Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2021/0373(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0005/2023

Testi mressqa :

A9-0005/2023

Dibattiti :

PV 13/02/2023 - 13
CRE 13/02/2023 - 13

Votazzjonijiet :

PV 14/02/2023 - 8.10

Testi adottati :

P9_TA(2023)0038

Testi adottati
PDF 240kWORD 67k
It-Tlieta, 14 ta' Frar 2023 - Strasburgu
Drittijiet elettorali taċ-ċittadini mobbli tal-Unjoni fl-elezzjonijiet muniċipali
P9_TA(2023)0038A9-0005/2023

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2023 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tistipula arranġamenti dettaljati għall-eżerċizzju tad-dritt tal-vot u tal-kandidatura fl-elezzjonijiet muniċipali minn ċittadini tal-Unjoni li joqogħdu fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini (riformulazzjoni) (COM(2021)0733 – C9-0022/2022 – 2021/0373(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni –riformulazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2021)0733),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 22(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9‑0022/2022),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali(1),

–  wara li kkunsidra l-ittra tat-8 ta' Novembru 2022 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern skont l-Artikolu 110(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 110 u 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0005/2023),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u hekk kif emendata hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 1a (ġdida)
(1a)   It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (it-"Trattat ta' Maastricht") tal-1992 immarka stadju ġdid fil-proċess sabiex tinħoloq unjoni dejjem eqreb bejn il-popli tal-Ewropa. Wieħed mid-dmirijiet tagħha kien li torganizza, b'mod li juri konsistenza u solidarjetà, ir-relazzjonijiet bejn il-popli tal-Istati Membri. L-objettivi fundamentali kienu jinkludu t-tisħiħ tal-protezzjoni tad-drittijiet u l-interessi taċ-ċittadini tal-Istati Membri tagħha permezz tal-introduzzjoni ta' ċittadinanza tal-Unjoni.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 3
(3)  L-arranġamenti dettaljati li jirregolaw l-eżerċizzju tad-dritt tal-vot u tal-kandidatura fl-elezzjonijiet muniċipali huma stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 94/80/KE.
(3)  L-arranġamenti dettaljati li jirregolaw l-eżerċizzju tad-dritt tal-vot u tal-kandidatura fl-elezzjonijiet muniċipali miċ-ċittadini tal-Unjoni li joqogħdu fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini huma stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 94/80/KE.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 4
(4)  Fir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE 202022, il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa li jiġu aġġornati, iċċarati u msaħħa r-regoli dwar l-eżerċizzju tad-dritt tal-vot u tal-kandidatura fl-elezzjonijiet muniċipali sabiex jiġi żgurat li jappoġġaw il-parteċipazzjoni wiesgħa u inklużiva taċ-ċittadini mobbli tal-Unjoni. Waqt li titqies ukoll l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tagħha għal elezzjonijiet suċċessivi u biex jitqiesu l-bidliet introdotti bl-emendi għat-Trattati, jenħtieġ li diversi mid-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva jiġu aġġornati.
(4)  Fir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE 202022, il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa li jiġu aġġornati, iċċarati u msaħħa r-regoli dwar l-eżerċizzju tad-dritt tal-vot u tal-kandidatura fl-elezzjonijiet muniċipali sabiex jiġi żgurat li jappoġġaw il-parteċipazzjoni wiesgħa u inklużiva taċ-ċittadini tal-Unjoni li jkunu joqogħdu fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini. Waqt li titqies ukoll l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tagħha għal elezzjonijiet muniċipali suċċessivi u biex jitqiesu l-bidliet introdotti bl-emendi għat-Trattati, jenħtieġ li diversi mid-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva jiġu aġġornati.
_________________
_________________
22 Ir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE tal-2020 Responsabbilizzazzjoni taċ-ċittadini u protezzjoni tad-drittijiet tagħhom, COM(2020) 730 final.
22 Ir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE tal-2020 Responsabbilizzazzjoni taċ-ċittadini u protezzjoni tad-drittijiet tagħhom, COM(2020) 730 final.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 5
(5)  Il-proċedura elettorali relatata mal-elezzjonijiet muniċipali tagħmel mal-kompetenzi tal-Istati Membri li jorganizzawhom, waqt li tirrifletti t-tradizzjonijiet speċifiċi tagħhom u hija konformi mal-istandards internazzjonali u Ewropej. B'mod konformi mal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi kif ukoll mal-liġi tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, jenħtieġ li l-Istati Membri mhux biss jirrikonoxxu u jirrispettaw id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni li jivvutaw u joħorġu bħala kandidat imma li jiżguraw ukoll aċċess faċli għad-drittijiet elettorali tagħhom billi jneħħu kemm jista' jkun ostakoli għall-parteċipazzjoni tagħhom fl-elezzjonijiet.
(5)  Il-proċedura elettorali relatata mal-elezzjonijiet muniċipali tagħmel mal-kompetenzi tal-Istati Membri li jorganizzawhom, waqt li tirrifletti t-tradizzjonijiet kostituzzjonali u speċifiċi tagħhom u hija konformi mal-istandards internazzjonali u Ewropej. B'mod konformi mal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità kif ukoll mal-liġi tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, jenħtieġ li l-Istati Membri mhux biss jirrikonoxxu u jirrispettaw id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni li joqogħdu fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini li jivvutaw u joħorġu bħala kandidat fl-elezzjonijiet muniċipali imma li jiżguraw ukoll aċċess sħiħ u effettiv għad-drittijiet elettorali tagħhom billi jneħħu kull ostakolu għall-parteċipazzjoni tagħhom fl-elezzjonijiet muniċipali, kif ukoll billi jipprovdu aċċess sħiħ għall-informazzjoni rilevanti.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 6
(6)  Sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini tal-Unjoni li jirrisjedu fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini ("ċittadini tal-Unjoni mhux ċittadini tal-Istat Membru") ikunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-vot u tal-kandidatura fl-elezzjonijiet muniċipali bl-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini tal-Istat Membru ospitanti tagħhom, il-kundizzjonijiet li jirregolaw ir-reġistrazzjoni u l-parteċipazzjoni f'dawn l-elezzjonijiet għandhom jiġu ċċarati biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini tal-Unjoni li ma jkunux ċittadini ta' dak l-Istat Membru jiġu ttrattati daqs dawk li huma ċittadini tiegħu. B'mod partikolari, iċ-ċittadini tal-Unjoni li jfittxu li jivvutaw u li joħorġu bħala kandidati fl-elezzjonijiet muniċipali fl-Istat Membru ta' residenza tagħhom jenħtieġ li jiġu ttrattati b'mod ugwali fir-rigward ta' kwalunkwe perjodu ta' residenza li jrid jiġi ssodisfat bħala kundizzjoni għall-eżerċizzju tad-dritt, kif ukoll il-provi biex tintwera l-konformità ma' tali kundizzjoni.
(6)  Sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini tal-Unjoni li jirrisjedu fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini ("ċittadini tal-Unjoni mhux ċittadini tal-Istat Membru") ikunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-vot u tal-kandidatura fl-elezzjonijiet muniċipali bl-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini tal-Istat Membru ospitanti tagħhom, il-kundizzjonijiet li jirregolaw ir-reġistrazzjoni u l-parteċipazzjoni f'dawn l-elezzjonijiet għandhom jiġu ċċarati biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini tal-Unjoni li ma jkunux ċittadini ta' dak l-Istat Membru jiġu ttrattati daqs dawk li huma ċittadini tiegħu. B'mod partikolari, iċ-ċittadini tal-Unjoni li jfittxu li jivvutaw u li joħorġu bħala kandidati fl-elezzjonijiet muniċipali fl-Istat Membru ta' residenza tagħhom jenħtieġ li jiġu ttrattati b'mod ugwali bħaċ-ċittadini ta' dak l-Istat Membru fir-rigward ta' kwalunkwe perjodu ta' residenza li jrid jiġi ssodisfat bħala kundizzjoni għall-eżerċizzju tad-dritt, kif ukoll il-provi biex tintwera l-konformità ma' tali kundizzjoni.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 7
(7)  Apparti minn hekk, iċ-ċittadini tal-Unjoni mhux ċittadini tal-Istat Membru ma għandhomx ikunu meħtieġa jissodisfaw xi kundizzjonijiet speċjali biex jeżerċitaw id-dritt li jivvutaw jew li joħorġu f'elezzjonijiet muniċipali sakemm ma jkunx iġġustifikat, b'mod eċċezzjonali, it-trattament differenti taċ-ċittadini tal-Istat Membri u dawk li mhumiex minħabba ċirkostanzi speċifiċi għal tal-aħħar li jiddistingwuhom minn dawk tal-ewwel.
(7)  Apparti minn hekk, iċ-ċittadini tal-Unjoni mhux ċittadini tal-Istat Membru ma għandhomx ikunu meħtieġa jissodisfaw xi kundizzjonijiet speċjali biex jeżerċitaw id-dritt li jivvutaw jew li joħorġu f'elezzjonijiet muniċipali sakemm ma jkunx iġġustifikat, b'mod eċċezzjonali, it-trattament differenti taċ-ċittadini tal-Istat Membri u dawk li mhumiex minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali speċifiċi għal tal-aħħar li jiddistingwuhom minn dawk tal-ewwel. Tali differenza fit-trattament teħtieġ, fi kwalunkwe każ, li tiġi ġġustifikata.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 8
(8)  Sabiex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju miċ-ċittadini tal-Unjoni tad-dritt tagħhom li jivvutaw u li joħorġu bħala kandidati fil-pajjiż ta' residenza tagħhom, dawn iċ-ċittadini għandhom jiddaħħlu fir-reġistru elettorali fi żmien biżżejjed minn qabel il-jum tal-votazzjoni. Il-formalitajiet applikabbli għar-reġistrazzjoni għandhom ikunu kemm jista' jkun sempliċi. Għandu jkun biżżejjed għaċ-ċittadini tal-Unjoni kkonċernati li jipproduċu karta tal-identità valida u dikjarazzjoni formali li jinkludu elementi li jixhdu l-intitolament tagħhom li jipparteċipaw fl-elezzjonijiet. Ladarba jkunu rreġistrati, iċ-ċittadini tal-Unjoni mhux ċittadini tal-Istat Membru għandhom jibqgħu fuq ir-reġistru elettorali bl-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini tal-Unjoni li huma ċittadini tal-Istat Membru kkonċernat, sakemm jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tad-dritt tal-vot. Addizzjonalment, iċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom jipprovdu informazzjoni ta' kuntatt lill-awtoritajiet kompetenti biex dawn l-awtoritajiet ikunu jistgħu jżommuhom aġġornati fuq bażi regolari.
(8)  Sabiex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju miċ-ċittadini tal-Unjoni mhux ċittadini tal-Istat Membru tad-dritt tagħhom li jivvutaw u li joħorġu bħala kandidati fl-Istat Membru ta' residenza tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex issir disponibbli r-reġistrazzjoni immedjata bħala votant, wara li ċ-ċittadini tal-Unjoni wrew ix-xewqa li jivvutaw fl-Istat Membru tagħhom ta' residenza. Fejn ma tkunx saret ir-reġistrazzjoni awtomatika, iċ-ċittadini jenħtieġ li jiddaħħlu fir-reġistru elettorali fi żmien biżżejjed minn qabel il-jum tal-votazzjoni. Il-formalitajiet applikabbli għar-reġistrazzjoni jenħtieġ li jkunu kemm jista' jkun sempliċi, aċċessibbli faċilment u kemm jista' jkun simili madwar l-Istati Membri. Jenħtieġ li jkun biżżejjed għaċ-ċittadini tal-Unjoni kkonċernati li jipproduċu karta tal-identità valida u f'każijiet debitament ġustifikati dikjarazzjoni formali li jinkludu elementi li jixhdu l-intitolament tagħhom li jipparteċipaw fl-elezzjonijiet muniċipali. Ladarba jkunu rreġistrati, iċ-ċittadini tal-Unjoni mhux ċittadini tal-Istat Membru għandhom jibqgħu fuq ir-reġistru elettorali bl-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini tal-Unjoni li huma ċittadini tal-Istat Membru kkonċernat, sakemm jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tad-dritt tal-vot. Addizzjonalment, iċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom jipprovdu informazzjoni ta' kuntatt lill-awtoritajiet kompetenti biex dawn l-awtoritajiet ikunu jistgħu jżommuhom aġġornati fuq bażi regolari. Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu reġistri elettorali distinti għall-elezzjonijiet muniċipali u Ewropej.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 8a (ġdida)
(8a)   Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li r-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni bħala kandidat u għas-sottomissjoni ta' lista ta' kandidati jirrispettaw standards demokratiċi, proporzjonati u trasparenti u jkunu applikabbli kemm għaċ-ċittadini tal-Unjoni li huma ċittadini tal-Istat Membru u dawk li mhumiex.
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 8b (ġdida)
(8b)   Sabiex iċ-ċittadini tal-Unjoni li joqogħdu fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini jkunu jistgħu jkunu eliġibbli fil-prattika biex joħorġu bħala kandidati għall-elezzjonijiet muniċipali, jenħtieġ li l-partiti politiċi nazzjonali ma jagħmlux is-sħubija kondizzjonali għall-fatt li jkunu ċittadini tal-Istat Membru tal-elezzjoni.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 10
(10)  Tista' tkun ordnata skwalifika mid-dritt tal-kandidatura b'deċiżjoni individwali tal-awtoritajiet kemm tal-Istat Membru ta' residenza jew tal-Istat Membru ta' oriġini. Fir-rigward tas-sinifikat politiku ta' karigi bħala persuna eletta f'elezzjoni muniċipali, l-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jiksbu informazzjoni mingħand l-Istat Membru domiċiljari relatata maċ-ċaħda tad-dritt tal-kandidatura fl-Istat Membru domiċiljari tal-kandidat.
(10)  Tista' tkun ordnata skwalifika mid-dritt tal-kandidatura b'deċiżjoni individwali tal-awtoritajiet kemm tal-Istat Membru ta' residenza jew tal-Istat Membru ta' oriġini. Fir-rigward tas-sinifikat politiku ta' karigi bħala persuna eletta f'elezzjoni muniċipali, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu intitolati li jiksbu informazzjoni direttament mingħand l-Istat Membru domiċiljari relatata maċ-ċaħda tad-dritt tal-kandidatura fl-Istat Membru domiċiljari tal-kandidat. Id-deċiżjonijiet li jċaħħdu liċ-ċittadini tal-Unjoni mil-kapaċità legali minħabba diżabilità meħuda mill-Istat Membru domiċiljari tagħhom jenħtieġ li ma jagħmluhomx ineliġibbli milli joħorġu bħala kandidati fl-Istat Membru ta' residenza tagħhom dment li l-liġi tal-Istat Membru ta’ residenza tiddefendi dak id-dritt għall-persuni kollha b'tali diżabilità mingħajr restrizzjonijiet.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 11
(11)   Peress li d-dmirijiet ta' tmexxija ta' unitajiet bażiċi tal-gvern lokali jistgħu jinvolvu l-parteċipazzjoni fl-eżerċizzju ta' awtorità uffiċjali u fis-salvagwardja tal-interess ġenerali, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi illi jirriżervaw dawn l-uffiċċji għall-persuni taċ-ċittadinanza tagħhom stess b'rispett sħiħ tal-prinċipju tal-proporzjonalità .
imħassar
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 12
(12)   Għandu jkun bl-istess mod possibbli li l- parteċipazzjoni minn uffiċjali muniċipali eletti f'elezzjoni ta' assemblea parlamentari tkun riservata għal ċittadini proprji .
imħassar
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 14
(14)  Id-dritt tal-vot u tal-kandidatura fl-elezzjonijiet muniċipali fl-Istat Membru ta' residenza kkonferit liċ-ċittadini tal-Unjoni mhux ċittadini tal-Istat Membru ma jissostitwixxix id-dritt tal-vot u tal-kandidatura fl-Istat Membru li tiegħu ċ-ċittadin tal-Unjoni hu ċittadin. Għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-libertà taċ-ċittadini tal-Unjoni li jagħżlu jekk jeħdux sehem jew le fl-elezzjonijiet muniċipali fl-Istat Membru fejn joqogħdu tkun rispettata u illi dawk iċ-ċittadini jkunu jistgħu jesprimu x-xewqa illi jeżerċitaw id-dritt tal-vot tagħhom fl-Istat Membru ta' residenza tagħhom. Għaldaqstant jistgħu jsiru dispożizzjonijiet mill-Istati Membri fejn il-vot mhux obbligatorju biex dawk iċ-ċittadini jiġu rreġistrati awtomatikament fuq ir-reġistru elettorali .
(14)  Id-dritt tal-vot u tal-kandidatura fl-elezzjonijiet muniċipali fl-Istat Membru ta' residenza kkonferit liċ-ċittadini tal-Unjoni mhux ċittadini tal-Istat Membru ma jissostitwixxix id-dritt tal-vot u tal-kandidatura fl-Istat Membru li tiegħu ċ-ċittadin tal-Unjoni hu ċittadin. Għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-libertà taċ-ċittadini tal-Unjoni li jagħżlu jekk jeħdux sehem jew le fl-elezzjonijiet muniċipali fl-Istat Membru fejn joqogħdu tkun rispettata u illi dawk iċ-ċittadini jkunu jistgħu jesprimu x-xewqa illi jeżerċitaw id-dritt tal-vot tagħhom fl-Istat Membru ta' residenza tagħhom.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 15
(15)  L-aċċessibbiltà ta' informazzjoni dwar id-drittijiet u l-proċeduri elettorali hija komponent ewlieni fl-iżgurar tal-eżerċizzju effettiv tad-dritt minqux fl-Artikolu 20(2)(b) u fl-Artikolu 22(1) TFUE.
(15)  L-aċċessibbiltà ta' informazzjoni dwar id-drittijiet u l-proċeduri elettorali hija komponent ewlieni fl-iżgurar tal-eżerċizzju effettiv tad-dritt minqux fl-Artikolu 20(2)(b) u fl-Artikolu 22(1) tat-TFUE. Jenħtieġ li ċ-ċittadini tal-Unjoni mhux ċittadini tal-Istat Membru jkollhom aċċess għall-informazzjoni dwar id-drittijiet elettorali tagħhom u dwar il-proċeduri elettorali mal-wasla tagħhom fl-Istat Membru, perjodikament u kmieni biżżejjed qabel l-elezzjonijiet muniċipali. Jenħtieġ li jiġu infurmati wkoll dwar il-fatt li hemm reġistri elettorali distinti għall-elezzjonijiet muniċipali u l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew.
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 16
(16)  In-nuqqas ta' informazzjoni adegwata, fil-kuntest tal-proċeduri elettorali, jaffettwa liċ-ċittadini fl-eżerċizzju tad-drittijiet elettorali tagħhom bħala parti mid-drittijiet ta' ċittadini tal-Unjoni. Jaffettwa wkoll il-kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u li jwettqu l-obbligi tagħhom. L-Istati Membri għandhom jintalbu jaħtru awtoritajiet b'responsabbiltajiet speċjali biex jipprovdu informazzjoni xierqa liċ-ċittadini tal-Unjoni dwar id-drittijiet tagħhom skont l-Artikolu 20(2)(b) u l-Artikolu 22(1) TFUE u r-regoli u l-proċeduri nazzjonali rigward il-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet muniċipali u l-organizzazzjoni tagħhom. Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-komunikazzjonijiet, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta f'termini ċari u li jinftiehmu sew.
(16)  In-nuqqas ta' informazzjoni adegwata, fil-kuntest tal-proċeduri elettorali, jaffettwa liċ-ċittadini fl-eżerċizzju tad-drittijiet elettorali tagħhom bħala parti mid-drittijiet ta' ċittadini tal-Unjoni. Jaffettwa wkoll il-kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u li jwettqu l-obbligi tagħhom. L-Istati Membri jenħtieġ li jintalbu jaħtru awtoritajiet b'responsabbiltajiet speċjali biex jipprovdu informazzjoni xierqa liċ-ċittadini tal-Unjoni dwar id-drittijiet tagħhom skont l-Artikolu 20(2)(b) u l-Artikolu 22(1) tat-TFUE u r-regoli u l-proċeduri nazzjonali rigward il-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet muniċipali u l-organizzazzjoni tagħhom, u l-informazzjoni dwar is-sistema elettorali u politika, inklużi s-setgħat tal-unitajiet governattivi lokali bażiċi. Tali awtoritajiet jenħtieġ li jikkoordinaw kampanji ta' informazzjoni flimkien mal-awtoritajiet lokali u, kull meta jkun possibbli, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u jenħtieġ li dawn jużaw firxa wiesgħa ta' kanali ta' informazzjoni. Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-komunikazzjonijiet, l-informazzjoni jenħtieġ li tiġi pprovduta fil-ħin, fuq bażi regolari u f'termini ċari u li jinftiehmu sew, idealment mingħajr ma jinqabeż livell ta' kumplessità superjuri għal-livell B1 (intermedju) tal-Qafas Komuni Ewropew ta' Referenza għal-Lingwi tal-Kunsill tal-Ewropa.
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 17
(17)  Sabiex tittejjeb l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni elettorali, din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli f'mill-inqas lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni għajr dik tal-Istat Membru ospitanti, li tkun ġeneralment mifhuma mill-akbar għadd ta' ċittadini tal-Unjoni li joqogħdu fit-territorju tiegħu. L-Istati Membri jistgħu jużaw lingwi uffiċjali differenti tal-Unjoni f'partijiet speċifiċi tat-territorju tagħhom jew tar-reġjuni tagħhom skont il-lingwa li tinftiehem mill-akbar grupp ta' ċittadini tal-Unjoni li joqogħdu hemm.
(17)  Sabiex tittejjeb l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni elettorali, din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni u meta offrut mill-awtoritajiet, bil-lingwa preferuta tal-votant tal-Unjoni, li jenħtieġ li jkunu kapaċi jindikaw fil-mument tar-reġistrazzjoni. Fejn meħtieġ, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri għat-traduzzjoni tal-informazzjoni dwar il-proċeduri elettorali u ta' reġistrazzjoni fil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 18
(18)  Kwalunkwe deroga mir-regoli ġenerali ta' din id-Direttiva għandha tkun ġustifikata , skont l-Artikolu 22 (1) TFUE, bi problemi speċifiċi għal Stat Membru u għandha tkun konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 52 tal-Karta, inkluż mar-rekwiżit li kwalunkwe limitazzjoni għall-eżerċizzju tad-dritt tal-vot u tal-kandidatura fl-elezzjonijiet muniċipali għandha tkun prevista bil-liġi u għandha tkun soġġetta għall-prinċipji tal-proporzjonalità u tan-neċessità. Addizzjonalment, kwalunkwe deroga għandha , min-natura tagħha, tkun soġġetta għal rieżami kif previst bl-Artikolu 47 tal-Karta .
(18)  Kwalunkwe deroga mir-regoli ġenerali ta' din id-Direttiva għandha tkun ġustifikata, skont l-Artikolu 22(1) tat-TFUE, bi problemi speċifiċi għal Stat Membru u għandha tkun konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 52 tal-Karta, inkluż mar-rekwiżit li kwalunkwe limitazzjoni għall-eżerċizzju tad-dritt tal-vot u tal-kandidatura fl-elezzjonijiet muniċipali minn ċittadini tal-Unjoni li joqogħdu fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini għandha tkun prevista bil-liġi u għandha tkun soġġetta għall-prinċipji tal-proporzjonalità u tan-neċessità. Addizzjonalment, kwalunkwe deroga għandha, min-natura tagħha, tkun soġġetta għal rieżami kif previst bl-Artikolu 47 tal-Karta. Fid-dawl tal-użu limitat tal-Istati Membri mill-possibbiltajiet stabbiliti fid-Direttiva 94/80/KE biex jidderogaw mir-regoli ġenerali tagħha, dawk il-possibbiltajiet għal derogi ma għandhomx jibqgħu jiġu offruti.
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 19
(19)   Tali problemi speċifiċi jistgħu jinħolqu fi Stat Membru fejn il-proporzjon ta' ċittadini tal-Unjoni ta' età li jivvutaw, li jgħixu fih imma mhumiex ċittadini tiegħu, huwa b'mod sinifikanti ħafna ogħla mill-medja. Fejn tali ċittadini jiffurmaw aktar minn 20 % tal-elettorat totali jkunu ġustifikati d-derogi . Tali derogi għandhom ikunu bbażati fuq il-kriterju tal-perjodu ta' residenza.
imħassar
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Premessa 20
(20)   L-Istati Membri li fihom il-proporzjon ta' ċittadini tal-Unjoni mhux ċittadini tal-Istat Membru li huma ta' età tal-vot jaqbeż l-20 % tan-numru totali ta' ċittadini tal-Unjoni li għandhom età tal-vot u li joqogħdu hemm għandhom ikunu jistgħu jistipulaw, f'konformità mal-Artikolu 22(1) TFUE , dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw il-kompożizzjoni ta' listi ta' kandidati.
imħassar
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Premessa 21
(21)   Irid jittieħed kont tal-fatt illi f'ċerti Stati Membri r-residenti li huma ċittadini ta' Stati Membri oħra għandhom id-dritt tal-vot fl-elezzjonijiet għall-Parlament nazzjonali u konsegwentement il-formalitajiet li hemm provduti f'din id-Direttiva jistgħu jkunu faċilitati.
imħassar
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Premessa 22
(22)   Ir-Renju tal-Belġju huwa karatterizzat b'fatturi u bilanċi speċifiċi relatati mal-fatt illi l-Artikoli 1 sa 4 tal-Kostituzzjoni tiegħu jipprovdu tliet lingwi uffiċjali u diviżjoni territorjali f'reġjuni u komunitajiet, bir-riżultat ta' liema applikazzjoni sħiħa ta' din id-Direttiva f'ċerti komuni jista' jkollha effetti tali li jinneċessitaw li tkun provduta l-possibilità ta' deroga mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva sabiex jittieħed kont ta' dawk il-fatturi u bilanċi speċifiċi;
imħassar
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Premessa 23
(23)  Id-data dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet u l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva tista' tkun utli fl-identifikazzjoni tal-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet elettorali taċ-ċittadini tal-Unjoni. Sabiex jittejjeb il-ġbir tad-data għall-elezzjonijiet muniċipali huwa meħtieġ li jiġu introdotti monitoraġġ u rappurtar tal-implimentazzjoni mill-Istati Membri, li għandhom jinkludu, minbarra data statistika, informazzjoni dwar il-miżuri meħuda biex jappoġġaw il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni mhux ċittadini tal-Istat Membru fl-elezzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tagħmel stima tal-applikazzjoni tad-Direttiva , inklużi kwalunkwe bidliet fl-elettorat li jkunu seħħew mid-dħul fis-seħħ tagħha u tissottometti rapport f'dan ir-rigward lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
(23)  Id-data dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet u l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva hija importanti fl-evalwazzjoni tal-politika rilevanti tal-Unjoni u fl-identifikazzjoni tal-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet elettorali taċ-ċittadini tal-Unjoni. Sabiex jittejjeb il-ġbir u r-rapportar tad-data mill-Istati Membri għall-elezzjonijiet muniċipali, huwa meħtieġ li jiġu introdotti monitoraġġ u rapportar tal-implimentazzjoni mill-Istati Membri, li jenħtieġ li jinkludu, minbarra data statistika, informazzjoni dwar il-miżuri meħuda biex jappoġġaw il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni mhux ċittadini tal-Istat Membru fl-elezzjonijiet, inkluż għall-persuni b'diżabilità. Jenħtieġ li tali data tinġabar b'mod trasparenti u sigur fl-Istati Membri kollha u abbażi tal-istess indikaturi. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi indikaturi komuni għall-forniment tad-data statistika kkonċernata mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel stima tal-applikazzjoni tad-Direttiva , inklużi kwalunkwe bidliet fl-elettorat li jkunu seħħew mid-dħul fis-seħħ tagħha u tissottometti rapport f'dan ir-rigward lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Premessa 24
(24)  Huwa meħtieġ li l-Kummissjoni twettaq l-evalwazzjoni tagħha stess tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva fi żmien raġonevoli mid-dħul fis-seħħ tagħha, b'konnessjoni mill-qrib mal-evalwazzjoni tal-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/109/KE23 tas-6 ta' Diċembru 1993 dwar arranġamenti dettaljati sabiex jiġi eżerċitat id-dritt għall-vot u għall-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għaċ-ċittadini tal-Unjoni li joqogħdu fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini.
(24)  Huwa meħtieġ li l-Kummissjoni twettaq l-evalwazzjoni tagħha stess tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva fi żmien raġonevoli mid-dħul fis-seħħ tagħha, b'konnessjoni mill-qrib mal-evalwazzjoni tal-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/109/KE23 tas-6 ta' Diċembru 1993 dwar arranġamenti dettaljati sabiex jiġi eżerċitat id-dritt għall-vot u għall-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għaċ-ċittadini tal-Unjoni li joqogħdu fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini. Jenħtieġ li l-evalwazzjoni tkun segwita, meta jkun xieraq, minn proposta leġiżlattiva biex tiġi emendata din id-Direttiva.
_________________
_________________
23 Id-Direttiva tal-Kunsill 93/109/KE tas-6 ta' Diċembru 1993 dwar arranġamenti dettaljati sabiex jiġi eżerċitat id-dritt għall-vot u għall-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għaċ-ċittadini tal-Unjoni li joqogħdu fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini (riformulazzjoni).
23 Id-Direttiva tal-Kunsill 93/109/KE tas-6 ta' Diċembru 1993 dwar arranġamenti dettaljati sabiex jiġi eżerċitat id-dritt għall-vot u għall-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għaċ-ċittadini tal-Unjoni li joqogħdu fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini (riformulazzjoni).
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Premessa 26
(26)  L-Istati Membri, bir-ratifika, u l-Unjoni, bil-konklużjoni25, impenjaw ruħhom li jiżguraw konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà, inkluż fir-rigward tal-Artikolu 29 dwar il-parteċipazzjoni fil-ħajja politika u pubblika. Insostenn tal-parteċipazzjoni elettorali inklużiva u ugwali għall-persuni b'diżabbiltà, l-arranġamenti għaċ-ċittadini tal-Unjoni li jgħixu fi Stat Membru li tiegħu mhumiex ċittadini biex jeżerċitaw id-dritt tal-vot u li joħorġu bħala kandidati fl-elezzjonijiet muniċipali għandhom iqisu kif xieraq l-eżiġenzi taċ-ċittadini b'diżabbiltà u anzjani.
(26)  L-Istati Membri, bir-ratifika, u l-Unjoni, bil-konklużjoni25, impenjaw ruħhom li jiżguraw konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà, inkluż fir-rigward tal-Artikolu 29 dwar il-parteċipazzjoni fil-ħajja politika u pubblika. Sabiex jiżguraw parteċipazzjoni elettorali inklużiva u ugwali għall-persuni b'diżabilità, b'mod partikolari b'kunsiderazzjoni tal-impatt sostanzjali li jista' jkollhom deċiżjonijiet lokali fuq kwistjonijiet ta' aċċessibbiltà u fuq il-ħajja tal-persuni b'diżabilità u tal-anzjani, l-arranġamenti għaċ-ċittadini tal-Unjoni li jgħixu fi Stat Membru li tiegħu mhumiex ċittadini biex jeżerċitaw id-dritt tal-vot u li joħorġu bħala kandidati fl-elezzjonijiet muniċipali jenħtieġ li jqisu kif xieraq l-eżiġenzi speċifiċi taċ-ċittadini b'diżabilità u anzjani. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkunsidraw jimplimentaw arranġamenti xierqa mfassla għall-proċeduri ta' votazzjoni nazzjonali tagħhom biex jiffaċilitaw il-votazzjoni minn ċittadini b'diżabilità, bħall-possibbiltà li jagħżlu postijiet tal-votazzjoni u l-użu ta' teknoloġiji, formati u tekniki ta' assistenza bħall-Braille, tipa kbira, informazzjoni bbażata fuq l-awdjo, stensils tattili, informazzjoni faċli biex tinqara u komunikazzjoni bil-lingwa tas-sinjali. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jippermettu li l-persuni b'diżabilità jirċievu, fuq talba tagħhom, assistenza fil-votazzjoni minn persuna tal-għażla tagħhom. Jenħtieġ li l-Istati Membri jistinkaw biex jipprovdu l-possibbiltà ta' votazzjoni bil-posta u jistgħu jipprevedu għodod komplementari oħra biex jiffaċilitaw il-votazzjoni, bħall-votazzjoni fiżika minn qabel, il-votazzjoni bi prokura u l-votazzjoni elettronika u online.
_________________
_________________
25 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta' Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà (ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35).
25 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta' Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà (ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35).
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
(da)   "Votant tal-Unjoni" tfisser kwalunkwe ċittadin tal-Unjoni li għandu dritt jivvota fl-elezzjonijiet muniċipali fl-Istat Membru ta' residenza ta' din il-persuna f'konformità ma' din id-Direttiva;
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt db (ġdid)
(db)   "Kandidat tal-Unjoni" tfisser kwalunkwe ċittadin tal-Unjoni li għandu d-dritt joħroġ bħala kandidat fl-elezzjonijiet muniċipali fl-Istat Membru ta' residenza ta' din il-persuna f'konformità ma' din id-Direttiva;
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1
1.  Jekk, sabiex jivvutaw jew joħorġu bħala kandidati, iċ-ċittadini tal-Istat Membru ta' residenza jridu jkunu għamlu ċertu perjodu minimu bħala residenti fit-territorju ta' dak l-Istat, il-votanti u persuni li jistgħu joħorġu bħala kandidati skont l-Artikolu 3 għandhom jitqiesu li ssodisfaw dik il-kundizzjoni fejn ikunu għexu għal perjodu ekwivalenti fi Stati Membri oħra.
1.  Jekk, sabiex jivvutaw jew joħorġu bħala kandidati, iċ-ċittadini tal-Istat Membru ta' residenza jridu jkunu għamlu ċertu perjodu minimu bħala residenti fit-territorju ta' dak l-Istat, il-votanti tal-Unjoni u l-kandidati tal-Unjoni għandhom jitqiesu li ssodisfaw dik il-kundizzjoni fejn ikunu għexu għal perjodu ekwivalenti fi Stati Membri oħra.
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 2
2.  Jekk, skont il-liġijiet tal-Istat Membru ta' residenza, iċ-ċittadini tiegħu jistgħu jivvutaw u joħorġu bħala kandidati fl-unità bażika tal-gvern lokali li fiha jkollhom ir-residenza prinċipali tagħhom biss, il-votanti u l-persuni intitolati sabiex ikunu kandidati skont l-Artikolu 3 għandhom ukoll ikunu soġġetti għal din il-kundizzjoni.
2.  Jekk, skont il-liġijiet tal-Istat Membru ta' residenza, iċ-ċittadini tiegħu jistgħu jivvutaw u joħorġu bħala kandidati fl-unità bażika tal-gvern lokali li fiha jkollhom ir-residenza prinċipali tagħhom biss, il-votanti tal-Unjoni u l-kandidati tal-Unjoni għandhom ukoll ikunu soġġetti għal din il-kundizzjoni.
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1
1.  Stati Membri ta' residenza jistgħu jipprevedu li ċ-ċittadini tal-Unjoni li, permezz ta' deċiżjoni individwali taħt il-liġi ċivili jew deċiżjoni skont il-liġi kriminali, ġew imċaħħda mid-dritt tagħhom tal-kandidatura skont il-liġi tal-Istat Membru ta' oriġini tagħhom għandhom ikunu preklużi milli jeżerċitaw dak id-dritt fl-elezzjonijiet muniċipali.
1.  Stati Membri ta' residenza jistgħu jipprevedu li ċ-ċittadini tal-Unjoni li, permezz ta' deċiżjoni individwali taħt il-liġi ċivili jew deċiżjoni skont il-liġi kriminali, ġew imċaħħda mid-dritt tagħhom tal-kandidatura skont il-liġi tal-Istat Membru ta' oriġini tagħhom, għandhom ikunu preklużi milli jeżerċitaw dak id-dritt fl-elezzjonijiet muniċipali. Madankollu, id-deċiżjonijiet li jċaħħdu ċ-ċittadini tal-Unjoni mill-kapaċità legali minħabba diżabilità meħuda mill-Istat Membru domiċiljari ma għandhomx jagħmluhom ineliġibbli milli jikkontestaw bħala kandidati fl-elezzjonijiet muniċipali fl-Istat Membru ta' residenza tagħhom dment li l-liġi ta' dak l-Istat Membru ta’ residenza tiddefendi dak id-dritt għall-persuni kollha b'tali diżabilità mingħajr restrizzjonijiet.
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 − paragrafu 3
3.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li ċ-ċittadini tagħhom biss jistgħu jżommu l-uffiċċju ta' kap elett, deputat jew membru tal-kulleġġ li jiggverna tal-eżekuttiv ta' unità bażika tal-gvern lokali jekk jiġu eletti biex jeżerċitaw dawn il-funzjonijiet matul id-durata tal-mandat tagħhom.
imħassar
L-Istati Membri jistgħu wkoll jistabbilixxu illi t-twettiq temporanju jew interim tal-funzjonijiet ta' kap, deputat jew membru tal-kulleġġ li jiggverna tal-eżekuttiv ta' unità bażika tal-gvern lokali jkun ristrett għaċ-ċittadini tagħhom.
Wara li jikkunsidraw it-Trattat u l-prinċipji legali ġenerali, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri xierqa, neċessarji u proporzjonati sabiex jassiguraw illi l-karigi msemmija fl-ewwel subparagrafu u l-funzjonijiet interim kif imsemmija fit-tieni subparagrafu jkunu jistgħu jitwettqu biss minn ċittadini tagħhom.
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 4
4.   L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprevedu illi ċ-ċittadini tal-Unjoni eletti bħala membri ta' kunsill rappreżentattiv ma għandhomx jieħdu sehem kemm fid-deżinjazzjoni tad-delegati li jistgħu jivvutaw f'assemblea parlamentari u lanqas fl-elezzjoni tal-membri ta' dik l-assemblea.
imħassar
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 1
1.  Persuni intitolati li jkunu kandidati skont l-Artikolu 3 għandhom ikunu soġġetti għall-istess kundizzjonijiet li jikkonċernaw inkompatibilità kif japplikaw, skont il-liġijiet tal-Istat Membru ta' residenza, għaċ-ċittadini ta' dak l-Istat.
1.  Il-kandidati tal-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għall-istess kundizzjonijiet li jikkonċernaw inkompatibilità kif japplikaw, skont il-liġijiet tal-Istat Membru ta' residenza, għaċ-ċittadini ta' dak l-Istat.
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 1
1.  Il-votanti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3 għandhom jeżerċitaw id-dritt tal-vot tagħhom f'elezzjonijiet muniċipali fl-Istat Membru ta' residenza jekk ikunu esprimew ix-xewqa li jagħmlu dan.
1.  Il-votanti tal-Unjoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3 għandhom jeżerċitaw id-dritt tal-vot tagħhom f'elezzjonijiet muniċipali fl-Istat Membru ta' residenza jekk ikunu esprimew ix-xewqa li jagħmlu dan.
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2
2.  Jekk il-votazzjoni hija obbligatorja fl-Istat Membru ta' residenza, il-votanti skont l-Artikolu 3 li ddaħħlu fir-reġistru elettorali hemmhekk għandhom ukoll ikunu obbligati jivvutaw.
2.  Jekk il-votazzjoni hija obbligatorja fl-Istat Membru ta' residenza, il-votanti tal-Unjoni li ddaħħlu fir-reġistru elettorali hemmhekk għandhom ukoll ikunu obbligati jivvutaw.
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 3
3.  L-Istati Membri fejn il-votazzjoni mhix obbligatorja jistgħu jipprovdu għar-reġistrazzjoni awtomatika tal-votanti skont l-Artikolu 3 fuq ir-reġistru elettorali.
3.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jintroduċu r-reġistrazzjoni immedjata taċ-ċittadini tal-Unjoni mhux ċittadini tal-Istat Membru bħala votanti tal-Unjoni fuq ir-reġistru elettorali meta jirċievu l-kunsens taċ-ċittadini tal-Unjoni kkonċernati fil-mument tar-reġistrazzjoni bħala resident fl-Istat Membru ta' residenza. Il-votanti tal-Unjoni li jkunu għażlu li ma jipparteċipawx fir-reġistrazzjoni immedjata għandhom jiġu mistiedna jirreġistraw ferm qabel il-perjodu tal-elezzjoni.
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jippermettu votant skont l-Artikolu 3 sabiex jiddaħħal fir-reġistru elettorali suffiċjentement qabel il-ġurnata tal-votazzjoni.
1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jippermettu votant tal-Unjoni sabiex jiddaħħal fir-reġistru elettorali suffiċjentement qabel il-ġurnata tal-votazzjoni.
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Sabiex jiddaħħal l-isem fir-reġistru elettorali, il-votanti skont l-Artikolu 3 għandhom jippreżentaw l-istess dokumenti bħall-votanti li huma ċittadini.
Sabiex jiddaħħal l-isem fir-reġistru elettorali, il-votanti tal-Unjoni għandhom jippreżentaw l-istess dokumenti jew ekwivalenti bħall-votanti li huma ċittadini. Għandhom jippreżentaw ukoll dikjarazzjoni formali f'konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness II.
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
L-Istat Membru ta' residenza jista' wkoll jitlob votant skont l-Artikolu 3 sabiex jipproduċi dokument ta' identità validu, flimkien ma' dikjarazzjoni formali mfassla f'konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness II.
L-Istat Membru ta' residenza jista' wkoll jitlob lill-votanti tal-Unjoni biex:
(a)  jippreżentaw dokument ta' identità validu;
(b)  jindikaw id-data minn kemm ilhom residenti f'dak l-Istat Membru jew fi Stat Membru ieħor;
(c)  jekk jixtiequ, jindikaw preferenza lingwistika waħda jew aktar li biha jixtiequ jirċievu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(2), magħżula minn fost il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, jew, fejn offruti mill-awtorità kompetenti, lingwi oħra.
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
3.  Il-votanti skont l-Artikolu 3 li ddaħħlu f'reġistru elettorali fi Stat Membru ta' residenza għandhom jibqgħu hemmhekk, taħt l-istess kundizzjonijiet bħal votanti li huma ċittadini, sa dak iż-żmien illi huma jitneħħew peress illi huma ma jissodisfawx aktar il-ħtiġijiet għall-eżerċizzju tad-dritt tal-vot. Jekk l-Istati Membri jipprevedu li ċ-ċittadini jiġu notifikati dwar it-tneħħija tagħhom mir-reġistru elettorali, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw bl-istess mod għall-votanti skont l-Artikolu 3.
3.  Il-votanti tal-Unjoni li ddaħħlu f'reġistru elettorali fi Stat Membru ta' residenza għandhom jibqgħu hemmhekk, taħt l-istess kundizzjonijiet bħal votanti li huma ċittadini, sa dak iż-żmien illi huma jitneħħew peress illi huma ma jissodisfawx aktar il-ħtiġijiet għall-eżerċizzju tad-dritt tal-vot. Jekk l-Istati Membri jipprevedu li ċ-ċittadini jiġu notifikati dwar it-tneħħija tagħhom mir-reġistru elettorali, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw bl-istess mod għall-votanti tal-Unjoni. Din in-notifika għandha tingħata lill-votanti tal-Unjoni inkwistjoni f'lingwa tal-Unjoni tal-preferenza ta' din il-persuna indikata fid-dikjarazzjoni formali, jekk il-votant tal-Unjoni jkun ipprovda tali preferenza.
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 5
5.  Bla ħsara għar-regoli ta' kwalunkwe Stat Membru dwar id-dritt tal-vot jew tal-kandidatura ta' ċittadini li jirrisjedu barra t-territorju tiegħu, il-fatt li l-votanti skont l-Artikolu 3 jkunu ddaħħlu fir-reġistru elettorali tal-Istat Membru ta' residenza ma għandux jirriżulta fit-tneħħija tiegħu jew tagħha mir-reġistru elettorali tal-Istat Membru ta' ċittadinanza.
5.  Bla ħsara għar-regoli ta' kwalunkwe Stat Membru dwar id-dritt tal-vot jew tal-kandidatura ta' ċittadini li jirrisjedu barra t-territorju tiegħu, il-fatt li l-votanti tal-Unjoni jkunu ddaħħlu fir-reġistru elettorali tal-Istat Membru ta' residenza ma għandux jirriżulta fit-tneħħija tiegħu jew tagħha mir-reġistru elettorali tal-Istat Membru ta' ċittadinanza.
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 - paragrafu 1
1.  Meta jissottomettu l-applikazzjoni tal-kandidatura, il-persuni li jkunu intitolati joħorġu bħala kandidati skont l-Artikolu 3 għandhom jippreżentaw l-istess dokumenti ta' sostenn bħall-kandidat li hu ċittadin. L-Istat Membru ta' residenza jista' jitlob lill-persuni kkonċernati jippreżentaw dikjarazzjoni formali mfassla f'konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness III.
1.  Meta jissottomettu l-applikazzjoni tal-kandidatura, ċittadini tal-Unjoni mhux ċittadini tal-Istat Membru għandhom jippreżentaw l-istess dokumenti ta' sostenn jew ekwivalenti bħala kandidati li huma ċittadini. L-Istat Membru ta' residenza jista' jitlob lill-persuni kkonċernati jippreżentaw dikjarazzjoni formali mfassla f'konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness III.
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2.  L-Istat Membru ta' residenza jista' wkoll jitlob il-persuni intitolati li joħorġu bħala kandidati skont l-Artikolu 3 sabiex:
2.  L-Istat Membru ta' residenza jista' wkoll jitlob lill-kandidati tal-Unjoni sabiex:
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a
(a)  fid-dikjarazzjoni formali li jippreżentaw f'konformità mal-paragrafu 1 meta jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom tal-kandidatura jiddikjaraw li ma ġewx imċaħħda mid-dritt tal-kandidatura fl-Istat Membru ta' oriġini tagħhom;
(a)  fid-dikjarazzjoni formali li jippreżentaw f'konformità mal-paragrafu 1 meta jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom tal-kandidatura jiddikjaraw li ma ġewx imċaħħda mid-dritt tal-kandidatura fl-Istat Membru ta' oriġini tagħhom. F'każ ta' dubju leġittimu dwar il-kontenut tad-dikjarazzjoni formali, l-Istat Membru ta' residenza jista' jitlob direttament lill-Istat Membru domiċiljari taċ-ċittadin tal-Unjoni li mhuwiex ċittadin tal-Istat Membru, qabel jew wara l-elezzjoni, ċertifikazzjoni li l-persuna ma ġietx imċaħħda mid-dritt li toħroġ bħala kandidat f'dak l-Istat Membru;
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt b
(b)   f'każ ta' dubju dwar il-kontenut tad-dikjarazzjoni skont il-punt (a), jippreżentaw qabel jew wara l-elezzjoni attestazzjoni mill-awtoritajiet amministrativi kompetenti fl-Istat Membru ta' oriġini li tiċċertifika li ma kinux imċaħħda mill-kandidatura f'dak l-Istat jew illi l-ebda tali skwalifika mhija magħrufa minn dawk l-awtoritajiet;
imħassar
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)
(ea)   jekk jixtiequ, jindikaw lingwa waħda jew aktar li biha jixtiequ jirċievu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(2), magħżula minn fost il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, jew, fejn offruti mill-awtorità kompetenti, lingwi oħra.
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 – paragrafu 1
L-Istati Membri li jipprevedu l-possibbiltà għaċ-ċittadini biex jivvutaw permezz ta' votazzjoni minn qabel, votazzjoni bil-posta, u votazzjoni elettronika u bl-internet fl-elezzjonijiet muniċipali għandhom jiżguraw li tali mezzi ta' votazzjoni jkunu disponibbli wkoll bl-istess kundizzjonijiet għall-votanti skont l-Artikolu 3.
L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jipprevedu l-possibbiltà ta' votazzjoni bil-posta fl-elezzjonijiet muniċipali. Meta l-Istati Membri jippermettu liċ-ċittadini tagħhom jivvutaw permezz ta' votazzjoni bil-posta, votazzjoni minn qabel, votazzjoni bi prokura jew votazzjoni elettronika u bl-internet fl-elezzjonijiet muniċipali, huma għandhom jiżguraw li tali mezzi ta' votazzjoni jkunu disponibbli wkoll bl-istess kundizzjonijiet għall-votanti tal-Unjoni.
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 1
1.  L-Istat Membru ta' residenza għandu jinforma lill-persuni kkonċernati fi żmien tajjeb u b'lingwa ċara u faċli dwar id-deċiżjoni meħuda dwar l-applikazzjoni għad-dħul fir-reġistru elettorali jew id-deċiżjoni li tikkonċerna l-ammissibilità tal-applikazzjoni tagħhom tal-kandidatura.
1.  L-Istat Membru ta' residenza għandu jinforma lill-persuni kkonċernati dwar id-deċiżjoni meħuda dwar ir-reġistrazzjoni immedjata tagħhom bħala votant jew l-applikazzjoni tagħhom għad-dħul fir-reġistru elettorali jew id-deċiżjoni li tikkonċerna l-ammissibilità tal-applikazzjoni tagħhom tal-kandidatura.
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 2
2.  Jekk ċittadini tal-Unjoni ma jiddaħħlux fir-reġistru elettorali jew l-applikazzjoni tad-dħul tagħhom tiġi miċħuda jew l-applikazzjoni tal-kandidatura tagħhom ma tiġix aċċettata, il-persuna konċernata għandha tkun intitolata għal rimedji legali fuq l-istess termini skont kif il-liġijiet tal-Istat Membru ta' residenza jipprovdu għal votanti jew persuni intitolati li jkunu kandidati li huma ċittadini tiegħu.
2.  Jekk ċittadini tal-Unjoni ma jiddaħħlux fir-reġistru elettorali jew ir-reġistrazzjoni immedjata tagħhom jew l-applikazzjoni tad-dħul tagħhom tiġi miċħuda jew l-applikazzjoni tal-kandidatura tagħhom ma tiġix aċċettata, il-persuna konċernata għandha tkun intitolata għal rimedji legali effettivi fuq l-istess termini skont kif il-liġijiet tal-Istat Membru ta' residenza jipprovdu għal votanti jew persuni intitolati li jkunu kandidati li huma ċittadini tiegħu.
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 3
3.  Fil-każ ta' żbalji fir-reġistru elettorali jew fil-lista tal-kandidati għall-elezzjonijiet muniċipali, il-persuna kkonċernata għandha tkun intitolata għal rimedji legali b'termini simili għal dawk li l-liġijiet tal-Istat Membru ta' residenza jippreskrivu liċ-ċittadini tiegħu li huma votanti u li huma intitolati joħorġu bħala kandidati.
3.  Fil-każ ta' żbalji fir-reġistru elettorali jew fil-lista tal-kandidati għall-elezzjonijiet muniċipali, il-persuna kkonċernata għandha tkun intitolata għal rimedji legali effettivi b'termini simili għal dawk li l-liġijiet tal-Istat Membru ta' residenza jippreskrivu liċ-ċittadini tiegħu li huma votanti u li huma intitolati joħorġu bħala kandidati.
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw, b'lingwaġġ ċar u sempliċi u fil-ħin, lill-persuna kkonċernata bid-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u bir-rimedji legali msemmija fil-paragrafi 2 u 3, b'lingwa tal-preferenza tal-persuna indikata fid-dikjarazzjoni formali, jekk il-votant tal-Unjoni jkun indika tali preferenza fil-lingwa.
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità nazzjonali bir-responsabbiltà li tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li ċ-ċittadini tal-Unjoni mhux ċittadini tal-Istat Membru jiġu infurmati fil-ħin dwar il-kundizzjonijiet u r-regoli dettaljati għar-reġistrazzjoni bħala votant jew kandidat fl-elezzjonijiet muniċipali.
1.  L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti bir-responsabbiltà li tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li ċ-ċittadini tal-Unjoni mhux ċittadini tal-Istat Membru jiġu infurmati fil-ħin dwar il-kundizzjonijiet u r-regoli dettaljati għar-reġistrazzjoni bħala votant jew kandidat fl-elezzjonijiet muniċipali. L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta mill-awtoritajiet rilevanti b'mod koordinat u, kull meta jkun possibbli, f'kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, mar-reġistrazzjoni bħala residenti u fil-ħin qabel l-elezzjonijiet.
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità maħtura skont il-paragrafu 1 għandhom jikkomunikaw direttament u individwalment lill-votanti u lill-persuni intitolati li joħorġu bħala kandidati skont l-Artikolu 3, l-informazzjoni li ġejja:
2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità maħtura skont il-paragrafu 1 għandhom jikkomunikaw direttament u individwalment lill-votanti tal-Unjoni u lill-kandidati tal-Unjoni, l-informazzjoni li ġejja:
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt b
(b)  jekk din l-informazzjoni tkun magħrufa, id-data tal-elezzjoni u kif u fejn jistgħu jivvutaw,
(b)  jekk din l-informazzjoni tkun magħrufa, id-data tal-elezzjoni u kif u fejn jistgħu jivvutaw, inklużi mezzi speċifiċi ta' votazzjoni msemmija fl-Artikolu 10, fejn applikabbli;
Emenda 54
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
(ba)   il-miżuri speċifiċi biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tad-dritt tal-vot għal gruppi partikolari ta' votanti, bħall-persuni b'diżabilità,
Emenda 55
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 - paragrafu 2 - punt bb (ġdid)
(bb)   informazzjoni dwar is-sistema elettorali u politika, inklużi s-setgħat tal-unitajiet bażiċi tal-gvern lokali,
Emenda 56
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
L-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet u r-regoli dettaljati għar-reġistrazzjoni bħala votant jew kandidat fl-elezzjonijiet muniċipali u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi pprovduta b'lingwa ċara u sempliċi.
L-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet u r-regoli dettaljati għar-reġistrazzjoni bħala votant jew kandidat fl-elezzjonijiet muniċipali msemmija fil-paragrafu 1 u kwalunkwe informazzjoni oħra komunikata skont din id-Direttiva għandhom jiġu pprovduti b'lingwa ċara u sempliċi. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi pprovduta bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, filwaqt li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi komunikata lill-persuna kkonċernata b'lingwa ta' preferenza ta' dik il-persuna, indikata fid-dikjarazzjoni formali, jekk il-votant tal-Unjoni jkun ipprovda tali preferenza.
Emenda 57
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha, apparti li tiġi kkomunikata f'lingwa uffiċjali waħda jew aktar tal-Istat Membru ospitanti, tiġi akkumpanjata wkoll minn traduzzjoni f'mill-inqas lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni li tinftiehem tajjeb mill-akbar għadd possibbli ta' ċittadini tal-Unjoni Ewropea li jirrisjedu fit-territorju tiegħu, f'konformità mar-rekwiżiti tal-kwalità tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28.
imħassar
_________________
28 Ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta' Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 1–38).
Emenda 58
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni relatata mad-dritt tal-vot u tal-kandidatura fl-elezzjonijiet muniċipali minn ċittadini tal-Unjoni residenti fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini, skont l-Artikolu 20(2), il-punt (b), u l-Artikolu 22(1) tat-TFUE, u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, titqiegħed għad-disponibbiltà ta' dawk iċ-ċittadini b'mod ċar u aċċessibbli, bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, fejn meħtieġ, inkluż permezz ta' Europe Direct u l-Your Europe.
Emenda 59
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 4
4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet u r-regoli dettaljati għar-reġistrazzjoni bħala votant jew kandidat fl-elezzjonijiet muniċipali u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 issir aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità u għall-persuni anzjani billi jintużaw mezzi, modi u formati xierqa ta' komunikazzjoni.
4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet u r-regoli dettaljati għar-reġistrazzjoni bħala votant jew kandidat fl-elezzjonijiet muniċipali u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 issir aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità, għall-persuni anzjani, għall-persuni f'żoni remoti, għall-gruppi ta' minoranza u għal dawk li qed jiffaċċjaw diffikultajiet biex jivvutaw ġeneralment billi jiġu applikati r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà kif stabbiliti fl-Anness I għad-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u billi jintużaw mezzi, modi u formati ta' komunikazzjoni li huma xierqa għalihom, bħal-lingwa tas-sinjali, il-Braille jew format li huwa faċli biex jinqara. L-Istati Membri jistgħu jiżguraw li l-persuni b'diżabilità jirċievu, fuq talba tagħhom, assistenza fil-votazzjoni minn persuna tal-għażla tagħhom.
_________________
1a Id-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 70).
Emenda 60
Proposta għal direttiva
Artikolu 13
Artikolu 13
imħassar
Derogi
1.  Fejn, fi Stat Membru partikolari, il-proporzjon ta' ċittadini tal-Unjoni ta' età li jistgħu jivvutaw li joqogħdu fih imma mhumiex ċittadini ta' dak l-Istat jaqbeż l-20 % tan-numru totali ta' ċittadini tal-Unjoni li huma ċittadini tal-Istat Membru u dawk li mhumiex, li joqogħdu f'dak il-pajjiż li huma ta' età li jistgħu jivvutaw, dak l-Istat Membru jista', permezz ta' deroga minn din id-Direttiva:
(a)  jirrestrinġi d-dritt għall-vot lill-votanti skont l-Artikolu 3 li jkunu qagħdu f'dak l-Istat Membru għal perjodu minimu, li ma jistax ikun itwal mit-terminu li għalih il-kunsill rappreżentattiv tal-muniċipalità jkun elett;
(b)  jirrestrinġi d-dritt tal-kandidatura lill-persuni intitolati li joħorġu bħala kandidati skont l-Artikolu 3 li jkunu qagħdu f'dak l-Istat Membru għal perjodu minimu, li ma jistax ikun itwal minn darbtejn it-terminu li għalih ikun elett il-kunsill rappreżentattiv tal-muniċipalità; kif ukoll;
(c)  jieħu miżuri xierqa dwar il-kompożizzjoni tal-listi tal-kandidati sabiex partikolarment jinkoraġġixxi l-integrazzjoni ta' ċittadini tal-Unjoni, li huma ċittadini ta' Stat Membru ieħor.
2.  Ir-Renju tal-Belġju jista', bħala deroga mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, japplika d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1(a) għal numru limitat ta' unitajiet ta' gvernijiet lokali, li l-lista tagħhom għandha tkun komunikata mill-anqas sena qabel l-elezzjonijiet tal-unitajiet tal-gvern lokali li hu maħsub li jinvoka d-deroga għalihom .
3.  Fejn il-liġijiet ta' Stat Membru jipprovdu illi ċittadini ta' Stat Membru ieħor li joqogħdu hemmhekk għandhom id-dritt li jivvutaw għall-Parlament nazzjonali ta' dak l-Istat u, għal dak l-iskop, jistgħu jiddaħħlu fir-reġistru elettorali ta' dak l-Istat eżattament taħt l-istess kundizzjonijiet ta' votanti ċittadini ta' dak l-Istat, l-ewwel Stat Membru jista', permezz ta' deroga minn din id-Direttiva, joqgħod lura milli japplika l-Artikoli 6 sa 11 fir-rigward ta' tali persuni.
4.  Kull sitt snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva , il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li fih għandha tikkontrolla jekk l-għoti ta' deroga lill-Istati Membri kkonċernati skont l-Artikolu 22(1) TFUE għadux ġustifikat u għandha tipproponi illi kwalunkwe aġġustament neċessarju għandu jsir. L-Istati Membri li jinvokaw derogi skont il-paragrafi 1 u 2 għandhom ifornu lill-Kummissjoni b'kull informazzjoni tal-isfond neċessarja.
Emenda 61
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – titolu
Rapportar
Ġbir tad-data u rapportar
Emenda 62
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 1
1.  Fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva u kull erba' snin minn hemm 'il quddiem l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva fit-territorju tagħhom, inkluż dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 5(3) u (4). Ir-rapport għandu jkun fih data statistika dwar il-parteċipazzjoni tal-votanti u tal-kandidati skont l-Artikolu 3 fl-elezzjonijiet muniċipali, kif ukoll sommarju tal-miżuri meħuda f'dan ir-rigward.
1.  Fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva u kull erba' snin minn hemm 'il quddiem l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-pubbliku u lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva fit-territorju tagħhom, inkluż dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 5(3) u (4). Minbarra l-osservazzjonijiet ġenerali, ir-rapport għandu jkun fih data statistika dwar il-parteċipazzjoni tal-votanti tal-Unjoni u tal-kandidati tal-Unjoni fl-elezzjonijiet muniċipali, kif ukoll sommarju tal-miżuri meħuda biex tiġi ffaċilitata u inkoraġġita l-parteċipazzjoni tagħhom. Dik id-data għandha tinġabar b'mod trasparenti, uniformi u sigur, abbażi ta' indikaturi komuni.
Emenda 63
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 16 dwar l-istabbiliment ta' indikaturi komuni għall-ġbir ta' data statistika msemmija fil-paragrafu 1.
Emenda 64
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 1
Fi żmien sentejn wara l-elezzjonijiet tal-2029 għall-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni tad-Direttiva u tipproduċi rapport ta' evalwazzjoni dwar il-progress lejn il-kisba tal-objettivi li jinsabu fiha.
Fi żmien sentejn wara l-elezzjonijiet tal-2029 għall-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni tad-Direttiva u tipproduċi rapport ta' evalwazzjoni dwar il-progress lejn il-kisba tal-objettivi li jinsabu fiha. L-evalwazzjoni għandha tkun akkumpanjata, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva biex din id-Direttiva tiġi emendata.
Emenda 65
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 2
2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 2, 8 u 9 għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(2), l-Artikolu 8(4), l-Artikolu 9(3) u l-Artikolu 14(1a) għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mid-... [data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].
Emenda 66
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 3
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 2, 8 u 9 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 2(2), l-Artikolu 8(4), l-Artikolu 9(3) u l-Artikolu 14(1a) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
Emenda 67
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 6
6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 2, 8 u 9 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 2(2), l-Artikolu 8(4), l-Artikolu 9(3) u l-Artikolu 14(1a) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 68
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 − paragrafu 2
L-Artikoli 1 sa 7, l-Artikolu 8(1), l-Artikolu 11(2) u l-Artikolu 13 għandhom japplikaw mill-31 ta' Diċembru 2023.
L-Artikoli 1 sa 7, l-Artikolu 8(1) u l-Artikolu 11(2) għandhom japplikaw mill-31 ta' Diċembru 2023.
Emenda 69
Proposta għal direttiva
Anness II – titolu
ANNESS II – Dikjarazzjoni formali sottomessa mill-votanti tal-Unjoni
Emenda 70
Proposta għal direttiva
Anness II – paragrafu 1a (ġdid)
Niddikjara li naċċetta komunikazzjoni futura relatata mal-votazzjoni fl-elezzjonijiet muniċipali b'lingwa uffiċjali waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
Emenda 71
Proposta għal direttiva
Anness II – tabella 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ilni noqgħod ......… (Isem tal-Istat Membru ta' residenza) għal ……….. (Perjodu)1a

Post/data:

 

Firma:

 

1a Jekk ikun meħtieġ mil-leġiżlazzjoni nazzjonali biss.

Emenda 72
Proposta għal direttiva
Anness III – titolu
ANNESS III – Dikjarazzjoni formali sottomessa mill-kandidati tal-Unjoni
Emenda 73
Proposta għal direttiva
Anness III – paragrafu 1a (ġdid)
Niddikjara li naċċetta komunikazzjoni futura relatata mal-kandidatura fl-elezzjonijiet muniċipali b'lingwa uffiċjali waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
Emenda 74
Proposta għal direttiva
Anness III – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ilni noqgħod ......… (Isem tal-Istat Membru ta' residenza) għal ……….. (Perjodu)1a

Post/data:

 

Firma:

 

1a Jekk ikun meħtieġ mil-leġiżlazzjoni nazzjonali biss.

(1) ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.

Aġġornata l-aħħar: 15 ta' Mejju 2023Avviż legali - Politika tal-privatezza