Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2021/0197(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0150/2022

Testi mressqa :

A9-0150/2022

Dibattiti :

CRE 07/06/2022 - 7
PV 14/02/2023 - 3
CRE 14/02/2023 - 3

Votazzjonijiet :

PV 08/06/2022 - 16.3
CRE 08/06/2022 - 16.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 14/02/2023 - 8.11
CRE 14/02/2023 - 8.11
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P9_TA(2022)0234
P9_TA(2023)0039

Testi adottati
PDF 134kWORD 51k
It-Tlieta, 14 ta' Frar 2023 - Strasburgu
L-istandards tal-emissjonijiet ta' CO2 għall-karozzi u l-vannijiet
P9_TA(2023)0039A9-0150/2022
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/631 fir-rigward tat-tisħiħ tal-istandards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda f'konformità mal-ambizzjoni klimatika akbar tal-Unjoni (COM(2021)0556 – C9-0322/2021 – 2021/0197(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0556),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0322/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mis-Senat Irlandiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Jannar 2022(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-27 ta' Jannar 2022(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-16 ta’ Novembru 2022, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0150/2022),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(3);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 194, 12.5.2022, p. 81.
(2) ĠU C 270, 13.7.2022, p. 38.
(3) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-8 ta’ Ġunju 2022 (Testi adottati, P9_TA(2022)0234).


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta’ Frar 2023 bil-għan tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2023/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/631 fir-rigward tat-tisħiħ tal-istandards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2 għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri u għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda f'konformità mal-ambizzjoni klimatika akbar tal-Unjoni
P9_TC1-COD(2021)0197

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2023/851.)

Aġġornata l-aħħar: 15 ta' Mejju 2023Avviż legali - Politika tal-privatezza