Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2022/0164(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0260/2022

Testi mressqa :

A9-0260/2022

Dibattiti :

PV 09/11/2022 - 14
CRE 09/11/2022 - 14
PV 13/02/2023 - 12
CRE 13/02/2023 - 12

Votazzjonijiet :

PV 10/11/2022 - 5.9
CRE 10/11/2022 - 5.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 14/02/2023 - 8.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P9_TA(2022)0384
P9_TA(2023)0036

Testi adottati
PDF 135kWORD 57k
It-Tlieta, 14 ta' Frar 2023 - Strasburgu
Il-Kapitoli tar-REPowerEU fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza
P9_TA(2023)0036A9-0260/2022
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2021/241 fir-rigward tal-Kapitoli tar-REPowerEU fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1060, ir-Regolament (UE) 2021/2115, id-Direttiva 2003/87/KE u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 (COM(2022)0231 – C9-0183/2022 – 2022/0164(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2022)0231),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 175 it-tielet paragrafu, l-Artikolu 177 l-ewwel paragrafu, l-Artikolu 192(1), l-Artikolu 194(2) u l-Artikolu 322(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0183/2022),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta' Settembru 2022(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tas-26 ta' Lulju 2022(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitati responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta’ Diċembru 2022, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji skont l-Artikolu 58 tar-Regoli ta' Proċedura,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0260/2022),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(3);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 486, 21.12.2022, p. 185.
(2) ĠU C 333, 1.9.2022, p. 5.
(3) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fl-10 ta’ Novembru 2022 (Testi adottati, P9_TA(2022)0384).


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta’ Frar 2023 bil-għan tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2023/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2021/241 fir-rigward tal-kapitoli REPowerEU fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013, (UE) 2021/1060 u (UE) 2021/1755, u d-Direttiva 2003/87/KE
P9_TC1-COD(2022)0164

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2023/435.)

Aġġornata l-aħħar: 15 ta' Mejju 2023Avviż legali - Politika tal-privatezza