Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2022/0099(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0048/2023

Testi mressqa :

A9-0048/2023

Dibattiti :

PV 29/03/2023 - 12
CRE 29/03/2023 - 12

Votazzjonijiet :

PV 30/03/2023 - 5.6
CRE 30/03/2023 - 5.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P9_TA(2023)0092

Testi adottati
PDF 369kWORD 103k
Il-Ħamis, 30 ta' Marzu 2023 - Brussell
Regolament dwar il-gassijiet fluworurati
P9_TA(2023)0092A9-0048/2023

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-30 ta' Marzu 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, li jemenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 (COM(2022)0150 – C9-0142/2022 – 2022/0099(COD))(1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  Il-Patt Ekoloġiku Ewropew nieda strateġija ġdida għat-tkabbir għall-Unjoni bl-għan li jittrasforma lill-Unjoni f'soċjetà ġusta u għanja b'ekonomija moderna, effiċjenti fir-riżorsi u kompetittiva. Huwa jtenni l-ambizzjoni tal-Kummissjoni li żżid il-miri klimatiċi tagħha u tagħmel lill-Ewropa l-ewwel kontinent newtrali għall-klima sal-2050 u għandu l-għan li jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u minn impatti relatati mal-ambjent. Barra minn hekk, l-UE ħadet impenn favur l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tagħha.
(1)  Il-Patt Ekoloġiku Ewropew nieda strateġija ġdida għat-tkabbir għall-Unjoni bl-għan li jittrasforma lill-Unjoni f'soċjetà ġusta u għanja b'ekonomija moderna, effiċjenti fir-riżorsi u kompetittiva. Huwa jtenni l-ambizzjoni tal-Kummissjoni li tagħmel lill-Ewropa l-ewwel kontinent newtrali għall-klima u bi tniġġis żero sal-2050 u għandu l-għan li jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u minn impatti relatati mal-ambjent. Barra minn hekk, l-UE ħadet impenn favur ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ("il-Liġi Ewropea dwar il-Klima")1a, it-Tmien Programm ta' Azzjoni Ambjentali, u l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tagħha.
_________________________
1a Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 ("il-Liġi Ewropea dwar il-Klima") (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26 ġie adottat sabiex ireġġa' lura ż-żieda fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra fluworurati. Kif konkluż minn evalwazzjoni mħejjija mill-Kummissjoni, ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 wassal għal tnaqqis sena wara sena fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra fluworurati. Mill-2015 sal-2019, il-provvista tal-idrofluworokarburi ("HFCs") naqset b'37 % f'tunnellati metriċi u b'47 % f'termini ta' tunnellati ekwivalenti ta' CO2. Kien hemm ukoll bidla ċara fl-użu ta' alternattivi b'potenzjal aktar baxx ta' tisħin globali ("GWP") inklużi alternattivi naturali (pereżempju CO2, ammonijaka, idrokarburi, ilma) f'ħafna tipi ta' tagħmir li tradizzjonalment kien juża gassijiet fluworurati b'effett ta' serra.
(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26 ġie adottat sabiex ireġġa' lura ż-żieda fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra fluworurati. Kif konkluż minn evalwazzjoni mħejjija mill-Kummissjoni, ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 wassal għal tnaqqis sena wara sena fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra fluworurati. Mill-2015 sal-2019, il-provvista tal-idrofluworokarburi ("HFCs") naqset b'37 % f'tunnellati metriċi u b'47 % f'termini ta' tunnellati ekwivalenti ta' CO2. Kien hemm ukoll bidla ċara fl-użu ta' alternattivi b'potenzjal aktar baxx ta' tisħin globali ("GWP") inklużi alternattivi naturali (pereżempju arja, CO2, ammonijaka, idrokarburi, ilma) f'ħafna tipi ta' tagħmir li tradizzjonalment kien juża gassijiet fluworurati b'effett ta' serra.
_________________
_________________
26 Ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195).
26 Ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195).
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 4a (ġdida)
(4a)   Il-Pjan RePowerEU jipprevedi 20 miljun pompa tas-sħana ġdida addizzjonali li għandhom jiġu installati fl-Unjoni sal-2026 u kważi 60 miljun sal-2030. It-tnaqqis gradwali sħiħ tal-HFCs sa mhux aktar tard mill-2050 jenħtieġ li jkun konformi u komplementari mal-ambizzjonijiet ta' effiċjenza enerġetika tal-Unjoni kif stabbiliti, fost l-oħrajn, fil-Patt Ekoloġiku Ewropew, fid-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija (2012/27/UE), fid-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija (id-Direttiva 2010/31/UE) u fil-Pjan RePowerEU, inkluża l-adozzjoni ta' applikazzjonijiet għall-irkupru tas-sħana mormija b'impatt klimatiku baxx, bħall-pompi tas-sħana, kif ukoll investimenti fl-elettrifikazzjoni, l-espansjonijiet tal-grilja tal-elettriku u ż-żieda fl-użu tal-batteriji fis-settur tal-enerġija u t-trasport.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 6b (ġdida)
(6b)   Huwa ta' importanza kbira li l-Kummissjoni tqis it-tneħħija gradwali tal-HFCs fil-proposti leġiżlattivi li jmiss tagħha, bħar-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 dwar ir-reġistrazzjoni, l-evalwazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (ir-"Regolament REACH") rigward it-tneħħija gradwali ta' sustanzi perfluworoalkilati u polifluworoalkilati (PFAS).
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  Sabiex tiġi żgurata l-koerenza mal-obbligi ta' rapportar skont il-Protokoll, jenħtieġ li l-potenzjali ta' tisħin globali tal-HFCs jiġu kkalkolati f'termini tal-potenzjal ta' tisħin globali ta' 100 sena ta' kilogramma ta' gass meta mqabbla ma' kilogramma ta' CO2 fuq il-bażi tar-Raba' Rapport ta' Valutazzjoni adottat mill-IPCC. Għal sustanzi oħrajn, jenħtieġ li jintuża l-aktar Rapport ta' Valutazzjoni riċenti tal-IPCC. Fejn ikun disponibbli, jenħtieġ li jiġi pprovdut il-potenzjal ta' tisħin globali ta' 20 sena sabiex jinforma aħjar dwar l-impatti klimatiċi tas-sustanzi koperti minn dan ir-Regolament.
(7)  Sabiex tiġi żgurata l-koerenza mal-obbligi ta' rapportar skont il-Protokoll, jenħtieġ li l-potenzjali ta' tisħin globali tal-HFCs jiġu kkalkolati f'termini tal-potenzjal ta' tisħin globali ta' 100 sena ta' kilogramma ta' gass meta mqabbla ma' kilogramma ta' CO2 fuq il-bażi tar-Raba' Rapport ta' Valutazzjoni adottat mill-IPCC. Għal sustanzi oħrajn, jenħtieġ li jintuża l-aktar Rapport ta' Valutazzjoni riċenti tal-IPCC. Fejn ikun disponibbli, jenħtieġ li jiġi pprovdut il-potenzjal ta' tisħin globali ta' 20 sena sabiex jinforma aħjar dwar l-impatti klimatiċi tas-sustanzi koperti minn dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni jenħtieġ li, fil-livell internazzjonali, tippromwovi aġġornament tal-valuri GWP tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra f'konformità mas-Sitt Rapport ta' Valutazzjoni adottat mill-IPCC.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)  Ir-rilaxx intenzjonat ta' sustanzi fluworurati, fejn illegali, huwa ksur serju ta' dan ir-Regolament u jenħtieġ li jkun ipprojbit b'mod espliċitu; jenħtieġ li l-operaturi u l-manifatturi tat-tagħmir jkunu obbligati jipprevjenu tnixxijiet ta' tali sustanzi sa fejn ikun possibbli, inkluż permezz ta' kontroll tat-tnixxijiet tal-aktar tagħmir rilevanti.
(8)  Ir-rilaxx intenzjonat ta' sustanzi fluworurati, fejn illegali, huwa ksur serju ta' dan ir-Regolament u jenħtieġ li jkun ipprojbit b'mod espliċitu; jenħtieġ li l-operaturi u l-manifatturi tat-tagħmir jkunu obbligati jipprevjenu tnixxijiet ta' tali sustanzi sa fejn ikun possibbli, inkluż permezz ta' kontroll tat-tnixxijiet tal-aktar tagħmir rilevanti u l-installazzjoni progressiva ta' sistemi ta' detezzjoni ta' tnixxija, inkluż fuq pompi tas-sħana residenzjali, li jipprevjenu r-rilaxx ta' refriġeranti ta' ħsara fl-atmosfera, jgħinu lill-utenti jimminimizzaw l-impatt ambjentali tagħhom, kif ukoll iżidu d-durabbiltà u l-effiċjenza enerġetika tal-apparat.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 9
(9)  Minħabba li l-proċess tal-produzzjoni għal xi komposti fluworurati jista' jirriżulta f'emissjonijiet sinifikanti ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra oħrajn prodotti bħala prodotti sekondarji, jenħtieġ li tali emissjonijiet ta' prodotti sekondarji jinqerdu jew jiġu rkuprati għall-użu sussegwenti bħala kundizzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra. Jenħtieġ li l-produtturi u l-importaturi jkunu meħtieġa jiddokumentaw il-miżuri adottati sabiex jipprevjenu l-emissjonijiet tat-trifluworometan matul il-proċess tal-produzzjoni.
(9)  Minħabba li l-proċess tal-produzzjoni għal xi komposti fluworurati jista' jirriżulta f'emissjonijiet sinifikanti ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra oħrajn prodotti bħala prodotti sekondarji, jenħtieġ li tali emissjonijiet ta' prodotti sekondarji jinqerdu jew jiġu rkuprati għall-użu sussegwenti bħala kundizzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra f'konformità mal-Protokoll. Jenħtieġ li l-produtturi u l-importaturi jkunu meħtieġa jiddokumentaw il-miżuri ta' mitigazzjoni adottati sabiex jipprevjenu l-emissjonijiet tat-trifluworometan matul il-proċess tal-produzzjoni, u l-prova tal-qerda u l-irkupru ta' dawk l-emissjonijiet ta' prodotti sekondarji f'konformità mal-aħjar tekniki disponibbli.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Għall-prevenzjoni tal-emissjonijiet ta' sustanzi fluworurati, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar l-irkupru ta' sustanzi minn prodotti u minn tagħmir u l-prevenzjoni ta' tnixxijiet ta' tali sustanzi. Il-fowms li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jenħtieġ li jiġu ttrattati f'konformità mad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.30 L-obbligi ta' rkupru jenħtieġ li jiġu estiżi wkoll għas-sidien u l-kuntratturi tal-bini meta jitneħħew ċerti fowms mill-bini, sabiex jiġi mmassimizzat it-tnaqqis tal-emissjonijiet.
(10)  Għall-prevenzjoni tal-emissjonijiet ta' sustanzi fluworurati, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar l-irkupru ta' sustanzi minn prodotti u minn tagħmir u l-prevenzjoni ta' tnixxijiet ta' tali sustanzi. Il-fowms li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jenħtieġ li jiġu ttrattati f'konformità mad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.30 L-obbligi ta' rkupru jenħtieġ li jiġu estiżi wkoll għas-sidien u l-kuntratturi tal-bini meta jitneħħew ċerti fowms mill-bini, sabiex jiġi mmassimizzat it-tnaqqis tal-emissjonijiet. L-iskemi tal-iskart ta' tagħmir elettriku u elettroniku fl-Istati Membri jeħtieġ li jittejbu b'mod konsiderevoli biex jiffaċilitaw aħjar l-irkupru, ir-riċiklaġġ u r-reklamazzjoni tar-refriġeranti, inkluż mill-pompi tas-sħana residenzjali.
_________________
_________________
30 Id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38).
30 Id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38).
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 10a (ġdida)
(10a)   Minkejja l-GWP għoli u l-użu dejjem akbar tal-fluworur tas-sulfuril, l-emissjonijiet ta' dak il-gass fluworurat b'effett ta' serra ma ġewx regolati jew immonitorjati u lanqas mhuma koperti b'xi rekwiżit ta' rapportar skont il-Ftehim ta' Pariġi. Mill-2025, l-operaturi jenħtieġ li jiżguraw li l-fluworur tas-sulfuril jiġi rkuprat wara l-fumigazzjoni, jekk dan ikun teknikament fattibbli u ma jkunx jinvolvi kostijiet sproporzjonati.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 10b (ġdida)
(10b)   L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li jiġu stabbiliti skemi ta' responsabbiltà tal-produttur għat-trattament tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra fi tmiem il-ħajja tagħhom. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi rekwiżiti minimi għal dawk l-iskemi ta' responsabbiltà tal-produttur, inkluż dwar il-ġbir, ir-reklamazzjoni, ir-riċiklaġġ, il-faċilitajiet tar-rimi, il-forniment ta' tagħmir lil tekniki ċċertifikati, ir-rapportar u s-sensibilizzazzjoni.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  Sabiex jitħeġġeġ l-użu ta' teknoloġiji mingħajr impatt jew b'impatt aktar baxx fuq il-klima li jistgħu jinvolvu l-użu ta' sustanzi li huma tossiċi, fjammabbli jew bi pressjoni għolja, it-taħriġ ta' persuni fiżiċi li jwettqu attivitajiet li jinvolvu gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jenħtieġ li jkopri teknoloġiji li jissostitwixxu jew inaqqsu l-użu ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, inkluża informazzjoni dwar aspetti tal-effiċjenza enerġetika u regolamenti u standards tekniċi applikabbli. Il-programmi ta' ċertifikazzjoni u ta' taħriġ stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014, li jistgħu jiġu integrati fis-sistemi nazzjonali ta' taħriġ vokazzjonali, jenħtieġ li jiġu rrieżaminati jew adattati sabiex it-tekniċi jkunu jistgħu jittrattaw teknoloġiji alternattivi b'mod sikur.
(11)  Sabiex jitħeġġeġ l-użu ta' teknoloġiji mingħajr impatt jew b'impatt aktar baxx fuq il-klima li jistgħu jinvolvu l-użu ta' sustanzi li huma tossiċi, fjammabbli jew bi pressjoni għolja, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li numru għoli ta' persuni fiżiċi li jwettqu attivitajiet li jinvolvu gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u teknoloġiji li jissostitwixxu jew inaqqsu l-użu ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jkunu mħarrġa u ċertifikati. It-taħriġ jenħtieġ li jinkludi informazzjoni dwar aspetti tal-effiċjenza enerġetika u regolamenti u standards tekniċi applikabbli. Il-programmi ta' ċertifikazzjoni u ta' taħriġ stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014, li jistgħu jiġu integrati fis-sistemi nazzjonali ta' taħriġ vokazzjonali, jenħtieġ li jiġu rrieżaminati jew adattati sabiex it-tekniċi jkunu jistgħu jittrattaw teknoloġiji alternattivi b'mod sikur.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 11a (ġdida)
(11a)   F'Mejju 2022, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat il-Pjan RePowerEU, bħala rispons għat-tbatija u t-tfixkil fis-suq globali tal-enerġija kkawżati mill-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja, bl-għan li tintemm id-dipendenza tal-Unjoni fuq il-fjuwils fossili Russi u tiġi indirizzata l-kriżi klimatika. Il-Pjan jinkludi mira li jiġu introdotti 10 miljun pompa tas-sħana idronika sal-2027 u li tiġi rduppjata r-rata tal-użu tal-pompa tas-sħana sal-2030. Filwaqt li l-industrija tal-pompi tas-sħana bdiet tinvesti f'alternattivi għall-HFC, jista' jkun diffiċli li l-produzzjoni tal-pompi tas-sħana bbażati fuq l-HFC tiġi sostitwita malajr b'alternattivi naturali u li jiġi pprovdut lis-suq l-ammont ta' pompi tas-sħana fil-mira ta' RePowerEU. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib l-iżviluppi tas-suq u jenħtieġ li tipprovdi ammont addizzjonali ta' kwoti tal-HFC lill-industrija tal-pompi tas-sħana, jekk it-tnaqqis gradwali tal-kwoti tal-HFC stabbilit fl-Anness VII joħloq tfixkil fis-suq tal-pompi tas-sħana tal-Unjoni sal-punt li jipperikola l-kisba tal-miri għall-varar tal-pompa tas-sħana RePowerEU.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 11b (ġdida)
(11b)   It-tranżizzjoni lejn l-użu tal-alternattivi ta' idrofluworokarbur se jwassal għall-iffrankar fl-ispejjeż għall-impriżi hekk kif jiġi evitat ix-xiri ta' kwota HFC, u se tixpruna l-innovazzjoni ekoloġika u l-impjieg. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw tranżizzjoni ekwa u ġusta, li ma tħalli lil ħadd jibqa' lura, għall-persunal impjegat mill-impriżi li ma jirnexxilhomx fit-tranżizzjoni lejn alternattivi naturali.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  Il-projbizzjonijiet eżistenti dwar l-użi speċifiċi tal-eżafluworur tal-kubrit, l-aktar sustanza li hija magħrufa li tagħmel ħsara lill-klima, jenħtieġ li jinżammu u jiġu kkomplementati minn restrizzjonijiet addizzjonali fuq l-użu fis-settur kritiku tad-distribuzzjoni tal-enerġija.
(12)  Il-projbizzjonijiet eżistenti dwar l-użi speċifiċi tal-eżafluworur tal-kubrit, l-aktar sustanza li hija magħrufa li tagħmel ħsara lill-klima, jenħtieġ li jinżammu u jiġu kkomplementati minn restrizzjonijiet addizzjonali fuq l-użu fis-settur kritiku tad-distribuzzjoni tal-enerġija. Dan ir-Regolament ma jeħtieġx is-sostituzzjoni ta' kommutaturi li huma diġà installati fil-grilja tal-elettriku fid-dati indikati fl-Anness IV. Jenħtieġ li l-operaturi tal-grilja jkunu meħtieġa jinstallaw kommutaturi ġodda li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f'dak l-Anness biss meta, mid-dati indikati fih, huma jiddeċiedu li jissostitwixxu kommutaturi diġà installati jew li jinstallaw kommutaturi addizzjonali fil-grilja tal-elettriku.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 12a (ġdida)
(12a)   Il-ħeffa fis-suq tas-sistemi tal-arja kundizzjonata u tat-tagħmir ta' pompi tas-sħana kif ukoll it-tibdil teknoloġiku fir-refriġerazzjoni jsaħħu l-ħtieġa li jiġi ppjanat taħriġ fl-Istati Membri bl-għan li jiġu żgurat li programmi ta' ċertifikazzjoni u t-taħriġ huma biżżejjed biex jintlaħqu l-miri klimatiċi tal-Unjoni.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  Meta jkunu disponibbli alternattivi adegwati għall-użu ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra speċifiċi, jenħtieġ li jiġu introdotti projbizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq ta' tagħmir ġdid għar-refriġerazzjoni, għall-arja kundizzjonata u għall-protezzjoni kontra n-nar li jkun fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jew li l-funzjonament tiegħu jiddependi fuq dawk il-gassijiet. Meta ma jkunx hemm alternattivi vijabbli disponibbli jew dawn ma jkunux jistgħu jintużaw minħabba raġunijiet tekniċi jew ta' sikurezza, jew meta l-użu ta' tali alternattivi jkun jimplika kostijiet sproporzjonati, jenħtieġ li jkun possibbli li l-Kummissjoni tawtorizza eżenzjoni li tippermetti t-tqegħid fis-suq ta' tali prodotti u tagħmir għal perjodu limitat.
(13)  Meta jkunu disponibbli alternattivi adegwati għall-użu ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra speċifiċi, jenħtieġ li jiġu introdotti projbizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq ta' tagħmir ġdid għar-refriġerazzjoni, għall-arja kundizzjonata u għall-protezzjoni kontra n-nar, għall-fowms u għall-aerosols tekniċi li jkun fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jew li l-funzjonament tiegħu jiddependi fuq dawk il-gassijiet. Meta ma jkunx hemm alternattivi vijabbli disponibbli jew dawn ma jkunux jistgħu jintużaw minħabba raġunijiet tekniċi jew ta' sikurezza, jew meta l-użu ta' tali alternattivi jkun jimplika kostijiet sproporzjonati, jenħtieġ li jkun possibbli li l-Kummissjoni tawtorizza eżenzjoni li tippermetti t-tqegħid fis-suq ta' tali prodotti u tagħmir għal perjodu massimu ta' 4 snin. Jenħtieġ li dik l-eżenzjoni tkun tista' tiġġedded jekk, wara valutazzjoni ta' talba ġdida sostanzjata għal eżenzjoni, il-Kummissjoni, permezz tal-proċedura ta' kumitat, tikkonkludi li għadhom mhumiex disponibbli alternattivi. 
Emenda 159
Proposta għal regolament
Premessa 13a (ġdida)
(13a)   Il-projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq ta’ partijiet ta’ tagħmir li huwa pprojbit fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li ma tapplikax għall-partijiet meħtieġa għat-tiswija u s-servizzjar ta’ tagħmir eżistenti li jkun diġà ġie installat sabiex jiġi żgurat li tali tagħmir jibqa’ jista’ jissewwa u ssirlu l-manutenzjoni tul il-ħajja kollha tiegħu, u b’hekk tiġi evitata l-ħtieġa ta’ sostituzzjoni mhux ġustifikata ta’ tagħmir u infrastruttura tal-enerġija eżistenti, ħaġa li jista’ jkollha effett negattiv fuq l-isforzi tad-dekarbonizzazzjoni. Jenħtieġ li t-tiswija jew is-servizzjar li għalihom jintużaw tali partijiet ta’ sostituzzjoni ma jirriżultawx f’żieda fil-kapaċità tat-tagħmir jew f’żieda fl-ammont tal-gassijiet fluworurati li jkunu jinsabu fit-tagħmir jew tal-gassijiet fluworurati użati.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 13b (ġdida)
(13b)   Il-Kummissjoni jenħtieġ li titlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni jiżviluppaw u jaġġornaw l-istandards armonizzati rilevanti biex jiżguraw l-implimentazzjoni mingħajr xkiel tar-restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq stabbiliti f'dan ir-Regolament. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-kodiċijiet tal-bini u l-istandards nazzjonali jiġu aġġornati biex jirriflettu l-limiti ta' mili permissibbli għal refriġeranti fjammabbli, inklużi IEC 60335-2-89 u IEC 60335-2-40 u jenħtieġ li jirrapportaw dwar l-isforzi tagħhom għal dak il-għan u dwar kwalunkwe eċċezzjoni għall-aġġornament tagħhom.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 13c (ġdida)
(13c)   Meta teżamina jekk hemmx alternattivi għall-użu ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra speċifiċi, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra mhux biss jekk teżistix alternattiva teknika, iżda wkoll trid tikkunsidra l-alternattiva fis-sens l-aktar wiesa' tagħha. Jenħtieġ li l-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra, fost affarijiet oħra, jekk l-alternattiva hijiex ekonomikament vijabbli u jekk l-alternattiva tistax tiġi adottata b'mod wiesa' għal raġunijiet prattiċi. B'mod partikolari, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis is-sitwazzjoni tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) meta tivvaluta jekk alternattiva tistax tiġi applikata b'mod realistiku. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun kapaċi wkoll tipprovdi eċċezzjonijiet applikabbli għall-SMEs.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 13d (ġdida)
(13d)   Il-produzzjoni ta' inalaturi b'doża mkejla (MDIs) għall-għoti ta' ingredjenti farmaċewtiċi tuża proporzjon mhux negliġibbli tal-HFCs kollha kkunsmati fl-Unjoni. Madankollu, l-MDIs li jużaw gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b'GWP aktar baxx u alternattivi naturali qed jiġu żviluppati mill-industrija. Dan ir-Regolament jinkludi s-settur tal-MDI fis-sistema tal-kwoti tal-HFC, u b'hekk joħloq inċentiv għall-industrija biex issegwi t-triq tagħha lejn alternattivi aktar nodfa. Sabiex tkun tista' ssir tranżizzjoni bla xkiel lejn alternattivi nodfa, l-Anness VII u l-Anness VIII ta' dan ir-Regolament jintroduċu mekkaniżmu ta' kwoti riżervati għas-settur tal-MDI għall-ewwel żewġ perjodi ta' allokazzjoni tal-kwoti. Jenħtieġ li s-settur tal-MDI jkun jista' jirċievi ammont ta' kwoti li jikkorrispondi għall-konsum attwali kollu tiegħu matul l-ewwel perjodu ta' allokazzjoni wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u ammont ta' kwoti li jikkorrispondi għal 70 % tal-konsum attwali tiegħu matul it-tieni perjodu ta' allokazzjoni.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 13e (ġdida)
(13e)   L-MDIs huma prodotti mediċi soġġetti għal valutazzjonijiet rigorużi inklużi studji kliniċi sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-pazjent. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw proċess ta' approvazzjoni bla xkiel tal-MDIs li jużaw gassijiet fluworurati b'GWP baxx u alternattivi għall-gassijiet fluworinati, billi jiżguraw it-tranżizzjoni lejn soluzzjonijiet nodfa mingħajr ma jaffettwaw l-aċċessibbiltà, id-disponibbiltà u l-affordabbiltà tal-mediċini essenzjali.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 13f (ġdida)
(13f)   Xi tagħmir tat-tkessiħ użat flimkien mal-batteriji meħtieġa għat-tranżizzjoni tal-enerġija tal-Unjoni jista' jkun fih gassijiet fluworurati. Madankollu, dan is-settur ma ġiex analizzat fil-Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja dan ir-Regolament. Fir-rapport tagħha dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, mistenni sal-1 ta' Jannar 2027, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq is-suq tal-batteriji tal-Unjoni.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 13g (ġdida)
(13g)   Fil-komunikazzjoni tagħha tal-14 ta' Ottubru 2020 bit-titolu "Strateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà Lejn Ambjent Ħieles mit-Tossiċità", il-Kummissjoni indikat li l-PFAS jirrikjedu attenzjoni speċjali, fid-dawl tal-għadd kbir ta' każijiet ta' kontaminazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma – inkluż l-ilma tax-xorb – fl-Unjoni u globalment, l-għadd ta' persuni affettwati bi spettru sħiħ ta' mard u l-kostijiet soċjetali u ekonomiċi relatati, u stabbiliet l-objettiv li l-PFAS jitnaqqsu gradwalment fl-Unjoni, sakemm ma jiġix approvat li huma essenzjali għas-soċjetà. Sabiex jiġu żgurati l-koerenza mal-politika tal-Unjoni u livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent, u fid-dawl tad-disponibbiltà ta’ alternattivi mhux tossiċi, jenħtieġ li dan ir-Regolament jinkoraġġixxi s-sostituzzjoni tal-HFCs b’gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra li huma wkoll PFAS, li l-produzzjoni tagħhom tipproduċi PFAS jew li b’xi mod ieħor jiddekomponi fi PFAS. Jekk il-projbizzjonijiet fl-Anness IV jippermettu t-tqegħid fis-suq u l-esportazzjoni ta' prodotti u tagħmir li fihom il-PFAS, huwa importanti li l-Istati Membri jaħdmu mal-industrija biex jidderieġu l-investimenti f'alternattivi. Dan se jipprevjeni wkoll assi mhux rekuperabbli, jekk ir-reviżjoni tar-Regolament REACH tintroduċi projbizzjonijiet tal-PFAS. Immedjatament wara l-adozzjoni tar-Regolament REACH rivedut, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-koerenza bejn dan ir-Regolament u dak ir-Regolament.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 15
(15)  Jenħtieġ li kontenituri li ma jistgħux jerġgħu jimtlew għal sustanzi li jnaqqsu l-ożonu jiġu pprojbiti, meta jitqies li ammont ta' refriġerant inevitabbilment jibqa' f'dawn il-kontenituri meta jitbattlu, li mbagħad jiġi rrilaxxat fl-atmosfera. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprojbixxi l-importazzjoni, it-tqegħid fis-suq, il-provvista sussegwenti jew it-tqegħid fis-suq, l-użu sakemm ma jkunx għal użi fil-laboratorji u għal użi analitiċi, u l-esportazzjoni tagħhom.
(15)  Jenħtieġ li kontenituri li ma jistgħux jerġgħu jimtlew ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jiġu pprojbiti, meta jitqies li ammont ta' refriġerant inevitabbilment jibqa' f'dawn il-kontenituri meta jitbattlu, li mbagħad jiġi rrilaxxat fl-atmosfera. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprojbixxi l-importazzjoni, it-tqegħid fis-suq, il-provvista sussegwenti jew it-tqegħid fis-suq, l-użu sakemm ma jkunx għal użi fil-laboratorji u għal użi analitiċi, u l-esportazzjoni tagħhom. Sabiex jipprevjenu kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew milli jiġu mormija minflok li jimtlew mill-ġdid, l-impriżi jenħtieġ li jkunu meħtieġa jipproduċu dikjarazzjoni ta' konformità inkluża evidenza dwar l-arranġamenti li jkunu saru għar-ritorn tagħhom għall-iskop biex jimtlew mill-ġdid meta kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew jitqiegħdu fis-suq.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 15a (ġdida)
(15a)   Peress li pajjiżi terzi, b'mod partikolari dawk li qed jiżviluppaw, jista' la jkollhom obbligi stretti ta' rkupru għall-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u lanqas ma jkollhom l-infrastruttura xierqa biex jimmaniġġjaw dawk il-gassijiet fi tmiem tal-ħajja tagħhom, l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi ta' prodotti u tagħmir li fihom dawk il-gassijiet jistgħu jirriżultaw fir-rilaxx ta' dawk il-gassijiet fl-atmosfera. Fil-qafas tal-isforzi globali tal-Unjoni biex jittaffa t-tibdil fil-klima, il-projbizzjonijiet fuq il-prodotti u t-tagħmir stabbiliti fl-Anness IV għandhom għalhekk japplikaw kemm għat-tqegħid tagħhom fis-suq tal-Unjoni kif ukoll għall-esportazzjoni tagħhom mill-Unjoni lejn pajjiżi terzi.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 17
(17)  Sabiex jiġi implimentat il-Protokoll, inkluż it-tnaqqis gradwali tal-kwantitajiet ta' HFCs, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkompli talloka kwoti lil produtturi u lil importaturi individwali għat-tqegħid tal-HFCs fis-suq, filwaqt li tiżgura li l-limitu kwantitattiv ġenerali permess mill-Protokoll ma jinqabiżx. Għall-protezzjoni tal-integrità tat-tnaqqis gradwali tal-kwantitajiet ta' HFCs imqegħdin fis-suq, jenħtieġ li jittieħed kont tal-HFCs li jinsabu fit-tagħmir taħt is-sistema ta' kwoti.
(17)  Sabiex jiġi implimentat il-Protokoll, inkluż it-tnaqqis gradwali tal-kwantitajiet ta' HFCs, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkompli talloka kwoti lil produtturi u lil importaturi individwali għat-tqegħid tal-HFCs fis-suq, filwaqt li tiżgura li l-limitu kwantitattiv ġenerali permess mill-Protokoll ma jinqabiżx. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista', b'mod eċċezzjonali, tawtorizza eżenzjoni sa erba' snin dwar l-esklużjoni ta' idrokarburi mis-sistema ta' kwoti għall-użu f'applikazzjonijiet speċifiċi jew kategoriji speċifiċi ta' prodotti jew tagħmir. Jenħtieġ li dik l-eżenzjoni tkun tista' tiġġedded jekk, wara valutazzjoni ta' talba ġdida sostanzjata għal eżenzjoni, il-Kummissjoni, permezz tal-proċedura ta' kumitat, tikkonkludi li għadhom mhumiex disponibbli alternattivi. Għall-protezzjoni tal-integrità tat-tnaqqis gradwali tal-kwantitajiet ta' HFCs imqegħdin fis-suq, jenħtieġ li jittieħed kont tal-HFCs li jinsabu fit-tagħmir taħt is-sistema ta' kwoti.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 20
(20)  Meta jitqies il-valur tas-suq tal-kwota allokata, huwa xieraq li jintalab prezz għall-allokazzjoni tagħha. Dan jevita frammentazzjoni ulterjuri tas-suq għad-detriment ta' dawk l-impriżi li jeħtieġu l-provvista ta' HFCs u li diġà jiddependu fuq il-kummerċ tal-HFCs fis-suq li qed jiċkien. Huwa preżunt li l-impriżi li jiddeċiedu li ma jitolbu u ma jħallsu l-ebda kwota, li għaliha jkunu intitolati fis-sena/snin ta' qabel il-kalkolu tal-valuri ta' referenza, iddeċidew li jħallu s-suq u, għalhekk, ma jiksbu l-ebda valur ta' referenza ġdid. Jenħtieġ li d-dħul jintuża sabiex ikopri l-kostijiet amministrattivi.
(20)  Meta jitqies il-valur tas-suq tal-kwota allokata, huwa xieraq li jintalab prezz għall-allokazzjoni tagħha. Dan jevita frammentazzjoni ulterjuri tas-suq għad-detriment ta' dawk l-impriżi li jeħtieġu l-provvista ta' HFCs u li diġà jiddependu fuq il-kummerċ tal-HFCs fis-suq li qed jiċkien. Huwa preżunt li l-impriżi li jiddeċiedu li ma jitolbu u ma jħallsu l-ebda kwota, li għaliha jkunu intitolati fis-sena/snin ta' qabel il-kalkolu tal-valuri ta' referenza, iddeċidew li jħallu s-suq u, għalhekk, ma jiksbu l-ebda valur ta' referenza ġdid. Dak il-prezz tal-kwota jenħtieġ li jiżdied maż-żmien sabiex jipprovdi fluss ta' dħul stabbli. Jenħtieġ li d-dħul jintuża sabiex ikopri l-kostijiet amministrattivi, biex jappoġġa l-bini tal-kapaċità, l-implimentazzjoni u l-infurzar, kif ukoll biex iħaffef l-użu ta' alternattivi għall-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 25
(25)  Sabiex jiġi żgurat li r-rapporti dwar il-kwantitajiet sostanzjali ta' sustanzi jkunu akkurati u li l-kwantitajiet ta' HFCs li jinsabu f'tagħmir iċċarġjat minn qabel jitqiesu skont is-sistema ta' kwoti tal-Unjoni, jenħtieġ li tkun meħtieġa verifika minn parti terza.
(25)  Sabiex jiġi żgurat li r-rapporti dwar il-kwantitajiet sostanzjali ta' sustanzi jkunu akkurati u li l-kwantitajiet ta' HFCs li jinsabu f'tagħmir iċċarġjat minn qabel jitqiesu skont is-sistema ta' kwoti tal-Unjoni, jenħtieġ li tkun meħtieġa verifika minn parti terza indipendenti.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 28a (ġdida)
(28a)   Jenħtieġ li l-awtoritajiet doganali jimmonitorjaw jekk il-prodotti koperti taħt dan ir-Regolament li huma ddikjarati li huma fi tranżitu jkunux fil-fatt telqu mit-territorju doganali tal-Unjoni. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-awtoritajiet doganali jżommu rekords dwar l-impriża li tkun qed tagħmel it-tranżitu.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 29
(29)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet doganali li jwettqu kontrolli skont dan ir-Regolament ikollhom ir-riżorsi u l-għarfien xierqa, pereżempju permezz ta' taħriġ magħmul disponibbli għalihom, u jkunu mgħammrin biżżejjed bil-ħsieb li jindirizzaw każijiet ta' kummerċ illegali tal-gassijiet u tal-prodotti u tat-tagħmir koperti minn dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Istati Membri jaħtru dawk l-uffiċċji doganali li jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet u għalhekk jingħataw il-mandat li jwettqu kontrolli doganali fuq l-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet u f'każijiet ta' tranżitu.
(29)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet doganali li jwettqu kontrolli skont dan ir-Regolament ikollhom ir-riżorsi u l-għarfien xierqa, pereżempju permezz ta' taħriġ magħmul disponibbli għalihom, u jkunu mgħammrin biżżejjed bil-ħsieb li jindirizzaw każijiet ta' kummerċ illegali tal-gassijiet u tal-prodotti u tat-tagħmir koperti minn dan ir-Regolament.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 32
(32)  L-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' HFCs kif ukoll ta' prodotti u ta' tagħmir li fihom HFCs jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk il-gassijiet minn u lejn Stat li ma huwiex parti għall-Protokoll jenħtieġ li jiġu pprojbiti mill-2028 'il quddiem Għalhekk, il-projbizzjoni parallela prevista skont il-Protokoll mill-2033 avvanzat, sabiex jiġi żgurat li l-miżuri globali għat-tnaqqis tal-HFCs tal-Emenda ta' Kigali jipprovdu l-benefiċċju previst għall-klima mill-aktar fis possibbli.
(32)  L-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' HFCs kif ukoll ta' prodotti u ta' tagħmir li fihom HFCs jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk il-gassijiet minn u lejn Stat li ma huwiex parti għall-Protokoll jenħtieġ li jiġu pprojbiti mill-2028 'il quddiem Il-Protokoll jipprevedi dik il-projbizzjoni mill-2033, u l-iskop tal-applikazzjoni aktar kmieni tiegħu fl-ambitu ta' dan ir-Regolament huwa li tiżgura li l-miżuri globali għat-tnaqqis tal-HFCs tal-Emenda ta' Kigali jipprovdu l-benefiċċju previst għall-klima mill-aktar fis possibbli.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 34a (ġdida)
(34a)   Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi u s-sovranità tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-penali jkunu koerenti kemm jista' jkun. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, għalhekk, teżamina d-differenzi fil-penali bejn l-Istati Membri kull erba' snin u tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 37
(37)  L-informaturi jistgħu jġibu informazzjoni ġdida għall-attenzjoni tal-awtoritajiet kompetenti li tista' tgħin lill-awtoritajiet kompetenti jidentifikaw ksur ta' dan ir-Regolament u tippermettilhom jimponu penali. Jenħtieġ li jiġi żgurat li jkunu fis-seħħ arranġamenti adegwati li jippermettu lill-informaturi jwissu lill-awtoritajiet kompetenti dwar ksur reali jew potenzjali ta' dan ir-Regolament u li jipproteġu lill-informaturi minn ritaljazzjoni. Għal dak l-għan, jenħtieġ li f'dan ir-Regolament jiġi previst li d-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill36 tkun applikabbli għar-rapportar ta' ksur ta' dan ir-Regolament u għall-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw tali ksur.
(37)  L-informaturi jistgħu jġibu informazzjoni ġdida għall-attenzjoni tal-awtoritajiet kompetenti li tista' tgħin lill-awtoritajiet kompetenti jidentifikaw ksur ta' dan ir-Regolament u tippermettilhom jimponu penali. Jenħtieġ li jiġi żgurat li jkunu fis-seħħ arranġamenti adegwati li jippermettu lill-informaturi jwissu lill-awtoritajiet kompetenti dwar ksur reali jew potenzjali ta' dan ir-Regolament u li jipproteġu lill-informaturi b'mod effettiv minn ritaljazzjoni. Għal dak l-għan, jenħtieġ li f'dan ir-Regolament jiġi previst li d-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill36 tkun applikabbli għar-rapportar ta' ksur ta' dan ir-Regolament u għall-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw tali ksur.
_________________
_________________
36 Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).
36 Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).
Emenda 33
Proposta għal regolament
Premessa 37a (ġdida)
(37a)   Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Ottubru 2020 dwar "It-titjib tal-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali fl-UE u fl-Istati Membri tagħha" ssottolinjat il-ħtieġa li jiġu inklużi dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għall-ġustizzja fil-proposti leġiżlattivi tal-UE u fil-liġi ġdida jew riveduta tal-UE li tikkonċerna kwistjonijiet ambjentali. Dan ir-Regolament jinkludi dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għall-ġustizzja biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ugwali għall-aċċess għall-ġustizzja fl-Istati Membri f'konformità mal-Konvenzjoni dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (il-"Konvenzjoni ta' Aarhus").
Emenda 34
Proposta għal regolament
Premessa 39
(39)  Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi hekk imsejjaħ Forum ta' Konsultazzjoni sabiex tiżgura parteċipazzjoni bbilanċjata tar-rappreżentanti tal-Istati Membri u tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, inklużi organizzazzjonijiet ambjentali, rappreżentanti ta' manifatturi, operaturi u persuni ċċertifikati.
(39)  Sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi 'l hekk imsejjaħ Forum ta' Konsultazzjoni. Jenħtieġ li l-Forum ta' Konsultazzjoni jiżgura parteċipazzjoni bbilanċjata tar-rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha inklużi organizzazzjonijiet ambjentali, assoċjazzjonijiet tal-pazjenti u organizzazzjonijiet tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa, rappreżentanti ta' manifatturi, operaturi u persuni ċċertifikati. Jenħtieġ li l-Forum ta' Konsultazzjoni jikkoopera mal-Aġenziji rilevanti tal-UE, b'mod partikolari l-EMA.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Premessa 40
(40)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' evidenza li għandha tingħata dwar il-qerda jew l-irkupru tal-produzzjoni sekondarja tat-trifluworometan matul il-manifattura ta' sustanzi fluworurati oħrajn; rekwiżiti għall-kontrolli tat-tnixxijiet; il-format tar-rekords, l-istabbiliment u l-manutenzjoni tagħhom; ir-rekwiżiti minimi għall-programmi ta' ċertifikazzjoni u l-attestazzjonijiet tat-taħriġ; il-format tan-notifika ta' programmi ta' ċertifikazzjoni u ta' taħriġ; eżenzjonijiet għal prodotti u għal tagħmir li jaqgħu taħt projbizzjoni ta' tqegħid fis-suq; il-format tat-tikketti; id-determinazzjoni tad-drittijiet tal-produzzjoni għall-produtturi tal-HFCs; eżenzjonijiet mir-rekwiżit tal-kwoti għall-HFCs għall-użu f'applikazzjonijiet speċifiċi, jew kategoriji speċifiċi ta' prodotti jew ta' tagħmir; id-determinazzjoni tal-valuri ta' referenza għall-produtturi u għall-importaturi għat-tqegħid tal-HFCs fis-suq; il-modalitajiet u l-arranġamenti dettaljati għall-ħlas tal-ammont dovut; l-arranġamenti dettaljati għad-dikjarazzjoni ta' konformità għat-tagħmir iċċarġjat minn qabel u għall-verifika tiegħu kif ukoll għall-akkreditazzjoni tal-verifikaturi; il-funzjonament bla xkiel tar-reġistru; l-awtorizzazzjoni ta' kummerċ ma' entitajiet mhux koperti mill-Protokoll; id-dettalji tal-verifika tar-rapportar u tal-akkreditazzjoni tal-verifikaturi u l-format għas-sottomissjoni tar-rapporti. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.37
(40)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' evidenza li għandha tingħata dwar il-qerda jew l-irkupru tal-produzzjoni sekondarja tat-trifluworometan matul il-manifattura ta' sustanzi fluworurati oħrajn; rekwiżiti għall-kontrolli tat-tnixxijiet; il-format tar-rekords, l-istabbiliment u l-manutenzjoni tagħhom; ir-rekwiżiti minimi għall-programmi ta' ċertifikazzjoni u l-attestazzjonijiet tat-taħriġ; il-format tan-notifika ta' programmi ta' ċertifikazzjoni u ta' taħriġ; eżenzjonijiet għal prodotti u għal tagħmir li jaqgħu taħt projbizzjoni ta' tqegħid fis-suq; il-format tat-tikketti; id-determinazzjoni tad-drittijiet tal-produzzjoni għall-produtturi tal-HFCs; id-determinazzjoni tad-dettalji tad-dikjarazzjoni ta' konformità għal kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew għal gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, inkluża evidenza li tikkonferma li hemm arranġamenti fis-seħħ għar-ritorn ta' dak il-kontenitur għall-fini ta' mili mill-ġdid; eżenzjonijiet mir-rekwiżit tal-kwoti għall-HFCs għall-użu f'applikazzjonijiet speċifiċi, jew kategoriji speċifiċi ta' prodotti jew ta' tagħmir; id-determinazzjoni tal-valuri ta' referenza għall-produtturi u għall-importaturi għat-tqegħid tal-HFCs fis-suq; il-modalitajiet u l-arranġamenti dettaljati għall-ħlas tal-ammont dovut; l-arranġamenti dettaljati għad-dikjarazzjoni ta' konformità għat-tagħmir iċċarġjat minn qabel u għall-verifika tiegħu kif ukoll għall-akkreditazzjoni tal-verifikaturi; il-funzjonament bla xkiel tar-reġistru; l-awtorizzazzjoni ta' kummerċ ma' entitajiet mhux koperti mill-Protokoll; id-dettalji tal-verifika tar-rapportar u tal-akkreditazzjoni tal-verifikaturi u l-format għas-sottomissjoni tar-rapporti. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.37
_________________
_________________
37 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
37 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
Emenda 36
Proposta għal regolament
Premessa 41
(41)  Sabiex jiġu emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("TFUE") jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta' lista ta' prodotti u ta' tagħmir li għalihom l-irkupru ta' gassijiet jew il-qerda tagħhom ikun teknikament u ekonomikament fattibbli u l-ispeċifikazzjoni tat-teknoloġiji li għandhom jiġu applikati; ir-rekwiżiti dwar it-tikkettar; l-esklużjoni mir-rekwiżiti tal-kwoti tal-HFCs f'konformità mad-deċiżjonijiet tal-Partijiet għall-Protokoll; dwar l-ammonti dovuti għall-allokazzjoni tal-kwota u l-mekkaniżmu għall-allokazzjoni tal-kwoti li jifdal; miżuri addizzjonali għall-monitoraġġ ta' sustanzi u ta' prodotti u ta' tagħmir imqegħdin taħt proċeduri ta' ħażna temporanja u doganali; ir-regoli applikabbli għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ta' prodotti u ta' tagħmir importati minn u esportati lejn kwalunkwe entità mhux koperta mill-Protokoll; l-aġġornament tal-potenzjali tat-tisħin globali tas-sustanzi elenkati. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet38. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
(41)  Sabiex jiġu emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("TFUE") jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta' lista ta' prodotti u ta' tagħmir li għalihom l-irkupru ta' gassijiet jew il-qerda tagħhom ikun teknikament u ekonomikament fattibbli u l-ispeċifikazzjoni tat-teknoloġiji li għandhom jiġu applikati; l-istabbiliment ta' rekwiżiti minimi għall-iskemi ta' responsabbiltà tal-produttur għall-irkupru, ir-riċiklaġġ, ir-reklamazzjoni jew il-qerda ta' ċerti gassijiet serra fluworinati, inkluż dwar il-ġbir, ir-reklamazzjoni, ir-riċiklaġġ, il-faċilitajiet tar-rimi, il-forniment ta' tagħmir lil tekniċi ċċertifikati, ir-rapportar u s-sensibilizzazzjoni; ir-rekwiżiti dwar it-tikkettar; l-esklużjoni mir-rekwiżiti tal-kwoti tal-HFCs f'konformità mad-deċiżjonijiet tal-Partijiet għall-Protokoll; l-esklużjoni mis-sistema tal-kwoti tat-tqegħid fis-suq ta' materjali semikondutturi tal-idrofluworokarburi jew ta' kmamar għad-depożizzjoni tal-fwar fis-settur tas-semikondutturi, meta, f'ċerti każijiet, ikun hemm nuqqasijiet jew interruzzjonijiet fil-provvista fis-suq tal-Unjoni ta' materjali semikondutturi jew ta' kmamar għad-depożizzjoni tal-fwar; iż-żieda, f'ċerti każijiet, tal-kwoti għat-tqegħid fis-suq tal-Unjoni tal-idrofluworokarburi li għandhom jintużaw fil-pompi tas-sħana sas-sena 2029; l-ammonti dovuti għall-allokazzjoni tal-kwota u l-mekkaniżmu għall-allokazzjoni tal-kwoti li jifdal; miżuri addizzjonali għall-monitoraġġ ta' sustanzi u ta' prodotti u ta' tagħmir imqegħdin taħt proċeduri ta' ħażna temporanja u doganali; ir-regoli applikabbli għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ta' prodotti u ta' tagħmir importati minn u esportati lejn kwalunkwe entità mhux koperta mill-Protokoll; l-adozzjoni ta' qafas ġenerali komuni għad-disinn ta' sistemi elettroniċi ċentralizzati għar-reġistrazzjoni tal-informazzjoni miġbura skont dan ir-Regolament; u l-aġġornament tal-potenzjali tat-tisħin globali tas-sustanzi elenkati u biex jissaħħu l-projbizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq ta' tali sustanzi. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, b'mod partikolari l-konsultazzjoni mal-Forum ta' Konsultazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 33 ta' dan ir-Regolament, inkluż fil-livell ta' esperti u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet38. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
_________________
_________________
38 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
38 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1
1.  Dan ir-Regolament japplika għall-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Annessi I, II u II, kemm jekk waħedhom kif ukoll jekk f'taħlita.
1.  Dan ir-Regolament japplika għall-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Annessi I, II u III, kemm jekk waħedhom kif ukoll jekk f'taħlita.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2
2.  Dan ir-Regolament japplika wkoll għal prodotti u għal tagħmir, u partijiet minnhom, li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk il-gassijiet.
2.  Dan ir-Regolament japplika wkoll għal prodotti u għal tagħmir, li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi, parzjalment jew għalkollox, fuq dawk il-gassijiet.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 5
(5)  "operatur" tfisser l-impriża li teżerċita s-setgħa attwali fuq il-funzjonament tekniku ta' prodotti u ta' tagħmir koperti minn dan ir-Regolament jew tas-sid meta ddeżinjat minn Stat Membru bħala responsabbli għall-obbligi tal-operatur f'każijiet speċifiċi;
(5)  "operatur" tfisser l-impriża li teżerċita s-setgħa attwali fuq il-funzjonament tekniku ta' prodotti u ta' tagħmir koperti minn dan ir-Regolament jew tal-entità meta ddeżinjata minn Stat Membru bħala responsabbli għall-obbligi tal-operatur f'każijiet speċifiċi;
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 6
(6)  "tqegħid fis-suq" tfisser il-forniment jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' persuna oħra fl-Unjoni, għall-ewwel darba, bi ħlas jew mingħajr ħlas, ir-rilaxx doganali għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni, u l-użu ta' sustanzi prodotti jew l-użu ta' prodotti jew ta' tagħmir manifatturati għall-użu proprju;
(6)  Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 27
(27)  "materja prima" tfisser kwalunkwe gass fluworurat b'effett ta' serra elenkat fl-Annessi I u II, li jgħaddi minn trasformazzjoni kimika fi proċess li fih jinbidel kompletament mill-kompożizzjoni oriġinali tiegħu u li l-emissjonijiet tiegħu ma jkunux sinifikanti;
(27)  "materja prima" tfisser kwalunkwe gass fluworurat b'effett ta' serra elenkat fl-Annessi I u II, li jgħaddi minn trasformazzjoni kimika fi proċess li fih jinbidel kompletament mill-kompożizzjoni oriġinali tiegħu;
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 5 – subparagrafu 2
Sabiex jipprovdu dik l-evidenza, l-importaturi u l-produtturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni ta' konformità u jgħaqqdu d-dokumentazzjoni ta' sostenn dwar il-faċilità tal-produzzjoni u l-miżuri ta' mitigazzjoni adottati sabiex jiġu evitati l-emissjonijiet tat-trifluworometan. Il-produtturi u l-importaturi għandhom iżommu d-dikjarazzjoni ta' konformità u d-dokumentazzjoni ta' sostenn għal perjodu ta' mill-inqas ħames snin wara t-tqegħid fis-suq u jagħmluhom disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u għall-Kummissjoni, meta jintalbu.
Sabiex jipprovdu dik l-evidenza, l-importaturi u l-produtturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni ta' konformità u jgħaqqdu d-dokumentazzjoni ta' sostenn ma':
(a)   informazzjoni dwar il-faċilità tal-produzzjoni;
(b)   il-prova tad-disponibbiltà u t-tħaddim tal-aqwa teknoloġija ta' tnaqqis tal-emissjonijiet disponibbli fil-faċilità ta' produzzjoni;
(c)   il-prova tal-miżuri ta' mitigazzjoni adottati sabiex jiġu evitati l-emissjonijiet tat-trifluworometan, f'konformità mal-aqwa tekniki disponibbli;
(d)   il-prova tal-qerda jew l-irkupru ta' kwalunkwe kwantità ta' trifluworometan emess, f'konformità mal-aqwa tekniki disponibbli u f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(7).
Il-produtturi u l-importaturi għandhom iżommu d-dikjarazzjoni ta' konformità u d-dokumentazzjoni ta' sostenn għal perjodu ta' mill-inqas ħames snin wara t-tqegħid fis-suq u jagħmluhom disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u għall-Kummissjoni, meta jintalbu.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 5 – subparagrafu 3
Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tiddetermina l-arranġamenti dettaljati relatati mad-dikjarazzjoni ta' konformità u mad-dokumentazzjoni ta' sostenn imsemmijin fit-tieni subparagrafu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-Artikolu 34(2).
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tiddetermina l-arranġamenti dettaljati relatati mad-dikjarazzjoni ta' konformità u mad-dokumentazzjoni ta' sostenn imsemmijin fit-tieni subparagrafu, u l-elementi dettaljati tagħhom. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-Artikolu 34(2).
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 6a (ġdid)
6a.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi (1) sa (6), l-operaturi għandhom jiżguraw li l-fluworur tas-sulfuril jinqabad u jiġi rkuprat wara l-fumigazzjoni. L-operaturi għandhom jiżguraw li l-irkupru jitwettaq minn persuni fiżiċi kwalifikati kif xieraq, sabiex il-gassijiet jiġu rriċiklati, irreklamati jew meqruda.
Sabiex jipprovdu evidenza tal-qerda, l-operaturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni ta' konformità u jehmżu dokumentazzjoni ta' sostenn li jkun fiha informazzjoni dwar il-faċilità, il-prova tad-disponibbiltà u t-tħaddim tal-aqwa teknoloġija ta' rkupru disponibbli f'dik il-faċilità, u prova tal-miżuri adottati biex jiġu rkuprati l-emissjonijiet tal-fluworur tas-sulfuril. L-effettività tas-sistema għandha tiġi xjentifikament verifikata b'mod indipendenti.
Meta l-irkupru ma jkunx teknikament jew ekonomikament fattibbli, l-operaturi għandhom jużaw għażliet ta' trattament alternattivi, sakemm tali għażliet ta' trattament alternattiv ma jkunux disponibbli. F'każ bħal dan, l-operatur għandu jfassal dokumentazzjoni li tipprovdi evidenza tal-impossibbiltà tal-irkupru tal-fluworur tas-sulfuril u n-nuqqas ta' għażliet alternattivi ta' trattament.
L-operatur għandu jżomm id-dikjarazzjoni tal-konformità u d-dokumentazzjoni għal ħames snin u għandu jagħmilhom disponibbli, fuq talba, għall-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru u għall-Kummissjoni.
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
L-operaturi ta' tagħmir li fih 5 tunnellata f'ekwivalenti ta' CO2 jew aktar ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I jew kilogramma jew aktar ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fit-Taqsima I tal-Anness II, mhux inklużi fil-fowms, għandhom jiżguraw li t-tagħmir jiġi vverifikat għal tnixxijiet.
Il-manifatturi u l-operaturi ta' tagħmir li fih 5 tunnellati f'ekwivalenti ta' CO2 jew aktar ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I jew kilogramma jew aktar ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fit-Taqsima I tal-Anness II, mhux inklużi fil-fowms, għandhom jiżguraw li t-tagħmir jiġi vverifikat għal tnixxijiet, anki waqt il-manifattura tiegħu.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Tagħmir issiġillat ermetikament li jkun fih anqas minn 10 tunnellati f'ekwivalenti ta' CO2 ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I jew 2 kilogrammi f'gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fit-Taqsima I tal-Anness II, ma għandux jiġi vverifikat għal tnixxijiet, dment li t-tagħmir ikun issiġillat b'mod ermetiku u l-partijiet konnessi tiegħu jkollhom rata ta' tnixxija ttestjata ta' anqas minn 3 grammi fis-sena taħt pressjoni ta' mill-inqas kwart tal-pressjoni massima permissibbli. Il-kommutatur elettriku ma għandux jiġi vverifikat għal tnixxijiet dment li jkun konformi ma' waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
Tagħmir residenzjali ssiġillat ermetikament li jkun fih anqas minn 10 tunnellati f'ekwivalenti ta' CO2 ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I jew 2 kilogrammi f'gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fit-Taqsima I tal-Anness II, ma għandux jiġi vverifikat għal tnixxijiet, dment li t-tagħmir ikun issiġillat b'mod ermetiku u l-partijiet konnessi tiegħu jkollhom rata ta' tnixxija ttestjata ta' anqas minn 3 grammi fis-sena taħt pressjoni ta' mill-inqas kwart tal-pressjoni massima permissibbli. Il-kommutatur elettriku ma għandux jiġi vverifikat għal tnixxijiet dment li jkun konformi ma' waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – punt c
(c)   ikun fih anqas minn 6 kilogrammi f'gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I.
imħassar
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt e
(e)  unitajiet ta ' refriġerazzjoni ta' trakkijiet u trejlers refriġerati;
(e)  unitajiet ta' refriġerazzjoni ta' trakkijiet, trejlers, vannijiet u vapuri refriġerati;
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt ea (ġdid)
(ea)   it-tagħmir tal-arja kundizzjonata fil-metros, il-ferroviji, il-vapuri, l-ajruplani u l-vetturi tat-trasport bit-triq bl-eċċezzjoni ta' dawk li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2006/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*;
* Id-Direttiva 2006/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar emissjonijiet minn sistemi ta' kondizzjonament tal-arja f'vetturi bil-mutur li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (ĠU L 161, 14.6.2006, p. 12).
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2
2.  L-operaturi tat-tagħmir elenkat fil-punti (f) u (g) tal-Artikolu 5(2), u li fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I fi kwantitajiet ta' 500 tunnellata jew aktar ta' ekwivalenti ta' CO2 u installat mill-1 ta' Jannar 2017 'il quddiem, għandhom jiżguraw li dan it-tagħmir jiġi pprovdut b'sistema ta' detezzjoni ta' tnixxijiet li twissi lill-operatur jew lil kumpanija tas-servizzjar dwar kwalunkwe tnixxija.
2.  L-operaturi tat-tagħmir elenkat fil-punti (f) u (g) tal-Artikolu 5(2), u li fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I fi kwantitajiet ta' 500 tunnellata jew aktar ta' ekwivalenti ta' CO2 u installat mill-1 ta' Jannar 2017 'il quddiem, għandhom jiżguraw li dan it-tagħmir jiġi pprovdut b'sistema ta' detezzjoni ta' tnixxijiet li twissi lill-operatur jew lil kumpanija tas-servizzjar dwar kwalunkwe tnixxija. Għall-finijiet tal-Artikolu 5(2), il-punt (g), is-sistema ta' individwazzjoni ta' tnixxija għandu jkollha sensittività ogħla minn apparat ta' monitoraġġ tal-pressjoni jew tad-densità.
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b
(b)  il-kwantitajiet ta' gassijiet miżjudin waqt l-installazzjoni, il-manutenzjoni jew is-servizzjar jew minħabba tnixxija;
(b)  il-kwantitajiet ta' gassijiet miżjudin waqt l-installazzjoni, il-manutenzjoni jew is-servizzjar jew minħabba tnixxija, inkluż il-ħin eżatt ta' tali addizzjoni;
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt c
(c)  jekk il-kwantitajiet ta' gassijiet ikunux ġewx irriċiklati jew irreklamati, inkluż l-isem u l-indirizz fl-Unjoni tal-faċilità ta' riċiklaġġ jew ta' reklamazzjoni u, fejn applikabbli, in-numru taċ-ċertifikat;
(c)  jekk il-gassijiet irkuprati jkunux ġew irriċiklati jew irreklamati, u f'liema kwantità, inkluż l-isem u l-indirizz fl-Unjoni tal-faċilità ta' riċiklaġġ jew ta' reklamazzjoni u, fejn applikabbli, in-numru taċ-ċertifikat;
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
1.L-operaturi ta' tagħmir stazzjonarju jew ta' unitajiet ta' refriġerazzjoni ta' trakkijiet u ta' trejlers refriġerati li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness I u tal-Anness II, li ma humiex inklużi f'fowms, għandhom jiżguraw li l-irkupru ta' dawk il-gassijiet jitwettaq minn persuni fiżiċi li għandhom iċ-ċertifikati rilevanti previsti mill-Artikolu 10, sabiex dawn il-gassijiet jiġu rriċiklati, irreklamati jew jinqerdu.
1.L-operaturi ta' tagħmir stazzjonarju jew ta' unitajiet ta' refriġerazzjoni ta' vannijiet, ta' trakkijiet, ta' trejlers u ta' vapuri refriġerati li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness I u tal-Anness II, li ma humiex inklużi f'fowms, għandhom jiżguraw li l-irkupru ta' dawk il-gassijiet jitwettaq minn persuni fiżiċi li għandhom iċ-ċertifikati rilevanti previsti mill-Artikolu 10, sabiex dawn il-gassijiet jiġu rriċiklati, irreklamati jew jinqerdu.
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b
(b)  iċ-ċirkwiti ta ' tkessiħ ta ' unitajiet ta ' refriġerazzjoni fuq trakkijiet u trejlers refriġerati;
(b)  iċ-ċirkwiti ta' tkessiħ ta' unitajiet ta' refriġerazzjoni fuq vannijiet, trakkijiet, trejlers u vapuri refriġerati;
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 8
8.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 32 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi lista ta' prodotti u ta' tagħmir li għalihom l-irkupru ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness I u tal-Anness II, jew il-qerda ta' prodotti u ta' tagħmir li fihom gassijiet bħal dawn mingħajr irkupru minn qabel ta' dawn il-gassijiet għandhom jitqiesu teknikament u ekonomikament fattibbli, filwaqt li jiġu speċifikati, jekk ikun xieraq, it-teknoloġiji li għandhom jiġu applikati.
8.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 32 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi lista ta' prodotti u ta' tagħmir li għalihom l-irkupru ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I u fl-Anness II, jew il-qerda ta' prodotti u ta' tagħmir li fihom gassijiet bħal dawn mingħajr irkupru minn qabel ta' dawn il-gassijiet għandhom jitqiesu teknikament u ekonomikament fattibbli, filwaqt li jiġu speċifikati, jekk ikun xieraq, it-teknoloġiji li għandhom jiġu applikati.
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 9
9.  L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-irkupru, ir-riċiklaġġ, ir-reklamazzjoni u l-qerda ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness I u tal-Anness II.
9.  L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-irkupru, ir-riċiklaġġ, ir-reklamazzjoni u l-qerda ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I u fl-Anness II.
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – titolu
Skemi ta' responsabbiltà tal-produtturi
Skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produtturi
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1
Mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-iżvilupp ta' skemi ta' responsabbiltà tal-produtturi għall-irkupru ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I u II u għar-riċiklaġġ, għar-riġenerazzjoni jew għall-qerda tagħhom.
Mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li sal-31 ta' Diċembru 2027 ikunu stabbiliti skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produtturi għall-irkupru, għar-riċiklaġġ, għar-reklamazzjoni jew għall-qerda ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I u fl-Anness II, b'kunsiderazzjoni tal-iskemi ta' responsabbiltà tal-produtturi diġà eżistenti.
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2025, tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 32 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi rekwiżiti minimi għall-iskemi ta' responsabbiltà tal-produtturi msemmija fil-paragrafu 1, inkluż dwar il-ġbir, ir-riġenerazzjoni, ir-riċiklaġġ, il-faċilitajiet tar-rimi, il-forniment ta' tagħmir lil tekniċi ċċertifikati, ir-rapportar u s-sensibilizzazzjoni.
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1b (ġdid)
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi u l-importaturi tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I u u fl-Anness II ikopru l-kostijiet skont id-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produtturi fid-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u, sakemm ma jkunux diġà inklużi, ikopru mill-inqas il-kostijiet li ġejjin:
____________________
* Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1b – punt a (ġdid)
(a)   il-kostijiet tal-ġbir, inklużi l-forniment ta' punti ta' ġbir aċċessibbli, il-ħżin u t-trasport;
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1b – punt b (ġdid)
(b)   il-kostijiet tal-unitajiet tar-riċiklaġġ għall-persuni fiżiċi ċċertifikati f'konformità mal-Artikolu 10 għall-finijiet tar-riċiklaġġ fuq il-post.
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħudin.
imħassar
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  L-Istati Membri għandhom, fuq il-bażi tar-rekwiżiti minimi msemmijin fil-paragrafu 5, jistabbilixxu jew jadattaw programmi ta' ċertifikazzjoni, inklużi proċessi ta' evalwazzjoni, u jiżguraw li t-taħriġ dwar il-ħiliet prattiċi u l-għarfien teoretiku jkun disponibbli għall-persuni fiżiċi li jwettqu l-kompiti li ġejjin li jinvolvu gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness I u tal-Anness II u alternattivi rilevanti oħrajn għall-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra:
1.  L-Istati Membri għandhom, fuq il-bażi tar-rekwiżiti minimi msemmijin fil-paragrafu 5, jistabbilixxu jew jadattaw programmi ta' ċertifikazzjoni, inklużi proċessi ta' evalwazzjoni, u jiżguraw li t-taħriġ dwar il-ħiliet prattiċi u l-għarfien teoretiku jkun disponibbli għall-persuni fiżiċi li jwettqu l-kompiti li ġejjin li jinvolvu gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I u fl-Anness II u alternattivi rilevanti oħrajn għall-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra:
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2
2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-programmi ta' taħriġ għall-persuni fiżiċi li jirkupraw gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fit-Taqsima I tal-Anness I u tal-Anness II minn tagħmir tal-arja kundizzjonata f'vetturi bil-mutur li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2006/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill42 ikunu disponibbli, skont il-paragrafu 5.
2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-programmi ta' taħriġ għall-persuni fiżiċi li jirkupraw gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fit-Taqsima I tal-Anness I u tal-Anness II, u alternattivi rilevanti oħrajn għall-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, minn tagħmir tal-arja kundizzjonata f'vetturi bil-mutur li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2006/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill42 ikunu disponibbli, skont il-paragrafu 5.
_________________
_________________
42 Id-Direttiva 2006/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar emissjonijiet minn sistemi ta' kondizzjonament tal-arja f'vetturi bil-mutur li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (ĠU L 161, 14.6.2006, p. 12).
42 Id-Direttiva 2006/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar emissjonijiet minn sistemi ta' kondizzjonament tal-arja f'vetturi bil-mutur li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (ĠU L 161, 14.6.2006, p. 12).
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 3 – parti introduttorja
3.  Il-programmi ta' ċertifikazzjoni u t-taħriġ previsti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikopru dawn li ġejjin,
3.  Il-programmi ta' ċertifikazzjoni u t-taħriġ previsti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikopru, tal-inqas, dawn li ġejjin,
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 3 – punt ea (ġdid)
(ea)   iċ-ċertifikazzjoni għal alternattivi naturali, inklużi l-karatteristiċi u l-benefiċċji tagħhom meta mqabbla mal-użu ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, u l-immaniġġjar sikur tagħhom matul l-installazzjoni, is-servizzjar, il-manutenzjoni, it-tiswija u d-dekummissjonar.
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 6a (ġdid)
6a.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jew jadattaw skemi ta' ċertifikazzjoni u programmi ta' taħriġ skont il-paragrafi 1, 2, 3 u 6 fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, meta rilevanti.
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 7
7.  Iċ-ċertifikati u l-attestazzjonijiet tat-taħriġ eżistenti maħruġin f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 517/2014 għandhom jibqgħu validi f'konformità mal-kundizzjonijiet li fihom ikunu nħarġu oriġinarjament.
7.  L-attestazzjonijiet tat-taħriġ eżistenti maħruġin f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 517/2014 għandhom jibqgħu validi f'konformità mal-kundizzjonijiet li fihom ikunu nħarġu oriġinarjament. Il-validità taċ-ċertifikati eżistenti tista' tkun soġġetta għal rekwiżiti addizzjonali biex tiġi riflessa l-estensjoni tal-iskema ta' ċertifikazzjoni għal alternattivi rilevanti oħra għall-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra.
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 8 – subparagrafu 1
Sal-1 ta' Jannar [OP, jekk jogħġbok daħħal id-data = sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar programmi ta' ċertifikazzjoni u ta' taħriġ.
Sal-1 ta' Jannar [OP, jekk jogħġbok daħħal id-data = sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar programmi ta' ċertifikazzjoni u ta' taħriġ u l-għadd ta' persuni ċċertifikati u mħarrġa għall-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u l-alternattivi rilevanti f'kull settur. Meta ċ-ċertifikazzjoni u t-taħriġ għall-alternattivi rilevanti jaqgħu taħt limitu minimu, l-Istati Membri għandhom jakkumpanjaw in-notifika bi pjan, imfassal wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi s-sħab soċjali, li jistabbilixxi l-azzjonijiet biex jiżdiedu ċ-ċertifikazzjoni u t-taħriġ dwar l-alternattivi rilevanti mis-sena kalendarja sussegwenti.
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 9
9.  Il-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tista' tiddetermina l-format tan-notifika msemmija fil-paragrafu 8. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).
9.  Il-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, għandha tiddetermina l-livell minimu għall-azzjonijiet biex jiżdiedu ċ-ċertifikazzjoni u t-taħriġ dwar l-alternattivi rilevanti u l-format tan-notifika msemmija fil-paragrafu 8. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 10
10.  Kwalunkwe impriża li tassenja kompitu msemmi fil-paragrafu 1 lil impriża oħra għandha tieħu passi raġonevoli sabiex tiżgura li din tal-aħħar ikollha ċ-ċertifikati neċessarji għall-kompiti meħtieġa msemmijin fil-paragrafu 1.
10.  Impriża tista' tassenja kompitu msemmi fil-paragrafu 1 lil impriża oħra biss wara verifika li din tal-aħħar ikollha ċ-ċertifikati neċessarji għall-kompiti meħtieġa msemmijin fil-paragrafu 1.
Emenda 160
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, it-tqegħid fis-suq ta’ partijiet ta’ tagħmir meħtieġa għat-tiswija u s-servizzjar ta’ tagħmir eżistenti għandu jkun permess dment li t-tiswija jew is-servizzjar ma jirriżultawx f’żieda fil-kapaċità tat-tagħmir jew f’żieda fl-ammont tal-gassijiet fluworurati li jkunu jinsabu fit-tagħmir jew tal-gassijiet fluworurati użati.
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 3
Sentejn wara d-dati individwali elenkati fl-Anness IV, il-provvista jew it-tqegħid sussegwenti għad-dispożizzjoni ta' parti oħra fl-Unjoni għall-ħlas jew mingħajr ħlas ta' prodotti jew ta' tagħmir imqegħdin legalment fis-suq qabel id-data msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu permessi biss jekk tiġi pprovduta evidenza li l-prodott jew it-tagħmir tqiegħed legalment fis-suq qabel id-data.
Sitt xhur wara d-dati individwali elenkati fl-Anness IV, il-provvista jew it-tqegħid sussegwenti għad-dispożizzjoni ta' parti oħra fl-Unjoni għall-ħlas jew mingħajr ħlas ta' prodotti jew ta' tagħmir imqegħdin legalment fis-suq qabel id-data msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu permessi biss jekk tiġi pprovduta evidenza li l-prodott jew it-tagħmir tqiegħed legalment fis-suq qabel id-data.
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
3.  Minbarra l-projbizzjoni tat-tqegħid fis-suq stabbilita fil-punt 1 tal-Anness IV, l-importazzjoni, it-tqegħid fis-suq, kwalunkwe provvista sussegwenti, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni għal persuni oħrajn fl-Unjoni għall-ħlas jew mingħajr ħlas, l-użu jew l-esportazzjoni ta' kontenituri li ma jistgħux jerġgħu jimtlew għall-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness I u tal-Anness II, vojta jew mimlijin kompletament jew parzjalment għandu jkun ipprojbit. Kontenituri bħal dawn jistgħu jinħażnu jew jiġu ttrasportati biss għar-rimi sussegwenti. Din il-projbizzjoni ma tapplikax għal kontenituri għal użi fil-laboratorji jew analitiċi.
3.  Minbarra l-projbizzjoni tat-tqegħid fis-suq stabbilita fl-Anness IV, il-punt 1, l-importazzjoni, it-tqegħid fis-suq, kwalunkwe provvista sussegwenti, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni għal persuni oħrajn fl-Unjoni għall-ħlas jew mingħajr ħlas, l-użu jew l-esportazzjoni ta' kontenituri li ma jistgħux jerġgħu jimtlew għall-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, vojta jew mimlijin kompletament jew parzjalment għandhom ikunu pprojbiti. Kontenituri bħal dawn jistgħu jinħażnu jew jiġu ttrasportati biss għar-rimi sussegwenti. Din il-projbizzjoni ma tapplikax għal kontenituri għal użi fil-laboratorji jew analitiċi.
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   Impriżi li jqiegħdu fis-suq kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew għal gassijiet fluworurati b'effett ta' serra għandhom jipproduċu dikjarazzjoni ta' konformità li tinkludi evidenza li tikkonferma l-arranġamenti stabbiliti għar-ritorn ta' dak il-kontenitur għall-fini ta' mili mill-ġdid. Dawk l-arranġamenti għandu jkun fihom obbligi vinkolanti għall-fornitur tal-kontenituri lejn l-utent aħħari biex jikkonforma mal-arranġamenti.
L-impriżi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom iżommu d-dikjarazzjoni ta' konformità għal perjodu ta' mill-inqas ħames snin wara t-tqegħid fis-suq ta' kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew u għandhom jagħmluha disponibbli, fuq talba, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni. Il-fornituri tal-kontenituri lill-utenti finali għandhom iżommu evidenza ta' konformità ma' dawk l-arranġamenti għal perjodu ta' mill-inqas ħames snin wara l-forniment lill-utent finali u għandhom jagħmluha disponibbli, fuq talba, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina d-dettalji tad-dikjarazzjoni ta' konformità. Tali atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-Artikolu 34(2).
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
B'segwitu għal talba ssostanzjata minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru u b'kont meħud tal-objettivi ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista', eċċezzjonalment, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tawtorizza eżenzjoni għal mhux aktar minn erba' snin sabiex tippermetti t-tqegħid fis-suq ta' prodotti u ta' tagħmir elenkati fl-Anness IV, inklużi partijiet tagħhom, li jkun fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jew li l-funzjonament tagħhom jiddipendi minn dawk il-gassijiet, meta jintwera li:
Mingħajr preġudizzju għad-deroga għall-ispare parts imsemmija fis-subparagrafu 1a, b'segwitu għal talba ssostanzjata minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru u b'kont meħud tal-objettivi ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista', eċċezzjonalment, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tawtorizza eżenzjoni għal mhux aktar minn erba' snin sabiex tippermetti t-tqegħid fis-suq ta' prodotti u ta' tagħmir elenkati fl-Anness IV li jkun fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jew li l-funzjonament tagħhom jiddipendi minn dawk il-gassijiet, meta jintwera li:
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 6a (ġdid)
6a.   L-impriżi għandhom jitħallew iqiegħdu fis-suq u jbigħu gassijiet fluworurati b'effett ta' serra bl-ingrossa biss fejn:
(a)   l-impriżi jew ikollhom ċertifikat jew attestazzjoni ta' taħriġ meħtieġa skont l-Artikolu 10 jew jimpjegaw persuni li jkollhom tali ċertifikat jew attestazzjoni ta' taħriġ, u
(b)   l-impriżi jkunu stabbiliti fl-Unjoni jew ikunu taw mandat lil rappreżentant uniku stabbilit fl-Unjoni li jassumi r-responsabbiltà sħiħa għall-konformità ma' dan ir-Regolament.
Ir-rappreżentant uniku jista' jkun ir-rappreżentant li jkun ingħata l-mandat skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 11a (ġdid)
Artikolu 11a
Restrizzjoni fuq l-esportazzjoni ta' ċerti prodotti u tagħmir li jkun fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra
L-esportazzjoni tal-prodotti u tat-tagħmir, inklużi partijiet tagħhom, elenkati fl-Anness IV, b'eżenzjoni għal tagħmir militari, għandu jkun ipprojbit mid-data speċifikata f'dak l-Anness, filwaqt li ssir distinzjoni, fejn ikun applikabbli, skont it-tip jew il-potenzjal ta' tisħin globali tal-gass li jkun hemm fihom.
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2
2.  Prodotti jew tagħmir soġġetti għal eżenzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 11(4) għandhom ikunu ttikkettati kif xieraq u għandhom jinkludu referenza li dawk il-prodotti jew tagħmir jistgħu jintużaw biss għall-fini li għalih tkun ingħatat eżenzjoni skont dak l-Artikolu.
2.  Prodotti jew tagħmir soġġetti għal eżenzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 11(4) għandhom ikunu ttikkettati kif xieraq filwaqt li jispeċifikaw il-perjodu ta' validità tal-eżenzjoni, u għandhom jinkludu referenza li dawk il-prodotti jew tagħmir jistgħu jintużaw biss għall-fini li għalih tkun ingħatat eżenzjoni skont dak l-Artikolu.
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c
(c)  mill-1 ta' Jannar 2017, il-kwantità espressa fil-piż u fl-ekwivalenti tas-CO2 ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra li jinsabu fil-prodott jew fit-tagħmir, jew il-kwantità ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra li għaliha t-tagħmir huwa ddisinjat, u l-potenzjal ta' tisħin globali ta' dawk il-gassijiet.
(c)  mill-1 ta' Jannar 2017, il-kwantità espressa fil-piż u fl-ekwivalenti tas-CO2 ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra li jinsabu fil-prodott jew fit-tagħmir, jew il-kwantità ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra li għaliha t-tagħmir huwa ddisinjat, u l-potenzjal ta' tisħin globali ta' dawk il-gassijiet, kemm għal skeda ta' żmien ta' 100 sena kif ukoll ta' 20 sena.
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 2a (ġdid)
Fejn rilevanti, il-prodotti jew it-tagħmir modifikati retroattivament li jkun fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra għandhom jiġu ttikkettati mill-ġdid bl-informazzjoni aġġornata kif imsemmi f'dan il-paragrafu.
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.   Fejn rilevanti, il-kontenituri ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra mimlija mill-ġdid għandhom jiġu ttikkettati mill-ġdid bl-informazzjoni aġġornata kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3.
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 10
10.   Gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Annessi I u II imqegħdin fis-suq għall-inċiżjoni ta' materjal semikonduttur jew għat-tindif ta' kmamar ta' depożizzjoni ta' fwar tal-kimiċi fis-settur tal-manifattura tas-semikondutturi għandhom ikunu ttikkettati b'indikazzjoni li l-kontenut tal-kontenitur jista' jintuża biss għal dak il-fini.
imħassar
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 13 – subparagrafu 1
Fil-każ tal-idrofluworokarburi, it-tikketta msemmija fil-paragrafi 7 sa 11 għandha tinkludi l-indikazzjoni "eżentat mill-kwota skont ir-Regolament (UE) Nru …/… [OP: Jekk jogħġbok żid referenza għal dan ir-Regolament]".
Fil-każ tal-idrofluworokarburi, it-tikketta msemmija fil-paragrafi 7 sa 9 u 11 għandha tinkludi l-indikazzjoni "eżentat mill-kwota skont ir-Regolament (UE) Nru …/… [OP: Jekk jogħġbok żid referenza għal dan ir-Regolament]".
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 13 – subparagrafu 2
Fin-nuqqas tar-rekwiżiti tat-tikkettar imsemmijin fl-ewwel subparagrafu u fil-paragrafi 7 sa 11, l-idrofluworokarburi għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tal-kwoti skont l-Artikolu 16(1).
Fin-nuqqas tar-rekwiżiti tat-tikkettar imsemmijin fl-ewwel subparagrafu u fil-paragrafi 7 sa 9 u 11, l-idrofluworokarburi għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tal-kwoti skont l-Artikolu 16(1).
Emenda 152
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Mill-1 ta' Jannar 2024, l-użu ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I, b'potenzjal ta' tisħin globali ta' 2 500 jew aktar, għas-servizzjar jew għall-manutenzjoni ta' tagħmir ta' refriġerazzjoni huwa pprojbit.
Mill-1 ta' Jannar 2024, l-użi li ġejjin għandhom ikunu pprojbiti: is-servizzjar jew il-manutenzjoni ta' tagħmir tal-arja kondizzjonata u tal-pompi tas-sħana, tagħmir mobbli u stazzjonarju ta' refriġerazzjoni u kessieħa b'gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I, b'potenzjal ta' tisħin globali ta' 2 500 jew aktar.
Mill-1 ta' Jannar 2030, l-użi li ġejjin għandhom ikunu pprojbiti: is-servizzjar jew il-manutenzjoni ta' tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, bl-esklużjoni ta' kessieħa, permezz ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I, b'potenzjal ta' tisħin globali ta' 150 jew aktar.
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Dan il-paragrafu ma għandux japplika għal tagħmir militari jew għal tagħmir intenzjonat għal applikazzjonijiet iddisinjati għat-tkessiħ ta' prodotti għal temperaturi taħt - 50 °C.
Dan il-paragrafu ma għandux japplika għal tagħmir militari jew għal tagħmir intenzjonat għal applikazzjonijiet iddisinjati għat-tkessiħ ta' prodotti mediċinali għal temperaturi taħt - 50 °C jew tagħmir intenzjonat għal applikazzjonijiet iddisinjati biex ikessħu impjanti tal-enerġija nukleari.
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 – punt a
(a)  gassijiet fluworurati b'effett ta' serra rreklamati elenkati fl-Anness I b'potenzjal ta' tisħin globali ta' 2 500 jew aktar użati għall-manutenzjoni jew għas-servizzjar ta' tagħmir ta' refriġerazzjoni eżistenti, dment li jkunu ġew ittikkettati f'konformità mal-Artikolu 12(6);
(a)  gassijiet fluworurati b'effett ta' serra rreklamati elenkati fl-Anness I b'potenzjal ta' tisħin globali ta' 150 jew aktar użati għall-manutenzjoni jew għas-servizzjar ta' tagħmir ta' refriġerazzjoni stazzjonarju eżistenti, bl-esklużjoni ta' kessieħa, dment li jkunu ġew ittikkettati f'konformità mal-Artikolu 12(6);
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 – punt aa (ġdid)
(aa)   gassijiet fluworurati b'effett ta' serra rreklamati elenkati fl-Anness I, b'potenzjal ta' tisħin globali ta' 2 500 jew aktar, użati għall-manutenzjoni jew għas-servizzjar ta' tagħmir ta' arja kondizzjonata u ta' pompi tas-sħana, ta' refriġerazzjoni u ta' kessieħa mobbli, dment li jkunu ġew ittikkettati f'konformità mal-Artikolu 12(6);
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 – punt b
(b)  gassijiet fluworurati b'effett ta' serra riċiklati elenkati fl-Anness I b'potenzjal ta' tisħin globali ta' 2 500 jew aktar użati għall-manutenzjoni jew għas-servizzjar ta' tagħmir ta' refriġerazzjoni eżistenti, dment li jkunu ġew irkuprati minn tali tagħmir. Gassijiet riċiklati bħal dawn jistgħu jintużaw biss mill-impriża li tkun wettqet l-irkupru tagħhom bħala parti mill-manutenzjoni jew mis-servizzjar jew mill-impriża li għaliha jkun twettaq l-irkupru bħala parti mill-manutenzjoni jew mis-servizzjar.
(b)  gassijiet fluworurati b'effett ta' serra riċiklati elenkati fl-Anness I b'potenzjal ta' tisħin globali ta' 150 jew aktar użati għall-manutenzjoni jew għas-servizzjar ta' tagħmir ta' refriġerazzjoni stazzjonarju eżistenti, bl-esklużjoni ta' kessieħa, dment li jkunu ġew irkuprati minn tali tagħmir. Gassijiet riċiklati bħal dawn jistgħu jintużaw biss mill-impriża li tkun wettqet l-irkupru tagħhom bħala parti mill-manutenzjoni jew mis-servizzjar jew mill-impriża li għaliha jkun twettaq l-irkupru bħala parti mill-manutenzjoni jew mis-servizzjar;
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 – punt ba (ġdid)
(ba)   gassijiet fluworurati b'effett ta' serra riċiklati elenkati fl-Anness I b'potenzjal ta' tisħin globali ta' 2 500 jew aktar użati għall-manutenzjoni jew għas-servizzjar ta' tagħmir eżistenti ta' arja kondizzjonata u ta' pompi tas-sħana, ta' refriġerazzjoni u ta' kessieħa mobbli, dment li jkunu ġew irkuprati minn tali tagħmir; gassijiet riċiklati bħal dawn jistgħu jintużaw biss mill-impriża li tkun wettqet l-irkupru tagħhom bħala parti mill-manutenzjoni jew mis-servizzjar jew mill-impriża li għaliha jkun twettaq l-irkupru bħala parti mill-manutenzjoni jew mis-servizzjar.
Emenda 156
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 4
4.  L-użu ta' desfluran bħala anestetiku li jittieħed man-nifs huwa pprojbit mill-1 ta' Jannar 2026, ħlief meta dan l-użu jkun strettament meħtieġ u, għal raġunijiet mediċi, ma jkun jista' jintuża l-ebda anestetiku ieħor. L-utent għandu jipprovdi evidenza, fuq talba, dwar il-ġustifikazzjoni medika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru u lill-Kummissjoni.
4.  L-użu ta' desfluran bħala anestetiku li jittieħed man-nifs huwa pprojbit mill-1 ta' Jannar 2026 u għandu jkun permess biss meta dan l-użu jkun strettament meħtieġ u, għal raġunijiet mediċi, ma jkun jista' jintuża l-ebda anestetiku ieħor, jew meta ikun żgurat li jintuża flimkien ma' sistema ta' qbid. L-istituzzjoni tal-kura tas-saħħa għandha żżomm evidenza dwar il-ġustifikazzjoni medika u, fuq talba, tagħtiha lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru u lill-Kummissjoni.
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.   Mill-1 ta' Jannar 2030, l-użu tal-fluworur tas-sulfuril għall-fumigazzjoni ta' wara l-ħsad u għat-trattament tal-injam u tal-prodotti tal-injam kontra l-infestazzjoni tal-pesti huwa pprojbit, ħlief fejn tali użu jkun strettament meħtieġ għal ċertifikat fitosanitarju u ma jkun jista' jintuża l-ebda trattament ieħor.
Emenda 95
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt e
(e)   forniti direttament minn produttur jew minn importatur lil impriża li tużahom għall-inċiżjoni ta' materjal semikonduttur jew għat-tindif ta' kmamar ta' depożizzjoni ta' fwar kimiċi fis-settur tal-manifattura tas-semikondutturi.
imħassar
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 16 - paragrafu 3 - subparagrafu 1a (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja kontinwament is-suq tal-provvista tas-semikondutturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 32 biex temenda l-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u teskludi mis-sistema tal-kwoti stabbilita fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu l-materjali semikondutturi jew il-kmamar għad-depożizzjoni tal-fwar fis-settur tas-semikondutturi, meta tidentifika li, bħala konsegwenza tal-inklużjoni tas-settur tas-semikondutturi fis-sistema tal-kwoti tal-idrofluworokarburi, hemm nuqqasijiet jew tfixkil fil-provvista għas-suq tal-Unjoni ta' materjali semikondutturi jew ta' kmamar għad-depożizzjoni tal-fwar.
Emenda 97
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
B'segwitu għal talba ssostanzjata minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru u b'kont meħud tal-objettivi ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista', eċċezzjonalmanet, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tawtorizza eżenzjoni għal mhux aktar minn erba' snin sabiex ikunu esklużi mir-rekwiżit tal-kwota stabbilit fil-paragrafu 1 l-idrofluworokarburi għall-użu f'applikazzjonijiet speċifiċi, jew kategoriji speċifiċi ta' prodotti jew ta' tagħmir, meta fit-talba jintwera li:
B'segwitu għal talba ssostanzjata minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru jew Aġenzija tal-UE u b'kont meħud tal-objettivi ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista', eċċezzjonalment, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tawtorizza eżenzjoni għal mhux aktar minn erba' snin sabiex ikunu esklużi mir-rekwiżit tal-kwota stabbilit fil-paragrafu 1 l-idrofluworokarburi għall-użu f'applikazzjonijiet speċifiċi, jew kategoriji speċifiċi ta' prodotti jew ta' tagħmir, meta fit-talba jintwera li:
Emenda 98
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt a
(a)  għal dawk l-applikazzjonijiet, prodotti jew tagħmir partikolari, ma jkunux disponibbli alternattivi, jew ma jistgħux jintużaw għal raġunijiet tekniċi jew ta' sikurezza; u
(a)  għal dawk l-applikazzjonijiet, prodotti jew tagħmir partikolari, ma jkunux disponibbli alternattivi, jew l-alternattivi ma jkunux jistgħu jintużaw għal raġunijiet tekniċi jew ta' sikurezza jew minħabba riskji għas-saħħa pubblika; u
Emenda 99
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 5 – subparagrafu 1
L-allokazzjoni tal-kwoti hija soġġetta għall-ħlas tal-ammont dovut li huwa ugwali għal tliet euro għal kull tunnellata f'ekwivalenti ta' CO2 tal-kwota li għandha tiġi allokata. L-importaturi u l-produtturi għandhom jiġu nnotifikati permezz tal-Portal tal-gassijiet F bl-ammont totali dovut għall-allokazzjoni massima kkalkolata tal-kwoti għas-sena kalendarja ta' wara u bl-iskadenza għat-tlestija tal-pagament. Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista' tiddetermina l-modalitajiet u l-arranġamenti dettaljati għall-pagament tal-ammont dovut. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).
L-allokazzjoni tal-kwoti hija soġġetta għall-ħlas tal-ammont dovut li huwa ugwali għal ħames euro għal kull tunnellata f'ekwivalenti ta' CO2 tal-kwota li għandha tiġi allokata fil-perjodu 2024-2026 u għandha tiżdied kull tliet snin wara din sabiex jiġi żgurat dħul kostanti, fid-dawl tat-tnaqqis gradwali tal-kwota stabbilit fl-Anness VII. L-importaturi u l-produtturi għandhom jiġu nnotifikati permezz tal-Portal tal-gassijiet F bl-ammont totali dovut għall-allokazzjoni massima kkalkolata tal-kwoti għas-sena kalendarja ta' wara u bl-iskadenza għat-tlestija tal-pagament. Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista' tiddetermina l-modalitajiet u l-arranġamenti dettaljati għall-pagament tal-ammont dovut. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).
Emenda 100
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 6
6.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 32 sabiex temenda l-paragrafu 5 fir-rigward tal-ammonti dovuti għall-allokazzjoni tal-kwota u tal-mekkaniżmu sabiex jiġu allokati l-kwoti li jifdal, fejn dan ikun neċessarju sabiex jiġi evitat tfixkil kbir fis-suq tal-idrofluworokarburi, jew meta l-mekkaniżmu ma jkunx qiegħed jaqdi l-iskop tiegħu u jkun qiegħed ikollu effetti mhux mixtieqa jew mhux intenzjonati.
6.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 32 sabiex temenda l-paragrafu 5 fir-rigward tal-ammonti dovuti għall-allokazzjoni tal-kwota u tal-mekkaniżmu sabiex jiġu allokati l-kwoti li jifdal, fejn dan ikun neċessarju sabiex jiġi evitat tfixkil kbir fis-suq tal-idrofluworokarburi, jew meta l-mekkaniżmu ma jkunx qiegħed jaqdi l-iskop tiegħu u jkun qiegħed ikollu effetti mhux mixtieqa jew mhux intenzjonati, inkluż fuq is-saħħa pubblika u fuq l-utenti tal-MDIs.
Emenda 101
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 6a (ġdid)
6a.   Sa ... [sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u kull sena wara din, il-Kummissjoni, f'konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, għandha tivvaluta l-impatt tat-tnaqqis gradwali tal-kwoti tal-HFC fuq is-suq tal-pompi tas-sħana tal-Unjoni, u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 32 biex temenda l-Anness VII u tippermetti ammont limitat ta' kwoti addizzjonali għat-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta' HFCs li għandhom jintużaw fil-pompi tas-sħana sas-sena 2029, fejn il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tikkonkludi li t-tnaqqis gradwali tal-kwota tal-HFC stabbilit fl-Anness VII joħloq tfixkil fis-suq tal-pompi tas-sħana tal-Unjoni sal-punt li jipperikola l-kisba tal-miri għall-varar tal-pompa tas-sħana RePowerEU.
Fir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tipprovdi ġustifikazzjoni għad-deċiżjoni tagħha li tadotta jew li ma tadottax l-atti delegati msemmija fit-tieni subparagrafu.
Meta l-Kummissjoni tadotta atti delegati kif imsemmi fit-tieni subparagrafu, il-kwoti addizzjonali għandhom jitqassmu lill-produtturi u lill-importaturi, wara t-talbiet tagħhom, sottomessi lill-Portal tal-gassijiet F, flimkien ma' evidenza, fil-forma ta' kuntratti ta' bejgħ, li l-kwoti għandhom jintużaw għall-pompi tas-sħana. 
Emenda 102
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 7
7.  Id-dħul iġġenerat mill-ammont tal-allokazzjoni tal-kwota għandu jikkostitwixxi dħul assenjat estern f'konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Dak id-dħul għandu jiġi assenjat lill-programm LIFE u lill-Intestatura 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali (l-Amministrazzjoni Pubblika Ewropea), sabiex ikopri l-kostijiet tal-persunal estern li jaħdem fuq il-ġestjoni tal-allokazzjoni tal-kwoti, tas-servizzi tal-IT, u tas-sistemi ta' liċenzjar għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-Protokoll. Kwalunkwe dħul li jifdal wara li jiġu koperti dawn il-kostijiet għandu jiddaħħal fil-baġit ġenerali tal-Unjoni.
7.  Id-dħul iġġenerat mill-ammont tal-allokazzjoni tal-kwota għandu jikkostitwixxi dħul assenjat estern f'konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Dak id-dħul għandu jiġi assenjat lill-programm LIFE u lill-Intestatura 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali (l-Amministrazzjoni Pubblika Ewropea) biex:
(a)   ikopri l-kostijiet tal-persunal estern li jaħdem fuq il-ġestjoni tal-allokazzjoni tal-kwoti, is-servizzi tal-IT, u s-sistemi ta' liċenzjar għall-fini tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament;
(b)   ikopri l-kostijiet sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-Protokoll;
(c)   jappoġġa t-tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-livell nazzjonali u l-implimentazzjoni u l-infurzar mill-Istati Membri ta' dan ir-Regolament, inkluż fir-rigward tal-ġlieda kontra l-bejgħ online ta' gassijiet fluworurati illegali u l-qerda ta' gassijiet fluworurati illegali maqbuda; u
(d)   iħaffef l-użu tal-alternattivi għall-gassijiet fluworurati, b'mod partikolari fis-setturi li jġarrbu kostijiet ta' mitigazzjoni għolja, u fis-settur tal-pompi tas-sħana, inkluż iż-żieda fil-produzzjoni tat-tagħmir meħtieġ, l-iffaċilitar tal-aċċess għall-finanzi, it-tnaqqis tal-prezzijiet għall-konsumaturi, it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni ta' persuni fiżiċi skont l-Artikolu 10 t-taħriġ mill-ġdid tal-installaturi tal-bojlers tal-gass.
Kwalunkwe dħul li jifdal wara li jiġu koperti dawn il-kostijiet għandu jiddaħħal fil-baġit ġenerali tal-Unjoni.
Emenda 103
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1
1.  Il-kwoti għandhom jiġu allokati biss lill-produtturi jew lill-importaturi li għandhom stabbiliment fl-Unjoni, jew li jkunu taw mandat lil rappreżentant wieħed biss bi stabbiliment fl-Unjoni li jassumi r-responsabbiltà sħiħa tal-konformità ma' dan ir-Regolament. Ir-rappreżentant uniku jista' jkun l-istess wieħed li ngħata l-mandat skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 43.
1.  Il-kwoti għandhom jiġu allokati biss lill-produtturi jew lill-importaturi li għandhom stabbiliment fl-Unjoni, jew li jkunu taw mandat lil rappreżentant wieħed biss bi stabbiliment fl-Unjoni li jassumi r-responsabbiltà sħiħa tal-konformità ma' dan ir-Regolament u mar-rekwiżiti tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Ir-rappreżentant uniku jista' jkun l-istess wieħed li ngħata l-mandat skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 43.
_________________
_________________
43 Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
43 Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
Emenda 104
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 1
1.  Tagħmir tar-refriġerazzjoni, arja kundizzjonata u pompi tas-sħana ċċarġjati b'idrofluworokarburi ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq ħlief jekk l-idrofluworokarburi ċċarġjati fit-tagħmir jitqiesu fis-sistema ta' kwoti msemmija f'dan il-Kapitolu.
1.  Tagħmir tar-refriġerazzjoni, arja kundizzjonata, MDIs u pompi tas-sħana ċċarġjati b'idrofluworokarburi ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq ħlief jekk l-idrofluworokarburi ċċarġjati fit-tagħmir jitqiesu fis-sistema ta' kwoti msemmija f'dan il-Kapitolu.
Emenda 105
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Meta jqiegħdu fis-suq tagħmir iċċarġjat minn qabel kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-manifatturi u l-importaturi tat-tagħmir għandhom jiżguraw li l-konformità mal-paragrafu 1 tkun iddokumentata bis-sħiħ u għandhom jifformolaw dikjarazzjoni ta' konformità f'dan ir-rigward.
Meta jqiegħdu fis-suq tagħmir jew prodotti iċċarġjati minn qabel kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-manifatturi u l-importaturi tat-tagħmir jew tal-prodotti għandhom jiżguraw li l-konformità mal-paragrafu 1 tkun iddokumentata bis-sħiħ u għandhom ifasslu dikjarazzjoni ta' konformità f'dan ir-rigward.
Emenda 106
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Bil-formulazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' konformità, il-manifatturi u l-importaturi tat-tagħmir għandhom jassumu r-responsabbiltà għall-konformità ma' dan il-paragrafu u mal-paragrafu 1.
Bil-formulazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' konformità, il-manifatturi u l-importaturi tat-tagħmir jew tal-prodotti għandhom jassumu r-responsabbiltà għall-konformità ma' dan il-paragrafu u mal-paragrafu 1.
Emenda 107
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 3
Il-manifatturi u l-importaturi tat-tagħmir għandhom iżommu din id-dokumentazzjoni u d-dikjarazzjoni ta' konformità għal perjodu ta' mill-inqas ħames snin wara t-tqegħid fis-suq ta' dak it-tagħmir u għandhom jagħmluha disponibbli, fuq talba, għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u għall-Kummissjoni.
Il-manifatturi u l-importaturi tat-tagħmir jew tal-prodotti għandhom iżommu din id-dokumentazzjoni u d-dikjarazzjoni ta' konformità għal perjodu ta' mill-inqas ħames snin wara t-tqegħid fis-suq ta' dak it-tagħmir jew tal-prodotti u għandhom jagħmluha disponibbli, fuq talba, għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u għall-Kummissjoni.
Emenda 108
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Meta l-idrofluworokarburi li jinsabu fit-tagħmir imsemmi fil-paragrafu 1 ma jkunux tqiegħdu fis-suq qabel ma jiġi ċċarġjat it-tagħmir, l-importaturi ta' dak it-tagħmir għandhom jiżguraw li, sat-30 ta' April [OP: Jekk jogħġbok daħħal is-sena tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] u kull sena wara din, l-akkuratezza tad-dokumentazzjoni, tad-dikjarazzjoni ta' konformità u l-veraċità tar-rapport tagħhom skont l-Artikolu 26 ikunu kkonfermati, għas-sena kalendarja preċedenti, f'livell raġonevoli ta' assigurazzjoni minn awditur indipendenti reġistrat fil-Portal tal-gassijiet F.
Meta l-idrofluworokarburi li jinsabu fit-tagħmir jew fil-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 ma jkunux tqiegħdu fis-suq qabel ma jiġi ċċarġjat it-tagħmir, l-importaturi ta' dak it-tagħmir jew tal-prodotti għandhom jiżguraw li, sat-30 ta' April [OP: Jekk jogħġbok daħħal is-sena tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] u kull sena wara din, l-akkuratezza tad-dokumentazzjoni, tad-dikjarazzjoni ta' konformità u l-veraċità tar-rapport tagħhom skont l-Artikolu 26 ikunu kkonfermati, għas-sena kalendarja preċedenti, f'livell raġonevoli ta' assigurazzjoni minn awditur indipendenti reġistrat fil-Portal tal-gassijiet F.
Emenda 109
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 5
5.  L-importaturi tat-tagħmir imsemmi fil-paragrafu 1, li ma għandhom l-ebda stabbiliment fl-Unjoni, għandhom jagħtu mandat biss lil rappreżentant bi stabbiliment fl-Unjoni li jassumi r-responsabbiltà sħiħa tal-konformità ma' dan ir-Regolament. Ir-rappreżentant uniku jista' jkun l-istess wieħed li ngħata l-mandat skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
5.  L-importaturi tat-tagħmir jew tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1, li ma għandhom l-ebda stabbiliment fl-Unjoni, għandhom jagħtu mandat biss lil rappreżentant bi stabbiliment fl-Unjoni li jassumi r-responsabbiltà sħiħa tal-konformità ma' dan ir-Regolament. Ir-rappreżentant uniku jista' jkun l-istess wieħed li ngħata l-mandat skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
Emenda 110
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 6
6.  Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal impriżi li jqiegħdu fis-suq anqas minn 100 tunnellata f'ekwivalenti ta' CO2 ta' idrofluworokarburi, fis-sena, li jinsabu fit-tagħmir imsemmi fil-paragrafu 1.
6.  Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal impriżi li jqiegħdu fis-suq anqas minn 100 tunnellata f'ekwivalenti ta' CO2 ta' idrofluworokarburi, fis-sena, li jinsabu fit-tagħmir jew fil-prodotti msemmija fil-paragrafu 1.
Emenda 111
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
L-impriżi għandu jkollhom reġistrazzjoni valida fil-Portal tal-gassijiet F qabel l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u ta' prodotti u ta' tagħmir li jkun fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk il-gassijiet ħlief f'każijiet ta' ħażna temporanja u għall-attivitajiet li ġejjin:
L-impriżi għandu jkollhom reġistrazzjoni valida fil-Portal tal-gassijiet F qabel l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u ta' prodotti u ta' tagħmir li jkun fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk il-gassijiet ħlief għall-attivitajiet li ġejjin:
Emenda 112
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt c
(c)  il-forniment, jew ir-riċevuta ta' idrofluworokarburi għall-finijiet elenkati fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 16(2);
(c)  il-forniment, jew ir-riċevuta ta' idrofluworokarburi għall-finijiet elenkati fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 16(2);
Emenda 113
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 7 – subparagrafu 2
Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità tad-data inkluża fil-Portal tal-gassijiet F.
Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data li ġejja inkluża fil-Portal tal-gassijiet F tkun disponibbli għall-pubbliku:
(a)   allokazzjoni tal-kwoti u t-trasferimenti tal-kwoti aġġornati regolarment;
(b)   lista ta' importaturi u produtturi rreġistrati;
(c)   data dwar l-importazzjonijiet, inklużi punti tad-dħul u t-tip tal-HFC;
(d)   data dwar il-ħażna temporanja;
(e)   data dwar il-qerda kimika fil-livell tal-faċilità.
Emenda 114
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 1
L-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u ta' prodotti u ta' tagħmir li jkun fihom dawk il-gassijiet jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk il-gassijiet ħlief f'każijiet ta' ħażna temporanja, huma soġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenzja valida lill-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 20(4).
L-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u ta' prodotti u ta' tagħmir li jkun fihom dawk il-gassijiet jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk il-gassijiet huma soġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenzja valida lill-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 20(4).
Emenda 115
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 1a (ġdid)
B'deroga mill-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu u mill-Artikolu 20, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli simplifikati għar-reġistrazzjoni fil-Portal tal-gassijiet F fil-każ ta' ħażna temporanja kif definit fl-Artikolu 5(17) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 34.
Emenda 116
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 6
6.  L-importaturi ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness I u tal-Anness II, f'kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew, għandhom jagħmlu disponibbli għall-awtoritajiet doganali, fiż-żmien meta tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni doganali relatata mar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, dikjarazzjoni ta' konformità li tinkludi evidenza li tikkonferma l-arranġamenti fis-seħħ għar-ritorn tal-kontenitur għall-fini ta' mili mill-ġdid.
6.  L-importaturi ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra f'kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew, għandhom jagħmlu disponibbli għall-awtoritajiet doganali, fiż-żmien meta tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni doganali relatata mar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, dikjarazzjoni ta' konformità li tinkludi evidenza li tikkonferma l-arranġamenti fis-seħħ għar-ritorn tal-kontenitur għall-fini ta' mili mill-ġdid.
Emenda 117
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 12 – subparagrafu 1
L-awtoritajiet doganali għandhom jikkonfiskaw jew jaqbdu kontenituri li ma jistgħux jerġgħu jimtlew ipprojbiti minn dan ir-Regolament għad-disponiment f'konformità mal-Artikoli 197 u 198 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jirtiraw jew isejħu lura mis-suq tali kontenituri f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 45.
L-awtoritajiet doganali għandhom jikkonfiskaw jew jaqbdu kontenituri li ma jistgħux jerġgħu jimtlew ipprojbiti minn dan ir-Regolament għad-disponiment f'konformità mal-Artikoli 197 u 198 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u jeqirduhom. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jirtiraw jew isejħu lura mis-suq tali kontenituri f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 45.
_________________
_________________
45 Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).
45 Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).
Emenda 118
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 12 – subparagrafu 2
Għal sustanzi oħrajn u għal prodotti u għal tagħmir koperti minn dan ir-Regolament, jistgħu jittieħdu miżuri alternattivi sabiex tiġi evitata l-importazzjoni, il-provvista ulterjuri, jew l-esportazzjoni illegali, b'mod partikolari f'każijiet ta' idrofluworokarburi mqegħdin fis-suq bl-ingrossa jew iċċarġjati fi prodotti u f'tagħmir bi ksur tar-rekwiżiti tal-kwota u tal-awtorizzazzjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament.
Għal sustanzi oħrajn u għal prodotti u għal tagħmir koperti minn dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali għandhom jaqbdu u jikkonfiskaw gassijiet fluworurati b'effett ta' serra importati jew esportati bi ksur ta' dan ir-Regolament u f'konformità mad-[Direttiva dwar ir-Reati Ambjentali 2021/0422(COD)] sabiex tiġi evitata l-importazzjoni, il-provvista ulterjuri, jew l-esportazzjoni illegali, b'mod partikolari f'każijiet ta' idrofluworokarburi mqegħdin fis-suq bl-ingrossa jew iċċarġjati fi prodotti u f'tagħmir bi ksur tar-rekwiżiti tal-kwota u tal-awtorizzazzjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament.
Emenda 119
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu -1 (ġdid)
-1.   Sat-30 ta' Ġunju 2025, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport li jevalwa r-riskji potenzjali tal-kummerċ illegali u li jidentifika miżuri addizzjonali biex jitnaqqsu dawk ir-riskji marbuta mal-movimenti ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u ta' prodotti u tagħmir li fihom dawk il-gassijiet jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi minn dawk il-gassijiet meta jitqiegħdu taħt ħażna temporanja, jew proċedura doganali li tinkludi proċedura ta' ħażna doganali jew proċedura ta' żona libera jew fi tranżitu mit-territorju doganali tal-Unjoni, inklużi metodoloġiji ta' traċċar għal gassijiet imqiegħda fis-suq, bħal kodiċijiet ta' rispons rapidu (QR).
Emenda 120
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Sal-31 ta' Marzu [OP: Jekk jogħġbok daħħal is-sena tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], u kull sena wara din, kull produttur, importatur u esportatur li pproduċew, importaw jew esportaw idrofluworokarburi jew kwantitajiet li jaqbżu tunnellata metrika waħda jew 100 tunnellata f'ekwivalenti ta' CO2 ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra oħrajn matul is-sena kalendarja preċedenti għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni d-data speċifikata fl-Anness IX dwar kull waħda minn dawk is-sustanzi għal dik is-sena kalendarja. Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll għall-impriżi kollha li jirċievu kwoti skont l-Artikolu 21(1).
Sal-31 ta' Marzu [OP: Jekk jogħġbok daħħal is-sena tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], u kull sena wara din, kull produttur, importatur u esportatur li pproduċew, importaw jew esportaw gassijiet fluworurati b'effett ta' serra matul is-sena kalendarja preċedenti għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni d-data speċifikata fl-Anness IX dwar kull waħda minn dawk is-sustanzi għal dik is-sena kalendarja. Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll għall-impriżi kollha li jirċievu kwoti skont l-Artikolu 21(1).
Emenda 121
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 2
2.  Sal-31 ta' Marzu [OP: Jekk jogħġbok daħħal is-sena tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], u kull sena wara din, kull impriża li tkun qerdet idrofluworokarburi jew kwantitajiet li jaqbżu tunnellata metrika waħda jew 100 tunnellata f'ekwivalenti ta' CO2 ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra oħrajn matul is-sena kalendarja preċedenti għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni d-data speċifikata fl-Anness IX dwar kull waħda minn dawk is-sustanzi għal dik is-sena kalendarja.
2.  Sal-31 ta' Marzu [OP: Jekk jogħġbok daħħal is-sena tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], u kull sena wara din, kull impriża li tkun qerdet gassijiet fluworurati b'effett ta' serra matul is-sena kalendarja preċedenti għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni d-data speċifikata fl-Anness IX dwar kull waħda minn dawk is-sustanzi għal dik is-sena kalendarja.
Emenda 122
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 3
3.  Sal-31 ta' Marzu [[OP: Jekk jogħġbok daħħal is-sena tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], kull impriża li użat 1 000 tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2 jew aktar f'gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I bħala materja prima matul is-sena kalendarja preċedenti għandha tirrapporta lill-Kummissjoni d-data speċifikata fl-Anness IX dwar kull waħda minn dawk is-sustanzi għal dik is-sena kalendarja.
3.  Sal-31 ta' Marzu [[OP: Jekk jogħġbok daħħal is-sena tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], kull impriża li użat gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I bħala materja prima matul is-sena kalendarja preċedenti għandha tirrapporta lill-Kummissjoni d-data speċifikata fl-Anness IX dwar kull waħda minn dawk is-sustanzi għal dik is-sena kalendarja.
Emenda 123
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 4
4.  Sal-31 ta' Marzu [OP: Jekk jogħġbok daħħal is-sena tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], kull impriża li qiegħdet 100 tunnellata f'ekwivalenti ta' CO2 jew aktar ta' idrofluworokarburi, jew 500 tunnellata f'ekwivalenti ta' CO2 jew aktar ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, li jinsabu fi prodotti jew f'tagħmir fis-suq matul is-sena kalendarja preċedenti għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni d-data speċifikata fl-Anness IX dwar kull waħda minn dawk is-sustanzi għal dik is-sena kalendarja.
4.  Sal-31 ta' Marzu [OP: Jekk jogħġbok daħħal is-sena tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], kull impriża li qiegħdet gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, li jinsabu fi prodotti jew f'tagħmir fis-suq matul is-sena kalendarja preċedenti għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni d-data speċifikata fl-Anness IX dwar kull waħda minn dawk is-sustanzi għal dik is-sena kalendarja.
Emenda 124
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 6
6.  Sal-31 ta' Marzu [OP: Jekk jogħġbok daħħal is-sena tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], u kull sena wara din, kull impriża li tkun irreklamat kwantitajiet li jaqbżu tunnellata metrika 1 jew 100 tunnellata f'ekwivalenti ta' CO2 ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni d-data speċifikata fl-Anness IX dwar kull waħda minn dawk is-sustanzi għal dik is-sena kalendarja.
6.  Sal-31 ta' Marzu [OP: Jekk jogħġbok daħħal is-sena tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], u kull sena wara din, kull impriża li tkun irreklamat gassijiet fluworurati b'effett ta' serra għandha tirrapporta lill-Kummissjoni d-data speċifikata fl-Anness IX dwar kull waħda minn dawk is-sustanzi għal dik is-sena kalendarja.
Emenda 125
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 7
7.  Sat-30 ta' April [OP: Jekk jogħġbok daħħal is-sena tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], kull importatur ta' tagħmir li jkun qiegħed fis-suq tagħmir iċċarġjat minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 19 li jkun fih tal-anqas 1 000 tunnellata ta' idrofluworokarburi ekwivalenti ta' CO2 , u meta dawk l-idrofluworokarburi ma jkunux tqiegħdu fis-suq qabel l-iċċarġjar tat-tagħmir, għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport ta' verifika maħruġ skont l-Artikolu 19(3).
7.  Sat-30 ta' April [OP: Jekk jogħġbok daħħal is-sena tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], kull importatur ta' tagħmir li jkun qiegħed fis-suq tagħmir iċċarġjat minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 19 li jkun fih idrofluworokarburi, u meta dawk l-idrofluworokarburi ma jkunux tqiegħdu fis-suq qabel l-iċċarġjar tat-tagħmir, għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport ta' verifika maħruġ skont l-Artikolu 19(3).
Emenda 126
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 8 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
Sat-30 ta' April [OP: Jekk jogħġbok daħħal is-sena tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], u kull sena wara dik, kull impriża li skont il-paragrafu 1 tirrapporta dwar it-tqegħid fis-suq ta' 1 000 tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2 jew aktar ta' idrofluworokarburi matul is-sena kalendarja preċedenti għandha, barra minn hekk, tiżgura li l-veraċità tar-rapport tagħha tiġi kkonfermata, f'livell raġonevoli ta' assigurazzjoni, minn awditur indipendenti. L-awditur għandu jiġi rreġistrat fil-Portal tal-gassijiet F u għandu jkun jew:
Sat-30 ta' April [OP: Jekk jogħġbok daħħal is-sena tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], u kull sena wara dik, kull impriża li skont il-paragrafu 1 tirrapporta dwar it-tqegħid fis-suq ta' idrofluworokarburi matul is-sena kalendarja preċedenti għandha, barra minn hekk, tiżgura li l-veraċità tar-rapport tagħha tiġi kkonfermata, f'livell raġonevoli ta' assigurazzjoni, minn awditur indipendenti. L-awditur għandu jiġi rreġistrat fil-Portal tal-gassijiet F u għandu jkun jew:
Emenda 127
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 2a (ġdid)
Sal-31 ta' Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat dwar qafas ġenerali komuni li l-Istati Membri għandhom jużaw biex ifasslu sistemi elettroniċi ċentralizzati.
Emenda 128
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 1
1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli sabiex jistabbilixxu jekk l-impriżi jikkonformawx mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament.
1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli regolari sabiex jistabbilixxu jekk l-impriżi jikkonformawx mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament.
Emenda 129
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Il-kontrolli msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jinkludu żjarat fuq il-post ta' stabbilimenti bil-frekwenza xierqa u l-verifika tad-dokumentazzjoni u tat-tagħmir rilevanti.
Il-kontrolli msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jinkludu żjarat fuq il-post ta' stabbilimenti bil-frekwenza xierqa u l-verifika tad-dokumentazzjoni u tat-tagħmir rilevanti kif ukoll verifiki ta' pjattaformi online li jbigħu gassijiet fluworurati bl-ingrossa jew prodotti u tagħmir li fihom tali gassijiet.
Emenda 130
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 5
5.  Fuq talba ta' Stat Membru ieħor, Stat Membru jista' jwettaq kontrolli fuq impriżi li jkunu suspettati li jkunu involuti fil-moviment illegali tal-gassijiet u ta' prodotti u ta' tagħmir koperti minn dan ir-Regolament u li jkunu qegħdin joperaw fit-territorju ta' dak l-Istat Membru. L-Istat Membru rikjedenti għandu jiġi informat dwar ir-riżultat tal-kontroll.
5.  Fuq talba ta' Stat Membru ieħor, Stat Membru għandu jwettaq kontrolli fuq impriżi li jkunu suspettati li jkunu involuti fil-moviment illegali tal-gassijiet u ta' prodotti u ta' tagħmir koperti minn dan ir-Regolament u li jkunu qegħdin joperaw fit-territorju ta' dak l-Istat Membru. L-Istat Membru rikjedenti għandu jiġi informat dwar ir-riżultat tal-kontroll.
Emenda 131
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 7a (ġdid)
7a.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu sommarju annwali tad-data miġbura mill-ġurnali ta' abbord lill-Kummissjoni sal-1 ta' April ta' kull sena. Il-Kummissjoni għandha tippubblika sommarju annwali u valutazzjoni tad-data riċevuta mill-Istati Membri. 
Emenda 132
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 5 – subparagrafu 1
F'każijiet ta' produzzjoni, ta' importazzjoni, ta' esportazzjoni, ta' tqegħid fis-suq illegali, jew tal-użu ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jew ta' prodotti u ta' tagħmir li fihom dawk il-gassijiet jew li l-funzjonijiet tagħhom jiddependi fuq dawk il-gassijiet, l-Istati Membri għandhom jipprevedu multi amministrattivi massimi ta' mill-inqas ħames darbiet il-valur tas-suq tal-gassijiet jew tal-prodotti u tat-tagħmir ikkonċernati. F'każ ta' ksur ripetut f'perjodu ta' ħames snin, l-Istati Membri għandhom jipprevedu multi amministrattivi massimi ta' mill-inqas tmien darbiet il-valur tal-gassijiet jew tal-prodotti u tat-tagħmir ikkonċernati.
F'każijiet ta' produzzjoni, ta' importazzjoni, ta' esportazzjoni, ta' tqegħid fis-suq illegali, jew tal-użu ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jew ta' prodotti u ta' tagħmir li fihom dawk il-gassijiet jew li l-funzjonijiet tagħhom jiddependi fuq dawk il-gassijiet, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu multi amministrattivi minimi ta' mill-inqas erba' darbiet il-valur tas-suq tal-gassijiet jew tal-prodotti u t-tagħmir ikkonċernati u multi amministrattivi massimi ta' mill-inqas sitt darbiet il-valur tas-suq tal-gassijiet jew tal-prodotti u tat-tagħmir ikkonċernati. F'każ ta' ksur ripetut f'perjodu ta' ħames snin, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu multi amministrattivi minimi ta' mill-inqas seba' darbiet il-valur tal-gassijiet jew il-prodotti u tat-tagħmir ikkonċernati u multi amministrattivi massimi ta' mill-inqas għaxar darbiet il-valur tas-suq tal-gassijiet jew tal-prodotti u tat-tagħmir ikkonċernati.
Emenda 133
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 2
2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 8(8), fl-Artikolu 12(17), fl-Artikolu 16(3), 17(6), fl-Artikolu 24, fl-Artikolu 25(2) u fl-Artikolu 35 għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat [mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament].
2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 8(8), fl-Artikolu 9(1a), fl-Artikolu 12(17), fl-Artikolu 16(3), fl-Artikolu 16(3), fl-ewwel subparagrafu, fl-Artikolu 17(6), fl-Artikolu 17(6a), fl-Artikolu 24, fl-Artikolu 25(2), fl-Artikolu 27, it-tielet subparagrafu, fl-Artikolu 35(1), fl-Artikolu 35(1a) u fl-Artikolu 35(1b) għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat [mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament].
Emenda 134
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 3
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8(8), fl-Artikolu 12(17), fl-Artikolu 16(3), fl-Artikolu 17(6), fl-Artikolu 24, fl-Artikolu 25(2) u fl-Artikolu 35 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8(8), fl-Artikolu 9(1a), fl-Artikolu 12(17), fl-Artikolu 16(3), fl-Artikolu 16(3) fl-ewwel subparagrafu, fl-Artikolu 17(6), fl-Artikolu 17(6a), fl-Artikolu 24, fl-Artikolu 25(2), fl-Artikolu 27, it-tielet subparagrafu, fl-Artikolu 35(1), fl-Artikolu 35(1a) u fl-Artikolu 35(1b) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
Emenda 135
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 6
6.  Att delegat li ġie adottat skont l-Artikolu 8(8), l-Artikolu 12(17), l-Artikolu 16(3), l-Artikolu 17(6), l-Artikolu 24, l-Artikolu 25(2) u l-Artikolu 35 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li huma ma humiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6.  Att delegat li ġie adottat skont l-Artikolu 8(8), l-Artikolu 9(1a), l-Artikolu 12(17), l-Artikolu 16(3), l-Artikolu 16(3), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 17(6), l-Artikolu 17(6a), l-Artikolu 24, l-Artikolu 25(2), l-Artikolu 27, it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 35(1), l-Artikolu 35(1a) u l-Artikolu 35(1b) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li huma ma humiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 136
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 1
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Forum ta' Konsultazzjoni sabiex jipprovdi pariri u għarfien espert fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-regoli ta' proċedura tal-Forum ta' Konsultazzjoni għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni u għandhom jiġu ppubblikati.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Forum ta' Konsultazzjoni sabiex jipprovdi pariri u għarfien espert fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Il-Forum ta' Konsultazzjoni għandu jkollu parteċipazzjoni bbilanċjata ta':
(i)   rappreżentanti tal-Istati Membri;
(ii)   rappreżentanti tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi l-organizzazzjonijiet ambjentali, l-assoċjazzjonijiet tal-pazjenti u l-organizzazzjonijiet professjonali tal-kura tas-saħħa, ir-rappreżentanti tal-manifatturi u l-operaturi.
Il-Forum ta' Konsultazzjoni għandu jikkoopera mal-Aġenziji rilevanti tal-UE. Ir-regoli ta' proċedura tal-Forum ta' Konsultazzjoni għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni u għandhom jiġu ppubblikati.
Emenda 137
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 1a (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja kontinwament l-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq fir-rigward tal-użu tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u l-alternattivi naturali tagħhom fl-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 32 biex temenda dan ir-Regolament, u ssaħħaħ il-projbizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b'GWP għoli fil-prodotti jew fit-tagħmir ikkonċernati, meta ssib evidenza tal-emerġenza jew l-aċċellerazzjoni tal-użu ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b'GWP baxx jew ta' alternattivi naturali fi prodotti u tagħmir imqiegħda fis-suq tal-Unjoni.
Emenda 138
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 1b (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 32 biex temenda l-Annessi I, II u III billi ċċaqlaq gassijiet fluworurati b'effett ta' serra mill-Anness III għall-Anness I jew II jew billi tintroduċi gassijiet fluworurati b'effett ta' serra fl-Anness I jew II, meta jkollha evidenza tat-tqegħid fis-suq ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Anness III jew ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra mhux elenkati fl-Anness I, II jew III rispettivament.
Emenda 139
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 1c (ġdid)
Mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-adozzjoni tar-Regolament REACH rivedut, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk dan ir-Regolament huwiex koerenti ma' dak ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, takkumpanja l-valutazzjoni tagħha bi proposta leġiżlattiva biex temenda dan ir-Regolament, jekk tikkonkludi li dan ir-Regolament mhuwiex koerenti ma' restrizzjonijiet ġodda potenzjali tal-użu tal-PFAS stabbiliti f'dak ir-Regolament.
Emenda 140
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 2
Sal-1 ta' Jannar 2033, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Sal-1 ta' Jannar 2027, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż fir-rigward tal-impatt ta' dan ir-Regolament fuq is-settur tas-saħħa, b'mod partikolari d-disponibbiltà tal-MDIs għall-konsenja ta' ingredjenti farmaċewtiċi, kif ukoll dwar l-impatt tat-tagħmir tat-tkessiħ, użat flimkien mal-batteriji, fuq is-suq.
Emenda 141
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 2a (ġdid)
Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit skont l-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 401/2009 jista', fuq inizjattiva tiegħu stess, jipprovdi parir xjentifiku jew joħroġ rapporti dwar il-koerenza ta' dan ir-Regolament mal-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 401/2009 u mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi.
Emenda 142
Proposta għal regolament
Anness I – taqsima 3

Test propost mill-Kummissjoni

Taqsima 3: Komposti perfluworurati oħrajn

 

eżafluworur tal-kubrit

SF6

25 200

18 300

Emenda

Taqsima 3: Komposti (per)fluworurati oħrajn u ketoni fluworurati

 

eżafluworur tal-kubrit

SF6

25 200

18 300

 

Ettafluworoisobutironitril (2,3,3,3-tetrafluworo-2-(trifluworometil)-propanenitril)

Iso-C3F7CN

2 750

4 580

 

1,1,1,3,4,4,4-Eptafluworo-3-(trifluworometil)butan-2-on

CF3C(O)CF(CF3)2

0,29(1)

(*)

__________________

1 Ren et al. Atmospheric Fate and Impact of Perfluorinated Butanone and Pentanone. Environ. Sci. Technol. 2019, 53, 15, 8862–8871

Emenda 143
Proposta għal regolament
Anness III – taqsima 1 – ringiela 37

Test propost mill-Kummissjoni

1,1,1,3,4,4,4-Eptafluworo-3-(trifluworometil)butan-2-on

CF3C(O)CF(CF3)2

0,29(1)

(*)

__________________

1 Ren et al. (2019). Atmospheric Fate and Impact of Perfluorinated Butanone and Pentanone. Environ. Sci. Technol. 2019, 53, 15, 8862–8871

Emenda

imħassar

Emenda 144
Proposta għal regolament
Anness III – taqsima 2 – ringiela 4

Test propost mill-Kummissjoni

Ettafluworoisobutironitril (2,3,3,3-tetrafluworo-2-(trifluworometil)-propanenitril)

Iso-C3F7CN

2 750

4 580

Emenda

imħassar

Emendi 145, 153cp1, 157cp1, 153cp2, 153cp3 u 153cp4
Proposta għal regolament
Anness IV – tabella

Test propost mill-Kummissjoni

Prodotti u tagħmir

Fejn ikun rilevanti, il-GWP ta' taħlitiet li jkun fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra għandu jiġi kkalkolat f'konformità mal-Anness VI, kif previst fl-Artikolu 3, il-punt (1)

Data tal-projbizzjoni

(1)  Kontenituri għall-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I, vojta, mimlija parzjalment jew kompletament, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, użati għas-servizzjar, il-manutenzjoni, jew għall-mili ta' tagħmir ta' refriġerazzjoni, arja kondizzjonata jew pompi tas-sħana, sistemi ta' protezzjoni kontra n-nar jew kommutaturi, jew biex jintużaw bħala solventi.

l-4 ta' Lulju 2007

(2)  Sistemi ta' evaporazzjoni diretta mhux imrażżna li jkun fihom HFCs u PFCs bħala refriġeranti.

l-4 ta' Lulju 2007

(3)  Tagħmir ta' protezzjoni kontra n-nar

li jkun fih PFCs

l-4 ta' Lulju 2007

li jkun fih HFC-23

l-1 ta' Jannar 2016

li jkun fih jew li jibbaża fuq gassijiet fluworurati oħra b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I, ħlief meta jkun meħtieġ li jiġu ssodisfati l-istandards ta' sikurezza

l-1 ta' Jannar 2024

(4)  Twieqi għall-użu domestiku li jkun fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I.

l-4 ta' Lulju 2007

(5)  Twieqi oħra li jkun fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I.

l-4 ta' Lulju 2008

(6)  Żraben li jkun fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I.

l-4 ta' Lulju 2006

(7)  Tajers li jkun fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I.

l-4 ta' Lulju 2007

(8)  Fowms b'komponent wieħed li jkun fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I b'GWP ta' 150 jew aktar, ħlief meta jkunu meħtieġa biex jiġu ssodisfati standards nazzjonali ta' sikurezza.

l-4 ta' Lulju 2008

(9)  Ġeneraturi tal-aerosol kummerċjalizzati u maħsuba għall-bejgħ lill-pubbliku ġenerali għal skopijiet ta' divertiment u tiżjin, kif elenkati fil-punt 40 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u ħornijiet tal-gass, li fihom HFCs b'GWP ta' 150 jew aktar.

l-4 ta' Lulju 2009

(10)  Friġġijiet u friżers domestiċi li jkun fihom HFCs b'GWP ta' 150 jew aktar.

l-1 ta' Jannar 2015

(11)  Refriġeraturi u friżers għal użu kummerċjali (tagħmir awtonomu)

—  li jkun fihom HFCs b'GWP ta' 2 500 jew aktar.

l-1 ta' Jannar 2020

—  li jkun fihom HFCs b'GWP ta' 150 jew aktar.

l-1 ta' Jannar 2022

—  li jkun fihom gassijiet fluworurati oħra b'effett ta' serra b'GWP ta' 150 jew aktar.

l-1 ta' Jannar 2024

(12)  Kwalunkwe tagħmir ta' refriġerazzjoni awtonomu li fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b'GWP ta' 150 jew aktar.

l-1 ta' Jannar 2025

(13)  Tagħmir ta' refriġerazzjoni stazzjonarju li jkun fih, jew li l-funzjonament tiegħu jkun jibbaża fuq, HFCs b'GWP ta' 2 500 jew aktar, ħlief tagħmir maħsub għal applikazzjoni li tkun imfassla biex tkessaħ prodotti għal temperaturi inqas minn –50 °C.

l-1 ta' Jannar 2020

(14)  Tagħmir ta' refriġerazzjoni stazzjonarju li jkun fih, jew li l-funzjonament tiegħu jkun jibbaża fuq HFCs b'GWP ta' 2 500 jew aktar, ħlief tagħmir maħsub għal applikazzjoni li tkun imfassla biex tkessaħ prodotti għal temperaturi inqas minn –50 °C.

1 ta' Jannar 2024

(15)  Sistemi ta' refriġerazzjoni ċentralizzati kollettivi għal użu kummerċjali b'kapaċità nominali ta' 40 kW jew aktar li jkun fihom, jew li l-funzjonament tagħhom ikun jibbaża fuq, gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I b'GWP ta' 150 jew aktar, ħlief fiċ-ċirkwit refriġerant primarju ta' sistemi kaskati fejn jistgħu jintużaw gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b'GWP ta' inqas minn 1 500.

l-1 ta' Jannar 2022

(16)  Tagħmir plug-in tal-arja kondizzjonata għall-kmamar (tagħmir awtonomu) li jista' jiġi mċaqalaq bejn kamra u oħra mill-utent finali li jkun fihom HFCs b'GWP ta' 150 jew aktar.

l-1 ta' Jannar 2020

(17)  Tagħmir plug-in għall-kmamar u tagħmir ieħor awtonomu tal-arja kondizzjonata u tal-pompa tas-sħana li jkun fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b'GWP ta' 150 jew aktar.

l-l ta' Jannar 2025

(18)  Tagħmir stazzjonarju ta' kondizzjonatur tal-arja bil-kondensatur separat u ta' pompa tas-sħana separata:

(a)  Sistemi maqsumin fi tnejn li jkun fihom inqas minn 3 kg ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I, li jkun fihom, jew li l-funzjonament tagħhom ikun jibbaża fuq, gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I b'GWP ta' 750 jew aktar;

l-1 ta' Jannar 20285

(b)  Sistemi maqsumin ta' kapaċità nominali massima ta' 12 kW li jkun fihom, jew li l-funzjonament tagħhom ikun jibbaża fuq, gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b'GWP ta' 150 jew aktar, ħlief meta jkun meħtieġ li jiġu ssodisfati l-istandards ta' sikurezza;

(c)  Sistemi maqsumin ta' kapaċità nominali ta' aktar minn 12 kW li jkun fihom, jew li l-funzjonament tagħhom ikun jibbaża fuq, gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b'GWP ta' 750 jew aktar, ħlief meta jkun meħtieġ li jiġu ssodisfati l-istandards ta' sikurezza.

l-1 ta' Jannar 2028

(19)  Fowms li jkun fihom HFCs b'GWP ta' 150 jew aktar, ħlief meta jkunu meħtieġa li jiġu ssodisfati standards nazzjonali ta' sikurezza.

—  Polisterin estruż (XPS)

l-1 ta' Jannar 2020

—  Fowms oħra

l-1 ta' Jannar 2023

(20)  Aerosols tekniċi li jkun fihom HFCs b'GWP ta' 150 jew aktar, ħlief meta jkunu meħtieġa biex jiġu ssodisfati standards nazzjonali ta' sikurezza jew meta jintużaw għal applikazzjonijiet mediċi.

l-1 ta' Jannar 2018

(21)  Prodotti għall-kura personali (jiġifieri mousse, kremi, fowms) li jkun fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra.

l-1 ta' Jannar 2024

(22)  Tagħmir użat għat-tkessiħ tal-ġilda li jkun fih, jew li l-funzjonament tiegħu jkun jibbaża fuq, gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b'GWP ta' 150 jew aktar, ħlief meta jintużaw għal applikazzjonijiet mediċi.

l-1 ta' Jannar 2024

(23)  Installazzjoni u sostituzzjoni tal-kommutaturi elettriċi li ġejjin:

(a)  kommutatur ta' vultaġġ medju għad-distribuzzjoni primarja u sekondarja sa 24 kV, b'mezz iżolanti jew ta' qtugħ li juża, jew li l-funzjonament tiegħu jkun jibbaża fuq, gassijiet b'GWP ta' 10 jew aktar, jew b'GWP ta' 2 000 jew aktar, sakemm ma tiġix ipprovduta evidenza li l-ebda alternattiva xierqa ma tkun disponibbli abbażi ta' raġunijiet tekniċi fi ħdan il-meded aktar baxxi ta' GWP li hemm referenza għalihom hawn fuq;

l-1 ta' Jannar 2026

(b)  kommutatur ta' vultaġġ medju għad-distribuzzjoni primarja u sekondarja minn aktar minn 24 kV u sa 52 kV, b'mezz iżolanti jew ta' qtugħ li juża, jew li l-funzjonament tiegħu jkun jibbaża fuq gassijiet b'GWP ta' 10 jew aktar, jew b'GWP ta' aktar minn 2 000, sakemm ma tiġix ipprovduta evidenza li l-ebda alternattiva xierqa ma tkun disponibbli abbażi ta' raġunijiet tekniċi fi ħdan il-meded aktar baxxi ta' GWP li hemm referenza għalihom hawn fuq;

l-1 ta' Jannar 2030

(c)  kommutatur ta' vultaġġ għoli minn 52 u sa 145 kV jew sa 50 kA ta' kurrent ta' ċirkwit qasir b'mezz iżolanti jew ta' qtugħ li juża, jew li l-funzjonament tiegħu jkun jibbaża fuq gassijiet b'GWP ta' 10 jew aktar, jew b'GWP ta' aktar minn 2 000, sakemm ma tiġix ipprovduta evidenza li l-ebda alternattiva xierqa ma tkun disponibbli abbażi ta' raġunijiet tekniċi; fil-meded ta' GWP aktar baxxi msemmija hawn fuq;

l-1 ta' Jannar 2028

(d)  kommutatur ta' vultaġġ għoli minn 52 u sa 145 kV jew sa 50 kA ta' kurrent ta' ċirkwit qasir b'mezz iżolanti jew ta' qtugħ li juża, jew li l-funzjonament tiegħu jkun jibbaża fuq gassijiet b'GWP ta' 10 jew aktar, jew b'GWP ta' aktar minn 2 000, sakemm ma tiġix ipprovduta evidenza li l-ebda alternattiva xierqa ma tkun disponibbli abbażi ta' raġunijiet tekniċi;

l-1 ta' Jannar 2031

Emenda

Prodotti u tagħmir

Fejn ikun rilevanti, il-GWP ta' taħlitiet li jkun fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra għandu jiġi kkalkolat f'konformità mal-Anness VI, kif previst fl-Artikolu 3, il-punt (1)

Data tal-projbizzjoni

(1)  Kontenituri għall-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I, vojta, mimlija parzjalment jew kompletament, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, użati għas-servizzjar, il-manutenzjoni, jew għall-mili ta' tagħmir ta' refriġerazzjoni, arja kondizzjonata jew pompi tas-sħana, sistemi ta' protezzjoni kontra n-nar jew kommutaturi, jew biex jintużaw bħala solventi.

l-4 ta' Lulju 2007

(2)  Sistemi ta' evaporazzjoni diretta mhux imrażżna li jkun fihom HFCs u PFCs bħala refriġeranti.

l-4 ta' Lulju 2007

(3)  Tagħmir ta' protezzjoni kontra n-nar

li jkun fih PFCs

l-4 ta' Lulju 2007

li jkun fih HFC-23

l-1 ta' Jannar 2016

li jkun fih jew li jibbaża fuq gassijiet fluworurati oħra b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I, ħlief meta jkun meħtieġ li jiġu ssodisfati l-istandards ta' sikurezza

l-1 ta' Jannar 2024

(4)  Twieqi għall-użu domestiku li jkun fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I.

l-4 ta' Lulju 2007

(5)  Twieqi oħra li jkun fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I.

l-4 ta' Lulju 2008

(6)  Żraben li jkun fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I.

l-4 ta' Lulju 2006

(7)  Tajers li jkun fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I.

l-4 ta' Lulju 2007

(8)  Fowms b'komponent wieħed li jkun fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I b'GWP ta' 150 jew aktar, ħlief meta jkunu meħtieġa biex jiġu ssodisfati standards nazzjonali ta' sikurezza.

l-4 ta' Lulju 2008

(9)  Ġeneraturi tal-aerosol kummerċjalizzati u maħsuba għall-bejgħ lill-pubbliku ġenerali għal skopijiet ta' divertiment u tiżjin, kif elenkati fil-punt 40 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u ħornijiet tal-gass, li fihom HFCs b'GWP ta' 150 jew aktar.

l-4 ta' Lulju 2009

(10)  Refriġeraturi u friżers domestiċi li jkun fihom HFCs b'GWP ta' 150 jew aktar.

l-1 ta' Jannar 2015

(10a)   Refriġeraturi u friżers domestiċi li jkun fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra.

l-1 ta' Jannar 2025

(11)  Refriġeraturi u friżers stazzjonarji għal użu kummerċjali (tagħmir awtonomu)

—  li jkun fihom HFCs b'GWP ta' 2 500 jew aktar.

l-1 ta' Jannar 2020

—  li jkun fihom HFCs b'GWP ta' 150 jew aktar.

l-1 ta' Jannar 2022

—  li jkun fihom gassijiet fluworurati oħra b'effett ta' serra.

l-1 ta' Jannar 2024

(12)  Kwalunkwe tagħmir ta' refriġerazzjoni stazzjonarju awtonomu li fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra.

l-1 ta' Jannar 2025

(13)  Tagħmir ta' refriġerazzjoni stazzjonarju li jkun fih, jew li l-funzjonament tiegħu jkun jibbaża fuq, HFCs b'GWP ta' 2 500 jew aktar, ħlief tagħmir maħsub għal applikazzjoni li tkun imfassla biex tkessaħ prodotti għal temperaturi inqas minn – 50 °C.

l-1 ta' Jannar 2020

(14)  Tagħmir ta' refriġerazzjoni stazzjonarju li jkun fih, jew li l-funzjonament tiegħu jkun jibbaża fuq, gassijiet fluworurati b'effett ta' serra ħlief tagħmir maħsub għal applikazzjoni li tkun imfassla biex tkessaħ prodotti għal temperaturi inqas minn – 50 °C.

l-1 ta' Jannar 2025

(14a)   Tagħmir ta' refriġerazzjoni stazzjonarju li jkun fih, jew li l-funzjonament tiegħu jkun jibbaża fuq, gassijiet fluworurati b'effett ta' serra.

l-1 ta' Jannar 2027

(15)  Sistemi ta' refriġerazzjoni ċentralizzati kollettivi għal użu kummerċjali b'kapaċità nominali ta' 40 kW jew aktar li jkun fihom, jew li l-funzjonament tagħhom ikun jibbaża fuq, gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I b'GWP ta' 150 jew aktar, ħlief fiċ-ċirkwit refriġerant primarju ta' sistemi kaskati fejn jistgħu jintużaw gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b'GWP ta' inqas minn 1 500.

l-1 ta' Jannar 2022

(15a)   Trasport refriġerat

f'vannijiet u vapuri li fihom, jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq, gassijiet fluworurati b'effett ta' serra.

l-1 ta' Jannar 2027

fi trakkijiet, trejlers u kontejners b'refriġeratur li fihom, jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq, gassijiet fluworinati

l-1 ta' Jannar 2029

(16)  Tagħmir plug-in tal-arja kondizzjonata għall-kmamar (tagħmir awtonomu) li jista' jiġi mċaqalaq bejn kamra u oħra mill-utent finali li jkun fihom HFCs b'GWP ta' 150 jew aktar.

l-1 ta' Jannar 2020

(17)  Tagħmir plug-in għall-kmamar, il-monoblokki u tagħmir ieħor awtonomu tal-arja kondizzjonata u tal-pompa tas-sħana li jkun fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b'GWP ta' 150 jew aktar.

l-1 ta' Jannar 2026

(18)  Tagħmir stazzjonarju ta' kondizzjonatur tal-arja bil-kondensatur separat u ta' pompa tas-sħana separata:

(a)  Sistemi maqsumin fi tnejn inklużi sistemi fissi b’kanal doppju li jkun fihom inqas minn 3 kg ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I, li jkun fihom, jew li l-funzjonament tagħhom ikun jibbaża fuq, gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra;

l-1 ta' Jannar 2028

(b)  Sistemi maqsumin ta’ kapaċità nominali massima ta’ 12 kW li jkun fihom, jew li l-funzjonament tagħhom ikun jibbaża fuq, gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra ħlief meta jkun meħtieġ li jiġu ssodisfati l-istandards ta’ sikurezza;

(c)  Sistemi maqsumin ta' kapaċità nominali ta' aktar minn 12 kW u sa 200 kW li jkun fihom, jew li l-funzjonament tagħhom ikun jibbaża fuq, gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b'GWP ta' 750 jew aktar, ħlief meta jkun meħtieġ li jiġu ssodisfati l-istandards ta' sikurezza.

(ca)   Sistemi maqsuma ta' kapaċità nominali ta' aktar minn 200 kW li fihom, jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq, gassijiet fluworurati b'effett ta' serra.

l-1 ta' Jannar 2028

(19)  Fowms li jkun fihom HFCs b'GWP ta' 150 jew aktar, ħlief meta jkunu meħtieġa li jiġu ssodisfati standards nazzjonali ta' sikurezza.

—  Polisterin estruż (XPS)

l-1 ta' Jannar 2020

—  Fowms oħra

l-1 ta' Jannar 2023

(19a)   Fowms li jkun fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, ħlief meta jkunu meħtieġa li jiġu ssodisfati standards nazzjonali ta' sikurezza.

l-1 ta' Jannar 2030

(20)  Aerosols tekniċi li jkun fihom HFCs b'GWP ta' 150 jew aktar, ħlief meta jkunu meħtieġa biex jiġu ssodisfati standards nazzjonali ta' sikurezza jew meta jintużaw għal applikazzjonijiet mediċi.

l-1 ta' Jannar 2018

(20a)   Aerosols tekniċi li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, ħlief meta jkun meħtieġ li jintlaħqu l-istandards nazzjonali ta' sikurezza jew meta jintużaw għal applikazzjonijiet mediċi.

l-1 ta' Jannar 2030

(22)  Prodotti għall-kura personali (jiġifieri mousse, kremi, fowms) li jkun fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra.

l-1 ta' Jannar 2024

(22)  Tagħmir użat għat-tkessiħ tal-ġilda li jkun fih, jew li l-funzjonament tiegħu jkun jibbaża fuq, gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b'GWP ta' 150 jew aktar, ħlief meta jintużaw għal applikazzjonijiet mediċi.

l-1 ta' Jannar 2024

(23)  Installazzjoni u sostituzzjoni tal-kommutaturi elettriċi li ġejjin:

(a)  kommutatur ta' vultaġġ medju għad-distribuzzjoni primarja u sekondarja sa, u inkluż, 24 kV, b'mezz iżolanti jew ta' qtugħ li juża, jew li l-funzjonament tiegħu jkun jibbaża fuq, gassijiet fluworurati b'effett ta' serra;

l-1 ta' Jannar 2026

(b)  ommutatur ta' vultaġġ medju għad-distribuzzjoni primarja u sekondarja minn aktar minn 24 kV u sa, u inkluż, 52 kV, b'mezz iżolanti jew ta' qtugħ li juża , jew li l-funzjonament tiegħu jkun jibbaża fuq gassijiet fluworurati b'effett ta' serra;

l-1 ta' Jannar 2028

(c)  kommutatur ta' vultaġġ għoli minn 52 u sa, u inkluż, 145 kV jew sa 50 kA ta' kurrent ta' ċirkwit qasir b'mezz iżolanti jew ta' qtugħ li juża, jew li l-funzjonament tiegħu jkun jibbaża fuq gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, sakemm ma tiġix ipprovduta evidenza li l-ebda alternattiva xierqa ma tkun disponibbli, f'liema każ jistgħu jintużaw gassijiet b'GWP sa 1 000;

l-1 ta' Jannar 2028

(d)  kommutatur ta' vultaġġ għoli ta' aktar minn 145 kV jew aktar minn 50 kA ta' kurrent b'ċirkwit qasir b'mezz iżolanti jew ta' qtugħ li juża, jew li l-funzjonament tiegħu jkun jibbaża fuq gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, sakemm ma tiġix ipprovduta evidenza li l-ebda alternattiva xierqa ma hija disponibbli, f'liema każ jistgħu jintużaw gassijiet b'GWP sa 1 000.

l-1 ta' Jannar 2031

(23a)   Arja kondizzjonata mobbli f'vapuri tal-passiġġieri u tal-merkanzija, karozzi tal-linja, trammijiet, u ferroviji li fihom, jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq, gassijiet fluworurati b'effett ta' serra.

l-1 ta' Jannar 2029

(23b)   Kessieħa żgħar, ta' spostament u ċentrifugali li fihom, jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq, gassijiet fluworurati b'effett ta' serra.

l-1 ta' Jannar 2027

Emenda 146
Proposta għal regolament
Anness IV – punt 2
2.  L-evidenza msemmija fil-punt 23 għandha tinkludi dokumentazzjoni li tistabbilixxi li wara sejħa miftuħa għall-offerti ma kien hemm disponibbli l-ebda alternattiva xierqa abbażi ta' raġunijiet tekniċi, minħabba l-ispeċifiċitajiet murija tal-applikazzjoni, li setgħet tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 23. Id-dokumentazzjoni għandha tinżamm mill-operatur għal mill-inqas ħames snin u għandha tkun disponibbli għall-awtorità kompetenti tal-Istat Membru u għall-Kummissjoni, fuq talba.
2.  L-eċċezzjoni msemmija fil-punt 23(c) u (d) tista' tkun awtorizzata mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru wara talba sostanzjata minn operatur. It-talba tal-operatur għandha tinkludi dokumentazzjoni li tipprevedi li wara sejħa miftuħa għall-offerti bi skadenza għall-offerti wara d-dati msemmija fil-punt 23 ma huma disponibbli l-ebda alternattiva xierqa abbażi ta' raġunijiet tekniċi, minħabba l-ispeċifiċitajiet murija tal-applikazzjoni, li setgħet tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 23(c) u (d), jew, sa sentejn wara d-dati msemmija fil-punt 23(c) u (d), tkun saret biss offerta waħda għal tali kommutatur b'mezz iżolanti jew li jkisser li ma jużax, jew li l-funzjonament tiegħu ma jiddependix fuq gassijiet fluworurati b'effett ta' serra. L-awtorità kompetenti għandha tagħmel id-dokumentazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, fuq talba.
Emenda 147
Proposta għal regolament
Anness V – paragrafu 1 – punt d
(d)  għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2036 'il quddiem, 15 % tal-medja annwali tal-produzzjoni tiegħu fl-2011 sal-2013.
(d)  għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2036 sal-31 ta' Diċembru 2049, 15 % tal-medja annwali tal-produzzjoni tiegħu fl-2011 sal-2013.
Emenda 148
Proposta għal regolament
Anness V – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
(da)   għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2050 'il quddiem, 0 % tal-medja annwali tal-produzzjoni tiegħu fl-2011 sal-2013.
Emenda 149
Proposta għal regolament
Anness VI – titolu
Metodu ta' kalkolu tal-GWP totali ta' taħlita msemmija fl-Artikolu 3(1)
Metodu ta' kalkolu tal-GWP totali ta' taħlita msemmija fl-Artikolu 3(2)
Emenda 150
Proposta għal regolament
Anness VII

Test propost mill-Kummissjoni

Snin

Kwantità Massima

f'tunnellati ta' ekwivalenti ta' CO2

2024 – 2026

41 701 077

2027 – 2029

17 688 360

2030 – 2032

9 132 097

2033 – 2035

8 445 713

2036 – 2038

6 782 265

2039 – 2041

6 136 732

2042 – 2044

5 491 199

2045 – 2047

4 845 666

2048 'il quddiem

4 200 133

Emenda

Snin

Kwantità Massima

f'tunnellati ta' ekwivalenti ta' CO2

2024 – 2026

41 701 077

2027 – 2029

20 888 360

2030 – 2032

9 132 097

2033 – 2035

8 445 713

2036 – 2038

6 782 265

2039 – 2041

4 138 941

2042 – 2044

3 247 259

2045 – 2047

1 623 629

2048 - 2049

811 814

2050 'il quddiem

0

Emenda 151
Proposta għal regolament
Anness VIII – punt 1 – paragrafu 2 – inċiż 2
–  barra minn hekk, fejn rilevanti, kwota li tikkorrispondi għall-valur ta' referenza msemmi fil-punt 4(ii) tal-Anness VII, immultiplikat bil-kwantità massima għas-sena li għaliha tiġi allokata l-kwota diviża bil-kwantità massima għas-sena 2024.
–  barra minn hekk, fejn rilevanti, kwota li tikkorrispondi għall-valur ta' referenza msemmi fil-punt 4(ii) tal-Anness VII. Mill-2027, tali kwota tinkiseb billi jiġi mmultiplikat il-valur referenzjarju b'fattur ta' 0,7. Mill-2030, tali kwota tikkorrispondi mal-valur referenzjarju mmultiplikat bil-kwantità massima għas-sena li għaliha tiġi allokata l-kwota diviża bil-kwantità massima għas-sena 2024.

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A9-0048/2023).

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Lulju 2023Avviż legali - Politika tal-privatezza