Emendi* adottati mill-Parlament Ewropew fid-9 ta' Mejju 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/942 (COM(2021)0805 – C9-0467/2021 – 2021/0423(COD))(1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 1
(1) Il-metan, il-komponent ewlieni tal-gass naturali, huwa t-tieni biss wara d-diossidu tal-karbonju fil-kontribut ġenerali tiegħu għat-tibdil fil-klima u huwa responsabbli għal madwar terz tat-tisħin attwali.
(1) Il-metan huwa t-tieni biss wara d-diossidu tal-karbonju fil-kontribut ġenerali tiegħu għat-tibdil fil-klima u huwa responsabbli għal madwar terz tat-tisħin attwali. Il-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) ppubblika fis-Sitt Rapport ta’ Valutazzjoni tiegħu s-sejba li sal-2030 huwa meħtieġ tnaqqis profond fl-emissjonijiet antropoġeniċi tal-metan biex jibqa’ taħt l-1,5°C.
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 2
(2) Fuq livell molekulari, għalkemm il-metan jibqa’ fl-atmosfera għal perjodu iqsar (minn 10 snin sa 12-il sena) mid-diossidu tal-karbonju (mijiet ta’ snin), l-effett serra tiegħu fuq il-klima huwa aktar sinifikanti u jikkontribwixxi għall-formazzjoni tal-ożonu li hija sustanza niġġiesa qawwija tal-arja li tikkawża problemi serji tas-saħħa. L-ammont ta’ metan fl-atmosfera globalment żdied drastikament matul l-aħħar għaxar snin.
(2) Għalkemm il-metan għandu medja ta’ żmien ta’ residenza atmosferika iqsar (minn 10 snin sa 12-il sena) mid-diossidu tal-karbonju (mijiet ta’ snin), l-effett serra tiegħu fuq il-klima huwa aktar minn 80 darba1a aktar sinifikanti mid-diossidu tal-karbonju (CO2) matul perjodu ta’ 20 sena. L-ammont ta’ metan fl-atmosfera globalment żdied drastikament matul l-aħħar għaxar snin.
__________________
1a Skont l-IPCC, fuq perjodu ta’ żmien ta’ 100 sena, il-metan għandu potenzjal ta’ tisħin globali 29,8 darba akbar mid-diossidu tal-karbonju u huwa 82,5 darba aktar qawwi fuq perjodu ta’ żmien ta’ 20 sena. Is-Sitt Rapport ta’ Valutazzjoni tal-IPCC (AR6, Tabella 7.15 fuq https://www.ipcc.ch/report/ar6/wg1/downloads/report/IPCC_AR6_WGI_FullReport.pdf)
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 2a (ġdida)
(2a) Il-metan huwa gass prekursur għall-ożonu troposferiku li huwa sustanza dannuża u jikkontribwixxi għat-tniġġis tal-arja, bl-ożonu troposferiku jikkontribwixxi għal kważi 20 000 mewta prematura kull sena1a. L-indirizzar tal-emissjonijiet tal-metan mhux biss se jindirizza l-ambjent u l-klima iżda se jtejjeb ukoll il-protezzjoni tas-saħħa f’konformità mal-approċċ Saħħa Waħda.
__________________
1a Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, Air quality in Europe – 2020 report (Il-Kwalità tal-arja fl-Ewropa – rapport tal-2020), p. 7.
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 3a (ġdida)
(3a) Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Ottubru 2021 dwar strateġija tal-UE biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metan1a, tistieden lill-Kummissjoni tanalizza l-implikazzjonijiet għall-politiki u l-miżuri tal-użu fuq medda ta’ żmien ta’ 20 sena għall-potenzjal ta’ tisħin globali, bħala komplementari għall-medda ta’ żmien ta’ 100 sena użat bħalissa f’konformità mal-linji gwida dwar l-inventarji tal-gassijiet serra tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC). Jinnota wkoll li aktar trasparenza dwar l-implikazzjonijiet tat-tisħin globali fuq terminu qasir tal-emissjonijiet tal-metan tgħin biex il-politiki tal-Unjoni dwar il-klima jiġu infurmati aħjar u jenfasizza li l-użu ta’ tali metrika komplementari jenħtieġ li bl-ebda mod ma jintuża biex idewwem l-azzjoni meħtieġa biex jitnaqqsu wkoll b’mod drastiku u rapidu l-emissjonijiet tas-CO2.
(4) Skont id-data tal-inventarji tal-Unjoni dwar il-gassijiet serra (“GHG”), is-settur tal-enerġija huwa stmat li huwa responsabbli għal 19 % tal-emissjonijiet tal-metan fl-Unjoni. Dan ma jinkludix l-emissjonijiet tal-metan marbuta mal-konsum tal-enerġija fossili tal-Unjoni li qegħdin iseħħu barra mill-Unjoni.
(4) Skont id-data tal-inventarji tal-Unjoni dwar il-gassijiet serra (“GHG”), 53 % tal-emissjonijiet antropoġeniċi tal-metan jiġu mill-agrikoltura, 26 % mill-iskart u s-settur tal-enerġija huwa stmat li huwa responsabbli għal 19 % tal-emissjonijiet tal-metan fl-Unjoni. Dan ma jinkludix l-emissjonijiet tal-metan marbuta mal-konsum tal-enerġija fossili tal-Unjoni li qegħdin iseħħu barra mill-Unjoni. L-Unjoni hija l-akbar importatur dinji tal-gass fossili, u għalhekk l-Unjoni hija mutur importanti tal-emissjonijiet globali tal-metan.
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 5
(5) Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jgħaqqad sett komprensiv ta’ miżuri u inizjattivi ta’ tisħiħ reċiproku mmirati lejn il-kisba tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sal-2050. Il-Komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew14 tindika li d-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-gass se tiġi ffaċilitata, inkluż billi tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-emissjonijiet tal-metan relatati mal-enerġija. F’Ottubru tal-2020, il-Kummissjoni adottat strateġija tal-UE sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metan (“l-Istrateġija dwar il-Metan”) li tistabbilixxi miżuri sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metan fl-UE, inkluż fis-settur tal-enerġija, u internazzjonalment. Fir-Regolament (UE) 2021/111915 (il-“Liġi Ewropea dwar il-Klima”), l-Unjoni stabbiliet fil-leġiżlazzjoni l-mira tan-newtralità klimatika fl-ekonomija kollha sal-2050 u stabbiliet ukoll impenn vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis domestiku tal-emissjonijiet netti tal-gassijiet serra (emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) ta’ mill-anqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030. Sabiex jinkiseb dak il-livell ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ GHG, l-emissjonijiet tal-metan mis-settur tal-enerġija għandhom jonqsu b’madwar 58 % sal-2030 meta mqabbla mal-2020.
(5) Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jgħaqqad sett komprensiv ta’ miżuri u inizjattivi ta’ tisħiħ reċiproku mmirati lejn il-kisba tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sal-2050. Il-Komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew14 tindika li d-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-gass se tiġi ffaċilitata, inkluż billi tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-emissjonijiet tal-metan relatati mal-enerġija. F’Ottubru tal-2020, il-Kummissjoni adottat strateġija tal-UE sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metan (“l-Istrateġija dwar il-Metan”) li tistabbilixxi miżuri sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metan fl-UE, inkluż fis-settur tal-enerġija, u internazzjonalment. Fir-Regolament (UE) 2021/111915 (il-“Liġi Ewropea dwar il-Klima”), l-Unjoni stabbiliet fil-leġiżlazzjoni l-mira tan-newtralità klimatika fl-ekonomija kollha sal-2050 u stabbiliet ukoll impenn vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis domestiku tal-emissjonijiet netti tal-gassijiet serra (emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) ta’ mill-anqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030. Fil-valutazzjoni tal-impatt tagħha li takkumpanjaha dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tindika li 77 % tal-emissjonijiet totali previsti tal-metan lil hinn mil-linja bażi jistgħu jitnaqqsu fl-2030 għal inqas mis-somma tal-benefiċċji soċjali u ambjentali15a. Dan se jikkontribwixxi b’mod pożittiv biex it-tisħin globali jiġi limitat għal 1,5 °C u jippermetti lill-Unjoni tieħu rwol ta’ tmexxija b’mod effettiv fil-ġlieda kontra l-emissjonijiet tal-metan u fit-tisħiħ tas-sigurtà tal-enerġija.
15 Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (il-“Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021).
15 Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (il-“Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021).
(6) L-emissjonijiet tal-metan huma inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-miri tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-gassijiet serra għall-2030 stabbiliti fil-Liġi Ewropea dwar il-Klima u l-miri nazzjonali vinkolanti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet skont ir-Regolament (UE) 2018/84216. Madankollu, bħalissa ma hemm l-ebda qafas legali fil-livell tal-Unjoni li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet antropoġeniċi tal-metan fis-settur tal-enerġija. Barra minn hekk, filwaqt li d-Direttiva 2010/7517 dwar l-emissjonijiet industrijali tkopri l-emissjonijiet tal-metan mir-raffinar taż-żejt minerali u tal-gass, din ma tkoprix attivitajiet oħrajn fis-settur tal-enerġija.
(6) L-emissjonijiet tal-metan jiġu minn firxa wiesgħa ta’ setturi, inklużi l-agrikoltura, l-iskart, l-ilma mormi u l-enerġija. L-emissjonijiet tal-metan huma inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-miri tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-gassijiet serra għall-2030 stabbiliti fil-Liġi Ewropea dwar il-Klima u l-miri nazzjonali vinkolanti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet skont ir-Regolament (UE) 2018/84216. Madankollu, bħalissa ma hemm l-ebda qafas legali fil-livell tal-Unjoni li jistabbilixxi miżuri u miri speċifiċi li jkopru s-setturi kollha għat-tnaqqis tal-emissjonijiet antropoġeniċi tal-metan li jwasslu għal tnaqqis sinifikanti tal-emissjonijiet tal-metan fl-Unjoni sal-2030, f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi. Barra minn hekk, filwaqt li d-Direttiva 2010/7517 dwar l-emissjonijiet industrijali tkopri l-emissjonijiet tal-metan mir-raffinar taż-żejt minerali u tal-gass, din ma tkoprix attivitajiet oħrajn fis-settur tal-enerġija.
__________________
__________________
16 Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018).
16 Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018).
17 Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010).
17 Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010).
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 7
(7) F’dan il-kuntest, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan fl-esplorazzjoni u l-produzzjoni upstream taż-żejt u tal-gass fossili, il-ġbir u l-ipproċessar tal-gass fossili, it-trażmissjoni tal-gass, id-distribuzzjoni, il-ħżin taħt l-art u t-terminali tal-gass fossili likwidu (LNG), kif ukoll għall-minjieri tal-faħam taħt l-art, dawk magħluqa u dawk abbandunati.
(7) F’dan il-kuntest, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan fl-esplorazzjoni u l-produzzjoni upstream taż-żejt u tal-gass fossili, il-ġbir u l-ipproċessar tal-gass fossili, it-trażmissjoni tal-gass, id-distribuzzjoni, il-ħżin taħt l-art u t-terminali tal-gass fossili likwidu (LNG), kif ukoll għall-petrokimiċi, għall-minjieri tal-faħam taħt l-art, dawk magħluqa u dawk abbandunati.
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 7a (ġdida)
(7a) Peress li l-esplorazzjoni u l-produzzjoni upstream, il-ġbir u l-ipproċessar taż-żejt u tal-gass fossili jipproduċu wkoll in-nafta u l-likwidi tal-gass naturali għall-użu fis-settur petrokimiku u jirriżultaw f’emissjonijiet tal-metan. Is-settur petrokimiku għandu jkun soġġett għall-miżuri dwar il-monitoraġġ u r-rapportar, id-detezzjoni u t-tiswija ta’ tnixxijiet, u limiti għall-ivventjar u l-ivvampjar simili għal dawk fis-settur tal-enerġija.
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 8
(8) Ir-regoli għal kejl, rapportar u verifika akkurati tal-emissjonijiet tal-metan fis-setturi taż-żejt, tal-gass u tal-faħam, kif ukoll għat-tnaqqis ta’ dawk l-emissjonijiet, inkluż permezz ta’ stħarriġiet dwar id-detezzjoni tat-tnixxijiet u t-tiswija, u restrizzjonijiet fuq l-ivventjar u l-ivvampjar, jenħtieġ li jiġu indirizzati minn qafas legali xieraq tal-Unjoni. Tali qafas jenħtieġ li jkun fih regoli sabiex tittejjeb it-trasparenza fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-enerġija fossili fl-Unjoni, u b’hekk jittejbu l-inċentivi għal użu usa’ ta’ soluzzjonijiet ta’ mitigazzjoni tal-metan fid-dinja kollha.
(8) Ir-regoli għal kejl, rapportar u verifika akkurati tal-emissjonijiet tal-metan fis-setturi taż-żejt, tal-gass u tal-faħam, kif ukoll għat-tnaqqis ta’ dawk l-emissjonijiet, inkluż permezz ta’ stħarriġiet dwar id-detezzjoni tat-tnixxijiet u t-tiswija, u restrizzjonijiet fuq l-ivventjar u l-ivvampjar, filwaqt li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-ħaddiema mill-emissjonijiet tal-metan, jenħtieġ li jiġu indirizzati minn qafas legali xieraq tal-Unjoni. Ir-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jtejbu t-trasparenza fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-enerġija fossili fl-Unjoni u jwasslu għal użu usa’ ta’ soluzzjonijiet ta’ mitigazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan fid-dinja kollha.
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 9
(9) Il-konformità mal-obbligi skont dan ir-Regolament x’aktarx li tkun teħtieġ investimenti minn operaturi regolati u l-kostijiet assoċjati ma’ investimenti bħal dawn jenħtieġ li jitqiesu fl-iffissar tat-tariffi, soġġett għal prinċipji ta’ effiċjenza.
(9) Il-konformità mal-obbligi skont dan ir-Regolament x’aktarx li tkun teħtieġ investimenti minn operaturi regolati u l-kostijiet assoċjati addizzjonali ma’ investimenti bħal dawn jenħtieġ li jitqiesu fl-iffissar tat-tariffi, soġġett għal prinċipji ta’ effiċjenza. Skont l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (AIE), il-miżuri għat-tnaqqis tal-metan huma kosteffettivi ħafna fis-setturi taż-żejt u tal-gass, b’mod partikolari minħabba ż-żieda fil-prezzijiet tas-suq għall-gass, u l-investimenti meħtieġa għal tali miżuri jkunu limitati, b’perjodu qasir ta’ rkupru1a. Jenħtieġ li l-kostijiet meħtieġa ma jirriżultawx f’piż finanzjarju sproporzjonat fuq l-utenti finali u l-konsumaturi. Għalhekk, jenħtieġ li l-kostijiet assoċjati ma’ investimenti f’miżuri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan b’kostijiet netti ogħla minn żero jitqiesu fl-iffissar tat-tariffi. Jenħtieġ li l-unitajiet domestiċi vulnerabbli jiġu protetti minn piżijiet finanzjarji sproporzjonati ta’ dan ir-Regolament. Il-miżuri xierqa meħuda mill-operaturi biex jipprevjenu u jimminimizzaw l-emissjonijiet tal-metan jenħtieġ li jkunu dawk li fihom l-impatt tal-emissjonijiet fuq is-soċjetà li jirriżulta huwa akbar mill-impatt soċjetali tal-miżura ta’ mitigazzjoni.
__________________
1ahttps://www.iea.org/reports/global-methane-tracker-2023 – Frar 2023
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 10
(10) Kull Stat Membru jenħtieġ li jaħtar mill-anqas awtorità kompetenti waħda sabiex tissorvelja li l-operaturi effettivament jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament u jenħtieġ li jinnotifika lill-Kummissjoni dwar tali ħatra u kwalunkwe bidla fiha. L-awtoritajiet kompetenti maħtura jenħtieġ li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. Filwaqt li jqisu l-karattru transfruntier tal-operazzjonijiet tas-settur tal-enerġija u l-emissjonijiet tal-metan, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jifformaw flimkien network ta’ awtoritajiet pubbliċi li japplikaw dan ir-Regolament sabiex irawmu kooperazzjoni mill-qrib, bl-arranġamenti meħtieġa għall-iskambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki u li jippermettu konsultazzjonijiet.
(10) Kull Stat Membru jenħtieġ li jaħtar mill-anqas awtorità kompetenti waħda sabiex tissorvelja li l-operaturi effettivament jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament u jenħtieġ li jinnotifika lill-Kummissjoni dwar tali ħatra u kwalunkwe bidla fiha. L-awtoritajiet kompetenti maħtura jenħtieġ li jkunu pprovduti b’biżżejjed riżorsi finanzjarji u umani mill-Istati Membru jenħtieġ li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tistabbilixxi punt ta’ kuntatt. Filwaqt li jqisu l-karattru transfruntier tal-operazzjonijiet tas-settur tal-enerġija u l-emissjonijiet tal-metan, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jifformaw flimkien network ta’ awtoritajiet pubbliċi li japplikaw dan ir-Regolament sabiex irawmu kooperazzjoni mill-qrib, bl-arranġamenti meħtieġa għall-iskambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki u li jippermettu konsultazzjonijiet.
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 12
(12) Sabiex jiżguraw it-twettiq tal-kompiti tagħhom, l-operaturi jenħtieġ li jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti bl-assistenza kollha meħtieġa. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-operaturi jieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa identifikati mill-awtoritajiet kompetenti fil-perjodu determinat mill-awtoritajiet kompetenti jew kwalunkwe perjodu ieħor miftiehem mal-awtoritajiet kompetenti.
(12) Sabiex jiżguraw it-twettiq tal-kompiti tagħhom, l-operaturi jenħtieġ li jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti bl-assistenza kollha meħtieġa. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-operaturi jieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa identifikati mill-awtoritajiet kompetenti fil-perjodu determinat mill-awtoritajiet kompetenti jew kwalunkwe perjodu ieħor miftiehem mal-awtoritajiet kompetenti. L-Istati Membri jenħtieġ li jimmonitorjaw regolarment is-sitwazzjoni tas-settur biex jidentifikaw kwalunkwe dewmien possibbli fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament minħabba nuqqas ta’ teknoloġiji u ħaddiema tas-sengħa.
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 12a (ġdida)
(12a) Skont ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u d-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b, l-emissjonijiet fl-ambjent huma informazzjoni ambjentali. Kwalunkwe raġuni għar-rifjut ta’ informazzjoni mill-awtoritajiet tal-Istati Membri jew mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni fir-rigward tal-aċċess għall-informazzjoni għandha għalhekk tiġi interpretata b’mod restrittiv, filwaqt li jitqies l-interess pubbliku moqdi bl-iżvelar u jekk l-informazzjoni mitluba tkunx relatata ma’ emissjonijiet fl-ambjent.
__________________
1a Ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13).
1b Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 13
(13) Il-mekkaniżmu ewlieni disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu l-ispezzjonijiet, inkluż l-eżami tad-dokumentazzjoni u r-rekords, il-kejl tal-emissjonijiet u l-kontrolli fuq il-post. L-ispezzjonijiet jenħtieġ li jsiru regolarment, abbażi ta’ evalwazzjoni tar-riskju ambjentali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti. Barra minn hekk, jenħtieġ li jitwettqu spezzjonijiet sabiex jiġu investigati lmenti u okkorrenzi sostanzjati ta’ nuqqas ta’ konformità u sabiex jiġi żgurat li t-tiswijiet jew is-sostituzzjonijiet tal-komponenti jitwettqu f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Meta jidentifikaw ksur serju tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti joħorġu avviż ta’ azzjonijiet ta’ rimedju li għandhom jittieħdu mill-operatur. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jżommu rekords tal-ispezzjonijiet u l-informazzjoni rilevanti jenħtieġ li ssir disponibbli f’konformità mad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19.
(13) Il-mekkaniżmu ewlieni disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu l-ispezzjonijiet, inkluż l-eżami tad-dokumentazzjoni u r-rekords, il-kejl tal-emissjonijiet u l-kontrolli fuq il-post. L-ispezzjonijiet jenħtieġ li jsiru regolarment, abbażi ta’ evalwazzjoni tar-riskju ambjentali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti. Jenħtieġ li jiġu kkunsidrati mekkaniżmi ta’ kontroll diġà stabbiliti disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti. Jenħtieġ li jiġu identifikati eżempji tal-aħjar prattiki mill-awtoritajiet kompetenti. Barra minn hekk, jenħtieġ li jitwettqu spezzjonijiet sabiex jiġu investigati lmenti u okkorrenzi sostanzjati ta’ nuqqas ta’ konformità u sabiex jiġi żgurat li t-tiswijiet jew is-sostituzzjonijiet tal-komponenti jitwettqu f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Meta jidentifikaw ksur tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti joħorġu avviż ta’ azzjonijiet ta’ rimedju li għandhom jittieħdu mill-operatur. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jżommu rekords tal-ispezzjonijiet u l-informazzjoni rilevanti jenħtieġ li ssir disponibbli f’konformità mad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19.
__________________
__________________
19 Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003).
19 Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003).
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 14
(14) Fid-dawl tal-prossimità ta’ xi sorsi ta’ emissjonijiet tal-metan għal żoni urbani jew residenzjali, il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li saritilhom ħsara minħabba ksur ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu jistgħu jippreżentaw ilmenti debitament sostanzjati lill-awtoritajiet kompetenti. L-ilmentaturi jenħtieġ li jinżammu informati dwar il-proċedura u d-deċiżjonijiet meħuda u jenħtieġ li jirċievu deċiżjoni finali fi żmien raġonevoli mill-preżentazzjoni tal-ilment.
(14) Fid-dawl tal-prossimità ta’ xi sorsi ta’ emissjonijiet tal-metan għal żoni urbani jew residenzjali u l-impatt tagħhom fuq is-saħħa, l-ambjent u l-klima, il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi jenħtieġ li jkunu jistgħu jippreżentaw ilmenti debitament sostanzjati lill-awtoritajiet kompetenti ta’ ksur possibbli ta’ dan ir-Regolament. F’dan il-kuntest, il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja jenħtieġ li jippermetti s-sottomissjoni ta’ lmenti u jipprovdi aċċess lill-awtoritajiet nazzjonali kif ukoll informazzjoni. L-ilmentaturi jenħtieġ li jinżammu informati dwar il-proċedura u d-deċiżjonijiet meħuda u jenħtieġ li jirċievu deċiżjoni finali fi żmien raġonevoli mill-preżentazzjoni tal-ilment.
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 15
(15) Qafas ta’ verifika robust jista’ jtejjeb il-kredibbiltà tad-data rapportata. Barra minn hekk, il-livell ta’ dettall u l-kumplessità teknika tal-kejl tal-emissjonijiet tal-metan jeħtieġu verifika xierqa tad-data dwar l-emissjonijiet tal-metan rapportata mill-operaturi u mill-operaturi tal-minjieri. Filwaqt li l-awtoverifika hija possibbli, il-verifika minn parti terza tiżgura indipendenza u trasparenza akbar. Barra minn hekk, tippermetti sett armonizzat ta’ kompetenzi u livell ta’ għarfien espert li jista’ ma jkunx disponibbli għall-entitajiet pubbliċi kollha. Jenħtieġ li l-verifikaturi jiġu akkreditati minn korpi ta’ akkreditament f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20. Għalhekk, il-verifikaturi akkreditati indipendenti jenħtieġ li jiżguraw li r-rapporti dwar l-emissjonijiet imħejjija mill-operaturi u mill-operaturi tal-minjieri jkunu korretti u f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. Jenħtieġ li huma jirrieżaminaw id-data fir-rapporti dwar l-emissjonijiet sabiex jivvalutaw l-affidabbiltà, il-kredibbiltà u l-akkuratezza tagħhom kontra standards Ewropej jew internazzjonali bla ħlas u disponibbli għall-pubbliku żviluppati minn korpi indipendenti u magħmula applikabbli mill-Kummissjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati bil-għan li tinkorpora u tistabbilixxi l-applikabbiltà ta’ tali standards Ewropej jew internazzjonali. Il-verifikaturi huma separati mill-awtoritajiet kompetenti u jenħtieġ li jkunu indipendenti mill-operaturi u mill-operaturi tal-minjieri, li jenħtieġ li jipprovduhom bl-assistenza kollha meħtieġa sabiex jippermettu jew jiffaċilitaw it-twettiq tal-attivitajiet ta’ verifika, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-bini u l-preżentazzjoni ta’ dokumentazzjoni jew rekords.
(15) Qafas ta’ verifika robust jista’ jtejjeb il-kredibbiltà tad-data rapportata. Barra minn hekk, il-livell ta’ dettall u l-kumplessità teknika tal-kejl tal-emissjonijiet tal-metan jeħtieġu verifika xierqa tad-data dwar l-emissjonijiet tal-metan rapportata mill-operaturi u mill-operaturi tal-minjieri. Filwaqt li l-awtoverifika hija possibbli, il-verifika minn parti terza tiżgura indipendenza u trasparenza akbar. Barra minn hekk, tippermetti sett armonizzat ta’ kompetenzi u livell ta’ għarfien espert li jista’ ma jkunx disponibbli għall-entitajiet pubbliċi kollha. Jenħtieġ li l-verifikaturi jiġu akkreditati minn korpi ta’ akkreditament f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20. Għalhekk, il-verifikaturi akkreditati indipendenti jenħtieġ li jiżguraw li r-rapporti dwar l-emissjonijiet imħejjija mill-operaturi u mill-operaturi tal-minjieri jkunu korretti u f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. L-attivitajiet ta’ verifika jenħtieġ li jitwettqu f’konformità mal-istandards u l-metodoloġiji attwali Ewropej jew internazzjonali u b’kunsiderazzjoni tan-natura tal-attivitajiet tal-operatur. Il-verifikaturi jenħtieġ li jirrieżaminaw id-data fir-rapporti dwar l-emissjonijiet sabiex jivvalutaw l-affidabbiltà, il-kredibbiltà u l-akkuratezza tagħhom kontra standards Ewropej jew internazzjonali bla ħlas u disponibbli għall-pubbliku żviluppati minn korpi indipendenti u magħmula applikabbli mill-Kummissjoni. Sabiex tiġi żgurata l-akkuratezza tad-data, il-verifikaturi jenħtieġ li jwettqu kontrolli fuq il-post b’avviż minn qabel kif ukoll għal għarrieda. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati bil-għan li tinkorpora u tistabbilixxi l-applikabbiltà ta’ tali standards Ewropej jew internazzjonali. Il-verifikaturi huma separati mill-awtoritajiet kompetenti u jenħtieġ li jkunu indipendenti mill-operaturi u mill-operaturi tal-minjieri, li jenħtieġ li jipprovduhom bl-assistenza kollha meħtieġa sabiex jippermettu jew jiffaċilitaw it-twettiq tal-attivitajiet ta’ verifika, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-bini u l-preżentazzjoni ta’ dokumentazzjoni jew rekords.
__________________
__________________
20 Ir-Regolament (KE) 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008).
20 Ir-Regolament (KE) 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008).
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 16
(16) L-informazzjoni fir-rapporti dwar l-emissjonijiet ippreżentati lill-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li tiġi pprovduta lill-Kummissjoni fid-dawl ta’ rwol ta’ verifika li għandu jiġi attribwit lill-Osservatorju Internazzjonali tal-Emissjonijiet tal-Metan (IMEO), b’mod partikolari fir-rigward tal-metodoloġiji għall-aggregazzjoni u l-analiżi tad-data u l-verifika tal-metodoloġiji u tal-proċessi statistiċi użati mill-kumpaniji sabiex jikkwantifikaw id-data rapportata tagħhom dwar l-emissjonijiet. Il-kriterji ta’ referenza f’dak ir-rigward jistgħu jinkludu l-istandards tal-OGMP u d-dokumenti ta’ gwida. Jenħtieġ li l-informazzjoni prodotta mill-IMEO tkun disponibbli għall-pubbliku u jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża tali informazzjoni sabiex tindirizza kwalunkwe nuqqas identifikat fir-rigward tal-kejl, ir-rapportar u l-verifika tad-data dwar l-emissjonijiet tal-metan.
(16) Fit-twettiq tal-obbligi tagħhom u fl-eżerċitar tas-setgħat tagħhom fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament, il-verifikaturi, l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni jenħtieġ li jikkunsidraw l-informazzjoni magħmula disponibbli b’mod internazzjonali, pereżempju mill-Osservatorju Internazzjonali tal-Emissjonijiet tal-Metan (IMEO), b’mod partikolari fir-rigward tal-metodoloġiji għall-aggregazzjoni u l-analiżi tad-data u l-verifika tal-metodoloġiji u tal-proċessi statistiċi użati mill-operaturi u l-operaturi tal-minjieri sabiex jikkwantifikaw id-data rapportata tagħhom dwar l-emissjonijiet. Il-kriterji ta’ referenza f’dak ir-rigward jistgħu jinkludu l-qafas ta’ rapportar, il-mudelli standard u d-dokumenti ta’ gwida tas-Sħubija dwar il-Metan miż-Żejt u mill-Gass (OGMP).
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 17
(17) L-IMEO ġie stabbilit f’Ottubru tal-2020 mis-sħubija tal-Unjoni mal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent, mal-Koalizzjoni għall-Klima u għall-Arja Nadifa u mal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija, u tnieda fis-Summit tal-G20 f’Ottubru tal-2021. L-IMEO ingħata l-kompitu li jiġbor, jirrikonċilja, jivverifika u jippubblika data antropoġenika dwar l-emissjonijiet tal-metan fil-livell globali. L-IMEO huwa parti mill-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent, li kkonkluda Memorandum ta’ Qbil mal-Unjoni Ewropea. Ir-rwol tiegħu huwa kruċjali għall-verifika tad-data dwar l-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija u jenħtieġ li jiġu stabbiliti relazzjonijiet xierqa sabiex l-inkarigu tal-kompiti ta’ verifika jiġi implimentat. Peress li l-IMEO mhuwiex korp tal-Unjoni u mhuwiex soġġett għad-dritt tal-Unjoni, huwa essenzjali li jiġi previst li l-IMEO jieħu miżuri xierqa sabiex jiżgura l-protezzjoni tal-interessi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.
(17) L-IMEO ġie stabbilit f’Ottubru tal-2020 mis-sħubija tal-Unjoni mal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent, mal-Koalizzjoni għall-Klima u għall-Arja Nadifa u mal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija, u tnieda fis-Summit tal-G20 f’Ottubru tal-2021. L-IMEO ingħata l-kompitu li jiġbor, jirrikonċilja, jivverifika u jippubblika data antropoġenika dwar l-emissjonijiet tal-metan fil-livell globali. L-IMEO jenħtieġ li jkollu rwol fl-identifikazzjoni tas-superemittenti permezz ta’ sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ twissija.
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 25
(25) Sabiex il-kejl u r-rapportar ikunu effettivi, jenħtieġ li l-kumpaniji taż-żejt u tal-gass ikunu meħtieġa jkejlu u jirrapportaw l-emissjonijiet tal-metan skont is-sors, u li jagħmlu d-data aggregata disponibbli għall-Istati Membri sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jtejbu l-akkuratezza tar-rapportar tal-inventarji tagħhom. Barra minn hekk, hija meħtieġa verifika effettiva tad-data rapportata mill-kumpaniji u, sabiex jiġi mminimizzat il-piż amministrattiv għall-operaturi, ir-rapportar jenħtieġ li jiġi organizzat fuq bażi annwali.
(25) Sabiex il-kwantifikazzjoni u r-rapportar ikunu effettivi, jenħtieġ li l-kumpaniji taż-żejt u tal-gass ikunu meħtieġa jikkwantifikaw u jirrapportaw l-emissjonijiet tal-metan skont is-sors, u li jagħmlu d-data aggregata disponibbli għall-Istati Membri sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jtejbu l-akkuratezza tar-rapportar tal-inventarji tagħhom. Barra minn hekk, hija meħtieġa verifika effettiva tad-data rapportata mill-kumpaniji u, sabiex jiġi mminimizzat il-piż amministrattiv għall-operaturi, ir-rapportar jenħtieġ li jiġi organizzat fuq bażi annwali.
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 27
(27) Il-qafas OGMP 2.0 għandu ħames livelli ta’ rapportar. Ir-rapportar fil-livell tas-sors jibda fil-livell 3, li huwa meqjus komparabbli mal-grad 3 tal-UNFCCC. Dan jippermetti li jintużaw fatturi ġeneriċi ta’ emissjoni. Ir-rapportar tal-livell 4 tal-OGMP 2.0 jeħtieġ kejl dirett tal-emissjonijiet tal-metan fil-livell tas-sors. Dan jippermetti l-użu ta’ fatturi speċifiċi ta’ emissjoni. Ir-rapportar tal-livell 5 tal-OGMP 2.0 jeħtieġ iż-żieda ta’ kejl komplementari fil-livell tas-sit. Barra minn hekk, il-qafas OGMP 2.0 jirrikjedi li l-kumpaniji jirrapportaw kejl dirett tal-emissjonijiet tal-metan fi żmien tliet snin minn meta jissieħbu fl-OGMP 2.0 għall-assi operattivi u fi żmien ħames snin għall-assi mhux operattivi. Filwaqt li jibnu fuq l-approċċ tal-OGMP 2.0 fir-rigward tar-rapportar fil-livell tas-sors u filwaqt li jqisu li numru kbir ta’ kumpaniji tal-Unjoni kienu diġà ingħaqdu mal-OGMP 2.0 fl-2021, l-operaturi tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu meħtieġa jipprovdu kejl dirett fil-livell tas-sors tal-emissjonijiet tagħhom fi żmien 24 xahar għall-assi operattivi u fi żmien 36 xahar għall-assi mhux operattivi. Minbarra l-kwantifikazzjoni fil-livell tas-sors, il-kwantifikazzjoni fil-livell tas-sit tippermetti valutazzjoni, verifika u rikonċiljazzjoni tal-istimi fil-livell tas-sors aggregati skont is-sit, u b’hekk tipprovdi fiduċja mtejba fl-emissjonijiet rapportati. Bħal fl-OGMP 2.0, dan ir-Regolament jeħtieġ kejl fil-livell tas-sit għar-rikonċiljazzjoni tal-kejl fil-livell tas-sors.
(27) L-aħħar qafas OGMP 2.0 għandu ħames livelli ta’ rapportar. Ir-rapportar fil-livell tas-sors jibda fil-livell 3, li huwa meqjus komparabbli mal-grad 3 tal-UNFCCC. Dan jippermetti li jintużaw fatturi ġeneriċi ta’ emissjoni. Ir-rapportar tal-livell 4 tal-OGMP 2.0 jeħtieġ kejl dirett tal-emissjonijiet tal-metan fil-livell tas-sors. Dan jippermetti l-użu ta’ fatturi speċifiċi ta’ emissjoni. Ir-rapportar tal-livell 5 tal-OGMP 2.0 jeħtieġ iż-żieda ta’ kejl komplementari fil-livell tas-sit. Barra minn hekk, il-qafas OGMP 2.0 jirrikjedi li l-kumpaniji jirrapportaw kejl dirett tal-emissjonijiet tal-metan fi żmien tliet snin minn meta jissieħbu fl-OGMP 2.0 għall-assi operattivi u fi żmien ħames snin għall-assi mhux operattivi. Filwaqt li jibnu fuq l-approċċ tal-OGMP 2.0 fir-rigward tar-rapportar fil-livell tas-sors u filwaqt li jqisu li numru kbir ta’ kumpaniji tal-Unjoni kienu diġà ingħaqdu mal-OGMP 2.0 fl-2021, l-operaturi tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu meħtieġa jipprovdu kejl dirett fil-livell tas-sors tal-emissjonijiet tagħhom fi żmien 12 xahar għall-assi operattivi u fi żmien 24 xahar għall-assi mhux operattivi. Minbarra l-kwantifikazzjoni fil-livell tas-sors, il-kwantifikazzjoni fil-livell tas-sit tippermetti valutazzjoni, verifika u rikonċiljazzjoni tal-istimi fil-livell tas-sors aggregati skont is-sit, u b’hekk tipprovdi fiduċja mtejba fl-emissjonijiet rapportati. Bħal fl-OGMP 2.0, dan ir-Regolament jeħtieġ kejl fil-livell tas-sit għar-rikonċiljazzjoni tal-kwantifikazzjoni fil-livell tas-sors.
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 30
(30) Filwaqt li l-ivventjar tal-metan huwa tipikament intenzjonat, u jirriżulta minn proċessi jew attivitajiet u apparati ddiżinjati għal dak il-għan, dan jista’ wkoll ma jkunx intenzjonat, bħal fil-każ ta’ funzjonament ħażin.
(30) L-ivvampjar u l-ivventjar tal-metan huma intenzjonati, u jirriżultaw minn proċessi jew attivitajiet u apparati ddiżinjati għal dak il-għan.
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 31a (ġdida)
(31a) Il-kumpaniji membri tal-Inizjattiva Klimatika taż-Żejt u l-Gass (OGCI), inklużi ħafna bi kwartieri ġenerali fl-Ewropa, impenjaw ruħhom li jnaqqsu l-intensità tal-metan għal 0,2 % sal-2025 u bdew jużaw sforzi ta’ mitigazzjoni. Il-kumpaniji membri tal-OGCI diġà laħqu l-livell inizjali tagħhom tal-intensità tal-metan upstream tal-2025 fl-2020 u laħqu 0,17 % fl-2021. Diversi produtturi Ewropej ewlenin jirrapportaw li laħqu intensità tal-metan għal-livell ta’ intensità upstream u midstream tiegħu ferm taħt il-livell. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistudja l-possibbiltà li tintroduċi standard ambizzjuż ta’ prestazzjoni tal-intensità tal-emissjonijiet tal-metan upstream għal 0,2 % jew inqas u toħroġ b’metrika u b’dispożizzjonijiet biex jiġi implimentat l-istandard tal-prestazzjoni xieraq.
Emenda 24 Proposta għal regolament Premessa 32
(32) B’mod aktar speċifiku, l-emissjonijiet tal-metan minn tnixxijiet jitnaqqsu l-aktar b’mod komuni minn stħarriġ dwar id-detezzjoni u t-tiswija tat-tnixxijiet tal-metan (“LDAR”), imwettaq sabiex jiġu identifikati t-tnixxijiet u segwitmit-tiswija ta’ tali tnixxijiet. Għalhekk, l-operaturi jenħtieġ li jwettqu mill-anqas stħarriġ perjodiku tal-LDAR u dan jenħtieġ li jkopari wkoll l-istħarriġ tal-komponenti li jivventjaw il-metan, sabiex jagħmlu stħarriġ għall-ivventjar mhux intenzjonat tal-metan.
(32) B’mod aktar speċifiku, l-emissjonijiet tal-metan minn tnixxijiet jitnaqqsu l-aktar b’mod komuni minn stħarriġ dwar id-detezzjoni u t-tiswija tat-tnixxijiet tal-metan (“LDAR”), imwettaq sabiex l-ewwel jiġu identifikati t-tnixxijiet u mbagħad jissewwew it-tnixxijietjew issir is-sostituzzjoni tal-komponenti li qed inixxu. Għalhekk, l-operaturi jenħtieġ li jwettqu mill-anqas stħarriġ perjodiku tal-LDAR u dan jenħtieġ li jkopari wkoll l-istħarriġ tal-komponenti li jivventjaw il-metan, sabiex jiġi kkontrollat it-tagħmir li ma jaħdimx sew.
Emenda 25 Proposta għal regolament Premessa 33
(33) Għal dak il-għan, jenħtieġ li jiġi stabbilit approċċ armonizzat sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi kollha fl-Unjoni. Dan l-approċċ jenħtieġ li jinkludi rekwiżiti minimi għall-istħarriġiet tal-LDAR, filwaqt li jħalli grad adegwat ta’ flessibbiltà lill-Istati Membri u lill-operaturi. Dan huwa essenzjali sabiex jippermetti l-innovazzjoni u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji u metodi ġodda tal-LDAR, u b’hekk jiġi evitat il-lock-in tat-teknoloġija, għad-detriment tal-protezzjoni ambjentali. Teknoloġiji u metodi ta’ detezzjoni ġodda jkomplu jiġu żviluppati u l-Istati Membri jenħtieġ li jinkoraġġixxu l-innovazzjoni f’dan is-settur, sabiex ikunu jistgħu jiġu adottati l-aktar metodi akkurati u kosteffettivi.
(33) Għal dak il-għan, jenħtieġ li jiġi stabbilit approċċ armonizzat sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi kollha fl-Unjoni. Dan l-approċċ jenħtieġ li jinkludi rekwiżiti minimi għall-istħarriġiet tal-LDAR, filwaqt li jħalli grad adegwat ta’ flessibbiltà lill-Istati Membri u lill-operaturi. Dan huwa essenzjali sabiex jippermetti l-innovazzjoni u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji u metodi ġodda tal-LDAR, u komponenti ġodda, u b’hekk jiġi evitat il-lock-in tat-teknoloġija, għad-detriment tal-protezzjoni ambjentali. Teknoloġiji u metodi ta’ detezzjoni ġodda jkomplu jiġu żviluppati u l-Istati Membri jenħtieġ li jinkoraġġixxu l-innovazzjoni f’dan is-settur, sabiex ikunu jistgħu jiġu adottati l-aktar komponenti, teknoloġiji u metodi tal-LDARbla tnixxija, akkurati u kosteffettivi.
Emenda 26 Proposta għal regolament Premessa 33a (ġdida)
(33a) Approċċ armonizzat jibbenefika minn speċifikazzjonijiet standardizzati għall-identifikazzjoni jew id-detezzjoni ta’ rilaxxi ta’ metan bl-użu ta’ strumenti u teknoloġiji differenti u li jistgħu jkunu bbażati jew stabbiliti permezz ta’ standards Ewropej jew, fin-nuqqas ta’ tali standards, standards internazzjonali. Jenħtieġ li fin-nuqqas ta’ standards Ewropej xierqa, il-Kummissjoni tikkunsidra titlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej rilevanti tal-istandardizzazzjoni jadottaw tali standards f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta atti delegati għall-fini tal-istabbiliment ta’ tali speċifikazzjonijiet.
Emenda 27 Proposta għal regolament Premessa 34
(34) L-obbligi fuq l-istħarriġiet tal-LDAR jenħtieġ li jirriflettu numru ta’ prattiki tajbin. L-istħarriġ tal-LDAR jenħtieġ li jkun primarjament immirat lejn is-sejba u t-tiswija ta’ tnixxijiet, aktar milli lejn il-kwantifikazzjoni tagħhom, u dawk iż-żoni b’riskju ogħla ta’ tnixxijiet jenħtieġ li jiġu kkontrollati aktar ta’ spiss; il-frekwenza tal-istħarriġ jenħtieġ li tkun iggwidata mhux biss mill-ħtieġa li jiġu msewwija l-komponenti li minnhom il-metan ikun qiegħed joħroġ ’il fuq mil-limitu tal-emissjonijiet tal-metan iżda wkoll minn kunsiderazzjonijiet operazzjonali, filwaqt li jitqiesu r-riskji għas-sikurezza. Għalhekk, fejn jiġi identifikat riskju ogħla għas-sikurezza jew riskju ogħla ta’ telf ta’ metan, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jitħallew jirrakkomandaw frekwenza ogħla ta’ stħarriġ għall-komponenti rilevanti; it-tnixxijiet kollha irrispettivament mid-daqs jenħtieġ li jiġu rreġistrati u mmonitorjati, peress li t-tnixxijiet żgħar jistgħu jiżviluppaw fi tnixxijiet akbar; tiswijiet tat-tnixxijiet jenħtieġ li jiġu segwiti minn konferma li dawn kienu effettivi; sabiex ikunu jistgħu jintużaw teknoloġiji futuri ta’ detezzjoni tal-emissjonijiet tal-metan aktar avvanzati, jenħtieġ li jiġi speċifikat id-daqs ta’ telf tal-metan li fih jew ’il fuq minnu tkun meħtieġa tiswija, filwaqt li l-operaturi jkunu jistgħu jagħżlu l-apparat ta’ detezzjoni. Fejn xieraq, jista’ jintuża monitoraġġ kontinwu fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament.
(34) L-obbligi fuq l-istħarriġiet tal-LDAR jenħtieġ li jirriflettu numru ta’ prattiki tajbin. L-istħarriġ tal-LDAR jenħtieġ li jkun primarjament immirat lejn is-sejba u l-eliminazzjoni kemm jista’ jkun malajr ta’ tnixxijiet permezz ta’ tiswija jew sostituzzjoni tal-komponenti li qed inixxu, aktar milli lejn il-kwantifikazzjoni tagħhom; il-frekwenza tal-istħarriġ jenħtieġ li tkun iggwidata mill-ħtieġa li jiġu msewwija jew sostitwiti l-komponenti b’teknoloġija li tkun aktar effiċjenti f’li ma tippermettix tnixxijiet; it-tnixxijiet kollha irrispettivament mid-daqs jenħtieġ li jiġu msewwija, peress li t-tnixxijiet żgħar jistgħu jiżviluppaw fi tnixxijiet akbar; tiswijiet tat-tnixxijiet jenħtieġ li jiġu segwiti minn konferma li dawn kienu effettivi; sabiex ikunu jistgħu jintużaw teknoloġiji futuri ta’ detezzjoni tal-emissjonijiet tal-metan jew komponenti aktar avvanzati, ir-rekwiżiti minimi għall-apparat u l-metodoloġija użata għad-detezzjoni tat-tnixxija jenħtieġ li jiġu speċifikatiabbażi tal-effikaċja ppruvata tagħhom.
Emenda 28 Proposta għal regolament Premessa 34a (ġdida)
(34a) Ħafna tnixxijiet illum il-ġurnata huma dovuti għal teknoloġiji qodma u manutenzjoni fqira. Dawn it-teknoloġiji jenħtieġ li jiġu sostitwiti malajr b’soluzzjonijiet innovattivi ġodda Għalhekk, il-programm ta’ detezzjoni u tiswija ta’ tnixxijiet jenħtieġ li jiddeskrivi kif l-operatur biħsiebu jimmappja komponenti li huma f’riskju għoli ta’ tnixxijiet tal-metan u jistabbilixxi kif biħsiebu jissostitwixxi dawn il-komponenti kollha b’teknoloġiji innovattivi ġodda li jiżguraw protezzjoni fit-tul kontra tnixxijiet futuri.
Emenda 29 Proposta għal regolament Premessa 35
(35) L-ivventjar jikkonsisti fir-rilaxx ta’ metan mhux maħruq fl-atmosfera jew intenzjonalment minn proċessi jew attivitajiet jew apparat iddiżinjati sabiex jagħmlu dan, jew b’mod mhux intenzjonat fil-każ ta’ funzjonament ħażin. Fid-dawl tal-effett qawwi tiegħu fuq l-emissjonijiet tal-GHG, l-ivventjar jenħtieġ li jiġi pprojbit ħlief fil-każ ta’ emerġenzi, funzjonament ħażin jew matul ċerti avvenimenti speċifiċi fejn xi ivventjar ma jkunx jista’ jiġi evitat.
(35) L-ivventjar jikkonsisti fir-rilaxx ta’ metan mhux maħruq fl-atmosfera intenzjonalment minn proċessi jew attivitajiet jew apparat iddiżinjati sabiex jagħmlu dan. Fid-dawl tal-effett qawwi tiegħu fuq l-emissjonijiet tal-GHG, l-ivventjar jenħtieġ li jiġi pprojbit ħlief fil-każ ta’ emerġenzi, funzjonament ħażin jew matul ċerti avvenimenti speċifiċi fejn xi ivventjar ma jkunx jista’ jiġi evitat. Sabiex jiġi żgurat li l-operaturi ma jużawx tagħmir iddisinjat għall-ivventjar, jenħtieġ li jiġu adottati standards teknoloġiċi li jippermettu l-użu ta’ alternattivi b’emissjonijiet żero.
Emenda 30 Proposta għal regolament Premessa 36
(36) L-ivvampjar huwa l-kombustjoni kontrollata tal-metan għall-finijiet tar-rimi f’apparat iddiżinjat għall-kombustjoni msemmija. Meta jitwettaq matul il-produzzjoni normali taż-żejt jew tal-gass fossili u bħala riżultat ta’ faċilitajiet insuffiċjenti jew ta’ ġeoloġija amenabbli għall-injezzjoni mill-ġdid tal-metan, jintuża fuq il-post, jew jintbagħat lejn suq, dan jitqies bħala vvampjar ta’ rutina. L-ivvampjar ta’ rutina jenħtieġ li jiġi pprojbit. L-ivvampjar jenħtieġ li jkun permissibbli biss meta jkun l-unika alternattiva għall-ivventjar u fejn l-ivventjar ma jkunx ipprojbit. L-ivventjar huwa aktar ta’ ħsara għall-ambjent mill-ivvampjar peress li l-gass rilaxxat tipikament fih livelli għoljin ta’ metan, filwaqt li l-ivvampjar jossida l-metan fid-diossidu tal-karbonju.
(36) L-ivvampjar huwa l-kombustjoni kontrollata tal-metan għall-finijiet tar-rimi f’apparat iddiżinjat għall-kombustjoni msemmija. Meta jitwettaq matul il-produzzjoni normali taż-żejt jew tal-gass fossili u bħala riżultat ta’ faċilitajiet insuffiċjenti jew ta’ ġeoloġija amenabbli għall-injezzjoni mill-ġdid tal-metan, jintuża fuq il-post, jew jintbagħat lejn suq, dan jitqies bħala vvampjar ta’ rutina. L-ivvampjar ta’ rutina jenħtieġ li jiġi pprojbit. L-ivvampjar jenħtieġ li jkun permissibbli biss meta jkun l-unika alternattiva għall-ivventjar u fejn l-ivventjar ma jkunx ipprojbit, konsegwentement, meta ma tkun disponibbli l-ebda għażla oħra, l-ivvampjar jenħtieġ li dejjem jiġi ppreferut mill-ivventjar. Madankollu, skont l-AIE1a, globalment, fl-2021 ġew ivvampjati 143 bcm ta’ gass fossili – bejn wieħed u ieħor ekwivalenti għall-volum totali ta’ gass naturali importat fil-Ġermanja, fi Franza u fin-Netherlands. Dan irriżulta fir-rilaxx dirett ta’ 270 Mt ta’ CO2 u kważi 8 Mt ta’ metan (240 Mt CO2-eq). L-ivventjar huwa aktar ta’ ħsara għall-ambjent mill-ivvampjar peress li l-gass rilaxxat tipikament fih livelli għoljin ta’ metan, filwaqt li l-ivvampjar jossida l-metan fid-diossidu tal-karbonju. Skont l-AIE, it-tnaqqis tal-ivvampjar, l-ivventjar u t-tnixxija tal-metan joffri aktar solliev immedjat għas-swieq tal-gass mill-investiment fi provvista ġdida. L-AIE1b stmat li kważi 210 biljun metru kubu (bcm) ta’ gass naturali jistgħu jsiru disponibbli għas-swieq tal-gass permezz ta’ sforz globali biex jiġi eliminat l-ivvampjar mhux ta’ emerġenza u jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metan mill-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass.
__________________
1ahttps://www.iea.org/reports/flaring-emissions – Settembru 2022
1bhttps://iea.blob.core.windows.net/assets/9414ec9a-bbba-4592-b005-4af05c894bdc/Theenergysecuritycasefortacklinggasflaringandmethaneleaks.pdf – Ġunju 2022
Emenda 31 Proposta għal regolament Premessa 37
(37) L-użu tal-ivvampjar bħala alternattiva għall-ivventjar jeħtieġ li l-apparati tal-ivvampjar ikunu effiċjenti fil-kombustjoni tal-metan. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li jiġi inkluż ukoll rekwiżit ta’ effiċjenza tal-kombustjoni għall-każijiet li fihom l-ivvampjar ikun ammissibbli. Jenħtieġ li jkun meħtieġ ukoll l-użu ta’ berners pilota, li jqabbdu b’mod aktar affidabbli peress li mhumiex affettwati mir-riħ.
(37) L-użu tal-ivvampjar bħala alternattiva għall-ivventjar jeħtieġ li l-apparati tal-ivvampjar ikunu effiċjenti fil-kombustjoni tal-metan. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li jiġi inkluż ukoll rekwiżit ta’ effiċjenza tal-kombustjoni għall-każijiet li fihom l-ivvampjar ikun ammissibbli. Jenħtieġ li jkun meħtieġ ukoll l-użu ta’ berners pilota awtofjammabbli jew kontinwi, li jqabbdu b’mod aktar affidabbli peress li mhumiex affettwati mir-riħ.
Emenda 32 Proposta għal regolament Premessa 40
(40) Emissjonijiet tal-metan minn bjar inattivi taż-żejt u tal-gass joħolqu riskji għas-saħħa pubblika, għas-sikurezza u għall-ambjent. Għalhekk, l-obbligi ta’ monitoraġġ u rapportar jenħtieġ li jibqgħu japplikaw u dawk il-bjar u s-siti tal-bjar jenħtieġ li jiġu reklamati u rimedjati. F’każijiet bħal dawn, l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom rwol predominanti, b’mod partikolari sabiex jistabbilixxu inventarji u pjanijiet ta’ mitigazzjoni.
(40) Emissjonijiet tal-metan minn bjar inattivi taż-żejt u tal-gass joħolqu riskji għas-saħħa pubblika, għas-sikurezza u għall-ambjent. Għalhekk, l-obbligi ta’ monitoraġġ u rapportar jenħtieġ li jibqgħu japplikaw u dawk il-bjar u s-siti tal-bjar jenħtieġ li jiġu reklamati u rimedjati. F’każijiet bħal dawn, l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom rwol predominanti, b’mod partikolari sabiex jistabbilixxu inventarji u pjanijiet ta’ mitigazzjoni bi skadenzi ċari.
Emenda 33 Proposta għal regolament Premessa 44
(44) Ladarba l-produzzjoni titwaqqaf u minjiera tingħalaq, din tkompli tirrilaxxa l-metan, imsejjaħ metan tal-minjieri abbandunati (AMM). Dawn l-emissjonijiet tipikament iseħħu f’sorsi lokalizzati definiti sew, bħal xaftijiet tal-ventilazzjoni jew ventijiet għat-tnaqqis tal-pressjoni. B’żieda fl-ambizzjoni klimatika u t-trasferiment tal-produzzjoni tal-enerġija għal sorsi tal-enerġija b’użu anqas intensiv tal-karbonju, l-emissjonijiet tal-AMM x’aktarx li jiżdiedu fl-Unjoni. Huwa stmat li anke 10 snin wara li tintemm l-estrazzjoni, il-metan minn minjieri mhux mgħargħra jkompli jiġi rilaxxat f’livelli li jilħqu madwar 40 % tal-emissjonijiet reġistrati fiż-żmien tal-għeluq25. Barra minn hekk, it-trattament tal-AMM għadu frammentat minħabba drittijiet differenti ta’ sjieda u sfruttament fl-UE. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu inventarji ta’ assi tal-faħam magħluqa u abbandunati u, jew huma jew il-parti responsabbli identifikata, jenħtieġ li jkunu meħtieġa jinstallaw apparati għall-kejl tal-emissjonijiet tal-metan.
(44) Ladarba l-produzzjoni titwaqqaf u minjiera tingħalaq, din tkompli tirrilaxxa l-metan, imsejjaħ metan tal-minjieri abbandunati (AMM). Dawn l-emissjonijiet tipikament iseħħu f’sorsi lokalizzati definiti sew, bħal xaftijiet tal-ventilazzjoni jew ventijiet għat-tnaqqis tal-pressjoni. B’żieda fl-ambizzjoni klimatika u t-trasferiment tal-produzzjoni tal-enerġija għal sorsi tal-enerġija b’użu anqas intensiv tal-karbonju, l-emissjonijiet tal-AMM x’aktarx li jiżdiedu fl-Unjoni. Huwa stmat li anke 10 snin wara li tintemm l-estrazzjoni, il-metan minn minjieri mhux mgħargħra jkompli jiġi rilaxxat f’livelli li jilħqu madwar 40 % tal-emissjonijiet reġistrati fiż-żmien tal-għeluq25. Barra minn hekk, it-trattament tal-AMM għadu frammentat minħabba drittijiet differenti ta’ sjieda u sfruttament fl-UE. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu inventarji ta’ assi tal-faħam magħluqa u abbandunati u, jew huma jew il-parti responsabbli identifikata, jenħtieġ li jkunu meħtieġa jinstallaw apparati għall-kejl tal-emissjonijiet tal-metan. Jenħtieġ li jiġu identifikati u integrati eżempji tal-aħjar prattika f’linji gwida possibbli għat-trattament tal-AMM.
Emenda 34 Proposta għal regolament Premessa 48
(48) Il-minjieri ta’ taħt l-art huma minjieri tal-faħam termali jew tal-kokk. Il-faħam termali jintuża primarjament bħala sors tal-enerġija u l-faħam tal-kokk jintuża bħala fjuwil u bħala sustanza reattiva fil-proċess tal-produzzjoni tal-azzar. Kemm il-minjieri tal-faħam tal-kokk kif ukoll il-minjieri tal-faħam termali jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-kejl, għar-rapportar u għall-verifika tal-emissjonijiet tal-metan.
(48) Il-minjieri ta’ taħt l-art huma minjieri tal-faħam termali jew tal-kokk. Il-faħam termali jintuża primarjament bħala sors tal-enerġija u l-faħam tal-kokk jintuża bħala fjuwil u bħala sustanza reattiva fil-proċess tal-produzzjoni tal-azzar. Kemm il-minjieri tal-faħam tal-kokk kif ukoll il-minjieri tal-faħam termali jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-kejl, għar-rapportar u għall-verifika u għall-miżuri ta’ mitigazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan.
Emenda 35 Proposta għal regolament Premessa 49
(49) Għal minjieri tal-faħam taħt l-art operattivi, il-mitigazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan jenħtieġ li tiġi implimentata permezz ta’ eliminazzjoni gradwali tal-ivventjar u tal-ivvampjar. Għal minjieri tal-faħam taħt l-art magħluqa jew abbandunati, filwaqt li l-għargħar tal-minjiera jista’ jipprevjeni l-emissjonijiet tal-metan, dan ma jsirx sistematikament u għandu riskji ambjentali. L-ivventjar u l-ivvampjar f’dawn il-minjieri jenħtieġ li jitneħħew gradwalment ukoll. Peress li r-restrizzjonijiet ġeoloġiċi u l-kunsiderazzjonijiet ambjentali jipprevjenu approċċ wieħed tajjeb għal kulħadd sabiex jiġu mmitigati l-emissjonijiet tal-metan minn minjieri tal-faħam taħt l-art abbandunati31, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu l-pjan ta’ mitigazzjoni tagħhom stess, filwaqt li jqisu dawk ir-restrizzjonijiet u l-fattibbiltà teknika tal-mitigazzjoni tal-AMM.
(49) Għal minjieri tal-faħam taħt l-art operattivi, il-mitigazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan jenħtieġ li tiġi implimentata permezz ta’ eliminazzjoni gradwali tal-ivventjar u tal-ivvampjar b’effiċjenza ta’ inqas minn 99 %. Għal minjieri tal-faħam taħt l-art magħluqa jew abbandunati, filwaqt li l-għargħar tal-minjiera jista’ jipprevjeni l-emissjonijiet tal-metan, dan ma jsirx sistematikament u għandu riskji ambjentali. L-ivventjar u l-ivvampjar b’effiċjenza ta’ inqas minn 99 % f’dawn il-minjieri jenħtieġ li jitneħħew gradwalment ukoll. Peress li r-restrizzjonijiet ġeoloġiċi u l-kunsiderazzjonijiet ambjentali jipprevjenu approċċ wieħed tajjeb għal kulħadd sabiex jiġu mmitigati l-emissjonijiet tal-metan minn minjieri tal-faħam taħt l-art abbandunati31, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu l-pjan ta’ mitigazzjoni tagħhom stess, filwaqt li jqisu dawk ir-restrizzjonijiet u l-fattibbiltà teknika tal-mitigazzjoni tal-AMM.
__________________
__________________
31 Gwida tal-Aħjar Prattika għall-Irkupru Effettiv tal-Metan u l-Użu minn Minjieri Abbandunati (UNECE, 2019)
31 Gwida tal-Aħjar Prattika għall-Irkupru Effettiv tal-Metan u l-Użu minn Minjieri Abbandunati (UNECE, 2019)
Emenda 36 Proposta għal regolament Premessa 49a (ġdida)
(49a) Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metan minn minjieri tal-faħam operattivi, l-Unjoni jenħtieġ li tappoġġa sistemi ta’ inċentivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan. Dawk is-sistemi jistgħu b’mod partikolari jinċentivaw l-investimenti fil-qbid u l-injezzjoni tal-metan fil-grilja, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan mix-xaftijiet tal-ventilazzjoni u mill-ivvampjar. Jenħtieġ li l-Unjoni tieħu azzjoni deċiżiva biex timmobilizza r-riżorsi finanzjarji tal-Unjoni mmirati lejn investimenti f’teknoloġiji għat-tnaqqis tal-metan fil-minjieri kollha operattivi u abbandunati. Meta l-appoġġ tal-Unjoni ma jkunx biżżejjed biex jappoġġa dan l-għan, jenħtieġ li jiġu mħeġġa sistemi ddedikati ta’ tariffi u imposti, li huma strutturati b’mod ċar biex jiffaċilitaw l-investimenti fit-tnaqqis tal-metan, fost l-oħrajn bħala parti minn programmi ta’ għajnuna mill-Istat immirati lejn id-dekummissjonar tal-kapaċitajiet tal-produzzjoni tal-faħam.
Emenda 37 Proposta għal regolament Premessa 51
(51) L-Unjoni tiddependi fuq l-importazzjonijiet għal 70 % tal-konsum tal-faħam iebes tagħha, 97 % tal-konsum taż-żejt tagħha, u 90 % tal-konsum tal-gass fossili tagħha. Ma hemm l-ebda għarfien preċiż dwar id-daqs, l-oriġini jew in-natura tal-emissjonijiet tal-metan marbuta mal-enerġija fossili kkonsmata fl-Unjoni iżda li jseħħu f’pajjiżi terzi.
(51) L-Unjoni tiddependi fuq l-importazzjonijiet għal 70 % tal-konsum tal-faħam iebes tagħha, 97 % tal-konsum taż-żejt tagħha, u 90 % tal-konsum tal-gass fossili tagħha. L-AIE tistma li fl-2020, l-emissjonijiet tal-metan assoċjati maż-żejt u mal-gass importati lejn l-Unjoni rrappreżentaw madwar 9 000 kilotunnellata ta’ metan1a. Dan jitqabbel ma’ 1 033 kilotunnellata ta’emissjonijiet tal-metan miż-żejt u l-gass stmati li seħħew fl-2019 fl-Unjoni1b. Filwaqt li s-sehem tal-emissjonijiet globali totali tal-metan ikkawżat mill-bniedem emessi fl-Ewropa huwa stmat li huwa madwar 6 %1c, il-konsum tal-fjuwils fossili prodotti barra mill-Unjoni u d-dipendenza fuq l-importazzjoni minnhom għaldaqstant iżidu livelli sinifikanti ta’ emissjonijiet tal-metan li jiġġarrbu minħabba l-konsum fl-Unjoni.
__________________
1a Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni li jakkumpanja l-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-Tnaqqis tal-Emissjonijiet tal-Metan fis-Settur tal-Enerġija: https://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=SWD:2021:0459:FIN:MT:PDF
1b Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni li jakkumpanja l-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-Tnaqqis tal-Emissjonijiet tal-Metan fis-Settur tal-Enerġija: https://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=SWD:2021:0459:FIN:MT:PDF
1c Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni li jakkumpanja l-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-Tnaqqis tal-Emissjonijiet tal-Metan fis-Settur tal-Enerġija: https://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=SWD:2021:0459:FIN:MT:PDF
Emenda 38 Proposta għal regolament Premessa 52
(52) L-effetti tat-tisħin globali kkawżati mill-emissjonijiet tal-metan huma transfruntiera. Għalkemm xi pajjiżi li jipproduċu l-enerġija fossili qegħdin jibdew jaġixxu domestikament sabiex inaqqsu l-emissjonijiet tal-metan mis-setturi tal-enerġija tagħhom, ħafna esportaturi mhumiex soġġetti għal regolamenti fis-swieq domestiċi rispettivi tagħhom. Dawn l-operaturi jeħtieġu inċentivi ċari sabiex jaġixxu fuq l-emissjonijiet tal-metan tagħhom, u għalhekk jenħtieġ li informazzjoni trasparenti dwar l-emissjonijiet tal-metan tkun disponibbli għas-swieq.
(52) L-effetti tat-tisħin globali kkawżati mill-emissjonijiet tal-metan huma transfruntiera. Għalkemm xi pajjiżi li jipproduċu l-enerġija fossili qegħdin jibdew jaġixxu domestikament sabiex inaqqsu l-emissjonijiet tal-metan mis-setturi tal-enerġija tagħhom, ħafna esportaturi mhumiex soġġetti għal regolamenti fis-swieq domestiċi rispettivi tagħhom. Dawn l-operaturi jeħtieġu inċentivi ċari sabiex jaġixxu fuq l-emissjonijiet tal-metan tagħhom, u għalhekk il-bżonn li dan ir-Regolament ikopri il-katina kollha tal-provvista.
Emenda 39 Proposta għal regolament Premessa 54
(54) Kif imħabbar fil-Komunikazzjoni dwar l-Istrateġija tal-UE dwar il-Metan34, l-Unjoni hija impenjata li taħdem f’kooperazzjoni mas-sħab tal-enerġija tagħha u ma’ pajjiżi importaturi ewlenin oħrajn tal-enerġija fossili sabiex tindirizza l-emissjonijiet tal-metan globalment. Id-diplomazija dwar l-enerġija dwar l-emissjonijiet tal-metan diġà tat riżultati importanti. F’Settembru tal-2021, l-Unjoni u l-Istati Uniti ħabbru l-Wegħda Globali b’rabta mal-Metan, li tirrappreżenta impenn politiku sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet globali tal-metan bi 30 % sal-2030 (mil-livelli tal-2020), imnedija fil-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (COP 26) f’Novembru tal-2021 fi Glasgow. Aktar minn mitt pajjiż, li jirrappreżentaw kważi nofs l-emissjonijiet antropoġeniċi globali tal-metan, impenjaw l-appoġġ tagħhom. Il-Wegħda Globali b’rabta mal-Metan tinkludi impenn sabiex isir progress lejn l-użu tal-aqwa inventarji ta’ metodoloġiji disponibbli għall-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan, b’enfasi partikolari fuq sorsi ta’ emissjonijiet għoljin.
(54) Kif imħabbar fil-Komunikazzjoni dwar l-Istrateġija tal-UE dwar il-Metan34, l-Unjoni hija impenjata li taħdem f’kooperazzjoni mas-sħab tal-enerġija tagħha u ma’ pajjiżi importaturi ewlenin oħrajn tal-enerġija fossili sabiex tindirizza l-emissjonijiet tal-metan globalment. Id-diplomazija dwar l-enerġija dwar l-emissjonijiet tal-metan diġà tat riżultati importanti. F’Settembru tal-2021, l-Unjoni u l-Istati Uniti ħabbru l-Wegħda Globali b’rabta mal-Metan, li tirrappreżenta impenn politiku sabiex tittieħed azzjoni volontarja bħala kontribut għal sforz kollettiv biex jitnaqqsu l-emissjonijiet globali tal-metan bi 30 % sal-2030 (mil-livelli tal-2020), imnedija fil-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (COP 26) f’Novembru tal-2021 fi Glasgow. Aktar minn mitt pajjiż, li jirrappreżentaw kważi nofs l-emissjonijiet antropoġeniċi globali tal-metan, impenjaw l-appoġġ tagħhom. Il-Wegħda Globali b’rabta mal-Metan tinkludi impenn sabiex isir progress lejn l-użu tal-aqwa inventarji ta’ metodoloġiji disponibbli għall-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan.
(57) B’mod parallel għat-tkomplija tal-ħidma diplomatika ta’ suċċess tagħha sabiex jintlaħqu tali impenji globali, l-Unjoni qiegħda tkompli tħeġġeġ tnaqqis sinifikanti tal-emissjonijiet tal-metan globalment, u b’mod partikolari fil-pajjiżi li jfornu l-enerġija fossili lill-Unjoni.
(57) B’mod parallel għat-tkomplija tal-ħidma diplomatika tagħha sabiex jintlaħqu impenji globali għal tnaqqis sinifikanti tal-metan, jenħtieġ li l-Unjoni tkompli tavvanza l-isforzi kollha relatati ma’ tnaqqis sinifikanti tal-emissjonijiet tal-metan globalment, u b’mod partikolari fil-pajjiżi li jfornu l-enerġija fossili lill-Unjoni, billi tirregola l-importazzjoni.
Emenda 41 Proposta għal regolament Premessa 58
(58) Għalhekk, jenħtieġ li l-importaturi tal-enerġija fossili lejn l-Unjoni jkunu meħtieġa jipprovdu lill-Istati Membri b’informazzjoni dwar miżuri relatati mal-kejl, ir-rapportar u l-mitigazzjonital-emissjonijiet tal-metan imwettqa mill-esportaturi, b’mod partikolari l-applikazzjoni ta’ miżuri regolatorji jew volontarji għall-kontroll tal-emissjonijiet tal-metan tagħhom, inklużi miżuri bħal stħarriġ dwar id-detezzjoni u t-tiswija ta’ tnixxijiet jew miżuri sabiex jiġu kkontrollati u ristretti l-ivventjar u l-ivvampjar tal-metan. Il-livelli ta’ kejl u rapportar stabbiliti fir-rekwiżiti ta’ informazzjoni applikati għall-importaturi jikkorrispondu għal dawk li għandhom ikunu meħtieġa mill-operaturi tal-Unjoni f’dan ir-Regolament, kif deskritt fil-Premessi 24 sa 26 u 46. L-informazzjoni dwar il-miżuri għall-kontroll tal-emissjonijiet tal-metan mhijiex aktar ta’ piż minn dik meħtieġa mill-operaturi tal-Unjoni.
(58) Għalhekk, jenħtieġ li l-importaturi tal-enerġija fossili lejn l-Unjoni jiġu sottomessi għall-istess regolili huma simili għal dawk għall-produtturi fi ħdan l-Unjoni dwar il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika, id-detezzjoni u t-tiswija ta’ tnixxijiet u l-limitigħall-ivventjar u l-ivvampjar.
Emenda 42 Proposta għal regolament Premessa 58a (ġdida)
(58a) Meta importatur juri l-implimentazzjoni ta’ miżuri tul il-katina tal-provvista meqjusa komparabbli fl-effettività għar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, jew jipprovdi garanziji tal-oriġini u tat-trasport f’pajjiżi meqjusa li għandhom ekwivalenza regolatorja, jenħtieġ li dak l-importatur ikun eliġibbli għal deroga. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta u tagħti deorga bil-ħsieb li tiġi żgurata l-kompatibbiltà tal-liġi kummerċjali tagħha.
Emenda 43 Proposta għal regolament Premessa 59
(59) L-Istati Membri jenħtieġ li jgħaddu dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni. Abbażi ta’ dik l-informazzjoni, jenħtieġ li l-Unjoni tistabbilixxi u timmaniġġja bażi tad-data dwar it-trasparenza għall-importazzjonijiet tal-enerġija fossili fl-Unjoni, li tagħti dettalji dwar jekk il-kumpaniji esportaturi ngħaqdux mal-OGMP għall-kumpaniji taż-żejt u tal-gass u, sa fejn dan ikun stabbilit, standard ekwivalenti, rikonoxxut internazzjonalment jew mill-Unjoni għall-kumpaniji tal-faħam. Tali informazzjoni jenħtieġ li turi l-grad ta’ impenn tal-kumpaniji fil-pajjiżi esportaturi sabiex ikejlu, jirrapportaw u jivverifikaw l-emissjonijiet tal-metan tagħhom skont il-metodi tal-grad 3 tar-rapportar tal-UNFCCC. Tali bażi tad-data dwar it-trasparenza sservi bħala sors ta’ informazzjoni għad-deċiżjonijiet dwar ix-xiri tal-importaturi tal-enerġija fossili lejn l-Unjoni kif ukoll għal partijiet ikkonċernati oħrajn u għall-pubbliku. Il-bażi tad-data dwar it-trasparenza jenħtieġ li tirrifletti wkoll l-isforzi mwettqa mill-kumpaniji fl-Unjoni u mill-kumpaniji li jesportaw l-enerġija fossili lejn l-Unjoni sabiex ikejlu u jirrapportaw kif ukoll inaqqsu l-emissjonijiet tal-metan tagħhom. Jenħtieġ li din tinkludi wkoll informazzjoni dwar l-azzjonijiet regolatorji tal-kejl, tar-rapportar u tal-mitigazzjoni minn pajjiżi fejn tiġi prodotta l-enerġija fossili.
(59) L-Istati Membri jenħtieġ li jgħaddu dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni. Abbażi ta’ dik l-informazzjoni, jenħtieġ li l-Unjoni tistabbilixxi u timmaniġġja bażi tad-data dwar it-trasparenza għall-importazzjonijiet tal-enerġija fossili fl-Unjoni, li tagħti dettalji dwar jekk il-kumpaniji esportaturi ngħaqdux mal-OGMP għall-kumpaniji taż-żejt u tal-gass u, sa fejn dan ikun stabbilit, standard ekwivalenti, rikonoxxut internazzjonalment jew mill-Unjoni għall-kumpaniji tal-faħam. Tali informazzjoni jenħtieġ li turi l-grad ta’ impenn tal-kumpaniji fil-pajjiżi esportaturi sabiex ikejlu, jirrapportaw u jivverifikaw l-emissjonijiet tal-metan tagħhom skont il-metodi tal-grad 3 tar-rapportar tal-UNFCCC. Tali bażi tad-data dwar it-trasparenza sservi bħala sors ta’ informazzjoni għad-deċiżjonijiet dwar ix-xiri tal-importaturi tal-enerġija fossili lejn l-Unjoni kif ukoll għal partijiet ikkonċernati oħrajn u għall-pubbliku. Il-bażi tad-data dwar it-trasparenza jenħtieġ li tirrifletti wkoll il-miżuri mwettqa mill-kumpaniji fl-Unjoni u mill-kumpaniji li jesportaw l-enerġija fossili lejn l-Unjoni sabiex ikejlu u jirrapportaw kif ukoll inaqqsu l-emissjonijiet tal-metan tagħhom. Jenħtieġ li din tinkludi wkoll informazzjoni dwar l-azzjonijiet regolatorji tal-kejl, tar-rapportar u tal-mitigazzjoni minn pajjiżi fejn tiġi prodotta l-enerġija fossili.
Emenda 44 Proposta għal regolament Premessa 61
(61) Flimkien, il-miżuri msemmija fil-Premessi 58 sa 60 jenħtieġ li jtejbu t-trasparenza għax-xerrejja, u b’hekk ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet informati dwar l-akkwist u jtejbu l-possibbiltà ta’ użu usa’ ta’ soluzzjonijiet ta’ mitigazzjoni tal-metan fid-dinja kollha. Barra minn hekk, jenħtieġ li huma jinċentivaw aktar lill-kumpaniji internazzjonali sabiex jissieħbu ma’ standards internazzjonali ta’ kejl u rapportar tal-metan bħall-OGMP jew sabiex jadottaw miżuri effettivi ta’ kejl, rapportar u mitigazzjoni. Dawn il-miżuri huma mfassla bħala l-bażi għal approċċ gradwali sabiex jiżdied il-livell ta’ strettezza tal-miżuri applikabbli għall-importazzjonijiet.Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li temenda jew iżżid mar-rekwiżiti ta’ rapportar tal-importaturi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tevalwa l-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri u, jekk tqis xieraq, tippreżenta proposti għal rieżami sabiex timponi miżuri aktar stretti fuq l-importaturi u sabiex tiżgura livell komparabbli ta’ effettività tal-miżuri applikabbli f’pajjiżi terzi għall-monitoraġġ, ir-rapportar, il-verifika u l-mitigazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan. L-evalwazzjoni jenħtieġ li tqis il-ħidma mwettqa mill-IMEO, inkluż l-Indiċi tal-Provvista tal-Metan, il-bażi tad-data dwar it-trasparenza u l-għodda ta’ monitoraġġ globali tal-emittenti tal-metan. Jekk il-Kummissjoni ssib li jkun xieraq li jiżdied il-livell ta’ strettezza tal-miżuri applikabbli għall-importazzjonijiet, huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha inkluż billi tikkonsulta ma’ pajjiżi terzi rilevanti.
(61) Flimkien, il-miżuri msemmija fil-Premessi 58 sa 60 jenħtieġ li jtejbu t-trasparenza għax-xerrejja, u jiffaċilitaw l-eżami tal-konformità sħiħa mar-regolament tal-Unjoni dwar l-importazzjonijiet. Barra minn hekk, jenħtieġ li huma jinċentivaw aktar lill-kumpaniji internazzjonali sabiex jissieħbu ma’ standards internazzjonali ta’ kejl u rapportar tal-metan bħall-OGMP jew sabiex jadottaw miżuri effettivi ta’ kejl, rapportar u mitigazzjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li temenda jew iżżid mar-rekwiżiti ta’ rapportar tal-importaturi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tevalwa l-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri u, jekk tqis xieraq, tippreżenta proposti għal rieżami sabiex timponi miżuri aktar stretti fuq l-importaturi. L-evalwazzjoni jenħtieġ li tqis il-ħidma mwettqa mill-IMEO, inkluż l-Indiċi tal-Provvista tal-Metan, il-bażi tad-data dwar it-trasparenza u l-għodda ta’ monitoraġġ globali tal-emittenti tal-metan. Jekk il-Kummissjoni ssib li jkun xieraq li jiżdied il-livell ta’ strettezza tal-miżuri applikabbli għall-importazzjonijiet, huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha inkluż billi tikkonsulta ma’ pajjiżi terzi rilevanti.
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-kejl, ir-rapportar u l-verifika akkurati tal-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija fl-Unjoni, kif ukoll għat-tnaqqis ta’ dawk l-emissjonijiet, inkluż permezz ta’ stħarriġiet dwar id-detezzjoni u t-tiswija tat-tnixxijiet u restrizzjonijiet fuq l-ivventjar u l-ivvampjar. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll regoli dwar għodod li jiżguraw it-trasparenza tal-emissjonijiet tal-metan mill-importazzjonijiet tal-enerġija fossili fl-Unjoni.
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-kejl, il-kwantifikazzjoni, il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika akkurati tal-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija fl-Unjoni, kif ukoll għat-tnaqqis ta’ dawk l-emissjonijiet, inkluż permezz ta’ stħarriġiet dwar id-detezzjoni u t-tiswija tat-tnixxijiet, l-obbligi ta’ rapportar u restrizzjonijiet fuq l-ivventjar u l-ivvampjar. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll regoli dwar għodod li jiżguraw it-trasparenza tal-emissjonijiet tal-metan mill-importazzjonijiet tal-enerġija fossili fl-Unjoni.
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt b
(b) it-terminals tat-trażmissjoni, tad-distribuzzjoni, tal-ħżin taħt l-art u tal-gass likwidu (LNG) li joperaw b’metan (bijo jew sintetiku) fossili u/jew rinnovabbli;
(b) it-terminals tat-trażmissjoni, tad-distribuzzjoni, (esklużi sistemi ta’ miters fil-punti aħħarija tal-konsum) tal-ħżin taħt l-art u tal-gass likwidu li joperaw b’metan (bijo jew sintetiku) fossili u/jew rinnovabbli;
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
(ca) il-petrokimiċi.
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 3
3. Dan ir-Regolament japplika għall-emissjonijiet tal-metan li jseħħu barra mill-Unjoni f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti ta’informazzjoni tal-importatur, mal-bażi tad-data dwar it-trasparenza tal-metan u mal-għodda ta’ monitoraġġ tal-emittenti tal-metan.
3. Dan ir-Regolament japplika għall-emissjonijiet tal-metan li jseħħu barra mill-Unjoni f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-importatur, mal-bażi tad-data dwar it-trasparenza tal-metan u mal-għodda ta’ monitoraġġ tal-emittenti tal-metan.
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 1a (ġdid)
Artikolu 1a
Mira fil-livell tal-Unjoni fil-qasam tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan
1. Skont il-mira fit-tul tat-temperatura stabbilita fl-Artikolu 2(1), il-punt (a) tal-Ftehim ta’ Pariġi, il-mira ta’ emissjonijiet żero netti ta’ gassijiet serra sa mhux aktar tard mill-2050 stabbilita fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119 u l-mira tal-Wegħda Globali b’rabta mal-Metan li l-emissjonijiet antropoġeniċi globali tal-metan jitnaqqsu b’mill-inqas 30 % sal-2030 mil-livelli tal-2020, il-Kummissjoni għandha tipproponi, sal-31 ta’ Diċembru 2025 u abbażi ta’ valutazzjoni tal-impatt, mira vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan għall-2030 li tkopri s-setturi tal-emissjonijiet rilevanti kollha.
2. Skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom kollettivament jiżguraw li l-emissjonijiet tal-metan mis-settur tal-enerġija fl-Unjoni jitnaqqsu, sal-2030, għal livell li jkopri l-benefiċċji soċjali tal-mitigazzjoni tal-metan b’inqas mill-kostijiet tagħhom.
3. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan bħala parti mill-pjanijiet integrati nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima skont l-Artikoli 3, 4, 5 u 9 sa 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999. Jekk, abbażi tal-valutazzjoni tal-ewwel aġġornament tal-pjanijiet integrati nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima mressqa skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kontributi nazzjonali tal-Istati Membri mhumiex biżżejjed biex kollettivament tintlaħaq il-mira tal-Unjoni, hija għandha tipproponi miżuri u teżerċita s-setgħat tagħha fil-livell tal-Unjoni biex tiżgura l-ilħuq kollettiv tal-mira msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1
(1) “emissjonijiet tal-metan” tfisser l-emissjonijiet diretti kollha li jseħħu mill-komponenti kollha li huma sorsi potenzjali ta’ emissjonijiet tal-metan, kemm jekk bħala riżultat ta’ ivventjar intenzjonat kif ukoll jekk mhux intenzjonat, kombustjoni mhux kompluta f’apparat tal-ivvampjar jew minn komponenti oħrajn u tnixxijiet mhux intenzjonati;
(1) “emissjonijiet tal-metan” tfisser l-emissjonijiet diretti kollha li jseħħu mill-komponenti kollha li huma sorsi potenzjali ta’ emissjonijiet tal-metan, kemm jekk bħala riżultat ta’ ivventjar, kombustjoni mhux kompluta f’apparat tal-ivvampjar jew minn komponenti oħrajn u tnixxijiet;
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
(1a) “komponent” tfisser kwalunkwe element ta’ tagħmir li għandu l-potenzjal li jarmi emissjonijiet li jaħarbu tal-metan jew tal-komposti organiċi volatili;
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)
(1b) “tnixxija” tfisser kwalunkwe emissjoni tal-metan mhux intenzjonata minn komponent;
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7
(7) “verifikatur” tfisser persuna ġuridika differenti mill-awtoritajiet kompetenti maħtura f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament li twettaq attivitajiet ta’ verifika u li hija akkreditata minn korp nazzjonali ta’ akkreditament skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew persuna fiżika awtorizzata mod ieħor, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(2) ta’ dak ir-Regolament, fiż-żmien meta tinħareġ dikjarazzjoni ta’ verifika;
(7) “verifikatur” tfisser persuna ġuridika li twettaq attivitajiet ta’ verifika u li hija akkreditata minn korp nazzjonali ta’ akkreditament skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew persuna fiżika awtorizzata mod ieħor, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(2) ta’ dak ir-Regolament, fiż-żmien meta tinħareġ dikjarazzjoni ta’ verifika;
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)
(9a) “faċilità” tfisser installazzjoni waħda jew aktar fuq l-istess sit li huma operati mill-istess persuna fiżika jew ġuridika;
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9b (ġdid)
(9b) “sit” tfisser il-post ġeografiku tal-faċilità;
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10
(10) “fattur ta’ emissjoni” tfisser koeffiċjent li jikkwantifika l-emissjonijiet jew l-assorbimenti ta’ gass għal kull unità ta’ attività, li spiss ikun ibbażat fuq kampjun ta’ data tal-kejl, fuq medja sabiex tiġi żviluppata rata rappreżentattiva ta’ emissjoni għal livell ta’ attività partikolari taħt sett partikolari ta’ kundizzjonijiet operattivi;
(10) “fattur ta’ emissjoni” tfisser koeffiċjent li jikkwantifika l-emissjonijiet ta’ gass għal kull unità ta’ attività, li spiss ikun ibbażat fuq kampjun ta’ data tal-kejl, fuq medja sabiex tiġi żviluppata rata rappreżentattiva ta’ emissjoni għal livell ta’ attività partikolari taħt sett partikolari ta’ kundizzjonijiet operattivi;
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 12
(12) “fattur speċifiku ta’ emissjoni” tfisser fattur ta’ emissjoni derivat minn kejl dirett;
(12) “fattur speċifiku ta’ emissjoni” tfisser fattur ta’ emissjoni għal tip ta’ sors ta’ emissjoni li huwa derivat minn kejl dirett;
Emenda 58 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 13
(13) “kejl dirett” tfisser kejl tal-emissjoni tal-metan fil-livell tas-sors b’apparat tal-kejl li jippermetti tali kejl;
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 13a (ġdid)
(13a) “kwantifikazzjoni” tfisser operazzjonijiet sabiex tiġi ddeterminata l-kwantità ta’ emissjonijiet tal-metan, abbażi ta’ kejl dirett jew, fejn il-kejl dirett ma jkunx fattibbli, abbażi ta’ kalkoli dettaljati tal-inġinerija jew għodod ta’ simulazzjoni, u abbażi ta’ tagħmir avvanzat u metodi ta’ monitoraġġ;
Emenda 60 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 14
(14) “emissjonijiet tal-metan fil-livell tas-sit” tfisser is-sorsi kollha ta’ emissjonijiet fi ħdan assi;
(14) “emissjonijiet tal-metan fil-livell tas-sit” tfisser is-sorsi kollha ta’ emissjonijiet fi ħdan sit kollu;
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 15
(15) “kejl fil-livell tas-sit” tfisser kejl minn fuq għal isfel u tipikament jinvolvi l-użu ta’ sensuri mmuntati fuq pjattaforma mobbli, bħal vetturi, droni, inġenji tal-ajru, dgħajjes u satelliti jew mezzi oħrajn sabiex tinkiseb ħarsa ġenerali sħiħa lejn l-emissjonijiet f’sit sħiħ;
(15) “kejl fil-livell tas-sit” tfisser kejl minn fuq għal isfel u tipikament jinvolvi l-użu ta’ sensuri mmuntati fuq pjattaforma mobbli, bħal vetturi, droni, inġenji tal-ajru, dgħajjes, satelliti, l-użu ta’ sensuri fissi, bħal networks kontinwi ta’ sensuri lokalizzati, jew mezzi oħrajn sabiex tinkiseb ħarsa ġenerali sħiħa lejn l-emissjonijiet f’sit sħiħ;
Emenda 62 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 17
(17) “stħarriġ dwar id-detezzjoni u t-tiswija ta’ tnixxijiet” tfisser stħarriġ sabiex jiġu identifikati s-sorsi tal-emissjonijiet tal-metan, inklużit-tnixxijiet u l-ivventjar mhux intenzjonat;
(17) “stħarriġ dwar id-detezzjoni u t-tiswija ta’ tnixxijiet” tfisser stħarriġ bi strument jew teknoloġija avvanzata oħra b’limitu minimu ta’ detezzjoni u kunfidenza, sabiex jiġu identifikati u traċċati s-sorsi tat-tnixxijiet tal-emissjonijiet tal-metan u emissjonijiet tal-metan oħra mhux intenzjonati, u għat-tiswija jew is-sostituzzjoni tal-komponenti li jnixxu;
Emenda 63 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 18
(18) “ivventjar” tfisser ir-rilaxx ta’ metan mhux maħruq fl-atmosfera jew intenzjonalment minn proċessi, attivitajiet jew apparat iddiżinjati għal dan il-għan, jew b’mod mhux intenzjonat fil-każ ta’ funzjonament ħażin jew restrizzjonijiet ġeoloġiċi;
(18) “ivventjar” tfisser ir-rilaxx ta’ metan mhux maħruq fl-atmosfera intenzjonalment minn proċessi, attivitajiet jew apparat iddiżinjati għal dan il-għan;
Emenda 64 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 22
(22) “ivvampjar ta’ rutina” tfisser l-ivvampjar matul il-produzzjoni normali taż-żejt jew tal-gass fossili u fin-nuqqas ta’ faċilitajiet suffiċjenti jew ġeoloġija li tista’ tiġi adattata sabiex il-metan jiġi injettat mill-ġdid, jintuża fuq il-post, jew jintbagħat lejn suq;
(22) “ivvampjar ta’ rutina” tfisser l-ivvampjar matul il-produzzjoni normali taż-żejt jew tal-gass fossili u fin-nuqqas ta’ faċilitajiet suffiċjenti jew ġeoloġija li tista’ tiġi adattata sabiex il-metan jiġi injettat mill-ġdid, jintuża fuq il-post, jiġi pproċessat, jew jintbagħat lejn suq, u eskluż l-ivvampjar ikkawżat minn emerġenza;
Emenda 65 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 24
(24) “bir inattiv” tfisser bir taż-żejt jew tal-gass jew sit tal-bir fejn l-operazzjonijiet għall-esplorazzjoni jew għall-produzzjoni jkunu waqfu għal mill-anqas sena;
(24) “bir inattiv” tfisser bir taż-żejt jew tal-gass jew sit tal-bir, fuq l-art jew lil hinn mill-kosta, fejn l-operazzjonijiet għall-esplorazzjoni jew għall-produzzjoni jkunu waqfu għal mill-anqas sena; hija ma tinkludix bjar magħluqa u abbandunati b’mod permanenti;
Emenda 66 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 24a (ġdid)
(24a) “bir magħluq u abbandunat b’mod permanenti” tfisser bir taż-żejt jew tal-gass jew sit tal-bir, fuq l-art jew lil hinn mill-kosta, li ngħalaq u fih ħadd u xejn mhu se jidħol, fejn l-installazzjonijiet kollha assoċjati mal-bir tneħħew u l-operazzjonijiet intemmu u fejn tista’ tiġi provduta dokumentazzjoni adegwata biex turi, f’konformità mal-Anness IV, li ma hemmx emissjonijiet tal-metan minn dak il-bir jew mis-sit tal-bir;
Emenda 67 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 39a (ġdid)
(39a) “it-tagħmir tal-estrazzjoni tal-faħam f’minjiera magħluqa jew abbandunata” tfisser kwalunkwe tagħmir li jibqa’ marbut mal-istrata li ġġorr il-metan, inklużi iżda mhux limitati għal passaġġi tal-ventilazzjoni u l-pajpijiet tad-dranaġġ;
Emenda 68 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 41
(41) “importatur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li, matul attività kummerċjali, tqiegħed l-enerġija fossili minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni.
(41) “importatur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li, matul attività kummerċjali, tqiegħed il-gass fossili, iż-żejt jew il-faħam minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni inkluż kwalunkwe persuna fiżika stabbilita fl-Unjoni li hija maħtura twettaq azzjonijiet meħtieġa fl-ambitu tal-Artikolu 27.
Emenda 69 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1
1. Meta jistabbilixxu jew japprovaw tariffi ta’ trażmissjoni jew ta’ distribuzzjoni jew il-metodoloġiji li għandhom jintużaw mill-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni, mill-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni, mill-operaturi tat-terminali tal-LNG jew minn kumpaniji regolati oħrajn, inklużi, fejn applikabbli, l-operaturi tal-ħżin tal-gass, l-awtoritajiet regolatorji għandhom iqisu l-kostijiet imġarrba u l-investimenti magħmula sabiex jikkonformaw mal-obbligi skont dan ir-Regolament, sa fejn dawn jikkorrispondu ma’ dawk ta’ operatur regolat effiċjenti u strutturalment komparabbli.
1. Meta jistabbilixxu jew japprovaw tariffi jew il-metodoloġiji li għandhom jintużaw mill-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni, mill-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni, mill-operaturi tat-terminali tal-LNG jew minn kumpaniji regolati oħrajn, inklużi, fejn applikabbli, l-operaturi tal-ħżin tal-gass, l-awtoritajiet regolatorji għandhom iqisu l-kostijiet addizzjonali mġarrba u l-investimenti magħmula sabiex jikkonformaw mal-obbligi skont dan ir-Regolament, sa fejn dawn jikkorrispondu ma’ dawk ta’ operatur regolat effiċjenti u strutturalment komparabbli. Il-kostijiet ta’ unità ta’ investiment imsemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jintużaw minn awtoritajiet regolatorji biex jagħmlu valutazzjoni komparattiva tal-kostijiet imġarrba mill-operaturi.
Emenda 70 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2
2. Kull tliet snin, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) għandha tistabbilixxi u tagħmel disponibbli għall-pubbliku sett ta’ indikaturi u valuri ta’ referenza korrispondenti għat-tqabbil tal-kostijiet ta’ unità ta’ investiment marbuta mal-kejl, ir-rapportar u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan għal proġetti komparabbli.
2. Kull tliet snin, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) għandha tistabbilixxi u tagħmel disponibbli għall-pubbliku sett ta’ indikaturi u valuri ta’ referenza korrispondenti għat-tqabbil tal-kostijiet ta’ unità ta’ investiment marbuta mal-kejl, il-monitoraġġ, ir-rapportar, il-verifika u t-tnaqqis tal-emissjonijiet, inklużi dawk mill-ivventjar u l-ivvampjar, tal-emissjonijiet tal-metan għal proġetti komparabbli.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti sa …[3 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla fl-ismijiet jew fid-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti sa …[6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla fl-ismijiet jew fid-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti.
Emenda 72 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2
2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel lista tal-awtoritajiet kompetenti disponibbli għall-pubbliku u għandha taġġorna dik il-lista regolarment.
2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel lista tal-awtoritajiet kompetenti disponibbli għall-pubbliku u għandha taġġorna dik il-lista regolarment kif tirċievi notifika għal kwalunkwe bidla minn Stat Membru.
Emenda 73 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 3
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom setgħat u riżorsi adegwati sabiex iwettqu l-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu punt ta’ kuntatt, ikollhom setgħat u riżorsi adegwati, inklużi riżorsi umani, sabiex iwettqu l-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament.
Emenda 74 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.
1. Fit-twettiq tal-kompiti tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament.
Emenda 75 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 2
2. L-operaturi u l-operaturi tal-minjieri għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti l-assistenza kollha meħtieġa sabiex jippermettu jew jiffaċilitaw it-twettiq tal-kompiti tal-awtoritajiet kompetenti msemmija f’dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-bini u l-preżentazzjoni ta’ dokumentazzjoni jew rekords.
2. L-operaturi, l-operaturi tal-minjieri u l-importaturi, dment li dawk l-importaturi huma meħtieġa skont l-Artikolu 27, għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti l-assistenza kollha meħtieġa sabiex jippermettu jew jiffaċilitaw it-twettiq tal-kompiti tal-awtoritajiet kompetenti msemmija f’dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-bini u l-preżentazzjoni ta’ dokumentazzjoni jew rekords.
Emenda 76 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 3
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni u kif meħtieġ mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi, sabiex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi network ta’ awtoritajiet kompetenti sabiex trawwem il-kooperazzjoni, bl-arranġamenti meħtieġa għall-iskambju ta’ informazzjoni u l-aħjar prattiki u sabiex tippermetti konsultazzjonijiet.
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni u kif meħtieġ mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi, sabiex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi network ta’ awtoritajiet kompetenti sabiex trawwem il-kooperazzjoni, bl-arranġamenti meħtieġa għall-iskambju ta’ informazzjoni u l-aħjar prattiki u sabiex tippermetti konsultazzjonijiet. Il-punti ta’ kuntatt stabbiliti fi ħdan l-awtoritajiet kompetenti għandhom jappoġġaw dawn l-attivitajiet.
3a. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli regolari biex jivverifikaw il-konformità tal-importaturi mal-Artikolu 27(2a), dment li dawk l-importaturi huma meħtieġa jikkonformaw skont l-Artikolu 27, permezz ta’ kontrolli tad-dokumentazzjoni u verifika minn parti terza indipendenti, flimkien ma’ metodi u teknoloġiji oħra għad-dispożizzjoni tagħhom biex jivverifikaw l-eżistenza ta’ emissjonijiet tal-metan.
3b. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw u japprovaw il-pjan ta’ mitigazzjoni msemmi fl-Artikolu 18(6) biex jiġu indirizzati l-emissjonijiet tal-metan sottomessi mill-operaturi.
Meta r-rapporti għandhom isiru pubbliċi f’konformità ma’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmluhom disponibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas, fuq sit web apposta u f’format aċċessibbli, li jista’ jitniżżel u jiġi editjat liberament.
Meta r-rapporti għandhom isiru pubbliċi f’konformità ma’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmluhom disponibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas, fuq sit web apposta u f’format aċċessibbli, li jista’ jitniżżel u jiġi editjat liberament. Id-data miġbura għandha tiżgura l-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva tal-kumpaniji.
Emenda 80 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu spezzjonijiet perjodiċi sabiex jivverifikaw il-konformità tal-operaturi jew tal-operaturi tal-minjieri mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. L-ewwel spezzjoni għandha titlesta sa …[18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu spezzjonijiet perjodiċi sabiex jivverifikaw il-konformità tal-operaturi jew tal-operaturi tal-minjieri mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. L-ewwel spezzjoni għandha titlesta sa …[18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Għandhom jiġu kkunsidrati mekkaniżmi ta’ kontroll diġà stabbiliti disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw l-aħjar prattiki.
Meta spezzjoni tkun identifikat ksur serju tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu avviż ta’ azzjonijiet ta’ rimedju li għandhom jitwettqu mill-operatur jew mill-operatur tal-minjieri, bħala parti mir-rapport imsemmi fil-paragrafu 5.
Meta spezzjoni tkun identifikat ksur tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu avviż ta’ azzjonijiet ta’ rimedju li għandhom jitwettqu mill-operatur jew mill-operatur tal-minjieri, bi skadenzi ċari għal dawn l-azzjonijiet, bħala parti mir-rapport imsemmi fil-paragrafu 5.
Emenda 82 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 3
3. Wara l-ewwel spezzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ifasslu programmi għall-ispezzjonijiet ta’ rutina. Il-perjodu bejn l-ispezzjonijiet għandu jkun ibbażat fuq stima tar-riskju ambjentali u ma għandux jaqbeżis-sentejn. Meta spezzjoni tkun identifikat ksur serju tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, l-ispezzjoni sussegwenti għandha ssir fiżmien sena.
3. Wara l-ewwel spezzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ifasslu programmi għall-ispezzjonijiet ta’ rutina. Il-perjodu bejn l-ispezzjonijiet għandu jkun ibbażat fuq stima tar-riskju ambjentali, inkluża valutazzjoni ta’ impatti kumulattivi tal-emissjonijiet tal-metan kollha bħala sustanzi niġġiesa, u ma għandux ikun aktar minn 16-il xahar. Meta spezzjoni tkun identifikat ksur serju tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, l-ispezzjoni sussegwenti għandha ssir f’perjodu massimu ta’ disa’ xhur.
Emenda 83 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 4 – punt a
(a) sabiex jinvestigaw ilmenti sostanzjati msemmija fl-Artikolu 7 u okkorrenzi ta’ nuqqas ta’ konformità mill-aktar fis possibbli wara d-data li fiha l-awtoritajiet kompetenti jsiru konxji ta’ tali lmenti jew nuqqas ta’ konformità;
(a) sabiex jinvestigaw ilmenti sostanzjati msemmija fl-Artikolu 7 u okkorrenzi ta’ nuqqas ta’ konformità mill-aktar fis possibbli wara d-data li fiha l-awtoritajiet kompetenti jsiru konxji ta’ tali lmenti jew nuqqas ta’ konformità u mhux aktar minn 6 xhur dwar dik id-data;
Wara kull spezzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iħejju rapport li jiddeskrivi l-bażi ġuridika għall-ispezzjoni, il-passi proċedurali segwiti, is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti għall-azzjoni ulterjuri mill-operatur jew mill-operatur tal-minjieri.
Wara kull spezzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iħejju rapport li jiddeskrivi l-bażi ġuridika għall-ispezzjoni, il-passi proċedurali segwiti, is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti għall-azzjoni ulterjuri mill-operatur jew mill-operatur tal-minjieri, inklużi l-iskadenzi għall-implimentazzjoni tagħhom.
Emenda 85 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 6
6. L-operaturi u l-operaturi tal-minjieri għandhom jieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa stabbiliti fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 5 fil-perjodu determinat mill-awtoritajiet kompetenti jew fi kwalunkwe perjodu ieħor miftiehem mal-awtoritajiet kompetenti.
6. L-operaturi u l-operaturi tal-minjieri għandhom, mingħajr dewmien, jieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa stabbiliti fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 5 fil-perjodu determinat mill-awtoritajiet kompetenti jew fi kwalunkwe perjodu ieħor miftiehem mal-awtoritajiet kompetenti.
Emenda 86 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1
1. Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tqis li ġarrbet dannu bħala riżultat ta’ ksur tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament mill-operaturi jew mill-operaturi tal-minjieri, tista’ tippreżenta lment bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti.
1. Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista’ tissottometti ilment bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti dwar ksur possibbli tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament mill-operaturi jew mill-operaturi tal-minjieri. Barra minn hekk, il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja għandu jaġixxi bħala punt ta’ kuntatt għall-fini tas-sottomissjoni tal-ilmenti lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.
Emenda 87 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2
2. L-ilmenti għandhom jiġu ssostanzjati kif xieraq u jkun fihom biżżejjed evidenza tal-allegat ksur u tad-dannu li jirriżulta minnu.
2. L-ilmenti għandhom jiġu ssostanzjati kif xieraq u jkun fihom biżżejjed evidenza tal-allegat ksur.
Emenda 88 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 3
3. Fejn jidher li l-ilment ma jipprovdix biżżejjed evidenza sabiex jiġġustifika t-twettiq ta’ investigazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-ilmentatur bir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħhom li ma jwettqux investigazzjoni.
3. Fejn jidher li l-ilment ma jipprovdix biżżejjed evidenza sabiex jiġġustifika t-twettiq ta’ investigazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-ilmentatur, fi żmien raġonevoli iżda mhux aktar tard minn xahar, bir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħhom li ma jwettqux investigazzjoni.
Emenda 89 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Il-verifikaturi għandhom jivvalutaw il-konformità tar-rapporti dwar l-emissjonijiet sottomessi lilhom mill-operaturi jew mill-operaturi tal-minjieri f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Huma għandhom jivvalutaw il-konformità tar-rapporti mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u jirrieżaminaw is-sorsi u l-metodoloġiji kollha tad-data użati sabiex jivvalutaw l-affidabbiltà, il-kredibbiltà u l-akkuratezza tagħhom, b’mod partikolari l-punti li ġejjin:
1. Il-verifikaturi għandhom jivvalutaw il-konformità tar-rapporti dwar l-emissjonijiet sottomessi lilhom mill-operaturi, mill-operaturi tal-minjieri jew l-importaturi, dment li dawk l-importaturi huma meħtieġa skont l-Artikolu 27, f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Huma għandhom jivvalutaw il-konformità tar-rapporti mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u jirrieżaminaw is-sorsi u l-metodoloġiji kollha tad-data użati sabiex jivvalutaw l-affidabbiltà, il-kredibbiltà u l-akkuratezza tagħhom, b’mod partikolari l-punti li ġejjin:
Emenda 90 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt d
(d) kwalunkwe sistema ta’ kontroll tal-kwalitàjew ta’ garanzija tal-kwalità applikata mill-operaturi jew mill-operaturi tal-minjieri.
(d) kwalunkwe sistema ta’ kontroll ta’ garanzija tal-kwalità applikata mill-operaturi, mill-operaturi tal-minjieri jew mill-importaturi, dment li dawk l-importaturi huma meħtieġa skont l-Artikolu 27.
Fit-twettiq tal-attivitajiet ta’ verifika msemmija fil-paragrafu 1, il-verifikaturi għandhom jużaw standards Ewropej jew internazzjonali bla ħlas u disponibbli għall-pubbliku għall-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan kif magħmula applikabbli mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 5. Sa tali data meta l-applikabbiltà ta’ dawk l-istandards tiġi ddeterminata mill-Kummissjoni, il-verifikaturi għandhom jużaw standards Ewropej jew internazzjonali eżistenti għall-kwantifikazzjoni u l-verifika tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra.
Fit-twettiq tal-attivitajiet ta’ verifika msemmija fil-paragrafu 1, il-verifikaturi għandhom jużaw standards Ewropej jew internazzjonali disponibbli għall-pubbliku għall-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan kif magħmula applikabbli mill-Kummissjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari mal-paragrafu 5. Sa tali data meta l-applikabbiltà ta’ dawk l-istandards tiġi ddeterminata mill-Kummissjoni, il-verifikaturi għandhom jużaw standards Ewropej jew internazzjonali eżistenti għall-kwantifikazzjoni u l-verifika tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra.
Meta ma jkun hemm l-ebda standard Ewropew jew internazzjonali disponibbli, l-operaturi jew l-operaturi tal-minjieri għandhom jipprovdu informazzjoni lill-verifikaturi dwar l-istandards jew il-metodoloġiji użati mill-operaturi, mill-operaturi tal-minjieri jew mill-importaturi għall-fini tal-attivitajiet ta’ verifika.
Il-verifikaturi jistgħu jwettqu kontrolli fuq il-post sabiex jiddeterminaw l-affidabbiltà, il-kredibbiltà u l-akkuratezza tas-sorsi tad-data u tal-metodoloġiji użati.
Il-verifikaturi għandhom iwettqu kontrolli fuq il-post b’avviż minn qabel kif ukoll għal għarrieda sabiex jiddeterminaw l-affidabbiltà, il-kredibbiltà u l-akkuratezza tas-sorsi tad-data u tal-metodoloġiji użati.
L-attivitajiet ta’ verifika msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u f’dan il-paragrafu għandhom jiġu allinjati mal-istandards u l-metodoloġiji Ewropej jew internazzjonali attwali sabiex jiġi limitat il-piż fuq l-operaturi, l-operaturi tal-minjieri jew l-importaturi, dment li dawk l-importaturi huma meħtieġa skont l-Artikolu 27, u fuq l-awtoritajiet kompetenti u jikkunsidraw in-natura tal-attivitajiet tal-operaturi.
Meta l-valutazzjoni tikkonkludi li r-rapport dwar l-emissjonijiet ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-verifikaturi għandhom jinformaw lill-operatur jew lill-operatur tal-minjieri b’dan u l-operatur jew l-operatur tal-minjieri għandu jissottometti rapport rivedut dwar l-emissjonijiet lill-verifikatur mingħajr dewmien.
Meta l-valutazzjoni tikkonkludi li r-rapport dwar l-emissjonijiet ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-verifikaturi għandhom jinformaw b’dan lill-operatur, lill-operatur tal-minjieri jew lill-importatur, sakemm l-importatur huwa rikjest skont l-Artikolu 27, u l-operatur, l-operatur tal-minjieri jew l-importatur, sakemm l-importatur huwa rikjest skont l-Artikolu 27, għandu jissottometti rapport rivedut dwar l-emissjonijiet lill-verifikatur mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn tliet ġimgħat.
Emenda 96 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 4
4. L-operaturi u l-operaturi tal-minjieri għandhom jipprovdu lill-verifikaturi bl-assistenza kollha meħtieġa sabiex jippermettu jew jiffaċilitaw it-twettiq tal-attivitajiet ta’ verifika, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-bini u l-preżentazzjoni ta’ dokumentazzjoni jew rekords.
4. L-operaturi, l-operaturi tal-minjieri u l-importaturi, sakemm dawk l-importaturi huma rikjesti skont l-Artikolu 27, għandhom jipprovdu lill-verifikaturi l-assistenza kollha meħtieġa sabiex jippermettu jew jiffaċilitaw it-twettiq tal-attivitajiet ta’ verifika, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-bini u l-preżentazzjoni ta’ dokumentazzjoni jew rekords.
Emenda 98 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Sakemm l-interess tal-Unjoni jkun protett, l-Osservatorju Internazzjonali tal-Emissjonijiet tal-Metan għandu jingħata rwol ta’ verifika fir-rigward tad-data dwar l-emissjonijiet tal-metan, b’mod partikolari fir-rigward tal-kompiti li ġejjin:
1. Fit-twettiq tal-obbligi tagħhom u fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament, il-verifikaturi, l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jikkunsidraw l-informazzjoni mqegħda għad-dispożizzjoni tal-pubbliku mill-Osservatorju Internazzjonali tal-Emissjonijiet tal-Metan (IMEO), b’mod partikolari fir-rigward ta’ dan li ġej:
Emenda 99 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt e
(e) ir-rapportar ta’ sejbiet dwar diskrepanzi kbar bejn is-sorsi tad-data.
(e) ir-rapportar ta’ sejbiet dwar diskrepanzi kbar bejn is-sorsi tad-data li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ metodoloġiji xjentifiċi aktar robusti;
Emenda 100 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)
(ea) ir-rapportar tas-superemittenti identifikati permezz ta’ sistema ta’ detezzjoni u twissija bikrija.
Emenda 101 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 2
2. Il-Kummissjoni tista’ tippreżenta data dwar l-emissjonijiet tal-metan lill-Osservatorju Internazzjonali tal-Emissjonijiet tal-Metan, kif magħmula disponibbli lilha mill-awtoritajiet kompetenti f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
2. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta d-data rilevanti dwar l-emissjonijiet tal-metan lill-IMEO.
Emenda 102 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3
3. L-informazzjoni prodotta mill-Osservatorju Internazzjonali tal-Emissjonijiet tal-Metan għandha tkun disponibbli għall-pubbliku u għall-Kummissjoni.
imħassar
Emenda 103 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1
1. Sa … [12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-operaturi għandhom jissottomettu rapport lill-awtoritajiet kompetenti li jkun fih l-emissjonijiet tal-metan fil-livell tas-sors stmati bl-użu ta’ fatturi ta’ emissjoni ġeneriċi iżda speċifiċi għas-sors għas-sorsi kollha.
1. Sa … [10 xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-operaturi għandhom jissottomettu rapport lill-awtoritajiet kompetenti li jkun fih il-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan fil-livell tas-sors stmati bl-użu ta’ mill-inqas il-fatturi ta’ emissjoni ġeneriċi għas-sorsi kollha. L-operaturi jistgħu jagħżlu li jissottomettu simultanjament rapport f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2.
Emenda 104 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 2
2. Sa … [24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-operaturi għandhom jissottomettu wkoll rapport lill-awtoritajiet kompetenti li jkun fih kejl dirett tal-emissjonijiet tal-metan fil-livell tas-sors għall-assi operattivi. Ir-rapportar f’tali livell jista’ jinvolvi l-użu ta’ kejl u kampjunar fil-livell tas-sors bħala l-bażi għall-istabbiliment ta’ fatturi speċifiċi tal-emissjonijiet użati għall-istima tal-emissjonijiet.
2. L-operaturi u l-impriżi stabbiliti fl-Unjoni għandhom jissottomettu rapport lill-awtoritajiet kompetenti li jkun fih kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan fil-livell tas-sors:
(a) għall-assi operattivi sa ... [12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], u
(b) għall-assi mhux operattivi sa... [24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], dment li dawn l-assi ma jkunux ġew irrapportati minn xi operatur skont l-obbligu fl-ambitu tal-punt (a).
Ir-rapportar f’tali livell għandu jinvolvi l-użu ta’ kejl u kampjunar diretti fil-livell tas-sors bħala l-bażi għall-istabbiliment ta’ fatturi speċifiċi tal-emissjonijiet użati għall-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet.
Sa … [36 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u sat-30 ta’ Marzu ta’ kull sena minn hemm ’il quddiem, l-operaturi għandhom jissottomettu rapport lill-awtoritajiet kompetenti li jkun fih kejl dirett tal-emissjonijiet tal-metan fil-livell tas-sors għall-assi operattivi msemmija fil-paragrafu 2, ikkumplimentat minn kejl tal-emissjonijiet tal-metan fil-livell tas-sit, u b’hekk ikunu jistgħu jiġu vvalutati u vverifikati l-istimi fil-livell tas-sors aggregati skont is-sit.
L-operaturi u l-impriżi li huma stabbiliti fl-Unjoni għandhom jissottomettu rapport lill-awtoritajiet kompetenti li jkun fih kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan fil-livell tas-sors, ikkomplementata minn kejl tal-emissjonijiet tal-metan fil-livell tas-sit, u b’hekk ikunu jistgħu jiġu vvalutati u vverifikati l-istimi fil-livell tas-sors aggregati skont is-sit:
Emenda 106 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a (ġdid)
(a) għall-assi operattivi sa …[24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena sussegwenti; u
Emenda 107 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b (ġdid)
(b) għall-assi mhux operattivi sa... [42 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena sussegwenti, dment li dawk ma jkunux ġew irrapportati minn operatur skont il-punt (a).
Qabel is-sottomissjoni lill-awtoritajiet kompetenti, l-operaturi għandhom jiżguraw li r-rapporti stabbiliti f’dan il-paragrafu jiġu vvalutati minn verifikatur u jinkludu dikjarazzjoni ta’ verifika maħruġa f’konformità mal-Artikoli 8 u 9.
Qabel is-sottomissjoni lill-awtoritajiet kompetenti, l-operaturi u l-impriżi għandhom jiżguraw li r-rapporti stabbiliti f’dan il-paragrafu jiġu vvalutati minn verifikatur u jinkludu dikjarazzjoni ta’ verifika maħruġa f’konformità mal-Artikoli 8 u 9.
Emenda 109 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 4
4. Sa … [36 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-impriżi stabbiliti fl-Unjoni għandhom jissottomettu rapport lill-awtoritajiet kompetenti li jkun fih kejl dirett tal-emissjonijiet tal-metan fil-livell tas-sors għal assi mhux operattivi. Ir-rapportar f’tali livell jista’ jinvolvi l-użu ta’ kejl u kampjunar fil-livell tas-sors bħala l-bażi għall-istabbiliment ta’ fatturi speċifiċi tal-emissjonijiet użati għall-istima tal-emissjonijiet.
Sa … [48 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u sat-30 ta’ Marzu ta’ kull sena minn hemm ’il quddiem, l-impriżi stabbiliti fl-Unjoni għandhom jissottomettu rapport lill-awtoritajiet kompetenti li jkun fih kejl dirett tal-emissjonijiet tal-metan fil-livell tas-sors għal assi mhux operattivi kif stabbilit fil-paragrafu 4, ikkumplimentat minn kejl tal-emissjonijiet tal-metan fil-livell tas-sit, u b’hekk ikunu jistgħu jiġu vvalutati u vverifikati l-istimi fil-livell tas-sors aggregati skont is-sit.
Qabel is-sottomissjoni lill-awtoritajiet kompetenti, l-impriżi għandhom jiżguraw li r-rapporti stabbiliti f’dan il-paragrafu jiġu vvalutati minn verifikatur u jinkludu dikjarazzjoni ta’ verifika maħruġa f’konformità mal-Artikoli 8 u 9.
imħassar
Emenda 112 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – punt c
(c) informazzjoni dettaljata dwar il-metodoloġiji ta’ kwantifikazzjoni użati għall-kejl tal-emissjonijiet tal-metan;
(c) informazzjoni dettaljata dwar il-metodoloġiji ta’ kwantifikazzjoni;
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi mudell ta’ rapportar għar-rapporti skont il-paragrafi 2, 3, 4 u 5. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 32(2).
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi mudell ta’ rapportar għar-rapporti skont dan l-Artikolu filwaqt li tqis ir-rapporti tal-inventarji nazzjonali diġà fis-seħħ. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 32(2). Sal-adozzjoni ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni, l-operaturi u l-impriżi għandhom jużaw id-dokumenti ta’ gwida teknika u l-mudelli ta’ rapportar tal-OGMP 2.0, għall-operazzjonijiet upstream u għal dawk midstream u downstream, kif applikabbli.
Emenda 114 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 7
7. Għall-kejl fil-livell tas-sit imsemmi fil-paragrafi 3 u 5, għandhom jintużaw teknoloġiji xierqa ta’ kwantifikazzjoni li jistgħu jipprovdu dan il-kejl.
7. Għall-kejl fil-livell tas-sit imsemmi fil-paragrafu 3 għandhom jintużaw teknoloġiji approvati ta’ kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet żviluppati mill-korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropej jew internazzjonali xierqa. Sakemm jiġu stabbiliti tali standards, l-operaturi u l-impriżi, kif applikabbli, għandhom jużaw id-dokumenti ta’ gwida teknika tal-OGMP 2.0 u jsegwu prattiki tal-industrija tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u l-aħjar teknoloġiji disponibbli għall-kejl tal-emissjonijiet tal-metan.
Emenda 115 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 8
8. Fil-każ ta’ diskrepanzi sinifikanti bejn l-emissjonijiet kwantifikati bl-użu ta’ metodi fil-livell tas-sors u dawk li jirriżultaw mill-kejl fil-livell tas-sit, għandu jsir kejl addizzjonali fi żmien l-istess perjodu ta’ rapportar.
8. Fil-każ ta’ diskrepanzi sinifikanti bejn l-emissjonijiet fil-livell tas-sors u dawk fil-kejl fil-livell tas-sit, ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jinkludu r-raġunijiet tad-diskrepanza. Meta d-diskrepanza ma tkunx dovuta għall-inċertezza tat-teknoloġija ta’ kwantifikazzjoni użata, għandu jitwettaq il-kejl addizzjonali li ġej fi żmien l-istess perjodu ta’ rapportar:
Emenda 116 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 8 – punt (a) (ġdid)
(a) meta l-kejl fil-livell tas-sit ikun ogħla minn dak fl-inventarju fil-livell tas-sors sa grad statistikament sinifikanti, l-operatur għandu jinkludi fir-rapport dokumentazzjoni biex jirrikonċilja l-inventarju fil-livell tas-sors u l-kejl fil-livell tas-sit, u għandu jaġġorna l-inventarju fil-livell tas-sors tiegħu biex jirrifletti l-kejl ogħla fil-livell tas-sit;
Emenda 117 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 8 – punt (b) (ġdid)
(b) meta l-kejl fil-livell tas-sit ikun aktar baxx mill-inventarju fil-livell tas-sors sa grad statistikament sinifikanti, l-operatur għandu jirrieżamina l-limitu minimu ta’ detezzjoni (MDL) tal-apparati ta’ kejl fil-livell tas-sit biex jikkonferma li l-MDL huwa baxx biżżejjed biex jiddetetta l-livelli mistennija ta’ emissjonijiet minn komponenti individwali. meta l-MDL ma jkunx baxx biżżejjed, l-operatur għandu jirrepeti l-kejl billi juża apparati b’MDL baxx biżżejjed fl-istess sena kalendarja, u għandu jqabbel dak ir-riżultat mal-inventarju fil-livell tas-sors. meta jiġi ddeterminat li l-MDL huwa adegwat, l-operatur għandu jinkludi dokumentazzjoni fir-rapport li tispjega r-raġunijiet għad-diskrepanza.
Emenda 118 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 9
9. Il-kejl tal-emissjonijiet tal-metan għall-infrastruttura tal-gass għandu jsir skont l-istandards Ewropej (CEN) jew internazzjonali (ISO) għall-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan.
9. Sa … [9 xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 31 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli għall-kejl dirett u għall-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan. Dawk l-ispeċifikazzjonijiet għandhom japplikaw għat-talbiet ta’ standardizzazzjoni maħruġa mill-Kummissjoni għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu.
11a. Il-monitoraġġ u r-rapportar għandhom jirreferu għall-potenzjal ta’ tisħin globali, li huwa fuq skala ta’ żmien ta’ 100 sena 29,8 darba akbar mid-diossidu tal-karbonju u 82,5 darba aktar qawwi mid-diossidu tal-karbonju fuq skala ta’ żmien ta’ 20 sena1a.
__________________
1a Is-sitt Rapport ta’ Valutazzjoni tal-IPCC “Global Warming Potentials” (Potenzjali ta’ Tisħin Globali) - https://www.ercevolution.energy/ipcc-sixth-assessment-report/
Emenda 120 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1
L-operaturi għandhom jieħdu l-miżuri kollha disponibbli għalihom sabiex jipprevjenu u jimminimizzaw l-emissjonijiet tal-metan fl-operazzjonijiet tagħhom.
1. L-operaturi għandhom jieħdu l-miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa kollha li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom sabiex jipprevjenu u jimminimizzaw l-emissjonijiet tal-metan fl-operazzjonijiet tagħhom.
1a. Sa... [sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament u lill-Kunsill dwar l-impatt tal-introduzzjoni ta’ standard ta’ prestazzjoni upstream ambizzjuż għall-intensità tal-emissjonijiet tal-metan għaż-żejt u għall-gass importati fl-Unjoni jew estratti fiha. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta b’mod speċifiku l-istabbiliment ta’ standard tal-intensità tal-metan ta’ 0,2 % jew inqas.
1b. Qabel ma tadotta l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 1c, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-impatt, li tevalwa b’mod partikolari l-implikazzjonijiet kemm għall-klima kif ukoll għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tal-Unjoni, b’rispett sħiħ tar-Regolament (UE) 2021/1119.
1c. Sa... [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 31 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi standard tal-prestazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1a li jimplimenta livell ta’ intensità tal-emissjonijiet tal-metan għas-settur upstream li għandu jintlaħaq sa... [3 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u l-metodoloġija għad-definizzjoni ċara ta’ metrika robusta tal-intensità tal-emissjonijiet tal-metan.
1d. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 31 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-livell tal-intensità tal-emissjonijiet li jrid jintlaħaq għas-setturi midstream jew downstream.
Sa … [3 xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-operaturi għandhom jissottomettu programm ta’ detezzjoni u tiswija ta’ tnixxijiet lill-awtoritajiet kompetenti li għandu jagħti dettalji dwar il-kontenut tal-istħarriġ li għandu jitwettaq f’konformità mar-rekwiżiti f’dan l-Artikolu.
Sa … [6 xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-operaturi għandhom jissottomettu programm ta’ detezzjoni u tiswija tat-tnixxijiet lill-awtoritajiet kompetenti li għandu jagħti dettalji dwar il-kontenut tal-istħarriġ u l-attivitajiet li għandhom jitwettqu f’konformità mar-rekwiżiti f’dan l-Artikolu.
1a. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, l-Unjoni għandha ssegwi l-iżvilupp f’waqtu mill-organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni xierqa ta’ standards Ewropej li jkun fihom l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fir-rigward tal-istħarriġ u l-attivitajiet tad-detezzjoni u t-tiswija tat-tnixxijiet għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 31 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament sabiex tirrikjedi l-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu, taġġorna r-referenzi għal dawk l-istandards Ewropej u tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi fir-rigward tal-istħarriġ dwar id-detezzjoni u t-tiswija tat-tnixxijiet fejn xieraq. Sakemm jiġu stabbiliti tali speċifikazzjonijiet, l-operaturi għandhom jużaw prattiki, teknoloġiji, proċessi u livell ta’ għarfien espert li jkunu mistennija minn fornitur tas-servizzi ewlieni biex jissodisfa l-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu u, fejn mitlub, għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti u lill-verifikaturi l-informazzjoni dwar l-istandards jew il-metodoloġiji użati.
Sa … [6 xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-operaturi għandhom iwettqu stħarriġ tal-komponenti rilevanti kollha taħt ir-responsabbiltà tagħhom f’konformità mal-programm ta’ detezzjoni u tiswija ta’ tnixxijiet imsemmi fil-paragrafu 1.
Sa … [9 xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-operaturi għandhom iwettqu stħarriġ tal-komponenti rilevanti kollha taħt ir-responsabbiltà tagħhom f’konformità mal-programm ta’ detezzjoni u tiswija ta’ tnixxijiet imsemmi fil-paragrafu 1.
Emendi 128 u 270cp1 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Minn hemm ’il quddiem, l-istħarriġ dwar id-detezzjoni u t-tiswija ta’ tnixxijiet għandu jiġi repetut kull tliet xhur.
Minn dakinhar ’il quddiem, l-istħarriġiet dwar id-detezzjoni u t-tiswija tat-tnixxijiet għandhom jitwettqu bil-frekwenzi li ġejjin:
Emenda 129 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt a (ġdid)
(a) darba kull xahrejn għall-komponenti kollha ta’ fuq l-art li jużaw apparati tad-detezzjoni bil-limitu minimu ta’ detezzjoni msemmi fil-paragrafu 3, il-punt (a);
Emenda 130 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt b (ġdid)
(b) darba kull erba’ xhur għall-komponenti kollha ta’ fuq l-art li jużaw apparati tad-detezzjoni bil-limitu minimu ta’ detezzjoni msemmi fil-paragrafu 3, il-punt (b);
Emenda 131 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt c (ġdid)
(c) darba kull ħames xhur, jew fil-livelli ta’ frekwenza stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness I, għall-komponenti kollha ta’ taħt l-art li jużaw apparati tad-detezzjoni bil-limitu minimu ta’ detezzjoni msemmi fil-paragrafu 3, il-punt (c).
Emenda 132 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 3
3. Fit-twettiq tal-istħarriġ, l-operaturi għandhom jużaw apparati li jippermettu d-detezzjoni tat-telf tal-metan minn komponenti ta’ 500 parti għal kull miljun jew aktar.
3. Fit-twettiq tal-istħarriġ, l-operaturi għandhom jużaw apparati tad-detezzjoni b’limitu minimu ta’ detezzjoni kif ġej:
Emenda 133 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt a (ġdid)
(a) 17-il gramma metan fis-siegħa f’temperatura u pressjoni standard; l-istħarriġ għandu jsir fil-livell ta’ kull sors ta’ emissjoni potenzjali individwali;
Emenda 134 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt b (ġdid)
(b) 50 parti għal kull miljun f’volum ta’ metan jew gramma waħda fis-siegħa; l-istħarriġ għandu jsir fil-kuntatt ta’ kull sors ta’ emissjoni potenzjali individwali għall-komponenti ta’ fuq l-art;
Emenda 135 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt c (ġdid)
(c) 500 parti għal kull miljun jew 5 grammi metan fis-siegħa għall-komponenti ta’ taħt l-art.
It-tiswija jew is-sostituzzjoni tal-komponenti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom isiru immedjatament wara d-detezzjoni, jew mill-aktar fis possibbli wara dan iżda mhux aktar tard minn ħamest ijiem wara d-detezzjoni, dment li l-operaturi jkunu jistgħu juru li l-kunsiderazzjonijiet tekniċi jew ta’ sikurezza ma jippermettux azzjoni immedjata u dment li l-operaturi jistabbilixxu skeda ta’ tiswija u monitoraġġ.
It-tiswija jew is-sostituzzjoni tal-komponenti msemmija f’dan il-paragrafu għandhom isiru immedjatament wara d-detezzjoni, jew mill-aktar fis possibbli għall-ewwel tentattiv iżda mhux aktar tard minn ħamest ijiem wara d-detezzjoni. It-tiswijiet jew is-sostituzzjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu għandhom jużaw teknoloġiji u materjali tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku li jipprovdu protezzjoni fit-tul kontra tnixxijiet futuri.
Meta l-operaturi jkunu jistgħu juru li t-tiswija msemmija f’dan il-paragrafu ma tirnexxix jew ma tkunx possibbli fi żmien ħamest ijiem minħabba kunsiderazzjonijiet ta’ sikurezza jew tekniċi, l-operaturi għandhom jipprovdu evidenza għad-dewmien lill-awtoritajiet kompetenti u għandhom jistabbilixxu skeda ta’ tiswija u monitoraġġ mhux aktar tard minn ħamest ijiet wara d-detezzjoni. L-iskeda ta’ tiswija u monitoraġġ imsemmija f’dan is-subparagrafu għandha tiġi ffissata b’tali mod li t-tnixxijiet misjuba jissewwew fi żmien 30 jum wara d-detezzjoni.
Il-kunsiderazzjonijiet tekniċi u ta’ sikurezza li ma jippermettux azzjoni immedjata, kif imsemmi fit-tieni subparagrafu, għandhom ikunu limitati għal kunsiderazzjoni dwar is-sikurezza tal-persunal u tal-bnedmin fil-qrib, l-impatti ambjentali, il-konċentrazzjoni tat-telf tal-metan, l-aċċessibbiltà għall-komponent, id-disponibbiltà tas-sostituzzjoni tal-komponent. Il-kunsiderazzjonijiet tal-impatt ambjentali jistgħu jinkludu każijiet fejn it-tiswija tista’ twassal għal livell ogħla ta’ emissjonijiet tal-metan milli fin-nuqqas tat-tiswija.
Il-kunsiderazzjonijiet ta’ sikurezza u tekniċi, kif imsemmi fit-tieni u t-tielet subparagrafi, għandhom ikunu limitati għal dawn li ġejjin:
Emenda 139 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 4 – subparagrafu 3 – punt a (ġdid)
(a) is-sikurezza tal-persunal u tal-bnedmin li jinsabu qrib it-tnixxija detetta;
Emenda 140 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 4 – subparagrafu 3 – punt b (ġdid)
(b) kwalunkwe impatt ambjentali negattiv tat-teħid ta’ azzjoni jekk ikun jista’ jintwera li dawk l-impatti jkunu akbar mill-benefiċċji ambjentali tat-teħid ta’ azzjoni, bħal fejn tiswija tista’ twassal għal livell ġenerali ogħla ta’ emissjonijiet tal-metan milli kien ikun il-każ kieku t-tiswija ma ssirx;
Emenda 141 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 4 – subparagrafu 3 – punt c (ġdid)
(c) l-aċċessibbiltà ta’ komponent, inkluż kwalunkwe permess ta’ aċċess; kif ukoll
Emenda 142 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 4 – subparagrafu 3 – punt d (ġdid)
(d) in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ partijiet ta’ sostituzzjoni meħtieġa għat-tiswija tal-komponent jew komponenti meħtieġa għas-sostituzzjoni.
Meta jkun meħtieġ għeluq tas-sistema qabel ma tkun tista’ ssir it-tiswija jew is-sostituzzjoni, l-operaturi għandhom jimminimizzaw it-tnixxija fi żmien jum mid-detezzjoni u għandhom isewwu t-tnixxija sa tmiem l-għeluq tas-sistema skedat li jmiss jew fi żmien sena, skont liema jiġi l-ewwel.
Meta, minħabba li tkun tapplika waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet imniżżla fil-punti (a) sa (d), ikun meħtieġ għeluq tas-sistema qabel ma tkun tista’ ssir it-tiswija jew is-sostituzzjoni, l-operaturi għandhom jimminimizzaw it-tnixxija fi żmien jum mid-detezzjoni u għandhom isewwu t-tnixxija sa tmiem l-għeluq tas-sistema skedat li jmiss jew fi żmien sena, skont liema jiġi l-ewwel.
L-operaturi għandhom jistabbilixxu, iżommu u jqiegħdu kompletament għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, rekord tad-deċiżjonijiet kollha biex tiġi ttardjata t-tiswija skont dan l-Artikolu, inkluża l-evidenza kollha meħtieġa li tiġġustifika kull deċiżjoni u l-iskedi korrispondenti ta’ tiswija u monitoraġġ. L-operaturi għandhom idaħħlu dik l-informazzjoni fir-reġistru mingħajr dewmien. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu lill-operatur jemenda l-iskeda tat-tiswija b’kont meħud tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
Minkejja l-paragrafu 2, l-operaturi għandhom jistħarrġu l-komponenti li nstabu li qegħdin jemettu 500 parti għal kull miljun jew aktar ta’ metan matul kwalunkwe wieħed mill-istħarriġiet preċedenti mill-aktar fis possibbli wara t-tiswija mwettqa skont il-paragrafu 4, u mhux aktar tard minn 15-il jum wara dan sabiex jiġi żgurat li t-tiswija kienet ta’ suċċess.
Minkejja l-paragrafu 2, l-operaturi għandhom, wara t-tiswija, jistħarrġu l-komponenti li nstab li kienu qegħdin inixxu l-metan immedjatament wara t-tiswija mwettqa skont il-paragrafu 4, u mhux aktar tard minn 30 jum wara dan sabiex jiġi żgurat li t-tiswija kienet ta’ suċċess.
Minkejja l-paragrafu 2, l-operaturi għandhom jistħarrġu l-komponenti li nstabu li kienu qegħdin jemettu anqas minn 500 parti għal kull miljun ta’ metan, mhux aktar tard minn tliet xhur wara li jkunu ġew identifikati l-emissjonijiet, sabiex jivverifikaw jekk id-daqs tat-telf tal-metan inbidel.
Meta jiġi identifikat riskju ogħla għas-sikurezza jew riskju ogħla ta’ telf ta’ metan, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrakkomandaw li l-istħarriġiet tal-komponenti rilevanti jsiru aktar ta’ spiss.
Mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ rapportar skont il-paragrafu 7, l-operaturi għandhom jirreġistraw it-tnixxijiet identifikati kollha, irrispettivament mid-daqs tagħhom, u għandhom jistħarrġuhom kontinwament sabiex jiżguraw li jissewwew f’konformità mal-paragrafu 4.
Mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ rapportar skont il-paragrafu 7, l-operaturi għandhom jirreġistraw it-tnixxijiet identifikati kollha, irrispettivament mid-daqs tagħhom, u għandhom jistħarrġuhom regolarment u jiżguraw li jissewwew f’konformità mal-paragrafu 4.
Fi żmien xahar wara kull stħarriġ, l-operaturi għandhom jissottomettu rapport bir-riżultati tal-istħarriġ u skeda ta’ tiswija u monitoraġġ lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsabu l-assi rilevanti. Ir-rapport għandu jinkludi mill-anqas l-elementi stabbiliti fl-Anness I.
Kull sena, l-operaturi għandhom jissottomettu rapport li jagħti sommarju tar-riżultati tal-istħarriġiet kollha kompluti u tal-iskedi korrispondenti ta’ tiswija u monitoraġġ matul is-sena preċedenti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsabu l-assi rilevanti. Ir-rapport għandu jinkludi mill-anqas l-elementi stabbiliti fl-Anness I.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill-operatur jemenda r-rapport jew l-iskeda ta’ tiswija u monitoraġġ filwaqt li jqis ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
imħassar
Emenda 151 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 9
9. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni, akkreditament jew skemi ta’ kwalifika ekwivalenti, inklużi programmi ta’ taħriġ xierqa, ikunu disponibbli għall-fornituri tas-servizzi fir-rigward tal-istħarriġ.
9. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni, akkreditament jew skemi ta’ kwalifika ekwivalenti, inklużi programmi ta’ taħriġ xierqa, ikunu disponibbli għall-fornituri tas-servizzi u għall-operaturi fir-rigward tal-istħarriġiet.
Emenda 152 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. L-ivventjar għandu jkun permess biss fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
2. L-ivventjar u l-ivvampjar għandhom ikunu permessi biss fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
Emenda 153 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt a
(a) f’każ ta’ emerġenza jew funzjonament ħażin; kif ukoll
(a) f’każ ta’ emerġenza jew funzjonament ħażin.
Emenda 154 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt b
(b) fejn ikun inevitabbli u strettament meħtieġ għat-tħaddim, għat-tiswija, għall-manutenzjoni jew għall-ittestjar ta’ komponenti jew ta’ tagħmir u soġġett għall-obbligi ta’ rapportar stabbiliti fl-Artikolu 16.
imħassar
Emenda 155 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 3 – parti introduttorja
3. L-ivventjar skont il-punt (b) tal-paragrafu 2 għandu jinkludi s-sitwazzjonijiet speċifiċi li ġejjin fejn l-ivventjar ma jistax jiġi eliminat kompletament:
3. Minbarra l-paragrafu 2, il-punt (a), l-ivventjar u l-ivvampjar għandhom ikunu permessi biss fis-sitwazzjonijiet speċifiċi li ġejjin fejn l-ivventjar jew l-ivvampjar, kif applikabbli, ma jkunux jistgħu jiġu eliminati kompletament jew ikunu meħtieġa għal raġunijiet ta’ sikurezza:
Emenda 156 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt a
(a) matul l-operazzjonijiet normali ta’ ċerti komponenti, dment li t-tagħmir jissodisfa l-istandards tat-tagħmir speċifikati kollha u jinżamm kif xieraq u jiġi spezzjonat regolarment sabiex jiġi mminimizzat it-telf tal-metan;
(a) matul l-operazzjonijiet normali ta’ apparati u pompi pnewmatiċi, siġilli tal-gass xotti, kompressuri, tankijiet tal-ħżin taħt pressjoni atmosferika, jew komponenti oħra ddisinjati biex jivventjaw, dment li t-tagħmir jissodisfa l-istandards tat-tagħmir speċifikati kollha stabbiliti skont il-paragrafu 5b, u jinżamm kif xieraq u jiġi spezzjonat regolarment sabiex jiġi mminimizzat it-telf tal-metan;
Emenda 157 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt c
(c) matul il-kejl jew il-kampjunar ta’ tank tal-ħżin jew reċipjent ieħor bi pressjoni baxxa;
(c) matul il-kejl jew it-teħid ta’ kampjuni ta’ tank tal-ħażna jew reċipjent ieħor bi pressjoni baxxa, dment li t-tank jew ir-reċipjent jissodisfa l-istandards stabbiliti skont il-paragrafu 5b;
Emenda 158 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt d
(d) waqt it-tagħbija ta’ likwidi minn tank tal-ħżin jew minn reċipjent ieħor bi pressjoni baxxa għal vettura tat-trasport f’konformità ma’ standards applikabbli;
(d) waqt it-tagħbija ta’ likwidi minn tank tal-ħżin jew minn reċipjent ieħor taħt pressjoni baxxa għal vettura tat-trasport f’konformità mal-istandards applikabbli, dment li t-tank jew ir-reċipjent jissodisfa l-istandards stabbiliti f’konformità mal-paragrafu 5b;
Emenda 159 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt e
(e) matul it-tiswija u l-manutenzjoni, inkluż l-użu tal-arja kompressata u t-tnaqqis tal-pressjoni tat-tagħmir għat-twettiq tat-tiswija u l-manutenzjoni;
(e) matul it-tiswija, il-manutenzjoni, il-proċeduri tal-ittestjar u d-dekummissjonar, inkluż l-użu tal-arja kompressata u t-tnaqqis tal-pressjoni tat-tagħmir għat-twettiq tat-tiswija u l-manutenzjoni;
Emenda 160 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 4
4. Meta l-ivventjar ikun permess skont il-paragrafi 2 u 3, l-operaturi għandhom jivventjaw biss meta l-ivvampjar ma jkunx teknikament fattibbli jew ikun ta’ riskju li jipperikola s-sikurezza tal-operazzjonijiet jew tal-persunal. F’sitwazzjoni bħal din, bħala parti mill-obbligi ta’ rapportar stabbiliti fl-Artikolu 16, l-operaturi għandhom juru lill-awtoritajiet kompetenti l-ħtieġa li jagħżlu l-ivventjar minflok l-ivvampjar.
4. Meta l-ivventjar ikun permess skont il-paragrafu 2, l-operaturi għandhom jivventjaw biss meta l-ivvampjar ma jkunx teknikament fattibbli minħabba nuqqas ta’ fjammabbiltà, inabbiltà li tinżamm fjamma, tħassib dwar is-sikurezza, meta l-impatt tal-miżuri ta’ mitigazzjoni fuq l-ambjent jew fuq il-klima jkun ogħla mill-benefiċċju, jew meta jirriskja li jipperikola s-sikurezza tal-operazzjonijiet jew tal-persunal. F’sitwazzjoni bħal din, bħala parti mill-obbligi ta’ rapportar stabbiliti fl-Artikolu 16, l-operaturi għandhom juru lill-awtoritajiet kompetenti l-ħtieġa li jagħżlu l-ivventjar minflok l-ivvampjar.
4a. Fejn tagħmir alternattiv mhux emittenti jkun disponibbli biex jissostitwixxi t-tagħmir li jivventja, huwa għandu jissostitwixxi dak it-tagħmir sal-31 ta’ Diċembru 2026, dment li dak it-tagħmir li ma jivventjax jissodisfa l-istandards stabbiliti skont il-paragrafu 5b.
Emenda 162 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 5
5. L-ivvampjar għandu jkun permess biss meta l-injezzjoni mill-ġdid, l-użu fuq il-post jew id-dispaċċ tal-metan lejn suq ma jkunux fattibbli għal raġunijiet għajr kunsiderazzjonijiet ekonomiċi. F’sitwazzjoni bħal din, bħala parti mill-obbligi ta’ rapportar stabbiliti fl-Artikolu 16, l-operaturi għandhom juru lill-awtoritajiet kompetenti l-ħtieġa li jagħżlu l-ivvampjar minflok l-injezzjoni mill-ġdid, l-użu fuq il-post jew id-dispaċċ tal-metan lejn suq.
5. Minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, l-ivvampjar għandu jkun permess biss meta l-injezzjoni mill-ġdid, l-użu fuq il-post, l-ipproċessar tal-gass, jew id-dispaċċ tal-metan lejn suq ma jkunux fattibbli għal raġunijiet għajr kunsiderazzjonijiet ekonomiċi. F’sitwazzjoni bħal din, bħala parti mill-obbligi ta’ rapportar stabbiliti fl-Artikolu 16, l-operaturi għandhom juru lill-awtoritajiet kompetenti l-ħtieġa li jagħżlu l-ivvampjar minflok l-injezzjoni mill-ġdid, l-użu fuq il-post jew id-dispaċċ tal-metan lejn is-suq.
5a. Meta sit jinbena, jiġi sostitwit jew rinnovat, kompletament jew parzjalment, l-operaturi għandhom jużaw biss kontrolluri u pompi pnewmatiċi b’emissjonijiet żero fuq dak is-sit.
5b. Sa … [24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 31 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tinkorpora u tistabbilixxi l-applikabbiltà tal-istandards tat-teknoloġiji għat-tagħmir tal-ivventjar, b’emissjonijiet żero u tal-ivvampjar. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tirrevedi tali atti delegati f’konformità mal-iżviluppi teknoloġiċi.
5c. Fejn l-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu teħtieġ permess jew kwalunkwe approvazzjoni amministrattiva oħra mill-awtoritajiet rilevanti, jew fejn in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ tagħmir tal-ivventjar jew tal-ivvampjar jikkawża dewmien eċċezzjonali tal-azzjonijiet meħtieġa għal dik l-implimentazzjoni, l-operaturi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti skeda dettaljata għal dik l-implimentazzjoni. L-operaturi għandhom jipproċedu bl-implimentazzjoni mingħajr dewmien. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu modifiki tal-iskeda.
Emenda 166 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a
(a) ikkawżati minn emerġenza jew funzjonament ħażin;
(a) ikkawżati minn emerġenza, funzjonament ħażin jew
Emenda 167 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1
1. Meta tinbena, tiġi ssostitwita jew rinnovata faċilità, jew meta jiġu installati torrijiet tal-ivvampjar jew apparati oħrajn ta’ kombustjoni ġodda, l-operaturi għandhom jinstallaw biss apparati ta’ kombustjoni awtofjammabbli jew b’pilota kontinwu u b’effiċjenza sħiħa tat-tneħħija tal-qerda għall-idrokarburi.
1. L-operaturi għandhom jinstallaw it-torrijiet tal-ivvampjar kollha li jużaw apparati ta’ kombustjoni awtofjammabbli jew b’pilota kontinwu u b’mill-inqas 99 % effiċjenza tal-qerda u tat-tneħħija għall-idrokarburi sa ...[18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Emenda 168 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 2
2. L-operaturi għandhom jiżguraw li t-torrijiet kollha tal-ivvampjar jew apparati oħrajn ta’ kombustjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1 sa … [12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
imħassar
Emenda 169 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 3
3. L-operaturi għandhom iwettqu spezzjonijiet ta’ kull ġimgħa tat-torrijiet tal-ivvampjar f’konformità mal-elementi stabbiliti fl-Anness III.
3. L-operaturi għandhom iwettqu spezzjonijiet ta’ kull ġimgħa tat-torrijiet tal-ivvampjar f’konformità mal-elementi stabbiliti fl-Anness III. Bħala alternattiva għall-ispezzjonijiet ta’ kull ġimgħa tat-torrijiet tal-ivvampjar, l-operaturi jistgħu jużaw apparati ta’ monitoraġġ kontinwu mill-bogħod jew awtomatizzati, jekk jiġu approvati mill-awtoritajiet kompetenti, biex jiġbru l-osservazzjonijiet tat-torrijiet tal-ivvampjar msemmija fil-punti (i) u (ii) tat-tielet subparagrafu tal-Anness III. Fejn jinstabu l-irregolaritajiet, l-operaturi għandhom jinvestigaw il-kawża tal-irregolarità u jirrimedjawha fi żmien 6 siegħat jew, fil-każ ta’ temp ħażin jew kundizzjonijiet estremi oħra, fi żmien 24 siegħa.
Emenda 170 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 1
1. Sa … [12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku inventarju tal-bjar inattivi kollha fit-territorju tagħhom jew taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom, inklużi mill-anqas l-elementi stabbiliti fl-Anness IV.
1. Sa [sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku inventarju tal-bjar inattivi kollha u tal-bjar mimlija b’mod permanenti u abbandunati fit-territorju tagħhom jew taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom, inklużi mill-anqas l-elementi stabbiliti fl-Anness IV.
Emenda 171 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 2
2. Sa … [18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], għandu jiġi installat tagħmir għall-kejl tal-emissjonijiet tal-metan fuq il-bjar inattivi kollha.
imħassar
Emenda 172 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 3
3. Ir-rapporti li jkun fihom il-kejl imsemmi fil-paragrafu 2 għandhom jiġu sottomessi lill-awtoritajiet kompetenti sa … [24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u sat-30 ta’ Marzu ta’ kull sena minn hemm ’il quddiem u jkopru l-aħħar sena kalendarja disponibbli. Qabel is-sottomissjoni lill-awtoritajiet kompetenti, ir-rapporti stabbiliti f’dan il-paragrafu għandhom jiġu vvalutati minn verifikatur u jinkludu dikjarazzjoni ta’ verifika maħruġa f’konformità mal-Artikoli 8 u 9.
3. Ir-rapporti li jkun fihom l-informazzjoni dwar il-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan fl-arja u fl-ilma, kif applikabbli, mill-bjar kollha msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu sottomessi lill-awtoritajiet kompetenti sa … [18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u sat-30 ta’ Marzu ta’ kull sena minn hemm ’il quddiem u jkopru l-aħħar sena kalendarja disponibbli.
Meta l-awtoritajiet kompetenti jiġu pprovduti evidenza affidabbli li tagħti prova li ma hemm l-ebda emissjoni tal-metan minn bir mimli b’mod permanenti u abbandunat f’dawn l-aħħar ħames snin, l-obbligu ta’ rapportar stabbilit f’dan il-paragrafu ma għandux japplika għal dak il-bir.
Qabel is-sottomissjoni lill-awtoritajiet kompetenti, ir-rapporti stabbiliti f’dan il-paragrafu għandhom jiġu vvalutati minn verifikatur u jinkludu dikjarazzjoni ta’ verifika maħruġa f’konformità mal-Artikoli 8 u 9.
Emenda 173 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 4
4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu r-rapporti stabbiliti f’dan l-Artikolu disponibbli għall-pubbliku u għall-Kummissjoni, fi żmien tliet xhur mis-sottomissjoni mill-operaturi u f’konformità mal-Artikolu 5(4).
4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu r-rapporti stabbiliti f’dan l-Artikolu disponibbli għall-pubbliku u għall-Kummissjoni, fi żmien tliet xhur mis-sottomissjoni u f’konformità mal-Artikolu 5(4).
Emenda 174 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 5
5. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli sabiex jissodisfaw l-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3, ħlief meta tkun tista’ tiġi identifikata parti responsabbli, f’liema każ dik il-parti għandu jkollha r-responsabbiltà.
5. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli sabiex jissodisfaw l-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 2, ħlief meta tkun tista’ tiġi identifikata parti responsabbli, f’liema każ dik il-parti għandu jkollha r-responsabbiltà.
L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw pjan ta’ mitigazzjoni sabiex jirrimedjaw, jirreklamaw u jimlew b’mod permanenti bjar inattivi li jinsabu fit-territorju tagħhom.
Sa ... [12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] l-Istati Membri jew il-parti responsabbli għandhom jiżviluppaw pjan ta’ mitigazzjoni sabiex jirrimedjaw, jirreklamaw u jimlew b’mod permanenti l-bjar inattivi li jinsabu fit-territorju tagħhom, u jimplimentawh sa [24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
6a. Meta jkunu qed jidentifikaw bjar inattivi, mimlija b’mod permanenti u abbandunati, l-Istati Membri għandhom iwettqu valutazzjoni robusta u oġġettiva bbażata fuq is-sejbiet xjentifiċi l-aktar aġġornati, inkluża d-data mill-IMEO;
Emenda 177 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 2 – punt c
(c) l-emissjonijiet tal-metan li jseħħu matul l-attivitajiet ta’ wara l-estrazzjoni.
(c) l-emissjonijiet tal-metan li jseħħu matul l-attivitajiet ta’ wara l-estrazzjoni u fiż-żona tal-minjiera.
Emenda 178 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1
1. Għall-minjieri tal-faħam ta’ taħt l-art, l-operaturi tal-minjieri għandhom iwettqu kejl u kwantifikazzjoni kontinwi tal-emissjonijiet tal-metan fl-arja tal-ventilazzjoni fuq ix-xaftijiet kollha tal-ventilazzjoni tal-egżost użati mill-operatur tal-minjieri, bl-użu ta’ apparat b’limitu ta’ sensittività tal-konċentrazzjoni tal-metan ta’ mill-anqas 100 parti għal kull miljun. Għandhom jieħdu wkoll kejl ta’ kull xahar ibbażat fuq kampjuni.
1. Għall-minjieri tal-faħam ta’ taħt l-art, l-operaturi tal-minjieri għandhom iwettqu kejl u kwantifikazzjoni diretti kontinwi tal-emissjonijiet tal-metan fil-livell tas-sors fuq ix-xaftijiet kollha tal-ventilazzjoni tal-egżost. L-operaturi tal-minjieri għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti r-rilaxxi tal-metan għal kull xaft tal-ventilazzjoni fis-sena f’kilotunnellati (kt) ta’ metan, bl-użu ta’ tagħmir u metodoloġiji li jirriżultaw f’akkuratezza ta’ kejl b’tolleranza ta’ 0,5 kt/sena ta’ metan jew ta’ 5 % tal-ammont irrapportat. Għandhom jieħdu wkoll kejl ta’ kull xahar ibbażat fuq kampjuni.
Emenda 179 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 2
2. L-operaturi tal-istazzjonijiet tad-drenaġġ għandhom iwettqu kejl kontinwu tal-volumi ta’ metan ivventjat u vvampjat, irrispettivament mir-raġunijiet għal tali attività ta’ ivventjar u ivvampjar.
2. L-operaturi tal-istazzjonijiet tad-drenaġġ għandhom iwettqu kejl u kwantifikazzjoni diretti kontinwi tal-emissjonijiet tal-metan fil-livell tas-sors tar-rilaxxi totali tal-metan ivventjat u vvampjat, irrispettivament mir-raġunijiet għal tali attività ta’ vventjar u vvampjar.
Fir-rigward tal-kejl kontinwu msemmi fil-paragrafi 1 u 2, fejn parti mit-tagħmir tal-kejl ma tkunx qiegħda topera għal perjodu, il-qari meħud matul il-perjodi meta t-tagħmir kien qiegħed jopera jista’ jintuża sabiex tiġi stmata d-data fuq bażi pro rata għall-perjodu li fih it-tagħmir ma kienx qiegħed jopera.
Fir-rigward tal-kejl u l-kwantifikazzjoni diretti kontinwi fil-livell tas-sors imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, fejn parti mit-tagħmir tal-kejl ma tkunx qiegħda topera għal perjodu, il-qari meħud matul il-perjodi meta t-tagħmir kien qiegħed jopera jista’ jintuża sabiex tiġi stmata d-data fuq bażi pro rata għall-perjodu li fih it-tagħmir ma kienx qiegħed jopera.
It-tagħmir użat għall-kejl kontinwu msemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandu jopera għal aktar minn 90 % tal-perjodu li għalih jintuża għall-monitoraġġ ta’ emissjoni, eskluż il-perjodu ta’ qtugħ għar-rikalibrar.
It-tagħmir użat għall-kejl u l-kwantifikazzjonijiet diretti kontinwi fil-livell tas-sors imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandu jopera għal aktar minn 90 % tal-perjodu li għalih jintuża għall-monitoraġġ ta’ emissjoni, eskluż il-perjodu ta’ qtugħ għar-rikalibrar.
Emenda 182 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 5
5. L-operaturi tal-minjieri għandhom jistmaw l-emissjonijiet ta’ wara l-estrazzjoni tal-faħam bl-użu ta’ fatturi ta’ emissjoni ta’ wara l-estrazzjoni tal-faħam, aġġornati kull sena, abbażi ta’ kampjuni tal-faħam speċifiċi għad-depożiti u f’konformità ma’ standards xjentifiċi xierqa.
5. Fejn rilevanti, l-operaturi tal-minjieri għandhom jistmaw l-emissjonijiet ta’ wara l-estrazzjoni tal-faħam bl-użu ta’ fatturi ta’ emissjoni ta’ wara l-estrazzjoni tal-faħam, aġġornati kull sena, abbażi ta’ kampjuni tal-faħam speċifiċi għad-depożiti u f’konformità mal-istandards xjentifiċi xierqa.
Emenda 183 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 1
1. L-ivventjar u l-ivvampjar tal-metan mill-istazzjonijiet tad-drenaġġ għandhom ikunu pprojbiti mill-1 ta’ Jannar 2025, ħlief fil-każ ta’ emerġenza, funzjonament ħażin jew fejn ma jkunx jista’ jiġi evitat u strettament meħtieġ għall-manutenzjoni. F’każijiet bħal dawn, l-operaturi tal-istazzjonijiet tal-iskular għandhom jivventjaw biss jekk l-ivvampjar ma jkunx teknikament fattibbli jew ikun ta’ riskju li jipperikola s-sikurezza tal-operazzjonijiet jew tal-persunal. F’sitwazzjoni bħal din, bħala parti mill-obbligi ta’ rapportar stabbiliti fl-Artikolu 23, l-operaturi tal-istazzjonijiet tal-iskular għandhom juru lill-awtoritajiet kompetenti l-ħtieġa li jagħżlu l-ivventjar minflok l-ivvampjar.
1. L-ivvampjar b’effiċjenza tad-disinn tal-qerda u t-tneħħija ta’ inqas minn 99 % u l-ivventjar tal-metan mis-sistema tad-drenaġġ għandhom ikunu pprojbiti mill-1 ta’ Jannar 2025, ħlief fil-każ ta’ emerġenza jew fejn ma jkunx jista’ jiġi evitat u strettament meħtieġ għall-manutenzjoni. F’każijiet bħal dawn, l-operaturi tal-istazzjonijiet tal-iskular għandhom jivventjaw biss jekk l-ivvampjar ma jkunx teknikament fattibbli jew ikun ta’ riskju li jipperikola s-sikurezza tal-operazzjonijiet jew tal-persunal. F’sitwazzjoni bħal din, bħala parti mill-obbligi ta’ rapportar stabbiliti fl-Artikolu 23, l-operaturi tal-istazzjonijiet tal-iskular għandhom juru lill-awtoritajiet kompetenti l-ħtieġa li jagħżlu l-ivventjar minflok l-ivvampjar.
Emenda 184 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2
2. L-ivventjar tal-metan permezz ta’ xaftijiet ta’ ventilazzjoni f’minjieri tal-faħam li jarmu aktar minn 0,5 tunnellata ta’ metan/kilotunnellata ta’ faħam mill-minjieri, minbarra l-minjieri tal-faħam tal-kokk, għandu jkun ipprojbit mill-1 ta’ Jannar 2027.
2. L-ivventjar tal-metan permezz ta’ xaftijiet tal-ventilazzjoni f’minjieri tal-faħam li jarmu aktar minn ħames tunnellati metan/kilotunnellata ta’ faħam estrazz mill-minjieri, minbarra l-minjieri tal-faħam tal-kokk, għandu jkun ipprojbit mill-1 ta’ Jannar 2027, ħlief meta dan ikun ta’ theddida diretta għas-saħħa u għall-ħajja tal-minaturi li jkunu qed jaħdmu u jżid ir-riskju tas-sikurezza tax-xogħol fl-impjanti tal-minjieri.
L-ivventjar tal-metan permezz ta’ xaftijiet tal-ventilazzjoni f’minjieri tal-faħam li jarmu aktar minn tliet tunnellati metan/kilotunnellata ta’ faħam estratt mill-minjieri, minbarra l-minjieri tal-faħam tal-kokk, għandu jkun ipprojbit mill-1 ta’ Jannar 2031.
Dawn il-livelli limitu għandhom japplikaw kull sena għal kull minjiera u għal kull operatur, jekk entità waħda topera diversi minjieri.
3a. Meta l-Istati Membri jkollhom l-intenzjoni li jimplimentaw sistema ddedikata ta’ inċentivi biex inaqqsu l-emissjonijiet tal-metan, huma jistgħu jużaw tariffi, imposti jew penali kif imsemmi fl-Artikolu 30 bħala strument li jiggarantixxi l-konformità tal-operaturi tal-minjieri eżistenti mal-obbligi fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.
Emenda 186 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
Mill-1 ta’ Jannar 2025, l-operaturi tal-istazzjonijiet tal-iskular għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-avvenimenti kollha ta’ ivventjar u ivvampjar:
Mill-1 ta’ Jannar 2025, l-operaturi tal-istazzjonijiet tad-drenaġġ għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-avvenimenti kollha ta’ vventjar u bl-avvenimenti kollha ta’ vvampjar b’effiċjenza tad-disinn tal-qerda u t-tneħħija ta’ inqas minn 99 %.
Emenda 187 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a
(a) ikkawżati minn emerġenza jew funzjonament ħażin,
(a) ikkawżati minn emerġenza,
Emenda 188 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Din it-Taqsima tapplika għall-emissjonijiet tal-metan li ġejjin minn minjieri tal-faħam taħt l-art abbandunati u magħluqa fejn il-produzzjoni tal-faħam ma tkomplietx:
Din it-Taqsima tapplika għall-emissjonijiet tal-metan li ġejjin minn minjieri tal-faħam ta’ taħt l-art magħluqa u abbandunati fejn il-produzzjoni tal-faħam ma tkomplietx:
Emenda 189 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 1
1. Sa … [12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku inventarju tal-minjieri tal-faħam magħluqa kollha u tal-minjieri tal-faħam abbandunati fit-territorju tagħhom jew taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom, f’konformità mal-metodoloġija u inklużi mill-anqas l-elementi stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness VII.
1. Sa … [12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku inventarju tal-minjieri tal-faħam ta’ taħt l-art kollha u tal-minjieri tal-faħam abbandunati fit-territorju tagħhom jew taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom, f’konformità mal-metodoloġija u inklużi mill-anqas l-elementi stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness VII.
1a. Meta jkunu qed jidentifikaw minjieri magħluqa u minjieri tal-faħam abbandunati, l-Istati Membri għandhom iwettqu valutazzjoni robusta u oġġettiva bbażata fuq l-aktar sejbiet xjentifiċi aġġornati, inkluża data mill-IMEO meta tkun disponibbli;
Il-kejl tal-konċentrazzjoni tal-metan għandu jittieħed f’konformità ma’ standards xjentifiċi xierqa u tal-anqas fuq bażi ta’ kull siegħa mill-elementi kollha elenkati fil-parti 1(vi) tal-Anness VII li nstabu li jarmu l-metan.
Minn … [18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], it-tagħmir tal-kejl għandu jiġi installat fuq l-elementi kollha elenkati fil-punt (v) tal-Parti 1 tal-Anness VII għall-minjieri tal-faħam magħluqa u għall-minjieri tal-faħam abbandunati fejn l-operazzjonijiet ikunu waqfu minn …[50 sena qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Minn ... [18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], it-tagħmir tal-kejl għandu jiġi installat fuq l-elementi kollha elenkati fil-punt (v) tal-Parti 1 tal-Anness VII li jkunu instabu li jarbu ’l fuq minn 0,5 ta’ tunnellata metan fis-sena abbażi tal-inventarju msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għall-minjieri tal-faħam magħluqa u għall-minjieri tal-faħam abbandunati.
It-tagħmir għandu jwettaq kejl jew kwantifikazzjonijiet diretti fil-livell tas-sors meħuda f’konformità ma’ standards xjentifiċi xierqa u, jekk possibbli, fuq bażi ta’ kull siegħa, u ta’ kwalità suffiċjenti biex jippermettu stima rappreżentattiva tal-emissjonijiet tal-metan fis-sena mill-elementi kollha elenkati fil-Parti 1, il-punt (v) tal-Anness VII li jkunu nstabu li jarmu l-metan.
2a. Jekk ir-rilaxx annwali osservat tal-metan ta’ element elenkat fil-Parti 1, il-punt (v) tal-Anness VII jkun ta’ inqas minn tunnellata waħda ta’ metan għal sitt snin konsekuttivi fil-każ ta’ minjieri mgħarrqa jew għal tnax-il sena konsekuttiva fil-każ ta’ minjieri xotti, ma għandu jitwettaq l-ebda monitoraġġ u rapportar ulterjuri għal dak l-element speċifiku.
Emenda 196 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 4
4. L-operaturi tal-minjieri għandhom ikunu responsabbli għar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 fir-rigward tal-minjieri magħluqa. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 fir-rigward tal-minjieri abbandunati.
4. L-operaturi tal-minjieri, l-operaturi tal-assi jew l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 fir-rigward tal-minjieri magħluqa. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 fir-rigward tal-minjieri abbandunati.
Abbażi tal-inventarju msemmi fl-Artikolu 25, l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw pjan ta’ mitigazzjoni sabiex jindirizzaw l-emissjonijiet tal-metan minn minjieri tal-faħam abbandunati.
Abbażi tal-inventarju msemmi fl-Artikolu 25, l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw pjan ta’ mitigazzjoni sabiex jindirizzaw l-emissjonijiet tal-metan minn minjieri tal-faħam ta’ taħt l-art magħluqa u abbandunati.
Il-pjan ta’ mitigazzjoni għandu jiġi ppreżentat lill-awtoritajiet kompetenti sa … [36 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u jinkludi mill-anqas l-elementi stabbiliti fil-Parti 4 tal-Anness VII.
Il-pjan ta’ mitigazzjoni għandu jiġi ppreżentat lill-awtoritajiet kompetenti sa … [18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u jinkludi mill-anqas l-elementi stabbiliti fil-Parti 4 tal-Anness VII. L-Istati Membri għandhom jimplimentawh sa … [sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Emenda 199 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 2
2. L-ivventjar u l-ivvampjar mit-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 25(2) għandhom ikunu pprojbiti mill-1 ta’ Jannar 2030, sakemm l-użu jew il-mitigazzjoni ma jkunux teknikament fattibbli jew ma jkunux ta’ riskju li jipperikolaw is-sikurezza ambjentali jew is-sikurezza tal-operazzjonijiet jew tal-persunal. F’sitwazzjoni bħal din, bħala parti mill-obbligi ta’ rapportar stabbiliti fl-Artikolu 25, l-operaturi tal-minjieri jew l-Istati Membri għandhom juru l-ħtieġa li jagħżlu l-ivventjar jew l-ivvampjar minflok l-użu jew il-mitigazzjoni.
2. L-ivventjar u l-ivvampjar mit-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 25(2) għandhom ikunu pprojbiti mill-1 ta’ Jannar 2030, sakemm l-użu jew il-mitigazzjoni ma jkunux teknikament fattibbli jew ma jkunux ta’ riskju li jipperikolaw is-sikurezza ambjentali, jew is-sikurezza tal-bniedem, inkluż dik tal-persunal, jew is-saħħa pubblika. F’sitwazzjoni bħal din, bħala parti mill-obbligi ta’ rapportar stabbiliti fl-Artikolu 25, l-operaturi tal-minjieri jew l-Istati Membri għandhom juru l-ħtieġa li jagħżlu l-ivventjar jew l-ivvampjar minflok l-użu jew il-mitigazzjoni.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 31 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi temenda jew iżżid mal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-importaturi.
Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat sal-31 ta’ Diċembru 2025 f’konformità mal-Artikolu 31 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi temenda jew iżżid mal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-importaturi.
2a. Mill-1 ta’ Jannar 2026, l-importaturi tal-faħam, taż-żejt u tal-gass, għandhom juru li l-esportaturi tal-faħam, taż-żejt u tal-gass lejn l-Unjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-kejl, għall-monitoraġġ, għar-rapportar u għall-verifika, għad-detezzjoni u t-tiswija tat-tnixxijiet, u għall-ivventjar u l-ivvampjar stabbiliti fil-Kapitoli 3 u 4 ta’ dan ir-Regolament jew inkella jissodisfaw ir-rekwiżiti għad-derogi stabbiliti fil-paragrafu 2b ta’ dan l-Artikolu.
2b. L-importaturi li juru l-implimentazzjoni ta’ miżuri meqjusa komparabbli fl-effettività jew li jipprovdu garanziji tal-oriġini minn pajjiżi meqjusa li għandhom ekwivalenza regolatorja għandhom ikunu soġġetti għal deroga mill-paragrafu 2a, f’konformità mal-paragrafu 2c.
2c. Meta l-importaturi jitolbu deroga prevista fil-paragrafu 2b, huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikabbiltà ta’ deroga filwaqt li tqis:
(a) l-effettività tal-miżuri jew tar-rekwiżiti regolatorji meta mqabbla ma’ dawk applikabbli fl-Unjoni;
(b) l-akkuratezza tad-data pprovduta mill-importaturi; kif ukoll
(c) il-penali għan-nuqqas ta’ konformità u l-effettività tal-infurzar fil-ġuriżdizzjonijiet rilevanti fejn tintalab l-ekwivalenza regolatorja.
2d. Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat sal-31 ta’ Diċembru 2025 f’konformità mal-Artikolu 31 biex tissupplimenta dan ir-Regolament kemm bil-modalitajiet u kemm bil-proċeduri għall-importaturi li jitolbu deroga fl-ambitu tal-paragrafu 2c, u r-rekwiżiti speċifiċi għad-dimostrazzjoni tal-komparabbiltà f’dik li hi effettività u tal-ekwivalenza regolatorja, inkluż għall-istabbiliment tar-rwol meħtieġ tal-IMEO biex jiżgura l-kontroll tal-kwalità, imsemmi fil-paragrafu 2b.
Emenda 206 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 2e (ġdid)
2e. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-importaturi li jintroduċu fis-suq faħam, żejt u gass, jikkonformaw ma’ dan l-Artikolu fit-territorju tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu penali progressivi għall-ksur, inkluża s-sospensjoni tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni taż-żejt, tal-gass u tal-faħam fis-suq kif imsemmi fl-Artikolu 30, filwaqt li titqies il-ħtieġa ta’ deterrenza effettiva tal-ksur.
2f. Meta l-importaturi jonqsu milli jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2a u 2b, iżda jkunu jistgħu juru lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri importaturi li jkunu saru l-isforzi raġonevoli kollha biex tinkiseb tali informazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jnaqqsu jew li ma jimponux penali fuq l-importaturi kif imsemmi fil-paragrafu 2e.
Emenda 208 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
Sal-31 ta’ Diċembru 2025, jew qabel jekk il-Kummissjoni tqis li hemm evidenza biżżejjed disponibbli, il-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, filwaqt li tikkunsidra b’mod partikolari:
Sal-31 ta’ Diċembru 2025, jew qabel jekk il-Kummissjoni tqis li hemm biżżejjed evidenza disponibbli, il-Kummissjoni għandha tipproponi emendi għal dan ir-Regolament biex issaħħaħ ir-rekwiżiti applikabbli għall-importaturi bil-ħsieb li jiġu implimentati standards ta’ prestazzjoni upstream għall-emissjonijiet tal-metan fuq l-importazzjonijiet kollha tal-gass fossili u taż-żejt ekwivalenti għall-intensità tal-emissjonijiet tal-metan imsemmija fl-Artikolu 13 u standard proporzjonat għall-importazzjonijiet tal-faħam.
Emenda 209 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a
(a) ir-rapportar tad-data disponibbli dwar l-emissjonijiet tal-metan miġbura fil-kuntest tal-għodda globali ta’ monitoraġġ tal-metan imsemmija fl-Artikolu 29;
imħassar
Emenda 210 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b
(b) analiżi tad-data dwar l-emissjonijiet tal-metan mill-IMEO;
imħassar
Emenda 211 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c
(c) informazzjoni dwar il-monitoraġġ, ir-rapportar, il-verifika u l-miżuri ta’ mitigazzjoni tal-operaturi li jinsabu barra mill-Unjoni u li mingħandhom tiġi importata l-enerġija fl-Unjoni; kif ukoll
imħassar
Emenda 212 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt d
(d) is-sigurtà tal-provvista u l-implikazzjonijiet ta’ kundizzjonijiet ekwi f’każ ta’ obbligi addizzjonali possibbli, inklużi miżuri obbligatorji bħall-istandards jew il-miri tal-emissjonijiet tal-metan, filwaqt li jitqiesu s-setturi taż-żejt, tal-gass u tal-faħam separatament.
(d) Meta tkun qed tipproponi emendi għal dan ir-Regolament kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha b’mod partikolari tivvaluta l-implikazzjonijiet għall-klima, is-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni u l-implikazzjonijiet għall-kundizzjonijiet ekwi f’każ ta’ obbligi addizzjonali possibbli, inklużi miżuri obbligatorji bħal standards jew miri tal-emissjonijiet tal-metan. Il-Kummissjoni tista’ wkoll tqis is-setturi taż-żejt, tal-gass u tal-faħam separatament.
Fejn xieraq u abbażi tal-evidenza neċessarja biex tiġi żgurata l-konformità sħiħa mal-obbligi internazzjonali applikabbli tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tipproponi emendi għal dan ir-Regolament sabiex jissaħħu r-rekwiżiti applikabbli għall-importaturi bil-għan li jiġi żgurat livell komparabbli ta’ effettività fir-rigward tal-kejl, ir-rapportar u l-verifika u l-mitigazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija.
Fejn xieraq u abbażi tal-evidenza neċessarja biex tiġi żgurata l-konformità sħiħa kemm mal-obbligi internazzjonali applikabbli tal-Unjoni, b’mod partikolari l-għan tagħha fit-tul dwar it-temperatura stabbilit fl-Artikolu 2(1), il-punt (a), tal-Ftehim ta’ Pariġi, il-Kummissjoni għandha tipproponi emendi għal dan l-Artikolu f’konformità mal-Artikolu 33 sabiex jissaħħu r-rekwiżiti applikabbli għall-importaturi.
Emenda 214 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 1
1. Sa …[18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament], il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm bażi tad-data dwar it-trasparenza tal-metan li jkun fiha l-informazzjoni sottomessa lilha skont l-Artikolu 27 u l-Artikoli 12(11), 16(3), 18(4), 20(7), 23(2) u 25(5).
1. Sa …[18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament], il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm bażi tad-data dwar it-trasparenza dwar il-metan, organizzata skont il-pajjiżi, il-kumpaniji u l-kwantitajiet ta’ gass, faħam u żejt importati, li jkun fiha l-informazzjoni sottomessa lilha skont l-Artikolu 27 u l-Artikoli 12(11), 16(3), 18(4), 20(7), 23(2) u 25(5).
Emenda 215 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 2 – punt b – punt i
(i) jekk għandux miżuri regolatorji obbligatorji fis-seħħ dwar l-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija, li jkopru l-elementi stabbiliti f’dan ir-Regolament rigward il-kejl, ir-rapportar u l-verifika u l-mitigazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija;
(i) jekk għandux miżuri regolatorji obbligatorji fis-seħħ dwar l-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija, li jkopru l-elementi stabbiliti f’dan ir-Regolament rigward il-kejl, ir-rapportar u l-verifika u l-mitigazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija, u jekk dawk il-miżuri humiex biżżejjed;
Emenda 216 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 2 – punt b – punt iia (ġdid)
(iia) jekk iffirmax il-Wegħda Globali b’rabta mal-Metan;
Emenda 217 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 2
2. L-għodda għandha tinforma d-djalogi bilaterali tal-Kummissjoni fir-rigward tal-politiki u l-miżuri dwar l-emissjonijiet tal-metan. Fejn l-għodda tidentifika sors ewlieni ġdid ta’ emissjonijiet, il-Kummissjoni għandha twissi lill-pajjiż rilevanti bil-għan li tippromwovi azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ rimedju.
2. L-għodda għandha tinforma d-djalogi bilaterali tal-Kummissjoni fir-rigward tal-politiki u l-miżuri dwar l-emissjonijiet tal-metan. Fejn l-għodda tidentifika sors ewlieni ġdid ta’ emissjonijiet, il-Kummissjoni għandha twissi lill-pajjiż rilevanti bil-għan li tippromwovi azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni u, meta meħtieġ, għandha toffri appoġġ tekniku biex tiżgura azzjonijiet ta’ rimedju rapidi.
Emenda 218 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha li jkunu meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati.
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha li hemm bżonn biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati, inkluż il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas.
Emenda 219 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
Il-penali previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u jistgħu jinkludu:
Il-penali previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u għandhom jinkludu:
Emenda 220 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a
(a) multi proporzjonati għad-danni ambjentali, billi jiġi kkalkolat il-livell ta’ tali multi b’tali mod li jiġi żgurat li dawn effettivament iċaħħdu lil dawk responsabbli mill-benefiċċji ekonomiċi derivati mill-ksur tagħhom u gradwalment iżidu l-livell ta’ tali multi għal ksur serju ripetut;
(a) multi proporzjonati għad-danni ambjentali u għall-impatt fuq is-sikurezza u fuq is-saħħa, billi jiġi kkalkolat il-livell ta’ tali multi b’tali mod li jiġi żgurat li dawn effettivament iċaħħdu lil dawk responsabbli mill-benefiċċji ekonomiċi derivati mill-ksur tagħhom u gradwalment iżidu l-livell ta’ tali multi għall-ksur serju ripetut jew għall-ksur multiplu;
Minbarra l-penali stabbiliti fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw is-sospensjoni tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni taż-żejt, tal-gass jew tal-faħam fis-suq f’każ ta’ ksur serju jew ripetut ta’ dan ir-Regolament filwaqt li jqisu s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija.
Emenda 222 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)
(ba) l-operatur jew l-impriża ma tkunx issottomettiet rapport dwar l-emissjonijiet tal-metan f’konformità mal-Artikolu 12;
Emenda 223 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 3 – punt 1a (ġdid)
(la) in-nuqqas min-naħa tal-importaturi, sa fejn huma rikjesti skont l-Artikolu 27, li juru li l-esportaturi tal-faħam, taż-żejt u tal-gass ikunu kkonformaw mar-rekwiżiti dwar il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika, dwar id-detezzjoni u t-tiswija tat-tnixxijiet, u dwar l-ivventjar u l-ivvampjar ta’ rutina, f’konformità mal-Artikolu 27;
Emenda 224 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 3 – punt 1b (ġdid)
(lb) in-nuqqas min-naħa tal-importaturi, sa fejn huma rikjesti skont l-Artikolu 27, li jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa f’konformità ma’ valutazzjoni indipendenti tal-konformità mwettqa minn korp ta’ verifika.
3a. Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15(5d) jiġu ssodisfati, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jnaqqsu jew li ma jimponux penali fuq l-operaturi għall-perjodu ta’ implimentazzjoni meqjus meħtieġ mill-awtoritajiet kompetenti.
3b. Il-paragrafu 3, il-punti (l), (la), (lb) ma għanhomx japplikaw għall-importaturi meta l-importaturi jonqsu milli jipprovdu l-informazzjoni stabbilita fl-Anness VIII, u jkunu jistgħu juru lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri importaturi li jkunu saru l-isforzi raġonevoli kollha biex tali informazzjoni tinkiseb.
Emenda 227 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 5
5. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw kull sena informazzjoni dwar it-tip u d-daqs tal-penali imposti skont dan ir-Regolament, il-każijiet ta’ ksur u l-operaturi li fuqhom ikunu ġew imposti penali.
5. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw kull sena informazzjoni dwar it-tip u d-daqs tal-penali imposti skont dan ir-Regolament u f’konformità mal-penali kif stabbiliti fil-Protezzjoni emendata tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali], il-każijiet ta’ ksur u l-operaturi li fuqhom ikunu ġew imposti penali.
Emenda 228 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 2
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 8(5), 22(3) u 27(1) għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament].
2. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 8(5), [...] għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament.
Emenda 229 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 6
6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 8(5), 22(3) u 27(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 8(5), [...] għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 230 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 1
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar l-Unjoni tal-Enerġija stabbilit bl-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) 2018/1999.
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima u l-Kumitat dwar l-Unjoni tal-Enerġija stabbilit bl-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) 2018/1999.
Emenda 231 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 1
1. Kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposti leġiżlattivi sabiex jiġi emendat dan ir-Regolament. Ir-rapporti għandhom isiru pubbliċi.
1. Sal-1 ta’ Jannar 2027 u kull erba’ snin minn hemm ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapporti tal-Kummissjoni jistgħu jkunu akkumpanjati minn proposti leġiżlattivi meta jkun xieraq. Ir-rapporti għandhom isiru pubbliċi.
5. Kull tliet snin, l-ACER għandha tistabbilixxi u tagħmel disponibbli għall-pubbliku sett ta’ indikaturi u valuri ta’ referenza korrispondenti għat-tqabbil tal-kostijiet ta’ unità ta’ investiment marbuta mal-kejl, ir-rapportar u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan għal proġetti komparabbli. Hija għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet dwar l-indikaturi u l-valuri ta’ referenza għall-kostijiet ta’ unità tal-investiment għall-konformità mal-obbligi skont [dan ir-Regolament] skont l-Artikolu 3 ta’ [dan ir-Regolament].
5. Kull tliet snin, l-ACER għandha tistabbilixxi u tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku sett ta’ indikaturi u valuri ta’ referenza korrispondenti għat-tqabbil tal-kostijiet ta’ unità ta’ investiment marbuta mal-kejl, il-monitoraġġ, ir-rapportar, il-verifika u t-tnaqqis, inklużi l-ivventjar u l-ivvampjar tal-emissjonijiet tal-metan għal proġetti komparabbli. Hija għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet dwar l-indikaturi u l-valuri ta’ referenza għall-kostijiet ta’ unità ta’ investiment għall-konformità mal-obbligi skont [dan ir-Regolament] skont l-Artikolu 3 ta’ [dan ir-Regolament].
Emenda 233 Proposta għal regolament Anness I – titolu
Test propost mill-Kummissjoni
Skedi tat-tiswija u ta’ monitoraġġ tad-detezzjoni tat-tnixxijiet
Emenda
Parti 1:Stħarriġ dwar detezzjoni u tiswija ta’ tnixxijiet
Minkejja l-istħarriġiet dwar id-detezzjoni u t-tiswija tat-tnixxijiet kif stabbilit fl-Artikolu 14.2 (c), għall-komponenti kollha ta’ taħt l-art elenkati f’dan l-Anness, l-istħarriġiet dwar id-detezzjoni u t-tiswija tat-tnixxijiet iridu jitwettqu skont il-frekwenzi minimi li ġejjin:
Assi
Materjal
Frekwenza
[...]
[...]
[...]
Emenda 234 Proposta għal regolament Anness I – subintestatura 1a (ġdid) Test propost mill-Kummissjoni Emenda
Parti 2 Skedi tat-tiswija u tal-monitoraġġ
Emenda 235 Proposta għal regolament Anness I – paragrafu 2 – punt iii
(iii) Għall-komponenti li nstabu li qed jemettu 500 parti għal kull miljun jew aktar ta’ metan, indikazzjoni ta’ jekk twettqitx tiswija matul l-istħarriġ tal-LDAR u jekk le għaliex, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti fir-rigward ta’ liem elementi jistgħu jitqiesu għal tiswija tardiva, skont l-Artikolu 14, il-paragrafu 4.
(iii) Għall-komponenti li nstabu li qed jemettu, indikazzjoni ta’ jekk twettqitx tiswija matul l-istħarriġ tal-LDAR u jekk le għaliex, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti fir-rigward ta’ liem elementi jistgħu jitqiesu għal tiswija tardiva, skont l-Artikolu 14, il-paragrafu 4.
Emenda 236 Proposta għal regolament Anness I – paragrafu 2 – punt iv
(iv) Għall-komponenti li nstabu li qed jemettu 500 parti għal kull miljun jew aktar ta’ metan, l-iskeda tat-tiswija ppjanata li tindika d-data tat-tiswija ppjanata,
(iv) Għall-komponenti li nstabu li qed jemettu, l-iskeda tat-tiswija ppjanata li tindika d-data tat-tiswija ppjanata,
Emenda 237 Proposta għal regolament Anness I – paragrafu 2 – punt v
(v) Għall-komponenti li nstabu li qed jemettu inqas minn 500 parti għal kull miljun fl-istħarriġ preċedenti tal-LDAR, iżda li nstabu li qed jemettu 500 parti għal kull miljun jew aktar ta’ metan waqt il-monitoraġġ ta’ wara l-LDAR biex jiġi vverifikat jekk id-daqs tat-telf tal-metan ikunx inbidel, indikazzjoni dwar jekk twettqitx tiswija immedjatament u jekk le, għaliex (skont iii), u l-iskeda tat-tiswija ppjanata li tindika d-data tat-tiswija ppjanata.
imħassar
Emenda 238 Proposta għal regolament Anness I – paragrafu 5 – punt iii
(iii) Għall-komponenti li nstabu li qed jemettu 500 parti għal kull miljun jew aktar ta’ metan, ir-riżultati tal-monitoraġġ wara t-tiswija biex jiġi vverifikat jekk it-tiswija rnexxietx
(iii) Għall-komponenti li nstabu li qed jemettu, ir-riżultati tal-monitoraġġ wara t-tiswija biex jiġi vverifikat jekk it-tiswija rnexxietx
Emenda 239 Proposta għal regolament Anness I – paragrafu 5 – punt iv
(iv) Għall-komponenti li nstabu li qed jemettu inqas minn 500 parti għal kull miljun jew aktar ta’ metan, ir-riżultati tal-monitoraġġ ta’ wara l-LDAR biex jiġi vverifikat jekk id-daqs tat-telf tal-metan inbidilx u rakkomandazzjoni fuq il-bażi tas-sejba.
imħassar
Emenda 240 Proposta għal regolament Anness II – paragrafu 1 – punt ii
(ii) l-isem u t-tip tal-assi;
(ii) il-post, l-isem u t-tip tal-assi;
Emenda 241 Proposta għal regolament Anness I – paragrafu 1 – punt v
(v) il-volum imkejjel jew stmat tal-gass naturali ivventjat jew ivvampjat;
(v) il-volum imkejjel tal-metan ivventjat jew ivvampjat;
Emenda 242 Proposta għal regolament Anness II – paragrafu 1 – punt va (ġdid)
(va) l-effiċjenza tal-ivvampjar u t-tip ta’ vvampjar użat;
Emenda 243 Proposta għal regolament Anness II – paragrafu 1 – punt ix
(ix) ir-riżultati tal-ispezzjonijiet ta’ kull ġimgħa tat-torrijiet tal-ivvampjar imwettqa f’konformità mal-Artikolu 17
(ix) ir-riżultati tal-ispezzjonijiet ta’ kull ġimgħa u tal-monitoraġġ kontinwu tat-torrijiet tal-ivvampjar imwettqa f’konformità mal-Artikolu 17
Emenda 244 Proposta għal regolament Anness IV – paragrafu 1 – parti introduttorja
Skont l-Artikolu 18, l-inventarji ta’ bjar inattivi jridu jinkludu mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
Skont l-Artikolu 18, l-inventarji tal-bjar inattivi u tal-bjar mimlija b’mod permanenti u abbandunati jridu jinkludu mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
Emenda 245 Proposta għal regolament Anness IV – paragrafu 1 – punt ii
(ii) l-isem, it-tip u l-indirizz tal-bir jew tas-sit tal-bir;
(ii) l-isem, it-tip u l-indirizz tal-bir jew tas-sit tal-bir, filwaqt li jiġi speċifikat jekk huwiex bir inattiv jew bir mimli b’mod permanenti u abbandunat;
Emenda 246 Proposta għal regolament Anness IV – paragrafu 1 – punt iv
(iv) ir-riżultati ta’ kwalunkwe kejl tal-konċentrazzjoni tal-metan.
(iv) ir-riżultati tal-kejl tal-emissjonijiet tal-metan fl-arja u fl-ilma.
Emenda 247 Proposta għal regolament Anness IV – paragrafu 1a (ġdid)
Skont l-Artikolu 18, fir-rigward tal-bjar mimlija b’mod permanenti u abbandunati, l-inventarji għandhom jinkludu wkoll:
(i) l-aħħar kejl magħruf tal-emissjonijiet tal-metan fl-arja u fl-ilma, jekk ikun hemm;
(ii) informazzjoni li turi li l-awtorità kompetenti rilevanti tkun uriet li l-bir jew is-sit tal-bir inkwistjoni jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(24a);
(iii) dokumentazzjoni adegwata biex jintwera li ma kien hemm l-ebda emissjoni ta’ metan minn dak il-bir jew minn sit tal-bir għal mill-inqas l-aħħar ħames snin.
Emenda 248 Proposta għal regolament Anness IV – paragrafu 1b (ġdid)
Skont l-Artikolu 18, il-pjanijiet ta’ mitigazzjoni jridu jinkludu mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(i) l-iskeda tal-indirizzar ta’ kull bir inattiv, inklużi l-azzjonijiet li għandhom jitwettqu;
(ii) l-isem u l-indirizz tal-operatur, tas-sid jew tad-detentur tal-liċenzja tal-bir inattiv, meta applikabbli;
(iii) id-data tat-tmiem ipproġettata tar-rimedjazzjoni, tar-reklamazzjoni jew tal-mili tal-bjar inattivi.
Emenda 249 Proposta għal regolament Anness VI – paragrafu 1 – punt iii
(iii) il-kawża tal-avveniment tal-vventjar u/jew l-ivvampjar; il-ġustifikazzjoni għall-użu tal-ivventjar minflok l-ivvampjar, jekk applikabbli;
Emenda 250 Proposta għal regolament Anness VI – paragrafu 1 – punt iv
(iv) it-tunnellaġġ ta’ metan ivventjat u vvampjat (jew stima jekk il-kwantifikazzjoni ma tkunx possibbli).
(iv) it-tunnellaġġ ta’ metan ivventjat u vvampjat (jew stima jekk il-kwantifikazzjoni jew il-kejl ma jkunux possibbli).
Emenda 251 Proposta għal regolament Anness VII – Parti 1 – paragrafu 1 – punt v – parti introduttorja
(v) ir-riżultati tal-kejl tal-konċentrazzjoni tal-metan fl-elementi li ġejjin:
(v) ir-riżultati tal-kejl jew il-kwantifikazzjoni diretti fil-livell tas-sors fis-sorsi lokalizzati tal-emissjonijiet li ġejjin:
Emenda 252 Proposta għal regolament Anness VII – Parti 1 – paragrafu 1 – punt v – punt 2
2) il-pajpijiet tal-fetħiet mhux użati
2) il-pajpijiet tal-fetħiet mhux użati, jekk ma jkunux parti mill-infrastruttura tas-sikurezza
Emenda 253 Proposta għal regolament Anness VII – Parti 1 – paragrafu 1 – punt v – punt 4
4) il-promontorji tal-blat;
imħassar
Emenda 254 Proposta għal regolament Anness VII – Parti 1 – paragrafu 1 – punt v – punt 5
5) il-fratturi tal-istrata identifikabbli fit-territorju tal-minjiera jew li huma marbuta mad-depożitu tal-faħam preċedenti tagħha;
imħassar
Emenda 255 Proposta għal regolament Anness VII – parti 2 – paragrafu 1 – punt ii
(ii) il-kejl irid jitwettaq bl-użu ta’ apparat b’livell limitu ta’ sensittività ta’ mill-inqas 10 000 ppm, fl-eqreb distanza disponibbli għall-emittent imkejjel.
(ii) il-kejl irid jitwettaq bl-użu ta’ tagħmir li jirriżulta f’akkuratezza tal-kejl tal-emissjonijiet tal-metan ta’ mill-inqas 0,5 tunnellati fis-sena.
Emenda 256 Proposta għal regolament Anness VII – Parti 3 – paragrafu 1 – punt iii – parti introduttorja
(iii) l-emissjonijiet tal-metan mill-elementi kollha deskritti fl-Artikolu 25(3) inkluż:
Emenda 259 Proposta għal regolament Anness V – parti 4 – paragrafu 1 – punt i
(i) lista tal-elementi kollha koperti fl-Artikolu 25(3);
(i) lista tas-sorsi lokalizzati kollha tal-emissjonijiet deskritti fil-Parti 1;
Emenda 260 Proposta għal regolament Anness VII – parti 4 – paragrafu 1 – punt ii
(ii) il-fattibbiltà teknika tal-mitigazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan mill-elementi deskritti fl-Artikolu 25(3);
(ii) il-fattibbiltà teknika tal-mitigazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan; kull sors lokalizzat tal-emissjonijiet
Emenda 261 Proposta għal regolament Anness VIII – paragrafu 2 – parti introduttorja
Skont l-Artikolu 27, l-importaturi jridu jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:
Skont l-Artikolu 27, l-importaturi jridu jipprovdu rapport bl-informazzjoni li ġejja għal kull sit li minnu tkun saret l-importazzjoni lejn l-Unjoni, inkluża l-produzzjoni upstream taż-żejt u tal-gass fossili, il-ġbir, l-ipproċessar u t-trażmissjoni tal-gass fossili, u t-terminals tal-gass naturali likwifikat:
Emenda 262 Proposta għal regolament Anness VIII – paragrafu 2 – punt ii
(ii) il-pajjiżi u r-reġjuni li jikkorrispondu għal-livell 1 tal-klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) tal-Unjoni fejn ġiet prodotta l-enerġija u l-pajjiżi u li jikkorrispondu għal-livell 1 tal-klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) tal-Unjoni li permezz tagħhom l-enerġija ġiet ittrasportata sakemm tqiegħdet fis-suq tal-Unjoni;
(ii) il-pajjiżi u r-reġjuni li jikkorrispondu għal-livell 1 tal-klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) tal-Unjoni fejn ġiet prodotta l-enerġija, il-pajjiżi u r-reġjuni li jikkorrispondu għal-livell 1 tal-klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) tal-Unjoni li minnhom għaddiet l-enerġija hi u tiġi ttrasportata sakemm ġiet introdotta fis-suq tal-Unjoni;
Emenda 263 Proposta għal regolament Anness VIII – paragrafu 2 – punt iii
(iii) fir-rigward taż-żejt u l-gass fossili, jekk l-esportatur ikunx qed iwettaq kejl u rapportar tal-emissjonijiet tal-metan tiegħu, jew b’mod indipendenti jew bħala parti mill-impenji ta’ rapportar dwar l-inventarji nazzjonali tal-GHG f’konformità mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), u jekk huwiex f’konformità mar-rekwiżiti ta’ rapportar tal-UNFCCC jew f’konformità mal-istandards tas-Sħubija dwar il-Metan miż-Żejt u mill-Gass 2.0. Dan irid jiġi akkumpanjat minn kopja tal-aħħar rapport dwar l-emissjonijiet tal-metan, inkluż, fejn disponibbli, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(6). Il-metodu tal-kwantifikazzjoni (bħall-gradi tal-UNFCCC jew il-livelli tal-OGMP) użati fir-rapportar iridu jkunu speċifikati għal kull tip ta’ emissjoni;
(iii) fir-rigward taż-żejt u l-gass fossili, informazzjoni li tispeċifika l-kejl dirett tal-emissjonijiet tal-metan fil-livell tas-sit tal-esportatur, jew fejn rilevanti, tal-produttur, imwettaq minn fornitur tas-servizzi indipendenti, fl-aħħar perjodu tas-sena kalendarja disponibbli inkluż data għal kull tip ta’ sors tal-emissjonijiet dettaljat, individwali u informazzjoni dettaljata dwar il-metodoloġiji tal-kwantifikazzjoni użati biex jitkejlu l-emissjonijiet tal-metan; kejl u rapportar tal-emissjonijiet tal-metan tiegħu, jew b’mod indipendenti jew bħala parti mill-impenji ta’ rapportar dwar l-inventarji nazzjonali tal-GHG f’konformità mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), u jekk huwiex f’konformità mar-rekwiżiti ta’ rapportar tal-UNFCCC jew f’konformità mal-istandards tas-Sħubija dwar il-Metan miż-Żejt u mill-Gass 2.0. Dan irid jiġi akkumpanjat minn kopja tal-aħħar rapport dwar l-emissjonijiet tal-metan, inkluż, fejn disponibbli, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(6), meta tiġi pprovduta f’tali rapport. Il-metodu tal-kwantifikazzjoni (bħall-gradi tal-UNFCCC jew il-livelli tal-OGMP) użat fir-rapportar għandu jkun speċifikat għal kull tip ta’ emissjoni;
Emenda 264 Proposta għal regolament Anness VIII – paragrafu 2 – punt iv
(iv) fir-rigward taż-żejt u l-gass, jekk l-esportatur japplikax miżuri regolatorji jew volontarji biex jikkontrolla l-emissjonijiet tal-metan tiegħu, inkluż miżuri bħal stħarriġiet tad-detezzjoni u t-tiswija tat-tnixxijiet jew miżuri biex jikkontrolla u jillimita l-ivventjar u l-ivvampjar tal-metan. Dan irid jiġi akkumpanjat minn deskrizzjoni ta’ dawn il-miżuri, inkluż, fejn disponibbli, rapporti mill-istħarriġiet tad-detezzjoni u t-tiswija tat-tnixxijiet mill-avvenimenti tal-ivventjar u l-ivvampjar fir-rigward tal-aħħar sena kalendarja disponibbli;
(iv) fir-rigward taż-żejt u l-gass, informazzjoni li tispeċifika l-miżuri regolatorji jew volontarji tal-esportatur, jew fejn rileventi, tal-produttur, biex jikkontrolla l-emissjonijiet tal-metan tiegħu, inkluż miżuri bħal stħarriġiet tad-detezzjoni u t-tiswija tat-tnixxijiet jew miżuri biex jikkontrolla u jillimita l-ivventjar u l-ivvampjar tal-metan; stħarriġiet u programmi tat-detezzjoni u t-tiswija tat-tnixxijiet imwettqa fl-aħħar sentejn kalendarji; u informazzjoni dwar l-avvenimenti kollha ta’ vventjar u ta’ vvampjar fl-aħħar sentejn kalendarji. Dan irid jiġi akkumpanjat minn deskrizzjoni ta’ dawn il-miżuri, inkluż, fejn disponibbli, rapporti mill-istħarriġiet tad-detezzjoni u t-tiswija tat-tnixxijiet mill-avvenimenti tal-ivventjar u l-ivvampjar fir-rigward tal-aħħar sena kalendarja disponibbli;
Emenda 265 Proposta għal regolament Anness VIII – paragrafu 2 – punt v
(v) fir-rigward tal-faħam, jekk l-esportatur ikunx qed iwettaq kejl u rapportar tal-emissjonijiet tal-metan tiegħu, jew b’mod indipendenti jew bħala parti mill-impenji ta’ rapportar dwar l-inventarji nazzjonali tal-GHG f’konformità mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), u jekk huwiex f’konformità mar-rekwiżiti ta’ rapportar tal-UNFCCC jew f’konformità ma’ standard internazzjonali jew Ewropew għall-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-emissjonijiet tal-metan. Dan irid jiġi akkumpanjat minn kopja tal-aħħar rapport dwar l-emissjonijiet tal-metan, inkluż, fejn disponibbli, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(6). Il-metodu tal-kwantifikazzjoni (bħall-gradi tal-UNFCCC jew il-livelli tal-OGMP) użati fir-rapportar iridu jkunu speċifikati għal kull tip ta’ emissjoni;
(v) fir-rigward tal-faħam, informazzjoni li tispeċifika d-data dwar l-emissjonijiet tal-metan fil-livell tas-sors tal-esportatur imkejla għall-emissjonijiet tal-metan fl-arja tal-ventilazzjoni, ikkalkulata u kkwantifikata f’konformità mal-metodoloġija deskritta fil-Parti 1 tal-Anness V; kejl u rapportar tal-emissjonijiet tal-metan tiegħu, jew b’mod indipendenti jew bħala parti mill-impenji ta’ rapportar dwar l-inventarji nazzjonali tal-GHG f’konformità mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), u jekk huwiex f’konformità mar-rekwiżiti ta’ rapportar tal-UNFCCC jew f’konformità ma’ standard internazzjonali jew Ewropew għall-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-emissjonijiet tal-metan. Dan irid jiġi akkumpanjat minn kopja tal-aħħar rapport dwar l-emissjonijiet tal-metan, inkluż, fejn disponibbli, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(6). Il-metodu tal-kwantifikazzjoni (bħall-gradi tal-UNFCCC jew il-livelli tal-OGMP) użati fir-rapportar iridu jkunu speċifikati għal kull tip ta’ emissjoni;
Emenda 266 Proposta għal regolament Anness VIII – paragrafu 2 – punt vi
(vi) fir-rigward tal-faħam, jekk l-esportatur japplikax miżuri regolatorji jew volontarji biex jikkontrolla l-emissjonijiet tal-metan tiegħu, inkluż miżuri biex jikkontrolla u jillimita l-ivventjar u l-ivvampjar tal-metan. Dan irid jiġi akkumpanjat minn deskrizzjoni ta’ dawn il-miżuri, inkluż, fejn disponibbli, rapporti mill-avvenimenti tal-ivventjar u l-ivvampjar fir-rigward tal-aħħar sena kalendarja disponibbli;
(vi) fir-rigward tal-faħam, informazzjoni li tispeċifika l-miżuri regolatorji jew volontarji tal-esportatur biex jikkontrolla l-emissjonijiet tal-metan tiegħu, inkluż miżuri biex jikkontrolla u jillimita l-ivventjar u l-ivvampjar tal-metan; il-volumi ta’ metan ivventjat u vvampjat ikkalkulati f’kull sit tal-produzzjoni matul l-aħħar sentejn kalendarji; u pjanijiet għall-mitigazzjoni tal-ivventjar u tal-ivvampjar fis-seħħ fis-sit tal-produzzjoni. Dan irid jiġi akkumpanjat minn deskrizzjoni ta’ dawn il-miżuri, inkluż, fejn disponibbli, rapporti mill-avvenimenti tal-ivventjar u l-ivvampjar fir-rigward tal-aħħar sena kalendarja disponibbli;
Emenda 267 Proposta għal regolament Anness VIII – paragrafu 2 – punt via (ġdid)
(vi a) referenza għall-pjan ta’ azzjoni tiegħu stess għat-tnaqqis tal-metan skont l-Artikolu 15 ta’ [diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva];
* Ir-referenzi għal ‘cp’ fl-intestaturi ta’ emendi adottati għandhom jinftiehmu bħala l-parti korrispondenti ta’ dawk l-emendi. Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitati responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A9-0162/2023).