Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2021/0426(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0033/2023

Testi mressqa :

A9-0033/2023

Dibattiti :

PV 13/03/2023 - 13
CRE 13/03/2023 - 13

Votazzjonijiet :

PV 14/03/2023 - 7.9
CRE 14/03/2023 - 7.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 12/03/2024 - 8.10
CRE 12/03/2024 - 8.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P9_TA(2023)0068
P9_TA(2024)0129

Testi adottati
PDF 600kWORD 183k
It-Tlieta, 14 ta' Marzu 2023 - Strasburgu
Ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (riformulazzjoni)
P9_TA(2023)0068A9-0033/2023
Test
 Test konsolidat

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fl-14 ta' Marzu 2023 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (riformulazzjoni) (COM(2021)0802 – C9-0469/2021 – 2021/0426(COD))(1)
EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(2)*
għall-proposta tal-Kummissjoni
---------------------------------------------------------
2021/0426(COD)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja - riformulazzjoni)

[Emenda 1, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor]

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’ subparagrafu (A9-0033/2023).
(2)* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat b'tipa korsiva qawwija; it-tħassir huwa indikat bis-simbolu ▌.


Proposta għal
DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (riformulata)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 194(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),

Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja(3),

Billi:

(1)  Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4) ġiet emendata sostanzjalment diversi drabi. Billi għandhom isiru aktar emendi , dik id-Direttiva jenħtieġ li tiġi riformulata fl-interess taċ-ċarezza.

(2)  Skont il-Ftehim ta' Pariġi, adottat f'Diċembru 2015 skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), il-Partijiet tiegħu qablu li jżommu ż-żieda fit-temperatura medja globali sew taħt iż-2 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u li jkomplu bl-isforzi biex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura għal 1,5 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali. F'Novembru 2021, il-partijiet għall-Patt Klimatiku ta' Glasgow affermaw mill-ġdid li jekk iż-żieda fit-temperatura medja globali tinżamm għal 1,5 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali, din se tnaqqas b'mod sinifikanti r-riskji u l-impatti tat-tibdil fil-klima, u impenjaw ruħhom li jsaħħu l-miri tagħhom għall-2030 sa tmiem l-2022. L-ilħuq tal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi jinsab fil-qalba tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Il-Patt Ekoloġiku Ewropew" tal-11 ta' Diċembru 2019(5). L-Unjoni impenjat ruħha li tnaqqas l-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra fl-ekonomija kollha tal-Unjoni b'mill-inqas 55 % sal-2030 taħt il-livelli tal-1990 fil-kontribut aġġornat stabbilit fil-livell nazzjonali ppreżentat lis-Segretarjat tal-UNFCCC fis-17 ta' Diċembru 2020.

(3)  Kif imħabbar fil-Patt Ekoloġiku, il-Kummissjoni ppreżentat l-istrateġija tagħha tal-Mewġa ta' Rinnovazzjoni fl-14 ta' Ottubru 2020(6). L-istrateġija fiha pjan ta' azzjoni b'miżuri regolatorji, ta' finanzjament u ta' abilitazzjoni konkreti, bl-objettiv li tal-inqas tiġi rduppjata r-rata annwali ta' rinnovazzjoni tal-enerġija tal-bini sal-2030 u li jitrawmu rinnovazzjonijiet profondi f'aktar minn 35 miljun binja u l-ħolqien sa 160 000 impjieg fis-settur tal-kostruzzjoni. Ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija hija meħtieġa bħala waħda mill-vetturi biex tinkiseb il-Mewġa ta' Rinnovazzjoni. Se tikkontribwixxi wkoll għat-twettiq tal-inizjattiva tal-Bauhaus Ewropew l-Ġdida u l-missjoni Ewropea dwar bliet newtrali għall-klima u intelliġenti, u jenħtieġ li ssegwi l-perkors stabbilit mill-inizjattiva tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida bħala fażi preċedenti tal-Mewġa ta' Rinnovazzjoni tal-Bini. L-inizjattiva tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida għandha l-għan li trawwem soċjetà aktar inklużiva li tippromwovi l-benesseri ta' kulħadd f'konformità mal-Bauhaus storika, li kkontribwiet għall-inklużjoni soċjali u l-benesseri taċ-ċittadini, b'mod partikolari l-komunitajiet tal-ħaddiema. Billi jiġu ffaċilitati t-taħriġ, in-networks u l-ħruġ ta' linji gwida għall-periti, l-artisti, l-istudenti, l-inġiniera u d-disinjaturi fl-ambitu tal-prinċipji tas-sostenibbiltà, l-estetika u l-inklużjoni, l-inizjattiva tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida tista' tagħti s-setgħa lill-awtoritajiet lokali biex jiżviluppaw soluzzjonijiet innovattivi u kulturali fil-ħolqien ta' ambjent mibni aktar sostenibbli. L-Istati Membri jenħtieġ li jappoġġaw proġetti tal-inizjattivi tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida li jarrikkixxu l-pajsaġġ kulturali u mibni tar-reġjuni madwar l-Ewropa u jgħinu lill-viċinati u lill-komunitajiet jilħqu l-għanijiet klimatiċi tal-Unjoni.

(4)   Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), il-"Liġi Ewropea dwar il-Klima", inaqqax fil-liġi tal-Unjoni l-mira tan-newtralità klimatika fl-ekonomija kollha, sa mhux aktar tard mill-2050, bil-għan li jikseb u jistabbilixxi impenn vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis domestiku tal-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra (emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) ta' mill-inqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030.

(5)   Il-pakkett leġiżlattiv "Lesti għall-mira ta' 55 %" imħabbar fil-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2021 għandu l-għan li jimplimenta dawk l-objettivi. Ikopri firxa ta' oqsma ta' politika li jinkludu l-effiċjenza enerġetika, l-enerġija rinnovabbli, l-użu tal-art, it-tibdil tal-użu tal-art u l-forestrija, it-tassazzjoni tal-enerġija, il-kondiviżjoni tal-isforzi, l-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet u l-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi. Ir-reviżjoni tad-Direttiva 2010/31/UE hija parti integrali minn dak il-pakkett. Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Mejju 2022 bit-titolu "Pjan REPowerEU" irrieżaminat id-dispożizzjonijiet ewlenin tal-pakkett leġiżlattiv "Lesti għall-mira ta' 55 %" fid-dawl tal-kuntest ġeopolitiku aġġornat, li jirrikjedi qafas politiku rivedut, bi proposti leġiżlattivi ġodda u rakkomandazzjonijiet immirati biex jiġu aġġornati l-objettivi, b'mod partikolari billi tiżdied l-ambizzjoni fir-rigward tal-iffrankar u l-effiċjenza enerġetika, u tissaħħaħ is-sovranità tal-enerġija, filwaqt li nitbiegħdu mill-fjuwils fossili. Dik il-komunikazzjoni ħeġġet ukoll lill-Istati Membri jikkunsidraw miżuri ta' tassazzjoni sabiex jipprovdu inċentivi għall-iffrankar enerġetiku u jnaqqsu l-konsum tal-fjuwils fossili, inkluż it-tnaqqis tat-taxxa marbut mal-iffrankar enerġetiku.

(5a)  Jenħtieġ li r-reviżjoni tal-EPBD tkun konsistenti mal-proposti l-oħra li huma parti mill-pakkett leġiżlattiv "Lesti għall-mira ta' 55 %", bħar-reviżjonijiet proposti tad-Direttivi 2003/87/KE(8), 2012/27/UE(9), (UE) 2014/94/UE(10) u 2018/2001(11) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(5b)  Jenħtieġ li r-rinnovazzjonijiet tal-monumenti jitwettqu dejjem f'konformità mar-regoli nazzjonali dwar il-konservazzjoni, mal-istandards internazzjonali dwar il-konservazzjoni, inkluża l-Karta ta' Venezja tal-1964 għall-Konservazzjoni u r-Restawr ta' Monumenti u Siti, u mal-arkitettura oriġinali tal-monumenti kkonċernati.

(5c)  Għall-bini li għandu mertu storiku jew arkitettoniku, iżda li ma huwiex protett uffiċjalment, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu kriterji għall-applikazzjoni tal-ogħla klassi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija li hija teknikament, funzjonalment u ekonomikament fattibbli filwaqt li jinżamm il-karattru tal-bini.

(6)  Il-bini jirrappreżenta 40 % tal-konsum finali tal-enerġija fl-Unjoni u 36% tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħha relatati mal-enerġija, filwaqt li 75 % tal-bini tal-Unjoni għadu ineffiċjenti fl-użu tal-enerġija. Il-gass naturali għandu l-akbar rwol fit-tisħin tal-bini, li jammonta għal madwar 42 % tal-enerġija użata għat-tisħin tal-ispazju fis-settur residenzjali. Iż-żejt huwa t-tieni l-aktar fjuwil fossili importanti għat-tisħin, li jammonta għal 14 % u l-faħam jammonta għal madwar 3 %. Għaldaqstant, it-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija, f'konformità mal-prinċipju "l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel", implimentat f'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1749(12) ▌u l-użu ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tal-bini jikkostitwixxu miżuri importanti biex jitnaqqsu ▌l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-faqar enerġetiku fl-Unjoni. Il-konsum imnaqqas tal-enerġija u użu akbar ta' enerġija minn sorsi rinovabbli, speċjalment l-enerġija solari, għandhom ukoll rwol elwieni fit-tnaqqis tad-dipendenza enerġetika tal-Unjoni b'mod ġenerali fuq il-fjuwils fossili u b'mod speċjali fuq l-importazzjonijiet, fil-promozzjoni tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija f'konformità mal-objettivi stabbiliti fil-pjan REPowerEU, b'tali mod li jintegraw is-sistema enerġetika, jikkontribwixxu għall-effiċjenza tas-sistema, irawmu żviluppi teknoloġiċi, u joħolqu opportunitajiet għall-impjiegi u l-iżvilupp reġjonali, b'mod partikolari fil-gżejjer, fiż-żoni rurali u fil-komunitajiet mhux kollegati mal-grilja.

(6a)  It-titjib tal-effiċjenza enerġetika u fir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija permezz ta' rinnovazzjoni profonda għandu benefiċċji soċjali, ekonomiċi u ambjentali enormi. Barra minn hekk, l-effiċjenza enerġetika hija l-aktar metodu sikur u kosteffiċjenti li bih titnaqqas id-dipendenza tal-Unjoni mill-importazzjonijiet tal-enerġija u biex jiġi mmitigat l-impatt negattiv tal-prezzijiet għaljin tal-enerġija. Jenħtieġ li l-investimenti fl-effiċjenza enerġetika jkunu ta' prijorità għolja kemm fil-livell privat kif ukoll f'dak pubbliku.

(6b)  Sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini kollha jibbenefikaw mir-rendiment tal-bini mtejjeb fl-użu tal-enerġija tal-bini u mill-kwalità tal-għajxien assoċjata, mill-benefiċċji ambjentali, ekonomiċi u tas-saħħa, minn regolamentazzjoni xierqa, jenħtieġ li jiġi stabbilit qafas finanzjarju u konsultattiv biex jappoġġa r-rinnovazzjonijiet tal-bini. Jenħtieġ li jkun hemm enfasi speċjali fuq l-unitajiet domestiċi vulnerabbli u b'introjtu medju, peress li dawn spiss jgħixu f'bini bl-agħar rendiment, kemm f'żoni urbani kif ukoll f'żoni rurali.

(6c)  L-introduzzjoni ta' standards minimi tar-rendiment tal-enerġija, akkumpanjati minn salvagwardji soċjali u garanziji finanzjarji, huma maħsuba biex itejbu l-kwalità tal-ħajja tal-aktar unitajiet domestiċi vulnerabbli u l-aktar ċittadini fqar.

(6d)  F'żoni rurali madwar l-Unjoni, hemm potenzjal għall-ġenerazzjoni ta' enerġija rinnovabbli li tgħin tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u dak huwa kosteffettiv f'li jwassal l-elettriku f'żoni mhux kollegati mal-grilja kif ukoll isaħħanhom, filwaqt li titnaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet u l-intrappolament tal-infrastruttura, kif ukoll jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u jtejbu l-kwalità tal-arja.

(7)  Il-bini u l-elementi u l-materjali tal-bini huma responsabbli għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra qabel, matul u wara l-ħajja operattiva tiegħu. ▌L-emissjonijiet kollha tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini jenħtieġ li jitqiesu progressivament f'konformità ma' metodoloġija tal-Unjoni li għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni, li tibda mill-bini ġdid, imbagħad il-bini rinnovat, li għalih l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu f'konformità ma' dik il-metodoloġija tal-Unjoni. Il-bini huwa bank materjali sinifikanti, peress li huwa repożitorju tar-riżorsi għal għexieren ta' snin, u l-għażliet tad-disinn jinfluwenzaw fil-biċċa l-kbira l-emissjonijiet kollha taċ-ċiklu tal-ħajja kemm għall-bini ġdid kif ukoll għar-rinnovazzjonijiet. Ir-rendiment taċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-bini jenħtieġ li jitqies mhux biss fil-kostruzzjoni l-ġdida, iżda wkoll fir-rinnovazzjonijiet permezz tal-inklużjoni ta' politiki u għat-tnaqqis tal-miri tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu fil-pjanijiet ta' rinnovazzjoni tal-bini tal-Istati Membri.

(7a)  Jenħtieġ li ssir rabta mal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari u r-rwol ewlieni tal-inizjattiva tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, li għandha l-għan tippromwovi ċirkolarità akbar fl-ambjent mibni, billi tippromwovi r-rinnovazzjoni u l-użu adattiv mill-ġdid fuq it-twaqqigħ u l-bini ġdid, kif xieraq.

(7b)  L-introduzzjoni ta' rekwiżiti fuq emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu se tinkoraġġixxi l-innovazzjoni industrijali u l-ħolqien tal-valur, bħal pereżempju permezz ta' żieda fl-użu ta' materjali ċirkolari u naturali.

(7c)  Huwa kruċjali li jiġi promoss u inkluż l-użu ta' materjal tal-bini aktar sostenibbli, b'mod partikolari materjali li jinkisbu bijoloġikament jew ġeoloġikament, kif ukoll tekniki tal-bini sempliċi u passivi, b'livell baxx ta' teknoloġija u ttestjati lokalment biex jappoġġaw u jippromwovu l-użu tat-teknoloġiji tal-materjali u r-riċerka dwarhom li jikkontribwixxu għal aħjar iżolament u l-appoġġ strutturali possibbli tal-bini. Fid-dawl tal-kriżi klimatika u taż-żieda fil-probabbiltà ta' mewġiet ta' sħana fis-sajf, jenħtieġ li l-protezzjoni tal-bini mis-sħana tingħata kunsiderazzjoni speċjali.

(8)   Il-minimizzazzjoni tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-bini teħtieġ l-effiċjenza fir-riżorsi, is-suffiċjenza, iċ-ċirkolarità u t-trasformazzjoni ta' partijiet tal-istokk tal-bini f'bir tal-karbonju ▌.

(8a)  Il-fatt li l-bini huwa responsabbli għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra anke qabel il-ħajja operattiva tiegħu huwa l-konsegwenza tal-karbonju diġà inkorporat fi ħdan il-materjali tal-bini. Żieda fl-użu ta' materjali tal-bini bbażati fuq in-natura b'sorsi sostenibbli u lokali, f'konformità mal-prinċipji tal-inizjattiva tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida u s-suq intern, għandha l-potenzjal li tkun is-sostitut ta' materjali aktar intensivi fil-karbonju u li taħżen il-karbonju fl-ambjent mibni permezz tal-użu ta' materjali bbażati fuq l-injam.

(8b)  Il-politiki ta' suffiċjenza huma miżuri u prattiki ta' kuljum li jevitaw id-domanda għall-enerġija, il-materjali, l-art, l-ilma, u riżorsi naturali oħra matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini u tal-oġġetti filwaqt li jikkontribwixxu f'li jitwassal il-benesseri għal kulħadd fi ħdan il-limiti planetarji. Il-prinċipji taċ-ċirkolarità jevitaw l-użu lineari tal-materjali u l-oġġetti billi japplikaw xi wħud mill-prinċipji ta' suffiċjenza fil-livell tal-prodotti u tal-materjali tal-kostruzzjoni. Il-miżuri għall-użu u l-estensjoni tat-tul tal-ħajja tal-materjali sekondarji, huma essenzjali biex jiġi żgurat li s-settur tal-bini tal-Unjoni jikkontribwixxi s-sehem ġust tiegħu għall-kisba tal-objettiv tan-newtralità klimatika.

(8c)  L-integrazzjoni ta' infrastruttura ekoloġika, bħal bjut u ħitan bil-veġetazzjoni fl-ippjanar urban u fid-disinn tal-infrastruttura, tista' tkun għodda effettiva ħafna għall-adattament għat-tibdil fil-klima u biex jitnaqqsu l-impatti detrimentali tat-tibdil fil-klima fiż-żoni urbani. Jenħtieġ li l-Istati Membri jinkoraġġixxu l-installazzjoni ta' uċuħ bil-veġetazzjoni li jgħinu fiż-żamma tal-ilma tax-xita, u b'hekk inaqqsu l-ilma tax-xeba' urban u jtejbu l-ġestjoni tal-ilma tal-maltemp. L-infrastruttura ekoloġika tnaqqas ukoll l-"effett gżira ta' sħana urbana", tkessaħ il-bini u l-madwar tagħhom matul is-sajf u l-avvenimenti ta' mewġiet ta' sħana.

(9)  Il-potenzjal ta' tisħin globali (minn hawn 'il GWP) matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu jindika l-kontribut ġenerali tal-bini għall-emissjonijiet li jwasslu għat-tibdil fil-klima. Dan jiġbor flimkien l-emissjonijiet tal-gassijiet serra inkorporati fil-prodotti għall-bini b'emissjonijiet diretti u indiretti mill-istadju tal-użu. Rekwiżit biex jiġi kkalkulat il-GWP taċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini ġdid għalhekk jikkostitwixxi l-ewwel pass lejn kunsiderazzjoni akbar tar-rendiment taċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-bini u ta' ekonomija ċirkolari. Dan il-kalkolu jenħtieġ li jkun ibbażat fuq qafas armonizzat fil-livell tal-Unjoni. Il-Kummissjoni Ewropea jenħtieġ li tipprovdi definizzjoni ċara tal-approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja. L-Istati Membri jenħtieġ li jadottaw pjan direzzjonali dwar it-tnaqqis tal-GWP taċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini.

(9a)  F'konformità mal-prinċipju "l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel" u sabiex jinkisbu livelli ogħla ta' suffiċjenza u effiċjenza fir-riżorsi, l-Istati Membri jenħtieġ li jimminimizzaw l-għadd ta' bini mhux okkupat. Jenħtieġ li dawn jinkoraġġixxu r-rinnovazzjoni u l-isfruttament profondi ta' tali bini, permezz ta' miżuri amministrattivi u finanzjarji speċjali, jekk ikunu kosteffettivi, u l-kostruzzjoni, ir-rikostruzzjoni u l-modifika tal-bini li jwasslu għal GWP taċ-ċiklu tal-ħajja aktar baxx tul il-ħajja ta' bini. Barra minn hekk, sehem sinifikanti ta' kwalunkwe bini ġdid jenħtieġ li jitwettaq fuq siti abbandunati.

(9b)   Ir-regoli tal-ekonomija ċirkolari għall-materjali tal-kostruzzjoni huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13) flimkien ma' qafas stabbilit fid-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14). Id-definizzjonijiet, il-metodoloġiji u l-aħjar approċċi jenħtieġ li jiġu pprovduti u kkonsolidati fir-reviżjoni li jmiss ta' dawk l-atti leġiżlattivi biex jiżguraw qafas regolatorju ċar u konsistenti għall-materjali tal-kostruzzjoni.

(10)   Il-bini huwa responsabbli għal madwar nofs l-emissjonijiet tal-materja partikolata fina primarja (PM2.5) fl-UE li jikkawżaw mewt u mard qabel iż-żmien. It-titjib tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u l-użu ta' soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura u materjali sostenibbli fil-bini jistgħu u jenħtieġ li jnaqqsu l-emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa fl-istess ħin, f'konformità mad-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15).

(10a)  Il-ġestjoni tad-domanda għall-enerġija hija għodda importanti li tippermetti lill-Unjoni tinfluwenza s-suq globali tal-enerġija u għalhekk is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fuq tul ta' żmien qasir, medju u twil.

(11)  Il-miżuri li jkomplu jtejbu r-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija jenħtieġ li jqisu l-kondizzjonijiet klimatiċi, inkluż l-adattament għat-tibdil fil-klima permezz ta' infrastrutturi ekoloġiċi, il-kondizzjonijiet lokali kif ukoll il-kwalità tal-ambjent klimatiku intern, is-suffiċjenza u ċ-ċirkolarità u l-iffrankar enerġetiku, b'tali mod li jippromwovu modi aktar sostenibbli, inklużivi u innovattivi ta' għajxien sabiex jadattaw għal ħtiġijiet ġodda. Tali miżuri jenħtieġ li jiġu implimentati b'mod li jimmassimizza l-kobenefiċċji ta' rekwiżiti oħra u objettivi dwar bini bħall-aċċessibbiltà, is-sikurezza fil-każ ta' nirien u attività siżmika, ta' tisħin u installazzjoni elettrika u l-użu intiż għal dak il-bini. Dawk il-kobenefiċċji jenħtieġ li jiġu monetizzati sabiex tiġi ddeterminata b'mod realistiku l-ottimizzazzjoni tal-kostijiet ta' aktar titjib fir-rendiment tal-enerġija. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiżguraw it-titjib tas-sitwazzjoni tal-unitajiet domestiċi vulnerabbli u tal-persuni li jgħixu f'akkomodazzjoni soċjali.

(11a)   L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li ċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jirriflettu b'mod preċiż ir-rendiment tal-bini fir-rigward tal-klima.

(12)  Ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija jenħtieġ li jkun ikkalkolat abbażi ta' metodoloġija, li tista' tiġi supplimentata fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali. Dik tkun tinkludi, minbarra l-karatteristiċi termiċi, fatturi oħra li jaqdu rwol dejjem aktar importanti bħal installazzjonijiet tat-tisħin u tal-arja kkondizzjonata, l-applikazzjoni ta' sorsi ta' enerġija minn sorsi rinovabbli, sistemi tal-awtomatizzazzjoni u l-kontroll tal-bini, irkupru tas-sħana mill-ilma mormi, ventilazzjoni u tkessiħ, irkupru tal-enerġija, ibbilanċjar idroniku, soluzzjonijiet intelliġenti, elementi ta' tisħin u tkessiħ passiv, dell, il-kwalità ambjentali interna, dawl naturali adegwat u d-disinn tal-bini. Il-metodoloġija għall-kalkolu tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija jenħtieġ li tkun ibbażata mhux biss fuq l-istaġun li matulu jkunu meħtieġa t-tisħin jew l-arja kkondizzjonata, iżda jenħtieġ li jkopri r-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija matul is-sena kollha. Dik il-metodoloġija jenħtieġ li tqis l-istandards Ewropej eżistenti. Il-metodoloġija jenħtieġ li tiżgura r-rappreżentazzjoni tal-kondizzjonijiet operattivi reali u tippermetti l-użu ta' enerġija mmetrata biex tiġi vverifikata l-korrettezza u għall-komparabbiltà, u l-metodoloġija jenħtieġ li tkun ibbażata fuq perjodi ta' ħin fis-siegħa jew ta' porzjoni minn siegħa. Il-metodoloġija jenħtieġ li tippermetti wkoll il-validazzjoni fuq il-post, mill-bogħod u b'simulazzjoni tas-suppożizzjonijiet wara l-kalkoli, inklużi r-rendiment termali, il-materjalità, l-effiċjenza tas-sistema, u l-konfigurazzjoni tal-kontrolli, fil-bini kkonsenjat. Biex jitħeġġeġ l-użu tal-enerġija rinnovabbli fuq il-post, inklużi pannelli solari fuq il-bjut f'konformità mal-inizjattiva Ewropea għall-Bjut Solari, u flimkien mal-qafas ġenerali komuni, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex il-benefiċċji tal-massimizzazzjoni tal-użu tal-enerġija rinnovabbli fuq il-post, inkluż għal użi oħra (bħall-punti tal-irriċarġjar tal-vetturi elettriċi), jiġu rikonoxxuti u kkunsidrati fil-metodoloġija għall-kalkolu, b'kunsiderazzjoni tal-kapaċità attwali u futura tal-grilja.

(13)  L-Istati Membri jenħtieġ li jiffissaw rekwiżiti minimi għar-rendiment tal-bini u tal-elementi tal-bini fl-użu tal-enerġija bil-għan li jinkiseb bilanċ kostottimali bejn l-investimenti involuti u l-kostijiet tal-enerġija ffrankati tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jistabbilixxu rekwiżiti minimi aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija mil-livelli kostottimali tal-effiċjenza fl-enerġija. Jenħtieġ li jkun hemm provvediment għall-possibilità li l-Istati Membri jwettqu rieżami regolari tar-rekwiżiti minimi tagħhom tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija fid-dawl tal-progress tekniku.

(14)   Żewġ terzi tal-enerġija użata għat-tisħin u t-tkessiħ tal-bini għadha qed tiġi mill-fjuwils fossili. Biex jintlaħqu emissjonijiet żero, huwa partikolarment urġenti li jiġu eliminati gradwalment il-fjuwils fossili fit-tisħin u t-tkessiħ. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jindikaw il-politiki u l-miżuri nazzjonali tagħhom biex jeliminaw gradwalment il-fjuwils fossili fit-tisħin u t-tkessiħ fil-pjanijiet ta' rinnovazzjoni tal-bini tagħhom, u jenħtieġ li ma jingħata l-ebda inċentiv finanzjarju għall-installazzjoni ta' bojlers tal-fjuwils fossili mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri jenħtieġ li jintroduċu miżuri biex jiżguraw li l-użu ta' sistemi tat-tisħin tal-fjuwils fossili f'bini ġdid u bini li jkun qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri, rinnovazzjoni profonda, jew rinnovazzjoni tas-sistema tat-tisħin ma jkunx awtorizzat mid-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva u jeliminaw gradwalment l-użu ta' sistemi tat-tisħin ibbażati fuq il-fjuwils fossili mill-bini kollu sal-2035 u jekk dan ma jkunx fattibbli kif muri lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-2040. Dan se jkollu rwol ewlieni fit-tnaqqis tad-dipendenza tal-Unjoni mill-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, kontijiet tal-enerġija taċ-ċittadini aktar baxxi u vulnerabbiltà għal fluttwazzjonijiet fil-prezzijiet u biex jitwaqqaf l-eċċess tal-valuri ta' limitu tat-tniġġis tal-arja.

(14a)  Ir-rinnovazzjoni tas-sistemi tat-tisħin tinvolvi s-sostituzzjoni jew ir-rinnovazzjoni tal-ġeneratur tat-tisħin, u tista' tinvolvi wkoll elementi oħra tas-sistema tat-tisħin, bħat-tagħmir tal-ippumpjar, l-iżolament tas-sistemi tal-pajpijiet, il-kontrolli jew l-unitajiet terminali, bħal radjaturi jew kojls tal-fannijiet. Minkejja l-impatt tagħhom fuq l-effiċjenza ġenerali tas-sistema, is-sostituzzjoni jew ir-rinnovazzjoni ta' elementi individwali mingħajr l-involviment tal-ġeneratur tas-sħana, jenħtieġ li ma jitqisux bħala rinnovazzjoni tas-sistema tat-tisħin, peress li tali elementi huma indipendenti mis-sors tal-enerġija użat. Ir-rinnovazzjoni tas-sistema tat-tisħin tirrappreżenta opportunità biex tiġi appoġġata d-dekarbonizzazzjoni tat-tisħin madwar l-Unjoni.

(14b)  L-użu effiċjenti tas-sħana mormija minn sistemi tal-ilma sħun domestiku jirrappreżenta opportunità kbira għall-iffrankar enerġetiku. It-tħejjija tal-ilma sħun hija s-sors ewlieni tal-konsum tal-enerġija għall-bini l-ġdid u normalment din is-sħana tinħela u ma terġax tintuża. Peress li nafu li l-biċċa l-kbira tal-ilma sħun ikkunsmat ġej mid-doċċi, il-ħżin tas-sħana mid-drejns tad-doċċa fil-bini jista' jkun mod sempliċi u kosteffettiv ta' kif jiġi ffrankat il-konsum tal-enerġija finali u l-emissjonijiet relatati ta' CO2 u tal-metan mill-produzzjoni tal-ilma sħun domestiku.

(14c)  Biex tinkiseb dekarbonizzazzjoni kosteffiċjenti tas-settur tat-tisħin, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw kondizzjonijiet ekwi fost it-teknoloġiji disponibbli u jappoġġaw soluzzjonijiet multivettorjali, billi jqisu s-sigurtà tal-provvista, il-kosteffettività u l-flessibbiltà.

(15)  Ir-rekwiżiti tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għal sistemi tekniċi użati fil-bini jenħtieġ li japplikaw għas-sistemi sħaħ, kif installati fil-bini, u mhux għar-rendiment ta' komponenti awtonomi, li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' regolamenti speċifiċi għall-prodott skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16). Waqt l-iffissar ta' rekwiżiti għar-rendiment fl-użu tal-enerġija tas-sistemi tekniċi użati fil-bini, l-Istati Membri jenħtieġ li jużaw, fejn disponibbli u adattati, strumenti armonizzati, b'mod partikolari metodi ta' ttestjar u kalkolu u klassijiet ta' effiċjenza tal-enerġija żviluppati skont miżuri li jimplimentaw id-Direttiva 2009/125/KE▌ u r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(17), bil-ħsieb li tiġi żgurata l-koerenza ma' inizjattivi relatati u biex, sa fejn hu possibbli, tiġi minimizzata l-frammentazzjoni potenzjali tas-suq.

(16)  Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Għalhekk, it-terminu "inċentiv" użat f'din id-Direttiva jenħtieġ li ma jiġix interpretat li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

(17)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi qafas ta' metodoloġija komparattiva għall-kalkolu ta' livelli kostottimali għar-rekwiżiti minimi tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija. Jenħtieġ li rieżami ta' dak il-qafas jippermetti l-kalkolu tar-rendiment tal-enerġija kif ukoll tal-emissjonijiet u jenħtieġ li jikkunsidra esternalitajiet ambjentali, soċjali u tas-saħħa monetizzabbli.  L-Istati Membri jenħtieġ li jużaw dak il-qafas biex iqabblu r-riżultati mar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija li jkunu adottaw. Jekk ikunu jeżistu diskrepanzi sinifikanti, jiġifieri li jaqbżu l-15 %, bejn il-livelli kostottimali kkalkolati tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u r-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fis-seħħ, l-Istati Membri jenħtieġ li jiġġustifikaw id-differenza jew jippjanaw passi adattati biex inaqqsu d-diskrepanza. Iċ-ċiklu stmat tal-ħajja ekonomika ta' binja jew ta' element ta' binja jenħtieġ li jiġi determinat mill-Istati Membri, filwaqt li jqisu l-prattiċi attwali u l-esperjenza fid-definizzjoni ta' ċikli tipiċi tal-ħajja ekonomika. Ir-riżultati ta' dak it-tqabbil u d-data użata biex jinkisbu dawk ir-riżultati jenħtieġ li jiġu rrappurtati regolarment lill-Kummissjoni. Dawk ir-rapporti jenħtieġ li jippermettu lill-Kummissjoni tivvaluta u tirrapporta dwar il-progress li jkun sar fl-Istati Membri biex intlaħqu livelli kostottimali dwar ir-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. Fl-applikazzjoni tal-metodoloġija komparattiva, jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu li l-miżuri tal-effiċjenza enerġetika fil-livell ta' bini ma jinkludux miżuri li jimplikaw l-użu ta' fjuwils fossili f'bini ġdid, filwaqt li jikkunsidraw medda ta' għażliet, bħall-provvista tal-enerġija rinnovabbli fuq il-post, inkluż b'mod partikolari l-pompi tas-sħana u t-teknoloġiji solari, permezz ta' awtokonsum tal-enerġija rinnovabbli, awtokonsum konġunt, kondiviżjoni tal-enerġija jew il-provvista tal-enerġija rinnovabbli pprovduta minn komunità tal-enerġija, enerġija rinnovabbli u enerġija mormija minn sistema tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali effiċjenti. Ir-rata ta' skont użata għall-kalkolu tal-livelli kostottimali ta' rendiment fl-użu tal-enerġija, kemm għall-perspettiva makroekonomika kif ukoll dik finanzjarja, jenħtieġ li ma taqbiżx ir-rata annwali ta' 3 %. Il-metodu ta' ottimizzazzjoni u l-kalkolu makroekonomiku tal-kostijiet globali jenħtieġ li jinkludu l-esternalitajiet ambjentali u tas-saħħa tal-użu tal-enerġija, u benefiċċji makroekonomiċi fl-ekonomija kollha f'termini, pereżempju, ta' ħolqien tal-impjieg u PDG.

(18)  Rinnovament maġġuri f'bini eżistenti, ikun xi jkun id-daqs tiegħu, jipprovdi opportunità biex jittieħdu miżuri kosteffettivi li jtejbu r-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija. Għal raġunijiet ta' kosteffettività, jenħtieġ li jkun possibbli jiġu limitati r-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-aktar partijiet rinnovati rilevanti għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, filwaqt li jiġu inklużi s-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħżlu li jiddefinixxu "rinnovazzjoni maġġuri" f'termini ta' persentaġġ tal-erja totali tal-uċuħ ta' barra tal-bini jew f'termini tal-valur tal-bini. Jekk Stat Membru jiddeċiedi li jiddefinixxi rinnovazzjoni maġġuri f'termini tal-valur tal-bini, jistgħu jintużaw valuri bħall-valur attwarjali, jew il-valur kurrenti bbażat fuq il-kost tar-rikostruzzjoni, mingħajr il-valur tal-art li fuqha jkun jinsab il-bini.

(18a)  Sabiex tiġi żgurata akkomodazzjoni deċenti għal kulħadd, jeħtieġ li jiġu definiti żoni jew viċinati vulnerabbli assoċjati mal-faqar enerġetiku b'mod li jippermetti detezzjoni aktar preċiża ta' mikrożoni inqas żviluppati, kemm rurali kif ukoll urbani, inklużi f'żoni aktar żviluppati. Dan jikkontribwixxi għall-identifikazzjoni u l-post tas-setturi soċjali l-aktar vulnerabbli u dawk li jbatu mill-faqar enerġetiku, u l-unitajiet domestiċi li huma esposti għal kost għoli tal-enerġija u li ma għandhomx il-mezzi biex jirrinnovaw il-bini li jokkupaw, u b'hekk jgħinu fil-ġlieda kontra l-inugwaljanzi soċjali li jistgħu jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-miżuri differenti ta' azzjoni klimatika. Barra minn hekk, l-akkomodazzjoni ineffiċjenti hija kawża sistemika tal-faqar enerġetiku, b'50 miljun persuna fl-Unjoni jgħixu f'faqar enerġetiku, ma jistgħux jixegħlu, isaħħnu jew ikessħu b'mod adegwat djarhom, u aktar minn 20 % tal-unitajiet domestiċi foqra fl-Unjoni jgħixu f'abitazzjoni li għandha moffa, umda jew taħsir.

(19)   L-ambizzjoni msaħħa tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija teħtieġ viżjoni ġdida għall-bini: il-bini b'emissjonijiet żero, li d-domanda baxxa ħafna għall-enerġija tiegħu tkun koperta għalkollox minn enerġija minn sorsi rinnovabbli meta jkun teknikament fattibbli. Il-bini l-ġdid kollu jenħtieġ li jkun bini b'emissjonijiet żero, u l-bini eżistenti kollu jenħtieġ li jiġi ttrasformat f'bini b'emissjonijiet żero sal-2050. Jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu ż-żmien tat-tranżizzjoni tal-enerġija u l-kostijiet soċjali meta jistabbilixxu kwalunkwe skadenza fil-mira.

(20)   Hemm bosta alternattivi differenti disponibbli li jkopru l-ħtiġijiet tal-enerġija ta' binja effiċjenti b'enerġija minn sorsi rinnovabbli: sorsi ta' enerġija rinnovabbli fuq il-post bħall-enerġija solari, termali, ġeotermali, moduli fotovoltajċi solari, pompi tas-sħana, enerġija idroelettrika u l-bijomassa, enerġija rinnovabbli pprovduta minn komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli jew minn komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini, u tisħin u tkessiħ distrettwali bbażati fuq sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew irkupru tas-sħana mormija minn ilma mormi, mill-ilma sħun sanitarju jew mill-arja u sorsi rinnovabbli forniti mill-grilja.

(20a)   Biż-żieda fl-elettrifikazzjoni tat-tisħin u ż-żieda fil-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli, hija meħtieġa effiċjenza enerġetika fil-bini biex jiġi evitat li tinħoloq pressjoni żejda fuq il-kapaċità tal-grilja u li tiżdied iżżejjed il-kapaċità tal-ġenerazzjoni biex jiġu mmaniġġjati l-livelli massimi fid-domanda għall-elettriku. L-effiċjenza enerġetika fil-bini se tappoġġa l-grilja u tnaqqas il-ħtiġijiet tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni. Dan jinkludi t-trattament tal-istaġjonalità tad-domanda għat-tisħin, li f'ħafna Stati Membri hija l-parti ewlenija tal-livell massimu ta' domanda tas-sistema tal-enerġija.

(20b)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-kapaċità tal-grilja li hija meħtieġa għall-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli u s-soluzzjonijiet tat-tisħin elettriku u tidentifika l-ostakli li fadal biex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tal-awtokonsum rinnovabbli, b'mod partikolari dawk f'unitajiet domestiċi vulnerabbli.

(21)   Id-dekarbonizzazzjoni meħtieġa tal-istokk tal-bini tal-Unjoni teħtieġ rinnovazzjoni tal-enerġija fuq skala kbira: kważi 75 % ta' dak l-istokk tal-bini huwa ineffiċjenti skont l-istandards attwali tal-bini, u 85-95 % tal-bini tal-lum se jkun għadu eżistenti fl-2050. Madankollu, ir-rata annwali ponderata ta' rinnovazzjoni tal-enerġija hija persistentement baxxa, madwar 1 %. Bil-pass attwali, id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-bini teħtieġ sekli sħaħ. Għalhekk għan ewlieni ta' din id-Direttiva hu l-iskattar u l-appoġġ għar-rinnovazzjoni tal-bini għal mill-inqas it-tripplu tar-rata tar-rinnovazzjoni attwali, inkluża bidla lejn sistemi ta' tisħin mingħajr emissjonijiet. L-appoġġ għar-rinnovazzjonijiet fil-livell distrettwali, inkluż permezz ta' rinnovazzjonijiet tat-tip industrijali jew serjali, joffri benefiċċji billi jistimula l-volum u l-profondità tar-rinnovazzjonijiet tal-bini u jwassal għal dekarbonizzazzjoni aktar rapida u orħos tal-istokk tal-bini.

(22)   L-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija huma l-għodda regolatorja essenzjali biex tiskatta r-rinnovazzjoni tal-bini eżistenti fuq skala kbira, għax dawn jindirizzaw l-ostakli ewlenin għar-rinnovazzjoni bħal inċentivi opposti u strutturi ta' sjieda konġunta, li ma jistgħux jingħelbu bl-inċentivi ekonomiċi. L-introduzzjoni ta' standards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jenħtieġ li twassal għal eliminazzjoni gradwali tal-bini bl-agħar rendiment u għal titjib kontinwu fl-istokk tal-bini nazzjonali, u dan jikkontribwixxi għall-għan fit-tul ta' stokk tal-bini dekarbonizzat sal-2050.

(23)  L-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija stabbiliti fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li jiffukaw fuq ir-rinnovazzjoni tal-bini bl-ogħla potenzjal f'termini ta' dekarbonizzazzjoni, tnaqqis tal-faqar enerġetiku, u benefiċċji soċjali u ekonomiċi estiżi, b'mod partikolari fuq il-bini bl-agħar rendiment, li jeħtieġ li jiġi rinnovat bħala prijorità.

(23a)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika rapport sommarju dwar is-sitwazzjoni u l-progress tal-stokk tal-bini tal-Unjoni fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tal-bini bl-agħar rendiment sabiex tiffoka l-isforzi u l-investimenti b'mod xieraq.

(24)  L-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jenħtieġ li joħolqu perkors, appoġġat minn mekkaniżmi finanzjarji, għaż-żieda progressiva tal-klassijiet tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini, b'mod partikolari fir-rigward taż-żoni rurali u iżolati. Meta twettaq rieżami ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta jekk hemmx bżonn jiġu introdotti aktar standards minimi vinkolanti tar-rendiment fl-użu tal-enerġija biex jinkiseb stokk ta' bini dekarbonizzat sal-2050.

(24a)   Jenħtieġ li din id-Direttiva tkun konsistenti mal-prinċipji bażiċi tal-liġi tal-proprjetà u l-kera tal-Istati Membri.

(25)  L-introduzzjoni ta' standards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn qafas ta' abilitazzjoni li jinkludi assistenza teknika u miżuri finanzjarji kif ukoll politiki li għandhom l-għan li jtejbu l-ħiliet tal-ħaddiema fis-settur tal-kostruzzjoni u r-rinnovazzjoni. L-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija stabbiliti fil-livell nazzjonali mhumiex "standards tal-Unjoni" skont it-tifsira tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, filwaqt li l-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-Unjoni kollha jistgħu jitqiesu li jikkostitwixxu tali "standards tal-Unjoni". F'konformità mar-regoli riveduti dwar l-għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna mill-Istat għar-rinnovazzjoni tal-bini biex jikkonformaw mal-istandards tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-Unjoni kollha, jiġifieri biex tinkiseb ċerta klassi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, sakemm dawk l-istandards għall-Unjoni kollha jsiru obbligatorji. Ladarba l-istandards ikunu obbligatorji, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jagħtu għajnuna mill-Istat għar-rinnovazzjoni tal-bini u tal-unitajiet tal-bini li jaqgħu taħt l-istandards tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-Unjoni kollha, dment li r-rinnovazzjoni tal-bini timmira għal standard ogħla mill-klassi minima speċifikata tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

(26)  It-Tassonomija tal-UE tikklassifika l-attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli fl-ekonomija kollha, inkluż għas-settur tal-bini. Skont l-Att Delegat dwar it-Tassonomija tal-UE dwar il-Klima, ir-rinnovazzjoni tal-bini titqies bħala attività sostenibbli meta din tikseb iffrankar enerġetiku ta' mill-inqas 30 %, tikkonforma mar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għal rinnovazzjoni maġġuri ta' bini eżistenti, jew tikkonsisti f'miżuri individwali relatati mar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, bħall-installazzjoni, il-manutenzjoni jew it-tiswija ta' tagħmir tal-effiċjenza enerġetika jew ta' strumenti u apparat għall-kejl, ir-regolazzjoni u l-kontroll tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, meta tali miżuri individwali jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti. Ir-rinnovazzjoni tal-bini konformi mal-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-Unjoni kollha hija tipikament konformi mal-kriterji tat-Tassonomija tal-UE relatati mal-attivitajiet ta' rinnovazzjoni tal-bini.

(27)  L-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fl-Unjoni kollha jenħtieġ li jkunu bbażati fuq klassijiet armonizzati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. Bid-definizzjoni tal-klassi G, l-aktar kassi baxxa tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, bħala l-15 % bl-agħar rendiment tal-istokk tal-bini nazzjonali ta' kull Stat Membru, l-armonizzazzjoni tal-klassijiet tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tiżgura sforzi simili mill-Istati Membri kollha; filwaqt li d-definizzjoni tal-klassi A, l-aqwa klassi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, tiżgura l-konverġenza tal-iskala armonizzata tal-klassi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija lejn viżjoni komuni ta' bini b'emissjonijiet żero.

(28)  Ir-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-bini u għall-elementi tal-bini eżistenti kienu diġà jinsabu fil-predeċessuri ta' din id-Direttiva u jenħtieġ li jkomplu japplikaw. Filwaqt li l-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija li għadhom kif ġew introdotti jistabbilixxu livell minimu għar-rendiment minimu tal-enerġija tal-bini eżistenti u jiżguraw li sseħħ ir-rinnovazzjoni ta' bini ineffiċjenti, ir-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-bini u għall-elementi tal-bini eżistenti jiżguraw il-profondità meħtieġa tar-rinnovazzjoni meta sseħħ xi rinnovazzjoni.

(28a)  Hemm ħtieġa urġenti li titnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili fil-bini u li jiġu aċċellerati l-isforzi biex jiġi dekarbonizzat u elettrifikat il-konsum tal-enerġija tagħhom. Biex tkun tista' sseħħ l-installazzjoni kosteffettiva tat-teknoloġiji solari fi stadju aktar tard, il-bini l-ġdid kollu jenħtieġ li jkun "lest għall-enerġija solari", jiġifieri jkun iddisinjat biex jottimizza l-potenzjal tal-ġenerazzjoni solari abbażi tal-irradjanza solari tas-sit, u b'hekk tkun tista' titwettaq l-installazzjoni tat-teknoloġiji solari mingħajr interventi strutturali li jiswew ħafna flus. Barra minn hekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw l-użu ta' installazzjonijiet solari xierqa fuq bini ġdid, kemm residenzjali kif ukoll mhux residenzjali, u fuq bini mhux residenzjali eżistenti. L-użu fuq skala kbira tal-enerġija solari fuq il-bini jikkontribwixxi bil-kbir biex jipproteġi b'mod aktar effettiv lill-konsumaturi minn prezzijiet dejjem jiżdiedu u volatili tal-fjuwils fossili, inaqqas l-esponiment tal-unitajiet domestiċi vulnerabbli għal kostijiet għoljin tal-enerġija u jirriżulta f'benefiċċji ambjentali, ekonomiċi u soċjali usa'. Sabiex il-potenzjal tal-installazzjonijiet solari fuq il-bini jiġi sfruttat b'mod effiċjenti, l-Istati Membri jenħtieġ li jiddefinixxu kriterji għall-implimentazzjoni tal-varar tal-installazzjonijiet solari fuq il-bini, u għal eżenzjonijiet possibbli minnhom, allinjati mal-potenzjal tekniku u ekonomiku vvalutat tal-installazzjonijiet tal-enerġija solari u l-karatteristiċi tal-bini kopert b'dan l-obbligu.

(28b)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tqis bis-sħiħ il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Mejju 2022 bit-titolu "Strateġija tal-UE dwar l-Enerġija Solari" u b'mod partikolari l-inizjattiva Ewropea tagħha għall-Bjut Solari. Il-fotovoltajċi solari u t-teknoloġiji termali solari jenħtieġ li jiġu varati malajr biex ikunu ta' benefiċċju kemm għall-klima kif ukoll għall-finanzi taċ-ċittadini u n-negozji. L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu oqfsa ta' appoġġ robusti għas-sistemi tal-bjut, inkluż flimkien ma' ħżin tal-enerġija u pompi tas-sħana, ibbażati fuq perjodi ta' rkupru tal-kost prevedibbli li jenħtieġ li jkunu iqsar minn 10 snin. Jenħtieġ li l-Istati Membri jimplimentaw il-miżuri bħala prijorità, bl-użu tal-finanzjament disponibbli tal-Unjoni, b'mod partikolari l-kapitoli l-ġodda tar-REPowerEU tal-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza tagħhom. Jenħtieġ li l-Kummissjoni timmonitorja l-progress fl-implimentazzjoni tal-inizjattiva Ewropea għall-Bjut Solari Ewropej fuq bażi annwali, mal-Parlament Ewropew, mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati tas-settur.

(29)  Biex jinkiseb stokk tal-bini effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija u dekarbonizzat u biex issir it-trasformazzjoni tal-bini eżistenti f'bini b'emissjonijiet żero sal-2050, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu pjanijiet nazzjonali ta' rinnovazzjoni tal-bini, li jissostitwixxu l-istrateġiji ta' rinnovazzjoni fit-tul u jsiru għodda ta' ppjanar ferm aktar b'saħħitha u kompletament operazzjonali għall-Istati Membri, b'enfasi aktar qawwija fuq il-finanzjament u l-iżgurar li ħaddiema b'ħiliet xierqa jkunu disponibbli biex iwettqu rinnovazzjonijiet tal-bini, kif ukoll fuq l-indirizzar tal-faqar enerġetiku, l-iżgurar tas-sikurezza elettrika u kontra n-nirien u t-titjib tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija li għandu l-agħar rendiment. Fil-pjanijiet ta' rinnovazzjoni tal-bini tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu l-miri nazzjonali tagħhom stess għar-rinnovazzjoni tal-bini. F'konformità mal-Artikolu 21(b)(7) tar-Regolament (UE) 2018/1999 u mal-kondizzjonijiet abilitanti stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(18), l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu deskrizzjoni ġenerali tal-miżuri ta' finanzjament, kif ukoll deskrizzjoni tal-ħtiġijiet ta' investiment u tar-riżorsi amministrattivi għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' rinnovazzjoni tal-bini tagħhom. Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkunsidraw jużaw il-finanzjament u l-mekkaniżmi ta' finanzjament tal-Unjoni, b'mod partikolari, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita mir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(19), il-fondi strutturali u ta' koeżjoni u l-Fond Soċjali għall-Klima stabbilit mir-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima kif propost minn COM(2021)0568](20), biex jiffinanzjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' rinnovazzjoni tal-bini.

(29a)  Sabiex jiġi żgurat li l-forza tax-xogħol tal-Unjoni tkun ippreparata bis-sħiħ biex taħdem b'mod attiv lejn il-kisba tal-objettivi klimatiċi tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom l-għan li jnaqqsu d-disparità bejn il-ġeneri fis-settur tal-kostruzzjoni u tal-bini, inkluż permezz tal-pjanijiet nazzjonali tagħhom dwar l-enerġija u l-klima.

(30)  Il-pjanijiet nazzjonali ta' rinnovazzjoni tal-bini jenħtieġ li jkunu bbażati fuq mudell armonizzat biex tiġi żgurata l-komparabbiltà tal-pjanijiet. Biex tiġi żgurata l-ambizzjoni meħtieġa, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-abbozzi tal-pjanijiet u toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri.

(31)  Jenħtieġ li l-pjanijiet nazzjonali ta' rinnovazzjoni tal-bini jkunu marbuta mill-qrib mal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima skont ir-Regolament (UE) 2018/1999, u jenħtieġ li l-progress fil-kisba tal-miri nazzjonali u l-kontribut tal-pjanijiet ta' rinnovazzjoni tal-bini għall-miri nazzjonali u tal-Unjoni jiġu rrapportati bħala parti mir-rappurtar biennali skont ir-Regolament (UE) 2018/1999. Meta titqies l-urġenza li tiżdied ir-rinnovazzjoni abbażi ta' pjanijiet nazzjonali solidi, id-data għas-sottomissjoni tal-ewwel pjan nazzjonali ta' rinnovazzjoni tal-bini jenħtieġ li tiġi stabbilita malajr kemm jista' jkun.

(32)  Ir-rinnovazzjoni profonda fi stadji tista' tkun soluzzjoni biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet tal-kostijiet inizjali għaljin u d-diffikultajiet li jista' jkollhom l-abitanti meta jagħmlu r-rinnovazzjonijiet f'daqqa u tista' tippermetti miżuri ta' rinnovazzjoni li jfixklu inqas u aktar kosteffiċjenti. Madankollu, tali rinnovazzjoni profonda fi stadji jeħtieġ li tiġi ppjanata bir-reqqa biex jiġi evitat li pass wieħed ta' rinnovazzjoni jipprekludi l-passi sussegwenti meħtieġa. Ir-rinnovazzjoni profonda fi stadju wieħed tista' tkun aktar kosteffettiva u tirriżulta f'għażliet baġitarji aktar baxxi tal-karbonju biex jinkiseb stokk tal-bini tal-Unjoni kompletament dekarbonizzat u b'emissjonijiet żero. Rinnovazzjonijiet profondi fi stadju wieħed u fi stadji profondi huma t-tnejn għażliet validi għal rinnovazzjonijiet profondi peress li fatturi differenti jeħtieġu kunsiderazzjoni, meta jiġu ddeterminati l-aktar soluzzjonijiet xierqa għad-dekarbonizzazzjoni, bħall-kosteffettività, il-baġit tal-karbonju li jirriżulta, l-użu tal-bini, iż-żmien ta' rinnovazzjoni, il-kondizzjoni eżistenti tal-bini, il-firxa tar-rinnovazzjonijiet u l-provvista tal-enerġija primarja ta' bini. Ir-rinnovazzjoni ta' passaporti tipprovdi pjan direzzjonali ċar għal rinnovazzjoni profonda fi stadji, għajnuna lis-sidien u lill-investituri jippjanaw iż-żmien opportun u l-ambitu għall-interventi. Għalhekk, il-passaporti ta’ rinnovazzjoni jenħtieġ li jkunu mħeġġa u disponibbli bħala għodda volontarja għas-sidien tal-bini fl-Istati Membri kollha. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-passaporti ta' rinnovazzjoni ma joħolqux piżijiet sproporzjonati għall-partijiet involuti u jkunu akkumpanjati minn appoġġ finanzjarju adegwat għall-unitajiet domestiċi vulnerabbli, b'mod partikolari meta l-abitazzjoni tkun l-unika proprjetà residenzjali tagħhom.

(32a)   Kuntratti fit-tul huma strument importanti biex jistimulaw rinnovazzjoni fi stadji. L-Istati Membri jenħtieġ li jintroduċu mekkaniżmi li jippermettu l-istabbiliment ta' kuntratti fit-tul matul id-diversi stadji ta' rinnovazzjoni f'fażijiet. Meta jsiru disponibbli inċentivi ġodda u aktar effettivi matul id-diversi stadji tar-rinnovazzjoni, l-aċċess għal dawk l-inċentivi l-ġodda jenħtieġ li jiġi żgurat billi l-benefiċjarji jitħallew jaqilbu għal inċentivi ġodda.

(33)  Il-kunċett ta' "rinnovazzjoni profonda" għadu ma ġiex definit fil-liġi tal-Unjoni. Bil-ħsieb li tinkiseb il-viżjoni fit-tul għall-bini, ir-rinnovazzjoni profonda jenħtieġ li tiġi definita bħala rinnovazzjoni li tittrasforma l-bini f'bini b'emissjonijiet żero; bħala l-ewwel pass, bħala rinnovazzjoni li tittrasforma l-bini f'bini b'użu ta' kważi żero enerġija. Din id-definizzjoni sservi l-iskop li żżid ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija. Rinnovazzjoni profonda għall-finijiet tar-rendiment fl-użu tal-enerġija hija opportunità ewlenija biex jiġu indirizzati aspetti oħra bħall-kwalità ambjentali interna, il-kondizzjonijiet tal-għajxien tal-unitajiet domestiċi vulnerabbli, is-suffiċjenza u ċ-ċirkolarità, iż-żieda fir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima, it-titjib fl-istandards ambjentali u tas-saħħa, ir-reżiljenza kontra r-riskji ta' diżastri inkluż ir-reżiljenza siżmika, is-sikurezza kontra n-nirien u elettrika, it-tneħħija ta' sustanzi perikolużi inkluż l-asbestos, u l-aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabbiltà u t-titjib tal-bjar tal-karbonju, bħal uċuħ bil-veġetazzjoni.

(33a)  Standard ta' rinnovazzjonijiet profondi, jekk akkumpanjat minn appoġġ u informazzjoni adegwati, inklużi assistenza teknika u taħriġ, jista' jkun mod kif jinkiseb tnaqqis akbar fl-emissjonijiet. Dawk li jfasslu l-politika lokali għandhom rwol abilitanti fit-tfassil tas-suq tar-rinnovazzjoni tal-enerġija permezz ta' regolamenti lokali, it-tneħħija gradwali ta' sistemi ta' tisħin u tkessiħ ineffiċjenti, il-ġestjoni tal-proċessi tal-akkwist pubbliku, u l-iżvilupp ta' sħubijiet pubbliċi-privati. Ir-rinnovazzjonijiet iridu jitwettqu bi standard għoli biex jitnaqqsu b'mod effettiv l-emissjonijiet u jiġu evitati lakuni fil-prestazzjoni li jistgħu jagħmlu l-miri aktar diffiċli biex jintlaħqu fit-terminu medju.

(34)   Biex titrawwem rinnovazzjoni profonda u fi stadji, li hija waħda mill-għanijiet tal-istrateġija tal-Mewġa ta' Rinnovazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jirriżervaw l-ogħla livell ta' appoġġ finanzjarju u amministrattiv imsaħħaħ lir-rinnovazzjoni profonda tal-bini bl-agħar rendiment b'abitazzjoni waħda.

(35)   L-Istati Membri jenħtieġ li jappoġġaw titjib fir-rendiment fl-użu tal-enerġija ta' bini eżistenti li jikkontribwixxi biex tinkiseb kwalità ambjentali interna tajba għas-saħħa, inkluż permezz ta' spazju ta' għajxien ekonomikament aċċessibbli u san, it-tneħħija ta' asbestos u sustanzi oħra ta' ħsara, il-prevenzjoni tat-tneħħija illegali ta' sustanzi ta' ħsara, u l-iffaċilitar tal-konformità ma' atti leġiżlattivi eżistenti bħad-Direttivi 2009/148/KE(21) u (UE) 2016/2284(22) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(35a)   L-approċċi integrati tad-distrett jew tal-viċinat jippermettu kunċetti ta' rinnovazzjoni ġenerali għal bini li huwa relatat mal-ispazju bħal blokok ta' djar. Tali approċċi għar-rinnovazzjonijiet joffru diversi soluzzjonijiet fuq skala akbar. Il-pjanijiet integrati ta' rinnovazzjoni jistgħu jadottaw approċċ aktar olistiku, li jindirizza l-ekosistema komunitarja usa', bħall-ħtiġijiet tat-trasport u sorsi ta' enerġija sostenibbli xierqa, inklużi sorsi ta' enerġija rinnovabbli fuq il-post u fil-qrib jew it-tisħin u t-tkessiħ distrettwali. Tali pjanijiet jippermettu żieda fil-kosteffettività tax-xogħlijiet meħtieġa, itejbu l-konnessjonijiet bejn il-modi ta' trasport u jqisu l-infrastruttura eżistenti għall-fini tal-ottimizzazzjoni tas-sistema kif ukoll il-preservazzjoni tal-wirt kulturali. Għalhekk, din id-Direttiva jenħtieġ li tippromwovi l-użu usa' ta' approċċi integrati, parteċipattivi u relatati mad-distrett, li jippermettu sinerġiji u ffrankar enerġetiku potenzjali li jibqgħu mhux sfruttati jekk l-enfasi tkun esklużivament fuq bini individwali. Il-pjanijiet integrati ta' rinnovazzjoni jistgħu jwasslu wkoll għal benefiċċji bħal titjib fil-kwalità tal-arja, tnaqqis fl-emissjonijiet distrettwali, u tnaqqis fuq skala kbira tal-faqar enerġetiku. Jenħtieġ li d-distretti jiġu stabbiliti mill-awtoritajiet lokali, f'konformità mal-ħtiġijiet lokali.

(35b)  Sabiex jiġu appoġġati l-multiplikazzjoni u r-replikazzjoni ta' proġetti ta' rinnovazzjoni tal-bini li jirnexxu, f'konformità mal-inizjattiva Bauhaus Ewropea l-Ġdida, b'mod partikolari mal-għan ta' sostenibbiltà tagħha, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu politiki industrijali nazzjonali għall-produzzjoni fuq skala kbira ta' elementi tal-bini prefabbrikati lokalment adattabbli għar-rinnovazzjoni tal-bini li jipprovdu funzjonijiet differenti, inklużi l-estetika, il-ġenerazzjoni tal-iżolament u tal-enerġija u l-iżolament u l-infrastrutturi ekoloġiċi. Jenħtieġ li dawn jippromwovu wkoll il-bijodiversità, il-ġestjoni tal-ilma, l-aċċessibbiltà u l-mobbiltà.

(35c)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżviluppaw reġimi nazzjonali ta' spezzjonijiet elettriċi fid-dawl tal-fatt li perċentwal għoli ta' nirien domestiċi u dawk domestiċi aċċidentali jkollhom sors elettriku u sabiex jiġi żgurat li l-installazzjonijiet elettriċi jkunu sikuri u lesti għal użi ġodda bl-għan li jinkiseb bini b'emissjonijiet żero.

(35d)   Il-kunsiderazzjoni tar-rabta bejn l-ilma u l-enerġija hija partikolarment importanti biex jiġi indirizzat l-użu interdipendenti tal-enerġija u tal-ilma u l-pressjoni dejjem akbar fuq iż-żewġ riżorsi. Il-ġestjoni effettiva u l-użu mill-ġdid tal-ilma jistgħu jagħtu kontribut sinifikanti għall-iffrankar enerġetiku, li joħloq benefiċċji klimatiċi, iżda wkoll ekonomiċi u soċjali.

(36)  Il-vetturi elettriċi mistennija jkollhom rwol kruċjali fid-dekarbonizzazzjoni u l-effiċjenza tas-sistema tal-elettriku, jiġifieri permezz tal-forniment ta' servizzi ta' flessibbiltà, ibbilanċjar u ħażna, speċjalment permezz tal-iżvilupp ta' ċċarġjar u aggregazzjoni intelliġenti. Dan il-potenzjal tal-vetturi elettriċi li jintegraw mas-sistema tal-elettriku u jikkontribwixxu għall-effiċjenza tas-sistema u għall-assorbiment ulterjuri tal-elettriku rinnovabbli jenħtieġ li jiġi sfruttat bis-sħiħ inkluż permezz tal-installazzjoni ta' infrastruttura tal-iċċarġjar pubblika fl-ispazji għall-parkeġġ. L-iċċarġjar fir-rigward tal-bini huwa partikolarment importanti, peress li dan huwa fejn il-vetturi elettriċi jipparkjaw regolarment u għal perjodi twal ta' żmien. L-iċċarġjar intelliġenti u bidirezzjonali bil-mod huwa ekonomiku u l-installazzjoni ta' punti tal-irriċarġjar fi spazji privati tista' tipprovdi ħażna tal-enerġija lill-binja relatata. Flimkien ma' data pprovduta minn arloġġi intelliġenti u data prodotta mill-vettura, l-infrastruttura tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi tista' tipprovdi wkoll soluzzjonijiet ta' flessibbiltà u integrazzjoni tas-servizzi ta' ċċarġjar intelliġenti u bidirezzjonali u tas-servizzi ta' integrazzjoni tas-sistema b'mod ġenerali. Il-vetturi elettriċi li kapaċi jiċċarġjaw bidirezzjonali jżidu mal-kapaċità tal-bini u tas-sistema tal-elettriku biex jibbilanċjaw il-provvista u d-domanda tal-enerġija, speċjalment matul il-ħinijiet l-aktar intensivi u b'kost aktar baxx, u jagħtu s-setgħa lill-utenti biex jipprovdu b'mod attiv tali servizzi bi ħlas adegwat.

(37)  Flimkien ma' sehem akbar tal-produzzjoni rinnovabbli tal-elettriku, il-vetturi elettriċi jipproduċu inqas emissjonijiet tal-gassijiet serra. Il-vetturi elettriċi jikkostitwixxu komponent importanti tat-transizzjoni lejn enerġija nadifa bbażata fuq miżuri ta' effiċjenza enerġetika, fjuwils alternattivi, enerġija rinnovabbli u soluzzjonijiet innovattivi għall-ġestjoni tal-flessibbiltà enerġetika. Il-kodiċijiet tal-bini jistgħu jintużaw b'mod effettiv biex jiġu introdotti rekwiżiti mmirati li jappoġġaw l-użu tal-infrastruttura tal-irriċarġjar fil-parkeġġi tal-bini residenzjali u dak mhux residenzjali. L-Istati Membri jenħtieġ li jneħħu l-ostakli bħal konessjoni mal-grilja u konġestjonijiet fil-kapaċità, inċentivi opposti u kumplikazzjonijiet amministrattivi li jiltaqgħu magħhom is-sidien individwali meta jkunu qed jippruvaw jinstallaw punt tal-irriċarġjar fl-ispazju għall-parkeġġ tagħhom.

(38)  Il-kablaġġ mgħoddi minn qabel jipprovdi l-kondizzjonijiet it-tajba għall-iskjerament rapidu tal-punti tal-irriċarġjar jekk u fejn ikunu meħtieġa. Infrastruttura faċilment disponibbli tnaqqas il-kostijiet tal-installazzjoni tal-punti tal-irriċarġjar għas-sidien individwali u tiżgura li l-utenti tal-vetturi elettriċi jkollhom aċċess għal punti tal-irriċarġjar. L-istabbiliment ta' rekwiżiti għall-elettromobbiltà fil-livell tal-Unjoni dwar l-attrezzar minn qabel tal-ispazji għall-parkeġġ u l-installazzjoni ta' punti tal-irriċarġjar huwa mod effettiv biex fil-futur qrib jiġu promossi l-vetturi elettriċi filwaqt li jitħalla lok għal aktar żvilupp b'inqas kostijiet fuq terminu ta' żmien medju sa twil. ▌ L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw l-aċċessibbiltà tal-punti tal-irriċarġjar għall-persuni b'diżabbiltà.

(39)  L-iċċarġjar intelliġenti u l-iċċarġjar bidirezzjonali jippermettu l-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija tal-bini. Il-punti tal-irriċarġjar fejn il-vetturi elettriċi tipikament jiġu pparkjati għal perjodi ta' ħin estiżi, bħal fejn in-nies jipparkjaw għal raġunijiet ta' residenza jew ta' impjieg, huma rilevanti ħafna għall-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija, u għalhekk iridu jiġu żgurati funzjonalitajiet ta' ċċarġjar intelliġenti. Peress li l-iċċarġjar bidirezzjonali jassisti aktar il-penetrazzjoni tal-elettriku rinnovabbli mill-flotot tal-vetturi elettriċi fit-trasport u fis-sistema tal-elettriku b'mod ġenerali u huwa strumentali għat-tnaqqis ta' domanda qawwija, b'tali mod li jnaqqas il-ħtieġa għall-provvista tal-enerġija fl-eqqel sigħat u b'hekk il-kostijiet ġenerali, tali funzjonalità jenħtieġ li tkun disponibbli wkoll, mhux l-inqas peress li tagħti s-setgħa lis-sidien tal-vetturi elettriċi biex jagħmlu tali funzjonijiet disponibbli biex jaqdu u jipparteċipaw b'mod attiv fis-sistema tal-enerġija bi ħlas adegwat, f'konformità mad-dritt tagħhom li jiġġeneraw, jikkondividu, jaħżnu jew ibigħu l-enerġija prodotta minnhom stess.

(40)  Il-promozzjoni tal-mobbiltà ekoloġika hija parti ewlenija tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-bini jista' jkollu rwol importanti fil-provvista tal-infrastruttura meħtieġa, mhux biss għall-irriċarġjar tal-vetturi elettriċi iżda wkoll għar-roti. It-tranżizzjoni lejn il-mobbiltà attiva bħaċ-ċikliżmu tista' tnaqqas b'mod sinifikanti l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport. Biż-żieda fil-bejgħ ta' roti assistiti bl-elettriku u tipi oħra ta' vetturi tal-kategorija L u sabiex tiġi ffaċilitata l-installazzjoni ta' punti tal-iċċarġjar fi stadju aktar tard, il-kablaġġ minn qabel għal dawk il-vetturi jenħtieġ li jkun meħtieġ f'bini residenzjali ġdid u, fejn ikun teknikament u ekonomikament fattibbli, jenħtieġ li jkunu meħtieġa kejbils jew kanali minn qabel f'bini residenzjali li jkun qed jiġi rinnovat b'mod estensiv. Kif stabbilit fil-Pjan dwar il-Mira Klimatika għall-2030, iż-żieda fl-ishma modali ta' trasport privat u pubbliku nadif u effiċjenti, bħaċ-ċikliżmu, se tnaqqas drastikament it-tniġġis mit-trasport u ġġib benefiċċji kbar għaċ-ċittadini u l-komunitajiet individwali. In-nuqqas ta' spazji għall-parkeġġ tar-roti huwa ostaklu ewlieni għall-użu taċ-ċikliżmu, kemm fil-bini residenzjali kif ukoll fil-bini mhux residenzjali. Ir-rekwiżiti tal-Unjoni u l-kodiċijiet nazzjonali tal-bini jistgħu jappoġġaw b'mod effettiv it-tranżizzjoni lejn mobbiltà aktar nadifa billi jistabbilixxu rekwiżiti għal għadd minimu ta' spazji għall-parkeġġ tar-roti, u jibnu spazji għall-parkeġġ tar-roti u infrastruttura relatata f'żoni fejn ir-roti huma użati inqas jista' jwassal għal żieda fl-użu tagħhom. Ir-rekwiżit li jiġu pprovduti spazji għall-parkeġġ tar-roti jenħtieġ li ma jkunx dipendenti fuq id-disponibbiltà u l-provvista ta' spazji għall-parkeġġ tal-karozzi jew neċessarjament marbut magħhom, li jistgħu ma jkunux disponibbli f'ċerti ċirkostanzi. Ir-rekwiżiti minimi għall-parkeġġ fil-kodiċijiet tal-bini jenħtieġ li jiġu sostitwiti b'rekwiżiti massimi ta' parkeġġ tal-karozzi, b'mod partikolari f'dawk iż-żoni li diġà huma moqdija tajjeb mit-trasport pubbliku u mill-għażliet ta' mobbiltà attiva. L-Istati Membri jenħtieġ li jappoġġaw lill-awtoritajiet lokali fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta' pjanijiet ta' mobbiltà urbana sostenibbli b'enfasi partikolari fuq l-integrazzjoni tal-politiki dwar l-akkomodazzjoni b'mobbiltà sostenibbli u ppjanar urban, u b'hekk jiżguraw u jagħtu prijorità lill-aċċessibbiltà tal-iżviluppi urbani ewlenin ġodda kollha permezz ta' mobbiltà attiva u trasport pubbliku.

(40a)  Se jkun meħtieġ ukoll appoġġ tekniku biex tinbena l-kapaċità tal-awtoritajiet lokali permezz ta' taħriġ u sessjonijiet ta' ħidma, pereżempju dwar it-tfassil ta' akkwisti li jqisu d-data taċ-ċiklu tal-ħajja kollu u biex jitwettaq il-monitoraġġ tal-karbonju tul il-ħajja kollha.

(40b)  Meta jimplimentaw ir-rekwiżiti tal-elettromobbiltà f'din id-Direttiva, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkunsidraw b'mod partikolari s-sitwazzjoni ekonomika ta' unitajiet domestiċi vulnerabbli u mikrointrapriżi u intrapriżi żgħar vulnerabbli u jenħtieġ li jkunu jistgħu jaġġustaw l-installazzjoni tal-infrastruttura rilevanti kif xieraq.

(41)  L-aġendi tas-Suq Uniku Diġitali u tal-Unjoni tal-Enerġija jenħtieġ li jkunu allinjati u jenħtieġ li jservu għanijiet komuni. Id-diġitalizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija qed tbiddel malajr ix-xenarju tal-enerġija, mill-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli sal-grilji intelliġenti u l-bini lest għat-teknoloġiji intelliġenti. Biex is-settur tal-bini jkun diġitalizzat, il-miri ta' konnettività tal-Unjoni u l-ambizzjonijiet għall-użu ta' networks tal-komunikazzjoni b'kapaċità għolja huma importanti biex ikollna djar intelliġenti u komunitajiet konnessi tajjeb. Jenħtieġ li jiġu pprovduti inċentivi mmirati biex ikunu promossi sistemi lesti għat-teknoloġiji intelliġenti u soluzzjonijiet diġitali fl-ambjent mibni. Dan joffri opportunitajiet ġodda għal iffrankar enerġetiku, billi l-konsumaturi jingħataw informazzjoni aktar preċiża dwar ix-xejriet tal-konsum tagħhom, u billi l-operatur tas-sistema jkun jista' jimmaniġġa l-grilja b'mod aktar effettiv.

(42)  Biex jiġi ffaċilitat suq kompetittiv u innovattiv għas-servizzi tal-bini intelliġenti li jikkontribwixxi għall-użu effiċjenti tal-enerġija u għall-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fil-bini u jiġu appoġġati l-investimenti fir-rinnovazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw aċċess dirett għad-data tas-sistemi tal-bini mill-partijiet interessati. Biex jiġu evitati kostijiet amministrattivi eċċessivi għall-partijiet terzi, l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-interoperabbiltà sħiħa tas-servizzi u tal-iskambju tad-data fl-Unjoni.

(43)  L-indikatur tal-potenzjal ta' intelliġenza jenħtieġ li jintuża biex titkejjel il-kapaċità tal-bini li juża t-teknoloġiji ta' informazzjoni u komunikazzjoni u s-sistemi elettroniċi biex jadatta l-operat tal-bini għall-ħtiġijiet tal-okkupanti u l-grilja u biex itejjeb l-effiċjenza enerġetika u r-rendiment ġenerali tal-bini fl-użu tal-enerġija. L-indikatur tal-potenzjal ta' intelliġenza jenħtieġ li jqajjem għarfien fost is-sidien u l-okkupanti tal-bini dwar il-valur tal-awtomatizzazzjoni tal-bini u tal-monitoraġġ elettroniku tas-sistemi tekniċi użati fil-bini u jenħtieġ li jagħti fiduċja lill-okkupanti fl-iffrankar reali ta' dawk il-funzjonalitajiet imtejba ġodda. L-indikatur tal-potenzjal ta' intelliġenza huwa partikolarment ta' benefiċċju għall-bini kbir b'domanda qawwija għall-enerġija. Għall-binjiet l-oħra, l-iskema għall-klassifikazzjoni tal-potenzjal ta' intelliġenza tal-bini jenħtieġ li tkun fakultattiva għall-Istati Membri.

(44)  L-aċċess għal għotjiet u finanzjament suffiċjenti huwa kruċjali biex jintlaħqu l-miri tal-effiċjenza enerġetika tal-2030 u tal-2050 kif ukoll biex jitnaqqas in-numru ta' nies li jgħixu fil-faqar enerġetiku. Ġew stabbiliti jew adattati strumenti finanzjarji tal-Unjoni u miżuri oħra bil-għan li jappoġġaw ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u jeliminaw il-faqar enerġetiku. L-aktar inizjattivi riċenti biex tiżdied id-disponibbiltà tal-finanzjament fil-livell tal-Unjoni jinkludu, fost l-oħrajn, il-komponent ewlieni "Rinnovazzjoni" tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita bir-Regolament ▌ u l-Fond Soċjali għall-Klima u l-pjan REPowerEU. Hemm diversi programmi ewlenin oħra tal-UE li jistgħu jappoġġaw ir-rinnovazzjoni tal-enerġija permezz tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027, inkluż il-fondi tal-Politika ta' Koeżjoni u l-Fond InvestEU stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(23). Permezz ta' Programmi Qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni, l-Unjoni tinvesti f'għotjiet jew self biex timbotta l-aqwa teknoloġija u ttejjeb ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, inkluż permezz ta' sħubijiet mal-industrija u mal-Istati Membri bħat-Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa u s-Sħubijiet Ewropej Built4People. F'konformità mar-Regolament (UE) 2021/1119, il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi sħubijiet għat-tranżizzjoni tal-enerġija speċifiċi għas-settur fis-settur tal-bini billi tlaqqa' flimkien il-partijiet ikkonċernati ewlenin.

(45)  L-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jintużaw biex jingħata effett prattiku lill-objettivi ta' din id-Direttiva, iżda mingħajr ma jiġu sostitwiti l-miżuri nazzjonali. B'mod partikolari, minħabba l-iskala tal-isforz ta' rinnovazzjoni meħtieġ, jenħtieġ li jintużaw biex ikunu pprovduti mezzi adattati u innovattivi ta' finanzjament biex jiġi katalizzat l-investiment fir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija. Dawn jista' jkollhom rwol importanti fl-iżvilupp ta' fondi, strumenti, jew mekkaniżmi nazzjonali, reġjonali u lokali għall-effiċjenza enerġetika, li joħolqu tali possibbiltajiet ta' finanzjament lis-sidien tal-proprjetajiet privati, lill-intrapriżi żgħar u medji u lill-kumpaniji li joffru servizzi ta' effiċjenza enerġetika.

(46)   Il-mekkaniżmi finanzjarji, l-għotjiet u s-sussidji tal-Unjoni, l-inċentivi u l-mobilizzazzjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji għal rinnovazzjonijiet tal-enerġija fil-bini magħmula apposta għall-ħtiġijiet tas-sidien u l-okkupanti differenti tal-bini, jenħtieġ li jkollhom rwol ċentrali fil-pjanijiet nazzjonali ta' rinnovazzjoni tal-bini u jiġu promossi b'mod attiv mill-Istati Membri. Tali miżuri jenħtieġ li jippromwovu ipoteki tal-effiċjenza enerġetika b'salvagwardji soċjali għal rinnovazzjonijiet ta' bini ċċertifikati effiċjenti fl-użu tal-enerġija, irawmu investimenti biex l-awtoritajiet pubbliċi jkunu fi stokk ta' bini effiċjenti fl-enerġija, pereżempju bi sħubijiet pubbliċi privati jew kuntratti ta' rendiment fl-użu tal-enerġija jew bi tnaqqis tar-riskju perċepit tal-investimenti. L-iskemi finanzjarji jenħtieġ li jipprovdu primjum importanti għar-rinnovazzjonijiet profondi, speċjalment tal-bini bl-agħar rendiment, sabiex isiru finanzjarjament attraenti u jitfasslu biex jippermettu l-aċċessibbiltà għal gruppi li għandhom diffikultajiet biex jiksbu finanzjament regolari.

(46a)  L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu garanziji lill-istituzzjonijiet finanzjarji, sabiex jippromwovu prodotti finanzjarji, għotjiet u sussidji mmirati, itejbu r-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, akkomodazzjoni ta' unitajiet domestiċi vulnerabbli, kif ukoll lil sidien ta' bini f'żoni rurali u bini b'ħafna abitazzjonijiet bl-agħar rendiment, u gruppi oħra li għandhom diffikultà biex jaċċessaw il-finanzi jew jiksbu ipoteki tradizzjonali. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li dawk il-gruppi jibbenefikaw minn skemi ta' rinnovazzjoni newtrali fir-rigward tal-kostijiet, pereżempju permezz ta' skemi ta' rinnovazzjoni ssussidjati bis-sħiħ, jew taħlitiet bejn għotjiet u ikkuntrattar għall-prestazzjoni tal-enerġija u skemi fuq il-kont. Jeħtieġ jiġi pprovdut strument speċjali ta' rinnovazzjoni, is-"Self ta' Rinnovazzjoni tal-UE", fil-livell tal-Unjoni, biex jipprovdi lis-sidien tad-djar aċċess għall-kostijiet tas-self fit-tul, tal-Unjoni għar-rinnovazzjoni profonda.

(46b)  Il-finanzjament għandu rwol ewlieni fil-kisba tal-miri tal-enerġija u l-klima tal-Unjoni għall-2030. Biex titnaqqas id-diskrepanza fl-investiment kif ukoll biex jittejjeb il-finanzjament u biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika u l-introduzzjoni ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli fil-bini, huwa meħtieġ użu aktar kosteffettiv tal-għażliet ta' finanzjament eżistenti, kif ukoll l-iżvilupp u l-introduzzjoni ta' mekkaniżmi innovattivi ta' finanzjament biex jappoġġaw l-investimenti fir-rinnovazzjonijiet tal-bini u biex jassistu lis-sidien tad-djar bħala parti minn inizjattivi nazzjonali. Il-mekkaniżmi finanzjarji, l-inċentivi u l-mobilizzazzjoni ta' investimenti privati minn istituzzjonijiet finanzjarji għar-rinnovazzjonijiet tal-effiċjenza enerġetika fil-bini jenħtieġ li jkollhom rwol ċentrali fil-pjanijiet nazzjonali ta' rinnovazzjoni tal-bini. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet finanzjarji jżidu t-tixrid ta' informazzjoni dwar il-prodotti finanzjarji tagħhom biex jinfurmaw lis-sidien tal-bini, lill-inkwilini u lill-utenti dwar is-servizzi finanzjarjibiex itejbu l-prestazzjoni tal-enerġija. L-istituzzjonijiet finanzjarji, inklużi l-istituzzjonijiet ta' kreditu u parteċipanti oħra fis-swieq finanzjarji li jinvestu fi prodotti reali sostnuti mill-ishma, kif ukoll l-awtoritajiet regolatorji jenħtieġ li jkollhom aċċess għal informazzjoni dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija. Jenħtieġ li tali istituzzjonijiet ikunu soġġetti għall-istandards tal-portafoll ipotekarju.

(46c)  Is-self ipotekarju ekoloġiku u s-self bl-imnut ekoloġiku jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għat-trasformazzjoni tal-ekonomija u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju. L-Istati Membri jenħtieġ li jaġġustaw il-leġiżlazzjoni applikabbli u jiżviluppaw miżuri ta' appoġġ biex jiffaċilitaw l-użu ta' self ipotekarju ekoloġiku u self għall-konsumatur ekoloġiku kif ukoll il-ġbir sistematiku ta' data.

(46d)  L-Istati Membri jenħtieġ li jagħtu prijorità lill-allokazzjoni ta' parti mill-Fond Soċjali Ewropew għat-taħriġ tekniku tal-ħaddiema fl-effiċjenza enerġetika għas-setturi tal-kostruzzjoni u tar-rinnovazzjoni. L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu reġistri tal-professjonisti tal-katina tal-valur tal-kostruzzjoni tagħhom, bid-dettalji tad-disponibbiltà tal-ħiliet u tal-professjonisti tas-sengħa fis-suq. Dawk ir-reġistri jenħtieġ li jkunu aċċessibbli għall-pubbliku u aġġornati regolarment.

(46e)   Il-benefiċċji tal-iskema finanzjarja "ħallas waqt li tiffranka" ("pay-as-you-save") fit-terminu medju, wara l-ħlas lura tas-self, jimplikaw benefiċċju nett għas-sidien tal-unitajiet domestiċi f'termini ta' ffrankar annwali tal-kostijiet tal-enerġija u żieda fil-valur tal-proprjetà.

(47)   Il-finanzjament waħdu mhux se jissodisfa l-ħtiġijiet tar-rinnovazzjoni. ▌Huwa indispensabbli li jinħolqu għodod ta' konsulenza aċċessibbli u trasparenti u strumenti ta' assistenza bħal punti uniċi ta' servizz indipendenti li jipprovdu servizzi integrati ta' rinnovazzjoni tal-enerġija bla ħlas jew faċilitaturi u pariri, u li jiġu implimentati miżuri u inizjattivi oħra bħal dawk imsemmija fl-Inizjattiva tal-Kummissjoni dwar Finanzjament Intelliġenti għal Bini Intelliġenti, biex jinkiseb il-qafas it-tajjeb ta' abilitazzjoni u jitneħħew l-ostakli għar-rinnovazzjoni. L-importanza ċentrali tal-atturi lokali, bħall-awtoritajiet muniċipali, l-aġenziji tal-enerġija u l-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u taċ-ċittadini, għat-twassil tal-ħtiġijiet nazzjonali ta' rinnovazzjoni jenħtieġ li tiġi rikonoxxuta. Miżuri kollaborattivi oħra bħas-sħubijiet pubbliċi-privati għandhom rwol importanti u jenħtieġ li jiġu promossi u appoġġati b'mod attiv mill-Istati Membri. Minbarra l-finanzjament u l-appoġġ tekniku, l-Istati Membri jenħtieġ li jadottaw approċċi tal-viċinat u distrettwali għar-rinnovazzjoni tal-bini u t-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli fil-pjanijiet nazzjonali ta' rinnovazzjoni tal-bini tagħhom u jippromwovuhom b'mod attiv. Inizjattivi lokali, bħal programmi ta' rinnovazzjoni mmexxija miċ-ċittadini fil-livell tal-viċinat jew muniċipali, jenħtieġ li jiġu pprovduti wkoll b'appoġġ finanzjarju u tekniku, peress li tali inizjattivi jsaħħu l-involviment taċ-ċittadini fit-tranżizzjoni tal-enerġija, jippreservaw ix-xejriet soċjali lokali, ikollhom effett fuq l-ekonomija tal-iskala u jipprovdu soluzzjonijiet li jkunu konformi mal-kuntest u l-ħtiġijiet lokali.

(47a)   L-aċċess għal pariri u informazzjoni fdati jżid il-fiduċja u jiffaċilita l-proċess tat-titjib tal-effiċjenza enerġetika fil-bini eżistenti, speċjalment għaċ-ċittadini privati. F'dak ir-rigward, il-punti uniċi ta' servizz jista' jkollhom rwol importanti fil-konnessjoni ta' proġetti potenzjali mal-atturi tas-suq, inklużi ċ-ċittadini, l-awtoritajiet pubbliċi u l-iżviluppaturi tal-proġetti, b'mod partikolari proġetti fuq skala iżgħar kif ukoll gwida dwar il-proċeduri tal-permessi, il-promozzjoni tal-aċċess għall-finanzjament għar-rinnovazzjoni tal-bini, u l-għajnuna għat-tixrid ta' informazzjoni dwar it-termini u l-kondizzjonijiet. Il-punti uniċi ta' servizz operati lokalment jistgħu jgħinu wkoll biex tiġi żgurata l-koordinazzjoni tal-provvista u d-domanda. Dawn jistgħu jgħinu lis-sidien u lill-maniġers tal-bini fil-proġetti ta' rinnovazzjoni u jgħinu biex il-proġetti individwali jiġu integrati fl-istrateġija usa' tal-bliet. Jistgħu jgħinu wkoll biex jagħtu prijorità lil bini bl-agħar rendiment billi jistabbilixxu skedi ta' żmien u jipprovdu appoġġ immirat għal porzjonijiet differenti tal-istokk tal-bini abbażi ta' snin ta' kostruzzjoni. Il-punti uniċi ta' servizz huma importanti wkoll biex iħeġġu liċ-ċittadini jibdew proġetti ta' rinnovazzjoni billi jipprovdu pariri u għażliet ta' riċerka, jiffaċilitaw it-tiftix għall-kuntratturi, jgħinu biex jinnavigaw permezz tal-offerti u l-kwotazzjonijiet, u jipprovdu appoġġ matul ir-rinnovazzjonijiet. Hija meħtieġa aktar assistenza teknika biex jiġu stabbiliti u żviluppati punti uniċi ta' servizz u biex jiġi mobilizzat l-għarfien espert it-tajjeb.

(48)   Il-bini ineffiċjenti ħafna drabi huwa marbut mal-faqar enerġetiku u mal-problemi soċjali. L-unitajiet domestiċi vulnerabbli huma partikolarment esposti għal żieda fil-prezzijiet tal-enerġija għax jonfqu proporzjon akbar tal-baġit tagħhom fuq il-prodotti tal-enerġija. Bi tnaqqis fil-kontijiet eżaġerati tal-enerġija, ir-rinnovazzjoni tal-bini tista' terfa' lin-nies mill-faqar enerġetiku u tipprevenih ukoll. Fl-istess ħin, ir-rinnovazzjoni tal-bini ma ssirx b'xejn, u huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-impatt soċjali tal-kostijiet għar-rinnovazzjoni tal-bini, b'mod partikolari fuq l-unitajiet domestiċi vulnerabbli, ikun limitat. Jenħtieġ li l-mewġa ta' rinnovazzjoni ma tħalli lil ħadd lura u tissarraf f'opportunità li ttejjeb is-sitwazzjoni tal-unitajiet domestiċi vulnerabbli u tgħin lill-persuni li jgħixu f'akkomodazzjoni soċjali, u jenħtieġ li tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika. Għalhekk, l-inċentivi finanzjarji u miżuri oħra ta' politika jenħtieġ li, bħala prijorità, ikunu mmirati lejn l-unitajiet domestiċi vulnerabbli, ▌u l-persuni li jgħixu f'akkomodazzjoni soċjali, u l-Istati Membri jenħtieġ li fil-pjanijiet nazzjonali ta' rinnovazzjoni tal-bini tagħhom, jiddeskrivu miżuri li għandhom jittieħdu biex jipprevjenu l-evizzjonijiet minħabba r-rinnovazzjoni, bħal differenza fil-prezz tal-kera u miżuri ta' limiti tal-kera. Il-proposta tal-Kummissjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta' tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika tipprovdi qafas komuni u fehim kondiviż tal-politiki u l-investimenti komprensivi meħtieġa biex jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tkun ġusta.

(48a)  Il-faqar enerġetiku jaffettwa lin-nisa b'mod sproporzjonat fl-Unjoni kollha u għalhekk l-Istati Membri jenħtieġ li jiddedikaw l-appoġġ meħtieġ biex itaffu l-faqar enerġetiku fost in-nisa. L-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu aktar sforz biex jiġbru data diżaggregata skont il-ġeneru fil-pjanijiet nazzjonali ta' rinnovazzjoni tal-bini tagħhom sabiex jimmiraw aħjar il-politiki u l-miżuri.

(49)  Biex jiġi żgurat li r-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija jkun jista' jitqies minn xerrejja jew inkwilini prospettivi kmieni fil-proċess, il-bini jew l-unitajiet tal-bini li jiġu offruti għall-bejgħ jew għall-kiri jenħtieġ li jkollhom ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, u l-klassi u l-indikatur tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jenħtieġ li jiġu ddikjarati fir-reklamar kollu. Ix-xerrej jew l-inkwilin prospettiv ta' bini jew ta' unità ta' bini jenħtieġ li, fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, jingħataw informazzjoni korretta dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u pariri prattiċi dwar it-titjib ta' tali rendiment. Iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jenħtieġ ukoll li jipprovdi informazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija primarja u finali tiegħu, dwar il-ħtiġijiet tal-enerġija tiegħu, dwar il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli tiegħu, u dwar l-emissjonijiet ta' gassijiet serra, dwar il-kwalità ambjentali interna tiegħu, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet għat-titjib tar-rendiment tal-enerġija u l-GWP taċ-ċiklu tal-ħajja.

(49a)   Meta jitqiesu l-politiki ta' appoġġ għall-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lill-unitajiet domestiċi vulnerabbli, b'mod partikolari lil dawk li s-sigurtà tal-pussess tal-art tagħhom tista' titqiegħed f'riskju jew lil dawk esposti għal kostijiet għoljin tal-enerġija li ma jkollhomx il-mezzi biex jirrinnovaw il-bini li jokkupaw. L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu salvagwardji fil-livell nazzjonali, bħall-mekkaniżmi ta' appoġġ soċjali.

(49b)   It-tranżizzjoni tal-enerġija tirrappreżenta opportunità biex jittejjeb l-aċċess għal akkomodazzjoni ta' kwalità aħjar, dment li l-kostijiet tar-rinnovazzjoni jkunu bbilanċjati kemm jista' jkun mal-iffrankar enerġetiku u tiġi żgurata s-sigurtà tal-pussess tal-art. Tista' tgħin ukoll biex il-familji joħorġu mill-faqar enerġetiku u tat-trasport jekk is-sussidji u l-finanzjament pubbliku jkunu disponibbli għal dawk b'aċċess imnaqqas għal self bi prezz tas-suq. Barra minn hekk, għall-akkomodazzjoni pubblika u l-bini mikri, il-mudelli parteċipattivi huma essenzjali għall-inkwilini biex jaħdmu flimkien mal-kumpaniji tad-djar, is-sidien u l-assoċjazzjonijiet tas-sidien dwar l-ambitu u l-kost tar-rinnovazzjonijiet. Tista' tgħin biex tibbilanċja l-kostijiet u ssaħħaħ il-garanzija taż-żamma fil-kariga. Jenħtieġ li jinħolqu opportunitajiet ta' bini tal-kapaċità għall-fornituri lokali tal-akkomodazzjoni għal adozzjoni aħjar ta' mudelli parteċipattivi u approċċ aktar ikkoordinat fis-setturi kollha fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali.

(50)  Il-monitoraġġ tal-istokk tal-bini huwa ffaċilitat bid-disponibbiltà ta' data miġbura minn għodod diġitali, u b'hekk jitnaqqsu l-kostijiet amministrattivi. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti bażijiet ta' data nazzjonali għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, u l-informazzjoni li tkun tinsab fihom jenħtieġ li tiġi trasferita lill-Osservatorju tal-Istokk tal-Bini tal-UE.

(51)  Bini okkupat minn awtoritajiet pubbliċi u bini li spiss jintuża mill-pubbliku jenħtieġ li jkunu ta' eżempju billi juru li qed jitqiesu kunsiderazzjonijiet ambjentali u ta' enerġija u għaldaqstant dan il-bini jenħtieġ li jkun soġġett għal ċertifikazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fuq bażi regolari. Id-disseminazzjoni tal-informazzjoni lill-pubbliku dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija jenħtieġ li titjieb billi dawk iċ-ċertifikati tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija jintwerew b'mod ċar u, b'mod partikolari fil-bini ta' ċertu daqs li jkun okkupat mill-awtoritajiet pubbliċi jew li jintuża ta' spiss mill-pubbliku bħas-swali muniċipali, l-iskejjel, il-ħwienet u il-kumplessi tal-ħwienet, is-supermarkets, ir-ristoranti, it-teatri, il-banek u l-lukandi.

(51a)   Jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi linji gwida tekniċi għar-rinnovazzjoni ta' bini ta' wirt storiku u ċentri storiċi biex tiżgura li l-ambizzjonijiet ekoloġiċi jiġu ssodisfati u l-wirt kulturali jiġi ssalvagwardjat. L-istabbiliment ta' pjanijiet nazzjonali ta' rinnovazzjoni jrid jipprevedi l-konsultazzjoni strutturata u permanenti tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tas-suġġetti li joperaw fis-settur tal-kostruzzjoni, inkluż fir-rigward tal-bini storiku.

(51b)  L-eżenzjonijiet eżistenti għal bini ta' patrimonju u bini temporanju jenħtieġ li jinżammu għal bini ta' konservazzjoni u patrimonju filwaqt li jiġu żviluppati u ttestjati soluzzjonijiet innovattivi ġodda. Jenħtieġ li tiġi pprovduta wkoll eżenzjoni għall-bini ta' wirt storiku li jkun fil-proċess li jiġi protett uffiċjalment kif ukoll bini ieħor li jeħtieġ konservazzjoni xierqa bħala parti minn ambjent deżinjat jew minħabba l-mertu arkitettoniku u storiku speċjali tiegħu, jekk dak il-proċess ikun beda qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. L-assistenza teknika hija essenzjali biex tingħata spinta lir-rinnovazzjoni tal-bini pubbliku, inkluż l-appoġġ finanzjarju għar-replikazzjoni u t-tkabbir ta' proġetti pilota u ta' dimostrazzjoni, filwaqt li tibni fuq l-esperjenzi żviluppati bil-finanzjament ta' Orizzont 2020 għal bliet intelliġenti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrieżaminaw il-proċessi nazzjonali attwali tagħhom biex jikklassifikaw il-bini bħala bini ta' wirt u storiku biex jippermettu l-għoti ta' tali status fil-ħin sad-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva.

(52)  Fl-aħħar snin żdiedu s-sistemi tal-arja kkondizzjonata fil-pajjiżi Ewropej. Dak jikkawża problemi konsiderevoli fl-aktar ħinijiet intensivi, li jżidu l-kost tal-elettriku u jfixklu l-bilanċ tal-enerġija. Jenħtieġ li tingħata prijorità lill-istrateġiji li jtejbu r-rendiment termiku tal-bini fis-sajf. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jkun hemm enfasi fuq miżuri li jevitaw li l-bini jisħon iżżejjed, bħal ħolqien ta' dellijiet u kapaċità termali suffiċjenti fil-kostruzzjoni tal-bini, u għandhom ikunu żviluppati u applikati aktar tekniki ta' tkessiħ passiv, primarjament dawk li jtejbu l-kondizzjonijiet ambjentali interni u l-mikro-klima madwar il-bini.

(53)  Il-manutenzjoni u l-ispezzjoni regolari tas-sistemi tat-tisħin, tal-installazzjonijiet elettriċi, tat-tifi tan-nar, tal-ventilazzjoni u tal-arja kkondizzjonata minn persuni kkwalifikati jikkontribwixxu biex jibqgħu aġġustati sew f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott u b'hekk jiġi żgurat ir-rendiment ottimali minn perspettiva ambjentali, ta' sikurezza u tal-użu tal-enerġija. Jenħtieġ li ssir valutazzjoni indipendenti tas-sistema kollha tat-tisħin, tal-installazzjonijiet tal-elettriku, tat-tifi tan-nar, tal-ventilazzjoni u tal-arja kkondizzjonata f'intervalli regolari tul iċ-ċiklu tal-ħajja tas-sistema, b'mod partikolari qabel ma tiġi sostitwita jew aġġornata. Biex jiġi minimizzat il-piż amministrattiv fuq is-sidien jew l-inkwilini tal-bini, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex kemm jista' jkun jikkombinaw l-ispezzjonijiet u ċ-ċertifikazzjonijiet.

(54)  Approċċ komuni għaċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, il-passaporti tar-rinnovazzjoni, l-indikaturi tal-potenzjal ta' intelliġenza u għall-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin, tal-ventilazzjoni, tal-installazzjonijiet tal-elettriku u tal-arja kkondizzjonata, magħmula minn esperti kkwalifikati u/jew iċċertifikati akkreditati, li l-indipendenza tagħhom trid tkun żgurata abbażi ta' kriterji objettivi, se jikkontribwixxi għal livell ekwu fejn jidħlu l-isforzi fl-Istati Membri għall-iffrankar enerġetiku fil-qasam tal-bini u se jintroduċi trasparenza għas-sidien u l-utenti prospettivi fejn jidħol ir-rendiment fl-użu tal-enerġija fis-suq tal-proprjetà fl-Unjoni. Biex tkun żgurata l-kwalità taċ-ċertifikati tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, tal-passaporti tar-rinnovazzjoni, tal-indikaturi tal-potenzjal ta' intelliġenza u tal-ispezzjoni tal-karatteristiċi termali tat-tisħin tal-bini u tas-sistemi tal-arja kkondizzjonata u l-kontrolli madwar l-Unjoni, jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' kontroll indipendenti f'kull Stat Membru.

(55)  Peress li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma kruċjali għall-implimentazzjoni b'suċċess ta' din id-Direttiva, dawn jenħtieġ li jiġu kkonsultati u involuti, skont kif u meta jkun meħtieġ f'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, dwar kwistjonijiet ta' ppjanar, l-iżvilupp ta' programmi li jipprovdu informazzjoni, taħriġ u sensibilizzazzjoni, u dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fil-livell nazzjonali jew reġjonali. Tali konsultazzjonijiet jistgħu jservu wkoll biex ikun promoss l-għoti ta' gwida adegwata lill-pjanifikaturi u lill-ispetturi tal-bini lokali biex iwettqu l-kompiti neċessarji. Barra minn hekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jippermettu u jħeġġu lill-periti u lill-pjanifikaturi biex jikkunsidraw sew kif se jikkombinaw bl-aħjar mod it-titjib fl-effiċjenza enerġetika l-użu tal-enerġija minn sorsi rinovabbli u l-użu tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali waqt l-ippjanar, id-disinjar, il-bini u r-rinnovazzjoni taż-żoni industrijali jew residenzjali inkluż permezz tal-użu tal-immudellar ibbażat fuq it-3D u t-teknoloġiji ta' simulazzjoni. Barra minn hekk, il-konsultazzjoni pubblika dwar il-pjanijiet nazzjonali ta' rinnovazzjoni tal-bini jenħtieġ li tinvolvi sħab soċjoekonomiċi oħra inklużi t-trade unions u l-kooperattivi tad-djar, is-sidien tal-bini, is-sidien tal-art u l-industrija tal-kostruzzjoni, l-entitajiet li jaħdmu ma' unitajiet domestiċi vulnerabbli u persuni mingħajr dar, u sħab oħra tas-soċjetà ċivili bħall-organizzazzjonijiet tal-kerrejja u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u tistabbilixxi djalogi f'diversi livelli.

(56)  L-installaturi u l-bennejja huma kritiċi biex l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva tkun waħda ta' suċċess. Għaldaqstant, permezz ta' taħriġ u miżuri oħra, jenħtieġ li jkun hemm numru adegwat ta' installaturi u bennejja li jkollhom il-livell adattat ta' kompetenza fl-installazzjoni u fl-integrazzjoni tat-teknoloġija tal-effiċjenza enerġetika u tal-enerġija rinnovabbli meħtieġa.

(57)  Biex tkompli timmira għat-titjib tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFEU fir-rigward tal-adattament għall-progress tekniku ta' ċerti partijiet tal-qafas ġenerali stabbilit fl-Anness I sal-31 ta' Diċembru 2026, u fir-rigward tad-dettalji relatati mal-iffissar ta' qafas metodoloġiku għall-kalkolu ta' livelli kostottimali ta' rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, fir-rigward tal-adattament tal-limiti għall-binjiet b'emissjonijiet żero u l-metodoloġija għall-kalkolu tal-GWP taċ-ċiklu tal-ħajja, fir-rigward tal-istandards minimi tal-kwalità ambjentali interna, fir-rigward tal-istabbiliment ta' qafas Ewropew komuni għall-passaporti tar-rinnovazzjoni, u fir-rigward ta' skema tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-potenzjal ta' intelliġenza tal-bini għat-teknoloġiji intelliġenti Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(24). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed iħejju atti delegati.

(58)   Biex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva, il-Kummissjoni tappoġġa lill-Istati Membri permezz ta' diversi għodod, bħall-Istrument ta' Appoġġ Tekniku(25) li jipprovdi għarfien espert tekniku mfassal apposta biex jitfasslu u jiġu implimentati riformi, inkluż dawk immirati biex tiżdied ir-rata annwali ta' rinnovazzjoni tal-enerġija tal-bini residenzjali u mhux residenzjali sal-2030 u biex jitrawmu rinnovazzjonijiet profondi tal-enerġija. L-appoġġ tekniku jirrigwarda, pereżempju, it-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva, l-appoġġ għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika, u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki rilevanti.

(59)  Ladarba l-għan l-objettivi ta' din id-Direttiva, jiġifieri t-titjib tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-bini, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, minħabba l-kumplessità tas-settur tal-bini u n-nuqqas ta' ħila tas-swieq nazzjonali tal-proprjetà li jindirizzaw b'mod xieraq l-isfidi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, u iżda jista' minflok, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità stabbiliti fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipjui tal-proporzjonalità, kif stabbiliti f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jinkiseb dak il-għan jintlaħqu dawk l-objettivi.

(60)  Il-bażi ġuridika ta' din l-inizjattiva hija l-Artikolu 194(2) tat-TFUE, li jagħti s-setgħa lill-Unjoni biex tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni fir-rigward tal-politika dwar l-enerġija. Il-proposta tikkontribwixxi għall-objettivi tal-politika tal-enerġija tal-Unjoni kif deskritt fl-Artikolu 194(1) tat-TFUE, b'mod partikolari t-titjib tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tiegħu, li jikkontribwixxi għall-preservazzjoni u t-titjib tal-ambjent.

(61)  F'konformità mal-punt 44 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, l-Istati Membri huma mħeġġa jenħtieġ li jfasslu, għalihom stess u fl-interess tal-Unjoni, it-tabelli tagħhom stess, li kemm jista' jkun juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta' traspożizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi. F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni, l-Istati Membri impenjaw ruħhom li man-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom, f'każijiet ġustifikati, iżidu dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet ekwivalenti tal-istrumenti nazzjonali ta' traspożizzjoni. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġiżlatur jidhirlu li t-trażmissjoni ta' tali dokumenti hija ġġustifikata, b'mod partikolari wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża l-Kummissjoni vs il-Belġju (Kawża C-543/17).

(62)  L-obbligu tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali jenħtieġ li jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla emenda sostantiva meta mqabbla mad-Direttiva ta' qabel. L-obbligu ta' traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula joħroġ minn dik mid-Direttiva ta' qabel.

(63)  Din id-Direttiva jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri marbuta mal-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u d-dati tal-applikazzjoni l-applikazzjoni tad-Direttivi stipulati fl-Anness VIII, il-Parti B.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett

1.  Din id-Direttiva tippromwovi t-titjib fir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-bini fi ħdan l-Unjoni, bil-ħsieb li jinkiseb stokk tal-bini b'emissjonijiet żero sal-2050, filwaqt li jitqiesu l-kondizzjonijiet klimatiċi esterni, il-kondizzjonijiet lokali, ir-rekwiżiti għall-kwalità ambjentali interna u l-kontribut tal-istokk tal-bini għall-flessibbiltà min-naħa tad-domanda għall-fini li jittejbu l-effiċjenza tas-sistema tal-enerġija u l-kosteffettività.

2.  Din id-Direttiva tispeċifika rekwiżiti dwar:

(a)  il-qafas ġenerali komuni għall-metodoloġija tal-kalkolu tar-rendiment tal-bini u tal-unitajiet tal-bini fl-użu integrat tal-enerġija;

(b)  l-applikazzjoni tar-rekwiżiti minimi għar-rendiment tal-bini ġdid u tal-unitajiet tal-bini ġdid fl-użu tal-enerġija;

(c)  l-applikazzjoni tar-rekwiżiti minimi għar-rendiment fl-użu tal-enerġija ta':

(i)  il-bini eżistenti, u l-unitajiet tal-bini li huma soġġetti għal rinnovazzjoni maġġuri;

(ii)  l-elementi tal-bini li jiffurmaw parti mill-involukru tal-bini u li għandhom impatt sinifikanti fuq ir-rendiment tal-involukru tal-bini fl-użu tal-enerġija meta jiġu rinnovati jew sostitwiti;

(iii)  is-sistemi tekniċi użati fil-bini kull darba li dawn jiġu installati, sostitwiti jew aġġornati;

(d)  l-applikazzjoni tal-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-bini eżistenti u l-unitajiet tal-bini eżistenti, f'konformità mal-Artikoli 3 u 9;

(da)  qafas armonizzat għall-valutazzjoni tal-potenzjal ta' tisħin globali taċ-ċiklu tal-ħajja;

(db)  l-enerġija solari fil-bini;

(dc)  l-eliminazzjoni gradwali tal-użu tal-fjuwils fossili fil-bini;

(e)  il-passaporti tar-rinnovazzjoni;

(f)  il-pjanijiet nazzjonali ta' rinnovazzjoni tal-bini;

(g)  l-infrastruttura tal-mobbiltà sostenibbli fil-bini u maġenb il-bini; kif ukoll

(h)  il-bini intelliġenti;

(ha)   soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura li jsaħħu l-użu tajjeb u l-adattament tal-ispazju pubbliku madwar il-bini b'elementi bħal materjali tal-injam, soqfa u faċċati ħodor u soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li jistgħu simultanjament jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza;

(i)  iċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment tal-użu tal-enerġija fil-bini jew fl-unitajiet tal-bini;

(j)  spezzjoni regolari tas-sistemi tat-tisħin, tal-ventilazzjoni u tal-arja kkondizzjonata fil-bini;

(k)  sistemi tal-kontroll indipendenti għaċ-ċertifikati dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija, il-passaporti tar-rinnovazzjoni, l-indikaturi għall-potenzjal ta' intelliġenza u rapporti ta' spezzjonijiet.

(ka)   ir-rendiment tal-kwalità ambjentali interna tal-bini.

3.  Ir-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva huma rekwiżiti minimi u ma għandhomx jipprevjenu lil xi Stat Membru milli jżomm jew jintroduċi miżuri aktar stretti. Tali miżuri għandhom ikunu kompatibbli mat-TFUE. Għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta' din id-Direttiva japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.  "bini" tfisser kostruzzjoni msaqqfa u bil-ħitan, li fiha tintuża l-enerġija biex tikkondizzjona l-ambjent intern;

2.  "bini b'emissjonijiet żero" tfisser bini b'rendiment għoli ħafna fl-użu tal-enerġija, kif determinat f'konformità mal-Annessi I u III, li jikkontribwixxi għall-ottimizzazzjoni tas-sistema permezz tal-flessibbiltà min-naħa tad-domanda, meta kwalunkwe ammont residwu baxx ħafna ta' enerġija li jkun għadu meħtieġ ikun kopert għalkollox b'enerġija minn:

(a)   sorsi rinnovabbli ġġenerati jew maħżuna fuq il-post;

(b)  sorsi rinnovabbli ġġenerati fil-qrib barra mis-sit u mwassla permezz tal-grilja f'konformità mad-Direttiva (UE) 2018/2001 [RED emendata];

(c)  komunità tal-enerġija rinnovabbli skont it-tifsira tad-Direttiva (UE) 2018/2001 [RED emendata]; jew

(d)  enerġija rinnovabbli u sħana mormija minn sistema effiċjenti ta' tisħin u tkessiħ distrettwali skont it-tifsira tad-Direttiva (UE) .../... [EED riformulata], f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III;

3.  "bini b'użu ta' kważi żero enerġija" tfisser bini b'rendiment tajjeb ħafna fl-użu tal-enerġija kif determinat f'konformità mal-Anness I, li ma jistax jitbaxxa iktar mil-livell kostottimali tal-2023 rrappurtat mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 6(2) u fejn il-kważi żero enerġija jew l-ammont baxx ħafna ta' enerġija meħtieġa, il-biċċa l-kbira tagħhom tkun koperta minn sorsi ta' enerġija rinovabbli, inkluż minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli ġġenerata fuq il-post jew fil-qrib;

3a.   "bini bl-agħar rendiment" tfisser bini kklassifikat fil-klassijiet tar-rendiment fl-użu tal-enerġija E, F jew G;

3b.   "sistema passiva" tfisser prinċipju tad-disinn jew element tal-bini li jżomm jew itejjeb ir-rendiment fl-użu tal-enerġija jew parametru wieħed jew aktar tal-ambjent ta' ġewwa mingħajr ebda assistenza minn sors tal-enerġija;

4.  "standards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija" tfisser regoli li jirrikjedu li l-bini eżistenti jkun jissodisfa rekwiżit ta' rendiment fl-użu tal-enerġija bħala parti minn pjan ta' rinnovazzjoni wiesa' għal stokk ta' bini jew f'xi punt ta' skattar fis-suq (bejgħ jew kiri), f'perjodu ta' żmien jew sa data speċifika, skont il-prinċipju "l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel", u b'hekk tiskatta r-rinnovazzjoni tal-bini eżistenti;

4a.  "l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel" tfisser l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel kif iddefinit fl-Artikolu 2, il-punt (18), tar-Regolament (UE) 2018/1999;

5.  "korpi pubbliċi" tfisser korpi pubbliċi kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (10), tad-Direttiva (UE) .../... [EED riformulata];

6.  "sistema teknika użata fil-bini" tfisser tagħmir tekniku għat-tisħin tal-ispazju, għat-tkessiħ tal-ispazju, għall-ventilazzjoni, għall-ilma sħun domestiku, għad-dawl integrat, għall-awtomatizzazzjoni u l-kontroll tal-bini, għad-dell solari mħaddem bl-elettriku, għall-installazzjonijiet elettriċi, għall-istazzjonijiet tal-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi, għall-ġenerazzjoni u l-ħżin tal-enerġija rinnovabbli tal-elettriku fuq il-post, jew għal taħlita tagħhom, inkluż dawk is-sistemi li jużaw enerġija minn sorsi rinnovabbli, ta' binja jew ta' unità ta' bini;

6a.   "flessibbiltà min-naħa tad-domanda" tfisser il-kapaċità tal-klijenti attivi li jirreaġixxu għal sinjali esterni u jaġġustaw il-ġenerazzjoni u l-konsum tal-enerġija tagħhom, individwalment jew permezz ta' aggregazzjoni, b'mod dinamiku dipendenti fuq il-ħin, li jistgħu jiġu pprovduti minn riżorsi tal-enerġija intelliġenti u deċentralizzati, inklużi l-ġestjoni tad-domanda, il-ħżin tal-enerġija, u l-ġenerazzjoni rinnovabbli distribwita, biex jappoġġaw sistema tal-enerġija aktar affidabbli, sostenibbli u effiċjenti;

6b.  "sistema tat-tkessiħ" tfisser taħlita tal-komponenti passivi u attivi meħtieġa biex tkun ipprovduta forma ta' trattament tal-arja interna li permezz tagħha titnaqqas it-temperatura;

6c.  "installazzjoni elettrika" tfisser sistema magħmula minn komponenti fissi, inklużi swiċċbords, kejbils elettriċi, sistemi tal-ertjar, sokits, swiċċijiet u fittings tad-dawl, li għandhom l-għan li jqassmu l-enerġija elettrika fi ħdan binja għall-punti kollha ta' użu jew jittrażmettu l-elettriku ġġenerat fuq il-post;

6d.  "effiċjenza tas-sistema" tfisser l-għażla ta' soluzzjonijiet effiċjenti fl-enerġija li jippermettu wkoll perkors ta' dekarbonizzazzjoni kosteffettiv, flessibbiltà addizzjonali u l-użu effiċjenti tar-riżorsi;

6e.  "sistema ta' ventilazzjoni" tfisser kombinament ta' komponenti meħtieġa biex jipprovdu tiġdid tal-arja interna bl-arja ta' barra;

7.  "sistema tal-awtomatizzazzjoni u l-kontroll tal-bini" tfisser sistema li tinkludi l-prodotti, is-software u s-servizzi ta' inġinerija kollha li jistgħu jappoġġaw it-tħaddim effiċjenti fl-użu tal-enerġija, ekonomiku u sikur tas-sistemi tekniċi użati fil-bini permezz ta' kontrolli awtomatiċi u permezz tal-iffaċilitar tal-ġestjoni manwali ta' dawk is-sistemi tekniċi użati fil-bini;

8.  "rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija ta' binja" tfisser l-ammont ta' enerġija kkalkolata jew immetrata imkejla meħtieġa biex tilħaq id-domanda tal-enerġija assoċjata mal-użu tipiku tal-binja, li jista' jinkludi, fost l-oħrajn, l-enerġija użata għat-tisħin, għat-tkessih, għall-ventilazzjoni, għall-misħun, ▌għat-tidwil u għas-sistemi tekniċi użati fil-bini;

9.  "enerġija primarja" tfisser enerġija minn sorsi rinnovabbli jew mhux rinnovabbli li ma għaddiet mill-ebda proċess ta' konverżjoni jew trasformazzjoni;

9a.  "enerġija finali" tfisser enerġija minn sorsi rinnovabbli jew mhux rinnovabbli li tkun għaddiet minn proċess ta' konverżjoni jew trasformazzjoni għall-fini li jiġi żgurat li tkun lesta għall-konsum u tiġi fornuta lill-utenti finali;

9b.  "metraġġ" tfisser imkejjel permezz ta' apparat rilevanti, bħal arloġġ tal-enerġija, miter tal-enerġija, metraġġ tal-enerġija u apparat ta' monitoraġġ, jew arloġġ tal-elettriku;

10.  "fattur tal-enerġija primarja mhux rinnovabbli" tfisser enerġija primarja mhux rinnovabbli għal vettur tal-enerġija partikolari, inklużi l-enerġija fornuta u l-kostijiet ġenerali tal-enerġija kkalkulati għat-twassil lejn il-punti tal-użu, diviżi bl-enerġija fornuta;

11.  "fattur tal-enerġija primarja rinnovabbli" tfisser enerġija primarja rinnovabbli minn sors tal-enerġija fuq il-post, fil-qrib jew imbiegħed li tiġi kkonsenjata permezz ta' vettur tal-enerġija partikolari, inklużi l-enerġija fornuta u l-kostijiet ġenerali tal-enerġija kkalkulati għat-twassil lejn il-punti tal-użu, diviżi bl-enerġija fornuta;

12.  "fattur totali tal-enerġija primarja" tfisser it-total ponderat tal-fatturi tal-enerġija primarja rinnovabbli u mhux rinnovabbli għal vettur tal-enerġija partikolari;

13.  "enerġija minn sorsi rinnovabbli" jew "enerġija rinnovabbli" tfisser enerġija minn sorsi rinnovabbli mhux fossili kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

14.  "involukru tal-bini" tfisser l-elementi integrati tal-bini li jifirdu l-intern tiegħu mill-ambjent estern;

15.  "unità ta' bini" tfisser taqsima, sular jew appartament f'bini li hi ddisinjata jew mibdula biex tkun tista' tintuża separatament;

16.  "element tal-bini" tfisser sistema teknika użata fil-bini jew element tal-involukru tal-bini;

17.  "abitazzjoni" tfisser spazju fiżiku li jikkonsisti minn kamra jew sett ta' kmamar f'bini permanenti jew f'parti strutturalment separata ta' bini li huwa ddisinjat għall-abitazzjoni minn unità domestika privata biex tiżviluppa l-funzjonijiet bażiċi tal-ħajja matul is-sena kollha;

18.  "passaport tar-rinnovazzjoni" tfisser dokument li jipprovdi pjan direzzjonali mfassal apposta għar-rinnovazzjoni profonda ta' binja speċifika f'għadd massimu ta' stadji li se jittrasforma l-bini f'bini b'żero emissjonijiet sa mhux aktar tard mill-2050;

19.  "rinnovazzjoni profonda" tfisser rinnovazzjoni f'konformità mal-prinċipju "l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel" u l-isforzi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu ġġenerati matul ir-rinnovazzjoni, li tiffoka fuq oġġetti essenzjali tal-bini, bħall-iżolament tal-ħitan, l-iżolament tas-saqaf, l-iżolament tal-art baxxa, is-sostituzzjoni ta' xogħol tal-injam estern, il-ventilazzjoni u t-tisħin jew is-sistemi tat-tisħin u t-trattament tal-pontijiet termali, biex tiġi żgurata l-kumdità meħtieġa tal-okkupanti fis-sajf u fix-xitwa jew rinnovazzjoni li tirriżulta fi tnaqqis ta' mill-inqas 60 % tad-domanda għall-enerġija primarja għall-bini bl-agħar rendiment li għalih ma huwiex teknikament u ekonomikament fattibbli li jinkiseb standard tal-bini b'emissjonijiet żero, u li tittrasforma bini jew unità ta' bini:

(a)  qabel l-1 ta' Jannar 2027, f'binja b'użu ta' kważi żero enerġija;

(b)  mill-1 ta' Jannar 2027, f'binja b'emissjonijiet żero;

20.  "rinnovazzjoni profonda fi stadji" tfisser rinnovazzjoni profonda mwettqa f'għadd massimu ta' stadji, skont il-passi stabbiliti f'passaport tar-rinnovazzjoni f'konformità mal-Artikolu 10, li tista' tinkludi l-użu ta' kuntratti tar-rendiment fl-użu tal-enerġija;

21.  "rinnovazzjoni maġġuri" tfisser rinnovazzjoni ta' binja meta jew, skont l-għażla ta' Stat Membru:

(a)  il-kost totali għar-rinovazzjoni marbuta mal-involukru tal-bini jew is-sistemi tekniċi użati fil-bini tkun ogħla minn 25 % tal-valur tal-bini, eskluż il-valur tal-art li fuqha qiegħed il-bini; jew

(b)  aktar minn 25 % tal-erja tal-uċuħ tal-involukru tal-bini tkun rinnovata.

22.  "emissjonijiet operattivi tal-gassijiet serra" tfisser l-emissjonijiet tal-gassijiet serra assoċjati mal-konsum tal-enerġija tas-sistemi tekniċi użati fil-bini matul l-użu u t-tħaddim tal-bini;

23.  "emissjonijiet ta' gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu" tfisser l-emissjonijiet ikkombinati ta' gassijiet serra assoċjati mal-bini fl-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu, b'kunsiderazzjoni tal-benefiċċji mill-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ fi tmiem il-ħajja, mill-"benniena" (l-estrazzjoni tal-materja prima li tintuża fil-kostruzzjoni tal-bini) matul il-produzzjoni u l-ipproċessar tal-materjal, u l-istadju tat-tħaddim tal-bini, sat-"tmiem il-ħajja" (id-dekostruzzjoni tal-bini u l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ, irkupru ieħor u r-rimi tal-materjali tiegħu);

24.  "potenzjal ta' tisħin globali taċ-ċiklu tal-ħajja" jew "GWP taċ-ċiklu tal-ħajja" tfisser indikatur li jikkwantifika l-kontributi potenzjali ta' tisħin globali ta' bini tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tiegħu;

25.  "inċentivi opposti" tfisser inċentivi maqsuma kif definiti fl-Artikolu 2(52) ta' [EED riformulata];

26.  "faqar enerġetiku" tfisser faqar enerġetiku kif definit fl-Artikolu 2(49) ta' [EED riformulata];

27.  "unitajiet domestiċi vulnerabbli" tfisser unitajiet domestiċi f'faqar enerġetiku jew f'riskju tiegħu, jew unitajiet domestiċi, inklużi dawk b'introjtu medju baxx, li huma partikolarment esposti għal kostijiet għoljin tal-enerġija u li ma għandhomx il-mezzi biex jirrinnovaw il-bini li jokkupaw;

28.  "standard Ewropew" jew "standard EN" tfisser standard adottat mill-Kumitat Ewropew dwar l-Istandardizzazzjoni, il-Kumitat Ewropew dwar l-Istandardizzazzjoni Elettroteknika jew l-Istitut Ewropew dwar l-Istandards tat-Telekomunikazzjoni, u magħmul disponibbli għall-użu pubbliku;

29.  "ċertifikat dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija" tfisser ċertifikat rikonoxxut minn Stat Membru jew minn persuna ġuridika deżinjata minnu, li jindika r-rendiment ta' bini jew ta' unità ta' bini fl-użu tal-enerġija u l-klima, ikkalkolata skont metodoloġija adottata f'konformità mal-Artikolu 4;

30.  "koġenerazzjoni" tfisser il-ġenerazzjoni simultanja fi proċess wieħed ta' enerġija termika u enerġija elettrika jew mekkanika;

31.  "livell kostottimali" tfisser il-livell tar-rendiment fl-użu tal-enerġija li jwassal għall-inqas kost tul iċ-ċiklu skont kif stmat tal-ħajja ekonomika tal-bini, stabbilit billi tiġi applikata l-metodolġija kostottimatli fejn:

(a)  l-inqas kost jiġi ddeterminat billi jiġu kkunsidrati:

(i)  tal-kategorija u l-użu tal-bini kkonċernat:

(ii)  tal-kostijiet relatati mal-investiment fuq l-enerġija abbażi tat-tbassir uffiċjali;

(iii)  tal-kostijiet tal-manutenzjoni u tal-operat, inklużi l-kostijiet u l-iffrankar enerġetiku b'kunsdierazzjoni tal-kost tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra;

(iv)  tal-esternalitajiet ambjentali u tas-saħħa tal-użu tal-enerġija;

(v)  tal-qligħ mill-enerġija prodotta fuq il-post, fejn applikabbli;

(vi)  tal-kostijiet tal-ġestjoni tal-iskart, fejn applikabbli; ▌

(via)   esternalitajiet soċjali ta' rinnovazzjonijiet ta' bini, kostruzzjoni, demolizzjoni inkluża l-modifika ta' żoni mibnija;

(b)  iċ-ċiklu skont kif stmat tal-ħajja ekonomika għandu jiġi ddeterminat minn kull Stat Membru u jirreferi għall-bqija taċ-ċiklu skont kif stmat tal-ħajja ekonomika ta' bini fejn ir-rekwiżiti tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jkunu stabbiliti għall-bini kollu, jew għaċ-ċiklu skont kif stmat tal-ħajja ekonomika mistenni ta' element tal-bini fejn ir-rekwiżiti tar-rendiment fl-użu tal-enerġija huma stabbiliti għall-elementi tal-bini.

Il-livell kostottimali għandu jkun fil-firxa ta' livelli li joħorġu mir-rendiment meta l-analiżi tal-kostbenefiċċju kkalkolat matul iċ-ċiklu skont kif stmat tal-ħajja ekonomika jirriżulta pożittiv;

32.  "punt tal-irriċarġjar" tfisser punt tal-irriċarġjar kif definit fl-Artikolu 2(41) ta' [AFIR];

32a.  "kablaġġ mgħoddi minn qabel" tfisser il-miżuri kollha li huma meħtieġa biex jippermettu l-installazzjoni ta' punti tal-iċċarġjar, inklużi t-trażmissjoni tad-data, ir-rotot tal-kablaġġ, l-ispazji għat-transformers u l-arloġġi tal-elettriku, u t-titjib tal-bord elettriku;

33.  "sistema iżolata mikro" tfisser kwalunkwe sistema b'konsum ta' inqas minn 500 GWh fis-sena 2022, fejn ma jkun hemm l-ebda konnessjoni ma' sistemi oħra;

34.  "iċċarġjar intelliġenti" tfisser iċċarġjar intelliġenti kif definit fl-Artikolu 2(14 l) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 [RED emendata];

35.  "iċċarġjar bidirezzjonali" tfisser iċċarġjar bidirezzjonali kif definit fl-Artikolu 2(14n) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 [RED emendata];

35a.   "punt tal-irriċarġjar konness b'mod diġitali" tfisser punt tal-irriċarġjar li jista' jibgħat u jirċievi informazzjoni f'ħin reali, li jista' jikkomunika b'mod bidirezzjonali mal-grilja tal-elettriku u l-vettura elettrika, u li jista' jiġi mmonitorjat u kkontrollat mill-bogħod, inkluż biex tibda u titwaqqaf is-sessjoni tal-irriċarġjar u jitkejlu l-flussi tal-elettriku;

36.  "standards tal-portafoll ipotekarju" tfisser mekkaniżmi li jirrikjedu lis-selliefa ipotekarji, inkluż banek, investituri, u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn, bħal detenturi finali ta' ipoteki miżmuma f'veikoli bi skop speċjali, kumpaniji tat-titolizzazzjoni u korpi intermedji, biex jistabbilixxu perkors biex iżidu r-rendiment enerġetiku medjan tal-portafoll ta' bini kopert mill-ipoteki tagħhom lejn l-2030 u l-2050, bil-ħsieb li jiġu żgurati soluzzjonijiet affidabbli, ibbażati fuq l-evidenza u ekonomikament aċċessibbli għall-klijenti tagħhom skont l-ambizzjoni ta' dekarbonizzazzjoni tal-Unjoni u l-pjanijiet nazzjonali ta' rinnovazzjoni tal-bini u l-miri tal-enerġija rilevanti fil-qasam tal-konsum tal-enerġija fil-bini, abbażi tad-definizzjoni ta' attivitajiet ekonomiċi sostenibbli fit-Tassonomija tal-UE u skont iċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u l-GWP taċ-ċiklu tal-ħajja, f'konformità ma' din id-Direttiva;

36a.   "skema finanzjarja pay-as-you-save (ħallas waqt li tiffranka)" tfisser skema ta' self iddedikata esklużivament għat-titjib tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, fejn il-ħlasijiet lura annwalizzati fuq is-self ma jaqbżux l-ekwivalenti monetarju tal-iffrankar enerġetiku annwali, filwaqt li jitqies l-indiċjar tal-kost tal-enerġija u r-rifinanzjament tas-self;

36b.   "parametru referenzjarju tal-bini fl-użu tal-enerġija" tfisser pjattaforma ta' informazzjoni biex tiżvela pubblikament ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u l-konsum annwali ta' bini wieħed u b'ħafna unitajiet matul iż-żmien, meta mqabbla ma' bini ieħor simili jew għal simulazzjonijiet immudellati ta' bini ta' referenza mibni fuq standard speċifiku, bħal standards minimi tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, u bl-użu tal-firxa tal-klassijiet tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija.

37.  "reġistru diġitali tal-bini" tfisser repożitorju komuni għad-data rilevanti kollha dwar il-bini, inkluża data relatata mar-rendiment fl-użu tal-enerġija bħaċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, il-passaporti ta' rinnovazzjoni u l-indikaturi tal-potenzjal ta' intelliġenza, kif ukoll fuq il-GWP taċ-ċiklu tal-ħajja u l-kwalità ambjentali interna, li jiffaċilita t-teħid ta' deċiżjonijiet infurmati u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni fis-settur tal-kostruzzjoni, fost is-sidien u l-okkupanti tal-bini, l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-awtoritajiet pubbliċi;

38.  "sistema ta' arja kkondizzjonata" tfisser numru ta' komponenti magħqudin li jkunu meħtieġa biex tkun ipprovduta forma ta' trattament tal-arja interna, li permezz tagħhom it-temperatura hija kkontrollata jew tista' titbaxxa;

39.  "sistema tat-tisħin" tfisser taħlita tal-komponenti meħtieġa biex tkun ipprovduta forma ta' trattament tal-arja interna, li permezz tagħha tiżdied it-temperatura;

40.  "ġeneratur tas-sħana" tfisser il-parti ta' sistema tat-tisħin li tiġġenera sħana utli għall-użi identifikati fl-Anness I, bl-użu ta' wieħed jew aktar mill-proċessi li ġejjin:

(a)  il-kombustjoni ta' fjuwils, pereżempju, f'bojler;

(b)  l-effett Joule, li jseħħ fl-elementi tat-tisħin ta' sistema tat-tisħin b'reżistenza elettrika;

(c)  il-ġbir ta' sħana mill-arja ambjentali, mill-arja tal-egżost tal-ventilazzjoni, jew mill-ilma jew minn sors ta' sħana ta' taħt l-art bl-użu ta' pompa tas-sħana;

40a.   "pompa tas-sħana" tfisser magna, apparat jew installazzjoni li tittrasferixxi s-sħana minn sors bħall-arja, l-ilma jew l-art, lejn riżervi bħal bini jew applikazzjonijiet industrijali għall-fini tal-forniment ta' tisħin, tkessiħ jew ilma sħun domestiku;

41.  "ikkuntrattar għall-prestazzjoni tal-enerġija" tfisser ikkuntrattar għall-prestazzjoni tal-enerġija kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (29), tad-Direttiva (UE) .../... [id-Direttiva dwar l-Effiċjenza tal-Enerġija riformolata]

42.  "bojler" tfisser il-qafas tal-bojler ikkumbinat mal-unità tal-ħruq li ġew iddisinjati biex flimkien jittrażmettu s-sħana li tinħoloq bil-ħruq u tiġi trażmessa fil-fluwidi;

43.  "saħħa effettiva" tfisser l-ogħla saħħa kalorifika, espress f'kW speċifikata u ggarantita mill-manifattur bħala dik li toħroġ waqt tħaddim kontinwu b'konformita' mal-effiċjenza utilizzabbli indikata mill-manifattur;

44.  "tisħin distrettwali" jew "tkessiħ distrettwali" tfisser id-distribuzzjoni ta' enerġija termika f'forma ta' fwar, ilma sħun jew likwidi mkessħin, minn sors ta' produzzjoni ċentrali permezz ta' network lill-bini jew siti multipli, għall-użu ta' tisħin jew tkessiħ ta' spazju jew proċess;

44a.  "distrett integrat" tfisser distrett magħżul abbażi ta' analiżi tal-istokk tal-bini, li tqis il-potenzjali speċifiċi taż-żona għal miżuri tal-effiċjenza enerġetika permezz ta' objettivi ċari u li jistgħu jitkejlu u li tiżviluppa mudelli ta' pjan direzzjonali tar-rinnovazzjoni għal tipi ta' bini simili, wara analiżi adegwata tal-kondizzjonijiet lokali, bil-għan li jkun hemm trasformazzjoni rapida, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kkoordinata reċiprokament tal-bini, kif ukoll aspetti oħrajn, bħall-istruttura soċjali, il-kondizzjonijiet ekonomiċi u ambjentali u l-infrastruttura tal-provvista tal-enerġija tal-bini;

45.  "erja utli tal-art" tfisser l-erja tal-art ta' bini meħtieġa bħala parametru biex jiġu kkwantifikati l-kondizzjonijiet speċifiċi tal-użu li huma espressi għal kull unità tal-erja tal-art u għall-applikazzjoni tas-simplifikazzjonijiet u r-regoli tat-tqassim f'żoni u tar-riallokazzjoni, b'kunsiderazzjoni tal-istandards nazzjonali, Ewropej u internazzjonali;

45a.   "sħana mormija" tfisser sħana inevitabbli ġġenerata bħala prodott sekondarju f'installazzjonijiet industrijali jew tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, jew f'settur terzjarju, li tiġi dissipata bla ma tintuża fl-arja jew fl-ilma bla aċċess għal sistema ta' tisħin jew tkessiħ distrettwali, fejn ikun intuża jew ser jintuża l-proċess ta' koġenerazzjoni jew fejn il-koġenerazzjoni mhix fattibbli;

46.  "erja tal-art ta' referenza" tfisser l-erja tal-art użata bħala daqs ta' referenza għall-valutazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija ta' bini, ikkalkulata bħala s-somma tal-erjas utli tal-art tal-ispazji fl-involukru tal-bini speċifikat għall-valutazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija;

47.  "konfini tal-valutazzjoni" tfisser il-konfini fejn titkejjel jew tiġi kkalkulata l-enerġija kkonsenjata u esportata;

48.  "fuq il-post" tfisser il-proprjetà u l-art li fuqha jinsab il-bini u l-bini nnifsu;

49.  "enerġija minn sorsi rinnovabbli prodotta fil-qrib" tfisser enerġija minn sorsi rinnovabbli prodotta f'perimetru fil-livell lokali jew distrettwali tal-bini vvalutat, li tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)  tista' titqassam u tintuża biss f'dak il-perimetru fil-livell lokali u distrettwali permezz ta' network ta' distribuzzjoni ddedikat;

(b)  tippermetti l-kalkolu ta' fattur speċifiku tal-enerġija primarja validu biss għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli prodotta f'dak il-perimetru fil-livell lokali jew distrettwali; kif ukoll

(c)  tista' tintuża fuq il-post tal-bini vvalutat permezz ta' konnessjoni ddedikata mas-sors tal-produzzjoni tal-enerġija, u l-konnessjoni ddedikata tirrikjedi tagħmir speċifiku għall-provvista sikura u l-metraġġ tal-enerġija għall-użu proprju tal-bini vvalutat;

50.  "servizzi tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (EPB)" tfisser is-servizzi, bħat-tisħin, it-tkessiħ, il-ventilazzjoni, l-ilma sħun domestiku u d-dawl u oħrajn li għalihom l-użu tal-enerġija jitqies fir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija;

51.  "ħtiġijiet tal-enerġija" tfisser l-enerġija li trid titwassal lil, jew tiġi estratta minn, spazju kkondizzjonat biex jinżammu l-kondizzjonijiet tal-ispazju maħsuba matul perjodu ta' żmien partikolari, b'kunsiderazzjoni tat-telf tat-trażmissjoni u tal-ventilazzjoni u kisbiet solari u interni f'konformità mal-istandards EN, mingħajr ma jitqiesu l-ineffiċjenzi ta' kwalunkwe sistema teknika użata fil-bini;

52.  "użu tal-enerġija" tfisser input tal-enerġija għal sistema teknika użata fil-bini li tipprovdi servizz EPBP maħsub biex jissodisfa ħtieġa ta' enerġija;

53.  "użu proprju" tfisser parti minn enerġija rinnovabbli prodotta fuq il-post jew fil-qrib użata b'mod simultanju minn sistemi tekniċi fuq il-post għal servizzi EPB;

54.  "użi oħra fuq il-post" tfisser enerġija użata fuq il-post għal użi għajr servizzi EPB, u tista' tinkludi tagħmir, tagħbijiet mixxellanji u anċillari, sistemi ta' ħżin tal-enerġija tal-batteriji domestiċi jew punti tal-irriċarġjar tal-elettromobbiltà;

55.  "intervall tal-kalkolu" tfisser l-intervall ta' ħin diskret użat għall-kalkolu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija;

56.  "enerġija fornuta" tfisser enerġija, espressa għal kull vettur tal-enerġija, fornuta lis-sistemi tekniċi użati fil-bini permezz tal-konfini tal-valutazzjoni, biex tissodisfa l-użi meqjusa jew biex tipproduċi l-enerġija esportata;

57.  "enerġija esportata" tfisser, espressa għal kull vettur tal-enerġija u għal kull fattur tal-enerġija primarja, il-proporzjon tal-enerġija rinnovabbli li tiġi esportata lejn il-grilja tal-enerġija minflok ma tintuża fuq il-post għall-użu proprju jew għal użi oħra fuq il-post;

57a.   "materjal sekondarju" tfisser materjal irkuprat minn użu preċedenti jew minn skart li jissostitwixxi materjali primarji kif definit fl-istandard tal-qafas tal-kostruzzjoni EN 15643;

57b.  "spazju għall-parkeġġ tar-roti" tfisser spazju deżinjat għal mill-inqas rota waħda, li jipprovdi ħażna sikura u faċli għal varjetà ta' tipi ta' roti u li jista' jinxtegħel u jkun protett mit-temp;

57c.  "fiżikament maġenb" tfisser parkeġġ tal-karozzi li huwa maħsub għar-residenti, għall-viżitaturi, jew għall-ħaddiema ta' binja, li jinsab fiż-żona tal-proprjetà tal-bini jew li jinsab fil-viċinanza diretta tal-bini;

57d.   "ċirkolarità" tfisser it-tnaqqis tal-ħtieġa tal-estrazzjoni ta' materjali verġni permezz tat-tnaqqis tad-domanda għal materjali ġodda, permezz tat-tiswija, l-użu mill-ġdid, l-adattament għal skop differenti, u r-riċiklaġġ ta' materjali użati u permezz tal-estensjoni tal-ħajja tal-prodotti u tal-bini;

57e.  "suffiċjenza" tfisser il-minimizzazzjoni tad-domanda għall-enerġija, il-materjali, l-art, l-ilma, u għal riżorsi naturali oħra matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini u tal-oġġetti;

57f.   "lista ta' materjali" tfisser rekord tat-tip, tas-sors u tal-kwantità ta' prodotti u ta' materjali tal-kostruzzjoni li jintużaw biex jinbena jew jiġi rinnovat bini, li jaffettwa l-prestazzjoni termali tiegħu u l-effiċjenza teknika tas-sistema f'konformità mal-Anness I, kif ukoll il-prestazzjoni tar-reazzjoni għan-nar u l-kwalità ambjentali interna tiegħu;

57g.  "kwalità ambjentali interna" tfisser sett ta' parametri relatati ma' bini li jinkludu l-kwalità tal-arja interna, il-kumdità termali, id-dawl, u l-akustiċi li jaffettwaw is-saħħa u l-benesseri tal-okkupanti tiegħu;

57h.  "klima interna tajba għas-saħħa" tfisser l-ambjent ta' ġewwa ta' bini, li jottimizza s-saħħa, il-kumdità u l-benesseri tal-okkupanti f'konformità ma' livelli speċifiċi ta' prestazzjoni, inklużi dawk relatati mad-dawl il-jum, il-kwalità tal-arja ta' ġewwa u l-kumdità termali, bħall-mitigazzjoni tat-tisħin żejjed u t-titjib tal-kwalità akustika.

Artikolu 3

Pjan nazzjonali ta' rinnovazzjoni tal-bini

1.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi pjan nazzjonali ta' rinnovazzjoni tal-bini biex jiżgura r-rinnovazzjoni tal-istokk nazzjonali ta' bini residenzjali u bini mhux residenzjali, kemm pubbliku kif ukoll privat, fi stokk ta' bini effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija u dekarbonizzat sal-2050, bl-objettiv tat-trasformazzjoni tal-bini eżistenti f'bini b'emissjonijiet żero.

Kull pjan ta' rinnovazzjoni tal-bini għandu jikkonforma mal-prinċipju "l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel" u għandu jinkludi:

(a)  ħarsa ġenerali tal-istokk tal-bini nazzjonali għal tipi differenti ta' bini, inkluż is-sehem tagħhom fl-istokk tal-bini, b'mod partikolari l-bini kategorizzat bħala protett uffiċjalment bħala parti minn ambjent deżinjat jew minħabba l-mertu speċjali arkitettoniku jew storiku tiegħu, perjodu ta' kostruzzjoni u żoni klimatiċi ta' kull Stat Membru, abbażi, skont il-każ, ta' teħid ta' kampjuni statistiċi, il-parametru referenzjarju tal-enerġija u tal-GWP taċ-ċiklu tal-ħajja u l-bażi tad-data nazzjonali għaċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija skont l-Artikolu 19, ħarsa ġenerali lejn l-ostakli tas-suq u l-fallimenti tas-suq, is-sehem tal-unitajiet domestiċi vulnerabbli u ħarsa ġenerali lejn il-kapaċitajiet fis-setturi tal-kostruzzjoni, tal-effiċjenza enerġetika u tal-enerġija rinnovabbli, kif ukoll id-disponibbiltà ta' punti uniċi ta' servizz stabbiliti skont l-Artikolu 15a ta' din id-Direttiva u l-Artikolu 21(2a) tad-Direttiva (UE) .../... [EED riformulata];

(aa)  ħarsa ġenerali lejn il-politiki implimentati u ppjanati, inklużi dawk skont il-Patt għall-Ħiliet stabbilit fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Lulju 2020 bit-titolu "Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza", biex tiżdied id-disponibbiltà ta' professjonisti kwalifikati fis-setturi tal-kostruzzjoni, l-effiċjenza u l-enerġija rinnovabbli, l-investimenti fl-iżvilupp tal-ħiliet meħtieġa, inkluż it-titjib tal-ħiliet jew it-taħriġ mill-ġdid u programmi mmirati ta' taħriġ u edukazzjoni, kemm għall-partijiet interessati pubbliċi kif ukoll privati, abbażi ta' valutazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva bl-użu ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni kif stabbilit fl-Anness II, biex jintlaħqu l-miri, f'konformità ma' din id-Direttiva u l-ħtiġijiet tas-suq li jirriżultaw għal professjonisti tas-sengħa fis-settur tal-kostruzzjoni u r-rinnovazzjoni;

(b)  pjan direzzjonali b'miri stabbiliti fil-livell nazzjonali u indikaturi tal-progress li jistgħu jitkejlu, u skadenzi speċifiċi għall-bini eżistenti kollu biex jinkisbu klassijiet ogħla tar-rendiment fl-użu tal-enerġija sal-2030, l-2040 u l-2050, favur l-għan tan-newtralità klimatika għall-2050, biex ikun żgurat stokk tal-bini nazzjonali effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija u dekarbonizzat u t-trasformazzjoni tal-bini eżistenti f'bini b'emissjonijiet żero sal-2050;

(c)  ħarsa ġenerali lejn il-politiki u l-miżuri implimentati u ppjanati inkluża d-durata tagħhom fil-konsistenza mal-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali skont il-punt (b) ta' dan is-subparagrafu, inkluż dawk stabbiliti fil-pjanijiet nazzjonali integrati tal-enerġija u l-klima notifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1999, b'enfasi partikolari fuq l-unitajiet domestiċi vulnerabbli u persuni li jgħixu f'akkomodazzjoni soċjali;

(d)  pjan direzzjonali dettaljat sal-2050 tal-ħtiġijiet ta' investiment għall-implimentazzjoni tal-pjan ta' rinnovazzjoni tal-bini, is-sorsi u l-miżuri ta' finanzjament pubbliku u privat, u r-riżorsi amministrattivi għar-rinnovazzjoni tal-bini, inklużi dawk stabbiliti fil-pjanijiet nazzjonali tal-enerġija u l-klima notifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1999;

(da)  pjan direzzjonali dwar it-tnaqqis tal-faqar enerġetiku u l-iffrankar enerġetiku miksub fost l-unitajiet domestiċi vulnerabbli u l-persuni li jgħixu f'akkomodazzjoni soċjali li jinkludi miri stabbiliti fil-livell nazzjonali u ħarsa ġenerali lejn il-politiki implimentati u ppjanati u l-miżuri ta' finanzjament li jappoġġaw l-eliminazzjoni tal-faqar enerġetiku.

1a.   Il-pjan direzzjonali msemmi fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-punt (b), għandu jinkludi:

(a)   miri nazzjonali u emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu għal tipoloġiji differenti ta' bini li għandhom jiġu stabbiliti wara l-eżerċizzju ta' rendikont globali, għas-snin 2025, 2030, 2035, 2040, f'konformità mal-mekkanimżu ta' ratchet stabbilit fil-Ftehim ta' Pariġi u pjan direzzjonali tal-prestazzjoni tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu konformi mal-1,5 grad, kif ukoll il-miri nazzjonali indikattivi li għandhom l-għan li jiksbu r-rinnovazzjoni profonda ta' mill-inqas 35 miljun unità tal-bini sal-2030 biex jappoġġaw l-ilħuq ta' rata annwali ta' rinnovazzjoni tal-enerġija ta' 3 % jew aktar għall-perjodu sal-2050;

(b)  id-disponibbiltà stmata ta' materjali tal-kostruzzjoni, materjali ta' rinnovazzjoni, inklużi elementi tal-bini prefabbrikati, bħal dawk b'iżolament, fotovoltajċi solari integrati fil-bini, materjali b'kontenut riċiklat, materjali sekondarji tal-bini, u, jekk ikun hemm, materjali lokali sostenibbli, kif ukoll miri nazzjonali għall-użu ċirkolari ta' materjali, kontenut riċiklat u materjali sekondarji f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 305/2011(26), u s-suffiċjenza għal kull perjodu ta' ħames snin;

(c)   il-konsum tal-enerġija primarja u finali tal-istokk tal-bini nazzjonali u t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra operattivi tiegħu;

(d)   skedi ta' żmien speċifiċi għall-bini biex jinkisbu klassijiet ta' rendiment fl-użu tal-enerġija ogħla minn dawk skont l-Artikolu 9(1), sal-2030 u kull ħames snin wara dan, f'konformità mal-perkors għat-trasformazzjoni tal-istokktal-bini nazzjonali f'bini b'emissjonijiet żero;

(e)  ħarsa ġenerali lejn il-potenzjal kosteffettiv, id-disponibbiltà u l-produzzjoni u l-konsum mistennija ta' enerġija rinnovabbli użati għat-tisħin u t-tkessiħ għall-bini, diżaggregat mit-teknoloġija u l-fjuwils;

(f)  miri nazzjonali dwar il-kostruzzjoni u r-rinnovazzjoni ta' sistemi ta' tisħin u tkessiħ fil-livell distrettwali f'konformità mal-valutazzjoni komprensiva tat-tisħin u t-tkessiħ imsemmija fl-Artikolu 23 tad-Direttiva (UE) …/... [Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija riformulata];

(g)  perkors b'miri numeriċi għall-użu tal-enerġija solari u tal-pompi tas-sħana fil-bini f'konformità mal-Artikolu 9a;

(h)   pjanijiet nazzjonali ta' eliminazzjoni gradwali għall-użu tal-fjuwils fossili fil-bini bil-ħsieb ta' eliminazzjoni gradwali ppjanata sal-2035 u jekk dan ma jkunx fattibbli kif muri lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-2040;

(i)   stima bbażata fuq l-evidenza tal-iffrankar enerġetiku, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, u l-benefiċċji usa', inkluża l-kwalità ambjentali interna, li jistgħu jkunu bbażati fuq approċċ distrettwali integrat;

(j)   stimi għall-kontribut tal-pjan ta' rinnovazzjoni tal-bini biex tintlaħaq il-mira nazzjonali vinkolanti tal-Istat Membru għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra skont ir-Regolament (UE) .../... [ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi rivedut], il-miri tal-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni f'konformità mad-Direttiva (UE) .../.... [EED riformulata], il-miri tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli, inkluża l-mira ▌għas-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tal-bini f'konformità mad-Direttiva (UE) 2018/2001 [RED emendata], u l-mira klimatika tal-Unjoni għall-2030 u l-mira tan-newtralità klimatika għall-2050 f'konformità mar-Regolament (UE) 2021/1119;

2.  Kull ħames snin, kull Stat Membru għandu jħejji u jippreżenta lill-Kummissjoni l-abbozz tal-pjan ta' rinnovazzjoni tal-bini tiegħu, bl-użu tal-mudell fl-Anness II. Kull Stat Membru għandu jibgħat l-abbozz tal-pjan ta' rinnovazzjoni tal-bini tiegħu flimkien mal-abbozz tal-pjan nazzjonali integrat għall-enerġija u l-klima msemmi fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2018/1999 u l-valutazzjoni komprensiva tiegħu tat-tisħin u tat-tkessiħ skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva (UE) .../... [EED riformulata], u, meta l-Istati Membri jippreżentaw abbozz ta' aġġornament, l-abbozz tal-aġġornament tiegħu msemmi fl-Artikolu 14 ▌tar-Regolament (UE) 2018/1999. B'deroga mill-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 14(1) ta' dak ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw l-ewwel abbozz tal-pjan ta' rinnovazzjoni tal-bini lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju 2024, u soġġett għall-konsultazzjoni separata prevista fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

3.  Biex jappoġġaw l-iżvilupp tal-istrateġija ta' rinnovazzjoni fit-tul pjan ta' rinnovazzjoni tal-bini tiegħu, kull Stat Membru għandu jinvolvi lill-awtoritajiet reġjonali u lokali fl-abbozzar tal-pjan ta' rinnovazzjoni tal-bini biex jiffaċilita l-inklużjoni ta' pjanijiet ta' azzjoni jew investimenti lokali u għandu jwettaq konsultazzjoni pubblika dwar l-abbozz tal-pjan ta' rinnovazzjoni tal-bini tiegħu qabel ma jippreżentah lill-Kummissjoni. Il-konsultazzjoni pubblika għandha tinvolvi b'mod partikolari lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u sħab soċjoekonomiċi oħra, inklużi s-soċjetà ċivili u l-korpi li jaħdmu ma' unitajiet domestiċi vulnerabbli. Il-konsultazzjoni pubblika għandha tkopri evalwazzjonijiet ex ante u ex post tal-pjan ta' rinnovazzjoni tal-bini u tinkludi għażliet dwar it-tfassil tal-politiki pubbliċi, il-programmi, l-inċentivi, kif ukoll is-salvagwardji soċjali, li jistgħu jinkludu dawk imsemmija fl-Artikolu 15, biex jiġu żgurati l-aċċessibbiltà, il-konvenjenza u l-aċċessibbiltà ekonomika tas-soluzzjonijiet ta' rinnovazzjoni. Kull Stat Membru għandu jannessa sommarju tar-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika tiegħu għall-pjan ta' rinnovazzjoni tal-bini tiegħu. Kull Stat Membru għandu jqis kif xieraq il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati espressi fl-evalwazzjonijiet ex ante u ex post u jispjega kif dawn ġew riflessi fil-pjan ta' rinnovazzjoni tal-bini finali tiegħu.

4.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-abbozzi tal-pjanijiet nazzjonali ta' rinnovazzjoni tal-bini, b'mod partikolari:

(a)  jekk il-livell ta' ambizzjoni tal-miri stabbiliti fil-livell nazzjonali huwiex suffiċjenti u konformi mal-impenji nazzjonali dwar il-klima u l-enerġija stabbiliti fil-pjanijiet integrati nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima;

(b)  jekk il-politiki u l-miżuri humiex biżżejjed biex jintlaħqu l-miri nazzjonali stabbiliti;

(c)  jekk l-allokazzjoni tar-riżorsi baġitarji u amministrattivi hijiex biżżejjed għall-implimentazzjoni tal-pjan;

(ca)   il-kondizzjonijiet għall-iskemi ta' finanzjament għar-rinnovazzjoni li jiffunzjonaw ikunu adegwati biex tintlaħaq il-mira nazzjonali għall-mitigazzjoni tal-faqar enerġetiku u għall-inklużjoni b'suċċess tal-konsumaturi foqra fl-enerġija u tal-unitajiet domestiċi vulnerabbli;

(cb)  il-pjan iqis l-objettivi tad-Direttiva 2008/50/KEE(27) u jiżgura l-konsistenza mal-leġiżlazzjoni applikabbli u l-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem;

(cc)  il-pjan jagħti prijorità lill-bini bl-agħar rendiment li jintuża għal skopijiet residenzjali;

(d)  jekk il-konsultazzjoni pubblika skont il-paragrafu 3 kinitx inklużiva biżżejjed; ▌

(e)  jekk il-pjan jikkonformax mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1 u mal-mudell fl-Anness II;

(ea)   jekk l-awtoritajiet nazzjonali u lokali jeħtieġux l-assistenza teknika biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta' dawn il-pjanijiet;

(eb)  jekk il-pjan jipprevedix biżżejjed ħaddiema tas-sengħa u inizjattivi effettivi ta' taħriġ u ħiliet.

Wara li tikkonsulta lill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 30, il-Kummissjoni tista' toħroġ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi lill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 9(2) u mal-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

Fir-rigward tal-ewwel abbozz tal-pjan ta' rinnovazzjoni tal-bini, il-Kummissjoni tista' toħroġ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi lill-Istati Membri mhux aktar tard minn sitt xhur wara li l-Istat Membru jkun ippreżenta dak il-pjan.

5.  F'kull reviżjoni, Stat Membru għandu jqis kif xieraq kwalunkwe rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni fil-pjan ta' rinnovazzjoni tal-bini finali tiegħu. Jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jindirizzax rakkomandazzjoni jew parti sostanzjali minnha, huwa għandu jipprovdi ġustifikazzjoni lill-Kummissjoni u jippubblika r-raġunijiet tiegħu.

6.  Kull ħames snin, kull Stat Membru għandu jippreżenta l-pjan ta' rinnovazzjoni tal-bini tiegħu, bl-użu tal-mudell fl-Anness II. Kull Stat Membru għandu jippreżenta l-pjan ta' rinnovazzjoni tal-bini tiegħu flimkien mal-pjan nazzjonali integrat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima msemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1999 u, meta l-Istati Membri jippreżentaw aġġornament, l-aġġornament tiegħu msemmi fl-Artikolu 14 ta' dak ir-Regolament B'deroga mill-Artikolu 3(1) u mill-Artikolu 14(2) ta' dak ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw l-ewwel abbozz ta' pjan ta' rinnovazzjoni tal-bini lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju 2024 u l-pjanijiet finali ta' rinnovazzjoni sat-30 ta' Ġunju 2025.

7.  Kull Stat Membru għandu jannessa d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' rinnovazzjoni fit-tul jew il-pjan ta' rinnovazzjoni tal-bini l-aktar riċenti tiegħu mal-pjan ta' rinnovazzjoni tal-bini finali▌ għall-istrateġija ta' rinnovazzjoni fit-tul tiegħu. Kull Stat Membru għandu jiddikjara jekk intlaħqux il-miri nazzjonali tiegħu.

8.  Kull Stat Membru għandu jinkludi fir-rapporti nazzjonali integrati tiegħu ta' progress dwar l-enerġija u l-klima, f'konformità mal-Artikoli 17 u 21 tar-Regolament (UE) 2018/1999, informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-miri nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), ta' dan l-Artikolu u l-kontribut tal-pjan ta' rinnovazzjoni tal-bini għall-ksib tal-mira nazzjonali vinkolanti tal-Istat Membru għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra skont ir-Regolament (UE).../... [ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi rivedut], il-miri tal-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni f'konformità mad-Direttiva (UE).../... [EED riformulata], il-miri tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli, inkluża l-mira indikattiva għas-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tal-bini f'konformità mad-Direttiva (UE) 2018/2001 [RED emendata], u l-mira klimatika tal-Unjoni għall-2030 u l-mira tan-newtralità klimatika għall-2050 f'konformità mar-Regolament (UE) 2021/1119.

Artikolu 3a

Approċċ distrettwali integrat għar-rinnovazzjoni tal-bini

1.  L-Istati Membri jistgħu jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jidentifikaw distretti integrati sabiex jintroduċu programmi integrati ta' rinnovazzjoni (IRPs) fil-livell distrettwali. L-IRPs għandhom jindirizzaw il-mudell soċjali, l-enerġija, il-mobbiltà, l-infrastrutturi ekoloġiċi, it-trattament tal-iskart u tal-ilma, u l-ġestjoni u aspetti oħra tal-ippjanar urban li għandhom jitqiesu fil-livell distrettwali, u għandhom iqisu r-riżorsi lokali u reġjonali, iċ-ċirkolarità u s-suffiċjenza.

2.  L-IRPs għandhom iqisu l-valutazzjonijiet komprensivi tat-tisħin u t-tkessiħ imsemmija fl-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2012/27/UE, ir-rinnovazzjoni jew il-kostruzzjoni ta' sistemi ta' tisħin u tkessiħ effiċjenti kif imsemmi fl-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) .../... [EED riformulata], u l-infrastruttura meħtieġa, kif ukoll l-installazzjonijiet u l-infrastrutturi tal-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw fil-livell distrettwali l-ottimizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija f'konformità mal-prinċipju "l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel", filwaqt li jippromwovu l-flessibbiltà min-naħa tad-domanda.

3.  L-Istati Membri għandhom jimplimentaw pjanijiet ta' mobbiltà integrata fil-livell lokali u pjanijiet ta' mobbiltà urbana sostenibbli li huma allinjati mal-IRPs u jinkludu l-ippjanar u l-varar tat-trasport pubbliku b'mezzi oħra ta' mobbiltà attiva u kondiviża, kif ukoll l-infrastruttura relatata għat-tħaddim, l-irriċarġjar, il-ħżin u l-parkeġġ.

4.  Il-punti uniċi ta' servizz stabbiliti skont l-Artikolu 15a jistgħu jinfurmaw deċiżjonijiet dwar it-tfassil tal-IRPs bl-għan li jagħtu ħajja ġdida, jimmiraw u jappoġġaw lill-komunitajiet.

Artikolu 4

Adozzjoni ta' metodoloġija għall-kalkolu tar-rendiment ta' bini fl-użu tal-enerġija

L-Istati Membri għandhom japplikaw metodoloġija għall-kalkolu tar-rendiment ta' bini fl-użu tal-enerġija f'konformità mal-qafas ġenerali komuni speċifikat fl-Anness I. Tali metodoloġija għandha tiġi adottata fuq livell nazzjonali jew reġjonali.

Artikolu 5

Iffissar tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li r-rekwiżiti minimi tar-rendiment ta' bini jew ta' unitajiet ta' bini fl-użu tal-enerġija, jiġu ffissati bil-għan li mill-inqas jinkisbu livelli kostottimali u valuri ta' referenza ogħla bħal rekwiżiti ta' bini b'użu ta' kważi żero enerġija u rekwiżiti ta' bini b'emissjonijiet żero. Ir-rendiment fl-użu tal-enerġija għandha tiġi kkalkolata f'konformità mal-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 4. Il-livelli kostottimali għandhom jiġu kkalkolati f'konformità mal-qafas ta' metodoloġija komparattiva msemmi fl-Artikolu 6.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u l-obbligi ta' rinnovazzjoni jiġu ffissati għall-elementi tal-bini kollha li ▌ għandhom impatt sinifikanti fuq ir-rendiment ▌ tal-bini fl-użu tal-enerġija meta jiġu mibdula jew rinnovati, bil-ħsieb li mill-inqas jinkisbu livelli kostottimali u valuri ta' referenza ogħla, bħal rekwiżiti ta' bini b'użu ta' kważi żero enerġija u rekwiżiti ta' bini b'emissjonijiet żero. Ir-rendiment tal-elementi tal-bini fl-użu tal-enerġija għandu jiġi kkalkulat f'konformità mal-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 4.

Meta jiffissaw ir-rekwiżiti, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu distinzjoni bejn kategoriji ta' bini ġdid u bini eżistenti u bejn kategoriji differenti ta' bini.

Tali rekwiżiti għandhom iqisu l-kondizzjonijiet klimatiċi interni tajbin għas-saħħa bbażati fuq kwalità ambjentali interna, kif ukoll il-kondizzjonijiet lokali u l-funzjoni deżinjata u l-età tal-bini.

L-Istati Membri għandhom jirrevedu r-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandhom jiġu riveduti f'intervalli regolari li m' għandhomx ikunu itwal minn ħames snin u għandhom, jekk ikun hemm bżonn, għandhom jiġu aġġornati jaġġornawhom biex jirriflettu progress tekniku fil-qasam tal-bini, ir-riżultati tal-kalkolu kostottimali stabbilit fl-Artikolu 6, u l-miri u l-politiki nazzjonali aġġornati dwar l-enerġija u l-klima.

1a.   L-Istati Membri jistgħu jadottaw rekwiżit minimu intermedju tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, inkluż il-kisba ta' livell minimu ta' effiċjenza tal-involukru tal-bini, l-użu massimu tal-enerġija għal kull kWh/m²/y, kemm huma lesti biex jitħaddmu tisħin b'temperatura baxxa, pompi tas-sħana jew tisħin ta' spazju elettriku flessibbli, u kapaċità minima ta' rispons għad-domanda.

2.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux jew ma japplikawx ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 għal bini uffiċjalment protett bħala parti minn ambjent deżinjat jew minħabba l-mertu arkitettoniku jew storiku speċjali tiegħu, dan safejn il-konformità ma' ċerti rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tbiddel b'mod inaċċettabbli l-karattru jew id-dehra tiegħu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rinnovazzjoni tal-monumenti titwettaq f’konformità mar-regoli nazzjonali ta’ konservazzjoni, l-istandards internazzjonali ta’ konservazzjoni u l-arkitettura oriġinali tal-monumenti kkonċernati.[Em. 6]

3.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jiffissawx jew li ma japplikawx ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 għall-kategoriji tal-bini li ġejjin:

(a)  bini użat bħala postijiet ta' qima u għal attivitajiet reliġjużi;

(b)  bini temporanju b'perjodu ta' użu ta' sentejn jew inqas, siti industrijali, postijiet tax-xogħol, mħażen u bini tas-servizzi mhux residenzjali b'domanda baxxa ħafna ta' enerġija u tisħin jew tkessiħ, stazzjonijiet tal-provvista infrastrutturali, bħal stazzjonijiet ta' transformer, substazzjonijiet, impjanti tal-kontroll tal-pressjoni, kostruzzjonijiet ferrovjarji, kif ukoll bini agrikolu mhux residenzjali li huma użati minn settur kopert minn ftehim settorjali dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija;

(c)  bini residenzjali li huwa użat jew maħsub biex jintuża jew għal inqas minn erba' xhur ta' matul is-sena jew, inkella, għal żmien limitat ta' kull sena u b'konsum ta' enerġija maħsub li jkun ta' inqas minn 25 % ta' dak li aktarx jirriżulta li kieku jintuża s-sena kollha;

(d)  bini maqtugħ għalih b'erja totali ta' art utilizzabbli ta' inqas minn 50 m2.

Artikolu 6

Il-kalkolu tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi għar-rendiment fl-użu tal-enerġija

1.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa permezz li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 29 biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi metodoloġija komparattiva għall-kalkolu tal-livelli kostottimali għar-rekwiżiti minimi tar-rendiment ta' bini u ta' elementi ta' bini fl-użu tal-enerġija. Sat-30 ta' Ġunju 2024, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-qafas ta' metodoloġija komparattiva għall-kalkolu tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija f'bini eżistenti li qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri u għal elementi ta' bini individwali li jkunu konformi mal-perkorsi nazzjonali stabbiliti fil-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima ppreżentati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

Il-qafas ta' metodoloġija komparattiva għandu jiġi stabbilit stipulat f'konformità mal-Anness VII u għandu jiddistingwi bejn bini ġdid u dak eżistenti u bejn kategoriji differenti ta' bini.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw il-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija billi jużaw il-qafas ta' metodoloġija komparattiva stabbilit f'konformità mal-paragrafu 1, b'kunsiderazzjoni tal-GWP taċ-ċiklu tal-ħajja, u parametri rilevanti, bħall-kondizzjonijiet klimatiċi u l-aċċessibbiltà prattika tal-infrastruttura tal-enerġija, u jqabblu r-riżultati ta' dak il-kalkolu mar-rekwiżiti minimi ta' rendiment fl-użu tal-enerġija li huma fis-seħħ.

2a.  F'kull rapport, l-Istati Membri għandhom iqisu kif xieraq b'mod partikolari l-influwenza tal-bidliet fil-prezzijiet tal-enerġija, il-materjali tal-bini u l-kostijiet lavorattivi meta mqabbla mar-rapport preċedenti, bil-ħsieb li jiġu aġġustati l-livelli kostottimali, fejn rilevanti. L-Istati Membri għandhom jikkoreġu l-kalkoli tagħhom għal kwalunkwe differenza bejn il-prezzijiet reali tas-suq u r-regolamenti temporanji tal-prezzijiet u l-miżuri ta' appoġġ dirett għall-introjtu u jiżguraw l-użu ta' medji ta' tliet snin kemm għall-prezzijiet tal-enerġija mis-snin preċedenti kif ukoll għall-prezzijiet futuri mistennija fil-kalkoli tagħhom.

3.  Jekk ir-riżultat tal-paragun li jsir f'konformità mal-paragrafu 2 juri li r-rekwiżiti minimi ta' rendiment fl-użu tal-enerġija fis-seħħ huma iktar minn 15 % b'mod sinifikanti inqas effiċjenti fl-użu tal-enerġija mill-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi ta' rendiment fl-użu tal-enerġija, l-Istat Membru kkonċernat għandu jaġġusta r-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fis-seħħ fi żmien 12-il xahar mid-disponibbiltà tar-riżultati ta' dak il-paragun.

4.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar il-progress li intlaħaq mill-Istati Membri rigward il-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni u jagħmlu użu mill-mudell previst fl-Anness III tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 244/2012(28).

Artikolu 7

Bini ġdid

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li mid-dati li ġejjin, il-bini l-ġdid ikun bini b'emissjonijiet żero f'konformità mal-Anness III:

(a)  mill-1 ta' Jannar 2026, bini ġdid okkupat, operat jew proprjetà tal-awtoritajiet pubbliċi; u

(b)  mill-1 ta' Jannar 2028, il-bini l-ġdid kollu;

Sal-applikazzjoni tar-rekwiżiti skont l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-bini ġdid kollu jkun bini b'użu ta' kważi żero enerġija u li jissodisfa r-rekwiżiti minimi ta' rendiment fl-użu tal-enerġija stipulati f'konformità mal-Artikolu 5.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-GWP taċ-ċiklu tal-ħajja jiġi kkalkulat f'konformità mal-Anness III u żvelat permezz taċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini ▌ mill-1 ta' Jannar 2027, għall-bini l-ġdid kollu.

2a.  Sal-31 ta' Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 29 biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi qafas armonizzat tal-UE għall-kalkolu tal-GWP taċ-ċiklu tal-ħajja, żviluppat fi proċess inklużiv tal-partijiet ikkonċernati u li jibni fuq il-qafas tal-LEVELs u l-istandard EN 5978.

2b.  Sal-1 ta' Jannar 2027, biex jiġi żgurat tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw pjan direzzjonali li jagħti dettalji dwar l-introduzzjoni ta' valuri limitu fuq il-GWP kumulattiv totali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini l-ġdid kollu u jistabbilixxu miri għal bini ġdid mill-2030, filwaqt li jqisu xejra progressiva 'l isfel, kif ukoll ir-rekwiżiti massimi, dettaljati għal żoni klimatiċi u tipoloġiji ta' bini differenti.

Meta jistabbilixxu valuri limitu massimi fuq il-GWP kumulattiv totali taċ-ċiklu tal-ħajja, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw parametri referenzjarji xierqa bbażati fuq data rrapportata għat-tipi ta' bini rilevanti, skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2.

Il-Kummissjoni għandha toħroġ gwida, tikkondividi evidenza dwar politiki nazzjonali eżistenti u toffri appoġġ tekniku lill-Istati Membri, fuq talba tagħhom, għall-fini tad-determinazzjoni ta' valuri ta' referenza nazzjonali xierqa.

Dawk il-valuri limitu massimi għandhom ikunu konformi mal-objettivi tal-Unjoni biex tinkiseb in-newtralità klimatika.

3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 29 biex tissupplimenta din id-Direttiva biex tadatta l-Anness III għall-progress teknoloġiku u għall-innovazzjoni bil-għan li tikseb in-newtralità klimatika, biex tistabbilixxi limiti massimi adattati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fl-Anness III għal bini rinnovat u biex sussegwentement jitnaqqsu meta jitqiesu l-kostottimalità, il-limiti massimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għal bini b'emissjonijiet żero.

4.  Sa ... [24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din ir-Direttiva], l-Istati Membri għandhom jiżguraw li bini ġdid għandu livelli ottimali ta' kwalità ambjentali interna, kumdità termali, kapaċità għolja li jimmitiga u jadatta għat-tibdil fil-klima permezz ta', inter alia, infrastruttura ekoloġika, jaderixxi mal-istandards tas-sikurezza kontra n-nirien u tat-tidwil tas-sikurezza, itaffi r-riskji relatati ma' attività siżmika intensa u jipprijoritizza l-aċċessibbiltà għal persuni b'diżabilità. L-Istati Membri għandhom jindirizzaw ukoll l-assorbimenti tal-karbonju assoċjati mal-ħżin tal-karbonju fil-bini jew fuqu.

4a.  L-Istati Membri għandhom jintroduċu miżuri biex jiżguraw li l-użu ta' sistemi ta' tisħin bil-fjuwils fossili f'bini ġdid ma jkunx awtorizzat minn … [data ta' trażposizzjoni f'din id-Direttiva]. Sistemi ta' tisħin ibridi, bojlers iċċertifikati biex jaħdmu bi fjuwils rinnovabbli u sistemi tekniċi oħra użati fil-bini li ma jużawx esklużivament fjuwils fossili li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11(1) ma għandhomx jitqiesu bħala sistemi ta' tisħin fossili għall-finijiet ta' dan il-paragrafu.

4b.  Sal-1 ta' Jannar 2025, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi limiti għal bini b'emissjonijiet żero mibni ġdid għall-fini tal-Anness III ta' din id-Direttiva, inkluża deskrizzjoni tal-metodoloġija tal-kalkolu għal kull tip ta' bini u l-klima applikata abbażi tal-Anness A tal-istandards Ewropej ewlenin dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija f'konformità mal-Anness I ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-valuri nazzjonali korrispondenti tagħhom, inkluża deskrizzjoni tal-metodoloġija tal-kalkolu għal kull tip ta' bini u klima applikata, abbażi tal-Anness A tal-istandards Ewropej ewlenin dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija f'konformità mal-Anness I ta' din id-Direttiva.

Artikolu 7a

Il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iżviluppaturi tal-proġetti ta' rinnovazzjoni tal-bini jingħataw informazzjoni dwar l-objettivi u l-opportunitajiet ta' involviment fl-inizjattiva tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, meta jfittxu parir, japplikaw għall-finanzjament u għall-permessi tal-bini.

2.  L-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet lokali biex jiżviluppaw miżuri ta' appoġġ dedikati għall-bini ta' referenza kif imsemmi fl-Anness VII li huwa kulturalment arrikkit, sostenibbli u inklużiv f'konformità mal-inizjattiva tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida. Tali miżuri jistgħu jinkludu skemi finanzjarji għar-rinnovazzjonijiet li juru kif bini individwali jew viċinati sħaħ jistgħu jiġu ttrasformati f'bini u distretti b'emissjonijiet żero b'mod affordabbli, sostenibbli u soċjalment inklużiv, filwaqt li jimmassimizzaw il-benefiċċji usa', f'approċċ parteċipattiv u minn isfel għal fuq.

3.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjanijiet direzzjonali industrijali nazzjonali biex iżidu d-disponibbiltà għal elementi tal-bini prefabbrikati adattabbli lokalment għar-rinnovazzjoni tal-bini li jipprovdu funzjonijiet differenti, inklużi l-estetika, il-ġenerazzjoni tal-enerġija tal-iżolament, u l-infrastrutturi ekoloġiċi, u jippromwovu l-bijodiversità, il-ġestjoni tal-ilma, l-aċċessibbiltà u l-mobbiltà.

Artikolu 8

Bini eżistenti

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li meta xi bini jgħaddi minn rinovazzjoni maġġuri, ir-rendiment tal-bini jew tal-parti minnu rinnovata fl-użu tal-enerġija tiġi aġġornata biex tissodisfa r-rekwiżiti minimi għar-rendiment fl-użu tal-enerġija stabbiliti f'konformità l-Artikolu 5 sa fejn dak ikun teknikament, funzjonalment u ekonomikament vijabbli.

Dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu applikati għall-bini rinovat jew l-unità tal-bini li jiġi meqjus bħala ħaġa waħda. Addizzjonalment jew alternattivament, jistgħu jiġu applikati rekwiżiti għall-elementi rinovati tal-bini.

2.  Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li meta element tal-bini li jifforma parti mill-involukru tal-bini u għandu impatt sinifikanti fuq ir-rendiment tal-involkru tal-bini fl-użu tal-enerġija, meta jkun ġie irranġat jew mibdul, ir-rendiment tal-element ta' bini fl-użu tal-enerġija tissodisfa r-rekwiżiti minimi għar-rendiment fl-użu tal-enerġija sa fejn dak huwa teknikament, funzjonalment u eknomikament vijabbli.

2a.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li meta sistema teknika użata fil-bini tiġi modifikata jew sostitwita, ir-rendiment fl-użu tal-enerġija tas-sistema jiġi ottimizzat f'konformità mal-Artikolu 11.

2b.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-GWP taċ-ċiklu tal-ħajja tal-partijiet u l-unitajiet tal-bini li jkunu qed issirilhom rinnovazzjoni maġġuri jiġi kkalkulat abbażi ta' informazzjoni diġà disponibbli dwar il-materjali fornuti, jew, jekk dan ma jkunx teknikament jew ekonomikament fattibbli, permezz ta' valuri ta' referenza.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw, fir-rigward ta' bini li jkun qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri, li l-użu ta' sistemi alternattivi b'effiċjenza għolja jiġi mħeġġeġ, sa fejn dak ikun teknikament, funzjonalment u ekonomikament fattibbli. L-Istati Membri, u għandhom jiżguraw, f'rabta ma' bini li tkun qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri, implimentazzjoni ta' elementi passivi ta' tisħin u tkessiħ, standards ta' kwalità ambjentali interna tajbin għas-saħħa, kapaċità għolja ta' mitigazzjoni u adattament għall-bidla fil-klima permezz, fost l-oħrajn, ta' infrastrutturi ekoloġiċi, assorbiment tal-karbonju u ħżin tal-karbonju, f'konformità mal-istandards tas-sikurezza kontra n-nirien, mitigrazzjoni tar-riskji relatati ma' attività siżmika qawwija u tneħħija ta' sustanzi perikolużi inklużi l-asbestos. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, fir-rigward ta' bini li jkun qed jiġi rinnovat b'mod estensiv, u bini li jkun qed jiġi rinnovat li jinkludi spazji użati b'mod konġunt bħal dħul, turġien, liftijiet u parkeġġ, kif ukoll żoni sanitarji, u aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabilità.

3a.  L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-użu ta' teknoloġiji diġitali għall-analiżi, is-simulazzjoni u l-ġestjoni tal-bini, inkluż fir-rigward ta' rinnovazzjonijiet profondi.

3b.  L-Istati Membri għandhom jintroduċu miżuri biex jiżguraw li l-użu ta' sistemi ta' tisħin bil-fjuwils fossili f'bini li tkun qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri, rinnovazzjoni profonda jew rinnovazzjoni tas-sistemi ta' tisħin ma huwiex awtorizzat minn [data ta' trażposizzjoni f'din id-Direttiva]. Sistemi ta' tisħin ibridi, bojlers iċċertifikati biex jaħdmu bi fjuwils rinnovabbli u sistemi tekniċi oħra użati fil-bini li ma jużawx esklużivament fjuwils fossili li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11(1) ma għandhomx jitqiesu bħala sistemi ta' tisħin fossili għall-finijiet ta' dan il-paragrafu.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rinnovazzjonijiet li jinvolvu s-sostituzzjoni tas-sistemi tekniċi ta' bini bbażati fuq il-fjuwils fossili jagħtu prijorità lill-unitajiet domestiċi vulnerabbli u lill-persuni li jgħixu f'akkomodazzjoni soċjali.

3c.   Sal-1 ta' Jannar 2027, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri amministrattivi u finanzjarji speċjali biex jinkoraġġixxu r-rinnovazzjoni profonda tal-bini bl-agħar rendiment b'abitazzjonijiet multipli.

Artikolu 9

Standards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bini kollu jikkonforma mal-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, billi jibda mill-bini bl-agħar rendiment.

1a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)  il-bini u l-unitajiet tal-bini li huma proprjetà ta' korpi pubbliċi, inklużi istituzzjonijiet, uffiċċji, korpi u aġenziji tal-Unjoni u dawk mikrija minn tali korpi wara... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], jiksbu mhux aktar tard minn:

(i)  mill-1 ta' Jannar 2027, mill-inqas il-klassi E tar-rendiment fl-użu tal-enerġija; u [Em. 20cp1]

(ii)  mill-1 ta' Jannar 2030, mill-inqas il-klassi D tar-rendiment fl-użu tal-enerġija;

(b)  bini mhux residenzjali u unitajiet ta' bini, minbarra dawk imsemmija fil-punt (a) jiksbu mhux aktar tard minn

(i)  mill-1 ta' Jannar 2027, mill-inqas il-klassi E tar-rendiment fl-użu tal-enerġija; u u

(ii)  mill-1 ta' Jannar 2030, mill-inqas il-klassi D tar-rendiment fl-użu tal-enerġija;

(c)  l-bini residenzjali u l-unitajiet tal-bini jiksbu mhux aktar tard minn:

(i)  mill-1 ta' Jannar 2030, mill-inqas il-klassi E tar-rendiment fl-użu tal-enerġija; u

(ii)  mill-1 ta' Jannar 2033, mill-inqas il-klassi D tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

Fil-pjan direzzjonali tagħhom imsemmi fl-Artikolu 3(1)(b), l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu trajettorja lineari għall-kisba progressiva ta' klassijiet ogħla ta' rendiment fl-użu tal-enerġija għall-bini msemmi f'dan il-paragrafu ▌ sal-2040 u l-2050, f'konformità mal-perkors għat-trasformazzjoni tal-istokk tal-bini nazzjonali f'bini b'emissjonijiet żero u l-kisba tal-mira tan-newtralità klimatika.

1b.  L-Istati Membri jistgħu jeżentaw l-akkomodazzjoni soċjali pubblika mill-obbligu msemmi fil-paragrafu 1a, il-punt (a), fejn tali rinnovazzjonijiet ma jkunux newtrali f'termini ta' kostijiet jew iwasslu għal żidiet fil-kera għal persuni li jgħixu f'akkomodazzjoni soċjali lil hinn mill-iffrankar ekonomiku fuq il-kont tal-enerġija. [Em.  35]

1c.  Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, fuq talba motivata minn Stat Membru inkluż fil-pjan nazzjonali ta' rinnovazzjoni tal-bini jew emenda sussegwenti għalih, li tippermetti li Stat Membru jaġġusta l-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għal bini residenzjali u unitajiet tal-bini msemmija fil-paragrafu 1a, punt (c) għal partijiet speċifiċi jew subsegmenti partikolari tal-istokk tal-bini tagħhom, għal raġunijiet ta' fattibbiltà ekonomika u teknika u d-disponibbiltà ta' forza tax-xogħol b'ħiliet. L-Istati Membri li beħsiebhom jaġġustaw l-istandards minimi tagħhom tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri proġettati u t-titjib lineari fir-rendiment fl-użu tal-enerġija tagħhom, u jirrapportaw dwar il-progress fil-kisba ta' titjib ekwivalenti fir-rendiment f'bini residenzjali bħala parti mir-rapportar dwar ir-rapporti ta' progress nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima msemmija fl-Artikolu 3(8). L-Istati Membri ma għandhomx jeżentaw b'mod sproporzjonat l-abitazzjonijiet għall-kiri meta mqabbla ma' segmenti oħra tal-bini meta japplikaw kwalunkwe aġġustament tal-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. [Em.  36]

1d.  L-aġġustament tal-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija msemmija fil-paragrafi 1b u 1c għandu japplika għal massimu ta' 22 % tal-bini residenzjali totali msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1a u ma għandux japplika wara l-1 ta' Jannar 2037. [Em.  37]

2.  Minbarra l-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija stabbiliti skont il-paragrafu 1, kull Stat Membru għandhom jistabbilixxi standards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għar-rinnovazzjoni tal-bini eżistenti l-ieħor kollu.

▌L-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandhom jitfasslu fid-dawl tal-pjan direzzjonali nazzjonali u l-miri ▌għall-2040 u l-2050 li jinsabu fil-pjan ta' rinnovazzjoni tal-bini tal-Istat Membru u għat-trasformazzjoni tal-istokk tal-bini nazzjonali f'bini b'emissjonijiet żero sal-2050

3.  F'konformità mal-Artikolu 15, l-Istati Membri għandhom jappoġġaw il-konformità mal-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija bil-miżuri kollha li ġejjin:

(a)  jiġu pprovduti miżuri finanzjarji xierqa, inklużi għotjiet, b'mod partikolari dawk immirati lejn unitajiet domestiċi vulnerabbli, unitajiet domestiċi b'introjtu medju u persuni ▌ li jgħixu f'akkomodazzjoni soċjali, f'konformità mal-Artikolu 22 tad-Direttiva (UE).../.... [EED riformulata];

(b)  l-għoti ta' assistenza teknika, inklużi servizzi ta' informazzjoni, appoġġ amministrattiv u servizzi integrati ta' rinnovazzjoni permezz ta' punti uniċi ta' servizz b'enfasi partikolari fuq unitajiet domestiċi vulnerabbli u persuni li jgħixu f'akkomodazzjoni soċjali, f'konformità mal-Artikolu 22 tad-Direttiva (UE) .../... [EED riformulata]; [Em.  39]

(c)  it-tfassil ta' skemi integrati ta' finanzjament pubbliku u privat, li jipprovdu inċentivi għal rinnovazzjonijiet profondi u profondi fi stadji, skont l-Artikolu 15; [Em.  40]

(d)  it-tneħħija ta' ostakli mhux ekonomiċi, inklużi inċentivi opposti;

(e)  il-monitoraġġ tal-impatti soċjali, b'mod partikolari fuq ▌l-aktar unitajiet domestiċi vulnerabbli; [Em.  42]

(ea)   l-istabbiliment tal-qafas biex jiġi żgurat li jkun hemm forza tax-xogħol suffiċjenti u kwalifikata li tippermetti l-implimentazzjoni f'waqtha tal-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija f'konformità mal-pjanijiet nazzjonali ta' rinnovazzjoni tal-bini, inkluż permezz ta' strateġija li tiffaċilita l-edukazzjoni professjonali taż-żgħażagħ u r-rikwalifikazzjoni tal-ħaddiema u l-ħolqien ta' opportunitajiet ta' impjieg aktar attraenti.[Em.  41]

4.  Meta bini jiġi rinnovat biex jikkonforma ma' standard minimu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-elementi tal-bini skont l-Artikolu 5, fil-każ ta' rinnovazzjoni maġġuri, mar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-bini eżistenti skont l-Artikolu 8.

4a.  L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-ħżin tal-enerġija għall-enerġija rinnovabbli biex jippermettu l-awtokonsum tal-enerġija rinnovabbli u jnaqqsu l-volatilità kif ukoll jippromwovu u jipprovdu inċentivi għas-sostituzzjoni kosteffettiva u bikrija tal-ħiters, u kwalunkwe ottimizzazzjoni meħtieġa li tirriżulta tas-sistemi tekniċi użati fil-bini relatati. [Em.  43]

5.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għall-kategoriji tal-bini li ġejjin:

(a)  bini protett uffiċjalment bħala parti minn ambjent deżinjat jew minħabba l-mertu arkitettoniku jew storiku speċjali tiegħu li jeħtieġ konservazzjoni xierqa, jew bini ieħor ta' wirt kulturali, safejn il-konformità mal-istandards tbiddel b'mod inaċċettabli l-karattru jew l-apparenza tiegħu, jew jekk ir-rinnovazzjoni tiegħu mhijiex teknikament jew ekonomikament fattibbli; [Em. 29/rev]

(b)  bini użat bħala postijiet ta' qima u għal attivitajiet reliġjużi;

(c)  bini temporanju b'perijodu ta' użu ta' sentejn jew inqas, siti industrijali, postijiet tax-xogħol, mħazen u stazzjonijiet tal-provvista infrastrutturali mhux residenzjali, bħal stazzjonijiet ta' transformer, substazzjonijiet, impjanti tal-kontroll tal-pressjoni, kostruzzjonijiet ferrovjarji, kif ukoll bini ta' servizz b'domanda ta' enerġija baxxa ħafna għat-tisħin u t-tkessiħ u bini agrikolu mhux residenzjali li jintużaw minn settur kopert minn ftehim settorjali dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija; [Em.  44]

(d)  bini residenzjali li huwa użat jew maħsub biex jintuża jew għal inqas minn erba' xhur ta' matul is-sena jew, inkella, għal żmien limitat ta' kull sena u b'konsum ta' enerġija maħsub li jkun ta' inqas minn 25 % ta' dak li aktarx jirriżulta li kieku jintuża s-sena kollha;

(e)  bini maqtugħ għalih b'erja totali ta' art utilizzabbli ta' inqas minn 50 m2.

6.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-implimentazzjoni tal-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija msemmija fil-paragrafi 1 u 2, inklużi mekkaniżmi xierqa. L-Istati Membri għandhom jipprovdu oqfsa xierqa ta' appoġġ finanzjarju u salvagwardji soċjali f'konformità mal-Artikolu 15 biex jikkonformaw mal-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

Il-miżuri tal-qafas tal-appoġġ finanzjarju għandhom ikunu suffiċjenti, effettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji, għandhom jappoġġaw it-twettiq tat-titjib sostanzjali fir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija meta titjib ma jkunx altrimenti ekonomikament fattibbli u għandhom jinkludu miżuri mmirati biex jappoġġaw lill-unitajiet domestiċi vulnerabbli. Il-miżuri jistgħu jinkludu l-istabbiliment ta' fond għar-rinnovazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, biex jaġixxi bħala ingranaġġ biex jiżdiedu l-investimenti privati u pubbliċi għal proġetti li jtejbu r-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, inklużi l-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli fil-bini jew fil-komponenti tal-bini.

Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha, bħala parti mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2028-2034, tressaq proposti leġiżlattivi biex issaħħaħ l-istrumenti finanzjarji eżistenti tal-Unjoni u tipproponi strumenti finanzjarji addizzjonali biex tappoġġa l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. [Em.  22cp2]

6a.   Sal-31 ta’ Diċembru 2027, u kull sentejn wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress lejn it-titjib tal-effiċjenza enerġetika u r-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija. Ir-rapport għandu b’mod partikolari jimmonitorja u jevalwa l-effettività tal-miżuri finanzjarji eżistenti u jippreżenta għodod addizzjonali biex jiffaċilitaw tranżizzjoni ġusta, inklużi mezzi finanzjarji adegwati, fil-livell tal-Unjoni, tal-Istati Membri jew lokali biex jiżguraw tranżizzjoni ġusta u jtaffu kwalunkwe impatt soċjoekonomiku negattiv, b’mod partikolari fir-reġjuni u l-komunitajiet l-aktar affettwati. [Em. 54]

Artikolu 9a

Enerġija Solari fil-bini

1.  Sa ... [24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bini l-ġdid kollu jkun iddisinjat biex jottimizza l-potenzjal tal-ġenerazzjoni tal-enerġija solari tiegħu abbażi tal-irradjanza solari tas-sit, li tippermetti l-installazzjoni kosteffikaċi sussegwenti tat-teknoloġiji solari.

2.  L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu, permezz ta' miżuri ta' informazzjoni u skemi ta' permessi simplifikati, l-użu ta' installazzjonijiet tal-enerġija solari xierqa fil-bini kollu li qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri jew rinnovazzjoni profonda flimkien mar-rinnovazzjoni tal-involukru tal-bini, bis-sostituzzjoni ta' sistemi tekniċi użati fil-bini u bl-installazzjoni ta' tagħmir bil-ħżin tal-elettriku, infrastruttura tal-iċċarġjar tal-EV, teknoloġija tal-pompi tas-sħana, u sistemi tal-awtomatizzazzjoni u l-kontroll tal-bini.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-użu ta' installazzjonijiet tal-enerġija solari xierqa, jekk ikunu teknikament xierqa u ekonomikament u funzjonalment fattibbli, kif ġej:

(a)  sa... [24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], fuq il-bini kollu pubbliku ġdid u dak mhux residenzjali ġdid;

(b)  sal-31 ta' Diċembru 2026, fuq il-bini pubbliku u mhux residenzjali kollu eżistenti;

(c)  sal-31 ta' Diċembru 2028, fuq il-bini residenzjali ġdid kollu u l-parkeġġi msaqqfa;

(d)  sal-31 ta' Diċembru 2032, fuq il-bini kollu li qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri.

4.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jippubblikaw kriterji fil-livell nazzjonali għall-implimentazzjoni prattika tal-iskadenzi stabbiliti fil-paragrafu 3 u għal eżenzjonijiet possibbli għal tipi speċifiċi ta' bini, f'konformità mal-potenzjal tekniku u ekonomiku vvalutat tal-installazzjonijiet tal-enerġija solari u l-karatteristiċi tal-bini kopert minn dawk l-obbligazzjonijiet.

5.  L-użu ta' installazzjonijiet tal-enerġija solari xierqa fuq il-bini residenzjali ġdid kollu u fuq il-parkeġġi msaqqfa u fuq il-bini kollu li jkun qed jiġi rinnovat b'mod estensiv kif stabbilit fil-paragrafu 3, il-punti (c) u (d) għandu jiġi kkombinat mal-iżolament attiku u tas-saqaf fejn xieraq, filwaqt li jitqies il-funzjonament tal-bini. L-użu ta' installazzjonijiet xierqa tal-enerġija solari kif stabbilit fil-paragrafu 3 għandu jiġi kkombinat mal-proċess tal-għoti tal-permessi għall-installazzjoni ta' tagħmir tal-enerġija solari fi strutturi artifiċjali stabbilit fl-Artikolu 16c tad-Direttiva (UE) 2018/2001 (RED emendata kif proposta minn COM(2022)0222). Għal installazzjonijiet solari ta' inqas minn 50 kW, l-Istati Membri għandhom jippermettu proċedura ta' notifika sempliċi kif previst fl-Artikolu 17 tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

6.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu perkors b'miri numeriċi għall-kontribut nazzjonali tagħhom għall-użu tal-enerġija solari u tal-pompi tas-sħana fil-bini fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom għar-rinnovazzjoni tal-bini.

7.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-oqfsa regolatorji tagħhom jipprovdu l-kapaċitajiet u l-inċentivi amministrattivi, tekniċi u finanzjarji meħtieġa għall-użu tal-enerġija solari fil-bini, inkluż flimkien ma' sistemi tekniċi użati fil-bini bħal batteriji domestiċi, pompi tas-sħana għall-awtokonsum, jew pompi tas-sħana fuq skala kbira li jiddistribwixxu s-sħana permezz ta' sistemi tat-tisħin distrettwali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw kondizzjonijiet regolatorji ugwali għat-teknoloġiji solari u tat-tisħin kollha.

8.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rappreżentanti tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni, il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, il-fornituri tal-ħżin u partijiet ikkonċernati oħra jivvalutaw il-ħtieġa għal miżuri addizzjonali fir-rigward tas-sistema ta' distribuzzjoni biex jintlaħqu l-għanijiet ta' dan l-Artikolu. Dik il-valutazzjoni għandha tinkludi l-konnessjoni u l-akkwist meħtieġa tal-ġenerazzjoni tal-enerġija distribwita flessibbli f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(29) u d-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(30), b'mod partikolari billi jitqiesu kondizzjonijiet ekwi meħtieġa u remunerazzjoni ġusta għall-klijenti attivi u l-komunitajiet tal-enerġija.

9.  L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu miżuri biex jiżguraw is-sikurezza min-nirien ta' installazzjonijiet ta' enerġija solari fil-bini, inkluż flimkien ma' sistemi tekniċi użati fil-bini bħal batteriji domestiċi jew pompi tas-sħana għall-awtokonsum.

Artikolu 10

Passaport ta' rinnovazzjoni

1.  Sal-31 ta' Diċembru 2023, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 29 li jissupplimentaw din id-Direttiva billi jistabbilixxu qafas Ewropew komuni għall-passaporti ta' rinnovazzjoni, abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

2.  Sal-31 ta' Diċembru 2024, l-Istati Membri għandhom jintroduċu skema ta' passaporti ta' rinnovazzjoni li timplimenta l-qafas komuni stabbilit f'konformità mal-paragrafu 1.

2a.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-passaporti ta' rinnovazzjoni jkunu appoġġati finanzjarjament bħala parti mill-pjanijiet nazzjonali ta' rinnovazzjoni tal-bini sabiex ma jinħoloqx ostaklu, b'mod partikolari għas-sidien tad-djar li jkollhom biss l-abitazzjoni li jgħixu fiha. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-passaporti ta' rinnovazzjoni tal-bini jkunu disponibbli bl-appoġġ finanzjarju dovut għall-unitajiet domestiċi vulnerabbli li jixtiequ jirrinnovaw il-bini tagħhom kompletament jew parzjalment.

3.  Il-passaport ta' rinnovazzjoni għandu jikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)  għandu jinħareġ f'forma diġitali xierqa għall-istampar minn espert kwalifikat u ċċertifikat, wara żjara fuq il-post;

(b)  għandu jinkludi pjan direzzjonali ta' rinnovazzjoni olistiku li jindika numru massimu ta' passi ta' rinnovazzjoni li jibnu fuq xulxin skont il-prinċipju "l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel", biex tinkiseb rinnovazzjoni profonda skont l-objettiv li l-bini jiġi ttrasformat f'bini b'emissjonijiet żero sa mhux aktar tard mill-2050, li jiddeskrivi kif jistgħu jinkisbu standards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, u miżuri biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu fil-proċess ta' rinnovazzjoni;

(c)  għandu jindika l-benefiċċji mistennija f'termini ta' ffrankar enerġetiku, iffrankar fil-kontijiet tal-enerġija u tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu, b'indikazzjoni tal-passi ta' rinnovazzjoni li għandhom iwasslu għat-titjib rilevanti;

(ca)   għandu jkun fih informazzjoni dwar konnessjoni potenzjali ma' network tat-tisħin distrettwali effiċjenti, is-sehem tal-ġenerazzjoni individwali jew kollettiva u l-awtokonsum tal-enerġija rinnovabbli;

(cb)   għandu jkun fih informazzjoni dwar firxa ta' kostijiet stmati għal kull pass ta' rinnovazzjoni rakkomandat, kif ukoll il-kostijiet stmati ta' rinnovazzjoni profonda fi stadju wieħed bħala xenarju ta' referenza;

(cc)   għandu jinkludi l-lista tal-materjali, informazzjoni dwar iċ-ċirkolarità tal-prodotti għall-bini kif ukoll benefiċċji usa' relatati mas-saħħa, il-kumdità, il-kwalità ambjentali ta' ġewwa, is-sikurezza bħas-sikurezza kontra n-nar, l-elettriku u sismika, u l-kapaċità ta' adattament imtejba tal-bini għat-tibdil fil-klima;

(d)  għandu jkun fih informazzjoni dwar l-appoġġ finanzjarju u tekniku potenzjali u dettalji ta' kuntatt aġġornati tal-eqreb punt uniku ta' servizz stabbilit skont l-Artikolu 15a;

(da)  għandu jkun fih informazzjoni dwar kwalunkwe rinnovazzjoni maġġuri li ssir lill-bini, kif imsemmi fl-Artikolu 8(1), u kwalunkwe modifika jew sostituzzjoni ta' element tal-bini li jifforma parti mill-involukru tal-bini u li għandu impatt sinifikanti fuq ir-rendiment tal-involukru tal-bini fl-użu tal-enerġija, kif imsemmi fl-Artikolu 8(2).

Il-passaport ta' rinnovazzjoni jista' jkun fih informazzjoni addizzjonali, b'kunsiderazzjoni tal-kompożizzjoni tal-unità domestika u kwalunkwe rinnovazzjoni ppjanata, inklużi dawk mhux relatati mal-enerġija, f'konformità mal-liġi u l-prattika nazzjonali.

3a.   L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-integrazzjoni tal-passaporti ta' rinnovazzjoni fil-ġurnal ta' abbord diġitali tal-bini, il-ġbir ta' informazzjoni teknika u legali b'data essenzjali għas-sidien tal-proprjetà biex jippjanaw u jeżegwixxu rinnovazzjonijiet profondi u profondi fi stadji.

Artikolu 11

Sistemi tekniċi użati fil-bini

1.  L-Istati Membri għandhom, bl-għan li jtejbu bl-aħjar mod l-użu tal-enerġija tas-sistemi tekniċi użati fil-bini, jiffissaw rekwiżiti tas-sistema billi jużaw teknoloġiji għall-iffrankar enerġetiku fir-rigward tar-rendiment ġenerali fl-użu tal-enerġija, l-installazzjoni korretta, u d-dimensjonament, l-aġġustament u l-kontroll xierqa tas-sistemi tekniċi użati fil-bini, u, fejn xieraq, l-ibbilanċjar idroniku, li huma installati fil-bini ġdid jew eżistenti. Meta jistabbilixxu r-rekwiżiti, l-Istati Membri għandhom iqisu l-kondizzjonijiet tad-disinn u l-kondizzjonijiet operattivi tipiċi jew medji u għandhom jiżguraw l-użu tat-tagħmir li jissodisfa l-kriterji għall-ogħla klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli f'konformità mal-atti legali rilevanti tal-Unjoni dwar it-tikkettar tal-enerġija, filwaqt li jqisu l-effiċjenza tas-sistema u l-prinċipju "l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel".

Ir-rekwiżiti tas-sistema għandhom jiġu ffissati għal sistemi tekniċi użati fil-bini li jsiru mill-ġdid, jiġu sostitwiti u mtejba u għandhom jiġu applikati safejn ikunu teknikament, ekonomikament u funzjonalment vijabbli.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu rekwiżiti relatati mal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-ġeneraturi tas-sħana, jew mat-tip ta' karburant użat minnhom dment li tali rekwiżiti jkunu teknoloġikament newtrali u konformi mal-objettiv li jiġi eliminat gradwalment l-użu tal-fjuwils fossili fit-tisħin u t-tkessiħ.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti li jistabbilixxu għas-sistemi tekniċi użati fil-bini jilħqu mill-inqas l-aħħar livelli kostottimali u jqisu l-istandards ta' ottimizzazzjoni ekonomika u ambjentali rilevanti għad-dimensjonament tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sostituzzjoni ta' sistemi tekniċi użati fil-bini li jkunu obsoleti u ineffiċjenti, fejn ikun teknikament u ekonomikament fattibbli, tkun parti mill-passi stabbiliti f'passaport ta' rinnovazzjoni, f'konformità mal-prinċipju "l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel".

2.  L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li bini ġdid▌ għandu jkun mgħammar b'apparati awtoregolatorji li jirregolaw separatament it-temperatura f'kull kamra jew, fejn iġġustifikat, f'żona partikolari tal-unità tal-bini li tkun imsaħħna jew imkessħa u, fejn xieraq, b'ibbilanċjar idroniku. L-installazzjoni ta' tali apparati awtoregolatorji u, fejn xieraq, l-ibbilanċjar idroniku f'bini eżistenti għandhom ikunu meħtieġa meta jiġu sostitwiti ġeneraturi tas-sħana jew tal-kesħa, fejn ikun teknikament u ekonomikament fattibbli.

3.  L-Istati Membri għandhom jirrikjedu l-installazzjoni ta' apparat ta' kejl u kontroll għall-monitoraġġ u r-regolamentazzjoni tal-kwalità ambjentali fil-livell tal-unità rilevanti u, fejn ikun teknikament u ekonomikament fattibbli, fil-bini li ġej:

(a)  bini b'emissjonijiet żero;

(b)  bini ġdid;

(c)   bini eżistenti li qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri;

(d)  bini mhux residenzjali b'output nominali effettiv għal sistemi tat-tisħin, sistemi tat-tkessiħ jew sistemi għat-tisħin u t-tkessiħ tal-ispazju kkombinati ta' aktar minn 70kW;

(e)  bini pubbliku u bini li jipprovdi servizzi soċjali ta' interess ġenerali, bħall-edukazzjoni, is-saħħa u l-assistenza soċjali.

Meta jikkunsidraw il-fattibbiltà ekonomika ta' installazzjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom iqisu wkoll il-benefiċċji tagħha għas-saħħa li jistgħu jitkejlu.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data dwar il-kwalità ambjentali interna u data rilevanti oħra miġbura permezz ta' apparati ta' kejl u kontroll tkun interoperabbli mar-reġistri diġitali tal-bini skont l-Artikolu 19(6) u f'konformità mar-regoli tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta tiġi installata jew modifikata sistema teknika użata fil-bini, jittejbu u, fejn applikabbli, tingħata prova mid-data tar-rendiment użata tar-rendiment ġenerali fl-użu tal-enerġija, u fejn applikabbli, tar-rendiment tal-GWP taċ-ċiklu tal-ħajja ▌tas-sistema kompluta ▌. Ir-riżultati għandhom jiġu dokumentati f'reġistru diġitali tal-bini u mgħoddija lil sid il-binja u lill-inkwilin biex jibqgħu disponibbli u jkunu jistgħu jintużaw għall-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti minimi stabbiliti skont il-paragrafu 1 u għall-ħruġ ta' ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

L-Istati Membri jistgħu jadottaw inċentivi u finanzjament ġodda biex iħeġġu l-bidla minn sistemi tat-tisħin u tat-tkessiħ li jaħdmu bil-fjuwils fossili għal sistemi bbażati fuq fjuwils mhux fossili, akkumpanjati minn investiment fl-akkomodazzjoni li jtejjeb l-effiċjenza enerġetika.

4a.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu rekwiżiti biex jiżguraw li, fejn ikun teknikament u ekonomikament fattibbli, il-bini mhux residenzjali jkun mgħammar b'sistemi tal-awtomatizzazzjoni u l-kontroll tal-bini, kif ġej:

(a)  sal-31 ta' Diċembru 2024, bini mhux residenzjali b'output nominali effettiv għal sistemi tat-tisħin, sistemi tat-tkessiħ jew sistemi għat-tisħin u l-ventilazzjoni tal-ispazju kkombinati ta' aktar minn 290kW;

(b)  sal-31 ta' Diċembru 2029, bini mhux residenzjali b'output nominali effettiv għal sistemi tat-tisħin, sistemi tat-tkessiħ jew sistemi għat-tisħin u l-ventilazzjoni tal-ispazju kkombinati ta' aktar minn 70kW.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu parametri ċari għall-istabbiliment tal-fattibbiltà ekonomika li bini mhux residenzjali jiġi mgħammar b'sistemi tal-awtomatizzazzjoni u l-kontroll tal-bini.

4b.  Is-sistemi tal-awtomatizzazzjoni u l-kontroll tal-bini msemmija fil-paragrafu 4a għandhom ikunu kapaċi:

(a)  b'mod kontinwu jimmonitorjaw, jirreġistraw, janalizzaw u jħallu lok għal aġġustamenti fl-użu tal-enerġija;

(b)  iqabblu l-effiċjenza enerġetika tal-bini, jidentifikaw telf fl-effiċjenza ta' sistemi tekniċi użati fil-bini, u jinformaw lill-persuna responsabbli mill-faċilitajiet jew mill-ġestjoni teknika tal-bini dwar opportunitajiet għal titjib fl-effiċjenza enerġetika;

(c)  jippermettu l-komunikazzjoni mas-sistemi tekniċi użati fil-bini u apparati oħra konnessi ġewwa l-bini, u jkunu interoperabbli mas-sistemi tekniċi użati fil-bini bejn tipi differenti ta' teknoloġiji bi privattiva, apparati u manifatturi;

(d)  jimmonitorjaw b'mod effettiv il-kwalità ambjentali interna, biex tiġi żgurata s-saħħa u s-sikurezza tal-okkupanti.

4c.   L-Istati Membri għandhom jistipulaw rekwiżiti biex jiżguraw li, fejn ikun teknikament u ekonomikament fattibbli, mill-1 ta' Jannar 2025, il-bini residenzjali ġdid u bini residenzjali li jkunu qed isirulu rinnovazzjonijiet maġġuri b'output nominali effettiv għal sistemi ta' tisħin, sistemi ta' tkessiħ jew sistemi għat-tisħin, it-tkessiħ u l-ventilazzjoni tal-ispazju kkombinati ta' aktar minn 70 kW ikun mgħammar b'dan li ġej:

(a)  il-funzjonalità ta' monitoraġġ elettroniku kontinwu tas-sistemi fil-bini fil-livell rilevanti tal-bini u tal-unità li jkejjel l-effiċjenza u jinforma lis-sidien jew lill-maniġers tal-bini f'każ ta' varjazzjoni sinifikanti u meta jkun meħtieġ servizz ta' manutenzjoni tas-sistema;

(b)  funzjonalitajiet ta' kontroll u bbilanċjar effettivi biex jiżguraw il-ġenerazzjoni, id-distribuzzjoni, il-ħażna u l-użu ottimali tal-enerġija;

(c)  il-flessibbiltà min-naħa tad-domanda;

(d)  sistema effettiva ta' monitoraġġ tal-kwalità ambjentali interna, biex tiżgura s-saħħa u s-sikurezza tal-okkupanti.

4d.  Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 4c, il-bini residenzjali b'erja utli tal-art ta' aktar minn 1 000 m² għandu jkun mgħammar ukoll b'funzjonalità li tippermetti dawn iż-żewġ punti li ġejjin:

(a)  li titqabbel l-effiċjenza enerġetika tal-bini, jiġi identifikat it-telf fl-effiċjenza ta' sistemi tekniċi użati fil-bini, u li l-persuna responsabbli mill-faċilitajiet jew mill-ġestjoni teknika tal-bini tingħata informazzjoni dwar opportunitajiet għal titjib fl-effiċjenza enerġetika;

(b)  il-komunikazzjoni mas-sistemi tekniċi użati fil-bini u apparati oħra konnessi ġewwa l-bini, u l-interoperabbiltà mas-sistemi tekniċi użati fil-bini bejn tipi differenti ta' teknoloġiji bi privattiva, apparati u manifatturi.

4e.  L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li, fejn ikun teknikament u ekonomikament fattibbli, il-bini mhux residenzjali jkun mgħammar b'kontrolli awtomatiċi tad-dawl. Il-kontrolli awtomatiċi tad-dawl għandhom ikunu kapaċi jagħmlu dan kollu:

(a)   jikkontrollaw l-okkupanza allokata għad-dawl intern b'detezzjoni awtomatika;

(b)   ibaxxu b'mod awtomatiku l-potenza tad-dawl abbażi tal-livelli ta' dawl il-jum żona żona;

(c)   jippermettu monitoraġġ, reġistrar u detezzjoni ta' ħsara kontinwi;

(d)   jippermettu l-kontroll tal-utent finali;

(e)   jippermettu komunikazzjoni ma' sistemi tekniċi użati fil-bini konnessi rilevanti fil-bini.

Artikolu 11a

Kwalità Ambjentali Interna

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu rekwiżiti għall-implimentazzjoni ta' standards ta' kwalità ambjentali interna adegwati fil-bini sabiex tinżamm klima interna tajba għas-saħħa.

2.  Sa ... [24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu rekwiżiti skont indikaturi li jistgħu jitkejlu bbażati fuq dawk tal-qafas LEVELs.

L-indikaturi tal-kwalità ambjentali interna għandhom jitkejlu ġewwa l-bini u għandhom tal-anqas jinkludu:

(a)  il-livell tad-dijossidu tal-karbonju;

(b)  it-temperatura u l-kumdità termali;

(c)  l-umdità relattiva;

(d)  il-livell ta' illuminazzjoni ta' dawl il-jum jew livelli adegwati ta' dawl il-jum;

(e)  ir-rata tal-bidla tal-ventilazzjoni fl-arja fis-siegħa;

(f)  il-kumdità akustika interna, bħall-kontroll tal-ħin tar-riverberazzjoni u l-livell tal-istorbju fl-isfond u l-intelliġibbiltà tad-diskors.

Il-materja partikolata tal-emissjonijiet ta' sorsi ta' ġewwa u l-limiti tas-sustanzi niġġiesa fil-mira minn sorsi ta' ġewwa, dwar komposti organiċi volatili, ikklassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi, jew tossiċi għar-riproduzzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008(31), inkluż il-formaldeid, għandhom jiġu rrapportati abbażi tad-data disponibbli fil-livell tal-prodott, jew tal-kejl dirett, fejn disponibbli, tas-sorsi rilevanti fir-rigward tal-ambjent intern tal-bini.

3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 29 biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi qafas ta' metodoloġija għall-kalkolu tal-istandards ta' kwalità ambjentali interna.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li bini ġdid u bini li tkun qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri jikkonformaw mal-istandards adegwati tal-kwalità ambjentali interna.

Artikolu 12

Infrastruttura għal mobbiltà sostenibbli

1.  Fir-rigward ta' bini mhux residenzjali ġdid u bini mhux residenzjali li tkun qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri fejn dik ir-rinnovazzjoni tkun tinkludi l-parkeġġ jew l-installazzjonijiet elettriċi tal-bini, b'aktar minn ħames spazji tal-parkeġġ, fejn il-parkeġġ ikun jinsab ġewwa l-bini, ikun fiżikament maġenb il-bini jew ikollu rabta ċara miegħu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-installazzjoni ta':

(a)  ▌mill-inqas punt tal-irriċarġjar wieħed għal kull ħames spazji tal-parkeġġ;

(b)  ▌kablaġġ mgħoddi minn qabel għal kull spazju għall-parkeġġ li jippermetti l-installazzjoni, fi stadju aktar tard ta' punti tal-irriċarġjar għall-vetturi elettriċi, għar-roti assistiti bl-elettriku u tipi oħra ta' vetturi tal-kategorija L; kif ukoll

(c)   ▌spazji għall-parkeġġ għar-roti li jirrappreżentaw mill-inqas 15 % tal-kapaċità totali tal-utenti ta' bini mhux residenzjali, filwaqt li jitqies l-ispazju meħtieġ ukoll għal roti b'dimensjonijiet akbar minn roti standard.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kablaġġ mgħoddi minn qabel ikun dimensjonat biex jippermetti l-użu simultanju u effiċjenti tal-għadd mistenni ta' punti tal-irriċarġjar u jappoġġaw, fejn xieraq, l-installazzjoni ta' sistema ta' ġestjoni ta' ċċarġjar jew irriċarġjar, sa fejn ikun teknikament u ekonomikament fattibbli u ġustifikabbli.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, il-punt (a), għal bini ġdid ta' uffiċċji u bini ta' uffiċċji li tkun qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri, b'aktar minn ħames spazji għall-parkeġġ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-installazzjoni ta' mill-inqas punt tal-irriċarġjar wieħed għal kull żewġ spazji għall-parkeġġ.

2.  Fir-rigward tal-bini mhux residenzjali kollu b'aktar minn għoxrin spazju tal-parkeġġ u, jekk ikun teknikament u ekonomikament fattibbli, għaxar spazji tal-parkeġġ, sal-1 ta' Jannar 2027, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-installazzjoni ta' mill-inqas punt wieħed tal-irriċarġjar għal kull għaxar spazji tal-parkeġġ, u ▌spazju wieħed tal-parkeġġ għar-roti, li jirrappreżentaw mill-inqas 15 % tal-kapaċità totali tal-utent tal-bini u jkun meħtieġ ukoll spazju għal roti b'dimensjonijiet akbar minn roti standard. Fil-każ ta' bini li jkun proprjetà tal-awtoritajiet pubbliċi jew okkupat minnhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kablaġġ mgħoddi minn qabel għal mill-inqas wieħed minn kull żewġ spazji għall-parkeġġ sal-1 ta' Jannar 2033.

3.  L-Istati Membri jistgħu, soġġett għal valutazzjoni mill-awtoritajiet lokali, filwaqt li jqisu l-karatteristiċi lokali, inklużi l-kondizzjonijiet demografiċi, ġeografiċi u klimatiċi, jaġġustaw ir-rekwiżiti għan-numru ta' spazji għall-parkeġġ tar-roti skont il-paragrafi 1 u 2 għal kategoriji speċifiċi ta' bini mhux residenzjali ▌.

4.  Fir-rigward ta' bini residenzjali ġdid u bini residenzjali li tkun qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri fejn dik ir-rinnovazzjoni tinkludi l-parkeġġ jew l-installazzjonijiet elettriċi tal-bini, b'aktar minn tliet spazji tal-parkeġġ, fejn il-parkeġġ ikun jinsab ġewwa l-bini jew il-parkeġġ ikun fiżikament maġenbu jew ikollu rabta ċara miegħu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-installazzjoni:

(a)  f'bini residenzjali ġdid, ta' kablaġġ mgħoddi minn qabel għal kull spazju tal-parkeġġ u, f'bini residenzjali li tkun qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri, ta' kablaġġ mgħoddi minn qabel jew, fejn ikun teknikament u ekonomikament mhux fattibbli, kanali għal kull spazju tal-parkeġġ biex fi stadju aktar tard tkun tista' ssir l-installazzjoni ta' punti tal-irriċarġjar għal vetturi elettriċi u roti assistiti bl-elettriku u tipi oħra ta' vetturi tal-kategorija L; L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kablaġġ mgħoddi minn qabel ikun dimensjonat biex jippermetti l-użu simultanju tal-punti tal-irriċarġjar fl-ispazji kollha tal-parkeġġ;

(aa)  ta' mill-inqas punt tal-irriċarġjar wieħed;

(b)  mill-inqas żewġ spazji għall-parkeġġ tar-roti għal kull abitazzjoni f'bini residenzjali ġdid;

(ba)  mill-inqas żewġ spazji għall-parkeġġ tar-roti għal kull abitazzjoni f'bini residenzjali li tkun qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri, fejn ikun teknoloġikament u ekonomikament fattibbli;

(bb)  f'bini residenzjali ġdid b'mill-inqas tliet abitazzjonijiet u fejn ma jkunx hemm spazji għall-parkeġġ tal-karozzi, mill-inqas żewġ spazji għall-parkeġġ tar-roti għal kull abitazzjoni, fejn ikun teknoloġikament u ekonomikament fattibbli.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu, soġġett għal valutazzjoni mill-awtoritajiet lokali u filwaqt li jqisu l-karatteristiċi lokali, inklużi l-kondizzjonijiet demografiċi, ġeografiċi u klimatiċi, jaġġustaw ir-rekwiżiti għan-numru ta' spazji għall-parkeġġ tar-roti.

5.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafi 1, 2 and 4 għal kategoriji speċifiċi ta' bini fejn il-kablaġġ mgħoddi minn qabel meħtieġ iserraħ fuq sistemi mikro iżolati jew il-bini jkun jinsab fir-reġjuni ultraperifiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 349 TFUE jekk dan ikun iwassal għal problemi sostanzjali għat-tħaddim tas-sistema tal-enerġija lokali u jkun iqiegħed f'periklu l-istabbiltà tal-grilja lokali.

5a.  Wara talba motivata minn Stat Membru, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tippermetti lil dak l-Istat Membru jaġġusta r-rekwiżiti fil-paragrafi 1 u 2 għal kategoriji speċifiċi ta' bini fejn:

(a)  il-bini jkun proprjetà ta' mikrointrapriża jew ta' intrapriża żgħira jew ta' daqs medju, jew ikun okkupat minnhom, kif definiti fl-Artikolu 2 tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE(32); jew

(b)  il-bini jkollu użu temporanju biss f'konformità mal-Artikolu 9.

5b.   L-Istati Membri jistgħu jaġġustaw ir-rekwiżiti għan-numru ta' spazji tal-parkeġġ skont il-paragrafi 1, 2 u 4 għal kategoriji speċifiċi ta' bini residenzjali u mhux residenzjali fejn it-twettiq tar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 4 iwassal għal kostijiet sproporzjonati, ikun ekonomikament fattibbli jew inġustifikabbli, jew fejn il-kundizzjonijiet lokali ma jiġġustifikawx it-twettiq tar-rekwiżiti. [Em. 5]

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-punti tal-irriċarġjar imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 4 ta' dan l-Artikolu jkunu kapaċi jagħmlu ċċarġjar intelliġenti u, fejn xieraq, iċċarġjar bidirezzjonali, u li jitħaddmu abbażi ta' protokolli u standards ta' komunikazzjoni nonproprjetarji u nondiskriminatorji, b'mod interoperabbli, u f'konformità ma' kull standard u protokoll legali fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 19(6) u l-Artikolu 19(7) tar-Regolament (UE).../... [AFIR].

7.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ta' punti tal-irriċarġjar mhux aċċessibbli għall-pubbliku joperawhom f'konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE).../... [AFIR], fejn applikabbli.

8.  L-Istati Membri għandhom jipprevedu miżuri għat-tħeġġig, għas-simplifikazzjoni, għall-armonizzazzjoni u għall-aċċelerazzjoni tal-proċedura tal-installazzjoni ta' punti tal-irriċarġjar f'bini residenzjali u mhux residenzjali, ġdid jew diġà eżistenti, speċjalment tal-assoċjazzjonijiet ta' koproprjetarji, u jneħħu ostakli regolatorji, inkluż fir-rigward tal-proċeduri tal-għoti ta' permessi u approvazzjoni minn awtoritajiet pubbliċi jew operaturi tal-grilja, mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Istati Membri dwar il-proprjetà u l-kera u biex jippermettu d-"dritt għall-ipplaggar" lil kulħadd fl-Unjoni. L-Istati Membri għandhom ineħħu l-ostakli għall-installazzjoni ta' punti tal-irriċarġjar f'bini residenzjali bi spazji għall-parkeġġ, b'mod partikolari l-ħtieġa li jinkiseb kunsens mingħand sid il-kera jew il-kosidien għal punt tal-irriċarġjar privat għall-użu proprju. Talba mill-inkwilini jew mill-koproprjetarji biex jinstallaw tagħmir tal-iċċarġjar fi spazju għall-parkeġġ tista' tiġi rrifjutata jekk ikun hemm raġunijiet serji u leġittimi għal tali rifjut.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ż-żmien bejn l-applikazzjoni min-naħa ta' kerrej jew ta' sid għal punt tal-irriċarġjar f'binja u l-installazzjoni tiegħu jkun raġonevoli u, fi kwalunkwe każ, ma jażbiżx is-sitt xhur.

Sal-1 ta' Jannar 2025, il-Kummissjoni għandha tippubblika linji gwida li jispeċifikaw l-istandards u l-protokoll li għandhom jiġu rrakkomandati lill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u lokali għas-sikurezza kontra n-nirien fil-parkeġġi msaqqfa.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw id-disponibbiltà ta' assistenza teknika għas-sidien u għall-inkwilini tal-bini li jixtiequ jinstallaw punti tal-irriċarġjar u spazji tal-parkeġġ tar-roti.

Fir-rigward tal-bini residenzjali eżistenti b'aktar minn tliet spazji tal-parkeġġ, l-Istati Membri għandhom jintroduċu miżuri li jiżguraw l-installazzjoni ta' kablaġġ mgħoddi minn qabel, b'mod proporzjonat mal-għadd ta' vetturi elettriċi ħfief bil-batterija rreġistrati fit-territorju tagħhom.

8a.  Għas-sidien u l-inkwilini tal-bini, li ma jkollhomx il-possibbiltà li jinstallaw punt tal-irriċarġjar fil-post ta' residenza tagħhom, l-Istati Membri għandhom jintroduċu miżuri li jippermettulhom jitolbu l-installazzjoni ta' punt tal-irriċarġjar disponibbli għall-pubbliku qrib il-post ta' residenza tagħhom, f'konformità mal-objettivi tar-Regolament (UE) …/…[AFIR]. L-Istati Membri għandhom jintroduċu miżuri biex jiżguraw li l-għadd ta' punti tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku installati jikkorrispondi mal-għadd ta' talbiet riċevuti fl-istess żoni.

9.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-koerenza tal-politiki għall-bini, il-mobbiltà attiva u ekoloġika, il-klima, l-enerġija, il-bijodiversità u l-ippjanar urban.

Biex tiġi żgurata kombinazzjoni effettiva dwar l-elettromobbiltà privata, il-mobbiltà attiva u t-trasport pubbliku, l-Istati Membri għandhom jappoġġaw lill-awtoritajiet lokali fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' pjanijiet ta' mobbiltà urbana sostenibbli b'enfasi partikolari fuq l-integrazzjoni tal-politiki tad-djar b'mobbiltà sostenibbli u ppjanar urban.

Artikolu 13

Potenzjal ta' intelliġenza tal-bini għat-teknoloġiji intelliġenti

1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 29 dwar skema komuni fakultattiva tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-potenzjal ta' intelliġenza tal-bini għat-teknoloġiji intelliġenti. Il-klassifikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tal-kapaċitajiet ta' bini jew ta' unità ta' bini li jadattaw l-operat tagħhom għall-ħtiġijiet tal-okkupant, b'mod partikolari rigward il-kwalità ambjentali interna u tal-grilja u li jtejbu l-effiċjenza enerġetika u r-rendiment ġenerali tagħhom.

F'konformità mal-Anness IV, l-iskema komuni fakultattiva tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-potenzjal ta' intelliġenza tal-bini għat-teknoloġiji intelliġenti għandha tistipula:

(a)  id-definizzjoni tal-indikatur tal-potenzjal ta' intelliġenza tal-bini għat-teknoloġiji intelliġenti; ▌

(b)  metodoloġija li biha għandu jiġi kkalkulat.

2.  Sal-31 ta' Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha ▌ tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 29, li jemenda din id-Direttiva billi jirrikjedi l-applikazzjoni obbligatorja, sal-istess data, tal-iskema komuni tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-potenzjal ta' intelliġenza tal-bini għat-teknoloġiji intelliġenti, f'konformità mal-Anness IV, għal bini mhux residenzjali b'output nominali effettiv għas-sistemi tat-tisħin, is-sistemi tal-arja kkondizzjonata, u s-sistemi għat-tisħin, l-arja kkondizzjonata u l-ventilazzjoni tal-ispazju kkombinati ta' aktar minn 290 kW. Mill-1 ta' Jannar 2030, l-iskema komuni tal-Unjoni għandha tapplika għal bini mhux residenzjali b'output nominali effettiv ta' 70 kW.

3.  Il-Kummissjoni għandha, wara li tkun ikkonsultat il-partijiet ikkonċernati rilevanti, tadotta att ta' implimentazzjoni li jagħti fid-dettall il-modalitajiet tekniċi għall-implimentazzjoni effettiva tal-iskema msemmija fil-paragrafu 1 , inkluża skeda ta' żmien li ma torbotx għal fażi ta' ttestjar fil-livell nazzjonali, u li jiċċara r-relazzjoni komplementari tal-iskema maċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija msemmija fl-Artikolu 16.

Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 30(3).

4.  Sal-31 ta' Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha, ▌ wara li tkun ikkonsultat mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, tadotta att ta' implimentazzjoni li jagħti dettalji dwar il-modalitajiet tekniċi għall-implimentazzjoni effettiva tal-applikazzjoni tal-iskema msemmija fil-paragrafu 2 għal bini mhux residenzjali b'output nominali effettiv għas-sistemi tat-tisħin, is-sistemi tal-arja kkondizzjonata, jew is-sistemi għat-tisħin, l-arja kkondizzjonata u l-ventilazzjoni kkombinati ta' aktar minn 290 kW.

Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 30(3).

Artikolu 14

Skambju ta' data

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sidien, l-inkwilini u l-maniġers tal-bini jista' jkollhom aċċess dirett għad-data tas-sistemi tal-bini tagħhom, inkluża d-data tas-sistemi tekniċi użati fil-bini. Bil-kunsens tagħhom, l-aċċess jew id-data għandhom ikunu disponibbli għal parti terza soġġetti għall-ftehim kuntrattwali eżistenti. L-Istati Membri għandhom jagħtu l-mandat għall-użu ta' standards internazzjonali u formati ta' ġestjoni għal data skambjata u jiffaċilitaw l-interoperabbiltà sħiħa tas-servizzi u tal-iskambju tad-data fl-Unjoni skont il-paragrafu 5. Id-data aggregata u anonimizzata tas-sistemi tal-bini għandha tkun disponibbli għall-pubbliku.

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, id-data dwar is-sistemi tal-bini għandha tinkludi id-data mhux ipproċessata rilevanti relatata mar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-elementi tal-bini, ir-rendiment fl-użu tal-enerġija tas-servizzi tal-bini, it-tul tal-ħajja maħsub għas-sistemi ta' tisħin, is-sensuri, is-sistemi tal-awtomatizzazzjoni u l-kontroll tal-bini, il-miters u l-punti tal-irriċarġjar għall-elettromobbiltà u tkun marbuta mar-reġistru diġitali tal-bini. Kemm id-data pproċessata kif ukoll dik mhux ipproċessata għandhom jitqiesu aċċettabbli għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, dment li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu.

1a.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet lokali jkollhom aċċess għad-data dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija fit-territorju tagħhom kif meħtieġ biex jiffaċilitaw l-abbozzar tal-pjanijiet ta' tisħin u tkessiħ u jinkludu sistemi operattivi ta' informazzjoni ġeografika u l-bażijiet ta' data relatati, f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(33). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet lokali jkollhom ir-riżorsi meħtieġa għall-ġestjoni tad-data u l-informazzjoni.

2.  Meta jistabbilixxu r-regoli dwar il-ġestjoni u l-iskambju tad-data, l-Istati Membri jew, fejn Stat Membru jkun ippreveda dan, l-awtoritajiet kompetenti maħtura, għandhom jikkonformaw mar-regoli armonizzati tal-Unjoni stabbiliti fl-atti ta' implimentazzjoni previsti fil-paragrafu 5 u l-qafas legali applikabbli tal-Unjoni. Ir-regoli dwar l-aċċess u kwalunkwe ħlas ma għandhomx jikkostitwixxu ostaklu jew joħolqu diskriminazzjoni għal partijiet terzi biex jaċċessaw id-data dwar is-sistemi tal-bini.

3.  L-ebda kost addizzjonali ma għandha tiġi ddebitata lis-sid, lill-inkwilin jew lill-maniġer tal-bini għall-aċċess għad-data tagħhom jew għal talba biex id-data tagħhom tkun disponibbli għal parti terza skont il-ftehim kuntrattwali eżistenti. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli biex jistabbilixxu t-tariffi rilevanti għall-aċċess għad-data minn partijiet eliġibbli oħra bħal istituzzjonijiet finanzjarji, aggregaturi, fornituri tal-enerġija, fornituri tas-servizzi tal-enerġija u Istituti Nazzjonali tal-Istatistika jew awtoritajiet nazzjonali oħra responsabbli għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea. L-Istati Membri jew, fejn applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti maħtura, għandhom jiżguraw li kwalunkwe ħlas impost minn entitajiet regolati li jipprovdu servizzi tad-data jkun raġonevoli u debitament ġustifikat. L-Istati Membri għandhom jinċentivaw il-kondiviżjoni tad-data dwar is-sistemi tal-bini.

4.  Ir-regoli dwar l-aċċess għad-data u l-ħżin tad-data għall-finijiet ta' din id-Direttiva għandhom jikkonformaw mal-liġi rilevanti tal-Unjoni. L-ipproċessar ta' data personali fil-qafas ta' din id-Direttiva għandu jitwettaq f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

4a.  Sal-31 ta' Diċembru 2023, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 29 biex jissupplimenta din id-Direttiva billi jistabbilixxi rekwiżiti tal-interoperabbiltà u proċeduri nondiskriminatorji u trasparenti għall-aċċess għad-data msemmija f'dan l-Artikolu.

5.  Sal-31 ta' Diċembru 2023, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jagħtu dettalji dwar ir-rekwiżiti tal-interoperabbiltà u l-proċeduri nondiskriminatorji u trasparenti għall-aċċess għad-data msemmija f'dan l-Artikolu.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 30(2).

Il-Kummissjoni għandha toħroġ strateġija ta' konsultazzjoni li tistabbilixxi objettivi tal-konsultazzjoni, il-partijiet ikkonċernati fil-mira u l-attivitajiet ta' konsultazzjoni għall-iżvilupp tal-atti ta' implimentazzjoni.

Artikolu 15

Inċentivi finanzjarji, ħiliet u ostakli għas-suq

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu finanzjament xieraq u miżuri ta' appoġġ flimkien ma' strumenti oħra tal-Unjoni bħall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-Fond Soċjali għall-Klima u l-fondi tal-politika ta' koeżjoni. Għandhom jiddelimitaw ammonti xierqa fl-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni u fl-iskemi nazzjonali ta' finanzjament għar-rinnovazzjonijiet u jiddedikaw finanzjament xieraq biex jindirizza l-ostakli tas-suq u jistimula l-investimenti meħtieġa fir-rinnovazzjonijiet tal-enerġija f'konformità mal-pjan nazzjonali tagħhom ta' rinnovazzjoni tal-bini u bil-ħsieb li l-istokk tal-bini tagħhom jinbidel f'bini b'emissjonijiet żero sal-2050, inkluż bil-promozzjoni u s-simplifikazzjoni tal-użu tas-sħubijiet pubbliċi-privati.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni u l-proċeduri għall-finanzjament ikunu sempliċi u ssimplifikati sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-finanzjament għall-unitajiet domestiċi.

1a.  Il-finanzjament pubbliku għandu jindirizza bil-quddiem il-kostijiet assoċjati mar-rinnovazzjonijiet li jiffaċċjaw l-unitajiet domestiċi. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-aċċess għal self bankarju ekonomikament aċċessibbli, linji ta' kreditu ddedikati, jew rinnovazzjonijiet iffinanzjati għalkollox mill-pubbliku.

L-inċentivi finanzjarji fil-forma ta' għotjiet jew garanziji għandhom iqisu parametri bbażati fuq id-dħul meta jallokaw appoġġ finanzjarju biex jiżguraw li jimmiraw bħala prijorità unitajiet domestiċi vulnerabbli u persuni li jgħixu f'akkomodazzjoni soċjali, f'konformità mal-Artikolu 22 tad-Direttiva (UE).../.... [EED riformulata]. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw skemi ddedikati għar-rinnovazzjonijiet tal-effiċjenza enerġetika, b'mod partikolari miżuri finanzjarji, u għandhom jiżguraw li kull programm nazzjonali ta' appoġġ finanzjarju jkun fih ammonti ddedikati mmirati lejn unitajiet domestiċi vulnerabbli, li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet tagħhom. L-Istati Membri jistgħu jużaw il-fondi nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika biex jiffinanzjaw skemi u programmi ddedikati skont l-Artikolu 28 tad-Direttiva (UE).../.... [EED riformulata].

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri regolatorji xierqa biex ineħħu l-ostakli mhux ekonomiċi għar-rinnovazzjoni tal-bini. Fir-rigward ta' bini b'aktar minn unità ta' bini waħda, tali miżuri jistgħu jinkludu t-tneħħija ta' rekwiżiti ta' unanimità fi strutturi ta' sjieda konġunta, l-adattament tal-mandat u r-responsabbiltajiet tal-maniġers tal-bini biex jittrattaw il-proġetti tar-rinnovazzjoni tal-enerġija, jew li jippermettu li strutturi ta' sjieda konġunta jkunu riċevituri diretti ta' appoġġ finanzjarju bħal self u għotjiet.

3.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-aħjar użu kosteffettiv tal-finanzjament nazzjonali u l-finanzjament disponibbli stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-Fond Soċjali għall-Klima, il-fondi tal-politika ta' koeżjoni, InvestEU, id-dħul mill-irkant mill-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet skont id-Direttiva 2003/87/KE [ETS emendata] u sorsi oħra ta' finanzjament pubbliku. Dawk is-sorsi ta' finanzjament għandhom jintużaw b'mod konsistenti ma' perkors biex jinkiseb stokk tal-bini b'emissjonijiet żero sal-2050.

4.  Biex jappoġġaw il-mobilizzazzjoni tal-investimenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti b'mod effettiv finanzjament u għodod finanzjarji abilitanti, jiġifieri self għall-effiċjenza enerġetika u ipoteki għar-rinnovazzjoni tal-bini, ikkuntrattar għall-prestazzjoni tal-enerġija, skemi finanzjarji "pay-as-you-save" (ħallas waqt li tiffranka), inċentivi fiskali, inklużi rati tat-taxxa mnaqqsa fuq xogħlijiet u materjali ta' rinnovazzjoni, skemi fuq it-taxxa, skemi fuq il-kont, fondi ta' garanzija, standards tal-portafoll ipotekarju, strumenti ekonomiċi li jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni ta' miżuri ta' suffiċjenza u ċirkolari, fondi mmirati lejn rinnovazzjonijiet profondi, u fondi mmirati lejn rinnovazzjonijiet b'limitu minimu sinifikanti ta' ffrankar tal-enerġija mmirat u tnaqqis immirat tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra taċ-ċiklu tal-ħajja kollu.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-finanzjament disponibbli u l-għodod finanzjarji tkun disponibbli għall-pubbliku b'mod faċilment aċċessibbli u trasparenti, inkluż b'mezzi diġitali.

L-Istati Membri u l-awtoritajiet finanzjarji rilevanti għandhom jirrieżaminaw il-leġiżlazzjoni applikabbli u jiżviluppaw miżuri ta' appoġġ biex jiffaċilitaw l-użu ta' self għar-rinnovazzjoni u ipoteki tal-effiċjenza enerġetika, u l-iżvilupp ta' prodotti ta' self innovattivi ddedikati għall-finanzjament ta' rinnovazzjoni profonda u rinnovazzjoni profonda fi stadji f'konformità mal-istadji fil-passaporti ta' rinnovazzjoni. Il-Kummissjoni u l-Bank Ewropew tal-Investiment għandhom jiżguraw aċċess għall-finanzjament b'kondizzjonijiet favorevoli, filwaqt li jiffaċilitaw l-użu ta' strumenti finanzjarji u skemi innovattivi, bħal self tal-UE għar-rinnovazzjoni jew fond Ewropew ta' garanzija għar-rinnovazzjonijiet tal-bini.Il-finanzjament u l-għodod finanzjarji abilitanti għandhom jiggwidaw ukoll l-investimenti fi stokk ta' bini pubbliku effiċjenti fl-użu tal-enerġija, f'konformità mal-gwida tal-Eurostat dwar ir-reġistrazzjoni tal-Ikkuntrattar għall-Prestazzjoni tal-Enerġija fil-kontijiet tal-gvern.

4a.  Sa ... [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 29 biex tissupplimenta din id-Direttiva sabiex tiżgura li l-istandards tal-portafoll ipotekarju jinkoraġġixxu b'mod effettiv lill-istituzzjonijiet finanzjarji biex iżidu l-volumi previsti għar-rinnovazzjonijiet, jippreskrivu miżuri ta' appoġġ għall-istituzzjonijiet finanzjarji u s-salvagwardji meħtieġa kontra mġiba potenzjali ta' self kontroproduttiv bħat-tnaqqis jew ir-rifjut tal-aċċess għall-kreditu lill-unitajiet domestiċi li jgħixu f'abitazzjonijiet bi klassi tar-rendiment baxx fl-użu tal-enerġija, jew il-limitazzjoni tas-self ipotekarju tagħhom lill-konsumaturi li jixtru abitazzjonijiet bi klassi tar-rendiment għoli fl-użu tal-enerġija.

5.  L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-aggregazzjoni ta' proġetti biex jippermettu l-aċċess tal-investituri kif ukoll soluzzjonijiet aggregati għal klijenti potenzjali. L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri biex jiżguraw li l-prodotti ta' self għall-effiċjenza u l-aċċessibbiltà enerġetika għar-rinnovazzjonijiet tal-bini jiġu offruti b'mod wiesa' u mhux diskriminatorju mill-istituzzjonijiet finanzjarji u jkunu viżibbli u aċċessibbli għall-konsumaturi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-banek u istituzzjonijiet finanzjarji u investituri oħra jirċievu informazzjoni dwar opportunitajiet biex jipparteċipaw fil-finanzjament tat-titjib tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini.▌

6.  L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw id-disponibbiltà tal-ħiliet u l-professjonisti b'ħiliet f'konformità mal-Artikolu 3 u jiżviluppaw miżuri u finanzjament biex jippromwovu l-edukazzjoni u l-programmi ta' taħriġ, inkluż fit-teknoloġiji diġitali, biex jiffaċilitaw ir-rikwalifikazzjoni professjonali tal-ħaddiema u l-ħolqien tal-opportunitajiet ta' impjiegi biex jiżguraw li jkun hemm biżżejjed forza tax-xogħol bil-livell xieraq ta' ħiliet li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet fis-settur tal-bini. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri biex jippromwovu l-parteċipazzjoni f'tali programmi, b'mod partikolari minn mikrointrapriżi kif ukoll minn intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u b'kunsiderazzjoni xierqa tal-aspett tal-ġeneru. Punti uniċi ta' servizz stabbiliti skont l-Artikolu 15a jistgħu jiffaċilitaw l-aċċess għal tali programmi u t-taħriġ mill-ġdid professjonali tal-ħaddiema.

7.  Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa standard komuni tal-Unjoni għal skemi finanzjarji innovattivi, b'mod partikolari skema "pay-as-you-save" (ħallas waqt li tiffranka), li jistabbilixxi rekwiżiti minimi obbligatorji għall-atturi pubbliċi u privati.

8.  Il-Kummissjoni għandha ▌tassisti lill-Istati Membri fl-iffissar ta' programmi ta' appoġġ finanzjarju nazzjonali jew reġjonali bil-għan li jiżdied ir-rendiment fl-użu tal-enerġija u jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-bini, speċjalment f'bini eżistenti, inkluż billi tappoġġa l-iskambju tal-aħjar prattika bejn l-awtoritajiet jew il-korpi nazzjonali jew reġjonali responsabbli. Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwivalenti u jsir użu massimu mill-potenzjal ta' investiment disponibbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali programmi jiġu żviluppati b'mod li jkun aċċessibbli għal organizzazzjonijiet b'kapaċitajiet amministrattivi, finanzjarji, u organizzattivi aktar baxxi, bħall-mikrointrapriżi u l-SMEs, il-komunitajiet tal-enerġija, l-inizjattivi mmexxija miċ-ċittadini, l-awtoritajiet lokali, u l-aġenziji tal-enerġija. L-Istati Membri għandhom jipprovdu appoġġ għal inizjattivi lokali, bħal programmi ta' rinnovazzjoni mmexxija miċ-ċittadini u programmi għal sorsi rinnovabbli ta' tisħin u tkessiħ fil-livell tal-viċinat jew muniċipali.

8a.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu finanzjament xieraq, miżuri ta' appoġġ u strumenti oħra għall-implimentazzjoni tar-riżultati tar-riċerka u l-iżvilupp fir-rigward ta' sistemi u materjali ta' kostruzzjoni effiċjenti fl-użu tal-enerġija inkluża l-manifattura, b'mod partikolari mill-mikrointrapriżi u l-SMEs.

9.  L-Istati Membri għandhom jorbtu l-miżuri finanzjarji tagħhom għal titjib fir-rendiment fl-użu tal-enerġija u tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fir-rinnovazzjoni ta' bini mal-iffrankar u t-titjib fl-enerġija mmirat u miksub, kif determinat bi kriterju wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:

(a)   ir-rendiment fl-użu tal-enerġija u t-tnaqqis tal-gassijiet serra tat-tagħmir jew tal-materjal użat għar-rinnovazzjoni; f'liema każ, it-tagħmir jew il-materjal użat għar-rinnovazzjoni għandu jiġi installat minn installatur bil-livell rilevanti ta' ċertifikazzjoni jew kwalifika u għandu jikkonforma tal-inqas mar-rendiment minimu fl-użu tal-enerġija jew mal-valuri ta' referenza ogħla għal rendiment imtejjeb tal-konsum tal-enerġija tal-bini;

(b)  valuri standard għall-kalkolu ta' ffrankar fl-enerġija u fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra fil-bini;

(c)  it-titjib miksub minħabba din ir-rinnovazzjoni billi jqabblu ċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija maħruġa qabel u wara r-rinnovazzjoni;

(d)  ir-riżultati ta' verifika tal-enerġija;

(e)  ir-riżultati ta' metodu ieħor rilevanti, trasparenti u proporzjonat li jindika t-titjib fir-rendiment fl-użu tal-enerġija, inkluż billi jikkumpara l-konsum fl-użu tal-enerġija qabel u wara r-rinnovazzjoni b'sistemi ta' miters intelliġenti.

Ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw għal finanzjament iddedikat għal unitajiet domestiċi vulnerabbli.

10.  Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2024, l-Istati Membri ma għandhom jipprovdu l-ebda inċentiv finanzjarju għall-installazzjoni ta' bojlers individwali li jużaw il-fjuwils fossili ▌.

11.  L-Istati Membri għandhom jinċentivaw rinnovazzjoni profonda u programmi mdaqqsa li jindirizzaw għadd kbir ta' bini, b'mod partikolari l-bini bl-agħar rendiment, inkluż permezz ta' programmi integrati ta' rinnovazzjoni distrettwali u jirriżultaw fi tnaqqis ġenerali ta' mill-inqas 60 % tad-domanda għall-enerġija primarja b'appoġġ finanzjarju, fiskali, amministrattiv u tekniku dejjem akbar skont il-livell ta' prestazzjoni miksub, bil-parteċipazzjoni finanzjarja ogħla riżervata għal rinnovazzjonijiet profondi jew għall-gruppi msemmija fil-paragrafu 1a.

11a.  L-Istati Membri għandhom jikkomplementaw il-promozzjoni tal-inċentivi finanzjarji b'politiki u miżuri biex tiġi evitata t-tkeċċija minħabba rinnovazzjoni.

13.  Meta jipprovdu inċentivi finanzjarji lis-sidien ta' bini jew unitajiet ta' bini għar-rinnovazzjoni ta' bini mikri jew unitajiet ta' bini, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-inċentivi finanzjarji jkunu ta' benefiċċju kemm għas-sidien kif ukoll għall-inkwilini. L-Istati Membri għandhom jintroduċu salvagwardji soċjali effettivi, biex jipproteġu b'mod partikolari lill-unitajiet domestiċi vulnerabbli, inkluż billi jipprovdu appoġġ għall-kera jew billi jimponu limiti massimi fuq iż-żidiet fil-kera, jew billi jintroduċu skema finanzjarja "pay-as-you-save" (ħallas waqt li tiffranka) għaż-żidiet fil-kera, filwaqt li jiżguraw li ż-żieda fil-kera ma taqbiżx l-iffrankar fuq il-kontijiet tal-enerġija minħabba l-iffrankar tal-enerġija mir-rinnovazzjoni.

13a.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex ineħħu l-ostakli regolatorji, statutorji u amministrattivi għat-tkabbir ta' kooperattivi tal-akkomodazzjoni, inklużi kooperattivi mingħajr skop ta' qligħ. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-eliġibbiltà ta' tali kooperattivi tal-akkomodazzjoni u distretti integrati għal inċentivi finanzjarji. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri dwar il-ħolqien ta' status operattiv għal kooperattivi tal-akkomodazzjoni mingħajr skop ta' qligħ u għandha tipprovdi gwida dwar miżuri biex tiġi ssimplifikata l-introduzzjoni tagħhom.

Artikolu 15a

Punti uniċi ta' servizz għall-effiċjenza enerġetika fil-bini

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-istabbiliment ta' faċilitajiet ta' assistenza teknika, inkluż permezz ta' punti uniċi ta' servizz inklużivi għall-effiċjenza enerġetika fil-bini, immirati lejn l-atturi kollha involuti fir-rinnovazzjonijiet tal-bini, inkluż is-sidien tad-djar u l-atturi amministrattivi, finanzjarji u ekonomiċi, inklużi l-mikrointrapriżi u l-SMEs. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-faċilitajiet ta' assistenza teknika jkunu disponibbli b'mod ugwali fit-territorju kollu tagħhom skont id-distribuzzjoni tal-popolazzjoni billi jistabbilixxu mill-inqas punt uniku ta' servizz wieħed għal kull reġjun u fi kwalunkwe każ, għal kull 45 000 abitant.

Il-Kummissjoni għandha tikkoopera mal-Bank Ewropew tal-Investiment, mal-Istati Membri u mar-reġjuni biex tiffaċilita l-funzjonament u l-kontinwità tal-finanzjament ta' punti uniċi ta' servizz għall-effiċjenza enerġetika fil-bini sa mill-inqas, il-31 ta' Diċembru 2029.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet reġjonali u lokali rilevanti kif ukoll mal-partijiet ikkonċernati privati bl-għan li jiġu stabbiliti punti uniċi ta' servizz għall-effiċjenza enerġetika fil-bini fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali. L-Istati Membri jistgħu jaħtru punti uniċi ta' servizz stabbiliti skont l-Artikolu 21(2a) tad-Direttiva (UE).../... [EED riformulata] bħala punti uniċi ta' servizz għall-finijiet ta' dan l-Artikolu.

Il-punti uniċi ta' servizz għall-effiċjenza enerġetika fil-bini għandhom ikunu entitajiet pubbliċi indipendenti, transsettorjali u interdixxiplinari u għandhom jipprovdu s-servizz tagħhom mingħajr ħlas għall-utenti. Għandhom jipprovdu pariri mfassla apposta għal gruppi fil-mira differenti dwar l-effiċjenza enerġetika fil-bini u jistgħu jakkumpanjaw programmi integrati ta' rinnovazzjoni distrettwali. Il-punti uniċi ta' servizz jistgħu jikkooperaw ma' atturi privati li jipprovdu u jippromwovu servizzi rilevanti għar-rinnovazzjoni tal-enerġija, bħal soluzzjonijiet ta' finanzjament u l-eżekuzzjoni ta' rinnovazzjonijiet tal-enerġija, u, fejn xieraq, li jgħaqqdu proġetti potenzjali, b'mod partikolari proġetti fuq skala iżgħar, ma' atturi tas-suq.

Biex jiffaċilitaw l-istabbiliment u s-servizzi ta' tali punti uniċi ta' servizz għall-effiċjenza enerġetika fil-bini, l-Istati Membri għandhom jirrieżaminaw ir-regoli tagħhom ta' akkwist pubbliku għal sejħiet għall-offerti għal rinnovazzjonijiet tal-effiċjenza enerġetika.

Il-punti uniċi ta' servizz għandhom jappoġġaw proġetti żviluppati lokalment billi jipprovdu pariri u assistenza tekniċi, amministrattivi u finanzjarji, bħal:

(a)  l-għoti ta' assistenza legali, protezzjoni msaħħa biex jingħelbu l-inċentivi opposti fi djar mikrija privatament, informazzjoni simplifikata dwar l-appoġġ tekniku, assistenza finanzjarja mfassla apposta u opportunitajiet ta' finanzjament disponibbli, b'mod partikolari skemi ta' għotjiet u sussidji, u soluzzjonijiet għall-unitajiet domestiċi, il-mikrointrapriżi u l-SMEs, u l-korpi pubbliċi;

(b)  il-konnessjoni ta' proġetti potenzjali, b'mod partikolari proġetti fuq skala iżgħar, ma' atturi tas-suq;

(c)  l-għoti ta' pariri dwar l-imġiba tal-konsum tal-enerġija bil-għan li l-konsumaturi jiġu involuti b'mod attiv, l-għoti ta' aċċess għal offerti tal-enerġija ekonomikament aċċessibbli;

(d)  l-għoti ta' informazzjoni u aċċess għal programmi ta' taħriġ u edukazzjoni, inkluż għall-awtoritajiet lokali u s-servizzi soċjali biex jipprovdu assistenza teknika, jiġu żgurati aktar professjonisti fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika u jiġġeddu u jittejbu l-ħiliet tal-professjonisti sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tas-suq;

(e)  il-ġbir u l-preżentazzjoni ta' data aggregata dwar it-tipoloġija lill-Kummissjoni minn proġetti ta' effiċjenza enerġetika, iffaċilitati mill-punti uniċi ta' servizz, li għandhom jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni f'rapport sa ... [id-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva] u kull sentejn wara dan sabiex isir skambju tal-għarfien u tissaħħaħ il-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-Istati Membri għall-fini tal-promozzjoni ta' eżempji tal-aħjar prattika minn tipoloġiji differenti tal-bini, tad-djar u tal-intrapriżi;

(f)  l-appoġġ għal attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, inkluża informazzjoni dwar l-inċentivi għar-regolazzjoni tal-kwalità ambjentali interna u l-installazzjoni tal-apparat meħtieġ matul rinnovazzjonijiet maġġuri;

(g)  l-għoti u l-iżvilupp ta' appoġġ olistiku lill-unitajiet domestiċi kollha, b'attenzjoni speċjali lil unitajiet domestiċi vulnerabbli u lil nies li jgħixu f'akkomodazzjoni soċjali kif ukoll lil dawk bi problemi tas-saħħa marbuta mal-bini bl-agħar rendiment, kif ukoll lill-kumpaniji akkreditati u installaturi li jipprovdu servizzi ta' rinnovazzjoni, adattati għal tipoloġiji differenti ta' akkomodazzjoni u ambitu ġeografiku, u l-għoti ta' appoġġ li jkopri l-istadji differenti tal-proġett ta' rinnovazzjoni b'mod partikolari biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija kif stabbiliti fl-Artikolu 9;

(h)  l-għoti ta' informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà, id-disponibbiltà tal-awtokonsum tal-enerġija rinnovabbli, il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u alternattivi oħra għat-tisħin u t-tkessiħ fossili fil-bini, u informazzjoni dwar materjali u soluzzjonijiet dwar l-effiċjenza enerġetika, il-ħżin tal-enerġija u t-teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli għall-bini;

(i)  l-appoġġ għall-impenn mal-partijiet ikkonċernati lokali rilevanti u ċ-ċittadini fl-evalwazzjoni tal-impatt ta' standards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fuq l-affordabbiltà u l-kwalità tal-akkomodazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni fost korpi pubbliċi, aġenziji tal-enerġija u inizjattivi mmexxija mill-komunità u biex jippromwovu, jiżviluppaw u jżidu l-punti uniċi ta' servizz permezz ta' proċess integrat. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi linji gwida lill-Istati Membri biex jiżviluppaw dawk il-punti uniċi ta' servizz bil-għan li jinħoloq approċċ armonizzat fl-Unjoni kollha.

Artikolu 16

Ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija

1.  ▌ Iċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu jinkludi r-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija espress b'indikatur numeriku tal-użu tal-enerġija primarja u finali f'kWh/(m2.y), u l-GWP taċ-ċiklu tal-ħajja b'indikatur numeriku tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra taċ-ċiklu tal-ħajja kollu f'kgCO2eq/(m2) u valuri ta' referenza bħal rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, standards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, rekwiżiti ta' bini b'użu ta' kważi żero enerġija u rekwiżiti ta' bini b'emissjonijiet żero, biex ikun possibbli għas-sidien u l-inkwilini tal-binja jew unità tal-bini jqabblu u jivvalutaw ir-rendiment tiegħu fl-użu tal-enerġija. Iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu jinkludi indikaturi numeriċi addizzjonali, b'mod partikolari, il-konsum tal-enerġija annwali totali (kWh/sena), il-ħtiġijiet tal-enerġija annwali għat-tisħin, it-tkessiħ, il-ventilazzjoni u l-misħun, il-konsum tal-enerġija għal kull metru kwadru kull sena (kWh/m2.y), l-użu tal-enerġija primarja mhux rinnovabbli annwali f'kWh/(m2.y), u l-enerġija finali għat-tisħin, it-tkessiħ, il-misħun domestiku, il-ventilazzjoni, it-tidwil integrat u servizzi oħra tal-bini, u jista' jinkludi rekwiżiti addizzjonali tal-effiċjenza u s-sikurezza għall-apparati.

2.  Sal-31 ta' Diċembru 2025, iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu jikkonforma mal-mudell fl-Anness V.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri li rrevedew is-sistema tagħhom ta' ċertifikazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini bejn l-1 ta' Jannar 2019 u... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], jistgħu jkomplu jużaw dik is-sistema biex jikkonformaw mal-Artikolu 9(1), u jistgħu jiddeterminaw il-bini tagħhom bl-agħar rendiment billi jużaw data mill-istokk tal-bini tagħhom bejn l-1 ta' Jannar 2019 u... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] bħala linja bażi, li tirrinova mill-inqas in-numru ekwivalenti jew l-erja ekwivalenti ta' art utli tal-bini bl-agħar rendiment identifikat fl-Artikolu 9(1a), jew il-livell ekwivalenti ta' titjib fir-rendiment fl-użu tal-enerġija. Meta Stat Membru jibbenefika mid-deroga prevista fit-tieni subparagrafu, huwa għandu, sal-1 ta' Jannar 2030, jaġġorna l-klassijiet tal-prestazzjoni tiegħu f'konformità mal-ewwel subparagrafu abbażi tal-prestazzjoni tal-istokk tal-bini nazzjonali tiegħu bejn l-1 ta' Jannar 2019 u... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-klassi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini, fuq skala magħluqa bl-użu ta' ittri biss minn A sa G. L-ittra A għandha tikkorrispondi għal bini b'emissjonijiet żero kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2). L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu klassi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija A+ għall-bini li jissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)  standards ta' effiċjenza għolja bil-ħtiġijiet tal-enerġija għat-tisħin, it-tkessiħ, il-ventilazzjoni u l-misħun mhux ogħla minn 15 kWh/m2/sena;

(b)  produzzjoni akbar ta' enerġija rinnovabbli kWh fuq il-post, abbażi ta' medja ta' kull xahar;

(c)  pożizzjoni pożittiva tal-karbonju fir-rigward tal-GWP taċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini, inklużi l-materjali tal-bini u l-installazzjonijiet tal-enerġija matul il-manifattura, l-installazzjoni, l-użu, il-manutenzjoni, u d-demolizzjoni.

L-ittra G għandha tikkorrispondi għall-15 % tal-bini bl-agħar rendiment fl-istokk tal-bini nazzjonali fiż-żmien tal-introduzzjoni tal-iskala. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klassijiet li jifdal A sa F ikollhom distribuzzjoni ugwali tal-firxa tal-indikaturi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fost il-klassijiet tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. L-Istati Membri għandhom jiżguraw identità viżiva komuni għaċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fit-territorju tagħhom.

2a.  L-Istati Membri jistgħu jiffinanzjaw l-introduzzjoni taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija bħala miżura skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva (UE) .../.... [EED riformulata].

2b.   L-Istati Membri għandhom ifasslu reġistru taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija f'konformità mal-Artikolu 19, inkluż sabiex jiffaċilitaw skemi ta' rinnovazzjoni distrettwali integrati f'konformità mal-objettivi klimatiċi tal-Unjoni.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kwalità, l-affidabbiltà u l-affordabbiltà taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. Huma għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jkunu ekonomikament aċċessibbli u mingħajr ħlas għall-unitajiet domestiċi vulnerabbli u u jinħarġu minn esperti indipendenti wara żjara fuq il-post. Iċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandhom ikunu ċari u jinqraw faċilment u jkunu disponibbli f'format li jinqara mill-magni u f'konformità mal-Anness V.

4.  Iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu jinkludi rakkomandazzjonijiet għat-titjib kosteffettiv tar-rendiment fl-użu tal-enerġija f'livell kostottimali u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra taċ-ċiklu tal-ħajja kollu, it-titjib tal-kwalità ambjentali interna ta' bini jew ta' unità ta' bini, u rakkomandazzjonijiet biex jitjieb il-livell tal-potenzjal ta' intelliġenza skont l-Artikolu 13, dment li l-bini jew l-unità tal-bini diġà jkunu konformi mal-istandard rilevanti tal-bini b'emissjonijiet żero.

Ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandhom ikopru:

(a)  miżuri mwettqa b'rabta ma' rinnovazzjoni maġġuri tal-involukru tal-bini jew ▌is-sistemi tekniċi użati fil-bini; u

(b)  miżuri għal elementi ta' bini individwali indipendenti minn rinnovazzjoni maġġuri tal-involukru tal-bini ▌jew is-sistemi tekniċi użati fil-bini.

5.  Ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandhom ikunu teknikament fattibbli għall-bini speċifiku u għandhom jipprovdu stima għall-iffrankar tal-enerġija u t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra operattivi matul il-ħajja operattiva mistennija tal-bini u t-titjib fl-indikaturi tar-rendiment tal-kwalità ambjentali interna. Dawn jistgħu jipprovdu stima għall-firxa ta' perjodi ta' ħlas lura jew kostbenefiċċji matul iċ-ċiklu tal-ħajja ekonomika tiegħu u informazzjoni dwar inċentivi finanzjarji disponibbli u assistenza amministrattiva u teknika flimkien ma' benefiċċji finanzjarji, li huma ġeneralment assoċjati mal-ksib tal-valuri ta' referenza.Ladarba l-mekkaniżmi ta' rapportar rilevanti u l-miri stabbiliti fl-Artikoli 7, 8, u 11a jidħlu fis-seħħ, iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu jinkludi r-rakkomandazzjonijiet rilevanti.

6.  Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jinkludu valutazzjoni tat-tul ta' ħajja li jifdal tas-sistemi tat-tisħin tal-ispazju u tas-sistemi tal-arja kkondizzjonata, u valutazzjoni dwar jekk is-sistema tat-tisħin tal-ispazju u tal-ilma jew dik tal-arja kkondizzjonata jistgħux jiġu adattati biex joperaw f'settings tat-temperatura aktar effiċjenti, bħal emittenti ta' temperatura baxxa għal sistemi tat-tisħin ibbażati fuq l-ilma, inkluż id-disinn meħtieġ tal-output tal-enerġija termali u r-rekwiżiti tat-temperatura/fluss.

6a.   Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jindikaw alternattivi possibbli għas-sostituzzjoni tas-sistemi tekniċi użati fil-bini għat-tisħin u t-tkessiħ fejn rilevanti, f'konformità mal-miri klimatiċi tal-2030 u l-2050, adatti għal dak it-tip ta' bini u filwaqt li jqisu ċ-ċirkostanzi lokali u dawk relatati mas-sistema.

7.  Iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu jipprovdi indikazzjoni dwar fejn is-sid jew l-inkwilin jista' jirċievi informazzjoni dettaljata ulterjuri, inkluż fir-rigward tal-kostottimalità tar-rakkomandazzjonijiet magħmula fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, u l-informazzjoni ta' kuntatt u l-indirizz tal-eqreb punt uniku ta' servizz stabbilit skont l-Artikolu 15a. L-evalwazzjoni tal-kostottimalità għandha tkun ibbażata fuq sett ta' kondizzjonijiet standard f'konformità mal-Artikolu 6, bħall-valutazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija u prezzijiet tal-enerġija sottostanti u previżjoni tal-kost preliminari. Barra minn hekk, għandu jkun fih informazzjoni dwar il-passi li għandhom jittieħdu għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet, u dwar kwalunkwe appoġġ finanzjarju disponibbli. Informazzjoni oħra dwar suġġetti relatati, bħall-verifiki tal-enerġija jew inċentivi ta' natura finanzjarja jew natura oħra u possibbiltajiet ta' finanzjament, jew pariri dwar kif tiżdied ir-reżiljenza klimatika tal-bini u s-sikurezza tal-apparati installati, jistgħu wkoll jiġu pprovduti lis-sid jew lill-inkwilin.

8.  Iċ-ċertifikazzjoni għal unitajiet tal-bini tista' tkun ibbażata fuq:

(a)  ċertifikazzjoni komuni tal-bini kollu; jew

(b)  il-valutazzjoni ta' unità tal-bini rappreżentattiva oħra bl-istess karatteristiċi rilevanti għall-enerġija fl-istess bini.

9.  Iċ-ċertifikazzjoni għad-djar ta' familja waħda tista' tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni ta' bini rappreżentattiv ieħor ta' disinn u daqs simili bi kwalità ta' rendiment fl-użu tal-enerġija simili jekk tali korrispondenza tkun tista' tiġi ggarantita mill-espert li jkun qed joħroġ iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

9a.  Wara li tkun ikkonsultat lill-partijiet ikkonċernati rilevanti u rrieżaminat il-metodoloġiji u l-għodod eżistenti, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa skema ta' ċertifikazzjoni Ewropea għal miters tal-effiċjenza enerġetika. Dik l-iskema ta' ċertifikazzjoni tista' tintuża mill-Istati Membri biex iħeġġu l-użu ta' teknoloġiji ċertifikati tal-miters tal-effiċjenza enerġetika u jsaħħu ċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija b'kejl f'ħin reali.

10.  Il-validità taċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija m'għandhiex teċċedi l-ħames snin.  Madankollu, għal bini bi klassi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija A+, A, B jew C stabbilita skont il-paragrafu 2, il-validità taċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija ma għandhiex taqbeż l-10 snin.

11.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli proċeduri simplifikati għall-aġġornament ta' ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fejn l-elementi individwali biss jiġu aġġornati (miżuri uniċi jew awtonomi) sabiex jitnaqqas il-kost tal-ħruġ taċ-ċertifikat aġġornat.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli proċeduri simplifikati għall-aġġornament ta' ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija meta jiġu stabbiliti miżuri identifikati f'passaport ta' rinnovazzjoni sabiex jitnaqqas il-kost tal-ħruġ taċ-ċertifikat aġġornat, jew f'każijiet fejn jintuża tewmi diġitali tal-bini, u fejn tista' tiġi aġġornata data tar-rendiment tal-bini.

Artikolu 17

Il-ħruġ taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċertifikat diġitali tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jinħareġ għal:

(a)  bini jew unitajiet ta' bini li huma mibnija, li saritilhom rinnovazzjoni maġġuri, li huma mibjugħa jew mikrija lil inkwilin ġdid jew li għalihom iġġedded il-kuntratt tal-kiri jew l-ipoteka tagħhom hija ffinanzjata mill-ġdid;

(b)  bini proprjetà jew okkupata minn korpi pubbliċi.

Ir-rekwiżit li jinħareġ ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija ma għandux japplika meta ċertifikat, maħruġ jew skont id-Direttiva 2010/31/UE jew skont din id-Direttiva, għall-bini jew l-unità tal-bini kkonċernati, huwa disponibbli u validu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-unitajiet domestiċi vulnerabbli jirċievu appoġġ finanzjarju għall-ħruġ ta' ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

2.  L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li, meta bini jew unitajiet tal-bini jinbnew, tkun saritilhom rinnovazzjoni maġġuri, jinbiegħu jew jinkrew jew meta jiġġeddu l-kuntratti tal-kiri, jew ikollhom l-ipoteka rifinanzjata, iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu jintwera lill-inkwilin jew ix-xerrej prospettivi u jingħataw lix-xerrej jew lill-inkwilin.

3.  Meta bini jinbiegħ jew jinkera qabel il-kostruzzjoni jew rinnovazzjoni maġġuri, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-bejjiegħ jipprovdi valutazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija futura tiegħu, bħala deroga mill-paragrafi 1 u 2; f'dak il-każ, iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu jinħareġ sa mhux aktar tard minn meta l-bini jkun inbena jew ġie rinnovat u għandu jirrifletti l-istat tal-bini kif inbena.

4.  L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li binjiet jew unitajiet ta' bini li jiġu offruti għall-bejgħ jew għall-kiri ikollhom ċertifikat validu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, u li l-indikatur tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u l-klassi taċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini jew tal-unità tal-bini, kif applikabbli, jitniżżel fir-reklami online u offline, inkluż fil-websites tal-portali tat-tiftix tal-proprjetà.

L-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki ta' kampjuni jew kontrolli oħra biex jiżguraw il-konformità ma' dawn ir-rekwiżiti.

5.  Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu implimentati f'konformità mar-regoli nazzjonali applikabbli għas-sjieda konġunta jew għal proprjetà komuni.

6.  L-effetti possibbli ta' ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija f'termini ta' proċeduri legali, jekk ikun hemm, għandhom jiġu deċiżi f'konformità mar-regoli nazzjonali.

7.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikati kollha tar-rendiment fl-użu tal-enerġija maħruġa jittellgħu fil-bażi tad-data għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija msemmija fl-Artikolu 19. L-applowdjar għandu jkun fih iċ-ċertifikat sħiħ tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, inkluża d-data kollha meħtieġa għall-kalkolu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini.

Artikolu 18

Il-wiri ta' ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija

1.  L-Istati Membri għandhom ▌ jiżguraw li meta bini mhux residenzjali jew bini li għalih ikun inħareġ ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija f'konformità mal-Artikolu 17(1) ikun okkupat minn awtoritajiet pubbliċi u li spiss iżuru l-pubbliku, iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jitpoġġa f'post prominenti viżibbli b'mod ċar għall-pubbliku.

2.  L-Istati Membri għandhom jiirikjedu li meta l-erja totali utli tal-art ta' aktar minn 500 m2 ta' bini li għaliha jkun inħareġ ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija skont l-Artikolu 17(1) iżurha spiss il-pubbliku, iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jitpoġġa f'post prominenti ċarament viżibbli għall-pubbliku.

3.  Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ma jinkludux obbligu li jintwerew ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

Artikolu 19

Bażijiet tad-data għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija

1.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi bażi tad-data nazzjonali għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija li tippermetti li tinġabar data dwar ir-rendiment tal-bini individwali fl-użu tal-enerġija u dwar ir-rendiment ġenerali tal-istokk tal-bini nazzjonali fl-użu tal-enerġija .

Il-bażi tad-data għandha tkun interoperabbli ma' pjattaformi online rilevanti u servizzi pubbliċi oħra u għandha tippermetti li tinġabar data mis-sorsi rilevanti kollha relatata maċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, l-ispezzjonijiet, il-passaport tar-rinnovazzjoni tal-bini, l-indikatur tal-potenzjal ta' intelliġenza, il-parametri referenzjarji tal-bini fl-użu tal-enerġija u l-konsum tal-enerġija kkalkulat jew immetrat tal-bini kopert. Sabiex tiġi arrikkita l-bażi tad-data, jistgħu jinġabru wkoll tipoloġiji tal-bini u parametri referenzjarji tal-bini fl-użu tal-enerġija. Id-data tista' tinġabar u tinħażen ukoll kemm fuq l-emissjonijiet operattivi u dawk integrati kif ukoll fuq il-GWP ġenerali taċ-ċiklu tal-ħajja, bl-użu ta' metrika bbażata fuq il-Qafas LEVELs.

2.  Id-data aggregata u anonimizzata tal-istokk tal-bini għandha ssir disponibbli għall-pubbliku, f'konformità mar-regoli tal-Unjoni u dawk nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data. Id-data maħżuna għandha tkun tista' tinqara mill-magni u tkun aċċessibbli permezz ta' interfaċċa diġitali xierqa. L-Istati Membri għandhom jiżguraw aċċess faċli u mingħajr ħlas għaċ-ċertifikat sħiħ tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għas-sidien, l-inkwilini u l-maniġers tal-bini, l-esperti ċċertifikati, u għall-istituzzjonijiet finanzjarji fir-rigward tal-esponiment tal-bini għal proprjetà residenzjali jew kummerċjali li tkun ġiet assenjata lill-portafoll mhux tan-negozjar tagħhom. Għall-bini offrut għall-kiri jew għall-bejgħ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw aċċess għaċ-ċertifikat sħiħ tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għal kerrejja jew xerrejja prospettivi li jkunu ġew awtorizzati minn sid il-bini.

3.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku informazzjoni dwar is-sehem tal-bini fl-istokk tal-bini nazzjonali kopert miċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u d-data aggregata jew anonimizzata dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, il-konsum tal-enerġija u l-GWP taċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini kopert. L-informazzjoni pubblika għandha tiġi aġġornata mill-inqas darbtejn fis-sena. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-informazzjoni anonimizzata jew aggregata disponibbli għall-pubbliku u għall-istituzzjonijiet ta' riċerka bħall-Istituti Nazzjonali tal-Istatistika, fuq talba.

4.  Mill-inqas darba fis-sena, l-Istati Membri għandhom jiżguraw it-trasferiment tal-informazzjoni fil-bażi tad-data nazzjonali lill-Osservatorju tal-Istokk tal-Bini.

5.  Sat-30 ta' Ġunju 2024, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni għal mudell komuni għat-trasferiment tal-informazzjoni lill-Osservatorju tal-Istokk tal-Bini bil-possibbiltà ta' aġġornamenti kostanti f'ħin reali.

Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 30(3).

6.  Biex jiġu żgurati l-koerenza u l-konsistenza tal-informazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bażi tad-data nazzjonali għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija tkun interoperabbli u integrata ma' bażijiet tad-data amministrattivi oħra li jkun fihom informazzjoni dwar il-bini, bħall-katast tal-bini nazzjonali u r-reġistri diġitali tal-bini.

6a.   Sal-31 ta' Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tappoġġa l-funzjonament effiċjenti tar-reġistri diġitali tal-bini billi tistabbilixxi mudell komuni għal:

(a)  approċċ standardizzat għall-ġbir ta' data, il-ġestjoni u l-interoperabbiltà tad-data u l-qafas legali tagħha;

(b)  kollegament ta' bażijiet tad-data eżistenti.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 30(2).

6b.  Sa ... [24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u kull sentejn wara dan, il-Kummissjoni għandha tippubblika permezz ta' rapport sommarju dwar is-sitwazzjoni u l-progress tal-istokk tal-bini tal-Unjoni fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jużaw ir-rapport sommarju biex jimmiraw ir-rinnovazzjonijiet għal raggruppamenti ta' bini ineffiċjenti bħala mezz biex jitnaqqas il-faqar enerġetiku.

Artikolu 20

Spezzjonijiet

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa biex jiġu stabbiliti spezzjonijiet regolari tas-sistemi tat-tisħin, tal-ventilazzjoni u tal-arja kkondizzjonata b'output nominali effettiv ta' aktar minn 70 kW.Il-klassifikazzjoni effettiva tas-sistema għandha tkun ibbażata fuq is-somma tal-output nominali tal-ġeneraturi tat-tisħin u tal-arja kkondizzjonata.

2.  L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu skemi ta' spezzjoni separati għall-ispezzjonijiet ta' sistemi residenzjali u mhux residenzjali.

3.  L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu frekwenzi ta' spezzjoni differenti skont it-tip u l-output nominali effettiv tas-sistema filwaqt li jqisu l-kostijiet tal-ispezzjoni tas-sistema u l-iffrankar stmat tal-kostijiet tal-enerġija li jista' jirriżulta mill-ispezzjoni. Is-sistemi għandhom jiġu spezzjonati mill-inqas kull ħames snin. Sistemi b'ġeneraturi b'output nominali effettiv ta' aktar minn 290 kW u dawk li jarmu l-monossidu tal-karbonju għandhom jiġu spezzjonati mill-inqas kull sentejn għal raġunijiet ta' sikurezza.

4.  L-ispezzjoni għandha tinkludi l-valutazzjoni tal-ġeneratur jew tal-ġeneraturi tas-sħana u tal-arja kkondizzjonata, tal-pompi taċ-ċirkolazzjoni, tal-komponenti tas-sistemi ta' ventilazzjoni, tas-sistemi kollha ta' distribuzzjoni tal-arja u l-ilma, tas-sistemi tal-ibbilanċjar idroniku, fejn xieraq, u tas-sistema ta' kontroll. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jinkludu fl-iskemi ta' spezzjoni kwalunkwe sistema ta' bini addizzjonali identifikata fl-Anness I.

L-ispezzjoni għandha tinkludi valutazzjoni tal-effiċjenza u tad-dimensjonament tal-ġeneratur jew tal-ġeneraturi tas-sħana u tal-arja kkondizzjonata u tal-komponenti ewlenin tiegħu meta mqabbel mar-rekwiżiti tal-bini u tikkunsidra l-kapaċitajiet tas-sistema biex tottimizza r-rendiment tagħha f'kondizzjonijiet operattivi tipiċi jew medji, billi tuża t-teknoloġiji disponibbli għall-iffrankar enerġetiku, u f'kondizzjonijiet li jinbidlu minħabba l-varjazzjoni fl-użu. Fejn rilevanti, l-ispezzjoni għandha tivvaluta l-fattibbiltà tas-sistema li topera f'settings tat-temperatura differenti u aktar effiċjenti, bħal f'temperatura baxxa għas-sistemi tat-tisħin ibbażati fl-ilma, inkluż permezz tad-disinn ta' output tal-enerġija termali u rekwiżiti tat-temperatura u l-fluss, filwaqt li tiżgura t-tħaddim sikur tas-sistema. L-ispezzjoni għandha tivvaluta wkoll il-potenzjal tas-sistemi tekniċi użati fil-bini biex jaħdmu b'sorsi ta' enerġija rinnovabbli u, meta jkun rilevanti, jitħaddmu b'temperaturi baxxi.

L-iskema tal-ispezzjonijiet għandha tinkludi valutazzjoni tad-dimensjonament tas-sistema tal-ventilazzjoni meta mqabbel mar-rekwiżiti tal-bini u tikkunsidra l-kapaċitajiet tas-sistema tal-ventilazzjoni biex tottimizza r-rendiment tagħha f'kondizzjonijiet operattivi tipiċi jew medji.

Fejn ma jkun sar l-ebda tibdil fis-sistema jew fir-rigward tar-rekwiżiti tal-bini wara li tkun saret spezzjoni f'konformità ma' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jirrikjedux li l-valutazzjoni tad-dimensjonament tal-komponent ewlieni jew li l-valutazzjoni tal-operazzjoni f'temperaturi differenti tiġi ripetuta.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li valutazzjoni tal-effiċjenza enerġetika tal-installazzjonijiet elettriċi ta' bini mhux residenzjali ssir parti mill-iskemi ta' spezzjonijiet tas-sikurezza elettrika, b'kunsiderazzjoni xierqa tal-istandard disponibbli għad-disinn, id-dimensjonament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ ottimali tagħhom.

5.  Is-sistemi tekniċi użati fil-bini li huma espliċitament koperti minn kriterju miftiehem dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija jew arranġament kuntrattwali li jispeċifika livell miftiehem ta' titjib ta' effiċjenza enerġetika, bħall-ikkuntrattar għall-prestazzjoni tal-enerġija, jew li huma mħaddma minn operatur ta' utilità jew ta' network u li għalhekk huma soġġetti għal miżuri ta' monitoraġġ tar-rendiment min-naħa tas-sistema, għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1, dment li l-impatt ġenerali ta' approċċ tali jkun ekwivalenti għal dak li jirriżulta mill-paragrafu 1.

6.  ▌L-Istati Membri jistgħu ▌jieħdu miżuri biex jiżguraw l-għoti ta' pariri lill-utenti dwar is-sostituzzjoni ta' ġeneraturi, modifiki oħra għas-sistema u soluzzjonijiet alternattivi għall-valutazzjoni tal-effiċjenza ▌ u d-daqs adatt ta' dawk is-sistemi.

9.  Binjiet li jikkonformaw mal-Artikolu 11(4b) jew (4c) għandhom jiġu eżentati mir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

10.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu skemi ta' spezzjoni ▌ li jinkludu għodod diġitali għal installazzjonijiet ta' daqs industrijali, u listi ta' kontroll, biex jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti ta' kapaċità stabbiliti fl-Artikolu 11(4b) u (4c), u biex jiċċertifikaw li x-xogħlijiet ta' kostruzzjoni u ta' rinnovazzjoni mwettqa jissodisfaw ir-rendiment fl-użu tal-enerġija ddisinjat u jkunu konformi mar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, mar-rekwiżiti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra operattivi, tal-kwalità ambjentali interna u tas-sikurezza kontra n-nirien kif stabbiliti fil-kodiċijiet tal-bini jew f'regolamenti ekwivalenti.

11.  L-Istati Membri għandhom jinkludu analiżi fil-qosor tal-iskemi ta' spezzjoni u r-riżultati tagħhom bħala anness għall-pjan ta' rinnovazzjoni tal-bini msemmi fl-Artikolu 3.

Artikolu 21

Rapporti dwar l-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin, tal-ventilazzjoni u tal-arja kkondizzjonata

1.  Rapport ta' spezzjoni għandu jinħareġ wara kull spezzjoni ta' sistema ta' tisħin, ventilazzjoni, arja kkondizzjonata jew awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini. Ir-rapport ta' spezzjoni għandu jkun fih ir-riżultat tal-ispezzjoni mwettqa f'konformità mal-Artikolu 20 u jinkludi rakkomandazzjonijiet għat-titjib kostottimali tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u s-sikurezza tas-sistema spezzjonata.

Dawk ir-rakkomandazzjonijiet jistgħu jkunu bbażati fuq tqabbil tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tas-sistema spezzjonata ma' dik tal-aħjar sistema fattibbli disponibbli, bl-użu ta' teknoloġiji għall-iffrankar enerġetiku, u sistema ta' tip simili li għaliha l-komponenti rilevanti kollha jilħqu l-livell tar-rendiment fl-użu tal-enerġija meħtieġ mil-leġiżlazzjoni applikabbli;

2.  Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jingħata lill-proprjetarju jew lill-inkwilin tal-bini.

2a.  Fil-każ ta' sistemi tekniċi użati fil-bini li jaħdmu bil-fjuwils fossili, ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jipprevedu sistemi alternattivi bbażati fuq sorsi rinnovabbli jew, għal kwalunkwe domanda residwa, konnessjonijiet ma' sistemi effiċjenti tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali. Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom iqisu l-ħajja ekonomika tal-installazzjoni attwali.

3.  Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jittella' fil-bażi tad-data nazzjonali għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija skont l-Artikolu 19.

Artikolu 22

Esperti indipendenti

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, l-istabbiliment tal-passaporti tar-rinnovazzjoni, il-valutazzjoni tal-potenzjal ta' intelliġenza, l-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u tas-sistemi tal-arja kkondizzjonata jitwettqu b'mod indipendenti minn kumpaniji u esperti kkwalifikati jew iċċertifikati, li jużaw tagħmir ta' ttestjar iċċertifikat f'konformità mal-istandards EN, kemm jekk jaħdmu għal rashom kif ukoll jekk impjegati minn entitajiet pubbliċi jew impriżi privati.

L-esperti għandhom jiġu ċċertifikati f'konformità mal-Artikolu 26 tad-Direttiva (UE) …/… [EED riformolata] b'kont meħud tal-kompetenza tagħhom.

2.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku l-informazzjoni rigward it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjonijiet. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu disponibbli għall-pubbliku jew listi aġġornati regolarment ta' esperti kwalifikati jew iċċertifikati jew listi aġġornati regolarment ta' kumpaniji ċċertifikati li joffru s-servizzi ta' esperti bħal dawn.

Artikolu 23

Ċertifikazzjoni ta' professjonisti tal-bini

1.  Sa ... [id-data stabbilita fl-Artikolu 26(4) [EED riformulata]], l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjan ta' azzjoni nazzjonali biex jipprovdu forza tax-xogħol suffiċjenti u b'ħiliet adegwati u jiżguraw il-livell xieraq ta' kompetenza għall-professjonisti tal-bini u l-kumpaniji tal-kostruzzjoni, li jwettqu xogħlijiet integrati ta' rinnovazzjoni f'konformità mal-miri stabbiliti u l-indikaturi tal-progress li jistgħu jitkejlu skont l-Artikolu 3(1) ta' din id-Direttiva u l-Artikolu 26 ta' [EED riformulata].

1a.  Sabiex jiksbu numru suffiċjenti ta' professjonisti f'konformità mal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru disponibbli programmi ta' taħriġ suffiċjenti li jwasslu għall-kwalifika jew iċ-ċertifikazzjoni li jkopru xogħlijiet integrati, inklużi l-aħħar soluzzjonijiet innovattivi għalihom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri biex jippromwovu l-parteċipazzjoni f'tali programmi, partikolarment mill-mikrointrapriżi, l-SMEs u l-persuni li jaħdmu għal rashom.

2.  Fejn xieraq u fattibbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikazzjoni jew skemi ta' kwalifika ekwivalenti jkunu disponibbli għall-fornituri ta' xogħlijiet ta' rinnovazzjoni integrati, bħall-kumpaniji tal-kostruzzjoni, fejn dan ma jkunx kopert mill-Artikolu 18(3) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 [RED emendata] jew l-Artikolu 26 tad-Direttiva (UE).../… [EED riformulata].

Artikolu 24

Sistemi ta' kontroll indipendenti

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sistemi ta' kontroll indipendenti għaċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jiġu stabbiliti f'konformità mal-Anness VI, u li s-sistemi ta' kontroll indipendenti għall-passaporti tar-rinnovazzjoni, għall-indikaturi tal-potenzjal ta' intelliġenza u għar-rapporti dwar l-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u tal-arja kkondizzjonata jiġu stabbiliti. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu sistemi separati għall-kontroll taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, għall-passaporti tar-rinnovazzjoni, għall-indikaturi tal-potenzjal ta' intelliġenza u għar-rapporti dwar l-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u tal-arja kkondizzjonata.

2.  L-Istati Membri jistgħu jiddelegaw ir-responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni tas-sistemi ta' kontroll indipendenti.

Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jagħmlu hekk, għandhom jiżguraw li s-sistemi ta' kontroll indipendenti jiġu implimentati f'konformità mal-Anness VI.

3.  L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li ċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, il-passaporti tar-rinnovazzjoni, l-indikaturi tal-potenzjal ta' intelliġenza u r-rapporti tal-ispezzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ikunu magħmula disponibbli, fuq talba, lill-awtoritajiet jew l-entitajiet kompetenti.

Artikolu 25

Rieżami

Il-Kummissjoni, assistita mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 30, għandha tirrieżamina din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn tmiem l-2027 fid-dawl tal-esperjenza miksuba u l-progress magħmul matul l-applikazzjoni tagħha, u, jekk ikun neċessarju, tagħmel proposti.

Bħala parti minn dak ir-rieżami, il-Kummissjoni għandha:

(a)   tivvaluta jekk l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva flimkien ma' strumenti leġiżlattivi oħra li jindirizzaw l-effiċjenza enerġetika u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-bini, partikolarment permezz tal-ipprezzar tal-karbonju, iwasslu għal biżżejjed progress lejn il-ksib ta' stokk tal-bini b'emissjonijiet żero, kompletament dekarbonizzat sal-2050, jew jekk jeħtieġx li jiġu introdotti aktar miżuri vinkolanti fil-livell tal-Unjoni, partikolarment standards mandatorji minimi għar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-istokk kollu tal-bini;

(b)  tivvaluta l-istrument legali adegwat, il-livell u l-iskeda ta' żmien tal-miri ta' tnaqqis għall-GWP taċ-ċiklu tal-ħajja tal-istokk tal-bini tal-Unjoni, abbażi tal-qafas armonizzat imsemmi fl-Artikolu 1(2), il-punt (da);

(c)  tiddetermina kif tqis il-miżuri kollha fil-livell tal-Unjoni b'approċċ olistiku fl-iskali spazjali kollha, inklużi l-arkitettura tal-pajsaġġ, l-ippjanar urban, l-infrastruttura, u d-disinn, u b'hekk jiġi promoss ambjent mibni sostenibbli.

Il-Kummissjoni għandha teżamina ▌b'liema mod l-Istati Membri applikaw approċċi integrati ta' distrettwalità jew ta' viċinat fil-politika tal-Unjoni dwar il-bini u l-effiċjenza enerġetika, filwaqt li żguraw li kull bini jissodisfa r-rekwiżiti minimi ta' rendiment fl-użu tal-enerġija, inkluż kif dawn l-approċċi jistgħu jintużaw biex jissodisfaw l-istandards tal-Unjoni pereżempju permezz ta' IRPs li japplikaw għal numru ta' bini f'kuntest ta' żona minflok għal bini uniku.

Artikolu 26

Informazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom iħejju u jwettqu kampanji ta' informazzjoni u sensibilizzazzjoni fuq bażi kontinwa sabiex jippromwovu l-interess pubbliku u l-appoġġ għat-titjib fl-effiċjenza enerġetika tal-bini u l-kisba tal-objettivi ta' din id-Direttiva. Għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jinfurmaw lis-sidien u lill-inkwilini tal-bini jew tal-unitajiet ta' bini u l-atturi tas-suq rilevanti kollha, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-komunitajiet tal-enerġija, dwar il-prattiki u l-metodi differenti li jservu biex jittejjeb ir-rendiment fl-użu tal-enerġija, bħal servizzi tal-ġestjoni tal-enerġija, ikkuntrattar għall-prestazzjoni tal-enerġija, u l-punti uniċi ta' servizz stabbiliti skont l-Artikolu 15a. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipprovdu informazzjoni mfassla apposta għall-unitajiet domestiċi vulnerabbli. Dik l-informazzjoni għandha tingħadda wkoll mill-awtoritajiet lokali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lis-sidien, lill-inkwilini u lill-maniġers tal-faċilità tal-bini dwar il-metodi u l-prattiki differenti li jservu biex isaħħu l-prestazzjoni tal-enerġija u l-emissjonijiet, is-sikurezza kontra n-nirien, dik elettrika u sismika ta' bini.

2.  L-Istati Membri għandhom b'mod partikolari jipprovdu lis-sidien jew lill-okkupanti tal-bini b'informazzjoni dwar iċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, inkluż l-għan u l-objettivi tagħhom, dwar miżuri kostottimali u, fejn xieraq, dwar strumenti finanzjarji, biex jittejjeb ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u dwar is-sostituzzjoni ta' bojlers tal-fjuwils fossili b'alternattivi aktar sostenibbli. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni permezz ta' għodod konsultattivi aċċessibbli u trasparenti bħal pariri dwar ir-rinnovazzjoni u l-punti uniċi ta' servizz stabbiliti skont l-Artikolu 15a, filwaqt li jagħtu attenzjoni partikolari lil-unitajiet domestiċi vulnerabbli.

Fuq talba tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tassisti lill-Istati Membri biex iwettqu kampanji informattivi għall-għanijiet tal-paragrafu 1 u tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, li jistgħu jkunu trattati f'programmi tal-Unjoni.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu disponibbli gwida u taħriġ, inkluża perspettiva tal-ġeneru, għal dawk responsabbli għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Tali gwida u taħriġ għandhom jindirizzaw l-importanza tat-titjib tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, u għandhom jippermettu li titqies il-kombinazzjoni ottimali ta' titjib fl-effiċjenza tal-enerġija, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, l-użu tal-enerġija minn sorsi rinovabbli u l-użu ta' tisħin u tkessiħ distrettwali meta jiġu ppjanati, iddisinjati, mibnija u rinovati ż-żoni industrijali jew residenzjali. Tali gwida u taħriġ għandhom jindirizzaw ukoll it-titjib strutturali, l-adattament għat-tibdil fil-klima, is-sikurezza kontra n-nirien, ir-riskji relatati ma' attività sismika intensa, it-tneħħija ta' sustanzi perikolużi inkluż l-asbestos, l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu l-arja (inkluża materja partikolata fina), il-kwalità ambjentali interna u l-aċċessibbiltà għal persuni b'diżabilità. L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jallokaw finanzjament għat-taħriġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, lill-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u lill-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini li jippromwovu titjib fir-rendiment fl-użu tal-enerġija, l-effiċjenza enerġetika, l-enerġija rinnovabbli u t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fil-livell tal-viċinat u b'mod partikolari, lil unitajiet domestiċi vulnerabbli.

4.  Il-Kummissjoni għandha ttejjeb kontinwament is-servizzi ta' informazzjoni tagħha, b'mod partikolari s-sit elettroniku li ġie stabbilit bħala portal Ewropew għall-effiċjenza enerġetika fil-bini indirizzat għaċ-ċittadini, il-professjonisti u l-awtoritajiet, biex jassisti lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom ta' informazzjoni u sensibilizzazzjoni. L-informazzjoni murija fuq dak is-sit elettroniku tista' tinkludi links għal-liġi rilevanti tal-Unjoni ▌, regoli nazzjonali, reġjonali u lokali, links għas-siti elettroniċi EUROPA li juru l-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija, links għall-istrumenti finanzjarji disponibbli, kif ukoll eżempji tal-aħjar prattika fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, inkluż fir-rigward tal-punti uniċi ta' servizz stabbiliti skont l-Artikolu 15a. Fil-kuntest tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, il-Fond Soċjali għall-Klima, u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-Kummissjoni għandha tkompli u tintensifika aktar is-servizzi ta' informazzjoni tagħha bil-għan li tiffaċilita l-użu tal-fondi disponibbli billi tipprovdi assistenza u informazzjoni, inkluż permezz tal-faċilità Assistenza Ewropea għall-Enerġija Lokali f'kooperazzjoni mal-Bank Ewropew tal-Investiment lill-partijiet interessati, inklużi l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, dwar il-possibbiltajiet ta' finanzjament, b'kont meħud tal-aħħar tibdil fil-qafas regolatorju.

Artikolu 27

Konsultazzjoni

Biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni effettiva ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-partijiet interessati involuti, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, f'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli u skont kif ikun rilevanti. Tali konsultazzjoni hija ta' importanza partikolari għall-applikazzjoni tal-Artikolu 26.

Artikolu 28

Adattament tal-Anness I għall-progress tekniku

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 29:

(a)   li jemendaw din id-Direttiva billi jadattaw il-punti 4 u 5 tal-Anness I għall-progress tekniku; u

(b)   jissupplimentaw din id-Direttiva billi jinkludu gwida lill-Istati Membri dwar il-valutazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija ta' elementi trasparenti tal-bini li jiffurmaw parti mill-involukru tal-bini.

Artikolu 29

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 6, 7, 10, 11a, 13, 14(4a), 15 u 28 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta' żmien minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 6, 7, 10, 11a, 13, 13, 14(4a), 15 u 28 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 6, 7, 10, 11a, 13, 14(4a), 15 jew 28 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 30

Proċedura ta' kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 32

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw mal-Artikoli 1 sa 3, 5 sa 26, 29 u 32 , u mal-Annessi I sa III u V sa IX sa … [24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk il-miżuri u tabella ta' korrelazzjoni lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni li r-referenzi fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-Direttiva mħassra b'din id-Direttiva għandhom jittieħdu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir dik ir-referenza u kif għandha titfassal dik id-dikjarazzjoni.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 33

Tħassir

Id-Direttiva 2010/31/UE , kif emendata mill-atti elenkati fl-Anness VIII, il-Parti A, hija imħassra b'effett mill- […] , bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tal-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u d-dati tal-applikazzjoni tad- Direttivi stabbiliti fl-Anness VIII, il-Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw f'konformità mat-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness IX.

Artikolu 34

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikoli 4, 27, 28, 30, 31 u 33 sa 35 u l-Anness IV għandhom japplikaw minn [il-jum wara d-data tat-traspożizzjoni/24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva u jum wieħed].

Artikolu 35

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

Qafas ġenerali komuni għall-kalkolu tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija

(imsemmi fl-Artikolu 4)

1.  Ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija għandu jiġi ddeterminat abbażi tal-użu kkalkulat jew immetrat tal-enerġija u jirrifletti l-użu tipiku ta' enerġija għat-tisħin tal-ispazju, għat-tkessiħ tal-ispazju, għall-misħun domestiku, għall-ventilazzjoni, għat-tidwil integrat u għal sistemi tekniċi oħra użati fil-bini. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-użu tipiku tal-enerġija jkun rappreżentattiv tal-kondizzjonijiet operattivi attwali għal kull tipoloġija rilevanti u jirrifletti l-imġiba tipika tal-utenti. ▌ L-użu tipiku tal-enerġija u l-imġiba tipika tal-utenti għandhom ikunu bbażati fuq l-istatistika nazzjonali disponibbli, il-kodiċijiet tal-bini u d-data mmetrata.

Meta l-enerġija mmetrata tkun il-bażi għall-kalkolu tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, il-metodoloġija tal-kalkolu għandha tkun kapaċi tidentifika l-influwenza tal-imġiba tal-okkupanti u tal-klima lokali, li ma għandhiex tiġi riflessa fir-riżultat tal-kalkolu. L-enerġija mmetrata li għandha tintuża għall-finijiet tal-kalkolu tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija għandha tirrikjedi qari ta' mill-inqas kull siegħa u trid tiddistingwi bejn il-vetturi tal-enerġija.

L-Istati Membri jistgħu jużaw il-konsum tal-enerġija mmetrata bil-miter f'kondizzjonijiet operattivi tipiċi biex jivverifikaw il-korrettezza tal-użu tal-enerġija kkalkulat u jippermettu t-tqabbil bejn ir-rendiment ikkalkulat u dak reali. Il-konsum tal-enerġija mmetrata għall-finijiet ta' verifika u tqabbil jista' jkun ibbażat fuq qari ta' kull xahar.

Ir-rendiment fl-użu tal-enerġija ta' bini għandu jkun espress b'indikatur numeriku tal-użu tal-enerġija primarja għal kull unità ta' erja tal-art ta' referenza kull sena, f'kWh/(m2.y) għall-fini kemm taċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija kif ukoll tal-konformità mar-rekwiżiti minimi ta' rendiment fl-użu tal-enerġija. Għandhom jintużaw indikaturi numeriċi tal-użu tal-enerġija finali għal kull unità ta' erja tal-art ta' referenza kull sena, f'kWh/(m².y) u tal-ħtiġijiet tal-enerġija skont l-ISO 52000 f'kWh/(m².y). Il-metodoloġija applikata għad-determinazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija ta' bini għandha tkun trasparenti u miftuħa għall-innovazzjoni u tirrifletti l-aħjar prattiki, b'mod partikolari minn indikaturi addizzjonali.

L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu l-metodoloġija tal-kalkolu nazzjonali tagħhom abbażi tal-Anness A tal-istandards Ewropej ewlenin dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, jiġifieri EN ISO 52000-1, EN ISO 52003-1, EN ISO 52010-1, EN ISO 52016-1, EN ISO 52018-1, EN 16798-1, EN 52120-1 u EN 17423 jew dokumenti li joħodlu postu.  Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tikkostitwixxi kodifika legali ta' dawk l-istandards.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, fejn il-bini jiġi fornut minn sistemi tat-tisħin jew tat-tkessiħ distrettwali, il-benefiċċji ta' tali provvista jiġu rikonoxxuti u kkunsidrati fil-metodoloġija tal-kalkolu, b'mod partikolari s-sehem tal-enerġija rinnovabbli, permezz ta' fatturi tal-enerġija primarja ċċertifikati jew rikonoxxuti individwalment.

2.  Il-ħtiġijiet tal-enerġija u tal-użu tal-enerġija għat-tisħin tal-ispazju, għat-tkessiħ tal-ispazju, għall-misħun domestiku, għall-ventilazzjoni, għat-tidwil integrat u għal sistemi tekniċi oħra użati fil-bini għandhom jiġu kkalkulati bl-użu ta' intervalli ta' kalkolu tal-ħin fis-siegħa jew inqas minn siegħa sabiex jiġu kkunsidrati l-kondizzjonijiet differenti li jaffettwaw b'mod sinifikanti t-tħaddim u r-rendiment tas-sistema u l-kondizzjonijiet interni, u biex ikunu ottimizzati l-livelli tal-kostijiet, tas-saħħa, tal-kwalità ambjentali interna u tal-kumdità definiti mill-Istati Membri fil-livell nazzjonali jew dak reġjonali. Il-kalkolu għandu jinkludi stima tar-rispons termali tal-bini u l-kapaċità tiegħu li joffri flessibbiltà lill-grilja tal-enerġija.

Fejn regolamenti speċifiċi għall-prodott għal prodotti relatati mal-enerġija adottati skont ir-Regolament 2009/125/KE jkunu jinkludu rekwiżiti speċifiċi ta' informazzjoni dwar il-prodott għall-fini tal-kalkolu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u l-GWP taċ-ċiklu tal-ħajja skont din id-Direttiva, il-metodi ta' kalkolu nazzjonali ma għandhomx jirrikjedu informazzjoni addizzjonali.

Il-kalkolu tal-enerġija primarja għandu jkun ibbażat fuq fatturi dinamiċi u b'perspettiva li tħares 'il quddiem tal-enerġija primarja, (li jiddistingwi bejn mhux rinnovabbli, rinnovabbli u totali) għal kull vettur tal-enerġija, li għandhom jiġu rikonoxxuti mill-awtoritajiet nazzjonali u jqis it-taħlita enerġetika mistennija abbażi tal-pjan nazzjonali għall-enerġija u l-klima tagħhom. Dawk il-fatturi tal-enerġija primarja jistgħu jkunu bbażati fuq informazzjoni nazzjonali, reġjonali jew lokali. Il-fatturi tal-enerġija primarja jistgħu jiġu stabbiliti fuq bażi annwali, staġonali, ta' kull xahar, ta' kuljum jew fis-siegħa jew fuq informazzjoni aktar speċifika li titqiegħed għad-dispożizzjoni għal sistemi distrettwali individwali.

▌L-għażliet magħmula u s-sorsi tad-data għandhom jiġu rrapportati skont EN 17423 jew kwalunkwe dokument li jeħodlu postu. L-Istati Membri għandhom jużaw fattur tal-enerġija primarja ▌li jirrifletti t-taħlita tal-elettriku fil-pajjiż. Meta jiddefinixxu dawk il-fatturi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jipprova jintlaħaq ir-rendiment ottimali fl-użu tal-enerġija tal-involukru tal-bini.

3.  Bil-għan li jiġi espress ir-rendiment fl-użu tal-enerġija ta' bini, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu indikaturi numeriċi addizzjonali tal-użu ta' enerġija primarja totali, mhux rinnovabbli u rinnovabbli, u emissjonijiet ta' gassijiet serra operattivi u integrati, prodotti f'kgCO2eq/(m2.y) tul il-ħajja operattiva mistennija tal-bini.

3a.  Fil-kalkolu tal-fatturi tal-enerġija primarja għall-fini tal-kalkolu tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, l-Istati Membri jistgħu jqisu sorsi ta' enerġija rinnovabbli fornuti u sorsi ta' enerġija rinnovabbli li jiġu ġġenerati u jintużaw fuq il-post.

4.  Il-metodoloġija għandha tiġi stabbilita filwaqt li mill-anqas jitqiesu l-aspetti li ġejjin:

(a)  il-karatteristiċi termali attwali li ġejjin tal-bini, inkluż it-taqsimiet interni tiegħu:

(i)  kapaċità termali;

(ii)  insulazzjoni;

(iii)  tisħin passiv;

(iv)  elementi tat-tkessiħ;

(v)  pontijiet termali;

(b)  installazzjonijiet tat-tisħin u provvista tal-misħun, inkluż il-karatteristiċi ta' insulazzjoni tagħhom;

(ba)   kapaċità ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli installati fuq il-post, l-infrastruttura tal-irriċarġjar bidirezzjonali tal-vetturi elettriċi, ir-rispons tad-domanda u l-ħżin;

(c)  installazzjonijiet tal-arja kkondizzjonata;

(d)  ventilazzjoni naturali u mekkanika li tista' tinkludi sikkar tal-arja, u l-irkupru tas-sħana;

(e)  installazzjonijiet ta' tidwil fissi (l-aktar fis-settur mhux residenzjali);

(f)  id-disinn, pożizzjonament u orjentazzjoni tal-bini, inkluż il-klima ta' barra;

(g)  sistemi solari passivi u protezzjoni solari;

(h)  kondizzjonijiet klimatiċi interni, inkluż il-klima interna ddisinjata;

(i)  tagħbijiet interni;

(ia)   sistemi tal-awtomatizzazzjoni u l-kontroll tal-bini u l-kapaċitajiet tagħhom li jimmonitorjaw, jikkontrolloaw u jottimizzaw ir-rendiment fl-użu tal-enerġija;

(ib)   effiċjenza tal-installazzjonijiet elettriċi (IEC EN 60364-8-1).

5.  Għandha titqies l-influwenza pożittiva tal-aspetti li ġejjin:

(a)  kondizzjonijiet ta' esponiment solari lokali, sistemi solari attivi u sistemi oħra ta' tisħin u elettriku bbażati fuq enerġija minn sorsi rinnovabbli;

(b)  elettriku ġġenerat mill-koġenerazzjoni;

(c)  sistemi tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali jew ta' blokka;

(d)  tidwil naturali;

(da)   kapaċità tal-flessibbiltà min-naħa tad-domanda (EN 50491-12-1).

6.  Għall-għan tal-kalkolu, il-bini għandu jiġi kklassifikat kif xieraq fil-kategoriji li ġejjin:

(a)  djar ta' diversi tipi għal familja waħda;

(b)  blokki ta' appartamenti;

(c)  uffiċċji;

(d)  bini tal-edukazzjoni;

(e)  sptarijiet;

(f)  lukandi u ristoranti;

(g)  faċilitajiet sportivi;

(h)  bini għal servizzi bl-ingrossa u bl-imnut;

(i)  tipi oħra ta' binjiet li jużaw l-enerġija

ANNESS II

Mudell għall-pjanijiet nazzjonali ta' rinnovazzjoni tal-bini

(imsemmi fl-Artikolu 3)

L-Artikolu 3 tad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija

Indikaturi Obbligatorji

Indikaturi Fakultattivi / kummenti

(a)  Ħarsa ġenerali lejn l-istokk tal-bini nazzjonali

L-għadd ta' binjiet u l-erja totali tal-art (m2):

—  għal kull tip ta' binja (inkluż bini pubbliku u akkomodazzjoni soċjali)

—  għal kull klassi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija

—  NZEB

—  l-agħar rendiment (inkluż definizzjoni)

Ħarsa ġenerali lejn it-tipi ta' sorsi ta' enerġija għat-tisħin tal-ispazju u tal-ilma, għat-tkessiħ u d-dati ta' obsolexxenza stmati tas-sistemi tat-tisħin u tat-tkessiħ:

—  rati annwali ta' sostituzzjoni għall-apparati tat-tisħin u tat-tkessiħ għat-tisħin u t-tkessiħ tal-ispazju u tal-ilma

—  l-għadd u t-tip ta' apparati sostitwiti kull sena (matul il-ħames snin preċedenti koperti mill-pjan);

—  it-tip ta' apparati installati ġodda.

Ħarsa ġenerali lejn is-sehem, l-għadd u l-post totali ta' bini mhux okkupat, u l-proprjetajiet vakanti f'bini bi proprjetà komuni

L-għadd ta' bini kkategorizzat bħala uffiċjalment protett bħala parti minn ambjent deżinjat jew minħabba l-mertu arkitettoniku jew storiku speċjali tiegħu meta mqabbel mal-2020

L-għadd ta' binjiet u l-erja totali tal-art (m2):

—  għal kull età tal-bini

—  għal kull daqs ta' bini

—  għal kull żona klimatika

—  twaqqigħ (l-għadd u l-erja totali tal-art)

Għadd ta' ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija:

—  għal kull tip ta' bini (inkluż bini pubbliku)

—  għal kull klassi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija

Għadd ta' ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija:

—  għal kull perjodu ta' kostruzzjoni

Rati annwali ta' rinnovazzjoni: l-għadd u l-erja totali tal-art (m2)

—  għal kull tip ta' bini

—  għal livelli ta' bini b'użu ta' kważi żero enerġija u b'emissjonijiet żero

—  għal kull fond tar-rinnovazzjoni (rinnovazzjoni medja ponderata)

—  rinnovazzjonijiet profondi

—  bini pubbliku

 

Il-konsum tal-enerġija annwali primarja u finali (ktoe) u (domanda annwali f'ktoe u l-quċċata tad-domanda staġjonali f'GWh/jum):

—  għal kull tip ta' bini

—  għal kull użu finali

Iffrankar enerġetiku (Ktoe):

—  għal kull tip ta' bini

—  bini pubbliku

Is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tal-bini (MW iġġenerat):

—  għal użi differenti

—  fuq il-post

—  mhux fuq il-post

Tnaqqis fil-kostijiet tal-enerġija (EUR) għal kull unità domestika (medja)

Id-domanda għall-enerġija primarja ta' bini li tikkorrispondi għall-ogħla 15 % (livell limitu ta' kontribuzzjoni sostanzjali) u l-ogħla 30 % (ma ssir l-ebda ħsara sinifikanti) tal-istokk tal-bini nazzjonali, skont l-Att Delegat tal-UE dwar it-Tassonomija Klimatika

Sehem tas-sistema tat-tisħin fis-settur tal-bini għal kull tip ta' bojler/sistema tat-tisħin

Emissjonijiet annwali operattivi ta' gassijiet serra (kgCO2eq/(m2.y):

—  għal kull tip ta' bini (inkluż bini pubbliku)

Tnaqqis annwali operattiv tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra (kgCO2eq/(m2.y):

—  għal kull tip ta' bini (inkluż bini pubbliku)

GWP taċ-ċiklu tal-ħajja annwali (kgCO2eq/(m2.y)):

—  — għal kull tip ta' bini

GWP taċ-ċiklu tal-ħajja annwali (kgCO2eq/(m2.y)):

—  — għal kull tip ta' bini

 

Ostakli u fallimenti tas-suq (deskrizzjoni):

—  Inċentivi maqsuma

—  Il-kapaċità tas-settur tal-kostruzzjoni u tal-enerġija

Ħarsa ġenerali lejn il-kapaċitajiet fis-setturi tal-kostruzzjoni, tal-effiċjenza enerġetika u tal-enerġija rinnovabbli

Għadd ta':

—  kumpaniji tas-servizzi tal-enerġija

—  kumpaniji tal-kostruzzjoni

—  periti u inġiniera

—  ħaddiema tas-sengħa

—  mikrointrapriżi u SMEs fis-settur tal-kostruzzjoni/rinnovazzjoni

—  programmi u faċilitajiet ta' taħriġ iċċentrati fuq ir-rinnovazzjoni enerġetika

—  punti uniċi ta' servizz għal kull 45 000 abitant

—  komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini

Ostakli u fallimenti tas-suq (deskrizzjoni):

—  Amministrattivi

—  Finanzjarji

—  Tekniċi

—  Għarfien

—  Oħrajn

Projezzjonijiet tal-forza tax-xogħol tal-kostruzzjoni:

—  Periti/inġiniera/ħaddiema tas-sengħa rtirati

—  Periti/inġiniera/ħaddiema tas-sengħa li deħlin fis-suq

—  installaturi u/jew kumpaniji tal-installazzjoni tas-sistemi tat-tisħin

—  persunal tal-manutenzjoni tas-sistemi tat-tisħin

—  Iż-żgħażagħ fis-settur

—  In-nisa fis-settur

Ħarsa ġenerali u tbassir tal-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-materjali tal-kostruzzjoni u l-iżviluppi tas-suq nazzjonali

Il-faqar enerġetiku (diżaggregat skont il-ġeneru):

—  % ta' nies milquta mill-faqar enerġetiku

—  proporzjon tal-introjtu disponibbli tal-unitajiet domestiċi użat fuq l-enerġija

—  popolazzjoni li tgħix f'kondizzjonijiet ta' abitazzjoni inadegwati (eż. saqaf inixxi) jew b'kondizzjonijiet inadegwati ta' kumdità termali

 

Fatturi ta' enerġija primarja:

—  għal kull vettur tal-enerġija

—  fattur tal-enerġija primarja mhux rinnovabbli

—  fattur tal-enerġija primarja rinnovabbli

—  fattur totali tal-enerġija primarja

 

Definizzjoni ta' bini b'użu ta' kważi żero enerġija għal bini ġdid u eżistenti

Deskrizzjoni tar-reġjuni li jappartjenu għal liema żona klimatika f'konformità mal-Anness III u l-għadd ta' bini b'emissjonijiet żero għal kull żona klimatika

ħarsa ġenerali lejn il-qafas legali u amministrattiv

Rekwiżiti minimi kostottimali għal bini ġdid u eżistenti

 

(b)  Pjan direzzjonali għall-2030, għall-2040 u għall-2050

Miri għar-rati annwali ta' rinnovazzjoni: l-għadd u l-erja totali tal-art (m2):

—  għal kull tip ta' bini

—  l-agħar rendiment

—  rinnovazzjonijiet profondi

Miri għas-sehem mistenni (%) ta' bini rinnovat:

—  għal kull tip ta' bini

—  għal kull profondità ta' rinnovazzjoni

—  għall-miżuri għall-elementi tal-bini li jiffurmaw parti mill-involukru tal-bini u s-sistemi tekniċi użati fil-bini, li għandhom impatt sinifikanti fuq ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija

 

Mira għall-konsum annwali mistenni tal-enerġija primarja u finali u domanda annwali f'ktoe u l-quċċata tad-domanda staġjonali f'GWh/jum:

—  għal kull tip ta' bini

—  għal kull użu finali

L-iffrankar enerġetiku mistenni:

—  għal kull tip ta' bini

—  sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tal-bini (MW iġġenerat)

—  miri numeriċi għall-użu tal-enerġija solari u tal-pompi tas-sħana fil-bini

Miri għas-sostituzzjoni ta' ħiters qodma u ineffiċjenti;

Miri għall-eliminazzjoni gradwali tal-fjuwils fossili mis-sistemi tat-tisħin u tat-tkessiħ

għal kull tip ta' bini

bħala proporzjon tar-rinnovazzjoni totali

għall-bini li l-EPC tiegħu jaqbeż il-klassi D

Stadji importanti u trajettorji għall-bini biex jintlaħqu l-klassijiet ta' rendiment skont l-Artikolu 9(1) u klassijiet ogħla ta' rendiment fl-użu tal-enerġija f'konformità mal-għan tan-newtralità klimatika

Miri għal żieda fis-sehem tal-enerġija rinnovabbli f'konformità mal-mira għas-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tal-bini stabbilita fid-Direttiva (UE) .../... [RED emendata]

Miri għad-dekarbonizzazzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ, inkluż permezz ta' networks ta' tisħin u tkessiħ distrettwali li jużaw enerġija rinnovabbli u sħana mormija f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 23 u 24 tad-Direttiva (UE) .../... [EED emendata] u r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 15, 15a, 20, 23 u 24 ta' dik id-Direttiva.

 

Miri għall-emissjonijiet operattivi mistennija ta' gassijiet serra (kgCO2eq/(m2.y):

—  għal kull tip ta' bini

Miri għall-emissjonijiet mistennija ta' gassijiet serra taċ-ċiklu tal-ħajja kollu (kgCO2eq/(m2.y) bi stadji importanti għal ħames snin:

—  għal kull tip ta' bini

Miri għat-tnaqqis mistenni tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra taċ-ċiklu tal-ħajja kollu (%) bi stadji importanti għal ħames snin:

—  għal kull tip ta' bini

Miri allinjati mar-Regolament (UE) Nru 305/2011 għall-użu ċirkolari tal-materjali, il-kontenut riċiklat u l-materjali sekondarji, u s-suffiċjenza bi stadji importanti għal ħames snin, jekk ikun hemm

Miri biex jiżdiedu l-assorbimenti tal-karbonju assoċjati mal-ħżin temporanju tal-karbonju fil-bini jew fuqu

Maqsuma bejn l-emissjonijiet koperti mill-Kapitolu III [installazzjonijiet stazzjonarji], il-Kapitolu IVa [skambju ta' kwoti tal-emissjonijiet ġodda għall-bini u t-trasport bit-triq] tad-Direttiva 2003/87/KE, u stokk ieħor;

Benefiċċji usa' mistennija

—  Il-ħolqien ta' impjiegi ġodda

—  % ta' tnaqqis ta' nies affettwati mill-faqar enerġetiku

—  % ta' tnaqqis ta' persuni li jgħixu f'ambjent intern inadegwat u tnaqqis fil-kostijiet għas-sistemi tas-saħħa minħabba titjib fis-saħħa permezz ta' kwalità ambjentali interna mtejba wara r-rinnovazzjoni

—  l-effiċjenza fir-riżorsi, inkluża l-effiċjenza fl-użu tal-ilma

—  Żieda fil-PDG (sehem u biljuni ta' euro)

Kontribut għall-mira nazzjonali vinkolanti tal-Istati Membri għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra skont [ir-Regolament rivedut dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi]

 

Kontribut għall-miri tal-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni f'konformità mad-Direttiva (UE).../... [EED riformulata] (sehem u ċifra f'ktoe, konsum primarju u finali):

—  imqabbla mal-mira ġenerali tal-effiċjenza enerġetika

 

Kontribut għall-miri tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni skont id-Direttiva (UE) 2018/2001 [RED emendata] (sehem, MW iġġenerat):

—  imqabbla mal-mira ġenerali għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli

—  imqabbla mal-mira ▌ għas-sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tal-bini

 

Kontribut għall-mira klimatika tal-Unjoni għall-2030 u l-mira tan-newtralità klimatika għall-2050 f'konformità mar-Regolament (UE) 2021/1119 (sehem u ċifra fi (kgCO2eq/(m2.y)):

—  imqabbla mal-mira ġenerali tad-dekarbonizzazzjoni

 

(c)  Ħarsa ġenerali lejn il-politiki u l-miżuri implimentati u ppjanati

Politiki u miżuri fir-rigward tal-elementi li ġejjin:

(a)  l-identifikazzjoni ta' approċċi kostottimali għar-rinnovazzjoni ta' tipi ta' bini u żoni klimatiċi differenti, b'konsiderazzjoni tal-punti ta' attivazzjoni rilevanti potenzjali fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini;

(b)  standards minimi nazzjonali tar-rendiment fl-użu tal-enerġija skont l-Artikolu 9 u politiki u azzjonijiet oħra li jimmiraw lejn is-segmenti bl-agħar rendiment tal-istokk tal-bini nazzjonali;

(c)  il-promozzjoni ta' rinnovazzjoni profonda tal-bini, inkluża rinnovazzjoni profonda fi stadji;

(ca)  kwalità ambjentali interna għolja kemm f'bini ġdid kif ukoll f'bini rinnovat;

(d)  l-għoti tas-setgħa u l-protezzjoni lill-klijenti vulnerabbli u t-tnaqqis tal-faqar enerġetiku, inklużi politiki u miżuri skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva (UE).../... [EED riformulata], u l-affordabbiltà tal-akkomodazzjoni;

(e)  il-ħolqien ta' punti uniċi ta' servizz jew mekkaniżmi simili għall-għoti ta' pariri u assistenza tekniċi, amministrattivi u finanzjarji;

(f)  (f) id-dekarbonizzazzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ, inkluż permezz ta' networks effiċjenti ta' tisħin u tkessiħ distrettwali f'allinjament ma' [EED riveduta], u l-eliminazzjoni gradwali tal-fjuwils fossili fit-tisħin u t-tkessiħ fil-bini bil-ħsieb ta' eliminazzjoni gradwali ppjanata sal-2035 u, jekk ma jkunx fattibbli kif muri lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-2040 (fa) il-pjan direzzjonali għat-tneħħija gradwali tal-użu tal-fjuwils fossili fil-bini sal-2035 u, jekk ma jkunx fattibbli kif muri lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-2040;

(g)  il-promozzjoni ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli fil-bini f'konformità mal-mira għas-sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tal-bini stabbilita fl-Artikolu 15a(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 [RED emendata];

(ga)  l-użu ta' installazzjonijiet tal-enerġija solari fuq il-bini;

(h)  it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra taċ-ċiklu tal-ħajja kollu għall-kostruzzjoni, ir-rinnovazzjoni, it-tħaddim u t-tmiem tal-ħajja tal-bini, u l-użu tal-assorbimenti tal-karbonju;

(ha)  it-tnaqqis tal-impronta ambjentali ġenerali tal-partijiet u l-komponenti kollha tal-bini, inkluż permezz tal-użu ta' prodotti ta' kostruzzjoni u rinnovazzjoni sostenibbli, sekondarji u preferibbilment miksuba lokalment;

(i)  il-prevenzjoni u t-trattament ta' kwalità għolja tal-iskart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni f'konformità mad-Direttiva 2008/98/KE, b'mod partikolari fir-rigward tal-ġerarkija tal-iskart, u l-objettivi tal-ekonomija ċirkolari;

(ia)  iż-żieda fil-kopertura tal-istokk tal-bini b'ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija inkluż lejn unitajiet domestiċi b'introjtu baxx;

(j)  approċċi distrettwali u tal-viċinat, inkluż ir-rwol tal-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u l-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini;

(k)  it-titjib tal-bini li huwa proprjetà ta' korpi pubbliċi, inklużi politiki u miżuri skont l-Artikoli 5, 6 u 7 tal-[EED riformulata];

(l)  il-promozzjoni ta' teknoloġiji u infrastruttura intelliġenti għall-mobbiltà sostenibbli fil-bini;

(m)  l-indirizzar tal-ostakli għas-suq u l-fallimenti tas-suq;

(n)  l-indirizzar tad-diskrepanzi fil-ħiliet u n-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet fil-kapaċitajiet umani, u l-promozzjoni tal-edukazzjoni, it-taħriġ, it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid fis-setturi tal-kostruzzjoni, tal-effiċjenza settorjali u enerġetika u tal-enerġija rinnovabbli, inkluż b'dimensjoni tal-ġeneru; u

(na)   l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għall-azzjonijiet ta' titjib tal-ħiliet u/jew taħriġ mill-ġdid, kif ukoll impjiegi maħluqa

(o)  kampanji ta' sensibilizzazzjoni u għodod konsultattivi oħra.

(oa)  il-promozzjoni ġdida ta' teknoloġiji intelliġenti għall-monitoraġġ, l-analiżi u s-simulazzjoni tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija taċ-ċiklu tal-ħajja kollu, inklużi t-teknoloġiji ta' mmudellar 3D;

(ob)  skemi ġodda ta' spezzjoni inklużi għodod diġitali u listi ta' kontroll, biex tiġi vverifikata l-konformità mal-kapaċitajiet tal-Awtomatizzazzjoni u l-Kontroll tal-Bini;

(oc)  il-promozzjoni ta' soluzzjonijiet ta' ġestjoni tal-enerġija, bħall-Kuntratti għar-Rendiment tal-Enerġija (EnPCs);

(od)  miżuri biex tiżdied il-kopertura tal-istokk tal-bini b'ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jew sistemi alternattivi ta' kejl f'ħin reali;

(oe)  żvilupp u appoġġ ġodda ta' inizjattivi ta' effiċjenza u rinnovazzjoni tal-enerġija mmexxija miċ-ċittadini, b'mod partikolari r-rwol tal-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u tal-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini;

Għall-politiki u l-miżuri kollha:

—  l-isem tal-politika jew tal-miżura

—  deskrizzjoni qasira (kamp ta' applikazzjoni, objettiv u modalitajiet ta' operazzjoni preċiżi)

—  objettiv kwantifikat

—  tip ta' politika jew miżura (eż. leġiżlattiva; ekonomika; fiskali; ta' taħriġ, ta' għarfien)

—  baġit ippjanat u sorsi ta' finanzjament

—  entitajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politika

—  impatt mistenni

—  status ta' implimentazzjoni

—  data tad-dħul fis-seħħ

—  perjodu ta' implimentazzjoni

Politiki u miżuri fir-rigward tal-elementi li ġejjin:

(a)  iż-żieda fir-reżiljenza tal-bini għat-tibdil fil-klima;

(b)  il-promozzjoni tas-suq tas-servizzi tal-enerġija;

(c)  iż-żieda fis-sikurezza kontra n-nirien;

(d)  iż-żieda fir-reżiljenza għar-riskji ta' diżastri, inkluż ir-riskji relatati ma' attività sismika intensa;

(e)  it-tneħħija ta' sustanzi perikolużi inkluż l-asbestos; u

(f)  l-aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabilità.

Għall-politiki u l-miżuri kollha:

—  riżorsi u kapaċitajiet amministrattivi

—  oqsma koperti:

—  l-agħar rendiment

—  standards minimi tar-rendiment tal-enerġija

—  il-faqar enerġetiku, l-akkomodazzjoni soċjali

—  bini pubbliku

—  residenzjali (familja waħda, aktar minn familja waħda)

—  mhux residenzjali

—  l-industrija

—  sorsi ta' enerġija rinnovabbli

—  eliminazzjoni gradwali tal-fjuwils fossili fit-tisħin u fit-tkessiħ

—  emissjonijiet ta' gassijiet serra taċ-ċiklu tal-ħajja kollu

—  l-ekonomija ċirkolari u l-iskart

—  servizzi uniċi ta' kuntatt

—  passaporti tar-rinnovazzjoni

—  teknoloġiji intelliġenti

—  mobbiltà sostenibbli fil-bini

—  approċċi distrettwali u tal-viċinat

—  ħiliet, taħriġ

—  kampanji ta' sensibilizzazzjoni u għodod konsultattivi

—  Indikazzjoni tan-numru ta' persuni li qed jiġu mħarrġa fi ħdan l-industrija tal-kostruzzjoni fl-Istati Membri tagħhom;

—  Kopertura ġeografika tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VETs)

—  Għadd ta' kumpaniji li jipprovdu taħriġ u apprendistati

—  Parteċipazzjoni tan-nisa u ż-żgħażagħ fil-programmi VET u ta' apprendistati

—  Programmi ta' apprendistat u VET mibdija u li tlestew

—  Għadd ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni għall-opportunitajiet ta' VET li tlestew

(d)  Pjan direzzjonali dettaljat tal-ħtiġijiet ta' investiment, is-sorsi baġitarji u r-riżorsi amministrattivi

—  Ħtiġijiet ta' investiment totali għall-2030, l-2040, l-2050 (f'miljuni ta' EUR)

—  Investimenti pubbliċi (f'miljuni ta' EUR)

—  Investimenti privati (f'miljuni ta' EUR), inkluż self għall-effiċjenza enerġetika, ipotekarji għar-rinnovazzjoni tal-bini, il-ħruġ ta' bonds jew mekkaniżmi oħra ta' finanzjament

—  Riżorsi baġitarji

—  Baġit garantit

 

(da)  pjan direzzjonali dwar il-faqar enerġetiku

—  miri għat-tnaqqis fir-rati tal-faqar enerġetiku

—  għadd ta' unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku

—  lista ta' politiki implimentati u ppjanati biex jitnaqqas il-faqar enerġetiku

—  lista ta' miżuri ta' finanzjament implimentati u ppjanati biex jitnaqqas il-faqar enerġetiku

 

ANNESS III

Rekwiżiti għal bini ġdid u rinnovat b'emissjonijiet żero u l-kalkolu tal-GWP taċ-ċiklu tal-ħajja

(imsemmi fl-Artikolu 2(2) u fl-Artikolu 7)

I.  Rekwiżiti għal bini b'emissjonijiet żero

L-użu annwali totali tal-enerġija primarja ta' bini ġdid b'emissjonijiet żero għandu jikkonforma mal-limiti massimi indikati fit-tabella ta' hawn taħt.

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jikklassifikaw ir-reġjuni interni f'żoni klimatiċi differenti abbażi tad-data mill-Eurostat dwar il-kondizzjonijiet klimatiċi, sakemm jikkonformaw mat-tabella ta' hawn taħt.

 

rekwiżiti għall-bini eżistenti

Iż-żona klimatika tal-UE▌

Binja residenzjali

Binja ta' uffiċċji

Binja mhux residenzjali oħra*

Il-Mediterran

<60 kWh/(m2.y)

<70 kWh/(m2.y)

< NZEB użu tal-enerġija primarja totali definit fil-livell nazzjonali

Oċeaniku

<60 kWh/(m2.y)

<85 kWh/(m2.y)

< NZEB użu tal-enerġija primarja totali definit fil-livell nazzjonali

Kontinentali

<65 kWh/(m2.y)

<85 kWh/(m2.y)

< NZEB użu tal-enerġija primarja totali definit fil-livell nazzjonali

Nordiku

<75 kWh/(m2.y)

<90 kWh/(m2.y)

< NZEB użu tal-enerġija primarja totali definit fil-livell nazzjonali

*Nota: il-livell limitu għandu jkun iżgħar mil-livell limitu għall-użu totali tal-enerġija primarja stabbilit fil-livell tal-Istat Membru għal bini mhux residenzjali b'użu ta' kważi żero enerġija għajr l-uffiċċji

_____________________

L-użu annwali totali tal-enerġija primarja ta' bini ġdid jew rinnovat mingħajr emissjonijiet għandu jkun kopert bis-sħiħ, fuq bażi annwali netta jew staġjonali, minn

–  enerġija minn sorsi rinnovabbli ġġenerata jew maħżuna fuq il-post u li tissodisfa l-kriterji tal-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 [RED emendata],

–  enerġija għall-awtokonsum u awtokonsum konġunt skont it-tifsira tad-Direttiva (UE) 2018/2001 [RED emendata] jew kondiviżjoni lokali tal-produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli, inkluż permezz ta' attur tas-suq terz, jew minn komunità tal-enerġija rinnovabbli skont it-tifsira tal-Artikolu 22 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 [RED emendata], jew

–  enerġija rinnovabbli minn sistema ta' tisħin u tkessiħ distrettwali jew sħana mormija.

Bini b'emissjonijiet żero ma għandu jikkawża l-ebda emissjoni tal-karbonju fuq il-post mill-fjuwils fossili.

Meta, minħabba n-natura tal-bini jew in-nuqqas ta' aċċess għal komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli jew enerġija rinnovabbli minn sistemi ta' tisħin u tkessiħ distrettwali jew sħana mormija, ma jkunx teknikament jew ekonomikament fattibbli li jkun hemm konformità sħiħa mar-rekwiżiti skont l-ewwel paragrafu, is-sehem li jifdal jew l-użu annwali totali kollu tal-enerġija primarja jista' jkun kopert ukoll minn enerġija rinnovabbli mill-grilja, iddokumentat permezz ta' ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija u ftehimiet dwar ix-xiri ta' tisħin u tkessiħ rinnovabbli kif isemmija fid-Direttiva (UE) 2018/2001 [RED riveduta] jew enerġija minn sistema effiċjenti ta' tisħin u tkessiħ distrettwali f'konformità mal-Artikolu 24(1) tad-Direttiva (UE) …/… [EED riformulata].. Il-Kummissjoni għandha toħroġ gwida dwar kif jiġu implimentati u vverifikati l-kriterji ta’ hawn fuq b'attenzjoni speċjali għall-fattibbiltà teknika u ekonomika. [Em. 67]

II.  Kalkolu ▌tal-GWP ▌taċ-ċiklu tal-ħajja ta' bini ġdid skont l-Artikolu 7(2)

Għall-kalkolu tal-potenzjal ▌tal-GWP ▌taċ-ċiklu tal-ħajja ta' bini ġdid skont l-Artikolu 7(2), il-GWP jiġi kkomunikat bħala indikatur numeriku għal kull stadju taċ-ċiklu tal-ħajja espress bħala kgCO2e/m2 (ta' erja utli tal-art) fuq medja ta' sena ta' perjodu ta' studju ta' referenza ta' 50 sena. L-għażla tad-data, id-definizzjoni tax-xenarju u l-kalkoli għandhom jitwettqu skont EN 15978 (EN 15978: 2011. Sostenibbiltà tax-xogħlijiet ta' kostruzzjoni. Valutazzjoni tar-rendiment ambjentali tal-bini. Metodu tal-kalkolu). L-ambitu tal-elementi ta' bini u tat-tagħmir tekniku huwa kif iddefinit fil-qafas tal-Livell(i) komuni tal-UE għall-indikatur 1.2. Fejn teżisti għodda nazzjonali għall-kalkolu, jew tkun meħtieġa biex isir żvelar jew biex jinkisbu permessi tal-bini, dik l-għodda tista' tintuża biex tipprovdi l-iżvelar meħtieġ. Jistgħu jintużaw għodod oħra ta' kalkolu jekk jissodisfaw il-kriterji minimi stabbiliti mill-qafas komuni tal-UE tal-Livell(i). Id-data dwar prodotti speċifiċi għall-bini u sistemi tekniċi użati fil-bini, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet ambjentali tal-prodott, u kkalkulata skont [ir-Regolament rivedut dwar il-Prodotti għall-Bini] għandha tintuża meta tkun disponibbli.

ANNESS IV

QAFAS ĠENERALI KOMUNI GĦALL-VALUTAZZJONI TAL-POTENZJAL TA' INTELLIĠENZA TAL-BINI

1.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi d-definizzjoni tal-indikatur tal-potenzjal ta' intelliġenza u metodoloġija li biha għandu jiġi kkalkulat, sabiex tivvaluta l-kapaċitajiet ta' binja jew ta' unità tal-bini li tadatta l-operat tagħha għall-ħtiġijiet tal-okkupant u l-grilja u biex ittejjeb l-effiċjenza enerġetika u r-rendiment ġenerali tagħha.

L-indikatur tal-potenzjal ta' intelliġenża għandu jkopri karatteristiċi biex jitjiebu l-iffrankar enerġetiku, it-tqabbil u l-flessibbiltà, kif ukoll il-funzjonalitajiet u l-kapaċitajiet li jirriżultaw minn apparat aktar interkonness u intelliġenti.

Il-metodoloġija għandha tqis l-eżistenza ta' tewmi diġitali tal-bini li jippermetti rapportar u ġestjoni kontinwi aħjar tal-konsum tal-enerġija tal-bini.

Il-metodoloġija għandha tqis karatteristiċi bħal miters intelliġenti, sistemi tal-awtomatizzazzjoni u l-kontroll tal-bini, apparat awtoregolatorju għar-regolazzjoni tat-temperatura tal-arja ta' ġewwa, apparati integrati tad-dar, punti tal-irriċarġjar għall-vetturi elettriċi, ħażna tal-enerġija u funzjonalitajiet dettaljati u l-interoperabbiltà ta' dawk il-karatteristiċi, kif ukoll il-benefiċċji għall-kondizzjoni klimatika ta' ġewwa, l-effiċjenza enerġetika, il-livelli ta' rendiment u l-possibbiltà ta' flessibbiltà.

2.  Il-metodoloġija għandha sserraħ fuq il-funzjonalitajiet prinċipali li ġejjin relatati mal-bini u s-sistemi tekniċi użati fil-bini tiegħu:

(a)  l-abbiltà li jżomm ir-rendiment fl-użu tal-enerġija u l-operat tal-bini permezz tal-adattament tal-konsum tal-enerġija, pereżempju permezz tal-użu ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli;

(b)  l-abbiltà li jadatta l-mod tal-operat tiegħu bi tweġiba għall-ħtiġijiet tal-okkupant filwaqt li tingħata attenzjoni dovuta għad-disponibbiltà tal-faċilità tal-użu mill-utent, iż-żamma ta' kondizzjonijiet klimatiċi interni tajbin għas-saħħa u l-abbiltà ta' rapportar dwar l-użu tal-enerġija; u

(c)  il-flessibbiltà tad-domanda għall-enerġija ġenerali tal-bini, inkluża l-abbiltà tiegħu li jippermetti l-parteċipazzjoni b'mod ta' domanda-risposta attiva u passiva kif ukoll impliċita u espliċita, u permezz tal-ħżin u r-rilaxx tal-enerġija lura lill-grilja, pereżempju permezz ta' kapaċitajiet ta' flessibbiltà u ta' trasferiment tat-tagħbija u l-ħżin tal-enerġija;

(ca)   l-abbiltà li jtejjeb l-effiċjenza enerġetika tiegħu u r-rendiment ġenerali permezz tal-użu ta' teknoloġiji għall-iffrankar enerġetiku.

3.  Il-metodoloġija tista' tqis ukoll:

(a)  l-interoperabbiltà bejn is-sistemi (miters intelliġenti, sistemi tal-awtomatizzazzjoni u l-kontroll tal-bini, apparati integrati tad-dar, apparat awtoregolatorju għar-regolar tat-temperatura tal-arja ta' ġewwa fil-bini u sensuri tal-kwalità tal-arja ta' ġewwa u ventilazzjonijiet); u

(b)  l-influwenza pożittiva ta' networks eżistenti tal-komunikazzjoni, b'mod partikolari l-eżistenza ta' infrastruttura fiżika ta' veloċità għolja fil-bini, bħat-tikketta volontarja "broadband ready", u l-eżistenza ta' punt ta' aċċess għal bini b'ħafna abitazzjonijiet, f'konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2014/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2.

4.  Il-metodoloġija ma għandhiex taffettwa b'mod negattiv l-iskemi ta' ċertifikazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija nazzjonali eżistenti u għandha tibni fuq inizjattivi relatati fil-livell nazzjonali, filwaqt li tqis il-prinċipju tal-pussess mill-okkupant, il-protezzjoni tad-data, il-privatezza u s-sigurtà, f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza kif ukoll l-aqwa tekniki disponibbli għaċ-ċibersigurtà.

5.  Il-metodoloġija għandha tistabbilixxi l-aktar format adattat tal-parametru indikatur tal-potenzjal ta' intelliġenza u għandha tkun sempliċi, trasparenti u li tinftiehem faċilment għall-konsumaturi, is-sidien, l-investituri, u l-parteċipanti tas-suq tar-rispons għad-domanda.

ANNESS V

MUDELL GĦAĊ-ĊERTIFIKATI TAR-RENDIMENT FL-UŻU TAL-ENERĠIJA

(imsemmi fl-Artikolu 16)

1.  Fuq il-paġna ta' quddiem tiegħu, iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu juri mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)  il-klassi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija;

(b)  l-użu annwali tal-enerġija primarja kkalkulat f'kWh/(m2 sena);

(c)  il-konsum annwali tal-enerġija primarja kkalkulat f'kWh jew MWh;

(d)  l-użu finali annwali tal-enerġija kkalkulat f'kWh/(m2 sena);

(e)  il-konsum finali annwali tal-enerġija kkalkulat f'kWh jew MWh;

(f)  il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli f'kWh jew MWh;

(g)  l-enerġija rinnovabbli f'% tal-użu tal-enerġija;

(h)  l-emissjonijiet operattivi ta' gassijiet b'effett ta' serra (kg ta' CO2/(m2 sena));

(i)  il-klassi tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra (jekk applikabbli);

(ia)  il-ħtiġijiet tal-enerġija kkalkulati f'konformità mal-istandards EN f'kWh/(m2.y) u l-konsum finali tal-enerġija kkalkulat f'kWh jew MWh;

(ib)  il-ħajja ekonomika li jifdal mistennija tas-sistemi u l-apparat tat-tisħin u/jew tat-tkessiħ tal-ispazju u tal-ilma;

(ic)  referenza ċara li tindika jekk il-bini jew l-abitazzjoni attwali jistgħux jużaw l-enerġija b'mod flessibbli.

2.  Barra minn hekk, iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu jinkludi l-indikaturi li ġejjin:

(a)  l-użu tal-enerġija, it-tagħbija massima, id-daqs tal-ġeneratur jew tas-sistema, il-vettur ewlieni tal-enerġija u t-tip ewlieni ta' element għal kull wieħed mill-użi: it-tisħin, it-tkessiħ, il-misħun domestiku, il-ventilazzjoni u t-tidwil intrinsiku;

(b)  l-enerġija rinnovabbli prodotta fuq il-post, il-vettur ewlieni tal-enerġija u t-tip ta' sors ta' enerġija rinnovabbli;

(c)  indikazzjoni ta' iva/le jekk sarx kalkolu tal-GWP taċ-ċiklu tal-ħajja għall-bini;

(d)  il-valur tal-GWP taċ-ċiklu tal-ħajja (jekk disponibbli);

(e)  informazzjoni dwar l-assorbimenti tal-karbonju assoċjati mal-ħżin temporanju tal-karbonju fil-bini jew fuqu;

(e)  indikazzjoni ta' iva/le jekk huwiex disponibbli passaport ta' rinnovazzjoni għall-bini;

(f)  il-valur U medju għall-elementi opaki tal-involukru tal-bini;

(g)  il-valur U medju għall-elementi trasparenti tal-involukru tal-bini;

(h)  it-tip tal-aktar element trasparenti komuni (eż. tieqa bi ħġieġ doppju);

(i)  ir-riżultati tal-analiżi dwar ir-riskju ta' tisħin żejjed (jekk disponibbli);

(j)  il-preżenza ta' sensuri fissi li jimmonitorjaw il-livelli tal-kwalità ambjentali interna;

(k)  il-preżenza ta' kontrolli fissi li jirrispondu għal-livelli tal-kwalità ambjentali interna;

(l)  l-għadd u t-tip ta' punti tal-irriċarġjar għall-vetturi elettriċi;

(m)  il-preżenza, it-tip u d-daqs tas-sistemi tal-ħżin tal-enerġija;

(n)  il-fattibbiltà li s-sistema tat-tisħin u s-sistema għall-misħun domestiku jiġu adattati biex joperaw f'settings tat-temperatura aktar effiċjenti;

(o)  il-fattibbiltà tal-adattament tas-sistema tal-arja kkondizzjonata biex topera f'settings tat-temperatura aktar effiċjenti;

(p)  il-konsum tal-enerġija mmetrata;

(pa)   indikazzjoni ta' iva/le dwar jekk is-sistema ta' distribuzzjoni tas-sħana ġol-bini hijiex iddisinjata biex taħdem f'livelli ta' temperatura baxxa;

(pb)   il-preżenza ta' konnessjoni ma' network ta' tisħin u tkessiħ distrettwali, inkluż l-iżvilupp tal-grilji tal-enerġija fil-qrib fil-ħames snin ta' wara;

(pc)   il-fatturi tal-enerġija primarja lokali u l-fatturi tal-emissjonijiet tal-karbonju relatati tan-network ta' tisħin u tkessiħ distrettwali lokali konness;

(q)  emissjonijiet operattivi ta' materja partikolata fina (PM2.5) u indikaturi tal-prestazzjoni għall-kategoriji ewlenin tal-kwalità ambjentali interna ladarba japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti;

(qa)  indikazzjoni ta' iva/le jekk il-bini għandux kapaċitajiet ta' flessibbiltà min-naħa tad-domanda;

(qb)  dettalji ta' kuntatt tal-eqreb punt uniku ta' servizz għall-parir dwar ir-rinnovazzjoni;

Iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu jinkludi r-rabtiet li ġejjin ma' inizjattivi oħra sakemm japplikaw dawn li ġejjin▌:

(a)  indikazzjoni ta' iva/le jekk saritx valutazzjoni tal-potenzjal ta' intelliġenza għall-bini;

(b)  il-valur tal-valutazzjoni tal-potenzjal ta' intelliġenza (jekk disponibbli), inkluż il-valur tal-appoġġ ta' teknoloġiji għall-iffrankar enerġetiku;

(c)  indikazzjoni ta' iva/le jekk huwiex disponibbli reġistru diġitali dwar il-bini għall-bini.

Il-persuni b'diżabilità għandu jkollhom aċċess ugwali għall-informazzjoni fiċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

2a.   Iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu jinkludi taqsima dedikata dwar il-finanzjament, li telenka l-għażliet ta' finanzjament disponibbli u tiġbor flimkien l-indikaturi l-aktar rilevanti għall-istituzzjonijiet finanzjarji, il-fornituri tal-ipoteki, il-banek promozzjonali nazzjonali u istituzzjonijiet rilevanti oħra li jipprovdu aċċess għal finanzjament.

ANNESS VI

SISTEMI TA' KONTROLL INDIPENDENTI GĦAĊ-ĊERTIFIKATI TAR-RENDIMENT FL-UŻU TAL-ENERĠIJA

1.  Definizzjoni tal-kwalità taċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija

L-Istati Membri għandhom jipprovdu definizzjoni ċara ta' x'jitqies bħala ċertifikat validu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

Id-definizzjoni ta' ċertifikat validu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandha tiżgura:

(a)  verifika tal-validità tad-data mogħtija (inkluż verifiki fuq il-post) dwar il-bini, użata biex jinħareġ iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u r-riżultati ddikjarati fiċ-ċertifikat;

(b)  il-validità tal-kalkoli;

(c)  devjazzjoni massima għar-rendiment fl-użu tal-enerġija ta' bini, preferibbilment espressa mill-indikatur numeriku tal-użu tal-enerġija primarja (kWh/(m2 sena));

(d)  numru minimu ta' elementi li jvarjaw mill-valuri prestabbiliti jew standard.

L-Istati Membri jistgħu jinkludu elementi addizzjonali fid-definizzjoni ta' ċertifikat validu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, bħal devjazzjoni massima għal valuri speċifiċi ta' data tal-input.

2.  Il-kwalità tas-sistema ta' kontroll għaċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija

L-Istati Membri għandhom jipprovdu definizzjoni ċara tal-objettivi tal-kwalità u l-livell ta' fiduċja statistika li l-qafas taċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu jilħaq. Is-sistema ta' kontroll indipendenti għandha tiżgura mill-inqas 90 % taċ-ċertifikati validi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija maħruġa b'fiduċja statistika ta' 95 % għall-perjodu evalwat, li ma għandux jaqbeż sena.

Il-livell ta' kwalità u l-livell ta' fiduċja għandhom jitkejlu bl-użu ta' kampjunar aleatorju u għandhom iqisu l-elementi kollha pprovduti fid-definizzjoni ta' ċertifikat validu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu verifika minn parti terza għall-evalwazzjoni ta' mill-inqas 25 % tal-kampjun aleatorju meta s-sistemi ta' kontroll indipendenti jkunu ġew iddelegati lil korpi mhux governattivi.

Il-validità tad-data tal-input għandha tiġi vverifikata b'informazzjoni pprovduta mill-espert indipendenti. Tali informazzjoni tista' tinkludi ċertifikati tal-prodott, speċifikazzjonijiet jew pjanijiet tal-bini li jinkludu dettalji dwar ir-rendiment tal-elementi differenti inklużi fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

Il-validità tad-data tal-input għandha tiġi vverifikata permezz ta' żjarat fuq il-post f'mill-inqas 10 % taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija li huma parti mill-kampjunar aleatorju użat biex tiġi vvalutata l-kwalità ġenerali tal-iskema.

Minbarra l-kampjunar aleatorju minimu biex jiġi ddeterminat il-livell ġenerali tal-kwalità, l-Istati Membri jistgħu jużaw strateġiji differenti biex jidentifikaw u jimmiraw b'mod speċifiku l-kwalità fqira fiċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija bil-għan li jtejbu l-kwalità ġenerali tal-iskema. Tali analiżi mmirata ma tistax tintuża bħala l-bażi biex titkejjel il-kwalità ġenerali tal-iskema.

L-Istati Membri għandhom jużaw miżuri preventivi u reattivi biex jiżguraw il-kwalità tal-qafas ġenerali taċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu taħriġ addizzjonali għal esperti indipendenti, kampjunar immirat, obbligu li jerġgħu jiġu ppreżentati ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, multi proporzjonali u projbizzjonijiet temporanji jew permanenti għall-esperti.

Fejn l-informazzjoni tiżdied f'bażi tad-data, l-awtoritajiet nazzjonali għandu jkollhom il-possibbiltà jidentifikaw l-oriġinatur ta' din iż-żieda, għall-finijiet ta' monitoraġġ u ta' verifika.

3.  Id-disponibbiltà ta' ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija

Is-sistema ta' kontroll indipendenti għandha tivverifika d-disponibbiltà taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għal xerrejja u inkwilini prospettivi sabiex jiġi żgurat li jkun possibbli li jitqies ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija fid-deċiżjoni tagħhom li jixtru jew jikru.

Is-sistema ta' kontroll indipendenti għandha tivverifika l-viżibbiltà tal-indikatur tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u l-klassi fil-midja tar-reklamar.

4.  Trattament ta' tipoloġiji tal-bini

Is-sistema ta' kontroll indipendenti għandha tqis tipoloġiji differenti ta' bini, b'mod partikolari għal dawk it-tipoloġiji tal-bini li huma l-aktar prevalenti fis-suq tal-proprjetà immobbli, bħal residenzi uniċi, uffiċċji jew bejgħ bl-imnut.

5.  Divulgazzjoni pubblika

L-Istati Membri għandhom jippubblikaw regolarment, fil-bażi tad-data nazzjonali dwar iċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, mill-inqas l-informazzjoni li ġejja dwar is-sistema tal-kwalità:

(a)  id-definizzjoni tal-kwalità fiċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija;

(b)  l-objettivi tal-kwalità għall-iskema taċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija;

(c)  ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-kwalità, inkluż l-għadd ta' ċertifikati evalwati u d-daqs relattiv għall-għadd totali ta' ċertifikati maħruġa fil-perjodu partikolari (għal kull tipoloġija);

(d)  miżuri ta' kontinġenza biex tittejjeb il-kwalità ġenerali taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

ANNESS VII

QAFAS TA' METODOLOĠIJA KOMPARATTIVA BIEX JIĠU IDENTIFIKATI L-LIVELLI KOSTOTTIMALI TAR-REKWIŻITI GĦAR-RENDIMENT FL-UŻU TAL-ENERĠIJA GĦALL-BINI U L-ELEMENTI TAL-BINI

Il-qafas ta' metodoloġija komparattiva għandu jippermetti lill-Istati Membri jiddeterminaw ir-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini u l-elementi u tal-emissjonijiet tal-bini u l-aspetti ekonomiċi tal-miżuri relatati mar-rendiment fl-użu tal-enerġija u tal-emissjonijiet, u jgħaqqduhom bil-ħsieb li jidentifikaw il-livell kostottimali sabiex jintlaħqu l-għanijiet tat-tnaqqis tal-emissjonijiet u tan-newtralità klimatika għall-2030, kif ukoll stokk tal-bini b'emissjonijiet żero sa mhux aktar tard mill-2050.

Mal-qafas ta' metodoloġija komparattiva għandhom jinhemżu linji gwida li jiddeskrivu fil-qosor kif jiġi applikat dak il-qafas fil-kalkolu tal-livelli ta' rendiment kostottimali.

Il-qafas ta' metodoloġija komparattiva għandu jippermetti li jitqiesu l-mudelli tal-użu, il-kondizzjonijiet klimatiċi ta' barra u t-tibdil futur tagħhom skont l-aqwa xjenza tal-klima disponibbli, il-kostijiet tal-investiment, il-kategorija tal-bini, il-kostijiet għall-manutenzjoni u l-funzjonament (inkluż il-kostijiet u l-iffrankar enerġetiċi), id-dħul mill-enerġija esportata, fejn applikabbli, l-esternalitajiet ambjentali, ekonomiċi u tas-saħħa tal-użu tal-enerġija, l-esternalitajiet soċjali tar-rinnovazzjonijiet tal-bini, il-kostruzzjoni, id-demolizzjoni jew il-modifika ta' żoni residenzjali u l-kostijiet tal-ġestjoni tal-iskart, fejn applikabbli, kif ukoll l-iżviluppi teknoloġiċi. Dan għandu jkun ibbażat fuq standards Ewropej rilevanti relatati ma' din id-Direttiva.

Fir-rigward tal-esternalitajiet ambjentali, ekonomiċi u tas-saħħa usa' tar-rendiment imtejjeb tal-bini, dawn għandhom jinkludu mill-inqas:

—  tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-bini;

—  tnaqqis tat-tniġġis mill-bini u l-effetti tiegħu fil-livell tal-bini u fil-livell lokali, kwalità tal-arja mtejba;

—  titjib fl-istandards tal-għajxien u l-produttività minħabba kwalità ambjentali interna aħjar li tirriżulta f'kondizzjonijiet tal-għajxien u x-xogħol aħjar;

—  tnaqqis fil-kostijiet għas-sistemi tas-saħħa u s-sigurtà soċjali;

—  integrazzjoni tal-bini fil-grilja tal-enerġija permezz ta' flessibbiltà tal-grilja, inkluż permezz tal-użu ta' punti tal-iċċarġjar intelliġenti għall-vetturi elettriċi;

—  żieda fis-sigurtà tal-provvista permezz ta' rendiment ogħla fl-użu tal-enerġija u l-użu ta' teknoloġiji solari fil-bini;

—  tnaqqis fl-esternalitajiet negattivi bħal kost evitat ta' emissjonijiet tal-karbonju, impatti u ħsara tat-tibdil fil-klima (mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u adattament għalih);

—  impatt fuq l-ipprezzar tal-karbonju, inkluż il-livelli, il-volatilità u s-sensittività;

—  stimulazzjoni tal-ekonomiji lokali, reġjonali u nazzjonali, inkluż il-ħolqien ta' impjiegi lokali u b'enfasi speċifika fuq il-mikrointrapriżi u l-SMEs fis-setturi tal-kostruzzjoni u r-rinnovazzjoni.

L-esternalitajiet ambjentali, tal-enerġija, tal-ekonomija u tas-saħħa għandhom jiġu kkalkulati billi jibdew mir-rapport dovut fl-2025.

Il-Kummissjoni għandha wkoll tipprovdi:

–  linji gwida mehmużin mal-qafas ta' metodoloġija komparattiva; dawk il-linji gwida se jservu biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jwettqu l-passi elenkati hawn taħt;

–  informazzjoni dwar l-iżviluppi fit-tul stmati fil-prezzijiet tal-enerġija u tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra, kif ukoll il-volatilità u s-sensittività.

Ir-rendiment fl-użu tal-enerġija u tal-emissjonijiet għandu jsir bl-użu tal-metodoloġija tal-kalkolu bbażata fuq din id-Direttiva. Għall-applikazzjoni tal-qafas ta' metodoloġija komparattiva mill-Istati Membri, għandhom jiġu stabbiliti kondizzjonijiet ġenerali, espressi permezz ta' parametri, fil-livell tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri dwar il-livelli ta' kostottimalità tagħhom u l-koerenza tagħhom mat-trajettorji klimatiċi.

Il-qafas ta' metodoloġija komparattiva għandu jirrikjedi li l-Istati Membri:

–  jiddefinixxu bini ta' referenza li huma kkaratterizzati minn u rappreżentattivi għall-funzjonalità u l-post ġeografiku tagħhom, inklużi l-kondizzjonijiet klimatiċi interni u esterni. Il-bini ta' referenza għandu jkopri bini residenzjali u mhux residenzjali, kemm dawk ġodda kif ukoll dawk eżistenti;

–  jiddefinixxu l-miżuri tal-effiċjenza enerġetika li jridu jiġu vvalutati għall-bini ta' referenza. Dawk jistgħu jkunu miżuri għal bini individwali fl-intier tagħhom, għall-elementi individwali tal-bini jew għal kombinazzjoni ta' elementi tal-bini;

–  jivvalutaw il-ħtieġa finali u primarja tal-enerġija u l-emissjonijiet li jirriżultaw tal-bini ta' referenza bil-miżuri definiti tal-effiċjenza enerġetika applikati;

–  jikkalkolaw il-kostijiet (jiġifieri l-valuri net attwali) tal-miżuri ta' effiċjenza enerġetika (kif imsemmi fit-tieni inċiż) matul iċ-ċiklu skont kif stmat tal-ħajja ekonomika applikati għall-bini ta' referenza (kif imsemmi fl-ewwel inċiż) bl-applikazzjoni tal-prinċipji tal-qafas metodoloġiku komparattiv.

–  jikkalkolaw il-kostijiet globali minn perspettiva finanzjarja u makroekonomika.

Permezz tal-kalkolu tal-kostijiet tal-miżuri tal-effiċjenza enerġetika matul iċ-ċiklu skont kif stmat tal-ħajja ekonomika, tiġi kkalkolata l-kosteffettività ta' livelli differenti ta' rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija mill-Istati Membri. Dak se jippermetti d-determinazzjoni tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti għar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

ANNESS VIII

PARTI A

Direttiva mħassra

flimkien ma' lista tal-emendi suċċessivi tagħha

(kif imsemmi fl-Artikolu 33)

Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13)

 

Id-Direttiva (UE) 2018/844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 75)

Artikolu 1 biss

Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1)

Artikolu 53 biss

PARTI B

Limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u d-dati ta' applikazzjoni

(kif imsemmi fl-Artikolu 33)

Direttiva

Limitu ta' żmien għat-traspożizzjoni

Data ta' applikazzjoni

2010/31/UE

id-9 ta' Lulju 2012

sa fejn huma kkonċernati l-Artikoli 2, 3, 9, 11, 12, 13, 17, 18, 20 u 27, id-9 ta' Jannar 2013;

sa fejn huma kkonċernati l-Artikoli 4, 5, 6, 7, 8, 14, 15 u 16, id-9 ta' Jannar 2013 fir-rigward ta' bini okkupat mill-awtoritajiet pubbliċi u d-9 ta' Lulju 2013 fir-rigward ta' bini ieħor

(UE) 2018/844

L-10 ta' Marzu 2020

 

ANNESS IX

Tabella ta' korrelazzjoni

Id-Direttiva 2010/31/UE

Din id-Direttiva

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2, punt (1)

Artikolu 2, punt (1)

Artikolu 2, punt (2)

Artikolu 2, punt (2)

Artikolu 2, punt (3)

Artikolu 2, punti (4) u (5)

Artikolu 2, punti (3), (3a), (4) u (5)

Artikolu 2, punti (6), (7), (8) u (9)

Artikolu 2, punti (10), (11) u (12)

Artikolu 2, punti (6), (7), (8) u (9)

Artikolu 2, punti (13), (14), (15) u (16)

Artikolu 2, punti (17), (18), (19) u (20)

Artikolu 2, punt (10)

Artikolu 2, punt (21)

Artikolu 2, punti (22), (23), (24), (25), (26) u (27)

Artikolu 2, punti (11), (12), (13) u (14)

Artikolu 2, punti (28), (29), (30) u (31)

Artikolu 2, punti (32), (33), (34), (35), (36) u (37)

Artikolu 2, punt (15)

Artikolu 2, punt (37)

Artikolu 2, punti (15), (15a), (15b), (15c), (16) u (17)

Artikolu 2, punti (38), (39), (40), (41), (42) u (43)

Artikolu 2, punt (18)

Artikolu 2, punt (19)

Artikolu 2, punt (44)

Artikolu 2, punti (45), (46), (47), (48), (49), (50), (51), (52), (53), (54), (55), (56) u (57)

Artikolu 2, punt (20)

Artikolu 2a

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikoli 6 u 9

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 8(1), (9)

Artikolu 11

Artikolu 8(2) sa (8)

Artikolu 12

Artikolu 8(10), (11)

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 10

Artikolu 15

Artikolu 11

Artikolu 16

Artikolu 12

Artikolu 17

Artikolu 13

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikoli 14 u 15

Artikolu 20

Artikolu 16

Artikolu 21

Artikolu 17

Artikolu 22

Artikolu 23

Artikolu 18

Artikolu 24

Artikolu 19

Artikolu 25

Artikolu 19a

Artikolu 20

Artikolu 26

Artikolu 21

Artikolu 27

Artikolu 22

Artikolu 28

Artikolu 23

Artikolu 29

Artikolu 26

Artikolu 30

Artikolu 27

Artikolu 31

Artikolu 28

Artikolu 32

Artikolu 29

Artikolu 33

Artikolu 30

Artikolu 34

Artikolu 31

Artikolu 35

Anness I

Anness I

Anness II

Anness III

Anness IA

Anness IV

Anness V

Anness II

Anness VI

Anness III

Anness VII

Anness IV

Anness VIII

Anness V

Anness IX

(1) ĠU C […], […], p. […].
(2) ĠU C […], […], p. […].
(3) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ ... (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill ta’ ....
(4) Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).
(5) Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM(2019) 640 final.
(6) Mewġa ta' Rinnovazzjoni għall-Ewropa - l-ekoloġizzazzjoni tal-binjiet tagħna, il-ħolqien tal-impjiegi, it-titjib tal-ħajja, COM/2020/662 final.
(7) Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 ("il-Liġi Ewropea dwar il-Klima") (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
(8) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
(9) Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).
(10) Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1).
(11) Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).
(12) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1749 tat-28 ta' Settembru 2021 dwar l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel: minn prinċipji għall-prattika – Linji gwida u eżempji għall-implimentazzjoni tagħha fit-teħid tad-deċiżjonijiet fis-settur tal-enerġija u lil hinn minnu (ĠU L 350, 4.10.2021, p. 9).
(13) Ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5).
(14) Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
(15) Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 1).
(16) Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 285 31.10.2009, p. 10).
(17) Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1).
(18) Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).
(19) Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).
(20) Ir-Regolament (UE).../... [ir-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima kif propost minn COM(2021)0568].
(21) Id-Direttiva 2009/148/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi mal-espożizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol (ĠU L 330, 16.12.2009, p. 28).
(22) Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 1).
(23) Ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30).
(24) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(25) Ir-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Frar 2021 li jistabbilixxi Strument ta' Appoġġ Tekniku (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 1).
(26) Ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5).
(27) Id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1).
(28) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 244/2012 tas-16 ta' Jannar 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija billi jistabbilixxi qafas ta' metodoloġija komparattiva għall-kalkolu tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-bini u għall-elementi tal-bini (ĠU L 81, 21.3.2012, p. 18).
(29) Ir-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 54).
(30) Id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125).
(31) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(32) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' impriżi mikro, żgħar u medji (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
(33) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Settembru 2023Avviż legali - Politika tal-privatezza