentazzjoni tal-Politika ta' Koeżjoni: l-ispejjeż huma komparattivament baxxi, iżda ma hemmx informazzjoni suffiċjenti biex jiġi vvalutat l-iffrankar li jirriżulta mis-simplifikazzjoni" sabet li l-ispejjeż ġenerali rrapportati għall-implimentazzjoni tal-fondi tal-Politika ta' Koeżjoni huma komparattivament baxxi, iżda kienu bbażati fuq data mhux kompluta biżżejjed u inkoerenti; jinnota bi tħassib li l-Qorti sabet li l-informazzjoni dwar l-ispejjeż disponibbli ma kinitx adegwata sabiex jiġi vvalutat l-impatt tas-simplifikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni;

110.  Jieħu nota li l-Qorti sabet, fir-Rapport Speċjali tagħha 24/2021 "Finanzjament ibbażat fuq il-prestazzjoni fil-politika ta' Koeżjoni: ambizzjonijiet siewja, iżda kien għad hemm ostakli fil-perjodu 2014–2020" li l-RDK 2014–2020 kien jipprevedi "qafas ta' prestazzjoni" espliċitu għall-programmi operazzjonali tal-Istati Membri, inklużi l-istadji importanti u l-miri biex jintlaħqu l-investimenti tal-FSIE;

111.  Jissottolinja r-riżerva ta' prestazzjoni li l-qafas ta' prestazzjoni l-ġdid ippreveda, fejn 6 % tar-riżorsi għandhom jiġu ffriżati u konsegwentement allokati abbażi ta' rieżami tal-prestazzjoni wara r-rapport annwali ta' implimentazzjoni fl-2019, lill-programmi li laħqu l-miri stabbiliti tagħhom, sabiex l-Istati Membri jiġu inċentivati jottimizzaw l-użu tagħhom tal-finanzjament; jiddispjaċih li, skont data reċenti, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rnexxielhom biss parzjalment li jagħmlu l-finanzjament tal-politika ta' koeżjoni aktar ibbażat fuq il-prestazzjoni; jinsab imħasseb li l-Istati Membri nstabu li juru interess limitat ħafna fl-użu ta' wħud mill-mudelli l-ġodda ta' finanzjament ibbażati fuq il-prestazzjoni, jiġifieri "pjanijiet ta' azzjoni konġunta" u "finanzjament mhux marbut mal-ispejjeż"; jinkoraġġixxi użu usa' tal-għażliet ta' spejjeż simplifikati li l-QEA tqis li għandhom il-potenzjal li jnaqqsu l-piż amministrattiv tal-benefiċjarji u li huma meqjusa inqas suxxettibbli għall-iżbalji;

112.  Ifakkar li l-politika ta' koeżjoni ikkontribwiet biex jingħata appoġġ lill-Istati Membri ħalli jtaffu l-impatt negattiv tal-pandemija tal-COVID-19 u tat lok għar-ridirezzjonar rapidu tal-finanzjament disponibbli għall-2014–2020 lejn is-setturi l-aktar milquta b'mod sever u pproponiet simplifikazzjonijiet konsiderevoli (l-Inizjattivi CRII u CRII+ għall-2020); jinnota wkoll li 179 Programm Operazzjonali użaw dawn l-Inizjattivi biex jappoġġjaw il-kura tas-saħħa, in-negozji ż-żgħar u l-ħaddiema li ammontaw għal EUR 12,9 biljun (EUR 6,2 biljun fl-2020 u EUR 6,7 biljun fl-2021); jieħu nota li l-Inizjattivi CRII u CRII+ aċċelleraw l-implimentazzjoni tal-fondi tal-FSIE u kkontribwew għat-tnaqqis tar-RAL;

113.  Jieħu nota li l-Qorti, fir-Rapport Speċjali tagħha 26/2021 "Regolarità tal-infiq fil-politika ta' Koeżjoni tal-UE: Il-Kummissjoni tiddivulga, kull sena, livell ta' żball stmat minimu li mhuwiex finali" sabet li d-dispożizzjonijiet legali l-ġodda għall-perjodu ta' programmazzjoni 2021–2027 jindirizzaw xi limitazzjonijiet fl-aċċettazzjoni tal-kontijiet; jesprimi dispjaċir, madankollu, għall-fatt li l-Qorti sabet li għad hemm xi riskji fil-mument tar-rilaxx tal-pagamenti miżmuma;

114.  Jinnota s-sejbiet tal-Qorti li l-eżamijiet dokumentarji tal-Kummissjoni mhumiex imfassla biex jidentifikaw nefqa ineliġibbli addizzjonali, u dan jillimita l-kontribut tagħhom biex jikkonfermaw ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi u l-validità tar-Rata tal-Iżball Residwu Totali (RTER) irrappurtata mill-awtoritajiet tal-awditjar; jinnota wkoll li għall-programmi b'rekord ikkonfermat ta' rati ta' żball baxxi, tali eżamijiet dokumentarji huma għodda effiċjenti biex jiġu kkonfermati r-rati ta' żball irrappurtati u l-opinjonijiet tal-awditjar mill-awtoritajiet tal-awditjar; jinnota bi tħassib li kemm l-awditi tal-konformità tal-Kummissjoni kif ukoll dawk tal-Qorti sabu żbalji materjali li l-eżamijiet dokumentarji ma setgħux jidentifikaw;

115.  Jieħu nota li l-Qorti sabet li l-Kummissjoni mhux dejjem segwiet l-approċċ tagħha bbażat fuq ir-riskju għall-għażla tal-awtoritajiet tal-awditjar l-aktar riskjużi għall-awditi tal-konformità u li filwaqt li l-Kummissjoni tidentifika nefqa irregolari fl-awditi tal-konformità tagħha, spiss tirrevedi r-riżultati finali tagħhom fil-fażi ta' segwitu mal-Istati Membri;

116.  Jinsab imħasseb ħafna dwar rapporti dwar korruzzjoni severa u sistematika u użu ħażin tal-fondi ta' koeżjoni tal-Unjoni fl-istrument ITI tad-Delta tad-Danubju fir-Rumanija, b'valur ta' EUR 1,1 biljun mifruxa fuq 8 programmi Rumeni; jinnota li dawn il-fondi huma allokati għal proġetti għat-tnaqqis tal-faqar, il-konservazzjoni tan-natura u l-protezzjoni ambjentali tul id-Delta tad-Danubju fir-Rumanija, iffinanzjati minn 5 FSIE differenti; jinnota li l-allegazzjonijiet ta' irregolaritajiet huma kkonċentrati fi programm wieħed, il-programm operattiv reġjonali, li jikkonċerna 3 sejħiet għal proġetti taħt assi prijoritarju wieħed li prinċipalment jappoġġjaw lill-SMEs u l-mikrointrapriżi u li jammontaw għal EUR 104 000 000 li jiffinanzjaw 347 proġett; jinnota li, f'Mejju 2021, l-OLAF fetaħ investigazzjoni relatata ma' allegazzjonijiet ta' frodi u irregolaritajiet oħra relatati ma' proġett speċifiku ffinanzjat mill-ITI tad-Delta tad-Danubju fir-Rumanija;

117.  Jinsab imħasseb dwar ir-rivelazzjonijiet tal-media li awtorità nazzjonali Rumena waħda kienet korrotta u kkontribwiet għall-awtorizzazzjoni ta' proġetti ma' politiċi involuti f'kunflitt ta' interess u li ma kinux residenti tul id-delta tad-Danubju;

118.  Jinnota li, wara rapporti tal-midja dwar allegazzjonijiet serji ta' frodi, kunflitti ta' interess u approprjazzjoni indebita, f'Ġunju 2021 il-Kummissjoni ħarġet interruzzjoni tal-pagamenti u mblukkat kwalunkwe rimborż tal-Unjoni għat-347 proġett riskjuż sakemm joħorġu r-riżultati tal-verifiki mill-awtoritajiet Rumeni; jinnota li l-awtoritajiet Rumeni għażlu 73 proġett għall-verifika u li dan wassal biex 35 minn dawn il-proġetti jiġu nnotifikati lill-korp nazzjonali kontra l-frodi jew lill-uffiċċju tal-prosekutur għal investigazzjoni ulterjuri minħabba suspetti ta' frodi; jinnota li l-awtoritajiet ta' ġestjoni Rumeni wettqu kontrolli fuq 22 operazzjoni addizzjonali biex jivverifikaw jekk humiex regolari u jekk jikkontribwux għall-iżvilupp tar-reġjun tad-Danubju, bir-riżultat li ġiet identifikata irregolarità potenzjali addizzjonali;

119.  Jinnota li l-Kummissjoni qablet mal-awtoritajiet Rumeni li l-awtorità ta' ġestjoni tipprovdi r-riżultati tal-verifiki tagħha lill-awtorità tal-awditjar għal rieżami indipendenti dwar l-adegwatezza tal-metodu ta' valutazzjoni tar-riskju biex jintgħażlu l-operazzjonijiet li għandhom jiġu rieżaminati u l-kontrolli mwettqa, u għall-konferma tar-riżultati; jinnota li dawn il-konklużjonijiet se jikkontribwixxu għat-tħejjija tal-awditu mmirat li l-Kummissjoni beħsiebha twettaq ukoll fil-bidu tal-2022 biex tivverifika fuq il-post l-effikaċja tal-azzjonijiet meħuda mill-awtoritajiet Rumeni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżomm lill-awtorità ta' kwittanza infurmata dwar kwalunkwe żvilupp ġdid u b'mod partikolari dwar kwalunkwe korrezzjoni finanzjarja;

120.  Jinsab imħasseb li għal darb'oħra l-informazzjoni dwar tali allegazzjonijiet serji ġiet żvelata mill-ġurnalisti u mhux minn awditu tal-Kummissjoni; ifakkar li l-ġurnalisti indikaw li jeżistu dgħufijiet u lakuni serji fil-liġijiet Rumeni fir-rigward tal-kunflitti ta' interess; jissottolinja li dawn il-liġijiet jeħtieġ li jiġu allinjati b'mod urġenti mar-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju tal-Unjoni; ifakkar li leġiżlazzjoni ċara u mhux ambigwa kontra l-kunflitti ta' interess fil-livell nazzjonali hija prekundizzjoni importanti biex wieħed ikun jista' jipprevjeni, jindividwa u jiġġieled l-użu ħażin, il-korruzzjoni u l-frodi;

121.  Jiddispjaċih li, kif indikat fir-Rapport Speċjali tal-Qorti 10/2021 intitolat "L-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-baġit tal-UE: wasal iż-żmien li l-kliem jissarraf f'azzjoni", il-potenzjal sinifikanti tal-fondi strutturali u ta' investiment tal-Unjoni biex jikkontribwixxu għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri mhuwiex sfruttat u li l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri mhijiex implimentata b'mod adegwat fl-istadji kollha tal-proċess baġitarju; huwa tal-fehma li l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri trid tiġi indirizzata b'mod mhux burokratiku u konċiż permezz ta' inċentivi mmirati u effettivi;

122.  Jilqa' r-rapport tal-Qorti dwar il-prestazzjoni tal-FSE, li jirrappreżenta 25,9 % tal-pagamenti kollha tal-politika ta' koeżjoni 2014-2020 li saru sa tmiem l-2020; jinnota li l-ispejjeż tal-FSE żdiedu minn EUR 11,2-il biljun fl-2019 għal EUR 13,7-il biljun fl-2020 minħabba żieda fl-implimentazzjoni; jieħu nota li l-ħidma li saret mill-Qorti hija bbażata fuq l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-Kummissjoni, li tinkludi, b'mod partikolari, l-AMPR 2020, id-dikjarazzjonijiet tal-programmi għall-abbozz ta' baġit 2022 u l-evalwazzjonijiet ewlenin tal-Kummissjoni, kif ukoll is-Seba' Rapport ta' Koeżjoni;

123.  Ifakkar fl-importanza fundamentali tal-FSE, tal-Erasmus+, tal-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD) u tal-FEG bħala l-għodod ewlenin tal-Unjoni biex tistimola żieda fl-impjiegi u l-mobbiltà tal-ħaddiema, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għall-ħiliet u t-tagħlim tul il-ħajja kif ukoll biex tippromwovi l-inklużjoni soċjali, il-ġlieda kontra l-faqar u d-diskriminazzjoni; jilqa' l-fatt li l-Qorti sabet li l-qafas ta' prestazzjoni tal-FSE huwa żviluppat sew u li l-Kummissjoni tistabbilixxi "proporzjon ta' kisba" għall-indikaturi li jkollhom miri; jiddispjaċih li l-Qorti sabet li, filwaqt li l-qafas ta' prestazzjoni tal-FSE żied id-disponibbiltà tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni, l-enfasi baqgħet fuq l-inputs u l-outputs finanzjarji u ma saritx biżżejjed enfasi fuq ir-riżultati u li, filwaqt li l-evalwazzjonijiet ikopru l-biċċa l-kbira tal-oqsma tal-FSE, huma meħtieġa aktar sforzi metodoloġiċi biex jiġi vvalutat l-impatt tal-politiki f'termini ta' lħuq ta' persuni li huma maqtugħin mis-suq tax-xogħol;

124.  Jieħu nota li l-indikaturi juru li l-Istati Membri qed jagħmlu progress tajjeb fil-konfront tal-miri stabbiliti, li l-Kummissjoni rrilaxxat 85 % tar-riżerva ta' prestazzjoni għall-programmi tal-FSE, u li l-proposta tal-FSE+ 2021-2027 għandha l-għan li tikseb aktar simplifikazzjoni u sinerġiji;

125.  Jiddispjaċih li, minħabba l-limitazzjonijiet tad-data u l-fatt li ħafna operazzjonijiet kienu għadhom għaddejjin fiż-żmien meta sar l-awditu tal-Qorti, din ma kinitx f'pożizzjoni li tasal għal konklużjoni ġenerali dwar il-prestazzjoni reali tan-nefqa tal-FSE matul il-perjodu 2014-2020;

126.  Jinnota b'apprezzament li, sa tmiem l-2020, 45,4 miljun parteċipant irċevew appoġġ mill-FSE u mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI) u 5,4 miljun persuna sabu impjieg (inklużi dawk li jaħdmu għal rashom) fl-ambitu taż-żewġ programmi kif irrappurtat mill-Kummissjoni;

127.  Jilqa' l-impatt tal-Appoġġ temporanju biex jittaffew ir-Riskji ta' Qgħad f'Emerġenza (SURE) kif irrappurtat mill-Kummissjoni fit-tieni rapport tagħha; jinnota li SURE rnexxielu jtaffi l-impatt soċjoekonomiku serju li rriżulta mill-pandemija tal-COVID-19; jinnota li fl-2020 SURE appoġġja madwar 31 miljun persuna fid-19-il Stat Membru benefiċjarju, fosthom 22,5 miljun impjegat u 8,5 miljun persuna li jaħdmu għal rashom, kif ukoll li madwar 2,5 miljun ditta affettwati mill-pandemija tal-COVID-19 ibbenefikaw minn SURE, u dan ippermettielhom iżommu l-ħaddiema;

128.  Jilqa' ż-żieda fl-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji fl-ambitu tal-Fondi SIE kollha fl-2020 li wasslet għal EUR 10,3 biljun f'pagamenti kumulattivi lir-riċevituri finali (EUR 4,7 biljun fl-2019);

129.  Jinnota li l-kostruzzjoni tal-Pont Peljesac fil-Kroazja bis-saħħa ta' fondi ta' koeżjoni tlestiet minn kumpanija detenuta mill-Istat Ċiniż, li setgħet ibbenefikat minn appoġġ mill-gvern Ċiniż u standards tax-xogħol aktar baxxi u inadegwati, u dan kieku jimplika vantaġġ kompetittiv fuq il-kumpaniji tal-Unjoni li jagħmlu offerti għall-istess sejħa; huwa tal-fehma li l-Kummissjoni, bħala l-gwardjan tat-Trattati, jeħtiġilha tiżgura kundizzjonijiet ekwi bejn il-kumpaniji tal-Unjoni u dawk ta' pajjiżi terzi fis-sejħiet u fl-offerti pubbliċi; huwa għalhekk tal-fehma li s-sejħiet għall-akkwist pubbliku u l-kostruzzjoni għandhom jinkludu dispożizzjonijiet b'saħħithom dwar l-istandards fil-livell tal-Unjoni rigward id-drittijiet soċjali u dawk tax-xogħol;

130.  Jinsab imħasseb dwar rapporti li l-gvern Ungeriż kellu l-ħsieb li jinnazzjonalizza l-ajruport "Ferenc Liszt" qrib Budapest u ddikjara l-intenzjoni tiegħu li juża l-fondi ta' koeżjoni tal-Unjoni biex jiżviluppa infrastruttura ħalli jnaqqas il-valur tal-ajruport bil-għan li jbaxxi l-ispiża tal-esproprjazzjoni tiegħu, u b'hekk jagħmel ħsara lis-sidien attwali tiegħu; jinsab imħasseb bil-kbir dwar in-nuqqas ta' sigurtà li dan it-theddid jikkostitwixxi għall-investituri internazzjonali; ifakkar li l-fondi ta' koeżjoni tal-Unjoni ntużaw biex jikkofinanzjaw l-ajruport u li, f'każ li jkun hemm bejgħ furzat jew involontarju tal-ajruport, dan ikun ta' benefiċċju għall-istrutturi oligarkiċi; jinnota li l-gvern impona ostakli burokratiċi għall-aħħar u rekwiżiti addizzjonali fuq l-operatur tal-ajruport; huwa sorpriż b'offerti ta' xiri inferjuri għall-ajruport minn oligarki f'kuntatt dirett u mill-qrib mal-Prim Ministru;

131.  Jinsab imħasseb li ż-żieda fil-prezzijiet tal-kostruzzjoni u tal-materja prima jaf tibdel il-baġit totali għal ħafna proġetti u tista' twassal għal sottobaġitjar, objettivi intermedji mhux milħuqa u kaħijiet fejn l-implimentazzjoni tkun impossibbli u għalhekk tista' ddgħajjef it-tlestija tan-network ewlieni tat-TEN-T;

132.  Jinnota bi tħassib l-akkwist ta' 88 % tal-ishma f'Euronews mid-ditta ta' kapital ta' riskju Portugiża Alpac Capital, li allegatament għandha rabtiet mill-qrib mal-Prim Ministru Ungeriż; jinnota li l-bord editorjali ta' Euronews issa jinkludi tliet persuni magħżula minn Alpac u għalhekk jinsab imħasseb li dan jista' jkollu impatt fuq l-indipendenza editorjali sħiħa tiegħu; jinnota li fl-2020 Euronews irċieva EUR 18,12-il miljun mill-baġit tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li dawn il-flus fil-fatt jintużaw għal kopertura tal-aħbarijiet oġġettiva u bbażata fuq il-fatti minn ġurnalisti indipendenti;

Rakkomandazzjonijiet

133.  Jistieden lill-Kummissjoni biex:

   a. tipprovdi rata ta' żball fil-waqt tal-pagament u mhux rata tal-iżball residwu sabiex ittejjeb l-evalwazzjoni tal-iskrutinju mwettaq;
   b. tkompli l-kooperazzjoni tagħha mal-Qorti sabiex tarmonizza ulterjorment l-istandards dwar id-data u tallinja l-interpretazzjoni tat-testi legali;
   c. tħeġġeġ u timmonitorja mill-qrib lill-Istati Membri billi tuża l-iskala standard għal kull unità tagħha, peress li aktar simplifikazzjoni tar-regoli u tal-proċeduri tista' tikkontribwixxi għal użu aktar effiċjenti tal-fondi u għal rata ta' żball imnaqqsa, filwaqt li tiżgura li l-iskema ma tirriżultax fi żbilanċi eċċessivi favur l-Istati Membri;
   d. tħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-awditjar b'mod espliċitu biex jintroduċu mistoqsijiet speċifiċi fil-listi ta' kontroll tagħhom dwar riskji ta' frodi u jiddokumentaw il-passi meħuda biex jiġi indirizzat kwalunkwe riskju bħal dan li jiġi skopert matul awditu; tagħti aktar attenzjoni, u talloka aktar appoġġ tekniku, lill-Istati Membri li s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tagħhom huma biss parzjalment affidabbli, jew mhumiex affidabbli affattu, fejn hemm riskju akbar ta' frodi u korruzzjoni relatati mal-fondi;
   e. tagħmel l-użu ta' għodod tal-IT bħal EDES u Arachne obbligatorju u sistematiku għall-fondi kollha tal-Unjoni, inklużi fondi b'ġestjoni kondiviża, u tiżgura użu aħjar ta' teknoloġija ġdida sabiex iżżid il-kontrolli u tipproteġi l-baġit tal-Unjoni mill-frodi u mill-użu ħażin tal-fondi;
   f. tiżgura l-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni billi tagħmel użu ġenerali u sistematiku minn sistemi diġitali u awtomatizzati għar-rappurtar, il-monitoraġġ u l-awditjar u tistabbilixxi b'mod urġenti sistema integrata u interoperabbli li tibni fuq, iżda mhux esklużivament, għodod u bażijiet ta' data eżistenti;
   g. tiżgura li l-Istati Membri jqisu u jippromwovu l-implimentazzjoni tal-prinċipju tas-sħubija u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri matul it-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programmi kollha kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) 2021/1060;
   h. tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba fl-użu tal-fondi, inkluż ir-rispett għall-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, bħala prekundizzjonijiet essenzjali għal ġestjoni finanzjarja tajba u finanzjament effettiv;
   i. tiżgura li l-Istati Membri jagħmlu biżżejjed informazzjoni disponibbli fis-sommarju annwali dwar il-konklużjonijiet u s-segwitu tal-operazzjonijiet li għalihom ikunu rtiraw ammonti minn kontijiet li jkunu taħt valutazzjoni tar-regolarità li tkun għadha għaddejja;
   j. tipproponi proposta leġiżlattiva marbuta mar-reviżjoni li jmiss tar-Regolament Finanzjarju biex tiżgura li ż-żamma tal-pagamenti tkun protetta b'mod adegwat qabel ma tiġi rilaxxata, biex ittejjeb il-ħidma tal-awditjar, id-dokumentazzjoni tal-awditjar u l-proċess ta' rieżami tagħha, biex issaħħaħ l-elementi ewlenin tar-regolarità tal-informazzjoni pprovduta fir-RAA, u biex tiżgura li l-Kulleġġ tal-Kummissarji jipprovdi informazzjoni rilevanti u affidabbli fl-AMPR; jissottolinja li l-proposta għandu jkollha kamp ta' applikazzjoni ċar u limitat, sabiex ma taffettwax il-prestazzjoni tal-fondi b'mod negattiv;
   k. ittejjeb l-approċċ meħud fir-rigward tal-istudji tal-ispejjeż amministrattivi billi tħabbar dak li se jiġi eżaminat u meta, kif ukoll tivvaluta jekk ikunx immaterjalizza l-iffrankar stmat tal-ispejjeż amministrattivi;
   l. fil-kuntest tal-finanzjament ibbażat fuq il-prestazzjoni fil-politika ta' koeżjoni, tagħmel l-aħjar użu mill-kundizzjonijiet abilitanti fil-perjodu 2021-2027, tħejji minn kmieni l-bażi għal rieżami effettiv ta' nofs it-terminu, u tiċċara r-regoli u l-approċċ għall-għoti ta' aċċertament dwar il-finanzjament tal-Unjoni fil-mudell ta' finanzjament "finanzjament mhux marbut mal-kostijiet";
   m. tissimplifika r-regoli u l-proċeduri, tħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżviluppaw sessjonijiet ta' taħriġ obbligatorji u informazzjoni prattika għall-applikanti, b'mod partikolari applikanti ġodda, u ttejjeb l-assistenza u l-linji gwida għall-SMEs, l-impriżi spin-off, in-negozji ġodda, l-aġenziji tal-amministrazzjoni u tal-pagamenti u l-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra kollha;
   n. tipprovdi gwida u kontrolli li jiżguraw li standards minimi adegwati dwar id-drittijiet soċjali u dawk tax-xogħol ikunu rekwiżiti fis-sejħiet għall-akkwist pubbliku, b'mod partikolari fl-offerti tal-kostruzzjoni, sabiex jiġi evitat li l-kumpaniji tal-Unjoni jitqiegħdu fi żvantaġġ kompetittiv meta mqabbla ma' offerenti minn pajjiżi terzi; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li fis-sejħiet u fl-offerti pubbliċi Ewropej jipparteċipaw biss il-kumpaniji minn pajjiżi terzi li jippermettu lill-kumpaniji tal-Unjoni jipparteċipaw fis-sejħiet u fl-offerti pubbliċi tagħhom, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi u aċċess ugwali fost il-kumpaniji tal-Unjoni u dawk ta' pajjiżi terzi;
   o. tiffaċilita l-adozzjoni tal-Mekkaniżmu Transfruntier Ewropew li għandu l-potenzjal li jkollu impatt pożittiv fuq il-pass tal-implimentazzjoni ta' proġetti tat-trasport transfruntiera u fl-aħħar mill-aħħar iżid l-effiċjenza tas-servizzi tat-trasport f'dawn l-oqsma;

Riżorsi naturali

134.  Jinnota li s-sottointestatura 2 "Riżorsi naturali" tal-QFP tikkorrispondi għal 35 % tal-baġit tal-Unjoni, jiġifieri EUR 60,6 biljun: minn dan l-ammont, EUR 41,6 biljun (68,7 %) jintefqu fuq pagamenti diretti fl-ambitu tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG), EUR 2,6 biljun (4,3 %) fuq nefqa relatata mas-suq fl-ambitu tal-FAEG, EUR 14,6-il biljun (24,1 %) fuq il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), EUR 0,9 biljun (1,4 %) fuq il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) u l-bqija fuq oqsma oħra;

135.  Jinnota li l-Qorti eżaminat kampjun ta' 218-il tranżazzjoni, li jkopri 19-il Stat Membru u r-Renju Unit, imfassal biex ikun rappreżentattiv tal-firxa sħiħa ta' nfiq fl-ambitu ta' din is-sottointestatura tal-QFP; jinnota li l-Qorti eżaminat ukoll ir-RAA tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (DĠ AGRI) u d-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent (DĠ ENV) tal-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll l-AMPR tal-Kummissjoni;

136.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-ħidma tal-Qorti tappoġġja l-konklużjoni li l-pagamenti diretti b'mod ġenerali kienu ħielsa minn kwalunkwe żball materjali u kienu jammontaw għal 69 % tan-nefqa fl-ambitu ta' din l-intestatura tal-QFP; jinnota li l-pagamenti diretti lill-bdiewa huma bbażati fuq l-intitolamenti u li tali pagamenti jġorru riskju aktar baxx ta' żball dment li l-kundizzjonijiet marbuta magħhom ma jkunux kumplessi; jirrikonoxxi li, skont il-Qorti, l-għodod ewlenin ta' ġestjoni għall-pagamenti diretti, is-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll (SIAK) u s-Sistema ta' Identifikazzjoni tal-Irqajja' tal-Art (LPIS), jiffurmaw sistema effettiva ta' ġestjoni u kontroll; jinnota li r-riforma ta' wara l-2022 tal-PAK ma għandhiex tibqa' bbażata fuq il-konformità iżda għandha tkun ibbażata fuq il-prestazzjoni; jittama li din il-bidla fundamentali jkollha impatt pożittiv fuq ir-rata ta' żball tal-pagamenti diretti;

137.  Jinnota bi tħassib l-iżbalji identifikati mill-Qorti fl-iżvilupp rurali, fil-miżuri tas-suq u f'oqsma oħra ta' nfiq tar-"Riżorsi naturali", li jirrappreżentaw 31 % tal-infiq; jinsab imħasseb dwar il-valutazzjoni tal-Qorti li kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà aktar kumplessi jżidu r-riskju ta' żball; jiddispjaċih li l-livell ta' żball huwa meqjus bħala materjali f'dan il-qasam;

138.  Jirrikonoxxi li d-DĠ AGRI kkalkula li r-riskju fil-waqt tal-pagament kien ta' madwar 1,9 % għall-infiq tal-PAK kollu kemm hu fl-2020; jinnota li l-Qorti tistma li l-livell ta' żball kien ta' 2 %, u dan jirrappreżenta żieda ta' 0,1 % meta mqabbel mal-2019; jiddispjaċih li l-livell ta' żball fl-infiq fuq "Riżorsi naturali" huwa qrib il-materjalità;

139.  Jilqa' l-użu ta' teknoloġiji ġodda bħall-kontrolli permezz tal-monitoraġġ, bl-użu ta' proċessi awtomatizzati bbażati fuq id-data satellitari Sentinel tal-Programm Copernicus tal-UE, biex tiġi vverifikata l-konformità ma' ċerti regoli tal-PAK; jilqa' l-fatt li dawn il-bidliet ġew approvati wkoll għall-PAK ta' wara l-2022 u jħeġġeġ lill-Istati Membri jużaw dawn l-opportunitajiet sal-massimu possibbli;

140.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni impenjat ruħha li tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri biex jiżviluppaw l-approċċ il-ġdid fir-rigward tal-kontrolli permezz tal-monitoraġġ; jinnota li, mill-2018 'l hawn, l-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri jistgħu jwettqu dawn it-tipi ta' kontrolli, iżda jiddispjaċih li fl-2020 il-kopertura kienet limitata; jappoġġja r-rakkomandazzjoni tal-Qorti biex il-Kummissjoni tippromwovi l-kontrolli permezz tal-monitoraġġ bħala sistema ewlenija ta' kontroll għall-PAK ta' wara l-2022;

141.  Jiddispjaċih ħafna li l-fatt li l-Kummissjoni ma rnexxilhiex tiġbor data affidabbli dwar il-benefiċjarji finali tal-fondi tal-PAK iħalli ħafna każijiet mhux solvuti għall-irkupru ta' fondi mill-Istati Membri; jinnota bi tħassib li l-użu ta' għodod ta' rappurtar u monitoraġġ, bħal ARACHNE, qed isir biss b'mod fakultattiv;

142.  Jiddispjaċih dwar id-dgħufijiet rikorrenti identifikati mill-Qorti dwar ir-riskju fil-waqt tal-pagament li jaffettwa l-infiq fuq "Riżorsi Naturali", b'rabta mal-kontrolli eżegwiti mill-Istati Membri, li huma riflessi fl-istatistika tagħhom dwar il-kontrolli;

143.  Ifakkar fid-dgħufija identifikata mill-Qorti fir-rigward tal-politiki u l-proċeduri kontra l-frodi tal-PAK kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-Istati Membri; ifakkar fir-rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni fir-rapport annwali tas-sena li għaddiet u jieħu nota li d-DĠ AGRI aġġorna l-istrateġija tiegħu kontra l-frodi fl-2020; jistenna r-Rapport Speċjali tal-Qorti dwar il-PAK u l-miżuri kontra l-frodi, li ġie pospost għat-tieni kwart tal-2022, għal analiżi fil-fond tas-sitwazzjoni attwali;

144.  Jinnota bi tħassib 29 każ tal-OLAF li jirrigwardaw il-fondi strutturali u agrikoli fil-Bulgarija; jinsab imħasseb dwar is-sejbiet tal-istudju dwar l-impatt tal-kriminalità organizzata fuq l-interessi finanzjarji tal-UE li l-biċċa l-kbira tal-vjolazzjonijiet fil-Bulgarija ġew identifikati fil-qasam tal-finanzjament agrikolu, speċjalment fil-qasam tas-sussidji għall-għelejjel agrikoli, kif ukoll il-kostruzzjoni ta' guest houses "foloz" li fil-fatt jintużaw bħala djar privati; huwa konxju li l-kwistjoni tal-guest houses "foloz" kofinanzjati mill-UE mhijiex limitata għall-Bulgarija peress li ġew identifikati kwistjonijiet simili wkoll fis-Slovakkja u fiċ-Ċekja; jinnota li l-Kummissjoni qed timmonitorja s-sitwazzjoni u jistenna li l-Kummissjoni taġixxi malajr u b'mod deċiżiv kontra dan it-tip ta' frodi fis-sussidji; jinnota wkoll li l-awtoritajiet Bulgari ma inkludewx finanzjament għal miżuri simili fil-perjodu ta' programmazzjoni attwali 2021-2027;

145.  Jinnota bi tħassib li, skont ir-Rapport Speċjali tal-Qorti 16/2021 intitolat "Il-Politika Agrikola Komuni u l-klima: Nofs l-infiq tal-UE fuq il-klima iżda l-emissjonijiet mill-azjendi agrikoli mhumiex qed jonqsu", il-PAK ma naqqsitx l-emissjonijiet tal-bhejjem, li l-emissjonijiet mill-fertilizzanti u mid-demel fuq il-ħamrija qed jiżdiedu, li l-miżuri tal-PAK ma wasslux għal żieda ġenerali fil-kontenut tal-karbonju maħżun fil-ħamrija u fil-pjanti, u li l-bidliet għall-PAK fil-perjodu 2014-2020 ma kinux jirriflettu l-ambizzjoni klimatika l-ġdida tagħha;

146.  Jiddispjaċih li, skont is-sejbiet tal-Qorti fir-Rapport Speċjali tagħha 20/2021 intitolat "L-użu sostenibbli tal-ilma fl-agrikoltura: huwa aktar probabbli li l-fondi tal-PAK jippromwovu użu akbar tal-ilma milli użu aktar effiċjenti", il-pagamenti diretti tal-PAK ma jħeġġux b'mod sinifikanti l-użu effiċjenti tal-ilma, u li l-fondi għall-iżvilupp rurali u l-miżuri tas-suq ma jippromovux b'mod sinifikanti l-użu sostenibbli tal-ilma;

147.  Jinnota bi tħassib li, skont ir-Rapport Speċjali tal-Qorti 13/2020 "Bijodiversità agrikola: il-kontribuzzjoni mill-PAK ma waqqfitx it-tnaqqis", hemm nuqqasijiet fit-tfassil tal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità, fil-koordinament tagħha mal-PAK u fil-monitoraġġ tagħha; jiddispjaċih li l-Qorti kkonkludiet li l-biċċa l-kbira tal-finanzjament tal-PAK ma tantx għandu impatt pożittiv fuq il-bijodiversità;

148.  Ifakkar fl-importanza ta' allokazzjoni ġusta tal-PAK, li minn naħa waħda għandha tevita kwalunkwe użu ħażin tal-fondi b'mod partikolari minn individwi politiċi prominenti sinjuri, eliti u konglomerati kbar, u min-naħa l-oħra għandha tikkonċentra fuq bdiewa attivi; jirrimarka li l-istudju(79) dwar l-implimentazzjoni tal-fondi tal-PAK żvela li l-iżborż tal-fondi agrikoli tal-Unjoni huwa kwistjoni problematika ħafna f'mill-inqas ħames Stati Membri(80) u li hemm inugwaljanza ċara bejn l-allokazzjonijiet tal-fondi għall-bdiewa l-kbar u dawk żgħar, b'vantaġġi sistemiċi għall-azjendi agrikoli l-kbar, li l-benefiċjarji tagħhom ikollhom rabtiet mill-qrib mal-partiti politiċi fil-gvern jew ikunu huma stess membri ta' dawn il-partiti f'pajjiżhom(81);

149.  Jinnota bi tħassib li l-Qorti sabet li l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-Kummissjoni tikkonċentra fuq l-inputs, l-outputs u l-kontribuzzjoni finanzjarja aktar milli fuq ir-riżultati; jilqa' l-fatt li l-vijabbiltà ekonomika tas-sajd qed tiżdied; jiddispjaċih li d-data dwar l-akkwakultura hija inqas konklużiva;

150.  Jieħu nota li l-Kummissjoni tirrapporta dwar l-infiq tal-FEMS għall-objettivi ambjentali; jiddispjaċih li r-rabta bejn dan u l-indikaturi ambjentali ewlenin mhijiex definita sew; jiddispjaċih li l-objettiv ta' konservazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) x'aktarx ma jintlaħaqx;

151.  Jieħu nota li, sa tmiem l-2020, il-fondi SIE appoġġjaw aktar minn 2 miljun proġett fis-settur agrikolu u fiż-żoni rurali u kkontribwew għaż-żamma ta' 31 500 impjieg u għall-ħolqien ta' 4 000 impjieg ġdid fis-settur marittimu u f'dak tas-sajd; jinnota, barra minn hekk, li nħolqu aktar minn 54 000 impjieg ġdid permezz ta' proġetti appoġġjati minn programmi ta' żvilupp rurali u li 131 000 bidwi żagħżugħ ibbenefikaw mill-appoġġ għall-bidu ta' negozju;

Rakkomandazzjonijiet

152.  Jistieden lill-Kummissjoni biex:

   a. tissimplifika r-regoli u l-proċeduri, tħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw sessjonijiet ta' taħriġ obbligatorji u informazzjoni prattika għall-applikanti, b'mod partikolari applikanti ġodda, u ttejjeb l-assistenza u l-linji gwida għall-bdiewa żgħażagħ, l-SMEs, l-impriżi spin-off, in-negozji ġodda, l-aġenziji tal-amministrazzjoni u tal-pagamenti u l-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra kollha;
   b. ittejjeb u tħeġġeġ l-użu tal-intelliġenza artifiċjali (IA) u tad-data minn teknoloġiji ġodda bħas-satelliti Copernicus Sentinel, li huma proprjetà tal-UE, biex timmonitorja u tikkontrolla l-użu korrett tal-fondi tal-PAK;
   c. tagħmel l-użu tal-għodda tal-IT, Arachne u EDES, obbligatorju u sistematiku għall-aġenziji tal-pagamenti, bħala għodda importanti li tista' tintuża biex jiġu identifikati proġetti, benefiċjarji u kuntratturi f'riskju ta' frodi;
   d. tiżgura l-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni billi tagħmel użu ġenerali u sistematiku minn sistemi diġitali u awtomatizzati għar-rappurtar, il-monitoraġġ u l-awditjar u tistabbilixxi b'mod urġenti sistema integrata u interoperabbli li tibni fuq, iżda mhux esklużivament, għodod u bażijiet ta' data eżistenti;
   e. tiffoka l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħha fuq ir-riżultati u tistabbilixxi rabta ċara bejn il-kontribuzzjonijiet tal-programmi u l-kisbiet iddikjarati sabiex tivvaluta l-effettività tal-programmi;
   f. tippromwovi l-approċċ ta' "verifiki permezz tal-monitoraġġ" bħala sistema ewlenija ta' kontroll għall-aġenziji tal-pagamenti; tagħmel użu globali u sistematiku minn teknoloġiji ġodda għall-monitoraġġ tal-miri ambjentali u tal-bijodiversità u tar-rekwiżiti klimatiċi fil-qafas tal-Patt Ekoloġiku; tipprovdi riżorsi finanzjarji u umani adegwati lill-aġenziji eżekuttivi bħall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li qed jiffaċċjaw żieda fl-ammont ta' xogħol minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u l-programm ta' azzjoni tal-Patt Ekoloġiku;
   g. tieħu azzjoni sabiex il-PAK tnaqqas l-emissjonijiet mill-agrikoltura, tnaqqas l-emissjonijiet minn ħamrija organika kkultivata li ma żżommx ilma, u tirrapporta regolarment dwar il-kontribut tal-PAK għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima; jilqa' l-fatt li sadanittant ġew adottati r-riforma dwar il-PAK il-ġdida u l-komunikazzjoni F2F (mill-Għalqa sal-Platt);
   h. titlob ġustifikazzjonijiet għal eżenzjonijiet għall-implimentazzjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma fl-agrikoltura, torbot il-pagamenti tal-PAK mar-rispett tal-istandards ambjentali, u tuża l-fondi tal-Unjoni biex ittejjeb l-istatus kwantitattiv tal-korpi tal-ilma;
   i. ittejjeb il-koordinament u t-tfassil tal-istrateġija dwar il-bijodiversità ta' wara l-2020 u ssegwi n-nefqa b'mod aktar preċiż, ittejjeb il-kontribut tal-pagamenti diretti u tal-iżvilupp rurali għall-bijodiversità tal-art agrikola, u turi l-impatt tal-miżuri tal-PAK fuq tali bijodiversità;
   j. issegwi l-iżvilupp ta' azjendi agrikoli organiċi; tenfasizza li 8 % biss tal-art agrikola Ewropea hija ddedikata għall-ikel organiku u li, mis-7 miljun bidwi li jibbenefikaw mill-fondi tal-PAK, 303 000 biss jipproduċu ikel organiku;
   k. tiżgura li l-aċċessibbiltà tal-art tkun prijorità sabiex jinżamm il-mudell tal-azjenda agrikola tal-familja u l-bdiewa żgħażagħ ikunu jistgħu jiżviluppaw l-attivitajiet tagħhom;
   l. iżżid l-effiċjenza tal-PAK billi tikkonċentra l-appoġġ tagħha fuq bdiewa attivi li l-attività ewlenija tagħhom hija l-biedja;
   m. tippromwovi investimenti li jikkontribwixxu għal irkupru ekonomiku aktar reżiljenti u diġitali f'konformità mal-Patt Ekoloġiku u li huma fundamentali għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku taż-żoni rurali;

Sigurtà u ċittadinanza

153.  Jinnota li s-sottointestatura 3 "Sigurtà u ċittadinanza" tal-QFP tikkorrispondi għal 3,7 % tal-baġit tal-Unjoni, jiġifieri EUR 6,3 biljun: minn dan l-ammont, EUR 2,6 biljun (40,5 %) jintefqu fuq l-Istrument għall-Appoġġ ta' Emerġenza fi ħdan l-Unjoni, EUR 1,6 biljun (25,3 %) fuq il-migrazzjoni u s-sigurtà, EUR 1,2 biljun (18,5 %) fuq l-aġenziji deċentralizzati, EUR 0,2 biljun (3,7 %) fuq l-ikel u l-għalf, EUR 0,2 biljun (3,8 %) fuq Ewropea Kreattiva, u l-bqija fuq oqsma oħra;

154.  Jieħu nota li l-aktar qasam sinifikanti tan-nefqa jirrigwarda l-Istrument għall-Appoġġ ta' Emerġenza (ESI), stabbilit f'April 2020 biex jgħin lill-Istati Membri jindirizzaw il-pandemija tal-COVID-19 billi jiffinanzja, fost affarijiet oħra, it-trasferiment u t-trasport transfruntiera tal-pazjenti, tal-persunal mediku u tal-oġġetti mediċi essenzjali, ir-riċerka u l-produzzjoni ta' vaċċini u trattamenti u l-iżvilupp, ix-xiri u d-distribuzzjoni tal-provvisti tal-ittestjar;

155.  Jinsab imħasseb li l-Qorti, fir-Rapport Speċjali 10/21 tagħha, sabet li l-Kummissjoni ma applikatx b'mod adegwat l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-baġit tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa b'mod urġenti metodoloġija għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri sabiex tintegra perspettiva tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-oqsma kollha ta' politika, inkluż l-użu ta' data u indikaturi diżaggregati skont il-ġeneru; ifakkar li l-ħtieġa tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri hija dejjem aktar urġenti fid-dawl tal-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq il-ġeneri;

156.  Jiddispjaċih li s-setturi kulturali u kreattivi kienu fost dawk l-aktar milquta mill-pandemija tal-COVID-19 fl-2020; jinnota li, għalkemm ġew introdotti miżuri flessibbli u s-sottoprogramm tal-midja pprovda appoġġ addizzjonali għall-membri tal-Europa Cinemas sottoposti għal għeluq furzat (li jammonta għal EUR 16-il miljun), is-sottoprogramm kellu prestazzjoni inqas milli mistenni fir-rigward ta' xi indikaturi, b'mod partikolari f'termini tad-daqs tal-pubbliku preżenti għall-avvenimenti;

157.  Jinnota li l-Qorti eżaminat kampjun ta' 27 tranżazzjoni, li kien imfassal biex jikkontribwixxi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni kumplessiva aktar milli biex ikun rappreżentattiv tal-infiq fl-ambitu ta' din l-intestatura tal-QFP; jieħu nota li l-Qorti eżaminat ir-rapporti annwali tal-attività tad-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni (DĠ HOME) u tad-Direttorat Ġenerali għan-Networks tal-Komunikazzjonijiet, il-Kontenut u t-Teknoloġija (DĠ CONNECT) u inklużi fl-AMPR tal-Kummissjoni;

158.  Jinnota li l-Qorti ma setgħetx tistma r-rata ta' żball; jinnota bi tħassib li, mis-27 tranżazzjoni eżaminati mill-Qorti, 8 (30 %) kienu milquta minn żbalji; jenfasizza li l-Qorti sabet ukoll każijiet ta' nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet legali u finanzjarji, iżda mingħajr impatt finanzjarju fuq il-baġit tal-Unjoni; jinnota li l-iżbalji jirrigwardaw l-għażla tal-proġetti u l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist, is-sottomissjoni ta' dokumentazzjoni mhux kompluta b'appoġġ għad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż, u l-funzjonament difettuż ta' sistema tal-IT;

159.  Jiddispjaċih li l-kampjun limitat ta' 27 tranżazzjoni għall-2020 għamilha impossibbli li l-Qorti tqabbel ir-riżultati tal-awditjar tagħha mal-informazzjoni rrappurtata mid-DĠ HOME u d-DĠ CONNECT dwar ir-regolarità tal-infiq; jistieden lill-Qorti testendi l-kampjun tagħha u tagħmlu aktar rappreżentattiv ta' dan il-qasam ta' nfiq, sabiex issir evalwazzjoni aktar profonda ta' din l-intestatura;

160.  Jilqa' r-rapport tal-Qorti dwar il-prestazzjoni tal-Fond għas-Sigurtà Interna – Fruntieri u Viżi (ISF-Fruntieri u Viżi), li jirrappreżenta 8,1 % tal-pagamenti totali magħmula sal-aħħar tal-2020 għal din l-intestatura tal-QFP, abbażi tal-AMPR 2020, id-dikjarazzjonijiet tal-programmi għall-abbozz ta' baġit 2022, l-evalwazzjonijiet ewlenin u rapporti oħra;

161.  Jinnota bi tħassib li l-Qorti sabet differenzi kbar fl-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali u li hemm lakuni fl-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-ISF-Fruntieri u Viżi; jenfasizza li l-kontribut tal-IS-Fruntieri u Viżi għall-ġestjoni effettiva tal-fruntieri jiddependi minn kemm l-Istati Membri jdaħħlu informazzjoni affidabbli, rilevanti u aġġornata fis-sistemi tal-IT; jinsab imħasseb li l-ġestjoni effettiva tal-fruntieri hija mxekkla mill-kwalità insuffiċjenti tad-data u t-taħriġ tal-gwardji tal-fruntieri; jinnota li l-indikaturi tal-prestazzjoni ppubblikati fl-AMPR jagħtu stampa ottimista tal-prestazzjoni tal-ISF-Fruntieri u Viżi;

162.  Jinnota l-konklużjoni tal-Qorti li l-programm ikkontribwixxa b'mod insuffiċjenti għall-applikazzjoni konsistenti tal-acquis permezz tat-taħriġ; jinnota s-sejbiet tal-Qorti li l-ISF-Fruntieri u Viżi kkontribwixxa għall-ipproċessar effiċjenti tal-viżi billi ffinanzja l-ammeljorament ta' 2 680 konsulat (290 % tal-mira tal-2020); jinnota madankollu li s'issa 4 322 membru tal-persunal (38 % tal-mira tal-2020) ġew imħarrġa fil-politika komuni dwar il-viżi u li dan, skont il-Qorti, jista' jżid ir-riskju li l-applikazzjonijiet għall-viża ta' Schengen ma jiġux ipproċessati b'mod armonizzat;

163.  Jilqa' s-suċċess miksub fil-fergħa tal-integrazzjoni effettiva u l-migrazzjoni legali tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u jinnota b'apprezzament li l-mira ta' 2,6 miljun persuna għall-perjodu 2014-2020 inqabżet b'mod konsiderevoli peress li kważi 6 miljun persuna fil-grupp fil-mira rċevew assistenza għall-integrazzjoni;

164.  Jissottolinja li, b'mod partikolari fil-qasam tas-sigurtà u ċ-ċittadinanza, l-NGOs huma sħab importanti u siewja tal-Kummissjoni f'dik li hija implimentazzjoni; jinnota li l-fondi jistgħu jitħallsu lil organizzazzjonijiet umbrella li jqassmu u jgħaddu l-finanzjament lill-organizzazzjonijiet membri jew lill-NGOs sħab fuq il-post; jinsab imħasseb li l-Kummissjoni għandha biss stampa ġenerali limitata tar-riċevituri finali tal-finanzjament; jinsab imħasseb bil-kbir li l-fondi tal-Unjoni jistgħu, b'mod mhux intenzjonat, jispiċċaw jibbenefikaw minnhom organizzazzjonijiet li jinstigaw it-terroriżmu jew l-estremiżmu; huwa tal-fehma li huma meħtieġa regoli għall-organizzazzjonijiet umbrella li jgħaddu l-finanzjament tal-Unjoni lill-organizzazzjonijiet membri tagħhom jew lill-NGOs sħab tagħhom li jkunu simili għad-dispożizzjonijiet dwar it-trasparenza tal-benefiċjarji finali, is-sidien benefiċjarji u s-sottokuntratturi kif miftiehem fl-Anness XVII tas-CPR il-ġdid;

Rakkomandazzjonijiet

165.  Jistieden lill-Kummissjoni biex:

   a. tiżviluppa kooperazzjoni aħjar mal-Istati Membri kollha, filwaqt li tfakkar li l-isfidi relatati mal-ġestjoni tas-sigurtà u l-migrazzjoni huma prijorità għall-Unjoni; jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward;
   b. toħroġ gwida legali ċara biex tiżgura li l-Istati Membri jipprovdu informazzjoni trasparenti, preċiża u kompluta dwar il-ġestjoni tal-fruntieri; ifakkar fil-ħtieġa li jiġu stabbiliti regoli vinkolanti u li tinħareġ aktar gwida dwar is-sistemi tal-IT għall-ġestjoni tal-fruntieri sabiex tiġi żgurata ġestjoni rapida u effettiva tal-fruntieri; tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza, f'intervalli regolari, dwar titjib f'termini ta' kwalità tad-data aġġornata u taħriġ suffiċjenti f'kull wieħed mill-Istati Membri rispettivi;
   c. tissimplifika r-regoli u l-proċeduri, tiżviluppa sessjonijiet ta' taħriġ obbligatorji u informazzjoni prattika għall-applikanti, b'mod partikolari applikanti ġodda, u ttejjeb l-assistenza u l-linji gwida għall-partijiet ikkonċernati u l-aġenziji amministrattivi u tal-pagamenti kollha;
   d. tivverifika b'attenzjoni l-eliġibbiltà tal-ispejjeż sottomessi mill-benefiċjarji tal-azzjonijiet tal-fondi SIE u, b'mod partikolari, ir-regolarità tal-proċeduri tal-akkwist;
   e. tipprovdi gwida lill-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli għall-implimentazzjoni tal-fondi tad-DĠ HOME, fil-QFP kemm tal-2014-2020 kif ukoll tal-2021-2027, dwar id-dokumentazzjoni tal-kompletezza u tal-kwalità tas-servizzi meta l-finanzjament ikun ibbażat fuq spejjeż unitarji standard;
   f. tiżgura l-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni billi tagħmel użu ġenerali u sistematiku minn sistemi diġitali u awtomatizzati għar-rappurtar, il-monitoraġġ u l-awditjar u tistabbilixxi b'mod urġenti sistema integrata u interoperabbli li tibni fuq, iżda mhux esklużivament, għodod u bażijiet ta' data eżistenti;
   g. tipproponi regoli dwar it-trasparenza tal-organizzazzjonijiet umbrella jew tal-NGOs sħab li jgħaddu l-finanzjament tal-Unjoni lill-organizzazzjonijiet membri tagħhom li jkunu simili għad-dispożizzjonijiet rigward il-benefiċjarji finali, is-sidien benefiċjarji u s-sottokuntratturi fl-Anness XVII tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni;
   h. iżżid ir-riżorsi ddedikati għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza bbażata fuq il-ġeneru fir-rigward taċ-ċittadini, l-ugwaljanza, id-drittijiet u l-valuri, speċjalment fid-dawl taż-żieda fil-vjolenza kontra n-nisa;
   i. tappoġġja l-proġetti pilota tal-Parlament li jindirizzaw il-ħtiġijiet taż-żgħażagħ u li jiżguraw il-ġustizzja interġenerazzjonali;
   j. tħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw inizjattivi speċjali li jippermettu u jissimplifikaw l-aċċess taż-żgħażagħ tal-Ewropa għall-kultura u l-mobbiltà, u jfittxu soluzzjonijiet innovattivi biex l-ivvjaġġar permezz ta' trasport li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent madwar l-Unjoni ikun aktar għal but kulħadd;
   k. tinvestiga fejn ġew investiti eżattament il-fondi tal-Unjoni fil-programmi AMIF u liema titjib speċifiku ġabu magħhom; jitlob rapport korrispondenti mill-Kummissjoni għal kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati;
   l. timplimenta miżuri li jiżguraw il-komplementarjetà u koordinament aħjar bejn l-AMIF u l-EASO/il-Frontex (eż. fil-qasam tar-ritorni furzati jew tal-appoġġ lill-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tal-ażil);
   m. tuża l-għajnuna għall-iżvilupp bħala għodda biex tiġi ffaċilitata kooperazzjoni aħjar mal-pajjiżi ta' oriġini tal-migranti;
   n. tivverifika bir-reqqa l-użu tal-fondi tal-Unjoni minn entitajiet terzi, l-affiljati tagħhom u/jew persuni fiżiċi biex tiżgura li l-ebda fond ma jkun allokat lil xi kawża jew forma ta' terroriżmu u/jew radikalizzazzjoni reliġjuża u politika jew ikun marbut magħhom; tiżgura li individwi jew gruppi affiljati jew marbutin ma' organizzazzjonijiet terroristiċi jew li jappoġġjawhom jiġu esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni; tiżgura li dawn il-fondi tal-Unjoni jiġu rkuprati b'mod proattiv, u li r-riċevituri involuti jiġu esklużi mill-finanzjament futur tal-Unjoni;
   o. tiffriża u tqiegħed minnufih parti mill-fondi tal-Unjoni f'riżerva f'każ li l-Unjoni tiskopri irregolarità fir-rigward ta' kwalunkwe entità, affiljat u/jew persuna fiżika eliġibbli li tkun marbuta ma' kwalunkwe kawża jew forma ta' terroriżmu u/jew radikalizzazzjoni reliġjuża u politika, u ma tirrilaxxax dawn il-fondi tal-Unjoni mir-riżerva ħlief meta l-Unjoni tkun ġabret evidenza suffiċjenti biex tiżgura l-konformità mar-regolamenti tal-Unjoni;
   p. tipprovdi aktar divulgazzjoni u trasparenza dwar kwalunkwe investigazzjoni mwettqa minnha jew mill-entitajiet tagħha bħall-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) wara irregolaritajiet fir-rigward tal-finanzjament tal-Unjoni, b'mod partikolari meta tali investigazzjoni tirrigwarda finanzjament tal-Unjoni li jkun marbut ma' kwalunkwe kawża jew forma ta' terroriżmu u/jew radikalizzazzjoni reliġjuża u politika;

Ewropa Globali

166.  Jinnota li s-sottointestatura 4 "Ewropa Globali" tal-QFP tikkorrispondi għal 6,6 % tal-baġit tal-Unjoni, jiġifieri EUR 11,4-il biljun: minn dan l-ammont, EUR 3 biljun (26,7 %) jintefqu fuq l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI), EUR 2,7 biljun (23,2 %) fuq l-Istrument Ewropew ta' Viċinat (ENI), EUR 1,9 biljun (16,9 %) fuq l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA), EUR 1,9 biljun (16,8 %) fuq l-Għajnuna Umanitarja u l-bqija fuq azzjonijiet u programmi oħra;

167.  Jinnota li l-Qorti eżaminat kampjun ta' 75 tranżazzjoni, li kien imfassal biex jikkontribwixxi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni kumplessiva aktar milli biex ikun rappreżentattiv tal-infiq fl-ambitu ta' din l-intestatura tal-QFP; jinnota li l-Qorti eżaminat ukoll ir-regolarità tal-informazzjoni fir-RAA tad-Direttorat Ġenerali għas-Sħubijiet Internazzjonali (DĠ INTPA) u d-Direttorat Ġenerali għall-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir (DĠ NEAR), kif ukoll l-AMPR tal-Kummissjoni;

168.  Jieħu nota li l-Qorti ma awditjatx biżżejjed tranżazzjonijiet biex jiġi stmat il-livell ta' żball għal din l-intestatura tal-QFP; jinsab imħasseb li, mill-75 tranżazzjoni eżaminata, 28 (37,3 %) kienu milquta minn żbalji; jinnota bi tħassib li xi organizzazzjonijiet internazzjonali pprovdew biss aċċess limitat għad-dokumenti, u xi wħud xeħtu dubju fuq il-mandat tal-Qorti;

169.  Jinnota bi tħassib li l-kategoriji ġenerali tas-sejbiet għal "Ewropa Globali" huma l-ispejjeż ineliġibbli, l-ispejjeż mhux imġarrba, l-iżbalji fl-akkwist pubbliku u n-nuqqas ta' dokumenti ta' sostenn; jinsab imħasseb li l-Qorti għal darb'oħra identifikat diversi fatturi ewlenin li fixklu l-istudju dwar ir-rata tal-iżball residwu (RER) tad-DĠ NEAR; jikkritika li l-qafas regolatorju li jirregola l-istudju dwar l-RER u l-kuntratt bejn id-DĠ NEAR u l-kuntrattur inkarigat mit-twettiq tal-istudju dwar l-RER ma jindirizzawx jew ma jsemmux ir-riskju ta' frodi; jinnota bi tħassib li ma hemm l-ebda proċedura li tirrikjedi li l-kuntrattur jirrapporta lill-Kummissjoni dwar każijiet ta' suspett ta' frodi kontra l-baġit tal-Unjoni identifikati matul ix-xogħol tiegħu dwar l-RER;

170.  Jilqa' r-rapport tal-Qorti dwar il-prestazzjoni tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni II (IPA II), li jirrappreżenta 12,6 % (EUR 5,6 biljun) tal-pagamenti totali magħmula sal-aħħar tal-2020 għal din l-intestatura tal-QFP, abbażi tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-Kummissjoni, inklużi l-AMPR 2020, id-dikjarazzjonijiet tal-programmi għall-abbozz ta' baġit 2022 u r-RAA 2020 tad-DĠ NEAR, u evalwazzjonijiet ewlenin u rapporti oħra;

171.  Jinnota bi tħassib kbir li l-biċċa l-kbira tal-indikaturi jew mhumiex fit-triq it-tajba jew il-progress tagħhom mhuwiex ċar; jissottolinja li l-approċċ settorjali kien għażla strateġika sabiex tittejjeb il-prestazzjoni tal-IPA II; jiddispjaċih li ma setax jiġi applikat b'mod konsistenti; jiddispjaċih li l-ġestjoni indiretta mill-pajjiżi benefiċjarji xi drabi kellha effett avvers fuq l-effiċjenza operattiva;

172.  Jilqa' l-fatt li l-IPA II rreaġixxa b'mod flessibbli biex jgħin fil-mitigazzjoni tal-kriżijiet; jinnota bi tħassib li hemm xi lakuni fl-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-IPA II; jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti li ġeneralment ir-riformi politiċi jiġu implimentati bil-mod, kif ukoll il-konklużjoni tagħha li l-progress tagħhom jiddependi mhux biss mill-appoġġ tal-IPA II, iżda wkoll minn fatturi kuntestwali oħra bħar-rieda politika tal-benefiċjarju tal-IPA II ikkonċernat; jinnota bi tħassib li l-Qorti sabet li l-appoġġ tal-Unjoni kien aktar effettiv biex jippromwovi riformi fundamentali milli biex jiżgura l-implimentazzjoni tagħhom;

173.  Ifakkar li l-politika ta' żvilupp u kooperazzjoni għandha l-għan li teqred il-faqar u tnaqqas l-inugwaljanza u li l-fondi għandhom jilħqu biss il-benefiċjarji intenzjonati tagħhom;

174.  Jinsisti fuq l-importanza tal-parteċipazzjoni attiva tal-Parlament fl-iżvilupp ta' ftehimiet ta' sħubija u kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi; jisħaq li l-ftehimiet ta' sħubija futuri għandhom ikunu soġġetti għal skrutinju parlamentari u bbażati fuq il-prinċipji tas-solidarjetà, ir-responsabbiltà kondiviża, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u d-dritt umanitarju internazzjonali;

175.  Jiddeplora li l-materjal problematiku u ta' mibegħda fil-kotba tal-iskola Palestinjani għadu ma tneħħiex u jinsab imħasseb dwar in-nuqqas kontinwu ta' azzjoni effettiva kontra d-diskors ta' mibegħda u l-vjolenza fil-kotba tal-iskola u speċjalment fil-karti tal-istudju li għadhom kif inħolqu; itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-kotba tal-iskola u l-materjal kollha appoġġjati mill-fondi tal-Unjoni li jintużaw fl-iskejjel iridu jkunu konformi mal-istandards tal-UNESCO fil-qasam tal-paċi, it-tolleranza, il-koeżistenza u n-nonvjolenza; jinsisti wkoll li s-salarji tal-għalliema u tal-ħaddiema taċ-ċivil fis-settur tal-edukazzjoni li huma ffinanzjati minn fondi tal-Unjoni bħal PEGASE jintużaw għall-abbozzar u għat-tagħlim ta' kurrikuli li jirriflettu l-istandards tal-UNESCO fil-qasam tal-paċi, it-tolleranza, il-koeżistenza u n-nonvjolenza, kif ġie deċiż mill-Ministri għall-Edukazzjoni tal-Unjoni f'Pariġi fis-17 ta' Marzu 2015, u d-deċiżjonijiet tal-Parlament dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-snin finanzjarji 2016, 2018 u 2019; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib lill-Awtorità Palestinjana u lill-esperti rilevanti u tara li jimmodifikaw il-kurrikulu malajr;

Rakkomandazzjonijiet

176.  Jistieden lill-Kummissjoni biex:

   a. tieħu passi sabiex l-organizzazzjonijiet internazzjonali jipprovdu lill-Qorti aċċess sħiħ, illimitat u f'waqtu għad-dokumenti meħtieġa biex il-Parlament iwettaq il-kompiti tiegħu f'konformità mat-TFUE;
   b. tistabbilixxi proċedura biex tiżgura li l-organizzazzjonijiet sħab jibbażaw l-allokazzjoni tagħhom tal-ispejjeż kondiviżi fuq l-infiq realment imġarrab;
   c. tiżviluppa l-kontrolli ex post permezz ta' implimentazzjoni aħjar ta' teknoloġiji u għodod tal-IT ġodda kif ukoll żieda tal-missjonijiet fuq il-post;
   d. tiżgura l-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni billi tagħmel użu ġenerali u sistematiku minn sistemi diġitali u awtomatizzati għar-rappurtar, il-monitoraġġ u l-awditjar u tistabbilixxi b'mod urġenti sistema integrata u interoperabbli li tibni fuq, iżda mhux esklużivament, għodod u bażijiet ta' data eżistenti;
   e. tistabbilixxi obbligi biex il-kuntrattur inkarigat mit-twettiq tal-istudju dwar l-RER jirrapporta lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe suspett ta' frodi kontra l-baġit tal-Unjoni identifikat matul xogħlu b'rabta mal-istudju dwar l-RER;
   f. tinkoraġġixxi l-iżvilupp ulterjuri ta' ftehimiet kummerċjali bbilanċjati u tibqa' attenta għall-investimenti magħmula mill-potenzi barranin;
   g. toqgħod attenta mill-qrib għas-sitwazzjoni kkumplikata fil-Belarussja; tissottolinja l-importanza li jiġi rieżaminat il-finanzjament tal-Unjoni u li jiġi żgurat li dan ma jkunx dirett lejn ir-reġim ta' Lukashenko, iżda jkun ta' appoġġ għas-soċjetà ċivili fil-Belarussja;
   h. tintroduċi bis-sħiħ il-prinċipju tal-kondizzjonalità u kontrolli ex ante u ex post regolari fuq ir-regolarità u l-prestazzjoni tal-fondi tal-Unjoni li joffru appoġġ lil pajjiżi terzi u tiżgura qafas legali li jipprevedi li dawn l-istrumenti ta' appoġġ jippermettu l-irkupru sħiħ tal-fondi f'każ li jiġu skoperti irregolaritajiet;
   i. tkompli tappoġġja l-programm tal-COVAX sabiex tħaffef it-tilqim kontra l-COVID-19 fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;
   j. tiżgura li l-għoti tal-għajnuna esterna jkun soġġett għall-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi riċevituri;
   k. tissimplifika r-regoli u l-proċeduri, tiżviluppa sessjonijiet ta' taħriġ obbligatorji u informazzjoni prattika għall-applikanti, b'mod partikolari applikanti ġodda, u ttejjeb l-assistenza u l-linji gwida għall-SMEs, l-universitajiet, l-NGOs, l-impriżi spin-off, in-negozji ġodda, l-aġenziji tal-amministrazzjoni u tal-pagamenti u l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha;
   l. tiżgura li d-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt jiġu applikati b'mod strett għall-fondi l-ġodda tal-IPA III u l-Pjan Ekonomiku u ta' Investiment għall-Balkani tal-Punent, bħala parti indispensabbli mid-distribuzzjoni tal-fondi fil-perjodu 2021-2027;
   m. tfassal pjan ta' appoġġ finanzjarju għall-Ukrajna biex din tkun tista' tirkupra mill-aggressjoni illegali tar-reġim ta' Vladimir Putin;

Amministrazzjoni

177.  Jinnota li l-pagamenti fl-ambitu tal-intestatura 5 dwar l-"amministrazzjoni" tal-QFP kienu ammontaw għal EUR 10,3 biljun fl-2020 (6,0 % tal-QFP) u li l-Kummissjoni tirrappreżenta EUR 6,3 biljun (60,0 % tal-pagamenti fl-ambitu ta' din l-intestatura) b'nefqa fuq ir-riżorsi umani li tirrappreżenta 68 % ta' dan l-ammont;

178.  Jinnota li l-Qorti eżaminat 48 tranżazzjoni biss iddisinjati biex jirrappreżentaw il-firxa sħiħa ta' nfiq fl-ambitu ta' din l-intestatura mifruxa fuq għadd ta' istituzzjonijiet u eżaminat ukoll għażla ta' sistemi superviżorji u ta' kontroll tal-Ombudsman Ewropew u tal-Kunsill;

179.  Jinnota li l-Qorti teżamina wkoll ir-regolarità tal-informazzjoni fir-rapporti annwali tal-attività tal-Kummissjoni, inklużi dawk tad-Direttorati Ġenerali u l-Uffiċċji tagħha primarjament responsabbli għan-nefqa amministrattiva; jinnota b'sodisfazzjon li l-Qorti tistma li l-livell ta' żball fl-infiq fuq l-"amministrazzjoni" ma kienx materjali;

180.  Jinnota li l-Qorti sabet ħames żbalji fil-kampjun tagħha għall-Kummissjoni, li minnhom erbgħa kienu relatati ma' allowances lill-persunal u wieħed kien jirrigwarda pagament żejjed minuri għal-liċenzji tas-software;

181.  Ifakkar li l-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali (PMO) tal-Kummissjoni huwa responsabbli, abbażi ta' ftehim dwar il-livell ta' servizz, għall-verifika tal-kundizzjonijiet legali għall-allowance tal-installazzjoni u l-awtorizzazzjoni tal-ħlas kemm tal-allowance tal-installazzjoni kif ukoll l-allowance tar-residenza lil persuni f'karigi pubbliċi għolja tal-UE previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/300 tad-29 ta' Frar 2016 li jiddetermina l-emolumenti ta' persuni f'karigi pubbliċi għolja tal-UE;

182.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar ir-rata għolja ħafna ta' approvazzjoni ta' talbiet għal trasferiment f'pożizzjonijiet tas-settur privat għal ex membri tal-persunal tal-Kummissjoni, peress li dan iżid il-probabbiltà li jokkorru kunflitti ta' interess; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrevedi l-politika tagħha f'dan ir-rigward;

183.  Jinnota li fl-2020 il-Kummissjoni rċeviet 8 001 applikazzjoni inizjali u 309 applikazzjonijiet konfermatorji għal aċċess għal dokumenti, kif ukoll li ngħata aċċess sħiħ jew parzjali f'81 % tal-każijiet inizjali, u kompla jingħata aċċess usa' jew saħansitra sħiħ f'aktar minn 37 % tal-każijiet rieżaminati fl-istadju konfermatorju;

184.  Jinnota li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom regoli differenti għall-użu ta' vetturi uffiċjali; huwa tal-fehma li dawn ir-regoli għandhom jiġu armonizzati u l-kontribuzzjoni proprja tal-utenti għandha tiżdied b'mod adegwat fir-rigward tal-ispejjeż u biex tirrifletti b'mod xieraq il-vantaġġ monetarju ta' tali użu;

185.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri xierqa biex timplimenta r-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Qorti u tirrapporta lill-Parlament dwar l-iżviluppi sat-30 ta' Ġunju 2022;

186.  Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' fehim fil-fora tat-teħid ta' deċiżjonijiet u tal-approvazzjoni fl-iskema tal-assigurazzjoni tas-saħħa JSIS f'dak li għandu x'jaqsam ma' trattamenti ġodda, xejriet mediċi u mediċini li għadhom mhumiex approvati b'mod partikolari marbuta ma' feġġien ġdid ta' mard tas-sistema nervuża, disturbi awtoimmuni kif ukoll mard tal-kanċer; jitlob li l-korpi rilevanti fi ħdan il-JSIS iqisu debitament u regolarment l-iżviluppi mediċi reċenti u l-kisbiet tal-għarfien meta jaġġornaw il-lista ta' trattamenti u mediċini eliġibbli; jitlob li l-JSIS turi aktar flessibbiltà meta tivvaluta stampi kliniċi kif ukoll it-trattament u t-terapiji sussegwenti li jistgħu jgħinu lill-pazjent; jirrakkomanda l-introduzzjoni ta' gruppi ta' esperti, li jkunu kapaċi jivvalutaw u japprovaw trattamenti u mediċini li għadhom mhumiex approvati sabiex itejbu l-kwalità tat-trattament tal-applikanti, inaqqsu l-piż burokratiku u jakkomodaw l-aktar informazzjoni medika reċenti huma u jittrattaw it-talbiet għal rimborż; jissottolinja li l-Unjoni tinsab fuq quddiem nett fl-innovazzjoni u t-teknoloġija medika u għalhekk huwa tal-fehma li dan l-istandard għandu jiġi applikat ukoll għat-trattament mediku tal-persuni fl-ambitu tal-JSIS;

187.  Jinsab imħasseb, madankollu, dwar in-nuqqas serju ta' trasparenza mill-Kummissjoni rigward ix-xiri u d-distribuzzjoni tal-vaċċini fl-Unjoni matul il-kriżi tal-COVID-19 fl-2020; jinnota b'dispjaċir il-każ tar-rifjut tal-Kummissjoni li tagħti aċċess pubbliku għall-messaġġi b'SMS skambjati bejn il-President tal-Kummissjoni u s-CEO ta' kumpanija farmaċewtika dwar ix-xiri ta' vaċċin tal-COVID-19; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, abbażi tas-sejbiet tagħha matul l-inkjesta dwar dan il-każ, l-Ombudsman tqis li dan jikkostitwixxi amministrazzjoni ħażina;

188.  Jieħu nota li, bħala konsegwenza tal-pandemija tal-COVID-19, il-Kummissjoni nefqet inqas ammonti tal-baġit fuq missjonijiet, konferenzi u laqgħat kif ukoll taħriġ fl-2020 mill-ammonti bbaġitjati fil-baġit 2020; jieħu nota li parti mill-iffrankar kif ukoll mill-approprjazzjonijiet minn oqsma oħra tan-nefqa amministrattiva ġew diretti mill-ġdid lejn ħtiġijiet relatati mal-pandemija bħat-tagħmir tal-ICT, inkluż għall-forniment ta' tagħmir tal-uffiċċju domestiku lill-persunal kollu, u n-nefqa tas-servizz mediku għall-kampanja ta' tilqim kontra l-COVID, inklużi miżuri sanitarji fiċ-ċentri tal-indukrar tat-tfal;

189.  Jisħaq li l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni, u speċjalment il-Kummissjoni, jeħtiġilhom jirrispettaw l-ogħla kriterji ta' protezzjoni tad-data kemm fl-ipproċessar tal-offerti pubbliċi kif ukoll fil-prodott jew is-servizz maħsub għall-akkwist, u dan jirrikjedi għarfien speċjalizzat min-naħa tal-uffiċjali inkarigati;

Skejjel Ewropej

190.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Qorti ma sabet l-ebda żball materjali fil-kontijiet annwali konsolidati finali għall-2020; jinnota b'sodisfazzjon ukoll li l-Qorti tinnota li l-kwalità tal-kontijiet tal-iskejjel tjiebet meta mqabbla mas-snin preċedenti anki jekk l-awditur estern ikompli jsib kwistjonijiet;

191.  Jinsab imħasseb, madankollu, li l-Qorti għadha ssib dgħufijiet fis-sistemi ta' kontroll intern, kemm fil-qasam tar-reklutaġġ kif ukoll fil-qasam tal-akkwist;

192.  Iħeġġeġ lill-Iskejjel Ewropej jagħtu segwitu malajr għar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti rigward id-dgħjufija speċifika misjuba fl-akkwist u fir-reklutaġġ;

193.  Jenfasizza, fir-rigward tal-Iskejjel Ewropej, l-importanza li jiġi rispettat il-prinċipju tal-annwalità u li jiġu rispettati l-iskadenzi tal-pagamenti, ir-regoli tal-akkwist u t-trasparenza fil-proċeduri ta' reklutaġġ;

Riżorsi umani

194.  Jilqa' l-inizjattivi meħuda mill-Kummissjoni biex tiżgura l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u jfakkar fl-impenn tal-President tal-Kummissjoni li tintlaħaq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-livelli maniġerjali kollha sa tmiem il-mandat attwali tal-Kummissjoni, impenn li huwa appoġġjat bis-sħiħ mill-Parlament;

195.  Jissottolinja t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżgura bilanċ ġeografiku ġust tal-membri tal-persunal tagħha fil-livelli kollha, speċjalment fil-livelli maniġerjali medji u superjuri fejn għad hemm żbilanċi qawwijin, u fl-istess ħin tissodisfa r-rekwiżiti fir-Regolament tal-Persunal fir-rigward tal-kompetenzi u l-merti tal-kandidati;

196.  Jiġbed l-attenzjoni għad-diffikultajiet li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni stabbiliti fil-Lussemburgu jiltaqgħu magħhom biex jirreklutaw il-persunal skont il-ħtiġijiet tagħhom u jfakkar fl-istudju tal-Eurostat li juri li d-disparità fil-kapaċità tal-akkwist bejn il-Lussemburgu u Brussell (25,4 %) qabżet il-limitu ta' 5 % anke meta l-akkomodazzjoni ġiet eskluża mill-kalkoli;

197.  Jinsisti li l-Kummissjoni għandha timplimenta proċedura ta' ħatra aktar trasparenti għall-postijiet tax-xogħol kollha speċjalment dawk relatati mal-ġestjoni, b'mod partikolari fil-kuntest tal-Istrateġija l-ġdida dwar ir-Riżorsi Umani;

198.  Ifakkar lill-Kummissjoni fir-riskji potenzjali li l-Kummissarji jinvolvu ruħhom f'attivitajiet ġodda u jappella lill-Kummissjoni biex żżomm attenzjoni ċara fuq dawk il-każijiet;

199.  Jirrikonoxxi li, matul l-2020, il-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt fuq il-funzjonament intern u l-ġestjoni tal-baġit tal-Kummissjoni;

200.  Itenni l-konklużjoni tal-Qorti li "kull imġiba mhux etika min-naħa tal-persunal u l-Membri tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea (UE) hija inaċċettabbli. Din l-imġiba – anki jekk tkun biss allegata – tattira livelli għoljin ta' interess pubbliku u tnaqqas il-fiduċja fl-Unjoni. L-imġiba mhux etika hija wkoll marbuta mar-riskju ta' korruzzjoni u frodi";

201.  Itenni t-tħassib tal-Parlament dwar it-terminazzjoni tal-kuntratt mal-fornitur tas-servizzi tal-forniment tal-ikel, li wasslet għas-sensja ta' 400 ħaddiem;;

202.  Ifakkar fit-tħassib tal-Parlament dwar l-ammont dejjem jikber ta' persunal kuntrattwali impjegat fil-Kummissjoni, u r-riskji relatati mat-trasferiment u mbagħad it-telf ta' għarfien meta jiskadu l-kuntratti tagħhom, mingħajr ma jintesew il-perspettiva u s-sigurtà tal-impjieg tal-aġenti kuntrattwali;

Rakkomandazzjonijiet

203.  Jistieden lill-Kummissjoni biex:

   a. issegwi r-rakkomandazzjoni tal-Qrati biex ittejjeb is-sistema tagħha għall-ġestjoni tal-allowances statutorji tal-familja, inkluż permezz ta' kontrolli msaħħa tal-konsistenza fuq id-dikjarazzjonijiet tal-persunal rigward l-allowances riċevuti minn sorsi oħra;
   b. tirrieżamina l-mekkaniżmu għall-verifika tal-kundizzjonijiet legali tal-allowance għall-installazzjoni u titlob dokumenti oħra bħala evidenza kemm jista' jkun b'rispett għall-proporzjonalità u l-privatezza, abbażi tal-opinjoni li kuntratt ta' kiri jew kuntratt ta' xiri b'rabta ma' proprjetà ma għandux jitqies bħala evidenza suffiċjenti skont it-tifsira tal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/300, peress li tali proprjetà jaf tkun destinata għal użi oħra għajr ir-residenza primarja;
   c. tkompli l-ħidma tagħha sabiex tiżgura l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-livelli kollha ta' ġestjoni sa tmiem il-mandat attwali tal-Kummissjoni u tirrapporta data diżaggregata skont il-ġeneru;
   d. tkompli l-ħidma tagħha biex tiżgura bilanċ ġeografiku ġust tal-persunal tagħha fil-livelli kollha filwaqt li fl-istess ħin tissodisfa r-rekwiżiti fir-regolament tal-persunal dwar il-kompetenzi u l-merti tal-kandidati;
   e. tkompli tibni ambjent u kultura tax-xogħol aktar diversifikati u inklużivi billi tieħu azzjonijiet favur il-persuni b'diżabbiltà u tivvaluta l-possibbiltajiet ta' tisħiħ u ta' integrazzjoni ulterjuri tal-prinċipju ta' opportunità indaqs fir-reklutaġġ, fit-taħriġ, fl-iżvilupp tal-karriera u fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, kif ukoll fis-sensibilizzazzjoni fost il-persunal dwar dawn l-aspetti;
   f. tagħti segwitu għat-titjib u l-modifiki raġonevoli li jistgħu jsiru fil-binjiet tal-istituzzjonijiet (aċċess, tagħmir tal-uffiċċju adegwat) għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jew diżabbiltajiet oħra;
   g. tipproponi ġabra armonizzata ta' regoli għall-użu ta' vetturi uffiċjali għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi kollha tal-Unjoni li tkun tinkludi żieda adegwata fil-kontribuzzjoni proprja tal-utenti fir-rigward tal-ispejjeż, li tirrifletti b'mod xieraq il-vantaġġ monetarju ta' tali użu;
   h. timplimenta r-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman fil-każ tar-rifjut tal-Kummissjoni li tippermetti aċċess pubbliku għall-messaġġi b'SMS skambjati bejn il-President tal-Kummissjoni u s-CEO ta' kumpanija farmaċewtika dwar ix-xiri ta' vaċċin tal-COVID19 (każ 1316/2021/MIG);
   i. tindirizza l-problema – serja u li ilha għaddejja żmien twil – tal-indiċjar tas-salarji fil-Lussemburgu billi tadotta att delegat biex tikkoreġi d-dispożizzjoni rilevanti tar-regolament tal-persunal;
   j. tiżgura li l-JSIS jipprovdi spjegazzjoni koerenti u individwali għar-rifjut ta' talba għal rimborż; jiddispjaċih dwar il-kultura ta' rifjut ta' talba għal rimborż permezz ta' PDF mingħajr il-possibbiltà li d-deċiżjoni tiġi kkontestata personalment; jistieden lill-PMO jintroduċi l-possibbiltà li t-tobba inkarigati mit-trattament ta' applikant jitkellmu mal-unità jew mal-grupp ta' esperti tal-JSIS responsabbli biex jispjegaw it-trattament u l-benefiċċji mediċi; jesprimi wkoll ix-xewqa tiegħu li tittejjeb il-faċilità tal-użu tal-applikazzjoni sabiex tippermetti segwitu aktar rapidu u aktar dirett għal talbiet individwali;
   k. tintegra fl-istrateġija ta' ġestjoni interna t-tagħlimiet meħuda mit-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19, f'dak li jirrigwarda l-kontinwità tal-operat u l-approċċi ta' ġestjoni tal-kriżijiet, ir-rispons tal-IT, ir-reżiljenza tal-organizzazzjoni, id-dmir ta' diliġenza lejn il-persunal tagħha, l-effettività tal-komunikazzjoni interna u l-flessibbiltà tal-proċessi ta' ħidma;
   l. tkun fuq quddiem nett fil-protezzjoni tal-informaturi, filwaqt li twitti t-triq għal regolamentazzjoni aktar uniformi fost l-istituzzjonijiet kollha, ibbażata fuq l-aħjar prattiki u fuq standards ogħla;
   m. jirrakkomanda bil-qawwa rieżami tal-proċeduri ta' nomina u ta' ħatra għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni bil-għan li jissaħħu u jiġu rispettati kemm l-opinjonijiet espressi mill-Kummissjoni u l-Parlament, kif ukoll il-parteċipazzjoni demokratika tal-partijiet ikkonċernati rilevanti;
   n. issaħħaħ u tottimizza l-kollaborazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fil-qasam tal-akkwist pubbliku, b'mod partikolari fit-taħriġ tal-uffiċjali tal-akkwist pubbliku;
   o. tagħmel l-istatus ta' konsulenti speċjali tal-Kummissjoni aktar trasparenti b'definizzjoni ċara tal-kompiti u l-missjonijiet tagħhom, permezz ta' reviżjoni tar-regoli attwali dwar il-Konsulenti Speċjali;

204.  Jistieden lill-uffiċċju ċentrali tal-Iskejjel Ewropej isegwi r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Qorti.

(1) ĠU L 57, 27.2.2020, p. 1.
(2) ĠU C 436, 28.10.2021, p. 1.
(3) ĠU C 430, 25.10.2021, p. 7
(4) ĠU C 458, 12.11.2021, p. 21
(5) ĠU C 430, 25.10.2021, p. 7
(6) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1
(7) ĠU L 57, 27.2.2020.
(8) ĠU C 436, 28.10.2021, p. 1.
(9) ĠU C 459, 12.11.2021, p. 10
(10) ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3.
(11) ĠU C 430, 25.10.2021, p. 7
(12) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1
(13) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1
(14) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(15) ĠU L 343, 19.12.2013, p. 46.
(16) ĠU L 50, 15.2.2021, p. 9.
(17) ĠU L 57, 27.2.2020.
(18) ĠU C 436, 28.10.2021, p. 1.
(19) ĠU C 459, 12.11.2021, p. 23
(20) ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3.
(21) ĠU C 430, 25.10.2021, p. 7
(22) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1
(23) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1
(24) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(25) ĠU L 341, 18.12.2013, p. 73.
(26) ĠU L 50, 15.2.2021, p. 9.
(27) ĠU L 57, 27.2.2020.
(28) ĠU C 436, 28.10.2021, p. 1.
(29) ĠU C 459, 12.11.2021, p. 7
(30) ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3.
(31) ĠU C 430, 25.10.2021, p. 7
(32) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1
(33) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1
(34) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(35) ĠU L 341, 18.12.2013, p. 69.
(36)  ĠU L 363, 18.12.2014, p. 183.
(37) ĠU L 50, 15.2.2021, p. 9.
(38) ĠU L 57, 27.2.2020.
(39) ĠU C 436, 28.10.2021, p. 1.
(40) ĠU C 459, 12.11.2021, p. 30
(41) ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3.
(42) ĠU C 430, 25.10.2021, p. 7
(43) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1
(44) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1
(45) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(46) ĠU L 346, 20.12.2013, p. 58.
(47) ĠU L 50, 15.2.2021, p. 9.
(48) ĠU L 57, 27.2.2020.
(49) ĠU C 436, 28.10.2021, p. 1.
(50) ĠU C 459, 12.11.2021, p. 48
(51) ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3.
(52) ĠU C 430, 25.10.2021, p. 7
(53) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1
(54) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1
(55) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(56) ĠU L 346, 20.12.2013, p. 54.
(57) ĠU L 50, 15.2.2021, p. 9.
(58) ĠU L 57, 27.2.2020.
(59) ĠU C 436, 28.10.2021, p. 1.
(60) ĠU C 459, 12.11.2021, p. 47
(61) ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3.
(62) ĠU C 430, 25.10.2021, p. 7
(63) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1
(64) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1
(65) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(66) ĠU L 352, 24.12.2013, p. 65.
(67) ĠU L 50, 15.2.2021, p. 9.
(68) ĠU L 57, 27.2.2020.
(69) ĠU C 436, 28.10.2021, p. 1.
(70) ĠU C 430, 25.10.2021, p. 7
(71) ĠU C 430, 25.10.2021, p. 7
(72) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1
(73) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1
(74) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 1)
(75) Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).
(76) Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2021 dwar ir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju fid-dawl tad-dħul fis-seħħ tal-qafas finanzjarju pluriennali tal-2021–2027, P9_TA(2021)0469;
(77) Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Novembru 2021 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar id-diġitalizzazzjoni tar-rappurtar, il-monitoraġġ u l-awditjar fil-livell Ewropew fil-proposta tagħha għar-reviżjoni li jmiss tar-Regolament Finanzjarju, P9_TA(2021)0464.
(78) Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).
(79) Sabeb et al 2021: WHERE DOES THE EU MONEY GO? AN ANALYSIS OF THE IMPLEMENTATION OF CAP FUNDS IN BULGARIA, THE CZECH REPUBLIC, HUNGARY, SLOVAKIA AND ROMANIA (Fejn imorru l-flus tal-UE? Analiżi tal-implimentazzjoni tal-fondi tal-PAK fil-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, is-Slovakkja u r-Rumanija)
(80) Il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, is-Slovakkja u r-Rumanija
(81) Ir-rapport INI dwar il-QFP 2021-2027: ġlieda kontra l-istrutturi oligarkiċi, protezzjoni tal-fondi tal-UE mill-frodi u kunflitti ta' interess, CONT 2020/2126 (INI)


Kwittanza 2020: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Parlament Ewropew
PDF 355kWORD 120k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew (2021/2107(DEC))
P9_TA(2022)0145A9-0044/2022

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2021)0381 – C9-0259/2021)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew(3),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Awditur Intern għas-sena finanzjarja 2020,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(4),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikolu 318 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Bureau tal-10 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regoli interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 34 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100, l-Artikolu 104(3) u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0044/2022),

A.  billi l-President adotta l-kontijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2020 fid-9 ta' Ġunju 2021;

B.  billi s-Segretarju Ġenerali, bħala l-uffiċjal awtorizzanti prinċipali b'delega, fil-25 ta' Ġunju 2021, iċċertifika b'aċċertament raġonevoli li r-riżorsi assenjati għall-baġit tal-Parlament intużaw għall-iskopijiet previsti, f'konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba, u li l-proċeduri ta' kontroll stabbiliti joffru l-garanziji neċessarji ta' legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi;

C.  billi fl-awditu tagħha l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li, fil-valutazzjoni speċifika tagħha tal-infiq amministrattiv u ta' nfiq ieħor fl-2020, ma identifikat l-ebda dgħufija serja fir-rapporti annwali tal-attività tal-istituzzjonijiet u tal-korpi li eżaminat kif meħtieġ bir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046;

D.  billi l-Artikolu 262(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 jirrikjedi li kull istituzzjoni tal-Unjoni tieħu l-passi adatti kollha biex taġixxi fuq l-osservazzjonijiet li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza tal-Parlament;

1.  Jagħti l-kwittanza lill-President tiegħu għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2020;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew (2021/2107(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100, l-Artikolu 104(3) u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0044/2022),

A.  billi, fiċ-ċertifikazzjoni tiegħu tal-kontijiet finali, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Parlament Ewropew (il-"Parlament") iddikjara l-aċċertament raġonevoli tiegħu li l-kontijiet, fl-aspetti materjali kollha, jippreżentaw b'mod ġust il-pożizzjoni finanzjarja, ir-riżultati tal-operazzjonijiet u l-flussi tal-flus tal-Parlament;

B.  billi, f'konformità mal-proċedura tas-soltu, intbagħtu 191 mistoqsija lill-amministrazzjoni tal-Parlament u t-tweġibiet bil-miktub waslu u ġew diskussi pubblikament mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament, fil-preżenza tal-Viċi President responsabbli għall-Baġit, is-Segretarju Ġenerali, id-direttur tal-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej (l-"Awtorità") u l-awditur intern;

C.  billi, dejjem hemm lok għal titjib f'termini ta' kwalità, effiċjenza u effikaċja fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, l-iskrutinju huwa meħtieġ biex jiġi żgurat li t-tmexxija politika u l-amministrazzjoni tal-Parlament jagħtu rendikont ta' għemilhom liċ-ċittadini tal-Unjoni,

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja tal-Parlament

1.  Jinnota li l-approprjazzjonijiet finali tal-Parlament għall-2020 ammontaw għal EUR 2 038 745 000, jew 18,1 % tal-intestatura V tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali(7) allokati għall-infiq amministrattiv għall-2020 tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni fit-totalità tagħhom, li jirrappreżentaw żieda ta' 2,1 % fuq il-baġit tal-2019 (EUR 1 996 978 262), iżda fl-istess ħin tnaqqis ta' 0,4 % fis-sehem relattiv tagħhom fil-baġit kumplessiv;

2.  Jinnota li d-dħul totali li tniżżel fil-kontijiet sal-31 ta' Diċembru 2020 kien jammonta għal EUR 203 449 523 (meta mqabbel ma' EUR 207 521 070 fl-2019), li jinkludi EUR 33 567 305 minn dħul assenjat (meta mqabbel ma' EUR 36 566 236 fl-2019);

3.  Jenfasizza li erba' kapitoli kienu jirrappreżentaw 67,6 % tal-impenji totali: il-Kapitolu 10 (Membri tal-istituzzjoni), il-Kapitolu 12 (Uffiċjali u persunal temporanju), il-Kapitolu 20 (Bini u spejjeż relatati) u l-Kapitolu 42 (Nefqa relatata mal-assistenza parlamentari), li jindika livell għoli ta' riġidità għall-biċċa l-kbira tan-nefqa tal-Parlament;

4.  Jinnota ċ-ċifri li abbażi tagħhom ingħalqu l-kontijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2020, jiġifieri:

(a)  Approprjazzjonijiet disponibbli (EUR)

approprjazzjonijiet għall-2020:

2 038 745 000

riporti mhux awtomatiċi mis-sena finanzjarja 2019:

---

riporti awtomatiċi mis-sena finanzjarja 2019:

274 260 660

approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għal dħul assenjat għall-2020:

33 567 305

riporti li jikkorrispondu għal dħul assenjat mill-2019:

32 413 449

Total:

2 378 986 414

(b)  Użu ta' approprjazzjonijiet fis-sena finanzjarja 2020 (EUR)

impenji:

2 258 910 984

pagamenti li saru:

1 862 291 046

approprjazzjonijiet riportati awtomatikament inklużi dawk li ġejjin minn dħul assenjat:

395 843 062

approprjazzjonijiet riportati mhux awtomatikament:

74 900 000

approprjazzjonijiet ikkanċellati:

44 577 406

(c)  Dħul tal-baġit (EUR)

riċevut fl-2020:

203 449 523

(d)  Karta tal-bilanċ totali fil-31 ta' Diċembru 2020 (EUR)

1 690 096 152

5.  Jirrimarka li 95,7 % tal-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit tal-Parlament, li jammontaw għal EUR 1 950 750 955, ġew impenjati, b'rata ta' kanċellazzjoni ta' 0,8 %; jinnota b'sodisfazzjon li, bħal ma ġara fis-snin preċedenti, inkiseb livell għoli ħafna ta' implimentazzjoni tal-baġit; jinnota li l-pagamenti ammontaw għal EUR 1 590 035 012, u dan irriżulta f'rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament ta' 81,5 %;

6.  Jissottolinja l-fatt li l-approprjazzjonijiet ikkanċellati għas-sena 2020 li jammontaw għal EUR 17 292 007, prinċipalment kienu relatati ma' nefqa relatata mal-bini, mal-produzzjoni u mad-disseminazzjoni, kif ukoll mar-remunerazzjoni, mal-computing u mat-telekomunikazzjoni;

7.  Jinnota li fis-sena finanzjarja 2020 ġew approvati tnax-il trasferiment f'konformità mal-Artikoli 31 u 49 tar-Regolament Finanzjarju, li jammontaw għal EUR 183 933 785 jew 9 % tal-approprjazzjonijiet finali; josserva li 76,4 % tal-fondi ttrasferiti kienu relatati mal-politika tal-bini tal-Parlament u fil-biċċa l-kbira, biex jiffinanzjaw ix-xiri tal-binja Wiertz u l-pagamenti annwali għall-proġett tal-binja Adenauer II;

L-opinjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-2020 u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet

8.  Ifakkar li l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") twettaq valutazzjoni speċifika tal-infiq amministrattiv u ta' nfiq ieħor bħala grupp ta' politiki uniku għall-istituzzjonijiet Ewropej kollha; jenfasizza li l-infiq amministrattiv u l-infiq relatat jinkludu l-infiq fuq ir-riżorsi umani (is-salarji, l-indennizzi u l-pensjonijiet), li jirrappreżenta 60 % tat-total, u fuq il-bini, it-tagħmir, l-enerġija u t-teknoloġiji tal-komunikazzjoni u tal-informazzjoni;

9.  Jinnota li l-evidenza għall-awditjar kumplessiva tindika li l-infiq fuq l-amministrazzjoni mhuwiex affettwat minn livell ta' żball materjali;

10.  Jinnota bi tħassib is-sejba speċifika mill-Qorti, fir-rapport annwali tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020, ta' żbalji f'żewġ pagamenti: (i) pagament eċċessiv għas-servizzi tal-IT ikkawżat minn applikazzjoni mhux korretta tal-klawżoli kuntrattwali u (ii) pagament mhux korrett ta' indennizz tas-sussistenza lil Membru, wara żball f'lista tal-attendenza; jiddispjaċih li s-sistema ta' kontroll stabbilita, dawk l-iżbalji la rnexxielha tevitahom, u lanqas taqbadhom; jistieden lill-Parlament jispjega kif seħħew dawk l-iżbalji u l-miżuri li ttieħdu biex jiġu kkoreġuti, u jiżgura li ma jistgħux jerġgħu jseħħu fil-futur kif ukoll jiżgura li sa tmiem l-2022 iħallas biss l-indennizzi ta' kuljum lill-Membri li jikkwalifikaw għalihom;

11.  Jinnota t-tweġiba mogħtija mill-Parlament fil-proċedura kontradittorja li aċċettat ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti; jinnota li fl-2019, il-Parlament nieda proġett biex tiġi awtomatizzata r-reġistrazzjoni tal-attendenza permezz tat-teknoloġija bijometrika fir-reġistru ċentrali tal-attendenza u ffirma kuntratt għal dan il-proġett fi tmiem l-2020; jisħaq li l-ipproċessar fuq skala kbira ta' data bijometrika għandu jiġi evitat; jitlob lill-Bureau jiżviluppa soluzzjoni alternattiva li ma tinvolvix l-ipproċessar ta' data bijometrika u jiżgura li l-indennizz tas-sussistenza ta' kuljum jirċevuh biss dawk il-Membri li fil-fatt huma intitolati għalih; jiddispjaċih il-fatt li dan il-proġett ġie segwit minkejja l-opinjoni negattiva tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fl-aħħar ta' Marzu 2021 u mtennija fir-Rapport Annwali tiegħu tal-2021, fejn ġie ddikjarat li l-Parlament għandu jikkunsidra alternattivi inqas intrużivi fir-rigward tal-protezzjoni tad-data;

12.  Jenfasizza li l-Qorti eżaminat b'mod aktar partikolari l-proċeduri ta' akkwist pubbliku tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni għax-xiri ta' tagħmir protettiv personali għall-membri tal-persunal tagħhom fl-2020; jinnota li l-Qorti vverifikat tliet proċeduri ta' akkwist organizzati mill-Parlament biex jinxtraw maskri protettivi, detetturi tat-temperatura u testijiet tal-COVID-19; jiddispjaċih dwar l-ispejjeż ikkawżati minn deċiżjonijiet suċċessivi biex jinxtraw u jintużaw mudelli differenti ta' detetturi tat-temperatura sakemm instab l-aktar wieħed adattat għall-ħtiġijiet attwali; jissottolinja li l-akkwist urġenti ta' tagħmir fl-istadji bikrija tal-pandemija tal-COVID-19 kien ta' sfida minħabba ż-żieda fid-domanda u l-kompetizzjoni bejn l-awtoritajiet kontraenti u l-pajjiżi; jinnota li l-Qorti, f'każ wieħed relatat max-xiri ta' maskri tad-drapp, sabet li r-rekwiżiti stabbiliti mill-Parlament fl-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta kienu wesgħin wisq biex jippermettu valutazzjoni tal-konformità, u li l-offerenti rebbieħa ma inkludewx evidenza sħiħa fl-offerta tagħhom li r-rekwiżiti minimi kollha tal-kwalità ġew issodisfati fiż-żmien tal-ikkuntrattar, bħal evidenza relatata mal-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew mad-durabbiltà tal-maskri;

Ir-rapport annwali tal-awditur intern

13.  Jinnota li, fil-laqgħa bejn il-kumitat responsabbli u l-awditur intern li saret fit-30 ta' Novembru 2021, l-awditur intern ippreżenta r-rapport annwali tiegħu u ddeskriva l-awditi ta' aċċertament li wettaq u rrapporta dwarhom, li fl-2020 koprew is-suġġetti li ġejjin:

   awditu tal-gruppi ta' viżitaturi (Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni (DĠ COMM));
   awditu tal-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (Direttorat Ġenerali għall-Finanzi (DĠ FINS));
   it-tieni rapport dwar l-awditu tas-sistemi tal-informazzjoni: il-ġestjoni tal-identità u tal-aċċess (DĠ IPOL, DĠ FINS, DĠ LINC, DĠ TRAD u DĠ ITEC);
   rieżami preliminari tal-qafas ta' protezzjoni tad-data tal-Parlament;
   segwitu tal-azzjonijiet miftuħa mir-rapporti tal-awditjar interni - fażijiet 1 u 2 tal-2020.

14.  Jilqa' u jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin li l-awditur intern laħaq ftehim dwarhom mad-direttorati ġenerali responsabbli, b'riżultat tal-kompiti ta' aċċertament:

   fir-rigward tal-awditu tal-gruppi ta' viżitaturi, żieda fl-aċċertament tar-regolarità tal-pagamenti u fl-effiċjenza tal-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji, inklużi definizzjonijiet aħjar tal-ispejjeż eliġibbli u tal-kundizzjonijiet għall-pagament tagħhom u tal-perjodu ta' eliġibbiltà għal kull żjara; żieda fl-allinjament bejn il-kontribuzzjoni u l-ispejjeż reali marbuta direttament maż-żjara; finalizzazzjoni tal-kontrolli ex post għall-2017 u t-tnedija ta' programm annwali ta' kontroll għas-snin sussegwenti kollha sal-lum, u t-tisħiħ tal-kontrolli ex ante fuq ir-rimborżi; ratifika tal-obbligi kuntrattwali tal-aġenziji tal-ivvjaġġar lejn il-Parlament, meta jaġixxu bħala kapijiet ta' gruppi; kjarifika tar-regoli li jirregolaw il-gruppi ta' viżitaturi biex jiġi mmitigat ir-riskju ta' assimilazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja għal attivitajiet mhux marbuta direttament mal-programm tal-gruppi ta' viżitaturi;
   fir-rigward tal-ewwel fażi tal-awditu tal-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, rikonoxximent tal-fatt li l-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej ("l-Awtorità") kellha riżorsi limitati ħafna fil-bidu tagħha għall-istabbiliment ta' proċeduri ġodda ta' ġestjoni u kontroll; kunsiderazzjoni tal-fatt li għad hemm oqsma ta' responsabbiltajiet konġunti jew li jikkoinċidu bejn l-Awtorità u d-DĠ FINS li jipprevedu aktar tisħiħ tal-kooperazzjoni prevista bil-leġiżlazzjoni ewlenija li tirregola l-proċess ta' reġistrazzjoni, jiġifieri r-Regolament (UE) 1141/2014(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 28 tiegħu; identifikazzjoni ta' għadd ta' dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċess ta' reġistrazzjoni fir-Regolament li għalihom jista' jkun hemm skop biex jissaħħu ċ-ċarezza, il-komprensività u l-faċilità tal-applikazzjoni;
   rigward it-tieni rapport dwar l-awditu tas-sistemi tal-informazzjoni: ġestjoni tal-identitajiet u tal-aċċess, filwaqt li jitnaqqas għal minimu assolut l-għoti ta' drittijiet ta' aċċess privileġġat għall-bażi ta' data tal-applikazzjonijiet fl-ambjent tal-produzzjoni; tisħiħ tal-kontrolli tal-aċċess għall-bażijiet ta' data tal-applikazzjonijiet u għall-kontijiet minn applikazzjoni għal applikazzjoni; tisħiħ tal-ġestjoni tad-drittijiet ta' aċċess individwali sabiex jiġu ddefiniti r-regoli dwar il-kontroll tal-aċċess u jiġu mmonitorjati aħjar id-drittijiet ta' aċċess individwali;
   fir-rigward tar-rieżami preliminari tal-qafas tal-protezzjoni tad-data tal-Parlament, li ġie adottat fis-17 ta' Frar 2021, it-tisħiħ tal-kapaċità tal-kontrolluri tad-data li jikkonformaw mar-Regolament (UE) 2018/1725(9), u żieda fis-sensibilizzazzjoni fost il-membri tal-persunal li jipproċessaw id-data personali; żgurar li s-servizz tal-protezzjoni tad-data jkollu biżżejjed persunal; żgurar ta' aġġornament urġenti tar-reġistru ċentrali tal-Parlament tal-attivitajiet tal-ipproċessar li jittrattaw id-data personali; tisħiħ tal-livell ta' sigurtà tas-sistemi tal-IT li jipproċessaw id-data personali; titjib fil-ġestjoni tat-tneħħija tal-aċċess;

15.  Jinnota li l-proċess ta' segwitu tal-2020 irriżulta fl-għeluq ta' 61 azzjoni mill-108 miftuħa analizzati u li għalihom id-dati ta' skadenza miftiehma għall-implimentazzjoni kienu skadew; jinnota li fost is-47 azzjoni miftuħa li fadal mir-rapporti tal-awditjar ikkonċernati, 15 minn dawk l-azzjonijiet jindirizzaw riskju sinifikanti; jiddispjaċih li xi wħud mill-azzjonijiet imsemmija hawn fuq ġew irrakkomandati diversi snin ilu iżda baqgħu ma ġewx implimentati; jistenna li d-direttorati ġenerali differenti jiżguraw li l-azzjonijiet li suppost saru jingħalqu mingħajr aktar dewmien u li l-azzjonijiet miftiehma jiġu implimentati f'konformità mad-dati ta' skadenza stabbiliti fir-rapport annwali tal-awditur intern; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jipprovdi rapport lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-għeluq tal-azzjonijiet pendenti matul is-seduti ta' smigħ tiegħu fil-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament f'Settembru u f'Novembru 2022;

16.  Jinnota li skont l-Artikolu 118(9) tar-Regolament Finanzjarju, ir-rapporti tal-awditjar intern tal-Parlament ma jkunux disponibbli għall-pubbliku hekk kif l-awditur intern ikun iffinalizzahom; jinnota li fil-prattika dawn jiġu ppubblikati biss hekk kif ir-rakkomandazzjonijiet kollha jkunu ġew implimentati; jiddispjaċih li dan jirriżulta f'dewmien de facto tal-pubblikazzjoni għal diversi snin; jiddispjaċih ukoll għall-fatt li l-Membri jistgħu jaqrawhom biss fil-kamra tal-qari sikura sakemm il-miżuri rrakkomandati ma jkunux ġew implimentati; jistieden lill-Bureau jippermetti li l-Membri jkollhom aċċess sħiħ u immedjat għar-rapporti tal-awditjar intern; jistieden ukoll lill-Bureau jagħmel kull rapport tal-awditjar intern disponibbli għall-pubbliku sena wara l-finalizzazzjoni tiegħu, hekk kif l-awditur intern ikun ivvalida l-azzjonijiet meħuda biex jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tas-sena preċedenti; ifakkar li validazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet ma tirrikjedix li r-rakkomandazzjonijiet kollha jiġu kompletament implimentati;

Segwitu mill-amministrazzjoni tal-Parlament u mill-Bureau għar-riżoluzzjonijiet ta' kwittanza preċedenti

17.  Jieħu nota tat-tweġibiet bil-miktub għar-riżoluzzjoni ta' kwittanza għall-2019 mogħtija lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament fis-17 ta' Settembru 2021, u tal-preżentazzjoni tas-Segretarju Ġenerali li fiha indirizza d-diversi mistoqsijiet u talbiet imqajma fir-riżoluzzjoni ta' kwittanza tal-Parlament għall-2019 u l-iskambju ta' fehmiet mal-Membri li kien hemm wara;

18.  Jinnota li ladarba l-Plenarja tappella għal regoli jew miżuri differenti biex jiġu implimentati mill-Parlament, tali regoli jew miżuri proposti jiġu diskussi mill-Bureau, li jivvota wkoll fuqhom, skont l-Artikolu 25 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura u l-Artikoli 6 u 166 tar-Regolament Finanzjarju, kif ukoll mill-amministrazzjoni tal-Parlament; jinnota li l-Bureau ngħata l-mandat mill-Plenarja biex jiddeċiedi dwar il-kwistjonijiet amministrattivi, tal-persunal u organizzattivi kollha li jikkonċernaw lill-Membri; jenfasizza l-importanza tal-proċedura ta' kwittanza u jitlob li d-deċiżjonijiet ta' kwittanza kollha adottati mill-Plenarja jiġu segwiti bir-reqqa;

19.  Jitlob lis-Segretarju Ġenerali jressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Bureau, filwaqt li jenfasizza r-rikjesti kollha għal azzjoni jew id-deċiżjonijiet min-naħa tal-Bureau; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jistabbilixxi pjan ta' azzjoni u skeda ta' żmien li jippermettu lill-Bureau jagħti segwitu u/jew jirrispondi għat-talbiet u r-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-riżoluzzjonijiet ta' kwittanza tal-Parlament u jinkludi l-azzjonijiet meħuda u implimentati fid-dokument ta' monitoraġġ annwali; jitlob lis-Segretarju Ġenerali u lill-viċi president responsabbli għall-baġit jorganizzaw diskussjonijiet regolari mal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni msemmi;

20.  Itenni t-talba tiegħu lill-Bureau biex jiżgura aktar viżibbiltà fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tiegħu, b'mod partikolari fir-rigward tal-pubblikazzjoni f'waqtha tad-dokumenti u l-informazzjoni rilevanti fis-sit web tiegħu;

21.  Jitlob lill-amministrazzjoni tikkunsidra li tapprova l-minuti tal-Bureau fi proċedura bil-miktub biex jiġi evitat dewmien de facto tal-pubblikazzjoni ta' mill-inqas xahar sakemm jerġa' jiltaqa' l-Bureau biex japprova l-minuti, u ladarba jiġu approvati, il-minuti għandhom ikunu disponibbli mingħajr dewmien kemm fuq l-intranet tal-Parlament kif ukoll fuq is-sit tal-internet;

22.  Jinnota li l-preżenza tal-uffiċjali tal-Parlament fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni jew f'korpi oħra għandha l-għan li ssaħħaħ ir-relazzjonijiet tal-Parlament mal-organizzazzjoni reġjonali; itenni, madankollu, it-tħassib dwar id-deċiżjoni tal-Bureau tal-11 ta' Frar 2019 rigward l-appoġġ parlamentari lill-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-ASEAN f'Jakarta, id-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Unjoni Afrikana f'Addis Ababa u d-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għan-Nazzjonijiet Uniti fi New York; jappella għal analiżi bir-reqqa tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji biex tiġi ġġustifikata kwalunkwe deċiżjoni ġdida, indikaturi li jistgħu jitkejlu biex tiġi vvalutata l-prestazzjoni annwali, u li l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament jinżamm infurmat;

COVID-19

23.  Ifakkar li s-sena 2020 kienet ikkaratterizzata mill-isfidi li ġabet magħha l-pandemija tal-COVID-19, liema sfidi rriżultaw f'bidliet fundamentali fil-mod ta' ħidma tal-Parlament; jilqa' l-fatt li mill-bidu nett tal-kriżi tal-pandemija u matulha, il-Parlament ta' spiss ħa deċiżjonijiet bla preċedent bil-għan li jimminimizza r-riskju għall-Membri u għall-membri tal-persunal, filwaqt li jiżgura li l-Parlament jibqa' f'pożizzjoni li jkompli bl-attivitajiet ewlenin tiegħu, filwaqt li jesprimi wkoll solidarjetà prattika mal-komunitajiet ospitanti;

24.  Jilqa' l-fatt li fl-2020 fi Brussell, fil-bini tal-Parlament, twaqqaf ċentru ta' ttestjar għall-COVID-19, u nħolqu wkoll faċilitajiet ta' ttestjar fil-Lussemburgu u fi Strażburgu;

25.  Jilqa' l-fatt li l-Parlament seta' jiżgura dan ta' hawn fuq permezz tar-reżiljenza u l-kapaċità organizzattiva tiegħu li japplika metodi ta' ħidma ġodda, b'mod partikolari t-telexogħol u l-parteċipazzjoni remota;

26.  Japprezza l-isforzi notevoli tal-Parlament u tas-servizzi tal-IT tiegħu matul l-2020 biex jipprovdu immedjatament lill-membri, lill-persunal, lill-assistenti parlamentari akkreditati (APAs) u lit-trainees b'apparati elettroniċi biex jaħdmu b'mod remot; jitlob, madankollu, li jkun jaf il-kriterji tax-xiri għall-apparati u liema kunsiderazzjonijiet prattiċi influwenzaw id-deċiżjoni li jinxtraw l-apparati surface li qed jintużaw bħalissa; jissottolinja bi tħassib l-ammont ta' kwistjonijiet tekniċi bl-apparati fost il-Membri u l-APAs, bħal qtugħ f'daqqa tal-konnessjoni, dokumenti mitlufa, tisħin żejjed, kapaċità tal-batterija qasira, u konnettività fqira matul sejħiet bil-vidjo;

27.  Jiddispjaċih dwar is-sitwazzjoni tat-trainees Schuman bi traineeship minn Marzu sa Lulju 2020, li kienu qed jaħdmu permezz tat-telexogħol mit-tieni ġimgħa tat-traineeship tagħhom; jinnota li l-Kummissjoni u l-Kunsill kienu taw lit-trainees tagħhom l-għażla li jirritornaw f'Ottubru biex jerġgħu jibdew mill-ġdid traineeship sħiħ ta' ħames xhur; jiddispjaċih dwar id-deċiżjoni tad-Direttorat Ġenerali għall-Persunal (DG PERS) li lit-trainees Schuman tahom biss dik l-għażla fil-każ li jiddeċiedu jinterrompu l-internship attwali tagħhom; jistieden lid-DG PERS jiżgura t-trattament ugwali tat-trainees tiegħu f'sitwazzjonijiet simili;

28.  Jilqa' l-fatt li l-proċessi diġitalizzati inkludew l-organizzazzjoni ta' laqgħat remoti u sistemi ta' votazzjoni remota fil-kumitati plenarji u parlamentari, u b'hekk ippermettew lill-Parlament ikompli l-ħidma tiegħu, inkluż matul is-sessjonijiet parzjali ta' Strażburgu li ġew sospiżi għall-biċċa l-kbira tal-2020; jinnota li s-sospensjoni tas-sessjonijiet parzjali ta' Strażburgu kkontribwiet għal iffrankar totali ta' EUR 26 260 608 skont is-Segretarjat tal-Parlament filwaqt li naqqset ukoll b'mod sinifikanti l-impronta tal-karbonju tal-Parlament; jirrikonoxxi n-natura temporanja ta' dawn iċ-ċirkostanzi straordinarji; jistieden lill-President jippermetti l-għażla ta' parteċipazzjoni remota tal-Membri sakemm il-pandemija tal-COVID-19 tilħaq livelli sikuri;

29.  Jilqa', f'termini ta' parteċipazzjoni remota, li l-mobilizzazzjoni ta' soluzzjoni multilingwi kumplessa, li normalment tirrikjedi xhur, jekk mhux snin, ġiet implimentata fi ftit ġimgħat; jenfasizza li nħolqot sistema ta' votazzjoni remota f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Att Elettorali u tal-Istatut tal-Membri, u li dik is-sistema, li ilha stabbilita minn Marzu 2020, ġiet aġġornata u mtejba b'mod kostanti; ifaħħar il-fatt li minn Marzu sa Ottubru 2020, dik is-sistema ta' votazzjoni ppermettiet li jsiru 143 sessjoni ta' votazzjoni u kważi 10 000 operazzjoni ta' votazzjoni;

30.  Jisħaq dwar ir-riskji serji tal-problemi tas-smigħ b'riżultat tal-bidla għal laqgħat remoti għall-interpreti tal-Parlament li jridu jiddependu minn awdjo li ta' spiss ikun ta' kwalità baxxa ħafna minn interventi li jsiru b'mod remot; jissottolinja l-isforzi li saru mill-interpreti f'dak ir-rigward u jistieden lill-Bureau jfakkar lill-parteċipanti biex jużaw tagħmir adegwat għat-taħdit sabiex jimminimizzaw id-disturbi u xi drabi l-kwalità baxxa tal-konnessjoni; ifakkar li fil-passat l-interpreti ġustament irrifjutaw li jinterpretaw jekk il-kwalità tal-awdjo ma kinitx tippermetti l-interpretazzjoni;

31.  Jissottolinja li l-interpretazzjoni hija vitali għall-funzjonament tal-kumitati u għall-ħajja parlamentari; jirrikonoxxi li minħabba l-bidliet f'daqqa u ta' tfixkil ikkawżati mill-pandemija u r-restrizzjonijiet sanitarji konsegwenti, l-amministrazzjoni kellha ssib malajr soluzzjonijiet fattibbli biex tipprovdi servizzi ta' interpretazzjoni; jenfasizza li xi sessjonijiet tal-kumitati ma kellhomx il-lingwi kollha meħtieġa, u b'hekk il-parteċipazzjoni ta' xi membri ġiet ikkumplikata u tnaqqsulhom l-għażliet biex jinteraġixxu; jifhem li t-tliet lingwi ta' ħidma huma l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż, iżda jenfasizza bil-qawwa li kwalunkwe lingwa mill-24 lingwa uffiċjali għandha tiġi pprovduta fuq talba tal-Membri;

32.  Jistieden lis-Segretarju Ġenerali, fil-kuntest ġenerali tal-pandemija tal-COVID-19, jeżiġi li l-kumpaniji esterni kollha li jipprovdu s-servizzi tagħhom fil-Parlament jiggarantixxu d-drittijiet tax-xogħol u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal tagħhom u jikkonformaw b'mod strett mal-miżuri adottati mill-gvern fil-kuntest tal-pandemija;

33.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li ċerti miżuri sanitarji, għalkemm meħtieġa, aggravaw b'mod sinifikanti l-kundizzjonijiet tax-xogħol f'ċerti servizzi, bl-eżempju prominenti tal-persunal impjegat fil-copy shop li wara xhur għadu jaħdem b'mod iżolat mill-pubbliku; jitlob li l-miżuri applikabbli f'sitwazzjonijiet futuri simili jqisu l-protezzjoni tas-saħħa mentali tal-ħaddiema;

34.  Jiddispjaċih li l-votazzjoni remota bħalissa mhijiex prevista fl-ambitu tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament sakemm il-President ma tistabbilix l-eżistenza ta' ċirkostanzi straordinarji;

35.  Jinnota l-fatt li ma hemm l-ebda sistema stabbilita biex tiżgura li l-Membri, li jkunu temporanjament assenti għal raġuni ġustifikata bħal-liv tal-maternità u tal-paternità, ikunu jistgħu jkomplu jwettqu d-dmirijiet ewlenin tagħhom; iqis li dan huwa problematiku peress li jista' jkollu impatt negattiv fuq ir-rappreżentanza taċ-ċittadini fil-Parlament; jissottolinja li hemm riskju ta' diskriminazzjoni kontra l-Membri u l-votanti tagħhom meta tali arranġamenti ma jkunux previsti; jenfasizza li vot għal membru mara tal-Parlament m'għandux iwassal għal nuqqas ta' rappreżentanza, li huwa ta' tħassib meta jitqies li Membri iżgħar, b'mod partikolari nisa u l-votanti tagħhom jiġu affettwati b'mod sproporzjonat min-nuqqas ta' arranġamenti ta' liv tal-maternità u tal-ġenituri fil-Parlament; ifakkar li s-sitwazzjoni għall-membri nazzjonali tal-parlament f'dawn l-istess sitwazzjonijiet tvarja bejn l-Istati Membri; jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali tal-Parlament jipprevedi soluzzjonijiet fattibbli għal perjodu ta' żmien limitat għall-Membri li jkunu assenti għal raġunijiet ġustifikati biex jitkellmu f'dibattiti u jivvutaw jew li jiġu sostitwiti temporanjament billi jirrevedi r-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament u l-Liġi Elettorali Ewropea; ifakkar li l-indennizzi ta' kuljum għadhom marbuta mal-preżenza fiżika fil-postijiet tax-xogħol tal-Parlament;

36.  Jilqa' l-isforzi tal-Parlament, u b'mod partikolari l-involviment tal-ex President Sassoli f'din il-kwistjoni, biex ta' kuljum jipprovdi ikliet ta' solidarjetà u kenn għal nisa vulnerabbli fit-tliet postijiet tax-xogħol, kif deċiż mill-Bureau; jilqa' wkoll il-fatt li madwar 65 sewwieq ivvolontarjaw biex iwasslu lit-tobba, lill-infermiera u lil persunal mediku ieħor għax-xiftijiet tagħhom ta' billejl fl-isptar fl-ewwel sena tal-pandemija tal-COVID-19;

37.  Jilqa' l-fatt li l-Parlament qassam maskri tad-drapp tal-wiċċ li jistgħu jerġgħu jintużaw lill-membri tal-persunal fil-bidu tal-pandemija tal-COVID-19; jinnota li kien meħtieġ li l-maskri mediċi tal-wiċċ EN14683 jew FFP2 jintlibsu minn dawk preżenti fil-binjiet tal-Parlament sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-Membri u tal-persunal kif ukoll biex jitnaqqas aktar ir-rilaxx ta' partikoli respiratorji infettivi;

38.  Ifaħħar lis-servizzi tal-Parlament tad-deċiżjoni tagħhom li jkomplu jiffaċilitaw il-konferenzi stampa ibridi wara l-pandemija peress li dan jista' jiffaċilita r-rappurtar dwar l-affarijiet Ewropej għall-ġurnalisti li ma jkunux preżenti fi Strażburgu jew fi Brussell; jirrakkomanda li l-faċilitajiet awdjoviżivi u faċilitajiet oħra fi Brussell, fi Strażburgu u fl-uffiċċji ta' kollegament tal-Parlament Ewropew, jiġu żviluppati aktar inkluż billi tiżdied il-kapaċità tal-VoxBox u jiġu mmodernizzati s-swali tal-konferenzi stampa fi Strażburgu u fi Brussell biex isiru aktar adatti għall-konferenzi stampa ibridi;

Impronta ambjentali tal-operazzjonijiet tal-Parlament

39.  Jisħaq li l-Parlament jeħtieġ li jkun minn ta' quddiem nett fl-adozzjoni ta' metodi ta' ħidma u prattiki ta' laqgħat aktar diġitali, flessibbli u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, billi jitgħallem mill-esperjenzi tal-pandemija tal-COVID-19 u jieħu vantaġġ mill-investimenti teknoloġiċi li diġà ġew implimentati; jinnota li fuq l-inizjattiva tal-ex President Sassoli, gruppi ta' riflessjoni dwar "Rivalutazzjoni tad-Demokrazija Parlamentari - Parlament Ewropew aktar b'saħħtu wara l-COVID-19" iddiskutew il-futur tal-ħidma fi ħdan il-Parlament bejn April u Lulju 2021 fir-rigward ta' kull wieħed mill-oqsma ta' azzjoni tagħhom: il-plenarja, il-prerogattivi parlamentari, il-komunikazzjoni, id-diplomazija esterna u l-organizzazzjoni interna; jinnota li l-gruppi ta' riflessjoni ppreżentaw rapport finali li jinkludi rakkomandazzjonijiet, li l-implimentazzjoni tagħhom se tiġi diskussa mill-Bureau;

40.  Jistieden lill-Parlament jevalwa mill-ġdid il-miri tiegħu fil-qafas tal-iskema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) għall-2023 fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19; itenni l-appell tiegħu biex jiġi emendat il-pjan attwali tiegħu għat-tnaqqis ta' CO2 biex tintlaħaq in-newtralità karbonika bl-użu ta' metodu rikonoxxut internazzjonalment meta jkun ġie vvalidat bħala, pereżempju, mekkaniżmu għall-ipprezzar intern tal-karbonju (ICP) li permezz tiegħu l-kumpaniji volontarjament jipprezzaw l-impronta tal-karbonju tagħhom u b'hekk jagħtu valur lill-emissjonijiet tagħhom ta' gassijiet serra;

41.  Jinnota li tlieta mill-binjiet tal-Parlament fi Brussell (Martens, Campoamor u n-nursery ta' Wayenberg) reċentement ingħataw ċertifikazzjoni ambjentali rikonoxxuta internazzjonalment dwar is-sostenibbiltà, BREEAM Excellence, u dan jikkonferma l-politika u l-azzjonijiet li ilu jwettaq il-Parlament biex gradwalment jittrasforma l-portafoll tal-binjiet tiegħu f'wieħed eżemplari mil-lat ambjentali; jinnota li bħalissa, fis-sit tal-Parlament ta' Brussell, erba' binjiet biss (kwart tal-għadd totali tal-binjiet - Spinelli, Campoamor, Arendt, Montoyer-Science) huma mgħammra bil-pannelli fotovoltajċi, u li dawn l-installazzjonijiet jirrappreżentaw erja tas-superfiċje kumulattiva ta' inqas minn 2 % tas-superfiċje totali tal-bjut tal-binjiet tal-Parlament fi Brussell; jinnota li tliet installazzjonijiet fotovoltajċi ġodda (100 m² fuq il-binja Montoyer 70, 200 m² fuq il-binja Spinelli u 52 m² ta' sostituzzjoni tal-pannelli solari attwali b'dawk fotovoltajċi fuq il-binja Brandt) se jitlestew sa tmiem l-2022 (u dan jirrappreżenta żieda ta' 64 %, fl-2022, tas-superfiċje totali mgħammra bil-pannelli fotovoltajċi);

42.  Jinnota li bħalissa l-ebda binja tal-Parlament fi Strażburgu ma għandha l-pannelli fotovoltajċi fuqha peress li l-enfasi tpoġġiet fuq mezzi aktar effiċjenti biex tiġi ffrankata l-enerġija, jiġifieri bl-installazzjoni ta' pompi tas-sħana ġodda b'effiċjenza għolja; jinnota li l-istudji ta' fattibbiltà li abbażi tagħhom ġie deċiż li ma jiġux installati pannelli solari fuq il-bjut fi Strażburgu jmorru lura għall-2011 u jtenni li l-prezzijiet għall-pannelli solari naqsu b'aktar minn 80 % mill-2010; jistieden lill-Bureau jevalwa l-installazzjoni ta' pannelli fotovoltajċi sal-2023, filwaqt li jqis il-fattibbiltà teknika u l-kosteffettività;

43.  Jilqa' l-installazzjoni ta' pompi tas-sħana u ta' koġenerazzjoni fil-binjiet fi Strażburgu u fi Brussell biex jiġu prodotti l-elettriku u s-sħana rinnovabbli; jilqa' wkoll li l-binja Adenauer il-ġdida fil-Lussemburgu nbniet bl-użu tal-aktar tekniki ambjentali moderni disponibbli inkluża l-enerġija ġeotermali u solari u l-użu sħiħ tad-dawl tax-xemx; jistieden lill-Parlament ikompli jżid is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija tiegħu u, b'mod partikolari, il-produzzjoni tal-enerġija, u jelimina b'mod gradwali l-fjuwils fossili mill-aktar fis possibbli; jistieden lill-Parlament jippubblika ċ-ċertifikati tal-enerġija tal-binjiet kollha tal-Parlament;

44.  Ifakkar li soluzzjonijiet effiċjenti ta' tidwil huma fattur essenzjali għas-sostenibbiltà tal-binjiet; jilqa' l-fatt li s-sostituzzjoni tat-tidwil eżistenti bi dwal LED b'konsum baxx ta' enerġija tiġi evalwata kull meta jkun possibbli u fattibbli fil-binjiet tal-Parlament; jiddispjaċih li mhux l-uffiċċji kollha fit-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament huma mgħammra b'detetturi tal-moviment u li jidher li d-detetturi tal-moviment f'diversi uffiċċji fil-binja Spinelli ma jaħdmux; jistieden lill-Parlament jiżgura li jiġu installati detetturi tal-moviment li jiffunzjonaw bis-sħiħ kull fejn ikun fattibbli biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija;

45.  Jilqa' l-fatt li l-estensjoni tan-nursery Wayenberg fi Brussell, li tlestiet f'Settembru 2020, hija l-ewwel binja passiva tal-Parlament; jistieden lill-Bureau jibda fl-2022 studji tekniċi biex jidentifika possibbiltajiet addizzjonali biex il-konsum tal-enerġija jitnaqqas aktar u tiżdied il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli u jimplimentahom malajr kemm jista' jkun;

46.  Ifakkar li kważi żewġ terzi tal-impronta tal-karbonju tal-Parlament toriġina mit-trasport tal-persuni; jappella għal riflessjoni fuq l-espansjoni tat-telexogħol volontarju għal aktar jiem u funzjonijiet, kull meta jkun rilevanti u sakemm ma jfixkilx il-ħidma parlamentari; filwaqt li jżomm f'moħħu l-importanza tal-preżenza fiżika, ifakkar li l-Parlament introduċa gruppi ta' ħidma dwar il-ħidma futura tal-Parlament; jistieden lill-Parlament iqis il-konklużjonijiet tal-gruppi ta' riflessjoni; jitlob li tingħata prijorità lill-modi tat-trasport b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju għall-missjonijiet, fejn xieraq;

47.  Jilqa' l-bidla gradwali għal vetturi b'emissjonijiet żero fil-flotta tal-karozzi tas-servizz tal-Parlament; jappella biex il-flotta tas-servizz tkun kompletament elettrika sa mhux aktar tard mill-2024;

48.  Jitlob żieda xierqa fl-għadd ta' ċarġers tal-vetturi elettriċi allinjata mad-domanda preżenti u dik fil-futur qrib; jappella għal spazji addizzjonali għall-parkeġġ tar-roti; jappella għall-ħolqien ta' spazji adegwati għall-parkeġġ tar-roti cargo biex jiġi żgurat li l-ispazji għall-parkeġġ tar-roti regolari jkunu aċċessibbli għal sewwieqa tar-roti regolari;

49.  Jinnota li l-ħela tal-ikel tal-Parlament ammontat għal 0,055 - 0,068 kg għal kull ikla servuta bejn l-2018 u l-2020; jilqa' l-isforzi tal-Parlament biex inaqqas il-ħela tal-ikel billi jiġbor u jwassal l-ikel li jifdal lill-organizzazzjonijiet "tal-ewwel linja" li jwassluh lin-nies fil-bżonn; jistieden lill-Parlament ikompli jesplora modi kif titnaqqas aktar il-ħela tal-ikel;

50.  Jilqa' l-introduzzjoni ta' għażla usa' u aktar sostenibbli ta' ikel, inkluż l-introduzzjoni ta' varjetà akbar ta' prodotti veġetarjani u vegani, fil-canteens tal-Parlament; jissuġġerixxi żieda fil-varjetà ta' ikliet veġetarjani u vegani servuti fil-canteens tal-Parlament; jitlob ukoll li jkun hemm mill-inqas għażla waħda ta' ikla friska mingħajr glutina kuljum u li l-informazzjoni dwar l-allerġeni u dik nutrizzjonali jintwerew b'mod viżibbli fuq il-kards tal-ikel ħdejn il-bankijiet;

51.  Ifakkar li skont it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Protokoll Nru 6 anness mat-Trattati, il-Parlament għandu jkollu s-sede tiegħu fi Strażburgu, fejn għandhom isiru t-12-il perjodu ta' sessjonijiet plenarji ta' kull xahar, inkluża s-sessjoni baġitarja; ifakkar fl-appoġġ mill-maġġoranza vasta tal-Parlament favur sede unika li tiżgura l-infiq effiċjenti tal-flus tal-kontribwenti tal-Unjoni u biex il-Parlament jassumi r-responsabbiltà istituzzjonali tiegħu li jnaqqas l-impronta tal-karbonju tiegħu; jinnota li bidliet permanenti jkunu jeħtieġu bidla fit-Trattat; ifakkar li l-plenarja tal-Parlament diġà talbet dibattitu dwar id-dritt tagħha li tiddetermina l-arranġamenti ta' ħidma tagħha stess u impenjat ruħha li tibda proċedura ordinarja ta' reviżjoni tat-Trattat skont l-Artikolu 48 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea bil-għan li tipproponi bidliet meħtieġa għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Protokoll 6 biex tkun tista' tiddeċiedi dwar il-post tas-sede tagħha u l-organizzazzjoni interna tagħha(10);

52.  Itenni l-istedina tiegħu lill-Parlament biex jintroduċi sistema ta' prenotazzjoni online faċli għall-utent għall-użu tas-servizzi tal-karozzi tal-Parlament għall-ivvjaġġar lejn Strażburgu u li din għandha tkun operattiva hekk kif jerġgħu jibdew is-sessjonijiet regolari fi Strażburgu; jistieden ukoll lill-Parlament jespandi l-grupp ta' utenti biex jinkludi wkoll membri tal-persunal, persunal tal-gruppi u APAs mingħajr ir-rekwiżit li l-Membri jakkumpanjawhom;

Trasparenza u etika

53.  Jilqa' l-fatt li l-istandards etiċi u ta' trasparenza applikabbli għall-Parlament huma f'ħafna aspetti aktar avvanzati minn dawk applikabbli fl-ekwivalenti tal-Istati Membri; iqis li l-Parlament għandu jagħmel ħiltu biex imexxi bl-eżempju fir-rigward tal-istabbiliment ta' standards ta' etika u ta' trasparenza madwar l-Ewropa kollha; jappoġġa t-tisħiħ tar-regoli tal-etika eżistenti billi l-Membri jingħataw gwida u appoġġ;

54.  Jinnota b'sodisfazzjon li, sa mill-bidu tad-disa' leġiżlatura, l-infrastruttura meħtieġa biex il-Membri jkunu jistgħu jippubbliċizzaw il-laqgħat skedati ma' rappreżentanti ta' grupp ta' interess kienet disponibbli fuq is-sit web tal-Parlament bil-għan li tittejjeb it-trasparenza; jistieden lis-servizzi tal-Parlament jespandu l-infrastruttura biex jippermettu lill-APAs u lill-konsulenti tal-politika jippubblikaw b'mod volontarju l-laqgħat tagħhom ma' rappreżentanti ta' grupp ta' interess; ifakkar li l-Artikolu 11 tar-Regoli ta' Proċedura jobbliga lir-rapporteurs, lix-shadows u lill-presidenti tal-kumitati jippubblikaw il-laqgħat tagħhom mar-rappreżentanti ta' grupp ta' interess; jinnota bi tħassib li mit-30 ta' April 2021, 380 Membru biss mis-705 Membru attwali kienu ppubblikaw mill-inqas laqgħa waħda ma' rappreżentant ta' grupp ta' interess fuq is-sit web tal-Parlament; jinnota wkoll li 10 presidenti mill-24 president tal-kumitati ma ppubblikaw l-ebda laqgħa jew ippubblikaw laqgħa waħda biss ma' rappreżentant ta' grupp ta' interess sa mill-bidu tad-disa' leġiżlatura; ifakkar li l-informazzjoni, l-avviżi ta' tfakkira u l-emails dwar l-obbligu li jiġu ppubblikati l-laqgħat għandhom jintbagħtu lill-Membri kollha f'intervalli aktar regolari;

55.  Ifakkar fit-tweġiba bil-miktub tal-President bid-data ta' April 2020 għall-ittra konġunta mingħand l-Intergrupp tal-Parlament Kontra l-Korruzzjoni, li, b'mod partikolari, qabel li jimplimenta għadd ta' bidliet fl-għodda għall-pubblikazzjoni tal-laqgħat tal-Membri ma' rappreżentanti ta' grupp ta' interess biex tittejjeb il-faċilità tal-użu tagħha, l-ewwel u qabel kollox billi tiġi kkollegata mar-reġistru tat-trasparenza u mal-osservatorju leġiżlattiv; jiddispjaċih li dan it-titjib prattiku għadu ma ġiex implimentat; jitlob lill-amministrazzjoni tal-Parlament tistabbilixxi b'mod effettiv dan il-kollegament hekk kif ikun fattibbli mingħajr ostakli prattiċi bla bżonn;

56.  Jilqa' l-fatt li, b'effett minn Lulju 2021, il-ftehim interistituzzjonali tal-2011 dwar reġistru komuni tat-trasparenza ġie sostitwit bi ftehim tripartitiku ġdid, li fih jipparteċipa l-Kunsill; jinnota li l-kwalità tal-entrati rigward l-attivitajiet tar-rappreżentanti ta' grupp ta' interess fir-reġistru tat-trasparenza ttejbet matul dawn l-aħħar snin u jfaħħar, minkejja r-riżorsi limitati, ir-rwol tas-segretarjat konġunt f'dak it-titjib; jiddispjaċih, madankollu, li l-kwalità ġenerali tal-entrati għadha mhijiex sodisfaċenti, meta jitqies li l-verifika tas-Segretarjat ta' madwar 40 % tal-entrati matul l-2020 sabet li 43 % biss tal-entrati vverifikati pprovdew kwalità tad-data sodisfaċenti, ċifra li tixbah dik tal-2019; jilqa' l-allokazzjoni addizzjonali ta' postijiet ekwivalenti full-time (FTE) ta' 1,5 għas-Segretarjat; iħeġġeġ lis-Segretarjat juża din l-allokazzjoni biex ikompli jnaqqas l-għadd ta' reġistrazzjonijiet b'data subottimali;

57.  Ifakkar li skont l-Artikolu 176(2) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, ladarba penali li tkun ġiet imposta mill-President fuq Membru ssir finali, din għandha tiġi ppubblikata b'mod prominenti fuq is-sit web tal-Parlament u għandha tibqa' hemm għall-bqija tal-leġiżlatura, f'konformità mal-prinċipji legali tal-kondotta tajba tal-investigazzjoni, il-preżunzjoni tal-innoċenza, u l-protezzjoni tad-drittijiet personali; jitlob li ssir riflessjoni dwar jekk il-penali humiex attwalment ippubblikati b'mod prominenti biżżejjed;

58.  Jiddeplora l-fatt li l-Membri qed jipparteċipaw f'missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali mhux uffiċjali, kif ukoll in-nefqa mġarrba fuq dawn il-missjonijiet, u jemmen li tali missjonijiet jipperikolaw ir-reputazzjoni tal-Parlament; jinnota li tmien każijiet bħal dawn fl-2020 kienu b'rabta mal-Krimea u l-Venezwela; jistieden lill-Bureau u lill-grupp ta' appoġġ għad-demokrazija u għall-koordinazzjoni elettorali jestendu t-tul ta' żmien, li fih il-Membri kkonċernati ma jitħallewx iwettqu missjonijiet uffiċjali ta' osservazzjoni elettorali, minn sena sal-mandat kollu, meta dan mhuwiex diġà l-każ;

59.  Jistieden lill-Parlament jippubblika lista tal-gruppi ta' ħbiberija kollha fil-Parlament fuq is-sit web tiegħu;

60.  Itenni li l-Artikolu 4 tal-Kodiċi ta' Kondotta jipprevedi, fir-rigward tal-interessi finanzjarji u l-kunflitti ta' interess, li d-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji tal-Membri għandhom jiġu pprovduti b'mod preċiż; itenni l-istedina tiegħu lill-Bureau biex jirrieżamina l-format tad-dikjarazzjonijiet biex dawn ikunu jirrikjedu aktar dettall u għaldaqstant ċarezza; jitlob lill-President jagħti istruzzjonijiet lis-servizzi biex iwettqu b'mod sistematiku verifika bir-reqqa tad-dikjarazzjonijiet biex jiżguraw li l-informazzjoni pprovduta fihom tkun dettaljata biżżejjed biex tippermetti valutazzjoni ta' kwalunkwe kunflitt ta' interess potenzjali;

61.  Ifakkar li skont l-Artikolu 5 tal-Anness I tar-Regoli ta' Proċedura b'rabta mal-Miżuri ta' Implimentazzjoni għall-Kodiċi ta' Kondotta, il-Membri għandhom joqgħodu lura milli jaċċettaw, fil-qadi ta' dmirijiethom, kwalunkwe rigal jew benefiċċju simili, għajr dawk b'valur approssimattiv ta' inqas minn EUR 150, u li kwalunkwe rigal ippreżentat lill-Membri meta jkunu qed jirrappreżentaw lill-Parlament f'kapaċità uffiċjali għandu jingħadda lill-President; jinnota li l-Unità tal-Amministrazzjoni tal-Membri għandha tfakkar ta' spiss lill-Membri dwar l-obbligu li jinnotifikaw lill-President dwar rigali li jirċievu f'kapaċità uffiċjali; jistieden lill-Bureau jintroduċi formola standard li trid timtela fi tmiem iż-żjarat ta' delegazzjoni mill-Membri parteċipanti kollha, li fiha jiddikjaraw jekk irċevewx xi rigali personali jew għad-delegazzjoni u l-valur tagħhom;

62.  Jinsab imħasseb li mill-459 Membru tat-tmien leġiżlatura li ma ġewx eletti mill-ġdid fl-2019, il-Parlament irċieva biss notifika waħda dwar l-impjieg ta' wara l-mandat skont l-Artikolu 6 tal-Kodiċi ta' Kondotta; jirrimarka li n-notifiki jistgħu jgħinu fil-prevenzjoni ta' kunflitti ta' interess, filwaqt li jipprevjenu wkoll lill-ex Membri li jinvolvu ruħhom f'lobbying professjonali jew f'attivitajiet ta' rappreżentanza marbuta direttament mal-proċess deċiżjonali tal-Unjoni milli jibbenefikaw minn faċilitajiet mogħtija lill-ex Membri; jistieden għalhekk lill-Parlament itejjeb l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta' Kondotta, u f'dan ir-rigward jiġbed l-attenzjoni wkoll għar-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza tal-Parlament Ewropew għall-2019, li fiha l-awtorità ta' kwittanza tappella għal valutazzjoni indipendenti dwar jekk l-attivitajiet ta' wara l-mandat tal-Membri joħolqux kunflitti ta' interess jew le; jistieden għal darb'oħra lis-servizzi tal-Parlament biex iwettqu tali valutazzjoni;

63.  Jilqa' l-proġett li għadu għaddej tas-servizzi tal-Parlament biex ir-rekords tal-votazzjoni tal-plenarja jsiru disponibbli fi spazju apposta fejn l-utenti jkollhom aċċess għal dokumenti ċari u faċli biex jinqraw, u jinnota t-tqassim il-ġdid għall-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet li fihom se jiġi ppubblikat ir-rekord tal-votazzjoni individwali ta' kull Membru, li jagħti l-għażla li tiġi viżwalizzata d-distribuzzjoni tal-voti skont, fost l-oħrajn, l-affiljazzjoni u/jew in-nazzjonalità tal-grupp politiku; jesprimi dispjaċir li għadu mhuwiex teknikament possibbli għas-servizzi tal-Parlament li jippermettu l-wiri tat-test ta' kull emenda flimkien mar-rekord tal-votazzjoni kif jiġi offrut minn diversi fornituri privati; jistieden lis-servizzi tal-Parlament jagħmlu disponibbli l-emendi u r-rekords tal-votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet kollha; jistieden ukoll lis-servizzi jestendu l-informazzjoni disponibbli biex tinkludi skedi ta' żmien u listi tal-votazzjoni aġġornati, inklużi l-kompromessi finali maqbula mir-rapporteur u x-shadows, skont ir-rakkomandazzjonijiet mill-grupp ta' riflessjoni dwar it-tisħiħ tal-prerogattivi parlamentari; jitlob ukoll lis-servizzi tal-Parlament jipprevedu l-possibbiltà li l-Membri jittestjaw verżjoni beta tal-għodda l-ġdida u jipprovdu feedback li għandu jitqies matul l-iżvilupp tal-għodda;

64.  Jieħu nota ta' 18-il investigazzjoni mwettqa mis-servizzi tal-Parlament fl-2020 ta' użu ħażin tal-indennizzi li fihom kienu involuti l-uffiċċji ta' 12-il Membru (meta mqabbla ma' sitt Membri preċedentement), b'ammonti totali f'riskju li jammontaw għal EUR 1 318 000 (meta mqabbla ma' EUR 560 000 fl-2019); ifaħħar lis-servizzi tal-Parlament għall-investigazzjonijiet tagħhom f'dan ir-rigward, filwaqt li jindika wkoll il-ħtieġa li jitkompla l-monitoraġġ tal-iżvilupp tal-għadd u t-tipi ta' każijiet involuti;

65.  Jieħu nota tal-fatt li għal darb'oħra ma kien hemm l-ebda każ ta' żvelar ta' informazzjoni protetta rreġistrat mill-Parlament fl-2020; ifakkar li l-aktar każijiet reċenti ta' żvelar ta' informazzjoni protetta jmorru lura għall-2016 u li kull wieħed mit-tliet APAs ikkonċernati sussegwentement tkeċċa; ifakkar li, fost l-oħrajn, l-APAs huma f'pożizzjoni vulnerabbli minħabba l-kuntratt ta' impjieg speċjali tagħhom; itenni l-istedina tiegħu lill-Parlament biex jadatta bis-sħiħ ir-regoli interni tiegħu stess fir-Regolamenti tal-Persunal għad-Direttiva (UE) 2019/1937(11), inkluż billi jistabbilixxi kanali sikuri għar-rappurtar; jinnota wkoll li l-informaturi jistħoqqilhom protezzjoni xierqa, simili għal dik li tingħata lill-vittmi ta' fastidju, u li din għandha tinkludi wkoll l-istabbiliment ta' kumitat konsultattiv li jittratta l-protezzjoni tal-informaturi; jesprimi dispjaċir li hemm ftit għarfien fost il-persunal dwar l-eżistenza ta' punt ta' kuntatt għall-informaturi fil-kabinett tas-Segretarju Ġenerali u huwa tal-fehma li dan il-punt ta' kuntatt ma jistax jissostitwixxi kumitat konsultattiv komplut; jistieden lill-Bureau jirrikjedi taħriġ għall-punti ta' kuntatt li jirċievu divulgazzjonijiet tal-informaturi u jadotta standards ċari u b'ċertezza legali fir-rigward ta' liema każijiet jirrikjedu li tingħata protezzjoni lill-informatur, inkluż lill-APAs, u jippubblika dawk l-istandards; jitlob lill-Parlament joħloq sensibilizzazzjoni, fejn possibbli, fost il-persunal parlamentari dwar il-protezzjonijiet tagħhom bħala informaturi;

66.  Jinnota bi tħassib ir-regoli u l-obbligi mhux ċari rigward il-perjodi ta' żamma tad-dokumenti għall-Membri, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw l-informazzjoni personali u finanzjarja kif ukoll l-informazzjoni dwar il-persunal; jistieden lill-Bureau jistabbilixxi regoli ċari, komprensibbli u vinkolanti li jqisu kif xieraq l-għadd ta' dokumenti li għandhom jinħażnu u l-metodu kif jinżammu; jenfasizza bil-qawwa li r-regoli jridu jkunu proporzjonati, ma jżidux il-burokrazija, u adegwati mil-lat ta' spejjeż; jinnota li l-attivitajiet tal-arkivji għandhom jiġu ffinanzjati taħt l-ispejjeż tal-allowances għan-nefqa ġenerali;

67.  Ifakkar li, skont l-Artikolu 11(4) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, il-Parlament diġà jipprovdi lill-Membri bil-possibbiltà li jippubblikaw awditu jew konferma volontarji tal-allowance għall-ispejjeż ġenerali tagħhom; jinnota li, matul is-sena kalendarja 2020, ġew ippreżentati ħames dikjarazzjonijiet volontarji dwar l-użu tal-allowance għall-ispejjeż ġenerali; jistieden lis-servizzi tal-Parlament jibagħtu tfakkira annwali lill-Membri dwar din il-possibbiltà; jistieden lill-Bureau jinforma regolarment lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-għadd ta' Membri li jkunu segwew dawn ir-rakkomandazzjonijiet;

68.  Jenfasizza li d-deċiżjoni tal-Bureau tal-2018 dwar l-allowance għan-nefqa ġenerali tistipula li l-Bureau se jżomm din id-deċiżjoni sal-aħħar tal-2022 u se jevalwaha abbażi tal-esperjenza miksuba matul id-disa' leġislatura;

69.  Jesprimi d-dispjaċir tiegħu dwar il-fatt li l-Bureau ma implimentax bis-sħiħ ir-rieda tal-Plenarja espressa f'diversi okkażjonijiet dwar ir-riforma tal-Allowance għall-Ispejjeż Ġenerali (GEA), u b'hekk jipprevjeni li l-flus tal-kontribwenti tal-Unjoni, li jammontaw għal EUR 40 miljun fis-sena, jintefqu b'mod aktar trasparenti u responsabbli; jirrepeti t-talba tiegħu li ssir riforma tal-GEA li tistabbilixxi kontrolli ta' kampjuni mis-servizzi tal-Parlament fuq 5 % tan-nefqa fuq il-GEA tal-Membri, u li tobbliga lill-Membri jżommu l-irċevuti kollha li jappartjenu għall-GEA, jippubblikaw kull sena ħarsa ġenerali lejn l-infiq skont il-kategorija kif ukoll opinjoni ta' awditur indipendenti mis-sit web tal-Parlament, u li jirritornaw is-sehem mhux minfuq tal-GEA fi tmiem il-mandat; jinnota li l-kontrolli tal-kampjuni mitluba jkunu jirrigwardaw il-verifika ta' 36 Membru magħżula b'mod aleatorju fis-sena u, abbażi ta' kalkolu mid-DĠ FINS, ikunu jirrikjedu massimu ta' bejn 4 u 6 karigi FTE;

70.  Ifakkar li l-Ombudsman Ewropew, fir-rakkomandazzjoni tagħha tad-29 ta' April 2019, fil-każ 1651/2018/THH, sabet li r-rifjut tal-Parlament li jagħti aċċess pubbliku għad-dokumenti relatati mar-reviżjoni tal-lista tal-ispejjeż li jistgħu jkunu koperti mill-Allowance għall-Ispejjeż Ġenerali kien jikkostitwixxi każ ta' amministrazzjoni ħażina u rrakkomandat li jingħata aċċess pubbliku għal proposta mill-Grupp ta' Ħidma ad hoc tal-Bureau tal-Parlament, inklużi l-għażliet elenkati f'dik il-proposta; jesprimi dispjaċir li l-Parlament irrifjuta r-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman u jħeġġeġ lill-amministrazzjoni tal-Parlament terġa' tikkunsidra li jingħata aċċess pubbliku għad-dokumenti inkwistjoni;

Persunal, assistenti parlamentari akkreditati u assistenti lokali

71.  Jilqa' l-fatt li l-Bureau, fil-laqgħa tiegħu tal-5 ta' Lulju 2021, approva emenda għall-Artikolu 40 tad-deċiżjoni tiegħu tal-14 ta' April 2014 dwar l-implimentazzjoni ta' miżuri għat-Titolu VII tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea biex l-APAs ikunu jistgħu, fuq talba tagħhom, jitħallsu f'euro fi kwalunkwe bank fl-Unjoni Ewropea;

72.  Ifakkar li r-regoli attwali dwar it-terminazzjoni ta' kuntratt għall-APAs ma jipprevedux il-possibbiltà ta' terminazzjoni permezz ta' "kunsens reċiproku", li jkun mod kif tiġi rikonoxxuta r-relazzjoni politika speċjali bejn il-Membri u l-APAs, fejn iż-żewġ partijiet jistgħu jirrikonoxxu li l-fiduċja reċiproka ma għadhiex teżisti, u jkunu jistgħu jibbenefikaw minn soluzzjoni komuni mingħajr ma jiġu kompromessi d-drittijiet soċjali tal-APAs; jiddispjaċih li din it-talba ġiet inkluża f'diversi riżoluzzjonijiet ta' kwittanza tal-Parlament mingħajr ma rċeviet tweġiba sodisfaċenti, u jistenna li tittieħed azzjoni malajr kemm jista' jkun;

73.  Itenni t-talba tiegħu biex l-APAs jirċievu l-istess indennizz ta' sussistenza bħall-persunal statutorju għall-missjonijiet tagħhom biex jattendu s-sessjonijiet parzjali fi Strażburgu; jirrikonoxxi li kwalunkwe bidla fil-qafas legali, jiġifieri d-deċiżjoni tal-Bureau tat-2 ta' Ottubru 2017, tkun tirrikjedi reviżjoni tar-regoli applikabbli u għalhekk, jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali biex iressaq din it-talba għal deċiżjoni lill-Bureau;

74.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-allowances għall-APAs f'missjonijiet barra mit-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament ilhom ma jiġu aġġornati mill-Kummissjoni mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2002)98 tal-24 ta' Jannar 2002, b'żieda konsegwenti fid-diskrepanza bejn dawn l-allowances u l-prezzijiet attwali; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jirrapporta lill-Bureau sabiex il-Parlament jitlob formalment lill-Kummissjoni tirrieżamina l-allowances;

75.  Jiddispjaċih li ma kienx hemm segwitu għat-talba li ilha pendenti biex tiġi kkunsidrata mill-ġdid il-possibbiltà li l-APAs, taħt ċerti kundizzjonijiet li għad iridu jiġu ddeterminati, jakkumpanjaw lill-Membri fuq delegazzjonijiet u f'missjonijiet uffiċjali tal-Parlament, kif diġà mitlub f'diversi riżoluzzjonijiet ta' kwittanza; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jinvestiga l-konsegwenzi baġitarji, u l-organizzazzjoni u l-loġistika ta' dawn il-missjonijiet;

76.  Jirrifjuta l-ħatra obbligatorja ta' APAs bħala rappreżentanti biex jittrattaw mal-awtoritajiet Belġjani għall-ipproċessar tal-permess tar-residenza ta' trainees minn pajjiżi terzi fl-uffiċċji tal-Membri; jitlob reviżjoni immedjata tar-regoli applikabbli sabiex l-amministrazzjoni tieħu din il-funzjoni f'idejha;

77.  Ifaħħar il-ħidma eċċezzjonali mwettqa mill-Unità tal-Front Office għall-APA matul l-2020 fl-indirizzar tad-diffikultajiet professjonali li ltaqgħu magħhom l-APAs minħabba l-pandemija tal-COVID-19, kemm fil-postijiet tax-xogħol tal-Parlament kif ukoll fil-pajjiżi ta' oriġini;

78.  Itenni li l-APAs m'għandhomx jiġu mġiegħla jinħatru bħala kapijiet ta' gruppi ta' viżitaturi u għalhekk jassimilaw ir-responsabbiltà marbuta mal-kontribuzzjoni finanzjarja offruta mill-Parlament lil gruppi sponsorjati; jinsisti fuq it-talba tiegħu li l-APAs ma jiġux ikkunsidrati għal dawn il-possibbiltajiet, u jitħalla biss membru tal-grupp sponsorjat jew professjonist bħal aġent tal-ħlas jew aġenzija tal-ivvjaġġar bħala kapijiet ta' gruppi;

79.  Jenfasizza li, minn nofs Marzu 2020, l-amministrazzjoni tal-Parlament għaddiet minn skema ta' telexogħol okkażjonali għal skema ta' telexogħol bejn 70 % u 100 %, skont il-miżura tal-lockdown fis-seħħ u l-ħtieġa tal-preżenza fiżika;

80.  Jieħu nota tal-isforzi kemm tal-Parlament kif ukoll tal-Kummissjoni biex jiżguraw li l-ex APAs mid-delegazzjonijiet Brittaniċi jkunu jistgħu jittrasferixxu d-drittijiet tal-pensjoni akkwiżiti għal fondi tal-pensjoni fir-Renju Unit; jistieden lill-Parlament jiżgura li tinstab soluzzjoni;

81.  Jistieden lill-Bureau jistabbilixxi sistema li tippermetti lill-APAs jieħdu liv bla ħlas skont regoli simili għal dawk applikati għall-persunal temporanju jew kuntrattwali, li jistgħu jieħdu sa tnax-il xahar liv bla ħlas matul il-karriera tagħhom;

82.  Jinnota li, f'Ġunju u f'Novembru 2020, il-Parlament wettaq żewġ stħarriġiet mal-istituzzjonijiet kollha fost il-membri tal-persunal tiegħu dwar l-użu futur tat-telexogħol; jirrikonoxxi li r-riżultati taż-żewġ stħarriġiet urew livell għoli ta' sodisfazzjon tal-persunal bit-telexogħol u li l-membri tal-persunal iħaddnu użu usa' tat-telexogħol fil-perjodu ta' wara l-pandemija; jitlob li sakemm ir-riskji ta' infezzjoni bil-COVID-19 jibqgħu raġonevolment għoljin anke għal individwi mlaqqmin, il-membri tal-persunal li jappartjenu għal gruppi b'riskju għoli għandhom, malli jipprovdu prova tal-kundizzjoni tagħhom, iżommu l-possibbiltà tat-telexogħol full-time;

83.  Ifaħħar l-introduzzjoni mill-Parlament ta' firxa ta' miżuri biex jiġi appoġġat il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tal-persunal matul it-telexogħol ta' kontinwità tal-operat, speċjalment għal dawk b'ċirkostanzi personali aktar diffiċli; jinnota li l-miżuri kienu jinkludu flessibbiltà (f'termini ta' ħin tax-xogħol u ta' output) għall-membri tal-persunal b'sitwazzjonijiet familjari eżiġenti, il-possibbiltà li jaħdmu part-time barra mill-post tal-impjieg għall-membri tal-persunal li kellhom bżonn jieħdu ħsieb qraba diretti, li l-persuni li jindukraw it-tfal b'diżabilità jitħallew jaħdmu nofs il-ħin mingħajr telf ta' introjtu korrispondenti matul il-perjodu meta l-iskejjel u l-faċilitajiet għat-tfal b'diżabilità ngħalqu, u deroga temporanja mir-Regolamenti tal-Persunal li tippermetti 100 % telexogħol mill-pajjiż ta' oriġini minn membri tal-persunal vulnerabbli; jistieden lill-Parlament jiżgura li l-proċedura ta' applikazzjoni għal skemi speċjali bħal dawn tiġi kkomunikata sew u b'mod ċar u biex jiġi evitat dewmien fl-għoti tal-iskemi;

84.  Jilqa' l-possibbiltà offruta bid-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-31 ta' Marzu 2021 li l-persunal ikun jista' jaħdem barra mill-post tal-impjieg; jiddispjaċih, madankollu, li dan kien possibbli biss fuq bażi part-time bi tnaqqis korrispondenti tas-salarju; jiddispjaċih li tali deċiżjoni ġiegħlet lill-persunal u lill-APAs barra mill-Belġju jagħżlu bejn telf ta' qligħ jew ritorn lejn il-postijiet tax-xogħol tal-Parlament, fi żmien meta l-ivvjaġġar kien skoraġġut ħafna; jinnota b'sodisfazzjon li l-Bureau, fis-17 ta' April 2021, irrikonoxxa n-natura dgħajfa ta' din id-deċiżjoni u stabbilixxa serje ta' kriterji li skonthom l-APAs setgħu jwettqu telexogħol full time (inklużi kundizzjonijiet mediċi, restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u għeluq tal-fruntieri); jinnota bi tħassib kbir li l-obbligu tat-telexogħol mill-post tal-impjieg matul perjodi ta' lockdown kważi totali żied is-sensazzjoni ta' iżolament u intensifika l-problemi ta' saħħa mentali fost il-membri tal-persunal; jistieden lill-amministrazzjoni biex fil-futur tneħħi l-obbligu għall-kategoriji kollha tal-persunal, inklużi t-trainees, għat-telexogħol mill-post tal-impjieg tagħhom f'tali perjodi eċċezzjonali u limitati fiż-żmien bħall-perjodi ta' lockdowns kważi totali stabbiliti matul partijiet tal-2020;

85.  Jinnota li l-ħolqien tal-possibbiltà permanenti għall-membri tal-persunal biex iwettqu telexogħol minn kwalunkwe post, f'kundizzjonijiet li għandhom jiġu speċifikati, jinvolvi għadd kbir ta' vantaġġi kemm għall-membri tal-persunal kif ukoll għall-istituzzjonijiet, inkluż it-titjib tal-benesseri tal-persunal u ż-żieda fl-attraenza tal-Parlament bħala impjegatur, iffrankar finanzjarju permezz ta', fost l-oħrajn, ħtieġa mnaqqsa ta' spazju għall-uffiċċji, impatt ambjentali mnaqqas mill-ivvjaġġar tal-persunal lejn ix-xogħol u lura u rabta aktar mill-qrib bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u ċ-ċittadini fi Stati Membri apparti l-Belġju, Franza u l-Lussemburgu; jistieden lill-Parlament jidħol f'diskussjoni interistituzzjonali bil-għan li tiġi rieżaminata d-deċiżjoni li tobbliga lill-persunal li jwettaq telexogħol esklużivament mill-post tal-impjieg tiegħu f'ċirkostanzi eċċezzjonali, pereżempju bil-kundizzjoni li temporanjament jirrinunzja għall-allowance ta' espatrijazzjoni tiegħu;

86.  Ifaħħar, fil-livell tas-Segretarjat Ġenerali, l-appoġġ tal-Parlament lill-membri tal-persunal permezz tat-tisħiħ tar-riżorsi eżistenti u l-istabbiliment ta' miżuri ġodda, bħal żewġ linji telefoniċi għall-għajnuna, konsultazzjonijiet psikoloġiċi u sessjonijiet ta' gruppi, assistenza soċjali, konsulenza kunfidenzjali, u network ta' persuni li jagħtu l-ewwel għajnuna dwar is-saħħa mentali; jilqa' l-fatt li sett divers ta' inizjattivi ta' sensibilizzazzjoni u ta' riżorsi ta' appoġġ psikosoċjali ġew offruti lill-persunal, inklużi lezzjonijiet online bla ħlas dwar il-mindfulness għall-persunal kollu minn Ottubru 2020;

87.  Jinnota li żewġ direttorati ġenerali stabbilew politiki speċifiċi li jfasslu d-dritt għall-iskonnessjoni filwaqt li ħamsa oħra qajmu sensibilizzazzjoni fost il-maniġers dwar id-dritt għall-iskonnessjoni; jistieden lill-Parlament jadotta linji gwida dwar id-dritt ta' skonnessjoni filwaqt li jinkludi kull kategorija ta' persunal għal kull direttorat ġenerali u jiżgura li d-direttorati ġenerali kollha jistabbilixxu tali linji gwida;

88.  Jilqa' l-kisbiet li saru s'issa bħala riżultat tal-politika tal-Parlament dwar l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, biex tintlaħaq il-parità bejn il-ġeneri fil-livell tad-diretturi, u 41.9 % tal-kKapijiet ta' unità issa huma nisa; jinnota li għad hemm lok sinifikanti għal titjib fil-livell tad-diretturi ġenerali, fejn bħalissa 23.1 % biss minn dawn il-karigi huma okkupati minn nisa; jilqa' l-fatt li l-Bureau, fit-13 ta' Jannar 2020, approva miri ġodda u aktar ambizzjużi għall-bilanċ bejn il-ġeneri f'karigi ta' management superjuri u intermedju fis-segretarjat tal-Parlament li għandhom jintlaħqu sal-2024: 50 % tal-kapijiet ta' unità u tad-diretturi iridu jkunu nisa, u 40 % tad-diretturi ġenerali; itenni li huwa essenzjali li r-rappreżentanti tal-persunal jinstemgħu meta l-Bureau jiddiskuti kwistjonijiet ġenerali li jaffettwaw il-politika tal-persunal tiegħu, u jtenni t-talba tiegħu lis-Segretarju Ġenerali biex dan jieħu l-miżuri xierqa biex jimplimenta dan l-approċċ ewlieni; itenni t-talba tiegħu lis-Segretarju Ġenerali biex jieħu passi ulterjuri biex jiżgura t-trasparenza u l-ġustizzja matul il-proċeduri tal-ħatra tal-management superjuri, b'mod partikolari fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Qorti tal-Ġustizzja) tal-14 ta' Lulju 2021 fil-kawża T-670/19, Carbajo Ferrero v Il-Parlament Ewropew(12); jinnota l-limitazzjonijiet permezz tal-Artikolu 3, ir-raba' paragrafu, tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal rigward il-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-persunal fil-bordijiet tal-għażla tal-management superjuri; jitlob, barra minn hekk, biex tiġi żgurata l-konsistenza fir-rigward tal-pubblikazzjonijiet esterni għal karigi ta' maniġment superjuri u d-diliġenza fil-pubblikazzjoni ta' dawn il-karigi kif u meta jitbattlu;

89.  Itenni t-talba tiegħu lis-Segretarju Ġenerali biex jinsisti dwar l-importanza li kull reklutaġġ ikun ibbażat fuq il-kompetenza, filwaqt li jirrispetta l-ħtieġa ta' bilanċ ġeografiku bejn l-Istati Membri kollha fil-livelli kollha tal-persunal; jinsab imħasseb dwar id-diffikultajiet li nqalgħu biex jiġu rreklutati ċerti nazzjonalitajiet u biex jitressqu ċerti profili ta' xogħol internament; jitlob aktar sforzi biex jiġi żgurat li l-impjieg fil-Parlament ikun attraenti ndaqs għan-nazzjonalitajiet kollha tal-Unjoni; jistieden lill-Parlament jibni l-ħila tiegħu li jilħaq in-nies, bl-għan li jiġbed lejn il-kompetizzjonijiet il-kandidati ta' kwalità meħtieġa mill-Parlament, f'termini ta' profil, età, ġeneru u nazzjonalità, u b'mod partikolari minn pajjiżi sottorappreżentati;

90.  Ifakkar fir-riżoluzzjoni tal-Kumitat tal-Persunal tat-18 ta' Ottubru 2021 dwar skema ġdida stabbilita biex toffri karigi ta' aġenti kuntrattwali lil trainees; huwa tal-fehma li l-proċeduri ta' reklutaġġ iridu jkunu bbażati fuq il-mertu, kompetittivi, ġusti u trasparenti filwaqt li ma jrid ikun hemm l-ebda aċċess privileġġat għal karigi ta' aġenti kuntrattwali jew diskriminazzjoni kontra l-persunal u l-APAs; jitlob lill-amministrazzjoni tikkunsidra mill-ġdid l-iskema l-ġdida li tinvolvi lir-rappreżentanti tal-persunal fil-proċess;

91.  Jipproponi li, f'konformità mal-fatt li l-promozzjoni tal-opportunitajiet indaqs tibqa' komponent ewlieni tal-politika ta' ġestjoni tar-riżorsi umani tal-Parlament, tingħata attenzjoni akbar lill-opportunitajiet indaqs għal kulħadd, b'mod partikolari ż-żieda fl-għadd ta' persuni b'diżabilità li jaħdmu fl-amministrazzjoni tal-Parlament; jikkonstata li, fi ħdan il-Bureau, diġà jeżisti grupp ta' livell għoli dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-diversità u jitlob li jwettaq studju tal-miżuri effettivi meħuda fl-Istati Membri u fil-livell internazzjonali biex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-persuni b'diżabbiltà fuq il-post tax-xogħol, inklużi miżuri leġiżlattivi; jitlob li l-grupp ta' livell għoli jirrapporta lura lill-Bureau b'suġġerimenti konkreti ladarba jsir l-istudju u jiġu analizzati r-riżultati; jitlob l-istabbiliment b'urġenza ta' objettivi ambizzjużi u li dawn jinkisbu fuq perjodu ta' żmien qasir;

92.  Jinnota bi tħassib kbir li fl-2020 infetħu 17-il każ ġdid ta' fastidju; jisħaq li għad iridu jsiru sforzi biex jiġi żgurat li ż-żewġ kumitati konsultattivi li jittrattaw l-ilmenti ta' fastidju li jikkonċernaw lill-Membri u l-membri kollha tal-persunal jiksbu aktar fiduċja mill-vittmi tal-fastidju, li jista' jkollhom il-biża' li l-karriera jew il-pożizzjoni tagħhom fil-Parlament tkun f'riskju jekk jgħaddu mill-proċedura kollha ta' fastidju, jiġbru l-evidenza u jibnu l-każ tagħhom; iħeġġeġ lill-Bureau u lis-Segretarjat jimplimentaw l-azzjonijiet kif mitlub ripetutament fir-riżoluzzjonijiet dwar il-fastidju tas-26 ta' Ottubru 2017 (217/2897 (RSP))(13), tat-28 ta' Novembru 2019 (2019/2855 (RSP))(14) u tal-10 ta' Diċembru 2021 (2021/2986 (RSP))(15), inkluż, b'mod partikolari, il-pubblikazzjoni tar-riżultati ta' awditu estern dwar l-istruttura attwali kontra l-fastidju fis-seħħ u li t-taħriġ kontra l-fastidju jsir obbligatorju għall-Membri u l-membri kollha tal-persunal, inklużi persuni fi rwoli maniġerjali fid-direttorati ġenerali u l-gruppi politiċi differenti;

93.  Jistieden ukoll lill-Parlament jiżgura li l-proċeduri ta' rimborż għat-trattament psikoloġiku għal kwalunkwe vittma ta' fastidju ma jkunux wisq burokratiċi u jiġu pproċessati malajr;

94.  Ifakkar li l-Artikolu 1.7 tal-kuntratt tat-tindif jispeċifika li l-kuntratturi jridu jikkonformaw mal-obbligi tal-liġi soċjali u tax-xogħol kif previst mil-liġi tal-Unjoni, mil-liġi nazzjonali u minn ftehimiet kollettivi jew minn obbligi internazzjonali fil-liġi soċjali u tax-xogħol; ifakkar li meta s-servizzi responsabbli tal-Parlament jidentifikaw jew jirċievu kwalunkwe informazzjoni dwar ksur possibbli, u bil-kundizzjoni li l-persuni kkonċernati jkunu ġa qajmu, iżda għalxejn, il-kwistjoni mal-maniġers tagħhom, mar-rappreżentanti tal-union u mas-servizz estern għall-prevenzjoni u l-benesseri tal-kumpanija, jeħtieġ li l-awtoritajiet rilevanti jiġu kkuntattjati; jinnota li la spezzjoni tas-servizz nazzjonali "Contrôle des lois sociales/Direction de Bruxelles" (2020) u lanqas analiżi mid-dipartiment psikosoċjali tas-servizz estern għall-prevenzjoni u l-protezzjoni fuq il-post tax-xogħol fi Brussell (2020) ma sabu xi ksur legali relatat mal-liġijiet soċjali u mal-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-persunal tat-tindif; jappella għat-tnedija immedjata ta' stħarriġ li jsir minn kumpanija esterna biex jiġu ggarantiti l-kunfidenzjalità u l-anonimità ta' dawk li jwieġbu, bl-għan li ssir riflessjoni dwar l-istat attwali tal-livelli ta' sodisfazzjon, l-involviment, l-impenn, il-lealtà, il-motivazzjoni, eċċ. tal-impjegati tal-kumpanija u biex jiġu identifikati dgħufijiet, problemi jew opportunitajiet għal titjib fi ħdan il-kumpanija tat-tindif attwali; jistieden lill-Parlament jieħu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex jiżgura li l-ogħla standards tal-liġi tax-xogħol għall-persunal tat-tindif, qed jiġu rrispettati mill-kuntratturi esterni, b'mod partikolari fir-rigward tal-pressjoni psikoloġika u l-kundizzjonijiet tax-xogħol;

95.  Jistieden lill-Parlament jiżgura li l-pjanijiet ta' ħidma għall-membri tal-persunal f'xogħol bix-xift, inkluż b'mod partikolari l-membri tal-persunal fid-Direttorat Ġenerali għas-Sigurtà, jiġu kkomunikati sew bil-quddiem u jiġu evitati modifiki fi żmien qasir kull meta jkun possibbli;

96.  Jilqa' t-tlestija tal-binja l-ġdida tal-faċilità għall-indukrar tat-tfal Wayenberg; jiddispjaċih dwar il-bidliet suċċessivi u l-għeluq imtawwal tas-sezzjonijiet minħabba l-protokoll intern tal-COVID-19 li ġew ikkomunikati b'avviż minimu u mingħajr ħin biex wieħed jirreaġixxi; jitlob rieżami tal-protokolli tas-saħħa tal-COVID-19 biex dawn isiru konformi mal-protokolli nazzjonali u biex jiġi żgurat li dan is-servizz importanti jkompli jiġi pprovdut fil-limitu tal-possibbli; jistieden lid-DĠ PERS jiżgura li l-bidliet fl-arranġamenti tal-ħin tax-xogħol tal-faċilità għall-indukrar tat-tfal jiġu introdotti u kkomunikati lill-ġenituri fi żmien xieraq biex ikunu jistgħu jwettqu l-obbligi tax-xogħol tagħhom b'interruzzjonijiet minimi; itenni t-talba tiegħu lid-DĠ PERS biex iwettaq stħarriġ dwar is-sodisfazzjon kemm fost l-impjegati tal-faċilità għall-indukrar tat-tfal kif ukoll fost il-ġenituri tat-tfal biex jikseb feedback rilevanti dwar il-fornitur b'mod regolari; jieħu nota li s-sejħa l-ġdida għall-offerti fir-rigward tal-ġestjoni tal-Faċilità għall-Indukrar tat-Tfal Wayenberg tnediet fl-2021 u li l-fornitur il-ġdid tas-servizz ħa l-ġestjoni f'idejh fl-1 ta' Frar 2022; jistieden lil DĠ PERS isegwi mill-qrib il-kwalità tas-servizzi tal-fornitur il-ġdid, li żamm il-ħaddiema eżistenti f'konformità mal-liġi tax-xogħol Belġjana; jitlob monitoraġġ kostanti biex jiġi żgurat li l-fornitur il-ġdid joffri kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin li jgħinu biex jinżamm persunal ta' kwalità;

97.  Jitlob li l-iskedi tal-persunal tal-Parlament u tal-APAs jiġu kkunsidrati sabiex il-ħinijiet tal-ftuħ tas-servizzi pprovduti fi ħdan il-Parlament, b'mod partikolari l-Klabb tal-Isport, jiġu adattati biex jipprovdu servizz lil hinn mill-ħinijiet tax-xogħol l-aktar intensivi u b'hekk jippermettu li għadd akbar ta' utenti jkollhom aċċess għalihom;;

98.  Jilqa' l-isforzi tal-Parlament biex jipprovdi ikliet ta' solidarjetà ta' kuljum li għenu biex jitnaqqas l-impatt finanzjarju, ekonomiku u soċjali fuq il-fornituri tal-ikel tiegħu u l-impjegati tagħhom; jinnota li l-Parlament qed ifittex li jsalva kemm jista' jkun impjiegi li huma raġonevoli mill-perspettiva tal-impjieg, iżda wkoll ġustifikabbli fil-kuntest tal-użu xieraq tal-baġit tal-Parlament;

Politika tal-bini

99.  Ifakkar li matul l-2020, l-amministrazzjoni kompliet l-implimentazzjoni tal-"Istrateġija tal-Bini lil Hinn mill-2019" tal-Parlament kif approvata mill-Bureau f'April 2018; josserva li din l-istrateġija tal-bini tapprova l-flessibbiltà bħala prinċipju ewlieni għall-allokazzjoni tal-uffiċċji kemm lill-Membri kif ukoll lill-membri tal-persunal u tippermetti li l-ispazju disponibbli jintuża b'mod aġġustabbli filwaqt li jiġi adattat għas-sitwazzjonijiet kollha possibbli fil-perjodu ta' wara l-COVID-19;

100.  Jinnota li d-deċiżjoni li titwaqqaf id-distribuzzjoni ta' ilma sħun fl-uffiċċji tal-Membri fi Brussell u Strasburgu ttieħdet mill-Kwesturi fl-24 ta' Ottubru 2017 b'rabta mar-riskju għas-saħħa li tinħoloq il-preżenza ta' batterji tal-Legionella li jagħmlu l-ħsara lis-sistemi idrawliċi tal-bini li qed jeqdiemu u jiddeterjoraw; jenfasizza li l-ġlieda kontra l-batterja tal-Legionella hija waħda mill-aktar kompiti importanti fil-qasam tat-trattament u d-diżinfezzjoni tal-ilma; jitlob lis-Segretarjat jappella għal studju fil-fond sabiex jinstabu soluzzjonijiet adegwati għal din il-kwistjoni li ilha għaddejja għal żmien twil;

101.  Jappoġġja l-organizzazzjoni ta' dibattitu dwar il-ħtiġijiet tal-ispazju tal-Parlament fid-dawl tal-effetti tal-pandemija tal-COVID-19, iż-żieda attwali u futura fit-telexogħol u, jekk ikun xieraq, l-adattament tal-istrateġija tal-bini fit-tul tiegħu; iħeġġeġ ir-rieżami tal-politika dwar il-bini biex jiġi vverifikat jekk għadux meħtieġ spazju għall-uffiċċji ddedikat għal kull membru tal-persunal, peress li bidla tista' tirriżulta fi ffrankar tal-ispazju għall-uffiċċji; iħeġġeġ lill-amministrazzjoni tiġbor flimkien kemm jista' jkun il-postijiet tax-xogħol skont it-telexogħol tal-membri tal-persunal, filwaqt li tkompli tiggarantixxi spazju għall-uffiċċji għal kull membru tal-persunal li jitlob dan; jirrimarka, barra minn hekk, li għandha tingħata kunsiderazzjoni lill-effetti potenzjalment negattivi fuq is-saħħa u s-sodisfazzjon tal-persunal ta' prattiki bħal spazji miftuħa, spazji kollaborattivi u "hot desking"; ifakkar fil-ħidma mwettqa mill-gruppi fokus u mill-grupp ta' ħidma dwar il-bini u jitlob l-involviment tagħhom f'dan id-dibattitu; jistieden lill-Bureau jieħu l-passi xierqa għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-grupp fokali 5, b'mod partikolari rigward il-ħolqien ta' kmamar tal-laqgħat aktar informali, kmamar multifunzjonali u mtejba għall-vidjokonferenzi f'konformità mal-politika ambjentali tal-Parlament;

102.  jenfasizza li l-prattika ta' trasferiment ta' tlaqqit iffavorixxiet iffrankar ta' aktar minn EUR 100 miljun matul l-aħħar snin f'pagamenti ta' mgħax u b'hekk tikkostitwixxi l-aħjar prattika għall-użu ta' flus il-kontribwenti fl-istituzzjonijiet pubbliċi; iħeġġeġ lill-Bureau jidentifika linji baġitarji addizzjonali li jistgħu jibbenefikaw minn din il-prattika; jinnota li din il-prattika għenet biex jiġi evitat l-infiq tal-fondi li fadal għal spejjeż mhux meħtieġa fi tmiem is-sena; ifakkar li t-trasferiment ta' tlaqqit jappoġġja l-istrateġija tal-bini fit-tul tal-Parlament li jkun proprjetarju tal-bini minflok ma jikrihom; ifakkar li r-ramassage ippermetta lill-Parlament jixtri l-bini Scholl strateġikament importanti fl-2020 u jħallas il-prezz sħiħ tax-xiri fi tranżazzjoni waħda u b'hekk ġew evitati aktar spejjeż ta' finanzjament;

103.  Jinnota li parti importanti mill-istrateġija tal-bini tal-Parlament hija l-proġett il-ġdid tal-bini Adenauer, li jiġbor is-servizzi kollha tal-Parlament li joperaw fil-Lussemburgu taħt l-istess saqaf; josserva li l-ewwel parti ta' dan il-proġett (il-Parti tal-Lvant) tlestiet f'Ottubru 2020, u li għaddejjin ix-xogħlijiet biex tinbena l-parti finali - il-Parti tal-Punent; jissottolinja li kif ġara fis-snin preċedenti, fl-2020 il-Kumitat għall-Baġit tal-Parlament awtorizza trasferiment ta' "tlaqqit" għall-prefinanzjament tal-proġett, u li l-parti minn dan it-trasferiment iddedikat għall-bini Adenauer il-ġdid kienet tammonta għal madwar EUR 63,35 miljun;

104.  Ifakkar li, fir-rigward tal-akkwist tal-bini Scholl, fil-laqgħa tiegħu tal-5 ta' Ottubru 2020, il-Bureau approva t-tnedija ta' prospettar tas-suq lokali tal-proprjetà fi Brussell u li l-Kumitat għall-Baġit tal-Parlament kellu skambju ta' fehmiet dwar dan is-suġġett fil-laqgħa tiegħu tal-15 ta' Ottubru 2020 fil-kuntest ta' Informazzjoni Bikrija;

105.  Jifhem li, fi Brussell, id-deċiżjoni li jinxtara l-bini Scholl fl-2020 ippermettiet it-tlestija ta' pass ieħor tal-istrateġija tal-bini tal-Parlament, u li dan se jkompli jikkonsolida l-proprjetà immobbli tal-Parlament, filwaqt li jirfed l-interkonnettività tal-bini ċentrali u jikkontribwixxi għal sigurtà mtejba; jisħaq li dan ix-xiri kien ukoll is-suġġett ta' trasferiment ta' tlaqqit, bl-użu tar-riżorsi finanzjarji ffrankati matul l-2020 permezz, fost l-oħrajn, ta' spejjeż imnaqqsa tal-ivvjaġġar, li ammontaw għal EUR 74.9 miljun;

106.  Jinnota x-xiri tal-bini Scholl, li nxtara għal EUR 74.9 miljun, filwaqt li l-prezz tas-suq tal-bini qabel kien stmat li kien bejn EUR 42 miljun u EUR 65 miljun; jinnota li d-differenza bejn il-prezz tax-xiri u l-istima mill-espert estern għandha tiġi analizzata kontra s-sitwazzjoni fejn il-Parlament ma kienx jakkwista l-bini u kien jitlef investimenti li diġà saru; jinnota li l-kuntratt ta' użufrutt iffirmat mill-Parlament fl-2009 sfortunatament ma kienx jinkludi klawżola ta' ħruġ, li jfisser li l-Parlament fi kwalunkwe każ kien ikollu jħallas l-ammont sħiħ għall-bqija tal-perjodu kuntrattwali (madwar EUR 24 miljun), anki jekk ma kienx akkwista l-bini;

107.  Jissottolinja li, fi Brussell, xi bini li bħalissa huwa jew okkupat mill-Parlament jew huwa ta' interess strateġiku kbir minħabba l-pożizzjoni tiegħu u l-aspetti ta' sigurtà relatati, mhuwiex parti mill-portafoll ta' proprjetajiet tal-Parlament, kif kien il-każ bil-bini Scholl qabel ma ġiet akkwistat; jinnota li l-Istrateġija tal-Bini tal-Parlament lil Hinn mill-2019 tissottolinja l-importanza li l-binjiet ċentrali tal-Parlament ikunu proprjetà tal-Parlament u li jkunu interkonnessi u ssemmi Treves II bħala bini li huwa fl-interess tal-Parlament li jakkwista; jinnota li filwaqt li dawn il-kriterji huma importanti u għandhom jiġu analizzati bir-reqqa meta jiġi propost ix-xiri ta' bini ġdid, huma m'għandhomx ikunu l-uniċi kriterji kkunsidrati;

108.  Jissottolinja li l-persunal tal-gruppi politiċi għandu ħtiġijiet speċifiċi f'termini ta' arranġamenti tax-xogħol flessibbli li ma jaqblux mar-regoli applikati għad-dħul fil-bini barra dak ewlieni (eż. aċċess mhux permess wara ċertu ħin jew matul tmiem il-ġimgħa); jiddispjaċih li wara d-dħul fis-seħħ tar-rekwiżit tal-kontroll tat-temperatura, il-persunal li jinsab fil-bini Trèves I kien obbligat għal xi żmien li jagħmel it-test fil-bini Altiero Spinelli qabel ma jitħalla jidħol fil-bini Trèves I;

109.  Jesprimi tħassib dwar il-problemi strutturali tal-bini Trèves I; jissottolinja l-ħtieġa urġenti li l-bini jiġi aġġornat għall-aktar normi enerġetiċi u ambjentali reċenti; jissottolinja l-ħtieġa ta' miżuri urġenti biex jissewwew is-sistema instabbli tat-tisħin, in-nuqqas ta' arja kkundizzjonata u tojlits għall-persuni b'mobilità mnaqqsa, l-iżolazzjoni akustika ħażina, kif ukoll il-problema tad-drenaġġ;

110.  Jinnota li l-Kumitat għall-Baġits tal-Parlament huwa responsabbli għall-opinjonijiet u d-deċiżjonijiet dwar proġetti relatati mal-bini b'implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti skont l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura; jinnota l-kompetenzi tal-Kumitat għall-Baġits skont l-Artikolu 266 tar-Regolament Finanzjarju fir-rigward tal-bini tal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-uffiċċji kollha, inkluż il-Parlament; jissottolinja li dan jinkludi informazzjoni bikrija, informazzjoni dwar ippjanar, skrutinju u teħid ta' deċiżjonijiet trasparenti u dettaljati kif ukoll l-awtorizzazzjoni ta' proġetti;

111.  Jistieden lill-Bureau jqis l-ambjent il-ġdid tas-saħħa u s-sikurezza, kif ukoll iż-żieda fix-xogħol mill-bogħod, bħala kriterji għall-għażla ta' proposti ta' rinnovazzjoni u rikostruzzjoni tal-bini Paul-Henri Spaak, minħabba l-bidla fil-prattiki tax-xogħol u t-tnaqqis potenzjali futur tal-preżenza fiżika fil-Parlament;

112.  Jistenna ppjanar u teħid ta' deċiżjonijiet aktar trasparenti u dettaljati, inkluż l-għoti ta' informazzjoni bikrija, b'kunsiderazzjoni dovuta għall-Artikolu 266 tar-Regolament Finanzjarju rigward il-politika immobiljari tal-Parlament;

113.  Jieħu nota tad-deċiżjoni unanima tal-Bureau tat-23 ta' Ottubru 2019 li japprova l-ħolqien ta' Laboratorju IDEA fl-2020 bil-għan li jiġu ttestjati soluzzjonijiet ġodda u innovattivi fil-kuntest tal-uffiċċji u l-ġestjoni tal-faċilitajiet; jinnota li d-deċiżjoni tal-Bureau ma kienet ibbażata fuq l-ebda stima speċifika tal-ispejjeż; jinnota wkoll li bħala parti mil-Laboratorju IDEA, inbnew u ġew mgħammra matul l-2020 uffiċċju ta' Membru wieħed, bi spiża ta' EUR 486 012, u showroom kontigwu, bi spiża ta' mill-inqas EUR 203 978; iqis li l-użu prudenti u espedjenti tal-baġit allokat għal proġetti pilota ta' dan it-tip huwa importanti; ifakkar lill-Bureau li għandhom jiġu stabbiliti linji baġitarji ċari qabel ma jinbdew fi proġetti bħal dawn u li n-nefqa għandha tkun kontabilizzata b'mod trasparenti; iqis li l-ittestjar ta' soluzzjonijiet innovattivi ta' ġestjoni tal-uffiċċji u tal-faċilitajiet huwa utli b'mod ġenerali iżda jqis li l-ispejjeż għandhom jibqgħu raġonevoli u ġustifikabbli; jinnota li huwa importanti li proġetti bħal dan jibbenefikaw mill-valutazzjoni ta' firxa ta' Membri u APAs sabiex jiġu garantiti l-aktar riżultati validi tat-testijiet;

114.  Ifakkar fir-rakkomandazzjonijiet tal-grupp fokali 5 fl-evalwazzjoni tal-għodod tal-IT tal-IDEA Lab, li inkludew aktar kmamar tal-laqgħat mgħammra aħjar, uffiċċji b'faċilitajiet ta' laqgħat mill-bogħod/web-streaming u vidjokonferenzi mtejba b'firxa usa' ta' karatteristiċi;

115.  Ifakkar li matul il-laqgħat tal-Bureau tas-16 ta' Diċembru 2019, tat-22 ta' Lulju 2020, tal-24 ta' Settembru 2020, tas-16 ta' Diċembru 2020 u tat-18 ta' Jannar 2021, il-membri tal-Bureau ssuġġerew li l-IDEA Lab jittestja soluzzjonijiet fil-qasam tal-prestazzjoni ambjentali, l-effiċjenza enerġetika, is-sigurtà (speċjalment is-serraturi elettroniċi), l-IT u t-telexogħol kif ukoll l-istrateġija tal-innovazzjoni tal-ICT;

116.  Jinnota li bħala parti mill-IDEA Lab, iż-żona ta' u madwar uffiċċju wieħed fil-15-il sular isservi bħala żona ta' ttestjar u li din iż-żona ġiet sostanzjalment adattata bi spiża ta' EUR 629 259 matul l-2020; ifakkar li t-tneħħija tal-kmamar tal-banju modulari fl-uffiċċji tal-Membri ġiet ittestjata fl-IDEA Lab u hija meqjusa bħala gwadann fi spazju potenzjali li jista' jinkiseb fl-uffiċċji kollha bejn il-5 u l-10 snin li ġejjin; ifakkar li huwa biss fil-15-il sular li huwa possibbli li jinqatgħu u jiġu iżolati l-pajpijiet tal-ilma eżistenti u li jiġu aġġustati l-kanali tal-ventilazzjoni mingħajr qtugħ permanenti tal-ilma għas-sulari l-oħra;

117.  Jisħaq li attwalment 20 % tal-ispazju mhuwiex jintuża kif suppost, pereżempju l-kmamar tal-copiers jew l-ispazju inizjalment maħsub bħala kmamar tas-servers; jinnota wkoll li s-sejbiet tal-IDEA Lab se jipprovdu data u esperjenza għal xogħlijiet futuri ta' rinnovazzjoni mhux biss fil-Bini Paul-Henri Spaak, iżda wkoll fil-bini Altiero Spinelli li se jkun jista' jintuża għal 20-25 sena oħra;

118.  Jissottolinja li l-Bureau fil-laqgħa kostituttiva tiegħu tas-26 ta' Jannar 2022 ġedded l-appoġġ għall-IDEA Lab; jilqa' l-fatt li l-IDEA Lab issa dieħel f'fażi li fiha r-riflessjonijiet li eżistew mill-bidu jistgħu jiġu implimentati, jiġifieri li jiġu integrati l-ispejjeż tal-ittestjar u l-applikazzjonijiet f'linja baġitarja waħda għall-ġestjoni tal-proġetti tal-IDEA Lab minn naħa waħda, u dwar il-linji baġitarji korrispondenti fid-direttorati ġenerali inkarigati mill-applikazzjonijiet individwali min-naħa l-oħra;

119.  Jilqa' l-fatt li l-estensjoni tal-iskola preprimarja WAYENBERG fi Brussell tlestiet f'Settembru 2020; jiddispjaċih li x-xogħlijiet komplew waqt li t-tfal u l-familji tagħhom kienu qed jattendu l-iskola, f'xi każijiet kellhom jgħaddu qrib ħafna tax-xogħlijiet, meta jitqies il-periklu li dan jinvolvi; jistieden lill-Bureau jibda fl-2022 studji tekniċi biex jidentifika possibbiltajiet addizzjonali biex il-konsum tal-enerġija jitnaqqas aktar u tiżdied il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli u jimplimentahom malajr kemm jista' jkun;

120.  Jilqa' l-fatt li l-approċċ strateġiku relatat mal-implimentazzjoni ta' Europa Experiences fl-Istati Membri kollha sa tmiem l-2024, kif deċiż mill-Bureau f'Novembru 2019, issaħħaħ f'Novembru 2020 bl-adozzjoni mill-Bureau ta' skeda ta' żmien għall-iskjerament tal-faċilitajiet fl-Istati Membri kollha; jesprimi bil-qawwa l-fehma li l-uffiċċji ta' kollegament tal-Parlament Ewropew u Europa Experiences huma wħud mill-aħjar għodod mhux vinkolanti li l-Unjoni u l-Parlament iridu jippromwovu l-ħidma tal-istituzzjonijiet u l-benefiċċji tal-Unjoni għaċ-ċittadini; iħeġġeġ lill-Parlament u lill-Kummissjoni jkomplu jistabbilixxu Europa Experiences ġodda fil-bliet kapitali u l-postijiet kollha ta' importanza strateġika fid-dawl tal-elezzjonijiet Ewropej li jmiss tal-2024; jappoġġja kuntratt formalizzat biex jinqasmu l-ispejjeż kollha għall-Europa Experience bejn il-Kummissjoni u l-Parlament biex jiġi żgurat finanzjament sod fit-tul tal-postijiet;

Ċibersigurtà

121.  Ifakkar fil-valur miżjud ta' software b'xejn u b'sors miftuħ fit-titjib tas-sigurtà peress li dan jippermetti lill-Parlament jidentifika u jikkoreġi d-dgħufijiet, iżomm kontroll fuq id-data billi jospita fis-servers tiegħu u jfassal soluzzjonijiet skont l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu stess, filwaqt li jkun jista' jevita effetti ta' intrappolament tal-klijentela;

122.  Ifakkar fil-preferenza tiegħu għal soluzzjonijiet ta' software b'xejn u b'sors miftuħ minflok dawk proprjetarji meta jiġu kkunsidrati applikazzjonijiet interni ġodda; jitlob li l-korpi governattivi tal-ICT jiġu informati dwar is-sitwazzjonijiet fejn ma jintgħażlux soluzzjonijiet b'sors miftuħ;

123.  F'konformità mar-riżoluzzjoni ta' kwittanza preċedenti tal-Parlament u sabiex tiżdied b'mod sinifikanti l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni interna tiegħu, jitlob lis-servizzi rilevanti jittestjaw l-integrazzjoni u l-użu ta' soluzzjonijiet għal messaġġi istantanji u laqgħat virtwali li huma bbażati fuq sors miftuħ, ospitati fis-servers tal-Parlament, u li jippermettu komunikazzjoni sigura bħal Matrix u Jitsi;

124.  Japprezza l-fatt li s-servizzi tal-Parlament qed jaħdmu biex itejbu aktar il-kwalità u l-aċċessibbiltà tad-data disponibbli għall-pubbliku tal-istituzzjoni billi jadottaw prinċipji ta' data miftuħa għall-użu mill-ġdid u r-ridistribuzzjoni, li ġew ippreżentati lill-grupp ta' ħidma tal-Bureau dwar l-Innovazzjoni fl-ICT f'April 2021; jilqa' l-inizjattiva tal-portal tad-data miftuħa tal-Parlament, li għandha l-għan li takkomoda settijiet tad-data disponibbli pubblikament b'mod faċilment aċċessibbli u faċli għall-utent, kif ukoll tipprovdi data f'format interoperabbli u li jinqara mill-magni u b'hekk tqiegħed fil-prattika l-prinċipji tad-data miftuħa dwar il-ftuħ tekniku, legali, prattiku u soċjali;

125.  Jinnota li l-għadd ta' attakki ċibernetiċi qed jiżdied drastikament u li dawk l-attakki jistgħu jikkawżaw ħsara konsiderevoli lis-sistemi tal-IT tal-Parlament, sal-punt li jaffettwaw il-kapaċità tal-istituzzjoni li tiffunzjona; jilqa' l-fatt li s-Segretarju Ġenerali adotta politika dwar is-sigurtà tal-informazzjoni f'Ġunju 2020, fejn identifika l-kategoriji differenti ta' data u stabbilixxa l-kundizzjonijiet relatati li jridu jiġu osservati għat-trattament u l-ħżin tagħha, abbażi ta' valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data u valutazzjoni tas-sigurtà; jinnota bi tħassib il-kwistjonijiet kritiċi mqajma mis-Segretarju Ġenerali rigward iċ-ċibersigurtà, inkluż in-nuqqas ta' persunal; iħeġġeġ lill-Parlament jieħu malajr il-miżuri xierqa kollha biex isaħħaħ kemm l-istruttura tal-IT tiegħu kif ukoll il-persunal taċ-ċibersigurtà tiegħu;

126.  Jinnota li għadd ta' Membri u l-assistenti tagħhom spiss jiltaqgħu ma' problemi meta jaqbdu mal-kont tal-mail tal-Membru fuq il-mobiles tagħhom wara li jibdlu l-password tal-kont tal-mail tal-Membru; jistieden lill-Parlament jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li tali diffikultajiet tekniċi ma jseħħux;

Skema ta' pensjoni volontarja

127.  Ifakkar li mill-31 ta' Diċembru 2020, id-defiċit attwarju tal-Fond tal-pensjoni volontarja kien ammonta għal EUR 371,3 miljun, meta mqabbel ma' EUR 328,6 miljun mill-31 ta' Diċembru 2019;

128.  Ifakkar li l-fond ġie stabbilit fl-1990 biex jipprovdi lill-Membri bi skema addizzjonali ta' pensjonijiet fuq bażi volontarja; ifakkar li qabel ġie introdott l-Istatut tal-Membri fl-2009, il-Membri kienu diġà eliġibbli għal pensjoni ekwivalenti għal dik tal-kollegi tagħhom fil-parlamenti nazzjonali, bl-eċċezzjoni tal-Membri Taljani, Franċiżi u Lussemburgiżi, li jistgħu għalhekk jikkontribwixxu għal skemi speċjali tal-pensjonijiet tal-Parlament Ewropew, li nħolqu fl-1981 unikament għall-bżonnijiet tat-tliet nazzjonalitajiet imsemmija hawn fuq; ifakkar għalhekk li l-fond ta' pensjoni volontarja dejjem kien jikkostitwixxi pensjoni purament supplimentari(16);

129.  Ifakkar li, fil-laqgħa tiegħu tal-10 ta' Diċembru 2018, il-Bureau ddeċieda li jimmodifika r-regoli applikabbli għall-iskema tal-pensjoni billi jżid l-età tal-irtirar minn 63 għal 65 sena u jintroduċi imposta ta' 5 % fuq il-pagamenti tal-pensjoni għall-pensjonanti futuri bil-għan li jtejjeb is-sostenibbiltà tagħha, li tiġi indirizzata l-problema dejjem akbar tal-likwidità u li jitnaqqas id-defiċit attwarju u l-konsegwenzi negattivi għall-kontribwenti tal-Unjoni; ifakkar li d-deċiżjoni tal-Bureau tal-10 ta' Diċembru 2018 tapplika biss għall-pensjonijiet stabbiliti wara l-1 ta' Jannar 2019, u li bħala tali, ma taffettwax lill-benefiċjarji li jkunu rtiraw qabel dik id-data;

130.  Jirrimarka li d-deċiżjoni tal-Bureau ġiet sfidata quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja minn għadd ta' membri tal-Fond; jisħaq li fis-sentenzi tagħha tal-15 ta' Settembru 2021 fil-kawżi konġunti T-720/19 sa T-725/19(17), Richard Ashworth and Others v Il-Parlament Ewropew, il-Qorti kkonkludiet li d-drittijiet diġà akkwistati ma kinux affettwati mid-deċiżjoni kkontestata tal-Bureau u li l-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat ukoll il-kompetenza tal-Bureau li jadotta deċiżjonijiet li għandhom l-għan li jtejbu s-sostenibbiltà tal-fond; jinnota li l-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet ukoll li d-deċiżjoni tal-Bureau tal-10 ta' Diċembru 2018 irrispettat il-prinċipju tal-proporzjonalità; jinnota li s-sentenzi ngħataw fil-15 ta' Settembru 2021, u li l-Parlament jinsab fil-proċess li jeżamina l-implikazzjonijiet tagħhom bil-għan li jippreżenta proposti addizzjonali biex tittejjeb is-sostenibbiltà tal-fond lill-Bureau;

131.  Josserva bi tħassib li l-Qorti tal-Ġustizzja tistma li l-fond se jkun insolventi sal-2024, filwaqt li l-aħħar pagamenti tal-fond huma stmati li jsiru biss sal-2091; itenni li l-impenn tal-Bureau stess li jiggarantixxi l-fond ma jikkostitwixxix obbligu legali li jiġu ggarantiti livelli partikolari ta' ħlasijiet tal-fond peress li ma jeżisti l-ebda kuntratt bejn il-fond u l-Parlament; jappella lill-Bureau, lill-bord tad-diretturi u lill-membri tal-fond tal-pensjoni volontarja biex jappoġġjaw miżuri li għandhom l-għan li jillimitaw id-defiċit tal-fond tal-pensjoni volontarja, filwaqt li jikkunsidraw kwalunkwe miżura oħra f'dan id-dawl;

132.  Jinnota b'interess li, skont is-Servizz Legali tal-Parlament, jirriżulta miż-żewġ sentenzi li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkonferma li d-drittijiet miksuba bħala tali, tal-Membri li diġà ssodisfaw il-kundizzjonijiet kollha meħtieġa għall-akkwist tad-dritt għall-pensjoni volontarja addizzjonali, huma protetti bis-sħiħ skont il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni; jinnota, madankollu, li s-sentenzi jikkonfermaw ukoll li dan ma jżommx lill-Bureau milli jimmodifika l-kundizzjonijiet kif ukoll il-modalitajiet ta' dan il-grupp ta' Membri bil-kundizzjoni li l-prinċipju tal-proporzjonalità jiġi rrispettat kif xieraq, kif ukoll għal dawk il-Membri li għadhom ma ssodisfawx il-kundizzjonijiet kollha għall-akkwist tad-drittijiet tal-pensjoni u li għalhekk għandhom biss intitolamenti futuri skont l-iskema tal-pensjoni, sitwazzjoni li hija kkonfermata ulterjorment mis-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Settembru 2020 fil-kawża C-223/19, YS v NK(18); jitlob lill-amministrazzjoni u lill-Bureau jiggarantixxu li l-ebda flus tal-kontribwenti ma jintużaw għal kwalunkwe salvataġġ futur; iqis li rieżami tal-mudell finanzjarju tal-fond ma jkunx biżżejjed biex jipprevjeni li jintużaw flus addizzjonali tal-kontribwenti għall-pagamenti futuri; iħeġġeġ lis-Segretarju Ġenerali għalhekk jipproponi wkoll miżuri dwar l-aġġustament tal-modalitajiet tal-fond, inkluża żieda ulterjuri fl-età tal-irtirar u tnaqqis fil-benefiċċji tal-pensjoni mħallsa;

133.  Jinnota li x-xogħol ta' awditjar tal-Qorti dwar il-baġit ġenerali u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni jinkludi eżami tal-obbligazzjonijiet tal-pensjonijiet, inkluża l-iskema ta' pensjoni volontarja għall-Membri; jistieden għal darb'oħra lill-Qorti tippreżenta opinjoni ġdida dwar il-fondi tal-pensjoni volontarji, filwaqt li tinvestiga l-għażliet kollha possibbli biex tillimita d-defiċit tagħha, meta jitqies li dan jista' jgħin biex jiġu investigati aktar miżuri għall-ġestjoni tal-fondi;

134.  Ifakkar li r-riżoluzzjoni ta' kwittanza tal-Parlament tal-2017 talbet lis-Segretarju Ġenerali jressaq kwalunkwe sejba b'reazzjoni għall-investigazzjoni dwar il-pedamenti legali tal-iskema; jissottolinja li din l-investigazzjoni għandha titwettaq minn entità indipendenti;

135.  Jisħaq li l-Artikolu 27(2) tal-istatut għall-Istati Membri jgħid li l-Membri li kkontribwew għall-fond akkwistaw drittijiet u intitolamenti futuri, li għandhom jinżammu bis-sħiħ, u għaldaqstant, ma jiqfux jekk il-fond jintemm; ifakkar barra minn hekk, li kull xahar il-Parlament ħallas żewġ terzi tal-kontribuzzjonijiet totali tal-iskema ta' pensjoni b'benefiċċji stabbiliti u għaldaqstant jissottolinja l-parteċipazzjoni regolari tiegħu fil-fond; jenfasizza li l-Membri li ħallsu kontribuzzjonijiet għall-fond ta' pensjoni volontarja u akkwistaw drittijiet u intitolamenti futuri, għamlu dan bona fide, u għaldaqstant fdaw lill-Parlament li jonora l-obbligi finanzjarji tiegħu;

Reġim Komuni tal-Assigurazzjoni tal-Mard

136.  Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' fehim fi ħdan il-fora tat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-approvazzjoni tal-iskema konġunta tal-assigurazzjoni tal-mard (JSIS) fir-rigward ta' trattamenti ġodda, xejriet mediċi u mediċini li għadhom mhumiex approvati b'mod partikolari marbuta ma' dehriet ġodda ta' mard nervuż, disturbi awtoimmuni kif ukoll mard tal-kanċer; jitlob li l-korpi rilevanti fi ħdan il-JSIS debitament u regolarment iqisu l-iżviluppi mediċi reċenti u l-kisbiet tal-għarfien meta jaġġornaw il-lista ta' trattamenti u mediċini eliġibbli; jitlob li l-JSIS turi aktar flessibbiltà meta tivvaluta kwadri kliniċi kif ukoll trattament u terapiji sussegwenti li jistgħu jgħinu lil pazjent; jirrakkomanda l-introduzzjoni ta' gruppi ta' esperti, li jistgħu jivvalutaw u japprovaw trattamenti li għadhom mhumiex approvati, mediċini farmaċewtiċi, u mediċini biex itejbu l-kwalità tat-trattament tal-applikanti, inaqqsu l-piż burokratiku, u jakkomodaw l-aktar informazzjoni medika reċenti meta jittrattaw it-talbiet għar-rimborż;

137.  Jistieden lill-Bureau jiżgura li l-JSIS tipprovdi spjegazzjoni koerenti u individwali għar-rifjut ta' talba għal rimborż; jiddispjaċih dwar il-kultura ta' rifjut ta' talba għal rimborż f'format pdf mingħajr il-possibbiltà li d-deċiżjoni tiġi kkontestata personalment; jistieden lill-Bureau jintroduċi l-possibbiltà li t-tobba lokali inkarigati mit-trattament ta' applikant jitkellmu mal-unità jew mal-grupp ta' esperti tal-JSIS responsabbli biex jispjegaw it-trattament u l-benefiċċji mediċi; jesprimi wkoll ix-xewqa tiegħu li tittejjeb il-faċilità tal-użu tal-applikazzjoni li jippermetti segwitu aktar rapidu u aktar dirett ta' talbiet individwali;

Rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija

138.  Ifakkar li r-Regolament Finanzjarju jispeċifika l-informazzjoni li trid tiġi fornuta lill-awtorità baġitarja, kif ukoll lill-pubbliku, dwar l-għoti ta' kuntratti mill-istituzzjoni; jinnota li r-Regolament Finanzjarji jirrikjedi l-pubblikazzjoni tal-kuntratti mogħtija ta' valur ogħla minn EUR 15 000, valur li jikkorrispondi għal-limitu minimu li jekk jinqabeż jiskatta l-obbligu tal-proċedura kompetittiva ta' offerti;

139.  Jinnota li minn total ta' 198 kuntratt mogħtija fl-2020, 60 kienu bbażati fuq proċeduri miftuħa jew ristretti, b'valur ta' EUR 405,2 miljun, u 136 kienu bbażati fuq proċeduri negozjati, b'valur totali ta' EUR 179,1 miljun; jinnota li l-għadd totali ta' kuntratti mogħtija bi proċeduri negozjati żdied f'termini ta' valur bħala perċentwal tal-valur totali ta' kuntratti mogħtija, minn 26 % fl-2019 għal 31 % fl-2020, iżda naqas f'termini ta' volum, minn EUR 208,53 miljun fl-2019 għal EUR 179,1 miljun fl-2020;

140.  Jinnota li l-kuntratti mogħtija fl-2019 u fl-2020 jistgħu jinqasmu kif ġej skont it-tip, inklużi l-kuntratti ta' bini:

Tip ta' kuntratt

2020

2019

Għadd

Perċentwal

Għadd

Perċentwal

Servizzi

Provvista

Xogħlijiet

Bini

161

21

13

3

81 %

10 %

7 %

2 %

17733

13

2

78 %

15 %

6 %

1 %

Totali

198

100 %

225

100 %

Tip ta' kuntratt

2020

2019

Valur (f'EUR)

Perċentwal

Valur (f'EUR)

Perċentwal

Servizzi

Provvista

Xogħlijiet

Bini

457 940 293

14 143 825

28 291 234

86 812 000

77 %

3 %

5 %

15 %

581 610 182

85 741 237

135 211 526

4 260 000

72 %

10 %

17 %

1 %

Totali

587 187 352

100 %

806 822 945

100 %

(Rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija mill-Parlament Ewropew, 2020, p. 6)

141.  Jinnota t-tqassim tal-kuntratti mogħtija fl-2020 u fl-2019 skont it-tip ta' proċedura użata kif ġej, f'termini ta' għadd u ta' valur:

Tip ta' proċedura

2020

2019

Għadd

Perċentwal

Għadd

Perċentwal

Miftuħa

Ristretta

Negozjata

Lista CEI

Eċċezzjonali

Sħubija għall-innovazzjoni

57

3

135

1

1

1

29 %

2 %

68 %

0 %

0 %

1 %

82

1

141

0

1

-

36.44 %

0.44 %

62.68 %

-

0.44 %

0 %

Totali

198

100 %

225

100 %

Tip ta' proċedura

2020

2019

Valur (f'EUR)

Perċentwal

Valur (f'EUR)

Perċentwal

Miftuħa

Ristretta

Negozjata

Lista CEI

Eċċezzjoni

Sħubija għall-Innovazzjoni

400 464 868

4 722 196

179 199 392

27 000

16 000

2 757 876

68 %

1 %

31 %

0 %

0 %

0 %

595 584 380

1 735 269

208 533 296

-

970 000

-

74 %

0 %

26 %

-

0 %

-

Totali

407 987 960

100 %

806 822 945

100 %

(Rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija mill-Parlament Ewropew, 2020, p. 7-8)

142.  Jinnota l-fatt li 72 % tal-proċeduri nnegozjati eċċezzjonali mnedija fl-2020 mill-Parlament għal kuntratti b'valur ta' aktar minn EUR 15 000 jieħdu l-Punt 11.1(b) tal-Anness I tar-Regolament Finanzjarju bħala l-bażi ġuridika tagħhom, b'referenza għall-użu ta' operatur ekonomiku wieħed għal raġunijiet tekniċi jew artistiċi, jew għal raġunijiet marbuta mal-protezzjoni tad-drittijiet esklużivi, u li 20 % użaw bħala l-bażi ġuridika tagħhom il-Punt 11.1(c) tal-Anness I tar-Regolament Finanzjarju, li jirrigwarda każijiet ta' urġenza estrema għal raġunijiet mhux attribwibbli għall-awtorità kontraenti u 2 % (proċedura waħda) użaw bħala l-bażi ġuridika tagħhom il-Punt 11.1(a), li jirrigwarda servizzi fejn ma tkun ġiet sottomessa l-ebda offerta jew l-ebda offerta xierqa; josserva, pereżempju, li s-26 proċedura nnegozjati b'mod eċċezzjonali li ntużaw mid-Direttorat Ġenerali għas-Servizzi ta' Riċerka Parlamentari tal-Parlament fl-2020 huma bbażati fuq il-punt 11.1(b) tal-Anness I tar-Regolament Finanzjarju li jirrigwarda operatur ekonomiku uniku u l-protezzjoni tad-drittijiet esklużivi kienet tikkonċerna abbonamenti għal bażijiet tad-data online jew aġenziji tal-istampa;

143.  Jilqa' l-intenzjoni tal-Parlament li jintroduċi rappurtar dwar is-sostenibbiltà, li se jinkludi aspetti soċjali tal-akkwist, jistieden lill-Parlament jimmonitorja l-iżviluppi fil-qasam tal-akkwist pubbliku soċjali u sostenibbli, bħall-ħidma tal-OECD dwar l-akkwist pubbliku u l-imġiba responsabbli fin-negozju, kif ukoll il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li jmiss dwar id-diliġenza dovuta korporattiva; jemmen li bl-inkorporazzjoni ta' standards kummerċjali responsabbli fil-politiki tal-akkwist u tax-xiri tiegħu, il-Parlament jista' jmexxi bl-eżempju, jissalvagwardja l-interess pubbliku u jiżgura r-responsabbiltà tal-infiq pubbliku; ifaħħar lis-servizzi responsabbli tal-Parlament għall-estensjoni tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali tal-Parlament biex tkopri elementi oħra ta' sostenibbiltà, kif ukoll it-twaqqif ta' grupp ta' ħidma dwar l-akkwist pubbliku soċjalment responsabbli;

144.  Jilqa' t-tneħħija sħiħa tal-kameras termali prodotti minn Hikvision użati fil-bini tal-Parlament; jistieden lill-Parlament jipprevjeni x-xiri u l-użu ta' prodotti li setgħu ġew prodotti bi ksur tal-istandards ta' sostenibbiltà u d-drittijiet tal-bniedem fil-futur; jinsab konvint li dan jista' jinkiseb primarjament billi jiġu inkorporati d-drittijiet tal-bniedem u l-istandards u l-prattiki ta' diliġenza dovuta ambjentali fil-proċeduri ta' akkwist tal-Parlament;

145.  Jinnota li kien hemm 1415-il offerta b'offerent uniku fl-2020, li 89 minnhom kienu jikkonċernaw kuntratti li jaqbżu l-limitu ta' EUR 15 000, meta mqabbla ma' 1369 offerta b'offerent uniku fl-2019, 102 minnhom kienu jikkonċernaw kuntratti li jaqbżu l-limitu ta' EUR 15 000; itenni li l-offerti b'offerent uniku jġorru riskju sinifikanti għall-prinċipju tal-kompetizzjoni u għall-kisba tal-aħjar valur għall-flus pubbliċi; itenni l-appell tiegħu lill-Parlament biex jinvestiga r-raġunijiet għan-nuqqas apparenti ta' kompetizzjoni u biex jieħu l-miżuri meħtieġa biex inaqqas l-għadd ta' offerti b'offerent uniku fi proċeduri futuri;

Gruppi politiċi (linja baġitarja 400)

146.  Jinnota li, fl-2020, l-approprjazzjonijiet imdaħħla taħt il-partita baġitarja 400, attribwita lill-gruppi politiċi u l-Membri mhux affiljati, intużaw kif ġej(19):

Grupp

2020

2019 (1)

Approprjazzjonijiet annwali

Riżorsi proprji u approprjazzjonijiet riportati

Nefqa

Rata ta' utilizzazzjoni tal-approprjazzjonijiet annwali

Ammonti riportati għall-perjodu li jmiss

Approprjazzjonijiet annwali

Riżorsi proprji u approprjazzjonijiet riportati

Nefqa

Rata ta' utilizzazzjoni tal-approprjazzjonijiet annwali

Ammonti riportati għall-perjodu li jmiss

Grupp tal-Partit Popolari Ewropew (PPE)

17.239

4.448

11.489

66,65

10.198

17.139

4.253

16.993

99,15

4.399

Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi (S&D)

13.609

5.734

9.533

70,05

9.809

14.611

4.807

13.705

93,80

5.710

Renew Europe (dik li kienet l-Alleanza tal-Liberali u d-Demokratiċi għall-Ewropa (ALDE))

9.230

3.847

4.063

44,02

6.922

7.721

1.627

5.510

71,37

3.838

Grupp tal-Ħodor/Alleanza Ħielsa Ewropea (Verts/ALE)

6.381

2.376

4.054

63,53

4.703

5.573

1.388

4.585

82,27

2.376

Grupp Identità u Demokrazija (ID) (3)

7.121

1.616

3.976

55,84

4.761

3.244

0

1.629

50,22

1.615

Grupp tal-Konservattivi u r-Riformisti Ewropej (ECR):

5.851

2.272

4.145

70,85

3.978

6.053

1.946

5.730

94,66

2.270

Grupp Konfederali tax-Xellug Magħqud Ewropew - Xellug Aħdar Nordiku (GUE/NGL)

3.790

1.536

3.060

80,72

2.266

4.156

1.110

3.731

89,77

1.535

Grupp għal Ewropa tal-Libertà u d-Demokrazija Diretta (EFDD) (2)

0

0

0

0,00

0

1.851

1.915

1.508

81,45

0

Grupp għal Ewropa tan-Nazzjonijiet u tal-Libertà (ENF) (2)

0

0

0

0,00

0

1.620

653

1.609

99,34

0

Membri mhux affiljati

1.726

738

429

24,82

1041

2.019

367

481

23,84

738

Totali

64.947

22.568

40.749

62,74

43.678

63.987

18.067

55.481

86,71

22.482

Noti għat-tabella ta' hawn fuq:

(1) l-2019 kienet sena elettorali; il-kontijiet ġew sottomessi minn gruppi politiċi bbażati fuq is-semesters. Għall-gruppi politiċi li komplew l-attività tagħhom wara l-elezzjonijiet Ewropej tal-2019, iċ-ċifri għall-approprjazzjonijiet u l-infiq annwali jirreferu għas-somma taż-żewġ semestri.

(2)Għall-gruppi politiċi li ġew xolti wara l-elezzjonijiet Ewropej tal-2019, iċ-ċifri huma għall-ewwel semestru biss.

(3) Għall-gruppi politiċi li ma kinux jeżistu qabel l-elezzjonijiet Ewropej tal-2019, iċ-ċifri huma biss għat-tieni semestru.

147.  Jilqa' l-fatt li awdituri esterni indipendenti għall-gruppi politiċi ħarġu biss opinjonijiet mhux kwalifikati għas-sena finanzjarja 2020;

Partiti politiċi Ewropej u fondazzjonijiet politiċi Ewropej

148.  Josserva li, skont dak ir-Regolament (EU, Euratom) Nru 1141/2014, fl-2019 l-Awtorità rrieżaminat għall-ewwel darba, il-kontijiet tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet relatati mas-sena finanzjarja 2018; jilqa' l-fatt li t-tieni rieżami tal-kontijiet finanzjarji tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi relatati mas-sena finanzjarja 2019 wera li dawn jiddependu dejjem aktar fuq il-formati u l-mudelli pprovduti mill-Awtorità, li jżid il-komparabbiltà u l-akkuratezza tal-informazzjoni sottomessa;

149.  Jinnota li l-maġġoranza l-kbira tal-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej jiġi minn sorsi pubbliċi u, għalhekk, jirrikjedi l-ogħla livell ta' trasparenza u obbligu ta' rendikont; jissottolinja li l-Awtorità għandha tipprovdi informazzjoni li tkopri r-reġistrazzjoni u s-sitwazzjoni finanzjarja tal-partiti politiċi u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej sa fejn ikun possibbli; jilqa' l-isforzi li saru mill-Awtorità biex tagħmel aċċessibbli għaċ-ċittadini firxa wiesgħa ta' informazzjoni fuq is-sit web tagħha; jistieden lill-Awtorità tiżgura li d-dokumenti ppubblikati fis-sit web tagħha jkunu faċli għall-utent, kompluti u aġġornati u jirrikonoxxi t-tħabbira tal-Awtorità matul is-seduta ta' smigħ tagħha biex tlesti eżerċizzju ta' valutazzjoni komparattiva tal-aċċessibbiltà tas-siti web;

150.  Jirrimarka li l-Awtorità għandha setgħat limitati fir-rigward tal-verifika ta' jekk partit jew fondazzjoni reġistrata humiex qed jiksru l-valuri ewlenin tal-Unjoni u s'issa qatt ma skattat il-proċedura ta' konformità mal-valuri kumplessi; jappella għat-tisħiħ tal-istruttura amministrattiva attwali tal-Awtorità sabiex tiġi mmonitorjata aħjar il-konformità tagħha mar-regoli rilevanti u l-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet, kif ukoll biex jiġu żgurati l-indipendenza u n-newtralità sħiħa tagħha;

151.  Jinnota li, fl-2020, l-approprjazzjonijiet imdaħħla taħt il-linja baġitarja 402 intużaw kif ġej(20):

Partit (2020)

Taqsira

Ir-riżorsi proprji

Kontribuzzjoni finali tal-PE (1)

Dħul totali

Kontribuzzjoni tal-PE bħala % tan-nefqa rimborżabbli (massimu 90 %)

Bilanċ pożittiv mid-dħul (trasferiment għar-riżervi jew telf)

Partit Popolari Ewropew

PPE

1.229.780

6.603.847

7.833.627

90%

552.688

Partit tas-Soċjalisti Ewropej

PSE

1.067.410

5.102.420

6.169.830

90%

555.149

Partit tal-Alleanza tal-Liberali u d-Demokratiċi għall-Ewropa

ALDE

568.429

3.069.202

3.637.631

90%

964.177

Partit Ewropew tal-Ħodor

PĦE

545.613

2.476.829

3.022.442

90%

536.571

Partit tax-Xellug Ewropew

XE

289.330

1.163.617

1.452.947

90%

98.874

Partit Demokratiku Ewropew

PDE

102.152

289.080

391.232

90%

102.842

Alleanza Ewropea Ħielsa

ALE

125.543

695.550

821.093

90%

91.784

Partit tal-Konservattivi u Riformisti Ewropej

Partit ECR

335.408

1.632.616

1.968.024

82%

-

Moviment Politiku Kristjan Ewropew

MPKE

84.026

557.375

641.401

90%

3.465

Partit Identità u Demokrazija

Partit ID

154.160

604.526

758.686

90%

26.779

TOTALI

 

4.501.851

22.195.062

26.696.913

 

2.932.329

(1) Magħmul mit-tieni parti tal-finanzjament finali tal-2019 u l-ewwel parti tal-finanzjament finali tal-2020 skont id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-14 ta' Frar 2022.

152.  Jinnota li, fl-2020, l-approprjazzjonijiet imdaħħla taħt il-linja baġitarja 403 intużaw kif ġej(21):

Fondazzjoni (2020)

Taqsira

Affiljata mal-partit

Ir-riżorsi proprji

Għotja finali tal-PE

Dħul totali

Għotja tal-PE bħala % tal-ispejjeż eleġibbli (massimu 95 %)

Bilanċ pożittiv mid-dħul (trasferiment għar-riżervi jew telf)

Ċentru għall-Istudji Ewropej Wilfried Martens

ĊSEWM

PPE

296.292

3.947.722

4.244.014

95%

23.529

Fondazzjoni għal Studji Progressivi Ewropej

FEPS

PSE

328.973

4.555.512

4.884.485

95%

35.590

Forum Liberali Ewropew

FLE

ALDE

298.273

2.710.157

3.008.430

95%

136.821

Fondazzjoni Ħadra Ewropea

FĦE

PĦE

116.727

1.965.047

2.081.774

95%

7.093

Inbiddlu l-Ewropa

TE

XE

69.685

1.102.913

1.172.598

95%

6.805

Istitut tad-Demokratiċi Ewropej

IDE

PDE

25.517

448.110

473.627

95%

0

Fondazzjoni Coppieters

Coppieters

ALE

63.243

515.401

578.644

95%

19.056

Direzzjoni Ġdida - Fondazzjoni għar-Riforma Ewropea

ND

Partit ECR

183.131

1.678.350

1.861.481

95%

61.993

Sallux

SALLUX

MPKE

21.278

299.291

320.569

95%

3.307

Fondazzjoni tal-Assoċjazzjoni għall-Identità u d-Demokrazija

Fondazzjoni ID

Partit ID

35.501

456.075

491.576

95%

-

TOTALI

1.438.620

17.678.578

19.117.198

 

294.193

153.  Ifakkar li, skont l-Artikolu 38 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, il-Parlament adotta r-rapport tiegħu dwar l-applikazzjoni ta' dak ir-regolament fis-26 ta' Ottubru 2021(22); jilqa' l-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni tal-25 ta' Novembru 2021 biex jiġi emendat ir-regolament(23);

154.  Jemmen li l-partiti politiċi u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għandhom jagħmlu użu akbar minn teknoloġiji ġodda sabiex itejbu t-trasparenza u t-traċċabilità tad-donazzjonijiet u l-infiq.

(1) ĠU L 57, 27.2.2020.
(2) ĠU C 436, 28.10.2021, p. 1.
(3) ĠU C 281, 13.7.2021, p. 1.
(4) ĠU C 430, 25.10.2021, p. 7.
(5) ĠU C 436, 28.10.2021, p. 207.
(6) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
(8) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1).
(9) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(10) Ir-Rapport A7-0350/2013 disponibbli fuq https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/A-7-2013-0350_MT.pdf
(11) Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).
(12) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Lulju 2021, T-670/19, Fernando Carbajo Ferrero v Il-Parlament Ewropew, ECLI:EU:T:2021:435.
(13) Testi adottati, P8_TA(2017)0417.
(14) Testi adottati, P9_TA(2019)0080.
(15) Testi adottati, P9_TA(2021)0514.
(16) https://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2021/659763/IPOL_STU(2021)659763_MT.pdf
(17) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Settembru 2021,Richard Ashworth and Others v Il-Parlament Ewropew, T-725/19, ECLI:EU:T:2018:580.
(18) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Settembru 2020, YS v NK, C-223/19, ECLI:EU:C:2020:753.
(19) L-ammonti kollha qed jiġu espressi f'eluf ta' EUR.
(20) L-ammonti kollha qed jiġu espressi f'eluf ta' EUR.
(21) L-ammonti kollha qed jiġu espressi f'eluf ta' EUR.
(22) Testi adottati, P9_TA(2021)0454.
(23) COM(2021) 734.


Kwittanza 2020: Baġit ġenerali tal-UE – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill
PDF 182kWORD 62k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (2021/2108(DEC))
P9_TA(2022)0146A9-0067/2022

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2021)0381 – C9‑0260/2021)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kunsill lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2020,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0067/2022),

1.  Jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti ta' kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għas-sena finanzjarja 2020;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Mejju 2022 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (2021/2108(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0067/2022),

A.  billi, skont l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Parlament huwa l-unika istituzzjoni responsabbli mill-għoti tal-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni, u billi l-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill huwa taqsima tal-baġit tal-Unjoni;

B.  billi, skont l-Artikolu 15(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill Ewropew m'għandux jeżerċita funzjonijiet leġiżlattivi;

C.  billi, skont l-Artikolu 317 tat-TFUE, il-Kummissjoni għandha timplimenta l-baġit tal-Unjoni fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, wara li tqis il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba, u billi, skont il-qafas fis-seħħ, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni s-setgħat meħtieġa għall-implimentazzjoni tat-taqsimiet tal-baġit relatati magħhom;

D.  billi, skont l-Artikoli 235(4) u 240(2) tat-TFUE, il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (il-"Kunsill") huma megħjuna mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (is-"SĠK"), u billi s-Segretarju Ġenerali huwa kompletament responsabbli mill-ġestjoni tajba tal-approprjazzjonijiet imdaħħla fit-Taqsima II tal-baġit tal-Unjoni;

E.  billi l-Parlament ilu kważi għoxrin sena jimplimenta l-prattika konsolidata u rispettata tal-għoti tal-kwittanza lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji kollha tal-Unjoni, u billi l-Kummissjoni taqbel li l-prattika li tingħata l-kwittanza lil kull istituzzjoni, korp, uffiċċju u aġenzija tal-Unjoni għan-nefqa amministrattiva tagħhom għandha tkompli tiġi segwita;

F.  billi, mill-2009 'l hawn, in-nuqqas ta' kooperazzjoni tal-Kunsill fil-proċedura ta' kwittanza rriżulta fir-rifjut tal-Parlament li jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill;

G.  billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità tal-kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni billi jittejbu t-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u billi jiġi implimentat il-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u l-governanza tajba tar-riżorsi umani;

H.  billi l-Kunsill Ewropew u l-Kunsill, bħala istituzzjonijiet tal-Unjoni u riċevituri tal-baġit ġenerali tal-Unjoni, għandhom ikunu trasparenti u responsabbli b'mod demokratiku lejn iċ-ċittadini tal-Unjoni u soġġetti għal skrutinju demokratiku tal-infiq tal-fondi pubbliċi;

I.  billi l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tikkonferma d-dritt tal-kontribwenti u tal-pubbliku li jinżammu infurmati dwar l-użu tad-dħul pubbliku;

J.  billi r-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman Ewropew ("l-Ombudsman") fil-każ OI/2/2017/TE tat indikazzjoni li l-prattika tal-Kunsill fir-rigward tat-trasparenza fil-proċess leġiżlattiv kienet tikkostitwixxi amministrazzjoni ħażina u kellha tiġi indirizzata sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jsegwu l-proċess leġiżlattiv tal-Unjoni;

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") ma identifikat l-ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tat-temi awditjati b'rabta mar-riżorsi umani u l-proċeduri ta' akkwist għall-Kunsill;

2.  Jenfasizza l-fatt li l-Qorti kkonkludiet li, abbażi tal-awditu tagħha, il-pagamenti għan-nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, inkluża dik tal-Kunsill, għas-sena finanzjarja 2020, globalment kienu ħielsa minn żbalji materjali;

3.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti ma identifikatx kwistjonijiet speċifiċi dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet jew wara eżami tas-sistema superviżorja u ta' kontroll tal-Kunsill;

4.  Huwa konxju li l-Kapitolu 9 "Amministrazzjoni" tar-Rapport Annwali tal-Qorti huwa ffukat fuq in-nefqa fuq ir-riżorsi umani, il-bini, it-tagħmir, l-enerġija, il-komunikazzjoni u t-teknoloġija tal-informazzjoni u li l-Qorti tindika li dan l-infiq huwa ta' riskju baxx;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

5.  Jinnota li fl-2020 il-Kunsill kellu baġit ġenerali ta' EUR 590 633 000 (meta mqabbel ma' EUR 581 895 459 fl-2019); josserva żieda fil-baġit ta' 1,5 % meta mqabbel mal-2019, li tikkonferma xejra 'l isfel fiż-żieda fil-baġit annwali (1,6 % fl-2019, 2 % fl-2018 u 3 % fl-2017); jinnota li s-sehem tal-Kunsill taħt l-Intestatura 5 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali naqas minn 6,3 % fl-2015 għal 5,8 % fl-2020; jinnota rata ta' implimentazzjoni globali għolja ta' 93,15 % (meta mqabbla ma' 92,3 % fl-2019);

6.  Jifhem li l-baġit tal-Kunsill fil-biċċa l-kbira tiegħu huwa amministrattiv, u parti kbira minnu tintuża għan-nefqa relatata ma' persunal, binjiet (inklużi l-għamara u t-tagħmir) u spejjeż operattivi mixxellanji; itenni l-appell tiegħu, magħmul f'riżoluzzjonijiet preċedenti dwar il-baġit, li jkun hemm baġits separati għall-Kunsill Ewropew u għall-Kunsill sabiex jittejbu t-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont u l-effiċjenza tan-nefqa għaż-żewġ istituzzjonijiet;

7.  Ifakkar li l-approprjazzjonijiet riportati mill-2019 għall-2020 kienu jammontaw għal total ta' EUR 52 543 491 (meta mqabbla ma' EUR 56 599 584 mill-2018 sal-2019) u jilqa' l-fatt li l-implimentazzjoni kienet ta' 86,4 % (EUR 45 375 664), ikkonċentrata l-aktar fuq binjiet, sistemi tal-kompjuter, interpretazzjoni u tagħmir tekniku;

8.  Jinnota żieda fir-riporti tal-approprjazzjonijiet mill-2020 għall-2021 (12,6 % meta mqabbel ma' 9.8 % mill-2019 għall-2020); ifakkar lill-Kunsill li r-riporti huma eċċezzjonijiet għall-prinċipju tal-annwalità tal-baġit tal-Unjoni u jistgħu jkunu indikatur tal-istimi żejda tal-baġit u jistieden lill-Kunsill iżid l-isforzi tiegħu biex jevita sopravalutazzjonijiet baġitarji;

9.  Josserva li fl-2020, il-pagamenti tal-Kunsill kienu jirrappreżentaw 5,2 % tal-baġit tal-Unjoni; jinnota li, fl-2020, iż-żmien medju tal-ħlas għall-fatturi lis-SĠK kien ta' 20 jum (meta mqabbel ma' 19 fl-2019) filwaqt li l-limitu ta' żmien massimu huwa ta' 30 jum kalendarju kif stipulat fid-Direttiva 2011/7/UE(6);

10.  Jinnota li l-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt fuq l-implimentazzjoni tal-baġit tal-2020; josserva li l-ammont iżgħar ta' laqgħat fiżiċi wasslu għal inqas infiq fuq spejjeż tal-ivvjaġġar tad-delegati u spejjeż ta' interpretazzjoni; jinnota li dan l-infiq baxx ġie kkumpensat fil-livell baġitarju minn żieda fl-infiq fuq l-IT sabiex tiġi żviluppata malajr il-kapaċità għal xogħol remot u biex tiġi ggarantita l-kontinwità tal-attività; josserva li tali nefqa kienet tkopri l-oqsma rilevanti ta' akkwist ta' software ġdid, assistenza esterna u forniment ta' hardware biex jiġi ffaċilitat ix-xogħol mid-dar;

11.  Jinnota li fl-2020 l-approprjazzjonijiet ġew riallokati b'46 trasferiment skont l-Artikolu 29 tar-Regolament Finanzjarju; josserva li dawn it-trasferimenti kellhom l-għan li jsaħħu l-kapaċitajiet tat-telexogħol u l-infrastruttura tal-vidjokonferenzi tal-Kunsill, inkluż ix-xiri ta' tagħmir tal-IT, liċenzji u għodod ta' komunikazzjoni addizzjonali; jinnota li, b'mod ġenerali, it-trasferimenti saru mil-linji tal-baġit għall-ispejjeż tal-interpretazzjoni, tat-tindif u tal-manutenzjoni, tas-sigurtà u s-sorveljanza tal-bini, u nfiq mixxellanju fuq laqgħat interni għal-linji tal-baġit għal xogħlijiet ta' installazzjoni, l-akkwist ta' tagħmir u ta' software, u għall-assistenza għat-tħaddim u l-iżvilupp ta' sistemi tal-kompjuter;

12.  Jinnota li fl-2020 il-Qorti eżaminat, mingħajr rimarki, il-proċeduri ta' akkwist pubbliku organizzati mill-Kunsill u minn tliet istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni għax-xiri ta' tagħmir protettiv personali għall-persunal tagħhom u li l-akkwist kien jinkludi rekwiżiti minimi stretti fl-ispeċifikazzjoni tal-offerta, bħal standards ta' kwalità ta' referenza Ewropej; huwa konxju li f'erba' każijiet l-offerent rebbieħ ma inkludiex evidenza sħiħa li r-rekwiżiti minimi kollha relatat mal-kwalità kienu ġew issodisfati fil-mument tal-ikkuntrattar, u dan wassal biex il-Kunsill jorganizza testijiet fil-laboratorju li wrew li t-tagħmir protettiv personali kien, tabilħaqq, konformi;

Ġestjoni interna, prestazzjoni, kontroll intern

13.  Jinnota li t-tifqigħa mhux mistennija tal-pandemija tal-COVID-19 u s-sitwazzjoni eċċezzjonali sussegwenti kienu jirrikjedu azzjoni immedjata u miżuri organizzattivi biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-attività; jinnota b'sodisfazzjon li r-reazzjoni f'waqtha u effettiva tal-Kunsill għal dik il-kriżi rriżultat f'għadd ta' miżuri strutturati f'diversi oqsma biex jitħares il-persunal u tiġi ggarantita l-kontinwità tal-attività;

14.  Josserva li l-Kunsill juża l-laqgħat, il-modernizzazzjoni amministrattiva u l-attivitajiet leġiżlattivi bħala indikaturi kwantitattivi tal-livell tal-attivitajiet imwettqa matul is-sena; josserva li t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 irriżultat fi tnaqqis ta' 54,1 % (4 148) fl-għadd ġenerali ta' laqgħat organizzati fl-2020 meta mqabbel mal-2019; jinnota li fl-2020 is-SĠK organizza 3 086 laqgħa istituzzjonali u laqgħat ma' pajjiżi terzi (meta mqabbla ma' 3 983 fl-2019) u 434 laqgħa oħra (meta mqabbla ma' 3 685 fl-2019) u li 39,2 % tal-laqgħat saru f'format remot jew ibridu;

15.  Jilqa' t-titjib fl-organizzazzjoni interna tas-SĠK, b'enfasi partikolari fuq l-indirizzar tal-limitazzjonijiet tax-xogħol li rriżultaw mill-pandemija tal-COVID-19, bħal żieda fil-pjattaformi u fil-wisa' tal-banda għal attivitajiet ta' telexogħol u l-installazzjoni ta' tagħmir xieraq għall-vidjokonferenzi fi kmamar żgħar fejn isiru l-laqgħat biex jiġu ffaċilitati laqgħat ibridi;

16.  Jinnota li fl-2020 il-Kunsill żamm l-attività leġiżlattiva tiegħu fl-istess livell bħal fl-2019 minkejja l-kundizzjonijiet tax-xogħol diffiċli kkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 u pubblika 1 328 att legali f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-2020 meta mqabbel ma' 1 326 fl-2019;

17.  Jirrikonoxxi li fil-Kunsill hemm stabbilit qafas ta' kontroll intern li jipprovdi aċċertament raġonevoli li l-objettivi jintlaħqu; huwa konxju li l-ġestjoni tar-riskji ssir billi jinżammu reġistri tar-riskji identifikati li jiġu vvalutati flimkien mal-impatt tal-miżuri ta' mitigazzjoni adottati;

18.  Huwa konxju li l-awditur intern tal-Kunsill wettaq għadd ta' awditi fil-qafas tal-pjan strateġiku ta' tliet snin ibbażat fuq ir-riskju tal-Kunsill mingħajr ma ħareġ rakkomandazzjonijiet bi prijorità għolja;

19.  Ifakkar li l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni huma għodda rikonoxxuta b'mod wiesa' biex jitkejlu l-kisbiet tal-objettivi stabbiliti; jistieden lill-Kunsill biex, fir-rapporti dwar il-ġestjoni tiegħu, jipprovdi sommarji tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tiegħu u r-riżultati relatati;

Riżorsi umani, ugwaljanza u benessri tal-persunal

20.  Jinnota li l-pjan ta' stabbiliment għall-2020 kien ġie ffissat għal 3 029 post (meta mqabbla ma' 3 033 fl-2019) li 2 905 minnhom, fil-31 ta' Diċembru 2020, kienu okkupati; josserva li r-rata ta' okkupazzjoni hija qrib is-96 %;

21.  Jiddeplora n-nuqqas ta' informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u dwar il-miżuri meħuda biex jiġu żgurati opportunitajiet indaqs għall-persuni b'diżabilità fil-Kunsill bħala post tax-xogħol; jistieden lill-Kunsill jinforma lill-awtorità baġitarja dwar il-bilanċ bejn il-ġeneri, id-distribuzzjoni ġeografika u d-diżabilità tal-membri tal-persunal tiegħu u dwar il-politiki interni relatati fis-seħħ;

22.  Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar il-ħtieġa ta' konfigurazzjoni speċifika tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala forum istituzzjonali ddedikat li jiżgura integrazzjoni aktar b'saħħitha tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-istrateġiji tal-Unjoni, il-koordinazzjoni tal-politiki relatati kollha u progress fil-fajls ewlenin relatati mal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, kif ukoll l-armonizzazzjoni tal-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jiddispjaċih li l-Kunsill s'issa injora dan l-appell tal-Parlament;

23.  Ifakkar li, skont l-Artikolu 286(2) tat-TFUE, il-Kunsill jaħtar il-membri tal-Qorti wara konsultazzjoni mal-Parlament u jifhem id-diffikultajiet biex jintlaħaq bilanċ bejn il-ġeneri peress li n-nomina tal-kandidati hija responsabbiltà tal-Istati Membri waħedhom u kull Stat Membru jista' jinnomina kandidat wieħed biss kull darba; iqis li huwa inaċċettabbli, madankollu, li l-Qorti kellha biss 16-il membru mara minn total ta' 112 membru minn mindu twaqqfet fl-1977 (85,7 % irġiel u 14,3 % nisa) u li fl-2020 il-Qorti kellha biss 8 membri mara meta mqabbel ma' 18-il membru maskili; jistieden lill-Kunsill jikkunsidra l-kompożizzjoni ġenerali tal-Qorti sabiex il-bilanċ bejn il-ġeneri, b'mod partikolari, jiġi kkunsidrat fid-deċiżjonijiet dwar in-nomini, kif ukoll jindirizza din il-problema b'azzjonijiet konkreti, bħall-preżentazzjoni ta' mill-inqas żewġ kandidati – mara u raġel – minn kull Stat Membru quddiem il-Parlament;

24.  Jinnota l-adozzjoni tal-pjan ta' prevenzjoni tar-riskju psikosoċjali intern għall-2020-2022 b'enfasi ewlenija fuq il-prevenzjoni tal-eżawriment u r-relazzjonijiet tajbin fuq il-post tax-xogħol; josserva li l-pjan ġie integrat bis-sħiħ fir-rispons tas-SĠK għall-COVID-19 bi stħarriġ dwar ir-riskju psikosoċjali, sessjonijiet iddedikati ta' informazzjoni u taħriġ, kif ukoll diversi interventi mis-servizz soċjali; jinnota b'apprezzament l-appoġġ estensiv offrut lill-persunal, lit-timijiet u lill-maniġers mill-psikologi organizzattivi u kliniċi u l-ħaddiema soċjali li l-interventi tagħhom fl-2020 kienu marbuta b'mod sinifikanti mal-COVID-19;

25.  Jinnota li fl-2020 total ta' 385 persuna (kemm attivi kif ukoll pensjonanti) talbu l-għajnuna tas-servizz soċjali, b'total ta' 4 425 intervent, uħud minnhom marbuta mal-ġestjoni tal-istress iġġenerat mill-pandemija tal-COVID-19, u li l-psikologu intern ipproċessa total ta' 164 talba individwali; japprezza l-fatt li l-psikologi u l-ħaddiema soċjali huma parti integrali mill-pjan ta' intervent psikosoċjali f'każ ta' inċident kritiku;

26.  Jinnota li l-uffiċċju tat-traineeships ipproċessa aktar minn 10 000 applikazzjoni ta' traineeship u minnhom għażel 110 trainee, fosthom għadd ta' trainees b'diżabilità fl-ambitu tal-programm ta' azzjoni pożittiva l-ġdid; itenni l-appell magħmul lill-Kunsill biex jiżgura li t-trainees kollha tiegħu jingħataw ħlas deċenti;

Qafas etiku u trasparenza

27.  Jinnota li ġew segwiti azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni dwar l-etika u l-imġiba mistennija; jinnota li l-istrateġija li jmiss dwar l-etika kienet qed titħejja fl-aħħar tal-2020 u sar progress fuq l-iżvilupp ta' ċentru tal-etika ġdid iċċentrat fuq l-utent fuq l-intranet tal-Kunsill; jesprimi dispjaċir, madankollu, għall-fatt li ma rċeviex informazzjoni dwar il-kodiċi ta' kondotta applikabbli għall-membri kollha tal-persunal;

28.  Jilqa' l-ftehim politiku dwar ir-Reġistru tat-Trasparenza għar-rappreżentanti ta' interess, li ntlaħaq mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni fil-15 ta' Diċembru 2020(7); jiddispjaċih, madankollu, dwar il-limitazzjonijiet ikkunsidrati fl-Artikolu 5 tad-deċiżjoni tal-Parlament tas-27 ta' April 2021 dwar il-konklużjoni ta' ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar reġistru ta' trasparenza obbligatorju(8), bħall-fatt li r-Reġistru ta' Trasparenza japplika għar-Rappreżentanti Permanenti tal-Istati Membri biss taħt skemi volontarji; jinsisti li r-Rappreżentanzi Permanenti kollha għandhom jieħdu sehem attiv fih permezz ta' skemi volontarji matul u wara l-presidenza tal-Kunsill tal-Istat Membru tagħhom; jistieden lill-Kunsill, inklużi lir-rappreżentanti tal-Istati Membri, jarmonizzaw, itejbu u jinforzaw ir-regoli etiċi eżistenti, b'mod partikolari fir-rigward tal-kunflitti ta' interess, "revolving doors" u r-regoli dwar it-trasparenza tal-lobbjar; jesprimi t-tħassib tiegħu li l-fajls leġiżlattivi qed jitressqu fuq bażi dejjem aktar ta' spiss quddiem il-Kunsill Ewropew, li la għandu funzjoni leġiżlattiva u lanqas funzjoni eżekuttiva, ma japplikax l-istess standards ta' trasparenza bħall-Kunsill u mhux qed jinżamm responsabbli;

29.  Jesprimi dispjaċir għall-użu ta' sponsorizzazzjoni korporattiva biex jiġu koperti xi wħud mill-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri biex jiffinanzjaw il-presidenzi tal-Kunsill tagħhom; itenni t-tħassib tiegħu li tali prattika kkawżat u tista' tikkawża ħsara għar-reputazzjoni fil-futur minħabba li kwalunkwe kunflitt ta' interess attwali jew perċepit jipperikola r-reputazzjoni tal-Kunsill u tal-Unjoni kollha kemm hi; ifakkar fil-petizzjonijiet imnedija minn organizzazzjonijiet attivi fl-oqsma tat-trasparenza u r-responsabbiltà, li jitolbu lill-presidenzi b'rotazzjoni tal-Kunsill jirrifjutaw kwalunkwe sponsorizzazzjoni; jesprimi dispjaċir għall-fatt li, fil-gwida dwar l-isponsorizzazzjoni inkluża fl-2021 fil-Manwal tal-Presidenza tal-Kunsill, ma ġiex stabbilit sett komuni ta' regoli ċari, konkreti u vinkolanti; jifhem li r-riżorsi finanzjarji mill-baġits nazzjonali jvarjaw b'mod sinifikanti fost l-Istati Membri u li kull Stat Membru, indipendentement mid-daqs u l-mezzi baġitarji tiegħu, għandu jkollu opportunitajiet indaqs biex jorganizza presidenza tal-Kunsill li tirnexxi u għalhekk, itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill biex jeżamina l-ibbaġitjar tal-Presidenzi tal-Kunsill sabiex jiżgura l-kontinwità u l-effiċjenza tal-proċess ta' ħidma;

30.  Huwa konxju tar-rwol ewlieni tal-Kunsill fil-proċeduri ta' nomina u ħatriet għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, b'mod partikolari l-President tal-Kunsill Ewropew, il-President tal-Kummissjoni, il-Membri tal-Qorti u l-Membri kemm tal-Kumitat tar-Reġjuni kif ukoll tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew; jirrakkomanda bil-qawwa li jsir rieżami tal-eżerċizzju ta' dik il-prerogattiva bil-ħsieb li tiġi ggarantita u msaħħa l-parteċipazzjoni demokratika tal-partijiet ikkonċernati rilevanti; jiddispjaċih li l-Kunsill ripetutament naqas milli jqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament fir-rwol konsultattiv tiegħu rigward il-ħatra tal-membri tal-Qorti;

31.  Huwa mfakkar fid-dikjarazzjoni tal-Qorti fir-"Rapport Speċjali tagħha Nru 13/2019: L-oqfsa etiċi tal-istituzzjonijiet tal-UE li ġew awditjati: hemm lok għal titjib", li l-imġiba etika "tikkontribwixxi għat-titjib ulterjuri tal-ġestjoni finanzjarja u għaż-żieda fil-fiduċja tal-pubbliku, li hija indispensabbli għas-suċċess tal-politiki pubbliċi" u, b'mod partikolari, li "kull imġiba mhux etika min-naħa tal-persunal u tal-Membri tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea (UE) tattira livelli għoljin ta' interess pubbliku u tnaqqas il-fiduċja fl-UE"; jagħmel appell qawwi lill-Kunsill, għalhekk, biex jirrispetta l-opinjonijiet tal-Parlament u jirrifjuta l-ħatra ta' kandidati li jistgħu potenzjalment jagħmlu ħsara lill-kredibbiltà tal-Unjoni, pereżempju minħabba kompetenza professjonali insuffiċjenti jew imġiba mhux etika stabbilita;

32.  Itenni l-approvazzjoni sħiħa tiegħu tar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman dwar it-trasparenza tal-proċess leġiżlattiv tal-Kunsill wara l-investigazzjoni strateġika tagħha (Kawża OI/2/2017/TE), b'mod partikolari li jagħmel il-pożizzjonijiet tal-Istati Membri aktar aċċessibbli, f'format li jinqara mill-magni, li diġà ġie stabbilit fl-2013 mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-ġurisprudenza tagħha(9) dwar it-trasparenza u l-aċċess għad-dokumenti; jemmen li l-konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman tippermetti liċ-ċittadini jkunu aktar involuti u jifhmu aħjar it-tfassil tad-dritt tal-Unjoni; jilqa' l-miżuri adottati mill-Kunsill f'Lulju 2020 biex isaħħaħ it-trasparenza leġiżlattiva f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman, inkluża l-pubblikazzjoni proattiva tar-rapporti ta' progress dwar in-negozjati dwar abbozzi ta' atti leġiżlattivi kif ukoll il-mandat tal-Kunsill għan-negozjati mal-Parlament; jiddispjaċih, madankollu, li l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-Kunsill għadu 'l bogħod milli jkun kompletament trasparenti; jistieden lill-Kunsill jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman u d-deċiżjonijiet rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

33.  Itenni t-tħassib kbir tiegħu f'dak li jikkonċerna l-kunflitti ta' interess ikkonfermati ta' rappreżentanti ta' Stati Membri involuti fi proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-politika u l-baġit; isegwi l-appell qawwi preċedenti tal-Parlament lill-Kunsill biex jiżgura li r-rappreżentanti tal-Istati Membri li jkunu soġġetti li jibbenefikaw direttament minn sussidji tal-Unjoni permezz tan-negozji li huma proprjetarji tagħhom ma jipparteċipawx fid-diskussjonijiet u l-votazzjonijiet politiċi jew baġitarji relatati; jitlob lill-Kunsill jipprovdi lill-Parlament informazzjoni dwar il-miżuri meħtieġa stabbiliti biex jiġu evitati l-kunflitti ta' interess;

34.  Jikkondividi t-tħassib tal-Qorti dwar in-nuqqas ta' qafas etiku komuni tal-Unjoni li jirregola l-ħidma tar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-Kunsill, espress fir-Rapport Speċjali tal-Qorti Nru 13/2019; itenni l-obbligu tal-Kunsill li jittratta u jsolvi l-kunflitti ta' interess ta' livell għoli u kwistjonijiet ta' "revolving doors" u jestendi r-regoli dwar it-trasparenza tal-lobbjar obbligatorji eżistenti;

35.  Itenni bil-qawwa t-talba tiegħu lill-Kunsill biex jallinja l-kodiċi ta' kondotta tal-President tal-Kunsill Ewropew ma' dawk tal-Parlament u tal-Kummissjoni sabiex ikun hemm regoli stabbiliti biex jiġu approvati attivitajiet relatati mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni wara li l-President tal-Kunsill Ewropew jitlaq/titlaq postu/postha;

Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà, protezzjoni tad-data

36.  Jinnota li l-approprjazzjonijiet baġitarji finali magħmula disponibbli għad-Direttorat Ġenerali għas-Servizzi Diġitali żdiedu sostanzjalment fir-rieżamijiet ta' nofs it-terminu u ta' tmiem is-sena b'EUR 10,6 miljun, u laħqu ammont finali ta' EUR 54 675 000, u kisbu rata ta' eżekuzzjoni ta' 99,99 %;

37.  Itenni l-istedina tiegħu lill-Kunsill biex juża teknoloġija b'sors miftuħ bil-għan li jevita l-intrappolament tal-klijentela, iżomm il-kontroll fuq is-sistemi tekniċi tiegħu, jiggarantixxi salvagwardji aktar b'saħħithom fir-rigward tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-data tal-utenti, u jżid is-sigurtà u t-trasparenza għall-pubbliku;

Bini u sigurtà

38.  Josserva li l-politika dwar il-bini tal-Kunsill ilha mill-2004 tfittex li fl-aħħar mill-aħħar jakkomoda l-attivitajiet kollha tiegħu fi Brussell f'binjiet ġeografikament ikkonċentrati taħt is-sjieda tiegħu; iħeġġeġ lill-Kunsill jaġġusta l-istrateġija tal-bini tiegħu sabiex iqis l-arranġamenti ta' ħidma li x'aktarx isiru parti minn modi ta' ħidma fit-tul jew permanenti, b'mod partikolari fir-rigward tal-ispazji kondiviżi jew iż-żoni b'diversi użi;

Ambjent u sostenibbiltà

39.  Jilqa' l-isforzi mill-Kunsill biex inaqqas l-impronta ambjentali tiegħu fil-binjiet tiegħu, li ġew irreġistrati taħt l-iskema ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) mill-2016; jilqa' l-pubblikazzjoni ta' dikjarazzjoni ambjentali dettaljata f'Ottubru 2020 ibbażata fuq data tal-2019;

40.  Jinnota li fil-31 ta' Diċembru 2020 il-Kunsill kien fil-pussess ta' 3 469 Ċertifikat tal-Enerġija Ekoloġika; huwa konxju li tali ċertifikati jiġu allokati mir-regolatur reġjonali tas-suq tal-enerġija abbażi tal-enerġija prodotta fl-2020 minn pannelli solari li jinsabu fuq il-bjut tal-binjiet tal-Kunsill, u li, skont il-proċeduri xierqa tal-bejgħ, se jinbiegħu fis-suq miftuħ fl-2021;

41.  Jistieden lill-Kunsill jinvolvi ruħu b'mod espliċitu f'"kampanja mingħajr l-użu tal-karti" u jadotta approċċ strutturat biex itejjeb il-mobbiltà sostenibbli tal-membri tal-persunal; iħeġġeġ lill-Kunsill jinvolvi ruħu fir-rapportar tas-sostenibbiltà dwar il-ġestjoni tal-enerġija fil-bini, u b'hekk ikun possibbli li jittieħdu azzjonijiet preċiżi lejn it-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija;

Komunikazzjoni u multilingwiżmu

42.  Jinnota ż-żieda fl-udjenza fuq diversi pjattaformi tal-media soċjali mill-2019 sal-2020 b'madwar 443 000 segwaċi fuq Facebook (żieda ta' 8 %), madwar 561 000 segwaċi fuq Twitter (żieda ta' 22 %) u madwar 167 000 segwaċi fuq Instagram (żieda ta' 37 %); josserva żieda ta' 39 % fiż-żjarat fuq is-sit web tal-Kunsill, li laħqet aktar minn 16-il miljun żjara fl-2020; jinkoraġġixxi lill-Kunsill jistabbilixxi preżenza fin-networks tal-media soċjali b'sors miftuħ biex jikseb aktar trasparenza u kopertura usa' għaċ-ċittadini tal-Unjoni;

43.  Jinnota li, fil-kuntest taż-żieda fil-kooperazzjoni tiegħu mal-Istati Membri dwar il-komunikazzjoni tal-COVID-19, il-Kunsill ħadem mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna biex jistabbilixxi l-Portal tal-Komunikaturi, li huwa pjattaforma sigura li tintuża biex jiġi kondiviż kontenut diġitali li jista' jerġa' jintuża mal-Istati Membri;

44.  Huwa konxju li l-Kunsill kien l-ewwel istituzzjoni tal-Unjoni li ħolqot ċentru ta' informazzjoni tal-COVID-19 fuq is-sit web tagħha bil-għan li tispjega, b'mod regolari u komprensiv, ir-rispons tal-Unjoni b'mod ġenerali u tal-Kunsill b'mod partikolari għall-pandemija tal-COVID-19;

Kooperazzjoni interistituzzjonali

45.  Jistieden lill-Kunsill jikkonforma bis-sħiħ mal-obbligi stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda(10);

46.  Jesprimi t-twemmin tiegħu li l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa tista' tipprovdi l-opportunità għaċ-ċittadini tal-Unjoni u għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jesprimu l-fehmiet tagħhom u jiddiskutu proposti biex itejbu t-trasparenza u r-responsabbiltà demokratika fir-rigward tal-baġit tal-Unjoni u, b'mod partikolari, proposti biex jittejbu t-trasparenza u l-leġġibbiltà tal-baġit tal-Kunsill;

Is-sitwazzjoni attwali fil-proċedura ta' kwittanza

47.  Jenfasizza l-prerogattivi tal-Parlament li jagħti l-kwittanza skont l-Artikolu 319 tat-TFUE kif ukoll id-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament Finanzjarju u tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament f'konformità mal-interpretazzjoni u l-prattika attwali, jiġifieri, is-setgħa li jagħti l-kwittanza sabiex tinżamm it-trasparenza u li jiżgura l-obbligu ta' rendikont fil-konfront tal-kontribwenti tal-Unjoni;

48.  Jisħaq fuq il-prattika stabbilita sew u rispettata segwita mill-Parlament matul kważi għoxrin sena mill-għoti ta' kwittanza lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji kollha tal-Unjoni; itenni li l-Kummissjoni ddikjarat in-nuqqas ta' kapaċità tagħha li tissorvelja l-implimentazzjoni tal-baġits tal-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni; jisħaq fuq il-fehma mtennija tal-Kummissjoni li l-prattika li tingħata kwittanza lil kull istituzzjoni tal-Unjoni għan-nefqa amministrattiva tagħha għandha tkompli tiġi segwita direttament mill-Parlament;

49.  Jisħaq li s-sitwazzjoni attwali, fejn il-Parlament jista' jivverifika biss ir-rapporti tal-Qorti u tal-Ombudsman kif ukoll l-informazzjoni fuq is-sit web tal-Kunsill iżda ma jirċevix tweġibiet bil-miktub jew orali mill-Kunsill matul il-proċedura annwali ta' kwittanza, jiġifieri l-Kunsill jirrifjuta li jikkollabora mal-Parlament fil-kuntest tal-proċedura annwali ta' kwittanza, tagħmilha impossibbli għall-Parlament li jieħu deċiżjoni infurmata dwar l-għoti ta' kwittanza;

50.  Jiddeplora l-fatt li l-Kunsill, għal aktar minn għaxar snin, wera li ma għandu l-ebda rieda politika li jikkollabora mal-Parlament fil-kuntest tal-proċedura annwali ta' kwittanza, li jagħmilha impossibbli għall-Parlament li jieħu deċiżjoni infurmata dwar l-għoti ta' kwittanza; jissottolinja li din l-attitudni kellha effett negattiv dejjiemi fuq iż-żewġ istituzzjonijiet u skreditat il-ġestjoni u l-iskrutinju demokratiku tal-baġit tal-Unjoni u fuq il-fiduċja taċ-ċittadini fl-Unjoni bħala entità trasparenti; jesprimi dispjaċir kbir għar-rifjut kontinwu tal-Kunsill li jinvolvi ruħu f'kooperazzjoni leali fil-qafas tal-proċedura ta' kwittanza li ilha għaddejja għal aktar minn għaxar snin;

51.  Jisħaq li, filwaqt li s-sitwazzjoni attwali tista' tittejjeb permezz ta' kooperazzjoni interistituzzjonali aħjar fi ħdan il-qafas tat-Trattati, reviżjoni tat-Trattati tista' tagħmel il-proċedura ta' kwittanza aktar ċara u trasparenti billi tagħti lill-Parlament il-kompetenza espliċita biex jagħti l-kwittanza lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kollha tal-Unjoni individwalment;

52.  Itenni li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tappoġġja d-dritt tal-kontribwenti u li l-pubbliku jinżamm infurmat dwar l-użu tad-dħul pubbliku; jappella, għalhekk, għal rispett sħiħ għall-prerogattiva u r-rwol tal-Parlament bħala garanti tal-prinċipju tar-responsabbiltà demokratika; jistieden lill-Kunsill isegwi kif xieraq ir-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Parlament fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza;

53.  Iqis li huwa inaċċettabbli li l-pandemija tal-COVID-19 u s-sitwazzjoni eċċezzjonali esperjenzata ntużaw bħala skuża biex ma jerġgħux jinbdew in-negozjati interistituzzjonali dwar il-proċedura ta' kwittanza; jibqa' madankollu konvint li ftehim dwar din il-kwistjoni huwa possibbli jekk il-Kunsill juri xi tip ta' rieda politika li jikkollabora; għalhekk jistieden lill-Kunsill jerġa' jibda n-negozjati mingħajr dewmien mhux dovut sabiex isib soluzzjoni fil-qafas attwali tal-proċedura ta' kwittanza jekk ikun interessat li juri liċ-ċittadini tal-Unjoni li jieħu b'mod serju l-kontroll xieraq tal-baġit u t-trasparenza;

(1) ĠU L 57, 27.2.2020.
(2) ĠU C 436, 28.10.2021, p. 1.
(3) ĠU C 430, 25.10.2021, p. 7.
(4) ĠU C 436, 28.10.2021, p. 207.
(5) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(6) Id-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali (ĠU L 48, 23.2.2011, p. 1).
(7) Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Mejju 2021 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar reġistru obbligatorju ta' trasparenza (ĠU L 207, 11.6.2021, p. 1).
(8) ĠU C 506, 15.12.2021, p. 127.
(9) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta' Ottubru 2013, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Access Info Europe, C-280/11 P, ECLI:EU:C:2013:671.
(10) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.


Kwittanza 2020: Baġit ġenerali tal-UE – Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
PDF 189kWORD 65k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima IV - Il-Qorti tal-Ġustizzja (2021/2109(DEC))
P9_TA(2022)0147A9-0066/2022

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2021)0381 – C9‑00261/2021)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2020,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0066/2022),

1.  Jagħti l-kwittanza lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (2021/2109(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0066/2022),

A.  billi fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni billi jittejbu t-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u billi jiġi implimentat il-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u l-governanza tajba tar-riżorsi umani;

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") ma identifikat l-ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tas-suġġetti awditjati relatati mar-riżorsi umani u l-proċeduri ta' akkwist għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ("il-QĠUE");

2.  Jenfasizza l-fatt li l-Qorti kkonkludiet li, fuq il-bażi tax-xogħol ta' awditu tagħha, il-pagamenti b'mod globali għall-infiq amministrattiv tal-istituzzjonijiet, inkluż dak tal-QĠUE, għas-sena finanzjarja 2020 kienu ħielsa minn żbalji materjali;

3.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti ma sabet l-ebda kwistjoni speċifika relatata mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet;

4.  Huwa konxju li l-Kapitolu 9 "Amministrazzjoni" tar-Rapport Annwali tal-Qorti huwa ffukat fuq l-infiq fuq ir-riżorsi umani, il-bini, it-tagħmir, l-enerġija, il-komunikazzjoni u t-teknoloġija tal-informazzjoni u li l-Qorti tindika li tali nfiq huwa ta' riskju baxx;

il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

5.  Jinnota li l-baġit tal-QĠUE fil-biċċa l-kbira tiegħu huwa amministrattiv, b'parti kbira minnu użata għall-infiq relatat ma' riżorsi umani, bini u għamara, tagħmir u spejjeż operatorji mixxellanji; jinnota li kien jammonta għal EUR 436,6 miljun fl-2020 (meta mqabbel ma' EUR 429,5 miljun fl-2019 u EUR 410 miljun fl-2018);

6.  Jinnota b'sodisfazzjon ir-rata għolja ta' implimentazzjoni baġitarja (99 %) għas-sena finanzjarja 2020 (li hija kemxejn ogħla mir-rata ta' 98,7 % milħuqa fl-2019);

7.  Josserva li kważi 75 % tal-approprjazzjonijiet użati mill-QĠUE fl-2020 kienu ddedikati għall-infiq tal-membri u tal-membri tal-persunal (infiq taħt it-Titolu 1), bi kważi l-bilanċ kollu li jifdal relatat mal-infiq fuq l-infrastruttura (Titolu 2), b'mod partikolari fl-oqsma tal-bini u tal-IT (aktar minn 25 %);

8.  Jilqa' l-approċċ proattiv ħafna fil-ġestjoni tal-approprjazzjonijiet disponibbli u l-monitoraġġ kontinwu biex jiġu identifikati kemm il-ħtiġijiet addizzjonali kif ukoll l-iffrankar addizzjonali, li rriżultaw fi trasferimenti f'waqthom biex jiġi indirizzat l-infiq addizzjonali kkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 u biex jiġi ffinanzjat, bħala parti mit-trasferiment ta' tlaqqit fi tmiem is-sena, pagament bil-quddiem taħt kuntratt ta' lokazzjoni b'opzjoni ta' xiri relatat mal-bini;

9.  Jinnota t-tnaqqis fiż-żmien medju tal-ħlas fl-2020 meta mqabbel mal-2019 (25,53 jum meta mqabbel ma' 32,45 jum) u żieda sinifikanti fil-perċentwal ta' fatturi riċevuti b'mod elettroniku fl-2020 (74 % meta mqabbel ma' 60 % fl-2019);

10.  Jirrikonoxxi li matul l-2020, il-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt fuq il-baġit tal-QĠUE; josserva li saru spejjeż addizzjonali sabiex jinxtara tagħmir tal-IT, minħabba telexogħol ġeneralizzat għall-persunal, kif ukoll tagħmir protettiv personali (PPE) u diżinfettant; josserva li, b'riżultat, kien hemm iffrankar f'diversi linji baġitarji, b'mod partikolari l-linji baġitarji relatati mat-traduzzjoni, l-interpretazzjoni freelance, it-taħriġ professjonali, il-missjonijiet, il-bini (it-tindif, is-sigurtà u s-sorveljanza), l-għamara, l-attivitajiet relatati mal-protokoll, il-laqgħat u l-konferenzi; jinnota, b'mod partikolari, li għadd sinifikanti ta' attivitajiet ta' taħriġ, li kienu bbaġitjati għal EUR 170 000, ma setgħux isiru;

11.  Jinnota li l-QĠUE għamlet 14-il trasferiment tal-baġit skont l-Artikolu 29 tar-Regolament Finanzjarju, li jirrappreżentaw total ta' EUR 20,4 miljun, jew 4,7 % tal-approprjazzjonijiet finali; josserva li l-akbar trasferiment kien maħsub biex ikopri pagament bil-quddiem fl-ambitu ta' kuntratt ta' lokazzjoni b'opzjoni ta' xiri relatat mal-bini, bl-għan li jitnaqqas il-piż finanzjarju ta' ħlasijiet futuri li jikkonċernaw il-ħames estensjoni għall-bini tal-QĠUE; jinnota li saru trasferimenti oħra biex jinxtara PPE għall-membri u għall-persunal tal-QĠUE, għar-rappreżentanti tal-partijiet u għall-viżitaturi;

12.  Huwa konxju li ntuża proporzjon kbir tal-approprjazzjonijiet riportati mill-2019 għall-2020 (84,78 % jew EUR 20 816 958,83, meta mqabbel ma' 87,21 % fl-2019);

13.  Jinnota li l-proporzjon globali bejn is-sessi tal-persunal ta' 61 % nisa u 39 % rġiel baqa' l-istess fl-2020 meta mqabbel mal-2019; josserva li n-numru ta' nisa impjegati huwa ogħla min-numru ta' rġiel impjegati fi kważi kull kategorija tal-persunal (uffiċjali, aġenti temporanji u aġenti kuntrattwali); jinnota, barra minn hekk, li l-proporzjon tas-sessi tal-membri tal-persunal AD huwa ta' 54 % nisa u 46 % rġiel, u bin-nisa li jokkupaw 40 % tal-pożizzjonijiet maniġerjali superjuri u l-irġiel li jokkupaw 60 % ta' dawk il-pożizzjonijiet; jilqa' l-fatt li, għall-maniġment intermedju, il-perċentwal tan-nisa żdied minn 39 % fl-2019 għal 41 % fl-2020; jifraħ lill-QĠUE dwar l-azzjonijiet li ħadet bl-għan li tikseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, bħall-ġestjoni tal-mentoraġġ u tat-talent u l-inkoraġġiment biex in-nisa japplikaw għal pożizzjonijiet ta' maniġment superjuri u intermedji;

14.  Jirrikonoxxi li l-infiq addizzjonali relatat mal-pandemija tal-COVID-19 għas-sena finanzjarja 2020 ammonta għal EUR 3 miljun u li l-iffrankar ammonta għal EUR 8,5 miljun, li jfisser li l-ammont nett tal-iffrankar jista' jiġi stmat għal EUR 5,5 miljun;

15.  Josserva li l-QĠUE użat biss il-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel f'każ wieħed biss, għall-akkwist ta' servizzi arkitettoniċi għall-proġett ta' bini CJ10bis (kuntratt li jammonta għal EUR 231 500); jinnota li l-Qorti vverifikat mingħajr rimarki l-proċeduri ta' akkwist pubbliku organizzati mill-QĠUE biex jinkiseb PPE u ma identifikat l-ebda kwistjoni speċifika li tikkonċerna l-QĠUE fir-rigward tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi;

Ġestjoni interna, prestazzjoni, kontroll intern

16.  Jilqa' r-rapport dwar il-funzjonament tal-Qorti Ġenerali meħtieġ skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422(6); jirrikonoxxi l-fatt li kellu jiġi abbozzat fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 li fixklet il-konsultazzjoni u l-koordinazzjoni ma' għadd kbir ta' kontributuri; jisħaq li, skont dak ir-rapport, ir-riforma tal-istruttura ġudizzjarja tal-Unjoni kienet meħtieġa biex jitnaqqsu kemm il-volum tal-kawżi pendenti kif ukoll it-tul eċċessiv tal-proċedimenti; jinnota li l-inkorporazzjoni ta' mħallfin ġodda u tal-membri tal-persunal tagħhom kienet tirrikjedi xi bidliet strutturali, organizzattivi u proċedurali; jinnota li l-analiżi li tinsab fir-rapport enfasizzat ċerti xejriet pożittivi, bħal (i) tnaqqis sinifikanti fit-tul tal-proċedimenti, (ii) investigazzjoni aktar intensifikata tal-kawżi u (iii) referenzi aktar frekwenti tal-kawżi għal formazzjonijiet estiżi tal-kmamar; huwa konxju li s'issa ma tista' tinħareġ l-ebda konklużjoni definittiva fir-rigward tar-riforma tal-Qorti Ġenerali minħabba li tant għadda ftit żmien mill-aħħar fażi tagħha u li l-2020 ma tistax titqies bħala sena rappreżentattiva;

17.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-QĠUE rnexxielha żżomm livell għoli ta' produttività minkejja l-pandemija tal-COVID-19; josserva tnaqqis fin-numru ta' kawżi pendenti quddiem il-QĠUE (1 045 kawża fil-31 ta' Diċembru 2020 meta mqabbla ma' 1 102 kawżi fil-31 ta' Diċembru 2019, u b'hekk tnaqqis ta' 57 kawża); jirrikonoxxi li tnaqqis bħal dan huwa riżultat tat-tnaqqis fl-attività tal-qrati u tat-tribunali nazzjonali fil-bidu tal-pandemija tal-COVID-19, li affettwa b'mod naturali n-numru ta' referenzi ġodda għal deċiżjoni preliminari (556 fl-2020 meta mqabbla ma' 641 fl-2019), flimkien mat-tnaqqis fin-numru ta' appelli kontra deċiżjonijiet tal-Qorti Ġenerali (131 fl-2020 meta mqabbla ma' 266 fl-2019);

18.  Josserva, madankollu, żieda fin-numru ta' kawżi pendenti quddiem il-Qorti Ġenerali (1 497 kawża kienu pendenti fil-31 ta' Diċembru 2020 meta mqabbla ma' 1 398 fil-31 ta' Diċembru 2019); jifhem li tali żieda tista' tiġi spjegata mill-fatt li l-Qorti Ġenerali hija meħtieġa taċċetta kwalunkwe talba motivata għal seduta, flimkien mal-kawżi pendenti bħala riżultat tal-perjodu ta' żmien li fih kien impossibbli li jsiru seduti; jilqa' l-fatt li l-Qorti Ġenerali użat it-tnaqqis ta' 14,4 % fl-għadd ta' kawżi li tlestew fl-2020 (748 meta mqabbla ma' 874 fl-2019) biex tlaħħaq mas-seduti posposti, bis-saħħa tas-sistema l-ġdida ta' smigħ remot imwaqqfa mill-QĠUE;

19.  Jinnota li t-tul medju tal-proċedimenti, kemm fil-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll fil-Qorti Ġenerali, fl-2020 kien ta' 15,4-il xahar; jinnota li fil-Qorti tal-Ġustizzja, it-tul medju tal-proċedimenti kien kemxejn itwal fl-2020 milli kien fl-2019 (14,4-il xahar) filwaqt li, fil-Qorti Ġenerali, ir-riforma prevista mir-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 u l-miżuri ta' akkumpanjament irriżultaw fi tnaqqis fit-tul tal-proċedimenti (15,4-il xahar fl-2020 meta mqabbla ma' 16,9-il xahar fl-2019 u 20 xahar fl-2018), minkejja l-kuntest diffiċli tal-pandemija tal-COVID-19;

ir-riżorsi umani, l-ugwaljanza u l-benesseri tal-persunal

20.  Jinnota r-rata għolja ħafna ta' okkupazzjoni tal-pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal tal-QĠUE, ta' madwar 97 % fl-2020; jifhem li ġiet implimentata politika attiva ta' reklutaġġ permezz ta' antiċipazzjoni u tbassir ta' postijiet vakanti u l-użu ta' listi ta' riżerva esterni u interni disponibbli u, fl-2020, b'rispons għall-isfidi kkawżati mill-pandemija tal-COVID-19, permezz ta' proċeduri ta' għażla virtwali u fluss tax-xogħol diġitali msaħħaħ għall-approvazzjoni ta' proposti ta' reklutaġġ u l-estensjoni ta' kuntratti tal-persunal temporanju u kuntrattwali;

21.  Jinnota li fi tmiem l-2020 kien hemm 2 239 membru tal-persunal (60 % uffiċjali, 32 % aġenti temporanji u 8 % aġenti kuntrattwali), meta mqabbla ma' 2 256 fi tmiem l-2019 (62 % uffiċjali, 30 % aġenti temporanji u 8 % aġenti kuntrattwali);

22.  Itenni l-importanza li jiġi indirizzat in-nuqqas ta' bilanċ bejn il-ġeneri fil-kulleġġ tal-imħallfin u l-impenn tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament biex jinkiseb bilanċ bejn il-ġeneri; huwa konxju mill-fatt li l-membri tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali jinħatru bi qbil komuni mal-gvernijiet tal-Istati Membri u li l-QĠUE ma għandha l-ebda sehem fl-għażla ta' mħallfin jew ta' avukati ġenerali, daqs kemm la l-Kunsill u lanqas il-Parlament ma għandhom rwol f'dan ir-rigward; jesprimi d-diżappunt tiegħu, madankollu, għall-fatt li r-riforma strutturali ffinalizzata fl-2019 kellha impatt limitat fuq dik il-kwistjoni; jistieden lill-President tal-Qorti Ġenerali jiġbed l-attenzjoni tal-gvernijiet tal-Istati Membri għall-importanza li jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri fil-ħatriet fiż-żmien tat-tiġdid parzjali tal-Qorti Ġenerali;

23.  Jenfasizza d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom l-istituzzjonijiet tal-Unjoni li jinsabu fil-Lussemburgu meta jiġu biex jirreklutaw il-persunal meħtieġ; jindika l-indiċjar tas-salarji fil-Lussemburgu bħala wieħed mill-fatturi ewlenin; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet ikkonċernati jkollhom approċċ ikkoordinat u uniku lejn il-Kummissjoni fir-rigward ta' dik il-kwistjoni;

24.  Jinnota li l-arranġamenti flessibbli ta' xogħol disponibbli fil-QĠUE jinkludu xogħol part-time, liv tal-ġenituri, liv tal-familja, ħin flessibbli u telexogħol; josserva l-iżbilanċ li għadu jeżisti fost l-utenti ta' dawn l-arranġamenti ta' xogħol favur il-membri nisa tal-persunal; jirrakkomanda li l-QĠUE tinvolvi ruħha f'komunikazzjoni aktar intensa dwar il-vijabbiltà u l-benefiċċji ta' dawk l-arranġamenti u tieħu l-passi biex tiżgura li l-użu tal-arranġamenti tax-xogħol flessibbli disponibbli ma jikkastiga bl-ebda mod il-progress fil-karriera tal-impjegati kkonċernati;

25.  Jilqa' l-miżuri addizzjonali adottati fl-2020 biex jittejjeb il-benesseri tal-persunal matul il-pandemija tal-COVID-19, inkluż iż-żieda fl-għadd ta' sigħat biex jiġu kkonsultati l-psikologi; jisħaq fuq l-importanza li l-maniġers jiġu ggwidati u involuti fil-protezzjoni tal-benesseri tal-membri tal-persunal u d-dritt tagħhom għall-iskonnessjoni biex jippreservaw il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata hekk kif l-arranġamenti tax-xogħol remot qegħdin jiġu integrati fil-kultura tal-QĠUE;

26.  Jinnota li fl-2020 kien hemm 27 każ possibbli ta' eżawriment, li jistgħu jinkludu każijiet mingħajr rabta diretta jew indiretta mal-ammont ta' xogħol jew mal-kundizzjonijiet tax-xogħol; jilqa' l-appoġġ offrut mis-servizz mediku tal-QĠUE lill-membri tal-persunal ikkonċernati, kif ukoll ir-reklutaġġ ta' psikologu fl-2019 biex jgħin b'mod attiv lill-persunal li qed jesperjenza diffikultajiet; japprezza l-fatt li sensiela ta' korsijiet ta' taħriġ għall-maniġers kollha kienu bbażati fuq il-kunċett ta' ġestjoni umana, inklużi moduli ffokati fuq l-għarfien tal-parteċipant dwaru nnifsu u l-ġestjoni tal-emozzjonijiet maħsuba biex itejbu s-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol; jilqa' l-korsijiet ta' taħriġ ipprovduti fl-oqsma tal-ġestjoni tal-kunflitti u l-prevenzjoni tal-eżawriment, li ġew offruti f'format virtwali għall-persunal kollu; jibqa' mħasseb, madankollu, dwar l-għadd kbir ta' eżawriment li seħħew fil-QĠUE f'dawn l-aħħar snin; jistieden lill-QĠUE tkompli timmonitorja bir-reqqa l-impatt tal-ammont ta' xogħol li dejjem qed jiżdied fuq il-benesseri tal-persunal tagħha, inkluż l-użu ta' stħarriġ dwar is-sodisfazzjon tal-persunal, sabiex tifhem minn fejn jistgħu jiġu l-problemi u tesplora soluzzjonijiet possibbli;

27.  Ifaħħar lill-QĠUE għall-attenzjoni ddedikata lill-membri tal-persunal li jaħdmu f'reġim ta' telexogħol li, apparti mill-forniment ta' għodod tal-IT, kienet tinkludi wkoll il-forniment ta' siġġijiet tal-uffiċċju ergonomiċi bl-intenzjoni li tipprovdi tagħmir addizzjonali matul l-2021; josserva li tali intenzjoni hija parti mill-miżuri li għandhom l-għan li jsaħħu l-integrazzjoni fit-tul tat-telexogħol fl-arranġamenti ta' ħidma tal-QĠUE; jinnota li t-tagħmir kollu pprovdut lill-membri tal-persunal għat-telexogħol jibqa' l-proprjetà tal-QĠUE u għandu jiġi rritornat fuq talba tal-amministrazzjoni jew, fi kwalunkwe każ, meta jintemm is-servizz;

28.  Jinnota li l-QĠUE timpjega persunal mill-Istati Membri kollha, u li żewġ nazzjonalitajiet biss huma neqsin fil-maniġment medju u superjuri; jistieden lill-QĠUE tikseb informazzjoni rilevanti minn skambji interistituzzjonali u tuża l-mezzi kollha disponibbli u telimina kwalunkwe ostaklu biex tħeġġeġ applikazzjonijiet minn kandidati li n-nazzjonalità tagħhom mhijiex rappreżentata biżżejjed sabiex tinkiseb distribuzzjoni ġeografika aċċettabbli;

29.  Jinnota li tnediet inkjesta amministrattiva bi tweġiba għal ilment wieħed li sar fl-2020 li fih saret allegazzjoni ta' fastidju morali u sesswali; huwa konxju li fi tmiem l-inkjesta amministrattiva u abbażi tal-konklużjonijiet tagħha, l-awtorità tal-ħatra ddeċidiet li ma kien hemm l-ebda fastidju, la morali u lanqas sesswali;

30.  Jilqa' l-organizzazzjoni ta' azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni tal-persunal, inklużi laqgħat b'webinars u waqt l-ikla ta' nofsinhar, dwar aspetti relatati ma' opportunitajiet indaqs, diversità u inklużjoni; jinnota b'sodisfazzjon li r-rappreżentanti tal-opportunitajiet indaqs u tad-diversità tal-QĠUE huma involuti fi gruppi interistituzzjonali u fi grupp ta' ħidma tal-EPSO dwar id-diversità fil-proċeduri ta' reklutaġġ, bil-għan li jiġu kondiviżi prattiki tajbin u li jiġi implimentat approċċ armonizzat komuni mmirat lejn it-tisħiħ tal-inklużjoni fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jinnota li l-unità tat-taħriġ u l-iżvilupp tal-QĠUE ħadet ir-responsabbiltà li tmexxi l-ħidma taċ-ċellola tal-opportunitajiet indaqs u tad-diversità minn Mejju 2021;

31.  Jinnota b'sodisfazzjon li, mill-223 trainee ingaġġati fl-2020, il-perċentwal ta' trainees imħallsa fil-QĠUE kien ta' 72 %, meta mqabbel ma' 48,5 % fl-2019; huwa konxju li l-2020 kienet it-tieni sena tal-implimentazzjoni ta' skema ta' traineeship bi ħlas fil-kabinetti tal-membri; jirrikonoxxi l-progress li sar u jistieden lill-QĠUE tiżgura li t-trainees kollha tagħha jirċievu remunerazzjoni deċenti fuq l-istess livell ta' dak tal-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni, ħlief għal trainees li jirċievu pagamenti minn sorsi oħra;

32.  Jinnota li, wara rapport fl-2019, ġiet ordnata inkjesta interna skont ir-regoli interni tal-QĠUE dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta li sabet li, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, ma kienx possibbli li jiġi konkluż li l-akkużi kienu fondati; huwa konxju li l-proċedimenti nazzjonali fir-rigward tal-allegati fatti għadhom għaddejjin; jistieden lill-QĠUE timmonitorja d-deċiżjoni finali tal-proċedimenti nazzjonali f'każ li jkun meħtieġ li terġa' tinfetaħ l-investigazzjoni interna u tiġi informata l-awtorità ta' kwittanza dwar l-istat tal-investigazzjoni;

Qafas etiku u trasparenza

33.  Jirrimarka, f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 19 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 253, 254 u 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li l-indipendenza hija l-kundizzjoni primarja għat-twettiq tad-dmirijiet ta' mħallef jew avukat ġenerali;

34.  Jilqa' r-rapport indirizzat lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament dwar il-prevenzjoni ta' kunflitti ta' interess tal-membri tal-QĠUE; jinnota b'sodisfazzjon li s-sistema stabbilita bħalissa tgħaqqad il-mekkaniżmi ta' prevenzjoni applikabbli kemm fuq bażi ġenerali kif ukoll fuq l-assenjazzjoni tal-każijiet; jinnota li d-dikjarazzjoni ta' interess tal-membri tieħu rwol prominenti fir-reġim ta' prevenzjoni u jilqa' l-kodiċi ta' kondotta adottat fl-2021 li żied il-kontenut tad-dikjarazzjoni ta' interess; jenfasizza li r-reġim ta' prevenzjoni japplika kemm għat-tul kollu tal-mandat kif ukoll għall-perjodu ta' wara l-mandat, u li jinkludi kemm perjodu ta' preklużjoni ta' tliet snin kif ukoll għadd ta' inkompatibbiltajiet assoluti mingħajr ebda limitazzjoni temporali;

35.  Jirrikonoxxi t-tweġiba tal-QĠUE għat-talba tal-Parlament sabiex parti terza indipendenti tirrevedi d-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji tal-membri tagħha u tivvaluta l-eżistenza ta' kunflitti ta' interess; jifhem li parti terza tirrevedi d-dikjarazzjonijiet fil-ħin tat-tressiq tagħhom, filwaqt li kunflitt ta' interess ma jinħoloqx qabel ma l-membru jiġi assenjat każ reali; jifhem bl-istess mod li l-President iwettaq analiżi aktar wiesgħa ta' każ b'każ qabel ma jassenja l-każijiet, mhux biss biex jiżgura l-kwalità u l-imparzjalità tal-ġustizzja iżda wkoll biex tinkiseb distribuzzjoni ottimali tal-ammont ta' xogħol fost il-membri; jemmen, meta jitqies dan kollu ta' hawn fuq, li parti terza indipendenti li timplimenta kontrolli ex post fuq dawk id-deċiżjonijiet tkun ta' benefiċċju għall-QĠUE;

36.  Itenni l-importanza li jiġi adottat kodiċi ta' kondotta ġenerali rivedut għall-membri tal-persunal, li jintegra dispożizzjonijiet dwar "revolving doors" għall-membri anzjani tal-persunal, kunflitti ta' interess, attivitajiet esterni, attivitajiet tax-xogħol wara li jitilqu mis-servizz, impjieg bi ħlas tal-konjuġi u pubblikazzjonijiet; jinnota li skont il-QĠUE se jitlesta rieżami ġenerali sa tmiem l-2021 u jitlob li jiġi infurmat kif xieraq dwar it-tlestija tiegħu;

37.  Jistieden lill-QĠUE tniedi stħarriġ dwar l-għarfien tal-persunal rigward il-qafas etiku u l-proċeduri tal-informatur biex tidentifika fejn tkun meħtieġa aktar azzjoni; josserva li sitt korsijiet ta' taħriġ bit-titolu "Regoli ta' kondotta tajba" kellhom parteċipazzjoni relattivament żgħira ta' 70 membru tal-persunal u, għalhekk, jirrakkomanda lill-QĠUE ssib modi kif iżżid il-parteċipazzjoni tal-persunal fil-korsijiet ta' taħriġ dwar il-qafas etiku tal-QĠUE;

38.  Jirrikonoxxi l-isforzi magħmula mill-QĠUE biex iżżid it-trasparenza u l-aċċessibbiltà fir-rigward tal-informazzjoni dwar l-attivitajiet esterni tal-membri tagħha; huwa konxju li l-QĠUE qed tiżviluppa għodda li tippermetti, mingħajr ma tkun ta' piż fuq ir-riżorsi tas-servizzi, li tinżamm il-pubblikazzjoni multilingwi tal-informazzjoni dwar tali attivitajiet filwaqt li tiġi integrata informazzjoni addizzjonali mitluba mill-Parlament; jinnota li din l-għodda hija mistennija li tkun operattiva fil-bidu tal-2022 u jistieden lill-QĠUE tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress miksub;

39.  Jilqa' l-intenzjoni tal-QĠUE li tiżviluppa l-forma ta’ kif il-membri jiġu ppreżentati fuq is-sit web tagħha billi tinkludi elementi addizzjonali bħal pożizzjonijiet onorarji jew titoli mogħtija, u sħubijiet f'fondazzjonijiet u korpi simili f'diversi oqsma; jinnota d-dikjarazzjoni tal-QĠUE li tali informazzjoni tkun disponibbli fuq is-sit web tagħha sa tmiem l-2021; jirrakkomanda lill-QĠUE tieħu vantaġġ minn dik ir-reviżjoni tas-sit web tagħha biex tagħmilha aktar faċli għall-utent;

40.  Iħeġġeġ lill-QĠUE tfittex soluzzjonijiet innovattivi fi sforz biex tkun aktar trasparenti għall-pubbliku, billi xxerred is-seduti ta' smigħ pubbliċi tagħha u tagħmel ir-reġistrazzjonijiet tagħhom disponibbli online; jemmen li tali titjib fit-trasparenza jkun konformi mal-Artikolu 15 tat-TFUE u jkun ta' benefiċċju għal dawk kollha li jaħdmu jew jistudjaw fil-qasam ġuridiku fl-Unjoni;

Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà, protezzjoni tad-data

41.  Jiddispjaċih li l-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali ġew imġiegħla jikkanċellaw jew jipposponu s-seduti ta' smigħ kollha skedati li jsiru bejn nofs Marzu u l-bidu ta' Ġunju 2020 minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u n-nuqqas ta' infrastruttura tal-IT u l-kundizzjonijiet meħtieġa fis-seħħ sabiex isiru dawk is-seduti ta' smigħ; jinnota li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tissostitwixxi numru ta' seduti b'mistoqsijiet li jirrikjedu tweġiba bil-miktub; josserva li soluzzjoni simili ma setgħetx tiġi implimentata fil-Qorti Ġenerali peress li r-regoli ta' proċedura jipprevedu li trid tiġi organizzata seduta meta parti prinċipali tippreżenta talba motivata għal dak il-għan; ifaħħar l-iskjerament ta' riżorsi umani, tekniċi u finanzjarji għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' sistema ta' vidjokonferenzi unika u sigura potenzjalment b'interpretazzjoni simultanja fl-24 lingwa uffiċjali għall-benefiċċju tar-rappreżentanti tal-partijiet li ma jistgħux jivvjaġġaw lejn il-Lussemburgu minħabba restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar imposti fl-Istati Membri; jifraħ lill-QĠUE talli rebħet il-Premju għal Amministrazzjoni Tajba tal-Ombudsman Ewropew fil-kategorija ta' eċċellenza fl-innovazzjoni/it-trasformazzjoni għas-sistema tagħha għas-seduti ta' smigħ remoti;

42.  Jinnota b'interess ir-rata għolja ta' użu ta' e-Curia fl-2020 li żdiedet matul il-pandemija tal-COVID-19 u tissarraf f'żieda ta' 12 % fl-għadd ta' kontijiet (7 378 kont sa tmiem l-2020 meta mqabbla ma' 6 588 sa tmiem l-2019) u perċentwali għolja ta' dokumenti proċedurali mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali (79 % u 95 % rispettivament); jenfasizza li l-kunfidenza tal-utenti f'dik is-sistema u l-interess dejjem jikber tal-partijiet kollha kkonċernati fl-użu tal-għodod diġitali wasslu għal żieda sinifikanti fil-kontijiet miftuħa mill-qrati u t-tribunali nazzjonali (minn 45 kont fi tmiem l-2019 għal 121 fi tmiem l-2020); iħeġġeġ lill-QĠUE tiżviluppa aktar e-Curia;

43.  Jinnota li t-telexogħol impost bħala konsegwenza tal-pandemija tal-COVID-19 aċċellera drastikament id-diġitalizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-flussi tax-xogħol u tal-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet kemm fl-attivitajiet amministrattivi kif ukoll f'dawk ġudizzjarji, xi ħaġa li ntlaqgħet tajjeb mill-membri tal-persunal; josserva li d-diġitalizzazzjoni aċċellerata tal-posta minħabba l-pandemija rriżultat f'iffrankar tal-ispejjeż postali li kienu parti mis-surplus baġitarju li kien trasferit għal użu ieħor;

44.  Josserva ż-żieda fl-investiment fil-proġetti u fit-tagħmir tal-IT (EUR 13,5 miljun fl-2020 meta mqabbla ma' EUR 9 miljun fl-2019); jilqa' l-implimentazzjoni ta' SIGA (sistema integrata ta' ġestjoni tal-każijiet) u HAN (sistema amministrattiva ta' ġestjoni tad-dokumenti) minkejja l-isfidi relatati mal-pandemija; jinnota l-iffirmar tal-kuntratt għall-proġett SIGA fl-2020; jilqa' ż-żieda fl-użu ta' strumenti oħra bħall-firem elettroniċi (EU SIGN, ipprovduti mill-Kummissjoni) kemm għad-dokumenti amministrattivi kif ukoll għal dawk ġudizzjarji;

45.  Jinnota b'interess l-implimentazzjoni ta' għodda ta' monitoraġġ tal-media fi ħdan id-direttorat tal-komunikazzjoni, ibbażata fuq kollaborazzjoni mill-qrib maċ-ċentru konġunt tar-riċerka tal-Kummissjoni;

46.  Ifakkar fit-tħassib tiegħu dwar l-implikazzjonijiet fuq id-drittijiet tal-bniedem tal-użu tal-intelliġenza artifiċjali (IA) fis-sistemi ġudizzjarji; jilqa' r-referenza għall-Karta Ewropea tal-Etika dwar l-Użu tal-Intelliġenza Artifiċjali fis-Sistemi Ġudizzjarji u l-ambjent tagħhom mill-Kummissjoni Ewropea għall-Effiċjenza tal-Ġustizzja kif ukoll il-fatt li l-kompiti mwettqa bl-użu tal-IA għandhom dejjem jiġu mmonitorjati u solvuti minn operatur uman; jisħaq li ż-żieda fl-għadd ta' kawżi ma tridx timpedixxi l-kwalità tal-analiżi legali tal-QĠUE; jitlob lill-QĠUE tinforma lill-Parlament dwar l-operaturi tal-għodod tal-IA użati; iwissi lill-QĠUE dwar ir-riskji għall-privatezza u s-sigurtà meta jintużaw servizzi esterni tal-cloud computing;

47.  Jinnota li l-2020 kienet sena ta' sfida għaċ-ċibersigurtà fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni iżda li l-QĠUE rnexxielha tipprevjeni kwalunkwe inċident kbir peress li l-maġġoranza l-kbira tal-attakki ġew imblukkati awtomatikament f'livelli differenti mis-sistemi ta' difiża fis-seħħ;

48.  Jisħaq fuq ir-rwol importanti li għandha l-QĠUE bħala parti mill-bord ta' tmexxija tal-Iskwadra ta' Rispons f'Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji Ewropej (CERT-UE) u bħala membru tal-Kumitat Interistituzzjonali għat-trasformazzjoni diġitali (ICDT), involut fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta' Ċibersigurtà tal-UE;

49.  Jilqa' t-tnedija ta' korsijiet ta' sensibilizzazzjoni rigward il-protezzjoni tad-data, inkorporati fil-programm ta' induzzjoni tal-impjegati l-ġodda u offruti lill-kapijiet ta' dipartimenti u membri, rigward prattiki tajbin meta tiġi ttrattata d-data personali, kif ukoll it-tqassim fi ħdan il-QĠUE ta' fuljetti u preżentazzjonijiet dwar prattiki tajbin u d-drittijiet tal-persuni kkonċernati;

50.  Josserva li fl-2020 infetħu żewġ investigazzjonijiet mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS), waħda dwar l-użu tal-cookies fuq is-sit web tal-QĠUE (konkluża mill-EDPS abbażi tal-adegwatezza tal-miżuri li l-QĠUE sadanittant adottat) u waħda (li għadha pendenti) dwar l-użu ta' servizzi tal-web ta' partijiet terzi mill-QĠUE (bħal YouTube, Twitter, LinkedIn, Google Play u Apple) u l-obbligu li ssir disponibbli l-essenza ta' ftehim ta' kontrollur konġunt; jilqa' l-azzjonijiet ta' segwitu meħuda biex il-QĠUE tkun allinjata mar-rakkomandazzjonijiet tal-EDPS;

51.  Jilqa' l-inizjattiva tal-QĠUE li żżid l-aċċessibbiltà tagħha għall-pubbliku billi toffri programm ta' żjarat remoti lill-QĠUE li jinkludu żjara gwidata fil-bini tagħha u laqgħa ma' wieħed mill-imħallfin jew avukati ġenerali; jitlob lill-QĠUE tinforma lill-Parlament dwar l-ispiża ta' dik l-inizjattiva, il-firxa prevista tal-parteċipanti, id-dispożizzjonijiet stabbiliti għall-protezzjoni tad-data personali tal-parteċipanti u d-dettalji tal-implimentazzjoni;

Bini u sigurtà

52.  Jinnota li ġie implimentat l-infiq sħiħ fl-ambitu tal-partita baġitarja "Lokazzjoni-xiri" (EUR 54 781 083), li jikkorrispondi għall-imposti pagabbli fl-ambitu tal-kuntratti konklużi mal-awtoritajiet tal-Lussemburgu għax-xiri, ir-rinnovazzjoni u l-kostruzzjoni tad-diversi binjiet tal-QĠUE, il-prepagament fl-ambitu tal-kuntratt ta' lokazzjoni-xiri għall-proġett tal-ħames estensjoni tal-bini tal-QĠUE, u pagament parzjali bil-quddiem fuq wieħed mis-selfiet miftiehma għall-finanzjament ta' dak il-proġett;

53.  Jinnota li għall-partita 2022 "Tindif u manutenzjoni" ġie stabbilit surplus baġitarju (EUR 190 000), b'mod partikolari minħabba l-użu ġeneralizzat tat-telexogħol bħala riżultat tal-pandemija tal-COVID-19, li għamilha possibbli li tiġi ffinanzjata parti mit-trasferiment ta' tlaqqit fi tmiem is-sena;

54.  Jilqa' l-kunsiderazzjoni mogħtija għar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Kumitati Konġunti għall-Opportunitajiet Indaqs tal-istituzzjonijiet tal-UE dwar it-titjib għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jew b'diżabilità oħra, fost l-oħrajn, biex jinħolqu punti ta' kuntatt fl-universitajiet biex l-istudenti b'diżabilità jiġu infurmati dwar l-opportunitajiet ta' xogħol fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni, dwar l-allinjament tal-approċċ tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni f'termini ta' kura u kopertura medika, u dwar appoġġ aktar sistematiku f'termini ta' loġistika;

Ambjent u sostenibbiltà

55.  Jilqa' l-ħafna azzjonijiet adottati biex jiġu implimentati programmi fl-ambitu tal-iskema ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) tal-Unjoni u tiġi definita l-istrateġija għat-tnaqqis tal-impronta tal-karbonju tal-QĠUE filwaqt li jiġu żviluppati sorsi nodfa ta' enerġija, pereżempju billi jiġu installati pannelli fotovoltajċi fuq il-binjiet kollha tal-QĠUE; iħeġġeġ lill-QĠUE tkompli tieħu miżuri biex tnaqqas l-impronta ambjentali tagħha;

56.  Jilqa' l-fatt li l-QĠUE hija impenjata li trawwem użu raġonevoli u responsabbli tal-karta u li tnaqqas il-konsum tagħha, u l-fatt li l-konsum tal-karta naqas drastikament (tnaqqis ta' 63,7 % meta mqabbel mal-2015 u 56 % meta mqabbel mal-2019); jinnota, madankollu, li fl-2020 il-White Paper għadha tirrappreżenta baġit ta' EUR 640 000; jilqa' l-fatt li l-QĠUE ilha mill-2020 bil-prattika li tuża biss karta li toriġina minn foresti ġestiti b'mod sostenibbli, li huwa kriterju ta' eċċellenza fil-ġestjoni tal-karti skont id-Dokument ta' Referenza Settorjali ppubblikat mill-Kummissjoni; jitlob lill-QĠUE tkompli bl-isforzi tagħha biex issir istituzzjoni mingħajr karti;

57.  Jilqa' l-parteċipazzjoni tal-QĠUE fl-iskema tal-Parlament ta' kumpens għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra li l-għan tagħha huwa li tikkumpensa għall-emissjonijiet ikkalkulati tal-karbonju tal-istituzzjonijiet parteċipanti billi tixtri krediti tal-karbonju fis-suq volontarju sabiex tiffinanzja proġetti ambjentali esterni fir-reġjuni tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku; jinnota li fl-2020, l-iskema ppermettiet il-finanzjament ta' stufi li jaħdmu bl-injam b'ċertifikat "Gold Standard" u ta' proġetti għall-irkupru tal-gass mil-landfills, sabiex jiġu kkumpensati 23 000 tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2;

58.  Jilqa' l-fatt li l-istrateġija ta' mobbiltà sostenibbli stabbilita mill-QĠUE tikkonsisti mhux biss f'azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni iżda wkoll f'attivitajiet konkreti bħall-parteċipazzjoni fil-Ġimgħa Ewropea tal-Mobbiltà u fil-faċilità tar-roti self-service vel'OH!, l-għoti ta' sussidju għat-trasport pubbliku transfruntier annwali, l-installazzjoni ta' stazzjonijiet tal-iċċarġjar fil-parkeġġi tal-karozzi tal-QĠUE, filwaqt li tqis il-kunsiderazzjonijiet rilevanti fil-ġestjoni tal-flotta tal-karozzi tal-membri u toffri għadd ta' punti għall-irbit tar-roti distribwiti sew flimkien ma' doċċi u kabinetti;

59.  Jisħaq fuq l-importanza li jiġu integrati l-kriterji ambjentali fl-istadji kollha tal-proċess tal-akkwist; jilqa' l-parteċipazzjoni tal-QĠUE fil-helpdesk interistituzzjonali għall-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku biex jgħin lill-membri tal-persunal responsabbli jagħżlu u jixtru oġġetti, servizzi u xogħlijiet bl-inqas impatt ambjentali possibbli tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, li spiss jinkludi klawżoli dwar il-promozzjoni ta' opportunitajiet indaqs;

60.  Josserva li d-dikjarazzjoni ambjentali annwali tal-QĠUE tinkludi indikatur dwar l-akkwist pubbliku ekoloġiku biex tkun tista' ssir evalwazzjoni tal-limitu safejn il-klawżoli dwar il-protezzjoni tal-ambjent huma inkorporati fid-dokumenti tal-akkwist;

komunikazzjoni u multilingwiżmu

61.  Jilqa' l-interess tal-QĠUE fil-media soċjali u fi pjattaformi oħra biex jiġi żgurat tixrid akbar tal-informazzjoni; huwa konxju miż-żieda fl-għadd ta' viżwalizzazzjonijiet fuq il-kanal YouTube tal-QĠUE (żieda ta' 42 % meta mqabbla mal-2019) u mis-suċċess fl-użu ta' LinkedIn (is-segwaċi ttriplikaw minn 30 000 fl-2019 għal aktar minn 90 000 fl-2020);

62.  Jilqa' d-deċiżjoni li tippubblika r-reġistru tal-attivitajiet ta' pproċessar fuq is-sit web Curia, li daħal fis-seħħ f'Jannar 2021;

63.  Jistieden lill-QĠUE tesplora aktar l-użu tat-traduzzjoni newrali permezz ta' magni speċifiċi, kif ukoll alternattivi oħra, flimkien mal-Kummissjoni, iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali, fosthom il-possibbiltà li jiġu installati servers fil-bini tal-QĠUE li fuqhom jistgħu jitħaddmu għodod ta' traduzzjoni li jegħlbu xi restrizzjonijiet fuq l-aktar dokumenti kunfidenzjali;

64.  Jinnota li l-QĠUE rnexxielha tadatta l-proċeduri ta' komunikazzjoni interna tagħha minn Mejju 2020; jirrimarka li, bħala riżultat, aktar minn 150 vidjokonferenza jew awdjokonferenza interni jew interistituzzjonali ġew organizzati bħala medja kull ġimgħa;

kooperazzjoni interistituzzjonali

65.  Jilqa' l-appoġġ loġistiku pprovdut lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, li l-uffiċċji tiegħu jinsabu quddiem il-QĠUE, sabiex tiġi ffaċilitata l-installazzjoni tiegħu fil-Lussemburgu;

66.  Jinnota l-kooperazzjoni bejn il-GIS (Grupp ta' Sigurtà Interistituzzjonali) u s-servizzi legali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni bbażati fil-Lussemburgu, minn naħa waħda, u l-awtoritajiet u l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi Lussemburgiżi, min-naħa l-oħra, rigward il-verifiki tas-sigurtà fuq il-persunal tal-kuntratturi;

67.  Jinnota l-ftehimiet ta' finanzjament annwali konklużi mas-servizzi ta' traduzzjoni ta' istituzzjonijiet u aġenziji oħra tal-Unjoni li jipprevedu l-finanzjament ta' għodod tal-IT (eTranslation, Euramis, DocFinder, IATE u Quest 2); jinnota, barra minn hekk, il-konklużjoni jew it-tiġdid ta' għadd ta' ftehimiet dwar il-livell ta' servizz (HAN, DIGITEC, sistema ta' monitoraġġ tal-media, u, mal-Uffiċċju tal-Paymaster tal-Kummissjoni);

Pandemija tal-COVID-19

68.  Jisħaq li l-pandemija tal-COVID-19 influwenzat b'mod sinifikanti l-attivitajiet kollha tal-QĠUE, kemm ġuriżdizzjonali kif ukoll amministrattivi, u li l-QĠUE kellha tiffaċċja l-ħtieġa li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-individwi filwaqt li tiġi garantita l-kontinwità tas-servizz pubbliku tal-ġustizzja tal-Unjoni; jenfasizza li l-approċċ tal-QĠUE kien li tiġi protetta s-saħħa tal-membri, tal-persunal u tal-viżitaturi biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-attività ġudizzjarja;

69.  Jifhem li ż-żewġ bidliet ewlenin introdotti fl-arranġamenti flessibbli tax-xogħol eżistenti kienu l-introduzzjoni ta' telexogħol ġeneralizzat u s-sospensjoni tar-reġim flessibbli tax-xogħol abbażi tar-reġistrazzjoni tal-ħin imqatta' fil-bini tal-QĠUE;

70.  Jilqa' l-istruttura u l-proċeduri tal-QĠUE stabbiliti għal sitwazzjonijiet ta' kriżi, ibbażati fuq l-unità tal-kriżijiet bħala entità li tieħu d-deċiżjonijiet, u fuq iċ-ċentru għall-ġestjoni tal-kriżijiet bħala korp ta' implimentazzjoni; jinnota li ġew stabbiliti żewġ task forces addizzjonali biex jeżaminaw il-miżuri stabbiliti ħalli jiżguraw il-protezzjoni tal-membri tal-persunal li l-kompiti tagħhom ma setgħux jitwettqu b'mod remot u t-tfassil ta' sistema unika ta' vidjokonferenzi siguri;

71.  Jilqa' r-rapport tal-awditur intern tal-QĠUE ta' Diċembru 2020, indirizzat lill-kumitat amministrattiv tal-QĠUE, li jippreżenta r-riżultati tar-rieżami tal-ġestjoni tal-kriżi kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19 u li huwa integrat fit-tfassil ta' pjan ġdid ta' emerġenza u ta' kontinwità tal-operat li huwa bbażat fuq it-tagħlimiet meħuda mill-kriżi;

72.  Jemmen li l-QĠUE adottat u approvat il-miżuri rilevanti kollha biex (i) tissalvagwardja l-persunal tagħha matul il-pandemija tal-COVID-19, (ii) tnaqqas ir-riskju ta' eżawriment (speċifikament sessjonijiet ta' webinar dwar suġġetti relatati mal-ġestjoni tax-xogħol u tal-ħajja privata, il-komunikazzjoni fi żminijiet ta' kriżi, il-ġestjoni u n-newroxjenza, u l-ġestjoni tal-istress), (iii) tqajjem kuxjenza dwar id-dritt għall-iskonnessjoni u r-riskju ta' meta wieħed jipprova jagħmel wisq, u (iv) timmonitorja s-sitwazzjoni (permezz ta' stħarriġiet dwar il-benesseri fuq il-post tax-xogħol, il-perċezzjoni tas-sitwazzjoni mill-persunal u l-livell ta' sodisfazzjon);

73.  Jinnota li l-kollaborazzjoni mal-maġistrati nazzjonali permezz ta' seminars, żjarat u avvenimenti uffiċjali oħra kienet affettwata b'mod sostanzjali mit-tifqigħa tal-pandemija, li rriżultat fi tfixkil u kanċellazzjonijiet minħabba restrizzjonijiet sanitarji; iħeġġeġ lill-QĠUE tkompli tesplora soluzzjonijiet tekniċi biex issaħħaħ dik il-kollaborazzjoni anke lil hinn mill-kuntest tal-pandemija;

74.  Iħeġġeġ lill-QĠUE tintegra bis-sħiħ fl-istrateġija ta' ġestjoni interna tagħha t-tagħlimiet misluta mill-pandemija tal-COVID-19, f'termini ta' kontinwità tal-operat u approċċi ta' ġestjoni tal-kriżijiet, ir-rispons tal-IT, ir-reżiljenza tal-organizzazzjoni, id-dmir ta' diliġenza lejn il-persunal, l-effettività tal-komunikazzjoni interna u l-flessibbiltà tal-proċessi ta' ħidma;

(1) ĠU L 57, 27.2.2020.
(2) ĠU C 436, 28.10.2021, p. 1.
(3) ĠU C 430, 25.10.2021, p. 7
(4) ĠU C 436, 28.10.2021, p. 207.
(5) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1
(6) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 341, 24.12.2015, p. 14).


Kwittanza 2020: Baġit ġenerali tal-UE – Il-Qorti tal-Awdituri
PDF 211kWORD 75k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri (2021/2110(DEC))
P9_TA(2022)0148A9-0061/2022

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2021)0381 – C9‑0259/2021)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2020,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0061/2022),

1.  Jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti ta' kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Qorti tal-Awdituri għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri (2021/2110(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0061/2022),

A.  billi l-missjoni tal-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") hija ċċentrata fuq it-tisħiħ tal-fiduċja taċ-ċittadini u r-risposta effikaċi għall-isfidi attwali u futuri li għandha quddiemha l-Unjoni billi twettaq ħidma ta' awditjar indipendenti, professjonali u li tħalli impatt, billi tivvaluta l-ekonomija, l-effettività, l-effiċjenza, il-legalità u r-regolarità tal-azzjoni tal-Unjoni sabiex jittejbu l-obbligu ta' rendikont, it-trasparenza u l-ġestjoni finanzjarja;

B.  billi, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 287 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), mill-għeluq tas-sena finanzjarja 1987, il-Qorti kellha l-kontijiet tad-dħul u tan-nefqa tagħha awditjati minn awditur estern indipendenti kull sena u, mir-rapport dwar is-sena finanzjarja 1992, ir-rapporti tal-awditur estern ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

C.  billi l-obbligu ta' rendikont tal-ġestjoni fil-konfront tal-awtoritajiet baġitarji huwa pprovdut permezz tar-rapport annwali tal-attività tas-Segretarju Ġenerali tal-Qorti li l-għan tiegħu, f'konformità mal-Artikolu 74(9) tar-Regolament Finanzjarju, huwa li jipprovdi informazzjoni dwar il-ġestjoni tar-riżorsi, inklużi s-sistemi, u dwar l-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi ta' kontroll intern tal-Qorti;

D.  billi fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni billi jittejbu t-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u billi jiġi implimentat il-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u l-governanza tajba tar-riżorsi umani;

1.  Huwa konxju li l-kontijiet annwali tal-Qorti huma awditjati minn awditur estern indipendenti bil-ħsieb li jiġu applikati l-istess prinċipji ta' trasparenza u obbligu ta' rendikont li l-Qorti tapplika fil-konfront ta' dawk suġġetti għall-awditjar tagħha; jinnota b'sodisfazzjon l-opinjoni tal-awditur estern indipendenti li r-rapporti finanzjarji jagħtu stampa veritiera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Qorti;

2.  Josserva li s-segwitu li tat il-Qorti lir-riżoluzzjonijiet dwar il-kwittanza tal-2019 ipprovda biss risposti ġenerali għall-kummenti tal-Parlament; itenni li segwitu xieraq u li jinftiehem huwa essenzjali biex il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament ikun jista' jiddetermina jekk il-Qorti qisitx kif xieraq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament; jitlob lill-Qorti tissemplifika l-istruttura tar-rapport ta' segwitu li jmiss tagħha u tinkludi r-risposti kollha neċessarji, filwaqt li tagħti spjegazzjonijiet dettaljati u konkreti tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament, billi tagħmel referenza espliċita għal kull paragrafu ta' din ir-riżoluzzjoni ta' kwittanza;

3.  Josserva li l-Qorti hija rregolata mill-Artikoli 285, 286 u 287 tat-TFUE li jipprevedu li l-Qorti għandha tagħmel ir-Regoli tal-Proċedura tagħha li jeħtieġu l-approvazzjoni tal-Kunsill, u li l-Kunsill għandu jistabbilixxi l-kondizzjonijiet ta' l-impjieg tal-Membri tal-Qorti u b'mod partikolari s-salarji tagħhom, gratifikazzjonijiet u pensjonijiet; josserva li l-kompetenza tal-Qorti li tadotta regoli dwar il-metodi ta' ħidma hija parti mill-organizzazzjoni interna tagħha u li l-proċess deċiżjonali tal-Qorti huwa stabbilit fir-Regoli tal-Proċedura tagħha; jistieden lill-Qorti żżomm lill-awtorità ta' kwittanza infurmata dwar l-emendi attwali u futuri tar-regoli interni tagħha; josserva li l-kodiċi ta' kondotta tal-Qorti(6) jenfasizza l-valuri etiċi fundamentali tal-Qorti u tal-membri tagħha u tistabbilixxi diversi obbligi proċedurali;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.  Jinnota li l-baġit tal-Qorti qed ikompli jikber u ammonta għal EUR 152 miljun fl-2020 (meta mqabbel ma' EUR 147 miljun fl-2019) li jirrappreżenta inqas minn 0,1 % tal-infiq totali tal-Unjoni u madwar 1,4 % tal-infiq totali tal-Unjoni fuq l-amministrazzjoni; jinnota li l-baġit tal-Qorti, fil-biċċa l-kbira tiegħu, huwa ta' natura amministrattiva, bil-parti l-kbira tiegħu użata għan-nefqa relatata mar-riżorsi umani, mal-bini u l-għamara, mat-tagħmir u mal-ispejjeż operatorji varji;

5.  Jinnota li r-rata ġenerali ta' eżekuzzjoni għall-2020 kienet 96 % (meta mqabbla ma' 98 % fl-2019) b'rata ta' eżekuzzjoni ta' 95,7 % għall-impenji u 90,1 % għall-pagamenti fuq l-approprjazzjonijiet; jinnota li l-pagamenti fl-2020 ammontaw għal EUR 137 132 964 meta mqabbla ma' EUR 137 799 512 fl-2019;

6.  Jinnota li wara t-tifqigħa tal-COVID-19, ċerti linji baġitarji ma ntużawx biżżejjed, bħall-missjonijiet (bi 15,75 %), il-pubblikazzjonijiet (bi 42,75 %), l-ispejjeż ta' interpretazzjoni (bi 30,77 %), il-konsum tal-enerġija, il-laqgħat, l-ispejjeż ta' rappreżentanza u s-salarji; jinnota li l-iffrankar fis-salarji kien ukoll dovut għal inqas reklutaġġ u żieda fis-salarji inqas minn dik mistennija; jinnota, f'kuntrast mal-iffrankar, iż-żieda fl-ispejjeż relatati mal-IT (li jirrappreżentaw 30,77 %), mas-servizz mediku (li jirrappreżentaw 214,29 %) u mas-sigurtà (li jirrappreżentaw 288,10 %); jinnota wkoll li matul l-2020, il-Qorti għamlet 22 trasferiment baġitarju bejn il-linji baġitarji msemmija, li jammontaw għal total ta' EUR 4 051 000;

7.  Jirrikonoxxi li minkejja t-trasferimenti, xi approprjazzjonijiet ġew ikkanċellati fi tmiem is-sena, prinċipalment relatati mal-missjonijiet (EUR 2 160 144), mal-pubblikazzjonijiet (EUR 198 808), mal-ispejjeż ta' rappreżentanza (EUR 179 992), mal-ispejjeż ta' interpretazzjoni (EUR 162 104), mal-vetturi (EUR 151 084) u mal-laqgħat (EUR 106 005);

8.  Jifhem li r-riporti awtomatiċi ta' approprjazzjonijiet mill-2019 għall-2020, total ta' EUR 6 515 316, ikkontribwew biex tintlaħaq rata ta' utilizzazzjoni ta' 92,24 % (meta mqabbla ma' 88,48 % fl-2019);

9.  Josserva li, fl-2020, il-Qorti tat total ta' 18-il kuntratt b'valur ta' aktar minn EUR 15 000, li jammontaw għal valur totali ta' EUR 2 704 105, li minnhom erba' kuntratti, li jammontaw għal valur totali ta' EUR 2 190 490, kienu ogħla mil-limitu rilevanti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/24/UE(7);

Ġestjoni interna, prestazzjoni, kontroll intern

10.  Jinnota li l-2020 kienet l-aħħar sena ta' implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Qorti għall-2018-2020 u jilqa' pożittivament il-progress miksub f'għadd ta' oqsma, b'mod partikolari li ġew allokati aktar riżorsi għall-awditi tal-prestazzjoni, iż-żieda fil-produttività fit-tipi kollha ta' awditi u l-intensifikazzjoni tal-interess tal-partijiet ikkonċernati fir-rapporti tal-Qorti u tal-użu ta' dawn id-dokumenti mill-mezzi tal-informazzjoni; jinnota l-pubblikazzjoni tar-rapport ta' rieżami bejn il-pari dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija għall-2018-2020; japprezza l-approċċ parteċipattiv adottat għat-tħejjija tal-istrateġija għall-perjodu 2021-2025, adottata f'Jannar 2021, li involviet lill-membri kollha, lill-maniġers kollha u lill-persunal l-ieħor kollu tal-Qorti permezz ta' workshops, webinars u stħarriġiet biex jinġabru u jiġu diskussi l-inputs;

11.  Jissottolinja li l-prijoritajiet riflessi fil-programm ta' ħidma tal-Qorti jenħtieġ li jqisu l-oqsma ta' azzjoni ssuġġeriti mill-awtorità ta' kwittanza; ifakkar fid-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament u tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tat-tabella tal-persunal tal-Qorti tal-Awdituri; ifakkar li kemm il-Parlament kif ukoll il-Kunsill iqisu li huwa essenzjali li l-Qorti talloka biżżejjed riżorsi għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet ewlenin tagħha u jistiednu lill-Qorti tagħti, fl-eżerċizzji baġitarji futuri, stampa ġenerali tal-assenjazzjoni ta' persunal fis-sena preċedenti; itenni t-talba tal-Parlament għal rapport annwali speċifiku u indipendenti dwar l-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

12.  Jirrikonoxxi li l-Qorti tapplika ġabra ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tipprovdi lill-partijiet istituzzjonali kkonċernati b’informazzjoni dwar il-livelli ta' prestazzjoni, biex tinforma lill-maniġment dwar il-progress li jkun sar biex jinkisbu l-għanijiet strateġiċi u tappoġġa t-teħid ta' deċiżjonijiet; josserva li, fl-2020, inħarġu total ta' 69 pubblikazzjoni (33 rapport annwali u speċjali, 11-il opinjoni, 6 rieżamijiet, 14-il previżjoni ta' awditu u 5 dokumenti oħra), meta mqabbla ma' 67 pubblikazzjoni fl-2019; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Qorti ppubblikat, għall-ewwel darba, rapport annwali dwar il-prestazzjoni ġenerali tal-baġit tal-Unjoni li jikkontribwixxi biex jagħti aktar prominenza lir-riżultati miksuba minn kampjun ta' programmi ta' nfiq tal-Unjoni u jevalwa sa liema punt ir-rakkomandazzjonijiet li jkunu ġejjin mir-rapporti speċjali tal-Qorti jkunu ġew implimentati mill-entitajiet suġġetti għall-awditjar; jilqa' pożittivament l-inizjattiva tal-Qorti li tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati ewlenin, fosthom il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament, dwar l-istrateġija futura rigward ir-rapporti annwali ta' prestazzjoni;

13.  Josserva n-numru ta' opinjonijiet maħruġa (11), li minnhom, il-maġġoranza l-kbira hija relatata ma' emendi tar-regoli eżistenti fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) tal-2014-2020 fil-kuntest tar-risposta tal-Unjoni għall-pandemija tal-COVID-19 jew ma' proposti leġiżlattivi għall-QFP tal-2021-2027 u l-pakkett ta' stimolu "Next Generation EU"; japprezza l-fatt li l-Qorti adattat il-programm ta' ħidma tagħha tal-2020 biex jitqiesu ċ-ċirkostanzi li qed jinbidlu u li l-adozzjoni kienet tinkludi l-ħruġ ta' żewġ rieżamijiet f'waqthom dwar ir-risposta tal-Unjoni għall-pandemija tal-COVID-19;

14.  Jappoġġa l-prattika tal-Qorti li timmonitorja s-segwitu mogħti lir-rakkomandazzjonijiet tagħha; jinnota li, fl-2020, il-Qorti kejlet l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li saru fir-rapporti tagħha tal-2016 u rreġistrat implimentazzjoni parzjali jew sħiħa ta' 97 % tad-29 rakkomandazzjoni magħmula fir-rapport annwali u 91 % tat-360 rakkomandazzjoni magħmula fir-rapporti speċjali (meta mqabbla ma' 96 % u 94 %, rispettivament, għar-rakkomandazzjonijiet tal-2015);

15.  Jilqa' pożittivament l-analiżi mwettqa dwar l-impatt u l-perċezzjoni tal-ħidma tal-Qorti mill-partijiet ikkonċernati rilevanti tagħha, inklużi l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, l-awtoritajiet nazzjonali, l-NGOs, id-dinja akkademika, il-mezzi tal-informazzjoni, abbażi tal-feedback riċevut bħala parti mill-istħarriġiet elettroniċi anonimizzati; jenfasizza l-feedback riċevut fl-2020 b'84 % tal-parteċipanti li jaħsbu li r-rapporti tal-Qorti huma utli għal xogħolhom u 75 % jindikaw li x-xogħol tal-Qorti kellu impatt (meta mqabbel ma' 88 % u 81 %, rispettivament, fl-2019);

16.  Jinnota li l-gratifika għall-istallazzjoni għall-membri tal-Qorti, irregolata mill-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/300(8), tingħata bil-kundizzjoni li l-membru tal-Qorti jippreżenta provi li bidla fil-post tar-residenza kienet meħtieġa sabiex dak li jkun jidħol fis-servizz u li "jgħix jew fil-post fejn huwa impjegat jew f'distanza mhux aktar 'il bogħod milli huwa kompatibbli mal-qadi sew ta' dmirijietu" kif iddikjarat fl-Artikolu 20 tar-Regolamenti tal-Persunal; jirrimarka li, anki jekk is-sempliċi dikjarazzjoni ta' indirizz tkun ġiet aċċettata mill-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali (PMO), jenħtieġ li kuntratt ta' kiri jew xiri ta' proprjetà ma jitqiesx prova suffiċjenti skont it-tifsira tal-Artikolu 20 tar-Regolamenti tal-Persunal, inkwantu tali proprjetà tista' tkun iddestinata għal użi differenti minn dak ta' residenza prinċipali; huwa tal-fehma li l-mekkaniżmu ta' verifika tal-kundizzjonijiet ġuridiċi tal-gratifika għall-istallazzjoni jeħtieġ li jiġi rieżaminat sabiex dokumenti oħrajn ikunu jistgħu jintalbu bħala provi, fir-rispett, kemm jista' jkun possibbli, tad-dritt għall-privatezza;

17.  Josserva li l-membri tal-Qorti ppreżentaw kuntratt ta' kiri jew ta' xiri ta' proprjetà u ċertifikat ta' residenza maħruġ mill-awtoritajiet Lussemburgiżi; jinsisti, madankollu, li minn mindu daħal fis-seħħ ir-Regolament (UE) 2016/300, il-gratifika għall-istallazzjoni jenħtieġ li titħallas biss mal-preżentazzjoni tal-provi li jistabbilixxu l-fatt li l-membri jkunu stabbiliti fil-post fejn ikunu impjegati, skont l-Artikolu 5(3) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal; huwa tal-fehma li jenħtieġ li jitqies il-ġbir tal-gratifika għall-istallazzjoni biex il-membri jkollhom l-obbligu li jittrasferixxu effettivament ir-residenza tagħhom fil-Lussemburgu fuq bażi effettiva u stabbli matul il-mandat tagħhom u jfakkar, f'dan ir-rigward, li l-Artikolu 5(4) tal-Anness jistabbilixxi li "Uffiċjal li huwa intitolat għal allowance tal-familja u ma jistabbilix ruħu mal-familja tiegħu fil-post fejn huwa impjegat, għandu jirċievi biss nofs l-allowance li kieku kien ikun intitolat għalih"; josserva li l-Qorti dan l-aħħar adottat kodiċi ta' kondotta modifikat li, fl-Artikolu 10(1), jistabbilixxi l-obbligu ta' residenza fejn il-Qorti għandha s-sede tagħha u jitlob lill-Qorti tirrapporta dwar id-dħul fis-seħħ tal-kodiċi ta' kondotta modifikat;

18.  Jinnota li l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/300 jagħti d-dritt lid-detenturi ta' kariga pubblika ta' livell għoli, bħall-membri tal-Qorti, għal allowance ta' residenza ugwali għal 15 % tas-salarju bażiku tagħhom matul il-mandat tagħhom; jaf bil-fatt li r-Regolament imsemmi ma fih l-ebda kundizzjoni relatat mal-iżborż tal-allowance ta' residenza, iżda li huwa bbażat biss fuq il-fatt li d-destinatarju jkun detentur ta' kariga pubblika ta' livell għoli; jirrikonoxxi li tali approċċ isegwi l-formulazzjoni ta' dak ir-Regolament u jifhem li l-Kunsill biss huwa kompetenti biex jemenda r-Regolament (UE) 2016/300; jemmen, madankollu, li l-allowance ta' residenza jrid ikun konsistenti mal-gratifika għall-istallazzjoni u, għalhekk, dik il-loġika tiddetta l-istess korrelazzjoni mal-Artikolu 20 tar-Regolamenti tal-Persunal filwaqt li tirrispetta l-iskop distint ta' kull allowance; jisħaq, f'dan ir-rigward, li l-allowance ta' residenza jrid jiġi interpretat fid-dawl tal-Artikolu 10 tal-kodiċi ta' kondotta rivedut tal-Qorti dwar l-impenn u l-lealtà u tal-Artikolu 14 tal-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-TFUE, li jipprevedi li l-Imħallfin għandhom jirrisjedu fil-post fejn il-Qorti tal-Ġustizzja għandha s-sede tagħha;

19.  Jifhem li l-Qorti ma tiżvolġi l-ebda rwol fid-definizzjoni tar-regoli u tal-kundizzjonijiet għall-għoti tal-gratifika għall-istallazzjoni u tal-allowance ta' residenza u li r-responsabbiltà għall-verifika tas-sodisfazzjon tal-kundizzjonijiet ġuridiċi għall-gratifika għall-istallazzjoni u l-awtorizzazzjoni għall-ħlas tal-gratifika għall-istallazzjoni u tal-allowance ta' residenza tibqa' tal-PMO, abbażi ta' ftehim dwar il-livell ta' servizz; josserva li, fuq it-talba tal-Qorti, il-PMO fl-2021 wettaq kontroll ex post tal-gratifika għall-istallazzjoni u rrapporta r-riżultati lill-Qorti; josserva li fl-2021 ma ġiet irrapportata l-ebda irregolarità; jesprimi dispjaċir għall-fatt li ċerti membri tal-Qorti jonqsu milli jirrikonoxxu li l-allowance ta' residenza jimplika r-residenza effettiva fil-post tal-impjieg, speċjalment fil-każijiet meta l-gratifika għall-istallazzjoni tkun tħallset;

20.  Japprezza li skont l-Artikolu 10(1) tal-kodiċi ta' kondotta rivedut tagħha il-Qorti introduċiet l-obbligu ġuridiku espliċitu għall-membri tagħha li jirrisjedu fil-post fejn il-Qorti għandha s-sede tagħha, li jirrifletti l-Artikolu 14 tal-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u li l-membri għandha jippreżentaw lis-Segretarju Ġenerali (flimkien mal-PMO) il-prova ta' residenza fil-Lussemburgu malli jidħlu fis-servizz u kull tliet snin sussegwenti, bi qbil mal-interpretazzjoni espressa mill-Parlament, mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba u mal-istandards etiċi mistennija mill-Qorti; iqis li r-reviżjoni tal-kodiċi ta' kondotta tista' tissostanzja r-rikonoxximent mill-Qorti tal-allowance ta' residenza bħala konsistenti mar-residenza effettiva fil-Lussemburgu, li tippermetti l-qadi xieraq tad-dmirijiet tal-membru;

21.  Jinnota d-Deċiżjoni tal-Qorti Nru 30-2019 dwar il-ġestjoni u l-użu tal-flotta tal-karozzi tagħha; huwa konxju li l-flotta tal-karozzi hija mikrija minn fornitur li juża kuntratt qafas interistituzzjonali u li, flimkien mal-ħlas tal-kiri, il-Qorti tħallas l-ispejjeż relatati mal-użu tal-karozzi (jiġifieri l-pedaġġi, il-parkeġġ, il-fjuwil, l-ispejjeż marbutin mal-elettriku, it-tindif u spejjeż oħra) b'rabta mal-vjaġġi koperti minn ordni tal-ivvjaġġar; jinnota li l-vjaġġi mingħajr ordnijiet tal-ivvjaġġar huma permessi wkoll meta jkunu relatati mal-qadi tad-dmirijiet tal-membri tal-Qorti;

22.  Josserva li l-Qorti tippermetti lill-membri tagħha jagħmlu użu privat mill-flotta tal-karozzi mingħajr xufiera għall-vjaġġi mhux koperti minn ordnijiet tal-missjoni bi skambju ma' kontribut ta' EUR 100 fix-xahar; jinsab imħasseb li s-sistema ta' kontributi ta' EUR 100, maħsuba biex tippermetti l-użu privat tal-flotta tal-karozzi, tista' tiffaċilita l-użi ħżiena tal-flotta tal-karozzi u tagħmel ħsara lir-reputazzjoni tal-Qorti; jinnota d-Deċiżjoni tal-Qorti Nru 10-2022 ta' dan l-aħħar dwar ir-rieżami tal-ġestjoni u l-użu tal-flotta tal-karozzi; huwa tal-fehma li l-kontribut ta' EUR 100 ma jirriflettix il-kost totali ta' tali użu u li s-sistema l-ġdida introdotta minn dik id-Deċiżjoni ma hija la raġonevoli u lanqas effiċjenti f'termini amministrattivi; jistieden lill-Qorti tissemplifika l-użi kollha tal-flotta tal-karozzi li huma raġonevolment meħtieġa għall-qadi tad-dmirijiet tal-membri tagħha u tinkludi dawk l-użi fl-ordnijiet tal-ivvjaġġar; itenni l-opinjoni tiegħu espressa fir-riżoluzzjonijiet ta' kwittanza preċedenti li l-użu tal-flotta tal-karozzi barra mill-prestazzjoni stretta tad-dmirijiet tal-membri tal-Qorti ma għandu jsir fl-ebda ċirkostanza;

23.  Jinnota li l-Qorti toffri lill-membri tagħha taħriġ lingwistiku fl-interess tal-Qorti jew permezz tal-qafas interistituzzjonali kondiviż ma' istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni li jinsabu fil-Lussemburgu jew direttament minn fornituri professjonisti ta' taħriġ fil-lingwi; josserva li d-dikjarazzjoni tal-Qorti skont liema, għall-perjodu 2017-2021, il-membri segwew korsijiet tal-lingwa intensivi barra mill-qafas interistituzzjonali għall-Franċiż, għall-Ġermaniż u għall-Ingliż biss; jirrimarka li l-kundizzjonijiet jidhru li japplikaw biss għall-karatteristiċi tat-taħriġ fil-lingwi (jiġifieri ġimagħtejn fis-sena, mill-inqas erba' sigħat kuljum), u mhux għal-lingwa magħżula mill-membru rikjedenti; josserva d-deċiżjoni reċenti tal-Qorti li tipprevedi li l-membri jistgħu jsegwu korsijiet tal-lingwa li jkopru prinċipalment il-lingwi tax-xogħol tal-Qorti (l-Ingliż u l-Franċiż) iżda wkoll lingwi uffiċjali oħra tal-Unjoni fl-interess tas-servizz;

24.  Jinnota li kien biss fl-2018 li ġie stabbilit reġistru ta' attendenza biex jirreġistra l-preżenza jew l-assenza tal-membri fil-laqgħat formali kollha tal-Qorti u tal-awli u tal-kumitati tagħha; jinnota li għall-ewwel darba, ir-rapport annwali tal-attività tal-Qorti għall-2020 jinkludi informazzjoni dwar l-attendenza; huwa konxju li tali laqgħat jikkostitwixxu biss parti mill-attivitajiet tal-membri, li jinkludu wkoll missjonijiet ta' awditjar u l-promozzjoni tal-ħidma tal-Qorti fl-Istati Membri, u jaqbel li l-indipendenza meħtieġa mill-membri neċessarjament tinkludi ċertu grad ta' awtonomija fl-organizzazzjoni tal-ħidma tagħhom; ifakkar, madankollu, li l-membri għandhom obbligu li jiddedikaw ruħhom bis-sħiħ għall-qadi tal-mandat tagħhom kif minqux fl-Artikolu 10 tal-kodiċi ta' kondotta tal-Qorti u, għalhekk, jistieden lill-Qorti tuża r-reġistru tal-attendenza bħala għodda biex tipprevjeni b'mod proattiv każijiet potenzjali ta' assenteiżmu; jipproponi li r-reġistru tal-attendenza jiġu estiż għall-ġranet ta' xogħol, għall-missjonijiet, għall-perjodi ta' leave u għall-assenzi ġustifikati biex jiġi rappreżentat immappjar preċiż tax-xogħol li jagħmlu l-membri; jitlob lill-Qorti tagħti lill-awtorità ta' kwittanza l-aġġornamenti annwali tar-reġistru tal-attendenza bil-għan li jkun jista' jitqies fil-proċedura ta' kwittanza;

25.  Jinnota li l-missjonijiet, essenzjali għall-iżvolġiment tar-rwol tal-Qorti (jiġifieri l-awditjar tal-korpi nazzjonali fuq il-post jew il-preżentazzjoni ta' rapport annwali lill-parlamenti nazzjonali), huma limitati mill-baġit annwali u jridu jgħaddu minn kontrolli ex ante u ex post komprensivi mwettqa fuq kampjuni ta' kull xahar; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li d-Deċiżjoni tal-Qorti Nru 59-2017 iddelegat ir-rwol tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għall-missjonijiet u l-ispejjeż kollha tal-membri tal-Qorti lis-Segretarju Ġenerali tal-Qorti, filwaqt li d-Deċiżjoni tal-Qorti Nru 61-2017 iċċarat ir-regoli li jirregolaw il-missjonijiet, b'mod partikolari l-obbligu li jintwera l-mod kif il-missjoni jkollha x'taqsam mal-ħidma tal-Qorti, u jenfasizza li l-missjonijiet għandhom jiġu ddikjarati bħala tali b'mod ċar u inekwivokabbli; josserva li l-membri tal-Qorti jservu wkoll ta' punti ta' kuntatt għall-istituzzjonijiet tal-awditjar nazzjonali u biex jagħtu informazzjoni liċ-ċittadini dwar l-użu tal-fondi tal-Unjoni; jinnota bi tħassib, madankollu, li l-ebda limitazzjoni jew kundizzjoni ma tapplika għat-tul ta' żmien jew għall-post tal-missjonijiet li potenzjalment toħloq riskji ta' ġestjoni ineffiċjenti tal-ħin; jemmen li għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-missjonijiet fil-pajjiżi terzi fir-rigward tat-tul ta' żmien, tal-valur miżjud u tal-kostijiet; jistieden lill-Qorti tistabbilixxi regoli xierqa biex jiġi evitat kwalunkwe użu ħażin possibbli tal-ordnijiet ta' missjoni li jistgħu jqajmu dubji dwar l-integrità, l-indipendenza u l-oġġettività tal-membri tagħha; jindika b'mod partikolari għall-fatt li l-missjonijiet tal-membri jridu, b'mod ġenerali, jibdew u jintemmu fil-Lussemburgu skont l-obbligu tar-residenza espiċita, għajr f'każijiet okkażjonali u ġustifikati; jistenna li l-membri tal-Qorti jieħdu sehem attiv fil-missjonijiet ta' awditjar u li l-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħhom iridu jiġu speċifikati biex tkun evitata kwalunkwe forma ta' kondotta ħażina potenzjali;

26.  Jinnota li, skont id-Deċiżjoni tal-Qorti Nru 60-2017, kull wieħed mill-membri tagħha għandu allokazzjoni baġitarja annwali biex juża għall-ispejjeż tar-rappreżentanza, suġġetta għal kontrolli ex ante u bir-rimborżi jsiru mal-preżentazzjoni tad-dokumenti ġustifikattivi; jinsab sorpriż bil-fatt li l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tipprevedi li parti minn din l-allokazzjoni tista' tintuża, anki b'mod limitat, biex tkopri stediniet min-naħa tal-membri lill-kollaboraturi stretti (jiġifieri l-uffiċċju privat tal-membru, tim ta' awdituri, il-persunal tal-awli jew il-persunal tal-istess ċittadinanza bħall-membri inkwistjoni) mingħajr parteċipanti esterni, bil-għan li jiġi promoss it-team-building jew jiġi ċċelebrat il-ksib ta' objettiv ta' xogħol importanti; ifakkar li fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni l-Qorti tiddefinixxi "rappreżentanza" bħala interazzjoni professjonali mill-membri tal-Qorti ma' persuni esterni u li l-użu attwali mhuwiex konformi ma' dik id-definizzjoni; jistieden lill-Qorti tissemplifika u tiċċara r-regoli li jirregolaw l-użu, il-kundizzjonijiet u l-limiti massimi tal-linji baġitarji għall-finijiet ta' rappreżentanza, team-building u ċelebrazzjoni interna sabiex jiġu rrispettati l-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba u ta' trasparenza; josserva li d-deċiżjoni reċenti tal-Qorti tipprevedi li l-avvenimenti mingħajr parteċipazzjoni esterna mhumiex se jibqgħu koperti mill-ispejjeż ta' rappreżentanza; jitlob lill-Qorti tforni lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament il-ħarsiet ġenerali annwali dwar l-użu tal-allokazzjoni baġitarja għar-rappreżentanza;

27.  Jinnota li, fl-2020, is-servizz tal-awditjar intern tal-Qorti rrieżamina l-politika tal-ġestjoni tar-riskju tal-Qorti, ħareġ rapporti jew iffinalizza x-xogħol ewlieni tal-awditjar għal għadd ta' kompiti, u ma identifika l-ebda nuqqas li jaffettwa l-affidabbiltà ġenerali tas-sistemi ta' kontroll intern stabbiliti biex jiżguraw il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet finanzjarji tal-Qorti fl-2020; josserva r-rapport ta' aċċertament tal-awditur estern indipendenti tal-Qorti minn Diċembru 2021, li kkonkluda li r-riżorsi assenjati għall-korsijiet tal-lingwa, għall-missjonijiet u għar-rappreżentanza ntużaw għall-finijiet maħsuba tagħhom u li l-proċeduri ta' kontroll fis-seħħ jagħtu l-garanziji neċessarji biex tiġi żgurata l-konformità regolatorja; jinkoraġġixxi lill-awditur intern u lill-awditur estern indipendenti tal-Qorti jinkludu fil-pjan tal-awditjar tagħhom suġġetti relatati mal-etika;

28.  Jifhem li matul il-biċċa l-kbira tal-2020, ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u l-miżuri sanitarji kkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 limitaw il-possibbiltajiet tal-Qorti li twettaq xogħol ta' awditjar fuq il-post; jinnota li, fl-2020, l-awdituri tal-Qorti qattgħu total ta' 1 190 jum fuq il-post (meta mqabbla ma' 3 605 ijiem fl-2019) u 627 jum fl-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u d-ditti privati tal-awditjar (meta mqabbla ma' 2 504 ijiem fl-2019); josserva b'interess iż-żieda fl-użu tal-awditjar remot, bl-użu tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni u tal-informazzjoni bħad-data sigura u l-kondiviżjoni tad-dokumenti; jittama li tali proċeduri ta' ħidma jiġu kkonsolidati mill-Qorti fil-proċedura ta' awditjar ordinarja tagħha;

Qafas etiku u trasparenza

29.  Jirrikonoxxi totalment il-valur tal-ġurnaliżmu serju u bbażat fuq il-fatti biex jipprovdi sistema ta' kontrokontrolli neċessarja għall-funzjonament finanzjarju u etiku korrett tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jinsab imħasseb b'dak li ġie skopert mill-kopertura tal-mezzi tal-informazzjoni ta' għadd ta' kwistjonijiet ta' ġestjoni etika u finanzjarja fil-Qorti relatati mal-membri tagħha; jenfasizza li x-xogħol tal-awditjar tal-Qorti qatt ma ġie kkontestat u li l-Qorti hija suġġetta għal diversi livelli ta' kontroll min-naħa tal-awditur intern tagħha u tal-awditur estern indipendenti tagħha kif ukoll mill-awtorità ta' kwittanza; huwa mħasseb, madankollu, dwar id-dannu kkawżat lir-reputazzjoni u lill-integrità tal-Qorti, li għandha tkun mudell ta' implimentazzjoni korretta tal-baġit tal-Unjoni u tal-ogħla standards etiċi; jitlob lill-Qorti tinkariga kumitat etiku elett ġdid, mhux maħtur fuq proposta tal-president tal-Qorti, biex jeżamina l-oqsma rrapportati u jivvaluta l-adegwatezza etika tar-regoli fis-seħħ, fosthom is-sistema l-ġdida relatata mal-Artikolu 73 tar-Regolament Finanzjarju; huwa fiduċjuż li l-proċedura ta' kwittanza, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Qorti, se tidentifika l-oqsma li fihom hemm lok għal titjib u twassal biex isiru r-riformi meħtieġa, b'mod partikolari tal-kodiċi ta' kondotta tal-Qorti; ifakkar fir-rwol tal-Qorti bħala l-awditur estern indipendenti tal-Unjoni u l-gwardjan tal-finanzi tagħha u, għalhekk, jafferma mill-ġdid bis-sħiħ it-twemmin tiegħu li kwalunkwe mġiba mhux etika min-naħa tal-membri tal-Qorti għandha impatt enormi fuq ir-reputazzjoni kemm tal-Qorti kif ukoll tal-Unjoni kollha kemm hi, u dan iqajjem il-kwistjoni ta' min qiegħed għassa tal-gwardjan tal-Unjoni;

30.  Jiddispjaċih immens li, wara rapporti dwar għadd ta' prattiki diskutibbli mil-lat etiku u finanzjarju, il-Qorti rrifjutat li tikkoopera b'mod sħiħ u tinvolvi ruħha b'mod ekwu mal-membri tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament fur-rigward tad-divulgazzjoni ta' informazzjoni u dokumenti fundamentali, anki f'kundizzjonijiet ta' kunfidenzjalità u protezzjoni tad-data; jemmen li l-aċċess għal dik l-informazzjoni u għal dawk id-dokumenti huwa essenzjali biex jiġu valutati l-allegazzjonijiet li saru fil-mezzi tal-informazzjoni u jippermettu lill-membri tal-Parlament jieħdu deċiżjoni infurmata dwar l-għoti tal-kwittanza lill-Qorti;

31.  Ifakkar li l-Qorti ġiet stabbilita mit-Trattat Baġitarju tal-1975 biex tagħmel awditu tal-finanzi tal-Unjoni u, bħala awditur estern għall-Unjoni, tikkontribwixxi għat-titjib tal-ġestjoni finanzjarja tal-Unjoni, filwaqt li taġixxi bħala l-gwardjan indipendenti tal-interessi finanzjarji taċ-ċittadini tal-Unjoni; jisħaq fuq il-fatt li l-kooperazzjoni u l-fiduċja reċiproka bejn il-Qorti u l-Parlament, b'mod partikolari mal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu, huma ċentrali għas-sistema ta' kontroll baġitarju tal-UE; jinsab konvint mill-bżonn li jiġi indirizzat it-tħassib tal-Parlament inkluż f'din ir-riżoluzzjoni ta' kwittanza u f'dawk preċedenti u b'hekk tissewwa l-ħsara li saret għad-dannu tal-kredibbiltà tal-Qorti minħabba prattiki interni diskutibbli; itenni d-disponibbiltà biex il-Qorti tkun akkumpanjata f'dan il-proċess ta' riforma neċessarju;

32.  Jinsab imħasseb immens bl-allegazzjonijiet rigward is-sullokazzjoni min-naħa ta' membri tal-Qorti ta' appartament lill-membri tal-persunal tal-Qorti, anki fil-kuntest ta' ksur potenzjali tad-dispożizzjonijiet tal-kuntratt tal-kiri rilevanti u l-ħolqien ta' struttura mhux etika fil-kuntest tal-allowance tar-residenza; jiddispjaċih li l-Qorti rrifjutat li tagħti lix-shadow rapporteurs kollha fil-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament informazzjoni dwar sid il-kera, l-ammont tal-kera li ħallsu l-membri tal-Qorti li krew l-appartament u l-ammont tal-kera li tħallas lil dawk il-membri mis-subkondutturi impjegati mill-Qorti;

33.  Jinnota bi tħassib li l-ispiża totali tal-irregolaritajiet imwettqa minn Karel Pinxten, ex Membru tal-Qorti, skont kif ġie speċifikat fir-rapport rilevanti mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF), hija ta' EUR 570 824; jesprimi dispjaċir għall-fatt li, wara l-analiżi legali tal-Qorti, il-Qorti setgħet titlob biss lil Karel Pinxten jirrimborża EUR 153 408 għar-raġuni li ma hemm l-ebda bażi ġuridika biex jiġi rkuprat is-salarju tiegħu għall-jiem ta' "assenzi mhux ġustifikati"; jenfasizza l-preġudizzju għar-reputazzjoni tal-Qorti u tal-Unjoni kollha kemm hi kkawżat minn dan it-tip ta' mġiba li, kif indikat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tat-30 ta' Settembru 2021(9), kienet mgħejuna mill-ambigwità tar-regoli interni u permessa min-nuqqasijiet tal-kontrolli fis-seħħ; jinnota s-segwitu tal-Qorti għal dan il-każ matul l-investigazzjoni tal-OLAF, li jinkludi t-tneħħija tal-immunità u l-konklużjoni b'suċċess tal-proċedura skont l-Artikolu 286(6) tat-TFUE, kif ukoll il-miżuri meħuda b'riżultat ta' dan;

34.  Huwa konxju li l-Qorti u l-awditur intern tagħha, bħala konsegwenza tal-proċeduri li jinvolvu lil Karel Pinxten, wettqu rieżami tal-proċeduri ta' kontroll tagħha mill-2016 sal-2019 u li ma nstabet l-ebda indikazzjoni ta' każijiet simili; jinnota li l-Qorti hija tal-fehma li ttrattat id-dgħufijiet misjuba fl-awditu; jirrikonoxxi li d-delega tad-dmirijiet tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 73 tar-Regolament Finanzjarju esklużivament lis-Segretarju Ġenerali tal-Qorti u mhux aktar lil kull wieħed mill-membri tagħha kienet strumentali fit-twettiq tal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba; josserva li l-Qorti tqis li s-sistema li issa hija stabbilita hi kompletament vijabbli u affidabbli;

35.  Jenfasizza s-sejbiet tar-rieżami bejn il-pari tal-2019 tal-qafas tal-etika tal-Qorti, li jindikaw li l-etika għandha tingħata post prominenti fid-dokumenti strateġiċi tal-Qorti, li jirrakkomandaw li jkun hemm konsistenza u ċarezza akbar fir-regoli kif ukoll taħriġ xieraq, li l-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni għandhom jissaħħu, u li s-sistema ta' kontroll tal-etika tal-Qorti għandha tkompli tittejjeb; jinnota li r-rieżami bejn il-pari kkonkluda li l-istandards etiċi tal-Qorti huma ġeneralment konformi mal-kodiċi tal-etika tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar iżda li hemm bżonn ta' aktar titjib; jenfasizza f'dak ir-rigward li hemm aspettattivi għoljin għall-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar bħall-Qorti u, għalhekk, jeħtieġ li jaġixxu bħala organizzazzjonijiet mudell u jispiraw fiduċja u kredibbiltà u li għal tali fini, it-tmexxija jeħtiġilha tkun ta' eżempju permezz tal-azzjonijiet tagħha; jinnota li l-Qorti bħalissa qed tirrevedi l-qafas tal-etika tagħha, inkluża valutazzjoni tar-riskji relatati mal-etika minn fornitur estern, li se tevalwa l-livell ta' maturità tal-qafas tal-etika tal-Qorti u tivvaluta r-riskji relatati mal-etika tal-Qorti; jirrimarka li l-konklużjonijiet ta' dak ir-rieżami se jservu biex jaġġornaw il-qafas tal-etika tal-Qorti fil-bidu tal-2022 u jitlob lill-Qorti żżomm lill-awtorità tal-kwittanza infurmata mingħajr dewmien żejjed;

36.  Jilqa' l-adozzjoni tal-Kodiċi ta' Kondotta l-ġdid għall-Membri u l-ex Membri tal-Qorti tal-Awdituri fl-14 ta' Diċembru 2020(10) li huwa konsiderevolment aktar dettaljat u espliċitu mill-Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri tal-Qorti tat-8 ta' Frar 2012; jinnota li l-Membri issa għandhom l-obbligu li jippreżentaw "Dikjarazzjoni ta' Interessi" annwali iżda jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta' kapaċitajiet ta' eżami tal-Qorti, li huwa kruċjali sabiex jiġu evitati l-kunflitti ta' interess, u għalhekk jistieden lill-Qorti ssaħħaħ is-sistema attwali; jenfasizza l-obbligu għall-Membri tal-Qorti li josservaw l-ogħla standards ta' mġiba etika u l-valuri u l-prinċipji etiċi li għandhom jiġu osservati, bħall-integrità, l-indipendenza, l-oġġettività, l-imġiba professjonali, id-dinjità, l-impenn u l-lealtà;

37.  Jilqa' l-fatt li l-kodiċi ta' kondotta jelabora regoli proċedurali għall-obbligi tal-Membri tal-Qorti rigward l-attivitajiet u l-okkupazzjonijiet esterni wara li ma jibqgħux fil-kariga; jaqbel li l-Membri ma għandhom jinvolvu ruħhom fl-ebda attività esterna li ma tkunx kompatibbli mad-dmirijiet tagħhom u, għalhekk, huwa allarmat li l-Artikolu 12 tal-kodiċi ta' kondotta jippermetti b'mod espliċitu li l-Membri jkollhom karigi onorarji u mingħajr ħlas f'organizzazzjonijiet fl-isfera politika; jisħaq li l-valuri tal-indipendenza u l-oġġettività huma speċifikament u serjament kompromessi mill-mument li Membru jżomm kwalunkwe relazzjoni konkreta ma' partit politiku matul il-mandat tiegħu, kif iddikjarat b'mod ċar mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tat-30 ta' Settembru 2021; jitlob, għalhekk, lill-Qorti taġġorna u tiċċara l-kodiċi ta' kondotta tagħha biex tipprojbixxi b'mod espliċitu lill-Membri milli jkollhom karigi onorarji f'organizzazzjonijiet politiċi sabiex iżżomm l-indipendenza tagħha;

38.  Jisħaq li l-president tal-Qorti jeħtieġ li jkun ta' eżempju billi jevita kwalunkwe kunflitt ta' interess reali jew perċepit li jista' jdgħajjef l-imparzjalità tal-Qorti u, għalhekk, jikkundanna l-missjonijiet tiegħu mwettqa bi skop politiku ċar li mhumiex konformi mal-istandards u l-prinċipji etiċi mistennija mill-Qorti; ifakkar, f'dan ir-rigward, fl-Artikolu 7(2) tal-kodiċi ta' kondotta tal-Qorti li jiddikjara li "Il-Membri tal-Qorti għandhom ikunu konxji mill-importanza tad-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom; huma għandhom, billi jmexxu bl-eżempju, jieħdu inkunsiderazzjoni n-natura pubblika ta' dmirijiethom u għandhom iġibu ruħhom b'mod li jżomm u jippromwovi l-fiduċja tal-pubbliku fil-Qorti";

39.  Jenfasizza li l-Artikolu 6(2) tal-linji gwida etiċi tal-Qorti jirrikonoxxi li relazzjonijiet mill-qrib jistgħu jagħmluha diffiċli li wieħed jaderixxi mal-prinċipju ta' trattament ugwali, filwaqt li l-Artikolu 3(5) tal-kodiċi ta' kondotta tagħha jipprojbixxi lill-konjuġi, lis-sħab u lill-familja diretta milli jkunu parti mill-kabinetti tal-Membru rilevanti; huwa tal-fehma li, lil hinn mill-perċezzjoni personali, il-fatt li l-president tal-Qorti jikkondividi appartament ma' żewġ uffiċjali full-time tal-kabinett tiegħu jindika relazzjoni mill-qrib komparabbli b'mod ċar mas-sitwazzjonijiet ipprojbiti li jistgħu jiġġeneraw l-impressjoni ta' kunflitt ta' interess potenzjali jew ksur tal-prinċipju ta' trattament ugwali, anki jekk is-Segretarju Ġenerali tal-Qorti huwa l-awtorità tal-ħatra tagħha u l-klassifikazzjoni tal-persunal tal-kabinetti tal-Membri hija bbażata fuq is-snin ta' esperjenza; huwa tal-fehma li l-membri tal-Qorti ma għandhomx jitħallew jikkondividu r-residenza tagħhom ma' membri tal-kabinetti tagħhom skont is-sens tal-Artikolu 3(5) tal-kodiċi ta' kondotta tagħha; jinnota r-reviżjoni reċenti tal-kodiċi ta' kondotta tal-Qorti li tissubordina r-relazzjonijiet kuntrattwali bejn il-Membri u l-membri tal-persunal tal-Qorti għan-notifika lill-kumitat tal-etika u li tipprevedi li l-Membri ma għandhomx jidħlu fi ftehimiet ta' kiri, sullokazzjoni jew self fit-tul mal-persunal tal-Qorti; jesprimi dispjaċir għall-ksur tad-dritt għall-privatezza tal-membri tal-persunal ikkonċernati kkawżat mill-pubblikazzjoni tal-ismijiet tagħhom fl-istampa;

40.  Jilqa' l-fatt li l-kodiċi ta' kondotta jipprevedi wkoll qafas organizzazzjonali għall-applikazzjoni tiegħu, jiġifieri kumitat tal-etika li għandu jikkunsidra kwalunkwe kwistjoni etika li jqis rilevanti għall-istandards stabbiliti fil-kodiċi ta' kondotta u għar-reputazzjoni tiegħu; jilqa' l-fatt li l-kumitat tal-etika huwa assistit mis-servizz legali tal-Qorti peress li dik il-miżura se tgħin biex jiġi evitat kwalunkwe riskju legali b'rabta mad-deċiżjonijiet tiegħu; jinnota li skont ir-regoli ta' proċedura attwali tal-Qorti, il-membri tal-kumitat tal-etika jinħatru mill-Qorti abbażi ta' proposta mill-president; jistieden b'urġenza lill-Qorti tikkunsidra mill-ġdid ir-regoli għall-ħatra u l-kompożizzjoni tal-kumitat tal-etika u jissuġġerixxi li l-kumitat tal-etika ma jibqax jinħatar fuq proposta mill-president tal-qorti;

41.  Jinnota li l-Qorti tippubblika l-missjonijiet tal-Membri tagħha fuq il-portal tat-trasparenza tas-sit web tagħha, iżda għas-sena attwali biss; jitlob lill-Qorti tippubblika u żżomm l-informazzjoni dwar il-missjonijiet tal-Membri kollha mwettqa matul il-perjodu kollu tal-mandat tagħhom; iħeġġeġ lill-Qorti tingħaqad mar-Reġistru ta' Trasparenza tal-Unjoni abbażi ta' ftehim dwar il-livell ta' servizz; iħeġġeġ lill-Qorti tippubblika l-aġendi ta' impenji pubbliċi u professjonali tal-Membri tagħha;

42.  Jinnota li fl-2020, il-każ wieħed tal-OLAF li nfetaħ u l-ilment wieħed riċevut mill-Ombudsman Ewropew ġew miċħuda t-tnejn mill-awtoritajiet rispettivi; josserva li fl-2020 ma kien hemm l-ebda każ ta' żvelar ta' informazzjoni protetta;

43.  Jistieden lill-Qorti tiċċara r-rwol tal-konsulenti tal-etika tagħha peress li ma hemm disponibbli l-ebda rapport dwar l-attività tagħhom; jemmen li, wara s-sejbiet tar-rieżami bejn il-pari tal-2019, ikun ta' benefiċċju li jinżamm rekord tan-numru u t-tip ta' kwistjonijiet indirizzati u l-pariri mogħtija; jinnota li l-konsulenti tal-etika issa huma meħtieġa jirrapportaw kull sena dwar l-attivitajiet tagħhom lis-Segretarju Ġenerali tal-Qorti, bi qbil mar-regoli ta' kunfidenzjalità;

Riżorsi umani, ugwaljanza u benesseri tal-persunal

44.  Jinnota li, fi tmiem l-2020, il-Qorti impjegat b'kollox 925 membru tal-persunal, li jikkonsistu minn 669 uffiċjal, 158 aġent temporanju, 83 aġent kuntrattwali u 15-il espert nazzjonali sekondat (SNEs); josserva li r-rata medja ta' okkupazzjoni fl-2020 kienet ta' 97,2 %; japprezza l-livell tajjeb kontinwu ta' azzjonijiet ta' reklutaġġ fl-2020 bi 62 impjegat ġdid reklutat, li jikkonsistu minn 18-il uffiċjal, 21 aġent temporanju, 20 aġent kuntrattwali u 3 SNEs (meta mqabbla ma' 77 fl-2019);

45.  Itenni d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom l-istituzzjonijiet tal-Unjoni installati fil-Lussemburgu biex jirreklutaw persunal skont il-ħtiġijiet tagħhom; jirrimarka l-indiċjar tas-salarji fil-Lussemburgu bħala wieħed mill-fatturi ewlenin; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet rilevanti jkollhom approċċ ikkoordinat u uniku lejn il-Kummissjoni;

46.  Jilqa' l-fatt li, b'mod ġenerali, il-Qorti impjegat proporzjonijiet ugwali ta' nisa u rġiel fil-forza tax-xogħol fl-2020, b'475 mara u 435 raġel minn 910 impjegati; jinnota li n-nisa kienu jikkostitwixxu 51,63 % tal-forza tax-xogħol ġenerali, inklużi Membri tal-Qorti u SNEs; josserva żieda fis-sehem tan-nisa fil-maniġment, 34,82 % fl-2020 meta mqabbel ma' 30,43 % fl-2019; josserva li madwar terz tal-maniġers prinċipali (17 minn 47) u tad-diretturi (3 minn 10) huma nisa;

47.  Jesprimi dispjaċir għall-fatt li fl-2020 il-Qorti kellha biss 8 Membri nisa meta mqabbla ma' 18-il Membru raġel, għalkemm japprezza li s-sehem tan-nisa żdied minn 25,93 % fl-2019 għal 30,77 % fl-2020; iqis li huwa inaċċettabbli, madankollu, li l-Qorti kellha biss 16-il Membru mara minn total ta' 112-il Membru minn mindu twaqqfet fl-1977 (85,7 % irġiel, 14,3 % nisa); ifakkar li l-Kunsill jaħtar il-Membri tal-Qorti wara li jikkonsulta mal-Parlament u jifhem li l-proċedura ta' nomina għall-Membri tal-Qorti hija qafas kumpless li jikkostitwixxi sfida għall-kisba tal-bilanċ bejn il-ġeneri minħabba li n-nomina nazzjonali taqa' taħt ir-responsabbiltà unika tal-Istat Membru inkwistjoni u kandidat wieħed biss jista' jiġi nnominat kull darba; jinnota li skont l-Artikolu 286(2) tat-TFUE, il-Kunsill jadotta l-lista tal-Membri tal-Qorti fuq proposti mill-Istati Membri u wara li jikkonsulta l-Parlament; jistieden lill-Qorti, madankollu, tanalizza l-kompożizzjoni ġenerali tal-Qorti sabiex tinforma lill-Kunsill u lill-Istati Membri involuti sabiex il-bilanċ bejn il-ġeneri b'mod partikolari jitqies fid-deċiżjonijiet ta' nomina;

48.  Jenfasizza li, skont l-Artikolu 286 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-membri tal-Qorti għandhom jintagħżlu minn persuni li huma jew kienu parti minn korpi ta' awditjar esterni fl-Istat Membru rispettiv tagħhom, jew li huma kkwalifikati speċjalment biex ikollhom il-kariga kkonċernata, u li m'hemm l-ebda dubju dwar il-kompetenza professjonali u l-indipendenza tagħhom; jiddispjaċih li l-Kunsill ripetutament jipproċedi bin-nomina tal-Membri tal-Qorti minkejja li tkun ingħatat opinjoni negattiva mill-Parlament; huwa tal-fehma li l-proċedura ta' nomina tal-Membri tal-Qorti fl-Artikolu 286(2) tat-TFUE għandha tiġi riformata u allinjata ma' dik tal-imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja stabbiliti fl-Artikolu 255 tat-TFUE, fejn kumitat jagħti opinjoni dwar l-idoneità tal-kandidati; jenfasizza li l-Parlament għandu jkollu rwol vinkolanti fil-valutazzjoni tal-idoneità tal-kandidati għall-Qorti; ifakkar li r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-4 ta' Frar 2014 dwar ir-Rwol tal-Qorti tal-Awdituri fil-Ġejjieni tagħmel analiżi dettaljata u tifformula rakkomandazzjonijiet prezzjużi għal reviżjoni neċessarja tal-proċedura tal-ħatra tal-membri tal-Qorti, li tinvolvi rieżami tat-Trattat;

49.  Jirrimarka li l-Qorti ssegwi bilanċ ġeografiku, li l-Istati Membri kollha huma rappreżentati fil-persunal u li 21 Stat Membru huma rappreżentati f'pożizzjonijiet maniġerjali; jissottolinja f'dan ir-rigward li l-Qorti ssieħbet fil-Grupp ta' Ħidma dwar id-Diversità u l-Inklużjoni stabbilit mill-EPSO, li ppreżenta azzjonijiet speċifiċi biex tiżdied l-attraenza tal-Lussemburgu bħala post tax-xogħol, inkluż il-programm biex jintroduċi impjieg għall-konjuġi, l-indennizz għall-akkomodazzjoni, strateġija komuni unika ta' komunikazzjoni u kollaborazzjoni mal-universitajiet Ewropej;

50.  Jinnota b'sodisfazzjon il-firxa wiesgħa u varjata ta' attivitajiet imwettqa fl-2020 għal aktar opportunitajiet indaqs ("EO"), jiġifieri stħarriġ tal-persunal u ħames workshops parteċipattivi dwar il-politika u l-prestazzjoni tal-EO tal-Qorti, l-użu ta' analiżi statistika tad-data tal-EO biex jiġi eżaminat kif il-kundizzjonijiet tax-xogħol jaffettwaw segmenti differenti tal-persunal, attivitajiet ta' komunikazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni, taħriġ obbligatorju għall-maniġers dwar in-nondiskriminazzjoni u l-EO, taħriġ dwar preġudizzju inkonxju għall-membri tal-panel tal-għażla, reviżjoni tal-avviżi ta' postijiet vakanti u analiżi ex post tal-proċedura ta' promozzjoni annwali biex jiġi żgurat li ma kien hemm l-ebda preġudizzju minħabba liv tal-maternità jew tal-ġenituri; jilqa' l-impatt pożittiv tal-attivitajiet orjentati lejn l-EO fl-2020, pereżempju fir-rigward ta' promozzjonijiet b'50 % tan-nisa eliġibbli u 46 % tal-irġiel eliġibbli li jiġu promossi u 51 % tan-nisa promossi u 45 % tal-irġiel promossi li jieħdu liv tal-ġenituri; huwa konxju mill-politika u l-pjan ta' azzjoni tal-Qorti dwar id-diversità u l-inklużjoni għall-2021-2025;

51.  Josserva li l-Qorti toffri diversi arranġamenti tax-xogħol flessibbli biex jiġi ffaċilitat il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, inkluż, b'mod partikolari, il-liv tal-ġenituri għall-ġenituri bi tfal sa 12-il sena, diversi tipi ta' liv speċjali u arranġamenti għall-ħin tat-treddigħ; jinnota, bl-istess mod, l-għadd limitat ta' sigħat ewlenin li matulhom il-membri kollha tal-persunal għandhom ikunu aċċessibbli u l-possibbiltà li s-sigħat mhux ewlenin jinfirxu matul il-jum tax-xogħol, skont id-diskrezzjoni tal-membru tal-persunal, biex jakkomoda l-ħtiġijiet tan-negozju u dawk privati; jirrikonoxxi li l-arranġamenti flessibbli disponibbli fl-2020 ġew ikkomunikati u aġġornati ta' spiss lill-membri kollha tal-persunal; jinnota n-nuqqas kontinwu ta' bilanċ għal xi arranġamenti tax-xogħol peress li 83 % tal-membri tal-persunal li jitolbu l-part-time kienu nisa; jemmen li hemm bżonn ta' komunikazzjoni aktar intensa dwar il-vijabbiltà u l-benefiċċji ta' dawk l-arranġamenti u dwar il-fatt li l-użu tal-arranġamenti tax-xogħol disponibbli mhux se jfixkel bl-ebda mod il-progress fil-karriera tal-impjegati kkonċernati;

52.  Jinnota li t-telexogħol kien ir-reġim ta' xogħol awtomatiku fl-2020; jilqa' l-fatt li, fuq dik il-bażi, ġiet ipprovduta l-possibbiltà ta' telexogħol minn barra l-post tal-impjieg, fil-limitu ta' żmien ta' ħamest ijiem fix-xahar, li barra minn hekk, ingħataw awtorizzazzjonijiet eċċezzjonali għal telexogħol full-time barra mill-post tal-impjieg abbażi ta' ċirkostanzi speċifiċi tal-familja u tas-saħħa, u li l-membri tal-persunal bħalissa għadhom jiġu permessi massimu ta' 30 jum ta' telexogħol fis-sena minn barra l-post tal-impjieg (b'massimu ta' 10 ijiem konsekuttivi); jilqa' l-adozzjoni fl-2020 ta' miżuri speċifiċi biex jgħinu lill-persunal ilaħħaq mas-sitwazzjoni partikolari kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19, jiġifieri sa sagħtejn kuljum għall-arranġamenti tal-indukrar tat-tfal (użati minn 284 awditur li minnhom 160 huma rġiel) u liv tal-maternità estiż għall-ommijiet li kienu se jerġgħu jibdew xogħol matul il-perjodu sħiħ ta' lockdown;

53.  Jinnota li fl-2020 ġew irrappurtati tliet każijiet ta' eżawriment minħabba x-xogħol; jappoġġja l-miżuri adottati biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal konsulenza psikoloġika għall-membri tal-persunal li jeħtieġu dan; jinnota, barra minn hekk, li l-Qorti tat attenzjoni għall-kampanji ta' komunikazzjoni dwar id-dritt għall-iskonnessjoni, inkluż taħriġ obbligatorju, workshops dwar mindfulness, it-tnaqqis tal-istress u l-bini tar-reżiljenza; jirrakkomanda lill-Qorti, madankollu, tmur lil hinn mill-attivitajiet ta' awtosensibilizzazzjoni u timplimenta, permezz ta' azzjonijiet speċifiċi, id-dritt għall-iskonnessjoni tal-membri tal-persunal; japprezza l-istabbiliment ta' tim tal-benesseri u t-tnedija ta' stħarriġ biex jiġi mmonitorjat is-sodisfazzjon tal-membri tal-persunal tal-Qorti;

54.  Jinnota li ġew irrapportati żewġ każijiet ta' allegat fastidju psikoloġiku, iżda li l-investigazzjonijiet amministrattivi ma stabbilewx li seħħ fastidju psikoloġiku; jinnota, għalhekk, li fl-2020 il-Qorti ma rrapportat l-ebda każ ikkonfermat ta' fastidju psikoloġiku jew sesswali; japprezza li l-Qorti saħħet in-numru ta' persuni ta' kuntatt fin-network taħt il-politika għaż-żamma ta' ambjent tax-xogħol sodisfaċenti; jappoġġja t-taħriġ obbligatorju għall-maniġers dwar il-protezzjoni tal-persunal kontra l-fastidju u l-imġiba mhux xierqa, il-workshop dwar ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti b'enfasi fuq il-komunikazzjoni ċibernetika u l-fatt li s-sessjonijiet introduttorji għall-parteċipanti l-ġodda jinkludu moduli dwar il-politiki interni dwar l-EO u l-ġlieda kontra l-fastidju;

55.  Jiddispjaċih li l-Qorti ddeċidiet li tinjora l-allegati akkużi ta' fastidju sesswali minn uffiċjali ta' livell għoli, abbażi tal-fatt li kienu ġew ippubblikati fuq il-paġna tal-intranet tal-Qorti u mhux irrapportati mill-kanali uffiċjali; jistieden lill-Qorti tkompli taħdem biex ittejjeb l-istrument ta' rapportar tal-ilmenti ta' fastidju u l-qafas etiku intern;

56.  Jinnota li l-Qorti laqgħet 44 trainee fl-2020 (meta mqabbla ma' 55 fl-2019, fejn ir-raġuni għat-tnaqqis kienet il-kanċellazzjoni tas-sessjoni ta' Mejju minħabba t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19); josserva li tħallsu 42 minn 44 traineeship u jistieden lill-Qorti tiżgura li t-trainees kollha tagħha jirċievu remunerazzjoni deċenti fil-futur;

Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà u protezzjoni tad-data

57.  Jinnota li l-baġit totali tal-IT fl-2020 kien ta' EUR 10 093 000, li huwa żieda ta' 25 % meta mqabbel mal-2019, fejn il-baġit tal-IT kien ta' EUR 8 085 000; jirrimarka li l-aktar proġett sinifikanti, li jammonta għal kważi 50 % taż-żieda u ffinanzjat minn trasferimenti speċjali, kien is-sostituzzjoni tal-infrastruttura sħiħa għall-ħżin tal-IT; josserva li l-Qorti investiet EUR 358 000 f'tagħmir tal-IT għall-utenti finali (laptops, skrins, iPads, mowbajls u ċwievet kriptati tal-USB) li jirrappreżenta żieda ta' 185 % meta mqabbel mal-2019; josserva li EUR 6 390 000 intefqu fuq is-servizzi tal-IT, prinċipalment fuq il-manutenzjoni tal-applikazzjonijiet, l-operazzjonijiet tal-IT u s-servizzi pprovduti minn istituzzjonijiet oħra; jinnota li fl-2020 twettqu diversi proġetti ġodda tal-IT b'investiment ta' EUR 1 603 000 (żieda ta' 23 % meta mqabbla mal-2019);

58.  Josserva b'interess li wara t-tifqigħa tal-COVID-19, iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-awditjar kellu jsir b'mod diġitali, inklużi l-ġbir tal-evidenza, il-proċeduri kontenzjużi u l-intervisti li twettqu permezz ta' vidjokonferenza b'interpretazzjoni, fejn meħtieġ, u li b'riżultat ta' dan, l-eżitu tal-proċess ma ġiex affettwat; jilqa' l-ħidma li saret fl-2020 mit-tim interdixxiplinari tal-laboratorju tal-innovazzjoni tal-ECALab biex jiġu esplorati teknoloġiji bħall-estrazzjoni tad-data, l-intelliġenza artifiċjali u l-ipproċessar tad-data miftuħa bl-objettiv li tkompli tiġi żviluppata d-diġitalizzazzjoni tal-proċess tal-awditjar; huwa konxju li matul l-2020, il-Qorti kompliet timplimenta l-proġett "l-awditu tal-QEA isir diġitali", proġett trażversali bl-għan li jiġu applikati tekniki ta' awditjar diġitali għall-awditjar finanzjarju tal-aġenziji tal-Unjoni;

59.  Jinnota li l-proċedura ta' votazzjoni (inkluż il-vot sigriet), il-proċessi ta' reklutaġġ u l-akkwist ta' oġġetti u servizzi twettqu b'mod diġitali; jifhem li l-adozzjoni ta' politika dwar il-klassifikazzjoni tal-informazzjoni, li għandha tiġi segwita minn linji gwida ta' implimentazzjoni u deċiżjoni speċifika relatata mal-informazzjoni klassifikata tal-Unjoni Ewropea, u l-istabbiliment ta' għodda diġitali biex jiġu ttrattati dokumenti sensittivi kkontribwew biex tiġi ffaċilitata l-bidla lejn diġitalizzazzjoni sħiħa; jinnota li l-Qorti użat sistema ġdida għall-monitoraġġ tas-sigurtà u t-tfittix ta' theddid, ċertifikati diġitali maħruġa minn awtorità ta' ċertifikazzjoni pubblika għall-kriptaġġ tal-posta elettronika biex tiffaċilita l-iskambju ta' fajls sensittivi ma' entitajiet esterni u software għall-protezzjoni mit-theddid għal apparati mobbli korporattivi;

60.  Jinnota li, b'mod ġenerali, iċ-ċibersigurtà stabbilita (li tkopri l-perjodu 2018-2021) ġiet ittestjata u qed taħdem b'mod effettiv b'aktar minn 70 000 theddida fuq l-internet imblukkati mill-filtru tal-internet fl-2020; josserva li l-Qorti wettqet ukoll diversi inizjattivi ta' sensibilizzazzjoni biex trawwem prattiki tajbin meta ssir ħidma remota; jilqa' l-fatt li ma seħħ l-ebda inċident serju ta' sigurtà matul l-2020; huwa konxju li l-Qorti qed tfassal pjan ġdid għaċ-ċibersigurtà (li jkopri l-perjodu mill-2022 sal-2024), li jipprevedi t-tranżizzjoni gradwali lejn Arkitettura b'Fiduċja Żero;

61.  Josserva li l-linji gwida u l-aġġornamenti dwar is-suġġetti tal-protezzjoni tad-data ġew ipprovduti lill-persunal permezz ta' bullettin ta' kull xahrejn; japprezza l-fatt li l-Qorti tqieset bħala "konformi bis-sħiħ" wara l-ispezzjoni mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tar-reġistru tal-uffiċjal għall-protezzjoni tad-data tal-Qorti;

Bini u sigurtà

62.  Jinnota li fl-2020, il-Qorti adottat bidliet permanenti fl-ispazji tax-xogħol sabiex ittejjeb l-effiċjenza enerġetika, tintegra xejriet tal-ispazju moderni, iżżid is-sigurtà fiżika u tqis il-mod ibridu l-ġdid tax-xogħol (telexogħol u xogħol in situ);

63.  Jistieden lill-Qorti, fl-implimentazzjoni tal-proġetti ta' rinnovazzjoni, tikkonsulta r-rappreżentanti tal-persunal f'kull pass tal-proċess, inkluż il-monitoraġġ tas-sodisfazzjon u tal-benesseri tal-persunal fil-futur, u, b'mod partikolari, tqis il-ħtieġa ta' titjib għal persuni b'mobbiltà mnaqqsa jew b'diżabilità oħra u tidentifika soluzzjonijiet bil-quddiem biex tiffaċilita l-aċċess tagħhom;

Ambjent u sostenibbiltà

64.  Jinnota li l-Qorti tipparteċipa fl-Iskema ta' Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS), li għandha l-għan li tiżgura l-konformità mar-rakkomandazzjonijiet dwar l-akkwist ekoloġiku meta jinxtraw prodotti u servizzi f'kull stadju tal-proċedura; jilqa' l-fatt li l-Qorti tipparteċipa fl-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku tal-Parlament, li jfisser li l-kriterji ekoloġiċi huma parti mill-għażla u l-ekotikketti u t-tikketti tal-kummerċ ġust huma meħtieġa, fejn xieraq, minbarra li tingħata attenzjoni lid-diliġenza dovuta tad-drittijiet tal-bniedem meta jiġu vvalutati l-offerenti u l-kuntratturi;

65.  Jinnota li fl-2020, l-output totali tal-gassijiet serra tal-Qorti kien 14 % inqas minn dak fl-2014 – meta bdew jitkejlu l-emissjonijiet tas-CO2; huwa konxju li wara r-riżultati ta' awditu estern, iċ-ċertifikazzjoni EMAS tal-Qorti ġiet imġedda għall-perjodu 2020-2022; iħeġġeġ ukoll lill-Qorti tinstalla pannelli solari fuq il-binjiet kollha sabiex iżżid l-effiċjenza fl-emissjonijiet tal-karbonju tal-Qorti;

66.  Jirrikonoxxi li l-Qorti qed tfassal l-ewwel rapport tagħha dwar is-sostenibbiltà bbażat fuq l-istandards tal-Inizjattiva Globali ta' Rapportar u f'konformità mal-linji gwida tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rapportar Finanzjarju;

67.  Jifhem li l-limitazzjonijiet tax-xogħol ikkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 irriżultaw fi tnaqqis konsiderevoli fil-konsum tal-elettriku u tal-ilma, bi 30 % u 93 %, rispettivament, u li l-għadd medju ta' paġni stampati għal kull persunal fil-bini tal-Qorti kien qrib iż-żero; iħeġġeġ lill-Qorti tibni fuq l-esperjenzi miksuba matul il-pandemija biex ittejjeb il-kampanja tagħha favur it-tnaqqis tal-konsum tal-karti;

Komunikazzjoni u multilingwiżmu

68.  Jinnota li fl-2020 il-Qorti rreġistrat madwar 32 000 artiklu online u post fuq il-media soċjali relatati mal-pubblikazzjonijiet tagħha jew mal-Qorti b'mod ġenerali (meta mqabbla ma' 51 000 fl-2019), ħarġet 68 stqarrija għall-istampa u organizzat 22 laqgħa ta' informazzjoni għall-istampa (meta mqabbla ma' 61 u 25, rispettivament, fl-2019); jifhem li t-tnaqqis identifikat fil-kopertura tal-media għall-pubblikazzjonijiet tal-Qorti, minbarra r-rapporti tal-awditjar, jista' jiġi parzjalment attribwit għall-attivitajiet ta' komunikazzjoni mnaqqsa fuq il-kanali tal-media soċjali minn nofs Marzu 2020 'il quddiem;

69.  Jinnota b'sodisfazzjon l-inizjattivi biex jintlaħqu l-partijiet ikkonċernati u ċ-ċittadini permezz tal-istampa u tal-media, bħal-laqgħat ta' informazzjoni virtwali għall-istampa biex tiġi estiża l-preżenza tal-Qorti fix-xenarju nazzjonali tal-istampa u tal-media; jenfasizza bħala prattika tajba l-konferenza dwar l-Etika u l-Integrità fl-Amministrazzjoni Pubblika li saret f'Settembru 2020 bħala diskussjoni ta' segwitu għar-Rapport Speċjali tal-Qorti nru 13/2019 dwar "L-oqfsa etiċi tal-istituzzjonijiet tal-UE li ġew awditjati: hemm lok għal titjib";

Kooperazzjoni interistituzzjonali

70.  Jinnota l-kooperazzjoni interistituzzjonali intensa miksuba mill-Qorti fl-2020 minkejja s-sitwazzjoni diffiċli, inkluż b'kollox 156 preżentazzjoni tar-riżultati tal-ħidma tagħha: 52 lill-kumitati tal-Parlament, 57 lill-korpi preparatorji tal-Kunsill u 47 lill-parlamenti nazzjonali (meta mqabbla ma' 264 fl-2019);

71.  Jinnota l-Awditjar tan-Network tal-UE, maħsub biex ikun tip ġdid ta' kooperazzjoni tal-awditjar dwar kwistjonijiet relatati mal-pandemija tal-COVID-19, li għandu l-għan li jikkondividi l-għarfien u l-esperjenza u jżid il-viżibbiltà u l-impatt tal-ħidma tal-awditjar rilevanti tal-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar;

72.  Jinnota l-progress fin-negozjati għall-ftehim tripartitiku mal-Bank Ewropew tal-Investiment (il-"BEI") u l-Kummissjoni biex jiġi rieżaminat il-ftehim tal-2016 li jirregola l-aċċess tal-Qorti għal dokumenti u informazzjoni miżmuma mill-BEI sabiex twettaq il-verifiki tagħha tal-operazzjonijiet iffinanzjati jew iggarantiti mill-baġit tal-Unjoni u ġestiti mill-BEI;

73.  Jilqa' n-negozjati preparatorji mwettqa fl-2020 biex jiġi ffirmat arranġament ta' ħidma mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-"UPPE") sabiex jiġi pprovdut qafas strutturat għall-kooperazzjoni bejn il-Qorti u l-UPPE, bil-għan li l-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni tkompli tissaħħaħ; huwa konxju li l-arranġament ta' ħidma msemmi ġie ffirmat f'Settembru 2021;

74.  Jinnota li fl-2020 il-Qorti rrapportat sitt każijiet ta' frodi suspettata lill-OLAF li ġew identifikati matul il-ħidma tal-awditjar tal-Qorti (meta mqabbla ma' 10 każijiet fl-2019), li kollha rriżultaw fil-ftuħ ta' investigazzjoni; josserva b'sodisfazzjon li l-perċentwal tal-investigazzjonijiet miftuħa wara t-trażmissjoni mill-Qorti ta' informazzjoni rilevanti żdied fl-aħħar snin b'riżultat tad-djalogu u l-koordinazzjoni aktar intensi bejn il-Qorti u l-OLAF;

Pandemija tal-COVID-19

75.  Jemmen li l-Qorti adottat u approvat għadd ta' miżuri meħtieġa biex tissalvagwardja l-persunal matul il-pandemija tal-COVID-19 u japprezza l-monitoraġġ tas-sitwazzjoni permezz ta' stħarriġ dwar il-benesseri fuq il-post tax-xogħol, il-perċezzjoni tas-sitwazzjoni mill-persunal u l-livelli ta' sodisfazzjon;

76.  Jinnota li l-attivazzjoni tal-pjan ta' kontinwità tal-operat ppermettiet it-twettiq tal-azzjonijiet rapidi meħtieġa, permezz ta' koordinazzjoni mal-awtoritajiet Lussemburgiżi u mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni bbażati fil-Lussemburgu u inkluża r-reviżjoni rapida tar-regoli ta' proċedura tal-Qorti fejn meħtieġ; japprezza l-koordinazzjoni effettiva li seħħet ma' istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni matul l-emerġenza pandemika, b'mod partikolari l-parteċipazzjoni fin-network informali tal-maniġers tal-kontinwità tal-operat tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u fil-grupp interistituzzjonali tal-COVID-19 li jibqa' attiv;

77.  Jisħaq li l-Qorti emendat malajr ir-regoli ta' proċedura tagħha sabiex il-Qorti u l-kmamar u l-kumitati tagħha jkunu jistgħu jadottaw id-deċiżjonijiet tagħhom b'mod remot f'laqgħat virtwali jew "ibridi" f'ċirkostanzi eċċezzjonali li jikkostitwixxu force majeure u biex tiġi żgurata l-kontinwità tat-teħid ta' deċiżjonijiet mill-Qorti f'ċirkostanzi bħal dawn;

78.  Huwa konxju li, mis-16 ta' Marzu 2020, ġie stabbilit reġim ġeneralizzat ta' ħidma mid-djar u li dak ir-reġim ġie adattat b'mod kostanti, u dan juri flessibbiltà effettiva fil-maniġment; iħeġġeġ lill-Qorti tintegra bis-sħiħ fl-istrateġija ta' ġestjoni interna tagħha t-tagħlimiet misluta mill-pandemija tal-COVID-19 f'termini ta' kontinwità tal-operat u ġestjoni tal-kriżijiet, kapaċità ta' rispons tal-IT u reżiljenza tal-organizzazzjoni, dmir ta' diliġenza lejn il-persunal tagħha, effettività tal-komunikazzjoni u flessibbiltà tal-proċessi ta' ħidma.

(1) ĠU L 57, 27.2.2020.
(2) ĠU C 436, 28.10.2021, p. 1.
(3) ĠU C 430, 25.10.2021, p. 7.
(4) ĠU C 436, 28.10.2021, p. 207.
(5) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(6) Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri u l-Membri preċedenti tal-Qorti, ĠU L 46, 25.2.2022, p. 145.
(7) Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/300 tad-29 ta' Frar 2016 li jiddetermina l-emolumenti ta' persuni f'karigi pubbliċi għolja tal-UE (ĠU L 58, 4.3.2016, p. 1).
(9) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Seduta Plenarja) tat-30 ta' Settembru 2021, Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri vs Karel Pinxten, C-130/19, ECLI:EU:C:2021:782.
(10) ĠU L 30, 28.1.2021, p. 10.


Kwittanza 2020: Baġit ġenerali tal-UE – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
PDF 210kWORD 73k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima VI - Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2021/2111(DEC))
P9_TA(2022)0149A9-0079/2022

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2021)0381 – C9‑0263/2021)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2020,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0079/2022),

1.  Jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti ta' kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għas-sena finanzjarja 2020;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2021/2111(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima VI - Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0079/2022),

A.  billi l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (il-"Kumitat") jirrappreżenta u jinvolvi ruħu mas-sħab soċjali u mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mill-Istati Membri fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Unjoni u jsegwi l-missjoni tiegħu ta' tfassil aħjar tal-liġijiet u jsaħħaħ id-demokrazija tal-Unjoni minn isfel għal fuq;

B.  billi l-missjoni tal-Kumitat issegwi tliet objettivi ewlenin, jiġifieri (i) l-iżgurar ta' rabtiet adegwati bejn il-politiki tal-Unjoni u ċ-ċirkostanzi ekonomiċi, soċjali u ċiviċi fil-prattika, (ii) il-promozzjoni tal-iżvilupp ta' Unjoni aktar parteċipattiva u (iii) il-promozzjoni tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-integrazzjoni Ewropea;

C.  billi s-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kienu fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID-19 fl-Unjoni, fid-diskussjoni tan-nuqqasijiet u fil-proposta ta' miżuri speċifiċi u, għalhekk, jistgħu jikkontribwixxu ħafna għas-suċċess tal-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-aġġustament tal-pjanijiet ta' rkupru tal-Unjoni;

D.  billi l-konsultazzjoni tal-Kumitat mill-Kummissjoni jew mill-Kunsill hija obbligatorja f'ċerti każijiet, il-Kumitat jista' jadotta wkoll opinjonijiet fuq inizjattiva tiegħu stess filwaqt li jgawdi minn qasam wiesa' għal riferiment kif definit mill-Att Uniku Ewropew, mit-Trattat ta' Maastricht u mit-Trattat ta' Amsterdam, li jippermettilu li jiġi kkonsultat mill-Parlament;

E.  billi, wara t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 u b'ħarsa lejn is-sitwazzjoni fl-Unjoni, il-Kumitat iddeċieda li l-ħidma kollha tiegħu tqis l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq l-ekonomija u s-soċjetà b'mod ġenerali;

F.  billi l-Kumitat ħa vantaġġ mill-Grupp ta' Kuntatt tiegħu, network ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ġenerali, biex jiddiskuti l-isfidi li kienu qed jiffaċċjaw biex jittrattaw il-pandemija tal-COVID-19, biex jiġbor fil-qosor it-talbiet tagħhom relatati ma' din u biex jappella għal rwol ewlieni fit-tfassil tal-pjan ta' rkupru tal-Unjoni biex ikun jista' jiggwida lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-indirizzar tal-impatt ekonomiku tal-kriżi;

G.  billi jfisser li t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 għamlitha neċessarja għall-Kumitat li jirrevedi u jadatta l-funzjonament intern u l-metodi ta' ħidma tiegħu sabiex ikompli jwettaq il-missjoni tiegħu;

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") ma identifikat l-ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tas-suġġetti awditjati b'relazzjoni mar-riżorsi umani (HR) u l-akkwist għall-Kumitat;

2.  Jenfasizza l-fatt li l-Qorti kkonkludiet li, fuq il-bażi tax-xogħol ta' awditu tagħha, il-pagamenti b'mod globali għall-infiq amministrattiv tal-istituzzjonijiet, inkluża dik tal-Kumitat, għas-sena finanzjarja 2020 kienu ħielsa minn żbalji materjali; jilqa' l-fatt li l-Qorti ma sabet l-ebda kwistjoni speċifika relatata mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet;

3.  Huwa konxju li l-Kapitolu 9 "Amministrazzjoni" tar-Rapport Annwali tal-Qorti huwa ffukat fuq l-infiq fuq ir-riżorsi umani, il-bini, it-tagħmir, l-enerġija, il-komunikazzjoni u t-teknoloġija tal-informazzjoni u li l-Qorti tindika li tali nfiq huwa ta' riskju baxx;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.  Jinnota li l-baġit tal-Kumitat għall-2020 kien jammonta għal EUR 142,5 miljun (żieda ta' 4,22 % meta mqabbel mal-baġit tal-2019), li minnhom EUR 130,9 miljun intnefqu jew ġew riportati għall-2021 bħala impenji;

5.  Jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni fl-2020 kienet ta' 91,8 % (meta mqabbla ma' 98,1 % fl-2019); huwa konxju li, wara t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19, ġew affettwati diversi linji baġitarji (l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-indennizzi tal-membri, l-interpretazzjoni, il-missjonijiet tal-persunal u l-organizzazzjoni ta' avvenimenti u seduti), kemm f'termini ta' użu mnaqqas tal-approprjazzjonijiet kif ukoll f'termini ta' nfiq addizzjonali meħtieġ;

6.  Jinnota li biex jindirizza l-ammonti li kien jifdal fil-linji baġitarji affettwati mit-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19, il-Kumitat beda trasferimenti aktar kmieni fl-2020, li rriżultaw f'ammont ta' trasferiment totali eċċezzjonalment għoli ta' madwar EUR 12,5-il miljun; josserva, madankollu, li l-eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet riportati mill-2019 għall-2020 kienet kemxejn aktar baxxa milli fl-2019: 79,2 % (EUR 6,9 miljun) fl-2020 meta mqabbel ma' 82,1 % (EUR 7,1 miljun) fl-2019;

7.  Jinnota d-deċiżjoni tat-28 ta' April 2020 tal-Bureau tal-Kumitat dwar "Żieda ta' darba fl-indennizz ta' kofinanzjament tal-IT għall-membri" li intitolat lill-membri kwalifikanti (jiġifieri dawk li attendew mill-inqas 50 % tal-laqgħat li kienu ġew mistiedna għalihom) jirċievu EUR 2 500 għal kull wieħed miż-żewġ pagamenti parzjali annwali fl-2020 (minflok EUR 1 500 għal kull wieħed miż-żewġ pagamenti parzjali fi kwalunkwe sena oħra); jistieden lill-Kumitat jagħti informazzjoni dwar din iż-żieda ta' darba fit-taqsima ddedikata għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-indennizzi tal-membri fuq is-sit web tiegħu; jinnota li l-objettiv ta' dik id-deċiżjoni kien li l-membri jkunu jistgħu jaffordjaw mezzi elettroniċi effiċjenti u stabbli biex jikkomunikaw u jattendu l-laqgħat; jirrimarka li l-membri ġew offruti wkoll PC portabbli; jinnota li l-infiq attwali tal-indennizz ta' kofinanzjament tal-IT għall-membri fl-2020 kien ta' EUR 1 443 500, li minnhom EUR 578 000 jirrappreżentaw dik iż-żieda; jiġbed l-attenzjoni, fir-rigward tal-ġestjoni finanzjarja soda, għall-fatt li l-indennizz għall-kofinanzjament tal-IT huwa indennizz b'rata fissa mhux ibbażat fuq l-ispejjeż reali li jfisser li l-membri mhumiex mitluba jipprovdu dokumenti ġustifikattivi sabiex jiksbu dak l-indennizz;

8.  Itenni d-dispjaċir tiegħu rigward id-deċiżjoni tad-9 ta' Ġunju 2020 tal-Bureau tal-Kumitat li tippermetti lill-membri jitolbu l-indennizz tas-sussistenza ta' kuljum tas-soltu talli pparteċipaw f'laqgħat tal-Kumitat b'mod remot; jinnota li l-objettiv ta' dik id-deċiżjoni kien li jikkumpensa lill-membri għaż-żmien li qattgħu fit-twettiq ta' dmirijiethom u għall-ispejjeż amministrattivi relatati, iżda jinnota li, f'għajnejn iċ-ċittadini, tagħmel ħsara lir-reputazzjoni tal-Kumitat; jinnota li l-proposta tal-Kumitat għal indennizz speċifiku ta' kuljum għall-attendenza b'mod remot tal-laqgħat (EUR 145 meta mqabbla mal-indennizz standard ta' EUR 290) ma setgħetx titqiegħed fil-prattika sakemm il-Kunsill jadotta dik il-proposta u d-dħul fis-seħħ sussegwenti tagħha fl-1 ta' Lulju 2021; jifhem li l-ebda waħda minn dawk id-deċiżjonijiet ma kopriet rimborżi minbarra l-indennizz tas-sussistenza ta' kuljum, u b'hekk jiġu esklużi r-rimborż tal-ispejjeż u l-indennizzi tal-ivvjaġġar; jinnota li l-ispiża totali tal-indennizz tas-sussistenza ta' kuljum fl-2020 kien ta' EUR 4 440 099 li minnhom EUR 2 270 700 kienu għall-parteċipazzjoni b'mod remot u EUR 2 169 399 għall-parteċipazzjoni fiżika; jirrikonoxxi li l-awtoritajiet baġitarji ġew innotifikati b'kull deċiżjoni rilevanti tal-Bureau; itenni t-talba tiegħu lill-Kumitat biex jeżamina prattiki ġodda ta' remunerazzjoni biex jiżgura remunerazzjoni ġusta u proporzjonata għall-membri li ma tkunx ibbażata biss fuq rimborżi jew allowances; jitlob lill-Kunsill jallinja s-setgħat ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-Kumitat fir-rigward tar-remunerazzjoni ma' dik tal-Kumitat tar-Reġjuni;

9.  Jinnota li l-aġenzija tal-ivvjaġġar tal-Kumitat tapplika limiti massimi għall-vjaġġi bejn Brussell u l-bliet Ewropej ewlenin; jistaqsi lill-Kumitat b'liema mod iħeġġeġ lill-membri tiegħu u lill-aġenzija tal-ivvjaġġar tiegħu jadottaw prattiki ta' prenotazzjoni intelliġenti għall-ivvjaġġar;

10.  Jinnota li fl-2020, bħala l-istituzzjoni ewlenija, il-Kumitat organizza tmien sejħiet għal offerti miftuħa għall-kompetizzjoni b'valur ta' aktar minn EUR 15 000; josserva li l-offerta għas-servizzi ta' gwardja tas-sigurtà kemm għall-Kumitat kif ukoll għall-Kumitat tar-Reġjuni (il-"KtR") kienet tammonta għal madwar EUR 24 miljun, u b'hekk saret l-offerta bl-ogħla valur għall-Kumitat fl-2020;

Ġestjoni interna, prestazzjoni, kontroll intern

11.  Jirrimarka li tnieda l-proġett ta' analiżi tan-negozju integrat (IBIP) biex tiġi identifikata l-kawża ewlenija tad-differenzi fil-baġit billi jitwettqu analiżijiet komparattivi tal-baġit u l-ispejjeż reali relatati ma' attivitajiet bħal laqgħat, avvenimenti, konferenzi, eċċ.; jinnota li l-ewwel parti tal-IBIP għandha l-għan li tkopri u tidentifika l-proċessi sottostanti, li twitti t-triq għat-tieni parti tal-proġett li se tiffoka fuq it-titjib u r-riinġenerija tal-proċessi; jitlob lill-Kumitat jirrapporta dwar l-ispejjeż u l-iffrankar assoċjati mal-IBIP;

12.  Jinnota li l-Kumitat ħareġ 131 opinjoni, dokumenti ta' pożizzjoni u rapporti ta' informazzjoni fl-2020 (meta mqabbla ma' 127 fl-2019); iqis li, minħabba d-diffikultajiet fl-adozzjoni ta' opinjonijiet permezz ta' referenzi fl-iskadenzi interistituzzjonali stretti fil-bidu tal-pandemija tal-COVID-19, il-Kumitat adotta, qabel l-approvazzjoni tal-proċedura emendata tiegħu, 13-il dokument ta' pożizzjoni b'reazzjoni għal referenzi biex jiżgura kontribuzzjoni effettiva u f'waqtha għar-reazzjoni tal-Unjoni; jitlob lill-Kumitat għal rapport dwar ir-rispett tiegħu tal-iskadenzi interistituzzjonali u d-dewmien possibbli matul dawn l-aħħar ħames snin;

13.  Jinnota li ċ-ċart organizzazzjonali l-ġdida daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2020, u introduċiet bidliet importanti bħall-ħolqien ta' direttorat għall-komunikazzjoni u r-relazzjonijiet interistituzzjonali u t-trasferiment tas-servizz legali taħt is-segretarju ġenerali tal-Kumitat; jinsab imħasseb li r-riorganizzazzjoni ma tipprovdix is-servizz legali bl-indipendenza li teħtieġ biex taħdem b'mod effiċjenti; jitlob lill-Kumitat jikkunsidra mill-ġdid ir-riorganizzazzjoni tiegħu;

14.  Jinnota l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru 078/21 tal-Kumitat li tistabbilixxi proċedura għall-konsultazzjoni tas-servizz legali tiegħu; jinsab imħasseb dwar il-formulazzjoni dgħajfa u impreċiża li tiddikjara li s-servizz legali "huwa infurmat u/jew ikkonsultat qabel ma jiġu adottati miżuri relatati ma' irregolaritajiet serji" peress li sempliċi informazzjoni mhijiex biżżejjed; itenni għal darb'oħra s-sejħa soda tiegħu għal proċeduri interni li jipprevedu l-konsultazzjoni f'waqtha u obbligatorja mas-servizz legali dwar tali irregolaritajiet u l-miżuri relatati tagħhom bl-għan li jiġi mmitigat ir-riskju legali ta' deċiżjonijiet relatati; ifakkar lill-Kumitat li s-servizz legali jeħtieġlu jkun kapaċi jivvaluta b'mod indipendenti d-deċiżjonijiet kollha meħuda mill-maniġment tal-Kumitat u jeħtieġlu jingħata biżżejjed riżorsi u l-prerogattivi meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tiegħu b'suċċess fl-interess tal-Kumitat;

15.  Jinnota l-isforzi tal-Kumitat fit-tixrid tal-opinjonijiet tiegħu flimkien ma' rapporti u attivitajiet oħra li jikkontribwixxu wkoll għall-kisba tal-missjoni tiegħu; jirrikonoxxi li l-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni regolarment tqis l-opinjonijiet tal-Kumitat, iżda l-Parlament jibqa' mħasseb dwar l-impatt tal-ħidma tal-Kumitat; għalhekk jistieden lill-Kumitat jiżgura li kull opinjoni tiġi kondiviża mal-membri tal-kumitati rilevanti tal-Parlament u jitlob b'mod uffiċjali u sistematiku slot għad-diskors fil-preżentazzjoni tal-abbozzi tar-rapporti tal-Parlament, f'konformità mal-ftehim ta' kooperazzjoni bejn il-Parlament u l-Kumitat; jistieden lill-Kumitat jinvolvi lir-rapporteurs tal-Parlament matul it-tħejjija tal-opinjonijiet, sabiex isaħħaħ ukoll il-kooperazzjoni politika mal-Parlament; jirrakkomanda li l-Kumitat iwettaq analiżi tal-impatt aktar kwantitattiva u kwalitattiva tal-opinjonijiet tiegħu; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Kumitat isaħħaħ il-persunal li jaħdem fl-oqsma tal-ħidma leġiżlattiva u tar-relazzjonijiet interistituzzjonali;

16.  Jinnota li fl-2020, il-Kumitat organizza erba' sessjonijiet ta' taħriġ dwar il-valutazzjoni tar-riskju għall-membri tal-persunal, inkluż il-maniġment intermedju, b'parteċipazzjoni ta' madwar 15 % tal-membri tal-persunal kif ukoll sessjonijiet ta' taħriġ għal kull direttorat biex jgħinuhom jivvalutaw l-impatt tax-xenarji ta' riskju fuq l-objettivi annwali tagħhom; jinnota li fi tmiem l-2020, ġie stabbilit reġistru li jorbot l-objettivi, ir-riskji u l-miżuri ta' kontroll għal kull direttorat;

17.  Jinnota bi tħassib li n-nuqqas ta' persunal fis-settur tal-awditjar intern tal-Kumitat (IAS) għandu impatt negattiv fuq l-assigurazzjoni li jista' jipprovdi l-awditur intern; ifakkar li skont ir-rapport annwali tal-Qorti tal-2019, il-Kumitat ma wettaqx valutazzjoni tar-riskju komprensiva mill-2014 u jinsab imħasseb li l-unika valutazzjoni tar-riskju globali hija bbażata kważi esklussivament fuq informazzjoni miksuba mill-IAS; iħeġġeġ lill-kumitat tal-awditjar intern jirrimedja dik is-sitwazzjoni; jinnota li l-abbozzar ta' karta u ta' manwal tal-awditjar li jkomplu jiddefinixxu l-metodi u l-proċeduri ta' ħidma għadu għaddej; jitlob għal darb'oħra lill-Kumitat jirrapporta dwar is-sejbiet ewlenin tar-rapport tal-awditjar intern dwar l-etika, diġà mitlub fl-2019;

18.  Jinnota li fi tmiem l-2020, il-Kumitat nieda l-eżerċizzju annwali tiegħu biex jivvaluta l-konformità mal-istandards ta' kontroll intern u li ġie rivedut il-kwestjonarju tal-2020; ifakkar li żewġ azzjonijiet ta' segwitu ġew posposti mill-eżerċizzju tal-2019 għall-eżerċizzju tal-2020, jiġifieri (i) valutazzjoni formali ta' funzjonijiet sensittivi, li ġiet adottata f'Diċembru 2021, u (ii) l-implimentazzjoni ta' strateġija ta' komunikazzjoni interna pluriennali; jesprimi dispjaċir, minħabba l-importanza kruċjali ta' dik l-azzjoni, għall-fatt li r-riflessjonijiet dwar l-istrateġija ta' komunikazzjoni għadhom għaddejjin, u li l-azzjoni ġiet posposta għall-2021; jinnota li, mill-eżerċizzju tal-2020, ir-reġistrazzjoni u ċ-ċentralizzazzjoni tal-proċeduri mid-direttorati kollha kienu ppjanati għall-2021;

19.  Japprezza li minbarra l-kontrolli preventivi b'diversi livelli, huwa previst bħala parti mill-proċess ta' rimborż li t-talbiet kollha jiġu vverifikati minn aġent ta' tnedija finanzjarju u sussegwentement jiġu skrutinati mill-ġdid minn aġent ta' verifika funzjonalment indipendenti u li l-pagamenti kollha mbagħad jiġu awtorizzati minn uffiċjal tal-awtorizzazzjoni fdat kif xieraq fil-livell maniġerjali.

Riżorsi umani, ugwaljanza u benesseri tal-persunal

20.  Jinnota li fl-aħħar tal-2020, l-għadd totali ta' persunal impjegat mill-Kumitat kien ta' 702, l-istess numru bħal fl-aħħar tal-2019, u li r-rata ta' okkupazzjoni tal-postijiet tax-xogħol fil-pjan ta' stabbiliment tiegħu kienet ta' 95,6 %, li hija kemxejn aktar baxxa milli fis-snin preċedenti; jinsab imħasseb dwar l-ammont ta' xogħol dejjem jikber tal-Kumitat, li jista' jaffettwa l-benesseri tal-persunal;

21.  Jesprimi dispjaċir għan-numru ta' pożizzjonijiet vakanti fit-tul fil-livell ta' maniġment intermedju u superjuri (ħames pożizzjonijiet tax-xogħol vakanti għal seba' xhur jew aktar), ta' maniġers f'pożizzjonijiet "ad interim" (żewġ maniġers f'pożizzjonijiet "ad interim" għal perjodu itwal minn seba' xhur) u ta' maniġers f'pożizzjonijiet doppji "fl-interess tas-servizz" (sitt maniġers f'pożizzjonijiet doppji għal perjodu itwal minn seba' xhur); jesprimi dispjaċir għall-fatt li fl-2020, żewġ proċeduri ta' selezzjoni ġew ikkanċellati u ppubblikati mill-ġdid, filwaqt li proċedura waħda ta' selezzjoni ngħalqet mingħajr ħatra u hija s-suġġett ta' lment lill-Ombudsman Ewropew (l-Ombudsman); josserva bi tħassib li 23 pożizzjoni huma okkupati wara li skadiet l-iskadenza tal-mobbiltà; jinsab imħasseb li dawn is-sitwazzjonijiet jistgħu jikkontribwixxu għal perċezzjoni negattiva tal-ġestjoni tar-riżorsi umani tal-Kumitat u b'hekk iżidu d-diffikultajiet fir-reklutaġġ; jitlob lis-segretarju ġenerali, bħala l-ogħla awtorità amministrattiva fil-Kumitat, iwettaq valutazzjoni sħiħa tas-sitwazzjoni u jirrapporta lill-awtoritajiet baġitarji;

22.  Jinnota li, fl-2020, il-Kumitat identifika n-nuqqas ta' kapaċità li jinstabu membri adegwati tal-persunal bħala riskju trażversali intern; iħeġġeġ lill-Kumitat jesplora modi kif jista' jżid l-attraenza tal-Kumitat bħala impjegatur u l-interess ta' applikanti potenzjali, u jsaħħaħ il-kollaborazzjoni mal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal, jiġifieri biex jinħolqu listi ta' riżerva ta' kandidati kwalifikati; huwa konxju tal-pubblikazzjoni ta' deskrizzjonijiet dettaljati tal-impjiegi f'Sysper għall-postijiet kollha fis-segretarjat tal-Kumitat sabiex tiżdied it-trasparenza u tiġi appoġġjata allokazzjoni aktar simplifikata tar-responsabbiltajiet; jappella bil-qawwa lis-segretarju ġenerali tal-Kumitat biex itejjeb it-trasparenza fil-ħatra tal-bordijiet ta' selezzjoni, speċjalment fil-proċeduri ta' reklutaġġ għal pożizzjonijiet maniġerjali, u biex iwaqqaf il-ħolqien tal-hekk imsejħa pożizzjonijiet "ekwivalenti" li jagħmlu l-obbligu ta' rendikont aktar opak u joħolqu suspetti dwar il-konformità mal-prinċipju ta' trattament ugwali; jitlob li jittieħdu azzjonijiet biex jiġu indirizzati l-aspettattivi tal-karriera tal-persunal, bħar-rieżami tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat dwar il-mobbiltà, l-investiment fit-taħriġ għall-persunal u l-għoti ta' pariri dwar il-karrieri;

23.  Jinnota li f'dawn l-aħħar snin il-perċentwal ta' persunal li jagħmel użu minn arranġamenti ta' ħidma flessibbli varja bejn madwar 29 % u 34 %, bi tnaqqis sinifikanti fl-2020 li jista' jiġi spjegat b'taħlita tal-miżuri relatati mal-pandemija tal-COVID-19, b'mod partikolari l-konfinament obbligatorju, u l-eżenzjoni mir-reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol adottata mill-Kumitat; jinnota bi tħassib li l-proporzjon ta' rġiel li jużaw mudelli ta' xogħol flessibbli fl-2020 kien wieħed minn kull ħamsa, li bejn wieħed u ieħor baqa' l-istess bħall-proporzjon fl-2019; jistieden lill-Kumitat jadotta prattiki tajbin ivvalidati f'dan il-qasam, bħal sessjonijiet ta' informazzjoni għall-parteċipanti l-ġodda, pariri individwali pprovduti minn uffiċjali tal-opportunità ugwali jew spazju dedikat fuq l-Intranet, kif ukoll biex jiġi żgurat li l-użu tal-arranġamenti tax-xogħol disponibbli ma jikkastiga bl-ebda mod il-progressjoni tal-karriera tal-impjegati inkwistjoni; jilqa' l-fatt li l-persuni fi sħubijiet reġistrati jistgħu jibbenefikaw minn liv tal-ġenituri u minn possibilitajiet ta' ħin tax-xogħol flessibbli għall-ġenituri bi tfal żgħar;

24.  Japprezza li t-telexogħol ġie estiż u introdott għall-membri kollha tal-persunal, minbarra għall-membri tal-persunal li jwettqu kompiti kritiċi li kienu jeħtieġu preżenza fil-bini; jinnota li l-persunal irċieva bullettin regolari b'suġġerimenti u ideat, flimkien ma' azzjonijiet speċifiċi orjentati lejn l-awtokura, biex jgħinhom ilaħħqu mal-perjodu ta' telexogħol fit-tul;

25.  Jinnota li, fi tmiem l-2020, kien hemm 702 membri tal-persunal, magħmula minn 458 mara u 244 raġel; josserva li l-perċentwal ta' nisa li jokkupaw pożizzjonijiet ta' maniġment intermedju naqas minn 48 % fl-2019 għal 47 % fl-2020, inklużi l-kapijiet ta' unità temporanji; josserva bi tħassib tnaqqis akbar fil-pożizzjonijiet maniġerjali superjuri minn 57 % fl-2019 għal 40 % fl-2020, inklużi l-viċi diretturi; jirrimarka li din it-tendenza tmur kontra l-għadd dejjem jiżdied ta' nisa fil-livell AD jew ekwivalenti f'pożizzjonijiet mhux maniġerjali (63,3 % fl-2020, meta mqabbel ma' 62,2 % fl-2019 u 60,6 % fl-2018); ma jaqbilx mal-inklużjoni ta' pożizzjonijiet temporanji jew ta' viċi fiċ-ċifri minħabba n-natura temporanja tagħhom u minħabba li f'istituzzjoni relattivament żgħira, ħatra waħda tista' tfixkel il-proporzjon ġenerali;

26.  Iħeġġeġ lill-Kumitat jesplora inċentivi u miżuri speċifiċi implimentati b'suċċess f'entitajiet oħra biex jiġi promoss l-aċċess tan-nisa għal pożizzjonijiet ta' maniġment, bħar-rikonoxximent formali tar-responsabbiltajiet tal-maniġment taħt il-livell ta' kap ta' unità, l-appoġġ ta' mentoraġġ u l-korsijiet ta' taħriġ ta' qabel il-ġestjoni; ifakkar fil-bosta miżuri li jsaħħu l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-ħidma politika u amministrattiva u li ġew diskussi u identifikati mill-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-Parlament; jemmen li l-Kumitat għandu jistabbilixxi miri aktar ambizzjużi dwar il-bilanċ bejn il-ġeneri biex l-ambjent tax-xogħol isir aktar ġust u aktar varjat u attraenti; jissuġġerixxi l-ħatra ta' uffiċjal tal-opportunitajiet indaqs fid-dipartiment tal-HR biex jiffaċilita l-azzjonijiet fil-prattika f'dan ir-rigward;

27.  Jinnota li l-Kumitat jimpjega persunal mill-Istati Membri kollha; josserva li, fir-rigward tad-distribuzzjoni ġeografika tal-maniġers, f'Diċembru 2020 kienu biss 15 % tal-maniġers li ġew mill-Istati Membri tal-UE-13 (meta mqabbla ma' 19 % fl-2019); jistieden lill-Kumitat jagħmel progress sinifikanti u jieħu passi biex jilħaq bilanċ ġeografiku fi ħdan il-persunal tiegħu sabiex tinkiseb rappreżentanza xierqa taċ-ċittadini mill-Istati Membri kollha, inkluż fil-livell maniġerjali, li tirrifletti d-diversità tagħhom, kif indikat fl-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal;

28.  Jinnota li, biex tiġi ssalvagwardjata d-data personali, ma tinġabar l-ebda data dwar il-persunal b'diżabilità iżda jirrimarka li valutazzjoni reali tas-sitwazzjoni u l-elaborazzjoni ta' politiki adegwati f'dak il-qasam huma mxekkla b'riżultat ta' dan; jinnota li l-Kumitat japplika l-prinċipju ta' akkomodazzjoni raġonevoli biex jipprovdi għamara ergonomika jew tagħmir tal-IT ħalli joħloq ambjent tax-xogħol xieraq; jilqa' l-fatt li l-istrateġija ta' bini konġunt tal-Kumitat u tal-KtR tqis bis-sħiħ id-diżabilità;

29.  Jinnota l-evalwazzjoni tal-pjan ta' azzjoni dwar l-opportunitajiet indaqs u d-diversità 2017-2020 u jistenna li jipprovdi kontribut siewi għal aktar miżuri xierqa u konkreti; jistieden lill-Kumitat iqis ukoll it-tagħlimiet meħuda mill-pandemija tal-COVID-19 bil-ħsieb tal-pjan ta' azzjoni l-ġdid;

30.  Jilqa' l-fatt li, fl-2020, il-Kumitat finalment adotta approċċ individwalizzat biex jevita każijiet ta' eżawriment li, flimkien ma' miżuri ġenerali, inkluda kuntatt proattiv mal-membri tal-persunal f'riskju, skedi ta' xogħol flessibbli (mingħajr reġistrazzjoni tal-ħin), bullettin b'suġġerimenti u ideat, u azzjonijiet ta' komunikazzjoni speċifiċi; jinsab diżappuntat li l-Kumitat ma kienx kapaċi jikkwantifika kemm kien hemm każijiet li jinvolvu sintomi ta' eżawriment relatati max-xogħol fost il-membri tal-persunal tiegħu; jistieden lill-Kumitat imur lil hinn mill-azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni u jadotta prattiki tajbin ivvalidati dwar, inter alia, il-ġestjoni tal-volum tax-xogħol, il-komunikazzjoni u t-taħriġ għas-soluzzjoni tal-kunflitti għall-maniġers jew politika ta' ritorn għax-xogħol li tqis l-ispeċifiċitajiet relatati ma' dak l-eżawriment partikolari;

31.  Jinnota li l-Kumitat laqa' 48 trainee fuq tul ta' żmien twil, li lkoll ingħataw għotja ta' kull xahar (inklużi 14-il traineeship sospiżi minħabba l-pandemija tal-COVID-19, li mbagħad reġgħu bdew fil-ħarifa tal-2020, u jingħaddu darbtejn); josserva li t-trainees kollha ġew ipprovduti b'għodod adegwati tal-IT u bbenefikaw mill-arranġamenti ta' ħidma fis-seħħ għall-membri tal-persunal tal-Kumitat iżda jesprimi dispjaċir għall-fatt li, tlieta minn ħames trainees fuq tul ta' żmien qasir ma kienu intitolati għall-ebda kontribuzzjoni finanzjarja għajr il-polza tal-assigurazzjoni; itenni l-istedina lill-Kumitat biex jiżgura li t-trainees kollha tiegħu jirċievu remunerazzjoni deċenti;

32.  Ifakkar fl-investigazzjoni mwettqa mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) fl-2018 u fl-2019 fir-rigward tal-każ ta' fastidju li involva l-eks President tal-Grupp I, miftuħa wara snin li fihom in-nuqqasijiet tal-proċedimenti interni u n-nuqqas ta' azzjoni mhux ġustifikabbli mill-ġerarkija amministrattiva evitaw riżoluzzjoni aħjar tal-każ; jiddispjaċih ħafna li s-segretarju ġenerali tal-Kumitat għadu jirrifjuta li jammetti n-nuqqasijiet u r-responsabbiltajiet interni li wasslu għal ksur tad-dmir ta' diliġenza lejn il-persunal tal-Kumitat; jirrikonoxxi li d-deċiżjoni tal-Bureau tal-Kumitat tad-9 ta' Ġunju 2020 talbet lill-imsemmi membru jirtira l-kandidatura tiegħu għall-Presidenza tal-Kumitat u neħħiet lil dak il-membru mill-attivitajiet kollha ta' ġestjoni tal-persunal; jisħaq li l-OLAF ħareġ rakkomandazzjonijiet dixxiplinari u ġudizzjarji u li, wara dan tal-aħħar, il-prosekutur Belġjan fetaħ kawża kriminali; huwa konxju li dak il-membru appella d-deċiżjoni tal-Bureau tal-Kumitat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja iżda tilef il-kawża; jenfasizza l-fatt li l-imsemmi membru għadu ma rrikonoxxix l-irregolaritajiet tiegħu jew iddispjaċih għal li għamel, li juri nuqqas totali ta' awtoriflessjoni u rispett għall-vittmi kkonċernati;

33.  Jinsab imħasseb ħafna li l-eks president tal-Grupp I inħatar mill-Kunsill bħala membru għal mandat ġdid; jirrikonoxxi li l-Artikolu 302 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jagħti lill-Kunsill is-setgħa esklużiva li jaħtar membri tal-Kumitat wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u abbażi tal-lista ta' kandidati proposti mill-Istati Membri; jirrikonoxxi, għalhekk, li l-Kumitat ma għandux rwol formali fid-deċiżjonijiet meħuda mill-Kunsill biex jaħtar il-membri tal-Kumitat; jiddispjaċih, madankollu, li l-Kumitat ma jistax jiġi kkonsultat fil-ħatra tal-membri tiegħu stess; jenfasizza li huwa fl-interess tal-funzjonament xieraq tal-Kumitat li l-Kunsill u l-Kummissjoni jiġu infurmati kif xieraq dwar il-kandidati matul il-proċedura tal-ħatra; jappella għal reviżjoni tal-proċedura ta' ħatra li tippermetti lill-Kumitat jieħu approċċ aktar attiv fir-rigward tal-ħatra tal-membri tiegħu; jilqa' r-rieda tal-Kumitat li jkun aktar involut fil-proċedura tal-ħatra u li jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni dwar dan;

34.  Jinnota d-deċiżjoni tal-Bureau tal-Kumitat tad-9 ta' Ġunju 2020 fir-rigward tal-fatt li l-Kumitat jidher fil-proċedura quddiem il-Qorti Kriminali ta' Brussell bħala parti ċivili; jinnota li l-immunità tal-membru inkwistjoni tneħħiet fil-mandat preċedenti fuq talba tal-Awditur tax-Xogħol ta' Brussell u jħeġġeġ lill-Kumitat jadotta minnufih il-miżuri kollha meħtieġa biex tiġi ffaċilitata l-kawża pendenti quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji Belġjani; jistenna li l-partijiet ikkonċernati jinżammu responsabbli u jitlob li jiġi infurmat dwar il-proċedimenti;

35.  Huwa konxju li ntlaħqu ftehimiet ta' soluzzjoni maż-żewġ vittmi ta' fastidju morali, li għadhom qed jaħdmu fil-Kumitat, iżda jiddispjaċih li waħda minn dawn il-vittmi għadha qed tistenna l-eżitu finali tas-soluzzjoni; jieħu nota li f'April 2022 il-Kumitat iddikjara lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament li l-uniku punt pendenti tal-ftehim huwa marbut direttament ma' bidla fl-organigramma li jmiss li għandha tiġi deċiża mal-Kumitat tar-Reġjuni, u li ż-żewġ partijiet qablu li s-soluzzjoni alternattiva inkorporata fil-ftehim ta' soluzzjoni għalissa ma għandhiex tiġi attivata; jistieden lill-Kumitat jeżegwixxi minnufih u jirrapporta dwar l-infurzar effettiv ta' dawk il-ftehimiet ta' soluzzjoni kif meħtieġ legalment;

36.  Jiddispjaċih li minn meta saru l-laqgħat virtwali bejn iż-żewġ vittmi ta' mġiba ħażina serja u l-President tal-Kumitat f'Marzu 2021, il-Kumitat għadu ma laħaqx ftehimiet ta' soluzzjoni mal-vittmi, u jiddispjaċih li l-azzjonijiet meħuda mill-maniġment tal-Kumitat la kienu effettivi u lanqas deċiżivi; jirrifjuta l-fehma tas-segretarju ġenerali tal-Kumitat li l-fatt li dawk iż-żewġ vittmi ma għadhomx jaħdmu fil-Kumitat hija ġustifikazzjoni valida għaliex ma ntlaħqux ftehimiet ta' soluzzjoni; ifakkar lill-Kumitat dwar id-diversi komunikazzjonijiet li ntbagħtu mill-vittma li telqet mill-Kumitat fl-2017; jenfasizza li dik il-vittma ma rat l-ebda proposta inizjali mill-amministrazzjoni sa nofs l-2021, filwaqt li l-ilmenti lis-segretarju ġenerali tal-Kumitat imorru lura għall-bidu tal-2019, u għalhekk jikkundanna bil-qawwa d-dikjarazzjoni tas-segretarju ġenerali li tindika li d-dewmien fis-soluzzjoni kien it-tort tal-vittma; jinnota li l-vittma ta' mġiba ħażina serja li hija eks membru tal-Kumitat għamlet diversi talbiet lill-President tal-Kumitat matul il-laqgħa virtwali f'Marzu 2021, inkluża talba għal apoloġija pubblika mill-Kumitat għall-vittmi, soluzzjoni sħiħa ta' kumpens għall-vittmi u investigazzjoni esterna dwar il-fastidju fil-Kumitat; jiddispjaċih ħafna li l-vittmi li jinsabu f'sitwazzjoni vulnerabbli reġgħu ġew imġiegħla jiċħdu pubblikament id-dikjarazzjonijiet magħmula mis-segretarju ġenerali tal-Kumitat lill-Parlament; jieħu nota tal-fatt li f'April 2022 il-Kumitat iddikjara lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament li l-miżuri miftiehma matul il-laqgħa msemmija ġew implimentati jew qed jiġu implimentati; jinnota d-dikjarazzjoni pubblika tal-President tal-Kumitat tat-13 ta' April 2022 li tenniet l-apoloġija uffiċjali tagħha f'isem il-Kumitat għall-vittmi kollha tal-każ;

37.  Jinnota li l-ftehimiet ta' soluzzjoni għandhom l-għan li jkopru d-danni morali, l-ispejjeż legali u l-impatt fuq il-karrieri; jinsab imħasseb li n-negozjati individwali fi stadji differenti tal-każ jistgħu jirriżultaw fi ftehimiet żbilanċjati għall-vittmi minħabba li l-każijiet jiġu ttrattati b'mod differenti; iħeġġeġ lill-Kumitat jistabbilixxi u jwettaq ftehimiet ta' soluzzjoni xierqa u ġusti għall-vittmi kollha kkonċernati malajr kemm jista' jkun; jiddispjaċih li l-Kumitat għadu jonqos milli jaċċetta r-responsabbiltà jew iwettaq investigazzjoni esterna biex jirrevedi s-serjetà tal-abbuż, u jħeġġeġ lill-Kumitat, kif kien imwiegħed mill-maniġment tal-Kumitat, imexxi tali investigazzjoni u jiskuża ruħu pubblikament mal-vittmi kollha tal-imġiba ħażina u l-fastidju morali mill-eks President tal-Grupp I; iħeġġeġ lill-Kumitat jieħu l-miżuri kollha meħtieġa immedjatament meta jinqala' l-każ u jistabbilixxi miżuri speċifiċi biex jipprevjeni l-każijiet potenzjali kollha ta' fastidju fil-futur; ifakkar fl-importanza ta' taħriġ obbligatorju dwar il-politika ta' żero fastidju għall-persunal;

38.  Ifakkar lill-Kumitat li l-vittma li kienet membru preċedenti kienet ukoll l-informatur li wissa lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni dwar l-imġiba tal-eks president tal-Grupp I; jikkundanna l-fatt li, għall-kuntrarju tad-Direttiva (UE) 2019/1937(6) u r-regoli tal-Kumitat dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta(7), il-Kumitat naqas milli jipproteġi l-identità tal-informatur; ma japprovax bil-qawwa l-fatt li kemm l-eks President tal-Kumitat kif ukoll l-eks direttur tar-riżorsi umani u finanzjarji, issa s-segretarju ġenerali tal-Kumitat, ippruvaw jieħdu azzjoni legali kontra l-informatur;

39.  Jilqa' s-sistema ta' komunikazzjoni ġdida f'diversi livelli offruta lill-informaturi (superjur dirett, l-OLAF u awtorità esterna), stabbilita f'Lulju 2021 flimkien mal-gwida u l-appoġġ tal-konsulenti tal-etika;

40.  Jinnota bi tħassib li filwaqt li huwa stmat b'mod provviżorju fl-2020 li l-kumpens u t-tariffi legali se jiswew lill-Kumitat madwar EUR 150 000, għadu mhuwiex possibbli li jiġi kkwantifikat eżatt l-ammont totali finali ta' fondi minfuqa fis-snin preċedenti jew li mistennija jintefqu għal dan il-każ fil-futur; iħeġġeġ lill-Kumitat, filwaqt li jaħdem flimkien mas-servizz legali tiegħu, jadotta l-miżuri kollha meħtieġa biex jiffinalizza dan il-każ, inkluż billi jitlob lura mingħand l-awtur l-ammonti korrispondenti kkumpensati lill-vittmi mill-Kumitat; jiddispjaċih dwar l-aspettattivi baxxi għall-irkupru tal-ammont ta' flus pubbliċi minfuqa u jitlob lill-Kumitat jipprovdi lill-Parlament bi stima dettaljata tal-ammonti li jittama li jirkupra;

41.  Ifakkar li l-Parlament irrifjuta li jagħti l-kwittanza lis-segretarju ġenerali tal-Kumitat għas-sena finanzjarja 2018, fuq il-bażi, inter alia, ta' ksur flagranti tad-dmir ta' diliġenza u ta' nuqqas ta' azzjoni tal-amministrazzjoni, flimkien mal-konsegwenzi finanzjarji, u kien diżappuntat ħafna dwar in-nuqqas ta' azzjoni deċiżiva, b'mod partikolari miżuri preventivi u korrettivi, mid-direttur ta' dak iż-żmien tar-riżorsi umani u finanzjarji, li issa sar is-segretarju ġenerali, tal-Kumitat sakemm il-kwittanza għall-2018 ġiet irrifjutata;

42.  Ifakkar li l-Parlament kien talab lill-President tal-Kumitat, fil-kuntest tal-kwittanza 2019, biex ikollu rwol attiv fin-negozjar ta' soluzzjoni mal-vittmi, bil-għan li jintlaħaq ftehim ġust u sodisfaċenti bejn il-partijiet kollha, u li jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta' interess u biex il-Kumitat jiskuża ruħu pubblikament mal-vittmi, xi ħaġa li, sfortunatament, ma seħħitx;

43.  Jesprimi dispjaċir għall-fatt li kien hemm sitt talbiet għal assistenza relatati ma' każijiet possibbli ta' fastidju fl-2020, li juri li l-miżuri preventivi stabbiliti jeħtieġ li jissaħħu; huwa konxju li tlieta minn dawk it-talbiet huma relatati mal-każ tal-eks President tal-Grupp I, li ġie rriferut lill-awtoritajiet ġudizzjarji Belġjani; jinnota li każ wieħed ingħalaq u każ ieħor huwa wkoll quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji Belġjani; bi tħassib, jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li f'Novembru 2021 kienet għadha qed tiġi investigata internament talba waħda, li jwassal lill-Parlament itenni li, filwaqt li jridu jiġu rispettati l-proċess xieraq u d-drittijiet individwali, iż-żmien ikun qed jopera kontra l-vittmi u, għalhekk, iħeġġeġ lill-Kumitat jindirizza dik it-talba mingħajr aktar dewmien u biex jirrapporta dwar it-trattament ta' dan il-każ;

44.  Huwa konxju tal-każ ta' fastidju rrapportat lill-Kumitat minn informatur u trażmess lill-OLAF f'Awwissu 2020 li jikkonċerna membru tal-persunal tal-KtR li jaħdem fis-servizzi konġunti u jinkludi wkoll allegazzjonijiet ta' ġestjoni ħażina u irregolaritajiet finanzjarji; jistieden lill-Kumitat u lill-KtR jirrapportaw b'mod konġunt lill-Parlament dwar l-eżitu tal-investigazzjoni mill-OLAF, kif ukoll kwalunkwe verifika interna jew miżura oħra pendenti ta' investigazzjoni;

45.  Jinnota li d-deċiżjonijiet dwar il-fastidju u l-iżvelar ta' informazzjoni protetta ġew rieżaminati fl-2020 u jiddispjaċih li d-deċiżjonijiet il-ġodda, li kellhom jiġu adottati fl-2021 ġew posposti; itenni l-importanza tal-prinċipju tad-dmir ta' diliġenza lejn il-persunal li jinkludi l-protezzjoni tal-informaturi u l-prevenzjoni ta' kwalunkwe forma ta' fastidju, kif ukoll miżuri ċari u b'saħħithom ta' protezzjoni u appoġġ għall-vittmi; iħeġġeġ lill-Kumitat japplika proċeduri uniformi għat-trattament ta' każijiet ta' fastidju sabiex ma jkunx hemm differenzi bejn il-vittmi u jiżgura trattament ugwali tal-akkużati indipendentement minn fatturi bħal-livell ġerarkiku; ifakkar lill-Kumitat li l-fatt li r-Regolamenti tal-Persunal ma jistgħux jiġu imposti fuq membru tal-Kumitat ma jistax jitqies bħala skuża għan-nuqqas ta' azzjoni; jieħu nota tal-fatt li f'April 2022 il-Kumitat iddikjara lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament li d-deċiżjonijiet riveduti dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta u dwar il-fastidju daħlu fis-seħħ fil-15 ta' Diċembru 2021 u fl-4 ta' April 2022 rispettivament;

46.  Huwa konxju ta' tliet investigazzjonijiet tal-OLAF li jinvolvu lill-Kumitat, li waħda minnhom għalqet fl-2020 mingħajr ma nstabet evidenza li tindika xi responsabbiltà min-naħa tal-membru tal-persunal ikkonċernat, u tnejn għadhom għaddejjin, fejn waħda minnhom infetħet fl-2019 u l-oħra fl-2020, kif ukoll każ wieħed tas-selezzjoni li ġie miċħud ukoll fl-2020 mingħajr il-ftuħ ta' xi investigazzjoni;

47.  Itenni li kwalunkwe mġiba mhux etika mill-persunal u mill-membri tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni xxekkel il-ġestjoni tajba tal-fondi tal-Unjoni u tħalli impatt negattiv fuq il-fiduċja taċ-ċittadini fl-Unjoni kollha kemm hi; josserva bi tħassib li, filwaqt li għaddejja reviżjoni estensiva tard ħafna tal-qafas etiku intern, huwa inkontestabbli li ksur serju tad-dmir ta' diliġenza tal-Kumitat lejn il-membri tal-persunal tiegħu ppersista għal żmien twil wisq, u b'hekk inħolqot kultura mhux mixtieqa ta' impunità u ta' fastidju b'riżultat ta' stili ta' ġestjoni ta' min jikkundannahom, murija mill-fatt, fost elementi oħra, li qed isiru b'mod rikorrenti talbiet għall-assistenza u każijiet irrapportati lill-OLAF; jesprimi dispjaċir għall-fatt li t-talbiet mhux ambigwi tiegħu għal eżerċizzju intern ta' obbligu ta' rendikont ġew injorati b'mod konsistenti u jinsisti fuq il-ħtieġa ta' investigazzjoni esterna u indipendenti biex tiġi ddeterminata r-responsabbiltà tal-ġerarkija amministrattiva tal-Kumitat; u, fejn applikabbli, japplika l-Artikolu 22 tar-Regolamenti tal-Persunal; jitlob investigazzjoni esterna biex jiġu rieżaminati l-proċeduri tar-riżorsi umani tal-Kumitat u l-effikaċja tagħhom b'enfasi fuq l-indirizzar ta' każijiet ta' fastidju u l-iżgurar tal-benesseri tal-persunal;

Qafas etiku u trasparenza

48.  Jinnota l-ħolqien ta' grupp ta' ħidma intern fdat b'reviżjoni li ilha biex issir tal-qafas etiku tal-Kumitat b'mod globali; huwa konxju li l-grupp ta' ħidma abbozza pjan ta' azzjoni li ġie adottat f'Jannar 2021 u wassal għal reviżjonijiet għall-kodiċi ta' kondotta tal-Kumitat; jistieden lill-Kumitat jirrapporta lill-Parlament dwar l-eżitu ta' din l-analiżi, il-pjan ta' azzjoni u l-azzjonijiet ta' implimentazzjoni;

49.  Jinnota li grupp iddedikat ta' membri tal-Kumitat ġie fdat bil-mandat li jirrieżamina l-kodiċi ta' kondotta għall-membri, inkluż it-tisħiħ tal-miżuri ta' prevenzjoni u s-sanzjonijiet possibbli, wara l-mandat il-ġdid tal-Kumitat f'Ottubru 2020; jemmen li l-kodiċi ta' kondotta jrid ikun ibbażat fuq l-esperjenza miksuba wara l-każ ta' fastidju, jirreferi għall-prinċipji approvati mill-Qorti Ġenerali fid-deċiżjonijiet tagħha u mill-Ombudsman fir-rakkomandazzjonijiet tagħha, u jinkludi proċedura ta' lment speċifika u mgħaġġla li tipproteġi l-vittmi mill-bidu nett, flimkien ma' sistema ta' sanzjonijiet ċara u infurzabbli; huwa konxju li l-kodiċi ta' kondotta l-ġdid ġie adottat f'Jannar 2021 u li fuljett dettaljat dwar l-implimentazzjoni tiegħu sar disponibbli għall-membri; jistieden lill-Kumitat juża prattiki tajbin ivvalidati biex iqajjem kuxjenza fost il-membri u s-sostituti u, fuq terminu twil, itejjeb il-kultura interna tal-Kumitat dwar kwistjonijiet etiċi;

50.  Jirrimarka li l-kodiċi ta' kondotta l-ġdid jinkludi proċedura ta' tkeċċija li skontha t-tkeċċija għandha tiġi deċiża mill-assemblea abbażi ta' proposta mressqa mill-Bureau u għandha tiġi nnotifikata lill-Kunsill sabiex tkun tista' tinbeda proċedura ta' sostituzzjoni; jilqa' l-fatt li r-regoli ta' proċedura riveduti huma allinjati mad-dispożizzjonijiet ta' tkeċċija kif stabbiliti fil-kodiċi ta' kondotta u huwa konxju li r-reviżjoni li għaddejja tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat hija meħtieġa biex l-użu ta' dik il-proċedura ta' tkeċċija jsir fattibbli; jistieden lill-Kumitat jinforma malajr lill-Parlament dwar dawk ir-reviżjonijiet u jħeġġeġ lill-Kumitat jinvolvi ruħu f'taħditiet ta' esplorazzjoni mal-Kummissjoni dwar il-possibbiltà li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet rilevanti fis-seħħ;

51.  Huwa konxju tal-erba' lmenti ttrattati mill-Ombudsman fl-2020 li kienu jikkonċernaw nuqqas ta' trasparenza, rifjut ta' aċċess għad-dokumenti u, f'żewġ każijiet, ommissjonijiet biex tingħata tweġiba għal talba; jinnota li mill-inqas waħda minn dawk l-inkjesti kienet tikkonċerna r-rimborż u l-indennizzi; jikkundanna n-nuqqas ta' trasparenza u jħeġġeġ lill-Kumitat jikkomunika bis-sħiħ u b'mod trasparenti dwar din il-kwistjoni;

52.  Jitlob lill-Kumitat ikompli jinvolvi ruħu f'azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni rigward il-qafas etiku u l-proċeduri tal-iżvelar ta' informazzjoni protetta; jilqa' l-kors ta' taħriġ obbligatorju dwar l-etika u l-integrità għall-membri kollha tal-persunal inklużi l-impjegati ġodda wara deċiżjoni adottata fl-2021; jistieden lill-Kumitat jagħmel dan it-taħriġ obbligatorju għall-membri u għall-maniġers; jilqa' l-ħolqien ta' pożizzjoni bħala koordinatur dwar l-etika fid-Direttorat għar-Riżorsi Umani u l-Finanzi tal-Kumitat appoġġjat minn tim ġdid ta' konsulenti tal-etika; japprezza l-iffirmar ta' ftehim ġdid dwar il-livell ta' servizz mal-Uffiċċju tal-Investigazzjoni u d-Dixxiplina tal-Kummissjoni (IDOC) biex jipprofessjonalizza l-inkjesti amministrattivi;

53.  Jirrikonoxxi li l-Ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea dwar ir-reġistru ta' trasparenza għall-organizzazzjonijiet u l-individwi li jaħdmu għal rashom involuti fit-tfassil tal-politika u fl-implimentazzjoni tal-politika tal-UE(8) u l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Mejju 2021 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar reġistru ta' trasparenza obbligatorju(9) jippermettu l-involviment volontarju tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni; joġġezzjona l-fatt li l-Kumitat warrab l-użu tar-Reġistru tat-Trasparenza fuq il-bażi li l-Kumitat huwa korp konsultattiv; iħeġġeġ lill-Kumitat jissieħeb mar-Reġistru ta' Trasparenza bl-għan li jtejjeb it-trasparenza tal-interazzjonijiet tiegħu mar-rappreżentanti ta' interess estern;

54.  Jinnota li t-twaqqif ta' ombudsman intern huwa waħda mill-miżuri ewlenin fil-pjan ta' azzjoni adottat fl-2021 biex jissaħħaħ il-qafas etiku tal-Kumitat; jirrimarka li d-deċiżjoni li jitwaqqaf ombudsman intern ġiet ippreżentata bħala ftehim li ntlaqa' tajjeb mill-persunal meta, fil-fatt, il-kumitat tal-persunal tal-Kumitat kien esprima opinjoni negattiva dwarha; jirrifletti r-riżervi espressi mill-kumitat tal-persunal tal-Kumitat u mis-servizz legali dwar il-proposta fir-rigward tal-indipendenza, l-imparzjalità u l-kunfidenzjalità tal-ombudsman intern; jiddubita kemm ombudsman intern bħal dan huwa meħtieġ fid-dawl tal-limitazzjonijiet tar-riżorsi umani minn naħa, u l-eżistenza ta' konsulenti etiċi, ta' konsulenti kunfidenzjali u, b'mod partikolari, il-ftehim mal-IDOC min-naħa l-oħra; iħeġġeġ lill-Kumitat jiffoka fuq l-infurzar tal-mekkaniżmi relatati mal-etika diġà stabbiliti filwaqt li jalloka persunal adegwat għall-ħidma leġiżlattiva tiegħu, u jiffoka fuq l-effettività attwali tal-miżuri adottati; ifakkar li l-Ombudsman, fir-Rapport tagħha dwar id-dinjità fuq il-post tax-xogħol fl-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE SI/2/2018/AMF, tosserva li s-sejba ta' investigaturi li huma perċepiti bħala imparzjali u ġusti tista' tkun ta' sfida partikolari fl-istituzzjonijiet iż-żgħar u tirrakkomanda l-użu ta' investigaturi esterni u indipendenti aktar milli riżorsi interni sabiex jiġu ggarantiti l-indipendenza u n-newtralità;

55.  Itenni t-talba tiegħu għal aktar titjib fir-rigward tal-attivitajiet esterni tal-membri tal-Kumitat wara r-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman fir-rapport tagħha "Revolving doors - Implementation of Article 16 of the EU Staff Regulations in a range of EU institutions, bodies and agencies" (Revolving doors - Implimentazzjoni tal-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-UE f'numru ta' istituzzjonijiet, korpi u aġenziji tal-UE), il-każ SI/2/2017/NF; jinnota d-deċiżjoni tal-Kumitat li jwettaq analiżi dettaljata biex jivvaluta l-livell ta' implimentazzjoni tad-diversi rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Ombudsman f'dak ir-rapport; jistieden lill-Kumitat iħaffef id-deċiżjoni dwar ir-reviżjoni tal-qafas attwali dwar il-lobbying u l-promozzjoni sabiex isaħħaħ ukoll is-sistema tiegħu biex jiġu evitati kunflitti ta' interess potenzjali;

Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà, protezzjoni tad-data

56.  Jirrikonoxxi li t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 aċċellerat it-tendenza li għaddejja bħalissa fis-simplifikazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tal-għodod ta' komunikazzjoni u tal-proċessi amministrattivi, bħall-adozzjoni ta' ċirkwiti finanzjarji "mingħajr karti"; jemmen li t-titjib ittestjat introdott minn Marzu 2020 għandu jsir strutturali u jibqa' lil hinn mill-pandemija;

57.  Jinnota li l-baġit għall-IT fl-2020 kien ta' EUR 7 500 000 meta mqabbel ma' EUR 4 900 000 fl-2019, li jirrappreżenta żieda ta' 53 %, l-aktar minħabba approprjazzjonijiet mhux użati ttrasferiti minn linji baġitarji oħra sabiex jiġi indirizzat il-backlog fl-IT; ifakkar li t-trasferimenti baġitarji ma jistgħux jissostitwixxu l-finanzjament strutturali meħtieġ ta' kwalunkwe servizz tal-IT;

58.  Jinnota li sa tmiem l-2020, il-Kumitat kien ipprovda lil kull membru tal-persunal b'laptop filwaqt li pprovda kuffji ta' kwalità għolja fuq talba bi spiża totali ta' EUR 322 462; huwa konxju li f'Jannar 2021, il-Kumitat adotta deċiżjoni dwar il-ħlas ta' somma f'daqqa, fuq talba ta' membri tal-persunal eliġibbli, biex ikopri l-ispejjeż straordinarji relatati mat-telexogħol obbligatorju (saru 563 talba li jammontaw għal total ta' EUR 107 271);

59.  Jilqa' r-riżultati speċifiċi relatati maċ-ċibersigurtà stabbiliti fl-istrateġija diġitali tal-Kumitat; japprezza l-kooperazzjoni mill-qrib mal-Iskwadra ta' Rispons f'Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji Ewropej (CERT-EU) bħala l-pedament tas-sigurtà tal-IT tal-Kumitat;

60.  Jawgura lill-Kumitat għat-titjib sinifikanti tal-portal tal-membri Phoenix u tal-għodda tal-fluss ta' xogħol tad-dokumenti Adonis u għall-progress li sar fir-rigward tal-ambjent ibridu tal-cloud bħala l-aħħar komponent tal-post tax-xogħol diġitali; jinnota li t-taqsima tal-membri tal-Intranet tal-Kumitat ġiet kompletament imġedda biex issir punt uniku ta' servizz; jilqa' l-użu ta' firma elettronika kwalifikata għall-iffirmar b'mod elettroniku kif ukoll għodod remoti u diġitali oħra;

61.  Jinnota li f'dawn l-aħħar snin, l-enfasi tal-awditu intern fil-Kumitat kienet kważi kompletament ibbażata fuq l-analiżi u l-valutazzjoni tas-solidità tal-proċeduri u tal-proċessi u sa ċertu punt fuq it-tranżazzjonijiet tal-awditjar; jappella għal pjan speċifiku għall-promozzjoni ta' awditu intern remot jew diġitali fil-Kumitat; jinnota li, fuq talba tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, il-Kumitat fassal it-trasferimenti ta' data personali lejn pajjiżi terzi u kkonkluda li ma ġiet affettwata l-ebda attività; jinnota l-fatt li l-Kumitat iffirma r-reġistrazzjoni li torbtu ma' kuntratt qafas interistituzzjonali ma' Microsoft u li ma għadx għandu fis-seħħ ftehimiet ta' liċenzji individwali separati mal-Microsoft; madankollu jinkoraġġixxi lill-Kumitat jagħti prijorità lit-teknoloġiji b'sors miftuħ sabiex iżomm kontroll fuq is-sistemi tekniċi tiegħu stess, jevita d-dipendenza u l-intrappolament tal-klijentela, jipprovdi salvagwardji aktar b'saħħithom fir-rigward tal-privatezza u l-protezzjoni tad-data ta' utenti u tiżdied is-sigurtà u t-trasparenza għall-pubbliku;

Bini u sigurtà

62.  Huwa konxju li l-Kumitat u l-KtR qed jimplimentaw l-istrateġija fit-tul tagħhom dwar il-bini li tiffoka fuq il-konċentrazzjoni ġeografika u r-riorganizzazzjoni tal-allokazzjonijiet tal-uffiċċji; jinnota li l-grupp ta' ħidma responsabbli kkunsidra li huwa essenzjali li jkun hemm bini addizzjonali b'kapaċità ta' madwar 200 persuna sabiex ikunu jistgħu jinħolqu kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin; jinnota li dik l-analiżi wasslet lill-Kumitat u lill-KtR jinnegozjaw li jieħdu l-kuntratt tal-kiri tal-bini B100 mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u li l-abbozz tal-ftehim amministrattiv ġie approvat mill-bureaux tal-Kumitat u tal-KtR fl-aħħar trimestru tal-2020; huwa konxju li l-pandemija tal-COVID-19 ikkawżat dewmien fil-proċess;

63.  Jilqa' t-titjib f'oqsma ewlenin fl-istrateġija tal-bini, jiġifieri r-rinnovazzjoni tal-bini eżistenti biex jinħolqu spazji tax-xogħol aktar b'saħħithom allinjati mal-istandards ergonomiċi, jiżdied il-livell ta' sigurtà, jitnaqqas il-konsum tal-elettriku u jiġu allinjati mal-obbligi ambjentali;

64.  Jinnota li, wara l-akkwiżizzjoni tal-bini B100 f'Settembru 2021, it-testijiet u t-tnaqqis tal-asbestos għadhom għaddejjin; jistieden lill-Kumitat u lill-KtR jimmonitorjaw perjodikament il-kundizzjonijiet ta' dak il-bini u jinfurmaw lill-persunal f'kull ħin kif xieraq; ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2021 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mill-asbestos(10);

Ambjent u sostenibbiltà

65.  Jilqa' l-integrazzjoni tal-istandards tas-sostenibbiltà, tal-ambjent u tal-aċċessibbiltà, inklużi dawk tal-iskema ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) tal-Unjoni, bħala parti mill-istrateġija tal-bini tal-Kumitat u tal-KtR; jinnota li mit-twaqqif tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħhom, il-Kumitat u l-KtR ħadu diversi azzjonijiet bl-għan li jtejbu l-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini tagħhom u jnaqqsu l-impronta tal-karbonju tagħhom; jilqa' l-ħolqien ta' grupp ta' ħidma maħsub għall-Patt Ekoloġiku u huwa konxju li għadu għaddej studju dwar in-newtralità tal-karbonju tal-Kumitat u tal-KtR sal-2030; jilqa' l-parteċipazzjoni tal-Kumitat fl-iskema ta' kumpens tal-Parlament għall-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u li l-Kumitat għandu linja baġitarja speċifika biex jipprovdi l-approprjazzjonijiet rispettivi; jilqa' l-fatt li l-elettriku kkunsmat mill-Kumitat huwa pprovdut esklussivament minn enerġija ekoloġika minn sorsi sostenibbli; iħeġġeġ ukoll lill-Kumitat jinstalla pannelli solari fuq il-binjiet kollha sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-karbonju;

66.  Jinnota għadd ta' azzjonijiet konkreti meħuda biex jitnaqqas l-użu tal-karti u jħeġġeġ lill-Kumitat jadotta politika xierqa mingħajr karti; jilqa' l-fatt li l-ammont użat ta' karti għal kull persuna kuljum fl-2020 naqas bi 52 % meta mqabbel mal-2019 u b'81 % meta mqabbel mal-2015;

67.  Jilqa' l-miżuri konkreti stabbiliti mill-Kumitat biex jiġi promoss l-użu ta' modi ta' vjaġġar sostenibbli, bħal roti tas-servizz, infrastruttura għaċ-ċiklisti u sistema ta' vawċers biex jiġu aċċessati l-parkeġġi tal-karozzi f'ċirkostanzi eċċezzjonali; josserva li l-politika dwar il-mobbiltà tinkludi kontribuzzjoni finanzjarja għaċ-ċiklisti u għall-membri tal-persunal li xtraw biljetti staġjonali tat-trasport pubbliku, filwaqt li l-membri tal-persunal li jibbenefikaw miż-żewġ kontribuzzjonijiet jirrinunzjaw id-dritt tagħhom li jużaw il-faċilitajiet tal-parkeġġ;

68.  Jinnota l-impenn tal-Kumitat li jimplimenta s-17-il għan ta' żvilupp sostenibbli (SDGs) tan-Nazzjonijiet Uniti u li jkun konformi ma' dawn l-għanijiet u mal-istrateġiji rilevanti tal-Unjoni; jenfasizza li l-Kumitat għandu Osservatorju tal-Iżvilupp Sostenibbli mmirat lejn il-promozzjoni tas-sostenibbiltà fi ħdan l-Unjoni;

69.  Jifraħ lill-Kumitat għall-ġestjoni konġunta tal-Pjattaforma tal-Partijiet Interessati tal-Ekonomija Ċirkolari flimkien mal-Kummissjoni;

Komunikazzjoni u multilingwiżmu

70.  Jinnota li, f'Ottubru 2019, il-Bureau adotta logo ġdid tal-Kumitat li jirrifletti l-logos tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jemmen li din il-bidla se tikkontribwixxi għall-viżibbiltà u l-koeżjoni tal-immaġni tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni fost iċ-ċittadini;

71.  Jilqa' l-fatt li l-Kumitat seta' jadatta l-istrateġija ta' komunikazzjoni tiegħu fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19, billi jorganizza għadd ta' avvenimenti u azzjonijiet ewlenin online biex jiġi ffaċilitat l-involviment tiegħu u l-kuntatt tiegħu mal-partijiet ikkonċernati u maċ-ċittadini; jenfasizza li f'Lulju 2020, il-Kumitat, minflok il-Premju għas-Soċjetà Ċivili annwali tiegħu, nieda premju ta' darba msejjaħ "Soċjetà Ċivili Kontra l-COVID-19" biex jippremja inizjattivi mingħajr skop ta' qligħ imwettqa minn individwi, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u kumpaniji privati li għandhom l-għan li jindirizzaw il-kriżi tal-COVID-19 u l-konsegwenzi tagħha;

72.  Jissottolinja li l-ħidma kollha fir-rigward tal-opinjonijiet u r-rapporti ta' informazzjoni tal-Kumitat hija disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha u li s-sit web tal-Kumitat huwa konformi mal-istandards ta' aċċessibbiltà tal-Unjoni għall-korpi tas-settur pubbliku;

73.  Jilqa' l-involviment tal-Kumitat fil-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa fejn qed jassisti dak l-eżerċizzju demokratiku biex jilħaq aħjar is-soċjetà ċivili organizzata; iħeġġeġ ukoll lill-Kumitat jassisti lill-membri tiegħu biex jipparteċipaw fi djalogi lokali maċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili dwar kwistjonijiet Ewropej;

Kooperazzjoni interistituzzjonali

74.  Jilqa' l-kooperazzjoni bilaterali dejjem akbar u effettiva bejn il-Parlament u l-Kumitat; iħeġġeġ kemm lill-Parlament kif ukoll lill-Kumitat biex ikomplu l-laqgħat regolari bejn il-presidenti u l-viċi presidenti tagħhom u biex itejbu l-kooperazzjoni strutturata bejn ir-rapporteurs rispettivi u kemm il-gruppi politiċi kif ukoll il-korpi preparatorji li fihom huma organizzati l-membri tagħhom; jemmen li l-kooperazzjoni politika tal-Kumitat mal-Parlament, mal-Kunsill u mal-Kummissjoni għandha tkun aktar sistematika minħabba r-rwol tal-Kumitat bħala r-rappreżentant tas-sħab soċjali u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

75.  Jenfasizza li l-ftehimiet dwar il-livell ta' servizz ma' erba' dipartimenti tal-Kummissjoni (PMO, DĠ DIGIT, DĠ BAĠIT u DĠ HR) ġew rieżaminati u żdiedu servizzi addizzjonali;

76.  Jenfasizza l-adozzjoni tal-ftehim il-ġdid ta' kooperazzjoni amministrattiva bejn il-Kumitat u l-KtR li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2021 li jsaħħaħ il-governanza tal-kooperazzjoni u l-mekkaniżmi ta' kontroll biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tas-servizzi konġunti; jinnota b'sodisfazzjon li l-Kumitat iqis li l-ftehim il-ġdid huwa aktar modern u aktar sempliċi mill-ftehim l-antik u strumentali fil-ħolqien ta' aktar sinerġiji bejn il-Kumitat u l-KtR;

77.  Itenni l-pożizzjoni li esprima fir-rakkomandazzjonijiet preċedenti dwar il-kwittanza dwar il-ħtieġa li jiġi implimentat bis-sħiħ il-ftehim ta' kooperazzjoni ffirmat bejn il-Parlament u l-Kumitat u l-KtR, li bih total ta' 60 traduttur, inklużi 36 mill-Kumitat, ġew ittrasferiti għall-Parlament bi skambju għall-aċċess għas-servizzi tas-Servizz Ewropew ta' Riċerka Parlamentari; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq in-nuqqas ta' persunal tal-Kumitat f'oqsma politiċi, li għandu impatt negattiv fuq it-twettiq tal-mandat tiegħu;

IL-PANDEMIJA TAL-COVID-19

78.  Huwa konxju li l-pandemija tal-COVID-19 influwenzat b'mod sinifikanti l-attività tal-Kumitat, b'mod partikolari minħabba li l-membri tiegħu jivvjaġġaw lejn il-bini tal-Kumitat biex jiddibattu l-opinjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tiegħu; jirrikonoxxi l-isforzi kollettivi li żguraw appoġġ kontinwu għall-attivitajiet politiċi tal-Kumitat;

79.  Jinnota li, sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tan-negozju, il-Kumitat ikkoordina l-miżuri preventivi u protettivi kollha stabbiliti minn Marzu 2020 fi strateġija ta' prevenzjoni tas-saħħa b'diversi saffi, li tiddeskrivi l-miżuri fiżiċi, operazzjonali u mediċi kollha meħuda, bħat-telexogħol estiż, l-IT u t-tagħmir tal-vidjokonferenzi, it-tagħmir għas-saħħa u s-sikurezza fil-bini u d-dematerjalizzazzjoni tal-proċessi;

80.  Jinnota li l-pjan għall-kontinwità tal-operat stabbilit tqies li ma kienx adegwat biżżejjed għall-użu minħabba n-natura speċifika tal-pandemija tal-COVID-19 u li għalhekk il-Kumitat stabbilixxa task force dedikata mmexxija mid-direttur tar-riżorsi umani, li kienet tinkludi firxa wiesgħa ta' kuntatti kemm fil-Kumitat kif ukoll ma' istituzzjonijiet oħra; jisħaq fuq l-importanza li jiġu stabbiliti eżerċizzji ta' kontinwità tan-negozju biex jitħejjew kemm jista' jkun kontra avvenimenti ta' tfixkil futuri possibbli;

81.  Jagħti valur lill-approċċ li s-saħħa u s-sikurezza tal-membri u tal-persunal jitqiegħdu l-ewwel, filwaqt li l-organizzazzjoni addattat għas-sitwazzjoni li tevolvi kontinwament; josserva li ġiet adottata deroga ġenerali għat-telexogħol minn barra l-pajjiż għall-membri tal-persunal (i) li kienu imblukkati f'art twelidhom minħabba restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar, (ii) b'qarib dipendenti jew marid barra mill-pajjiż, jew (iii) fuq talba taħt ċerti kundizzjonijiet; jemmen li d-deċiżjoni li tawtorizza t-telexogħol minn barra kellha impatt pożittiv fuq it-tnaqqis tal-istress psikoloġiku u l-assenteiżmu;

82.  Jilqa' l-fatt li l-Kumitat u l-KtR ħadmu mill-qrib flimkien u jkomplu jagħmlu dan fir-rigward tal-allinjament ta' miżuri bħall-aċċess għall-bini, l-iġjene u l-protokolli tat-tindif; jisħaq li l-koordinazzjoni ġiet iffaċilitata mill-preżenza reċiproka ta' uffiċjali tal-kontinwità tan-negozju f'kull tim ta' ġestjoni tal-COVID-19;

83.  Jisħaq li l-attivitajiet ewlenin ġew segwiti matul il-pandemija tal-COVID-19, u ppermettew lill-Kumitat jirrappreżenta lis-sħab soċjali u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Unjoni, filwaqt li jappoġġjaw lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni fl-immaniġġjar tas-sitwazzjoni tal-kriżi inkwistjoni;

84.  Jilqa' l-intenzjoni li jittieħed vantaġġ mit-tagħlimiet meħuda matul il-pandemija u li titfassal politika ġdida dwar it-telexogħol/is-sigħat tax-xogħol u josserva li d-djalogu soċjali dwar din il-kwistjoni għadu attwalment għaddej; iħeġġeġ lill-Kumitat jintegra fl-istrateġija ta' ġestjoni interna t-tagħlimiet meħuda mit-tifqigħa tal-pandemija, f'termini ta' kontinwità tal-operat u approċċi ta' ġestjoni tal-kriżijiet, il-kapaċità ta' rispons tal-IT, ir-reżiljenza tal-organizzazzjoni, id-dmir ta' diliġenza lejn il-persunal tiegħu, l-effettività tal-komunikazzjoni interna u l-flessibbiltà tal-proċessi ta' ħidma;

(1) ĠU L 57, 27.2.2020.
(2) ĠU C 436, 28.10.2021, p. 1.
(3) ĠU C 430, 25.10.2021, p. 7.
(4) ĠU C 436, 28.10.2021, p. 207.
(5) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1
(6) Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).
(7) Deċiżjoni tal-KESE Nru 053/16 A tat-2 ta' Marzu 2016, Artikolu 9(1).
(8) ĠU L 277, 19.9.2014, p. 11.
(9) ĠU L 207, 11.6.2021, p. 1
(10) Testi adottati P9_TA(2021)0427.


Kwittanza 2020: Baġit ġenerali tal-UE – Il-Kumitat tar-Reġjuni
PDF 201kWORD 68k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima VII - Il-Kumitat tar-Reġjuni (2021/2112(DEC))
P9_TA(2022)0150A9-0063/2022

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2021)0381 – C9‑0264/2021)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kumitat tar-Reġjuni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2020,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0063/2022),

1.  Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kumitat tar-Reġjuni għas-sena finanzjarja 2020;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni (2021/2112(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima VII - Il-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0063/2022),

A.  billi fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni billi jittejbu t-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u billi jiġi implimentat il-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u l-governanza tajba tar-riżorsi umani;

B.  billi l-Kumitat tar-Reġjuni (il-"Kumitat") jirrappreżenta lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u jinvolvihom fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Unjoni u jsegwi l-missjonijiet tiegħu ta' tfassil aħjar tal-liġijiet u t-tisħiħ tad-demokrazija tal-Unjoni minn isfel għal fuq billi jikkondividi l-opinjonijiet tagħhom dwar il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li għandhom impatt dirett fuq ir-reġjuni u l-bliet;

C.  billi l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma responsabbli għal terz tal-infiq pubbliku u żewġ terzi tal-investiment pubbliku, flimkien mal-fatt li għandhom kompetenzi f'oqsma ewlenin bħall-edukazzjoni, l-iżvilupp ekonomiku u l-koeżjoni, l-ambjent, il-protezzjoni soċjali, is-saħħa u s-servizzi ta' interess ġenerali f'ħafna Stati Membri;

D.  billi l-konsultazzjoni tal-Kumitat mill-Kummissjoni jew mill-Kunsill hija obbligatorja f'ċerti każijiet, il-Kumitat jista' wkoll jadotta opinjonijiet fuq inizjattiva proprja tiegħu filwaqt li jgawdi minn qasam wiesa' għal riferiment kif stabbilit fit-Trattat, li jippermettilu li jiġi kkonsultat mill-Parlament;

E.  billi, wara t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 u meta wieħed iqis is-sitwazzjoni fir-reġjuni tal-Unjoni, il-Kumitat iffoka minnufih fuq li jinforma lill-koleġiżlatur tal-Unjoni dwar il-ħtiġijiet konkreti li kienu qed jesperjenzaw l-awtoritajiet nazzjonali u lokali fil-prattika biex jiġġieldu l-pandemija u l-konsegwenzi tagħha;

F.  billi l-Kumitat żviluppa pjan ta' azzjoni għall-COVID-19 u nieda pjattaforma ta' skambju dwar il-COVID-19 biex jassisti, jinforma, jinvolvi u jirrappreżenta lir-reġjuni u lill-bliet;

G.  billi l-Kumitat, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Lulju 2020, adotta tliet prijoritajiet politiċi għall-mandat tal-2020-2025, akkumpanjati minn tliet kampanji ta' komunikazzjoni: "Inressqu lill-Ewropa eqreb taċ-ċittadini: Id-demokrazija u l-futur tal-UE"; "Il-ġestjoni tat-trasformazzjonijiet soċjetali fundamentali: Nibnu komunitajiet reġjonali u lokali reżiljenti"; "Il-koeżjoni, il-valur fundamentali tagħna: Politiki tal-UE bbażati fuq il-post";

H.  billi l-Kumitat identifika disa' inizjattivi ewlenin biex jagħmel l-azzjoni tiegħu aktar strateġika u biex tħalli impatt akbar: (1) Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, (2) Ir-rispons għall-COVID-19 marbut mas-saħħa, (3) Il-Pjan ta' Azzjoni għall-Implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, (4) Il-Patt CoR4Climate, (5) Il-futur tal-kooperazzjoni transfruntiera, (6) Il-Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, (7) Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, (8) Il-viżjoni fit-tul għaż-Żoni Rurali, u (9) Il-baġit tal-Kumitat Strateġiku – l-iżgurar ta' sehem ġust mir-riżorsi għall-Kumitat;

I.  billi t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 għamlitha neċessarja għall-Kumitat li jirrieżamina u jadatta l-funzjonament intern u l-metodi ta' ħidma tiegħu sabiex ikompli jwettaq il-missjoni tiegħu;

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") ma identifikat l-ebda nuqqas sinifikanti fir-rigward tas-suġġetti awditjati relatati mar-riżorsi umani u l-akkwist għall-Kumitat;

2.  Jenfasizza l-fatt li l-Qorti kkonkludiet li, fuq il-bażi tax-xogħol ta' awditu tagħha, il-pagamenti b'mod globali għan-nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, inkluż i-Kumitat, għas-sena finanzjarja 2020 kienu ħielsa minn żbalji materjali; jilqa' l-fatt li l-Qorti ma sabet l-ebda kwistjoni speċifika relatata mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet;

3.  Huwa konxju li l-Kapitolu 9 "Amministrazzjoni" tar-Rapport Annwali tal-Qorti huwa ffukat fuq in-nefqa fuq ir-riżorsi umani, il-bini, it-tagħmir, l-enerġija, il-komunikazzjoni u t-teknoloġija tal-informazzjoni u li l-Qorti tindika li din in-nefqa hija ta' riskju baxx;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.  Jinnota li l-baġit tal-Kumitat għall-2020 kien jammonta għal EUR 101,5 miljun (żieda ta' 2,8 % meta mqabbel mal-baġit għall-2019 ta' EUR 98,75 miljun); jinnota li l-baġit tal-Kumitat, fil-biċċa l-kbira tiegħu, huwa ta' natura amministrattiva bil-parti l-kbira tiegħu użata għan-nefqa relatata mar-riżorsi umani, mal-bini u l-għamara, mat-tagħmir u mal-ispejjeż operatorji varji;

5.  Jinnota sa tmiem l-2020 kienu ġew impenjati EUR 94,1 miljun (92,7 %) mill-approprjazzjonijiet kollha u li kienu tħallsu EUR 83,6 miljun (82,4 %); josserva li kien hemm EUR 7,4 miljun li ma ġewx impenjati fi tmiem l-2020 u għalhekk ġew irritornati fil-baġit tal-Unjoni, li huwa ammont konsiderevolment ogħla minn dak tal-2019, fejn EUR 0,4 miljun (inqas minn 0,5 %) ma ġewx impenjati; jirrikonoxxi li l-approprjazzjonijiet mhux impenjati huma prinċipalment minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u jħeġġeġ lill-Kumitat itejjeb il-monitoraġġ u l-ġestjoni tal-approprjazzjonijiet disponibbli;

6.  Jinnota li l-iffrankar relatat mal-COVID-19 għall-2020 huwa stmat li kien aktar minn EUR 11-il miljun, u sar prinċipalment fl-oqsma tal-laqgħat tal-membri u l-indennizzi tal-ivvjaġġar (EUR 120 046 riportati għall-2021), l-interpretazzjoni, il-missjonijiet u, f'livell inqas, l-ispejjeż operattivi tal-bini; jinnota li n-nefqa addizzjonali kkawżata direttament mill-pandemija tal-COVID-19 kienet pjuttost limitata, prinċipalment fil-qasam tas-servizzi mediċi (inqas minn EUR 100 000) u tas-salarji tal-persunal (aktar minn EUR 400 000);

7.  Jinnota li l-Kumitat ma jagħmilx trasferiment ta' tlaqqit speċifiku wieħed fi tmiem is-sena iżda jwettaq rieżamijiet tal-implimentazzjoni tal-baġit f'intervalli regolari matul is-sena ta' implimentazzjoni tal-baġit; jinnota li fl-2020 il-Kumitat issottometta ħames trasferimenti ta' approprjazzjonijiet lill-awtorità baġitarja ta' madwar EUR 6,6 miljun (jew 6,5 % tal-baġit tiegħu) li minnhom EUR 4,9 miljun biss ġew awtorizzati mill-awtorità baġitarja u mwettqa mill-Kumitat, fil-biċċa l-kbira mill-oqsma li pproduċew iffrankar sostanzjali (laqgħat tal-membri u indennizzi tal-ivvjaġġar, interpretazzjoni u missjonijiet) fl-oqsma li kellhom bżonn jissaħħu (inklużi l-IT, il-bini, il-komunikazzjoni u l-għarfien espert estern);

8.  Jinnota xejra negattiva fir-rata globali ta' eżekuzzjoni għall-pagamenti (82,4 % fl-2020, 88,8 % fl-2019 u 91,0 % fl-2018); jinnota li fl-2020 din kienet prinċipalment dovuta għall-kanċellazzjoni ta' għadd kbir ta' laqgħat u avvenimenti minħabba r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar imposti bħala riżultat tal-pandemija tal-COVID-19;

9.  Jinnota li, minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u r-restrizzjonijiet konsegwenti fuq l-ivvjaġġar, il-laqgħat minn nofs Marzu sa nofs Mejju 2020 tħassru, filwaqt li minn nofs Mejju ġew organizzati laqgħat mill-bogħod u ibridi; jieħu nota tad-deċiżjoni tal-bureau tal-Kumitat li jistabbilixxi indennizz fiss għall-parteċipazzjoni f'laqgħa mill-bogħod għall-membri tiegħu ta' EUR 200 (meta mqabbel mal-indennizz fiss għall-parteċipazzjoni f'laqgħa standard ta' EUR 323) biex ikopri l-ispejjeż imġarrba waqt it-tħejjija tal-laqgħat u l-parteċipazzjoni fihom, diment li l-membru kien effettivament imwaqqaf milli jattendi l-laqgħa fiżikament u li l-attendenza kienet awtorizzata; josserva li fid-9 ta' Ottubru 2020, il-Bureau stabbilixxa indennizz simili għal-laqgħat mill-bogħod għall-esperti u l-kelliema;

10.  Jinnota li mill-2020, il-membri jistgħu jiksbu rimborż ta' 100 % tal-ispejjeż tal-kors tal-lingwa tagħhom (minflok 66 % bħal qabel), sa ammont massimu ta' EUR 1 200 fis-sena, sabiex tiġi appoġġjata l-parteċipazzjoni tagħhom f'laqgħat mill-bogħod li mhux dejjem ikollhom servizzi ta' interpretazzjoni; jinnota li ġew ittrasferiti EUR 27 500 għal-linja baġitarja rilevanti fl-2020 b'appoġġ għal dik il-bidla; iħeġġeġ lill-Kumitat jiżgura korrelazzjoni raġonevoli bejn it-taħriġ lingwistiku u l-ħtiġijiet u d-dmirijiet tal-membru rikjedenti;

11.  Jinnota li fil-qasam tal-akkwist pubbliku, ġew organizzati 18-il sejħa għall-offerti b'valur ta' aktar minn EUR 15 000, li minnhom intrebħu tmienja fl-2020; jinnota li tħassru tliet proċeduri minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u li s-seba' proċeduri li jifdal kienu skedati biex jiġi ffirmat il-kuntratt tagħhom fl-2021; josserva b'sodisfazzjon li ġew organizzati sitt proċeduri f'isem il-Kumitat mis-servizzi konġunti kondiviżi mill-Kumitat u mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (il-"KESE");

Ġestjoni interna, prestazzjoni, kontroll intern

12.  Jilqa' t-tnedija fl-2020 tal-programm ta' riforma tal-Kumitat, "Going for IMPact!", li l-intenzjoni tiegħu hija li jimmodernizza l-amministrazzjoni tiegħu, li juża r-riżorsi tiegħu b'mod aktar effiċjenti u li jżid l-impatt tiegħu u l-ammont ta' nies li jilħaq; jinnota li ġew identifikati erba' raggruppamenti sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi u jenfasizza r-raggruppament dwar it-tagħlimiet meħuda mill-pandemija tal-COVID-19; japprezza l-analiżi inklużiva tal-prijoritajiet tal-Kumitat (li tinkludi suġġerimenti mill-persunal), flimkien ma' eżerċizzju ta' simplifikazzjoni amministrattiva; huwa konxju li b'riżultat ta' dan inħolqu disa' task forces mhux ġerarkiċi li jmorru lil hinn minn servizz wieħed u li ġiet ippreżentata organigramma ġdida fis-7 ta' Diċembru 2020;

13.  Jilqa' l-kooperazzjoni qawwija bejn il-Kumitat u l-Kummissjoni, peress li l-kontribut tal-Kumitat, li jinkludi l-fehmiet tal-awtoritajiet reġjonali u lokali, huwa importanti għal proċess ta' valutazzjoni ta' politika bbilanċjata, b'mod partikolari fir-rigward tal-pjattaforma Fit for Future, il-Pjattaforma REFIT u n-network RegHub, kif ukoll il-kontribut tal-Kumitat għall-pjan ta' azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u s-Summit Soċjali ta' Porto fl-2021; jenfasizza li l-Kumitat stabbilixxa grupp ta' kuntatt bejn il-Kumitat u r-Renju Unit biex jipprovdi qafas għall-kooperazzjoni politika;

14.  Jilqa' l-impenn tal-Kumitat li jsaħħaħ l-involviment tiegħu fiċ-ċiklu politiku u leġiżlattiv sħiħ tal-Unjoni, filwaqt li jibni fuq il-kooperazzjoni mal-Parlament u mal-Kummissjoni; jemmen li l-involviment akbar tal-Kumitat fl-istadji kollha tal-proċess leġiżlattiv tal-Unjoni jkun ta' benefiċċju sabiex l-awtoritajiet reġjonali u lokali jitpoġġew fil-qalba tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni, b'mod partikolari wara l-pandemija tal-COVID-19;

15.  Jinnota li l-Kumitat adotta 8 riżoluzzjonijiet u 48 opinjoni fl-2020 (meta mqabbla ma' 5 riżoluzzjonijiet u 49 opinjoni fl-2019); iqis li, minħabba d-diffikultajiet biex jiġu adottati opinjonijiet permezz ta' konsultazzjonijiet fi ħdan l-iskadenzi interistituzzjonali stretti fil-bidu tal-pandemija tal-COVID-19, il-Kumitat irrikorra għall-adozzjoni ta' opinjonijiet fuq inizjattiva proprja, abbażi ta' dokumenti tal-Kummissjoni, biex jikkontribwixxi b'mod effettiv u f'waqtu għar-rispons tal-Unjoni għall-pandemija;

16.  Jinnota l-isforzi tal-Kumitat fit-tixrid tal-opinjonijiet tiegħu flimkien ma' rapporti u attivitajiet oħra, li wkoll jikkontribwixxu biex tinkiseb il-missjoni tiegħu; jirrikonoxxi li l-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni regolarment tqis l-opinjonijiet tal-Kumitat; jistieden lill-Kumitat jiżgura li kull opinjoni tiġi kondiviża mal-Membri tal-kumitati rilevanti tal-Parlament u jintalab b'mod uffiċjali u sistematiku ħin għal diskors fil-preżentazzjoni tal-abbozzi ta' rapporti tal-Parlament, f'konformità mal-ftehim ta' kooperazzjoni bejn il-Parlament u l-Kumitat;

17.  Huwa konxju li twettqu eżerċizzji ta' konformità u effettività fl-2019 u fl-2020 biex jiġi vvalutat sa liema punt il-Kumitat ikkonforma mas-16-il standard ta' kontroll intern u sa liema punt kienet effettiva l-implimentazzjoni tagħhom; jissottolinja li t-task force dwar "Is-simplifikazzjoni tal-ambjent amministrattiv" fasslet sett ta' miżuri ta' simplifikazzjoni amministrattiva, li ħafna minnhom qed jiġu implimentati bħalissa; jinnota b'sodisfazzjon li fl-2020 twettaq eżerċizzju ta' kontroll ex post u li ma ġiet identifikata l-ebda kwistjoni ewlenija minbarra l-ħtieġa li jiġu aġġornati l-proċeduri bil-miktub bħala riżultat tal-metodi l-ġodda ta' ħidma mingħajr l-użu ta' karti; jinnota li s-servizz ċentrali ta' verifika tal-Kumitat ipproċessa aktar minn 13 000 fajl, u li 318-il tranżazzjoni vverifikata (meta mqabbla ma' 381 fl-2019) jew ġew ikkoreġuti jew miċħuda;

18.  Huwa konxju li l-Kumitat, sabiex jikkonforma mar-Regolament Finanzjarju, qabbad espert estern biex iwettaq analiżi tal-kosteffettività; japprezza li, sabiex jitnaqqas kwalunkwe riskju ta' użu mhux xieraq tal-baġit, il-Kumitat ħoloq ambjent ta' kontroll intern immonitorjat b'mod ċentrali flimkien ma' mudell finanzjarju parzjalment deċentralizzat b'tali mod li jiżgura li t-tranżazzjonijiet finanzjarji kollha jkunu soġġetti għal verifika minn aġent verifikatur indipendenti; jinnota li l-Kumitat nieda pjan ta' azzjoni pluriennali għal reviżjoni u simplifikazzjoni gradwali tal-ambjent ta' kontroll intern eżistenti; jitlob lill-Kumitat jirrapporta dwar il-progress tal-implimentazzjoni ta' dak il-pjan li bdiet fl-2021 u li se tkompli fl-2022;

Riżorsi umani, ugwaljanza u benesseri tal-persunal

19.  Jinnota li l-għadd ta' pożizzjonijiet fil-pjan ta' stabbiliment jammonta għal 491 li l-Kumitat iqis bħala insuffiċjenti; jinnota li l-Kumitat jirrikorri għar-reklutaġġ ta' persunal bil-kuntratt għal sostituzzjonijiet għal perjodu ta' żmien minn medju sa twil u għal proġetti speċifiċi, li jinvolvi r-riskju ta' telf konsiderevoli ta' għarfien u għarfien espert għall-Kumitat meta dawk il-kuntratti jintemmu; jappoġġja lill-Kumitat hekk kif qed ikompli jinnegozja t-tkabbir tal-pjan ta' stabbiliment tiegħu; jinnota li r-rata ta' okkupazzjoni tal-pjan ta' stabbiliment tal-Kumitat hija ta' 96,3 % (meta mqabbla ma' mira ta' mill-inqas 96 %); jinnota li fi tmiem l-2020, il-forza tax-xogħol totali kienet ta' 601 (li tinkludi kemm il-persunal statutorju kif ukoll dak mhux statutorju), meta mqabbla ma' 610 fi tmiem l-2019; iħeġġeġ lill-Kumitat, f'dan il-kuntest, biex japprofondixxi l-kooperazzjoni amministrattiva tiegħu mal-KESE permezz tal-arranġament ta' servizzi konġunti biex jiġbor flimkien il-persunal sabiex ikompli jiżviluppa aktar sinerġiji;

20.  Josserva li l-arranġamenti tax-xogħol flessibbli huma aċċessibbli għall-maġġoranza kbira tal-persunal tal-Kumitat iżda li x-xogħol part-time u l-liv tal-ġenituri jintużaw minn għadd limitat ta' persunal, li minnhom in-nisa jirrappreżentaw 77,5 % u 78,72 % rispettivament; huwa konxju li l-Kumitat jipprovdi sessjonijiet ta' sensibilizzazzjoni għall-persunal dwar l-arranġamenti ta' xogħol flessibbli u jirrakkomanda li l-Kumitat jimpenja ruħu f'komunikazzjoni aktar intensiva dwar il-vijabbiltà u l-benefiċċji ta' dawk l-arranġamenti u li jiżgura li l-użu tal-arranġamenti ta' xogħol flessibbli ma jkunx ta' żvantaġġ għalihom bi kwalunkwe mod fil-progress fil-karriera tal-membri tal-persunal rilevanti; jilqa' l-istħarriġ tal-persunal dwar it-telexogħol u l-flessibbiltà fix-xogħol li minnu l-maniġers u persunal ieħor jistgħu jieħdu tagħlimiet u jibnu reġimi ta' xogħol flessibbli għall-futur;

21.  Jinnota li t-telexogħol kien diġà jintuża b'mod mifrux qabel il-pandemija tal-COVID-19, iżda li t-tagħmir tal-IT, l-esperjenza u l-kultura tat-telexogħol meħtieġa ma kinux għadhom preżenti fil-Kumitat kollu; josserva li s-servizzi tal-IT tal-Kumitat għamlu sforzi sinifikanti biex l-organizzazzjoni kollha tkun tista' taħdem b'mod kompletament mill-bogħod; jirrimarka li l-persunal malajr ġie mħarreġ dwar l-użu tal-pjattaformi online differenti;

22.  Josserva b'sodisfazzjon ir-rata ta' assorbiment tal-kompetizzjoni interna ġenerali li ntemmet fl-2019 ("riżerva ta' talent") b'100 % tal-ħatriet għall-grupp AST/SC u għall-grupp AST u 81 % tal-ħatriet għall-grupp AD ġejjin mil-lawrjati; jilqa' l-istrateġija ta' ġestjoni mtejba tat-talent prevista għall-2022, li għandha l-għan li timplimenta skema ta' mobbiltà interna aktar dinamika;

23.  Jinsab imħasseb dwar il-12-il każ possibbli ta' stress eċċessiv irrapportati fl-2020 iżda jirrikonoxxi s-segwitu personalizzat mill-Kumitat tal-assenzi biex tiġi ffaċilitata r-riintegrazzjoni wara assenza fit-tul; jisħaq fuq l-importanza tal-uffiċjal mediku u tal-ħaddiem tas-servizz soċjali tal-Kumitat biex jipprovdu appoġġ u jżommu kuntatt ma' persuni f'diffikultà; iħeġġeġ lill-Kumitat iżomm il-fokus fuq il-prevenzjoni primarja biex jitnaqqsu r-riskji psikosoċjali u l-istress eċċessiv kif ukoll il-viżti mediċi annwali;

24.  Jinnota li l-proporzjon tal-ġeneri fil-persunal tal-Kumitat fl-2020 kien ta' 55,8 % nisa, meta mqabbel ma' 56 % fl-2019; jesprimi dispjaċir għad-distribuzzjoni żbilanċjata fil-maniġment intermedju (32,4 % nisa) u superjuri (25 % nisa); jissottolinja li din hija kwistjoni rikorrenti u jtenni t-talba lill-Kumitat biex ikompli bl-isforzi tiegħu biex jikseb bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli ġerarkiċi kollha; jinnota li l-mira ta' 40 % nisa f'pożizzjonijiet maniġerjali stabbilita fil-pjan ta' azzjoni għal opportunitajiet indaqs bħalissa tidher li tista' tintlaħaq (37,5 % f'Marzu 2021); jilqa' b'mod partikolari l-inċentivi speċifiċi biex b'mod attiv in-nisa jiġu mħeġġa japplikaw għal karigi maniġerjali bħar-rikonoxximent formali tar-responsabbiltajiet maniġerjali taħt il-livell tal-kap tal-unità, il-programm ta' mentoraġġ imniedi fl-2019 u l-korisjiet ta' taħriġ premaniġerjali; iħeġġeġ lill-Kumitat biex jagħmel l-isforzi kollha meħtieġa sabiex jilħaq l-istrateġija tiegħu ta' ħames snin dwar l-opportunitajiet indaqs u biex ikun aktar ambizzjuż fil-pjanijiet ta' azzjoni annwali li jimplimentaw l-istrateġija; jilqa' u jinkoraġġixxi, b'mod partikolari, azzjonijiet li jikkontribwixxu għal rappreżentanza bbilanċjata tal-ġeneri fil-bordijiet tas-selezzjoni u arranġamenti tax-xogħol aktar flessibbli;

25.  Jinnota li l-Kumitat jimpjega persunal mill-Istati Membri kollha bl-eċċezzjoni ta' Stat Membru wieħed; jilqa' l-inizjattivi tal-Kumitat biex tiżdied il-viżibbiltà tal-pożizzjonijiet vakanti tiegħu, b'mod partikolari bl-użu ta' ambaxxaturi tal-persunal u bil-ħolqien ta' "reputazzjoni ta' min iħaddem" pożittiva; jitlob lill-Kumitat ikompli jieħu passi biex jikseb distribuzzjoni ġeografika xierqa fost il-persunal tiegħu, b'fokus partikolari fuq il-livell ta' maniġment;

26.  Fuq nota pożittiva, jenfasizza li wara l-ħatra ta' uffiċjal għall-opportunitajiet indaqs fl-2019, fl-2020 ġiet stabbilita task force bejn is-servizzi biex l-opportunitajiet indaqs jiġu integrati fil-politiki kollha tar-riżorsi umani u biex titħejja l-istrateġija ta' ħames snin (2022-2027); jifraħ lill-inizjattiva li jinħolqu punti ta' kuntatt għal kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-ġeneru, mal-komunità LGBTIQ u mad-diżabilitajiet sabiex jiġu mħeġġa l-inizjattivi minn isfel għal fuq u jingħata kontribut biex il-Kumitat isir post tax-xogħol aktar inklużiv;

27.  Huwa konxju mill-każ ta' fastidju rrapportat lill-KESE minn informatur u trażmess lill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) f'Awwissu 2020, li jikkonċerna membru tal-persunal tal-Kumitat li jaħdem fis-servizzi konġunti u jinvolvi wkoll allegazzjonijiet ta' ġestjoni ħażina u irregolaritajiet finanzjarji; jistieden lill-Kumitat u lill-KESE jirrapportaw b'mod konġunt lill-Parlament dwar l-eżitu tal-investigazzjoni mill-OLAF kif ukoll dwar kwalunkwe verifika interna ulterjuri jew miżura li tinsab pendenti fuq investigazzjoni;

28.  Jilqa' d-diskussjonijiet intensivi bejn il-Kumitat, ir-rappreżentanti tal-persunal, is-servizzi interni rilevanti kollha u membri oħra tal-persunal involuti fid-deċiżjoni dwar il-ħarsien tad-dinjità tal-persunal, il-ġestjoni tal-konflitt u l-ġlieda kontra l-fastidju psikoloġiku u sesswali fil-Kumitat u l-gwida li takkumpanjaha, adottata fl-2021; japprezza l-organizzazzjoni ta' azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni tal-persunal u l-approċċ ta' tolleranza żero tal-Kumitat lejn il-fastidju kif ukoll il-kors ta' taħriġ online dedikat; jissuġġerixxi li l-Kumitat jagħmel użu minn attivitajiet ta' komunikazzjoni alternattivi dwar suġġetti rilevanti relatati mal-opportunitajiet indaqs, id-diversità u l-inklużjoni biex jiġi evitat u ġestit il-konflitt fuq il-post tax-xogħol; jilqa' l-kostituzzjoni ta' bord konsultattiv dwar il-fastidju;

29.  Jinnota li, biex tiġi ssalvagwardjata d-data personali, ma tinġabar l-ebda data dwar il-persunal b'diżabilità iżda jirrimarka li b'riżultat ta' dan qed jiġu mxekkla valutazzjoni reali tas-sitwazzjoni u l-elaborazzjoni ta' politiki adegwati f'dak il-qasam; jinnota li, madankollu, il-politika tal-Kumitat dwar l-opportunitajiet indaqs tinkludi għadd ta' passi prattiċi u miżuri konkreti li għandhom l-għan li jipprovdu ambjent tax-xogħol inklużiv; jilqa' l-fatt li l-istrateġija konġunta dwar il-bini tal-Kumitat u tal-KESE tqis bis-sħiħ id-diżabbiltà;

30.  Jinnota li l-Kumitat ospita 47 trainee fl-2020, li kollha ngħataw għotja fix-xahar u somma f'daqqa addizzjonali ta' EUR 100 biex ikopru l-ispejjeż relatati mat-telexogħol; jiddispjaċih li ġew offruti żjarat ta' studju mingħajr ħlas lil tmien trainees flimkien ma' tliet żjarat ta' studju qosra li bdew fl-2019 u komplew fl-2020; itenni l-appell tiegħu lill-Kumitat biex jiżgura li t-trainees kollha tiegħu jirċievu remunerazzjoni diċenti;

Qafas etiku u trasparenza

31.  Jilqa' l-eżitu tal-ewwel fażi tal-proċess ta' medjazzjoni bejn il-Kumitat u s-Sur McCoy, eks kontrollur finanzjarju u awditur intern, bl-iffirmar f'Diċembru 2019 ta' ftehim politiku dwar il-prinċipji li jirregolaw ir-riżoluzzjoni tal-każ ta' żvelar ta' informazzjoni bona fide tas-Sur McCoy; ifakkar li, abbażi tar-riżoluzzjoni ta' kwittanza tal-2017, saret il-ħatra ta' membru tal-Parlament bħala medjatur u li l-partijiet kollha daħlu fi proċess ta' medjazzjoni biex jintemm it-tilwim bejn il-Kumitat u s-Sur McCoy, bl-għan li tintlaħaq soluzzjoni amikevoli; jirrikonoxxi li l-Kumitat segwa l-laqgħat ta' medjazzjoni skedati mas-Sur McCoy; huwa konxju li t-tieni stadju tal-medjazzjoni konkluż fid-9 ta' Lulju 2021 bil-kontribut tal-medjatur tal-Parlament, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament, is-Sur McCoy u l-President u s-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat u l-iffirmar ta' soluzzjoni finanzjarja finali; huwa konxju, finalment, li l-Kumitat, wara l-approvazzjoni tat-trasferiment mill-awtoritajiet baġitarji, eżegwixxa b'suċċess il-pagament miftiehem lis-Sur McCoy f'Novembru 2021; jirrikonoxxi l-ħidma li saret minn rapporteurs u shadow rapporteurs suċċessivi għall-kwittanza tal-Kumitat tul dawn l-aħħar għoxrin sena li, flimkien mal-proċess ta' medjazzjoni u l-assistenza tas-Servizz Legali tal-Parlament, ikkontribwew għar-riżoluzzjoni tal-kwistjoni li kienet ilha pendenti; jiddispjaċih ħafna dwar il-ħsara konsiderevoli kkawżata lis-Sur McCoy u jiddikjara li dan il-każ ma kellux jibqa' mhux solvut għal aktar minn tmintax-il sena; jesprimi s-sodisfazzjon sinċier tiegħu għall-konklużjoni ta' dan il-każ u jappoġġja l-azzjonijiet tal-Kumitat sabiex jiżgura li sitwazzjoni bħal din ma tkunx tista' terġa' tinqala';

32.  Jirrikonoxxi li l-Ftehim tas-16 ta' April 2014 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea dwar ir-reġistru tat-trasparenza għal organizzazzjonijiet u individwi li jaħdmu għal rashom involuti fit-tfassil tal-politika u fl-implimentazzjoni tal-politika tal-UE(6) u l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Mejju 2021 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar reġistru tat-trasparenza obbligatorju(7), filwaqt li jippermettu l-involviment volontarju tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, ma jkoprux l-attivitajiet tal-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom; joġġezzjona, madankollu, għall-fehma tal-Kumitat li l-użu tar-reġistru tat-trasparenza stabbilit minn dawk il-ftehimiet għandu rilevanza limitata u għandu riżervi dwar il-validità tal-Gwida Prattika dwar l-interazzjoni tal-persunal ma' entitajiet esterni (li tmur lura għall-2018); ifakkar fl-importanza ta' livell għoli ta' trasparenza fir-rigward tal-laqgħat ta' lobbjar li jistgħu jinfluwenzaw lill-Kumitat fir-rwol konsultattiv tiegħu għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni u għalhekk, itenni t-talba tiegħu lill-Kumitat biex jingħaqad mal-ftehim Interistituzzjonali dwar reġistru ta' trasparenza obbligatorju;

33.  Jesprimi dispjaċir għall-fatt li 66 membru tal-persunal biss ħadu sehem f'waħda jew aktar mit-13-il sessjoni ta' taħriġ dwar kwistjonijiet etiċi li ġew organizzati fl-2020; iħeġġeġ lill-Kumitat isib modi kif iżid il-parteċipazzjoni tal-persunal f'attivitajiet bħal dawn; jinnota b'sodisfazzjon l-istħarriġ dwar is-sensibilizzazzjoni tal-persunal dwar l-etika li tnieda sa tmiem l-2019 u s-segwitu tiegħu fil-qafas tal-awditu intern dwar l-istess kwistjoni; jitlob lill-Kumitat jibqa' jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet stabbiliti f'Settembru 2020 u jirrapporta dwar l-eżiti fi żmien xieraq;

34.  Jilqa' d-dħul fis-seħħ fis-26 ta' Jannar 2020 tal-kodiċi ta' kondotta tal-Kumitat u l-fatt li s-Segretarju Ġenerali mhu konxju tal-ebda ksur; jesprimi dispjaċir, madankollu, għall-fatt li f'Jannar 2021, kien għad hemm 146 dikjarazzjoni finanzjarja mill-membri u mis-sostituti li kienu għadhom ma ġewx sottomessi minkejja l-obbligu skont il-kodiċi ta' kondotta li jagħmlu dan; iħeġġeġ lill-Kumitat jikseb id-dikjarazzjonijiet finanzjarji neqsin, billi jagħmel użu sħiħ mill-għażliet disponibbli skont il-kodiċi ta' kondotta;

35.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-intranet tal-Kumitat għandu paġni ddedikati għall-qafas etiku applikabbli għall-membri tal-persunal; jilqa' l-pubblikazzjoni tiegħu fuq is-sit web tal-Kumitat ukoll, minbarra l-kodiċi ta' kondotta tal-Kumitat u l-lista ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji neqsin; jirrakkomanda li l-Kumitat iżid il-viżibbiltà ta' dawk id-dokumenti fir-rigward tal-pubbliku;

Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà, protezzjoni tad-data

36.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li ħafna proċessi ta' ħidma ġew diġitalizzati b'riżultat tal-pandemija tal-COVID-19 u li l-laqgħat kollha saru mill-bogħod jew f'forma ibrida minn Marzu 2020, filwaqt li l-membri kollha tal-persunal ġew mgħammra bl-għodod tal-IT meħtieġa biex jaħdmu mid-dar; jifraħ lill-Kumitat għat-titjib sinifikanti tal-portal tal-membri, Phoenix u tal-għodda tal-fluss tax-xogħol tad-dokumenti Adonis; jinnota li sar progress kontinwu fir-rigward tal-fatturazzjoni elettronika, fl-akkwist elettroniku u fil-flussi ta' ħidma finanzjarji mingħajr karti, li ġie stabbilit grupp ta' ħidma dwar il-firem elettroniċi, li ġew implimentati verżjonijiet ġodda tal-magni tat-tiftix biex jappoġġjaw aħjar il-laqgħat online għall-membri filwaqt li tfasslu miżuri speċifiċi, li tnediet sistema ta' votazzjoni elettronika għall-membri tal-Kumitat, li l-applikazzjonijiet li diġà kienu jeżistu ġew adattati b'mod sinifikanti biex jappoġġjaw aħjar lill-membri u lill-persunal tal-Kumitat u li sar progress fl-implimentazzjoni tal-għodod ta' traduzzjoni megħjuna mill-kompjuter;

37.  Jinnota li l-pandemija tal-COVID-19 imbuttat lill-Kumitat biex iħaffef b'mod sostanzjali l-implimentazzjoni ta' għadd ta' proġetti tal-IT u tal-vidjokonferenzi fl-2020, b'investiment addizzjonali sussegwenti ta' madwar EUR 2,7 miljun; jinnota li l-Kumitat nefaq EUR 6 392 372 fuq proġetti u tagħmir tal-IT fl-2020 (meta mqabbel ma' EUR 4 033 320 fl-2019); jinnota li apparti l-istrateġija diġitali tal-Kumitat għall-2019, ġew żviluppati proġetti oħra biex tiġi ddiġitalizzata l-amministrazzjoni tal-Kumitat u tiġi żgurata l-effiċjenza tagħha; jaqbel mad-dikjarazzjoni tal-Kumitat li s-servizzi tal-IT tiegħu ilhom strutturalment sottoffinanzjati għal snin twal u li t-trasferimenti baġitarji ma jistgħux jissostitwixxu l-finanzjament strutturalment sod meħtieġ għas-servizzi kollha tal-IT; jinnota, b'mod partikolari, it-tħassib tal-Kumitat dwar il-kostijiet u l-ispejjeż ġenerali għal organizzazzjonijiet iżgħar ta' regoli futuri vinkolanti komuni dwar iċ-ċibersigurtà għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji kollha tal-Unjoni kif imsemmi fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Ġunju 2021 dwar l-Istrateġija tal-UE dwar iċ-Ċibersigurtà għad-Deċennju Diġitali(8);

38.  Jilqa' l-ħolqien ta' viċi uffiċjal tal-protezzjoni tad-data biex jiggarantixxi l-kontinwità tal-operat u jsaħħaħ il-kapaċitajiet tal-Kumitat f'dak il-qasam speċifiku; iħeġġeġ lill-Kumitat jieħu azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni u jorganizza korsijiet ta' taħriġ għall-membri tal-persunal li jittrattaw id-data personali; jinnota li, fuq talba tal-EDPS, il-Kumitat fassal it-trasferimenti ta' data personali lejn pajjiżi terzi u kkonkluda li ma ġiet affettwata l-ebda attività; jinnota li l-Kumitat iffirma r-"reġistrazzjoni" marbuta ma' kuntratt qafas interistituzzjonali ma' Microsoft u li ma għadx għandu fis-seħħ ftehimiet ta' liċenzji individwali separati mal-Microsoft; japprezza l-politika attiva tal-Kumitat dwar it-teknoloġija b'sors miftuħ; jinkoraġġixxi lill-Kumitat ikompli jipprijoritizza t-teknoloġiji b'sors miftuħ sabiex iżomm kontroll fuq is-sistemi tekniċi tiegħu stess, jevita d-dipendenza u l-intrappolament tal-klijentela, jipprovdi salvagwardji aktar b'saħħithom fir-rigward tal-privatezza u l-protezzjoni tad-data ta' utenti, kif ukoll iżid is-sigurtà u t-trasparenza għall-pubbliku;

Bini u sigurtà

39.  Huwa konxju li l-Kumitat u l-KESE qed jimplimentaw l-istrateġija tagħhom dwar il-bini fit-tul li tiffoka fuq il-konċentrazzjoni ġeografika u l-organizzazzjoni mill-ġdid tal-allokazzjonijiet tal-uffiċċji; jinnota li l-grupp ta' ħidma responsabbli kkunsidra li huwa essenzjali li jkun hemm bini addizzjonali b'kapaċità ta' madwar 200 persuna sabiex ikunu jistgħu jinħolqu kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin; jinnota li dik l-analiżi wasslet lill-Kumitat u lill-KESE biex jinnegozjaw il-kiri tal-bini B100 mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u li l-abbozz tal-ftehim amministrattiv ġie approvat mill-bureaus tal-Kumitat u tal-KESE fl-aħħar trimestru tal-2020; huwa konxju li l-pandemija tal-COVID-19 ikkawżat dewmien fil-proċess;

40.  Jenfasizza li wara t-tpartit tal-binjiet B68/TRE74 tal-Kumitat u tal-KESE mal-binja VMA tal-Kummissjoni, l-iffrankar se jibda jinħass fl-2023 minħabba l-ispiża aktar baxxa biex jinkera l-bini VMA sħiħ meta mqabbel mal-kiri tal-binjiet B68/TRE74 u li dak l-iffrankar se jkun biżżejjed biex ikopri l-kera tal-binja B100;

41.  Jilqa' t-titjib fl-oqsma ewlenin fi ħdan l-istrateġija dwar il-bini, jiġifieri r-rinnovazzjoni tal-bini eżistenti biex jinħolqu spazji tax-xogħol aktar tajbin għas-saħħa allinjati mal-istandards ergonomiċi, jiżdied il-livell ta' sigurtà, jitnaqqas il-konsum tal-elettriku u jkun hemm allinjament mal-obbligi ambjentali;

42.  Jinnota li l-ħidma preparatorja għall-implimentazzjoni tas-sistema l-ġdida ta' ġestjoni tal-eVisitors bdiet fl-2020 u li s-sistema tal-eVisitors kienet kompletament funzjonali f'Novembru 2021, li ppermettiet il-ġestjoni effiċjenti tal-istediniet u r-reġistrazzjoni online ta' viżitaturi esterni; ifakkar lill-Kumitat li d-data personali tal-viżitaturi għandha tinżamm biss għaż-żmien meħtieġ biex tiġi pproċessata ż-żjara;

43.  Jinnota li, wara l-akkwiżizzjoni tal-binja B100 f'Settembru 2021, it-testijiet u t-tnaqqis tal-asbestos għadhom għaddejjin; jistieden lill-Kumitat u lill-KESE jimmonitorjaw perjodikament il-kundizzjonijiet ta' dik il-binja u jżommu lill-persunal infurmat f'kull mument kif xieraq; ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2021 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mill-asbestos(9);

Ambjent u sostenibbiltà

44.  Jilqa' l-integrazzjoni tal-istandards tas-sostenibbiltà, tal-ambjent u tal-aċċessibbiltà, inklużi dawk tal-iskema ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) tal-Unjoni, bħala parti mill-istrateġija dwar il-bini tal-Kumitat u tal-KESE; jinnota li minn meta ġiet stabbbilita s-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħhom, il-Kumitat u l-KESE ħadu diversi azzjonijiet bil-għan li jtejbu l-prestazzjoni enerġetika tal-bini tagħhom u jnaqqsu l-impronta tal-karbonju tagħhom; huwa konxju li jinsab għaddej studju dwar in-newtralità karbonika tal-Kumitat u tal-KESE sal-2030; jilqa' l-parteċipazzjoni tal-Kumitat fl-iskema tal-Parlament ta' kumpens għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra;

45.  Jilqa' l-adozzjoni mill-Kumitat tal-politika li jitwaqqaf l-użu tal-karti fi Frar 2020 u josserva li, minn dak iż-żmien 'l hawn, il-biċċa l-kbira tal-flussi tax-xogħol saru kompletament mingħajr karti; jilqa' l-fatt li l-ammont ta' karti użat minn kull persuna kuljum fl-2020 naqas bi 52 % meta mqabbel mal-2019 u b'81 % meta mqabbel mal-2015;

46.  Jinnota li l-Kumitat għandu politika ta' mobilità sostenibbli stabbilita li hi mmonitorjata permezz ta' stħarriġ tal-persunal kull tliet snin; josserva b'sodisfazzjon li l-politika dwar il-mobilità tinkludi rimborż ta' 50 % tal-biljetti staġjonali tat-trasport pubbliku, roti tas-servizz għal skopijiet ta' vjaġġar professjonali lokali, 237 stazzjon fejn jintrabtu r-roti, għadd ta' spazji ta' parkeġġ għall-karozzi ibridi jew elettriċi u l-organizzazzjoni ta' għadd ta' avvenimenti ta' sensibilizzazzjoni kull sena;

47.  Jilqa' l-kuntratt qafas interistituzzjonali li jagħti lill-Kumitat aċċess għall-Helpdesk tal-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku, li tiffoka fuq l-iżvilupp sostenibbli, kwistjonijiet ambjentali u l-aspetti soċjali tal-akkwist pubbliku; jinnota li l-Kumitat japplika l-politika ambjentali tiegħu f'kull proċess ta' akkwist rilevanti, xi ħaġa li tiġi skrinjata wkoll bħala parti mill-EMAS; jilqa' l-fatt li l-elettriku kkunsmat mill-Kumitat huwa pprovdut esklussivament minn enerġija ekoloġika minn sorsi sostenibbli;

48.  Jenfasizza l-kampanja dwar il-"Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali" mmirata lejn il-mobilizzazzjoni tal-membri tal-Kumitat u tal-kostitwenti akbar tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jittieħdu azzjonijiet pożittivi biex jiġu mħeġġa l-iżvilupp sostenibbli u t-tranżizzjoni ekoloġika (jiġifieri l-ekoloġizzazzjoni urbana, l-effiċjenza enerġetika tal-bini, il-mobilità sostenibbli eċċ.), filwaqt li jittieħed vantaġġ mill-kooperazzjoni msaħħa mad-Direttorat għall-Komunikazzjoni tal-Parlament u bil-parteċipazzjoni attiva tal-Membri Parlamentari;

Komunikazzjoni u multilingwiżmu

49.  Ifakkar fl-importanza li l-Kumitat jiżviluppa viżibbiltà akbar fil-media u fuq l-internet u l-media soċjali sabiex tagħmel xogħolha magħruf; jilqa' l-evalwazzjoni komprensiva esterna tal-istrateġija ta' komunikazzjoni tal-Kumitat għall-2015-2020; jifhem li l-pandemija tal-COVID-19 sfurzat l-aċċellerazzjoni diġitali tal-komunikazzjoni pubblika; jisħaq fuq l-importanza li jiġi mmassimizzat l-għadd ta' nies li jilħaq il-Kumitat permezz tal-ħolqien ta' sinerġiji bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-aktar minn miljun politiku reġjonali u lokali elett li huma rrappreżentati mill-Kumitat; iħeġġeġ lill-Kumitat jieħu vantaġġ mill-opportunitajiet offruti mill-preżenza tiegħu fuq il-media soċjali u fl-istess ħin jesplora l-użu possibbli ta' pjattaformi b'sors miftuħ alternattivi;

50.  Jilqa' l-involviment tal-Kumitat fil-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, li jassisti dak l-eżerċizzju demokratiku fl-ilħuq tal-atturi reġjonali u lokali; iħeġġeġ ukoll lill-Kumitat jassisti lill-membri tiegħu biex jipparteċipaw fi djalogi lokali maċ-ċittadini dwar kwistjonijiet Ewropej;

51.  Jissottolinja l-kampanji u l-attivitajiet imwettqa fl-2020 immirati lejn gruppi ta' interess, b'mod partikolari l-memoranda ta' qbil u l-pjanijiet ta' azzjoni mal-assoċjazzjonijiet Ewropej u nazzjonali li jirrappreżentaw interessi lokali u reġjonali li jinkludu klawżoli dwar kwistjonijiet ta' kooperazzjoni u komunikazzjoni; jifhem li l-pandemija tal-COVID-19 ġiegħlet lill-Kumitat iwaqqaf temporanjament id-djalogi maċ-ċittadini tiegħu; jirrakkomanda li d-djalogi taċ-ċittadini jitmexxew online biex tiġi żgurata l-kontinwità ta' din l-attività importanti biex l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jitqarrbu lejn il-poplu tal-Ewropa;

52.  Jilqa', fil-qasam tal-komunikazzjoni, iż-żewġ avvenimenti ewlenin organizzati fl-2020; jirrimarka li l-Kumitat ilu jikkoordina l-Konferenza Ewropea dwar il-Komunikazzjoni Pubblika (EuropPCom) mill-2011 u li fl-2020 dan l-avveniment sar virtwalment f'Ġunju u f'Diċembru, u laħaq madwar 2 500 espert tal-komunikazzjoni; jenfasizza l-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet, avveniment magħruf li jinvolvu 'il fuq minn 10 000 parteċipant u 800 sieħeb, u l-Barometru Reġjonali u Lokali l-ġdid, ippreżentat f'Ottubru 2020 u jirrikonoxxi li ż-żewġ inizjattivi t-tnejn li huma jikkontribwixxu għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, flimkien mal-proġett maħluq speċifikament għal dak il-għan, "Mil-livell lokali għal dak Ewropew", imniedi fi tmiem l-2020, li jinvolvi 50 reġjun u belt f'panels taċ-ċittadini lokali, transfruntiera u transnazzjonali;

53.  Jitlob lill-Kumitat ikompli bl-isforzi tiegħu biex itejjeb il-viżibbiltà tal-istudji prodotti minnu; jissottolinja li, minbarra l-pubblikazzjoni online tagħhom, hemm bżonn ta' promozzjoni proattiva tal-istudji fil-konfront tal-partijiet ikkonċernati kollha; jinkoraġġixxi lill-Kumitat jagħmel kuntatt mal-Parlament biex iżid il-kooperazzjoni, pereżempju permezz tal-organizzazzjoni ta' laqgħat u avvenimenti konġunti;

54.  Jistieden lill-Kumitat jipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, inklużi dawk li mhumiex rappreżentati uffiċjalment fil-Kumitat, dwar kwistjonijiet relatati mal-opportunitajiet u n-networking tal-Unjoni;

Il-kooperazzjoni interistituzzjonali

55.  Jilqa' l-kooperazzjoni bilaterali dejjem akbar u dejjem aktar effettiva bejn il-Parlament u l-Kumitat; iħeġġeġ kemm lill-Parlament kif ukoll lill-Kumitat jkomplu l-laqgħat regolari bejn il-Presidenti u l-Viċi Presidenti tagħhom u jtejbu l-kooperazzjoni strutturata bejn ir-rapporteurs rispettivi u kemm il-gruppi politiċi kif ukoll il-korpi preparatorji li fihom jorganizzaw ruħhom il-membri tagħhom; jilqa' d-deċiżjoni tal-bureau tal-Kumitat f'Novembru 2020 li jniedi Network Ewropew ta' Kunsilliera Reġjonali u Lokali tal-UE, li se jkun allinjat mal-azzjoni pilota tal-Parlament Nibnu l-Ewropa flimkien mal-Entitajiet Lokali (BELE); jinnota, barra minn hekk, il-kollaborazzjoni kontinwa dwar kwistjonijiet politiċi ewlenin mal-Kummissjoni permezz ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni u mat-Triju ta' Presidenzi tal-Kunsill permezz ta' pjanijiet ta' azzjoni konġunti; jemmen li l-kooperazzjoni politika tal-Kumitat mal-Parlament, mal-Kunsill u mal-Kummissjoni għandha tkun aktar sistematika minħabba l-importanza tal-Kumitat bħala r-rappreżentant taċ-ċittadini tal-Unjoni fir-reġjuni u fil-bliet;

56.  Jenfasizza li l-ftehimiet globali l-ġodda dwar il-livell ta' servizz konklużi fl-2020 mad-DĠ Baġit, DĠ DIGIT u l-Uffiċċju tal-Paymaster tal-Kummissjoni naqqsu b'mod sinifikanti l-għadd ta' ftehimiet, wittew it-triq għal titjib fil-puntwalità tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni u estendew il-possibbiltà li jiġi żgurat l-użu ta' applikazzjonijiet tal-IT interistituzzjonali ġodda tal-Unjoni;

57.  Jenfasizza l-adozzjoni tal-ftehim ta' kooperazzjoni amministrattiva l-ġdid bejn il-Kumitat u l-KESE li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2021 li jsaħħaħ il-governanza tal-kooperazzjoni u l-mekkaniżmi ta' kontroll biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tas-servizzi konġunti; jinnota b'sodisfazzjon li l-Kumitat iqis li l-ftehim il-ġdid huwa aktar modern u aktar sempliċi mill-ftehim l-antik u li se jkun strumentali fil-ħolqien ta' sinerġiji ulterjuri bejn il-Kumitat u l-KESE:

58.  Itenni l-pożizzjoni li esprima fir-rakkomandazzjonijiet preċedenti dwar il-kwittanza dwar il-ħtieġa li jiġi implimentat bis-sħiħ il-ftehim ta' kooperazzjoni ffirmat bejn il-Parlament u l-Kumitat u l-KESE, li bih total ta' 60 traduttur, inklużi 24 mill-Kumitat, ġew ittrasferiti għall-Parlament bi skambju għall-aċċess għas-servizzi tas-Servizz Ewropew ta' Riċerka Parlamentari; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq in-nuqqas ta' persunal tal-Kumitat f'oqsma politiċi, li għandu impatt negattiv fuq it-twettiq tal-mandat tiegħu;

Pandemija tal-COVID-19

59.  Huwa konxju li l-pandemija tal-COVID-19 influwenzat b'mod sinifikanti l-attività tal-Kumitat, b'mod partikolari minħabba li l-Membri tiegħu normalment jivvjaġġaw lejn il-bini tal-Kumitat sa sitt darbiet fis-sena biex jiddibattu l-opinjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tiegħu; jirrikonoxxi l-isforzi kollettivi li żguraw appoġġ kontinwu għall-attivitajiet politiċi tal-Kumitat;

60.  Jinnota li l-pjan ta' kontinwità tal-operat (BCP), li ilu stabbilit mill-2009, ippermetta reazzjoni inizjali iżda nstab li ma kienx tajjeb għall-iskop tiegħu; jilqa' r-reviżjoni profonda tal-BCP li tnediet fi tmiem l-2020 biex jitqiesu t-tagħlimiet meħuda mill-ġestjoni tal-pandemija tal-COVID-19; jifhem li l-pandemija kixfet l-impatt ta' akkumulazzjoni ta' nuqqasijiet ta' investimenti strutturali f'xi oqsma ta' attivitajiet tal-Kumitat, speċjalment fir-rigward tal-IT; jemmen li dawk it-tagħlimiet meħuda mill-kriżi tal-COVID-19, b'mod partikolari, għandhom jibqgħu parti integrali mill-mod futur kif jopera l-Kumitat;

61.  Japprezza l-approċċ li s-saħħa u s-sikurezza tal-membri u tal-persunal ġew l-ewwel sakemm l-organizzazzjoni adattat għas-sitwazzjoni li qed tevolvi kontinwament; jisħaq li l-inizjattivi ta' komunikazzjoni fil-qasam tar-riżorsi umani kienu vettur ta' stabbiltà u sigurtà għall-persunal matul il-pandemija tal-COVID-19; josserva li l-membri tal-persunal intalbu ma jirreġistrawx is-sigħat speċifiċi tat-telexogħol tagħhom sabiex ikun hemm il-flessibbiltà meħtieġa biex jikkombinaw ir-responsabbiltajiet tax-xogħol u dawk personali; jinnota, barra minn hekk, li l-membri tal-persunal li ffaċċjaw diffikultajiet soċjali jew mediċi tħallew jaħdmu bit-telexogħol minn barra l-pajjiż f'ċirkostanzi speċifiċi u li ġie applikat ukoll permess ġenerali b'mod temporanju, li rriżulta f'110 membri tal-persunal li b'mod eċċezzjonali kienu qed jaħdmu bit-telexogħol minn barra l-pajjiż fl-2020; jilqa' d-djalogu mniedi mar-rappreżentanti tal-persunal, inkluż stħarriġ dwar it-telexogħol;

62.  Jappoġġja l-approċċ tal-Kumitat, li jagħti prijorità lir-riżultati fuq l-għadd tas-sigħat tax-xogħol, li juża ġestjoni bbażata fuq il-fiduċja u jiżgura d-dritt għall-iskonnessjoni, b'mod partikolari permezz tal-politika interna l-ġdida dwar il-posta elettronika; jilqa' l-miżuri addizzjonali bħall-istabbiliment ta' grupp ta' membri tal-persunal voluntiera biex jgħinu lill-kollegi matul il-perjodu tal-lockdown;

63.  Jinnota l-isforz biex tinxtered informazzjoni dwar suġġetti psikosoċjali u suġġetti relatati mar-Reġim Komuni tal-Assigurazzjoni tal-Mard tal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni; jinnota wkoll l-għadd ta' ħatriet fl-2020, 246, fis-servizz soċjali, primarjament relatati mal-istress, il-konflitti u l-problemi personali jew tal-familja u r-riżultati pożittivi tal-mekkaniżmu ta' tagħlim biex wieħed jitgħallem ikampa;

64.  Jisħaq li l-attivitajiet ewlenin ġew segwiti matul il-pandemija tal-COVID-19, biex b'hekk il-Kumitat seta' jirrappreżenta lill-politiċi reġjonali u lokali eletti fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Unjoni, u b'hekk jappoġġja lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni fl-indirizzar tas-sitwazzjoni ta' kriżi preżenti;

65.  Iħeġġeġ lill-Kumitat jintegra t-tagħlimiet meħuda mill-pandemija tal-COVID-19 fl-istrateġija ta' ġestjoni interna tiegħu f'termini tal-kontinwità tal-operat u ta' ġestjoni tal-kriżijiet, il-kapaċità ta' rispons tal-IT, ir-reżiljenza tal-organizzazzjoni, id-dmir ta' diliġenza lejn il-persunal, il-komunikazzjoni effettiva u l-proċessi ta' ħidma flessibbli, sabiex jiġi żviluppat stil ta' ġestjoni orjentat lejn ir-riżultati li fuqu jista' jinkiseb bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.

(1) ĠU L 57, 27.2.2020.
(2) ĠU C 436, 28.10.2021, p. 1-206
(3) ĠU C 430, 25.10.2021, p. 7
(4) ĠU C 436, 28.10.2021, p. 207-211
(5) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1
(6) ĠU L 277, 19.9.2014, p. 11.
(7) ĠU L 207, 11.6.2021, p. 1
(8) ĠU C 67, 8.2.2022, p. 81
(9) Testi adottati P9_TA(2021)0427.


Kwittanza 2020: Baġit ġenerali tal-UE – L-Ombudsman Ewropew
PDF 181kWORD 61k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew (2021/2113(DEC))
P9_TA(2022)0151A9-0068/2022

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2021)0381 – C9‑0265/2021)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Ombudsman Ewropew lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2020,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0068/2022),

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Ombudsman Ewropew għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data kif ukoll lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Mejju 2022bl-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew (2021/2113(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9‑0068/2022),

A.  billi fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità tal-kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tkompli tissaħħaħ il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, kif ukoll permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' baġitjar abbażi tal-prestazzjoni (PBB) u l-governanza tajba tar-riżorsi umani;

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") ma identifikat l-ebda nuqqas sinifikanti fir-rigward tas-suġġetti awditjati relatati mar-riżorsi umani u l-akkwist għall-Ombudsman Ewropew (l-"Ombudsman");

2.  Jenfasizza l-fatt li abbażi tal-ħidma ta' awditjar tagħha, il-Qorti kkonkludiet li l-pagamenti kollha kemm huma għan-nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet, inkluża dik tal-Ombudsman kienu ħielsa minn żball materjali għas-sena finanzjarja 2020;

3.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti ma sabet l-ebda kwistjoni speċifika dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet u li ma nstabet l-ebda kwistjoni sinifikanti wara eżami tas-sistema ta' sorveljanza u kontroll tal-Ombudsman;

4.  Huwa konxju li l-Kapitolu 9 "Amministrazzjoni" tar-Rapport Annwali tal-Qorti huwa ffukat fuq in-nefqa fuq ir-riżorsi umani, il-bini, it-tagħmir, l-enerġija, il-komunikazzjoni u t-teknoloġija tal-informazzjoni u li l-Qorti tindika li din in-nefqa hija ta' riskju baxx;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

5.  Jinnota li l-baġit tal-Ombudsman fil-biċċa l-kbira tiegħu huwa amministrattiv, b'parti kbira minnu li tintuża għan-nefqa relatata mar-riżorsi umani, il-bini u l-għamara, it-tagħmir u spejjeż operattivi mixxellanji; jinnota li fl-2020 dan ammonta għal EUR 12 348 231 (meta mqabbel ma' EUR 11 496 261 fl-2019 u EUR 10 837 545 fl-2018);

6.  Jinnota li r-rata ta' implimentazzjoni f'termini ta' impenji (inklużi approprjazzjonijiet riportati mill-2020 għall-2021) hija ta' 94,91 % fl-2020 (meta mqabbla ma' 92,33 % fl-2019) u mill-approprjazzjonijiet totali, 93,16 % tħallsu fl-2020 (meta mqabbla ma' 89,5 % fl-2019 u 91,3 % fl-2018); jilqa' ż-żieda fl-implimentazzjoni tal-baġit annwali tal-Ombudsman minkejja d-diffikultajiet iffaċċjati fl-2020 minħabba l-pandemija tal-COVID-19;

7.  Jinnota li mill-Ombudsman ġew allokati mill-ġdid madwar EUR 44 500 (jew 0,4 % tal-baġit tiegħu) permezz ta' trasferiment intern ta' approprjazzjonijiet mingħajr l-involviment tal-awtorità baġitarja u EUR 1,37 miljun (jew 11,1 % tal-baġit tiegħu) permezz ta' żewġ trasferimenti esterni ta' approprjazzjonijiet li jinvolvu l-awtorità baġitarja; jinnota barra minn hekk li dawn ir-riallokazzjonijiet saru possibbli permezz ta' ffrankar li rriżulta minn tnaqqis fin-nefqa bħala riżultat tal-pandemija tal-COVID-19 u r-riformi li saru fl-organigramma tal-Ombudsman;

8.  Jinnota li l-pagamenti totali ta' EUR 11 503 768,06 jikkorrispondu għal 93,16 % tal-baġit tal-2020 (meta mqabbla ma' 89,51 % fl-2019); jinnota b'sodisfazzjon li fl-2020, minn total ta' 537 pagament li saru, 99,4 % ġew eżegwiti fil-ħin, b'medja ta' żmien ta' pagament ta' 11,9-il jum, u b'hekk ferm inqas mill-massimu ta' 30 jum permess;

9.  Jinnota t-tnaqqis fl-approprjazzjonijiet riportati mill-2020 għall-2021 li ammontaw għal EUR 215 895,65, li jirrappreżentaw 1,7 % tal-baġit għall-2020, meta mqabbla ma' dawk riportati mill-2019 għall-2020 (li ammontaw għal EUR 323 410, li jirrappreżentaw 2,8 % tal-baġit għall-2019); jinnota, barra minn hekk, li ntużaw 74,31 % tal-approprjazzjonijiet riportati mill-2019 għall-2020 (meta mqabbla ma' 90,36 % fl-2018);

10.  Jirrikonoxxi li, matul l-2020, il-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt fuq il-baġit tal-Ombudsman billi naqqset l-ispejjeż previsti fir-rigward tal-konferenzi (-109 % meta mqabbla mal-2019), il-missjonijiet (89 % inqas min-nefqa fl-2019) u t-taħriġ għall-persunal (59 % inqas min-nefqa fl-2019); huwa konxju li t-tnaqqis fin-nefqa għamel disponibbli riżorsi li ġew riallokati biex jiffinanzjaw parti mill-ispejjeż assoċjati mar-rilokazzjoni tal-uffiċċju ta' Brussell (li se tiġi ffinalizzata fl-2021); jilqa' l-fatt li ntwera li kien hemm użu effiċjenti u ottimizzat tar-riżorsi tal-Ombudsman;

11.  Jinnota li ġew organizzati tliet sejħiet għall-offerti mill-Ombudsman fl-2020, żewġ kuntratti ta' valur baxx ħafna (sa EUR 15 000) u kuntratt wieħed ta' valur baxx (sa EUR 60 000), li kellhom biss kandidat wieħed minħabba n-natura speċifika tat-taħriġ offrut mill-offerent;

Ġestjoni interna, prestazzjoni, kontroll intern

12.  Jilqa' l-adozzjoni f'Diċembru 2020 tal-istrateġija "Lejn l-2024" li tiddeskrivi l-approċċ li se tieħu l-Ombudsman matul il-mandat tal-2020-2024 biex tgħin fil-ħolqien, sa fejn hu possibbli, ta' amministrazzjoni tal-Unjoni li tagħti rendikont akbar ta' għemilha, aktar trasparenti, etika u effettiva sabiex tiffaċċja sfidi bħax-xettiċiżmu dwar l-Unjoni, l-isfidi tal-politika u l-pjan ta' rkupru tal-COVID-19; iqis dan l-approċċ bħala essenzjali biex tiġi żgurata l-effettività kontinwa u tiżdied il-fiduċja pubblika fl-istituzzjoni;

13.  Josserva li fl-2020, sabiex tappoġġja l-istrateġija "Lejn l-2024", l-Ombudsman irrieżaminat l-organigramma tagħha, proċedura li tlestiet f'Ġunju 2021 bir-reklutaġġ tad-Direttur tal-Amministrazzjoni; jistieden lill-Ombudsman timmonitorja u tirrapporta dwar l-eżitu tal-bidliet fl-istruttura organizzattiva tagħha fit-tul; jinnota b'sodisfazzjon ir-riżultati pożittivi tal-istruttura organizzattiva l-ġdida li sserraħ ħafna fuq sistema bbażata fuq il-fiduċja fil-persunal u tinkludi t-titjib tal-impatt u l-effiċjenza tal-proċess ta' inkjesta bl-eliminazzjoni ta' ġerarkija eċċessiva; il-faċilitazzjoni tal-komunikazzjoni interna, il-koordinazzjoni u l-ħidma kollaborattiva bejn it-timijiet; it-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-membri tal-persunal biex jiksbu esperjenza maniġerjali bħala mexxejja ta' timijiet; u l-iżgurar ta' forza tax-xogħol versatili u flessibbli; jemmen li l-istabbiliment ta' timijiet ta' evalwazzjoni bejn il-pari se jiffaċilita l-konsistenza u approċċ uniformi u se jtejjeb il-kwalità tax-xogħol fuq il-każijiet;

14.  Huwa konxju li l-kuntest il-ġdid għandu l-għan li jalloka x-xogħol b'mod aktar effiċjenti billi l-assistenti jiġu assenjati għat-trattament tal-ilmenti barra mill-mandat tal-Ombudsman, pereżempju billi jingħata parir lill-ilmentaturi biex jikkuntattjaw lill-awtorità li tinsab fl-aħjar pożizzjoni biex tittrattahom; jilqa' l-fatt li din id-deċiżjoni ta' politika ppermettiet lill-assistenti jittrattaw 22 % tal-ilmenti kollha li waslu barra mill-mandat, u b'hekk illiberat il-ħin għal dawk li jittrattaw il-każijiet biex jiffukaw fuq l-inkjesti; jistieden lill-Ombudsman tipprovdi lill-awtorità ta' kwittanza lista ta' tali lmenti;

15.  Josserva li l-Ombudsman żviluppat ukoll sett ta' Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni (KPIs), flimkien mal-azzjonijiet organizzati taħt sitt temi fil-Pjan ta' Ġestjoni Annwali 2020, li se tiffoka fuqhom l-Ombudsman fl-2021, biex jgħinu jkejlu l-implimentazzjoni tal-objettivi tal-istrateġija "Lejn l-2024"; jinnota li l-KPIs ġew inklużi għall-ewwel darba fil-pjan ta' ġestjoni annwali għall-2021 u li r-riżultati se jiġu inklużi fir-rapport annwali tal-attività tal-2021; jilqa' l-kisba ta' riżultati ta' prestazzjoni rilevanti, anke matul il-pandemija, b'mod partikolari dwar il-KPIs li qabżu l-miri interni;

16.  Jirrikonoxxi li għalkemm il-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt fuq in-numru ta' lmenti sottomessi lill-Ombudsman, l-impatt ma kienx kbir peress li kien hemm biss tnaqqis żgħir kemm fl-għadd globali ta' lmenti sottomessi (2 107 fl-2020 meta mqabbel ma' 2 171 fl-2019 u 2 180 fl-2018) kif ukoll fl-għadd globali ta' lmenti ttrattati (2 148 fl-2020 meta mqabbel ma' 2 201 fl-2019);

17.  Jifraħ lill-Ombudsman talli rnexxielha ttejjeb il-livell ta' effiċjenza fit-trattament tal-ilmenti u l-inkjesti bit-teħid ta' deċiżjoni ta' ammissibbiltà fi żmien xahar fi 98 % tal-każijiet (meta mqabbla ma' 91 % fl-2019), bl-għeluq tal-inkjesti fi żmien 6 xhur f'76 % tal-każijiet (meta mqabbla ma' 63 % fl-2019) jew fi żmien 18-il xahar f'97 % tal-każijiet (meta mqabbla ma' 90 % fl-2019);

18.  Jieħu nota tax-xejra pożittiva fir-rata ta' effiċjenza tal-ħin għat-trattament tal-ilmenti, bi żmien medju ta' 36 jum fl-2020 (imqabbel ma' 64 fl-2019 u 78 fl-2018), filwaqt li ż-żmien medju biex tiġi konkluża inkjesta kien ta' 133 jum fl-2020 (imqabbel ma' 208 fl-2019 u 254 fl-2018); jinnota li l-proporzjon ta' każijiet magħluqa (392) u inkjesti miftuħa (365) għadu aħjar milli mistenni, u dan jikkonferma l-isforzi tal-Ombudsman f'termini ta' effiċjenza;

19.  Jilqa' l-proporzjon akbar ta' inkjesti miftuħa f'każijiet ta' interess pubbliku, b'65 inkjesta li nfetħu fl-2020, fir-rigward tal-mira ta' 50, u meta mqabbel mal-45 li nfetħu fl-2019; jinnota li l-każijiet ta' interess pubbliku li huma rilevanti għal grupp ħafna usa' ta' persuni milli l-ilmentatur biss u li jistgħu jwasslu għal titjib fl-amministrazzjoni, li huwa objettiv ewlieni tal-istrateġija tal-Ombudsman;

20.  Jilqa' r-riżultati pożittivi tal-proċedura rapida li tagħmilha possibbli li l-ilmenti li jikkonċernaw l-aċċess pubbliku għad-dokumenti jiġu ttrattati ħafna aktar malajr peress li ż-żmien medju issa huwa terz ta' dak li kien qabel ma ġiet introdotta dik il-proċedura;

21.  Jenfasizza li fl-2020 il-perċentwal ta' lmenti fil-mandat tal-Ombudsman kien ta' 34 %, li huwa ogħla mill-mira (33 %) iżda inqas milli kien fl-2019 (39 %); jinnota b'sodisfazzjon li t-turnaround effiċjenti tal-każijiet għamilha possibbli li jiġi riportat għadd rekord baxx ta' inkjesti (92) mill-2020 għall-2021 (meta mqabbel ma' 117-il inkjesta riportati mill-2019 għall-2020);

22.  Josserva li r-rata ta' aċċettazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman tjiebet (79 % fl-2020 meta mqabbla ma' 77 % fl-2019 fl-aċċettazzjoni globali) iżda għadha taħt il-mira ta' 90 %; jinnota li r-rata ta' aċċettazzjoni hija kkalkulata f'ċertu punt ta' żmien u ma tiġborx l-azzjonijiet sussegwenti kollha mwettqa biex jiġu indirizzati r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman;

23.  Jieħu nota tal-finalizzazzjoni tal-manwal il-ġdid dwar il-proċeduri ta' ġestjoni tal-ilmenti u l-ħatra ta' koordinaturi tal-ġestjoni tal-għarfien skont l-organigramma l-ġdida li l-proposti ta' azzjoni tagħha qed jiġu implimentati;

24.  Jinnota b'sodisfazzjon in-nuqqas ta' rimarki wara verifika mill-Qorti tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll tal-Ombudsman, inklużi standards ta' kontroll intern, ġestjoni tar-riskji, kontrolli ex ante u ex post, reġistri ta' eċċezzjonijiet, superviżjoni tal-ġestjoni, rapporti tal-awditu intern u miżuri kontra l-frodi;

25.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Ombudsman, wara suġġeriment mill-Qorti, implimentat miżura ta' riżerva u ta' mitigazzjoni li permezz tagħha l-operazzjonijiet li ma jistgħux jiġu vverifikati mill-kontrollur ex ante jiġu vverifikati ex post;

Riżorsi umani, benesseri tal-persunal u ugwaljanza bejn il-ġeneri

26.  Jinnota li fl-2020 il-profil u l-kompożizzjoni tal-persunal kienu simili ħafna għal dawk tal-2019 b'total ta' 73 membru tal-persunal, li huma magħmula minn 37 uffiċjal, 8 aġenti kuntrattwali u 28 aġent temporanju; josserva t-tnaqqis fl-għadd ta' aġenti kuntrattwali (minn 11 fl-2019 għal 8 fl-2020) u huwa konxju mid-deċiżjoni tal-Ombudsman li timpjega aġenti kuntrattwali prinċipalment biex tkopri l-assenzi tal-persunal;

27.  Josserva li l-Ombudsman adottat politiki dwar il-liv tal-ġenituri fl-2004, dwar it-telexogħol fl-2016, dwar ix-xogħol part-time fl-2019; jemmen li, filwaqt li jibnu fuq l-esperjenza tal-pandemija tal-COVID-19, il-politiki dwar arranġamenti ta' xogħol ibridu għandhom jiġu rieżaminati fejn xieraq bl-għan li jiżdiedu r-reżiljenza u l-effiċjenza tal-istituzzjoni filwaqt li jiġu protetti l-benesseri u s-sodisfazzjon tal-membri tal-persunal; huwa konxju f'dan ir-rigward li l-Ombudsman irrieżaminat kemm il-politika tagħha dwar il-ħinijiet flessibbli tax-xogħol kif ukoll dik dwar it-telexogħol, u d-deċiżjoni l-ġdida dwar it-telexogħol diġà ġiet adottata fl-2021 wara konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-persunal;

28.  Jilqa' r-reazzjoni rapida tal-Ombudsman għal-limitazzjonijiet imposti mill-pandemija tal-COVID-19 u l-adozzjoni tat-telexogħol bħala s-sistema standard tax-xogħol, il-flessibbiltà tal-ħinijiet tax-xogħol, u r-ritorn lejn l-uffiċċju fuq bażi volontarja u f'konformità kemm mal-miżuri ta' sikurezza meħuda mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni kif ukoll mar-regoli nazzjonali rispettivi; jinnota li l-istituzzjoni temporanjament neħħiet il-limitazzjoni ta' 15-il jum fis-sena għat-telexogħol minn barra l-pajjiż u estendiet din il-possibbiltà għat-trainees;

29.  Jinnota li l-kapaċità tal-Ombudsman li tadatta malajr għall-pandemija tal-COVID-19 hija dovuta l-aktar għat-tħejjija tagħha għall-kontinwità tal-operat; jinnota li l-ambjent tal-IT li jippermetti lill-persunal jaħdem kompletament mill-bogħod kien diġà fis-seħħ u ttestjat qabel it-tifqigħa tal-pandemija, li ffaċilita ħafna t-tranżizzjoni rapida lejn it-telexogħol u mminimizza t-tfixkil fil-ħidma tal-Ombudsman;

30.  Huwa konxju li l-Ombudsman fasslet mill-ġdid l-azzjonijiet tagħha ta' sensibilizzazzjoni dwar il-benesseri fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19; jilqa' f'dan ir-rigward l-approċċ tal-Ombudsman li tipprijoritizza l-korsijiet tat-taħriġ iffukat fuq kwistjonijiet relatati mat-trattament tat-telexogħol estensiv, it-titjib tal-komunikazzjoni u l-kollaborazzjoni bejn il-membri tal-persunal u l-maniġers, u s-sejba ta' bilanċ bejn il-ħajja privata u x-xogħol waqt ix-xogħol mill-bogħod; japprezza inizjattivi kreattivi bħal waqfiet għall-kafè u għall-ikel virtwali, flimkien mal-kollaborazzjoni tas-Servizz Mediku tal-Parlament biex joffri appoġġ psikoloġiku; iħeġġeġ lill-Ombudsman tkompli tiżviluppa l-istrateġija tagħha bl-għan li jinkiseb bilanċ tajjeb bejn l-obbligi privati tal-membri tal-persunal u l-interessi tas-servizz;

31.  Jilqa' l-adozzjoni fl-2020 tal-"politika tar-ritorn għax-xogħol" li għandha l-għan li tiffaċilita r-riintegrazzjoni tal-persunal wara perjodu twil ta' liv minħabba mard, irrispettivament minn jekk il-liv minħabba mard kienx marbut ma' stress eċċessiv;

32.  Jinnota li kien offrut appoġġ imfassal lill-membri tal-persunal taħt stress u li t-taħriġ obbligatorju normali dwar "id-dinjità u r-rispett fuq ix-xogħol" se jerġa' jibda għall-membri kollha tal-persunal fl-2021;

33.  Jinnota li rapport dwar allegat fastidju li rriżulta mit-trattament ta' każ fl-2018 li ġie sottomess minn membru tal-persunal fl-aħħar tal-2020, intbagħat lill-OLAF u qed jiġi investigat; jistenna li, sadanittant, l-Ombudsman tkun ħadet kwalunkwe miżura meħtieġa biex tipproteġi l-allegata vittma; ifakkar fl-importanza ta' taħriġ obbligatorju fil-politika ta' żero fastidju għall-persunal;

34.  Jirrikonoxxi li l-konsegwenzi mhux previsti tal-pandemija tal-COVID-19 obbligaw lill-Ombudsman tipposponi l-aġġornament tal-politika dwar id-diversità u l-inklużjoni; huwa konxju li l-politika dwar id-diversità u l-inklużjoni hija preżenti fl-attivitajiet tal-uffiċċji, inkluż it-taħriġ, il-kompożizzjoni tal-bordijiet tal-għażla u t-tixrid immirat tas-sejħiet għal traineeships; iħeġġeġ lill-Ombudsman tkompli l-proċess bil-ħsieb li tissaħħaħ id-diversità u li l-Ombudsman isir post tax-xogħol aktar inklużiv, b'mod partikolari għall-persuni b'diżabilità;

35.  Jinnota li fil-31 ta' Diċembru 2020, id-distribuzzjoni globali tal-ġeneri kienet 66 % nisa u 34 % irġiel mingħajr ebda bidla meta mqabbla mal-2019; jinnota li minn total ta' 6 karigi maniġerjali, 4 huma okkupati minn nisa, li jokkupaw ukoll l-ogħla żewġ karigi tal-maniġment superjuri;

36.  Jirrikonoxxi li l-isforzi li saru biex jinkiseb bilanċ bejn il-ġeneri fl-attivitajiet ta' taħriġ kellhom impatt pożittiv u li l-għadd medju ta' ġranet ta' taħriġ għal kull persuna fl-2020 huwa ta' 2,4 għal kull mara u 2,5 għal kull raġel;

37.  Josserva li fl-2020 il-persunal tal-Ombudsman kien jirrappreżenta 18-il nazzjonalità, li jfisser tnaqqis żgħir meta mqabbel mal-2019, u li l-karigi maniġerjali huma mqassma bejn 4 nazzjonalitajiet biss (meta mqabbla ma' 6 fl-2018 u 5 fl-2019); jistieden lill-Ombudsman tkompli bl-isforzi tagħha biex tintlaħaq distribuzzjoni ġeografika aċċettabbli, madankollu filwaqt li jitqies id-daqs żgħir tal-uffiċċju;

38.  Jinnota li minkejja l-pandemija tal-COVID-19, l-Ombudsman laqgħet 13-il trainee fl-2020; jilqa' l-fatt li l-Ombudsman immirat li tiżgura l-aħjar kundizzjonijiet possibbli tat-traineeships billi naqqset kemxejn il-wasliet ġodda u qasmithom fuq perjodu gradwali u organizzat selezzjoni annwali waħda biss minflok tnejn; jilqa' l-fatt li l-Ombudsman tipprovdi lit-trainees kollha b'remunerazzjoni deċenti biex ikopru l-ispejjeż tal-għajxien;

39.  Jenfasizza l-miżuri f'waqthom adottati biex jappoġġjaw lit-trainees matul ir-restrizzjonijiet tax-xogħol tal-pandemija tal-COVID-19 billi ġew ipprovduti għodod tal-IT u materjal infrastrutturali ieħor, kif ukoll ammont ta' somma f'daqqa addizzjonali ta' EUR 40 fix-xahar biex jiġi żgurat li l-apprendisti kellhom il-mezzi biex jiksbu konnessjoni tal-internet ta' kwalità għolja;

Il-qafas etiku u t-trasparenza

40.  Jilqa' l-ħolqien ta' paġna speċjali fuq l-intranet tal-Ombudsman iddedikata għall-etika u l-imġiba tajba, b'mod partikolari l-inklużjoni tal-linji gwida għall-implimentazzjoni tal-politika kontra l-fastidju adottata fl-2019, kif ukoll il-fatt li t-taħriġ ta' introduzzjoni għall-membri ġodda tal-persunal u għat-trainees jinkludi sessjoni dwar l-imġiba etika; huwa konxju li żewġ korrispondenti tal-etika jservu bħala punt ta' informazzjoni u assistenza dwar kwistjonijiet relatati mal-etika;

41.  Jifraħ lill-Ombudsman talli ppubblikat l-iskeda tagħha fuq is-sit web tagħha u talli użat b'mod konsistenti r-Reġistru ta' Trasparenza biex tivverifika li l-kelliema jew l-interlokuturi f'avvenimenti jew laqgħat organizzati mill-Ombudsman ikunu rreġistrati fih; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Ombudsman tkompli dan l-isforz u tikkollega lill-ospitant tal-avvenimenti u lill-parteċipanti tal-laqgħat ippubblikati fuq is-sit web tagħha mal-entrati tagħhom fir-Reġistru tat-Trasparenza;

42.  Jissuġġerixxi li jsir stħarriġ sabiex tiġi vvalutata s-sensibilizzazzjoni tal-membri tal-persunal tal-qafas etiku tal-Ombudsman, kif il-Qorti tirrakkomanda lill-istituzzjonijiet awditjati fir-"Rapport Speċjali 13-2019: L-oqfsa etiċi tal-istituzzjonijiet tal-UE li ġew awditjati: hemm lok għal titjib" tagħha;

43.  Jilqa' l-Konferenza organizzata dwar il-futur tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, fejn l-Ombudsman enfasizzat l-importanza tal-liġi biex il-pubbliku jkun jista' jżomm lill-Unjoni responsabbli, u appella għall-modernizzazzjoni tagħha; jikkondividi l-fehma tagħha li għandha tkun aktar allinjata mad-drittijiet taċ-ċittadini, tħeġġeġ aktar trasparenza u tqis il-ġurisprudenza eżistenti dwar it-trasparenza fit-teħid tad-deċiżjonijiet; f'dan ir-rigward, jinnota li l-kwistjonijiet ta' trasparenza jammontaw għal madwar kwart tal-inkjesti tal-Ombudsman kull sena;

Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà, protezzjoni tad-data

44.  Jilqa' l-fatt li l-Ombudsman awtomatikament tippubblika inkjesti fis-sit web tagħha sakemm ilmentatur ma jitlobx speċifikament il-kunfidenzjalità jew meta każ ikun fih data personali;

45.  Jinnota li l-attivitajiet ewlenin tal-IT fl-2020 kellhom l-għan li jiffaċilitaw il-kontinwità tan-negozju tal-Ombudsman fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19, inkluża tranżizzjoni bla xkiel u effettiva lejn xogħol mill-bogħod għall-membri kollha tal-persunal u soluzzjonijiet ġodda għal-laqgħat u l-konferenzi online; josserva ż-żieda notevoli li rriżultat fin-nefqa fuq tagħmir mobbli minn EUR 31 000 fl-2019 għal EUR 108 000 fl-2020;

46.  Jilqa' l-progress li sar fl-użu ta' għodod tal-IT kif mitlub mill-Parlament, b'kunsiderazzjoni speċifika tal-importazzjoni awtomatika tal-informazzjoni mis-sit web tal-Ombudsman fis-Sistema ta' Trattament tal-Ilmenti (CMSEO) tagħha, u tal-iżvilupp fl-interazzjoni mal-ilmentatur permezz tal-kont online matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-ilment; jirrikonoxxi li ż-żewġ azzjonijiet se jwasslu għal titjib sinifikanti f'termini tas-sigurtà u tal-effiċjenza tad-data;

47.  Jilqa' l-fatt li l-azzjonijiet kollha inklużi fil-Pjan ta' Azzjoni tal-2018 għad-DPR tal-UE issa ġew implimentati, inkluż (i) l-iżvilupp ta' Reġistru Ċentrali tar-Rekords tal-operazzjonijiet ta' pproċessar li ġie ppubblikat fuq is-sit web tal-Ombudsman; (ii) l-iżvilupp ta' mudell għall-Valutazzjonijiet tal-Impatt fuq il-Protezzjoni tad-Data ("DPIAs"); (iii) l-Ombudsman adottat Deċiżjoni dwar regoli interni li jirrestrinġu ċerti drittijiet tas-suġġett tad-data fl-ipproċessar ta' data personali, li ġiet ippubblikata fil-ĠU;

48.  Jinnota li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS) wettaq investigazzjoni dwar l-ipproċessar ta' data personali fl-2019 u sussegwentement bagħat ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Ombudsman f'Novembru 2020; huwa konxju li l-Ombudsman aċċettat ir-rakkomandazzjonijiet kollha fl-intier tagħhom u li l-EDPS għalaq il-każ; jitlob lill-Ombudsman tinforma lill-awtorità baġitarja dwar il-finalizzazzjoni tal-proċess fir-rapport annwali tagħha; huwa konxju wkoll li l-EDPS talab lill-Ombudsman u lil istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni biex jipprovdu informazzjoni dwar it-trasferimenti ta' data lil pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali u jitlob lill-Ombudsman issegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-EDPS f'dan ir-rigward;

49.  Jilqa' l-fatt li l-Ombudsman tuża u tippromwovi l-użu ta' software b'xejn u b'sors miftuħ kull meta jkun possibbli għall-komunikazzjoni esterna u interna; japprezza li l-Ombudsman tirrikonoxxi l-valur miżjud ta' software b'sors miftuħ biex iżżid it-trasparenza u jagħtiha prijorità fl-iżvilupp ta' proġetti ġodda tal-IT;

Bini u sigurtà

50.  Huwa konxju mill-isfidi li tiffaċċja l-Ombudsman rigward ir-rilokazzjoni tal-uffiċċju ta' Brussell matul il-pandemija tal-COVID-19; jinnota l-prospettar tas-suq u l-proċedura tal-offerti li rriżultat li ppermettew lill-Parlament jidentifika bini xieraq biex jirriloka l-bini tal-Ombudsman fi Brussell, minħabba l-espansjoni tal-EDPS;

51.  Jieħu nota tad-deċiżjoni li tiġi ffinanzjata parti mill-proġett ta' rilokazzjoni tal-Ombudsman, kif ukoll li tiġi koperta l-ispiża tal-għamara l-ġdida, bl-użu tal-iffrankar li rriżulta mill-pandemija tal-COVID-19 u dak iġġenerat mir-rieżami tal-organigramma u tal-politika ta' reklutaġġ tal-Ombudsman; jinnota t-talba għat-trasferiment tal-baġit lill-awtorità baġitarja sottomessa f'Settembru 2020;

52.  Jenfasizza li fl-ispazji tax-xogħol il-ġodda, ingħatat prijorità lil faċilitajiet ta' laqgħat kollaborattivi flessibbli u għalhekk hemm ftit uffiċċji individwali; huwa konxju li r-rappreżentanti tal-persunal ġew ikkonsultati dwar l-arranġamenti tal-ispazju tax-xogħol; jistieden lill-Ombudsman tivvaluta l-adegwatezza tal-bini l-ġdid kemm f'termini tat-twettiq ta' xogħol kunfidenzjali kif ukoll tas-sodisfazzjon tal-membri tal-persunal wara perjodu ta' ttestjar xieraq;

53.  Jinnota li l-bini l-ġdid tal-Ombudsman mhux se jkollu faċilitajiet ta' parkeġġ tal-karozzi fuq il-post iżda li qed jiġu kkunsidrati passi biex jiġu pprovduti faċilitajiet ta' parkeġġ għar-roti; jilqa' l-iffaċilitar ta' għażliet ta' mobbiltà sostenibbli għall-membri tal-persunal;

Ambjent u sostenibbiltà

54.  Iħeġġeġ lill-Ombudsman tkompli bl-isforzi tagħha biex tnaqqas l-impronta ambjentali tagħha billi tingħata spinta lid-diġitalizzazzjoni, jitnaqqas l-użu tal-karti u, fejn ikun possibbli u xieraq, jintużaw sistemi ta' vidjokonferenzi minflok missjonijiet;

55.  Jinnota t-tnaqqis fl-użu tal-karti tul dawn l-aħħar snin, muri mill-fatt li l-ordni għall-karti fl-2020 kienet tirrappreżenta 55 % tal-ammont meħtieġ fl-2017; jinnota barra minn hekk li l-pubblikazzjonijiet tal-Ombudsman issa huma prinċipalment iddistribwiti elettronikament; jirrakkomanda li tiġi implimentata strateġija konkreta ta' "Żero karti";

56.  Jistieden lill-Ombudsman tintegra fid-deċiżjonijiet ta' ġestjoni tagħha kunsiderazzjonijiet adegwati għal strateġija tal-iżvilupp sostenibbli u tinkludi din l-istrateġija fit-twettiq tal-inkjesti tagħha;

Komunikazzjoni u multilingwiżmu

57.  Jilqa' l-użu ta' artikli tal-aħbarijiet online biex jispjegaw inkjesti topiċi u t-taqsima fuq is-sit web tal-Ombudsman iddedikata għall-aċċess pubbliku għad-dokumenti;

58.  Jissottolinja l-importanza li ċ-ċittadini tal-Unjoni jsiru konxji tal-possibbiltà li jappellaw lill-Ombudsman f'każ ta' amministrazzjoni ħażina possibbli mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jinnota f'dan ir-rigward l-isforzi kontinwi tal-Ombudsman biex iżżid il-viżibbiltà tagħha billi tgħaqqad l-għodod ta' komunikazzjoni standard ma' użu aktar estensiv tal-pjattaformi tal-media soċjali;

59.  Jieħu nota tal-interess tal-Ombudsman li tingħaqad ma' xi istituzzjonijiet tal-Unjoni fi proġett pilota pubbliku dwar pjattaformi alternattivi tal-media soċjali bl-għan li jittaffew ir-riskji għall-privatezza assoċjati mal-kanali ewlenin tal-media soċjali;

60.  Jieħu nota tal-konferenza organizzata biex tiċċelebra l-25 sena tal-Ombudsman u l-attivitajiet relatati biex jissaħħu l-għarfien u s-sensibilizzazzjoni tar-rwol tagħha u l-impatt potenzjali fuq il-ħajja taċ-ċittadini tal-Unjoni;

61.  Iqis il-komunikazzjoni interna, il-bulettin "EOExpress" aċċessibbli permezz tal-intranet tal-Ombudmsan bħala pożittiva, b'kunsiderazzjoni partikolari tal-ħtieġa li jiżdied it-tixrid ta' informazzjoni lill-membri tal-persunal waqt il-perjodu ta' konfinament tal-COVID-19;

Il-kooperazzjoni interistituzzjonali

62.  Jissottolinja l-importanza li l-Ombudsman iżżomm livell għoli ta' skambju u kooperazzjoni man-Network Ewropew tal-Ombudsmen (ENO); iħeġġeġ lill-Ombudsman iżżomm rwol konsultattiv għall-ilmentaturi u għall-membri tal-ENO, inkluż ukoll billi tuża l-għodod għall-kooperazzjoni mill-bogħod li ġew implimentati b'suċċess fl-2020; jissuġġerixxi li jiġu esplorati modi ġodda biex jiġu żviluppati attivitajiet ta' networking f'oqsma differenti, jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki u jiġu żviluppati soluzzjonijiet komuni;

63.  Jenfasizza d-diversi ftehimiet interistituzzjonali ffirmati fl-2020 mas-servizzi tal-Kummissjoni (id-Direttorat Ġenerali għall-Baġit, id-Direttorat Ġenerali għar-Riżorsi Umani, l-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali u s-Segretarjat Ġenerali) għall-aċċess għall-għodod korporattivi rilevanti (ABAC, Hermes, ARES, Sysper) u n-negozjati mal-Parlament dwar arranġament amministrattiv dwar il-ġestjoni tal-kriżijiet u l-kontinwità tal-operat (inkluż bħala segwitu għar-rakkomandazzjoni tal-Awditur Intern tiegħu); jilqa' l-użu tal-kuntratti qafas interistituzzjonali tal-IT; jitlob lill-Ombudsman tkompli tiżviluppa sinerġiji u riżorsi ma' istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni;

64.  Huwa konxju mill-impenn tal-Ombudsman li tirrapporta kif l-istituzzjonijiet jikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet tagħha, b'mod partikolari permezz tar-rapport annwali tagħha "Putting it Right"(Nirranġaw is-sitwazzjoni); jilqa' r-rieda tal-Ombudsman li taqsam b'mod proattiv il-każijiet tagħha mal-kumitati tal-Parlament; iqis dan utli u għalhekk, jistieden lill-Ombudsman tkompli taqsam ir-rakkomandazzjonijiet tagħha f'investigazzjonijiet strateġiċi direttament mal-kumitati rilevanti tal-Parlament;

Pandemija tal-COVID-19

65.  Jinnota li 170 mill-2 148 ilment ġdid globali ttrattati fl-2020 kienu relatati mal-COVID-19, iżda 34 biss kienu jaqgħu taħt il-mandat tal-Ombudsman; jilqa' r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman lill-Kummissjoni u lill-Kunsill dwar kif għandhom jinżammu standards għoljin ta' trasparenza u obbligu ta' rendikont għad-deċiżjonijiet matul il-pandemija tal-COVID-19; jifraħ lill-Ombudsman għas-serje ta' inkjesti u inizjattivi mwettqa fir-rigward tar-rispons għall-COVID-19 fl-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni fl-2020, li għenu lill-amministrazzjoni tal-Unjoni żżomm l-ogħla standards ta' amministrazzjoni tajba anke fi żminijiet diffiċli u b'hekk, ikkontribwiet b'mod pożittiv għall-fiduċja taċ-ċittadini fl-Unjoni;

66.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Ombudsman żiedet l-effiċjenza fit-trattament tal-inkjesti billi għamlet l-aħjar użu mill-azzjonijiet ta' diġitalizzazzjoni u l-metodi ta' ħidma ġodda, b'mod partikolari t-telexogħol, imħeġġa mill-pandemija tal-COVID-19; jirrikonoxxi, madankollu, li xi aspetti tal-ħidma tagħha xorta se jirrikjedu missjonijiet, jiġifieri il-fehim tal-kuntest tal-inkjesta u l-iffaċilitar tal-ħsieb kollettiv; iħeġġeġ lill-Ombudsman twettaq riflessjoni komprensiva dwar id-diġitalizzazzjoni fir-rigward tal-futur tal-istituzzjoni;

67.  Iħeġġeġ lill-Ombudsman tintegra bis-sħiħ fl-istrateġija ta' ġestjoni interna tagħha t-tagħlimiet misluta mill-pandemija tal-COVID-19 f'termini ta' kontinwità tal-operat u pjanijiet ta' ġestjoni tal-kriżijiet, ir-rispons tal-IT u r-reżiljenza tal-organizzazzjoni, id-dmir ta' diliġenza lejn il-persunal, l-effettività tal-komunikazzjoni interna u l-flessibbiltà tal-proċessi ta' ħidma;

(1) ĠU L 57, 27.2.2020.
(2) ĠU C 436, 28.10.2021, p. 1.
(3) ĠU C 430, 25.10.2021, p. 7
(4) ĠU C 436, 28.10.2021, p. 207.
(5) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1


Kwittanza 2020: Baġit ġenerali tal-UE – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
PDF 195kWORD 65k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (2021/2114(DEC))
P9_TA(2022)0152A9-0086/2022

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2020)0381 – C9‑0266/2021)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2020,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti pprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0086/2022),

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għas-sena finanzjarja 2020;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Mejju 2022 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (2021/2114(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0086/2022),

A.  billi fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u li jiġi implimentat il-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

B.  billi l-protezzjoni tad-data hija dritt fundamentali, protett mil-liġi Ewropea u minqux fl-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

C.  billi l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprovdi li l-konformità mar-regoli relatati mal-protezzjoni tal-individwi, fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali dwarhom, għandha tkun soġġetta għal kontroll minn awtorità indipendenti;

D.  billi r-Regolament (UE) 2018/1725 jipprevedi l-istabbiliment ta' awtorità indipendenti, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ("il-Kontrollur"), responsabbli mill-protezzjoni u l-garanzija tad-dritt għall-protezzjoni tad-data u għall-privatezza, u inkarigat biex jiżgura li l-istituzzjonijiet u l-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni jħaddnu kultura b'saħħitha ta' protezzjoni tad-data;

E.  billi l-Kontrollur iwettaq il-funzjonijiet tiegħu f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Awtoritajiet għall-Protezzjoni tad-Data (DPA) sħab bħala parti mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPB), u jservi l-interess pubbliku filwaqt li jkun iggwidat mill-prinċipji tal-imparzjalità, l-integrità, it-trasparenza u l-pragmatiżmu;

F.  billi l-Kontrollur għandu jiddelega s-setgħat tal-Uffiċjal Awtorizzanti lid-Direttur f'konformità mal-karta tal-kompiti u r-responsabbiltajiet li jikkonċernaw il-baġit u l-amministrazzjoni tal-Kontrollur ipprovduti f'konformità mal-Artikolu 72(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, filwaqt li l-funzjoni tal-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kontrollur għandha titwettaq mill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tal-1 ta' Marzu 2017;

G.  billi l-pandemija tal-COVID-19 għamlitha neċessarja għall-Kontrollur li jirrieżamina u jadatta l-funzjonament intern u l-metodi ta' ħidma tiegħu sabiex ikompli jwettaq il-missjoni tiegħu;

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") ma identifikat l-ebda nuqqas sinifikanti fir-rigward tas-suġġetti awditjati b'relazzjoni mar-riżorsi umani u l-akkwist għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ("il-Kontrollur");

2.  Jenfasizza l-fatt li abbażi tal-ħidma ta' awditjar tagħha, il-Qorti kkonkludiet li l-pagamenti kollha kemm huma għan-nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet, inkluża dik tal-Kontrollur, kienu ħielsa minn żball materjali għas-sena finanzjarja 2020; jilqa' l-fatt li ma ġiet identifikata l-ebda kwistjoni speċifika mill-Qorti dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet;

3.  Huwa konxju li l-Kapitolu 9 "Amministrazzjoni" tar-Rapport Annwali tal-Qorti huwa ffukat fuq in-nefqa fuq ir-riżorsi umani, il-bini, it-tagħmir, l-enerġija, il-komunikazzjoni u t-teknoloġija tal-informazzjoni u li l-Qorti tindika li dan l-infiq huwa ta' riskju baxx;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.  Jinnota li fl-2020, il-Kontrollur ġie allokat baġit ta' EUR 19 476 998, li jirrappreżenta żieda ta' 16,3 % meta mqabbel mal-baġit tal-2019 ta' EUR 16 638 572; jifhem li ż-żieda ġenerali kienet prinċipalment dovuta għall-impatt tal-kompiti l-ġodda stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1725 (imsejjaħ ukoll il-"GDPR għall-EUIs") u r-responsabbiltajiet superviżorji l-ġodda b'rabta mal-aġenziji ta' infurzar u kooperazzjoni ġudizzjarja, bħal, fost l-oħrajn, l-UPPE u l-Eurojust; josserva li elementi oħrajn li kkontribwew għaż-żieda kienu l-konsolidazzjoni tas-Segretarjat tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPB) operat mill-Kontrollur, l-istrateġija tal-Kontrollur għall-2020-2024, li hija marbuta mal-mandat il-ġdid, u l-indennizzi temporanji previsti għat-tmiem tal-mandat tal-Kontrollur preċedenti;

5.  Jinnota li l-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt negattiv fuq l-implimentazzjoni tal-baġit (73 % fl-2020, meta mqabbla ma' 91,97 % fl-2019); josserva li, b'mod partikolari, dan l-impatt huwa viżibbli fuq il-baġits għall-missjonijiet u għat-taħriġ (eżekuzzjoni ta' inqas minn 17 %) u fuq l-organizzazzjoni ta' laqgħat, inklużi r-rimborż għall-esperti u l-catering (eżekuzzjoni ta' inqas minn 15 %); jinnota li l-iffrankar li jirriżulta jammonta għal EUR 2 183 000, li jirrappreżenta 11 % tal-konsum ġenerali tal-baġit;

6.  Jinnota li, barra minn hekk, il-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt indirett fuq partijiet oħrajn tal-baġit li ma jistgħux jiġu kkwantifikati b'mod preċiż, bħalma huma l-linji tal-baġit tas-salarji, li ġew affettwati b'mod negattiv minħabba dewmien fir-reklutaġġ ippjanat għall-2020, u l-linja baġitarja tal-bini, li kienet affettwata minn dewmien fl-okkupazzjoni sħiħa tal-bini, li għadha kondiviża mal-Ombudsman Ewropew;

7.  Josserva li, bħala konsegwenza taż-żieda fil-persunal tal-Kontrollur fl-2019, il-linji baġitarji ddedikati għas-salarju tal-uffiċjali u tal-membri kuntrattwali tal-persunal żdiedu bi 22 %; jifhem li, minħabba s-sehem kbir tal-baġit ġenerali ddedikat għall-ispejjeż relatati mar-riżorsi umani, id-dewmien fil-proċeduri ta' reklutaġġ (ukoll konsegwenza tal-pandemija tal-COVID-19) kellu impatt negattiv fuq l-eżekuzzjoni tal-baġit kollu kemm hu;

8.  Jinnota li l-investiment tal-Kontrollur fit-trasformazzjoni diġitali tiegħu tal-anqas ikkompensa parzjalment ir-rata baxxa ta' eżekuzzjoni tal-baġit peress li l-linji baġitarji relatati mal-IT għall-Kontrollur u għall-EDPB qabżu l-allokazzjoni inizjali (109 %); josserva li l-approprjazzjonijiet tal-baġit ġew ittrasferiti minn missjonijiet, vjaġġi, traduzzjoni u interpretazzjoni għall-finanzjament ta' spejjeż oħra tal-persunal u ta' tagħmir u servizzi tal-IT;

9.  Jinnota li, minn 36 proċedura ta' akkwist imnedija mill-Kontrollur fl-2020, waħda biss kienet proċedura miftuħa u l-bqija kienu proċeduri nnegozjati, inklużi 5 proċeduri mingħajr pubblikazzjoni minn qabel tal-avviż dwar kuntratt; jirrikonoxxi l-isfidi ta' akkwist iffaċċjati mill-Kontrollur u li minħabba d-daqs żgħir tal-istituzzjoni, il-Kontrollur jipparteċipa fi proċeduri ta' akkwist konġunti, peress li huma aktar effiċjenti mill-perspettiva finanzjarja, filwaqt li fl-istess ħin irid japplika l-aktar standards stretti tal-protezzjoni tad-data fuq tali proċeduri, li probabbilment ikkontribwew ukoll għall-implimentazzjoni baxxa tal-baġit fl-2020;

10.  Jilqa' l-isforzi li għaddejjin tal-Kontrollur biex isir istituzzjoni mingħajr karti, inkluża l-kontinwazzjoni ta' intervisti mingħajr karti fl-2020, l-intenzjoni li jawtomatizza r-rapporti ta' valutazzjoni, prova u evalwazzjoni permezz tal-implimentazzjoni ta' moduli ġodda fl-interfaċċja tar-riżorsi umani fl-2021, u l-implimentazzjoni fl-2020 ta' sistemi ta' finanzjament mingħajr karti fir-rigward tal-ipproċessar tal-pagamenti, il-ġestjoni tal-baġit u l-akkwist;

Ġestjoni interna, prestazzjoni, kontroll intern

11.  Jesprimi l-kondoljanzi tiegħu għall-mewt tal-Kontrollur, Giovanni Buttarelli, f'Awwissu 2019; jieħu nota li Wojciech Wiewiorowski ħa l-kariga f'Diċembru 2019 għal perjodu ta' 5 snin; jaqbel li l-fatt li s-Sur Wiewiorowski kien qed jaħdem bħala Assistent Kontrollur, u għalhekk għandu għarfien tajjeb tal-istituzzjoni, ikkontribwixxa għall-mitigazzjoni tal-isfida tat-tranżizzjoni;

12.  Jilqa' l-adozzjoni tal-għodda l-ġdida ta' ġestjoni "Bluebell", żviluppata mill-ERCEA (Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka), li tippermetti tbassir u monitoraġġ aħjar tal-eżekuzzjoni attwali tal-linji baġitarji abbażi tad-data mtellgħa mill-unitajiet operazzjonali, bil-benefiċċju li jitnaqqsu b'mod sinifikanti l-interventi manwali u li d-data ssir aktar affidabbli;

13.  Jinnota li fl-2020 il-proċessi ta' ħidma ġew aġġustati b'riżultat tal-pandemija tal-COVID-19, u l-firem u l-proċeduri kollha fuq il-karta ġew diġitalizzati, u dan irriżulta fi proċessi amministrattivi aktar effiċjenti u rapidi; jifhem li l-Kontrollur kien obbligat jipposponi l-awditi fuq il-post peress li l-ġestjoni ta' data sensittiva ma ppermettietx li dawn jitwettqu mill-bogħod;

14.  Jinnota li l-laqgħat fiżiċi ġew sostitwiti b'laqgħat online, li jiswew inqas u jieħdu inqas żmien; josserva li s-sostituzzjoni ta' laqgħat fiżiċi kellha impatt akbar fuq il-laqgħat tal-EDPB, li kienu jsiru kull xahar jew kull xahrejn, bi spejjeż kbar għall-ivjaġġar u l-interpretazzjoni, u ġew sostitwiti b'laqgħat virtwali kull ġimagħtejn;

15.  Jilqa' li, f'Ġunju 2020, il-Kontrollur ħareġ l-Istrateġija tiegħu għall-2020-2024 "Insawru futur diġitali aktar sikur: strateġija ġdida għal deċennju ġdid" iffukata fuq it-tliet pilastri tal-previżjoni, l-azzjoni u s-solidarjetà, sabiex jiġu indirizzati l-isfidi diġitali għal futur aktar sikur, aktar ġust u aktar sostenibbli; josserva li l-Kontrollur fassal tmien Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni (KPIs) ċari biex jissorvelja l-implimentazzjoni tal-istrateġija; jirrimarka li f'5 minn 8 KPIs il-miri jew intlaħqu jew inqabżu fl-2020, b'mod partikolari l-għadd ta' każijiet ittrattati fil-livell internazzjonali (42 każ meta mqabbla ma' mira ta' 10) u l-għadd ta' opinjonijiet jew kummenti maħruġa b'reazzjoni għall-konsultazzjonijiet (5 opinjonijiet u 12-il kumment formali meta mqabbla ma' mira ta' 10 każijiet); jenfasizza li l-KPIs imsemmija juru r-rwol kruċjali tal-Kontrollur fir-rispons tal-Unjoni għall-pandemija tal-COVID-19 fir-rigward tal-garanzija tad-drittijiet fundamentali għall-protezzjoni tad-data u għall-privatezza;

16.  Jinnota li biex iwettaq il-kontrolli ex ante tat-tranżazzjonijiet tiegħu, kemm għall-aspetti operazzjonali kif ukoll għal dawk finanzjarji, il-Kontrollur integra l-listi ta' kontroll aġġornati fis-sistema tal-fluss tax-xogħol elettronika l-ġdida "Speedwell", li hija konnessa mas-sistema kontabilistika u tiffaċilita l-kontrolli bażiċi applikati għall-pagamenti u għall-impenji;

17.  Jinnota li, minħabba organizzazzjoni mill-ġdid interna fl-aħħar tal-2019, il-verifikatur ex post preċedenti ġie użat fi ħdan it-Tim tal-Finanzi u għalhekk, ma setax iwettaq il-kontroll ex post biex jiġi evitat ir-riskju ta' awtorieżami; jifhem l-isfida għal istituzzjoni żgħira li ssib sostituzzjoni b'fehim dettaljat tal-qafas legali u regolatorju finanzjarju, minkejja li jkun nieda sejħa għal espressjonijiet ta' interess; iħeġġeġ lill-Kontrollur jesplora u jimplimenta l-aktar alternattiva xierqa fost dawk li diġà ġew identifikati fir-rapport annwali tiegħu;

18.  Jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu tal-attivitajiet tal-Kontrollur meta kien qed jissorvelja lill-Europol, bl-għan li jivvaluta l-adegwatezza u l-effettività tas-sistema ta' kontroll intern għall-attivitajiet superviżorji relatati mal-Europol; jilqa' l-fatt li l-awdituri rrikonoxxew l-isforzi kontinwi li saru mill-Kontrollur biex itejjeb l-arranġamenti ta' governanza u s-sistemi ta' kontroll intern għas-superviżjoni tal-Europol; huwa konxju li r-rapport tal-awditjar finali nħareġ f'Settembru, li ftit wara li l-Kontrollur issottometta pjan ta' azzjoni lill-IAS li jkopri r-rakkomandazzjonijiet kollha li l-IAS qies li huma adegwati sabiex jiġu mmitigati r-riskji identifikati; jirrimarka li tali riskji kienu prinċipalment relatati ma' nuqqasijiet fis-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kontrollur u rriżultaw mit-trattament ta' informazzjoni sensittiva mhux klassifikata u klassifikata permezz ta' sistemi tal-IT;

Riżorsi umani, ugwaljanza u benesseri tal-persunal

19.  Jinnota li fl-2020, il-Kontrollur kellu total ta' 113-il membru tal-persunal, meta mqabbel ma' 96 fl-2019; jenfasizza li fl-2020 ingħataw għoxrin pożizzjoni ġdida mill-awtoritajiet baġitarji biex ikopru r-responsabbiltajiet addizzjonali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1725, kompiti superviżorji ġodda b'rabta mal-aġenziji tal-infurzar u l-kooperazzjoni ġudizzjarja, u responsabbiltajiet ġodda wara l-konsolidazzjoni tal-EDPB li għalihom il-Kontrollur jipprovdi Segretarjat indipendenti;

20.  Jinnota r-rata baxxa ħafna ta' okkupazzjoni (86,90 %) tal-pjan ta' stabbiliment; jifhem li l-Kontrollur uża l-lista ta' riżerva ta' 33 espert tal-protezzjoni tad-data li tirriżulta mill-kompetizzjoni tal-2018 u rrekluta wkoll persunal bil-kuntratt biex jimla l-ħtiġijiet jew il-pożizzjonijiet speċifiċi li kienu vakanti fuq bażi temporanja minħabba assenzi twal; jinnota l-isfidi ffaċċjati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni biex jiġu attirati esperti f'oqsma speċifiċi, minħabba, fost l-oħrajn, il-kompetittività limitata u l-attraenza tas-salarji; jisħaq b'mod partikolari fuq l-isfida għall-Kontrollur fir-reklutaġġ ta' persunal speċjalizzat ħafna għall-protezzjoni tad-data permezz tal-EPSO u jifhem il-ħtieġa li jiġu organizzati kompetizzjonijiet speċjalizzati biex jibnu fuq l-għarfien u l-esperjenza miksuba mill-persunal bil-kuntratt; iħeġġeġ lill-Kontrollur ikompli bi prattiki tajbin fil-proċeduri ta' reklutaġġ ivvalidati minn istituzzjonijiet oħra, b'mod partikolari intervisti mill-bogħod u testijiet online;

21.  Jinnota l-bidla favorevoli fid-distribuzzjoni ġeografika tal-persunal kollu kemm hu, meta jitqies id-daqs tal-istituzzjoni, b'20 Stat Membru rrappreżentati fl-2020; jilqa' l-introduzzjoni ta' 3 nazzjonalitajiet meta mqabbla mal-2019, u jinnota tnaqqis fis-sehem sproporzjonat ta' karigi okkupati minn ċittadini Belġjani (minn 27 % għal 23 %); jinnota li ma hemm l-ebda bidla fid-distribuzzjoni ġeografika tal-pożizzjonijiet maniġerjali intermedji u superjuri; jifhem li l-ħtieġa ta' profili speċjalizzati biex jissodisfaw il-mandat tal-Kontrollur tista' tillimita l-bordijiet tas-selezzjoni meta jitqies l-aspett ġeografiku u jħeġġeġ lill-Kontrollur jikkunsidra passi ulterjuri biex jipprovdi rappreżentanza aktar bilanċjata;

22.  Jistieden lill-Kontrollur ikompli jagħti attenzjoni lil kwistjonijiet relatati mal-bilanċ bejn il-ġeneri, l-opportunitajiet indaqs u d-distribuzzjoni ġeografika, b'mod partikolari matul il-proċeduri tal-għażla; jissuġġerixxi li l-Kontrollur jikkunsidra taħriġ obbligatorju dwar il-preġudizzju inkonsapevoli tal-ġeneri u l-implimentazzjoni ta' politika ta' opportunitajiet ugwali għall-maniġers u l-membri tal-bordijiet tas-selezzjoni;

23.  Jinnota li kemm fl-2019 kif ukoll fl-2020, il-bilanċ bejn il-ġeneri fost il-persunal ġenerali baqa' kostanti, b'madwar 58 % li huwa magħmul minn nisa u 42 % li huwa magħmul minn irġiel; josserva li, fil-livell tal-maniġment intermedju, iċ-ċifri jibqgħu l-istess bħall-2019 b'75 % nisa u 25 % irġiel; jinnota li, kif kien il-każ fl-2019, iż-żewġ pożizzjonijiet maniġerjali superjuri huma okkupati mill-irġiel; jilqa' l-fatt li l-istrateġija għall-2020-2024 tinkludi impenn għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneru, b'appoġġ għall-Istrateġija għal Opportunitajiet indaqs ("EO") approvata fl-2017;

24.  Jinnota li l-Kontrollur joffri diversi arranġamenti tax-xogħol u li l-persunal kollu jibbenefika minn ħin flessibbli, minbarra dawk li jirċievu l-indennizz tal-maniġment; josserva li qabel il-pandemija tal-COVID-19, in-nisa kienu jikkostitwixxu l-maġġoranza tal-utenti tal-arranġamenti tax-xogħol flessibbli, jiġifieri t-telexogħol (61,6 % fl-2019 u 67,5 % fl-2020), ir-reġim ta' xogħol part-time (89 % fl-2019 u 87,5 % fl-2020), il-liv tal-ġenituri (87 % fl-2019 u 90 % fl-2020) u krediti tal-ħin (100 % kemm fl-2019 kif ukoll fl-2020); jisħaq fuq l-iżbilanċ sproporzjonat bejn il-ġeneri fost l-utenti u għalhekk, jitlob lill-Kontrollur biex jinvolvi ruħu f'komunikazzjoni aktar intensa dwar il-vijabbiltà u l-benefiċċji ta' dawn l-arranġamenti, jiġifieri sessjonijiet ta' informazzjoni obbligatorji għall-impjegati l-ġodda, u biex jiġi żgurat li l-użu tal-arranġamenti tax-xogħol disponibbli bl-ebda mod ma jkun ta' detriment għall-progress fil-karriera tal-impjegati;

25.  Jinnota li, b'riżultat tal-pandemija tal-COVID-19, fit-12 ta' Marzu 2020, il-Kontrollur adotta t-telexogħol bħala r-reġim ġenerali u fid-19 ta' Marzu 2020 adotta d-deċiżjoni tiegħu li jestendi r-reġim tat-telexogħol sat-13 ta' April 2020; jissottolinja li t-telexogħol intuża b'mod intensiv bħala għodda ta' flessibbiltà biex tiġi ggarantita l-kontinwità tal-operat u biex jiġu ffaċilitati l-membri tal-persunal fl-immaniġġjar tal-kundizzjonijiet diffiċli imposti mill-pandemija tal-COVID-19 u jinnota li, għaldaqstant, l-ebda kariga ma ġiet eskluża; josserva li fl-2020 il-Kontrollur ħareġ "Gwida dwar it-Telexogħol"; huwa konxju li, fil-ħarifa tal-2020, ir-reġim tat-telexogħol huwa biss parzjali u li l-aċċess għall-bini tal-istituzzjoni żdied gradwalment f'konformità mas-sitwazzjoni sanitarja;

26.  Jindika li "Deċiżjoni tad-Direttur dwar it-telexogħol minn barra l-pajjiż" ippermettiet it-telexogħol minn barra l-pajjiż matul il-perjodu mill-15 ta' Ġunju sal-15 ta' Settembru 2020, sakemm il-jiem tat-telexogħol ġew ikkombinati ma' ammont ugwali ta' liv annwali; jemmen li miżura eċċezzjonali bħal din kienet iġġustifikata bis-sħiħ mill-ħtieġa li tiġi akkomodata aħjar il-ħajja privata u personali tal-membri tal-persunal matul il-perjodu ta' lockdown;

27.  Jinnota li ġie pprovdut tagħmir tal-IT għat-telexogħol lill-membri kollha tal-persunal skont it-termini u l-kundizzjonijiet tal-Ftehim dwar il-Livell ta' Servizz (FLS) fis-seħħ mal-Parlament mingħajr ebda spiża addizzjonali; josserva li l-membri tal-persunal ingħataw il-possibbiltà ta' rimborż għal skrin akbar u siġġu ergonomiku (sa EUR 150 u EUR 200 rispettivament) mir-Reġim Komuni tal-Assigurazzjoni tal-Mard (JSIS);

28.  Jilqa' l-fatt li f'Marzu 2020, il-Kontrollur adotta linji gwida biex jirrikonoxxi, jipprevjeni u jimmaniġġja l-istress eċċessiv u li t-taħriġ iffoka fuq il-ġestjoni tal-istress u l-bini tar-reżiljenza b'enfasi partikolari fuq il-prevenzjoni tal-istress eċċessiv fuq l-aġenda għall-2021; iħeġġeġ lit-tim maniġerjali jindirizza minnufih kwalunkwe sintomu ta' stress eċċessiv possibbli u janalizza l-kawżi;

29.  Jinnota li ma ġie rrappurtat l-ebda każ ta' fastidju fl-2020, u japprezza li l-Kontrollur iffirma, f'Diċembru 2020, reviżjoni tad-deċiżjoni tiegħu kontra l-fastidju sabiex jiċċara d-drittijiet u l-obbligi ta' kull parti; jilqa' l-fatt li r-rwol tal-konsulent kunfidenzjali ġie żviluppat aktar u li ġiet stabbilita l-proċedura ta' ħatra tiegħu; jesprimi dispjaċir għall-fatt li ma ġie organizzat l-ebda kors ta' taħriġ dwar il-fastidju jew l-iżvelar ta' informazzjoni protetta fl-2020 u jistieden lill-Kontrollur biex jagħmel użu sħiħ mill-kanali diġitali biex jipprovdi u jaġġorna tali taħriġ perjodikament għall-membri kollha tal-persunal (minbarra l-impjegati l-ġodda); japprezza li l-Kontrollur beda joffri preżentazzjoni obbligatorja dwar il-fastidju lill-impjegati l-ġodda fl-2021 matul il-jiem ta' merħba;

30.  Jilqa' l-istabbiliment tal-koordinatur tal-benesseri, li se jkun il-punt ta' kuntatt għall-mistoqsijiet kollha tal-persunal f'dan il-qasam u se jikkollabora ma' atturi ewlenin oħra biex jiżgura li jiġu organizzati attivitajiet orjentati lejn il-benesseri u;

31.  Jinnota li b'kollox ġew reklutati 16-il trainee fl-2020 fuq żewġ sessjonijiet, f'Marzu u Lulju 2020; jilqa' l-fatt li t-trainees kollha tħallsu mill-Kontrollur, għalkemm bl-intermedjazzjoni tad-DĠ EAC tal-Kummissjoni; josserva li t-trainees kollha rċevew laptop u token għat-telexogħol; jilqa' l-fatt li l-Kontrollur ippermetta lit-trainees tiegħu jaħdmu minn barra l-pajjiż fuq talba;

Qafas etiku u trasparenza

32.  Jinnota li l-Qafas Etiku tal-Kontrollur ġie aġġornat fl-2019, u kien jirrikjedi li l-impjegati l-ġodda kollha jsegwu preżentazzjoni obbligatorja dwar l-etika matul it-taħriġ ta' induzzjoni tagħhom u, barra minn hekk, li huwa previst stħarriġ dwar is-sensibilizzazzjoni tal-persunal għall-2021; jilqa' l-ħatra tal-Uffiċjal tal-Etika l-ġdid f'Mejju 2021, li bħalissa huwa inkarigat bl-aġġornament tat-taħriġ u bl-organizzazzjoni tal-preżentazzjonijiet tal-qafas etiku tal-persunal u bl-istabbiliment ta' stħarriġ dwar is-sensibilizzazzjoni tal-persunal; jilqa' l-fatt li l-Kontrollur għandu spazju dedikat fuq l-intranet li jinforma lill-membri tal-persunal dwar il-Qafas tal-Etika tiegħu u li jżid is-sensibilizzazzjoni dwaru, inklużi d-dokumenti u l-proċeduri rilevanti kollha;

33.  Ifakkar fil-fatt li l-kodiċi ta' kondotta għall-membri tal-persunal ġie rieżaminat f'Diċembru 2019 sabiex jiġi adattat għall-bidliet fl-istituzzjoni u għall-qafas legali l-ġdid, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2018/1725, kif ukoll biex jinkludi membri tal-persunal tas-Segretarjat tal-EDPB; jinnota li l-kodiċi ta' kondotta speċifiku għall-Kontrolluri ġie rivedut u adottat ukoll f'Diċembru 2019 bl-għan li jintegra l-għarfien etiku fil-ħidma tagħhom ta' kuljum; jinnota li, wara s-sejħa tal-Parlament, il-Kontrollur iddeċieda li jibda l-abbozzar ta' kodiċi ta' kondotta għal pożizzjonijiet maniġerjali superjuri;

34.  Josserva li l-Kontrollur bħalissa ma jużax ir-Reġistru tat-Trasparenza interistituzzjonali iżda jippubblika fuq is-sit web l-aġenda u l-interventi tal-Kontrollur, inklużi laqgħat ma' rappreżentanti ta' interess, biex jiżgura l-għoti ta' rendikont lejn iċ-ċittadini; iħeġġeġ lill-Kontrollur jesplora modi kif jgħaqqad ir-reġistru tiegħu mar-Reġistru tat-Trasparenza;

Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà, protezzjoni tad-data

35.  Jinnota b'apprezzament li l-Kontrollur jagħti importanza lill-analiżi tal-possibbiltajiet, tar-riskji u tal-isfidi li jista' jkollhom it-teknoloġiji innovattivi u inizjattivi oħra fuq il-protezzjoni tad-data u d-data personali tal-individwi bil-ħsieb li jsawru futur diġitali aktar sikur għall-Unjoni, kif inkorporat fl-Istrateġija tal-Kontrollur għall-2020-2024;

36.  Jirrikonoxxi r-rwol tal-Kontrollur fid-dibattitu globali dwar l-etika diġitali b'mod partikolari fir-rigward tal-iżvilupp tal-Intelliġenza Artifiċjali u t-Teknoloġija tar-Rikonoxximent tal-Wiċċ; jenfasizza li l-Kontrollur jikkopresiedi l-Grupp ta' Ħidma dwar l-Etika u l-Protezzjoni tad-Data fl-Intelliġenza Artifiċjali tal-Assemblea Globali tal-Privatezza, il-laqgħa internazzjonali tal-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data u għall-privatezza fuq livell globali, dwar il-kwistjoni tal-intelliġenza artifiċjali u l-etika diġitali;

37.  Huwa konxju li l-infrastruttura ewlenija tal-IT, l-għodod u s-servizzi tal-back office użati mill-Kontrollur huma pprovduti mill-Kummissjoni jew mill-Parlament f'konformità mal-FLS dwar l-użu tas-servizzi tal-IT; jilqa' l-inizjattiva li tibda tinbena l-kapaċità tal-IT tal-Kontrollur billi jiġi impjegat Aġent ta' Appoġġ tal-IT biex jipprovdi, fost kompiti oħra, appoġġ ġenerali tal-IT, jaġixxi bħala punt ta' kuntatt u ta' kollegament għall-applikazzjonijiet kollha tal-IT li jintużaw fl-istituzzjoni, jivvaluta l-ħtiġijiet attwali u futuri fil-qasam tal-IT u jipproponi u jimplimenta soluzzjonijiet; Jilqa' l-fatt li fl-2020, il-Kontrollur iddeċieda li jniedi l-"Analiżi tal-Lakuni fl-IT" biex janalizza l-ħtieġa li jappoġġja l-kompiti tiegħu f'termini ta' appoġġ għall-IT, jidentifika l-għodod u s-sistemi eżistenti, imbagħad jidentifika l-lakuni possibbli;

38.  Jirrimarka li f'Diċembru 2020, il-Kontrollur iffirma FLS mas-CERT-UE (l-Iskwadra ta' Rispons f'Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-Istituzzjonijiet tal-Unjoni) għall-forniment ta' firxa kbira ta' servizzi taċ-ċibersigurtà (attivitajiet ta' taħriġ ta' sensibilizzazzjoni, eżerċizzji taċ-ċibersigurtà, notifika ta' theddid ċibernetiku u vulnerabbiltajiet li potenzjalment jaffettwaw lill-Kontrollur, u appoġġ ad hoc fit-trattament ta' inċidenti taċ-ċibersigurtà); jinnota li, bħala segwitu għat-tlestija ta' Awditu Intern, il-Kontrollur ippjana l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet relatati maċ-ċibersigurtà, bħall-integrazzjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà f'Qafas ta' Ġestjoni tar-Riskju ġdid u mtejjeb u proċess ġdid biex jiġi vvalutat regolarment il-livell taċ-ċibersigurtà tal-Fornituri ta' Servizzi tiegħu;

39.  Jinnota li, matul l-2020, il-Kontrollur kompla l-proċess ta' tranżizzjoni lejn il-qafas tal-protezzjoni tad-data stabbilit fir-Regolament (UE) 2018/1725 b'mod parallel mal-iżgurar tal-kontinwità tal-operat tiegħu matul il-pandemija tal-COVID-19; jilqa' l-fatt li l-Kontrollur ħatar Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data full-time f'Settembru 2020 biex isaħħaħ il-kapaċità tiegħu li jiskrutinizza l-attivitajiet ta' pproċessar ta' data personali u li jimplimenta salvagwardji u jimmitiga r-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data;

40.  Jitlob lill-EDPS jidentifika l-użu attwali ta' teknoloġija b'sors miftuħ fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni u jivvaluta l-valur miżjud tal-prijoritizzazzjoni tal-iżvilupp ta' għodod b'sors miftuħ f'termini ta' protezzjoni tad-data u privatezza;

Bini u sigurtà

41.  Ifakkar fil-fatt li ż-żieda fil-persunal tal-Kontrollur kienet titlob ftehim mal-Parlament biex jinkiseb spazju addizzjonali għall-uffiċċji u biex jiġi okkupat il-bini kollu li dak iż-żmien kien kondiviż mal-Ombudsman Ewropew; ifakkar fil-fatt li l-linji baġitarji ddedikati għall-bini, għall-għamara u għat-tagħmir għalhekk żdiedu biex ikopru l-ispejjeż żejda relatati mal-kera u l-imposti addizzjonali; jinnota li d-dewmien fl-espansjoni prevista wassal għal implimentazzjoni baxxa ta' dawn il-linji baġitarji;

42.  Iħeġġeġ lill-Kontrollur iqis fl-istrateġija tal-bini tiegħu l-ħtiġijiet tal-persuni b'mobilità mnaqqsa jew b'diżabilità oħra, billi jadotta definizzjoni usa' ta' akkomodazzjoni raġonevoli, filwaqt li jipprevedi soluzzjonijiet effettivi biex jiġi ffaċilitat l-aċċess ta' persuni b'diżabilità għall-għodod u għall-pjattaformi tal-IT, biex jallinja mal-approċċ tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni f'termini ta' kura u kopertura medika;

Ambjent u sostenibbiltà

43.  Jilqa' l-ħafna azzjonijiet adottati mill-Kontrollur biex inaqqas l-impronta ambjentali tiegħu; jinnota li, fl-2020, il-Kontrollur kompla t-triq tiegħu biex isir istituzzjoni mingħajr karti, billi approva b'mod insistenti l-ġestjoni elettronika sħiħa tal-fatturi u l-pagamenti u l-firma elettronika tad-dokumenti;

44.  Jilqa' l-fatt li l-Kontrollur jinċentiva l-użu tat-trasport pubbliku, permezz tar-rimborż ta' 50 % tat-tariffi tat-trasport pubbliku, u l-użu tar-roti, billi jipprovdi għadd adegwat ta' stazzjonijiet fejn jintrabtu r-roti fil-faċilitajiet tal-garaxx tiegħu;

45.  Iħeġġeġ lill-Kontrollur jieħu azzjonijiet tanġibbli lejn l-iżvilupp sostenibbli, u jaderixxi mal-Iskema ta' Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi (EMAS) tal-Unjoni żviluppata mill-Kummissjoni biex l-organizzazzjonijiet ikunu jistgħu jevalwaw, jirrapportaw u jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom;

46.  Iħeġġeġ lill-Kontrollur biex jaċċessa l-Helpdesk interistituzzjonali dwar l-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku (APE) ġestit mill-Parlament sa mill-2017, li jiffoka fuq l-iżvilupp sostenibbli, il-kwistjonijiet ambjentali u l-aspetti soċjali tal-akkwist pubbliku;

Komunikazzjoni u multilingwiżmu

47.  Jinnota l-pubblikazzjoni tal-Istrateġija tal-Kontrollur għall-2020-2024, flimkien ma' fuljett korporattiv ġdid u vidjo; josserva li l-Kontrollur żviluppa wkoll strateġija ta' komunikazzjoni konsistenti u mmirata ma' diversi partijiet ikkonċernati biex jindirizza l-aħħar żviluppi tal-pandemija tal-COVID-19 u kwistjonijiet tal-protezzjoni tad-data li jirriżultaw minnha;

48.  Jilqa' l-interess tal-Kontrollur fil-media soċjali u fi pjattaformi oħra biex jiżgura tixrid akbar tal-informazzjoni; jissottolinja b'mod partikolari l-proġetti pilota pubbliċi Mastodon (alternattiva għal Twitter / Instagram) u PeerTube (alternattiva għal YouTube) u jifhem li l-għan huwa li jinstab kunsens għal pjattaforma komuni tal-Unjoni ma' istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni filwaqt li jiġu esplorati opportunitajiet oħra, bħall-ospitar mill-Unjoni tal-media soċjali b'sors miftuħ; jemmen li l-għoti ta' informazzjoni liċ-ċittadini fuq pjattaformi nonproprjetarji jikkontribwixxi għaż-żamma tal-indipendenza u t-trasparenza tal-istituzzjonijiet pubbliċi;

49.  Iħeġġeġ lill-Kontrollur jieħu inizjattivi ta' komunikazzjoni bl-għan li jżidu r-rwol tiegħu u l-fehim tal-missjoni tiegħu fost pubbliku usa'; jinnota li fil-21 ta' Jannar 2020, il-Kamp ta' Privatezza ospita s-Summit tas-Soċjetà Ċivili tal-EDPS biex jiġi diskuss l-istat tal-protezzjoni tad-data u tal-privatezza fl-Unjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; josserva li l-Kontrollur ospita workshop online f'Ottubru 2020 dwar it-tema "Il-Protezzjoni tad-Data fl-Organizzazzjonijiet Internazzjonali fi Żminijiet ta' Kriżi";

50.  Jirrimarka li l-ispejjeż totali relatati mat-traduzzjoni fl-2020 ammontaw għal EUR 1 250 827,45, li minnhom EUR 342 255,65 huma relatati mal-Kontrollur u EUR 908 571,80 huma relatati mal-EDPB; jistieden lill-Kontrollur ikompli jesplora l-użu tat-traduzzjoni newrali permezz ta' magni speċifiċi kif ukoll għażliet oħra flimkien mal-Kummissjoni, maċ-Ċentru tat-Traduzzjoni u mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO);

Kooperazzjoni interistituzzjonali

51.  Jinnota b'apprezzament li anke fl-2020, u minkejja l-pandemija tal-COVID-19, il-Kontrollur seta' jagħti diversi sessjonijiet ta' taħriġ lil ħafna istituzzjonijiet tal-Unjoni li jagħtu gwida dwar kif tiġi protetta d-data personali tal-individwi;

52.  Japprezza li l-Kontrollur ipproduċa gwida dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt fuq il-Protezzjoni tad-Data (DPIA); jenfasizza li l-Kontrollur immonitorja kif l-istituzzjonijiet tal-Unjoni ilhom jużaw id-DPIA mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2018/1725 permezz ta' stħarriġ fi Frar 2020, u ġie ppubblikat rapport bħala segwitu f'Lulju 2020;

53.  Jaqbel li minħabba li d-data tgħaddi bejn il-fruntieri, hemm bżonn li l-protezzjoni tad-data tiġi kkunsidrata f'kuntest globali; jemmen li l-parteċipazzjoni attiva tal-Kontrollur f'għadd ta' fora internazzjonali hija strumentali għat-tfassil u l-kondiviżjoni ta' prattiki tajbin, l-istabbiliment u l-iżvilupp ta' gwida, u l-ħolqien ta' proċeduri konsistenti u koeżivi bbażati fuq fehim komuni tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data; jinnota li l-Kontrollur huwa membru attiv tal-Assemblea Globali tal-Privatezza (GPA) (preċedentement magħrufa bħala l-Konferenza Internazzjonali tal-Protezzjoni tad-Data u tal-Kummissarji tal-Privatezza, ICDPPC);

54.  Jistieden lill-Kontrollur jiżgura li n-network tal-Uffiċjali tal-Protetturi tad-Data (DPOs) jibqa' attiv u dinamiku, u jiltaqa' darbtejn fis-sena, b'tali mod li jiggarantixxi l-konsistenza u l-allinjament fit-trattament ta' kwistjonijiet ta' protezzjoni tad-data madwar l-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

55.  Huwa konxju li l-Kontrollur huwa membru sħiħ tal-EDPB, il-korp indipendenti stabbilit skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) li jippromwovi l-kooperazzjoni bejn l-Awtoritajiet nazzjonali tal-Protezzjoni tad-Data (DPAs) biex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data madwar l-Unjoni; jifhem li Memorandum ta' Qbil jiddetermina t-termini ta' kooperazzjoni bejn l-EDPB u l-Kontrollur, b'dan tal-aħħar li jkun kemm membru kif ukoll fornitur ta' Segretarjat indipendenti li joffri appoġġ amministrattiv u loġistiku, iwettaq xogħol analitiku u jikkontribwixxi għall-kompiti tal-EDPB;

56.  Jirrimarka b'mod partikolari li t-tim legali tas-Segretarjat tal-EDPB abbozza aktar minn 60 % tal-linji gwida, l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet adottati mill-EDPB fl-2020, kif ġej: 13-il linja gwida, 2 rakkomandazzjonijiet, 32 opinjoni, l-ewwel deċiżjoni vinkolanti tiegħu dwar is-soluzzjoni ta' tilwim, u pariri legali; jissottolinja li l-Kontrollur attenda kull waħda mis-27 laqgħa plenarja tal-EDPB li saret fl-2020; jirrimarka li ħafna mill-ħidma mwettqa mill-EDPB isseħħ fi ħdan is-sottogruppi ta' esperti, kull wieħed minnhom relatat ma' qasam speċifiku marbut mal-protezzjoni tad-data, u li l-Kontrollur jipparteċipa fis-sottogruppi ta' esperti kollha tal-EDPB u jaġixxi f'ħafna fajls bħala korapporteur jew bħala rapporteur ewlieni;

57.  Josserva li l-Kontrollur, flimkien mas-Segretarjat tal-EDPB u membri oħra tal-EDPB, fil-15 ta' Diċembru 2020, adotta t-termini ta' referenza tal-SPE, Grupp ta' Appoġġ ta' Esperti stabbilit bl-għan li jassisti fit-twettiq ta' investigazzjonijiet u attivitajiet ta' infurzar ta' interess komuni sinifikanti u jsaħħaħ il-kooperazzjoni u s-solidarjetà bejn il-membri kollha tal-EDPB;

58.  Jilqa' l-fatt li l-Kontrollur ħareġ ukoll diversi Opinjonijiet fl-2020 bħala parti mid-dmir tiegħu li jagħti pariri lill-Kummissjoni, lill-Parlament u lill-Kunsill dwar il-leġiżlazzjoni u l-inizjattivi ta' politika li għandhom impatt fuq il-protezzjoni tad-data personali;

59.  Jinnota li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni affettwa t-trasferimenti ta' data personali minn organizzazzjonijiet soġġetti għall-GDPR lil organizzazzjonijiet fir-Renju Unit u għalhekk, jilqa' l-gwida pprovduta mill-Kontrollur lill-partijiet ikkonċernati, li tqis l-effetti legali ta' tali trasferimenti fuq il-protezzjoni tad-data tal-Unjoni; jinnota b'mod partikolari li l-Kontrollur esprima għadd ta' tħassib fl-Opinjoni 14/2021 tiegħu, li tqiesu mill-Kummissjoni fid-deċiżjonijiet ta' adegwatezza tal-GDPR u tal-LED tar-Renju Unit;

60.  Japprezza l-kooperazzjoni bejn il-Kontrollur u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) bl-għan li jiġu integrati r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data fil-proċeduri tal-UPPE u fis-sistemi tal-IT, li huwa tassew diffiċli fid-dawl tal-istruttura tal-UPPE b'diversi livelli u l-interazzjoni bejn ir-Regolament tal-UPPE u d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirrikjedu koordinazzjoni mad-DPAs nazzjonali;

61.  Jinnota, barra minn hekk, li fi tmiem l-2019, daħal fis-seħħ qafas superviżorju ġdid għall-ipproċessar ta' data personali fil-Eurojust, li fl-ambitu tiegħu l-EDPS huwa responsabbli għall-monitoraġġ tal-konformità tal-Eurojust mar-regoli applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data; jilqa' f'dak ir-rigward il-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-EDPS u l-Eurojust matul is-sena 2020;

62.  Jinnota li, fl-2020, il-Kontrollur ikkonkluda jew emenda kemm ftehimiet interistituzzjonali dwar il-livell ta' servizz kif ukoll ftehimiet amministrattivi mal-PMO, id-DĠ HR, id-DĠ EAC, id-DĠ BUDG u d-DĠ CERT-UE tal-Kummissjoni, kif ukoll ftehim amministrattiv ġdid ma' tliet direttorati ġenerali tal-Parlament (DĠ INLO, DĠ SAFE u DĠ PERS) dwar il-bini, il-loġistika u s-servizzi ta' sigurtà;

63.  Jissottolinja r-rilevanza tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-311/18 (magħrufa bħala s-sentenza "Schrems II") li tinvalida l-mekkaniżmu tad-data personali bejn l-UE u l-Istati Uniti "Tarka ta' Privatezza"; jirrikonoxxi r-rwol tal-Kontrollur fil-monitoraġġ tal-konformità tat-trasferimenti mwettqa fil-kuntest tar-relazzjonijiet kuntrattwali ma' organizzazzjonijiet ibbażati fl-Istati Uniti;

64.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar ir-riżultat tal-inkjesta tal-Kontrollur fl-ipproċessar mill-Europol ta' sett ta' data kbir miġbur mill-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi fil-kuntest ta' investigazzjonijiet kriminali; jifhem li l-proċeduri li l-Europol kellha fis-seħħ ma pprovdewx riassigurazzjoni adegwata rigward il-konformità mar-Regolament tal-Europol f'termini ta' kategoriji ta' suġġetti tad-data fil-mira bl-ipproċessar tiegħu, li jirrappreżenta r-raġunijiet li għalihom tiġi fformulata intelligence kriminali importanti; jistieden lill-Kontrollur jappoġġja lill-Europol fl-istabbiliment u fl-implimentazzjoni ta' pjan ta' azzjoni sabiex jiġi indirizzat in-nuqqas identifikat, mingħajr ma jiddgħajjef il-kontribut tal-Europol għall-infrastruttura kontra l-frodi li huwa komponent rilevanti tiegħu;

65.  Jisħaq li, fit-2 ta' Lulju 2020, il-Kontrollur ħareġ Dokument Pubbliku li jagħti dettalji dwar is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-investigazzjoni tal-Kontrollur dwar l-użu tal-prodotti u s-servizzi tal-Microsoft mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jirrimarka li dawn is-sejbiet japprovaw l-isforzi tal-amministrazzjonijiet pubbliċi biex iżommu kontroll fuq kif u għaliex id-data personali tiġi pproċessata u jiżguraw livell adegwat ta' protezzjoni tad-data meta jikkuntrattaw is-servizzi tal-ICT, kif deskritt fl-objettiv strateġiku tal-Kontrollur dwar "is-sovranità diġitali";

Pandemija tal-COVID-19

66.  Jissottolinja r-rwol kruċjali tal-Kontrollur fil-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza, żewġ drittijiet fundamentali fl-Unjoni, fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19, b'mod partikolari r-rilevanza u l-influwenza tal-valutazzjoni tiegħu tal-konformità mal-protezzjoni tad-data tal-bosta applikazzjonijiet ta' traċċar tal-kuntatti u ta' twissija mifruxin matul il-pandemija; jirrikonoxxi l-ammont ta' xogħol addizzjonali sussegwenti li ffaċċja l-Kontrollur flimkien mal-kompiti regolari tiegħu u japprezza li l-Kontrollur mhux biss żgura l-kontinwità tan-negozju iżda żied ukoll il-produttività tiegħu bis-saħħa, fost l-oħrajn, tad-diġitalizzazzjoni tal-flussi tax-xogħol; jilqa' l-fatt li l-Kontrollur stabbilixxa Task Force speċjali tal-COVID-19, li nħolqot biex tittratta dawn it-talbiet kollha, is-superviżjoni u l-parir fir-rigward ta' dawk il-miżuri stabbiliti biex tiġi miġġielda l-pandemija (applikazzjonijiet ta' traċċar tal-kuntatti, kontrolli tat-temperatura, tilqim); jindika li, f'Marzu 2020, bi tweġiba għall-konsultazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-użu ta' data dwar it-telekomunikazzjonijiet għall-monitoraġġ tat-tixrid tal-pandemija tal-COVID-19, il-Kontrollur issuġġerixxa li ssir enfasi fuq il-minimizzazzjoni tal-ġbir u ż-żamma ta' data personali, l-anonimizzazzjoni tad-data, is-sigurtà tad-data u l-aċċess għad-data, l-adegwatezza tal-perjodi ta' żamma tad-data, u approċċ deċentralizzat għall-ħżin u l-ipproċessar tad-data;

67.  Jisħaq li l-EDPB enfasizza l-importanza fundamentali li jiġi żgurat li kull miżura meħuda fiċ-ċirkostanzi straordinarji relatati mal-pandemija tkun meħtieġa, limitata fiż-żmien, ta' livell minimu u soġġetta għal rieżami perjodiku u ġenwin kif ukoll għal evalwazzjoni xjentifika; jistieden lill-Kontrollur jivvaluta kontinwament is-sitwazzjoni, sabiex jindirizza jew jimmitiga r-riskji għall-privatezza assoċjati mal-iżvilupp u l-użu tal-applikazzjonijiet għat-traċċar tal-kuntatti;

68.  Jinnota li fil-bidu tal-2020, il-Kontrollur kien jiddependi mill-Pjan għall-Kontinwità tal-Operat (BCP) li minnu ntużaw xi dispożizzjonijiet u ġew aġġustati fil-fażi inizjali tal-pandemija tal-COVID-19; jirrimarka li fl-10 ta' Marzu 2020 ġie adottat il-pjan ta' kontinġenza għat-tħejjija amministrattiva għall-pandemija, u ttieħdu miżuri aktar speċifiċi biex tiġi indirizzata l-pandemija li ġejja,

69.  Jinnota li l-Kontrollur kien l-ewwel istituzzjoni tal-Unjoni li adottat it-telexogħol bħala reġim ġenerali għall-membri kollha tal-persunal mit-12 ta' Marzu 2020 permezz tal-adattament tal-BCP tiegħu u jenfasizza li l-istituzzjoni ma kellha l-ebda każ ta' infezzjoni bil-COVID-19 fuq il-post tax-xogħol; jilqa' l-fatt li l-miżuri ta' emerġenza adottati, b'mod partikolari l-ġeneralizzazzjoni tat-telexogħol (jiġifieri l-ebda limitu fi ħdan l-unitajiet u lanqas id-differenzjazzjoni bejn strutturali u okkażjonali), se jkunu s-suġġett ta' diskussjoni mal-Kumitat tal-Persunal u se jiġu inkorporati fid-deċiżjoni l-ġdida dwar it-telexogħol li qed tiġi nnegozjata u li se jimmodifikaw id-Deċiżjoni meħuda dwar dan is-suġġett fid-19 ta' Marzu 2019;

70.  Iħeġġeġ lill-Kontrollur jintegra bis-sħiħ fl-istrateġija ta' ġestjoni interna t-tagħlimiet meħuda mill-pandemija tal-COVID-19, f'termini ta' kontinwità tal-operat u approċċi ta' ġestjoni tal-kriżijiet, ir-rispons tal-IT, ir-reżiljenza tal-organizzazzjoni, id-dmir ta' diliġenza tagħhom lejn il-persunal, l-effettività tal-komunikazzjoni interna u l-flessibbiltà tal-proċessi ta' ħidma;

(1) ĠU L 57, 27.2.2020.
(2) ĠU C 436, 28.10.2021, p. 1.
(3) ĠU C 430, 25.10.2021, p. 7.
(4) ĠU C 436, 28.10.2021, p. 207.
(5) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1


Kwittanza 2020: Baġit ġenerali tal-UE – Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
PDF 209kWORD 72k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima X – Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (2021/2115(DEC))
P9_TA(2022)0153A9-0065/2022

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2021)0381 – C9-0259/2021)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2020 (COM(2021)0292),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 59, 118 u 260 sa 263 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0065/2022),

1.  Jagħti l-kwittanza lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minnha lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima X – Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (2021/2115(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima X – Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0065/2022),

A.  billi s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) huwa responsabbli għall-ġestjoni tan-nefqa amministrattiva tal-Kwartieri Ġenerali ("HQ") tiegħu fi Brussell u għan-network tal-144 delegazzjoni u uffiċċju tal-Unjoni;

B.  billi r-responsabbiltà tas-SEAE ġiet estiża biex tkopri l-ġestjoni amministrattiva tal-persunal tal-Kummissjoni fid-delegazzjonijiet permezz ta' sensiela ta' Ftehimiet dwar il-Livell ta' Servizz (FLS);

C.  billi r-rwol tad-delegazzjonijiet huwa li jirrappreżentaw lill-Unjoni u liċ-ċittadini tagħha madwar id-dinja billi jibnu networks u sħubijiet, u li jippromwovu l-valuri u l-interessi tal-Unjoni;

D.  billi l-pekuljarità tas-SEAE tibqa' fin-natura u l-oriġini tagħha, kif kienet meta ġiet ifformata bl-amalgamazzjoni ta' persunal li jappartjeni għal dawk li kienu d-dipartimenti tar-relazzjonijiet esterni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni Ewropea, li fihom ġew integrati d-diplomatiċi mill-Istati Membri;

E.  billi skont ir-Regoli Interni tas-SEAE, is-Segretarju Ġenerali tas-SEAE jaġixxi bħala uffiċjal awtorizzanti b'delega għall-istituzzjoni u d-Direttur Ġenerali għall-Ġestjoni tar-Riżorsi għandu r-rwol ta' uffiċjal awtorizzanti b'sottodelega prinċipali;

F.  billi l-implimentazzjoni tal-baġit hija regolata mir-Regolament Finanzjarju u mir-Regoli Interni ta' Implimentazzjoni tal-Baġit tas-SEAE;

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") ma identifikat l-ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tat-temi awditjati b'rabta mar-riżorsi umani u l-proċeduri ta' akkwist għas-SEAE;

2.  billi fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni billi jittejbu t-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u billi jiġi implimentat il-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u l-governanza tajba tar-riżorsi umani;

3.  Jenfasizza l-fatt li l-Qorti kkonkludiet li, fuq il-bażi tax-xogħol ta' awditu tagħha, il-pagamenti b'mod globali għan-nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet, inkluża tas-SEAE, għas-sena finanzjarja 2020 kienu ħielsa minn żbalji materjali;

4.  Jilqa' l-fatt li ma ġiet identifikata l-ebda kwistjoni speċifika mill-Qorti dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet;

5.  Huwa konxju li l-Kapitolu 9 "Amministrazzjoni" tar-Rapport Annwali tal-Qorti huwa ffukat fuq in-nefqa fuq ir-riżorsi umani, il-bini, it-tagħmir, l-enerġija, il-komunikazzjoni u t-teknoloġija tal-informazzjoni u li l-Qorti tindika li tali nfiq huwa ta' riskju baxx;

Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

6.  Jinnota li l-baġit tas-SEAE għall-2020 kien ta' EUR 731 000 000 (żieda ta' 5.2 % meta mqabbel mal-baġit tal-2019 ta' EUR 694 800 000), u kien imqassam kif ġej: EUR 276 300 000 għall-Kwartieri Ġenerali ("HQ") u EUR 454 700 000 għad-delegazzjonijiet; josserva li, minbarra l-baġit tiegħu stess, is-SEAE ddispona wkoll minn ammont ta' EUR 212 400 000 (inkluż dħul assenjat u ammonti riportati) mill-Kummissjoni biex ikopri l-ispejjeż amministrattivi tal-persunal tiegħu li jaħdem fid-delegazzjonijiet;

7.  Jinnota li globalment matul l-2020, is-SEAE impenja EUR 934 400 000 (90 % tal-baġit disponibbli tas-sena) u l-eżekuzzjoni totali fil-pagamenti kienet ta' EUR 919 200 000 (79 % tal-approprjazzjonijiet ta' pagament disponibbli);

8.  Jinnota li l-ammonti addizzjonali approvati huma allokati għall-finanzjament tal-Pjan ta' Azzjoni kontra d-diżinformazzjoni, it-tisħiħ tas-sigurtà fid-delegazzjonijiet u fil-Kwartieri Ġenerali, l-investimenti fiċ-ċibersigurtà, is-sostituzzjoni ta' għadd ta' esperti nazzjonali mingħajr spejjeż b'uffiċjali, żieda fl-ammont ta' stipendju għal apprendisti fid-delegazzjonijiet, it-tisħiħ tal-istrutturi tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK), u xi tisħiħ tad-dipartimenti ġeografiċi f'oqsma ewlenin ta' prijorità għolja;

9.  Jinnota li, b'mod ġenerali, il-baġit finali tas-SEAE għall-2020 ġie eżegwit fil-livell ta' 95.0 % bħala impenji u 82.3 % bħala pagamenti, tnaqqis mid-99.94 % f'impenji u s-87.9 % f'pagamenti fl-2019;

10.  Jinnota li l-pagamenti magħmula mis-SEAE fil-Kwartieri Ġenerali u fid-delegazzjonijiet fl-2020 juru ċifra globali ta' 200 913-il pagament eżegwit (10 851 mill-Kwartieri Ġenerali u 190 062 mid-delegazzjonijiet), tnaqqis miċ-ċifra ta' 252 508 pagamenti fl-2019; jifhem li t-tnaqqis (-20 %) huwa dovut għas-sospensjoni ta' diversi attivitajiet bħala riżultat tal-pandemija tal-COVID-19, b'mod partikolari l-vjaġġi u l-avvenimenti ta' rappreżentanza; jinnota li l-pagamenti tas-SEAE fl-2020 kienu jirrappreżentaw 8.9 % tal-baġit tal-Unjoni;

11.  Jinnota l-ħtieġa espressa mis-SEAE li jkun hemm approċċ aktar flessibbli fir-rigward tal-aġenti awtorizzati li jintervjenu fil-flussi tax-xogħol finanzjarji tal-istituzzjonijiet fid-delegazzjonijiet, sabiex tiġi żgurata kontinwità sħiħa tal-operat u jiġi mmassimizzat l-użu effiċjenti tar-riżorsi umani disponibbli fid-delegazzjonijiet; huwa konxju li l-emendi f'dan is-sens ġew adottati fir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju (b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet il-ġodda fl-Artikolu 60(2) u (3)); josserva li huwa meħtieġ livell ogħla ta' flessibbiltà, mingħajr ma jiddgħajfu r-rekwiżiti ta' kontroll fuq iċ-ċirkwit finanzjarju; itenni li kwalunkwe arranġament ta' flessibbiltà, jiġifieri l-possibbiltà li l-viċi kapijiet ta' delegazzjoni jaġixxu bħala uffiċjali awtorizzanti b'sottodelega, għandu jiġi mmonitorjat mill-qrib mill-Kwartieri Ġenerali;

12.  Jinnota li kull delegazzjoni tirċievi u timplimenta l-baġit tagħha stess maħsub biex ikopri l-operazzjonijiet amministrattivi tagħha u l-persunal tas-SEAE u tal-Kummissjoni; huwa konxju li l-pagamenti jistgħu jsiru fil-livell ċentrali jew lokali, rispettivament taħt ir-responsabbiltà tad-Direttorat-Ġenerali għall-Baġit tal-Kummissjoni (DĠ BUDG) jew tad-delegazzjoni;

13.  Jifhem li n-numru ta' linji baġitarji użati biex jiffinanzjaw l-operazzjonijiet relatati mal-persunal tal-Kummissjoni fid-delegazzjonijiet, jiġifieri 32 linja differenti li joriġinaw minn diversi intestaturi tal-baġit tal-Kummissjoni u l-Fondi Fiduċjarji, iżidu il-kumplessità tal-ġestjoni tal-baġit tas-SEAE; jilqa' l-fatt li s-SEAE ilu mill-2021 jissimplifika u jirraggruppa mill-ġdid dawn il-fondi fil-baġit tiegħu stess; jirrimarka, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li s-SEAE jkompli bl-isforzi tiegħu u jappoġġja lis-SEAE u lill-Kummissjoni fid-diskussjonijiet tagħhom li għaddejjin bħalissa dwar kif għandu jsir aktar progress;

14.  Jilqa' l-fatt li wara l-eżerċizzju "Innovattive 2019", li kellu l-għan li jrawwem is-simplifikazzjoni u l-modernizzazzjoni tal-proċeduri u tal-proċessi ta' ħidma, fl-2020 ġew varati diversi azzjonijiet, b'mod partikolari ċ-ċentralizzazzjoni tas-sejħiet għall-offerti ta' valur għoli, il-funzjonijiet tat-teżor u l-ħlas tad-drittijiet individwali; jinnota li fl-2020 xi operazzjonijiet, b'mod partikolari kwistjonijiet ta' qabel l-għoti għall-proċeduri kollha ta' akkwist, kulma jmur kienu dejjem aktar ċentralizzati fil-livell tal-Kwartieri Ġenerali biex tittejjeb il-kwalità tal-proċeduri ta' akkwist u jitnaqqas l-ammont ta' xogħol tad-delegazzjonijiet; jinnota b'sodisfazzjon li ċ-ċentralizzazzjoni sħiħa hija mistennija matul is-sena 2022; jappoġġja l-valutazzjoni ippjanata tal-ammont ta' xogħol fuq id-delegazzjonijiet fl-2022 bħala mekkaniżmu ta' rieżami xieraq biex jgħin ħalli jiġu pprijoritizzati r-riżorsi u l-aspetti organizzattivi tan-network tad-delegazzjonijiet;

15.  Jinnota li l-akbar iffrankar fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 sar fuq il-linji baġitarji għal (i) salarji u allowances fil-Kwartieri Ġenerali u fid-delegazzjonijiet (minħabba l-fatt li r-ritmu tal-proċeduri kollha ta' reklutaġġ kien majna), (ii) missjonijiet, laqgħat u avvenimenti (minħabba restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u konfinament), (iii) u ħafna partiti relatati mal-infrastruttura; jinnota li dak l-iffrankar jista' jiġi stmat għal EUR 17 500 000;

16.  Jinnota li parti minn dak l-iffrankar ġie riallokat biex jissaħħu l-IT u t-telekomunikazzjoni ħalli jkopru l-ispejjeż tal-komunikazzjoni li kienu żdiedu b'mod sinifikanti (software, hardware u konnettività) u tiġi aġġornata s-sistema ta' vidjokonferenzi antikwata fin-network tad-delegazzjonijiet; jenfasizza li n-nefqa addizzjonali kkawżata mill-pandemija kienet tinkludi spejjeż li rriżultaw mill-evakwazzjoni medika ta' kollegi bil-COVID-19 jew persunal vulnerabbli, u r-rimborż tal-ispejjeż tal-internet f'ċerti delegazzjonijiet fejn l-ispiża tal-konnessjonijiet tal-internet hija eċċessiva; jirrimarka li l-biċċa l-kbira tal-iffrankar li kien fadal intuża għall-investimenti fl-infrastruttura fid-delegazzjonijiet;

17.  Jifhem li, matul is-sena 2020 u bħala riżultat tal-pandemija tal-COVID-19, l-intensità li qed tinbidel fl-attivitajiet tas-SEAE ġiet trattata billi saru trasferimenti, b'mod partikolari mil-linji baġitarji tar-riżorsi umani u tal-missjonijiet għal-linji baġitarji għall-IT, li kienu effettivi u orjentati lejn ir-riżultati; jinnota li, f'termini assoluti, il-valur tat-trasferimenti kollha magħmula fil-baġit amministrattiv tas-SEAE ammonta għal EUR 52 700 000;

18.  Jifhem li d-dispożizzjonijiet attwali dwar l-akkwist stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju għall-applikazzjoni mid-delegazzjonijiet f'pajjiżi terzi wrew li huma ineffiċjenti; jaqbel mas-sejħa tas-SEAE għal reviżjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar l-akkwist jew bl-integrazzjoni ta' kapitolu separat għad-delegazzjonijiet f'pajjiżi terzi jew billi jiġi aġġustat il-limitu tal-valur, fiż-żewġ każijiet li għandhom l-għan li jadattaw ir-regoli fis-seħħ għall-kapaċitajiet u l-kuntest lokali tad-delegazzjonijiet ikkonċernati;

19.  Jinnota li fl-2020, is-SEAE ppubblika 40 proċedura ta' akkwist ta' valur għoli (b'valur ogħla mid-Direttiva li tistabbilixxi livelli limitu għas-servizzi u l-provvisti u ta' aktar minn EUR 500 000 għax-xogħlijiet); jinnota li l-Qorti eżaminat ħmistax-il proċedura ta' akkwist għall-provvisti ta' tagħmir protettiv personali (PPE) organizzati fl-2020 minn xi istituzzjonijiet, inkluż is-SEAE; josserva li l-Qorti sabet xi problemi fil-proċeduri użati mill-istituzzjonijiet awditjati fl-akkwist ta' maskri protettivi meħtieġa b'mod urġenti; josserva li dawn l-istituzzjonijiet kienu stabbilew rekwiżiti minimi stretti fl-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti (inklużi standards Ewropej ta' kwalità ta' referenza għall-maskri tal-wiċċ mediċi u d-dati ta' konsenja);

20.  Jilqa' l-ftehim li jiġu pprovduti kważi EUR 80 biljun lill-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI) u EUR 5 biljun lill-Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF) biex l-azzjoni esterna tal-Unjoni tiġi pprovduta b'riżorsi adegwati ħalli twieġeb għall-prijoritajiet u l-isfidi emerġenti f'oqsma ta' politika ewlenin;

21.  Jinnota li d-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għas-Sirja kienet l-unika delegazzjoni li esprimiet riżerva (mill-2017) dwar il-ġestjoni tan-nefqa amministrattiva minħabba l-klima tas-sigurtà attwali; jinnota b'apprezzament li s-SEAE rnexxielu jsolvi żewġ kwistjonijiet pendenti fl-2020, rigward it-taxxa fuq id-dħul tal-aġenti lokali u l-aċċess għall-kont bankarju Sirjan tad-delegazzjoni;

Ġestjoni interna, prestazzjoni, kontroll intern

22.  Jinnota li fl-2020 is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq rieżami limitat dwar l-implimentazzjoni tal-qafas ta' kontroll intern (ICF) tas-SEAE; josserva li r-rakkomandazzjonijiet maħruġa qed jiġu implimentati fl-2021; japprova l-istabbiliment tal-Kumitat ta' Kontroll Intern (ICC) tas-SEAE u l-adozzjoni ta' metodoloġija ġdida għall-identifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tad-dgħufijiet fir-rigward ta' kull wieħed mill-prinċipji ta' kontroll intern;

23.  Jilqa' l-fatt li n-nomenklatura tal-iżbalji rigward il-proċeduri ta' akkwist, użata għall-kontrolli ex post fis-SEAE, ġiet allinjata ma' dik użata mill-Qorti, u b'hekk jista' jsir tqabbil aħjar tar-riżultati; japprezza l-fatt li, wara l-valutazzjoni li għamlet il-Qorti tar-Rapport Annwali tal-Attività tas-SEAE għall-2019, l-istrateġija tal-awditjar intern tas-SEAE ġiet emendata biex tipprovdi informazzjoni aktar preċiża dwar ir-rati ta' żball użati għad-dikjarazzjoni annwali ta' assigurazzjoni, u hekk issir distinzjoni ċara bejn l-iżbalji identifikati u l-iżbalji residwi u b'hekk, tiġi pprovduta informazzjoni aktar preċiża dwar l-azzjoni meħuda biex jiġu kkoreġuti l-iżbalji identifikati matul l-eżerċizzju ta' kontroll ex post;

24.  Jilqa' l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Awditjar Strateġiku Pluriennali żviluppat mis-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS); jistieden lis-SEAE jinforma lill-awtorità tal-kwittanza bir-riżultati u t-tagħlimiet meħuda minn din l-istrateġija;

Ir-riżorsi umani, l-ugwaljanza u l-benesseri tal-persunal

25.  Jinnota li, b'mod ġenerali, il-forza tax-xogħol tas-SEAE fl-2020 kienet magħmula minn 4 643 persuna (meta mqabbla ma' 4 474 fl-2019) u li l-awtorità baġitarja tat 178 ekwivalenti full-time ġodda fid-dawl tal-kompiti addizzjonali tagħha; jinnota li fi tmiem l-2020, il-forza tax-xogħol tas-SEAE kienet magħmula minn 1 277 uffiċjal, 1 091 aġent lokali, 539 aġent kuntrattwali, 472 espert nazzjonali sekondat (SNEs) u 370 aġent temporanju, flimkien ma' persunal ta' appoġġ ieħor (jiġifieri persunal estern, trainees u professjonisti subalterni);

26.  Jinnota li, b'mod ġenerali, total ta' 2 286 membru tal-persunal ħadmu fil-Kwartieri Ġenerali u 2 357 fid-delegazzjonijiet, flimkien ma' 3 757 membru tal-persunal mill-Kummissjoni stazzjonati fid-delegazzjonijiet; jenfasizza r-rata għolja ta' okkupazzjoni tal-pożizzjonijiet, b'mod partikolari fid-delegazzjonijiet (94.3 % għall-pożizzjonijiet AD u 93.7 % għall-pożizzjonijiet AST-AST/SC), u jenfasizza livell kemxejn aktar baxx fil-Kwartieri Ġenerali (91.2 % kemm għall-pożizzjonijiet AD kif ukoll għal dawk AST-AST/AC);

27.  Josserva li t-trasferiment ta' 546 membru tal-persunal tal-Kummissjoni fit-taqsimiet amministrattivi fid-delegazzjonijiet għas-SEAE ġie implimentat fl-aħħar tal-2020 u se jiffaċilita l-ġestjoni tal-persunal amministrattiv u jiżgura drittijiet u obbligi ugwali fid-delegazzjonijiet;

28.  Jenfasizza li l-Unjoni qed tiffaċċja ambjent internazzjonali volatili u għadd dejjem akbar ta' kriżijiet, li wasslu għal talbiet dejjem akbar fuq l-Unjoni biex ikollha rwol importanti fil-livell internazzjonali; jinnota li r-rwol imsaħħaħ tas-SEAE fit-trattament ta' sfidi ġodda bħad-diżinformazzjoni għandu jiġi appoġġjat b'żieda korrispondenti fil-persunal; jappoġġja t-talba tas-SEAE lill-awtorità baġitarja għal riżorsi umani suffiċjenti sabiex jiżgura li l-Unjoni tkun effettiva bħala attur globali; jissottolinja, b'mod partikolari, il-ħtieġa urġenti li jintużaw riżorsi li huma disponibbli b'mod flessibbli bħal għadd ogħla ta' SNEs mill-Istati Membri biex ikun jista' jaqdi talbiet ġodda;

29.  Jinnota l-isforzi tas-SEAE biex jindirizza t-tħassib tal-Parlament rigward l-ekwilibriju bejn il-persunal fil-livell tal-AD mill-Istati Membri u l-uffiċjali tal-Unjoni u japprova l-konverżjonijiet tal-pożizzjonijiet SNE f'pożizzjonijiet ta' amministratur biex ikompli jitnaqqas in-numru ġenerali tagħhom; jilqa' l-pubblikazzjoni tal-pożizzjonijiet SNE vakanti kollha minħabba raġunijiet ta' trasparenza u ġustizzja u l-istedina lill-kandidati fl-Istati Membri kollha biex juru l-interess tagħhom fi kwalunkwe pożizzjoni; jilqa' l-fatt li fi tmiem l-2020, il-popolazzjoni tad-diplomatiċi tal-Istati Membri fil-livell AD kienet tammonta għal 35.8 %, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE li tipprevedi li l-membri tal-persunal mill-Istati Membri għandhom jirrappreżentaw mill-inqas terz tal-persunal kollu tas-SEAE fil-livell AD;

30.  Jilqa' l-fatt li fi tmiem l-2020, ir-rappreżentanza ġenerali tal-ġeneru fis-SEAE kienet kważi indaqs, bin-nisa jiffurmaw 48.65 % tal-membri tal-persunal; jinnota b'mod partikolari li n-nisa kienu jirrappreżentaw 37.3 % tal-persunal AD (meta mqabbla ma' 34.8 % fl-2019) b'xi disparitajiet interni, jiġifieri 49.64 % tan-nisa fil-gradi aktar baxxi (AD5 sa AD8) iżda 35 % fil-gradi aktar għoljin (AD9 sa AD13), li jirrappreżenta titjib meta mqabbel ma' 32.9 % fl-aħħar tal-2019; jinnota li s-sehem tan-nisa fl-ogħla gradi AD (AD14 sa AD16) żdied meta mqabbel mal-2019 iżda għadu baxx (23 % fl-2020 meta mqabbel ma' 20.4 % fl-2019);

31.  Jinnota li fil-kategoriji AST u AST/SC, il-perċentwal ta' nisa naqas għal 65.35 % meta mqabbel ma' 66.3 % fl-2019; Jiddispjaċih li baqgħu żbilanċi fost il-gradi differenti, bin-nisa jirrappreżentaw 66.2 % tal-persunal fil-gradi aktar baxxi (AST2 sa AST9) iżda 33.3 % biss fil-gradi aktar għoljin (AST10 sa AST11); jirrimarka l-bilanċ bejn il-ġeneri milħuq fir-rigward tal-aġenti kuntrattwali (59.4 %) u l-aġenti lokali (54.5 %), filwaqt li l-maġġoranza tal-esperti nazzjonali sekondati kienu rġiel (75.2 %, l-aktar minħabba l-fatt li l-preżenza femminili fil-militar tal-Istati Membri hija limitata);

32.  Jilqa' l-ħafna azzjonijiet varati mis-SEAE biex jintlaħaq il-bilanċ bejn il-ġeneri, kif ukoll biex jinħoloq ambjent tax-xogħol miftuħ u inklużiv u biex jiġu integrati kundizzjonijiet tax-xogħol orjentati lejn ir-riżultati u flessibbli li jinkorporaw il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; jilqa' azzjonijiet speċifiċi bħall-inkoraġġiment attiv ta' applikanti nisa għall-pożizzjonijiet maniġerjali kollha, il-preżenza obbligatorja taż-żewġ sessi flimkien ma' taħriġ dwar il-preġudizzju inkonxju għall-membri tal-bordijiet ta' reklutaġġ, il-koordinazzjoni msaħħa mal-Istati Membri biex jinkoraġġixxu aktar kandidati nisa japplikaw għall-karigi u jappoġġjaw lill-konjuġi li jkunu qed ifittxu impjieg f'pajjiż terz; ifaħħar il-fatt li, biex tkompli tittejjeb aktar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, qed isir awditjar tal-politiki interni mil-lat tal-ġeneru, u jitlob lis-SEAE jirrapporta lill-Parlament dwar ir-rakkomandazzjonijiet u s-segwitu tal-awditu, sabiex jippromwovi tmexxija b'saħħitha reattiva għall-kwistjonijiet tal-ġeneru;

33.  Jilqa' l-fatt li x-xejra 'l fuq tan-nisa f'karigi maniġerjali kompliet fl-2020 fejn in-nisa rrappreżentaw 27.3 % tal-maniġers superjuri u 33.2 % tal-maniġers intermedji, meta mqabbla ma' 26 % u 31.3 % rispettivament fl-2019; jesprimi dispjaċir għall-fatt li 27.4 % biss tal-karigi ta' kap ta' delegazzjoni fl-2020 kienu okkupati minn nisa, u dik iċ-ċifra ma nbidlitx meta mqabbla mal-2019;

34.  Huwa mħasseb dwar in-nuqqas ta' bilanċ bejn il-ġeneri fl-applikazzjonijiet għall-pożizzjonijiet ta' maniġment, fejn 27 % biss tal-applikanti kienu nisa; josserva li n-nisa kienu jikkostitwixxu 53 % tal-applikanti għal kapijiet tal-amministrazzjoni, 82 % tal-applikanti għal assistent ta' kap ta' delegazzjoni u 100 % tal-applikanti għal assistent ta' viċi kap ta' delegazzjoni; jilqa' n-networking għan-nisa li jinsabu f'karigi ta' qabel il-maniġment u programmi mfassla apposta għan-nisa f'karigi ta' maniġment intermedju bħala bażi ta' talent għal karigi ta' maniġment superjuri futuri u jtenni t-talba lis-SEAE biex ikompli bl-isforzi tiegħu biex jikseb bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli ġerarkiċi kollha; jistieden lis-SEAE jesplora strateġiji biex jinkoraġġixxi u jiffaċilita lill-kandidati nisa ħalli japplikaw għal pożizzjonijiet ta' maniġment; jinsisti li jħeġġeġ lill-Istati Membri biex iressqu nisa kwalifikati għal karigi maniġerjali, inklużi karigi maniġerjali superjuri; jinkoraġġixxi lis-SEAE jippromwovi aħjar l-opportunitajiet ta' karriera tiegħu u l-postijiet vakanti tiegħu fost id-diplomatiċi nazzjonali, il-professjonisti tal-istudji internazzjonali, l-akkademja u s-soċjetà ċivili;

35.  Jappoġġja l-adozzjoni, f'Ġunju 2020, tal-pjan direzzjonali tas-SEAE għal azzjoni dwar id-diżabilità mħejji f'kollaborazzjoni mal-Kumitat tal-Persunal, mas-servizzi rilevanti tas-SEAE, ma' istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni u mal-Istati Membri sabiex jinġabru l-aħjar prattiki u politiki; jifhem li wara l-pubblikazzjoni interna tiegħu, il-pjan direzzjonali ġie aġġornat u mtejjeb fl-aħħar tal-2020; jilqa' l-pubblikazzjoni tal-politika tas-SEAE dwar id-diżabilità f'Lulju 2020; japprezza inizjattivi konkreti bħall-gwida interistituzzjonali għall-persuni ġodda b'diżabilità, il-gwida tas-SEAE dwar il-komunikazzjoni inklużiva meta ssir referenza għal persuni b'diżabilità fuq il-post tax-xogħol u l-istabbiliment ta' punt ta' kuntatt iddedikat għal informazzjoni prattika dwar id-diżabilità jew aġġustamenti possibbli fuq il-post tax-xogħol;

36.  Japprezza l-ħidma tat-task forces "Żvilupp tal-karriera" u "Il-ġeneri u l-opportunitajiet indaqs'' fdati bil-missjoni li jtejbu t-trasparenza, il-prevedibbiltà, l-ugwaljanza u l-ġustizzja fil-kultura tax-xogħol tas-SEAE; jappoġġja t-twaqqif, fil-25 ta' Ġunju 2020, ta' Kumitat għall-Opportunitajiet Indaqs u d-Diversità (COPEC), b'membri kemm minn rappreżentanti tal-amministrazzjoni kif ukoll tal-persunal, fdati b'mandat biex jikkontribwixxu għal politiki relatati mal-ġeneru, l-opportunitajiet indaqs, ir-rispett għad-diversità u n-nondiskriminazzjoni, il-ġlieda kontra l-fastidju, l-organizzazzjoni ta' arranġamenti ta' ħidma flessibbli u ambjent tax-xogħol ġust, flessibbli u rispettuż;

37.  Huwa konxju tal-isforzi tas-SEAE biex jilħaq rappreżentanza ġeografika sinifikattiva filwaqt li jirrispetta l-kompetenzi u l-merti tal-kandidati; itenni t-tħassib tiegħu dwar ir-rappreżentanza ġeografika fost il-persunal tas-SEAE, speċjalment fir-rigward tal-pożizzjonijiet ta' kapijiet ta' delegazzjoni, ta' maniġment intermedju u superjuri u jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-forniment meħtieġ ta' SNEs addizzjonali biex jiffaċċjaw l-ammont ta' xogħol li dejjem jikber tas-SEAE; josserva li fi tmiem l-2020, il-persunal tas-SEAE kien jinkludi ċittadini mill-Istati Membri kollha u jilqa' l-isforzi li saru mis-SEAE biex iżomm in-Network tar-Riżorsi Umani tal-Istati Membri infurmat dwar il-kompożizzjoni tal-persunal, jippubblika l-postijiet tax-xogħol vakanti u jippromwovi l-isforzi nazzjonali ħalli jiżdied in-numru ta' kandidati;

38.  Iqis li huwa importanti li tiġi żgurata rappreżentanza bbilanċjata tal-pajjiżi li ssieħbu fl-Unjoni wara l-2004 jew aktar tard (UE13) u għalhekk, josserva li l-għadd ta' persunal minn dawn l-Istati Membri fl-aħħar tal-2020 kien żdied b'6 % meta mqabbel mas-sena ta' qabel; jirrimarka li s-sehem tal-UE13 mill-persunal tas-SEAE kien ta' 23 % fl-aħħar tal-2020, filwaqt li s-sehem tagħha fi ħdan il-popolazzjoni tal-Unjoni, huwa ta' 20 %; jissottolinja, madankollu, id-diskrepanzi bejn ir-rappreżentanza fil-livell maniġerjali tal-pajjiżi b'daqs ta' popolazzjoni komparabbli (30 kariga maniġerjali minn 267 huma okkupati minn ċittadini tal-UE13, meta mqabbla ma' 33 fl-2019); jistieden lis-SEAE jagħmel progress sinifikanti lejn rappreżentanza bbilanċjata tal-Istati Membri, li tirrifletti d-diversità tagħhom, kif indikat fl-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal;

39.  Jilqa' l-fatt li fl-1 ta' Ġunju 2020 daħlet fis-seħħ ir-riforma tas-SEAE dwar il-kundizzjonijiet tal-impjieg u l-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-aġenti lokali fid-delegazzjonijiet; jisħaq li r-riforma introduċiet bażi legali aktar b'saħħitha għall-assigurazzjoni medika komplementari u t-tfaddil providenti komplementari, kif ukoll kundizzjonijiet aħjar ta' impjieg; jemmen li l-pakkett il-ġdid se jippermetti lid-delegazzjonijiet jattiraw u jżommu persunal bi kwalifiki għoljin;

40.  Jilqa' l-fatt li s-SEAE jippromwovi l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u jrawwem politiki favur il-familja, li jinvolvu l-użu ta' arranġamenti tax-xogħol flessibbli, inkluż, fuq bażi ta' każ b'każ, it-telexogħol barra mill-post tax-xogħol u s-segwitu personalizzat mit-tim tal-politika soċjali tas-SEAE għall-persunal li għandu tfal b'diżabilità;

41.  Jinnota li f'Marzu 2020, is-SEAE awtorizza t-telexogħol għall-maġġoranza tal-persunal fil-Kwartieri Ġenerali u fid-delegazzjonijiet; jilqa' l-fatt li, minħabba l-pandemija tal-COVID-19, is-SEAE awtorizza lill-membri mhux essenzjali tal-persunal minn 78 delegazzjoni f'pajjiżi b'sistemi tas-saħħa batuti biex iwettqu ħidmiethom bit-telexogħol minn Brussell jew mill-post tal-oriġini tagħhom fuq bażi volontarja; josserva li f'Mejju 2020, madwar 41 % tal-membri tal-persunal tad-delegazzjonijiet kienu għażlu dan l-arranġament ta' ħidma li jippermetti lill-familji jerġgħu jingħaqdu, u b'hekk jittejjeb il-benesseri u tiżdied il-produttività fuq ix-xogħol; jinnota, barra minn hekk, li l-persunal fil-Kwartieri Ġenerali b'kundizzjoni medika kien awtorizzat ukoll biex jaħdem fuq telexogħol minn barra l-Belġju;

42.  Jinnota li s-SEAE jipprovdi gwida u miżuri ta' akkumpanjament biex jiġu mmitigati r-riskji ta' eżawriment, inkluż appoġġ psikoloġiku, parir dwar assistenza lokali xierqa, taħriġ dwar il-ġestjoni tal-istress u linja telefonika ta' għajnuna; jilqa' l-fatt li s-SEAE adotta sett ta' regoli biex iżomm id-dritt għall-iskonnessjoni għall-membri kollha tal-persunal b'regoli speċifiċi dwar l-użu tal-posta elettronika u tat-telefown barra mill-ħinijiet tax-xogħol;

43.  Ifaħħar l-attenzjoni li s-SEAE jagħti lid-djalogu soċjali u jissottolinja l-impatt pożittiv tal-parteċipazzjoni diretta tal-membri tal-persunal li għandhom esperjenza diretta tal-miżuri ppreżentati għad-diskussjoni; jilqa' b'mod partikolari l-konsultazzjoni wiesgħa dwar il-futur tas-SEAE fejn ħadu sehem aktar minn 500 kollega kemm mill-Kwartieri Ġenerali kif ukoll mid-delegazzjonijiet u seba' gruppi fokali wasslu r-riflessjonijiet kollha fi proposti ta' ħidma konkreti, proġett magħruf bħala #EEAS@20; jinkoraġġixxi lis-SEAE jkompli jżomm dan l-approċċ sabiex iwieġeb għall-aspettattiva tal-membri tal-persunal filwaqt li jindirizza l-ħtiġijiet tas-servizz;

44.  jesprimi t-tħassib tiegħu rigward in-numru ta' każijiet irrapportati lis-Servizz ta' Medjazzjoni tas-SEAE (176 talba fl-2020, 183 fl-2019); jirrimarka li l-ħidma tas-Servizz ta' Medjazzjoni hija kkomplementata minn network ta' 12-il konsulent kunfidenzjali volontarji u mħarrġa speċifikament kemm fil-Kwartieri Ġenerali kif ukoll fid-delegazzjonijiet; jinnota li mill-każijiet irrapportati fl-2020, 64 % kienu jikkonċernaw kunflitti interpersonali (inklużi allegazzjonijiet ta' fastidju morali), 30 % kienu jikkonċernaw kunflitti relatati mad-drittijiet u l-obbligi, każijiet oħra rreferew għal kwistjonijiet bħal ambjent tax-xogħol stressanti u każ wieħed kien jikkonċerna allegazzjonijiet ta' fastidju sesswali; jisħaq li l-mandat tas-Servizz ta' Medjazzjoni ġie rivedut fil-bidu tal-2020 biex jenfasizza l-indipendenza u d-disponibbiltà tiegħu għall-membri kollha tal-persunal, u biex jiżgura li l-amministrazzjoni tas-SEAE tkun infurmata dwar allegazzjonijiet/inċidenti serji jew ripetuti ħalli tkun tista' tieħu azzjonijiet xierqa; iħeġġeġ lis-SEAE biex ikompli jrawwem kultura ta' ħidma kostruttiva u preventiva, mingħajr fastidju, permezz ta' sensibilizzazzjoni u taħriġ;

45.  Jinnota li l-amministrazzjoni tas-SEAE ttrattat erba' talbiet formali għall-assistenza li kienu jikkonċernaw allegazzjonijiet ta' fastidju, li minnhom tliet każijiet ingħalqu mingħajr ebda sanzjoni, filwaqt li fl-aħħar każ intalbet l-opinjoni tal-bord tad-dixxiplina; jitlob lis-SEAE jirrapporta dwar dan il-każ fi żmien xieraq; ifaħħar il-fatt li fl-2020, is-SEAE nieda l-ewwel taħriġ obbligatorju tiegħu għall-maniġers dwar kif jinħoloq ambjent tax-xogħol mingħajr fastidju; Jinkoraġġixxi lis-SEAE jkompli jorganizza sessjonijiet sistematiċi ta' taħriġ u sensibilizzazzjoni fil-qasam tal-kondotta xierqa tal-persunal tiegħu; jemmen li sessjonijiet bħal dawn għandhom ikunu parti mit-taħriġ obbligatorju għall-persunal li jkun għadu kif ġie rreklutat;

46.  Jinnota li fl-2020, is-SEAE rrekluta 57 Trainee tal-Blue Book remunerati għal traineeship ta' 5 xhur fil-Kwartieri Ġenerali tiegħu; jinnota li ġew impjegati b'kollox 385 trainee f'101 delegazzjoni, għal traineeships ta' tul medju ta' 5 xhur; jirrimarka li 39 traineeship ma kinux imħallsa; jinnota li t-trainees tal-Blue Book kollha rċevew kompjuter personali għat-telexogħol; jistieden lis-SEAE jieħu l-passi xierqa biex jiżgura li t-trainees kollha tiegħu jirċievu remunerazzjoni deċenti;

Il-qafas etiku u t-trasparenza

47.  Jinnota b'apprezzament l-adozzjoni tar-Reġim Globali ta' Sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem f'Diċembru 2020 u l-adozzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE l-ġdid dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija (2020-2024), li jispjega oqsma ta' prijorità għall-azzjoni u jqis l-isfidi ġodda; ifaħħar ir-rwol ċentrali tad-drittijiet tal-bniedem fil-politika barranija tal-Unjoni u d-determinazzjoni tal-Unjoni li tindirizza ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u abbużi madwar id-dinja;

48.  Jistieden lis-SEAE jimmonitorja l-pożizzjonijiet ta' dawk li qabel kienu kapijiet ta' delegazzjoni, minħabba r-rwol u l-funzjonijiet politiċi sensittivi tagħhom fil-pajjiżi ospitanti; jistieden lis-SEAE jirrieżamina sistematikament it-tranżizzjonijiet potenzjalment problematiċi lejn is-settur privat jew lejn organizzazzjonijiet ta' pajjiżi terzi u jkompli jimmonitorja l-okkupazzjoni ta' dawk li qabel kienu uffiċjali għolja sa tmiem il-perjodu obbligatorju ta' preklużjoni, peress li s-sitwazzjonijiet ta' kunflitt ta' interess li ma jkunux ġew indirizzati jistgħu jikkompromettu l-infurzar ta' standards etiċi għolja fl-amministrazzjoni kollha tal-Unjoni;

49.  Jinnota li fl-2020 is-SEAE eżamina 25 notifika ta' intenzjoni li dak li jkun jinvolvi ruħu f'attività tax-xogħol wara t-tluq mis-servizz, li minnhom sitt notifiki ġew minn dawk li qabel kienu membri anzjani tal-persunal; jitlob lis-SEAE awtomatikament jitlob informazzjoni dwar l-okkupazzjoni li jkollhom l-intenzjoni li jaqbdu l-membri anzjani tal-persunal li jkunu qed jitilqu mill-kariga tagħhom; jissottolinja li l-informazzjoni sensittiva ġeopolitika li għaliha għandhom aċċess il-membri anzjani tal-persunal ma tistax tiġi kompromessa; jilqa' l-pubblikazzjoni retroattiva tad-deċiżjonijiet tiegħu dwar l-attivitajiet tax-xogħol ta' dawk li qabel kienu uffiċjali anzjani f'konformità mal-Artikolu 16(3) tar-Regolamenti tal-Persunal; huwa konxju mill-applikazzjoni awtomatika ta' projbizzjoni ta' lobbjar u ta' promozzjoni għal kull uffiċjal li ħalla s-servizz;

50.  Jinnota li fl-2020 kien hemm żewġ dikjarazzjonijiet tal-eżistenza ta' kunflitti ta' interess potenzjali, it-tnejn kienu relatati mal-impjieg bi ħlas tal-konjuġi, li waħda ġiet miċħuda, u l-oħra rriżultat fid-deċiżjoni li l-membru tal-persunal jitneħħa mill-ġestjoni ta' sejħa għall-offerti;

51.  Iqis li għandhom jiġu applikati l-ogħla standards etiċi biex il-kunflitti ta' interess potenzjali jiġu evitati, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-ħidma fid-delegazzjonijiet biex jittaffa r-riskju għar-reputazzjoni tal-Unjoni u tas-SEAE, b'mod partikolari għall-kapijiet tad-delegazzjoni;

52.  Jinnota li s-SEAE ma għandu l-ebda rwol dirett fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u, għalhekk, ma jorganizzax laqgħat ma' organizzazzjonijiet u ma' individwi li jaħdmu għal rashom ikkwalifikati bħala lobbisti f'konformità mal-Artikolu 11 tat-TUE; jinkoraġġixxi lis-SEAE jissieħeb fir-Reġistru tat-Trasparenza tal-UE abbażi ta' ftehim dwar il-livell ta' servizz sabiex itejjeb it-trasparenza billi jiżvela l-laqgħat kollha mal-organizzazzjonijiet kollha tal-lobbying li jipprovaw jinfluwenzaw il-proċess tat-tfassil tal-liġijiet u dak tal-implimentazzjoni tal-politiki tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

53.  Josserva li s-SEAE rċieva 20 talba għal informazzjoni mill-OLAF relatati ma' każijiet possibbli ta' frodi, li jinvolvu persunal tal-Unjoni jew atturi esterni u fil-każ ta' ħamsa minnhom, l-OLAF iddeċieda li jiftaħ investigazzjoni; jistieden lis-SEAE jinforma f'waqtu lill-awtorità tal-kwittanza bl-eżitu ta' dawk l-investigazzjonijiet; josserva li l-Ombudsman indirizzat 14-il każ li jikkonċernaw is-SEAE mingħajr ma ħarġet l-ebda rakkomandazzjoni; jilqa' l-fatt li qed tiġi esplorata l-kooperazzjoni mal-UPPE dwar il-parir u bl-appoġġ tal-OLAF; jilqa' r-rieda tas-SEAE li jikkoopera mal-UPPE u l-kuntatti mas-Servizz Legali tal-Kummissjoni dwar il-kwistjoni, u jistieden lis-SEAE jintegra tali kooperazzjoni bħala komponent tal-istrateġija ġenerali tiegħu ta' kontra l-frodi;

54.  Jenfasizza l-ħtieġa li s-SEAE jibqa' jikkonforma mal-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar l-Iżvelar ta' Informazzjoni Protetta, b'mod partikolari biex jipproteġi lill-informaturi in bona fide kontra kwalunkwe forma ta' preġudizzju. jilqa' l-fatt li s-SEAE japplika l-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar l-Iżvelar ta' Informazzjoni Protetta għall-persunal tas-SEAE u tal-Kummissjoni stazzjonati fid-delegazzjonijiet tal-UE u jagħmilhom disponibbli fuq l-intranet tas-SEAE;

Id-diġitalizzazzjoni, iċ-ċibersigurtà, il-protezzjoni tad-data

55.  Jitlob lis-SEAE jirrapporta lill-awtorità baġitarja dwar in-nuqqas ġenerali tiegħu ta' persunal amministrattiv, b'mod partikolari fir-rigward tan-nuqqas tiegħu ta' persunal tal-IT tiegħu li huwa fost l-aktar baxxi fost l-istituzzjonijiet, u jitolbu wkoll jelabora dwar il-kawżi possibbli tan-nuqqas, bħal problemi ta' reklutaġġ jew defiċjenzi strutturali fl-amministrazzjoni;

56.  Jissottolinja li, meta mqabbel mal-2019, l-investiment fi proġetti u tagħmir tal-IT żdied bi 38.14 % għall-Kwartieri Ġenerali u bi 22.48 % għas-sigurtà; josserva li fl-2020 il-linja baġitarja tal-Kwartieri Ġenerali għall-IT issaħħet b'aktar minn EUR 8 miljun minn trasferimenti minn linji oħra, żieda mill-EUR 16 000 000 oriġinarjament fuq il-linja, hekk kif il-ħtiġijiet żdiedu b'mod sinifikanti minħabba l-pandemija tal-COVID-19;

57.  Jirrikonoxxi s-sensittività tat-trasferiment tad-data lil pajjiżi terzi; huwa konxju li l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) ħareġ gwida dwar kif għandu jiġi żgurat li l-kuntratturi jikkonformaw mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u kif it-trasferimenti tad-data lil pajjiżi terzi jistgħu jkunu legali fid-dawl tas-sentenza Schrems-II tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja; josserva li s-SEAE wieġeb għar-rekwiżit tal-EDPS għal inventarju ta' trasferimenti ta' data personali lil organizzazzjonijiet kummerċjali f'pajjiżi terzi, inklużi fornituri ta' servizzi għall-Unjoni;

58.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-EDPS wettaq awditu mill-bogħod tar-reġistri tal-ipproċessar tad-data tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE tqies bħala konformi għalkollox; jilqa' l-aġġornament kontinwu tad-dikjarazzjoni tal-privatezza dwar il-COVID-19 li l-kontrolluri tad-data tas-SEAE wettqu f'kooperazzjoni mill-qrib mal-UPD, biex jindirizzaw tħassib ġdid dwar il-privatezza fir-rigward tal-kontroll tal-preżenza fl-uffiċċju u tax-xogħol mill-bogħod, bil-għan li tinkiseb il-proporzjonalità bejn il-ħtiġijiet tal-preservazzjoni tas-saħħa u tal-mitigazzjoni tar-riskji ta' kontaminazzjoni u l-protezzjoni tad-data personali; jinnota li fl-2020 il-kontrolluri tad-data tas-SEAE lestew żewġ valutazzjonijiet tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data (DPIA) dwar il-monitoraġġ tas-sigurtà tal-IT u dwar l-użu tal-KITRY, applikazzjoni għall-ġestjoni tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol għas-Servizz Mediku (li għandha titlesta fl-2021);

Il-bini u s-sigurtà

59.  Jirrikonoxxi l-kumplessità u l-isfida għas-SEAE fil-ġestjoni tal-binjiet tiegħu, li jinkludu uffiċini, residenzi uffiċjali u akkomodazzjoni tal-persunal fi Brussell u fid-delegazzjonijiet; jinnota li l-pandemija tal-COVID-19 kellha effett kbir fuq il-politika dwar il-proprjetà immobbli tas-SEAE u aċċellerat it-tranżizzjoni lejn spazji tal-uffiċċju kollaborattivi; josserva li, minħabba l-kriżi tal-pandemija, diversi proġetti ta' bini ġarrbu dewmien fl-2020, l-aktar minħabba qtugħ fil-katina tal-provvista, restrizzjonijiet fuq ix-xogħol tal-bini u limitazzjonijiet fuq l-ivvjaġġar, b'mod partikolari f'pajjiżi terzi;

60.  Josserva li l-proġetti kollha għall-armar tal-uffiċini mwettqa mis-SEAE fl-2020 tfasslu f'konsultazzjoni kemm mal-maniġment kif ukoll mal-persunal tad-diviżjonijiet u tad-delegazzjonijiet ikkonċernati, u fil-biċċa l-kbira jintroduċu spazji kollaborattivi f'konformità mal-linji gwida dwar it-tbegħid soċjali introdotti bħala riżultat tal-pandemija tal-COVID-19; jilqa' l-fatt li s-SEAE ma introduċa l-ebda politika ġeneralizzata ta' użu flessibbli tal-uffiċċju;

61.  Jinnota li s-SEAE jimmaniġġja 178 binja ta' uffiċini fid-delegazzjonijiet, li jirrappreżentaw superfiċje totali ta' 275 000 m2 (li minnhom 80 % huma mikrija u 20 % huma proprjetà privata); josserva li l-kost annwali tal-proprjetà immobbli mikrija għad-delegazzjonijiet huwa ta' EUR 61 800 000; jinnota li, fi tmiem l-2020, is-SEAE mmaniġġja 148 residenza għall-kapijiet ta' delegazzjoni b'żona ta' kostruzzjoni totali ta' 84,000 m² (21 % huma proprjetà privata); jilqa' l-valutazzjoni kwalitattiva mwettqa fl-2020 mis-SEAE dwar il-binjiet tad-delegazzjonijiet biex tkun tista' ssir l-identifikazzjoni tal-prijoritajiet fuq perjodu ta' żmien medju sa twil u sabiex issir elaborazzjoni dwar l-ewwel pjan pluriennali għall-proġetti tal-proprjetà immobbli tas-SEAE fid-delegazzjonijiet fl-2021;

62.  Jappoġġja lis-SEAE fl-isforzi tiegħu biex iżid l-użu tal-kolokazzjonijiet fid-delegazzjonijiet tiegħu, ħaġa li żdiedet b'aktar minn erba' darbiet matul l-aħħar 5 snin (minn 20 fl-2011 għal 116 fl-2020) u tirrappreżenta 7 % tas-superfiċje totali tal-uffiċini; japprezza li l-ġestjoni tal-kolokazzjonijiet permezz tal-Ftehim Qafas ma' kull sieħeb ta' kollokazzjoni ffaċilitat l-irkupru ta' EUR 12-il miljun fi spejjeż fl-2020;

63.  Jissottolinja li matul il-pandemija tal-COVID-19, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni osservaw żieda ta' 600 % fl-attakki ċibernetiċi; jilqa' l-fatt li s-SEAE varat diversi inizjattivi biex tqajjem kuxjenza dwar is-sigurtà u tippromwovi kultura ta' sigurtà b'rabta mal-istituzzjoni, bħal kampanji ta' sigurtà, taħriġ tal-membri tal-persunal biex jidentifikaw it-theddid għas-sigurtà u jipprovdu gwida dwar kif għandu jiġi mmitigat it-theddid jew jitnaqqas l-impatt tiegħu; jappoġġja lis-SEAE fiż-żieda tal-miżuri ta' sikurezza tiegħu li jipproteġu kemm lill-membri tal-persunal kif ukoll lill-infrastruttura diġitali tas-SEAE minn theddid u attakki esterni; jenfasizza li s-SEAE jeħtieġ persunal, proċeduri, infrastruttura u għodod adegwati sabiex jitnaqqsu dawk ir-riskji għas-sigurtà, speċjalment dawk relatati maċ-ċibersigurtà;

64.  Jirrimarka li s-SEAE mmaniġġja baġit totali ta' EUR 65 600 000 għall-2020 li jkopri s-servizzi ta' sigurtà; jinnota li l-ammont totali minfuq fuq installazzjonijiet ta' sigurtà u manutenzjoni għad-delegazzjonijiet kien ta' EUR 12 942 311; josserva li l-baġit totali għall-komunikazzjonijiet siguri ammonta għal EUR 18 163 000; jieħu nota tal-isfidi mistennija għall-protezzjoni tad-delegazzjonijiet tal-UE identifikati mis-SEAE u, b'mod partikolari, in-nuqqas ta' azzjoni awtonoma biex tiġi mmobilizzata kwalunkwe kapaċità ta' difiża f'każ ta' kriżijiet u evakwazzjonijiet; jinnota li s-SEAE laħaq ftehimiet ma' xi Stati Membri biex jappoġġjaw, f'xi pajjiżi, l-evakwazzjoni tal-persunal espatrijat u d-dipendenti tagħhom, ħaġa li sfortunatament tillimita l-awtonomija tas-SEAE u tad-Delegazzjonijiet tal-UE biex jibqgħu fil-pajjiżi ospitanti waqt kriżijiet; itenni t-talba tiegħu li jsir użu sħiħ tal-potenzjal tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Lisbona biex issir ħidma favur Unjoni Ewropea tad-Difiża u l-appoġġ tiegħu għal aktar kooperazzjoni, aktar investiment u akkomunament tar-riżorsi biex jinħolqu sinerġiji fil-livell tal-UE sabiex l-Ewropej jiġu protetti aħjar;

65.  Jilqa' t-tisħiħ tan-network tal-Uffiċjali tas-Sigurtà Reġjonali (RSO) fl-2020 bil-ħolqien ta' 10 pożizzjonijiet ġodda u l-investimenti li saru fil-varar ta' sistema klassifikata korporattiva li tappoġġja r-rwoli kollha tas-SEAE;

L-ambjent u s-sostenibbiltà

66.  Jappoġġja l-isforzi tas-SEAE biex jiżgura l-konsistenza tal-azzjoni esterna tal-Unjoni billi jgħaqqad l-aspetti interni u esterni tal-Patt Ekoloġiku u t-trasformazzjoni diġitali, fost oqsma oħra ta' politika; japprova l-ħatra tal-ewwel Ambaxxatur tal-Patt Klimatiku Ewropew, fdat bl-istabbiliment ta' kuntatti politiċi ta' livell għoli fl-Istati Membri u globalment, bħala parti mill-approċċ strateġiku tas-SEAE li għandu l-għan li jgħaqqad il-politika, l-ekonomija u l-azzjoni dwar il-klima;

67.  Jilqa' l-intenzjoni tas-SEAE li jintroduċi l-Iskema ta' Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi (EMAS) għall-Kwartieri Ġenerali tagħha sabiex jiġi żviluppat programm mibni fuq inizjattivi u miżuri ekoloġiċi konkreti, u l-fatt li s-SEAE jaderixxi mal-helpdesk interistituzzjonali għal akkwisti pubbliċi ekoloġiċi; jistieden lis-SEAE jinvolvi ruħu b'mod espliċitu f'"kampanja mingħajr karti" biex ikompli jtejjeb l-inizjattivi diġà adottati dwar il-kwistjoni;

68.  Jinnota b'apprezzament l-appoġġ mogħti lid-delegazzjonijiet kollha fit-tnaqqis tal-marka tal-karbonju u l-konsum tagħhom, b'mod partikolari l-ġbir ta' informazzjoni mid-delegazzjonijiet dwar il-konsum tal-enerġija u tal-materjal;

69.  Iħeġġeġ lis-SEAE biex jadotta approċċ strutturat dwar il-mobilità sostenibbli tal-persunal u jqajjem kuxjenza dwar l-inizjattivi rilevanti mwettqa f'dan il-qasam, bħall-installazzjoni ta' slots għall-iċċarġjar għall-karozzi elettriċi u r-roti elettriċi u l-postijiet fejn jistgħu jitpoġġew ir-roti;

Il-komunikazzjoni u l-multilingwiżmu

70.  Jissottolinja l-iżvilupp fl-2020 tal-Prinċipji u l-Prijoritajiet tal-Komunikazzjonijiet 2020-2021 tas-SEAE, li jiddeskrivu l-prijoritajiet ta' komunikazzjoni reġjonali u t-tliet prijoritajiet ewlenin strateġiċi ġenerali: id-diplomazija dwar il-Patt Ekoloġiku u t-tibdil fil-klima, il-multilateraliżmu u s-sħubijiet u l-awtonomija strateġika u r-reżiljenza;

71.  Jinnota s-suċċess ta' ħafna kampanji tal-media tas-SEAE dwar kwistjonijiet ewlenin, bħal "We Take You Home" dwar ir-ripatrijazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni minħabba l-COVID-19, "United in Distance" biex jesebixxu stejjer ta' solidarjetà madwar id-dinja fi żminijiet ta' kriżi, "EU in Action" dwar il-ħidma fil-prattika tal-Unjoni bħala fornitur tas-sigurtà u "BeTheWave" dwar kwistjonijiet klimatiċi; jirrimarka li l-kanali tas-SEAE kkontribwew ukoll għat-tisħiħ tal-viżibbiltà ta' "Tim Ewropa" madwar id-dinja; jenfasizza li l-kont tal-media soċjali tas-SEAE huwa wieħed mill-mexxejja globali fost is-servizzi diplomatiċi b'aktar minn 700 000 segwaċi u tkabbir evidenti f'dawk li huma interazzjonijiet tal-udjenza, filwaqt li s-sit web tiegħu rċieva 21 miljun żjara fuq il-paġni u 13-il miljun żjara unika tal-paġna fl-2020;

72.  Itenni l-importanza, li diġà ġiet enfasizzata fir-riżoluzzjoni tas-sena l-oħra, li ssir komunikazzjoni strateġika sabiex jiġi miġġielda l-indħil malizzjuż inklużi l-propaganda barranija u d-diżinformazzjoni, aggravati matul il-pandemija tal-COVID-19; jappoġġja l-azzjonijiet tas-SEAE fl-identifikazzjoni, fl-analiżi u fl-esponiment tad-diżinformazzjoni barranija billi jalloka l-esperjenza u l-kapaċitajiet biex jaġġorna l-monitoraġġ tal-media u l-analiżi tal-big data;

73.  Jirrikonoxxi li s-SEAE wieġeb għall-"infodemija" tal-COVID-19 billi mmonitorja u analizza każijiet ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni u ta' ndħil fiha, u billi kien fuq ta' quddiem nett tal-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-Istati Membri u s-sħab internazzjonali f'dak ir-rigward; jinnota l-impatt pożittiv tal-kontribut tas-SEAE għall-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni Konġunta dwar ir-rispons globali tal-UE għall-pandemija tal-COVID-19 li ġiet adottata f'April 2020;

74.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar ir-rivelazzjonijiet ta' tentattivi min-naħa taċ-Ċina biex tinfluwenza r-rapport kritiku tas-SEAE li jivvaluta n-narrattivi u d-diżinformazzjoni fir-rigward tal-pandemija tal-COVID-19; jinnota d-dikjarazzjonijiet tar-Rappreżentant Għoli għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament li jipprovdu informazzjoni li uffiċjali Ċiniżi kienu esprimew tħassib dwar l-iżvelar tal-abbozz ta' pubblikazzjoni u jiċħdu kwalunkwe influwenza Ċiniża fuq ir-rapport; jenfasizza li s-SEAE huwa l-istituzzjoni ewlenija tal-Unjoni responsabbli għall-ġlieda kontra l-indħil barrani; jitlob lis-SEAE jieħu azzjoni biex jipproteġi lill-persunal tiegħu mill-indħil barrani, jiġġieled kontra kwalunkwe tentattiv futur ta' indħil barrani u jżomm lill-awtorità tal-kwittanza infurmata bir-rispons sussegwenti tiegħu; jappoġġja lis-SEAE fl-użu ta' kapaċitajiet, għarfien espert u kapaċità lingwistika adegwati fir-rigward ta' reġjuni strateġikament importanti;

75.  Jilqa' l-fatt li s-SEAE ppubblika ħames rapporti speċjali dwar id-diżinformazzjoni dwar il-COVID-19 u wettaq kampanji biex iqajjem kuxjenza dwar l-attività tal-atturi persistenti, bħar-Russja, u biex jiġbed l-attenzjoni lejn it-tfaċċar ta' atturi ġodda; jinnota li ġew implimentati għadd ta' kampanji speċifiċi għall-pajjiżi sabiex jiġi mmitigat l-effett tad-diżinformazzjoni u tiġi protetta r-reputazzjoni tal-Unjoni; jissottolinja li fl-2020, il-portal tal-UE vs Disinfo kellu aktar minn 1.25 miljun viżitatur (żieda ta' 200 % meta mqabbla mal-2019), bi 2.4 miljun żjara tal-paġna; jitlob lis-SEAE jipprovdi aktar informazzjoni lill-Parlament dwar il-metodoloġija użata mill-UE vs id-Diżinformazzjoni u l-konformità tagħha mad-dritt tal-Unjoni u mal-istandards internazzjonali, speċjalment fir-rigward tad-dritt li wieħed jinstema' fi proċedura ta' rimedju; jappella għal żieda sostanzjali ulterjuri fil-baġit tat-Task Force East StratCom sabiex jiġu miġġielda b'suċċess il-kampanji ta' diżinformazzjoni u jiġu promossi l-politiki tal-Unjoni fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant;

76.  Ifakkar fir-rwol ewlieni tad-delegazzjonijiet tal-UE f'pajjiżi terzi fir-rigward tat-twettiq għalkollox tal-għanijiet tal-politika barranija tal-Unjoni; jappella lis-SEAE jsaħħaħ ir-rwol tad-delegazzjonijiet tal-UE f'pajjiżi terzi sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tagħhom li juru l-verità dwar kampanji ta' diżinformazzjoni orkestrati minn atturi statali barranin li jheddu l-valuri demokratiċi; Jappella, barra minn hekk, lis-SEAE biex isaħħaħ l-impenn tad-delegazzjonijiet tal-UE fil-viċinat tagħna u fil-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent sabiex jappoġġja politika tal-komunikazzjoni aktar attiva u effettiva dwar il-perspettiva Ewropea u jipprovdi l-aħjar assistenza possibbli lill-pajjiżi involuti f'riformi favur id-demokrazija u favur l-Ewropa; jappella lid-delegazzjonijiet tal-UE jkomplu bl-isforzi koordinati tagħhom biex iżidu l-viżibilità tal-proġetti ffinanzjati mill-UE;

77.  Jenfasizza l-ħtieġa dejjem tikber għal politika koerenti u aġġornata bejn l-UE u l-Artiku; jinnota li l-istrument il-ġdid NDICI joffri opportunitajiet biex jiġi ffinanzjat ir-reġjun tal-Artiku.

Il-kooperazzjoni interistituzzjonali

78.  Jissottolinja l-koordinazzjoni kostanti bejn id-diviżjonijiet tal-Kwartieri Ġenerali tas-SEAE u d-DĠ BUDG tal-Kummissjoni biex jistabbilixxu arranġamenti finanzjarji mmirati ħalli jiżguraw il-kontinwità tal-operat u l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-operazzjonijiet fil-Kwartieri Ġenerali u fid-Delegazzjonijiet matul din il-fażi partikolari; jirrimarka l-kollegament effettiv bejn is-SEAE u l-Uffiċċju tal-Kummissjoni għall-Infrastruttura u l-Loġistika fi Brussell biex jiġi żgurat li jkun hemm stabbiliti miżuri xierqa għall-membri tal-persunal fiżikament preżenti biex iwettqu funzjonijiet essenzjali għall-kontinwità tal-operat;

79.  Jinnota b'apprezzament li s-SEAE jikkoordina l-isforzi tiegħu fl-attivitajiet ta' prevenzjoni tal-frodi u fl-attivitajiet tal-ġlieda kontra l-frodi mad-Direttorati Ġenerali kollha ta' RELEX u permezz tal-format iddedikat indikat mill-istrateġija tal-Kummissjoni kontra l-frodi taħt l-OLAF li għandu rwol ewlieni; jifhem li l-istrateġija tas-SEAE kontra l-frodi kienet għadha fil-proċess tal-abbozzar fl-2020;

80.  Jinnota li wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni fil-31 ta' Jannar 2020, is-SEAE fl-aħħar stabbilixxa delegazzjoni tal-UE f'Londra u diviżjoni tar-Renju Unit fi ħdan l-istruttura tal-Kwartieri Ġenerali tiegħu; jiddispjaċih madankollu għad-dewmien biex jingħata status diplomatiku lill-persunal tal-Parlament li jaħdem fl-Uffiċċju ta' Kollegament f'Londra, u għall-fatt li għall-bidu l-SEAE rrifjuta li jwassal din il-kwistjoni għal konklużjoni sodisfaċenti; jifhem li l-Ftehim ta' Stabbiliment jissostitwixxi kwalunkwe dispożizzjoni temporanja u jiżgura li d-delegazzjoni f'Londra, il-membri tal-persunal tagħha u l-proprjetà tagħha, igawdu privileġġi u immunitajiet ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-Konvenzjoni ta' Vjenna b'mod simili għal dawk tal-144 delegazzjoni u uffiċċju l-oħra; jiddispjaċih li s-SEAE nnegozja l-abbozz ta' ftehim ta' stabbiliment mal-awtoritajiet tar-Renju Unit mingħajr ma kkonsulta lill-Parlament; jenfasizza li l-fatt li jibgħat aġġornamenti regolari lill-Parlament minflok ma jikkonsulta kif xieraq lill-Parlament ma jissodisfax l-obbligu tas-SEAE ta' "appoġġ u kooperazzjoni kif meħtieġ" kif stabbilit fl-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi s-SEAE; jinnota li sal-aħħar tal-2020, kienu mtlew kważi 40 pożizzjoni (inkluż persunal espatrijat u lokali) mit-43 pożizzjoni disponibbli b'kollox; huwa konxju li d-delegazzjoni hija sitwata fil-bini, proprjetà tal-Unjoni, użat fil-passat mir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni u l-Uffiċċju ta' Kollegament tal-Parlament Ewropew (EPLO);

81.  Jilqa' l-kooperazzjoni fl-2020 bejn is-SEAE u l-Parlament biex jaġġorna b'suċċess l-"Arranġament prattiku għall-kondiviżjoni ta' rapporti politiċi speċifiċi mid-Delegazzjonijiet tal-UE ma' Membri maħtura tal-Parlament Ewropew" tal-2015, li se jippermetti t-trażmissjoni elettronika tad-dokumenti;

82.  Jiddispjaċih dwar is-sitwazzjonijiet tal-passat fejn ġew żvelati lill-istampa rapporti kunfidenzjali dwar missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali u jilqa' s-soluzzjonijiet li nstabu bejn il-Parlament u s-SEAE fir-rigward tat-trażmissjoni ta' fajls; jesprimi fiduċja li s-SEAE se jkompli jiffaċilita l-iskambju regolari ta' fehmiet bejn l-Osservaturi Ewlenin u l-Viċi Osservaturi Ewlenin u l-Membri tal-Parlament Ewropew qabel, matul u wara missjoni ta' osservazzjoni elettorali;

83.  Jilqa' l-fatt li fl-2020, is-SEAE kkonkluda ftehim dwar il-livell ta' servizz (FLS) mal-Bank Ewropew tal-Investiment għall-kollokazzjoni tal-membri tal-persunal tiegħu fil-bini tad-delegazzjonijiet madwar id-dinja; huwa konxju li ġew innegozjati aktar FLS fl-2020 kemm mal-Bank Ċentrali Ewropew u kemm mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (FRONTEX) biex jikkondividu l-ispazju tal-uffiċċji u s-servizzi relatati;

84.  Ifaħħar il-koordinazzjoni u l-iskambji intensi li saru matul il-pandemija tal-COVID-19 mad-dipartimenti tar-riżorsi umani tal-Ministeri tal-Affarijiet Ba