Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2022/0100(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0050/2023

Testi mressqa :

A9-0050/2023

Dibattiti :

PV 29/03/2023 - 12
CRE 29/03/2023 - 12
PV 15/01/2024 - 14
CRE 15/01/2024 - 14

Votazzjonijiet :

PV 30/03/2023 - 5.7
CRE 30/03/2023 - 5.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 16/01/2024 - 6.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P9_TA(2023)0093
P9_TA(2024)0001

Testi adottati
PDF 244kWORD 70k
Il-Ħamis, 30 ta' Marzu 2023 - Brussell
Sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu
P9_TA(2023)0093A9-0050/2023

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-30 ta' Marzu 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 (COM(2022)0151 – C9-0143/2022 – 2022/0100(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18 jiżgura, fost l-oħrajn, li l-Unjoni tikkonforma mal-Protokoll. Fl-evalwazzjoni tagħha tar-Regolament (KE) Nru 1005/200919, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri ta’ kontroll stabbiliti skont dak ir-Regolament jibqgħu, b’mod ġenerali, adegwati għall-użu.
(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18 jiżgura, fost l-oħrajn, li l-Unjoni tikkonforma mal-Protokoll. Fl-evalwazzjoni tagħha tar-Regolament (KE) Nru 1005/200919, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri ta’ kontroll stabbiliti skont dak ir-Regolament jibqgħu, b’mod ġenerali, adegwati għall-użu, huma effiċjenti u kkontribwew b’mod sinifikanti għall-irkupru stratosferiku tal-ożonu u għat-tnaqqis tat-tisħin tal-klima.
__________________
__________________
18 Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ĠU L 286, 16.09.2009, p. 1).
18 Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ĠU L 286, 16.09.2009, p. 1).
19 L-Evalwazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, SWD(2019)0407 final tas-26 ta’ Novembru 2019.
19 L-Evalwazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, SWD(2019)0407 final tas-26 ta’ Novembru 2019.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  Hemm evidenza ċara ta’ tnaqqis fil-piż atmosferiku tas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u tal-irkupru stratosferiku tal-ożonu. Madankollu, l-irkupru tas-saff tal-ożonu għal-livell tal-konċentrazzjonijiet li kien jeżisti qabel l-1980 ma huwiex previst li se jseħħ qabel in-nofs tas-seklu 21. Għalhekk, iż-żieda fir-radjazzjoni UV tippersisti bħala theddida sinifikanti għas-saħħa u għall-ambjent. L-evitar tar-riskju ta’ dewmien ulterjuri fl-irkupru tas-saff tal-ożonu jibqa’ dipendenti fuq l-iżgurar li l-obbligi eżistenti jiġu implimentati bis-sħiħ, kif ukoll li l-miżuri meħtieġa jkunu fis-seħħ sabiex jindirizzaw kwalunkwe sfida li ġejja malajr u b’mod effettiv.
(5)  Hemm evidenza ċara ta’ tnaqqis fil-piż atmosferiku tas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u tal-irkupru stratosferiku tal-ożonu. Madankollu, skont l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, it-toqba fl-ożonu tal-2021 kienet waħda mill-akbar u l-aktar profondi ta’ dawn l-aħħar snin u kienet akbar mill-medja matul l-aħħar 5 u 10 snin. L-irkupru tas-saff tal-ożonu għadu fraġli ħafna, u l-irkupru għal-livell tal-konċentrazzjonijiet li kien jeżisti qabel l-1980 ma huwiex previst li se jseħħ qabel in-nofs tas-seklu 21. Għalhekk, iż-żieda fir-radjazzjoni UV tippersisti bħala theddida sinifikanti għas-saħħa u għall-ambjent. L-evitar tar-riskju ta’ dewmien ulterjuri fl-irkupru tas-saff tal-ożonu jibqa’ dipendenti fuq l-iżgurar li l-obbligi eżistenti jiġu implimentati bis-sħiħ, li tittieħed aktar azzjoni, u li l-miżuri meħtieġa jkunu fis-seħħ sabiex jindirizzaw kwalunkwe sfida li ġejja malajr u b’mod effettiv.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  Sabiex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar il-potenzjal ta’ tisħin globali tas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, minbarra l-potenzjal ta’ tnaqqis tal-ożonu tas-sustanzi, jenħtieġ li anki l-potenzjal ta’ tisħin globali rispettiv tagħhom jiġi elenkat f’dan ir-Regolament.
(7)  Sabiex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar il-potenzjal ta’ tisħin globali tas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, minbarra l-potenzjal ta’ tnaqqis tal-ożonu tas-sustanzi, jenħtieġ li anki l-potenzjal ta’ tisħin globali rispettiv tagħhom jiġi elenkat u indirizzat f’dan ir-Regolament kif ukoll fuq it-tikketti tal-kontenituri ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu. Fejn disponibbli, jenħtieġ li dik l-informazzjoni tinkludi l-potenzjal ta’ tisħin globali espress kemm fuq perjodu ta’ żmien ta’ 100 sena kif ukoll fuq perjodu ta’ żmien ta’ 20 sena, biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar il-potenzjal għoli ta’ tisħin globali fuq perjodu ta’ żmien qasir ta’ xi sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
(7a)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu pjanijiet ta’ azzjoni vinkolanti bbażati fuq linji gwida stabbiliti mill-Kummissjoni biex jitnaqqas ir-riskju ta’ formazzjoni pirokumulonimbus minn nirien fil-foresti u l-impatt negattiv tagħhom fuq l-istratosfera u s-saff tal-ożonu.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 9a (ġdida)
(9a)  Il-produzzjoni tal-Unjoni ta’ sustanzi kkontrollati li jnaqqsu s-saff tal-ożonu fl-2021 kienet ogħla milli kienet matul l-għaxar snin preċedenti, wara li żdiedet b’27 % fl-2021 meta mqabbla mal-2020. 90 % ta’ dik iż-żieda hija dovuta għall-użu tal-materja prima. L-użu tal-materja prima żdied bi 11 % meta mqabbel mal-20201a. Filwaqt li d-deroga għas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu użati bħala materja prima fil-produzzjoni kimika ta’ ċerti prodotti, inklużi l-farmaċewtiċi, ġiet iġġustifikata fid-dawl tal-potenzjal kombinat baxx tagħhom li jnaqqas l-ożonu (>1tODP) u n-nuqqas ta’ għażliet alternattivi fattibbli, huwa possibbli li l-emissjonijiet mill-użi tal-materja prima qed jiġu sottovalutati1b. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi lista ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li għalihom huwa permess l-użu bħala materja prima u tivvaluta regolarment id-disponibbiltà tal-alternattivi tagħhom. Sabiex jiġu eliminati b’mod progressiv tali użi fejn jeżistu alternattivi, is-setgħa li jiġu adottati atti delegati jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tipproponi limiti massimi aktar baxxi maż-żmien.
__________________
1a Ozone Depleting Substances 2022 (Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu 2022), l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.
1b “Narrowing feedstock exemptions under the Montreal Protocol has multiple environmental benefits” (It-tnaqqis tal-eżenzjonijiet tal-materja prima skont il-Protokoll ta’ Montreal għandu benefiċċji ambjentali multipli), Stephen O. Andersen, et all. 2021: https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pmc/articles/PMC8665836/ u “Unfinished business after five decades of ozone-layer science and policy” (Xogħol mhux mitmum wara ħames deċennji ta’ xjenza u politika dwar is-saff tal-ożonu), Susan Salomon et al. 2020.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  Il-Kumitat dwar l-Għażliet Tekniċi tal-Aloni (HTOC) stabbilit skont il-Protokoll indika li l-istokkijiet tal-aloni mhux verġni għall-użi kritiċi jistgħu ma jkunux biżżejjed sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet mill-2030 ’il quddiem fil-livell globali. Sabiex jiġi evitat li l-produzzjoni l-ġdida tal-aloni ssir meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet futuri, huwa importanti li jittieħdu miżuri sabiex tiżdied id-disponibbiltà tal-istokkijiet tal-alon irkuprat mit-tagħmir.
(12)  Il-Kumitat dwar l-Għażliet Tekniċi tal-Aloni (HTOC) stabbilit skont il-Protokoll indika li l-istokkijiet tal-aloni mhux verġni għall-użi kritiċi jistgħu ma jkunux biżżejjed sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet mill-2030 ’il quddiem fil-livell globali. Sabiex jiġi evitat li l-produzzjoni l-ġdida tal-aloni ssir meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet futuri, huwa importanti li jittieħdu miżuri sabiex tiżdied id-disponibbiltà u jiġi pprovdut monitoraġġ adegwat tal-istokkijiet tal-alon irkuprat mit-tagħmir.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 13a (ġdida)
(13a)  Hemm tħassib dejjem akbar dwar l-impatt fuq l-emissjonijiet globali ta’ xi wħud mis-sustanzi l-ġodda elenkati fl-Anness II, inkluża, pereżempju, iż-żieda rapida fil-konċentrazzjoni atmosferika tad-diklorometan li tista’ ddewwem b’mod sostanzjali, b’aktar minn għaxar snin, l-irkupru tat-toqba fl-ożonu1a. Fl-2021, il-produzzjoni ta’ sustanzi ġodda li jnaqqsu s-saff tal-ożonu mhux koperti mill-Protokoll, f’tunnellati metriċi, kienet madwar erba’ darbiet ogħla mill-produzzjoni ta’ sustanzi kkontrollati1b. Għalhekk huwa essenzjali li jkun hemm aktar kontroll u monitoraġġ. Jenħtieġ li r-rekwiżiti applikati għas-sustanzi elenkati fl-Anness I fir-rigward ta’ tnixxijiet u r-reġistrazzjoni fis-sistema ta’ liċenzjar jiġu estiżi għas-sustanzi elenkati fl-Anness II. Dak l-approċċ mhux biss inaqqas l-impatti negattivi potenzjali fuq l-ambjent u s-saħħa iżda jarmonizza mal-approċċ meħud skont ir-Regolament (UE) 2023/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, li jemenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 517/2014.
__________________
1a “The increasing threat to stratospheric ozone from dichloromethane” (It-theddida dejjem akbar għall-ożonu stratosferiku mid-diklorometan) Hossaini et al, 2017: https://doi.org/10.1038/s41467-019-13899-4
1b “Ozone Depleting Substances 2022” (Sustanzi Li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu 2022), l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 16
(16)  Jenħtieġ li kontenituri li ma jistgħux jerġgħu jimtlew għal sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jiġu pprojbiti, meta jitqies li inevitabbilment jifdal ammont ta’ sustanza f’dawn il-kontenituri meta jitbattlu, li mbagħad jiġi rrilaxxat fl-atmosfera. F’dan ir-rigward, huwa neċessarju li l-importazzjoni, it-tqegħid fis-suq, il-provvista sussegwenti jew id-disponibbiltà fis-suq u l-użu tagħhom jiġi pprojbit, għajr għal użi fil-laboratorji u għal użi analitiċi, u l-esportazzjoni tagħhom.
(16)  Jenħtieġ li kontenituri li ma jistgħux jerġgħu jimtlew għal sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jiġu pprojbiti, meta jitqies li inevitabbilment jifdal ammont ta’ sustanza f’dawn il-kontenituri meta jitbattlu, li mbagħad jiġi rrilaxxat fl-atmosfera. F’dan ir-rigward, huwa neċessarju li l-importazzjoni, it-tqegħid fis-suq, il-provvista sussegwenti jew id-disponibbiltà fis-suq u l-użu tagħhom jiġi pprojbit, għajr għal użi fil-laboratorji u għal użi analitiċi, u l-esportazzjoni tagħhom. Sabiex jiġi żgurat li l-kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew jerġgħu jimtlew minflok jintremew, jenħtieġ li l-impriżi jkunu meħtieġa, meta tali kontenituri jitqiegħdu fis-suq, jipproduċu evidenza dwar l-arranġamenti għar-ritorn għall-fini ta’ mili mill-ġdid.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 17
(17)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 jipprevedi t-tikkettar ta’ sustanzi kklassifikati bħala sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u t-tikkettar ta’ taħlitiet li fihom sustanzi bħal dawn. Peress li huwa permess ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fis-suq tal-Unjoni ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu prodotti għall-materja prima, għal użi bħala aġent ta’ proċess, għal użi fil-laboratorji u għal użi analitiċi, jenħtieġ li dawk is-sustanzi jiġu distinti minn sustanzi li jiġu prodotti għal użi oħrajn.
(17)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 jipprevedi t-tikkettar ta’ sustanzi kklassifikati bħala sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u t-tikkettar ta’ taħlitiet li fihom sustanzi bħal dawn. Peress li huwa permess ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fis-suq tal-Unjoni tal-alon u l-bromur tal-metil u ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom dawk is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi, kif ukoll ta’ sustanzi oħra li jnaqqsu s-saff tal-ożonu prodotti għall-materja prima, għal użi bħala aġent ta’ proċess, għal użi fil-laboratorji u għal użi analitiċi u għall-qerda fl-Unjoni, jenħtieġ li dawk is-sustanzi jiġu distinti minn sustanzi li jiġu prodotti għal użi oħrajn.
__________________
__________________
24 Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
24 Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 18
(18)  L-esportazzjoni ta’ prodotti u tagħmir li fihom l-idroklorofluworokarburi tista’ tkun permessa b’mod eċċezzjonali f’każijiet fejn jista’ jkun ta’ benefiċċju akbar li dawn il-prodotti u t-tagħmir jitħallew itemmu ċ-ċiklu tal-ħajja naturali tagħhom f’pajjiż terz milli jiġu dekummissjonati u jintremew fl-Unjoni.
(18)  L-esportazzjoni ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom l-idroklorofluworokarburi tista’ tkun permessa b’mod eċċezzjonali f’każijiet fejn jista’ jkun ta’ benefiċċju akbar li dawn il-prodotti u t-tagħmir jitħallew itemmu ċ-ċiklu tal-ħajja naturali tagħhom f’pajjiż terz milli jiġu dekummissjonati u jintremew fl-Unjoni, dment li jkunu stabbiliti l-faċilitajiet xierqa meħtieġa, kif ukoll il-persunal speċjalizzat biex iwettaq tali operazzjonijiet, sabiex jiġi evitat kwalunkwe tniġġis ambjentali ulterjuri.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 19
(19)  Minħabba li l-proċess tal-produzzjoni għal xi sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jista’ jirriżulta f’emissjonijiet tat-trifluworometan prodott f’gass fluworurat b’effett ta’ serra bħala prodott sekondarju, jenħtieġ li tali emissjonijiet ta’ prodotti sekondarji jinqerdu jew jiġu rkuprati għall-użu sussegwenti bħala kundizzjoni għat-tqegħid fis-suq tas-sustanza li tnaqqas l-ożonu. Jenħtieġ li l-produtturi u l-importaturi jkunu meħtieġa wkoll li jiddokumentaw il-miżuri adottati sabiex jipprevjenu l-emissjonijiet tat-trifluworometan matul il-proċess tal-produzzjoni.
(19)  Minħabba li l-proċess tal-produzzjoni għal xi sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jista’ jirriżulta f’emissjonijiet tat-trifluworometan prodott f’gass fluworurat b’effett ta’ serra bħala prodott sekondarju, jenħtieġ li tali emissjonijiet ta’ prodotti sekondarji jiġu mmonitorjati b’mod rigoruż, jinqerdu jew jiġu rkuprati għall-użu sussegwenti bħala kundizzjoni għat-tqegħid fis-suq tas-sustanza li tnaqqas is-saff tal-ożonu. Jenħtieġ li l-produtturi u l-importaturi jkunu meħtieġa wkoll li jiddokumentaw il-miżuri adottati sabiex jipprevjenu l-emissjonijiet tat-trifluworometan matul il-proċess tal-produzzjoni u li jipprovdu prova tal-qerda u l-irkupru f’konformità mal-aħjar tekniki disponibbli. Jenħtieġ ukoll li jkunu meħtieġa jirrapportaw dwar il-konformità ma’ dan ir-Regolament.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 23
(23)  Sabiex jiġi żgurat li s-sustanzi u l-prodotti u t-tagħmir koperti minn dan ir-Regolament li jkunu ġew importati illegalment fis-suq tal-Unjoni ma jerġgħux jidħlu fis-suq, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jikkonfiskaw jew jissekwestraw dawn il-prodotti għar-rimi. Jenħtieġ li r-riesportazzjoni ta’ prodotti li ma jkunux konformi ma’ dan ir-Regolament tkun ipprojbita fi kwalunkwe każ.
(23)  Sabiex jiġi żgurat li s-sustanzi u l-prodotti u t-tagħmir koperti minn dan ir-Regolament li jkunu ġew importati illegalment fis-suq tal-Unjoni ma jerġgħux jidħlu fis-suq, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jikkonfiskaw jew jissekwestraw dawn il-prodotti u jeqirduhom. Jenħtieġ li r-riesportazzjoni ta’ prodotti li ma jkunux konformi ma’ dan ir-Regolament tkun ipprojbita fi kwalunkwe każ.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 28a (ġdida)
(28a)  Ir-rekwiżit li jiġu rkuprati l-fowms li jkun fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu minn materjal tal-bini jista’ jwassal għall-innovazzjoni u r-riċerka u l-iżvilupp dwar it-teknoloġiji tat-twaqqigħ, tar-reklamazzjoni u tar-riċiklaġġ u jista’ jkollu effetti pożittivi fuq l-impjiegi minħabba l-intensità tax-xogħol tal-proċess tad-dekummissjonar u l-ħtieġa ta’ aktar kapaċità ta’ trattament għal dawk it-tipi ta’ skart. Madankollu, dak ir-rekwiżit jista’ joħloq xi ħtieġa addizzjonali ta’ taħriġ ta’ persunal speċjalizzat fl-impriżi rilevanti, li spiss ikunu intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu rekwiżiti minimi ta’ kwalifika għall-persunal involut u jżidu wkoll id-disponibbiltà ta’ programmi ta’ taħriġ għat-titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema u l-użu ta’ tekniki sostenibbli.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 28b (ġdida)
(28b)  Il-bidla lejn l-użu ta’ alternattivi għal sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu se twassal għall-innovazzjoni ekoloġika u l-impjiegi. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw tranżizzjoni ekwa u ġusta, li ma tħalli lil ħadd jibqa’ lura, għall-persunal impjegat mill-impriżi li ma jirnexxilhomx fit-tranżizzjoni lejn tali alternattivi.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 32
(32)  Il-Protokoll jeħtieġ rapportar dwar il-kummerċ ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu. Għalhekk, jenħtieġ li l-produtturi, l-importaturi u l-esportaturi ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jirrapportaw kull sena dwar il-kummerċ ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu. Jenħtieġ li l-kummerċ ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li għadhom ma humiex koperti mill-Protokoll (elenkati fl-Anness II) jiġi rrapportat ukoll sabiex tkun tista’ tiġi vvalutata l-ħtieġa li jiġu estiżi xi wħud mill-miżuri ta’ kontroll jew mill-miżuri ta’ kontroll kollha applikabbli għas-sustanzi elenkati fl-Anness I sabiex ikopru wkoll dawn is-sustanzi.
(32)  Il-Protokoll jirrikjedi rapportar dwar il-kummerċ ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu. Għalhekk, jenħtieġ li l-produtturi, l-importaturi u l-esportaturi ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jirrapportaw kull sena dwar il-kummerċ ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu. Jenħtieġ li l-kummerċ ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li għadhom ma humiex koperti mill-Protokoll (elenkati fl-Anness II) jiġi rrapportat ukoll sabiex tiġi vvalutata estensjoni futura tal-miżuri ta’ kontroll għall-irkupru, il-qerda, ir-riċiklaġġ jew ir-reklamazzjoni, applikabbli għas-sustanzi elenkati fl-Anness I sabiex ikopru wkoll dawn is-sustanzi.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 33a (ġdida)
(33a)  L-informaturi jistgħu jiġbdu l-attenzjoni tal-awtoritajiet kompetenti lejn informazzjoni ġdida li tista’ tgħin lill-awtoritajiet kompetenti jidentifikaw ksur ta’ dan ir-Regolament u tippermettilhom jimponu penali. Jenħtieġ li jiġi żgurat li jiġu stabbiliti arranġamenti adegwati li jippermettu lill-informaturi jwissu lill-awtoritajiet kompetenti dwar ksur reali jew potenzjali ta’ dan ir-Regolament u li l-informaturi jiġu protetti minn kwalunkwe ritaljazzjoni.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 36
(36)  Jenħtieġ li l-ksur serju ta’ dan ir-Regolament jiġi mħarrek ukoll skont id-dritt kriminali, f’konformità mad-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27.
(36)  Jenħtieġ li l-ksur serju ta’ dan ir-Regolament jiġi mħarrek ukoll skont id-dritt kriminali, f’konformità mad-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27. Meta jitqies li filwaqt li r-reati amministrattivi u kriminali huma differenti fin-natura tagħhom, dawn ma jeskludux lil xulxin, u għalhekk jiġu imposti penali amministrattivi mill-awtorità kompetenti fil-qafas ta’ proċedimenti amministrattivi u pieni kriminali mill-qorti kriminali fi Stat Membru f’konformità mad-Direttiva 2008/99/KE.
__________________
__________________
27 Id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 28).
27 Id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 28).
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 40a (ġdida)
(40a)  L-ossidu nitruż (N2O), li prinċipalment jiġi rilaxxat fl-arja minn fertilizzanti żejda bbażati fuq in-nitroġenu fil-ħamrija, huwa ppruvat li huwa sustanza li tnaqqas is-saff tal-ożonu. Minn mindu tnaqqsu l-klorofluworokimiċi u alokarburi oħra li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, l-N2O ġie rikonoxxut bħala wieħed mill-aktar sustanzi sinifikanti li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u jirriskja li jimmina l-kisbiet tal-Protokoll1a. Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-20 ta’ Mejju 2020 bit-titolu dwar “Strateġija ‘Mill-Għalqa sal-Platt’ għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent”, il-Kummissjoni impenjat ruħha li taġixxi biex tnaqqas it-telf tan-nutrijenti b’mill-inqas 50 %, li għandu jirriżulta fi tnaqqis ta’ mill-inqas 20 % fl-użu tal-fertilizzanti sal-2030.
__________________
1a Ara pereżempju: “Drawing Down N2O To Protect Climate and the Ozone Layer” (It-Tnaqqis tal-N2O Biex Jiġu Protetti l-Klima u s-Saff tal-Ożonu), UNEP, 2013.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
Dan ir-Regolament jistipula r-regoli dwar il-produzzjoni, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tqegħid fis-suq, il-provvista ulterjuri kif ukoll l-użu, l-irkupru, ir-riċiklaġġ, ir-reklamazzjoni u l-qerda ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, dwar ir-rapportar ta’ informazzjoni relatata ma’ dawk is-sustanzi u dwar l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tqegħid fis-suq, il-provvista ulterjuri u l-użu ta’ prodotti u tagħmir li fihom jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi.
Dan ir-Regolament jistipula r-regoli dwar il-produzzjoni, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tqegħid fis-suq, il-ħażna u l-provvista ulterjuri kif ukoll l-użu, l-irkupru, ir-riċiklaġġ, ir-reklamazzjoni u l-qerda ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, dwar ir-rapportar ta’ informazzjoni relatata ma’ dawk is-sustanzi u dwar l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tqegħid fis-suq, il-provvista ulterjuri u l-użu ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2
2.  Dan ir-Regolament japplika wkoll għal prodotti u tagħmir u l-partijiet tagħhom, li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi.
2.  Dan ir-Regolament japplika wkoll għal prodotti u tagħmir u l-partijiet tagħhom, li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi parzjalment jew kompletament fuq dawk is-sustanzi.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1
(1)  “materja prima” tfisser kwalunkwe sustanza li tnaqqas is-saff tal-ożonu li tgħaddi minn trasformazzjoni kimika fi proċess li fih tkun kompletament mibdula mill-kompożizzjoni oriġinali tagħha u li l-emissjonijiet ma jkunux sinifikanti;
(1)  “materja prima” tfisser kwalunkwe sustanza li tnaqqas is-saff tal-ożonu li tgħaddi minn trasformazzjoni kimika fi proċess li fih tkun kompletament mibdula mill-kompożizzjoni oriġinali tagħha;
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 5
(5)  “tqegħid fis-suq” tfisser il-forniment jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ persuna oħra fl-Unjoni, għall-ewwel darba, bi ħlas jew mingħajr ħlas, ir-rilaxx doganali għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni, u l-użu ta’ sustanzi prodotti jew l-użu ta’ prodotti jew ta’ tagħmir manifatturati għall-użu proprju;
(5)  (Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)
(6a)  “produttur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipproduċi sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu fl-Unjoni;
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 10a (ġdid)
(10a)  “kontenitur” tfisser kontenitur kif definit fl-Artikolu [X] tar-Regolament xxxx/xxxx [ir-Regolament dwar il-gassijiet fluworurati];
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 11
(11)  “prodotti u tagħmir” tfisser il-prodotti u t-tagħmir kollha, inklużi partijiet tagħhom, minbarra l-kontenituri, użati għat-trasport jew għall-ħażna ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu;
(11)  (Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1
B’deroga mill-Artikolu 4(1), is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I jistgħu jiġu prodotti, jitqiegħdu fis-suq, u sussegwentement jiġu forniti jew magħmulin disponibbli għal persuna oħra fl-Unjoni bi ħlas jew mingħajr ħlas sabiex jintużaw bħala materja prima.
B’deroga mill-Artikolu 4(1), is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I jistgħu jiġu prodotti, jitqiegħdu fis-suq, u sussegwentement jiġu forniti jew magħmulin disponibbli għal persuna oħra fl-Unjoni bi ħlas jew mingħajr ħlas biss meta jkunu permessi li jintużaw bħala materja prima.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha sa... [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi lista ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I li għalihom huwa permess l-użu bħala materja prima, l-użi rispettivi tal-materja prima għal kull waħda minn dawk is-sustanzi, u l-livell ta’ emissjonijiet tagħhom.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1b (ġdid)
Sal-1 ta’ Jannar 2025 u kull sentejn u nofs wara dan, il-Kummissjoni għandha tivvaluta d-disponibbiltà attwali u futura ta’ alternattivi għas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I li għalihom l-użu bħala materja prima huwa permess fl-Unjoni, filwaqt li tqis ir-rakkomandazzjonijiet xjentifiċi, l-impatti f’termini ta’ potenzjal li jnaqqas l-ożonu u d-disponibbiltà ta’ data aktar preċiża dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-materja prima, l-iżviluppi teknoloġiċi li jirriżultaw fid-disponibbiltà ta’ alternattivi teknikament fattibbli, u l-użu tal-enerġija, l-effiċjenza, il-fattibbiltà ekonomika u l-kost ta’ dawk l-alternattivi. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-konklużjonijiet ta’ dawk il-valutazzjonijiet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1c (ġdid)
Meta l-Kummissjoni tikkonkludi fil-valutazzjoni tagħha li alternattiva fattibbli għal sustanza li tnaqqas is-saff tal-ożonu hija disponibbli għal użu partikolari bħala materja prima, il-Kummissjoni għandha, fi żmien 3 xhur, tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29 li jissupplimentaw dan ir-Regolament biex jistabbilixxu livell massimu ta’ emissjonijiet u skeda għat-tneħħija gradwali tal-limiti kwantitattivi tal-użu tas-sustanza rilevanti li tnaqqas is-saff tal-ożonu fil-lista msemmija fit-tieni paragrafu ta’ dan l-Artikolu.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1d (ġdid)
Sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li jiġu prodotti, jitqiegħdu fis-suq, u sussegwentement jiġu forniti jew magħmulin disponibbli, kemm jekk bi ħlas jew mingħajr ħlas, lil persuna oħra fl-Unjoni għall-użu bħala materja prima, jistgħu jintużaw biss għal dak il-għan. Kontenituri li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu maħsubin għal tali użi għandhom jiġu ttikkettati b’indikazzjoni ċara li s-sustanza tista’ tintuża biss għall-iskop applikabbli. Fejn tali sustanzi jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ tikkettar previsti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, tali indikazzjoni għandha tiġi inkluża fit-tikketti msemmijin f’dak ir-Regolament.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3
3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29 sabiex temenda l-Anness V, fejn alternattivi jew teknoloġiji teknikament u ekonomikament fattibbli ma jkunux disponibbli għall-użi elenkati f’dak l-Anness fil-perjodi ta’ żmien stabbiliti fl-Anness V jew ma jkunux aċċettabbli minħabba l-impatti tagħhom fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa, jew fejn ikun meħtieġ li tiġi żgurata l-konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni dwar użi kritiċi tal-aloni stabbiliti b’mod partikolari taħt il-Protokoll, l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) jew taħt il-Konvenzjoni għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti (MARPOL).
3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29 sabiex temenda l-Anness V, fejn alternattivi jew teknoloġiji teknikament u ekonomikament fattibbli jkunu disponibbli għall-użi elenkati f’dak l-Anness qabel waħda jew aktar mid-dati tat-tmiem speċifikati f’dak l-Anness, jew ma jkunux disponibbli għall-użi elenkati f’dak l-Anness fil-perjodi ta’ żmien stabbiliti f’dak l-Anness, jew ma jkunux aċċettabbli minħabba l-impatti tagħhom fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa, jew fejn ikun meħtieġ li tiġi żgurata l-konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni dwar użi kritiċi tal-aloni stabbiliti b’mod partikolari taħt il-Protokoll, l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) jew taħt il-Konvenzjoni għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti (MARPOL).
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 4
4.  Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, u wara talba sostanzjata mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, tagħti derogi limitati biż-żmien mid-dati tat-tmiem jew mid-dati limitu speċifikati fl-Anness V għal każ speċifiku fejn jintwera fit-talba li ma hemm l-ebda alternattiva teknikament u ekonomikament fattibbli disponibbli għal dik l-applikazzjoni partikolari. F’dawk l-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tinkludi obbligi ta’ rapportar, u tista’ teħtieġ is-sottomissjoni ta’ evidenza ta’ sostenn meħtieġa għall-monitoraġġ tal-użu tad-deroga, inkluż evidenza dwar l-ammonti rkuprati għar-riċiklaġġ jew għar-reklamazzjoni, ir-riżultati tal-kontrolli tat-tnixxijiet u l-ammonti ta’ ħażniet ta’ aloni mhux użati. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).
4.  Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, u wara talba sostanzjata mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, tagħti derogi limitati biż-żmien mid-dati tat-tmiem jew mid-dati limitu speċifikati fl-Anness V għal każ speċifiku fejn jintwera fit-talba li ma hemm l-ebda alternattiva teknikament u ekonomikament fattibbli disponibbli għal dik l-applikazzjoni partikolari. F’dawk l-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tinkludi obbligi ta’ rapportar, u għandha tirrikjedi s-sottomissjoni ta’ evidenza ta’ sostenn meħtieġa għall-monitoraġġ tal-użu tad-deroga, inkluż evidenza dwar l-ammonti rkuprati għar-riċiklaġġ jew għar-reklamazzjoni, ir-riżultati tal-kontrolli tat-tnixxijiet u l-ammonti ta’ ħażniet ta’ aloni mhux użati. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1
1.  F’każ ta’ emerġenza, meta minħabba tifqigħat għall-għarrieda ta’ pesti jew ta’ mard partikolari jkun meħtieġ hekk, il-Kummissjoni, fuq talba tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, tista’ tawtorizza, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-użu temporanju tal-bromur tal-metil, dment li t-tqegħid fis-suq u l-użu tal-bromur tal-metil ikunu permessi, rispettivament, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u r-Regolament (UE) Nru 528/2012. Kwalunkwe kwantità mhux użata ta’ bromur tal-metil għandha tinqered.
1.  F’każ ta’ emerġenza, meta minħabba tifqigħat għall-għarrieda ta’ pesti jew ta’ mard partikolari jkun meħtieġ hekk, il-Kummissjoni, fuq talba tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, tista’ tawtorizza, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, u wara notifika lis-Segretarjat tal-Ożonu f’konformità mad-Deċiżjoni IX/7 tal-Partijiet għall-Protokoll, il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-użu temporanju tal-bromur tal-metil, dment li t-tqegħid fis-suq u l-użu tal-bromur tal-metil ikunu permessi, rispettivament, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u r-Regolament (UE) Nru 528/2012. Kwalunkwe kwantità mhux użata ta’ bromur tal-metil għandha tinqered.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2
2.  L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jispeċifikaw il-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ bromur tal-metil waqt l-użu u japplikaw għal perjodu li ma jaqbiżx il-120 jum u għal kwantità li ma taqbiżx l-20 tunnellata metrika ta’ bromur tal-metil. F’dawk l-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tinkludi rekwiżiti ta’ rapportar u tista’ teħtieġ is-sottomissjoni ta’ evidenza ta’ sostenn neċessarja għall-monitoraġġ tal-użu tal-bromur tal-metil, inkluż evidenza dwar il-qerda ta’ sustanzi wara t-tmiem tad-deroga. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).
2.  L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jispeċifikaw il-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ bromur tal-metil waqt l-użu u japplikaw għal perjodu li ma jaqbiżx il-120 jum u għal kwantità li ma taqbiżx l-20 tunnellata metrika ta’ bromur tal-metil. F’dawk l-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tinkludi rekwiżiti ta’ rapportar u għandha tirrikjedi s-sottomissjoni ta’ evidenza ta’ sostenn neċessarja għall-monitoraġġ tal-użu tal-bromur tal-metil, inkluż evidenza dwar il-qerda ta’ sustanzi wara t-tmiem tad-deroga. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Il-liċenzja msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tkun meħtieġa f’każijiet ta’ ħażna temporanja.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u mill-Artikolu 16, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli simplifikati għal-liċenzjar fil-każ ta’ ħażna temporanja kif definit fl-Artikolu 5, il-punt (17), tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
B’deroga mill-Artikolu 5(2), il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, wara talba minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, tawtorizza l-esportazzjoni ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom idroklorofluworkarburi fejn jintwera li fid-dawl tal-valur ekonomiku u tat-tul tal-ħajja li jifdal mistenni tal-merkanzija speċifika, il-projbizzjoni tal-esportazzjoni tkun timponi piż sproporzjonat fuq l-esportatur, u tali esportazzjoni tkun konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-pajjiż tad-destinazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).
B’deroga mill-Artikolu 5(2), il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, wara talba minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, tawtorizza l-esportazzjoni ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom idroklorofluworkarburi fejn jintwera li fid-dawl tal-valur ekonomiku u tat-tul tal-ħajja li jifdal mistenni tal-merkanzija speċifika, il-projbizzjoni tal-esportazzjoni tkun timponi piż sproporzjonat fuq l-esportatur, tali esportazzjoni tkun konformi mal-leġiżlazzjoni domestika fil-pajjiż tad-destinazzjoni u tali prodotti u tagħmir, wara tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom u abbażi tal-leġiżlazzjoni domestika, jiġu ttrattati minn dak il-pajjiż tad-destinazzjoni b’tali mod li ma jwassalx għar-rilaxx ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu fl-ambjent estern. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Il-liċenzja msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tkun meħtieġa f’każijiet ta’ riesportazzjoni sussegwenti għal ħażna temporanja.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u mill-Artikolu 16, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli simplifikati għal-liċenzjar fil-każ ta’ ħażna temporanja kif definit fl-Artikolu 5, il-punt (17) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Kwalunkwe kontenitur ipprojbit li ma jistax jerġa’ jimtela msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi kkonfiskat, issekwestrat, irtirat jew jissejjaħ lura mis-suq mill-awtoritajiet doganali jew mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq sabiex jintrema. L-esportazzjoni mill-ġdid ta’ kontenituri pprojbiti li ma jistgħux jerġgħu jimtlew hija pprojbita.
Kwalunkwe kontenitur ipprojbit li ma jistax jerġa’ jimtela msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi kkonfiskat, issekwestrat, irtirat jew jissejjaħ lura mis-suq u meqrud mill-awtoritajiet doganali jew mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. Ir-riesportazzjoni ta’ kontenituri pprojbiti li ma jistgħux jerġgħu jimtlew hija pprojbita.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Impriżi li jqiegħdu fis-suq kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew għal sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu għandhom jipproduċu dikjarazzjoni ta’ konformità li tinkludi evidenza li tikkonferma l-arranġamenti stabbiliti għar-ritorn ta’ dak il-kontenitur għall-fini ta’ mili mill-ġdid. Dawk l-arranġamenti għandu jkun fihom obbligi vinkolanti għall-konformità mill-fornitur ta’ dawk il-kontenituri għall-utenti finali.
L-impriżi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom iżommu d-dikjarazzjoni ta’ konformità għal perjodu ta’ mill-inqas 5 snin wara t-tqegħid fis-suq ta’ kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew u għandhom jagħmluha disponibbli, fuq talba, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Il-fornituri ta’ dawk il-kontenituri lill-utenti finali għandhom iżommu evidenza ta’ konformità ma’ dawk l-arranġamenti għal perjodu ta’ mill-inqas 5 snin wara l-forniment lill-utent finali u għandhom jagħmluha disponibbli, fuq talba, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.
Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina d-dettalji tad-dikjarazzjoni ta’ konformità. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Għall-finijiet tas-sottomissjoni tal-evidenza, l-importaturi u l-produtturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni ta’ konformità u jgħaqqdu d-dokumentazzjoni ta’ sostenn dwar il-faċilità tal-produzzjoni u l-miżuri ta’ mitigazzjoni adottata sabiex jiġu evitati l-emissjonijiet tat-trifluworometan. Il-produtturi u l-importaturi għandhom iżommu d-dikjarazzjoni ta’ konformità u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn għal perjodu ta’ mill-inqas ħames snin wara t-tqegħid fis-suq u għandhom jagħmluhom disponibbli, fuq talba, lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u lill-Kummissjoni, meta jintalbu.
Għall-finijiet tal-provvista tal-evidenza msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1a, l-importaturi u l-produtturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni ta’ konformità, ivverifikata minn awditur akkreditat, u jgħaqqdu d-dokumentazzjoni ta’ sostenn ma’:
(a)  informazzjoni dwar il-faċilità tal-produzzjoni;
(b)  il-prova tad-disponibbiltà u t-tħaddim tal-aqwa teknoloġija ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet disponibbli fil-faċilità ta’ produzzjoni;
(c)  il-prova tal-miżuri ta’ mitigazzjoni adottata sabiex jiġu evitati l-emissjonijiet tat-trifluworometan, f’konformità mal-aqwa tekniki disponibbli;
(d)  il-prova tal-qerda jew l-irkupru ta’ kwalunkwe kwantità ta’ trifluworometan emess, f’konformità mal-aqwa tekniki disponibbli u f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 20(7).
Il-produtturi u l-importaturi għandhom iżommu d-dikjarazzjoni ta’ konformità u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn għal perjodu ta’ mill-inqas ħames snin wara t-tqegħid fis-suq u għandhom jagħmluhom disponibbli, fuq talba, lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Kummissjoni, meta jintalbu.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 3
Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina l-arranġamenti dettaljati relatati mad-dikjarazzjoni ta’ konformità u mad-dokumentazzjoni ta’ sostenn imsemmijin fit-tieni subparagrafu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina l-arranġamenti dettaljati relatati mad-dikjarazzjoni ta’ konformità u mad-dokumentazzjoni ta’ sostenn imsemmijin fit-tieni subparagrafu u l-elementi tagħhom. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu prodotti jew imqegħdin fis-suq bħala materja prima, bħala aġenti ta’ proċess, jew għal użi essenzjali fil-laboratorji u analitiċi kif imsemmi fl-Artikoli 6, 7 u 8 jistgħu jintużaw biss għal dawk l-għanijiet.
Sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu prodotti jew imqegħdin fis-suq u prodotti u tagħmir li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi prodotti jew imqegħdin fis-suq u sussegwentement forniti jew magħmulin disponibbli kif imsemmi fl-Artikoli 6, 7, 8, 9 u 10 jistgħu jintużaw biss għal dawk l-għanijiet. Sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, u prodotti u tagħmir li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi, imqegħdin fis-suq għall-qerda kif imsemmi fl-Artikolu 12 jistgħu jintużaw biss għal dak il-għan.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Kontenituri li fihom is-sustanzi maħsubin għall-użi msemmijin fl-Artikoli 6, 7 u 8 għandhom jiġu ttikkettati b’indikazzjoni ċara li s-sustanza tista’ tintuża biss għall-iskop applikabbli. Fejn tali sustanzi jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ tikkettar previsti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, tali indikazzjoni għandha tiġi inkluża fit-tikketti msemmijin f’dak ir-Regolament.
Kontenituri li fihom is-sustanzi maħsubin għall-użi msemmijin fl-Artikoli 6, 7, 8, 9, 10, 11 u 12 għandhom jiġu ttikkettati b’indikazzjoni ċara li s-sustanza tista’ tintuża biss għall-iskop applikabbli. It-tikketta għandu jkollha d-denominazzjoni tal-industrija aċċettata għas-sustanza li tnaqqas is-saff tal-ożonu kkonċernata jew, jekk l-ebda tali denominazzjoni ma tkun disponibbli, l-isem kimiku, il-potenzjal ta’ tnaqqis tal-ożonu tas-sustanza kkonċernata, u, fejn disponibbli, il-potenzjal ta’ tisħin globali tagħha espress fuq perjodu ta’ żmien ta’ 100 sena, u, fejn disponibbli, fuq perjodu ta’ żmien ta’ 20 sena. Meta tali sustanzi jkunu ġew reklamati jew riċiklati, it-tikketta għandha tinkludi dik l-informazzjoni, l-informazzjoni dwar in-numru tal-lott u l-isem u l-indirizz tal-faċilità tar-reklamazzjoni jew tar-riċiklaġġ. Fejn tali sustanzi jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ tikkettar previsti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, tali indikazzjoni għandha tiġi inkluża fit-tikketti msemmijin f’dak ir-Regolament. Fejn rilevanti, il-kontenituri mimlija mill-ġdid għandhom jiġu ttikkettati mill-ġdid b’informazzjoni aġġornata.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tiżgura t-tħaddim tas-sistema elettronika ta’ liċenzjar għas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I u l-prodotti u t-tagħmir li fihom dawk is-sustanzi jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi (“is-sistema ta’ liċenzjar”).
1.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tiżgura t-tħaddim tas-sistema elettronika ta’ liċenzjar għas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Annessi I u II u l-prodotti u t-tagħmir li fihom dawk is-sustanzi jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi (“is-sistema ta’ liċenzjar”).
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 5
5.  Kull impriża li jkollha liċenzja għandha, matul il-perjodu ta’ validità tal-liċenzja, tinnotifika lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla li tista’ sseħħ matul il-perjodu ta’ validità tal-liċenzja fir-rigward tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-Anness VII.
5.  Kull impriża li jkollha liċenzja għandha, matul il-perjodu ta’ validità tal-liċenzja, tinnotifika lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed bi kwalunkwe bidla li tista’ sseħħ matul il-perjodu ta’ validità tal-liċenzja fir-rigward tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-Anness VII.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – parti introduttorja
3.  F’każijiet ta’ importazzjonijiet ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I u ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom dawk is-sustanzi jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi, l-importatur jew, fejn ma jkunx disponibbli, id-dikjarant, indikat fid-dikjarazzjoni doganali jew fid-dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja u f’każijiet ta’ esportazzjonijiet, l-esportatur indikat fid-dikjarazzjoni doganali, għandu jipprovdi lill-awtoritajiet doganali fid-dikjarazzjoni dan li ġej, fejn rilevanti:
3.  F’każijiet ta’ importazzjonijiet ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I u ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom dawk is-sustanzi jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi parzjalment jew kompletament fuq dawk is-sustanzi, l-importatur jew, fejn ma jkunx disponibbli, id-dikjarant, indikat fid-dikjarazzjoni doganali jew fid-dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja u f’każijiet ta’ esportazzjonijiet, l-esportatur indikat fid-dikjarazzjoni doganali, għandu jipprovdi lill-awtoritajiet doganali fid-dikjarazzjoni dan li ġej, fejn rilevanti:
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 11 – subparagrafu 1
L-awtoritajiet doganali għandhom jikkonfiskaw jew jissekwestraw sustanzi, is-sustanzi u l-prodotti u t-tagħmir li huma pprojbiti minn dan ir-Regolament għar-rimi tagħhom, f’konformità mal-Artikoli 197 u 198 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jirtiraw jew isejħu lura mis-suq tali sustanzi u prodotti u tagħmir f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill33.
L-awtoritajiet doganali għandhom jikkonfiskaw jew jissekwestraw is-sustanzi u l-prodotti u t-tagħmir li huma pprojbiti minn dan ir-Regolament għar-rimi tagħhom, f’konformità mal-Artikoli 197 u 198 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jirtiraw jew isejħu lura mis-suq tali sustanzi u prodotti u tagħmir f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill33.
__________________
__________________
33 Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).
33 Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 12 – subparagrafu 1
L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw jew japprovaw uffiċċji doganali jew postijiet oħrajn u għandhom jispeċifikaw ir-rotta lejn dawk l-uffiċċji u l-postijiet, f’konformità mal-Artikoli 135 u 267 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, għall-preżentazzjoni lid-dwana ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I u ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom dawk is-sustani jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi mad-dħul tagħhom fit-territorju doganali tal-Unjoni jew mal-ħruġ tagħhom minnu. Dawk l-uffiċċji jew il-postijiet doganali għandhom ikunu attrezzati biżżejjed sabiex iwettqu l-kontrolli fiżiċi rilevanti fuq il-bażi tal-analiżi tar-riskju, u għandhom ikunu informati dwar kwistjonijiet relatati mal-prevenzjoni ta’ attivitajiet illegali skont dan ir-Regolament.
L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw jew japprovaw uffiċċji doganali jew postijiet oħrajn u għandhom jispeċifikaw ir-rotta lejn dawk l-uffiċċji u l-postijiet, f’konformità mal-Artikoli 135 u 267 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, għall-preżentazzjoni lid-dwana ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I u ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom dawk is-sustanzi jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi mad-dħul tagħhom fit-territorju doganali tal-Unjoni jew mal-ħruġ tagħhom minnu. Dawk l-uffiċċji jew il-postijiet doganali għandhom ikunu attrezzati biżżejjed bir-riżorsi umani u l-materjali meħtieġa sabiex iwettqu l-kontrolli fiżiċi rilevanti fuq il-bażi tal-analiżi tar-riskju, u għandhom ikunu informati dwar kwistjonijiet relatati mal-prevenzjoni ta’ attivitajiet illegali skont dan ir-Regolament.
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1
1.  Sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I li jkunu jinsabu f’tagħmir ta’ tkessiħ, ta’ arja kundizzjonata u tal-pompi tas-sħana, f’tagħmir li jkun fih solventi jew sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar u f’tagħmir għat-tifi tan-nar, għandhom, waqt manutenzjoni jew servizzjar tat-tagħmir jew qabel iż-żarmar jew ir-rimi tat-tagħmir, ikunu rkuprati għall-qerda, għar-riċiklaġġ jew għar-reklamazzjoni.
1.  Sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Annessi I u II li jkunu jinsabu f’tagħmir ta’ tkessiħ, ta’ arja kundizzjonata u tal-pompi tas-sħana, f’tagħmir li jkun fih solventi jew sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar u f’tagħmir għat-tifi tan-nar, għandhom, waqt manutenzjoni jew servizzjar tat-tagħmir jew qabel iż-żarmar jew ir-rimi tat-tagħmir, ikunu rkuprati għall-qerda, għar-riċiklaġġ jew għar-reklamazzjoni.
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 6
6.  Is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I li jinsabu fi prodotti u f’tagħmir għajr dawk imsemmijin fil-paragrafi 1 sa 5 għandhom, jekk teknikament u ekonomikament fattibbli, jiġu rkuprati għall-qerda, għar-riċiklaġġ jew għar-reklamazzjoni, jew għandhom jinqerdu mingħajr irkupru minn qabel.
6.  Is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Annessi I u II li jinsabu fi prodotti u f’tagħmir għajr dawk imsemmijin fil-paragrafi 1 sa 5 għandhom, jekk teknikament u ekonomikament fattibbli, jiġu rkuprati għall-qerda, għar-riċiklaġġ jew għar-reklamazzjoni, jew għandhom jinqerdu mingħajr irkupru minn qabel.
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 9
9.  L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-irkupru, ir-riċiklaġġ, ir-reklamazzjoni u l-qerda ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I u għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi ta’ kwalifika għall-persunal involut.
9.  L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-irkupru, ir-riċiklaġġ, ir-reklamazzjoni u l-qerda ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I u għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi ta’ kwalifika għall-persunal involut. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm disponibbli programmi ta’ taħriġ għal persuni fiżiċi li jwettqu dawk il-kompiti.
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 2
2.  L-impriżi għandhom jieħdu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji sabiex jipprevjenu u jimminimizzaw kwalunkwe rilaxx mhux intenzjonat ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I matul il-produzzjoni, inkluż dawk prodotti b’mod mhux intenzjonat matul il-manifattura ta’ sustanzi kimiċi oħra, il-proċess tal-manifattura tat-tagħmir, l-użu, il-ħżin u t-trasferiment minn kontenitur jew minn sistema għal oħra jew għat-trasport.
2.  L-impriżi għandhom jieħdu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji sabiex jipprevjenu u jimminimizzaw kwalunkwe rilaxx mhux intenzjonat ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Annessi I u II matul il-produzzjoni, inkluż dawk prodotti b’mod mhux intenzjonat matul il-manifattura ta’ sustanzi kimiċi oħra, il-proċess tal-manifattura tat-tagħmir, l-użu, il-ħażna u t-trasferiment minn kontenitur jew minn sistema għal oħra jew għat-trasport.
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 3
3.  L-impriżi li joperaw tagħmir li jkun fih sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I, għandhom jiżguraw li kwalunkwe tnixxija individwata tissewwa mingħajr dewmien żejjed, mingħajr preġudizzju għall-projbizzjoni li jintużaw is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu.
3.  L-impriżi li joperaw tagħmir li jkun fih sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Annessi I u II, għandhom jiżguraw li kwalunkwe tnixxija individwata tissewwa mingħajr dewmien żejjed, mingħajr preġudizzju għall-projbizzjoni li jintużaw is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu.
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  L-impriżi li joperaw tagħmir ta’ tkessiħ, ta’ arja kundizzjonata jew tal-pompi tas-sħana, jew sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar, inklużi ċ-ċirkwiti tagħhom, li jkun fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu għandhom jiżguraw li t-tagħmir jew sistemi stazzjonarji b’ċarġ fluwidu ta’:
(a)  3 kg jew aktar ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jiġu vverifikati għal tnixxija mill-inqas darba kull 12-il xahar; dan ma għandux japplika għal tagħmir b’sistemi ssiġillati ermetikament, li huma tikkettati bħala tali u li fihom inqas minn 6 kg ta’ sustanzi kkontrollati;
(b)  30 kg jew aktar ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jiġu vverifikati għal tnixxija mill-inqas darba kull 6 xhur;
(c)  300 kg jew aktar ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jiġu vverifikati għal tnixxija mill-inqas darba kull 3 xhur; u kwalunkwe tnixxija individwata tissewwa malajr kemm jista’ jkun u fi kwalunkwe każ fi żmien 14-il jum; it-tagħmir jew is-sistema għandhom jiġu vverifikati għal tnixxija fi żmien xahar wara li tissewwa tnixxija biex jiġi żgurat li t-tiswija kienet effettiva.
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 5
5.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi ta’ kwalifika għall-persunal li jwettaq l-attivitajiet imsemmijin fil-paragrafu 3.
5.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi ta’ kwalifika għall-persunal li jwettaq l-attivitajiet imsemmijin fil-paragrafu 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm disponibbli programmi ta’ taħriġ għal persuni fiżiċi li jwettqu dawk l-attivitajiet.
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 3
3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 29 biex temenda l-Annessi I u II fir-rigward tal-potenzjal ta’ tisħin globali u l-potenzjal ta’ tnaqqis tas-saff tal-ożonu tas-sustanzi elenkati, fejn ikun meħtieġ fid-dawl ta’ rapporti ġodda ta’ valutazzjonijiet mill-Bord Intergovernattiv dwar it-tibdil fil-Klima jew rapporti ġodda tal-SAP, stabbiliti skont il-Protokoll.
3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 29 biex temenda l-Annessi I u II ħalli taġġorna l-potenzjal ta’ tisħin globali u l-potenzjal ta’ tnaqqis tas-saff tal-ożonu tas-sustanzi elenkati, fejn ikun meħtieġ fid-dawl ta’ rapporti ġodda ta’ valutazzjonijiet mill-Bord Intergovernattiv dwar it-tibdil fil-Klima jew rapporti ġodda tal-SAP, stabbiliti skont il-Protokoll, u biex iżżid il-potenzjal ta’ tisħin globali ta’ dawk is-sustanzi fuq perjodu ta’ żmien ta’ 20 sena.
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 1 – subparagrafu 3a (ġdid)
Kull sena sal-31 ta’ Marzu ...[is-sena ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], u kull sena wara dan, kull impriża li qiegħdet fis-suq sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni li juri l-konformità mal-Artikolu 15(2).
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 2
(2)  Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jipproteġu l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni sottomessa lilhom f’konformità ma’ dan l-Artikolu.
(2)  Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jipproteġu l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni sottomessa lilhom f’konformità ma’ dan l-Artikolu u l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom jingħata l-aċċess għad-data.
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 1
1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli sabiex jistabbilixxu jekk l-impriżi jikkonformawx mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament.
1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli regolari sabiex jistabbilixxu jekk l-impriżi jikkonformawx mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament.
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 4 – punt c
(c)  is-sospensjoni jew ir-revoka tal-awtorizzazzjoni sabiex jitwettqu attivitajiet peress li dawn jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
(c)  is-sospensjoni temporanja jew ir-revoka tal-awtorizzazzjoni sabiex jitwettqu attivitajiet peress li dawn jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 5 – subparagrafu 1
F’każijiet ta’ produzzjoni, ta’ importazzjoni, ta’ esportazzjoni, ta’ tqegħid fis-suq illegali, jew tal-użu ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I jew ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom dawk is-sustanzi jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi, l-Istati Membri għandhom jipprevedu multi amministrattivi massimi ta’ mill-inqas ħames darbiet il-valur tas-suq tas-sustanzi jew tal-prodotti u tat-tagħmir ikkonċernati. F’każ ta’ ksur ripetut f’perjodu ta’ ħames snin, l-Istati Membri għandhom jipprevedu multi amministrattivi massimi ta’ mill-inqas tmien darbiet il-valur tas-suq tas-sustanzi kkonċernati jew tal-prodotti u tat-tagħmir ikkonċernati.
F’każijiet ta’ produzzjoni, ta’ importazzjoni, ta’ esportazzjoni, ta’ tqegħid fis-suq illegali, jew tal-użu ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I jew ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom dawk is-sustanzi jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu multi amministrattivi minimi ta’ mill-inqas erba’ darbiet il-valur tas-suq tas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew tal-prodotti u tat-tagħmir ikkonċernati u multi amministrattivi massimi ta’ mill-inqas sitt darbiet il-valur tas-suq tas-sustanzi jew tal-prodotti u tat-tagħmir ikkonċernati. F’każ ta’ ksur ripetut f’perjodu ta’ ħames snin, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu multi amministrattivi minimi ta’ mill-inqas seba’ darbiet il-valur tas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew tal-prodotti u tat-tagħmir ikkonċernati u multi amministrattivi massimi ta’ mill-inqas għaxar darbiet il-valur tas-suq tas-sustanzi kkonċernati jew tal-prodotti u tat-tagħmir ikkonċernati.
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 27a (ġdid)
Artikolu 27a
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta għandhom jiġu imposti multi amministrattivi skont l-Artikolu 27(5), il-multi amministrattivi jistgħu jiġu imposti jew permezz ta’ proċeduri amministrattivi jew billi jinbdew proċedimenti għall-impożizzjoni ta’ multi, jew it-tnejn li huma.
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 2
2.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 7(4), fl-Artikolu 8(7), fl-Artikolu 9(3), fl-Artikolu 16(13), fl-Artikolu 18, fl-Artikolu 19(2), fl-Artikolu 20(8), fl-Artikolu 22, fl-Artikolu 23(3) u fl-Artikolu 24(4) għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat [mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament]
2.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(1), fl-Artikolu 7(4), fl-Artikolu 8(7), fl-Artikolu 9(3), fl-Artikolu 16(13), fl-Artikolu 18, fl-Artikolu 19(2), fl-Artikolu 20(8), fl-Artikolu 22, fl-Artikolu 23(3) u fl-Artikolu 24(4) għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat [mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament]
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 1
Sal-1 ta’ Jannar 2033, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Sal-1 ta’ Jannar 2030, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-effettività ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta b’mod partikolari d-disponibbiltà ta’ alternattivi għal sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li għalihom tingħata deroga skont l-Artikoli 6, 7, 8 u 9. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll l-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq il-ġlieda kontra l-kummerċ illegali ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu. Wara l-preżentazzjoni ta’ dak ir-rapport u l-valutazzjonijiet mitluba, il-Kummissjoni tista’, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva.
Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit skont l-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 401/2009 (il-“Bord Konsultattiv”) jista’, fuq inizjattiva tiegħu stess, jipprovdi parir xjentifiku u joħroġ rapporti rigward dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tqis il-parir u r-rapporti rilevanti tal-Bord Konsultattiv, b’mod partikolari fir-rigward tal-koerenza ta’ dan ir-Regolament mal-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 401/2009 u l-impenji internazzjonali tal-Unjoni skont il-Ftehim ta’ Pariġi.
Emenda 65
Proposta għal regolament
Anness VI – punt 2 – punt f
(f)  kwalunkwe ħażna;
(f)  kwalunkwe ħażna miżmuma fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar;
Emenda 66
Proposta għal regolament
Anness VI – punt 3 – punt d
(d)  kwalunkwe ħażna;
(d)  kwalunkwe ħażna miżmuma fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar;
Emenda 67
Proposta għal regolament
Anness VI – punt 4 – punt b
(b)  kwalunkwe ħażna;
(b)  kwalunkwe ħażna miżmuma fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar;
Emenda 68
Proposta għal regolament
Anness VI – punt 5 – paragrafu 1 – punt a
(a)  kwalunkwe kwantità meqruda, inklużi l-kwantitajiet fi prodotti jew f’tagħmir;
(a)  kwalunkwe kwantità meqruda, inklużi l-kwantitajiet fi prodotti jew f’tagħmir u kwantitajiet meqruda bħala prodotti sekondarji;
Emenda 69
Proposta għal regolament
Anness VI – punt 5 – paragrafu 1 – punt b
(b)  kwalunkwe ħażna li se tinqered, inkluż il-kwantitajiet fi prodotti jew f’tagħmir;
(b)  kwalunkwe ħażna, miżmuma fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar, li se tinqered, inkluż il-kwantitajiet fi prodotti jew f’tagħmir;
Emenda 70
Proposta għal regolament
Anness V – punt 5 – paragrafu 2
Kull impriża li teqred is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu msemmija fl-Anness I u li mhux koperti mill-punt 2(e) ta’ dan l-Anness, għandha tikkomunika wkoll data dwar kwalunkwe xiri minn u bejgħ lil impriżi oħra fl-Unjoni.
Kull impriża li teqred is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u li mhux koperti mill-punt 2(e) ta’ dan l-Anness, għandha tikkomunika wkoll data dwar kwalunkwe xiri minn u bejgħ lil impriżi oħra fl-Unjoni.
Emenda 71
Proposta għal regolament
Anness VI – punt 6 – paragrafu 1 – punt b
(b)  kwalunkwe ħażna;
(b)  kwalunkwe ħażna miżmuma fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar;
Emenda 72
Proposta għal regolament
Anness VI – punt 6 – paragrafu 1 – punt c
(c)  il-proċessi u kwalunkwe emissjoni, inklużi dawk marbuta mat-trasport u mal-ħżin, inkluż it-trasferiment minn kontejner għal ieħor.
(c)  it-tipi ta’ użi ta’ materja prima u l-proċessi u kwalunkwe emissjoni, inklużi dawk marbuta mat-trasport u mal-ħażna, inkluż it-trasferiment minn kontejner għal ieħor.
Emenda 73
Proposta għal regolament
Anness VI – punt 6 – paragrafu 2
Kull impriża li tuża bħala materja prima jew aġenti ta’ proċess is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu msemmija fl-Anness I għandha tikkomunika wkoll data dwar kwalunkwe xiri minn u bejgħ lil impriżi oħra fl-Unjoni.
Kull impriża li tuża bħala materja prima jew aġenti ta’ proċess is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu għandha tikkomunika wkoll data dwar kwalunkwe xiri minn u bejgħ lil impriżi oħra fl-Unjoni.

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A9-0050/2023).

Aġġornata l-aħħar: 4 ta' Lulju 2023Avviż legali - Politika tal-privatezza